{"filename": "20011015_617d_par.doc", "date": "2001-10-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 617 It-Tnejn, 15 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 617", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "617", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ MINUTI 609", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 609", "TQEGĦID TA' KARTI 614", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (IT-TIENI QARI)", "CULTURAL HERITAGE BILL (SECOND READING) 615", "AĠĠORNAMENT 641", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 645", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 616 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZI VETERINARJI – LAQGĦAT", "28409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm laqgħat saru mad-dipartiment tas-saħħa u mal-bejjiegħa tal-laħam dwar l-Abbozz ta' Liġi Nru. 82?", "X'ilmenti tqajmu u x'osservazzjonijiet saru mill-bejjiegħa verbalment u uffiċjalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissuġġerixxi lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "L-Onor.", "Interpellant jaf daqsi li bħalissa fi stadju ta' kumitat qegħdin niddiskutu l-istess liġi li tagħti poteri li jinħarġu avviżi legali, liema avviżi legali jiġu diskussi mal-koperattivi u ma' l-individwi interessati qabel jidħlu fis-seħħ.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li hu kontra l-prinċipju ta' farm to table, il-kunċett li jiggarantixxi food safety fil-proċess kollu tal-provista ta' l-ikel, speċjalment fil-każ tal-produtturi u l- proċessuri, liema proċess lil dawn għandu jgħinhom iżidu l-bejgħ tal- prodotti tagħhom.", "Jiena persważ li kull min jixtieq jissottometti l-kummenti tiegħu dwar dan l-abbozz ta' liġi se jkollu l-opportunita' kollha jagħmel dan.", "MEDIGRAIN - QLIGĦ", "28456.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-qligħ tal-Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Il-qligħ tal- Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:", "|1996 |Lm701,492 | |1997 | | | |798,305 | |1998 | | | |903,184 | |1999 | 1,005,277| |2000 | | | |859,660 |", "Tajjeb jingħad li ammont sostanzjali mill-profitti li tagħmel il-kumpannija jmorru għand il-gvern f'forma ta' dividends, liema ammonti jmorru fil-fond konsolidat.", "MEDIGRAIN – RE-SHIPMENT", "28457.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 'il hawn kemm żdied ir-re-shipment tal-qmuħ mill-Medigrain meta pparagunat mas-snin preċedenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirriferi għat- transhipment.", "Jekk dan huwa l-każ, jien informat li l-Medigrain ma tagħmilx transhipment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma aħna lkoll nafu li l-Medigrain timporta l-qamħ u terġa' tesportah, u fl-fatt il-kumpannija għandha l-imħażen tagħha biex tkun tista' tagħmel dan it-tip ta' negozju.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt f'dawn l-aħħar snin żviluppat il-prassi illi għall-qamħ li nimportaw minn barra, il-Medigrain toħroġ tender u l- prodott imur mill-ewwel fil-Kordin grain terminal, għar-raġuni li l- faċilitajiet li għandha l-Medigrain ftit li xejn jintużaw.", "L-ewwelnett għax wara li nvestejna ħafna flus fih, il-grain terminal li hemm Kordin huwa ħafna aktar effiċjenti għal dan l-iskop; it-tieni għax it-terminal ta' Kordin huwa ferm aktar fond minn dak tal-Medigrain; u t-tielet għax il- faċilitajiet tal-Medigrain huma limitati u l-apparat li għandhom huwa pjuttost antik u mhux daqshekk prattikkabbli li wieħed jutilizzah.", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li xogħol il-Medigrain m'huwiex li tagħmel transhipment għax dan il-Kordin grain terminal tista' tagħmlu.", "Jirriżulta wkoll li għal diversi snin il-possibbilta' li tagħmel daqshekk transhipment ta' qmuħ minn Malta ma baqgħatx daqshekk attraenti għal diversi raġunijiet, kemm għax kien waqa' l-prezz - u allura ma kienx jirrikjedi spiża kbira biex il-qamħ jiġi stored, u ħafna pajjiżi bdew jistorjaw huma - kif ukoll peress li ħafna pajjiżi madwarna laħqu żviluppaw il-faċilitajiet tagħhom u allura ma kienx daqshekk neċessarju li jiġu utilizzati vapuri kbar ħafna li jidħlu Malta biex jiddepożitaw il- qmuħ f'post ċentrali u mbagħad minn hemmhekk dan jiġi distribwit għal postijiet u portijiet oħra madwar ir-reġjun.", "Din hija r-raġuni li l-Kordin grain terminal qiegħed jintuża primarjament għal skopijiet lokali, kemm dawk ta' importazzjoni ta' qmuħ li jintużaw għall-konsum tal-poplu Malti kif ukoll dak li jintuża bħala għalf għall- annimali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li ma kenitx il- prattika f'dawn l-aħħar snin li l-Medigrain tagħmel dan it-tip ta' kummerċ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Le, ix-xogħol ta' transhipment kien isir mill- Kordin grain terminal, fejn kien hemm faċilitajiet tajbin biżżejjed biex jaqdu l-ħteġijiet lokali u fejn kien ikun hemm xi surplus capacity kien imur għat-transhipment.", "Jiġifieri bħalma għandek it-transhipment ta' containers minn pajjiż għal pajjiż u jieqfu fil-freeport ta' Malta, l-idea kienet l-istess ħaġa li jiġi utilizzat il-Kordin grain terminal.", "Kif diġa' għedt, il-Medigrain hija bħalissa l-importatur statali tal-qmuħ.", "Xogħolha huwa li toħroġ it-tenders, tara li jkun hawn supply biżżejjed, tara li jkun ta' kwalita' tajba biżżejjed, tara li s-supplies jiġu fil-ħin u malli jidħol il-vapur tal-qamħ, il-prodott mill-ewwel imur il-Kordin grain terminal.", "Din is-sistema nstabet li hija ħafna aktar adatta għaż- żmenijiet tal-lum – qed nitkellmu fuq dawn l-aħar ħames snin - milli kienet fiż-żmenijiet ta' qabel.", "MEDIGRAIN - PRIVATIZZAZZJONI", "28458.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-privatizzazzjoni tal-Medigrain, il-gvern Nazzjonalista se jipprivatizzaha 100% din il-kumpannija bl-istorage facilities b'kollox?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar il-privatizzazzjoni tal-kumpannija Medigrain.", "ENEMALTA - ĦAŻNA TA' FUELS", "28459.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ħażna tal-petrol, diesel u fuel ieħor fil-mument u għalkemm isservi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|PRODOTT|TUNNELLATI |ĠIMGĦAT | | |METRIĊI | | |Petrol |16,100 |23 | |Diesel |30,600 |20 | |Gasoi | | | | |150,000 |150 | |Jet A1 |52,000 |30 | |Fuel |81,000 |17 | |Oil | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi ħsieb li nkomplu nsaħħu din il-ħażna, anke fid-dawl ta' kif qed jiżviluppaw ċerti ċirkostanzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-gvern ilu responsabbli mill-ħażna taż-żjut mill-bidu tas-snin '70, meta bażikament il-gvern tal-Perit Mintoff kien innazzjonalizza s-sistema tal-fuel supplies – niftakru li dak iż-żmien kien għad hawn il-BP, l-ESSO u x-Shell - bid-diversi postijiet ta' ħażna jiġu f'idejn il-gvern.", "Għalkemm saru xi żviluppi u anke d-domanda baqgħet dejjem tiela', dejjem bqajna b'ammont ta' ħażna illi fuq livell internazzjonali m'hijiex għolja daqs dik ta' pajjiżi oħra.", "Fil-fatt wieħed mill-punti li ġie diskuss fl-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea hi li hemm bżonn insaħħu l-ħażna taż-żjut biex din titla' għal madwar tliet xhur.", "L-idea tagħna hi li din indaħħluha bil-mod il-mod – għax naturalment wieħed irid jibni l-faċilitajiet, u l-Enemalta għandha l-pjani biex tibni dawn il-faċilitajiet u tiżviluppa oħrajn li diġa' qed tuża – u fil-fatt tlabna transition period ma' l-Unjoni biex in due time niġu in line.", "Din hija xi ħaġa li żżid is-security of supply – u jien ngħid li jagħmel sens li aħna nirrispettaw normi internazzonali li l-ebda gvern s'issa ma rrispetta f'dawn l-aħħar 20 jew 30 sena biex ikollna security of supply adegwat u adatta għal pajjiżna – imma rridu nifhmu wkoll li kull delivery ta' fuel trid tiġi bil-baħar u dan kultant jiddependi mill-elementi.", "Veru li fi Sqallija hemm raffinerija - u allura fi żmien 12-il siegħa teknikament wieħed jista' jġib vapur bil-fuel minn hemmhekk meta jkollu l-veru bżonn - imma rridu naraw li jkollna ħażna biżżejjed biex kemm jista' jkun tkun taqdi l-ħteġijiet tagħna.", "Fil-freeport hemm post privat ta' l-oil tanking li jaħżen u jħallat fuel għal ħteġijiet internazzjonali.", "Fil-fatt minn mindu nbena madwar ħames snin ilu għaddej xogħol tajjeb u dan indirettament iżid il-ħażna għal pajjiżna, għalkemm din hija għall-ħteġijiet kummerċjali ta' l-Oiltanking GmbH, kumpannija minn Hamburg, li topera stallazzjoni moderna fil-feeport - għandha anke laboratorju - għal ħteġijiet internazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux inspections partikolari biex jiġi ċċekjat il-fuel li jidħol f'pajjiżna?", "Għax kultant ikollna rapporti li l-kwalita' inferjuri ta' fuel qed tikkawża ħsarat fil- makni tal-karozzi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-fuel jinxtara skond specifications u jinxtara by tender.", "Issa d-diesel li qed jiġi importat dan l-aħħar qed ikun ta' kwalita' għolja.", "Fil-fatt għall-ewwel ftit xhur ta' din is-sena dan id- diesel kien jiġi importat mil-Libja u mbagħad kien hemm xi ħsarat min-naħa tal-Libja u kellna nixtru diesel minn postijiet oħra.", "Issa qed nerġgħu nġibu l-istess diesel bħal dak li konna nġibu fil-bidu tas-sena.", "Il- kontenut ta' sulphur li fih dan id-diesel huwa ta' 0.5% biss, ferm inqas minn dak li konna nġibu qabel, li kien fih xi 3%, u allura jikkaġuna inqas problemi, inqas dħaħen u inqas ħsara.", "Rigward il-fuel tal-power stations għandna agreement ma' l-ENEL ta' l- Italja u qegħdin ukoll nikkombinaw ċertu xiri ta' fuel li huma jixtru għall- power stations tagħhom.", "Aħna nieħdu mill-istess kwalita' ta' fuel u allura dan iwassal biex ikollna fuel ta' kwalita' li aktar tista' toqgħod fuqu milli kieku daqqa tixtri mingħand wieħed u daqqa tixtri mingħand ieħor.", "Jirriżulta wkoll li t-tip ta' fuel li qed jinħaraq fil-power station tal- Marsa – u anke f'dik ta' Delimara - iħalli inqas problemi ta' black dust.", "L-aktar li ttaffiet kienet bil-precipitators li bdew jitħaddmu tard is-sena li għaddiet, pero' huwa kwalita' ta' fuel li huwa ferm aktar adattat għall- ħteġijiet tagħna u allura b'dan il-mod stajna nnaqqsu l-effetti negattivi fuq l-ambjent, speċjalment fil-lokalitajiet tal-madwar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu rapporti dwar xi spiża tinvolvi biex jinbnew strutturi ħalli jkollna ħażna li tkun tlaħħaq mal-bżonnijiet ta' pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa l-ispiża biex wieħed jagħmel maintenance ta' l-istorage tanks qed tkun ta' bejn Lm0.5 miljun sa Lm0.8 miljun fis- sena.", "Naturalment din l-operazzjoni, skond l-estimi ta' l-Enemalta, tvarja minn sena għal sena skond x'ikun qiegħed isir.", "Fl-NPAA hemm stmat li se jintnefqu bejn Lm4 u Lm5 miljun fuq firxa ta' snin biex filwaqt li nkunu qed inbiddlu l-faċilitajiet tagħna nkunu qed inkabbruhom ukoll.", "L- iskop hu li in the long term il-ħażna tal-fuel f'Birżebbuga tiġi discontinued u jiġu żviluppati postijiet oħra.", "Nista' ngħid li bħalissa hemm diskussjonijiet mal-planning authority fejn dan jista' jsir, kif jista' jsir u x'tip ta' xogħol wieħed jista' jippjana għalih.", "Jiġifieri bħalissa qegħdin fi stadju ta' ppjanar biex dan jibda jiġi implimentat mis-sena d-dieħla ladarba l-pjani jkunu aċċettati wkoll mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "ENEMALTA - ĦAŻNA TAŻ-ŻEJT", "28460.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ħażna taż-żejt fil-mument u għall-kemm xhur se sservi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija ta' qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm xi raġuni partikolari għala l-ħażna ta' fuel oil hi ta' 17-il ġimgħa meta fil-każ tal-gas oil għandna ħażna ta' 150 ġimgħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, qed nitkellmu fuq ħażna ta' petrol ta' 23 ġimgħa u ħażna ta' diesel ta' 20 ġimgħa, jiġifieri mhux daqshekk ftit.", "Naturalment fejn jidħol il-gas oil, li primarjament jintuża fil-power station, peress li għandna dan il-kuntratt li qegħdin nagħmlu ma' l-ENEL, għandna ħażna ta' 150 ġimgħa, u dan jissupplixxi parti sostanzjali mill- ħteġijiet li nużaw għall-ġenerazzjoni tad-dawl.", "Naturalment wieħed irid ukoll jiftakar illi meta jaħżen aktar fuel, għandek aktar kapital wieqaf u allura għandek spiża akbar ukoll.", "Naturalment il- korporazzjoni tipprova tibbilanċja dawn l-għanijiet kollha, pero' irrispettivament minn dan, jiena diġa' għedt illi l-ħażna li qegħdin nimmiraw għaliha hija li jkollna ħażna ta' tliet xhur, li tkun constant, biex jekk Allaħares qatt jinqala' xi ħaġa madwar id-dinja u jkun hemm xi hitch fis-supply, inkunu nistgħu ngħidu li għandna ħażna ta' tliet xhur.", "Issa din il-ħażna ta' tliet xhur hemm skop ieħor warajha u din tajjeb li ngħidha.", "Jekk il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea kollha jżommu din it-tip ta' ħażna, jistgħu jgħinu lil xulxin aħjar ukoll.", "Veru li aħna pajjiż żgħir, pero' jista' jkun li aħna jkollna bżonn supply ta' fuel f'ċerti ċirkostanzi u billi aħna nkunu membri fl-Unjoni u allura nkunu soġġetti għad-direttiva li timponi ċerta ħażna, din twassal ukoll għal security of supply aktar adegwata.", "MCAST", "28567.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28411?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "28558.", "ISTITUZZJONIJIET POST-SEKONDARJI - GĦALLIEMA", "28568.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija parlamentari nru.", "28376?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul is-sena skolastika li għaddiet kellna dawn l- għalliema jgħallmu f'istituzzjonijiet post-sekondarji:", "|Istituzzjoni |Għallie| |Post-Sekondarja |ma | | |2000-20| | |01 | |Paolino Vassallo Upper |76 | |Lyceum | | |Fellenberg Training |16 | |Centre | | |E.Cremona Art & Design | 8 | |Nautical School | 7 | |Mikielanġ Sapiano |55 | |Technical Institute | | |MA Refalo Gozo Centre |68 | |for Further Studies | | |Salvatore Dimech School | | |for Craftsman Mosta |12* | |Umberto Calosso Trade | 32* | |School St. Venera | | |Stefano Zerafa Trade | 28* | |School Naxxar | | |Giovanni Curmi Higher |91 | |Secondary | | |C. Carbonaro Hairdressng|11 | |& Beauty Therapy | | |Moher Theresa College |16 | |(Health Care) | | |Pre School Education | 5 | |College of Agriculture | 4 | |Total |429 |", "* Dawn huma l-għalliema tal-livell sekondarju li xi wħud minnhom jiddedikaw parti mill-ħin għal korsijiet post-sekondarji.", "Mill-istituzzjonijiet li ġew assorbiti mill-MCAST, applikaw sabiex jgħallmu fl-istituti ta' l-MCAST dan in-numru ta' għalliema kif ġej:", "|Paolino Vassallo Upper|51 | |Lyceum | | |Fellenberg Training | 2 | |Centre | | |E.Cremona Art & Design| 8 | |Nautical School | 3 |", "Mill-istituzzjonijiet l-oħra, li xi uħud biss mill-korsijiet li joffru ġew assorbiti mill-MCAST, 39 applikaw sabiex jgħallmu fl-istitut ta' l-MCAST.", "SKEJJEL PRIMARJI – NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "28577.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28367, la m'hemmx nuqqas ta' għalliema kif qed jgħid il- Ministu, kif jirriżulta li mill-bidu tas-sena skolastika saru diversi rapporti li studenti tal-primarja mhux qed ikollhom għalliema?", "F'liema skejjel primarji kien hemm assenteiżmu min-naħa ta' l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ewwel jiem ta' l-iskola, kull klassi fl- iskejjel primarji kellha għalliem assenjat għaliha.", "Xi għalliema rrapportaw morda u f'xi każi oħra xi għalliema ġodda informaw lill- awtoritajiet li ma kenux se jaċċettaw l-impjieg offrut lilhom, u minflokhom intbagħtu għalliema oħra minnufih.", "L-għalliema li rrapportaw morda kienu mill-iskejjel ta' Cospicua, Gudja, Paola A, Safi, Senglea.Tarxien, Attard, Mellieħa, Rabat A, Rabat B, Sliema, St Paul's Bay, Lija, Mtarfa, Nadur, Għajnsielem, Xewkija, Rabat.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRAFFIKU", "28579.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar tingħalaq għat-traffiku u t- traffiku jibda jgħaddi minn Triq San Ġorġ u jkompli jgħaddi minn Triq Parades?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Le.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TARMAC", "28580.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li xatt il-palm f'Baħar iċ-Ċagħaq jinkesa bit-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li f'xatt il-palm ser isir resurfacing mill-kunsill lokali.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TRAFFIC MANAGEMENT", "28581.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi ta' traffic calming u traffic management f'xatt il-palm Baħar iċ-Ċagħaq biex jitrażżan l-ispeed eċċessiv li jista' jkun ta' periklu għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diġa' qed jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li qagħdu għall-eżami tal-MATSEC f'Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28629; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti Għawdxin li se jiggradwaw f'Novembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28779; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-eta` tal-persuni li korrew fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Awissu 2001, bi tweġiba għal mstoqsija parlamentari nru.", "28627;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li rċevew pensjoni għal invalidita` f'Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28729; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li kellhom il-karta r-roża bejn l- 1996 u Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28771.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' pjanta li turi diversi toroq f'Tal-Ħandaq li fihom ser isir xogħol ta' bini u kisi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari (W)300; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Solid waste management strategy għall-gżejjer Maltin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28705.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar refurbishment tal-medical stores fl-Isptar San Luqa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28716; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "KLBL 53/16/2001 - Bye-Laws ta' l-2001 li jemendaw bye-laws dwar reklami fuq għamara tat-toroq (San Ġwann);", "Tabella li turi l-inkjesti maġisterjali pendenti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28625; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' mandati ta' inibizzjoni ppreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex bejn Ġunju u Ottubru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28723.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' kull impjegat fil-ministeru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28782.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Ottubru 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta l-ġimgħa l-oħra kont bdejt nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, irriferejt għar-rimarki li saru min-naħa tal- gvern f'dan ir-rigward kif ukoll għall-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi li jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-abbozz hu sabiex jagħmel provvedimenti ġodda minflok l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Antikitajiet.", "Dawn id- disposizzjonijiet għandhom l-iskop li jiġu promossi l- amministrazzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr tal-patrimonju kulturali nazzjonali kif ukoll li jiġu ggarantiti l-aċċessibilita` u apprezzament ikbar tat-teżori kulturali.", "Dan jiżgura li l- ġenerazzjonijiet preżenti u futuri jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju kulturali u edukattiv ikbar mill-patrimonju Malti.", "Aktar minn hekk, l-abbozz jipprevedi l-ħolqien ta' istituzzjonijiet pubbliċi ġodda u funzjonijiet regolatorji li permezz tagħhom tista' tinkiseb armonizzazzjoni akbar fis-settur tal-patrimonju kulturali ta' Malta.\".", "L-oppożizzjoni Laburista għandha raġun tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax l-għanijiet u raġunijiet tiegħu żgur li m'humiex se jintlaħqu, u dan għal diversi fatturi, fosthom għaliex fil-verita` qed nagħmlu dan kollu biex inwaqqfu iktar awtoritajiet ħalli npoġġu fihom lil tal-qalba.", "Ħlief taħwid u tgħaffiġ f'dan il-qasam m'huwiex qed isir!", "Dan m'iniex qed nivvintah jien, u biex nuri kemm dan li qed ngħid huwa minnu se nipprovah.", "Ħalli nibda biex nikkwota dak li ġie rrapportat f\"The Malta Independent\" ta' nhar is-Sibt, l-14 t'Ottubru fuq dak li qalet Din l-Art Ħelwa, li żgur kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li qed tagħti sehem imprezzabbli u li kieku ma kienx għal din il-fondazzjoni, ħafna mill-patrimonju kulturali Malti ntilef.", "Fil-fatt il-gazzetta qalet hekk:", "\"Din l-Art Ħelwa says that the Cultural Heritage Bill is bureaucratic, complex and top-heavy.\"", "Irrid nerġa' nenfasizza li dan mhux aħna bħala oppożizzjoni qed ngħiduh imma Din l-Art Ħelwa, li kif għedt diġa', qed tagħti ħafna f'dan il-qasam.", "Fil-fatt jien naċċetta kull kritika li tagħmel din il-fondazzjoni, anke jekk ma nkunx naqbel magħha, kif aċċettajt il-kritika li għamlet lili fuq permess li ħareġ mill-awtorita` ta' l-ippjanar, u sewwa għamlet li talbet investigazzjoni fuq dan il-każ.", "Din il-fondazzjoni talbitni indirettament biex nagħti spjegazzjoni fuq din il-ħaġa, pero` jien m'iniex se nagħti din l-ispjegazzjoni issa imma iktar 'il quddiem u nwiegħed li kulħadd se jkun jaf ir-raġuni li għaliha m'iniex qed nagħti din l-ispjegazzjoni issa.", "Imma issa ħalli nkompli fejn ħallejt.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jgħid li l-uniku individwu li se jkun responsabbli minn dan il-qasam huwa l- ministru.", "Jiġifieri issa dan il-qasam se jsib ruħu f'sitwazzjoni agħar milli qiegħed fiha llum, u se nispjega għaliex.", "(Interruzzjonijiet) Għax xorta inti u l-alleati tiegħek se tibqgħu tikkmandaw, Ministru!", "U dan minkejja li dawn in-nies għamlu affarijiet li żgur imorru kontra l-wirt nazzjonali Malti, pero` dwar dan nitkellem iktar tard.", "Mr Speaker, wieħed mill-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li x- xogħol ta' restawr jibda jsir aħjar, pero` diġa' għandna eżempju ċar dwar kemm falla dan il-gvern fil-qasam tar-restawr.", "Fil-fatt minn dak li rajna jiġri fiċ-ċentru tar-restawr f'Ta' Bighi, il-gvern uriena li jekk tkun arroganti, jekk tagħmel l-affarijiet ħżiena u tgħid li huma tajbin u jekk teħodha kontra min jikkritikak, saħansitra kontra n-non-governmental organisations, li huma ntiżi f'dan il-qasam, issib lill-ministru jaqbeż għalik u jgħid li jrid għaxra bħalek!", "Hawnhekk qed nirriferi partikolarment għal Dr Cannataci.", "Issa għal min ma jafx, din il-kwestjoni kollha bdiet meta l-oppożizzjoni ħasset li huwa fl-interess tal-pajjiż li tiġbed l-attenzjoni ta' min hu konċernat għall-bini illegali li hemm ġewwa Ta' Bighi, li mhux biss iħassar il-wirt kulturali ta' pajjiżna imma jagħti skandlu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Imma għax l-oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet, bil-wiċċ tost kollu ħareġ Dr Cannataci jgħid li jien u l-Onor.", "Evarist Bartolo qed nagħmlu minn kollox biex nostakolaw ix-xogħol siewi li qed isir miċ-ċentru tar-restawr.", "Dr Cannataci kompla jgħid li jien tant qed nagħmel pressjoni fuq l- awtorita` ta' l-ippjanar li din saħansitra ħarġet stop notice fuq ix-xogħol ta' restawr li kien qed isir f'Villa Bighi u allura x-xogħol kellu jieqaf.", "Dr Cannataci qal ukoll li jien ingħaqadt f'kampanja ta' gideb li qed imexxi l-Onor.", "Evarist Bartolo.", "Jien lil Dr Cannataci nistaqsih: X'kampanja hi din li qed issemmi?", "U dan x'gideb hu?", "Skond Dr Cannataci, l-applikazzjoni tressqet quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar is-sena l-oħra, u billi l-bini kien fi stat perikoluż, ċerti xogħlijiet kellhom isiru b'urġenza biex il- bini ma jkomplix jiġġarraf, b'konsegwenzi koroh għall-ħaddiema.", "Imbagħad fl-aħħarnett Dr Cannataci rrimarka li kien wasal iż-żmien li jien u l-Onor.", "Bartolo naqtgħu l-partiġjaniżmu fil-konfront taċ-ċentru għar-restawr darba għal dejjem u minflok nagħtu l-appoġġ tagħna għax-xogħol mill-aktar siewi li qed isir minn dan iċ-ċentru.", "Issa jien għandi evidenza li turi li l-awtorita` ta' l-ippjanar qalet li mhux veru li dan il-bini kien perikoluż.", "Fil-fatt il-fondazzjoni Wirt Artna qablet ma' dak li għedna kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Bartolo, u jekk wieħed iħares lejn il-gazzetti jsib li din il-fondazzjoni ħarġet tikkundanna u tiddeplora x-xogħol illegali li sar f'Ta' Bighi.", "Wirt Artna qalet li l-estensjoni riċenti li saret fl-isptar Ta' Bighi mhux biss tnaqqas il-mertu u l-bilanċ ta' l-estetika u ta' l-arkitettura ta' dan il- bini neoklassiku, li hu xogħol ir-Royal Engineer George Whitmore, imma wkoll tistona meta tħares lejha min-naħa tar-Ricasoli u tal-Belt Valletta.", "Wirt Artna qalet ukoll li hija temmen li l-istqarrijiet pubbliċi li għamel Dr Cannataci bħala chairman taċ-ċentru nazzjonali tar-restawr huma irresponsabbli u qed idgħajfu l-operat ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Mela, Mr Speaker, huwa Dr Cannataci li qed idgħajjef lill-awtorita` ta' l- ippjanar u li qed iħassar il-wirt kulturali ta' pajjiżna!", "Għal Wirt Artna, l-iskuża fjakka ta' Dr Cannataci li parti mill-Isptar Ta' Bighi kienet se tiġġarraf, ma tiġġustifikax l-azzjonijiet abbużivi li saru.", "Din il- fondazzjoni żiedet tgħid li minn informazzjoni li għandha, jirriżulta li l- ewwel beda x-xogħol u kien biss wara li tressqet applikazzjoni quddiem l- awtorita` ta' l-ippjanar biex dan ix-xogħol isir.", "Issa jien ma nistax nifhem kif meta dan il-gvern jiftaħar tant bit- trasparenza u jiftaħar tant li jagħmel l-affarijiet kif suppost, minkejja li jkollu l-provi f'idejh li min suppost qed jagħti l-eżempju qed iħassar wirt pajjiżna, imbagħad joħroġ il-ministru u jgħid li jrid għaxra bħalu!", "Meta tara dan kollu, kif tista' temmen li l-ministru qed iressaq dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax irid jipproteġi l-patrimonju kulturali tagħna?", "Kif jgħidu, mill-paroli għall-fatti hemm baħar jikkumbatti!", "Imbagħad biex iktar ikompli jitfa' l-melħ fuq il-ferita, sieħbu l-ministru għall-ambjent kien bagħat lil Dr Cannataci u lil xi persuna oħra biex jiffirmaw charter ġdid dwar ir-restawr.", "Imma intom tistgħu tifhmuhom dawn l-affarijiet!", "Wara dak l-iskandlu Dr Cannataci mhux biss messu rriżenja imma messu kien il-ministru stess li tajru minn hemm!", "Imma minflok ma l-ministru ċanfar lil Dr Cannataci u warrbu minn hemm, ippremjah billi bagħtu jiffirma charter ġdid dwar ir-restawr, affarijiet li ma jitwemmnux!", "Biex nuri kemm dak li qed ngħid jien huwa minnu, għandi quddiemi rapport miċ-chairman tad-development control commission, Victor Torpiano, li jgħid li ma jaqbel xejn ma' dak il-bini li ttella' hemmhekk.", "Pero` minkejja li dan ir-rapport ġie quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar, jidher li kulma se jsir huwa li jitwaqqa' sular minn dak li nbena u mill-bqija jibqa' kollox kif inhu llum.", "Jien ma nistax għaliha kif meta ma taqbilx ma' xi ħaġa li jkun qed jipproponi rappreżentant tal-gvern li hemm fl-awtorita` ta' l- Ippjanar, dan jgħidlek li m'intix qed taqbel miegħu minħabba li għandek xi intenzjoni li tostakola lill-gvern.", "U mbagħad, billi hu jagħmel kollox skond dak li jaqbel lill-gvern tiegħu jew lil xi erbgħa minn tal-qalba, dak ma ġara xejn għax jgħidlek li dan qed isir fl-interess nazzjonali.", "Mela hekk sew għax bl-iskuża ta' l-interess nazzjonali, ir-rappreżentant tal- gvern li hemm fuq il-bord ta' awtorita` ta' l-ippjanar qed iħalli l- ħneżrijiet għaddejjin, anzi jkun hu li jgħinhom jgħaddu!", "Jien, bħala rappreżentant ta' l-oppożizzjoni, meta nara li xi ħaġa li tkun se tħassar il-wirt storiku u l-patrimonju kulturali ta' pajjiżna, inħoss li huwa l-obbligu tiegħi li nġib din il-ħaġa għall-attenzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Imma minkejja l-ftaħir li ftaħru l-membri tan-naħa l-oħra fuq kemm l-awtorita` ta' l-ippjanar qed tagħmel xogħol siewi u fuq kemm qed tipproteġi l-patrimonju kulturali tagħna, fil-fatt li qed ikun hemm huwa ħafna paroli, paroli u paroli u fatti xejn.", "Ftit ilu lili waslitli informazzjoni - u l-ministru ta' l-edukazzjoni jaf b'dan - li fit-triq ta' l-airport hemm xi fdalijiet mit-Teatru Rjal u xi megalithic remains oħra mit-tempji ta' Ħal Tarxien għax il-bravu Perit Buhagiar qabad il-fdalijiet li kien għad fadal mit-Teatru Rjal u radamhom hemm.", "Jien min-naħa tiegħi ġbidt l-attenzjoni għal dan il-każ ħalli jiġi investigat u filwaqt li meta marru l-ewwel darba fuq il-post qalu li ma sabu xejn, it-tieni darba dak li kont qed ngħid jien ikkonfermawhuli.", "Fil-fatt hawnhekk għandi rapport li juri biċ-ċar li dak li kont qed ngħid jien huwa minnu.", "Suppost li saret xi laqgħa biex jinħatru dawk li se jkunu responsabbli minn dan il-każ, pero` jien nistaqsi lill-ministru: Minn dakinhar 'il hawn x'sar?", "X'passi ttieħdu?", "Bil-paroli għedna li se nagħmlu l-investigazzjonijiet u se nieħdu l-passi neċessarji imma fil-verita` kollox mirdum baqa', u mela niġu hawn u noqogħdu nibku d-dmugħ tal- kukkudrilli!", "Issa nixtieq li l-poplu Malti u Għawdxi jiftaħ widnejh sew għal dan li se ngħid, u min irid jista' jikkonferma huwa stess jekk dak li se ngħid huwiex minnu jew le.", "Issa se niġi biex nitkellem fuq wirt patrimonju dinji, u hawn qed nirriferi għall-Imnajdra.", "Ta' min jgħid li qabel ma seħħ il-każ ta' vandaliżmu fl-Imnajdra, kien hemm persuna li kellha enforcement notice fuq binja - m'iniex se ngħid fiex kienet tikkonsisti din il-binja - u din kienet għal direct action.", "Imma peress li din il-persuna għandha ċerta saħħa, meta ntbagħtu n-nies biex iwaqqgħu din il-binja, xi ħadd ċempel malajr lis-segretarju tal-bord u min- naħa tiegħu dan ċempel lil min kien se jwaqqa' din il-binja biex jieqaf minnufih.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma ġrat imma dakinhar ġrat u fil-fatt ix-xogħol waqaf ħesrem.", "Imma minkejja dan kollu, dik il-binja twaqqgħet wara xi ftit jiem u ftit wara ġara dak li ġara fl-Imnajdra.", "Ta' min jgħid li din il-persuna ġiet arrestata u kien hemm suspetti serji li din il-persuna setgħet kienet involuta fl-att vandalu li sar ġewwa l- Imnajdra - anzi mhux suspetti serji biss kien hemm - u jien nitlob li jiġu ppubblikati l-investigazzjonijiet kollha li saru, bil-fingerprints li ħadu b'kollox fuq dan il-każ, għax din il-persuna tant hi b'saħħitha li jidher li qed tiżgiċċa wkoll.", "F'gazzetta lokali ġie rrapportat li peress li m'hemmx evidenza biżżejjed, din il-persuna ma tistax titressaq quddiem il- qorti.", "Pero` dan m'hu veru xejn u wisq nibża' li mhux frame-ups qegħdin isiru imma talli qed isiru affarijiet li jipproteġu lil ċerti nies għax din il-persuna għandha saħħa kbira fil-Partit Nazzjonalista, dik hi l-verita`!", "Sur President, dan li qed ngħid jien għandu jiġi investigat b'mod trasparenti u mhux nagħmlu investigazzjoni biex ngħattu l-affarijiet, bħalma ġara fil-każ tal-kummissarju fejn l-attorney general, minflok ma qal li għandna nieħdu l-passi meħtieġa, qal li għandna naraw kif ġiet leaked l- informazzjoni.", "Imma dan il-pajjiż hekk jimxi, anke f'xi ħaġa importanti bħal din.", "Noqogħdu nibku d-dmugħ tal-kukkudrilli, noqogħdu nispekulaw u nwaħħlu fil-kaċċaturi u fin-nassaba, imbagħad il-verita` nipprovaw ngħattuha peress li din il-persuna b'saħħitha.", "Dawn l-affarijiet huma tal- mistħija u naħseb li m'għandix tort li wara li nara dan kollu, ma nemminx li l-gvern Nazzjonalista jrid jipproteġi l-patrimonju kulturali ta' pajjiżna bis-serjeta`.", "Il-verita` hi li l-gvern Nazzjonalista jgħid ħafna paroli u jagħmel kollox għad-deher u mbagħad fir-realta` ma jagħmel xejn.", "Jien jiddispjaċini li għandi ħin limitat għax ma nilħaqx ngħid dak kollu li għandi xi ngħid, pero` m'hemmx x'tagħmel u għalhekk se ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-proġett tal-Kottonera.", "Kif jaf kulħadd, il-Forti Sant'Anġlu huwa wirt kulturali internazzjonali, pero` kif jista' l-heritage advisory board jipproteġi l-wirt kulturali nazzjonali tal-Forti Sant'Anġlu meta l-membri ta' dan il-bord huma advisers ta' l-investituri!", "Naturalment dawn l-ewwel huma, it-tieni huma, it-tielet huma u jekk jibqa' huma wkoll!", "Minkejja li hawn deputat li ġej mill- Kottonera li jgħid li l-imħażen li hemm fil-Forti Sant'Anġlu nbnew fi żmien l-Ingliżi - qed nirriferi għall-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici - l-istoriċi jġibu diversi provi biex juru li dan il-bini nbena fi żmien il-Kavallieri jekk mhux qabel ukoll.", "Fil-fatt jien għandi cuttings mill-gazzetti miktuba minn nies li huma speċjalizzati f'dan il-qasam, li jgħidu ċar u tond li dak li qed jgħidu l-Onor.", "Mifsud Bonnici u l-ministru għall-ambjent m'hu veru xejn għax dawn l-imħażen għandhom storja twila u allura għandhom jiġu ppreservati.", "Imma kemm l-Onor.", "Mifsud Bonnici, kemm l-Onor.", "Zammit Dimech kif ukoll ministri oħra tal-gvern qed jiġu jaqgħu u jqumu minn dan kollu u qed jibqgħu jinsistu li dawn l-imħażen m'għandhomx storja, li l-bini ta' dawn l-imħażen huwa perikoluż u li allura għandhom jaqgħu.", "Jien diġa' sfidajt u se nerġa' nisfida lil kulmin qed jgħid li dan il-bini huwa perikoluż.", "Le, m'hu veru xejn li dan huwa bini perikoluż u li huwa fil-periklu li jaqa'.", "Meta kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista, kont jien li kont responsabbli minn dan il-bini għax dan kien bini li kien jaqa' taħt il-Maltacom, u fil-fatt kien hemm in-nies jaħdmu ġo fih u kien hemm ukoll l-arkivji hemmhekk.", "Veru li l-maħżen ta' fuq kellu xi biċċiet mis- saqaf imkissrin minħabba li t-tfal kienu kissruh bil-bricks li kienu jitfgħu fuqu, pero` m'hu veru xejn li l-imħażen ta' taħt kienu perikolużi.", "Din hija gidba faħxija u jien lest li nagħti x-xiehda bil-ġurament u nġib lil min kien jaħdem hemmhekk biex jagħti x-xiehda tiegħu li m'hu veru xejn li dan is-saqaf kien perikoluż.", "Fil-fatt sussegwentement jien kont għaddejt dan il-bini lis-civil protection biex il-Malta maritime authority jkollha ċentru hemmhekk, u hekk sar.", "Li kieku dan il-bini kien perikoluż verament, żgur li s-civil protection ma kienx se jiftaħ ċentru hemmhekk.", "Ta' min jgħid ukoll li meta ressaqna t-talba li t-twieqi li hemm f'dan il- bini jinfetħu bħala bibien biex il-laneċ li jidħlu fil-menqa jkunu jistgħu joħorġu minn hemmhekk, lanqas biss kienu tawna permess għal dan l-iżvilupp.", "Imma issa, Alla jbierek, l-awtorita` ta' l-ippjanar, bil-barka tal- heritage advisory board, ħarġet il-permess biex dan il-bini jkun jista' jaqa'.", "Issa għax aħna għedna li jekk dan il-bini jitħalla jaqa' se ssir ħsara kbira lill-wirt storiku ta' pajjiżna, qed niġu akkużati - u ħafna drabi dawn l-akkużi qed isiru direttament għalija - li aħna qegħdin nostakolaw u li qed nagħmlu minn kollox biex il-proġett tal-Kottonera ma jsirx.", "Anke meta kont ngħid li dak il-bini li se jitla' minflok dawk l-imħażen m'huwiex se jaqbel mal-wirt kulturali ta' dawk in-naħat, kienu jgħajruni li rrid nagħmel l-ostakli meta dan mhux jien biss għedtu jew l- oppożizzjoni biss qalitu.", "Ħalli naraw x'qalet il-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa fil-fuljett tagħha dwar dan il-bini:", "\"The construction of a transparent lightweight building and belvedere for Fort St. Angelo is extremely insensitive and lacks respect and understanding for the historic port and its setting.\"", "Mela allura dak li konna qed ngħidu aħna huwa minnu u ma konniex qed nivvintaw.", "Saret ħafna kritika għal dak li se jagħmel il-gvern, pero` min- naħa tiegħu l-gvern baqa' jwebbes rasu sakemm spiċċa biex waqqa' dawk l- imħażen, li nerġa' ngħid kienu wirt pajjiżna.", "Anzi l-gvern kien lest li jeqred dawn l-imħażen mingħajr ma lanqas biss kien indenja ruħu jieħu xi filmati tagħhom qabel ma jaqgħu, iżda bis-saħħa ta' l-intervent li sar min- naħa tar-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni fi ħdan l-awtorita`, rikordju tagħhom ġie salvat qabel ma kien too late.", "Jien m'iniex kontra l-proġett tal-Kottonera, pero` li nħassru l-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna biex ikun hemm xi ħadd li jispekula hija vili.", "Anke l-NGOs li huma favur li nżommu l-wirt kulturali kollha jaqblu ma' l- oppożizzjoni, u dan iktar ikompli jikkonferma l-fatt li mhux aħna li qegħdin fl-iżball imma huwa l-gvern li qiegħed fl-iżball.", "Pero` lin-naħa tal-gvern dan ma jaqtgħalhomx qalbhom u jibqgħu jigdbu, jivvintaw u jaraw ma xiex jaqbdu biex iġiegħlu lill-poplu jemmen li huma qegħdin fis-sewwa u li hija l-oppożizzjoni li qiegħda fil-ħażin.", "Dawn saħansitra waslu biex akkużaw lilna li meta konna fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, konna tlabna permess sabiex jitwaqqgħu dawk l-imħażen.", "Fil-fatt fil-faċċata ta' quddiem ta' \"il-mument\" ta' l-20 t'Awissu tas-sena l-oħra kien hemm dan il-kliem b'ittri kbar:", "\"Ipokresija Laburista dwar il-Kottonera - Jattakkaw it-twaqqigħ tal- bini fix-xatt tal-Birgu meta huma applikaw biex iwaqqgħu l-istess bini! \"", "Naturalment hawnhekk \"il-mument\" kien qed jirriferi għall-imħażen storiċi li qed insemmu.", "F'dan l-artiklu ntqal ukoll li dan sar minkejja li meta kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista, bħala l-wieħed li kont responsabbli għall-politika u għall-ippjanar ambjentali, b'mod espliċitu jien kont għedt li aħna ma rridux li jsir bini hemmhekk minħabba l-wirt storiku.", "Imma x'kien dak li ġiegħel lil \"il-mument\" tikteb artiklu dwar dan u li Radio 101 u NET Television għamlu ġurnata sħiħa jtambru fuq dan u fuq kemm aħna ipokriti?", "Fil-fatt nafu li l-Onor.", "Michael Bonnici għamel interpellanza u staqsa jekk xi darba fl-awtorita` ta' l-ippjanar kienx hemm applikazzjoni dwar it- twaqqigħ ta' xi bini għal skop ta' żvilupp fil-Vittoriosa waterfront, maġenb il-Caraffa stores.", "L-Onor.", "Membru staqsa wkoll meta saret din l- applikazzjoni, minn min saret, jekk kienx ħareġ il-permess u jekk tistax tingħata kopja tal-permess mar-risposta.", "Ir-risposta tal-ministru kienet din:", "\"Ninsab informat li saret applikazzjoni lill-awtorita` ta' l-ippjanar għat-twaqqigħ ta' bini li kien imiss ma' Caraffa stores.", "Din l- applikazzjoni saret fid-19 ta' Settembru, 1997 mit-taqsima tax- xogħlijiet.", "Il-permess tat-twaqqigħ inħareġ fid-9 ta' Jannar 1998, wara l-permess tal-kumitat konsultattiv dwar il-wirt storiku u l- kumitat tekniku tal-Cottonera rehabilitation project.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess relatat ma' l- applikazzjoni msemmija\".", "B'din it-tweġiba f'idu, l-Onor.", "Michael Bonnici mar jiġri għand \"il-mument\" u qalilhom: Fittxu oħorġu artiklu li juri l-ipokresija tal-Partit Laburista għax meta kienu fil-gvern huma kienu applikaw għal permess biex iwaqqgħu l-Caraffa stores!", "Meta rajt dan kollu jien mort niċċekkja l-affarijiet għax kont naf li ma sarx hekk, u meta ndunajt x'ġara qbadt nidħak.", "Għaliex?", "Għax l-Onor.", "Michael Bonnici ħa żball u ma ndunax li aħna konna applikajna għal permess biex inwaqqgħu latrina!", "Dawn tant kienu aljenati jipprovaw joskuraw u jħammġu lill-Partit Laburista, li ħasbu li aħna konna applikajna biex inwaqqgħu l-Caraffa stores mentri aħna konna applikajna biex inwaqqgħu latrina!", "Kif indunajt b'dan l-iżball, jien sfidajt lill-ministru għall- ambjent, lill-Onor.", "Michael Bonnici, lid-diriġenti ta' Radio 101 u lid- diriġenti ta' NET Television biex jekk jipprovaw li m'iniex qed ngħid il- verita` nirriżenja mill-parlament jien u jekk jirriżulta li jien qed ngħid il-verita` jirriżenjaw huma mill-kawża.", "Pero` ħadd minnhom ma tkellem, biex taraw kemm dawn għandhom għal qalbhom il-wirt kulturali ta' pajjiżna!", "Kif qed naraw hawnhekk, dawn in-nies għandhom għal qalbhom biss il- propaganda u li jkollhom il-kontroll assolut.", "Għal min forsi m'huwiex qed jemminni, jien lest li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li għamilna biex inġibu l-permess li nwaqqgħu din il-latrina.", "Il-membri tan-naħa l-oħra moħħhom biss li jipprovaw joskuraw lill-oppożizzjoni waqt li jgħidu kemm iħobbu l-kultura, pero` fir-realta' ħlief ikissru ma jagħmlux.", "Jien diġa' ġibt eżempju biex nuri kemm intilef wirt storiku, partikolarment matul dawn l-aħħar tliet snin, u l-gvern qed ikompli dejjem jeqred dan il-wirt storiku, bil-barka ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, tal-heritage advisory committee u tal- ministri.", "Anzi dan m'huwiex kollox għax illum, fil-konfront ta' dak li qed jeqred il-wirt storiku ta' pajjiżna qed ngħidu li rridu għaxra bħalu, jekk mhux qed inħalluh ukoll idaħħal xi bażużlu Nazzjonalist jaħdem hemmhekk bla ktieb tax-xogħol waqt li jkun qed jirreġistra għax-xogħol!", "M'għadx fadalli wisq iktar ħin u għalhekk se nagħmel l-aħħar punt billi nkompli nuri kemm l- Onor. Membri tan-naħa l-oħra għandhom għal qalbhom il-kultura u l- patrimonju Malti.", "Sur President, meta f'bajja ġewwa Għawdex intefa' ramel li jiġi mill- kostruzzjoni tgħidx kemm inqala' paniku minħabba li qalu li dan iħassar l- ambjent.", "Veru li min għamel hekk għamel żball, pero` jekk infittxu fl- istructure plan li timxi fuqu l-awtorita` ta' l-ippjanar, insibu li hemmhekk ma sar xejn kontra l-liġi għax kif tgħid ittra li dehret f'\"The Times\" tad-9 ta' Settembru, miktuba minn Peter Gatt, jidher ċar li r-ramla li fiha ntefa' dan ir-ramel m'hijiex magħmula mir-ramel tal-baħar imma minn ramel ġej mit-trab tal-ġebel.", "Fil-fatt min kiteb dik l-ittra wera din l- ironija u semma' li hemm bżonn li wieħed jara x'jagħmel għax fl-awtorita` ta' l-ippjanar hemm ċerti affarijiet li sejrin ħażin.", "Nerġa' ngħid li jien ma naqbilx li ramel li jkun ġej mill-kostruzzjoni jintefa' f'xi bajja, pero` min għamel hekk mexa skond l-istructure plan stess, u infatti sal-lum għadu ħadd ma ħareġ jisfida dak li hemm miktub f'dik l-ittra, għax dik hi l- verita'.", "Imma insomma, forsi sar dan il-fuss kollu għax il-kunsill lokali nvolut f'dan il-każ huwa wieħed b'maġġoranza Laburista!", "Ara meta l-istess kunsill lokali kien qajjem kwestjoni dwar barumbara li kienet se titwaqqa' minħabba li sostna li din m'għandhiex titwaqqa' għax hija parti mill-wirt kulturali ta' pajjiżna, minkejja li fil-bidu anke l- heritage advisory committee kien qabel li din m'għandhiex titwaqqa', imbagħad għax il-perit kompla jagħmel pressjoni li din il-barumbara kienet ta' periklu u għandha titwaqqa', dan il-kumitat ġie jaqa' u jqum mill- kunsill lokali ta' Sannat u minn kulħadd u aċċetta li din titwaqqa'.", "Ikollna ngħidu li f'dan il-każ il-heritage advisory committee ntuża fit- tattika ta' \"ħokkli dahri biex inħokklok dahrek\".", "Ma jistax ikun li nibqgħu mexjin hekk.", "Lanqas ma jista' jkun li nibqgħu naħsbu li għax inwaqqfu awtorita` allura se nibdew mexjin tajjeb, iktar u iktar meta nafu li l-istess nies li abbużaw qabel se jkunu f'din l-awtorita`.", "Jekk ma jkollokx rieda li tipproteġi l-patrimonju kulturali nazzjonali verament, ikun inutli wkoll li tagħmel abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna.", "Irid ikollok ir-rieda biex timxi, u din hija xi ħaġa li dan il-gvern m'għandux, mhux f'dan il-qasam biss imma anke fejn jidħol il-qasam ambjentali.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-ambjent ta' pajjiżna, malajr jinduna li kullimkien sar miżbla u li kullimkien hawn it-telqa.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna llum.", "Mr Speaker, biex il-gvern jipprova jagħti l-impressjoni li qed jaħdem f'dan il-qasam qed jara kif jitfa' l-akkużi fuq l-oppożizzjoni.", "Per eżempju, kellna lill-Onor.", "Francis Agius, li fost affarijiet oħra qal li l- oppożizzjoni donnha hija ossessjonata kontra t-twaqqif ta' l-awtorita` li se titwaqqaf f'dan il-qasam.", "Iva, aħna ossessjonati kontra t-twaqqif ta' l- awtorita' li se titwaqqaf f'dan il-qasam, għax ma jistax ikun li l-istess nies li qed jgħaffġu se jitpoġġew fuq din l-awtorita` bil-barka tal-gvern u jkollhom paga aħjar.", "Intom ossessjonati li ddaħħlu lil tal-qalba f'din l- awtorita` u mhux veru li moħħkom fil-kultura!", "Imbagħad jaqbeż l-Onor.", "Michael Bonnici u jappella biex l-oppożizzjoni ma tkunx aktar distruttiva!", "Hawn ta' min jgħid li jekk ma taqbilx ma' xi ħaġa li jkun qed jgħid l-Onor.", "Bonnici fl-awtorita` ta' l-ippjanar, malajr jgħidlek li għandek intenzjoni li tagħti l-gambetti.", "Iżda kulmin hu midħla ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar jgħidlek li l-Onor.", "Bonnici moħħu biss fl-iżvilupp għax il-kultura u l- ambjent ftit jinteressawh!", "(Interruzzjoniijet) Veru li lili akkużawni b'xi ħaġa u jien ma nsibx problema li nirrispondi għal dan, pero` llum għad fadalli biss żewġ minuti u m'għandix ħin x'nitlef.", "Sur President, nikkonkludi dan id-diskors billi nsemmi l-attitudni ta' ċerti periti li jissapportjaw lin-naħa tal-gvern, b'mod speċjali lis- segretarju parlamentari u lill-ministru responsabbli mill-awtorita` ta' l- ippjanar.", "Biżżejjed ngħid li f'\"il-mument\", il-Perit Robert Musumeci ħareġ bi ħrafa u qal li d-disinn jirbaħ fuq l-antikita` u l-istorja.", "Dan juri kif il-Partit Nazzjonalista jħares verament lejn il-wirt kulturali għax jemmen li d-disinn jirbaħ fuq l-antikita` u l-istorja.", "U għall-Partit Nazzjonalista, il-propaganda tirbaħ fuq kull ħaġa, basta jiggwadanja l- istess Partit Nazzjonalista.", "Fl-aħħarnett, Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja internal memo ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar datat 30 ta' Marzu 2001 rigward San Ġakbu dump f'Santa Luċija.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of explanation.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-kelliem preċedenti rrifera għal xi persuni li jiġu nnominati fuq ċerti bordijiet biex ikollhom paga aħjar u qal xi kliem ieħor f'dan is-sens.", "Min kien qed jisimgħu seta' ħaseb li kien qed jirriferi għal Dr Cannataci, u għalhekk irrid ninforma lill-Kamra li Dr Cannataci jservi fiċ-ċentru tar-restawr mingħajr ħlas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, forsi Dr Cannataci ma jieħu xejn minn hemmhekk imma minn x'imkien ieħor idaħħalhom żgur!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, kif nafu, l- oppożizzjoni m'hijiex qed taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Qed tgħid li ma taqbilx minħabba l-mod kif inhuma mfassla l- istrutturi ta' dan l-abbozz ta' liġi għax skond hi m'humiex trasparenti, qed jgħabbu lill-pajjiż b'piż finanzjarju u huma paraventu.", "Pero` min sema' dan id-dibattitu - u jien qgħadt attent ħafna għal dan id-dibattitu u segwejtu kemm minn din il-Kamra kif ukoll mill-uffiċċju tiegħi - baqa' ftit bil-kurżita` għax f'qalbu għamel dawn il-mistoqsijiet.", "L-oppożizzjoni xi trid?", "Ma' xiex taqbel?", "X'alternattiva qed tressaq għal dan l-abbozz ta' liġi?", "X'għażla oħra qed tipproponi lil din il-Kamra?", "Fiex temmen?", "Dwar dan ma smajna assolutament xejn u filwaqt li smajna ħafna dwar x'm'għoġobhomx, dwar x'iridu ma smajna assolutament xejn.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li dan l-abbozz ta' liġi tant huwa mbażwar mill- ġuf li l-ebda rtokkar u l-ebda serje ta' emendi ma jistgħu jsalvawh.", "L- oppożizzjoni trid abbozz ta' liġi mfassal mod ieħor.", "S'issa smajna ħafna kelliema ta' l- oppożizzjoni jitkellmu f'dan id-dibattitu.", "Ovvjament għad fadal oħrajn li se jitkellmu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, pero` jistgħu dawn is-sinjuri kollegi tagħna jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tal-kelliem prinċipali tagħhom u tal-kelliema l-oħra mill-frontbench ta' l-oppożizzjoni u jgħidulna eżattament x'iridu ħalli naraw hemmx xi punti ta' konverġenza?", "B'hekk almenu nkunu nistgħu nuru lill-poplu - kif xtaqt anke meta ddibattejna l- vandaliżmu ta' l-Imnajdra - li dwar il-kultura teżisti konverġenza u politika li nistgħu naqblu dwarha u li lkoll għandna rieda unanima li permezz tagħha nkunu nistgħu nħarsu b'mod aħjar lejn dak li Malta u Għawdex jippossjedu fil-qasam kulturali.", "Għalhekk jien nerġa' nistaqsi lill- oppożizzjoni xi trid, fiex temmen u x'qed tissuġġerixxi.", "Jien nitlobha biex tħalliniex bil-kurżita` imma tgħidilna dan ċar u tond għax jien nisma' xi ħaġa mingħand wieħed, nisma' xi ħaġa oħra mingħand l-ieħor ...", "Per eżempju, għadni kemm smajt lill-Onor.", "Mizzi li tkellem fuq kollox ħlief fuq dan l-abbozz ta' liġi, imma dwar xi trid in-naħa ta' l-oppożizzjoni għadna ma nafu assolutament xejn.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent tiegħi se nipprova ninduna x'hemm f'moħħ l- oppożizzjoni, pero` nista' nkun żbaljat, allavolja se niċċita minn dak li qalu l-membri ta' l-oppożizzjoni.", "Biss qabel ma nagħmel dan naħseb li huwa d-dmir tiegħi li nifraħ mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea talli rnexxielu jasal ħafna iktar 'il bogħod milli rnexxieli nasal jien meta kont responsabbli mill-kultura, qasam ewlieni li jissarraf f'ħafna aspetti ta' l- identita` nazzjonali ta' pajjiżna.", "Kif qalet anke l-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa - allavolja l-Onor.", "Mizzi ma kkwotax dan id-diskors - dan l-abbozz ta' liġi huwa avvanz kbir kemm f'dik li hi tmexxija, kemm f'dak li hu ħarsien, kemm f'dik li hi konservazzjoni kif ukoll f'dik li hi organizzazzjoni tal-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Biex inkun qed ngħid kollox, Din l-Art Ħelwa qalet ukoll li dan l-abbozz ta' liġi huwa burokratiku żżejjed u għamlet kritika oħra ta' dan it-tip imma qalet ukoll li dan l-abbozz ta' liġi huwa avvanz kbir, u ma nafx kif l-Onor.", "Mizzi ma kkwotax lil Din l-Art Ħelwa meta qalet dan il-kliem ukoll, forsi bi żvista jew għax nesa!", "Minħabba li Malta u Għawdex għandhom ħafna wirt kulturali u ħafna mill-wirt kulturali li għandhom huwa world heritage, aħna m'għandniex inżommu l-kustodja tiegħu għall-poplu Malti u Għawdxi biss imma għall- umanita` kollha.", "M'inix qed infaħħar lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea għax dan semma x'għamilt u x'm'għamiltx meta kont responsabbli minn dan il-qasam jien imma qed infaħħru għax dan m'għamilx bħal ta' qablu, jiġifieri sab abbozz ta' liġi lest u waqaf hemm.", "Fil-fatt l-Onor.", "Galea sab abbozz ta' liġi lest, ra x'għamlu ta' qablu u bena fuq ix-xogħol li għamel kulmin kien qablu.", "Jien infakkar lill-Kamra li fit-3 ta' Settembru, 1996 kien tressaq abbozz ta' liġi ieħor, liema abbozz kien tfassal fi żmieni wara sentejn ta' stħarriġ u ta' studju intensiv li matulhom ipprovajna naslu għal kunsens u għal soluzzjoni prattika ħafna.", "Għaliex?", "Għax aħna riedna nbiddlu s- sistemi, riedna nbiddlu l-mentalita` tan-nies li jmexxu l-mużewijiet ta' Malta u Għawdex u riedna wkoll inbiddlu l-prattiċi mimlija għanqbut li sfortunatament għadhom jirrenjaw sal-lum fid-dipartiment tal-mużewijiet.", "Dan id-dipartiment huwa mimli nies bravi, anzi ħafna minnhom huma bravissimi, kemm f'dak li hu għerf, kemm f'dak li hu studju kif ukoll f'dik li hi riċerka, pero` dawn in-nies huma kollha neqsin minn kull sengħa jew minn kull prattika ta' management, ta' soluzzjonijiet prattiċi jew inkella ta' għarfien li l-mużewijiet huma xi ħaġa ħajja u huma ta' kulħadd, jiġifieri m'humiex qegħdin hemm għall-professuri u għal min jifhem biss.", "Ta' min jgħid ukoll li l-mużew m'huwiex biss mezz ta' tagħlim imma huwa anke mezz ta' qligħ ta' flus, liema flus jistgħu jiġu investiti fit-titjib u fl-immodernizzar ta' l-istess mużewijiet.", "Sfortunatament is-sitwazzjoni kif inhi llum ma tippermettix li dak li jaqla' l-mużew iżommu l-mużew.", "Ara fi żmieni, jiġifieri meta kont responsabbli għall-kultura jien u allura l- mużewijiet kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi, kont sibt mezz kif dawk il-flus li jaqilgħu l-mużewijiet - mhux mill-fees tad-dħul imma minn attivitajiet oħra - nutilizzahom għat-titjib ta' l-istess mużewijiet.", "Per eżempju, ġieli konna nħajru lill-operaturi fil-qasam tat-turiżmu - u forsi dan kien jirnexxieli nagħmlu għax kelli relazzjoni tajba ma' l-operaturi tat-turiżmu - jużaw il-mużewijiet għall-attivitajiet tagħhom, u ta' dan qatt ma kont nitlobhom flus għax kont naf li jekk nagħmel hekk, il-flus kienu se jmorru dritt għall-erarju.", "Allura jien kont nistaqsi lill-kuratur x'għandu bżonn u jekk, għall-grazzja ta' l-argument, dak li jkollu bżonn ikun jiswa Lm1,000, kont nitlob lill-operaturi biex jixtrulna dan l-oġġett minflok ma jħallsuna bil-flus.", "Per eżempju, il-computers tal-mużew marittimu b'dan il-mod inxtraw u fil-fatt qabel ma introduċejt din is- sistema jien lanqas kien hemm computer wieħed f'dan il-mużew, imma kienet saret konferenza hemmhekk u minflok ma ħallsuna bil-flus talli krew il- post, tawna l-computers, skond kif ried il-kuratur.", "Niftakar ukoll li meta Lord Thompson of Leeds għamel reception fil-mużew tal-fine arts u dan staqsiena kemm għandu jagħtina, aħna billi konna nafu li f'Għar Dalam kien hemm bżonn li ssir display board ta' l-istrata kollha u ta' l-għadam ta' l-annimali kollha li jinstabu minn żmien għal żmien, tlabniehom iħallsulna din id-display board, li kienet tiswa xi Lm800.", "Huwa b'dan il-mod li rnexxielna nattrezzaw lill-mużewijiet tagħna aħna.", "Fi żmieni kienu jiġu organizzati wkoll numru ta' exhibitions f'Londra u f'Firenze biex nuru l-kultura li għandna aħna bħala pajjiż, u bi pjaċir ngħid li din hija xi ħaġa li qed tkompli ssir ukoll.", "Fil-fatt ix-xahar id- dieħel jien se nkun preżenti għal waħda minn dawn l-exhibitions li din id- darba se ssir ġewwa Brussels.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi ta' l-1996 introduċa għadd ta' prinċipji u sistemi innovattivi li sabu posthom ukoll f'dan l-abbozz ta' liġi li qed inressqu llum.", "Biżżejjed ngħid li l-abbozz ta' liġi ta' l-1996 kien fetaħ it-triq għad-demokratizzazzjoni tal-mużewijiet u tal-wirt kulturali, kien daħħal il-kunċett ta' guardianship - u dan il-konċett iddaħħal anke f'dan l- abbozz ta' liġi - kien fittex is-sħubija tas-settur privat u kien saħansitra introduċa l-ewwel żerriegħa tal-konċett ta' sovrintendenza, liema konċett ġie żviluppat tajjeb ħafna fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dan l-abbozz ta' liġi kien waqqaf ukoll organizzazzjoni, li issa qed insejħulha aġenzija, u fuq kollox kien irnexxielu jilliberalizza u ma jħallix l-id tqila ta' l-amministrazzjoni governattiva żżomm lura u tmexxi b'pass ta' nemla jew inkella b'pass ta' granċ f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-mużewijiet.", "Is-suċċessur tiegħi, l-Onor.", "Bartolo, kien sab dan l-abbozz ta' liġi lest, pero` minkejja dan kollu, meta kont nistaqsih x'se jsir minn dan l-abbozz ta' liġi, huwa kien dejjem iweġibni li qed jistudjah.", "Jien kont għamiltlu domandi parlamentari fuq dan l-abbozz ta' liġi, imma sfortunatament dak l-abbozz ta' liġi baqa' hemmhekk mingħajr ħadd ma segwih.", "Fil-fatt sal-lum dan l-abbozz ta' liġi sfar, tgħidx kemm inġema' trab fuqu u kellha tkun il-bidla fil-gvern biex bis-saħħa ta' l- Onor. Louis Galea, komplejna nibnu fuqu.", "Illum sirna nafu li l-istudju li kienu jgħidu li qed jagħmlu l-membri ta' l- oppożizzjoni fuq dak l-abbozz ta' liġi, dan kien jikkonsisti biss f'li jaraw kif jistgħu jittrattjenu l-affarijiet dejjem iktar, u jien naħseb li dan kienu jagħmluh biex jipprovaw inessu lil ċerti non-governmental organisations, bħal Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni Wirt Artna, li l-gvern Nazzjonalista kien ħejja abbozz ta' liġi biex il-qasam kulturali jiġi protett u aġġornat skond il-ħteġijiet tas-seklu 21.", "Bħal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum, l-abbozz ta' liġi li kien ħejja l-gvern Nazzjonalista kien isieħeb lin-non-governmental organisations fil-ħarsien tal-wirt kulturali u fl-organizzazzjoni tal-mużewijiet.", "Pero` kellu jkun id-diskors ta' l-Onor.", "Herrera li lluminana dwar ir-raġuni vera li għaliha l-gvern Laburista ma kienx kompla jibni fuq dak li sab lest u li dan il- partit, illum fl-oppożizzjoni, se jivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "L- Onor. Membru qalilna li l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax huwa liberali wisq.", "Ara mbagħad l-Onor.", "Mizzi mhux hekk qal imma qalilna li l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi għax bih kulma jaqa' taħt dan il-qasam se jkun jiddependi mill-ministru, allavolja mhux dan hu l-każ.", "Imma l-Onor.", "Herrera, għax qara dan l-abbozz ta' liġi tajjeb, jaf li huwa liberali u huwa qal ukoll li hu kontra devoluzzjoni.", "L- Onor. Herrera ma qabel xejn ma' dan l-abbozz ta' liġi għax skond hu, il- ministru m'huwiex se jibqa' l-bniedem responsabbli, anzi addirittura qiegħed jabdika r-responsabbilta` tiegħu.", "L-Onor.", "Membru qal ħafna iktar minn hekk fid-diskors tiegħu.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra l-Onor.", "Herrera qalilna li l-Partit Laburista, dak li sa ftit snin ilu kien isejjaħ lilu nnifsu \"ġdid\", għandu ħafna ideat konservattivi, u l-Onor.", "Herrera u ħafna minn sħabu għadhom isostnu t-teżi żbaljata li għax il-Kostituzzjoni tgħabbi lill-ministru b'ċerta responsabbilta`, il-fatt li twaqqaf aġenzija jew inkella awtorita`, kif qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi, huwa ksur tal-Kostituzzjoni.", "Għaliex?", "Għax skond l-Onor.", "Herrera kollox għandu jibqa' f'idejn il- ministru, kollox għandu jibqa' katina waħda li tibda mill-ministru u tispiċċa għand il-ministru.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li l-Onor.", "Herrera huwa żbaljat, pero` fl-istess ħin għandu raġun jiddeskrivi lill-partit tiegħu bil-mod kif iddeskrivieh għax ċertament il-Partit Laburista f'dan il- qasam huwa partit konservattiv, mhux għax qed iżomm il-prinċipji imma għax qed jippreferi jibqa' jgħix fi żmien ta' l-għerien.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax li inti tkun taf f'liema sitwazzjoni meskina jinsabu l-mużewijiet illum u ma tagħti l-ebda alternattiva biex din is-sitwazzjoni tinbidel, allura tassew trid tkun għadek qed tgħix fi żmien l-għerien.", "Kif qalilna l- Onor. Herrera, il-partit Laburista huwa kontra d-devoluzzjoni tal-poter u kontra d-deċentralizzazzjoni.", "Fil-fatt ilkoll niftakru li għall-ewwel il-Partit Laburista kien kontra l- kunsilli lokali u meta kien fil-gvern ma tantx għenhom wisq, anzi għafashom kemm felaħ.", "Il-Partit Laburista ma jemminx fil-prinċipju tas- sussidjarjeta` lanqas u jrid ikun hu biss l-għajn tal-poter u ċ-ċentru ta' kollox u dak li jsir irid isir mill-ministru, għandu jagħmlu l-ministru u għandu jordnah il-ministru.", "Għall-kuntrarju, għall-grazzja t'Alla aħna nemmnu li dawn huma prattiċi antikwati.", "Aħna nemmnu li m'għandniex il- monopolju ta' l-għerf u li għalhekk għandna nissieħbu ma' min huwa espert, ma' min għandu rieda tajba u ma' min għandu ċerti kapaċitajiet.", "Kif għedt kemm-il darba f'dan il-parlament - u ma niddejjaqx nerġa' ngħidha - huwa żball kbir li f'pajjiż żgħir bħal tagħna fejn hawn tant ftit nies, niskartaw l-għerf u l-kapaċitajiet li għandhom ċerti nies minħabba raġunijiet ta' politika.", "Jien dan qatt m'għamiltu, u fil-fatt xi drabi ġejt ikkritikat għax m'għamiltux.", "Meta ninnomina lill-membri fuq xi bord, jien ninnomina lil dawn il-membri skond il-kapaċitajiet u skond l- esperjenza li għandhom u ma noqgħodx inħares lejn affarijiet oħra.", "Jien, li nemmen fil-liberalizzazzjoni u fil-kompetizzjoni, nemmen ukoll fis-sehem tas-settur privat, iżda fuq kollox u qabel kollox nemmen fil-kapaċita` tal- bniedem mingħajr distinzjoni.", "Madanakollu mid-diskors li għamel l-Onor.", "Herrera l-ġimgħa li għaddiet jidher li l-Partit Laburista jrid iżomm ir- riedni f'idejh b'setgħa u ma jippermetti li jiċċaqlaq xejn jekk l-ordni ma jiġix minn fuq.", "Fil-fatt jien ngħid li din hija l-vera raġuni li l-partit konservattiv Laburista m'huwiex qed jaqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi u li se jivvota kontrieh.", "Ngħid għalija, jekk nasal biex nara xi difett f'dan l-abbozz ta' liġi, forsi nara li dan l-abbozz ta' liġi la qed jagħti devoluzzjoni biżżejjed u lanqas huwa liberali biżżejjed.", "Jien ngħid ukoll li forsi stajna nifirxu s- setgħa u s-sussidjarjeta` ftit iktar, pero` lil sieħbi ma nlumux li m'azzardax jagħmel dan il-pass kbir u li qiegħed jagħmel il-pass safejn ilaħħaq.", "Dan huwa l-ewwel pass serju li qed isir favur il-wirt kulturali u l-mużewijiet, u forsi ma jridx li l-pass ikun kbir iżżejjed.", "Iżda sfortunatament l-oppożizzjoni trid l-istatus quo.", "Il-gvern preżenti mhux biss ippreżenta dan l-abbozz ta' liġi imma ppreżenta wkoll strateġija u pjan għall-wirt kulturali, imma donnu xejn m'hu qed jogħġob lill- oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni trid tmexxi l-mużewijiet bħalma kienu jmexxuhom fi żmien l-għanqbut u fi żmien id-dinosawri.", "Imbagħad tismagħha tilmenta, kif għamlet illum, fuq in-nuqqasijiet li hemm fil-mużewijiet, fosthom li dawn ma jingħatawx finanzjament.", "Għandu jkun l-oppożizzjoni nsiet li matul dawk it-22 xahar li kienet fil-gvern naqqset il-budget kapitali tal-mużewijiet bin-nofs, u minkejja li naqqset il-budget kapitali bin-nofs lanqas kienet kapaċi tonfoqhom kollha.", "Għandu jkun l-oppożizzjoni nsiet ukoll li filwaqt li meta telgħet fil-gvern fl-1996 sabet għadd ta' proġetti mexjin, hija ma rnexxielha tlesti xejn ħlief sular wieħed tal- mużew ta' l-arkeoloġija.", "Mr Speaker, il-futur tal-mużewijiet huwa fis-sħubija mas-settur privat, u din is-sħubija m'għandhiex tikkonsisti f'li wieħed jitlob il-karita` lill- ieħor.", "Jien naf - u nixtieq li hawnhekk il-membri ta' din il-Kamra jisimgħu x'se ngħid b'attenzjoni - li f'pajjiżna hawn Maltin li huma lesti li jinvestu anke Lm1 miljun fi proġett li jsaħħaħ il-wirt kulturali ta' pajjiżna, pero` hawn xi ħadd li jaħseb li ġej xi investitur jew li se jitfaċċa xi Malti bħalna biex jinvesti f'dan il-qasam jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma?", "L-investiment jersaq jekk l-investitur jara skop ta' qligħ, u l-istat għandu jissieħeb ma' l-investitur mhux biex jagħmel qligħ, allavolja dak m'huwiex dnub, imma biex jiġu ffrankati flus pubbliċi u biex il-proġetti li jagħmlu l-istat u l-investitur flimkien itejbu u jsaħħu l- wirt kulturali.", "Naturalment huwa tajjeb ukoll li tingħata opportunita` ta' qligħ lill-investitur, imbasta l-istat iżomm il-proprjeta` kif ukoll l- aħħar kelma dwar dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-wirt kulturali.", "Meta kont il-ministru responsabbli mill-kultura, jien kont għaddejt mill-frustrazzjonijiet kollha li jeżistu taħt il-kappa tax-xemx, u naf li hemm mod u mezz kif, per eżempju, it-turiżmu jista' jkun ta' ġid kbir għal dan il-qasam tal-wirt kulturali.", "Fil-fatt it-turiżmu huwa marbut mill-qrib ħafna mal-wirt kulturali, u bla ebda dubju jekk it-turiżmu jkun managed ma' mużewijiet managed tajjeb, dawn joffru lifeline u mezz ta' finanzjament lill-mużewijiet.", "It's about time li meta nkunu qed nagħmlu investiment li jqum il-flus fil-mużewijiet u fis- siti storiċi, ma nibqgħux lura milli nirrivedu l-fees tad-dħul u mhux nagħmlu kif għamilna fl-Ipoġew fejn ħallejna l-fee miżera ta' Lm1.", "Biss biss meta tħalli l-prezzijiet baxxi għad-dħul fil-mużewijiet, tkun qed twassal il-messaġġ li l-affarijiet li jkun hemm f'dak il-mużew jew f'dak il- post storiku ma jkunux jiswew iktar minn daqshekk, u allura tkun qed tnaqqas il-valur tal-post innifsu.", "Jien m'iniex qed ngħid li t-tibdil fil- prezzijiet għandu jsir overnight, anzi għandu jingħata ż-żmien, anke għaliex ħafna min-nies li jmorru jkunu turisti u allura ħafna drabi t-tour operators ikunu jridu jagħmlu l-costings minn sena u nofs qabel, pero` meta jsir investiment, dak l-investiment ikun irid jiġġenera l-flus biex imbagħad dawk l-istess flus jerġgħu jmorru f'investiment ieħor.", "Fi żmieni kienu saru ħafna proġetti u niftakar li minħabba li l-mużewijiet ma tantx kienu kapaċi f'dan il-qasam, jien kont qabbadt lill-MSU jippreparaw proġett, jagħmlu l-workings kollha u l-parti teknika kienet titħalla - kif suppost għandha titħalla - f'idejn il-kuraturi tal-mużew.", "Waħda mill-affarijiet li qalet l-Onor.", "Rita Law f'dan id-dibattitu hija li fil-mużew ta' Għar Dalam hemm ħadida mgħawġa.", "Jien niftakar li meta kont ministru kont żort dan il-mużew fejn hemmhekk iltqajt ma' Dr Zammit Maempel, bniedem dedikat ħafna, u kien laqatni l-fatt li l-bieb ta' Għar Dalam ma kienx fin-nofs.", "Min-naħa tiegħi, jien rajtha stramba ħafna din il- biċċa li bieb ta' mużew ma jkunx fin-nofs u għalhekk staqsejt lill-kuratur Dr Zammit Maempel dwar dan, u dan spjegali li l-bieb m'huwiex qiegħed fin- nofs għax fl-1927 ġie mibni biss nofs mużew minħabba li beżgħu li t-toqol tal-bini seta' jisfronda Għar Dalam.", "Meta smajt dan jien niftakar li mort lura l-ministeru, ċempilt lill-Perit Michael Falzon u għedtlu b'dak li kont smajt, u dan qalli li llum jeżistu ħafna sistemi kif tibni u li għalhekk tista' tibni fuq kollox mingħajr l-ebda periklu.", "Għalhekk aħna ħriġna t- tenders, qabbadna lill-MSU jagħmlu dan il-proġett u sakemm spiċċajt minn ministru, it-tieni parti tal-binja li kellha ssir 70 sena qabel saret u fl- aħħar il-mużew t'Għar Dalam minflok nofs mużew ġie mużew sħiħ.", "Pero` l- proċeduri tal-mużewijiet tant idumu li huwa biss ftit tax-xhur ilu li saru l-latrini f'dan il-mużew.", "Jien m'iniex qed inlum lill-impjegati li hemm fil-mużewijiet għal dan id-dewmien, anzi kif għedt diġa', dawn huma nies bravi ħafna, imma possibbli li s-sinjuri kollegi tagħna ta' l-oppożizzjoni hekk iridu; li nibqgħu f'din is-sitwazzjoni?", "Kważi tista' tgħid li kull kelliem ta' l-oppożizzjoni tkellem dwar iċ- ċentru tar-restawr, imma sfortunatament dan iċ-ċentru ġie ppersonalizzat f'isem Dr Cannataci, liema individwu ma kellix il-pjaċir li nkun nafu waqt li kont ministru responsabbli mill-kultura.", "Fil-fatt il-proġett li sar fuq dan iċ-ċentru nbeda fl-1995.", "Matul dik is-sena aħna konna tlabna Lm900,000 mill-protokoll Taljan għal dan l-proġett, u din l-għotja ġiet approvata fl- aħħar ta' l-1996, jiġifieri fi żmien gvern Laburista.", "Jien niftakar li bl- għajnuna tal-ministru għall-affarijiet barranin - li dak iż-żmien kien il- President Guido de Marco - bdejna niksbu diversi scholarships u b'hekk bdejna nibgħatu liż-żgħażagħ tagħna jistudjaw barra biex jippreparaw għal meta ċ-ċentru tar-restawr jibda jaħdem, pero` matul it-22 xahar li dam fil- gvern il-Partit Laburista ma ġara assolutament xejn f'dan il-qasam u li kieku ma nbidilx il-gvern konna nitilfu dawk il-flus kollha li konna ngħatajna kif ukoll l-opportunita` li f'pajjiżna jkollna ċentru tar- restawr.", "Issa llum qed nisimgħu l-kritika fuq persuna waħda li hemm f'dan iċ-ċentru, u dan minkejja li kulħadd jaf li jekk hemm xi ħadd li għandu jagħmel il-kritika, din għandna nagħmluha aħna għall-fatt li matul it-22 xahar li għamel fil-gvern il-Partit Laburista mhux talli ma sar xejn f'dan il-qasam imma talli konna qed nirriskjaw li nitilfu dawk id-Lm900,000 li ngħatajna mill-protokoll Taljan.", "Mr Speaker, smajt lill-Onor.", "Noel Farrugia jitkellem fuq il-patrimonju rurali b'ċerta attenzjoni u tajtu raġun meta dan qal li meta nitkellmu fuq il-patrimonju tagħna m'għandniex inħarsu biss lejn Ħaġar Qim, lejn Għar Dalam, lejn ir-Roman Villa u lejn is-swar imma għandna nħarsu wkoll lejn il- kampanja.", "Pero` għal darb'oħra fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Farrugia reġa' nsista fuq kemm huwa importanti li f'pajjiżna ndaħħlu l-agrituriżmu u kif għedt kemm-il darba, aħna ma jistax ikollna l-agri-turiżmu hawn Malta.", "Għaliex?", "Għax l-agri-turiżmu jikkonsisti f'li t-turisti li jiġu Malta minħabba l-agrikoltura jgħixu fl-irziezet, u kif nafu f'pajjiżna lanqas il- bdiewa u r-raħħala tagħna ma jgħixu fl-irziezet, jew biex inkun eżatt huma ftit ħafna dawk il-bdiewa u r-raħħala li jgħixu fl-irziezet, aħseb u ara kemm se jgħixu fl-irziezet it-turisti!", "Issa jekk għall-Onor.", "Farrugia l- agrituriżmu jikkonsisti f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kampanja, mal- pajsaġġ, man-natura, ma' l-industrija tal-fjuri u ma' l-industrija ta' l- inbid, dak huwa argument ieħor u f'dak il-każ iva, Malta tista' toffri agri- turiżmu, pero` teknikament pajjiżna ma jistax joffri dan it-tip ta' turiżmu.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li l-awtorita` dwar it-turiżmu qed taħdem ma' għadd ta' kunsilli lokali biex issebbaħ il-pajsaġġ Malti u Għawdxi.", "Biżżejjed insemmi, per eżempju, li din l-awtorita` qed taħdem fi proġett ta' restawr tal-ġonna tal-Buskett u qed taħdem ukoll fuq ir-restawr tal-mużew tar-Roman Villa.", "Fil-fatt l-awtorita` dwar it-turiżmu tixtieq taħdem anke fuq proġetti oħra mad-dipartiment tal-mużewijiet, iżda sakemm il-mużewijiet ma jkunux attrezzati bi staff li jkollu ħiliet maniġerjali jew almenu sakemm dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi minn dan il-parlament u jibda jitħaddem, l-awtorita` bilfors ikollha żżomm lura għax s'issa l- mużewijiet ma jistgħux ikampaw b'iktar minn proġett wieħed.", "Mr Speaker, forsi taħseb li jien kont iebes ma' l-istaff tal-mużewijiet imma fil-fatt jien naħseb li qed ngħid il-verita`.", "Nerġa' nirripeti li l- impjegati li hemm jaħdmu fil-mużewijiet huma kollha nies bravi u kapaċi fil- professjoni tagħhom, u jien ma nistax nippretendi iktar minnhom għax ejjew ngħiduha kif inhi, kif nista' nippretendi minn min lanqas biss għandu training maniġerjali jew training ta' project management li jirnexxielu jlesti proġett jew pjan?", "Jien kont sibt is-sotto refugio fl-MSU sakemm finalment ressaqt l-abbozz ta' liġi ta' l-1996.", "Naturalment m'huwiex tajjeb li ssib dak it-tip ta' sotto refugio, pero` ma kellix alternattiva oħra sakemm ma kienx għadu tressaq quddiem dan il-parlament dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, liema abbozz ta' liġi qed isib is- soluzzjoni.", "L-oppożizzjoni għamlet kritika ħarxa - għalkemm nofs din il-kritika ma kenitx fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna - fuq il-fatt li l- affarijiet m'humiex sejrin tajjeb f'dan il-qasam.", "Jien naf li l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb f'dan il-qasam, u dan għedtu minn hawn stess kemm meta kont il-ministru responsabbli mill-kultura kif ukoll meta kont qiegħed fl-oppożizzjoni, imma issa li qed nipproponu s-soluzzjonijiet, għaliex l- oppożizzjoni se tivvota kontra?", "Sfortunatament donnha l-oppożizzjoni trid l-istatus quo, pero` m'hijiex qed tgħidilna eżattament xi trid.", "Huwa l- Onor. Herrera li mar oltre meta qalilna li dak li hemm bżonn huwa gvern li jagħmel bulldozing u jgħaddi minn fuq kulħadd mingħajr rispett ta' xejn u ta' ħadd.", "Almenu jien fhimt li dan kien l-argument ta' l-Onor.", "Herrera, u hekk ktibt fl-artiklu li ġie ppubblikat il-bieraħ għax fil-fatt huwa hekk qal u hekk ġie rrapportat li qal fil-gazzetti.", "Imma jien nistaqsi: Dan huwa l-mod kif għandna nimxu f'dan il-parlament; li ninsew ir-regoli u ninsew kollox?", "Nispera li bil-mod il-mod m'aħniex mexjin back to the bad old days ta' l-Old Labour.", "Is-16-il sena li l-Partit Laburista tal-Perit Mintoff u ta' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici għamel fil-gvern jien għexthom fl-oppożizzjoni u dawn ma kenux ċajta.", "Allaħares dan il-pajjiż jerġa' jmur lura għal dawk iż-żmenijiet.", "Wieħed irid joqgħod attent meta jgħid ċerti affarijiet f'dan il-parlament u jikteb artikli fuq il-vjolenza li kienet teżisti f'dawk iż-żmenijiet, kif qrajna riċentement, u nisperaw li l-Partit Laburista ma jridx jerġa' jmur lura għal dawk iż-żmenijiet.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li jekk għandi nressaq xi kritika għal dan l- abbozz ta' liġi, din hija li forsi nistgħu nkunu iktar liberali.", "Per eżempju, jien qrajt l-ittra li kiteb il-president ta' Din l-Art Ħelwa, il- ħabib tiegħi Martin Scicluna, u l-istess domanda li għamilt lill- oppożizzjoni jien se nagħmilha lilu.", "Din l-Art Ħelwa għamlet serje ta' domandi, imma jekk stess tieħu tweġiba għal din is-serje ta' domandi, b'daqshekk x'se tieħu?", "Kieku kont membru ta' Din l-Art Ħelwa jien kont inressaq proposti fejn irrid nibdel u mhux nistaqsi serje ta' domandi għax inti trid tikkritika, issaħħaħ il-kritika tiegħek, tagħti r-raġunijiet għall-kritika tiegħek, toffri l-alternattivi u l-proposti tiegħek u mhux tistaqsi d-domandi.", "Min-naħa tiegħu, kif għedt diġa', l-Onor.", "Mizzi ikkwota lil Din l-Art Ħelwa biss fejn ftakar, jiġifieri meta din il- fondazzjoni qalet li dan l-abbozz ta' liġi huwa bureaucratic u top-heavy, u għandu jkun nesa li din il-fondazzjoni ammettiet li permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qed nagħmlu pass 'il quddiem.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar il-wirt kulturali li qiegħed f'idejn il- Knisja Kattolika, Sur President.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jittratta lill-Knisja bl-ikbar rispett, pero` jien nixtieq li f'dan il-qasam, min-naħa tagħha anke l-Knisja tittratta lill-poplu Malti u Għawdxi bl-ikbar rispett.", "M'iniex qed ngħid li l-Knisja qed tiddispetta b'xi mod lill-poplu, imma naħseb li hemm bżonn li turih xi ftit iktar rispett, u se nispjega kif.", "Il-wirt kulturali tal-Knisja ma ġiex min-negozju li għamlet imma tista' tgħid li ġie kollu mill-ġbir u mill- għotjiet tal-fidili, jiġifieri dan inġabar mill-poplu.", "Jien nemmen li dan il-wirt kulturali għandu jibqa' tal-Knisja, imma fl-istess ħin jidhirli li l-Knisja għandha tpoġġi dan il-wirt għas-servizz tal-komunita` wkoll billi, per eżempju, jiġi misluf għall-wirjiet u jiġi esebit fl-istess knejjes u kappelli.", "Jien naf kemm jintnefqu flus fir-restawr tal-pitturi li jinsabu ġol-knejjes, u hawn ta' min jgħid li meta kont il-ministru responsabbli mill-kultura, wara ħafna tbatija rnexxieli nagħmel il-kondizzjoni - u din kienet l-unika kondizzjoni li għamilt - li jekk ikun hemm bżonn li dawk il- pitturi u x-xogħlijiet artistiċi li jkunu ġew irrestawrati mill-Istat jiġu esebiti f'xi wirja, min-naħa tagħha l-Knisja tippermetti dan u mhux dan il- wirt jibqa' ma joħroġ qatt għall-pubbliku.", "Niftakar li fi żmieni, wara li għaddejt minn martirju ikbar minn dak li għadda San Ġwann, kont irranġajt biex il-kapolavur tal-Caravaggio, li kien qed jitmermer, jintbagħat Firenze, u fil-fatt dan ġie rrestawrat mingħajr l-infiq ta' ebda sold.", "Il-Knisja għandha ħafna patrimonju u biex iżżomm kollox fi stat tajjeb jeħtieġ restawr kontinwu, pero` l-knisja m'għandhiex biżżejjed flus biex tagħmel dan, iktar u iktar meta nqisu li biex isir dan ix-xogħol jeħtieġu flus kbar.", "Pero` min-naħa l-oħra, il-Knisja m'għandhiex tistenna li kollox isir mill-Istat imma għandha tkun proattiva u tiġġenera l-flus tagħha mill- wirjiet u minn attivitajiet in konnessjoni mal-wirt kulturali li tippossjedi.", "Jien m'iniex qed nippretendi li issa l-Knisja tibda titlob xi fee għad-dħul fil-knejjes, għax wara kollox il-knejjes huma postijiet tat- talb u tempji t'Alla u għalhekk m'għandhomx jiġu kkummerċjalizzati, pero` hemm diversi mezzi oħra kif il-Knisja tista' tiġġenera l-fondi.", "Klawsola 12 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed torbot lill- ministru li jħejji strateġija nazzjonali dwar il-patrimonju kulturali.", "Fil- fatt il-Ministru Galea diġa' lesta dan id-dokument u, jekk m'iniex sejjer żball, qiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ftit wara l-Għid.", "Ġaladarba qed insemmi dan id-dokument, nixtieq li l-ministru jikkonsidra s-suġġeriment tiegħi li meta l-ministru responsabbli mill-kultura jabbozza din l- istrateġija, din tiġi dibattuta fil-Kamra biex anke l-Kamra jkollha l- opportunita` li taqsam l-opinjonijiet u l-fehmiet tagħha dwar kif hi tara li għandha tkun l-aħjar strateġija għall-kultura.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li l-obbligu tal-ministru hu li jippreżenta strateġija kull ħames snin u għalhekk m'għandniex nikkonfondu dan l-obbligu mad-dibattitu l-ieħor li għandu jsir minn din il-Kamra kull sena dwar l-estimi ta' l-entijiet imwaqqfa minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien nixtieq li l-kollega tiegħi jistudja ftit dan is-suġġeriment għax naħseb li huwa ta' ġid li l-Kamra tad- Deputati tiddiskuti strateġija dwar il-patrimonju tal-pajjiż.", "Jien bniedem ottimist u forsi sakemm naslu għat-tmiem ta' dan id-dibattitu, il-kelliema tan-naħa l-oħra joffru xi alternattivi għall-proposti tal-gvern.", "B'hekk l- ewwelnett naraw x'inhi l-politika tagħhom f'dan ir-rigward u t-tieni nett naraw jekk ikunx hemm xi punti ta' konverġenza.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nerġa' nifraħ lil sieħbi l- Ministru Louis Galea u nawgura li b'dan l-abbozz ta' liġi l-ħarsien tal- wirt kulturali jieħu l-ispinta li għandu bżonn, l-ispinta mistħoqqa u l- ispinta li timmerita lill-patrimonju kulturali kbir li għandu dan il-pajjiż u li bih aħna għandna nkunu kburin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum qed jieħu post l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Antikitajiet.", "Ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi se joħloq mekkaniżmu ġdid u xogħlu se jikkonsisti fl-amministrazzjoni, fil-konservazzjoni u fis-sovrintendenza tal-patrimonju kulturali Malti.", "B'dan l-abbozz ta' liġi qed nerġgħu naraw lil dan il-gvern jagħmel dak li dara jagħmel, jiġifieri jitfa' r- responsabbiltajiet fdati lilu fuq entitajiet ġodda biex b'hekk ikun jista' jabdika minn ċerti responsabbiltajiet.", "Fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi qed jinħoloq korp ġdid li se jkollu l-poteri li jagħmel kuntratti, jikseb, iżomm u jiddisponi minn kull xorta ta' proprjeta`, u bil-ħolqien ta' dan il- korp il-ġdid qed neħilsu lid-dipartiment tal-kultura mill-ħidma u mir- responsabbilta` li s'issa dejjem kellu.", "Huwa importanti ħafna li niggarantixxu li l-patrimonju kulturali ta' pajjiżna jibqa' jitgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, u għalhekk naħseb li lkoll naqblu li għandu jkun hemm l-għodda neċessarja biex dan il-wirt imħolli lilna mill-antenati tagħna nħarsuh, nindokrawh u nippreżervawh mill-aħjar li nistgħu għal dawk li jiġu warajna.", "Dan li qed ngħid għandu jissaħħaħ iktar fid-dawl ta' dak li ġara riċentement fuq it- tempji storiċi ta' l-Imnajdra.", "L-attakk barbaru li sar fuq dawn it-tempji megalitiċi żgur li kompla qajjimna mir-raqda u fakkarna fl-impenn tagħna li nħarsu dan il-wirt tant antik ta' pajjiżna.", "Sur President, fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz ta' liġi, fejn hemm it- tifsira tal-kliem hemm miktub li l-frażi \"patrimonju kulturali\" tfisser:", "\"... oġġetti mobbli jew immobbli ta' importanza artistika, arkitettonika, storika, arkeoloġika, paleontoloġika u reliġjuża u tinkludi wkoll proprjeta` kulturali u informazzjoni jew data relattivi għall-patrimonju kulturali;\".", "Minn din it-tifsira qed naraw li f'dan il-pajjiż għandna lista vasta u rikka li taqa' taħt din il-kategorija.", "Ta' min jgħid li l-aġenzija li se titwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se jkollha l-poter li tikkontrolla l-wirt kulturali li jeżisti fil-knejjes tagħna, li ħafna minnu hu proprjeta` tal-knisja u mhux ta' l-Istat.", "Kif nafu, il-knejjes tagħna huma mogħnija b'patrimonju kulturali mill-iktar rikk u naħseb li jekk nagħtu ħarsa ħafifa lejn dak li jeżisti fil-knejjes ta' pajjiżna żgur li nirrealizzaw li nikkompetu sew ma' bliet li fid-dinja huma magħrufa għar-rikkezzi kulturali li għandhom.", "Huwa biżżejjed li wieħed isemmi l-konkattidral ta' San Ġwann li hemm ġewwa l-Belt, li dejjem ġie rikonoxxut li għandu importanza kbira fil-qasam kulturali ta' pajjiżna.", "Nista' nsemmi wkoll il-knisja parrokkjali tal-Birgu, li sentejn ilu għalqet 900 sena mit-twaqqif tagħha.", "Il-wirt kbir li jeżisti f'din il- knisja ilu jiġi rikonoxxut, u xiehda ta' dan huwa l-ammont kbir ta' turisti li jżuru lil din il-knisja kuljum.", "Fil-fatt ta' min jgħid li minbarra l-importanza arkitettonika u storika li għandha l-knisja tal-Birgu, li hi ddedikata lil San Lawrenz, wieħed jista' jsib ukoll oġġetti li huma marbuta mal-kavallieri, b'mod partikolari mal- Granmastru La Vallette.", "Ftit tas-snin ilu l-ministeru tat-turiżmu kien qed jippjana li ssir wirja fid-Dar tal-Mediterran ta' l-istatwi sagri.", "Dakinhar kien hemm interess kbir fost id-dilettanti tal-knejjes dwar dan, pero` niftakar li kien inqala' ntopp li kien ħassar din il-wirja.", "Jien ċert illi li kieku din il-wirja saret, din kienet tkun waħda mill-iktar wirjiet iffrekwentati.", "Il-wirt reliġjuż li jeżisti f'pajjiżna għandu dimensjoni ħafna iktar wiesgħa mill-istatwi titulari, iktar u iktar meta niftakru li l-istorja tar-reliġjon f'dan il-pajjiż tmur lura għal ħafna u ħafna mijiet ta' snin.", "Jien ċert li l-awtoritajiet reliġjużi qed jippreservaw dan il-wirt tant importanti bl-aħjar mod, fosthom dawk il- manuskritti antiki li jagħtu t-tagħrif tant neċessarju fuq kif daħlet ir- reliġjon f'pajjiżna u kif imxiet matul is-snin.", "Sur President, fost il-ħafna knejjes antiki f'pajjiżna hemm dik ta' Santa Tereża li tinsab ġewwa Bormla u li hija mmexxija mill-patrijiet Tereżjani.", "(Interruzzjonijiet) Kif qed jgħidli sieħbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, kumbinazzjoni llum taħbat il-festa ta' Santa Tereża.", "Ta' min jgħid li minkejja li fil-knisja ta' Santa Tereża ta' Bormla m'hemmx iktar minn sitt patrijiet, matul dawn l-aħħar xhur dawn għamlu xogħol strutturali kbir sabiex din il-knisja u l-kunvent li hemm magħha jinżammu fi stat xieraq.", "Naħseb li kulmin żar din il-knisja xi darba jew oħra nnota li hemmhekk hemm ħafna graffiti ta' xwieni li jmorru lura għal ħafna u ħafna snin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel suġġeriment żgħir billi nissuġġerixxi li l-gvern jew id- dipartiment konċernat jibgħat f'dawk il-knejjes fejn jinsab dan il-wirt storiku kollu lil xi espert li jagħti pariri dwar kif dan il-wirt storiku għandu jinżamm.", "Fil-fatt ftit tas-snin ilu kienet saret talba mill- patrijiet Tereżjani stess ta' din il-knisja ta' Bormla biex dan il-graffiti li jeżisti fuq il-faċċata tal-knisja kif ukoll fil-kunvent ta' Santa Tereża ma jintilifx għax tkun verament ħasra li xi ħaġa li tifforma parti mill- istorja ta' pajjiżna tintilef.", "Sur President, kif diġa' għedt, pajjiżna jista' jiftaħar b'ġid kulturali enormi.", "Iċ-ċivilta` ta' pajjiżna tmur lura għal ħafna u ħafna sekli u għalhekk ta' bilfors li l-gżira tagħna hija mogħnija b'wirt storiku kbir.", "Sfortunatament m'ilniex wisq ma rrealizzajna kemm huwa importanti li nħarsu l-wirt storiku tagħna bil-konsegwenza li matul is-snin tlifna ħafna minn dan il-wirt illi kieku għadna ngawduh sal-lum u għad iridu jgawduh ta' warajna.", "Madanakollu pajjiżna xorta huma mogħni b'ħafna ġid kulturali u jkunu ħafna dawk it-turisti li jżuru dan il-wirt, speċjalment dak li ġej minn żminijiet il-qedem, bħall-hypogeum u l-Imnajdra.", "Ma nistax ma nfakkarx f'dak li ġara ftit tax-xhur ilu fuq it-tempju ta' l-Imnajdra fejn persuni bla kuxjenza, li jien insejħilhom kriminali, wettqu sfreġju sħiħ fuq dan it-tempju li huwa rikonoxxut mad-dinja kollha.", "Ta' min ifakkar ukoll li minkejja li issa għaddew ix-xhur minn mindu sar dan l-attakk barbaru, ħadd għadu ma tressaq akkużat b'dan l-iskandlu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u nifraħ lill-gazzetta \"The Times\" għall-kampanja li din għamlet sabiex jinġabru fondi biex tissewwa l- ħsara li saret fl-Imnajdra.", "J'Alla dawn l-inizjattivi jibqgħu jittieħdu mhux biss kull meta jsir xi sfreġju bħal dan iżda tul is-snin sabiex il- bżonnijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien fit-tempji u fil-mużewijiet ikunu jistgħu jiġu sodisfatti.", "Il-verita' hi li aħna għandna wirt kbir li ġie mħolli lilna mill-Kavallieri, pero` naħseb li l-ikbar ġojjell jew l- iktar wieħed li huwa apprezzat huwa l-Konkatidral ta' San Ġwann, li kif għedt diġa', huwa ġawhra mill-iktar importanti u għalhekk huwa tajjeb li nindokraw dan il-post bis-serjeta` sabiex jibqa' jitgawda.", "Nafu li ftit tax-xhur ilu saru anke xi xogħlijiet biex l-art ta' l-irħam ma jiġrilhiex ħsara minħabba n-numru kbir ta' turisti li jżuru dan il-post.", "Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu kont Londra, u kif jaf kulħadd, Londra hija mimlija storja wkoll għax għandha ħafna wirt storiku.", "Fil-fatt tara ħafna queues twal ta' turisti sabiex dawn jidħlu jżuru xi mużew jew xi kattidral milli hemm hemmhekk.", "Wara li dħalt f'uħud minn dawn il- mużewijiet u l-kattidrali, jien għedt bejni u bejn ruħi: Min jaf x'jgħidu dawn it-turisti li kieku kellhom iżuru Malta?!", "Għax il-knejjes, il- kattidrali u l-mużewijiet li għandna aħna żgur li huma ħafna iktar importanti minn uħud minn dawk li hemm f'Londra.", "Nixtieq nistaqsi wkoll kif filwaqt li biex tidħol fil-mużewijiet ta' barra minn Malta trid tħallas ammonti ta' flus mhux ħażin, hawn Malta l-fee biex tidħol f'mużew hija verament baxxa.", "Jien naħseb li għandna nagħmlu użu ferm ikbar mill-assi kulturali li għandna u mhux biss nippreżervawhom u nindokrawhom għal ta' warajna iżda naraw ukoll hemmx xi possibbilta` li nieħdu gwadann finanzjarju minn dawn l-assi.", "Qed ngħid dan mhux biex noqogħdu nagħmlu l- qligħ mill-mużewijiet, imma kieku l-fee togħla xi ftit, b'dawk il-flus inkunu nistgħu nagħmlu l-manutenzjoni li jkunu jeħtieġu minn żmien għal żmien il-mużewijiet.", "Sur President, kif għedt diġa', il-Kavallieri ħallew patafjun ta' wirt storiku madwar Malta kollha, pero` żgur li l-ikbar wirt ħallewhulna fil- Kottonera, fil-Belt u fl-Imdina.", "Minkejja li għadda dan iż-żmien kollu, l- Imdina rnexxielha tibqa' sabiħa, ħajja u fl-istat oriġinali tagħha, għalkemm forsi dan seħħ anke bis-saħħa ta' l-impenn tar-residenti li jgħixu f'din il-belt.", "Il-fatt li l-Imdina jżuruha ħafna Maltin u barranin juri l- importanza li għadha tgawdi din il-belt minħabba li l-wirt storiku li hemm hemmhekk huwa mħares bis-serjeta`, pero` sfortunatament ma nistgħux ngħidu l-istess għall-bliet tal-Kottonera.", "Kif ilkoll nafu, il-bliet tal- Kottonera, b'mod partikolari l-Isla u l-Birgu, inbnew mill-kavallieri fejn fihom għexu għal ħafna snin.", "Il-bliet tal-Kottonera kellhom patrimonju kulturali kbir li ġie mħolli lilna mill-Kavallieri, pero` matul l-ewwel żewġ gwerer tlifna ħafna minn dan il-patrimonju u komplejna nitilfu minnu minħabba n-nuqqas ta' kuxjenza li għandna lejn il-ħarsien tal-wirt storiku.", "Per eżempju, it-twaqqigħ ta' Carracca stores fil-Birgu huwa xiehda tajba biżżejjed biex nuru kemm għad għandna nuqqas ta' kuxjenza lejn il-ħarsien tal-wirt storiku.", "L-Onor.", "Membru li se jitkellem warajja żgur li m'huwiex se jaqbel ma' dan li se ngħid jien għax diġa' tkellem f'dan ir-rigward, pero` aħna, bħala oppożizzjoni, kemm-il darba ressaqna l-ilmenti tagħna għall-mod kif twaqqgħu l-Carracca stores.", "Meta twaqqgħu dawn l-imħażen storiċi kemm il- membri tal-gvern kif ukoll l-awtorita` ta' l-ippjanar qalu li dawn ma kenux ta' valur storiku.", "Ta' min jgħid ukoll li dakinhar li twaqqgħu l-Carracca stores, il-heritage advisory committee tal-planning authority ħareġ jgħid li kien impossibbli li dawn l-imħażen ma jitwaqqgħux għax kienu fi stat mill-iktar delapidat u barra minn hekk, dawn ma kellhomx valur storiku għax inbnew meta konna taħt l-Ingliżi.", "Madanakollu minn studju li sar fuq l-istorja ta' pajjiżna toħroġ il-verita` - u sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem fuq dan - jiġifieri li dawn l-imħażen inbnew mill-Kavallieri.", "Ħalli nikkwota biċċa żgħira mir- rapport li deher f'\"The Times\" fuq dak li kellu xi jgħid Fr Eugene Paul Theuma, li huwa studjuż ta' l-istorja ta' Malta:", "\"The discussion about the Carracca stores is as hot as ever.", "The allusion that the structure is purely from the British era is misleading and a cause of preoccupation, since if reporting is to be based on purely superficial grounds most of our historical sites may end up demolished eventually, especially those sites that are less known or have little attraction or are otherwise considered derelict.", "The Carracca stores are a point in question.", "The buildings that developed around them and on top have completely obscured these massive arch and slab halls from the Knights' period.\"", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-Forti Sant'Anġlu li jinsab fil-Kottonera u li wkoll ilu mibni minn żmien il-Kavallieri, Sur President.", "Sfortunatament dan il-forti dam abbandunat għal ħafna snin, u fil-fatt kulmin iżur dan il- forti llum ikun jista' jara b'għajnejh l-isfreġji li saru matul is-snin fuq dan il-ġojjell li tħalla lilna mill-kavallieri.", "Illum il-Forti Sant'Anġlu reġa' waqa' f'idejn il-Kavallieri u minkejja l-patt li sar mal-gvern sabiex isir ir-restawr li hemm bżonn fuq dan il-forti li hu mimli tant bi storja, safejn naf jien dan baqa' ma sarx.", "Għalhekk nistaqsi lill-ministru jekk il- gvern huwiex qed isegwi dak li qed isir f'dan il-forti.", "Jien ma qbiltx li forti bħal dan tlaqnieh minn idejn il-gvern u jeħtieġ li jsiru x-xogħlijiet ta' restawr meħtieġa llum qabel għada, ħalli mhux biss inkunu nistgħu ngawduh illum imma jkun jista' jkompli jitgawda minn dawk li għad iridu jiġu warajna.", "Sur President, almenu matul dawn l-aħħar snin wasal biex kulħadd irrealizza li l-Birgu li hija mimlija patrimonju storiku u hija waħda mill-isbaħ ġawhriet ta' pajjiżna.", "Jien semmejt il-Forti Sant'Anġlu, pero` żgur li l- Birgu m'huwiex magħmul mill-Forti Sant'Anġlu biss u hemm ħafna u ħafna iktar x'tara u x'tapprezza bħala wirt storiku.", "Fil-fatt jien naħseb li r- residenti tal-Birgu kienu fost l-ewwel nies li ndunaw li l-belt li jgħixu fiha hija ġawhra għal pajjiżna, u żgur li min żar il-Birgu matul dawn l- aħħar xhur innota t-trasformazzjoni li saret f'din il-belt.", "Min qatt ma ried jaf bil-Kottonera, issa f'daqqa waħda qed japprezza dak li hemm f'dawn il-bliet u qed jinvesti fihom.", "J'Alla li minn dan l-investiment li qed isir fil-Kottonera jiggwadanjaw ir-residenti t'hemmhekk għax m'hux sew li filwaqt li għal ħafna snin ħadd ma ried jaf bihom issa, f'daqqa waħda, il-ftit li jistgħu jieħdu minn dan l-investiment, ir-residenti tal- Kottonera jitteħdilhom ukoll.", "Jien nistenna li l-gvern iżid il-ħidma tiegħu fil-Kottonera f'dak li għandu x'jaqsam ma' restawr.", "Per eżempju, wieħed ma jistax ma jsemmix il-Palazz ta' l-Inkwiżitur, li għalkemm huwa mimli storja, m'huwiex qed jiġi apprezzat biżżejjed.", "Jien nistaqsi kemm qed nieħdu studenti u turisti jżuru dan il-post.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll il-kilometri sħaħ ta' swar li jdawru l-Kottonera.", "Żgur li kieku dawn is-swar kienu f'xi pajjiż ieħor kien isir użu aħjar minnhom.", "Naf li biex tirrestawra s-swar kull meta jkun jeħtieġ trid flus kbar, pero` naħseb illi kieku noħolqu xi tip ta' attivita` li tħalli ċertu qligħ madwar is-swar, inkunu qed nagħmlu tajjeb għall-ispejjeż kbar li jirrikjedi r- restawr ta' l-istess swar.", "Naturalment minbarra l-bini, il-Kavallieri ħallewlna diversi affarijiet oħra , fosthom pitturi, skultura u statwi.", "Dawn kollha jagħmlu parti mill-wirt patrimonjali ta' pajjiżna u jien nittama li jeżisti xi tip ta' inventarju ta' dan il-wirt li jinsab imferrex madwar Malta u Għawdex kollu.", "Kulmin huwa mill-Kottonera żgur li jiftakar il-pittura li kien hemm fil- mina ta' Santa Liena, pero` sfortunatament wara li kien sar xogħol ta' restawr fuqha, il-pittura oriġinali m'għadhiex hemm u llum insibu biss replika ta' din il-pittura.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pittura li kien hemm fil-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, liema pittura kienet saret fi żmien il-Kavallieri, u llum min iżur din il-kappella jara biss ir-replika ta' din il-pittura.", "Jien nispera li almenu dawn il-pitturi oriġinali li kien hemm fil-Kottonera jinsabu f'post sikur.", "Il-verita' hi li kulmin iżur il-bliet tal-Kottonera żgur li jinnota l-ammont kbir ta' statwi u niċeċ li hemm fil-kantunieri tat-toroq, u dan minkejja li tlifna ħafna minn dan il- wirt storiku.", "Fil-fatt ħafna min-niċeċ illum jinstabu vojta għax l-istatwi li kien hemm fihom insterqu u jagħmlu parti minn xi kollezzjoni privata.", "Jien nistaqsi jekk qattx saru xi sforzi mill-gvern preżenti jew minn gvernijiet preċedenti biex jaraw x'sar minnhom dawn l-istatwi jew almenu jaraw li ssir replika tagħhom.", "Sur President, aħna nistgħu niftaħru li f'pajjiżna għandna 39 mużew, li minnhom 21 huma mużewijiet pubbliċi filwaqt li 12 huma tal-knisja.", "Fost il- mużewijiet pubbliċi għandna tnejn li jesebixxu oġġetti li ġejjin minn żmien il-preistorja, tlieta li jesebixxu xogħlijiet ta' l-arti u ta' l-istorja li jeħduna lura sas-seklu 15, żewġ mużewijiet li jikkonċernaw l-istorja naturali, wieħed li jikkonċerna l-forklor u mbagħad għandna wkoll il-mużew marittimu.", "Minbarra dawn il-mużewijiet imbagħad għandna wkoll ħames siti arkeoloġiċi, pero` sfortunatament dawn is-siti m'humiex iffrekwentati mill- Maltin u l-Għawdxin u mit-turisti daqskemm hu mixtieq u żgur li nistgħu nagħmlu ħafna iktar sabiex iżuruhom iktar nies.", "Huwa veru li mill-150,000 viżitatur li żaru l-mużewijiet fl-1997, fl-1997 din il-figura telgħet għal 510,000, pero` żgur li nistgħu nkomplu ngħollu din il-figura.", "Huwa importanti ħafna li nħeġġu lil min jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika biex ma jagħtix l-impressjoni li l-uniċi attrazzjonijiet li wieħed isib f'pajjiżna huma biss tnejn; il-baħar u x-xemx.", "Kif nafu aħna lkoll, pajjiżna għandu wirt kulturali vast ħafna, u żgur li jekk irridu, nistgħu noħolqu niche market ta' turisti li huma interessati fil-qasam kulturali.", "Nafu kemm hu kbir in-numru ta' turisti li jinteressahom il-wirt u l-patrimonju ta' pajjiżi differenti.", "Irridu nżommu f'moħħna wkoll li 50% tat-turisti li jżuru pajjiżna għandhom iktar minn 50 sena, u allura dawn ifittxu esperjenzi differenti mill-baħar u x-xemx.", "Minbarra dawn il-mużewijiet, is-siti arkeoloġiċi u l-knejjes, f'pajjiżna wieħed jista' jsib ukoll numru kbir ta' postijiet storiċi li forsi huma ftit dawk li jafu bihom.", "Bħala eżempju ċkejken nista' nsemmi kappella ġewwa Bormla li tinsab imħaffra fil-blat, liema kappella mingħalija hija ddedikata lill-Madonna tas-Sokkors.", "Niggarantilek, Sur President, li f'Bormla hemm residenti li lanqas biss jafu b'din il-kappella, li għandha storja interessanti ħafna warajha.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll Bieb is- Sultan, jew kif inhu magħruf Notre Dame Gate.", "Dan huwa wieħed minn dawk il- bibien majestużi li jagħtu għal ġewwa l-Kottonera u jagħmlu parti mill- iswar.", "Għal ħafna snin dan il-bieb kien qed jiġi wżat biex ħaddiema jagħmlu xogħlijiet differenti fuqu, iżda għall-grazzja t'Alla, minn ftit tas-snin 'l hawn, dan għadda f'idejn tajba għax ġie mgħoddi f'idejn il- Fondazzjoni Wirt Artna.", "Għalkemm sal-lum Bieb is-Sultan għadu magħluq, ċert li fiż-żmien li ġej dan il-bini majestuż se jiżdied mal-lista twila tal-patrimonju storiku u kulturali li jeżisti fil-Kottonera għax hekk kif din il-fondazzjoni ħadet ħsieb il-Forti Rinella ġewwa l-Kalkara, jien persważ li se tagħmel l-istess fir-rigward ta' Notre Dame Gate.", "Sur President, bħala parti mill-patrimonju kulturali ta' dan il-pajjiż wieħed jista' jsemmi wkoll il-festi reliġjużi u dak kollu li huwa konness magħhom.", "Jien naħseb li fuq quddiem nett għandna nsemmu lill-baned, li huma mferrxin ma' kull belt u raħal ġewwa pajjiżna.", "Żgur li ma teżisti l- ebda belt jew raħal f'Malta u Għawdex li m'għandux il-banda tal-lokal tiegħu, pero` l-fatt li qed ifaqqsu iktar baned f'dawk il-bliet u l-irħula li diġa' għandhom banda tagħhom, m'huwiex qed jagħmel ġid lill-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Minkejja li fiż-żmenijiet tal-lum kulħadd għandu dritt li jifforma banda ġdida għax wara kollox il-liġi tippermetti dan, l- ispejjeż kbar involuti li jridu jinġabru mill-istess sors m'humiex qed iħallu spazju li l-prodott jitjieb.", "Minbarra dan wieħed irid isemmi wkoll il-piki u l-inkwiet li qed ikun hemm kull fejn hemm iktar minn banda waħda u kull fejn għandna iktar minn festa waħda fl-istess raħal.", "Jekk ma rridux naslu għal sitwazzjoni fejn l- istaġun tal-festi jispiċċa jew ikun wieħed żgħir ħafna, għandna naraw li l- piki u l-ġlied li jinqala' waqt il-festi jispiċċa.", "Ilkoll nafu li din is- sena l-festa ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid ma saritx minħabba dawn il-piki u dan il-ġlied, u b'dispjaċir ngħid li l-istess se jiġri fir-rigward tal- festa ta' San Ġużepp fil-Kalkara għax diġa' nafu li s-sajf li ġej din il- festa m'hijiex se ssir.", "Jekk m'aħniex se nżommu ċerti kontroll meta jkunu qed jiġu ċċelebrati l-festi tal-bliet u ta' l-irħula tagħna, dan il-wirt żgur li m'huwiex se jibqa' b'saħħtu daqskemm hu b'saħħtu llum.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku.", "Sur President, fl-imgħoddi kienet drawwa li l-każini tal-baned ikollhom banka tal-lottu li minnha jieħdu ammont sostanzjali ta' flus bħala sussidju.", "Fil-fatt il-baned l-antiki għadhom sal-lum igawdu minn dan is- sors ta' dħul, iżda bil-miġja tal-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku l- kumitati tal-baned kollha ta' Malta u Għawdex huma preokkupati dwar il- futur ta' dan is-sors ta' income.", "Jien, bħal deputati oħra f'din il-Kamra, kelli l-okkażjoni li niltaqa' m'uffiċjali li qegħdin f'kumitati differenti tal-baned fid-distrett tiegħi, u dawn kollha jinsabu preokkupati dwar x'se jiġri issa li l-lottu pubbliku se jiġi pprivatizzat.", "Għalhekk huwa tajjeb li nitkellmu ċar u lil dawk il-voluntiera li jaħdmu fil-baned tal-każini u li huma tant iddedikati li qed iżommu l-baned tagħna ħajjin infehmuhom x'se jiġri minn dan is-sors finanzjarju li sal-lum dejjem ħadu minnu.", "Aħna lkoll nafu li dawn in-nies m'huma qed jagħmlu xejn għall-gwadann personali tagħhom imma qed jaħdmu bl-uniku għan li jkattru l-kultura mużikali fil-belt jew fir-raħal tagħhom, u allura m'hux sew li nħalluhom qalbhom imtertqa minħabba li ma jafux x'se jiġri minn dan id-dħul li s'issa għadhom igawdu minnu.", "Ikun tajjeb jekk xi ħadd jgħid ċar u tond jekk il- banek tal-lottu tal-każini tal-baned humiex se jibqgħu u jekk dan il-mezz ta' għajnuna finanzjarja huwiex se jispiċċa.", "Jien nistaqsi wkoll x'se jiġri mill-għajnuna finanzjarja li sal-lum għadha tingħata lill-għaqdiet sportivi mid-dipartiment tal-lottu pubbliku u jekk din it-tip ta' għajnuna hijiex se tispiċċa wkoll meta l-lottu pubbliku jiġi pprivatizzat.", "Sur President, fid-diskors tiegħi aċċennajt għall-wirt kulturali vast li jeżisti fil-Kottonera u semmejt ukoll il-mod kif tħallew jitwaqqgħu l- Carracca stores bi skuża jew oħra.", "Żgur li kulħadd jiftakar l-intervent li kienet għamlet l-awtorita` ta' l-ippjanar meta xi xogħol li kien qed isir fi Scamps Palace ma kienx tal-livell mitlub.", "Issa qed nistennew iktar xogħol marbut mal-proġett tal-Kottonera u jekk m'aħniex se noqogħdu b'seba' għajnejn għall-mod kif se jsir ix-xogħol, żgur li se jintmissu binjiet oħra storiċi, għal darb'oħra bl-iskuża li jinsabu fi stat delapidat jew inkella li m'għandhom l-ebda valur storiku.", "Fl-editorjal ta' \"The Times\" tat-3 ta' Ġunju, 2000 taħt it-titlu \"Concern for Cottonera\" hemm miktub dan il- kliem:", "\"The general secretary of Din l-Art Ħelwa, Mr Martin Galea, worries that unless very tightly supervised, the restoration of outstanding historical sites will not be up to the required standard.", "Din l-Art Ħelwa seems to be particularly concerned with proposals drawn up fo the menqa and toqba areas, where facades include glass and steelframe structures painted in metallic grey and a choice of building materials that are out of place with the surrounding area.", "Some intentions for Fort St Angelo also come in for criticism.", "On the other hand, Mr Galea does concede that a serious attempt has been made to improve, rehabilitate and redevelop the Vittoriosa and Senglea waterfronts.", "Din l-Art Ħelwa's preoccupation has its validity.", "It would be criminal if any restoration works of historical buildings were not tightly supervised.", "There is no reason to believe that they will not be, even if the past has thrown up examples of a glaring lack of taste and insensitivity.\".", "Fl-aħħarnett ngħid li l-wirt kulturali u storiku li tħalla lilna minn ta' qabilna għandna nindokrawh u nħarsuh sabiex ingawduh aħna, igawduh uliedna u jkomplu jgawduh dawk li għad iridu jiġu warajna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li għall-ewwel darba qed iħares il-patrimonju tagħna b'mod komprensiv.", "Naħseb li jekk hawn xi ħaġa li qablu fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra matul dan id-dibattitu, huma qablu dwar kemm hu vast il-patrimonju Malti, liema patrimonju, fost affarijiet oħra, huwa magħmul minn tempji, knejjes, monumenti arkitettoniċi, swar, fortifikazzjonijiet, statwi, dekorazzjonijiet, tiżjin, pittura, għamara antika u manuskritti.", "Ovvjament imbagħad jeżistu diversi tipi oħra ta' patrimonju, pero` dawn ma jaqgħux taħt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma jaqgħu taħt strutturi oħra, u fost dawn nistgħu nsemmu l-patrimonju ta' l-ilsien u patrimonju ieħor kulturali, bħall-baned tal-festi li aċċenna għalihom anke l-Onor.", "Agius, li tkellem qabli.", "Dan l-abbozz ta' liġi suppost li għandu jindirizza oqsma oħrajn li mhux dejjem jiġuna f'moħħna.", "Per eżempju, il- kunċett ta' streetscape u l-mod kif tiġi mqassma dar ukoll huwa parti mill- patrimonju tagħna.", "Min jipprova janalizza jekk dan l-abbozz ta' liġi huwiex tajjeb jew le, l- ewwel ħaġa li jrid jistaqsi huwa dan: Xi strutturi għandna bħalissa biex inħarsu l-monumenti u l-abbozz ta' liġi propost x'qed jipprova jbiddel fl- istrutturi eżistenti?", "Se nagħmel mistoqsija li se nipprova nirrispondieha jien stess, ċioe` xi strutturi għandna llum il-ġurnata sabiex inħarsu l- monumenti u l-bqija tal-patrimonju ta' pajjiżna?", "L-ewwel ma jiġik f'moħħok huwa d-dipartiment tal-mużewijiet, dipartiment pjuttost kbir li jħares lejn aspetti differenti tal-patrimonju tagħna, fosthom lejn l-arkeoloġija, lejn il-fine arts, lejn il-monumenti, lejn il-palazzi u lejn l-għexieren ta' mużewijiet li għandna f'pajjiżna.", "Imbagħad għandek oqsma oħrajn li jħarsu l-patrimonju tagħna, fosthom ir-restoration unit li jinsab fid-dipartiment tax-xogħlijiet u li darba kien jissejjaħ bħala antiquities section, l- awtorita` ta' l-ippjanar, li tidħol ħafna fil-ħarsien tal-patrimonju tagħna, il-kummissjoni arti sagra, li tieħu ħsieb il-patrimonju li jaqa' taħt il-knisja u Din l-Art Ħelwa, għax irridu nenfasizzaw li anke n-non- government organisations għandhom kontribut kbir x'jagħtu fil-ħarsien tal- patrimonju tagħna.", "Dan l-aħħar żviluppaw ukoll il-Valletta rehabilitation committee - li twaqqaf fl-aħħar tas-snin tmenin meta l-Partit Nazzjonalista kien tela' fil- gvern bil-wegħda li jirrestawra l-Belt Valletta - il-Cottonera rehabilitation committee u l-Imdina rehabilitation committee, li anke l- membri tan-naħa l-oħra semmew li qed jagħmel xogħol tajjeb.", "Għandna wkoll il-kunsilli lokali li min-naħa tagħhom qed jidħlu f'dak li hu restawr u bis- sistema tad-devoluzzjoni qed jieħdu f'idejhom ċerti proprjetajiet biex imexxuhom huma.", "Per eżempju, bħalissa qed tiġini f'moħħi Dar il-Kejka li tinsab ġewwa Ħal Tarxien, liema dar l-ewwel ġiet irrestawrata u mbagħad ittieħdet mill-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien, li min-naħa tiegħu għaddieha lil non-governmental organisation, anke biex tkun użata, għax biex tħares u tikkonserva l-patrimonju tagħna ma tistax tagħmel xi ħaġa aħjar milli tirrestawrah u ssiblu użu partikolari.", "Hemm ukoll il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, li tagħmel esebizzjonijiet li kulħadd qed jiftaħar bihom u dik il-fondazzjoni li waqqaf il-gvern biex jiġi rrestawrat il- konkattidral ta' San Ġwann, jiġifieri għandna ħafna strutturi li kollha qed jagħtu l-kontribut siewi tagħhom.", "Ta' min isemmi wkoll iċ-ċentru Malti għar-restawr, li bħala struttura forsi huwa l-aħħar evolviment, liema ċentru minkejja li ilu ftit żmien biss imwaqqaf, diġa' beda jagħti l-kontribut tiegħu.", "Meta tħares lejn dawn l- entitajiet kollha u tara r-responsabbiltajiet differenti li huma għandhom, tirrealizza li l-istruttura diġa' teżisti, u forsi teżisti anke xi ftit b'mod komplikat ukoll.", "Ikun tajjeb ukoll jekk wieħed jara x'liġijiet għandna li jirrigwardaw dan il-qasam.", "L-ewwel liġi li wieħed għandu jsemmi hija l-liġi ta' l-antikitajiet, li issa tant ilha hemm li kulħadd qed jgħid li saret outdated.", "Fil-fatt jien naħseb li l-iktar liġi li għandha saħħa fil-ħarsien tal-patrimonju hija l-liġi ta' l-ippjanar.", "Imbagħad hemm ukoll il-liġi ta' l-ambjent, pero` naħseb li l-iktar liġi li għenet sabiex ċertu patrimonju jibqa' u jkun ikkonservat, din hija l-liġi ta' l-ippjanar.", "Biżżejjed insemmi li kienet il-liġi ta' l-ippjanar li ħarġet bil-konċetti ta' l-urban conservation areas, tal-listings u tal-kategorizzar u bdiet anke tagħmel l-inventarju tagħha, jiġifieri żgur li din il-liġi mliet il- ħafna vojt li kien għadu jeżisti f'dan il-qasam.", "Sur President, matul dan id-dibattitu saret il-kritika - forsi mhux daqstant mill-kelliema tal-lum - li qed noħolqu ħafna strutturi burokratiċi li se jibdew jagħmlu dak li l-gvern m'huwiex qed jagħmel.", "Intqal ukoll li l-membri tan-naħa tal-gvern qed jiżvestu mir-responsabbilta` tagħhom, qed ifarfru l-accountability tagħhom u qed jistaħbew wara dawn il-quangos, li ċ- chain of command tagħhom għadha m'hijiex ċara.", "Xi ħaġa oħra li qalulna hija li l-istrutturi li qed noħolqu huma top-heavy.", "Jekk b'xi mod jew ieħor tkun involut fit-tmexxija ta' dan is-settur, bħalma huwa l-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Galea, u tibda tara ċerti affarijiet li ma jkunux qed jiffunzjonaw, l-ewwel mistoqsija li tiġik f'moħħok hija: Ta' min hi r- responsabbilta`; tad-dipartiment tal-mużewijiet jew ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar?", "Huwa diffiċli biex tagħti risposta għal din il-mistoqsija.", "Forsi hawn min jagħti risposta għal din il-mistoqsija billi jgħid li hija l- awtorita` ta' l-ippjanar li hija l-ogħla istituzzjoni f'dan il-qasam.", "Fil- fatt jista' jkun li hekk hu.", "Wara kollox l-awtorita` ta' l-ippjanar hija struttura li żviluppat u hija mogħnija b'nies kapaċi u b'budget tajjeb u għalhekk forsi minħabba li għandha din il-prassi kollha, din l-awtorita` hija l-iktar waħda li għandha l-iktar snien u li jirnexxielha timpinġi fuq il-ħarsien tal-patrimonju tagħna.", "Kif għedt diġa', l-awtorita` ta' l- ippjanar għandha s-sistema tal-klassifikazzjoni tagħha, għandha l- inventarju tagħha u għandha elenku ta' metodoloġiji, pero` wieħed għandu jistaqsi - iktar u iktar min għandu ċerta esperjenza ta' strutturi simili barra minn Malta - jekk għandhiex tkun l-awtorita` ta' l-ippjanar li tkun l- ogħla awtorita` għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna.", "Per eżempju, il- pajjiżi kollha li għandhom prattika ta' konservazzjoni antika kollha għandhom xi sistema ta' sovrintendenza.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jistaqsi wkoll: Allura llum qed nipproponu dan l-abbozz ta' liġi sabiex innaqqru xi ħaġa mill-awtorita` ta' l- ippjanar?", "Din hija mistoqsija rilevanti, pero` kulma se jagħmel dan l- abbozz ta' liġi huwa li jiddefinixxi l-irwoli differenti li għandha l- awtorita` ta' l-ippjanar, jiġifieri lil din l-awtorita` m'hu se jitnaqqrilha xejn.", "Jien niftakar li meta tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista fl-1987, kont naħdem fid-dipartiment tax-xogħlijiet, l-ewwel bħala student worker u mbagħad bħala ggradwat, u dak iż-żmien konna fil- bidu tal-proċess li nidentifikaw l-urban conservation areas.", "Sa dak iż- żmien ma kien jeżisti xejn tant li lanqas biss kienu jeżistu pjanti li jindikaw kif u safejn infirex l-iżvilupp f'pajjiżna.", "Għalhekk aħna kellna nibdew mill-bidu nett, u dan irnexxielna nagħmluh billi aġġornajna l- pjanti, poġġejniehom fuq pjanti diġitali, immarkajna l-iżvilupp l-antik u l- iżvilupp il-ġdid u mmarkajna l-urban conservation areas kif ukoll dak li għandu l-iktar valur fl-urban conservation areas.", "Fil-fatt jien ma nistax nifhem lil min illum jiġi jgħid li l-patrimonju ta' pajjiżna huwa mitluq għax fl-1987 lanqas konna nafu x'inhu patrimonju f'dak li għandu x'jaqsam m'urban conservation areas, ma' townscapes u m'affarijiet simili.", "Minn dak iż-żmien l-awtorita` ta' l-ippjanar evolviet f'dan kollu u kieku ma ġarax hekk, kieku llum min jaf kemm twaqqgħu gallariji ta' l-injam u min jaf kemm twaqqa' bini storiku għax qabel dawn ma kienu mmarkati mkien, ma kien hemm xejn fil-liġi li jżommok milli tibdilhom.", "Għalhekk Allaħares ma kienx hemm l-awtorita` ta' l-ippjanar li stabilixxiet dan kollu.", "Forsi ġieli kien hemm deċiżjonijiet dibattibbli, pero` kemm kien ikun hemm iktar affarijiet dibattibbli li kieku ma twaqqfitx l-awtorita` ta' l-ippjanar!", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li żgur li dan l-abbozz ta' liġi m'hu se jnaqqas u m'hu se jbiddel xejn minn dak kollu li evolviet l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Kif għedt diġa', kulma se jagħmel l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li se jiddefinixxi dak li għandu jkun ir-rwol ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar, jiġifieri jekk għall-grazzja ta' l-argument, wieħed ikollu palazz storiku u jkun jixtieq jagħmel żvilupp t'estensjoni u ta' restawr fih, dan l-abbozz ta' liġi qed jiddefinixxi li hija l-awtorita` ta' l-ippjanar li għandha r-rwol li tiddeċiedi kemm għandha tkun kbira din l-estensjoni jew jekk wara kollox għandhiex issir jew le.", "Ara jekk imbagħad niġu għar- restawr, f'dak il-każ ir-responsabbilta` tal-metodoloġija hija tas- sovrintendenza.", "Għalfejn?", "Għax ħafna drabi fil-qasam tar-restawr waħda mill-iktar affarijiet importanti huwa li inti żżomm database tal- metodoloġija li tkun ġiet żviluppata u applikata fi proġetti differenti.", "Biex niftehmu aħjar, jekk, per eżempju, jien inkun restawratur u nkun se nagħmel xi xogħol fuq swar jew fuq tempji, l-ewwel ħaġa li suppost nistaqsi hija: B'liema metodu sar dan ix-xogħol fuq patrimonju simili?", "Jekk tkun teżisti database dwar dan huwa faċli għar-restawratur li jkun jaf x'metodu ntuża u x'materjal ġie applikat fuq patrimonju simili, u mbagħad sta għalih li jiddeċiedi jekk il-metodu li jkun intuża jkunx tajjeb jew ħażin.", "Fil- fatt hija s-sovrintendenza biss li kapaċi tagħmel din it-tip ta' database, liema database sal-lum għadha ma teżistix.", "Iktar ma jsiru proġetti ta' ħarsien, ta' restawr u ta' konservazzjoni tal-patrimonju Malti u Għawdxi, iktar jikber il-bżonn li tibda tinġabar din it-tip ta' database, jiġifieri aħna altro che m'aħniex qed nipprovaw nisparpaljaw xi ħaġa eżistenti.", "Sur President, ħafna mill-patrimonju ta' pajjiżna jinsab f'idejn il-Knisja.", "Kulħadd japprezza l-fatt li l-patrimonju li jeżisti f'idejn il-knisja huwa kemm ta' livell kif ukoll ta' valur għoli daqs, u f'xi każi anke ogħla, minn kwalunkwe patrimonju ieħor, pero` minħabba l-awtonomija li għandha l- Knisja u anke minħabba l-fatt li hija ġeluża ħafna għal din l-awtonomija, ma jeżistux sistemi li permezz tagħhom nassiguraw li anke dan il-patrimonju jkun imħares.", "Min-naħa tiegħu, dan l-abbozz ta' liġi qed jagħraf li l- Knisja għandha ċerta responsabbilta` f'dan ir-rigward u għalhekk qiegħed jiddelega r-responsabbilta` tal-ħarsien tal-patrimonju tal-knisja fil- kummissjoni tal-Knisja.", "Għalkemm fil-passat kien hawn xi forma ta' inventarju tal-patrimonju tal-Knisja, dan l-inventarju kien jikkonċerna biss dak il-patrimonju li kien jaqa' taħt il-kurja u sal-lum ma kien hawn l- ebda struttura jew klawsola fl-ebda liġi li tindirizza l-ħarsien tal- patrimonju kollu li huwa proprjeta` ta' l-ordnijiet tal-Knisja.", "Dan l- abbozz ta' liġi, għall-ewwel darba, qed jindirizza dan it-tip ta' ħarsien billi qed jgħid min għandu jibda jħares il-patrimonju kollu li huwa proprjeta` ta' l-ordnijiet tal-Knisja.", "Il-ħaġa prinċipali li qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li qed joħloq strutturi ġodda, u qed jipproponi struttura li tiddistingwi l-irwoli differenti li għandu d-dipartiment tal-mużewijiet għax dan id-dipartiment tant għandu funzjonijiet li kważi hija xi ħaġa impossibbli li jwettaq l-aġenda tiegħu kollha.", "Per eżempju, fost il- funzjonijiet li għandu d-dipartiment tal-mużewijiet insibu li dan irid jagħmel inventarju tal-patrimonju Malti u Għawdxi, jagħmel inventarju tal- metodoloġija tal-proġetti, jordna l-iskavar u jagħmel monitoring tiegħu, jirrestawra, ifassal il-budgets, jorganizza l-exhibitions, jagħtihom pubbliċita` u jimmassimizza d-dħul mis-siti storiċi u arkeoloġiċi.", "Ġaladarba qed insemmi d-dħul mis-siti storiċi u arkeoloġiċi rrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li d-dħul li jirċievi d-dipartiment tal-mużewijiet mill-fees li jħallsu n-nies meta jżuru dawn is-siti storiċi u arkeoloġiċi ma jistax iżommhom id-dipartiment imma dawn il-flus imorru fil-fond konsolidat, u allura d-dipartiment tal-mużewijiet ftit li xejn jibqagħlu inċentiv biex jimmassimizza d-dħul tiegħi.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' nirrimarka wkoll li s-sistema li jużaw id- dipartimenti tal-gvern biex jippubbliċizzaw xi attivita` ma tantx tattira nies u ħafna drabi l-għan ta' din il-pubbliċita` ma jintlaħaqx.", "Per eżempju, din li se nsemmi hija xi ħaġa żgħira imma hija importanti ħafna.", "Għaliex meta tidħol f'mużew ġewwa pajjiżna ma ssib l-ebda printed material li jindikalek dak li jkun qed jiġi esebit?", "Din hija xi ħaġa li f'Malta biss ma ssibhiex.", "Forsi dan ma jsirx minħabba li m'hemmx nies addattati biżżejjed f'dan il-kamp, forsi wkoll li dan ma jsirx minħabba li m'hemmx inċentiv biżżejjed, pero` naħseb li l-problema prinċipali hija l-mindset taċ-ċivil għax ħafna drabi ċ-ċivil jibqa' juża l-metodoloġiji li jkun wiret matul iż-żminijiet u ma jaddattax ruħu għall-metodoloġiji moderni biex jiġbed iktar viżitaturi lejn is-siti storiċi u arkeoloġiċi tagħna.", "Jien naħseb li meta l-ministru kien qed jagħmel id-drafting ta' dan l- abbozz ta' liġi, huwa żamm f'moħħu li d-dipartiment tal-mużewijiet għandu wisq funzjonijiet u għalhekk ippropona li jinħolqu tliet strutturi; is- sovrintendenza, li tagħmel l-inventarju u tħares il-metodoloġija, l- aġenzija \"Patrimonju Malta\", li se ssir is-sid tal-mużewijiet u s-siti storiċi li għandna f'pajjiżna, u ċ-ċentru Malti għar-restawr.", "Barra minn hekk dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed joħloq kumitat ta' garanzija biex iressaq dawn it-tliet strutturi viċin xulxin kemm jista' jkun ħalli jkunu jistgħu jaħdmu flimkien.", "Ir-responsabbilta` tar-restawr tal-patrimonju Malti u Għawdxi llum taqa' taħt diversi ministeri differenti, u fil-fatt hemm parti mill-patrimonju li r-responsabbilta` tar- restawr tiegħu ma jaqa' taħt l-ebda ministeru għax jaqa' taħt il-knisja, li għandha obbligu żgħir ħafna li titkellem ma' l-istrutturi tal-gvern dwar il- patrimonju li jaqa' taħtha.", "Illum hemm id-dipartiment tal-mużewijiet li jaqa' taħt il-ministru responsabbli mill-kultura, hemm ir-restoration unit li jaqa' taħt il-ministru responsabbli mill-ambjent, hemm l-awtorita` ta' l- ippjanar li taqa' taħt il-ministru responsabbli mill-home affairs u mbagħad hemm dak il-patrimonju li jaqa' taħt il-knisja.", "Imma aħna b'dan il-mod nistgħu nħarsu l-patrimonju tagħna verament, Sur President?", "Jien ma nafx kif il-membri tan-naħa l-oħra qed jgħidu li qed innaqqru u nneżżgħu sistema li qed taħdem filwaqt li qed noħolqu struttura biex nipprovdu jobs for the boys.", "Hija r-responsabbilta' tal-ministru li jara jekk il-mużewijiet u s-siti storiċi u arkeoloġiċi humiex qed jiġu managed tajjeb u jekk hux qed ikun hemm koordinazzjoni bejn l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-qasam, u żgur li jekk il-ministru jara ċerti nuqqasijiet, jipprova jwaqqaf struttura li tkun tindirizza l-ħtiġijiet li jkunu jeżistu.", "Għalhekk wieħed jiskanta meta f'dan il-pajjiż ikollok personalitajiet, bħall-president ta' Din l-Art Ħelwa, li jesprimu d-dubji tagħhom dwar kemm dan l-abbozz ta' liġi, meta jsir liġi, se jkun effikaċi.", "Jien nistaqsi: Għaliex il-president ta' Din l-Art Ħelwa esprima dawn id-dubji, bħallikieku llum għandna xi sistema li hi effikaċi?", "Jien ħdimt kemm fl-antiquities section kif ukoll fil-Valletta rehabilitation committee u mill-esperjenza nista' ngħid li s-sistema li għandna llum m'hijiex qed taħdem.", "Il-president tal-Fondazzjoni Din l-Art Ħelwa qal ukoll li dan l-abbozz ta' liġi huwa burokratiku u top-heavy.", "Hija xi ħaġa ta' l-iskantament kif il- president ta' Din l-Art Ħelwa qed idoqq l-istess diska ta' l-oppożizzjoni, jew inkella, kif l-oppożizzjoni qed iddoqq l-istess diska tal-president ta' Din l-Art Ħelwa, u wieħed malajr jistaqsi: L-aġenda ta' Din l-Art Ħelwa hija allaċċjata ma' dik ta' l-oppożizzjoni?", "Forsi għax fil-passat il- president ta' din il-fondazzjoni kien konsulent tal-kap ta' l-oppożizzjoni, li dak iż-żmien kien prim ministru?", "Is-Sur Scicluna, tipikament bħala persuna li ġejja mill-armata, staqsa fejn hi ċ-chain of command f'dan li qed nagħmlu.", "Għaliex għamel din il-mistoqsija s-Sur Scicluna?", "Jaqaw bħalissa għandna xi chain of command?", "Jien diġa' semmejt x'inhi s- sitwazzjoni preżenti.", "Per eżempju, ħafna drabi l-awtorita` ta' l-ippjanar tgorr li meta jkun qed jiġi diskuss jekk għandux jinħareġ permess ta' żvilupp fuq xi palazz jew fuq xi ħaġa storika oħra, jibagħtu għall- uffiċjali tad-dipartiment tal-mużewijiet, u dawn ma jiġux.", "Ta' min isemmi wkoll li filwaqt li l-awtorita` ta' l-ippjanar għamlet inventarju tas-siti storiċi u arkeoloġiċi li hawn imferrxin ma pajjiżna, id- dipartiment tal-mużewijiet m'għandux dan l-inventarju.", "Jien nistaqsi: Din hija ċ-chain of command li teżisti llum?", "Din hija ċ-chain of command li qed niddefendu?", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qed jikkontradixxu lilhom infushom għax filli qed jgħidu li dan l-abbozz ta' l-liġi qed jistabilixxi ministeru b'saħħtu ħafna u filli qed jgħidu li dan l-abbozz ta' liġi qed jiżvesti mir-responsabbilta`.", "Ma jistax ikun li tkun qed tiżvesti mir- responsabbilta` u fl-istess ħin tistabilixxi ministeru b'saħħtu; jew waħda jew l-oħra.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li huma jemmnu f'sistemi ċentralizzati, pero` s-sistemi ċentralizzati jagħtu saħħa tremenda lill-ministeru.", "Huma jistaqsu wkoll għalfejn qegħdin inwaqqfu dawn it-tip ta' strutturi li qed insejħulhom quangos jew non-departmental public bodies, qisu l-ewwel darba li dawn qed jitwaqqfu.", "Jien infakkarhom li anke fi żmienhom twaqqfu strutturi simili, u fosthom nista' nsemmi l-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp u l-Enemalta.", "Dawn l- istrutturi jitwaqqfu meta jkun irid jinstab bilanċ bejn l-effiċjenza ta' dipartiment u bejn l-effiċjenza ta' non-departmental public body.", "Min jaf kemm-il darba ġejna hawnhekk u smajna lill-Onor.", "Bartolo jikkritika l-fatt li l-budget tal-mużewijiet ma jintnefaqx.", "Dan jiġri minħabba li ma jkunx hemm struttura effiċjenti.", "Aħna għandna ċajta bejnietna li t-timeframe tad- dipartiment tal-mużewijiet hija l-istess timeframe tan-nies ta' l- arkeoloġija, bil-millennji, pero` llum il-ġurnata ma tistax taħdem b'dik it- tip ta' mentalita.", "Sur President, illum il-pajjiż għandu ħteġijiet ġodda, anke minħabba l- ħolqien tal-kunsilli lokali.", "Per eżempju, illum min għandu r- responsabbilta` li jikkoordina mal-kunsilli lokali meta dawn ikunu qed jagħmlu xi xogħol li għandu x'jaqsam mal-patrimonju Malti?", "Issemmiet ukoll l-accountability u min se jibda jikkontrolla dawn l-istrutturi.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li kull struttura li se titwaqqaf se jkollha l- obbligu li tagħmel pjan strateġiku li timxu fuqu għax dan minnu nnifsu joħloq ċerta accountability.", "Ma nafx jekk dan il-pjan strateġiku u l-voti ta' dawn l-istrutturi humiex se jitressqu quddiem dan il-parlament, pero` almenu l-parlament dejjem għandu ċ-ċans li jidħol fl-operat ta' kull struttura mwaqqfa fil-gvern.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li l-awditur se jibda jieħu ħsieb l-infiq ta' dawn l-istrutturi, il-ministru tal-finanzi se jkun il-bniedem responsabbli meta dawn l-istrutturi ikunu qed jippreżentaw il-budget.", "Ovvjament imbagħad anke l-ministru tal-kultura se jkollu ċerta responsabbilta` f'dan il-qasam għax huwa dan il-ministru li se jieħu ħsieb dawn l-istrutturi u fl-aħħar mill-aħħar il-bord li jiġi mwaqqaf se jkun accountable għall-ministru tal-kultura.", "Jiġifieri allura llum aħna qed ngħidu li per eżempju, fl-MIA, fit-transport authority jew fil-maritime authority m'hemmx sistema ta' accountability?", "Jien naħseb li ta' min jistaqsi kemm ireġi dan l-argument li qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa evoluzzjoni naturali tal-liġijiet li għandna, fosthom ta' l-Antiquities (Protection) Act u tat-Town and Country Planning Act.", "Ta' min isemmi li wara l- indipendenza kien hemm evoluzzjoni sħiħa biex nibdew nistabilixxu strutturi li jħarsu l-patrimonju.", "Fil-fatt fis-sittinijiet twaqqaf l-Antiquities Act u beda jinkiteb ukoll it-Town and Country Planning Act.", "F'din il-liġi ta' l-aħħar kien hemm anke sistema ta' inventarju mdaħħla fiha, pero` meta tela' fil-gvern il-Partit Laburista, qatt ma daħħal dan l-Att - li sa dak iż-żmien kien għadu abbozz ta' liġi - fis-seħħ.", "Imbagħad daħlu fis-seħħ ukoll il-liġi ta' l-ambjent u l-liġi ta' l-ippjanar.", "Żgur li l-gvernijiet Nazzjonalisti għandhom l-ikbar record f'dak li huwa ħarsien tal-patrimonju Malti, u dan kemm fil-leġislazzjoni kif ukoll fin-numru ta' proġetti.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jrid jindirizza ċerti evoluzzjonijiet ġodda, fosthom il-mod kif isiru l-proġetti.", "Illum saret prattika li l-proġetti li jsiru fil-pajjiż ikunu 'l fuq minn xi ministeru individwali imma jkunu proġetti nazzjonali, bħall-proġett ta' Manoel Island, ta' Tigne` u tal-Kottonera.", "Jekk ma jkollokx sovrintendenza b'saħħitha, jista' jkun li dawk l-interventi li jkunu qed isiru ma jsirux kif suppost.", "Kellna proċessi li minkejja li setgħu ħallew ġid enormi, dawn twaqqfu.", "Diġa' semmejt it-Town and Country Planning Act, pero` mbagħad kellna proċessi oħrajn li evolvew, bħall-awtorita` ta' l-ippjanar u l- Valletta rehabilitation committee.", "F'dan id-dibattitu saret ħafna kritika fuq iċ-ċentru tar-restawr.", "Imma ċ- ċentru tar-restawr huwa ħażin?", "Ta' min jgħid li ċ-ċentru tar-restawr twaqqaf mill-gvern Nazzjonalista fl-1994 fejn beda jevolvi t-terms of reference u saret anke applikazzjoni għall-fondi mill-Gvern Taljan.", "Meta mbagħad fl-1996 tela' l-gvern Laburista u wiret dan iċ-ċentru, huwa ħatar kumitat ġdid, tefa' lil dan iċ-ċentru f'Villa Bighi, li kienet immirata biex tkun is-sede tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija, pero` mbagħad waqaf hemm, jiġifieri ħalla liċ-ċentru Malti għar-restawr jorqod hemmhekk.", "Hekk kif fl-1998 reġa' tela' l-gvern Nazzjonalista u ra li kien hemm kollox wieqaf f'dan iċ-ċentru, huwa ħa l-opportunita` li jieħu Lm900,000 mill-fondi tal-gvern Taljan - liema konna se nitilfuhom fi ftit xhur li kieku m'għamilniex xi ħaġa - u mill-ewwel iddeċidejna li ċ-ċentru tar-restawr għandu jmur fejn kien qabel, jiġifieri fil-Bighi trade school filwaqt li l-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija jerġa' jmur f'Villa Bighi, jiġifieri jinħoloq speċi ta' campus teknoloġiku.", "Aħna għarafna kemm huwa importanti li noħolqu l-environment neċessarju fejn ikun qed isir ir- restawr għax ħafna drabi jkunu meħtieġa spazji kbar biex isir dan ix- xogħol.", "Matul dan id-dibattitu saret ukoll il-kritika li ċ-ċentru tar-restawr qiegħed hemmhekk għal 15-il ruħ, u jien naħseb li dan huwa ferm 'il bogħod mill-verita`.", "Biżżejjed ngħid li meta fid-19 ta' Lulju, 1999 infetaħ l- ewwel kors preparatorju, għalih irreġistraw 157 student u minn dak iż-żmien sal-lum saru erba' korsijiet li għalihom attendew 400 student.", "Fl-4 t'Ottubru ta' l-istess sena nfetaħ għall-ewwel darba l-kors tal-baċellerat fl-istudji tal-konservazzjoni u tar-restawr, u llum dan il-kors qiegħed fit- tielet sena.", "Min-naħa l-oħra, f'Lulju ta' din is-sena nbeda l-ewwel kors pilota f'livell vokazzjonali.", "Qed jgħidulna li aħna qed inwaqqfu ħafna strutturi ġodda.", "L-ewwelnett iċ- ċentru Malti għar-restawr issa ilu hemm seba' snin u kulma qed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi huwa li qed jagħti lil dan iċ-ċentru personalita` ġuridika.", "Aħna la ħallejna dan iċ-ċentru in a vacuum u lanqas ħloqnielu xi ħaġa ġdida u kulma għamilna huwa li poġġejnieh f'katina ma' strutturi oħrajn, fosthom ma' l-universita` u mal-kulleġġ vokazzjonali, għax issa ċ- ċentru Malti għar-restawr qiegħed iħarreġ lill-istudenti tiegħu anke fit- teknoloġija u fit-teknika ta' kif isir ir-restawr fil-ġebla.", "Ta' min jgħid ukoll li n-numru ta' studenti full-time f'dan iċ-ċentru tela' għal 80 u filwaqt li tlestew ħafna mix-xogħlijiet li kien hemm bżonn, intnefqu l-flus kollha li ġew mill-protokoll Taljan.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa tajba għax kieku konna nitilfu kważi Lm1 miljun f'tagħmir li jqum il-flus li naturalment mingħajru ma jistax ikollok ċentru ta' restawr modern.", "Hija ħasra li f'dibattitu bħal dan, hawn min qed jinkwadra d-diskors tiegħu dwar iċ-ċentru tar-restawr fuq persuna waħda; is-Sur Joe Cannataci.", "Jien ħafna drabi nibqa' mmeraviljat bl-interess ġenwin li ssib f'uħud min-nies biex jaqbdu l-istudji tar-restawr, pero` hawn min dan donnu jinsieh u moħħu biex jitfa' t-tajn fuq iċ-ċentru Malti għar-restawr.", "Hawn min qed jinsa wkoll kemm dan qed jissodisfa l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għax filwaqt li qabel, meta konna nisimgħu bil-kelma \"restawr\", kien jiġina f'moħħna biss ir-restawr tal-ġebel, illum dan iċ-ċentru qed jgħallimna li r-restawr jista' jsir ukoll fuq affarijiet oħra, fosthom fuq il-pittura, fuq iċ-ċeramika, fuq l-injam u fuq id-drapp.", "Il-viżjoni tagħna hi li minn dan iċ-ċentru nagħmlu ċentru reġjonali.", "Jien dejjem ngħid li jekk pajjiżna għandu jinvesti f'xi ħaġa bil-għan li fil-futur ikollna ekonomija soda, huwa għandu jinvesti fl-edukazzjoni mill-aspett internazzjonali, u żgur li dan iċ-ċentru għandu ħafna x'jagħti f'dan il- qasam.", "Għalhekk jien nappella biex noqogħdu attenti li ma noqtlux lil dan iċ-ċentru bil-kritika li nagħmlu fuqu.", "Wara kollox kulmin ikun irid ikun ġenwin, żgur li jammetti li ċ-ċentru Malti għar-restawr qed jilqa' l- aspirazzjonijiet ta' ħafna individwi.", "Kif għedt diġa', matul dan id-dibattitu kien hemm min qanqal id-dubji dwar jekk l-iskop veru ta' dan l-abbozz ta' liġi huwiex li jinħolqu jobs for the boys.", "Kellna wkoll lil min tefa' t-tajn fuq l-operat ta' ċerti nies.", "Jien inħoss li l-patrimonju ta' pajjiżna jistħoqqlu ħafna aħjar minn din id- diskussjoni li kellna.", "Nisimgħu lil ħafna jgħidu li jekk għandu xi ħaġa dan il-pajjiż, dawn huma r-riżorsi umani, pero` jien ma nħobbx nieqaf hemm u ngħid li minbarra r-riżorsi umani pajjiżna għandu patrimonju kbir, li ħafna drabi żviluppah l-istess riżors uman, liema riżors uman ma kienx dejjem Malti, u fil-fatt il-patrimonju tagħna iktar ikompli jsir rikk meta tikkonsidra li fih hemm influss ta' kulturi oħrajn.", "Waħda mill-affarijiet li qed tinkwetani hija - u tinkwetani għax għaddejt minn din l-esperjenza meta konna ppubblikajna white paper - li bħalma ġara drabi oħra, tiġi ppubblikata l-white paper u filwaqt li inti tibda tistenna li se jkollok xi kontribut kbir min-non-governmental organisations, dawn jaqbdu u jieħdu stand li xi kultant lanqas tkun taf minn fejn iġibuh, u fuq kollox tispiċċa biex l-analisi vera tal-white paper li tkun qed tiġi proposta tibqa' ma ssirx.", "Ara fil-każ ta' l-abbozz ta' liġi dwar l- isports, in-non-governmental organisations qed jagħmlu l-analisi tagħhom u s'issa kellna rispons tajjeb, liema rispons qed nevolvuh, pero` huwa tajjeb li wieħed jenfasizza l-istand li qed tieħu l-oppożizzjoni fuq il-white papers li qed ikunu ppubblikati.", "Għalxiex qed ngħid dan?", "Għax l- oppożizzjoni qiegħda tkun totalment assenti mill-proċess ta' konsultazzjoni, u meta nara dan l-atteġġjament jien bilfors ikolli nistaqsi: Aħna rridu li jkollna liġijiet tajbin verament jew qed noqogħdu gallerija billi l-ewwel naraw x'se jgħidu n-non-governmental organisations u mbagħad nagħtu l-aħħar daqqa ta' mannara biex nieħdu kapital politiku minnha?", "Għax donnu hekk qed isir.", "Kif għedt diġa', il-patrimonju ta' pajjiżna jistħoqqlu ferm aħjar.", "Jien li kont involut fil-preparazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi, naf li dan huwa pass onest li qed isir bil-għan uniku li jiġu stabiliti l-istrutturi li qed jaħdmu.", "Nispera li almenu l-kelliema ta' warajja jitkellmu dwar l-operat li qed nistennew li se jkollhom dawn l-istrutturi għax wara kollox, din għandha tkun id-diskussjoni.", "F'din id-diskussjoni m'għandniex nisimgħu dwar x'patrimonju għandha l-belt jew ir-raħal tagħna u lanqas m'għandna nisimgħu dwar x'għamel il-ministru preċedenti imma għandna nwieġbu għal dawn il-mistoqsijiet: L-istruttura li qed noħolqu hija l-aħjar struttura jew le?", "Kif nistgħu nirranġawha?", "Jien nappella biex min se jkompli jitkellem f'dan id-dibattitu jkollu l-interess ġenwin li jagħti l-kontribut tiegħu ħalli dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jiġi mtejjeb u ma jkollux l-interess li jgħajjar, li jitfa' t-tajn, li jikkritika l-aġenda tal-gvern, li jsemmi l-imħażen tal-Kottonera li twaqqgħu jew inkella lis- Sur Joe Cannataci.", "Dawn huma argumenti li xbajna nisimgħuhom u żgur li għandna fora aħjar fejn nagħmluhom.", "Għalhekk ejjew nagħrblu flimkien l- istrutturi differenti li għandna, il-funzjonijiet tagħhom, kif jista' jkun hemm koordinazzjoni bejniethom u kif jistgħu jkunu iktar accountable.", "Jien naħseb li l-Ministru Galea huwa lest li jilqa' l-proposti li jsiru ġenwinament bil-għan li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jiġi mtejjeb.", "Wara kollox l-interess tagħna huwa li jkollna struttura effikaċi li verament tħares il-patrimonju ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, ma nafx għandix ħin biżżejjed biex niżvolġi l-argumenti tiegħi, pero` jien se nipprova nagħmel dan xorta waħda.", "Illum qed nitkellmu dwar abbozz ta' liġi ġdid li suppost l-intenzjoni tiegħu hija li jagħmel provvedimenti sabiex il-patrimonju Malti jiġi mħares u sfruttat aħjar.", "Kulħadd jaqbel li l-patrimonju tagħna huwa wirt li ħallewlna ġenerazzjonijiet sħaħ, wirt li kulħadd jammetti u jħoss li huwa importanti għall-pajjiż.", "Jekk wieħed sempliċement iħares lejn id- dimostrazzjoni li saret meta dan l-aħħar sar dak l-isfreġju fuq l-Imnajdra, isib li din id-dimostrazzjoni ġibdet nies minn kull sfera tal-ħajja Maltija, li jaqblu jew ma jaqblux politikament, inġabru f'bieb il-Belt biex jipprotestaw għall-aġir ta' xi vandali li għamlu ħsara lill-parti mill-wirt kbir li għandu pajjiżna.", "Kull Malti huwa kburi bil-patrimonju ta' pajjiżna, u jien persważ li kull Malti jista' jagħmel 15-il minuta jitkellem dwar il-patrimonju Malti, li huwa tant rikk u vast.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li ħafna drabi neħduh wisq for granted tant li kulħadd jammetti li m'għandu protezzjoni ta' xejn.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, jiddispjaċini imma jkolli nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta 16 t'Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, illum xtaqt nieħu l-okkażjoni u nirrispondi għal artiklu li deher il-bieraħ fil-ġurnal ''Il-Mument'', fejn Jean Pierre Debono qal li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa huwa maħkum minn taħwid u paniku.", "Jien nista' ngħid mill-bidunett li jew l-artikolista huwa konfuż fl-ideat tiegħu, jew qed jipprova jħawwad il-fatti jew qed joħloq storja biex jagħti l-impressjoni li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa mhux miexi tajjeb.", "Irrid ngħid li minkejja li qed jiffaċċja dejn li jammonta għal madwar Lm138,000 bejn dejn pendenti u overbudgeting, dan il-kunsill qed jaħdem bis-sħiħ biex iwettaq il-programm li fuqu ġie elett.", "Fost l-affarijiet li ntqalu f'dan l-artiklu hemm li jien qed nipprova nagħmel xi kapital politiku mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa.", "Jien bħala l- ispokesperson min-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar il-kunsilli lokali tinteressani l-ħidma tal-kunsilli lokali ta' kull lokalita' u ngħin lil kull kunsill li jitlobni l-assistenza.", "Ċertament huma kunsilli b'maġġoranza Laburista l-aktar li jagħmlu riferenza għall-assistenza tiegħi.", "Dan nistqarru pubblikament, imma jekk dan jikkonsidrawh bħala kapital politiku, allura jistgħu jkomplu jiktbu artikli kemm iridu għax jien hekk beħsiebni nibqa' nagħmel!", "Rigward il-handyman li ġie mpjegat mal-kunsill lokali, tajjeb li ngħid li l- impjieg tiegħu huwa xprunat fuq inizjattiva tal-kunsill biex jikkontrolla l- ispiża ħalli b'xi mod jindirizza konkretament il-problema tad-dejn li wiret mill-kunsill preċedenti Nazzjonalista.", "L-impjieg ta' dan il-handyman m'hu xejn għajr twettiq ta' politika mfassla mill-gvern Nazzjonalista u mill-Ministru Lawrence Gonzi - il-ministru responsabbli mill-qasam soċjali u tax-xogħol - fejn nies li jkollhom 'il fuq minn 40 sena - allura jkunu aktar diffiċli biex jimpjegaw ruħhom - jiġu ngaġġati mill-kunsilli lokali, bil-kunsill iħallas nofs il-paga u n-nofs l-ieħor titħallas mill-ETC.", "Minkejja li hija inizjattiva ta' gvern Nazzjonalista, dak li jagħmel sens ma tistax tgħid li huwa ħażin, u dan il-kunsill li huwa mmexxi minn maġġoranza Laburista, għamel sew meta għamel użu minn din il-policy.", "Fuq kollox huwa tajjeb li wieħed jgħin lill-ħaddiema ta' 'l fuq minn 40 sena, li huma l-core unemployed u huwa l-iktar diffiċli biex issibilhom impjieg fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Issa ta' min jgħid li l-unika oġġezzjoni li donnu sab dan l-artikolist huwa l-fatt li l-bniedem li ġie ngaġġat huwa bniedem ta' tendenzi Laburisti.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din l-istess persuna kienet se tkun ingaġġata ma' kunsilli oħrajn f'lokalitajiet oħrajn u ovvjament għażlet li tkun impjegata ġewwa Ħal-Luqa għaliex huwa eqreb u allura jiffranka ħafna spejjeż ta' trasport.", "Effettivament ma naħsibx li wieħed għandu joqgħod jidħol fil- mertu jekk bniedem għandux tendenzi Laburisti jew le.", "Dan għandu dritt daqs kulħadd li jaħdem u għandu dritt li jibbenefika minn dak li l-gvern ikun qed jagħmel.", "Il-fatt hu li dan għandu l-kwalifiki kollha stipulati mil- liġi, huwa bniedem li m'għandekx xi tgħid fuqu u naħseb li m'għandniex noqogħdu ngħidu li dan inzerta ħu kunsillier.", "Barra minn hekk huwa deplorabbli l-fatt li ħaddiem li ilu għal żmien twil unemployed, li llum għalaq l-40 sena, il-ħajja tiegħu qed jagħmluhielu iktar diffiċli għax ismu qed jixxandar fuq il-media, sempliċement għall-inklinazzjonijiet politiċi tiegħu u tal-familja tiegħu.", "Punt ieħor li tqanqal f'dan l-artiklu kollu - u jekk tagħsarhom mhux żgur hemm tliet punti li wieħed jista' jitkellem u jagħmel riferenza għalihom – hu fejn qed jipprova jgħid li d-dejn li wiret il-kunsill il-ġdid ma tħalliex mill-kunsill preċedenti nazzjonalista.", "Min jaf il-fatti mill- ewwel jasal għall-konklużjoni ta' l-affarijiet.", "Fl-1998 il-Partit Laburista ma kienx qed jikkontesta b'rappreżentanza diretta fil-kunsill lokali lokali ta' Ħal-Luqa u l-indipendenti kienu rebħu l-maġġoranza tal-voti.", "Dakinhar il-kunsill lokali kien magħmul minn erbgħa indipendenti u tlieta nazzjonalisti.", "Fost dawk l-indipendenti li telgħu kien ġie elett John Schembri li jiġi ħu l-mara tiegħi.", "Jiena naħseb li għandu dritt jipparteċipa u jaħdem għal-lokalita' tiegħu daqs kull resident u ċittadin ieħor tal-lokalita' ta' Ħal-Luqa, u peress li ġab il-maġġoranza tal-voti sħabu stess ivvotawlu biex ikun is-sindku.", "Jekk m'inix sejjer żball kien hemm viċi-sindku min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri l-affarijiet kienu mexjin b'ċertu arranġament amikevoli wkoll minn għaliex l-indipendenti setgħu għażlu viċi-sindku min- naħa tagħhom pero' safejn naf jien dan ma sarx.", "Fost il-membri ta' l- indipendenti li kienu eletti kien hemm l-ex-sindku, Michael Cachia, li dan kien l-inqas wieħed li ġab voti fost l-indipendenti.", "Kif żviluppaw l- affarijiet jidher biċ-ċar li dan Michael Cachia ma setax iniżżel il-fatt li ma baqgħax sindku, u wara ċertu żmien għamel xi arranġament mal-kunsillieri l-oħra Nazzjonalisti, għaddew mozzjoni mill-kunsill, li allura mbagħad ġiet maġġoranza bil-maqlub u John Schembri tneħħa minn sindku.", "Is-sindku mbagħad sar dan Michael Cachia għaliex hu ġie vvotat min-naħa tal- kunsilliera Nazzjonalisti biex ikun hu bħala sindku u effettivament imbagħad Ħal-Luqa, minkejja x-xewqa tal-maġġoranza tal-votanti, s- sitwazzjoni nqalbet u effettivament fir-realta' l-kunsill lokali beda jitmexxa minn kunsilliera Nazzjonalisti u Michael Cachia bħala s-sindku minkejja li ma kellhomx il-maġġoranza tal-voti.", "Dan ifisser li d-dejn li wiret il-kunsill preżenti sar mill-overbudgeting li kien sar lejliet l- elezzjoni u allura kien kollu wirt ta' kunsill immexxi minn Nazzjonalisti.", "Din hija l-verita', u dan kulħadd jafu fil-lokalita' ta' Ħal-Luqa.", "Mr. Speaker, f'dawn is-snin kollha jiena qatt ma ħadt xi aġġornament biex nispjega dan id-dettall, u qed nagħmel dan illum għax artikolist, li ma jafx l-affarijiet kien inhuma mexjin fil-lokalita', ħass li għandu jagħmel dawn ir-riferenzi diretti.", "Jien ukoll qed inkun dirett ħafna f'dak li qed ngħid, u dan ma niddejjaqx ngħidu barra, jiġifieri dan mhux qed ngħidu hawn biex b'xi mod nuża l-privileġġ parlamentari.", "Jekk xi ħadd iħossu libellat jista' jagħmilli libell – ikun ieħor ma' l-oħrajn li għandna – u nista' nassigurah li nirrinunzja għal kwalunkwe protezzjoni tal-parlamentari f'dan ir-rigward.", "Wara li forsi poġġejna dan kollu fil-perspettiva kollha tiegħu biex nirrispondi lil dan l-artikolist, tajjeb li wieħed jgħid li l-Partit Laburista, għax huwa responsabbli fl-aġir tiegħu, qabel mal-proposta tal- ministru tal-kunsilli lokali li għandu jkun hemm sorvelja u kontroll dwar l- infiq tal-kunsilli lokali biex nassiguraw li dawn ma joperawx b'deficit u li dawn joperaw fil-parametri tal-liġi.", "Tant qbilna ma' dan li hemm propost biex is-suġġeriment li ġie min-naħa tal-ministru jkun diskuss fil-public accounts committee.", "Nemmnu dan għaliex inħossu li l-ebda kunsill m'għandu jopera barra l-parametri tal-liġi.", "Hawnhekk irrid ngħid li filwaqt li nemmnu li għandu jkun hemm element ta' kontroll, huwa importanti ħafna li l-kunsilli li wirtu dejn minn kunsill preċedenti iktar u iktar meta ma kellhom l-ebda kontroll u influwenza fuq il-kunsill preċedenti, m'għandhomx ikunu mxekklin milli jwettqu l-programm tagħhom.", "Dan qed ngħidu fl-akbar interess ta' l-istess kunsilli, huma min huma l-kunsilli u mmexxija minn liema maġġoranza.", "Il-programm li fuqu ġew eletti għandu jitwettaq u f'dan ir-rigward il-kunsilli – hemm madwar xi 15- il kunsill – li jinstabu f'dawn it-tip ta' problemi finanzjarji għandhom fuq bażi individwali - għaliex kulħadd għandu l-każ partikolari tiegħu - ikun hemm element ta' diskussjoni mhux biex nissanzjonaw lil min kiser il- liġi imma biex il-problema li għandhom dawn il-kunsilli tkun indirizzata.", "Jien nemmen li tramite r-riżorsi li għandu l-gvern ċentrali, id- dipartimenti u l-entitajiet, ħafna mill-problemi jistgħu jiġu prattikament u b'mod prammatiku ndirizzati b'mod li l-kunsilli preżenti ma jkunux mfixkla mill-qadi ta' dmirijiethom.", "Ma rridux ninsew li l-kunsill bħala kunsill huwa f'kuntatt kontinwu mar-residenti.", "Jekk naqblu ma' dan irridu nassiguraw li t-titjib fil-kwalita' ta' ħajja tar-residenti li jista' jiġi ġġenerat mill-kunsilli lokali m'għandux ikun imxekkel.", "Irridu naċċettaw li kunsill m'huwiex xi entita' jew repubblika indipendenti imma huwa parti mill-amministrazzjoni sħiħa tal-pajjiż u għaldaqstant għandu jaġixxi u jimxi skond il-parametri stabbiliti.", "Mill-banda l-oħra rridu nifhmu li l-esperiment f'dawn l-aħħar tmien snin wera li kien hemm min forsi aġixxa bħal żiemel maħrub - u forsi kien hemm diversi raġunijiet għaliex aġixxa hekk - u forsi qabeż u kien hemm violation tal-liġi, pero' dan m'għandux ibatih il-kunsill li jkun ġie elett it-tieni jew it-tielet darba.", "M'għandux dak il-kunsill jidher li m'hu qed jagħmel xejn minħabba l-fatt li sempliċement ried iħallas għad-dnubiet ta' dawk preċedenti.", "Kull każ għandu jiġu kkonsidrat individwalment, u qed ngħid hekk għaliex kunsill li wiret il-problemi li ħoloq hu stess preċedentement jew kunsill bl-istess maġġoranza naħseb li hemm m'għandux isib is-solljev li qed nissuġġerixxi.", "Qed ngħid individwalment ukoll biex tiġi individwata u indirizzata ċ-ċirkostanza ħalli l-proċess tal-kunsilli lokali, li qed inħarsu lejh bħala parti integrata mill-politika u mill- ħajja soċjali ta' pajjiżna, ikompli miexi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, żewġ sekli u nofs ilu, qassis protestant predikatur Amerikan qal li l-intolleranza hija s-saħta ta' kull żmien u ta' kull stat.", "U jekk wieħed illum iħares lejn is-sitwazzjoni li tinsab fiha d-dinja wieħed jista' jżid li l-intolleranza mhux biss hija s- saħta ta' kull żmien u ta' kull stat imma hija s-saħta tad-dinja kollha.", "Mr Speaker, kienet ukoll il-Prinċipessa Diane li ftit taż-żmien ilu qabel ma mietet qalet li l-ikbar problema tad-dinja llum hija l-intolleranza li ħadd ma jittollera lil ħaddieħor.", "Mr Speaker, jekk f'pajjiżna rridu li jkollna poplu tolleranti bilfors li rridu nibdew naraw li l-mexxejja ta' dan il-pajjiż ikunu mexxejja tolleranti u mexxejja li juru t-triq.", "Importanti li ż-żewġ partiti mhux biss ikollhom mexxejja tolleranti imma l-partiti stess iridu jkunu huma stess tolleranti.", "Jien kburi li nifforma parti minn partit li huwa tolleranti u dan jurih il-każ ta' dan l-aħħar fejn jien kont l-uniku deputat f'din il-Kamra li fil-free vote li kellna dwar il-każ ta' l- impeachment ta' l-imħallef vvota mhux skond l-andament tal-partit tiegħu imma skond il-kuxjenza.", "Mhux biss nikkonferma li qatt, kemm qabel u kemm wara din il-votazzjoni, ma l-partit tiegħi ma mponiex fuqi xi ideat li kienu fissi imma nikkonferma li wara d-deċiżjoni li ħadt kelli r-rispett ta' sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra dwar il-mod kif ivvotajt.", "Huma rrispettaw id-deċiżjoni tiegħi u jien irrispettajt id-deċiżjoni tagħhom.", "Hekk għandu jkun partit serju, li jkun lest li jagħti eżempju liċ-ċittadini kollha u lill-pajjiż biex ma naqgħux fl-intolleranza li llum stess qed naraw kemm qed iġġib ħsara fid-dinja.", "Il-partit li nifforma parti minnu huwa tolleranti għall-ideat kollha li joħorġu mill-membri tiegħu, mhux fuq dan il-każ biss imma nikkonferma kemm aħna liberi fid-diskussjoni li jkollna li niżvolġu ideat ġodda.", "Il-partit iħeġġiġna niżvolġu kull idea li tiġina u nippreżentawha għad-diskussjoni għaliex il-partit tagħna jaf li minn ideat oriġinali bħal dawn ikun lest li jibbaża l-aġġornament tal-politika tiegħu.", "Jien nikkonferma li f'dan il- partit għandna mexxej li lest jittollera lil kulħadd, lest jittollera ideat ġodda, anzi jieħu gost b'min joħroġ b'ideat ġodda li jagħtu sfog għal diskussjoni serja u produttiva.", "Nikkonferma li d-deċiżjoni li ħadt kienet verament ħielsa u nikkonferma li l-ħsieb tiegħi kien oriġinali u ma ġewx imposti fuqi xi ħsebijiet minn ħaddieħor.", "Ħadd ma beżżagħni, kemm qabel din id-diskussjoni u wisq iżjed wara.", "Ma kelli lil ħadd min iħarisli bl-ikrah, anzi nikkonferma li wara d-deċiżjoni li ħadt u wara l-vot li esprimejt fil- parlament kelli ħafna telefonati kemm minn nies li jaqblu mal-partit tagħna u kemm minn nies li ma jaqblux mal-partit tagħna li ferħuli għall- kuxjenza u l-kuraġġ li wrejt li nesprimi l-opinjoni tiegħi.", "Issa jekk hijiex opinjoni tajba li jaqblu magħha jew opinjoni ħażina mhux il-punt.", "Il-punt hu li dawn awgurawli għall-kuraġġ li wrejt.", "Ma setax ikolli l- kuraġġ li wrejt kieku ma kellix warajja l-fiduċja li għandi partit li lest li jittollera dawn l-ideat u din il-pożizzjoni.", "Mr Speaker, għall-kuntrarju għandna partit in-naħa l-oħra li huwa prużuntuż u li jippretendi li huwa partit tolleranti.", "Issa ta' min igħid li dan l- impreachment ta' l-imħallef juri biċ-ċar kemm huwa partit intolleranti.", "Jekk tibda anke mid-diskussjoni nnifisha meta kienet free vote kulħadd suppost li jesprimi l-opinjoni tiegħu kellna diskussjoni min-naħa l-oħra tal-Kamra li kienet diskussjoni monotona, diskussjoni maħsuba minn qabel li tpinġi ikrah persuna li konna qed nitkellmu fuqha.", "Din id-diskussjoni wriet kemm il-Partit Nazzjonalista, anke meta suppost ikun hemm free vote, huwa partit intolleranti u f'dan il-każ impona l-frosta fuq kull membru tiegħu.", "Min ma kienx lest li jivvota skond il-Partit Nazzjonalista fil- gvern kellu bilfors joqgħod il-bogħod mill-Kamra tar-Rappreżentanti biex jastjeni mill-vot tiegħu.", "Mr Speaker, jekk hemm xi ħaġa li turi l-intolleranza u l-inkonsistenza fil- ħsieb kien artiklu li deher il-bieraħ f''Il-Mument\".", "Għax jien f'każ ta' free vote iddeċidejt li nivvota skond il-kuxjenza tiegħi pinġuha li fil- Partit Laburista hemm xi firda.", "Dan il-kunċett fih innifsu juri l-istaġnar u l-konservatiżmu fil-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan huwa partit li m'huwiex kapaċi jiddistingwi bejn ħaġa u oħra.", "Il-makkinarju tal-Partit Nazzjonalista uża dan il-każ b'mod partiġġan biex jagħti l-impressjoni li fil-Partit Laburista hemm xi firda.", "Jien ngħid li fil-Partit Laburista hemm għaqda sħiħa u hemm liberta' sħiħa li naġixxu skond il-kuxjenza tagħna f'każi bħal dawn.", "Il-firda tinsab biss fil-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista li minn banda jħeġġeġ biex dak li jkun jivvota skond il-kuxjenza imma mbagħad min-naħa l-oħra jikkritika lil min ikun għamel hekk biex jipprova jinsinwa li hemm xi firda fil-Partit Laburista.", "Mr Speaker, dan juri kemm il-Partit Nazzjonalista huwa stagħġnat u huwa magħluq fl-ideat antiki.", "Il-partiġġaniżmu għalihom jirbaħ f'kollox u m'hemmx lok għal ideat ġodda.", "U fid-diskussjoni rajna kantaliena waħda mingħajr l-iċken idea ġdida biex id-diskussjoni tieħu svolta bilanċjata.", "Dan jagħti spjegazzjoni għaliex pajjiżna huwa stagħġnat u mingħajr ideat f'kollox inkluż fl-ambjent.", "Kelliem jew kittieb ieħor, ċertu Alistair Crawley qal li l-intolleranza hi xhieda ta' impotenza u dan jixraq li wieħed jgħidu għall-Partit Nazzjonalista, għaliex dan jista' jingħad għal partit li ma jistax jittollera li xi ħadd li joħroġ b'xi ideat differenti.", "U dan huwa sinjal ta' kemm huwa partit li m'huwiex kapaċi li jkollu poter li joħloq ideat ġodda.", "Mr Speaker f'dan il-pajjiż il-politikanti huma dejjem ikkritikati.", "Jekk politikant jimxi skond l-ideat tal-partit tiegħu fil-gazzetti jispiċċaw isejħulu zombie, jekk imbagħad xi politikant jaħseb b'mod differenti allura dan il-politikant jgħidu li qed joħloq firda fil-partit.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li pajjiżna għandu bżonn nies li jkollhom ideat ġodda.", "Hemm bżonn li jkun hemm tolleranza iżjed miż-żewġ partiti.", "Pajjiżna għandu bżonn nies li kapaċi jgħidu x'inhi l-verita' mingħajr biża' li jiġu kkritikati u għandu bżonn li jkun jaf x'inhuwa s-sewwa mingħajr taħwid u inċertezza.", "Pajjiżna għandu bżonn li jkun pajjiż fejn il-partiġġaniżmu jżomm il- proporzjonijiet tiegħu, mhux il-partiġġaniżmu jiżboq kollox.", "F'pajjiżna tagħmel x'tagħmel jipprovaw jużaw il-partiġġaniżmu biex ipinġuk ikrah.", "Mr. Speaker, l-artiklu tal-bieraħ kien miktub minn ġurnalista, u hawnhekk irrid ngħid li pajjiżna għandu bżonn ġurnalisti li jipprovaw jiċċaraw l- affarijiet, jipprovaw jedukaw il-poplu, jipprovaw jagħtu lill-poplu viżjonijiet ġodda, ideat ġodda li jħarsu 'l quddiem.", "F'pajjiżna m'għandniex bżonn ġurnalisti parassiti.", "Aħna għandna ġurnalisti li huma kapaċi joħolqu xi ħaġa ġdida jew joħorġu b'xi ħaġa intelliġenti, imma mbagħad ikollna ġurnalisti li jkunu parassiti minħabba li jgħixu fuq l-injoranza u l- inċertezzi tal-qarrejja tagħhom.", "Jien nawgura li f'dan il-pajjiż ikollna iżjed tolleranza fl-ideat u mhux biss fiċ-ċittadini imma wkoll f'dawk li jedukawhom, dawk li jinformawhom u f'dawk li jmexxuhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għad t-Tlieta 16 ta' Ottubru 2001 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - PEMBROKE JUNIOR LYCEUM", "28607.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta mistenni li jitlesta x-xogħol fuq il-junior lyceum ta' Pembroke u meta l-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu form II f'Tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hu ppjanat li x-xogħol fuq il-junior lyceum ta' Pembroke jitlesta sa Settembru 2003.", "L-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu form II Tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f'din l-iskola għal form III f'Settembru 2002.", "CHILDRENS ALLOWANCE", "28608.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga lment li wasalli li lill- familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament – qalulha li għalkemm l-investigazzjonijiet dwar l-intitolament tagħhom għaċ-children allowance ġew mitmuma mhumiex ser jitħallsu qabel Novembru għax allegatament ma hemmx flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-familja ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet informata bil-miktub dwar il-każ tagħha, inkluż il-fatt li l-allegazzjoni li m'hemmx flus hija invenzjoni bla bażi ta' xejn.", "TAŻ-ŻWEJT - TRIQ ALESSJU XUEREB -", "28609.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-gvern ċentrali jagħti l-għajnuna meħtieġa lill- kunsill lokali San Gwann biex tiġi rranġata Triq Alessju Xuereb Taż-Żwejt billi mill-mod li bih taqleb it-triq kull meta jkun hemm xita qalila jispiċċa jkun hemm flooding ta' ħafna garages li jinsabu taħt il-livell tat- triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex flimkien mal-Kunsill jara kif din il-problema ta` flooding tista` tiġi riżolta.", "TAŻ-ŻWEJT - BUS SHELTER", "28610.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir bus shelter għall-passiġġieri ta' bus 65 qrib taż-Żwejt, kif ukoll li jitwaħlu sinjali bil-ħinijiet meta jgħaddu l-buses minn dawk l-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-twaħħil ta` bus shelters issa għadda f`idejn il-kunsill lokali u għalhekk it-talba għandha ssir lill- kunsill lokali ta` San Ġwann.", "Fir-rigward ta` twaħħil ta` timetables għandi pjaċir ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-eżerċizzju fil-preżent qed isir u hemm ħsieb jitwaħħlu r-rotot kollha ta` Malta u Għawdex issa li bdiet topera l-iskeda tax-xitwa.", "IKLIN – TRIQ IL-WIED - KAROZZI TAL-LINJA", "28611.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jiġu milqugħa l-ilmenti ta' diversi residenti ta' l-Iklin biex ikun hemm servizz ta' karozza tal- linja li jgħaddi minn Triq il-Wied kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li tiġi ntrodotta rotta ġdida fil-lokalita` msemmija.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "28612.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jilqa' t-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex id-dipartiment tat-taxxi interni jagħmel settlement dwar refunds li ilhom pendenti mis-sena 1991 u li suppost li ġew finalizzati xi sentejn ilu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti Informazzjoni kunfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista' jmur sat-taxpayer service u jkun jista' jinqeda.", "PRINCIPAL TECHNICAL OFFICER", "28620.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28533, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-persuna magħżula u x'salarju u kundizzjonijiet ingħata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-proċess ta` l-għażla għadu ma ġiex eżawrit u r-riżultat ta` l-interview għadu mhux pubblikat.", "L-eventwali persuna magħżula jiġi appuntat fil-grad ta` principal technical officer, kif indikat fis-sejħa għal applikazzjoni fuq skala 9 b`salarju ta` Lm5,274 fis-sena li jitla` b`increments annwali ta` Lm192 sa Lm6,426 fis- sena u bil-kundizzjonijiet normali tas-servizz mal-gvern.", "ETC - ĦADDIEMA ILLEGALI", "28621.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28482, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif minn 3,752 rapport ġew spezzjonati 2,846, jiġifieri ma' saritx spezjoni għal 906 rapport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-figuri mogħtija in konnessjoni mal-mistoqsija parlamentari nur.", "28482 kienu dawk sa l-aħħar ta' Awissu 2001.", "Il-bilanċ li għadu qed jiġi pproċessat jammonta għall-585 każ.", "It-321 każ l-ieħor, minn total oriġinali ta' 3,752, kellhom jiġu mwarrba kawża ta' nuqqas ta' informazzjoni/dettalji; rapporti meqjusa \"infondati' wara li ġew imqabbla mad-database ta' l-ETC", "MCAST - GĦALLIEMA", "28622.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28571?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru japprezza li jien m'inix l-awtorita` kompetenti biex nidħol fir-raġunijiet li għalihom applikanti jintgħażlu jew ma jintgħażlux biex jimlew vakanzi avżati fl-MCAST.", "Il-kulleġġ jippubblika r-riżultati ta' l-intervisti meta l-proċess ta' l-għażla jkun definitivament konkluż.", "Kull għalliem tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li applika biex jgħallem l- MCAST u ma ġiex magħżul ingħatalu post alternattiv skond il-kompetenzi tiegħu.", "Il-persuna msemmija tista' dejjem tirrikorri għall-passi stabiliti bil- liġijiet eżistenti.", "MCAST - INSTITUTE OF BUSINESS AND COMMERCE", "28623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28574?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ż-żewġ assistenti kapijiet ta' l-istitut għan-negozju u kummerċ ta' l-MCAST għandhom il-kwalifiki meħtieġa kif mitlub fis-sejħa għal applikazzjoni għal postijiet konċernati.", "PULIZIJA – BIRŻEBBUGA – BAR", "28624.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li hemm lmenti minn kostitwenti tiegħi li l-ħanut Power bar biswit l-għassa tal-pulizija ta' Birżebbuġa qed jibqa' miftuħ aktar milli permess, b'mod li qed idejjaq lil ħafna ġirien matul il-lejl, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija ta' Birżebbuġa mhux qed tieħu l-passi li għandha tieħu skond il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija dejjem aġġixxiet, kemm quddiem il-qorti kif ukoll quddiem il-bord ta` pariri dwar liċenzji tal- pulizija, fuq l-ilmenti li rċeviet dwar il-ħanut li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "INKJESTI PENDENTI", "28625.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nur.", "28408?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li sal-lum, 15 ta' Ottubru 2001, in- numru ta' inkjesti pendenti huwa ta' 513.", "Din il-figura ma tinkludix numru ta' inkjesti, li xi wħud mill-maġistrati ma jixtequx jgħaddu informazzjoni dwarhom lill-amministrazzjoni tal-qrati.", "L-informazzjoni mogħtija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "UNIVERSITA' - MEDIĊINA U KIRURĠIJA", "28626.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28497, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati oriġinali li bihom 14- il student barrani ġew aċċettati għall-kors tal-mediċina u kirurġija fil- kors li beda din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni ta' l-universita` hi li informazzjoni dwar kwalifiki ta' individwi hi meqjusa bħala kunfidenzjali u għaldaqstant mhux f'pożizzjoni li npoġġi kopja taċ-ċertifikati oriġinali ta' l- istudenti.", "L-universita` ma jkollha ebda diffikulta` li tati l-informazzjoni kollha lil kull awtorita` kompetenti skond il-liġi li tkun trid tistabilixxi li d- dħul ta' l-istudenti sar kollu kemm hu skond ir-regolamenti.", "AĊĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "28627.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28139, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-etajiet tal-persuni li l-każ tagħhom ġie verifikat matul Jannar u Awissu ta' din is-sena u ta' dawk li sofrew korrimenti fatali.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "28628.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif diġa' ngħata fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28166 f'seduta 606.", "SEC/MATSEC - RESITS", "28629.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28290?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif dwar in-numru ta' studenti li qagħdu għall- eżami tas-SEC/MATSEC fis-sessjoni ta' Settembru u r-riżultati miksuba suġġett b'suġġett kif mgħoddi lili mill-uffiċċju tal-MATSEC tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Mogħti l-parir mill-bord tal-MATSEC biex ma nagħtix it-tagħrif mitlub skola skola.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "28631.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774, jista' l- Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - STRIP AND SEARCH", "28632.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il strip and search saru mill-pulizija matul 2001?", "X'inhuma l-kriterji adattati fi proċeduri ta' strip and search?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-ewwel disa' xhur ta` din is-sena, il-pulizija għamlet 440 strip search minħabba abbuż ta` droga.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tagħrif li diġa` tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "28433.", "SAĦĦA – IMPJEGATI", "28633.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat illi minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm sitt persuni li ġew impjegati fi gradi industrijali fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kif jidher hawn taħt:", "|Ministeru |Grad |Numru | |tas-Saħħa | |ta' | | | |impjega| | | |ti | |Fondazzjoni| | | |għas-Serviz| | | |zi Mediċi | | | |1998 | |Nil | |1999 |Office | | | |Assistant |1 | | |Messenger | | |2000 |Messenger |1 | |2001 | |Nil | |Sptar | | | |Zammit | | | |Clapp | | | |1998 | |Nil | |1999 |Domestic |3 | | |Help | | |2000 | |Nil | |2001 | |Nil |", "Rigward il-persuni fi gradi industrijali li ġew impjegati mas-servizz pubbliku għall-istess perjodu nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtja mill-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774.", "VALLETTA REHABILITATION PROJECT", "28634.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28167?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "TURIŻMU – IMPJEGATI", "28635.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li bejn Settembru 1998 sal-lum daħlu 28 persuna mas-servizz pubbliku u l-awtorita' tat-turiżmu fi gradi industrijali.", "Il-gradi tagħhom u s-sena meta daħlu huma kif jidhru hawn taħt:- |Dipartiment | | | |tat-Turiżmu:| | | |Sena |Grad |Numru | | | |ta' | | | |Impjega| | | |ti | |1998 | | | |(06/09/98 – |xejn |0 | |31/12/98) | | | |1999 |xejn |0 | |2000 |Labourer | | | |(Ex |26 | | |Impressed | | | |Driver) | | |2001 |xejn |0 | |Awtorita' | | | |tat-Turiżmu:| | | |2001 |Ex | | | |Impressed |2 | | |Drivers | |", "AGRIKOLTURA – IMPJEGATI", "28636.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi minn Settembru 1998 sal-lum, daħlu 51 persuna fi gradi industrijali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi li huma maqsumin kif ġej:", "|Sena |Grad |Nru | | | |ta' | | | |Impjega| | | |ti | |1998 (6 ta' | | | |Settembru - |Xejn |0 | |31 ta' | | | |Diċembru) | | | |1999 |Xejn |0 | |2000 |Butcher |6 | | |Labourer (Ex|2 | | |AWTS) | | |Labourer (Ex| | | |Impressed |41 | | |Driver) | | | |2001(1 ta' | | | |Jannar - |Butcher |2 | |8 ta' | | | |Ottubru) | | | |Total | |51 |", "Dawn il-51 huma fost il-574 impjegat imsemmija fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "28637.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown fl-istima ta' l-infiq ta' Lm600,000 fil-proġett tat-Triq Hompesch fil-Fgura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-valur tax-xogħol li hu propost li jsir fi Triq Ħompesch huwa mqassam kif ġej:", "|Xogħol ta` bini | | |mill-ġdid mit-triq, |Lm506,720 | |ta` asfalt u bankini | | |Xogħol ta` servizzi | | |nkluż il-bini |Lm128,419 | |tal-water culverts | | |Xogħol ta` tabelli u | | |street furniture |Lm 2,618 |", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "28638.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra inviti, aġenda u minuti tal-laqgħat kollha ta' konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn is-17 ta' Novembru 2000 u t-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsilli lokali tal-Fgura u d-dipartiment tat-toroq, jew mal-ministeru tat-trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Le.", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "28639.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nbidlet ir- rotta tat-traffiku alternativa waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol fuq Hompesch Road minn dik li kienet miftiehma fl-laqgħa tat-18 ta' Lulju 2001 ma' l-entitajiet konċernati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma sar l-ebda tibdil fir-rotta tat- traffiku minn dak li kien miftiehem fil-laqgħa ta` Lulju 2001.", "Ta` min isemmi iżda li l-karozzi ż-żgħar setgħu sabu toroq alternattivi waqt l-implimentazzjoni tax-xogħol u dan ukoll kien previst li seta` jsir fil-laqgħa msemmija.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI – IMPJEGATI", "28640.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "27774, jista' l- Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, u cioe' fil-Malta arbitration centre, minn Settembru 1998 sal-lum ġiet impjegata persuna waħda fi grad industrijali.", "Dan beda l-impjieg tiegħu fis-27 ta` Jannar, 2000.", "SKEJJEL – TARXIEN – MARIA GORETTI", "28641.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta se jsiru lockers fl-iskola ta' Marija Goretti, Tarxien, meta s-sena l-oħra l-istudenti ta' form 4 ħallsu l-Lm10 u sal-lum għadhom bla lockers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola ma talbet lill-ebda studenta biex tħallas Lm10.00 għal-locker kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari.", "Il-kunsill iddeċieda li t-88 locker li ser jintużaw din is-sena jinkrew Lm1.00 kull term u din il-policy ġiet spjegata lill-ġenituri f'laqgħa li saritilhom fil-5 ta' Settembru.", "Informat ukoll li l-kunsill ta' l-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti adotta policy biex jiġu evitati basktijiet tqal u daħlet l-idea li jinxtraw lockers.", "Dan hu proġett li mistenni jieħu ħames snin sakemm jinfirex ma' l- iskola kollha.", "Is-sena l-oħra saret fun run biex jinġabru flus għal dan il-għan u l-iskola rnexxiela tidħol għall-ispiża ta' 88 locker li 68 minnhom inkrew minn tfal tal-form 2 u 20 minn fost it-tfal tal-form 3 li ttellgħu bix-xorti.", "SKEJJEL – ĦAMRUN – MARIA REĠINA", "28642.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta se jsiru lockers fl-iskola ta' Maria Reġina Ħamrun, meta l-istudenti tal-form 5 f'din l-iskola ilhom sentejn li ħallsu Lm10 u sal-lum għadhom bla lockers, meta fil-fatt dalwaqt se joħorġu mill-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-lockers fil-junior lyceum Maria Reġina ilhom jeżistu u jintużaw għal xi snin.", "Fil-bidu ta' kull sena skolastika l- istudenti jiġu assenjati locker fil-klassi jew fil-kuridur l-aktar viċin tal-klassi li jkunu qegħdin jużaw fis-sena kurrenti.", "Sad-9 ta' Ottubru 2001 l-istudenti kollha tal-form 5 ġew assenjati l-lockers li għandhom għad- dispożizzjoni tagħhom din is-sena skolastika.", "REVIŻJONI TAL-KERA", "28644.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'rifernza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28479, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jiġu riveduti kirijiet ta' qabel it-13/3/1987 bil-għan li dawk li diġa' qed jiġu riveduti jkunu jistgħu jinżammu baxxi kemm jista' jkun?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-kirjiet kollha, kemm dawk ta' wara l-1987 kif ukoll dawk ta' qabel, huma regolati mill-kuntratt ta' kera li kull inkwilin jiffirma wara li jiġi allokat post.", "DJAR – VALLETTA - LIFT", "28646.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsir lift fl-appartament f'door 1 Triq Saint John Cavalier Valletta, peress li hemm persuni b'mard kroniku serju fis-sulari ta' fuq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li m'hemm ebda applikazzjoni ma' l- awtorita' tad-djar għal stallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "ĠBID TA' FILMS", "28647.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu films parzjalment/totalment f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li statistika dwar produzzjoni awdjoviżivi barranin li jinħadmu f'pajjiżna bdiet tinżamm mill-kummissarju tal-films mis-sena l-oħra.", "Għaldaqstant it-total approssimattiv ta' films minn produtturi barranin li nġibdu f'Malta bejn l-1991 u l-1999 kien ta' 11.", "Fl-istess perijodu nġibdu erba' sensiliet għat-televiżjoni u 11-il riklam barrani.", "Matul is-sena 2000 f'pajjiżna nġibdu ħames films, żewġ sensiliet għat-televiżjoni u ħames riklami.", "MARSA - SIĠAR", "28650.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-siġar li nqalgħu dan l-aħħar mill-Marsa tneħħewx bil-permess ta' l-awtoritajiet konċernati?", "Jista' jgħid ukoll x' sar minnhom dawn is-siġar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan l-aħħar inżabru xi siġar fil-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Xi friegħi mejta nqatgħu waqt l-istess eżerċizzju.", "Ma jirriżultax li nqalgħu xi siġar ħajjin.", "VALLETTA - TRIQ MELITA", "28653.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isir bħalissa fi Triq Melita l-Belt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq Melita, il-Belt jikkonsisti f`xogħol biex jitjiebu s-servizzi.", "Dan ix- xogħol qed isir mill-kunsill tal-Belt.", "MALTA RACING CLUB", "28655.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul l-istaġun 2000 - 2001, kemm saru laqgħat mill- Malta racing club għall-owners u l-membri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru żewġ laqgħat mill-Malta racing club għall-owners u l-membri.", "Ta' min jgħid li l-kumitat tat-tmexxija tal-Malta racing club hemm rappreżentanti ta' l-owners/membri magħżula mill-istess owners wara sejħa għal dan l-iskop.", "B'hekk l-owners u l-membri għandhom vuċi kontinwa fil- laqgħat tal-kumitat.", "PIXXINA NAZZJONALI – IMPJEGATI", "28658.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ġew impjegati aktar ħaddiema fil-pixxina meta kien intqal li sakemm titwaqqaf il-kumpanija li ser tmexxi l-pixxina mhux ser jiġu mpjegati aktar nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ġie mpjegat ħaddiem part-time fil-gym.", "Din il-ħtieġa nħasset minħabba ż-żieda fis-sħubija ta' nies li jiffrekwentaw il-gym.", "Ġew impjegati wkoll żewġ cleaners wara li ttieħdet deċiżjoni li x-xogħol ta' tindif isir min-nies li jkunu taħt il-kontroll tal-pixxina.", "Wieħed japprezza li l-użu tal-pixxina qiegħed dejjem jiżdied, u jekk tinħass il-ħtieġa li jiġu mpjegati aktar nies ma tistax tistenna sakemm jiġu finalizzati l-formalitajiet kollha sakemm tibda topera l- kumpanija.", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "28670.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-inviti, agenda u minuti tal-laqgħat kollha tal-konsultazzjoni għax-xogħol fuq Hompesch Road li saru bejn is-17 ta' November 2000 u l-3 ta' Settembru 2001 mal-kunsilli lokali, Fgura u d-dipartiment tat-toroq, korporazzjonijiet u dipartimenti oħra dwar aspetti tekniċi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "28638.", "COASTLINE - BOZOZ", "28671.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni li l-ammont ta' bozoz fil-coastline, Salini li għadhom kif ġew stallati u inawgurati mhumiex jixegħlu?", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn il-bozoz jinxtgħelu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-bozoz li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru, qed jiġu nvestigati biex tiġi stabilita' l- problema teknika li żviluppat fihom.", "Qiegħed isir kull sforz biex id-dawl f'din it-triq jiġi għan-normal.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TA' NEGOZJI", "28673.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji ta' negozji li ġew irtirati mis- sidien tagħhom jew li ġew trasferiti minn fuq isem għal ieħor separatament sena b'sena mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta' liċenzji ta' negozju li ġew irtirati u trasferiti mis-sidien tagħhom mill-1995 sat-30 ta' Settembru 2001 kienu kif ġej:", "| |199|199|199|199|199|200|200| | |5 |6 |7 |8 |9 |0 |1 | |Liċen| | | | | | | | |zji | | | | | | | | |ta' | | | | | | | | |negoz| | | | | | | | |ju li|426|249|214|188|263|188|113| |ġew | | | | | | | | |iriti| | | | | | | | |rati | | | | | | | | |Liċen| | | | | | | | |zji | | | | | | | | |ta' | | | | | | | | |negoz|438|413|319|330|220|249|194| |ju li| | | | | | | | |ġew | | | | | | | | |trasf| | | | | | | | |eriti| | | | | | | |", "LIKWIDAZZJONI TA' KUMPANNIJI", "28674.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm applikaw kumpaniji/partnerships għal-likwidazzjoni ta' l-intrapriża tagħhom sena b'sena mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' soċjetajiet kummerċjali li ġew xolti mill-1998 sas-sena 2001 huma kif ġej:", "|1998 |732 | |1999 |375 | |2000 |585 | |2001 (sal-31 ta' |375 | |Awissu) | |", "Peress li records għas-snin 1995, 1996 u 1997 iridu jiġu kompilati manwalment minn sorsi differenti jingħataw aktar 'il quddiem.", "TARXIEN - PLAKKA KOMMEMORATTIVA", "28675.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaf l- Ministru li l-plakka kommemorattiva ta' l-ex Prim Ministru Taljan Francesco Crispi twaħħlet erronjament fuq dar li ġġib in-numri 25/26 Triq il-Kbira, Tarxien u mhux fuq id-dar indikata fir-risposta li kien tani għal mistoqsija parlamentari nru.", "25713 (seduta 37) jew fl-invit li nħareġ għall- okkazjoni tal-kxif ta' din il-plakka?", "Informat il-Ministru li jidher li n- numri tad-dar fejn kien jgħix f'Ħal Tarxien l-imsemmi ex-prim ministru Taljan fil-fatt jidher li ġew erronjament dupplikati fuq il-fond fejn attwalment twaħħlet din il-plakka?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-problema ta' liema dar attwalment għex fiha Francesco Crispi ġiet solvuta permezz ta' riċerka f'dokumenti depożitati f'Malta, kitba ta' storiċi Maltin u ritratt ipprovdut min-neputi ta' Francesco Crispi li jgħix fl-Italja.", "Dan minħabba li matul iż-żmien in- numri ta' bibien ta' Triq il-Kbira Tarxien ġew mibdula kemm-il darba u per konsegwenza wieħed ma' jistax jorbot fuq in-numri eżistenti.", "PENSJONI", "28682.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' anzjana - partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament - li għamlet disa' snin u nofs taħdem u issa spiċċat bla pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-każ.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "28684.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk mara separata li bħala proprjeta' għandha dar u garage, għandhiex dritt li tieħu r-relief kollu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji tas-sigurta' soċjali għandha dritt għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninfoma lill-Onor.", "Interepllant li d-dar tar- residenza u garage għal użu privat ta' l-applikant ma jitteħdux fil- konsiderazzjoni tal-kalkolu tad-dħul għall-għoti ta' assistenza soċjali.", "Il-liġi dwar is-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' numru ta' benefiċċji, li biex wieħed jikkwalifika għalihom irid jissodisfa diversi kundizzjonijiet speċifiċi.", "Għalhekk fin-nuqqas ta' dettalji speċifiċi, mhux possibbli li nagħti risposta dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija.", "Nissuġġerixxi li l-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant tingħata parir tkellem l-uffiċjal inkarigat fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "UNIVERSITA' – SUSSIDJI", "28686.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata sussidju fuq il-prezz tal-biljetti tal-karozzi tal-linja għal żgħażagħ li jattendu l-universita' u li jkollhom biss Lm 60 stipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, m'hemmx ħsieb.", "ETC - BORD TA' L-APPELL", "28687.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' l- appell ta' ġuvni li ġie maqtugħ mir-reġistru tax-xogħol u qiegħed jistenna li jibagħtu għalih mill-bord ta' l-appell, jitmexxa mill-aktar fis peress li barra li dan il-ġuvni m'għandu l-ebda dħul għandu wkoll tarbija?", "Jista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żvillupi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-appelli quddiem l-awtorita' nazzjonali tax- xogħol jinstemgħu wara xulxin skond l-ordni li jkunu waslu għand l- awtorita'.", "Ninsab informat li l-appell tal-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant imissu jinstema' fit-23 ta' Ottubru 2001.", "PENSJONI TAL-WENS", "28688.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ quddiem l- appell għall-pensjoni tal-wens ta' persuni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jitmexxa minħabba l-urġenża ta' dan il-każ?", "Jista' dan is-sinjur jiġi nformat bl-aħħar żvilluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal-persuna konċernata diġa' tressaq quddiem l-arbitru maħtur skond artikolu 107 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap) 318 li ddeċieda li jitlob aktar informazzjoni.", "Għaldaqstant irrimanda l-każ għal data oħra u għalhekk inħoss li ma nistax nintervjeni f'dan il-mument peress li l-każ għadu sub judice.", "MEDIĊINA MADOPAR – OUT OF STOCK", "28694.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jindika għalfejn il-mediċina Madopar qiegħda tkun out of stock fl- ispiżeriji tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-GPS jixtri tlIet dosi ta` Madopar:", "Levodopa 200mg with Benserazide 50mg - jinstab in stokk kemm fil-GPS kif ukoll fl-ispiżerija tal-gvern.", "Levodopa 100mg with Benserazide 25mg - jinstab in stokk fl-ispiżerija tal- gvern wara li sar tqassim aħjar ta` stokk bejn l-ispiżeriji.", "Il-GPS iltaqa` ma problemi biex jixtri stokk għax ma kien hemm l-ebda offerta għat- tender.", "Riċentement il-GPS ikkonferma ordni li mistennija fi żmien ġimgħa.", "Levedopa 50mg with Benserazide 12.5mg - jinstab in stokk fl-ispiżeriji tal- gvern wara li waslet konsenja fil-11 ta` Settembru 2001.", "L-istokk li wasal tqassam kollu fl-ispiżeriji tal-gvern biex jilqa` għad-domanda wara li kien hemm nuqqas temporanju ta` din id-dosa fix-xahar ta` Awissu.", "QORMI – TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "28695.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jdejjaq Triq il-Palazz l-Aħmar f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista` l-Onor.", "Interpellant jivverifika l-isem tat- triq peress li ma jidhirx li f'Ħal Qormi hemm Triq il-Palazz l-Aħmar.", "PULIZIJA – FESTA TA' SANT'ELENA - PERMESSI", "28696.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu permessi waqt il-festa ta' Sant'Elena biex ħwienet tax-xorb u każini setgħu joħorġu mwejjed u siġġijiet fuq il-bankina barra l-ħwienet imsemmija?", "Jista' jsemmi liema kienu dawn il-ħwienet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-postijiet ta` negozju li kellhom permessi sabiex joħorġu mwejjed u siġġijiet fuq il-bankina fil- perijodu tal-festa ta` Sant`Elena, Birkirkara, kienu: St. Helen`s band club; Xixu bar; Savannah bar; Alliance bar; Sunny bar; Majestic bar u Gove bar.", "AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU", "28697.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-awtorita' tat-trasport?", "It-trasport planning unit ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar tifforma parti minn din l-awtorita' tat-trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-membri ta' l-awtorita' tat- trasport huma kif ġew imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.17143 fl-20 ta` Settembru 2001.", "It-transport planning unit tifforma parti mill-awtorita` ta` l-ippjanar.", "ENEMALTA – METERS TAD-DAWL", "28698.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni illi l-Enemalta qed iddum ix-xhur biex tripprovdi meters tad-dawl lil dawk l-għandhom bżonn dan is-servizz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li d-dewmien imsemmi huwa kagunat prinċipalment minħabba materjal li ilu ordnat u li ħa aktar milli kien mistenni biex jidħol Malta.", "INSTITUTE OF WATER TECHNOLOGY", "28699.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "28426, jista' l-Ministru jgħid xi flus qiegħed iddaħħal l-institute of water technology għall-użu tal-faċilitajiet tiegħu minn kumpanniji privati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-flus li jdaħħal l-institute of water technology mill-faċilitajiet provduti lill-kumpaniji privati jiddependi minn numru ta' fatturi, bħan-nnumru u daqs tal-lecture/training rooms, it-tul ta' użu u l-apparat jew support services meħtieġa.", "Ir-rati li japplikaw għal kull ġurnata ta' użu huma dawn:", "workstation - Lm5; kamra li tesa' 15-il persuna - bejn Lm10 u Lm15; kamra li tesa' bejn 20 u 25 persuna - bejn Lm15 u Lm20; kamra li tesa' bejn 30 u 35 persuna - bejn Lm30 u Lm40 u kamra li tesa' 150 persuna - bejn Lm50 u Lm60.", "Il-ħlas għal faċilitajiet bħal secretarial support services, photocopying u użu ta' apparat isir ħlas separat għalihom.", "Fl-aħħar nett ta' min jgħid li l-proċedura li juża l-institute of water technology biex tikri dawn il-faċilitajiet hija l-istess bħal dik li kienet tintuża meta l-Onor.", "Interpellant kien il-ministru responsabbli mill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "ISLA - IMĦAŻEN", "28700.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-imħażen li hemm taħt it-Triq tal-Maċina l-Isla humiex mikrija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fit-Triq 31 ta` Marzu, li tiġi taħt it-Triq tal-Maċina l-Isla, hemm ħames garaxxijiet/mħażen tal-gvern.", "Erbgħa minnhom huma mikrija filwaqt li wieħed huwa okkupat illegalment minn terzi persuni.", "Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex dan ta` l-aħħar jiġi żgumbrat.", "WASTE MANAGEMENT - TENDER", "28701.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-kumpaniji li ġew short-listed għat-tender tal- waste management?", "Meta se jitlesta l-proċess ta' l-aġġudikazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu ser tingħata fil-futur.", "Dwar il-proċess ta' l-aġġudikazzjoni, dan qed isir fl-iqsar żmien possibli.", "TRIQ IĊ-ĊIRKEWWA – INĊIDENTI", "28702.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "28496 fejn il-Ministru ta' l-Intern informa lill-Kamra li matul l-aħħar sentejn u disa' xhur ġew irraportati 152 inċident tat-traffiku fi Triq iċ- Ċirkewwa, jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex kemm jista' jkun jitnaqqsu dawn l-inċidenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dawn l-aħħar snin saru diversi xogħlijiet fit-triq taċ-Ċirkewwa biex it-traffiku jkun jista' jgħaddi aħjar mit-triq.", "Fil-preżent għaddejjin diskusjonijiet bejn it-traffic control board u d- dipartiment tat-toroq sabiex possibbilment tinbena centre strip li tiddividi din it-triq f`żewġ kareġġjati.", "SKEJJEL – BORMLA - SKOLA E. SERRACINO INGLOTT", "28703.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm nuqqas ta' għalliema fl-iskola E. Serracino Inglott Bormla għas-suġġetti tal-Fiżika (form 3) u home economics (form 5)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema li ntbagħtu ma aċċettawx li jaħdmu fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Qed jittieħdu l-passi biex dawn il-vakanzi jimtlew b'għalliema oħra.", "VAPURI MILITARI", "28704.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-vapuri militari Ingliżi, kif wkoll Amerikani, salpaw 'il barra minn xtutna hekk kif sar dak id-diżastru fl- Amerika?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li d-deċiżjoni ttieħdet mill- awtoritajiet navali konċernati", "WASTE MANAGEMENT STRATEGY", "28705.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-waste management strategy kif approvat mill-kabinett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- waste management strategy report kif approvat mill-Kabinett, u qed inqassam ukoll kopja lil kull membru.", "ŻABBAR - LABOUR ROAD", "28706.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir spezzjoni f'Labour Road, Żabbar għaliex għalqa f'din it-triq qed isservi ta' miżbla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajt struzzjonijiet biex issir spezzjoni mill-ispetturi tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "GOZO CHANNEL – CATERING", "28707.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizzi tal-bars u l-catering, b'mod ġenerali li hemm fuq kull vapur tal-Gozo Channel, humiex qegħdin jitmexxaw mill-Gozo Channel jew mill-privat?", "Il-ħaddiema li hemm jaħdmu f'din is-sezzjoni huma mal-Gozo Channel jew mal- privat?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'din is-sezzjoni u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjeig tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul is-sena 2000 il-Gozo Channel ħadet f'idejha l-bejgħ li jsir mill-bars li hemm fuq il-vapuri tagħha.", "Dan il-pass ittieħed sabiex il-kumpanija tiżgura ruħha li s-servizz jitjieb, jintlaħqu l-istandards mixtieqa u jkun hemm aktar kontroll.", "Fil-fatt il- kuntrattur privat għadu jforni l-bars bil-provisti meħtieġa kif ukoll hija fir-responsabbilta' tiegħu li jżomm store fuq l-art u jagħmel il-kunsinni lill-vapuri skond l-esiġenzi tal-kumpanija.", "Il-prezzijiet ta' l-oġġetti pprovduti jiġu negozjati mill-Gozo Channel direttament mal-fornitur.", "L-impjegati tal-barijiet kollha huma tal-kuntrattur privat li min-naħa tiegħu jissuplixxi n-nies fuq il-vapuri tal-kumpanija skond l-esigenzi tas- servizz.", "Għaldaqstant dawn l-impjegati jaqgħu direttament fir- responsabbilta' ta' min jimpjeghom.", "Tajjeb jingħad li ladarba dawn l-impjegati jkunu fuq il-vapuri, jiġu utilizzati f'emergency drills skond is-safety managemenrt system tal-Gozo Channel.", "Għal dan il-għan dawn l-impjegati qed jiġu mħarrġa f'basic skills li jinkludu sea-survival, first-aid and fire-fighting.", "GĦAWDEX – NADUR - TRIQ TAX-XINI", "28708.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li Triq tax-Xini limits Nadur, Għawdex għadha sal-lum, wara tliet snin, ma ġietx asfaltata.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata illi x-xogħlijiet fi Triq tax- Xini limits Nadur, Għawdex huma mdaħħla fil-business plan għas-snin 2002-4.", "BORMLA - DRENAĠĠ", "28709.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex id-drenaġġ fi Triq l- Ajkla Bormla ma jfurx u b' konsegwenza jispiċċa f'numru 15 Triq Hanover Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minħabba li l-kuntratt oriġinali tax-xogħol fi Triq Hanover kien abbandunat mill-kuntrattur, inħareġ kuntratt ieħor sabiex dan ix-xogħol ta' tiswija jsir kemm jista' jkun malajr.", "GĦAWDEX - NADUR - TRIQ TAX-XEMMIEX", "28710.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li Triq Tax-Xemmiex fin-Nadur, Għawdex għadha sal-lum bla drenaġġ u asfalt?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata illi x-xogħlijiet fi Triq tax- Xemmiex fin-Nadur, Għawdex huma nkluża fil-business plan għas-snin 2002-4.", "GĦAWDEX - WIED TA' SAN BLAS - WORK ORDER", "28711.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-work order għar-rigward ta' bini ta' ħitan fil-Wied ta' San Blas, Nadur, Għawdex, li kienet ġiet approvata sabiex issir l-istess xogħol mill-kunsill lokali tan-Nadur, Għawdex b'materjal u ġebel provdut mill-istess kunsill, pero' bil-ħaddiema taċ- CMU ġiet kanċellata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li dan ix-xogħol ma setax isir prinċipalment minħabba diffikultajiet tekniċi.", "BANKEK LOKALI - JOINT ACCOUNT", "28712.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara x'possibbilta' hemm li ssir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s- sitwazzjoni fejn koppja li jkollha joint account f'xi bank lokali u jmut wieħed mill-partijiet il-flus ma jiġux iffriżati, u allura tinħoloq speċi ta' survivor's rule?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-raġuni għala flus li jkunu depożitati f'joint accounts ta' koppja miżżewġa jiġu ffriżati mill-banek meta xi wieħed mill-partijiet imut hi l-banek ikunu jridu jaċċertaw irwieħhom li dawn il-flus imorru għand min verament hu ntitolat għalihom.", "Hekk kif il-werrieta juru lill-banek id-dokumenti neċessarji dawn il-flus jiġu allokati lilhom minnufih u mingħajr dewmien.", "Ta' min jgħid ukoll li pagamenti għal spejjeż ta' funerali u għal ħlasijiet ta' taxxa jitħallew isiru minn kontijiet li jkunu ffriżati.", "Barra minn hekk kontijiet li jkunu f'isem il-parti ħajja qatt ma jkunu ffriżati.", "MEDICAL STORES", "28716.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28502?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "BAĦRIJA – DAWL", "28722.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-bozza pubblika li qiegħda quddiem id- dar Emerald, Saveria Bianco Street, Baħrija titranġa peress li ilha bil- ħsara għal diversi ġimgħat minkejja li ġiet rapportata diversi drabi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza li qed issir riferenza għaliha saret.", "GĦAWDEX - MANDATI TA' INIBIZZJONI", "28723.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'Għawdex, xahar b'xahar, kemm ġew preżentati mandati ta' inibizzjoni quddiem il-qorti minn Ġunju 2001 sal- ġurnata tal-lum?", "Kemm minn dawn ġew quddiem il-Maġistrat P. Coppini u kemm quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona?", "Kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KAWŻA KONTRA INIDIVIDWU", "28724.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "28545, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' passi legali ttieħdu u f'liema stadju waslu fil-każ tal-persuna imsemmija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERSUNI BOARDING OUT", "28729.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni fl-aħħar tmien snin, sena b'sena u lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tas-sigurta' soċjali minn din is- sena, beda jżomm statistika, lokal b'lokal, ta' kemm persuni jirċievu pensjoni għal invalidita'.", "Din il-pensjoni kontributorja tingħata lil persuni li jkunu ġew ċertifikati minn bord mediku tad-dipartiment li huma nkapaċi għal xogħol xieraq għal mill-anqas tliet snin.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni, lokal b'lokal skond il-kunsilli lokali li fl-aħħar ta' Settembru 2001 kienu qed jirċievu l-pensjoni għal invalidita'.", "BOWSER ADVERT", "28731.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif ingħatat it-tender għall-bowser advert no. 49/2001.", "Min kienu t-tenderers li tefgħu l-offerti u l-ispiża għal kull offerta mitfugħa?", "Liema waħda ġiet magħżula?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-orħos offerta għaż- żewġ zoni flimkien kienet ta' Joseph Ghigo, iżda peress li ma kienx attrezzat biżżejjed bil-makkinarju mitlub fit-tender u ma setgħax ilaħħaq mat-tnejn, il-gvern aċċettalu l-offerta għad-distrett ta' nofsinhar biss bir-rata ta' Lm39.90.", "It-tieni l-orħos offerta għaż-żewġ zoni flimkien kienet ta' Greenlines.", "Peress li r-rata waħda li offrew għad-distrett tat-tramuntana kienet it- tieni l-orħos, din id-ditta kienet offruta l-kuntratt tat-tramuntana bil- kundizzjoni li tnaqqas r-rata tagħha, għat-tramuntana għall-medja tat- totali li huma offrew għaż-żewġ lokalitajiet flimkien li tammonta għar-rata ta' Lm48.75.", "Il-lista ta' kuntratturi li tefgħu l-offerti tagħhom huma kif imniżżel hawn taħt:", "|Kuntratt|Nru|Tramun|Nofsin|Nofsinh| |ur |tat|tana |har |ar/ | | |-Te| | |Tramunt| | |nde| | |ana | | |r | | | | | | |Rata |Rata |Rata | |Polisal |1 |Lm55.0|Lm75.0|Lm130.0| | | |0 |0 |0 | |Sebastia|2 |Lm54.0|Lm50.6|Lm104.6| |n Borg | |0 |0 |0 | |Gen. |3 |Lm54.0|Lm51.0|Lm105.0| |Ecologic| |0 |0 |0 | |al Serv.| | | | | |William |4 |Lm49.5|Lm49.5|Lm | |Bugeja | |0 |0 |98.00 | |Espedito|5 |Lm53.0|Lm55.0|Lm105.0| |Briffa | |0 |0 |0 | |Greenlin|6 |Lm49.7|Lm49.7|Lm | |es Env. | |5 |5 |97.50 | |Serv. | | | | | |Joseph |7 |Lm44.5|Lm39.9|Lm | |Ghigo | |0 |0 |84.40 |", "TOROQ ARTERJALI", "28733.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tibda l-fażi A2 tal-programm tax-xogħol fit-toroq arterjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fuq il-fażi A2 jibda wara li jsir progress sostanzjali fit-tlestija tal-fażi A1.", "FURJANA - SENIOR CITIZENS", "28738.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28588, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fond imsemmi wżat mill-Floriana senior citizens jgħaddi f'idejn l-istess għaqda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandha korrispondenza għaddejja mad-dipartiment ta' l-estates management biex l- ewwel tirregolarizza l-pożizzjoni tal-fond numru 46/47, Triq San Publiju, Floriana, skond il-liġi.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tistenna l- pariri mitluba.", "ĦABS ĊIVILI - PRISONERS VISITORS BOARD", "28754.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta ġie ppubliakt l-aħħar rapport mill-prisoners visitors board?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-aħħar rapport annwali formali li ġie ippreżentat mill-bord tal-viżitaturi tal-ħabs kien għas-sena 1996.", "MARSA - SKOLA F.X. ATTARD", "28756.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx talba mill-iskola F.X. Attard tal-Marsa biex jintbagħat teacher ieħor tal-maths għall-form 3?", "Jekk saret din it- talba, hemm possibbilta' li dan it-teacher jintbgħat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola sekondarja tal-Marsa FX Attard għandha l-għalliema tal-matematika meħtieġa biex jgħallmu lill-klassijiet kollha, inkluża l-form 3.", "Informat li t-talba li jintbagħat għalliem ieħor extra fl-iskola ma ġietx aċċettata.", "QORMI – TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "28759.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid peress li fi Triq il-Palazz l-Aħmar Qormi, hemm kamra biswit Dar is-Sammaritan li, skond kif jien informat, hija mimlija b'materjal jew gasses li huma combustible, x'inhuma l-prekawzjonijiet li ġew imposti biex din il-kamra ma tkunx ta' periklu għar-residenti u l- iskola li hemm fil-qrib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "GĦAWDEX - NADUR", "28760.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x' inhi r-raġuni li, għalkemm fl-inħawi ta' Kuxxina fin- Nadur, Għawdex kienet inħarġet il-work order sabiex il-ħitan tas-sejjieħ jinbnew mill-kunsill lokali tan-Nadur, Għawdex mill-ħaddiema tal-gvern, l- istess Ministru baqa' ma pprovdiex il-ħaddiema għall-istess xogħol lill- kunsill lokali tan-Nadur, Għawdex u addirittura l-istess gvern ċentrali pproċeda biex jagħmel dan ix-xogħol huwa permezz tal-ħaddiema taċ-CMU?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li t-talba għax-xogħol li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant ma setgħetx tintlaqa' peress li l- kunsill talab li x-xogħol jitlesta fi żmien qasir ħafna u d-dipartiment konċernat dak iż-żmien kellu diffikultajiet biex jassenja ħaddiema mħarrġa f'din is-sengħa.", "RAĦAL ĠDID – SKOLA ĠUŻE' D'AMATO", "28761.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindaga biex jara fiex wasal il-proċess ta' konsultazzjoni bejn il-kunsill lokali Paola u l-ministeru ta' l-edukazzjoni dwar it-talba ta' diversi ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola Ġuże D'Amato f'Raħal Ġdid sabiex dawn l-istudenti jkollhom aċċess u dritt jużaw il-ground ta' Pace Grasso, Paola fil-ħin tal-break stante li l-iskola tagħhom m'għandhiex ground daqshekk kbir u ma tinsabx 'il bogħod mill- iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din il-kwistjoni ilha tiġi segwita mill- uffiċċju tas-segretarju parlamentari.", "L-iskejjel tal-lokal kienu ilhom għal dawn l-aħħar seba' snin ma jitħallewx jagħmlu użu mill-ground Pace Grasso minħabba li l-Malta football association kienet qiegħda tinsisti li tiġi kompensata mill-istess skejjel għall-użu tal-ground.", "Fuq inizjattiva personali tas-segretarju parlamentari saru diversi laqgħat kemm mal-Malta football association u kemm ma' l-awtoritajiet ta' l-iskejjel konċernati.", "Informat li issa ntlaħaq ftehim sabiex l-iskejjel jitħallew jagħmlu użu mill-ground mingħajr ħlas waqt il-ħinijiet ta' l-iskola.", "F'dawn il-ġranet ġiet preparata time-table ta' kif ser jintuża l-ground mill-awtoritajiet u l-istudenti ta' l-iskejjel.", "Hu ttamat li dan il-programm jidħol fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin.", "BENEFIĊĊJU GĦALL-MARD KRONIKU", "28766.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk in- nies li tilfu d-dritt li jikkwalifikaw għall-benefiċċju tal-mard kroniku matul dawn l-aħħar 12-il-xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dritt għall- għajnuna tal-mard li titħallas taħt l-att dwar is-sigurta' soċjali, jiddependi fost ħwejjeġ oħra fuq it-test tal-mezzi u ċ-ċirkostanzi tal- familja.", "Jista' jkun hemm diversi tibdil fiċ-ċirkostanzi tal-benefiċċjarju, bħal per eżempju: mewt; wirt; żidied fir-riżorsi kapitali, jew fid-dħul; tibdil fin- numru tal-membri tal-familja tal-benefiċċjarju konċernat.", "Għalhekk mhux possibbli li tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija.", "KARTA R-ROŻA", "28771.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk in- nies li għandhom il-karta r-roża din is-sena?", "Kemm kien dan in-numru għas- sena 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment ma jżommx statistika ta' kemm hemm karti r-roża validi f'perjodu partikolari dan għaliex wara li tagħlaq il-validita' tagħha din tista' tiġi mġedda fi kwalunkwe żmien.", "Id-dipartiment iżomm statistika ta' kemm jinħarġu karta roża, sena b'sena, u ċ-ċifri huma kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MARITIME LICENCE COURSE", "28777.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-Maritime licence course f'Għawdex, mill-Maritime institute (MSAST) li ċertifikat tiegħu qed jiġi mitlub mill-awtorita' marittima biex wieħed ikun jista' japplika għal- liċenzja biex ikun jista' jopera opra tal-baħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istitut marittimu ta' l-MCAST għandu l- ħsieb li jagħmel kors f'Għawdex li jwassal għal ċertifikat li qed jiġi mitlub mill-awtorita` marittima biex wieħed ikun jista' japplika għal- liċenzja biex wieħed ikun jista' jopera opra tal-baħar.", "GĦAWDEX - TFAL B'DIŻABILITA'", "28778.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti ta' tfal b'diżabilita' minn Għawdex li jridu jiġu proċessati mill-istatementing moderating panel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 26 każ pendenti ta' tfal b'diżabilita` minn Għawdex li qed jistennew biex jiżu pproċessati mill- istatementing moderating panel.", "GĦAWDEX - STUDENTI GRADWATI", "28779.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiggradwaw studenti minn Għawdex f'Novembru li ġej f' kull fakulta' u istituzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "28782.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' l-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b'dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001?", "Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f'xi kategoriji ta' mpjegati?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant.", "M'hemmx impjegati li huma meqjusa żejda, anzi hemm postijiet vakanti fil-gradi ta' ambaxxatur, second secretary, policy officer, senior legal officer, junior legal officer u MIC support officer.", "RIĊERKI TESTAMENTARJI", "28819.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jispjega għaliex ċerti riċerki testamentarji qegħdin idumu aktar minn erba' ġimgħat?", "Jista' jispjega għaliex meta ma kenux isiru bil- computer kienu jdumu inqas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-applikazzjonijiet għar-riċerki testamentarji li qed idumu madwar erba` ġimgħat biex joħorġu huma proprju dawk ir-riċerki li kienu jsiru manwali u li għad baqa` xi ftit minnhom biex joħorġu.", "Qed isir dak kollu possibbli u hemm ippjanat illi dan il-back log jinqata` fi żmien ġimgħatejn oħra.", "Dwar ir-riċerki li qed isiru bil-computer, naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li skond provvedimenti tal-Legal Notice 261/00 id-dipartiment huwa marbut li dawn ir-riċerki testamentari joħorġu fi żmien sebat ijiem ta` xogħol.", "Din ir-rabta' qatt ma kienet teżisti qabel.", "Il-pubbliku żgur li qed igawdi mis-sistemi ta` kompjuterizzazzjoni li r-reġistru pubbliku qed jagħmel użu minnhom illum.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "ĦAL QORMI - TAL-ĦANDAQ", "W300.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' bini u kisi tad-diversi toroq fiż-zona industrijali, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi?", "Liema huma t-toroq li se jinbnew u liema huwa t-torq li se jinksew?", "Meta huwa ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-tender biex isir ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ġiet aġġudikata u qegħdin isiru preparamenti biex ix-xogħol ikun jista` jinbeda.", "Peress li t-toroq fil-lokalita` m`għandhomx isem, qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra pjanta li turi t-toroq li fihom ser isir ix-xogħol."]} {"filename": "20001024_405d_par.doc", "date": "2000-10-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 405 It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 405", "It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "405", "It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 155", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 155", "TQEGĦID TA' KARTI 159", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA'", "TAL-PRODOTTI (IT-TIENI QARI)", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL (SECOND READING) 160", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 181", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 404 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EDUKAZZJONI - TRANSFERS", "19321.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li t-trasferimenti li ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 min-naħa tas-sezzjoni tal-minor staff - trasferimenti li ngħataw fuq talba ta' l-individwu stess jew skond l- esiġenzi tas-servizz - huma dawn li ġejjin:", "|Grad |Numru | |general hand | 89 | |casual clerks | 20 | |watchmen | 9 | |messengers | 11 | |senior messengers | 3 | |full-time clerks | 2 | |operative | 2 | |tradesmen | 6 |", "Isiru aktar trasferimenti skond il-ħtieġa ta' l-individwi u tad- diviżjoni.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - TRANSFERS", "19322.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-uffiċċju konġunt?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi bejn il-5 ta` Jannar u l-10 ta` Settembru, 2000 żewġ uffiċċjali fl-uffiċċju konġunt ġew trasferiti f`dipartimenti oħra wara l-ħatra tagħhom fi grad ogħla.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "AWTORITA' TAD-DJAR - TRANSFERS", "19323.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-awtorita' tad-djar?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li f'dan il-perijodu ma kien hemm ebda trasferiment fl-awtorita' tad-djar.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina aktar informazzjoni dwar il-proġetti li għandha l-awtorita' tad-djar għall- Imtarfa, fejn se jiġi utilizzat ċertu bini li ilu abbandunat għal numru ta' snin?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, proprju l-bieraħ iffirmajt tweġiba għal mistoqsija dwar dan il-bini - fi żmien is-servizzi Ingliżi dan kien tal-BFBS - fejn għedt li l-awtorita' tad-djar qed tistenna l-permess ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar biex tkun tista' tibqa' għaddejja bil-proġett li għandha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, aktar milli nagħmel mistoqsija xtaqt nirrimarka, bil-permess tal-Kamra, li l-bini li qed jirriferi għalih il- Viċi Prim Ministru ġie taken over mir-raġel tas-Sindku ta' l-Imtarfa.", "Nista' nikkonferma li dan il-bini ġie miżbugħ u qed jintuża bħala garage għad-dgħajjes, u anke għandi informazzjoni li saħansitra qed jinkrew xi kmamar minnu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naċċerta lill-Kamra li jekk dan li qed jgħid l- Onor. Abela huwa minnu, se jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex min qed jokkupa dan il-post b'mod abbużiv jiġi żgumbrat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna xi progress sar għar-rigward tat-talba li għamlet it-torball blind association biex tkun tista' tiżviluppa f'ċentru modern dak li qabel kien l-isolation hospital u tintegra fih persuni nieqsa mid-dawl?", "Qed nagħmel din il- mistoqsija anke in vista ta' ittra miktuba minn xi nies li kienu jitħarrġu f'dan l-isptar madwar 33 sena ilu - dehret nhar is-Sibt f'\"The Times\" - , fejn appellaw biex il-post jiġi żviluppat għal skopijiet filantropiċi.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, madwar tliet ġimgħat ilu saritli mistoqsija simili u jien għedt li l-ħsieb tal-ministeru hu li jiżviluppa dan is-site partikolari għal skop relatat mal-qasam soċjali.", "F'dawn l- aħħar xhur saret evalwazzjoni biex naraw x'għandna bżonn sabiex inwettqu dan il-proġett - fis-sens ta' kapital, riżorsi umani u spejjeż rikorrenti - u naraw jekk huwiex feasible.", "Aħna nikkonsidraw dan il-proġett bħala bżonn prijoritarju, pero' ma nistgħux nieħdu d-deċiżjoni finali qabel ma naraw x'riżorsi finanzjarji se jkollna s-sena d-dieħla.", "Jekk dan ma jsirx, imbagħad jinfetħu l-options kollha biex nużawh għal skop ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Hemm xi raġuni partikolari għaliex id-dipartiment qed jagħżel dan is-site u mhux sites oħra li wkoll jinsabu fi stat degradanti?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Iva, għax fl-Imtarfa nsibu kemm l-adult training centre għal persuni b'diżabilita', kemm id-dar ta' l-anzjani bis-servizzi provduti kif ukoll ir-respite care centre ta' Dar il-Kaptan.", "Dawn kollha jinsabu fl-istess akkwati u hemm ħafna sinerġija bejniethom.", "B'hekk allura niffrankaw ħafna spejjeż f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' maintenance - ngħidu aħna affarijiet li wieħed irid jieħu ħsiebhom ta' kuljum biex ikollu servizz għaddej - u anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi professjonali, bħall-availability ta' nurses u staff speċjalizzat.", "Ċertament li jkollok servizz ieħor viċin dawn it-tliet entitajiet joffri ċerti vantaġġi li postijiet oħra ma joffrux.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, imma jista' l-Viċi Prim Ministru jkun aktar preċiż u jgħidilna għala dan il-post li ilu jingħad li se jsir żvilupp fuqu għal dawn l-aħħar 20 sena - hemmhekk hemm nofsu li qed jintuża bħala skola u n-nofs l-ieħor huwa vojt, imbagħad hemm kmamar oħra li qegħdin fi stat degradanti ħafna - m'huwiex se jingħata lit-torball blind association?", "Ladarba t-tip ta' servizz li se jingħata f'dan il-post huwa aktar ta' prijorita' minn dak li qed titlob li tagħmel din l-assoċjazzjoni, jista' jgħidilna fiex jikkonsisti dan is-servizz?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jista' jkun li fis-snin ta' qabel kienu jeżistu inizjattivi differenti, imma matul is-sentejn kemm ili ministru jien identifikajna l-bżonn li fil-qasam soċjali nipprovdu servizzi ġodda u bil- mod il-mod hekk qegħdin nagħmlu.", "Naturalment dan jiddependi mir-riżorsi tal-pajjiż u mill-availability tal-finanzjament.", "It-torball blind association kienet ipproponiet li tagħmel użu minn dan il-bini.", "Din il-proposta fiha nnifisha hija tajba - fl-ebda ħin m'għedt li ma naqbilx magħha - u wieħed jieħu pjaċir jinkoraġġiha, pero' trid tiddeċiedi skond il-prijoritajiet.", "Jekk dan is-site jagħtik ċertu vantaġġi biex tipprovdi servizz fuq livell nazzjonali u mifrux fuq oqsma li għandhom prijorita', allura jkollok tiddeċiedi li dik il-proprjeta' tużaha għal dak l-iskop.", "Irridu niftakru li ma tantx għandna proprjetajiet u allura l-ftit li għandna rridu nagħmlu l-aħjar użu minnu, jiġifieri nagħżlu l-aktar waħda li għandna bżonn, mingħajr ma niġi miftiehem li l-ħsieb li għandha t- torball blind association huwa xi użu li wieħed jista' jikkritikah.", "Irrid nammetti li m'għandix dettalji dwar il-postijiet l-oħra li semma' l- Onor. Membru, pero' ċerti servizzi ma tkunx tista' tintegrahom, fis-sens li jekk f'dak il-bini għandek skola, it-tip ta' servizz li trid tagħmel irid ikun adattat għaċ-ċirkostanzi partikolari.", "SKEJJEL - KULLEĠĠ VOKAZZJONALI", "19324.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- kulleġġ vokazzjonali mhux se jiftaħ kif ippjanat u dan wara l-ftehim li sar fl-NPAA min-naħa ta' Malta?", "Jista' jgħarrafni jekk dan iffissirx li l- ftehim mal-UE sejjer lura?", "Jista' jiċħad jew jikkonferma li ma ġewx il- fondi meħtieġa għal dan il-għan mingħand is-sorsi ta' l-UE, jew oltre minn hekk il-fondi ġew imma marru għal xi ħaġa oħra flok għall-kulleġġ?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi strateġija differenti minn dik pubblika u kif miftehma ma' l-UE għal proġetti ad hoc li ħabbar l-istess gvern li se joħloq biex iġib il-flus mingħand l-UE?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-twaqqif tal-kulleġġ Malti ta' l-arti, xjenza u teknoloġija qed isir fl-interess tal-poplu Malti.", "Fuq dan m'hemm ebda ftehim ma' l-UE kif qed jaħseb l-Onor.", "Membru.", "STATISTIKA - TRANSFERS", "19325.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000 lill- ħaddiema tad-dipartiment ta' l-istatistika?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li ma kien hemm ebda trasferiment ta' ħaddiema mill-uffiċju ċentrali ta' l- istatistika matul il-perijodu msemmi.", "Trasferimenti, inklużi dawk fil-futur, isiru skond l-esiġenzi ta' l- uffiċċju.", "ENEMALTA - TRANSFERS", "19326.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema ta' l-Enemalta?", "Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm trasferiment ta' 29 ħaddiem fl- Enemalta.", "Dawn it-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tax-xogħol.", "Trasferimenti fil-futur jistgħu jsiru skond il-ħteġijiet tal- korporazzjoni.", "SERVIZZI SOĊJALI - RABAT", "20160.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix- xogħlijiet li qed isiru fl-uffiċċju tal-labour office fir-Rabat humiex koperti bil-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-permessi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar ix-xogħlijiet li saru fl- uffiċċju tad-dipartiment tas-servizzi soċjali tar-Rabat.", "Fil-fatt fir-Rabat m'hemmx uffiċċju tal-labour office iżda tad- dipartiment tas-servizzi soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jirriżultalu l-Viċi Prim Ministru li biex setgħu saru żviluppi fid-dipartiment tas-servizz soċjali fir-Rabat, ġiet mblokkata parti sostanzjali mill-area tax-shaft?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-informazzjoni.", "Li nista' nagħmel hu li nivverifika u mbagħad ninforma lill-Onor.", "Membru.", "SERVIZZI SOĊJALI - RABAT", "20161.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu sejjer ix-xogħol fuq l-uffiċini ta' l-area office tad-dipartiment tas-servizzi soċjali fir-Rabat?", "X'sar matul dan il-perijodu u kemm intnefqu flus?", "Meta se jiġi ffinalizzat dan il-proġett u kemm mistenni li jiġi jiswa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-area office tad-dipartiment tas-servizzi soċjali fir-Rabat sar refurbishment sħih li għalih kienet ħarġet tender.", "Il-ministeru tiegħi għażel l-orħos offerta li kienet tqum Lm19,538.", "Ix- xogħol kien jinkludi structural alterations, flooring, decoration works, partitioning, suspended soffits, sanitary ware, electrical and ELV installation, air-conditioning and ventilation installation u domestic water installation.", "Barra minn dan, għal din l-area office kienu ħarġu żewġ tenders għall- provvista u t-twaħħil ta' aperturi interni u esterni kif ukoll ta' għamara.", "It-tenders - nista' nikkonferma li ntgħażlu l-orħos fost l-offerti - kienu jiswew Lm1,430 u Lm3,840 rispettivament.", "Ix-xogħol fuq l-uffiċċju ta' l-area office tar-Rabat inbeda f'Novembru 1999 u ġie ffinalizzat fl-aħħar ta' Settembru 2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, mhux l-ewwel darba li staqsejt lill- Viċi Prim Ministru jekk jagħmilx aktar sens li nibdew nużaw il-prattika li meta jmut xi ħadd, l-uffiċjali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali jmorru huma għand il-familjari biex jiffrankawlhom l-iskariġġ li jmorru l-uffiċċju f'dak il-mument ta' niket.", "Il-Viċi Prim Ministru kien wiegħed li se jikkonsidra s-suġġeriment tiegħi.", "Nixtieq nistaqsi jekk kienx hemm xi żviluppi f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: M'hemmx dubju li aħna nixtiequ li l-istaff ikun hu nnifsu proattiv, li jieħu l-inizjattiva u f'ċerti każi jmur hu għand il- familjari ta' min ikun miet, naturalment meta jkun possibbli.", "AGRIKOLTURA U SAJD - SAFAR", "20162.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar tal-ministeru u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess dekasteru għall-perijodu ta' Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): In-nefqa totali għas-safar tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd u d-dipartimenti tiegħu għall-perijodu ta' Jannar u Settembru 2000 kienet ta' LM 43,865.98.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Dwar is-safar li qed isir bil-għan li l-uffiċjali tad-dipartiment imorru jagħmlu monitoring tal-bidliet li jridu jsiru biex inkunu konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, hemm xi tip ta' għajnuna finanzjarja mill-istess Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Safejn naf jien m'hemmx għajnuna finanzjarja mill- Unjoni Ewropea f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru tal-mistoqsijiet parlamentari li saru dwar impjiegi ġodda mal-korpi parastatali, awtoritajiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20375.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tony Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR TONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, xtaqt nirrapporta lill-Kamra li l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni għadda mill-istadju ta' kumitat b'emendi u bi klawsoli ġodda.", "Qed nieħu din l-okkażjoni, Mr Speaker, biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-Minuti ta' l-ewwel 50 laqgħa ta' l-istess kumitat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA' TAL-PRODOTTI", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-23 ta' Ottubru, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR.", "SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzoppardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, kemm hu sabiħ meta l-parlament tagħna jilleġisla biex fil-pajjiż indaħħlu kultura ta' serjetà u ta' dixxiplina.", "Dan l-abbozz li għandna quddiemna qiegħed jilleġisla biex ikun hemm il-garanzija tal-kwalità u fuq kollox tas-sigurtà tal-prodotti li nikkonsmaw u s-servizzi li aħna nagħmlu użu minnhom.", "Qabel xejn tajjeb li wieħed jenfasizza li f'dan l-abbozz il-leġislatur aktar milli fuq il-kwalità qed jagħmel l-enfasi fuq is-sigurtà tal- prodotti.", "Dan huwa tajjeb għaliex trid tispiċċa l-mentalità fil-pajjiż - qed tonqos bil-mod il-mod, però għadha pjuttost prevalenti f'ċerti mħuħ - li jbigħulek prodott irrispettivament mill-kwalità u s-sigurtà tiegħu għal dak il-konsumatur li jixtrih.", "Fl-intervent tiegħi xtaqt nispjega ftit x'inhi l-portata ta' dan l-abbozz lill-poplu li jkun qed jismagħna jew li jaqra r-rapportaġġ tad-diskorsi tal-parlament, Sur President.", "Jekk wieħed jara Taqsima III, li fil-fehma tiegħi hija kruċjali għax hija l-ġebla tax-xewka li fuqu huwa mibni dan l-abbozz, isib li għandna erba' artikli verament importanti.", "Klawsola 15 ta' din it-taqsima titkellem fuq il-kontroll tal-prodott u l-infurzar għaliex huwa inutli li inti tilleġisla jekk ma tkunx tista' tinforza dak li tkun qed tilleġisla.", "Allura qed naraw ċertu approach ħolistiku minn dan il-leġislatur li wara li jkun illeġisla fuq il-kompetizzjoni, fuq il-ħarsien tal-konsumatur, issa qed jagħti s-saħħa, qed jagħti s-snien lid-direttur għall-affarijiet tal- konsumatur sabiex jinforza l-liġi li għandu għall-ħarsien tal-konsumatur.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, meta għaddejna l-liġi dwar il-ħarsien tal-konsumatur, illeġislajna x'inhuma l-prinċipji għaliex il-konsumatur għandu jkun protett, però f'din il-liġi għandna l-mezz kif naslu għal dik il- protezzjoni tal-konsumatur.", "Fi klawsola 15 id-direttur qed jingħata poteri importanti ħafna.", "Kien hemm min sejħilhom vasti - verament huma vasti u huma kbar għax jekk ngħidu li m'humiex inkunu qed niżvijaw lill-Kamra - però meta tara l-abbozz f'sens globali tara li din id-diskrezzjoni hija pjuttost ikkontrollata f'ċerti klawsoli li se nsemmi aktar 'il quddiem.", "Jiġifieri m'hijiex diskrezzjoni assoluta fis-sens li he can ride roughshod u jagħmel li jrid imma jrid juża d-diskrezzjoni b'mod raġonevoli, u l-kelma \"raġonevoli\" tispikka mhux darba jew tnejn f'dan l-abbozz.", "Klawsola 15 tgħidilna li d-direttur għall- affarijiet tal-konsumatur għandu diversi setgħat, fosthom li:", "\"jipprojbixxi, b'ordni bil-miktub, il-ħruġ fis-suq ta' xi prodott li huwa perikoluż jew li ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew xi regolamenti magħmula taħtu.\"", "Mela d-direttur jista' b'ordni bil-miktub - importanti l-kelma \"bil-miktub\" - jipprojbixxi prodott li jkun ta' periklu għas-saħħa taċ-ċittadin.", "It-tieni nett jista' jipprojbixxi - nerġgħu b'ordni bil-miktub - għal żmien temporanju, jiġifieri mhux indeterminat lil xi persuna milli tissupplixxi, milli b'xi mod tesponi xi prodott jekk fid-diskrezzjoni tiegħu ikun hemm raġunijiet validi għaliex wieħed jaħseb li dak il-prodott huwa perikoluż.", "It-tielet nett jista' jordna - dejjem bil-miktub - l- irtirar immedjat ta' xi prodott jew prodotti perikolużi mis-suq.", "Ir-raba' d-direttur jista' jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji li hu jista' jikkonsidra li jkunu meħtieġa biex iwaqqaf u ma jħallix li jsiru prattiċi li huma ta' ħsara għas-sigurta' ta' prodotti.", "Il-ħames setgħa, fil-fehma tiegħi importanti ħafna, hija li d-direttur jista' jimponi kondizzjonijiet - dejjem bil-miktub - fuq il-marketing, ir-reklamar u l-immarkar ta' prodott.", "Jien ma nistax noħroġ prodott fis-suq u ngħid li jekk tieħu dan il- prodott, inti se ttella' tant muskoli f'ġimgħatejn, meta fil-fatt, jekk int tuża dak il-prodott, għall-grazzja ta' l-argument tkun qed tagħmel aktar ħsara milli ġid.", "Allura d-direttur għandu d-dritt li anke jagħmel kondizzjonijiet fuq ir-riklamar ta' prodott.", "Setgħa oħra importanti li għandu d-direttur hija li jara li jitwettqu fuq skala xierqa, sa l-istadju finali ta' użu, l-attivitajiet kollha dwar il-kontroll tal-prodott, inklużi l-ispezzjonijiet, l-analisi, l-eżami u l-investigazzjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-karatteristiċi ta' sigurtà ta' prodotti.", "Dan il- paragrafu (g) li għadni kemm qrajt mhuwiex daqstant ċar, però bażikament hawnhekk qed jgħidilna li f'kull stadju ta' l-użu ta' prodott iridu jsiru ċerti eżamijiet biex tiġi żgurata s-saħħa taċ-ċittadin li qed jużah.", "Fi klawsola 28 insibu setgħa oħra li fil-fehma tiegħi hija importanti ħafna, fejn id-direttur jista' bi ftehim mad-direttur ta' sorveljanza fuq is-suq - dan huwa kunċett ġdid li tajjeb li nenfasizzawh - jagħmel dikjarazzjoni pubblika fejn jidentifika l-prodotti li jistgħu jkunu perikolużi - ninnutaw il-kliem \"jistgħu jkunu perikolużi\" - u anke jidentifika l-produtturi u d-distributuri ta' dawk il-prodotti.", "We mean business, u għalhekk fil-bidu ta' l-intervent tiegħi għedt li qegħdin indaħħlu kultura ta' serjetà.", "Ma nistgħux ikollna aktar bniedem li jirkeb fuq dahar l-injoranza jew nuqqas ta' għarfien tal-poplu u japprofitta ruħu minn dik l-injoranza.", "Id-direttur issa jista' jidentifika prodott li huwa perikoluż u jgħid pubblikament li dak il-prodott m'għandux jinxtara għax huwa perikoluż.", "Għandi kumment żgħir x'nagħmel fuq klawsola 17 ħalli l- Onor. Vassallo forsi jieħu nota biex iweġibni fil-winding-up tiegħu.", "Din il-klawsola tgħid li d-direttur, rightly so, għandu setgħa ta' spezzjoni.", "Jiġifieri jekk ikollu xi suspett raġonevoli li xi prodotti perikolużi qed jinżammu f'xi fond partikolari, wara li jkun għamel rikors konfermat bil-ġurament quddiem maġistrat fil-qorti, id-direttur jista' jidħol f'dak il-post u jista' jikkonfiska t-tali prodotti.", "Din hija l- eċċezzjoni u mhux ir-regola bħas-search warrant ta' pulizija.", "Il-Kodiċi Kriminali jispeċifika taħt liema ċirkostanzi, minn min jista' jsir search u fejn tista' ssir search.", "Irid ikun hemm pulizija mhux anqas minn grad ta' spettur, trid tgħid ir-raġuni għat-tfittxija, ir-raġuni ta' l-arrest, eċċ. F'dan il-kuntest ta' klawsola 17 id-diċitura hija:", "\"Kull maġistrat jista' b'mandat, wara rikors konfermat bil-ġurament mid-direttur ...\".", "U d-domanda tiegħi hija din: Għalfejn qed ngħidu kull maġistrat?", "Ma jkunx aktar utli li jiġi speċifkat li jkun il-maġistrat ta' l-għassa?", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Jien li jdejjaqni u li jbeżżagħni huwa l-forum shopping.", "Nafu li l- ġustizzja ma tridx issir imma trid tidher li qed issir, allura kieku tiġi introdotta din il-kondizzjoni li l-maġistrat li quddiemu jsir ir-rikors ġuramentat mid-direttur - ovvjament fuq suspetti raġonevoli - irid ikun il- maġistrat ta' l-għassa, kif ovvjament isir f'kull każ taħt il-kappa tax- xemx fil-qorti tagħna, naħseb li jkun aktar utli u aktar trasparenti.", "Għaliex?", "Kif se nagħżel quddiem liema maġistrat se mmur?", "Il-produttur kif se jkun jaf għaliex id-direttur mar quddiem tali maġistrat u mhux quddiem tali maġistrat?", "Jien personalment għandi fiduċja f'kull maġistrat u għandi fiduċja fl-integrità ta' kull ġudikant fil-qorti tal-maġistrati, però Ċikku l-poplu li jkun qiegħed at the receiving end ta' dan ir-rikors, li fuqu se joħroġ il-mandat ta' seizure jew ta' tfittxija, mhux dejjem għandu dik il- fiduċja f'kull maġistrat.", "Ejja nkunu ċari, dik hija r-realtà.", "Sur President, kieku tiġi introdotta li jrid ikun il-maġistrat ta' l- għassa naħseb ikun aktar ekwu għaliex int ma tistax tgħid għaliex mort quddiem wieħed u mhux quddiem l-ieħor.", "Hemm 15-il maġistrat, allura jekk tgħid \"kull maġistrat\" ifisser li tmur għand wieħed minnhom kif ifettillek.", "Jien qed ngħid li għandu jsir kif isir is-soltu meta jkun hemm inkjesta għax xi ħadd jinstab mejjet, jew għax saret serqa.", "L-ispettur jinforma lill-maġistrat ta' l-għassa biex jagħmel inkjesta.", "Huwa jaf għand min irid imur għax fit-tali ġurnata hemm it-tali maġistrat on duty.", "Jien naħseb li s-suġġeriment umli tiegħi jkun utli ħafna, jiġifieri li jiġi speċifikat li l-maġistrat ikun \"il-maġistrat ta' l-għassa\" biex ma jkunx hemm forum shopping.", "Aktar tard fl-istess klawsola hemm proviso li jgħid li meta d-direttur ikollu raġuni tajba li jissusspetta li dawk il-prodotti perikolużi x'aktarx jiġu mneħħija jew distrutti, u allura x-xiehda tiegħu se tiġi distrutta, huwa jista', rightly so, bil-miktub jawtorizza huwa stess kull uffiċjal pubbliku biex iwettaq kull waħda mis-setgħat tiegħu.", "Jiġifieri minflok li jmur hu jiddelega lil kull uffiċjal pubbliku biex jidħol f'dak il-post u jiġbor dawk il-prodotti qabel ma jkunu distrutti.", "Id-domanda tiegħi hija din: Meta qed ngħidu kull uffiċjal pubbliku qed ninkludu li jista' jiddelega lill-pulizija?", "Fil-fehma tiegħi hekk għandu jkun ħalli nkun ċar.", "Ma naħsibx li d-direttur jagħmel ħażin jekk jiddelega lill-kummissarju tal- pulizija għax huwa uffiċjal pubbliku.", "Jekk naraw artiklu 124 tal-Kostituzzjoni nsibu li d-definizzjoni ta' uffiċjal pubbliku tinkludi l-kummissarju tal-pulizija u kull membru tal- korp tal-pulizija, ibda minn kuntistabbli sa kull rank ieħor.", "Jiġifieri nagħmlu tajjeb - anke jekk tidħol fid-debates għax id-debates tal-parlament huma sors ta' ġurisprudenza - li niċċaraw li meta qegħdin ngħidu d-direttur jista' jawtorizza lil kull uffiċjal pubbliku biex iwettaq kull waħda minn dawn is-setgħat imsemmija f'dan l-Att, inkunu qegħdin ninkludu wkoll lill- pulizija, biex ma jkunx hemm misunderstadings aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, setgħa importanti oħra tad-direttur ta' l-affarijiet tal- konsumatur hija l-ispezzjoni ta' prodotti għax kull uffiċjal pubbliku, delegat bil-miktub mid-direttur, jista' jispezzjona kull prodott li jkun ġie mibjugħ jew ikun qed jiġi offrut għall-bejgħ.", "L-uffiċjali awtorizzati mid-direttur ta' l-affarijiet għall-konsumatur għandhom ċerti setgħat u fil- fatt klawsola 20 tgħid li: \"Uffiċjal awtorizzat ikollu s-setgħa, meta dan ikun meħtieġ biex iwettaq b'mod xieraq il-funzjonijiet tiegħu skond l-artikoli 17 sa 19, li -", "(a) jixtri kampjun ta' kull prodott jew ta' kull materjal li jista' jintuża fil-preparazzjoni, manifattura jew tagħqid f'ħaġa waħda ta' dak il-prodott.\"", "Hawnhekk qegħdin verament nidħlu fin-nitty gritty taċ-ċirkostanzi ta' kull każ għax l-uffiċjal awtorizzat jista' wkoll jiftaħ bil-forza kull bieb, jiġifieri l-isgass.", "Nafu li l-poteri ta' sgass m'humiex ċajta; il-liġi tissanzjona b'mod eċċezzjonali u mhux bħala regola l-fatt li inti tidħol fi proprjetà li mhux tiegħek.", "U din hija eċċezzjoni għar-regola, fejn uffiċjal għandu dritt ta' l-isgass.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan id-dritt irid ikun motivat minn raġunijiet tajba.", "Uffiċjal awtorizzat jista' wkoll jordna li jiġu prodotti lilu kull ktieb jew dokument, anke jekk inhuma maħżuna fil-computer jew f'xi network ieħor.", "Nafu li llum l-informazzjoni mhux dejjem qiegħda fuq il-hard copy, imma jista' jkollok informazzjoni fil-computer u dan l- uffiċjal jista' jordna lill-persuna li tagħtih printout jew tagħtih il- computer stess biex minnu jkun jista' jieħu l-informazzjoni meħtieġa.", "L-uffiċjal awtorizzat jista' wkoll jikkonfiska kull oġġett, jew xi kampjun biex tkun tista' tinġabar ix-xiehda dwar il-possibbiltà li jkun ġie kommess xi reat kontra dan l-Att.", "Importanti li skond klawsola 21, meta uffiċjal awtorizzat jikkonfiska xi oġġett, għandu jinforma lill-persuna li mingħandha l-ħwejjeġ ikunu ġew ikkonfiskati u jagħtiha riċevuta xierqa.", "M'hemmx għalfejn noqgħod nirrepeti li dawn huma setgħat mhux żgħar, però huma setgħat importanti ħafna.", "Dan għandu jibgħat messaġġ ċar u konċiż minn dan il-parlament lil kull min b'xi mod ma tantx iħabbel rasu biex jipproteġi lill-konsumatur, li jrid jaħseb darba darbtejn qabel ma jipprova japprofitta ruħu mill-injoranza tal-konsumatur.", "Klawsola 22 hija interessanti ħafna għaliex qed jingħad li l-Att dwar il- Professional Secrecy Act li għaddejjna fl-1994 minn dan il-parlament ma japplikax.", "Allura d-direttur hawnhekk qed jiġi eżonerat ħalli jkun jista' jaqdi dmiru mingħajr ma jkun imxekkel bl-ebda mod.", "Kieku m'hawnx din il- klawsola, id-direttur jista' jkun espost għal ċerti rimedji legali.", "Klawsola 23 qed tgħid li huwa ħati ta' reat taħt dan l-Att kull min xjentement - jiġifieri għal tapposta għax jaf, jiġifieri ma jistax jgħid li ma kienx jaf - ifixkel, jirreżisti, jhedded jew mod ieħor jagħti xi informazzjoni li tkun mhux veritiera jew falza lid-direttur jew b'xi mod jonqos milli jassissti.", "Anke jekk tonqos li tassissti huwa reat.", "Noqogħdu attenti, nagħmluha ċara li jekk inti - dak li ngħidulu sins of omission not of commission - toqgħod lura milli tassissti lid-direttur qed tkun kompliċi, qed tkun parteċipi allura fil-kommissjoni ta' dak ir-reat.", "Klawsola 26 titkellem dwar in-nuqqas ta' operatur li jħares id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "X'jiġri?", "Meta d-direttur ikollu għalfejn raġonevolment - l-enfasi qiegħda fuq ir-raġonevolezza, fuq is-sens komun - jaħseb li operatur ta' kummerċ jew negozju naqas milli jħares xi dispożizzjoni ta' dan l-Att jew ta' xi regolament magħmul taħtu, huwa jista' b'avviż bil-miktub notifikat lill-proprjetarju jispeċifikalu r- regolament li jkun kiser; jispeċifikalu l-miżuri ta' rimedju li huma meħtieġa li jittieħdu; u jeħtieġ li l-propretarju jwettaq dawk il-miżuri jew miżuri ekwivalenti fi żmien speċifikat lilu.", "Mela hawn qegħdin ngħidu li d-direttur \"jista\" u l-enfasi tiegħi hija fuq il-kelma \"jista\".", "Hawnhekk se nissuġġerixxi emenda żgħira jekk inhu possibbli għax f'din il- klawsola qegħdin ngħidu li jekk id-direttur ikollu a reasonable suspicion li operatur ta' kummerċ kiser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, jista b'avviż bil-miktub jinnotifika lill-proprjetarju.", "Jien ngħid li minflok nużaw il-kelma \"jista\", għaliex m'għandhiex tiġi ntrodotta l-kelma \"għandu\"?", "Kif qiegħda l-kelma \"jista'\" hija diskrezzjonarja, jista' jew ma jistax, però jekk nagħmluha \"għandu b'avviż bil-miktub jinnotifika lill- proprjetarju\", inkunu qegħdin nagħmlu obbligu fuq id-direttur li jinnotifka ta' bilfors lill-proprjetarju.", "Jien qed ngħid dan biex il-proprjetarju qatt ma jkun jista' jgħid li ma kienx jaf, li ħadd ma qallu x'jista' jieħu bħala rimedji.", "Fil-qorti għandna l-prinċipju tal-limitation of damages u allura jekk jien nista' nevita d-danni lil dak li kontrih għandi kawża, fil-qorti huwa prinċipju stabilit li jien għandi dak l-obbligu versus dik il-persuna.", "Għall-grazzja ta' l-argument jien ma nistax bil-kawża li nagħmel inkabbar id-danni għal xejn b'xejn lil xi ħadd li għandi kawża miegħu.", "Allura l- istess prinċipju qed nipprova napplikah f'din il-klawsola.", "Għalfejn inħallu l-iskuża lill-proprjetarju - għax hija skuża - li jgħid: Jien ma qallix x'rimedji nista' nieħu.", "Għaliex hawn għandna miktub li d-direttur \"jista'\" jinnotifkah, imma mhux bilfors, u allura huwiex il-każ - dejjem jekk ma nkunx qed immur kontra l-ispirtu tal-leġislatur, fil-każ jikkoreġini s-segretarju parlamentari - li flok il-kelma \"jista'\" nagħmlu \"għandu jinnotifika lill-proprjetarju\", dejjem biex tkun tassattiva.", "Kif għedt qabel, jien naħseb li l-introduzzjoni tad-direttur ta' sorveljanza fuq is-suq hija landmark fil-leġislazzjoni tagħna.", "Il-market surveillance director se jkollu funzjonijiet mhux żgħar u tajjeb li nispjegawhom u niftaħru bihom għax qegħdin nagħtu għodda importanti ħafna fil-ġlieda tagħna għall-ħarsien tal-konsumatur.", "Il-funzjonijiet ta' direttur ta' sorveljanza jinkludu: li jwaqqaf, li jaġġorna perjodikament u li jimplimenta programmi ta' sorveljanza dwar setturi dwar il-kategorija ta' prodotti u riskji.", "Jiġifieri jrid jagħmel xi ħaġa fil-prattika għall- programmi ta' sorveljanza, għal setturi li huma esposti aktar minn oħrajn għal ċerti riskji.", "Il-market surveillance director irid ukoll isegwi u jaġġorna t-tagħrif xjentifiku dwar is-sigurtà ta' prodotti.", "Irid iżomm ruħu aġġornat ma' dak li jkun qed jiġri fid-dinja tax-xjenza biex allura jkun aktar żgur mis-sigurtà tal-prodott.", "Għaliex dak li kien ikkonsidrat bħala prodott safe 30 sena ilu issa jista' jkun li m'għadux prodott li x- xjenza medika tal-lum tgħidilna li huwa prodott safe, huwa ta' kwalità tajba u m'huwiex perikoluż.", "U bl-istess argument dak li għalina llum huwa prodott tajjeb, safe forsi 20 sena oħra jkun ikkundannat.", "Meta bdew il-mobile phones ħadd ma kien jipprevedi li 15-il sena wara, 10 snin wara f'ċerti pajjiżi b'ċerti leġislazzjonijiet se jkun hemm kumpanniji li mal-mobile phone innifsu se jkunu obbligati jgħidu li l-użu eċċessiv ta' telephone ċellulari jista' jkun ta' periklu għall-bniedem.", "Illum nafu li hija realtà.", "Id-direttur ta' sorveljanza fuq is-suq irid iżomm ruħu au courant, allura għandi nifhem li se jkollu l-istruttura neċessarja biex fuqha jkun jista' jistrieħ u jagħmel dan l-aġġornament.", "Id-direttur jista' wkoll jirrevedi u jagħmel stima kull tant żmien dwar kif jiffunzjonaw l- attivitajiet ta' kontroll.", "Irid iżomm ruħu aġġornat, iżomm account għaliex jekk jien inizjalment bdejt nieħu ċerti miżuri ta' kontroll u maż-żmien ittraskurajthom, ma baqgħux aktar effettivi, inkun qed nidħak bin-nies.", "Allura tajjeb li l-leġislatur qed jgħid lid-direttur li għandu l-obbligu li kull tant żmien irid jirrevedi dawk l-attivitajiet ta' kontroll biex dejjem inkunu qed nipprovdu l-aħjar garanzija li nistgħu lill-konsumatur.", "Fi klawsola 29 qed ngħidu li d-direttur jista', minflok ma jibda proċeduri dwar il-ksur ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, jitlob li persuna li tkun kisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l- Att, li tagħti garanzija bil-miktub li se tieqaf minn dak l-aġir u li tieħu kull azzjoni ta' rimedju jew azzjoni oħra li d-drettur jista' jispeċifika.", "Dan huwa kunċett tajjeb li qed ninnota li bil-mod il-mod qed jidħol fil- leġislazzjoni tagħna.", "Fil-fatt fil-liġi tal-VAT ta' l-1998, fil- Competition Act, u fil-liġi dwar il-ħarsien ta' l-affarijiet tal-konsumatur daħal il-kunċett li mhux tant nimponu l-liġi, kif jgħidu bl-Ingliż, li mmorru għall-pound of flesh, imma jekk nistgħu nnaqqsu d-danni, jekk nistgħu nnaqqsu l-ġerħa u ma nkabbruhiex, għandna nagħmlu dan.", "Dan huwa tajjeb, huwa healthy għaliex b'dan il-mod qed nibagħtu messaġġ lill- produttur, lin-negozjant li aħna mhux qegħdin warajh bil-frosta u appena jiżbalja nsawtuh.", "Jekk jiżbalja b'mod grossolan, għal tapposta mhux se jkollu l-ħniena tal-leġislatur, imma jekk żbalja b'ċertu mod minimu u jkun jista' jirrimedja dak l-iżball - jiġifieri ma tkunx saret ħsara irrimedjabbli - u d-dannu ma jkunx ta' entità kbira, għandna nestendu l-id tal-buona volontà bħala leġislatur lin-negozjant.", "Dan in-negozjant għandu inċentiv li jirrimedjau jieħu dawk il-miżuri li jħoss li huma tajbin, imma jekk ma jirrimedjax allura ninżlu fuqu like a ton of bricks.", "MR.", "SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Proprju għal dik ir- raġuni li qed tgħid inti fi klawsola 26 għamilna l-kelma \"jista'\" minflok \"għandu\", kif kont qed tissuġġerixxi inti, għax inkella jekk nagħmlu l- kelma \"għandu\" se tkun tassattiva li bilfors dejjem għandu jagħmel hekk.", "Filwaqt li jekk nagħmlu l-kelma \"jista'\" minflok li d-direttur kull darba jdaħħal lil dak li jkun il-qorti, allura jista' jagħmillu avviż bil-miktub għax għandu r-responsabbiltà li jara li dak l-iżball kienx ġenwin jew inkella kienx intenzjonat.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja ħafna lis-segretarju parlamentari ta' l-attenzjoni u l-ispjega li tani.", "Naħseb li hija spjega li tagħmel sens, għaliex jekk qed nifhem sew il-leġislatur qed jgħid li ma jistax jobbliga lid-direttur li f'kull każ għandu jinnotifika lill-proprjetarju li jkun għamel in-nuqqas, għax jekk ikun każ ta' entità kbira jrid jieħu ċerti passi, però jekk ikun ta' entità żgħira u hija xi ħaġa rimedjabbli għandu jagħtih ċans jirranġaha.", "Nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għaliex b'hekk spjegajna r-raison d'être ta' din id-diċitura.", "Fl-aħħarnett il-pieni għall-ksur ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet f'dan l-abbozz ta' liġi juru kemm we mean business għaliex persuna li tinstab ħatja ta' xi reat teħel multa ta' mhux anqas minn LM200 u mhux aktar minn LM1,000, però f'ċerti każijiet tista' titla' sa LM10,000, minbarra priġunerija sa massimu ta' erba' snin.", "Naħseb li hawnhekk il-leġislatur qed jibgħat messaġġ li aħna rridu ndaħħlu kultura ta' serjetà u dixxiplina f'dan il-pajjiż għax irridu nipproteġu l-konsumatur.", "Il-politika tal- partit tagħna tippernja madwar il-bniedem, u dan huwa eżempju ta' kif qed nipprattikaw dan il-prinċipju, dan il-valur tagħna.", "Il-bniedem qed inpoġġuh fiċ-ċentru ta' l-attività politika u l-konsumatur huwa fiċ-ċentru ta' l-attività kummerċjali u jrid ikun salvagwardjat.", "Naħseb li dan l-abbozz mhux biss jagħmel ġieħ lill-ministru li qed jipproponih, imma qed jagħmel ġieħ lil dan il-parlament, li j'Alla japprovah b'mod unanimu biex nibagħtu messaġġ lil dan il-pajjiż ħalli l- konsumatur Malti ta' għada jkun imħares dejjem aħjar mill-konsumatur Malti tal-bieraħ.", "Grazzi ħafna.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb punt li n-naħa tal-gvern mhijiex tispjega huwa li Malta trid tkun border inspection point għall-Unjoni Ewropea, naturalment wara li nsiru membri.", "Huwa għalhekk li rridu noqogħdu attenti kif nilleġislaw u mhux billi l-gvern jgħidilna li l-aġenda tiegħu hi li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea, u mhux billi nitkellmu b'mod retoriku, kif għamlu ċerti kelliema.", "Lill-poplu rridu nfehmuh dan il- kunċett għaliex huwa importanti li dak li ngħidu u dak li nilleġislaw niċċarawh mill-bidu sa l-aħħar, sia bejnietna f'din il-Kamra u sia mal- poplu.", "Meta l-gvern ressaq quddiem il-parlament u talab li l-Kamra tapprova l- abbozz ta' liġi dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tas-sajd, m'għamilx hekk għax il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar timponi dawk il-provvedimenti li hemm fl-abbozz ta' liġi imma kellu jagħmel hekk biex ikun konformi mal-liġijiet u r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, minħabba li fuq l-aġenda tiegħu għandu s-sħubija ta' Malta bħala l-għan ewlieni tiegħu.", "L-istess qed jiġri f'dan l-abbozz ta' liġi li suppost l- għan prinċipali tiegħu huwa biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda għall- protezzjoni aħjar tal-konsumatur minn prodotti perikolużi u biex prodotti perikolużi jiġu pprojbiti u mneħħija mis-suq, u biex jiġi revokat l-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kwalità (Esportazzjonijiet u Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali).", "Mela għandna liġi li l-iskop tagħha huwa li barra li nipproteġu l-interessi tal-konsumatur u nikkontrollaw l-importazzjoni u l- esportazzjoni, niġu konformi mal-programm leġislattiv ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa ovvju li jekk kemm-il darba nsiru membri, aħna nkunu border inspection point għall-Unjoni u allura se jkollna responsabbiltajiet kbar.", "Mr Speaker, jien mhux se nidħol fil-mertu ta' kemm se jirrikjedi pajjiżna biex jiffinanzja din l-istruttura biex Malta sservi bħala border inspection point.", "Li rrid nirreġistra huwa li mhux sew li noqogħdu nitkellmu bir- retorika kollha dwar kemm se jġib serjetà u protezzjoni dan l-abbozz ta' liġi u ma nispjegawx il-veru raġunijiet għalih.", "Fl-interventi tagħha n- naħa l-oħra trid tispjega x'inhuma l-obbligi u l-funzjonijiet li se jkollha Malta meta għada pitgħada sservi bħala border inspection point.", "Jien niddejjaq meta nipprovaw naħbu r-raġuni vera wara kwalunkwe abbozz ta' liġi.", "Huwa importanti ħafna li niddiskutu din il-liġi u jkollna opinjoni taż-żewġ naħat dwarha u mhux ninqdew bl-iskuża li din qed titressaq fl- interess tal-konsumatur.", "U x'qed iġegħelni nqanqal dawn ir-riżervi u ngħid li ma nemminx li l-gvern qed iressaq dawn l-abbozzi biex jipproteġi l- konsumatur?", "Jien jiddispjaċini ngħid li dawn l-aħħar 24 xahar qatt ma smajt lin-naħa tal-gvern tgħid x'inhi l-policy f'dak li jirrigwarda l-genetically modified foods u dwar il-livelli ta' l-antibijotiċi fl-annimali għall-qatla.", "U dan meta hemm kontroversji kbar fuq dawn l-issues, speċjalment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerka.", "F'dawn is-sentejn ma rajniex dan l-impenn la min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa, la mid-dipartiment għall-ambjent u lanqas mid- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru għall-Avviż Legali Nru. 213 tas-sena 2000, fejn qegħdin inwaqqfu kumitat fil-Malta standards authority proprju biex isir dak li qed jgħid hu.", "Ċertament li l- impenn tal-gvern qiegħed hemm.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ilkoll kemm aħna nafu li twaqqfu ħafna kumitati u awtoritajiet, imma l-fatt hu li l-konsumatur m'huwiex informat li ċerti prodotti huma genetically modified u li f'ċerti prodotti jintużaw ċerti sistemi li l-Unjoni Ewropea ma tippermettihomx.", "Jgħid x'jgħid is-segretarju parlamentari, dan ix-xogħol ma sarx.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid il-fatti.", "Nisfidak tispjegali fejn ingħatat din l-informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-Segretarju Parlamentari jkollu l-opportunita' li jwieġeb fil-winding-up.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, lili l-interruzzjonijiet ma jdejjqunix!", "Illum meta l-konsumatur imur jixtri ma jsibx informazzjoni ċara li tgħid jekk dak il-prodott importat huwiex genetically modified jew le.", "Per eżempju, il-konsumatur ma jafx li ċ-ċanga li tiġi mill-Amerka fiha ċerti livelli ta' sustanzi li jintużaw biex ikabbru l-għoġol malajr.", "Il-konsumatur m'għandux din it-tip ta' informazzjoni għax il-gvern ma jinterressahx li jagħti din l-attenzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-gvern qed iressaq dawn il-liġijiet bl-iskuża li qed jiddefendi l-interessi tal- konsumatur, imma fil-fatt qed jagħmel dawn il-bidliet għaliex jaf li għada pitgħada se jkollu r-responsabbiltà li Malta tkun border inspection point għall-Unjoni Ewropea.", "Allura bilfors aħna qed inkunu kostretti nemendaw numru ta' liġijiet biex inkunu nistgħu naqdu dan id-dover", "Sur President, irridu nkunu nafu x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward il- genetically modified foods li huma aċċettabbli fl-Amerka.", "Issa qed nitkellmu fuq tbagħbis ta' l-organi, biex nispjega aħjar x'inhuma dawn il- genetically modified food products.", "X'inhi l-kontro-pożizzjoni fl-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward?", "Jien ma nafx għalfejn is-segretarju parlamentari qed jgħidli li qed inparla fil-vojt.", "Il-ġimgħa l-oħra jien tkellimt ma' tabib min-naħa tagħkom - tkellimna bħala kollegi - u qalli li hu ma jaqbilx miegħi għax jemmen li l-genetically modified foods għandhom il-funzjoni li jżidu l-produzzjoni ta' l-ikel ħalli n-nies fil-pajjiżi li mhumiex żviluppati ma jmutux aktar bil-ġuħ.", "U jien għedtlu li jekk niftiehmu li għal tliet snin ma ninvestux fl-armi u l-flus kollha li għandhom il-pajjiżi li jinvestu fl-armi nonfquhom biex nindirizzaw il-problema tal-ġuħ, żgur ma jmutux aktar nies bil-ġuħ!", "Imma din kienet diskussjoni bejn żewġ kollegi li qasmu opinjonijiet differenti, għax aħna jrid ikollna diskussjoni li tabilħaqq tindirizza dawn is-sitwazzjonijiet.", "Sur President, jekk aħna se nagħżlu l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea ejja nagħtu dan il-messaġġ.", "Għax imbagħad kif nippretendu li jkun hemm importatur li jġib iċ-ċanga mill-Amerka u f'daqqa waħda, mingħajr avviż, noħorġu b'policy li dak it-tip ta' beef ma jistax jidħol f'Malta!", "Naturalment dan l-importatur se jinqabadlu l-beef fil-port u jispiċċalu skartat - għax probabbilment ma jkunx hemm il-laboratorji biex jagħmlu l- analisi meħtieġa - jekk ma jkollux xi battalja legali għax fuq kollox dan ma jkunx ġab beef minn pajjiżi fejn kien hemm il-marda tal-mad cow li, minkejja dak kollu li jingħad dwar il-livelli għoljin ta' kontrolli, f'din il-parti tad-dinja żviluppa mard ġdid li ma kienx identifikat qabel.", "Għalhekk jien insostni li jekk aħna verament nirrispettaw lill-konsumatur, l-ewwel irridu ngħidu lill-konsumatur li din il-liġi qed tipprepara biex għada pitgħada Malta sservi lill-Unjoni Ewropea bħala border inspection point.", "It-tieni nett irridu ngħidulu li matul dawn l-aħħar sentejn il- gvern naqas milli jgħid x'inhi l-policy fuq l-ikel importat li fih forsi hemm livelli ta' hormones ogħla minn dawk li fihom prodotti ta' pajjiżi oħra, jew inkella prodotti li fihom livell ta' antibijotiċi li huwa ħafna ogħla minn dak li hu aċċettabbli fl-Unjoni Ewropea.", "Illum dan huwa suġġett diskuss fid-dinja kollha.", "Sur President, jien mhux se noqgħod nidħol fl-argument li għada pitgħada, bħala border inspection point ta' l-Unjoni Ewropea, aħna rridu naraw li l- banana importata f'pajjiżna tkun skond ir-regoli stabiliti mill-Unjoni.", "Mhux se noqgħod ngħid lill-importaturi li għada pitgħada, meta nsiru membri ta' l-Unjoni, hemm numru ta' regoli li se jkollhom jimxu magħhom.", "Dak l- argument inħallih għal ħaddieħor, imma importanti li nispeċifikaw dawn iż- żewġ punti li l-aktar jinteressaw lill-konsumatur.", "Meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni aħna rridu noħorġu ħafna flus - veru li l-Ewropa se tagħtina l- għajnuna, imma aħna rridu noħorġu iżjed - għaliex barra li rridu nassiguraw li l-liġijiet ta' pajjiżna jiġu osservati, bħala border inspection point se jkollna r-responsabbiltà li nħarsu l-liġijiet kollha tal-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea wkoll.", "Il-punt l-ieħor li jinteressa lill-konsumatur u li l-gvern għadu ma ddeċidiex dwaru hija l-issue tal-genetically modified foods, però issa l- Onor. Vassallo qalilna li twaqqaf kumitat apposta biex jiddeċiedi dwar dan.", "U jien nistaqsi hawnhekk: Minn min se jkun kompost u x'analisi se ssir?", "(Interruzzjonijiet) Jien naf kif jimxi l-gvern għax jara liema huma n-nies li jistgħu jgħinuh biex jilleġisla ħalli jwettaq il-bidliet neċessarji u daqshekk.", "Aħna m'għandux ikollna problema jekk nimxu fuq linji ta' gwida kif stabiliti mill-FAO.", "Per eżempju, għal dak li huwa maximum residue levels niddeċiedu aħna x'inhu l-aħjar, dejjem fil-parametri ta' dak li tiddetermina l-FAO.", "L-istess fejn jidħlu l-pestiċidi.", "II-Pesticides Act jidhirli li kienet għaddiet fl-1966, jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq affarijiet li qed noħolmuhom aħna l-parlamentari tal-lum.", "Kien hawn parlamentari oħra li kienu jaħdmu bl-istess loġika.", "Dawn kienu jifhmu li filwaqt li nifformaw parti mid-dinja, il-Parlament Malti kellu dejjem ir- responsabbiltà li jkun demokratiku u jifhem x'inhuma l-bidliet l-aktar li jrendu għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Sur President, x'se tkun il-pożizzjoni tagħna dwar il-maximum residue levels li timponi l-Unjoni Ewropea?", "Se nagħmlu tibdil f'dan ir-rigward mingħajr ma nispjegaw għaliex u naraw kif inbenġluha b'xi mod jew ieħor u noħolqu xi kontroversja kbira?", "Jien ma ngħidx li mhux importanti li tuża l- bexx jew li mhux importanti li tnaqqas il-bexx, però lanqas hu sew li nipprovaw nagħmlu xi ħaġa straordinarja, qisu qatt ma kellna kontroll fuq dawn l-affarijiet.", "M'hemmx dubju li qatt m'għandek kontroll biżżejjed, imma f'ġieħ is-sewwa kontrolli dejjem kellna!", "L-inqas li għandna f'pajjiżna u li m'aħniex nilleġislaw għalih huwa l-istrutturi biex ngħinu lill-bdiewa u lill-importaturi.", "Dawn l-affarijiet m'humiex qed jiġu indirizzati f'dan l-abbozz.", "Għaldaqstant min-naħa tagħna aħna ma nistgħux ma nurux ir-riżervi tagħna fuq dawn is-sitwazzjonijiet li m'hemmx dubju jistgħu jinbidlu minn mument għall-ieħor u jistgħu allura jpoġġuna f'diffikultajiet li ma nkunux effettivament analizzajnihom.", "Nerġa' nsemmi l-eżempju tal-banana għaliex m'hemmx dubju li r-regoli li għandha l-Unjoni Ewropea fuq id-daqs tal-banana li hi permessa li tiġi importata huma marbuta ma' gwerra kummerċjali wkoll.", "Ma naħsibx li huma marbuta biss mal-kwestjoni ta' x'daqs ta' banana jħobb jiekol il- konsumatur.", "Għalhekk irridu nfiehmu lill-konsumatur li ladarba aħna ngħaddu din il-liġi, jekk għada pitgħada jinbidlu dawn l-affarijiet aħna nkunu soġġetti għalihom ukoll.", "Importanti li niftakru li aħna għandna ċerti limitazzjonijiet marbuta mad-daqs ġeografiku ta' pajjiżna u limitazzjonijiet oħra f'dak li huwa nuqqas ta' riżorsi.", "U filwaqt li pajjiżi oħra ma jiġux affettwati daqstant jekk jinqered settur mill- agrikoltura minħabba ċerti regoli, għal pajjiżna jkun kritiku ħafna jekk nitilfu ċertu numru ta' bdiewa minħabba dawn il-limitazzjonijiet.", "Sur President, hemm tliet punti li rridu niftħu għajnejn il-konsumatur dwarhom.", "L-ewwelnett hemm id-diffikultajiet li resqin lejhom minħabba l-bidla li qed tiġi proposta f'dan l-abbozz, jiġifieri li Malta trid isservi bħala border inspection point għall-Unjoni Ewropea.", "It-tieni nett il-gvern m'għandux pożizzjoni ċara dwar l-importazzjoni ta' genetically modified foods.", "It-tielet nett hemm id-diffikultajiet li se jinħolqu bir-regoli dwar il-maximum residue levels.", "Jekk Malta se tkun membru sas-sena 2003 u għal raġunijiet ekonomiċi aħna ma nkunux nistgħu nadottaw dawk is-sistemi, aħna jista' jkollna problemi serji.", "Allura dawn l-affarijiet iridu jiġu spjegati sew u mhux inġibu l-iskuża li dawn il-bidliet se jsiru għax l- Ewropa għandha standards tajba għall-konsumatur u l-istandards tagħna fil- preżent huma inferjuri.", "Jien nerġa' nsostni li sia gvernijiet Nazzjonalista u sia gvernijiet Laburista, kull ministru tas-saħħa, kull ministru ta' l-ambjent u kull ministru ta' l-agrikoltura dejjem imxew fuq linji ta' gwida li kienu konformi ma' dak li huwa aċċettabbli internazzjonalment, jiġifieri ma' dak li tgħid il-FAO u mhux neċċessarjamnt ma' dak li joħroġ mill-Kummissjoni Ewropea.", "Sur President, jien mhux qed insemmi dawn l-affarijiet biex noħloq kontroversja, kif qed jipprova jgħid l-Onor.", "Vassallo.", "Jien niltaqa' ma' ħafna konsumaturi, anke mill-Mosta, għax issa r-Rabat u l-Mosta saru distrett wieħed.", "(Interruzzjonijiet) Dak arah int!", "Ara jien ma nara lil ħadd żejjed, Onorevoli, kif imdorri tara int!", "Qiegħed tarani żejjed int!", "Jien niltaqa' ma' ħafna nies li fosthom issib min ma jagħtix kas, l-aqwa li jixtri li jrid, u hemm min jistaqsi jekk l-ikel li qed nimportaw huwiex safe.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt f'paragrafu (a) ta' klawsola 2 għandna l-istess sitwazzjoni li tikkonferma li filwaqt li l-gvern qed iressaq din il-liġi li suppost għandha l-għan li tikkontrolla l-kwalità tal-prodotti ħalli l-konsumatur ikun protett minn prodotti perikolużi, fl-istess ħin il- gvern għadu ma ddikjarax x'inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-genetically modified foods.", "(Interruzzjonijiet) Għandek pożizzjoni int illum dwar il- genetically modified foods?", "Liema verżjoni se taċċetta, dik Amerikana jew dik Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' I-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: L-ewwelnett dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia m'għandu xejn x'jaqsam ma' din il-liġi għax qiegħed jiffoka fuq provvedimenti li se jidħlu fil-Food Act.", "It-tieni nett jekk qed jitkellem dwar id-WTO, din ma tippermettix li jkun hemm min jagħmel stqarrija li ma jkunx jista' jipprovaha xjentifikament.", "Allura jekk dak li qed jgħid l- Onor. Farrugia ma jkunx xjentifikament ipprovat - u s'issa ħadd fid-dinja ma kien kapaċi jipprovah - ma jistax jagħmel l-istqarrijiet li qed jagħmel.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, is-segretarju parlamentari jaf li llum hemm problema serja bejn l-Istati Amerikani u l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli ta' hormones, il-livelli ta' antibiotiċi li jistgħu jintużaw u anke f'dak li huwa maximum residue levels.", "Hemm ċertu pożizzjoni dwar dan fl-Unjoni Ewropea u jien lest li ninformah biha u anke ninformah bil-pożizzjoni Amerikana dwar dawn l- affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nistax nifhem għalfejn qed jiċħad li meta Malta ssir membru, se jkollna responsabbiltajiet mhux biss għall- poplu tagħna imma anke bħala border inspection point għall-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna nistennew li n-naħa l-oħra tispjega fil- winding-up.", "Sur President, jien irrid nirreġistra li 25 sena ilu d-dinja fehmet li bilfors kellhom jiġu applikati ċerti sustanzi biex ikollna produzzjoni għolja u ma kienx hemm għalfejn nitkellmu fuq genetically modified foods.", "Anke fl-istorja tal-bniedem hekk ġara - qabel konna nieħdu l-aspro, imbagħad konna nieħdu l-penicillin, imbagħad konna nieħdu antibiotics oħra u llum biex jgħaddilna nieħdu sustanzi aktar qawwija - għax il-bidla hija dejjem meħtieġa.", "Issa fil-każ tal-bexx, meta jidħol ċertu bexx li jibdew jgħidu li huwa perikoluż, irridu nifhmu li dak ikun daħal għall-istess prinċipju, li jikkontrolla aktar il-mard fuq l-uċuh, kif ikun qed isir f'pajjiżi oħra, biex aħna nimxu ma' dawk il-linji ta' gwida tal-FAO li s'issa konna u għadna nirrikonoxxu.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi fih ħafna loopholes għaliex wieħed jista' jagħti interpretazzjoni skond iċ-ċirkostanzi, mhux b'mod irresponsabbli anzi b'mod responsabbli.", "Minkejja li m'hemmx target daqstant ċar dwar dawn l-obbligi, wieħed jista' jgħid li hemm patafjun ta' regoli li rridu noqogħdu għalihom u rridu nippreparaw għalihom.", "Wieħed jista' jimmaġina kemm irridu noqogħdu attenti għall-merkanzija li tgħaddi mill-freeport, għall-prodotti li jidħlu fil-port tal-Belt u fl-ajruport - anke jekk ma jinbiegħux f'pajjiżna imma jiġu esportati - għaliex bħala border inspection point aħna nkunu obbligati li nagħmlu dak li jagħmlu l- istess pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward.", "Dawn huma responsabbilitajiet li rridu nitkellmu dwarhom u mhux argument li tgħid li dawn jaqgħu taħt liġijiet oħra.", "Lanqas hi serjetà li segretarju parlamentari jiġi jgħidli li għada pitgħada jridu joħorġu ruxxmata avviżi legali.", "Irridu nifhmu s-sitwazzjoni kif inhi.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-Unjoni Ewropea għandha kondizzjonijiet differenti mhux biss fuq prodotti importati, imma anke fuq dawk prodotti lokalment.", "Abbażi ta' dan l-abbozz ta' liġi, għandna ċerti responsabbiltajiet li biex jitwettqu jrid ikollna management tajjeb ħalli ssir il-bidla biex inkunu konformi mal-konċetti kif spjegati fid- dispożizzjonijiet ta' din il-liġi.", "Aħna nħossu li l-gvern qed jieħu riskju meta għadu ma ċċarax dan il-punt.", "Illum għadu mhux ipprovat xjentifikament jekk prodott magħmul minn qamħa li tkun tkabbret b'mod ġenetiku jagħmilx ħsara lill-bniedem.", "Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea qabdu u ħadu deċiżjoni li ma jaċċettawx li jkollhom prodotti genetically modified magħmulin mill-qamħ għax ma jafux x'se jkun l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Imma aħna x'se nadottaw, il-pożizzjoni ta' l-Ewropa jew il-pożizzjoni ta' l- Amerika?", "Is-segretarju parlamentari għandu jkollu l-kuraġġ li jgħid li dawn il-provvedimenti tal-liġi li għandna quddiemna qed nagħmluhom abbażi ta' dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Ma nistgħux noqogħdu npaċpċu fil-vojt jekk verament għandna rispett lejn il-konsumatur.", "Sur President, jien qed insostni dan il-punt għax finalment jien, marti u wliedi aħna konsumaturi.", "Mhux imbilli jgħidu li jien nippretendi li naf ħafna!", "Le, jien ma nippretendi li naf xejn!", "Però bħala rappreżentant tal- poplu f'dan il-parlament, jien nippretendi li għandi d-dritt li nwassal il- preokkupazzjonijiet ta' dawn il-familji.", "Mhux sew li l-konsumatur isib prodotti fis-suq li huma orħos imbagħad isib li jkunu genetically modified, jew ikunu prodotti ġejjin minn annimali li jkunu ngħataw ċerti sustanzi biex jikbru malajr u jiggoffaw aktar fil-laħam, bħalma jagħtu lill- għoġġiela.", "Imbagħad aħna noqogħdu nipprovaw nirredikolaw il-prodott Malti għax ikollu preżentazzjoni inferjuri minħabba l-limitazzjonijiet tagħna li ma jippermettux li nagħmlu ċertu tip ta' marketing.", "Aħna żgħar u bħalma nsibu problema biex nagħżlu players tal-football u bħalma nsibu problema biex nagħżlu affarijiet oħra li huma importanti, daqstant insibu problema biex insibu l-mezzi finanzjarji biex nagħmlu ċertu marketing għall-prodotti tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u jekk beħsiebek tkompli għandek bżonn extension.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien nieqaf hawn, Sur President, għaliex ikun inutli li nitlob biex inkompli nitkellem meta naf li sħabna tan-naħa l-oħra joġġezzjonaw.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq nitkellem f'dan id-dibattitu għaliex l-impressjoni li qed tingħata mhijiex korretta.", "L-ewwelnett din hija liġi li se tkun għodda importanti immens f'idejn il-konsumatur għaliex biha se jkun jista' jistabilixxi l-kwalità u ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti li hawn fis-suq, ħaġa li sal-lum tħalliet ħafna drabi għal riħha.", "Però aktar minn hekk, il-gvern se jwaqqaf market surveillance unit li bil- parteċipazzjoni ta' membri mid-dipartimenti differenti tal-gvern, ikun jista' jagħmel din is-surveillance li sal-lum ma kenitx teżisti.", "Sal-lum jekk fis-suq Malti kien jidħol oġġett li kellu wiring difettuż jew problemi oħra li ma jkunux konduċenti li l-oġġett importat ikun ta' kwalità tajba biex jużah il-konsumatur, dan kien jibqa' bil-problema ma' wiċċu.", "Kellna sitwazzjoni ta' take it or leave it.", "Peress li għandu rispett sħiħ lejn il- konsumatur, il-gvern mhux biss qiegħed jgħid li se jinkorpora għodda ġdida ta' kontroll mill-aspett tal-konsumatur imma se jibda jagħmel surveillance fuq il-kwalità tal-prodotti fis-suq.", "Allura l-poplu Malti jkun jista' jassigura ruħu mis-safety tal-prodotti li se jikkonsma.", "Il-Gvern Malti se jagħmel dan l-ewwelnett fl-interess tal-konsumatur għaliex din hija għodda ġdida u qawwija, imma se jagħmilha wkoll għaliex parti mill-acquis ta' l-Unjoni Ewropea tesiġi li kull pajjiż membru ta' l- Unjoni u kull ċittadin ta' l-Unjoni jkun kopert b'din it-tip ta' leġislazzjoni.", "Jien mgħarraf li l-provvedimenti avvanzati li hawn f'din il- liġi, li l-konsumatur Malti qatt ma kellu s'issa, fil-fatt saru wara diskussjonijiet twal li kellu l-ministeru għas-servizzi ekonimiċi mal- counterparts tiegħu f'wieħed mill-membri tal-pajjiżi Ewropej, li huwa Sweden, fejn nafu li f'dik li hija standards hemm serjetà profonda.", "Min mar f'dawn il-pajjiżi jaf kemm jieħdu l-affarijiet bis-serjetà.", "Mr Speaker, illum b'din il-liġi qed nagħmlu dak li fix-xjenza nsejħulu a quantum leap, qabża enormi fl-interess tal-konsumatur u allura ma jagħmilx sens li wieħed jitkellem kontra abbozz bħal dan, kif qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Jien nippretendi li l-oppożizzjoni tiġi tagħmel fine-tuning ta' din il- liġi li, kif semmejna, tagħti drittijiet kbar lill-poplu Malti, biex meta niġu għall-istadju tal-kumitat inkunu nistgħu nemendaw il-liġi b'mod li taħdem aħjar għaċ-ċirkostanzi Maltin.", "Però hawn irridu noqogħdu attenti għax meta jiġi membru ta' l-oppożizzjoni li jibda jitfa' ċerti asserzjonijiet bl-addoċċ, li ma jagħmlux sens jew li huma goffi, wieħed jasal għall-konkliżjoni li dan qed isir biex wieħed ibeżża' dwar dak li ma jafx dwaru, fear of the unknown.", "Aħna lit-tfal kultant noqogħdu nbeżżgħuhom bil-babaw meta nkunu rridu nżommuhom lura milli jagħmlu xi ħaġa.", "U l-Onor.", "Membru li kien qed jitkellem qabli qed jipprova jbeżża' bil-babaw.", "Bħala firmatarji tad-WTO diġà għandna ċerti obbligi, bħalma għandhom il- pajjiżi kollha firmatarji, inkluż l-Istati Uniti u l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li ma nistgħux f'ħafna oqsma nagħmlu trade restrictions.", "Nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni, hemm ċerti liġijiet li rridu naderixxu għalihom.", "Ma tistax tagħmel ċerti suġġerimenti, bħalma għamel l-Onor.", "Farrugia, għaliex imorru kontra r-regolamenti tad-WTO.", "Din rajnieha fl-1996 meta l- gvern Laburista ried ineħħi l-VAT u jdaħħal liġi oħra, għaliex meta ġie biex jattwaha sab li ma kienx daqshekk faċli li jneħħi l-VAT peress li kien marbut b'ċerti regolamenti tad-WTO li ma jistax jagħmel ċertu dazju fuq prodotti li nimportaw.", "L-istess sitwazzjoni għandna hawn.", "Il-gvern ma jistax jillimita d-dħul f'Malta ta' ċerti prodotti li semma, bħalma huma l-genetically modified foods għaliex sempliċement jidhirlu hekk hu.", "Il-Gvern Malti ma jistax jaqbad u jiddeċiedi li ma jdaħħalx genetically modified foods f'Malta.", "Imma din storja twila li jien ma xtaqtx li tinfetaħ għaliex ikun immatur li nitkellmu fuqha f'dan l-istadju.", "Dak l-ewwel punt.", "Il-gvern Malti ma jistax u sa ċertu punt lanqas l- Unjoni Ewropea ma tista' tillimita li jiġi importat dan it-tip ta' ikel.", "Anke l-labelling tiegħu huwa irregolat b'mod partikolari.", "L-Unjoni Ewropea kellha clashes ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerka fuq dan it-tip ta' ikel u fil-fatt qiegħda tfittex kif għandha tagħmel labelling li ma jkunx inkontravvenzjoni tar-regolamenti tad-WTO.", "Issa jekk irridu nitkellmu fuq il-genetically modified foods nitkellmu.", "L-ewwelnett fis-sitwazzjoni kif inhi illum, kif se tkun taf jekk l-ikel li qegħdin nieklu huwiex genetically modified?", "Għaliex jien ngħid li t- taħlita diġà qiegħda ssir.", "Jekk tieħu l-grains, il-maize u l-wheat li qed jiġu importati mill-Amerka u minn kwalunkwe pajjiż ieħor - tista' tkun l- Awstralja, tista' tkun is-South America, tista tkun ir-Russja - ma nafux jekk dawn il-prodotti ta' l-ikel humiex genetically modified.", "Ħafna drabi m'hemmx testijiet li tista' tagħmel għaliex ikun a byproduct of a genetically modified product.", "Jekk tieħu ż-żejt li jiġi prodott minn genetically modified organisms, dak mhuwiex differenti minn dak iż-żejt li jsir b'mod komuni.", "Kif se tiddistingwi bejniethom dawn?", "Hemm xi metodu xjentifiku li jista' jiddistingwi bejniethom?", "Le m'hemmx, għax jew diffiċli ħafna jew għali ħafna jew kontra l-liġi.", "Dik hi r-realtà.", "U jekk nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea - li għandha s-safeguards tagħha fuq il-genetically modified foods - aħna obbligati li nobdu r-regolamenti tad- WTO li huma ħafna inqas riġidi mir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bir-rispett kollu, din il-kwestjoni tal-genetically modified foods ma naqbduhiex bl-addoċċ.", "Fil-fatt m'għandhiex x'taqsam mal-liġi li għandna quddiemna għax għalkemm din tagħti lill-ministeru d-dritt li jagħmel surveillance fuq l-ikel, ma titkellimx speċifikament fuq genetically modified foods.", "L-ewwelnett ejja noqogħdu attenti x'qed ngħidu għax il- genetically modified foods huma ħaġa tajba iżda jista' jkun hemm riskju.", "Però jekk b'għalqa qamħ nista' nitma' 10,000 ruħ aħjar milli b'għalqa qamħ nista' nitma' 20 ruħ.", "Din hi d-direzzjoni li d-dinja sejra fiha.", "Il- popolazzjoni tad-dinja qed tiżdied, l-area li fiha jsir it-tkabbir dejjem tiċkien u allura anke minħabba l-pajjiżi tat-tielet dinja, irid isir xi ħaġa biex il-produzzjoni tibqa' tiela'.", "Is-settur ta' l-agrikoltura fid- dinja qiegħed jonqos, allura l-ftit li għadhom impenjati fl-agrikoltura jridu jipproduċu aktar u aktar u aktar.", "Lanqas ma naslu biex ngħidu li l-kwalità ta' l-ikel hija ħażina.", "Jista' jkun hemm ċerti dubji imma s'issa nistgħu ngħidu li għadu ma kienx hemm xi konklużjoni xjentifika li dan it-tip ta' ikel jagħmel il-ħsara, ħlief f'każ wieħed li għadu lanqas hu 100%.", "Qatt s'issa ħlief f'każ wieħed dwar l-antibiotic resistance li għadu qed jiġi mistħarreġ, u jien għandi d-dubji personali tiegħi dwaru.", "Pero' lanqas hija xi ħaġa li għandna npinġuha bħala ħaġa kerha u sewda għax fil-fatt m'hijiex.", "Hija ħaġa li trid tiġi osservata u trid tiddaħħal b'ċerta miżura, jiġifieri bir-risk assessment tagħha, bir-risk management u bil-liabilities kollha tagħha.", "Mr Speaker, aħna qegħdin fil-Mediterran, 60 mil bogħod mill-Ewropa.", "Aħna parti mill-Ewropa u l-immedjatezza ta' dawn il-liġijiet hija fl-isfond Ewropew.", "Aħna applikanti biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea u mhux biex nagħmlu xi free trade area ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerka.", "Allura aħna rridu niġu in line mar-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni.", "Aħna x'nafu fuq genetically modified foods?", "L-Unjoni għandha framework which is in place ta' genetically modified foods.", "Hemm erba' direttivi orizzontali – mhux se noqgħod insemmihom hawn - li l-aktar waħda importanti minnhom hija dik bin-numru 220 ta' l-1990.", "Issa tinsewx li fl-Unjoni Ewropea hemm id- Danimarka u Sweden, pajjiżi fejn hemm sensibilità kbira għal dawn it-tip ta' problemi.", "Id-direttivi li toħroġ l-Unjoni Ewropea huma direttivi ta' co-decision, jiġifieri ma jeħodhomx il-kunsill tal-ministri biss imma jridu jgħaddu wkoll mill-Parlament Ewropew.", "Wara t-Trattat ta' Amsterdam dawn ġew co- decision procedures, jiġifieri jridu jgħaddu ukoll mill-Parlament Ewropew.", "Dawn il-framework directives, li ġew mistħarrġa u ġew skrutinati fit-tul, jistabilixxu l-parametri eżatti fejn tista' tuża' dak l-ikel, kif tista' tużah, x'inhu r-risk management u x'inhu r-risk assessment.", "Il-liġi mhux biss tobbliga li jsir ir-risk management biex prodott ikun jista' jiġi esportat, iżda l-Gvern Malti jrid jagħmel ukoll l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Il-framework directives qegħdin hemm u ma għandux għalfejn nerġgħu niskopru r-rota meta din il-kwestjoni ilha għaddejja fl-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 15-il sena.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm liġijiet li jħarsu lill-konsumatur u bħala membri ta' l-Unjoni aħna jkollna nadottaw ukoll dawk il-liġijiet li jipproteġu l- Istat fil-kwestjoni ta' liability u anke fil-kwestjoni ta' labelling, għax issa hemm problema anke b'din.", "Barra mill-Unjoni Ewropea dawn il-problemi jkollna niffaċċjawhom b'mod goff u l-Gvern Malti jkun waħdu mingħajr l- għajnuna ta' l-expertise u l-finanzjament ta' l-Unjoni.", "Mela noqogħdu attenti!", "Għalija l-akbar rigal li l-Gvern Malti jista' jagħti lill-poplu Malti fil-kwestjoni tal-genetically modified foods huwa li se jsir membru ta' l-Unjoni.", "Skond l-acquis ta' l-Unjoni, pajjiżna jkun obbligat li jdaħħal il-liġijiet orizzontali ta' l-Unjoni fuq din il-kwestjoni.", "Nerġa' nirrepeti li l-Unjoni Ewropea l-ħin kollu tiġi fi clash ma' l- Amerka fuq din il-kwestjoni għax l-Amerka għandha l-bżonnijiet tagħha u trid tesporta.", "M'għandix dubju li diġà tħallat l-ikel, jiġifieri li l- genetically modified maize qiegħed jiġi mħallat ma' maize normali u ovvjament fuq dan hemm clash ma' l-Unjoni Ewropea, li tfittex b'mod serju li tassigura l-kwalità tal-prodotti tagħha.", "Mela noqogħdu ftit attenti u ejja nikkritikaw fejn din il-liġi tista' tiġi aħjar.", "Ejja naraw kif din il- liġi nistgħu ntejbuha u mhux we shoot it down.", "Ma noqogħdux indaħħlu ħafna kunċetti biex inbeżżgħu lin-nies bil-babaw għax in effett inkunu qegħdin nagħmlu disservice lill-poplu Malti.", "Jien kelli l-fortuna li nkun ir-rapporteur tal-Kunsill ta' l-Ewropa kemm meta kien hemm il-problema tad-diossina tal-Coca Cola fil-Belġju u kemm meta kien hemm xi rapporti dwar il-BSE, il-bovine spongiform encephalopathy.", "Issa r-realtà hi li dawn is-sitwazzjonijiet li jinqalgħu jnisslu biża' fil-popli, u għalhekk fl-Ewropa l-kwestjoni fuq il- genetically modified foods hija ħafna iktar aċċentwata milli hija fl-Amerka għax fl-Amerika by and large ma kellhomx dawn il-problemi li ltqajna magħhom fl-Ewropa tal-BSE u tad-diossina.", "Dawn ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' dawk li huma genetically modified foods - xejn, xejn u xejn - imma peress li nqalgħu dawk il-każi tnisslet il-biża' fost il-poplu.", "Għalhekk il-Kunsill ta' l-Ewropa kien għamel suġġerimenti - u nafu li issa dawn intlaqgħu mill-Unjoni Ewropea - li għall-ġid tal-konsumatur titwaqqaf a food monitoring authority, barra l-awtoritajiet l-oħra, u titwaqqaf ukoll a medicine monitoring authority.", "Dik li fl-Amerka hija magħrufa bħala l-FDA - il-food and drug administration - fl-Ewropa se tkun maqsuma fi tnejn, b'awtorità waħda tieħu ħsieb l-ikel u awtorità oħra tieħu ħsieb il-mediċini.", "Malta wkoll trid tidħol fiha din u mhix kwestjoni jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le.", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħidlek li kieku ma nidħlux fl-Unjoni, kieku Alla biss jaf meta jirnexxielna nibdlu s- sistemi tagħna u naġġornaw ruħna għal dawk is-sistemi li jużaw f'pajjiżi iktar żviluppati minna!", "Kieku mhux 20 sena oħra jridu jgħaddu imma mitt sena oħra!", "Din hi r-realtà u ma noqogħdux inbeżżgħu lin-nies.", "Mr Speaker, irridu nagħmluha ċara li grazzi għall-Unjoni Ewropea u grazzi għal dawn il-liġijiet se jgawdi kulħadd u j'Alla li bħal din il-liġi jitressqu liġijiet oħra.", "Fil-fatt jien mgħarraf li se jitressqu liġijiet oħra li jirregolaw il-qasam ta' l-ikel u li jirregolaw il-qasam tal- mediċini, għalkemm dak huwa diġà regolat għaliex irid jgħaddi minn idejn is- sanità.", "Allura noqogħdu ftit attenti għax jien ninkedd meta nisma' ħafna kritika bl-addoċċ.", "Aħna qegħdin indaħħlu dawn ir-regolamenti bla telf ta' żmien mhux biss għaliex se nidħlu fl-Unjoni imma primarjament għaliex għandna l-obbligu li nagħtu lill-konsumatur drittijiet ħafna ikbar milli qatt kellu sal-lum.", "Nirringrazzjakom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, jien jiddispjaċini nisma' dawn it-tip ta' battibekki fuq liġi li fil-prinċipju qegħdin naqblu dwarha.", "Mhux sew li kull meta xi ħadd jikkritika noqogħdu ngħidu li qed tintefa' kritika bl-addoċċ.", "Hawnhekk qegħdin biex nagħtu l-fehmiet tagħna u, meta nikkritikaw, l-iskop ikun biex intejbu l-liġijiet għall-ġid tal-poplu.", "Il- verita' hi li quddiemna għandna liġi li hija parti mill-kullana sħiħa ta' liġijiet li l-mira tagħhom hija biex inżidu l-protezzjoni tal-konsumatur.", "Forsi din il-liġi hija ftit differenti għar-raġuni li mhux talli tqis il- ħarsien tal-jeddijiet tal-konsumatur imma qed tagħti wkoll framework ċar lil dak li jimmanifattura u dak li jimporta, x'tip ta' prodotti għandu jdaħħal f'pajjiżna biex ikunu safe għall-konsumatur.", "Din hija waħda minn dawk il-liġijiet li definittivament ma nistgħux inħarsu lejha bħala liġi li approvajnieha, ċapċapnielha u għaddiet, imma hija liġi li rridu nkomplu naġġornawha as time goes on. Jiġifieri dan huwa proċess kontinwu ta' aġġornament u mhix xi ħaġa li rridu nħarsu lejha bħala liġi li biha qed nikkonformaw mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk se nħarsu lejha b'dan il-mod we will be defeating its purpose, minkejja li l-bieraħ fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Hyzler qam jikkritika għaliex aħna kull darba nsemmu dan.", "Ikolli nistqarr li meta nisma' ċerti esponenti tan-naħa tal-gvern jitkellmu, nibda ngħid li l-għan tal-liġijiet li qed inressqu mhuwiex biex verament nagħtu l-aħjar għodda lill-poplu tagħna imma, kif ftaħar il-bieraħ ministru tal-gvern, biex jinfetaħ kapitlu u jerġa' jingħalaq malajr peress li aħna nkunu għaddejna l-liġijiet biex niġu konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni.", "L-għan tagħna għandu jkun li nħarsu lejn dak li hemm tajjeb fl-Unjoni u lejn dak li hemm tajjeb fl-Amerka u mbagħad naraw x'jgħodd għalina.", "U f'dan il-każ qed ngħidu li għandhom politika tajba li ta' min iħares lejha, imma ma jfissirx li b'daqshekk wasalna!", "Fil-consumer policy action plan ta' l-Unjoni Ewropea għall-1999 sa sena 2001 qalu li s-sena li għaddiet suppost reġgħu ħarġu rapport biex jagħmlu evalwazzjoni sħiħa proprju ta' din id-direttiva, li l-gvern se jikkonforma ruħu magħha permezz ta' din il- liġi li qed iressaq.", "Jien se nikkwota ħalli nsostni l-argument tiegħi dwar kemm għandna bżonn inħarsu lejn liġijiet bħal dawn b'mod pro-attiv, jiġifieri li ngħidu li llum wasalna s'hawn, però ma jfissirx li għada ma rridux intejbu, anzi rridu nibqgħu nħarsu lejha għada u pitgħada.", "Mr Speaker, irrid nagħmel punt ieħor.", "Meta ppreżentaw din il-liġi ħadd mill-esponenti tal-gvern ma qal li l- Unjoni Ewropea bħalissa qed tagħmel evalwazzjoni sħiħa ta' dan il-qasam.", "Lanqas ma qalulna jekk fin-negozjati li għaddejjin fi Brussels fuq dan il- kapitlu dwar il-consumer affairs - li l-bieraħ l-Ministru Joe Borg qal li se jinfetaħ u jingħalaq - il-kummissjoni qalitx lill-gvern x'modifikazzjonijiet beħsiebha tagħmel, ħalli aħna neħduhom in konsiderazzjoni peress li għadna fil-proċess li nilleġislaw.", "Inkella erbat ijiem oħra nkunu kostretti li nagħmlu l-emendi li hemm bżonn għal-liġi u nerġgħu ngħaddu mill-proċess twil ta' debates fil-parlament.", "Ħadd ma qalilna li l-Unjoni qed tħejji rapport dwar dan il-qasam.", "Qabel ma ġejt hawn jien staqsejt lil Malta-EU information centre jekk ħariġx dan ir- rapport u qaluli li ma ħariġx.", "Almenu hawn Malta għadu ma wasalx għand l- MIC.", "Dan il-consumer action plan ta' l-1999 sas-sena 2001, fejn għandu x'jaqsam ma' safer products, f'artikolu 4.2 jgħid:", "''A commission report is due in 1999 to cover inter alia the implementation of the directive on general product safety.", "This report will include in particular an in-depth analysis of the implementation of the directive.", "It will also identify the shortcomings in the application of the existing directive and the area where improvement is needed.\"", "Jiġifieri dawn qegħdin jgħidu li d-direttiva m'hijiex kompleta definittivament u se jagħmlu analisi u se jidentifikaw fejn għandhom bżonn isiru improvements.", "Nimmaġina li jekk ma ħariġx dan ir-rapport, il- kummissjoni qed taħdem fuqu għaliex fejn jidħlu consumer policy u l-product safety, l-Unjoni Ewropea tagħti ħafna attenzjoni.", "Allura ma nimmaġinax li l-kummissjoni waqgħet lura fuq din.", "U ladarba f'Malta qegħdin fil-proċess tan-negozjati u qegħdin fil-proċess li nintroduċu din il-leġislazzjoni, għandi nifhem li l-gvern kellu jkun informat mill-Kummissjoni Ewropea x'inhuma dawn l-improvements li qed jidentifikaw.", "Se naqra ftit ieħor ħalli nagħmel enfasi fuq dan il-punt li għalija huwa importanti ħafna.", "\"Already several difficulties can be identified which point to the need for reform and amendment.\"", "Hekk qed jgħid dan ir-rapport uffiċjali tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea fuq consumer policy action plan għall-1999 sas-sena 2001, jiġifieri għadna fih dan il-policy action plan.", "\"In particular it should be considered how to clarify the relationship between the directive and sectorial legislation covering specific products.", "Equally, the provisions in the directive relating to market surveillance will be re-examined with a view to creating a more systematic integrated market surveillance approach.\"", "U jekk hemm xi ħaġa li din il-liġi qed titkellem fuqha hija proprju t- twaqqif ta' market surveillance section.", "Allura iktar u iktar nara l- importanza li l-gvern ikun informat.", "Jekk mhux informat - u nittama li issa xi ħadd min-naħa l-oħra jweġibna - il-kummissjoni qed tonqos mal-Gvern Malti, li tant għandu fervur li jfittex idaħħal lil Malta lock, stock and barrel fl-Unjoni Ewropea.", "Ħalli naqra l-aħħar ftit:", "\"Finally the emergency procedures of the directive and the criteria for their implementation should be considered in the light of experience to date.\"", "- issa fil-każ tagħna għadha lanqas biss għaddiet il-liġi u allura għadna lanqas nistgħu nagħmlu ċerti affarijiet -", "\"The issue of the regime applicable to exports to third countries of products which are banned or withdrawn from the EU market because they are dangerous to the health and safety of consumers will also need to be considered.\"", "U hawn huwa l-punt li għamel l-Onor.", "Noel Farrugia ftit aktar qabel meta qal li Malta se tispiċċa qisha checkpoint jekk tkun membru sħiħ fl-Unjoni għax nimportaw minn pajjiżi terzi għas-suq fl-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li prodotti li jiġu importati f'Malta minn dawn il-pajjiżi jistgħu jispiċċaw fis-suq ta' l-Unjoni u allura l-Unjoni Ewropea jkollha poter assolut fuq dak li nkunu qegħdin nagħmlu hawnhekk u tkun trid tkun taf fuq dawn il-prodotti.", "Jiġifieri li l-Onor.", "Noel Farrugia kien quite in order meta kien qed jirriferi għal dan, imma mhux se nintilef fuq dan il-punt tekniku f'dan l-istadju minħabba l-ħin limitat li għandna.", "Mr Speaker, din hija liġi li definittivament tagħti ċertu benchmark ta' standards fejn tidħol l-esportazzzjoni u l-importazzjoni tal-prodotti tagħna.", "Jekk aħna qegħdin inħarsu lejha b'dan il-mod, irridu ndaħħlu fix- xena l-qagħda finanzjarja u ekonomika tan-negozji tagħna.", "Bilfors irridu nħarsu lejn din il-liġi bħala liġi li qed tindirizza żewġ binarji.", "Għandek il-kwestjoni tal-welfare tal-konsumatur li nidħol fiha aktar tard, u hemm il-kwestjoni tan-negozji tagħna, kemm dawk li jimmanifatturaw, kif ukoll dawk li jġibu l-prodott minn barra.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu mhux biss biex nagħmlu liġi, biex ikollna dokument fuq karta, imbagħad nippretendu li f'daqqa waħda, għax għandna l-market surveillance director, kulħadd irid jikkonforma ruħu mal-liġijiet.", "Mr Speaker, hawn għandna bidla fil-mentalità, fil-kultura tal-poplu tagħna, u meta tgħid li se tbiddel il-mentalità ma tistax tagħmilha bix- shock treatment għax ma jiġri xejn, għajr li toħloq aktar lok għal ċertu abbuż.", "Trid tilqgħalha, jiġifieri r-responsabbiltà tal-gvern ma tibdiex u tieqaf billi ġab din il-liġi biex nikkonformaw ma' l-Unjoni Ewropea u allura qegħdin nagħtu l-aqwa u l-aħjar lill-poplu tagħna.", "Il-konsumaturi, l-importaturi u dawk li jimmanifatturaw għandhom bżonn support u għalija l- aqwa support għandha tkun kampanja ta' informazzjoni u edukazzjoni.", "Jekk il-gvern mhux se jagħti dan it-tip ta' appoġġ mhux se naslu għal dak li nixtiequ.", "Il-liġijiet, kif dejjem għedt, ma jsirux għall-parlamentari u għall-qrati, imma jsiru biex iservu ta' għodda għall-poplu biex jikseb kwalità ta' ħajja aħjar.", "Jekk il-poplu tagħna mhux qed jifhem x'għodda qed jagħtuh il-parlamentari u l-politiċi hawn ġew, inkunu qegħdin biss nagħtu għodda lill-qrati biex jispiċċaw qishom it-tiranni wara l-poplu tagħna.", "Dan żgur mhuwiex l-iskop ta' kwalunkwe liġi li nagħmlu.", "Issa se nidħol ftit fuq il-kwestjoni tal-genetically modified foods u ħadd m'hu se jgħidli li qiegħda out of order.", "Meta jkollna liġijiet li naqblu fuq il-prinċipju, inkun nixtieq li jkollna dibattitu amikevoli u mhux noqogħdu qisna at each other's throat.", "Jiġifieri meta qed naqblu fuq il-pinċipju m'għandniex nispiċċaw maqsumin għax xi ħadd jisma' xi ħaġa li mhux qed togħġbu jew jinterpretaha b'mod differenti minn dak li jkun qed jintqal.", "M'aħniex out of order meta nsemmu l-kwestjoni tal-genetically modified foods u se ngħid kif m'aħniex billi nirriferi għal-liġi nnifisha.", "Nista' nirriferi għall-klawsola 6, li tittatta dwar obbligi ta' produtturi u importaturi, li tgħid hekk:", "\"Mingħajr preġudizzju għal kull obbligu ieħor skond dan l-Att, produtturi u importaturi għandhom -", "(a) jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jagħmlu stima tar-riskji li jkun hemm fi prodott matul l- użu tiegħu normali jew raġonevolment prevedibbli, meta dawk ir- riskji ma jkunux immedjatament ovvji mingħajr twissija xierqa.\"", "Naħseb li min-naħa l-oħra se jgħiduli li l-ikel ma jaqax taħt din il- liġi.", "Imma aħna qed nitkellmu fuq prodotti u naħseb li fit-tieni qari tal- liġi huwa importanti li nitkellmu dwar dak kollu li naħsbu li huwa rilevanti għas-suġġett, anke għall-informazzjoni tal-pubbliku u b'responsabbiltà lejn min nirrappreżentaw.", "Aħna bejnietna lkoll nirrappreżentaw lill-poplu Malti kollu.", "Jekk xi ħadd fil-kostitwenza tiegħi juri l-preokkupazzjonijiet tiegħu dwar xi ħaġa, jien fid-dover li nkun il-vuċi ta' dak l-individwu jew individwi u nressaq hawnhekk x'inhuwa t-tħassib tagħhom.", "Aħna nonqsu jekk ma nagħmlux dan u ħadd m'għandu għalfejn jieħu għalih.", "Mr Speaker, jien inħoss li f'pajjiżna m'għandniex dibatittu fuq il-kwestjoni tal-genetically modified foods.", "Bir-rispett kollu lejn in-naħa tal-gvern, aħna nafu li fl-Unjoni Ewropea, minkejja li għandha stand ftit iktar ċara mill-Amerikani, hemm dibbatitu sħiħ għaddej.", "Li kien għall-Greens tal-Parlament Ewropew il-genetically modified foods jispiċċaw kompletament.", "Jien lanqas kont naf li se tqum din il-kwestjoni llum, imma bħas-soltu nġorr ftit iktar karti miegħi fil-każ li n-naħa tal-gvern tiġihom ħniena u jħalluna nitkellmu iktar minn 40 minuta!", "Smajt lill-Onor.", "Farrugia jsemmi din l-issue u kumbinazzjoni għandi l- informazzjoni rilevanti miegħi.", "Dwar il-genetically modified foods l- Unjoni Ewropea qed tgħid li s'issa għad m'għandniex ċertezza xjentifika dwar ir-riskji.", "U l-Onor.", "Michael Asciak stess qal li hemm ċertu riskju, imma ddefenda din it-tip ta' prattika għax qal li jekk b'għalqa qamħ tista' titma' 10,000 ruħ minħabba li tkun genetically modified, aħjar milli titma' 20 ruħ.", "Jien ngħid għalija qatt ma niddefendi xejn meta ma jkollix fatti imma nħalli l-ispazju għad-dibattitu.", "Jien inħoss li hija responsabbiltà tal-gvern li joħloq dibattitu.", "L-ewwel darba li attwalment smajt lil xi ħadd isemmi fil-pubbliku l- genetically modified food kien proprju f'jum il-konsumatur, il-15 ta' Marzu li għadda, meta d-dipartimenti tal-konsumatur organizza konferenza.", "Kien hemm l-Onor.", "George Hyzler qed jagħmel l-input tiegħu - bħalma għamilt jien min-naħa ta' l-oppożizzjoni - u meta nfetħet id-diskussjoni għall-pubbliku kien hemm sinjura li staqsietu direttament x'pożizzjoni għandu l-gvern fuq din il-kwestjoni?", "Dakinhar is-segretarju parlamentari ma qalx li għandna kumitat apposta imma qal ċar u tond li għad m'għandniex affarijiet għaddejjin dwar dan il-qasam.", "Jien ilni xi sitta, seba' xhur li tkellimt l- ewwel darba dwar il-genetically modified food f'dan il-parlament u ħadd ma tani tweġiba.", "Bħall-Onor.", "Noel Farrugia, għalija ma jfisser xejn il-fatt li l-gvern waqqaf kumitat apposta.", "Kont nippreferi kieku l-gvern ħa l- pożizzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea li minkejja d-dibattitu kbir li hemm fil-Parlament Ewropew - u hawn għandi dokument li minnu se naqra x'qalu l- Greens - iddeċidiet li tagħti l-informazzjoni kollha imbagħad jiddeċiedi l- konsumatur innifsu.", "L-Amerikani qed jirranġaw mod ieħor għax qed jgħidu li ladarba għad m'hemm xejn ipprovat xjentifikament, se jibqgħu għaddejjin b'dik il- prattika.", "U l-gvern Nazzjonalista, bir-rispett kollu, iħares lejn l-Unjoni Ewropea biss biex iġib il-leġislazzjoni tagħna konformi mad-direttivi u jieqaf hemm?", "Biex imbagħad noqogħdu niftaħru fuq it-television li dan il- kapitlu dwar il-consumer policy se jinfetaħ u jingħalaq għax aħna diġà konformi f'din il-linja!", "Dan hu l-iskop ta' dawn il-liġijiet?", "M'għandix għalfejn ngħidha jien li l-iskop li ngħaddu l-liġijiet huwa biex nagħtu kwalità ta' ħajja aħjar lill-poplu tagħna, inkella we will be defeating the purpose ta' dan il-parlament u ta' kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk nagħtu mill-ħin tagħna biex intejbu l-ħajja tal-poplu tagħna.", "Mela x'jgħidu l-Greens f'dan id-dokument li għandi dwar id-debates li għaddejjin ġol-Parlament Ewropew?", "L-ewwelnett hawn statement li jgħid: \"The biotechnology age is here and the age of designer life is coming soon.\"", "Din hija l-introduzzjoni u se nkompli naqraha bl-Ingliż għax kultant huwa diffiċli li tagħmel traduzzjoni bil-Malti u żżomm eżattament mas-sustanza.", "Din tkompli tgħid hekk:", "\"Almost every day there are reports of new ways of engineering genes.", "Genetically manipulated organisms are entering our food chains.", "The cloning of mammals such as Dolly the sheep has been a reality soon to be followed by even more exotic bioengineering techniques, such as growing human spare parts.", "The response of the bio-industry to serious concerns about this huge experiment is to promise to feed the world ...\"", "- dak li attwalment qal il-kollega tagħna, l-Onor.", "Michael Asciaq, li aħjar ikollna għalqa qamħ li biha titma' elf ruħ milli bl-istess għalqa qamħ titma' mitt ruħ - \" ..... eliminate diseases and clean up the environment.", "However these are false promises.", "Genetic engineering is driven mostly by huge profits to be made by the multinational biotechnical corporations.\"", "Din hija l-opinjoni ta' grupp ta' parlamentari Ewropej.", "Mela fl-Unjoni Ewropea mhux kulħadd jaħsibha l-istess imma hemm dibattitu għaddej.", "Dan jien qed ngħidu biex ma nagħtux informazzjoni lill-poplu tagħna li mhijiex korretta mija fil-mija.", "Lanqas ma rridu nagħtu stampa li fl-Unjoni Ewropea kulħadd l-aqwa li jkollu fuq il-label jekk dak il-prodott huwiex genetically modified u kollox jibqa' għaddej.", "Le, mhux veru!", "Hemm dibattitu u hemm min qed jgħid li m'għandniex nittollerawha din.", "Dan l- istatement ikompli jgħid:", "\"However the record of the EU does not live up to the Greens' demands for responsible political control of genetic engineering.", "The gene- tech industry has exerted tremendous influence on the institutions of the EU to increase research spending to allow for the patenting of live forms and the release of GMOs.", "The precautionary principle is being rapidly weakened.", "The Greens in the European Parliament have consistently led resistance to the capitulation of the EU working together with environmentalists and human rights groups, development agencies, farmers, animal welfarists and women's groups.", "The pro-gene- tech tide is strong but not unstoppable.\"", "Mr Speaker, dan huwa dak li qed jgħidu membri ta' grupp parlamentari fl- Unjoni Ewropea.", "U kont nippretendi li esponenti Nazzjonalisti, esperti ta' x'qed jiġri ġo Brussels u Strasbourg, jgħidulna dan biex inkunu verament qegħdin inħarsu lejn l-istampa kollha f'dan il-qasam.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nikkwota minn dan id-dokument huwa dan:", "\"Novel food, as the bio-industry calls it, is designed simply to increase the productivity of industrialised agriculture.", "It has no direct benefit for the consumer but entails a range of possible risks to our health and environment.", "Experiments have shown that gene transfers between unrelated organisms may damage immune systems, transfer allergenic qualities and pass on resistance to antibiotics.\"", "Mr Speaker, mhux se nkompli naqra għax dan id-dokument huwa intensiv mhux ħażin.", "Imma naħseb that I have hammered the point home u kont nippretendi li mhux jien inqum u ngħid dak li qed jiġri fil-Parlament Ewropew imma l- esperti tal-gvern Nazzjonalista kellhom jgħidu dan għaliex meta nkunu qed niddiskutu l-liġijiet f'din il-Kamra rridu nagħtu l-iktar stampa vera lill- poplu tagħna.", "Mr Speaker, jien xprunajt ruħi biex nitkellem b'dan il-mod proprju meta l- Onor. Asciak qal li l-Unjoni Ewropea għandha framework fuq dan il-qasam.", "Imma jien ngħidlu li mhux framework biss għandha imma għandha wkoll dibattitu.", "Issa, għal ċerti argumenti li qed inġibu ta' l-oppożizzjoni, in- naħa tal-gvern qed jgħidulna li aħna kull darba rridu nivvintaw r-rota!", "Le, ma nivvintawx ir-rota u jekk ħaddieħor diġà għadda mill-esperimenti tiegħu, ejja nħarsu lejn ħaddieħor.", "U żgur li nħarsu lejn ħaddieħor, imma mhux inħarsu lejn ħaddieħor u nieqfu safejn jaqblilna, jew inkella nadottaw dak kollu li ħaddieħor għoġbu jadotta.", "Ejja nadottaw l-affarijiet għalina u skond kif jaqblilna.", "Jiena ma kontx sorpriża wisq meta l-Onor.", "Membru tana l-eżempju li jekk b'għalqa qamħ li jkun genetically modified tista' titma' 10,000 ruħ aħjar milli bl-istess għalqa qamħ tkun tista' titma' 20 ruħ biss.", "Din minn dejjem kienet il-politika tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri l-politika ta' \"tajjeb illum u għada nħallu f'idejn ħaddieħor biex jara hu!\"", "Aħna tal-Partit Laburista, għall-grazzja t'Alla, ma nqisux kemm aħna komdi aħna llum, imma nqisu li rridu nkunu komdi llum, u komdi wliedna għada u pitgħada t-tfal ta' wliedna.", "Din forsi hija d-differenza kbira li toħroġ bejn kif inħarsu lejn l-affarijiet u dak li attwalment aħna nwettqu bħala politika.", "Mr Speaker, jien kont qed nitkellem fuq il-bżonn fundamentali u essenzjali ta' kampanji ta' informazzjoni lill-poplu tagħna.", "U nerġa' ngħid li bil-\"poplu tagħna\" qed ninkorpora l-gruppi kollha, kemm lil dak li qed jimmanifattura, kemm lil dak li qed jimporta u kemm lill-konsumatur Malti at large.", "Din il-liġi qed tgħid lill-importaturi u lill-manifatturi li issa għandhom l-obbligu li jagħmlu il-labelling eċċ...", "Pero' għalija r- responsabbiltà ta' din il-liġi ma tiqafx hemm, imma l-gvern għandu responsabbiltà kbira li jfiehem x'qed tgħid din il-liġi, kemm lil dan il- grupp ta' nies, kif ukoll lill-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Jekk mhux se jimbarka fuq kampanji sħaħ ta' informazzjoni u edukazzjoni we will fall short mir-riżultati li suppost tħalli din il-liġi.", "Mr Speaker, din il-liġi qed tindirizza żewġ gruppi ta' nies; il- konsumaturi fuq naħa u l-importatur u dak li qed jimmanifattura fuq in-naħa l-oħra.", "Ħalli nibda minn dak li qed jimmanifattura.", "Din il-lġi trid titqies ukoll bħala parti mill-proċess tar-ristrutturazzjoni li qegħdin nagħmlu.", "Għalija r-ristrutturazzjoni m'għandhiex biss il-parti ekonomika, imma għandha l-parti soċjali.", "U forsi din il-liġi kważi kważi tindirizza aktar ir-ristrutturazzjoni soċjali ta' l-ekonomija u l-industrija tagħna.", "U rridu nanalizzaw tajjeb kemm, partikolarment is-settur tan-negozji ż- żgħar, jifilħu li mil-lum għal għada nwaddbu fuqhom leġislazzjoni bħal din.", "Mr Speaker, nispera li ma ninftiehemx ħażin għax il-ġimgħa li għaddiet kellna daqsxejn ta' battibekk fuq dan meta konna qegħdin niddiskutu t- twaqqif ta' l-awtorità tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol.", "Meta ġbidna l-attenzjoni li fost dawn in-negozji ż-żgħar jista' jkun hemm min ma jiflaħx jerfa' l-piżijiet finanzjarji ta' ċerti liġijiet, il-Viċi Prim Ministru qalilna li l-ewwel saħħet il-ħaddiem.", "M'hemmx dubju li huwa hekk, u anke hawn l-ewwel trid tiġi saħħet il-konsumatur.", "Però min- naħa l-oħra, inkunu qegħdin nonqsu bil-kbir jekk nagħlqu għajnejna għall- fatti reali, li f'pajjiżna jeżistu industriji żgħar li ma jifilħux ċerti piżijiet ta' dawn il-liġijiet.", "Fl-aħħar mill-aħħar min għandu negozju żgħir u qed jimpjega n-nies x'jista' jagħmel jekk ikun ħa r-return tiegħu minn fuq l-investiment li jkun għamel?", "Għandu żewġ options, jew jagħlaq il- bieb u jwaddab lill-ħaddiema 'l barra jew inkella jibqa' miftuħ u jwaddab lill-ħaddiema 'l barra u jżomm persuna waħda f'uffiċċju u joqgħod jimporta bil-kwiet.", "Jiġifieri fl-aħħar mill-aħħar ikun bata l-impjegat li għandu miegħu u jkun bata l-konsumatur, għax jekk inti jkollok ċittadin li għandu problemi finanzjarji, dan ma jistax jeżerċita d-dritt fundamentali tiegħu bħala konsumatur, dritt tal-bniedem li jkun kapaċi jixtri x'jiekol u jagħmel kwalità ta' ħajja xierqa għalih innifsu.", "Jiġfieri aħna ma nistgħux inħarsu lejn naħa waħda, qisna bl-għamad bħall-ħmar tas-sienja.", "Irridu nħarsu b'mod ħolistiku lejn l-affarijiet.", "Meta konna qegħdin niddiskutu t-twaqqif ta' l-awtorità dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, jien ipproponejt - kif għandhom l-Amerikani wkoll fil-liġi tagħhom - li jkun hemm skemi ta' għajnuna lil dawn l-industriji ż-żgħar.", "Issa jien nerġa' nirrepeti li mhux qed ngħid li jingħataw cash handout imma jkun hemm skemi bi proġetti partikolari biex wieħed jagħmel upgrading ħalli jkun jista' jlaħħaq ma' l- esiġenzi ta' dawn il-liġijiet.", "B'dan il-mod nassiguraw li filwaqt li aħna qegħdin inħarsu saħħet il-konsumatur, inkunu qegħdin nassiguraw li l- industrija tagħna tkun tista' tibqa' tgħix.", "Se nerġa' nsemmi l-IPSE li suppost hija nkarigata minn proċess ta' ristrutturazzjoni.", "Din jista' jkollha skemi ta' self li jkunu marbutin ma' evalwazzjoni ta' dik l-industrija partikolari u wieħed jiddetermina x'irid jsir.", "Dan huwa mod prattiku kif il-gvern - bil-problema finanzjarja li għandu li llum jgħid li hija reali - jista' jgħin, però fl-istess waqt wieħed jissalvagwarda flus il-poplu u anke l-impjiegi tal-ħaddiema tagħna.", "Hemm modi oħra kif aħna ngħinu l-industrija tagħna, partikolarment l- industrija ż-żgħira, għax l-industrija l-kbira li hija orjentata għall- esportazzjoni definittivament għandha l-istandards ta' product safety.", "Meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar il-Malta standards authority ħafna minna għedna li ħafna mill-industriji l-kbar li huma export oriented huma diġà huma konformi ma' standards ta' l-ISO.", "Jiġifieri dawk l-industriji l- kbar jassorbu r-restructuring bħala parti mill-proċess tagħhom biex iżommu ruħhom kompetittivi u aġġornati ma' dak li qed jiġri fil-qasam tagħhom.", "Imma fil-każ tan-negozji ż-żgħar definittivament irridu ngħinuhom ħalli nġibuhom up to standards b'mod li ma jkunx hemm riskju li jintilfu impjiegi in the process.", "Waqt li kont qiegħda nqalleb biex nipprepara għal din il-liġi ġie f'idejja dokument dwar il-consumer product safety commission Amerikana li hija ekwivalenti għall-entità li aħna qegħdin noħolqu b'din il-liġi.", "Il- consumer product safety commission Amerikana waqqfet dik li jgħidulha the product safety circle biex tappoġġja lill-industrija fl-Amerika.", "Din tinkoraġġixxi lill-industrijalisti, lill-kumpanniji jidħlu fi klabb, ħa ngħidulu hekk, biex iħarsu għaxar basic principles.", "Għandhom elenku sħiħ ta' dawn l-għaxar prinċipji li jinkludu:", "Build safety into product design;", "Do product safety testing for all foreseeable hazards;", "Keep yourself informed and implement the latest developments in product safety;", "Educate consumers in product safety;", "Track and address your product safety performance;", "Fully investigate product safety incidence;", "Report product safety defects promptly;", "If a defect occurs, promptly offer a comprehensive recall plan;", "Work with CPSE, the consumer product safety commission, to make sure your recall is effective; u Learn from mistakes, yours and others.", "Dawn huma għaxar prinċipji li qishom il-mission statement ta' din il- product safety circle.", "Mr Speaker, f'din il-product safety circle hemm kumpanniji kbar li forsi ta' min isemmi xi erbgħa li nafu bihom f'Malta, fosthom il-Fisher Price, il- Johnson and Johnson, il-Gerber Products Company, il-Lego Systems, il- Whirlpool fost oħrajn.", "Għalfejn qed insemmiha din?", "Għaliex dan jista' jkun mod ieħor kif il-gvern jista' jinkoraġġixxi lill-kumpaniji ż-żgħar.", "L- ewwelnett dan huwa mezz biex ikollhom direzzjoni ta' xi jridu jagħmlu u sors ta' informazzjoni u jkunu jistgħu jaqsmu ċerta esperjenza.", "B'dan il- mod ikun hemm proċess kontinwu ta' kif jibqgħu jaġġornaw ruħhom.", "Hawnhekk irrid nieħu spunt biex inħeġġeġ lill-għaqdiet tan-negozju bħall- GRTU – għalkemm iktar mixħuta fuq retailing, imma r-retailers ukoll se jkollhom jimxu ma' din il-liġi - biex f'koordinament mal-gvern jaħdmu fuq kampanji ta' informazzjoni.", "Forsi jistgħu jwaqqfu xi tip ta' product safety circle flimkien mal-gvern ħalli jkun hemm iktar impenn biex kulħadd ikun jista' jerfa' l-piżijiet li din il-liġi qed tgħaddi fuqhom.", "Jiena s'issa enfasizzajt ħafna fuq in-negozji u dawk li jimmanifatturaw għaliex m'hemmx dubbju li se jkun hemm bżonn ikollna rikonċiljazzjoni, ħa ngħidu hekk, bejn dawn iż-żewġ gruppi ta' nies, jiġifieri l-importaturi u dawk li jimmanifatturaw u l-konsumaturi at large.", "U issa se ngħid għaliex.", "Se nerġa' nikkwota biċċa mid-dokument li semmejt ta' l-Unjoni Ewropea, fejn għandha x'taqsam il-consumer action plan ta' l-1999 sa l-2001, fejn qed jitkellem ċar u tond fuq il-bżonn ta' reconciling bejn il-consumer interest u dawk li huma stakeholders fejn għandu x'jaqsam il-prodott.", "Dan qed jgħid hekk:", "\"The aim is to promote objective coherent decision-making in the difficult task of reconciling consumer interests with those of other stakeholders.", "A more systematic approach to the analysis of the competing interests and the weight to be given to these will simplify the process of reaching risk management decisions and obviate the need to have the whole debate afresh whenever a new hazard arises.", "This will bring greater reassurance to both consumers and business.\"", "Dawn l-affarijiet xtaqna nisimgħu aħna mill-esponenti tal-gvern ħalli nkunu nafu ftit iktar, għax wara kollox huma l-esperti għax huma daħħluha f'rashom li akkost ta' kollox, lock stock and barrel Malta trid issir membru.", "Mela l-Unjoni Ewropea qed tgħid bl-aktar mod ċar li hemm bżonn rikonċiljazzjoni bejn l-interessi tal-konsumatur u l-interessi ta' l- operaturi ekonomiċi li jipproduċu jew inkella jimportaw il-prodotti.", "Qed jgħidulna li jekk ikollna dan it-tip ta' bilanċ, wieħed ikun jista' jittekilja dak li jiżviluppa f'dan il-qasam.", "Naturalment jien xtaqt indur fuq il-kosumaturi li lilhom tindirizza din il-liġi, u nerġa' nagħmel xi kritika kostruttiva għax, għalkemm naqblu fil- prinċipju ta' din il-liġi, ma jfissirx li għandna niġu hawnhekk ngħidu prosit u npoġġu bil-qiegħda.", "Jiena nibqa' dejjem ftit xettika għaliex liġijiet nistgħu nressqu kemm irridu u ngħadduhom mill-parlament, imma mbagħad irridu nsostnuhom, speċjalment liġi bħal din li għandna quddiemna.", "Diġà semmejt l-edukazzjoni u l-informazzjoni bħala punt fundamentali ħalli din il-liġi tkun għodda effettiva f'idejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Imma aktar minn hekk, jien ngħid li wara li tgħaddi l-liġi jibda x-xogħol il- kbir.", "Għaliex liġi bħal din jeħtieġ ikollha struttura u mekkaniżmi biex ikollna evalwazzjoni kontinwa.", "Jekk aħna rridu li l-konsumatur Malti verament jaħsad l-aħjar riżultat minn liġijiet bħal dawn, bilfors irridu nagħmlu evalwazzjoni tajba ta' min hu l-konsumatur Malti.", "Mr Speaker, meta konna qed nagħmlu t-tieni qari tal-liġi dwar l- affarijiet tal-konsumatur kont tkellimt fuq il-welfare tal-konsumaturi, u kont għedt li jekk il-konsumatur ikun financially constrained, dan ikun imċaħħad mid-drittijiet tiegħu għax lanqas għandu aċċess għall-bżonnijiet bażiċi tiegħu.", "Nixtieq nerġa' nsemmi l-esperjenza li kelli dan is-sajf meta kont qed nagħmel familiarisation visit fl-Ingilterra u mort fl-uffiċċju tal- fair trading Ingliża.", "Dawn għaġġbuni bl-intensità ta' triċerka kontinwa li jagħmlu.", "Waħda mir-riċerki li għamlu kienet intitolata low earners suffer greater detriment.", "Dawn għamlu studju mhux biss fuq id-dħul finanzjarju tagħhom imma ħadu in konsiderazzjoni wkoll il-welfare weighting tagħhom, jiġifieri l-piżijiet li għandhom.", "Jiena hawnhekk niskanta bil- kontradizzjonijiet tal-gvern Nazzjonalista!", "U m'aħna ngħidu xejn ġdid għax fil-manifest elettorali ta' l-1998 bl-aktar mod ċar, iswed fuq l-abjad, għamlu wegħda solenni lill-pensjonanti li jagħmlulhom kejl ta' l-għoli tal- ħajja aktar korrett għax il-basket tagħhom mhux bħall-basket ta' familja li qiegħda trabbi t-tfal żgħar.", "Mela allura suppost li l-gvern Nazzjonalista konxju ħafna ħafna tagħha din.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u biex tkompli bid-diskors tiegħek għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.Coleiro tkompli tinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Coleiro tkompli bl-intervent tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, on a point of order.", "ONOR ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fil-11.52 a.m. u ħames minuti wara l-iSpeaker reġa' ħa postu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, jiddispjaċini nerġa' niġbidlek l- attenzjoni li għadna mingħajr quorum.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jgħodd in-numru ta' l- Onor. Membri preżenti.", "Il-Membri preżenti ġew magħduda.", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx preżenti n-numru ta' membri kif rikjest mir-regolamenti, ikolli naġġorna l-Kamra għal-lejla, It-Tlieta 24 ta' Ottubru fis-6.00 p.m. bl-istess aġenda ta' dalgħodu.", "Fil-11.52 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROĠETTI ĠODDA - SUSSIDJI", "20163.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-għajnuna li ġiet sussidjata lill-bdiewa u r-raħħala fuq proġetti ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 sal-5 ta' Settembru, 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor Interpellant huwa mitlub li jkun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jispjega għal liema għajnuna qed jirriferi.", "BAQAR/GĦOĠĠIELA", "20164.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tal- baqar u għoġġiela fil-prezent f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "NGĦAĠ/MOGĦOŻ", "20165.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tan-ngħaġ u mogħoż fil-prezent f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant li skond ir-records tat-testijiet li saru fuq il-mogħoż u nagħaġ in-numru fl-irziezet kien ta':", "| |Mogħoż |Nagħaġ | |Malta |3715 |7149 | |Għawdex |2063 |5022 |", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "20359.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti bniet tal-iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa ma jitħallewx imorru bit-track suit dakinhar li jkollhom l-edukazzjoni fiżika peress li m'għandhomx post adegwat fejn ibiddlu fil- privatezza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola Fra Diego Bonanno iddeċidew li l-istudenti ma jitħallewx jilbsu t-tracksuit fil- ġurnata li jkollhom P.E. għal dawn ir-raġunijiet:-", "* It-temp għadu sħun u ma jixtiequx li l-istudenti jqattgħu jum sħiħ iħossu s-sħana * Mhux tajjeb għal saħħithom u lanqas hu iġeniku li l-istudenti jibqgħu jum sħiħ b'ilbies li jkunu għamlu l-isports bih.", "Informat ukoll li l-istudenti jbiddlu fit-toilets u fil-klassijiet.", "SKEJJEL - SKOLA PRIMARJA, MOSTA", "20361.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliema regolari l-istudenti tal- 5D tal-Primarja tal-Mosta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema regolari tal-5D ta' l-iskola Primarja E.B. Vella Mosta kienet ma tiflaħx u ma tat ebda indikazzjoni li ser tibqa' nieqsa għal żmien indefinit.", "Infatti daħlet għax-xogħol il- bieraħ 23 ta' Ottubru, 2000.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN", "20365.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel indikat diġa' qiegħed jattendi l- klassi tal-kindergarten fl-iskola tal-lokalita` tiegħu.", "L-applikazzjoni tiegħu lill-Istatementing Board qed ukoll tiġi pproċessata kif isir normalment f'każijiet simili.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess sar 'assessment' minn uffiċjal tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN", "20366.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l- għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill­Onor. Interpellant jirreferi ghar­risposta mogħtija għal­mistoqsija parlamentari numru 20365.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20370.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20371.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?ie", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20372.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi gew impjegati nies ġodda ma' dan il-Ministeru kif jidher hawn taħt:", "| Isem |Kariga |Sezzjoni | |Christophe|Executive|Malta Arts | |r Gatt | |Centre | |Robert |Chairman |Building | |Musumeci |& Chief |Industry | | |Executive|Consultative| | | |Council |", "Fiż-żewg każijiet l-impieg huwa b'kuntratt.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20373.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20374.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal- korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposti mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru 422, 427, 3132, 3133, 6362, 6363, 9503, 9506, 12468, 12531, 19217 u 19220, jien infurmat li ġew impjegati sebgħa clerks u Assistant Accountant ma` l-Awtorita` Marittima ta` Malta.", "KORPI PARASTATALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20375.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal sittin mistoqsija li jitrattaw l-istess materja.", "Il- mistoqsijiet huma dawk li jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL", "20383.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma tħalliex ikompli jistudja fl-Iskola ta' Tarġa Gap?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Awtorita` ta' l-iskola ma ħallewx li l- persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament ikompli jistudja fl- iskola Tarġa Gap b'riżultat ta' proċeduri addottati mill-ETC fejn apprendisti li jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom għat-tieni darba matul l- apprendistat (hi x'inhi r-raġuni) ma jkunux jistgħu jkomplu l-kors tagħhom.", "TAXXI INTERNI - LEGAL & ACCOUNTING", "20409.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20136?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20136 f'seduta 399.", "TAXXI INTERNI - MEDICAL ACTIVITIES", "20411.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20137?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20137 f'seduta 399.", "TAXXI INTERNI - PERITI, TOBBA, AVUKATI", "20412.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20138?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20138 f'seduta 399.", "TAXXI INTERNI - DĦUL", "20413.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20139?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħara lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20139 f'seduta 400.", "SKEJJEL - SKOLA PRIMARJA, MELLIEĦA", "20416.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li isiru aktar sforzi ma' l- istudenti tal-Year 6C ta' l-iskola Primarja tal-Mellieħa, ma' dawk l- istudenti li jifilħu iżjed, flok jagħtuhom xogħol infantili biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Year 6C tal-Mellieħa hija klassi żgħira bi tfal li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim.", "Bi ftehim ma' l-Education Officer (complementary Education) qed jitħejja programm ta' Studju biex b'hekk jiġu indirizzati aħjar il-bżonnijiet ta' dawn l-istudenti.", "Fil-laqgħa li ssir għall-ġenituri tal-klassi fil-bidu tas-sena dan kollu ġie spjegat u l-ġenituri urew li jaqblu ma' dak li l-għalliem qed jippjana fl-aħjar interess tat-tfal.", "SKEJJEL - GROUND", "20431.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsir ix-xogħol neċessarju sabiex il- ground tal-Juinior Lyceum Verdala jkun fi stat aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-titjib tal-ground tal-Liċeo tas-Subien fil-Verdala kien inkluż f'development brief li tħejja għad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni u qiegħed jiġi kkunsidrat ma' prijoritajiet oħra.", "SKEJJEL - VERDALA JUNIOR LYCEUM", "20432.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir titjib fil-ground tal-Junior Lyceum ta' Verdala?", "X'inhuma dawn il-pjani?", "Fiex jikkonsistu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20431.", "SKEJJEL - VERDALA JUNIOR LYCEUM", "20433.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li jsir upgrading tal-ground tal- Junior Lyceum ta' Verdala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20431.", "SKEJJEL - VERDALA JUNIOR LYCEUM", "20435.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt, minbarra l-istaff u l-istudenti tal- Junior Lyceum ta' Verdala u St Geroge's FC., li juża l-entratura prinċipali ta' l-istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PA - ISLA - MARINE FUEL STATION", "20436.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal marine fuel station fl-Isla?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi applikazzjoni li tipproponi l- bini ta` fuel station fi Triq ix-Xatt, l-Isla, ġiet sottomessa fit-13 ta` Settembru 2000.", "L-applikazzjoni (PA 4988/00) qed tiġi evalwata.", "VETTURI - LIĊENZJI", "20437.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew liċenzjati karozzi ġodda tul din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 ta' Settembru 2000 ġew illiċenzjati 12,351 vettura ġdida."]} {"filename": "20010216_497d_par.doc", "date": "2001-02-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 497 Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 497", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "497", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Frar, 2001", "WERREJ MINUTI 566", "PETIZZJONI 566", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 566", "TQEGĦID TA' KARTI 571", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U", "SOĊJALI (L-EWWEL QARI) 572", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAT-TABAKK (L-EWWEL QARI) 572", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI (L-EWWEL QARI) 573", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000 573", "AĠĠORNAMENT 593", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 597", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 496 li saret nhar il-Ġimgħa 16 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, qed nippreżentalek din l-umli petizzjoni f'isem 45 resident li joqogħdu fi Triq il-Bufula l-Ħamra, Triq il-Manwella, Triq l-Għammiel tal-Bejt u Triq Valletta fil-Mosta, li kull filgħaxija qed ibatu minn vultaġġ baxx ta' dawl u li b'mod regolari qed jikkawżalhom ħsarat fl-appliances domestiċi kif ukoll fis-settijiet tat- televisions u fil-computers.", "Għaldaqstant permezz ta' din il-petizzjoni qed niġbed l-attenzjoni meħtieġa taċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta biex din il-problema tiġi riżolta mill-aktar fis possibbli u b'hekk ma jiġux ikkawżati iktar danni lill-imsemmija residenti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-Mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ETC – KORSIJIET", "23520.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hix qed torganizza xi korsijiet li dawk bla xogħol ikollhom bilfors jagħmlu inkella jinqatgħu mir-reġistru?", "Liema huma dawn il-korsijiet?", "Kemm hemm persuni li qed jagħmlu jew ġew ordnati jagħmlu dawn il-korsijiet?", "Kemm hemm persuni li nqatgħu minħabba li m'għamlux xi kors?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għal Politika Soċjali): Il-korsijiet organizzati mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ ma jiġux organizzati biex dawk bla xogħol jinqatgħu mir-reġistru jekk ma jattendux.", "L-iskop ewlieni li għalih jiġu organizzati l-korsijiet huwa biex dawk li qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol itejbu jew jaġġornaw ix-xorta ta' tagħrif u tas- sengħa tagħhom biex b'hekk jkunu aktar imħejijja għall-ħidma bi qligħ.", "Minkejja dan, f'ċerti okkażjonijiet fejn il-korporazzjoni tħoss li xi persuni ma jistgħux jiġu sottomessi għal xi mpjieg minħabba nuqqas ta' ħiliet, hija tesiġi li dawn il-persuni jattendu.", "Fost il-programmi hekk imsejħa obligatorji, wieħed isib core skills, basic literacy, tile-laying u plastering.", "Dawn ta' l-aħħar jiġu organizzati għal dawk li qegħdin jirreġistraw bħala labourers fl-industrija tal-bini.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jiġifieri l-Ministru qed jgħid li dawk li jiddeċiedu li ma jagħmlux il-kors ma jinqatgħux mir-reġistru tax- xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fir-risposta jingħad li l-korsijiet ma jiġux organizzati bl-iskop li dawk li ma jattendux jinqatgħu mir-reġistru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jiena naħseb li l-Ministru jrid jgħid bil-kontra għax naf numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru għax m'attendewx għal korsijiet!", "Jekk kemm-il darba l-affarijiet huma kif qed jgħid il-Ministru, allura dawk li nqatgħu talli m'attendewx il-kors għandhom immedjatament jitpoġġew kif kienu qabel u ma joqogħdux imorru quddiem il-kummissjoni nazzjonali tax-xogħol u sakemm jerġgħu jdaħħluhom fuq ir-reġistru jtellfuhom sitt xhur reġistrazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Farrugia għandu xi każi partikolari jkun tajjeb li jressaqhom biex jiġu investigati.", "WIED GĦOMOR - BARRIERA", "23521.", "ONOR.", "GAVIN GULIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi kkonsidrata bis-serjeta' l-petizzjoni tar-residenti ta' Victoria Gardens fis-Swieqi u San Ġwann li esprimew l-inkwiet li għandhom dwar l- applikazzjoni PA 6163/97 biex tkompli tikber il-barriera f'Wied Għomor?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): L-applikazzjonijiet li jiġu pproċessati mill-awtorita` ta` l-ippjanar huma kollha ppublikati permezz ta` site notices u l-pubbliku għandu d-dritt li jipparteċipa fil-proċess, kemm permezz ta` oġġezzjonijiet li jiġu ppreżentati uffiċjalment fi żmien stipulat bil-liġi, kif ukoll billi jattendu l-laqgħat li jkunu miftuħa għall-pubbliku.", "L-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għaddiet minn dan il-proċess kollu.", "Din l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata mill- bord ta` l-awtorita` ta' l-ippjanar fl-24 ta` Awissu 2000 quddiem laqgħa għall-pubbliku, u r-rikonsiderazzjoni ta` l-istess applikazzjoni saret fit- 30 ta` Ottubru 2000 ukoll quddiem il-pubbliku.", "Il-bord ta` l-awtorita` waqt r-rikonsiderazzjoni ffissa appuntament ma' l- applikant sabiex isiru trial blasts f`area \"B\", li hija parti mill- estensjoni li tiġi quddiem ir-razzett tal-baqar, sabiex l-awtorita` tistħarreġ l-impatti kollha negattivi li jistgħu jaffettwaw lir-residenti ta` Victoria Gardens u San Ġwann.", "Naturalment meta terġa` tikkonsidra din l-applikazzjoni, l-awtorita` ta` l-ippjanar tiżen l-elementi kollha tal-każ sabiex tasal għal deċiżjoni ġusta.", "Kif jista' japprezza l-Onor.", "Interpellant, il-ministeru ma jindaħalx fid- deċiżjoni li tittieħed mill-awtorita` ta' l-ippjanar u fir-risposti għall- interpellanzi li jsiru dwar l-awtorita`, tingħata biss informazzjoni dwar fiex tkun waslet applikazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gulia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, għall-benefiċċju tar-residenti ta' Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslet l- applikazzjoni li kienet saret minn kumpannija privata biex ġewwa Tal-Ħandaq jinbena mpjant ta' waste separation?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li peress li hemm eluf ta' applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar, jien ma nkunx naf kull applikazzjoni fiex waslet.", "Li naf dwar dan il-każ huwa minn dak li qrajt fil-gazzetti u mill-ittri tal-kunsilli lokali li qed joġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp.", "Jiena nimmaġina li meta jkun xi proġett li jista' jkun kontroversjali bħal dan li qed isemmi l-Onor.", "Gulia, l-awtorita' ta' l-ippjanar torganizza laqgħa pubblika - kif kien sar fil-każ tas-simenterija - fejn kulħadd ikun jista' jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "Li wieħed jesprimi l-opinjoni tiegħu mhuwiex xi dritt bil-liġi, imma fil-prattika l-awtorita' ta' l-ippjanar, meta jkun hemm laqgħa pubblika tal-bord, tħalli lill-individwi u assoċjazzjonijiet - kif ġara fil-każ tal-barriera ta' Wied Għomor - jesprimu l-opinjoni tagħhom.", "Jiena jidhirli li l-applikazzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant għadha f'dan l-istadju inizjali.", "Naturalment la l-ministeru u lanqas l-awtorita' ta' l-ippjanar ma jistgħu jwaqqfu lil xi ħadd milli jagħmel applikazzjoni.", "Ovvjament isiru applikazzjonijiet tajbin u oħrajn ħżiena.", "Jiena qatt ma esprimejt opinjoni dwar applikazzjoni f'dan il-parlament, għax nesprimi liema opinjoni nesprimi niġi interpretat li qed ninfluwenza dik id-deċiżjoni.", "Kulħadd ikollu l-opinjonijiet tiegħu.", "Anke jien fuq is-simenterija kelli l-opinjoni tiegħi u ma kontx esprimejtha proprju biex ma ninfluwenzax id-deċiżjoni li tkun se tittieħed, għax jekk tiġi kontra jgħidu ġiet hekk għax il-ministru qal xi ħaġa kontra, u jekk tiġi favur jgħidu li għedt xi ħaġa favur!", "Issa dalwaqt niddiskutu l-abbozz ta' liġi li jemenda d-Development Planning Act, fejn se nintroduċu provvediment li kunsill lokali jitqies dejjem li għandu interess ġuridiku li jappella.", "B'hekk se nkunu qed nagħtu iktar vuċi lill-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, fir-risposta għad-domanda oriġinali l-Ministru qal li l-bord ta' l-awtorita ffissa appuntament ma' l-applikant biex isiru trial blasts.", "L-informazzjoni li għandi jiena hija li l- appuntament biex isiru dawn it-trial blasts sar fil-30 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk sarux it-trial blasts u jekk għandux ħjiel meta se terġa' tittieħed id-deċiżjoni dwar din l- applikazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, id-dewmien mhux qed jippreġudika lir- residenti, imma se mai qed jippreġudika l-applikant għax l-applikazzjoni tiegħu ġiet rifjutata.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ partikolari, il-bord ta' l-awtorita' rrifjuta dan il-permess minkejja li kien hemm rakkomandazzjoni favorevoli tad-direttorat, xi ħaġa li mhijiex komuni ħafna li ssir.", "Fir-rikonsiderazzjoni se jerġgħu jiddeċiedu l-istess nies li ddeċidew ir- rifjut.", "Bħalma jingħata dritt ta' rikonsiderazzjoni lil kulħadd - u ġieli kien hemm każi ta' rikonsiderazzjoni fejn tbiddlet id-deċiżjoni oriġinali - hawnhekk ukoll kellu jingħata dan id-dritt.", "M'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li fir-rikonsiderazzjoni jsiru site inspections.", "Ċertament li mhux qed issir xi ħaġa mhux tas-soltu.", "Mr Speaker, jien nista' ngħid ukoll li r-residenti bagħtu kopja tal- petizzjoni lili u lill-awtorita' ta' l-ippjanar, imma ovvjament wieħed irid iħalli f'idejn il-bord ta' l-awtorita' biex jiddeċiedi jekk għandux jagħti extension għal din il-barriera.", "(Interruzzjonijiet) Iva, din il-barriera partikolari għandha liċenzja u li qed jintalab huwa extension tal-barriera nnifisha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, inkompli ma' dak li qalet l-Onor.", "Cristina, fejn speċifikament staqsiet jekk sarux trial blasts.", "Naħseb li jkun tajjeb li nkunu informati jekk dawn sarux, u jekk saru x'impatt kien hemm.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni imma nimaġina li saru, pero' x'impatt kien hemm joħroġ mill-laqgħa pubblika dwar ir-rikonsiderazzjoni.", "Ma jidhirlix li se ddum ma ssir din il-laqgħa ta' rikonsiderazzjoni, peress li ċertu xogħol li ġie deċiż fl-aħħar laqgħa nimmaġina li diġa' sar.", "Imma nerġa' nirrepeti u ngħid li bħalissa din l- applikazzjoni qiegħda fi stat ta' rifjut.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, il-Ministru qal tajjeb li iktar milli jagħti opinjoni, hu informazzjoni jista' jagħti.", "Napprezza, imma l-planning authority għandha xi policy - issa mhux qed nitkellem biss fuq il-barriera ta' Wied Għomor - dwar quarries in ġenerali li jkunu viċin l-abitat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-awtorita' għandha policy dwar il- barrieri u l-uġigħ ta' ras il-kbir huwa li wieħed anke illegalizza ċerti barrieri diġa' eżistenti.", "Mhux daqstant li jkunu kompletament illegali, imma li jkunu bdew bil-permess pero' l-permess ikun limitat għal ċerta area, imbagħad f'daqqa waħda dik l-area ssir d-doppju jew daqs li kienet u nofs.", "Dan japplika kemm għal barrieri li hemm f'Malta kif ukoll għal dawk li hemm f'Għawdex.", "Dwar dan il-każ partikolari m'iniex daqshekk informat fid-dettal, pero' jidhirli li din il-barriera li fuqha diġa' hemm liċenzja in parti kienet diġa' teżisti qabel ma l-bini resaq lejha.", "Naħseb wieħed irid jieħu kollox in konsiderazzjoni.", "Pero' kif qal l-Onor.", "Interpellant, mhux se nesprimi opinjoni dwarha.", "Kulħadd ikollu l-opinjoni privata tiegħu dwar l-affarijiet imma ma nixtieqx nesprimi l-opinjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dwar il-barriera ta' Wied Għomor naf li s'issa l-bord għadu ma marx jispezzjona.", "Ngħid ukoll li għalkemm wieħed għandu dritt li jitlob reconsideration tad-deċiżjoni, ma nafx kif jippretendi li l-bord jibdel id-deċiżjoni tiegħu jekk ma nbidel xejn minn dak li kien hemm qabel.", "Għadni ma nistax nifhimha din.", "Forsi l-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jfehemni daqsxejn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ir-reconsiderations jeżistu.", "Fil-fatt meta wieħed jikkomunika deċiżjoni dwar applikazzjoni partikolari, kemm jekk hija deċiża mid-development control commission kif ukoll jekk hija deċiża mill-bord ta' l-awtorita', lil dak li jkun jibagħtulu karta li tgħid li għandu dritt jew li jitlob rikonsiderazjzoni tad-deċiżjoni - jidhirli wieħed irid iħallas xi ħaġa tagħha - jew inkella jappella.", "Dan japplika mhux għal Wied il-Għomor biss imma għal kull waħda mill-eluf ta' applikazzjonijiet li jiġu deċiżi kull sena.", "Jiġifieri m'hu qed jiġri xejn straordinarju meta tintalab rikonsiderazzjoni.", "Wara kollox, anke jekk wieħed jitlob permess mingħand id-DCC biex jiftaħ tieqa u dak il-permess ma jingħatax u jitlob rikonsiderazzjoni, se jkunu l-istess sebgħa min-nies tad- DCC li jiddeċiedu jekk jirrikonsidrawx id-deċiżjoni.", "Il-vantaġġ tar-rikonsiderazzjoni huwa li kuntrarjament għall-ewwel seduta, għallinqas fir-rigward tad-DCC, il-perit ikun jista' jitkellem u jpoġġi l- veduti tiegħu.", "F'dan il-każ wieħed jista' jargumenta li dan l-istadju diġa' ġara, pero' jiena ma nistax inwaqqaf lil xi ħadd milli jitlob rikonsiderazzjoni u forsi jitlob li jsiru affarijiet li ma ġrawx qabel.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-każ partikolari l-awtorita' qalbet deċiżjoni tad-direttorat, kif għandha kull dritt tagħmel, bħalma ġieli d-direttorat jirrikmanda refusal u l-awtorita' taċċetta dik l- applikazzoni.", "Ma nafx bl-amment kemm ġew voti favur u kontra - naturalment iktar ma jkun distanti, iktar jonqos iċ-ċans ta' rikonsiderazzoni skond il- liġi ta' l-istatistika - pero' jien ma nistax nindaħal lill-membri tal-bord ta' l-awtorita' kif se jivvotaw fir-reconsideration.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, li qed ngħid huwa li f'din tar- reconsideration hemm ċerta ambigwita'.", "Mhux qed ngħid li wieħed m'għandux dritt jitlob reconsideration, imma jekk dan ibiddel xi ħaġa mill- applikazzjoni oriġinali ma jistax jitlob reconsideration għax biex jitlob reconsideration l-applikazzjoni trid tibqa' l-istess.", "Min-naħa l-oħra jekk ma nbidel xejn il-bord m'għandux x'jirrikonsidra.", "Għalhekk qed ngħid li din hija daqsxejn ambigwa għax jekk il-bord ikun iddeċieda fuq applikazzjoni u l-istess applikazzjoni terġa' tidher quddiemu biex jirrikonsidraha, kif jista' jkun li jbiddel id-deċiżjoni meta m'hemm xejn ġdid fl-istess applikazzjoni!", "Mr Speaker, il-Ministru jaf li permess ta' barriera jiġġedded minn sena għal sena.", "Fuq din il-barriera in kwestjoni hemm enforcement - jiġifieri diġa' nkisret il-liġi - u qed jintalab permess biex din il-barriera tiġi estiża, biex allura tiġi sanzjonata dik il-parti li suppost kien hemm enforcement fuqha.", "Il-Ministru jaf li meta l-membri tal-bord jiġu biex jiddeċiedu fuq applikazzjoni dejjem iżommu quddiem għajnejhom tali applikazzjoni, x'impatt jista' jkollha fuq l-ambjent.", "Meta waħda mir- raġunijiet li wasslet biex l-applikazzjoni ta' din il-barriera tiġi rifjutata kien l-aspett ambjentali, taħseb li l-bord ma jiġix f'polemika kieku kellu jbiddel id-deċiżjoni tiegħu meta jirrikonsidra l-istess applikazzjoni?", "Jiena naħseb li hemm bżonn li jinbidel xi ħaġa fil-mod ta' kif wieħed jitlob għar-rikonsiderazzjoni.", "M'iniex qed ngħid li wieħed m'għandux dritt jitlob rikonsiderazzjoni, imma jekk x'applikazzjoni ma jkun hemm l-ebda tibdil ma nafx x'wieħed irid jirrikonsidra!", "MR SPEAKER: Il-Minisru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr speaker, dwar jekk wieħed għandux jibdel is-sistema nista' ngħid li issa dalwaqt niddiskutu l-liġi f'dan ir-rigward u flimkien naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Li huwa żgur hu li ma tista ċċaħħad lil ħadd mid- dritt li jitlob rikonsiderazzjoni.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ partikolari, sal-lum, id-deċiżjoni għadha waħda ta' rifjut.", "Jiġifieri l-fatt li qed idumu jirrikonsidraw, id-deċiżjoni attwali m'hijiex li jingħata l-permess imma li ma jingħatax.", "Irridu nammettu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' barrieri għanda problema li ilha ġejja minn żmien twil – għax din ma bdietx illum - fis-sens li ħafna minnhom bdew b'mod legali pero' estendew oltre minn kemm suppost.", "L- awtorita' ta' l-ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess biex dak li jista' jiġi ssanat fil-fatt jiġi ssanat, għax hemm diversi barrieri li jistgħu jiġu sanati.", "Mhux qed ngħid għal din il-barriera partikolari għax f'dan il- każ l-awtorita' rrifjutat, pero' hemm oħrajn li jistgħu jiġu ssanati, sakemm ma rridux nimportaw il-ġebla kollha minn barra u ngħollu l-ispejjes tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Irridu naċċettaw li dan huwa negozju importantissimu.", "Irridu nżommu l- bilanċ, ħafna drabi fin, bejn li niżviluppaw u fl-istess ħin nikkonservaw l-ambjent tagħna.", "Fejn l-affarijiet jistgħu jiġu ssanati naħseb li huwa tajjeb li jiġu ssanati.", "Ikun aħjar li flok li kulħadd jibqa' barra mill- parametri tal-liġi jidħol fil-parametri tal-liġi, anke biex tkun tista' tiġi infurzata aħjar.", "Dwar din l-applikazzjoni partikolari ma nixtieqx nikkummenta fuq il-mertu tal-każ.", "Imma qed nikkummenta b'mod ġenerali dwar x'qed tagħmel l-awtorita' ta' l-ippjanar fuq il-kwestjoni tal- barrieri.", "SWIEQI – DĦUL U ĦRUĠ ADEGWAT", "23522.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li fl-ispazju li hemm faċċata ta' Triq il-Ġwielaq fis-Swieqi, jiġi żviluppat dħul/ħruġ adegwat għas-Swieqi għax dak preżenti ta' Triq it-Tiben via Triq id-Dris għal Triq Sant Andrija mhux adegwat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lid-dipartiment tat-toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SAN ĠILJAN - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "23523.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999 u l-2000 kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-għassa ta' San Ġiljan li seħħew fl-inħawi ta' fejn Triq id-Dris jingħaqad ma' Triq Sant Andrija, fil- periferija tas-Swieqi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-snin 1999 u 2000, ġew irrapportati 127 inċident tat-traffiku fi Triq Sant`Andrija, Swieqi.", "Tnejn minn dawn l-inċidenti seħħew fi Triq Sant`Andrija, kantuniera ma` Triq id- Dris.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l- pożizzjoni llum ta' dawk il-pulizija xufiera li jkollhom inċident tat- traffiku bil-vettura tas-servizz waqt il-qadi ta' dmirijiethom u jiġu misjuba ħatja kemm mill-qorti kriminali kif ukoll mill-qorti ċivili?", "Min għandu jħallas għad-danni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, naf li hemm bord li jinvestiga dawn il- każi u naf li fejn ikun hemm negliġenza grassa ġieli jintalbu d-danni mingħand ix-xufier innifsu.", "Jiena favur li meta ma jkunx hemm din in- negliġenza m'għandux ibati l-ispejjes hu.", "Ir-raġuni hija li ħafna drabi l- pulizija jkunu ilhom sigħat twal isuqu l-karozzi u bħal ħaddieħor jistgħu jkunu responsabbli.", "Pero' fejn ikun hemm negliġenza ċara l-ispejjeż ikollhom jitħallsu mix-xufier.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-eta' ta' tfal u żgħażagħ li qed jgħixu fid- diversi djar residenzjali f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23574.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar overtime li nħadem fid-dipartiment ta' l-estate management matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23604.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet miniserjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abboz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-Mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAT-TABAKK", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tas-sena 2001 dwar il-Kontroll tat-Tabakk\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tas-sena 2001 dwar il-Kontroll tat-Tabakk\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-Mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta'Lliġi nqara l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tas-sena 2001 dwar il-Mediċini.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tas-sena 2001 dwar il-Mediċini\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-Mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta'Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000", "Ikompli mis-16 ta' Frar 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Herrera huwa in possession.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, sfortunatament dalgħodu ma kellix ċans nikkonkludi d-diskors tiegħi kif xtaqt minħabba l-ħin.", "Dalgħodu kelli l- okkażjoni nispjega għaliex l-oppożizzjoni ppreżentat din il-mozzjoni u issa m'iniex se nieħu wisq ħin biex inħalli l-kelma lil min ippropona din il- mozzjoni.", "M'iniex beħsiebni noqgħod nerġa' nirripeti dak li għedt dalgħodu, pero` għad fadal xi osservazzjonijiet li ġew a konoxxenza tiegħi minn diversi nutara.", "Per eżempju, wieħed mill-erba' punti li nixtieq inqajjem huwa li għalkemm illum ir-reġistru pubbliku għadu reġistru pubbliku, minħabba l-ftehim li sar fl-1999 ma' l-Eureka u minħabba l-bye- laws u l-leġislazzjoni sussidjarja li saret, fil-verita` r-reġistru pubbliku m'hu se jibqa' reġistru pubbliku xejn.", "Ta' min jgħid li x-xogħol li s-soltu kien isir mill-ħaddiema tar-reġistru pubbliku, issa qed isir minn din il-kumpannija li ngħatat monopolju għal għaxar snin.", "Il-bieraħ issemma l-fatt li f'dan ir-rigward il-Partit Nazzjonalista qed jimxi b'ċertu element kontradittorju.", "Għaliex?", "Għax min-naħa dejjem iħambaq u jinsisti li l-politika tal-Partit Nazzjonalista hija kontra li jkun hawn il-monopolji u li f'ċertu żmien irridu nneħħu l-monopolji kollha li għandna, u mill-banda l-oħra għandna kumpannija li ngħatat monopolju għal għaxar snin.", "Biex jiġġustifika din il-kritika, li fl-opinjoni tiegħi hija kritika altro che giusta daparti tagħna, il-Ministru Tonio Borg irrisponda billi qalilna: Ara kemm għamlet investiment u kemm kellha tattrezza lilha nnifisha biex tidħol għal biċċa xogħol bħal din!", "Allura kif tippretendu li ma nagħtuhiex monopolju?", "Bir-rispett kollu, jien ma naqbilx ma' dan it-tip ta' argument għax jekk niġu f'dan, hawn tant ditti u azjendi li għamlu investimenti ħafna ikbar minn din il-kumpannija u mpjegaw magħhom mijiet ta' nies.", "Xi ngħidu għal dawk l-azjendi li l-gvern għandu sehem fihom, liema azjendi jimpjegaw ħafna nies u ġew fuq l-istockmarket meta kien hemm termini ta' monopolji previsti biex imbagħad f'daqqa waħda dawk it-termini neħħejniehom, allavolja kien hemm investiment pubbliku!", "Għalhekk it-tip ta' argument li qed iqajmu l-membri tal-gvern jgħodd għal kwalunkwe azjenda, kumpannija jew entita` kummerċjali li tkun għamlet investiment qawwi, kemm jekk tkun governattiva kif ukoll jekk le.", "Jien ma nħobbx nuża kliem iebes, pero` jiddispjaċini ngħid li r-risposta tal-gvern fuq din il-kwestjoni hija risposta bażwija.", "L-ewwel kont qed ngħid li r-reġistru pubbliku m'hu se jibqa' reġistru pubbliku xejn.", "Għalkemm skond ir-regolamenti nutar għandu dritt imur jagħmel ir-riċerki tiegħu, in-nutara qaluli ...", "Għax ikun tajjeb jekk ngħid li jien ma mmurx nagħmel riċerki fl-insinwa imma nqabbad nutara li għandhom konnessjoni ma' l-uffiċċju tiegħi biex jagħmlu dan ix-xogħol, u allura m'għandix esperjenza diretta ma' l-insinwa.", "Ovvjament, bħal kull avukat, jien naf kif taħdem l-insinwa għax aħna l-avukati jkollna ħafna konnessjonijiet ma' l-insinwa b'mod indirett minħabba li jkollna bżonn xi dokumenti minn hemmhekk, kemm biex nagħtu pariri kif ukoll biex immexxu l- kawżi 'l quddiem.", "Għalhekk aħna għandna konnessjonijiet kbar ma' l-insinwa pero` ma mmorrux nagħmlu riċerki aħna, jew almenu jien qatt ma mort.", "In- nutara jilmentaw li qabel kien hemm ambjent inqas burokratiku u iktar pubbliku tant li setgħu saħansitra jmorru jiċċekkjaw ċerti affarijiet b'mod informali.", "Issa jien informat minn numru ta' nutara li lanqas qed jitħallew jagħmlu dan, u dan minkejja li l-insinwa suppost li hija reġistru pubbliku.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-ministru qed jgħid li jekk iridu n-nutara jistgħu jagħmlu dan, pero` hemm oċean bejn dak li qed jgħid il-ministru u bejn dak li jiġri fil- prattika.", "Dan li qed ngħid m'iniex qed nivvintah imma qaluhuli n-nutara stess li jmorru l-insinwa regolarment.", "Jien ma nistax nifhem kif minkejja li suppost dan ir-reġistru huwa pubbliku, imbagħad meta wieħed imur biex jagħmel riċerki informali jsib burokrazija qawwija.", "Illum biex takkwista xi informazzjoni żgħira trid toqgħod tapplika u tħallas mentri qabel kont tista' tagħmel dan bla ebda diffikulta` ta' xejn.", "Jien ngħid li m'hijiex etika li ħafna mill-informazzjoni konfidenzjali fi ħdan ir-reġistru pubbliku tkun f'idejn azjenda privata.", "Kif għedt qabel, il-Partit Laburista m'huwiex favur il-kummerċjalizzazzjoni t'entitajiet u dipartimenti governattivi, li xogħolhom hu ta' natura purament ċivili.", "Bħala oppożizzjoni, aħna ma naqblux ma' din it-tip ta' kummerċjalizzazzjoni, iktar u iktar fejn jidħol ir-reġistru pubbliku.", "Per eżempju, l-informazzjoni dwar x'dejn għandu wieħed jew l-ieħor m'hijiex xi ħaġa li għandha tkun f'idejn il-privat.", "Dawn huma affarijiet pubbliċi u għandhom jiġu available għall-każijiet partikolari.", "Kritika oħra li nixtieq nagħmel tirrigwarda t-timeframe.", "Suppost illum qed jiġu stabiliti ċerti timeframes meta wieħed jordna r-riċerka, pero` n- nutara qed jilmentaw li minkejja li b'e-mail suppost tieħu risposta malajr, huma qed idumu jumejn biex jieħdu risposta via l-e-mail, u terġa' jekk ir- riżultat tar-riċerka jintbagħat by hand, dan ir-riżultat qed idum erbat ijiem ma jasal.", "Għalhekk filwaqt li qed ngħidu li issa r-reġistru pubbliku se jkun iktar effiċjenti għax se jkun f'idejn il-privat, qed issir kritika min-nutara li m'hemmx dik l-effiċjenza li wieħed qed jaspira għaliha u jiftaħar biha.", "Kif għedt dalgħodu, il-funzjoni tar-reġistru pubbliku kważi qed tiġi limitata għal waħda regolatorja għax għalkemm suppost li r- reġistru pubbliku jamministra dawn l-affarijiet, issa l-ministru abdika r- responsabbiltajiet li kellu r-reġistru pubbliku minn idejn il-gvern għal idejn il-privat.", "Għal min ma jafx, filwaqt li l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku qiegħed Triq il-Merkanti, l-uffiċċji tas-settur privat qegħdin Triq l-Arċisqof.", "Allura x'qed jiġri fil-prattika?", "L-ewwel in-nutar jordna r-riċerka mir- reġistru pubbliku li hemm fi Triq il-Merkanti, imbagħad din l-ordni tintbagħat lill-uffiċċji ta' Triq l-Arċisqof u mbagħad l-uffiċċji ta' Triq l-Arċisqof jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-uffiċċju ta' Triq il- Merkanti u mbagħad fl-aħħar in-nutar ikun jista' jingħata l-informazzjoni li jkun talab.", "Qisna qed nilagħbu l-ping-pong!", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Membru qed jgħidli: Lanqas li qegħdin New York!", "Veru li m'aħniex New York imma xorta waħda qed jiġi kkawżat ċertu dewmien.", "(Interruzzjonijiet) Din qaluhieli n-nutara stess.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, int m'intix nutar.", "Inti avukat tajjeb – u naf li inti avukat tajjeb - u ministru.", "Kif għedtlek dalgħodu, inti wieħed mill- avukati anzjani - u dan mhux minħabba l-eta` imma minħabba l-kariga li għandek, pero` m'intix nutar.", "Huwa veru li jien m'iniex nutar lanqas, pero` jien qed nikkwota dak li qed jgħiduli n-nutara, u n-nutara qed jgħiduli li din il-kwestjoni tal-ping-pong qed tikkrea ċerta burokrazija u qed tikkawża ċertu dewmien u allura għandha tinstab xi forma ta' soluzzjoni f'dan ir-rigward.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-garanziji, Sur President.", "Huwa veru li se toħroġ insurance policy ta' Lm1 miljun, u jien ngħid: Allaħares le, għax kieku l-Bambin biss jaf jekk ikun hemm xi żball fil-computer!", "Għax jista' jiġri li ditta tkun mingħaliha li akkwistat proprjeta` bla dejn u wara jirriżulta li dik il-proprjeta` kellha mijiet ta' eluf ta' liri ta' dejn, bil-konsegwenza li din id-ditta jkollha titwekka b'dak id-dejn kollu intortament.", "Li kieku m'hawnx din it-tip ta' insurance, mhux ftit grumbling min-nutara hawn imma revoluzzjoni sħiħa hawn.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll problema oħra għax għalkemm qed ngħidu li l-gvern huwa lest li jiggarantixxi, m'hemmx definizzjoni ta' x'qed jiggarantixxi u naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jiddefinixxi wkoll x'qed jiggarantixxi l-gvern.", "Jista' jsir qerq ukoll.", "Jien m'hu qed ninsinwa fuq ħadd, la fuq ditta privata u lanqas fuq il-gvern, pero` jista' jkun hemm min irid jagħmel qerq għax ikollu interessi diretti jew indiretti.", "Allura meta l-liġi qed issemmi l-kelma \"garanziji\", dan ifisser li l-gvern huwa lest li jirrimborża?", "Din il-ħaġa qed tinkwetahom lin-nutara.", "Jien lanqas biss kont naf biha din pero` n-nutara qaluli li jixtiequ li din insemmieha fil- parlament.", "Nixtieq li l-kelma \"garanziji\" fil-liġi tkun definita aħjar għax inkella għada pitgħada se jingidem xi ħadd, u se jingidem waħda u tajba.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l-ispecific research on particular areas or property.", "Milli nista' nifhem jien - għax din m'hijiex daqstant ċara - jekk int tordna ċerta riċerka fuq proprjeta` li tkun qiegħda f'ċerta area partikolari, dik ma tkunx covered bil-garanzija għax jgħidulek li trid tordna riċerka ġenerali biex tinħareġ il-garanzija.", "Jien naħseb li dan ma jagħmilx sens għax jekk int tkun taf eżattament x'riċerka trid, ...", "Per eżempju, ejjew nieħdu li se tirreġistra ipoteka speċjali fuq proprjeta` partikolari f'post partikolari.", "Għalfejn toqgħod tordna riċerki sħaħ jekk tkun taf id-dettalji?", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jaqbel miegħi.", "Jien m'iniex qed nikkritika.", "Dan huwa punt tekniku iktar minn ħaġa oħra.", "Dalgħodu l-Onor.", "Coleiro tkellmet fuq l-aspetti soċjali, pero` dan hu punt tekniku.", "Mr Speaker, jien esponejt l-opinjonijiet tiegħi, pero` issa se nħalli l-kelma f'idejn il-Ministru Tonio Borg u l-Ministru Austin Gatt.", "Nispera li dawn it-tlett ijiem li ħadna fuq din il-mozzjoni ma jkunux tpaċpiċ fil-vojt.", "Huwa veru li r-regolamenti diġa' għaddewhom, imma kif għaddewhom jistgħu jbiddluhom.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, naspiraw li l- isforzi tagħna li forsi niġbdu l-attenzjoni għal dak li jidhrilna li hu ħażin ma jkunx biss ħela ta' bżieq.", "Aħna kontra li ssir din it-tip ta' tassazzjoni minn wara dahar il-parlament jew li ngħollu t-taxxi b'dan il- mod.", "Huwa veru li issa d-deċiżjoni laħqet ittieħdet, imma ġaladarba ħlejna tlett ijiem niddiskutu dan il-punt, jekk hemm xi aspetti li jistgħu jiġu mtejba, għandna nneħħu s-suppervja u nerġgħu nikkonsidraw dak li jimmerita li jerġa' jiġi kkonsidrat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ħalli nibda bil-punt pożittiv li għalaq bih l-Onor.", "Herrera.", "M'hijiex fin-natura tiegħi li nkun supperv.", "Jien nemmen f'dawn ir-regolamenti, nemmen f'din ir-riforma u naħseb li qiegħda tirnexxi.", "Bsart li din ir-riforma kienet se tqajjem ċerta kritika għax m'huwiex faċli li tbiddel sistema, iktar u iktar meta tkun ilha tiġi mħaddma, pero` nista' nassigura lill-parlament li jekk jirriżulta li xi aspetti, partikolarment mil-lat amministrattiv, jistgħu jitjiebu, dawn se jitjiebu.", "Pero` jien għandi mixed feelings dwar din id-diskussjoni li saret matul dawn it-tlett ijiem għax naħseb li filwaqt li kien hemm mumenti fejn id-diskussjoni laħqet ċertu livell għoli, imbagħad kien hemm mumenti oħrajn fejn mhux talli ma laħqitx dan il-livell għoli imma talli nħlejna fuq ċerti affarijiet li naħseb illi l-fatti jikkontraduċuhom.", "Li nixtieq ngħid mill-bidu nett hija li din il-bidla li saret is here to stay, jiġifieri m'għandna l-ebda intenzjoni li nbiddlu l-korsa ta' l- avvenimenti dwar din il-bidla fis-sistema ta' kif isiru r-riċerki ġewwa r- reġistru pubbliku.", "Dan qed ngħidu ħalli jekk xi ħadd, b'xi mod, jaħseb li din ir-riforma se nirtirawha, li se nirrinunzjaw għaliha jew li se mmorru lura dwarha, aħna m'aħniex se ndawru l-arloġġ lura.", "Ovvjament issa se nispjega għaliex, u naħseb li meta npoġġi dawn l-argumenti kemm lill-Kamra kif ukoll li min qed jismagħna jaqblu miegħi li din il-bidla kellha ssir.", "Issa jekk din il-bidla jagħmilhiex gvern Nazzjonalista jew jagħmilhiex gvern Laburista, il-fatt hu li din il-bidla kellha ssir.", "Il-gvern għandu l- unur li jagħmel din il-bidla hu, u jien għandi l-unur li nkun kompliċi f'din ir-riforma.", "Naturalment din ir-riforma seta' għamilha ħaddieħor, pero` issa saret, u sabiex kulħadd jifhem is-suġġett, li forsi huwa xi ftit tekniku, ikun tajjeb jekk wieħed jirrakkonta ftit il-background ta' dak li rnexxilna nwettqu fir-reġistru pubbliku b'din ir-riforma li introduċejna f'Ottubru ta' l-1999.", "Meta xi ħadd jiġi biex jagħmel kuntratt, huwa għaqli - għalkemm mhux bilfors - li wieħed jagħmel ir-riċerki.", "Dawn ir-riċerki jsiru sabiex wieħed jiċċekkja jekk il-post jew inkella l-art li jkun se jakkwista tkunx verament tal-bejjiegħ, cioe' jekk il-bejjiegħ huwiex verament is-sid tal- post li qed jinbiegħ u t-tieni nett sabiex wieħed jara jekk hemmx dejn fuq il-post għaliex jekk tixtri l-post bid-dejn fuqu, dan id-dejn jibqa' mwaħħal mal-proprjeta`, bħall-qarnita, u tispiċċa mhux biss tħallas il- prezz imma tħallas ukoll id-dejn li jkun hemm fuq dik il-proprjeta`.", "Mela fi ftit kliem, wieħed jagħmel ir-riċerki biex jara jekk ikunx hemm dejn fuq il-proprjeta` li jkun se jixtri u biex jara jekk il-post ikunx verament tal- bejjiegħ.", "Sa mill-1854, jiġifieri minn meta twaqqaf ir-reġistru pubbliku, kull kuntratt li jsir min-nutar irid jiġi reġistrat, jew aħjar insinwat, f'forma ta' nota, li tkun summary, tal-kuntratt.", "Imma d-difett tas-sistema kollha huwa li dawn il-kuntratti - u hawn hu d-difett tas-sistema kollha u nisperaw li nsolvu din ukoll - dejjem ġew reġistrati mhux abbażi tal- proprjeta` imma abbażi tal-persuni.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Per eżempju, jien ma nistax inkun naf min hu s-sid ta' 1, Republic Street, Valletta għaliex ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti m'hijiex skond il-proprjeta` imma hija skond il-persuni.", "Mela jien nista' niċċekkja jekk persuna partikolari hijiex is-sid ta' dik il-porprjeta`, pero` r-riċerka ma nistax nagħmilha bil-maqlub, u ħafna drabi l-affarijiet jikkomplikaw ruħhom għax inti proprju tkun trid tkun taf min hu s-sid ta' dik il-proprjeta`.", "Biex l-affarijiet ikomplu jikkomplikaw ruħhom, jekk l-isem li tkun qed tfittex jinzerta isem komuni, bħal kunjomi - Borg, Fenech jew Farrugia - tistgħu taħsbu kemm dan isir xogħol diffiċli, iktar u iktar jekk kemm l- isem u kemm il-kunjom ikunu popolari, bħal Joseph Borg son of Joseph.", "Allura jeżistu indiċijiet għal kull sena, u mis-snin sittin 'l hawn, jiġifieri minn meta n-negozju fl-artijiet qabad ċertu ritmu, issa wasalna li għal kull sena mhux volum wieħed ta' indiċijiet ikollna imma xi tliet jew erba' volumi.", "Dan li se ngħid huwa inkredibbli, pero` huwa veru; sa l- aħħar tal-millennju la l-indiċijiet u lanqas is-summaries tal-kuntratti ma ġew komputerizzati.", "Illum il-computer daħal kullimkien; daħal fil-qorti u daħal fid-dipartimenti kollha tal-gvern, pero` fl-iktar dipartiment fejn il- computer messu daħal l-ewwel ...", "Għax fl-aħħar mill-aħħar l-ikbar kapaċita` tal-computer hija li tagħfas il-buttuna u f'ħakka t'għajn issib l-ismijiet u l-kunjomijiet li tkun qed tfittex.", "Mela proprju fl-iktar dipartiment fejn suppost daħal il-computer, il- computer ma daħal xejn u kollox kien isir bl-idejn, bil-periklu kollu li tiżbalja meta tagħmel l-affarijiet bl-idejn għax hawn min jikteb pulit u hawn min jikteb imħanżer.", "Filwaqt li f'Malta l-computer kien daħal kullimkien, fl-insinwa l-computer ma kienx daħal.", "Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi kif kienet issir ir-riċerka.", "Il-liġi tar-reġistru pubbliku tagħmilha ċara kif; issir talba bil-miktub, tagħti d-dettalji sħaħ tal- persuna - per eżempju, Joseph Borg son of Joseph and Maria nee` Borg - u trid issir ir-riċerka, dejjem abbażi tal-persuna u mhux tal-proprjeta`.", "Imbagħad id-direttur tar-reġistru pubbliku joħroġ ċertifikat uffiċjali tat- trasferimenti - jiġifieri joħroġ ċertifikat dwar dak li tkun xtrat u biegħet dik il-persuna - u tad-dejn li jkollha dik il-persuna, u ta' dan huwa responsabbli l-gvern.", "Dan hu x'suppost isir.", "Matul dan id-dibattitu smajna lil xi sitt kelliema ta' l-oppożizzjoni jitkellmu, u filwaqt li dawn qalu li qabel is-sistema kienet irħas, ħadd ma qalilna x'kienet is-sistema qabel.", "L-Onor.", "Farrugia qalilna li jmessna qtajna l-abbużi li kienu jsiru meta kienet qed tiġi wżata din is-sistema, pero` eżattament dan l-abbuż x'kien?", "X'kien hemm ħażin fis-sistema l- antika ma smajniex.", "Dan kien l-itwal dibattitu fuq avviż legali.", "Lanqas fuq l-avviżi legali tad-dawl u l-ilma jew tat-turiżmu ma domna niddiskutu daqshekk, pero` fi tlett ijiem ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma qalilna x'kienet din is-sistema ta' riċerka li kienet teżisti qabel.", "X'kien jiġri fil-prattika?", "Issa hawn se noqgħod attent kif nitkellem għax m'għandi l- intenzjoni li nweġġa' lil ħadd.", "Jekk kont tordna ċertifikat uffiċjali, iċ-ċertifikat uffiċjali ma kien isir qatt, minkejja li kellek dritt bil-liġi għalih.", "Minflok matul is-snin inħolqot sistema mhux uffiċjali għax dan il-pajjiż għandu ħabta li minflok jimxi b'mod uffiċjali, jimxi b'mod mhux uffiċjali.", "B'din is-sistema mhux uffiċjali, l-impjegati ta' l-insinwa kienu jagħtu riċerki mhux uffiċjali.", "Naturalment huma ma kenux jagħmlu dan b'xejn imma kienu jagħmluh bi ħlas, liema ħlas kien imur għandhom personalment u mhux għand il-gvern.", "Mela skond is-sistema uffiċjali, jekk tordna ċertifikat jew ma kienx isir jew kont iddum xi erba' xhur biex tieħdu, u allura kienu ftit in-nies li applikaw, ...", "Ikun interessanti jekk ngħid li fl-1998, jiġifieri f'sena sħiħa, minn xi 12,000 kuntratt il-gvern daħħal biss Lm200.", "Imbagħad kien hemm is-sistema mhux uffiċjali li biha - issa jekk hawn xi ħadd li jrid jgħid li mhux veru kien isir hekk, għandu jgħidli issa - kull nutar - u bilfors kellu jsir hekk għax in-nutara ma kellhomx triq oħra x'jieħdu - kien jordna lil xi wieħed mill-impjegati tal-gvern li jafda riċerka mhux uffiċjali u l-ħlas kien isir lill-impjegat bir-riżultat li l-impjegat la kien joħroġ irċevuta u lanqas kien iħallas taxxa jew VAT fuq dak li kien jaqla'.", "Matul id-diskors tiegħu, l-Onor.", "Herrera qal li hemm bżonn nirfinaw x'inhi d-definizzjoni ta' \"garanzija\".", "Iva, jekk hemm bżonn nirfinawha din id-definizzjoni, imma jien nistaqsi: X'garanzija kien hemm qabel jekk ir- riċerki mhux uffiċjali kienu żbaljati?", "Min kien jeħel?", "Żgur li l-impjegat ma kienx jeħel għax dawn ir-riċerki ma kenux ikunu ffirmati apposta biex ma jassumux ir-responsabbilta` għal dik ir-riċerka.", "Issa jien m'iniex qed ngħid li dawn ir-riċerki kienu jkunu ħżiena.", "Dawn ir-riċerki kienu jkunu frott ix-xogħol, u frott ix-xogħol mhux uffiċjali, frott ix-xogħol li bih kulħadd jaqla' l-flus ħlief il-gvern.", "Jekk kien isir żball in-nutar x'kien jagħmel?", "In-nutar kien jeħilha hu għax il-klijent kien jgħidlu li hu lilu ħallas biex isiru r-riċerki neċessarji.", "M'iniex qed ngħid li l-gvern ma kienx jaf x'qed jiġri, u naħseb li nkun ipokrita jekk ngħid li l-gvernijiet ta' dawn l-aħħar 30 sena ma kenux jafu x'qed jiġri, pero` minkejja li kienu jafu li din is-sistema kienet ħażina, kienu jħalluha xorta waħda.", "Ta' min isemmi li mhux l-ewwel darba li saru kawżi kontra n-nutara għal idanni.", "Imma nistgħu ngħidu li s-sistema mhux uffiċjali għelbet is-sistema uffiċjali, u dawn ir-riċerki li kienu jsiru mhux uffiċjali ma kenux ikunu waħda jew tnejn.", "Biss biss is-sena l-oħra ġew insinwati 17,000, li minħabba li fosthom hemm il-causa mortis u t-testmenti, dawn niżlu għal xi 10,000 kuntratt u għal xi 2,000 loans u overdrafts.", "Għalhekk din il-Kamra tista' timmaġina kemm din is-sistema mhux uffiċjali kienet tiffjorixxi.", "Nerġa' ngħid li r-riċerki ma kienu jiġu ffirmati minn ħadd.", "Qatt mill-20 sena li ili avukat ma rajt riċerki ffirmati.", "Kull nutar kellu l-impjegat pubbliku jaħdem għalih, u ta' min jgħid li dawn l-impjegati kienu jibqgħu jaħdmu anke bil-lejl.", "Fil-fatt jien mhux l-ewwel darba li kont ngħaddi minn quddiem ir-reġistru pubbliku bil-lejl u narah mixgħul.", "Qalulna li hemm bżonn niftħu l-insinwa, imma naħseb li qabel l-insinwa kienet miftuħa beraħ.", "L-ammont ta' flus li kienu jiġu mgħoddija kien wieħed konsiderevoli, pero` minkejja li d-data kienet tal-gvern, huwa ma kien idaħħal xejn.", "Mr Speaker, dan l-istat ta' kaos ma setax ikompli.", "Kif għedt diġa', in-nutar kien skopert minħabba li r-riċerki ma kenux garantiti u l-klijent kien skopert ukoll għax ġieli saru kawżi u n-nutar kien jgħid lill-klijent li jmissu ġab l-avukat miegħu għall-kuntratt.", "Mela l-klijent kien skopert, in-nutar kien skopert u l-gvern, li suppost kien joħroġ ir-riċerki uffiċjali hu, kien skopert ukoll għax kif għedt diġa', dawn ir-riċerki kienu jsiru bla ebda forma ta' uffiċjalita`, bla rċevuta tal-VAT jew tas-CET u bla ħlas ta' xi taxxi oħra.", "L-ebda pajjiż ma kellu reġistru pubbliku fejn ir-riċerki kienu jinħadmu b'dan il-mod bħal tagħna, u l-ebda gvern serju li jirrispetta lilu nnifsu ma kellu jħalli din is- sitwazzjoni tkompli għaddejja.", "Jien niftakar li fl-ewwel budget ta' din il-leġislatura, proprju wara l- elezzjoni, kien qam l-Onor.", "Gulia, ix-shadow minister ta' l-intern li taħtu jaqa' r-reġistru pubbliku, u qalilna: Isma', sar ħafna xogħol biex il-land registry u l-public registry jiġu amalgamati flimkien – u aħna hekk nixtiequ li jsir - u allura issa nispera li l-gvern ikollu l-guts li jagħmel din ir-riforma għax kulħadd jaf l-affarijiet kif inhuma.", "Minn hawn wieħed jirrealizza li anke l-gvern preċedenti kien jammetti li din is- sitwazzjoni m'hijiex tajba u li hemm bżonn li jsir xi ħaġa dwarha, u fil- fatt huwa kważi sfidana biex nagħmlu xi ħaġa dwarha.", "Allura kif stajna nippermettu sitwazzjoni fejn is-sistema ddiġenerat sal-punt li mijiet ta' eluf ta' liri jmorru fil-bwiet ta' l-impjegati pubbliċi, li naturalment kellhom ukoll is-salarju tal-gvern, il-gvern idaħħal Lm200 fis-sena u l- klijent jiġi skopert b'riċerki mhux uffiċjali?", "Kien hemm diversi gvernijiet li pprovaw isolvu din il-problema, u qed ngħid dan biex ħadd ma jaħseb li konna aħna li skoprejna l-Amerka.", "Biżżejjed ngħid li lejn l-aħħar tas-snin sebgħin il-gvern kien iddeċieda li ħadd m'għandu jagħmel riċerki mhux uffiċjali.", "Imma tafu x'ġara?", "La ħarġu riċerki mhux uffiċjali u lanqas ħarġu riċerki uffiċjali għax kellna staġnar tan-negozju tal-bini għal tlett ijiem u b'hekk il-gvern kellu jagħlaq għajnejh fuq ir-riċerki mhux uffiċjali li jsiru.", "Tant kulħadd kien qata' qalbu li jkollna riċerki uffiċjali - u din hija interessanti ħafna - li matul is-snin it-tariffi kollha żdiedu biex jimxu ma' l-għoli tal-ħajja, pero` t-tariffa tar-riċerki uffiċjali ma nbidlitx mill-1927 l'hawn, jiġifieri minn żmien l-ewwel gvern ta' Strickland.", "Mill-1927 l'hawn, partikolarment f'ċertu żmien wara l-gwerra, is-sistema tar-riċerki uffiċjali tant ma baqgħetx tiffunzjona li t-tariffi baqgħu li huma; 2ċ għal kull sena riċerkata, u r-raġuni kienet li ma kienx hemm skop li tgħolli tariffa għal xi ħaġa li ma teżistix.", "Issa nixtieq niġi għall-punt tal-kuxjenza soċjali.", "Illum l-Onor.", "Coleiro qaltilna li l-gvern m'għandux kuxjenza soċjali għax qed jintroduċi din is- sistema l-ġdida u għaliex għolla xi tariffi li għandhom x'jaqsmu mar- riċerki.", "Jien infakkarha li fl-1997 ma kenux żdiedu t-tariffi tar-riċerki imma kienu żdiedu t-tariffi li wieħed iħallas meta jiġi biex jippreżenta n- nota ta' l-insinwa.U tafu kemm kienu żdiedu?", "It-tariffa għal kuntratt ta' mhux iktar minn Lm10,000 minn Lm1.50 telgħet għal Lm10.", "Illum ma tantx hawn djar li jiswew inqas minn Lm30,000, u għalhekk f'dak il-każ l-ispejjeż tat- tariffa ta' l-ispezzjoni minn Lm11.50 żdiedet għal Lm20.", "Ta' min jgħid li minn dawn iż-żidiet kollha, in-nutara ma ħadu xejn ħlief il-garanzija fuq riċerki uffiċjali, kemm mill-polza ta' l-assigurazzjoni tal-kumpannija kif ukoll mingħand il-gvern, imma qabel lanqas dan dan il-vantaġġ ma kellhom.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li saru diversi tentattivi biex id-dipartiment tar-reġistru pubbliku jidħol fid-dinja komputerizzata imma sfortunatament kollha fallew.", "Jidhirli li l-ewwel darba li l-kumpannija Eureka daħet fix- xena kien fl-1995, fejn fit-8 ta' Novembru ta' dik is-sena il-gvern kien għamel diversi laqgħat mal-kunsill notarili fejn kien ġie deċiż li hemm bżonn li s-sistema l-ġdida tiġi kummerċjalizzata u jibdew jinħarġu r- riċerki uffiċjali.", "Fil-minuti ta' dawn il-laqgħat hemm imniżżel li:", "\"The notarial council reacted positively to the recommercialisation of this new system.", "The minister stated that goverment will still fix a tariff for official service.\".", "Għal dawn il-laqgħat kienu jattendu wkoll rappreżentanti tal-kumpannija Eureka, li dak iż-żmien kien jisimha Researches, li offrew il- kondizzjonijiet tagħhom biex jitħallew jikkomputerizzaw l-indiċi, in-noti u d-dokumenti fir-reġistru pubbliku, flimkien ma' l-impjegati.", "Ta' dan, fl-1 ta' Frar ta' l-1996 ġie miftiehem li l-gvern jitħallas Lm100,000.", "Tajjeb li ngħid li dan il-ftehim ma kienx miftuħ għall-kumpannija Eureka biss.", "Fil-fatt, skond dawn il-minuti, il-ministru kien qal li:", "\"He advised members present that once the project by the firm Researches has been approved, he will inform persons who had proposed similar projects that they could go ahead with them on the same lines.\".", "Pero' ħadd ma tefa' l-offerta tiegħu jew jekk kien hemm xi ħadd li għamel dan, ma kompliex jagħti s-servizz, u għalhekk il-kumpannija Eureka bdiet toffri dan is-servizz għal skop privat.", "Jiġifieri l-klijent, minflok jirrikorri għand il-ħaddiema tad-dipartiment, beda jirrikorri għand din il- kumpannija u jinqeda xorta, waqt li l-gvern, minbarra li kkomputerizza s- sistema tiegħu mingħajr ħlas, ingħata Lm100,000.", "Quddiem din is- sitwazzjoni, gvern wara l-ieħor beda jara jistax jadotta s-sistema ta' l- Eureka għax din il-kumpannija tant bdiet taħdem, li mhux biss il-gvernijiet bdew jittrattaw magħha imma anke l-istess impjegati fi ħdan ir-reġistru pubbliku bdew jordnaw ir-riċerki mingħandha.", "F'Ġunju ta' l-1998, l- awtorita' tad-djar ħarġet tender biex ir-riċerki li jkollha bżonn, minflok jagħmluhom l-impjegati tar-reġistru pubbliku, tibda' tagħmilhom l-Eureka.", "Dan li qed ngħid ġara taħt l-amministrazzjoni preċedenti, u minn dak iż- żmien 'l hawn il-prezz ta' Lm3 ma nbidilx.", "Rigward l-affidavit li ġie esebit il-bieraħ, irrid neskludi l-fatt li dan sar biex jintimida jew jikkritika lil xi ħadd.", "Jien nassigura li dan l- affidavit m'għamiltux jien imma sempliċement irċevejtu.", "Jien tlabt biss għal dokument uffiċjali biex inkun naf x'ġara fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista, u biex jekk xi ħadd jikkritika lill-Eureka jien ikollu x'nuri.", "Dan id-dokument, li huwa affidavit bil-ġurament, isemmi żewġ laqgħat li kienu saru waħda ma' l-Onor.", "Charles Mangion li kien responsabbli mir-reġistru pubbliku u l-oħra ma' l-Onor.", "Gavin Gulia – li daħal fil-kariga ta' ministru tal-ġustizzja wara l-Onor.", "Mangion - li sal- lum għadu jiċħad li din il-laqgħa kella xi forma ta' konklużjoni msemmija fl-affidavit.", "L-Onor.", "Mangion, għalkemm ikkonferma kważi l-affidavit kollu, qed jgħid li dan sar għal skop ulterjuri, jiġifieri biex tiġi attakkata persuna partikolari fi ħdan ir-reġistru pubbliku.", "Ridt ngħid li dan l-affidavit intalab biex ikun assigurat li waqt l- amministrazzjoni Laburista saru trattati mal-kumpannija Eureka.", "Issa l-fatt li dak iż-żmien ma ntlaħqitx konklużjoni hija kwestjoni oħra.", "L-importanti hu li meta l-Onor.", "Mangion kien fil-gvern, ippropona li jinxtara dan id- database biex ikun jista' jagħti biss in-numri, waqt li l-impjegati tar- reġistru pubbliku jkomplu għaddejjin bir-riċerki mhux uffiċjali.", "Kieku ġara dan, kien ikun skandlu kbir li l-gvern jonfoq mijiet ta' eluf ta' liri biex jixtri sistema komputerizzata biex ix-xogħol jibqa' kif inhu.", "Qed ngħid dan biex meta nibdew nitkellmu dwar konflitt ta' interess u dwar jekk din il-kumpannija hijiex kapaċi tagħmel dan ix-xogħol u dwar jekk hux qed isiru iktar żbalji llum milli l-bieraħ, ikun nista' ngħid li anke l-gvern Laburista kien ittratta ma' din il-kumpannija, avolja ma laħaqx ftehim.", "Rigward il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Eureka u l-gvern preżenti, irrid ngħid li jien ma ħbejt xejn dwaru anzi poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra madwar sena u erba' xhur ilu, bit-tariffi tar-riċerki uffiċċjali b'kollox.", "Huwa veru li mbagħad żdiedet il-VAT, pero' l-ftehim jgħid li l-Lm5 li l- kumpannija tiċċarġja lill-gvern għal kull riċerka ma jinkludix il-VAT, jiġifieri dan ma sirniex nafuh f'dan il-budget imma eżattament fid-19 ta' Ottubru ta' l-1999, meta jien poġġejt id-dokumenti kollha fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ħadd ma jista' jgħid li sar xi ħaġa bil-moħbi, għax dan il-ftehim tħabbar fil-budget ta' qabel dan, u kien hemm min qrah għax saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwaru.", "Permezz ta' dan il-ftehim, il-gvern akkwista minnufih id-database li diġa' kellha din il-kumpannija, li bejn wieħed u ieħor kienet tmur lura għal 30 sena.", "L-Eureka obbligat ruħha li tkompli tikkomputerizza dik id- data li tidħol kuljum fir-reġistru pubbliku, jiġifieri s-summaries tal- kuntratt li jagħmlu n-nutara.", "Din il-kumpannija obbligat ruħha wkoll li tikkomputerizza n-noti u l-indiċi kollha li daħlu sa mit-twaqqif tar- reġistru pubbliku, u dan kollu mingħajr ma l-gvern joħroġ xejn fi flus.", "Bħalha korrispettiv, il-gvern ta lill-Eureka l-użu esklussiv ta' din id- data, fis-sens li din tkun il-kuntrattur tal-gvern.", "Qed ngħid dan għax l- Onor. Herrera għadu kif qal li aħna neħħejna l-monopolju f'ċerti oqsma u daħħalnieh fir-reġistru pubbliku.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kull gvern għandu l-monopolju tar-reġistru pubbliku.", "Jien għadni qatt ma smajt b'reġistru pubbliku privat.", "Aħna mhux se nagħtu liċenzja lil xi kumpannija privata biex in-nutara jmorru jirreġistraw il-kuntratti għandha.", "Il- kuntratti jridu jidħlu f'post wieħed ċentralizzat, fir-reġistru pubbliku li hawn fi Triq il-Merkanti.", "Li ġara hu li l-gvern intrabat mal-kumpannija Eureka li jqabbad lilha biss bħalha kuntrattur biex toffrilu s-servizz tar-riċerki.", "Għall-bidu, waqt il-perjodu transitorju, għamlet madwar sena tagħti s-servizz lil klijent direttament hi, imma issa, minn mindu kollox sar uffiċjali, il- gvern biss qed joħroġ ir-riċerki, u għalhekk huma uffiċċjali u għalhekk huwa l-gvern li qed jagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn xi żball fir- riċerki.", "Biex ikun jista' jsir dan, il-gvern bilfors kellu jintrabat li jingaġġa lil din il-kumpannija biss, u dan huwa ovvju wara li bħala flus ma ħareġ xejn għal din is-sistema komputerizzata.", "Ma jistax ikun li ma' l- Eureka, li qed tagħmel dak li għal snin twal l-ebda gvern ma rnexxielu jagħmel, tiġi ngaġġata kumpannija oħra għax inkella nispiċċaw b'żewġ sistemi.", "Tajjeb li ngħid li d-data se ssir proprjeta' tal-gvern minn issa u mhux minn għaxar snin oħra u, sabiex id-drittijiet tal-gvern żgur ma jiġux preġudikati, il-kopji tax-xogħol li qed isir qed jiġi stored f'diska biex ikun under the safe custody taż-żewġ partijiet, ħalli jekk jinqala' xi ħaġa l-gvern ikun jista' jissekwestra dik id-diska.", "Jien naħseb li għamilna a good deal, u lil min qed jgħid li kollox qed jingħata f'idejn il- privat jien ngħidlu li dan m'hu veru xejn, għax qabel ir-riċerki mhux uffiċjali kienu qed isiru mill-privat.", "L-impjegati ma kenux jagħmlu dan ix- xogħol għan-nom tal-gvern imma kienu joffru s-servizz privat tagħhom permezz tad-data tal-gvern.", "Allura issa se niġu kkritikati għax egħlibna dik is-sistema żbaljata u ngaġġajna kumpannija privata biex tagħmlilna sistema komputerizzata imma r-responsabbilta' xorta nibqgħu nassumuha aħna?", "Din hija r-riforma li għamilna f'Ottubru ta' l-1999.", "Kull min jagħmel xi riċerka jrid iħallas it-taxxa dovuta skond il-liġi u minħabba dan il- kontroll, anke l-kumpannija trid tħallas it-taxxa dovuta fuq l-income.", "Barra minn hekk il-kumpannija għandha polza ta' assigurazzjoni kontra l- iżbalji li jistgħu jikkaġunaw danni.", "Sa danni ta' Lm1 miljun il-kumpannija hija salvagwardata mill-assigurazzjoni, waqt li min-naħa tiegħu l-gvern qed jagħti l-assigurazzjoni li toffri l-liġi, jiġifieri għar-riċerki żbaljati li jikkawżaw danni hemm back-to-back guarantee.", "Rigward it-tariffi, huwa interessanti l-fatt li l-argumentazzjoni kollha tar-riżoluzzjoni hija dwar it-tariffi.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- Avviż Legali.", "261, l-oppożizzjoni ma qalitx għaliex hija kontra dan l-avviż li m'għandu x'jaqsam xejn mat-tariffi.", "Kulma qalet hu li hija kontra l- Avviż Legali 262.", "Jien irrid nistaqsi ma xiex se nqabblu dawn it-tariffi li skond l-oppożizzjoni għolew, għax peress li qabel is-sistema ma kenitx uffiċjali ma kienx hemm tariffi, jiġifieri jista' jkunu li kienu ogħla u jista' jkun li kienu irħas.", "Kieku l-oppożizzjoni ta' l-inqas għamlet bħall- gazzetta \"l-orizzont\", jiġifieri kkomparat it-tariffi kif kienu fiż-żmien meta l-kumpannija Eureka kienet topera privatament u dak li qed jiġi charged illum, kien ikun ferm aħjar.", "L-argumentazzjoni kollha ta' l- oppożizzjoni kienet li s-sistema ta' qabel kienet irħas, imma aħna, peress li dawn it-tariffi la kienu uffiċjali u lanqas garantiti, kif nistgħu nikkomparaw magħhom?", "M'huwiex ġust li ngħidu li r-riċerki ta' qabel l-1999 kienu irħas.", "L- ewwelnett m'għandniex konferma li dawn verament kienu irħas u t-tieni nett we are not comparing like with like, għax ir-riċerki ta' qabel l-1999 kienu mingħajr taxxa, mingħajr irċevuta, mingħajr VAT u mingħajr l-ebda spiża oħra waqt li r-riċerki tal-lum huma uffiċjali u garantiti kontra l-iżbalji.", "Il-vilta' hi li fit-tabella ppubblikata mill-gazzetta \"l-orizzont\", ittieħed żball kbir meta ġew ikkomparati l-prezzijiet ta' l-Eureka ma' dawk tal-lum.", "Dan il-ġurnal qal hekk:", "\"Għal ċertifikat speċjali ta' iskrizzjoni maħruġ bħala vera kopja ta' iskrizzjoni, minn 30c il-prezz tela' għal Lm1.50\".", "Jaqaw l-oppożizzjoni nsiet li din iż-żieda kienet introduċietha hi stess fl- 1997?", "Din iż-żieda li \"l-orizzont\" qed jittimbrana biha bħala ħallelin, kien introduċiha l-Onor.", "Mangion meta kien hu ministru responsabbli mir- reġistru pubbliku.", "Biex naraw fiex jikkonsisti dan il-famuż diżastru fit-tariffi tar- riċerki, jien ikkummissjonajt lid-dipartiment biex jiġbor lista tar-riċerki kollha li saru bejn il-15 ta' Jannar u t-13 ta' Frar.", "Dan is-sample li ttieħed fuq medda ta' xahar ikopri 1,433 riċerka, li minnhom 6% kienu taħt il-Lm5, 39% kienu bejn Lm5 u Lm10 u 27% kienu taħt l-Lm20.", "Jiġifieri 72% ta' dawn l-1,433 riċerka kienu taħt l-Lm20, 84% kienu taħt it-Lm30 u 91% kienu taħt il-Lm50.", "Mhux veru dak li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia li issa talli tingħafas buttuna, il-klijent irid iħallas Lm6.", "Lill-Onor.", "Membru jien ngħidlu biex ma jinsiex kemm tħabtu l-gvernijiet biex fir-reġistru pubbliku jkun hemm din il-buttuna li tissostitwixxi x-xogħol manwali!", "Biex nirrispondi għal dak li qalu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, malli persuna titlob riċerka, anke jekk ma jkun jirriżulta xejn, iċ-ċertifikat li dik l-persuna m'għandhiex dejn u ma ttrasferitx proprjeta' xorta se joħroġ, u għalhekk il-ħlas xorta jrid isir.", "Nispera li l-oppożizzjoni m'hijiex tippretendi li noħorġu r-riċerki mingħajr ħlas.", "Il-gvern u l-oppożizzjoni m'humiex qed jaqblu dwar il-fatt li filwaqt li l-Partit Laburista qed li t- tariffi għar-riċerki huma esaġerati, il-gvern għandu l-provi li 92% u l- average ta' kull invoice huwa ta' inqas minn Lm20.", "Sur President, anke jekk dawn it-tariffi jiġu kkomparati ma' dawk ta' l- Eureka, xorta ma jkunx qed jiġi kkomparat like with like għax issa dawn huma uffiċjali waqt li l-oħra ma kenux.", "(Interruzzjonijiet) X'għandu x'jaqsam!", "Jien nispera li bil-moralita' kollha li nippriedkaw dwarha m'intix qed tgħidilna li ta' servizzi differenti, il-ħlasijiet għandhom ikunu l-istess, għax inkella tkun qed issir inġustizza fil-konfront tal- kumpannija u fil-konfront tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Iva, f'ċerti aspetti raħsu wkoll, imma \"l-orizzont\" qajmet din it-traġedja kollha għax minn Lm3.48 il-prezz tela' għal Lm6, VAT inkluża, u fotokopja minn 75c saret Lm1.20 waqt li l-iċċekkjar ta' l-ismijiet minn 20c tela' għal 36c.", "Mr Speaker, fl-aħħar ta' dan id-diskors se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kont ta' Lm15 maħruġ f'Settembru ta' l-1999, jiġifieri qabel ma bdiet is- sistema ta' l-Eureka, u kont ta' l-istess servizz li jammonta għal Lm1.56.", "Rigward ir-riċerki testamentarji, jien naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nikkonsidraw il-liġi li tgħid li biex persuna tmur tara jekk il-ġenituri tagħha għamlux testment, informazzjoni daqshekk privata, trid tirrikorri għand id-dipartiment tar-reġistru pubbliku, u minħabba f'hekk qed tinħoloq iktar komplikazzjoni għax min ikun irid jagħmel testment sigriet qed imur jagħmlu l-qorti.", "Fil-konsiderazzjonijiet li qed nagħmlu anke mal-kunsill notarili, ir-reazzjoni ġenerali hija waħda pożittiva.", "It-tariffa għal riċerka testamentarja minn Lm2.50 telgħet għal Lm3.50, u din iż-żieda ta' Lm1 saret minħabba l-faċilita' li ngħatat lill-kunsilli lokali li jieħdu l-ordnijiet tal-klijent.", "Jien naħseb li f'dan il-każ il- ġurnal \"l-orizzont\" żbalja meta qal li minn xejn it-tariffa għal din ix- xorta ta' riċerka saret Lm5.", "Irrid ngħid li din it-tariffa hija irrispettiva minn kemm isiru testmenti, u għalhekk ma naħsibx li din hija xi ħaġa irraġonevoli, iktar u iktar meta nikkonsidraw il-fatt li dan ix- xogħol il-kumpannija Eureka se tagħmlu b'Lm2.50 biss.", "Għalkemm nixtieq nsolvu l-problema tad-dewmien fit-tiftix peress li hawn persuni li jisimhom l-istess, ta' l-inqas ikkommettejna rwieħna li li sa April ta' din is-sena, ix-xogħol kollu li għandu x'jaqsam mat-testmenti se jkun komputerizzat.", "Allura ta' dan ix-xogħol kollu, il-gvern m'għandux dritt li jitlob Lm5 biex jagħmlulek riċerki kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?", "U m'hu veru xejn il-kumment li sar min-naħa ta' l-oppożizzjoni li meta tagħmel riċerka għall- kuntratti kemm f'Malta u kemm f'Għawdex jiċċarġjawk id-doppju.", "Tagħmel talba waħda u jfittxulek taħt dak l-isem kemm f'Malta u kemm f'Għawdex.", "Imbagħad għandna t-tariffa għall-aġent - li issa naraw min hu - li jrid iħallas Lm5 mhux kull darba li jmur l-insinwa, imma Lm5 f'sena sħiħa.", "Issa niġu għall-kwestjoni ta' l-aċċessibilità li tant sar plejtu dwarha u li m'għandha x'taqsam xejn mal-kwestjoni tat-tariffi.", "Jien ma nafx kemm kien aċċessibbli r-reġistru pubbliku qabel.", "Veru li l- avukati u n-nutara kienu jistgħu jmorru u ġieli kien ikun hemm xi riċerkatur, però għal raġunijiet ovvji s-sistema mhux uffiċjali ma tantx kienet tippermetti li dak li jkun jaqbad u jmur ifittex fir-reġistru pubbliku kif ġieb u laħaq.", "Jien naħseb li r-reġistru pubbliku għandu jkun miftuħ anke għar-riċerka, mhux tramite l-kumpannija, għan-nies li jipparteċipaw fil-professjoni legali, partikolarment in-nutara, l-avukati u l-prokuraturi legali u min irid mill-pubbliku jordna r-riċerka.", "Iżda fl- Avviż Legali 261 għamilna eċċezzjoni għal riċerkaturi, u nikkwota:", "\"Any person carrying out research for cultural, historical or educational purposes approved by the director\".", "Mela aħna qed insostnu li r-reġistru huwa pubbliku għax int dejjem tista' tordna r-riċerka li trid, mhux b'xejn imma tħallas għaliha.", "Però n-nutara, l-avukati, il-prokuraturi legali u żewġ aġenti għal kull nutar - jiġifieri jekk għandna 150 nutar hemm 300 ruħ, barra n-nutara, li huma mpjegati tan- nutara - jistgħu jmorru l-insinwa biex jagħmlu updating jew jaraw ir- riċerki mingħajr ma jiċċarġjawhom tal-fatt li qed iħarsu biss lejn in-nota jew il-manwal.", "Sakemm wieħed jagħmel photocopy waħda 'l hawn u 'l hemm tista' ssir ukoll, imma li tgħidli li xi ħadd imur jagħmel ir-riċerka u jippretendi li ma jħallasx tal-photocopies, inkunu qed niddistruġġu s-sistema stess.", "Jekk id-direttur iħalli dan isir ikun hemm iż-żerriegħa tad-distruzzjoni u mmoru lura għal kif konna qabel.", "Altru nutar ried photocopy ta' nota partikolari dak il-ħin u tawhielu, u altru jmur xi ħadd juża l-investiment li qed jagħmel il-gvern - qed tagħmlu l-kumpannija imma qed iħallas għalih bl- esklussività l-gvern - u minflok jordna r-riċerki jagħmel ir-riċerki hu.", "Sakemm joqgħod iħares u jikkopjahom b'idejh, dan jista' jagħmlu wkoll, imma m'għandux jippretendi li juża l-photocopier tal-gvern biex jagħmel xi 50 photocopy b'xejn u jagħmel ir-riċerki li ħaddieħor qed iħallas għalihom.", "Allura din serjetà?", "(Interruzzjonijiet) Imma dawn huma riċerki uffiċjali.", "Int qed tirriferi għal xi ħadd li jrid jagħmel photocopy ta' mandat, imma hawn qed nitkellmu fuq riċerki uffiċjali li dejjem kont tħallas għalihom, anke jekk ma kenux uffiċjali.", "Allura jekk għar-riċerki mhux uffiċjali konna nħallsu aħseb u ara kemm għandna nħallsu għar-riċerki uffiċjali - u nirrepeti - li huma garantiti.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi fuq Avviż Legali 261 - u nispera li l- oppożizzjoni ma tivvotawx kontra tagħha - hija li għall-ewwel darba fl- istorja tar-reġistru pubbliku, ir-reġistru pubbliku qiegħed jintrabat li jikkonsenja r-riċerki f'ċertu żmien stipulat.", "M'hemmx għalfejn ngħidilkom li dan it-terminu ma kienx jeżisti meta r-riċerki ma kenux uffiċjali.", "Ir- riċerki uffiċjali ma kenux isiru u tant ma kenux isiru li meta kien ikun hemm min jitlob li r-riċerka tkun uffiċjali biex jippreżentaha l-qorti, kienu jgħidulu li rċevew l-applikazzjoni tiegħu taħt sezzjoni 28 u 30 tal- Public Registry Act, \"however these sections do not establish any time limits within which such services are to be delivered.\"", "U kienu jħalluh lampa stampa sakemm fl-aħħar dan tant kien jixba' jistenna li kien ikollu jaqleb għas-sistema mhux uffiċjali.", "Dik kienet l-unika alternattiva li kellu.", "Skond dan l-avviż legali uħud mit-timeframes li fihom iridu jsiru r- riċerki se jiġu ntrodotti immedjatament, oħrajn fi ftit xhur oħra u hemm id- dati meta se jiġu ntrodotti.", "Ir-riċerki ta' testmenti jridu jkunu lesti fi żmien sebat ijiem tax-xogħol u riċerka dwar kuntratti trid tkun lesta fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.", "Jien informat li llum on average qegħdin jiġu konsenjati f'inqas minn ġimgħa, in six or seven running days għalkemm hawnhekk hawn stipulat għaxart ijiem tax-xogħol.", "(Interruzzjonijiet) Kemm qed insiru effiċjenti aħna b'din ir-riforma li rnexxielna nagħmlu aħna u li intom ma rnexxilkomx tagħmlu!", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern qiegħed joffri din il-garanzija.", "Naturalment m'hijiex garanzija assoluta jekk ikunu riċerki twal ħafna, però xorta waħda d-direttur irid jagħti spjegazzjoni:", "\"May on good cause being shown not adhere to such time periods and shall inform the applicant.\"", "Jiġifieri d-direttur irid jinforma lill-klijent, mhux ma jkunx jaf x'sar mir-riċerka tiegħu.", "Id-direttur irid jgħidlu li fil-każ tiegħu nqalgħet xi ħaġa kkomplikata jew inkella tant hemm kuntratti li jridu joħorġu fir- riċerka tiegħu li mhux se jżommu ma' dik id-data.", "Irid jagħtih raġuni għaliex.", "Hija xi ħaġa ħażina li qed norbtu lilna nfusna li nosservaw ċerti termini?", "Meta jkollok riċerka u trid tagħmel updating ta' ċertu żmien, hemmhekk iċ- ċertifikat irid jiġi kkonsenjat fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.", "Imbagħad meta għandek il-matching, jiġifieri meta jkollok riċerki mhux uffiċjali bis- sistema l-antika u int trid taqlibhom mis-sistema mhux uffiċjali għas- sistema uffiċjali.", "Dan għamilnieh ħalli r-riċerki antiki li ġew akkumulati maż-żmien fil-konfronti ta' diversi nies ma jintremewx.", "Min jafda dawn ir- riċerki jista' joqgħod fuqhom għax għadhom validi, imma min irid li jkollu t-timbru ta' l-uffiċjalità, fl-avviż legali qegħdin ngħidu li għal dak il- każ jiċċekkjawhomlu u flok Lm1.20 jħallas 18c għal kull matching li jsir.", "U dawk ir-riċerki antiki, li akkumulaw matul iż-żmien, u li mhumiex uffiċjali jistgħu jsiru uffiċjali.", "Hemmhekk qegħdin nagħtu l-garanzija li jridu joħorġu within seven working days.", "Hemm xi ħaġa ħażina li għamilna hekk f'dan l-avviż legali?", "Interessanti li ħadd mill-oppożizzjoni ma kellu l-kirjanza li fil-kritika tiegħu għallinqas isemmi dan il-fatt pożittiv li aħna ntroduċejna f'dan l-avviż legali.", "Mr Speaker, din is-sistema lanqas ma hija perfetta u kull suġġeriment li hemm dwar kif nistgħu ntejbu l-aspett amministrattiv tas-sistema l-ġdida, aħna se nikkonsidrawh.", "Fil-fatt fis-6 ta' Jannar il-kunsill notarili għamel l-annual general meeting tiegħu, fejn ma kkritikax it-tariffi, però kkritika ċerti affarijiet u ħafna minn dawn il-proposti ġew aċċettati.", "Per eżempju qabel kienu jagħtuhom l-indiċi lura għal 90 ġurnata, dan ġie estiż għal 180 ġurnata, u wara li kienu ġew ikellmuni xi nutara, mill-1999 meta sar il-ftehim - mela qabel l-1999 għandhom l-indiċi manwali li n-nutara kollha jistgħu jmorru jiċċekkjaw b'xejn - dawn jistgħu anke jiċċekkjaw fuq il-computer u joħorġu b'xejn in-numri tar-riċerki.", "Naturalment dawk li jordnaw iridu jħallsu tagħhom però dan l-aċċess jeżisti.", "(Interruzzjonijiet) Ta' qabel l-1999 jistgħu jmorru jiċċekkjawh b'mod manwali.", "Għandhom dritt imorru jarawh, li m'għamilniex huwa indiċi manwali mill-1999 sal-lum, għaliex inkella nitilfu l-kontroll.", "Veru li hemm ħafna nutara li qed jinsistu għalih għax qed jgħidu li jista' jinqata' d-dawl, però naħseb li għal dan hemm soluzzjonijiet oħra.", "Dan jista' jsir, jinżamm under lock and key, imbagħad jekk ikun hemm bżonn wieħed imur u jiċċekkja.", "Però għandna nassumu li d-dawl ma jinqatax u l-computer jaħdem, u jekk ikun hemm ħamest ijiem jew sitt ijiem f'sena li dan jiġri m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu l-affarijiet manwali wkoll minflok bil-computer sempliċement għax jista' jinqata' d-dawl ħames darbiet f'sena jew anqas, jew inkella għax jista' jiġrilu xi ħaġa l-computer.", "Jien informat li jekk int, per eżempju, tmur illum - il-Ġimgħa - in-noti li jkunu daħlu sa l-Erbgħa int tkun tista' tarahom fuq il-computer.", "Veru li jifdal jumejn imma qabel hekk kienet is-sistema wkoll.", "F'dawk il-jumejn la kont issibhom fl-indiċi manwali sakemm jidħlu u lanqas fuq il-computer, imma tmur tfittixhom waħda waħda.", "Jekk tgħidli li qabel kont iċċempel lil xi ħadd u jidħol nhar ta' Ħadd biex jagħmillek din ir-riċerka, allura ngħidlek li din jew se nagħmluha uffiċjali jew le.", "Jiġfieri s-sistema mhux uffiċjali kellha xi vantaġġi wkoll, li kulħadd ikollu l-impjegat tiegħu hemmhekk li jċempillu l-Ħadd u jgħidlu jagħmillu l-updating.", "Imma issa jew se nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà u se nagħmluhom f'ħinijiet uffiċjali u b'riċerka uffiċjali jew inkella nibqgħu bis-sistema l-antika, li kulħadd jaħdem għal rasu.", "Naħseb li l-Onor.", "Gulia jaqbel li jekk se nagħmlu r- riċerka uffiċjali r-reġistru pubbliku jrid jagħlaq il-Ħadd ukoll.", "Jien inwiegħed lill-Kamra li din ir-riforma mhux se tieqaf hawn imma se tkompli.", "L-akbar riforma li se nagħmlu hija li noħolqu reġistru ċentrali wieħed.", "Ma jistax ikun li jkollna żewġ reġistri; ir-reġistru ta' l-artijiet li jirreġistra l-artijiet u mhux il-persuna, li s'issa jkopri biss bejn wieħed u ieħor 3% tat-territorju nazzjonali kollu, imbagħad ikollna s-sistema ta' riċerka bbażata fuq il-persuni.", "Tajjeb li nżommuhom it-tnejn imma nżommuhom it-tnejn f'reġistru wieħed.", "U biex dan jirnexxi, biex ikollna aktar ċertezza tat-titolu se nressqu quddiem dan il-parlament - diġà għandna l- ewwel draft - liġi li biha nħassru l-Public Registry Act u l-Land Registry Act, nagħmlu s-Central Registry Act u t-territorju nazzjonali kollu - mhux 3% minnu - jsir registration area.", "Dan hu l-bidu ta' proċess twil.", "Ma nimmaniġanwx li f'ħakka t'għajn se nirreġistraw il-proprjetajiet kollha ta' Malta, imma se nibdew il-proċess mhux biss billi nagħmlu Malta kollha registration area fl-iqsar żmien possibbli, imma li jkollok iċ-ċertezza tat-titolu.", "Jiġifieri ladarba int tirreġistra l-porprjetà tiegħek u jgħaddi perjodu ta' żmien - l-aktar li qed jipproponulna huwa għaxar snin - ħadd ma jista' jikkontesta t-titolu tiegħek wara għaxar snin.", "Jekk jikkontestah wara dawk l-għaxar snin se noħolqu mekkaniżmu - għad irridu naraw jekk hux il-qorti inkella imħallef - li jiddeċiedi l-kwestjonijiet hu.", "B'hekk ma jkollniex għalfejn niddependu aktar fuq is-sistema ta' persuni u mhux persuni, għalkemm din xorta waħda tibqa', imma int se tkun taf, per eżempju, 1 Main Street Balzan ta' min hu, u mhux irrid nistaqsi min hu s-sid biex niċċekkja jekk hux veru dak hu s- sid ta' 1 Main Street Balzan.", "Din hi biċċa uġigħ ta' ras kbira però naħseb li se jirnexxilna naslu għaliha b'rieda tajba u b'konsultazzjoni ma' kulħadd.", "Jekk dan jirnexxi nkunu għamilna akkwist kbir.", "Sur President, il-membri ta' l-oppożizzjoni semmewlna dwar il- konsultazzjonijiet.", "Ħa nkun onest u ngħid li ma kkonsultajniex ma' min kien jopera s-sistema mhux uffiċjali.", "Ma dehrilniex li għandna nikkonsultaw ma' dawk biex indaħħlu s-sistema uffiċjali.", "Però sa mill-1995 il-gvern kien diġà esprima ruħu mal-kunsill nutarili dwar ix-xewqa li jdaħħal din is-sistema.", "Din is-sistema ma ġietx introdotta llum imma f'Ottubru ta' l-1999.", "Dak il-ftehim poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra sena u ħames xhur ilu u ħadd ma għamel mozzjoni biex jikkritikah.", "Lanqas meta emendajnieh ftit u erġajt poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Peress li kien hemm min qal li dak il-kuntratt ingħata b'direct order u mhux direct order, jien infakkar li dak il-ftehim sar ma' dik il-kumpannija għaliex diġà kellha parti mix-xogħol tal-komputerizzazzjoni ta' l-insinwa lest.", "Dan l- aċċess kien ingħata lilha u anke lil min ried - skond dawk il-minuti li qrajt - minn Frar ta' l-1996.", "U dak il-ftehim kif ukoll it-tariffi li ssemmew fih mhux biss ġew approvati mill-ministru tal-finanzi imma wkoll mill-Kabinett sena u ħames xhur ilu.", "Però minn mindu beda jopera dak il- ftehim kull darba li nqalgħet xi diffikultà kien hemm konsultazzjoni kemm mal-kunsill nutarili kif ukoll ma' nutara individwali.", "Issa qed nifformolaw il-complaints form ħalli min għandu xi lment ġustifikat fuq is- sistema jagħmlu u dan nikkonsidrawh.", "Per eżempju, jekk bank jordna bulk ta' photocopies ta' nota huwa aċċettabbli li l-prezz ma jkunx daqskemm li kieku wieħed jordna ħamsa biss.", "Dan f'kollox jidħol il-bulk-buying, jekk tixtri bil-ħafna l-prezz ikun irħas minn dak li suppost.", "In-nutara ilhom jitolbuna li jkollhom aċċess għall-common database.", "Il- common database huwa d-dettalji dwar individwi, anke għaliex jekk se nittrattawhom ta' uffiċjali pubbliċi nemmen li dan l-aċċess għandu jingħata.", "Issa nagħmlu diskussjonijiet u naraw jekk hemmx xi problemi legali imma jekk m'hemmx, jien lest li nagħti dan l-aċċess għall-common database.", "Jiġifieri li jiġi xi ħadd quddiemek u jgħid li huwa Tizju jew Sempronju u int qed tagħti aċċess lin-nutar għall-informazzjoni li għandu l- gvern biex żgur jaċċerta ruħu li dak il-kuntratt qed isir minn dik il- persuna li qed tgħid li hi Tizju jew Sempronju u li joħorġu d-dettalji kollha, għax mill-identity card ma joħorġux id-dettalji kollha fil-konfront ta' persuni.", "Dan hu salvagward għan-nutar stess.", "Ġieli saru kawżi kontra nutara minħabba li xi ħadd jgħid li hu Mr. X u fil-fatt ikun Mr. Y, speċjalment fil-konvenji għax dawn isiru ħafna aktar bl-għaġġla milli jsiru l-kuntratti.", "Jiġifieri anke dik beħsiebna nittekiljaw.", "L-istess, meta l-indiċi jkun komputerizzat għall-perjodu qabel l-1999, kif dalwaqt se jkun, li sal-lum in-nutar għandu aċċess għalih manwalment, kemm hu kif ukoll l-aġenti tiegħu, huwa l-ħsieb tagħna li n-nutara u l- aġenti tagħhom jkollhom aċċess on line għalissa mir-reġistru pubbliku, imma maż-żmien nisperaw anke mill-uffiċini tagħhom stess.", "Jiġifieri mill- uffiċċju tiegħu stess ikun jista' joħroġ in-numri u mbagħad ikun irid imur jordnahom fir-reġistru pubbliku.", "Imma ma nippretendux li dan is-servizz ġdid ikun bla ħlas.", "Jiġifieri sakemm ikun manwalment imur u jarah b'xejn, imma meta nagħmlu l-komputerizzazzjoni ta' l-indiċi u jkollu aċċess liberu għal dawk l-indiċi, jiġifieri se nagħtu servizz li qatt ma kien jeżisti qabel, li tagħfas il-buttuna int stess u joħorġu n-numri, ħadd m'għandu jippretendi li dan is-servizz ikun b'xejn ukoll.", "Sur President, tajna b'xejn ukoll - għax ħallas għalih il-gvern - servizz ta' credit card lin-nutara.", "Sar ftehim ma' bank partikolari li bih flok li n-nutar joqgħod iġorr il-flus biex iħallas ir-riċerki ...", "(Interruzzjonijiet) Le, anke kieku ma sarux dawn it-tariffi xorta waħda dan is-servizz huwa tajjeb.", "Flok li nutar joqgħod iġorr il-flus biex iħallas ir-riċerki - u nisperaw li nestenduha għall-ħlas tat-taxxa fuq il-boll li fl-aħħar budget naqset u mhux żdiedet, minn 7% naqset għal 5%, u anke għall- fees tal-land registry - in-nutar jkun jista' jħallas bil-credit card.", "Dan is-servizz tal-credit card, li l-Onor.", "Gulia qed jgħidilna li se jkun umiljanti, tajnihulhom b'xejn.", "Dan il-ftehim sar fit-3 ta' Frar u naturalment għadu m'għaddiex żmien biżżejjed biex naraw jekk dan is-servizz irnexxiex.", "Jien naħseb li jirnexxi u l-plastic money jibda jidħol ukoll fid-dipartimenti tal-gvern.", "Sal-lum hawn wisq cash points fid-dipartimenti tal-gvern u se nipprovaw innaqssuhom.", "Sur President, b'idejja fuq il-kuxjenza ngħid li għamilna riforma tajba.", "M'hijiex l-aħħar riforma li se nagħmlu imma se nkomplu nbiddlu.", "Bħalma jiġri f'kull bidla, taqlagħha dejjem għaliex tiġi kkritikat minn dawk in- nies li kienu mdorrijin b'sistema antika u issa l-ġdid jissusspettaw fih, u tiġi kkritikat ukoll minn dawk li meta ma kien isir xejn ma kenux jitkellmu u issa għax qed isir xi ħaġa dejjem jikkritikaw li jridu aktar u aktar.", "Nittama li fis-snin li ġejjjin inkunu nistgħu nissodisfaw kemm lil dak li jara li biddilna wisq affarijiet u kemm lil dak li jaħseb li ma biddilniex biżżejjed.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hemm permess biex dawk id- dokumenti li semma l-Ministru jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Onor.", "Gavin Gulia biex jekk jogħġbu jikkonkludi dan id-dibattitu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr. Speaker, segwejt b'attenzjoni d-dibattitu kollu għax prattikament kont preżenti mill-bidu sa l-aħħar ta' din il-maratona ta' tlett ijiem fuq din il-mozzjoni.", "Sfortunatament kien hemm devjazzjoni mill-iskop prinċipali tal-mozzjoni.", "Meta smajt lill-Ministru Tonio Borġ jiddefendi l-pożizzjoni tal-gvern fuq dawn iż-żidiet fit-tariffi ħassejt li qisu qed jagħmel il-winding-up fuq xi abbozz ta' liġi li waqqaf il- kumpannija Eureka.", "Għaliex aktar smajna difiża dwar il-meriti ta' din ir- riforma li wettaq il-gvern Nazzjonalista milli difiża fuq ir-raison d'être tat-tariffi li fil-fatt għolew.", "Qualsiasi skuża li qajjem il-Ministru Tonio Borġ rigward it-tariffi ma treġix.", "U se nuri bil-provi għalfejn ma treġix.", "Illum m'aħniex qed niddibattu ż-żieda fit-tariffi fil-qrati tal-ġustizzja fejn niftakru li konna l-Onor.", "Anġlu Farrugia, l-Onor.", "Jose' Herrera u l- avukati kollha fuq din in-naħa nattakkaw lill-gvern fuq iż-żieda tat- tariffi fil-qrati tal-ġustizzja, meta kienu ħallew lill-Onor.", "Austin Gatt waħdu, għaliex l-avukati ta' faċċata, deputati Nazzjonalisti li jaħdmu fil- qrati, stħaw jiddefendu lill-ministru tal-ġustizzja.", "Illum għamlu naqra ta' progress, illum ma ħallewx lill-Ministru Tonio Borġ waħdu għax dalgħodu tkellem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici u l-bieraħ tkellem l-Onor.", "Jason Azzoppardi u l-Onor.", "George Pullicino, għalkemm lanqas hu avukat imma huwa perit.", "Tkellmu żewġ avukati li għalkemm indirettament se jiġu affettwati wkoll b'dawn it-tariffi - u r-raġuni għalfejn l-Onor.", "Anġlu Farrugia ffirma l-mozzjoni miegħi kienet għaliex l-avukat għandu interess ukoll peress li r- riċerki jeffettwaw ukoll ċertu xogħol li jsir fil-qorti - però huwa interessanti l-fatt li l-ebda nutar fuq in-naħa tal-gvern ma kkontribbwixxa għal dan id-dibattitu.", "Dan l-atteġġjament huwa sintomatiku għaliex in-nutara li huma deputati tal-gvern ma jaqblilhomx jitkellmu għax bħalma qalu \"Aħħ!\" in-nutara li m'humiex membri ta' din il-Kamra, in-nutara li huma membri ta' din il-Kamra wkoll qalu \"Aħħ!\" għax huma nutara.", "U aħna nafu li fost dawk li ffirmaw xi petizzjonijiet u dikjarazzjonijiet - ma rridx li noqgħod nistrumentalizza politikament u mhux se noqgħod insemmi ismijiet - kien hemm nutar deputat tal-Partit Nazzjonalista li qiegħed hawnhekk fil-parlament.", "Dan mhux qed ngħidu biex nimbarazzah imma għax huwa stat ta' fatt. U aktar milli jgħidu \"Aħħ!\" in-nutara għax il-burden tagħhom veru żdied - għax huma l-ewwel li jridu jdaħħlu jdejhom fil-but u joħorġu l-flus, imbagħad jitħallsu mill- klijent - imbagħad hemm l-aspett soċjali li pprovaw jirredikolawh tan-naħa l-oħra, għax at the end of the line hemm il-konsumatur.", "U l-konsumatur se jkollu jħallas għal dan il-piż, tariffa, taxxa, call it what you like!", "Fl- aħħar mill-aħħar il-konsumatur Malti u Għawdxi jrid jinqeda mir-reġistru pubbliku u jrid ideffes idejh fil-but u dejjem aktar fil-fond sabiex iħallas għal dan il-piż.", "Irrid nibda b'argument politiku għaliex il-bieraħ l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel riferenza għal xi laqgħa li kont żammejt jien ma' rappreżentanti ta' l-Eureka.", "L-ewwel għamel ċertu preambolu fejn qal li \"Gavin Gulia dħuli, simpatiku, nammiraw l-entużjażmu tiegħu\", u jien se nagħmel l-istess ħaġa.", "Għandna lill-Onor.", "Jason Azzopardi simpatiku, dħuli u entużjast, iżda meta jiddeskrivi din il-mozzjoni bħala waħda intellettwalment diżonesta jkun qed jgħajjar lin-nutara li huma intellettwalment diżonesti.", "Jekk qed jaħseb li l-oppożizzjoni hija waħedha fuq din il-mozzjoni, li aħna iżolati u li aħna qbadna u għamilna din il-mozzjoni sabiex nagħmlu kapital politiku, qiegħed jiżbalja.", "Meta jiġi jgħid li aħna ppreżentajna mozzjoni intelletwalment diżonesta, jew qiegħed intenzjonalment jipprova jiżvija lil din il-Kamra dwar l-\"Aħħ!\" li qegħdin jgħidu n-nutara barra - u bħala membru tal- professjoni legali he should know better - jew inkella huwa maqtugħ mir- realtà li qegħdin jiffaċċjaw in-nutara.", "Aħna sorretti mill-appoġġ ta' kull nutar fuq din il-kwestjoni, fosthom deputat Nazzjonalista.", "Sur President, kien hemm dak l-affidavit li jien verament iddispjaċieni li l-ministru ħa r-responsabbiltà politika li jippreżentah għax il-ministru qisu jrid jattakka ruħu miegħu u fl-istess ħin jiddistakka ruħu billi qal li dak hu fil-mertu tiegħu.", "F'risposta għal interpellanza parlamentari f'Jannar qal li kellu bżonn dokument li juri li kien hemm xi taħdidiet għaddejjin.", "Però l-fatt jibqa' li l-ministru kellu jasal biex jipprova jakkwista affidavit mingħand iż-żewġ operaturi ta' din il-kumpannija għaliex fil-ministeru u fid-diversi dipartimenti ma sab proprju xejn.", "U din jagħtihielna l-ministru stess, f'risposta li ta għall-interpellanza parlamentari magħmula mill-Onor.", "Charels Mangion.", "Il-ministru ta' l-intern qal hekk:", "\"Sadanittant kienu nbdew taħdidiet mill-gvern preċedenti ma' l-Eureka Services Ltd.", "Dawn it-taħdidiet komplew u kienu fi stadju avvanzat sa lejliet l-elezzjoni\".", "Hekk qal il-ministru f'dik ir-risposta parlamentari.", "L-Onor.", "Mangion reġa' staqsa min irrappreżenta lill-gvern f'dawn it- tadidiet fil-perjodu indikat, kemm saru laqgħat mal-gvern preċedenti, jekk inżammux minuti tat-taħdidiet u x'kien l-eżitu tagħhom.", "Kien hemm xi taħdidiet mill-gvern preċedenti ma' xi kumpannija oħra?", "U l-ministru reġa' wieġeb:", "\"Ninsab informat li l-minuti tal-laqgħat indikati mill-Onor.", "Interrpellant ma nstabux minkejja li ġew imfittxija fil-files tal- ministeru konċernat ta' dak iż-żmien.\"", "- nifhem li l-ministru għandu problema għax irid jirrikorri għall-ministeru tal-ġustizzja -", "\"Għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant għalkemm reġa' ġie kkonfermat lili li attwalment dawn il-laqgħat kienu saru.\"", "Imma Onor. Ministru, meta int tgħid \"sa lejliet l-elezzjoni\", kif taqa' fuq dokument li jridu jagħmluhulek min għandu interess vestit f'din il- kwestjoni, jiġifieri n-Nutar Tabone u l-Avukat Cassar?", "Possibbli ma staqsjetx lill-uffiċjali tal-ministeru tal-ġustizzja?", "Per eżempju ma staqsejtx lis-segretarju permanenti fil-ministeru tal-ġustizzja biex tara l-affarijiet?", "U mela jiġu jagħtuk affidavit - jew tlabtulhom int - qabel ma ġejna hawnhekk biex nitkellmu fil-parlament mingħand nies li ċertament għandhom interess vestit u nies li ċertament ma jixtiqux jimbarazzawk, Ministru!", "Wara kollox int tajtulhom il-monopolju għal għaxar snin.", "U għalhekk jien ngħidlk li int ħadt ir-responsabbiltà politika li tpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, mentri kulma kellek bżonn tagħmel huwa li ċċempel lis-Sur Godfrey Demarco ħalli tiċċekkja miegħu.", "Dak l- affidavit huwa ineżatt bil-provi għaliex jgħid li għal dik il-laqgħa li nżammet f'April ta' l-1998 kien hemm preżenti s-Sur Vincent Attard, li kien is-segretarju personali tiegħi, però ma jsemmix li kien hemm ukoll is- segretarju permanenti għal dik il-laqgħa.", "Imbierek Alla dawn jiftakru x'għedt eżattament jien f'dik il-laqgħa, li kelli l-go-ahead biex nixtri database - dan li ġara tliet snin ilu jiftakruh - però mbagħad ma jiftakrux li kien hemm preżenti s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-ġustizzja.", "Jien ma nixtieqx li nsemmi nies li m'humiex qegħdin hawnhekk imma sfortunatament, ġaladarba ġie esebit dan l-affidavit, kont nippretendi li meta l-ministru ngħata affidavit bħal dan, qabel ma jieħu r-responsabbiltà politika li jaqbad u jixħtu fuq il-Mejda tal-Kamra - ħalliha li ma ppreżentahx hu, imma kien se jippreżentah hu llum xorta waħda, imma ppreżentah l-Onor.", "Jason Azzopardi għax il-bieraħ bdejt insusu jien - kellu almenu jċempel lis-segretarju permanenti ħalli jgħidlu jekk intqalx id- diskors - għax jien kellimtu dalgħodu stess - li jien għandi l-go-ahead, blank cheque addirittura, mill-Prim Ministru Dr Alfred Sant - ma nafx kif jidħol Dr Sant f'din il-ħaġa – biex jixtri.", "Issa dan mhux affidavit politiku!", "Mhux talli hekk talli ntqalu affarijiet oħrajn.", "Per eżempju, intqal li l-Onor.", "Charles Mangion irriżenja u minfloku ġie appuntat il-Ministru Gavin Gulia, \"u wara diversi laqgħat ma' uffiċjali tad-dipartiment u mal-kummissjonijiet appuntati għal dan il-għan\" iltaqgħu miegħi, biex taparsi jagħtu l-impressjoni li kien hemm xi kontinwita'.", "Ara xi spin dik!", "Ladarba f'dan l-affidavit qiegħed jingħad li nżammu diversi laqgħat ma' uffiċjal tad-dipartiment u mal-kummissjonijiet appuntati għal dan il-għan, il-ministru ta' l-intern ma ħassx li kellu jpoġġi f'dawn it- tlett ijiem sħaħ il-minuti tal-laqgħat li saru ma' uffiċjali tad- dipartiment u mal-kummissjonijiet appuntati?", "L-uniku dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kien l-affidavit ta' min ħa monopolju għal għaxar snin, xi ħaġa inkredibbli.", "Dan huwa każ, kif ngħidu bil-Malti, fejn inti tħokkli dahri u jien inħokklok dahrek!", "Inti tajtni l-monopolju, issa qed tiġi attakkat mill-oppożizzjoni fuq it-tariffi li żdiedu, u allura nagħmillek affidavit ħalli jkollok fuqhiex tirribatti l-kritika ta' l-oppożizzjoni!", "What is unfair about it din hija illi dan l-affidavit tlesta qabel beda dan id-dibattitu u qabel seta' jitkellem xi ħadd mill-oppożizzjoni fuq l- operat - jekk kien se jkun hemm diskors fuq l-operat ta' l-Eureka, għax hawnhekk il-mozzjoni li għandna qed tittratta t-tariffi u mhux l-operat ta' l-Eureka ...", "Meta tara dawn l-affarijiet tinduna li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq relazzjoni kummerċjali bejn il-gvern u s-subcontractors imma qed nitkellmu fuq relazzjoni intima.", "Per eżempju, dawn jgħidu li aħna kapaċi nsemmu l-Eureka u allura jlestu affidavit ħalli fil-każ iqegħduh fuq il-Mejda tal-Kamra għax ma sabux li kien hemm xi negozjati.", "Jien oġġezzjonajt bl-ikrah għax dawn ipprovaw jagħtu l-impressjoni li jien kelli xi go-ahead blank cheque minn Dr Alfred Sant biex nixtri d- database.", "Issa jien nistiednu jkellem lis-segretarju permanenti.", "Apparti minn hekk, jien stajt ukoll nippreżenta affidavit tas-Sur Vincent Attard, li kien segretarju personali tiegħi u ħadem verament bil-qalb fil- ministeru, imma jien inħobb inkun prudenti u ma nħobbx noqgħod nimbarazza lin-nies.", "Kulma ngħid huwa li meta s-segretarju personali tiegħi mar lura f'postu wara li tlifna l-gvern, ma tantx ġie milqugħ tajjeb għax bagħtuh f'kamra ma jagħmel xejn fid-dipartiment fejn kien qabel.", "Irrid inkun verament imprudenti biex nitolbu jagħmel affidavit lis-Sur Attard.", "Kif igħidu ̧ piu' di cosi si crepa, u aħna għalhekk qmosna meta rajna dan l- affidavit għax dan kien affidavit purament politiku.", "Pero' issa ladarba n- Nutar Tabone ddeċieda illi huwa stess jidħol fil-mischia, allura ma jiddejjaqx jekk aħna ngħidu li kien imn'Alla li l-ministru tah monopolju għal għaxar snin.", "Aħna nafu li ta' l-Eureka kienu nkwetati li l-gvern ma jmurx jobsqilhom mis-sunnara fuq dan il-kuntratt, għax dan kien ilhom jitħabtu għalih minn żmien l-Avukat Joe Fenech, u mbagħad kompla l-Ministru Refalo u wara kellmu lilna.", "Aħna nafu wkoll illi ntefqu għexieren ta' eluf ta' liri sabiex jagħmlu dan l-investiment ta' l-Eureka.", "U x'kien se jiġri kieku ma ħaduhx?", "X'kien se jagħmel Tabone?", "Joqgħod jittewweb!", "Issa ħadu l-kumpens għax il- kuntratt ingħata għal għaxar snin.", "Per eżempju, il-gvern Laburista żgur ma kienx jagħtih b'dak il-mod il-kuntratt għax il-gvern qisu xtara d-database u reġa' tahielu lura biex iħaddimha.", "(Interruzzjonijiet) Jien lill-Onor.", "Tonio Borg ma nterrompejtux u allura nitolbu jħallini nitkellem.", "Jekk jidhirlu li jien qed ngħid illi l-qamar jitla' filgħodu, għandu jieħu paċenzja għax hu ġieli qal li x-xemx titla' bil-lejl!", "Għalhekk għandu jieħu paċenzja bija għax jien ma nterrompejtux.", "Pero' huwa fatt illi kien hemm interess u kien hemm lobbying qawwi.", "Per eżempju, meta jien kont ministru tal-ġustizzja kien hemm lobbying qawwi għall-Eureka.", "Naf ukoll illi ntefqu ħafna u ħafna u eluf ta' liri sabiex l-Eureka tagħmel dak l-investiment.", "Mhux ta' b'xejn illi l-Eureka ddeċidiet li tagħmel dan l-affidavit!", "Per eżempju, meta sieħbi l-Onor.", "Anġlu Farrugia semmiha din, jien kont nippretendi li joħorġu stqarrija.", "Jien ma nafx kif il-ministru kellu fil-pussess tiegħu affidavit qabel tkellimna aħna.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Meta jsiru dawn l-affarijiet titnissel sfiduċja u jien personalment ħassejt li tlift il-fiduċja.", "Dawn huma nies illi narahom kuljum u meta kont ministru tal-ġustizzja u talbu li jkellmuni kellimthom.", "Allura mbagħad jittrattawna hekk?", "Pero' ħalli nitilqu mill-punt politiku u mmorru fuq is-sustanza tal-mozzjoni.", "It-tariffi żdiedu u mhux billi jiġi l-ministru jgħidilna li m'hemmx ma fejn tqabbel.", "Hemm żewġ fażijiet ma' fejn tqabbel.", "Mela hemm dik il-fażi li jgħid il-ministru u jgħidu l-kelliema tal-gvern li ma tistax tqabbel ...", "Għaliex x'tariffa kien hemm qabel ma saret din ir-riforma f'Ottubru ta' l- 1999?", "Iva, kulħadd jaf li r-reġistru pubbliku kien qisu Alla għalih.", "Kulħadd kien jaf illi kien hemm speċi ta' cartel – it was an open secret, ħalli ngħiduha ċara u tonda – imma dan kien stat ta' fatt u n-nutara b'dak is-servizz li kien hemm .....", "Ma kienx servizz ħażin, ħa nitkellmu biċ-ċar, imma żgur li ma kienx servizz legali.", "Kienet prattika uffiċjuża aktar milli legali u sia l-gvernijiet Nazzjonalista preċedenti u sia l-gvern Laburista rrikonoxxew dik is-sitwazzjoni.", "Min jaf kemm-il darba din tkellimt dwarha ma' Dr Godwin Grima, – bħalissa qed narah quddiemi - u mad- direttur tar-reġistru pubbliku ta' dak iż-żmien u mas-segretarju permanenti.", "Naf li l-predeċessur tiegħi u naf ukoll li l-Avukat Joe Fenech għamlu l-istess, għax din kulħadd kien jirrikonoxxiha.", "Pero' meta jgħidu li qabel ma kien hemm xejn ma jkunux qed jgħidu l-verita' għax qabel kien hemm speċi ta' charge - biex ma nsejħulhiex tariffa, għax tariffa hija xi ħaġa legali imposta – u allura tista' tipparaguna kif saret it-tariffa fl- 1999 ma' dak li kien hemm qabel; u tista' tqabbel aktar u aktar illum li żdiedu dawn it-tariffi ma' dak iż-żmien ta' l-1999.", "Pero' ħalli għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li qabel l-1999 ma kienx hemm tariffa uffiċjali.", "Imma allura ma nistgħux inqabblu t-tariffa kif kienet f'Ottubru ta' l-1999 ma' kif inhi proposta u għaddiet bil-legal notice illum?", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qed jgħid li qabel ma kienx hemm il-garanzija u issa hemm il-garanzija.", "Kollox sew imma almenu għandek tagħmilli dak il-paragun.", "Pero', fejn tidħol it-tariffa, il-paragun m'għandekx tagħmiluli uffiċjali u bil-garanzija għax qabel ma kenitx hekk.", "Irridu nqabblu tariffa ma' tariffa u garanzija ma' garanzija, għax at the end of the day il-konsumatur mhux se toqgħod tgħidlu għax qabel din ma kenitx uffiċjali u garantita.", "Il-konsumatur x'jimpurtah minn dawn l- irqaqat!", "At the end of the day il-konsumatur jimpurtah biss mis-servizz li jkun qed jieħu.", "Sur President, naf li l-ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti.", "Jien mhu se nqiegħed l-ebda dokumenti għax lili kellmuni xi periti, imma nimmaġina li l-ministru jemmen dan li qed ngħid jien.", "Per eżempju, f'Ottubru ta' l-1999, jiġifieri meta s-sistema ma kenitx qed taħdem b'mod manwali, biex tagħmel riċerka kont trid tħallas bejn wieħed u ieħor Lm3.", "Quddiemi għandi kont ta' sitt searches, kont li jammonta għal Lm20.88 u kont ieħor ta' żewġ searches li jammonta għal Lm12.", "Mela allura t-tariffi veru żdiedu.", "Issa jekk din taħdimha proportionately u tagħmel sitt searches bis-Lm6-il waħda, minflok Lm20 se jiġuk Lm36, żieda ta' Lm16.", "Allura kif tiġi tgħid li lill-konsumatur din ma tagħmillux differenza!", "Anke lin-nutar tagħmel differenza għax dan ikun imdorri li l- ewwel joħroġ il-flus hu ħalli jkun jista' jgħaġġel.", "Tgħid mhux se joqgħod jibgħat lill-klijent biex iħallas ħalli hu, jiġifieri n-nutar, ma jkunx jidher li qed jiċċarġjah ħafna!", "L-istess ngħid għan-noti.", "Jien għandi kont quddiemi ta' 24 nota li f'Ottubru ta' l-1999 kienu jammontaw għal Lm18 u llum bit-tariffi l-ġodda dawn jammontaw għal ftit inqas minn Lm33.", "Jekk qabel sitt riċerki u 24 nota kienu jammontaw għal Lm38, illum dawn jammontaw għal Lm70.", "Din hija żieda ta' kważi 100%.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qal li hekk hemm bżonn.", "Allura din hija ġustifikata?", "(Interruzzjonijiet) Qed igħidu li qabel ma kenux uffiċjali u issa saru uffiċjali u qabel ma kienx hemm garanziji u issa hemm garanzija.", "Allura din hija skuża biex tgħolli t- tariffa?", "Huwa veru li llum għandek profitt u garanzija imma suppost dan huwa gvern ta' ruħ u qalb soċjali!", "Hawnhekk intfajna għall-forzi tas-suq.", "Mhux talli hekk talli fl-agreement illi sar ma' l-Eureka dawn it-tariffi jistgħu jiġu riveduti kull sentejn.", "Issa jien qed nillimita lili nnifsi għax imbagħad ikun hemm il-GPPs, different maternities, different properties eċċ. Ta' min igħid ukoll li t-tariffi tan-notes of hypotech u n-noti ta' l-insinwa żdiedu.", "(Interruzzjonijiet)Il-ministru ma jistax iqum issa u jgħidli li m'għandix raġun għax bqajna fejn konna jew saret addizzjoni żgħira għax dan mhu veru xejn.", "Mr Speaker, jien qed inqabbel like with like.", "Filwaqt li f'Ottubru ta' l- 1999 kont tħallas ftit aktar minn Lm3 għal kull ordni, issa trid tħallas Lm6.", "Fejn qabel nota ta' l-insinwa kienet tiswa 75c, issa saret tiswa Lm1.25.", "Il-Ministru Tonio Borg u n-nutara li hawn hawnhekk jifhmuni imma l-konsumatur li qed jismagħna mhux qiegħed jifhem u allura jkolli nispjega ftit.", "Qabel il-basic charge kienet Lm3 u issa saret Lm6, imma mbagħad aktar ma jkollok noti ta' ipoteka u noti ta' l-insinwa ̧ il-kont jibqa' jiżdied.", "Fejn qabel dan kien jiżdied b'75c fuq kull nota, issa qed jiżdied kważi d-doppju jiġifieri Lm1.25.", "Issa to make matters worse, il-gvern ma jistax jiġbor VAT.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nifhmu wkoll li ż-żieda hija aktar minn 100% għax m'aħniex nikkonsidraw il-VAT.", "Meta l-gvern ma kienx għadu garanti fl-1999, is-75c tan-nota ta' ipoteka u n-nota ta' l-insinwa kienet VAT included, jiġifieri mhux veru kienet 75c imma kienet bejn wieħed u ieħor 64c.", "Ta' min igħid ukoll li meta t-tariffa għollejniha għal Lm1.25 ma kienx hemm VAT inkluża għax is-servizz jingħata mill-gvern.", "Dan kollu jfisser li meta sar il-kuntratt, il-gvern ħaseb għal din it- taxxa wkoll.", "Issa din Allaħares joqgħod jirrevediha kull sentejn, għalkemm it-tendenza hemm qiegħda.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll li fi ftit xhur kellna l-kontribuzzjonijiet tat-tourism authority, lejlet il- budget kellna ż-żieda tat-tariffi tal-qorti – l-Onor.", "Austin Gatt ried ikun differenti minn sħabu għax is-soltu l-miżuri u t-tariffi isiru wara l- budget - kellna żidiet mill-istess ministeru fuq il-building permits u impożizzjoni ta' taxxa fuq il-fringe benefits.", "Issa qed nistennew ukoll taxxi fuq il-parking.", "Barra minn hekk 15,000 taxpayer intalbu biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Hawnhekk wieħed irid jinnota t- timing ta' dawn l-affarijiet kollha.", "U li l-gvern joqgħod jgħidilna li ż- żidiet fuq dawn it-tariffi huma kollha uffiċjali huwa kollu smokescreen.", "Il-vera raġuni hija li rridu nimlew il-ħofra u allura noqgħodu nagħmlu ħafna taxxi ̧ tariffi u piżijiet oħra bl-iskuża tar-riforma.", "Issa jien qed nistenna li bħalma qiegħed jagħmel il-Ministru Austin Gatt fil-qasam tar- qrati, l-istess se jagħmel il-Ministru Tonio Borg bl-iskuża tal- konsultazzjoni.", "Sur President ̧ irrid insemmi wkoll ċerti affarijiet li qed jistunaw.", "Per eżempju, il-ministru ftaħar u qal li għandu back-to-back guarantee.", "Mela għandna l-insurance cover li qed tagħmel id-ditta Eureka, back-to-back mal-garanzija li qed jagħti l-gvern pastaż għall-iżbalji li jistgħu jinqalgħu minn din id-ditta privata.", "Minn din il-garanzija diġa' hemm id- derogi.", "(Interruzzjonijiet) Din hija arroganza oxxena.", "Ħalli nsemmilek żewġ affarijiet.", "Per eżempju, jekk tagħmel riċerka relattiva u jien inkun irrid ir-riċerki tas-Sur Joseph Borg, mhux fuq Malta kollha imma fuq Ħaż- Żebbuġ biss, u jgħiduli li dan f'sena kellu tliet transfers pero' tinqabeż waħda ...", "Jidhirli li n-nutara irċevew ittra mill-kunsill notarili fejn qalulhom illi l-gvern, f'każ li jsir l-iżball, mhuwiex responsabbli.", "Mela jekk, per eżempju, l-Onor.", "Michael Bonniċi jagħmel tliet transfers biex jagħmel riċerka fuq Ħaż-Żebbuġ u jaqbżulu waħda, dan irid joqgħod biha għaliex il-gvern mhuwiex responsabbli għal dak l-iżball li jkun sar f'riċerka relattiva.", "Din hija l-famuża garanzija li qed jagħti l-gvern.", "Pero' l-aktar waħda vili hija illi jekk jien nagħmel ordni lin-nutar tal- gvern by typing u l-impjegati jieħdu żball, xorta waħda rrid inħallas għal dik ir-riċerka żbaljata.", "Jekk, per eżempju, jien nagħmel ordni by e-mail jew by diskette u l-impjegati minflok jagħmlu Gavin Gulia, son of Oliver, jagħmlu Gavin Gulia, son of John, dan il-każ il-gvern jirrikonoxxih, pero' l-każ li semmejt l-ewwel il-gvern ma jirrikonoxxihx.", "Din ma tagħmilx sens u hija arroganza li jkollok tħallas xorta.", "Dawn il-problemi qed jiffaċċjawhom ukoll in-nutara għax qabel dawn kellhom il-privileġġ li jekk iridu dawn, imorru jagħmlu r-riċerka huma manwalment.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' updating irrid ngħid li fejn qabel nutar kellu aċċess assolut, fil-bidu ta' l-Eureka lin-nutara tawhom restricted access sa l-ewwel 90 jum u mbagħad wara li n-nutara kienu pprotestaw, kienu tawluhulhom sa 180 jum.", "Din trid titneħħa għax il-ħin ħadd ma jżommu.", "Allura jekk sal-lum in-nutara ngħataw 180 jum restricted access, aktar ma jgħaddu jiem dan l-aċċess aktar se jiġi ristrett.", "Imbagħad iridu joqgħod jagħmlu r-representations sabiex jerġgħu jagħtuhom aktar żmien.", "Li kieku japplikaw awtomatikament, m'hemmx problema imma din qiegħda discretional mill-Eureka jew mir-reġistru.", "(Interruzzjonijiet) Dawn l- affarijiet qaluhomli n-nutara għax iħossu li huma inġusti u allura din is- sistema trid tispiċċa.", "Din saret għall-iskop ta' profitt għax in-nutar ma kienx iħallas meta jmur hu biex jagħmel ir-riċerka.", "Pero' issa lil dak li jkun joqgħodu jirristrinġulu l-affarijiet ħalli dan ikollu jirrikorri għat-talba lill-Eureka ħalli jagħmlulu r-riċerka huma fuq l-updates.", "Barra minn hekk inqala' wkoll hardship fuq in-nutara għax fejn qabel in- nutar kellu konvenjenza kbira bħalissa x-xogħol hu maqsum bejn żewġ dipartimenti; hemm id-dipartiment mill-aktar skomdu ta' l-uffiċċju li kien l-uffiċċju tal-passaporti u hemm l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku.", "Wara 18-il xahar sħaħ, s'issa għadu ma ġiex kollox taħt saqaf wieħed.", "Naturalment huwa l-iskop tal-gvern li jiċċentralizza imma fil-frattemp x'inhu qed jiġri?", "Mela biex nutar jagħmel update ta' riċerka għall-aħħar 180 ġurnata jista' jmur ir-reġistru pubbliku, pero' mbagħad biex jagħmel update għal qabel l-aħħar 180 ġurnata jrid imur l-uffiċċju tal-passaporti.", "Din qed toħloq inkonvenjent kbir għan-nutara.", "Din fuq l-istess riċerka u fuq l-istess persuna.", "Mr. Speaker, il-ministru qalilna wkoll li fi żmienna diġa' konna qed ninnegozjaw u allura ma ma stajniex insemmu konflitt ta' interessi.", "Ngħid għalija meta kont ministru jien kont żammejt laqgħa waħda u ċertament ma kienx hemm in-negozjati fi stadju avvanzat li semma' l-ministru.", "Fil-fatt lanqas dokument governattiv wieħed ma sab li juri li kien hemm xi forma ta' negozjar.", "Il-ministru qal ukoll li aħna ma nistgħux nitkellmu dwar konflitt ta' interess għax aħna wkoll konna qed niddiskutu magħhom.", "Imma skużi, aħna ma kkonkludejna xejn, u kieku kkonkludejna ma konniex nikkonkludu bil-mod kif ikkonkluda dan il-gvern.", "Mela tajjeb, mela jiena xtrajt id-database u erġajt tajtielhek...", "(Interruzzjonijiet) Hemm l-element tal-privat u l- privat kien ikollu aċċess għall-informazzjoni.", "Per eżempju, ħadd ma kkuntrarja lill-Onor.", "Joe Cilia meta semma' li d-database kienet qegħda fid-dar ta' wieħed mid-diretturi.", "(Interruzzjonijiet) Allura dan qed jagħmel sew?", "U issa fuq kollox għaddejjna l-liġi tad-data protection.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur illi nitkellmu dwar konflitt ta' interess!", "U nitkellmu bid-dritt, u mhux billi ġie l-ministru jgħid li ladarba konna qed ninnegozjaw ma nistgħux nitkellmu dwar konflitt ta' interess.", "Mr Speaker, irrid ngħid li aħna rrispondejna lil tan-naħa l-oħra li pprovaw jiġġustifikaw ir-riforma li għamlu, pero' ma rridux niddevjaw mis- sostanza prinċipali tal-mozzjoni.", "Dan huwa gvern li qed iżid it-tariffi minkejja li qal li m'huwiex se jżid il-piż tat-taxxi.", "Dan huwa gvern li qabel l-elezzjoni kien moħħu fil-qalb u fir-ruħ soċjali u miskina r-ruħ soċjali llum qed tmut b'ritmu mgħaġġel mhux biss permezz ta' miżuri li jitħabbru f'dan il-parlament imma anke permezz ta' avviżi legali.", "Ċerti miżuri fiskali irridu ngħadduhom minn hawnhekk, Mr Speaker, u m'għandniex ninħbew wara l-paraventu ta' l-avviżi legali biex ngħollu t-tariffi b'mod sostanzjali.", "Mr Speaker, din in-naħa spjegat - u l-ministru baqa' ma kkontrarjaniex fuqha – dwar il-mod kif żdiedu t-tariffi.", "Issa l-ministru semma' ma nafx kemm riċerki li kienu taħt Lm20.", "Imma skużi, r-riċerka pparagunaha like with like ma' kif kienet qabel.", "Ir-riċerka m'għandekx tipparagunaha ma' meta ma kienx hemm sistema komputerizzata, jiġifieri meta l-affarijiet kienu jsiru b'mod manwali.", "Żgur li għal min jaħdem fil-qasam legali jew fil- qasam notarili jaf illi kien hemm żieda malli ħadet over l-Eureka.", "Iż-żieda li kien hemm permezz ta' dan l-avviż legali għandha tiġi pparagunata ma' kif kienu l-affarijiet fl-1999.", "Kif semmejt qabel, l-ammonti żdiedu kultant aktar minn 100%.", "Qabel għal nota - u nixtieq nerġa' nenfasizzah dan, għax il-ministru s'intendi ma semmiehx - kont tħallas 75c.", "Issa dawk s-75c kellu l-VAT miegħu, jiġifieri jekk tneħħi l-VAT dan jiġi xi 67c.", "Illum din saret Lm1.25 li tfisser żieda ta' aktar minn 100%.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l-oħra u jgħidu li ma żiedu xejn.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur tiftiehmu biex tgħollu t-taxxi u t- tariffi biex timlew il-ħofra li kienet ħrafa!", "U għandu raġun il-Ministru Dalli 24 siegħa wara l-elezzjoni jgħid li issa rridu nibdew naqtgħu bi snienna.", "Dik żgur ma kenitx gidba, għax qegħdin naqtgħu bi snienna ħalli nimlew il-ħofra li xi darba kienet ħrafa.", "Issa ħalliha li din il-ħofra m'humiex se jirnexxielhom jimlewha, għax minkejja li jintaxxaw kemm jifilħu, l-ispiża pubblika dejjem qed tikber.", "Kemm konna aħjar, Mr Speaker, meta suppost konna agħar!", "Mr Speaker, fi żmien il-budget aħna niġu hawnhekk nagħmlu xi erba' sigħat nisimgħu lill-Ministru Dalli, u mbagħad wara l-budget nibdew naraw ministru wieħed wara l-ieħor joħorġu l-avviżi legali biex iżidu t-taxxi u jgħollu t-tariffi.", "U aħna nagħmlu l-mozzjonijiet sabiex nipprovaw niskonfiġġu dawk l-avviżi legali.", "Aħna nafu li se nerġgħu niġu b'aktar mozzjonijiet ta' dan it-tip għax nafu li tan-naħa l-oħra jridu jkomplu jgħabbu l-poplu b'aktar piżijiet.", "Mr. Speaker, naturalment aħna ħa nivvutaw favur din il-mozzjoni u shame għall-gvern u l-membri tiegħu, inkluż dawk li huma kontra l-miżuri li saru imma li se jivvutaw kontra din il-mozzjoni.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni is-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet għoxrin minuta wara", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Onor.", "Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "300", "FAVUR : 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian| |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu | | | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett | | |Jesmond | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Frar, fis-6:00p.m. b'din l-aġenda", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni – (Tielet Qari).", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq nitkellem rigward esperjenza li għaddej minnha bħalissa bħala segretarju parlamentari responsabbli min-negozji żgħar u mis-self-employed.", "Qed nirriferi għall-fatt li ftit tal-ġranet ilu ntalab li jsir referendum abrogattiv u twaqqaf lobby group li qiegħed jipprova jiġbor biżżejjed firem biex ikun jista' jintalab lill-gvern biex jorganizza dan it-tip ta' referendum.", "F'dan ir-referendum qiegħed jintalab biex jitneħħew artikli 6 u 9 ta' l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u l-Bejjiegħa tat- Toroq.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq ngħid li jekk dawn iż-żewġ artikli f'din il- liġi jitneħħew, in-negozju f'dan il-pajjiż jista' jsir għal 24 siegħa kuljum.", "Jista' jkollna ħwienet li ma jagħlqu qatt ix-shutter tagħhom!", "Ir- referendum abrogattiv dan li qed jitlob.", "B'danakollu, għal korettezza tal- fatti, irrid ngħid li mhux bilfors isir hekk.", "Għalkemm ir-referendum abrogattiv qiegħed jitlob hekk, imbagħad il-gvern jista' jara x'jagħmel biex jimla dan il-vojt.", "Effettivament fl-aħħar tad-diskors tiegħi beħsiebni npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dan id-dokument anke għall-fini ta' storja.", "Se nagħmel hekk għaliex safejn naf jien din hija l-ewwel darba li f'dan il-pajjiż qed ikollna moviment li qed jitlob is-sejħa ta' referendum abrogattiv.", "Id-dokument huwa magħmul minn żewġ formoli, waħda titlob it-tneħħija ta' dawn l-artikli u l-oħra hija speċi ta' formola għall-pubbliku fejn jista' juri x-xewqa tiegħu.", "Għaldaqstant bir-raġun kollu, ħafna jqisu dan bħala dokument wieħed.", "Kif ingħad u nkiteb f'diversi stqarrijiet għall-istampa, dan il-lobby group dejjem donnu ta x'jifhem li jqis dan id-dokument bħala dokument wieħed imma jien inħalli dan il-fatt għall-argumentazzjoni, biex kulħadd ikun jista' jgħid tiegħu.", "Mr. Speaker, dan il-lobby group qed juri x-xewqa li l-gvern almenu jagħmel il-ħinijiet kollha sa l-10.00 p.m. għal kulħadd.", "Mhux biss, imma qegħdin jgħidulu wkoll biex jieħu ħsieb id-drittijiet ta' l-impjegati.", "Kulħadd jaqbel li d-drittijiet ta' l-impjegati tal-ħwienet jeħtieġ li jkunu salvagwardati.", "Jien ngħid li t-talba qiegħda ssir b'ċerta intelliġenza bħal fil-kas ta' min jagħmel il-mediċina fejn il-qares huwa mogħti dehra ħelwa.", "Il-lobby group jaf li meta tneħħi l-artikli 6 u 9 m'hu se jibqagħlek l-ebda regola x'ħin tiftaħ u tagħlaq il-ħanut u allura riedu jaraw kif jimlew dan il-vojt.", "Jekk wieħed iħares lejn id-dritt taż-żamma ta' dan ir-referendum kif espressa f'dan id-dokument, allura wieħed jagħraf il-validita' tiegħu imma jekk se nieħu d-dokument bħala magħmul miż-żewġ formoli, allura skond il- liġi li tirregola kif isir referendum abrogattiv, nista' faċilment naħseb li kemm-il darba jibqgħu jinsistu li waħda tmur ma' l-oħra, allura din it- tip ta' argumentazzjoni tagħmel dan l-eżerċizzju invalidu.", "Kollox se jkun jiddependi minn dak li se jgħid il-lobby group li qiegħed jitlob dan ir- referendum.", "Mr Speaker, li f'pajjiżna jsir referendum abrogattiv huwa parti mill- proċess sabiħ tad-demokrazija u jien m'għandi l-ebda dritt - u lanqas għandi l-intenzjoni - li nwaqqaf dan ir-referendum milli jsir.", "Anzi bħala deputat u fuq kollox bħala membru ta' l-istess partit li proprju ta lil dan il-pajjiż id-dritt li jagħmel referendum abrogattiv iżjed u iżjed m'għandi l-ebda intenzjoni li ngħid li dan hu proċess li m'għandux isir.", "Bħala proċess għalija huwa proċess sagrosant, basta li jekk isir, isir tajjeb.", "Min-naħa l-oħra, jekk għandu jsir, il-ħidma tiegħi f'dan il-proċess hija li nispjega x'jistgħu jkunu l-effetti ħalli nkunu nafu wkoll il-prezz li rridu nħallsu għal dak is-servizz li qegħdin nitolbu.", "Mr Speaker, barra dawn id-dokumenti, jiena se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra wkoll stqarrija li ħriġt jien għall-istampa fejn ikkummentajt rigward il-validita' jew mhux validita' ta' dan it-tip ta eżerċizzju.", "F'din l- istqarrija jien urejt il-fehmiet tiegħi.", "Jiena qgħadt attent ħafna għal dak li qal dan il-lobby group li jsejjaħ lilu nnifsu lobby group in favour of Sunday trading u segwejt kulma nkiteb bħalma segwejt u għadni nsegwi d- dibattitu li għaddej fil-pajjiż dwar dan is-suġġett.", "Irrid ngħid li meta d- diskussjoni bdiet tvarja minn Sunday trading għal 24 siegħa ħwienet miftuħin, inkella billi dawn idumu miftuħin sa l-10.00 p.m. kuljum, allura ħassejt li hu dmir tiegħi li nsemma' leħni u ma nibqax aktar sieket.", "U għażilt li ma nibqax sieket għax naf x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta' bidla radikali bħal din.", "Jiena nemmen li huwa dmiri bħala segretarju parlamentari li nħares l-interessi tas-self-employed u tan-negozji żgħar.", "Din hija xi ħaġa li tista' ttellef immedjatament l-impjiegi ta' min qiegħed fin-negozju waħdu jew ta' min għandu l-ħanut żgħir tiegħu u allura nħoss li għandi nuri bil-miftuħ kif dawn jistgħu jintlaqtu.", "Deċiżjoni radikali bħal din biex il-ħwienet jinfetħu kollha mingħajr distinzjoni ta' xejn fil-fehma tiegħi m'għandhiex tittieħed bl-addoċċ.", "Daqs sena u nofs ilu kont jien li tlabt biex nibdew niddiskutu u naraw x'hemm bżonn isir biex il-bejgħ imur 'il quddiem.", "Kont jien li tlabt biex naraw x'għandu jkun il-convenience shopping ta' nhar ta' Ħadd.", "Dan għamiltu għaliex meta ġejt mogħti dan l-inkarigu diġa' kien hemm liġi in the pipeline mill-amministrazzjoni preċedenti u anke ta' qabel, imma din kienet għadha qed tiġi irranġata proprju f'dak li jirrigwarda l-ħruġ tat- trading licences.", "Mr. Speaker, għalija m'huwiex aċċettabbli li titlaq mid-diskussjoni li kienet qiegħda ssir biex wieħed jara x'hemm bżonn nhar ta' Ħadd ħalli l- ħajja tkun iżjed komda għal kulħadd u tmur għall-estrem sempliċement għaliex xi ħadd kellu kumpless u dan ma setax jiftħu nhar ta' Ħadd.", "Dan qed ngħidu għax jiena nista' nissoponi x'effetti ħżiena jista' jħalli fuq is- soċjeta' tagħna l-fatt li mmorru għal liberaliżmu estrem.", "Ħafna sidien tal- ħwienet żgħar se jkunu ffaċċjati b'aktar problemi ta' kompetizzjoni.", "Illum il-ġurnata l-kompetizzjoni qiegħda tiżdied kuljum.", "Il-mod kif qed isir in- negozju diġa' qiegħed iġebbed kemm jiflaħ lin-negozjant żgħir.", "Illum kulħadd irid jara kif se jkun innovattiv biex ikun kompetittiv.", "U huwa għalhekk li jien ma nistax nippermetti li nressaq emendi quddiem sħabi l- ministri meta jiena konxju li dawk l-emendi jistgħu jtellfu l-impjiegi u jistgħu jġibu ċerti diffikultajiet.", "Nemmen ukoll li jekk jonqsu numru kbir ta' ħwienet żgħar dan se jħalli konsegwenzi negattivi fuq l-impjegati, se tonqos l-għażla minn fejn wieħed jista' jixtri u allura l-konsumatur se jmur minn taħt għax il-ftit li jibqa' se jkollhom iktar iċ-ċans li jiffissaw il-prezzijiet minħabba li tonqsilhom il-kompetizzjoni.", "Mhux ta' min jinsa jsemmi wkoll il-ġirien ta' bosta negozji li wkoll jistgħu jbatu l-konfużjoni li tinħoloq kemm-il darba l-ġurnata tal-Ħadd ma tibqax dik il-ġurnata speċjali.", "Barra minn dan hemm anke l-kwestjoni tal- paga doppja li jsibu ma' wiċċhom is-sidien tal-ħwienet li jkollhom l- impjegati jaħdmu magħhom.", "Min jaħdem f'lukanda, fejn il-ġurnata tal-Ħadd m'hijiex ġurnata, il-Ħadd ma jeħux paga doppja.", "Naturalment dawn għandhom mod ieħor kif jieħdu r-rikreazzjoni tagħhom u għandhom kondizzjonijiet oħra li jġibuhom qishom jaħdmu sitt ijiem f'ġimgħa pero' m'għandhomx paga doppja.", "Issa jekk għas-settur kummerċjali l-Hadd inġibuh bħal ġranet oħrajn u ma nħalluhx speċjali, allura l-impjegati li jaħdmu fis-settur tal- ħwienet se nneħħulhom id-dritt tal-paga doppja jew ta' l-overtime wara s- 7.00 p.m. Dan ifisser li f'dan il-każ ma jkunx faċli li wieħed jiggarantixxi x'tibdil jista' jkun hemm.", "Dan qed ngħidu għax mhux billi jkollna min jgħid li rridu naraw li d-drittijiet ta' l-impjegati tal- ħwienet ikunu salvagwardati.", "Mr Speaker, nixtieq inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra żewġ stqarrijiet għall-istampa li ħareġ il-lobby group in favour of Sunday li permezz tagħhom wieġbu l-istess stqarrijiet li ħriġt jien.", "Dawn iġibu d-dati, ta' l-14 u l-15 ta' Frar.", "Inħoss li għal darba'oħra għandi niċħad li jien qiegħed nitkellem biex inqarraq jew biex inħawwad lill-pubbliku.", "Jien qiegħed nitkellem għaliex nemmen li huwa dmiri bħala segretarju parlamentari li nfisser x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi jekk nara li se jkun hemm xi ħaġa li tista' tfixkel lis-self-employed u lin-negozji żgħar.", "L- għażliet ma nistax inżommhom milli jsiru, pero' huwa dmiri li nitkellem rigward il-prezz li jrid jitħallas għal dan is-servizz.", "Huwa dmiri li nagħmel dan bla biża' u bla tlaqlieq.", "Mr Speaker, b'riferenza għal dawn l-istqarrijiet, jien ħriġt stqarrija oħra llum.", "Din ukoll se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra kemm għall- korrettezza kif ukoll biex jinżamm record ta' kollox ħalli wieħed ikollu stampa ċara u kompleta dwar xi jkun wassal biex ikollna referendum abrogattiv dwar dan is-suġġett.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li qegħdin nitkellmu fuq suq li qiegħed joħloq ix-xogħol.", "Per eżempju fil-wholesale u retail f'Diċembru 1999 kellna 15,471, f'Novembru 2000 kellna 15,749 u f'Diċembru 2000 spiċċajna bil-figura ta' 15,835.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm għandi raġun nitkellem b'dan il-mod.", "Dan huwa settur li ma jistax jitqies second-class.", "L-ikbar biża' li għandi huwa li hawn min sempliċement jgħid li rridu nilliberalizzaw.", "Jekk nilliberalizzaw għall-gost mingħajr ma nkunu nafu sewwa l-konsegwenzi naħseb li nkunu qegħdin nieħdu pass ħażin.", "Huwa veru li fid-demokrazija kulħadd għandu l-opportunita' li jgħid tiegħu pero' d- demokrazija hemm magħha wkoll ir-responsabbilta', u dak li wieħed jgħid irid jerfa' r-responsabbilta' tiegħu.", "Jekk irridu nilliberalizzaw għandna nkunu ċerti li nagħmlu hekk skond kemm nifilħu.", "Wara kollox ħadd ma jieħu gost jipparteċipa f'tiġrija li mhux kapaċi jiġriha jew jispiċċaha.", "Għaliex allura rridu nkunu famużi iktar minn min qiegħed l-ewwel fit-tellieqa tal- liberalizzazzjoni?", "Pajjiżi ta' tendenzi liberali li huma żviluppati kienu intelliġenti biżżejjed li meta ġew biex jiddeċiedu ħadu ħsieb ukoll il- minoranzi tagħhom u jiena nixtieq nagħmel referenza għal uħud minnhom.", "Irrid ngħid li d-Danimarka l-ħwienet kollha jkunu magħluqin nhar ta'Ħadd.", "Fil-Finlandja ikunu magħluqin matul is-sena u miftuħin f'Gunju, f'Lulju, f'Awissu u f'Diċembru u f'five other Sundays.", "F'Iceland il-ħwienet ikunu magħluqin il-Ħadd u l-istess f'Norway u fl-Awstrija.", "Sweden, pajjiż liberali għall-aħħar, m'għandhom l-ebda restrizzjoni filwaqt li fil-Belgium hemm xi ftit restrizzjonijiet.", "Fl-Ingilterra ħaddmu b'moħħhom u għażlu li shops under 280 square meters jistgħu jibqgħu miftuħin.", "Dan għamluh proprju biex jiddefendu liż-żgħar.", "Qalu li jekk iridu, ż-żgħar jistgħu jiftħu pero' ħwienet ikbar minn 280 metru kwadru jridu jagħżlu sitt sigħat u jiftħu fihom.", "Fi Franza u fil-Greċja hemm xi restrizzjonijiet u fil- Germanja l-ħwienet nhar ta' Hadd ikunu magħluqin.", "F'Ireland m'hemmx restrizzjonijiet u s-sidien tal-ħwienet jistgħu jagħmlu li jridu.", "Fl-Italja ġeneralment m'għandhomx permessi jiftħu nhar ta' Hadd, fil-Lussemburgu jinfetħu biss sas-1.00 p.m. filwaqt li f'Netherlands jiftħu 12-il Ħadd fis- sena.", "Fil-Portugal hemm xi restrizzjonijiet pero' prattikament kważi kollha jkunu miftuħin u fi Spanja hemm xi restrizzjonijiet ukoll.", "Fl-iSvizzera kollha jkunu magħluqin.", "Din l-informazzjoni m'hijiex informazzjoni top secret u wieħed jista' jidħol fl'internet u jsibha.", "Mr Speaker, jien nittama li t-tendenzi liberali li qegħdin jitolbu dawn il-bidliet hekk drastiċi m'humiex xi sintomu li fil-mentalita' tagħna wasalna biex nibdew nitolbu għal kull forma ta' liberaliżmu.", "Bil-kelma liberta' m'għandniex nifhmu libertinaġġ u b'żieda ta' attivita' kummerċjali m'għandniex nibdew nifhmu konsumiżmu.", "Jiena sid ta' ħanut imma ingħatajt ir- responsabbilta' - u grazzi lil min poġġieni hawnhekk – biex nieħu ħsieb is- self-employed u n-negozji żgħar.", "Għalhekk jiddispjaċini narana għaddejjin b'din il-mentalita' ta' ħalluhom jagħmlu li jridu, ħalluhom jiftħu jekk iridu jiftħu, ħalluhom iqattgħu lil xulxin jekk iridu jqattgħu lil xulxin.", "Li nħarsu lejn tal-ħwienet bħala sefturi tagħna żgur li mhux atteġġjament floku.", "J'Alla jien żbaljat dwar din il-mentalita', pero' jekk m'inix żbaljat u jekk hawn dan il-preġudizzju, allura aħjar niftħu għajnejna u nirrispettaw lil dawn ħutna kif jixirqilhom minflok nagħmluhom tapit billi nżommuhom miftuħin sa l-10.00 p.m. Ma naqbilx anqas li għandna nġelldu lis-sid tal- ħanut iż-żgħir mal-kbir jew lill-kbir kontra ż-żgħir.", "Jien nifhem li rridu nsibu bilanċ billi nipprovdu lil dan il-gvern b'abbozz ta' liġi li jkun għodda tajba li jpoġġi liż-żgħir u lill-kbir jaħdmu flimkien u mhux kontra xulxin.", "Wara kollox huwa mportanti li nifhmu lkoll bħala poplu u bħala parlament li kulħadd għandu dritt għall-għajxien tiegħu.", "Mr Speaker, meta nħares lejn l-European charter for small enterprises, li għalija huwa d-dokument li fuqu nipprova nfassal il-ħidma tiegħi, insib fost affarijiet oħra dan li ġej:", "\"...listen to the voice of small business, promote top class small business, support...\".", "Dak li tgħid l-Unjoni Ewropea, dak li tobbliga lili u lill-kumplament tal- gvern l-Unjoni Ewropea.", "Din tgħidilna: \"Ara kif se tgħin lil min hu fis- settur tan-negozju ż-żgħir, ifhem l-importanza ta' l-intrapriża żgħira u ara kif din l-intrapriża kapaċi twassal biex tiżviluppa soċjalment il- komunita\".", "Din hija l-mentalita' li għandna bżonn.", "J'Alla nifhmu lkoll kemm hi tajba l-Unjoni Ewropea!", "Din tħeġġeġ stima ikbar lis-settur tan- negozji ż-żgħar u tħeġġeġ biex din is-sezzjoni tal-poplu tagħna ma tibqax titqies bħala xi sezzjoni second class.", "Dawn in-nies m'għandhom xejn inqas minn ħaddieħor, għalhekk għandhom ikunu stmati skond ma jixirqilhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Vassallo jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dokumenti li rrefera għalihom?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Stqarrija għall-istampa mis-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo bi tweġiba għall-istqarrija għall-istampa tal-Lobby Group in favour of Sunday Trading datata 14 ta' Frar 2001;", "Żewġ stqarrijiet maħruġa mil-Lobby Group in favour of Sunday Trading datati 14 u 15 ta' Frar 2001;", "Stqarrija maħruġa mis-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo dwar il-proposta ta' referendum abrogattiv għall-ftuħ kuljum tal- ħwienet sa l-10.00 p.m., inkluż nhar ta' Ħadd;", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mis-Segretarju Parlamentari l-Onor Edwin Vassallo dwar il-proposta ta' referendum abrogattiv in konnessjoni mal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet; u", "Kopja tal-formola li qed titqassam bħala petizzjoni in konnessjoni mal- proposta ta' referendum abrogattiv in konnessjoni mal-ħinijiet tal- ftuħ tal-ħwienet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Frar 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QRATI - KOPJA TA' SENTENZA", "23524.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li studenti universitarji tal- liġi li jkollhom bżonn kopja ta' sentenza tal-qorti għall-istudju tagħhom qed jeħlu 50ċ kull paġna li kienet 5ċ qabel għolew it-tariffi fil-qorti?", "Jistgħu jittieħdu passi biex ma jkollhomx spiża daqshekk projbittiva?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi skorretta.", "Skond LN 8 ta' l-2001 l-ispiża ta` kopji mill- arkivji tal-qorti hi ta` 10c kull paġna.", "UNIVERSITA' - KUNSILL", "23525.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta skada t-termini tal-kunsill ta' l-universita'?", "Meta se jinħatar il-kunsill ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-terminu tar- rappreżentatnti tal-gvern fuq il-kunsill ta' l-universita' skada fl-aħħar ta' Diċembru 2000.", "Ir-rappreżentanti l-ġodda qed jinħatru bħalissa.", "RESERVED PARKING", "23566.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' waslitx għad-deċizjoni dwar kriterji riveduti dwar l-eliġibilita' għal reserved parking?", "X'inhuma l- kriterji l-ġodda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ddiskutiet il-kriterji eżistenti dwar l-eliġibilita' għal reserved parking.", "Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ma hemm l-ebda raġuni għala dawn għandhom jinbidlu.", "MALTACOM - TEXTTELEFON", "23567.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Maltacom mhux iġġorr l- ispejjeż tas-servizz tar-relay għat-texttelefon li jingħata lil persuni b'diżabilita?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa mill introduzzjoni ta' dan is-servizz, la l-Maltacom u lanqas il-Korporazzjoni Telemalta qabilha qatt ma kienu responsabbli mis-servizz tar-relay ghat- textelephone.", "Dan is-servizz minn dejjem kien fir-responsabbilta' tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Fl-1995, il-Korporazzjoni Telemalta kienet tat somma ta' flus biexdan is- servizz ikun jista' jigi ntrodott fil-gżejjer Maltin", "STATEMENTING BOARD", "23570.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument komprensiv li sar mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' dwar il- funzjoni u l-kompożizzjoni ta' l-statementing board, biex kull student ikollu pjan ta' edukazzjoni individwali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li għadu qed isir xoghol ta' deċizjonijiet f'dan is-settur, ma jidhirx li hu opportun li korrispondenza bejn il- Kummissjoni u l-Ministeru titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FACILITATORS", "23573.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk d-dipartiment ta' l-edukazzjoni hux se jwaqqaf speċi ta' reserved pool ta' facilitators biex jissostitwixxu facilitators li jkunu indisposti, ħalli tfal b'diżabilita' jkunu jistgħu jibqgħu jmorru l-iskola fil-perjodu li l-faċilitator regolari tagħhom ma tkunx qed tattendi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk d-dipartiment laħaqx ftehim ma' l-MUT dwar l-għoti ta' mediċina lil studenti b'diżabilita' li jattendu l-iskola regolarment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kelli l-okkażjoni ngħid fil-Parlament ftit jiem ilu l-materja mqanqla fiz-żewġ mistoqsijiet qed tigi trattata.", "RESIDENTIAL HOMES", "23574.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm tfal u żgħażagħ, bniet u subien, li qed jgħixu f'residental homes?", "F'liema homes qegħdin?", "Kemm hu n-numru?", "X'inhu s-sess u kemm ilhom jgħixu hemmhekk?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent hemm 178 tifel u 138 tifla.", "Dawn it- tfal qiegħdin imqassmin fi 15-il dar residenzjali li 14 minnhom jinsabu Malta u waħda ġewwa Għawdex.", "Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn id-djar residenzjali.", "It-tul ta' żmien li t-tfal idumu jgħixu ġewwa dar residenzjali jvarja minn ftit ġimgħat għal numru konsiderevoli ta' snin.", "Dan jiddependi mill- problemi psiko-soċjali li l-familja tagħhom tkun għaddejja minnhom u mir- riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom bħala familja li jikkollaboraw fit- terapija li tkun qiegħda tiġi offruta lilhom sabiex it-tifel jew it-tifla jkun jista' jirritorna fil-familja.", "Seduta 497", "SKEJJEL", "23575.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvutati flus għall-iżvilupp ta' l-aċċessibilita' f'dawk li skejjel li m'humiex aċċessibli matul dawn l- aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Matul l-aħħar ħames snin saru xogħlijiet varji għall- iżvilupp ta' l-aċċessibilita' fl-iskejjel bħal, per eżempju, bini ta' rampi u twessiegħ ta' toilets.", "Malli ġiet in vigore l-liġi ta' l-aċċessibilita', id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni mill-ewwel ħatret kumitat għal ta' l-apposta biex jimxi ma' l- esiġenzi ta' din il-liġi.", "Fil-fatt sar servej estensiv permezz ta' numru ta' periti li żaru mija u ħamsa u tletin skola f'Malta u Għawdex.", "Dawn il-periti ssottomettew rapport li jindika l-bżonnijiet kollha ta' aċċessibilita'.", "B'dan ir- rapport il-kumitat seta' jfassal pjan strateġiku għall-bini ta' rampi, lift shafts u lift equipment.", "Fil-fatt, l-ewwel fażi ta' dan il-pjan diġa' beda jitwettaq u saru l-pjanti kif ukoll intefgħu l-applikazzjonijiet fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall- bini ta' rampi fi tnejn u għoxrin skola.", "Fil-qrib ser toħroġ tender għall- bini ta' lift shafts fi skejjel oħra.", "Huwa maħsub li dan ix-xogħol ser jiswa mal-mitt elf lira Maltija (Lm100,000).", "Fil-Business Plan 2002 - 2005 ser jiġu mitluba Lm100,000 għal kull sena fuq xogħol ta' aċċessibilita'.", "GĦARGĦUR - KAMRA TAN-NHAR", "23587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk humiex possibbli li tiġi rranġġata t-triq tal-kamra tan-nhar tal-Għargħur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għad-Domanda Parlamentari Nru 16510.", "UNIVERSITA' - ETA TA' L-IRTIRAR", "23603.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif huma r-regolamenti ta' l-Universita' dwar ħaddiema li jistgħu jaħdmu wara l-eta' ta' l-irtirar?", "Jista' jgħid hemmx ħaddiema li qegħdin jaħdmu wara din l-eta'?", "Għaliex?", "Kemm jingħataw paga jew renumerazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħaddiema akkademiċi ta' l-Universita' jistgħu jibqgħu jaħdmu wara l-eta' ta' l-irtirar skond l-Agreement li ġie ffirmat mal-MUT.", "Dan ikun possibbli jekk ikun hemm talba speċifika mill- Kap tad-Dipartiment li tkun approvata mill-Bord tal-Fakulta' u l-Kunsill ta' l-Universita'.", "Din it-talba tiġġedded minn sena għal sena.", "F'xi każi ħaddiema mhux akkademiċi jinżammu jaħdmu wara l-eta' ta' l- irtirar wara li jitqiesu l-bżonnijiet ta' l-Universita' u tinkiseb l- approvazzjoni tal-Kunsill.", "Dwar jekk hemmx ħaddiema li qegħdin jaħdmu wara l-eta' ta' l-irtirar nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal risposta parlamentari 21477.", "Il- paga li jingħataw dawn il-ħaddiema hija skond il-grad li jokkupaw, ix- xogħol li jaħdmu, u jiddependi jekk hux full-time jew part-time.", "ESTATE MANAGEMENT", "23604.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti rendikont ta' l-overtime li ngħata fit-taqsima ta' l-estate management?", "Kemm tħallset kull persuna f'overtime matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENTI", "23605.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna (armla) li tgħix bir- relief waħedha hijiex prekluża minħabba dan illi tixtri mingħand il-gvern (Awtorita' tad-Djar) appartament li tgħix fih bil-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk din il-persuna tgħix f'proprjeta' tal-Gvern, l-Awtorita' għandha skema biex tgħin din il-persuna tixtri din ir- residenza.", "L-iskema hija miftuħa għall-inkwilini kollha konoxxuti, dan jinkludi ukoll ir-romol.", "Jekk din il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' l- Iskema (f'dan il-każ Skema 6) jingħata sussidju skond id-dħul tal-persuna fuq l-ewwel Lm15,000 tal-valur tar-residenza.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "23606.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv taċ-Ċivil iffirmat mill-Gvern dan l-aħħar japplikax għall dawk il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta li spiċċaw fl- 1998?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni ta' x'benefiċċju huwa dovut lill-tali ex-membri tal-AFM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ex-membri ta' l-AFM li spiċċaw fl-1998 ser jibbenefikaw taħt l-aħħar Ftehim Kollettiv li kien ġie ffirmat f'Diċembru 1998 bħal dawk l-uffiċjali pubbliċi li rtiraw bejn is-snin 1996 u s-sena 2000.", "Ninsab infurmat li qed jittieħdu passi sabiex il-kriterji ta' dawn l- arranġamenti speċjali għal min irtira jiġu stabbiliti u maħduma.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-BATTERIJA TAŻ-ŻONQOR-", "23607.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti indikazzjoni meta ser tiġi irrangata Triq il-Batterija taż- Żonqor ġewwa Wied il-Għajn minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha, kif ukoll minħabba l-perikli u l-inkonvenjent li jinqalgħu meta jkun il-maltemp u d-diffikulta' li teżisti biex tidħol ambulanza fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "OPINION POLLS", "23608.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru opinion polls dwar l-Ewropa mill-Gvern f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Lil min ġew ikkummissjonati?", "X'kien l-eżitu ta' kull wieħed minn dawn l-istudji ta' riċerka dwar fehma pubblika?", "Kemm ġew jiswew b'kollox?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern ma ikkummissjona l-ebda \"opinion poll\" dwar l-Ewropa f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.", "Iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta u l-UE, li huwa responsabbli lejn il-\"Malta EU Steering and Action Committee\" ikkummissjona żewġ \"surveys\" dwar l-Ewropa lil-MISCO f'Marzu u f'Ottubru 2000.", "Dawn is-\"surveys\" ġew jiswew Lm2300 kull wieħed u ġew sottomessi lill-Core Group tal-MEUSAC, li tiegħu l-Malta Labour Partuy kien u għadu mistieden biex jifforma parti.", "SAĦĦA - TOBBA BARRANIN", "23609.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa u li għandhom permess jaħdmu fil-privat?", "Jista' jgħid min huma t-tobba barranin li għandhom dan il-permess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li m'hemmx tobba barranin li jaħdmu fid- Diviżjoni tas-Saħħa li għandhom permess jaħdmu fil-privat.", "MBM", "23610.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid sena b'sena kemm daħal ikel ta' l-animali, meat and bone meal (MBM) mill-1988 sal lum?", "Minfejn ġie dan l-ikel?", "Min kienu l- importaturi Maltin tal-MBM?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fit-Tariffa tad- Dwana m'hemmx intestatura speċifika għal 'meat and bone meal' u l-eqreb intestatura li tiddeskrivi dan il-prodott tidher li hi HS No. 2301.10.00.00 li tkopri 'Flours', meals and pellets, of meat or meat offal; greaves.'", "Taħt din l-intestatura hemm reġistrati dawn l-importazzjonijiet.", "|YEAR|NET |COUNTRY OF ORIGIN | | |WEIGHT | |", "| |1995|85,463K|Great Britian, Italy| | |g | |", "| |1996|64,050K|Great Britian, Italy| | |g | |", "| |1997|80,991K|Denmark, Italy, | | |g |Spain, Germany |", "| |1998|23,882K|Germany, Spain, | | |g |Great Britian, | | | |Netherlands, U.S.A. |", "| |1999|3,593Kg|Germany, Great | | | |Britian, | | | |Netherlands, U.S.A. |", "| |2000|3,319Kg|Germany, Great | | | |Britian |", "|", "Ma naħsibx illi għandhom jissemmew l-ismijiet ta' l-importaturi.", "KUMMISSJONI GĦALL-AVVANZ TAL-MARA", "23611.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġietx appuntata l-kummissjoni għall-avvanz tal-mara għal din is-sena?", "Jekk iva, jista' jgħid min huma l-membri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara ġiet awtoriżżata biex tibqa' tiffunzjona wara li skada t-terminu tagħha fil-31 ta' Diċembru 2000 minħabba li l-Gvern mhu ser jibdel lil ħadd mill-membri preżenti.", "Fil-preżent ninsabu f'diskussjonijiet interni biex jiġu identifikati xi membri ġodda biex iservu fuq din il-Kummissjoni biex din l-organiżżazzjoni importanti tkompli tissaħħaħ.", "ETC - UNEMPLOYMENT", "23612.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23446, jista' l-Viċi Prim Minisgtru jgħid għalfejn qal li ma tinżammx l- informazzjoni kif mitluba meta l-ETC ħafna drabi toħroġ statistika skond l- etajiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Huwa minnu li l-ETC ippubblikat statistika skond l- etajiet u kwalifiki, pero' mhux dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "REĠISTRAR", "23613.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23447, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn wieġeb li ma tinżammx l- istatistika mitluba meta diġa' ġiet mogħtija din l-informazzjoni għas-sena 2001 f'mistoqsija nru.", "22986?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant bdiet tinġabar fil-format mitlub mis-sena 2001 u għalhekk fis- snin ta' qabel ma kienetx tinżamm kif mitlub.", "ETC", "23614.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23445, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex wieġeb li ma tinżammx din l-informazzjoni meta diġa' ġiet mogħtija f'mistoqsija nru.", "22985 għas-sena 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mgħotija għas-sena 2000 fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 22985, kienet maqsuma skond ix-xahar u s-settur u mhux skond l-eta'.", "Intenni li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx skond l-etajiet.", "AGRIKOLTURA - TRANSFERS", "23615.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena?", "F'liema Dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Niniforma lill-Onorevoli Interpellant matul ix-xahar ta' Jannar 2001 ġew trasferiti sitt persuni mid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, ħamsa minnhom għal mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u wieħed għal mad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy.", "Dawn it-transfers saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "OPM - TRANSFERS", "23616.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il- perjodu ta' Jannar ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti ngħataw dawn it- transfers u x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm 39 transfer minn Ministeru għal ieħor li ġew approvati mill-management and personnel office.", "Ir-raġunijiet għal dawn it-transfers kienu kif ġej:", "9 fuq talba ta' l-impjegati stess 5 fuq talba ta' l-impjegati li kienu mal-Maltapost plc u li għażlu li jirritornaw mas-Servizz Pubbliku 25 minħabba esiġenzi tas-servizz", "Ma ngħataw ebda transfers minn dipartiment għal ieħor fil-Ministeru tiegħi tul l-istess perjodu.", "Tagħrif dwar it-transfers li ngħataw minn Dipartiment għal ieħor f'Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-segretarji permanenti rispettivi għandu jintalab lill-ministri kkonċernati?", "EDUKAZZJONI - TRANSFERS", "23617.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sar trasferiment wieħed mid-Dipartiment tal-Kultura għas-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Fid-Dipartimenti tas-Servizzi Korporattivi, Eżamijiet, Libreriji u Arkivji, Mużewijiet, u taż-Żgħażagħ u Sport ma saru ebda trasferimenti.", "Informat ukoll li matul Jannar 2001 ġew trasferiti lejn id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni 25 impjegat.", "Fost dawn kien hemm 20 General Hand, u 2 Health Attendants trasferiti b'arranġament ma' l-MPO biex jagħmlu xogħol ta' minor staff fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Kien hemm ukoll Operative III, Postman u Senior Technical Officer li ġew trasferiti lejn id-Diviżjoni b'arranġament bejn id-Dipartimenti konċernati.", "Fl-istess xahar erba' impjegati ġew trasferiti mid-Diviżjoni lejn Dipartimenti oħra - Security Guard u Technical Officer wara li ħadu promozzjoni u Clerk u Operative b'arranġament bejn id-Dipartimenti konċernati.", "AMBJENT - TRANSFERS", "23618.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il- perjodu ta' Jannar ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti ngħataw dawn it- transfers u x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta' Jannar 2001 ingħataw dawn it-transfers:", "1 minnW.M.S.I.D għall-Works Division Fuq talba personali", "1 minn Works Division għall-Youth & SportFuq talba personali", "1 minnWorks Division għall-Health Fuq talba tad-Diviżjoni tas-Saħħa", "8 minn Works Division għall-Education Fuq struzzjonijiet mill-MPO", "166 mill-Countryside Division għall-Works Division Skond l-Estimi Finanzjarji tal-2001 iż-żewġ Diviżjonijietjaqgħu taħt il-Ministeru għall- Ambjent", "1 mill-Environment Protection għall-Foreign Office Fuq talba personali", "1 mill-Environment Protection għall-Education Division Fuq talba personali", "INTERN - TRANSFERS", "23619.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il- perjodu ta' Jannar ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti ngħataw dawn it- transfers u x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`Jannar 2001, in-numru ta` transfers li nħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta` l- Intern kien ta` 4.", "Minnhom, 3 saru fuq talba tal-persuna kkonċernata.", "Dawn it-transfers saru kif ġej:", "1 (civilian) mid-Dipartiment tal-Pulizija; 1 mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern; u 2 mir-Reġistru ta` l-Artijiet.", "Ninsab infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 25 membru tal- Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp.", "Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid fi tweġibiet preċedenti dwar dan is- suġġett, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "ENEMALTA - ARBLU TAD-DAWL", "23626.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji li arblu tad-dawl ta' l-Enemalta li jinsab fi front garden fl-indirizz li qed jintbagħat separtament jitneħħa u jitpoġġa f'post ieħor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "MALTAPOST - IMPJEGATI", "23629.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Maltapost terġa' timpjega postman/postwoman fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Maltapost m'għandhiex il-ħsieb li timpjega pustiera fi żmien stabbilit.", "Madanakollu meta tinħass tali ħtieġa, issir talba f'dan ir-rigward lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ."]} {"filename": "19990315_075d_par.doc", "date": "1999-03-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 75 It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 75", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "75", "It-Tnejn, 15 ta' Marzu, 1999", "WERREJ", "MINUTI 735", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 735", "TQEGĦID TA' KARTI 739", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (IT-TIENI QARI) LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 740 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.2) (IT-TIENI QARI) LOCAL LOAN (No.2) BILL (SECOND READING) 751", "AĠĠORNAMENT 759", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 763", "MISTOQSIJIET MOGĦTIJA TWEĠIBA BIL-MIKTUB 796", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 74 li saret fl-10 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "JUVENTUS - SPONSORSHIPS", "3372.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriterji ngħatat somma ta' flus bħala sponsorship lill-promoturi li organizzaw iż-żjara tal-Juventus f'Malta?", "Jista' l- Ministru jgħid min kienu dawn il-promoturi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta s-somma mogħtija u mil-liema fond ġiet mogħtija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, ma' min saret u fejn saret qabel ġie deċiż, li jingħata dan l-isponsorship?", "Jista' jgħid x'forma ta' ftehim intlaħaq u meta u min innegozjah?", "Jista' jgħid jekk sarx ftehim bil-miktub u jekk huwiex se jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Il-logħba bejn it-team tal- Juventus u selezzjoni Maltija ġiet meqjusa bħala opportunita' biex il- gżejjer tagħna jingħataw pubbliċita' estensiva barra minn Malta.", "Fil-fatt, minbarra li l-logħba intweriet fuq l-istazzjon Taljan Rai Tre, din ixxandret ukoll fuq l-istazzjon tal-cable ġewwa Franza, l-AB Sports, l- Egypt TV ta' l-Eġittu, kif ukoll il-JCS ta' l-Iżrael.", "Din it-tip ta' promozzjoni għal Malta kienet tassew cost-effective meta wieħed iqis li huwa stmat li madwar 15-il miljun telespettatur raw din il-logħba, kif ukoll l-ispots pubbliċitarji dwar Malta li ppreparat l-NTOM u li ntwerew fl- intervall tal-logħba.", "Il-promozzjoni ta' dan l-avveniment ġiet kordinata mill-head office ta' l- NTOM u l-uffiċċji tagħna f'Milan u Pariġi, flimkien mal-Juventus F.C. L- ispiża totali ta' din l-inizjattiva għall-NTOM ġiet tammonta għall- Lm11,000.", "Kienet il-kumpannija Robert Arrigo & Sons Ltd li ressqet il- proposta oriġinali u, kif ingħad qabel, l-avveniment tqies sew mid- diriġenza ta' l-NTOM kif ukoll minni li kien ta' siwi promozzjonali għal Malta.", "Il-ftehim dwar il-partita sar mill-promoturi u l-Juventus u għaldaqstant mhuwiex proprjeta' pubblika iżda ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala kontro-partita għall-isponsorizzazzjoni, Malta kisbet il-vantaġġi u d- drittijiet pubbliċitarji, fosthom dak li ssemma aktar 'l fuq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Veru hija ħaġa sewwa li nirriklamaw lil pajjiżna barra minn Malta pero' rridu noqogħdu attenti wkoll li pajjiżna norganizzawh aħjar.", "Per eżempju, fl-Imġarr Għawdex għad m'hemmx waiting area għat-turisti, ħaddiema u passiġġieri oħra li jkunu jridu jaqsmu bejn iż-żewġ gzejjer.", "Din il-ħaġa tagħmel riklam ħażin għall-barranin, kemm fis- sajf minħabba s-sħana u iktar u iktar fix-xitwa.", "Jista' l-Ministru jara jkunx hemm rimedju għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Bħall-Onor.", "Interpellant, jien ukoll napprezza l- ħtieġa li jkun hemm post għad-dell jew inkella biex wieħed jistkenn mix- xita.", "M'huwiex il-kompitu ta' dan il-ministeru li jwettaq proġett bħal dan, pero' dan is-suġġeriment se nressqu lilll-ministru responsabbli mill- ambjent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li meta kienu ġejjin il-Juventus, f'sezzjoni ta' l-istampa ġie rrapportat illi se tingħata somma ta' Lm30,000 lill-promoturi, u peress li fit-tielet parti tad-domanda l-Onor.", "Interpellant mingħajr tlaqliq staqsa kemm tammonta s-somma mogħtija u minn liema fond ingħatat, jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' ftehim intlaħaq mal-promoturi biex jingħataw din is-somma u jgħid ukoll jekk sarx ftehim bil-miktub?", "Jekk hemm xi ftehim bil-miktub, jista' l-Ministru jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Id-domanda li saret lili kienet: X'ħallas il- ministeru għall-isponsorizzazzjoni?", "Jiena naf ukoll li kien hemm oqsma oħra tal-gvern li taw kontribut u ottjenew sponsorizzazzjoni.", "Għal dak li responsabbli għalih jien, kulma nista' ngħid huwa li l-NTOM nefqet l- Lm11,000 u dawn nefqithom mhux biex tixtri r-riklamar.", "Mhijiex il-partita as such li kienet riklam imma anke l-pubbliċita' li saret permezz tar- riklamar fl-intervall, kif ukoll f'riklamar ieħor madwar l-stadium.", "L-Onor.", "Cuschieri staqsieni biex jekk hemm xi ftehim inpoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Jien għadni kif għidt li l-ftehim dwar il-pubbliċita' sar permezz ta' ittra mad-ditta Robert Arrigo & Sons Ltd.", "Din id-ditta kellha tidħol fi ftehim mat-team tal-Juventus u dak il-ftehim ma nistax inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra għax la hu tal-Gvern Malti u lanqas ta' l-NTOM, jiġifieri m'huwiex proprjeta' pubblika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru jiċħad illi ngħatat is-somma ta' Lm30,000 lill-promoturi?", "Dan qed nistaqsih għax b'pompa kbira f'sezzjoni ta' l-istampa ntqal li se tingħata s-somma ta' Lm30,000.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jew nifhmu l-affarijiet jew ma nifhmuhomx!", "Id- domanda saret lili u jiena nirrispondi x'ingħata min naħa tat-turiżmu.", "Daqshekk nista' ngħid!", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant huwa daqshekk interessat, jagħmel domanda lil ministri oħra u dawn iweġbuh.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbilta' tiegħi - jien ma niċħadx li ħadu Lm30,000, forsi ħadu iktar u forsi ħadu inqas - mit-turiżmu tħallsu Lm11,000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Rigward is-somma ta' Lm30,000 li ssemmiet anke fil- gazzetti tal-Partit Nazzjonalista, naħseb li l-Ministru jaf minn min ingħataw ġaladarba qed jgħid li ma ngħatawx mill-ministeru għat-turiżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien la eskludejt u lanqas ċħadt li ngħataw flus għal promozzjoni.", "Jekk wieħed jara l-artiklu tal-gazzetta jsib li fil-press conference - u hawn qed nitkellem mill-memorja - barra minni kien hemm ministri oħrajn u kien hemm ukoll rappreżentanti ta' banek u rappreżentanti ta' l-Air Malta.", "Jekk tagħmlu domanda lil min hu responsabbli mill-Air Malta jista' jwieġeb.", "Jekk tagħmlu domanda lil min hu responsabbli mill- banek jista' jwieġeb ukoll.", "Jiena weġibt għal dak li huwa fir- responsabbilta' tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jilluminana jekk huwiex veru li f'dik il-konferenza stampa hu qal li l-gvern qed jagħti s-somma ta' Lm30,000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien m'għandix it-test quddiemi ta x'intqal u ma ntqalx.", "Ma neskludix li jiena jew xi ħadd ieħor qal dan pero' l-punt li qed nagħmel f'din il-Kamra hu li jien responsabbli mill-ministeru għat-turiżmu - taħti jaqa' wkoll l-NTOM - u jekk issir domanda lili m'iniex se noqgħod immur nistaqsi lill-oħrajn li kienu hemmhekk dwar x'taw u x'ma tawx.", "Jiena ma eskludejtx li dawn taw imma għidt li taw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru, jekk hu possibbli, ipoġġi dik l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal- promoturi, fejn saru u ma min saru?", "Huwa veru li l-ftehim ta' l- isponsorship sar over the phone?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-ewwel kuntatt li sar miegħi veru sar over the phone minn barra minn Malta imma ma ssemmiet l-ebda sponsorship.", "Lil Robert Arrigo għidtlu biex meta jiġi lura Malta jagħmilli proposta u nressaqha għax din hija kbira wisq biex jeħodha t-turiżmu waħdu.", "Dwar kemm saru laqgħat nista' ngħid li forsi kien hemm tnejn jew tlieta.", "Fid-diary m'għandix imniżżel u għalhekk ma nistax ngħid eżatt.", "Ir- responsabbilta' tiegħi kienet biss li ngħaddi din il-proposta għall- konsiderazzjoni ta' l-NTOM biex dawn jaraw x'vantaġġ pubbliċitarju nistgħu nieħdu minnha.", "Jiena kont naħseb li seta' jittieħed vantaġġ pubbliċitarju u dwar dan qablet miegħi l-NTOM ukoll.", "Meta saret il-partita bejn Malta u l-Juventus jiena lanqas biss kont hawn Malta.", "Voldieri ma kienx l-iskop li nara lit-team tal-Juventus jilgħab Malta, allavolja nżomm magħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-Ministru qed jiċħad li ftiehem fuq Lm30,000 bħala sponshorship over the phone minn Turin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Is-somma li ssemmiet f'Turin kienet ħafna iktar minn Lm30,000.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La qegħdin fuq dan is-suġġett, jista' l-Ministru jispjega kif jara l-vantaġġ għat-turiżmu li joħroġ minn din iż-żjara tal- Juventus hawn Malta, li evidentement ġiet finanzjata mill-fondi li ħallsu l- ispettaturi Maltin li marru l-ground?", "X'inhu l-vantaġġ li l-NTOM joħorġu l- flus biex jisponsorjaw żjara kummerċjali bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Indipendentement jekk hijiex partita, jekk huwiex kunċert jew jekk hijiex xi ħaġa oħra, jekk tista' għandek tieħu vantaġġ minnha għal pubbliċita' tat-turiżmu.", "Jiena rajt li mhux għat-turiżmu biss seta' kien hemm opportunita' imma anke għal affarijiet oħra.", "Wieħed irid jiftakar li l-Juventus ġabu magħhom id-diretturi kollha hawn Malta, li huma kollha negozjanti kbar u dawn kellhom kuntatti hawn Malta.", "Anke l-fatt li fil-half-time ġiet trasmessa pubbliċita' għal Malta fuq l- istazzjon televiżiv RAI kien ta' vantaġġ.", "Dakinhar inzertat ukoll ġurnata sabiħa u hija ħaġa tajba li fid-29 ta' Diċembru tkun qed turi x-xemx f'pajjiżek, għax dak huwa mod kif tattira t-turiżmu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri kien hemm żewġ vantaġġi pprospettati minn din iż-żjara u li għalihom tħallsu Lm30,000 - għax ġew id-diretturi tal- Juventus hawn Malta u waqt li kienet qed tiġi trasmessa l-partita fuq it- televiżjoni kien hemm pubbliċita' fuq Malta.", "Din il-pubbliċita' tħallset minn dawk it-Lm30,000 jew kien hemm ħlasijiet extra?", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema stazzjonijiet televiżivi ġiet trasmessa din il-partita u jekk kienx hemm xi ħlasijiet extra fuq is-somma ta' Lm30,000 li ġiet sponsorjata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, nerġa' ngħid illi l-pagament li nħareġ għall-vantaġġ ta' l-industrija tat-turiżmu kien ta' Lm11,000 biss.", "Il-flus l-oħra nħarġu għal raġunijiet kummerċjali u min ħariġhom kellu r- raġunijiet tiegħu biex ħariġhom.", "L-istazzjonijiet televiżivi kienu r-RAI 3, li xandar il-partita, kif ukoll l-istazzjonijiet tal-cable ġewwa Franza, l-\"AB\" Sports, l-Egypt TV u l-JCS ta' l-Iżrael.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-NTOM ħallset Lm11,000 sabiex tagħmel riklamar fuq dawn l-istazzjonijiet li semmejt?", "Jew inkella kellu jkun hemm ħlasijiet minn dawn l-istazzjonijiet għad-drittijiet tal-logħba?", "Jekk kien hekk, dawn tħallsu lill-promoturi privati?", "Għax imbagħad tiġi li l-gvern, permezz ta' l-NTOM, ħareġ il-flus għal dan ir-reklamar u fl-istess ħin il- promoturi privati daħħlu l-flus!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, irrid ngħid - u forsi żvijajt lill- Kamra jien - li l-ammont li ħarġet l-NTOM ma kienx ta' Lm11,000 imma Lm10,000.", "L-Lm1,000 l-oħra kienu production costs ta' l-ispot li saret biex tintwera fil-half-time u fil-ħinijiet kollha.", "Jiena naf li ma tħallas xejn lil ħadd talli ntwerew dawk l-ispots u talli l-logħob intwera fuq iċ-channels l-oħra li semmejt.", "Dawn kienu free.", "Lilna kien jaqblilna, bħala turiżmu, li niżguraw illi jidhru l-ispots televiżivi favur Malta.", "AFM - PALAZZ TAL-PRESIDENT", "3477.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-suldati li jkunu on duty ħdejn il- bieb tal-Palazz issirilhom partition pulita biex ikunu għall-kenn, l-aktar fil-ġranet kesħin tax-xitwa?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ninsab informat li f'Jannar 1997 - meta l-armata kienet għadha responsabbli għas-sigurta' fil-parlament - l-armata kienet intalbet tikkonsidra din il-possibbilta'.", "Madanakollu kien ġie deċiż mill-armata li ma titpoġġiex xi forma ta' sentry box fid-daħla prinċipali tal-Palazz.", "Waħda mir-raġunijiet għal dan kienet li s-suldat li jkun qed jaqdi dmirijiet ta' sigurta' fil-Palazz huwa obbligat li joqgħod fil-bieb prinċipali tal-Palazz u allura ma kienx ikun jagħmel sens li titpoġġa sentry box meta s-suldat ma jistax joqgħod fiha.", "Tajjeb li jingħad ukoll li s-suldat li jkun għassa fil-bieb prinċipali jitbiddel ma ieħor minn ħin għal ħin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nixtieq inħeġġeġ lil ngħid illi min hu responsabbli biex jerġa' jiltaqa' mas-suldati għaliex jiena nħoss illi fil-ġranet kesħin tax-xitwa għandu jkun hemm xi forma ta' kenn għalihom.", "Jiena naħseb li jkun att umanitarju min-naħa tagħna jekk isir dan.", "Fil-ġranet tax-xitwa hawnhekk kulħadd ikun imlibbes bil-kowtijiet u malli noħorġu daqsxejn nibdew intertru bil-bard.", "Dawk is-suldati u l-pulizija ikollhom dejjem joqogħdu għassa hemmhekk fil-kesħa u fil-maltemp u għalhekk inħeġġeġ illi jsiru laqgħat biex din it-talba ssir realta' u forsi f'dan il-parlament verament nibnu fiduċja.", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Napprezza ħafna l-osservazzjoni ta' l-Onor.", "Parnis.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bħala ministru għall-affarijiet barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3614; u", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Memorandum u rapport dwar l-effiċjenza milħuqa mill-kunsilli lokali għall-perjodu bejn Ottubru u Diċembru 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad- Deputati): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar photocopy machines fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3615;", "Tagħrif dwar impressed drivers u l-vetturi tagħhom fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4884;", "Tagħrif dwar kuntratti mogħtija għal xogħol f'ġonna pubbliċi f'housing estates, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5106;", "Tagħrif dwar tenders b'valur aktar minn Lm10,000 approvati mill- ministeru bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-24 ta' Frar, 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5109;", "Tagħrif dwar persuni li tilfu x-xogħol minħabba redundancy matul Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5133; Tabella li turi l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq it- tieni parti tar-reġistru fil-31 ta' Diċembru, 1998 - maqsuma skond l- eta' u n-natura tax-xogħol li qed jirreġistraw għalih - bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5608.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tat-terms of reference tal-privatisation unit imwaqqaf mill- gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5389.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' pjanta li turi l-proġett ta' Pjazza Santa Margerita, Bormla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5481.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tar-rapport dwar it-toroq f'żewġ volumi titolat \"Master Plan for the Roads of Malta and Gozo\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5460.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-ftehim iffirmat fit-13 ta' Awissu, 1998 bejn il- Korporazzjoni Enemalta u La Compagnie de Tresorerie Benjamin de Rothschild S.A. dwar xiri ta' żejt b'kuntratt għal sena, flimkien ma' dettalji dwar fixed price, floating price u l-ammont dovut għal Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5556.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet għal żvilupp quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar u applikazzjonijiet pendenti li se jiġu determinati fit-8 ta' April 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4882.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fid-dipartiment tas- saħħa li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5468.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-10 ta' Marzu 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli huwa in possession.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, f'din l-ewwel okkażjoni li għandna minn nhar il-Ħadd 'il hawn, naħseb li nkun qiegħed ninterpeta s-sentimenti tiegħi u ta' sħabi u tal-membri kollha ta' din il-Kamra li nawgura lill- Prim Ministru fejqan ta' malajr u nawguralu li jkun magħna f'din il-Kamra, li dejjem attenda b'tant assidwita', mill-aktar fis.", "Mr Speaker, inkompli fejn ħallejt l-aħħar darba, fejn spjegajt li t-teżi li qegħdin iġibu sħabna tan-naħa l-oħra li t-tneħħija tas-sinking funds tista' b'xi mod tiġi interpretata bħala l-liberalizzazzjoni tal-politika ta' self mill-gvern huwa argument assolutament li ma jreġix.", "Li wieħed jgħid li n-nuqqas ta' sinking funds ifisser li l-gvern donnu jista' jissellef kemm irid u kif ifettillu hija xi ħaġa li ma ssegwix.", "Jien spjegajt li fis-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżna - u fuq dak li għamlu pajjiżi żviluppati mad-dinja kollha - il-gvern huwa meqjus bħala garanzija biżżejjed għal dawn il-fondi biex jiġi mħallas lura d-dejn u n-normalita' hi li jkun hemm rolling-over kull meta d-dejn jiġi biex jitħallas.", "Huwa għalhekk li s-sinking funds wieħed jista' jsejħilhom daqsxejn ta' anakroniżmu, minħabba li meta tkun qed tipprovdi għal dawn is-sinking funds dan trid tagħmlu permezz ta' self u allura tiġi f'pożizzjoni li tissellef biex tfaddal u dik hija ħaġa li ma tagħmilx sens.", "Normalment gvern jissellef b'rata ogħla milli jkun qed ifaddal u allura operazzjoni bħal dik tiġi tiswik il-flus.", "Għalhekk jagħmel aktar sens li nadottaw l-istess policy li teżisti f'ħafna pajjiżi fejn m'hemmx l-obbligu li dawn is- sinking funds isiru.", "Fil-liġi m'aħniex ngħidu li qed neliminaw il-bżonn tas- sinking funds imma qed ngħidu li qed neliminaw l-obbligu li s-sinking funds isiru bilfors.", "Fil-fatt jien spjegajt li qed inkunu ftit konservattivi, fis- sens li fuq djun fuq munita barranija aħna qegħdin nagħmlu sinking funds kompleti sabiex meta jiġi ż-żmien tal-ħlas il-flus, f'munita barranija jkunu available.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nagħmel xi kummenti fuq xi punti li tqajmu minn diversi kelliema dwar l-andament ekonomiku u dwar il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta smajt lil tan-naħa l-oħra jitkellmu fuq l-ekonomija stħajjilt li dawn donnhom insew li sa ftit xhur ilu kienu huma fil-gvern u kienu huma responsabbli għall-andament ekonomiku.", "Qed niskanta, Mr Speaker, kif in- naħa l-oħra illum jitkellmu f'termini ta' ekonomija ġġamjata meta kulħadd jaf li l-ekonomija ġġamjat f'dawk ix-xhur li għamlu fil-gvern.", "L-ekonomija x'inhi?", "Jien kemm-il darba kelli l-okkażjoni nitkellem dwar l-ekonomija f'dan il-parlament.", "Aħna m'għandniex nippruvaw inkunu akkademiċi imma għandna nkunu saqajna fl-art u prattiċi.", "L-ekonomija mhijiex xi ħaġa ta' xjenza li trid tkun għaref ħafna biex tifhimha imma hija xi ħaġa prattika ħafna u bażikament hija l-kumulu tad-deċiżjonijiet li qegħdin jieħdu t- 380,000 persuna li jgħixu, jaħdmu u jaħsbu f'Malta.", "Għalhekk meta dawn in- nies individwalment kienu skussjati matul 20 xhar bi kriżijiet kontinwi, dawn ma setgħux jingranaw u jaħdmu b'mod pożittiv biex jiġġeneraw il-ġid li suppost ġie ġġenerat fil-pajjiż.", "Dak huwa li wassal għall-iġġamjar fl- ekonomija.", "Kienu kriżijiet ta' aspettattivi, kriżijiet politiċi u mishandling ta' l-ambjent politiku li affettwaw il-fiduċja f'dan il-pajjiż, Mr Speaker.", "Jien skantajt meta smajt lill-Onor.", "Mangion jitkellem b'mod li beda jieħu l-affarijiet biċ-ċajt u beda jgħid: U din il-fiduċja x'inhi!", "Qal: Il-fiduċja m'intix se tmur il-bank biha u ssarrafha!", "Niskanta għaliex fir- realta' dan it-tip ta' diskors juri li għadna naħsbu li l-ekonomija ssir f'xi sala ta' l-ippjanar ta' xi organu ċentrali fil-pajjiż.", "Donnhom tan- naħa l-oħra għadhom jaħsbu - għalkemm illum suppost li qegħdin jippriedkaw il-market economy u jagħmlu ħafna asserzjonijiet fuq il-free trade - li l- ekonomija tiddependi min kif jippjanaw xi nies li jkunu miġbura madwar xi mejda.", "Dak iż-żmien ilu li għadda u l-ekonomija hija mmexxija mid- deċiżjonijiet individwali tal-poplu tagħna.", "U dawn id-deċiżjonijiet jiddependu minn kif iħossu kull wieħed u waħda mill-poplu tagħna.", "U dak li jħoss il-poplu jiddependi mill-fiduċja li għandu fil-futur u fil-pajjiż.", "Għalhekk ma nistgħux nieħdu l-kwestjoni tal-fiduċja biċ-ċajt imma għandna neħduha b'serjeta' kbira.", "Meta wieħed jibda jistaqsi kif inhi sejra l- ekonomija u jibda jgħid li għadha ma qabditx ritmu tajjeb irid jifhem fil- fatt x'inhu jiġri.", "Per eżempju, wieħed mill-ħafna kummenti li tajt lill-istampa u lir- radjijiet li jċemplu kontinwament - kollha moħħhom biex iġibu storja differenti wieħed mill-ieħor - kien li element ta' realta' li rridu neħduh in konsiderazzjoni huwa l-fatt li f'pajjiżna hawn ħafna iktar outlets tal-kummerċ milli qatt kien hawn qabel.", "Dawn l-outlets tal-kummerċ huma mifruxa ħafna iktar milli qatt kienu qabel.", "Spiċċa ż-żmien li biex tmur tixtri xi ħaġa trid bilfors tmur il-Belt jew Tas-Sliema għax illum inħolqu ħafna ċentri kummerċjali f'ħafna bliet.", "Per eżempju, jekk tmur il- Mosta dan huwa ċentru kummerċjali ta' ċertu livell; it-triq prinċipali ta' Ħal Qormi hija mimlija bil-ħwienet, wieħed ħdejn l-ieħor, u tistħajlek għaddej minn Triq ir-Repubblika fil-Belt.", "Meta tara t-total ta' x'inhu jiġri ikollok tammetti li fir-realta' l-affarijiet mexjin.", "Per eżempju, jekk tara x'importajna minn barra f'dawn ix-xahrejn ta' Jannar u Frar kontra x-xahrejn ta' Jannar u Frar ta' l-1998 issib li l-importazzjoni fil- fatt żdiedet f'dawk li huma consumables minn Lm33 miljun għal Lm38 miljun.", "Kien hemm qabża sostanzjali wkoll f'dik li hija żieda fl-importazzjoni ta' oġġetti industrijali, fejn minn Lm92 miljun tlajna għal Lm129 miljun.", "F'dan il-każ wieħed jista jinterpreta din iż-żieda bħala l-effett tar-ri- introduzzjoni tal-VAT.", "Kontra dak li ppruvaw jagħtu x'wieħed jifhem min- naħa l-oħra, li b'xi mod il-VAT hija ta' detriment għan-negozju, effettivament l-industrija ppreferiet li tnaqqas l-importazzjoni tal- materja prima f'Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra u żżid l-importazzjoni wara li tidħol il-VAT.", "Mr Speaker, dan huwa argument reali u prattiku u mhuwiex veru li l-VAT iġġamjat l-ekonomija.", "Assolutament mingħajr ebda prova dawn jgħidu li l-VAT iġġamjat l-ekonomija pero' l-fatti juru li r- rota ta' l-ekonomija bdiet iddur b'ritmu ftit iktar milli kienet qed iddur fis-sena ta' qabel.", "Aħna rridu li dan ir-ritmu jkompli jiżdied għax jidher ċar li l-konsum fil-pajjiż għadu kajman.", "Mr Speaker, issa anke meta nitkellmu fuq il-konsum irridu noqogħdu attenti.", "Jiena niftakar li meta kont ministru tal-finanzi fl-1995/96 - u dan huwa ddokumentat - kont nitkellem apertament kontra l-konsumiżmu esaġerat u kont ngħid li hemm bżonn li nieħdu l-miżuri neċessarji biex ma nħallux dan il-konsumiżmu jaċċellera żżejjed għaliex jista' jkollok overheating fl-ekonomija, li finalment jista' jkun detrimentali għal dak li trid tilħaq in the long term.", "Dan naturalment ma jfissirx li għandek tieħu miżuri li twaqqaf il-konsum għal kollox u jiena ma nistax nifhem kif tan- naħa l-oħra qishom għamlu xi rebħa kbira għaliex fl-20 xahar li damu fil- gvern il-konsum f'Malta kkollassa kważi għal kollox.", "M'għamilna l-ebda rebħa b'daqshekk imma ħloqna l-problemi.", "Dan ma jfissirx li rridu nagħmlu affarijiet li mill-banda l-oħra nixegħlu l-ġamar tal-konsum u nrewħuh b'mod li jsir ħuġġieġa li tibda tikkonsma l-enerġiji tagħna biex nipproduċu affarijiet oħra.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, ippermettili ninterrompik imma għandek bżonn leave of House biex tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-Kamra għall-estensjoni li tatni.", "Mr Speaker, iċ-ċifri ta' l-1995 rajthom u ta' l-1996 rajthom ukoll u huwa faċli ħafna nispjega l-affarijiet lill-Onor.", "Geroge Vella.", "Fl-1995 qlibna s- sistema mid-dazju għall-VAT.", "Ġara li fl-1995 l-istatistika tal-gvern - u jekk hawn min irid jara l-affarijiet b'mod oġġettiv dawn iċ-ċifri wieħed jista' jarahom ukoll - marret xi ftit haywire, fis-sens li parti mill-black economy inqabdet fl-istatistika uffiċjali.", "Per eżempju, rajna moviment qawwi f'dawk li huma impjiegi, fis-sens li 4,000 ruħ f'daqqa waħda kellhom jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u kienu kostretti jagħmlu l-ktieb tax- xogħol.", "Dawn qabel lanqas biss kienu jirreġistraw għax-xogħol, jiġifieri ma kenux nies li kienu qegħdin jidhru fil-lista tal-qgħad imma f'daqqa waħda nqabdu fl-istatistika.", "Il-qabża li kien hemm bejn is-sistema ta' tassazzjoni ta' l-1994 u ta' l-1995 - u li ma rrepetietx ruħha issa - kienet qabża drammatika u qabża drastika.", "Konna qed nitkellmu fuq tibdil minn dazji ta' importazzjoni ta' 30%, 40% u 50% - u xi kultant anke ta' 130% u 140% - għal VAT ta' 15%.", "Ġara li matul l-aħħar ta' l-1994 id- diskussjoni fuq il-VAT kienet damet għaddejja x-xhur u allura n-negozjant - u bir-raġun - kellu ż-żmien u l-ħin biex jaġġusta l-pożizzjoni tiegħu.", "Minħabba f'hekk l-importazzjoni tbaxxiet drastikament għaliex meta n- negozjanti kienu jafu li bis-sistema tal-VAT se jieħdu r-refund, naturalment min ma kellux bżonn jimporta ma mportax biex jibni l-istocks.", "Allura kellna sitwazzjoni fejn l-importazzjoni fl-1994 niżlet ħafna u anke l-konsum tan-nies niżel ħafna.", "In-nies irraġunat - u bir-raġun - li kellu jkun hemm aġġustament fil-prezz ta' dawk il-prodotti li tnaqqsitilhom it- taxxa minn 40% għal 15% u minħabba f'hekk il-konsum fl-1994 waqa'.", "Jekk, per eżempju, wieħed iħares lejn il-kontijiet tal-bank ċentrali jara li fl-aħħar ta' l-1994 spiċċajna b'riżervi m'ogħla s-smewwiet.", "Ir-riżervi barranin li kellna fl-1994 għolew b'mod astronomiku għaliex kellna tnaqqis sostanzjali fl-importazzjoni.", "Fl-1995 is-sitwazzjoni bdiet terġa' taġġusta ruħha biex jimtlew l-istock levels li kienu tbaxxew deliberatament min- negozjanti fl-1994 u anke biex tkun tirrifletti ċerti spending patterns.", "Ladarba minn fuq ċerti prodotti tneħħew it-tariffi projbittivi, allura dawn ġew iktar within reach tal-poplu Malti.", "Ovvjament in-nies bdiet tixtri iktar u allura l-importazzjoni reġgħet bdiet tiela'.", "Dak li ġara fl-1995.", "Kellna bidla fis-sistema ta' tassazzjoni li ġabet magħha stock adjustment min-naħa tan-negozjant u tibdil fil-purchasing patterns min-naħa tal- konsumatur, pero' ġabet ukoll tibdil fl-istatistika tal-gvern għax mix-xejn tfaċċaw 4,000 ruħ gainfully occupied, li dan kollu allura ma setax ma jirriflettix ruħu fil-produttivita' u fil-konsum.", "Niftakru li fl-1995 konna rrapportajna GDP growth ta' xi 11%.", "Din ma kenitx xi ħaġa ordinarja.", "Min jaqra ċ-ċifri b'mod li jġib rispett lilu nnifsu - u jien dejjem ninsisti f'din il-Kamra li ċ-ċifri għandna naqrawhom b'dan il-mod - jifhem li dawk iċ-ċifri ma jagħtux l-istorja ta' x'jiġri normalment f'sena imma hemm imwaħħlin magħhom aġġustamenti straordinarji li ġraw f'dik is-sena biss.", "Ovvjament il-growth fl-1996 kien inqas mill- growth ta' l-1995 pero dan ma jfissirx li wieħed għandu jinterpreta dan qisu li fl-1996 bdejna xi triq għan-nizla.", "Qabel ma tagħmel dak il-ġudizzju trid - jekk trid tkun veru oġġettiv - tinnewtralizza l-ġrajja li affettwat iċ-ċifri ta' l-1995 b'mod straordinarju.", "Meta tneħħi l-istraordinarjeta' miċ-ċifri ta' l-1995 u tikkomparahom maċ-ċifri ta' l-1996 tara li fl-1996 bqajna għaddejjin b'livell ta' growth simili għal dak li kellna fl-1994 u fl-1995 f'dak li huwa konsum.", "Dik hija l-istorja ta' l-1995 u l-1996 fis- settur ekonomiku.", "Imma nerġgħu niġu lura għall-VAT, Mr Speaker.", "Jien ngħid anke lin-naħa l-oħra biex ma nibqgħux nippruvaw ngħidu li l- VAT iġġamjat l-ekonomija.", "Il-VAT f'pajjiżna ġiet ippruvata li hi l-aħjar sistema - u jien nixtieq li sħabna tan-naħa l-oħra jibdew japprezzawha din - u ġiet aċċettata mill-poplu Malti li hi l-aħjar sistema.", "Fil-pajjiż irridu ndaħħlu l-mentalita' li din trid tkun simili għall-income tax, li kulħadd jipprova jagħmilha aħjar u b'mod li tiġi amministrata aħjar.", "Jistaqsu wkoll dwar kif sejra l-VAT u jagħmlu ħafna pronostiċi u jgħidu li sejrin lura fir-revenue tal-gvern.", "Jiena ma nafx kif jistaqsu dan meta għadna fl-ewwel xahrejn.", "U min qalilhom li sejrin lura fir-revenue tal- gvern?", "Malli nagħti eżempju ta' x'ġara f'Jannar.", "Kien hemm item ta' Lm10 miljun mis-Central Bank li normalment jidħol fl-aħħar ta' Jannar iżda din is-sena, flok daħal fl-aħħar ta' Jannar daħal fl-ewwel ta' Frar.", "Allura b'daqshekk ngħid li l-gvern daħħal inqas?", "L-Lm10 miljun flok se jidhru fl- accounts ta' Jannar se jidhru fl-accounts ta' Frar.", "Issa b'daqshekk waqgħet id-dinja?", "L-importanti huwa kif nispiċċaw is-sena.", "L-istess jiġri fl- allokazzjoni ta' ċerti funds.", "Per eżempju, ċerti funds ta' l-1997 daħlu fl- 1998.", "Dawn ġew accounted for b'mod tajjeb, jiġifieri mhux qed ngħid li saret xi ħaġa ħażina.", "Din is-sena l-funds daħlu qabel.", "Flok daħlu fl-1999 daħlu fl-1998 imma aħna ma għidniex: Mela issa dawn infaddluhom u nitfgħuhom fl-1999!", "Dawn tfajnihom fl-1998 u allura qed nagħmlu accounting tagħhom fl-1998.", "Allura dan ifisser li qed indaħħlu iktar jew qed indaħħlu inqas?", "Dawn huma fl-istess flow ta' flus li fir-realta' jidħlu x'ħin jidħlu.", "Meta qed nitkellmu fuq cash accounting jiġri li jkollok dawn it-tip ta' cut-offs li qatt m'inti ċert minnhom.", "Mr. Speaker, meta tkellem lin-nies fuq l-istaġnar ekonomiku jgħidulek li hawn cash crunch.", "Issa l-cash crunch f'xi elementi ġrat minħabba overtrading, u dik hija wkoll culture change li rridu nagħmlu f'pajjiżna.", "Parti mir-raġuni għaliex tinħoloq il-cash crunch hi minħabba leverage ħażin.", "Il-leverage huwa l-proporzjon ta' kemm tissellef kontra l-kapital li fil-fatt għandek inti bħala flus tiegħek fil-proġett.", "Dan għandu jkun wieħed realistiku u mhux biex tagħmel proġett ta' Lm1 miljun titfa' Lm5,000 minn tiegħek u tipprova tissellef Lm995,000 mingħand il-bank!", "Dak huwa leverage ħażin u rridu ndaħħlu l-kultura li aħna rridu leverage tajjeb għaliex parti mill-cash crunch ġiet minħabba f'hekk, imma parti oħra ġiet minħabba l-falza stikka li ħa l-gvern ta' qabilna meta werwer lil kulħadd bil-miżura tal-capital assets declaration.", "U meta aħna għidna lill-gvern ta' dak iż-żmien li kien qed jibgħat messaġġ ħażin u li dak li kien qed jipproponi l-gvern ma setax jitħadem dawn daħku bina pero' meta mbagħad ġew biex jimplimentaw dik il-miżura raw li kellna raġun.", "Ma setgħux jimplimentawha u tefgħuha fil-ġenb pero' l-ħsara kienu diġa' għamluha.", "Mr Speaker, smajna wkoll dwar it-turiżmu, meta anke hawnhekk it-turiżmu jidher li miexi tajjeb.", "Il-bieraħt lura irċevejt l-istatistika fuq it- turiżmu, bħalma naħseb irċevewha l-membri kollha ta' din il-Kamra, u minn dan l-istatement jirriżulta li f'Jannar u fi Frar in-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna kien ta' 104,000 kontra 94,000 li ġew fl-istess perijodu tas- sena l-oħra, żieda ta' 10%.", "Meta nitkellmu ma' l-operaturi turistiċi jgħidulna li kellhom perijodu tajjeb - good luck to them u good luck għall-pajjiż kollu! - u l-indikazzjonijiet huma li se jkollna perijodu tajjeb fit-turiżmu din is-sena wkoll.", "Nawgura li dan javvera ruħu.", "Imma hawn nieqaf naqra u ngħid li m'għandniex noqogħdu ngħidu li t-turiżmu sejjer aħjar mis-sena l-oħra għar-raġuni li issa hawn Gvern Nazzjonalista u li aħna għamilna xi miraklu.", "Dan ma jagħmilx sens, bħalma ma tagħmilx sens il-ħrafa li jgħidu li fl-1997 ġew aktar turisti għaliex tnaqqset ir- rata tal-VAT fuq it-turiżmu.", "Hija ħrafa għaliex kulħadd jaf li l-prezzijiet li jkunu bbukkjaw dawk it-turisti li ġew fl-1997 kienu prezzijiet inclusive of VAT.", "Barra minn hekk, jiena niggarantixxi li fl-ebda każ ma sar aġġustament fil-prezz tal-pakkett tat-turisti li ġew fl-1997 u lanqas fl- 1998.", "Ħafna drabi meta titkellem ma' l-operaturi tat-turiżmu jgħidulek li dawn iridu sentejn biex jaġġustaw il-pricing structures tagħhom.", "Wieħed jassumi li bħalma dejjem jikkontendu u naturalment jilmentaw meta jogħlielhom xi ħaġa, naħseb li bl-istess mod ma jkunux jistgħu jaġġustaw il- prezzijiet meta dawn jonqsu.", "Qalulna wkoll li saru ħafna lukandi fl-1997 u fl-1998.", "Veru li nfetħu ħafna lukandi imma jien nistaqsi: Id-deċiżjonijiet biex jinbnew dawn il- lukandi meta ttieħdu, fl-1997 jew fl-1998?", "Dawn bnewhom qishom b'xi lampa ta' Aladin, li togħrokha tliet darbiet u tgħid li trid lukanda u din issir?", "L-affarijiet ma jsirux hekk.", "Dawk il-lukandi li fetħu fl-1997 u fl-1998 kienu proġetti li kienu ilhom għaddejjin u żgur li mhux mertu tal-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Id-deċiżjoni ta' l-investiment għal dawn il- lukandi saret fl-1995 u fl-1996 u qed ngħid dan kollu mhux biex noqogħdu nitfgħu dawn l-affarijiet fuq il-miżien imma biex forsi xi darba ma nibqgħux ngħidu li dak sar fi żmieni u dak sar fi żmienek.", "Hawnhekk għandna nibdew nippruvaw immorru fuq riżultati li jkunu riżultati realistiċi u riżultati veri.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-privatizzazzjoni.", "Din konna ilna li bdejna fuqha u konna mexjin b'ċertu pass.", "Hija wkoll ħaġa pożittiva li fil-perijodu 1997/1998 il-Partit Laburista - dakinhar fil- gvern - għamel statement pożittiv fuq il-privatizzazzjoni.", "Mhux qed naqblu fid-dettal imma dan għamel statement pożittiv fuq il-privatizzazzjoni u bilkemm ma qalilniex ukoll li huwa missier il-privatizzazzjoni f'Malta!", "Jiena ma rridx nidħol fil-polemika tal-paternita' tal-privatizzazzjoni pero' llum għandna sitwazzjoni fejn iż-żewġ partiti naqblu fuq il-kunċett tal-privatizzazzjoni.", "Li għamilna aħna huwa li issa waqqafna grupp ta' nies - u llum kelli l-okkażjoni li nwieġeb mistoqsija ta' l-Onor.", "Brincat fejn tajt it-terms of reference kollha li għandu dan il-grupp - li jridu jikkonsidraw u jistudjaw il-metodu tal-privatizzazzjoni.", "Dawn in-nies m'humiex hemmhekk biex jaqbdu u jbiegħu.", "F'dan il-pajjiż ma jistax jiġi l- ministru tal-finanzi fl-aħħar tas-sena u jgħid: Is-sena d-dieħla għandi bżonn daqshekk miljuni, li ma rridx niġborhom mit-taxxa imma rrid niġborhom mill-bejgħ ta' kumpanniji.", "Ma nistgħux naħdmu b'dan il-mod u aħna qed ngħidu li rridu nagħmlu programm li fih ikollna d-dettalji ta' liema huma l- entitajiet li jridu jiġu pprivatizzati.", "Irridu naraw l-istat ta' kull entita' li trid tiġi pprivatizzata u rridu naraw li l-entitajiet jiġu ppreparati għall-privatizzazzjoni biex kemm jista' jkun ikollna operazzjoni smooth kemm finanzjarjament, kemm ekonomikament kif ukoll soċjalment.", "Waħda mill-aktar affarijiet li jien insistejt fuqha ma' dan il-unit huwa li l-proċess ta' privatizzazzjoni ma jridx ikun misjuq minn konsiderazzjoni finanzjarja biss imma iktar importanti jrid ikun misjuq minn konsiderazzjoni ekonomika.", "Irridu naraw kemm l-entita' li tkun se tiġi pprivatizzata se tkun iktar effiċjenti u kemm se tagħti servizz aħjar lill- konsumatur.", "Irridu naraw ukoll kemm se tkun rilevanti fl-ekonomija tagħna u rridu naraw kif din il-privatizzazzjoni tgħin biex iżżomm lill-kumpannija konċernata fi stat ta' teknoloġija avvanzata li tibqa' tiġi mġedda fil- futur.", "Dan il-unit mhux qiegħed hemm biex il-privatizzazzjoni nagħmluha bl- addoċċ imma biex nagħmluha bil-ħsieb u b'pass meqjus.", "Jien ma naqbilx - u din għedtha fil-pubbliku - mal-mod kif saret il-privatizzazzjoni tal- Maltacom.", "At this stage mhux se nidħol fid-dettal pero' ma naħsibx li kien sewwa li kulma kien jinteressah il-gvern kien biss kemm se jinbiegħu x- shares u full stop.", "Lanqas stajt nifhem kif għamilna x-shares f'Malta u dawk barra minn Malta bi prezz differenti u ħloqna arbitraġġ tremend.", "Min ivvintaha din?", "Kif tagħmel prezz differenti meta qed tixtri l-istess share!", "Jien ma nistax nifhem kif u għalfejn saru dawn l-affarijiet!", "Kien intqal ukoll li kienet se tinbiegħ l-MIA pero' fir-realta' ħafna mill-konsiderazzjonijiet li kienu meħtieġa li jittieħdu ma kenux ittieħdu.", "Per eżempju, hemm il-fatt li l-MIA qed tamministra l-uniku ajruport li għandna f'pajjiżna.", "Dan wieħed irid jikkonsidrah.", "Hemm ukoll fatturi ta' security, hemm fatturi ta' aċċessibbilta' u hemm ħafna fatturi oħra.", "Inti ma tistax tgħid li se tbiegħ l-MIA qisek qiegħed tbiegħ xi kumpannija bħall- Maltacom.", "Aħna qed ngħidu li dan il-unit li waqqafna jrid ikun il-unit li jidħol f'dawn id-dettalji kollha.", "Hawnhekk ġejna kkritikati li ċ-chairmen tal-korporazzjonijiet ma nvolvejnihomx.", "Jiena rrid ngħid li dan il-unit se jkun qed jagħmel il-macro planning u meta niġu biex nidħlu fil-micro planning, jiġifieri fil-pjanifikazzjoni tal-privatizzazzjoni tal-kumpanniji individwali imbagħad naturalment iridu jidħlu wkoll in-nies responsabbli minn dawk il-korporazzjonijiet speċifiċi.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq l-affari ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan id-dibattitu smajna ħafna fuq l-Ewropa.", "Id-diskors prinċipali min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien id-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta tkellem fuq l-Ewropa.", "Meta wieħed jaqra dan id-diskors - u fil-fatt erġajt qrajtu l-bieraħ fil-gazzetta tal-Partit Laburista - wieħed jibda jgħid li fih messaġġ pożittiv. l-Onor Sant qal li meta kien qiegħed f'Milan kien qagħad jisma' l-affarijiet li kienu qed jgħidulu sħabu s-Soċjalisti Ewropej.", "Tajjeb li tisma' u tajjeb li titgħallem - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li lest li jisma' u li jipprova jifhem u jaqbel - u peress li fi statement ieħor l-Onor.", "Sant qal li meta jinbidlu ċ- ċirkostanzi l-Partit Laburista mhux se jiddejjaq jistqarr li l-affarijiet ikunu nbidlu, jiena nawgura li l-Partit Laburista jirrealizza li ċ- ċirkostanzi qegħdin jinbidlu b'mod mgħaġġel u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nħeġġu biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu vis-a-vis l-Ewropa għall ġid tal-partit stess u iktar u iktar għall-ġid tal-pajjiż.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna wkoll li hemm triq oħra.", "Jien ma rajt imkien spjegat din it-triq l-oħra fil-fatt fejn se teħodna.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni joqgħod jistaqsi ħafna affarijiet bħal: Imma min jaf il- kondizzjonijiet ta' l-Ewropa ikunux tajbin għalina?", "Imma kif se taffettwa t-training u l-ħtieġa ta' training qawwi li għandu bżonn pajjiżna?", "Imma kif se taffettwa l-prezzijiet?", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi rridu nkunu inqas retoriċi minn hekk u iktar definittivi fit-triq li rridu nfasslu għall-pajjiż.", "Jekk qed nitkellmu fuq l-impatt ta' l-Ewropa u fuq il- kapaċita' produttiva ta' pajjiżna, ma nistgħux nieqfu biss fuq x'għandna llum u kemm dawn se nkunu kapaċi nbiegħuhom f'Malta u barra minn Malta, imma rridu wkoll nitfgħu l-viżjoni tagħna fil-futur u ngħidu x'jista' jkollna ġdid f'pajjiżna u b'liema mod se nattiraw il-ġdid f'pajjiżna.", "Il- ġdid ifisser attivitajiet ekonomiċi li jutilizzaw il-kapaċitajiet tal- Maltin; u kapaċitajiet għandna ħafna li nafu bihom u għandna ħafna li nistgħu niġu mħarrġa għalihom aħna l-Maltin.", "Ma nistgħux nieqfu fuq il- biċċa li għandna u m'għandniex nitwerwru jekk xi ħadd jipprova jxellef xi rokna minn din il-biċċa.", "Mr Speaker, irridu nħarsu b'fiduċja fil-kapaċita' tagħna bħala poplu u rridu nħarsu 'l quddiem.", "Il-kapaċita' produttiva ta' pajjiżna tiġi affettwata għax f'pajjiżna nistgħu niżviluppaw oqsma ġodda u nistgħu nġibu investiment ġdid u dan huwa iktar possibbli li ġġibu jekk tkun tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan mhux għaliex l-istilel ta' l- Ewropa se jiddu iktar fuqna imma għaliex jekk tkun parti mill-Unjoni Ewropea, Malta tibda tidher fuq il-mappa ta' l-Ewropa.", "Jiena naf x'jiġri meta kumpanniji kbar jinvestu għax kont parti minn dan il-proċess ta' deċiżjoni.", "Jekk xi ħadd irid jinvesti fl-Ewropa, dan se jistaqsi lil ta' taħtu: Għiduli fejn huma l-pajjiżi fl-Ewropa?", "U meta ssir dik il- mistoqsija, Mr Speaker, Malta ma tidher imkien.", "Meta aħna nkunu parti mill- Unjoni Ewropea - u anke meta nkunu fil-proċess għad-dhul - imbagħad Malta tibda tidher.", "Dik, Mr Speaker, hija li tagħmel id-differenza kollha.", "Huwa inutli li Malta toqgħod tmur tippriedka kullimkien - bħalma ppruvajna nagħmlu ħafna drabi - u tfiehem bl-association agreement li għandna u x'vantaġġi dan jagħti.", "Jekk tagħmel hekk m'intix se tilħaq dawk l-eluf ta' kumpanniji li qed jagħmlu dawn id-deċiżjonijiet ta' investiment.", "Jekk fuq l- internet inti tkun fuq l-iscreen ta' l-Ewropa bħala membru jew bħala kandidat, inti qiegħed hemmhekk il-ħin kollu u din il-ħaġa tagħmel id- differenza kollha.", "Meta wieħed jiġi biex jagħmel deċiżjoni, Malta se jkun pajjiż li jista' jikkonsidrah jekk inkunu parti mill-Ewropa.", "U din hija r- realta' prattika.", "Mr Speaker, u din hija r-risposta tiegħi għal meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jistaqsi dwar x'impatt se jkollha l-Ewropa fuq il- kapaċita' produttiva ta' pajjiżna.", "Sħubija fl-Unjoni Ewropea tkun pożittiva wkoll mil-lat ta' effiċjenza akbar fil-kumpanniji li għandna.", "Din kienet id-direzzjoni ġenerali li fiha kienu mexjin il-kumpanniji tagħna u kont tieħu gost, Mr Speaker, tara li l- ideal tagħhom kien li jkunu konformi ma' l-istandards ta' produttivita' u ma' l-istandards ta' kwalita' li hemm fl-Ewropa.", "Dawn huma standards tajbin li rridu nilħquhom anke għall-interess tagħna lkoll.", "Finalment huwa dan li jagħmlek kompetittiv għaliex meta inti jkollok il-kwalita' b'livell ta' effiċjenza tkun tista' tikkompeti.", "Iva, ikun hemm ċerti fabbriki li rridu nirristrutturaw imma dwar ir-ristrutturizzazzjoni nitkellem aktar 'l quddiem.", "Jien ma nafx għalfejn qed tbeżżagħna daqshekk il-kelma ristrutturazzjoni.", "Ir-ristrutturazzjoni f'pajjiżna bdiet fl-1987 u kellha riżultati qawwija.", "Dan għamilnih f'atmosfera ta' social peace li kienet l- għira ta' ħafna.", "Il-mistoqsija l-oħra kienet dwar kif se nimmodernizzaw l-istrutturi ta' tmexxija f'pajjiżna.", "Ma nistgħux nieqfu hemm u l-mistoqsija tiegħi hija differenti.", "Jiena ngħid: Għandna bżonn nimmodernizzaw l-istrutturi ta' tmexxija ta' pajjiżna?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li hemm triq oħra, imma t-triq l-oħra x'inhi?", "Aħna f'pajjiżna għandna nieħdu xi triq li biha nkunu nistgħu nżommu l-ineffiċjenza?", "Dik hija triq vijabbli għalina?", "Hemm xi triq f'pajjiżna li in aeternum tippermettielna nkomplu nħaddmu n- nies mingħajr ma jipproduċu b'kemm jitħallsu?", "Dik tkun triq vijabbli għal pajjiżna?", "Hemm xi triq li tipprovdi li l-work ethic għandha tkun medjokri fis-settur pubbliku meta kkomparata mas-settur privat?", "Dik xi triq li nistgħu nibqgħu ngħixu fiha sa l-eternita', Mr Speaker?", "Hemm xi triq li lilna tħallina b'xi mod ngħixu fuq ħin misluf u neżerċitaw sistema ta' welfare li m'hijiex sostennibbli?", "Dik triq?", "Jgħidu li t-triq ta' l-Ewropa hija triq li tridna nkunu effiċjenti u li tridna nneħħu l-monopolji.", "Imma dawn mhux affarijiet li rridu nagħmluhom bilfors, Ewropa u mhux Ewropa?", "Imma hemm xi triq vijabbli li tgħidilna: Ibqgħu tridu l-aħjar f'kollox mingħajr ma tħallsu xejn għalih?", "Dik triq vijabbli għal pajjiżna?", "Hawn xi triq vijabbli f'pajjiżna li tgħidilna li l-azjendi pubbliċi nagħmluhom dipartimenti tal-gvern?", "U ftit ilu qrajt kumment rigward il-freeport.", "Xi ħadd staqsa jekk il-freeport għandux jitmexxa fuq bażi kummerċjali.", "Mela fuq liema bażi jrid jitmexxa l-freeport?", "Id-djun li hemm fil-freeport kif se jitħallsu u minn min se jitħallsu?", "Mhux mill-vijabilita' li jrid ikun hemm fil-freeport stess jekk jitmexxa fuq bażi kummerċjali?", "Imma f'dan il- pajjiż għandna xi choice ta' triq li żżommna ineffiċjenti?", "Dik hija l- viżjoni għall-futur ta' pajjiżna?", "Għaliex qisu qed nibżgħu nbiddlu u nirranġaw biex inkunu b'saħħitna bħal ħaddieħor?", "Jekk jiġi xi ħadd u jgħidli biex nagħmel xi tip ta' eżerċizzju fiżiku, dan ikun qed jgħidli xi ħaġa ħażina?", "U jekk jiena nagħmel xi eżerċizzju fiżiku, dan inkun qed nagħmlu b'rispett tiegħu?", "Nagħmlu b'rispett tiegħi għaliex finalment is-saħħa lili se tiżdied u mhux lilu.", "Dan huwa l- eżerċizzju kollu li qed inħarsu lejh, Mr Speaker.", "Jekk aħna fl-ekonomija nagħmlu l-eżerċizzji li hemm bżonn biex insaħħu l-kultura tagħna ta' effiċjenza u l-kultura tagħna ta' produttivita', dan inkunu qed nagħmluh għall-wiċċ l-Ewropew u għal wiċċ Santer?", "Jew inkunu qegħdin nagħmluh għal wiċċna u għal wiċċ uliedna, biex inħallulhom pajjiż b'sinews b'saħħithom u li bihom inkunu nistgħu nibqgħu mexjin 'il quddiem?", "Dan qed ngħidu għaliex jiena ma nafx għalfejn qed nibżgħu minn dan ir-restructuring.", "Ir- restructuring f'pajjiżna ilu li beda mill-1987.", "Niftakru t-tip ta' ekonomija - u dan qed ngħidu mhux biex inkun polemikuż - li writna fl-1987 u jiena se nsemmi ftit ċifri biex nuri li din il-biża' mir- ristrutturizzazzjoni hija biża' infondata u biża' mill-babaw li qed jipprova jiżra min huwa ta' fidi żgħira, min m'għandux fidi fil-pajjiż u min ma jemminx fil-kapaċita' ta' rinnovament li għandu pajjiżna.", "Mr Speaker, jiena se nagħmel comparison bejn l-1987 u l-1996.", "Iċ-ċifri li se nsemmi juru li f'dan il-perjodu f'pajjiżna sar restructuring kbir u dan sar f'atmosfera ta' paċi industrijali, f'atmosfera ta' aċċettazzjoni soċjali u f'atmosfera t'armonija.", "Dan it-tip ta' ristrutturar ikkonverta għalih ukoll l-Onor.", "Sant għax qal li huma jridu jaraw li meta jagħmlu t- tibdil dan ikun aċċettat f'kuntest soċjali tal-pajjiż.", "Qisna erġajna skoprejna l-Amerika!", "Dan diġa' sar bejn l-1987 u l-1996.", "Meta aħna konna naħdmu b'dak il-mod kien jgħajjarna gradwalisti, qisna xi eretiċi tas- sistema kapitalista.", "Issa wara kollox din is-sistema aħna m'aħniex xi dixxipli assidwi tagħha pero' huma kienu jużaw il-kelma gradwalist bħala xi aġġettiv ta' min jistmerru.", "Xi jfisser gradwaliżmu?", "Gradwaliżmu jfisser li tibdel l-affarijiet bil-mod u b'pass li l-pajjiż ikun jiflaħ għalih soċjalment.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellimna fuq ir-Rumanija u l- Bulgarija.", "Dażgur li għandhom problemi dawn.", "Xi ftit seduti ilu f'dan il- parlament jien kont tkellimt fuq l-IMF u għidt li ċerti pajjiżi kienu mġiegħla jagħmlu tibdiliet b'pass mgħaġġel iktar milli kienu jifilħu u minħabba f'hekk dawn għajruni fil-gazzetti tagħhom li jien kontra l-IMF.", "Din hija r-realta' u issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni skandalizza ruħu għaliex il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom l-inkwiet soċjali.", "Mr Speaker, f'April ta' l-1992 sar l-ewwel meeting tal-EBRD fl-Ungerija u jiena kont għamilt diskors qasir ta' żewġ minuti - għax hemmhekk ma ndumux nitkellmu bħalma ndumu nitkellmu hawn pero' xorta tgħid li għandek tgħid - u kont għedtilhom biex joqogħdu attenti għaliex jekk huma jirriformaw b'pass iktar mgħaġġel milli jiflaħ jassorbi l-pajjiż tagħhom se joħolqu reazzjoni li se tikolhom.", "Dak iż-żmien kien għad hawn l-ewforija tat-twaqqigħ tal-ħajt ta' Berlin u kulħadd kien qiegħed ibiddel u jagħmel ir-riformi.", "U hekk ġara, Mr Speaker, u dan ma għedtux għax jien xi profeta, xi filosofu jew xi bniedem bravu ħafna pero' għax hija xi ħaġa ta' sens komun.", "Issa f'pajjiżna għamilna r- restructuring b'mod gradwali u ma nħolqulniex dawn il-problemi pero issa ħalli nsemmi xi ċifri.", "L-ewwel ċifra li nixtieq insemmi tirrigwarda impjiegi fil-market services.", "Minn 36,000 fl-1987 dawn telgħu għal 57,000 fl-1996.", "Fl-1987 l- impjiegi fis-settur tas-servizzi kienu jammontaw għal 30% ta' l-impjiegi kollha f'pajjiżna u fl-1996 telgħu għal 41%.", "Minn 6,700 ruħ jaħdmu telgħu għal 9,500 jaħdmu full-time fit-turiżmu u dan mingħajr ma ngħoddu l-part- timers.", "It-turisti minn 745,000 turist telgħu għal 1,053,000.", "Id-dħul mit- turiżmu minn LM135 miljun tela għal Lm229 miljun.", "Per capita kull turist fl- 1987 kien jonfoq Lm114 u fl-1996 beda jonfoq Lm217.", "Fit-turiżmu rnexxielna wkoll nagħmlu shift ftit iktar lejn ix-xitwa għax fl-1987 konna nġibu 122,000 turist u fl-1996 konna nġibu 205,000 turist fix-xitwa, jiġifieri fl- 1987 kienu jiġu fix-xitwa 16% tat-turisti u fl-1996 kienu jiġu 19%.", "Jekk nieħdu s-settur finanzjarju insibu li l-GDP minn 4.8% tela' għal 8.4%.", "Dan huwa settur li nvestjena fih, irridu nkomplu ninvestu fih u rridu nkomplu nsaħħuħ u nespanduh.", "Fis-settur industrijali, l-esportazzjoni minn Lm239 miljun fl-1987 telgħet għal Lm755 miljun, darbtejn u nofs iktar.", "L-impjiegi fis-settur privat baqgħu qisu l-istess tal-manifattura pero' l- esportazzjoni u l-produttivita' telgħet.", "Fil-qasam tat-tessuti minn 9,000 impjegat fl-1987 inżielna għal 5,500.", "Dan ifisser li waqt li fl-1987 is- settur tat-tessuti f'Malta kien jieħu 7.5% ta' l-impjiegi, fl-1996 dan is- sehem niżel għal 4%.", "Fil-qasam industrijali, is-settur pubbliku kien jimpjega 5,100 ruħ u fl-1996 dan niżżilnih għal 1,000 ruħ.", "Dik restructuring!", "Illum jgħidu li fl-industrija hemm xi 3,500 ruħ żejda u rridu naraw fejn se jiġu re-deployed, qisa se taqa' x-xita tan-nar mis- sema!", "Din it-triq diġa' għaddejna minnha with flying colours f'dan il- pajjiż.", "Nixtieq insemmi wkoll xi ċifri dwar is-settur parastatali.", "Fit-tarznari, minn 6,667 impjegat fl-1987 inżielna għal 4,237 fl-1996.", "Niftakar li meta sirt segretarju parlamentari għall-industrija fl-1987 kellna mal-100 kumpannija parastatali.", "Dawn kienu jħaddmu 6,300 ruħ bejniethom.", "Illum f'dan is-settur parastatali għandna 4,000 ruħ inqas għax hemm jaħdmu 2,100.", "Mr Speaker, dan huwa restructuring veru!", "U dan m'huwiex ħolm jew suppożizzjonijiet imma huma affarijiet li ġraw f'dan il-pajjiż.", "Dawn tant ġraw bil-għaqal, bil-kalma u bil-kwiet li ma nafux li ġraw.", "Issa waqt li dan kien qed isir, kien hawn ħafna kummenti u tgħajjir.", "Kienu jgħidu li John Dalli kien qed jgħidilhom biex jagħlqu l-fabbriki u li kulħadd qed jispiċċa jibki u jixher imma kemm ġew isibuni nies wara biex jgħiduli li mn'Alla mbuttajthom jien biex jibdew jesportaw u biex jibdew jaħsbu ħalli jipproduċu xi ħaġa differenti u biex ikunu aktar effiċjenti.", "U waqt li konna qed nagħmlu dan ir-ristrutturar, Mr Speaker, aħna għamilna ħafna affarijiet oħra.", "Għamilna, per eżempju, l-industrial development tag biex ngħinu l-investiment lokali u barrani.", "Għamilna l-METCO biex ngħinu l- esportazzjoni.", "Għamilna il-MIMCOL biex din tara li l-privatizzazzjoni u r- ristrutturar fil-qasam tas-settur pubbliku jsir b'mod strutturat u b'mod tajjeb.", "Għamilna l-insurance għall-esportazzjoni.", "Bnejna ċ-ċentru finanzjarju u għamilna l-freeport u ħafna affarijiet oħra.", "Dik ristrutturizzazzjoni fil-pajjiż, Mr Speaker!", "Altru milli qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li hu se jibda r-ristrutturizzazzjoni għax qal li l-oħrajn kienu jlabalbu biss.", "Kellu bżonn it-tlablib tiegħu jsarraf daqs kemm sarraf it-tlablib tagħna!", "Aħna għamilna ristruturizzazzjoni vera u ġibna r- riżultati.", "Naturalment ma wasalniex sa l-aħħar għad baqgħalna x'nimxu.", "Issa wara li mxejna din it-triq kollha qegħdin insibu lil min jaqtgħalna qalbna għall-biċċa triq li fadal.", "X'naqtgħu qalbna, aħna nagħmlu aktar kuraġġ għaliex nafu li t-triq li kellna nimxu fil-passat imxejniha!", "Mr Speaker, niġi issa għall-konsiderazzjoni tat-triq ta' żona ta' kummerċ ħieles u fuq dan nistgħu ngħidu ħafna kliem.", "Jiena rajt il-minuti ta' laqgħa li kellhom fuq il-free trade zone tan-naħa l-oħra meta kienu fil- gvern bħala parti mid-diskussjonijiet li kellhom ma' l-Ewropa.", "Hawnhekk tara li dawn il-ħafna affarijiet li llum jgħidu n-naħa ta' l-oppożizzjoni kienu biss xewqat għaliex ma kien hemm entendre xejn.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni wżalna din il-kelma entendre li tfisser understanding.", "Intqal li kien hemm ukoll entendre li l-agrikoltura tibqa' barra mill-agreement.", "L- entendre min-naħa waħda kien u biex ikollok entendre dan irid ikun miż-żewġ naħat mhux min-naħa waħda.", "U min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea jidher ċar li ma kien hemm entendre xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker qiegħed nieħu gost nisma' lill-kollega tiegħi jagħti l-verżjoni tiegħu ta' l-istorja pero' m'għandu l-ebda dritt u m'għandu l-ebda bażi fuqiex jagħmel statements kategoriċi dwar dak li skond hu ma kienx jeżisti.", "Hu ma kienx fl-istorja, ma jafx x'kien hemm u ma jistax jagħti l-verżjoni tiegħu.", "Jiena ma nistax ngħid x'hemm għaddej bħalissa meta m'inix qiegħed fil-biċċa tax-xogħol li għaddejja bejnhom u bejn l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq ngħidlu wkoll li mhux entendre kien hemm imma entente.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mid-dokumentazzjoni li rajt jidher ċar li ma kienx hemm understanding ta' din il-pożizzjoni li qegħdin jgħidu li kien hemm.", "Mr Speaker, qalu wkoll li l-avis jgħid li għandu jkollna għaqda doganali.", "Imma forsi l-free trade zone ma kenitx se tagħtina għaqda doganali?", "Ma konniex se nimxu wkoll bil-free trade zone fuq it-tieni pass ta' l- association agreement?", "(Interruzzjonijiet) Imma safejn naf jien dawn l- affarijiet huma ddokumentati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru għandu jġib il-joint declaration u jaqraha verbatim.", "Il-joint declaration titkellem ċar u hawnhekk għandna ngħidu l-verita' u mhux nippruvaw nagħtu interpretazzjoni kif jaqbel lilna.", "Ejjew inkunu serji!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed jgħidu li jekk ikollna free trade zone nistgħu nagħmlu d-dazji tagħna.", "Meta jkollok free trade zone trid toqgħod ukoll fuq il-preferential agreement li għandek ma' l-Ewropa u ma tistax taqbad u tagħmel id-dazji li trid.", "Anke taħt il-VAT system għamilna d-dazji tagħna!", "Kellna l-common external tariff, li biha konna nintaxxaw prodotti li jiġu min barra l-Ewropa, kif kien ikollhom jagħmlu wkoll kieku daħlet il-free trade zone.", "Is-sinjuri tan-naħa l-oħra anke meta qalbu għas-CET kellhom iżommu il-common external tariff u fuq prompting ta' l-Unjoni Ewropea dawn żiduha biex ineħħu d-diskriminazzjoni bejn il-pożizzjoni li kien hemm taħt il-VAT u l-pożizzjoni li daħħlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, allura issa meta tiġu biex tagħmlu customs union u bilfors ikollok tadatta t-taxxa komuni li għandha l-Unjoni għal dawk il-prodotti li jkunu deħlin min pajjiżi terzi, dan il-pass tagħmlu fuq il-prompting ta' ħaddieħor?", "Mhux kwestjoni ta' prompting u mhux prompting għax jekk kemm-il darba l-Unjoni Ewropea tagħmel taxxa ta' 10%, ikollok tagħmel taxxa ta' 10%.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, fl-1995 aħna diġa' kellna dik is-sistema.", "Din is-sistema huma żammewha bid-differenza li għollewha b'minimu ta' 8%.", "Issa meta kienu se jdaħħlu l-famuża taxxa fuq il-manifattura lokali, kien se jkun hemm tibdiliet oħra biex jiġu konformi mal-pożizzjoni Ewropea.", "Dawn huma spjegazzjonijiet li ngħataw f'dokumenti u f'diskussjonijiet li kien hemm bejn uffiċjali Maltin u dawk Ewropej.", "Qalulna wkoll li jekk nidħlu fl-Ewropa nitilfu l-GSP ta' l-Amerika.", "Hawnhekk tajjeb li nispjega li l-GSP ilna ħafna ingawduha u se nibqgħu ingawduha sakemm fil-GDP tagħna ma naqbżux ċertu livell.", "Aħna m'għandna l- ebda garanzija li l-GSP se nibqgħu ingawduha għal dejjem imma se ngawduha sakemm il-GDP per capita jibqa' taħt ċertu livell.", "Ma rridx inkun kategoriku imma jiena xettiku ħafna dwar kemm tista' tagħmel dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni li jekk ikollna l-free trade zone ma' l-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nagħmlu free trade zone oħra ma' l-Amerikani.", "Imbagħad l-agreement tal-preferred nation li jkollna ma' l-Ewropa nitfgħuh il-baħar?", "Kif tista' tagħmel preferred nation ma' l-Unjoni Ewropea u tagħmel preferred nation ma' l-Amerika wkoll!", "Jiġifieri dan huwa anakroniżmu li mhuwiex spjegabbli.", "Mr Speaker, din hija d-direzzjoni li rridu nieħdu.", "Mhux għax l-Ewropa hija xi ġenna jew xi makna perfetta pero' rridu nersqu lejn il-pożizzjoni fejn pajjiżna juri li jemmen li għandu l-kapaċita' li jkun bħal ħaddieħor, li jkun daqs ħaddieħor u li m'hu inferjuri għal ħadd.", "Aħna pajjiż li kapaċi nilqgħu għall-isfidi u kapaċi nirbħu l-isfidi u għandna bżonn li nkunu nafu dawn l-isfidi x'inhuma.", "(Interruzzjonijiet) Lill-Onor.", "Vella ngħidlu li huwa kompitu tagħhom li minflok jippruvaw b'kull mod jgħidu l-ħmerijiet basta mingħalihom jagħtu l-gambetti - bħal, per eżempju, li r-referendum ma jagħtux kasu jekk isir - aħjar juru li aħna kapaċi naraw flimkien li jkollna l-aħjar kondizzjonijiet.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) Kap 161\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed min hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fis-7.52 p.m.billi ntalbet votazzjoni l-Kamra kienet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) Kap 161\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU.", "158", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (NRU.2)", "LOCAL LOAN (No.2) BILL", "MR SPEAKER: It-tieni item fuq l-aġenda huwa t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru.2).", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi messaġġ tal-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jawtorizza li somma ta' mhux iżjed minn mitt miljun lira Maltija tinġabar b'self f'Malta sabiex tkopri nefqa akbar mid-dħul fil- Fond Konsolidat matul is-sena 1998 u n-nefqa li hi mistennija sseħħ matul is-sena 1999\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad- Deputati.", "1 ta' Diċembru, 1998", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ l-Att ta' l-1998 dwar Self Lokali (Nru. 2)", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, permezz ta' din il-liġi qegħdin infittxu l- awtorizzazzjoni tal-parlament biex nissellfu somma li ma taqbiżx il-Lm100 miljun li biha rridu nibbilanċjaw id-deficit tas-sena l-oħra u parti minn dak li huwa meħtieġ biex niffinanzjaw l-iżbilanċ għal din is-sena.", "Il- livell ta' l-iżbilanċ huwa livell li m'huwiex sostenibbli u naħseb li kulħadd jaqbel li għandna nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nikkontrollawh u nniżżluh.", "Fis-settur tal-finanzi ġew stabiliti kriterji internazzjonali li jagħtu indikazzjoni ta' kemm għandu jkun deficit li jista' jissejjaħ sostenibbli.", "Meta l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea waslu għal qbil f'Maastricht taw indikazzjoni li għalihom id-deficit m'għandux jaqbeż it-3% tal-GDP.", "Din iċ- ċifra hija relatata ħafna ma' kemm kien qiegħed jiġi stmat li se jiżdied il- ġid tal-pajjiżi li r-rappreżentanti tagħhom kienu qegħdin madwar dik il- mejda u bejn wieħed u ieħor kienu qed jistmaw li l-GDP kellu jiżdied b'rata ta' 3%.", "Dawn kienu qed jargumentaw li d-deficit m'għandux jiżdied b'rata ogħla mir-rata ta' tkattir tal-ġid.", "Kien bażikament minħabba din il- konsiderazzjoni li stabilixxew dawn il-kriterji.", "F'pajjiżna aħna qegħdin nimmiraw għal growth rate sostanzjalment ogħla minn 3% pero' xorta waħda l- mira tagħna għandha tkun li d-deficit ma għandux ikun aktar minn 3% tal- GDP.", "Irrid ngħid ukoll li meta nitkellmu fuq deficits vis-a-vis il-kriterja ta' Maastricht inkunu qed nitkellmu fuq id-deficit wara li wieħed ikun ħa in consideration il-grants li jieħu l-pajjiż u d-dħul minn bejgħ ta' isħma.", "Mr Speaker, meta ppreżentajna l-aħħar budget biddilna l-format ta' kif nirrapportaw il-qagħda finanzjarja tal-gvern.", "Dan biddilnih biex nitgħallmu nikkonsidraw il-flow tad-dħul u l-ħruġ tal-gvern bħalha dik li hi.", "Minħabba f'hekk qsamna l-flow tad-dħul u l-ħruġ li jsir minn-sena għall-oħra, bħall- flow ordinarju tad-dħul u n-nefqa rikorrenti li ssir, minn man-nefqa kapitali li prattikament tiġi allokata kull sena.", "Minnha ħriġna l-ammont ta' dak li sejjaħnilu deficit strutturali, jiġifieri l-ammont li joħroġ min din il-flow ordinarja tad-dħul u ħruġ tal-gvern.", "Imbagħad urejna kif dan is- self jista' u għandu jiġi ffinanzjat.", "Għedna li parti minnu se jiġi ffinanzjat minn grants u parti minnu għandu jiġi ffinanzjat mis-sale of shares.", "Meta wieħed jieħu dawk in consideration, allura joħroġ id-deficit li jrid jiġi ffinanzjat minn self li jrid jagħmel il-pajjiż minn barra jew inkella minn ġewwa il pajjiż.", "Mr Speaker, huwa fatt li l-livell tad-deficit li għandna huwa livell għoli.", "Huwa livell ħafna iktar għoli milli għandu jkun u aħna rridu nieħdu l-miżuri meħtieġa biex naraw li minn sena għal sena nibdew innaqqsu dan id- deficit.", "Illum id-dħul m'huwiex qiegħed ikopri l-ħruġ rikorrenti tal-gvern u allura qegħdin f'pożizzjoni li qegħdin nissellfu biex nieklu.", "Qegħdin nissellfu biex inħallsu l-pagi, biex inħallsu l-pensjonijiet, biex nagħtu s- sussidji u qegħdin nissellfu wkoll biex nagħmlu dawk il-programmi ta' fejda li għandna.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu b'mod li bih inkunu qegħdin innaqqsu l-importanza ta' miżuri, programmi, inizjattivi ta' solidarjeta' ta' wieħed ma' l-ieħor li għandu l-gvern.", "Illum il-livell ta' solidarjeta' tellajnih għal livelli għolja u kulmin jemmen fis-solidarjeta' jrid ukoll jirrealizza li huwa importanti li m'għandniex nieqfu ma' xulxin illum jew għada biss imma rridu npoġġu l-istruttura biex inkunu nistgħu nagħmlu dan għall-għexieren ta' snin li ġejjin.", "Mr Speaker, irridu nikkontrollaw id-deficit u dan nikkontrollawh billi nagħmlu żewġ affarijiet.", "M'aħniex se niskopru l-Amerika imma hemm bżonn li nżidu d-dħul u hemm bżonn li nikkontrollaw il-ħruġ.", "Jgħiduli: Ma tridx tmur l-universita' biex tgħid dan il-kliem.", "Dażgur li le!", "Dan huwa l-ovvju, dan huwa s-sens komun imma issa rridu naraw kif se npoġġu dan is-sens komun fil-prattika.", "Irridu nżidu id-dħul billi fis-sistema ta' tassazzjoni li għandna niġbru dak li għandna niġbru u dan għandu jkun l-ewwel oġġettiv li rridu nilħqu.", "Għandna sistemi ta' taxxi differenti għax għandna t-taxxa indiretta u għandna taxxa diretta.", "Jidher li lħaqna consensus fuq it- taħlita ta' taxxi diretti u taxxi indiretti u m'għadniex nisimgħu dibattiti sħan fuq taxxi diretti u taxxi indiretti għaliex iż-żewġ partiti l-kbar f'Malta wrew li l-politika fiskali tagħhom hija bbażata fuq taħlita bejn taxxi diretti u taxxi indiretti.", "Illum kulħadd jirrealizza li ma tistax tibbaża biss fuq taxxa diretta għaliex dik tkun kontro-produttiva.", "Lanqas ma tista' tmur biss fuq taxxa indiretta għax inkella tkun qiegħed titlef xi ftit mill-progressivita' fil-qafas tat-tassazzjoni.", "M'għandniex nagħtu l- impressjoni li min jiflaħ l-iktar qed iħallas l-iktar meta nafu li fil- prattika ftit li xejn jaħdmu hekk l-affarijiet.", "Għalkemm it-teorija tgħidlek li fit-taxxi diretti se jħallas iktar min jaqla' iktar pero' fil- verita' dan iseħħ sa ċertu punt.", "Fuq it-taxxa indiretta, Mr Speaker, erġajna daħħalna s-sistema tal-VAT li biha nistgħu nikkontrollaw b'mod aħjar.", "Din is-sistema tagħtina ingranaġġi aħjar fis-sistemi l-oħra ta' tassazzjoni biex inkunu iktar effettivi fil- ġbir tagħhom.", "Hawnhekk jiena rrid nerġa' nirrepeti dak li għedt ftit ilu meta kont qed nagħlaq il-liġi l-oħra, li jiena nħoss li huwa importanti ħafna li f'dan il-pajjiż nagħtu sens ta' stabilita' lil din it-taxxa.", "M'għandniex nerġgħu ndaħħlu xi ħsieb f'moħħ xi ħadd li din it-taxxa hija waħda temporanja.", "Hemm bżonn li jkun hemm il-feeling li s-sistema ta' taxxa indiretta mhux se terġa' tinbidel.", "Hemm bżonn ukoll li din it-taxxa tkun affermata mill-politiċi biex kulħadd ikun jista' jaħdem biex jissodaha kemm jiflaħ, biex jagħmilha iktar robusta u biex jagħmilha aktar effiċjenti.", "Almenu qbilna fuq il-ħtieġa li jingħataw l-irċevuti fiskali u hawnhekk irridu nerġgħu nagħmlu l-appell tagħna lill-poplu Malti kollu u ngħidulu li bis-sistema ta' l-irċevuta fiskali aħna daħħalnieh responsabbli li jara li ma jkunx hawn evażjoni ta' taxxa.", "L-introduzzjoni ta' l-irċevuta fiskali hija xi ħaġa li fuqha jaqblu ż-żewġ partiti f'Malta u minn hawnhekk qegħdin ngħidu lill-poplu Malti: Isma', inti llum għandek leħen u għandek il-possibbilta' ta' azzjoni biex taħdem, biex timmilita' u biex issostni li jitħallas dak li għandu jitħallas lilek għaliex wara kollox il-gvern huwa inti.", "U għandna bżonn li nkomplu nagħfsu u nedukaw fuq il-ħtieġa li kulħadd jagħti u jitlob l-irċevuta fiskali.", "Mr Speaker, f'dan il-qasam għad hawn problemi.", "Naturalment is-sistema għadha tibda u għadha qed tingrana u iktar ma mmorru iktar se ningranaw, pero' mir-rapporti li qed nirċievu diġa' jidher li fejn għandu x'jaqsam is- settur tal-provvista ta' oġġetti - jiġifieri l-ħwienet - il-proċess ta' l- irċevuti miexi fuq ritmu ħafna aħjar milli qatt mexa qabel.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx problemi u li kulħadd qed jagħti l-irċevuta mmarkata kif suppost pero' s-sistema miexja ħafna iktar milli kienet qabel.", "Il-feedback li għandi jgħidli wkoll li fil-qasam tas-servizzi għad għandna setturi li għadhom jikkumbattu l-ħtieġa li jimxu sewwa.", "Naturalment il-kompitu tagħna bħala gvern huwa li nagħmlu ħilitna kollha biex nassiguraw li kulħadd jimxi sewwa, anke dawk li jipprovdu servizzi.", "U kulma jmur qegħdin norqmu l- metodi tagħna ta' kif nagħmlu s-sorveljanza biex kemm jista' jkun inkopru lil kulħadd.", "Qegħdin ukoll nagħmlu benchmarks li ma jkunux tassattivi ma' kulħadd.", "Mhux se ngħidu li dak li jkun bilfors irid jaqla' daqshekk jew bilfors irid ikollu dak it-turnover imma qed nagħmlu benchmarks realistiċi biex inkunu nistgħu nkejlu dak li qed jirrapportaw ħafna nies.", "Per eżempju, ma jistax ikun li mill-irċevuti li jibgħat tabib jirriżulta li dan ikun qed jara biss pazjent wieħed kuljum.", "Ma jistax ikollok spiżjar li jirriżulta li jiftaħ biss ħames minuti kuljum.", "Dawn huma affarijiet li bil-mod il-mod ninsabu mexjin fuqhom u l-appell tiegħi hu biex kulħadd jimxi sew.", "Mhuwiex fl-interess tal-gvern li jagħmilha tal-bojja imma l-interess tal-gvern hu li jkollna sistema li timxi u li tiġi segwita tajjeb minn kulħadd.", "Pero' jkun tajjeb li ngħid li mhux se jibqgħu jiġu ttollerati aġiri arroganti li jsiru f'wiċċ kulħadd, fejn dak li jkun ma jħallasx it-taxxa dovuta jew jaħbi kemm jaqla' biex ma jħallasx l-income tax.", "Ċertament li fejn tidħol l-income tax irridu nagħtu ħafna iktar kredibbilta' lid-dipartiment tat-taxxi interni u jiena għalhekk tkellimt fuq ir-re-engineering ta' dan id-dipartiment.", "Dan huwa dipartiment li sfortunatament għal ħafna raġunijiet ma jitteħidx bis-serjeta'.", "Aħna rridu nikkoreġu din is-sitwazzjoni u nagħmlu dipartiment li kulħadd jieħdu bis- serjeta'.", "Qegħdin nippreparaw miżuri - nispera li nkunu nistgħu noperawhom sa minn din is-sena - li bihom inkomplu bir-riforma li konna bdejna fl- 1995/1996.", "B'dan qed infisser li rridu nagħmlu l-pass loġiku u naqilbu għas- sistema ta' self-assessment, kif hemm f'pajjiżi oħra żviluppati.", "Bil-final settlement system ħafna nies mhux se jkollhom għalfejn jimlew il-karta ta' l-income tax, kif konna nimlewha qabel, għaliex it-taxxa jħallsuha meta jaqilgħu l-flus at source.", "Dawk li jridu jimlew il-karta li fiha nagħmlu l- kont tat-taxxa kemm jiġi, dak se jibda jkun obbligu li nimlewha.", "B'dan il- mod inkunu nistgħu naqtgħu wkoll il-bżonn li l-assessment joħorġu d- dipartiment.", "Ir-return stess ta' l-individwu tkun assessment fiha nfisha meta tasal fid-dipartiment.", "B'dan il-mod id-dipartiment ikun jista' jiġi ri- orjentat u ri-organizzat f'dipartiment li jinvestiga.", "Naturalment hemmhekk ukoll irridu nkunu zero based, jiġifieri nibdew mill-qiegħ, u jiena għalhekk qed nitkellem fuq re-engineering u mhux fuq riforma.", "Biex issir din il-ħaġa se jkun hemm bżonn professjonijiet li forsi llum m'humiex daqshekk apparenti fil-dipartiment ta' l-income tax.", "Se jkun hemm bżonn supply tajba minnhom ħalli jkunu jistgħu jeżaminaw iċ-ċifri b'mod intelliġenti, jitkellmu mat-taxpayers b'mod tajjeb, ifehmu l-pożizzjoni tad- dipartiment, jagħmlu każ intelliġenti għad-dipartiment u jipprovaw jaslu mat-taxpayer.", "Aktar u aktar dawn għandhom jgħinu biex f'pajjiżna tinħoloq il-kultura li t-taxxa trid titħallas.", "Din hi l-bidla li verament għandu bżonn dan il-pajjiż.", "Bħalissa s-sitwazzjoni qegħda li jekk hemm xi taxxa nipprovaw naħarbuha u jekk ma nistgħux naħarbuha nipprovaw nitolbu eżenzjoni minnha.", "Dan kollu jrid jispiċċa.", "Wara li tkellimt fuq id-dħul, Mr. Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-ħruġ u nibda billi ngħid li hemm bżonn li nikkontrollaw il-ħruġ.", "Ma nistgħux nibbażaw biss li nżidu d-dħul imma rridu nikkontrollaw ukoll il- ħruġ.", "Jiena fil-budget tkellimt fuq triggers u llum se nerġa' nitkellem fuq triggers.", "Ma jistax ikun li l-gvern jiġi f'pożizzjoni li jżid in-nefqa tiegħu, ħafna drabi b'mod straordinarju, minħabba deċiżjonijiet li ma jeħux hu imma li jieħu xi ħadd, anke barra mill-gvern kompletament.", "Dawn id- deċiżjonijiet jgħollu l-ispiża tal-gvern bil-miljuni.", "Jiena rrid li jkollna sitwazzjoni fejn il-ministru tal-finanzi, ikun min ikun, jekk irid jagħmel budget għas-sena d-dieħla, sentejn oħra, tliet snin oħra, dan ikun jaf li dawk iċ-ċifri għandu kontroll fuqhom.", "M'għandux ikun li dan jagħmel budget waqt li jkun jaf li ċ-ċifri jistgħu jisparawlu b'mod astronomiku minħabba deċiżjonijiet li ma jkunx qed jieħu l-gvern imma li jkun qed jieħu xi ħadd ieħor li m'għandux x'jaqsam mal-gvern.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li għadna kemm spiċċajna l-ewwel fażi ta' eżerċizzju dwar kif qed jitħallsu s-servizzi soċjali.", "Illum għandna dik li nsejħula welfare map, fejn nafu l-combination ta' welfare items li jieħdu l- individwi kollha.", "Illum nafu kemm il-tip ta' servizz soċjali qed jirċievi kull individwu.", "Issa rridu mmorru għat-tieni fażi u nagħmlu grouping ta' dawn l-individwi biex inkunu nafu eżattament x'inhu l-welfare tagħna.", "Il- welfare tagħna huwa welfare jew huwa xi ħaġa oħra?", "U miċ-ċifri li rajt s'issa ma jidhirx li għandna xi estravaganza fil-welfare, għalkemm ċerti elementi jridu jiġu ċċekkjati.", "U permezz ta' dan l-eżerċizzju sibna li għandna numru ta' persuni li jieħdu combination ta' benefiċċji u għandna numru ieħor li jieħdu combination oħra ta' benefiċċji.", "Jiġifieri hawn min, per eżempju, jieħu benefiċċju mod, benefiċċju mod ieħor u benefiċċju ieħor, kollha f'daqqa.", "Wieħed jistaqsi jekk dawn għandhomx jibqgħu jeħduhom f'daqqa.", "Issa jekk il-Bambin irid se ngħaddu għat-tieni fażi.", "Bdejna wkoll eżerċizzju fis-sistema edukattiva biex naraw kemm iqumulna l- iskejjel waħda waħda, x'inhu l-cost per pupil u x'comparison hemm bejn il- cost per pupil fi skola u l-cost per pupil fi skola oħra.", "Dawn il-costs jiġu l-istess, jiġu qrib xulxin jew hemm xi differenzi enormi?", "Jekk hemm differenzi, dawn huma spjegabbli jew le?", "Jien m'inix qed ngħid li jekk f'Ħal Qormi qed nonfoq lira u f'Ħaż-Żebbuġ qed nonfoq żewġ liri, allura hemm xi ħaġa ħażina bilfors għax jista' jkun hemm spjegazzjoni.", "Jista' jkollok raħal żgħir li għandu school population żgħira li bilfors għandu livell ta' fixed cost li wieħed irid jagħmel tajjeb għalih.", "Minħabba f'hekk jista' jkun li l-cost per student ikun ogħla b'mod raġunat.", "Li rrid ngħid hu li aħna bdejna dan l-eżerċizzju biex nispjegaw kif il-gvern qed jonfoq il-flus.", "Irridu nenfasizzaw ukoll - u dan diġa għidtu b'daqsxejn enfasi meta kont qed nagħlaq il-liġi ta' qabel din - li rridu mmorru fuq sistema ta' cost benefit.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu li aħna nistgħu nibqgħu nieħdu l-aħjar b'xejn, li jekk se nibnu xi ħaġa rridu nagħmluha to the highest specifications li hawn fid-dinja mbagħad neħduha b'xejn u jekk se nagħmlu xi makkinarju dan irriduh mill-aktar modern imma b'xejn!", "Hemm bżonn li din il-kultura nibdluha.", "Hemm bżonn li l-ħaddiema jifhmu li kulħadd irid jagħti l-ġurnata tax-xogħol u li ma jistax ikun li s-sistema ddur skond il- bżonnijiet tagħhom.", "Ma jistax ikun li jgħidulek: Jien ma nistax immur nagħmel dak ix-xogħol hemmhekk għaliex irrid nirkeb żewġ karozzi tal-linja!", "Jien ħdimt f'pajjiżi fejn biex imorru għax-xogħol in-nies xi kultant jieħdu sagħtejn jew tliet sigħat.", "Ma jistax ikun li ngħidu: Għaliex qlajt transfer!", "Darba niftakar li ġiet persuna għandi u qaltli li qalgħet transfer.", "Jiena staqsejtha: Fejn kont taħdem.", "Qaltli: Kont naħdem l-inland revenue.", "Għedtilha: Fejn bagħtuk?", "Qaltli: Le, l-inland revenue għadni.", "Għedtilha: Allura xi transfer qlajt?", "Qatli li kienet taħdem f'kamra fi block 6 u li b'vendikazzjoni bagħtuha f'kamra oħra fl-istess block u minħabba f'hekk din il-persuna tilfet lil ħbiebha.", "Dik vendikazzjoni!", "Ma jistax ikun li dan il-pajjiż nibqgħu mmexxuh fuq din il-bażi, ma jistax ikun li pajjiż jitmexxa skond il-kumdita' ta' kulħadd.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq xi miżuri straordinarji imma qed ngħidu li min huwa impjegat mal-gvern fis-settur pubbliku jrid jifhem li jrid jagħmel ix-xogħol li hemm bżonn jagħmel.", "Ħaġa oħra li smajt riċentement hi - u tajjeb li nkunu nafu bihom dawn l- affarijiet - li kien hemm xi deċiżjoni ta' l-ombudsman li jekk bniedem jagħlaq 55 sena ma tistax tittrasferih minn job għal ieħor fid-dwana.", "Imma din realta' f'dan il-pajjiż?", "Issa din il-ħaġa saret f'post bħad- dwana u fil-każ tad-dwana jiena dejjem tajt struzzjonijiet biex kultant żmien ikun hemm tibdil biex ħadd ma jibqa' fl-istess post għal żmien twil.", "Ma nafx għaliex li kif iddawwar lil xi ħadd qisek qtiltlu lill-ommu.", "Ħadd ma jrid jiċċaqlaq minn fejn qiegħed jew għax għandu l-allowances jew għax għandu l-overtime jew għax qiegħed qrib id-dar.", "Mr Speaker, meta qed nitkellmu fuq riformi f'dan il-pajjiż qegħdin nitkellmu fuq dawn il- kulturi.", "Jekk qegħdin naħdmu aħna rridu nadattaw ruħna għax-xogħol u mhux ix-xogħol jadatta ruħu għalina.", "U din hija d-differenza bażika meta jiena nitkellem fuq il-work ethic bejn is-settur privat u s-settur pubbliku.", "Kulmin ħadem bħali fis-settur privat jaf li inti trid tadatta ruħek għax- xogħol.", "U kulħadd jadatta ruħu għax-xogħol mingħajr problema.", "Mur ġibek fis-settur privat tgħidlu: Le, ma tarax ma noqgħodx hemm!", "Jew: Lil dik se tpoġġili ħdejja meta ma nkellimhiex!", "Mur ara kif iqabbżek il-bieb ta' barra kieku tgħidlu hekk!", "Mr Speaker, jekk irridu nikkontrollaw id- deficit f'dan il-pajjiż irridu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet ukoll.", "Imbagħad hemm ukoll il-kwestjoni tal-livell ta' produttivita' fis-settur pubbliku.", "Jekk tipprova żżid daqsxejn produttivita' f'dipartiment tal- gvern malajr jiġi xi kap ta' union u jordnalek xi go slow meta suppost li dawn bħalissa qegħdin jitkellmu fuq il-bżonn li nneħħu t-tax evasion.", "Kulħadd jaf jippriedka x'għandu jagħmel ħaddieħor!", "Aħna l-politiċi kommessi li niġbru t-taxxa pero' m'għandniex niġbru t-taxxa biex imbagħad nisparpaljawha fuq l-irjus.", "Aħna niġbru t-taxxa biex nużawha għall- benefiċċju tal-poplu tagħna u mhux biex ikun hawn xi wħud li mingħalihom għandhom xi dritt ta' xi renta mill-erarju biex jagħmlu li jridu.", "Ma nistgħux inkomplu niffinanzjaw l-għaks, l-għażż u l-akkarija.", "Irridu ninvestu fix-xogħol u dan huwa l-messaġġ li rridu nagħtu bl-akbar qawwa u bl-iktar leħen għoli ħalli żgur iwassal ma kullimkien.", "Meta nitkellem b'dan il-mod ħafna drabi jkun hawn min ikollu interess li joqgħod jagħmel it-timbri.", "Ħallihom ħa jagħmlu t-timbri imma din hija r- realta' li rridu ngħixu u din hija l-linja li rridu naqtgħu.", "Din hija t- triq li rridu nimxu jekk irridu nissanaw il-qagħda u fuq dan hemm bżonn li nkunu vuċi waħda.", "L-iżbilanċ jonqos jekk naħdmu, it-taxxi jinġabru jekk l- ekonomija tkun qed iddur u l-ekonomija ddur jekk naħdmu.", "Irridu naħdmu ħalli nonfqu u rridu nitgħallmu li naħdmu l-ewwel, jekk naħdmu naqilgħu u meta naqilgħu nonfqu.", "Meta naslu f'dik is-sitwazzjoni allura jkollna ekonomija b'saħħitha.", "Mr Speaker, hemm bżonn ukoll li nallokaw ir-riżorsi b'mod aħjar.", "Irridu li jkollna prijoritajiet iktar studjati.", "Anke hawnhekk qed nagħmlu riforma oħra fil-mod kif jiġi ppreparat il-budget biex nibdew l-analisi tal-proċess baġitarju ħafna aktar kmieni milli s-soltu jsir.", "Qed nagħmlu dan biex fis- sitwazzjoni preżenti li għandna nkunu nistgħu nanalizzaw l-effetti ekonomiċi tan-nefqa li qed nagħmlu, tat-taxxi li qed niġbru u tad-dħul li qed nippretendu b'aktar reqqa u b'aktar studju.", "Hemm bżonn ukoll li nkunu nistgħu nipperfezzjonaw il-metodi tagħna ta' forecasting pero' iktar u iktar bir-riżorsi li għandna bilfors irridu nillimitaw ruħna fin-nefqa.", "Irid ikun hemm ammont ta' nfiq li ngħidu: Daqshekk, no more!", "U dak id- daqshekk irridu ż-żmien biex naraw li qed nallokawh bl-aħjar prijoritajiet għal pajjiżna.", "U dak hu l-proċess li qed nibdew minn din is-sena biex il- budget mhux isir fi tliet ġimgħat imma jkun jista' jiġi ppjanat f'tul ta' żmien.", "Mr Speaker, is-self ukoll irid jiġi amministrat aħjar.", "Minħabba f'hekk il- gvern ta' qabilna kien ħoloq public debt management advisory board.", "Ftit ilu erġajna waqqafna dan il-board b'kompożizzjoni differenti milli kien hemm imma l-konċett żammejnih.", "Fil-fatt dan il-board illum huwa kompost mill-ministeru, mit-teżor u mill-bank ċentrali.", "Neħħejna minnu l-banek u l- brokers minħabba konflitt ta' interess li jista' jkun hemm għax dawn huma nies li jinvestu u li jagħtu pariri fuq dawn il-bonds.", "(Interruzzjonijiet) L-istock exchange huwa parti minn dan id-debt management advisory board.", "(Interruzzjonijiet) Neħħejna lil dawk li jisselfu minnu mhux għax kienu qed jagħmlu xi ħaġa ħażina imma għax b'hekk tkun qed taqta' l-possibbilta' ta' konflitt ta' interess li jista' jkollhom.", "Qed nenfasizzaw ukoll li naħdmu fuq cash flow management reali.", "Mhux qed ngħidu li ġejna darba f'sena u ssellifna pero' rridu nissellfu fuq il- bżonnijiet ta' cash flows reali li għandu l-gvern, anke jekk ikollna nisselfu ammonti iżgħar b'mod iktar frekwenti.", "Qegħdin naħsbu wkoll fuq metodi differenti biex nagħmlu dan.", "Kif għedt fil-budget, aħna m'aħniex neskludu l-possibbilta' li minflok noħorġu straight bonds kif ħriġna s'issa nibdew nagħmlu auctions ta' bonds fejn inħossu li l-gvern jista' jkollu deal aħjar.", "Qed nistudjaw ukoll il-possibbilta' - dejjem b'kuntatt u b'pariri kontinwi tal-bank ċentrali - fuq il-possibbilta' li nieħdu vantaġġ mir-rati baxxi ta' imgħax li hawn fil-qasam internazzjonali u noħorġu issues f'munita barranija.", "Mhux qed ngħid li se nagħmlu hekk pero' dawn huma possibbiltajiet li qegħdin nistudjaw biex minn banda nikkontrollaw l- exposure li għandu l-gvern u mill-banda l-oħra nkunu qegħdin innaqqsu kemm jista' jkun id-debt servicing li huwa meħtieġ minn sena għall-oħra.", "Mr Speaker, jiena nikkonkludi din l-introduzzjoni tiegħi għal dan l- abbozz billi nerġa' nirrepeti li s-sitwazzjoni tad-deficit fil-pajjiż hija waħda li rridu naħdmu fuqha.", "Hija sitwazzjoni li sakemm tibqa' teżisti trid tiġi ffinanzjata u din il-liġi se tagħti fakulta' lill-gvern biex jiffinanzja l-bilanċ tad-deficit li kien hawn is-sena l-oħra u jibda jiffinanzja l-iżbilanċ li huwa maħsub għal din is-sena.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, l-ewwelnett kif għamel il-Ministru Dalli fil-winding-up fuq il-liġi preċedenti, jiena wkoll nawgura lill-Prim Ministru fejqan ta' malajr u nittamaw li fi żmien qasir ikun jista' jirriżumi d-dmirijiet tiegħu f'din il-Kamra b'mod assidwu kif kien jagħmel qabel fuq bażi regolari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja tieħu l-opportunita' biex tassoċja ruħha ma' dak li qal il-Ministru Dalli kif ukoll ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "Il-Kamra kollha tixtieq il-fejqan ta' malajr lill-Prim Ministru ħalli nerġgħu narawh fostna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, niġi issa għall-kritika tiegħi għal-liġi li għandna quddiemna llum.", "Meta qed nitkellmu fuq din il-leġislazzjoni, li qed tersaq sitt xhur wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, ma nistgħux ma neħdux bħala punt ta' tluq fuq liema platform tela' l-Gvern Nazzjonalista f'Settembru ta' l-1998.", "Fil-manifest elettorali, biss-slogan \"Ġid, Fiduċja u Direzzjoni\", kellna l-wegħda li l-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil- gvern kien se jibda jieħu miżuri biex inaqqas id-dejn esaġerat li ħalla warajh Alfred Sant.", "Mela hawnhekk kellek impenn li d-dejn jonqos u issa, wara sitt xhur, qed naraw li dan id-dejn se jiżdied b'Lm100 miljun.", "F'dan il-manifest intqal ukoll li l-Partit Nazzjonalista ssellef l-aktar għal investimenti kapitali li maż-żmien kellu jirrendi biżżejjed biex id- dejn jitħallas.", "L-istess kif għamel il-ministru meta elabora fuq il- kriterji ta' Maastricht, dan il-manifest qal ukoll li l-miri tal-Partit Nazzjonalsita huma li d-dejn tal-gvern ma jkunx aktar minn 60% tal-ġid nazzjonali u l-iżbilanċ kull sena ma jkunx aktar minn 3% tal-ġid nazzjonali.", "Dawn huma targets li m'hemmx għalfejn tkun favur sħubija fl- Unjoni Ewropea biex taqbel magħhom.", "Naħseb li l-Maastricht criteria huma kriterji li għandu jaspira għalihom kull gvern, irrispettivament mill- orjentament tiegħu f'dik li hija politika barranija.", "Il-benchmark ta' kull gvern għandha tkun kemm se jilħaq dawn il-miri f'termini effettivi jew le u jiena naħseb li f'dan id-dibattitu għandna ninkwadraw jekk il-gvern huwiex se jkun on target jew le, jekk il-gvern għandux ċans li jkun on track u jekk il-gvern jidhirx li se jmur żmerċ fil-miri li ntrabat magħhom fil- manifest elettorali li rebaħ l-elezzjoni fuqhom.", "Fil-manifest intqal ukoll - u qed nirriferi għall-manifest tal-Partit Nazzjonalista għax inħoss li dan għandu jkun verament il-punt ta' tluq tad- diskussjoni li għandna quddiemna - li dawn it-targets jistgħu jintlaħqu billi tiżdied il-ħidma ekonomika għax aktar ma jkun hemm attivita' ekonomika aktar ikun hemm dħul għall-gvern u aktar ma tistaġna l-ekonomija - kif jiġri meta l-gvern jiżra l-inċertezzi - anqas ikun id-dħul għall- gvern.", "Ma' dan inżid il-catchphrase li kien hemm f'dan il-manifest, fejn intqal li l-ispinta li jaf jagħti l-Partit Nazzjonalista fil-gvern hija għodda qawwija biex ma negħrqux aktar fid-dejn.", "Tajjeb li dan il-kliem kollu mhux biss nifluh imma nqabbluh ukoll mas-sitwazzjoni attwali li tkellem fuqha b'ċerta karenza l-ministru fl-introduzzjoni tiegħu.", "Mr. Speaker, meta naraw dak li ntqal fil-manifest Nazzjonalista ma nistgħux ma niftakrux fil-qagħda tad-dejn li kienet tipprevali meta kien għad hemm amministrazzjoni Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "Il- paraguni mhux se nagħmilhom biss bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista iżda se nagħmilhom ukoll bejn snin differenti taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ħalli nuri kif il-Partit Nazzjonalista mhux veru ddejjen għall-proġetti kapitali biss - u dan huwa l-kuntrajru għal dak li hemm implikat fil-manifest tal-Partit Nazzjonalista - imma li ħafna mis-self sar mill-korporazzjoniiet infushom aktar milli mill-gvern ċentrali.", "Fl-1990, meta l-Partit Nazzjonalista kien ilu fil-gvern sentejn u nofs jew tlieta, id-dejn tal-gvern kien ilaħħaq Lm174 miljun u dak tal-korporazzjoniiet kien ta' Lm146.6 miljun, b'kollox total ta' Lm320.6 miljun.", "Meta saret il-bidla fil-gvern f'Ottubru ta' l-1996, id-dejn tal-gvern kien sploda għal LM514.5 miljun filwaqt li dak tal-korporazzjoniiet kien tela' għal LM462.7 miljun, total ta' LM977 miljun.", "L-investimenti fi proġetti kapitali ma sarux minn dak li l-gvern issellef imma saru mill-korporazzjonijiet infushom, jiġifieri mill-Lm462.7 miljun.", "Mela l-Lm514.5 miljun l-oħra l-gvern issellifhom għall-ħajja ta' kuljum.", "Dan kollu, flimkien ma' Lm100 miljun oħra li l-gvern se jawtorizza lilu nnifsu li jissellef permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi, fil-fehma tiegħi juri l-qerq u l-ingann politiku li fuqu nbena l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, jiena se nkompli nsemmi l-figuri.", "Fl-1987 id-dejn kien biss ta' Lm62.9 miljun.", "Dan huwa ammont baxx u nofsu kien jitħallas lura b'imgħax baxx minħabba li kien self minn pajjiżi ħbieb barranin.", "Apparti dan, parti sew minnu kien kopert b'sinking funds.", "M'hemmx għalfejn tkun matematiku jew xi ekonomista biex tinduna li dan kollu jfisser li f'għaxar snin in-Nazzjonalisti fil-gvern kabbru d-dejn bi tmien darbiet.", "Għalkemm taħtna kompla kiber, irridu nfissru li dan kiber għax kellna niffinanzjaw deficit ta' Lm70 miljun ta' l-1996 tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fl-1996 kellna nagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li għabba fuq il-pajjiż il-Gvern Nazzjonalista, kif ukoll għall-imgħaxijiet u pagamenti ta' djun li wikkewna bihom.", "Fil-fatt parti sewwa mid-dejn li għamel il-Gvern Laburista kien proprju biex iħallas l-imgħaxijiet fuq id- dejn ta' Gvern Nazzjonalista.", "U hawnhekk ma nistgħux ma nqabblux dan kollu mal-manifest li kkwotajt minnu, li ta l-impressjoni li dawn in-nies kienu se jirriduċu d-dejn billi jissellfu inqas u billi jmexxu lil pajjiżna permezz ta' espansjoni ekonomika li suppost kellhom jibdew jiġġeneraw fil- pajjiż.", "Jiena għidt u nerġa' ngħid li skond il-figuri mhux kontestati li ppreżenta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - meta kien qed iwieġeb għad-diskors tal- budget - ħareġ ċar li f'din is-sena finanzjarja mhux talli d-deficit mhux se jonqos, talli f'termini reali l-gvern qed jagħmel budgeting għal żieda ta' 7% f'dak li huwa deficit reali tal-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra, filwaqt li fil-manifest qalulna li d-deficits mhux se jkunu aktar minn 3% tal-ġid nazzjonali, jekk naraw il-kalkoli ta' l-istess gvern għas-snin li ġejjin naraw li se jkollna nistennew sas-sena 2004 - jiġifieri wara li tkun għaddiet l-elezzjoni li jmiss - biex id-deficit forsi jkun niżel għal medja ta' 4%.", "Issa ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu biss fuq il-miri tal-gvern tal-ġurnata.", "Mela f'temp ta' sitt xhur mhux biss inkixfu l- maskri politiċi iżda rajna b'mod ċar li mhux veru li tal-Partit Nazzjonalista kellhom xi soluzzjoni effettiva biex jistabilizzaw l- ekonomija jew il-finanzi tal-pajjiż.", "Jekk se jkollna ċaqlieqa din is-sena, din se tkun dovuta għall-proġetti li beda Gvern Laburista u li ma laħqux raw id-dawl tax-xemx minħabba fil-mod kif kien qed jiġi distabilizzat minn min kien mixtri biex jivvota kontra l-gvern tiegħu stess mingħajr lanqas biss kellu d-diċenza li jaqsam il-Kamra formalment u jieħu postu flimkien ma' sħabu kollaboraturi tan-naħa l-oħra.", "U jiena nitkaża b'min f'\"The Times\" tal-ġimgħa li għaddiet qagħad jgħajjar lill-Partit Laburisa li l- leader tagħna għandu l-henchmen tiegħu u li huwa mdawwar bil-kapitalisti.", "Veru li għandna d-difetti tagħna, mill-kbir saż-żgħir, imma kien fi żmien mexxejja oħra tal-Partit Laburista li kien ikollna l-henchmen, jiġifieri l- bullies mas-saqajn, u li kien ikollna lil xi ħadd imdawwar bil-kapitalisti.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid dan il-kliem għal-leader preżenti tal-Partit Laburista.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li fil-manifest elettorali tiegħu, il- Partit Nazzjonalista għamel wegħda oħra li jbaxxi l-għoli tal-ħajja.", "Din toħroġ ċara ħafna jekk wieħed jifli u jgħarbel dan il-manifest.", "U hija inutli l-analisi kważi xjentifika li għamel il-Ministru Dalli dwar kif imxew il-prezzijiet kemm ilha li daħlet il-VAT.", "Ir-realta' hija li mhux biss rajna ċerti prezzijiet jogħlew iżda rajna jogħlew ukoll prezzijiet li kellhom jorħsu.", "U jibqa' fatt innegabbli li bil-VAT II - l-istess kif kien ġara bil-VAT I fl-1995 - il-poplu Malti in ġenerali intlaqat ħażin.", "Kien kollu kliem in aria meta l-ministru kien ġie fuq it-television jitkellem dwar 40,000 prodott li suppost kellhom jorħsu bl-introduzzjoni tal-VAT għax minkejja l-isfida li saret min-naħa tal-Partit Laburista, din il- lista qatt ma ġiet ippubblikata.", "Din l-isfida li kien għamel il-Partit Laburista permezz ta' stqarrija lanqas biss kienet ixxandret bħala press release, minkejja l-protesti kollha li saru ma' l-awtorita' tax-xandir.", "F'dan il-każ tal-PBS kienu għażlu li jinjoraw għal kollox din il-press release ta' sfida.", "U din il-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja mhijiex xi ħlieqa ta' l-oppożizzjoni biex nagħmlu ftit ħoss jew biex noħolqu issue, għax jekk wieħed jifli r-rapport tal-bank ċentrali - li konvenjentement tan- naħa tal-gvern kkwotaw minnu kif jaqblilhom - wieħed isib li anke l-bank ċentrali jidher li huwa daqxejn kawt fuq din il-kwestjoni ta' l-għoli tal- ħajja.", "Meta dan bassar x'jista' jkun l-andament fix-xhur li ġejjin, qal li wieħed għad irid jara xi pressjonijiet fuq l-inflazzjoni jista' jkollhom il- miżuri tal-budget.", "Dan meta tan-naħa l-oħra ftaħru li r-rati l-ġodda tad- dawl u l-ilma suppost li kellhom iniżżlu r-rata ta' l-inflazzjoni b'bejn 0.5% u 1%.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik Onor. Brincat imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Gonzi, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tlieta 16 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, wieħed ma jistax ma jeħux l-okkażjoni biex jagħmel xi osservazzjonijiet fuq ir-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali li ħarġu l-bieraħ - dawn l-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati bil-parteċipazzjoni diretta tal-Partit Laburista - u barra xi osservazzjonijiet wieħed irid ukoll iħares lejn kif se jiżviluppa aktar dan il-proċess li issa ilu għaddej sa mill-1993.", "Qabel kollox naħseb li huwa f'waqtu li nifraħ lill-kunsilliera eletti, b'mod partikolari lil dawk il-kunsilliera eletti taħt il-lista tal-Partit Laburista.", "Jiena ninkoraġġixxi lill-kandidati li ma ġewx eletti u nħeġġiġhom biex ma jinqatgħux mill-parteċipazzjoni pubblika fil-lokalita' tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li l-Partit Laburista jinsab sodisfatt bir-riżultat li ntlaħaq.", "Ovvjament kulħadd jagħti l-verżjoni tiegħu imma l-figuri huma sempliċi u jista' jifhimhom kulħadd.", "Wieħed malajr jinnota li f'dawn l- elezzjonijiet għandek involut terz mill-elettorat.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed jgħid li saru elezzjonijiet fi 18 il-lokalita' f'Malta u fi tliet lokalitajiet f'Għawdex.", "Fil-każ ta' Malta, il-Partit Laburista ġab maġġoranza ta' kunsilliera f'disa' minn 18-il lokalita' - f'Pembroke hemm każ interessanti fejn hemm bilanċ bejn iż-żewġ naħat - u f'Għawdex, fejn il- Partit Laburista kellu kandidati li kienu validi ħafna, in-numru ta' kandidati kien limitat.", "Issa ngħaddi biex nagħti xi ċifri dwar dawn l- elezzjonijiet.", "F'Malta, il-Partit Laburista ġab 47.07% tal-voti u l-Partit Nazzjonaista ġab 47.7%.", "Dan juri li d-differenza kienet minima ħafna u dawn il-figuri tajjeb li wieħed iżommhom quddiem għajnejh għax dawn jispjegaw għaliex il- Partit Laburista esprima s-sodisfazzjon.", "Wieħed irid jgħid ukoll li ż-żmien għall-kampanja kien qasir peress li l-konferenza ġenerali li formalment approvat il-parteċipazzjoni tal-partit direttment fil-kunsilli lokali saret fl-aħħar ta' Jannar u l-elezzjonijiet saru ftit ġimgħat wara.", "F'dan iż- żmien qasir ta' ftit ġimgħat il-Partit Laburista mhux biss irnexxielu jimmobilizza lill-kandidati tiegħu - u hawnhekk irrid ngħid li dawn għamlu dmirhom sew - imma rnexxielu wkoll iġib dan ir-riżultat pożittiv.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista ikkonsidra dawn l- elezzjonijiet fuq dimensjoni nazzjonali u pprova jipproġetta r-riżultat bħala vot ta' fiduċja mill-ġdid fil-Gvern Nazzjonalista.", "Minn din il- perspettiva wieħed ma jistax ma jinnotax li filwaqt li ftit iktar minn sitt xhur ilu il-Partit Nazzjonaista kellu maġġoranza netta ta' kważi 52%, illum dik il-maġġoranza niżlet għal 49%.", "Jekk tieħu d-dimensjoni nazzjonali - u kienu l-viċi kap u l-kelliema Nazzjonalisti li esprimew din id-dimensjoni - ir-riżultat juri li fuq livell nazzjonali l-Partit Nazzjonalista naqqas il- maġġoranza tiegħu bi 3%.", "Dawn huma ċifri uffiċjali.", "Huwa fatt li l-Partit Nazzjonalista naqqas mill-popolarita' u dan minkejja l-fatt li matul din il- ġimgħa l-Gvern Nazzjonalista għamel minn kollox biex jikkrea sens ta' ben essere.", "Il-Ħamis kellna l-aħbar li sibna ż-żejt - u kien hemm kalkoli fuq kalkoli dwar kemm se jibbenefika pajjiżna - u l-għada ta' l-elezzjonijiet, imbierek Alla, ż-żejt nixef!", "Matul l-istess ġimgħa ħabbarna li ntlaħaq ftehim ma' żewġ consortia fuq il-Kottonera u minkejja dan kollu l-poplu xorta ma tax il-maġġoranza ta' iktar minn 50% lill-Partit Nazzjonalista, dejjem jekk wieħed jieħu dawn ir-riżultati fuq dimensjoni nazzjonali.", "La qed insemmi dan il-ftehim dwar il-Kottonera tajjeb li ngħid li dan il- ftehim huwa simili għal dak li kien qed jipproponi Gvern Laburista fis-sajf li għadda.", "Kulma sar kien li nbidlu xi kliem, anzi mid-dehra d-99 sena se tiġi estiża għal iktar minn hekk, jekk l-informazzjoni li waslitilna hija korretta.", "L-argumenti kuntrarji tas-sajf li għadda din id-darba saru tajbin!", "Naturalment dan il-proġett, bħall-istorja tas-sejba taż-żejt, tħabbar biex jerġa' jagħti dik il-kick-start għall-istaġnar ekonomiku li hawn fil-pajjiż u ħalli jħeġeġ lin-nies immorru jivvotaw.", "Imma ħalli nerġa mmur għall-kunsilli lokali.", "Aspett pożittiv li kellna bil-parteċipazzjoni tal-Partit Laburista f'dawn l-elezzjonijiet kien li l-parteċipazzjoni fuq livell lokali żdiedet konsiderevolment, kemm fuq l-aħħar elezzjonijiet fl-istess lokalitajiet fl- 1996, kemm fuq l-elezzjonijiet ta' l-1997 kif ukoll fuq dawk ta' l-1998.", "Din id-darba kien hemm madwar 6% żieda fuq dawk li ħarġu jivvutaw fl-1998.", "Dan x'ifisser?", "Ifisser li waqt li qabel kellna trend fejn minn darba għall- oħra n-numru ta' nies li jmorru jivvutaw kien qed jonqos, din it-trend issa ġiet irriversjata u l-parteċipazzjoni żdiedet.", "Dan jikkonferma kemm ireġġi l-argument li ġab il-Partit Laburista ta' l-iżbilanċ demokratiku li kien qed jiżviluppa fil-kunsilli lokali .", "Irrid ngħid ukoll li jiena segwejt il-kunsilli lokali minn meta bdew fl- 1993 u mhux biss iltqajt mal-kunsilliera u mal-kunsilli imma kelli wkoll laqgħat maċ-ċittadini fil-komunitajiet kollha.", "Minn dawn il-laqgħat sibt li matul dawn il-ħames snin kienet qed tiżviluppa mentalita' fejn nofs in-nies ma kenux qegħdin jidentifikaw ruħhom mal-kunsilli lokali.", "Ma kenux jikkonsidraw li l-kunsill lokali huwa l-post fejn rikjesta ġustifikata tiġi mismugħa.", "Mhux darba jew tnejn konna nisimgħu l-kumment: Lili ma jagħtux kasi għax hemmhekk m'hemm ħadd li jirrappreżentani.", "Dak kien messaġġ ħażin li kien qed jiżviluppa f'diversi lokalitajiet - biex ma ngħidx fil- lokalitajiet kollha - li jnaqqas il-fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Dan m'għandux ikun għax il-proċess tal-kunsilli lokali jiżviluppa biss jekk iċ- ċittadin ikollu fiduċja sħiħa.", "U din hija raġuni oħra għaliex il- parteċipazzjoni tal-Partit Laburista għandha titqies bħala pożittiva u sodisfaċenti.", "Minħabba f'din id-deċiżjoni aħna rnexxielna nerġgħu ndaħħlu dak is-sens ta' fiduċja fiċ-ċittadin billi dan jimpenja ruħu u jeżerċita d- dritt kostituzzjonali tiegħu li jmur jivvota biex jinfluwenza d- deċiżjonijiet fuq livell lokali.", "Wara li tajt din l-istampa ikun tajjeb li wieħed jħares ftit 'il quddiem fuq il-proċess.", "X'se jiġri minn issa 'l quddiem?", "Il-Partit laburista għamilha ċara fil-politika tiegħu, anke meta laqqa' l- kandidati, li l-partit għandu prinċipji ġenerali pero' l-kunsilliera huma responsabbli li d-deċiżjonijiet li jieħdu jkunu deċiżjonijiet ibbażati l- ewwel u qabel kollox fuq l-interess taċ-ċittadini f'dik il-lokalita'.", "Aħna nħeġġu lill-kunsilliera tagħna wkoll biex jaċċertaw li l-infiq fuq livell lokali jsir bis-serjeta' u b'responsabbilta'.", "Aħna nisħqu li l-kunsilliera jġibu aktar 'il quddiem il-konċett ta' value for money.", "Meta kont ministru jiena kont ninsisti li dan il-prinċipju mhux biss għandu jibda jiġi studjat - kif ġie studjat effettivament mid-dipartiment flimkien ma' l-awditur - imma jrid jiġi mfiehem lill-kunsilliera biex dawn jibdew jimplimentawh.", "Meta dan il-konċett jiġi implimentat, iċ-ċittadin ikun jista' jibda jara li flusu - għax wara kollox il-flus jinġabru mit-taxxi - ikunu qed jintnefqu bl-aħjar mod u fl-aħjar interess tiegħu.", "Huwa importanti wkoll li l- kunsilliera janalizzaw il-bżonnijiet fil-lokalita' u jagħtuhom prijorita'.", "U l-prijorita' għandha tkun marbuta mal-fatt li b'dak l-investiment se jkunu qed jolqtu l-maġġoranza tal-membri ta' dik il-komunita', speċjalment jekk ikun hemm proġett li huwa bżonjuż soċjalment.", "Punt ieħor importanti li nħeġġu lill-kunsilliera li jsegwu huwa parteċipazzjoni akbar taċ-ċittadini fil-komunita'.", "Il-kunsilliera jridu jifhmu li huma l-espressjoni taċ-ċittadini fil-lokalita' tagħhom u għaldaqstant iridu jieħdu l-opinjoni tal-komunita' kontinwament.", "Dawn mhux biss għandu jkollhom liaison u jaħdmu flimkien ma' l-għaqdiet mhux governattivi u għaqdiet volontarji fil-komunita' imma għandhom ukoll iħeġġu kemm jista' jkun liċ-ċittadini biex dawn jipparteċipaw.", "M'għandhomx jibżgħu mill-fatt li jiġu n-nies waqt il-laqgħat u m`għandhomx jiddejqu jieħdu l- opinjoni tagħhom anzi għandhom iħeġġuhom biex jagħtu l-opinjoni tagħhom għax b'hekk huma jsibu l-appoġġ tagħhom.", "Jekk issir din il-ħaġa, ix-xogħol tal-kunsilliera jiġi implimentat b'iktar faċilita' u jkun iktar effiċjenti.", "Huwa importanti li l-membri tal-komunita' li jkunu fil-periferija wkoll ikollhom rappreżentanza fil-kunsill.", "Waħda mil-problemi li għandhom kunsilli ta' komunitajiet kbar bħal Ħal Qormi jew Birkirkara hi li minħabba t-tibdil u l-iżvilupp demografiku, ikollok ħafna komunitajiet żgħar 'il bogħod miċ-ċentru u dawn ikunu qishom maqtugħin għalihom.", "Huwa importanti li dawn il-komunitajiet ikollhom l-espressjoni tagħhom fil-kunsill.", "Il- liġi tal-kunsilli lokali espressament tgħid li għandu jkun hemm kumitat li jirrappreżentahom.", "L-ispirtu tal-liġi jindika wkoll li parti mir-riżorsi finanzjarji li jkollu l-kunsill għandhom jiġu allokati għal dawn il- komunitajiet li jkunu fil-periferija.", "Ma jistax ikun li dawn in-nies iħossuhom maqtugħin miċ-ċentru u jgħidulek li l-kunsilli ma jagħtux kashom.", "Il-komunita' jagħmluha l-membri kollha tal-lokalita' u mhux dawk li joqogħdu fiċ-ċentru biss, u huwa importanti li l-kunsilli jagħtu kas ta' dan il-punt, bħalma huwa importanti li d-devoluzzjoni tar-responsabbilta' - li minn dejjem kienet waħda mil-punti fundamentali tal-kunsilli lokali - tkun tfisser xi ħaġa.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Id-devoluzzjoni tar-responsabbilta' għandha tfisser xi ħaġa, fis-sens li ċ-ċittadin għandu jħoss li dak il-poter amministrattiv li jkun qed jiġi eżerċitat fil-lokal effettivament ikun qed jiġi eżerċitat b'iktar effiċjenza, b'iktar ekonomija u b'iktar riżultat pożittiv.", "Jekk dawn ir-responsabbiltajiet fdati lill-kunsilli ma jkunux implimentati b'mod aktar effiċjenti u b'mod aktar effettiv, iċ-ċittadini se jibdew jistaqsu: Imma x`inhu l-iskop tal-kunsilli lokali?", "Illum nafu li l- maġġoranza tal-Maltin jissimpatizzaw mal-kunsilli lokali, imma għandna oħrajn illi huma kontra tagħhom.", "Ma nistgħux naħarbuha din il-verita'.", "Hawn nies li ma jaqblux li jkun hemm il-kunsilli lokali u jgħidulek li dawn huma superfluwi, saħansitra jarawhom bħala ħela wkoll.", "Għalhekk waħda mill- isfidi hija li jingħeleb dan il-concept li jinsab f`moħħ xi nies u dan jista' jsir biss bil-ħidma tal-kunsilliera.", "Barra minn hekk il-kunsilliera għandhom ukoll dik li jien insejħilha d-dimensjoni soċjali.", "Id-dimensjoni soċjali tirrispekkja ruħha mill-fatt illi l-kunsilliera huma l-aktar nies li qegħdin qrib il-komunita'.", "F'dawn l-elezzjonijiet deher fattur interessanti ħafna, fejn għandna numru konsiderevoli ta' nisa li ġew eletti bħala kunsilliera u, bħalma wieħed jaf, ħafna minn dawn in-nisa jkunu qrib il-komunita' kontinwament u allura jkunu konxji tal-bżonnijiet soċjali.", "Aħna nħeġġu lill-kunsilliera kollha - Laburisti u mhux Laburisti - biex jikkonċentraw ħafna wkoll fuq il-bżonn edukattiv tal-komunita'.", "Kien il- Partit Laburista li saħaq fuq l-importanza li l-manutenzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern fil-lokalitajiet tingħata l-attenzjoni li tixirqilha u anke ħadem id f'id mal-kunsilli lokali għal dan il-għan.", "Naturalment dan ix-xogħol ta' manutenzjoni sar matul ix-xhur tas-sajf biex ma jkunx hemm disruption fit- tagħlim ta' l-istudenti.", "Iżda aktar milli hu aspett fiżiku, jiena nħeġġeġ ukoll biex ikun hemm kollaborazzjoni sħiħa - mingħajr ma nnaqqsu xejn mir- responsabbilta' u mill-poter eżekuttiv tagħhom - bejn it-teachers u l-l- headmasters fl-iskejjel, bejn il-kunsill tal-ġenituri u l-kunsilliera biex dawn jagħtu l-appoġġ tagħhom kollu għall-iżvilupp edukattiv taż-żgħażagħ tagħna.", "Dan huwa fattur importanti ħafna u jiena nħoss li dan huwa element li għandu jieħu prijorita' għax ċertament wieħed mill-mezzi biex wieħed ikun jista' jilqa għall-isfidi tal-millennju l-ġdid hija preparazzjoni edukattiva aktar intensiva u estensiva għaż-żgħażagħ.", "Ovvjament id-dimensjoni soċjali ma tiqafx hawnhekk imma fl-opinjoni tiegħi tħares ukoll kif riżorsi fil-lokalita' - kemm ir-riżorsi uffiċjali tal-gvern kif ukoll ir-riżorsi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi - b'kollaborazzjoni u b'inizjattiva min-naħa tal-kunsill, jintużaw fl-aħjar interess tal-komunita', kemm jekk huma għal skop sportiv, kemm jekk huma għal skop soċjali kif ukoll jekk huma għal kwalunkwe skop ieħor illi jista' jiġi ddentifikat fl-aħjar interess tal-komunita'.", "Ma jistax wieħed ma jsemmix ukoll il-problemi soċjali illi wieħed ikun jaf bihom, bħal per eżempju, problemi ta' vjolenza fuq it-tfal jew vjolenza fil-familja.", "Forsi l-kunsill flimkien mad-dipartiment ta' l-assistenza soċjali jkun jista' jgħin u apparti li jidentifika l-problema jitlob il-pariri kif din l-aħjar li tiġi tackled.", "All in all wieħed jara kemm il-kunsilliera għandhom responsabbilta' biex ikabbru l-fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Aħna nemmnu illi aktar ma wieħed ikabbar din il-fiduċja u aktar ma jkabbar din il- kredibbilta' aktar naraw parteċipazzjoni attiva mhux biss fuq livell ta' elezzjonijiet imma wkoll f'dik li hija għajnuna illi ċ-ċittadini jagħtu lill-kunsilliera tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-kunsillier ma jagħmilx kollox waħdu, u dan mhux biss ikollu bżonn l-għajnuna finanzjarja imma jkollu bżonn ukoll l-appoġġ popolari tal-membri tal-komunita'.", "Jekk jirnexxielhom jagħmlu dan, il- fiduċja u l-prospett ta' żvilupp aktar tal-kunsilli lokali ikun jidher aktar feliċi u jkun aħjar.", "Jekk il-fiduċja u l-kredibbilta' ma tikbirx, il- parteċipazzjoni tonqos mhux biss fuq livell ta' elezzjonijiet imma tonqos ukoll b`mod li l-kunsilli lokali jispiċċaw jirrendu ruħhom insinifikanti.", "Jiena nikkonkludi billi ngħid li dan il-proċess jagħti espressjoni demokratika mill-aktar 'l isfel f'pajjiżna.", "Il-prinċipju naqblu miegħu lkoll imma dan il-prinċipju rriduh li jiżviluppa billi ċ-ċittadini jemmnu aktar fih.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 16 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID - DAR IL-WENS", "3478.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-flus għal Dar il-Wens f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-għotjiet ta' fondi pubbliċi lill- organizzazzjonijiet mhux governattivi mill-allokazzjoni finanzjara li tingħata lil dan il-Ministeru għal dan l-iskop, isiru fuq bażi ta' rakmandazzjonijiet li jagħmel lill-ministru responsabbli bord maħtur apposta, jiġifieri l-NGO Project Selection Committee.", "Naturalment, dan il-bord irid isib bilanċ bejn ir-riżorsi allokati fl- estimi u n-numru sostanzjali ta' talbiet li jkunu saru mill-ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed joperaw f'pajjiżna b'sens qawwi ta' dedikazzjoni.", "GUDJA - TAX-XLEJLI - KUNTRATTI", "3479.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru l-kuntratti li saru fuq il-konvenji fit- 2 ta' Lulju, 1982 ta' plots tal-gvern fi Triq Dorell, il-Gudja area tax- Xlejli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-plots li qed jirreferi għalihom l- Onor. Interpellant għad ma jistgħux jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar qabel ma jiġu finalizzati l-kuntratti għall-akkwist ta' l-istess art mill- gvern.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - IMPJEGATI", "3516.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3454 (Seduta 51).", "RAĦAL ĠDID - TRIQ GĦAJN DWIELI - BANKINI", "3543.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 719 dwar bankini fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, peress li ġejt informat li s- servizzi huma mgħoddija kollha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-bankini jsiru peress li ilhom imwegħda madwar erba' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M`għandi xejn x'inżid fuq l-informazzjoni mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 719.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - PHOTOCOPY MACHINES", "3614.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - PHOTOCOPY MACHINES", "3615.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Nerġa' ntenni li din it-tip ta' nformazzjoni ma tidher li hi ta' ebda interess pubbliku u fil-futur ma nħossx li għandi noqgħod naħli l-ħin ta' numru ta' uffiċjali f'diversi dipartimenti biex jiġbru din it-tip ta' informazzjoni.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PHOTOCOPY MACHINES", "3616.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Kollega għat-tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari preċedenti ta' l-istess natura.", "MINISTERU TAL-FINANZI - PHOTOCOPY MACHINES", "3617.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm Swew Lm", "Ministeru 7 Mita 1994, 95, 96, 98 9,831", "Dwana 7 Sanyo 1992, 93, 94 4,770 8 Canon 1992, 93, 94 3,805 9 Olivetti 1995, 96, 97 6,707 6 Ricoh 1997 2,355 4 Mita 1998 2,100 1 Xerox 1998 1,400 1 Toshiba 1994 750 1 Konika 1994 460", "Teżor 1 Mita 1994 1,695", "Kuntratti 1 Canon 1994 390 1 Xerox 1986 1,236.25 1 Xerox 1996 mikrija Lm71.30 fix-xahar", "Taxxi Interni 4 Triumph Adler 1996 2,124 9 Xerox 1996, 97, 98 7,050 2 Konika 1994, 95 1,250 3 Canon 1996 3,825 3 Xerox a. 1990 a. mikrija Lm76 fix-xahar b. 1995 b. mikrija Lm76 fix-xahar c. 1992 c. mikrija Lm45 fix-xahar", "VAT 1 Konika 1992 890 7 Xerox 1995, 96 8,590.5 2 Ricoh 1995, 98 1,245", "Lottu Pubbliku 3(Olivetti,Konika, Xerox) 1993 - 98 1,998", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - PHOTOCOPY MACHINES", "3618.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li fil-Ministeru għall- Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm dawn il-photocopy machines:", "DITTA META KEMM NXTRAW SWEW ------------------------------------------------------------------------ Ministeru għall-Ambjent Olivetti Copia 7041 1992 Lm 700.", "Konica-2028 1995 Lm 1400.", "Model 5334 1995 Lm 1989.50 Konica-7728 1996 Lm 3790.", "Lanier-6717 1993 Lm 2920.72", "Central Districts Unit Konica 2028 N/A N/A Develop 1500 N/A N/A Olivetti N/A N/A", "Waste Management Minilta EP 1991 Lm 500.", "Infotec 1993 Lm 950.", "Mashautec 1997 Lm 552.", "Building & Engineering Nashautec 1997 Lm 585.", "Nashautec 1998 Lm 595.", "Canon 1994 Lm 2977.", "Finance & Administration Mita DC 3055 1996 Lm 1150.", "Develop 1850 1995 Lm 840.", "Mita 1996 Lm 1150.", "Develop 1996 Lm 980.", "Mita 1997 Lm 1400.", "Olivetti 1993 Lm 789.", "Mita 1997 Lm 1400.", "Konica 1992 Lm 880.", "Construction & Maintenance Develop N/A N/A Canon N/A N/A", "Door Numbering Unit Konica 1993 Lm 870.", "Maint. of Road Infrastructure Develop 1996 Lm 500.", "Marine Nashante 1998 Lm 589.", "Drainage Mita 1991 N/A Infotec 1991 Lm 800.", "B.I.C.C. Mita 1997 Lm 975.", "Konica 1997 Lm 3790.", "Storm Water Systems Unit Konica N/A N/A", "Valletta Rehab.", "Project Konica 1992 N/A", "Manufacturing & Servicing Konica 1015 1997 Lm 422.", "Develop 3550 1997 Lm 1300.", "Konica 2028 N/A N/A", "Environment Protection Mita DC 4060 1998 Lm 1900.", "Ricoh FT 5535 1997 Lm 1900.", "P.C.C.U. Mita Dc 4060 1998 Lm 1900.", "Konica 1020 1993 N/A Countryside Infotec 1992 Lm 950.", "Waste Management Infotec 1995 Lm 1750.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - PHOTOCOPY MACHINES", "3619.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3567 fis-Seduta 67 tat-23 ta' Frar 1999.", "SERVIZZ ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "4755.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min suppost jiffirma r-riżultati wara l-għażla li ssir minn bordijiet li fihom ikun hemm rappreżentant tal-PSC biex jagħtu promozzjonijiet fis-Servizz Pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li r-riżultati li għalihom għamel riferenza l-Onor.", "Interpellant jiġu ffirmati mis-segretarju tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "UE - RABA' PROTOKOLL FINANZJARJU", "4805.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-proposti li kienu ġew allokati anke fondi mir-Raba' Protokol Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea dwar Kulleġġ Vokazzjonali bħala parti mir-ristrutturar ta' l-industrija li għandu bżonn pajjiżna biex jiffaċċja l-futur?", "L-istess fondi se jintużaw għal dan il- kulleġġ?", "X'se jilħaq isir f'dan il-qasam biex ma nitilfux il-fondi msemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VALLETTA - WIRES FIT-TOROQ", "4806.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar minnhom iż-Lm2 miljun miġjuba minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex il-wires fit-toroq tal-Belt Valletta jgħaddu minn taħt l-art minflok jibqgħu jkerrħu l-Belt?", "Kemm intnefqu minnhom?", "Kemm jonqos jintnefqu minnhom?", "Meta jiskadi ż-żmien sakemm jistgħu jintużaw, il- bqija jintilfu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL - DISKUSSJONIJIET", "4807.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Waqt li naqbel li fl-iskejjel tagħna jkun hemm mumenti li l-għalliema u l- istudenti jiddiskutu flimkien kwestjonijiet kurrenti bħall-VAT, l-Unjoni Ewropea, eċċ., jista' l-Ministru jara li jsir appell lill-għalliema biex jippruvaw ma jitrattawx dawn is-suġġetti b'mod partiġġjan u ta' propaganda għax waqt li hemm għalliema li kapaċi jiddiskutu b'moħħ miftuħ u jgħinu lill-istudenti jkollhom moħħ miftuħ, hemm għalliema li sfortunatament jintilfu fil-passjoni partiġġjana u jkomplu jxerrdu kultura politika fqira f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Kollega għall- konsiderazzjoni tad-dipartiment konċernat fi ħdan id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "BURMARRAD - KAPPELLA TA' SAN PAWL MILQI", "4808.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kappella ta' San Pawl Milqi ġo Burmarrad m'hijiex tinfetaħ għall-pubbliku?", "X'passi qed jittieħdu biex din il-kappella tiġi mħarsa kif jixraq?", "X'jista' jsir biex din il-kappella tinfetaħ għall-pubbliku għax bħalissa l-uniku mod kif taraha hu billi taqbeż iċ-ċint, kif spiss jiġri, u tidħol bil-liberta' kollha fil-post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li s'issa l-Kappella ta' San Pawl Milqi tinfetah għall-pubbliku kull meta jkun hemm rikjesta mill-parroċċa ta' Burmarrad.", "Hekk seħħ anki fl-10 ta' Frar li għadda, liema jum kien il- festa tal-miġja ta' San Pawl.", "Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija tlabt lid-Dipartiment tal- Mużewijiet jagħtini t-tagħrif u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa.", "KUMMERĊ", "4823.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li wara żjajjar fi ħwienet fir-Rabat ta' Malta s- Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Edwin Vassallo ġie rrapportat li qal li minn studju li għandu l-gvern juri li l-kummerċ beda jirpilja, jista' l- Ministru jikkonferma li qal hekk?", "Jista' jgħid għal-liema studju qed jirriferi?", "Jista' jpoġġi kopja ta' l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fl-okkażjoni msemmija, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar analiżi u mhux dwar studju.", "Lanqas ir-rapporti li għalihom saret referenza ma jsemmu xi studju.", "Analiżi taċ-ċifri għax-xahar ta' Jannar 1999 turi żieda ta' 22% fl- importazzjoni u ta' 27% fl-esportazzjoni.", "Din iż-żieda hija indikazzjoni ta' attivita ekonomika aktar mgħaġġla.", "Ukoll ir-rapport tal-Bank Ċentrali għal Diċembru 1998, fit-taqsima Business Perceptions Survey, indika stennija ta' żieda fl-attivita ekonomika fl-ewwel sitt xhur ta' l-1999.", "MALTACOM - BORD TA' L-APPELLI", "4878.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-bord ta' l- appelli (promozzjonijiet) fil-Maltacom plc kemm wara l-protesta u l- petizzjoni li xi mpjegati kienu ressqu lill-istess Ministru u kemm wara diversi rapporti li dehru fil-media?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l- membri tal-bord, jekk il-bord hux qed jiltaqa' u jekk le, għaliex u jekk hux qed jisma' l-appelli mressqa u jekk le, meta beħsiebu jibda jismagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4663 magħmula mill-istess Interpellant fuq l-istess suġġett.", "MALTACOM - CUSTOMER SERVICE OFFICER", "4879.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3663, jista' l-Ministru jgħid kif il-bord ta' l-intervisti wasal biex ta l-marki lill- kandidati fil-kriterji ta' l-abilita' u mertu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4662 li hija identika għal din magħmula mill-istess Interpellant.", "QORMI - TOROQ", "4881.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Toroq se jagħti attenzjoni bis-serjeta' lill-istat diżastruż li jinsabu fih dawn it- toroq - Triq il-Ġunġlien, Triq il-Ħabbież, Triq Amleto Spiteri, Triq Ġużeppi Ciappara, Triq it-Tensiela u Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dawn it-toroq huma diġa' asfaltati u x-xogħol tal-manutenzjoni jew resurfacing isir mill-kunsill.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET", "4882.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom li ġew maħtura l-membri l-ġodda tal- bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Liema kienu l-applikazzjonijiet għal xi tip ta' żvilupp li ġew ippreżentati għall-konsiderazzjoni ta' din l- Awtorita', sew min-naħa tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp kif ukoll minn sorsi oħra?", "F'liema data rispettivament kull waħda minn dawn l- applikazzjonijiet ġiet imressqa quddiem l-istess bord u liema minn dawn, każ b'każ rispettivament, għadhom pendenti għal xi raġuni jew oħra?", "Jekk jirriżulta li hemm każi pendenti, kif jista' jiġi jew qed jiġi ġġustifkat dan id-dewmien f'kull każ rispettivament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif inhu kompost illum, inħatar fl-1 ta' Novembru, 1998.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "QORMI - CIMITERJU", "4883.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jespandi ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi (parti tal-gvern) bl-iskop li jbiegħ oqbra lill-familji Qriema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li mhux fil- ħsieb li l-parti tal-gvern fiċ-ċimiterju ta' Hal-Qormi jiġi estiż.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPRESSED DRIVERS", "4884.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4184, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal- mistoqsija relevanti għall-Ministeru tiegħu kif indikat mill-Prim Ministru u cioe' f'liema dipartimenti jew korporazzjonijiet hemm impressed drivers u x'vetturi għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba li pprovda l-Prim Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru.", "4184 fil-fatt tipprovdi wkoll informazzjoni dwar liema dipartimenti u korporazzjonijiet qed jaħdmu fihom l-impressed drivers.", "Li ma tipprovdix hija nformazzjoni dwar it-tip ta' vettura li qed tinkera.", "Tabella li tipprovdi l-informazzjoni f'dak li għandhom x'jaqsmu d- dipartimenti u l-organizzazzjonijiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Irrid niċċara li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru.", "4184, in-numru (8) ta' impressed drivers li jidhru taħt social security issa qed nurihom taħt żewġ dipartimenti (Servizzi Korporattivi u Sigurta' Soċjali) waqt li dawk (6) li jidhru taħt Social and Family Affairs issa wkoll qed nurihom taħt żewġ Dipartimenti (Kura ta' l-Anzjani u Ħarsien tal-Familja).", "KAPPELLA TA' SANTA LUĊIJA - MANUTENZJONI", "4903.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4051, jinforma lill-Kamra jekk tistax issir manutenzjoni tal-Kappella ta' Santa Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn tal-Barrani għar-raħal tal- Gudja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-Kappella ta' Sana Luċija m'hijiex responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet iżda tal-Kapitlu tal- Katidral.", "PINTO WHARD - RESTAWR TA' KAPPELLA", "4904.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4050, jinforma lill-Kamra jekk id-dipartiment konċernat ħax ħsieb li ssir il-manutenzjoni neċessarja għall-bieb u l-intern tal-Kappella tal-Ħarba lejn l-Eġittu f'Pinto Wharf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din hija materja tal-Valletta Rehabilitation Committee u għalkemm ma nsibx diffikulta' li ngħaddi l- mistoqsija għall-attenzjoni tagħhom, ikun aħjar jekk l-Onor.", "Ħabib tiegħi jirrivolġi ruħu għall-ministru konċernat.", "MDINA - PALAZZ TAL-GRAN MASTRI - RESTAWR", "4905.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4025, jgħid u jinforma lill-Kamra dwar liema xogħol ta' restawr għandu jsir fuq il-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-iStorja Naturali tul din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-mistoqsija parlamentari numru 4025 'l hawn, diġa' beda xi xogħol ta' tindif fuq is-swar tan-naħa tal-lvant tal- Palazz Vilhena.", "Meta dan jitlesta għandu jingħata konkos biex titnaqqas il- possibbilta' illi s-swar ta' dik in-naħa jiġrilhom aktar ħsara.", "Minn naħa l-oħra din is-sena għandu jibda wkoll ix-xogħol ta' restawr fuq il-faċċata prinċipali ta' dan il-Palazz, speċjalment fuq il-lavur tal- kolonni, statwi, dekorazzjonijiet, u twieqi li ħafna mill-ġebel tagħhom tmermer u huma ta' periklu.", "Dan ix-xogħol huwa proġettat u ffinanzjat mis- sezzjoni tar-restawr fi ħdan il-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Biss l-armar meħtieġ biex isir ix-xogħol se jiġi fornut mid- Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Huwa maħsub ukoll illi din is-sena jitbajjdu l-kurituri prinċipali li jiċċirkondaw il-bitħa interna u wkoll jitbiddlu xi travi ta' l-injam fis- sala li kienet tintuża bħala kappella fiż-żmien meta l-Mużew kien sptar.", "Dan ix-xogħol se jiġi esegwit mill-ħaddiema ta' l-iskola tal-bini li qegħda fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-materjal se jkun fornit mid- Dipartiment tal-Mużewijiet.", "MTIEĦEN - ŻVILUPPI", "4906.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 3773, jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jsiru żviluppi fuq ir-rapport ippreżentat mill-mibki Perit Joseph Huntingford rigward l-istat ta' l-imtieħen ġewwa Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li m'għandniex kopja ta' dan ir- rapport billi qatt ma ġie ppreżentat lid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Ser inkompli nindaga dwar il-materja.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - IMPJEGATI", "4907.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 3686, jinforma lill-Kamra b'kemm hemm ħaddiema fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tat-tieni distrett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għandu 13 il-ħaddiem jaħdmu full-time f'dan id-distrett.", "Hemm ukoll team ta' wieħed u 20 ħaddiem li jagħmel parti mix-xogħol f'parti mit-tieni distrett.", "Min-naħa l- oħra x-xogħol ta' żabra jitwettaq minn parti ta' sezzjoni ta' 20 persuna li tieħu ħsieb Malta kollha.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KIRJIET U ĊNUS", "4908.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm500 iżda li ma jaqbżux l-Lm2000 bħala ħlas fis-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma l'fuq minn Lm500 iżda li ma jaqbżux l-Lm2,000 hu ta' 586.", "PTA - TRASPORT PUBBLIKU", "5048.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l- kunsilli lokali ta' Malta li talbu lill-Awtorita' dwar it-trasport pubbliku sabiex testendi servizz ġdid tat-trasport fil-lokalitajiet rispettivi matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "Liema rotot ġodda ġew approvati?", "Fuq liema kriterji l-awtorita' ma kkonsidratx dawn it-talbiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul l-aħħar sentejn l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku naqsulha diversi impjegati amministrattivi mingħajr ma ddaħħal ħaddiehor flokhom u billi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jirrikjedi ħin twil ħafna u riżorsi biex jinġabar peress li dan l-eżerċizzju jfisser li trid tara kull file ta` kull kunsill lokali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk jixtieq it-tagħrif mitlub dwar xi kunsill jew kunsilli lokali partikolari jinformani.", "DISTRETT NRU.12 - DAWL", "5049.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentaru numru 4667?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sa l-aħħar ta' Mejju l-Enemalta pprogrammat li fl- Imġarr jitwaħħlu 19-il lampa ġdida u fil-Mellieħa 8; filwaqt li minħabba vultaġġ baxx ser jinbidlu 42 arblu fir-Rabat, 15 fl-Imġarr u 2 f'San Pawl il-Baħar.", "MUŻEWIJIET NAZZJONALI - VIŻITATURI", "5050.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4668 li saret fis-Seduta Nru. 68?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li visitaturi/turisti li huma rapportati li daħlu jżuru l-mużewijiet nazzjonali li għandna fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena flimkien ma' dħul finanzjarju għal kull sena hi kif se nsemmi:", "Sena Visitaturi/Turisti Dħul finanzjarju", "1994 1,174,020 Lm659,555.80 1995 1,018,042 Lm609,704.70 1996 974,486 Lm633,975.02 1997 1,045,849 Lm666,875.54 1998 1,246,995 Lm918,260.00", "RABAT - TRIQ G. BORG OLIVIER", "5091.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l- awtoritajiet konċernati sabiex Triq G. Borg Olivier, Rabat, Malta ssir one- way ilhom snin għaddejjin, ma jħossx il-Ministru li jkun aktar rispettabbli għar-residenti jekk mill-aktar fis possibbli jsir pjan ta' xahar ħalli wara tkun tista' tiġi evalwata s-sitwazzjoni?", "Ma jħossx il-Ministru li jekk ma jsirx dan ma jkunux qed jiġu rispettati r-residenti ta' din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4281.", "DJAR - BEJGĦ", "5105.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-Awtorita' tad-Djar lill-inkwilini bejn l-1 ta' Ġunju, 1987 u l-31 ta' Ottubru, 1996?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn l-1 ta' Ġunju, 1987, u l-31 ta' Ottubru, 1996, l-Awtorita' tad-Djar għamlet 691 att ta' bejgħ favur inkwilini li joqogħdu f'residenzi tal-gvern.", "DJAR - XOGĦLIJIET F'ĠONNA PUBBLIĊI", "5106.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ingħatawx kuntratti għax-xogħol ta' ġonna pubbliċi fil-housing estates?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jelenka liema huma l-ġonna pubbliċi u lil min ingħataw il- kuntratti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta", "IMPJIEGI - SELF-EMPLOYED", "5107.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn, kemm kien hemm nies li kienu jaħdmu għal rashom u bdew jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawn ta' hawn taħt huma n-nies li kienu jaħdmu għal rashom u li bdew jirreġistraw għax-xogħol, minn Settembru, 1998, sa Jannar, 1999, xahar b'xahar:", "Settembru 1998 - 78 Ottubru 1998 - 68 Novembru 1998 - 63 Diċembru 1998 - 67 Jannar 1999 - 63", "IMPJIEGI - SELF-EMPLOYED", "5108.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni 'l fuq minn 61 li kienu għadhom jaħdmu fl-aħħar ta' Jannar, 1999?", "Kemm minn dawn kienu self-employed; u kemm minnhom kienu fuq bażi part-time jew full-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' Jannar, 1999, kien hemm 4,780 persuna, full-time u part-time li kellhom 'il fuq minn 61 sena u li kienu għadhom jaħdmu.", "Minn dawn kien hemm:", "1,276 persuna li kienu self-employed (full-time)", "2,227 fuq bażi part-time (jinkludu wkoll is-self-employed) u", "2,553 fuq bażi full-time (jinkludu wkoll is-self-employed).", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - TENDER", "5109.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Għall-perijodu mill-5 ta' Settembru sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġiet approvata mill-ministeru tiegħek; x'kien il-valur ta' kull tender; lil min ġie awarded; u x'kienet in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SAĦĦA - INFECTIOUS DISEASE", "5110.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' infectious diseases irrapportati fl- 1998 u matul Jannar?", "X'tip ta' mard infettiv kien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill Onor. Interpellant li n-numru totali ta' mard infettiv rappurtat fl-1998 u matul Jannar 1999 kien ta' 1724 każ.", "Dawn jinqasmu skond kif ġej:", "1998 -------------------------------------------- Tip ta' Marda Nru. ta' Każi -------------------------------------------- Acute Flaccid Paralysis 8 AIDS 7 Brucellosis 4 Chickenpox 513 Shingles, Herpes Zoster 31 Creutzfield Jakop Disease 1 Viral Encephalitis, Acute 2 Erysipelas 5 Food Poisoning, Camppylobacter Każi ndividwali 22 Każi nvoluti f'outbreaks 4(1) Food Poisoning.", "E. Coli Każi ndividwali 1 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Salmonella Każi ndividwali 98 Każi nvoluti f'outbreaks 378(29) Food Poisoning, Toxic Każi ndividwali 1 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Unspecified Każi ndividwali 104 Każi nvoluti f'outbreaks 280(24) Hepatitis A Każi ndividwali 9 Każi nvoluti f'outbreaks 8(1) Hepatitis B 3 Hepatitis C 2 Legionnaire's Disease 2 Leishmaniasis, Cutaneous 26 Leishmaniasis, Visceral 6 Malaria (exogenous) 1 Measles 3 Meningitis, (Other bacterial) 17 Meningitis, Meningococcal 10 Septicaemia, Meningococcal 19 Mumps 8 Pneumonia 3 Rubella 8 Tetanus 1 Tuberculosis, Non-Pulmonary 4 Tuberculosis, Pulmonary 12 Typhus, Murine 42 Typhus, Tick-borne 23 Whooping Cough 4 --------------------------------------- TOTAL 1674 --------------------------------------- Nota: ----- In-numri ndikati fil-parentesi juru n-numru ta' outbreaks li seħħew.", "JANNAR 1999 -------------------------------------------- Tip ta' Marda Nru. ta' Każi -------------------------------------------- Chickenpox 16 Shingles, Herpes Zoster 5 Viral Encephalitis, Acute 1 Erysipelas 1 Food Poisoning, Campylobacter Każi ndividwali 2 Każi nvoluti f'outbreaks - Food Poisoning, Salmonella Każi ndividwali 4 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Unspecified Każi ndividwali 8 Każi nvoluti f'outbreaks 3(1) Leshmaniasis, Cutaneous 3 Meningitis, Meningococcal 1 Septicaemia, meningococcal 1 Mumps 1 Rubella 1 Scarlet Fever 1 --------------------------------------- TOTAL 50 --------------------------------------- Nota: ----- In-numri ndikati fil-parentesi juri n-numru ta' outbreaks li seħħew.", "IMPJIEGI - REDUNDANCY", "5133.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies tilfu x-xogħol minħabba redundancy tul Frar, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l- eta' tagħhom?", "Jista' l-Ministru jindika x-xogħol preċedenti tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "GDP - DEFICIT", "5134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'miżuri ħa l-gvern tiegħu fl-aħħar sitt xhur biex jassigura li l-pajjiż jibda lejn it-triq li għandha twassal għal deficit ta' 3% tal- GDP?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-passi li ttieħdu huma konformi ma' dawk imħabbra fil-budget ta' Novembru li għadda.", "EKONOMIJA", "5135.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra fuqiex ibbaża d-dikjarazzjoni tiegħu riċentement li l-ekonomija qed tirpilja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4495.", "PENSJONI", "5185.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin u Għawdxin li jirċievu pensjoni mill-Awstralja fil-mument?", "Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti?", "Kemm hu n-numru ta' talbiet li ġew rifjutati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi l- pensjonijiet Awstraljani jinħadmu u jitħallsu direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Awstraljana l-istatistika mitluba minnu ma tinżammx mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta.", "DISTRETT NRU.", "12 - BUS SHELTER", "5186.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni tal-bus shelter tal-bliet u rħula tat-12-il Distrett?", "Jekk fl-affermattiv, meta u fejn se jsiru x-xogħlijiet u meta se jitlestew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-bus shelters issir skond il-ħtieġa u r-riżorsi finanzjari disponibbli.", "Jien infurmat li tant qed ikun hemm vandaliżmu fil-bus shelters li mhux possibbli li fil- manutenzjoni u tiswija jitħejja programm.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi bus shelter partikolari li jeħtieġ manutenzjoni urġenti nitolbu jgħaddili l-informazzjoni biex tkun tista' tittieħed azzjoni.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TA' NEGOZJU", "5332.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru u ntlaqgħu talbiet (separatament) mill-1994 sa l- 1998, sena b'sena, biex negozji jbiddlu l-ġeneru tan-negozju tagħhom fil- liċenzji tal-pulizija?", "Jista' l-Ministru jelenka l-proċedura meħtieġa ta' tali każijiet?", "Kemm tieħu żmien, bħala average, talba simili biex tintlaqa'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet għal- bdil tal-genere ta' negozju fil-liċenzja maħruġa mill-Pulizija li saru fis- snin 1994, 1995, 1996, 1997, u 1998, kien ta' 54, 73, 57, 73 u 62 rispettivament, filwaqt li fl-istess snin in-numru ta' applikazzjonijiet milqugħa kien ta' 51, 40, 39, 46 u 48 rispettivament.", "Ninsab infurmat ukoll illi biex isir bdil fil-genere ta' liċenzja ta' negozju trid timtela applikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Liċenzji, fid-Depot tal- Pulizija, il-Furjana.", "Ma' l-applikazzjoni jridu jiġu preżentati l-kopja ta' liċenzja jew liċenzji eżistenti flimkien ma' l-irċevuta ta' ħlas valida għas-sena kurrenti li fiha jintalab il-bdil tal-genere ta' negozju kif ukoll clearance jew permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dokumenti oħra skond il-genere tal-liċenzja.", "L-applikazzjoni mbagħad tiġi riferuta lid- dipartimenti konċernati skond il-genere tal-liċenzja.", "Wara li l- applikazzjoni tkun ġiet ikklerjata (no objections) mid-dipartimenti din tintbagħat fid-distrett tal-Pulizija tal-lokal biex tinħareġ il-liċenzja.", "Qabel ma jsir it-trasferiment, jista' jkun il-każ li jkun meħtieġ li jintalab il-kunsens tal-ġirien li joqogħdu f'distanza ta' 20 metru mill- post tan-negozju.", "Jekk ikun hemm oġġezzjonijiet mill-ġirien, l- applikazzjoni tiġi referuta lill-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija u f'dan il-każ l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni jitwaqqaf sakemm il-bord jisma' l-ilmenti u jagħti l-pariri tiegħu.", "Fil-każ li l-bord ikun tal- parir li l-liċenzja ma tingħatax, l-applikant jista' jagħmel appell quddiem it-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux possibli li jingħata żmien definit li jittieħed biex isir trasferiment ta' liċenzja ta' negozju.", "METCO - CHAIRMAN", "5384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta temm il-ħatra tiegħu ċ-chairman tal-METCO?", "Min inħatar minfloku u meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iċ-chairman tal-METCO temm il-ħatra tiegħu b'effett mis-26 ta' Frar 1999.", "Iċ-chairman il-ġdid għadu ma nħatarx.", "KORPORAZZJONIJIET/AĠENZIJI - BOARDS", "5385.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema boards ta' korporazzjonijiet jew aġenziji tal-gvern inħatru matul ix-xahar ta' Frar?", "Minn min huma komposti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul ix-xahar ta' Frar ġie appuntat il-board tad- diretturi tal-Maltapost plc.", "Dan huwa kompost miċ-Chairman, is-Sur Frank Dimech, u mid-diretturi s-Sinjuri Anthony Debono, Paula Ganado, Dr. Joseph P. Farrugia, Joseph Farrugia, George Gatt u Tony Meilaq.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KONSULENT", "5386.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li konsulent tal-ministeru tiegħu qed iservi wkoll ta' deputy chairman ta' l-MDC?", "Jekk iva, x'inhuwa il-ħlas li qed jieħu miż- żewġ karigi?", "Billi huwa mifhum li din il-persuna taħdem wkoll fis-settur privat, kemm hi obbligata li tqatta' ħin fil-ġimgħa fil-ministeru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant kienet konsulent fil-ministeru tiegħi bejn il-15 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Diċembru, 1998.", "Fil-preżent din il-persuna qed tirċievi remunerazzjoni ta' Lm1,500 fis-sena, kif jirċievu d-diretturi l-oħra ta' l-MDC.", "Naturalment la d-deputat chairman ta' l-MDC m'huwiex konsulent fil-ministeru m'għandu l-ebda obbligu li jagħmel xi ħin fil- ministeru.", "SWATAR - ST MARTINS' COLLEGE", "5387.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni mad-diriġenti ta' St Martins' College fis-Swatar billi, minkejja rappreżentazzjonijiet li saru mir- residenti, għad hemm inkonvenjent kbir għal dawn ta' l-aħħar minħabba l- ispotlights qawwija li jkun hemm jixgħelu filgħaxija fid-direzzjoni tad- djar residenzjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li l-materja strettament ma tirrigwardjax lill-ministeru tiegħi, tlabt lid-direttur konċernat jistaqsi lid-diriġenti ta' l-iskola msemmija għar-reazzjoni tagħhom.", "SAN GWANN - 32D, BLOCK 8, OAK STREET", "5388.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-fond 32D, Block 8, Oak Street, San Ġwann, huwiex preżentement okkupat mill- inkwilin?", "Jista' jinvestiga rapporti li wasluli li dan m'huwiex il-każ u li l-fond jista' jkun qed jintuża għal skopijiet oħra apparti minn dawk residenzjali?", "Dan qed isir fuq diversi ilmenti li wasluli minn residenti ta' l-istess block.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-fond indikat hu mikri lill- persuna li bħalissa tinsab miżmuma b'arrest.", "Id-dipartiment għandu informazzjoni bil-miktub mid-direttur tal-Ħabs li l-kerrej jaf bil-membri tal-familja li qed jidħlu fil-post u dan qed jagħmluh bil-permess tiegħu.", "TASK FORCE TAL-GVERN - TERMS OF REFERENCE", "5389.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jippubblika it-terms of reference speċifiċi li ngħataw il-membri tal-privatisation task force tal-gvern?", "X'remunerazzjoni se jkollhom dawn il-persuni?", "Għal kemm żmien tgħodd il-ħatra tagħhom/ Wara r-reazzjoni negattiva li kien hemm mill-GWU, mill-oppożizzjoni u minn diversi setturi ta' l-opinjoni pubblika u ta' l-istampa lokali (mhux Laburista) dwar dan, iħossx l-Ministru li jista' jkun hemm konflitt ta' interess f'dan kollu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Il-membri ta' din it-task force huma maħtura għal sena u ma jirċievu ebda remunerazzjoni.", "L-issue tal-conflict of interest ġiet diskussa ma' kull membru tal-bord li ġej mis-settur privat qabel ma ġew appuntati.", "B'riżultat ta' dawn id- diskussjonijiet, wieħed mill-persuni li kienu nvitati biex joqgħod fuq il- bord m'aċċettax minħabba possibbilta' ta' konflitt ta' interess.", "BIRKIRKARA - TRIQ IL-VAGUNI", "5401.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-kisi bit-tarmac ta' Triq il-Vaguni, Birkirkara, tiġi nkluża bħala parti mill-proġett ta' Psaila Street, Birkirkara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi kkunsidrat.", "ARTIJIET - BIRGU", "5402.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti, konvenju jew pjanti relattivi fuq il- Mejda tal-Kamra, li qed jiġu mħejjija bejn il-konsorzju u l-gvern fuq l-art li tinsab fil-Birgu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proġett li qed tirreferi għalih l-Onor.", "Interpellanti jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellanti tirreferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PROPRJETA' TAL-GVERN - KIRI MINN MEMBRI PARLAMENTARI", "5403.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Membri ta' din il-Kamra li f'isimhom jew f'isem ir-raġel jew il-mara tagħhom jew f'isem it-tfal jew permezz ta' kumpannija kontrollata minnhom qegħdin jikru proprjeta' mingħand il-gvern jew mingħand aġenziji jew kumpanniji tal-gvern?", "Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' din il-proprjeta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - TECHNICAL OFFICERS", "5405.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar matul dawn l-aħħar sentejn mit-technical officers fid-Diviżjoni tad-Dipartiment ta' l-Ambjent magħrufa bħala Ospizio?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-technical officers li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant jagħmlu parti mis-Sezzjoni tar-Regolamenti Ġodda għall-Bini.", "F'dawn l-aħħar sentejn dawn in-nies ħadu ħsieb jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-regolamenti tal-bini li għandna Malta, kif ukoll informazzjoni oħra li tirrigwardja regolamenti simili ta' pajjiżi barranin u taw l-għajnuna tagħhom biex ġie preparat l-abbozz ta' liġi ġdid kif ukoll dokumenti ta' gwida (practical guidance documents) għal ma' dawn ir- regolamenti ġodda.", "GĦAJN TUFFIEĦA - PARKING SPACE", "5406.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'l fuq mill-bajja?", "Jikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti partikolarment fil- ħdud?", "Jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MDC - SPACE AREA", "5407.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sitwazzjoni ta' l-availability space area li għandha f'idejha l-MDC għal skop ta' ħażna jew operat industrijali?", "X'inhi l-pożizzjoni attwali ta' Ħal-Far vis-a-vis l-MDC?", "Għaliex postijiet f'Ħal Far jinsabu mitluqa u abbandunati meta jistgħu jintużaw b'mod ekonomiku aħjar?", "Liema minn din l-area f'Ħal Far hija taħt ir- responsabbilta' ta' l-MDC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-availability space area tinbidel minn żmien għal żmien.", "250-500 1000-1500 2000-3000 UFFIĊINI", "Malta 4 1 3 4 Għawdex 1 - - 3", "Ser ikun hemm ukoll 38 fabbrika ta' 100 metru kwadru ġewwa Malta li ser ikunu amministrati mill-IPSE bħala business incubation units.", "Fil-preżent l-MDC għandha wkoll numru ta' fabbriki vojta li huma allokati lill-investituri ġodda.", "F'xi fabbriki minn dawn qed isir xogħol ta' refurbishing biex dawn il-fabbriki jibdew joperaw.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Far m'hemmx postijiet tal- MDC li huma abbandunati.", "Hemm xi postijiet vojta li huma allokati jew earmarked fejn xogħol ta' refurbishment qed isir jew mistenni jibda dalwaqt mill-MDC jew mill-okkupant innifsu.", "Xi wħud minn dawn il-postijiet ġew lura f'idejn l-MDC wara proċeduri li ttieħdu fix-xhur li għaddew.", "L-MDC għandha post ġewwa Ħal Far li tużah bħala maħżen.", "L-area li hija amministrata mill-MDC ġewwa Ħal Far hija dik li għaddiet għand il- korporazzjoni permezz ta' l-Avviż Legali Numru 67 ta' l-1993.", "PULIZIJA - NUMRI TAL-BIBIEN", "5408.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformana meta hemm il-ħsieb li jingħataw in-numri l- bibien fid-diversi toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment Triq il-Proża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BICAL", "5409.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' l- assi ta' l-ex-BICAL u fiex waslet il-pożizzjoni ta' dawk li għandhom l- interess fil-flus li kienu ddepożitaw?", "Meta se jsir xi pagament lid- depożitanti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Peres li għad hemm ħafna pendenzi f`kawżi li għad iridu jiġu deċiżi mill-qorti, mhux possibli li għalissa jingħataw dettalji dwar il-pożizzjoni ta' l-assi tal-BICAL.", "Qegħdin isiru arranġamenti biex jingħata pagament lid-depożitanti matul din is-sena.", "ENEMALTA - BORMLA - DAWL FIT-TOROQ", "5410.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif fi Triq San Mark u f'Irish Street f'Bormla ma sarux lampi?", "Peress li dawn ġew rapportati kemm-il darba u għadu ma sar xejn, jista' l-Ministru jara għalfejn dan id-dewmien peress li r-residenti ta' dawn it-toroq huma anzjani u għandhom ħafna taraġ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultax li hemm pendenti talbiet għal lampi ġodda fit-toroq imsemmija.", "Rigward ħsarat, il-manutenzjoni meħtieġa saret fl-10 ta' Marzu, 1999.", "FREEPORT - IMPJEGATI", "5411.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li interviews li kellhom isiru biex jidħlu nies fil-Freeport f'Marzu, 1999 tħassru?", "Kemm kien hemm ħsieb li jidħlu ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-intervisti li għalihom qed jirreferi ma ġewx imħassra iżda posposti.", "Ma naħsibx li f'dan l-istadju wieħed għandu jagħti dettalji dwar numru ta' ħaddiema meħtieġa.", "BIRGU - FUQ TAL-HAWLI - ALLOKAZZJONI TA' POST", "5412.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid il-post Flat 2 Blk 7 Triq Tal-Ħawli, Birgu li ġie battal minn żewġ anzjani li mietu snin ilu, minn min ġie okkupat?", "Kif jista' jispjega l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi persuni oħra jabitaw f'dan il-flat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi fl-estate f'tal-Ħawli, l-Birgu, ma hemm l-ebda blokk bin-numru 7.", "AMBAXXATURI MALTIN", "5418.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana b'mod uffiċjali (minflok ikollna noqogħdu fuq informazzjoni mill-gazzetti) min huma l-persuni li ġew maħtura ambaxxaturi ta' pajjiżna f'pajjiżi oħra?", "Min huma dawk li se jinbidlilhom posthom u min huma dawk li għalihom il-gvern Malti qiegħed jistenna l-agreement dwarhom minn gvernijiet barranin?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, il-ġurnali fir-rapporti tagħhom sikwit ikollhom informazzjoni skorretta, kemm f'partijiet kif ukoll fit-totalita, ta' l-artikoli li jippublikaw.", "Għalhekk mhux għaqli li wieħed joqgħod fuq informazzjoni ta' ġurnali bħala waħda uffiċjali.", "Rigward it-tieni domanda, l-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li mhux korret li l-ministeru jiżvela l-ismijiet ta' min ikun nominat ambaxxatur qabel ma l-gvern konċernat jagħti l-agreement tiegħu.", "Irrid iżda nżid illi ma' l- ismijiet li semmejt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4616 illum hemm ukoll dak ta' Dr. Joe Cassar li se jieħu l-kariga ta' Ambaxxatur ta' Malta għall-Italja f'nofs April.", "PA - KUNSILLI LOKALI", "5436.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid xi tkun ir-raġuni li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar idumu ħafna sabiex jagħtu risposta lil xi kunsill lokali u dan anke fid-dawl tat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5023?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li normalment l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma ddumx ma tagħti tweġiba.", "Għar-rigward tar-referenza magħmula għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numrru 5023, ninsab infurmat li l-aħħar korrispondenza dwar il- każ kienet ittra mill-kunsill bid-data tal-21 ta' Awissu, 1998, li t- tweġiba għaliha ngħatat fl-1 ta' Settembru, 1998.", "Mat-tweġiba ntbagħat ukoll kopja tal-permess bil-kundizzjonijiet imposti maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fis-27 ta' Lulju, 1998.", "Il-faċċata ta' Villa De Fremaux m'għandiex titwaqqa'.", "SKEJJEL - SKRIVANI", "5437.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żmien ta' l-għeluq tas-sejħa għal skrivani part-time għall-erba' skejjel li saret dan l-aħħar, ġiex imġedded?", "Jekk iva, x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' part-time clerks kienet tagħlaq fl-24 ta' Frar, 1999.", "Din id-data ġiet estiża sat-Tnejn l-1 ta' Marzu, 1999, wara li ġie avżat fil-Gazzetta tal-Gvern, li l-iskola ta' l-Imtarfa, oriġinarjament reklamata bħala dik tal-Primarja, kellha fil-fatt tkun dik tas-sekondarja tas-subien, Sir Temi Zammit.", "PA - PA 5111/95", "5447.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid bħala informazzjoni fiex tinsab l-applikazzjoni numru PA 5111/95?", "Veru li l-permess li kien inħarreġ inżamm?", "Jekk hu hekk, x'inhi r- raġuni li x-xogħol f'dan il-post baqa' sejjer?", "X'għamlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex tiġi osservata l-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni PA 5111/95 kienet ġiet approvata fl-24 ta' Ġunju, 1998 u l-permess inħareġ fis-27 ta' Lulju, 1998.", "Fil-11 ta' Awissu 1998 l-Awtorita' rċeviet Appeal Against Conditions tal-permess, liema appell għadu pendenti.", "Ninsab informat ukoll li l-permess maħruġ fl-ebda żmien ma ġie rtirat iżda nħareġ Stop Notice.", "L-Awtorita' qiegħda tispezzjona s-sit in kwestjoni sabiex tassigura li l- kondizzjonijiet tal-permess jiġu osservati.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - ALLOKAZZJONI TA' POST", "5453.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5262 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u ċioe', jista' jgħid lil min se jiġi allokat il-post numru 126, Archbishop Street, Valletta, peress li hemm ħafna għaqdiet li jixtiequ jikruh?", "Tista' tittieħed deċiżjoni malajr?", "Jekk diġa' ġie f'arranġamenti, lil min ġie allokat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-fond li qed tirreferi għalih l- Onor. Interpellanti għadu ma ġiex allokat.", "Iċ-ċwievet għadhom f'idejn id- Dipartiment ta' l-Estate Management li qed jara kif ikun l-aħjar mod li jiddisponi minn dan il-fond.", "CCTV - KONTROLL TAS-SEWQAN", "5456.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern rigward l-introduzzjoni ta'cameras u tagħmir ieħor li jiġbdu r-ritratti u jirrekordjaw l-ispeed tal- karozzi magħrufa bħala CCTV biex ikun hawn kontroll u sewqan aħjar fit- toroq?", "Jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija li hija ripetizzjoni tal- mistoqsija parlamentari numru 5018 li għamilt lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li rriferini għalik?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tikkunsidra attivament ix-xiri ta' l-apparat li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant wara li l-vot kapitali tal-Pulizija għas-sena kurrenti żdied bi 40% fl- aħħar budget.", "ETC - INSPECTORS", "5457.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonferma li wieħed mill- inspectors ta' l-ETC li kienu qed jiġu nvestigati dwar abbużi fi dmirijiethom riċentement ingħata promotion?", "Fuq liema kriterji ngħatat din il-promotion?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat illi l-ETC għamlet sejha interna għall-postijiet vakanti ta' senior clerk li għaliha applikaw diversi ħaddiema tal-korporazzjoni stess.", "Ninsab infurmat ukoll illi twaqqaf bord ta' l-għażla li kien kompost minn Mario Xuereb, General Services Division; Felix Borg, Training Services Division; u Charles Cassar, Human Resources and Administration li ntervistaw lil kull min applika, liema bord għamel ir- rakmandazzjonijiet tiegħu b'mod unanimu.", "Dawn ir-rakmandazzjonijiet ġew aċċettati miċ-chief executive u jinkludu persuna li qabel kienet spettur.", "ETC - KORSIJIET", "5458.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet qed isiru mill-ETC biex jgħinu negozjanti żgħar imexxu aħjar in-negozju tagħhom?", "Liema huma?", "Kemm qed jattendu għal kull kors?", "Dawn il-korsijiet isiru f'ħinijiet addattati għal dawn in-nies?", "Meta ġie ntrodott kull kors mill- ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ s'issa torganizza sitt korsijiet fil-qasam tat-tmexxija ta' negozji żgħar.", "Dawn huma:", "Kif tibda negozju Servizzi t'għajnuna għan-negozju Kif tmexxi l-finanzi Kif tmexxi l-ħaddiema Kif tmexxi s-swieq Kif torganizza x-xogħol", "Fi Frar li għadda kien hemm kors wieħed għaddej dwar 'Kif tibda negozju' li għalih attendew seba' persuni.", "Il-korsijiet isiru wara nofsinhar jew filgħaxija biex ikun faċli għall- applikanti biex jattendu.", "Dawn il-korsijiet issa ilhom isiru għal diversi snin.", "Bil-għan li l-korporazzjoni tħajjar aktar negozjanti jattendu, saru arranġamenti ma' diversi kunsilli lokali biex il-korsijiet isiru fuq bażi lokali, kemm il-darba jkun hemm biżżejjed applikanti li jiġġustifikaw dan.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5459.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol bħalissa li qegħdin jieħdu korsijiet immedjati mill-ETC f'xogħol ta' mastrudaxxa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fi Frar kien hemm 17-il persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol li parti mit-taħriġ tagħhom kien jinkludi xogħol ta' l-injam.", "TOROQ - ESPERTI ĠERMANIŻI", "5460.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapport magħmul mill-esperti Ġermaniżi GTZ dwar l-istat tat-toroq f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet mill-istess rapport huwa maħsub li jkunu addattati mill-gvern tal-ġurnata u minn meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda għad fadal iktar xogħol x'isir qabel ma jiġi deċiż liema partijiet ser jiġu adattati u meta, għalkemm il-parti dwar il-kwalita' tax-xogħol u kontroll tiegħu diġa' qed tiġi applikata.", "SAĦĦA - KAROZZI", "5463.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intuża petrol għall-karozza Nru. DBB 702 tad- Dipartiment tas-Saħħa bejn Ottubru, 1998 u l-aħħar ta' Frar, 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' petrol li ntuża għall-karozza Nru. DBB 702 bejn Ottubru, 1998 u Frar, 1999 kien jammonta għal 596.40 litri, li jlaħħaq is-somma ta' Lm214.48.", "SAĦĦA - PAZJENTI B'MARD MENTRALI", "5464.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li fi żmien gvern preċedenti kienu bdew diskussjonijiet bejn il-gvern u l- Knisja biex isir użu minn proprjeta' li hi tal-Knisja f'post ċentrali f'Malta ħalli jintuża bħala tarġa oħra biex pazjenti b'mard mentali jiġu riabilitati u ntegrati lura fis-soċjeta', jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlestew policy paper u pjan ta' azzjoni maqbula bejn rappreżentanti tal-gvern u tal- Knisja.", "Qabel ma wieħed jimxi għall-implimentazzjoni qed nistennew li l- awtoritajiet rispettivi japprovaw il-policy paper u l-pjan ta' azzjoni biex nimxu lejn time table ta' implimentazzjoni.", "SAĦĦA - ACUTE INTEGRATED ADMISSION WARD", "5465.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi qed jinħass il-bżonn li tinfetaħ fi żmien kemm jista' jkun qasir l-acute integrated admission ward maġemb il-FW6 ħalli jittaffew il-problemi ta' l- Admission Ward 2 (irġiel) li għandha numru aktar milli suppost ta' pazjenti, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li tinfetaħ l-Acute Integrated Admission Ward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlestiet il- medical brief ta' unit integrat akut u bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex jiġu determinati l-linji.", "Għadu għalhekk ftit prematur li wieħed jikkommetti ruħu dwar dati.", "ETC - LOCAL WARDENS", "5466.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex wieħed japplika għal course ta' local wardens organizzat mill-ETC intalab il-ħlas ta' Lm50?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qed titlob ħlas ta' Lm50 mingħand l-applikanti għall-kors ta' local wardens biex tkun tista' tiffinanzja parti mill-ispejjeż li daħlet għalihom biex torganizza dan il-kors.", "Meta wieħed iqis il-kontenut tal-kors, il-kapaċitajiet ta' l- għalliema u s-sigħat involuti, wieħed jirrealizza li l-ħlas huwa baxx.", "Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol ma ntalbux iħallsu l-Lm50.", "SAĦĦA - SAHRA", "5467.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime fi Frar, 1999 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5468.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4764?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "LONDRA - KUMMISSARJU GĦOLI MALTI", "5478.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta kienet inxtrat il-karozza uffiċjali (I MLT) tal-Kummissarju Għoli Malti f'Londra qabel dik preżenti li ħarġet f'Ottubru, 1997?", "Kemm kienet swiet?", "X'kienu l-ispejjeż għal tiswija u manutenzjoni, sena b'sena, mindu nxtrat sakemm inbiegħet?", "Kemm-il darba nsterqet?", "X'kienu l-konsegwenzi fuq il-karozza u fuq il-Kummissjoni Għolja wara s-serq?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "LONDRA - KUMMISSARJU GĦOLI MALTI", "5479.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il residenza uffiċjali kellu l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra mill-1987 sa l-1997?", "Fejn kienu?", "B'liema dati?", "X'kien il-ħlas kull ġimgħa fir- rigward ta' kull waħda?", "Għaliex sar it-tibdil u ċaqlieq?", "Jeżistu nventarji tad-diversi residenzi uffiċjali?", "Għaliex jekk jeżistu l- inventarji bid-dati, snin u referenza għal kull każ m'għandhomx jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi dawn jirrigwardaw direttament l- amministrazzjoni ta' flus il-poplu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJI PERMANENTI - MOBILE PHONE", "5480.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk is-segretarji permanenti li għandhom mobile phone?", "X'inhi l-ħtieġa li jkollhom dan is-servizz?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li s-segretarju permanenti fl- uffiċċju tiegħi m'għandux mobile phone, pero is-segretarju permanenti fit- Taqsima tal-Ġustizzja għandu din il-faċilita' peress li jinqalgħu każi meta jkun hemm il-bżonn ta' konsultazzjoni urġenti miegħi jew mas- segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħi barra l-ħin ta' l-uffiċċju.", "Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll minn naħa tal-qorti, l- Avukat Ġenerali u, naturalment anke l-ministri.", "Rigward is-segretarji permanenti f'ministeri oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiġbor l-informazzjoni mill-ministri individwalment.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "5481.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti relatati mal- proġett ta' Pjazza Sta.", "Margerita, Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "BIRGU - HARRY STANGER SCHOOL", "5482.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger School fil-Birgu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BIRGU - BIEB IS-SULTAN", "5483.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal Bieb is-Sultan fil-Birgu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq is-swar tal-Kottonera m'huwiex ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal- Mużewijiet.", "Dan ix-xogħol, inkluż dak fuq Bieb is-Sultan, il-Birgu, huwa responsabbilta' tal-Cottonera Rehabilitation Project.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5484.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- possibbilitajiet li l-familja li għandha file mad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali bin-numru H 15467, tkun tista' tingħata post alternattiv għax qed tgħix f'żewġt ikmamar żgħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-applikazzjoni ndikata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali.", "SKEJJEL - BORMLA - G. DESPOTT", "5485.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir sejħa sabiex jimtela l-post li hemm vakant ta' librar fl-iskola G. Despott, f'Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li ser tiġi segwita l-proċedura tas- soltu u dalwaqt ser toħroġ call for applications għal-librara.", "Din hi proċedura annwali u l-ħatriet isiru fis-sena skolastika ta' wara.", "BORMLA - TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ - BOZZA", "5486.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa bozza fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla, li ilha ma tixgħel numru ta' ġimgħat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit- 12 ta' Marzu 1999.", "SERVIZZ ĊIVILI - PENSJONI", "5508.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li impjegati mal-gvern li huma ntitolati għall-pensjoni tat-Teżor malli jagħlqu l-61 sena qed ikollhom jistennew ix-xhur qabel ma tingħatalhom, jista' l-Ministru jindaga x'inhi l-kawża ta' dan id-dewmien?", "Jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm iżjed dewmien fl-għoti ta' din il- pensjoni biex b'hekk tiġi evitata tbatija żejda lil dawn il-pensjonanti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa minnu li bħalissa hemm xi xogħol lura fit-Taqsima tal-Pensjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor.", "Ir-raġuni hija kemm mard fit- tul kif ukoll minħabba nuqqas ta' uffiċjali fit-taqsima u minħabba irtirar bil-pensjoni.", "Qed isir sforz biex, kemm jista' jkun malajr, ix-xogħol pendenti jitlesta u l-pensjonanti jibdew jirċievu l-pensjoni fi żmien raġunevoli.", "ĦAMRUN - TOROQ", "5509.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3884 datata 19 ta' Jannar 1999 fejn il-Ministru rrifera għall-mistoqsija parlamentari numru 1758 fis-seduta 55, u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari oħra tiegħi numru 4006 fejn il-Ministru rrefera għall-mistoqsija parlamentari numru 705 datata 3 ta' Novembru, 1998 meta qal li l-isfaltar isir wara li jkun żgurat li s-servizzi tqiegħdu b'mod permanenti, jista' l-Ministru jispjega għaliex ma sarx ix-xogħol fi Pjazza 7 ta' Ġunju, Ħamrun meta s-servizzi ilhom li tqiegħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "DJAR - APPARTAMENTI", "5510.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad- Djar għadhiex interessata li tixtri l-blokk appartamenti li d-dettalji tagħhom qed nibgħathom separatament?", "Jaf il-Ministru li kien ilhom għaddejjin diskussjonijiet għal żmien twil u kien ġie miftiehem it-tip ta' kumpens li se jingħata lir-residenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'qasir żmien, l-Awtorita' tad-Djar ser toħroġ skema biex tinkoraġixxi sidien ta' proprjeta' immobbli tal-privat biex ibigħuha lill-Awtorita' tad-Djar taħt ir-regolarmenti u kundizzjonijiet li jiggarantixxu trasparenza u biex jiġi wżat l-istock ta' djar li sal-lum mhux okkupat.", "Kull applikazzjoni tiġi ġġudikata fuq il-meritu tagħha.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5511.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, se tiġi rikonoxxuta fil-fond fejn tirrisjedi?", "Jaf il-Ministru li għalkemm din il-persuna daħlet f'dan il- fond biex ma tibqax fit-triq u sakemm tingħatalha akkomodazzjoni alternattiva dan qatt ma sar?", "Jaf il-Ministru li jekk tiġi nforzata eviction order fil-konfront tagħha, din se terġa' tispiċċa fit-triq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhix il-policy li persuni, li jkunu okkupaw postijiet illegalment billi użaw vjolenza, jiġu rikonoxxuti fil-post.", "PIETA' - TINDIF TA' PJAZZA", "5512.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għax-xogħol ta' tindif tal-pjazza tal- Housing Estate tal-Pieta' u meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1560 (Seduta 15).", "SAĦĦA - KAŻI TA' T.B.", "5519.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi rapportati ta' T.B. minn Ottubru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Ottubru 1998 sal-lum kellna disa' każi ta' T.B. Minn dawn sitt każi kienu T.B. Pulmonary u tlieta kienu T.B. Non-Pulmonary.", "Xahar b'xahar dawn il-każi kienu mqassmin skond kif ġej:", "XAHAR T.B. T.B. Pulmonary Non-Pulmonary --------------------------------------------------- Ottubru 1998 5 1 Novembru 1998 - 2 Diċembru 1998 1 - Jannar 1999 - - Frar 1999 - - Sa 10 ta' Marzu 1999 - - -------------------------------------------------- TOTAL 6 3 --------------------------------------------------", "SKEJJEL - GĦAWDEX - LEZZJONIJIET TAL-MATEMATIKA", "5521.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk huwiex veru li fil-form VI ta' Għawdex il- lezzjonijiet tal-matematika tnaqqsu minn erbgħa għal tnejn fil-ġimgħa; 2) għal liema raġunijiet ġara dan; 3) minn meta tnaqqsu dawn il-lezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li lill-ebda klassi ma tnaqqsulha lezzjonijiet tal-Matematika fis-VI Form ta' Għawdex.", "KOPERATTIVA GĦAWDXIJA - MEMBRI", "5522.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm ilu ma jitħallas imgħax fuq l-ishma lill-Membri tal-Koperattiva Għawdxija tal- Ħalib u Biedja; 2) għaliex m'huwiex jitħallas dan l-imgħax; u 3) jekk l- imgħax fuq l-ishma lill-Membri tal-Koperattiva Maltija tal-Ħalib qed jitħallas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li:", "1.", "Il-membri tal-Koperattiva Għawdxija tal-Ħalib u Biedja, illum imsejjħa GOZITANO, ilhom ma jitħallsu mgħax fuq l-isħma mill-1978.", "2.", "Ir-raġuni għal dan, huwa li ftit sar profitt, u meta sar dan, mar biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċ fil-kont ta' qliegħ u telf tal-koperattiva.", "3.", "Il-koperattiva m'għadx fadlilha membri li jissuplixxu l-ħalib peress li ġew reġistrati mal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib.", "MMA - CHIEF EXECUTIVE", "5525.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-pożizzjoni ta' chief executive fl-Awtorita' Marittima, meta din il-pożizzjoni lanqas hija biss ikkontemplata fil-liġi ta' l-istess awtorita' u fejn hemm biss tlett diretturi eżekuttivi msemmija?", "Ġaladarba m'hemmx din il-pożizzjoni msemmija, kif tista' tiġi ġustifikata paga ta' aktar minn Lm16,000 fis-sena apparti benefiċċji oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-liġi ta' l-Awtorita' Marittima tipprovdi għall-ħolqien ta' erba' executive directors.", "Iċ-chief executive huwa wkoll chief director.", "Il-kariga ta' chief executive qiegħda fuq bażi indefinita.", "Fir-rigward tar-remunerazzjoni, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija fi Frar 1996 għall-mistoqsija parlamentari numru 31167 (Seba' Leġislatura).", "Mill-1996 s'issa, iż-żiediet fir-remunerazzjoni bażika kienu jammontaw għall-Lm797.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "5534.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra maħfra jew amnestija lill-ħabsin mal-bdil tal-President u mal-wasla tas-sena 2000?", "Jekk iva, min se jgawdi minn din il-maħfra jew amnestija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4418 f'Seduta 68.", "MALTA SHIPBUILDING - MANAGEMENT TEAM", "5535.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati persuni fil- management team tal-Malta Shipbuilding mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Jekk iva, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-5 ta' Settembru 1998, ġew impjegati tlett uffiċjali maniġerjali fuq bażi ta' kuntratt definit għal tliet snin.", "Dawn l-uffiċjali huma l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni li għandu salarju ta' Lm26,000; l-uffiċjal eżekuttiv għar-riżorsi umani li għandu salarju ta' Lm18,000 u l-uffiċjal eżekuttiv għall-Finanzi li għandu salarju ta' Lm12,000 u Lm2,000 bħala rimborż ta' spejjeż.", "Din l-iskala ta' salarji hija l-istess waħda li l-MIMCOL kienet iddiskutiet u rrakkmandat lill- amministrazzjoni preċedenti.", "SPORTS - SPARAR BL-AIR GUNS", "5536.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi dan l-aħħar ġie mħabbar f'gazzetta lokali illi xi tiraturi Maltin se jieħdu sehem f'kompetizzjoni ta' sparar ta' l-air guns barra minn Malta, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula, fejn sar it- training tagħhom, meta, jekk ħareġ, ħareġ il-permess biex jibda jsir sparar ġewwa ranges għal air gun shooting?", "Meta ħareġ il-permess biex isir sparar fl-indoor range tal-Bidnija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tad-domanda ma jirriżultalix li hu kompitu tiegħi li nara fuq liema kriterji jiġu magħżula kompetituri biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet barra minn Malta u fejn sar it-training tagħhom.", "Dwar it-tieni parti jien informat li l-ħruġ tal-permessi mhux responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi u għalhekk l-Onor.", "Kollega hu mistieden jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "AIR GUN SHOOTING RANGES - LIĊENZJA", "5537.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fid- dawl ta' rapport li deher f'gazzetta lokali li tiraturi Maltin ġew magħżula biex jieħdu sehem f'kompetizzjoni barra minn Malta fuq dan l-isport, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ranges għal air gun shooting liċenzjati llum?", "Meta nħareġ il-permess?", "X'tip ta' permess irid ikollhom it-tiraturi biex jisparaw ġo dawn ir-ranges?", "Kemm hawn persuni li għandhom il-permess meħtieġ?", "Meta bdew jinħarġu l-permessi to fire an air gun?", "Kemm hi l- liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s'issa m'hawn ebda air weapons shooting range liċenzjata.", "Ninsab infurmat ukoll li kemm il-kwestjoni tal-liċenzji ta' dawn it-tip ta' ranges kif ukoll dawk dwar l-armi wżati f'dan it-tip ta' sport qed jiġu kkunsidrati minn kumitat maħtur apposta biex jikkunsidra r-reviżjoni ta' l- ordinanza dwar l-armi.", "REĠISTRU PUBBLIKU - PERSUNA BI BDIL TA' SESS", "5538.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fid- dawl tad-deċiżjoni meħuda mill-qrati Maltin dan l-aħħar fejn persuna li twieldet bħala tifel, issa li għamlet l-operazzjoni neċessarja u fiżikament mill-apparenza, minn barra, saret mara ġiet mogħtija l-permess biex tibdel isimha għal wieħed femminili u anke l-ID Card tgħid illi hija mara, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna jew xi ħadd simili issa titlob lill- gvern biex jitħalla jiżżewweġ hawn Malta, xi tkun il-pożizzjoni tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5083 f'Seduta 71.", "PATROL BOATS - PATROLS", "5539.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru patrols mill-patrol boats tat-tip Kondor f'dawn l- aħħar xahrejn?", "Dan in-numru huwa \"normali\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li fil-perjodu indikat saru diversi patrols bil-Kondor boats.", "Matul ix-xahar ta' Jannar kienet qiegħda ssir manutenzjoni urġenti fuq dan it-tip ta' inġenji u għaldaqstant ix- xogħol bihom kien minimu.", "Is-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal b'effett mill-1 ta' Frar 1999.", "ENEMALTA - XIRI TAŻ-ŻEJT", "5556.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-agreement li għamel l-ex-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta għax-xiri ta' żejt b'kuntratt għal sena?", "Il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta kien jaf u approva dan l-agreement?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi salesman jew broker li rrakkmanda dan l-agreement u jekk iva, min kienet din il-persuna jew kumpannija?", "Kemm tħallset senserija fuq dan l-agreement u min ħadha?", "X'informazzjoni aktar jista'jagħti l-Ministru lill-poplu Maltin dwar dan l-agreement li se jiswa aktar minn 12m dollaru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba.tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Ma' din l-informazzjoni hemm inkluża dettalji dwar fixed price', floating price u l-ammont dovut għax-xahar ta' Frar, 1999.", "Il-bord kien ta l-approvazzjoni biex iċ-chairman jinnegozja dawn il- kuntratti.", "L-Enemalta ttrattat ma' bank barrani dwar dawn il-kuntratti.", "Il-bank kien rappreżentat minn ditta ta' avukati f'Malta biex sar il-kuntratt, iżda n- negozjati dwar prezzijiet saru dirett mal-bank.", "Il-korporazzjoni ma ħallset l-ebda senserija.", "L-ammont ta' 12-il miljun dollaru huwa maħdum fuq il-prezzijiet ta' bħalissa.", "Għalkemm il-ħlasijiet isiru kull xahar, l- ammont finali jkun magħruf biss meta tgħaddi s-sena kollha.", "VALLETTA - SLUM CLEARANCE", "5557.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir slum clearance project fi Triq San Patrizju, il-Belt, fejn hemm ħafna bini substandard li hu vojt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm huwa minnu li kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant hemm diversi bini vojt u sub-standard fl-inħawi ta' Triq San Patrizju, il-Belt, m'hemmx ħsieb li l-proġett ta' slum clearance jiġi estiż f'dawn l-inħawi.", "Fil-fatt apparti minn tliet proġetti li ilhom ippjanati diversi snin, qed jiġi osservat moratorju fuq proġetti ġodda l-Belt sakemm tiġi fformulata politika komprensiva b'enfasi aktar fuq riabilitazzjoni milli fuq twaqqiegħ u b'parteċipazzjoni tas-settur privat kif indikat fil- programm elettorali.", "MARSA - COAL WHARF", "5558.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun irranġat il- berthing site f'Coal Wharf, Ras Ħanżir, il-Marsa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima għadha kemm temmet l-ewwel fażi fuq il-proġett ta' Coal Wharf` u ċioe' dak ta' tindif taż-żona ta' madwar.", "L-Awtorita' Marittima issa se tikkonsidra x'inhuma l- aħjar miżuri li għandhom jittieħdu flimkien ma' l-ispiża neċessarja sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-moll.", "AWTORITA' TAD-DJAR - DJAR/APPARTAMENTI", "5559.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' tad-Djar toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal djar/appartamenti bil-kera anke fil-każ ta' l-għarajjes fil-futur qrib?", "Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jiġri dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hu ppjanat li aktar tard din is-sena jinħarġu postijiet bil-kera.", "Fil-każ ta' koppja għarajjes, sal-lum dawn setgħu japplikaw għall- postijiet b'bejgħ.", "Madanakollu, fil-ħarġa li jmiss, il-possibilta' li koppja għarajjes jiġu allokati postijiet b'kera tkun kunsidrata.", "DJAR - TQASSIM TA' DJAR", "5560.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu djar fil-Furjana mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn?", "Kemm minnhom tqassmu lil evictees tas-slum clearance project fil-Furjana stess?", "Hijiex tingħata xi priorita' lil dawn l-evictees?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi tul iż-żmien indikat fil- Furjana saru żewġ allokazzjonijiet.", "Dan kien wara talba ta' bdil mill- inkwilini bejniethom", "AIR MALTA - AIR HOSTESSES", "5561.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħtieġa li jiġu mpjegati air hostesses ġodda mal-kumpannija Air Malta fiż-żmien li ġej?", "Jekk fl- affermattiv, meta se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet u x'se jkunu l- pre requisites għar-rigward ta' eta' u kwalifiki?", "Meta daħlu l-aħħar full- time air hostesses?", "Kemm daħlu u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalma tagħmel kull sena, l-Air Malta bħalissa għaddejja bil-proċess ta' reklutaġġ ta' air hostesses fuq bażi temporanja biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda fit-traffiku matul ix-xhur tas-Sajf.", "Għal dan il-għan saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u qegħdin isiru l-intervisti tal-kandidati mibgħuta mill-korporazzjoni.", "Ġeneralment il-kwalifiki huma dawk li jintalbu s-soltu, jiġifieri eta' minima ta' 18-il sena u 5 passes fil-Livell Ordinarju jew Matsec.", "L-aħħar ingaġġ ta' 15-il air hostess fuq bażi regolari sar fl-1 ta' Frar 1997.", "Dawn l-air hostesses qabel kienu mpjegati fuq bażi part-time.", "Il- kwalifiki mitluba meta sar dan l-ingaġġ kienu l-istess bħal dawk imsemmija aktar 'il fuq.", "TARXIEN - TRIQ ID-DEJMA - PARKEĠĠ", "5588.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li ma jsirx parking bl-addoċċ fi Triq id-Dejma ġewwa Ħal Tarxien?", "Jista' jintlaqa' s-suġġeriment li jsir parking fuq naħa waħda biss tat-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija tad-distrett qed tieħu passi biex ma jitħallix isir parking bl-addoċċ fit-triq imsemmija, pero' għaddejt l-ilment lill-pulizija.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ser ikun riferut lill- Bord tal-Kontroll tat-Traffiku.", "XGĦAJRA - TRASPORT PUBBLIKU", "5589.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-karozza tal-linja tinżel minn Triq ix-Xatt għal Duret ix-Xatt ġewwa x-Xgħajra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant għall- kunsiderazzjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "MEDIĊINI - PILLOLI TROLIGAZONE", "5591.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-pilloli Troligazone jistgħux jingħataw taħt l-iskeda numru ħamsa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- pilloli Troglitazone (u mhux Troligazone), id-Dipartiment tas-Saħħa jinsab infurmat li dawn il-mediċini ġew irtirati mis-suq minħabba ħsara li jġibu fil-fwied.", "AGRIKOLTURA - ĦADDIEMA", "5593.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema jaħdmu fis-settur ta' l- agrikoltura full-time u part-time?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fis-settur ta' l-Agrikoltura u Sajd f'Settembru, 1998 kien hemm 2,582 ħaddiem full-time.", "Skond iċ-ċensiment li sar f'Settembru 1991 fis-settur ta' l-agrikoltura kien hemm 21,418 part-timers.", "PERIT MINTOFF - PROPRJETA' \"TA' L-GĦARIX\"", "5599.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi skond il-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 il-proprjeta' \"Ta' l- Għarix\" tal-Perit Mintoff kellha tiġi trasferita lill-gvern Malti, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jistenna l-Gvern Nazzjonalista biex jieħu din il- proprjeta' fid-dawl tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista ħallas lill-Perit Mintoff Lm128,000 ftit ġimgħat wara l-Elezzjoni Ġenerali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-trasferiment illi qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant ikun jista' jsir meta l-kundizzjonijiet l-oħra kollha indikati fl-istess letter of intent ikunu onorati.", "PERIT MINTOFF - PROPRJETA' \"TA' L-GĦARIX\"", "5600.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-tħejjijiet sabiex il-proprjeta' \"Ta' l-Għarix\" tal-Perit Mintoff tiġi trasferita lill-gvern ta' Malta skond il- letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-trasferiment isir malli jsir il-ftehim finali dwar din il-kwestjoni.", "INDUSTRIAL RELATIONS UNIT", "5601.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern dwar it-twaqqif ta' l- industrial relations unit, li kien wasal biex iwaqqaf Gvern Laburista?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru responsabbli għar-relazzjonijiet industrijali.", "QRATI - IMPJEGAT", "5602.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta u min se jissostitwixxi lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil-kariga li kien jokkupa fil-qorti qabel ddeċieda li jirreżenja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Gvern qed jieħu passi biex jirristruttura l- karigi għoljin tal-qorti fejn, fost ħwejjeġ oħra, se ssir distinzjoni ċara bejn l-aspett legali u l-aspett amministrattiv.", "Qed titħejja sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il- postijiet vakanti fl-istruttura l-ġdida mingħajr dewmien.", "QORTI - REĠISTRI TAL-QORTI", "5603.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-progress tax-xogħlijiet li għandhom iwasslu għat-trasferiment tar-reġistri tal-qorti għalfejn tinsab alloġġjata l- għassa tal-pulizija tal-Belt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, it- trasferiment tar- reġistri jiddependi minn meta l-pulizija jmorru fl-għassa l-ġdida li qed tinbena fl-ex Parcel Post Office.", "Ninsab infurmat li din l-għassa kellha titlesta matul l-1998 iżda billi l-pulizija dehrilhom li kellhom iżidu xi xogħlijiet, il-proġett ittardja xi ftit.", "Ninsab infurmat ukoll li dan ix-xogħol addizzjonali issa huwa kważi lest u l-proġett kollu huwa qrib ħafna li jigi konkluż għal kollox.", "Hu proġettat li t-trasferiment isir matul is-sajf li ġej.", "UFFIĊĊJU TA' L-ASSISTENTI ĠUDIZZJARJI", "5604.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-progress tax-xogħlijiet li għandhom iwasslu għal trasferiment ta' l-Uffiċċju ta'l-Assistenti Ġudizzjarji minn fejn huma alloġġjati fil-bini tal-qorti għal ġo l-annex tal-qorti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li qabel ma jitlesta l-istudju ta` kif qed jiġi wżat l-ispazju eżistenti kollu tal-qorti, l-Uffiċċju ta' l-Assistenti Ġudizzjarji għalissa se jibqgħu fejn huma.", "SKEJJEL - DINGLI - DRENAĠĠ", "5607.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4472?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie investigat minn nies tal-manutenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "L-on the spot inspection tat dan ir-riżultat:", "(i) Il-ħsara msemmija ma tappartenix lill-iskola u hija responsabilita' ta' entita' oħra li tissewwa; (ii) Il-katusi li jridu jissewwew m'humiex tad-drenaġġ iżda ta' l-ilma tax- xita.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5608.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4289?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni parti tar-reġistru (part 2) fl-aħħar ta' Diċembru, 1998 kien ta' 473.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - ĦADDIEMA", "5609.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4296?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati mal-Ministeru għall-Ambjent huwa maqsum kif jidher hawn taħt:", "Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ---------------------------------------- Head Office, Floriana 39 Pollution Control Unit, Vittoriosa 26 Waste Management Section, Marsascala 3 Countryside Section, Paola 142 Simar Nature Reserve 6 Għadira Nature Reserve 7 Fort Rinella 2", "Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- Finance & Admi & Director General 541 Building & Engineering 271 Manufacturing & Services 664 Roads 151 Drainage 445 Waste ManStrategy Impln 812 Construction & Maintenance 993 B.I.C.C. 8", "Ministeru għall-Ambjent ----------------------- Ministeru, Floriana 34", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "5610.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4292, jista'l-Ministru jgħid x'tip ta'xogħol qegħdin jagħmlu t-tliet persuni li huma sekondati mal-Kalaxlokk mid-dipartimenti/korporazzjonijiet tal-gvern?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tliet persuni li bħalissa huma sekondati mal- Kalaxlokk huma okkupati kif ġej:", "1. wieħed huwa nkarigat mis-superviżjoni tal-ħaddiema tal-Kumpanija li bħalissa qed jagħmlu xogħol ta' kostruzzjoni fuq is-sit tal-Hilton.", "2. wieħed huwa l-uniku surveyor li fadlilha l-kumpanijia u jagħti s- servizzi tiegħu fid-diversi xogħolijiet li l-istess kumpanija għandha bħalissa.", "3. wieħed huwa nkarigat mit-tmexxija tad-drawing office tal-kumpanija.", "WSC - KONTIJIET", "5611.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hu previst li jinħarġu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-konsumaturi domestiċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-konsumaturi domestiċi mistennija joħorġu f'April li ġej.", "BINI STORIKU - RESTAWR", "5612.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ippreparat mill-Works Division dwar restawr ta' bini storiku msemmi fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4834?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TAXXA - EVAŻJONI", "5655.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-problema ta' l-evażjoni tat- taxxa tiġi miġġielda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa li ġiet imħaddma l-VAT reġa' ġie stabbilit audit trail aħjar milli kien hemm qabel.", "Qed jiġu mħejjija tibdil fl-ipproċessar tat-taxxa tad-dħul li nisperaw li jkunu jistgħu jiġu fis-seħħ minn din is-sena.", "Fl-istess ħin qed isir pjan ta' re-engineering tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li għandu jimmodernizza din il-funzjoni u jagħtiha aktar kredibilita.", "GĦAWDEX - SKART DOMESTIKU", "5656.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid: 1) jekk il-proġett ta' riċiklaġġ ta' skart domestiku f'Għawdex huwiex se jitkompla; 2) jekk fl-affermattiv, meta; u 3) jekk fin- negattiv, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3899.", "GĦAWDEX - PROĠETTI", "5657.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid xi proġetti qegħdin isiru bħalissa fil-gżira ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba teħtieġ żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l- informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "GĦAWDEX - ĠBIR TA' TAXXI", "5658.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm jinġabru taxxi mill-gżira ta' Għawdex u kif jikkompara ma' l-ispiża kapitali għall-istess gżira?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-ġbir ta' taxxa (eżempju, dazji, liċenzji u taxxi oħra) ma tinżammx statistika jew elenku ta' taxxi miġbura minn Malta separata minn taxxa miġbura minn Għawdex.", "Għaldaqstant id-dħul ma jistax jiġi kkomparat man-nefqa kapitali fil-kontest ta' Għawdex biss.", "MALTA/GĦAWDEX - SERVIZZ TA' HOVER MARINE", "5659.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid: 1) meta l-hover marine se tibda topera bejn Malta u Għawdex; 2) kemm se timpjega nies ma' dan is-servizz tal-hover marine; 3) jekk huwiex se jkun hemm impjiegi ġodda bħala riżultat b'dan is-servizz; 4) jekk fl-affermattiv, hijiex se toħroġ sejħa għal applikazzjoni; u 5) kemm se jiswa lill-kumpannija Gozo Channel dan is-servizz?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għas- servizz tal-Katamaran.", "Jekk dan hu l-każ, nirriferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4736 fit-22 ta' Frar, 1999.", "Inżid iżda li jiena nformata li l-Katamaran jopera bi crew ta' sitta li minnhom iridu jiġu mpjegati fizzjali ġodda hekk kif jingħata l-permess meħtieġ mill- Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li mhux xieraq li tingħata informazzjoni ta' natura kummerċjali dwar dan is-servizz.", "ĦAMRUN - TRIQ SAN ĠUŻEPP - LAMPI", "5663.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun saru lampi ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq minflok dawk li hemm imdendla f'nofs it-triq?", "Kien ikkonsultat il-Kunsill Lokali tal- Ħamrun qabel ma nbeda x-xogħol?", "Għaliex it-tqegħid ta' dawn il-lampi waqaf mal-konfini tal-Ħamrun u ma baqax tiela' fil-konfini ta' Santa Venera, meta t-triq hi waħda u meta l-istess kunsilli lokali f'dak li hu riabilitazzjoni ta' Triq San Ġużepp qed jipprovaw jgħaqqdu flimkien ir- riżorsi tagħhom?", "Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla minnufih għal parti ta' Triq San Ġużepp li tagħmel ma' Santa Venera?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NAXXAR - TRIQ IL-KAPPELLA TA' SAN MIKIEL", "5664.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex Triq il-Kappella ta' San Mikiel, Naxxar, qiegħda bla servizz ta' ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi mistħarreġ", "PULIZIJA - ĠBIR TA' VETTURI", "5665.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li l-pulizija ġabret kull sena, mill-1994 sa l-1998, mit-toroq ta' Santa Venera?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi li l-pulizija neħħiet mit-toroq ta' Santa Venera fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 kien ta' 9, 20, 40, 3 u 8 rispettivament.", "PULIZIJA - REATI", "5666.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reat li sar f'Santa Venera kien irrapportat lill-pulizija, sena b'sena, matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mill-istatistika kompjuterizzata li bdiet tinżamm minn Lulju 1997, in-numru ta' reati rraportati f'Santa Venera bejn Lulju u Diċembru 1997 kien ta' 106 filwaqt li bejn Jannar u Diċembru 1998 kien ta' 193.", "SANTA VENERA - LAMPI", "5667.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il lampa ġdida tqiegħdet f'Santa Venera, sena b'sena mill-1994 sa l-aħħar tas-sena li għaddiet?", "F'liema toroq tqiegħdu?", "Liema lampi saru fuq talbiet tal-kunsill lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduata oħra.", "UNIVERSITA' - MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA", "5668.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ġudikatura li għandhom xi kariga l-Universita'?", "Jista' jgħid x'inhi din il-kariga u kemm ilhom jokkupaw din il-kariga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-membri tal-ġudikatura li għandhom kariga l-Universita' huma tnejn:", "1.", "L-imħallef Vincent De Gaetano Lettur Anzjan (part-time) (T6) b'effett mill-20 ta' Jannar 1994 (ma jitħallasx tas-servizz li jagħti)", "2.", "L-imħallef Ġanninu Caruana Demajo Lettur (part-time) (T6) b'effett mill-1 ta' Diċembru 1998.", "BORMLA - KLINIKA", "5677.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni rigward liema residenti (lokalitajiet) jistgħu jużaw is-servizz mill-klinika ta' Bormla b'mod regolari, ġaladarba din terġa' tinfetaħ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta jerġa' jiftah iċ-ċentru ta' Bormla, se jkunu jistgħu jinqdew minnu n-nies ta' dawn il-lokalitajiet:", "L-Isla Bormla Birgu Kalkara Zabbar Marsaskala Xgħajra Parti mill-Fgura li għad trid tiġi stabbilita.", "ŻABBAR - TRIQ LIA - TISWIJA", "5678.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir parti minn Triq Lia ġo Ħaż-Żabbar, liema triq hi suġġetta għall-għargħar, u li peress anki l- kunsill lokali lest li jagħti sehmu f'din il-biċċa li kulħadd jaqbel li trid tingħata priorita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' beda jagħmel pjan biex din it-triq tiġi asfaltata.", "Din il-biċċa xogħol hi diffiċli aktar mis-soltu peress li l-problema ta' l-għarar f`din it-triq qed tiġi kkaġunata għax it-toroq fl-inħawi nbnew prattikament bla pendil.", "MISTOQSIJIET MOGĦTIJA TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BOLOL", "W 20 L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni kemm hemm neqsin u għal liema perjodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - BOLOL", "W21 L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d- dettalaji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid ta' liema perjodu hemm neqsin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha."]} {"filename": "20001023_404d_par.doc", "date": "2000-10-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 404 It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 404", "It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "404", "It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 120", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 120", "TQEGĦID TA' KARTI 125", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA'", "TAL-PRODOTTI (IT-TIENI)", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL (SECOND READING) 125", "AĠĠORNAMENT 140", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 144", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 403 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - TRANSFERS", "19315.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000 lill-għalliema fl- iskejjel?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000 fl-iskejjel primarji, sekondarji u tas- snajja' ngħataw dawn it-transfers li ġejjin, skond it-talba ta' l- individwu jew skond l-esiġenzi tas-servizz:", "|kapijiet ta' skejjel | 2 | |assistenti kapijiet | 8 | |ta' skejjel | | |għalliema | 34 |", "Fis-settur post sekondarju ngħata transfer wieħed biex l-għalliem jgħallem il-mużika fi skola oħra.", "Hi ħaġa normali li qabel tibda s-sena skolastika jingħataw transfers biex jimtlew postijiet vojta ta' għalliema fl-iskejjel.", "Fejn hu possibbli l-għalliema jintbagħtu fejn ikunu talbu huma stess.", "Fit-taqsima ta' l-iskejjel speċjali ma ngħata ebda trasferiment.", "Hemm il- ħsieb li fil-futur qrib jiġu ngaġġati aktar għalliema fit-taqsima ta' l- edukazzjoni inklussiva u speċjali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ma jaħsibx il-Ministru li ma jagħmilx sens li fis-sixth form t'Għawdex hemm lecturer fis-soċjoloġija nieqes, meta persuna f'din il-kariga tinsab taħdem mad-dipartiment tal- kultura?", "Filwaqt li wieħed għandu jirrispetta x-xewqat ta' l-għalliema, nemmen li għandna wkoll nagħtu kas il-bżonnijiet ta' l-istudenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, dawn id-dettalji ma nafx bihom u se nivverifikahom.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - ĦADDIEMA ĠODDA", "19316.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-Isptar Zammit Clapp mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru, 2000 fl-Isptar Zammit Clapp imtlew dawn il-postijiet vakanti:", "|Impjieg |Data |Data tal-ħruġ| | |ta' | | | |l-Impji|tas-sejħa | | |eg |mill-ETC | |Domestic |1.2.200| Settembru,| |waħda |0 |1999 | |Fiżjoterap|3.4.200| Jannar | |ista waħda|0 |1999 | |Sitt |2.9.200| Jannar | |nursing |0 |1999 | |aides | | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li d-darba l-oħra l-Ministru weġibni li saret applikazzjoni għal health and safety officer, jista' jgħidli min intgħażel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Safejn naf jien għadu ħadd ma ntgħażel ħadd.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm applikaw nies għal dan il-post?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix din l-informazzjoni miegħi.", "UNIVERSITA' - TRANSFERS", "19317.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l- universita'?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma sar ebda trasferiment fl-universita` mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000.", "Hija l-prassi li ġewwa l-universita` l-membri akkademiċi jingħataw xogħol fil-fakultajiet differenti kultant żmien minħabba ċerta rotazzjoni ta' xogħol u wara li jingħataw promozzjoni.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA BARRANIN", "19318.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jingħata spazju lill-għalliema barranin biex jiġu jgħallmu f'pajjiżna permezz tal-bord indipendenti li se jibda jagħti l-warrants lill-għalliema?", "Jista' jgħid jekk qabel dan il-pass huwiex jiġi assigurat li l-ewwel prijorita' tingħata lill-għalliema Maltin gradwati fil-fakulta' ta' l- edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għal Taqsima II ta' l-Att XXIV ta' l-1998.", "MTA - TRANSFERS", "19319.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l- awtorita' tat-turiżmu?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija ma sar ebda trasferiment.", "UE - SKEJJEL - ULIED IMMIGRANTI BARRANIN", "19320.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li se jkollna tfal ta' immigranti barranin jitgħallmu fl-iskejjel tagħna minħabba r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kif qed iħejji għall-miġja tagħhom il-ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux possibbli li jkun ikkalkolat kemm se jkollna tfal ta' immigranti barranin jitgħallmu fl-iskejjel tagħna minħabba r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni diġa` għandha esperjenza f'dan il-qasam u m'għandhiex tħejjijiet speċjali f'din l-eventwalita`.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KIRI TA' VETTURI", "20154.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' karozzi, vannijiet, vetturi eċċ. li kellu mikrija l-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji, inkluż il-fuel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninforma lill- Onor. Interpellant li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena inkrew 24 vettura mill-ministeru u d-dipartimenti li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi, bi spiża ta' Lm41,848.", "SAĦĦA - KIRI TA' VETTURI", "20155.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugi) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji, inkluż il-fuel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-ministeru kien hemm 13-il vettura mikrija fil- perijodu msemmi, bi spiża ta` LM15,150.89.", "EDUKAZZJONI - KIRI TA' VETTURI", "20156.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi, vannijiet, vetturi eċċ. li kellu mikrija l-ministeru u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji, inkluż il-fuel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' vetturi li kellu mikrija l- ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2000 huwa kif ġej:", "|Dipartiment |Numru |Nefqa | | |ta' |f'kirjiet| | |Vetturi| | | |' |u fuel | |Ministeru | 6|Lm11,539.| | | |00 | |College of | 1| | |Technology | |792.00 | |Applied Arts &| | | |Sciences | | | |Projects | 1| | |Office | |1,640.00 | |Segretarjat | 4| | |Parlamentari | |3,191.54 | |Sports | 6| | | | |4,810.00 | |Edukazzjoni | 16 | | | | |27,133.00| |Eżamijiet | 1| | | | |1,264.58 | |Libreriji u | Xejn| | |Arkivji | |Xejn | |Mużewijiet | 3| | | | |6,012.00 | |Kultura | 6| | | | |10,029.00|", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din il-lista tinkludi wkoll karozzi impressed?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Safejn naf jien il-karozzi impressed m'għandhomx x'jaqsmu ma' dawn.", "Is-sistema taħdem billi l-ewwel toħroġ it-tender għall- kiri ta' karozzi li tkun tkopri l-qasam kollu kemm hu u mbagħad il- bżonnijiet jittieħdu skond dik it-tender partikolari.", "GĦAWDEX - KIRI TA' VETTURI", "20157.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji, inkluż il-fuel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - MOSTA", "20158.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinformani bin-numru ta' persuni li użaw iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru ta' din is- sena?", "Jista' jgħaddili l-informazzjoni għall-istess perijodu għas-sena 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni li użaw iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta matul Jannar u Settembru tas-sena 1999 u ta' din is-sena kien hekk:", "|Jannar 1999 |17,467 li jinkludu | | |917 viżta fid-dar | |Settembru |16,962 li jinkludu | |1999 |420 viżta fid-dar | |Jannar 2000 |16,363 li jinkludi | | |969 viżta fid-dar | |Settembru |14,262 li jinkludi | |2000 |357 viżta fid-dar |", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - RABAT", "20159.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex qed isir tilqim għall-kontra l-influwenza fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat għall- pensjonanti u l-familji li jiddependu mill-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, qed isir.", "SKEJJEL - KURRIKULU", "20280.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija tiegħi nru.", "19545, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-pjan strateġiku tal-kumitat tat-tmexxija għall- implimentazzjoni tal-kurrikulu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-isteering committee għall- implimentazzjoni tal-kurrikulu ser jgħaddili l-ewwel abbozz finali tal-pjan imsemmi fil-ġimgħat li ġejjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-pjan strateġiku jinkludi wkoll in-nefqa li hemm bżonn fuq l-inizjattivi differenti li jridu jittieħdu għad-dħul tal- kurrukulu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naf li saru stimi fuq diversi aspetti, pero' ma nafx jekk dawn humiex se jiffurmaw parti integra mill-kapitlu tal-pjan ta' strateġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, meta l-MUT qalet li ma jidhirx li se jkun hemm riżorsi biex ikun jista' jidħol dan il-kurrikulu, kienet qed titkellem b'mod ġenerali jew kienet qed tirriferi għall-pjan strateġiku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "onor. louis galea: Ir-rappreżentant ta' l-MUT qiegħed fuq l-isteering committee dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu u allura huwa informat dettaljatament dwar x'inhuma l-proposti li qed isiru.", "(Interruzzjonijiet) Id-diskussjonijiet bejn il-gvern u l-MUT jirrigwardaw sew claims li m'humiex neċessarjament marbutin ma' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu, kif ukoll claims oħrajn li aktar joqorbu lejn rabta ma' l-implimentazzjoni tal- kurrikulu.", "Naturalment dan jiddependi minn liema perspettiva tkun qed tħares lejhom.", "Peress li għad hemm id-diskussjonijiet għaddejjin wieħed irid jara x'tip ta' tweġibiet irid jagħti, x'inhuma r-reazzjonijiet u jrid jara wkoll ċerti diskussjonijiet interni li huma għaddejjin fi ħdan il-gvern vis-a-vis il- budget attwali li se jkollna.", "Għalkemm qegħdin qrib ċerta kjarifika tas- sitwazzjoni, minħabba l-give and take kontinwa li jkun hawn f'dawn il- ġranet ta' formolazzjoni tal-budget dejjem ikun hemm il-possibilita' li tinbidel il-pożizzjoni minn ġurnata għall-oħra.", "mr speaker: L-Onor.", "Bartolo.", "onor. evarist bartolo: Mr Speaker, wara l-laqgħa li l-MUT għamlet lid- delegati nhar il-Ġimgħa filgħaxija, fejn intqal li kienu qegħdin jistennew ċerti risposti, kien hemm xi żviluppi?", "mr speaker: Il-Ministru.", "onor. louis galea: Mr Speaker, kif intqal anke pubblikament, saru sensiela ta' laqgħat twal u saru negozjati u diskussjonijiet fuq il- proposti bl-aktar mod konkret.", "Kull proposta ġiet ikkalkolata, stmata u tat stampa realistika tal-qafas tad-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru.", "Jidhirli li dawn id-diskussjonijiet kienu tajbin ħafna - kien hemm l- ogħla awtoritajiet ta' l-uffiċċju tal-prim ministru u tal-ministeru tiegħi - għalkemm wieħed ma jistax jaċċetta kull ħaġa li ntqalet jew kull ħaġa li ntalbet.", "(Interruzzjonijet) Il-ġimgħa li għaddiet is-segretarju permanenti fl-uffiċċju tal-prim ministru kien imsiefer u dik kienet waħda mir- raġunijiet għala wieħed ma setax jagħti risposti iktar definiti.", "Illum kien hemm kuntatti bejn il-ministeru u s-segretarju permanenti, u dawn se jkomplu matul il-ġranet li ġejjin u mbagħad naraw kif tiġi fformulata t-tweġiba u f'liema termini.", "mr speaker: L-Onor.", "Bartolo.", "Onor. evarist bartolo: Is-Sur J.R. Grima, li kien qed imexxi d- diskussjonijiet, ressaq xi stima ta' kemm se jiswew it-talbiet li qed jagħmlu l-MUT u li huma marbutin ma' l-implimentazzjoni tal-kurrikulu.", "Hemm differenza kbira bejn dak li qed jipproponi l-pjan strateġiku - fejn ġew stmati l-inizjattivi li jridu jittieħdu - u l-istima li saret min-naħa tal-gvern dwar it-talbiet li qed tagħmel l-MUT biex il-kurrikulu jkun jista' jitwettaq?", "mr speaker: Il-Ministru.", "onor. louis galea: Mr Speaker, il-gvern għadu ma jistax jagħmel dan il- paragun, għalkemm ma nafx x'inhi l-estensjoni tat-tagħrif li għandhom il- membri li qegħdin fi ħdan l-isteering committee fuq dan is-suġġett partikolari.", "Nippreferi li jkolli d-dokumentazzjoni f'idejja u mbagħad wieħed ikun jista' jgħid jekk dak l-aspett ta' studju sarx, jara jekk hemmx dawn id- differenzi u x'inhuma l-konverġenzi f'dawk li huma claims u proposti tal- kumitat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-grad ta' persuni li ġew impjegati ma' jew irriżenjaw minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi bejn il-5 ta' Settembru 1998 u Ottubru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20367.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar l-għadd ta' persuni barranin li għandhom permess biex joqogħdu Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20363; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar fondi allokati lill-kunsilli lokali għal resurfacing u patching ta' toroq matul is-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta' Marzu 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20394.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA' TAL-PRODOTTI", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet Ikompli mit-23 ta' Ottubru 2000", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia huwa in possession.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, dalgħodu tajt ħarsa ġenerali lejn dan l- abbozz fil-konfront ta' diversi liġijiet li għaddejna f'dawn l-aħħar ġimgħat minn dan il-parlament u li huma marbutin mas-suq u mal-konsumatur in ġenerali.", "B'mod partikolari wrejt ir-rabta li hemm bejn dan l-abbozz u l-Malta standards authority.", "Tkellimt ukoll dwar diversi eżenzjonijiet li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed ipoġġi u semmejt il-qasam mediċinali, it- tabakk, l-ilma, l-ilma minerali u n-narkotiċi bħala oqsma li qegħdin jiġu eżentati mill-ambitu ta' din il-liġi.", "Jidher ukoll li se jiġi propost xi Food Act li jista' jkopri dawn l-areas.", "Mr. Speaker, f'din il-liġi jiena rajt fuq fuq id-drittijiet li se jkollu l-konsumatur vis-a-vis s-safety u l-prezzijiet tal-prodotti.", "Dħalt ukoll fl- obbligi daparti ta' l-importaturi u l-produtturi, u dalgħodu spiċċajt nitkellem fuq l-obbligi tad-distributuri li huma l-katina bejn dawk li jimportaw jew jipproduċu u r-retail outlets.", "Id-distributur qiegħed f'pożizzjoni partikolari ħafna għax qiegħed f'link bejn dawk li jipproduċu jew jimportaw u r-retail outlets li minnhom joħorġu dawn il-prodotti.", "Din il-ħaġa toffri l-possibilita' li d-distributur ikollu first-hand information fuq il-prodotti li jkunu qegħdin jinbiegħu.", "Ovvjament din hija pożizzjoni ideali għax dawn jisimgħu anke l-ilmenti li jkunu deħlin mill- konsumatur.", "Lil dan il-liġi tobbligah li l-informazzjoni li jkun qed jiġbor iwassalha kemm lis-suppliers u kemm dawk li jimportaw il-prodotti minn barra.", "Dan huwa obbligu importanti u jekk id-distributur iżomm din l- informazzjoni milli tasal għand is-suppliers tal-prodotti, dan jista' jiġi suġġett għal pieni.", "Għedt ukoll li dan l-abbozz ta' liġi f'ċerti każi jorbot mal-European standards u n-national standards.", "Kif qal tajjeb dalgħodu l-kelliem ta' qabli, partikolarment meta nħarsu lejn l-effett tal-globalizzazzjoni fis- suq mondjali, ma rridux nillimitaw ruħna lejn dak li jiġri biss fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandhom x'jaqsmu standards.", "Għandna nkunu aktar miftuħin għal żviluppi li jista' jkun hemm f'pajjiżi oħrajn madwar id-dinja.", "Per eżempju, għandna ħafna x'nitgħallmu mill-esperjenza Amerikana fejn is-suq ħieles forsi għandu l-iktar storja antika f'dan il-qasam.", "Minkejja dan jidher li l-abbozz huwa aktar immirat lejn European standards jew national standards u dawn jistgħu jiġu stabiliti permezz tal-Malta standards authority.", "Fl-opinjoni tiegħi dan hu nuqqas li juri li dawn il-liġijiet qed jiġu ppreżentati b'ċerta għaġġla minħabba t-tiġrija tan-naħa l-oħra biex jissieħbu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-liġijiet qegħdin jingħataw push qawwija ħalli jgħaddu malajr malajr, u aktar milli jissodisfaw il- bżonnijiet ta' pajjiżna dawn aktar qed iwettqu dak li jixtiquna li nagħmlu dawk ta' Brussels.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nħares lejn l-abbozz f'dak li għandhom x'jaqsmu l-funzjonijiet li għandu d-direttur għall-affarijiet tal-konsumatur.", "Dan huwa awtorizzat li jista' ma jħallix - il-kelma bl-Ingliż hija prohibit - li jitpoġġew fuq is-suq ċerti prodotti li huwa jqis li m'humiex skond ir- regolamenti li jistgħu joħorġu minn dan l-Att innifsu.", "Jista' jżomm ċerti items li jaslu fis-suq biex fuqhom isiru ċertu testijet, li milli jidher se jsiru mill-Malta standards authority.", "Jista' wkoll jitlob li meta jkun hemm prodotti li jkunu unsafe - u issa jkollna okkażjoni naraw xi tgħid id- definizzjoni ta' safe product - dak il-prodott jiġi rtirat u jekk ikun hemm bżonn jiġi distrutt.", "Dan huwa importanti għax b'dawn il-poteri d- direttur tal-konsumatur ikun jista' jara li l-affarijiet qegħdin jimxu fl- interess tal-public safety.", "Fil-fatt anke għandu poter qawwi li jista' jagħmel ċerti product control activities bħalma huma spezzjonijiet, analisi ta' kampjuni u investigazzjonijiet li jistgħu jikkonċernaw is-safety fis- suq anke wara li dawn il-prodotti jkunu diġa' aċċessibbli għal konsumatur.", "Id-direttur jista' wkoll joħroġ warrant biex issir entry and search li matulha jista' jinħataf kull unsafe product li jista' jkun hemm.", "Hawnhekk ta' min igħid li biex id-direttur ikun jista' jagħmel dmiru sew, dan il- poter jitlob ċerta asssistenza min-naħa tal-pulizija.", "Pero' f'dan il-punt xtaqt li naraw dwar xiex qed nitkellmu meta nsemmu s-safe products.", "Il-liġi tagħti definizzjoni ta' safe products u meta wieħed jibda' janalizza l-elementi li jikkostitwixxu safe product awtomatikament jasal għal ċerti konklużjonijiet dwar x'inhu jiġri fis-suq.", "Fil-fatt, meta wieħed iqis is-safety tal-prodott irid iħares lejn ċerti karatteristiċi, bħalma huma l-kompożizzjoni tal-prodott innifsu, il-mod kif jiġi packaged, l- istruzzjonijiet għall-assembly - għax nafu li hawn ċerti prodotti li ma jiġux ready-made - u l-istruzzjonijiet għall-maintenance.", "Dawn huma kollha areas fejn jista' jkun hemm nuqqasijiet ta' safety li jistgħu joħorġu mill- prodott fih innifsu u ħafna drabi prodott partikolari jrid jintuża flimkien ma' prodotti oħrajn.", "Dalgħodu semmejt l-ilma wżat ma' ċerti tipi ta' prodotti.", "Dan l-abbozz ta' liġi b'mod partikolari jeżenta l-ilma mill- ambitu tiegħu u jiena naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jiċċara dan il-punt matul id-dibattitu.", "Dan l-abbozz jitkellem ukoll dwar dak li għandu x'jaqsam mal- preżentazzjoni tal-prodott, dwar il-labelling u dwar l-istruzzjonijiet li jista' jkun hemm għall-użu ta' dak il-prodott u tad-disposal tiegħu.", "Hawnhekk wieħed għandu jara li l-konsumatur ikollu informazzjoni ċara u adegwata.", "F'dak li għandu x'jaqsam il-labelling huwa importanti ħafna li ċerti prodotti jiġu labelled li jistgħu jkunu inflammable jew toxic.", "F'dawn l-oqsma biss ta' labelling u packaging representation teżisti regolamentazzjoni sħiħa u vasta u wieħed irid jara kif se tiġi implimentata ġewwa pajjiżna.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' dietary needs hemm bżonn li l-labelling ikun adattat u veraċi.", "Din hija ħaġa importantissima għal min per eżempju ibati biz-zokkor u hawn Malta nafu kemm din hija marda komuni.", "Hawnhekk jidħlu anke t-testijiet u s-sampling li għandhom isiru, għax bniedem li jkun preżentat bi prodott li ma fihx zokkor għandu jkun jaf x'inhuma s-sostitwiti użati minflok iz-zokkor u kif dawn jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem.", "Illum nafu kemm kibret l-awareness fuq is-saħħa tal- bniedem u nafu kemm joqgħod attent għal dawn il-kwalitajiet meta wieħed jiġi biex jixtri.", "Huwa tajjeb li ċerti prodotti jiġu ppreżentati b'mod onest.", "M'għandux ikun li jiġi rreklamat jew tingħata impressjoni li prodott ftit li xejn ikun fih fat meta fil-fatt it-tnaqqis ikun żgħir ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li jsir is-sampling li jissemma f'dan l- abbozz ta' liġi biex it-tabelli li jitpoġġew fuq il-prodotti jkunu tassew verosimili.", "Dan qed ngħidu għax ħafna drabi dawn ma jkunu xejn ħlief gimmicks biex iħajru l-konsumatur jixtri dak il-prodott partikolari minflok ieħor.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-categorisation of consumers, li jekk hux safe jew le ħafna drabi jiddependi mis-suq partikolari li wieħed jimmira għalih.", "Per eżempju, hawn ċerti tip ta' toys li jkunu immirati għal tfal ta' għaxra, tnax-il sena li għandhom ċerta intelliġenza.", "Jekk l-istess oġġett jiġi offrut lil tfal ta' eta' żgħira, f'idejhom dan jista' jkun ta' detriment għal saħħithom, u xi drabi jaf ikun fatali.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq categorisation ikun tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi ma jitkellimx biss fuq tfal, imma wkoll fuq dawk li huma disabled jew li għandhom xi problema biex jużaw ċerti prodotti b'mod safe.", "Hawnhekk l- abbozz ta' liġi jelenka b'mod partikolari l-anzjani.", "Prodotti li jkunu fis- suq u normalment ikunu safe for the normal consumer jistgħu jkunu ta' detriment għall-anzjan, l-aktar jekk ikollu ċerti diffikultajiet f'saħħtu.", "Għalhekk hu importanti li l-categorization u dan it-tip ta' labelling isir.", "Fuq dawn l-oqsma hemm regolamentazzjoni sħiħa f'dan l-abbozz ta' liġi, pero' jekk wieħed iħares lejn artikolu 39, fl-aħħar hemm elenkata sensiela sħiħa ta' areas fejn jistgħu jsiru ċerti regulations mill-ministru, fuq parir tal-Malta standardisation authority ......", "MR SPEAKER: Onor. Cilia, ippermettili nwaqqfek imma skadielek il-ħin u biex tkompli titkellem għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Minħabba li l-Onor.", "Cilia ma ngħatax extension insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta kienet sospiża fis-6.55 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, jekk wieħed jara l-objects and reasons jinduna kemm din il-liġi hi ta' benefiċċju għall-konsumatur Malti.", "Infatti l-għan prinċipali ta' dan l-abbozz huwa biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda għall-protezzjoni aħjar tal-konsumaturi u biex prodotti perikolużi jiġu pprojbiti u mneħħija mis-suq.", "Jiena nixtieq insemmi ftit mill- benefiċċji li wieħed jista' jakkwista mill-kontroll li qed isir.", "Aħna nafu li llum il-ġurnata fid-dinja hawn konsumiżmu enormi u allura wieħed jistenna xi forma ta' kontroll.", "Dan il-kontroll bilfors irid jieħu forma ta' leġiżlazzjoni sabiex il-konsumatur ikun imħares kif mixtieq.", "Dalgħodu ntqal li anke din il-liġi hija imposta mill-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li wieħed għandu jikkonsidraha fil-mod oġġettiv tagħha.", "Anke kieku m'aħniex qegħdin fit-triq li twassalna għall-Unjoni, aħna għandna bżonn nipproteġu l-konsumatur minn kull periklu li jista' jkun hemm f'ċerti prodotti li jistgħu jkunu fuq l-ixkafef tal-ħwienet u fix- showrooms.", "L-enfasi hija fuq prodotti li jkunu perikolużi, u jiena nixtieq nelenka wkoll diversi affarijiet l-aktar fejn jidħlu prodotti mediċinali, biex jiġi evitat il-mard fil-bniedem jew fl-annimali.", "F'taqsima (ċ) jissemmew sustanzi mediċinali.", "Nixtieq nitlob lill-ministru jispjegalna jekk hemmx xi konflitt f'din il-ħaġa.", "Min-naħa dan l-Att isemmi affarijiet ta' ikel u prodotti mediċinali u mbagħad meta jagħti d- definizzjoni ta' prodott jeskludi prodotti second-hand u dawk li jiġu msewwija jew rikondizzjonati.", "Sustanzi mediċinali huma mfissra wkoll f'din it-taqsima.", "Nixtieq ikolli spjegazzjoni jekk din hix se tolqot il-mediċini jew le.", "Ma tantx tidher ċara u forsi l-expert jista' jgħidilna xi ħaġa fuq din il-materja.", "Barra minn hekk, fi klawsola 2, wara ''ilmijiet naturali'', f'taqsima (e) jissemmew sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi kif mfissra fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, magħmula fi Strasbourg fit-30 ta' Jannar, 1995.", "Kienu ħarġu regolamenti ddettaljati ħafna dwar dawn il-mediċinali u wieħed għandu jispjega daqsxejn jekk dwar dan hemmx xi conflict f'din il-parti tal- liġi.", "M'inix nistenna risposta issa, imma fil-winding-up wieħed jista' jispjega aħjar.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Bonniċi .", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'aħniex qed nittrattaw l-affarijiet ta' l-ikel bħala ikel misjur.", "Barra minn hekk l- ilma qiegħed jitqies ma' l-affarijiet ta' l-ikel.", "Irrid ngħid ukoll li għall-mediċinali u għat-tabakk se jkun hemm regolamenti apposta waqt li dwar l-ikel misjur se jkun hemm il-Food Act li responsabbli għaliha se jkun id-dipartiment tas-sanita'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Fil-fatt il-Food Act is in the pipeline, pero' għadni m'inix sodisfatt u nixtieq li jkolli tagħrif aktar dettaljat dwar prodotti mediċinali.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar ir-riklamar u l-marketing.", "Il-marketing huwa l-mod kif tbiegħ il-prodott u kif tippreżentah lill- pubbliku.", "L-importatur jaf jagħmillek ħafna riklami sbieħ imma fil-fatt jista' jkun qed jidħak bik.", "Mhux l-ewwel darba li n-nies ġew imqarrqa bir- riklami li jkunu intiżi biex dak li jkun jixtri l-prodott.", "Kultant biex dak li jkun jitħajjar jixtri prodott jingħata xi ħaġa free u hawnhekk ngħid lil-pubbliku Malti biex joqgħod attent mir-rikramar u mill-marketing li jsir.", "Irid iqis kollox u jagħmel l-għażla bil-għaqal.", "Issa ħa niġi għall- prodotti ta' l-ikel.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li llum il-ġurnata għandna diversi outlets - forsi se noħroġ kemm, kemm barra mil-linja - speċjalment supermarkets jew ħwienet tal-merċa fejn s-sanita' tenfasizza, quite rightly, li l-prodotti għandhom ikunu refrigerated biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni.", "Minkejja dan fis-swieq tagħna, bħal dawk ta' Marsaxlokk, Bieb il-Belt u diversi postijiet oħra, tara ċerti prodotti mikxufin li la qegħdin fil-kesħa u lanqas huma miżmumin f'temperaturi baxxi.", "Meta nara dan jiena ngħid li l-Bambin veru qiegħed magħna!", "Aħna konna mgħallma noqogħdu attenti minn xi infezzjonijiet u periklu ta' kontaminazzjoni, u dawn Alla jbierek ibiegħu dawk il-pasti kollha bid-dubbien fuqhom!", "Din il-ħaġa ma nistax nifhimha u għalhekk nitlob li almenu jkun hemm daqsxejn ta' protezzjoni serja.", "M'inix qed ngħid dwar il-mod kif ikunu magħmulin imma kif jiġu mibjugħa.", "Huwa veru li dalwaqt se jkollna l-Food Act li jħares dawn l-affarijiet pero' dan għandu japplika wkoll b'xi mod għal din il- liġi.", "Għandna wkoll ix-shelf-life u hawn irridu noqogħdu attenti li ċerti stickers li jsiru fuq ċerti prodotti ma jgħattux l-expiry date.", "Nappella b'mod speċjali biex wieħed joqgħod attent għal din il-ħaġa.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi każ li ltqajt miegħu dan l-aħħar li huwa ta' nteress nazzjonali.", "Kien hemm wieħed tal-ħanut li xtara tiġieġ tal-friża mingħand ċerti producers.", "Ġew tas-sanita' jagħmlu routine visit - u jien ngħid li dawn l-inspections għandhom jiżdiedu - u staqsewh x'tiġieġ kellu.", "Dan qalilhom li kellu dik u dik il-marka.", "Meta staqsewh kellux liċenzja mis- sanita' wieġeb li ma jafx jekk għandux ikollu jew le.", "Staqsewh mnejn xtrahom u tawhx irċevuta, pero' dan qal li ma jafx u kkonfiskawlu kollox.", "Fl-opinjoni tiegħi hawn għandha tiżdied ukoll klawsola li jekk produttur ikun liċenzjat mill-awtorita' tas-sanita' dan għandu jkollu n-numru ta' dik l-awtorizzazzjoni.", "Hawnhekk irridu naraw ukoll li barra d-drittijiet li għandu jkollu kemm il-produttur u kemm l-importatur, dawn għandhom dejjem jinżammu responsabbli jekk ikollhom oġġetti perikolużi.", "Hawnhekk jiena naħseb li jkun tajjeb li wieħed jagħti definizzjoni aħjar ta' xi jfisser prodott perikoluż u x'ħarsien irid ikun hemm minnu.", "Imbagħad irridu nagħtu ħarsa lejn il-konsumatur u d-dritt tiegħu.", "Il-konsumatur għandu jkollu fis-suq prodotti li jkunu mingħajr periklu.", "Il-liġi qed tagħmel enfasi biex jekk jista' jkun ma jkunx hemm periklu ta' xi xokk elettriku.", "Jekk m'inix sejjer żball kienet ħarġet legal notice li ċerti prodotti jrid ikollhom is-CE marking, u nappella lill-pubbliku biex jara li ċerti prodotti jkunu ta' standard Ewropew.", "Sa ftit ta' żmien ilu kellna l-British standard u mbagħad kellna l-Unites States standard.", "Hawnhekk irrid ngħid li ftit taż-żmien ilu kellna torch lasers li kienu qed jagħmlu ħafna ħsara f'għajnejn min kien jużahom.", "Dawn ma kenux awtorizzati biex ikunu fl-idejn.", "Dawn it-torches perikolużi kienu qed jinxtraw bil-prezz ta' Lm30.", "Beda jixtrihom kulħadd u niftakar li jiena kont għamilt intervent mal-kontrollur tad-dwana u mal-ministru responsabbli dak iż-żmien ħalli dawn ma jibqgħux jiġu importati jew jinbiegħu fil-ħwienet bħallikieku qishom toys.", "Niġi issa għall-infurzar u s-setgħa ta' l-ispezzjoni.", "Bħalma qalu diversi kelliema, nibża' li fejn jidħlu l-ispetturi m'hawnx enforcement biżżejjed.", "Din dejjem ngħiduha, kemm min-naħa tagħna kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-infurzar huwa mportanti, u jekk ma tagħmilx ċerta enfasi fuqu ċerti abbużi jibqgħu jsiru.", "Is-setgħa ta' spezzjoni qiegħda f'idejn id-direttur jew xi uffiċjal pubbliku awtorizzat minnu.", "Meta kienu ħarġu r-regolamenti tal-health and safety kien hemm il-powers of inspectors - legal notice 22 ta' l-1996 - u jiena qabbilt ir- regolamenti ta' dawn l-ispetturi ma' dawk tal-health and safety.", "Ħafna minnhom jaqblu, kif qal is-segretarju parlamentari, u allura ma nafx kif dawn ma ngħatawx attenzjoni speċjali.", "Mr. Speaker, dwar l-inforzar nixtieq insemmi żewġ punti.", "L-ewwelnett l- ispettur irid ikollu kemm ittra uffiċjali mingħand id-direttur biex jidħol f'xi postijiet kif ukoll it-tag.", "Din importanti ħafna għax hija forma ta' identity card li jkun jista' juri bħala spettur tal-pulizija jew tal-VAT office jew whatever.", "Klawsola 17(3) tgħid li waqt kull dħul u tfittxija id- direttur jista' jitlob l-assistenza tal-pulizija.", "Jien naħseb, Mr Speaker, li dan dejjem għandu jieħu miegħu spettur tal-pulizija għax hawnhekk m'aħniex qegħdin insemmu xi affarijiet żgħar.", "Dan jista' għandek store kollu kimika jew inkella store ta' oġġetti żgħar li wieħed jista' faċilment jitfa' ġol-but u għalhekk naħseb li huwa importanti li flok il-kelma may tidħol il-kelma \"shall\".", "Din qiegħda wkoll fil-legal notice li għadni kif semmejt.", "Jiena flejt daqsxejn il-liġi u jidher li fiha m'hemmx dritt għall-appell.", "Fi klawsola 18 qed jingħad li kull uffiċċjal pubbliku awtorizzat jista':", "\"jispezzjona kull prodott li jkun ġie mibjugħ jew offrut għall-bejgħ jew konsum jew użu tal-konsumaturi; jew ikun fil-possess ta', jew taħt il-kontroll ta', xi produtturi jew distributur, jew li ġie depożitat għand, jew mod ieħor mogħti lil, xi persuna għall-għan ta' bejgħ jew preparazzjoni għall-bejgħ.\"", "Jien naqbel li għandu jkun hemm konfiska ta' prodott jekk dan ikun ħażin.", "Għal dan hemm żewġ alternattivi, jew jikkonfiska l-prodott jew jissiġilla l- istores iżda jekk inti tissiġilla l-istores tkun qed tissiġilla prodotti oħra li ma jkunux perikolużi.", "Skond il-legal notice li semmejt tista' toħroġ il-prodott 'il barra jew inkella tissiġillah pero' dwar dan fil-liġi ma jintqal assolutament xejn.", "Naħseb li kultant aħjar wieħed jissiġillahom milli joqgħod iġorrhom.", "Mr. Speaker, fl-opinjoni tiegħi għandu jingħata d-dritt ta' appell biex l- importatur jiddefendi l-prodott tiegħu.", "Dan jista' jgħidlek li għandu informazzjoni mill-parent company li dan il-prodott huwa safe, l-ispettorat jgħid li dan mhu safe xejn u allura jkun hemm id-diżgwid.", "Għandu jkun hemm appell biex dan jiġi deċiż minn esperti għax spettur ma jistax ikun jifhem f'kollox.", "Iridu jkunu l-esperti li jaraw dan il-prodott x'fih ħażin jew huwiex perikoluż jew le.", "Naħseb li hawnhekk jidħlu ħafna diffikultajiet u nappella li almenu jkun hemm klawsola fejn jiddaħħal l-appell.", "Mr. Speaker, klawsola 23 titkellem dwar xkiel jew għoti ta' informazzjoni falza.", "Din il-klawsola tgħid li:", "\"Kull min xjentement ifixkel, jirreżisti, jhedded jew b'mod ieħor jagħti xi informazzjoni li ma tkunx veritiera jew falza lid-Direttur jew lil xi uffiċjal awtorizzat fil-qadi ta' xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu msemmija fl-artikolu 15, jew xjentement jonqos milli jassisti jew iħares xi ħtieġa magħmula legalment minn uffiċjal bħal dan, ikun ħati ta' reat taħt dan l-Att.\"", "Jien għamilt paragun mal-legal notice ta' l-1996.", "Fiha hemm miktub hekk:", "\"To inspect any book or document in possession of the employer, the keeping of which is prescribed by the Act or by any regulations made thereunder or any other book or a document held by the employer and inspection of which is required for the investigation of issues\".", "Jiġifieri trid tingħata informazzjoni kollha u llum il-ġurnata d-data sheet tal-prodott li jiġi hawn Malta, b'mod speċjali fejn tidħol il-kimika, ikollha ċerti specifications bħal minn xiex inhu magħmul, x'periklu u xi storage irid ikollu.", "Din trid tkun inkluża għax hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll fuq prodotti mediċinali.", "Issa mediċinali mhux qed nirreferu biss għal prodotti ta' spiżerija iżda wkoll għal kimika li tintuża fl-industrija.", "Din m'hijiex xi ħaġa organika.", "Din hija komposta minn ċerti prodotti u jkollok isem twil xi kultant anke tliet versi li kull parti minnu tkun tfisser ċerta kimika differenti.", "Huwa diffiċli li tkun tifhem fihom jekk ma tkunx xi analista professjonali, għalhekk, Mr Speaker, b'mod speċjali fejn tidħol il-kimika għandu jkun hemm id-data sheet li minnha l-ispettur jieħu l-informazzjoni kollha għal xi investigazzjoni li tkun tista' ssir.", "Il-kimika perikoluża tintuża ħafna wkoll għal prodotti agrikoli.", "Illum aħna nixtru ħaxix frisk li nikkonsmawh l-għada jew il-pitgħada.", "Wieħed jista' jixtri anke mill-egħlieqi viċin pero' rridu noqogħdu attenti mill-kimika li biha jinbexxu l-prodotti.", "Għandna nieħdu l-ikbar prekawzjoni biex il-prodotti agrikoli naħsluhom tajjeb l-iktar minħabba l-bexx li jintuża.", "Illum il-ġurnata jsir kontroll kbir fuq il-bexx.", "Jiena nikkundannah imma kultant jekk ma tbexx b'ċerta kimika ma jkollokx il-prodott.", "Mr Speaker, jien għamilt xi punti tekniċi fuq din il-materja.", "Nerġa' ngħid li din il-liġi hija ta' l-akbar benefiċċju għall-konsumatur Malti.", "B'dan l-Att qegħdin nagħtu l-possibilita' kollha biex dak li jkun mhux biss ma jimpurtax affarijiet difettużi imma lanqas perikolużi.", "Se noqogħdu attenti li hawn Malta ma jkollniex dumping li ma jridx ħaddieħor.", "Fl- aħħarnett irrid nappella lill-importaturi biex ma jidħkux bil-Maltin.", "Naf x'jiġifieri meta tixtri prodott ħażin.", "Naf li kien hemm min xtara computers u sabhom difettużi.", "Mhux sewwa ġibt prodott irħis għax ħaddieħor ma ridux, għamiltlu riklam tajjeb fuq it-television, fuq ir-radjijiet u fix-showrooms u mbagħad il-prodott ikun ħażin.", "L-appell tagħna huwa li la l-poplu Malti jħallas tajjeb għandu jkollu prodott tajjeb u bla ebda periklu.", "Dan qed ngħidu b'mod speċjali llum, meta minħabba t-teknoloġija moderna, apparti l- periklu tax-xokkijiet, jista' jkollna anke ħsara li tiġi minn ċertu apparat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq insemmi xi aspetti li permezz tagħhom din il-liġi tkun tista' tfisser xi ħaġa.", "L-ewwelnett nafu li waħda mill-akbar problema li għandna f'pajjiżna m'hijiex in-nuqqas ta' ħtiġijiet jew ta' regolamenti, imma ħafna drabi huwa l-infurzar.", "U iktar ma ngħaddu regolamenti u liġijiet iktar dan il-pajjiż se jaqa' għaċ-ċajt għax ma jinfurzahomx.", "Id-definizzjoni hija importanti imma jekk mhux se noħolqu kultura ġdida ta' infurzar se nkunu qegħdin naqgħu għaċ-ċajt.", "Għadni kif smajt lill-Onor.", "Michael Bonniċi jitkellem fuq il-periklu li jġib il-bexx tal-ħaxix u mill-ewwel ftakart fis-sitwazzjoni ridikola li għandna fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, ta' l-Imtarfa, fejn gvern Nazzjonalista ta l-permess biex jibdew jitkabbru l-mushrooms fl- iskola.", "Kif nistgħu lil dawk it-tfal nispjegawlhom kemm hu sabiħ l- ambjent, kemm hu mportanti li nħarsulhom saħħithom u mbagħad ingħata permess biex taħt l-iskola jitkabbru l-mushrooms?", "Bil-problemi kollha tal- kimiċi din il-ħaġa assolutament m'hijiex aċċettabbli.", "Issa minħabba f'hekk parti sewwa mill-iskola lanqas biss tista' tiġi wżata minħabba r-riħa qawwija li titla' minn taħt.", "Jiġifieri min-naħa waħda niddikjaraw prinċipji sbieħ u nobbli imbagħad bil-fatti nagħmlu ta' kuljum dan it-tip ta' fares li tabilħaqq jirriduċuna għal pajjiż tal-Mickey Mouse.", "La qed insemmi l-iskejjel rrid ngħid li l-ewwelnett irridu noqogħdu attenti - kemm insemmiha biss, għax naf li l-kwestjoni ta' l-ikel u x-xorb titlob leġislazzjoni apparti - għax se tidħol id-drawwa li produtturi ta' ċertu ikel u xorb qed jisponsorjaw attivitajiet fl-iskejjel biex jaqbdu s- suq.", "B'dan il-mod dawn il-kumpanniji qed jaqbdu konsumaturi minn eta' żgħira.", "Irridu naraw daqsxejn il-policies aħjar u mhux lakemm inħallu sponsorships fl-iskejjel meta l-prodotti ma jkunux għas-saħħa tat-tfal kif jgħidu li huma.", "Prodott importanti li rridu nagħtu kas fl-iskejjel huwa l-għamara.", "Fl- iskejjel tagħna għandna għamara li ħafna drabi ma tkunx saret skond l- ispeċifikazzjonijiet tajba għas-saħħa tat-tfal.", "F'pajjiżna għandna problema li qed tikber ta' l-iskoljożi tas-sinsla tad-dahar ġejja mill-basktijiet tqal li t-tfal għadhom iġorru.", "Jien nieħu mit-tifla tiegħi.", "Niġġieled magħha kuljum .", "Hi tiżen xi 45 kilos u ġġorr 9 kilos.", "Dan ma jagħmilx sens għax qed iġġorr id-doppju ta' kemm tista' għal daharha.", "Dawn huma affarijiet li m'humiex prodotti manifatturati, imma rridu naraw li l- basktijiet li jġorru fuq darhom it-tfal ikunu tali li l-piż jitqassam fuq żewġ partijiet tad-dahar u mhux jinġarr biss fuq n-naħa waħda.", "Apparti minn hekk jista' jkollok prodott tajjeb imma jekk ma tkunx taf iġġorr il- piż b'ċertu mod se jkollok il-problemi, u f'pajjiżna għandna problemi kbar fid-dahar, u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar jikbru.", "Nies li jaħdmu f'dan il-qasam, paediatricians u nies oħra, jispjegawli li parti mill-problema fid-dahar qed tinħoloq minħabba l-piż żejjed tal- basktijiet.", "Kull sena skolastika aħna nitkellmu dwar intenzjonijiet sbieħ u nobbli.", "Fi Frar ta' l-1999 sar rapport li eventwalment se jiġi mqassam fost it-tfal, l-iskejjel u l-ġenituri; imma jgħaddu x-xhur, sena skolastika wara oħra, u nibqgħu bil-problema tal-basktijiet tqal u nwaqqgħu lilna nfusna għaż-żuffjett.", "Ħafna diskors ma jiġix imkejjel bil-liġijiet li tgħaddi.", "Minkejja li hemm skejjel li jagħmlu l-lockers u oħrajn li jbiddlu t-timetable biex it-tfal ma jġorrux aktar minn one-tenth tal-piż tagħhom, għax jekk iġorru aktar minn hekk ikunu qed joħolqu problema għal saħħithom, sena wara sena qed nibqgħu b'din il-problema tal-basktijiet tqal.", "Qed insemmi t-tfal ta' l-iskejjel għax il-problema naraha tikber magħhom.", "Jekk lit-tfal minn eta' żgħira ma niġbdulhomx l-attenzjoni għall-ħajja tagħhom, ma jiswew xejn id-diskorsi li nagħmlulhom u l-projects li nġegħluhom jagħmlu.", "Jekk ma nuruhomx kif għandhom jimxu u joqogħdu bilqiegħda se jitilgħu kif telgħu ġenerazzjonijiet ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin li għalihom kollox jgħaddi, ħalli mbagħad ikollna rata qawwija ta' problemi fl-għadam u fis-sinsla tad-dahar.", "Marbuta sewwa mal-basktijiet tqal, skond nies mediċi f'dan il-qasam, hija l-kwestjoni ta' l-għamara.", "Ħafna mill-għamara li għandna fl-iskejjel tagħna m'hijiex maħduma bi specifications ta' standards tas-saħħa u fost in- nuqqasijiet insemmi l-angolu tad-desk u l-għoli tas-siġġu.", "Hemm siġġijiet li huma baxxi wisq u allura jagħmlu d-desk skomdu wkoll.", "Importanti li naraw li għallinqas l-għamara l-ġdida li qed tinxtara għall-iskejjel - u din hija responsabbilita' tal-Gvern - tkun skond l-ispecifications ta' standards internazzjonali.", "Irridu niżguraw ukoll li l-prodott li jinxtara jkun inħadem lokalment.", "Qed ngħid għal desks tal-computers, imwejjed u għamara oħra.", "Irridu ninfurzaw l-affarijiet bil-fatti u mhux ngħidu li qed ninfurzawhom, li jridu jsiru skond ċertu specifications, imbagħad kollox jibqa' għaddej.", "Waħda mill-affarijiet li kienet skandalizzatni fiż-żmien qasir li għamilt ministru ta' l-edukazzjoni kienet meta kont nitkellem mal-heads ta' l- iskejjel fuq affarijiet li kellhom bżonn għall-manutenzjoni ta' l-iskejjel u l-heads kienu jirrakkontawli li meta kienu jmorru jixtru ż-żebgħa, taż- żebgħa kien isaqsihom kenitx għalihom personali jew għall-iskejjel.", "Jekk għalihom personali kien jagħtihom żebgħa ta' kwalita' tajba u jekk għall- iskejjel joħroġ żebgħa oħra li tkun imħallta, probabbli jħallsu iżjed mill- fondi pubbliċi.", "Hawn din l-attitudni li l-affarijiet pubbliċi qishom xi take-away kbir li kulħadd jieħu b'xejn għax jiġu mix-xejn.", "Din hija drawwa ħażina u din il-mentalita' rridu nbiddluha.", "Wieħed jista' jsemmi postijiet oħra fejn irid isir ix-xogħol li ma jkunx ta' periklu, u fl- iskejjel stess hemm postijiet li huma ta' periklu, u hemm bżonn li l- affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Qed insemmi t-tfal għax jekk irridu nibdew paġna ġdida f'dan il-pajjiż irridu naraw li t-tfal intellgħuhom f'kultura ġdida u mhux nivvizzjawhom bl-istess dnubiet u bl-istess żbalji tagħna.", "Jiena nħoss li f'dan il-qasam għad fadlilna x'nagħmlu.", "Qaluli li fuq stazzjon tat-televiżjoni, fil-ħin li jaraw it-tfal, xi magician qed jagħmel il-bużulotti, u fost kollox qed idaħħal sebgħu f'xi plakka tad-dawl.", "Din għalija hija ġennata għax it-tfal jagħmlu li jaraw.", "Dan qed ngħidu għax meta qed nitkellmu fuq aspetti ta' sigurta' ta' prodotti m'għandniex naraw biss il-prodotti imma anke kif nużawhom fil-kultura tagħna.", "Meta ddiskutejna r-riklamar sirna nafu li ċertu reklamar jista' jkun perikoluż għat-tfal.", "Jien niftakar wieħed mir-riklami fuq stazzjoni televiżiv Taljan li jixxukkjak.", "Biex jilħaq xi ġugarell li jogħġbu, tifel irid jitla' fuq il-gwardarobba u dan jagħmel mejda żgħira, jagħmel siġġu u fuq is-siġġu xi mħadda biex jilħaq.", "Dan m'għandux ikun aċċettabbli għax għad li l-prodott minnu nnifsu huwa safe dan se joħloq il-periklu.", "Żgur li f'pajjiżi Skandinavi riklam bħal dak ma kienx jitħalla jidher għax ipoġġi t-tfal fil- periklu.", "Għalhekk l-idea tar-riklamar m'għandniex nifhmuha fis-sens dejjaq ta' informazzjoni falza fuq il-prodott imma anke fil-kuntest li l-prodott jitqiegħed b'mod li jiġbed lit-tfal jew nies oħrajn.", "U naħseb li f'dan il- qasam għad fadlilna x'nagħmlu.", "Il-kultura tar-riklamar illum saret importanti ħafna, waħda mill-iżviluppi interessanti li qed ikollna fis- soċjeta' tagħna u li aktar se jkollna fiż-żmien li ġej.", "Nafu li ħafna mill-prodotti teknoloġiċi ġodda li qed joħorġu fil-qasam tal-komunikazzjoni jagħmluha aktar faċli għall-konsumatur li jaqbeż ir- riklami jew jirrekordja l-programmi li jrid fil-ħin li jrid hu, jew fil- ħin tar-reklami jmur jagħmel xi ħaġa oħra.", "Jiġifieri qed jerġa' jgħaddi għand il-bilanċ il-konsumatur, u fil-fatt jidher li fiż-żmien li ġej se jkun hemm taqlib kbir anke fil-qasam tal-programming, tax-scheduling ta' l- intenzjonijiet televiżjoni, għax illum il-konsumatur u t-televiewer jista' jagħżel, x'ħin jara, x'se jara u allura se jkun interessanti li r-reklamar jibda jsir b'mod differenti milli qed isir bħalissa, mhux biss fl- intervall bejn biċċa film u ieħor, bejn biċċa programm u ieħor, kif ukoll se tidħol teknika ġdida ta' sponsorships.", "U allura wieħed jittama li d- definizzjoni tar-reklamar għandha tinkludi wkoll il-mod kif kumpanija tipprova tbiegħ prodott jew servizz mhux billi tagħmel ir-riklam iżda billi tisponsorja programmi hi.", "Jidhirli li fid-definizzjoni li hemm f'dan l- abbozz ta' liġi dak li qed ngħid jien hemm maħsub għalih, għax riklam jinkludi kull avviż, apparat, ċirkolari, tikketta, pakkett, dokument, rappreżentazzjoni, xandir jew avviż pubbliku, preżentazzjoni viżwali jew akustika, jew it-tnejn, pero' nittama li fi stadju ta' kumitat wieħed jidħol aktar fiha.", "Ma nafx jekk din tkoprix l-idea ta' l-isponsorship li qed insemmi.", "Dak huwa kważi riklamar sublimi, li mhux goff pero' huwa effettiv ħafna.", "Waħda mill-affarijiet li jsemmi dan l-abbozz ta' liġi f'artikolu 28 hija li d-direttur jista jagħmel dikjarazzjoni pubblika dwar prodotti li huma jew jistgħu jkunu perikolużi.", "Naħseb li f'soċjeta' bħal tagħna, fejn ħafna mill-prodotti li nikkunsmaw huma mpurtati minn pajjiż ieħor, dan id- Direttur għandu funzjoni importanti ħafna li l-informazzjoni li toħroġ dwar prodotti li huma maħdumin barra tingħata wkoll lokalment.", "Nafu li kemm fil- Ġappun u kemm fl-Istati Uniti dan l-aħħar kellna każi ta' tyres difettużi li bihom kienu qed jinqalbu l-karozzi.", "Dik l-informazzjoni hawn Malta ssemmiet għax xandruha xi stazzjonijiet tat-televiżjoni barranin.", "Xi ġurnali lokali tkellmu dwarha imma qisu bejn dak li jiġri barra u dak li jiġri Malta mhux dejjem naraw rabta diretta u serja.", "U f'dan il-każ qisu l- anqas qam għarfien u kuxjenza li dawn huma perikolużi għas-saħħa, u għalhekk naħseb li d-dmir tad-Direttur huwa wkoll li lill-konsumatur tingħatalu wkoll din it-tip ta' informazzjoni internazzjonali dwar prodotti li jistgħu jsibu triqithom f'Malta.", "Interessanti dak li ġara fil-Ġappun, u naħseb għandna x'nitgħallmu minnu.", "Irriżulta li xi karozza kellha difetti serji li kienu ilhom jafu bihom is-snin u wara bosta protesti u pressjoni l- awtoritajiet ħadu passi.", "Fl-aħħar il-pulizija daħlu fil-kumpaniji u fl- uffiċini - għax jidher li mhux biss f'dawn il-gżejjer ta' San Pawl, imma anke fil-Ġappun, fost pajjiżi oħra, huwa diffiċli li jiġu nfurzati l- liġijiet li jeżistu - u sabu ħafna kaxex ta' files immarkati bħala very confidential u top secret, fejn kellhom rapporti dwar il-karozza difettuża tagħhom li anke qatlet in-nies.", "Kellhom ukoll rapporti ta' complaints li saru mill-konsumaturi dwar din il-karozza, rapporti ta' l-esperti li d- disinn huwa difettuż u qed jikkaġuna anke mwiet pero' minkejja li kienet taf dan kollu l-kumpanija ma ħaditx passi.", "Bħala gżejjer li nimpurtaw ħafna prodotti minn barra, aħna vurnerabbli ħafna għal dan it-tip ta' taħwid speċjalment għax nafu x'poteri għandhom il- kumpaniji kbar biex jagħlqu l-ħluq u biex jixtru l-esperti u jigdbu.", "Aħna nafu diversi każi f'oqsma differenti fejn ikun hemm in kwestjoni mediċinal ta' ħsara għas-saħħa, il-kumpanija tqabbad malajr tlieta, erba' tobba jagħmlu rapport u dawn, minkejja li għandhom il-wegħda li jkunu leali lejn il-professjoni tagħhom u lejn is-saħħa taċ-ċittadini, jagħmlu rapporti qarrieqa u jgħidu li l-prodotti m'humiex ta' ħsara.", "Kellna l-famuż każ tat- thalidomide u qed insemmih għax kellu jkun Malti li kixef is-sigriet, pero dan ħallas prezz għoli ħafna.", "Kien il-famuż każ ta' La Roche, u dan għamel ħafna ħsara għax saħansitra twieldu anke trabi bil-problemi.", "U l-Malti li kixef is-sigriet qatta' ħafna snin il-ħabs.", "Żvilupp leġislattiv li qed jiġri f'diversi pajjiżi tad-dinja imma li huwa wkoll problema biex iddaħħlu fil-prattika huwa l-Whistle-Blower Act fejn impjegat jikxef informazzjoni fl-interess pubbliku.", "Per eżempju, jista' jkun hemm kumpannija li jkollha ċerta informazzjoni, tuża l-flus tagħha biex tagħmel kampanja kbira ta' pubbliċita' li l-prodott hu tajjeb għas- saħħa u tagħlaq ħalq l-impjegati tagħha billi tgħidilhom li min jitkellem jitkeċċa u jittieħdu passi kontra tiegħu.", "L-Istat huwa impotenti quddiem ħaġa bħal din iżda hemm stati li bdew jiċċaqilqu u bdew idaħħlu l-kunċett li min jikxef informazzjoni anke kunfidenzjali jingħata protezzjoni.", "Aħna f'Malta m'għadniex qed nagħmlu dan u allura ħafna mill-liġijiet li ngħaddu f'dan il-qasam huma bla saħħa.", "U ngħid li pajjiżna jiċċaqlaq sew 'il quddiem meta jidħol il-kunċett ta' whistle-blower kemm fil-qasam pubbliku u kemm f'dak privat basta fl-interess tas-saħħa pubblika.", "Dan il-kunċett beda jissemma f'dan l-abbozz ta' liġi u anke meta dan punt kont għamiltu meta ddiskutejna s-segretezza professjonali.", "Beħsiebni nagħmlu anke meta niġu għal leġislazzjoni oħra tal-Privacy Act u tad-Data Protection Act, biex jidħol il-kunċett li niddefendu lil min, fl-interess pubbliku, jikxef nformazzjoni li titqies kunfidenzjali bl-iskuża li l-flus u l-profitti jiġu qabel is-saħħa tan-nies.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, bl- iżvilupp teknoloġiku, aħna stess noħolqu prodotti li huma aktar avvanzati minn qabel, aktar komdi minn qabel, imma li huma aktar perikolużi għas- saħħa minn qabel.", "Hemm bżonn li dan l-iżvilupp teknoloġiku li hemm jiġi bbilanċjat b'aktar informazzjoni għall-perikli li jista' jkun hemm anke għaċ-ċittadini.", "Ftit ilu f'Malta kellna l-kontroversja dwar l-antennas tal-mobile telephony.", "Kellna, fil-fehma tiegħi, nuqqas serju mill-amministrazzjoni li ħalliet jikber l-isteriżmu, l-allarmiżmu u l-esaġerazzjonijiet.", "Minn naħa waħda ma rridux inġennu lil kulħadd imma min-naħa l-oħra m'għandux ikollna l-attitudini ta' xejn mhu xejn u m'hemmx periklu meta nafu li sal-lum l- għaqda dinjija tas-saħħa u ċerti strutturi ta' l-Unjoni Ewropea jgħidu li rridu nkunu kawti.", "Nafu li għad m'għaddiex biżżejjed żmien minn mindu bdiet tintuża din it-teknoloġija biex ikun hemm studji epidjomoloġiċi li jagħtu prova jekk jagħmlux ħsara jew le u l-aħjar ħaġa f'dan il-każ hi li tittieħed il-prekawzjoni u naraw li dawn il-masts nagħmluhom f'ċerti angoli u f'ċerta distanza.", "Għaliex f'Malta għadna s'issa ma semmejna xejn li fl-Ingilterra ħassew il- bżonn li mal-mobile phones iwaħħlu health warning biex jgħidulek it-tip ta' waves li joħorġu mill-apparat meta żżommu ma' rasek?", "Dawn qed jgħidulek li jekk tesponi lilek innifsek ħafna għal dawk it-tip ta' raġġi jista' jkollok problemi.", "Hija xi ħaġa ħażina b'daqshekk?", "Għax jien qajjimt il-każ, il-Go- Mobile ħasbu li għandi xi aġenda moħbija u bagħtu engineer biex ikellimni u biex igħidli biex noqgħod attent kif nitkellem ħalli ma noħloqx paniku.", "Jien għidtlu li huma għandhom jagħtu l-informazzjoni ħalli jkollna konsumaturi u ċittadini nfurmati aħjar u dan qalli li jiena m'għandix insemmi l-mobile phones biss, għaliex wara kollox hemm prodotti oħra bħas- citizen band radio u l-microwave ovens li jistgħu jagħmlu xi ħsara.", "Huwa veru li fis-soċjeta' tagħna żdiedu ħafna l-prodotti teknoloġiċi li jistgħu joħolqu problemi għas-saħħa, u huwa veru wkoll li liċ-ċittadini tagħna għandna ninfurmawhom x'jista' jikkawża ħsara u x'jista' ma jikkaġunax.", "Per eżempju aħna nafu li f'pajjiżna qed jinxtered ħafna l-użu tal-computer.", "Dan mhux bilfors li jagħmel ħsara imma mbagħad jiddependi kemm tesponi lilek innifsek għalih u kemm iddum iċċassat lejh.", "Bosta, kbar u żgħar, iqattgħu s-sigħat quddiem dawn il-mezzi teknoloġiċi u dan mhux tajjeb għal saħħithom.", "Li niddiskutu l-prodotti f'vacuum ma jagħmilx sens il-ħsara tista' tiġi mhux mill-prodott innifsu biss imma anke mill-mod kif jintuża u kemm jintuża, u dawn l-affarijiet irridu nitkellmu fuqhom.", "Irridu naraw x'użu għandhom u nagħtu l-informazzjoni.", "Kienet ħmerija meta l-gvern - u speċjalment il-ministeru tas-saħħa - dam ħafna biex jitkellem dwar il-kwestjoni tal-mast antennas u tal-mobile phones, u qal li dak il-vojt kien qed jintela' biex in-nies jaraw it- televiżjoni.", "Għaddejja kontroversja fl-Ingilterra u oħra fl-Istati Uniti.", "Jekk naraw il-EuroNews insibu li deputati jitkellmu u jqajmu mozzjonijiet fil-parlament Ewropew, u mbagħad hawn Malta vojt, ma jiġri xejn.", "Illum aħna esposti mhux biss għall-informazzjoni li tiġi oriġinata f'Malta, imma iktar minn qatt qabel għal dik li toriġina fil-ġurnali, u jekk m'iniex sejjer żball il-\"Mirror\" kienet għaddejja b'kampanja fuq is-safety u s- saħħa ta' dawn il-prodotti.", "U jiena nerġa' ngħid li aħjar ikun hawn il- prekawzjoni.", "Jiena mhux qed ngħid dan biex ma niċċaqilqux jew biex ma nagħmlu xejn jew biex ma nindaħlux f'dawn l-affarijiet, imma biex il- prodotti ndaħħluhom kemm jista' jkun b'livelli li ma jkunux ta' ħsara għas- saħħa.", "Dan qed ngħidu għax nafu li ħafna minn dawn il-prodotti l-ġodda għad m'għaddiex biżżejjed żmien minn fuqhom biex inkunu nafu jekk humiex ta' ħsara għas-saħħa jew le.", "Jien nerġa' nfakkar li għal ħafna snin kienu jidħku b'dawk li kienu jgħidu li l-asbestos huwa ta' ħsara għall-ħaddiema li jaħdmu f'dak l- ambjent.", "Bosta minn dawn il-ħaddiema għadhom ma mitux għax l-effett se jinħass għoxrin, ħamsa u għoxrin, tletin sena oħra.", "Fl-Ingilterra sar studju f'dan il-kas imma f'Malta ma jidhirlix li għandna dan it-tip ta' studji għalkemm kellna ħafna ħaddiema li sa tletin u erbgħin sena ilu kienu jaħdmu fl-asbestos, u li se jħossu l-effetti fis-snin li ġejjin.", "Jiġifieri ma tridx l-ewwel tgħid li m'hu se jiġri xejn, ma tagħtix każ, u mbagħad wara jibdew jinħolqu l-problemi.", "Nerġa' ngħid li ħafna prodotti teknoliġiċi ġodda li qed jinħolqu għad irid jgħaddi ż-żmien biex inkunu nafu sewwa l-effett tagħhom għalhekk naqbel ħafna ma' dak li hemm f'artiklu 28, li l-informazzjoni għandha tkun qawwija u ma tħarisx lejn l-uċuh, jew tistenna bilfors li l-affarijiet jinqalgħu Malta.", "Jekk ħafna mill-prodotti tagħna jinħadmu barra minn Malta, jaqblilna nagħtu każ il-consumer associations li jeżistu f'pajjiżi oħra li jagħmlu studji u riċerka li s'intendi ma tkunx iffinanzjata minn dawk li jagħmlu dawn il-prodotti.", "Nerġa' ngħid, dawn ma jagħmluhiex biex jaraw x'inhu l- impatt fuq is-saħħa, imma joħorġu rapporti biex jgħidu li ma hemmx problemi.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li d-direttur li se jeżerċita artiklu 28 jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi fuq il-prodotti li huma u li jistgħu jkunu perikoluż; u tajjeb iżomm kuntatt ma dak li jkun qed jiġri barra minn Malta speċjalment ma' sorsi li m'għandhomx interessi nvestiti biex jaħbu l-verita', biex jingannaw jew biex iqarrqu, imma li jagħtu l- informazzjoni sħiħa liċ-ċittadini u l-konsumaturi.", "M'hemmx għalfejn nistennew li l-ewwel jinqalgħu l-problemi u l-perikli biex imbagħad nitkellmu.", "Illum l-aktar imprendituri li jħarsu 'l quddiem jafu li jekk iridu jaħdmu tassew għall-ġid tas-saħħa u ta' l-ambjent iridu jagħtu kas mhux biss tal- prodott li joħorġu iżda anke tal-proċess li bih jinħadmu.", "Dawn imprendituri qed jaraw fil-prodott innifsu l-aspett ta' saħħa, ta' sigurta' u tal- ħarsien ta' l-ambjent.", "Illum qed nindunaw li t-tkattir tal-ġid ekonomiku, it-tkattir tal-kummerċ, il-ħarsien tas-saħħa u dak ambjentali għandhom imorru flimkien.", "Jekk l-iżvilupp ekonomiku qiegħed isir għad-dannu ta' l- ambjent nafu li dak m'huwiex sostenibbli.", "U meta nitkellmu fuq żvilupp sostenibbli nkunu qed nitolbu bilanċ bejn is-saħħa ekonomika, il-ħarsien ambjentali u dak tas-saħħa, għax dawn l-aspetti jmorru flimkien.", "Żvilupp ekonomiku li ma jagħtix kas tal-ħarsien ambjentali jidħol fi kriżi, idaħħal lill-ego-sistema fil-kriżi, u ħafna mit-taqlib tal-klima li qed ikollna f'ħafna inħawi tad-dinja qed jiġi kkawżat għax m'aħniex nagħtu kas sewwa ta' l-iżvilupp tagħna u ta' l-effett fuq l-ambjent u l-effett fuq is-saħħa.", "U għalhekk huwa importanti li meta l-konsumatur mar jixtri l-prodott, dan ikun magħmul b'mod li ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa anke waqt li qed jiġi maħdum.", "L-istess il-prodott m'għandux ikun ta' ħsara għal dawk li jgħixu fl-inħawi fejn il-prodott ikun qed jinħadem.", "Mr. Speaker, għandna nżommu f'rasna li hemm ċerti prodotti impurtati li m'humiex ta' ħsara għalina imma li kienu ta' ħsara għal min ħadimhom.", "Ħafna mill-prodotti, anke brands rinomati bħal żraben u apparat sportiv qed jinħadmu f'pajjiżi sotto-żviluppati tat-tielet dinja, minn tfal taħt l- eta', u jekk għalina mhux ta' periklu għas-saħħa li nixtru ballun jew żarbun tal-marka Nike, ċertament kien ta' periklu għas-saħħa għal dak it- tifel, dik it-tifla li ħadmitu fl-Indja, jew x'imkien fl-Amerika Latina.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq il-globalizzazzjoni, qabel ninżlu għarkobbtejna u nadurawha, tajjeb li niftakru li fiha hemm aspettii li assolutament m'humiex aċċettabbli.", "Hemm min qed jagħmel prodotti li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa kemm għal min qed jaħdimhom u kemm għall-inħawi fejn qed jiġu prodotti għal żewġ raġunijiet.", "Waħda għax il-pagi hemmhekk huma baxxi ħafna, il-proċess ta' manifattura jħammeġ, huwa ta' periklu għas-saħħa waqt il-produzzjoni tal-prodott, u allura bl-aktar mod ċiniku tieħu d-deċiżjoni li minflok dak il-prodott taħdmu f'pajjiżek, taħdmu f'ieħor 'il bogħod fejn l-intiena, it-tniġġiż u l-effett fuq l-ambjent u fuq is-saħħa ma jkunx fuq iċ-ċittadini tiegħek imma fuq persuni ta' pajjiż ieħor li ħafna drabi għandhom kulur ta' ġilda, lingwa u reliġjon differenti minn tiegħek.", "Minħabba f'hekk bilkemm ma tqishomx xi speċi ta' subhuman species u allura tista' titrattahom b'dak il-mod.", "MR SPEAKER: Onor. Bartolo, ikolli niġbidlek l-attenzjoni li biex tkun tista' tkompli bid-diskors tiegħek għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR CARMELO ABELA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta kienet sospiża fit-8.04 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, din hija liġi li kien hawn bżonnha.", "Jekk ngħidu li ma kien hawn xejn qabel din il-liġi ma nkunux qegħdin inkunu ġusti.", "Li kien isir qabel kien li jsiru ċerti regolamenti dwar ċerti prodotti u jekk per eżempju ġugarell ikun xi darba ikkaġuna xi inċident, allura l-kummissarju tal-pulizija seta' jieħu azzjoni.", "X'kien hemm ħażin f'din is-sistema?", "Li ħafna drabi kienu jittieħdu ċerti azzjonijiet wara li kien ikun sar xi inċident.", "Din il-liġi qed isservi, kif ġejt informat mill-esperti li kkonsultajt magħhom, bħala safety net, għax tolqot il-prodotti kollha ħlief dawk li huma esklużi.", "Il-liġi stess tgħidlek li hemm esklużjoni ta' ċerti prodotti u għaldaqstant nistgħu ngħidu li ħlief għal dawk il-prodotti il-liġi sservi bħala safety net biex l-oġġett ikun safe, biex tingħata l- informazzjoni dwar is-safety aspects ta' l-oġġett, u biex il-konsumatur ikun adequately informed dwar kull prodott ħlief għal dawk l-affarijiet li huma esklużi, li huma erbgħa, fosthom second-hand products li huma mibjugħa bħala antikita' u l-mediċinali.", "Il-konsumatur għandu d-dritt li l-prodott li jiġi fis-suq ikun safe, li jirċievi informazzjoni dwar is-safety aspects tal-prodott, u jkun hemm ukoll tagħrif dwar kif dan il-prodott jista' jiġi wżat.", "Billi jkollok informazzjoni dwar l-aspetti ta' sigurta' u mbagħad ma jkunx taf kif tuża l-prodott biex ikun safe, ma jkollok xejn f'idejk.", "Hemm ukoll id-dritt li wieħed ikun adequately informed with regards to products which give rise to risks.", "Issa aħna nafu - biex naqbdu ma' din it-tielet biċċa - illi fuq prodotti tat-tabakk, per eżempju, hemm sticker li tgħidlek li t-tipjip will cause danger to your health.", "Għadna kemm smajna lill-Onor.", "Bartolo jgħid ukoll li fl-Ingilterra fuq il-mobile phones qed titwaħħal sticker li tgħidlek li jekk tużah jista' jikkaġunalek ħsara għas-saħħa.", "Naħseb li huma ħafna l- prodotti li jaqgħu taħt din il-kategorija.", "Kważi anke karozza taqa taħt din il-kategorija għax il-fumes li joħorġu minnha jistgħu jikkaġunawlek ħsara għas-saħħa wkoll.", "L-applikazzjoni hija importanti imma hawn wieħed irid ikollu saqajh ma' l-art għax kull prodott jista' jikkawżalek ħsara minbarra l-kumdita' li joffrilek.", "Ħaġa interessanti li rajt f'din il-liġi hija l-affinita' li ma kenitx teżisti qabel bejn żewġ diretturi li huma d-direttur tal-consumer rights u dak tal-market surveillance.", "Id-direttur tal-consumer rights se jkollu l- poter jitlob għal ċerti miżuri taħt din il-liġi.", "Issa mill-aspett legali - għax bħala avukat huwa ovvju li jinteressani x'jista' jsir u ma jsirx - id-direttur tal-consumer affairs għandu d-dritt, bħal any public officer, li jitlob lill-maġistrat biex jekk huwa jkollu reasonable grounds li xi prodotti huma unsafe, ukoll jekk ikunu miżmumin on any premises other than premises exclusively used for dwellings, hu għandu d-dritt li jitlob enter and search, jiġifieri li ssir spezzjoni u jkun hemm id-dritt ukoll li l- prodotti jiġu maqbuda.", "Jgħidlek ukoll - u din hija importanti - li sakemm ma jkunx hemm raġuni valida, dan irid isir matul in-normal business hours.", "Imma jekk id-direttur jemmen jew għandu informazzjoni li ċertu evidenza tista' distrutta jew moħbija, jista' jitlob ukoll li s-search issir outside normal business hours.", "Din hija interessanti ħafna għax qed ngħidu x'għandu jsir biex dak il-prodott jiġi maqbud u ma jitħalliex imur fuq il-bank għall- konsumatur.", "Imma mhux biss, il-liġi hawnhekk issemmielna wkoll il-proċeduri li għandhom jittieħdu.", "L-ewwel ħaġa jekk wieħed jikser il-provvedimenti qed jitqies li wettaq a criminal offence u kontravenzjoni.", "Hemm il-preskrizzjoni ta' sentejn, li hija raġjonevoli, u jekk wieħed jinstab ħati taħt l-artiklu 23 jista' jeħel multa li ma tkunx inqas minn Lm200 imma mhux iżjed minn Lm1,000 jew ħabs għal żmien ta' mhux iżjed minn sitt xhur jew it-tnejn flimkien.", "Persuna li mbagħad tinstab ħatja ta' offiża mhux taħt dan l-artiklu imma taħt partijiet oħra ta' dan l-Att, il-multa tkun mhux inqas minn Lm500 imma mhux iżjed minn Lm5,000 u piena ta' ħabs ta' tliet snin.", "Jekk wieħed jinstab ħati għat-tieni jew it-tielet darba, il-multa tista' titla' sa Lm10,000 u ż-żmien ta' ħabs sa erba' snin.", "Mela li f'din il-liġi x'qed nagħmlu?", "Fejn qabel kellek liġijiet jew regolamenti speċjali jew speċifiċi oġġett oġġett, bis-saħħa ta' din il-liġi issa qed jintlaqtu l-oġġetti kollha bl-eċċezzjoni ta' xi tlieta jew erba'.", "Qed naraw ukoll kif se jsir l-enforzar ukoll u qed naraw x'inhuma l-offiżi.", "Għandna direttur tal-market surveillance u se jkun hemm koperazzjoni bejnu u bejn id-direttur tal- consumer affairs.", "Meta wieħed jara dawn l-affarijiet, jantiċipa li almenu hawn l-istruttura biex ikollna sigurta' fuq l-oġġetti li qed jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur.", "Il-problema li se tinħoloq se tkun kif l-amministrazzjoni tal-ġurnata se tinforza din il-liġi.", "Irid ikollok nies imħarrġa biżżejjed u nafu li n-nies speċjalizzati f'dan il-qasam huwa ċkejken wisq biex din il-liġi tiġi enforzata.", "Kull qasam huwa qasam speċjalizzat.", "Jekk nieħdu l-qasam tat- toys, per eżempju, dan huwa qasam speċjalizzat immens, u jrid ikollok esperti li jgħidulek jekk toy ikunx perikoluż jew le għax wara li jiġri inċident kulħadd bravu.", "Imma l-importanti huwa li wieħed ikollu sistema ta' prevention.", "U hawn wieħed irid jara x'possibiltajiet hemm li jingħataw scholarships lil nies li jiġu magħżula f'oqsma differenti.", "Wieħed ma jistenniex li jkollna esperti f'kull qasam, imma għandu jkollna aktar nies imħarrġa f'dan il-qasam.", "Jiena dejjem insemmi li kellna persuna kwalifikata fil-weights and measures, u meta kont ministru ta' l-industrija, sirt naf li din il- persuna, għalkemm kienet l-unika persuna f'pajjiżna li setgħet tikkwalifika bħala espert, minħabba s-sistema gradwatorja taċ-ċivil ma kienx jaqblilha titlaq mill-post fejn kienet impjegata, mingħalija d-dwana, li ma kellu x'jaqsam xejn.", "Irridu naraw il-possibiltajiet li nħarrġu n-nies.", "Dawn iridu jmorru barra għax ma naħsibx li hawn Malta għandna skejjel jew faċilitajiet tant speċjalizzati li jagħtu courses f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, ftit ilu tkellimt mas- segretarju parlamentari kif ukoll ma' l-esperti li għandna f'din il-Kamra dwar punt li ħassejt li huwa importanti.", "Tul dawn l-aħħar ħames snin id- dipartiment tas-saħħa kif ukoll l-FAO kienu f'diskussjonijiet dwar kif jistgħu jiġu mtejbin il-liġijiet li jirregolaw l-ikel u kien ippreparat abbozz.", "Naf li kellhom jinbidlu xi partijiet minn kif kien ippreparat dan l- abbozz minħabba ċerti żviluppi u minħabba diversi units li bil-mod il-mod bdew jitwaqqfu f'pajjiżna, u jiena nixtieq nistaqsi dwar dan.", "Sur President, il-liġi li għandna quddiemna tolqot żewġ setturi differenti, is-settur ta' l-agrikoltura u dak tas-saħħa pubblika.", "Parti minn xogħol id-dipartimenti tas-saħħa pubblika u ta' dak ta' l-agrikoltura huwa li jissalvagwardja lill-konsumaturi u li jħares lejn is-sustanza li tkun qiegħda tinbiegħ.", "Jidispjaċini ngħid li hemm diversi punti f'dan l- abbozz ta' liġi li forsi m'humiex daqshekk ċari.", "L-ewwelnett se jkun hemm ħafna overlapping bejn id-dipartimenti u din hija l-aktar ħaġa li nibża' minnha.", "Dan qed ngħidu għax min ikun malinn jipprova jilgħab dipartiment kontra ieħor u jekk ma jkunx hemm kordinament se jibdew jinħolqu ħafna issues minn non-issues.", "Waħda mill-problema li kellna għal xi żmien kienet li uffiċjal f'dipartiment kien ifettaq u joħloq liġijiet li lanqas biss jeżistu.", "Fil-fatt konna għamilna parti mill-ewwel ftit xhur fl- amministrazzjoni nippruvaw insolvu l-problemi li ħolqilna fid-dipartiment.", "Jiena għalhekk ma nixtieqx li jkollna aktar sitwazzjonijiet ta' overlapping bejn setturi differenti.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: L-Onor.", "Farrugia għadu kif semma' n-nuqqas ta' kordinament.", "Kif qal hu ċerti nies jistgħu joħolqu l-problemi, pero' fi klawsola 27 aħna qegħdin naħsbu biex ikollna dan it-tip ta' kordinament għax veru jista' jkun hemm overlapping fis-sorveljanza.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Il-problema li tinkwetani hija waħda.", "Id- direttur tas-sorveljanza, għad li hu maħtur fil-kariga mill-prim ministru, jaqa' taħt ministru partikolari u allura xorta waħda se jkun hemm il- konflitti bejn dipartimenti jew ministeri differenti minkejja l-allineament ċar li hemm fil-Food Act dwar ir-responsabbilta' tad-dipartiment ta' l- agrikoltura u dik tad-dipartiment tas-saħħa.", "Hawnhekk id-direttur tas- sorveljanza se jkun over all pero' se jkollna kwestjonijiet delikati fid- dipartiment tas-saħħa li jaqgħu taħtu.", "Issa f'dan id-dipartiment hemm il- health inspectors li jagħmlu x-xogħol ta' sorveljanza dwar il-liġijiet li jaqgħu taħt id-dipartiment tas-saħħa.", "Jekk id-direttur tas-sorveljanza se jkun qiegħed jagħmel ix-xogħol over and above se jkollna l-konflitti ta' responsabbiltajiet legali.", "(Interruzzjonijiet)", "Naf li artiklu 5 jeskludi ċerti liġijiet, imma ma nixtieqx li jkollna kwestjonijiet fejn xi ħadd jibda jilgħab bejn id-dipartimenti jew jibda juża ċerti liġijiet kontra oħrajn.", "Per eżempju, tista' tinqala' problema bejn id-direttur tas-sorveljanza u d-direttur tas-saħħa.", "(Interruzzjonijiet) Appuntu, għalhekk huwa importanti li jkun hemm affarijiet speċifiċi, biex ma nħallux it-triq miftuħa għal dawn it-tip ta' konflitti li jogħxew bihom l-avukati.", "U għalhekk qed nistaqsi għandniex nagħmlu rethinking dwar il-kwestjoni ta' fejn jidħol is-settur ta' l-ikel, biex kemm jista' jkun dawn il-problemi niffrankawhom.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi każ partikolari li kont involut fih jien fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Waqt li l-health inspectors kienu qed jaqdu dmirhom f'supermarket innutaw li prodott partikolari ma kellux id- dettalji ta' ingredjenti fuqu.", "Is-sid ta' dan is-supermarket mar ikellem lill-ministru ħalli jipprova jirranġalu biex il-prodott iħallihulu fis-suq għax biex jagħmel it-tibdiliet neċessarji kien se jinvolvilu ċerti spejjeż.", "Dan m'huwiex aċċettabbli.", "Huwa kontra l-liġi li jkollok prodott mingħajr l- ingredjenti fuqu.", "U aħna konna qed nippruvaw infehmuh li huwa ta' ġid kemm għalih u kemm għall-konsumatur li jkun hemm l-ingredjenti mniżżlin.", "Dan ħadha bi kbira u probabbilment lanqas ivvotali.", "Dan qed ngħidu għax jiena nħoss li fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumatur huwa essenzjali li nimxu b'mod riġidu.", "Sħabi semmew it-toys, Sur President.", "Nafu li mhux l-ewwel darba li kien hawn problema taż-żebgħa ta' toys li kienet perikoluża.", "Mhux l-ewwel darba li ċerti toys ikunu rakkmandati li ma jintużawx minn tfal ta' ċerta eta' għax huma ta' ċertu periklu.", "Veru li dan ikun imniżżel fuq il-kaxxa, imma din hi l-istess sitwazzjoni ta' l-ispiżjara.", "Meta l-ispiżjar ibiegħlek prodott, huwa mportanti li juża l-esperjenza u t-tagħlim professjonali tiegħu biex meta qed jiddispensa minn mediċina jeduka lill-pazjent dwar kif għandu jeħdoha u jwissih li jekk iħallatha ma' xi ħaġa oħra tista' tkun ta' periklu.", "Nafu b'mediċini li jekk tħallathom ma' oġġetti oħrajn ma joffru l- ebda periklu pero' jekk tħallat mediċini oħrajn ma' xi ħaġa oħra differenti jistgħu joħolqulek periklu u dannu għas-saħħa.", "Huwa dmir ta' l-ispiżjar li jeduka.", "Allavolja jkun hemm l-informazzjoni fuq ġewwa tal-prodott, imma r- responsabbilta' taqa' fuq l-ispiżjar li qed jiddispensa minn dik il- mediċina.", "B'dan il-mod ukoll inħoss li meta tal-ħanut qiegħed ibiegħ prodotti huwa stess għandu r-responsabbilta' li jiġbed l-attenzjoni tax- xerrej dwar ċerti perikli.", "Dan m'għandux jiskappa taħt l-iskuża li fuq il- kaxxa hemm kollox miktub.", "Mhux kulħadd jagħti kas, u allura waqt li nħoss li l-manifattur għandu jerfa' r-responsabbilta' li jniżżel id-dettalji fuq il-kaxxa, fl-istess ħin għandha tkun ir-responsabbilta' tal-bejjiegħ, bħalma hija dik ta' l-ispiżjar, li jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għall-ċerti perikli li jista' jkun hemm speċjalment rigward apparat ta' l- elettriku.", "Mr. Speaker, sħabi semmew il-kwestjoni tal-mobiles.", "Huwa fatt li fl- ebda kaxxa tal-mobile ma ssib li dan jista' jkun ta' dannu.", "Lanqas ma nsibu informazzjoni li minħabba ċerti raġġi tfal taħt it-12-il sena m'għandhomx jużaw il-mobile phones.", "Hekk ukoll is-sigaretti.", "Naf li din il-liġi ma tapplikax għas-sigaretti, għax għalihom hemm liġijiet oħrajn, imma bħalma fuq is-sigaretti għandek health warning hekk ukoll għandu jsir fil-kas tal-mobile phones u affarijiet oħra li għadna ma nafux biżżejjed fuqhom.", "Semmejt il-mobile phones għax bħalissa qed isir ħafna studju fuqhom.", "Dawn mhux billi ngħidu li ma joffru l-ebda periklu.", "Huwa ħażin li ngħidu li dawn joqtlu imma huwa ħażin ukoll li ngħidu li dawn ma joffru l- ebda periklu.", "U din m'hijiex kwestjoni ta' mobile phones biss imma anke ta' l-antennae tagħhom.", "Mr. Speaker, l-għan prinċipali ta' dan l-abbozz huwa biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda għall-protezzjoni aħjar tal-konsumaturi minn prodotti perikolużi u biex prodotti perikolużi jiġu projbiti u mneħħija mis- suq.", "Waħda mill-affarijiet li ma stajt insib imkien hija d-definizzjoni tal- kelma perikoluż.", "Hawnhekk hawn imsemmijin prodotti mhux perikolużi.", "Allura prodott perikoluż ifisser kull prodott li ma jikkonformax mat-tifsira ta' prodott mhux perikoluż?", "Naħseb li jekk ikollna daqsxejn iktar dettal fid- definizzjoni tkun ħaġa xierqa u tiffrankalna wkoll ħafna problemi iktar 'il quddiem meta jiġu nforzati ċerti liġijiet.", "Wisq nibża' li kif qegħda l- liġi qed tagħti ċans għal diversi interpretazzjonijiet.", "Biex nagħti eżempju se nsemmi s-sigaretti.", "Is-sigaretti jagħmlu ċertu ammont ta' ħsara u nħalluhom joħorġu fis-suq basta fuqhom ikollhom il-warnings.", "Issa din l- informazzjoni ma tapplikax b'mod differenti għal min hu żgħir u min hu kbir pero' fil-każ tal-mobile phone dan jista' jkun perikoluż fit-tfal żgħar aktar milli jkun perikoluż fuq tfal kbar.", "Minkejja dan m'aħna qegħdin nagħmlu l-ebda warnings fuqhom.", "Hawnhekk id-definizzjoni ta' perikoluż tvarja bejn iż-żgħar u l-kbar u naħseb li hawn irridu noqogħdu attenti għax nistgħu ninqabdu f'ċirkostanzi fejn meta tiġi biex tittieħed azzjoni kontra xi individwu jibda jkollna problemi ta' interpretazzjoni.", "Jekk hemm bżonn għandna nagħmlu xi emendi minn qabel.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Bartolo ssemma punt li naħseb li hu worth it nerġa' nsemmih.", "Mhux l-ewwel darba li impjegati li jkunu jaħdmu f'xi industrija isiru jafu li oġġett partikolari jista' jkun ta' periklu pero' ma jkunux jistgħu jikxfu minħabba li jistgħu jbatu l-konsegwenzi.", "Għandna nibdew naħsbu biex l-impjegat ikun protett mil-liġi biex fl-aħħar mill-aħħar tkun imħarsa s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.", "Huwa importanti li jkun hemm il- protezzjoni ta' persuni li jkunu qegħdin jikxfu periklu li l-konsumatur jista' jsib ruħu fih a skapitu ta' l-irresponsabbilta' ta' min ikun qiegħed jipproduċi dak il-prodott partikolari.", "Id-difett jista' jkun moħbi u jista' jkun identifikat tard wisq u għalhekk huwa importanti li tkun provduta din it-tip ta' protezzjoni.", "Mr Speaker, apparti xi tibdil li wieħed forsi għandu jagħmel fuq ċerti punti jiena nittama li din il-liġi verament tiġi applikata għax m'hemm xejn aqwa mis-saħħa tal-konsumatur.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta 24 ta' Ottubru fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, illum gazzetta lokali rrapportat dwar xi każi fejn ħwienet fetħu l-Ħadd.", "Nixtieq li nieħu proprju ftit ħin minn dan l-aġġornament biex proprju nerġa' nfakkar fl-istqarrija li kont ħriġt proprju ftit tal-ġranet ilu dwar il-bejgħ fil-Ħdud waqt sales jew inkella open-weekends - din irrid nerġa' nsemmiha għax il-ġurnali ma nterpretawhiex sewwa - fejn kont fakkart li għadu ma sar l-ebda tibdil fil-liġi li tirregola l-Ħdud u l-festi pubbliċi għaldaqstant ma jistax ikun aċċettat li jkollna negozji li jorganizzaw sale jew open weekend fil-jiem li fihom il- liġi ma tippermettix li jsir bejgħ.", "Ma jistax ikun tollerat aġir ta' imprendituri li jabbużaw u jiftħu n- negozju tagħhom biex ibiegħu l-Ħadd il-ġurnata kollha daqs li kieku ġie mogħti lilhom permess biex jagħmlu hekk.", "La ngħataw u lanqas possibbli jingħataw permessi biex isiru sales u open-weekends nhar ta' Ħadd jew f'xi festi pubbliċi.", "Il-fatt li xi drabi dan il-bejgħ ikun reklamat jiem qabel m'għandux iservi ta' indikazzjoni li jkun ġie mogħti xi awtorizzazzjoni għal dan in-negozju.", "Dan l-avviż qed jinħareġ biex ħadd ma jgħid li ma kienx avżat jew ma kienx jaf kemm-il darba jiġi mitlub biex jagħlaq.", "Mr. Speaker, nerġa' nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem dwar il-ħtieġa li nosservaw din il-liġi.", "Aħna rridu suq ħieles imma ma nistgħux naċċettaw li jkollna libertinaġġ fis-suq.", "Il-liġijiet huma dawk li huma u sakemm ikun hemm tibdil, il- pulizija jridu jwettqu dmirhom u jagħlqu l-ħwienet ta' min ikun qed jikser il-liġi.", "Ċerti imprendituri javżaw b'sale jew b'open-weekend.", "Jekk b'weekend qegħdin jifhmu sas-Sibt, ħalli jkunu miftuħin is-Sibt, imma ma jistax ikun li nafu l-liġi x'inhi u jkollna min jirriklama li qed jikser il- liġi.", "Din hija assurdita' u jiena ma nistax naċċetta li jkollna dan it-tip ta' negozjanti fis-suq tagħna.", "Bħala gvern, ir-responsabbilta' tagħna hi li naraw x'jinħtieġ dan il-pajjiż.", "Ovvjament se jkun hawn min jaħseb differenti pero' jiena ma nemminx li huwa dmir tagħna li nipprovaw nissodisfaw x'wieħed jaħseb għall-kumdita' tiegħu.", "Dmirna mhux li naraw biss x'qed jintqal imma wkoll x'għandu bżonn isir.", "Bl-ebda mod ma qed jinfetaħ id-dibattitu dwar il-ftuħ ta' ħwienet nhar ta' Ħadd għax għandna min qiegħed jikser il-liġi.", "Il-liġi tas-serq ilha għomor, Mr Speaker, u dan ma jfissirx li għax ikun hemm min imur jisraq allura noqogħdu nikkontemplaw li niftħu dibattitu jekk aħniex se nibdew naċċettaw is-serq jew le.", "Sa issa ma ħsibniex hekk dwar is-serq u lanqas dwar il-ftuħ tan-negozji nhar ta' Ħadd.", "Mr. Speaker, xi drabi pożizzjonijiet bħal dawn ma jkunux tant popolari pero' d-dmir mhux dejjem jgħidilna biex nidhru sbieħ jew biex nieħdu pożizzjonijiet popolari.", "Hawnhekk fid-dmir tiegħi li nara li l-liġijiet ikunu mħarsa.", "Ma nemminx f'suq fejn il-libertinaġġ jirrendi pero' fejn l- ordni tirrendi, u għaldaqstant huwa dmir tiegħi u ta' dan il-gvern li naraw, anke permezz tal-pulizija, li ma nħallux bejgħ organizzat bi ksur ta' liġi u b'detriment għal min qed jobdiha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, illum irrid ngħid kelmtejn dwar il- protesta li għadha kif organizzat il-GWU.", "Din hija protesta li l-mexxejja tal-GWU kienu ilhom żmien twil jorganizzaw u jiġru wara n-nies u jitolbuhom is-support tagħhom.", "Din il-protesta saret fil-Belt il-ġimgħa li għaddiet pero' għal li kienu qed jippretendu li se jaraw ħafna nies, jirriżulta li din kienet an unmitigated flop.", "Dan joħroġ mill-istatistika li ħarġet dwar in-nies li attendew għal din il-protesta.", "Per eżempju, nafu li 9% biss tal-popolazzjoni li taħdem attendiet.", "Mis- settur privat l-ammont tan-nies li attendew għal din il-protesta kien prattikament zero.", "Fil-fatt minn total ta' 27,000 ħaddiem ħarġu biss 150, persentaġġ ta' inqas minn 1%.", "Fid-dipartimenti tal-gvern u l- korporazzjonijiet pubbliċi l-ammont ta' nies li attendew għal din il-laqgħa kien wieħed fqir ħafna fejn minn total ta' 17,000 ruħ ħarġu biss 4,000 ruħ, il-maġġoranza mill-Malta shipbuilding.", "Tħares mnejn tħares jibqa' l-fatt li 91% tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu eleġibbli li joħorġu jipprotestaw dik il-ġurnata għażlu li jibqgħu ġewwa u 9% biss għażlu li jobdu l-protesta tal-GWU..", "Mr. Speaker, nafu wkoll li l-GWU ippreżentat 'l fuq minn 70,000 firma wara li saret din il-protesta iżda wieħed jistaqsi kemm minn dawn il-firem kienu fil-fatt firem veri.", "Per eżempju, minn rapport fil-\"Malta Today\" nafu li ġurnalista fil-fatt iffirma sitt darbiet, kull darba b'isem falz, mingħajr qatt ma intalab l-ID card tiegħu.", "Illum nafu bl-intenzjoni tal- gvern li jirrispondi kull firma li hemm fuq dik il-petizzjoni pero' jibqa' l-fatt li l-protesta nnifisha kienet waħda pjuttost dgħajfa u allura l- mistoqsija toħroġ waħedha.", "Il-GWU taf jekk hijiex supported mill-pubbliku Malti fil-passi li qiegħda tieħu?", "Dan qed ngħidu għax, per eżempju, fl- Enemalta minn 1,500 ħaddiem ħarġu biss 250; fl-Air Malta minn 1,000 ħaddiem ħarġu biss 150; fil-water services corporation minn 1,200 ħaddiem ħarġu biss 80; fil-Malta shipbuilding minn 800 ħaddiem ħarġu biss 250; fil- Maltacom minn 1400 ħaddiem ħarġu biss 200; u fil-Kalaxlokk minn 136 ħaddiem ħarġu biss tnejn.", "Għaliex falliet din il-protesta, Mr Speaker?", "Il-poplu Malti llum qed jgħix fis-sena 2000 u mhux tletin jew erbgħin sena ilu.", "Illum il-poplu tgħallem mill-ġrajjiet tal-passat u mhux qed jieħu gost jara ċerti affarijiet iseħħu quddiem għajnejh.", "Mhux qed jieħu gost jara l-GWU ftit ftit terġa' tallinea ruħha mal-Partit Laburista.", "Kien hemm żmien wara li tlajna fil-gvern fl-1987 meta l-GWU kienet indunat li ż-żwieġ ma' l-MLP kien swielha ħafna mis-sħubija tal-membri tagħha u ħafna mill- kredibilita'.", "Swielha anke mill-forza li biha setgħet tiddefendi l-ħaddiem Malti, Mr Speaker.", "Dan qed ngħidu għax illum il-GWU qed terġa' tagħmel pass pjuttost mgħaġġel lejn għaqda politika mal-Malta Labour Party u l-poplu Malti bilfors jistaqsi għaliex dan qiegħed isir meta l-istorja tgħallem mod ieħor.", "Wara l-1987 kien hemm segretarji ġenerali, bħas-Sur Anġlu Fenech u bħas- Sur Calamatta li għarfu li l-għaqda statutorja bejn il-Partit Laburista u l- GWU kienet fil-fatt għamlet ħsara konsiderevoli kemm lill-union u kif ukoll lill-ħaddiema u ħadu l-passi biex joħolqu distanza pero' llum is- sitwazzjoni turi biċ-ċar li din il-union reġgħet riesqa lejn għaqda politika u statutorja mal-Malta Labour Party b'detriment qawwi għall- pożizzjoni tal-ħaddiem Malti.", "Forsi l-għaqda llum m'hijiex waħda statutorja, imma fil-mod kif timxi din il-union żgur li hemm is-subgħa tal- Labour Party.", "Mr. Speaker, illum wara nofsinhar xi għaref mis-Super One qal li din il- protesta fakkritu fil-Polonja fi żmien meta l-gvern kien għaffeġ il- ħaddiema.", "Jiena nistaqsi: B'liema mod dan il-gvern, waqt il-protesta u anke fil-politika tiegħu illum qiegħed jgħaffeġ lill-ħaddiema?", "Bl-ebda mod ma għakksu daqskemm għakksu l-Labour Party fiż-żmenijiet meta ma stajtx tant issejjaħlu demokratiku.", "Meta Jaruzelski kien qed jgħakkes id- drittijiet tal-ħaddiema fil-Polonja, f'Malta wkoll kellna gvern li ma kienx jirrappreżenta il-maġġoranza tal-poplu elettur u għalhekk tal-ħaddiem elettur.", "Kellna gvern tal-minoranza, u union li l-funzjoni tagħha ma kentix skond l-enċiklika laborem exercens tal-Papa preżenti.", "Din kellha x'taqsam ma' partit politiku u b'dan il-mod il-ħaddiem kien qed jiġi ttradut.", "Hekk ġara fil-passat hekk qed jerġa' jiġri llum.", "Il-poplu Malti qed jara l-GWU tonqos mid-doveri tagħha lejn il-ħaddiem.", "Illum, għall-grazzja t'Alla il-Gvern Malti m'għadux jagħżel il- konfrontazzjoni, bħalma kien jiġri fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.", "Illum il-gvern irid ipoġġi madwar mejda u jiddiskuti mal-partijiet soċjali kollha biex ikun jista' jasal għal ftehim b'diskussjoni u bi djalogu.", "Illum hemm il-Malta council of economic development fejn jiltaqgħu r-rappreżentanti tal-gvern, dawk ta' l-għaqdiet tal-business kif ukoll dawk li jirrappreżentaw il-ħaddiema, jiġifieri l-unions imma sfortunatament il-GWU reġgħet għażlet li tabroga d-drittijiet u d-doveri tagħha lejn il-ħaddiema u flok tpoġġi madwar mejda u tiddiskuti għażlet il-metodu tal- konfrontazzjoni mit-toroq.", "Mr Speaker, il-ħaddiem Malti tal-lum dan qed jarah b'għajnejh u ma jistax jifhem is-sens warajh.", "Fuq xiex qiegħda tipprotesta sewwasew il-GWU, meta l- aħħar budget li kellna niżżel id-deficit minn Lm120 miljun għal inqas minn Lm100 miljun meta budget ta' gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 għolla dan id-deficit, u fl-istess ħin xeħet patafjun taxxi fuq il-ħaddiem li għandu l-inqas dħul?", "Mr Speaker, fil-budget aħna ħadna ħsieb li l-iktar piż jerfgħu minn jaqla' l-iktar flus u waħda mill-miżuri kienet li dawk li jaqilgħu inqas minn Lm5,000 fis-sena mhux se jiġu ntaxxati.", "Mr. Speaker, qegħdin nerġgħu naraw battalja sfortunata bejn is-CMTU u l- UĦM u l-GWU.", "Nafu li l-GWU kellha seminar dan il-weekend fejn il-membri tal- unions l-oħra tas-CMTU kienu lesti li jitkellmu iżda minħabba ċ- ċirkostanzi li l-GWU kienet qed iddaħħal it-trejdunjoniżmu fih, dawn iddeċidew li ma jipparteċipawx.", "Dan rajnih ukoll b'mod ċar waqt programm tan-NET Television, li fih kien hemm dan il-konflitt.", "U jien nistaqsi: Għaliex il-GWU qiegħda tfittex dan il-konflitt anke ma' trade unions oħra meta huwa fl-interess tal-ħaddiem Malti u tal-unions Maltin li jimxu 'l quddiem flimkien għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan il-poplu qed jarah, Mr Speaker, u qed jistmerru.", "Kellna union li nhar il-Ġimgħa għamlet protesta minħabba l-qagħda ekonomika fil-pajjiż imma fil-fatt il-poplu Malti jaf li l-qagħda ekonomika li hija bil-wisq aħjar milli kellna f'dawn l-aħħar erba' snin, partikolarment fl-ewwel sentejn ta' gvern laburista.", "Issa, f'dawn l-aħħar sentejn il-Partit Nazzjonalista mhux biss niżżel id-deficit sostanzjalment - u għandu bżonn ikompli jniżżlu, għax dak jagħmel ħsara lil kulħadd - imma qegħdin naraw ukoll l-indiċi tal-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti tielgħa b'mod sostanzjali.", "Per eżempju skond l-istatistika li ħarġet f'Settembru li għadda fl-aħħar ta' Settembru kien hemm 6,600 jirreġistraw għax-xogħol.", "Dak iffisser li l- qgħad f'dak ix-xahar naqas b'mija, u r-rata tal-qgħad niżlet għal 4.4%.", "L- impjiegi full-time fl-aħħar sentejn kemm ilu l-gvern Nazzjonalista żdiedu b'4,400.", "Il-qgħad f'sentejn naqas b'600.", "Dan jikkuntrasta mas-sentejn tal- gvern Laburista meta l-impjiegi full-time ma żdiedu xejn u l-qgħad kien żdied b'1,500.", "L-istatistika turi wkoll li fl-aħħar sentejn in-negozjanti ż- żgħar żdiedu bi 800 meta fis-sentejn ta' qabel ta' żmien il-Labour Party kienu naqsu bi 300.", "Fl-aħħar sentejn l-impjegati fil-ħwienet u fid-ditti tal-kummerċ żdiedu b'700 ruħ.", "Mela dan il-gvern qiegħed jagħmel dak li wiegħed u qiegħed jipprovdi x-xogħol.", "Qiegħed jaqta' d-deficit u jissalvagwarda d-drittijiet tal-ħaddiema kollha partikolarment taż-żgħir.", "Mr. Speaker, għalija l-protesta ta' nhar il-Ġimgħa ndikat punt kardinali.", "Il-poplu Malti ma jridx konfrontazzjoni.", "Il-poplu Malti jrid jaħdem u qed nagħtuh ix-xogħol.", "Il-poplu Malti jrid il-paċi industrijali u qed nagħmlu l- almu tagħna biex nagħtuhielu bil-laqgħat tal-MCED.", "Il-poplu Malti jrid jara l-progress, irid jara l-ġid, irid jeduka ruħu, jridna nkomplu fil-mixja tagħna lejn l-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu Malti ma jridx jiġi trattat ta' ċittadin tat-tieni klassi.", "Irid ikun ċittadin bħaċ-ċittadini l-oħra Ewropej, jagħti u jieħu l-aħjar drittijiet li jista' jieħu, u jrid jagħti lit-tfal tiegħu, il-ġenerazzjoni li tielgħa, l-istess drittijiet bħal dawk ta' tfal fl-Ewropa, drittijiet aħjar milli kelli jien u milli kellhom il- ġenituri kollha li llum għandhom it-tfal.", "Għalhekk meta jara dan l- atteġġjament tal-GWU l-poplu Malti jitħawwad għax ma jistax jifhem il-GWU x'qiegħda tipprova tgħidlu.", "Il-poplu jrid jimxi wara l-gvern lejn il-paċi u l-progress.", "Il-GWU u l- Labour Party minn taħt u minn wara l-kwinti jrewħu l-fjammi u jbiegħdu l- poplu mill-progress u l-paċi li jixtieq.", "Wara t-taqlib u t-taħwid li kien hemm fis-sentejn ta' gvern Laburista issa l-poplu Malti jrid is-serħan tal- moħħ.", "Irid is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, fit-toroq tiegħu u fl- ekonomija.", "Irid ukoll is-sigurta' fir-relazzjonijiet barranin ta' Malta, u hawnhekk toħroġ il-mistoqsija: X'qiegħda tgħid il-GWU lill-ħaddiem Malti?", "Trid il-GWU tkun parti minn dan il-proċess li se jwassal lill-poplu Malti biex jilħaq livell ta' ħajja aħjar, biex jilħaq il-milja tiegħu fix-xogħol li qed jagħmel u fil-ħajja li qed jgħix?", "Jew il-GWU trid tintrabat mal- partit politiku li għandna fl-oppożizzjoni, li moħħu biex jikkritika l- ħidma tal-gvern, partikolarment favur sħubija fl-Unjoni Ewropea li tħalli tant ġid għall-poplu Malti, bil-konsegwenza lill-GWU issir l-akbar għadu tagħha stess?", "U dan Mr Speaker, narawh qed jiġri ħafna drabi minħabba li l- membership tal-GWU qiegħda tkun questioned.", "Jien ngħid li għadu m'huwiex tard għall-GWU li ssalva l-kredibbilta' tagħha u li tbiddel ir-rotta.", "Trid titgħallem li l-interessi tal-Labour Party mhumiex l-interessi tagħha, u l-interessi tal-poplu Malti jiddettaw li hi tfittex il-veru interess tal-ħaddiem.", "U l-interessi tal-poplu u tal- ħaddiem Malti jinstab meta npoġġu madwar mejda u nkunu oġġettivi lejn il- problemi li għandna madwarna u f'pajjiżna.", "B'dak il-mod biss il-poplu kollu jimxi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 24 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TADAM - MODIFIKAZZJONI ĠENETIKA", "20143.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienet il-varjeta' tat-tadam li ntużat matul l-1999 u qed tintuża din is-sena li hija ġenetikament modifikata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul l-1999 u f'din is-sena ma ġewx użati varjeta' ta' tadam li kienu ġenetikament modifikati.", "MOSTA - TA' MLIT - LANDSCAPING", "20144.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19792 dwar il-qasam tad-djar Ta' Mlit, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall- Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-housing estate Ta' Mlit, fil-Mosta jsir landscaping aħjar ta' l-area?", "Jista' l-Ministru jara li immedjatament jintbagħtu uffiċjali tad- dipartiment ta' l-ambjent sabiex iwettqu l-preparamenti meħtieġa għal programm ta' landscaping f'dawn l-inħawi tal-Mosta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minkejja li r-responsabbilita' għax-xogħol li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant ma taqax direttament taħt il-ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota tas-suġġeriment biex nirriferih lill-awtorita' kompetenti.", "WARDINA - WIED QANNOTTA - XOGĦLIJIET", "20145.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformana min huwa responsabbli mill-kordinament tax-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, fil-Wardija?", "Għaliex qed isir xogħol fid- dlam minn kuntratturi privati?", "Ma jħoss id-dipartiment li dawn ix- xogħlijiet aħjar isiru matul id-dawl tal-jum u mhux matul il-lejl?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn stħarriġ li sar, ma jirrriżultax li dan ix-xogħol qed issir minn xi dipartiment li jaqa' taħt il-ministeru tiegħi.", "Dan il-każ gie mgħoddi lill-awtorita ta' l-ippjanar fejn irrizulta li laAwtorita diġa' kienet ħarġet stop/enforcement notice fuq dan is-sit.", "L- awtorita ta' l-ippjanar ser tkompli tinvestiga dan il-każ.", "ŻRIEGĦ - MODIFIKAZZJONI ĠENETIKA", "20146.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienet dik il-varjeta' ta' żriegħ li daħlet f'Malta u li kienet ġenetikament modifikata matul l-1999 u din is- sena?", "X'riċerka saret mid-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "Jista' l-Ministru jpoġġi dawn ir-rapporti ta' riċerka fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul l-1999 u din is-sena ma ġewx irrapportati varjeta' ta' żriegħ li kienet ġenetikament modifikata.", "It-tieni parti tal-mistoqsija għalhekk ma treġix.", "UNIVERSITA' - CLASSROOM SUPPORT TRAINERS", "20235.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "8349?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar sejħa għal applikazzjoni fuq bażi permanenti għall-post ta' kindergarten assistants (special education) ħarġet f'Marzu 1996.", "Ħarġet sejħa għall-facilitator fuq bażi permanenti f'Ottubru, 1998.", "Il-kors ta' classroom support trainees sar bejn Frar 1998 u Awissu 1999.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI POST-SEKONDARJA", "20236.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "10263 u jagħti wkoll l-istess statistika għas-sena skolastika 2000-2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha ma waslitx u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - ANZJANI", "20237.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17250?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li mhux kulħadd għadu bagħat l-informazzjoni, id-dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti total finali.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM SAN ĠUŻEPP", "20242.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministra jara meta se jintbagħat għalliem tal-Malti għal Form V tal-junior lyceum San Ġużepp Ħaddiem ta' Kordin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-klassijiet kollha tal-Form V tal- junior lyceum San Ġużepp Ħaddiem, Kordin għandhom għalliem/a tal-Malti.", "KUNTRATTURI - TOROQ", "20244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm kuntratturi li tħallsu għal toroq li ħadmu b'kuntratt għall-gvern?", "Kemm tħallas kull kuntrattur għax-xogħol li għamel fit-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant trid tinġabar minn diversi dipartimenti għalhekk tingħata aktar 'il quddiem.", "TOROQ - KUNTRATTI", "20245.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm saru toroq li ħarġu b'kuntratt mill-gvern?", "Liema toroq kienu dawn?", "X'valur kienu l-kuntratti li ħarġu għal dawn it-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "20244.", "PA", "20258.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm baqa' każi pendenti quddiem iż-żewġ bordijiet ta' l- appell tal-planning authority li t-terminu tagħhom wasal biex jiskadi?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każi ġew eżawriti u qegħdin jistennew id-deċiżjoni finali?", "ONOR TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` każi pendenti quddiem iż- żewġ bordijiet ta` l-appell ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar hu ta` 1,252.", "Minn dawn, hemm 68 li ġew aġġornati sine die u 257 każi li ġew eżawriti u se jkunu deċiżi qabel l-iskadenza tat-termini tal-bordijiet.", "Għalhekk sa l- aħħar ta` Novembru hu antiċipat li ser ikun hemm 927 każ pendenti.", "In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti li għandu quddiemu kull bord ta` appell ivarja.", "TAXXI - PROVISIONAL CAPITAL GAINS TAX", "20259.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li b'effett immedjat biex jitħallas il-boll u l-provisional capital gains tax id-dipartiment qiegħed jitlob in-numru ta' l-income tax tal-kumpanniji, jista' l-Ministru joħroġ lista tan-numri ta' l-istess kumpanniji fuq compact disk jew f'forma ta' ktejjeb kemm jista' jkun malajr biex jitħaffef il-ħlas neċessarju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi bħalissa qiegħed isir xogħol biex kemm jista' jkun malajr l-uffiċċju tas-suċċessjoni jkollu aċċess dirett on line għar- reġistru ta' dawk il-kumpanniji rreġistrati mad-dipartiment tat-taxxa, ma tinħassx il-ħtieġa li jiġu ppublikati dawn in-numri.", "Fil-każ fejn in-nutar meta jippreżenta l-karti ma jkunx jaf dan in-numru, l-uffiċċjal tas- suċċessjoni ser ikun jista' joħroġ dan in-numru mis-sistema dak il-ħin stess.", "WSC - ARRETRATI TA' XOGĦOL", "20260.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20045?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirriferi għax-xogħlijiet kollha li saru minn diversi kuntratturi.", "Ninsab infurmat li l-ammonti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħallset lil diversi kuntratturi għax-xogħlijiet li saru matul l-1999 u l-2000, u li huma certifikati minn perit u/jew inġinier, skond il-każ, huma kif ġej", "1999 Lm1,102,580 2000 Lm 715,590", "Tajjeb jingħad li fil-kotba tal-korporazzjoni, ammonti bħal dawn ikunu reġistrati meta jsir ic-certifikat u għalhekk ma jkunux ikkunsidrati bħala arretrati.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jkun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jispecifika l-perijodu.", "PAOLA - LUQA ROAD - TOROQ", "20261.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li saret biex jitwaħħlu pelican lights f'Luqa Road, Paola li kienet approvata mit-traffic control board (Ref: ART & DIST RDS/59, LC45/3, LC62/3, Drawing RD26/00)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru dawn il-pelican lights proposti għall-benefiċċju ta' l-abitanti u dawk li jkollhom jaqsmu din it- triq ferm traffikuża", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ hu mdaħħal f'kuntratt li ngħata mid-dipartiment tat-toroq biex isiru pelican lights f'diversi lokalitajiet u x-xogħol f'Luqa Road hu maħsub li jibda xi tliet ġimgħat oħra.", "CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL - CONSORTIUM", "20262.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal cruise liner passenger terminal jista' l- Ministru jgħid:", "(a) f'liema stadju waslu n-negozjati mal-consortium magħżul għal dan il- proġett:", "(b) x'kienu t-talbiet ta' garanziji finanzjarji mitluba mill-gvern u/jew mill-awtorita' marittima u jekk dawn ġewx onorati jew le;", "(ċ) kien hemm xi bdil fis-set-up ta' l-investituri jew tal-partners barranin għall-proġett kif elenkati ma' l-offerta tal-consortium magħżul, għal kif inhu kompost illum;", "(d) illum kemm hemm investiment barrani garantit ma' dan il-consortium u x' dokumentazzjoni teżisti biex juri dan l-involviment?", "(e) dan il-proġett arkitettoniku ta' dan il-consortium jista' jsofri tibdiliet sostanzjali?", "F'każ ta' bidliet ta' din ix-xorta, x'jiġri;", "(f) X'inhuma t-timeframes u d-dati preċiżi (i.e. critical path analysis) li fuqhom għandu jitlesta dan il-proġett?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "TOROQ - TENDERS", "20264.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew awarded tenders għal xogħol ta' toroq matul is-sena 1999 u s-sena 2000 sa Ottubru?", "Kemm kien il- valur, sena b'sena?", "Lil min ingħataw il-kuntratti?", "Kemm kien il-valur li ħa kull kuntrattur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-1999 ingħataw 69 kuntratt li jammontaw għal Lm4,309,291.76c, filwaqt li fl-2000 s'issa ingħataw 94 kuntratt li jammontaw għal Lm1,979,467.27c.", "Jien infurmat ukoll li fil-preżent hemm 14-il tender li huma stmati li jiswew Lm7.9 miljun li qegħdin fil-proċess ta' l-aġġudikazzjoni u sitta oħra li t-tendering period ser jagħlaq f'Ottubru u Novembru.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "20265.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm xogħol fuq toroq għaddej bħalissa?", "X'inhu l-programm tat-toroq ġodda u xogħol biex jiġu rranġati toroq prinċipali?", "Kemm qed jiswew u se jiswew dawn it-toroq?", "X'inhu l- programm ta' toroq ġodda u rranġar ta' toroq għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-programm biex jiġu rranġati t- toroq prinċipali diġa' ġie stabilit skond il-masterplan għat-toroq, li kopja tagħha kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Xogħol fuq toroq ġodda qed isir skond l-esiġenzi li għandu d-dipartiment u bi ftehim mal- kunsilli lokali konċernati.", "Il-programm ta' toroq ġodda għas-sena d-dieħla għadu qed jinħadem.", "Bħalissa għaddej xogħol ta' toroq li komplessivament hu stmat li jiswa Lm4,870,512.56c li kopja tiegħu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "AIR MALTA", "20266.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi destinazzjonijiet fejn l-Air Malta talbet li topera minn u lejn Malta, liema talbiet ġew milqugħa jew miċħuda?", "Meta saru dawn it-talbiet?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Air Malta żżid mar-rotot li qed topera llum fiż-żmenijiet qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA", "20267.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar; (1) kemm kellha seat allocations l-Air Malta fuq rotot turistiċi prinċipali f'dawn l-aħħar ħames snin; (2) kemm hu maħsub li tkun is-seat allocation fuq l-istess rotot għas- sena li ġejja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - CEO", "20268.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma u jagħtu dettalji dwar il-ħsieb li l-Air Malta tingaġġja s-servizz ta' ceo barranin għall-Air Malta?", "Jekk fl- affermattiv, meta hu l-ħsieb li dan l-ingaġġ jibda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20201 waqt seduta nru.", "400, liema mistoqsija kienet titratta l-istess suġġett.", "MOSTA - TA' MLIET - ROAD FORMATION", "20269.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna min ħa l-kuntratt tar-road formation ta' Triq il-Waqqafa,.", "Ta' Mliet, Mosta fejn inbnew il-maisonettes tal-gvern u liema kundizzjonijiet kienu mposti fuqu sabiex it-triq tkun aċċessibbli aħjar milli hi llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-road formation works li saru riċentement fil-lokal għamluhom il-kunsilli lokali.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20270.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li ġimgħa qabel ngħataw il-promozzjonijiet fil-grad ta' supritendent fil-korp tal-pulizija ħadd minn dawk li ngħataw il- promozzjoni ma għadda u ġiet deċiża proċedura mill-PSC fil-konfront tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi r-rakkmandazzjonijiet għall- promozzjonijiet li qiegħed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, u l- eventwali approvazzjoni issir tramite il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, li jkollha quddiemha r-records ta` dawk rakkmandati, kif ukoll ta` dawk li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx rakkmandati.", "IMPJIEGI", "20271.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti breakdown taż-żieda fl-impjiegi li kien hemm f'dawn l-aħħar sentejn fis-settur turistiku?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji fuq dawk il-lukandi, stabilimenti ta' l- ikel u intrapriżi oħra fis-settur turistiku li żiedu jew naqqsu l-impjiegi f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Membru li statistika kif mitluba minnu ma tinżammx.", "Dak li għandu x'jaqsam ma l-impiegi fil-lukandi u stabilimenti li jservu l-ikel, nirriferi lill-Onor.", "Membru għall-istatistika pubblikata mill- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20272.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu sabiex l-uffiċjali tal- pulizija - isimhom qiegħed jintbagħat separatament - inqabżu fil- promozzjoni li ngħataw dan l-aħħar fil-grad ta' supritendent fil-korp tal- pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20270 f`din l-istess seduta.", "LUKANDI/ AKKOMODAZZJONI OĦRA", "20273.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar: (a) applikazzjonijiet pendenti għal bini/extensions ta' lukandi u akkomodazzjoni oħra quddiem il-planning authority?", "(b) numru ta' sodod li qed jintalab li jiżdied?", "(ċ) kategorija ta' l-akkomodazzjoni?", "(d) lokalita'?", "(e) meta u jekk hemmx ħsieb jinħareġ il-permess?", "(d) data meta maħsub jitlesta x-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "20275.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li fil-ħatra tal-promozzjonijiet fil-korp tal-pulizija hija prassi li ma jiġux ikkonsidrati dawk il-membri li jkunu qabżu l-25 sena servizz mal-korp?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19478.", "KUMPANIJA ĊINIZA TAS-SHIPPING - JOINT VENTURE", "20281.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-feasibility study dwar propost joint venture bejn kumpanija tas-shipping Ċiniża u l-Malta Drydocks biex jibdew jiġu manufatturati l-gantry cranes f'Malta wara li s-sena l-oħra hu żar iċ-Ċina u Hong Kong - dan billi kien qal li jista' jkun hemm żviluppi dwar dan il-proġett fi żmien ftit xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TARZNA - SHIPPING LINES ĊINIŻI", "20282.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li fl-1999 il-ministru kien ħabbar li kien hemm numru ta' shipping lines Ċiniżi li kienu interessati li jibdew jużaw lill-Malta Drydocks għat- tiswija tal-vapuri, jista' jgħid xi żviluppi kien hemm dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li d-diskussjonijiet dwar il- possibbilta' li shipping lines Ċiniżi jissewwew f'Malta għadhom għaddejjin.", "S'issa għadu ma ġie konkluż ebda ftehim, għalkemm ta' min jgħid li minn żmien għal żmien it-Tarzna tirċievi talbiet biex tikkwota prezz għat- tiswija ta' vapuri ta' sidien Ċiniżi.", "TRADING HOUSES ĊINIŻI", "20283.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta wara li s-sena li għaddiet kien qal li kien hemm possibbilta' kbira li trading houses Ċiniżi jistgħu jużaw lil Malta biex iwessgħu t-trading base tagħhom lejn is-swieq ta' l-Ewropa u tal- Mediterran fuq il-linji diga' mħaddma ġewwa Dubai?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul l-ewwel ġimgħa ta' Novembru li ġej ser tinżamm f'Malta t-tieni laqgħa tal-kummissjoni mħallta Maltija-Ċiniża.", "Għal din il-laqgħa mistenni jattendi l-viċi ministru għall-kummerċ internazzjonali u koperazzjoni ekonomika Ċiniż.", "Miegħu għandhom jiġu wkoll numru ta' uffiċjali tal-Gvern Ċiniż kif ukoll xi intraprendituri Ċiniżi sabiex jistħarrġu fid-dettal il-potenzjal ta' Malta bħala bażi għall- kummerċ ta' prodotti Ċiniżi lejn is-swieq ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li matul din l-aħħar sena kumpanija marittima Ċiniża bdiet tuża l-faċilitajiet tal-port ħieles ta' pajjiżna.", "AIR MALTA - HONG KONG", "20284.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi l-Ministru kien ħabbar is-sena li għaddiet li kien hemm possibbilta' li l-Air Malta tibda tagħmel titjiriet diretti lejn/minn Hong Kong, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "METCO - HONG KONG TRADE DEVELOPMENT BOARD", "20285.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ wara li s-sena li għaddiet iċ-chairman tal- Metco kien ħabbar li l-Hong Kong trade development board ried jaħdem ma' Malta u kien lest li jibdel staff miż-żewg naħat, bil-għan li Malta ssir ċentru kummerċjali fil-Mediterran minn fejn Hong Kong tkun tista' tbiegħ il- prodotti tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika?", "Dan l-aktar billi ċ-chairman kien qal li l-Metco kienet ser issegwi din l-inizjattiva f'mod aggressiv.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OPM - XIRI TA' KAROZZI", "20286.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu (ditta)?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li mill-1992 inxtraw:", "3 Kia 3 Toyota 14 Hyundai 3 Fiat 10 Mazda 1 Rover 3 Peugeot 10 Skoda 1 Renault 1 Ford 1 Honda 1 Alfa Romeo 1 B M W", "Dawn il-karozzi jintużaw kif ġej:", "15 office cars 14 uffiċjali li għandhom performance contract 3 uffiċjali li għandhom private secretariat agreement 1 prim ministru 1 prim ministru ta' qabel 5 forzi armati ta' alta 3 awtorità tax-xandir 1 MITTS 8 inbiegħu 1 insterqet mill-car park tal-MITTS.", "(Il-karozza kienet inxurjata)", "POLITIKA SOĊJALI - XIRI TA' KAROZZI", "20287.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu (ditta)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - XIRI TA' KAROZZI", "20288.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu (ditta)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fid-dekasteru tal-ministeru tiegħi, mill- 1992 'l hawn inxtraw dawn il-karozzi:", "8 Peugeot 3 Rover 1 BMW 1 Mercedes 1 Skoda 3 Kia 11 Toyota 1 Citroen 1 Honda 4 Mazda 3 Hyundai 1 Escort 1 Renault 1 Suzuki 1 Volvo 1 Isuzu", "FINANZI - XIRI TA' KAROZZI", "20289.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu(ditta)?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub sa l- 1996 diġa' ngħata fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "12203.", "Mill-1997 inxtraw:", "2 Sumo 5 Peugeot 1 Hyundai 3 Volkswagen Polo Classic 3 Opel Astra 1 Volvo 1 Ford Mondeo", "Tmienja minn dawn il-karozzi nxtraw skond il-kuntratt għal diretturi/diretturi ġenerali ġodda.", "TURIŻMU - XIRI TA' KAROZZI", "20290.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu (ditta)?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - XIRI TA' KAROZZI", "20291.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi kienu (ditta)?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ARTIJIET - REVIŻJONI TA' KERA", "20302.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara tistax issir xi ħaġa għar-rigward tar-reviżjoni tal-kera tal- postijiet tal-gvern li ssir kull sentejn, u dan peress li qed ikollna persuni li wara li jispiċċaw pensjonanti qed ikollhom isofru konsegwenzi ta' kera għolja għal sentejn jew anqas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-reviżjoni tal-kera tal-postijiet residenzjali tal- gvern issir mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u mhux mid- dipartiment ta' l-artijiet u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ARTIJIET - XIRI TA' DJAR", "20304.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju dwar x'jista' jsir sabiex persuni li jgħixu fi djar tal-gvern fuq art b'titolu ta' possession and use, ikunu jistgħu jixtru darhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta` l-artijiet ilu għal żmien twil jaħseb x`jista jagħmel sabiex jifdi t-titolu tal-possession and use biex b`hekk persuni li għandhom ir-residenza tagħhom fuq proprjeta` li ġiet akkwistata b`dan it-titolu jkunu jistgħu jixtru darhom.", "Nixtieq ngħid li dan mhux faċli u s`issa għadha ma nstabet l-ebda soluzzjoni ħlief dik fejn is-sidien volontarjament ibiegħu lill-gvern il- kumpens li jkunu qegħdin jirċievu wara li t-titolu tal-possession and use idur f`wieħed ta` public tenure.", "KALKARA - TRIQ SANTA LIBERATA - DAWL", "20305.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-cables tad-dawl ma' arblu perikoluż jiċċaqalqu għal ma' arblu ġdid li tpoġġa xi xahar ilu fi Triq Santa Liberata, Kalkara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PRIVATISATION BONDS - PBS", "20306.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- Ministru dan l-aħħar għażel li jagħti dettalji dwar il-privatisation bonds f'mod esklużiv lill-PBS, ma jaħsibx li dettalji bħal dawn imisshom saru pubbliċi mal media kollha, inkluża dik stampata?", "Jista' jfisser il-parametri li fuqhom ser jiġu msawwrin dawn il-bonds kif wkoll il-kundizzjonijiet li ser jinħarġu taħthom?", "Il-Ministru għandu l-ħsieb li jmur quddiem il-Parlament biex jawtorizzhom, kif jagħmel meta soltu jkun hemm ħruġ ta' stocks ġodda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li safejn naf jien il- PBS huwa l-istazzjon tal-pajjiż kollu u għalhekk meta ħarġet l-informazjoni mill-PBS din serviet bħala informazzjoni ġenerali.", "L-informazzjoni li ngħatat kienet ta' natura ġenerali u d-dettalji jkunu elenkati fil-prospectus li se joħroġ dalwaqt.", "Billi dan mhux self ġdid m'hemmx għalfejn jiġu awtorizzati mill- Parlament.", "IMPJIEGI", "20307.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li tilfu l-impjieg minn Jannar 2000 sal-lum?", "Minn liema settur kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - ĦAMIEM", "20308.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dilettanti tal-ħamiem tal-ġiri qed ikunu mħarka minħabba l-ħamiem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minħabba l-fatt li din id-domanda hija wisq ġenerika, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika b`liema reati speċifiċi qed jiġu akkużati dawn id-dilettanti.", "PULIZIJA - ĦAMIEM TAL-ĠIRI", "20309.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dilettanti tal- ħamiem tal-ġiri qed ikunu mħarka minħabba l-ħamiem?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TAXXI INTERNI", "20315.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid b'liema rata ta' taxxa jiġu ntaxxati għal xogħol part-time ma' xi korporazzjoni parastatali l-ħaddiema li bħala mpjieg prinċipali jaħdmu maċ-Ċivil?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul minn impjieg part-time ma' xi korporazzjoni jew parastatali ta' ħaddiema li jkollhom impjieg full-time mal-gvern huwa ntaxxat bir-rati normali tat- taxxa.", "SAĦĦA - SPTAR BOFFA - MEDIĊINI", "20316.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' mediċini li huma neqsin fl-Isptar Boffa u fl- ispiżerija ta' l-Isptar Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-lista ta` mediċini li huma neqsin fl- Isptar Boffa u fl-ispiżerija ta` l-istess sptar huma kif indikata hawn taħt:", "ITEM", "Alphakeri Bath Oil Aserbine Cream Calcipotriol Cream Calcium Effervescent Chlopropamize Inj.", "Dapsone 100mg Tabs.", "Dithranol 0.1% Cream Dithranol 0.25% Cream Dobutamine Inj.", "Ferrous Sulphate Tabs.", "Hydroxychloroquine 200 mg Tablets Labetalol Inj.", "Mesalazine 400 mg Tabs.", "Methylsallcylate Ointment Miconazole & Hydrocortisone Cream Oxybutinin 5mg Tabs.", "Pentamidine Inj.", "Permethrin Solution Silver Nitrate Pencil Spironolactone 25mg Tablets Tretinoin Cream White Petroleum Jelly White Soft Paraffin 225g White Soft Paraffin 453g White Soft Paraffin 85g", "PULIZIJA - TA' QALI - HUTS - PERMESSI", "20317.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhomx jingħataw permessi biex jinfetħu huts ġodda ta' l-artiġġjanar f'Ta' Qali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċeduri wieħed għandu juża ħalli jkun jista' jiftaħ hut f'Ta' Qali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma diġa` ħabbar il-gvern, il-lok tal-villaġġ ta` l- artiġġjanat ġo Ta` Qali huwa s-suġġett ta` development brief illi qiegħed ikun finalizzat b`kollaborazzjoni bejn l-awtorita` ta` l-ippjanar u s- segretarjat parlamentari fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.", "Id-development brief se jindika l-proċess ta` kif wieħed ikun jista` jistabbilixxi ruħu f`dan il-villaġġ."]} {"filename": "19991012_154d_par.doc", "date": "1999-10-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 154 It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 154", "It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "154", "It-Tlieta, 12 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ", "MINUTI 666", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 666", "TQEGĦID TA' KARTI 671", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL PROTECTION BILL (SECOND READING) 672", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET STATUTARJI (IT-TIENI QARI)", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 683", "AĠĠORNAMENT 696", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 702", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 716", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 153 li saret fit-12 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "DOI - ĦADDIEMA", "9017.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tad-DOI ħadmu overtime fil-padiljun ta' Ta' Qali nhar is-Sibt 10, ta' Lulju, 1999?", "X'kienet il-ħtieġa tal-preżenza ta' dawn il-ħaddiema?", "X'kienet l-attivita' li kienet qed issir dakinhar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jidher illi l-mistoqsija parlamentari tirriferi għall-padiljun ta' Malta fil-fiera internazzjonali fin-Naxxar u mhux għall-padiljun ta' Ta' Qali.", "Din is-sena l-padiljun ta' Malta kellu bħala tema \"il-pass li jmiss\" u kien jittratta dwar l-Unjoni Ewropea u Malta.", "Matul il-ġranet kollha tal-fiera, fil-padiljun ġew organizzati serje ta' laqgħat ta' informazzjoni li fihom ġew mistiedna jieħdu sehem rappreżentanti mix-xena politika, unions, korpi kostitwiti u individwi biex jiddiskutu dwar l-Unjoni u Malta.", "Tnejn minn dawn iż-żewġ laqgħat ta' informazzjoni ġew imxandra fuq stazzjonijiet televiżivi - waħda saret il- Ħadd 27 ta' Ġunju u fiha ħadu sehem l-Onor.", "Joe Borg, ministru ta' l- affarijiet barranin, l-Onor George Vella, kelliem ta' l-oppożizzjoni għall- affarijiet barranin u Dr Wenzu Mintoff, chairman ta' l-Alternattiva Demokratika.", "Il-moderatur kien is-Sur Jesmond Saliba, ġurnalista.", "It- tieni laqgħa ta' diskussjoni televiżiva saret is-Sibt 10 ta' Lulju u kienet tikkonsisti f'intervista magħmula lili mis-Sur Jesmond Saliba.", "Il-padiljun tmexxa minn staff ta' 11-il persuna kuljum.", "Dawn għamlu xogħol fil-conference area, fil-public address system, fid-dwal, fl-audio recording, fil-maniġġar ta' stazzjonijiet ta' l-internet, f'relazzjonijiet pubbliċi u amministrattivi, xogħol ta' fotografija u sewqan.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-Ministru qal li dakinhar li saret din l- attivita` l-padiljun tmexxa minn 11-il persuna.", "Jien qed nistaqsi jekk barra dawn il-11-il persuna - ma nafx jekk dawn kenux tad-DOI - kienx hemm ħaddiema tad-DOI li dakinhar ħadmu overtime.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien qed nassumi li peress li l-ħinijiet ma jkunux normali, dawn il-ħaddiema jitħallsu b'rata ta' overtime.", "Jien qed ngħid x'sar f'dawk il-ġranet u it stands to reason li min għandu dritt għall-overtime jitħallas overtime.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista` il-Prim Ministru jgħidli jekk dawk il-11- il ħaddiem kenux mid-DOI?", "Jekk le, dakinhar inħasset il-ħtieġa li jidħlu ħaddiema tad-DOI?", "Kemm kienu dawn il-ħaddiema?", "X'kienet ir-raġuni li dawn il-ħaddiema daħlu overtime dakinhar?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fir-risposta tiegħi diġa` għedt li kien hemm bżonn ta' ħaddiema biex joqogħdu fl-istand f'dawk il-ġranet u ddaħħlu n- nies li kien hemm bżonn jidħlu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi ħadd li kien hemm u mhux suppost kien hemm, jgħidli u nara daqsxejn x'inhi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Forsi m'aħniex niftehmu.", "Jien xtaqt inkun naf jekk dawk il-11-il ħaddiem li rrifera għalihom il-Prim Ministru fit-tweġiba tiegħu humiex ħaddiema tad-DOI.", "Jekk le, kemm daħlu ħaddiema tad-DOI jagħmlu overtime dakinhar?", "Din hi l-mistoqsija proprja.", "X'kienet ir- raġuni li ddaħħlu?", "U apparti din l-attivita`, dawk l-istess ħaddiema tad- DOI iddaħħlu jagħmlu overtime fuq attivitajiet oħa?", "Din hi l-mistoqsija tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena m'iniex nifhem x'inhu l-iskop tad- domanda.", "Jekk irid jispeċifikali u jistaqsini kienx hemm ħaddiema minn barra, għandu jagħmel id-domanda mod ieħor.", "Dan l-istand kien manned mid- DOI u allura d-DOI ħa ħsieb li jkollu n-nies f'posthom.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi informazzjoni u jrid risposta speċifika fuqha nitolbu jgħaddihieli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Bħala prim ministru tal-pajjiż, ma jħossx li r- rata tal-qgħad f'pajjiżna hija waħda allarmanti?", "Forsi din il-mistoqsija hija aktar relatata mal-qgħad milli mal-mistoqsija oriġinali u għalhekk ma nafx jekk il-Prim Ministru jogħġbux jirrispondini.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mela le, nirrispondik!", "Jiena nikkonferma illi l-qgħad żdied prinċipalment b'konsegwenza ta' l-istaġnar li kien hawn fil- pajjiż, dan ġie carried over u mhux għalkemm taqbad u tikkanċellah.", "Jien m'iniex kuntent li n-numru ta' dawk qegħda tela` għal 8,100 - għalkemm bejn wieħed u ieħor 250 minn dawn kienu jaħdmu l-Kalaxlokk, ħadu somma ta' flus konsiderevoli u bi dritt jistgħu jirreġistraw - u nista' ngħidlek li l- gvern qiegħed isegwi s-sitwazzjoni kontinwament u jagħmel ħiltu kollha biex iżomm il-wegħda li għamel biex lill-pajjiż jagħtih id-direzzjoni u l- fiduċja u b'hekk jitkattar il-ġid.", "Jidher li dan diġa` qiegħed isir, naturalment mhux fil-miżura li kulħadd jixtieq kemm il-gvern kif ukoll l- oppożizzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li d- direzzjoni hija kontra.", "Naturalment id-direzzjoni hija kontra dik tal- gvern ta' qabel.", "(Interruzzjonijiet) MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, m'hemmx cross-debate.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kulħadd jaf li d-direzzjoni li kien ta lill- pajjiż l-Onor.", "Alfred Sant waslet biex kisret lill-gvern tiegħu.", "Kulħadd jiftakar li sena ilu f'dan il-parlament smajna dibattiti li fihom ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, ma rridx interruzzjonijiet.", "Il-Prim Ministru qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu.", "Ikompli l-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kellna deputati min-naħa ta' l-Onor.", "Alfred Sant stess li f'dan il-parlament tkellmu kontra l-politika tiegħu għar- rigward ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm min irriżenja minn ministru u llum qiegħed kontinwament jesprimi l-opinjonijiet tiegħu ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux diġa` staqsejtuni!", "Jiena qed ngħidlek li l- wegħda elettorali tal-gvern hija li jagħti direzzjoni, fiduċja u b'hekk jitkattar ix-xogħol.", "Jiena persważ li dan qiegħed isir u r-riżultat bdejna narawh u nkomplu narawh.", "Imma nerġa' niġi għar-rimarka ta' l-Onor.", "Joe Mizzi, li d-direzzjoni hija bil-maqlub, naturalment bil-maqlub ta' dak li għamel il-gvern li hu kien ministru tiegħu, għax dik kienet direzzjoni ħażina u żbaljata.", "Meta fil- 5 ta' Settembru tas-sena l-oħra ġie mitlub jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq dik il-politika, il-poplu Malti qal li dik kienet politika żbaljata u reġa' għażel il-gvern tiegħi, b'politika li jkompli miexi fid-direzzjoni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l-fatti.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-Onor.", "Mizzi qed jgħid fuq id-direzzjoni taż-żejt.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, tinterrompix jekk jogħġbok.", "Jekk trid tista' tagħmel domanda supplimentari.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Mizzi, li kien il-ministru responsabbli miż-żejt, qabel il-5 ta' Settembru ħareġ jgħid li f'Kerċem kien hemm iż-żejt.", "Jiena kont għedt li dan m'huwiex veru u meta sirt prim ministru bqajt ngħid li qabel ma jinstab iż-żejt ma nistgħux ngħidu li sibna ż-żejt.", "Jiġifieri l-Onor.", "Mizzi kellu tort meta ħaseb li sibna ż- żejt u jiena kelli raġun!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Naħseb li l-mistoqsija tiegħi kienet ċara, fehma kulħadd imma donnu l-Prim Ministru jew ma fehmiex jew ma jridx iweġibha.", "Xtaqt li l-Onor.", "Fenech Adami jgħidli jekk iħossx, bħala prim ministru tal- pajjiż, li r-rata tal-qgħad kif inhi bħalissa, ta' 8,126 - jiġifieri 1000 u aktar minn Settembru ta' l-1996 - hijiex waħda allarmanti jew le.", "Din hi l-mistoqsija, ċara daqs il-kristall u m'hemmx fiduċja, direzzjoni, żejt u ċerimonji!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iż-żejt u ċ-ċerimonji mhux jien daħħalthom imma l-Onor.", "Joe Mizzi, li kien il-ministru responsabbli għaż-żejt!", "Jiena rrispondejt għad-domanda li għamilli l-Onor.", "Mizzi, għalkemm mhux b'mod formali, u għad-domanda li reġa` għamilli l-Onor.", "Cuschieri diġa` weġibt.", "Le, m'iniex sodisfatt li hawn 8000 ruħ jirreġistraw u lanqas inkun sodisfatt li jkun hemm 6000 u lanqas 5000!", "Jiena qed ngħidlu illi m'hemmx dubju illi l-pajjiż reġa` qabad ritmu, l-ekonomija tal-pajjiż qiegħda tirpilja u hemm affarijiet li diġa` jidhru li huma pożittivi.", "Per eżempju, il-bieraħ il-ministru għall-politika soċjali semma` li l- labour supply f'Malta s-sena li għaddiet żdied b'1,700, waqt li r-rata ta' żieda fis-sena ta' qabel kienet ta' 700.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser illi hawn aktar nies li għandhom fiduċja li fil-pajjiż se jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol u daħlu fil-labour market.", "Dawn huma fatti.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri qed jistaqsini jekk hux qed nitkellem fuq Ċipru!", "Le, fuq Malta qed nitkellem u naħseb illi min jiġi hawn u jagħmel id-domandi ma jagħmilx id-domandi biss għall-gallarija imma jagħmilhom bis-sens.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Cuschieri jrid ipoġġili f'ħalqi affarijiet li jagħmel hu.", "Jekk għalih ir-rati huma allarmanti, jista` jagħmel dak il-ġudizzju.", "Jiena għandi fiduċja f'dan il-pajjiż, naf li l-ekonomija qiegħda tirpilja, l- investiment se jiżdied u se nibqgħu mexjin bid-direzzjoni li ridna nagħtu lill-pajjiż.", "B'hekk qed inkabbru l-fiduċja u b'hekk sejjer jitkattar il- ġid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Prim Ministru għoġbu jirriferi għaż-żejt, nixtieq nistaqsih jekk meta kien fl-oppożizzjoni u kien jingħad dak il- gideb illi l-Partit Laburista fil-gvern kien qed jisforza lill-kumpannija Saipem biex tgħaġġel fit-tħaffir, dak il-gideb li kien jingħad li qed inġegħluhom iħaffru l-għaliex kienet waslet l-elezzjoni, dak il-gideb li kien qed jingħad illi kien hemm materjal tossiku ...", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Membru biex juża lingwaġġ aktar parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Trid tissostanzja, hux veru?", "Għax darba, darbtejn, tliet darbiet!", "Kompli Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm tipproteġiha lill-Oppożiizzjoni!", "MR SPEAKER: Le, jiena nipproteġi din l-istituzzjoni u d-deċenza fil- parlament.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` l-Prim Ministru jgħidli dawk kenux gideb jew le?", "Jista' jgħidli wkoll jekk hux lest jiftaħ inkjesta dwar it-tħaffir taż- żejt biex jara fejn saru t-testijiet u kif intefqu l-flus?", "Lest li jagħmilha l-Prim Ministru?", "Lest li jgħidli jekk hux gideb jew le dawk li semmejt jien?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ma nħobbx nuża l-kelma \"gideb\" - għax kieku ngħid li dak kollu li qal issa l-Onor.", "Mizzi huwa gideb - pero` jien ngħid li dak kollu li qal issa l-Onor.", "Membru jaf li m'hux minnu, assolutament.", "Kien l-Onor.", "Membru stess li ftit ġranet qabel l-elezzjoni kien ħareġ jgħid illi f'Kerċem hemm iż-żejt.", "Dak ma kienx minnu u jiena għedt illi l-informazzjoni li kelli kienet tikkontradiċi dak li qal il- Ministru Mizzi dak iż-żmien, illi kien hemm iż-żejt.", "(Interruzzjonijiet) Se ngħid għaliex.", "Jiena diġa` xbajt ngħid f'dan il-parlament li l- indikazzjonijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "(Interruzzjonijiet) Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'dan il-mod.", "Bħalissa qed jirrispondi l-Prim Ministru, għandu d-dritt u l-obbligu li jwieġeb u l-Onor.", "Mizzi wkoll għandu d-dritt u l-obbligu li jisimgħu.", "(Interruzzjonijiet) Ikompli l-Prim Ministru u jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kulħadd jaf bil-paniku li kien qabdu l-Partit Laburista u l-gvern ta' Alfred Sant qabel l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) F'dak il-paniku l-Onor.", "Joe Mizzi, allura ministru, kien ħareġ bl-għajta li f'Għawdex kien se jsib iż-żejt.", "(Għajjat) Jiena dak iż-żmien immedjatament ivverifikajt dak l- istatement u rriżultali li ma kienx korrett.", "Illum, sena wara, minkejja li l-gvern baqa` miexi fuq il-kuntratt li kien ingħata mill-gvern ta' qabel - ma kenetx ħażina li jingħata dan il-kuntratt - u minkejja li bqajna nonfqu l-flus biex naraw il-possibbiltajiet kollha jekk hemmx żejt jew gass jew le, il-verita` hi li m'hemmx fi kwantitajiet kummerċjali li tista` ssir esplojtazzjoni tiegħu.", "Din hi l-verita`.", "U minkejja dak kollu li għaddejna minnu fi 12-il xahar jew aktar, sa ftit ta' żmien ilu fil-ġurnali bqajna naqraw li l-Onor.", "Mizzi baqa` jinsinwa illi l-gvern kien sab iż-żejt u ma kienx qed jgħid li sab iż-żejt.", "(Interruzzjonijiet) Iva, hekk kontu qegħdin tgħidu!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena m'għedtx hekk.", "Jekk se jibqa` jinsisti li jien għedt hekk nitolbu jġib il-provi.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux veru, jew jissostanzjaha jew jirtiraha.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Prim Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imbagħad fuq kollox jagħmel li jrid għax issa jien imdorri nisma` l-gideb u jekk irid ikompli jigdeb mhux se nħabbel rasi!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Baqgħu jinsinjaw li l-gvern kien sab iż-żejt jew il-gass u li konna qegħdin naħbu dan mill-poplu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi juri għaliex il-gvern tiegħu tilef l-elezzjoni.", "Jiena kkonfortat bil-vot elettorali u naħseb li dan kollu juri l-istat li jinsab fih l-Onor.", "Mizzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-iskop li fl- aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali li saret f'Marzu, il-media kollha Nazzjonalista bdiet tgħid li kważi wasalna biex insibu ż-żejt?", "Forsi din kienet lixka għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lili kull darba li saritli domanda fuq iż-żejt dejjem irrispondejt bl-istess mod, skond l-informazzjoni li kelli, u ċioe` li kien hemm sinjali tajbin li seta` jinstab iż-żejt pero` jiena dejjem żidt li min jifhem jgħidlek li qatt ma tista` tgħid li tkun sibt iż-żejt qabel ma ssibu.", "U effettivament hekk ġara.", "Kien hemm indikazzjonijiet tajbin u bqajna nonfqu l-flus mhux inutilment, għax l-ewwelnett veru kien hemm din il-possibbilta` u t-tieni għax illum nafu ħafna aktar fuq l- istrutturi li hemm kemm f'Għawdex kif ukoll fl-ibħra u fuq l-art f'Malta, li jgħinu 'l quddiem biex jekk ikun il-każ inkomplu mexjin fit-tfittxija għaż-żejt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nerġa` mmur għall-mistoqsija preċedenti tiegħi dwar il-qgħad.", "Mir-risposta tal-Prim Ministru jidher li m'huwiex inkwetat u mhux qed jallarma ruħu biċ-ċifra ta' 8,126 ruħ qegħda li hawn fil-pajjiż bħalissa.", "Bħal daż-żmien sena, eżattament fit-12 ta' Awissu, 1998 - kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni - il-Prim Ministru attwali kien iddeskriva ċ- ċifra ta' 7,000 ruħ qegħda bħala waħda \"allarmanti\".", "Allura jekk dan in- numru kien allarmanti, kif irrapportat f'\"The Times\", kif 8,000 m'huwiex allarmanti?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-allarm li kien hawn fil-pajjiż sa sena ilu kien ġej mill-fatt li l-gvern li kellna ma kienx jaf x'inhi d-direzzjoni tajba għal Malta.", "Kellna gvern li kisser il-fiduċja fil-pajjiż, kellna gvern li bl-esperimenti, partikolarment fir-riformi fiskali, ġab diżastru fil-finanzi, staġna l-ekonomija u allura fiċ-ċirkostanzi ta' dak iż-żmien jien kont allarmat li l-gvern ma kienx kapaċi jilqa` għas-sitwazzjoni tal- qgħad, li kienet qed turi li t-tendenzi huma ħżiena, fis-sens illi l- opportunitajiet tax-xogħol fil-pajjiż mhux se javverraw ruħhom.", "Veru li llum għadna nħossu l-effetti ta' dik is-sitwazzjoni u l-aktar ħaġa li ddejjaqni hi li minflok l-oppożizzjoni tgħin biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem, bl-atteġġjament negattiv tagħha qiegħda kontinwament ma tagħmilx ħaġa oħra ħlief tagħmel il-bsaten fir-roti, b'distinzjoni u b'kuntrast kbir ma' dak li għamlet l-oppożizzjoni fis-sentejn ta' gvern Laburista, meta aħna għamilna ħilitna kollha biex lill-gvern noħorġuh mill-problemi li daħal fihom.", "Nagħmel referenza għal-liġi li abbrogat dik tal-VAT u minflokha daħlet il- liġi tas-CET.", "F'dik il-liġi aħna konna ftaħna għajnejn il-gvern bl-iżbalji li kien qed jagħmel.", "L-Onor.", "John Dalli, mill-bankijiet ta' l- oppożizzjoni, kien qal lill-gvern li dik se ttellef lill-gvern revenue kbir, ftaħnilu għajnejh li kienet se tistaġna l-ekonomija u għamilna mozzjoni - ippreżentajtha jien - biex lill-gvern ngħidulu li jekk irid ineħħi l-VAT ineħħiha, idaħħal is-sistema tiegħu imma almenu jħallina ngħinuh biex din is-sistema taħdem u ma ġġibx effetti ħżiena fil-pajjiż.", "Nafu x'ġara.", "Il-gvern dik il-mozzjoni m'aċċettahiex.", "Hekk ukoll kien hemm mozzjoni oħra fuq l-Unjoni Ewropea u lill-gvern għednilu: Għandek il-politika tiegħek, iċ-ċirkostanzi tbidlu u aħjar tiftaħ għajnejk għal dak li qed tagħmel.", "Aħna għednilu li hu jibqa` fil- gvern u aħna mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni nagħtuh il-backing kollu tagħna.", "Hu kien imissu ħa l-okkażjoni - kif kienu qed jgħidu diversi membri mill-bankijiet tal-gvern stess - biex jiftaħ in-negozjati - kieku bdew sentejn ilu imma tlifna dik l-opportunita` u issa għandna taħbit kbir biex nippruvaw nerġgħu npoġġu lil pajjiżna fejn kien sentejn ilu - pero` il- gvern ta' Alfred Sant baqa` jwebbes rasu u mexa` fil-linja li ma kellhiex l- appoġġ tal-membri tiegħu stess fil-parlament u evidentement ma kellhiex l- appoġġ tal-poplu.", "Tant hu hekk li llum jinsabu fil-bankijiet ta' l- oppożizzjoni!", "Dawn huma l-fatti li, jiddispjaċini ngħid, il-Partit Laburista m'huwiex kapaċi jirrikonoxxi.", "Il-Partit Laburista m'huwiex kapaċi jirrikonoxxi l-falliment li għamel fi 22 xahar li dam fil-gvern u l-poplu tah risposta.", "Qallu: Ma naqbilx ma' dak illi int kont qed tipprova tagħmel.", "Dawn huma fatti.", "U trid tkun veru irresponsabbli biex tibqa` miexi bl-istess politika li ġiet miċħuda mill- parlament - għax għalhekk tilef il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-parlament il-gvern magħmul mill-Partit Laburista - u mbagħad il-maġġoranza elettorali ġiet miċħuda mill-elettorat b'numru kbir ta' vot.", "U xorta waħda l-Partit Laburista ma jridx jagħti kas lanqas ta' l-ilħna li hemm fil-partit stess illum, li qed jgħidulu biex ibiddel ir-rotta fuq l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) U naf x'qed ngħid!", "(Interruzzjonijiet) Anke fost id- deputati li hemm fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni hemm min qed jgħid li hemm bżonn ta' bidla fil-politika għar-rigward l-Ewropa.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Jiddispjaċini li ma jridx jaf.", "L-awgurju tiegħi lill-Partit Laburista hu li jaġġorna ruħu.", "Lill-Partit Laburista għentu biex jibqa` fil-gvern imma ma kienx kapaċi jibqa` fil-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' press release maħruġa mid-dipartiment ta' l-informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 dwar il-bir \"Madonna taż-Żejt\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10176.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Minsitru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti n-nefqa totali fi fuel għall-użu ta' karozzi fil- ministeru tiegħi u fid-dipartimenti li jaqgħu taħti għall-perijodu bejn il-5 ta' Settembru 1997 u l-21 ta' Ġunju 1998 u l-istess perijodu tas-sena ta' wara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9065; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-prezzijiet tal-kotba ta' l-iskola li jistgħu jinxtraw mill-ġenituri ta' studenti fi skejjel tal-gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10242.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti n-nefqa totali fi fuel għall-użu ta' karozzi fil- ministeru tiegħi u fid-dipartimenti li jaqgħu taħti għall-perijodu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9024.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' splużjonijiet jew tqegħid ta' bombi bejn l-1989 u t-30 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9708.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti n-nefqa totali fi fuel għall-użu ta' karozzi fil- ministeru tiegħi u fid-dipartimenti li jaqgħu taħti għall-perijodu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 9023.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 t'Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace huwa in possession.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, kont qed nitkellem dwar il-bżonn illi d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jkun mgħammar b'tagħmir modern u kont qed ngħid kemm huwa importanti li nbiddlu l-mentalita` egoistika tagħna.", "Hija xi ħaġa pożittiva li dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li jitwaqqaf dan id-dipartiment u kulħadd għandu jiġi mħeġġeġ jgħin fl- organizzazzjoni tiegħu.", "Jekk kemm-il darba fl-organizzazzjoni ta' dan id- dipartiment jiddaħħal ċertu element ta' edukazzjoni, fejn l-istudenti ta' l- iskejjel mhux biss jiġu edukati ġewwa l-klassijiet imma wkoll permezz ta' wirjiet li jsiru minn żmien għal żmien, l-istudenti jidraw ikunu konxji ta' dak kollu li jista' jiġri fil-pajjiż.", "Fl-opinjoni tiegħi għandha ssir ukoll kampanja edukattiva sħiħa fuq it-television ħalli b'hekk il-poplu jkun jista' jara b'għajnejh u jmiss b'idejh dak kollu li jkun qed jiġri.", "Mr Speaker, jien dejjem kont naħseb li l-kliem \"protezzjoni ċivili\" għandhom x'jaqsmu biss ma' għargħar u ħruq.", "Peress li l-kosta tagħna hija ċkejkna, iktar u iktar tikber l-importanza li nkunu mgħammra tajjeb anke għall-irqajja' taż-żjut, għaliex inkella dan jista' jħalli effett negattiv anke fuq is-settur turistiku.", "Jien nixtieq li dan id-dipartiment jirnexxi, pero` biex jirnexxi jrid ikun hemm il-koperazzjoni ta' kulħadd, fosthom il- kordinazzjoni bejn entitajiet differenti.", "Bħalma għedt dalgħodu, mhux biss il-kunsilli lokali għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom imma anke l-iscouts, il-każini tal-baned, il-każini politiċi u entitajiet oħra.", "Żgur li jekk hawn żewġ dipartimenti ta' importanza kbira f'pajjiżna dawn huma d- dipartiment tat-turiżmu u d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili għaliex filwaqt li l-qasam tat-turiżmu huwa l-pilastru ta' l-ekonomija tagħna, il- qasam tal-protezzjoni ċivili huwa wieħed mill-iktar oqsma importanti għaliex mhux biss jevita diversi mwiet u korrimenti imma wkoll jiġġieled dak kollu li jista' jħalli effett negattiv fuq is-settur turistiku.", "Issa ħalli ngħaddi biex nagħmel riferenza għal Għawdex.", "Mr Speaker, b'dispjaċir kbir ikolli nikkonstata l-fatt li Għawdex m'huwa msemmi mkien f'dan l-abbozz ta' liġi, u jien personalment ma nistax nifhem kif hawnhekk m'aħniex qed nilqgħu wkoll għal xi emerġenza li tista' ssir f'Għawdex.", "Jiġifieri dan ifisser li Għawdex se jiġi meqjus bħala t-tieni klassi u l-Għawdxin se joqogħdu jistennew li tiġi l-għajnuna minn Malta kull darba li jkun hemm xi diżgrazzja jew theddida ta' diżgrazzja hemmhekk?", "Jien nappella lill-ministru biex jikkonsidra li f'dan l-abbozz ta' liġi Għawdex jidħol bi struttura għalih, għalkemm nifhem li din l-istruttura tkun żgħira u iċken ħafna minn dik ta' Malta.", "Nispera li d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili ma jitlaqx fuq sieq waħda, mimli burokrazija, bħal dipartimenti oħra.", "Matul dan id-dibattitu ssemma l-bżonn li ssir lista tal-membri tal-forzi armati u tal-pulizija - f'din il-lista għandhom jiġu inklużi wkoll dawk li llum huma pensjonanti - li għandhom ċerta esperjenza f'dan il-qasam.", "Jien naqbel perfettament ma' dan is-suġġeriment u nħeġġeġ biex hekk kif dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi minn din il-Kamra, jittieħdu l-passi neċessarji biex issir din il-lista.", "B'hekk ikun jista' jitfassal pjan u jinħatru l-emergency managers li hemm bżonn.", "Kull settur għandu jkollu bniedem responsabbli għalih u mhux noħolqu sitwazzjoni fejn naħtru bniedem b'esperjenza f'xi sitta jew seba' oqsma li jkunu jikkonsistu minn ħruq sa protezzjoni ta' bini, tinġis u sorveljanza.", "B'dan il-mod id-dipartiment żgur li jkun jista' jiffunzjona aħjar.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nħeġġeġ għal darb'oħra li dan id-dipartiment jiġi organizzat kemm jista' jkun malajr ħalli nkunu nistgħu nibdew minnufih bil-kampanja edukattiva li semmejt qabel.", "Nittama wkoll li l-ministru jagħti widen għall-punti kollha li għamilt, partikolarment dak li jikkonċerna lil Għawdex, ħalli b'hekk anke f'dan il-qasam aħna l-Għawdxin inkunu on an equal footing ma' sħabna l- Maltin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki lill-Ministru ta' l-Intern biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nistgħu ngħidu li xi minn daqqiet id- dibattitu fuq il-qasam tal-protezzjoni ċivili kien interessanti, xi minn daqqiet kien oġġettiv u mbagħad kien hemm ukoll instances fejn id- diskussjoni ma kellha x'taqsam xejn ma' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu.", "Meta kont qed nagħmel l-introduzzjoni għal dan l-abbozz ta' liġi jien għedt li prattikament dan huwa l-istess abbozz ta' liġi li kien ġie mfassal u mressaq mill-amministrazzjoni preċedenti u li għalhekk bħalma aħna, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, konna vvotajna favur it-Tieni Qari ta' dak l-abbozz ta' liġi, illum hekk ukoll nippretendu li l-oppożizzjoni preżenti tivvota favur dan l-abbozz ta' liġi.", "Madanakollu rrid ngħid ukoll li dakinhar aħna, minkejja li konna vvotajna favur, konna kkritikajna ċerti provvedimenti li kien qed jipproponi l-abbozz ta' liġi mressaq mill-gvern Laburista u għalhekk, biex inkunu konsistenti magħna nfusna, aħna dehrilna li llum għandna nipproponu ċerti emendi għal dak l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt prinċipalment nistgħu ngħidu li aħna għamilna tliet emendi għall- abbozz ta' liġi kif propost mill-gvern Laburista, fosthom biex il-kunsill għall-protezzjoni ċivili ma jkunx open-ended f'dak li huwa numru ta' nies li jikkomponuh.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Gulia kellu raġun meta qal li bi żball ma ħariġx in-numru ta' persuni li għandhom jikkomponu dan il- kunsill, pero` fit-test Ingliż hemm miktub illi l-persuni li jistgħu jinħatru mill-prim ministru huwa limitat għal ħamsa.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn subklawsola (2) ta' klawsola 5 insibu li:", "\"The Council shall be appointed by the Prime Minister as follows:-", "(a) a number of representative members, being not more than five, ...\".", "Ta' min jgħid ukoll li dawn il-persuni għandhom ikunu ġejjin minn setturi differenti għax din is-subklawsola tkompli tgħid hekk:", "\"... who shall be chosen from amongst public officers occupying a senior position and performing duties in the ministries responsible for public works, environment, telecommunication and transport services, health services, economic affairs, fuel and energy affairs, and Gozo affairs;\".", "Naturalment il-prim ministru ma jistax jinnomina wieħed minn kull settur imsemmi f'din is-subklawsola għax inkella jkun hemm iktar minn ħames membri f'dan il-kunsill, pero` dawk il-ħamsa jridu jkunu ġejjin biss minn dawn is- setturi.", "Din hija l-ewwel emenda li għamilna għall-abbozz ta' liġi kif ippreżentat mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Issa ħalli niġi biex nispjega fiex tikkonsisti t-tieni emenda li għamilna għall-istess abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi mressaq mill-gvern Laburista kien qed jipproponi li biex wieħed jiġbor għall-bżonnijiet ta' dawk in-nies li jkunu ġew milquta minn xi diżastru naturali jew minn xi diżastru magħmul mill- bniedem, kif definit fil-liġi, l-ewwel għandu jmur jitlob il-permess tad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Issa aħna dehrilna li din hija burokrazija żejda għax jekk stess jirriżulta li f'dawn il-każijiet ikun qed isir xi abbuż, diġa` hemm liġijiet li jikkontrollaw dak l-abbuż, partikolarment il-Liġi Kriminali, li fost affarijiet oħrajn tkopri dawk ir- reati li għandhom x'jaqsmu mal-frodi.", "Ta' min jgħid ukoll li skond dak l- abbozz ta' liġi, dan il-permess kien meħtieġ anke jekk wieħed ikun qed jiġbor għall-vittmi ta' xi emerġenza li tkun inqalgħet barra minn Malta għax dan ma kienx qed jistabilixxi li din il-ħtieġa tal-permess tgħodd biss fil-każ ta' xi emerġenza li tinqala' f'Malta.", "Għalhekk l-abbozz ta' liġi kif propost mill-gvern Laburista kien qed jesiġi li jekk kappillan ikun jixtieq jitlob għajnuna finanzjarja mingħand il-parruċċani tiegħu sabiex jiġbor għal xi diżastru naturali li jkun sar barra minn Malta, dan kien ikun irid iġib il-permess tad-direttur għall-protezzjoni ċivili.", "Imma, bħalma għedt diġa`, aħna għedna li din hija burokrazija żejda u fil-fatt eskludejna din l-esiġenza.", "Kif diġa` spjegajt fid-diskors introduttorju tiegħi, illum diġa' teżisti l-assistance and rescue force pero` issa se nagħtuha libsa legali, u fost il-membri ta' din il-forza hemm ukoll membri tal-korp tal-pulizija.", "Madanakollu fl-abbozz ta' liġi li kien ġie propost mill-amministrazzjoni preċedenti ma kienx hemm garanzija li d-drittijiet tal-pensjoni li akkwistaw il-membri tal-korp tal-pulizija meta kienu membri tal-korp jiġu garantiti, anke jekk jagħżlu li jmorru jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Ħalli nagħti eżempju biex wieħed jifhem iktar x'qed ngħid.", "Kif kulħadd jaf, kulmin huwa membru fil-korp tal-pulizija għandu d-dritt tal- pensjoni wara 25 sena servizz.", "Issa ejjew nassumu li xi ħadd jagħmel għaxar snin membru fil-korp tal-pulizija u mbagħad jagħżel li jidħol jaħdem fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Aħna, f'dan l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu, qegħdin ngħidu li dawk is-snin li dan il-membru jkun għamel mal- korp tal-pulizija għal skopijiet ta' pensjoni ma jintilfux, jiġifieri anke jekk dan ikun għamel għaxar snin mal-korp tal-pulizija u mbagħad jagħmel 15- il sena oħra mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, aħna qegħdin niggarantixxu li l-pensjoni ma tintilifx u li għal skopijiet ta' pensjoni jkun qisu baqa' membru fil-korp tal-pulizija.", "Issa naturalment jien ġibt bħala eżempju membru tal-korp tal-pulizija għaliex huma biss il-membri tal- korp tal-pulizija, il-membri tal-forzi armati u l-impjegati tal-ħabs li għandhom dritt għal 25 sena servizz.", "Madanakollu dan ma kienx ġie garantit fl-abbozz ta' liġi preċedenti u għalhekk aħna qed niggarantuh issa bi klawsola 12, li tgħid illi:", "\"Membru tal-Korp tal-Pulizija li jiġi trasferit għall-Forza ta' Għajnuna u Ħelsien ...\"", "- ċertament li għadni m'iniex kuntent bil-kliem \"għajnuna u ħelsien\" -", "\"... imwaqqfa taħt dan l-Att jew li jtemm milli jkun membru tal-Korp tal-Pulizija minnufih qabel, u għall-għanijiet li, isir membru tal- Forza ta' Għajnuna u Ħelsien, għandu għall-għanijiet ta' kull liġi li tapplika għal pensjonijiet li jitħallsu lil membri tal-Korp tal- Pulizija, jitqies bħallikieku huwa baqa' fil-Korp tal-Pulizija ...\".", "Mela hawnhekk qed ngħidu li s-servizz ta' dan l-impjegat għal skopijiet ta' pensjoni se jiġi ggarantit daqs li kieku baqa' fil-korp tal-pulizija nnifsu.", "Mr Speaker, emenda oħra li għamilna u li ħadd ma tkellem dwarha, pero` li nemmen illi huwa tajjeb li nagħmlu riferenza għaliha, tikkonċerna l-fatt illi fl-abbozz ta' liġi kif propost mill-amministrazzjoni preċedenti kien hemm provvediment illi jgħid li l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tal-protezzjoni ċivili setgħu jsiru parti mil-liġijiet ta' Malta mingħajr l-approvazzjoni tal- parlament.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn klawsola 7 ta' dak l-abbozz ta' liġi - u jien niftakar li dak iż-żmien kont għamilt kritika fuq dan il- punt partikolari - isib li din kienet tgħid hekk:", "\"Il-Ministru responsabbli għall-protezzjoni ċivili jista' jipprovdi b'regolamenti dwar it-twettiq jew it-tisħiħ ta' xi konvenzjoni internazzjonali jew ta' kull ftehim internazzjonali ieħor li jkollhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ċivili li dwarhom il-Gvern ta' Malta jkun, jew ikollu ħsieb li jsir, membru tagħhom.\".", "Issa dan jista' jiġi interpretat li b'regolament tista' ddaħħal fis-seħħ konvenzjoni internazzjonali dwar il-protezzjoni ċivili, anke jekk kemm-il darba din il-konvenzjoni tkun f'konflitt ma' xi liġi li għandna f'Malta, jiġifieri fi kliem ieħor jekk din il-konvenzjoni ma tkunx tista' tidħol mill-bieb prinċipali, tkun tista' tidħol mill-bieb tal-ġenb.", "Għalhekk aħna għamilna emenda f'dan is-sens fl-abbozz ta' liġi li qed nipproponu billi għedna li biex konvenzjoni internazzjonali ssir parti mil-liġijiet ta' Malta, din bilfors trid titressaq quddiem dan il-parlament.", "Mr Speaker, jien skantajt meta l-Onor.", "Joe Mizzi qal illi meta kont membru ta' l-oppożizzjoni jien għamilt xi kritika ħarxa dwar l-abbozz ta' liġi li kien qed iressaq il-gvern Laburista fuq il-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Jien għadni kif spjegajt x'kienu l-punti li aħna, bħala oppożizzjoni, ma konniex qbilna magħhom, u għamilna t-tibdiliet li ħassejna li kien hemm bżonn isiru permezz ta' l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu.", "Pero` hawn irrid ngħid ukoll li mhux veru li jien ikkritikajt il-pieni ħorox li kien hemm stabiliti fl-abbozz ta' liġi propost mill-gvern Laburista għal min, f'mumenti ta' diżastru nazzjonali, jikkommetti r-reat ta' looting, jiġifieri minflok ma jmur jgħin lill-vittmi ta' dak id- diżastru jmur jara kif se jħaxxen butu billi, per eżempju, jisraq id-djar li jkunu ġew milquta minn dak id-diżastru.", "Nerġa` nirripeti li jien qatt ma kkritikajt dawk il-pieni, anzi dejjem għedt li dawk il-pieni huma tajbin, u li kkritikajt kienu biss dawk it-tliet punti li semmejt u li, kif għedt diġa`, emendajniehom permezz ta' l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu llum.", "L-Onor.", "Mizzi qal li jien kont għedt illi l-kunsill għall- protezzjoni ċivili kien kbir wisq.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li mbagħad aħna għamilna emenda biex nillimitaw in-numru ta' membri li jikkomponu dan il-kunsill.", "U għaliex ħassejna dan il-bżonn?", "Għaliex f'mument ta' emerġenza ma jkunx hemm bżonn ta' assemblea sħiħa imma jkun hemm bżonn biss grupp ristrett ta' nies li jkun jifhem u li jkun kapaċi jeħu deċiżjonijiet tajbin.", "Anke l-kuraġġ u l-ħeffa biex wieħed jieħu ċerti deċiżjonijiet huma importanti meta jseħħ xi diżastru naturali, daqskemm huwa importanti wkoll illi dawn id-deċiżjonijiet ma jittieħdux minn ħafna nies mingħajr ma jkun hemm kmandant li jidderieġi xi ftit is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt huwa proprjament minħabba f'hekk li dan l-abbozz ta' liġi qed jesiġi li għal kull diżastru, kemm jekk dan ikun naturali kif ukoll jekk ikun magħmul mill-bniedem, u għal kwalunkwe emerġenza differenti li tista' tinqala` għandu jinħatar kmandant - u hawnhekk issa qiegħed nirrispondi għall-punt li qajjem l-Onor.", "Gulia - liema kmandant ikun irid jobdih kulħadd.", "F'okkażjoni oħra diġa` għedt li, per eżempju, jekk ikun hemm xi inċident fuq il-baħar, peress li d-dmirijiet tar-rescue qegħdin f'idejn il- forzi armati, huwa probabbli li jkun il-kap kmandant tal-forzi armati l- kmandant ta' dik l-operazzjoni.", "Mr Speaker, matul id-diskors tiegħu l-Onor.", "Mizzi ddefenda bil-kbir dak li wettaq hu - jew inkella dak li jidhirlu li wettaq hu fil-kamp tal- protezzjoni ċivili! - u, kuntrarjament għal dak li għamilt jien, ipprova joskura dak kollu li sar qabel ma sar ministru bla portafoll, fejn fost affarijiet oħra kien responsabbli mill-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Issa jien ma jien beħsiebni noqgħod nagħmel l-ebda eżerċizzju biex nara min skorja l-iktar fix-xogħol li twettaq għall-qasam tal-protezzjoni ċivili jekk hux il-parti blu jew il-parti ħamra.", "Wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nikkritikaw lil xulxin fuq il-metodu iktar milli fuq l-iskop għaliex l-iskop tagħna lkoll hu li d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jkun wieħed b'saħħtu u effiċjenti, u huwa importanti li ma ninsewx li dak hu l-iskop.", "Naturalment jista' jkun li filwaqt li naħa temmen li din hija l-aħjar triq, in-naħa l-oħra ma tkunx taħsibha l-istess pero` fl-aħħar mill- aħħar l-iskop taż-żewġ naħat irid ikun l-istess.", "Mr Speaker, issa hawnhekk huwa importanti li wieħed jenfasizza li l-qasam tal-protezzjoni ċivili fil-kontest tal-protokoll finanzjarju Taljan bdieh il-gvern Nazzjonalista.", "Ta' min jgħid li dak iż-żmien il-Ministru Louis Galea kien ħa interess kbir f'dan il-qasam, sal-punt illi kien iffirma ftehim mal-Gvern Taljan, proprjament biex jiġu allokati l-flus mill- protokoll finanzjarju Taljan għall-iskopijiet tal-protezzjoni ċivili u, permezz ta' dan il-ftehim matul is-snin, kemm taħt gvern kif ukoll taħt ieħor, il-Gvern Taljan tana b'xejn laneċ u tagħmir ieħor.", "Fil-fatt fil- perijodu qasir ta' tliet snin jew ta' tliet u nofs bejn fire-engines, laneċ, operations room u tagħmir ieħor il-Gvern Taljan tana kważi b'Lm7 miljun.", "Il-Gvern Taljan għenna wkoll nagħmlu pjan nazzjonali dwar il-qasam tal-protezzjoni ċivili, u biex dan seta' jsir kienet ġiet għal diversi xhur id-ditta Castaglia, li kienet ħadet it-tender ta' dan il-proġett, u l- ewwel rat x'hemm bżonn isir, biex imbagħad abbażi ta' dak il-pjan bdew jiġu ordnati l-affarijiet li hemm bżonn mill-Italja.", "L-unika kondizzjoni li konna marbutin biha taħt il-protokoll finanzjarju Taljan kienet dik illi dak li għandna nixtru għal dan il-qasam irridu nixtruh mill-Italja, pero` din stands to reason, kif qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Ma naħseb li għamilna xejn straordinarju meta mill-erba' laneċ li tawna, filwaqt li tlieta minnhom semmejniehom \"Melita I\", \"Melita II\", u Sea Salvor, ir-raba' u l-aħħar wieħed semmejnieh \"Garibaldi\", u hawn irrid nagħmilha ċara li semmejnieh \"Garibaldi\" mhux għax qalulna imma għaliex riedna nuru l-apprezzament tagħna.", "Allura b'daqshekk x'għamilna ħażin?", "Wara kollox, kif għedt diġa`, dan m'huwiex ħlief forma ta' apprezzament għall-għajnuna li taw il-gvern u l-poplu Taljan lil pajjiżna.", "Fi żmenijiet oħrajn issemmiet triq għall-missjoni militari Taljana biex nuru l- apprezzament tagħna.", "Allura għax semmejna triq għall-missjoni militari Taljana, li ilha mwaqqfa għal iktar minn 20 sena u li għenet lill-Gvern Malti f'diversi oqsma, b'daqshekk aħna lagħaqin?", "F'Malta għandna anke triq imsemmija għal Aldo Moro, li kien għen ħafna meta ġie konkluż it-trattat man-NATO fuq il-kera tal-bażi ta' Malta lin-NATO għal seba' snin, bejn l- 1972 u l-1979.", "Allura b'daqshekk għamilna xi ħaġa ħażina?", "J'Alla jkun hemm iktar popli ġenerużi daqskemm kien ġeneruż il-poplu Taljan magħna u nkomplu nsemmu iktar toroq jew laneċ għalihom!", "Jekk fhimtu sew l-Onor.", "Mizzi qal li saret diskriminazzjoni politika fl- għażla ta' l-assistance and rescue officers.", "S'issa s-suġġett ta' kif ġew ingaġġati ċerti mpjegati matul l-amministrazzjoni preċedenti jien evitajtu ħalli għallinqas f'suġġett bħal dan nipprova nevita kemm jista' jkun il- kontroversja politika.", "Madanakollu issa ġaladarba saret l-allegazzjoni jidhirli li mhux biss għandi nirrispondi għaliha imma għandi nsemmi b'liema mod sar l-ingaġġ filwaqt li nispjega wkoll x'ġara fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti biex nuri kemm dan il-gvern mhux talli ma wettaqx diskriminazzjoni politika imma talli rranġa l-iżbalji u ddritta dak li ġie mgħawweġ mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Mr Speaker, nibda billi ngħid illi pajjiżna dejjem kellu fire brigade u tradizzjonalment din dejjem waqgħet taħt il-korp tal-pulizija.", "Jiġifieri l- uniċi nies li kellhom esperjenza ta' kif jitfu n-nar kienu l-membri tal- korp tal-pulizija, sakemm kemm il-gvern Nazzjonalista preċedenti kif ukoll il-gvern Laburista ħassew li ġaladarba jitwaqqaf id-dipartiment għall- protezzjoni ċivili, il-fire brigade ma għandhiex tibqa` taqa' taħt il-korp tal-pulizija imma għandha tibda taqa' taħt dan id-dipartiment.", "Issa f'ċirkostanza bħal din lili l-loġika tgħidli biex l-ewwel nimpjega lill- ħaddiema tal-fire brigade mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili u mbagħad jekk jifdal xi vacancies, kif probabbilment kien se jifdal ...", "U għaliex qed ngħid li probabbilment kien se jifdal xi vacancies?", "Għax kien hemm regolament li jgħid illi jekk wieħed ikun għalaq il-50 sena, dan ma jistax imur jaħdem fid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, u fil-fatt kien hemm diversi ħaddiema li kienu fil-fire brigade u li kienu għalqu l-50 sena.", "Għalhekk il-loġika tgħidlek biex l-ewwel toħroġ l-applikazzjonijiet bir-regolamenti tal-PSC għall-ħaddiema tal-fire brigade u mbagħad, jekk jifdal vacancies, dawn timlihom minn barra l-fire brigade.", "Madanakollu fi żmien il-gvern preċedenti ġara eżattament il-kuntrarju.", "Issa isimgħu dan li se ngħid ħalli taraw kemm hi tajba din!", "Kienu nħarġu żewġ tipi ta' applikazzjonijiet fl-istess ġurnata, it-tnejn għal rescue and assistance officer, liema applikazzjonijiet kienu jesiġu li filwaqt li jekk inti membru fil-korp tal-pulizija biex tkun eliġibbli għall- eżami irid ikollok sentejn esperjenza fit-tifi tan-nar - jiġifieri dan mhux biex tgħaddi jew ma tgħaddix imma sempliċement biex tkun tista' tipparteċipa fit-tellieqa - jekk inti m'intix membru fil-korp tal-pulizija m'hemm għalfejn ikollok l-ebda esperjenza f'dan il-qasam, u f'dak il-każ l- uniku requirement li kellek kien illi tkun minn grade 16 to grade 20 fis- servizz pubbliku, li huma fost l-iċken gradi.", "Mela sabiex nagħti eżempju, jekk jien ġardinar u m'għandix idea ta' kif nitfi n-nar, skond l- applikazzjoni li ħarġet fi żmien il-Partit Laburista, f'dak il-każ jien kelli dritt napplika għal assistance and rescue officer, pero` jekk min- naħa l-oħra jien pulizija illi ilni nvolut fit-tifi tan-nar għal sena u 11- il xahar ma nistax napplika.", "Issa hawnhekk irrid infakkar li dan kollu sempliċement biex dak li jkun jipparteċipa fit-tellieqa!", "Għaliex li kieku ningħata l-opportunita` li ntellaq u mbagħad jagħżlu lill-ieħor minfloki fiha u ma fihiex, imma f'dan il-każ lanqas biss ingħatajt l-opportunita` li ntellaq biex nipprova nsir assistance and rescue officer!", "Il-bieraħ waqt is-seduta l-Onor.", "Mizzi qal li dan sar għaliex l-isteering committee ried li kemm jista' jkun ma jidħlux pulizija fid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, ħalli b'hekk ma jonqosx in-numru ta' pulizija mill-korp.", "Issa hawn irrid niċċara l-fatt illi dawk li kienu jitfu n-nar veru kienu pulizija, pero` dawn qatt ma kienu jkunu fl-għases jew jagħmlu xi xogħol ieħor li normalment jiġi assoċjat mal-pulizija.", "Imma ħalli nkompli ngħid x'qalilna l-Onor.", "Mizzi l-bieraħ biex jipprova jiġġustifika l-mod kif kien mexa l- gvern Laburista f'dan ir-rigward.", "Huwa qal li l-gvern Laburista kien mexa b'dak il-mod minħabba li l- isteering committee kien iddeċieda - għaliex dawn fejn iridu jgħidu li kien ħa din id-deċiżjoni l-gvern Laburista u fejn iridu jwaħħlu fl-isteering committee! - li ma jidħlux ħafna pulizija.", "Issa din l-ammissjoni tfisser illi biex tkun pulizija u tidħol mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, l-ewwel trid taqbeż dak l-iskoll li l-oħrajn m'għandhomx, jiġifieri li trid tkun ilek sentejn fil-korp tal-pulizija titfi n-nar - mentri, kif għedt diġa`, il-ġardinar li japplika għall-istess grad ma kellux dan l-ostaklu! - u mbagħad jekk stess ikollok dak ir-rekwiżit kien hemm ordni, direttiva jew sejħilha li trid - issa kif dan jista' jiġri, bil-public service commission b'kollox, jien għadni ma nistax nifhem - biex f'dan id-dipartiment ma jidħlux ħafna pulizija.", "Fil-fatt hekk ġara għax jekk wieħed iħares lejn iċ- ċifri jsib li filwaqt li minn dawk il-pulizija li applikaw għaliex qabżu l- iskoll ta' sentejn esperjenza fit-tifi tan-nar daħlu biss 17% - għax kien hemm pulizija oħra li xtaqu japplikaw imma ma setgħux għax ma kellhomx sentejn esperjenza imma kellhom sena u 11-il xahar - u minn dawk l- impjegati tal-gvern li ma kellhomx esperjenza fit-tifi tan-nar daħlu 63%.", "Mr Speaker, jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li dan kien każ illi kien jirrikjedi inkjesta u li jien kont inkun naf x'inhu r-riżultat tagħha mal-ewwel għaliex, ngħid għalija, jien ma nistax nimmaġina każ ta' inġustizzja lampanti iktar minn hekk.", "Madanakollu meta sirt ministru jien kont naf li jekk nordna inkjesta, kien jiġi deċiż illi issa, la laħaq ġara dan il-każ, ma jista' jsir xejn u kollox kien jieqaf hemm, u allura dak iż- żmien kont argumentajt li lanqas ħaqq iż-żmien li jintilef biex issir inkjesta.", "Ta' min jgħid ukoll li sadanittant kienu reġgħu nħolqu diversi vacancies fil-qasam tas-civil protection - għax kien hemm min l-ewwel applika u mbagħad irtira, jew għaliex ma kienx tajjeb jew inkella għaliex ma kellux kwalitajiet biżżejjed biex jagħmel kors fit-tifi tan-nar - u għalhekk aħna ddeċidejna li dawk li daħlu, issa daħlu, jagħmlu l-kors u good luck to them!", "Għax dawn m'għandhom l-ebda tort.", "Wara kollox jekk toħroġ applikazzjoni li jien nista' napplika għaliha m'għandix tort illi nipprova nitfa' l-applikazzjoni tiegħi, pero` mbagħad dawk li minkejja li kellhom iċ- ċertifikati ma setgħux japplikaw, jew minħabba l-mod kif ħarġu r- regolamenti jew inkella minħabba li kien hemm in-numerus clausus - kif ammetta l-bieraħ l-Onor.", "Mizzi stess - biex kemm jista' jkun ma jmorrux jaħdmu pulizija fil-qasam tal-protezzjoni ċivili għaliex lil dawn kellna bżonnhom għal xogħol ieħor ...", "Issa din l-ammissjoni li għamlet l- oppożizzjoni l-bieraħ tafu xi tfisser?", "Li jekk jien tajjeb, għandi ċ- ċertifikati li jien kapaċi fil-qasam tat-tifi tan-nar, pero` ma nilħaqx nidħol fin-numerus clausus ta' 24 - għaliex mid-dehra daqshekk ġie stabilit illi kellhom jidħlu pulizija fil-qasam tal-protezzjoni ċivili! - għax niġi l-25 wieħed, għalkemm jien iktar kapaċi mill-impjegati tal-gvern fil-grad ta' 16 sa 20 f'dan ix-xogħol, dawn jidħlu minfloki - din qisha hija xi forma ta' positive discrimination, imma hija diskriminazzjoni kontra min hu kkwalifikat - u dan għar-raġuni li ġie deċiż illi ma għandhomx jidħlu ħafna pulizija fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili nwaqqfek għax għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tibqa' għaddej bid-diskors tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirringrazzja lill-Kamra għal dan il-ġest.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid, hekk kif aħna tlajna fil-gvern għedna li minflok ma noqogħdu nitilfu ż-żmien nagħmlu l-inkjesti jkun aħjar jekk dawk li laħqu daħlu nħalluhom hemm u mbagħad nerġgħu niftħu call for applications għal dawk il-pulizija li għandhom il-kwalifiki neċessarji biex jidħlu jaħdmu f'dan il-qasam imma li ma kenux ingħataw iċ-ċans li jagħmlu dan.", "Fil-fatt din il-call for applications għalqet fl-aħħar tas-sena, ġiet proċessata fil-bidu tas-sena, dawk li applikaw għamlu l-kors ...", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn l-applikanti diġa` kienu għamlu dan il-kors qabel imma dak hu r-rekwiżit tal-public service commission, u dawn, ħlief dawk li ma setgħux japplikaw minħabba li għandhom l-eta` ta' 50 sena u ħlief dawk li weħlu mill-medical test, daħlu kollha.Issa jien ma qgħadtx niċċekkja kull każ personalment pero`, kemm meta konna fl-oppożizzjoni kif ukoll meta konna fil-gvern, ġie quddiemna grupp rappreżentattiv ta' dawn il-membri tal- korp tal-pulizija li spjegawlna l-każ tagħhom u aħna għedna li ġaladarba dawn għandhom raġun, aħna ma għandna nagħmlu preferenzi u diskriminazzjoni ma' ħadd u filwaqt li lil dawk li kienu laħqu daħlu fi żmien il-gvern Laburista ħallejniehom kollha hemmhekk, tajna ċans lil dawk il-membri tal- korp tal-pulizija li xtaqu jidħlu fil-qasam tal-protezzjoni ċivili wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk l-Onor.", "Mizzi jgħidli li dawn il-membri tal- korp tal-pulizija huma kollha Nazzjonalisti, li fil-fatt m'humiex, allura dan ikun ifisser li dawn fi żmien il-gvern Laburista ma tħallewx japplikaw għal skopijiet politiċi.", "Ara aħna meta ħriġna l-applikazzjonijiet għal assistance and rescue officers, daħħalna lil kulmin kien ħaqqu jidħol, irrispettivament mill-fehma politika tiegħu.", "Issa jien qed ngħid dan kollu biex nuri kemm mhux talli aħna ma ħloqniex inġustizzji fil-każ tal-fire brigade tal-protezzjoni ċivili imma talli ħdimna ħafna biex insolvu l- inġustizzji u biex innaddfu fejn ħammeġ ħaddieħor.", "Dak li għamilna aħna u s'issa dan għamilnieh mingħajr ħafna pompa u għajjat pero` issa, ġaladarba tqajjem dan il-każ fil-parlament, naħseb li kien xieraq li wieħed jispjega x'ġara eżattament f'dan il-każ.", "Mr Speaker, fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Gulia qal li aħna naqqasna l- overtime lil dawk il-membri tal-korp tal-pulizija li huma impjegati fil- fire brigade u li bil-lejl f'ċerti stazzjonijiet tat-tifi tan-nar qed ikun hemm tnejn min-nies biss.", "Nibda biex ngħid li dan m'hu veru xejn u fil- fatt, eżattament kif għamel din il-kritika, jien iċċekkjajt ma' min kelli niċċekkja u kkonfermajt li m'huwiex minnu li fl-istazzjonijiet tat-tifi tan- nar bil-lejl qed ikun hemm biss tnejn min-nies, anzi rrid ngħid li din is- sena n-numru ta' ħaddiema taħt il-qasam tal-protezzjoni ċivili li jkunu on duty bil-lejl żdied mis-sena l-oħra 'l hawn, jiġifieri mill-1998.", "Lanqas huwa minnu li d-dipartiment naqqas xi kondizzjonijiet lill- impjegati, anzi rrid ngħid li l-impjegati tal-fire brigade kienu jaħdmu 84 siegħa fil-ġimgħa.", "Fil-fatt illum dawn qed jaħdmu 56 siegħa fil-ġimgħa, li minnhom 46 siegħa huma parti mix-xogħol normali tagħhom filwaqt li l-oħrajn jitħallsu overtime tagħhom.", "Ara qabel is-sistema ma kenitx hekk.", "Meta dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu fil-korp tal-pulizija ma kenux jieħdu overtime imma kienu jieħdu special duty allowance, imma issa, li jifformaw parti mid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, peress li waħda mill- kondizzjonijiet tagħhom hija li jaħdmu 46 siegħa fil-ġimgħa, kull siegħa extra li jaħdmu qed tingħatalhom bħala overtime.", "Fil-fatt bħala medja kull sena dawn il-ħaddiema qed idaħħlu Lm885 f'overtime u Lm935 bħala ħlas extra talli jaħdmu fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi.", "Ta' min jgħid ukoll li issa r- roster ta' dawn il-ħaddiema sar bħal dak li kien jitħaddem f'ċerti taqsimiet ta' l-armata, jiġifieri dawn jaħdmu ġurnata t'24 siegħa, imbagħad jieħdu jum rest u jum off u mbagħad jerġgħu jaħdmu ġurnata oħra t'24 siegħa.", "Jien ma jidhirlix li dawn il-kondizzjonjiet ta' xogħol huma ħżiena, iktar u iktar meta issa b'dan l-abbozz ta' liġi li qed inressqu llum qed niggarantulhom li d-drittijiet tal-pensjoni li kellhom meta kienu fil-korp tal-pulizija se jeħduhom sħaħ meta jmorru jaħdmu fil-qasam tal- protezzjoni ċivili, daqs li kieku ma kellhom l-ebda interruzzjoni fis- servizz tagħhom.", "Meta wieħed isemmi dawn il-vantaġġi kollha malajr jinduna li l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema huma ferm aħjar minn dawk li kellhom qabel.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li dawk li qabel ma kenux membri fil-korp tal-pulizija imma li kienu fl-iċken gradi taċ-ċivil illum qed igawdu l-istess kondizzjonijiet daqs sħabhom il-pulizija li llum jifformaw parti mid-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Mr Speaker, jien naħseb li s-snin li ġejjin se jkunu interessanti ħafna għall-qasam tal-protezzjoni ċivili għaliex għandna ħafna affarijiet in place, fosthom l-assistance and rescue force u anke t-tagħmir li ġie mogħti lilna mill-Gvern Taljan.", "Xi tliet xhur ilu kelli laqgħa qasira mal- ministru Taljan responsabbli mill-protezzjoni ċivilii, il-ministru Francesco Barberi, li wegħedna li anke fil-futur, il-qasam tal-protezzjoni ċivili se jibqa` meqjus mill-Gvern Taljan bħala importanti fl-għajnuna li huwa jagħti lil Malta.", "Issa li l-gvern tana l-inġenji u l-laneċ li kellna bżonn, aħna qed nagħmlu enfasi kbir biex il-forma ta' għajnuna li jagħtina tkun tikkonsisti fit-taħriġ tal-ħaddiema.", "Irrid ngħid ukoll li l-laneċ li tana l-gvern Taljan qed jiġu wżati kollha u fuq tnejn minnhom sar ftehim bil-miktub mal-forzi armati ta' Malta sabiex dawn jintużaw minnhom f'Malta għal skopijiet ta' rescue fuq il-baħar, pero` bil-kondizzjoni li tgħid illi jekk tinqala' xi emerġenza d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jista' jużahom hu, kif ukoll bil-kondizzjoni li l-proprjeta' ta' dawk il-laneċ tibqa` tal-protezzjoni ċivili.", "Fil-fatt fuq dawn il-laneċ hemm miktub biż- żebgħa l-kliem \"Protezzjoni Ċivili\".", "Għar-rigward is-Sea Salvor, irrid ngħid li din l-opra tal-baħar ukoll qiegħda tintuża u fil-fatt hemm il-ħsieb, kif kien hemm il-ħsieb anke fi żmien il-gvern preċedenti, li din tintuża għal tug chartering, imbasta ma jinkisirx il-ftehim li jeżisti mal-Gvern Taljan.", "Għar-rigward tal- Garibaldi, nistgħu ngħidu li din il-lanċa bdiet tintuża mal-ewwel u fil- fatt dan is-sajf sorġiet fil-bajja ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemmhekk mhux biss assistiet għal operazzjonijiet ta' salvataġġ imma anke għenet lill-organizzazzjonijiet volontarji sabiex ikunu jistgħu joffru s-servizz tagħhom fuq ix-xtajtiet, liema servizz ġie estiż għal bajjiet oħrajn.", "Biżżejjed ngħid li bis-saħħa tal-kuntatti li dawn l-organizzazzjonijiet volontarji għandhom mar-Red Cross Taljana, dan is-servizz ġie estiż anke għall-gżira ta' Għawdex.", "Naturalment xejn ma jista' jsir f'daqqa, pero` bil-mod il-mod matul ix-xhur tas-sajf qegħdin dejjem inżidu s-sigurta` max- xtajtiet billi l-gvern qed jgħin lil dawn l-għaqdiet volontarji.", "Fil-fatt din l-inizjattiva kienet ittieħdet mill-gvern Nazzjonalista fl-1996 u mbagħad kienet tkompliet mill-gvern ta' wara.", "Mr Speaker, sfortunatament waqt dan id-dibattitu tqajmu affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-qasam tal-protezzjoni ċivili - saħansitra saru attakki fuq nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan il-qasam - għalhekk jidhirli li issa hija responsabbilta` tiegħi li niddefendi lil dawn in-nies li ssemmew.", "Per eżempju, matul is-seduta tal-bieraħ l-attakk ġie kkonċentrat għal xejn b'xejn fuq bniedem li jien inħoss li ma jixirqulux dawk l-attakki għax, kien fejn kien, dejjem wettaq id-dmirijiet tiegħu lejn l-Istat bl-ikbar lealta`; u hawnhekk qed nirriferi għad-direttur attwali tal-ħabs.", "Għalkemm dan ma ntqalx direttament, intefgħet il-botta li dan il- gvern neħħa lid-direttur tal-ħabs li kien hemm qabel.", "Issa dan m'hu veru xejn u dan qalu pubblikament l-ex-direttur tal-ħabs stess, li qal li kellu bżonn jitlaq minn dik il-kariga għal raġunijiet personali u li ma kellu l- ebda pressjoni biex jitlaq.", "Anzi meta wara l-elezzjoni ġie jkellimni u offra r-riżenja tiegħu, kif jagħmlu ħafna wara li tinbidel l- amministrazzjoni, dik ir-riżenja jien m'aċċettajthiex, pero` meta mbagħad xi ġimgħat wara huwa reġa` talab biex jitlaq minn dik il-kariga għal raġunijiet personali, jien kont f'pożizzjoni li nissostitwih għax kien informani minn qabel biżżejjed biex inkun nista' nagħmel dan.", "Il-gvern, meta sab ruħu quddiem din is-sitwazzjoni, peress li baqa' jiftakar is- servizz tajjeb li kien ta d-direttur Manuel Cassar - li huwa membru fil- korp tal-pulizija - meta kien direttur tal-ħabs.", "Biżżejjed ngħid li wara s- sensiela ta' ħrib li kien qed ikun hemm fil-ħabs, meta Manuel Cassar kien direttur tal-ħabs huwa kien irriduċa din is-sensiela ta' ħrib għal żero għaliex hekk kif f'Lulju ta' l-1995 laħaq direttur tal-ħabs, xahrejn biss wara li kont ilħaqt ministru jien, kien ħa ċerti miżuri ta' sigurta` u organizza l-ħabs b'tali mod li s-sigurta` ta' dan il-post tjiebet konsiderevolment.", "Jien iddejjaqt ukoll li sar l-attakk illi hekk kif inbidlet l- amministrazzjoni, f'Ottubru 1996, dan ma riedx jibqa' joffri s-servizz tiegħu lill-gvern ta' wara u fil-fatt id-dokumenti li għandi juru li dan m'hu minnu xejn.", "Fil-fatt li kien qed jiġri kien - issa dan apparti li ħallewh waħdu u li lanqas biss kienu jiġu organizzati xi forma ta' laqgħat fuq it-tmexxija tal-ħabs u fuq id-direzzjoni li huwa għandu jieħu - illi beda jiġi mminat minn gazzetti li jappoġġjaw lill-gvern Laburista sal-punt illi wara li fi Frar ta' l-1997 kien ħareġ bis-sick-leave għal xi ġimgħat, meta talab illi jerġa' jidħol bħala direttur tal-ħabs - wara li ġab ċertifikat mediku li seta' jerġa' jidħol - ingħatatlu t-tweġiba li ma setax jerġa' jieħu postu bħala direttur tal-ħabs.", "Il-gvern kellu dritt li jagħmel dan - u fil-fatt il-kuntratt stess jgħid li l-gvern għandu dritt li jiddeċiedi li wieħed ma jibqax direttur tal-ħabs, kif wara kollox kelli d- dritt li nagħmel jien mad-direttur preċedenti imma m'għamiltux - pero` rridu nammettu li kien il-gvern Laburista li ddeċieda li ġaladarba s-Sur Cassar kien ħareġ bis-sick-leave, ma setax jerġa` jidħol jaħdem f'dik il- kariga.", "Nerġa` ngħid li l-gvern kellu kull dritt li jagħmel dan pero` għallinqas kien imissu bagħtu lura fil-korp tal-pulizija fejn huwa kellu l- kariga ta' supretendent.", "Huwa hawn fejn jien ngħid li l-azzjoni li saritlu kienet kattiva fil- konfront tiegħu, illi wara li serva lill-gvern u \"stabilizza l-ħabs\" - qed nuża l-frażi li kien uża l-prim ministru ta' dak iż-żmien, meta kien qed jirriferi għalih - għal erba' xhur sħaħ la bagħtuh biex imexxi l-ħabs u lanqas bagħtuh fil-korp tal-pulizija.", "Dan minkejja li l-avukat ġenerali kien tahom parir bil-miktub li dan ma setgħux jagħmluh imma kellhom jiddeċiedu jekk jerġgħux ipoġġuh fil-ħabs u, jekk le, jerġgħu jibagħtuh lura fil-korp tal-pulizija fil-kariga ta' supretendent.", "Madanakollu dawn ħallewh id-dar ma jagħmel xejn għal erba' xhur sħaħ, allavolja hu kien jitlob biex imur jaħdem.", "Fil-fatt is-Sur Cassar intbagħat lura fil-korp tal-pulizija biss meta l-ombudsman, b'deċiżjoni li kien ħa f'Lulju ta' l- 1997, qalilhom: Tridu tibagħtuh lura fil-korp tal-pulizija, u dan agħmluh malajr kemm jista' jkun għaliex diġa' ilu erba' xhur jieħu l-paga ta' xejn!", "Għax tajjeb illi wieħed ikun jaf li s-Sur Cassar huwa wieħed mill-ftit ħaddiema li jiddejjaq ma jagħmel xejn u infatti kemm-il darba qal li jrid jagħmel ix-xogħol li huwa mħallas għalih imma, kif għedt diġa`, huwa ntbagħat lura fil-korp tal-pulizija biss b'deċiżjoni ta' l-ombudsman.", "Għall-kuntrarju, meta wara l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1998 id- direttur tal-ħabs talab hu stess biex ma jibqax iktar f'dik il-kariga, huwa ngħata xogħol tajjeb ħafna f'kariga oħra - għaliex aħna hekk nittrattawhom in-nies; fejn jidħlu l-impjiegi la noqogħdu nħarsu lejn il-blu u lanqas lejn l-aħmar! - għax talab li jmur f'post ieħor, jien rajt li jkun tajjeb jekk imur f'dak il-post u għedtlu biex għalissa jmur hemmhekk bħala acting director, għaliex ovvjament ikunu jridu jgħaddu l-proċeduri li soltu jsiru sabiex wieħed jinħatar direttur.", "Aħna hekk nittrattawhom lin-nies u mhux inħalluhom sospiż, la jistgħu jmorru 'l hawn u lanqas imorru 'l hemm Kienet xi ħaġa naturali li l-għażla tagħna taqa' fuq dak il-bniedem li - biex nuża l-kliem ta' l-ex-prim ministru - \"stabilizza l-ħabs\".", "Fil-fatt ma laħaqx għadda wisq żmien li ma ndunajniex li l-għażla li konna għamilna kienet tajba għaliex fost affarijiet oħra, minn mindu erġajna ħtarna lis- Sur Cassar bħala direttur tal-ħabs, iffrankajna ċertu overtime, li fl- opinjoni tad-direttur u ta' ħafna oħrajn li jaħdmu miegħu kienu ħela.", "Biżżejjed ngħid li f'sena waħda ġew iffankati madwar Lm30,000 f'overtime, u ovvjament dan sar mingħajr ma b'xi mod ġiet ippreġudikata s-sigurta` ġewwa l-ħabs.", "Imbagħad xi ngħidu għall-kontijiet tat-telephones u għal kontijiet oħrajn, li ġew imnaqqsa drastikament?", "Ta' min isemmi wkoll li dan id-direttur irnexxielu anke jvara t-taqsima ġdida taż-żgħażagħ ġewwa l-ħabs ta' Kordin fejn filwaqt li qabel iż- żgħażagħ kienu jitħalltu ma' priġunieri ta' kull eta`, illum hemm 36 ċella ġdida fjamanta għalihom biss.", "Minkejja t-tfixkil li sab minn ċerti nies li forsi nqarsu minn xi deċiżjonijiet ġusti li ħa, is-Sur Cassar kellu l- kuraġġ illi jieħu ċerti deċiżjonijiet xorta waħda, kif se jkompli jagħmel, għaliex aħna hekk irridu, li fil-ħabs minbarra li jkun hemm riforma jkun hemm ukoll ċerta dixxiplina.", "Għalhekk huwa doppjament inġust li wieħed jitfa' r-responsabbilta` tal-ħrib ta' dak il-priġunier Libjan fuq id- direttur Cassar, iktar u iktar għaliex id-direttur ma jindaħalx fil-livell ta' sigurta` li jkollhom il-priġunieri barra l-ħabs.", "Fil-fatt dan għandu jiġi deċiż biss mill-pulizija u, kif diġa' għedt diversi drabi, anke mal- press, ma kenitx l-ewwel darba li priġunier barrani akkużat bi traffikar tad-droga ġie eskortat minn membru wieħed ta' sigurta`, ħlief f'dawk il- każijiet fejn jew il-qorti, jew il-prosekuzzjoni jew inkella d-difiża għall- protezzjoni ta' l-akkużat, titlob sigurta` speċjali.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li fit-22 xahar li dam fil-gvern il-Partit Laburista kien hawn 33 persuna barranija akkużati bi traffikar tad-droga u dawn kollha kienu ngħataw l-istess livell ta' sigurta` li ngħata dan il- priġunier li ħarab.", "Ara kieku taħt il-gvern Laburista kien hemm ċertu livell ta' sigurta` u jien, bħala ministru ta' l-intern, jew il-kummissarju tal-pulizija jew inkella d-direttur tal-ħabs iddeċiedejna li nneħħu lil xi ħadd is-sigurta` li kellu - bħalma għamlu fil-każ ta' Richard Cachia Caruana - f'dak il-każ kont ngħid li l-kritika ta' l-oppożizzjoni kienet tkun ġusta għax kien ikun hemm lok għall-kritika, imma żgur li m'hemm xejn ħażin li wieħed ikompli bil-proċedura li dejjem kienet teżisti.", "Naturalment wara l-inċident kulħadd beda jgħid li akkużat barrani bi traffikar ta' droga m'għandux jiġi eskortat minn membru tas-sigurta` wieħed għax kulħadd jitgħallem mill-inċidenti u l-pulizija ħadet ċerti miżuri ta' sigurta` wkoll wara dak l-inċident, pero` l-punt li għandu jiġi eżaminat f'dan il-każ huwa jekk fil-mument li sar l-inċident kienx hemm xi nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti li japplikaw għal-livelli ta' sigurta`.", "Jien diġa` għedt li kien hemm 33 persuna barranija akkużati bi traffikar tad-droga li kellhom l-istess livell ta' sigurta` u għalkemm huwa veru li dan il-priġunier Libjan ma kienx immanettjat fil-mument li ħarab, mhux veru li meta ħareġ mill-ħabs biex imur l-isptar ma kienx immanettjat.", "Fil-fatt l-uniku mument li fih dan il-priġunier ma kienx immanettjat kien ftit minuti qabel ma daħal għall-eżami li kellu jsirlu, li jidhirli li kien jikkonsisti f'X-ray.", "Jien naħseb li ħadd ma jippretendi li l-eżami ta' l-X- ray għandu jsir fil-ħabs!", "Almenu f'pajjiżi żgħar bħal tagħna qatt ma rajt ħabs li jkun mgħammar b'X-ray machine u l-priġunieri bilfors ikollhom jintbagħtu l-isptar biex isirilhom dan l-eżami!", "Ħafna drabi l-priġunieri jiġu mibgħuta l-isptar fuq ir-rakkmandazzjoni tat-tabib, jiġifieri ħadd ħlief dawk il-persuni li huma ntiżi f'dan il-qasam ma jieħdu r- responsabbilta` li jiddeċiedu jekk priġunier għandux jintbagħat l-isptar jew le.", "Irrid ngħid ukoll li meta kellimt lill-pulizija, partikolarment lil dawk li jaqgħu taħt l-iskwadra ta' kontra d-droga, huma assigurawni li dan il- priġunier qatt ma ħolqilhom problemi wara li kien tressaq il-qorti, anzi dejjem ġab ruħu tajjeb.", "Wieħed jista' jgħid li kien qed jinganna, pero` l- fatt hu li l-aġir tiegħu dejjem kien mill-iktar normali tant li wieħed imlaħħaq f'din l-iskwadra qal li dan il-priġunier mhux l-ewwel darba li rringrazzja lill-pulizija għall-aġir tagħhom fil-konfront tiegħu.", "Dan qed ngħidu biex nuri x'tip ta' bniedem kien u li ma kienx jikkrea suspett li jista' jaħrab.", "Issa hawn wieħed jista' jgħidli: Imma xorta waħda ħarab!", "Ovvjament wara l-avveniment kulħadd huwa bravu u kulħadd jista' jiġbed il- konklużjonijiet tiegħu.", "Imma li xi ħadd jipprova jgħid li din l-istorja hija bħal dik ta' meta ngħatat amnestija lill-qattiela ta' Mary Douglas - li jien bħala l-ispokesman ta' l-intern fl-oppożizzjoni kont ikkritikajt - jew bħal dik ta' meta ngħatat maħfra lil wieħed li kien ħati ta' reat taħt il-liġi tad-droga u kellu anke każ ta' money laundering, jien personalment ma nafx kemm dan għandu x'jaqsam għax safejn naf jien il-maħfriet dejjem jiġu ffirmati mil-ministru.", "Fil-fatt il-maħfra tal-qattiela ta' Mary Douglas kienet ġiet iffirmata mill-kabinett Laburista, u din ingħatat minħabba li dawn telgħu fil-gvern.", "Bħal dak li qallu li għax titla' fil-gvern għandek tagħti amnestija!", "Alla ħares l-Italja jużaw din is-sistema għax kieku l-ħabsijiet ta' dak il- pajjiż dejjem vojta!", "Rigward il-maħfra l-oħra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tant għamel storbju dwarha, fejn saħansitra qal li jien tlabt ir-riżenja ...", "Hawn irrid ngħid illi dak iż-żmien jien ma tlabt ir-riżenja ta' ħadd imma kont sempliċement għamilt domanda sempliċi.", "Fil-fatt jien kont bqajt ma nafx l-istorja kollha għax l-informazzjoni li rċevejt kienet sempliċement dik il-biċċa informazzjoni li tirċievi kull oppożizzjoni.", "Jekk xi ħadd irriżenja, irriżenja mhux għax iddeċieda hu imma għax sfurzah ħaddieħor sabiex jirriżenja għaliex nafu x'inhi l-istorja, imma dawk kienu deċiżjonijiet meħuda direttament mill-persuni konċernati.", "Kienet tkun ġustifikata l-kritika fil-konfront tal-ministeru ta' l-intern li kieku l-ministeru ta' l-intern indaħal f'dan il-każ partikolari, jew inkella għamel xi ħaġa biex jindaħal ħalli jnaqqas il-livell ta' sigurta` pero`, minkejja li jien ma ndħaltx f'dak li huwa livell ta' sigurta`, irrid ngħid li dan il-livell ta' sigurta` kien segwit minn 33 traffikant barrani tad-droga, u hawn qed nitkellem fuq dawk li ġew issentenzjati biss għax imbagħad kien hemm 25 oħra li kienu ħatja ta' importazzjoni jew li kienu qed jistennew il-ġuri tagħhom jgħaddi.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li hawn m'aħniex nitkellmu fuq 33 biss imma fuq madwar 50 ruħ, li fi 22 xahar kellhom l-istess livell ta' sigurta` li kellu dan il-priġunier li ħarab waqt li kien qiegħed l-isptar u li ġie segwit mil-pulizija sakemm irnexxielu jiżgiċċa.", "Irrid ngħid li dan ir-reat partikolari ta' importazzjoni tad-droga kien ġie kommess minn tnejn min-nies, li wieħed minnhom għadu fil-ħabs ta' Kordin sal-lum, imma min jipprova jxebbah dan l- inċident ma' ċerti amnestiji li kien għamel il-gvern Laburista u li kont ikkritikajthom jien stess ikun qed jipprova jkejjel lil ħaddieħor b'xibru stess.", "Mr Speaker, jien kelli nidħol f'dan is-suġġett minħabba l-mod kif tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - kien kompletament out of order u fil-fatt lanqas semma xejn fuq il-qasam tal-protezzjoni ċivili - u tkellem biss biex jolqot individwu li tant ħadem għall-gvern illi meta kien supretendent il- Ħamrun kien hemm ex-ministru Laburista li qallu: Int imissek tiġi fid- distrett tiegħi għax fid-distrett tiegħi s-supretendent ma tantx jaħdem kif suppost.", "Jiġifieri dawk li llum qed jgħidulna li s-Sur Cassar m'hux kompetenti, m'hux tajjeb biex imexxi l-ħabs u li huwa responsabbli mill- ħrib tal-priġunier Libjan, huma stess kienu talbuh biex jitlaq mid-distrett tal-Ħamrun u jmur fid-distrett ta' ex-ministru Laburista.", "Mr Speaker, madanakollu jien naħseb li ħlief għal din il-parti tad- diskussjoni li għadni kif semmejt, li nerġa` nirripeti kienet kompletament out of order, id-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kienet oġġettiva ħafna.", "Fl-istadju ta' kumitat il-gvern se jkun miftuħ għall-ideat dwar kif wieħed jista' jtejjeb dan l-abbozz ta' liġi, kemm f'dak li huwa kliem kif ukoll f'dawk li huma konċetti, imma jien persważ li on the whole se jkun hemm qbil fuqu għaliex diġa` kienu qablu ż-żewġ naħat tal-Kamra fuqu.", "Irrid ngħid ukoll li l-istadju ta' kumitat ta' dan l- abbozz ta' liġi jkun irid jsir f'din il-Kamra għax għandu xi aspetti finanzjarji tant li fuqu kellna l-Messaġġ tal-President.", "Jien nittama li f'dan l-istadju niddiskutu wkoll dwar kif id-dipartiment għall-protezzjoni ċivili jista' jkollu rappreżentanza aħjar fil-gżira Għawdxija, liema gżira hija msemmija anke f'dan l-abbozz ta' liġi, partikolarment f'dak li huwa salvataġġ fuq il-baħar, u dan minħabba li matul ix-xhur tas-sajf f'Għawdex ikun hemm ħafna inċidenti tal-baħar li bi ftit iktar preparazzjoni f'dan il-qasam ikunu jistgħu jiġu evitati.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili u ta' Forza ta' Għajnuna u Ħelsien, u għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' dan jew anċillari għall-istess\" jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET STATUTARJI", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nipproponi t- Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, għandna quddiemna għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1980 dwar ir- Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, liema Att kien anke ġie emendat fl-1985 u fl-1990.", "Ta' min jgħid li dan l-Att kien sar biex wara li din il-Kamra tgħaddi numru ta' liġijiet, tinħoloq kummissjoni li jkollha żewġ funzjonijiet partikolari; l-ewwelnett li tbiddel xi kliem, frażijiet u enumerazzjoni fil-liġijiet biex dawn isiru iktar konsistenti u t-tieni nett - din hija l-iktar funzjoni importanti - biex din il-kummissjoni tibda tippubblika l-volumi tal-liġijiet kull għaxar snin b'mod regolari.", "L-għan prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa biex nagħmlu bħala l-verżjoni uffiċjali ta' dawn il-liġijiet pubblikati minn din il-kummissjoni mhux biss il-pubblikazzjoni fuq il- karta, kif sar s'issa, imma anke pubblikazzjoni permezz ta' CD-ROM.", "Din l- emenda hija pjuttost teknika u jien ma nantiċipax li hemm xi problemi partikolari fuqha, la minn naħa u lanqas minn oħra, anke għaliex ħdimna ż- żewġ naħat fuq din il-bidla u għalhekk jien qed nipprevedi li jekk stess ikun hemm xi rimarki, dawn ir-rimarki iktar se jkunu tekniċi milli politiċi.", "Mr Speaker, biex nintroduċi d-diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi se jkolli mmur lura għall-1980, jiġifieri għal meta twaqqfet din il- kummissjoni.", "Fil-fatt qabel ma twaqqfet din il-kummissjoni, l-aħħar darba li kellna l-publikazzjoni tal-liġijiet ta' pajjiżna kien wara t-tieni gwerra dinjija.", "Jekk niftakar sew, dak iż-żmien kellna seba' volumi ta' liġijiet - kienu pjuttost ħoxnin - u l-uniku mezz li kien hemm biex jiġu emendati l-liġijiet kien illi tqabbad lil xi ħadd biex jikkanċella dak li kien se jiġi emendat bil-biro, jinfilza karta bejn iż-żewġ paġni u jwaħħal l-emenda bil-kolla.", "Ċertament dan ma kienx metodu professjonali jew modern ta' kif isiru l-affarijiet, imma din is-sistema baqgħet tiġi mħaddma sa l- 1984, jiġifieri sa meta din il-kummissjoni bdiet tippubblika l-ewwel volumi ta' liġijiet.", "F'dan il-qasam jidher ċar li ma konniex imxejna maż- żmenijiet għaliex barra minn Malta kienet ilha li ddaħħlet is-sistema li meta l-liġijiet jiġu ppubblikati, dawn jitpoġġew f'ring-binders ħalli meta jkun hemm xi emenda wieħed jissostitwixxi l-paġna mill-ewwel, pero` sfortunatament pajjiżna baqa' jħaddem din is-sitwazzjoni pjuttost antikwata sa l-1984.", "Fl-1984 il-kummissjoni mwaqqfa permezz ta' l-Att ta' l-1980 dwar ir- Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji bdiet tippubblika l-volumi tal-liġijiet.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li din kienet inizjattiva li ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-professjonisti legali u minn kulmin juża l-liġijiet bħala l- ħobża ta' kuljum tiegħu, pero` sfortunatament kien hemm difett fil-mod kif kienu qed jiġu ppubblikati l-liġijiet.", "Għal xi raġuni jew oħra l- kummissjoni kienet iddeċidiet li minflok ma ssegwi l-prattika li kienet qed tiġi segwita barra minn Malta fejn il-liġijiet jitpoġġew f'ring-binders biex l-emendi li jsiru jiġu sostitwiti faċilment, din ippubblikat il- liġijiet hardback.", "Fil-fatt wara li saru l-ewwel pubblikazzjonijiet deher immedjatament li kien impossibbli li l-emendi li kienu qegħdin isiru b'mod regolari minn dan il-parlament jiġu infilzati, pero` minkejja dan kollu l- kummissjoni baqgħet tippubblika l-liġijiet hardback u qatt ma ħadet il- briga li tippubblika b'mod regolari l-emendi li kienu qed isiru minn dan il- parlament.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li ma' l-ewwel emenda li saret għall- ewwel volum li ħareġ fl-1984, dan ġie outdated għaliex ovvjament wieħed jew kellu jerġa` jibda juża s-sistema l-antika li juża l-kolla u jinfilza l- paġni, jew inkella kellu jinjora l-emenda totalment.", "Kif qed naraw, filwaqt li fil-bidu l-law commission kienet ħadet inizjattiva tajba ħafna, sfortunatament hija ma ħaditx il-briga li tiżgura li dan id-difett kbir jiġi megħlub.", "F'din il-lakuna daħlu immedjatament l- interessi privati u fil-fatt kien hemm kumpannija privata li ħadet l- opportunita` - u għamlet sew - li toħroġ il-liġijiet f'ring-binders u toffri s-servizz li darba kull tlieta jew erba' xhur tibgħat l-emendi li jkunu saru, fejn hemmhekk, kulma kont ridt tagħmel huwa li tiftaħ ir-ring- binder, tneħħi l-paġna l-antika fejn tkun saret l-emenda u ddaħħal il-paġna l-ġdida pprovduta minn din il-kumpannija privata.", "Fil-fatt irrid ngħid li kieku ma kienx għal din il-kumpannija privata mill-1984 sal lum qatt ma kien ikollna l-volumi tal-liġijiet tagħna emendati b'mod uffiċjali.", "Irrid ngħid ukoll li l-verżjoni uffiċjali riveduta li bil-liġi l-law commission trid tiddepożita mar-reġistratur tal-qorti, liema verżjoni uffiċjali tikkostitwixxi l-uffiċjaliżmu tal-liġijiet tagħna, hija outdated.", "Għalhekk aħna mhux biss kellna niffaċċjaw il-problema li l-avukati ma għandhomx metodu uffiċjali ta' kif jaġġornaw il-liġijiet b'mod modern, pero` kellna wkoll niffaċċjaw il-problema kbira li t-test awtentiku tal- liġijiet provdut bil-liġi kien pjuttost antik.", "Ġara wkoll li għal diversi raġunijiet il-kummissjoni ma setgħetx twettaq l-obbligu li jesiġilha minnha l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji; dak li tippubblika sett ġdid sħiħ ta' liġijiet kull għaxar snin.", "Fil-fatt ejjew ngħiduha kif inhi, dan ma kienx prattiku li jsir għaliex li kieku dan sar u kien joħroġ sett ġdid sħiħ ta' liġijiet fl-1994, min kien ikun irid jixtrihom kienu jqumulu mad-Lm900 jew Lm1,000.", "Żball ieħor li sar kien li meta f'nofs is-snin disgħin it-teknoloġija elettronika bdiet tipprovdi mezz faċli ħafna kif tagħmel pubblikazzjoni permezz ta' CD-ROMS, ma tteħditx din l-opportunita` minkejja li dan il-mezz mhux biss kien jiggarantixxi updating b'mod regolari imma kien jiggarantixxi wkoll prezz baxx biex dan isir.", "Jidher li l-kummissjoni ma laħqitx jew ma ppjanatx il-komputerizzazzjoni tagħha kmieni biżżejjed biex dan tkun tista' tisfruttah u għal darb'oħra laħaq daħal il-privat f'dan is- suq.", "Issa jkun xieraq jekk naraw lil din il-kummissjoni mil-lat l-ieħor ukoll u nagħtuha l-merti li jixirqilha għax għamlet ħafna xogħol utli.", "Per eżempju, Mr Speaker, li kieku ma kienx għal din il-kummissjoni żgur li llum ma kienx ikollna l-liġijiet tagħna fuq database u żgur ukoll li ma kienx ikollna l-konsistenza legali li teżisti fl-użu tat-termini, fil-kliem u fid-definizzjonijiet tal-liġijiet tagħna.", "Min hu avukat u jipprattika l- liġi jaf kemm huwa importanti li dan ix-xogħol magħmul mill-kummissjoni jsir tajjeb u b'ċertu fittaġni biex niżguraw li l-liġijiet tagħna jkunu konsistenti.", "Għalhekk filwaqt li din il-kummissjoni naqset meta ma ħaditx l-opportunita` li tuża l-mezzi moderni biex tassigura li tagħti servizz tajjeb, ċertament ħaqqha merti kbar kemm mil-lat legali kif ukoll minn dik li hi konsistenza fil-liġijiet tagħna.", "Mr Speaker, illum il-gvern qed jieħu inizjattiva li trid twassal biex tirranġa d-difetti ta' din il-kummissjoni.", "Ftit xhur ilu l-gvern ippubblika l-liġijiet kollha ta' Malta fuq CD-ROM u din ħarġet għall-bejgħ għall-prezz raġonevoli ta' Lm40, liema prezz jinkludi wkoll it-tieni update tas-CD ROM, li huwa ppjanat li joħroġ għall-aħħar ta' dan ix-xahar jew għall-bidu tax-xahar id-dieħel.", "Ovvjament is-CD-ROM għandha faċilitajiet kbar għax fuq biċċa diska li tista' ddaħħal fil-computer għandek il- liġijiet kollha ta' pajjiżna; mill-Kostituzzjoni ta' Malta sa l-aħħar liġi li ġiet approvata f'dan il-parlament.", "Kulmin jixtri din is-CD-ROM għandu wkoll il-faċilita` li jfittex kull kelma li hemm fil-liġijiet tagħna, anke jekk ma jkunx jaf f'liema liġi qiegħed dak li jkun qed ifittex.", "Per eżempju, jekk tkun qed tfittex informazzjoni fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' enfitewsi, is-CD-ROM hija kapaċi li fi ftit sekondi ssiblek il- liġijiet kollha li jsemmu l-kelma \"enfitewsi\".", "Wieħed jista' wkoll jara t- test Malti u t-test Ingliż ta' xi liġi f'daqqa jew inkella jġib diversi liġijiet fuq l-iscreen tal-computer f'daqqa.", "Mr Speaker, il-pjan tal-gvern m'huwiex li din is-CD-ROM tkun xi pubblikazzjoni iżolata imma li tkun pubblikazzjoni regolari.", "Ovvjament dan jiddependi minn kemm isiru emendi fil-parlament pero` l-ħsieb huwa li s-CD- ROM toħroġ darbtejn fis-sena.", "Fil-fatt filwaqt li l-ewwel CD-ROM ħarġet xi ħames jew sitt xhur ilu, it-tieni waħda, kif għedt diġa`, għandha toħroġ fl- aħħar ta' dan ix-xahar jew l-iktar fil-bidu tax-xahar id-dieħel biex b'hekk il-liġijiet tagħna jiġu updated sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-ewwel darba din is-CD-ROM se jibda jkollha wkoll is-subsidiary legislation għax sal-lum pajjiżna kellu l-isfortuna li qatt ma rnexxielu jkollu kollezzjoni uffiċjali tas-subsidiary legislation.", "Fil-fatt jien niddubita kemm teżisti kollezzjoni sħiħa tas-subsidiary legislation li m'hijiex uffiċjali, u għalhekk dan il-gvern ħa l-inizjattiva li din il-kollezzjoni tibda tinġabar.", "Aħna qed nikkalkolaw li dan il- proġett se jieħu madwar tlieta jew erba' snin biex jitwettaq.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Għaliex se nieħdu dan iż-żmien kollu biex inwettqu proġett bħal dan?", "Biżżejjed ngħid li nkunu rridu nagħmlu updating saħansitra tal-leġislazzjoni li tmur lura sa l-1880 u li għadha in vigore, liema leġislazzjoni tkun trid tiġi riveduta wkoll mill-kummissjoni biex fost affarijiet oħra dawk it-termini li huma antiki u dawk d- definizzjonijiet li m'għadhomx jeżistu jitneħħew.", "Is-CD-ROM li se toħroġ fl-aħħar ta' dan ix-xahar jew fil-bidu tax-xahar id-dieħel mhux biss se jkollha l-liġijiet kollha emendati imma se jkollha wkoll l-ewwel għaxar chapters tas-subsidiary legislation updated sa Settembru ta' din is-sena u s-CD-ROM li se toħroġ is-sena d-dieħla, apparti li din ukoll se jkollha l-liġijiet kollha emendati, se jkollha għaxar chapters oħra ta' subsidiary legislation emendati sal-ġurnata li fiha tkun ħarġet din id-diska u numru ta' chapters oħrajn ġodda ta' l-istess leġislazzjoni.", "Aħna beħsiebna nibqgħu nimxu bl-istess mod f'pubblikazzjoni wara l-oħra biex b'hekk niżguraw li kulmin b'xi mod jew ieħor jiġi bżonn tal-liġijiet fix-xogħol tiegħu, fosthom l-avukati, il-maġistratura u l- ġudikatura tagħna, ikollhom il-liġijiet kollha updated regolarment.", "Mr Speaker, ikun interessanti jekk wieħed isemmi li aħna qed norbtu din l- inizjattiva mal-kreazzjoni ta' internet site.", "Biex dan ikun possibbli li jsir, aħna kkummissjonajna lill-MITTS biex tikkrea internet site li jkollha fiha l-liġijiet ta' pajjiżna, is-subsidiary legislation, li dak iż-żmien se tkun ġiet riveduta kollha, kif ukoll is-sentenzi kollha li se jibdew jingħataw mill-1 ta' Jannar tas-sena 2000.", "Ta' min jgħid li din l-internet site se tagħmilha possibbli li l-emendi li jgħaddu u l-legal notices ġodda li joħorġu minn dan il-parlament jiġu integrati f'database fi żmien ġimgħa, u dan għall-benefiċċju ta' min jiġi bżonnhom hekk kif jgħaddu minn minn dan il-parlament.", "Bħalma għedt diġa`, għall-ewwel darba kull uffiċċju u kull dar li għandha l-internet se jkollha available website illi fiha se tinbena database b'mod sistematiku u regolari dwar is-sentenzi li jkunu ngħataw mill-qrati tagħna.", "Ovvjament għal dan il-għan se jiġi żviluppat index kif ukoll xi keywords.", "Hawn wieħed irid jikkonstata l-fatt li dawn m'humiex xi avvanzi spettakolari għax dawn huma affarijiet li barra minn Malta ilhom jeżistu u konna aħna li waqajna lura milli nagħmluhom, pero` jien naħseb li m'hemm xejn ħażin illi niftaħru li b'din l-inizjattiva l-gvern preżenti se jipprovdi għall-ewwel darba din l-informazzjoni tant neċessarja lill- avukati tagħna.", "Kif stajna naraw waqt li kont qed nispjega, l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed sempliċi.", "Ta' min isemmi wkoll li peress li llum legalment għadha m'hijiex provduta l-possibbilta` li l-verżjoni uffiċjali tal-liġijiet tagħna tista' tkun fuq CD-ROM, dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi emenda sabiex dan ikun jista' jsir.", "Jien jidhirli li din il-Kamra għandha taqbel ma' din l-emenda teknika, u fil-fatt minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita` li nirringrazzja lill-ministri preċedenti tal-ġustizzja, jiġifieri lill-ex- Ministru Gavin Gulia u lill-Ministru Charles Mangion, li kienu involuti f'dan il-proġett, kif ukoll lill-ex-Ministru Michael Refalo, li ħoloq din l- idea fl-1995.", "Fl-opinjoni tiegħi domna wisq biex nirrealizzaw din l-idea u dan biex ma nsemmix ukoll l-eluf ta' liri li ntnefqu - għax ma rridx ngħid li ntnefqu mijiet ta' eluf - f'operational expenses biex dan seta' jsir.", "Naħseb illi kieku bdejna naħdmu fuq din l-idea iktar kmieni konna nonfqu ħafna inqas flus pero`, issa li rnexxielna nilħqu l-iskop tagħna u għamilna dan l-avvanz, jien persważ li se nkomplu niżviluppaw dan il-qasam maż- żmenijiet.", "Fil-fatt dan il-gvern huwa kburi ħafna li anke permezz ta' l-għajnuna tal- gvern preċedenti rnexxielna nilħqu lil pajjiżi oħra f'dan il-qasam u għalhekk fl-aħħarnett nawgura li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuq dan l- abbozz ta' liġi ħalli jibda jiġi attwat kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, l-għan ewlieni ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li jipprovdi l-possibbilta` li l- pubblikazzjoni ta' edizzjoni riveduta tal-liġijiet ta' Malta tieħu format elettroniku, u aħna, bħala oppożizzjoni, naqblu li dan għandu jsir, anke għaliex bħalma għadu kif qal il-Ministru Gatt meta kien qed jikkonkludi d- diskors tiegħu, il-Gvern Laburista kien diġa` qed jaħdem fuq din l-idea.", "Biżżejjed insemmi lil sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia u lil diversi ex-ministri oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li ħadmu ħafna biex dan kollu jkun possibbli li jsir.", "Huwa importanti ħafna li l-leġislazzjoni tagħna tkun fuq CD-ROM għaliex illum li, kif jaf kulħadd, it-teknoloġija qed tagħmel passi ta' ġgant, aħna ma nistgħux nibqgħu lura minn dan l-iżvilupp.", "Biżżejjed ngħid li jekk wieħed ikun jixtieq jara x'xogħol għamlet il-Qorti Ewropea llum, it- teknoloġija tal-lum toffrilek il-possibbilta` li tidħol fil-website u mhux biss tingħata dik l-informazzjoni imma anke kemm kien hemm sittings u x'tip ta' kawżi kien hemm.", "Ovvjament aħna għadna ma wasalniex f'dak il-livell f'dawk li huma websites, pero` jekk tasal wasla sal-qorti ta' pajjiżna tkun tista' tara l-aġenda kollha li għandha l-qorti għal dik il-ġurnata, tkun tista' tara għal meta ġew differiti ċerti kawżi u ħafna informazzjoni ta' dan it-tip.", "Jien nispera li 'l quddiem anke s-sistema tad-diaries tkun komputerizzata.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li jien ħadt pjaċir illi fid-diskors tiegħu l-ministru wera l-apprezzament tiegħu għas-servizz li tat il-Legal (Publishing) Enterprises tal-Gudja mill-1984 sal-lum f'dan il-qasam għax huwa fatt li l-gvern, kien min kien - issa hawnhekk jien la qed nirriferi għall-gvern Nazzjonalista biss u lanqas għall-gvern Laburista biss - baqa' lura f'dan il-qasam.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, huwa kollu ta' xejn li tagħmel il-liġijiet jekk imbagħad dawn ma jiġux aġġornati skond l-emendi li ngħaddu mill-parlament u skond il-legal notices u s-subsidiary legislation l-oħra.", "Għalhekk il-gvern u l-law commission għamlu tajjeb li daħlu għal biċċa xogħol bħal din, speċjalment meta tqis li b'hekk issa qegħdin innaqqsu l-possibbilta` li wieħed ma jkollux set ta' liġijiet updated.", "Sur President, għalkemm aħna bħala oppożizzjoni naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi, l-oppożizzjoni hija mħassba fuq dak li hemm f'subartiklu (1) ta' artiklu 12, kif propost fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi, li qed jgħid illi:", "\"Ħadd ma jista' jagħmel, mingħajr il-permess tal-Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f'xi format materjal li jkun, ...\"", "- mela hawnhekk qed issir riferenza anke għar-riproduzzjonijiet f'format elettroniku -", "\"... ta' xi edizzjoni riveduta jew xi parti minnha kif pubblikata mill- Kummissjoni.\".", "Jien naħseb li kulmin jaqra dan l-artiklu jistaqsi: Hawn x'qed jipproponi l-gvern?", "Għaliex allura hawnhekk qed jingħad li wieħed ma jistax jirriproduċi dak kollu li tgħid il-liġi jekk kemm-il darba ma jkollokx il- permess tal-gvern.", "Aħna, bħala oppożizzjoni, filwaqt li qed napprezzaw li hawnhekk dak kollu li sar s'issa f'dan il-qasam qed jingħata rikonoxximent, sar minn min sar, ma naħsbux li dan l-abbozz ta' liġi huwa ntiż - apparti li hawn wieħed irid jgħid ukoll li dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi l- fakulta` lill-gvern illi jipproduċi u jagħmel il-verżjoni uffiċjali - biex b'xi mod jew ieħor joħnoq jew iwaqqaf lil xi ħadd milli jkompli jagħmel dak li kien qed jagħmel sal-lum f'dik li hija riproduzzjoni.", "Hawnhekk il-gvern donnu qed jgħidilna: Mil-lum 'il quddiem biex tirriproduċu tridu l- blessing tiegħi u jekk jien ma nagħtix il-blessing tiegħi jkollkom tixtru l- verżjoni uffiċjali!", "Ejjew ngħiduha kif inhi, il-gvern għandu kull dritt li jibqa' jipproduċi l-verżjoni uffiċjali, pero` jien naħseb li mhux kulħadd ikollu bżonn il-verżjoni uffiċjali.", "Per eżempju, għall-uffiċċju jien m'hemmx għalfejn ikolli l-verżjoni uffiċjali u jekk nixtri verżjoni li m'hijiex uffiċjali xorta nkun qed ninqeda għax l-importanti hu li nkun naf x'qed tgħid il-liġi.", "Ara l- imħallfin u l-maġistrati, dawk jiġu bżonnha l-verżjoni uffiċjali, għalkemm ilhom jaħdmu mingħajrha għal snin sħaħ, minħabba li l-gvern ma kienx qed jirriproduċieha.", "Għax, kif għedt diġa`, kemm il-Partit Nazzjonalista fil- gvern kif ukoll il-Partit Laburista fil-gvern ma ħadmux biżżejjed biex jaġġornaw dan il-qasam, u huwa għalhekk li l-ewwel jien għedt illi dan l- iżvilupp li qed jipproponi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa importanti ħafna.", "Madanakollu aħna nħossu li f'dan il-qasam ma għandhiex tiġi kkreata unfair competition f'dawk li huma riproduzzjonijiet u fil- fatt, meta mmorru fi stadju ta' kumitat, aħna beħsiebna nipproponu emenda f'dan is-sens, li jien persważ li se naslu biex naqblu anke fuq id-drafting tagħha.", "Sur President, wieħed irid jammetti l-fatt li riċentement ġraw affarijiet li ma kenux f'posthom.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għall- Ministru Gatt, pero` ċertament kien hemm xi ftit gambetti żgħar li ma kienu jagħmlu ġieh lil ħadd.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex, per eżempju, meta l-Legal (Publishing) Enterprises ħarġet CD-ROM tal-leġislazzjoni ta' pajjiżna b'ċertu prezz u mbagħad il-gvern ħariġha bi prezz irħas, inħarġet ċirkolari biex in-nies ma jibqgħux jixtru mingħand dik il-kumpannija.", "Għalhekk nħass il-bżonn ta' l-emenda li se tipproponi l-oppożizzjoni għal subartiklu (1) ta' artiklu 12 kif propost fi klawsola 6.", "Issa hawnhekk nixtieq illi wieħed jifhem li jien qed inkun oġġettiv fil-kritika tiegħi u qed nagħmel din l-osservazzjoni biex ma noħolqux sitwazzjonijiet ta' abbuż fil-liġi.", "Li kieku l-gvern jgħid lill-heads of department li jridu jixtru l-verżjoni uffiċjali mingħandu jien nifhimha, pero` li jien ikolli nixtri bilfors il-verżjoni uffiċjali biex inżommha fl-uffiċċju tiegħi għaliex inkella mmur kontra dik iċ-ċirkolari li kienet inħarġet, jien dik ma nistax nifhimha u xejn ma naraha f'postha.", "Anke jekk wieħed jara b'liema għaġġla sar dan l-abbozz ta' liġi ...", "Issa biex niftehmu, jien m'iniex qed ngħid li ma ħadtx pjaċir li llum għandna dan l-abbozz ta' liġi quddiemna.", "Dan l-abbozz ta' liġi resaq għad- diskussjoni ta' dan il-parlament ftit wara li għadha kif inħarġet CD-ROM f'dik li hija subsidiary legislation, u fil-fatt jidher ċar li kien hemm ċerta pressjoni biex dawn l-affarijiet ma jitħallewx jibqgħu jsiru.", "Dan biex ma ngħidx ukoll li dak li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi lanqas huwa rifless fil-liġi li tirrigwarda l-copyright, pero` issa ħalli nillimita ruħi għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Filwaqt li l-gvern jagħmel tajjeb illi jipproduċi hu stess u jonfoq il-flus f'makkinarju ġdid, fl-istess ħin għandu jara li minn dawn l-affarijiet jagħmel ċertu qligħ, u qed ngħid dan għaliex mingħajr ma rrid nagħti l-impressjoni li jien qed nissuġġerixxi lill-gvern biex jgħolli l-prezz ta' din is-CD-ROM, irrid ngħid li jien informat illi l-gvern tant qed jagħti sussidju li m'hux qed iħalli lil ħaddieħor jikkompeti miegħu.", "Sur President, kif għedt diġa`, huwa importanti li l-imħallfin, il- maġistrati u l-ġudikanti jkollhom verżjoni uffiċjali għax dawn ma jistgħux jistrieħu fuq verżjoni mhux uffiċjali, minkejja li l-verżjoni uffiċjali u dik mhux uffiċjali huma l-istess.", "Min-naħa l-oħra meta nkunu qed nilleġislaw f'dan il-parlament irridu noqogħdu attenti li ma nħossuniex li għandna nilleġislaw minħabba xi persuna jew soċjeta` partikolari għaliex f'dak il-każ inkunu qed nimbarkaw fuq possibbilta` ta' problema kostituzzjonali u, jekk dan isir, ikun jidher ċar li l-parlament tagħna għandu problema.", "Biżżejjed insemmu dak il-famuż każ li kien spiċċa quddiem il-Privy Council fi żmien il-gwerra - kienet saret xi liġi li biha żdiedet it-taxxa fuq xi sigaretti partikolari - u nista' nsemmi diversi każi oħra ta' liġijiet li saru minħabba xi persuna partikolari.", "Għalhekk huwa importanti li meta naslu fi stadju ta' Kumitat, iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuq l-emenda proposta mill-oppożizzjoni biex b'hekk meta jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi - u jgħaddi żgur ġaladarba n-naħa tal-gvern għandha l- maġġoranza - żgur li ħadd ma jkun jista' jgħid li aħna pparteċipajna f'xi ħsieb anti-kostituzzjonali.", "Sur President, il-ministru semma wkoll li l-pubblikazzjoni li kienet prodotta f'nofs is-snin disgħin għandha difett.", "Dan huwa kollu minnu pero` rridu ngħidu li almenu permezz ta' dik il-pubblikazzjoni kulħadd inqeda, immaterjali jekk dik il-pubblikazzjoni kellhiex difett jew le.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kont għadni fil-korp tal-pulizija, is-Sur Mifsud Tommasi, li għadu mimli bl-għomor, u nies oħra, inkluż jien, konna nipproduċu l-pubblikazzjoni tal-liġijiet u l-istudenti tal-liġi kienu jixtru l-kopji tal-Kodiċi Kriminali, tal-Proċedura Ċivili u l-Code of Police Laws mingħand il-korp tal-pulizija għaliex dawn il-kopji tant importanti ma kienu jinstabu għand ħadd iktar.", "Jien nifhem li lill-ministru waslitlu l-informazzjoni - u għalhekk nifhem li qed jieħu passi dwarha - li fiċ-ċivil hemm uffiċjal għoli li diġa` ħa ħsieb jagħmel il-pirating tal-pubblikazzjoni tas-CD-ROM li ħareġ il-gvern bil-prezz ta' Lm40 u beda jbiegħ is-CDs bil-prezz ta' Lm15.", "Jien nistieden lill-ministru biex jinvestiga dan il-każ bis-serjeta` għaliex m'għandniex nippermettu li dan isir.", "Dan huwa abbuż u għalhekk kulmin qed jinvolvi ruħu f'dan il-proċess għandu jitwaqqaf minnufih, apparti l-passi ta' dixxiplina li jistgħu jittieħdu fil-konfront tiegħu.", "Min ikun ikkopja għandu jinqabad żgur, anke jekk ma jkun rah ħadd jikkopja.", "Fil-fatt meta konna l-universita` u kien ikun hemm xi ħadd li jittanta jikkopja, anke sentenza waħda biss, ġeneralment il-professur kien jaqbdu għax dan kien ikun jaf x'kotba u x'noti ta lill-istudenti tiegħu; u l-istess nistgħu ngħidu għal dan il-każ li qed insemmi għaliex jekk fis-CD-ROM uffiċjali jinzerta li hemm żewġ żbalji partikolari, meta dan it-tali jikkopja jkun qed idaħħal dawn l-istess żbalji u għalhekk m'għandhiex tkun diffiċli biex dan jinqabad.", "Minn hawnhekk naraw kemm huwa importanti li wieħed jinvestiga dawn it-tip ta' każi biex tkun tista' tiġi msaħħa l-availability tal-materjal tal-leġislazzjoni permezz tas-CD-ROM.", "Jien naħseb li llum wasal ukoll iż-żmien li s-sentenzi tal-Qorti ta' l- Appell li jingħataw mill-Qorti Ċivili, mill-Qorti Superjuri u mill-Qorti Inferjuri ndaħħluhom fis-CD-ROM.", "Kumbinazzjoni dan l-aħħar ġiet f'idejja CD-ROM li fiha hemm is-sentenzi kollha li tat il-Qorti Ewropea matul l- 1998, fejn kulma trid tagħmel huwa li, per eżempju, tagħti command lill- computer biex isiblek dawk is-sentenzi li l-każ tagħhom tqajjem ngħidu f'Ċipru u minnufih tibda tarahom waħda wara l-oħra.", "Jekk jirnexxielna nintroduċu xi ħaġa bħal din fil-qasam tal-ġustizzja tagħna nkunu għamilna pass 'il quddiem sew f'dan il-qasam.", "Jien għadni niftakar li meta aħna konna qed noħorġu b'ideat bħal dawn u l-ministru attwali tal-ġustizzja kien fl-oppożizzjoni, l-Onor Gatt diġa` kien qed juri ċertu interess u ta wkoll kontribut siewi meta aħna konna qed noħorġu b'dawn l-ideat, speċjalment meta tressaq il-vot tal-ġustizzja fil-budget ta' l-1997, dak iż-żmien li kien responsabbli minn dan il-qasam l-ex-Ministru Mangion.", "Tajjeb li meta nkunu qed nitkellmu fuq dan l-iżvilupp hekk importanti nirrikonoxxu l-ħidma ta' xulxin għax wara kollox aħna hawnhekk m'aħniex qed nilleġislaw għal xi ħadd partikolari imma qed nilleġislaw għall-interess nazzjonali.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa riflessjoni tal-ħidma li saret kemm mill- gvern Nazzjonalista kif ukoll mill-gvern Laburista.", "Aħna llum qegħdin ngħixu f'era ta' rivoluzzjoni teknoloġika fejn il-karta sar għandha wisq inqas valur, għaliex iktar ma jgħaddi ż-żmien il-bniedem iktar qed ifittex faċilitajiet elettroniċi.", "Fil-fatt illum li ninsabu fuq l-għatba tal- millennju l-ġdid, biex ngħidu hekk, iktar qed insiru on line users milli paper users.", "Biżżejjed wieħed isemmi t-teknoloġija avvanzata ta' l- internet u tas-CD-ROM.", "Illum iktar milli qed niskambjaw il-karti, iktar sirna niskambjaw id-diskettes.", "Hekk saret id-dinja!", "Ovvjament din ir- rivoluzzjoni ma daħlitx biss fl-oqsma teknoloġiċi u kummerċjali imma anke fil-qasam ġuridiku, u wieħed ma jistax iwaqqaf dan il-progress irriversibbli għaliex dan ġab miegħu wkoll iktar effiċjenza.", "Per eżempju, jien nista` nfittex artiklu tal-liġi billi naqbad il- liġijiet ta' Malta, pero` ovvjament biex insib dak l-artiklu kapaċi naħli ftit żmien mhux ħażin.", "Ara llum, bl-avvanz teknoloġiku li sar, nista' nsib dak l-artiklu fi ftit sekondi permezz tas-CD-ROM, u m'hemmx għalfejn noqgħod nistenna sakemm nasal l-uffiċċju tiegħi biex ikolli aċċess għal- liġijiet ta' Malta imma nista' nsib dak li għandi nsib mid-dar tiegħi stess, dejjem jekk ikolli aċċess.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-iżvilupp li sar fil-laptop computers, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiċkienu minkejja li għandhom l-istess funzjonijiet ta' computers normali, fosthom il-funzjoni li jipprintjaw.", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn il-computer m'hemmx għalfejn inħalluh id- dar, bħalma nħallu warajna l-liġijiet ta' Malta, imma prattikament nistgħu nitfgħuh fil-but għaliex il-laptop computers tant ċkienu fid-daqs li aħna l-avukati nistgħu nġorruhom magħna kull fejn immorru, inkluż il- qorti, biex jekk ikollna bżonn nikkonsultaw xi liġi partikolari, inkunu nistgħu nagħmlu dan bl-ikbar faċilita`.", "Sfortunatament minkejja dawn il- faċilitajiet kollha li jeżistu fid-dinja tal-lum, għadna niltaqgħu ma' avukati brillanti li jirrifjutaw illi jibdew jużaw is-sistema komputerizzata - il-professjoni legali minn dejjem kienet konservattiva - u jippreferu jibqgħu jinqdew bil-karti.", "Fil-fatt, kif qed jgħidli l-Onor.", "Jason Azzopardi min-naħa l-oħra tal-Kamra, hemm imħallfin li jaħsbuha b'dan il-mod.", "Issa ovvjament hawnhekk irrid ngħid li għax wieħed ikun computer literate ma jfissirx neċessarjament illi huwa l-uniku bniedem brillanti f'din id- dinja.", "Per eżempju, jien naf avukati u mħallfin brillanti, anke jekk m'humiex computer literate, imma dawn ikunu biss xi ftit antikwati.", "Pero` jien niskanta kemm iżżidlek l-effiċjenza din it-tip ta' teknoloġija, u llum din it-teknoloġija tant qiegħda ssir iktar familjari ma' kulħadd, illi kważi kważi anke jien u dawk tal-ġenerazzjoni tiegħi, li dħalna l- universita` fl-1983 ...", "Bħalissa qed nara quddiemi lill-ħabib tiegħi l- Onor. Jean Pierre Farrugia.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Farrugia u jien dħalna l-universita` fl-istess żmien, jew inkella forsi daħal xi ftit qabli.", "Dak iż-żmien aħna konna nħobbu nitolbu n-noti lil dawk li jkunu qabilna fil- kors.", "Ovvjament aħna dejjem konna nippreferu nieħdu n-noti ta' l-aqwa studenti, biex dejjem ikollna l-aqwa noti, pero` llum dak iż-żmien spiċċa.", "Fil-fatt illum meta nkellem lill-ħbieb tiegħi li għadhom kemm iggradwaw bħala avukati dawn jgħiduli ċar u tond li llum huma m'għadhomx jiskambjaw il-karti imma d-diskettes.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, prattikament illum il-konċett tal-karta spiċċa, anke ġewwa l-universita`, u ġaladarba llum l-istudenti tal-liġi wkoll saru iktar familjari ma' din it- teknoloġija iktar tikber l-importanza li aħna l-avukati, li għadna żgħar ...", "Per eżempju, ħdejja għandi lill-Onor.", "Jose` Herrera.", "Jien u l-Onor.", "Jose` Herrera qegħdin fl-istess age group; ta' madwar 36 sena.", "Huwa fatt li jien u l-Onor.", "Herrera m'aħniex kompatibbli daqs il-ġenerazzjonijiet ta' warajna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tas-CD-ROM, pero` huwa importanti li nagħmlu mill-aħjar li nistgħu sabiex inkomplu niffamiljarizzaw ruħna ma' din it-tip ta' diskette, u hekk ukoll għandhom jagħmlu dawk l-avukati li għandhom esperjenza iktar minna fil-qorti u li laħqu draw jaħdmu b'mod konservattiv.", "Issa jien qed ngħid dan kollu biex niġġustifika għaliex illum qegħdin niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi.", "Ċertament dan l-abbozz ta' liġi se jiftaħ il-bibien lejn modalita` oħra ta' kif aħna nikkonsultaw mal-liġijiet ta' pajjiżna.", "Ovvjament xorta se jibqa` importanti li nikkonsultaw il-liġi bil-miktub, kif se jkolli l-opportunita` li nispjega iktar 'il quddiem, pero` dan l-abbozz ta' liġi se jiftaħ il- bibien sabiex nużaw metodi ġodda ta' kif nikkonsultaw mal-liġijiet tagħna.", "Għalhekk illum, li ninsabu fuq l-għatba tal-millennju l-ġdid, qegħdin nipproponu li jsir dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, aħna naqblu ħafna ma' dan l-abbozz ta' liġi, u naqblu miegħu mhux biss għaliex konna qegħdin naħdmu fuqu aħna ...", "Fil-fatt li kieku assuma l-paternita` tagħha kompletament il-Gvern Nazzjonalista, aħna konna nappoġġjaw dan l-abbozz ta' liġi xorta waħda, ħlief fuq aspett importanti li semma l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia u li se jkolli l- opportunita` li nitkellem fuqu jien iktar 'il quddiem.", "Jien ġeluż illi wasalna biex nagħmlu dan il-pass importanti anke fil-qasam ġuridiku, mhux biss għaliex sas-sena l-oħra jien kont ministru tal-ġustizzja imma anke għaliex jien avukat u nemmen li dan se jgħin kemm fix-xogħol ta' l-avukati kif ukoll fix-xogħol ta' l-accountants, jiġifieri dan l-abbozz ta' liġi li qed nipproponu llum se jħalli effett fuq diversi professjonijiet.", "Anke r- regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar u ma' l- accountants se jibdew jiddaħħlu fuq is-CD-ROM.", "Issa ħalliha li għalissa l- gvern m'huwiex qed jipprovdi dan is-servizz, pero` naf li s-CD-ROM tista' tiġi estiża anke għall-qasam tal-periti u ta' l-accountants.", "(Interruzzjonijiet) Jien nieħu pjaċir jekk ikollna dibattitu konkret f'din il-Kamra fuq dan il-qasam għax sfortunatament ġieli nserrħu moħħna li se jkun hemm xi tlieta jew erba membri li jagħmlu intervent u ma narawx il-ħtieġa li iktar membri jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Ċertament jien nixtieq li l-kollegi tagħna li huma accountants jew periti jintervjenu u jikkonfermaw kemm hi bżonjuża s-CD-ROM fix-xogħol tagħhom.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ġie ppreparat in toto mil-gvern Nazzjonalista, anke jekk il-gvern Laburista wkoll kien qed jaħdem fid-direzzjoni li jfassal abbozz ta' liġi f'dan is-sens sabiex jikkonsagra x-xogħol li kien qed isir f'dan il-qasam.", "Per eżempju, jien niftakar li meta f'Jannar ta' l-1998 sirt ministru tal-ġustizzja kont sibt li kien diġa` sar ħafna xogħol mill-predeċessur tiegħi, l-Onor.", "Mangion.", "Dak iż-żmien aħna konna qed naħdmu sabiex inlestu CD-ROM bit-test Malti u mbagħad jien kont insistejt li ndaħħlu wkoll il-verżjoni bit-test Ingliż - ġaladarba sal-lum il-liġijiet tagħna dejjem ħarġu simultanjament bit-test Malti u bit-test Ingliż; dan biex ma nsemmix ukoll li xi kultant it-test Ingliż jgħinna nifhmu aħjar it-test Malti u fil-fatt aħna kellna l-ħsieb li noħorġu din is-CD-ROM għall-ħabta ta' Jannar ta' l-1999 - u għaldaqstant kont inħeġġeġ lis-civil servants sabiex ilestulna x-xogħol li kien hemm bżonn isir f'dan ir-rigward kemm jista' jkun malajr, kemm bit-test Malti kif ukoll bit-test Ingliż.", "Kieku ma nsistejniex li t-test Ingliż jiddaħħal fis-CD-ROM, it-test Malti kien joħroġ għall-ħabta tas-sajf.", "Veru li l- kriżi politika li kienet inqalgħet dak iż-żmien kienet tfixkel xi ftit din it-target date, pero` jien persważ illi kieku dak iż-żmien aħna ma konniex tajna struzzjonijiet sabiex joħroġ it-test Ingliż ukoll, it-test Malti kien joħroġ ħafna iktar qabel milli ħareġ issa.", "Dak iż-żmien aħna konna għadna fl-istadju embrijoniku li nippreparaw abbozz ta' liġi għal dan il-għan, anke għaliex riedna naraw kif se naħdmu eżattament, jiġifieri jekk aħniex se nieħdu din il-biċċa xogħol weħidna jew jekk kienx se jkun hemm min jgħinna.", "Nista' nikkonferma li almenu jien, min-naħa tiegħi, kont qed nesplora diversi toroq oħrajn biex nara kif nistgħu ngħixu mal-kompetituri tagħna, kif nistgħu nikkompetu mal-kompetituri tagħna u kif nistgħu nbiegħu l-prodott tal-gvern ta' pajjiżna bl-aħjar mod possibbli.", "Sur President, meta jien ħarist lejn dan l-abbozz ta' liġi ħalli nara x'hemm u x'm'hemmx, filwaqt li stajt nara aspett ta' déjà vu, kemmixt xi ftit xuftejja meta rajt aspett ieħor li ċertament ma kienx kontemplat dak iż-żmien li kont ministru tal-ġustizzja jien u lanqas ma jidhirli li kien kontemplat fi żmien il-predeċessur tiegħi, l-Onor.", "Mangion.", "Kif spjega tajjeb il-ministru, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħti libsa legali lil żvilupp li kemm il-gvern Laburista kif ukoll il-gvern Nazzjonalista kienu qegħdin jaħdmu fuqu, ċioe` l-produzzjoni tal-liġijiet fuq CD-ROM, għax ovvjament din id-diskette ma tistax tingħata lill- konsumatur - la lill-konsumatur ordinarju u lanqas lill-konsumatur legali - mingħajr ma tingħata s-saħħa ta' liġi.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Għaliex hemm bżonn nagħtuha s-saħħa ta' liġi din id-diskette?", "Għaliex safejn nafu aħna sal-lum l-uniċi liġijiet li għandhom it-timbru uffiċjali tal-legalita' huma dawk bil-miktub.", "Din li l-liġijiet ta' pajjiżna jkunu f'format elettroniku hija xi ħaġa innovattiva u għalhekk ġaladarba din is- CD-ROM se tinbiegħ lill-pubbliku jeħtieġ illi tingħata s-saħħa legali wkoll, ħalli tekwiparaha mal-liġijiet bil-kitba, għax ma jagħmilx sens li l- liġijiet bil-kitba jkollhom iktar saħħa mil-liġijiet li jiġu trasmessi permezz tas-CD-ROM.", "Ovvjament l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex li jagħti ċ-ċertifikat tal-mewt lil-liġijiet kif nafuhom - Allaħares jiġri hekk! - għax dawn se jibqa' jkollhom l-utilita` tagħhom, u jien naf kemm l- imħallfin u l-maġistrati jeħtieġu li jkollhom sett liġijiet on paper.", "Per eżempju, meta dawn jiġu biex jieħdu ċerti deċiżjonijiet jew inkella jkunu jridu jikkonsultaw ruħhom meta jkollhom xi trattazzjoni x'jagmlu, dawn se joqogħdu jdaħħlu s-CD fil-computer u jfittxu dak li jkunu jridu minn hemmhekk!", "Il-liġijiet ikunu jriduhom quddiemhom dak il-ħin u in writing.", "Għalhekk, kif għedt diġa`, l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum m'huwiex sabiex indaħħlu xi ħaġa ġdida u nneħħu xi ħaġa li issa ilha tintuża snin twal, far from it!", "L-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li noħolqu mezz ieħor kif niksbu dak li hemm fil-liġijiet tagħna, u dan billi ndaħħlu kollox fuq CD-ROM.", "S'hawnhekk iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu mija fil-mija għax jinħass il-bżonn li, anke legalment, jibda jsir użu mis-CD-ROM, sabiex inkunu nistgħu nikkonsultaw ruħna mal-liġijiet ta' Malta, pero` issa ħalli ngħid fejn daħal il-gwaj.", "Sur President, kif spjegajt qabel, bħala gvern Laburista aħna ma konniex ilħaqna ressaqna abbozz ta' liġi fuq dan il-qasam quddiem il-kabinett.", "X'kienu qegħdin jagħmlu d-dipartimenti tal-gvern ma nafx pero` żgur li ma konniex qegħdin nikkontemplaw li f'dan l-abbozz ta' liġi ndaħħlu emenda li fiha nnifisha hija anatema għall-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern Nazzjonalista, li bħalissa qed jippromwovi politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni, dejjem ħaddan politika ta' liberalizzazzjoni fil-qasam tal-kummerċ.", "Per eżempju, meta dan l-aħħar iddiskutejna l-levies f'dan il-parlament, l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra qagħdu jgħajruna li aħna ma nemmnux fil-konsumatur, li aħna nemmnu fil-protezzjoni u semmewlna dawk iż-żmenijiet tas-snin tmenin fejn biex timporta xi ħaġa kont tkun trid il-liċenzja u l-permess tal-ministru.", "Aħna niftakruh dan it-tip ta' diskors - iktar u iktar għaliex għadhom jgħiduh sal-ġurnata tal-lum - u għalhekk meta bdejt inqalleb dan l-abbozz ta' liġi u wasalt għal subartiklu (1) ta' artiklu 12, kif propost fi klawsola 6, waqaft u staqsejt: Hawnhekk x'hawn?", "Hawnhekk hawn dak kollu li dejjem tkellem u ħadem kontrieh il-gvern Nazzjonalista!", "Fil-fatt sal- ġimgħa l-oħra stess sħabna tan-naħa tal-gvern kienu għadhom qed jgħajruna li aħna għadna nemmnu fil-protezzjoni, li huma jridu jilliberalizzaw u ħafna kliem minn dan.", "Imma issa ħalli naraw x'qed jgħid subartiklu (1) ta' artiklu 12.", "Fil-fatt dan qed jgħid hekk:", "\"Ħadd ma jista' jagħmel, mingħajr il-permess tal-Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f'xi format materjali li jkun, ta' xi edizzjoni riveduta jew xi parti minnha kif pubblikata mill- Kummissjoni.\".", "Hawnhekk dan l-artiklu qed jirriferi għal-law revision commission, liema kummissjoni rrid nitkellem fuqha wkoll għax lanqas naf jekk għadhiex teżisti llum.", "Ċerti affarijiet isiru mingħajr lanqas biss tkun taf kif!", "Il-law revision commission ilha mwaqqfa imma jien għandi informazzjoni li din prattikament spiċċat.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien naf li l-permenant law revision commission ma għadhiex teżisti, u huwa tajjeb li din kienet spiċċat għax fl-aħħar tista' tgħid li kienet qiegħda għal xejn, imma hawnhekk qed nirriferi għal-law revision commission li, kif għedt diġa`, illum sirt naf li m'għadhiex tiffunzjona.", "Jien nixtieq li xi kelliem min- naħa l-oħra - jew forsi anke l-ministru fil-winding-up - jispjegalna x'ġara eżattament minn din il-law revision commission.", "Imma issa ħalli nkompli fuq dak li kont qed ngħid.", "Sur President, subartiklu (1) ta' artiklu 12 qed jgħidilna li huwa biss il-gvern li jista' jaqbad u joħroġ CD-ROM fuq il-liġijiet ta' pajjiżna u qed jgħid lis-settur privat: Intom tistgħu toħorġu CD-ROM ta' dan it-tip ukoll imma l-ewwel teħtieġu l-permess tiegħi!", "Mela hawnhekk nistgħu ngħidu li b'dan l-abbozz ta' liġi erġajna morna għal dawk iż-żmenijiet li l-Partit Nazzjonalista kien tant jikkritika jew, kif kienu jħobbu jpinġuhom in- Nazzjonalisti, għaż-żmenijiet mudlama.", "Din ċara u tonda!", "Ħalli nerġa` nirripeti x'jgħid eżattament dan is-subartiklu:", "\"Ħadd ma jista' jagħmel, mingħajr il-permess tal-Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f'xi format materjali li jkun, ta' xi edizzjoni riveduta jew xi parti minnha kif pubblikata mill- Kummissjoni.\".", "Dan ifisser li hija biss il-law revision commission li għandha l-barka tal- ministru li toħroġ din is-CD-ROM.", "Kif qal tajjeb il-ħabib, tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia, hemm kumpannija, il-Legal (Publishing) Enterprises, li ilha sservi lill-professjoni legali f'dawk li huma liġijiet bil-miktub minn qabel ma lħaqt avukat jien.", "Issa hawn irrid ngħid ċar u tond li din il-kumpannija ma għandha l-ebda xkiel, la biex tagħmel il-liġijiet bil-miktub u lanqas biex tippubblika l-volumi, dwar id-deċiżjonijiet tal-Qrati Superjuri.", "Imbierek Alla, f'dan il-każ m'hemmx problemi ta' pirating u lanqas ta' kompetizzjoni għax naturalment il-gvern ma jikkompetix mal-Legal (Publishing) Enterprises f'dik li hija pubblikazzjoni tal-volumi li għandhom x'jaqsmu mad-deċiżjonijiet tal-Qrati Superjuri.", "Imma issa, li din il-kumpannija daħlet fis-suq u bdiet tipproduċi s-CD-ROMs hi, forsi b'mod iktar effiċjenti mill-gvern ukoll - naturalment din ngħidha b'dispjaċir u m'iniex qed ngħid dan għax illum hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern imma għaliex il-gvern, ikun min ikun, dejjem ikollu ċerti burokraziji u għalhekk ġieli l-privat jaf ikun xi ftit iktar effiċjenti mill-gvern - dan il-gvern, permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qed jgħid lil din il-kumpannija: Le, ma tistgħux tipproduċu s- CD-ROMs jekk mhux bil-permess tiegħi!", "Huwa dan ir-raison d'être li nixtieq nifhem jien.", "Ikun kollu għalxejn li noqogħdu nisimgħu dikjarazzjonijiet benevoli min-naħa tal-gvern illi huma ma jridux ixekklu l-inizjattivi u l- attivita` tas-settur privat jekk ma jgħidulniex għal liema raġuni oħra daħħlu dan il-provvediment.", "Ċertament li kieku huma jemmnu fil- liberalizzazzjoni verament u li kieku huma jemmnu verament illi l-gvern u s- settur privat għandhom jikkompetu bejniethom ma kenux jagħmlu artiklu bħal dak.", "Għalhekk huwa ovvju li huma daħħlu dan l-artiklu sabiex jekk is- settur privat jirfes il-kallu tal-gvern, dan jgħidlu: Aħħ!", "Le, m'iniex se nħallik!", "Il-gvern qed iżomm dan il-poter residwu ħalli meta jfettillu lis- settur privat jgħidlu: Le, m'iniex se nħallik!", "Issa biex inkunu fair irrid ngħid ukoll li subartiklu (2) ta' artiklu 12 jgħid li:", "\"Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw ...\"", "- almenu hawn qed tiddaħħal eżenzjoni -", "\"... għall-istampar jew il-pubblikazzjoni ta' xi liġi ...\",", "Jiġifieri hawnhekk dan is-subartiklu m'huwiex qed jirriferi għal-liġijiet kollha imma għal \"xi liġi\".", "Bla dubju ta' xejn, meta naslu fl-istadju ta' kumitat jeħtieġ nagħmlu emenda f'dan is-sens għax minkejja li l-kelma \"xi\" fiha biss żewġ ittri, din fiha ħafna x'togħmod.", "Il-frażi \"il- pubblikazzjoni ta' xi liġi\" għandha tiġi emendata għal \"il-pubblikazzjoni tal-liġijiet\" għax inkella nkunu qed ngħidu li filwaqt li wieħed jista' jaqbad u joħroġ xi liġi fuq CD-ROM mingħajr il-permess tal-gvern, ma jkunx jista' jagħmel l-istess f'ċerti liġijiet oħra.", "Allura aħna se noqogħdu sejrin hekk!", "Ċertament kif inhija worded din il-parti ta' subartiklu (2) ma tagħmilx sens u għandha tiġi emendata minnufih.", "Imbagħad dan is-subartiklu jkompli jgħid hekk:", "\"... li tkun tinsab f'edizzjoni riveduta, b'kull mezz li jkun, sakemm ...\"", "- mela dan is-subartiklu qed jgħid li l-gvern ma jindaħalx għall-istampar jew għall-pubblikazzjoni ta' xi liġi, imma", "\"... sakemm ebda parti minnha ma tkun ġiet fotokopjata, ...\"", "- ma' dan jien naqbel mija fil-mija -", "\"... scanned, maħruġa bi print out elettroniku ...\".", "Jien naqbel ma' dan ukoll għaliex wieħed irid jevita li jsir il-pirating u ċertament aħna, bħala oppożizzjoni, m'aħniex se nappoġġjaw din il-forma ta' abbuż.", "Madanakollu mbagħad dan is-subartiklu jkompli jgħid:", "\"... jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta, ...\".", "Issa hawn jien ma naqbilx li ssemmiet ukoll ir-riproduzzjoni materjali għaliex dan ifisser li qed ninkludu bħala llegali dak l-aġir jew dik l- attivita` li trid issir bilfors minn ditti privati.", "Għaliex?", "Għax kif ġie spjegat lili, il-kliem \"bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta\" jistgħu jikkostitwixxu l-ksur ta' copyright jekk, per eżempju, wieħed jieħu xi kliem minn abbozz ta' liġi partikolari jew inkella minn xi government gazette.", "Ħalli nipprova nkun iktar ċar.", "Normalment f'abbozz ta' liġi dik il-klawsola li tkun qed tagħti t- tifsira tkun jew klawsola 1 jew inkella klawsola 2.", "Issa, per eżempju, jista' jinqala' każ fejn id-definition clause tkun klawsola 12 u għalhekk ikun jeħtieġ kambjament sabiex klawsola 12 tiġi rinumerata bħala klawsola 2, klawsola 2 tiġi rinumerata bħala klawsola 3, klawsola 3 tiġi rinumerata bħala klawsola 4 u nibqgħu sejrin hekk.", "Issa biex ditta privata tieħu l- verżjoni t-tajba ta' liġi naturalment tkun trid tieħu l-kelma tal- government gazette u għalhekk jekk issa f'subartiklu (2) ta' artiklu 12 - dejjem kif propost fi klawsola 6 - qed ngħidu li:", "\"Id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw għall-istampar jew il-pubblikazzjoni ta' xi liġi li tkun tinsab f'edizzjoni riveduta, b'kull mezz li jkun, sakemm ebda parti minnha ma tkun ġiet fotokopjata, scanned, maħruġa bi print out elettroniku jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta, ...\",", "hawnhekk din il-kumpannija se tkun qed tikser il-liġi, liema reat se jkollu anke pieni ta' ħabs.", "Jien ma nafx jekk l-għan tal-gvern hawnhekk huwiex li joħnoq l-inizjattiva privata u nittama li dan m'huwiex il-każ, kif nittama li fl-istadju ta' kumitat nerġgħu niflu dawn l-affarijiet li qed insemmi ħalli l-gvern ma joħloqx monopolju f'dan il-qasam imma jitħalla jipparteċipa mas-settur privat fil-produzzjoni tas-CD-ROMs.", "Nerġa` nenfasizza li nkunu qed noħolqu ċertu periklu jekk ir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta se nagħmluha illegali u addirittura sindikabbli anke b'piena.", "Mr Speaker, jien ngħid li dan kollu huwa sintomu ta' kemm il-gvern qed jibża' mill-kompetizzjoni tas-settur privat f'dan il- proġett li jrid jagħmel.", "Sfortunatament għall-gvern, hemm ditta li qiegħda tmisslu l-kallijiet ta' saqajh u għalhekk il-gvern qed jibża' minnha.", "Din hija l-istorja kollha!", "F'artiklu 12 din il-biża` tal-gvern hija evidenti, għalkemm din il-biża` ma tidhirx biss f'dan l-artiklu imma anke f'ċerti affarijiet li ntqalu u li saru.", "Fil-fatt iktar kmieni din is-sena meta d-ditta li semmejna qabel kienet waslet biex tagħmel il-launching tas-CD-ROMs tagħha, l-uffiċċju tal-prim ministru kien ħareġ ċirkolari sabiex javża lid-dipartimenti tal-gvern li ma jistgħux jixtru CD-ROMs minn ditti privati imma jistgħu jixtruhom mingħand il-gvern biss.", "Ta' min jgħid li dawn l-OPM circulars tqassmu saħansitra lill-korporazzjonijiet, allavolja jien informat li l-korporazzjonijiet jiġu jaqgħu u jqumu minħabba li dawn għandhom ċerta indipendenza mill-gvern.", "Madanakollu l-agħar ħaġa f'dan kollu hija li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tal-ġustizzja, fosthom il-qorti, mhux biss irċevew l-OPM circular li semmejt imma għandi informazzjoni li kien hemm anke ċertu ndħil ministerjali biex ma jinxtrawx is-CD-ROMs tal-Legal (Publishing) Enterprises.", "Jien informat li anke l-maġistrati u l-imħallfin bdew joqomsu u kien hemm rewwixta sħiħa fuq din il-ħaġa u, għalkemm bħas-soltu l- ġudikatura tibqa' kwieta u tibqa' bi profil baxx, kien hemm rewwixta taħraq fuq dan ir-restraint tas-settur privat.", "Jien, bħala avukat, naf li l-prezz tas-CD-ROM li ħarġet il-Legal (Publishing) Enterprises tal-liġijiet kollha ta' Malta kien ta' Lm80 u issa l-gvern niżżel dan il-prezz għal Lm40.", "Kif qed naraw, hawnhekk reġgħet tfaċċat il-kuxjenza soċjali!", "Madanakollu f'dan il-każ ma kien hemm l-ebda kuxjenza soċjali għaliex hawnhekk qegħdin nipprovaw naqtgħu l-konkorrenza tas-settur privat.", "Bħala ex-ministru tal- ġustizzja, jien naf li din is-CD-ROM swiet lill-gvern il-belli liri u biex ħariġha fis-suq - issa hawn m'iniex qed nirriferi għall-gvern Laburista biss imma anke għall-gvern Nazzjonalista, li finalment wasal fil-mument konklużiv ta' l-eżekuzzjoni tagħha - dan kellu jitlef minnha, pero` kien hemm bżonn li din is-CD-ROM toħroġ fis-suq akkost ta' kollox.", "Madanakollu li mbagħad tibqa' tagħmel undercutting tal-prezz b'dan il-mod, sempliċement billi taqta' lis-settur privat, minħabba li l-gvern dejjem bil-fondi ġejjin ...", "Insomma, bid-deficit li qed ikollu l-pajjiż ma tantx se jifdal fondi ġejjin, imma l-argument li rrid inġib hawnhekk jien huwa li l-gvern, minħabba li jiflaħ mhux ħażin, naqqas il-prezz bin-nofs minn dak tal-Legal (Publishing) Enterprises.", "Jien ngħid li this is squandering of public funds.", "Il-proġett ta' din is-CD-ROM diġa` sar b'telf u għalhekk trid tkun pastaż biex tkompli taqta' l-prezz b'dak il-mod.", "Mela biex il-gvern ipproduċa din is-CD-ROM tilef il-flus u biex ibiegħha kien lest li jkompli jitlef iktar flus, imbasta jaqta' lis-settur privat barra!", "Huwa ovvju li artiklu 12 kif propost fi klawsola 6 qiegħed isir biex lil-Legal (Publishing) Enterprises noqogħdu nagħlqulha l-vit.", "Dan huwa l-grazzi tagħna għas-servizz kbir li din il-kumpannija tat lill-professjonisti legali, lill-periti u lill-accountants!", "Hawn irrid nagħmel enfasi li aħna ta' l-oppożizzjoni niddiżassoċjaw ruħna ma' artiklu 12 ta' dan l-abbozz ta' liġi u, kif qal tajjeb l-Onor.", "Anġlu Farrugia, beħsiebna nagħtu l- impressjonijiet tagħna fi stadju ulterjuri.", "Mr Speaker, aħna rridu niddiżassoċjaw ruħna minn artiklu 12 l-iktar għaliex il-liġi tal-copyright stess tgħid li ill-copyright ma japplikax għal-liġijiet u għar-regolamenti.", "Issa jien informat li mhux biss il-liġi Maltija tgħid hekk imma anke d-draft li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista lill-Unjoni Ewropea.", "Ħalli nikkwota x'tgħid klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt din tgħid hekk:", "\"Fl-artikolu 2 ta' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, fit-tifsira tal-frażi \"xogħol letterarju\", minflok il-kliem \"iżda ma tinkludix\" għandhom jidħlu l-kliem, \"iżda, bla ħsara u bla ebda preġudizzju għall- Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, ma tinkludi\",", "u waqfu hemmhekk.", "Meta wieħed jara din il-klawsola biss jgħid li din ma tfisser xejn, pero` jekk wieħed iħares lejn artiklu 2 ta' l-Att dwar id- Drittijiet ta' l-Awtur isib li din tkompli tgħid li ma tinkludix liġijiet u regolamenti.", "Allura hawnhekk x'qed jiġri?", "Filwaqt li fil-liġi Maltija tal- copyright u anke fid-draft law ta' l-Unjoni Ewropea l-copyright ma tapplikax għal-liġijiet u għar-regolamenti, hawnhekk qed ngħidu li l- liġijiet li jaqgħu taħt dan l-abbozz ta' liġi se jkunu kolpiti bil- copyright, u din hija l-problema.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li kumpannija privata ma tistax tikkopja materjal tal-gvern.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dik hija xi ħaġa aċċettata.", "ONOR.", "TONIO BORG: Imma jien ma jidhirlix li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm x'imkien miktub li din il-kumpannija privata ma tistax tkompli bl-attivita` tagħha.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Hawnhekk il-Ministru Borg għandu raġun.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-fatt subartiklu (1) ta' artiklu 12 jgħid biss li:", "\"No person may without the permission of the Government make, or cause to be made copies or reproductions in any material form of any revised edition or any part thereof as published by the Commission.\",", "pero` bl-ebda mod ma jgħid li jekk inkun irrid nibni l-edizzjoni tiegħi, din jien ma nkunx nista' nagħmilha.", "MR SPEAKER: Onor. Gulia, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, li l-abbozz ta' liġi jagħmilha ċara li ma jistax isir photocopying, li ma jistax isir scanning u li ma jistax jinħareġ printout elettroniku hija xi ħaġa li lkoll kemm aħna nistgħu naċċettaw, imma li nħallu dik il-parti ta' subartiklu (2) ta' artiklu 12 kif inhi - \"jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta\" - hija perikoluża għax, kif spjegajt qabel, dik tista' tfisser li jekk tiġi biex tislet xi kliem minn fuq il-government gazette, dik tista' tiġi meqjusa bħala ksur tal-liġi tal-copyright.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hijiex dik l-intenzjoni!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jekk kemm-il darba l-intenzjoni m'hijiex dik, allura jkun aħjar jekk nemendawha meta nkunu fi stadju ta' kumitat għaliex hawnhekk jidher li qiegħda in restraint of trade.", "(Interruzzjonijiet) M'għandi ebda intenzjoni li nibqa' in possession għax inħoss li tkellimt biżżejjed fuq dan l-abbozz ta' liġi, pero` ħassejtni fid-dover li nagħmel dan l-intervent peress li kont ministru tal-ġustizzja.", "Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li l-oppożizzjoni, filwaqt li taqbel ma' l-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi, ċioe` li tiġi ppubblikata l- edizzjoni riveduta tal-liġijiet ta' Malta f'format elettroniku, ċertament ma taqbilx li jkun hemm xi forma ta' restraint of trade f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tas-settur privat fil-produzzjoni tas-CD-ROMs.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ottubru 1999, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita` - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta` tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta` Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq l- ewwelnett nifraħ lill-ministeru għall-ambjent talli ħa l-inizjattiva u qiegħed iħejji rapport ta' l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Din hija ħaġa li qatt ma kienet issir qabel.", "Dan ir-rapport se jibda jiġi ppreżentat kull sentejn u d-diversi setturi li jikkreaw l-ambjent ta' madwarna se jiġu mistħarrġa minn nies professjonali.", "Din hija ħaġa pożittiva ħafna għaliex inkunu nafu fejn qegħdin, 'l fejn se mmorru u xi żvilupp sar fuq perijodu ta' kull sentejn.", "Jiġifieri, kważi kważi hija sikkina ma' dahar il-gvern biex timbuttah f'dak li huwa progress ambjentali.", "Nixtieq ukoll nifraħ lill-gvern talli l-bieraħ iddikjara li se jirratifika l-Konvenzjoni ta' Barcelona, li tirrigwarda l-Mediterran fil-partijiet ġodda li ġew miżjuda ma' dan id-dokument.", "Pero' llum nixtieq nidħol daqsxejn f'dettall fuq il-kwestjoni tar-renewable energy resources.", "Ħafna nies jgħidu li f'Malta m'għandniex riżorsi naturali.", "Veru li m'għandniex deheb, m'għandniex faħam u s'issa ma sibnix żejt imma riżorsi naturali jeżistu.", "Teżisti riżorsa naturali li sal-lum ma ħarisniex lejha forsi b'mod profond jew forsi m'aħniex konxji minnha jew m'aħniex qegħdin nużawha biżżejjed.", "Jekk hemm settur ta' riżorsa li żgur m'aħniex nużawha biżżejjed żgur li din hija l-enerġija solari, speċjalment f'dak li huwa water heating fid-djar tagħna.", "L-użu ta' l-enerġija solari mhux biss inaqqas mill-kont ta' kull household imma jgħin ukoll biex il-pajjiż jiffranka ħafna flus f'dik li hija produzzjoni ta' elettriku.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżi oħra fil-Mediterran, bħal Ċipru u Iżrael, naraw li dawn għandhom leġislazzjoni li djar ġodda jrid bilfors ikollhom bilfors solar water heating panel.", "Fil-fatt hawnhekk għandi l-liġi ta' l-Iżrael li fiha jispeċifikaw li meta se jsir bini ġdid bilfors irid ikollu din is- sistema.", "Fil-fatt il-liġi tgħid:", "\" No building in which there is a system or installation for supplying hot water shall be built unless the system or the installation is a solar installation\"", "Naħseb li f'pajjiżna anke bl-għajnuna tal-Lohombus u tal-banek li jisilfu fuq il-bini jista' jiddaħħal dan ir-regolament b'mod faċli biex b'hekk meta isir bini ġdid jinkorpora fih din is-sistema.", "Jekk indaħħlu dan ir-regolament, il-Lohombus jew il-banek ikunu jistgħu jinkludu l-prezz tas-solar water heating fil-mortgage li jagħtu lill-familji jew lill- koppji li japplikaw għal mortgage.", "Jiena nħoss li għandna nagħmlu użu minn din ir-riżorsa għax m'aħniex qed nużawha biżżejjed.", "Skond kalkoli li ħarġu dan l-aħħar mill-insitute for energy technology, kull familja Maltija tagħmel użu ta' 3 KWH kuljum biex issaħħan l-ilma fid-dar tagħha.", "F'sena kull familja Maltija tuża 1,100 KWH biex issaħħan l-ilma.", "Meta tikkonsidra li f'Malta bejn wieħed u ieħor għandek 110,000 household, dan ifisser li f'sena l-enerġija li nużaw biex insaħħnu l-ilma biss - dejjem qed nieħdu stima across the board - il-pajjiż irid juża 121 miljun KWH.", "Dan huwa ammont kbir u meta tipparagunah mat-total ta' elettriku prodott f'Malta, li skond l-annual report ta' l-Enemalta ta' l-1996/97 kien 1.7 miljun MWH, ifisser li f'sena Malta tista' tiffranka 7% tal-produzzjoni ta' l-enerġija tagħha, jiġifieri ċirca 36 tunnellata metrika ta' fuel.", "Dan huwa ammont li jien inħoss li għandu jiġi kkonsidrat fil-budget li ġej u fil-policies tal-gvern li ġejjin fil-futur.", "Naħseb f'dik li hija riżorsa tax-xemx nistgħu nagħmlu ħafna iżjed.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt insemmi huwa dak li jgħidulu n- netmetering.", "X'inhu dan in-netmetering?", "Dan juża wkoll solar panels li ma jkunux imwaħħla mal-water heater biss imma jintużaw biex jgħaddu l- elettriku minn ġol-meter tad-dar biex dak li jkun ikun jista' jiffranka mill-kont ta' l-elettriku.", "It-tajjeb ta' dawn in-netmetering huwa li meta l-individwu ma jkunx qiegħed juża l-elettriku fid-dar, l-elettriku li jiġi prodott mis-solar panels xorta jista' jgħaddi fis-sistema elettrika tal- pajjiż billi l-meter ikun jista' jimxi b'lura mill-konnessjoni elettrika tiegħu stess.", "Jiġifieri meta id-dar ma tkunx qed tuża l-elettriku, l- elettriku li jkun qiegħed jiġi prodott jgħaddi minn ġol-meter, ireġġa' l- meter lura, jidħol fis-sistema elettrika nazzjonali - din l-enerġija tkun tista' tintuża f'postijiet oħra - u b'dan il-mod il-kontijiet tad-dawl u l- ilma ta' kull familja jistgħu wkoll jinżlu b'mod sostanzjali.", "Mr Speaker, naħseb li dan in-netmetering għandu bżonn jiġi investigat sew kemm mill- ministeru ta' l-ambjent kif ukoll mill-ministeru responsabbli mill- enerġija, għaliex żgur li barra li jnaqqas il-produzzjoni ta' l-eletrriku tal-pajjiż, iwassal biex ħafna familji jiffrankaw il-flus.", "Huwa fatt innegabbli li għalkemm l-ispiża biex tagħmel dawn is-solar panels fil-bidu tista' tkun xi Lm200 jew Lm300 jew forsi anke Lm400, in the long term huwa assigurat li l-flus mhux biss tiġborhom imma anke jħallilek ċertu ammont ta' profitt.", "Hemm ukoll renewable energy resources oħra bħar-riħ iżda li sfortunatament it-teknoloġija għadha mhux avvanzata biżżejjed biex din ir- riżorsa tiġi wżata, imma f'din il-kwestjoni tas-solar panel speċjalment fis- solar water heaters naħseb li pajjiżna jista' jagħmel ħafna u ħafna iktar milli fil-fatt qiegħed jagħmel.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-estratt mil-liġi ta l-Izrael.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mil-liġi ta' Iżrael dwar solar water-heating system.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jiena xtaqt nieħu dawn il-ftit minuti biex nitkellem ftit fuq ċerti kummenti li saru f'din il-Kamra l-ġimgħa li għaddiet - konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar it-trasferiment ta' artijiet tal-gvern - u nirrispondi għall-intervent li għamel wieħed mid- deputati ta' l-oppożizzjoni, meta għamel riferenza għall-allokazzjoni ta' postijiet għal skopijiet soċjali.", "Dan id-diskors ġie ripetut fuq il-mezzi tax-xandir u anke nqabdu xi punti minnu fil-ġurnali lokali, fosthom il- gazzetta ''KullĦadd'' ta' nhar il-Ħadd li għadda, b'artiklu li għandu t- titlu \"Gonzi Se Jibqa' Sieket\".", "Mr Speaker, jiena xtaqt niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra kollha kemm hi illi fil-qasam tal-housing irridu kollha kemm aħna nagħrfu li qegħdin nittrattaw każi - qed ngħid għal housing soċjali issa, akkomodazzjoni soċjali - illi ħafna drabi warajhom jew fihom ikun hemm stejjer ta' pressjonijiet soċjali kbar, stejjer ta' trawmi kbar u tista` tgħid li ħafna drabi jkunu stejjer ta' qsim il-qalb.", "Kull ministru, m'għandix dubju, li okkupa din il-kariga jew li kellu fir-responsabbilta' tiegħu l-qasam ta' l- akkomodazzjoni soċjali, jifhimni ħafna iżjed meta jiena ngħid illi waħda mill-aktar affarijiet diffiċli illi persuna jista' jispiċċa fiha hija meta jkollu diversi każi li jkun jaf illi jkunu ġenwini, ikun jaf illi verament għandhom bżonnijiet reali pero' ma jkollux is-soluzzjoni immedjata għal dawk il-każi kollha.", "Id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali llum-il ġurnata għandu qrib it-3,200 applikazzjoni.", "Veru li jkun hemm persentaġġ żgħir ta' nies li jkunu jridu jabbużaw mis-sistema - jew xi nies li jkunu qegħdin ikabbru ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom jew jesaġerawhom - u veru jkun hemm min ikun qed jippretendi żżejjed, pero` l-esperjenza tiegħi s'issa f'dawn l-aħħar 12-il xahar turini illi fil-maġġoranza kbira tal-każi li nkunu qegħdin nitkellmu fuqhom u nitrattaw magħhom huma każi ta' bżonn ġenwin.", "Il-Kamra tifhimni wkoll meta jiena ngħid illi aħna nipprovaw nagħmlu ħilitna u ministri differenti pprovaw sistemi differenti, ladarba n-numru ta' postijiet f'idejna huwa tant u tant żgħir meta mqabbel mal-bżonnijiet partikolari, li jkunu sistemi trasparenti biex kemm jista' jkun taqta` is-suspetti ta' preferenzi u s-suspetti ta' allokazzjonijiet b'mod mhux ġustifikat.", "Bi-mod il-mod daħlet is-sistema illi qed tiġi adottata fid- dipartiment tad-djar, li hija sistema ta' allokazzjoni bil-punti.", "Kull applikant li japplika għall-akkomodazzjoni soċjali jrid iwieġeb għal numru ta' mistoqsijiet u skond dawk il-mistoqsijiet u skond iċ-ċirkostanzi kif jirriżultaw minn dawk it-tweġibiet, allura l-individwu jingħata numru ta' punti.", "Ir-range ta' punti li jingħataw nista` ngħid li tvarja minn għaxar punti għal mitt punt u anke 110 u, f'ċerti każi eċċezzjonijiet kbar, anke iżjed minn hekk.", "Is-sistema li dejjem użajna hija li safejn hu possibbli wieħed jimxi ma' l-allokazzjonjiet abbażi tal-punti, għalkemm irridu naċċettaw ukoll li jkun hemm każi fejn is-sistema tal-punti tiġi ssuperata minn ċirkostanzi partikolari ta' każ individwali.", "Per eżempju, jista` jkun li jkollok familja li f'daqqa waħda minħabba maltempata għandha saqaf li jkun ġie ddikjarat perikoluż u allura malajr id- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali jkollu jsib is-soluzzjoni u jqabbeż lil dik il-persuna l-queue kollu għaliex iċ-ċirkostanzi partikolari hekk ikunu jitolbu.", "Ġieli jkollok sitwazzjonijiet fejn persuna qed tiġi żgumbrata b'sentenza tal-qorti u se tispiċċa barra t-triq u allura dik il- persuna wkoll taqbeż il-queue.", "Pero' hemm sitwazzjonijiet oħrajn li ħafna drabi jkunu sitwazzjonijiet tant personali għall-individwu, illi filwaqt li d-dipartiment, id-direttur ta' l-akkomodazzjoni u jiena bħala ministru nkunu nafu ċ-ċirkostanzi personali ta' l-individwu, is-sens morali tagħna jżommna milli niġġustifikaw irwieħna billi nesponu t-trawmi soċjali ta' ċerti familji illi jkunu qegħdin japplikaw għal dawn il-postijiet, u allura jkunu qed jiġu allokati ċerti postijiet.", "Naħseb li l-pajjiż kollu jaqbel miegħi jekk jiena ngħid li m'għandix noqgħod nispjega meta nkun allokajt post partikolari lill-individwu li jkun drug addict u li qed jiġi riabilitat, jew inkella lill-persuna li tkun omm-xebba u li għaddiet minn ċerti ċirkostanzi, weldet tarbija u nqalgħu diversi diffikultajiet fil- familja.", "Ikun hemm ċirkostanzi partikolari u personali ħafna ta' l- individwu, fejn ikun jirriżulta illi l-individwu partikolari jkollu numru ta' punti sostanzjali pero` ikun impossibbli, għal min hu responsabbli, li hu joqgħod jikxef iċ-ċirkostanzi personali u partikolari ta' dik il- familja.", "Sfortunatament jidher li f'dawn l-aħħar xhur il-Partit Laburista permezz ta' kelliema tiegħu f'dan il-parlament u barra dan il-parlament, fil-media tal-Partit Laburista, donnu qabad kampanja illi l-intenzjoni tagħha hija illi titfa` dellijiet u suspetti fuq sistema li issa ilha tiġi adottata f'dan il-pajjiż.", "Veru tista` tiġi mtejba - u jiena diġa` ħabbart pubblikament il-ħsebijiet tiegħi dwar proċess biex intejbu din is-sistema li għandna - pero` s'issa din is-sistema ħadmet u sa ċertu punt tgħin lil min għandu jieħu dawn id-deċiżjonijiet diffiċli u qed nirriferi għad- direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali, għall-ħaddiema kollha tad- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u anke għall-ministeru nnifsu.", "X'infisser meta ngħid deċiżjonijiet diffiċli?", "Bejn wieħed u ieħor bħala medja matul sena jiżvujtaw 200 u ġieli 220 post. Dawn il-220 post normalment jiżvujtaw għax il-familji li jkunu qed jgħixu fihom ma jkunux kuntenti jgħixu fihom.", "Jista' jkun li dawn il-postijiet ikunu ta' standard mhux aċċettabbli u jista' jkun li wħud minnhom ikunu anke f'sitwazzjoni ta' periklu bħala kostruzzjoni.", "Allura minn 220 post li ċ-ċwievet tagħhom jiġu lura għand id-dipartiment tista` tgħid li jibqa` biss tliet kwarti minnhom illi inti tkun tista` talloka.", "Fl-aħħar mill-aħħar allura jfisser li f'sena sħiħa d-dipartiment jispiċċaw f'idejh postijiet vojta, jiġifieri biċ- ċwievet mogħtija lid-dipartiment, bejn 120, 130 post bħala medja.", "Issa meta għandek 120 jew 130 post u hemm 3,100 applikant huwa veru diffiċli li tallokahom u wieħed japprezza d-diffikulta` ta' dawn l-allokazzjonijiet.", "Safejn hu possibbli wieħed jimxi mas-sistema tal-punti u sal-lum din hija s- sistema li ġiet applikata.", "Il-postijiet illi aħna ġejna biex nallokaw, safejn kien possibbli, dejjem imxejna mas-sistema tal-punti.", "Kien hemm pero` eċċezzjonijiet illi wieħed jista` jagħti l-ispjegazzjonijiet tagħhom.", "Ħalli nagħti ftit eżempji wkoll f'dan is-sens.", "Jekk ikolli anzjan li qiegħed jgħix fis-sular ta' fuq nett u f'daqqa waħda l-inkwilin li jkun qiegħed jgħix fil-ground floor joffri jew jaċċetta li b'xi mod jew ieħor ibiddel il-post tiegħu, il-ministeru mhux talli jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet li jkunu qed isiru mid-dipartiment tad-djar talli jawtorizza dan il-bdil għax dan aħna ninkoraġġuh anke bħala policy.", "Jiġifieri waħda mill-policies li l-ministeru jħeġġeġ lid-dipartiment biex iwettaq hi proprju l-policy biex fejn familji illi jkunu qed jgħixu fi flats differenti tal-gvern u bejniethom jaqblu illi jibdlu, fejn ikun ovvju li dak qed isir għall-ġid tal-familji stess, il-policy li qed tiġi adottata hija illi ninkoraġġixxu li jsiru dawn l-affarijiet u allura jkollna każijiet fejn persuna anzjana li tkun qiegħda tgħix fit-tieni jew fit- tielet sular tiftiehem, bil-permess tad-dipartiment, ma' familja oħra li tkun qiegħda tgħix fis-sular t'isfel biex huma jbiddlu l-postijiet bejniethom.", "Nerġa` ngħid li din hija xi ħaġa illi wieħed bilfors japprovaha.", "Pero` jkollok każijiet oħrajn, kif għedt diġa`, fejn ikollok allokazzjonijiet illi jkollok diġa` il-punti għoljin pero` mbagħad barra dawk il-punti jkun hemm ċirkostanzi - nerġa` nirrepeti - personali ħafna għal dak l-individwu.", "Issa, kif għedt, l-oppożizzjoni qed tuża l-media tagħha, sija fuq radju u sija fuq gazzetti biex tibda tixħet dawn id- dellijiet fuq dawn is-sistemi.", "Nirreġistra, per eżempju, in-nuqqas kbir ta' etika illi qiegħda tintwera f'każijiet individwali ta' individwi partikolari li jiġu msejħa fuq programm tas-Super One u minn dak il-programm imbagħad isiru t-telefonati lid-dipartiment u anke lill-ministeru u uffiċjali oħrajn biex tingħata spjegazzjoni għaliex dik il-familja partikolari ma tkunx inqdiet fit-talba tagħha għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Wieħed mill-ewwel jifhem illi dan assolutament huwa ħażin li jsir għax ikun irresponsabbli d-direttur ta' l- akkomodazzjoni, inkun irresponsabbli jiena, jekk fuq radju b'mod pubbliku nikxef sitwazzjonijiet personali ta' dik il-familja stess li tkun qiegħda hemmhekk, titkellem fuq ir-radju stess, pero` anke ta' familji oħrajn illi b'xi mod jew b'ieħor ikunu involuti direttament jew indirettament f'dik il- kwestjoni.", "Din kienet esperjenza li jiena kelli proprju ftit tal-ġranet ilu fejn nirċievi telefonata minn din il-persuna li kien qed imexxi dan il- programm u ppretenda li jiena fuq ir-radju stess nikxef sitwazzjonijiet personali ħafna sija tal-persuni li kienu preżenti hemmhekk kif ukoll ta' persuni oħrajn illi ġew allokati postijiet tal-gvern matul dawn l-aħħar 12- il xahar.", "Naturalment imbagħad isir ħafna diskors bla bżonn.", "Din l-istess persuna li tmexxi dan il-programm allega, f'artiklu li deher f'Awissu li għadda fuq gazzetti lokali, illi l-allokazzjonijiet isiru mill- ministeru.", "Jiena dan ċħaddtu f'risposta illi ppubblikajt fi stqarrija li dehret ukoll f'\"The Malta Independent\" ta' l-1 ta' Awissu, 1999 - għandi fotokopja ta' dak li deher f'\"The Malta Independent\" u se nitlob permess biex inqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiena ċħadtu dan kollu, ċħadt illi dik hija l-proċedura u rrepetejt illi proċedura hi illi d-dipartiment stess u d-direttur ta' l-akkomodazzjoni soċjali jagħmlu r-rakkomandazzjoni lill- ministru li finalment jiffirma l-allokazzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saruli.", "Ovvjament dan nagħmlu meta jiena nkun sodisfatt li l- affarijiet ikunu saru sew, ikunu ġew ivverifikati u li ħadd ma jkun qed jabbuża minn dik is-sistema.", "Żgur li m'huwiex sewwa li kelliema tal- Partit Laburista jiġu hawn, bħalma għamel membru l-ġimgħa li għaddiet, u jagħmel eku ta' dak l-artiklu li kien deher u ma jagħtix kas il-fatt illi jiena ċħadt dawk l-allegazzjonijiet kollha.", "Mhux hekk biss, jiena sfidajt lil min għamel dawk l-allegazzjonijiet biex għall-allegazzjonijiet li kien qed jagħmel, hu stess jirrealizza li biex hu jkun jista` jiġġustifika l- pożizzjoni li kien qed jiddikjara pubblikament fuq ir-radju, kellu jkollu l- kuraġġ morali li għallinqas jifhem illi l-ministru u d-direttur ta' l- akkomodazzjoni soċjali ma jistgħux u huma obbligati li ma jikxfux sitwazzjonijiet personali ta' individwi li lilhom ikunu ġew allokati postijiet f'ċirkostanzi partikolari.", "Fost l-allegazzjonijiet li saru sija f'artiklu illi kien ippubblika din il-persuna li titkellem f'isem il-Partit Laburista u sija f'okkażjonijiet oħrajn kien qed jingħad illi b'xi mod jew ieħor mid-dipartiment ingħataw xi tliet postijiet, skond il-kliem użat, ''lil xi canvassers tal-Partit Nazzjonalista li ġejjin mill-istess familja''.", "Mr Speaker, jiena dan niċħdu, u huwa ċar illi l-persuna li qed tagħmel dawn l-allegazzjonijiet għandha informazzjoni kompletament żbaljata.", "Huwa fatt illi l-allokazzjonijiet kollha li saru matul dawn it-12-il xahar, kemm ili ministru jiena, kollha saru għar-raġunijiet li kienu serjissimi, kollha saru għaliex il-persuni involuti kellhom ukoll numru ta' punti sostanzjali u niċħad kategorikament l-allegazzjoni li qiegħda ssir jew li saret f'din il-Kamra u anke barra minn din il-Kamra illi b'xi mod jew b'ieħor qegħdin jingħataw xi allokazzjonijiet lil xi familji partikolari kif kien qiegħed jallega min kien qed jgħid dawn l-affarijiet.", "Jien nittama li min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet jifhem il-ħsara li qed jagħmel, mhux lili bħala ministru, lanqas lill-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali, imma lil dawk il-familji li jkunu għaddejjin jew għaddew minn sitwazzjonijiet u minn trawmi kbar.", "Id-deputati tan-naħa ta' l-oppożizzjoni jridu jifhmu illi jkun hemm sitwazzjonijiet fejn veru ġenwinament familji jkollhom bżonnijiet kbar, pero` is-soluzzjonijiet għal dawk il-bżonnijiet ma jkunux immedjatament f'idejn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għaliex id-dipartiment ma jkollux postijiet vojta.", "Kien għalhekk li matul dawn it-12-il xahar li għaddew sar sforz kbir ħafna biex dak li ma nistgħu qatt inwieġbu bħala dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali - postijiet li jiżvujtaw u li jiġu f'idejn id- dipartiment huma ftit wisq għad-domanda li għandna f'pajjiżna - nipprovaw insibu soluzzjonijiet oħrajn biex mhux nibqgħu nħarsu ċassi lejn din is- sitwazzjoni u nistennew il-problema ssolvi ruħha weħidha.", "U dan l-isforz sar billi ġew imnieda skemi ġodda u tejjibna skemi li kienu jeżistu ħalli ninkoraġixxu, kemm jista' jkun, lill-applikanti li aħna għandna fid- dipartiment li qed japplikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva biex ifittxu soluzzjonijiet oħrajn, fosthom li jikru mingħand il-privat - nirrepeti hawnhekk li żidna, tejjibna s-sussidju li l-gvern jagħti lil dawk il- familji li jgħażlu li jikru mingħand il-privat - introduċejna skema għall- istallar ta' lifts fil-postijiet tal-gvern li tista` tgħin ħafna u għandha tgħin ħafna lil dawk il-familji anzjani illi qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva minħabba l-problema tat-taraġ u allura fejn hu possibbli nkunu nistgħu nindirizzaw dawn il-bżonnijiet tagħhom, introduċejna u tejjibna l- iskemi kollha biex min qed jgħix ġo dar, sija jekk inhi proprjeta' tiegħu u sija jekk inhi mikrija l-gvern jgħinu finanzjarjament biex ikun jista` jirranġa d-dar tiegħu, itejjibha u jġibha ta' standards anke għoljin.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nappella lil kulmin jitkellem fuq dan il-qasam, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, li għandu jżomm quddiem għajnejh il-ħin kollu li dawn huma sitwazzjonijiet personali ħafna illi ħafna drabi jkun impossibli jew diffiċli illi wieħed jagħti l- ispjegazzjonijiet kollha għaliex ċerti postijiet ikunu ġew allokati lil ċerti individwi u mhux lil individwi oħra anke jekk il-każijiet l-oħrajn ikollhom ukoll ir-raġunijiet partikolari tagħhom.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fotokopja ta' l- artiklu li deher f'''The Malta Independent'' tal-Ħadd l-1 ta' Awissu, 1999 fejn fiha ċħadt l-allegazzjonijiet kollha li saru.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Artiklu li deher fil-gazzetta \"The Malta Independent on Sunday\" ta' l- 1 ta' Awissu 1999 bit-titlu \"Claims of Political Interference Denied\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Ottubru, 1999 fid- 9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PEMBROKE - MEDJEZ ROAD", "9018.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-daħla ta' Medjez Road fil-parti tat-triq il-ġdida f'Pembroke tinfetaħ kif wara kollox wera x- xewqa l-kunsill lokali l-ġdid li ġie elett f'Marzu li għadda u dan ukoll skond ix-xewqa u għall-benefiċċju u l-konvenjent tar-residenti ta' l- inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li dan ix-xogħol diġa sar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PETROL/DIESEL", "9023.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru issa twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8187?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta listi li juru n- nefqa f'petrol jew diesel mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru għal Għawdex li jinkludi d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi/Segretarjat Privat, id-Dipartiment tal-Customer Services u d-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "L-ammont totali li ntnefaq f'petrol u diesel għal dan il-perijodu kien Lm11,310.41.", "Fl-istess perijodu s-sena l-oħra taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri bejn il-5 ta' Settembru, 1997 u l-21 ta' Ġunju, 1998, l-ispiża totali kienet Lm15,844.45,5 jiġifieri Lm4534.04,5 jew 40% iktar minn din is-sena.", "Tabella dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li tagħmel paragun ma' nfieq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru f'perijodi simili taħt l- amministrazzjoni ta' qabel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - PETROL/DIESEL", "9024.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8185?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta .", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - PETROL/DIESEL", "9065.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 8190?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li turi n-nefqa f'petrol jew diesel għall- użu tal-karozzi fil-ministeru, għal perjodu Settembru 1998 - Ġunju 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Fl-istess tabella qed nagħti informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal- mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' infiq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "SAN ĠILJAN: TRIQ LAPSI - TARMAK", "9066.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min ħallas l-ispejjeż biex sar it-tarmak fi Triq Lapsi, San Ġiljan?", "Jista' jgħid kemm ġiet tlaħħaq l-ispiża separatament ta' kull min kien involut biex sar dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid x'kien is-sehem tad- Dipartiment tat-Toroq?", "X'kien is-sehem tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?", "Jista' jgħid jekk għal parti mħallsa mid-Dipartiment tat-Toroq ħarġitx tender u jekk le, x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol ta' l-asfalt li sewa Lm12,621 sar mid-Dipartiment tat-Toroq wara d-diskussjonijiet li kien hemm mal-kunsill lokali w l-entitatjiet oħra li ħaffru t-trinek fit-triq.", "Ix-xogħol sar b'kuntratt li d-dipartiment kellu ma' kuntrattur privat.", "EU - BIEDJA U SAJD", "9213.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li f'diversi artikli fil-ġurnali lokali ġie rrapportat li se jkun hemm diffikultajiet fin-negozjati ta' sħubija sħiħa ta' Malta fl- Unjoni Ewropea dwar is-settur tal-biedja u sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'diffikultajiet fil-fatt jeżistu fin-negozjati u fejn se jintlaqtu ħażin il-bdiewa kemm-il darba ma jiġux rimedjati?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iscreening dwar l-agrikoltura mistenni jsir fis-sena 2000 filwaqt li dak tas-sajd mistenni jsir aktar tard din is-sena.", "In-negozjati imbagħad isiru wara l- iscreening.", "Il-gvern qed iħejji ruħu tajjeb għal dawn in-negozjati u ma jarax diffikultajiet partikolari fl-innegozjar dwar is-setturi tal-biedja u s-sajd.", "Qed isir stħarriġ min-naħa tal-gvern dwar l-acquis tal-biedja u s-sajd u kif dawn jolqtu s-sistemi preżenti li għandna f`Malta u Għawdex.", "Dan l- istħarriġ għandu jservi sabiex il-gvern jkun jista jinnegozja l-aħjar pakkett possibbli għal benefiċċju tal-bdiewa u sajjieda Maltin ħalli b`hekk ikunu jistgħu igawdu bl-aħjar mod mill-benefiċċji kbar li iġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea għalihom.", "EU - CAP", "9214.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew finalizzati rapporti fil-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali Maltin u ta' l-Unjoni Ewropea dwar tibdil li jrid isir fis-setturi lokali sabiex dawn ikunu konformi mal-CAP?", "Jista' l- Ministru jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma saru ebda laqgħat bejn uffiċjali Maltin u ta' l- Unjoni Ewropea dwar tibdil li jrid isir fis-settur lokali sabiex dawn ikunu konformi mal-CAP.", "Huwa mistenni li l-bilateral screening dwar l- agrikoltura jibda s-sena d-dieħla.", "RABAT - TRIQ G. BORG OLIVIER", "9215.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet li tressqu dwar Triq G. Borg Olivier, Rabat, u l-fatt li matul l-interventi tiegħi preċedenti l- Ministru kien qal li kellu jsir pjan ta' prova biex jiġi studjat l-impatt li tikkawża sistema one way ta' din it-triq, jista' l-Ministru jinformana x'xogħol sar mill-Ministeru matul April, Mejju u Ġunju sabiex isir dan il- pjan?", "Meta se jsir dan il-pjan ta' prova?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq, flimkien mat-Traffic Control Board, qed jagħmel il-preparamenti meħtieġa.", "EU - PREZZIJIET", "9216.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-prezzijiet sussidjati tal-bdiewa tal-pajjiżi membri, jista' l-Ministru jinformana x'varjazzjoni ta' prezzijiet jeżistu fl-Unjoni Ewropea meta paragunati ma' prezzijiet ta' prodotti tal-bdiewa u raħħala Maltin u Għawdxin bħal fil-każ ta' produzzjoni ta' tadam għal għasir, majjal frisk, tiġieġ friski, bajd frisk, eċċ, fid-diskussjonijiet li kellhom l-uffiċjali Maltin ma' uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea dwar is- settur tal-biedja u l-impatt ta' sħubija sħiħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezzijiet tal-prodotti tal-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea jvarjaw skond is-suq intern u s-suq internazzjonali, minn lokalita' għal oħra u minn żmien għal żmien.", "Għaldaqstant wieħed ma jistagħx jagħmel paraguni diretti bejn dawn il-prezzijiet u prezzijiet f' Malta.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "9217.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li f'mistoqsijiet parlamentari numri 8122 u 8238 m'hemmx informazzjoni kemm kien l-overprice fuq il-varjeta' Alpha għall-istess perjodu, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-overprice fuq il-varjeta' Alpha bikrija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - SĦUBIJA FL-UE", "9218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, Sajd Akwakultura li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn intbagħtu sabiex jiddiskutu u/jew jaġġornaw ruħhom dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "F'liema pajjiżi marru, x'kienu l-ispejjeż involuti u x'riżultati nkisbu?", "Meta se jkomplew d- diskussjonijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sal-lum, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, id- Direttur tal-Agrikoltura, id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji, ic-Chief Scientific Officer fid-Dipartiment tal-Agrikoltura, u d-desk officer tal-EU fil-Ministeru pparteċipaw fil-proċess ta' screening fi Brussels.", "Il- proċess tas-screening hu wieħed fejn jiġu eżaminati r-regolamenti tal- Unjoni Ewropea.", "Fil-qasam tal-agrikoltura saru biss żewġ laqgħat ta' 'screening multilateral' jiġifieri flimkien ma' pajjiżi oħra applikanti.", "L- ispiża għall-dawn il-laqgħat kienet ta' Lm5,393.42.", "F'Settembru huwa maħsub li jsir multilateral screening ieħor dwar l-Aġenda 2000.", "AFM - REKLUTAĠĠ", "9706.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jidħlu suldati meta fetħu l- applikazzjonijiet għar-reklutaġġ dan l-aħħar?", "Billi diġa' saru l-eżamijiet fiżiċi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru eżamijiet ta' dan it-tip, kemm għaddew u kemm weħlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-proċess ta' l-għażla għar-reklutaġġ ta' suldati qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l-Eżamijiet Lokali, din il- mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ARMATA - DĦUL", "9707.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi persuni li applikaw biex jidħlu fl-Armata u li għamlu l-ewwel eżami - dak fiżiku - diġa' qed jirċievu r-riżultat, u billi l-armata qed tgħidilhom li huma kienu se jingħataw ir-riżultati finali wara li jkunu saru eżamijiet oħra, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuni li jkunu weħlu mill-eżami fiżiku humiex se jitħallew jidħlu fl-Armata?", "Jekk le, għaliex dawn qed jintalbu joqogħdu għall-eżami bil-miktub ukoll, u jekk iva, x'inhu l-iskop li jsir l- eżami fiżiku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati huma dawk li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 16801 ta' l-4 ta' Ġunju, 1999.", "Peress li l-proċess ta' l-għażla qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l- Eżamijiet Lokali, nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant li jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "Skond l-avviż imsemmi min ma jgħaddix mill-physical efficiency test ma jistax joqgħod għall-eżami bil-miktub.", "PULIZIJA - SPLUZZJONIJIET", "9708.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spluzzjonijiet jew każi ta' tqegħid ta' bombi kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Fejn saru dawn il-bombi u/jew spluzzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PERSUNI LI NQABDU JINSTADU LLEGALMENT", "9709.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jistadu llegalment bil-bombi kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - ANZJANI", "9710.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu persuni Zammit Clapp Hospital, xahar b'xahar, din is-sena?", "Mil-liema belt jew raħal kienu dawk li daħlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Isptar Zammit Clapp ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għaldaqstant din il- Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.", "SPTARIJIET PRIVATI - KAŻI TA' MEWT", "9711.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra ġo sptarijiet privati?", "Kemm mietu din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li mietu ġo sptarijiet privati kien ta' 26 fl-1998 u 25 sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena.", "DJAR - ANNIMALI", "10025.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip ta' annimali, bħal per eżempju, klieb kbar jew għadd ta' annimali, li joħolqu inkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar-residenti l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li din ir-responsabbilta' ma taqax fil- Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex tagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KALKARA - TRIQ IL-KAPPUĊĊINI - RABA'", "10026.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li forsi jakkwista u jikkonverti raba' fi Triq il-Kappuċċini, Kalkara 'l fuq mill-mużew biex, per eżempju, tiġi kkonvertita fi ġnien rustiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Proġett bħal dak li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Interpellanti fil-mistoqsija tagħha ma jaqax taħt ir-responsabbilta` tal- ministeru tiegħi.", "Madanakollu jiena nformat li sa issa d-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellux talba sabiex jakkwista l-art li saret riferenza għaliha.", "IHC - INFERMIERA FIL-LIBRERIJA", "10027.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9191, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qed taħdem fil- librerija ta' l-Institute of Health Care?", "Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma s-sigħat tax-xogħol tagħha?", "X'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil-perjodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa?", "X'inhuma l-allowances li għandha għall-Ħdud u l-festi pubbliċi?", "Mil-liema vot qed jitħallsu?", "Jista' l-Ministru jwieġeb?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-enrolled nurse li għaliha presummibilment qed tirriferi din il-mistoqsija ilha taħdem fl-iskola tan- nurses għal numru tas-snin qabel din l-iskola saret tifforma parti mill- Universita` bħala \"Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa\" (IHC).", "Din l-enrolled nurse, impjegata antika tan-\"Nursing School\" u li għenet fit-twelid ta' l-IHC, b'esperjenza f'xogħlijiet varji bħal \"House Management\", allokazzjoni u superviżjoni ta' l-istudenti, u akkwisti ta' servizzi u materjali ta' manutenzjoni tal-bini ta' l-IHC, u materjali għal prattiċi, kienet trasferita f'Ġunju 1998, (wara ħafna snin mingħajr esperjenza \"hands on\" fin-nursing) f'ward M6 l-isptar San Luqa li pero` dan it-transfer qatt ma ġie mplimentat.", "Billi l-DSU kien talab u ngħata faċilitajiet ta' first aid fuq il-Campus, l-istudenti ta' l-IHC kien jixirqilhom l-istess trattament; għalhekk din l- enrolled nurse ġiet mogħtija l-inkarigu li toħloq u tmantni dan is-servizz ta' first aid u għajnuna lil madwar 700 student li jużaw dan il-bini.", "Sabiex jiġi utilizzat il-ħin kollu ta' servizz, din l-enrolled nurse intalbet tagħti servizz fil-librerija dejjem tikber ta' IHC, fejn b'servizz utli ttaffa n-nuqqas ta' staff li kien hemm.", "Il-librerija tibqa' miftuħa s- sena kollha nkluż is-Sibt, b'siegħat imtawla, jumejn fil-Ġimgħa.", "L-enrolled nurse baqgħet taħdem bl-istess kondizzjonijiet tax-xogħol li kienet taħdem qabel, li jappartjenu għall-grad tagħha fuq bażi ta' Day- In/Day-Out 12-il siegħa kull darba.", "Din l-enrolled nurse titħallas mill- vot tal-Ministeru tas-Saħħa.", "ĦAL FARRUG HE - LANDSCAPING", "10028.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir landscaping u jiżdiedu siġar eċċ fl- areas żdingati fil-Housing Estate ta'Ħal Farruġ, Luqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DJAR - APPLIKAZZJONI", "10066.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu applikazzjonijiet oħra għal djar għall-għarajjes mill-Awtorita' tad-Djar?", "F'liema lokalita' se jkunu dawn id-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hu ttamat li l-Awtorita' tad-Djar toħroġ sejħa oħra fl-ewwel parti tas-sena d-dieħla u għalhekk il-lokalita' ikunu mħabbra fl- istess sejħa.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJU TAL-WENS", "10067.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-benefiċċju tal-wens meta xebba ddur kemm b'ommha kif ukoll b'missierha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rata fil-ġimgħa tal-Pensjoni għal-Wens hi ta' Lm28.77.", "Din ir-rata ma tiddependix minn jekk ix-xebba tkunx qegħda tieħu ħsieb ta' ġenitur wieħed jew iż-żewġ ġenituri tagħha.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĦAMES SKEDA", "10068.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kondizzjonijiet Muscular Dystrophy u Icchthyosis jiġu nklużi fil-Ħames Skeda dwar mediċini b'xejn peress li huma mardiet kroniċi mhux komuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li kull tibdil fil- lista ta' mard u kundizzjonijiet li huma ndikati fil-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, isir wara li d-Drugs and Therapeutics Committe jagħti parir f'dan is-sens lid-direttur ġenerali responsabbli mid- Dipartiment tas-Saħħa li taħtu jaqa' l-kumitat imsemmi.", "Sussegwentement, id-Dipartiment tas-Saħħa, bl-approvazzjoni tal-ministru konċernat flimkien mal-ministru responsabbli mill-Finanzi, jirreferu l-emendi mitluba lid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi d-domanda lill- ministru konċernat.", "KORPORAZZJONIJIET/KUMPANNIJI - IMPJEGATI", "10069.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni full-time u part-time fid-diversi korporazzjonijiet jew kumpanniji li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru tiegħu minn Settembru 1998 sa Settembru 1999, kumpannija, kumpannija?", "Jista' jiġi speċifikat ukoll il-grad tal-ħaddiema mpjegati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CASUALTY DEPARTMENT - OVERDOSE", "10174.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fil-casualty department matul is-sena 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id- domanda lill-ministru kkonċernat.", "SPTAR KAREN GRECH - TWELID TA' TRABI", "10175.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu tfal fl-iSptar Karen Grech taħt unknown father għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mis-saħħa.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "10176.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal it-tħaffir għaż-żejt?", "X'inhu l-futur tat- tħaffir għaż-żejt f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall- Press Release numru 1540 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 fejn isib tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.", "Kopja tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "SPTAR SAN LUQA - X-RAYS", "10177.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan aħjar biex ir-riżultati ta' X-ray fl- iSptar St. Luke's jaslu għand il-pazjenti aktar malajr?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed tiġi studjata l-flessibilita` tas-sistema komputerizzata li għandna diġa` fl-Isptar San Luqa sabiex jiġi determinat kif tista` taqdi wkoll il-funzjoni ta` rapportar ta` X-Rays.", "Ċertament li dan iħaffef ħafna l-proċess li permezz tiegħu tasal l- informazzjoni għand il-pazjent.", "HEALTH CENTRES - X-RAYS", "10184.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara jekk jistax ikun possibbli li X-Rays ordnati mill- health centres jiġu rapportati qabel xahar meta t-tabib li jkun issuġġerih jidhirlu li hemm urġenza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-X-Rays ordnati mill-health centres fil-maġġor parti tagħhom jiġu rrapportati qabel xahar, u l-medja hi ta' 15-il ġurnata.", "Meta t-tabib jidhirlu li hemm xi urgenza speċjali dan jista' jikkuntattja lid-dipartiment ta' l-X-Rays f'St Luke's sabiex jieħu r-riżultat qabel u anke fl-istess jum jekk jintbgħat il-wet film St Luke's dakinhar.", "SPTARIJIET - APPUNTAMENTI", "10185.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex pazjent jingħata appuntament għal:", "1) Surgical out-patients; 2) Medical out-patients; 3) Orthopaedic out-patients; 4) Gynae out-patients; 5) Antenatal clinic; 6) Dermatology out-patients; ui 7) Ophthalmic out-patients?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "JOINT OFFICE - POST ABBANDUNAT", "10197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna, li isimha jidher separatament, sabiex isir xi ħaġa u post tal- Joint Office li huwa abbandunat jitnaddaf?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ngħatat ebda risposta għal talba min-naħa tiegħi f'Mejju 1999 sabiex dan il-post jitnaddaf u titneħħa l-biża' li qed jgħixu fiha l-ġirien?", "Jaf li f'dan il- post, fejn hu impossibbli li jidħlu karozzi, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm ħruq li għamel ħsara lill-istess persuna li isimha jidher separatament?", "Min se jħallas għall-ħsarat li ġarrbet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-fond li saret referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari ser jinħareġ għal bejgħ bl-offerti wara li din il-proprjeta` tiġi reġistrata mar-Reġistru ta` l-Artijiet.", "Ninsab infurmat ukoll li nbeda proċess li permess tiegħu għandhom jitħaffu tali reġistrazzjonijiet u għalhekk ma nħossx li għandhom jintnefqu flus biex il-fond jitnaddaf ġaladarba ser jinbiegħ.", "VRT", "10198.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jsir meta persuna ma ssibx garage fejn tagħmel it-test tal-VRT minħabba li jkun booked?", "Kif se tiġġedded il-liċenzja?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t- Testijiet qiegħed jagħmel dak kollu possibli biex jiġu liċenzjati kemm jista' jkun malajr stazzjonijiet oħra fejn ikunu jistgħu jsiru testijiet biex jiċċertifikaw li vettura hija tajba għat-triq.", "Dan ma jiddependix biss mid-dipartiment.", "Huwa ittamat li fi żmien raġonevoli jkun hawn biżżejjed stazzjonijiet biex ilaħħqu mad-domanda li jkun hawn għat-testijiet.", "Jekk għal xi raġuni dan il-għan ma jintlaħaqx id-dipartiment jieħu dawk il-miżuri neċessarji biex ma tinħoloqx inkonvenjenza lis-sidien tal-vetturi.", "VAT - REFUNDS", "10199.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fuq liema items jibbenefikaw b'refund ta' VAT koppja li tkun għadha kif iżżewġet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li persuni li jkun għadhom kif iżżewġu u li jikkwalifikaw taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, Avviż Legali 51 ta' l-1999, jistgħu jibbenifikaw fi ħlas lura ta` mhux aktar minn seba` mija u ħamsin lira taxxa li tkun tħallset fuq l-oġġetti jew servizzi msemmija hawn taħt:", "Hairdresser, beautician, libsa tat-tieġ ta' l-għarusa u tal-bridesmaids, kiri ta` ħwejjeġ ta' l-għarus, tax-xiehda u tal-bestman, karozza ta` l- għarusa u karozzi oħrajn, fjuri, ritratti tat-tieġ, video tat-tieġ\\audio recordings tat-tieġ, kant\\kor fil-knisja, pjanu\\kant fis-sala tat-tieġ, kiri tas-sala tat-tieġ, ikel u xorb waqt ir-riċeviment, souvenirs tat-tieġ u spejjeż oħra.", "KUNSILLI LOKALI - PERFORMANCE BONUS", "10207.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-assessments tal-performance bonus li ġew mgħoddija mill-kunsilli lokali lis-segretarji u skrivani għas- sena 1998/99?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "UE - SĦUBIJA", "10210.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Wara li tħabbar uffiċjalment min-negozjatur ewlieni Ċiprijott li l-proċess ta' armonizzazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiswa lil Ċipru bejn 2-3% tal-GDP annwali għall-erba' snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx kalkolu simili mill-Gvern Malti u jekk iva, x'inhu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandix informazzjoni fuq kif Ċipru għamlu l-kalkoli tagħhom.", "UE - SĦUBIJA", "10211.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Wara li tħabbar uffiċjalment min-negozjatur ewlieni Ċiprijott li l-proċess ta' armonizzazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiswa lil Ċipru bejn 2 - 3% tal-GDP annwali għall-erba' snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx kalkolu simili mill-Gvern Malti u jekk iva, x'inhu?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Gvern Malti bħalissa għadu għaddej bil-proċess ta' l- iscreening bejn Malta u l-Unjoni Ewropea sabiex jiġi stabbilit safejn huma konformi l-liġijiet ta` Malta ma` dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant in-nefqa li tista` tkun involuta fil-proċess ta` armonizzazzjoni tista' biss tiġi kalkolata iżjed 'il quddiem.", "ECONOMIC PLANNING - PROJECTIONS", "10212.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-projections ta' l-economic planning sas-sena 2002 għal dawk li huma: real GDP growth; rata ta' qgħad; consumer price inflation; current a/c balance as % of GDP; merchandise exports (FOB); u merchandise imports (CIF)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE - MR MARTIN BUGELLI", "10219.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol intbagħat jagħmel is-Sur Martin Bugelli mill-Gvern Malti ma' l-istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fi Brussels?", "B'liema kondizzjonijiet?", "Kif intgħażel?", "Minn min intgħażel?", "ONOR.", "JOE BORG: Wara sejħa għall-applikazzjonijiet biex impjegati fis- Servizz Ċivil ikunu kkunsidrati għal stagaires mal-Kummissjoni Ewropea fi Brussels, u wara li bord ta` l-għażla magħmul minn rappreżentanza ta` l- iStaff Development Organisation, ta' l-EU Directorate u tal-Ministeru tal- Finanzi, għamel l-intervisti lil dawk kollha li applikaw, is-Sur Martin Bugelli ntgħażel sabiex ikun fuq lista ta`għaxra minn nies li titressaq lill-Kummissjoni Ewropea sabiex il-Kummissjoni tagħżel minnhom ħalli jaħdmu għal tliet xhur fi Brussels.", "Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija finali.", "S`issa is-Sur Martin Bugelli u ieħor ġew magħżula mill-Kummissjoni Ewropea.", "Is-Sur Martin Bugelli ntgħażel biex jaħdem mad-DG 10 (Information, Communications, Culture and Audio-visual) ta` l-Unjoni Ewropea.", "Kulmin jintgħażel bħala stagaire jibqa' jitħallas il-paga kollha, jingħata mill-gvern subsistence allowance ta` student għal matul il- perijodu li jdum mal-Kummissjoni Ewropea u titħallas il-kera ta` fejn ikun joqgħod.", "Jiġi wkoll mogħti lura ċerti spejjeż li jinkorri bħat-taxxi.", "Stagaire jingħata wkoll biljett ta` l-ajru wieħed bir-ritorn minn Malta għal Brussels.", "Tajjeb jingħad ukoll li stagaire ikun marbut li jaħdem għal sena mal-gvern wara li jispiċċa t-tliet xhur mal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll li jħallas għaxra fil-mija ta` l-ispejjeż li l-gvern ikun għamel jekk jonqos li jonora l-obbligi tal-kuntratt li jkun daħal għalih mal-gvern qabel ma jkun mar Brussels.", "Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw anke fil-każ tas-Sur Martin Bugelli.", "GĦAJNSIELEM - GARAXX MINGĦAJR PERMESS", "10220.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Matul l-aħħar sena x'passi konkreti ttieħdu: (a) mill-pulizija; u (b) mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex garaxx f'Għajnsielem, bejn Garden Street u Benghasi Street, ma jibqax jintuża b'mod illegali għal xogħol ta' mastrudaxxa mingħajr il-permessi meħtieġa?", "Meta ttieħdu dawn il-passi u x'kien ir-riżultat tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija ressqet darbtejn quddiem il-Qorti l-persuna li tuża l-garage li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, darba fl-14 ta' Jannar, 1998, bl-akkuża li eżerċitat sengħa jew negozju ta' mastrudaxxa mingħajr permess fil-garage msemmi bir-riżultat li fil-25 ta' Marzu, 1998 kienet weħlet multa ta' Lm20, u reġgħet tressqet quddiem il-qorti bl-istess akkuża fit-28 ta' Lulju, 1999, liema każ għadu pendenti quddiem il-qorti.", "Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ninsab infurmat li s- sit in kwestjoni huwa kopert bil-permess PA 5145/95 biex jintuża bħala showroom.", "Minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta' l-awtorita` rriżulta illi s-sit qed jintuża bħala ħanut ta' mastrudaxxa u għalhekk l-awtorita` ordnat li jieqaf l-użu illegali u nħareġ Stop Notice bin-numru ECF 886/99.", "Jittieħdu passi ulterjuri f'każ li dan l-avviż ma jkunx qed jiġi osservat.", "GĦAJNSIELEM - STABBILIMENTI", "10221.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm stabbilimenti f'Għajnsielem li magħhom iħaddmu nies fix-xogħol ta' mastrudaxxa?", "F'liema indirizzi jinsabu dawn l-istabbilimenti skond ir-records tal- Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ġewwa Għajnsielem hemm 11-il persuna li magħhom iħaddmu n-nies fix-xogħol ta' mastrudaxxa.", "M'hijiex prattika tal-korporazzjoni li taħroġ indirizzi ta' persuni ndividwali.", "ETC - ORKESTRA NAZZJONALI", "10222.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sena l-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ intalbet biex tgħin jimtlew postijiet battala fl-Orkestra Nazzjonali?", "Kemm-il permess ħarġet lill- barranin biex jimlew dawn il-postijiet?", "Kemm hemm barranin li għandhom permess jaħdmu ma' l-Orkestra Nazzjoali u meta ħarġu dawn il-permessi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: a) Bejn Settembru 1998 u Ottubru 1999 l-Orkestra Nazzjonali għamlet seba' talbiet għall-impjegati.", "Dawn kienu jinkludu kemm mużiċisti u kemm ħaddiema amministrattivi. b) Permessi għall-ħaddiema barranin ma joħorġux mill-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ iżda mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Expatriates. c) Fil-preżent l-Orkestra Nazzjonali għandha permess biex tħaddem żewġt barranin.", "Permess wieħed ħareġ fl-1995 u l-ieħor fl-1997.", "UFFIĊĊJU ĊENTRALI TA' L-ISTATISTIKA - PREZZIJIET", "10223.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Settembru 1999 kif kien irreġistrat iċ-ċaqlieq tal-prezzijiet skond tagħrif miġbur mill- Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika f'dak li għandu x'jaqsam: (a) ma' miżati ta' l-iskejjel privati; (b) mar-rati ta' ħlas tal-lezzjonijiet tal- privat; (ċ) mal-prezzijiet tat-trasport ta' l-iskola; u (d) mal-kotba u rivisti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "1998 1999", "(indiċi) (indiċi)", "miżati ta' l-iskejjel privati 127.70 132.86", "ħlas għall-lezzjonijiet tal-privat 114.02 118.69", "prezzijiet tat-trasport ta' l-iskola 127.55 129.51", "Kotba u Rivisti", "rivisti dwar passatemp 107.07 112.07", "perjodiċi 119.09 119.09", "rivisti ta' kull ġimgħa 116.66 124.99 SKEJJEL - SIR ADRIAN DINGLI - AWDITORJU", "10224.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li b'ittra bid-data tat-22 ta' April, 1999 lis-segretarju permanenti, is-segretarju privat tal-ministru qajjem dubji serji dwar kemm l-awditorju tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli għandu jiġi mgħammar skond tender apposta li ħareġ il-ministeru, jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se tittieħed dwar din it-tender?", "Se tkompli tiġi pproċessata?", "Se jieqaf kollox?", "Għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li nġibdet l-attenzjoni tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li t-talba għal tagħmir ta' l-awditorju tal- Junior Lyceum Sir Adrian Dingli kienet eċċessiva, id-diviżjoni qiegħda fil- proċess li tagħmel ri-evalwazzjoni tat-talba oriġinali.", "It-talba msemmija ser tiġi sottomessa għall-evalwazzjoni indipendenti (second opinion) lil tekniċi kompetenti sabiex id-diviżjoni tkun tista' tieħu ġudizzju informat dwar il-każ.", "PULIZIJA - KAŻI TA' SUWIĊIDJU", "10237.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li għamlu suwiċidju matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?", "X'kienet l-eta' tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KORSIJIET", "10273.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb li jiġu nklużi numru ta' sessjonijiet dwar vjolenza domestika fil-kors li għadu kemm beda fl- akkademja għal rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s-suġġett ta' vjolenza domestika huwa nkluż fil-kurrikulu l-ġdid li tħejja għar-rekluti fil-kors tal- pulizija li għadu kemm beda fl-akkademja.", "SPTAR ĠENERALI - OPHTALMIC CONSULTANT SURGEON", "10283.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid: (a) x'inhi r-raġuni li, minkejja li nħarġu l- applikazzjonijiet għal mili ta' ophtalmic consultant surgeon fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, din il-kariga għadha ma tteħditx; u (b) meta beħsiebha timtela' din il-kariga?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li d-dewmien ġie kkawżat minħabba li ċ-chairman tal-bord ta' l-għażla jinsab marid minħabba operazzjoni.", "Qiegħed jiġi kkunsidrat x'jista' jsir biex il-proċeduri jitħaffu.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "10284.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma ġietx ipproċesata ċ-children's allowance dovuta lill-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandha minuri ta' sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "SIGURTA' SOĊJALI", "10285.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex hemm dewmien fl-ipproċessar għall-għajnuna fis-sigurta' soċjali tal-persuni, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minn Ħal Tarxien meta sa ftit ilu qabel ma mietu l-ġenituri tagħha din kienet tieħu ħsiebhom full- time fid-dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "MIA - PRINCIPAL TECHNICAL OFFICER", "10286.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'inhu jżomm li joħorġu l-promotions għall-principal tehnichal officer fl-MIA (Malta International Airport) - Communication Centre?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li ma teżisti l-ebda vakanza ta' principal technical officer fil-Communcations Centre ta' l-MIA", "MOSTA - TRIQ IL-ĦTAJRIET - TRAFFIKU", "10287.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta sejra tinfetaħ Triq il- Ħtajriet, Mosta biex it-traffiku fil-Mosta jkollu iktar fejn idur?", "Jaf il- Ministru li minn mindu daħlet il-one-way traffic flow fi Triq Kostituzzjoni, Mosta diġa' għalqu n-negozju tagħhom numru ta' ħwienet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li saru bosta laqgħat ma' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġi deċiż il-pjan tat-toroq fiż-żona ta' Triq il-Ħtajriet u nbdew ukoll surveys tal-lokalita'.", "Hekk kif dawn is- surveys jitlestew id-Dipartiment tat-Toroq ikun f'pożizzjoni li jiffinalizza l-pjanti għat-toroq kollha konċernati.", "BIRGU - TRIQ IL-PALAZZ L-ANTIK TAL-GVERNATUR", "10288.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4777, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu għadha miftuħa għat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmnat li l-Kunsill tal-Birgu kkonferma li x- xogħol imsemmi huwa nkluż fil-programm ta' xogħlijiet tal-kunsill, tant li t-tabelli diġa' ġew ordnati mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.", "PULIZJA - KAŻI TA' SNATCH AND GRAB", "10289.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999?", "F'liema lokalita' sar kull każ u kemm persuni ġew imressqa l-qorti dwar dawn il-każi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ĦABTIET", "10290.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizija ħabtiet ta' vetturi minn Jannar 1999 sal-lum?", "Kemm kien hemm li kienu fatali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 1999, ġew rapportati lill-pulizija 8,436 il-kolliżjoni, li għaxra minnhom kienu fatali.", "SAĦĦA - TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA", "10312.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk dawk li huma taħt l-eta' ta' 65 sena u li jbatu minn mard kroniku, bħal ażma, bronkite kronika, eċċ. humiex qed jingħataw it- tilqima kontra l-influwenza?", "Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura li trid tintuża biex jingħataw din it-tilqima?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuni kollha li jbatu minn ċertu mard kroniku huma ntitolati li jieħdu t-tilqima kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ- ċentri tas-saħħa.", "Il-proċedura li trid tintuża għal dawk taħt il-65 sena biex jingħataw it- tilqima hija illi meta jmorru l-klinika għat-tilqima jippreżentaw il-karta s-safra tal-mard kroniku (Schedule V) jew ċertifikat ta` tabib li jindika l- marda kronika tagħhom.", "Il-mard kroniku li għalih tingħata bla ħlas it-tilqima ta' l-influwenza huwa:", "mard kroniku tal-pulmun mard kroniku tal-qalb mard kroniku tal-fwied mard kroniku tal-kliewi ażma kronika dijabete u immunodefiċenza PULIZIJA - PERMESS TA' ĦANUT", "10314.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni li file bin-numru 2/A/M 12/98 li jikkonċerna applikazzjoni għal permess ta' liċenzja ta' ħanut, sal-lum għadu m'huwiex ipproċessat u dan għalkemm l-Avukat Ġenerali nnifsu ilu żmien li ta l-parir tiegħu dwar dan il-file?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu nfurmat li qabel ma joħroġ il-permess ta' liċenzja ta' ħanut ikun meħtieġ li l-pulizija jġibu wkoll il- kummenti jew il-clearance ta' diversi dipartimenti oħra.", "Jonqos żewġ dipartimenti oħra biex jagħtu l-kummenti tagħhom u jonqos ukoll in- neighbours' consent.", "SERVIZZ PUBBLIKU - MBA - KORS", "10315.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta' applikanti għall-kors ta' l-MBA sponsorjat miċ-Ċivil, il-kwalifiki li għandhom u xi grad qegħdin fih?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nħossx li hija etika li nagħti informazzjoni dwar applikanti għall-kors ta' l-MBA aktar minn dik diġa' mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 9926, għajr li n-numru totali ta' applikanti kien ta' 46.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIPARTIMENT TAT-TOROQ - DIRETTURI", "10316.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11032, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-erba' persuni li applikaw għal post ta' direttur fid- Dipartiment tat-Toroq, x'inhu l-grad tagħhom fiċ-Ċivil u x'inhuma l- kwalifiki li għandhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nħossx li hija etika li nagħti informazzjoni dwar applikanti għal dawn il-postijiet.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "QORMI L/O ĦANDAQ - KALKARA TAL-ĠIR", "W100.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kalkara tal-Ġir u scrapyard li hemm fil- limiti tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi, għandhomx il-permess li joperaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-kalkara tal-ġir in kwestjoni hi liċenzjata mal-pulizija, filwaqt li l-iscrapyard m'għandha l-ebda liċenzja u fil-preżent din tinsab magħluqa u mhix topera, għalkemm fuq is-sit qed jinżamm xi makkinarju.", "Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar hija nfurmata li xi żmien ilu l-qorti kienet ħarġet ordni biex is-sid ineħħi l-imsemmi makkinarju u jnaddaf is-sit.", "Din l-informazzjoni qed tiġi mistħarġa mill-awtorita` u jekk ikun il-każ tieħu l-azzjoni meħtieġa.", "PA - WIED IL-GĦAJN - LUKANDI ĠODDA", "W114.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx permess quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, pendenti jew approvati, għall-bini ta' lukandi ġodda f'Wied il- Għajn?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, fejn huma s-siti fejn intalab il-permess u fuq min qed issir it-talba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha applikazzjoni waħda pendenti għal lukanda ġdida f'Wied il-Għajn liema applikazzjoni kienet saret f'isem Tumas Fenech.", "Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata iżda ntalbet reconsideration.", "Is-sit ta' din l-applikazzjoni hu fi Triq is-Sajjieda/Triq il-Baħħara.", "Ninsab infurmat ukoll li ngħata permess għal lukanda ġdida fi Triq Marina.", "L-applikant huwa is-Sur Alexander Cutajar."]} {"filename": "20021030_807d_par.doc", "date": "2002-10-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 807 L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 807", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "807", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 265", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 265", "DISKUSSJONI DWAR IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI 270", "AĠĠORNAMENT 292", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 297", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 806 li saret fid-29 ta' Ottubru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BASTIMENTI TAL-GWERRA - TOURS MINN TFAL TA' L-ISKOLA", "35887.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk tfal mill- iskejjel governattivi tteħdux għal tour fuq bastimenti tal-gwerra?", "Fuq liema vapuri telgħu u minn liema skejjel kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li skola waħda ħadet it-tfal fuq bastiment, li kien l-aircraft-carrier \"Ark Royal\".", "ETC - PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "35888.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Aġent Prim Ministru: Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali qegħdin jaħdmu?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem l-Aġent Prim Ministru): Ninsab informat li persuni li jaħdmu full-time u reġistrati bħala disabled mal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ kien hemm 1075 f'Mejju 2002, waqt li f'Awissu 2002 kien hemm 329 persuna disabled li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l- ewwel u t-tieni parti tar-reġistru.", "PULIZIJA - GĦASSA MAL- KLANDESTINI", "35889.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk il- pulizija li qed jgħassu l-immigranti klandestini humiex koperti kontra mard li jittieħed, bħal tuberculosis u hepatitis, fost mard ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat li l-korp tal-pulizija għamel l-arranġamenti meħtieġa ma` l- awtoritajiet tas-saħħa sabiex il-membri tal-korp li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant jiċċekkjaw dwar it-tilqim tagħhom kontra it- tuberculosis.", "Il-korp tal-pulizija jipprovdi tilqim kontra l-hepatitis B lill-membri kollha tal-korp.", "Dan isir mit-tabib tal-korp stess.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ġiet maħtura xi kummissjoni bejn il- ministeru ta' l-intern u l-korp tal-pulizija biex jiġi assigurat dan is- sosteniment u anke sabiex tkun evalwata l-pressjoni li huma suġġetti għaliha l-pulizija ġaladarba n-numru ta' l-klandestini kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li hemm kollaborazzjoni mill-aktar qrib bejn is-servizz tas-saħħa pubblika u d-dipartiment responsabbli mill-korp tal-pulizija.", "Biss m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb jekk din il-kollaborazzjoni hijiex qiegħda tiġi maħduma permezz ta' xi kummissjoni u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "IMPJEGATI TAC-CIVIL - PERFORMANCE BONUS", "35890.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw efficiency bonuses lill-impjegati taċ-ċivil is-sena l-oħra?", "Kemm ingħata kull wieħed individwalment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat illi s-sena l-oħra fid-dekasteru tiegħi tħallset is-somma ta' Lm32,391 għal dan l-iskop.", "Din kienet mifruxa fuq 36 ufficjal li qegħdin fuq performance agreement.", "Ma jidhirlix li hija etika li nagħti informazzjoni dwar bonuses individwali u jekk l-Onor.", "Interpellant irid informazzjoni dwar ministeri oħra, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-ministri koncernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nifhem li dawn l-efficiency bonuses jingħataw lil dawk il-persuni li jkunu responsabbli minn ċertu twettiq ta' inizjattivi jew proġetti tal-gvern tal-ġurnata.", "Jista' l-Aġent Prim Ministru jsemmi xi qasam partikolari fejn inkiseb il-progress meħtieġ f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien personalment nista' naqbad u nsemmi lista twila ta' diversi setturi fejn sar improvement qawwi sija fl- effiċjenza kif ukoll fil-produttivita' tas-servizz li jingħata, pero' naħseb li jkun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub lill-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nafu li għal skop ta' negozjati li jikkaratterizzaw u jiffokaw fuq problemi bażiċi u soċjali f'ċerti oqsma, neħtieġu diskussjoni aktar wiesgħa bil-għan li jiġi mħares l-interess nazzjonali.", "Jista' l-Aġent Prim Ministru jgħid jekk jingħatax xi bonus lil min jindirizza ruħu lejn ċertu progress f'dak li qed jiġi nnegozjat ma' l- Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ovvjament fir-risposta tiegħu, il-Prim Ministru wieġeb għal dak li għandu x'jaqsam mad-dekasteru tiegħu.", "Mill-informazzjoni li għandi quddiemi nista' ngħid li s-36 uffiċjal li ssemmew qegħdin mifruxin fl-OPM, il-PSC, id-DOI u l-AFM u l-uffiċċju elettorali.", "Għar-rigward ta' dipartimenti jew servizzi li jaqgħu taħt dekasteri oħrajn, nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministri konċernati.", "VAPURI TAL-GWERRA F'MALTA", "35892.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra u x'tip kienu?", "Ta' liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Baranin): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni kollha li talab l- Onor. Interpellant.", "MIC - PUBBLICITA' INFORMATTIVA", "35893.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus f'advertisements il-MIC din is-sena u kif dawn ġew imqassma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Minn Jannar ta' din is-sena sal-lum, il-MIC nefqet is-somma ta' LM125,715.13 f'pubbliċita informattiva dwar Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-flus tħallsu kif ġej:", "|Allied Newspaper Ltd.|11,106.09 | |(The Times of Malta, | | |The Sunday Times of | | |Malta) | | |Business Marketing | | |Services (The |138.00 | |Retailer) | | |Eden Leisure Group | | |(Bay Radio) |1,540.49 | |Executive Services | | |Ltd.", "(Tune In |1,834.25 | |Magazine, Gwida | | |Magazine) | | |Island Sound Radio | | |Ltd.", "(ISR) |208.03 | |JP Advertising: | | |(Billboards) |1,018.90 | |Massive Promotions | | |(World Cup/Big |701.50 | |Screen) | | |Media Centre | | |Marketing (Il-Ġens, |8,775.14 | |RTK) | | |Media Coop (Capitol | | |Radio) |315.50 | |Media Link | 30,267.99| |Communications: (Net| | |TV, Radio 101, | | |Mument, Nazzjon) | | |Media Pact (Maxplus | | |TV) |8,403.05 | |Network Publications | | |(Sunday Circle, |3,121.10 | |Perspettiva, Malta | | |Today) | | |Public Broadcasting | 36,616.88| |Services: TVM, Radju| | |Malta 1 | | |Radio Calypso Ltd. | | |(Calypso Radio) |3,037.87 | |SEB Consultancy (EU | | |Observer) |345.00 | |Smash Communications | | |Ltd.", "(Smash Radio, |7,605.62 | |Smash TV) | | |Standard Publications| | |Ltd.", "(The Malta |5,367.37 | |Independent, The | | |Malta Independent on | | |Sunday, First Mag.) | | |Terranet Ltd.", "(Dive | | |website) |1,854.40 | |Union Press Ltd. | | |(L-Orizzont, Torċa) |3,457.95 | | |125,715.13|", "Il-kumpanniji li jmexxu super one radio, super one TV u l-ġurnal \"KullĦadd\" baqgħu jirrifjutaw tul il-perijodu in kwestjoni, li jagħmlu xi xogħol li l- MIC kienet lesta tikkummissjonalhom.", "BIĊĊERIJA - IMPJEGATI ĠODDA", "36104.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni mal-biċċerija din is-sena?", "B'liema kondizzjonijiet iddaħħlu?", "Mil- liema lokalita' residenzjali huma l-persuni reklutati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li matul din is-sena ma ġewx impjegati nies ġodda mal-biċċerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm impjiegi li saru b'kuntratt?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati studenti li forsi qed ikollhom xi taħriġ jew esperjenza ġdida fil-biċċerija u mbagħad jintbagħtu mas-settur privat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid ngħid li ilhom żmien twil ma jiġu ttrenjati biċċiera ġodda u dawk il-persuni li preżentement qed jagħmluha ta' biċċiera, qegħdin jikbru fl-eta' u sfortunatament is-saħħa u l-forza biex ikomplu b'dan il-mistjier qed tonqsilhom.", "Għal dan il-għan inħass il- bżonn li fil-biċċerija jkun hemm intake ta' nies biex jiġu mħarrġa ħalli jkunu jistgħu jagħmluha ta' biċċiera.", "Barra minn hekk fil-biċċerija se jibda jsir ukoll dak li suppost ilu li sar żmien twil, u cioe' il-cutting and deboning, u għal dan l-iskop ukoll irid ikollok in-nies imħarrġa.", "Għalhekk madwar sena u nofs ilu ġew ittrenjati nies minn barra għal dan il-għan.", "Illum daħlet iżjed il-kuxjenza ta' food safety, ta' prodott ta' kwalita' u tal-mod kif jiġi ppreżentat il-materjal.", "Jekk il-konsumatur jippreferi jixtri partijiet mill-annimal, dawn għandhom jiġu maqtugħin kif titlob is-sengħa.", "Għal dan il-għan se jkollna nies imħarrġa apposta biex jagħmlu dan ix-xogħol, per eżempju jneħħu l-ispalla minn ġol-ġoga, mingħajr ma jsir tifrik.", "Ovvjament biex dan il-proċess ikun jista' jsir, irid ikollok l-apparat neċessarju u għalkemm dan ma jqumx spejjeż kbar, wieħed irid jipprepara wkoll nies li jkunu jafu jużawh.", "Għalhekk wara li ġie ordnat apparat apposta biex ikun jista' jsir il-cutting and deboning fil-biċċerija, l-ETC ħarġet call for applications biex studenti li m'għandhomx iżjed minn ċerta eta' – naturalment dan huwa xogħol ta' strapazz u jirrikjedi ċerti parametri – ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Dawk li applikaw saritilhom l-interview u ngħataw it-training neċessarju.", "Peress li dawn iridu jkunu kapaċi jagħmlu l-cutting and deboning ta' diversi prodotti, qegħdin jintbagħtu għal perjodu definit biex jagħmlu xogħol relatat kemm fi processing plants fejn għandek it-tjur kif ukoll fejn għandek il-majjal u ċ- ċanga.", "Nista' nikkonferma li laħam li ma jkunx ta' kwalita' jiġi pproċessat f'burgers, zalzett u affarijiet oħra simili.", "In-nies li jagħmlu d-deboning iridu jkunu mħarrġa kif lill-bhima jneħħulha l-għadam u wara li dan jiġi skartat, jieħdu l-laħam għall-processing plants.", "Għalhekk il-persuni li daħlu għal dan ix-xogħol ġew mogħtija kors intensiv kemm fil-cutting kif ukoll fil-mod kif għandu jsir id-deboning.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti, apprendisti jew ħaddiema li daħlu biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Jista' jispjega wkoll x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-erba' snin, twaqqaf is-sussidju li kien jingħata lil slaughterhouse privata tal- majjal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din is-sena kien hemm 30 apprendist jew student li daħlu għax-xogħol ta' biċċiera.", "Irrid ngħid li mhux kulħadd huwa maqtugħ għal dan it-tip ta' mistjier u ħafna minnhom, wara li jaraw fiex jikkonsisti x-xogħol, jaqtgħu qalbhom u jitilqu mill-ewwel ġimgħat li jkunu daħlu għalih.", "Fil-fatt ma tantx issib nies lesti li jagħmlu dan ix-xogħol u jekk fil-bidu jkollok 20 ruħ, tkun fortunat jekk sa l-aħħar tas-sena jibqagħlek nofshom.", "L-Onor.", "Interpellant qal li kien hemm żmien meta slaughterhouse and processing plant privata fil-Marsa kienet tagħmel il-qatla hi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, f'dan il-każ l-iskop kien l-istess bħal dak li qed isemmi l-Ministru, u cioe' biex is-settur privat ikollu ċertu support li jintegra miegħu biċċiera biex jagħmlu l-qatla tal-majjal u mhux għax fil-biċċerija kien hemm xi problema.", "Fil-biċċerija llum hemm il- problemi għax ikollok toqtol is-Sibt u titfa' l-ispejjeż fuq il-produtturi jew fuq il-proċessuri.", "Jien qed ngħid li l-għajnuna li kienet tmur għas- slaughter house privata kienet torbot mal-kunċett li għadu kemm spjega tajjeb il-Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-affarijiet huma xorta oħra.", "Kien hemm plant privata li sa żmien ilu kienet tieħu l-majjal, toqtlu u l-gvern iħallasha Lm1 għal kull ras li tinqatel.", "Pero' minħabba diversi raġunijiet, din il-proċedura llum spiċċat u l-qatla kollha qiegħda ssir fil- biċċerija.", "L-Onor.", "Interpellant semma' il-ġurnata tas-Sibt.", "Fil-fatt il- qatla m'hijiex qiegħda ssir is-Sibt imma hemm it-talba biex tibda ssir f'din il-ġurnata.", "Ir-raġuni hi li fil-biċċerija attwali sar investiment kbir biex isir refurbishment ġenerali.", "Il-ħitan qed jiġu kollha miksija bi pjanċi ta' l- istainless steel, il-madum sar ġdid u sar ukoll banju kbir li jieħu fih madwar 16-il majjal f'daqqa.", "Allura minħabba dan ix-xogħol kollu, il- proċess bħalissa m'huwiex għaddej bl-istess ritmu ta' qabel.", "Pero' meta kollox ikun lest, ix-xogħol se jitħaffef u fejn qabel f'siegħa kienu jinqatlu u jitnaddfu madwar 100 majjal, issa din iċ-ċifra se titla' għal 160.", "Kif diġa' għedt, sakemm isir dan ix-xogħol kollu, qegħdin nagħmlu użu mill- biċċerija l-antika u peress li din ma tantx hija attrezzata daqs il- biċċerija li fiha konna nagħmlu l-qatla sa xahrejn ilu, ir-ritmu tax-xogħol naqas.", "Allura qed jiġri li peress li d-domanda tal-majjal tista' tibqa' constant, ladarba l-proċess tal-qatla tal-majjal m'huwiex qed isir b'ritmu mgħaġġel, jista' jkollok surplus ta' majjal fl-irziezet.", "U allura ġie deċiż li ssir qatla speċjali f'xi Sibt jew tnejn ħalli dak is-surplus jiġi meħlus.", "Għalhekk saret it-talba biex issir din il-qatla extra.", "Irrid ngħid li l-gvern m'hu se joħroġ xejn extra u li proċessuri stess offrew li huma jħallsu għal din il-qatla.", "Ix-xogħol ta' manutenzjoni li semmejt hu mistenni li jispiċċa sa l-aħħar ta' Novembru u jekk Alla jrid, mill-ewwel ta' Diċembru 'l quddiem, il-qatla terġa' tiġi għan-normal.", "Anzi kemm kemm m'hemmx min qed jaħseb li meta jitlesta x-xogħol kollu, tant il-proċess se jkun mgħaġġel li probabbli se jibdew jinqatlu madwar 2400 majjal fil-ġimgħa fuq perjodu ta' tlett ijiem, minflok fuq perjodu ta' erbat ijiem kif kien isir qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qed jgħid li bħalissa m'hawnx biċċerija privata li toqtol il-majjal.", "Allura x'jiġri f'każ li l-apparat li għandna bħalissa jiġrilu l-ħsara?", "Barra minn hekk, dan l-aħħar il-produtturi tal-majjal qed jiffaċċaw problema serja minħabba li l-fosos ilhom xahar ma jitħammlu, bil- konsegwenza li fl-irziezet qed ikun hemm ħafna rwejjaħ.", "Dan ġara għaliex il-kuntrattur li normalment jagħmel dan ix-xogħol baqa' ma tħallasx u b'hekk inħolqot din il-konfużjoni kollha.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex din il-problema tiġi rrimedjata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jekk ikun hemm xi ħsara fil-biċċerija li qed tintuża bħalissa, jiġri dak li ilu jiġri tul dawn l-aħħar snin.", "Pero' issa se jkollna l-vantaġġ li l-biċċerija l-ġdida se tkun aktar moderna u l- apparat se jkun state of the art.", "Ladarba dan l-apparat jinżamm fi stat tajjeb, se jkollok aktar effiċjenza u inqas ċans li ssirlu ħsara.", "F'każ li dan jiġri, xorta tista' tintuża l-biċċerija l-antika sakemm il-ħsara tiġi rranġata għax il-biċċerija ma tikkonsistix f'hall waħda.", "Il-biċċerija prinċipali tikkonsisti f'hall twila, fejn qed isir ir- refurbishment, u jekk tinqala' xi ħsara, il-qatla tista' ssir temporanjament fil-biċċerija l-antika.", "Pero' din mhux se tieħu ġimgħat jew xhur biex tissewwa għax hemm inġiniera apposta biex jagħmlu l-manutenzjoni neċessarja.", "Pero' f'każ li jkun hemm ħsara ta' ġurnata u tkun trid issir qatla urġenti, dejjem tista' tintuża l-biċċerija l-antika.", "Irrid ngħid ukoll li fil-biċċerija jinżamm ammont ta' laħam, kemm tal-majjal kif ukoll tal-baqra, incold storage.", "Dan jitpoġġa hemmhekk sakemm joqgħod wara li tkun saret il-qatla.", "L-Onor.", "Interpellant semma' wkoll it-tħammil tal-fosos.", "Ġara li f'pajjiżna għad għandna rziezet – naturalment kulħadd għandu jerfa' parti mill-piż tagħha din – li m'humiex kkomunikati man-network tad-drenaġġ.", "Ir-raħħala jiġbru l-liquid waste ta' l-annimali ġol-bowsers, jagħmlu d-discharge ta' dan il-materjal ġo spiera apposta għad-drenaġġ u dan imbagħad jibqa' sejjer fil-kumplament tan-network.", "Ġara li d-discharge point li hemm fejn ir- raħal ta' Ħal Kirkop għal xi raġuni – min jgħid ħaġa u min jgħid oħra – ġiet magħluqa mill-kunsill.", "Jien ġejt informat immedjatament mir-raħħala li jitfgħu l-materjal likwidu ġo din id-discharge point, kellimt lill-ministru konċernat u naf li hu qed ikompli t-taħditiet mas-sindku ta' Ħal Kirkop, biex dan id-discharge point jew jiġi maintained jew inkella minfloku jinstab discharge point ieħor fil- viċin li jkun ta' inqas inkonvenjenza kemm għan-nies ta' Ħal Kirkop kif ukoll għar-raħħala li jitfgħu l- liquid waste ta' l-irziezet tagħhom ġo fih.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għaqdiet/clubs sportivi li użaw il-faċilitajiet tal-Marsa u l-ħlasijiet li saru minnhom għal dan l-użu matul l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36112.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "DISKUSSJONI DWAR IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI", "(Tkompli mid-29 ta' Ottubru 2002)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid kemm dan iċ- charter huwa importanti għall-intapriżi żgħar u medji, liema intrapriżi huma l-mutur ta` l-ekonomija ta` l-Ewropa.", "Allura b'dan il-ħsieb f'moħħna u bħala pajjiż kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea ma rridux inkunu inqas minn pajjiżi oħra u għalhekk irridu ninkoraġġixxu u nħajru liċ- ċittadini li għandhom l-inizjattiva u l-innovazzjoni sabiex jidħlu fi swieq ġodda ħalli jkunu jistgħu jbiegħu l-prodott li huma jimmanifatturaw.", "Il- bieraħ kont qed nitkellem ukoll fuq l-industrial areas li għandna fil- pajjiż.", "Meta wara l-indipendenza l-twaqqfet l-MDC, il-gvern Nazzjonalista ta` dak iż-żmien kien imbarka fuq proġett qawwi u stabbilixxi ċerti industrial areas.", "Dak iż-żmien kellna l-industrial area tal-Marsa li forsi kienet stabbilita minn gvernijiet oħra, pero` l-pajjiż kien għadu ma industrijalizzax ruħu.", "Imbagħad il-gvern Nazzjonalista tas-sittinijiet kien intorduċa t-tax holiday u għajnuna oħra finanzjarja għal min ried jiġi jinvesti f'pajjiżna ħalli Malta tkun industrijalizzata bħall-pajjiżi oħra.", "L-istess ħaġa qed nagħmlu llum.", "Dan huwa an on-going process għax kull gvern jipprova jġib l-investiment f'pajjiżna.", "Imma biex tattira l- investiment l-ewwelnett irid ikollok klima tajba ta` investiment.", "Sur President, dan l-aħħar il-MEPA indikat areas oħra biex jiġu żviluppati f'industrial estates għall-industrijalisti ż-żgħar biex dawn ikollhom fejn jistgħu jkabbru n-negozju tagħhom.", "Din hija xi ħaġa tajba, imma xorta waħda kien hemm kritika kontrihom.", "Għandu jkun f'Malta ma jista` jsir xejn għax tagħmel x'tagħmel dejjem issib oppożizzjoni, sew jekk hu żvilupp fil- wied fil-Kalkara, sew jekk hu bini ta` torri u sew jekk hu xi żvilupp ieħor.", "Apparti dan, nafu li l-prezz ta` ċerti industrial areas huwa wieħed enormi.", "Jiena informat li biex wieħed jibni garaxx f'industrial estate biex fih idaħħal il-karozza tal-linja, għax il-MEPA m'għadhiex taċċetta li karozzi tal-linja jiġu ggaraxxjati f'ċerti garages fl-abitant - jrid jonfoq Lm50,000 għall-art.", "L-appell tiegħi dwar dan huwa li l-MEPA għandha tikkonsidra li tħalli sidien tal-karozzi tal-linja li jiggaraxxjaw il- karozza tal-linja tagħhom f'garaxxijiet fl-abitant diment li dawn ma jkunux ta` inkonvenjent għall-ġirien.", "Sur President, punt importanti li rrid inqajjem huwa li wieħed irid jifhem li mhux sewwa li f'industrial area jkun jista` jinfetaħ kull tip negozju.", "Per eżempju, ma jistax ikun li f'industrial estate fejn isir xogħol ta` spraying ikollok fabbriki tal-food processing.", "Veru li llum hawn il-mezzi biex wieħed jilqa` għal ċerta kontaminazzjoni, pero` dan m'huwiex biżżejjed.", "Jiena nħoss li għandu jkun hawn industrial areas riservati għal ċertu tip ta` xogħol li ma jistax isir qrib ċerti fabbriki.", "Din hija xi ħaġa li rrid nenfasizzaha għax hija importanti ħafna.", "Hawnhekk irrid ngħid li fil-pjan lokali ta` Ħaż-Żebbuġ jiena indikajt area biex tiġi żviluppata f'industrial estate peress li f'dan ir-raħal m'hemmx iżjed fejn wieħed jista` jiftaħ xi business.", "Din hija area f'post fejn ma jistax isir ħsara lill-ambjent u qiegħda tiġi kkonsidrata mill-MEPA.", "Sur President, huwa importanti li f'dawn l-areas industrijali jkun hemm is- servizzi u faċilitajiet essenzjali li mingħajrhom l-ebda negozju ma jista` jiffunzjona.", "Ma jistax ikun li wieħed jiftaħ jipproġetta industrial estate mingħajr lanqas biss ikun ħaseb għall-provvista ta` l-ilma, għad-dawl elettriku u għas-servizz tad-drenaġġ.", "Jekk se nagħmlu industrial areas ġodda rridu minn issa naħsbu għal dawn il-faċilitajiet biex min ikun se jiftaħ xi negozju żgħir jew medju jsibhom mill-ewwel in place.", "Din hija xi ħaġa importantissima għax ma jistax ikun li jinfetħu fabbriki – kif ġieli ġara – mingħajr ma jkollhom id-dawl elettrikujew il-provvista ta` l-ilma jew inkella s-servizz tad-drenaġġ.", "Jekk aħna se nagħmlu xi ħaġa rridu nagħmluha b'mod organizzat, u biex isir hekk dawn is-servizzi rridu nagħtuhom mill-aktar fis possibbli.", "Sur President, ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar x'wieħed jistenna mill- impredituri jew negozjanti li jridu jiftħu dawn in-negozji f'dawn l- industrial estates.", "L-ewwelnett wieħed irid jifhem li jeħtieġ li jkun hemm organizzazzjoni mħaddma fuq linji moderni.", "Inutli li tiġi persuna li toħlom u tgħid li trid tipproduċi xi ħaġa ġdida.", "Illum il-ġurnata spiċċa ż-żmien tad-dilettantiżmu, partikolarment fl- industrija.", "Illum irid ikollok programm ippjanat tajjeb fuq linji moderni u trid tkun taf x'inti qed tagħmel u liema triq se tieħu u x'possibiltajiet hemm li n-negozju tiegħek jibqa` jirnexxi.", "Qed ngħid hekk għax ġieli kellna nies li jitħajru li jifħtu xi fabbrika u dan jagħmluh b'għira għal ħaddieħor.", "Din hija xi ħaġa li teżisti fosthna l-Maltin.", "Ikun hemm xi ħadd li rnexxa f'ċertu negozju u mbagħad issib lil min jitħajjar u jiftaħ xi ħaġa simili.", "Business bħal dan li ma jkunx ippjanat tajjeb ma jistax jirnexxi u iżjed jagħmel ħsara milli ġid.", "Illum il-ġurnata min jitħajjar jiftaħ xi negozju jrid jimxi fuq linji moderni fejn b'għafsa ta` buttuna jrid ikollu d-dettalji quddiem għajnejh biex ikun jaf għal xiex dieħel għax mingħajr informazzjoni teknoloġika l-ebda negozju ma jista` jimxi.", "Sur President, irridu naraw li l-apparat li jiġi installat mill- imprendituri ma jkunx apparat tat-tqanċiċ, imma jkun apparat modern li permezz tiegħu l-prodott finali tiegħek joħroġ ta` standard li jkun aċċettat mil-konsumatur.", "Dawn huma affarijiet importanti u aħna għandna ngħinu lill-imprendituri ż-żgħar biex jimxu fuq linji moderni ħalli dak li jkunu daħlu għalih irendilhom u jkun wkoll ta` ġid għall-pajjiż.", "Ħaġa oħra li wieħed irid jikkonsidra hija l-cost effectiveness li jkun se jidħol fih u l-prezz tal-prodott li jkun se joħroġ fis-suq.", "Illum nafu li hawn kompetizzjoni qawwija għax Malta hija miftuħa għal kull xorta ta` negozju għalhekk wieħed irid joqgħod attent li dak se jipproduċi jkun ta` l-aħjar kwalita` u l-prezz ikun wieħed kompetittiv.", "Punt ieħor importanti ħafna huwa l-marketing tal-prodott.", "Nerġa` ngħid l- imprenditur ma jistax imexxi negozju bid-dilettantiżmu, imma jrid jaħseb minn qabel fejn se jbigħ il-prodott tiegħu.", "Ma jistax ikun li joqgħod iserraħ moħħu fuq il-gvern u jgħid issa jsibli s-swieq hu jew inkella jixtri l-prodott tiegħi hu.", "Din l-idea spiċċat.", "Ma jistax ikun li tibqa` tippretendi kollox mill-Istat.", "Illum l-imprenditur irid jaħseb għal dawn l- affarijiet, u mezzi biex jagħmel dan hawn kemm trid.", "Jekk tidħol fl- internet issib fuq kwalunkwe ħaġa li trid.", "Ħaġa oħra importanti hija li l- imprendituri ma jridux joqogħdu jaħsbu biss fuq il-profitti li se jiġġeneraw minn fuq dak in-negozju.", "Għaliex?", "Għax l-iktar ħaġa essenzjali huwa l-istandard tal-prodott li imprenditur ikun qed jipproduċi u s-servizz li jkun qed jagħti.", "Jekk imprenditur mhux se jkollu standards tajbin u servizz tajjeb lill-konsumatur allura bilfors ifalli.", "Għalhekk hawn Malta għad għandna li nixtru l-affarijiet ta` barra.", "Jiena niftakar li meta darba Giovanni Felice kien fetaħ it-trade fair u kien qal li to buy Maltese products is to buy the best.", "Din hija xi ħaġa li baqgħet f'moħħi, fil-fatt għedtha darb'oħra f'dan il-Parlament.", "Ma rridux nibqgħu bl-idea li l- prodott ta` barra huwa aħjar minn dak lokali u allura nixtru ta` barra.", "Le, għax Malta nistgħu nagħmlu prodotti ta` standard daqs ta` barra u anke aħjar.", "Aħna nafu li l-Malti kapaċi jitgħallem, kapaċi jaħdem u joħroġ prodotti tajbin.", "Sur President, barra minnhekk l-imprenditur irid ukoll isib il-kapital.", "Illum il-banek u anke l-gvern, permezz ta` l-entitajiet finanzjarji tiegħu, joffru servizz finanzjarju lil dak li jkun basta li l-prodott li wieħed ikun se jimmanifattura jkun ta` standard għoli u jkollu f'moħħ li se jkompli bin-negozju tiegħu għax ħafna drabi jiġri li dak li jkun jibda b'entużjażmu kbir u mbagħad jibda jmajna.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk għax il-business huwa an on-going process u wara ċertu żmien l- industrija tiegħek, sew jekk hi żgħira u sew jekk hi ta` daqs medja, trid terġa` tirristrutturaha għax id-dinja tan-negozju qed tinbidel kuljum.", "Għalhekk irridu ngħallmu lill-imprendituri tagħna li wara sentejn jew inkella tliet snin jaraw li jirristrutturaw l-ażjendi tagħhom ħalli jkunu jistgħu anke jespandu iżjed u jkollhom il-progress u s-suċċess li jixtiequ.", "L-ebda negozju ma jista` jirnexxi jekk ma jkunx hemm pjan sod ta` dak li biħsiebek tagħmel.", "Inutli l-flus li tkun investejt u inutli s-self li jagħtuk il-banek jew il-gvern jekk kemm-il darba inti ma jkollokx business plan tajjeb.", "Għalhekk jagħmlu tajjeb l-istituti finanzjarji li qabel jisilfuk il-flus jaraw jekk il-business plan tiegħek huwiex vijabbli jew le.", "Dan huwa l-qofol ta` kollox għax aħna ma rridux naħlu l-flus li ndaħħlu mit-taxxi tal-poplu u lanqas irridu nimlew lil xi nies bid-dejn għax tħajru jiftħu xi negozju u wara nsibu li dawn ma rnexxewx fin-negozju tagħhom.", "Għalhekk irid ikun hemm business plan fuq medda ta` żmien li jiġi aġġornat kull sena, jekk ikun hemm bżonn, biex tali business plan jibqa` tajjeb sabiex in-negozju jkun jista` jirnexxi.", "Sur President, kulħadd jaf li kull business għandu l-entry points u l- barriers.", "L-entry points irridu nidħlu għalihom u l-barriers irridu naqbżuhom.", "L-ebda business m'huwa faċli, lanqas l-iċken ħanut.", "Biex wieħed jirnexxilu jikseb suċċess fil-business irid ikollu l-kuraġġ u l-entużjażmu.", "Hawn xi wħud jaħsbu li in-negozju tagħhom jiddependi mill-ħbieb li jkollhom.", "Din hija xi ħaġa ħażina għax hemm xi wħud li jista` jkollhom xi kuntatti ma` ħbieb u ma negozjanti oħrajn li jistgħu jgħinuhom, imma hemm oħrajn li jinstabu weħidhom.", "Imma llum il-business m'għadux kwestjoni ta` kemm għandek negozjanti ħbieb tiegħek.", "Illum tagħfas buttuna u tniżżel l-informazzjoni kollha li għandek bżonn.", "Illum qed naraw li l-informazzjoni teknoloġika saret iktar aċċessibbli partikolarment permezz ta` l-e-commerce.", "Hawnhekk irrid infaħħar lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali għall-mod ta` kif qed jinkoraġġixxi lill-imprendituri Maltin biex jirrikorru għal dan mezz teknoloġiku biex b'hekk ikunu jistgħu jiġġeneraw in-negozju tagħhom b'mod aħjar.", "Il-bieraħ smajna li waħda mill-ikbar industriji tal-computers fid- dinja se tinvesti f'Malta.", "Dan huwa ta` inkoraġġiment kbir għall-pajjiżna u se jkun suċċess ieħor għall-gvern Malti mmexxi mill-partit Nazzjonalista li għandu ideat moderni miftuħin għall-futur.", "Dan m'huwiex gvern b'ideat magħluqin ġewwa moħħ żgħir, imma huwa gvern b'ideat wesgħin u miftuħin b'mod orizzontali għall-aħħar li żgur huma tajbin għall-futur ta` pajjiżna.", "Sur President, kif qed nitkellem fuq l-informazzjoni teknoloġika nixtieq li ngħaddi xi kummenti fuqha għax din hija xi ħaġa ferm importanti.", "Is- soċjeta` informattiva u l-kummerċ elettroniku jiġġenera żvilupp ekonomiku u permezz ta` dan jinħolqu l-impiegi.", "Fi żminijiet oħra konna f'sitwazzjoni fejn biex employer idaħħal computer ried jiffirma dikjarazzjoni li mhux se jtemm xi impieg tal-ħaddiema li kellu.", "Illum dan spiċċa għax l-informatika fetħet iktar l-opportunitajiet ta` l-impiegi.", "Tant hu hekk li llum l- pajjiżi kollha ta` l-Unjoni Ewropea għandhom bżonn eluf u eluf ta` persuni biex jaħdmu fil-qasam ta` l-informatika.", "Illum ħafna studenti Maltin qed jidħlu fl-MCAST biex jistudjaw dan is-suġġett tant importanti għax jafu li 'l quddiem se jkollhom impieg assigurat.", "Hekk ukoll in-negozjanti tagħna għandhom ikunu mħarrġin tajjeb fl-informatika.", "Is-soċjeta` informattiva mhux biss tiftaħ is-swieq għal aktar negozju, imma twassal ukoll lill- imprenditur li jfittex tip ta` negozju ieħor jekk jara li l-business tiegħu jkun qed imajna.", "Jiġifieri l-informatika tgħinek biex tkun tista` tixxiftja minn business għall-ieħor.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri ħafna u għalhekk huwa importanti li wieħed jaħseb għal li jista` jinqala`.", "Fil-fatt meta wieħed iħares lejn il-European employment strategy isib li din tagħmel enfasi qawwi fuq l-iżvilupp ta` l-imprendituri, anke dawk li jixxiftjaw minn business għall-ieħor.", "Sur President, hija ħasra - u din tgħidha wkoll l-FOI - li l-informazzjoni teknoloġika qiegħda kważi biss għall-intrapriżi l-kbar.", "Dan huwa ħażin u fil-fatt l-FOI tgħid li anke l-SMEs għandhom jinvestu fit-teknoloġija għax din hija xi ħaġa importanti ħafna biex jirnexxi n-negozju tagħhom.", "Hija misconception li xi ħadd jgħid li dan huwa ħela ta` flus.", "Dak li jissejjaħ e-commerce huwa importanti għall-intrapriżi ż-żgħar u medji daqs kemm hu importanti għall-kbar.", "Jiġifieri rridu nifhmu li l-intrapriżi ż-żgħar u dawk medji jeħtieġu li jkunu jafu kif b'mod teknoloġiku jniżżlu l- informazzjoni li għandhom bżonn biex imexxu l-business tagħhom.", "Sur President, is-suċċess ta` entrapriża jidher meta l-imprenditur, minħabba l-pressjoni tax-xogħol, ikollu jżid il-ħaddiema.", "Is-suċċess jiddependi wkoll minn kemm inti kapaċi żżid il-bejgħ tal-prodott li timmanifattura.", "Ma tistax tgħid li issa lħaqt massimu ta` bejgħ u tieqaf hemm.", "Trid tara kif iżżid dak il-massimu li tkun ilħaqt.", "Dak huwa l- business.", "Jekk inti f'sena kellek introjtu ta` tant flus u kont qed tħaddem ħamsa min-nies trid tara kif is-sena ta` wara żżid il-produzzjoni ħalli dak l-introjtu jiżdied u flok ħamsa min-nies tkun kapaċi tħaddem għaxra.", "Għalhekk għedt li l-business huwa an on-going process.", "Sur President, ħalli issa naraw f'inizjattivi ħa l-gvern in konnessjoni mal- European charter for small enterprises.", "Il-bieraħ smajna żewġ kelliema min- naħa ta` l-oppożizzjoni u jidispjaċini ngħid li dawn naħseb għajnejhom magħluqa u ma jafux x'inhu jagħmel is-segretarjat parlamentari fi ħdan il- ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "F'dawn l-erba` snin, speċjalment fl- aħħar sentejn għamilna ħafna liġijiet sabiex jiġi protett in-negozju ta' l- imprendituri Maltin u nħajru aktar nies jiftħu negozju.", "Per eżempju, l- iktar ħaġa importanti u kardinali kien il-ħsieb tal-gvern li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea għax hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni n-negozju, bla dubju ta` xejn, se jiżdied.", "Jibdew jiġu l-intrapriżi minn barra u jiftħu n-negozju tagħhom hawnhekk.", "Barra minnhekk aħna nkunu nistgħu ninvestu barra minn Malta wkoll.", "Se nkunu qed nikkompetu f'suq ta` 400 miljun ruħ u l-prodotti tan-negozjanti Maltin se jkunu jistgħu joħorġu għall-bejgħ f'dan is-suq tant kbir.", "Iktar minn hekk, il-prodotti manifatturati lokalment ikunu wkoll jistgħu jinbiegħu f'dawk il-pajjiżi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha ftehim li tixtri mingħandhom jew inkella li tbigħ is-surplus tal-prodotti li jkun hemm fil-pajjiżi ta` l-Unjoni.", "Din hija l-iktar ħaġa importanti li l-gvern nazzjonalista għamel biex jipproteġi lin-negozjanti Maltin u biex iħajjar aktar nies jiftħu negozju.", "Bis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, il-gvern se jiftħilhom suq ta` 400 miljun ruħ u dan huwa garanzija għal dawk il-Maltin li jridu jiftħu xi tip ta` negozju.", "Sur President, il-partit Nazzjonalista fil-gvern għamel ukoll il-co- operative and societies act biex in-negozjanti jkunu jistgħu jingħaqdu.", "Hawn Malta għandna ħafna negozju ta` l-istess ġeneru u min imexxi dawn in- negozji għandu jingħaqad f'koperattivi għax fejn hemm is-saħħa hemm l- għaqda, fejn hemm l-għaqda jkun hemm il-produzzjoni u fejn hemm il- produzzjoni nsibu s-swieq.", "Hemm bżonn li nieħdu l-inizjattiva biex din il- liġi tal-koperattivi nagħtuha l-importanza li jixirqilha għax dawn il- koperattivi huma ferm importanti għan-negozju għax permezz tagħhom nkunu nistgħu nipproduċu u anke nesportaw in bulk.", "Waqqafna wkoll l-Malta standards authority biex naraw li l-prodotti tagħna jkun ta' ċertu standard għax biex ikollok suċċess fin-negozju jrid ikollok prodott ta` standard għoli.", "Għamilna wkoll il-product safety act li permezz tagħha wieħed irid bilfors jiddikjara li l-prodott li qed ibiegħ huwa safe għas-saħħa tal- bniedem.", "Għamilna t-trademarks act biex fuq il-prodott ikun hemm indikat x'inhi l-funzjoni tal-prodott u li tali prodott huwa ta` kwalita` tajba.", "Għandna wkoll il-Malta statistics authority act u din hija wkoll xi ħaġa neċessarja ħafna fin-negozju tal-lum.", "Ma jistax ikun aħna nipproduċu u ma nħarsux lejn l-istatistika li toħroġ min-national statistics office.", "L- istatistika li għandna rridu nikkonsidrawha u nagħtuha l-weight tagħha u mhux ngħidu li dawn huma sempliċiment numri biss għax dawk il-figuri jkunu maħdumin b'ċerta xjenza u b'ċerta teknoloġija.", "Sur President, imbagħad għandna l-business promotion act li tgħin ħafna sabiex il-business li jkun se jiftaħ ġewwa pajjiżna jirnexxi.", "Għamilna wkoll liġijiet oħra l-Malta crafts council act u dan l-aħħar s-segretarju parlamentari, Edwin Vassallo, għaddielna l-booklet ta' dawk industriji li għandhom ix-xogħol fuq il-crafts.", "Tiskanta kemm persuni u għaqdiet hawn jaħdmu fuq dan ix-xogħol tal-crafts.", "Għamilna d-data protection and privacy act, l-e-commerce act, il-computer misuse act, l-insurance business act u l- Malta communications act.", "Dawn kollha liġijiet biex il-gvern iħajjar negozjanti biex jiftħu xi tip ta` negozju f'Malta.", "Sur President, ħafna drabi aħna nippretendu biss li jiġu l-investituri barranin hawn Malta u jiftħu l-industriji Malta.", "Pero` għad irrid jasal iż- żmien li aħna wkoll nibdew ninvestu ġewwa pajjiżi oħra.", "Ma rridux nibqgħu magħluqin hawnhekk irridu nagħmlu kif jagħmlu negozjanti oħra barranin li jiftħu n-negozji tagħhom ġewwa pajjiżi oħra.", "Għandna żewġ kumpanniji, waħda minnhom fit-turiżmu li qed tagħmel suċċess kbir bil-ftuħ ta` lukandi ġewwa l-Ewropa u anke fl-Afrika ta` Fuq.", "Jiġifieri diġa` għandna kumpanniji li qed jinvestu f'pajjiżi oħra.", "Hekk iridu jagħmlu negozjanti oħrajn, bħal dawn il-kumpanniji.", "Hemm il-faċilitajiet kollha lesti.", "Il-leġislazzjonijiet kollha qegħdin hemm.", "Ma jistax ikun nippretendu li l-barranin jiġu jinvestu hawn u aħna nibqgħu hawn.", "Aħna wkoll rridu nmorru fi swieq barranin.", "Issa għandna n-know-how u se jkollna l-finanzi wkoll għax l-Unjoni Ewropea tiftaħ triq on both sides, 'l hemm u 'l hawn.", "Sur President, ta` min isemmi wkoll x'għamel l-ETC għan-nies li jridu jiftħu xi negozju.", "X'għamlet għal dawn in-nies l-ETC?", "Għamlet taħriġ intensiv u speċjalizzat bi programmi bħal starting a business, li fih tingħata informazzjoni qawwija dwar x'ifisser li tiftaħ business, managing finance, managing markets biex dak li tipproduċi ssib is-suq għalih, u managing operations li hija ħaġa neċessarja ħafna għax l-operazzjonijiet tiegħek iridu jkunu managed minn nies kwalifikati tajjeb li jafu x'jeħtieġ biex prodott ikun jista` jiġi mibjugħ fis-suq.", "L-ETC tagħti wkoll taħriġ dwar kif għandek iżżomm lill-ħaddiema tiegħek kuntenti bil-programm managing people.", "Ma jistax ikollok suċċess fin-negozju jekk għandek ħaddiema li qegħdin jaħdmu bilfors u bi sforz.", "Il-ħaddiema jridu jkunu motivati għal dak ix-xogħol u jridu jaraw li għan-nom tal-kumpannija jipproduċu l-aħjar prodotti.", "Biex isir dan irid ikollok il-ħaddiem kuntent.", "Irid ikollok il-ħaddiem mħallas tajjeb u ħaddiem li għandu għal qalbu l- kumpanija u jagħmilha qisha parti minnu.", "Irid ikun qisu shareholder ta' dik il-kumpanija għax aktar ma jipproduċi affarijiet ta' standard aktar l- kumpanija se tiffjorixxi u għalhekk il-job tiegħu se jibqa` ggarantit.", "Sur President, l-ETC għandna wkoll taħriġ fuq in-negotiating skills għax biex inti tinnegozja, speċjalment ma` min għandu esperjenza aktar minnek bilfors irid ikollok dan it-tip ta` taħriġ biex tikseb l-iskills neċessarji.", "Dan qed insemmih biex nuri kemm l-ETC qed taħdem għal dawk li jridu jiftħu n-negozju.", "L-ETC m'għadhiex dik li kienet dari, kienet hemmhekk biex sempliċiment issiblek xi job.", "Le, marret beyond that, qed tagħmel it-training kollu neċessarju u min ma jridx ma jitgħallimx.", "Min ma jridx ma jmurx għal dawn il-korsijiet.", "Issib ħafna nies li jgħidulek li dak kollu ħela ta' żmien u li għalihom m'huwiex importanti.", "Jien ma ngħidx hekk għax fid-dinja dejjem tista` titgħallem.", "M'hawn ħadd li jaf kollox.", "Sur President, irrid insemmi wkoll l-lines of action li għamilna u li ġew mfaħħrin mill-FOI.", "Per eżempju, fin-national minimum curriculum fil-livell primarju u sekondarju nsibu l-aims to increase the skills in entrepreneurship.", "Anke fl-universita` nsibu li the faculty of economics, management and accountancy is aiming to offer a credit in entrepreneurship.", "Imbagħad għandek l-IPSE u l-FHRD li jagħmlu korsijiet speċjali bil- kollaborazzjoni tal-constituted bodies bħalma huma l-FOI, iċ-chamber of commerce u oħrajn.", "Aħna għandna dawn l-organizzazzjonijiet u l-entitajiet kollha li qegħdin jikkontribwixxu n-negozju ġewwa pajjiżna.", "Għandna wkoll l- SME support organisation li ukoll torganizza korsijiet ta` taħriġ importanti.", "Barra minn hekk għandna wkoll il-business promotion act li permezz tagħha apparti li wieħed jingħata l-inċentiv biex jitħarreġ jitħallsulu wkoll 80% ta` l-ispejjeż li jagħmel.", "Sur President, x'għamilna iżjed biex ninċentivaw lil min hu fin-negozju u lil min irid jiftaħ xi negozju?", "Per eżempju, IPSE offers a loan guarantee of 50%.", "Jiġifieri jekk inti ma jkollokx biex tagħmel garanzija perosnali, l- IPSE tagħtik 50% garanzija fuq dak il-loan li tagħmel.", "L-institute for the promotion of small enterprises jagħti wkoll loan guarantee.", "Kif diġa` għedt għandna l-business promotion act li tipprovdi numru ta' inċentivi fiskali u inċentivi oħra għall-intrapriżi ż-żgħar.", "Għandna l-MDC, il-METCO u l-Malta external trading corporation.", "Din ta` l-aħħar, barra li ssib s- swieq tipprova ssib niex oħra fin-negozju barranin biex flimkien ma` negozjanti Maltion jagħmlu dan l-external trading.", "Għandna wkoll l-FOI li tagħti wkoll lectures u tgħin lil dawk li huma fl-industrija biex l-membri tagħha jkunu jistgħu jieħu dak in-know-how li għandhom bżonn fil-qasam tagħhom.", "Anke ċ-chamber of commerce li twieldet fl-1848, għadha sal-lum tagħti l-għajnuna tagħha wkoll.", "Imbagħad f'Għawdex hemm il-Gozo business chamber.", "Dan stabbilixxa ruħu m'ilux u qed jaħdem ħafna biex anke l- prodott Għawdxi jiġi promoted ħalli jieħu postu fis-swieq lokali.", "Għandna wkoll il-Malta employers' association u ħafna organizzazzjonijiet oħra biex proprju jinkoraġixxu n-negozjanti ż-żgħar.", "Sur President, ta` min jgħid ukoll li kif erġajna tlajna fil-gvern fl-1998 apparti li erġajna daħħalna l-VAT rajna wkoll li nnaqqsu mill-mili ta' formoli li kellhom l-intrapriżi ż-żgħar.", "Illum tista' tiftiehem mal-VAT office u inti timla l-formola darba fis-sena.", "Ovvjament trid izzomm ir- records kollha li għandek bżonn biex inti tiffaċilita` d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu bil-kumplikazzjoni li jista' jkollha s-sistema l-VAT.", "Illum ħafna negozji żgħar approfittaw ruħhom minn dik l-inizjattiva li għamilna u ħafna intrapriżi żgħar qegħdin jagħmlu użu minnha wkoll.", "Sur President, għamilna wkoll regolamenti l-ġodda biex il-liċenzji tan- negozji ikunu jistgħu joħorġu mingħajr ħafna dewmien.", "Għamilna one-stop- shop fejn fejn wieħed ikun jista` jinqeda għal dak kollu li jkollu bżonn biex dak li jkun ma joqgħodx jiġri minn dipartiment għall-ieħor.", "Veru forsi għadha fl-infanzja tagħha, imma ħafna min-nies diġa` qegħdin jaraw kemm hi aktar faċli minn qabel biex toħroġilhom liċenzja.", "Hemm bżonn li nneħħu l- burokrazija li hemm fil-ħaddiema tal-gvern.", "Dawn iridu jifhmu li l- imprenditur iridu jaqduh b'mod aktar effiċjenti.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' wieħed li jaħdem f'dipartiment tal-gvern u qalli li biex inxtara sellum li kien jiswa Lm22 u biż-żmien li ttieħed biex isir il- paperwork kollu u bil-ħela tal-petrol li sar minħabba l-ġiri minn dipartiment għall-ieħor bil-karozzi dan is-sellum ġie jiswa madwar Lm300.", "Għalhekk iż-żmien fin-negozju ma jistax jintilef, għax iż-żmien fin-negozju jiswa l-flus.", "Għalhekk il-gvern għamel regolamenti ġodda dwar il-ħruġ tal- liċenzji għall-kummerċ.", "Sur President, illum l-MCAST qed jiftaħ ħafna korsijiet fil-computer, fil- business u fi kwalunkwe ħaġa oħra li kollha huma pprogrammati biex inti jkollok il-professjoni teknika li d-dinja mixja għaliha.", "Illum il-ġurnata jekk wieħed ma jirnexxilux ikompli l-istudji tiegħu fl-universita`, hemm l- MCAST li qed tagħtik l-korsijiet ta' tlieta u erba` snin biex wieħed ikun ippreparat sabiex jilħaq l-għan tiegħu.", "Spiċċa ż-żmien tad-dilentantiżmu.", "Illum il-ġurnata hemm bżonn li tkun mħarreġ u informat tajjeb.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li jeħtieġ li l-istudenti jifhmu li t- tagħlim li jieħdu ma jistgħux jeħduh aktar biċ-ċajt.", "Illum inutli jkollok xi 15-il ''O'' level, inutli l-Matsec f'xi għaxar suġġetti jew iktar, inutli jkollok l-'A' levels ma nafx f'kemm-il suġġett u inutli wkoll li jkollok il-matrikola għax jekk ma jkollokx ċertifikati li inti mħarreġ sewwa b'edukazzjoni intensiva f'tali materja ma ssibx taħdem.", "Illum kulħadd ifittex il-professjonalita` fix-xogħol u rridu ninsistu ma` l- istudenti biex jieħdu t-taħriġ għax kif qed ngħid ikunu inutli ċ- ċertifikati li jkollhom jekk ma jkollhomx iċ-ċertifikati tat-taħriġ.", "Illum jistgħu jagħmluh dan għax hawn il-mezzi.", "Qabel ħafna żgħażagħ kienu jispiċċaw il-Form V tas-secondary u daqshekk.", "Illum ma tistax tagħmel hekk u dan hu l-messaġġ li rrid nagħti liż-żgħażagħ tagħna.", "Inutli li jkollok l-eżamjiet u ċ-ċertifikati tagħhom, irrid ikollok ċertifikati tekniċi, taħriġ u professjonalita' f'dik il-materja li inti tispeċjalizza.", "Ejja naħdmu bis-sħiħ u nagħmlu l-almu tagħna possibbli.", "Din m'hijiex xi ħaġa tal-gvern jew ta` l-oppożizjoni u rridu naħdmu flimkien għall-futur ta' pajjiżna.", "Pajjiżna jeħtieġ li jżid in-negozju.", "Sur President, jeħtieġ li ż-żgħażagħ jifhmu li llum il-ġurnata ma tista` tagħmel xejn jekk inti ma tkunx verament imħarreġ.", "J'alla jifhmu wkoll li dan il-ftuħ ta' negozju huwa ġej minħabba li l-gvern għandu f'moħħu li jiftaħ beraħ għas-swieq ta' business li jista' jkollna ġewwa pajjiżna.", "Il- gvern qed jagħmel l-organizzazzjoni fl-edukazzjoni għal dak it-taħriġ li jeħtieġ fi kwalunkwe ħaġa li semmejt għax b'hekk in-nies, għada pitgħada, ikunu jistgħu jsibu fejn jaħdmu.", "B'dan it-taħriġ il-prodott Malti se jkun ta' l-aħjar kwalita` u jkun jista` jikkompeti ma` prodotti ta` pajjiżi oħra.", "J'alla li l-imprendituri li għandna ġewwa pajjiżna u dawk li se jiftħu l-business tagħhom jifhmu dan kollu u jkunu rikonoxxenti għal din il- ħidma intensiva li qed issir f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, qed nieħu gost li sieħbi l-Onor.", "Edwin Vassallo ressaq quddiem dan il-Parlament diskussjoni ta` din ix-xorta għax b'hekk qed ikompli jqajjem il-kuxjenza dwar il-ħtieġa li l-intrapriżi żgħar u medji għandhom ikunu attrezzati b'mod tajjeb u effiċjenti ħalli jiggarantixxu l-impiegi f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li l-f'pajjiżna għandna kwantita` minn dawn l-intrapriżi ż-żgħar u medji u meta wieħed jikkalkula kemm bejniethom dawn jimpjegaw nies, għalkemm kull waħda minnhom timpjega ftit, isib li dawn jipprovdu ħafna mill-impiegi fil-privat.", "Sur President, irrid nifraħ lill-Onor.", "Edwin Vassallo għall-mod kif ħaseb għall-housing, biex ngħidlu hekk, ta' workshops żgħar għal dawn l- intrapriżi ż-żgħar u għall-mod kif qed għamel il-grouping ta' dawn l- intrapriżi ħalli b'hekk kull grupp ta' lokalitajiet jkollu area speċifikata għal dan l-iskop li fuqha jibnew workshops u fabbriki żgħar.", "B'hekk dawn il- workshops jkunu jistgħu jieħdu l-intake tal-ħaddiema tagħhom mill-istess rħula u bliet.", "Naqbel ukoll mal-mod maħsub kif dawn l-industrial estates żgħar se jkunu pprovduti bis-servizzi ta' l-infrastruttura essenzjali.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax sa ftit żmien ilu kien ikollok lil xi ħadd li jibni garaxx biex idaħħal il-karozza ġo fih, imbagħad wara ftit japplika biex il-garaxx jużah għal xi tip ta' negozju u jibdew jinqalgħulu ħafna problemi.", "Per eżempju, tinqala` l-problema li s-servizz ta' l-elettriku jrid ikun ta' ċertu power u allura s-single phase jew it- three phase ma jkunx biżżejjed.", "Imbagħad jitlob għal dedicated cable u forsi s-substation tal-lokal ma jkollux power.", "Meta wieħed jara dawn il- problemi kollha jiġri li dak l-imprenditur ż-żgħir jaqta` qalbu.", "Allura dan il-ħsieb li ħareġ bih is-segretarju parlamentari huwa wieħed għaqli li ilna ntambru fuqu ħafna f'dan il-Parlament.", "Niftakar li fit-tmeninijiet jiena kont ngħid li kull scheme ta' raħal għandu jkollha blokk li jkun dedikat għal semi-industrial area.", "Jiġifieri inti tieħu blokk li fih wieħed ikun jista` jibni garaxx ta' mastrudaxxa u fuqu jista` jibni d-dar tiegħu.", "Maġenbu jista` jiftaħ mechanic u fuqu jibni d-dar tiegħu.", "Flimkien dawn iż- żewġ imprendituri ż-żgħar jkunu jistgħu jgħixu kuntenti bl-istorbju u bl- inkonvenjenza li wieħed jagħmel lill-ieħor.", "L-Onor.", "Vassallo sab areas ċentrali f'ċerti rħula li fihom jista` jinbena semi-industrial estate.", "Nerġa` ngħid dan huwa ħsieb għaqli fid-direzzjoni t-tajba li dawn l- industrial estates żgħar ikunu fornuti mill-bidunett bis-servizzi l-iżjed essenzjali li huma d-dawl, l-ilma, u d-drenaġġ.", "Ovvjament barra dawn is- servizzi jrid ikun hemm aċċess biex minn dawn iż-żoni industrijali joħroġ il-prodott għas-suq tagħna kif ukoll jekk ikun il-każ għas-suq ta' esportazzjoni.", "Sur President, jiena bilfors kelli nitkellem f'dan dibattitu għar-raġuni li taħt il-ministeru tiegħi jaqgħu ħafna imprendituri żgħar.", "Dawn huma l- bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u dawk kollha li b'xi mod huma marbuta mas- setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd.", "Ovvjament dan huwa settur vast ħafna u jekk tibda titkellem fuqu, f'xi ħin tibda taf imma f'xi ħin tispiċċa ma tafx.", "Pero` rrid nillimita ruħi għax naf li hawn membri oħra, kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa l-oħra, li jridu jitkellmu warajja u allura trid tagħti ċans lil kulħadd.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Noel Farrugia semma l-fatt li kien hawn xi ħames kumpanniji li huma involuti fil-bejgħ ta' xtieli u pjanti u li jagħmlu l-maintenance ta` ġonna pubbliċi li għamlu xi protest fil-qorti għax il-gvern iddeċieda li dawk il-ħaddiema fid- dipartiment ta' l-agrikoltura li jagħmlu s-servicing ta' l-agrikoltura jistgħu jagħtu kontribut aħjar lill-pajjiż jekk jibdew jagħmlu ż-żbir, maintenance ta' ġonna pubbliċi, ta' central strips u ta` roundabouts bis- sħab mal-privat.", "Il-gvern ddeċieda li dawn il-ħaddiema li sal-lum għadhom jagħmlu dan it-tip ta' xogħol jistgħu jagħtu kontribut aħjar kemm-il darba jiġu organizzati mal-privat.", "Ovvjament kien hemm it-taħdidiet immexxija mill-OPM u issa grupp ta' ħaddiema se jaħdmu bis-sħab mal-privat ħalli jilħqu l-għanijiet tagħhom b'mod iżjed effiċjenti.", "Irrid ngħid li l- ministeru ta' l-agrikoltura, bħalma għidt diversi drabi, mhux se jibqa` jagħmel dawn is-servizzi li semmejt.", "Il-ministeru se jkun ir-regolatur li l-għan prinċipali tiegħu se jkun li jara li l-poplu Malti u Għawdxi jkun moqdi bi provvista ta` ikel ta' kwalita` tajba li tkun safe għall-konsum.", "L-istess fejn jidħlu l-annimali, il-ministeru jrid jara li l-provvista ta' l-għalf ta` l-annimali tkun ukoll ta` kwalita` tajba li tkun safe għall-konsum ta' l-annimali.", "Sur President, fi żmien il-gvern preċedenti kien hemm il-ħsieb li ssir l- urban u r-rural sector tad-dipartiment u ssemmew ħafna affarijiet fosthom il-biodiversita`, l-idroloġija u l-ekoloġija.", "Hawnhekk irrid ngħid li kull gvern jipprova jieħu ħsieb il-biodiversita` u l-idroloġija, b'mod partikolari fejn jidħol il-qasam ta' l-ilma għax kulħadd jaf li l-ilma huwa r-ruħ tas-settur agrikolu.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Farrugia ssemma wkoll il- manutenzjoni li saret fiċ-Chadwick Lakes.", "Jiena ġieli kelli ċans nitkellem f'dan il-Parlament u għedt li l-manutenzjoni li saret kienet manutenzjoni li bilfors kellha ssir, għalkemm ma naqbilx mal-mod kif saret din il- manutenzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-manutenzjoni setgħet saret b'mod aħjar.", "Il-mod aħjar huwa indikat fuq il-post għaliex huwa l-mod kif in- nanniet tagħna kienu jagħmlu l-ilqugħ tal-widien.", "Il-bieraħ ssemmew ukoll il-ħitan tas-sejjieħ.", "Irrid ukoll li l-bini tal- ħitan tas-sejjieħ kien mitluq u llum qed jiġi indirizzat b'mod effikaċi.", "Il- ħitan tas-sejjiegħ li huma mwaqqa` jridu jiġu rranġati biex ma tkomplix tintilef il-ħamrija.", "Issa għamilna pjan ta' żvilupp rurali li permezz tiegħu se jibbenefikaw il-bdiewa għax se jkun hemm għajnuna finanzjarja apposta biex issir l-manutenzjoni ta` dawk il-ħitan tas-sejjieħ imwaqqgħin u jibnew oħrajn ġodda.", "Jiġifeiri se jkun hemm il-fondi neċessarji biex il- bdiewa li jagħmlu dan ix-xogħol jitħallsu.", "Permezz ta` dan il-bidwi se jżid income għax barra dak li jdaħħal mill-prodotti ta' l-ikel se jkollu dan l- income biex jieħu ħsieb l-ambjent li huwa jaħdem fih.", "Meta ngħid l-ambjent li huma jaħdmu fih inkun qed nirreferi għaż-żamma tal-ħitan tas-sejjieħ fi stat tajba li jelimina kull telf ta' ħamrija.", "Sur President, issemma wkoll il-fatt li l-Unjoni Ewropea qalet li f'pajjiżna m'hawnx pjan rurali.", "L-Unjoni Ewropea qalet hekk għax sa sitt xhur ilu ma kellniex pjan ta' żvilupp rurali.", "Għalhekk meta l-Unjoni Ewropea sena u nofs ilu ħarġet ir-rapport tagħha fuq Malta qalet li m'hawnx pjan rurali għal pajjiżna.", "Allura waħda mill-ewwwel affarijiet li għamilna kien li ħsibna biex ikollna pjan ta' żvilupp rurali.", "L-ewwel draft kien lest f'Ġunju u bħalissa qed isiru l-aħħar rtokki u l-pjan hu li mis- sena d-dieħla, anke mill-vot extra ta` Lm1,300,000 li ħadna mill-Unjoni Ewropea, se jinbeda x-xogħol fuq l-iżvilupp rurali.", "Bil-vot li għandna għas- sena d-dieħla biss se jsir l-organizzar tal-farms kif ukoll bini ta' ħitan tas-sejjieħ u proġetti oħra relatati ma' l-iżvilupp rurali.", "L-iżvilupp rurali li ħejjejna se jkopri s-snin 2004 sa 2006 u bis-saħħa ta' dan il- pjan, li se jiswa l- miljuni ta' Euros, id-dipartiment se jkun f'pożizzjoni li jagħti garanzija li dan l-qasam ta' l-agrikoltura nsaħħuħ u nagħmluh iżjed effiċjenti u dan għall-benefiċċju ta' l-imprenditur ż-żgħar li f'dan il-każ huma l-bdiewa u r-raħħala.", "Sur President, ladarba jkollok il-pjan ta' żvilupp rurali għaddej - u nerġa' ngħid se jibda mis-sena d-dieħla bis-saħħa ta' l-għajnuna finanzjarja li ħadna mill-Unjoni Ewropea - imbagħad tibda tasal biex ikollok il-proġetti fuq l-ecotourism u l-agritourism.", "Per eżempju, ta' min isemmi diversi imprendituri ta` l-inbid, taż-żebbuġ u taż-żejt li jiġi miż- żebbuġ.", "Dawn is-setturi, b'mod partikolari d-dwieli, qajjimnihom matul dawn l-aħħar snin.", "Irrid ngħid li fl-1998 kellna mat-320 hectare ta' art li fuqha jitkabbru d-dwieli għall-inbid li llum dawn telgħu għal 480 hectare.", "Meta wieħed jagħmel daqsxejn ta' kalkolazzjoni żgħira isib li dawn żidnihom b'50% f'erba' snin.", "L-area li qiegħda tiġi kultivata għat-tkabbir tad- dwieli biex tipproduċi l-għeneb għall-inbid kabbarniha f'dawn l-aħħar erba' snin b'50%.", "L-istess nista` ngħid għall-qasam taż-żebbuġ.", "Tinnota kemm din hija katina li dejjem il-katina qiegħda tikber.", "Ta` min jgħid li hawn in-nies li għandhom ir-raba` kważi żdingat u issa qegħdin jaqilbuh biex jipproduċi ż- żebbuġ biex imbagħad miż-żebbuġ toħroġ l-industrija taż-żejt.", "Wieħed jista` jinnota kemm fil-pajjiż hawn nies li qed jarmaw biex jagħmlu l- għasir taż-żebbuġ biex minnu jieħu ż-żejt.", "Ma' dawn imbagħad jidħlu l- importaturi li jġibu l-apparat relatat ma' din l-industrija, l- istabbilimenti li qed jinbnew fil-pajjiż u kemm għandek negozju jdur u kemm bis-saħħa t'hekk qed jinbtu negozjanti żgħar li jidħlu f'dawn is-setturi li sa ftit snin ilu kienu setturi reqdin.", "Dan ifisser li bid-direzzjoni li għandu l-ministeru ta' l-agrikoltura barra li qegħdin barra li ntejbu l-produzzjoni billi mmorru għal waħda ta` aktar kwalita`, fl-istess ħin qed jinħoloq ix-xogħol u billi qegħdin naraw imprendituri żgħar deħlin f'dan is-settur ta' l-agrikoltura, b'mod partikolari fit-tkabbir ta' l-għeneb, taż-żebbug u fil-produzzjoni ta' l- inbid u taż-żejt.", "Issa jiena informat li se jkollna wkoll imprendituri permezz ta' l-agritoursim.", "Pero` biex ikollok l-agritourism irid ikollok il- materjal f'idejk.", "B'agritoursim wieħed jifhem farm tal-baqar b'area ta` xi 200 hectare fil-muntanji u dawn il-baqar b'xi qanpiena mdendla m'għonqhom kulħadd jiggustahom iduru 'l hawn u 'l hinn.", "Ir-raħħal li jkollu dan il- farm tal-baqar iżomm bħal motel żgħira, ristorant żgħir u playingfield żgħira fejn wieħed idaħħal lit-tfal biex jurihom kif il-baqar jiġu maħluba.", "Dak li jkun li ma jkunx imdorri f'dak l-ambjent jieħu gost jara l- affarijiet.", "Pero` f'pajjiżna m'għandniex dan it-tip ta' rziezet.", "F'pajjiżna naf min jaħdem fil-qasam taż-żebbuġ u ż-żejt u tad-dwieli li applika biex jagħmel stabbilment li fih t-turist li jiġi Malta ikun jista' jara l-mod kif jitkabbar z-zebbuġ ukif isir l-għasir kemm ta' l-għeneb kif ukoll taż-żebbuġ.", "B'hekk ikun hemm ukoll outlet għall-bejgħ tal-prodotti Maltin.", "Barra minn hekk ikun hemm iċ-ċans li min jagħmel dan it-tip ta' intrapriżi jkun jista' jħaddem n-nies miegħu.", "Il-bieraħ issemmiet ukoll l-apikoltura, jiġifieri l-qasam tan-naħal.", "Dan huwa settur interessanti u naf nies li huma intiżi ħafna fuq dan is-settur.", "Irrid ngħid li f'dawn l-aħħar għaxra, 15-il sena kien hawn problemi fis- saħħa tan-naħal li għandna fil-pajjiż għax kien hawn ċertu mard.", "Naf li id- dipartiment investa fuq nies tekniċi apposta biex dan is-settur jerġa` jieħu s-saħħa kemm biex nipproduċu l-għasel kif ukoll biex ikollna d-dakra tas-siġar li ovvjament twassal għall-prodotti agrikoli.", "Il-bieraħ intqal ukoll li minħabba s-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se jkun hemm xi ċirkostanzi strambi li jista' jkollhom impatt negattiv fuq dawn l-imprendituri fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Fost oħrajn issemmew l- IACS u l-paying agency u r-rural development.", "Dawn m'humiex affarijiet strambi, anzi bil-kontra.", "X'inhi l-IACS?", "Il-IACS huwa metodu ta` kejl li bih id-dipartiment ikun jista' jkejjel l-area li fejn qed tiġi kkultivata l- patata, l-area fejn jitkabbar it-tadam, fejn jitkabbru l-ħxejjex u areas oħra fejn jitkabbru prodotti agrikoli oħra.", "Il-IACS huwa għodda li permezz tagħha tkun taf Mr \"X\" kemm għandu raba` allokata għal tali prodott jew prodotti li jkun qed ikabbar.", "Dan isir ukoll biex id-dipartiment ikun jaf jekk dak ir-raba` hux bagħli jew saqwi.", "Dan sar għas- sempliċi raġuni għax biex toħroġ lil-kumpens lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u patata jrid ikollok din l-għodda biex tkejjel.", "Hawn irrid ngħid li l-kumpens lill- bdiewa għas-sena 2002 se jinħareġ issa.", "Permezz ta` din l-għodda d- dipartiment ikun jaf li, per eżempju, Ninu Zammit għandu erbat itmiem raba' u jkun jaf x'żerriegħa xtara u x'kabbar ħalli ma jkunx jista` jqarraq bid- dipartiment.", "Din hija l-għodda tal-IACS, l-integrated administrative control system.", "Din tintuża wkoll fil-każ tar-raħħala biex inkunu nafu kemm hemm tjur, majjal u ċanga f'kull razzett.", "Din żgur li m'hijiex xi ħaġa stramba.", "Hija għodda biex il-kumpens jitħallas b'mod ġust mingħajr abbuż.", "Imbagħad għandek il-paying agency.", "Din hija l-għodda l-oħra li permezz tagħha, flimkien mal-IACS, ikun jista` jsir il-kumpens lill-bdiewa, lir- raħħala u lis-sajjieda.", "Il-paying agency hija l-għodda li permezz tagħha l- ħlas issir kif suppost lil min għandu d-dritt li jirċievi dak il-ħlas mingħajr l-abbuż.", "Jiġifieri li jkollok setup biex tassigura li l-flus li jħallas il-poplu bħala taxxa ma jmorrux fix-xejn imma jmorru għand il- bdiewa u r-raħħala li jkunu qed jipprovdu l-prodotti ta' l-ikel.", "Sur President, l-IACS, il-paying agency u r-rural development huma sistemi biex is-settur agrikolu ikun aktar sostenibbli ħalli niggarantixxu li s-settur agrikolu jkun iżjed kompetittiv, għax wara kollox kull negozju jimxi 'l quddiem jekk ikun kompetittiv u l-kompetittivita` tiegħu tiġi mill-fatt jekk il-konsumatur iridux jew le.", "Apparti dan, barra li n-negozju jrid ikun sostenibbli u kompetittiv rridu niggarantixxu wkoll li jkollna prodotti safe għall-ikel.", "Nerġa` ngħid li huwa l-konsumatur li jmexxi kull settur, b'mod partikolari s-settur agrikolu.", "Sur President, irrid ngħid li l-miżuri li qegħdin nieħdu fir-rigward ta' dawn l-imprendituri, żgħar li huma l-bdiewa u r-raħħala u s-sajjieda, huma li l-gvern jgħin b'kull mod tekniku possibbli ħalli b'hekk niggarantixxu li dan is-settur jibqa` ħaj, b'saħħtu u jibqa` jikber.", "Barra minn hekk irridu naraw ukoll li jsir dak it-taħriġ tekniku ħalli nkunu f'pożizzjoni niggarantixxu li dejjem ikollna żgħażagħ imħarrġa li jidħlu fis-settur agrikolu.", "Jiena ċert li ż-żgħażagħ jidħlu f'dan is-settur kemm-il darba jkollhom moħħhom mistrieħ li dan is-settur huwa mħares tajjeb mit-taxpayer, fis-sens li t-taxpayer irid iħallas talli l-bidwi qed jieħu ħsieb il- produzzjoni tal-prodotti u l-ambjent ta' madwarna.", "Ġaladarba ż-żgħażagħ li jkollhom il-ħsieb li jidħlu f'dan is-settur ikunu jafu li hemm il-gvern li se jgħinhom nistgħu nserrħu moħħna li dan is-settur se jibqa` jkollu dak id- demm ġdid li jiggarantixxi li l-biedja tibqa` ħajja.", "Sur President, il-bieraħ intqal ukoll li l-ammont ta' provision tas-settur agrikolu lejn il-GDP huwa ta' 2.5%.", "Issa meta wieħed jgħid li s-sehem li qed tagħti l-biedja għall-GDP huwa 2.5% ikun hawn min jaħseb li dan huwa ammont żgħir.", "Fil-fatt dan m'huwiex ammont żgħir.", "Jekk inti tħares lejn il- pajjiżi żviluppati ssib li s-sehem li l-biedja tagħhom tagħti għall-GDP hija ta` 2.5% jew 3%.", "Il-pajjiżi li għadhom lura jikkontribwixxi 20% jew 30% lejn GDP tagħhom min-naħa tas-settur agrikolu għoli.", "Pero` l-pajjiżi żviluppati kollha jikkontibwixxu 2.5%.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għandha tinkwieta lil min huwa involut f'dan is-settur.", "Wieħed għandu jfhem li jekk inti għandek is-setturi tal-manifattura u tat-turiżmu qawwijin ħafna, il-persentaġġ tal-GDP li jiġi mill-biedja bilfors ikun żgħir.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-gvrn preżenti, bħalma għamlu gvernijiet preċedenti, kompla jagħti l-għajnuna teknika u finanzjara biex dawn l-intrarpiżi ż-żgħar, b'mod partikolari tal-biedja, biex dan is-settur ikomli jissaħħaħ.", "Peress li aħna għandna l-iżvantaġġi ta` nuqqas ta` ilma għat-tisqija u nuqqas ta` art, irrid ngħid ukoll li l-gvern ipprepara pakkett speċjali ta' Lm70 miljun biex jgħin lil dan is-settur jibqa' sostenibbli.", "Barra minn hekk l-gvern qed jipprovdi strumenti finanzjarji oħra biex nirranġaw problemi oħra relatati ma' dan is-settur bħalma hija l- problema ta' waste management.", "Fil-fatt il-gvern ipprovda fondi biex ir- raħħala jkun jistgħu jissellfu sa Lm12,000 b'imgħaxijiet sussidjati ħalli b'dawn il-flus ikunu jistgħu jirranġaw is-sistema tad-drenaġġ li għandhom fl-irziezet tagħhom.", "Ta` min jgħid li l-pakkett ta' Lm70 miljun huwa mmirat biex isir ir-ristrutturar fl-industrija kollha tal-biedja u biex bil-mod il- mod niftħu s-settur tagħna, fis-sens li jitneħħew il-levies.", "Irrid ngħid li t-tneħħija tal-levies m'hijiex kwestjoni ta' nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea.", "Illum kulħadd jaf li bis-sħubija u mingħajrha l-levies irridu jispiċċaw.", "Din ġiet dikjarata diversi drabi.", "Jien kemm-il darba poġġejt statements fuq il-mejda tal-Kamra magħmula kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni u ma jidhirlix li għandi għalfejn nerġa` nirrepeti.", "Pero' nerġa` ngħid li bil-għan li nibqgħu kompetittivi u nipproduċu prodotti ta' kwalita` li jkunu safe għall-ikel il-gvern u t- taxpayer ipprovda Lm70 miljun biex il-bdiewa u r-raħħala tagħna jkunu jistgħu jirristrutturaw.", "Sur President, il-bieraħ intqal xi ħaġa wkoll dwar x'tgħid OECD rigward l- importazzjoni tal-qmugħ, tar-ross u prodotti oħra.", "Irrid ngħid li ladarba nkunu msieħba fl-Unjoni Ewropea aħna nidħlu f'suq wieħed.", "Issa la inti qiegħed f'suq wieħed trid tixtri l-prodott ta' l-Unjoni li għandu ċertu prezz, imbagħad jekk trid tixtri minn barra l-Unjoni jkollok tħallas tariffa extra.", "Pero` l-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea waqt in-negozjati li għamlu qabel daħlu, dejjem talbu għall-ispecial supply measures.", "X'inhuma dawn l- ispecial supply measures?", "Dan ifisser li għalkemm ikunu se jissieħbu fl- Unjoni jitolbu li jibqgħu jixtru ċerti prodotti bħall-qmugħ, zokkor u ross minn postijiet li kienu jixtruhom qabel ma daħlu fl-Unjoni Ewropea bi prezzijiet internazzjonali, liema prezzijiet ikunu inqas minn dawk ta' l- Unjoni.", "Hawnhekk ta` min isemmi lil Spanja u l-Portugall.", "Dawn daħlu membri fl-1986 u għadhom sal-lum jixtru l-qamħirrun minn pajjiżi mhux fl- Unjoni Ewropea bi prezzijiet internazzjonali.", "Dawn qegħdin jixtru 2.5 miljun tunnellata ta` qamħirrun kull sena bi prezz internazzjonali minn pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea lil dawn il-pajjiżi tathom il-fakulta` li jibqgħu jixtru 2.5 miljun tunnellata ta` qamħirrun bi prezz internazzjoni minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Allura jien jidhirli li mhux se tkun xi ħaġa ta' barra minn hawn li lilna tagħtina l-fakulta` li nixtru 50,000 tunnella ta` qamħirrun, 2% biss ta' dak li jixtru Spanja u l-Portugall, minn fejn qegħdin nixtruh bħalissa.", "Jiġifieri bħalma rranġaw pajjiżi oħra u ngħataw din l-ispecial supply measures hekk ukoll nistgħu nirranġaw aħna.", "Allura naħseb li m'hemmx għalfejn noqogħdu nwerwru lin-nies li bis- sħubija se jisplodu l-prezzijiet ta` dawn il- prodotti.", "Sur President, ftit ta` żmien ilu konna nisimgħu dwar il-kwestjoni ta' l- export subsidies.", "Sa sentejn ilu konna nixtru l-majjal mill-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' l-export subsidy.", "Xi tkun din l-export subsidy.", "L-Unjoni Ewropea li hija ġeneruża ħafna mal-bdiewa, l-ewwel tissussidja l-bdiewa u r- raħħala tagħha biex ikabbru l-prodotti, imbagħad meta jkollhom is-surplus terġa' tissussidjahom biex ibiegħu dawk il-prodotti barra mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tal-majjal, meta kien ikun hemm surplus, sa sentejn ilu l- Unjoni kienet toħroġ is-sussidju biex dak il-majjal ikun jista` jinbiegħ barra mill-Unjoni Ewropea bi prezzijiet li jikkompetu mal-prezz internazzjonali.", "Issa allavolja għadna ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, l- export subsidy fuq il-majjal spiċċa sentejn ilu.", "Dawn l-affarijiet li jagħmlu distortion tas-suq internazzjonali, bil-mod il-mod, iridu jispiċċaw.", "Anke f'dak li jirrigwarda l-qmugħ, iz-zokkor u r-ross, dawk il- mekkaniżmi finanzjarji li jagħmlu distortion u li ma jħallux s-suq liberu jridu jitneħħew ħalli eventwalment naslu biex jkollna prezz mondjali li jkun jagħmel ġustizzja lin-nies kollha tad-dinja.", "Ladarba jkollok prezz wieħed fuq l-istess prodott dan jagħmel ġustizzja lin-nies kollha tad- dinja għax b'hekk inkunu wasalna lejn l-għan aħħari tagħna li l- imprendituri żgħar kollha tad-dinja li jaħdmu fl-agrikoltura nagħtuhom iċ- ċans li l-prodott ta` kwalita` tagħhom ibiegħuh bi prezz internazzjonali ħalli kulħadd ikun iggarantit l-ħobża ta` kuljum.", "L-għan aħħari tad-WTO huwa li l-levies u kull ħaġa oħra li tagħmel distortion fis-settur agrikolu jispiċċaw bil-għan li naslu għal dan l-iskop.", "Sur President, il-bieraħ beda jingħad u jissemmew ċifri ta` kemm se jogħla r-ross jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Biex wieħed jgħid dan irid jistenna n-negozjati jispiċċaw.", "Nista` ngħid li fin-negozjati li l-gevrn qiegeħd jagħmel qiegħed iżomm iebes u huwa preparat minn kull aspett.", "Dħalna fid- dettalji kollha u għadna għadejjin bin-negozjati, pero` jiena persważ, u l- Unjoni diġa` qalitu dan, li kull pajjiż li se jissieħeb se jkun aħjar milli kien qabel.", "Dan ifisser li jekk l-Unjoni ma tagħtikx il-fakulta' ta' l-ispecial supply measures – qiegħed immur fl-estrem għax dan mhux se jiġri – bilfors trid tagħtik xi forma ta` għajnuna oħra finanzjarja biex hija żżomm il-kelma ħalli l-pajjiż li jissieħeb ma jkunx agħar milli kien qabel.", "Aħna qed nitoblu l-fakulta` ta' l-ispecial supply measures u ma narax għalfejn m'għandniex neħduha meta din ġiet mogħtija lil ħaddieħor b'mod goff.", "Nerġa` nsemmi l-każ ta' Spanja li ilha tixri 2.5 miljun tunnellata qamħirrun fis-sena bi prezz internazzjonali mill-1986.", "Hemm pajjiżi oħra li diġa' ħadu din il-fakulta' bil-goff u bin-negozjati li qegħdin nagħmlu aħna qegħdin nesiġu biex aħna wkoll nieħdu din il-fakulta` ħalli nibqgħu nixtru ċerti prodotti mis-suq internazzjonali bi prezz internazzjonali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia għandu point of order.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, biex il-Kamra ma tiġix misled, jista' l-Ministru jikkonferma jekk Spanja teħux sussidji biex tipproduċi prodotti li Malta ma tipproduċix, minkejja li għandha l-ispecial supply measure?", "Spanja għandha aktar art u tista` tipproduċi dak li Malta ma tipproduċix.", "Allura Malta se jkollha l-ispecial supply measure li se tkun limitata biss fil-kunċett...", "(Interruzzjonijiet) Huwa importanti li l-Ministru jgħid eżatt kif inhuma l-fatti.", "ONOR NINU ZAMMIT: Jien nitkellem bil-fatti u m'hu qed ngħid xejn misleading.", "Naħseb li l-argument kollu tal-bieraħ kien misleading.", "Il- bieraħ qgħadt kwiet nisma` u llum qiegħed hawnhekk biex nirrispondi.", "L- argument kollu tal-bieraħ kien misleading.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Il-Ministru jikkonferma li Spanja tieħu sussidji għas- settur tal-biedja tagħha, liema sussidji Malta qatt ma tista' tieħu għax m'għandhiex art daqskemm għandha Spanja, u allura Spanja barra l-ispecial supply measure tgawdi s-sussidju fuq il-qmugħ u fuq iċ-ċereali li Malta mhux se tgawdi għax m'għandhiex art?", "Sur President, jekk ma jintqalx dan, jiddispjaċini ngħidlek li inti tkun qed taċċetta li l-Kamra u l-poplu jiġu misled.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dak li qed ngħid jien m'hu misleading xejn.", "Misleading dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia, u ngħid għaliex.", "Dan qed jistaqsi jekk aħna hux se nieħdu sussidji daqs Spanja.", "L-ewwelnett Spanja għandek art ikbar u hija wieħed mill-iżjed pajjiżi li jibbenefikaw mill- Unjoni Ewropea.", "Hawn qegħdin nħalltu s-sussidju relatat mad-direct payment ma` l-ispecial supply measure.", "Spanja qed tieħu l-ispecial supply measure għax ma tipproduċix qamħirrun.", "Kieku Spanja għandha tipproduċi qamħirrun biżżejjed m'għandhiex għalfejn toqgħod timporta.", "Kieku għalfejn toqgħod timportah?!", "Għall-gost, jew biex tagħmel surplus?!", "Spanja tieħu l- ispecial supply measure fuq il-qamħirrun għax ma tipprodiċix il-qamħ.", "Ara kieku tipproduċi l-qamħirrun ma kentix titlob għall-ispecial supply measure.", "Min se jitlob supply measure biex jimporta prodott li m'għandux bżonn?!", "Dan huwa misleading.", "Fi Spanja hemm tip ta' produzzjoni li sal-lum għadha eliġibli li tirċievi l-għajnuna taħt l-ewwel pilastru tas-CAP.", "Minħabba l-klima li għandna aħna ma nistgħux nipproduċu dak il-prodott, allura Spanja bilfors se tirċievi sussidju għal dak il-prodott.", "Imma aħna ma nistgħux nieħdu dan is-sussidju għax aħna m'għandniex dak il-prodott.", "Kieku aħna nkabbru xi tip ta' prodott li Spanja ma tkabbarx, aħna nirċievu l-għajnuna u Spanja ma tirċevix għax ma tkabbarx dak il-prodott.", "Dan misleading jew qed indaħħlu dan l-argument biex verament nimmislijdjaw lil min qiegħed jismagħna?", "Il-bieraħ qgħadt nisma` bil-paċenzja kollha u ħallejtu jgħid dak li ried u ma interrompejtux.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, Spanja għandha raġunijiet differenti għaliex qed tgawdi mill-ispecial supply measures.", "Allura l-argument tal- Ministru huwa out of order għax Malta kienet, għadha u tibqa` net importer country sew bis-sħubija li jrid il-partit Nazzjonalista u sew bil- partnership li jrid il-partit Laburista.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan assolutament m'għandux x'jaqsam xejn.", "Kull tifel żgħir jgħidlek li special supply measure titlobha fuq prodott li inti m'għandekx produzzjoni biżżejjed tiegħu għax jekk inti għandek il- produzzjoni m'għandekx għalfejn timporta.", "Daqshekk hija sempliċi u ma noqogħdux induru mal-lewża u ngħidu li Malta hija net importer u mhux net importer.", "Malta hija net importer u nimportaw ċertu prodotti.", "Pero` s- supply measure titlobha fuq ċerti prodotti li jkunu sensittivi, bħalma huwa z-zokkor u ċ-ċereali.", "Ma noqogħdux nipprovaw inħawdu l-imħuħ.", "Sur President, qabel il-kellliema ta' l-oppożizzjoni kienu jgħidulna kienu jgħidulna li l-laħam u ċerti prodotti oħra se jogħlew b'500%, 600% u saħansitra 900%.", "Fil-fatt sibna li dan mhux minnu għax kulma se jogħlew huwa 10% biss.", "Din hija l-istess storja li xbajna nisimgħu fuq is-sajd dwar iż-żona ta' 25 mil.", "Issa la jingħalaq l-kapitlu kulħadd ikun jaf x'ġie negozjat.", "Il-poplu għandu melħ ġo moħħu u se nduna li dak li kienet qed tgħid l-oppożizzjoni kien kollu kliem biex ibeżża' bil-babaw għax issa nafu li anke fil-qasam tas-sajd pajjiżna akkwista kondizzjonijiet li l-ebda pajjiż ieħor minn dawk li se jissieħeb fl-Unjoni għadu m'akkwista.", "Sur President, il-bieraħ issemmiet ukoll il-food quality assurance.", "Qaluluna li din il-food quality assurance ġiet rranġata fiż-żmien il-gvern preċedenti għax kien għamel it-tinda fil-pitkalija.", "Jien ngħid: Ejja ma ndaħkux nies.", "Mela għax tagħmel tinda se tagħmel il-food quality assurance!", "Issemmew ukoll il-kaxxi u qalu li huma għamlu l-kaxxi tal-plastik.", "Aħna għandna għalfejn niġu f'dan il-Parlament u noqogħdu nitgħajru fuq dawn il- ħmerijiet.", "Il-kaxxi tal-plastik bdihom il-gvern Nazzjonalista u komplihom il-gvern Laburista.", "Intqal ukoll li fi żmienhom kien sar il-cold store.", "X'cold store hu?", "Kien hemm blokk bini żgħir u biex taparsi għamlu cold storage għamlulu l-airconditioning.", "Mela bl-airconditioning se tagħmel xi cold storage facilities?!", "Fejn fid-dinja jsir cold storage sempliċement b'airconditioning?!", "Dawn huma affarijiet li għad iridu jiġu rranġati, u jiġu rranġati billi bis-serjeta` dan il-qasam jerġa` jiġi ristrutturat bl- għodda u l-għajnuna li semmejt aktar qabel u billi jkollok il-paying agency li tissupplimenta l-income tal-bdiewa u tar-raħħala kif ukoll b'immaniġġjar tajjeb.", "Hawnhekk jidħlu l-producers' organisations, l-IACS u mezzi oħra.", "B'dawn il-mezzi nistgħu nassiguraw li verament dan is-settur inkomplu nsaħħuħ.", "Sur President, il-bieraħ saħansitra ssemma wkoll il-border inspection post u qalulna li dan se jkun bħala taxxa fuq il-prodotti.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-border inspection post, fi kliem sempliċi bil-Malti, se jkun speċi ta' laboratorju żgħir biex kull prodott ta' l-ikel li jidħol fil- pajjiż jiġi spezzjonat f'dan il-laboratorju ta' kwarantina.", "Peress li Malta se sservi ta` border inspection post ewlieni għall-Ewropa - u issa anke l-oppożizzjoni tirrikonoxxi - f'pajjiżna rridu nagħmlu dan l-ispeċi ta' kwarantina fil-laboratorju ħalli b'hekk niggarantixxu li prodotti li jiġu Malta u dawk li minn Malta jmorru għall-Ewropa jkunu prodotti ta' kwalita` li jkunu safe għall-ikel.", "Dan bl-ebda mod m'hu se jkun ta` piż finanzjarju fuq il-poplu tagħna.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li fil-pjan tiegħu għal dawn l- imprendituri ż-żgħar il-gvern miexi fuq programm li spjegajtu kemm-il darba.", "Dan il-programm jikkonsisti f'erba` affarijiet essenzjali: Provvista ikel ta' kwalita` li tkun safe għall-ikel, prezz tajjeb għall-konsumatur, produzzjoni li tħalli dħul xieraq u ġust għall-bdiewa u r-raħħala tagħna u produzzjoni li ma tagħmilx effett negattiv fuq l-ambjent.", "L-Unjoni Ewropea għandha żewġ pilastri.", "L-ewwel wieħed jagħti l-għajnuna diretta fuq il- produzzjoni u t-tieni wieħed jagħti l-għajnuna għall-iżvilupp rurali.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel shift mill-ewwel pilastru għat- tieni pilastru.", "Fil-preżent hemm 90% ta` l-gaħjnuna taħt l-ewwel pilastru u 10% taħt it-tieni pilastru.", "Issa se titfa` iżjed għajnuna fuq it-tieni pilastru, dak li qiegħed għall-iżvilupp rurali.", "Pajjiżna minħabba ċ-ċokon tiegħu u minħabba dawn l-iżvantaġġi li għandna se nibbenifikaw iżjed mit- tieni pilastru u għalhekk il-pjan tagħna huwa li nippreparaw għal dan is- settur mhux wara li nidħlu imma minn issa.", "U dan qed nagħmluh permezz tal- liġijiet li għaddejna u permezz tal-programmi li qegħdin nagħmlu.", "Biżżejjed insemmi l-għajnuna ta' Lm70 miljun u l-għajnuna li hemm involuta fil-pjan ta' żvilupp rurali.", "B'hekk dan is-settur verament ikun ippreparat u kompetittiv fil-ġurnata li aħna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, jekk Alla jrid fi ftit xhur oħra.", "Sur President, il-bieraħ anke lil min jagħmel il-birra pprovaw imwerwru.", "Jekk sal-lum tal-birra jġib minn barra tant tunnellati ta` qamħ biex jagħmel il-birra, se jintalab special supply measure biex dan jibqa` jġib tant tunnallati ta` qamħ biex jagħmel il-birra.", "L-ammont ta' prodott li ġġib taħt l-SSM trid ġġibu għall-konsum lokali.", "Ma tistax iġġib amont ikbar milli storikament tuża għall-konsum lokali u terġa' tagħmel re-export tiegħu lejn l-Unjoni Ewropea.", "Jekk aħna nużaw 100 tnnellata qamħ, ross jew ċereali oħra, bl-ispecial supply measure inti jkollok il-fakulta` li timporta dak l-ammont.", "Ma tistax timporta iżjed minn hekk għax inkella tkun qed tagħmel distortion lis-suq.", "Sur President, irrid ngħid li fejn jidħlu l-imprendituri ż-żgħar tas-settur tal-biedja u tar-raħħala l-gvern miexi fuq pjan li l-mira tiegħu hija produzzjoni adegwata għad-domanda li għandna fil-pajjiż.", "Għandna pjan integrali li jħares lejn il-friegħi kollha ta' dan is-settur agrikolu u jieħu kollox in konsiderazjoni tant li qed nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex l-ilma tat-tisqija ma jiġix mniġġeż.", "Aħna rridu nagħmlu dan il-pjan iżjed effiċjenti b'mod li nibqgħu nieħdu ħseib l-ambjent.", "Nerġa` ngħid li dan il-pjan kollu għas-settur agrikolu rridu nħarsu lejh b'mod integrali ħalli nieħu ħsieb l-aspetti kollha speċjalment fejn jidħlu l-impiegi.", "Sur President, jien persważ li bil-mod kif inhu miexi l-gvern fuq dan il- qasam l-industriji ż-żgħar se jingħataw in-nifs, l-injection finanzjarja u l-għajnuna teknika neċessarja ħalli b'hekk pajjiżna jkun kburi li għandu industrija żgħira bi kwantita` ta' industrijalisti żgħar li jħaddmu kwantita` ta' ħaddiema Maltin bl-iskop li pajjiżna jkun moqdi bl-aktar firxa possibbli ta' prodotti ta' kwalita' li jagħmlu ġieħ lil pajjiżna u lill-ħaddiema li jipproduċuhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, dak li smajna matul dawn tliet seduti mill-kelliema tan-naħa tal-gvern huwa kollu immaġinazzjoni.", "Meta tipprova tikkonkretizza l-affarijiet tiskopri li dak li ntqal huwa ħafna 'il bogħod mir-realta`.", "Jekk tara dan id-dokument li s-Segretarju Parlamentari, Edwin Vassallo, qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ssib li għandu ħafna kliem sabiħ u tgħidx kemm tieħu gost taqrah.", "Qisek qed toħlom xi ħolma sabiħa u tixtieq li dak il-wishful thinking jitwettaq fir-realta'.", "Lili laqatni ħafna proprju dak li qal l-Onor.", "Vassallo fid-daħla ta` dan id- dokument fejn qal li dan l-istess dokument għandu jservi bħala kejl li miegħu nistgħu nqisu l-effettivita` tal-ħidma tal-gvern.", "Bir-rispett kollu, jiena ngħidlu li meta tieħu kejl inti ma tistax tieħu kejl fl- immaġinazzjoni, imma trid tieħu kejl tar-realtajiet.", "Jiena ma naf bl-ebda perit li biex ikejjel kamra joqgħod jimmaġinaha.", "Biex ikejjilha irid imur fuq il-post u jkejjel kif suppost.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Dan huwa dokument dwar l-implimentazzjoni tal-European Charter fejn għandhom x'jaqsmu l-SMEs.", "Allura suppost jurina wkoll fejn wasal u fejn beħsiebu jwassal il-gvern.", "Qed nitkellmu fuq dan id-dokument li wara kollox jiġbor fih ħwejjeġ li kważi saru jew intqalu sena ilu.", "Jiġifieri rridu neħduh ukoll minn f'dak il-kuntest biex inkunu qegħdin niddiskutu u nanalizzaw kif suppost.", "Sur President, fl-introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Vassallo jiftaħar li matul din is-sena ħarġu madwar 900 liċenzja.", "L-istess ftaħir sar kmieni dan ix- xahar mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi meta kien qed jagħti rendikont tar-raba` sena ta' ħidma tal-ministeru teigħu.", "Dakinahr qal li din qisha xi benchmark li tirrifletti l-progress u l-miexja 'l quddiem li għamel dan il- gvern f'dan is-settur.", "Imma fil-verita`, x'inhi r-realta`?", "Meta tfittex ħalli tikkonkretizza dak li fil-fatt qegħdin jgħidu tan-naħa tal-gvern, fl- istatistika li ħareġ in-national statistics office wara dak li qal il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fit-23 ta' Ottubru tiskopri li fil-fatt is- self-employed bejn l-1997 u s-sena 2001 naqsu b'674, jiġifieri b'4%.", "Jiena ma nafx liema hija r-realta`.", "Liema hi?", "Dawk l-affarijiet ta' fuq il- karta li ma jfissru xejn, jew dak li attwalment qed jiġri.", "Jien nifhem li kejl irid ikun skond l-istock li inti tieħu tas-sitwazzjoni reali u mhux ta' dak li inti timmaġina jew tkun tixtieq.", "Meta tara dan id-dokument u tisma' lill-kelliema tal-gvern taħseb li f'Malta kollox miexi fuq ir-rubini u qisu li għall-qasam tas-self-employed m'għandniex problemi.", "Imbagħad tagħti daqqa t'għajn fuq fuq lejn dak li qed joħroġ n-national statistics office u ssib li, per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma` l-industrija fl-ewwel kwart ta' din is-sena l- manufacturing enterprises naqsu b'Lm31.7 miljun jew 12% fuq l-ewwel quarter tas-sena li għaddiet.", "L-istess it-tieni quarter, dan jirreġistra tnaqqis ta' Lm11.6 miljun jew inkella 4.8% fuq it-tieni quarter tas-sena li għaddiet.", "Jiġifieri meta nippreżentaw kejl, jew se nippreżentaw kejl reali biex inkunu nistgħu nanalizzaw u nistabbilixxu eżattament fejn qegħdin u fejn irridu mmorru jew inkella ma nippreżentaw xejn biex ma noqogħdux nidħku b'xulxin u naħlu ż-żmien u l-liri ta' dan il-pajjiż.", "Ħalli nkompli nikkwota mill-istatistika.", "Fl-aħħar statistika dwar l-international trade li ħareġ l-NSO fl-4 ta' Settembru ta' din is-sena ssib li in the seven- month period to July this year, total imports were down by Lm32.9 million or 4.5%.", "Imports of industrial supply, li jirriflettu l-industrija tagħna fiex qiegħda, għax aħna nimportaw ħafna jekk mhux kollox, niżel b'Lm34.3 miljun jew bi 8.6%.", "Dan dejjem meta tikkompara mas-sena li għaddiet.", "Jekk tħares lejn l-istatistika tat-turiżmu ssib li fl-ewwel sitt xhur ta` din is- sena dan naqas bi 8.8%.", "Jekk tħares lejn il-kwesjtoni tal-finanzi tal- gvern issib li dan qiegħed dejjem idaħħal aktar mit-taxxi.", "L-NSO jagħti breakdown sħiħ dwar id-dħul tal-gvern u ssib li d-dħul żdied b'mod sostanzjali mit-taxxi, mil-liċenzji, eċċ. Imma sadanittant id-deficit strutturali jkompli tiela'.", "Għaliex qed insemmi dan kollu?", "Għax il-korpi kostitwiti xebgħu jgħidu lill-gvern li jekk se jkompli għaddej kif inhu għaddej, ikabbar id-dejn u jonfoq aktar u ma jiċċekkjax lilu innifsu, se jkun qiegħed ikompli jgħabbi lill-industrija bil-piżijiet tat-taxxi u sadanittant, naturalment biex issostni d-dħul tiegħu, minflok qiegħed jaħdem biex is-settur privat jieħu r-ruħ u jirranka kif suppost, kollox qed isir bil-maqlub.", "Sur President, jien dan kollu qed ngħidu għaliex inutli noqogħdu niġu hawn nagħmlu erba` seduti sħaħ niddiskutu dokument bħal dan bi kliem sabiħ immens u dokument li tkun tixtiequ li huwa r-realta` tagħna u tgħid li dan huwa dokument li se jservi ta` kejl.", "Il-kejl irid ikun wieħed realistiku.", "Ma jistax ikun kejl fl-arja ta' wishful thinking, ta' ħolma sabiħa.", "Il- ħolm sabiħ inħalluh għal ħaddieħor u mhux għalina f'dan il-pajjiż meta għandna sitwazzjonijiet li jeħtieġu indirizz serju u b'responsabbilta` ħalli nkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem bis-serjeta` lejn progress li jħossu l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Għalhekk jien qed ninsisti fuq il-verita` u nittama li issa l-kelliema tal-gvern li fadal jipprovaw jindirizzaw ir- realta'.", "L-unika ħaġa veru li smajt dalgħodu ħarġet minn fomm l-Onor.", "Ninu Zammit meta qal li l-bdiewa se jieħdu għajnuna ta` Lm70 miljun mit-taxxi tal-poplu Malti.", "Jiena ħsibtu se jgħid li din l-għajnuna se tiġi mill-Lm100 miljun li ġew imwiegħda lil Maltin qabel l-elezzjoni li għaddiet mill- partit Nazzjonalista u li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea.", "Dik l- unika ħaġa vera li smajt.", "Meta kien qed jitkellem dwar is-sussidju u l- għajnuna li l-unjoni tagħti lill-bdiewa jiena stennejtu li se jsemmi dak is- summit tal-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea li sar lejn l-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet fejn kien hemm ta' l-inqas żewġ pajjiżi, fosthom l-Ingilterra li jiddubitaw kemm il-CAP għandha tagħmel sens.", "Jiġifieri ma nafux jekk hux se jiġi żmien, forsi wkoll fil-qrib, fejn l-Unjoni Ewropea tgħid: I am going to do away with CAP.", "Jiġifieri seta` qalha wkoll din jekk ried ikun ftit iktar realistiku dwar l-affarijiet.", "Sur President, f'inhi il-verita` f'dan il-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mas-self-employed?", "X'inhija l-verita` tal-politika Nazzjonalista vis-á-vis is-self-employed?", "Hemm bżonn li ngħidu l-verita'.", "Jiena, per eżempju, niddiżappunta ruħi meta nisma` eloġji sħaħ dwar kemm is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se twaddab grazzja mill-Mulej lis-self-employed, imbagħad niskopri li lanqas il-Prim Ministru m'hu lest li jgħid il-verita' lis-self- employed.", "L-influss ta` self-employed żgħar li jiġu jiftħu n-negozji tagħhom hawnhekk u allura jieħdu ħobż is-self-employed żgħar Maltin hija waħda mill-biżgħat li l-GRTU xebgħat titkellem dwarha u meta fl-10 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet il-Prim Ministru kien flimkien mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiddiskuti mal-GRTU dwar is-self-employed, \"The Malta Independent\" irrapportat hekk:", "\"Another problem which was tackled by both speakers was the concern that once Malta becomes a full member of the EU there will be an influx of foreigners coming to Malta, not only to live but also to set up their businesses here.", "Dr Fenech Adami immediately dumped this concern as a perception and the fear of the unknown.", "He said he could not exclude that this would happen, but explained that the government has struck a deal with the union for a seven-year transitional period during which the government can decide whether or not to allow more people to set up business or live in the country. \".", "Issa dan x'qal il-Prim Ministru fl-10 ta' Diċembru f'wiċċ is-self-employed li attendew għal din id-diskussjoni organizzata mill-GRTU.", "Imbagħad fl-4 ta' Ġunju ta` din is-sena f'waħda minn dawk is-slots ta' l-MIC li jikteb fiha Dr Simon Busittil fil-ġurnal \"The Times\" insibu hekk:", "\"Malta did not request any special arrangement to control the right of establishment of self-employed from other EU countries.", "In its negotiating position paper, which is a publicly available document, Malta said that it will ensure that on accession, the freedom of establishment and the freedom to provide services will apply equally to Maltese and EU natural or legal persons.", "As a result, upon membership, any Maltese company or individual may set up business in any EU country, inversely any EU citizen will have the right to set up business in Malta.", "This does not apply to traders on non-EU countries where current restrictions will continue to apply.", "Malta's negotiating position in this area is different from the position on free movement of workers where Malta negotiated a transitional period of seven years during which it can refuse the work permit of EU citizens seeking employment in Malta.\".", "Min qal il-verita', il-Prim Ministru fl-10 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet jew Dr Simon Busuttil ta' l-MIC, li suppost qed jinforma lil Maltin bil-pros and cons ta' l-Unjoni Ewropea, fl-4 ta' Ġunju ta' din is- sena?", "Sur President, f'idejja għandi stqarrija tal-GRTU li kienet ħarġet fi 30 ta' Awissu, 2001proprju fuq din il-kwestjoni tal-ftuħ ta' negozji f'Malta mill-barranin.", "Issa wieħed mill-prinċipji bażiċi li hawn elenkati f'dan iċ- charter Ewropew huwa li għandna nisimgħu l-vuċi tan-negozji ż-żgħar.", "Jekk allura suppost qed jiġi implimentat dan iċ-charter Ewropew għall-SMEs, il- gvern m'għandux jagħti każ x'qalet il-GRTU fit-30 ta' Awissu, 2001?", "Ġurnata qabel fil-laqgħa tal-kunsill nazzjonali tal-GRTU il-kunsill iddiskuta fid- dettall is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa u kien intqal li jidher li bil-mod il-mod il-gvern qed jittollera l-interessi barranin jiftħu negozji f'Malta b'kompetizzjoni diretta ma` l-impriżi Maltin.", "M'għandux jagħti każ li l- GRTU f'isem is-self-employed Maltin tinsab ferm inkwetata fuqha din il- biċċa xogħol?", "Allura x'qed nimplimentaw u nwettqu minn dan ir-rapport?", "L- anqas wieħed mill-prinċipji funadamentali li fuqu huwa bbażat dan ir- rapport m'hu qed jagħti kas il-gvern.", "Sur President, jien tlaqt fuq il-punt li jekk dan se jkun kejl, għandu jkun kejl reali.", "Jiena skantajt ħafna kif l-Onor.", "Edwin Vassallo ma ħassx il-ħtieġa li ma' dan ir-rapport li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jpoġġi wkoll il-Malta country report ta' Settembru, 2002 li huwa ħafna aktar riċenti minn dan ir-rapport li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien kont nistenna li biex niddiskutu bis-serjeta` u nużaw l-affarijiet b'kejl ħalli naraw il-politika tal-gvern fejn qed tmexxina fir-rigward tas-self-employed kellu jitqiegħed dan ir-rapport għaliex dan huwa kejl riċenti.", "Imma dan ir- rapport spiċċajt li kelli nakkwistah mill-website u mhux minn fuq il-mejda tal-Kamra bħala xi ħaġa li nistgħu niddiskutu fuqu.", "X'inhuwa dan il-Malta country report li ħareġ f'Settembru, 2002?", "Dan fih l-informazzjoni li l- gvern Nazzjonalista qed jibgħat lill-Unjoni Ewropea biex wara li tagħmel analisi ħalli tara kull pajjiż x'qed jirnexxilu jimplimenta miċ-charter li stabbiliet dwar l-SMEs toħroġ iċ-charter report f'Jannar, 2003.", "Allura jien jidhirli li għandi nagħti daqqa t'għajn u nirrimarka fuq ċerti aspetti fundamentali fil-fehma tiegħi li jirriflettu fuq il-qagħda tas-self- employed Maltin.", "Per eżempju, fl-ewwel paġna ta` dan ir-rapport li titkellem fuq education and training for enterpreneurship, il-gvern Malti qiegħed jirrapporta b'dan il-mod:", "\"Although there are no specific programmes in the national minimum curriculum targeted specifically for enterpreneurs, there exist other initiatives to provide opportunities for lifelong and vocational education.\".", "Jien nerġa' mmur għal dak il-prinċipju fundamentali li fuqu suppost dan iċ- charter hija bbażata, li nisimgħu l-vuċi tan-negozju ż-żgħar u nistaqsi: Allura kemm ta kas il-gvern Nazzjonalista meta sena ilu f'dak li għandu x'taqsam ma` l-edukazzjoni ċ-chamber of commerce fir-reazzjoni tagħha għal din iċ-charter qalet hekk:", "\"The Chamber highlights the lack of a direct reference to enterpreneurship in the national curriculum and to the lack of a direct enterpreneurship credit at university.", "We hope that these lacunae will be filled in without delay and such an important element be integrated into our national education systems.", "Training and education for SMEs skill needs to be more focused and co-ordinated as it is readily acknowledged by the report itself.\".", "Jiġifieri sena ilu meta ċ-chamber of commerce tat ir-reazzjoni tagħha, liema reazzjoni hija annessa mar-rapport li l-Onor.", "Vassallo qiegħed fuq il- mejda tal-Kamra u ġibdet l-attenzjoni fuq dan il-fatt u qalet li mhux sew li aħna għandna national minimum curriculum li ma fih xejn b'mod tassattiv biex lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna nipprovaw innisslu fihom din il-ħajra għall-enterpreneurship.", "Imma sadanittant, sena wara, meta l-gvern qiegħed jirrapporta qed jerġa` jammetti u jgħid li għadu m'għamel xejn dwar dan u għadu jittama fuq opportunitajiet edukattivi li ilhom hemmhekk snin sħaħ.", "Jiġifieri sal-lum f'dak li għandu x'jaqsam ma` edukazzjoni biex nindirizzaw ruħna lejn iż-żgħar ħalli tibda tiela' ġenerazzjoni li jkollha dak is-sens ta' enterpreneurship għadna m'aħniex nindirizzaw ruħna sew.", "Jiġfieri sal- lum għadu ma sar xejn.", "U dan qed ngħidu b'enfasi għax madwar sentejn ilu l-ETC kienet għamlet studju fuq l-istudenti universitarji gradwati, professjonisti biex tara kemm minnhom se jkunu enterpreneuring u qed jidħlu f'negozju jew qed jistabblixxu xi xorta ta' negozju għal rashom.", "Minn dan l-istudju nstab li vera persentaġġ negliġibbli minn dawn l-istudenti universitarji gradwati professjonisti qed joħorġu b'dak l-ispirtu ta' enterpreneurship.", "Sur President, dwar l-education and training for entrepreneurship, il-Malta country report ikompli jgħid hekk:", "\"The ETC offers a number of courses directed to the needs of SMEs.", "It was aiming to start a mentoring scheme for businessmen and to develop a programme for women to enter or reintegrate themselves in the labour market and set up new companies.", "The ETC is in the course of setting up a steering committee with representatives from interesting organisations to advise on training schemes and programmes aimed to meet employers requirements.\".", "Meta se nibdew?", "Mela dan ir-rapport li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra u li llum qed niddiskutu ilu kważi sena u sadanittant sena wara l-gvern qed jirrapporta ....", "Mela issa wieħed jista` jifhem għaliex l-Onor.", "Vassallo ma poġġiex ukoll ir-rapport li qed nikkwota minnu jien fuq il-mejda tal-Kamra.", "Għax meta tagħmel dawn il-paraguni tibda tgħid: Mela x'kien qed jiġri?", "Kulħadd sieq fuq sieq?", "Kulħadd laying back u jagħmel Alla?", "X'qed jiġri f'dan il-pajjiż?", "(Interruzzjonijiet) X'nagħmel?", "Noqgħod naqra r-rapport kollu biex naħli n-nofs siegħa li għandi naqrah.", "Dak missek poġġejtu inti fuq il-Mejda tal-Kamra, jew għallinqas għaddejtu lill-istampa ħalli jagħmlu analisi tiegħu, mela noqgħod naqralek jien!", "Mela aħna qegħdin fil-quddiesa tal-Ħadd, naqraw it-tieni qari.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux naqra kollox, naqra l-points fuq l-isteering committee.", "(Interruzzjonijiet) Issa le, qed jeħodli mill-ħin, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: No cross debates, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Ħa ngħidlek, lilek ma telliftekx u jien mhux qiegħda hawnhekk biex niżgwida.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vassallo għamel introduzzjoni u ħadd ma żammu.", "Kieku verament ried li niddiskutu l- affarijiet sew messu ġab dan ir-rapport u mhux kelli noqgħod infittex jien biex insibu.", "(Interruzzjonijiet) Meta jasal il-waqt?", "Sena oħra?", "Min jaf fejn se nkunu sa sena oħra.", "Din is-sena qegħdin hawn biex niddiskutu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Edwin Vassallo, jekk jogħġbok, no cross debates.", "Issa jkollok ċans tirrispondi fil-winding up.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Din is-sena hemm bżonn li naraw fejn qegħdin is-self-employed.", "L-Onor.", "Vassallo għandu jħabta jdur fil- komunitajiet jindirizza lis-self-employed u allura ma nistax nemmnu li ma jafx il-qagħda tas-self-employed Maltin.", "Ma nistax nemmnu li ma jafx kif inhuma marsusin bil-piżijiet tat-taxxi li waddabtu fuqhom.", "Intom ġejtu taqgħu u tqumu minn wieħed mill-prinċipji fundamentali li jsemmi dan ir- rapport li waddabtilna fuq il-mejda tal-Kamra, li huwa li tisma' l-vuċi ta` l-intrapriża ż-żgħira, biex taparsi qed tagħmlu ħafna affarijiet b'ħafna karti u b'ħafna affarijiet iddupplikati u m'intomx tmissu l-ġerħa vera tas- self-employed.", "Alla waħdu jaf fix-xhur li ġejjin x'għad irid jiġri!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitolbok twaqqfu.", "Jiena ma telliftux u ħallejtu jgħid li jrid.", "(Interruzzjonijiet) Il-ħin tiegħi u rrid nieħdu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vassallo, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-punt kollu hu li jekk tridu vera tiddiskutu bis-serjeta` ejja nitkellmu fuq il-ġrieħi ta' veru li s- self-employed f'dan il-pajjiż għandu fosthom il-piżijiet tat-taxxi.", "Qegħdin tgħidulna li naqqastu l-burokrazija għal min irid japplika għal-liċenzja biex jiftaħ xi negozju.", "B'daqshekk x'għamiltu?", "Mela kulħadd għadu se jiftaħ illum!", "Għax ma tgħidux li lil min ilu stabbilit għaffiġtuh bit-taxxi.", "X'qed tindirizzalu inti lil dak is-self-employed mgħaffeġ bit-taxxi?", "Ġibtu l-HSBC li suppost imliena bl-investiment u malli jkollok negozjant li jfalli mqar pagament wieħed minħabba l-problemi tan-negozju li għandna llum, grazzi għall-politika tagħkom għaliex iffissajtu fl-Unjoni Ewropea u l- prioritajiet tal-pajjiż insejtuhom warajkom, il-bank jaqbeż fuqu u jrid jara x'se jagħmel.", "Min jaf x'għad irid jiġri f'dan il-pajjiż!", "Diġa` bdiet tbaqbaq l-istorja ta' fallimenti 'l hemm u 'l hawn, u sadanittant niġu b'ħafna rapporti u b'ħafna karti, niddupplikaw l-affarijiet u ma nwaddbux subgħajna fuq il-ġrieħi.", "Dan li jrid jgħidilna l-Onor.", "Vassallo fl-għeluq tiegħu għax issa dalwaqt jerġa` jkollu l-ħin ibiex jirrispondini.", "Jien m'għandix dak il-privileġġ.", "Jiena niġi hawn biex inwassal il-vuċi tan-nies.", "Sur President, dan ir-rapport li sar f'Settembru u li għalhekk suppost huwa l-kejl adatt għar-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jgħidilna hekk:", "\"Since 1995 the Employment and Training Corporation has been offering an extensive range of short competence-based training programmes offering trainees advanced skills, upon which to build, through further training.\".", "Naturalment f'din il-parti qed ninkludu l-IT courses u l-computer courses għax waħda mill-affarijet li ssib all through fiż-żewġ rapporti hija l- kwestjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Infakkar lis-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Vassallo, għax milli jidher dan il-gvern min jgħid ħaġa u min jgħid oħra, donnu lanqas jafu x'qed jiġri, fil-white paper li ħarġet fuq l-e-government xi sena u nofs sentejn ilu fejn hemm b'mod mill- iktar ċar - u dan sieħbek l-Onor.", "Austin Gatt għamilha, m'għamilnihiex aħna miċ-ċentru nazzjonali Laburista - li l-ETC ma kenitx qed tiffoka sew fuq ix- xogħol ta' l-IT courses u kellha bżonn tindirizza ruħha kif għandu jkun.", "Il-President, qed jiġbidli l-attenzjoni li kulma fadali huwa ħames minuti u to be honest għadni lanqas biss bdejt nittratta l-affarijiet.", "Pero` f'dawn il-ħames minuti se ndur fuq punti li dan ir-rapport ma jsemmix u li jolqtu bl-iktar mod fil-laħam il-ħaj lis-self-employed.", "Per eżempju, kont nistenna li fir-rapport tas-sena l-oħra u ta' din is-sena jsemmi xi ħaġa fuq il-health and safety għax wara kollox kien l-Onor.", "Vassallo stess li fis-26 ta' Mejju ta' l-1999 tkellem fid-dettall fuq il-health and safety fuq il-postijiet tax-xogħol tas-self-employed.", "Anke l-GRTU titkellem fuq il-kwestjoni tal-health and safety u għandi d-dokument ta` meta tkellmet fid-dettall fuq il-health and safety.", "Imma dan il-gvern iħawwadni lili.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għandi dokument ta` 38 faċċata li ħareġ mill- Ministeru għall-Politika Soċjali dwar perceptions of health and safety in Malta u imbierka s-sapjenza t'Alla ma ssibx sentenza waħda li tindirrizza d- diffikultajiet fir-rigward tal-health and safety policy fejn għandhom x'jaqsmu s-self-employed.", "Jiena ngħid: Din x'serjeta` hi?", "Mela l-Onor.", "Vassallo qed jgħid kemm hi importanti l-kwestjoni tal-health and safety, il- GRTU, dawk li suppost qegħdin nisimgħu għax dan id-dokument li ppreżentajt hawn waħda mill-prinċipji fundamentali tiegħu hija li nisimgħu lin-negozji ż-żgħar, qed isemmu l-kwestjoni tal-health and safety u qed jgħidu ċerti affarijiet li huma notevoli u sadanittant il-ministeru li huwa l-prinċipal fuq il-policy tal-health and safety ma jgħid xejn f'dokument ta' 38 faċċata.", "Barra minnhekk għandna ukoll l-NSO li qed tgħidilna wkoll li l- inċidenti fuq il-post tax-xogħol dejjem baqgħu kostanti minn 1999 sa 2001.", "Jiġifieri minkejja li llum għandna an extensive legislation fuq il-health and safety xorta għadna m'aħniex qed naraw biżżejjed progress.", "Għaliex?", "Għax aħna qed nippretendu li s-self- employed iż-żgħir ikun f'qagħda u kapaċi li jaqbad u jwettaq dak kollu li qed tiddettalu l-liġi għax għandna gvern li m'hu sensittiv xejn.", "Lanqas biss ta kas x'għednilu minn din in- naħa tal-Kamra meta konna qegħdin niddiskutu l-health and safety legislation madwar sena jew sena u nofs ilu.", "Dakinhar aħna konna għednilu li nixtiequ kieku nkunu f'qagħda li nistgħu nikkonformaw f'daqqa l-issues tal-health and safety.", "Imma jekk għandek intrapriża żgħira u m'għandhiex il- kapaċita` finanzjarja li twettaq ċerti miżuri ma tistax tikkonforma ruħha ma dawn il-miżuri.", "Allura trid tara kif se tagħmel biex tgħinhom bis- serjeta`.", "Anke l-Amerika għamlu soft loans biex dak li jkun tgħinu u fl- istess ħin qed jikkonforma.", "Sur President, il-GRTU fis-16 ta' Lulju qaltilhom ċar u tond: X'se jiġri fuq il-kwestjoni tar-riforma fis-social security?", "Imma dawn li suppost jisimgħu l-vuċi ta` l-intraprżi ż-żgħar ma jagħtux kas ta' dawn l- affarijiet.", "Fit-22 xahar li aħna għamlina fil-gvern - żmien qasir lanqas tikkomparah ma' 13-il sena li ilu fil-gvern il-partit Nazzjonalista - konna waqqafna kummissjoni nazzjonali tas-self- employed u waħda mill-iktar affarijiet li kienu qegħdin jiddiskutu kienet il-kwestjoni tar-riforma fis- sigurta` soċjali.", "Fl-1998 reġa tela` fil-gvern il-partit Nazzjonalista, warrab ix-xogħol kollu li kien sar f'sena u għaxar xhur u sal-lum ma rreġistraw xejn.", "Kieku tgħid ma tawx kas u forsi wara erba` snin ġew b'xi ħaġa oħra nifhimha.", "Imma dawn ma ġew b'xejn u l-GRTU qed jgħidulhom: X'sar minnha r-riforma fis- social security?", "Aħna nafu li hemm ħafna self-employed li huma milqutin ħażin u minkejja li kkontribwew għax huma nies onesti qed ibatu għax hemm ħafna lakuni fil-leġislazzjoni tas-sigurta` soċjali li taqta` kontra min hu onest.", "Għaldaqstant f'rapport bħal dan jew f'xi wieħed mill-interventi tal- kelliema tal-gvern kont nippretendi wkoll li tissemma l-kwestjoni tas- sigurta` soċjali.", "Sur President, il-koperattivi kif ma jissemmew xejn f'dan ir-rapport?", "Mela ħafna minn dawn mhux negozji żgħar huma?", "Allura kif ma jissemmew xejn?", "Jew għax issa għamilnielhom leġislazzjoni intensiva fuq il-karta mhux se nsemmuhom iżjed?", "Dawn mhux ukoll negozji li għandhom bżonn jirristrutturaw?", "Dawn mhux ukoll negozji li l-membri tagħhom għandhom bżonn dak l-appoġġ biex in-negozju tagħhom ikun jista` jkampa u jkun kompetittiv biżżejjed ħalli jkun jista` jirreġistra progress mhux biss għall-ġid tagħhom iżda wkoll għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Wara kollox dan huwa qasam importantissimu għall-ekonomija ta` pajjiżna li mhux biss jagħti b'mod dirett għall-ekonomijia ta` pajjiżna, imma jagħti wkoll b'mod dirett lejn il-qasam soċjali ta` pajjiżna għax joffri mpiegi u għajxien għal ħafna familji Maltin u Għawxin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimakri?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, huwa tajjeb li nibda billi ngħid li f'dan id-dibattitu ma kien hemm l-ebda impożizzjoni ta` time limit u kull kelliem kellu l- possibilita`, naturalment fil-limitu tal-ħin li hemm allokat għal dan id- dibattitu, li jitkellem skond kemm il-grupp parlamentari tal-partit tiegħu jalloka ħin għalih.", "Sur President, f'dan id-dibattitu qed nitkellmu fuq is-self-employed u naħseb li l-ewwel domanda li rridu nagħmu lilna nfusna hija preċiżament min huma jew x'inhuma s-self-employed.", "Min huma l-persuni li wieħed jista` jqishom bħala self-employed u x'iwassal biex dawn il-persuni attwalment jibqgħu jaħdmu għal rashom bil-mod li huma mdorrijin jaħdmu fid-diversi setturi tal-ħajja?", "Għalija personali s-self-employed huma dawk il-persuni li meta jkunu fuq ix-xogħol la jaħrsu lejn l-arloġġ biex jaraw x'ħin se jibdew u lanqas biex jaraw x'ħin se jispiċċaw.", "Is-self-employed, ħafna drabi huwa persuna li la jqis x'ħin tibda u lanqas x'ħin tispiċċa l-ġurnata tiegħu.", "Huwa persuna li l-ħin tax-xogħol tiegħu jiddependi mill-ammont ta` xogħol li jkollu u li jirnexxilu jiġġenera.", "Illum għandna dawn l-SMEs b'numru żgħir ta` persuni li jkunu qed jaħdmu magħhom li f'ċerta dimensjoni wieħed jista` jqis lil min imexxihom bħala self-employed ukoll.", "Mela għandna quddiemna settur ta` ħaddiema li jaħdmu fl-ekonomija ta` pajjiżna li kif għedt aktar kmieni l-arloġġ li jirregola l-ġurnata tax-xogħol tagħhom m'huwiex l-arloġġ normali, imma huwa l-arloġġ tax-xogħol fis-sens li huma jtawlu jew inaqqsu l-ġurnata tax-xogħol tagħhom skond l-ammont ta` xogħol li jkollhom quddiemhom.", "Sur President, hemm setturi partikolari minn dawn is-self-employed li fil- fatt minħabba t-tip tax-xogħol li jagħmlu, l-arloġġ tax-xogħol tagħhom huwa dak tax-xemx fis-sens li dawn jibdew jaħdmu ftit qabel tlugħ tax-xemx u jibqgħu jaħdmu sa ftit wara nżul ix-xemx.", "Allura qegħdin nitkellmu dwar settur li għandu diverġenzi kbar fil-kwalita`tax-xogħol li fil-fatt wieħed jista` jinkorpora f'din il-ħidma partikolari.", "Avukat li qiegħed fi grupp ta` avukati tista` tqisu li huwa self-employed, bennej li jaħdem għal rasu jew għandu numru żgħir ta` ħaddiema miegħu tista` tgħid li huwa self- employed, bidwi li miegħu tħadem il-mara u kultant uliedu tista` tqisu bħala self-employed u hemm diversi kategoriji oħra ta` xogħol li tista` tqishom li huma mmexxija minn xi ħadd self-employed.", "Wieħed jista` jsemmi x-xufiera tal-karozzi tal-linja, tal-coaches u tal-minibuses.", "Hemm stturi sħaħ ta` popolazzjoni li kull wieħed minnhom tista` tpoġġih taħt il-kappa ta` self-employed, pero` d-diverġenza bejn dawn it-tipi ta` xogħlijiet hija vasta ħafna.", "Allura hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar settur ta` ħaddiema tal-popolazzjoni Maltija li huwa omoġenju, imma għandna diverġenzi kbar f'dawk li huma l-persuni li jinkorporaw dan is-settur.", "F'dan il-pajjiż għandna eluf ta` persuni li huma meqjusa bħala self- employed li fil-fatt l-għajxien tagħhom ma jiddependix mill-paga li jagħtihom xi employer, imma jiddependi mill-mod ta` kif jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Allura s-self-employed huwa ix-xi ħadd li jrid jimbotta u jirsisti biex jiġġenera x-xogħol u jara li għada, il-ġimgħa d-dieħla u x-xahar id- dieħel ikollu x-xogħol ħalli jserraħ moħħu li hekk kif iqum fil-għodu jkun ċert li se jaqla` l-ħobża ta` kuljum.", "Allura hawnhekk m'għandniex dak is- settur ta` ħaddiema li għandu moħħu mistrieħ li fl-aħħar tax-xahar se jdaħħal iċ-ċekk tal-paga mingħand min iħaddmu.", "M'għandniex settur ta` ħaddiema li moħħu mistrieħ li se jirċievi l-bonus ta` nofs is-sena jew dak ta` l-aħħar tas-sena.", "Kieku dawk il-persuni li jaqilgħu l-għajxien tagħhom billi jaħdmu għal rashom kellhom jieqfu u jaħsbu għal ftit ħin matul is- sena jirrealizzaw li waħda mid-differenzi kbar li hemm bejn persuna li taħdem għal rasha u persuna oħra li hija impjegata ma` xi ħadd hija li l- persuni self-employed ma jistgħux jagħmlu l-kalkoli tad-dħul u l-ħruġ tagħhom f'nofs il-ġimgħa, f'nofs ix-xahar jew inkella f'nofs is-sena.", "Is- self-employed irid jara jekk meta tispiċċa sena partikolari jkunx mar iżjed 'il quddiem mis-sena ta` qabel.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax kull min għadda u kull min jgħaddi mill-esperjenza tas-self-employed żgur li jiftakar f'ċerti mumenti meta qal li din il-ġimgħa ġiet ġimgħa ħażina jew inkella din il-ġimgħa ġiet ġimgħa tajba.", "Allaħares kellha pesuna li taħdem għal rasha tasal għal xi konklużjoni dwar il-kwalita` tax-xogħol tagħha abbażi ta' dak li jkun ġara f'ġimgħa jew xahar partikoalri għax persuni bħal dawn ġieli jiġihom xahar li lanqas jirnexxilhom ikopru l-ispejjeż li jkunu għamlu u ġieli jiġihom xahar ieħir li fih idaħħlu ħafna iktar minn kemm ikunu għalu spejjeż.", "Pero` allaħares pesuna li taħdem għal rasha għax tiġiha ġimgħa ħażina tgħid inżarma jew inkella għax tiġiha ġimgħa tajba tgħid li tista` tagħmel il-kapriċċi kollha possibbli.", "Ikun qed jiżbalja sew jekk jgħid li se żżarma u sew jekk jgħid li se jagħmel il-kapriċċi għax kif għedt iktar kmieni l-ħajja tas- self-employed ma tiddependix minn xi cheque ta` ammont fis li jissarraf fl- aħħar tax-xahar.", "Sur President, l-iktar ħaġa importatni li jridu jifhmu dawk il-perusni li m'humiex self-employed hija li hemm differenza kbira bejn il-mod ta' kif jaħdem u jaħseb impjegat fuq il-valur tal-paga tiegħu u l-mod ta` kif persuna li taħdem għal rasha taħdem u taħseb fuq il-valur tal-flus u x- xogħol li tagħmel.", "M'għandix dubju li huwa diffiċli, biex ma ngħidx impossibbli, li persuna li ilha 15 jew 20 sena impjegata taħseb xi tkun il- pożizzjoni reali ta' persuna li tkun qed taħdem taħdem għal rasha.", "Bl- istess mod, huwa diffiċli wkoll għal persuna self-employed li tirrealizza l- pożizzjoni reali ta` dak li huwa impjegat allavolja dan ta` l-aħħar ħafna drabi jkollu jmur quddiem is-self-employed biex jinqeda jew jixtri dak li jkollu l-bżonn.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar hemm inter-relazzjoni qawwija bejn dawk li jaħdmu għal rasu u dawk li huma impjegati, pero` hemm differenza kbira fil-mod ta' kif iħarsu lejn ix-xogħol dawn il-gruppi differenti ta' persuni.", "Per eżempju, m'huwiex daqshekk importanti għal persuna li hija impjegata li permess biex tinfetaħ triq joħroġ illum jew inkella il-ġimgħa d-dieħla.", "Pero` għal dak li huwa self-employed, li għalih kull sekonda tfisser ħafna, m'għandux ħin x'jaħli biex joqgħod jistenna deċiżjonijiet mingħand dawk il-persuni li huma impjegati.", "Wieħed irid jipprova bis- serjeta` jifhem il-mentalita` ta' dawk il-persuni li jaħdmu għar-rashom.", "Sur President, l-Onor.", "Joe cilia u l-Onor.", "Leo Brincat qalu li ċ-charter Ewropew għall-intrapriżi żgħar u medji kif dikjarat mill-Unjoni Ewropea ma tistax issiblu difetti u huwa diffiċli li tikkritikah.", "Pero` fl-itess ħin dawn qalu li l-gvern, lil dan is-settur m'huwiex jagħtih l-importanza li jeħtieġ u semmew numri ta` punti li forsi jkolli ċans nitkellem dwarhom aktar 'il quddiem.", "X'ipprovaw jagħmlu dawn il-kelliema ta' l-oppożizzjoni fil-konfront tas-self-employed ta' pajjiżna?", "Dawn ipprovaw jagħtu l- impressjoni li kull problema li jista` jkollha persuna li taħdem għal rasha jew xi ażjenda li hija meqjusa bħala SME, tkun xi tkun il-problema, se jsolvuhilhom f'kemm trodd salib.", "Qed jagħtu l-impressjoni li kull self- employed u kull SME li jmorru quddiemhom b'xi lista ta` talbiet jew b'xi ilment m'hu se jsibu diffikulta` ta` xejn biex jaqduhom.", "Qed jgħidu li se jagħtuhom dak kollu li jitolbuhom.", "Wieħed mill-kelliema qal li hemm bżonn insibu art biex lil min hu self- employed ikollu fejn jaħdem.", "Kif tista` ma taqbilx ma' dikjarazzjoni bħal din?", "Mhux kulħadd jixtieq jgħid lis-self- employed u lil dawk li jridu jwaqqfu xi negozju żgħir jew medju ħall jkunu jistgħu jaħdmu b'mod aħjar milli qed jaħdem sal-lum?", "M'għandix dubju, kulħadd jaqbel fuq dan.", "Pero` d-domanda naturali li tqum hija minn fejn se ġġib din l-art.", "Mhux billi wieħed jgħid li se jagħti t-tali art biex fuqha jinbnew negozji żgħar.", "Irid jara kif se jirnexxilu jagħmel dan għax se jkun hemm persuni oħrajn li se jibdew jipprotestaw u jilmentaw li qed tieħu xi ħaġa minn tagħhom biex tagħtiha lil ħaddieħor.", "Dan huwa punt ferm importanti li rridu nikkonsidrawh.", "Faċli li tgħid li trid taħgti spazji għal kull persuna li jixtieq li jkollha garaxx.", "Illum bl-inizjattivi tas- segretarjat għas-self-employed qed nipprovaw nidentifikaw postijiet differenti fejn inkunu nistgħu niżviluppaw areas fejn is-self-employed ikunu jistgħu jibni jew jirranġa garaxxijiet biex ikun jista` jagħmel in- negozju tiegħu.", "X'kienet ir-reazzjoni ta' diversi persuni oħrajn li jgħixu f'dawn l-areas identifikajna?", "Dawn bdew jgħidu hekk: Kif nistgħu aħna ma ngergrux u ma nipprotestawx jekk issa f'daqqa waħda, anke jekk f'distanza sostanzjali 'l bogħod mid-dar tagħna, se jkollna garaxxijiet li minnhom persuni self-employed se jkunu qegħdin imexxu n-negozju tagħhom?", "Kellna persuni oħrajn li ġejjin minn gruppi li huma magħrufa li jipproteġu l-qasam ta' l-ambjent – jiena nirrikonoxxi li iktar ma jgħaddi ż-żmien il-kwestjoni ambjentali iktar qed issir priorita` għall-poplu Malti - li qalulna li bil- mod kif qegħdin nipprovaw naħdmu qegħdin nkissru dak li kien stabbilit bir- regoli tal-pjan ta' struttura ta' pajjiżna.", "Hanwhekk jibdew iqumu problemi u jrid ikun il-gvern biex isolvihom u tagħmel ħażin in-naħa ta' l- oppożizzjoni jekk tagħti l-impressjoni li dawn tista` ssolvihom b'xi bakketta maġika.", "Sur President, l-Onor.", "Coleiro dalgħodu qalet dan il-gvern ilu 13-il sena fil-poter.", "Naturalment l-Onor.", "Coleiro taf li f'dan il-perjodu ta` żmien kien hemm gvern immexxi mill-partit li llum qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Pero` m'iniex se nitkellem fuq dawk it-22 xahar li fihom kien hemm il-partit Laburista fil-gvern.", "Imma qabel dawn l-aħħar snin kien hemm żminijiet oħra li fil-gvern kien hemm il-partit li llum hemm fl-oppożizzjoni.", "Jiena niftakar persuni li għadhom attivi fil-partit Laburista li, per eżempju, jmorru jduru l-garaxxijiet tal-mastrudaxxi li kien hemm fil-Mellieħa u jgħidulhom li hekk kif jerġgħu jitiligħu fil-gvern jagħtuhom garaxx biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.", "Għamlu ħames snin oħra fil-gvern wara dik l- elezzjoni u ma tawhom l-ebda garaxx.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa` in possession?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva, nibqa` in possession.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar iċ-Charter Ewropew għall-Intrapriżi Żgħar u Medji - Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, ftit tal-jiem ilu jiena, bħall- kaċċaturi u nassaba kollha ta' Malta u Għawdex, irċevejt fuljett mingħand l- MIC li fuqu kien hemm spjegat eżattament x'irnexxielha tinnegozja Malta ma' l-UE fuq dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ delizzji antiki ta' pajjiżna li huma l-kaċċa u l-insib.", "Ma naħsibx li dan il-fuljett intbagħat lill-Maltin kollha imma min bagħtu kellu l-lista ta' dawk kollha li huma liċenzjati biex jipprattikaw dawn iż- żewġ delizzji.", "Dan ifakkarni fuq il-liġi li għaddejjna ftit tal-ġimgħat ilu dwar il-pożizzjoni tad-data li apparentament, il-MIC għandu l-aċċess għaliha pero` ma nixtieqx nidħol fuq dan il-punt illum.", "Il-fuljett li bagħtulna hu sabiħ biex tarah pero` jekk tifli u taqra x'hemm bejn il-linji, joħorġu ħafna domandi li jinteressaw lil dawk kollha li jippratikkaw dawn iż-żewġ delizzji, bħal ma wara kollox nippratikka jien.", "Jiena nixtieq nagħmel diversi domandi lill-gvern u jekk veru l-gvern jemmen fit-trasparenza u fid-demokrazija, dan għandu jwieġeb għal dawn id-domandi li s'issa - almenu minn dan il-fuljett - m'hawnx risposta għalihom.", "Nibda bl-ewwel punt, ma nistax nifhem kif hemm speċi ta' għasafar li l- kaċċatur jista' jispara fuqhom u l-istess speċi ma tistax tinqabad ħajja, jiġifieri ma jistax jaqbadha n-nassab.", "Jiena għalija din ma tagħmilx sens.", "Illum se nkun daqsxejn tekniku ħalli l-kaċċaturi u n-nassaba jifhmuni aħjar.", "Sa ftit żmien ilu, aħna stajna nonsbu l-alwetti, il-malvizzi, l- pluvieri, il-venew u l-birwin imma issa apparentament, l-UE se tgħidilna li dawn l-ispeċi ta' għasafar nistgħu nisparaw fuqhom imma ma nistgħux inżommuhom ħajjin ġewwa gaġġa.", "Jiena nistaqsi x'sens jagħmel dan?!", "Xtaqt nistaqsi wkoll dwar il-kumitat Ornis.", "Jiena ma nafx minn fejn ġabu dan l-isem pero` dan il-fuljett qed jgħidilna li se jitwaqqaf dan il- kumitat u ġo fih se jkunu rappreżentati għaqdiet tal-kaċċaturi – u nassaba, fejn veru li ma ssemmewx imma nimmaġina li se jkunu mdaħħlin fiha wkoll - u għaqdiet ta' l-ambjentalisti.", "Se nikkwota minn dan il-fuljett:", "\"Ix-xogħol ta' dan il-kumitat se jkun li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet importanti li huma marbuta ma' l-istudju li jrid isir dwar l-insib u dwar il-ħruġ ta' liċenzji u dwar ir-reġistrazzjoni ta' dawk l-għasafar li jkunu nqabdu.\".", "Jiena ma nistax nifhem kif kelb u qattus jistgħu jaħdmu flimkien meta hawn se jkollna żewġ għaqdiet li huma kompletament differenti u fejn hemm għaqdiet ambjentalisti li l-unika interess li għandhom, hu dak li jaraw li dawn iż-żewġ delizzji antiki jieqfu minn ġewwa pajjiżna.", "Ma nistax nimmaġina kif – u din ġiet ippruvata fil-passat u ma rnexxietx – il-gvern qed jippretendi li dawn l-għaqdiet sejrin jaħdmu flimkien meta dawn għandhom veduti opposti u hemm uħud mill-ambjentalisti li għandhom opinjonijiet ċertament estremi.", "Punt ieħor li ma nistax nifhem hu, kif jista' jsir studju fuq kemm inqabdu għasafar f'dak li għandu x'jaqsam ma' kaċċa u f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-insib meta mhux se jkun possibbli tkun taf, jekk dak li jimlew il- kaċċaturi jew in-nassaba fuq il-formoli, humiex veru jew le.", "Apparti dan, kulħadd jaf li l-ammont ta' għasafar li jinqabdu jiddependi ħafna fuq il- passa ta' l-għasafar li tinbidel kull sena.", "Din ċertament m'għandhiex x'taqsam ma kemm ikun hawn kaċċaturi għax dan jiddependi ħafna minn ċerta kundizzjonijiet li l-għasfur biss jafhom fejn ġieli jiġu snin fejn ħadd ma jara xejn u ġieli jiġu snin fejn kulħadd jara ħafna.", "Anke jekk kulħadd jimla l-formoli kif suppost, ma nistax nifhem kif xi ħadd se jasal għall-konkluzjoni li speċi qed tonqos jew le.", "Biex tkun taf dan l- affarijiet, trid tara x'osservaw u x'sabu għaqdiet Ewropej.", "Fl-opinjoni tiegħi, din diġa` hi problema kbira.", "Kulħadd jaf kemm naqset il-passa f'Malta u dan mhux neċessarjament ifisser li aħna responsabbli għalih.", "Jiena nistaqsi wkoll x'jiġri jekk dawn iż-żewġ għaqdiet – kaċċaturi u nassaba ma' l-ambjentalisti - ma jaqblux?", "Min se jiddeċiedi min għandu raġun għax dwar dan, m'hawn xejn miktub fid-dokument.", "Jissemma wkoll li jrid isir xi studju li għandu x'jaqsam mat-trobbija ġol- gaġeġ ta' għasafar ta' l-għana biex mill-istudju li jsir, ikun stabbilit in- numru ta' għasafar li jistgħu jibqgħu jinqabdu sabiex jitħarsu dawn l- għasafar.", "Sur President, din ma nistax nifhem x'iridu jgħidu biha!", "Din tfisser li wieħed – mhux bilfors kaċċatur jew nassab għax hawn ħafna dilettanti tat-trobbija ta' l-għasafar li la huma kaċċaturi u anqas nassaba – irid joqgħod jara kemm trabbew għasafar fil-guvi tal-Maltin u skond kemm trabbew, se jagħtu l-permess biex jinqabdu jew jiġu kkaċċjati aktar jew anqas għasafar?", "Dan assolutament ma jfisser xejn ħlief taħwid u nispera li xi ħadd jispjega eżattament x'ifisser dan.", "Dan ifisser li jekk jkun hawn speċi ta' għasfur li d-dilettanti jieħdu ħafna minnu, din l-ispeċi ma nkunux nistgħu nonsbula iżjed.", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni li min qiegħed jibgħat dawn il-karti, ma jafx x'jiġifieri nsib għax wieħed imur jonsob mhux biex sempliċiment ikollu għasfur imma anke għall-fatt li taqbad għasfur, li tara l-għasafar, li tkun qed tgawdi n- natura fuq dik il-ġebla ġewwa l-għaqla.", "Ma tagħmilx sens li tgħidu li għax jittieħdu ħafna għasafar ta' speċi partikolari, l-insib ta' din l-ispeċi jonqos.", "Għall-benefiċċju tal-kaċċaturi, tajjeb li ngħid li l-ispeċi li se jkunu jistgħu jinqabdu fil-ħarifa huma 31 u fir-rebbiegħa dawn se jinżlu għal tnejn.", "Tajjeb li dak li jkun jieħu nota dwar dan għaliex hu veru li fir-rebbiegħa, l-maġġoranza tal-kaċċaturi joħorġu għall-gamiem u summiem pero` dan ma jfissirx li f'dak iż-żminijiet ipassu biss dawk it-tip ta' għasafar biss.", "Ħaġa oħra li tinkwetani hi r-reġistrazzjoni ta' kull post fejn isir l-insib u jiena nistaqsi x'inhu l-iskop li kull nassab irid jgħid lill-gvern jew lill-kumitat Ornis, fejn qiegħed isir l-insib.", "Qed nistaqsi dan, għax naħseb li once li inti trid toqgħod tirreġistra fejn se jsir l-insib, wisq probabbli, fi ftit ta' żmien ieħor - u dawn huma d-domandi li nixtieq nistaqsi jiena u n-nassaba jippretendu li jkollhom risposta – in-nassab ikollu jġib il-permess tal-PA għal mansab tiegħu, bħal ma wara kollox iridu l-ambjentalisti.", "Sejrin niġu f'sitwazzjoni fejn in-nassaba jista' jkollhom post wieħed biss fejn jonsbu?", "Hawn nassaba li llum, għandhom seba' u anke aktar imnassab differenti u skond l-istaġun u skond ir-riħ li jkun, jonsbu f'wieħed u mhux fl-ieħor.", "Se jkun hemm problemi għal dawk in-nies li jkunu qed jonsbu fuq art li ma tkunx tagħhom, li tkun mikrija jew tkun tal-gvern?", "Dawn huma domandi li jiena nippretendi li jiġu mwieġba mill-gvern dejjem jekk il-gvern m'għandux x'jaħbi.", "Aħna bħala kaċċaturi u nassaba, ġejna mqarrqin kemm-il darba minn dan il-Gvern.", "L-ewwel darba kienet fl-1991 meta l-Prim Ministru kien wiegħed li mhux se imiss il-liġijiet tal-kaċċa u l-insib u meta telgħu għamlu barbuljata sħiħa u kien hawn ħafna protesti.", "Kellna l-wegħda l-oħra li dawk li jirrapreżentaw il-kaċċaturi u n-nassaba kienu se jingħataw il- permess mill-gvern li jmorru jinnegozjaw ma' l-UE u bħas-soltu, minn dan kollu ma sar xejn.", "Issa għandna dan id-dokument li ċertament mhux jindika li l-liġijiet tal-kaċċa u l-insib se jibqgħu l-istess bħalma wiegħed il- gvern Nazzjonalista qabel din l-elezzjoni.", "Ngħid kelma żgħira fuq l-infurzar tal-liġi.", "Jiena m'għandi l-ebda diffikulta' dwar dan u ngħid li min jikser il-liġi, għandu jieħu dak li ħaqqu pero` dan ma jfissirx li għandu jsir harassment tal-kaċċaturi u tan- nassaba mill-pulizja, fejn dawn imorru fuq mansab u jdumu hemmhekk siegħat sħaħ biex jiċċekkjaw x'hemm u x'ma hemmx jew inkella joqgħodu jgħidu li rawk bit-tromba meta dawn ma jkollhomx provi.", "Jiena mhux qed ngħid li ma jsirx ksur tal-liġi imma kulħadd jaf li ċerta ammont ta' harassment qiegħed isir u dan iġibni għall-aħħar punt tiegħi.", "Sur President, il-liġi l-istess għal-kulħadd?", "Qed nistaqsi dan għaliex filwaqt li din il-ġimgħa rajna li xi ħadd jittella' l-qorti u weħel multa mhux ħażin talli dan spara fil-pubbliku, il-ġimgħa l-oħra fuq it-television rajna lis-segretarju parlamentari responsabbli mill-isports, l-Onor.", "Jesmond Mugliett, jispara senter taż-żewġ biex jiftaħ tiġrija tal-yachts li saret ġo pajjiżna.", "Mir-recoil li jiena rajt fuq it-television, jiena ngħid li l-iskartoċċ lanqas biss kien inbjank imma kien skartoċċ normali biċ-ċomb ġo fih u dan ratu Malta kollha.", "Dan kellu l-permess tal-pulizija biex jagħmel dan?", "Dan kellu insurance jekk Allaħares qatt xpakkalu s-senter taż-żewġ meta kien imdawwar f'dawk in-nies kollha?", "Kulħadd jidħak, jieħu pjaċir u jċapċaplu għax dan ta tir!", "Jiena nixtieq inkun naf dawn l-affarijiet u saqsejt domanda parlamentari dwar dan.", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett kellu permess mill-pulizija, għandu licence to carry l-armi; licence to use for sporting purposes żgur ma tidħolx fil-biċċa tax-xogħol għax dan mhux sports.", "Dan meta tispara bl- istarting pistol għal bidu ta tiġrija, wkoll trid il-permess to keep, to use and to fire imbagħad l-Onor.", "Mugliett, imbierek'Alla, spara ġo nofs in- nies mingħajr ħadd ma jgħidlu xejn u mingħajr ma ħadd jieħu passi, imbagħad jekk ikollok nassab jew kaċċatur li jieħu żball, dan inkissruh bil-liġijiet kollha.", "Sur President, il-liġi tapplika għal kulħadd?", "Jiena nippretendi li l- Ministru Tonio Borg jispjegali daqsxejn jekk dan kellux il-liċenzja jew il- permessi kollha neċessarji tal-pulizija biex jagħmel kif ukoll jekk dan kienx kopert mill-insurance għax meta jkun hemm kaċċatur li jagħmel dawn l- affarijiet, dan il-kaċċatur isallbuh u jeħdulu l-arma Sur President imma dan għax hu segretarju parlamentari u favur l-UE, allura qisu ma ġara xejn.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-ftit minuti li għoġbu jagħtini l- Onor. Joe Sammut jiena nixtieq nitkellem naqra fuq il-punt li tkellem fuqu l-Onor.", "Vassallo fis-sens tal-leaflet li l-MIC bagħtu dwar l-hekk imsejħa negozjati fuq il-kaċċa u l-insib, u jiena għamilt mistoqsija parlamentari li b'kumbinazzjoni ġiet imwieġba fis-seduta ta' dalgħodu.", "Jiena staqsejt lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, din il-mistoqija:", "\"Jista' il-Ministru jgħid kemm u lil min ġie mibgħut leaflet maħruġ mill-MIC li jitratta n-negozjati bejn Malta u l-UE dwar il-kaċċa u l- insib?", "Jista' jgħid ukoll minfejn inġiebet l-informazzjoni tal- persuni li lilhom ġie mibgħut dan il-leaflet?\"", "u dan weġibni:", "\" Il-fuljett prodott mill-MIC li jittratta r-riżultat tan-negozjati dwar il-kaċċa u l-insib intbagħat lil-tnax-il elf persuna reġistrati mal-gvern bħala kaċċaturi jew nassaba", "L-informazzjoni tal-persuni li lilhom intbagħat dan il-fuljett tinstab għand il-Gvern.\".", "Grazzi ħafna, dik risposta!", "Il-gvern min hu?", "Il-gvern hu l-partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għax qabel l- elezzjoni tal-1998, kienu saru ħafna wegħdiet u propoganda mill-partit Nazzjonalista biex iġib il-vot tan-nassaba u l-kaċċaturi – tipo dik il- wegħda li se jħallu l-kaċċaturi jitilgħu jinnegozjaw magħhom – u illum nafu li minn dan kollu ma ġara xejn anżi ġara bil-maqlub, bħal ma jiġri f'wegħdi oħrajn tal-partit Nazzjonalista fl-aħħar mill-aħħar.", "Meta dawn jgħidu \"il-gvern\", ifisser il-partit Nazzjonalista fil-gvern u jfisser li l-partit Nazzjonalista għadda l-informazzjoni lill-MIC dwar dawn it-12,000 persuna li huma rreġistrati mal-Gvern bħala kaċċaturi u nassaba?", "Nittama li jkollna risposta aktar ċara fuq dawn l-affarijiet għax għalxejn noqogħdu ngħaddu liġijiet fuq data protection meta jsiru dawn l-affarijiet.", "Imbagħad issib min jitkaża min-naħa tal-gvern għax kien hemm membru tal- partit Laburista li kien talab xi informazzjoni, bħala membru tal- kummissjoni elettorali dak iż-żmien, u kien sar plejtu sħiħ.", "Kif semma sew l-Onor.", "Vassallo, two weights and two measures.", "Min ikun magħhom jagħmel li jrid u min le, jippruvaw jagħlqulu ħalqu bħalma ppruvaw jagħmlu lill- ombudsman u bħal ma qegħdin jipprovaw jagħmlu fuq l-ex Prim Imħallef Joe Said Pullicino fil-vesti tiegħu ta' chairperson ta' l-awtorita` dwar ix- xandir fejn għax dan iddeċieda xi ħaġa li hija favur il-partit Laburista, bdejna naraw l-attakki kontrih, anki fil-ġurnali bl-ingliż tal-Ħadd fejn imbierek'Alla b'kumbinazzjoni, kulħadd jikteb fuq l-istess suġġett.", "Naturalment hemm l-id ta' xi ħadd minn Kastilja li jiddetta kollox.", "Pero` il-ftit minuti li xtaqt nieħu ma kinux fuq dan is-suġġett pero` ħadt l-okkazzjoni perezz li d-domanda ġie mwieġba dalgħodu.", "Ngħaddi issa għas- suġġett proprju.", "Il-Ħamis li għadda, fl-24 ta' Ottubru, tħabbret il-mewt ta' l-ex-nunzju appostoliku għal Malta, Jose' Sebastian Laboa fl-eta` ta' 79 sena.", "In- nunzju Laboa kien nunzju appostoliku f'Malta bejn l-1995 u l-1998 u jiena nħoss li hu xieraq li l-parlament jfakkar il-ħidma li għamel l-arċisqof Laboa bħala nunzju tal-vatikan f'pajjiżna u talli kien strumentali biex reġgħet bdiet il-ħidma diplomatika bejn il-Vatikan u l-Libja.", "Fil-fatt, fis-snin li għamel hawn Malta, Laboa kien ukoll nunzju għall- Panama u l-Paragwaj u fil-fatt niftakru li meta kien hemm kwestjoni pjuttost taħraq fil-Panama, d-Dittatur tal-Panama, Manuel Noriega kien ħa refuġju proprju fil-bini tan-nunzjatura u kulħadd jaf kif in-nunzju Laboa kien ittekilja dik is-sitwazzjoni diffiċli.", "Jose' Sebastian Laboa kien diplomatiku abbli ħafna u l-diplomatiċi f'pajjiżna għandhom ħafna x'jitgħallmu minnu.", "In-nunzju Laboa kien dejjem jara l-aspett uman ta' dak li jkun, kien jara lill-persuna qabel l-ideat tal-persuna.", "Jiena naħseb li din hi ħaġa ta' min wieħed ifakkar u jfaħħar.", "Jiena personalment kont ħabib sew tiegħu u kien iddispjaċini ħafna meta ma kienx jiflaħ u kellu jmur lura lejn pajjiżu għal ftit taż-żmien.", "Kont ħadt gost meta ġie lura għax kien irkupra xi ftit minn saħħtu pero` sfortunatament, issa smajna li l-mard li kellu ma ħalliehx aktar magħna.", "Tajjeb li bħala parlament u anke f'ismi personali, infakkru lill-Monsinjur Jose' Sebastian Laboa li għal tliet snin sħaħ kien nunzju apostoliku f'pajjiżna u jalla li wara l-ħidma kbira li għamel fil-qasam tal-knisja u anke b'mod diplomatiku, jieħu l-mistieħ li ħaqqu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Sur President, punt li kont se nitkellem dwaru hu proprju l-kwestjoni tal-kaċċa u l-nsib pero` naħseb li dan ġie diskuss biżżejjed mill-kollegi tiegħi għalkemm nixtieq inżid li jiena nemmen li l- kaċċaturi u n-nassaba ġew totalment injorati f'dawn id-diskussjonijiet u nisħaq li dawn jiġu kkonsultati aktar fil-futur.", "Nixtieq issa nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-ambjent, suġġett li qiegħed fuq fomm kulħadd dan l-aħħar u proprju kien hemm konferenza tal-partit Laburista fuq dan is-suġġett.", "L-ambjent sar suġġett importanti u kulħadd sar konxju ta' dan.", "Ninsab kuntent li d-dokument ippreparat u mpoġġi għall- konsiderazzjoni tad-delegati tal-partit - u għall-poplu in ġenerali - hu dokument dettaljat u serju fis-sens li qed joffri soluzzjonijiet għal problemi li għandna.", "Ladarba qegħdin bit-tema ta' l-ambjent, nixtieq niġbed l-attenzjoni - għal kemm ġbidt l-attenzjoni ta' dan diversi drabi – li għal kemm nifhem li l- gvern ikollu prijoritajiet f'dan is-settur - u mhux għax ċerta areas ta' Malta huma stmati anqas minn areas oħra – qed ninnota li għalkemm għaddew erba' snin minn din il-leġislatura, f'Malta nsibu areas partikolari fejn il-kabra għall-ambjent aħjar ilha tidwi għal dawn l-aħħar 18 jew 20 sena.", "Waħda minn dawn l-areas tinstab f'Ħal Għaxaq fejn għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari fuqha u qed nirriferi għat-Triq tal-Millieri, Triq tal-Qattus u Triq it-Telleritu fejn għandna sitwazzjoni fejn t-toroq sal-lum ma jeżistux u għandna areas partikolari fejn id-drenaġġ għadu ma wasalx.", "Kellna ħafna risposti fis-sens li l-pompa tiswa ċerta ammont, li l- pompa neċessarja qed tinxtara, qegħda teħel jew marret banda oħra.", "Is- sitwazzjoni kif kienet baqgħet u ċ-ċittadini li ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom sew għat-toroq kif ukoll għad-drenaġġ, għoxrin sena wara għadhom mingħajr dawn is-servizzi.", "Sitwazzjoni simili ta' din tinstab f'dik l-area li aħna taż-Żurrieq nafuha bħala Bubaqra fejn l-area kollha għandha toroq fi stat disastruż.", "B'xorti tajba għal min joqgħod f'dik l-area, ma għamlitx xita - għalkemm din hi disgrazzja għall-bdiewa u ninsab konvint li l-problema ta' l-ilma aktar ma jmur, aktar qed tikber u l-konsegwenzi qed inħossuhom fis-settur tal-biedja - pero` huwa għajb li dawn huma toroq li sal-lum għadhom ma sarux.", "Għall- darba oħra nifhem li d-dipartiment ikollu l-prijoritajiet tiegħu pero` naħseb li wasal iż-żmien li dawn it-toroq - li ilhom aktar minn ħmistax-il sena - jsiru.", "Wieħed ma jitlobx mirakli imma għandu jsir ċerta invellar u landscaping sabiex dawn ikunu tiċċa deċenti għax fl-aħħar mill-aħħar f'dawn l-areas jgħixu l-Maltin ukoll.", "Mhux sew li jkollna areas fejn ġo fihom jiġu investiti l-mijiet ta' l-eluf ta' liri biex jissebbaħ l-promenade imbagħad ikollna areas fejn ikun ilhom ħmistax il-sena jistennew għal triq deċenti.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru hu fuq il-wardens u t-tribunali lokali.", "Illum li għadda żmien biżżejjed, kulħadd jaf x'inhuma l- funzjonijiet tal-wardens u x'qegħdin jagħmlu fir-realta`.", "Titkellem ma diversi kunsilliera f'diversi kunsilli u l-opinjoni hi l-istess ma kulħadd u cioe` li l-wardens jinteressahom biss li jagħtu l-multi fuq ksur tar- regolamenti tat-traffiku, li hi l-aktar ħaġa faċli li tista' ssir.", "M'iniex qed ngħid li min jikser il-liġi tat-traffiku għandu jeħlisha imma ma naħsibx li l-iskop ta' dawn il-gwardjani kien li joqogħdu jduru mal- karozzi – anke pparkjati - biex ifittxu għall-anqas nuqqas.", "Naħseb ikun ferm aktar utli li kieku dawn kellhom jagħmlu xogħol aktar serju bħal dak li jirrigwardja l-indafa għax sfortunatament, il-pajjiż kien maħmuġ qabel ma ddaħħlu l-wardens u maħmuġ baqa'.", "Punt ieħor hu fuq it-tribunali u se nagħlaq bih.", "Jiena naħseb li l-prassi u l-proċeduri ta' kif jitmexxew l-affarijiet quddiem it-tribunali lokali għandhom jkunu simili mal-prassi u l-proċeduri li dejjem imxew biha fil- qrati tal-maġistrati għax fit-tribunali lokali, it-tendenza hi li jsibu l- persuna ħatja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 30 ta' Ottubru 2002, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "NAXXAR - SKOLA PRIMARJA", "36106.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax it-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li jattendi t-tieni sena ta' l-iskola primarja tan- Naxxar jingħata l-għajnuna psikoloġika li għandu bżonn minħabba l-learning difficulties li għandu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każ ġie mistħarreġ mal-kap ta' l-iskola u qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "FREEPORT CORPORATION - WHERE'S EVERYBODY?", "36108.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet tagħmel il-Where's Everybody? għall-Malta Freeport Corporation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-kumpannija Where's Everybody? ma tagħmel ebda xogħol għall-Malta Freeport Corporation.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - DRENAĠĠ", "36110.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex ix- xogħol li qed isir fuq il-bajja tax-Xama f'San Pawl il-Baħar fejn telgħin faċilitajiet għall-young sailors' club ma jsirux ħsarat lis-sistema tad- drenaġġ fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-dipartiment tad- drenaġġ ħa l-prekawzjonijiet kollha fil-każ imsemmi, biex ma jsirux ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt, saret laqgħa bejn il-perit rappreżentant tal-young sailors' club u l-perit tad-dipartiment biex jiġu nfurzati ċerti kundizzjonijiet.", "Dawn il-kundizzjonijiet ġew trasmessi wkoll lis-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI ŻGĦAR - TRACK TA' L-ATLETIKA", "36111.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma nqalax it-track ta' l-atletika tal-Marsa li se jintuża għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar is-sena id-dieħla?", "Meta suppost beda x-xogħol fuqu?", "Lil min ingħata l-kuntratt?", "Kemm sewa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tender oriġinali għar-resurfacing tat- track ta' l-atletika tal-Marsa kellu jiġi maħruġ mill-ġdid minħabba oġġezzjoni minn kuntrattur.", "It-tender reġa` ħareġ u qed ikun aġġudikat.", "FAĊILITAJIET TAL-MARSA - KONTROLLI", "36112.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux kontrolli dwar nies li jidħlu biex jużaw il-faċilitajiet tal-Marsa?", "Jinżammu records dwar it-teams li jużaw il-faċilitajiet?", "Dawn iħallsu xi flus kemm biex jużawhom għat-taħriġ u kemm biex jilagħbu regolarment?", "Jekk fl-affermattiv kemm tħallsu din is- sena s'issa u mil-liema teams/għaqdiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li jeżistu kontrolli dwar nies li jidħlu biex jużaw il-faċilitajiet kollha tal-Marsa.", "Dawn isiru minn ħaddiema tad- dipartiment taż-żgħażagħ u sport, sezzjoni sport.", "Informat ukoll li jinżammu records dwar min juża l-faċilitajiet sportivi f'dan il-kumpless, fil-maġġoranza tagħhom dawk li jużaw il-faċilitajiet tħallsu.", "Lista ta' clubs/għaqdiet li użaw il-faċilitajiet s'issa u li ħallsu għalihom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "MIC - KAĊĊA U NSIB", "36188.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid kemm u lil min ġie mibgħut leaflet maħruġ mill-MIC li jittratta n-negozjati bejn Malta u l-UE dwar il-kaċċa u l-insib?", "Jista' jgħid ukoll minn fejn inġiebet l-informazzjoni tal-persuni li lilhom ġie mibgħut dan il-leaflet?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-fuljett prodott mill-MIC li jittratta r-riżultat tan- negozjati dwar il-kaċċa u l-insib intbagħat lil 12, 000 persuna reġistrati mal-gvern bħala kaċċaturi jew nassaba.", "L-informazzjoni tal-persuni li lilhom intbagħat dan il-fuljett tinsab għand il-gvern.", "POLITIKA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - MEMBRI TAL-KUMITAT", "36192.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat li qed jaħdem fuq il- politika ġdida għaż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-membri tal-kumitat li qed jaħdmu fuq il- politika nazzjonali l-ġdida taż-żgħażagħ huma dawn:", "Dr Anthony E. Azzopardi Programme of Youth Studies Ms Remona Cuschieri Maltese Association of Youth Workers Mr Keith Psaila National Youth Council Ms Annette Scerri YOUTH Programme Mr Paul Buhagiar Parliamentary Secretariat Mr Adrian Tonna Department Youth & Sport", "JUNIOR COLLEGE - STUDENTI", "36193.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li qed jattendu s-sixth form fil-junior college f'din is-sena skolastika?", "Kemm minnhom huma subien u kemm bniet?", "Kemm hemm studenti li bdew l-istudji tagħhom fil- junior college għall-ewwel darba dan ix-xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'din is-sena skolastika qed jattendu 2,841 student fil-Junior College Ii minnhom 1,237 huma ġuvintur u 1,604 huma tfajliet.", "Informat ukoll li 1,478 student bdew l-istudju tagħhom fil-Junior College għall-ewwel darba dan ix-xahar.", "SKEJJEL – NUMBRU TA' STUDENTI", "36195.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' studenti li qed jattendu s-sixth form:", "1. fil-kulleġġ San Alwiġi; 2. fil-kulleġġ De La Salle; 3. fil-kulleġġ St. Edward's.", "X'kien id-dħul ta' studenti ġodda din is-sena?", "Kemm huma bniet u kemm subien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti ġodda li qed jattendu s-sixth forms din is-sena skolastika huwa hekk:", "|Skejjel |Ġuvintu|Tfajlie|Total| |tal-Knisja |r |t | | | | | | | |St Aloysius |110 |112 |220 | |College | | | | |De La Salle |44 | 59 |103 | |College | | | | | | | | | |Skejjel |Ġuvintu|Tfajlie|Total| |Indipendenti |r |t | | | | | | | |St Edwards |33 |15 |48 | |College | | | | |Verdala |18 |15 |33 | |International| | | |", "SIXTH FORMS - STIPENDJI", "36196.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jinħarġu flus fi stipendji lill-istudenti tas-sixth forms matul din is-sena skolastika?", "Kemm kien l- ammont fis-sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sas-16 ta' Ottubru ta' din is-sena, in- numru ta' studenti post sekondarji li kkwalifikaw għall-għotjiet ta' manteniment kien jammonta għal 5,815.", "Qed ngħid li sas-16 ta' Ottubru għax għad hemm studenti li jistgħu jikkwalifikaw, iżda billi applikaw fit-tielet sejħa li saret mill-MCAST għad ma ġewx proċessati.", "L-istudenti f'dan il-livell jieħdu Lm100 kull wieħed fi smart card imbagħad jieħdu Lm40 fix-xahar għal disa' xhur (fil-parti l-kbira tal-każi).", "Ikun hemm medja ta' 300 student ieħor li minħabba ċirkostanzi diffiċli fil- familja tagħhom jikkwalifikaw ukoll għall-għotja supplementari li hi ta' Lm20 fix-xahar għal disa' xhur.", "L-ispiża bin-numru ta' studenti reġisrati sad-data msemmija titla' għal Lm2,628,900.", "Is-sena akkademika li għaddiet kien hemm 5414 student fil-livell post sekondarju li kkwalifikaw għal din l-għotja u l-ispiża għalihom telgħet għal Lm2,053,440.", "L-ispiża ta' aktar min-nofs miljun lira Maltin aktar din is-sena fuq is- sena l-oħra hi dovuta għan-numru akbar ta' studenti li kienu aċċettati fil- Junior College u l-MCAST.", "SKOLASPORT - NUMRU TA' TFAL", "36197.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' tfal li qed jattendu skolasport?", "Kif inhuma maqsuma f'dixxiplini sportivi?", "Kemm hemm għalliema/coaches li qed jagħtu s-sehem tagħhom?", "Hemm xi coaches barranin li qed jgħinu?", "Kemm hu l-ħlas li qed jintalab lil dawk li qed jattendu skolasport u kemm kien is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' applikanti fi skolasport s'issa huwa 1,212 li huma maqsumin kif ġej:", "|Programm |Dixxiplina |Nru. ta' | | | |tfal | |Foundation|5-7 snin |385 | |Participat|8-10 snin |260 | |ion | | | |Performanc|11-16-il sena | | |e | | | | |Athletics |15 | | |Baseball |20 | | |Basketball |20 | | |Bowling |51 | | |Football |27 | | |Go-Karting |23 | | |Gymnastics |19 | | |Ice-Hockey |24 | | |Netball | 8 | | |Sailing |44 | | |Swimming |32 | | |Table-Tennis |18 | | |Tennis |29 | | |Volleyball |27 | | |Miscellaneous |48 | |Parents | |126 | |Special | |36 | |Class | | | |Total | |1212 |", "Informat ukoll li n-numru ta' għalliema u coaches huwa ta' 74.", "M'hemm ebda coach barrani ngaġġat minn skolasport.", "Il-ħlas għall-parteċipazzjoni fi skolasport din is-sena hija ta' Lm15 li tkopri servizz għal 32 ġimgħa.", "Il-ħlas tas-sena l-oħra kien ta' Lm10.", "UE - IMPORTAZZJONI", "36316.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li Malta ma tibbenefikax mis-sussidji fuq il-produzzjoni bħala membru sħiħ ta' l-UE u ma tipproduċix prodotti bħalma huma zokkor, qmuħ, ċereali, laħam, butir, eċċ, jista' il-Ministru jinfurmani għaliex il-gvern qed jinnegozja ma' l-UE sabiex il-kontrolli fuq l-importazzjoni ta' prodotti bħal dawn ikunu eżentati biss fuq l-importazzjoni attwali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-prodotti li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri zokkor, ċereali, butir u oħrajn, huma prodotti li dwarhom il-gvern għamel talba lill-UE għal special supply arrangements.", "Mill-istess natura tagħhom, dawn huma arranġamenti li jikkonċernaw biss u speċifikament l-importazzjoni ta' prodotti għal użu esklussivament domestiku, jiġifieri intiżi għall-konsum fis-suq lokali tal- pajjiż importatur.", "L-importazzjoni għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi hija koperta minn arranġamenti oħra.", "Għaldaqstant, kull special supply arrangement jiġi negozjat b'riferenza għall-livell ta' konsum lokali attwali.", "Dawn in-negozjati ikopru wkoll id- definizzjoni ta' provvedimenti għal aġġustament fil-volum kopert minn dawn l-ispecial supply arrangements fil-każ li jikber il-konsum lokali tul il- medda ta' snin li matulhom dawn l-arranġamenti jkunu fis-seħħ.", "IMTARFA – ĊITAZZJONIJIET TAL-WARDENS", "36317.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li taw il-wardens fl-Imtarfa matul din is-sena bejn Jannar u Ottubru?", "Kemm minnhom kienu fi Triq Philip Pullicino?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-gvern ma jimponix fuq id-delega ta' l- infurzar lokali u peress li l-kunsill lokali Mtarfa naqas li jerfa' r- responsabbilita` ta` dan l-infurzar u ma talabx għad-delega, fil-lokalita` ta` l-Mtarfa m`hemmx is-servizz tal-gwardjan lokali.", "ENEMALTA - BAĦRIJA", "36318.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li ssir bozza ġdida immedjatament quddiem ir- residenza li tagħha d-dettalji qed jintbagħtu separatament minħabba li d- dlam fl-inħawi tal-Baħrija qed jikkawża nkonvenjent kbir lill-anzjana in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba magħmula mill-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "ĠUSTIZZJA – TELF TA' IRĊEVUTA", "36319.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-każ li qed nibgħat separatament, jista' il- Ministru jinformani għaliex qed isiru dawn il-ħwejjeġ mill-uffiċċju tal- ġustizzja fil-konfront taċ-ċittadin?", "Ma jħossx il-ministru li kieku l- persuna tilfet l-irċevuta kellha terġa' tiġi mitluba tħallas?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-każ li għalih saret ir-rIferenza f'mistoqsija parlamentari 36319 kien dovut għal żball ġenwin minn naħa tal- cash office.", "L-individwu se jiġi wkoll informat uffiċjalment.", "Ninsab infurmat ukoll li l-proċedura normali hi li f`każ li xi persuna tmur id-dipartiment u tiddikjara li diġa` tkun ħallset il-multa u għal xi raġuni jew oħra ma tipprezentax l-irċevuta , isir tiftix fir-reġistru li fih ikun irrekordjat il-ħlas tal-multi minn dak in-nhar tad-data tas-sentenza sal- ġurnata li dik il-persuna tmur fid-dipartiment.", "Jekk jinstab li l-multa verament kienet imħallsa, in-numru ta` l-irċevuta li jkun tnizzel fir- reġistru jitnizzel ukoll fil-ktieb ta` l-awla ħalli kollox jiġi f`postu.", "MOSTA - TRIQ SAN FRANĠISK", "36336.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta sa jittieħdu passi biex jitneħħew it-tankijiet kbar u kollha sadid li qed jintuzaw flok xatba jew ħajt ta' għalqa u li qed ikerrhu l-ambjent fi Triq il- Wied, kantuniera ma' Triq Frangisk Mangion, il-Mosta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tankijiet li jinsabu fil-kampanja f'diversi lokalitajiet madwar Malta qed jitneħħew fuq sistema skond fejn ikunu daħlu l-aktar telefonati.", "Talbiet individwali qed ikunu kunsidrati u s-sid/l-okkupant ta' l-art ikun infurmat meta ser ikunu jistgħu jinġabru t-tankijiet, għalkemm, dawn huma obbligati li jneħħuhom huma stess.", "Mir-records tad-dipartiment, jirriżulta wkoll li s'issa ma saret l-ebda talba biex jitneħħew tankijiet mit-triq imsemmija.", "MALTA STANDARDS AUTHORITY - BIEDJA U SAJD", "36360.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ministeru tal-biedja u s-sajd appuntati fuq il-bord tal-Malta standards authority?", "Kemm-il laqgħa attendew u kemm-il laqgħa saret fil-fatt?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru ta' l-agrikultura u s-sajd għandu rappreżentant wieħed fl-awtorita` msemmija li hu d-direttur (agrikoltura), bħala ex officio.", "Dan attenda għal laqgħa waħda minn meta nħatar f'Ġunju, 2002.", "ENEMALTA - DWAL PUBBLIĊI", "36447.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta se jinxtegħlu l-fanali li hemm fuq in-naħa tax-xatt mal-baċir 1 ta' Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-korporazzjoni Enemalta għadha ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għas-servizz imsemmi.", "BORMLA - BANKINI", "36448.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se titkompla l-bankina li hemm fi Triq ix-Xatt Bormla taħt ir-Rialto peress li ilha maqlugħa aktar minn sena, u huwa xieraq li titlesta issa li waslet il-festa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il- pavimentar ta' din il-bankina se jibda nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru u jispiċċa madwar għaxart'ijiem wara.", "ENEMALTA - DAWL", "36449.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jinxtel id-dawl li hemm mal-bini li hemm propjeta` tat-tarzna fil-baċir 1, peress li ilu mitfi ħafna u qed jagħmel ikrah?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36447 waqt din l-istess seduta.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "36454.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Dwar il-każ li d-dettalji tiegħu qed ngħaddi separatament, jista' il-Ministru jgħid kemm hu ntitolat f'allowance supplimentari fil-ġimgħa?", "Hemm voti differenti u jekk fl-affermattiv, kif jinħadem?", "Il-bonus jingħata sħiħ f'każijiet bħal dawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dritt għall- allowance supplimentari jiddependi mill-ammont ta' dħul fis-sena ta' l- individwu konċernat.", "Jekk, per eżempju d-dħul dikjarat fis-sena ma jeċċedix l-ammont ta' Lm2270, din l-allowance titħallas bir-rata sħiħa ta Lm1.15 fil-ġimgħa, f'każ ta' persuna waħedha, u Lm2.30, f'każ ta' koppja.", "Jekk l-ammont ta' dħul fis-sena jkun akbar minn Lm2,270, ir-rata applikabbli titnaqqas skond l-ammont ta' dħul basta dan id-dħul ma jkunx akbar minn Lm3,270 f'każ ta' persuna waħedha, u Lm3,770 f'każ ta' koppja.", "Inżid ukoll lil-ħlas tal-bonus mhux marbut ma' din l-allowance.", "Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interepllant ġiet mgħarrfa dwar ir-rata li hi dovuta lilha bħala allowance supplimentari.", "-------"]} {"filename": "20020617_755d_par.doc", "date": "2002-06-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 755 It-Tnejn, 17 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 755", "It-Tnejn, 17 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "755", "It-Tnejn, 17 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 584", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 584", "TQEGĦID TA' KARTI 591", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI (IT-TIENI QARI)", "SPECIAL FUNDS (REGULATION) BILL (SECOND READING) 592", "AĠĠORNAMENT 613", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 618", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 754 li saret fit-12 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA – LAPARASCOPIC SURGERY", "33807.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-apparat imsejjaħ laparascope fl-isptar San Luqa mhux armat għall-laparascopic surgery?", "Tista' tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni preżenti fejn pazjenti li għandhom bżonn laparascopic surgery għall-endometriosis iridu jieħdu l-kura fl-isptar St. Philip's, fejn jinsab l-uniku apparat armat li hawn, bi spiża ta' mijiet ta' liri, propju għaliex l-intervent ma jistax isir San Luqa ħlief biex issir laparatomy?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Id-dipartiment tal- ġinekoloġija fl-isptar San Luqa jagħti l-ogħla priorita` għall-iżvilupp ta` minimal access surgery fi ħdanu.", "Għal dan il-għan qegħdin jittieħdu passi, fosthom li:", "infetaħ laparoscopy theatre;", "speċjalista` ta' esperjenza f'din it-tip ta' kirurġija li jaħdem fid- dipartiment tal-ginekoloġija rritorna minn taħriġ f'Nottingham;", "inżamm seminar/video-conference f'Ottubru 2001 fejn minbarra lectures, saru wkoll xi interventi minn speċjalisti barranin/Maltin li ġew trasmessi mil-laparoscopy theatre lejn udjenza ta' ginekoloġi fil-medical school;", "tlestiet lista ta' apparat ieħor li jkun neċessarju u mistennija toħroġ sejħa għal offerti meħtieġa fi żmien qasir.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, nixtieq nirriferi għar-rapport li deher il-bieraħ fl-ewwel faċċata tal-gazzetta \"KullĦadd\" dwar applikazzjoni f'isem l-Onor.", "George Hyzler u Żaren Vassallo dwar iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi, kif ukoll għall-artiklu - fl-istess ħarġa tal-gazzetta - ta' l- Onor. Charles Buhagiar li qal li hemm propost bdil għall-użu tal-bini li llum iservi bħala health clinic.", "Il-parti ta' l-applikazzjoni li dehret fil-gazzetta ma tagħtix ħjiel għalxiex saret l-applikazzjoni - setgħet kienet għal xi skating rink jew disco - u għalhekk nixtieq li l-Ministru jgħidilna eżattament x'inhi din l-applikazzjoni li ġġib ir-riferenza PA1818/02.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hi dwar x'inhu eżattament is-sehem ta' l-Onor.", "George Hyzler u Żaren Vassallo f'din l-applikazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, fil-fatt wara l-artiklu li deher il- bieraħ stajt nantiċipa li se jinqalgħu xi domandi, għalkemm aktar kont nistennihom min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Infatti l-bieraħ saru diversi dikjarazzjonijiet, fosthom illi:", "\"L-applikazzjoni saret minn wara dahar it-Tabib Louis Deguara li bħala ministru tas-saħħa huwa wkoll responsabbli miċ-ċentri tas- saħħa\".", "Ġie allegat ukoll li:", "\"Dan kollu jirriżulta mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari li l-Ministru Deguara ta fil-parlament\".", "Sur President, apparti mill-fatt li fl-artiklu hemm skorrettezzi – ngħidu aħna bħal li fit-3 ta' Ġunju l-interpellant kien l-Onor.", "Charles Buhagiar meta fil-fatt kien l-Onor.", "Louis Buhagiar - hemm imniżżel ukoll li:", "\"... l-użu tal-bini li llum iservi bħala health centre f'Ħal Qormi se jinbidel f'dar għall-anzjani\"", "Intqal ukoll li:", "\"Hija xi ħaġa ta' l-iskantament kif ministru tal-gvern bħalma hu Dr. Louis Deguara, jibqa' jsostni li ma jafx x'qiegħed jiġri f'dak li hu fir-responsabbilta` tiegħu\".", "Fl-istess ħarġa tal-gazzetta deher ukoll pre-avviż ta' dokumentarju li għandu jittella' minn Super 1 team fejn intqal – u nerġa' nikkwota – li se jitkellmu:", "\" ... fuq fatt li jista' jkun daqsxejn stramb, li qed jiġri f'Ħal Qormi, fejn il-fondazzjoni għall-gid tal-Qriema trid tagħlaq iċ-ċentru tas-saħħa tal-lokal u minflok tinbena dar ta' l-anzjani\".", "Jien naħseb li meta wieħed iħares lejn in-numru ta' domandi parlamentari li saru fuq dan is-suġġett, faċilment jikkonkludi li llum għandna membru parlamentari f'din il-Kamra - kien ukoll ministru responsabbli għax- xogħlijiet pubbliċi - li ma jafx jagħmel distinzjoni sempliċi bejn li tikkonverti u li żżid.", "Għax l-ewwel domanda li saret mill-Onor.", "Charles Buhagiar fid-29 ta' April kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-health centre ta' Ħal Qormi se jinbidel f'dar għall-anzjani?\"", "U jien tant kont infurmat u tant kont naf x'qiegħed ngħid, li rrispondejtu hekk:", "\"Sal-lum ma saret ebda talba biex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jinbidel f'dar ta' l-anzjani.\".", "Imma l-Onor.", "Membru donnu ma kienx kuntent b'din ir-risposta għaliex fit-13 ta' Mejju għamel din id-domanda li ġejja:", "\"Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-health centre ta' Ħal Qormi hux fir-responsabbilta` tal-ministeru tas-saħħa?", "Jekk fl-affermattiv, kif jistgħu żewġ persuni japplikaw lill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex jikkonvertu dan iċ-ċentru f'dar għall-anzjani mingħajr ma jinformaw lill-ministeru tas-saħħa?\".", "U fl-20 ta' Mejju jien weġibtu illi:", "\"Iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jifforma parti mid-dipartiment tal- kura primarja li taqa' taħt il-ministeru tas-saħħa.", "Bħalma diġa` għedna fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 33060, aħna qatt ma applikajna jew ġejna informati biex ic-ċentru tas- saħħa ta' Ħal Qormi jiġi kkonvertit jew jinbidel f'dar għall-anzjani kif allegat fil-mistoqsija parlamentari 33060.\".", "Imma l-Onor.", "Charles Buhagiar ma kienx kuntent għaliex fl-14 ta' Mejju reġa` għamel interpellanza u staqsa hekk:", "\"Jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba li ta peress li jidher li saret l-applikazzjoni lill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex il-health centre ta' Ħal Qormi jiġi kkonvertit f'dar għall-anzjani?\".", "Jien irrispondejtu billi rriferejtu għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari li kont tajt qabel.", "Imbagħad aktar tard l-Onor.", "Louis Buhagiar – din id-darba mhux l-Onor.", "Charles Buhagiar għax naħseb li nduna bl-żball li kien qiegħed jagħmel – staqsa:", "\"Jaf il-Ministru li saret applikazzjoni biex jinbena mill-privat fuq iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi?\".", "Jiġifieri hawnhekk mhux qed jingħad li ċ-ċentru tas-saħħa se jiġi kkonvertit jew mibdul kif ġie implikat fil-gazzetta.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, inti qiegħed fil-planning authority u m'għandekx għalfejn titlob informazzjoni bħal din lili għax inti espert f'dawn l-affarijiet!", "U lill-Onor.", "Louis Buhagiar jien irrispondejtu hekk:", "\"Informat li saret outline development application lill-planning authority mill-Onor.", "George Hyzler bħala promotur tal-fondazzjoni Ħal Qormi li qed titwaqqaf bil-għan li tniedi proġetti f'Ħal Qormi għall- benefiċċju tal-komunita` flimkien mal-health care services.", "It-talba saret fuq inizjattiva privata u mhux bħala parti minn xi proċess b'inizjattiva governattiva.", "Il-metodu li bih jista` jinbena ċentru bħal dan taħt xi forma ta' public/private partnership kif qed jiġi ssuġġerit mill-applikant għad irid jiġi determinat.\".", "Naħseb li dan kollu jispjega li jew l-Onor.", "Buhagiar kien miżinformat jew inkella minkejja li fehem ir-risposti li kont qiegħed nagħti jien, ried joħroġ b'artiklu bħal dan li l-għan tiegħu huwa li jgħid li l-fondazzjoni għall-ġid ta' Ħal Qormi ħadmet minn wara dahar il-ministru tas-saħħa jew minn wara dahar is-segretarju parlamentari għall-anzjani jew il-ministeru għall-politika soċjali biex jingħalaq iċ-ċentru ta' Ħal Qormi bis-servizzi li ovvjament jingħataw mill-istess ċentru u minflok tinbena dar għall- anzjani.", "Dan huwa skorrett għall-aħħar.", "U kif diġa' għedt, għad irid jidher programm b'din it-tema fuq l-istazzjon Super 1 mis-Super 1 team, li nispera li issa li jafu b'dawn id-dettalji u ma jerġgħux jirrepetu l- ineżattezzi u l-affarijiet ħżiena li dehru f'dan l-artiklu.", "Biex inkun iżjed ċar, Mr Speaker, xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni li saret lill-awtorita` ta' l-ippjanar, dejjem jekk m'hemmx oġġezzjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li m'hijiex xi ħaġa tant komuni li segretarju parlamentari japplika għal żvilupp meta huwa jagħmel parti mill-gvern u meta l-proġett li hemm jikkonċerna klinika li hija tal- gvern u taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru tas-saħħa, barra li hemm segretarju parlamentari responsabbli mill-qasam ta' l-anzjani?", "Ma jidhirlux li din hija xi ħaġa stramba?", "Ma jidhirlux il-Ministru li anke l- poplu qed jaraha stramba li segretarju parlamentari li m'għandu x'jaqsam xejn mas-saħħa, japplika f'isem fondazzjoni li lanqas biss għadha fformata?", "Kif qed japplika hu personalment meta għandu kariga ministerjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Hyzler qed jagħmilli s-sinjal biex jirrispondi hu imma l-ewwel xtaqt niċħad kategorikament li qabel ma sar dan il-proċess l-Onor.", "Hyzler ma kkonsultax miegħi, mas-segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani u mal-ministru għall-politika soċjali.", "Din hija invenzjoni and they are jumping to conclusions mingħajr ma jafu l-fatti.", "Għalxejn kien hemm risposti ċari għad-domandi parlamentari dwar x'inhu jiġri u ma jiġrix u jkun ħafna aħjar li wieħed jivverifika ftit qabel ma jmur jitkellem fil-pubbliku.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Hyzler qed jindikali li huwa lest li jagħti aktar dettalji.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li d-domanda lill-ministru tas-saħħa dwar jekk jidhirlux li jien għamilt xi ħaġa ħażina naħseb li kellha tiġi indirizzata lili u lil ħadd iżjed għaliex jien l-unika persuna li nista' nirrispondi fuq dak li jidhirli li huwa etikament korrett jew le.", "Jekk l-aġir tiegħi huwiex etikament korrett jew le fix-xogħol li nagħmel jien għandi nirrispondi għalih jien u ħadd aktar.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, skond l-istanding orders, f'każ li jkun hemm xi interess personali, wieħed dan irid jiddikjarah u ma jistax jitkellem fil-ħin tal-mistoqsijiet fuq xi ħaġa tiegħu personali.", "MR SPEAKER: Jiena għalhekk sejjaħt lis-Segretarju Parlamentari biex iżid ma' dak li ntqal mill-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien tlabt ruling in terms ta' l-istanding orders.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, jista' l-Onor.", "Membru jindika għal- liema standing order qed jirriferi?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta jien nitolbok ruling m'hemmx għalfejn nindikalek taħt liema standing order inkun qed nitolbu.", "Jien qed nitlob ruling dwar jekk xi ħadd li għandu interess personali f'xi ħaġa jistax jitkellem fuqha fil-parlament.", "MR SPEAKER: Jien sejjaħt lis-Segretarju Parlamentari sabiex ikun jista' jkompli jwieġeb għall-punt li diġa` tqajjem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, dak huwa interess personali tiegħu, Mr Speaker.", "Hawnhekk bilforsi li qiegħed jirrispondi bħala segretarju parlamentari għaliex backbenchers min-naħa tal-gvern ma jistgħux jirrispondu liema domandi parlamentari.", "Issa jien qed nitolbok ruling dwar jekk dan jistax isir meta hemm interess personali.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ħalli inkunu korretti mal-proċedura u r-regolamenti.", "Ir- regolamenti jobbligawk li jekk għandek interess personali tiddikjarah.", "(Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma hu ma ddikjarahx!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Hyzler kien qiegħed jitkellem u jekk hemm xi interess personali – u jien ma fhimtx li hemm xi interess personali ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jien qed nerġa' nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, jiena qomt b'reazzjoni għad-domanda li saret lill-ministru tas-saħħa fejn l-Onor.", "Mizzi staqsieh jekk jidirlhux li jien imxejt tajjeb jew le.", "Jien jidhirli li bħala Membru ta' din il-Kamra ...", "(Interruzzjonijiet) Probabbilment ma kontx daqshekk elokwenti imma dik kienet is-sustanza tad-domanda!", "(Interruzzjonijiet) X'affarijiet dawn!", "MR SPEAKER: Onor. Hyzler, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Issa fl-istess nifs qed jikkwota l-istanding orders u jgħid li jekk hemm xi interess personali jrid jiġi ddikjarat.", "U x'taħseb li qed nagħmel bħalissa?", "Dak li qed nipprova nispjega jien!", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, naħseb li jkun opportun li f'din il- konfużjoni li rnexxielna noħolqu wieħed jispjega x'ġara, dejjem bil-permess tiegħek u ta' l-Onor.", "Mizzi, f'dik l-ordni!", "L-inizjattiva tiegħi, hekk imsejħa privata, kellha twassal biex issir talba lill-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri lil-lands u lill-planning authority biex isir proġett mhux tal-gvern pero` li jinvolvi art tal-gvern.", "Xtaqt nagħmilha ċara mill-bidunett - għax ovvjament naħseb tajjeb li wieħed jiċċarah dan li ma jmurx ikun hemm xi malintiż - li m'għandi assolutament ebda interess finanzjarju f'din it-tip ta' proposta.", "It-tieninett irrid ngħid li din il-proposta tal-fondazzjoni għal Ħal Qormi jiena kont ipproponejtha fl-1996 bil-għan li ssir dar tax-xjuħ minn din il- fondazzjoni fuq art adjaċenti għaċ-ċentru tas-saħħa.", "Ftit wara ġiet l- elezzjoni u l-proposta kienet ġiet shelved, fis-sens li t-talba kienet saret permezz ta' rikors lill-Arċisqof, għax l-art kienet tal-Kurja, u wara l-elezzjoni l-Arċisqof kien ta dik l-art b'permuta, jiġifieri bi tpartit, lil kuntrattur privat għaliex il-Kurja kellha bżonn xi proprjeta` oħra li kellu dan il-kuntrattur u allura partu bejniethom.", "Għalhekk l-idea kellha tieqaf hemm għax dik l-art ġiet destinata għal użu ieħor.", "Fil-fatt dik l- art illum qiegħda tinbiegħ għall-plots.", "Jien bqajt insegwi l-idea għax jidhirli li f'Ħal Qormi hemm bżonn ta' dar għall-anzjani - naturalment anke f'postijiet oħra imma f'Ħal Qormi b'mod partikolari - u l-proposta li għamilt jien kienet f'kuntest ta' politika tal-gvern - naħseb li mhux tal-gvern tal-ġurnata biss imma anke ta' l-hekk imsejjaħ gvern alternattiv - li ma joħroġx flus direttament għall-bini, naturalment għaliex hemm ċerti limitazzjonijiet u anke għaliex hija kwestjoni ta' politika li jekk dawn id-djar jistgħu jinbnew mill-privat, allura jinbnew mill-privat.", "Jien deherli - għalhekk qed ngħid li hija inizjattiva tiegħi u m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu implikazzjonijiet oħra - li kelli nesplora l- possibbilta` ta' l-hekk imsejjaħ public/private partnership.", "U l- public/private partnership kienet se tkun bejn din il-fondazzjoni u l- kuntrattur li se tagħżel hi flimkien mal-gvern.", "Din il-fondazzjoni li kien hemm il-ħsieb li titwaqqaf kienet bl-idea li tagħmel proġett ta' ġid.", "Issa jekk l-oppożizzjoni, għal xi raġunijiet tagħha, għandha interess li timblokka dawn it-tip ta' inizjattivi, tarah hi mal-kuxjenza tagħha u ma' l-elettorat u l-kostituwenti tagħha.", "Pero` jien nassigura lill-Onor.", "Mizzi u lil kulmin staqsa domandi, li dak li ntqal min-naħa l-oħra m'huwiex l- iskop.", "Din hija inizjattiva biex isir proġett ta' ġid minn nies ta' Ħal Qormi għan-nies ta' Ħal Qormi u jien assolutament niddistakka ruħi minnu f'dak il-mument.", "Anzi nistieden lil kulmin irid, inkluż id-deputati ta' Ħal Qormi u ta' l-inħawi, biex jipparteċipaw f'din il-fondazzjoni ħalli jsir proprju hekk.", "Mr Speaker, m'huwiex sew li nitfgħu dellijiet fuq min joħroġ b'ideat bħal dawn mingħajr ma nkunu nafu l-fatti.", "Jien fl-aħħar mill-aħħar inkun hawnhekk kuljum u jekk xi ħadd min-naħa l-oħra jrid jistaqsini xi ħaġa, jien lest li jirrispondi bl-istess sinċerita` li nirrispondi kull domanda oħra li jkolli.", "Irrid nagħmilha ċara pero` li jekk hemm min min-naħa ta' l- oppożizzjoni li għandu xi interess li jagħmel sabutaġġ jew jimblokka inizjattiva bħal din, allura jiddikjara dan l-interess kif jien iddikjarajt l-interess tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nibda biex ngħid li ħadd mill- oppożizzjoni m'għandu xi interess li jagħmel bsaten fir-roti għall-ħolqien ta' faċilitajiet ġodda biex l-anzjani jkunu akkomodati.", "Irrid infakkar li l-idea ta' dan il-proġett kienet bdiet fi żmien gvern Laburista u sussegwentement baqgħet tiġi mġedda għaliex irriżulta li kienet idea tajba.", "Imma li xtaqt nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari – qed nipprova nifhem – huwa lil min qed jirrappreżenta hu.", "Lil din il-fondazzjoni fantażma li qiegħda biss f'moħħu?", "U min tah il-mandat biex jippreżentaha?", "Jekk forsi qed jirrappreżenta lill-gvern, nista' neħodha li għandu l-mandat tal- kabinett jew inkella ħa l-mandat b'idejh?", "Min-naħa l-oħra, jekk kemm-il darba qed isir proġett bħal dan, nifhmu li issa kull ministru u kull kandidat, fuq l-inizjattiva tiegħu personali, jista' jallaċċja ma' negozjant u jagħmel proġett?", "Safejn naf jien - ikkorreġuni jekk jien żbaljat - l-ebda membru parlamentari ma jista' jidħol f'negozju f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta` jew kuntratti tal- gvern.", "L-istramberija f'dan kollu hija li segretarju parlamentari, flimkien ma' bniedem li qiegħed fin-negozju, qed jinnegozja fuq proprjeta` tal-gvern.", "U xtaqt li kieku nistaqsi meta ġiet iffondata l-fondazzjoni, x'inhu l-istatut tagħha, min huma l-membri tagħha u x'inhuma l-għanijiet tagħha, imma issa qed jgħidli li din il-fondazzjoni hija biss fantażma.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jipprova jiċċaralna l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Bil-qalb kollha, Mr Speaker.", "Jekk b'fantażma l- kollega jifhem li għadha ma twaqfitx, allura nikkonferma li hekk hu.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux qiegħda f'moħħi.", "L-istatut qiegħed għand in- nutar biex malli nagħtih il-go-ahead jippubblikah, imma mhux dak huwa l- punt.", "(Interruzzjonijiet) Le, anzi l-ministru tas-saħħa għamilha ċara li jien ktibtlu bħala promotur ta' fondazzjoni li se titwaqqaf għal dawn l- għanijiet, u se ngħid x'inhuma.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Bħalissa qiegħed iwieġeb s- Segretarju Parlamentari u nitolbu jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, hemm xi malintiż evidenti peress li ovvjament l-Onor.", "Vella mhuwiex informat biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Le, Onor. Vella, mhux hekk ġara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ħalli nerġa' nirrepeti x'għedt aktar qabel għaliex l-Onor.", "George Vella ma kienx hawn dak il-ħin.", "(Interruzzjonijiet) L-argument hu li l-Onor.", "Buhagiar għamel tliet domandi parlamentari fejn staqsieni nafx li saret talba sabiex iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jiġi kkonvertit.", "(Interruzzjonijiet) Jiġi kkonvertit tfisser, kif ġie kkwotat illum, li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jagħlaq!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, in-naħa l-oħra bniet it-teżi kollha tagħha, fuq dan il-malintiż ovvju u fuq din il-premessa żbaljata.", "L- oppożizzjoni fehmet li bl-applikazzjoni li kellu f'idejh l-Onor.", "Charles Buhagiar – fil-fatt kopja tagħha ġiet stampata l-bieraħ fil-gazzetta \"KullĦadd\" - iċ-ċentru tas-saħħa se jingħalaq.", "Dan assolutament m'hu minnu xejn.", "It-talba li hemm pendenti quddiem il-planning authority hija sabiex tinbena l-arja taċ-ċentru tas-saħħa u mhux iċ-ċentru tas-saħħa stess.", "Anzi s-sabiħ ta' dan il-proġett, fl-opinjoni tiegħi, kien ikun li d-dar ta' l- anzjani tista' tgawdi mill-faċilitajiet li joffri l-istess ċentru tas- saħħa.", "Jiġifieri altru li mhux biex jingħalaq!", "Għal dak li huwa l-interess personali, lill-Onor.", "Vella nista' nserraħlu rasu li l-fondazzjoni tkun miftuħa għal kulħadd u jien stess ma nkunx parti minnha.", "Qed nitkellem biss fil-vesti ta' xi ħadd li qed jippromwoviha, mhux fil-vesti ta' xi ħadd li għandu interess dirett fiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Id-domanda tiegħi m'għandhiex x'taqsam direttament ma' din il-kwestjoni pero` tikkonċerna s-saħħa.", "Wasluli lmenti li mingħandu l- karta r-roża mhux qed ikun jista' jieħu n-non-formulary items.", "Jista' l- Ministru jispjegali kif wieħed jista' jagħmel biex jieħu l-mediċina li jkollu bżonn senzaltru meta m'għandux il-finanzi meħtieġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sitwazzjoni fil-każ tan-non-formulary ma tbidlet xejn minn kif kienet qabel u għandek numru ta' mediċini li min għandu l- karta r-roża, huwa intitolat għalihom.", "Kif jaf kulħadd, il-karta r-roża hija pegged mal-means test pero` imbagħad għandek numru ta' mard ieħor, bħall-pressjoni, mard tal-qalb, diabete, ażżma, epilepsija u kondizzjonijiet oħra fejn irrespettivament mill-introjtu ta' dak li jkun, il-mediċini jingħataw b'xejn.", "Nista' nassigurak li dawn il-kondizzjonijiet li għadni kemm semmejt li jinsabu taħt schedule 5 kważi jkopru l-iktar mard kroniku għax dawk li għadhom m'humiex klassifikati huma ċerti skin diseases u d-depression.", "Naturalment dejjem għandek sostitut għal dawk il-mediċini li hemm fuq il- formolarju, fis-sens li jekk pazjent ma jaqax taħt schedule 5, jista' joqgħod żgur li hemm mediċini li huma ekwivalenti fuq il-formolarju li jingħata.", "Il-problemi jinqalgħu meta konsulent jinsisti li ma jordnax mediċina ġenerika li bħalha jkun hemm fuq il-formolarju imma jordna mediċina speċifika.", "Apparti mbagħad il-każi ta' introduzzjoni ta' mediċini ġodda – kemm-il darba kellna ċ-ċans nitkellmu fuqhom dwar il-każi hawnhekk – li jgħaddu minn proċedura differenti fejn isir assessment min-naħa tad- drugs and therapeutic committee qabel ma l-mediċina tiġi approvata.", "Minkejja dan, pazjent bil-karta r-roża li jiġi preskritt mediċina u fuq il- formolarju jkun hemm mediċina alternattiva li dak il-pazjent ma jkunx jista' jeħodha, jista' jagħmel każ permezz tal-konsulent tiegħu jew tat- tabib tiegħu li hu allerġiku għal dik il-mediċina li qiegħda fuq il- formolarju u ssir applikazzjoni speċjali lid-DTC għal dik il-mediċina preskritta mit-tabib.", "Jien nitlob lill-kollega tiegħi biex jekk ikollu xi każ partikolari, jagħtihuli u mhux lest li narah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf bil-każ ta' żewġ persuni li ma jistgħux jieħdu ċertu tip ta' mediċina.", "Jista' l-Ministru jispjega fiex waslet din il-kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li nista' nkompli namplifika fuq dak li għedna madwar ġimgħa u nofs ilu.", "Niftakarni ngħid li konna għadna qegħdin nistennew ir-riżultati ta' surveys ta' trials li saru l-Ingilterra li kellhom jiġu konklużi għall-aħħar ta' din is-sena.", "Minkejja dan kollu, id- DTC għamel suġġeriment lid-direttur ġenerali biex jara jekk jikkonsidrax li japprova dawn il-mediċini immedjatament mingħajr ma noqogħdu nistennew ir- rapport u, jekk ir-rapport eventwalment ikun fin-negattiv, allura dawn il- mediċini jiġu rtirati.", "Jien naħseb li din is-sitwazzjoni m'hijiex korretta u mhux sew għall-pazjent li l-ewwel tagħtih il-mediċina biex imbagħad tgħidlu li r-riżultati ma kenux tajbin u li l-mediċina m'hijiex cost- effective u allura tirtiraha.", "Jien informat li d-direttur ġenerali reġa' talab lid-DTC jerġa' jevalwa r- rakkmandazzjoni li għamel biex din il-kwestjoni tkun tista' tiġi konkluża fl-aħjar interessi tal-pazjent.", "UE – PREZZIJIET TA' L-IKEL", "32391.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-prezzijiet ta' l-ikel għall-konsum se jogħlew?", "X'inhi r-raġuni li meta l-Unjoni Ewropa tapplika bħala miżuri ta' produzzjoni s-sistemi magħrufa bħala t-TARIC , special safeguards, tariff quotas u export refunds sabiex tipprotegi l-biedja tagħha, il-gvern Nazzjonalista se jneħħi l-ftit protezzjoni ta' kontingenza li fil-mument igawdu l-bdiewa, ir-raħħala u l-agrindustrija lokali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' ġranet ta' xogħol mitlufa minħabba mard bejn Jannar u Mejju 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34036; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn qabel l-1987, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34077.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti taħt l-eta` ta' 16-il sena li ma spiċċawx il-kors skolastiku bejn Settembru 2001 u Ġunju 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34035;", "f'isem il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 139 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar il- kontroll ta' rimi fid-drenaġġ;", "u f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 140 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar sustanzi perikolużi (notifikazzjoni);", "Avviż Legali Nru 141 ta' l-2002 - avviż ta' tħassir ta' diversi ordnijiet mandatorji; Avviż Legali Nru 142 ta' l-2002 - dangerous substances and preparations (restrictions) regulations 2002;", "Avviż Legali Nru 143 ta' l-2002 – cosmetic products regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 144 ta' l-2002 – ordni ta' eżenzjoni għall-finijiet ta' artiklu 30 ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni; u", "Lista li turi l-livell ta' salinita` ta' l-ilma fil-boreholes, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 340781.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni mpjegati mal-ministeru għall-affarijiet barranin fuq bażi ta' kuntratt, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34091;", "Tagħrif dwar infiq mill-Malta-EU information centre, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 34074; u", "Kopja tal-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq Kapitolu 30 – Istituzzjonijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRREGOLA FONDI SPEĊJALI", "SPECIAL FUNDS (REGULATION) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Ġunju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession of the House u s'issa ħa erba' minuti.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-qasam li qed nitkellmu dwaru huwa importanti ħafna, u dan kemm mill-aspett ta' l-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż, kemm mill-aspett ta' moralita` pubblika - għax ta' min jgħid li dan il-qasam imiss dak li fil-kriminoloġija jissejjaħ il-\"white-collar crime\" - kif ukoll mill-aspett tas-sovranita` nazzjonali, għax iktar ma jgħaddi żmien iktar qed naraw istituzzjonijiet internazzjonali jieħdu responsabbiltajiet li qabel kienu jkunu ta' istituzzjonijiet nazzjonali.", "Is-servizzi finanzjarji jistgħu jkunu importanti ħafna għall-ħolqien ta' l- impjiegi u tal-ġid f'pajjiżna, u għalhekk nistgħu ngħidu li kemm dan il- pajjiż ikun vijabbli jiddependi mis-suċċess li niksbu fil-qasam tas- servizzi finanzjarji.", "L-isfidi li għandu quddiemu pajjiżna f'dan is-seklu huma kbar għax il-vijabbilta` u s-sostennibbilta` tiegħu jiddependu anke mis-suċċess ekonomiku, li huwa marbut ma' dak li jiġri fil-qasam tas- servizzi finanzjarji, u allura kull sforz pożittiv u ġenwin li jsir biex pajjiżna jkun iktar kompetittiv għandu jiġi milqugħ u appoġġjat.", "Il- vijabbilta` u s-suċċess ta' dan il-pajjiż jiddependu wkoll mill-ħila tal- Maltin u l-Għawdxin stess, jiġifieri minn kemm dawn huma kapaċi joffru xogħol li fil-kwalita`, fil-livell u fil-prezz ikun iħabbatha mal- kompetituri tagħna.", "Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għandna ħafna kompetituri, u għalhekk huwa importanti li fil-prodotti li noffru għal dan il-qasam ikollna t- taħlita neċessarja għas-suċċess, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalita`, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' serjeta` kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' kompetittivita`, għax nerġa' ngħid li l-iżvilupp ta' dan il-pajjiż jiddependi minn kemm pajjiżna kapaċi jkun vijabbli matul is- seklu 21, fosthom minn kemm jirnexxielu joħloq opportunitajiet ta' mpjiegi ġodda għaż-żgħażagħ tagħna.", "Il-vijabbilta` ta' pajjiżna tiddependi wkoll mill-esportazzjoni li jagħmel, mit-tip ta' turisti li kapaċi jiġbed lejh kif ukoll mis-servizzi finanzjarji u minn servizzi oħra li huwa kapaċi joffri lil pajjiżi oħra, pero` jiddispjaċini ngħid li bħalissa ma tantx għandna biex nieħdu gost bis-servizzi li pajjiżna qed joffri lil pajjiżi oħra għax minkejja kull sforz li qed jagħmel il-gvern tal-ġurnata biex jaħbi kif inhi sejra l-ekonomija tal-pajjiż verament, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-manifattura u ma' l-esportazzjoni kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, qed jirriżulta b'mod ċar li s-setturi produttivi ta' pajjiżna li jiddependu minn pajjiżi oħra m'humiex sejrin daqstant tajjeb.", "Madanakollu qed naraw lill-gvern preżenti jgħabbi dejjem iktar piżijiet fuq is-setturi produttivi ta' pajjiżna bil-konsegwenza li n-nefqa pubblika qed tkompli tiżdied u d-dejn qed ikompli jhedded u jimmina l-vijabbilta` tal- pajjiż.", "Ta' min jgħid li dawk in-nies li josservaw dak li qed jiġri fil-qasam ekonomiku, speċjalment dawk in-nies li m'għandhomx l-obbligu li jservu ta' beauticians billi jaħbu u jirtokkaw il-problemi li jeżistu verament, jinsabu nkwetati ferm b'din is-sitwazzjoni.", "F'dan il-qasam hemm ħafna nies li wieħed jistenna li jkunu integri u li jużaw il-ħiliet professjonali tagħhom biex jgħidu kif inhuma l-affarijiet verament, pero` minħabba li dawn ikollhom xi kuntratti mal-gvern, ikunu qed jagħmlu xi konsulenzi jew inkella minħabba li jkollhom obbligi oħra, minflok ma jgħidu l-affarijiet kif inhuma, jispiċċaw biex jaħbu ċerti affarijiet ħalli s-sitwazzjoni ma tidhirx daqstant inkwetanti, u f'dan il-qasam hemm diversi affarijiet inkwetanti li biex inkun fair, irrid ngħid li kien hemm nies li ġibdu l- attenzjoni għalihom.", "Per eżempju, kien hemm min ġibed l-attenzjoni għal kif kienet qed topera l-Borża ta' Malta matul dawn l-aħħar snin u li matulhom intilfu iktar minn Lm461 miljun f'shares mill-players il-kbar li hemm fil-Borża ta' Malta, pero` s'intendi meta kien hemm min ġibed l- attenzjoni għal dan, il-gvern, inkluż il-Ministru tal-Finanzi, ma ħax gost b'dan u rreaġixxa bil-goff kontra kulmin azzarda jgħid li l-affarijiet m'humiex sejrin tajjeb bħal kif qed jiġu mpinġija.", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta niġu biex nitkellmu fuq l-operat taċ- Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, li se niddiskutuh iktar 'il quddiem.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax fl-abbozz ta' liġi qed isiru diversi emendi li se jżidu d-dmirijiet ta' dan iċ-ċentru, li issa se jsir awtorita`, u dan minkejja li dan iċ-ċentru lanqas biss qed jaqdi tajjeb id- dmirijiet li diġa' għandu, aħseb u ara kemm se jaqdi tajjeb id-dmirijiet ġodda li se jingħata!", "Suppost li l-MFSC diġa' ħadet passi biex tiddefendi l-interessi tal- konsumaturi f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment biex dawn ma jispiċċawx vittmi ta' prattiċi bla skrupli, f'liema prattiċi jintużaw nies mill-qasam tal-banek u mill-qasam ta' l-istockbroking minħabba li dawn ikollhom relazzjoni ta' fiduċja mal-klijenti tagħhom, li forsi ma jkunux jkunux jafu sew kif sejrin l-affarijiet f'dan il-qasam.", "Hemm bżonn li l- MFSC tagħmel xi ħaġa f'dan ir-rigward mill-iktar fis possibbli biex in-nies li jaħdmu fil-qasam tal-banek u ta' l-istockbroking ma jabbużawx mir- relazzjoni ta' fiduċja li jgawdu mal-klijenti tagħhom billi dawn, per eżempju, iġennu lill-klijenti tagħhom - li tant ikunu għamlu sagrifiċċji biex ifaddlu xi ħaġa - jinvestu f'pajjiż bħalma huwa l-Arġentina minkejja li jkunu jafu kif inhuma sejrin l-affarijiet fl-Arġentina.", "Qed ngħid dan għax kien hemm każijiet fejn il-klijenti marru jitolbu lil xi uffiċjal tal-bank biex jirtiralhom il-flus li kellhom investiti f'ċerti pajjiż, bħal per eżempju, l-Arġentina, minħabba li kienu qed isegwu x'kien qed jiġri f'dak il-pajjiż, u l-uffiċjal tal-bank, minflok ma sema' minnhom, ipprova jipperswadihom biex jistennew ftit ieħor għax skond hu, din hija xi ħaġa tal-mument u xi ħaġa li tgħaddi.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-MFSC ftit li xejn qabżet biex tiddefendi lill-investituri lokali minn prattiċi bla skrupli bħal dawn, u meta qabżet biex tiddefendihom kien diġa' tard wisq, jiġifieri naħseb li l-MFSC għandha xi twieġeb f'dan il-qasam.", "Jekk l-MFSC trid tagħmel ix-xogħol ta' regolatur filwaqt li tirbaħ il-fiduċja li jixirqilha, jeħtieġ li tifhem li xejn ma jiġi waħdu.", "L-MFSC tista' tagħmel ix-xogħol ta' regolatur u tirbaħ il-fiduċja biss jekk turi bil-provi li qed tagħmel xogħolha sew, u jien inħoss li f'dan il-qasam l-MFSC għandha xi twieġeb, bħalma għandha xi twieġeb għal ċerti stejjer li naqraw u għal ċerti fatti li jseħħu.", "Per eżempju, meta l-banek iżidu ċ-charges tagħhom, l-MFSC taħseb li billi toħroġ stqarrija li tgħid li se tifli x'ġara huwa biżżejjed, biex imbagħad forsi l-kwestjoni tilħaq titbiegħed mill- attenzjoni tal-pubbliku.", "Nerġa' ngħid li l-MFSC għandha tieħu l-passi neċessarji biex tipproteġi l- interessi tal-konsumaturi minn prattiċi bla skrupli, kif għandha tagħmel meta jseħħu ċerti stejjer, bħal dik tal-Priceclub.", "Anke hawnhekk, min isegwi x-xena kummerċjali jistenna li dawk l-awtoritajiet li suppost xogħolhom huwa li jissorveljaw stejjer bħal dawn, jitkellmu u jieħdu l- passi neċessarji meta jkun għadu l-waqt, anzi iktar milli jitkellmu iktar huwa importanti li jieħdu l-passi neċessarji, għax m'hux sew li operaturi kbar, li jkun jidher li jkollhom kuntatti tajbin, fi prattiċi bla skruplu jitħallew jirkbu fuq operaturi żgħar li jkunu qed joperaw b'ħafna sagrifiċċji u li ma jkollhomx il-protezzjoni meħtieġa.", "F'affarijiet bħal dawn, l-MFSC għandha r-responsabbilta` li tara li l-liġi dwar il-kumpanniji titħaddem kif suppost u li kulħadd iġorr ir-responsabbiltajiet tiegħu, kif suppost li jsir.", "S'intendi, Mr Speaker, wieħed ma jistax jitkellem fuq l-accountability ta' dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji mingħajr ma jsemmi wkoll l- accountability tal-gvern innifsu għax jiddispjaċini ngħid li l-gvern tal- lum ma tantx huwa mudell tajjeb biex jimxu fuqu l-MFSC u l-istituzzjonijiet l-oħra.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq il-qasam finanzjarju, ta' min isemmi, per eżempju, id-deċiżjoni li ħa l-Ministeru tal-Finanzi - liema deċiżjoni għadha ma ġietx spjegata kif imissha ġiet spjegata - li jeżenta lit-tobba milli joħorġu l-irċevuti fiskali, u meta jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn mingħajr ma jiġu spjegati wieħed jitħasseb.", "F'din il-Kamra mhux l-ewwel darba li smajna dikjarazzjonijiet min-naħa tal-Ministru tal-Finanzi fuq kemm huwa importanti li jinħarġu l-irċevuti fiskali tal-VAT u fuq kemm huwa importanti li meta aħna ċ-ċittadini mmorru għand it-tobba nesiġulhom li joħorġulna l-irċevuti fiskali tal-VAT minħabba li m'huwiex fair li l- irċevuti fiskali tal-VAT jinħarġu biss minn ċerti operaturi, bħal dawk li jaħdmu fil-qasam ta' l-ekonomija, u jien dejjem fhimt dan l-argument.", "Mhux l-ewwel darba li kont preżenti f'din il-Kamra meta l-Ministru tal- Finanzi għamel dikjarazzjonijiet f'dan is-sens, ċioe` li huwa importanti li l-irċevuti fiskali tal-VAT jinħarġu mit-tobba wkoll, anke minħabba l-ġlieda li hemm bżonn issir kontra l-abbuż ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Mhux l-ewwel darba lanqas li smajt lil min jgħid f'din il-Kamra li d-dipartiment tal-VAT kellu jagħmel spot checks f'ċerti spiżeriji biex jiċċekkja jekk dak li jiddikjaraw it-tobba fil-kotba li jimlew, jew aħjar fil-kotba li suppost jimlew, ikunx minnu jew le.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball, darba l- Ministru kien iddikjara li ma nistgħux noqogħdu fuq dak li jiddikjaraw it- tobba għax hemm tobba li bl-irċevuti fiskali li joħorġu jkunu qed jiddikjaraw li jaraw pazjent wieħed biss kuljum.", "Għalhekk wara ħafna diskors bħal dan, imbagħad tinstema' ħafna iktar stramba d-deċiżjoni li ttieħdet, ċioe` li mill-bidu ta' dan ix-xahar it-tobba se jibdew jiġu eżentati milli joħorġu l-irċevuti fiskali.", "Issa li jonqos hu li t-tobba ma jibqgħux obbligati li jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tagħhom kull tliet xhur!", "Jien ma nistax nifhem assolutament kif l-ewwel sar ħafna diskors li ta lil wieħed x'jifhem li se jsir attakk kbir kontra l-evażjoni tat-taxxa u mbagħad f'daqqa waħda ttieħdet deċiżjoni bħal din, li se tiftaħ l-aptit lil setturi differenti li jistaqsu: It-tobba x'għandhom speċjali iktar minna?", "M'hemmx dubju li deċiżjoni bħal din se jkollha demonstration effect negattiv fuq il-bqija ta' operaturi ta' l-ekonomija.", "Mr Speaker, l-emendi li għandna quddiemna dwar is-servizzi finanzjarji qed jolqtu wkoll il-Bank Ċentrali għax permezz ta' dawn l-emendi, ix-xogħol ta' sorvelja li kien jagħmel il-Bank Ċentrali fil-banek lokali, issa se tibda tagħmlu l-Malta Financial Services Authority, u fil-fatt diġa' ġew imċaqilqa diversi ħaddiema li kienu jaħdmu f'dan il-qasam mal-Bank Ċentrali għal mal-Malta Financial Services Authority.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, dan huwa xogħol importanti ħafna li jiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu qed jaħdmu kif suppost, anke għax mhux l-ewwel darba li nies serji li jaħdmu f'dan is-settur jallarmaw irwieħhom dwar kif jiġu avvanzati ċerti loans minn banek, liema loans iktar milli jkunu jiddependu minn xi feasibility study jew inkella minn xi business plans serji, ikunu jiddependu minn kuntatti personali bil-konsegwenza li mbagħad jispiċċaw bħala bad loans.", "Affarijiet bħal dawn jattakkaw l-integrita` ta' l- istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiżna, u l-effett negattiv li jħallu dawn l-affarijiet ma jinħassx biss fil-qasam finanzjarju imma wkoll fil- fibra u fl-istituzzjonijiet tas-soċjeta` għax minħabba dawn l-abbużi, ħafna jibdew jemmnu li min għandu l-kuntatti jista' jimxi, jista' javvanza u jista' jġib l-affarijiet żewġ filwaqt li ħaddieħor li jmur biex jissellef mill-istess banek, għax ma jkollux kuntatti personali, anke jekk forsi jkun irid jissellef ħafna inqas, anke jekk ikollu l-business plans meħtieġa u anke jekk ikollu proġett vijabbli u serju, dan jispiċċa ma jingħatax il- flus li jkollu bżonn biex javvanza u jimxi 'l quddiem.", "Affarijiet bħal dawn jitfgħu lil dan il-qasam lura, u fil-fatt jien għalhekk għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi li dak li qed niddiskutu jolqot kemm aspetti finanzjarji, kemm aspetti ta' żvilupp ekonomiku kif ukoll aspetti ta' moralita` pubblika; għax jekk l-affarijiet ma jitmexxewx sew issir ħsara lil dawn l-oqsma kollha.", "Għalkemm dan li se ngħid m'għandux x'jaqsam direttament u speċifikament ma' l-emendi li qed niddiskutu, inħoss li għandi nsemmi li osservaturi f'dan il- qasam, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, jgħidu li l-korp tal-Pulizija ta' kull pajjiż għandu jkollu taqsima serja li tkun kapaċi tiffaċċja dak li jissejjaħ il-\"white-collar crime\", il-frodi u delitti oħra ta' natura finanzjarja, liema delitti fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet isiru minn nies li tradizzjonalment ma jiġux assoċjali mal-kriminalita` għax ikunu nies ta' status soċjali għoli, ikollhom xi lawrja u jkunu jilbsu l-ġlekk u l-ingravata.", "Ironikament teżisti l-fehma stramba li l-kriminalita` hija xi monopolju jew xi prerogattiva ta' nies li jkunu jgħixu f'ċerti ambjenti soċjali biss.", "Fil-fatt anke f'pajjiżi oħra, fejn il-pulizija huma attrezzati ħafna iktar minna għall-white-collar crime, il-persentaġġ ta' nies li jispiċċaw jieħdu dak li ħaqqhom talli jkunu kkommettew xi frodi jew xi white-collar crime huwa baxx ħafna, u ħafna drabi din tiġri għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel ħaġa l-pulizija mhux dejjem ikollha r-riżorsi finanzjarji u umani kif ukoll il-ħiliet u l-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa biex taqbad lil min ikun imdaħħal fil-white-collar crime għax dan huwa delitt sofistikat li jitlob minn dak li jkun ċertu know-how fil-liġijiet finanzjarji, fl-istituzzjonijiet finanzjarji u fil-prattiċi finanzjarji.", "Imbagħad hemm ukoll il-problema tan-nuqqas ta' koordinazzjoni li teżisti bejn il-forzi ta' l-ordni u l-istituzzjonijiet finanzjarji, li waħda mill- funzjonijiet tagħhom hija proprju dik li jassiguraw li ma jseħħx il-white- collar crime.", "Ħafna drabi l-protagonisti tal-white-collar crime ikunu nies influwenti ħafna li jkunu midħla sew ta' networks li jkunu b'saħħithom fis- soċjeta` u fil-pajjiż, u fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, min ikun irnexxielu jġibha żewġ biex jidħol fil-white-collar crime jirnexxielu jġib żewġ ukoll biex ma jinqabadx, imma jekk stess jinqabdu ħafna drabi dawn jirnexxielhom jeħilsuha bil-konsegwenza li qatt ma jitressqu quddiem il- qrati biex jieħdu l-kastig li jkun jistħoqqilhom.", "Mr Speaker, wieħed irid jara wkoll xi rwoli se jkollhom l-istituzzjonijiet finanzjarji li qed jaċċenna għalihom l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, fosthom, per eżempju, il-Bank Ċentrali, li kieku Malta kellha ssir membru sħiħ ta' l-UE, u qed ngħid dan għax meta pajjiż jingħaqad m'entita` ikbar minnu, huwa importanti li jagħmel din it-tip ta' analisi biex jara kemm se jibqgħalu decision-making powers u jfassal policies skond ir-realta` tiegħu.", "Per eżempju, jien naħseb li f'pajjiżna għadna lanqas irriflettejna fuq il-forma li se jieħu l-Bank Ċentrali Ewropew u l- presidenza ta' l-Unjoni Ewropea.", "Id-deċiżjonijiet finanzjarji ewlenin li jieħu pajjiż dejjem tqiesu bħala parti importanti ħafna mis-sovranita` u mid-decision-making powers ta' dak il-pajjiż għax huwa faċli li fil-qasam politiku u f'oqsma importanti oħra jkun hemm dak li fil-qasam tar-restawr u ta' l-arkitettura jissejjaħ \"faċċatiżmu\".", "Fil-qasam tar-restawr u ta' l-arkitettura, il-kelma \"faċċatiżmu\" tintuża meta jkollok bini storiku li min jarah minn barra jaħseb li ma jkunx ġie minsus għax il-qoxra ta' barra tkun tħalliet hemm, imma mbagħad jekk dak li jkun jidħol ġewwa jsib li tant ikun sar tibdil ġo fih li dan il-post lanqas ikun baqa' jintgħaraf.", "Issa hawn ta' min jgħid li huwa faċli ħafna li l-kwestjoni tas-sovranita` tiddeterjora f'faċċatiżmu fejn minn barra jibqgħalek il-faċċata ta' pajjiż sovran, bil-bandiera tiegħu, bl-ilsien tiegħu, bl-innu tiegħu, bil-kap ta' stat tiegħu u bl- istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu, imma mbagħad issib li s-sustanza ta' ġewwa ma tkunx għadha hemm għax id-decision-making powers ewlenin ikunu ġew trasferiti 'l barra minn dak it-territorju.", "Din hija xi ħaġa li għandha għax tinkwetana, u bla ebda dubju għandha ssir diskussjoni bis-serjeta` fuq l-aspetti konkreti tad-decision-making powers, tas-sovranita` u ta' l- isfidi li għandu quddiemu pajjiżna.", "Meta kien qed jiġi diskuss kif se jaħdmu l-istituzzjonijiet futuri li se jkollu l-Bank Ċentrali Ewropew bi 28 jew 30 pajjiż minflok bi 15-il pajjiż, Ernest Welteke, il-president tal-Bundesbank, li huwa l-Bank Ċentrali Ġermaniż, irreaġixxa għall-proposta li kien hemm li fil-futur il-Bank Ċentrali Ewropew jibda jaħdem fuq il-mudell tal-Federal Reserve Bank ta' l- Istati Uniti, fejn hemm sistema t'allotazzjoni, u biex Welteke irreaġixxa għal din il-proposta ma tantx qal affarijiet li għandhom għax iqawwulna qalbna jew jikkonfortawna.", "Għaliex?", "Għax waqt li kien qed jgħid li huwa ma jaqbilx ma' l-allotazzjoni, huwa semma speċifikament lil Malta billi qal: Bħal xejn ma tistennewx li r-rati ta' l-imgħax tal-Ġermanja jibda jissettjahom xi gvernatur bħal dak tal-Bank Ċentrali ta' Malta!", "Jien ngħid li Welteke qal dan il-kliem b'makakkerija u anke bl-istrateġija tal- politika ta' eġemonija, għax il-pajjiżi l-kbar ta' l-Unjoni Ewropea jafu li m'humiex se jiġu mwaqqfa milli jbattlu lill-pajjiżi ż-żgħar minn kull sovranita` u minn kull decision-making power li għandhom.", "Għalhekk fil- fehma tiegħi, il-pajjiżi l-kbar qed jirrikorru għall-faċċatiżmu billi se jipprovaw ma jmissux il-faċċata filwaqt li mbagħad se jbattlu mill-pajjiżi ż-żgħar is-sustanza tad-decision-making powers bil-konsegwenza li l-pajjiżi ż-żgħar mhux se jkollhom spazju fejn jieħdu deċiżjonijiet ewlenin biex ifasslu l-policies tagħhom skond ir-realta` speċifika tal-pajjiż.", "Issa hawn ta' min jagħmel parentesi żgħira u jispjega li meta nsemmu r-realta` speċifika tal-pajjiż, aħna ma nkunux qed nirriferu biss għad-daqs tal- pajjiż imma anke għall-istruttura ekonomika u l-karatteristiċi ta' dik l- istruttura, u l-istruttura ekonomika tal-gżejjer Maltin hija differenti ħafna mill-istruttura ekonomika tal-Ġermanja, ta' Franza, ta' Spanja u ta' l-Italja.", "Għalhekk l-għodda monetarja li għandna bħala pajjiż sovran hija importanti għax sakemm dik l-għodda monetarja tkun f'idejk u tkun qed tużaha u tħaddimha inti, iktar tkun tista' tindirizza l-isfidi, il-problemi u r-realtajiet li joħorġu mis-sitwazzjoni speċifika tiegħek.", "Minħabba f'hekk, fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens li nċedu deċiżjonijiet importanti bħal dawn minn idejna bil-konsegwenza li mbagħad ikollna bilfors naddottaw għal pajjiżna l-one size fits all policies, li jkunu ġew imfassla biex jindirizzaw problemi u realtajiet li huma differenti minn tagħna.", "Fil- każ tagħna, huwa importanti ħafna li nibqgħu bi spazji sovrani għal decision-making powers.", "Mr Speaker, filwaqt li wieħed jista' jargumenta li n-nazzjonaliżmu tal- pajjiżi kbar huwa retrogradu u perikoluż, waħda mill-affarijiet pożittivi li jistgħu jġibu magħhom l-iżviluppi fl-UE tista' tkun - u jien ngħid \"tista' tkun\" għax għad irridu naraw kif se jiżviluppaw l-affarijiet - li l- Ġermanja tingħata l-istruttura ġenerali ta' l-UE bir-riżultat li jkollna a European Germany.", "In-nazzjonaliżmu ta' pajjiż kbir dejjem jista' jkun ta' theddida għan-nazzjonaliżmu ta' pajjiżi viċin tiegħu għax dan jista' jgħaffiġhom, pero` fil-fehma tiegħi, in-nazzjonaliżmu ta' pajjiż żgħir bħal tagħna jibqa' attwali u qatt ma jista' jsir anakronistiku.", "Għaliex?", "Għax in-nazzjonaliżmu ta' pajjiż żgħir bħal tagħna huwa s-survival tal-pajjiż tiegħu, huwa l-vijabbilta` tiegħu, u permezz tan-nazzjonaliżmu tiegħu jkun jista' jżomm ċerti spazji għalih filwaqt li jfassal policies li jiddeċiedi hu skond ir-realta` tiegħu.", "Nafu li dawn l-ispazji huma limitati - fil- fatt f'pajjiżna dejjem kellna spazji limitati - u li bil-proċessi li qed iseħħu, iktar ma jgħaddi żmien dawn l-ispazji iktar qed isiru limitati, u għalhekk aħna, min-naħa tagħna, irridu noqogħdu attenti biex ma nċekknux dak l-ispazju volontarjament.", "Sfortunatament pajjiżna mhux l-ewwel darba li sab mexxejja politiċi li ċedew is-sovranita` tal-pajjiż volontarjament, u dan minkejja li aħna waqqafna r-records ta' kolonjaliżmu b'kunsens u mhux b'konkwista`.", "Irridu ngħidu wkoll li mhux l-ewwel darba lanqas li mexxejja politiċi Maltin iddikjaraw li l-Maltin għandhom dritt imexxu lilhom infushom.", "Dan l-aħħar tfakkret id-dikjarazzjoni li għamlu l-Maltin ta' 200 sena ilu.", "Fil-fatt hemm ħafna aspetti differenti kif tista' tanalizza dik id-dikjarazzjoni, pero` l-punt m'huwiex dak biss.", "L-istorja hija proċess sħiħ, u għalhekk wieħed irid jara kif il-ħakkiema barranin irreaġixxew għad-dikjarazzjoni li għamilnielhom aħna, ċioe` li aħna għandna dritt immexxu lilna nfusna.", "Mir-records miktuba li għandna fl-istorja tagħna - jiġifieri nistgħu mmorru lura sa żmien Monroy - insibu sensila ta' dikjarazzjonijiet fejn mexxejja politiċi Maltin iddikjaraw li aħna għandna dritt immexxu lilna nfusna, pero` dawk li kienu qed jaħkmuna, li ovvjament kienu ikbar minna, assolutament ma tawx kas dawn id-dikjarazzjonijiet u komplew jaġixxu skond l-interessi strateġiċi tagħhom.", "Il-ħakkiema ta' pajjiżna kienu jaraw lilna l-Maltin bħala parti mill-interessi mifruxa tagħhom, u għalhekk huwa importanti ħafna li meta nkunu qed niddiskutu l-qasam finanzjarju, nipprovdu kull spazju possibbli biex kemm jista' jkun, inkunu aħna stess li nfasslu l-policies tagħna ħalli b'hekk ikunu jistgħu jiġu indirizzati r- realtajiet li joħorġu mis-sitwazzjoni speċifika tagħna, li hija marbuta mad- daqs tal-pajjiż, ma' l-istruttura ekonomika tagħna, ma' l-iżvilupp ekonomiku tagħna u ma' ħafna fatturi differenti oħra.", "Huwa importanti li nagħmlu dan għax iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jidher ċar - u dan qed narawh iseħħ kemm fl-inħawi ta' l-Ewropa, kemm fl-inħawi ta' l-Asja, kemm fl-inħawi ta' l-Afrika kif ukoll fl-inħawi tal-pajjiżi Għarab - li meta xi territorju ma jibqgħalux il-poter li jieħu deċiżjonijiet biex iżomm l- iżvilupp ekonomiku tiegħu ħaj u jsir periferija taċ-ċentru, li jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet il-kbar, il-probabbilta` hija l-periferija iktar issir periferija.", "Jekk wieħed kellu janalizza lill-UE, isib li minkejja li formalment u fid- deher jidher li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea huma ugwali fid- decision-making powers, fil-verita` jeżistu inugwaljanzi kbar fil-qalba ta' din l-unjoni.", "Per eżempju, huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn l-Italja ta' Fuq, lejn Milan u lejn dawk l-inħawi u mbagħad jara x'qed jiġri f'postijiet bħall-Greċja biex jara l-inugwaljanzi li jeżistu f'dawk li huma decision-making powers, u waħda mill-affarijiet li tikkaġuna dawn l- inugwaljanzi hija li ma tkunx inħolqot critical density ta' żvilupp biżżejjed biex ċerti pajjiżi jinfluwenzaw il-proċess ekonomiku li jkun qed iseħħ.", "Dan ikompli jsaħħaħ l-argument li għamilt diġa`, ċioe` li l-qasam tas-servizzi finanzjarji għandu jkun parti mill-building blocks ta' dan il- pajjiż, kemm għall-vijabbilta` tiegħu kif ukoll għall-iżvilupp tiegħu, u huwa importanti ħafna li d-deċiżjonijiet li nieħdu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji neħduhom skond il-bżonnijiet tagħna.", "Wieħed irid jara wkoll jekk fl-universita` ta' pajjiżna humiex qed jingħataw korsijiet li jippreparaw lill-istudenti Universitarji biex jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, anke fil-qasam tas-servizzi finanzjarji internazzjonali, li Malta trid tipprovdi bħala parti mill-vijabbilta` u mill-futur tagħha.", "Bħalma jsir f'pajjiżi oħra, dawn is-servizzi finanzjarji għandhom ikunu mfasslin b'mod li jagħmluna kompetittivi biex b'hekk niġbdu ċerta attivita` lejn dan il-qasam.", "Ovvjament ma jagħmilx sens li pajjiż jiżviluppa f'ċertu qasam u mbagħad jittraskura oqsma oħra, u għalhekk waqt li jkun qed isir dan li semmejt, huwa importanti li l-oqsma l-oħra, speċjalment il-qasam tal-manifattura u l- qasam tat-turiżmu, ma jiġux ittraskurati, pero` biex l-oqsma li jeżistu f'pajjiżna jagħmlu suċċess iridu jkunu kompetittivi, liema kompetittivita` trid tħabbatha ma' dik ta' pajjiżi oħra.", "Fl-aħħarnett nerġa' ninsisti li għandna nagħtu kas ukoll l-integrita` tagħna u li f'pajjiżna nżommu l- ispazji kollha li nistgħu biex infassluhom skond l-interessi u r-realtajiet tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa voluminuż, pero` l-mira tiegħu hija waħda; dik li jemenda madwar 11-il liġi, li b'xi jew ieħor, huma kollha kemm huma konnessi mal-qasam tas- servizzi finanzjarji ta' pajjiżna.", "Fil-fatt fost il-liġijiet li qed jemenda, dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali, l- Att dwar il-Borża ta' Malta, l-Att dwar Segretezza Professjonali, l-Att dwar Servizzi ta' Investiment u l-Att dwar iċ-Ċentru ta' Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Dawn huma biss ftit mil-liġijiet finanzjarji prinċipali li qed jintlaqtu b'dawn l-emendi li hawn miġbura f'dan l-abbozz voluminuż.", "Huwa diffiċli li f'ħin limitat, nikkummenta dwar l-emendi kollha, pero' għallinqas se nipprova noħroġ l-iktar elementi mportanti ta' dan l-abbozz, filwaqt li nagħmel riferenza għall-istorja marbuta ma' dan il-qasam f'pajjiżna.", "Mill-bidu nett nixtieq ngħid li jekk kien hawn qasam, għallinqas sal-lum il- ġurnata, li dwaru donnu kien hemm ċertu kunsens bejn in-naħa tal-gvern u l- oppożizzjoni, kien proprju l-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Aħna, bir- responsabbilta` kollha, nagħrfu l-importanza tal-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Jidhirli li llum dan il- qasam jipprovdi madwar 8% tal-GDP ta' pajjiżna, pero' ċertament li hemm lok fejn dan il-qasam jiżviluppa.", "L-eżerċizzju tad-diversi emendi għal-liġijiet finanzjarji ilu għaddej għal ċertu żmien, u dan huwa pass pożittiv.", "Huwa tajjeb li f'dan il-qasam, wieħed jimxi id f'id ma' diversi operaturi biex b'hekk, kemm jista' jkun, we don't rock the boat.", "Huwa għalhekk li anke l-oppożizzjoni, sa mill-bidu tas-snin 90, għarfet din ir-responsabbilta`.", "Jiena niftakar li f'dak iż- żmien kont involut f'diskussjonijiet informali - flimkien mal-kelliem ta' l- oppożizzjoni għall-qasam tal-finanzi ta' dakinhar, Lino Spiteri - li kienu jsiru fil-Ministeru tal-Finanzi u li fihom kienu jingħataw spjegazzjonijiet ta' dawn il-liġijiet, li l-parti l-kbira minnhom huma ta' natura teknika ħafna, biex kemm jista' jkun inwittu l-problemi minn qabel.", "Din il-komunikazzjoni bejn gvern u oppożizzjoni fir-rigward tal-qasam tas- servizzi finanzjarji, minn dak iż-żmien sal-lum, imxiet f'direzzjoni tajba, pero' iddispjaċieni ninnota li minkejja li f'dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol pożittiv, li huwa rifless f'dan l-abbozz ta' liġi, għad m'hawnx dik l-istabilita` fl-pajjiż, li wieħed ikun jista' jserraħ moħħu meta jinvesti f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar snin, anke l-oppożizzjoni Laburista għarfet ir- responsabbilta` li għandha.", "Pero', sfortunatament, kien hemm xi punti ta' diverġenza, fejn per eżempju f'każ partikolari, il-gvern, minkejja l-pre- avviż li ngħata minn din in-naħa tal-Kamra u minkejja li kien jaf bis- sentimenti tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, xorta waħda ressaq dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il-Kamra, bil-konsegwenza li kważi kważi, illum se tinkiteb paġna ġdida fl-istorja, għax mhux se jkun hawn qbil unanimu dwaru.", "Din hija ħasra.", "Jien nemmen li għandna naħdmu biex dawn it-tip ta' stumbling blocks jiġu evitati.", "Hemm bżonn Ii xi kultant, xi wħud jinżlu minn fuq il-pedestall biex jgħinu ħalli jinżamm il-famuż kunsens fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Mr Speaker, se ngħaddi issa biex nagħti ħarsa li dak li qed jitressaq permezz ta' dawn emendi li għandna quddiemna llum.", "Nistgħu ngħidu li hemm diversi affarijiet li l-ħsieb warajhom huwa wieħed tajjeb, u ċioe` biex f'dan il-qasam ikun hawn sigurta` akbar, kemm għal dawk li jinvestu kif ukoll għall-konsumaturi ta' prodotti finanzjarji.", "Dan huwa in line ma' dak li nixtiequ naraw jiġri f'dan il-qasam, u ċioe` li anke fix-xena internazzjonali, inkunu magħrufa bħala pajjiż serju, bħala pajjiż li m'huwiex lest li jaċċetta kollox biex jara l-figuri telgħin, pajjiż li m'huwiex lest li jkun sempliċiment forma ta' tax haven għal ċerti kumpanniji, jew xi post fejn wieħed jista' jagħmel money laundering, imma pajjiż serju, li jrid investiment serju, li jrid tkabbir ekonomiku serju.", "Għalhekk, minbarra l-kwantita`, f'dan il-qasam hija mportati wkoll il- kwalita`.", "Jien nazzarda ngħid li dan huwa prinċipju sagrosant, għax biex wieħed jirbaħ reputazzjoni tajba, irid jieħu ċertu żmien u jagħmel bosta sagrifiċċji, imma biex jitlef il-kredibilita`, jista' jagħmel dan faċilment, mingħajr wisq kumplimenti.", "Waħda mil-liġijiet li se tiġi emendata permezz ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna hija l-Banking Act ta' l-1994.", "Tajjeb li wieħed iħares ftit lejn il-punti prinċipali, fid-dawl ta' dak li qed jingħad.", "L-ewwelnett, qed jitwessa` l-iskop tad-definizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontroll ta' dan il-qasam.", "Qed jitwessgħu l-forom ta' l-attivitajiet u l-kunċett ta' business banking u ċerti attivitajiet addizzjonali qed jiġu elenkati fl- istess emendi.", "Barra minn hekk, minkejja li l-kelma \"bank\" se tibqa' tintuża fl-isem ta' xi bank partikolari, għall-finijiet tal-liġi qed tiġi sostitwita bil-kelma \"credit institution\".", "Għall-benefiċċju ta' dawk li qed jisimgħuna, irrid ngħid li dan it-tibdil, dan it-twessigħ fil-qasam tas- servizzi finanzjarji, sa 20 sena ilu lanqas biss konna noħolmu bih.", "Illum il-banek m'humiex purament istituzzjoni li tislef u flus u tgħin lil individwu biex iġemma, imma tidħol f'areas oħra, bħalma hija l-insurance.", "Nafu li biex persuna tissellef somma flus mill-bank, trid tiftaħ insurance policy biex tiggarantixxi lill-bank il-proprjeta` li għaliha tkun issellfet il-flus, filwaqt li tiggarantixxi fuqha nnifisha, biex jiġri x'jiġri, il- bank jitħallas dejjem.", "Għalkemm hawn Malta għadna ma wasalniex għal ċerti affarijiet, f'pajjiżi barranin ċerti banek jagħmlu anke testmenti.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ eżempji biex nuri it-tifsira tal-kelma \"bank\" titwessa' meta tinbidel għal \"credit institution\".", "Fir-rigward tal-protezzjoni u s-sigurta` li semmejt iktar kmieni, insibu emenda għal dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni ta' shareholder f'bank.", "Per eżempju fil-każ ta' persuna li tkun se jixtri ishma sostanzjali, li jħallu effett fuq it-tmexxija ta' bank partikolari, jew jekk ikunu se jsiru xi mergers bejn bank u ieħor, qabel kien hemm il-bżonn tal-permess ta' l-awtorita` kompetenti.", "Illum, ir-rwol ta' l-awtorita` kompetenti huwa xi ħaġa iktar kontiwa, mhux xi ħaġa inizjali, fejn tagħti l- permezz u tieqaf hemm, imma tkompli ssegwi.", "Fil-fatt, jinżamm ukoll ċertu monitoring, fis-sens li f'ċerti azzjonijiet li jistgħu jittieħdu għad- detriment ta' tmexxija prudenti u b'saħħitha tal-management tal-credit institution jew tal-bank involut, l-awtorita` tkun tista' tintervjeni biex tara li tingħata l-protezzjoni neċċessarji lil min ikun jinħtieġha.", "Anke fir-rigward tal-protezzjoni tad-depożitant, f'dan l-abbozz ta' liġi nsibu klawsola partikolari li għall-ewwel darba qed tagħti l-poter lill- Ministru li jagħmel regolamenti għall-protezzjoni tad-depożitanti, fejn ikun jinħass li l-istituzzjoni ta' kreditu, jew banek, jistgħu ma jkunux kapaċi jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom vis-à-vis d-depożitanti.", "Din hija wkoll xi ħaġa pożittiva, għax mill-esperjenza tgħallimna li sigurta` trid tkun hemm anke għal min se jafda ġidu f'idejn dawn l- istituzzjonijiet.", "Xi ħaġa li jien nemmen li hija mportanti ħafna, anke fid-dawl ta' esperjenzi passati li kellna f'pajjiżna, hija l-kwestjoni tal-bad and doubtful debts.", "Dawn l-emendi se jagħtu l-poter lill-awtorita` kompetenti, li toħroġ direttivi bankarji biex jirregolaw dan il-qasam.", "Qed ngħid dan għax anke fil-passat riċenti kellna każijiet fejn l-operat ta' ċerti ditti, operaturi u negozjanti ġie under scrutiny jew under questionmark.", "Aħna nemmnu li permezz ta' din il-klawsola ġdida, jista' jkun hemm kontroll iktar xieraq min-naħa ta' l-awtoritajiet kompetenti.", "Nista' nsemmi bħala eżempju lill-każ tal-Priceclub u lill-famuż każ tad-Daewoo, fejn forsi seta' kien hemm under protection vis-à-vis l-garanziji li kien hemm għall- ammont ta' flus li ingħata f'self.", "Dawn huma kollha areas li issa, permezz ta' dawn l-emendi, wieħed jista' jibda jaħdem fihom b'mod iktar konkret, u l-gvern għandu l-poter li permezz ta' regolamenti, jagħti direttivi għalihom.", "Fir-rigward tal-kwestjoni ta' l-att tal-MFSC, nista' nelenka tliet bidliet prinċipali li qed jinstiga dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L- ewwelnett, l-emenda prinċipali tgħid li l-MFSC kif nafuh sal-lum il- ġurnata, se jispiċċa u se jsir awtorita`.", "Pero' din m'hijiex kwestjoni ta' tibdil fl-isem.", "Huwa mportanti li nispjegaw u nifhmu xi tfisser din.", "Fil- fatt qed jiġi stabbilit li dan iċ-ċentru jsir awtorita` u t-tliet regulators li hawn bħalissa fil-pajjiż, li huma l-Bank Ċentrali, l-MFSC u l- iStock Exchange, ikunu kollha miġburin fil-Malta Financial Services Authority.", "Ovvjament aħna bħal oppożizzjoni għandna r-riservi tagħna, li urewhom biċ-ċar diversi kelliema fid-diskors tagħhom.", "Jien nispera li 'l quddiem jkolli l-opportunita` li nirriferi għalihom f'iktar dettal.", "Mr Speaker, jien naħseb li jagħmel sens li f'dan il-pajjiż ikun hawn ċertu harmonisation, ċerta kumplimentazzjoni bejn regolatur u ieħor.", "Pero', li wieħed jabbanduna r-rwol ta' supervisional monitoring tal-qasam bankarju, partikolarment fil-konfront tal-Bank Ċentrali, naħseb li iktar jista' jaħdem b'mod negattiv għall-ekonomija, milli b'mod pożittiv.", "Jien ngħid li permezz ta' dawn l-emendi qegħdin nitilqu minn idejna ċerti kontrolli, possibilitajiet u makkinarji li kienu jeżisti sal-lum il-ġurnata.", "It-tieni emenda bażika li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi tgħid li l-offshore companies u n-nominee companies għandhom jiġu deleted, filwaqt li l- awtorita` l-ġdida se jkollha funzjonijiet ġodda.", "Bażikament din l-awtorita` se tieħu ħsieb żewġ areas, waħda li għandha x'jaqsam mal-monitoring ta' liġijiet li jaffettwaw il-consumer financial services, u l-oħra li għandna x'taqsam ma' rwol investigatorju.", "Dan nista' norbtu wkoll ma' dak li qed isir taħt il-Banking Act, fl-emenda li semmejt għall-bad and doubtful debts, fejn qed jingħad li tista' ssir investigazzjoni dwar allegazzjonijiet, prattiċi jew attivitajiet li jkunu detrimentali għall- konsumaturi ta' servizzi finanzjarji.", "Ir-raba' tibdila prinċipali taħt din il-liġi se tkun l-appointment ta' consumer complaints manager.", "Anke hawnhekk, naħseb li din hija novita` importanti għal dan il-qasam, fejn għall-ewwel darba se jkun hemm persuna nkarigata biex tinvestiga complaints, mhux biss ta' ditti, banek jew istituzzjonijiet ta' kreditu, imma anke tal-konsumatur privat, tal-private individual.", "Hawnhekk mill-ewwel jiġuni f'rasi affarijiet li qegħdin jiġru f'pajjiżna llum, u li pernezz ta' dawn l-emendi qed jingħataw poteri aħjar biex wieħed ikun jista' jara li dawn ma jiġrux.", "Aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni urejna biċ-ċar il-biża' ta' dominanza tas-suq bankarju Malti mill-HSBC, u naħsbu li anke ċerti prattiċi li qegħdin jiddaħħlu f'pajjiżna unilateralment minn dan il-bank, huma detrimentali ħafna għall-konsumaturi.", "Dan l-aħħar kien hemm eżempju klassiku fejn l-HSBC introduċiet politika li meta konsumatur li jaħdem b'dan il-bank ikollu kontijiet li ma jammontawx għal iżjed minn Lm75, il-bank ikun jista' jiċċarġjah xi Lm4 kull tliet xhur.", "Din il-proċedura li ħareġ biha dan il-bank partikolari, s'issa għadha ma ġietx ikkopjata minn banek oħrajn.", "Safejn naf jien, kien sar xi appell lill-MFSC, fl-istruttura preżenti tagħha, biex ikun investigat kemm din hija proċedura leċita għal dan il-qasam.", "Sal-lum għadni ma nafx x'ġara minn dik l-investigazzjoni.", "Jekk hemm xi konklużjonijiet tajjeb li wieħed ikun mgħarraf bihom għax hawn ħafna konsumaturi żgħar li jħarsu lejn il- bank bħala possibbiltà ta' tfaddil.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jgħidilhom x'inhu jiġri f'dan il-qasam.", "Għaldaqsant huwa fatt pożittiv li fost l-emendi li għandna f'dawn il- liġijiet wieħed qed iwieġeb għall-complaints tal-konsumaturi permezz tal- consumer complaints manager u anke għall-kwestjoni ta' regolamentazzjoni ta' ċerti prattiċi.", "Fost il-funzjonijiet tiegħu nsibul-promotion tal- general interests u legitimate expectations, promotion ta' fair competition fi prezzijiet u anke choices li jista' jkollu l-konsumatur f'dan il-qasam.", "Dawn kollha tista' torbothom ma' eżempji li jiġru fil-ħajja ta' kuljum, għaliex at the end of the day din hija kompetizzjoni, u fil-qasam tal-banek is-suq huwa ddominat illum.", "Għalhekk wieħed irid jara li jkun hemm ċerti kontrolli - mhux f'sens negattiv, imma kontrolli ta' protezzjoni għall- konsumatur in ġenerali - u li jkun hemm anke monitoring ta' trading practices.", "Għandu jkun hemm anke l-possibbiltà li jinħarġu guidelines għall-pubbliku in ġenerali f'dan il-qasam.", "Dawn il-funzjonijiet huma simili għal dak li għandu d-direttur ta' l- affarijiet tal-konsumatur.", "Fil-fatt taħt il-Consumer Affairs Act insibu klawsola simili vis-à-vis l-konsumatur.", "Din forsi hija aktar speċifika għax hija marbuta mal-qasam tas-servizzi finanzjarji, però huwa tajjeb li jiġu ntrodotti affarijiet oħrajn.", "Ovvjament issa se jkun hemm ukoll regulations li jistgħu jistabbilixxu skemi ta' kumpens li għall-protezzjoni tal-konsumatur in ġenerali.", "Nixtieq inħares ftit lejn l-Investment Services Act fejn se jidħlu konċetti oħrajn taħt il-kappa ta' din il-liġi.", "Naħseb li din hija waħda mill-iktar emendi sostantivi li fih dan l-abbozz ta' liġi għax qed jiġu ntrodotti emendi partikolari għal-liġi ta' l-1994.", "Fosthom hemm il-karatteristika ta' risk spreading li għandha tkun xi ħaġa mandatorja f'dak li għandu x'jaqsam ma' reġistrazzjoni ta' collective investment schemes.", "Din wieħed jifhimha.", "Risk spreading ifisser li jkollok skema fejn ir-riskji tagħha jkunu kemm jista' jkun mifruxin biex jekk tmur xi ħaġa ħażina f'area partikolari fejn ikunu investiti dawk l-iskemi, allura d-daqqa ma tkunx daqshekk kbira.", "Jekk ikollok ir-riskju mifrux ikollok il-flessibbiltà li għandek iktar stabbiltà f'dik l-iskema, li jkollok possibbiltà li dik tissaħħaħ u, jekk jiġu mewġ negattivi, il-probabbiltà hija li din tista' tkabbar 'il quddiem.", "Fi klawsola 2 ta' dan l-abbozz għandna definizzjoni ġdida ta' \"investment advertisement\".", "Naħseb dan huwa importanti ħafna, partikolarment minħabba l-mod kif qed jiżviluppa s-suq illum, fejn qed jiġu riklamati numru kbir ta' investment schemes, funds, eċċ. li tarahom wara l-aħbarijiet f'xi rapport finanzjarju jew fil-ġurnali.", "Hija ħaġa tajba li jsir advertisement f'dan il-qasam, imma rridu noqogħdu attenti li dan ikun faithful kemm jista' jkun, ma jkunx qed imexxi lill- bniedem minn imnieħru, imma jagħtih il-fatti u l-għażla vera li għandu quddiemu meta jiġi biex jagħżel jekk huwiex se jinvesti f'ċerti investment schemes jew le.", "Mr Speaker, jekk ikun hemm xi breach ta' kondizzjonijiet tal-liċenzja se jkun hemm il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti timponi multa amministrattiva sa massimu ta' Lm40,000.", "L-awtorità kompetenti tista' tikkanċella u anke tissospendi liċenzja għall-protezzjoni ta' l-investituri u tal-pubbliku in ġenerali.", "Apparti minn hekk licence holder irid javża wkoll lill-awtorità kompetenti fuq bażi kontinwa bit-tibdiliet jew ċirkostanzi li jistgħu jagħtu lok għal dawk li ngħidulhom close links.", "Fost l-emendi għall-Att dwar Servizzi ta' Investiment insibu li għandu jidħol artikolu ġdid li jgħid li min jipprovdi servizzi amministrattivi f'dan il-qasam irid ikun rikonoxxut mill-awtorità kompetenti.", "U din hija ħaġa tajba għaliex wieħed jifhem li f'dan il-qasam irid ikun hemm nies imħarrġa u ta' l-affari tagħhom.", "Allura jekk ikunu recognised mill- competent authority hemm il-probabbiltà li jkunu nies li għaddew minn ċertu taħriġ u għandhom esperjenza ħalli jkunu jistgħu jagħtu kontribut fid- direzzjoni pożittiva.", "Artiklu 10 ta' l-Att dwar Servizzi ta' Investiment, kif propost fi klawsola 139, jgħid ukoll li meta l-influwenza eżerċitata minn persuna li takkwista jew li tipproponi li takkwista kapital azzjonarju x'aktarx li jkun ta' preġudizzju għall-amministrazzjoni tajba u prudenti ta' detentur ta' liċenzja, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ avviż ta' oġġezzjoni u teżerċita kull setgħat mogħtija lilha taħt dan l-Att.", "Mr Speaker, aħna m'aħniex ngħidu li l-advertisements se jiġu approvati mill- competent authority, imma r-responsabbiltà tintefa' fuq l-operaturi biex jiġu mħarsa l-expectations tal-pubbliku.", "Fil-fatt l-istockbroking fih innifsu se jibda jiġi kkonsidrat bħala investment service fih innifsu wkoll.", "Interessanti li bħala instrument f'dan il-qasam se jkun hemm anke dik li ngħidulha l-acknowledgement of debt, jew kostituzzjoni tad-debitu, kif ngħidu bil-Malti.", "Dawn huma t-tibdiliet prinċipali li se jkun hemm taħt l-Investment Services Act.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex possibbli li tidħol fil-fond f'ħafna minnhom, imma naħseb li fil-qosor qed niġbor tajjeb x'se jkunu t-tibdiliet li huma marbutin waħda ma' l-oħra b'tali mod li jimbuttaw f'direzzjoni waħda.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iStock Exchange Act, fejn qed jiġu ntrodotti compensation funds li wkoll qed jassiguraw ċerta sigurtà f'dan il-qasam.", "Qed jidħlu aspetti oħra fis-sens li anke jiġu rikonoxxuti ċerti tibdiliet teknoloġiċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħalma huma l-electronic institutions li jaħdmu bis-saħħa tat- teknoloġija moderna, li mhux biss ġewwa pajjiżna imma tista' tgħid mad- dinja kollha qed jieħdu rwol akbar f'dan il-qasam.", "Għalhekk tajjeb li wieħed ikun jista' jirregola wkoll dan il-qasam.", "Sur President, fil-ħin li kelli dort dawra ma' l-emendi prinċipali ta' dawn il-liġijiet u rajt kif huma marbutin waħda ma' l-oħra f'direzzjoni komuni.", "Però fl-aħħar ftit minuti li għandi nixtieq ngħid fejn m'aħniex qed naqblu.", "Jien dejjem nipprova nkun kostruttiv f'dak li ngħid, però mill- oppożizzjoni huwa d-dmir tagħna li nuru fejn hemm nuqqas ta' qbil biex inkunu ċari fil-pożizzjonijiet li nieħdu.", "Għalkemm ikun hemm min jipprova jdawwar l-affarijiet u sfortunatament ipinġina f'dawl negattiv, meta nitkellmu fuq dan il-qasam b'mod partikolari, li sal-lum dejjem kien hawn ċertu consensus dwaru, aħna rridu nuru kemm fejn kien hemm il-pożittiv f'dawn l-emendi u kemm fejn kien hemm in-negattiv.", "Aħna m'aħniex qed naqblu dwar il-fatt li ċerta regolamentazzjoni li sal-lum il-ġurnata kienet issir mis-Central Bank issa se tibda taqa' taħt regolatur uniku li qed jiġi maħluq b'dan l-abbozz ta' liġi.", "Ir-regolatur uniku huwa dak li qed jissejjaħ il-Malta Financial Services Authority minflok l-MFSC.", "Minn din in-naħa tal-Kamra qed nopponu għal dan il-kambjament għax nemmnu li jekk se jsir dan il-pass - li fl-opinjoni tagħna qed isir biss biex inkunu in line mal-politika ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea bħalma ġara f'diversi oqsma oħrajn - il-Bank Ċentrali tagħna se jaqa' taħt il-European Central Bank.", "Ħalli ngħid dan x'se jkun ifisser.", "Aħna nemmnu li sal-lum dan il-Bank Ċentrali, bil-poteri li għandu, għandu s- saħħa u għandu ċerta awtonomija.", "Tajjeb li tissaħħaħ l-awtonomija, imma se tissaħħaħ l-awtonomija bil-passi li qed naraw jittieħdu permezz ta' dawn l-emendi fil-konfront tal-Bank Ċentrali?", "Bl-għodda li għandu sal-lum il- Bank Ċentrali jista' jirregola ir-rati ta' l-imgħax.", "Aħna nemmnu li din hija għodda utili u importanti ħafna għax ir-rati ta' l- imgħax għandhom influwenza enormi tista' tgħid fuq il-qasam ekonomiku kollu.", "Tiġi effettwata l-kompetittività tal-manifattura, tal-qasam tal- produzzjoni, l-istabbilità fil-prezzijiet, l-aspett tad-demand and supply fil-qasam ekonomiku u b'mod dirett anke l-inflazzjoni ġewwa pajjiżna.", "Kollox huwa marbut mal-fatt li r-rata ta' l-imgħax tista' jiġi regolata mill-Bank Ċentrali tagħna.", "U l-indikazzjonijiet huma li l-inflazzjoni hija on the increase u mhux on the decrease.", "U iktar ma jiġri hekk iktar ikun importanti li l-Bank Ċentrali jkollu din l-għodda biex jaħdem.", "Kif qed jiġi propost mill-gvern tal-ġurnata din l-għodda se titwarrab, fis-sens li dan ir-rwol se jgħaddi għand l-awtorità.", "Barra minn hekk, bil-politika li miexi biha dan il-gvern, il-Bank Ċentrali tagħna se jaqa' taħt il-European Central Bank u ovvjament il-Bank Ċentrali u l-istituzzjonijiet se jkunu marbutin bid-deċiżjonijiet li joħorġu minn hemmhekk.", "Aħna nemmnu li dan mhux qed isaħħaħ l-awtonomija.", "Jien napprezza l-kumment li għamel il-Ministru Dalli fl-introduzzjoni tiegħu għal dawn l-emendi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Meta tkellem fuq il- Bank Ċentrali qal li inqas ma jkun hemm indħil politiku iktar aħjar.", "Jien naqbel ma' dan l-approach fil-qasam tas-superviżjoni partikolari ta' l- istituzzjonijiet ta' kreditu.", "Però filwaqt li wieħed qed jevita l-indħil tal-politiċi naħseb li qegħdin nixħtu x-xbieki tagħna x'imkien ieħor, fejn daqstant jistgħu jkunu ta' periklu għall-ekonomija tagħna.", "Ċertament naħseb li dan m'huwiex se jkun ta' vantaġġ għalina imma aktar jista' jkun ta' detriment.", "Aħna ma nixtiqux li l-Bank Ċentrali tagħna jkollu jbaxxi rasu għal dak li jiddettawlu minn barra, mingħajr ma jħares lejn iċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna, mingħajr ma jkun hemm komprensjoni tas-suq partikolari tagħna, li huwa wieħed ta' ekonomija mħallta.", "Jekk isir dan aħna nemmnu li deċiżjonijiet li jkunu qed japplikaw għal pajjiżi ferm u ferm akbar minna ma jkunux ta' vantaġġ u ta' sostenn għall-ekonomija tagħna.", "Mentri kif inhi s- sitwazzjoni llum il-ġurnata għandna possibbiltà li nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "It-tieni punt ta' diverġenza - u nieħu pjaċir ninnota li se titressaq emenda min-naħa tal-gvern dwaru - huwa fuq il-kwestjoni tat-tmexxija tal- Bank Ċentrali.", "Aħna ma naqblux li jkollna gvernatur li nibqgħu marbutin bih għal ħames snin.", "Dan qed ngħidu għaliex anke l-esperjenza għallmitna li rridu noqogħdu attenti li l-amministrazzjoni tal-ġurnata jkollha ċerta flessibbiltà u l-possibbiltà li tirrevedi l-pożizzjoni tan-nies li jkunu qed imexxu l-istituzzjonijiet varji, fosthom il-Bank Ċentrali, u tara jekk hux fl-interess pubbliku li jkompli jmexxi xi individwu partikolari jew li jkun hemm tibdil.", "Naħseb li l-gvern tal-ġurnata għandu dritt jagħmel dan, u m'huwiex sew li l- gvern jipprova jxekkel idejn gvern Laburista ġdid li se jkun hawn fil- pajjiż minn hawn u ftit ieħor.", "Issa nnotajna li l-gvern fuq dan il-qasam se jagħmel irtirata u jaqbel li jkun hemm emenda f'dan is-sens, imma jidher li l-gvern baqa' joġġezzjona għall-emenda bażika dwar is-supervisory powers tal-Bank Ċentrali.", "Mr Speaker, naħseb li fil-kontribut żgħir li tajt ipprovajt ma nkunx negattiv, imma ħriġt il-punti li ridt noħroġ.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi.", "Mr Speaker, għalkemm din il-liġi hija waħda voluminuża, kif qed jgħidu tajjeb il-kollegi taż-żewġ naħat, meta tagħsarha sew il-prinċipju f'din il-liġi huwa wieħed li b'sempliċità kbira qed jaġġorna aktar il-bżonn ta' dan il-pajjiż fl-espansjoni kbira finanzjarja li għandu.", "Din hija r-realtà kuntrarjament għall-propaganda Ii ssir minn xi wħud.", "Permezz ta' dawn l-emendi aħna qegħdin nerġgħu nagħmlu pass ieħor 'il quddiem biex f'dan il-pajjiż inkomplu nibnu s-settur finanzjarju.", "Kull pajjiż jidħol f'din il-fażi pero' kull pajjiż jista' jieħu żewġ attitudnijiet; jew jieħu l-attitudni li jistenna l-affarijiet jiġu fuqu jew inkella jipprova jkun pro-attiv u jkun pass 'il quddiem minn ħaddieħor.", "Għalhekk dawn l-emendi li qed inressqu huma pass ieħor.", "Wieħed irid igħid ukoll li aħna ma bdejniex din it-triq illum u qed inħaffu biex nipprovaw inlaħħqu maż-żmenijiet.", "Fil-fatt il-passi l-kbar ma ħadnihomx illum imma ħadnihom fi żmenijiet oħrajn u llum qegħdin inżidu fuq dak li għamilna.", "Dan huwa mportanti ħafna għax ebda pajjiż ma jista' jaħbi lilu nnifsu minn din ir-realtà.", "Din hija realtà li tiġi fuq kull pajjiż u fuq kull partit, hu min hu.", "Aħna mhux qed ninjoraw ir-realtajiet tas-suq jew dak li qed jiġri fl-ekonomija.", "Aħna lanqas m'aħna qed ngħidu li aħna kuntenti bl-ekonomija kif inhi llum u se nieqfu hemmhekk.", "Aħna ilna nilleġislaw fuq is-settur finanzjarju, fuq is-settur bankarju u fuq is- settur li għandu x'jaqsam ma' l-investiment u man-negozju.", "Illum dawn is- setturi tant huma speċjalizzati u mportanti li l-Istat Malti ̧ permezz tal- partit Nazzjonalista, kien aktar 'il quddiem minn ċerti pajjiżi Ewropej.", "Fil-fatt il-gvern ħa ħsieb li jdaħħal numru ta' liġijiet biex dan is-settur mhux biss ikun regolamentat imma min jaħdem f'dan is-settur barra minn Malta jsib f'pajjiżna l-mekkaniżmi ppreparati li jnisslulu fiduċja fl- investiment tiegħu.", "L-iskop ta' dak li qed nagħmlu hawnhekk huwa biex min jixtieq jinvesti fl- ekonomija Maltija jsib il-qafas li bih l-ekonomija tal-pajjiż ma taqax lura imma timxi aktar 'il quddiem.", "Kuntrarjament għal dak li wieħed jista' jaħseb, fuq din il-linja aħna qegħdin ferm aktar on the ball milli huma tan-naħa l-oħra.", "Sur President ̧ qed ninnota li l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra qed igħidu li b'din il-liġi qed ngħaddu l-kontroll li kien isir fis-Central Bank lill- MFSC.", "Dan l-argument huwa kompletament żbaljat u juri nuqqas ta' memorja mill-ħbieb tiegħi tan-naħa l-oħra għax dan il-pass sar fl-1994 jiġifieri tmien snin ilu.", "Meta dakinhar għaddejna l-Att XV li kien il-Banking Act il- gvern kien diġà stabbilixxa li dan l-iskrutinju, li kien isir mis-Central Bank, jibda jsir minn istituzzjoni oħra li jagħżel il-Prim Ministru.", "Fil- fatt dak iż-żmien diġà kien hemm indikat li l-MFSC se jkollha dan l- inkarigu li diġà qed tagħmel illum.", "Wieħed irid igħid ukoll – dan juri nuqqas ta' memorja min-naħa l-oħra – li tan-naħa l-oħra kienu qablu mal-Banking Act u kienu vvotaw favur tiegħu.", "Dan ifisser li dak iż-żmien huma kienu qed japprovaw dak li llum qed jilmentaw minnu.", "Bir-rispett kollu dan juri li tan-naħa l-oħra ma jafux verament x'qed isir f'dan is-settur.", "Huwa inkwetanti li f'pajjiż ikollok partit li jaf x'inhu jiġri f'dan is-settur u li jagħraf kemm dan huwa delikat u mbagħad ikollok partit ieħor li jkun mitluf u ma jkunx qed jifhem biżżejjed ir-realtajiet li diġà qed joperaw.", "Nixtieq infakkar ukoll li fl-1994 kienet saret emenda speċifika fl-Att XXVI li huwa The Central Bank of Malta (Amendment) Act u l-kollegi tagħna tan- naħa l-oħra kienu qablu magħna wkoll dwarha.", "Għalhekk din mhijiex xi ħaġa li saret f'ġurnata waħda u ta' malajr imma saret f'darbtejn u dan il-punt kien ħareġ ċar ħafna fid-dibattiti li saru.", "Dan huwa mportanti ħafna li jiġi sottolineat għax qed nieħu l-impressjoni li l-oġġezzjoni prinċipali tal-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra hija preċiżament din il-ħaġa.", "Għalhekk din mhi oġġezzjoni xejn għax l-ewwelnett din diġà qed topera b'mod tajjeb u t-tieni nett għax il-ħsieb li dawn il-poteri jgħaddu għand l- MFSC kien tajjeb ukoll.", "Hawnhekk qed issir għagħa għax donnu din se tikkrolla waħda mill-pilastri ekonomiċi ta' pajjiżna u f'daqqa waħda se mmorru l-baħar, il-banek se jibdew jagħmlu li jridu u li fis-settur ekonomiku se jkun hemm il-vulkani.", "Pero' din mhijiex ir-realtà għax nerġa' ntenni li din qed titħaddem tajjeb u l-kollegi tagħna tan-naħa l- oħra lanqas biss indunaw li qed titħaddem.", "Dan ifisser li din tant ma ħolqot ebda forma ta' problema li ħadd ma nduna li diġà qed topera ħlief in- nies li huma direttament involuti fis-settur.", "Dan huwa awgurju tajjeb.", "Sur President ̧ il-ġimgħa l-oħra kelli opportunità li nagħmel diskors fil- Parlament u kkwotajt artiklu interessanti li kiteb Peter Mandelson li kien ministru tal-gvern Laburista ta' Tony Blair.", "Fil-fatt Peter Mandelson ta pariri f'artiklu li kiteb f'\"The Times of London\" lill-partit tax-xellug.", "Dan qal li ma jistax ikun li dan ma jaċċettax ir-realtà tal- globalizzazzjoni u r-realtajiet ġodda ta' l-ekonomija.", "Qal ukoll li jekk ma jkollokx gvern attiv biex jissoda dawn l-affarijiet ̧ tmur lura.", "Issa jien se nikkwota l-kliem testwali tiegħu li huma dawn:", "\"The other one is to acknowledge that both businesses and individuals need to be equipped by active governments to prosper in a global economy.\".", "Huwa proprju dan li qed jagħmel il-Ministru John Dalli b'dawn l-emendi.", "Dan qed jagħti role importanti lill-gvern f'dan is-settur ekonomiku mhux biss bħala regolatur imma wkoll bħala persuna li tieħu ħsieb li tkompli tkebbes in-nar ta' l-ekonomija.", "Dan huwa l-pass kbir li qed nagħmlu.", "Fis- settur ekonomiku, ħadd ma jixhed - huma min huma n-nies tat-teoriji ekonomiċi - li hemm pożizzjoni mportanti tal-gvern fir-regolamentazzjoni tas-settur ekonomiku.", "Huwa proprju dan li l-gvern qed jerġa' jagħmel b'din il-liġi.", "Din il-liġi qed tkompli tissoda u ssaħħaħ it-tixrid tal-ġid fil- pajjiż għax dan huwa importanti.", "Illum m'għadhiex l-ekonomija ta' 50 sena ilu, ta' 20 sena ilu u ta' għaxar snin ilu.", "Illum l-ekonomija trid tħares 'il quddiem.", "Il-ħsebijiet ekonomiċi kollha li kien hawn matul dawn l-aħħar żewġ sekli rridu nerġgħu nistudjawhom u nanalizzawhom mill-ġdid.", "Dan hu li qed nipprovaw nagħmlu b'dawn it-tip ta' emendi fil-liġijiet; li nsaħħu l-istrutturi ekonomiċi ta' pajjiżna biex inkunu nistgħu nilqgħu għall- eventwalitajiet li ġejjin fuqu fil-futur.", "Dawn huma miżuri li jsaħħu l- ġustizzja soċjali għax jieħdu ħsieb Ii jipproteġu lil kulmin huwa nvolut f'dan is-settur.", "Illum ma nistgħux nibqgħu naħsbu b'ċerta mentalità ta' xellug antikwat fejn il-kapitalist biss jista' jieħu sehem fl-ekonomija u fl-investiment.", "Illum kull ħaddiem u kull bniedem li jġemma' ftit flus huwa potenzjalment investitur li jieħu sehem fl-ekonomija nazzjonali.", "Huwa dan li aħna qed nieħdu ħsieb.", "Sur President, klawsola 55 titkellem fuq is-setgħat tal-qorti u hemm previst setgħat kbar lill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili li huma mdaħħla għal tapposta biex ikollna moħħna mistrieħ li jkollna l-kontroll f'dan is- settur.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Il-qorti tista' tagħti dawk l-ordnijiet li jidhrilha xierqa biex twaqqaf il-ksur jew ̧ skond il-każ ̧ li teħtieġ lill-persuna msemmija fil-(a) jew (b) ta' dan is-subartikolu ̧ jew lil xi persuna oħra li fil-fehma tal- qorti kienet xjentement konċernata fil-ksur ̧ biex tieħu dawk il-passi li l-qorti tista' tordna.\".", "Dan ifisser li huwa rari ħafna fil-liġi tagħna li klawsola tagħti poteri kbar lill-qorti pero' dan qed nagħmluh biex inkomplu nikkontrollaw l- affarijiet kif jixraq.", "Issa dawn l-affarijiet mhux qed nikkontrollawhom billi nifgawhom jew billi ma nħallux l-affarijiet jimxu 'l quddiem imma billi ma nħallu lil ħadd jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu.", "Aħna qed nagħtu dawn il-poteri kbar lill-qorti biex iġġib lil dak li jkun lura f'postu.", "Wieħed irid igħid ukoll li fil-qrati tagħna qed naraw kambjament fuq dawn il-liġijiet finanzjarji għax hemm bżonn li tinbena l-kultura li l-qrati tagħna jkunu d-difensuri ta' dawn is-setturi wkoll.", "Kultant wieħed jieħu l- impressjoni li f'dawn is-setturi wieħed jipprova jmur lura għal ċerti teoriji tal-Medju Evu fejn kien hemm ċerta awto-regolamentazzjoni u regoli fis-settur ekonomiku partikolari u awto-regolamentazzjoni interna wkoll mingħajr ma kien hemm l-intervent ta' l-Istat.", "Dan mhux dejjem huwa tajjeb għax is-sanzjoni qawwija li għandha l-qorti ta' kull Stat hija xi ħaġa li ma tista' qatt tintrebaħ minn xi settur ieħor.", "Għalhekk din il-liġi mhux biss qed tiftaħ il-binarji sabiex inti tieħu ħsieb li jkun hemm tħaddim aħjar ta' dan is-settur kollu kemm hu pero' qiegħda wkoll tieħu ħsieb li tqiegħed lill-qorti Maltija f'dik il- pożizzjoni tant b'saħħitha biex kulmin jopera f'dan is-settur iġib lilu nnifsu in regola.", "Fil-fatt klawsola 55 titkellem fuq żewġ każijiet interessanti ħafna u tgħid hekk:", "\"Jekk ̧ fuq rikors magħmul mill-Awtorità lill-Qorti Ċivili ̧ Prim'Awla, il-qorti tkun sodisfatta li –", "ikun hemm probabbiltà raġonevoli li persuna tkun se tikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att ....\".", "Dan ifisser li jkun hemm atti, li diġà bdew iseħħu ̧ li fihom ikun hemm indikazzjoni ċara li persuna se tikser parti minn din ir-regolamentazzjoni.", "Għalhekk aħna qed nagħtu l-poter lill-awtorità biex tieħu ħsieb li dan is- settur jaħdem tajjeb.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li dan qisu s-settur tal- kaħli; jekk titniggeż ħuta waħda jitilqu l-ħut kollha.", "Għalhekk il-fiduċja li wieħed irid jistabbilixxi biex fis-settur ekonomiku kollox ikun safe jibqa' l-ħin kollu protett.", "F'din il-ħaġa aħna qed ngħidu li qed nagħtu lill-awtorità d-dritt li fejn ikun hemm probabbiltà raġonevoli, din għandha taġixxi.", "Qed ngħidu wkoll:", "\"li persuna tkun kisret dispożizzjoni bħal dik jew tkun kisret jew naqset li tħares xi kondizzjoni, obbligu ̧ ħtieġa, regolament, Direttiva, jew ordni u li jistgħu jittieħdu passi biex il-ksur jew nuqqas ta' tħaris ikun rimedjat,\".", "Għalhekk kuntrarjament għall-kritika kollha li qed nisimgħu u kuntrarjament għall-ħsieb negattiv u tal-biżgħa li għandhom tan-naħa l-oħra – dawn dejjem igħidu li aħna mhux qed noqgħodu attenti u li s-settur ekonomiku huwa ħażin - aħna qegħdin il-ħin kollu nissudaw is-settur ekonomiku.", "Per eżempju, ftit żmien ilu fakkarna l-200 sena mid-dikjarazzjoni tagħna bħala Maltin li konna għamilna fi żmien il-Franċiżi.", "Wieħed irid igħid ukoll li 100 sena ilu - bejn wieħed u ieħor ̧ fis-snin għoxrin - fl-ewwel Parlament li kien sar ̧ waħda mill-aktar persuni li ħadmet biex tipprova tagħmel is-settur tagħna kummerċjali up-to-date ma' l-aktar liġijiet aġġornati li kien hemm fl-Ewropa kien il-Professur Carlo Mallia.", "Fil-fatt dan ħa ħsieb ̧ taħt gvern Nazzjonalista, Ii jagħmel wieħed mill-aktar kodiċijiet ta' kummerċ li kien mill-aktar avant-garde fl-Ewropa kollha kemm hi.", "Anke f'dan is-settur aħna wkoll qegħdin f'din il-linja.", "Aħna, bħala partit Nazzjonalista, qegħdin għal darb'oħra nagħtu lil dan il-pajjiż din l- istruttura biex ikun hemm tisħiħ ekonomiku f'dawn l-affarijiet.", "Jiena bilfors ikolli ngħidhom dawn l-affarijiet għax huma ferm importanti li jiġu sottolinjati.", "Ħafna drabi wieħed ikollu l-impressjoni li qegħdin nagħmlu liġi fuq settur fejn hemm erba` min-nies biss joperaw.", "Il-verita` hija li dan huwa settur kbir u għandek ħafna nies li qegħdin joperaw fih u għalhekk huwa importanti li dawn il-liġijiet jgħaddu u huwa importanti wkoll li dawn il-liġijiet jingħataw priorita` fuq l-iskeda nazzjonali.", "U dan hu li qed jagħmel il-Ministru tal-Finanzi.", "Qed jieħu ħsieb li dawn il-liġijiet jingħataw priorita` fis-settur ekonomiku wkoll.", "Illum ma nistgħux nibqgħu naħsbu li l-ekonomija f'pajjiżna tista` topera fuq xi setturi biss, jew li hemm żewġ stturi biss li jmexxu l-ekonomija Maltija.", "Illum l-ekonomija Maltija tant kibret u tant għandha biċċiet jaħdmu fiha u jmexxuha 'l quddiem li dan is-settur bilfors ma nistgħux nittraskurawh.", "Huwa proprju għalhekk, f'din il-linja u f'dan id-dawl, wieħed irid jgħid li aħna bħala partit qegħdin ferm iktar 'il quddiem milli wieħed jista` jaħseb.", "Jiena ħadt pjaċir naqra u nsemmi l-artiklu ta` Peter Mandelson għax dan huwa magħruf għall-ideat tiegħu, huwa wieħed minn dawk li jitkellem favur it-third-way tal-Labour Party Ingliż u huwa wieħed minn dawk li għandu l- widna ta` Tony Blair u dan ħass li jikteb artiklu li jissottolinja lill- Istat Ingliż, lill-poplu Ingliż u lis-settur tal-Partit Laburista Ingliż li hemm bżonn li lil dawn is-setturi wieħed jagħtihom importanza u li huwa żball li wieħed jinsihom.", "Nerġa` nfakkar fil-kliem sempliċi ta` Mandelson meta qal:", "\"Both businesses and individuals need to be equipped by active government to prosper in a global economy.\"", "Dan huwa importanti għax mingħajrha inti titlef l-affarijiet kif qal huwa stess meta qal:", "\"In other words social justice is as strong a condition for governing successfully as adherence to market realities.\"", "U dan hu kollox.", "Aħna, we are facing the market reality u ma jistax ikun li aħna jew xi ħadd min-naħa l-oħra jippretendi li dan il-pajjiż jibqa` marbut mal-passat u ma jiċċaqlaqx għax dan huwa ċ-challenge kbir għal pajjiżna.", "Iċ-challenge kbir għal pajjiżna huwa li ma nibqgħux marbutin ma` l-ideat tal-passat, ma nibqgħux naħsbu f'termini ekomoniċi tal-passat.", "Irridu nħarsu 'il quddiem b'kawtela, b'attenzjoni u b'viżjoni, imma rridu bilfors nieħdu l-passi sabiex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Ma jistax ikun li wieħed joqgħod lura.", "L-istess Mandelson jgħid li l-pajjiż jista` jinżamm lura minħabba diversi fatturi.", "Fil-fatt jgħid li a variety of factors will play their parts, fosthom staleness among incumbent administrations, jiġifieri li l- amministrazzjoni toqgħod lura u ma teħux il-passi li għandha tieħu.", "Imbagħad isemmi l-weak leadership u l-failure to project a strong sense of economic and social purpose.", "Aħna b'din il-liġi qegħdin nerġgħu nagħtu prova li aħan għandna dan l-istrong sense of economic and social purpose.", "Imbagħad Mandelson fl-aħħar ta` l-artiklu tiegħu jsemmi l-lack of courage in seeing through necessary reforms.", "U fuq dan ukoll lilna ħadd ma jista` jlumna.", "B'dawn il-fatturi negattivi kollha Peter Mandelson qiegħed jagħti avviż lix-xellug Ingliż u qed jgħidilhom biex joqogħdu attenti għax il- pajjiż imur lura jekk ma jeħux il-passi ekonomiċi neċessarji u jekk ma jkollux ideat u viżjoni għall-quddiem u jgħid x'inhuma l-erba` dnubiet li jwasslu għal dan.", "Sur President, f'dan il-Parlament qegħdin tajjeb wisq.", "Jekk ma nagħmlu xejn nieħdu l-kritika li m'għamilna xejn u jekk nagħmlu xi ħaġa niedħu l-kritika għax għamilna xi ħaġa.", "Qisna qatt ma nġibuha żewġ ma` tan-naħa l-oħra.", "Veru li tan-naħa l-oħra għandhom id-dmir li jikkritikaw, pero` huwa żball li jibqgħu jieħdu l-fama li jikkritikaw dak kollu li jagħmel il-gvern.", "Hemm affarijiet li huma tajbin u mhux għan-nazzjonalisti biss jew għal-laburisti biss imma tajbin għall-pajjiż kollu.", "Meta fl-1996 l-partit Laburista ħa f'idejh it-tmexxija tal-pajjiż wiret mingħand il-partit Nazzjonalista numru kbir ta` liġijiet li kienu stabbilew setturi ekonomiċi b'saħħithom.", "U dan sar kollu bil-viżjoni politika tal-Ministru John Dalli għax kien wieħed mill-persuni promoturi ta` dawn il-liġijiet.", "Dak iż-żmien kien hemm kritika wkoll u kien jingħad li ma jafux għalfejn kienu qed isiru dawk il-liġijiet voluminużi kollha.", "Illum qegħdin nifhmu iktar għal xiex kienu saru dawk il-liġijiet.", "Iż-żmien qed jagħti raġun lill-partit Nazzjonalista tax-xogħol kbir li sar fl-1994 u qabel l-1994 biex ġiet stabbilita din l-istruttura kollha u llum qegħdin ingawdu l-frott tiegħu.", "Il-Bank taċ-Ċentrali ta` Malta, jekk mhux qed jagħmel dawn l-affarijiet għax il-kontroll ġie mgħoddi lill-MFSC, qiegħed jagħmel xogħol ieħor.", "Dan mhux qed jaħli l-ħin.", "Ma keċċiex lin-nies.", "Il- Bank Ċentrali qiegħed jagħmel xogħol ieħor.", "Qiegħed jagħmel xogħol iktar impenjattiv u xogħol iktar dirett fl-ekonomija Maltija, liema xogħol huwa iktar maħluq għas-central bank ta` kwalunkwe pajjiż biex jistabbilixxi b'mod ċar il-kontroll monetarju tal-pajjiż.", "Jiġifieri aħna ma qtajniex il- ġwienaħ tal-Bank Ċentrali jew ċekkinna l-importanza tiegħi.", "Il-Bank Ċentrali ta` Malta għadu determinanti, għadu vitali u gaħdu ta` importanza spettakolari.", "Irridu ngħidu wkoll li l-Bank Ċentrali ta` Malta twaqqaf ukoll mill-partit Nazzjonalista.", "Kien il-partit Nazzjonalista mmexxi minn Dr George Borg Olivier li dak iż-żmien kellu l-viżjoni politika biex iwaqqaf il-Bank Ċentrali.", "Pero` iż-żmenijiet jinbidlu u dak li kien tajjeb f'ċertu żmien illum ittrasforma ruħu għal itjeb, mexa pass ieħor 'il quddiem.", "Din hija d-direzzjoni li aħna qegħdin nagħtu b'din l-emenda.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta` liġi fih ħafna klawsoli u ħafna affarijiet interessanti u żgur li fil-committee stage nidħlu fihom.", "Nidħlu fil-kwestjoni tat-traduzzjoni tal-kliem u fil-kwestjoni tal-punteġġatura.", "Pero` l-punch determinanti ta` din il-liġi hija li għal darb'oħra wieħed irid jirreġistra li huwa l-partit Nazzjonalista li qiegħed jerġa` jagħmel liġi li se terġa` tmexxi 'l quddiem is-settur ekonomiku ta` pajjiżna.", "F'dan id-dawl u f'din il-linja niddikjara li jiena se nivvota favur din il-liġi u nkompli nħajjar lill-Onor.", "John Dalli biex ikompli jsaħħaħ dan is-settur għax dan huwa ta` fejda kbira għall-pajjiż kollu, mhux biss għal dawk li għandhom il-flus imma anke għal dawk li m'għandhomx għax dan huwa l-punt fundamentali li n-naħa l-oħra b'mod żbaljat tipprova tagħmel propoganda politika rħisa minnu.", "Dan huwa pass li jagħti saħħa lis-setturi kollha.", "L-interklassismu li aħna nemmnu fih jissodah.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, kif qalu l-kelliema ta` qabli din il- liġi li għandna quddiemna tikkonsolida u taġġorna l-liġijiet li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji.", "Dawn huma tnax-il liġi li fil-fatt, kif qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, kienu għaddew biex isaħħu r- regolamenti finanazjarji tagħna.", "Ta` min jgħid li minn dawn it-tnax-il liġi, l-oppożizzjoni kienet ivvotat favur għaxra minnhom.", "Dan il-gvern issa qed iħoss li għandu jarmonizza u jġib regolamentazzjoni aktar moderna tas- servizzi finanzjarji li għandna bħalissa.", "Sur President, jiena ma kontx se nitkellem fuq din il-liġi, pero` ntqal ċertu diskors u saru ċerti allegazzjonijiet min-naħa tal-kelliema ta` l- oppożizzjoni li nħoss li għandi nirrispondi għalihom.", "Per eżempju, l-Onor.", "Cilia qal li issa s-Central Bank of Malta se taħt il-European Central Bank u kien hemm xi kelliema oħra li qalu li għandna nħallu r-regolamenti finanzjarji bħal dawk ta` Guernsey, taċ-Channel Islands u postijiet oħrajn li huma barra mir-reġim ta` l-Unjoni Ewropea għax ikun jiswielna aħjar.", "Kien hemm min qal b'mod ċar li l-fatt li inti tkun barra mill-umbrella ta` l-Unjoni Ewropea f'dawn il-liġijiet ma jfissirx li trid tadotta l-acquis għax l-Unjoni Ewropea hija suq tant kbir li ftit ftit, minn hawn jew minn hemm, se tpoġġi l-pressjoni fuq dawn il-postijiet pjuttost żgħar u mingħajr ma trid ikollok taġġorna l-liġijiet tiegħek biex toqgħod għal dak li jgħidu huma.", "Din hija tattika kostanti li l-opożżizzjoni dejjem tuża.", "Qiegħda speċi tgħid li l-liġijiet li tuża l-kumplament tad-dinja finanzjarja huma liġijiet li ma jgħoddux għal Malta u l-istess jgħidu għal-liġijiet ta` l- Unojni Ewropea.", "Jgħidulek li dawk huma liġijiet tajbin imma għal Malta ma jgħoddux.", "Tieħu l-impressjoni li Malta għandna xi erba` pari widnejn u xi sitt pari għajnejn waqt li l-kumplament tad-dinja kulħadd għanndu par widnejn u par għajnejn biss.", "Hawn din it-tendenza, anke fid-diskussjoni tal- partit Laburista, li pjuttost hija waħda li ġejja minn kumpless ta` inferjorita`.", "Kultant inħoss li l-partit Laburista jitkellem b'mod li jpoġġi lill-gżiritna inferjuri għal dak li qed jiġri fil-kumplament tad- dinja.", "Nixtieq nieħu xi erba` eżempji biex nuri li dan m'huwiex minnu u għaliex il- pożizzjoni tal-partit Laburista hija pjuttost waħda ambigwa anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' liġijiet u regolamenti ta` l-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista dejjem jitlaq mill-premessa li aħna pajjiż sui generis, pajjiż speċjali u allura għandna bżonn nagħmlu liġijiet finanzjarji speċjali għalina u liġijiet speċjali oħra, bħal ma` huma tas-saħħa u ta` l-ambjent u m'għandniex bżonn li noqogħdu fuq dak li jkun għadda minnu ħaddieħor.", "Qisu dejjem irridu nipprovaw nerġgħu nivvintaw ir-rota meta r-rota tkun ivvintata minn ħaddieħor.", "Sur President, l-Onor.", "Cilia u l-kelliema l-oħra tan-naħa ta` l- oppożizzjoni qalu li huma qed ifittxu relazzjoni differenti minn dik li qiegħed ifittex il-gvern preżenti ma` l-Unjoni Ewropea għax ir-regolamenti ta` l-Unjoni ma jgħoddux għalina.", "Filwaqt li aħna rridu sħubija, tal-Labour Party qegħdin jgħidu li jridu jagħmlu ftehim ta` free trade area.", "Imma dan il-ftehim ta` free trade area qatt ma smajna x'jinkorpora u x'ma jinkorporax, x'inhu l-ambitu li fih trid tiġi żviluppata din il-free trade area u x'regolamenti rridu noqogħdu għalihom jekk isir dan il-ftehim ta` free trade area.", "It-teżi tiegħi li jekk nagħmlu ftehim ta` free trade area jkollna noqogħdu għall-istess regolamenti li jkollna kieku kellna nsiru membri sħaħ ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri jekk Malta tagħżel li tagħmel ftehim ta` free trade area ma` l-Unjoni Ewropea, trid u ma tridx jkollha bilfors tadotta l-biċċa l-kbira ta` l-acquis għax l-unika mod li jista` jiġi żviluppat free trade area minn Malta huwa fl-ambitu tal-proċess ta` Barċellona tal-Pajjiżi Ewro-Mediterranji.", "Dak il-proċess tal-pajjiżi Ewro- Mediterranji jitlob b'mod profond li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jkollhom jadottaw kważi l-acquis kollu ta` l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkollhom il- mezz politiku biex ikunu jistgħu jikkontrolawh.", "Allura Malta għandha dejjem iżżomm pożizzjoni li biha tkun tista` dejjem tikkontrolla l-acquis kollu ta` l-Unjoni Ewropea billi tifttex sħubija sħiħa.", "Sur President, naħseb li l-famuż eżempju li bih rajna li l-pożizzjoni tal- Labour Party hija waħda pjuttost dgħajfa huwa proprju meta qabel l- elezzjoni ta` l-1996 wiegħed li jneħħi l-VAT.", "Kien fil-fatt għamel kampanja fejn ta` wieħed x'jifhem li jekk jitilgħu fil-gvern ineħħi l-VAT u l-cash registers meta r-realta` kienet mod ieħor għax imbagħad mhux biss ma tneħħewx il-cash registers talli daħlu s-CET, l-ETI u l-ETP li kienu ħadu post l-liġi VAT.", "Kif jaf kulħadd din kienet liġi ferm ikkomplikata minn dik tal-VAT u hekk kif fl-1998 reġa` tbiddel il-gvern, aħna erġajna biddilna dik il-liġi u daħħalna l-liġi tal-VAT kif kienet qabel.", "Pero` huwa interessanti tara d-dokument li l-Labour Party ħareġ bejn l-1995 u l-1996, qabel l-elezzjoni, u l-white paper li ħarġu, wara li telgħu fil-gvern, fuq il-liġi li biha kienu se jirriplejsjaw dik tal-VAT.", "Din il-white paper kienet intitolati \"For a better tax system\".", "F'din il-white paper huma kienu qalu hekk:", "\"The introduction of VAT had ignored the fact that Malta has its own characteristics and that the EU VAT model could not be fitted into the local context by ignoring them.", "None of the European agreements or the Euro-Mediterranean agreements concluded by States that are or have announced the intention of being candidate members of the EU include any requirement to introduce the European VAT prior to membership.\".", "Sur President, din is-sentenza fil-fatt kienet żbaljata immens.", "Kienet żbaljata għax il-pajjiżi ta` l-Ewropa taċ-ċentru u ta` l-east li ffirmaw agreements ma` l-UE kollha kienu sforzati biex idaħħlu l-VAT u kienet ukoll żbaljata għax il-pajjiżi tal-Mediterran li ma kenux membri ta` l-Unjoni kellhom jibdlu s-sistema tat-tassazzjoni minn waħda bbażata fuq id-dwana għal waħda li kienet ibbażata fuq il-konsum.", "Sur President, meta mbagħad il-Labour Party kien ilu fil-gvern xi sena u nofs kienet waslet il-famuża dikjarazzjoni li kienet miftehema mal- kummissjoni Ewropea u li jiena se nikkwota.", "Mhux se nikkwota dak li ġie kkwotata li qal Dr Alfred Sant fil-ġurnal \"The Times\" imma se nikkwota x'kienet qalet il-kummissjoni Ewropea lill-kunsill Ewropew fi Frar ta` l- 1998 fejn kien hemm punti rilevanti li qabel magħhom il-Labour Party.", "Dan kien ifisser li l-Labour Party kellu jerġa` jibla` dak kollu li kien qal u bażikament jaċċetta l-kondizzjonijiet li għamlitlu l-Unjoni Ewropea.", "L- ewwel punt li għamlet il-Kummissjoni Ewropea kien jgħid hekk:-", "\"Regulations with Malta should be based on the 1970 association agreement and the Euro-Mediterranean partnership.\".", "Mela l-agreement li kellu jkollu l-Labour Party ma' l-Unjoni Ewropea, li ma kienx se jkun agreement ta` sħubija, kellu jkun bbażat fuq l-association agreement li kien iffirma Dr Gorg Borg Olivier fl-1970 u fuq il-partnership li kienet inbdiet mill-proċess ta` Barċellona.", "Mela diġa` għandna il- parametri li fihom tista` tiżviluppa din it-tip ta` relazzjoni.", "It-tieni punt kien dan li ġej –", "\"A free trade agreement should be completed between the two sides in accordance with the World Trade Organisation rules and commitments on trade liberalisation made in the contexts of the Euro-Mediterranean partnership.", "The commission stated that in order to be compatible with the WTO such a free trade area should cover substantially all trade, no sector excluded.", "Complete free trade for products other than those for which special arrangements will have to be negotiated should come fully into force within three years at the most.\".", "Mela l-kummissjoni kienet qed tgħid li l-agreement bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kellu jimxi skond ir-regolamenti tal-WTO.", "It-tielet punt rilevanti li l-Kummissjoni Ewropea għamlet kien dan:-", "\"Every agricultural trade should be progressively liberalised taking into account the respective agricultural policies and the results achieved in the GATT/WTO negotiations.\".", "Jiġifieri hawn qiegħed jingħad li s-settur ta` l-agrikoltura kellu jiġi liberalizzat fuq perjodu ta` żmien u ma setgħetx issir ir-restrizzjoni li fil-fatt kien qed jitlob il-Labour Party.", "Imbagħad l-aħħar punt li għamlet il-kummissjoni kien dan:-", "\"In the services sector the commission proposed that both sides should reaffirm their obligations by granting each other most favoured nations status under this agreement.\".", "Hawnhekk il-kummissjoni u l-kunsill Ewropew kienu qed jiġbdu l-attenzjoni tal-Partit Laburista li dak li kien qiegħed jitlob, relazzjoni ta` free trade area bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, seta` ssir biss fl-ambitu ta` dawk ir-relazzjonijiet li kienu jeżistu, jiġifieri l-Euro-Med Barcelona process u l-association agreement li Malta kellha ma` l-Unjoni Ewropea, liema agreement ilu jeżisti mill-1970.", "Sur President, dan qiegħed ngħidu wkoll għax il-bieraħ kont qed nisma` lill- Onor. Alfred Sant jitkellem f'każin politiku u qal li mhux veru li l-WTO tgħid li jekk Malta jkollha agreement trid bilfors, anke bir-regolamenti li jeżistu, tilliberalizza s-suq agrikolu.", "Jiena ma naħsibx li dan huwa minnu, pero` r-realta` hi li jekk Malta qed tfittex ftehim speċjali ma` l- Unjoni Ewropea, din ta` l-aħħar hija marbuta li anke fis-suq ta` l- agrikoltura jrid ikun hemm liberalizzazzjoni ta` prodotti li ma jiġux protetti minn customs barriers u levies li jistgħu jiġu imposti fuq prodotti agrikoli minn pajjiżi oħra.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea hija marbuta – Alfred Sant qed jgħid li Malta m'hijiex, għandi d-dubji serji tiegħi – mar-regolamenti tal-WTO u għamlitha ċara li m'hijiex lesta li tidħol f'agreement ma` terzi pajjiżi jew sekondi pajjiżi jekk ma jkunx fl- ambitu ta` l-agreement tal-WTO.", "Jiġifieri jekk Malta trid tiffirma ftehim ma` l-Unjoni Ewropea trid toqgħod għar-regolamenti tal-WTO għax l-Unjoni diġa` qalet li m'hijiex lesta li tagħmel agreements mingħajr ma tirrispetta l-agreements tal-WTO.", "Sur President, huwa importanti wkoll li niftakru kemm hu imperattiv li fil- fatt jitneħħew dawn il-levies ta` l-agrikoltura minħabba r-relazzjoni u l- obbligi ta` l-Unjoni Ewropea u, ngħid jiena, anke ta` Malta mal-WTO.", "Tant hu hekk li meta il-gvern nazzjonalista kien ta espressjoni ta` commitment li bejn Jannar ta` l-1995 u l-1996 kellu jneħħi 400 levy mit-850 li kien hemm fuq l-industrija ta` l-ikel u l-agrikoltura fil-fatt l-Unjoni Ewropea kienet qed tħares b'fiduċja lejn din il-mossa.", "Imma ovvjament dan ma seħħx għax imbagħad kien inbidel il-gvern.", "Pero` meta mbagħad fl-1998 reġa` tbiddel il-gvern u l-gvern nazzjonalista reġa` tkellem mal-Kummissjoni Ewropea, din għamlitha ċara li hija interessata kemm jista` jkun malajr jitneħħew il-levies minn fuq il-prodotti agrikoli.", "Jiġifieri araw kemm din hija xi ħaġa importanti għall-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-kummissjoni kienet qalet hekk:-", "\"The lengthy timetable constructs sharply with the commitment made by Malta to abolish, by the end of 1996, 400 levies.", "A timetable on the removal of levies on agricultural goods should be addressed urgently.\".", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea qed tgħid li r-relazzjoni ta` Malta ma` l- Unjoni, sew jekk nidħlu u sew jekk nibqgħu barra, tesiġi li jrid isir ir- ristrutturar fis-settur tal-biedja, liema strutturar huwa importanti ħafna.", "Sur President, darba jiena kont għedt li bis-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea s-settur industrijali b'mod partikolari dak tas-self-employed żgur kien se jimxi 'l quddiem b'mod sostanzjali, imma kien se jbati jekk Malta tidħol fi ftehim ta` free trade area.", "L-Onor.", "Michael Farrugia dak iż- żmien kien qalli mhux veru għax huma kienu qed jitolbu free trade area ma` l-Unjoni, liema free trade area se tagħti lok li l-prodotti Maltin ikun jistgħu jidħlu wkoll fl-Unjoni Ewropea.", "Pero` li ma qalx kien il-fatt li bis-sħubija l-intrapriża Maltija jkollha l-jedd tuża l-fondi strutturali ta` l-Unjoni biex tkun tista` tikkompeti aħjar, liema fondi ma tkunx tista` tuża jekk ma tkunx membru fl-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri bil-free trade area żgur li l-industrija Maltija mhux se timxi 'l quddiem daqs kemm timxi 'l quddiem meta ssir sħubija.", "Fil-fatt hawnhekk għandi kwotazzjoni minn ktieb interessanti li studja s-sitwazzjoni li tgħid hekk:", "\"The application of the community's acquis in the SME sector which has already started in the context of IPSE will improve the Maltese environment for local SMEs considerably.", "Furthermore the empirical data shows clearly that rather than being a threat to small enterprises, the EU may indeed foster the conditions such as stable economic growth and the injection of new financial flows and investment in the Maltese economy, which together with their multiplier effect may lead to a strengthening of the economic conditions in which SMEs operate.\".", "Jiġifieri hawn qiegħed jingħad ċar u tond li b'Malta fl-Unjoni Ewropea l- industrija privata u anke dak li għandu x'jaqsam ma` SMEs żgur li se jkunu f'pożizzjoni aktar qawwija.", "Jiġifieri altru milli aħna pajjiż tas-sui generis.", "Aħna pajjiż li bħal kumplament tal-pajjiżi l-oħra tad-dinja meta naqsmu r-riżorsi tagħna ma` ħaddieħor u nimxu fuq ir-roti li skopra ħaddieħor nimxu 'l quddiem b'mod mgħaġġel.", "Sur President, tajjeb ukoll li nsemmi l-kwestjoni ta` l-ambjent billi ngħid li l-fondi strutturali li tagħti l-Unjoni Ewropea, li parti kbira minnhom inkunu nistgħu nużawhom biex nirrinġaw l-ambjent, ma jkollniex aċċess għalihom jekk ikollna a free trade area.", "Dawn ikollna aċċess għalihom biss bi sħubija.", "M'huwiex il-każ li noqgħod nidħol fuq dan is-suġġett f'dan il- mument imma nafu li l-pjan li ħejja l-Ministeru għall-Ambjent u l-Ministeru għar-Riżsori u l-Infrastruttura jwassal biex jintefqu miljuni kbar ta` liri Maltin.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra kien hemm il-konferenza tat-TAIEX li qalu b'mod ċar li Malta jista` jkollha aċċess għall-fondi strutturali biex tużahom għall-programmi ambjentali tagħha u dan huwa punt pożittiv ħafna.", "Sur President, settur ieħor li tajjeb li nsemmi huwa dak tas-servizzi.", "Jidher b'mod ċar li jekk issir free trade area li qed jitlob il-Labour Party is-settur tas-servizz ma jistax jitħalla barra.", "Fil-fatt bejn l-1996 u l-1998, bil-memorandum li kienet bagħtitlu l-Kummissjoni Ewropea, il- Labour Party kien aċċetta li s-settur tas-servizzi kellu jiddaħħal fil-free trade area.", "Fil-fatt f'dak il-memorandum il-kummissjoni kienet qalet hekk:-", "\"The commission had also indicated that the services sectors to be included in the free trade area were to be included in the proposed new agreement to be signed with Malta and this was to serve as a basis for the conclusion of future protocols to further open up the services sectors thus marked out.", "This is also the procedure adopted in the agreements with Tunisia and Morocco.\".", "Jiġifieri anke ma` pajjiżi oħra mediterranji, l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li fejn isir ftehim ta` free trade area ddaħħal is-settur tas-servizzi.", "Il- memorandum ikompli jgħid hekk:", "\"Thus the liberalisation of services in a EU membership context is not so drastically different from the regime that Malta will have to implement in a free trade setting.\".", "Jiġifieri qegħdin nerġgħu naraw xenarju jiżviluppa fejn b'din il-famuża free trade area Malta jkollha l-piżijiet kollha li jkollha bis-sħubija, u dan mingħajr ma nieħdu l-vantaġġi tas-sħubija.", "Sur President, punt ieħor interessanti li wieħed ta` min jgħid xi ħaġa dwaru huwa l-iżvantaġġ kbir li Malta jkollha bil-free trade area u li ma jkollniex bi sħubija f'dawk li jissejħu r-rules of origin.", "X'inhuma dawn ir-rules of origin?", "Jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkollha customs union, allura l-prodotti li jiġu minn barra minn Malta għandhom l-istess dazju bħalma għandhom fil-pajjiżi kollha ta` l-Unjoni Ewropea – ovvjament il-prodotti ġejjin mill-Unjoni ma jkollhomx – u għalhekk ma jkunx hemm n- neċessita` ta` żieda fil-value added fuq dawn il-prodotti.", "Anke meta jkun hemm prodotti li jidħlu minn barra u jiġu maħdumin hawn Malta u mbagħad jiġu ri-esportati ma jkunx hemm problema li jrid jiżdied il-value added għax dawn jgħaddu minn Malta, bħala membru ta` l-Unjoni, lejn pajjiżi oħra.", "Imma jekk Malta tagħmel dak li jissejjaħ free trade area li ma jkollux customs union ma` l-Unjoni Ewropea r-rata tad-dwana tkun differenti għall- prodotti li jkunu ġejjin barra mill-Unjoni Ewropea għax ikollhom jiddaħħlu r-rules of origin li bihom trid iżżid il-persentaġġ tal-value added biex il- prodotti ta` l-Unjoni Ewropea ma jkunux svantaġġati.", "Dan diġa` rajnih meta kellna s-CET, l-ETI u l-ETP.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea kienet ġiegħlet lill- gvern ta` dak iż-żmien biex jgħolli waħda mit-taxxi biex tieħu konoxxenza għall-fatt li ma kellhiex customs union ma` l-Unjoni bir-riżultat li r-rati tat-taxxa l-ġdida għall-Maltin spiċċaw saru 21% flok 15%.", "Fil-fatt ħafna prodotti li kienu ġew minbarra biex imbagħad jerġgħu jiġu ri-esportati kienu qed jiswew lill-Maltin taxxa ta` 21%, u dan proprju minħabba r- regola tar-rules of origin.", "Illum nafu li jekk ikollna s-sħubija ma jkollniex ostakoli għan-negozju filwaqt li jekk ikollna l-free trade area żgur li se jinħolqu ostakoli għan-negozju għax dak li jkun se jinvesti l- flus direttament f'Malta jkollu problema b'dik li hija value added li trid tiżdied mal-prodotti li fil-fatt jiġu Malta.", "U barra minn hekk ovvjament ikun hemm problemi f'dawk li huma pagi u affarijiet oħrajn.", "Sur President, huwa importanti wkoll li ngħidu li bir-regoli tal- kompetizzjoni tal-free trade area jibqa` l-fatt li Malta xorta se jkollha tieħu l-biċċa l-kbira ta` acquis ta` l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il- Kummissjoni Ewropea dwar il-ftehim ta` free trade area tgħid hekk:-", "\"The removal of physical, technical and fiscal barriers to trade and the right of establishment of one party's firm on the territory of the other as well as some liberalisation of agricultural trade.", "The realisation of the free trade area with the European Union under the Euro-Med partnership will not in any way diminish the current need or pressure for liberalisation, privatisation or the restructuring of the public sector and other sectoral reforms such as those effecting shipbuilding and ship repair as well as agriculture and the financial services sector.", "Switzerland, through the protocols it concluded with the EU in the year 2000 have had to adopt a substantive part of the community acquis notwithstanding that it is not a member of the European Union.\".", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin naraw bl-aktar mod ċar li anke jekk isir ftehim ta` free trade area Malta jkollha toqgħod għal dawn il-liġijiet allavolja ma jkollha l-ebda mezz li bih tista` tikkontrolla u tbiddel dawn il- liġijiet.", "Il-Kummissjoni Ewropea tkompli tgħid hekk:", "\"The 1998 EU/Malta association agreement was that Malta would have to adopt the EC competition law.", "However there are two addtional aspects which are worth considering.", "One is that Malta, if it is a member of the European Union, will have the freedom to appeal to the European Court of Justice.", "Furthermore in the free trade context it will have to adhere to EU legislation as it is and as it will change in the future without participating in the desicion making institutions.\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jingħad li jekk Malta tkun membru se jkollha l- possibbilita` li tappella lill-kumpanniji u liċ-ċitttadini tagħha lejn il- qorti tal-ġustizzja Ewropea waqt li jekk ma nkunux membri dan ma jistax isir allavolja l-piż kollu ta` l-acquis fuq daharna.", "U barra minnhekk aħna jkollna bilfors noqogħdu għar-regolamenti ta` l-Unjoni Ewropea mingħajr l- iċken ħsieb li nistgħu nibdlu dawn il-liġijiet u dawn ir-regolamenti billi jkollna s-saħħa politika fl-istituzzjonijiet ta` l-Unjoni Ewropea biex dan inkunu nistgħu nagħmluh.", "Sur President, jekk nitkellmu fuq il-monetary policy insibu li jekk Malta tfittex li tagħmel ftehim ta` free trade area allavolja nesportaw 60% tal- prodotti tagħna lejn l-Unjoni - u jekk nieħdu s-servizzi li pajjiżna jesporta lejn l-Unjoni Ewropea l-persentaġġ ikun ħafna iktar - xorta se jkollna noqogħdu għall-kriterji finanzjarji li tistabbilixxi l-Unjoni Ewropea għaliex ma nkunux nistgħu niċċaqilqu mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi serji f'dik li hija inflazzjoni u f'dik li hija labour cost.", "Jiġifieri importanti li nifhmu li sew jekk insiru membri ta` l-Unjoni kif ukoll jekk nagħmlu ftehim ta` free trade area, il-piżijiet ta` l-acquis ta` l-Unjoni Ewropea xorta waħda rridu nerfgħuhom.", "Id-differenza hi li bi free trade area jkollna nerfgħuhom b'mod li jkollna l-iżvantaġġi kollha mingħajr ma jkollna l-ebda vantaġġ.", "Sur President, irrid ukoll ngħid xi ħaġa dwar il-vantaġġi li jkollna jekk insiru membri ta` l-Unjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid li minbarra l-vantaġġi politiċi li jkollna wieħed irid isemmi wkoll il-vantaġġi finanzjarji.", "Nafu li ladarba Malta jkollna dritt li tipparteċipa f'istituzzjonijiet politiċi jkollha wkoll sehem, bi dritt, mill-fondi strutturali u mill-fondi ta` cohesion ta` l-Unjoni, liema dritt ma jkollhiex jekk tagħmel il-famuż ftehim ta` free trade area.", "Fl-1993, fil-bidunett ta` l-applikazzjoni ta` Malta, il-kummissjoni dak iż-żmien kienet tat opinjoni li Malta se jkollha dritt għal Euro 60 miljun f'dawk li huma fondi strutturali u fondi ta` cohesion.", "Dawn il-fondi kienu kkalkulati fuq kemm kienu qed jieħdu l- Greċja, Spanja u l-Portugall li huma wkoll pajjiżi Mediterranji.", "Tajjeb ukoll li ngħidu li wieħed irid iħares lejn dak li jgħidulu l-quantum.", "Il- quantum huwa dak li se jirċievi pajjiż li jkollu relazzjoni ma` l-UE.", "Jiġifieri Malta se jkollha l-obligazzji li tħallas flus lejn l-UE, imbagħad iddaħħal mill-fondi strutturali u ta` cohesion mill-Unjoni Ewropea.", "Dak li jibqa`, jiġifieri l-positive effect li jieħu l-pajjiż jissejjaħ il-quantum li l-pajjiż jieħu.", "Dan il-quantum aħna neħduh jekk il-GDP tagħna jkun inqas minn 75% ta` l-average ta` l-UE.", "Nafu li bħalissa l-GDP per capita ta` Malta huwa xi 52% ta` l-average ta` l- UE u bis-sħubija ta` 25 pajjiż li se jsiru membri dan se jkun 57% ta` l- average ta` l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri aħna żgur se nkunu eleġibbli għal dawn il-fondi strutturali u ta` cohesion.", "Jiena kont qrajt l-artiklu li kien kiteb l-Onor.", "George Vella fuq il-ġurnal \"The Times\" fejn dan kien semma l-figura miżera ta` Euro 10 miljun.", "Jiena ma nafx kemm se tkun il- figura finali pero` naħseb li din il-figura li semma l-Onor.", "Vella se jkollu jerġa` jmur jikkalkulaha għax jiena ċert li se tkun ħafna ogħla minn dak l-ammont li semma hu.", "Jekk fl-1993 kienet Euro 60 miljun nippretendi li llum se tkun ħafna iktar ogħla.", "Raġuni oħra għaliex għandna nidħlu issa fl-UE u ma naħlux ħin mal-free trade area li kienu għamlu pajjiżi oħra u mbagħad bidlu r-rotta, hija proprju li jekk nidħlu fl-UE fis-sena 2004 aħna żgur nieħdu minn dawn il-fondi għax id-deċiżjoni biex pajjiż igawdi mill- fondi hija waħda unanima.", "Imma minħabba t-tibdiliet li saru fit-trattati, ħames snin oħra, jiġifieri wara s-sena 2007 id-deċiżjoni se tkun biss b'maġġoranza kwalifikata.", "Dan ifisser li la ma tkunx ilħaqt deffist subgħajk ikun iktar diffiċli li tieħu minn dawn il-fondi.", "Sur President, tajjeb ukoll li nikkwota minn studju li sar fuq dawn il- fondi strutturali li jieħdu Spanja, il-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda.", "F'dan l-istudju jingħad hekk:-", "\"In an analysis of the effect of the structural funds for the period 1994/99 the European Commission concluded that with regard to Spain, Greece and Portugal the positive impact on overall growth, gross fixed capital formation and the maintenance and creation of jobs was unmistakable.\".", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l-Irlanda nsibu li qed jingħad li bejn l-1994 u l-1999 –", "\"The economy expanded rapidly with 56,000 jobs per year being created or maintained.", "Inroads were made in unemployment and the Irish economy improved so rapidly that its GDP per capita in 1997 was 90% of the EU average.", "It has since improved to 100% of the EU average.\".", "Jiġifieri dawn il-fondi ta` cohesion huma fondi li jkun jista` jgawdi minnhom anke Għawdex bħala reġjun.", "Dan juri b'mod ċar li t-teżi tal- Labour Party li noqogħdu barra mill-Unjoni għax aħna każ speċjali u li għandna nagħmlu free trade area hija żbaljata għax anke jekk nibqgħu barra mill-UE, bil-formazzjoni ta` free trade area jkollna nieħdu fuq daharna l- acquis ta` l-UE mingħajr l-ebda poter li nistgħu nibdluh.", "Għalhekk ma nistgħux nibqgħu ngħidu kif qed jgħid il-Kap ta` l-Oppożizzjoni li l-acquis ma jgħoddx għal Malta għax bil-free trade area nkunu xorta waħda qed nieħdu fuq daharna l-acquis.", "Grazzi.", "Fid-9.00 p.m id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Abela.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta għadda mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi bl-emendi neċessarji.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 18 ta' Ġunju, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet fuq il-200 aniversarju mid-dikjarazzjoni tad-drittijiet ta' l-abitanti tal- gżejjer ta' Malta u Għawdex li kienet ġiet iffirmata fil-15 ta' Ġunju tas- sena 1802.", "Huwa dejjem diffiċli biex wieħed jagħmel riflessjonjiet fuq l- istorja mill-punto di vista ta' l-abitanti ta' pajjiż bħal tagħna.", "Dan għaliex l-istoriċi tagħna jsibu problemi kbar biex jiddokumentaw l-istorja mill-punto di vista tal-Maltin u l-Għawdxin f'dawn il-gżejjer minħabba l- istorja ta' kolonjaliżmu u ta' barranin li ħakmuna seklu wara seklu.", "Ħafna mid-dokumenti u arkivji li għandna jagħtu l-punto di vista ta' dawk li ħakmuna, u din hi waħda mir-raġunijiet għaliex għandna kuxjenza nazzjonali dgħajfa u f'ċerti każi anke konfuża.", "Per eżempju għalija hija espressjoni ta' kuxjenza nazzjonali konfuża li ssib Maltin u Għawdxin jiddentifikaw irwieħhom u jissimpatizzaw ma' l-Ordni tal-Kavallieri.", "L- Ordni tal-Kavalieri kienu ħakkiema barranin fuqna u ma tantx kienu ħelwin magħna.", "Ta' min igħid li taħthom għandna storja sħiħa ta' Maltin u Għawdxin li ngħataw il-mewt.", "U naħseb li għalkemm inkitbet ftit minnha, l-istorja kompleta f'dan ir-rigward għad trid tinkiteb.", "Waħda mill-ikbar problemi fil-formazzjoni tal-kuxjenza nazzjonali tagħna hija li għamilna sekli twal taħt kolonjaliżmu u allura huwa diffiċli li naraw lilna nfusna b'għajnejna u li naħsbu dwarna nfusna u dwar il-bqija tad-dinja b'moħħna.", "Nerġa' ngħid li d-dokumenti li jeżistu ħafna drabi jagħtu interpretazzjoni tal-fatti mill-punto di vista ta' dawk li ħakmuna u mhux mill-punto di vista tagħna li ġejna maħkuma.", "Dan ġara l-ewwelnett għax ħafna drabi l-maġġoranza kbira ta' l-abitanti ta' dawn il-gżejjer ma kinux jiktbu u jaqraw u allura m'hemm xejn miktub dwar kif kienu jaraw huma l- affarijiet.", "Kieku sar hekk m'hemmx dubju li konna nsibu traċċi ta' protesti li kienu jsiru kontra l-ħakkiema barranin.", "Forsi ftit jafu li fi żmien il-kavallieri l-Maltin ma kellhomx permess jgħannu u ma kelhomx permess idoqqu l-kitarra għax il-kavallieri kienu jaraw il-kitarra bħala strument sovversiv li n-nies se jiġu flimkien u mhux l-ewwel darba kienu jgħannu kontra l-odni u kontra l-mod kif il-kavallieri kienu jaħkmu lil din il-gżira.", "Huwa diffiċli għalina li nsibu espressjoni ta' l-attitudni tal-Maltin lejn il-ħakkiema barranin.", "Li nafu żgur, anke mid-dokumentazzjoni li għandna, hu li m'hijiex l-ewwel darba li mexxejja politiċi ta' dawn il-gżejjer għamlu dikjarazzjonijiet li huma l-abitanti ta' dawn il-gżejjer li għandu jkollhom il-jedd imexxu lilhom infushom.", "Dawn id-dikjarazzjonijiet saru seklu wara l-ieħor, imma jekk irridu nagħmlu riflessjoni b'mod tajjeb ta' x'ifissru dawn id-dikjarazzjonijiet, m'għandniex nieqfu fil-mument li jsiru.", "Ħa nieħdu biss bħala eżempju din id-dikjarazzjoni tad-drittijiet ta' l-abitanti tal-gżejjer ta' Malta u Għawdex li saret fil-15 ta' Ġunju 1802.", "Għaliex kienu qegħdin jagħmlu dik id-dikjarazzjoni l-mexxejja politiċi Maltin ta' dak iż-żmien( F'dak iż-żmien kienu għadhom kif tkeċċew il- kavallieri minn Malta bil-wasla ta' Napuljun fl-1798, imbagħad kien hemm ir- rebħa ta' l-Ingliżi fuq il-Franċiżi bl-għajnuna tal-Maltin fis-sena 1800.", "Wara dawn l-avvenimenti l-mexxejja politiċi Maltin kienu semgħu li fit- Trattat ta' Amiens, li fih ebda Malti ma ħa sehem u ħadd ma seta' jwassal il-leħen tal-Maltin, kien ġie deċiż li l-gżejjer ta' Malta u Għawdex għandhom imorru lura taħt l-Ordni tal-Kavallieri.", "Din kienet ħaġa li nkwetathom ħafna u ma ridux li ssir għax kienu jafu kemm il-Maltin kienu ġew maħkuma anke b'mod aħrax mil-kavallieri.", "Ma ninsewx li waħda mid-drawwiet regolari tal-granmastri meta kienu jitilgħu kienet li jsibu xi Malti li jkun semma' leħnu fuq x'ikun għaddej fil-pajjiż, per eżempju li jkun ikkritika l-impożizzjoni ta' taxxi u ta' regolamenti iebsa kontra l-Maltin – u l-kavallieri mhux biss imponew taxxi ħorox imma daħħlu ħafna sikkatura fuq il-Maltin fejn il-Maltin kienu mrażżna ħafna fuq x'setgħu jagħmlu f'pajjiżna - u jikkundannawh għall-mewt.", "Ġeneralment kienu jdendluh fl-iktar post għoli f'pajjiżna, fejn illum per eżempju hemm il- Verdala jew fuq is-Saqqajja tar-Rabat, biex dak iservi bħala twissija biex il-Maltin u l-Għawdxin ma jiftħux ħalqhom kontra l-kavallieri.", "Dan joħroġ mill-memo li kien bagħat Don Filippu Borgia lill-Papa kontra l-Granmastru Antoine De Paule fejn qallu li l-Granmastru La Vallette għamilha, il- Granmastru Verdala għamilha u kull granmastru jagħmilha li wara li jinħatar joqtol lil xi ħadd mill-abitanti biex ibeżża' lin-nies biex ma jiftħux ħalqhom fuq id-dritt li jmexxu lilhom infushom.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għamlu mill-kunsill ta' l-iMdina meta kienu semgħu li ġejjin il-kavallieri kienet li bagħtu ittra lill-imperatur Karlu V u qalulu li ma kienx sew li qabad u ċeda lil gżiritna f'idejn il- kavallieri mingħajr lanqas biss talab l-opinjoni tagħhom.", "Wara li l-Maltin u l-Għawdxin kienu għamlu sagrifiċċju kbir li biex jiġbru 30,000 fjorin biex jifdu lilhom infushom mill-ħakma ħarxa ta' Gonsalvo Monroy, ir-Re Alfonsu ta' Sqallija dak iż-żmien, lill-kunsill ta' l-iMdina kien tahom garanzija li jkollhom poter magħruf bħala universita`, bħal per eżempju ta' Messina, li jmexxu lilhom infushom, li jagħmlu taxxi u jimxu bid-drawwiet u l-privileġġi li għandhom.", "Fl-1530 dik il-garanzija ta' Re Alfonsu inkisret għax l-imperatur Karlu V qabad u għadda lil Malta u Għawdex f'idejn il- kavallieri – flimkien ma' Tripli wkoll - mingħajr il-kunsens tal-Maltin u l- Għawdxin.", "Waħda mill-ewwel ħidmiet li għamlu l-Maltin li kienu fil-kunsill ta' l-iMdina dak iż-żmien kienet li bagħtu ittra lill-Karlu V biex jgħidulu li huma ma jaqblux li qabad u tahom f'idejn il-kavallieri.", "Dik ukoll kienet dikjarazzjoni tad-drittijiet ta' l-abitanti tal-gżejjer ta' Malta u Għawdex li l-imperatur Karlu V ma tax kas fis-sena 1530.", "L-istess kif ma tawx kas anke din id-dikjarazzjoni ta' l-1802.", "Kif diġa` għedt diversi drabi anke meta tkellimt f'dan il-Parlament, b'din id-dikjarazzjoni l-mexxejja politiċi ta' Malta u Għawdex fl-1802 mhux biss stqarrew id-dritt tal-Maltin u l-Għawdxin li jagħmlu t-taxxi huma f'dan il- pajjiż u li jmexxu lilhom infushom, imma taw lilhom infushom f'idejn l- imperu Brittaniku.", "Dan huwa wieħed mill-ftit każijiet fejn kolonja saret kolonja bil-kunsens tagħha u mhux għax ġiet mirbuħ.", "Naħseb li minn dan kollu għandna x'nitgħallmu, għax kif jgħidu diversi filosfi, l-istorja hija għalliema tajba.", "Issa jekk l-istudenti ma jitgħallmux, għalxejn ikollok għalliema tajba.", "L-istorja tista' tkun għalliema tajba, imma l-istudenti jridu jagħmlu l-parti tagħhom.", "Jiena ma naħsibx li tgħallimna biżżejjed mill-istorja.", "Min ma jitgħallimx mill-istorja huwa kkundannat li jirrepetiha.", "Fl-istorja tagħna għandna sensiela sħiħa ta' mexxejja politiċi Maltin li taw lill-pajjiż f'idejn il- barranin biex imexxuh kif ukoll għandna tradizzjoni ta' mexxejja politiċi oħra li fdew lil dan il-pajjiż minn taħt il-ħakma tal-barrani li ħadmu u stinkaw biex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom id-dritt li jmexxu lilhom infushom.", "Seklu wara l-ieħor, il-Maltin u l-Għawdxin isibu ruħhom f'salib it-toroq biex jagħżlu jekk ikomplux imexxu lilhom infushom jew jekk jerġgħux jagħtu lilhom infushom f'idejn il-barranin.", "Naħseb li anke d- dibattitu li għaddej fil-pajjiż dwar x'relazzjonijiet futuri għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea għandu jidħol f'dan il-kwadru.", "Jekk jara l-istrutturi li qed tibni l-Unjoni Ewropea, l-istrutturi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-kunsill tal-ministri, wieħed isib li s-saħħa li se jkollhom il-pajjiżi żgħar bħal Malta hija dgħajfa wisq.", "Għad irridu naraw x'saħħa se jkollhom pajjiżi żgħar fil-bank ċentrali ewropej u kif se tiżvolġi d-diskussjoni dwar il-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea meta l- Unjoni Ewropea ssir bi 28 membru.", "S'issa hemm it-tradizzjoni li kull sitt xhur ikun hemm pajjiż membru li jkollu l-presidenza.", "Dan l-aħħar fil-ġurnal awtorevoli Spanjol \"El Pais\" kien hemm analiżi sħiħa fuq il-proposta ta' Tony Blair, il-Prim Ministru Brittaniku, li għandu jkun hemm prim ministru għall-Unjoni Ewropea biex tinbidel is-sistema ta' presidenza ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qalu: Immaġinaw pajjiż ta' 80 miljun ruħ bħall-Ġermanja jaċċetta li jkun president ta' l-Unjoni Ewropea darba kull 14-il sena.", "Bħas-soltu, sfortunatament Malta tissemma' f'dan il-kontest, imma bħala eżempju fejn jgħidu li pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza, l-Ingilterra, l-Italja, Spanja u anke l-Polonja bil-miljuni kbar ta' nies li m'għandhom jiġu stmati jew ittrattati bħaċ-ċkejkna Malta li għandha madwar 400,000 ruħ.", "Tajjeb li nirriflettu fuq dawn l-affarijiet għax l-istorja tgħallimna ħaġa waħda.", "Bid-difetti u bin-nuqqasijiet kollha tagħna, aħna l-Maltin u l- Għawdxin meta mexxejna lilna nfusna u ħadna d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess ta' l-abitanti li jgħixu f'dawn il-gżejjer dejjem morna iktar 'il quddiem minn meta mexxewna l-barranin.", "Il-barranin dejjem spiċċaw li mexxewna skond l-interessi tagħhom, skond l-istrateġiji tagħhom, skond x'ikollhom imfassal huma għal dawn l-inħawi.", "Nerġa' ngħid, jekk m'aħniex se nitgħallmu mill-istorja aħna kundannati li nirrepetuha u kundannati li pajjiżna jerġa' jsir kolonja.", "Naħseb li l-agħar wirt li l-ġenerazzjoni tal- politiċi ta' dan iż-żmien nistgħu ngħaddu lil uliedna m'huwiex biss id-dejn u d-deficit kbir li qed inħallulhom, imma li nerġgħu nagħtuhom pajjiż li ma jmexxix lilu nnifsu, li d-deċiżjonijiet ewlenin ma jeħduhomx huma.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, naqbel perfettament mal-kollega tiegħi l- Onor. Evarist Bartolo għax nemmen li huwa aħna d-deputati li għandna naraw naraw li dak kollu li jirrifletti fuq il-poplu inġenerali jsir permezz ta' deċiżjonijiet f'din il-Kamra.", "Jiena nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet fuq is-sitwazzjoni tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Inħoss li għandi nitkellem fuq dan għax min-naħa tal- gvern rari tisma' xi diskussjoni li tkun qed tagħti l-verżjoni ċara u verżjoni reali ta' kif qed jgħixu l-familji Maltin.", "Min-naħa ta' l- oppożizzjoni ma niddejqu xejn nitkellmu għan-nom ta' ħafna Maltin u Għawdxin li qed ikunu diskriminati minħabba l-politika li jħaddnu tan-naħa l-oħra.", "Is-sitwazzjonijiet li se nagħmel riflessjoni dwarhom jirriżultaw minħabba li l-gvern qed imexxi dan il-pajjiż b'għajnejh magħluqa mingħajr ma joqgħod iqies ċerti piżijiet li qed iħallu fuq il-familja t-taxxi, l- għoli tal-ħajja u l-liċenzji u l-kontijiet li qed ikollna nħallsu.", "Minħabba dawn it-taxxi l-familji Maltin qed jeżistu b'sagrifiċċju biex jaraw li jibqagħlhom dik il-xi ħaġa sa l-aħħar tax-xahar biex ikunu jistgħu jitimgħu lill-familja.", "Mr. Speaker, jiena nħoss li l-partit fil-gvern għandu jagħti attenzjoni għal min qed ibati f'pajjiżna.", "Hemm ħafna familji li niżluf is-saff tas- subnormali, jiġifieri fis-saff li huwa iktar l-isfel milli suppost.", "Għandna wisq faqar f'Malta li ħafna jistħu jitkellmu dwaru.", "Għandna per eżempju nies f'pajjiżna li jistennew il-paga tagħhom biex ikunu jistgħu jixtru l-ikel.", "M'iniex qed ngħid li jagħmlu xi lussu fid-dar tagħhom jew inkella jixtru xi ħaġa biex ikunu jistgħu jkunu iktar komdi, imma jistennew il-paga ġurnata b'ġurnata biex dawn ikunu jistgħu jmorru għand tal-merċa biex jixtru l-ikel.", "Issib oħrajn li meta jaqilgħu l-paga tar-raġel din diġa` tkun imqassma, u nista' ngħid li ħafna minnha tkun diġa` dejn għand tal-merċa, dejn għand tal-ħwejjeġ, dejn għall-bżonijiet li jkunu xtraw matul ix-xahar ta' qabel.", "Dawn lanqas ikunu għadhom daħħlu l-paga u diġa` tkun qiegħda ta' ħaddieħor.", "Dawn l-affarijiet irridu nindirizzawhom u nitkellmu fuqhom.", "Irrid insemmi wkoll l-għoli tal-mediċina.", "Per eżempju xi ħadd ġie kellimni fejn dan kien l-Ingilterra u kellu bżonn pilloli urġenti li jisimhom Seroxat.", "Minn hemmhekk xtrahom Stg6.20 li jiġu Lm4 - u dawn kien fihom pakkett ta' 30 pillola.", "Minn hawn Malta pakkett ta' 20 pillola, jiġifieri inqas pilloli, xtrahom Lm9.70.", "Dan qed ngħidu biex tara kemm hawn Malta l- ħajja hija għolja, il-piżijiet tal-familji qed ikunu ħafna kbar u qed ikollna ħafna problemi.", "Mr Speaker, l-għaqdiet u aġenziji dejjem qegħdin jitkellmu fuq problemi tal- familji bħal swat minħabba li l-membri tal-familji jkunu mdejqin, ikollhom stress jew sitwazzjonijiet koroh fil-familji pero` Alla jbierek il-gvern lanqas biss qed jagħti kas ta' dan kollu.", "Imbagħad nibqgħu nisimgħu diskussjonijiet bħal dik li saret fl-4 ta' Ġunju ta' din is-sena li bejn Dr Karmenu Mifsud Bonnici u Simon Busuttil fejn waħda mill-affarijiet li qal Simon Busuttil kient fuq il-concession fuq l-agrikoltura.", "Dan qal bla tlaqliq li l-ħajja se togħla once li tgħaddi din il-liġi ta' l-agrikoltura.", "Qal ukoll li se jkun hemm VAT ta' 5% fuq l-ikel u mediċina, jiġifieri immaġina kemm se jikber jikber iktar il-piż fuq il-familji.", "Minkejja dan kollu, Alla jbierek xejn ma nisimgħu diskussjonijiet fuq dawn l-affarijiet min-naħa tal-gvern.", "Xejn ma nisimgħu fuq il-piżijiet ikbar li se jkun hemm fuq il-familji Maltin.", "Tan-naħa l-oħra għandhom slogan li jgħid \"Futur għal Uliedna\".", "Jiena ma nistax nifhem kif wieħed jista' joħroġ bi slogan bħal dak, meta min-naħa tkun qed tagħmlilhom żiżi u min-naħa l-oħra tkun qed tagħtihom bis-sieq", "X'qal iktar Simon Busuttil( Qal li b'din politika fuq l-agrikoltura se jkun hemm l-għoli fuq ċerti prodotti bħal per eżempju zokkor, l-għaġin, il- qamħ, il-ġwież u kull tip ta' laħam li jiġi importat.", "Issa aħna nafu kemm isiru affarijiet biz-zokkor.", "Qal ukoll li ċerti sussidji jridu jinqatgħu.", "Dawn huma affarijiet li nħoss li għandu jitkellem fuqhom u għandu jara li jpoġġi l-issue ta' l-Unjoni Ewropea fuq iktar viżjoni ċara għax meta għada pitgħada jasal ir-referendum il-poplu jrid ikun jaf fuq xiex se jivvota.", "Dawn huma affarijiet li sfortunatament il-gvern Nazzjonalista mhux qed jitkellem fuqhom.", "Fl-24 ta' April kien hemm diskussjoni oħra bejn kelliema tal-gvern u l- unions fejn in-naħa tal-gvern sostniet il-pożizzjoni li ma tingħata ebda żieda fis-salarji tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku.", "Dan qed jgħid li se jagħmel il-wage freeze.", "Qalilna li dan mhux se jżid il-pagi qabel l-2005, imbagħad induna li kien se jkun hemm ħafna li se jaqbżu fuqu, u neħħa din il-klawsola.", "Minkejja dan irrid ngħid li ma nafux x'se jiġri għada, għax Malta tinsab f'inċertezza kbira.", "Nixtieq niddedika dawn l-aħħar erbgħa minuti li għandi għal familja li toqgħod il-Fgura li spiċċat bla dar minħabba inċident.", "Din il-familja hija koppja żagħugħa b'tarbija ta' għaxar xhur u dawn spiċċaw li lanqas jistgħu jidħlu fil-propjreta` tagħhom għax tinsab kundannata.", "Din il-familja ngħatat għajnuna mill-Malta Community Chest Fund - u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Malta Community Chest Fund - pero` din il-koppja qed issostni li mhux għajnuna trid, imma ssib soluzzjoni biex ikollha d-dar tagħha.", "Min-naħa tad-dipartiment tal-housing ingħatat flat żgħir li jrid ħafna spejjeż biex tirranġah, parti kbira mill-finanzi li ngħatat mill- Malta Community Chest Fund se jkollha tużahom biex tagħmel il-manutenzjoni u m'hi se jibqgħalha xejn biex biex tkun tista' tiekol.", "Il-ministeru ma jridx jipprova jsibilha post ieħor addattat biex tkun tista' tgħix b'mod diċenti u din il-familja ilha għal dawn l-aħħar ġimgħatejn tipprova tagħmel kuntatti mad-dipartiment għax anke fejn toqgħod preżentement, f'lukanda, kulma fadliha huma ftit ġranet u dalwaqt joħorġuha minn hemmhekk.", "Din il- familja għadha qed tistenna deċiżjoni min-naħa tal-gvern biex tingħata post ieħor għax il-ftit għamara li rnexxielha toħroġ mid-dar tagħha qiegħda mferxa għand il-ġirien u anke f'garages milli offrewlha xi nies.", "Mr Speaker, jiena nħossni nkwetata u mbeżża', għax jekk id-dipartiment qed jgħid li lanqas għandu iktar postijiet x'joffri għal każ bħal dan, il- mistoqsija tiegħi tkun: X'jiġri jekk Allaħares qatt isir inċident f'Malta fejn ikollok ħafna iktar minn persuna waħda li tispiċċa mingħajr dar?", "X'se jagħmel il-gvern b'dawn in-nies li jsibu ruħhom barra(", "Hawnhekk nixtieq nagħmel it-talba tiegħi għan-nom ta' din il-familja biex il-gvern ifittex jagħtihom soluzzjoni kemm jista' jkun malajr għax il-mara tinsab f'dipressjoni enormi.", "Din għadha mara żgħira, għamlet ħafna sagrifiċċji biex kellha dan il-post, kienu mċaħħdin minn kollox meta kienu għarajjes biex kelhom l-affarijiet tagħhom imbagħad wara ftit snin taż- żwieġ tagħhom sabu ruħhom li d-dar tagħhom ġiet kundannata minħabba accident li ġara fil-garage taħt id-dar tagħhom.", "Dawn spiċċaw joqogħdu jiġġerrew 'l hemm u 'l hawn.", "Mr Speaker, j'Alla l-gvern ma jagħmilx diskriminazzjoni mal-poplu Malti.", "Jiena naf li diġa` kien hemm każ ieħor li kien ġara fil-Belt, fejn kien hemm ħruq f'dar u d din il-familja ġiet evakwata minn hemmhekk u ngħatat post diċenti min-naħa tal-gvern.", "Jiena ngħid li l-gvern m'għandux jagħmel diskriminazzjoni imma għandu jara kif jagħmel biex din il-koppja żgħażugħa ma jaqtgħalhiex qalba mid-dinja.", "Il-gvern għandu jipprova jgħin kemm jista' jkun lil din il-koppja biex ikollhom id-dar tagħhom ħalli flimkien ma' dik it-tarbija ċkejkna li għandhom ikomplu jibnu l-familja tagħhom f'post li jixirqilhom.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 18 ta' Ġunju 2002, fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru tal-Finanzi.", "Fid-9:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FAIR TRADING – BEJGĦ TA' ĦUT", "32392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni għamel il-ministeru wara l-aħħar dikjarazzjoni tas-sajjieda, sidien ta' trawlers, fejn qegħdin jallegaw li filwaqt li hemm waqgħa ġenerali fil-prezz tal-ħut, il-konsumatur xorta waħda għadu qed iħallas prezzijiet għoljin?", "Peress li lili jirriżultali li d-dipartiment tal-fair trading ma ltaqax mas-sidien tat-trawlers li qed jipprotestaw dwar din is-sitwazzjoni, jista' l-ministeru jintervjeni sabiex dawn is-sajjieda almenu jsibu min jagħti kashom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bħalissa l-uffiċċju tal- kompetizzjoni ġusta qiegħed jinvestiga lment li rċieva dwar bejgħ ta' ċertu tip ta' ħut frisk fis-suq lokali.", "SKALORA – PREZZ MEDJU", "32393.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-prezz ta' l-iskalora kważi rdoppja din is-sena?", "X'inhi r-raġuni li l-iskalora għoliet daqstant?", "Kemm ġiet importata skalora matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 u x'kien il-prezz fis-suq?", "X'inhu l-prezz din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn informazzjoni li kisbet id-diviżjoni għall- kummerċ, jidher li l-prezz ta' l-iskalora għola b'mod konsiderevoli minħabba skarsezza fis-suq internazzjonali wara li l-produzzjoni dinjija naqset bin-nofs.", "Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni huwa dovut prinċiparjament għall-ħsara li seħħet minħabba hurricane li laqat diversi pajjiżi li jipproduċu l-iskalora.", "Skond ċifri miżmuma mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, il- kwantita' ta' skalora importata u l-prezz medju għal kull sena bejn l-1998 u l-2001 kien hekk:", "|Sena |Kwantita' |Prezz Medju| |1988 |1,664,569 kilo|32c kull | | | |kilo | |1999 |1,534,051 |32c | |2000 |1,382,821 |32c | |2001 |1,673,521 |35c |", "Din is-sena il-prezz medju ta' kilo skalora huwa bejn wieħed u ieħor ta ́ 50c.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li se jkunu suġġetti għal restrizzjoni u kontrolli fuq l-importazzjoni qabel u wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "32396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-539 special safeguards for agricultural produce li l-Unjoni Ewropea għandha reġistrati mad-WTO sabiex tikkontrolla l- importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel għall-popli tal-pajjiżi membri tagħha, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel fil-każ ta' Malta li sa jkunu kkontrollati mill-Unjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Intepellant jindirizza l-mistoqsija lill- ministru konċernat.", "BIEDJA - POLITIKA TAL-GVERN", "32398.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fl-istess nifs li qed jgħid li jrid ineħħi l-levies ta' protezzjoni fuq prodotti tal-biedja ̧ il-gvern Nazzjonalista daħħal dazji ogħla fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l- ikel u dan minkejja li dawn il-prodotti la jipproduċuhom il-bdiewa, ir- raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin u lanqas l-agrindustrija lokali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦAMRUN - SKOLA DUN FRANS CAMILLERI – KAŻ TA' SLOW LEARNER", "33996.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li tingħata l-għajnuna meħtieġa lit-tifel li ismu qed jintbagħat under separate cover, tifel bi bżonnijiet speċjali li jattendi l-iskola Dun Frans Camilleri tal-Ħamrun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel imsemmi ġie identifikat bħala slow learner u għalhekk qed jingħata għajnuna komplimentari minn għalliema apposta.", "It-tifel ntbagħat quddiem l-istatementing board fit-23 ta' Ottubru 2001 iżda s'issa għadu ma ġiex assessjat.", "It-tifel qiegħed jiġi wkoll assessjat minn school psychologist.", "MATSEC – GRAPHICAL COMMUNICATIONS", "33997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li partijiet mill-eżami Intermediate (Matsec) tal-graphical communications kienu impossibbli li jinħadmu?", "X'rimedju hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull parti ta' l-eżami tal-graphical communications fil-livell intermedju kienet tinħadem.", "SERVIZZI EKONOMIĊI – RAPPORTI MISCO U KPMG", "34008.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33850 u jgħid x'rapporti, studji u xogħol ieħor tqabbdu jagħmlu l-kumpanniji MISCO u KPMG fis-snin 1999, 2000 u 2001 għall-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul is-snin imsemmija, numru ta' dipartimenti u entitajiet oħra li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi ikkummissjonaw lid-ditti li qed issir riferenza għalihom biex jagħmlu numru ta' rapporti relatati mad-diversi oqsma, fosthom taħriġ għall-impjegati li fihom joperaw l-entitajiet, preparazzjoni ta' business plans kif ukoll preparazzjoni ta' liġijiet speċifiċi bħall-Business Promotion Act.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT – SPORTS FUND", "34009.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus fl-isports fund tal-kunsill Malti għall-isport mit-twaqqif tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll kemm intnefqu minn dawn il-fondi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-flus li daħlu fl-isports fund tal-kunsill Malti għall-isport jammontaw għal Lm79805.82.", "Sal-lum għadu ma ntefaq xejn minn dawn il-fondi.", "INSTITUTE OF HEALTH - KORS TAL-QWIEBEL", "34023.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kors tal-qwiebel fis-sena skolastika li ġejja hux ser jiftaħ jew le?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi l-organizzazzjoni tal-kors tal-qwiebel taqa' taħt l-institute of health ta' l-universita' ta' Malta, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ABBUŻ MILL-ALCOHOL", "34033.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fejn jinżammu dawk in-nies li jkollhom jiġu rikoverati minħabba abbuż mill-alcohol?", "Kemm ġew rikoverati f'din l-aħħar sena?", "Kemm żmien inżamm l-aktar wieħed?", "Kemm għandha żmien l-iżgħar persuna rikoverata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ABBUŻ MILL-ALCOHOL", "34034.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm persuni fittxew għajnuna minħabba abbuż mill-alcohol?", "Kemm minn dawn kienu diġa' talbu għajnuna qabel?", "Kemm kellu żmien l-akbar u kemm kellu l-iżgħar minn dawk li talbu l-għajnuna?", "Jiġi indagat jekk dawn il-persuni jagħmlux xi attivita' sportiva jew le?", "Fil-każ x'irriżulta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika x'tip ta' għajnuna minħabba abbuż mill-alcohol qed jirriferi għaliha.", "SKEJJEL – STUDENTI LI JITILQU L-ISTUDJI KMIENI", "34035.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ matul din is-sena skolastika lill-istudenti biex jitilqu l-istudji tagħhom qabel jagħlqu s-16- il sena?", "Kemm kienu bniet u kemm subien?", "Kemm kienu mill-iskejjel ta' l- istat, tal-knisja jew dawk indipendenti?", "X'raġunijiet ġabu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SIGURTA' SOĊJALI – TELF TA' ĠRANET TA' XOGĦOL MINĦABBA MARD", "34036.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li ntilfu ġranet ta' xogħol minħabba mard matul l-ewwel ħames xhur tas- sena?", "Kemm kien hemm ġranet ta' mard meħuda minn ħaddiema fis-settur pubbliku u kemm fil-privat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl- informazzjoni dwar ġranet ta' xogħol mitlufa kawża ta' mard matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena.", "Tajjeb li ninforma lil Onor. Interpellant li din l-istatistika tinġabar miċ- ċertifikati tal-mard li ħaddiem jew persuna li taħdem għal rasha, tissottometti lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "PULIZIJA – UFFIĊJALI FIL-KARIGA TA' RSM", "34052.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min serva fil-kariga ta' RSM tal-pulizija bejn l- 1980 u llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant, il-membri tal-korp tal-pulizija li kienu jokkupaw il-kariga ta` RSM kienu 1/SM 576 George Cossai, 1/SM 20 Tarcisio Vella, 1/SM 114 Harold Harrison u 1/SM 192 Edgar Theuma.", "UFFIĊĊJU ELETTORALI – BDIL TA' ID CARDS", "34053.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi fejn nies li ħadu r-ritratt ta' l-ID card il- ġdida, ġew mitluba jmorru mill-ġdid l-uffiċċju elettorali ħalli jerġgħu jieħdu r-ritratt għaliex qalulhom li r-ritratti ħarġu ħżiena?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li ma kien hemm ħadd li ġie mitlub imur l-uffiċċju elettorali biex jerġa' jieħu r-ritratt għax ħareġ ħażin.", "Madankollu kien hemm 141 persuna li minn jeddhom marru l-uffiċċju elettorali u biddlu l-karta ta' l-indentita minħabba r-ritratt.", "GŻIRA – TRIQ TURU RIZZO - OIL SPILL", "34054.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ma jitħalliex isir spillage ta' żjut tal-magni fil-parti ta' fuq ta' Triq Turu Rizzo, il- Gzira?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minn spezzjoni li għamlet il- pulizija fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, ma jirriżultax illi hemm xi żjut la fit-triq u lanqas fuq il-bankina.", "Pero` jirriżulta li hemm store li huwa rtirat 'il ġewwa mill-linja tal-bini li jintuża bħala store għall-ispare parts ta' magni wżati u huwa f'din il-parti li jidher li hemm tiċpis taż-żejt.", "Is-sid ġie mwissi mill-pulizija sabiex inaddaf din il-parti u jżommha nadifa.", "HOUSING – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "34055.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' single mother li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qed ikun investigat.", "AFM – KRITERJI GĦAR-RIMBORŻ TA' SPEJJEŻ FUQ MEDIĊINI", "34056.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk ir-regolamenti ta' l-armata għadhomx fis-seħħ f'każ li mediċina jkollha tinxtara minn membru ta' l-armata meta ma tkunx available mill-isptar jew mill-armata stess, u dan peress li sa ftit ta' żmien ilu suppost li meta din tinxtara minn membru ta' l-armata, kien ikollu jiffirma fuq l-irċevuta l-medical officer biex imbagħad dak il-membru jieħu lura l- ispejjeż li jkun għamel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li r-regolamenti tal-forzi armati dwar il-provdiment ta' mediċini għadhom fis-seħħ.", "RADJAZZJONI - RAPPPORT", "34057.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rakkomandazzjonijiet for limiting human exposure to time - varying electrical, magnetic and electromagnetic field in the frequency range from 0 Hz to 300 Ghz, liema rapport kien ġie ppreżentat f'Awissu tas-sena 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi r-rakkomandazzjonijiet huma nklużi fir-rapport imsemmi li jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 ta' Novembru tas-sena 2000.", "ANTENNAS - MOBILE PHONES", "34058.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru x'inhi d-distanza pprojbita li persuna tista' tersaq viċin antenna tal-mobile phone?", "X'inhu l-għoli mill-art ta' kemm suppost dawn l-antennas jitwaħħlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li r-rapport bir-rakkmandazzjonijiet for limiting human exposure to time - varying electrical, magnetic and electromagnetic fieds in the frequency range from 0Hz to 300 GHz, jindirizza d-distanzi minimi ta' sigurta' minn antennas inġenerali, inkluż dawk ta' mobile phone base stations.", "Dan is-suġġett hu ttrattat esklussivament f'sezzjoni 13 ta' l-istess rapport.", "KARTA R-ROŻA - MEDIĊINA B'XEJN", "34059.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar it-talba skond schedule 5 għal mediċina b'xejn għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija 13567.", "SPTARIJIET - TAGĦMIR", "34060.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'tagħmir hemm fl-isptar San Luqa, fl-isptar Boffa, fl- isptar Zammit Clapp u fl-isptar Mount Carmel stmat li jiswa aktar minn Lm100,000?", "Liema huwa u f'liema sena ġie stallat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MEPA – HIGH-RISE BUILDING - APPLIKAZZJONIJIET", "34061.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l- MEPA għal bini high-rise?", "F'liema lokalitajiet huwa dawn l- applikazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi quddiem il-MEPA hemm erba' applikazzjonijiet pendenti għall-iżvilupp ta' high-rise building minn għoxrin sular u aktar.", "Dawn l-applikazzjonijiet saru għal żvilupp fil- lokalitajiet tal-Blata l-Bajda, il-Gżira, il-Qawra u l-Imrieħel.", "PALAZZO PARISIO - BIEB TA' BARRA MIFTUĦ", "34062.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kien ir-riżultat ta' l-inkjesta wara li f'Ottubru 2001 il-pulizija kienet sabet il-bieb prinċipali tal- ministeru miftuħ f'nofs ta' lejl?", "ONOR.", "JOE BORG: Jien informat illi mill-indagni interni li kienu saru dak iż-żmien, irriżulta li l-bieb prinċipali tal-ministeru tħalla miftuħ b'nuqqas ta' ftehim min-naħa ta' l-uffiċjali nkarigati.", "L-uffiċjali involuti ġew imwissija verbalment u minn dakinhar ittieħdu l- prekawzjonijiet biex ikun hemm iżjed attenzjoni għas-sigurta' tal-bini.", "AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "34063.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Minn fost l-impjegati kollha li hemm fil-ministeru, jista' l- Ministru jgħid min huma dawk li għandhom mobile phone pprovdut mill-gvern?", "X'inhija l-ispiża kapitali għal dan is-servizz ċellulari u kemm kienet l- ispiża tal-konsum fuq bażi ta' 12-il xahar għas-sena 2001?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "MARSA - QORMI ROAD – ZEBRA CROSSING", "34064.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra-crossing f'Qormi Road, Marsa - fil-parti biswit il-kantuniera ma' Triq Abela fil-Ħamrun - minħabba d-diffikulta' li wieħed isib biex jaqsam it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- direttorat għall-maniġġ tat-traffiku biex wieħed jara x'jista' jsir.", "DRENAĠĠ - DIRECT ORDERS", "34065.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33944 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartiment tad-drenaġġ mill-bidu tas-sena 2001 sal-lum?", "Xi jkopri dan ix-xogħol, min ħadu u x'inhu l-valur tax- xogħol li sar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "GĦAWDEX - CUSTOMER SERVICES – POST TA' DIRETTUR", "34066.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għaddew aktar minn erba' xhur minn meta għalqu l- applikazzjonijiet għall-mili tal-kariga ta' direttur tal-customer services fil-ministeru għal Għawdex u l-intervisti għadhom ma sarux?", "Jista' jgħid meta se jsiru?", "Jista' jgħid jekk b'dan id-dewmien huwiex jinkiser il- quality service charter ta' l-OPM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-intervisti għall-mili tal- post ta' direttur tal-customer services fil-ministeru għal Għawdex issa saru.", "UE - LINGWA MALTIJA - POSITION PAPER", "34067.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- position paper u/jew tas-sottomissjonijiet tal-gvern - fil-kapitlu istituzzjonijiet - dwar l-użu tal-lingwa Maltija?", "ONOR.", "JOE BORG: Issa li n-negozjati fuq il-kapitolu ta' l-istituzzjonijiet ġew magħluqa, sejjer inqiegħed il-position paper relattiva fuq il-Mejda tal- Kamra f'din l-istess seduta – naturalment waqt il-ħin tat-tqegħid ta' karti - sabiex tiġi segwita l-istess proċedura li ntużat s'issa fir-rigward tal- kapitoli l-oħra magħluqa.", "Ta' min wieħed jinnota li f'dan il-kapitolu, in-negozjati nbdew bil-ħruġ tal-pozizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din il-pozizzjoni komuni kienet tirriproduci dak li ġie deċiż f'Nizza rigward il-parteċipazzjoni ta' Malta fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.", "Fuq aspetti oħra, inkluż il-lingwa, din kienet tirrifletti l-pozizzjoni tal-Gvern Malti, cioe li '", "'from accession, Maltese will be recognised as an authentic language of the treaties as well as an official and a working language to be used by European institutions\".", "In vista ta' dan, il-Gvern Malti seta jagħlaq in-negozjati fuq dan il- kapitolu abbażi tad-dokument li sejjer inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kif diġa' indikajt.", "LUNAPARKS – NOISE LEVEL", "34068.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-livell tal-volum ta' mużika u storbju permess mill-awtorita' għas-saħħa u sigurta' għal-lunaparks li jarmaw fil-miftuħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol issegwi n-normi tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli aċċettabbli ta' storbju li għalihom ikunu esposti ħaddiema fuq il-post tax- xogħol.", "Dawn huma ta' 90 dB(A) (daily noise extreme) u 200 Pa (unweighted instantaneous sound pressure).", "CHAMBRAY – ROBERTO MEMMO", "34069.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il- proġett ta' Chambray?", "Kemm huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jiżganċja ruħu mill-proġett?", "F'hiex wasal il-proġett innifsu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PA/MEPA – ŻVILUPP MARITTIMU", "34070.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi applikaw lill-PA/MEPA biex ikunu kkonsidrati biex jagħmlu environment impact assessment f'każ ta' żvilupp marittimu matul dwan l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn kienu barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proċess ta' l-EIA jitlob li l-konsulenti ta' l-EIA jiġu magħżula mill-applikant ta' żvilupp u mhux mill-PA/MEPA.", "L-applikanti jagħtu lista tan-nies li huma jkunu għażlu biex jaħdmu fuq l-EIA u wara jkunu l-PA u l-EPD - issa l-MEPA - li japprovaw jew le dawn il-konsulenti.", "Ninsab informat illi fl-aħħar għaxar snin ġew approvati 21 kumpannija differenti biex jaħdmu fuq EIAs għal proġetti marittimi.", "Erbgħa minn dawn kienu barranin.", "EIA – ŻVILUPP MARITTIMMU", "34071.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environment impact assessment sar f'każ ta' żvilupp marittimu matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1993 u din is-sena ntalbu li jsiru EIAs fuq 19-il proġett għal żvilupp marittimu.", "Minn dawn, erbgħa għadhom qed jitħejjew u tnejn ġew abbandunati u l-applikazzjoni rtirata.", "PA/MEPA – ŻVILUPP MARITIMMU", "34072.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet/individwi kienu magħżula mill- PA/MEPA biex iwettqu environment impact assessment fi żvilupp marittimu matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn l-individwi ġew mogħtija konsultazzjoni f'aktar minn entita' waħda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-MEPA ma tagħżilx min iwettaq l-EIA iżda huwa l- applikant li jagħżel.", "It-tieni parti tal-mistoqsija mhijiex ċara.", "PEMBROKE – LUNAPARK – NOISE LEVEL", "34073.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33927, jista' l-Ministru jgħid x'livell ta' mużika u storbju huwa l-massimu permess mil-lunaparks li joperaw fil-miftuħ?", "Jista' jagħti l-livell f'decibels?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-permess maħruġ mill-pulizija sabiex titħaddem lunapark ̧ ma jkunx hemm il-livell f`decibels tal-mużika li tista` tindaqq.", "Dan il-permess jingħata pero` bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm inkonvenjent.", "Informat ukoll illi minn spezzjoni li saret mill-occupational health & safety officer nhar is-6 ta` Ġunju, irriżulta illi l-livell ta` mużika li kienet qed tindaqq fil-lunapark f`Pembroke kien ivarja bejn 85dB u 90dB.", "MIC - NEFQA", "34074.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34011 u jgħid kemm intnefqu flus mill-MIC mill-1999 sal-lum?", "Jista' jgħid fiex intnefqu l- flus din is-sena?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant.", "PA – ESPERTI FIL-PROĊEDURI U PREPARAZZJONI TA' L-EIA", "34075.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm esperti involuti fil-korsijiet li dan l-aħħar organizzat l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-proċeduri u preparazzjoni ta' l-EIA?", "Kemm minn dawn kienu lokali jew barranin?", "Fuq liema bażi ġew magħżula?", "Min ħallas għal dawn il-korsijiet li kienu rreklamati mill-PA, l-awtorita' innfisha jew xi aġenziji oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li saru żewġ korsijiet fuq l-EIA.", "L- ewwel kors sar għal dawk impjegati mad-dipartimenti tal-gvern u li jieħdu ħsieb li jaraw l-EIA.", "In-nies li pparteċipaw għal dan il-kors kienu jirrappreżentaw lil dawn l-entitajiet, u cioe', id-dipartiment għall- ħarsien ta` l-ambjent, id-dipartiment ta`l-agrikoltura u dak tas-sajd, l- awtorita` ta` l-ippjanar, il-maritime authority, id-dipartiment tas-saħħa pubblika u r-resources authority.", "B`kollox kien hemm 18-il persuna li attendew għal dan il-kors mogħti minn espert mill-institute of environmental management and assessment.", "It-tieni kors kien immirat għall-konsulenti li jaħdmu fuq EIAs kif ukoll għal nies oħra li huma interessati li fil-futur jaħdmu fuq EIAs.", "Attendew 41 persuna għal dan il-kors li ngħata minn żewġ esperti barranin mill- istess institute.", "Il-parteċipanti kienu kollha Maltin, ħlief wieħed li huwa barrani imma jgħix Malta.", "It-tutors kienu żewġ barranin.", "Għall-ewwel kors il-parteċipanti ġew magħżula mid-dipartiment tagħhom.", "Il- parteċipanti għat-tieni kors intgħażlu wara li ntlaqgħu applikazzjonijiet u l-għażla saret on a first-come-first-served basis.", "Kollha ħallsu miżata għall-parteċipazzjoni f`dawn il-korsijiet.", "Fil-każ tan-nies li jaħdmu mal- gvern, id-dipartimenti relevanti ħallsu għall-attendenza tagħhom.", "HOUSING – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – APPLIKANTI TA' QABEL L-1987", "34077.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm min ilu li applika għal akkomodazzjoni soċjali minn qabel l-1987?", "F'liema kategorija jinsabu?", "Minn liema lokalita' huma?", "Kemm minnhom naqqsu l-punti minn dak iż-żmien 'il hawn minħabba tibdil fis-sistema tal- punti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba minbarra dik mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija li dwarha ma tinżammx statistika.", "TRADE CONDITIONS", "34080.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Would the Minister indicate what sort of trade conditions are being imposed on establishments such as those operating a copying bureau, bookshops and stationers etc, that keep and operate machinery or any other type of copying apparatus capable of reproducing copyright material for commercial purposes?", "Is the trade licensing unit imposing any conditions so that copyright is protected premises, especially in view of the newly approved Copyright Act (section 7 a, c, e and 9 h,i) legal notice 120/92 and the Constitution of Malta as per article 37 (1) (a) for adequate compensation for such use?", "If these conditions are not being imposed and observed by this unit, then who is responsible for this lack of observance and to see that this right of protection is enjoyed and not abused by such holders?", "If these establishments had been advised by the unit, then why are they still in abuse and violation of copying material without rightsholders' authority?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-kondizzjonijiet tal-liċenzja inkluża fit-tieni skeda tar-regolamenti tas-sena 2002 tal-liċenzji tan- negozju, ġeneralment huma bbażati fuq il-kondizzjonijiet l-aktar importanti u komuni li kien hemm fil-liċenzji li kienu jinħarġu taħt is-sistema ta' qabel.", "Madanakollu din il-lista ma' tista' bl-ebda mod la dirett u lanqas indirett, tinftiehem li teżenta xi attivita' kummerċjali milli jiġu osservati l-kondizzjonijiet u l-provvedimenti ta' xi liġi, regolament jew proċedura amministrattiva oħra li bħalissa jinsabu fis-seħħ f'Malta.", "Peress li l-ikkupjar bla permess ta' materjal għal skopijiet kummerċjali jikkostitwixxi ksur tal-Kodiċi Kriminali, il-liġi tagħti s-saħħa lill- kummissarju tal-pulizija biex jibda proċeduri kontra min jabbuża.", "Madankollu l-pulizija tieħu azzjoni wara li tkun informata dwar dan mill- parti jew partijiet li jkunu ħassewhom offiżi b'tali azzjoni.", "WSC – SALINITA' TA' L-ILMA TAL-BOREHOLES", "34081.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti l-volum tas-salinita' ta' l-ilma li attwalment jiġi ippompjat mill-boreholes?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TISBIH TA' PROMENADES - NEFQA", "34084.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Peress li l-Ministru ġie rrapportat li qal li ntefqu madwar Lm10 miljun fit-tisbiħ tal-promenades, jista' jagħti breakdown ta' din in- nefqa għal kull promenade?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-nefqa fuq xogħol ta' tisbiħ tal-promenades huwa kif jidher hawn taħt:", "1996 Marsascala Lm2,000,000 1997 Buġibba/Qawra Lm1,973,981 1998 Marsascala Lm 565,213 Marsaxlokk Lm 526,980 Birżebbuġia Lm 372,519 Buġibba/Qawra Lm 766,105", "1999 Buġibba/Qawra Lm 391,043 Marsascala Lm 370,302 Birżebbuġia Lm 245,447 Marsaxlokk Lm 115,250 Sliema Lm 145,078", "2000 Buġibba/Qawra Lm 209,524 Marsascala Lm 183,917 Birżebbuġia Lm 113,131 Marsaxlokk Lm 100,255 Sliema Lm 457,314", "2001 Buġibba Lm 28,555 Marsascala Lm 45,671 Birżebbuġia Lm 28,520 Marsaxlokk Lm 63,957 Sliema Lm 560,374 San Ġiljan Lm 167,059", "2002 (sa 12/06/2002)", "SliemaLm Lm 106,401 San Ġiljan Lm 95,647 Buġibba/QawrA Lm 904 Marsascala Lm 1,904 Birżebbuġia Lm 11,283 Marsaxlokk Lm 5,529", "SIĠĠIEWI – ST MARGARET STREET – TNEĦĦIJA TA' ARBLU TAD-DAWL", "34085.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-arblu tad-dawl li hemm f'St. Margaret Street fis-Siġġiewi - quddiem il-fond bin-numru 200 - peress li din il-parti t-triq hi dejqa ħafna u l-arblu qed joħloq inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjoni li saret mill- ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta, ma jirriżultax li l-arblu msemmi qed joħloq xi inkonvenjent.", "GĦAWDEX - DWEJRA - TINDIF", "34087.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għax-xogħol ta' tindif li qiegħed isir fid- Dwejra, jista' l-Ministru jgħid kemm-il fażi fadallu l-proġett tat-tindif tad-Dwejra?", "Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat", "GĦAWDEX - CUSTOMER SERVICE – POST TA' DIRETTUR", "34088.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid b'liema kriterju ġie upgraded il-post ta' direttur tal- customer services fil-ministeru għal Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'April tas-sena 2001, wara l-ħatra għall-ewwel darba ta' assistenti diretturi fi skala ta' salarju 5, it-tlettax il- pożizzjoni ta' direttur li kien baqa' fi skala 5 ġew kollha upgraded għal skala 4 u b'hekk ma baqa` l-ebda direttur fi skala 5.", "Id-direttorat tal-customer services kien wieħed minn dawn it-tlettax.", "AFFARIJIET BARRANIN – IMPJEGATI ON CONTRACT", "34091.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-ministeru li huma mpjegati on contract?", "Jista' jagħti lista ta' dawn l-impjegati, jgħid x'inhu x-xogħol li għandhom, meta ġew impjegati u meta se jispiċċa l- kuntratt ta' kull wieħed minnhom?", "Hemm min ħa promozzjoni waqt li jinsab bil-kuntratt?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onor. Interpellant.", "AFFARIJIET BARRANIN - KIRI TA' KAROZZA - NEFQA", "34092.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li għall-okkażjoni tal-laqgħa għall-awguri ta' l-ewwel tas-sena, il-ministeru kera karozza bix-xufier għas-segretarju permanenti meta dan diġa' għandu għas-servizz tiegħu żewġ karozzi oħra tal-gvern u xufier full-time?", "Kemm ġie jqum dan is-servizz?", "ONOR.", "JOE BORG: Is-segretarju permanenti fil-ministeru għall-affarijiet barranin ma jagħmilx użu minn żewġ karozzi tal-gvern imma għandu karozza waħda uffiċjali li nxtrat taħt it-termini tal-kuntratt li għandu għall- kariga li jokkupa, kif ukoll l-użu ta' sewwieq meta jkun hemm il-htieġa għal dan.", "Lanqas huwa minnu li nkriet xi karozza bix-xufier għall-okkazjoni ta' l- għoti ta' l-awguri ta' l-ewwel tas-sena.", "Anzi jien informat illi f'dik l- okkazjoni partikolari, is-segretarju permanenti saq huwa stess il-karozza uffiċjali sal-Palazz, il-Belt u lura.", "VAT – IMPORTAZZJONI ABBUŻIVA TA' ALUMINIUM PROFILES", "34099.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li għalkemm a 40ft container aluminium profiles normalment huwa suġġett għal bejn Lm4,000 u Lm5,000 VAT, hemm importatur partikolari li allegatament jiddikjara nofs il-valur u lil dawk il-klijenti li ma jkunux iridu jħallsu VAT iżommilhom minflok 8% charge?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddli d-dettalji relevanti biex ma jintifix żmien fl-investigazzjonijiet.", "BEJGĦ TA' TIĠIEĠ - PERMESSI", "34101.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'permessi għandu bżonn xi ħadd li jbigħ tiġieġ friski minn tiegħu?", "X'tibdil hemm previst f'din l-industrija ladarba Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li persuni li jrabbu tiġieġ u jbiegħuhom huma stess għandu jkollhom trading licence, liema liċenzja jkollha l- kondizzjonijiet meħtiega mid-dipartimenti konċernati.", "Fil-futur, kull produttur irid ikun reġistrat u lliċenzjat mad-diviżjoni ta' l-Ikel u attivita' veterinarja biex jiġi assigurat dejjem aktar il- ħarsien ta' saħħet -il konsumatur.", "KORDIN - FAĊILITA` KORRETTIVA", "34102.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma li priġunier li ismu qiegħed jintbagħat separatament, kien qed jitlob li jiġi ttrasferit minn din id-diviżjoni minħabba s-sitwazzjoni allarmanti ta' abbuż ta' droga?", "Jista' jikkonferma li wara li dan il-priġunier safa msawwat minn xi priġunieri oħra, effettivament ġie ttrasferit għal division oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ta` kuljum isiru diversi talbiet minn priġunieri biex jibdlu minn diviżjoni għal oħra u r-raġunijiet li jagħtu huma diversi.", "L-ex-priġunier imsemmi fil-mistoqsija qatt ma għamel talba biex ibiddel id-diviżjoni li kien fiha jew għamel dawn l-allegazzjonijiet ma` xi uffiċjal dwar l-imsemmija droga.", "Wara l-inċident imsemmi li fih kienu involuti l-priġunier imsemmi u żewġ priġunieri oħra, kienu ż-żewġ priġunieri ta` l-aħħar li nbidlitilhom id- diviżjoni.", "ZAMMIT CLAPP - QUALIFIED NURSES", "34115.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-qualified nurses li jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp bħala full-timers, se jiġu mġiegħla jaħdmu late duties meta dawn minn dejjem kienu jaħdmu flexible hours fil-ħin ta' filgħodu biss?", "Jaf li jekk dan isir ikunu qegħdin jinkisru l-kondizzjonijiet tax-xogħol li ngħataw dawn in-nurses fil-bidu ta' l-impjieg tagħhom fl-1991?", "Jaf li l-kondizzjonijiet li jgawdu dawn kienu ngħatawlhom billi dak iż- żmien il-gvern kellu bżonn nurses biex jaħdmu fl-isptar u sabiex iħajjar oħrajn miżżewġa li ma kenux qegħdin jaħdmu biex jerġgħu jibdew jaħdmu?", "Jaf li jekk se tiġi mwettqa xi bidla fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, lil dawn in-nurses jista' jnaffarhom milli jkomplu jaħdmu?", "Jista' jikkonferma li mhux qegħdin jiġu mpjegati aktar qualified nurses biex jissostitwixxu oħrajn li jirtiraw jew jieqfu mill-impjieg?", "Veru li qegħdin jiġu ngaġġati nursing aides minflok qualified nurses?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-management ta` l-isptar Zammit Clapp iddiskuta din is-sitwazzjoni mal-union konċernata u hemm qbil fuq din il-kwistjoni.", "Ma jirriżultalix li qegħdin jiġu mpjegati nursing aides minflok infermiera kwalifikati f'Zammit Clapp.", "Infatti hemm proposta mill-management li tista` tirriżulta f'titjib tan-nursing ratio fil-ħin ta' wara nofsinhar.", "STA.", "LUĊIJA – APPARTAMENTI TAL-GVERN – LIFTS", "34121.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu d- diskussjonijiet biex isiru lifts fl-appartamenti ta' Triq il-Ġnien f'Santa Luċija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mir-records ta' l-awtorita' tad-djar ma jirriżultax li l-awtorita' irċeviet xi applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' lift mir- residenti ta' l-appartamenti fi Triq il-Ġnien f'Santa Luċija.", "STA LUĊIJA – APPARTAMENTI TAL-GVERN - MANUTENZJONI", "34123.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jinbidel is- saqaf fit-turretta ta' appartament fi blk 3 Triq il-Ġnien, Santa Luċija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan ix-xogħol ġie approvat u għandu jsir mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fil- futur immedjat.", "STA LUĊIJA - TRIQ IL-ĠNIEN – GĦERUQ TAS-SIĠAR", "34124.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex l-għeruq tas- siġar ma jibqgħux jidħlu fi flat, fi block 4, Triq il-Ġnien, Santa Luċija, billi jsir xi konkos mat-triq kif sar f'lokalitajiet oħra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq se jagħmel inspection biex jara x'jista' jsir.", "TAS-SLIEMA – TRIQ SANT' ALFONSU - DRENAĠĠ", "34125.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk jeżistux ħsarat fis- sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant' Alfonsu f'Tas-Sliema, biswit il-fond numru 70?", "Jista' jara li jittieħdu l-passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma hemmx ħsara fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Sant'Alfonsu, Tas-Sliema.", "Li hemm hija ħsara fil-house connection tal-fond bin-numru 70.", "ĊIRKOLAZZJONI TA' EURO COINS", "34126.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jiġu pprovduti euro coins lill-ħwienet permezz tal-banek kummerċjali jew permezz tal-bank ċentrali, peress li t- turisti qed ikollhom diffikulta' biex jingħataw bqija preċiża?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-munita euro mhix valuta legali f'Malta u għalhekk mhux suppost tiġi aċċettata mill-ħwienet bl-istess mod li dawn jaċċettaw il-lira Maltija.", "Għalkemm huwa veru li l- ħwienet jaċċettaw flus barranin mit-turisti, il-bejgħ xorta waħda jibqa' fuq bażi ta' flus Maltin u naturalment il-bqija tat-transazzjoni trid tkun fi flus Maltin.", "FLORIANA U L-BELT VALLETTA - SLUM CLEARANCE PROJECTS", "34127.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi hemm dwar is-slum clearance projects ta' Triq l-Argotti/Triq l- Iljun u 22, Triq il-Kapuċċini, Floriana u anke St Charles Street Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward Triq l- Argotti/Triq l-Iljun, Floriana, saret applikazzjoni lill-awtorita' ta' l- ippjanar li sal-lum għada pendenti.", "Nifhem li kien hemm xi dewmien dwar il- ħruġ tal-permess minħabba xi trattativi ma' terzi.", "Dwar 22, Triq il-Kapuċċini, Floriana, il-permess ġie approvat u t-tender ingħatat pero' inqalgħu xi problemi dwar min hu l-proprjetarju ta' wieħed mill-garaxxijiet eżistenti.", "Rigward St Charles Street, Valletta jidher li għalissa ma hemm l-ebda proġett ta' slum clearance maħsub għal dan is-sit.", "AFM – SURMAST TAL-BANDA", "34129.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur il-banda tal- forzi armati tinsab mingħajr surmast?", "Jista' jgħid jekk huwiex fatt li l- armata kienet ilha madwar tliet snin avżata mis-surmast preċedenti li kien se jirtira?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li minkejja dan iż-żmien kollu ta' pre-avviż, ma tteħdux il-passi meħtieġa biex jinħatar surmast ġdid, bil-konsegwenza li sal-lum il-banda għadha bla surmast?", "Jikkonferma l-Prim Ministru li l-banda ser iżżur l-Italja fil-ġimgħat li ġejjien meta tinsab mingħajr surmast?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-banda tal-forzi armati bħalissa qed titmexxa minn aġent surmast.", "Is-surmast li kien hemm qabel iddikjara bil-miktub li xtaq jirtira f'Ottubru tas-sena 2001 u fil-fatt irtira f'Jannar 2002.", "Ninsab informat li l-banda ta' l-armata ser iżżur l-Italja.", "LANDS - ĊNUS", "34130.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iskema mħabbra fid-diskors tal-budget għas-sena 2002 in konnessjoni maċ-ċens sew dak perpetwu u/jew temporanju?", "Meta huwa maħsub li din l-iskema tiġi implimentata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi x-xogħol neċessarju biex din l- iskema tiġi implimentata huwa lest.", "Naturalment l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati skond parametri stabiliti u huwa ppjanat illi l- applilkanti li kien hemm s`issa jsir kuntatt magħhom fil-futur qarib.", "AFM – PROMOZZJONI GĦALL-MEMBRI TAL-BANDA", "34131.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-banda tal-forzi armati ilhom għal snin twal ma jingħataw promozzjoni?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r- raġuni meta dawn isiefru fuq xogħol mal-banda jingħataw biss Lm50 expenses bonus, bil-konsegwenza li jkollhom joħorġu flus mill-but biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż li jkollhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-25 ta' Ġunju tas-sena l-oħra ħarġu 21 promozzjoni fil-banda tal-forzi armati.", "Membri tal-banda li jsiefru fuq xogħol jingħataw l-istess subsistence allowance li jingħataw membri tas-servizz pubbliku.", "NAVY INGLIŻA - PENSJONI", "34132.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Meta fl-ogħla stituzzjoni tal-pajjiż hemm min qiegħed jirċievi aktar minn pensjoni waħda kemm minħabba l-kariga u kemm minħabba l- eta', jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidli għaliex persuna li tkun għamlet żmien taħdem man-navy Ingliża, meta tasal għaż-żmien tal-pensjoni ma tingħatax ukoll il-pensjoni li tingħata tas-servizz Ingliż flimkien mal- pensjoni tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali ma jipprekludix lil xi persuna milli tirċievi xi pensjoni tas-servizz filwaqt li tkun qed tirċievi l-pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Tajjeb jingħad li hemm pensjonanti li għandhom aktar minn pensjoni waħda tas-servizz u fl-istess waqt jirċievu pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "PA – SLIEMA PROMENADE - WHITE SHADOWS", "34133.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument white shadows li ġie inawgurat fil-promenade ta' Tas-Sliema għandux il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jista' jgħid meta saret din l-applikazzjoni, minn min, x'numru tal-file iġġib u meta ħareġ il-permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-monument in kwistjoni huwa kopert bil-permess PA2602/02.", "L-applikazzjoni saret mid-direttur tax-xogħlijiiet fis-7 ta' Mejju, 2002 u l-permess inħareġ fl-4 ta' Ġunju, 2002.", "SLIEMA PROMENADE – WHITE SHADOWS", "34134.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-monument white shadows li ġie inawgurat fil-promenade ta' Tas-Sliema?", "Jista' jgħid jekk inħarġetx sejħa pubblika għal dan il-monument?", "Jista' jgħid meta saret din is-sejħa, meta għalqet, min tefa' l-offerti u b'liema valur?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol tal-konkos u ħadid sar minn ħaddiema tat-taqsima tax-xogħlijiet.", "L-uniku xogħol li ġie allokat lill-kuntratturi privati kien ix-xogħol ta' l-irħam.", "Minħabba l- urġenza tax-xogħlijiet, ġew allokati żewġ direct orders lid-ditta Hal Mann għall-valur ta' Lm1,800 għax-xogħol tat-tqegħid u Lm2,300 għall-provvista ta' l-irħam.", "Nerġa' nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Perit Richard England li offra mingħajr l-ebda ħlas jew kumpens id-disinn kif ukoll sorveljanza waqt ix-xogħlijiet.", "PEMBROKE - SKOLA SIR LUIGI PREZIOSI – KOMPORTAMENT TA' STUDENTA", "34135.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenta li tattendi l-iskola Sir Luigi Preziosi f'Pembroke li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mhux qed tiġi aċċettata l-iskola - anzi tkeċċiet mill-kap ta' l-iskola - għax sempliċement qatgħet xaharha qasir u għax tagħmel il- gel?", "Jista' jgħid jekk din id-deċiżjoni meħuda mill-kap ta' l-iskola hijiex konformi mar-regolamenti tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?", "Jista' jara kif din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata immedjatament biex din l- istudenta ma tibqax titlef aktar lezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kap ta' l-iskola tikkonferma li hi f'ebda ħin ma keċċiet lill-istudenta msemmija mill-iskola.", "Kienet l-istess studenta li ħarbet mill-iskola bla permess u ġabet ruħha b'arroganza fil- konfront tal-kap u l-assistent kap ta' l-iskola.", "Hi kienet l-unika studenta li ma tridx tobdi r-regolamenti ta' l-iskola li jistabilixxu kif għandhom iżommu persunithom l-istudenti.", "IX-XGĦAJRA - TRIQ DWARDU ELLUL - DRENAĠĠ", "34138.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinformani meta nbidlu t-tappieri tad- drenaġġ ġewwa Triq Dwardu Ellul, ix-Xgħajra u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma nbidlu l-ebda tappieri fi Triq Dwardu Ellul imma li sar hu li l-manhole mirduma ġiet livellata mal- wiċċ tat-triq.", "Dan ix-xogħol sar b'direct labour.", "IX-XGĦAJRA – TRIQ MULETT U TRIQ CHESNEY – XOGĦLIJIET", "34139.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jibgħat rappreżentant tad-dipartiment tat- toroq sabiex isiru l-istudji neċessarji bil-għan li Triq Mulett u Triq Chesney fix-Xgħajra jkunu jistgħu jsiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat tat-toroq biex l- ispezzjoni ssuġerita mill-Onor.", "Interpellant issir.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ L-INDIVJA – ĦSARAT FIL-MAINS TA' L-ILMA", "34142.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jinvestiga l-ilment ta' numru ta' residenti fi Triq l-Indivja, Ħaż-Żabbar rigward ħsarat fil-mains ta' l- ilma peress li l-ħin kollu hemm ħruġ ta' ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.", "IX-XGĦAJRA – TRIQ MULETT U TRIQ CHESNEY - DWAL", "34143.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Mulett u Triq Chesney fix- Xgħajra jiġu stallati bozoz adegwati peress li l-post huwa mudlam u hemm xi bozoz li marru u għadhom ma ġewx imsewwija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant intbagħtet lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u tittieħed l-azzjoni li hemm bżonn.", "IX-XGĦAJRA - TRIQ SAN LEONARDO – ĦOFOR", "34144.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-parti ta' Triq San Leonardo fix-Xgħajra, quddiem il-club tal-boċċi, tiġi msewwija billi hemm ħafna ħofor li huma ta' periklu għal min ikun għaddej?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat tat-toroq sabiex it- triq tiġi spezzjonata u jiġi stabilit x'għandu jsir.", "HOUSING - MĠARR", "34145.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li terġa' titnaqqas il-kera li tħallas il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, għall-fond li fih jgħix ma martu u erbat itfal peress li minn Lm52, il-kera għolietlu għal Lm120 fis-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi s-sussidju fuq il-kera nħadem skond il-kuntratt li ġie ffirmat fit-30 ta' Lulju 1997.", "PA – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "34150.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u mid-DCC li għadhom ma' ntbagħtux lill-applikanti?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti kien hemm fl- aħħar ta' Novembru u Diċembru 2001 u minn Jannar sa Mejju 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ INDRI BORG – ASFALTAR", "34151.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq għamel l- inspection meħtiega u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-utilities biex jiġi stabilit liema xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi.", "Jien informat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew, ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ IL-KAĊĊA – ASFALTAR", "34152.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq il-Kaċċa f'Ħaż-Żebbug?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq għamel l- inspection meħtieġa u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-utilities biex jiġi stabilit liema xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi.", "Jien informat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew, ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ IL-KANDLORA – ASFALTAR", "34153.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta sejra toħroġ l-offerta biex tiġi asfaltata mid-dipartiment tat-toroq triq ġdida fi Triq il- Kandlora f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq għamel l- ispezzjoni meħtieġa u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-utilities biex jiġi stabilit liema xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi.", "Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew, ikunu jistgħu jsiru is-sejħiet għall- offerti li jkun hemm bżonn.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ L-GĦENEB - ASFALTAR", "34154.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta sejra toħroġ it-tender biex tiġi asfaltata Triq l-Għeneb, inkluż l-isqaq, f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq għamel l- ispezzjoni meħtieġa u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-utilities biex jiġi stabilit liema xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi.", "Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew, ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall- offerti li jkun hemm bżonn.", "BIRKIRKARA – TRIQ GOLLCHER – ILMENTI MIR-RESIDENTI", "34155.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-ilmenti tar-residenti f'Row C, Olav Gollcher Street, Ta' Paris Birkirkara dwar ġuvintur li jaqbżu fil-btieħi tan-nies, jiġu mistħarrġa mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma jirriżultax li l-pulizija kellha xi rapporti kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu dan l-ilment ser ikun mistħarreġ.", "MALTACOM - PAOLA", "34156.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone lill-anzjan li l- partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- Maltacom sabiex tingħata l-attenzjoni relattiva.", "HOMEHELP - PAOLA", "34157.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li terġa' tiġi riveduta t-talba għall-estensjoni tas-servizz tal-homehelp lil waħda anzjana li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament, minħabba l- bżonnijiet li għandha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ħames ġimgħat ilu, il-bord kompetenti kkonsidra t-talba għall-estenzjoni tal-homehelp lill-persuna indikata.", "Din it-talba ma ġietx milqugħa peress li ma kienx hemm tibdil fil-kondizzjoni medika tal-persuna konċernata.", "PULIZIJA – TRAFFIKU – CAR COLLISION SKETCHES", "34158.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani kemm normalment u raġonevolment jieħu żmien sabiex il-pulizija tagħti sketch ta' sempliċi collision normali bejn żewġ vetturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi normalment rapport u sketch ta' kolliżjoni tat-traffiku jkun jista' jinġabar mingħand il-pulizija fi ftit ġranet wara li jkun seħħ l-inċident.", "Pero` jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, nitolbu jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.", "MARSAXLOKK – TRIQ DUN SALV GATT – LETTER BOX", "34159.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li titpoġġa letter box fl-area ta' Dun Salv Gatt Street, Marsaxlokk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: B'popolazzjoni ta' viċin it-3,000 ruħ, Marsaxlokk hu moqdi bi tliet kaxxi ta' l-ittri, numru ogħla minn dak rakkomandat mill-UPU u għalhekk mhux indikat li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra fil-lokalita' msemmija.", "Madanakollu ninsab informat li d-direzzjoni tal-Maltapost dejjem lesta tikkonsidra rakkomandazzjoni mill-kunsill lokali għal ċaqliq ta' xi waħda jew aktar mill-kaxxi eżistenti b'mod li jitjieb is-servizz.", "SERVIZZ ĠENERALI – PROMOZZJONI GĦALL-PRINCIPALS", "34161.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkunu promossi għal scale 8 il-principals li sal-lum qegħdin fi scale 9, promozzjoni li suppost kellha ssir b'effett mill-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-progressions li joħorġu mill-addendum li ġie ffirmat fit-22 ta' Awissu, 2001 li jsaħħaħ il-ftehim dwar il-klassifikazzjoni, assimilazzjoni u ristrutturar tal-gradi fis-servizz ġenerali ta' l-1993.", "L-implimentazzjoni tal-provvedimenti ta' dan l-addendum jinvolvi assimilazzjoni, promozzjoni u progession ta' aktar minn 3,000 uffiċjal pubbliku u dan l-eżerċizzju jrid iż-żmien biex jiġi konkluż.", "Jien informat li diġa` ttieħdu numru ta' passi biex dan l-addendum jiġi implimentat.", "Fil-każ ta' principals li minn skala 9 jridu jitilgħu għal skala 8, dan isir wara li l-MPO jaċċerta ruħu li l-uffiċjali konċernati jkunu qdew id- doveri tagħhom b'mod sodisfaċenti, bil-mod kif provdut fl-imsemmi addendum.", "MARSAXLOKK - TRIQ ABDOSIR – XOGĦLIJIET", "34162.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Abdosir f'Marsaxlokk tiġi mibnija kif imiss peress illi żżomm ħafna ilma, tant li tifforma ruħha għadira kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat tat-toroq biex jispezzjoni t-triq u jara għaliex qed iżomm l-ilma u jara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "MARSAXLOKK – TRIQ GRAVINA – DWAL", "34163.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fit-tarf ta' Triq George Gravina f'Marsaxlokk peress ili hija mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "MARSAXLOKK - TRIQ SALVU GATT – STAT TA' ABBANDUN", "34164.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġi kkurat l-open space fl-akwata ta' Triq Salvu Gatt f'Marsaxlokk - jew aħjar l-estate - peress li jinsab fi stat ta' abbandun?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li t-tiswija ta` bini residenzjali tal-gvern taqa` taħt ir-responsabbilita` tad-dipartiment għall-bini u tiswija ta` djar, inkluż il-manutenzjoni ta` housing estates, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru għall-politika soċjali.", "MARSA - SKOLA FRA DIEGO BONANNO – LIFT MHUX FUNZJONANTI", "34166.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda jiffunzjona l-lift istallat fl- iskola ta' Fra Diego Bonanno fil-Marsa, peress illi dan ilu aktar minn erba' snin fil-bitħa u aktar minn sena u nofs istallat mingħajr ma jiffunzjona?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent qed tinbena substation ġdida biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fl-iskola msemmija.", "Diġa` sar ħlas lill-korporazzjoni Enemalta biex f'isem id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, din tordna switchgear għal din is-substation.", "Ix-xogħol hu previst li jitlesta sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.", "Darba dan il- proċess jitlesta, il-lift ikun jista' jibda' jaħdem b'aktar regolarita`.", "MARSAXLOKK - FACILITATOR", "34171.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jiġi individwat facilitator - jew jekk mhux possibbli imqar partial facilitator - sabiex l-istudent li d- dettalji tiegħu qegħdin jiġu annessi separatament flimkien mar-rapporti relattivi, ma tkomplix issirlu ħsara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel inkwestjoni ġie riferut għall- għajnuna fil-5 ta' Diċembru tas-sena 2000 iżda t-talba ma ntlaqgħetx mill- istatementing board.", "Saru tentattivi oħra biex wieħed jara t-tifel jistax jiġi mgħejjun mid-dyslexsia unit u dan il-unit ta pariri biex it-tifel jingħata s-support ta' speech therapist.", "Dan fil-fatt qed isir.", "FERTILITY RATE", "34172.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-average birth rate per woman fl-aħħar sitt snin?", "Kemm kienet l-average birth rate fost it-teenagers fl-istess żmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li ma teżistix l-average birth rate per woman, naħseb li l-Onor.", "Membru qed jirriferi għat-total fertility rate li tagħha tista' tingħata l-medja għal numru ta' snin.", "Il-medja ta' total fertility rate għal dawn l-aħħar ħames snin hi ta' 1.80.", "Teżisti wkoll il-crude birth rate, ċioe' in-numru ta' twelidijiet ħajjin għal kull elf persuna tal-popolazzjoni f'nofs is-sena.", "Il-medja għal dawn l-aħħar ħames snin hi ta' 12.11.", "L-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ma għandux tagħrif għat-tieni parti tal-mistoqsija għax l-informazzjoni li qed tintalab tinżamm fl-isptar Karen Grech."]} {"filename": "20020115_676d_par.doc", "date": "2002-01-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 676 It-Tlieta, 15 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 676", "It-Tlieta, 15 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "676", "It-Tlieta, 15 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 587", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 587", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 593", "AĠĠORNAMENT 614", "MISTOQSIJET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 620", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 675 li saret fl-14 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "ĦABS - FENCING ĠDID", "30502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jaf il-Ministru li biex ittella' fencing ġdid fil- ħabs inqatgħet il-linja tat-telefon ta' l-iskola tal-ħabs?", "Meta se tissewwa din il-linja peress li hija essenzjali għat-tmexxija ta' l-iskola?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li ttieħdu l- passi neċessarji sabiex il-linja tat-telefon ta' l-iskola tal-ħabs tissewwa wara li ġiet irrappurtata bil-ħsara.", "Diġa` sar xi bdil ta' wiring u jonqos biss xi xogħol tekniku mill-inġinier biex din il-linja terġa' tibda tiffunzjona.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi l-prattika f'każ li ċittadin li jkun qed jiskonta sentenza l-ħabs ikollu bżonn jagħmel xi operazzjoni partikolari u jitlob li jkollu ċerta faċilita` wara li ssirlu din l-operazzjoni?", "Għax lili wasalli lment li kien hemm persuna l-ħabs, għamlet operazzjoni tal- bypass u meta marret lura u talbet li fiċ-ċella jkollha heater, dan id- dritt ma ngħatalhiex.", "Jista' l-Ministru jispjega x'jiġri f'każijiet bħal dawn biex saħħet il-ħabsin tabilħaqq tkun imħarsa u sostnuta skond id- drittijiet normali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-ewwelnett jien dejjem ninsisti li m'għandu jkun hemm l-ebda forma ta' diskriminazzjoni mal-priġunieri u li dawn għandhom jiġu stmati daqs kwalunkwe pazjent ieħor.", "Mhux sew li ċerti preġudizzji kontra tagħhom jiġu riflessi fil-kura medika u safejn naf jiena kull meta kien hemm xi lment, dejjem ikkomunikajna ma' l-awtoritajiet ta' l- isptar.", "Hemm grupp mediku li jieħu ħsieb il-kura medika tal-priġunieri u f'każ li priġunier ikun l-isptar u jintbagħat lura l-ħabs mingħajr ma jkun f'kondizzjoni li jagħmel hekk, jiġi ċertifikat minn dan il-grupp ta' tobba u jerġa' jintbagħat l-isptar.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi kwestjoni partikolari nitolbu jinformani sabiex jiġi segwit mill-awtoritajiet tal- ħabs u jekk hemm bżonn jingħata l-kura li għandu bżonn.", "ĦABS - ĦIDMA EDUKATTIVA", "30503.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba li jittieħdu biex tissaħħaħ il-ħidma edukattiva fil-ħabs biex il-persuni t'hemm ġew bis-serjeta` jingħataw l-opportunita` jibdew bidu ġdid f'ħajjithom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtoritajiet tal-ħabs dejjem taw l-appoġġ neċessarju lil kull priġunier li wera interess bis-serjeta` li jirriforma ruħu.", "Dan joħroġ ċar mill-fatt li llum hemm żewġ priġunieri li qed jattendu kors l- Universita` u ieħor qed jagħmel kors bil-korrispondenza.", "Numru ieħor ta' priġunieri kull sena jagħmlu l-eżamijiet tal-Matsec u jottjenu riżultati sodisfaċenti.", "L-Onor.", "Interpellant japprezza li biex persuna tirriforma ruħha trid tkun hi stess li tagħmel ħilitha kollha biex tirnexxi.", "ĦABS – COMPUTERS BIL-ĦSARA", "30504.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola tal-ħabs issa ilhom xi 60 jum b'ħafna mill-computers bil-ħsara u baqgħu ma ssewwewx minkejja li għadda dan iż-żmien aċċettabbli?", "Meta se jittieħdu l-passi biex jissewwew dawn il-computers?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 29132, ninsab informat li fil-ġejjieni qarib se jinxtraw computers ġodda u se jsir dak kollu possibbli biex kemm jista` jkun ma ssirx ħsara volontarja lill- apparat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li mil-lat amministrattiv ġewwa l-ħabs donnu hemm nuqqas ta' commitment f'dak li huwa timeframe, jista' almenu l- Ministru jara li ċerti proċeduri bħal dawn ma jieħdux tul ta' żmien speċjalment meta qed nitkellmu dwar computers, li huma għodda importanti sabiex il-bniedem jirriforma ruħu aktar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, irrid ngħid li f'dan il-qasam sar progress enormi għax niftakar li meta mort jiena l-ewwel darba l-ħabs ħlief erba' kotba ma kellhomx - li naħseb ta' l-iskola primarja huma aktar avvanzati minnhom - u għalhekk konna bnejna librerija ġdida.", "Imbagħad kien hemm bżonn tal-computers, ġibnihom u sibna anke min tahomlhom bħala donazzjoni.", "Imma mbagħad ġara li kien hemm xi ħadd li għoġbu jagħmlilhom ħsara volontarja pero` dan ma jfissirx li għandhom jiġu penalizzati priġunieri oħrajn li jridu jagħmlu xogħol fuq il-computer.", "Id-direttur tal-ħabs għadu kemm informani li se jinxtraw computers ġodda probabbli għax sabu min jiffinanzjahom u allura dan il-proċess se jkompli, jiġifieri bl-ebda mod m'hu se jsir xi tfixkil biex jispiċċa.", "Il-fatt li għandek żewġ priġunieri li qed jattendu korsijiet fl-Universita` huwa ta' unur għal min imexxi l-ħabs u għas-soċjeta' kollha.", "J'Alla nkomplu f'din it-triq.", "Meta sar dan il-pass kien hemm dubju jekk dawn għandhomx jintbagħtu bis- sigurta` magħhom.", "Naturalment kieku għamilna hekk, konna stajna nżarmaw kollox, allavolja f'soċjeta` żgħira din il-possibbilta` diġa` teżisti.", "U allura filwaqt li ttieħdu miżuri oħrajn ta' sigurta`, ħallejna l-liberta` lil dak il-priġunier, aktar u aktar jekk għadu ta' eta` żagħżugħa, li jrid ġenwinament isegwi kors l-Universita` u mhux sempliċement irid joħroġ mill- ħabs.", "Aħna dejjem nagħmlu l-kontrolli biex din is-sistema qatt ma tiġi abbużata pero` nieħu gost li mhux biss fl-Universita` imma anke f'livell ta' Matsec, li huwa importanti wkoll, qed ikollna numru akbar ta' nies li fil-perijodu li huma jintbagħtu l-ħabs, ma jaħlux żmien u jużawh biex jistudjaw ħalli jottjenu riżultati meħtieġa fil-livell ordinarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'inhi r-raġuni li fiċ-ċentru tal- faċilita` ta' l-Imtaħleb ħafna żgħażagħ li wkoll qed isegwu programm ta' rijabilitazzjoni m'humiex qed jingħataw ċertu support edukattiv biex jirriformaw ruħhom u jerġgħu mill-ġdid igawdu l-ħajja normali tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas- SATU, is-substance abused therapeutic unit li hemm fl-Imtaħleb, li huwa storja waħda sħiħa ta' suċċess.", "Jien immur hemmhekk xi darbtejn f'sena għax jistidnuni darba fis-sajf u darb'oħra f'Novembru meta jkollhom l-anniversarju – dan il-unit kien twaqqaf l-ewwel darba f'Novembru ta' l-1995 meta kont ministru l-ewwel darba jien – u naf li l-priġunieri mhux biss jaħdmu ġewwa l-unit imma jitħallew anke joħorġu barra, jiġifieri jekk xi ħadd isib xogħol ġewwa l- Belt, jitħalla jmur jaħdem hemmhekk għax aħna nemmnu li anke x-xogħol huwa proċess edukattiv.", "Meta jien sirt ministru kont sibt sitwazzjoni fejn ir-regolamenti tal-ħabs kienu qed jiġu nterpretati b'mod ristrettiv ħafna u dawn il-persuni kienu jitħallew imorru jaħdmu fl-aħħar tliet xhur biss.", "Jien deherli li ġaladarba l-programm tas-SATU huwa programm ta' rijabilitazzjoni, bħalma hu dak tal-Caritas u s-Sedqa, għandhom ikollhom l-istess faċilitajiet, l- istess privileġġi u l-istess obbligi bħal tas-Sedqa u tal-Caritas.", "Allura jekk parti mill-programm tas-SATU huwa li jmorru jaħdmu, dawn il-priġunieri għandhom jingħataw din il-fakulta`.", "Jien ma rċevejt l-ebda lmenti dwar l-edukazzjoni u ladarba l-Onor.", "Interpellant qed jgħid hekk, inwiegħdu li se nindaga għax jekk hemm xi ħaġa li żgur irridha tkompli huwa l-esperiment li konna bdejna aħna u li kompla l-gvern ta' qabel, biex jekk nistgħu nsalvaw lil dawn il-persuni mill- problema tad-droga, naqilgħuhom mill-ambjent tal-ħabs – fil-fatt meta kienu fil-ħabs ta' Kordin ukoll kienu kompletament segregati mill-bqija tal- ħabsin u kellhom kollox għalihom, anke kappella – u s'issa r-rata ta' suċċess m'hijiex ħażina.", "Veru dejjem ikun hemm xi ħadd li jiddiżappuntak u wara li tafdah ma jagħtikx lura rispett imma allaħares minħabba li xi ħadd jista' jabbuża, inti ma tagħmilx sistema ta' rijabilitazzjoni.", "Jekk il-gvern kien kważi liberali sal-punt li jippermettilhom joħorġu barra minn hemmhekk sabiex jaħdmu, aħseb u ara kemm għandu jippermettilhom joħorġu biex jistudjaw, basta dan ma jfixkilx l-andament tal-programm tagħhom għax ma rridux ninsew li dawn għandhom programm partikolari.", "Il- programm m'huwiex wieħed ta' studju imma huwa programm ta' rijabilitazzjoni, mela l-edukazzjoni trid tkun parti minn dak il-programm ta' rijabilitazzjoni mill-problema tad-droga għax biex tmur l-Imtaħleb irid ikollok dik il-problema.", "Allura trid toqgħod attent li ma tagħmilx iż-żewġ affarijiet f'salt u tispiċċa li la jirnexxielek tagħmel waħda u lanqas l- oħra.", "Trid tara jekk persuna li tkun qed tagħmel programm ta' rijabilitazzjoni tkunx tista' tmur l-Universita` u allura hemmhekk jista' jkollok il-problema li forsi kien qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONIJIET", "30505.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l- investigazzjonijiet tal-pulizija dwar il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li ġara fil-Qawra fl-1 ta' Lulju, 2001 u li diversi drabi kitbet lill-pulizija dwaru, inkluż ittra lill-Kummissarju fl-10 ta' Diċembru, 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din l-investigazzjoni għad m'hijiex konkluża.", "Informat ukoll li l-pulizija qed iżżomm kuntatt mal-persuna li d- dettalji dwarha intbagħtu separatament mill-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - ĦABS", "30506.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistennew biex jagħmlu l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex l-oġġetti tal-fuħħar maħduma fil-ħabs jitħallew jinħarġu biex jinħmew?", "Meta se toħroġ l-awtorizzazzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 29132, ninsab informat li l-awtorizzazzjoni biex l-oġġetti jinħarġu mill-faċilita` u jittieħdu biex jinħmew ingħatat lill-uffiċjal inkarigat fil-15 ta' Novembru, 2001.", "ĦABS - PROGRAMM EDUKATTIV", "30507.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li hemm il- ħsieb li jitnaqqas il-programm edukattiv fil-ħabs?", "X'inhuma r-raġunijiet għal dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma hemm l-ebda ħsieb li jitnaqqas il- programm edukattiv fil-ħabs.", "Riċentement inħatar bord kompost minn chairman u żewġ membri biex jevalwaw il-programm preżenti u dan bil-ħsieb li jiġi mtejjeb għall-benefiċċju ta' dawk il-priġunieri li verament iridu jitgħallmu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu l-Ministru jgħid x'inhi l-linja ta' gwida fir-rigward ta' dan it-titjib?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, meta jien sirt ministru sibt li kien hemm min qed jikkritika l-mod kif kien għaddej il-programm ta' edukazzjoni u din il-kritika kienet ġejja anke minn xi wħud mill-bord tal-viżitaturi tal- ħabs.", "Allura deherli li għandu jsir rapport, fil-fatt dan ir-rapport sar, u issa nħatar dan il-bord biex wieħed dejjem itejjeb il-programm u naraw kif nistgħu nużaw ir-riżorsi aħjar.", "M'hemmx dubju li dan jinvolvi ammont ta' flus għax trid iġġib l-għalliema minn barra, teħodhom il-ħabs, issib min ma jkunx irid jaħdem f'dan l- ambjent u allura tajjeb li wieħed jagħmel re-evaluation, pero` mhux beħsiebna nnaqsuh jew nagħmlu l-ekonomija fuq l-edukazzjoni tal-priġunieri.", "Per eżempju, wieħed irid jara jekk jistax iqassam il-klassijiet fi groups aħjar għax jista' jkollok teacher ma' persuna waħda imbagħad ikollok teacher ieħor ma' 20 ruħ.", "Irridu naraw ukoll li verament hemm nies li ġenwinament qed imorru għal-lezzjonijiet.", "Dawn kollha huma problemi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom.", "Imbagħad trid tara x'suġġetti qed jitgħallmu għax hemm min tista' tgħallmu ċerti suġġetti u hemm min bilkemm jaf jikteb u jaqra.", "U allura lil dak li jkun trid tgħallmu suġġetti li jkunu utli għalih mhux, per eżempju, tipprova tgħallmu l-filosofija.", "Din hija t-tip ta' evalwazzjoni li qiegħda ssir u dan qed nagħmluh mhux biex innaqsu mill-edukazzjoni imma biex intejbu s-servizz li jeżisti diġa`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma din l-evalwazzjoni hija maħsuba fuq proċess ta' ftit ġimgħat, ta' ftit xhur jew ta' sena?", "Jista' l-Ministru jkun aktar speċifiku rigward il-kurrikulu edukattiv li se jkun disponibbli għal kulmin ikun qed jiskonta sentenza, kemm fuq bażi ta' droga kif ukoll kriminali jew xort'oħra?", "Qed ngħid dan għax nemmen ukoll li jeżisti inċentiv edukattiv li jista' jkun utili ħafna għal dawn il-persuni u cioe` dak li għandna nassoċjaw ma' l-edukazzjoni ta' rijabilitazzjoni ta' l-iżvilupp rurali tal- gżejjer tagħna.", "Per eżempju, l-Imtaħleb nafu li hemm ħerba sħiħa u ċirkostanzi diffiċli fejn il-karatteristiċi tal-gżejjer tagħna f'dak li jirrigwarda l-qagħda rurali qed ikunu ta' dettriment, anke għall-impatt ambjentali.", "Il-gvern almenu qiegħed jikkonsidra li 'l quddiem jara kif jintegra dawn il- programmi edukattivi?", "Għax jien nemmen li minbarra li dawn ikunu qed jindirizzaw skop li l-pajjiż u l-poplu għandu bżonn, ikunu qed jagħtu rijabilitazzjoni aktar attiva lil dawn in-nies.", "Naturalment huwa inutli li lil dawn tagħtilhom l-edukazzjoni permezz ta' computer jew tgħallimhom il- filosofija, kif qed jgħid il-Ministru, għax forsi ma jkunux daqstant komuni ma' dan it-tip ta' element.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, first things first jgħidu l-Ingliżi u dak huwa l-iskop tal-programm ta' l-edukazzjoni.", "Hemm min huwa tajjeb biex jagħmel il-Matsec u hemm min huwa tajjeb biex imur l-Universita` pero` irridu nibdew bl-affarijiet bażiċi.", "U b'dawn nifhem il-lingwi u ċertu minimu ta' suġġetti tax-xjenza.", "I-Onor.", "Interpellant qed jissuġġerixxi kuxjenza dwar l-ambjent, per eżempju, li huma environmental studies li jagħmlu llum fil-junior college jew inkella fl-iskejjel sekondarji.", "Pero` ejja nibdew bil-basics għax hawn min lanqas jaf jikteb sentenza sħiħa bil-Malti u ma ninsewx li sfortunatament min jispiċċa fil-faċilita` korrettiva jkun aktarx ġej minn ċertu ambjent li ma jkunx favorevoli għal ċertu struzzjoni u edukazzjoni u allura huwa inutli li nibdew mit-tarf meta għadna lanqas qegħdin fil-bidu.", "Pero` nemmen ukoll li dan li qed jgħid l- Onor. Interpellant huwa validu ħafna fis-sens li min għallinqas m'huwiex kapaċi jagħmel ħaġa, jista' jitgħallem jagħmel ċerti affarijiet oħrajn.", "Fil-fatt aħna mhux qed ngħallmu biss it-tagħlim tal-lingwi imma anke t- tagħlim tas-snajja`, bħal kif tagħmel book-binding u anke kif tagħmel xogħol tal-fuħħar.", "Jien ma neskludix li jista' jiġi ntrodott suġġett ieħor bħal studju dwar l-agrikoltura u cioe` li tifhem affarijiet bażiċi dwar il- biedja.", "Aħna anke għandna nies li jieħdu ħsieb il-biedja ġewwa l-ħabs stess bħala forma li min ma jkollux talent għal ħaġa jkun jista' jagħmel ħaġa oħra.", "Niftakar li darba kien inbeda programm – jidhirli għal nies bi bżonnijiet speċjali – dwar it-trobbija ta' l-annimali.", "Anke dan it-tagħlim tal-biedja nemmen li jista' jkun ta' terapija għal dawn il-persuni.", "L- esperjenza għallmitna li fil-qasam tal-persuni b'diżabilita`, minkejja li dawn ma jistgħux jiżviluppaw minħabba s-sitwazzjoni mentali tagħhom, xorta waħda jista' jsir ċertu żvilupp.", "Anke f'dan il-qasam li qed nitkellmu dwaru konna naħsbu li min jidħol il- ħabs m'hu kapaċi jagħmel xejn.", "Fil-fatt ir-riżultati ta' dan il-programm ta' edukazzjoni qed juru li dan m'huwiex veru, għalkemm dan ma jistax japplika għal kulħadd.", "Qed ngħid hekk għax min hu kiesaħ, min ma jridx jirriforma ruħu u moħħu biss li jqajjem l-inkwiet fil-ħabs u anke meta joħroġ, tagħmillu x'tagħmillu jkun kollu inutli.", "Jiġifieri huwa inutli li ġġib iż-żiemel ħdejn ix-xmara jekk ma tkunx tista' ġġiegħlu jixrob.", "Pero` lil dawk li għandhom din id-disponibilita` aħna rridu ngħinuhom u għalhekk il-gvern nefaq il-miljuni fuq dan il-proġett.", "Il-proġett kollu se jiġi jiswa bejn Lm4 miljun u Lm5 miljun meta jkun lest.", "Dan se jkun jikkonsisti fi kċina ġdida, f'gate house ġdida, f'juvenile unit ġdida, f'remand section ġdida, li se tkun l-ikbar kumpless u li nisperaw li se niftħu fis-sajf ta' din is-sena u dan kollu qed isir sabiex anke l-proċess ta' l-edukazzjoni jkun aħjar.", "Għax meta inti tikklassifika l-priġunieri tista' tgħinhom jirriformaw ruħhom.", "Inti ma tistax tirriforma lil xi ħadd li ma jridx jirriforma ruħu imma lil dak li għandu din id- disponibilta` għandek tagħtih l-opportunita`.", "Fil-juvenile section hemm Margaret Andrews, li hija teacher li qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna ma' dawn iż-żagħżagħ u naturalment xi effett tħalli.", "Imma mbagħad fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu l-liberta` ta' l-azzjoni tiegħu li jieħu dik l-opportunita` u t-talent li għandu jew jaħbih jew inkella jiżviluppah.", "UNJONI EWROPEA", "30528.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa r-ristrutturar li jridu jwettqu l- produtturi tal-kompraturi tal-ħut matul t-2002 u t-2008?", "Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?", "Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-Unjoni Ewropea se tagħti għal dan ir-ristrutturar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-kumpraturi tal-ħut iridu jiżguraw li l-ħut li jixtru ma tinbidillux it-temperatura sakemm jasal għand il-konsumatur.", "Hemm min m'għandu għalfejn jagħmel l-ebda ristrutturar u hemm min għandu bżonn jinvesti f'refrigeration equipment biex jiggarantixxi l-kwalita` tal- ħut sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu.", "Il-valur ta' dan ir-ristrutturar jista' jvarja ħafna minn kompratur għal ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nirriferi għaż-żewġ dokumenti li tpoġġew il-bieraħ fuq il-Mejda tal-Kamra u cioe` d-dokument tal-veterenary and phyto-sanitary li jmur lura għall-10 ta' April, l-2001 u l-horizontal issues for common market organisation and rural development li d-draft tiegħu sar fis-26 ta' Lulju, 2001.", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-laqgħat tal-MEUSAC kien stabbilit li l-follow-up tal-programm ta' April kellu jintbagħat jekk kemm-il darba jkun hemm ftehim fuq id-dokument ta' wara, jiġifieri l-horizontal issue for common market organisation and rural development li fl-aħħar laqgħa tal-MEUSAC ma kienx hemm qbil dwaru.", "X'inhi r-raġuni li ntbagħat?", "Veru li bħala pern il-bażi ta' dan id-dokument għandu t-tneħħija tal-levy minn Jannar ta' din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ħalli nerġgħu nibdew bil-mod il-mod.", "L- ewwelnett hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-mod kif tiġi ppreżentata l- pożizzjoni ta' pajjiżna rigward l-agrikoltura u sajd.", "(Interruzzjonijiet)", "Ta' min jgħid li s-suġġett tal-biedja huwa vast u qed jiġi tackled in stages.", "Aħna daħħalna l-ewwel dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi veterinarji u l-phyto-sanitary.", "Dawn kienu parti min-negozjati li marru għalihom.", "Issa magħhom jonqos - u qed isir ix-xogħol fuqhom - il-pakkett finanzjarju li permezz tiegħu l-levies jibdew jitneħħew gradwalment mhux minn l-1 ta' Jannar imma matul din is-sena.", "Dan huwa l-pakkett li jismu special market policy programme for Maltese agriculture.", "Nerġa' ngħid, bħalma għedt il-bieraħ, li dan il-pakkett jirrigwarda l-prodotti sensittivi u dawk li huma ftit inqas sensittivi bħat- tadam għall-processing, il-patata għall-konsum lokali, it-tkabbir tad- dwieli biex jipproduċu l-għeneb, il-qasam tal-fruit and vegetables, il- qasam tal-majjal, il-qasam tat-tjur u l-qasam tad-dairy.", "Dan huwa l- pakkett lest pero` inħass il-bżonn – hawnhekk qed nitkellmu dwar settur li huwa ħaj – li hemm partijiet minnu li rridu nirfinawhom.", "Barra minn dan hemm ukoll il-programm ta' rural development li qegħdin naħdmu fuqu wkoll.", "U l-ħsieb hu li fix-xhur li ġejjin dan ikun lest ukoll u nippreżentawh.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Farrugia qed jgħid li hawn xi bdiewa li ma qablux.", "Aħna qegħdin nagħmlu laqgħat kontinwament ma' l-istakeholders interessati, ma' min huwa involut u ma' min għandu interess f'dan is-settur.", "U ovvjament mhux kulħadd jiġi jgħidlek li jaqbel miegħek mija fil-mija.", "(Interruzzjonijiet) Hemm min bl-ebda mod ma jrid jaf li l-levies jitneħħew.", "Jien għedtilhom li jekk hawn xi ħadd li qed jgħid li dan il-programm ma jridx jaqbel miegħu ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, qed iwieġeb il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-ewwel jaqbżu tan-naħa l-oħra imbagħad lanqas jagħtuk ċans titkellem!", "Jekk hawn xi ħadd li jgħid li jirrappreżenta lill-bdiewa u qed jgħid li hawn xi bdiewa li ma jridux jidħlu f'dan il-programm, aħna min-naħa tagħna qegħdin niftħu l-bibien lil kulħadd pero` jekk hawn xi bidwi li ma jridx jingħata l-kumpens, kulma jrid jagħmel jikteb u ma jingħatax il-kumpens.", "Aħna hawnhekk se nimxu bl- istess mod bħalma mxejna fil-qasam tas-sajd.", "Meta kellna l-problema biex tingħata provvista ta' fuel duty free tkellimna ma' kulħadd u ma kien hemm ħadd li qalilna li ma riedhiex.", "Issa hawnhekk l- istess; qegħdin nagħmlu programm bil-għaqal, qed nitkellmu mar- rappreżentanti tal-bdiewa u jekk hawn xi manager jew xi bidwi x'imkien li ma jridx l-għajnuna, jikteb u ma jeħodhiex.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mill-14 ta' Jannar ̧2002", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker ̧ filwaqt li nagħmlu tajjeb li nitkellmu fuq id-deficit li minn sena għall-oħra jkollu l-gvern fil-finanzi tiegħu ̧ ikun tajjeb ukoll li ma nabbandunawx id-dejn li għandu pajjiżna.", "F'dawn l- aħħar xhur id-deficit tal-gvern issemma wisq pero' d-dejn nazzjonali ma ssemmiex.", "Issa hawnhekk mhux biss qed nirreferi għad-dejn li jagħmel il- gvern b'mod dirett imma qed nirreferi wkoll għal-letters of comfort u garanziji li joħroġ il-gvern f'isem il-kumpanniji tiegħu.", "Sur President ̧ meta naraw x'inhu għaddej f'pajjiżi oħrajn nindunaw kemm għandna noqgħodu attenti għas-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Il-bieraħ bdejt l-intervent tiegħi billi semmejt li xi kultant tiltaqa' ma' persuni li jgħidulek li ma jafux jekk hux qed nitkellmu fuq l-istess pajjiż jew le.", "Għalhekk huwa importanti li bħala politiċi li qed nirrappreżentaw lill- poplu f'dan il-parlament b'mod responsabbli ̧ għandna nitkellmu fuq il- problemi u l-isfidi li għandna quddiemna u mhux ngħidu li dawn ma jeżistux u noqgħodu nilgħabu bil-figuri biex fl-aħħar mill-aħħar inpinġu l-istampa li rridu aħna.", "Bħalissa pajjiżna għaddej minn żmien diffiċli għax l-ekonomija hija marida, biex ma nużawx kliem li forsi ħaddieħor jiddejjaq jisma' ̧ u mhu veru xejn li dan huwa frott tal-kritika li qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Dak li qed tagħmel l-oppożizzjoni huwa li qed twassal il-messaġġ li qed jasal mingħand l-operaturi ekonomiċi li xi kultant jagħżlu li jiktbu u jitkellmu wkoll fuq is-sitwazzjoni ekonomika li għaddej minnu pajjiżna.", "Jien naħseb li mhux qed jitkellmu biżżejjed minħabba raġunijiet oħrajn li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' l-ekonomija u l-andament li għaddej minnu pajjiżna f'dan il-qasam.", "Għalhekk huwa importanti li jekk il-gvern tal-ġurnata ma jirrikonoxxix li jeżistu l-problemi allura dawn se jibqgħu ma' wiċċna.", "Xi kultant tisma' min igħid li l-fatt li m'hawnx qbil fuq it-triq li għandu jaqbad pajjiżna vis-à-vis l-Unjoni Ewropeja huwa tort tal-partiti politiċi u dan qed joħloq ċerta instabilità fuq l-investiment.", "Kultant dan id-diskors igħiduh dawk in-nies responsabbli mit-tmexxija ta' ċerti kumpanniji tal-gvern u meta tara x'inhuma jagħmlu huma ssib li d-diskors li jgħidu ma jaqbilx ma' dak li qed jagħmlu fil-kumpanniji tagħhom.", "Per eżempju ̧ waqt diskors pubbliku jien kont semmejt il-Gozo Channel għax minkejja li ċ-chairperson ta' din il-kumpannija jikteb u jgħid li għandna bżonn innaqqsu l-ispiża – wara kollox dan huwa diskors li jgħidu kulħadd – fir-realtà din hija kumpannija li qed iżżid il-ħaddiema u dan fi żmien meta daħlu vapuri ġodda li suppost jaħdmu b'mod aktar effiċjenti u li allura ma jkollokx bżonn aktar nies.", "Għalhekk minbarra li għandna ngħidu x'inhuma l-problemi rridu noffru wkoll soluzzjonijiet.", "Is-sitwazzjoni li għaddejja fl-Arġentina bħalissa naħseb li għandha tixgħel bozza ħamra mhux għal pajjiżna biss imma wkoll għal diversi pajjiżi li jinsabu f'diffikultajiet.", "Id-diffikultajiet ma ġewx biss wara l-11 ta' Settembru.", "Jien bl-ebda mod ma rrid ngħid li s-sitwazzjoni fl-Arġentina ̧ Allaħares qatt se tiġri f'pajjiżna.", "Ma rridx ninftiehem b'dan il-mod u lanqas irrid inkun allarmista pero' rridu noqgħodu attenti minn dak li qed nagħmlu.", "Ċertament ċerti żbalji li jagħmlu pajjiżi oħrajn għandna nitgħallmu minnhom biex ma nirrepetuhomx f'pajjiżna.", "Per eżempju ̧ irridu noqgħodu attenti jekk dan huwiex iż-żmien propizju li jsiru ċerti privatizzazzjonijiet.", "Huwa mportanti wkoll li naraw kif dawn il- privatizzazzjonijiet isiru f'pajjiżna.", "Għalhekk hemm bżonn li nagħmlu ċerti riflessjonijiet u forsi jkollna l-paċenzja li nistennew u mhux naqbdu u nagħmlu deadlines li ma jinżammux u minn fuq il-kritika taqa' fuq l- oppożizzjoni għax tiġbed l-attenzjoni għal dak li l-gvern ikun għamel.", "Każ tipiku kien id-dħul ta' Lm47 miljun li kellu jsir sa l-aħħar tas-sena li għaddiet mill-privatizzazzjoni pero' din il-mira baqgħet ma ntlaħqitx.", "Imbagħad għax l-oppożizzjoni tagħmel mistoqsijiet fuq dawn l-affarijiet ̧ minn fuq niġu mgħajra u kkritikati.", "Għalhekk irridu noqgħodu attenti minn dak li jkun għaddej u nitgħallmu mill-esperjenzi ta' ħaddieħor.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq l-investiment u r-ristrutturar.", "Sur President ̧ ir-ristrutturar irid isir bis-serjetà u mhux bid-diskors.", "Jien niltaqa' ma persuni li huma attivi fl-ekonomija ̧ li għandhom kumpanniji ̧ li jimmanifatturaw l-affarijiet u li għandhom interess li jkabbru l- attività tagħhom u dawn igħiduli kemm jiltaqgħu ma' diffikultajiet sabiex jingħataw għajnuna mill-IPSE.", "Issa l-IPSE suppost inħolqot biex tgħin lill- kumpanniji ta' daqs medju u żgħar biex jirristrutturaw ruħhom f'ekonomija globalizzata, għalkemm irridu noqgħodu attenti mill-konsegwenzi negattivi li l-globalizzazzjoni ġġib magħha.", "Aħna bħala pajjiż żgħir u bħala ekonomija żgħira ma nistgħux inwaqqfu l-globalizzazzjoni pero' rridu nitgħallmu minn dawk li qed jiġri f'pajjiżi oħrajn mingħajr ma ninstema' allarmista.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll dwar il-ħlas tat-taxxi.", "F'dawn l-aħħar snin assistejna għal mument fejn it-taxxi kienu qed jogħlew kontinwament mhux biss fil-budget imma wkoll barra miż-żmien tal-budget.", "Dan minkejja l- wegħda li kienet saret li ma kellhomx iżidu l-piż tat-taxxi.", "Ovvjament dan kien slogan għall-elezzjoni pero' wara ̧ dan kollu spiċċa.", "Nixtieq ngħaddi kumment ukoll dwar it-Tax Compliance Unit.", "Fil-bidu esponenti ewlenin ̧ fosthom il-ministru tal-finanzi, kienu pinġew din il- unit bħala xi iljun jew tigra li se taqbeż fuq kulħadd ̧ l-aktar fuq dawk li jifilħu ̧ biex iħallsu t-taxxi dovuti.", "Ovvjament tkun inġustizzja doppja jekk inti tkompli żżid il-piż tat-taxxa fuq dawk li ilhom iħallsu t- taxxa għal żmien twil pero' mbagħad ma tagħmel xejn biex mill-banda l-oħra, dawk li ilhom jevadu jibdew iħallsu l-ħlas tat-taxxa huma wkoll.", "Fil-fatt it-taxxi qed ikomplu jogħlew u dawk li ilhom jaħarbu għadhom jaħarbu.", "Issa t-Tax Compliance Unit qisha reġgħet ġiet dimensjonata biex isservi bħal aġenzija li tagħti l-pariri lid-dipartimenti konċernati – fuq quddiem nett hemm l-Inland Revenue Department kif ukoll il-VAT Department - u mbagħad ikun sta għalihom li jieħdu l-passi neċessarji.", "Allura wieħed jistaqsi: X'kienet il-ħtieġa li titwaqqaf it-Tax Compliance Unit jekk fl-aħħar mill- aħħar ix-xogħol irid jaqa' fuq l-Inland Revenue Department u fuq il-VAT Department minħabba li din il-unit m'għandhiex struttura legali?", "Ta' min igħid li l-pajjiż qed ikollu joħroġ aktar minn Lm1 miljun fis-sena biex iżomm it-Tax Compliance Unit u naħseb li aktar ma timpjega nies u aktar ma jkollok bżonn riżorsi ̧ aktar se jiżdiedu l-fondi għal din il-unit li fl-aħħar mill-aħħar trid tgħaddi x-xogħol lura lill-Inland Revenue Department u lill-VAT Department.", "Għalhekk filwaqt li nerġa' nisħaq li huwa tajjeb li l-evażuri jibdew iħallsu l-ħlas ġust tat-taxxa ̧ jidher li t- trend f'dawn l-aħħar snin kienet li nintaxxaw lil dawk li diġà ilhom iħallsu t-taxxi.", "Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn ta' fuq qed ikomplu jsiru aktar sinjuri u dawk li qegħdin fil-faxxa tan-nofs u fil-faxxa ta' taħt qed jaraw kif igħadduha minn ġurnata għall-oħra.", "Jien ma rridx nitkellem fuq klassijiet għax dan id-diskors kien jingħad meta jien kont għadni ħafna iżgħar pero' qed naslu fi żmenijiet fejn il-gap ta' bejn ta' fuq u ta' isfel qed terġa' tikber.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jagħtiniex biss l-okkażjoni li nitkellmu fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspetti ta' l-ekonomija u l- finanzi f'pajjiżna imma jagħtina wkoll okkażjoni biex nitkellmu fuq dawk il- miżuri li daħlu fl-aħħar budget.", "Il-bieraħ tkellimt aktar fid-dettall fuq l-ekonomija u l-finanzi għax jekk din il-problema ma tiġix imtaffija ħafna aktar milli hija llum dan id-diskors se jibqa' jingħad.", "Jien nixtieq nagħmel kumment ukoll fuq l-income tax bands li ntmessew xi ftit għal dawk il-persuni li jiddikjaraw it-taxxa flimkien pero` s-ceiling baqa' ma żdiedx f'dak li għandu x'jaqsam ma' childrens' allowance.", "Fil- fatt is-ceiling ta' Lm10,207 ilu ma jintmiss numru ta' snin u aktar nies qed jinqabdu biex iħallsu l-income tax bil-konsegwenza li dawk il- familji li mhux qed ikunu intitolati għaċ-childrens' allowance jew inkella qed jieħdu inqas, qed jiżdiedu.", "Naħseb li din il-ħaġa rridu nikkonsidrawha bis-serjetà anke fil-kwadru ta' diffikultajiet soċjali u ħlasijiet li qed ikollhom jagħmlu biex iżommu lill-uliedhom fl-iskejjel, anke fl-iskejjel pubbliċi.", "Qed ngħid dan għax minkejja li ngħidu li l- edukazzjoni pubblika hija b'xejn – naturalment il-poplu jħallas it-taxxi għaliha – jkun hemm numru ta' spejjeż oħrajn li jintalbu mill-edukaturi ta' l-istudenti.", "Dan biex ma nsemmix privatijiet u affarijiet oħrajn.", "Per eżempju, l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ħarġet statistika qawwija ta' kemm il-Maltin iħallsu flus fil-privatijiet u affarijiet oħrajn marbuta ma' l-edukazzjoni.", "Għalhekk irridu naraw bħala pajjiż u bħala gvern li l- edukazzjoni pubblika tingħata aktar attenzjoni.", "Filwaqt li l-gvern għażel li jagħti rebates fuq l-income tax lil dawk li jibgħatu lit-tfal fi skejjel privati – fl-istadju ta' Kumitat inkunu nafu aħjar kif se taħdem eżatt l- iskema dwar il-miżati ta' l-iskejjel - ma rridux ninsew li l-gvern għandu jipprovdi l-edukazzjoni u ma rridux inħallu li min jibgħat it-tfal tiegħu fl-iskejjel tal-gvern ikun fi żvantaġġ ma' ħaddieħor.", "Għalhekk ikun tajjeb li nagħtu kas din il-ħaġa wkoll.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna nsibu li ttieħdu miżuri dwar żieda fis-sisa fuq sigaretti u alkoħol.", "Nixtieq li fl-aħħar ħin tad-diskors tiegħi nitkellem ftit fuq dawn iż-żewġ affarijiet għax naħseb li huwa importanti li nitkellmu ftit fuqhom għal darb'oħra.", "Naf li hemm ukoll kollegi oħra ̧ kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa tal-gvern, li jixtiequ jitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Qed insemmi dan għax jidher li gvern wara l-ieħor, anke gvern Laburista ̧ dejjem żiedu s-sisa fuq is- sigaretti.", "Din ma nqisuhiex bħala miżura fiskali imma nqisuha bħala miżura li tħeġġeġ u tħajjar nies li jpejpu biex jikkonsidraw li jaqtgħu s- sigaretti li jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa.", "Pero' jien ngħid li dan mhuwiex biżżejjed għax fl-aħħar mill-aħħar meta tfittex x'azzjoni qed jieħu l-gvern biex ikun hemm aktar kontroll u inqas nies ipejpu insibu li dan għandu dħul assigurat fis-sena u allura iżid kemm iżid ̧ in-nies xorta jibqgħu ipejpu l-ammont ta' sigaretti li jkunu qed ipejpu, għalkemm igergru xi ftit.", "Qed ngħid dan għax il-gvern fl-aħħar mill-aħħar qed ikollu spiża oħra li tagħmel tajjeb għall-problemi li t-tipjip ̧ b'mod partikolari, jġib miegħu.", "Għalhekk hemm bżonn inizjattivi oħrajn li bihom nipprovaw inħajru lill- poplu biex kemm jista' jkun is-sigaretti jinqatgħu.", "Issa jien naf li l- fatt li ma jkunx hawn tipjip f'pajjiżna jġib żvantaġġi oħrajn għax għandna kumpanniji li jiddependu fuq is-sigaretti.", "Pero' ċertament imbagħad mas- saħħa tal-poplu m'għandux ikun hemm kompromessi f'dan is-sens.", "Allura huwa importanti li l-liġijiet eżistenti jkunu nforzati għax kif nistgħu nippretendu li jkollna liġi ġdida li tirregola t-tipjip u dawn l-affarijiet li qed nitkellmu fuqhom jekk lanqas bħala pajjiż m'aħna kapaċi ninforzaw il- liġijiet eżistenti li diġà għandna?", "Dan ifisser li qabel ma naslu għal- liġi ġdida li hija meħtieġa, huwa importanti li dak li diġà għandna ninforzawh.", "Nixtieq insemmi ftit statistika li ħarġet fl-istess mistoqsijiet parlamentari li jsiru.", "Per eżempju ̧ minn mistoqsija li kienet saret mill- kollega tiegħi ̧ l-Onor.", "Evarist Bartolo, f'nofs is-sena li għaddiet dwar imwiet ta' persuni konnessi ma' mard li ġej mit-tipjip ħareġ li mill-1995 sa Ġunju tas-sena 2000 kellna kważi 2, 000 persuna li mietu kawża tat- tipjip.", "Naħseb li din hija figura allarmanti u konservattiva.", "Insibu wkoll li sa l-aħħar ta' Ottubru tas-sena 2001 kien hemm kważi 290 persuna oħra li mietu konsegwenza ta' mard li ġej mit-tipjip jiġifieri mill-1995 sa l-aħħar ta' Ottubru tas-sena 2001 kien hemm madwar 2, 290 persuna li mietu b'mard konness mat-tipjip.", "Dan ifisser aktar spejjeż għall-qasam tas- saħħa pubblika jiġifieri mhuwiex biżżejjed li nagħmlu miżuri fiskali.", "Għalhekk jekk irridu bis-serjetà li din il-problema fost il-poplu tagħna ma tkomplix tikber hemm bżonn li ngħaddu għall-aspett edukattiv.", "Id- Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qed ikun mistieden biex jagħmel taħdidiet fl-iskejjel u biex juri d-diffikultajiet u l-ħsara kkaġunata mit- tipjip pero` hemm bżonn li nagħmlu aktar minn hekk.", "Qed ngħid dan għax mir- riċerka li saret mis-\"Sedqa\" jidher li t-tipjip u l-abbuż ta' l-alkoħol fost iż-żgħażagħ u fost l-adoloxxenti ta' etajiet iżgħar huwa wieħed preokuppanti.", "Per eżempju ̧ minn ċerti surveys li saru sibna li aktar min- nofs l-istudenti li ġew intervistati kienu pprovaw it-tipjip u abbużaw mill- mill-alkoħol fl-età ta' 14-il sena.", "Huwa veru li hemm min igħidlek li ż- żgħażagħ iħobbu jesperimentaw imma mbagħad dawn l-affarijiet jibdew jagħmluhom regolarment.", "Allura jien naħseb li huwa importanti li mhux biss nagħmlu miżuri fiskali li forsi jiskoraġġixxu liż-żgħażagħ milli jpejpu imma nagħtu anke għajnuna biex lil dawn in-nies inkomplu nedukawhom dwar il-ħsara li jġib miegħu t-tipjip.", "Sur President ̧ mill-istess survey tas-\"Sedqa\" joħroġ li f'dawn l-aħħar ħames snin l-ebda ħanut minn fejn ibigħu dawn it-tip ta' affarijiet ma ġie fined u ħadd ma tressaq il-qorti meta nafu li persuni taħt is-16-il sena ma jistgħux jixtru alkoħol u sigaretti.", "Minn mistoqsijiet parlamentari joħroġ ukoll li kienu biss erba' persuni taħt is-16-il sena li nqabdu f'pubs jew f'postijiet ta' divertiment fejn jinbiegħ xorb alkoħoliku u dan bejn Ġunju u Settembru tas-sena li għaddiet.", "Nafu li fis-sajf aktar nies ikollhom ċans għad-divertiment.", "Per eżempju ̧ dawk l-istudenti li jkunu spiċċaw l-eżamijiet u l-iskola jkollhom ħin itwal għad-divertiment u allura naħseb li aktar kummenti dwar fuq l- inforzar huma żejda.", "Jien nixtieq nikkonkludi billi nappella lill-gvern biex jiftaħ għajnejh għall-bozza l-ħamra li ilha ftit tixgħel fuq l-ekonomija u l-andament tal- finanzi pubbliċi.", "Huwa importanti li din il-ħaġa narawha fl-interess nazzjonali u mhux fl-interess partiġġjan.", "M'għandniex għalfejn noqgħodu ninħlew fuq ħafna tgħajjir bejnietna għax fl-aħħar mill-aħħar it-tgħajjir ma jwassal għalxejn biex pajjiżna jkompli miexi lura.", "Huwa importanti li naraw x'inhuma l-problemi u li l-passi li hemm bżonn jittieħdu ̧ jittieħdu fl-interess nazzjonali u mhux fl-interess ta' affarijiet oħrajn.", "Dak li għandna nagħmlu għandna nagħmluh għalina għax inkella l-futur taż- żagħażagħ, b'mod partikolari, ikun mhedded.", "Naturalment mhi xewqa ta' ħadd li jiġru dawn l-affarijiet.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li ̧ fl-opinjoni tiegħi, min jaħdem fid- dipartimenti tal-gvern jista' jagħti l-input tiegħu ħalli nrażżnu l-ħela ħalli b'hekk il-pajjiż jiffranka miljuni ta' liri f'infiq pubbliku.", "Pero' d-dejn irridu nagħtu kasu u mhux sempliċement inħalluh hemmhekk u noqgħodu nipprivatizzaw għax mill-privatizzazzjoni ma nieħdu xejn ħlief li nipprovaw nimlew biċċa mill-ħofra li għandna u allura nkunu armejna dawk il-fondi hemmhekk.", "Ċertament li l-flus li qed jonfoq pajjiżna kull sena biex jagħmel tajjeb għad-debt servicing dejjem qed jiżdied u jekk niftakar tajjeb ̧ din is-sena l-figura se toqrob is-Lm7 miljun.", "Ċertament li din hija waħda mill-akbar spiżi li qed ikollu pajjiżna kull sena u allura huwa importanti li d-dejn nagħtuh l-importanza li verament jixraqlu għax kif diġà għidt ̧ jekk nagħlqu għajnejna għad-diffikultajiet li jkollna f'pajjiżna nkunu qed neqirdu l- futur taż-żgħażagħ Maltin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, minn mindu tressaq il-budget f'Novembru tas-sena li għaddiet is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal- pajjiż marret għall-agħar.", "M'għandix dubju li jkun hawn min igħid li waqa' l-għażż u li aħna nitkellmu biss fuq dlam u tbassir ikrah.", "Kieku dawn l- affarijiet qed tgħidhom l-oppożizzjoni biss allura wieħed jista' jgħid li dawn huma l-affarijiet tas-soltu jew li se nibdew bil-qerda.", "Pero' jien mhux se noqgħod fuq dak li jgħidu l-kollegi tiegħi ta' l-oppożizzjoni; il- Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Leo Brincat.", "Wieħed jista' jgħid li f'sistema bipartisan ta' gvern u oppożizzjoni hemm it-tendenza li naħa tpinġi dejjem bnazzi, xemx tiżreġ u kulħadd paxxut ħdejn il-baħar jieħu gost bl-affarijiet dejjem sejrin tajjeb u naħa oħra dejjem tbassar il- maltemp ̧ is-sajjetti u r-ragħad.", "Pero' li s-sitwazzjoni sejra għall-agħar u li l-problemi qed jikbru qed igħiduh diversi għaqdiet u organizzazzjonijiet ̧ kemm lokali kif ukoll barranin.", "Tkun ħaġa traġika għall-gvern li jaħseb li billi sempliċement dejjem jirrapporta temp sabiħ u bnazzi jew li joqgħod igħid li kollox sejjer tajjeb ...", "Per eżempju, issa nbidlet daqsxejn id-diska f'ċerti oqsma għax fejn qabel kienu jgħidu li kollox sejjer tajjeb, issa qed igħidu li mhux sejrin ħażin daqskemm konna naħsbu.", "Imbagħad hemm l-illużjoni perikoluża l- oħra li naħsbu li dak li qed jiġri f'pajjiżna huwa kollu tort ta' Osama Bin Laden.", "Min jaħseb hekk ikun qed jagħmel analiżi superfiċjali ħafna tas- sitwazzjoni li ninsabu fiha.", "Sur President, diversi għaqdiet tal-kummerċ f'pajjiżna kkummentaw fuq il- problemi strutturali serji li qed tiffaċċja l-ekonomija tagħna.", "Irridu nikkonċedu li dawn il-problemi marru għall-agħar minħabba l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru imma ċertament li problemi serji fil- qasam tat-turiżmu u fl-esportazzjoni kienu diġà hemm.", "Wieħed irid igħid ukoll li problemi oħrajn huma marbutin ma' kif sejrin oqsma ekonomiċi fis-suq dinji u fis-suq internazzjonali.", "Ovvjament jekk wieħed ma jagħtix kas il-problemi li hemm f'sistema globalizzata, f'sistema fejn il-pajjiżi jiddependu aktar minn xulxin u fejn pajjiżi avvanzati u kbar ikunu għaddejjin minn ċerti diffikultajiet u mbagħad joħolqu diffikultajiet għal pajjiżi oħra ̧ ċertament li ma jkunx serju.", "Pero' li nwaħħlu kollox f'fatturi barranin huwa żball daqs dak li nistennew dejjem is-salvazzjoni minn barra.", "Minħabba li pajjiżna ̧ bħal pajjiżi oħrajn, għandu esperjenza u tradizzjoni kolonjali u minħabba ċ-ċokon tagħna għandna ħabta li nwaħħlu kollox f'dak li jkun qed jiġri lil hinn minn xtutna u nibżgħu niffaċċjaw il-problemi li għandna u li nikkaġunaw aħna stess.", "F'dinja li qed issir aktar globalizzata, l-ispazju fejn jista' jintervjeni l-gvern nazzjonali kompla jiċkien.", "Pajjiżna diġà m'għandux densità ta' art biżżejjed li tikkaġunalu l-klima partikolari tiegħu, għalkemm meta wieħed jara l-mappa jsib li t-temperaturi tagħna jkunu differenti minn dawk ta' madwarna.", "Pero' t-temp li jasal fuqna huwa effett tal-forzi klimatiċi ta' madwarna, skond minn fejn ikun ġej it-temp; daqqa mis-Sahara Desert, daqqa min-naħa tas-Siberja u daqqa min-naħa tal-Kontinent Ewropew.", "Dan jiġi fuqna u ftit li xejn nistgħu nagħmlu; jew noħorġu bl-umbrella jew inkella noqgħodu ġewwa.", "Fl-ekonomija qed jiġri l-istess ħaġa.", "Pero' għandna aktar x'nagħmlu fl- ekonomija tagħna milli nistgħu nagħmlu fit-temp.", "Il-mistoqsija li rridu nagħmlu aħna hija jekk aħniex nagħmlu dak li suppost nagħmlu.", "L-illużjoni li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jkollna suċċess ekonomiku garantit hija ħażina daqs li wieħed igħid li jkollna suċċess garantit jekk nibnu relazzjonijiet differenti ma' l-Unjoni Ewropea.", "Is-suċċess mhuwiex garantit għax tkun saret battalja u aktar u aktar se ssir battalja.", "L- unika garanzija li għandek hija li trid tikkompeti ̧ taħdem ̧ tisforza u tistinka għaliex l-investiment u t-turiżmu li jirnexxilek iġġib lejn pajjiżek u l-kummerċ li jirnexxilek tiġġenera trid tagħmilhom f'battalja kontinwa ta' kwalità.", "Dawn ħadd mhu se jiggarantihomlok ħlief l-impenn kontinwu tiegħek.", "Sur President, waħda mill-aktar affarijiet li tinkwetani hija li naħsbu li s-soluzzjoni għal pajjiżna tiġi minn barra, qisu din hija garantita minn xi ħadd u mhux bl-isforzi kbar tagħna.", "Per eżempju, Singapore ukoll għadda minn din l-illużjoni bħalma għaddew minnha wkoll l-ex-kolonji kollha.", "Niftakru li Singapore telaq minn sitwazzjoni ekonomika ta' sottożvilupp qawwi ta' gruppi etniċi li kienu jsibuha diffiċli ħafna biex jilħqu xi forma ta' kunsens kif igħixu flimkien u għamlu żmien jaħsbu li s- soluzzjoni tagħhom hi li jingħaqdu ma' xi ħaġa akbar minnhom għax waħedhom ma kenux kapaċi jaslu.", "Fil-fatt kienu għamlu federazzjoni mal-Malasja pero' mbagħad raw li din aktar herritilhom il-forzi ̧ is-sens ta' self- reliance u s-sens ta' l-indipendenza tagħhom.", "Meta għażlu t-triq diffiċli li jitilqu għal rashom ma qalux li se jinqatgħu mid-dinja ̧ li se jiġu iżolati jew li se jingħalqu fihom infushom.", "Dawn m'għamlu xejn minn dan imma għażlu triq aktar diffiċli u aktar realistika imma li aktar tagħtik ir-riżultati li tixtieq biex ittejjeb il-kwalità tan-nies li jgħixu fil- pajjiż tiegħek.", "Is-suċċess ta' Singapore kien mibni proprju fuq il-valur kbir ta' self- reliance.", "Ovvjament titgħallem minn pajjiżi oħrajn, mill-effett li dawn iħallu fuqek u mill-pressjoni li jagħmlulek imma fl-aħħar mill-aħħar il- mutur ewlieni ta' jekk soċjetà tiżviluppax jew le u l-kapaċità tagħha li titgħallem minn pajjiżi oħrajn u li taħtaf l-opportunitajiet li jiġu minn dawn il-pajjiżi jkun jiddependi mill-fatturi ta' dik is-soċjetà nnifisha.", "Pero' m'hemm xejn garantit.", "L-isforz irid jiġi mis-soċjetajiet infushom; mit-taħlita, mill-inputs differenti, mill-kultura politika ̧ mill-kultura imprenditorjali ̧ mill-kultura soċjali tan-nies ̧ minn kif in-nies igħixu ma' xulxin, minn kif imexxi l-gvern, min-nefqa tal-gvern u minn kif jorganizza ruħu.", "Dawn huma kollha fatturi li flimkien iwasslu biex pajjiż jew ifalli jew jirnexxi.", "Dan jiddependi ħafna minn x'relazzjonijiet jibni mal-bqija tad-dinja.", "Per eżempju ̧ aħna kellna relazzjonijiet qawwija ma' pajjiżi oħrajn mill-bidu nett; minn mindu bnew Ħaġar Qim u l-Imnajdra.", "Sur President, illum l-indipendenza assoluta ma teżisti fl-ebda pajjiż, inqas u inqas f'pajjiż bħal tagħna.", "Illum jiddependi ħafna x'interdipendenza tibni mal-bqija tad-dinja - anke jekk ikollok blokki ekonomiċi, soċjali u politiċi kbar ħdejk bħall-Unjoni Ewropea – għax l- interdipendenza li tibni mal-pajjiżi l-oħra hija sekondarja għall-ħila ̧ l- enerġija ̧ it-talenti u l-inizjattiva tiegħek.", "L-illużjoni li sfortunatament għad hawn f'pajjiżna hija li l-vijabilità u s-suċċess ta' pajjiżna jiddependu mill-interdipendenza ta' pajjiżi oħra u din hija perikoluża għax noqgħodu nwaħħlu f'ħaddieħor, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin.", "Jien naħseb li fil-bidu ta' dan is-seklu għandna bżonn induru dawra magħna nfusna u ma nidħkux bil-poplu tagħna.", "Hemm ċerti home truths li rridu ngħadduhom lil xulxin u li rridu ngħidulhom lilna nfusna li m'huma xejn sbieħ.", "Jekk dan mhux se nagħmluh nibda ninkwieta għat-tfal tagħna li se jitilgħu f'sitwazzjoni diffiċli u wisq nibża' li l-gvern mhux qed jagħti kas dan kollu.", "Sur President ̧ kif għidt diġà ̧ diversi organizzazzjonijiet tan-negozju f'pajjiżna, bħall-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni ta' l-Industrija ̧ tkellmu fuq il-problema kbira li għandu pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' kompetittività.", "Id-deċiżjoni li jieħdu imprendituri f'pajjiżi oħrajn u f'pajjiżna stess ...", "Wieħed m'għandux għalfejn jiskandalizza ruħu li jkollok imprendituri lokali li jgħidu li se jmorru jinvestu fl-Afrika ta' Fuq ̧ f'pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u f'pajjiżi ex-repubbliki ta' l- Unjoni Sovjetika għax hemmhekk hemm pagi irħas u m'hemmx drittijiet tal- ħaddiema u allura lil dawn tagħsarhom u tħaddimhom kemm trid.", "Pero' li tisma' lil ċerti imprendituri lokali li jgħidu li se jitilqu minn hawnhekk u jmorru x'imkien ieħor għax m'hawnx klima u kultura favur l-impenn imprenditorjali hija inkwetanti.", "Dan huwa inkwetanti daqs meta jgħidulek li qed ikollhom problemi biex isibu żgħażagħ imħarrġin kif jixtiequ.", "Waħda mill-aktar affarijiet li kienet ixxukkjatni ftit ilu meta kont Għawdex qed nitkellem ma' xi ħbieb imprendituri minn hemmhekk kienet meta semmewli l-problemi ta' żgħażagħ li fl-età ta' 17 u 18-il sena ma jafux jiktbu u jaqraw u biex iqabbduhom ċertu xogħol fil-kumpannija jridu jgħidulhom biex jaqbdu l-apparat li jkunu qed jużaw u jġibu erba' patalotti immarkati bl-aħmar.", "Dawn l-affarijiet jinkwetawni għax dan huwa qasam fejn il-gvernijiet jistgħu jintervjenu, għandhom jintervjenu u jridu jintervjenu.", "Ma rridux ninsew li llum qed ngħixu f'dinja fejn il-kapitali jiċċaqilqu malajr u l-investiment jivvjaġġa b'aktar faċilità minn pajjiż għal ieħor u fejn ma jsibx klima li ma tkunx tajba għalih, imur f'pajjiż ieħor.", "Wieħed mill-fatturi li qed jiġbed l-investimenti f'pajjiżi differenti llum aktar minn qatt qabel huwa l-livell edukattiv u l-livell ta' taħriġ li jkollhom in-nies f'dak il-pajjiż.", "Hemm bżonn li f'pajjiżna nfiequ mill- marda li l-livell edukattiv jew il-livell ta' taħriġ jiddependi mis- sempliċi karti jew mis-sempliċi ittri li jkollok wara ismek.", "Dawn jiddependu mill-ħila tiegħek, minn kemm taf, min-knowhow li għandek biex taħdem f'ekonomija miftuħa u avvanzata.", "Huwa żgur li fl-analiżi li qed issir illum ta' x'jistgħu jagħmlu l- gvernijiet nazzjonali biex jagħmlu lis-soċjetà u l-ekonomija tagħhom tirnexxi u tkun vijabbli hija impenn qawwi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kontinwu mhux biss biex tiġbed lejk investiment ġdid imma wkoll biex iżżomm dak li għandek għax hemm ċans kbir li jekk sadanittant hemm pajjiżi oħrajn Ii qed jiżviluppaw ir-riżorsi umani tagħhom u li qed jedukaw lin-nies tagħhom b'mod li jagħmel ħafna sens għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom, hemm ċans li mhux biss ma ġġibx investiment ġdid imma titlef dak li għandek.", "U llum jekk iż-żgħażagħ tagħna joħorġu mill-iskejjel u ma jkunux jafu jiktbu u jaqraw il-Malti u l-Ingliż ̧ ma jkunux kapaċi jaħdmu l-matematika u ma jkunux kapaċi jifhmu l-affarijiet bażiċi ta' xjenza u jħaddmu l-computer ̧ se jkollna problemi serjissimi.", "Jien l-aktar ħaġa li tinkwetani f'pajjiżna hija li minn statistika ta' l-ETC irriżulta li tliet kwarti ta' dawk in-nies li għandhom inqas minn 30 sena u li huma unemployed - issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq ġenerazzjoni ta' nies li twieldu u trabbew qabilna li ma tgħallmux mhux għax riedu huma imma għax pajjiżna kien għadu kolonja u ma kellux gvernijiet li setgħu jieħdu deċiżjonijiet sovrani biex jiżviluppaw lil nieshom; waħda mill-akbar saħtiet li kellu dan il-pajjiż kienet li dejjem kien ikkontrollat minn oħrajn li kienu jarawh biss bħala pedina fiċ-chess militari strateġiku navali tagħhom, għalkemm wieħed irid isellem lill-gvern Laburista ta' wara l-gwerra li minkejja li ma kellux is- sovranità nazzjonali xorta kien għamel investiment kbir fl-edukazzjoni biex tibda tinfetaħ għal kulħadd - m'għandhomx il-ħiliet bażiċi biex isibu fejn jaħdmu u allura huma unemployable.", "Għalhekk nittama li meta minn hawn u ftit ieħor f'dan il-parlament niddiskutu l-estimi tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ ̧ naħdmu bis-serjetà u naraw x'nistgħu nagħmlu biex dawn in-nies isibu x-xogħol kieku f'pajjiżna kellu jiġi l-investiment.", "Waħda mir-raġunijiet li tbiegħed l-investiment minn pajjiżna mhijiex biss is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali – dik hi li hi u rridu nkunu realistiċi u narawha hi kif inhi – imma wkoll in-nuqqas ta' nies imħarrġa fl-oqsma li għandna bżonn.", "Per eżempju ̧ il-general manager tal-Methode Electronics li kien laqatni bil-mod preċiż u qawwi kif esprima ruħu, diġà qal li għandna problemi serji biex nikbru u nespandu għax mhux qed insibu n-nies li għandna bżonn.", "Jien inħoss li hemm bżonn qawwi ħafna li nsaħħu r- rabtiet bejn l-edukazzjoni u l-ekonomija għaliex pajjiżna se jiffaċċja problemi kbar jekk ma ninvestux iżjed fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tan-nies tagħna.", "Jekk ma nagħmlux hekk mhux biss ma nġibux investiment ġdid iżda nitilfu anke dak li għandna u pajjiżna ma jibqax vijabbli.", "U jekk naħsbu li issa solvejna l-problema għax infetaħ il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija nkunu mqarrqin.", "L-ewwelnett għad hemm ħafna xogħol xi jsir fil-livell primarju biex it-tfal tagħna jkollhom bażi soda u t- tieni nett għandna ħafna x'nagħmlu fil-livell sekondarju.", "Jien diġà għedt li waħda mit-traġedji tal-curriculum nazzjonali ġdid huwa li tittraskura dik il-parti ta' l-istudenti tagħna ̧ subien u bniet, li jinsabu fl-iskejjel sekondarji – jien qed nitkellem dwar terz minnhom – meta hemm bżonn li lil dawn intejbulhom ħafna l-kwalità ta' edukazzjoni li qed jingħataw.", "Għandna bżonn programm edukattiv li jkun rilevanti għalihom ħalli dawn ikollhom il-ħiliet bażiċi meħtieġa.", "Jekk dawn jitilqu mill- iskejjel primarji bil-problemi biex jiktbu u jaqaw, dawn se jkomplu jiggravaw fil-livell sekondarju.", "Sfortunatament jien inħoss li f'dawn l- aħħar tliet snin ma tteħdux inizjattivi fil-livell sekondarju biex nindirizzaw il-problemi ta' l-illitteriżmu u ta' kif dawn iħaddmu l- matematika.", "Dawn huma affarijiet kruċjali.", "Nerġa' ngħid li m'għandniex nidħqu bina nfusna u naħsbu li għax issa fetaħ il-Kulleġġ Malti għall- Arti, Xjenza u Teknoloġija li lkoll ħdimna għalih u li lkoll xtaqnih ̧ issa qed insolvu l-probemi.", "Għandna istituti fejn għadhom iridu jgħallmuhom il- multiplication u d-division tas-7 u kif jiktbu ftit Malti u ftit Ingliż.", "Din turi l-problemi serji li ġew bihom dawn iż-żgħażagħ mill-iskejjel primarji u sekondarji.", "Irridu niżguraw li dak li qed jiġri fil-kulleġġ ikun serju u jtejjeb l- opportunitajiet ta' taħriġ u ta' edukazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ.", "Sfortunatament dan il-kulleġġ twieled ħażin għax fl-aktar partijiet importanti tiegħu – jien mhux qed nirriferi għall-istituti kollha – qed jaħdmu anke mingħajr sillabu jew b'sillabu tas-Sec jew tal-Matsec li ma jagħmilx sens.", "Dawn huma żgħażagħ li diġà fallew f'dik it-tip ta' edukazzjoni u billi tagħtihom dik it-tip ta' edukazzjoni f'kulleġġ li għandu ismu ġdid ma tkun qed issolvi xejn.", "Irridu noqgħodu attenti li ma nħallux jiġri dak li diġà nibża' li se jiġri.", "Jien informat li dawk l-istituti li qed jaħdmu tajjeb u li għandhom is- sillabi, qed jimxu fuq is-sillabi tal-B.Tech. ta' l-Edexel li għandhom rabta qawwija ma' l-iskills li għandek bżonn għad-dinja reali u għad-dinja tax-xogħol li għandu bżonn pajjiżna.", "Diġà hemm sforz - dan huwa ħażin - biex fil-Kulleġġ Malti għall-Arti ̧ Xjenza u Teknoloġija jiżnaturaw dak it- tip ta' sillabu u jmorru għat-testijiet u għall-eżamijiet.", "Jekk dan il- kulleġġ se jkisser dik it-tip ta' edukazzjoni vokazzjonali li għandna bżonn f'pajjiżna għalxejn noqgħodu nitkellmu fuq il-national vocational qualifications li għandna bżonn fejn l-istudenti tagħna ngħallmuhom dwar l- affarijiet u ma ngħallmuhomx kif jagħmlu l-affarijiet.", "Għalhekk f'seminar riċenti jien għidt li l-aħjar edukazzjoni dejjem kienet, mir-rinaxximent sal-lum ̧ li n-knowhow u n-know why jintrabtu flimkien.", "Fejn ikun hemm separazzjoni li jew tgħallem biss l-iskills jew tgħallem biss it-teorija, ikollok edukazzjoni marida.", "Jien ngħid li huwa tajjeb li ċerti istituti qed jimxu fuq is-sillabi tal-B.Tech ta' l-Edexel ta' l-università ta' Londra – irrid nagħmilha ċara li dawn qed jagħmlu tajjeb - imma qed jiġu żnaturati mill-kultura edukattiva ħażina li għandna f'pajjiżna ̧ qed jagħtuhom assignment x'jagħmlu u jridu jdaħħlu t-testijiet u l-eżamijiet.", "Dan huwa mod kif ngħarrqu s-sitwazzjoni u mhux kif insolvuha.", "Sur President, huwa importanti ħafna li f'pajjiżna jkollna rabta kreattiva u ħajja bejn l-ekonomija u l-edukazzjoni għax dawn għandhom bżonn lil xulxin mhux biss għal investiment ġdid, mhux biss għal fabbriki u għal kumpanniji li se jaħdmu b'mod ġdid imma anke għal dawk li għandna diġà għax illum ir-retraining irid ikun kontinwu.", "Illum il-progress, it-tibdil u l- iżvilupp huwa kontinwu u allura biex inlaħħqu ma' dan kollu hemm bżonn ta' retraining u re-education il-ħin kollu.", "Ovvjament huwa pass mportanti li nfetaħ il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija imma m'għandniex inkunu kuntenti li nfetaħ u nieqfu hemm.", "U dan infetaħ malajr mhux għax l-affarijiet ġew ippjanati bis- serjetà għax fir-realtà ma laħqux ġew ippjanati bis-serjetà.", "Hija traġika li jibda jiffunzjona istitut ̧ jibdew il-korsijiet u ma jkollhomx sillabu.", "Dan qisu vapur miexi mingħajr ma fassal ir-rotta tiegħu.", "Meta l- esploraturi l-kbar ħarġu fuq il-baħar miftuħ ma kenux jafu fejn se jaslu imma fil-każ ta' istitut bħal dan żgur li l-affarijiet setgħu tfasslu u ġew ippjanati aħjar.", "Il-biża' tiegħi hi li dan infetaħ fiż-żmien li nfetaħ għax il-Kummissjoni Ewropea kienet tathom deadline biex hawnhekk ikun hawn vocational college – din kienet building block nieqsa fis-sistema tagħna – u allura dawn riedu jirrapportaw malajr kemm jista' jkun lill-Brussels li dan infetaħ ukoll.", "Pero' nerġa' ngħid li m'għandniex nidħqu bina nfusna u ngħidu li l-aqwa li nfetaħ.", "Irridu niżguraw li dan il-kulleġġ se jagħti servizz tajjeb u edukazzjoni tajba; il-bqija nkunu biss qed nidħku bina nfusna.", "Irridu nfakkru li fil-qasam ta' l-edukazzjoni pajjiżna għad għandu problema serja mhux biss fil-livell primarju u sekondarju imma wkoll fil-livell post- sekondarju.", "Irridu niftakru – din ma tantx intellgħuha fl-aġenda ta' pajjiżna u fil-fehma tiegħi, nagħmlu żball; qabel kienet issir kritika lejn gvernijiet Laburisti ta' qabel, u bir-raġun ̧ ħalli nkunu għidna kollox - li mhux kull min xtaq jidħol l-università kien ikollu ċ-ċans jidħol.", "Fil-fatt kien jissemma ħafna n-numerus clausus fejn kien hemm postijiet limitati biex dak li jkun ikompli l-edukazzjoni terzjarja tiegħek fil- livell universitarju.", "Illum dak in-numerus clausus ̧ għallinqas b'mod dikjarat, għadu biss fil-kors tad-dentistrija imma rridu npoġġu bħala waħda mill-affarijiet importanti fuq l-aġenda nazzjonali ta' pajjiżna li fil- livell post-sekondarju għad għandna numerus clausus qawwi.", "Per eżempju ̧ iż-żgħażagħ li jitħallew jidħlu fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi huwa biss it-terz ta' dawk li huma kwalifikati biex jidħlu.", "Jien ma nafx jekk iniex insemmi l-figura preċiża imma huwa żgur li kull sena jkollna madwar 700 żagħżugħ ta' 16 u 17-il sena li jixtiequ jkomplu jistudjaw u m'għandniex fejn nedukawhom u nħarrġuhom.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li ngħidu li dawn jagħmlulhom in-numerus clausus jew jagħmlu l- għażla permezz ta' l-intervisti u dik dejjem hija xi ħaġa li hija miftuħa għall-abbuż ̧ biex inkunu ċari.", "Għalhekk dan l-item fuq l-aġenda edukattiva f'pajjiżna mhijiex imtella' biżżejjed u hemm bżonn li ntellgħuha b'mod qawwi.", "Nixtieq inkompli nisħaq li ħafna mill-futur ta' pajjiżna jiddependi fuq il- klima li noħolqu f'pajjiżna.", "Għalhekk l-interdipendenza tagħna mal-bqija tad-dinja, tkun xi tkun u tkun ta' liema natura tkun, mhijiex garanzija għas-suċċess ekonomiku tagħna.", "Per eżempju, f'dawn l-aħħar xhur rajna ċaqliq intern ta' investiment anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea nnifisha ̧ investiment li jitlaq minn ċertu parti ta' l-Unjoni Ewropea u jmur f'partijiet oħra bħar-Repubblika Ċeka u l-Ungerija li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-pajjiżi għandhom il-vantaġġ li qed imissu ma' l-Unjoni Ewropea u waħda mill-vantaġġi kbar fuqna hija l-kwalità ta' riżorsi umani tagħhom.", "Ta' min igħid li fis-snin diffiċli tagħhom, taħt ir-reġimi komunisti, speċjalment fil-qasam ta' l-edukazzjoni xjentifika u teknika ̧ dik il-parti kienet żviluppata u allura għandhom fuqhiex jibnu u għandhom riżorsi fl-oqsma tat-teknoloġija bħala bażi ̧ għalkemm ovvjament ma kellhomx it-teknoloġija l-aktar riċenti.", "Sur President, rajna investiment jiċċaqlaq mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea jmorru f'dawn il-pajjiżi għax raw li hemmhekk għandhom kondizzjonijiet aħjar biex jinvestu.", "Dan ifisser li anke fi blokk ekonomiku nnifsu – din hija xi ħaġa sempliċi jiġifieri ma tridx xi għerf kbir biex tasal għal din il-konklużjoni - iċ-ċaqliq ta' l-investiment jiddependi mill-kondizzjonijiet fil-livell micro li jkunu nħolqu fil-pajjiż biex jiġbed aktar investiment minħabba l-livell ta' pagi ̧ minħabba t-taħriġ u minħabba sistemi pubbliċi effiċjenti.", "Għalhekk tkun xi tkun l-għażla ta' interdipendenza li jagħżel pajjiżna mal-bqija tad-dinja ̧ ħafna mill- fatturi jekk pajjiżna jirnexxix jew le, jiddependi mis-sitwazzjoni li noħolqu f'pajjiżna anke fil-qasam edukattiv.", "Fost il-miżuri li qegħdin nikkonsidraw fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm il-miżura li biha l-gvern itaffi t-taxxa lil dawk li jibgħatu lill-uliedhom fl-iskejjel privati.", "Issa aħna nafu li l-akbar impenn tal-gvern – hawnhekk għandna problema serja – huwa li joffri kwalità ta' edukazzjoni pubblika fejn ma jkollokx għalfejn tibgħat lit-tfal tiegħek fi skola fejn trid tħallsilhom għax inti diġà qed tikkontribwixxi lil pajjiż permezz tat-taxxi.", "Filwaqt li l-gvern qed iressaq din il-miżura biex itaffi ftit il-piżijiet finanzjarji kbar tal- ġenituri minħabba l-ħlas tal-miżati ta' wliedhom ̧ irridu ngħidu li jekk wieħed janalizza kif għolew il-miżati fl-iskejjel privati fl-aħħar tliet isib li dawn għolew b'mod qawwi ħafna.", "Fil-fatt bħala average f'livell ta' skola primarja dawn għolew b'xi 28%.", "Dawn il-passi li qed jieħu l- gvern biex itaffi dawn il-piżijiet huma ftit ħdejn il-piżijiet kbar li għandhom il-ġenituri speċjalment f'dawn it-tliet snin.", "Illum il-miżati u l-ħlasijiet l-oħra marbuta ma' l-edukazzjoni huma qawwija ħafna.", "Fil-fatt minn statistika dwar l-ispejjeż edukattivi u l-prezzijiet tal-kotba u tal- lezzjonijiet tal-privat li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika – issa jien qed noqgħod fuq l-istatistika u nissuspetta li bħas-soltu r- realtà tkun akbar minn din – irriżulta li l-ġenituri, mhux biss dawk li jibgħatu lil uliedhom fi skejjel privati, iħallsu mhux inqas minn Lm3.5 miljun fuq privatijiet biex jikkumpensaw għal dawk li jħossu li huma nuqqsijiet fis-sistema edukattiva.", "Dawn ġieli jkunu nuqqasijiet immaġinarji imma ġieli jkunu wkoll reali ħafna.", "Allura dawn il-miżuri li bihom il-gvern qed jipprova jtaffi ftit mill-piżijiet finanzjarji tal- ġenituri fl-edukazzjoni huma ftit ħafna ħdejn dawn il-piżijiet kbar.", "Issa wħud minnhom dawn huma government induced costs ukoll.", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi d-deċiżjoni tal-gvern li għolla l-ħlasijiet ta' l- eżamijiet ̧ kemm fil-livell Sec kif ukoll fil-livell tal-Matsec, b'mill- inqas 20% bħala medja.", "Il-ministru ta' l-edukazzjoni fl-ebda mument ma spjega x'jiġġustifika din iż-żieda ta' 20% fuq dawn il-ħlasijiet.", "Ma kellna l-ebda breakdown ta' x'qed nonfqu biex nagħmlu u mmexxu dawn l-eżamijiet biex imbagħad hawnhekk il-gvern ikun jista' jiġġustifika li jgħolli jew le b'tant, il-ħlasijiet għall-eżamijiet tal-Matsec.", "Fil-fatt għadna sal-lum nistennew spjegazzjoni ċara u dettaljata ta' kemm għolew u għalfejn għolew il-ħlasijiet tal-Matsec li komplew joħolqu tbatija għall-familji li diġà qed iħallsu piżijiet akbar ta' taxxi diretti u indiretti.", "Dan biex ma nsemmix il-kontijiet tas- servizzi ta' l-ilma, tad-dawl u tat-telephone li baxxew il-kwalità tal- ħajja tagħhom.", "Fost dawk li l-aktar li qed jintlaqtu hemm it-tfal.", "Fil- fatt skond statistika uffiċjali tal-gvern, jekk qabel minn kull Lm100 familja setgħet tfaddal Lm10, issa qed tfaddal Lm3.40c u dan qed jikkawża ħafna problemi.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għalhekk għidt li aħjar induru dawra magħna nfusna u nwieġbu l-affarijiet li hemm bżonn inwieġbu biex niżguraw suċċess u vijabilità għal dan il-pajjiż.", "Per eżempju ̧ ftit ilu l-kap ta' l-HSBC f'Malta appella lill-awdituri biex ma joqogħdux jagħmlu fancy accounting u naħseb li tahom parir tajjeb għax kellna ftit traġedji minħabba fihom.", "Dawn joqgħodu jagħtu l-impressjoni li l- affarijiet sejrin tajjeb ħafna u mbagħad xi darba jew oħra jisplodu.", "Pero' naħseb li l-parir li ma jkunx hemm fancy accounting u fancy accounts jgħodd ukoll għall-gvern.", "Jekk toqgħod tagħti ħafna fancy accounts u taħbi l- problemi tad-deficit, tad-dejn pubbliku u tal-kumpanniji pubbliċi biex tipprova tagħti l-impressjoni li l-affarijiet sejrin tajjeb, forsi għal ftit żmien jirnexxilek tidħaq bin-nies u bik innifsek imma fl-aħħar mill- aħħar il-qawwa tar-realtà tisplodi u tifqa' kull fancy accounts u kull fancy statistics li jiġu ppreżentati.", "Għalhekk huwa importanti li meta niddiskutu dawn il-miżuri tal-budget, aktar milli sempliċement nagħtu ħarsa lejn il-figuri kif sejrin ̧ irridu nħarsu bis-serjetà lejn kif sejjer pajjiżna għax fid-dinja tas-seklu XXI kull pajjiż irid joffri kondizzjonijiet kemm ta' tmexxija kif ukoll ta' klima ekonomika u soċjali li jippermettu l-vijabilità tiegħu pero' dawn qed isiru aktar diffiċli u jiddependu ħafna minn x'jiġri fi ħdan dak il-pajjiż jekk dan ma ikunx vijabbli jew.", "Sfortunatament il-ġudizzju personali tiegħi huwa li jekk il-pajjiż se jibqa' fit-triq li jinsab se jkun diffiċli għalih u se jitlef il-vijabilità tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, illum qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il-miżuri tal-budget li huwa wieħed voluminuż ħafna.", "Nafu li fil-budget ta' din is-sena ̧ għall-ewwel darba wara tant u tant snin ̧ ma kienx hemm dik il-kritika qawwija min-naħa tal-pubbliku Malti għall-miżuri li ttieħdu.", "Fil-fatt minn survey li ħareġ irriżulta li n-nies kienu kuntenti u sodisfatti bil-preżentazzjoni tal-budget.", "Il-budget jagħti ħarsa lura lejn l-attività ekonomika matul is-sena li tkun għadha kif intemmet u jagħti ħarsa 'l quddiem għas-sena li nkunu deħlin fiha.", "Sur President ̧ insibu li fejn is-sena l-oħra l-flus fl-idejn u fil-banek żdiedu b'Lm122 miljun, din is-sena dawn żdiedu b'Lm196 miljun jew b'7.8%.", "Dan minkejja li kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni jgħidu li r-ritmu ekonomiku naqas.", "Jien ma nixtieqx inkun partiġġjan u noqgħod nitkellem favur l-ekonomija tal-gvern.", "Naħseb li f'dan il-parlament hemm bżonn li nagħmlu kritika kostruttiva u nkunu sinċieri magħna nfusna.", "Id-differenza li għandna bejnietna hija fil-mod kif inħarsu lejn il-materja li tkun qed tiġi diskussa.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq insemmi l-artiklu li kiteb il- Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar il-Ħadd li għadda fuq il-ġurnal \"The Times\" bit- titlu \"Here I am\".", "Insibu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal hekk:", "\"The need to overcome stagnation ...\".", "Issa jien ma nafx fejn qiegħed l-istaġnar li qed igħid.", "Huwa veru li jista' jkun hemm xi tnaqqis pero' wara d-diżgrazzja tal-11 ta' Settembru nkunu boloh jekk naħsbu li ma kienx hemm xi effett fuqna wkoll.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kompla jgħidilna hekk:", "\"The priorities of economic modernization and restructuring ̧ social reform and priority of instilling administrative vigour are the basic challenges that Malta must face.\".", "Fl-opinjoni ta' l-oppożizzjoni, biex inqumu mill-istaġnar hemm bżonn nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Sur President ̧ li nista' ngħid hu li qatt ma kien hawn gvern li ħaseb f'tant u tant proġetti biex jiġġenera attività ekonomika, xogħol produttiv u impjiegi daqs dan il-gvern.", "Jekk inħarsu madwarna nsibu li mill-1987 sal- lum saru ħafna proġett kbar li ħolqu attività ekonomika kontinwa ta' investiment, kemm lokali kif ukoll minn pajjiżi barranin ̧ u x-xogħol żdied.", "Jien mhux qed ngħid li qabel l-1987 il-partit Laburista ma ħoloqx impjiegi jew m'għamilx proġetti.", "Per eżempju, il-proġett tal-Kottonera ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Intom kontu vvotajtu kontra tiegħu!", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Kien hemm ħafna affarijiet, Onor. Debono Grech, pero' aħna komplejna fuq dak li kien beda gvern Laburista u ħsibna aktar fis-sod biex dak li jsir ikun aktar stabbli u sostenibbli.", "Sur President, jien niftakar meta fi żmien l-ex-prim ministru George Borg Olivier konna nsemmu l-proġett ta' Manoel Island u l-iżvilupp fil-ponta ta' Tigne`.", "Fil-fatt kien gvern Nazzjonalista li qabad il-barri minn qrunu u qal li dan il-proġett se jsir.", "Għalhekk ħoloq kumpanniji Maltin li nvestew il-flus u ġabu investiment minn barra sabiex dak il-post mitluq u abbandunat li kien jintuża għall-ġlied tal-klieb, għal rimi ta' kull kwalità ta' materjal u għad-deterjorament ta' l-ambjent u ta' postijiet storiċi jinbidel f'post li jħaddem in-nies.", "Nerġa' ntenni li jien ma nixtieqx inkun partiġġjan imma rridu nżommu quddiem għajnejna dan ix- xogħol li qed isir hawnhekk.", "Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kiteb ukoll dwar:", "\"The priorities of economic modernization and restructuring.\".", "Iva, aħna qegħdin inkunu moderni ̧ il-fabbriki qegħdin jimmodernizzaw u jirristrutturaw irwieħhom pero' ta' dan se jkollna nħallsu l-prezz bħalma diġà ħallasna.", "Fil-fatt aħna ħallasna mhux biss permezz ta' l-investiment imma wkoll billi naqsu l-impjiegi.", "Għalhekk issa hemm bżonn naraw li dan l- investiment jikber.", "Sur President ̧ qabel konna nibżgħu li jekk jiġu l-computers hawn Malta se jonqsu l-impjiegi.", "Pero' l-verità hi li llum l-information technology tant ħadet spinta 'l quddiem li mhux talli ma naqqasniex in-nies talli żidnihom.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-avviżi li jkun hemm fil- gazzetti jsib li l-aktar li hemm bżonn huma information technology specialists.", "Għalhekk ix-xogħol żdied mhux naqas.", "Għalkemm bħalissa bir-ristrutturazzjoni li qed issir jista' jkun hemm slowdown – anke l-partit Laburista ried jagħmel din ir-restructuring għax hemm bżonn nimmodernizzaw biex ikollna l-effiċjenza fil-produzzjoni tagħna u f'dak li nesportaw – 'il quddiem għad irridu naraw jekk l- impjiegi humiex se jiżdiedu jew inkella hux se jonqsu.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq is-social reform.", "Fil-fatt nista' ngħid li aħna qed nagħmlu social reform imma din ma ħarġitx bħala regola li se jsir hekk għax jista' jkun fiha xi difetti.", "Għalhekk kull suġġeriment jista' jiġi milqugħ u kif igħidu l-unions għandna npoġġu quddiem mejda ħalli naraw x'nistgħu nirranġaw.", "Fil-fatt fuq dan is-suġġett ħarġet ukoll white paper li qiegħda wkoll għad-diskussjoni.", "Aħna ma rridu noħonqu lil ħadd anzi l-partit Nazzjonalista dejjem kien il-promotur li jipprova jġib l- aħjar kondizzjonijiet għall-impjiegi.", "Insibu wkoll:", "\"... priority of instilling administrative vigour ...\".", "Jien hawnhekk naqbel mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax mal-gvern hemm ħafna ħaddiema li qed jikkontribwixxu fix-xogħol tagħhom ̧ fl-expertise tagħhom ̧ fit-teknikalità tagħhom u fil-professjoni tagħhom għal dak li għandu bżonn il-pajjiż.", "Pero' hemm bżonn il-ħeġġa amministrattiva li nġiegħlu lil dawk in-nies li qed ikunu ta' piż għal pajjiżna biex dawn jaħdmu.", "Jien m'iniex qed ngħid li lil dawn in-nies għandna npoġġuhom taħt il-frosta imma ma nistax ma ngħidx li għandna ħafna laxkezza fuq din il-ħaġa.", "Minkejja l- miżuri ta' dixxiplina li ħadna matul is-snin għad għandna ħaddiema li qed ikunu ta' piż kbir fuq il-pajjiż għas-sempliċi raġuni li min huwa fuqhom u li huwa responsabbli minnhom qed iħallihom jabbandunaw ix-xogħol.", "Fil-fatt dawn il-ħaddiema jew jitilqu kmieni mix-xogħol jew inkella ma jeħdux l-inizjattiva li hemm bżonn bil-konsegwenza li qed jiswew eluf u eluf kbar ta' liri għax ix-xogħol produttiv mhux qed jingħata.", "Għalhekk minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell biex min huwa responsabbli minn dawn il-ħaddiema jara li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Imissna nistħu li għad għandna ħaddiema tal-gvern li jitilqu 'l barra fid-9.00 a.m. jew fil-11.00 a.m. Jien hawnhekk mhux qed nirriferi biss għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-public works, tal-water works u f'affarijiet tekniċi imma qed nirriferi wkoll għal ċerti uffiċini tal-gvern fejn hemm ħafna laxkezza.", "Dawn l-affarijiet aħna nbatuhom għax fil-budget jiġu ppreżentati aktar taxxi.", "Hawnhekk nixtieq insemmi li 90% ta' l-ispiża tal-gvern tmur għall-ispiża rikorrenti.", "Fil-fatt l-ispiża rikorrenti hija ta' Lm758 miljun – is-sena l- oħra dan kien jammonta għal Lm675 miljun – u l-ispiża kapitali hija ta' Lm82 miljun.", "Allura l-pajjiż jista' jkompli sejjer hekk?", "Per eżempju ̧ f'pajjiżna hemm bżonn li nagħmlu t-toroq imma biex nagħmluhom hemm bżonn kapital enormi.", "Bżonn ieħor huwa li nirrestawraw il-postijiet storiċi imma għandna l-istess problema.", "Dan biex ma nsemmix id-drenaġġ u l-waste management.", "Peress li l-gvern ma jistax joħroġ ammonti ta' flus f'daqqa dawn l-affarijiet jagħmilhom fi żmien ħames snin, seba' snin u għaxar snin u allura l-ispiża tista' tkun akbar għax l-ispejjeż jistgħu jiżdiedu.", "Sur President ̧ nixtieq insemmi wkoll il-kummissjoni for tomorrow schools li hija xi ħaġa mill-isbaħ.", "Ta' dan nixtieq infaħħar lill-ministru għax fl- aħħar rajna l-bżonn li lit-tfal ta' l-iskejjel nagħtuhom l-aħjar postijiet biex huma jkunu jistgħu jitgħallmu f'ambjent aħjar.", "Wara li rranġajna l- uffiċini tal-gvern, l-uffiċini tal-ministeri u diversi postijiet ta' awtoritajiet rajna li lil dawn it-tfal ma nistgħux inħalluhom lura.", "Bħalma l-ħaddiema jridu jaħdmu f'ambjent sabiħ li jagħtik il-kuraġġ li taħdem, hekk ukoll iridu t-tfal ta' l-iskejjel għax b'hekk jagħmlu kuraġġ jitgħallmu aktar.", "Biex nagħmlu dan kien hemm bżonn ta' Lm60 miljun pero' għalkemm dan ma stajniex neħduhom f'daqqa ̧ se neħduhom f'tul ta' għaxar snin.", "L-istess ngħid dwar l-għajnuna ta' l-agrikoltura li qed tiġi proposta f'dan il-budget.", "Huwa impossibbli li dawn il-flus noħorġuhom f'daqqa għax m'għandniex biżżejjed riżorsi u l-ammont kapitali li verament għandna bżonn.", "Ovvjament minbarra l-miżuri fiskali hemm ukoll miżuri ta' programmar tajjeb, ta' management control tajjeb u ta' promozzjoni ta' ideat li jridu jitpoġġew matul dik is-sena biex il-pajjiż ikun jista' jmur 'il quddiem.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-viżjoni tal-partit Laburista.", "Jien ħadt pjaċir naqra d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li qal hekk:", "\"Nobody is going to solve the challenges and problems of the Maltese but themselves.\".", "Iva, aħna rridu naraw x'hemm bżonn għal pajjiżna u ħadd mhu se jiġi jsolvielna l-problemi tagħna ̧ fosthom il-problema tat-toroq u l-problemi ta' l-agrikoltura.", "Pero' mill-banda l-oħra, aħna kapaċi naslu waħedna?", "Għaliex m'għandniex ningħaqdu ma' xi għaqda bħall-Unjoni Ewropea ħalli minbarra li nkunu mseħbin ma' dak il-grupp ta' pajjiżi li qed jaħdmu flimkien ̧ inkunu mgħejjuna biex nilħqu l-livell ta' pajjiżi aktar żviluppati minna?", "Huwa hawnhekk fejn forsi aħna ma naqblux.", "Nerġa' ntenni li l-affarijiet tagħna aħna rridu nsolvuhom imma m'għandna nitilfu ebda opportunità ħalli niġu fil-livelli ta' ħaddieħor.", "Punt ieħor huwa:", "\"Believe in society that promotes initiative.\"", "Iva, aħna naqblu ma' dan.", "Kien hemm inizjattivi, kemm min-naħa tal-gvern Laburista kif ukoll min-naħa tal-gvern Nazzjonalista imma dawn irridu narawhom oġġettivament.", "Jekk ikun hemm xi forma ta' inizjattiva rridu naraw kif intejbuha u mhux nagħmlu minn kollox biex inkissruha sempliċement għax tkun ġejja mill-partit l-ieħor u dan huwa dak li qed jiġri f'pajjiżna.", "Ċerta kritika mhux qed tkun kostruttiva imma qed tkun distruttiva ̧ u din forsi qed issir miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hemm bżonn li naħdmu biex lil dan il-pajjiż żgħir inġibuh ġawhra tal-Mediterran ̧ aktar u aktar meta aħna għandna l-potenzjal qawwi li nistgħu nkunu l-link bejn in-north u s-south ta' l-Ewropa.", "Insibu wkoll:", "\"Respect the principles of social justice for all.\".", "Sur President, aħna altru milli qed naħdmu għall-ġustizzja soċjali.", "Per eżempju ̧ miljuni kbar ta' liri qed jintnefqu fuq mediċini ̧ sptarijiet ̧ anzjani ̧ edukazzjoni u housing.", "Din hija l-ġustizzja soċjali li wieħed irid jagħmel.", "Aħna qed inkunu fair ma' kulħadd ħalli dak li jkun ikun jista' jagħti l-kontribut tiegħu.", "Imbagħd insibu:", "\" ... economic growth in working hard to provide incentives and support for all those who create work and wealth.\".", "Lil dawn in-nies qegħdin ninkoraġġuhom?", "Il-gvern daħal f'ħafna joint- ventures ħalli jħajjar lis-settur privati jinvesti aktar.", "Per eżempju, il- Ministru għall-Ambjent ̧ l-Onor.", "Francis Zammit Dimech qed jippromwovi ċerti inizjattivi ħalli l-investituri jġibu aktar investiment.", "Dan huwa li rridu nagħmlu.", "Sur President ̧ hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk lis-settur privat hux qed nagħtuh inizjattiva.", "Għalkemm jidher li fl-MDC x-xogħol huwa batut ħafna nista' ngħid li matul is-sena li għaddiet kien hemm madwar 52 proġett ġdid.", "Biex tipproduċi jrid ikollok l-investiment ħalli b'hekk toħloq l- impjiegi.", "Huwa dan li qed nipprovaw nagħmlu.", "Per eżempju, jien nikkalkola li l-investiment li qed isir bħalissa se jservi biex ħames snin oħra pajjiżna jkun f'qagħda ħafna aħjar milli huwa llum.", "Issa hawnhekk qed nirriferi kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll mil-lat ta' xogħol.", "Dak li qed nagħmlu llum irid jikber u jekk nibżgħu għalih ikunu qed naħdmu għal dawk l-impjiegi li jistgħu jinħolqu matul iż-żmenijiet.", "Nixtieq insemmi wkoll li fl-1996, id-dħul ordinarju tal-gvern kien ta' Lm447 miljun u llum il-ġurnata dan tela' għal Lm675 miljun.", "Dawn il-flus ġew minn sorsi taxxabbli.", "Fil-fatt waħda mill-aktar affarijiet li ħalliet flus hija s-sistema tal-VAT.", "Issa n-naħa ta' l-oppożizzjoni għadha ma serrħitx moħħ l-investitur Malti jekk meta tkun fil-gvern hijiex se żżomm din it-taxxa jew le.", "Ma rridux ninsew li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li jekk igħaddu ħames snin mill-introduzzjoni tal-VAT ̧ huwa diffiċli li tneħħiha.", "Għalhekk issa rridu naraw il-pożizzjoni attwali tal-partit Laburista.", "Dan irid iserraħ moħħ il-poplu għax jekk se jerġa' jħarbat is- sistema fiskali ta' pajjiżna se jkollna l-akbar diżastru li jista' jkollna.", "Fl-elezzjoni li jmiss jista' jitla' l-partit Laburista imma jrid ikollna assigurazzjoni mill-gvern alternattiv ħalli l-investitur jara l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu.", "Sur President ̧ nixtieq ngħid ukoll li minkejja li saret riforma fit-taxxi u kien hawn trażżin ta' abbuż u evażjoni, għad hawn ħafna nies li qed jevadu t-taxxi, anke bis-sistema tal-VAT.", "Per eżempju, jekk tmur għand wieħed ta' l-aluminium ̧ ta' l-irħam jew ta' xi ħaġa oħra igħidlek li trid tħallas 15% VAT u mbagħad tmur għand ieħor u jgħidlek li jekk trid jirranġalek u ma tħallasx VAT.", "Għalhekk wieħed ikollu prezz u l-ieħor ikollu prezz mod ieħor.", "Għad għandna wkoll nies li qed jaħdmu mingħajr liċenzji tal-ħwienet li qed jieħdu xogħol ħaddieħor.", "Jien mhux qed nikkritikahom għax kulħadd irid jaħdem imma dawn għandhom jirreġistraw irwieħhom ̧ għandhom iġibu l-liċenzja u għandhom iħallsu dak li għandhom iħallsu bħal ħaddieħor.", "Għalhekk hemm bżonn li nieħdu miżuri stretti għal dawn in-nies li qed jevadu t-taxxi għax dawn qed ikunu ta' detriment għal min hu onest.", "L-evażjoni tat- taxxa għadha fuq skala kbira pero' wieħed jista' jikkontrollaha.", "Kif għidt aktar qabel ̧ 10% biss ta' l-ispiża tal-gvern hija nefqa kapitali.", "Jien ngħid li almenu 20% minn din in-nefqa għandha tmur għall-proġetti kapitali li tant u tant għandna bżonn għax f'pajjiżna għad għandna problemi infrastrutturali kbar fosthom il-problema tal-waste management.", "Naf li l- gvern għamel ir-rapport tiegħu imma biex jiġi implimentat irid igħaddi ħafna żmien.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq xi miżuri oħrajn li qed jadotta l-gvern fosthom il-prezz tal-fuel.", "Fid-diskors tal-budget rajna li l-prezz ta' l- unleaded petrol se jkun ta' 36c kull litru jew inkella se jkun hemm tnaqqis ta' 1c5 inqas.", "Issa dan suppost jinżel aktar pero' biex lill- ekonomija tagħna ma nagħtuhiex skossi ̧ dan se jkun it-tnaqqis.", "Dan ifisser li qed ninkoraġġixxu l-unleaded petrol.", "Barra minn hekk il-prezz tal-leaded petrol se jkun ta' 39c kull litru jew inkella se jkun hemm żieda ta' 1c5 jiġifieri qed nibbilanċjaw ftit.", "Naħseb li l-proposta ġdida li jitħallat xi addittiv ieħor mal-petrol biċ-ċomb li huwa ta' inqas ħsara għall-ambjent hija importanti wkoll.", "Kien hemm żieda fil-prezz tad-diesel.", "Fil-fatt il-prezz se jkun ta' 21c5 kull litru jew inkella se jkun hemm żieda ta' 1c4.", "Kieku ridna dawn l- affarijiet għamilnihom f'daqqa imma din qed neħduha fuq miżura ta' tliet snin ħalli mbagħad naslu fil-livell ta' pajjiżi oħra.", "Nixtieq insemmi wkoll il-miżura li se tittieħed fuq is-sigaretti jew fuq it-tabakk tal-prim li se jitla' għal Lm20 kull kilo.", "Minn dan is-sors il- gvern qed idaħħal ammont mhux ħażin għalkemm irridu ngħidu wkoll li l- konsegwenzi tat-tipjip qed iħalli effett ħażin anke fuq il-ħruġ tal-gvern fuq il-qasam tas-saħħa.", "Filwaqt li lil dak li jkun qed teħodlu 50c dazju fuq kull pakkett sigaretti ̧ ħafna nies qed iqattgħu ħafna ġranet l-isptar minħabba l-mard li t-tipjip iġib miegħu.", "Dan ifisser li l-gvern qed jonfoq ħafna flus biex jagħmel tajjeb għall-kura ta' dawk l-individwi li jpejpu u li jispiċċaw l-isptar.", "Għalhekk din il- miżura fiskali tas-sigaretti rridu narawha f'din il-lenti.", "Sur President ̧ kien hawn diversi kelliema li tkellmu dwar il-levies u għad hawn min irid jitkellem dwarhom.", "Ovvjament kulħadd irid li l-affarijiet ikunu irħas imma kultant ikun hemm ċerta inflazzjoni.", "Per eżempju, x'jiġifieri ċerti nies fin-negozju jgħidulek li fil-bidu tas-sena se jżidu l-fees tagħhom?", "X'żidiet ikun hemm biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?", "M'hemm l-ebda kontroll fuq din il-ħaġa u filwaqt li meta tneħħi l-levies ċerti prodotti suppost jorħsu, ikun hawn min iżomm l-istess prezzijiet ħalli l- qligħ ma jonqosx bil-konsegwenza li l-konsumaturi qed jintlaqtu ħażin.", "Iż- żieda tingħata għall-għoli tal-ħajja u mhux għal dawk l-affarijiet u servizzi li jogħlew kapriċċożament.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll ir-reġistrazzjoni ta' investiment barrani li sar aċċenn għaliha fil-budget.", "Nafu li qabel min kien jinvesti f'pajjiżi oħra kien jirrendilu ħafna flus imma llum il-ġurnata dawn ma saru jiswew xejn għax l-interessi kollha li kien qed jieħu kienu ġew inflated bil-kbir.", "Niftakar li l-antenati tiegħi kienu jgħidu li kellhom flus Russi u kellhom investimenti kbar.", "Pero' wara l-gwerra dawn ma kienu jiswew xejn u fil-kotba għad ma fadal assolutament xejn.", "Issa l-gvern introduċa miżura biex min għandu investiment barrani, jirreġistrah.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jistaqsi: Ħafna nies jinvestu l-flus barra minn Malta biex jieħdu interessi għoljin ̧ biex jiffrankaw l-income tax jew inkella biex ma jurux x'qed idaħħlu min-negozju tagħhom ̧ jew mill- black market, li ma jkun reġistrat imkien?", "Għalhekk jien nappella lill- Maltin biex jinvestu f'pajjiżna u mhux ipaxxu lil pajjiżi barranin li qed jaqilgħu eluf kbar ta' liri minn fuq daharhom.", "B'dan il-mod ̧ minbarra li jkunu qed jieħdu l-interessi ̧ jkunu qed igħinu wkoll lil pajjiżna.", "Hekk għandu jkun il-patrijottiżmu.", "Wara kollox it-taxxi li huma dovuti minna għandna nħallsuhom għax aħna stess ingawdu.", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel riferenza għall-\"Economic Survey\" li ġie ppreżentat lilna fil-budget.", "Fih insibu li fis-sena 2000 l-earnings from employment kien ta' Lm83 miljun u llum il-ġurnata kważi lħaqna d-Lm90 miljun.", "Dan ifisser li minkejja l-miżuri fiskali li ħa l-gvern u minkejja x-xogħol li għamel il-pajjiż, l-earnings tal-ħaddiem żdiedu b'mod sostanzjali.", "Għalhekk minkejja li ż-żgħażagħ u l-ħaddiema qed iħallsu aktar taxxi, għandhom aktar x'jonfqu, għandhom aktar x'jikkontribwixxu u qed igħixu ħajja aktar komda.", "Dan ifisser ukoll li f'pajjiżna hawn il-ġustizzja soċjali u qed ikollna riżultati tajbin.", "Issa ovvjament f'pajjiżna jew f'pajjiżi barranin jistgħu jiġru affarijiet li jistgħu jitfgħuna lura.", "F'ċerti oqsma intfajna lura – jien ngħid il-verità u ma nigdibx - imma minkejja dan, nerġa' ngħid ̧ li għandna riżultati tajbin.", "Għalhekk għandna nkomplu naħdmu u nistinkaw biex dak li nistgħu ntejbu ̧ intejbuh mill-aħjar li nistgħu biex il-pajjiż ikun jista' jimxi aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President ̧ wara li smajt b'attenzjoni kbira lill-kollega tiegħi ̧ se jkolli nistaqsi jekk aħniex qed ngħixu f'Malta jew inkella fl-isħab.", "Meta nisma' lil tan-naħa l-oħra jgħidu li kulħadd għandu jħallas l-income tax u li kulħadd għandu d-dover li jġib il-flus minn barra ̧ nibda ngħid: Imma possibbli dawn ma jafuhiex l-istorja tal- partit tagħhom?", "Possibbli ma jafux li kull meta f'dan il-parlament kienet titressaq liġi soċjali, dawn dejjem kienu jivvotaw kontra tagħha?", "Hawnhekk forsi jkun hawn min igħid għalfejn se noqgħod insemmi l-antik imma dan bilfors ikolli nagħmlu għax inkella ż-żgħażagħ tal-lum li semgħu lill- Onor. Bonnici jitkellem jaħsbu li l-income tax, il-pensjonijiet u l- benefiċċji soċjali l-oħra għamilhom il-partit Nazzjonalista u dan mhu veru xejn.", "Meta fl-1947, jiġifieri wara l-gwerra, tela' l-partit Laburista fil-gvern, ried jintroduċi l-income tax u dak iż-żmien qamu l-irwiefen kollha ̧ l-aktar mill-partit Nazzjonalista.", "Niftakar li lanqas il-Knisja ma reditha l-income tax u minħabba l-ġlieda li kien hawn ̧ din il-liġi damet ma daħlet fis-seħħ.", "Niftakar ukoll li kien hawn liġi li min jaqbeż ċertu limitu kien jeħel 2c5 u din ma reduhiex lanqas pero` wara ħafna ġlied u xogħol, l-income tax daħlet.", "Dak iż-żmien bdew igħidu li l-income tax se ndaħħluha biex nisirqu ħalli ndaħħlu l-benefiċċji soċjali.", "Sur President, l-ewwel servizz soċjali li sar bl-income tax kienet il- pensjoni li dak iż-żmien kienet ta' 50c fil-ġimgħa.", "Niftakar li kien hawn nies fl-oppożizzjoni li lill-gvern Laburista qalulu li jekk kien se jagħti l-pensjonijiet lix-xjuħ ̧ dawn se jispiċċaw jixorbu l-inbid u joqgħodu jiskru!", "Allura issa qed ngħidu li suppost kulħadd iħallas l-income tax?", "Fl-1947 Malta kienet għadha ħierġa minn gwerra ta' ħaddieħor imma l- Ingilterra u l-Amerika x'tawna wara li konna tkissirna u tfarrakna?", "Dawn mhux talli ma tawna xejn talli lanqas il-marshall aid ma riedu jagħtuna.", "Mela lil min kisser, farrak u qatel daqs dawk nies tawh il-marshall aid u lilna ma tawna xejn!", "Per eżempju ̧ l-Ingilterra ħadet il-marshall aid fi żmienna u l-poplu Malti mhux talli ma ħa xejn talli n-nies li kellna jaħdmu d-Dockyard u mas-Servizzi Ingliżi, wara li tawhom biċċa medalja – kulħadd kien ferħan b'din il-medalja u kien hawn min tela' għall-victory parade l-Ingilterra – spiċċaw bla xogħol.", "Dak iż-żmien il-partit Laburista beda jiġġieled għax qal li ma kienx sewwa li wara li nitkissru għal ħaddieħor ̧ ħadd ma jgħinna.", "U għalhekk qal l-Onor.", "Sant u kull kap tal-partit Laburista li kien hawn dejjem saħqu li aħna rridu nsolvu l- problemi tagħna.", "Mela min irid isolvihomlna; l-Ingilterra ̧ l-Italja ̧ l- Amerika jew ir-Russja?!", "Il-problemi tagħna dejjem solvejnihom bit-tbatija taċ-ċittadini tagħna.", "Sur President, kellna bżonn xi għajnuna minn barra meta għamilna l- pensjonijiet tax-xjuħ?", "Pajjiżi oħra lanqas pensjoni ma kellhom.", "Aħna kellna bżonn lil xi ħadd meta l-gvern Laburista għamel iċ-childrens' allowance?", "Dak iż-żmien il-partit Nazzjonalista kien jgħidilna: Lill- ewwel tliet ulied biss se tagħtu childrens' allowance; mela r-raba' wieħed bagħal?", "Mela issa kulħadd ġie bagħal għax ħadd mhu qed jeħodhom!", "Illum ġabu l-iskuża li min għandu ċertu income m'għandux jieħu childrens' allowance.", "Jien ma naqbilx ma' dan għax nemmen li ċ-childrens' allowance għandu jeħodhom kulħadd.", "Min iħallas l-income tax għandu jieħu dan il-benefiċċju għax dak qed ipatti għal min iħallas ftit taxxa.", "Issa se nitkellem ftit fuq l-edukazzjoni b'xejn.", "Kien il-gvern Laburista li għamel l-edukazzjoni b'xejn u dan huwa wieħed mill-proġetti kbar li għamel.", "Fil-fatt l-akbar żewġ proġetti li għamel il-partit Laburista kienu meta għamel l-edukazzjoni b'xejn għal kulħadd u meta ta saqaf lil kulħadd.", "Qabel il-ħaddiem la kellu saqaf fuq rasu u lanqas kellu edukazzjoni.", "U l-Onor.", "Michael Bonnici li huwa dilettant ta' l-istorja politika jmissu jaf li meta saret il-liġi, kulħadd kellu jibda jmur l- iskola bilfors sakemm ikollu 14-il sena.", "Issa ta' min igħid li l-partit Nazzjonalista kien ivvota kontra tagħha din għax kien qal li jekk tmur l- iskola titlef ruħek!", "Din hija l-istorja ta' Malta.", "Liż-żgħażagħ għandna ngħiduhomlhom dawn l- affarijiet għax dawn huma affarijiet kbar.", "Niftakar li dak iż-żmien l- iskola kellha ħinijiet differenti; mit-8:00 a.m. sa l-10:00 a.m., mill- 10:00 a.m. sa 12:00 p.m. ̧ mill-12:00 p.m. sas-2:00 p.m. u mis-2:00 p.m. sa l-4:00p.m. ̧ skond meta jmissek.", "Dan kien isir għax il-partit Nazzjonalista ma beniex skejjel.", "Jien niftakar lill-ex-ministru Paris, Alla jaħfirlu ̧ qabel l-elezzjoni ta' l-1955 ipoġġi l-ewwel ġebla ta' 40 skola li kienu se jinbnew.", "Niftakar li meta Agatha Barbara saret ministru ta' l-edukazzjoni fl-1955 ̧ kienet kriet il-mużewijiet ̧ djar u postijiet oħra biex it-tfal ikollhom fejn imorru jitgħallmu u għamlet l-iskola għal kulħadd il-ġurnata kollha.", "Barra minn hekk il-gvern Laburista għadda l- liġi li kulħadd irid imur l-iskola sa 16-il sena pero' l-partit Nazzjonalista kien qal li l-ħaddiema se jitilfu l-għajxien tagħhom għax qabel dawn lill-uliedhom kienu jibgħatuhom jaħdmu bħala kundutturi, kienu jibgħatuhom ibigħu l-karawett jew jiġbru ż-żibel fuq il-karettuni.", "Dan kien ix-xogħol ta' wlied il-ħaddiema imma t-tfal ta' l-avukati u t-tobba l- università ̧ fl-iskejjel u fil-kulleġġi privati kienu.", "Lil dawn ma qalulhomx li se jitilfu ruħhom!", "Allura dawn ma setgħux jgħinu lill- ħaddiema li kellhom xi 14 jew 16 ulied!", "Per eżempju, mill-aħwa kollha ta' missieri li kien f'familja ta' 14 ̧ hu u oħtu biss tgħallmu l-iskola għax missierhom ma setax igħallimhom.", "U mhuwiex veru li qabel l-iskola kienet b'xejn għal kulħadd kif igħidu tan-naħa l-oħra.", "Fil-fatt qabel l-1955, biex tmur il-liċeo kont trid tħallas 50c fil-ġimgħa.", "La qed insemmi dawn l-affarijiet ikun tajjeb li nfakkar ukoll li mhux veru li t-tabib u l-isptar kienu b'xejn għax sa l-1971 ̧ qabel ma tela' l-partit Laburista fil-gvern, kull min kien imur l-isptar kellu jħallas 50c kuljum u mbagħad meta toħroġ ̧ jibgħatlek il-kont tal-professur u tal-mediċini.", "Fl- aħħar kienu jaqtgħulek parti mill-ħlas ̧ skond il-paga li kont taqla' pero' xorta ridt tħallas.", "Għalhekk kien il-gvern Laburista ta' l-1971 li għamel l-isptarijiet u l-pilloli b'xejn.", "Ta' min isemmi wkoll l-akbar opra li għamel il-gvern Laburista ta' l-1955 meta neħħa għall-ewwel darba l-pjaga tal-mard tas-sider minn Malta.", "Niftakar meta kont għadni żgħir kont mort ma' missieri il-Connaught House fejn kienu jżommu lin-nies morda b'sidirhom.", "Niftakar ukoll li darba Dr Hyzler kien iddeċieda li lil dawn in-nies jagħmlilhom il-passaporti ħalli jeħodhom l-Isvizzera u l-Awstrija għax dak iż-żmien ̧ min kellu l-flus kien imur f'dawn il-postijiet biex ifiq.", "Fil-fatt illum uħud minn dawn in-nies għadhom ħajjin sal-lum għax il-partit Laburista kien fejjaqhom.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Bonnici jitkellem fuq il-proġetti!", "Din il-marda tant kienet taboo li meta wieħed kien jasal biex jiżżewweġ kienu jistaqsu lill- kappillan jekk fit-tali familja kienx hemm mard tas-sider.", "Xi ħaġa oħra li neħħa l-partit Laburista bejn l-1971 u l-1987 kienet il- marda tal-ġdiem.", "Dawk li kien ikollhom din il-marda kienu jpoġġuhom San Bert? fejn kien ikollhom il-ħadid fuq kull naħa u l-ikel kienu jitfgħuhulhom bħall-annimali.", "Kien il-partit Laburista li beda jfejjaq il-marda tal-ġdiem u mbagħad għamlilhom sptar pulit fil-Għargħur.", "Dawn huma l-proġett kbar tal-partit Laburista.", "Il-proġetti l-kbar l-oħrajn tal-partit Laburista saru bejn l-1971 u l-1987.", "Meta fl-1971 tela' l-partit Laburista ̧ il-ħaddiema ma kellhomx fejn joqgħodu u l-partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien tant m'għamel xejn li l- Onor. Louis Galea flimkien ma' l-istudenti ta' l-università ̧ kienu ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-Belt għax ma kellhomx fejn joqgħodu l-ħaddiema.", "Fil-fatt kien il-gvern Laburista ta' l-1955 li beda s-social housing.", "Dak iż-żmien il-ħaddiema lanqas kamra tal-banju ma kellhom aħseb u ara kemm kellhom computer!", "Lill-ħaddiem qabel ma tagħtih il-computer trid tagħtih fejn joqgħod il-ħaddiem u trid tgħallmu l-iskola u kien il-gvern Laburista li għamilhom dawn l-affarijiet. agħtih l-affarijiet essenzjali.", "Kien il-partit Laburista li għamilhom dawn l-affarijiet.", "Tant hu hekk li l-gvern Laburista ta' l-1955 bena Santa Luċija u l-gvern Laburista ta' l- 1971 bena housing estates, djar u plots ma' kullimkien.", "Sur President ̧ illum il-partit Nazzjonalista se jagħlaq 12-il sena fil- gvern u fis-sena u tmien xhur, bejn l-1996 u l-1998 ̧ li għamel il-gvern Laburista ̧ ma tantx seta' jagħmel affarijiet.", "Ħafna mill-proġetti li llum taparsi qed jagħmilhom il-partit Nazzjonalista fil-fatt kien sar ħafna xogħol fuqhom mill-partit Laburista.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq xi ħaġa oħra.", "Qabel ma tela' gvern Laburista ma kienx hawn iċ-ċans li xi ħadd isir pilot.", "Jien niftakar meta fi żmien l-ex-prim ministru ̧ George Borg Olivier ̧ kienu għamlu l-Air Melita.", "Dawn taparsi kienu għamlu ajruplan ̧ kienu ttrejnjaw żewġ stewardesses u ħafna nies telqu mix-xogħol u tilfu l-impjieg.", "Kien hemm ukoll min seraq il-flus ta' l-Air Melita u telaq.", "Pero' mbagħad kien il- partit Laburista li ġietu l-ewwel idea li jagħmel l-Air Malta.", "Meta għamilna l-Air Malta kien hemm wieħed fil-partit Nazzjonalista, li llum huwa l-ministru tat-turiżmu ̧ li kien igħid li dawn huma għasafar taċ-ċomb u ma jtirux.", "Imbagħad meta ġibna l-Pakistani Airways kien qal: Bil- Pakistani rridu ngħallmu lill-pilots tagħna?", "Minkejja dan kollu, saret l- Air Malta, bdejna nħarrġu lill-pilots, bdejna nagħmlu l-istewardesses u għamilna l-airport u llum din il-kumpannija tħaddem 'il fuq minn 2,000 ruħ.", "Jien naħseb li l-għasafar taċ-ċomb aħna blajnihom għax meta fl- 1996 tlajna fil-gvern ridna neħilsu mill-RJs li fuqhom konna nfaqna l- miljuni tal-liri meta dawn lanqas soldi ma jiswew!", "Dawk żgur għasafar taċ-ċomb għax dejjem bil-ħsara u biex intajru wieħed irridu nikkanibalizzaw mija għax lanqas spare parts m'hawn għalihom.", "L-Air Malta kienet proġett kbir għax ħaddmet in-nies u kien il-partit Laburista li għamilha.", "Meta għamilna r-runway il-partit Laburista ma kienx nefaq flus għax kien ġab l-għajnuna mill-Italja u kien ġab periti Taljani.", "Fil-fatt jekk taqra l-gazzetti ta' dak iż-żmien li kienu jissimpatizzaw mal- partit Nazzjonalista kont issib li dawn kienu jgħidu: \"Din ir-runway għalfejn għamilniha!", "Lanqas jumbo ma jinżel!\"", "Pero' kemm niżlu jumbos u ajruplani!", "Ovvjament qabel ma tagħmel ajruport internazzjonali trid tagħmel ir-runway.", "Dawn l-affarijiet il-partit Laburista għamilhom u ma għidniex li se nagħmlu airport li ġej jiswa Lm10 miljun imbagħad insibu li ġej jiswa Lm30 miljun.", "Illum kulħadd jiftaħar li għandna l-airline tagħna imma dak iż-żmien imaqdruha kienu.", "Sur President ̧ il-partit Laburista rranġa wkoll il-Gozo Channel.", "Dak iż- żmien ħadd ma kien jaf x'fiha u meta tlajna fil-gvern sibniha mfarrka.", "Issa llum hemm tliet vapuri li suppost ġew jiswew – skond il-kuntratt tas- 26 ta' Ottubru ta' l-1996 - Lm24 miljun u fil-fatt se jiġu jiswew madwar Lm50 miljun.", "Dak proġett!", "Illum niftaħru bil-Gozo Channel u nħaddmu nies li għadhom ġejjin mill-Awstralja u mill-Kanada.", "Naħseb li l- interview isir hemmhekk ukoll għax dawn jidħlu jaħdmu hemmhekk meta jkunu għadhom lanqas biss rifsu hawnhekk.", "Mela min ikollu ċ-ċertifikati jibqa' barra imbagħad min m'għandux ċertifikati jidħol u ħafna drabi dawn lanqas ikunu jafu jekk vapur ikunx fih poppa jew pruwa jew jekk vapur jintrabatx b'ħabel jew bi spaga!", "Dak proġett!", "Sur President, aħna għamilna wkoll is-Sea Malta.", "Mela dan mhux proġett ukoll!", "Per eżempju ̧ sieħbi semma l-proġett ta' Manoel Island pero' dan inbeda fi żmien in-Nazzjonalisti, waqqfuh u meta tela' l-partit Laburista fil-gvern ma sab xejn hemmhekk.", "Issa fid-disa' snin li għamlu fil-gvern suppost li dan il-proġett lestewh imma kulma għamlu huwa li poġġew erba' krejnijiet u neħħew ftit ġebel.", "Il-bqija ma sar xejn.", "Allura għalfejn noqogħdu nidħku bin-nies?", "Mela din hija xi ħaġa ta' now you see it and now you don't!", "Din l-istess bħal tal-yacht marina għax huma jridu jagħmlu dak li ridna aħna.", "Pero' dawn li għamlu kien li żiedu l-Kalkara u taw l-artijiet bil- Lm1 li issa se jinbiegħu b'Lm1 miljun.", "Dak li għamlu fil-Kalkara!", "Issa din il-ġimgħa ̧ wara tliet snin ̧ smajt li se jkollna l-ewwel pontoons neżlin.", "Imisshom ilhom lesti dawn!", "F'disa' snin dawn misshom lestew il- blueprints u l-kuntratti imma jien kuntratt wieħed sibt; li biex ikollna l- uffiċċju tal-posta konna se nonfqu Lm2 miljun ta' xejn.", "Sur President, kieku l-partit Laburista ma sabx it-tfixkil u t-tkissir li sab ̧ kieku l-partit Laburista fi tliet snin għamel ħafna affarijiet.", "Imma sfortunatament f'sena u tmien xhur kellna ħafna bsaten fir-roti.", "Dawn għaqqdu żewġ konsorzji flimkien biex jiekol kulħadd u bqajna għaddejjin qisu ma ġara xejn.", "Din hija l-pożizzjoni tal-proġetti!", "U mela jiġu jgħidu li biex nimmodernizzaw iridu jbatu n-nies!", "Dawn ġieli kienu bla xogħol għax jien ġieli kont!", "Allura sakemm nimmodernizzaw il-familja u wliedi ma jieklux u noħroġhom mill-iskola!", "X'se jgħidulhom lil dawk l-400 ruħ li spiċċaw mix-xogħol?", "Lil dawk li kienu jibgħatu lill-uliedhom fi skejjel privati se jgħidulhom biex ma jibqgħux jibgħatuhom hemmhekk sakemm nimmodernizzaw!", "U l-kumpannija tas-7 Up fiex immodernizzat?!", "Għax ħadha Farsons?!", "Mela dan waqqaf il-Canada Dry biex jagħmel is-7 Up.", "X'modernizzazzjoni dik!", "Imbagħad ibati l-ħaddiem!", "Mela ħaddiem biex jistrajkja jrid javża lill-employer 48 siegħa qabel u l-employer li sar sinjur minn fuq il-ħaddiema ̧ jista' jgħid lill-ħaddiema li l-għada jistgħu ma jmorrux għax-xogħol!", "Imbagħad joqgħod jgħaddi n-nies biż-żmien u jgħidilhom li se jagħtihom it-terminal benefits!", "Missu ma jagħtihomlhomx ukoll!", "Mela ma jafx li dawn bilfors irid jagħtihomlhom bil-liġi!", "Mela issa wasalna fl-estremità li nisirqu lill-ħaddiem ukoll!", "Għalhekk il-kollega tiegħi m'għandux jgħid li biex nimmodernizzaw iridu jbatu n-nies.", "Jien ma naqbilx ma' dan għax jien naf x'jiġifieri ddaħħal idejk fil-but u ma ssib xejn.", "Allura biex jimmodernizzaw il-Medserv kellhom ikeċċu lili għax jien Laburist u daħħlu lil ħaddieħor!", "Il- modernizzazzjoni kienet tfisser li lil min daħħlu tawh Lm40, 000 u lili tefgħuni 'l barra u għamilt 17-il sena l-qorti!", "Kemm jafu jimmodernizzaw!", "L-Onor.", "Bonnici għax ma jimmodernizzax l-ispiżerija u jispiċċa barra ħalli jkun jaf x'jiġifieri!", "Ejja arawhom lin-nies li spiċċaw mix-xogħol li jridu jħallsu l-konvenji u spejjeż oħra!", "Dawn qed iħossuhom se jiġġennu!", "Issa meta jiġu għandi dawn in-nies ngħidilhom għax se nimmodernizzaw!", "Allura biex nimmodernizzaw, min għandu 50 sena għandu jispiċċa mix-xogħol!", "Sur President ̧ il-fabbrika tal-Ġermaniżi li se tagħlaq se timmodernizza?", "Il-fatt li beda jberraq fl-ST Microelectronics ifissser li se nimmodernizzaw?", "Il-fabbrika tas-siġġijiet se timmodernizza?", "X'se jimmodernizzaw?!", "Dawn issa mhu se jagħmlu xejn!", "Allura issa tas-7 Up, bil-modernizzazzjoni kollha, se jibda jkollhom il-computer u flixkun jintela' waħdu!", "U mbagħad ma nistħux ngħidu li Farsons għamel pass 'il quddiem!", "X'pass dak!", "Dawn l-affarijiet m'għandniex ngħiduhom għax aħna qegħdin hawnhekk biex nipproteġu liż-żgħir u mhux lill-kbir.", "Il-kbir m'għandekx bżonn tipproteġih għax jipproteġi ruħu waħdu!", "Lill-kbir jekk tneħħilu l-levies ̧ jagħlaq u jitlaq!", "Hija ħaġa sabiħa li dak li jkun jinvesti f'Malta.", "Fi żmien Ġuże` Abela, Alla jaħfirlu ̧ meta ridna nagħmlu liġi biex inġibu l-flus minn barra kienu qalulna – dawn l-affarijiet huma mniżżlin fil-gazzetti għax ma kenux stħaw igħiduhom – li Ġuże` Abela ġej id-dar bil-pulizija u jara kemm għandek deheb, kemm għandek pittura mal-ħajt, l-ilbiesi li għandek u minn fejn xtrajthom!", "Dawn l-affarijiet intqalu!", "Mela llum jiġu jgħidu li kulħadd irid iħallas l-income tax u li se nneħħu l-levies!", "Sur President ̧ għal min ma jafx il-liberalizzazzjoni tfisser li kulħadd jagħmel li jrid.", "M'għandniex noqgħodu nidħku bin-nies u ngħidulhom li għamilna l-liġi taż-żejt u naqqasna 1c jew żidna 1c għax fir-realtà inti mhux 1c żidt imma 15% VAT fuq il-petrol.", "Dan ifisser li jekk inti kont tieħu b'Lm5 petrol jew diesel inti trid taqta' 15% VAT minnhom.", "Għalhekk il-petrol mhux 1c għola imma fuq kull Lm1 għola 15c plus il-4c tal-gallun jiġifieri għola 20c.", "Allura jekk illum tieħu b'Lm5 petrol fir-realtà tkun qed tieħu b'Lm4.", "Ikun tajjeb li wieħed igħid ukoll li għal kull ħaġa li tiġri se joqgħodu jwaħħlu f'Osama Bin Laden jew ngħidu li hawn riċessjoni.", "Per eżempju ̧ l- insurance tiegħi għoliet qabel ma Osama Bin Laden għamel dak li għamel.", "Allura l-fees tal-minibuses u tax-char-a-bancs se jogħlew minħabba Bin Laden?", "Mela dan għandu l-minibuses u x-char-a-bancs?!", "(Interruzzjonijiet) Inti m'għandekx x'taqsam!", "Mela inti Bin Laden?", "L- Onor. Bonnici qal li minħabba Bin Laden għolew.", "Mela t-taxis huma ta' Bin Laden!", "Fil-każ igħidilna ħalli ma nirkibx fihom!", "Hawnhekk irridu nitkellmu bis-serjetà u ngħidu li l-pajjiż ma jiflaħx ċertu lussu.", "Per eżempju, hawn min igħidlek li m'għandekx toqgħod tgħid li bħalissa għaddejjin minn riċessjoni.", "Mela allura nagħmluha tal-boloh u ngħidu li kollox huwa miexi tajjeb!", "Jekk il-pajjiż mhux għaddej minn riċessjoni u m'hawnx dan l-inkwiet kollu ̧ mela allura hemm xi ħaġa ħażina għax igħid x'jgħid kulħadd ̧ il-business mhuwiex sejjer tajjeb.", "Per eżempju ̧ xi sidien tal-ħwienet qaluli li kien hemm minnhom li naqqas 40% bejgħ.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nħabbtu wiċċna magħhom.", "L-Onor.", "Bonnici tkellem ukoll fuq il-kwestjoni tas-sigaretti u hawnhekk naqbel miegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, jogħlew kemm jogħlew is-sigaretti ̧ il- vizzju tat-tipjip mhux se taqtgħu.", "Jekk pakkett sigaretti tagħmilhom Lm4, dawk li jpejpu xorta jpejpju jibqgħu.", "Għalhekk huwa importanti li dwar dan is-suġġett nedukaw lit-tfal mill-iskejjel imma lanqas irid ikollok lay teachers ipejpju.", "Jien nemmen li hemm bżonn isiru liġijiet bis-serjetà ħalli fil-ħwienet u f'postijiet pubbliċi ħadd ma jpejjep.", "Issa ħadd m'għandu jiġi jgħidli li dak li jkun ma jissaportix għax jekk issiefer u jkollok xi titjira ta' xi erba' sigħat, dak li jkun ma jistax ipejjep.", "Mhuwiex sew li tmur f'ħanut jew f'uffiċċju tal-gvern u kulħadd joqgħod ipejjep ġo wiċċek.", "Nixtieq ngħid ukoll li ma nistgħux noqgħodu ngħidu li jekk inpejpu l-gvern se jkollu joħroġ ħafna flus biex jikkura l-pazjenti li jkunu mardu b'xi marda kawża tat-tipjip!", "Mela allura ma nwelldux tfal għax ġieli jkun hemm bżonn li mara twelled b'ċesarja!", "Mela allura lin-nies ngħidulhom biex ma jeħdux drogi għax imbagħad nonfqu ħafna biex nagħmlu r-riabilitazzjoni.", "Allura n-nies ngħidulhom ukoll biex ma joħorġux barra għax jekk ittajjarhom karozza jridu jagħmlu xi tmint ijiem l-isptar u jkollu jħallas il-gvern.", "Dawn x'argumenti huma!", "L-argument irid ikun li f'ċerti affarijiet ma jkunx hemm ħela imma l-ewwel prijorità għandha tkun l- edukazzjoni u s-saħħa tal-poplu.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-fatt li fl-isptar ġieli mhux qed ikun hemm mediċini.", "Allura għalfejn noqgħodu nidħku bin-nies?", "Lin-nies ngħidulhom li 'l quddiem se jkollhom iħallsu ta' dawn l-affarijiet?", "Dawn huma l- affarijiet li l-poplu qed iħabbat wiċċu magħhom.", "Lill-poplu qed ngħidulu li kollox miexi fuq ir-rubini u li qed nagħmlu l-progress għax minflok daħħalna Lm4 miljun ̧ daħħalna Lm6 miljun taxxa!", "Dak progress!", "L- affarijiet kienu jsiru tajjeb kieku l-proġetti li wiegħed il-gvern twettqu u qed idaħħal il-flus minnhom.", "Hekk kienu jsiru sew l-affarijiet u mhux il-proġetti għadhom fuq il-karta u issa fl-aħħar sentejn se noqgħodu nagħmlu kollox bl-għaġġla.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li b'kollox il-gvern baqagħlu 720 ġurnata u jekk taqta' barra s-Sibtijiet, il- Ħdud u l-festi ̧ jibqa' 600 ġurnata.", "Intqal ukoll li n-nies tal-gvern jitilqu minn fuq il-lant tax-xogħol kmieni.", "Mhux bilfors jekk inti tibgħathom isewwu triq u ma tagħtihomx biex isewwi!", "In-nies tal-gvern xi tridhom jagħmlu!", "Illum kollox il- kuntrattur qed jagħmlu u jekk tmur Psaila Street mhux ħaddiema tal-gvern tara imma barranin.", "Per eżempju ̧ lill-kenniesa tefgħuhom 'il barra u bagħtuhom mal-kuntratturi.", "In-nies tal-gvern meta tagħtihom ix-xogħol jaħdmu.", "Nista' ngħid li jien u sieħbi l-Onor.", "Buhagiar ̧ il-posta għamilniha bin-nies tal-gvern u ffrankajna ħafna flus.", "Per eżempju, it- toroq li għamilna f'Marsaxlokk ̧ f'Marsascala u f'San Pawl il-Baħar kollha bin-nies tal-gvern għamilhom.", "Mela m'hemmx min huwa kapaċi jaħdem mal- gvern!", "Sur President, konna wasalna f'estremità li minkejja li mal-gvern kien hemm jaħdmu madwar 150 tile layer, minflok ħaddmu lilhom biex ipoġġu l- madum ġabu l-barranin.", "Każ tipiku ieħor huwa li minkejja li l-gvern kellu l-aqwa ġardinara miegħu fl-Għammieri u f'Wied Inċita u s-siġar kien jiżragħhom hu, dan xtara s-siġar minn barra.", "Niftakar li fi żmienna l- palm mhux talli ma konniex nixtruh talli kienu jagħtuhulna.", "Jien niftakar li darba l-gvern Spanjol kien tana 800 palma li ħafna minnhom għadhom jeżistu sal-lum.", "Mela mmur nixtri siġra waħda Lm30 meta l-gvern għandu dipartiment ta' l-agrikoltura!", "Din hija l-verità.", "Mela noqogħdu ngħidu li kollox huwa miexi tajjeb.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem tajjeb fuq l-edukazzjoni.", "Tkun ħaġa sabiħa li lill-poplu ngħidulu li l-edukazzjoni marret 'il quddiem imma qed naħdmu biżżejjed biex din verament tmur 'il quddiem?", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-proġett kbir ta' l-isptar pero' ma nistax ma nsemmix it-tbażwir li kien sab il-gvern Laburista.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet: Se jkollna nies biex imexxu l-isptar?", "Jekk suppost is-sena li ġejja se jidħlu n-nies fih ̧ għandna nies kapaċi biex immexxuh?", "Qed nittrejnjaw paramedics u ħaddiema oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-isptar?", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħidu lill-poplu.", "Jien f'dawn it-tliet snin għadni ma rajt l-ebda proġett.", "Il-proġetti li saru tkomplew fuq ix-xogħol ta' gvern Laburista imma l-bqija ma rajna l- ebda proġett ġdid li se jħaddem in-nies.", "Qalulna li 'l quddiem dan l- isptar se jħaddem in-nies.", "Issa min għandu 50 jew 55 sena u spiċċa bla xogħol ̧ ngħidulu biex jagħmel xi ħames snin ma jiekolx.", "Per eżempju ̧ fl- Amerika ħafna artisti jiffriżaw ruħhom għax jaħsbu li għada pitgħada jistgħu jerġgħu jqajmuhom.", "Fil-każ lil tan-naħa l-oħra ngħidilhom biex lil dawn il-ħaddiema niffriżawhom u meta jkollna x-xogħol nerġgħu nqajmuhom!", "Dawn huma l-proġetti l-kbar!", "Sur President ̧ kieku l-gvern Laburista tħalla jmexxi, kieku ċerti proġetti bħall-yacht marina ta' Bormla u l-yacht marina ta' Għawdex diġà bdew jirrendu.", "Kieku fuq il-proġett ta' Manoel Island konna norbtuhom biex dan jibda fit-tali ġurnata.", "Ara f'Chambrai mexjin għax hemmhekk kulħadd ifarrak u jgerfex!", "Dan il-post tawh bix-xejn u llum min ħadu sar miljunarju minn fuqna u l-poplu Malti ma ħa xejn.", "Taf x'imisshom igħidu tan-naħa l-oħra; kemm hemm nies jaħdmu Chambrai!", "Fuq dawn l-affarijiet imisshom jitkellmu.", "Mela jiġu jgħidu li se nagħmlu l-proġetti!", "Sur President, wara tliet snin niftaħru li ffirmajna l-kuntratt tas-sea passenger terminal s'issa għadna ma rajna xejn.", "Issa tasal l-elezzjoni, taparsi npoġġu l-ewwel ġebla ta' dan is-sea passenger terminal, nagħmlu party u daqshekk.", "Fejn iriduh jinvesti l-poplu Malti?", "Il-poplu Malti kellu bank u bigħuhulhom!", "Per eżempju, issa ġejja l-istorja ta' l-MIA u naħseb li hemmhekk se nbażwru aktar milli bażwarna fuq l-HSBC.", "Il-ħaddiema lanqas jafu x'se jiġri minnhom.", "Kulma jafu huwa li meta tinbiegħ l-MIA iridu jonqsu bejn 200 u 300 u diġà bdew igħidulhom bil-mod il-mod biex dawk li kienu mad-DCA imorru lura mal-gvern.", "S'issa qed nisimgħu li l-MIA se tinbiegħ b'Lm60 miljun għal 60 sena jiġifieri se ndaħħlu Lm1 miljun fis- sena.", "Lm1 miljun fis-sena kienet taqla' l-MIA!", "Mill-ħwienet biss din kienet taqla' t-tripplu!", "Fil-fatt meta tela' gvern Laburista u għamel il- kuntratti tal-ħwienet kien sab tbażwir kbir u meta rregolarizzajnihom ukoll konna daħħalna l-flus.", "Tan-naħa l-oħra qed igħidu li dawn l-affarijiet irridu nirranġawhom bil- mod.", "X'tirranġa bil-mod meta għandek il-pajjiż sejjer lura u meta l-gvern il-flus idaħħalhom biss mit-taxxi!", "Xi flus ġab minn barra dan il-gvern?", "L-aħħar protocol ma' l-Italja kien għamlu gvern Laburista ta' l-1971 u minnu bqajna ndaħħlu xi ħaġa.", "Il-bqija ma daħħal xejn aktar il-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, ħaġa oħra li jmissu jgħid il-gvern hija li parti mill-flus li se ndaħħlu mil-levies u mit-taxxi trid tgħaddi għand Brussels.", "Dan il- gvern imissu jgħid kif se jibda jtajjar il-pensjonijiet u ċ-childrens' allowance.", "Per eżempju ̧ tan-naħa l-oħra marru jiftaħru li fil-programm \"L- Istrina\" il-poplu Malti ġabar kważi Lm1 miljun għall-karità.", "Prosit!", "Allura lill-poplu se nerġgħu nġibuh jittallab?!", "Aħna ma nemmnux f'welfare society imma nemmnu f'welfare state.", "Aħna nemmnu li l-Istat irid igħin liż- żgħir u aħna konna niġbru t-taxxi biex l-ewwel ngħinu liż-żgħir.", "Jekk ma tgħinx lil min huwa taħt, ta' fuq ibati wkoll.", "Il-proġetti tal-partit Laburista dejjem kienu fl-interess taż-żgħir.", "Kif għidt fil-bidu, il-gvern Laburista ħadem biex ulied il-ħaddiem ikollhom dritt għall-edukazzjoni daqs ulied dawk li jistgħu.", "Aħna għalhekk konna niġbru t-taxxi u nagħmlu l-affarijiet.", "Lill-ħaddiem għamilnielu fejn joqgħod.", "Ħdimna biex jekk il-ħaddiem iweġġa' fuq il-post tax-xogħol, dan jitħallas.", "Lill-ħaddiem għamilnielu s-sick leave u ħdimna biex il-pagi tan-nisa u l-irġiel ikunu indaqs.", "Aħna għamilna ċ-childrens' allowance li qed jispiċċaw bil-mod u għamilna wkoll il-pensjonijiet li jridu jneħħuhom ukoll.", "Aħna ħdimna biex jekk bniedem jieqaf mix-xogħol, il-familja tiegħu jkollha biex tgħix.", "Mela jiġu jgħidulna li hawn min jirreġistra u jaħdem!", "Morru fittxuhom dawn!", "Imma mbagħad mhux sew li wieħed iswed nirranġawlu u wieħed aħmar inwaħħluhulu.", "Jien nemmen li l- ġustizzja għandha ssir ma' kulħadd.", "Sur President, jekk l-Onor.", "Michael Bonnici jaf li hawn min jiskarta mix- xogħol aħseb u ara kemm jaf il-ministru.", "Jien ma naqbilx ma' dan imma ma rridux ninsew li tan-naħa l-oħra kienu jgħidu lill-poplu li jekk jivvotaw lil Mintoff ikollhom jaħdmu bilfors.", "F'Għawdex hekk kien jintqal.", "Per eżempju ̧ meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru u kien għamel xi inspectors kienu qalu li ġejjin bħar-Russja.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellem fuq is-snin sittin imma qed nitkellem fuq il-perijodu ta' bejn l- 1996 u l-1998.", "Illum kemm hawn inspectors iduru fuq il-postijiet tax- xogħol?", "Din mhijiex xi ħaġa ħażina imma mbagħad m'għandhomx igħidu li qabel dawn ma kenux tajbin u issa saru tajbin.", "Jekk verament kollox miexi fuq ir-rubini kif hawn il-qgħad tiela', kif il- pensjonijiet huma mhedda, kif iċ-childrens' allowance spiċċaw, kif l- għajnuna waqt il-mard se tispiċċa?", "Jekk f'pajjiżna m'għandniex riċessjoni allura xi ħaġa ħażina hawn fil-pajjiż u l-ħażin huwa li hawn gvern Nazzjonalista li jiġi jaqa' u jqum mill-ħaddiema.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi biex f'isem il-Viċi Prim Ministru ̧ jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'isem il-Viċi Prim Ministru nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta ̧ 15 ta' Jannar 2002 ̧ fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni ta' l-Aġġornament tal-lum biex nerġa' niċċara ftit u bil-qawwi l-qafas ta' l-iskandlu li għaddej bħalissa fl-awtorita` tad-djar fir- rigward l-allegazzjonijiet serji li saru fir-rispett ta' l-ex-chief executive officer ta' l-awtorita` tad-djar is-Sur Sciberras Grioli u l-mod kif dawn l-allegazzjonijiet ġew moħbija.", "Is-Sur Sciberras Grioli mhux talli ma ġiex investigat bis-serjeta`, imma għaliex hemm it-theddida ta' rikatt li qed jagħmel u jista' jagħmel, effettivament intbagħat Kastilja fejn ingħata promozzjoni mill-Prim Ministru.U issa qed toħroġ iktar ċar it-tema ta' dan kollu meta wieħed jorbot ma' dak li kien imsejjaħ l-iskandlu tal- Lay Lay lejliet l-elezzjoni ta' l-1998.", "Dakinhar, bl-iktar mod diżonest il-Partit Nazzjonalista u l-media tal- Partit Nazzjonalista mmexxijja mis-Sur Roger Degiorgo li bħalissa, jekk jogħġbok, qed imexxi l-gazzetta hekk imsejħa indipendenti \"Independent\", kienu għamlu montatura sħiħa dwar skandlu ta' korruzzjoni meta l-awtorita` tad-djar kienet se tixtri proprjeta` li kienet mibnija privatament minn negozjant Michael Axisa taħt skema li kellha biex tinxtara proprjeta` privata u mbagħad tingħata bħala social housing.", "Fil-kampanja elettorali ta' l-1998 Dr Fenech Adami, illum prim ministru u dak iż-żmien kap ta' l- oppożizzjoni, u esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista fosthom anke Dr Gonzi kienu qajmu bil-kbir li dak kien każ ta' skandlu għaliex kienet qegħda tinxtara proprjeta` privata mill-awtorita` tad-djar mingħand in- negozjant Axisa, imsejjaħ il-Lay Lay, b'mod korrott.", "Dakinhar kien involvut, ġiet allegata l-istorja, l-ex-ministru Alfred Portelli u allura hemmhekk kienet saret issue elettorali ewlenija.", "Issa jirriżulta b'mod ċar u lampanti li moviment ewlieni wara dik il-montatura kien is-Sur Sciberras Grioli u jien illum qed ngħid bl-iktar mod ċar li l- cover up ċar li sar fir-rigward ta' l-allegazzjonijiet magħmula fl- indirizz tas-Sur Sciberras Grioli miċ-chairman preżenti tas' l-awtorita` tad-djar, jiġifieri s-Sinjura Micallef Leyson, ġew moħbija u mhux investigati minħabba biża' ta' rikatt li seta' jagħmel Sciberras Grioli lill-gvern attwali wara l-muntatura li ttellgħet fl-elezzjoni ta' l-1998.", "Sur President, infakkar il-każ li tqajjem waqt il-kampanja elettorali ta' l- 1998.", "Fil-15 ta' Awissu 1998 \"in-nazzjon\" ħabbret li l-gvern tal-ġurnata, jiġifieri gvern Laburista, kien iffirma konvenji biex jixtri proprjeta` mingħand il-kumpanija Lay Lay għall-prezz ta' Lm1.4 miljun.", "Din l-għada li sar il-konvenju.", "Fit-22 ta' Awissu 1998 il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li x-xiri ta' proprjeta` mingħand il-Lay Lay kien każ jinten fejn il-ħbieb ta' Alfred Sant kienu qed jaħtfu l-miljuni lejliet l-elezzjoni.", "Fit-23 ta' Awissu 1998, waqt mass meeting ġewwa Ħaż-Żebbuġ Dr Fenech Adami qal li fil-konvenji tal-Lay Lay hemm involuti kumpanniji b'konnessjonijiet diretti mad-deputati Laburisti.", "Qalu wkoll li dan kien skandlu u juri kif il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien ried jisraq il-voti.", "Saħaq li gvern Laburista ma kellu l-ebda dritt jintrabat b'kuntratti bħal dawn meta l- Parlament kien xolt.", "Sur President, fil-25 ta' Awissu 1998, Dr Eddie Fenech Adami fiż-Żurrieq reġa' qal li kien skandlu li għaxart ijiem qabel l-elezzjoni nies fil- Partit Laburista jew viċin tiegħu għamlu konvenji ta' eluf kbar ta' liri.", "Fis-26 ta' Awissu 1998 fuq Bay Radio Dr Fenech Adami, fost affarijiet oħra qal li ma jaċċettax it-talba li saritlu mill-gvern biex jinnomina persuna ħalli tinvestiga l-każ u l-allegazzjonijiet imqajma, u qal li gvern Nazzjonalista wara l-elezzjoni jerġa' jinvestiga l-każ.", "Qal ukoll li fil- każ ta' dak li għandu x'jaqsam mal-konvenju tal-Lay Lay kien hemm affarijiet jintnu bis-serjeta` u li ma jitwemmnux.", "Fit-30 ta' Awissu 1998 waqt mass meeting f'Birkirkara Dr Fenech Adami qal li l-kap tal-konvenji tal-Lay Lay bil-provi huma skandlu u li l-konvenji juru iktar ċar li il- gvern Laburista ried jaħrab mis-sistema ta' l-offerti.", "Infakkar ukoll li fl-1 ta' Settembru 1998 l-awditur ġenerali u d-direttur tal-kuntratti, indipendentement minn xulxin, ma sabu l-ebda irregolarita` fil-konvenji ffirmati mill-awtorita` tad-djar.", "Fit-2 ta' Settembru, 1998 is-Sinjur Micallef Leyson li llum tinsab chairman ta' l-awtorita` tad-djar kitbet fil- \"Malta Independent\" u qalet li kien hemm skandlu tal-housing u staqsiet kif jista' jkun li bis-serjeta` wieħed jaqbel li n-negozjati li saru biex jiġu konklużi dawn il-konvenji kienu above board.", "Fit-2 ta' Settembru 1998 Dr Fenech Adami waqt mass meeting f'Għawdex qal li iktar ma l-każ kompla jkun investigat iktar l- iskandlu beda jikber u li l-Partit Nazzjonalista mill-ewwel qal li l- iffirmar tal-konvenju mal-Lay Lay kien skandlu.", "Sadanittant kienet għaddejja muntatura qawwija fil-media Nazzjonalista immexxija mill-bravu s- Sur Roger Degiorgio li llum imexxi l-gazzetti taparsi indipendenti \"The Independent\" u \"The Sunday Independent\", biex jespondu taparsi dawn l- allegazzjonijiet bħala eżempju ta' korruzzjoni grassa.", "F'dan kollu ġie mċappas iktar minn ħaddieħor, is-Sur Alfred Portelli, li dak iż-żmien kien ministru Laburista responsabbli mid-djar.", "Fl-istess żmien is-Sur Alfred Portelli għamel kawża ta' libell fil-qorti lill-media Nazzjonalista fuq quddiem nett is-Sur Roger Degiorgio li kien mexxa NET Television dak iż- żmien u Pierre Portelli, ġurnalist li kien protagonist fil-ħmieġ li twaddab lejn is-Sur Alfred Portelli, liema kawża ta' libell baqgħet għaddejja għal dawn l-aħħar sentejn u nofs jew tliet snin.", "Sadanittant wara li tela' Gvern Nazzjonalista f'Settembru ta' l-1998 ma sar assolutament xejn validu, veru, ġenwin u tabilħaqq trasparenti biex terġa' ssir inkjesta rigward l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li saret fil- konvenji tal-Lay Lay.", "Ma sar xejn.", "Kien biss wara li diversi deputati tagħna, fosthom l-Onor.", "Helena Dalli li baqgħet tinsisti li tingħata spjega dwar x'inkjesta saret, li ġie intavolat sempliċi memorandum ta' l-Onor.", "Gonzi, lill-kabinett fejn effettivament huwa qal li l-inkjesti li kienu saru qabel l-elezzjoni ta' l-1998 mhux biss kienu veritiera imma kienu taw riżultati li jibqgħu.", "Mela anke fuq dak il-livell l-allegazzjonijiet li saru ġew żvelati bħala allegazzjonijiet li kienu mhux biss infondati imma li l-gvern Nazzjonalista attwali ma kellux il-kuraġġ li jiġġustifika u li b'xi mod jew ieħor imexxi 'l quddiem.", "Sadanittant baqgħet għaddejja l-kawża ta' libell li kien qed jagħmel is-Sur Alfred Portelli, u waħda mill-affarijiet li ddistingwiet din il-kawża - u naħseb li tibqa' tissemma fl-annali tal-libelli - hija li l-persuni mħarrka u l-aktar persuni li fil-media Nazzjonalista kienu mbuttaw l- allegazzjonijiet skandalużi dwar l-aġir ta' Alfred Portelli, il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien u l-awtorita` tad-djar ta' dak iż-żmien fir- rigward tal-konvenji tal-Lay Lay baqgħu ma tawx xi forma ta' xhieda.", "Effetivament sa l-aħħar ma taw l-ebda xhieda biex jissostanzjaw b'xi mod jew ieħor l-allegazzjonijiet li saru.", "Il-ġudizzju tal-qorti kien li kien ġustifikat li kienet saret malafama atroċi fir-rigward tas-Sur Alfred Portelli u li dik kienet muntatura sħiħa tal-media Nazzjonalista fuq fatti li kawżi assolutament ma kien hemm l-ebda każi għalihom.", "Jien naħseb li fl-interess tas-serjeta', fl-interess tat-trasparenza u fl- interess tal-ġustizzja jkun xieraq li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja uffiċjali ta' ċitazzjoni tas-sentenza tal-qorti u tax-xhieda li ddaħħlet fuq dan il-proċess biex dan il-parlament ikollu xhieda ċara u sħiħa li l- montatura li saret fil-kampanja elettorali ta' l-1998 ma kienet xejn ħlief att skandaluż, att bl-aktar mod ċar giddieb u qarrieq maħsub biex iqarraq bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li se tibqa' tissemma fuq l-istess livell bħall-każ ta' Terinu fis-snin tletin fejn kien hemm montatura totali li ma kellha l-ebda bażi.", "Jien infakkar kif l-Onor.", "Gonzi, per eżempju, illum viċi prim ministru, kien taparsi miskin bħall-beatu jiskandalizza ruħu meta qabel l-1996 konna mmexxu akkużi serjissimi fuq skandli bħal per eżempju l-iskandlu tal-bus ticketing.", "Dak iż-żmien aħna konna npoġġu l-provi, il-fatti u l-indiċi 'l quddiem u ħadd m'għamlilna libell.", "Anzi kellu jkun imħallef li rnexxielu jara kif joħroġ lill-ministru ta' dak iż-żmien, li kien l-Onor.", "Michael Frendo mill-kaxxa li daħal fiha.", "F'dak il-każ kien hemm ċari fatti u indiżji li juru mhux biss korruzzjoni imma agħar minn hekk.", "Dak iż-żmien jekk jogħġobkom kienu jiskandilizzaw ruħhom li qegħdin inqajmu dawn l- affarijiet għax qalu li miskin lill-Ministru Frendo konna tebbajnilu l-ġieħ politiku tiegħu.", "Jien ngħid li aħna kellna l-fatti fuq xiex immexxu l-affarijiet u mexxejnihom bis-serjeta'.", "Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Dr Fenech Adami mhux talli ma kellux fatti talli kien jaf li ma kellux fatti, kien jaf li kienet montatura u bl-aktar mod skandaluż u diżonest mexxa kampanja maħsuba biex tkisser il-ġieħ politiku ta' numru ta' nies fuq in-naħa Laburista u biex tieħu vantaġġ politiku fi żmien elettorali.", "Din kienet storja mibnija mill-bidu sa l-aħħar u fiha Dr. Gonzi u Dr. Fenech Adami huma kompliċi sa l-aħħar.", "Din ma kienet mibnija fuq xejn ħlief qerq, gideb u diżonesta`.", "Biex nikkonferma dan li qed ngħid, Sur President, ngħid li l-ewwelnett issa jirriżulta li l-informazzjoni li ppubblikaw il-medja Nazzjonalista mmexxija mis-Sur Degiorgio dwar il-konvenji tal-Lay Lay kienu – issa se joħroġ ċar – ġew leaked, maħruġa mis-Sur Sciberras Grioli li dak iż-żmien kien chief executive officer ta' l-awtorita' tad-djar.", "Dan kien mogħti fiduċja sħiħa mill-ministru ta' dak iż-żmien biex imexxi l-awtorita' tad-djar.", "Jirriżulta wkoll li meta wasal iż-żmien biex dawk il-konvenji jiġu ffirmati fil-kampanja elettorali ta' l-1998, kien is-Sur Sciberras Grioli nnifsu li nsista li dawn il-konvenji jiġu ffirmati.", "Mela min-naħa għandek persuna mogħtija l-akbar fiduċja u responsabbilta' fl-awtorita' tad-djar li qiegħda tmexxi x-xogħol u min-naħa oħra għandek lill-istess persuna li b'arranġament ma' Dr. Fenech Adami milli jidher jgħaddilu informazzjoni biex minnufih tiġi splashed fil-media Nazzjonalista b'mod li tidher skandaluża meta fil-fatt hu kien jaf u l-mexxejja Nazzjonalisti kienu jafu li ma kien hemm xejn skandaluż fiha.", "Agħar minn hekk, Sur President, hemm ukoll il-fatt li meta niġu mbagħad biex nidħlu kif ġew iffirmati dawk il-konvenji, irriżulta li kien is-Sur Sciberras Grioli nnifsu li nsista li dawk il-konvenji jiġu ffirmati meta s- Sur Axisa, il-businessman imsejjaħ il-Lay Lay, kien qiegħed jgħid li \"Le, aħjar ma niffirmawhomx għalissa\".", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President, affidavit iffirmat mis-Sur Michael Axisa fit-13 ta' Jannar ta' din is-sena fejn qed jagħmilha ċar li kien is-Sur Sciberras Grioli nnifsu li nsista li l-firma tal-konvenji ssir meta saret, jiġifieri waqt kampanja elettorali.", "Se naqra parti biss minn dan l-affidavit fejn is-Sur Axisa l-ewwel jirrakkonta x'waslu matul ix-xhur biex jippreżenta l- proprejtajiet tiegħu ħalli jiġu kkonsidrati mill-awtorita' tad-djar biex jinxtraw ħalli mbagħad jiġu konvertiti mill-social housing, u mbagħad jgħidilna kif wara li kien għamel din il-preżentazzjoni tiegħu beda jgħaddi ż-żmien.", "Se naqra mill-affidavit ġuramentat li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "\"Meta beda jgħaddi ż-żmien dehrli li l-affarijiet kienu qed jitwalu bla bżonn, tant li bdejt inkun mitlub li nagħmel ċerti affarijiet bħal riċerki li normalment isiru wara li jkun iffirmat il-konvenju u naturalment qabel isir il-kuntratt finali.", "Iż-żmien baqa' għaddej ...\"", "- ikompli jgħid is-Sur Axisa –", "\" ... u meta tħabbret l-elezzjoni f'Awissu ta' l-1998 jien kont ċempilt lis-Sur Sciberras Grioli u nformajtu li jkun aħjar li jieqaf kollox minħabba l-fatt li kienet tħabbret l-elezzjoni u għalhekk kien hemm biss caretaker government.", "Sciberras Grioli qalli biex immur ikellmu u ffissajna appuntament għal-laqgħa.", "F'dik il-laqgħa s-Sur Sciberras Grioli nsista li kollox kellu jibqa' għaddej għaliex mhux prattikabbli li sar dak ix-xogħol kollu u issa jieqaf kollox ħesrem.", "Sciberras Grioli qalli wkoll li l-ebda gvern ma jindaħal lill-awtorita' tad-djar u għalhekk l- istess awtorita' ma kellha l-ebda interess jekk iridx issir elezzjoni jew le.\".", "Dan l-affidavit tas-Sur Michael Axisa li qed inpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra, Sur President.", "Mela dak li qed jippreżenta ruħu għall-konvenju qallu biex jipposponuha sa wara l-elezzjoni pero' s-Sur Sciberras Grioli qed jgħidlu \"Le, nagħmluha issa, mhux problema, anzi tista' ssir għax m'hemm l-ebda problema minħabba l-elezzjoni\".", "Mela hawnhekk għandna xi ħadd li qiegħed iħeġġeġ biex isir konvenju biex minnufih l-għada l-media Nazzjonalista kollha tkun alertjata bir-ritratti tal-post u bir-ritratti ta' min kien fil-konvenju ħalli jinfetaħ taparsi skandlu li ma kien xejn ħlief skandlu bażwi, mibni mill- bidu sa l-aħħar fuq fuq muntatura u fuq qerq.", "U jekk hemm xi ħaġa li għandha toħroġ ċar minn dan kollu hija li min jipprova jqarraq bil-poplu jinqabad hu fl-istorja kollha.", "Għax imbagħad ara x'ġara, Sur President.", "L-ewwel ħaġa l-Onor.", "Fenech Adami nnifsu qiegħed on record ta' x'qal u x'ma qalx.", "It-12 ta' Frar tas-sena li għaddiet, 2001, il-Prim Ministru qal hekk meta ftakar fuq din il-ħaġa:", "\"Dak iż-żmien kont grat lejn is-Sur Sciberras Grioli, imma dejjem kont naf li għamel xi ħaġa ħażina\".", "Ara naqra l-muntaturi kif isiru, Sur President!", "Fil-fatt il-montatura issa sparat u splodiet f'wiċċ dawk li għamluha.", "Għalhekk imbagħad kellna din il- konfoffa ta' skiet u dan l-attentat biex jinħbew l-affarijiet.", "Għalhekk l- Onor. Gonzi baqa' lura milli jħalli xi forma ta' reazzjoni, kumment jew inkjesta toħroġ fuq dan il-każ.", "Jien nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "Gonzi fuq Radio 101 fit-8 ta' Jannar 2002 fuq allegazzjonijiet issa li mhux qed isiru kontra Alfred Portelli jew kontra l-gvern Laburista imma fuq allegazzjonijiet li qed isiru kontra s-Sur Sciberra Grioli nnifsu fir- rigward ta' kif baqa' jġib ruħu mbagħad fit-tmexxija ta' l-awtorita' tad- djar.", "Dan qed ngħidu għaliex hemm allegazzjonijiet serji, u wħud minnhom approvati, Sur President, dwar it-tmexxija tas-Sur Sciberra Grioli li jaf bihom Dr. Gonzi, li jaf bihom l-Onor.", "Dr. Fenech Adami, li taf bihom fuq kollox iċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar is-Sinjorina Micallef Leyson u li dwarhom ma tteħditx u mhux qed tittieħed azzjoni.", "Jien infakkar lil Dr. Gonzi x'qal fit-8 ta' Jannar 2002.", "Dan qal hekk:", "\"Il-Partit Laburista din ma jistax jifhimha u qed jorbotha mal-famuża storja tal-Lay Lay, qed jivvintaw stejjer li kieku kienu veri, kieku hemm akkużi li wieħed seta' jissostanzjahom allura f'dan il-każ iridu jittieħdu azzjonijiet dixxiplinarji, kriminali, sejħilhom li trid ...", "- qal Dr. Gonzi –", "\".... kontra l-individwu li huwa involut\".", "- jiġifieri s-Sur Sciberras Grioli –", "\" .... pero' la ma kien hemm l-ebda prova li fuqha wieħed jista' jieħu azzjoni kontra individwu...", "Ma tistax tieħu din it-tip ta' azzjoni kif qed jgħidu tal-Partit Laburista b'invenzjonijiet kbar għaliex issa jridu jsibu ġustifikazzjoni għall-froġa li kienu għamlu f'Tal-Lay Lay\".\"", "Min għamilha l-froġa, Sur Presdient?", "F'Tal-Lay Lay issa l-qorti tat kull fiduċja f'din il-ħaġa.", "M'hu veru xejn li saret xi ħaġa ħażina, anzi sar kollox b'mod trasparenti.", "F'Tal-Lay Lay huwa pprovat u ssostanzjat li kien is-Sur Sciberras Grioli li mbotta l-affarijiet 'il quddiem u li mbagħad b'maniġġ u montatura għadda l-informazzjoni lill-medja Nazzjonalista biex taparsi hemm skandlu.", "Mela għal liema froġa qed jirriferi l-Onor.", "Gonzi?", "U skużi, jekk ikun hemm akkużi, jekk ikun hemm allegazzjonijiet - u hemm akkużi u allegazzjonijiet li avvanzathom is-Sinjura Micallef Leyson innifisha fir-rigward u fir-rispett tas-Sur Sciberras Grioli - dawk għandhom jiġu investigati.", "Dawk ma ġewx investigati, għalkemm partijiet minnhom diġa' nafu li huma provati.", "Li hemm sabiħ ukoll f'dan kollu hu li waqt li qed jitkellem b'dan il-mod l- Onor. Gonzi għamel l-istqarrija li għamel is-Sur Sciberras Grioli nnifsu, li hu sakemm dam fl-awtorita' tad-djar u sakemm intbagħat f'Kastilja, ma kien jaf xejn bl-akkużi li saru fir-rigward tiegħu.", "Ħadd ma sabhomlu, ħadd ma qajjimhomlu, ħadd ma poġġih f'pożizzjoni li ried jagħti risposta għalihom.", "U aħna diġa' għedna kemm-il darba fiex jikkonsistu dawn l- allegazzjonijiet u se nerġa' ngħid x'inhuma.", "Ġejt anke sfidat biex ngħidhom barra u għedthom barra u se ngħidhom hawn ukoll, Sur President?", "L-akkużi, l-allegazzjonijiet li saru kontra s-Sur Sciberras Grioli kienu jinkludu li uża drivers u karozzi ta' l-awtorita' tad-djar għal raġunijiet familjari tiegħu.", "Uża wkoll kuntratturi ta' l-awtorita' tad-djar biex ilesti u jispiċċa l-maisonette destinata għal ibnu.", "Ottjena wkoll flat permezz ta' informazzjoni li kellu minħabba l-pożizzjoni tiegħu u anke rranġa biex driver li kien jaf jottjeni b'dan il-mod garaxx mingħand l-awtorita'.", "Il- maisonette ta' ibnu kienet 8% lesta qabel it-tifel tiegħu ffirma l-kuntratt relattiv ħaġa li tmur kontra r-regolamenti ta' l-awtorita' tad-djar.", "Kien juża wkoll periti li kienu jkunu lesti li b'mod jew ieħor jaċċettaw il- valutazzjoni li jagħti hu ta' proprjetajiet li kellha l-awtorita' tad-djar.", "Hemm affarijiet oħra wkoll li ntqalu kontra tiegħu pero' dawn insemmuhom aktar 'il quddiem jekk hemm bżonn, imma dawn kienu fost l-aktar importanti li wasslu biex iċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar, is-Sinjura Micallef Leyson, dik l-istess proxxmu li kienet ħarġet b'ħanġra daqsxiex fl-1998 u tgħid li dak li ntqal fir-rigward tal-kuntratt tal-Lay Lay kien skandlu kbir, biex tipprova tieħu passi mal-bord tagħha, mal-pulizija, mal-bravu Dr. Gonzi u anke mal-Prim Ministru biex dawn l-affarijiet jiġu indirizzati.", "Sur President, dawn l-allegazzjonijiet bilfors li kienu daqstant serji la kienet is-Sinjura Micallef Leyson li mbuttathom.", "Jiena għandi records u transcripts sħaħ ta' x'qalet jiġifieri ma taħsibx li tista' toqgħod tinħeba wara subgħajha din il-proxxmu.", "Nafu x'qalet, nafu lil min kellmet u nafu fejn marret bl-allegazzjonijiet tagħha.", "Dawn m'għadhomx allegazzjonijiet muntaturi kif kienu fil-każ tal-kuntratt tal-Lay Lay imma huma affarijiet konkrettissimi.", "X'wassal allura biex quddiem dawn l-allegazzjonijiet u dawn il-fatti - u wħud minnhom huma pprovati, mhux billi jgħid Dr Gonzi - minflok għallinqas issir inkjesta serja, ikun hawn cover-up mostruż bħal dan?", "X'wassal biex ikun hawn arranġament skandaluż bħal dan li bih iċ-chief executive Sciberras Grioli ta' l-awtoria` tad-djar jintbagħat Kastilja bl- iskuża li dan huwa membru taċ-Ċivil?", "Jien nistaqsi wkoll kif eventwalment daħal fiċ-Ċivil is-Sur Sciberras Grioli.", "U qed nistaqsi għaliex anke f'dan il-każ hemm storja oħra.", "Dan intbagħat Kastilja bl-iskuża li huwa membru taċ-Ċivil u sopra corna bastonate ingħata promozzjoni.", "Dan fl-istess żmien li qed jallega bl- avukat tiegħu, is-Sur Sciberras Grioli, li qatt ma ġew impoġġija quddiemu xi akkużi jew xi allegazzjonijiet.", "Ċara din, Sur President.", "Anke fl- interventi li kellha tagħmel u għamlet iċ-chairperson is-Sinjura Micallef Leyson matul il-ġimgħat joħroġ li hemm rikatt fin-nofs.", "Hemm cover up ibbażat fuq rikatt.", "Sur President, nerġa' nfakkar x'qal il-Prim Ministru fi Frar tas-sena li għaddiet.", "Dan qal li kien grat lejh fiż-żmien li ġrat, jiġifieri l- kwestjoni tal-Lay Lay imma dejjem kien jaf li għamel xi ħaġa ħażina.", "U għamel xi ħaġa ħażina biex tgħin lill-Partit Nazzjonalista fil-mument elettorali.", "M'hemmx ħaġa iktar ċara minn din.", "U issa din l-istess persuna qed tħoss li hi untouchable b'xi mod jew ieħor.", "Dan qisu qed igħid: Lili se takkużaw b'dawn ir-reati?", "Kontra tiegħi se tagħmlu dawn l- allegazzjonijiet, meta kont daqstant ta' għajnuna lill-Partit Nazzjonalista, lis-Sinjura Micallef Leyson u lil Dr Fenech Adami waqt il- kampanja elettorali ta' l-1998?", "Għalhekk huwa skandaluż li qed issir din it-tip ta' omerta` madwar dan il-każ ħalli ma toħroġx il-verita`, biex il- verita` ma tiġix investigata u li fuq quddiem nett imbagħad ikollna lill- Viċi Prim Ministru Dr Gonzi, dak li b'qalbu tqattar id-dmugħ...", "(Interruzzjonijiet)", "Dażgur, qabel l-1996 qalilna li se joħroġ għall-elezzjoni u għall-politika għax miskin ruħu ġġenġlet bl-akkużi u bl-attakki li konna qed nagħmlu kontra l-Ministru Frendo ta' dak iż-żmien.", "Dan il-bniedem issa b'mod skandaluż qed jagħmel minn kollox biex b'omerta` - u din it-tip ta' omerta` tiddiskredita l-politika u tiddiskredita l-mod kif jitmexxa gvern u pajjiż - qiegħed jibqa' lura milli jħalli jew imexxi li ssir investigazzjoni trasparenti u serja.", "U aktar minn hekk, qiegħed jgħid li m'hemm xejn x'jista' jiġi investigat għaliex mhux veru li l-allegazzjonijiet b'xi mod jew ieħor jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Dan m'hu veru xejn.", "Sar cover up totali.", "Dan kien cover up li fil-bidu s-Sinjura Micallef Leyson nnifisha ma reditx tagħmel, imma mbagħad neħħewlha lis-Sur Sciberras Grioli u għalqet ħalqha.", "Sur President, aħna qed nisfidawhom lil dawn in-nies.", "Jekk intom ta' prinċipju, jekk veru temmnu li l-politika trid titmexxa b'mod serju u trasparenti, insew li tinsabu soġġetti għal rikatt u aċċettaw li tinvestigawhom bl-iktar mod trasparenti dawn il-każi konnessi mas-Sur Sciberras Grioli.", "Jekk dak li ġara fil-każ tal-konvenji tal-Lay Lay fl-1998 kien muntatura, l-allegazzjonijiet kontra Sciberras Grioli qegħdin hemm, għadhom hemm, huma mmarkati, nafu x'inhuma u nafu kif tħaddmu.", "Għaliex jinsabu taħt it-theddida ta' rikatt, Dr Fenech Adami Prim Ministru, il-Viċi Prim Ministru Dr Gonzi u ċ-chairperson tal-housing authority Micallef Leyson qegħdin jagħmlu dnub kontra kif għandu jitmexxa dan il-pajjiż, jiġifieri b'mod trasparenti, b'mod serju, b'mod onest, u ċertament mhux soġġett għal rikatt.", "Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Affidavit iffirmat mis-Sur Michael Axisa fit-13 ta' Jannar 2002;", "Kopja ta' ċitazzjoni fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kif ukoll is- sentenza ta' l-istess Qorti mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2001 dwar il- kawża \"L-Onorevoli Alfred sive Freddie Portelli vs Avukat Dottor Roger de Giorgio, Editur ta' Net Television, u s-Sur Pierre Portelli bħala persuna responsabbli ta' l-iscript\"; u", "Dokumenti in konnessjoni mal-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili \"L- Onorevoli Alfred sive Freddie Portelli vs Avukat Dottor Roger de Giorgio, Editur ta' Net Television, u s-Sur Pierre Portelli bħala persuna responsabbli ta' l-iscript\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tlieta, 15 ta' Jannar 2002 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif kommunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EUROPEAN UNION", "30529.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-ristrutturar li jridu jwettqu il- produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix matul t-2002 u t-2008?", "Kemm jiswa f'ċifra ta' flus?", "Kemm se jkun f'ċifra ta' flus l-għajnuna li l-UE se tagħti għal dan ir-ristrutturar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħid x'jifhem bil-kliem \"produtturi tal-bejjiegħa tal-ħaxix\".", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "30569.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali jinvestiga s-saqaf fi Blk 2, Flat 5, Għeriexem HSE, Rabat peress li qed iżomm l-ilma u jikkawża l-ħsarat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI", "30571.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni jara li jsir il-manutenzjoni tat-twieqi fi Flat 5 Blk 2 Għeriexem HSE, Rabat peress li tmermer u dalwaqt jinqalgħu?", "Jekk fl- affermattiv meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "LANDSCAPING", "30573.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma ivvutata għall-proġetti tal- landscaping imħabbra fl-estimi tal-budget għas-sena 2002?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat", "EUROPEAN UNION - PROGRESS REPORT", "30575.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid fid-dawl li f'paġna 43 tal-progress report dwar Malta l-UE iddikjarat li l-Gvern Malti fejn jidħol l-iżvilupp rurali la għandu strateġija u lanqas kapaċita amministrattiva, jista' l-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf Kumitat Nazzjonali għar-rijabilitazzjoni tal- kampanja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "30735.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu isir biex dawk li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, u speċjalment iż-żgħażagħ, jkunu jistghu jerġgħu jintegraw fis-soċjeta' u isibu ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-priġunieri kollha li hemm fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin qegħdin jingħataw l-opportunitajiet kollha possibli biex meta jiskontaw is-sentenza tagħhom ikunu ippreparati aħjar għal meta joħorġu lura fis-soċjeta`.", "Enfażi kbira qegħda tingħata fir-rigward tal-edukazzjoni akkademika.", "Jingħata tagħlim fuq suġġetti varji bħal Ingliż, Malti, Matematika, Reliġjon, Taljan, Typewriting, Computer, Filosofija u Storja.", "Jingħata ukoll taħriġ fil-qasam ta` l-arti, li jinkludi xogħol tal-fuħħar u tpinġija, kif ukoll taħriġ tekniku fis-sengħa ta` electrician.", "Jingħataw ukoll lezzjonijiet biex dak li jkun jitgħallem jirrispetta s- soċjeta` u lilu nnifsu u biex itejjeb l-imġieba tiegħu ma` ħaddieħor.", "Dan jinkludi sessjonijiet ta` Lateral Thinking, Spiritual Meetings u Lifeskills.", "Fir-rigward taż-żagħżagħ l-attendenza għall-lezzjonijiet hija obbligatorja.", "Tajjeb wieħed isemmi li f`ċerti suġġetti jingħataw lezzjonijiet fuq gradi diversi u ċioe` dawk għal livell ordinarju kif ukoll ta` livell avanzat.", "Dawn l-isforzi taw riżultati pożittivi u diġa` għandna żewġ priġunieri li qegħdin jattendu l-universita` biex ikomplu l-istudji tagħhom.", "Numru sostanzjali ta` dawk li jattendu l-iskola kull sena jġibu riżultati sodisfaċenti fl-eżamijiet tal-MATSEC.", "Il-priġunieri ukoll jingħataw xogħol f`diversi ħwienet bħal Bookbinding, Aluminium u Metalwork, Woodwork, General Maintenance, Kċina, Canteen, Stores u xogħol ta` tindif fid-diviżjonijiet tal-ħabs.", "Ninsab infurmat ukoll li l-priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza jingħataw l-opportunita` li joħorġu jaħdmu għal numru ta` sigħat fil-ġimgħa barra l-ħabs.", "PULIZIJA - BARIJIET/POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "30736.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul Novembru u Diċembru 2001 u fl-ewwel jiem ta' din is- sena kemm il-persuna taħt is-sittax (16) il-sena inqabdet f'barijiet/postijiet ta' divertiment meta dan hu kontra l-liġi?", "F'liema lokalitajiet?", "Ittieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Novembru 2001 u s-7 ta` Jannar 2002, kien hemm 35 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`diversi postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan.", "B`riżultat ta` dan, inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 8-il sid ta` dawn l- istabbilimenti.", "FAĊILITA KORRETTIVA TA' KORDIN", "30737.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Matul is- sena li għaddiet kemm kien hemm talbiet minn priġunieri barranin, miżmuma fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, li talbu li jmorru jkomplu jiskontaw is- sentenza tagħhom f'pajjiżhom?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu u għal liema raġuni kienu qed iservu sentenza?", "Kemm intlaqaw?", "Jekk kien hemm li ġew rifjutati, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 in-numru ta` priġunieri barranin li talbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f`ħabsijiet ġewwa pajjiżhom hu ta` 15.", "Minn dawn 13 huma Libjani filwaqt li 2 huma Olandiżi.", "Ir-reati li dwarhom dawn il-persuni ġew ikkundannati huma: pussess u importazzjoni ta` droga (14), u sensiela ta` serq (1).", "Sal-lum 3 talbiet ġew milqugħa.", "PULIZIJA - ESTRADIZZJONI", "30738.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jelenka liema huma dawk il-pajjiżi li Malta għanda ftehim ta' estradizzjoni magħhom?", "Meta ġie iffirmat kull wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il- Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PULIZIJA - KSUR TA' LIĠI", "30739.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid minn Settembru sa Diċembru 2001 - xahar b'xahar, kemm tressqu nies talli kisru l-liġi f'dawn l-isadia: 1 Stadium Nazzjonali 2 Centenary Stadium 3 Victor Tedesco fil-Ħamrun 4 Hibs Ground f'Kordin 5 Gozo Stadium X'kienu l-akkużi prinċipali f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill- Onorevoli Interpellant kien hemm tlett persuni li ttieħdu proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba ksur ta` bon ordni fi ground tal- football.", "Dawn kienu jinvolvu persuna fl-Istadium Nazzjonali f`Novembru, filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu f`Diċembru, wieħed fis-Centenary Stadium u l-ieħor fil-Victor Tedesco Stadium.", "L-akkużi prinċipali kienu dwar imġieba abbużiva, kliem u ġesti oxxeni u dagħa.", "MFA – CAR PARK", "30740.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Bħala Ministru responsabbli mill-artijiet, jista' jgħid sarx xi progress f'kuntatti mal-MFA dwar il-levellar u trranġar tal-Car Park li hemm wara l- VIP stand fl-Istadium f'Ta Qali?", "Japprezza il-periklu għan-nies u anke għaż- żwiemel tal-Pulizija li jkunu għassa wara xi logħba football f'dan il-post?", "Jappreżża li jkun hemm dlam ċappa u ż-żwiemel tal-Kavallerija faċilment jistgħu jintlaqtu minn xi vettura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm xi kuntatti mat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern rigward dak li rrefera għalih l- Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.", "Flimkien ma` l-Istadium Nazzjonali, il-car park ġie mogħti b`ċens għal disgħa u erbgħin (49) sena b`effett mit-23 ta` Diċembru 1997 lil Malta Football Association.", "Skond il-kundizzjoni numru 5 tal-kuntratt, il-manutenzjoni kollha tal- proprjeta` hija a karigu ta` l-assoċjazzjoni mingħajr l-ebda dritt ta` kumpens, u skond il-kundizzjoni numru 6, l-assoċjazzjoni għandha l-obbligu li żżomm il-proprjeta` fi stat tajjeb ta` manutenzjoni u tagħmel dawk ix- xogħlijiet ta` natura straordinarja u ordinarja, inkluż ukoll it-tiswijiet kollha neċessarji għal dan il-għan.", "Għaldaqstant, il-levellar u tranġar tal-Car Park irid isir mill-Malta Football Association.", "QORMI - TRIQ 10 TA' SETTEMBRU", "30795.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari nri.", "24951, 24962 u 24617 dwar il-problema ta' l-għargħar fi Triq l-10 ta' Settembru 1546, jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex l-isħarriġ li kellu jsir kif indika l-istess Ministru fit-tweġibiet tiegħu?", "Meta se jsir xi ħaġa fil- konkret biex din il-problema tingħeleb għal ġid tar-residenti u kull min jgħaddi minn din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-survey tal-lokalita' tlesta' mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar u qed jirriżulta li l-livelli ta' bosta postijiet tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied.", "Din is-sitwazzjoni qiegħda tfixkel l-ippjanar għat-titjieb ta' toroq f'din il-lokalita' għaliex kieku kellu jitwaqqa l-bini ikun hemm kwantita kbira ta' residenti effetwati.", "QORMI - STREET LIGHTING", "30796.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25066 dwar l- installar ta' street lighting għal parti t'isfel ta' Triq id-Dragun - Ħal Qormi, li tmiss ma' Triq il-Ħelsien, magħrufa bħala New Street in Triq il- Ħelsien.", "Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet din it-talba li skond l- istess tweġiba ta' l-Onor Ministru kellha tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena ċert li l-Onorevoli Membru tapprezza li l- Korporazzjoni Enemalta għandha numru sostanzjali ta' talbiet biex jiżdied id-dawl f'diversi toroq ta' dawn il-gżejjer.", "Minkejja li numru sostanzjali minn dawn it-talbiet jintlaqgħu, in-numru ta' talbiet ġodda dejjem jiżdied.", "Din it-talba partikulari qed tiġi kkunsidrata flimkien mat-talbiet simili pendenti.", "Minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x- xogħol mitlub isir.", "QORMI - GĦARGĦAR", "30797.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru.", "23719 u 24951 dwar il-problema ta' l-għargħar fiz-zona tal-wied u Triq il-Għargħar f'Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tas-survey li ġie kkummissjonat mid-Dipartiment tat- Toroq lill-Uffiċċju tas-Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar din il- problema?", "Jista' l-Onor.", "Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad- Deputati r-riżultat tas-survey?", "Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed?", "Meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellanta għar-risposta mogħtija għd-domanda parlamentari Nru. 30795.", "QORMI - TRIQ IL-CORREA", "30798.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru.", "20841 dwar l-akkumulazzjoni ta' l-ilma fi Triq il-Correa f'Ħal Qormi, jista' l-Onor Ministru jgħid x'riżultat hemm mir-rapport li kellu jsir dwar is-sitwazzjoni preżenti u min ġie stabbilit li huwa nkarigat u xi pjan hemm għat-twettiq tax-xogħol fl-inħawi?", "Jista' l-Onor.", "Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kopji tar-rapporti msemmija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li xogħol ta' bini ta' ħitan bħala lqugħ għall-wied sar fl-antik mid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent.", "Kif ġie spjegat fir-risposta parlamentari Nru. 23719 u kif irriżulta mis- surveys li saru għad-Dipartiment tat-Toroq, hemm djar li l-livell tagħhom qiegħed prattikament mal-livell tal-wied u kwalunkwe kostruzzjoni issa tikkaġuna aktar għargħar.", "QORMI - TRIQ ĦAL FARRUĠ", "30799.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba nru.", "24905 dwar l-installazzjoni ta' traffic lights fi Triq Ħal Qormi, fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartment tat-Toroq lestiex is-survey, lestiex il-pjanti neċessarji għall-approvazzjoni tat- Traffic Control Board u jekk it-Traffic Control Board approvax dawn il- pjani, kif ġie indikat mill-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu bid-data ta' l-4 ta' April 2001?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li s-survey tal-lokalita' tlesta' u peress li fiż-żona hemm diversi bżonnijiet ta' pelican crossings, ġie deċiż li aħjar isir pjan għat-triq kollha minn ħdejn l-airport il-qadim ta' wied il-kbir, Ħal Qormi.", "ĦAL LUQA - ĦAL FARRUĠ", "30800.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsijiet u għat-tweġibiet parlamentari nru.", "24903 dwar il-problema tal-ġrieden fl-area ta' Ħal Farruġ f'Ħal Luqa, jista' l- Onor Ministru jgħid b'liema mod ġiet segwita regolarment matul is-sena li għaddiet mis-Sezzjoni tal-Pest Control tad-Dipartiment tas-Saħħa, il- problema tal-ġrieden li hemm f'din l-area u kif indika l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li spezzjonijiet saru minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment fl-area ta` Ħal Farruġ Luqa matul is-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt: | Xhar |Rimarki | | | | |Frar |Sar trattament fl-area | | |inikata | |April | | |Mejju |Team mis-sessjoni | | |tal-Pest Control kien | | |stazzjonat f'dan | | |ir-raħal u għamel | | |xogħol regolari ta` | | |tqegħid ta` velenu | | |kuljum | |Awissu | | |Settembru | | |Ottubru | | |Novembru |Saru spezzjonijet u | | |trattamenti regolari | | |biex tibqa` taħt | | |kontroll din | | |il-problema ta` ġrieden|", "Ninforma li l-problema ser tibqa` tiġi segwita regolarment matul din is- sena, sakemm l-infestazzjoni tiġi kontrollata.", "INSPECTION", "30813.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'irriżulta wara l- investigazzjoni li saret b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30511?", "X'passi għamel jew se jagħmel issa d-dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi d-Dipartiment qed jirrikonoxxi bħala inkwilina lit-tifla tal-kerreja li mietet għax din għandha kull dritt li tibqa tgħix hemm.", "FGURA - TRIQ MERĦBA/TRIQ IS-SUNNARA", "30814.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara wara diversi laqgħat mal- kunsill lokali tal-Fgura u żewġ site inspections mill-periti tad- dipartiment tat-toroq, b'referenza għall-meta partijiet mhux iffurmati ta' Triq Merħba u Triq is-Sunnara Fgura, li issa humma żviluppati totalment?", "Meta sejrin jingħataw it-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'hemm xejn xi nżid mal-Mistoqsija Parlamentari Numru 26012.", "FGURA - TRIQ IL-MISK", "30815.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-parti minn Triq il-Misk, bejn Triq tal-Gallu u Triq San Gwann, Fgura, sejra tinfetaħ wara li ilu ħafna snin li l-art ġiet esproprjata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jekk din it-triq tista' tinfetaħ jittieħdu passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir.", "DUAL CITIZENSHIP - EXPATRIATES", "30816.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' l-applikanti li għaddejjin mill- proċess, jew għamlu l-proċeduri kollha biex jieħdu d-dual citizenship mix- xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001?", "Jista' jinfurmana kemm kienu dawk li applikaw għad-dual citizenship mid-dipartiment taċ- ċittadinanza u ta' l-expatriates f'Malta fix-xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn Settembru u Diċembru 2001, id- Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates ikkonferma li 474 persuna ikkwalifikaw awtomatikament biex iżommu żewġ ċittadinanzi.", "Matul l-istess perijodu, 269 persuna ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta.", "Dawn il-persuni wkoll jikkwalifikaw għal ċittadinanza doppja.", "In-numru ta` talbiet li għadhom qed jiġu pproċessati huwa ta` 396 fil-każ ta` dawk li jikkwalifikaw awtomatikament, u 264 fil-każ ta` dawk li għamlu talba għal reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni.", "FGURA - TRIQ IL-GARDJOLA", "30817.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara d-diversi laqgħat li saru mal-kunsill lokali Fgura fejn anke saru żewġ site inspections fl-aħħar sena mill-periti tad-dipartiment tat-toroq fuq Triq il-Gardjola u parti minn Triq William Lasall Fgura, li għandhom is-servizzi kollha mgħoddija biex jinagħaw it-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li biex dawn it-toroq ikunu jistgħu jiġu asfaltati, għad trid tittieħed art mhix żviluppata fil-kantuniera bejn Triq William Russell u Triq il-Gardjola u d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu ħsieb biex il-parti mhix żviluppata tgħaddi għand il-Gvern biex ix-xogħol ikun jista' jsir.", "HOUSEHOLDS - SERVIZZ TAD-DAWL", "30818.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar minn Mejju sa l-aħħar ta' Diċembru?", "Kemm kienu dawk f'Malta u dawk f'Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra."]} {"filename": "19981111_010d_par.doc", "date": "1998-11-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 10 L-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 10", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "10", "L-Erbgħa, 11 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 474", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 474", "TQEGĦID TA' KARTI 480", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL 481", "AĠĠORNAMENT 506", "MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 512", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 9 li saret fl-10 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DWANA - IMPORTAZZJONI TA' LAĦAM", "55.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-varjetajiet u kwantitajiet ta' laħam aħmar - u prodotti oħra pproċessati magħmula mil-laħam aħmar - li ġew importati f'Settembru u Ottubru 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru tinvolvi ħafna statistika li nġabret mill-computer records tad- dwana.", "Dik għax-xahar ta' Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar.", "Sur President, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi tibdil fir-rigward ta' l-HS code 16.02 dwar beef burgers, naturalment b'riferenza għall-avviż legali numru 68 ta' l-1998 li jemenda l- Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Industrija Lokali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Safejn naf jien ma kien hemm l-ebda tibdil fl-HS code.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-Ministru jikkonferma li fuq burgers imporati, jiġifieri dawk proċessati bil-laħam aħmar, qed titħallas il-full levy ta' 80c u mhux 10c għal kull kilogramm?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, qiegħda titħallas il-levy skond l-HS code proprju tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Forsi tajjeb li wieħed ifakkar li l-gvern preċedenti kien ressaq emenda għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l- Industrija Lokali - li se tagħlaq fis-26 ta' dan ix-xahar - u nemmen li jkun tajjeb li din l-emenda terġa' titressaq sabiex issaħħaħ idejn il- kontrollur tad-dwana ħalli jkun f'pożizzjoni li jibqa' jagħti l-protezzjoni lill-industrija lokali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fir-realta' l-liġi li tressqet quddiem il-Kamra kienet tikkonċerna lill-ministeru ta' l-industrija u mhux lill-ministeru tal- finanzi u d-dwana as such; u lanqas ma tressqet biex tibdel l-HS code imma biex iddaħħal levy ġdida taħt HS code ġdid.", "Nerġa' ngħid li din ma kenitx kwestjoni ta' tibdil fl-HS code imma kwestjoni ta' introduzzjoni ta' levies ġodda.", "(Interruzzjonijiet)", "Nifhem li kien hemm oġġezzjonijiet min-naħa ta' Brussels dwar l- introduzzjoni ta' dawn il-levies pero' mill-informazzjoni li għandi jiena m'huwiex kontemplat li terġa' titressaq din il-liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena jidhirli li l-emenda ma tressqitx biex tiżdied xi levy imma sabiex il-kontroll li teżerċita d-dwana taħt il-liġi li tipproteġi l-industrija lokali - naturalment id-dwana hija obbligata li żżomm il-kontrolli neċessarji - jiġi ttrasferit u emendat b'code partikolari.", "Jiġifieri ma kienx hemm żieda imma kien hemm ċerti bidliet barra minn pajjiżna sabiex levy partikolari tiġi miftehema differenti - niftakar illi kienu bdew jidħlu beef burgers friski, jiġifieri mingħajr ebda żieda ta' herbs magħhom - u allura kienet tressqet din l-emenda biex il-kontrollur tad-dwana jżomm ċerta ordni fuq dak li jkun qed jiġi importat.", "Jiġifieri għalkemm, kif spjega l-Ministru, din tikkonċerna lill- ministeru ta' l-industrija, jiena naħseb li xorta waħda għandu jkun hemm kordinament sħiħ mad-dipartiment tad-dwana.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kwestjoni tal-levies m'hijiex kwestjoni ta' kordinament imma hija kwestjoni ta' policy dwar protezzjoni.", "Fil-fatt meta oriġinarjament kienu ddaħħlu l-levies, dawn ma kenux iddaħħlu bħala miżura fiskali per se.", "Qgħadna attenti wkoll li ma neħdux l-idea li l-levies huma speċi ta' dħul li għandu jiġi protett akkost ta' kollox mill-gvern.", "Kif diġa' għidt, il-levies huma bbażati fuq policies li jittieħdu minn żmien għal żmien vis-a-vis il-livell ta' protezzjoni li rridu f'oqsma differenti ta' l-industrija tagħna; u d-deċiżjonijiet dwarhom m'humiex deċiżjonijiet fiskali imma huma deċiżjonijiet industrijali li għandhom x'jaqsmu mal- livell ta' protezzjoni fis-setturi differenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jekk il-Ministru jippermettili nixtieq inpoġġilu l-mistoqsija b'mod differenti.", "Għal żmien twil l- importazzjoni tal-beef burgers kienet ġiet klassifikata taħt HS code 16.02 u kienet titħallas levy ta' 80c kull kilogramm.", "Eventwalment meta wieħed għarbel id-definizzjoni ta' x'inhu beef burger u ra li hemm beef burgers li huma purament tal-laħam, oħrajn li jkollhom miżjud biss melħ li huwa preservattiv komuni u oħrajn li jista' jkollhom herbs u affarijiet oħra, mill-parir li kien qed jingħata min-naħa tad-dwana rriżulta li dawn iridu jmorru strettament taħt klassifika oħra li taħtha titħallas biss levy ta' 10c fuq kull kilogramm.", "Allura meta konna fil-gvern konna għidna li rrispettivament minn kif inhu kklassifikat dan il-prodott, għandu jkun hemm levy ta' 80c kull kilogramm biex nipproteġu l-prodott lokali.", "Li rrid nistaqsi huwa dan: Il-gvern preżenti għandu ħsieb jieħu xi miżuri f'din il- linja biex jipproteġi l-produzzjoni lokali ta' beef burgers kontra l- importazzjoni minn barra?", "Għaliex jekk se nniżżlu l-levy għal 10c ovvjament se jfur is-suq u l-prodott Malti se jmur ħażin.", "Allura hemm xi ħsieb li l-gvern jagħmel din it-tip ta' protezzjoni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-gvern s'issa m'għandux ħsieb li jagħmel din it-tip ta' protezzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kellux xi rappreżentazzjonijiet mal-Federazzjoni ta' l-Industrija fuq dan is-suġġett?", "Jiġifieri l-FOI qajmet miegħu l-punti li kienet qajmet mal- gvern preċedenti, u cioe' li la qabel kien hemm 80c protection fuq dan it- tip ta' laħam u allura din it-tip ta' protection għandha tinżamm u mhux sempliċement jitneħħa għax issa hemm klassifika differenti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Miegħi ma saru l-ebda rappreżentazzjonijiet mill-FOI.", "DWANA - IMPORTAZZJONI TA' ĠOBON", "56.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-varjeta' u l-kwantita' ta' prodotti tal-ġobon u oħrajn magħmula mill-ħalib frisk li ġew importati f'Settembru u Ottubru 1997 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tinvolvi ħafna statistka li nġabret mill-computer records tad-dwana.", "Dik għax-xahar ta' Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar.", "Sur President, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura.", "DWANA - IMPORTAZZJONI TA' POULTRY PRODUCTS", "57.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'varjetajiet u kwantitajiet ta' poultry products ġew importati f'Settembru u Ottubru 1997 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tinvolvi ħafna statistika li nġabret mill-computer records tad-dwana.", "Dik għax- xahar ta' Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar.", "Sur President, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura.", "DWANA - IMPORTAZZJONI TA' DRUMSTICKS", "58.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jirriżultalu l-Ministru li f'Ottubru nqabdu jiddaħħlu drumsticks tat-tiġieġ għas-suq lokali?", "Jekk iva, x'kienu l-kwantitajiet u xi proċeduri qed jittieħdu biex ikun assigurat li prodotti oħra bħal chicken breasts li qed jiġu pproċessati lokalment, ma jidħlux taħt isem differenti biex jiġu cleared mid-dwana?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Matul Ottubru sar rilaxx ta' drumsticks mid-dwana f`żewġ okkażjonijiet.", "Il-piż ta' dawn iż-żewġ konsenji kien ta' 11,640 kilo, li fuqhom tħallset is-somma ta' ¥15,132 bħala levy, bil-¥1.30 kull kilo.", "Naturalment, waqt ir-rilaxx tal-prodotti jsir l-eżami biex ikun żgurat li huma konformi mad-dikjarazzjoni u li t-taxxi dovuti jkunu tħallsu.", "Fejn u kif ikun meħtieġ jintalab ukoll il-parir ta' min hu aktar intiż fil- materja.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAL OMMIJIET XEBBIET", "59.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' ommijiet xebbiet residenti f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "Kemm minn dawn għandhom aktar minn tifel jew tifla waħda?", "X'inhija l-assistenza addizjonali f'każijiet bħal dawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Il-liġi dwar is- sigurta' soċjali tipprovdi għajnuna soċjali lil dawk l-ommijiet xebbiet li jagħmlu talba għall-għajnuna.", "Id-dritt għal din l-għajnuna hija soġġetta għat-test tal-mezzi.", "Xebba omm tista' tirċievi wkoll l-allowance għat- tfal.", "F'kaz li din l-omm tkun qed tirċievi l-għajnuna soċjali, din tista' tagħmel xi xogħol li bejn l-għajnuna li titħallas lill-omm b'wild wieħed u l-qligħ mix-xogħol ma jaqbiżx il-paga minima nazzjonali.", "Ovvjament, fejn id-dħul f'xi ħin jaqbeż dak li hemm stipulat fil-liġi, jew jekk din l-omm tiżżewweġ jew issib min imantniha, din l-għajnuna ma tibqax titħallas.", "Għaldaqstant m'huwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, fis-sens li l-istatistika ma tippermettilniex li niġbru din it-tip ta' informazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, ħafna ommijiet xebbiet - dawn dejjem qed jiżdiedu u jidher li ż-żmien modern tal-lum qed joħloq dan it-tip ta' ambjent soċjali - qed jilmentaw li m'humiex isibu koperazzjoni biżżejjed mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali u mill-welfare officers li jkunu qed jassistuhom.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet għaliex jien dejjem nistaqsi għall-istatistika huwa proprjament biex niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li s-social workers u l-welfare officers għandhom jagħmlu dmirhom sewwa billi jżommu kuntatt kontinwu ma' dawn l-ommijiet xebbiet billi jgħinuhom bl- aħjar mod li jistgħu fil-ħteġijiet li huma jkollhom biex irabbu lil uliedhom.", "Kif diġa' għidt, qed isiru ħafna lmenti minn dawn l-ommijiet xebbiet minħabba nuqqas ta' social workers u welfare officers; u għalhekk jien inħoss li għandha ssir xi ħaġa biex ikun hemm aktar flessibbilta' fejn jidħlu l-ħteġijiet ta' dawn iċ-ċittadini.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien naħseb li f'dawn ix-xahrejn li għaddew ma ġara xejn partikolari li f'daqqa waħda seta' ħoloq xi tip ta' ilment partikolari.", "Jiġifieri jekk hemm x'ilmenti f'dan il-qasam, naħseb li dawn japplikaw għall-esperjenza li seħħet tul is-snin li għaddew.", "Ir- realta' hi li f'pajjiżna għandna l-iskemi ta' għajnuna soċjali stabiliti fil-liġi, li juru b'mod ċar il-parametri li taħthom wieħed għandu jew m'għandux id-dritt li jirċievi xi għajnuna partikolari, u għalhekk aħna rridu nadattaw ruħna għal dawk ir-realtajiet.", "Issa li nistgħu nagħmlu aħna huwa li naraw flimkien kif nistgħu ntejbu l-liġi biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-bżonnijiet partikolari ta' setturi differenti, f'dan il-każ ta' l-ommijiet-xebbiet.", "Sur President, irrid ngħid li matul l-ewwel tmien ġimgħat ministerjali tiegħi qed niltaqa' ma' kwantita' kbira ta' ommijiet xebbiet li l-ikbar bżonn urġenti tagħhom huwa dak ta' l-akkomodazzjoni soċjali u mbagħad miegħu, jew inkella moħbi warajh, hemm xi problemi soċjali oħra.", "Sfortunatament waħda mill-affarijiet li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed nirrealizza, hija kemm sal-lum f'pajjiżna għad m'għandniex sors ċentrali ta' statistika serja li tista' tgħinek tifformola l-policies tiegħek fit- tul, u fil-fatt dan il-bżonn joħroġ bl-iktar mod ċar f'dan il-qasam li qed niddiskutu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax studju tajjeb jista' jgħinna nistabilixxu b'mod ċar id-direzzjoni futura u jista' jinfluwenzana ħafna fil-kwalita' u fit-tip ta' flats jew proprjetajiet oħra li jinbnew mill- awtorita' tad-djar għas-snin li ġejjin.", "Per eżempju, jekk l-istudju jurik li hemm domanda qawwija għal one-bedroom jew two-bedroom flat, allura wieħed ikun jista' jippjana fit-tul ħalli jindirizza dan il-bżonn.", "Pero' nerġa' ngħid li wieħed mill-aspetti li l-iktar qed inħoss nieqes f'dawn l- ewwel ġimgħat huwa li wieħed m'huwiex qed isib l-istatistika available f'idejh u allura prattikament irid jikkuntratta lil xi ħadd biex b'mod jew ieħor jagħmel eżerċizzju, liema eżerċizzju wara xi sitt xhur, jew l-iktar sena, jiġi outdated u allura ma jkunx jista' jerġa' jintuża.", "Ta' min jgħid li bħalissa l-ministeru tiegħi qed jeżamina l-possibbilta' li jwaqqaf speċi ta' unit intern li wieħed mill-għanijiet tiegħu jkun proprjament dak li tinġabar l-informazzjoni u jżommha ongoing.", "Fil-fatt fid-dipartiment diġa' jeżistu ċerti strutturi ta' informatika li b'daqsxejn ta' immaġinazzjoni u bi ftit irranġar fl-ipprogrammar tiegħu nkunu nistgħu nieħdu l-indikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandna bżonn.", "Sfortunatament kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa d-dipartiment ma jistax jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija mill-Onor.", "Interpellant - liema mistoqsija kienet interessanti ħafna u li anke jien xtaqt li nkun naf ir-risposta għaliha - għax prattikament trid toqgħod teżamina każ każ u dan ma jistax ikun.", "Jien naħseb li b'daqsxejn ta' attenzjoni u b'investiment żgħir nistgħu nkunu f'pożizzjoni li niġbru din it-tip ta' informazzjoni ħalli nkunu nistgħu nifformolaw il-politika tagħna f'dan il- qasam għall-futur.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien nifhem il-punti li għamel il- Ministru u d-diffikultajiet li għandu, imma fir-rigward ta' akkomodazzjoni soċjali jista' jagħti ħjiel approssimattiv ta' kemm jaħseb li hemm każi pendenti ta' ommijiet xebbiet li għandhom talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'iniex se nazzarda nirrispondi bl-amment pero' off the cuff nista' ngħid li minn kull għaxar każijiet li sirt naf bihom s'issa personalment, billi jew ġew riferuti għand id-dipartiment jew avviċinaw lill-ministeru, żgur li ssib li nofshom huma relatati ma' single parents.", "Naturalment, kif għidt diġa', dan huwa biss estimu very much off the cuff, pero' ma niddejjaq xejn li jkolli mistoqsijiet oħra fuq dan is- suġġett għax wieħed ikun jista' jasal għal ċerti konklużjonijiet skond l- informazzjoni li tingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro, mistoqsija supplimentari.", "Jekk jogħġobkom żommu l-mistoqsijiet fil-qosor biex kulħadd jingħata ċ-ċans li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jagħmel xi tibdil fil-liġi, b'mod partikolari fejn jidħlu tfal ta' ommijiet xebbiet u fejn il-missier ma jkunx magħruf?", "F'pajjiżna nafu b'każijiet ta' ommijiet xebbiet fejn il-missier ma jkunx magħruf u mbagħad f'daqqa waħda jitfaċċa u b'sempliċi rikors fil-qorti jċappas kunjomu mat-tifel jew mat-tifla.", "Barra minn hekk, jista' l-Ministru jgħidli wkoll jekk għar-rigward tas- single parents li qed jirċievu l-għajnuna soċjali - hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għall-ommijiet xebbiet imma anke għan-nies separati - hemmx il-ħsieb li jżid in-numru ta' sigħat li huma intitolati li jaħdmu minħabba l-fatt illi s-sigħat huma ftit wisq u l-għajnuna soċjali m'hijiex biżżejjed biex dawn ilaħħqu mal-bżonnijiet tagħhom, partikolarment fejn ikun hemm numru ta' tfal sostanzjali?", "Qed ngħid dan għax qed ikun hemm każijiet fejn single parents, kontra x-xewqa tagħhom, ma jkunux iridu juru li qegħdin jaħdmu.", "Għar-rigward ta' akkomodazzjoni soċjali, nixtieq inkun jaf ukoll jekk l- awtorita' tad-djar hijiex qed taħseb fuq il-bażi li meta tipprovdi l-units għas-single parents, dawn l-appartamenti ma jingħatawx lis-single parents biss.", "Ma naħsibx li dawn in-nies għandhom jiġu ssegragati fis-soċjeta' tagħna għaliex imbagħad ikun hemm ħafna effetti negattivi fuq l-ulied.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gonzi, ħalli nieħu l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Karl Chircop ukoll biex tirrispondihom f'daqqa għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Peress li sa jumejn ilu l-Ministru għadu kemm ftaħar f'din il-Kamra li s-sistema tas-servizzi soċjali ġiet komputerizzata, jista' jispjega l-fatt kif ma tistax tingħata statistika sempliċi bħal din ta' single mothers?", "Qed ngħid dan għax safejn naf jien din il-mistoqsija parlamentari li saritlu hija straight forward u ma fihiex ħafna komplikazzjonijiet.", "Jien naħseb li jkun inutili li nikkomputerizzaw is- sistema għax jekk is-sistema ma tiġix updated b'mod regolari se nibqgħu niltaqgħu ma' dawn it-tip ta' diffikultajiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nistieden lill-Onor.", "Chircop jara daqsxejn il- mistoqsija parlamentari oriġinali ħalli japprezza x'intalab.", "Fil-fatt il- mistoqsija kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet residenti f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "Kemm minn dawn għandhom iktar minn tifel jew tifla waħda?", "X'inhija l-assistenza addizzjonali f'każijiet bħal dawn?\"", "Issa rrid ngħid li l-investiment fl-infrastruttura tal-komputerizzazzjoni f'dan il-pajjiż bdiet fl-1990 u l-proċess ta' dak l-investiment wassal sa l- 1995 sakemm wasal biex ikun jista' jirrendi.", "Jien naħseb li huwa diffiċli biex nagħti l-informazzjoni mitluba fid-domanda oriġinali, mhux għax ma xtaqtx, għaliex kif diġa' għidt l-informazzjoni hija ta' interess.", "Kieku nista', altru li niġbidha anke għalija personalment, aħseb u ara kemm kont nagħtiha lil din il-Kamra!", "Dwar il-mistoqsijiet li staqsiet l-Onor.", "Coleiro, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aħħar mistoqsija mit-tlieta li għamlet, żgur li naqbel magħha.", "Jiġifieri m'għandna bl-ebda mod nużaw jew ikollna xi politika li nibnu xi blokk ta' flats u nitfgħu biss fih, per eżempju, nisa li jkunu ommijiet xebbiet.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma' dan għaliex dak ikun ifisser li nkunu qed nissegregaw, inkunu qed nidentifikaw setturi differenti u tkun politika kompletament żbaljata.", "L-allokazzjonijiet iridu jsiru b'mod li wieħed jifrex kemm jista' jkun.", "L-Onor.", "Interpellant staqsietni wkoll jekk għandniex xi ħsieb li nindirizzaw il-bżonnijiet ta' l-ommijiet xebbiet għal dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji soċjali jew għajnuna soċjali.", "Iva, wieħed irid kontinwament jara kif jista' jtejjeb il-kondizzjonijiet li jeżistu llum, partikolarment fuq il-punti li semmiet hi.", "Pero' mhux dak biss, anke fuq affarijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' kemm l-omm xebba tkun tista' taħdem u fl-istess ħin tirċievi l-għajnuna biex tkun tista' tlaħħaq mar- realtajiet partikolari tagħha.", "Rigward l-ewwel mistoqsija, xtaqt li l-Onor.", "Interpellant jekk jogħġobha tirrepetiha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-ewwel mistoqsija kienet dwar liġijiet li jaffettwaw mill-qrib lit-tfal, b'mod speċjali tfal ta' unknown fathers.", "Kif inhi l-liġi llum, missier jista' jiddeċiedi ma jagħrafx lit-tarbija tiegħu u wara għaxar snin jitfaċċa on the scene u b'rikors il-qorti jmur u jfaqqagħlu kunjomu.", "Dan it-tifel li għal għaxar snin sħaħ ikun jaf li kunjomu huwa \"X\" f'daqqa waħda jsib li sar \"Y\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F: Fil-fatt kif inhi l-liġi llum lanqas għandek bżonn tmur tagħmel rikors, tista' tmur tagħmel dikjarazzjoni quddiem nutar u għandek ir-rikonoxximent.", "Jien irrid ngħid li s-Sibt ta' qabel sar weekend seminar organizzat mid- dipartiment tal-welfare u l-familja proprju fuq il-qasam tat-tfal.", "U fost il-lista twila ta' suġġerimenti hemm ukoll is-suġġeriment li wieħed jistudja iktar fid-dettall x'tgħid il-liġi llum il-ġurnata, sal-lum għallinqas, fuq id-drittijiet tat-tfal u mbagħad wieħed joħroġ bi proposti komprensivi dwar kif nistgħu nirranġaw il-liġi tagħna għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tat-tfal, anke l-aspett ta' l-iffirmar ta' konvenzjoni internazzjonali li għandha x'taqsam ma' l-eżerċizzju tad- drittijiet tat-tfal f'pajjiżna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nixtieq nagħmel korrezzjoni żgħira għar- risposta li tajt għad-domanda parlamentari Nru. 108, fejn hemm reġistrata ċ- ċifra ta' 174 għal serq ta' vetturi għal Ottubru.", "Fil-fatt hemm żball, fis- sens li r-recovered vehicles ingħaddu darbtejn, kemm bħala misruqa kif ukoll bħala recovered, u allura ċ-ċifra trid tkun ta' 122 u mhux ta' 174.", "Nixtieq li din il-korrezzjoni tiġi minuted.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja ħadet nota ta' din il-korrezzjoni.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra;", "Informazzjoni dwar applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali sat-30 ta' Ottubru, 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "661;", "Kopja tal-curriculum vitae ta' Ms Marisa Micallef Leyson, Chairman tal- Housing Authority, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "663; u", "Informazzjoni dwar applikanti li ġew allokati mid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali mill-1 ta' Jannar 1998 sal-31 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 845.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Listi tal-membri ta' l-Executive Board tan-National Tourism Organisation of Malta (NTOM), tal-Hotels and Catering Establishments Board (HCEB) u ta' l-Institute of Tourism Studies (ITS), kif kienu kostitwiti qabel is-26 ta' Ottubru 1996 u kif kienu kostitwiti fil-11 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 794.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena finanzjarja 1998/1999; Financial Statements ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 1998; u", "Rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima għas-sena 1997/1998.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-10 ta' Novembru, 1998 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro hija in possession.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-bieraħ kont qed nitkellem fuq l-emendi għall-Att dwar is-Sigurta` Soċjali mressqa mill-Ministru għall- Politika Soċjali, emendi li tħejjew minn Gvern Laburista, proprju bil- miżuri li ressaq fil-budget ta' Novembru 1997 u issa dawn qed jingħataw forma legali.", "Il-liġi dwar is-sigurta` soċjali hija waħda mill-aktar liġijiet importanti għaliex wara kollox hija waħda mil-liġijiet li fuqha hija bbażata l-ġustizzja soċjali fil-prattika.", "Pero' dan l-aħħar il-kliem \"ġustizzja soċjali\" ġew użati b'sens mill-aktar opportunistiku, b'għan li jħawwad l-imħuħ u li anke jittieħed vantaġġ politiku minnhom.", "Imma jien inħoss li l-poplu Malti u Għawdxi m'huwiex mazzun u llum diġa` beda jagħraf tajjeb lil min qed jipprova jimlieh bil-paroli u bl-irtokki għal min ried is-serjeta` u d-dixxiplina biex fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal progress veru u dejjiemi ħalli tissaħħaħ fil-verita` l-ġustizzja soċjali.", "Mr Speaker, il-poplu Malti u Għawdxi llum qed jistenna lill-gvern suppost ġdid Nazzjonalista jispjega x'inhija din il-kampanja li hemm għaddejja barra dan il-parlament, fejn b'mod mill-aktar kontinwu qed nisimgħu lill- ministri tal-gvern jitkellmu dwar il-qagħda ħażina tal-finanzi ta' pajjiżna u dwar abbużi.", "Issa qed jitkellmu hekk u mhux qabel.", "Sa ftit ġimgħat ilu mhux talli ma konniex nisimgħuhom jitkellmu b'dan il-mod, talli kienu jipprovaw ibellgħuha lill-poplu Malti u Għawdxi li l-Gvern Laburista kien qisu miġnun u qed jivvinta l-affarijiet dwar il-qagħda mwiegħra tal-finanzi li kien wiret mill-Gvern Nazzjonalista ta' qablu.", "Imma issa dawn l-istess problemi li l-Gvern Laburista kien ilu 21 xahar jiġbed l-attenzjoni dwarhom saru jeżistu veru, naturalment għax hemm dan il-gvern suppost ġdid Nazzjonalista.", "Agħar minn hekk, illum f'din il-kampanja m'hemmx biss ministri tal-gvern imma hemm ukoll oħrajn għax hemm nies mill-Federazzjoni ta' l-Industrija li qed jagħmlu dan il-benchmarking exercise, fejn qed jgħidu li hemm nies żejda mal-gvern u mal-korporazzjonijiet.", "Alla jbierek l-FOI issa qed tgħid dan għax sa ftit tal-ġimgħat ilu ma konniex nisimgħuhom jitkellmu b'dan it-ton.", "Anzi l-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, fil-kampanja elettorali ħareġ iwerwer lin- nies billi kien jgħid li Partit Laburista fil-gvern ikeċċi lin-nies minn mal-gvern.", "Il-Partit Laburista dak iż-żmien kien għamilha ċara li dan ma kienx se jsir għaliex kemm dam fil-gvern kellu l-pjanijiet biex dan ma jseħħx, minkejja li veru hemm ċerti nies żejda mal-gvern.", "Aħna ma konniex qed naħdmu fuq il-bażi li nkeċċu n-nies imma konna qed naħdmu fuq pjani serji biex dan ma jsirx.", "X'għamel il-Gvern Laburista fl-għoxrin xahar li dam jiggverna l-pajjiż biex proprju ma jasal qatt fil-qagħda li jkeċċi u jhedded ħobż il-ħaddiema mal-gvern jew mal-korporazzjonijiet?", "L-ewwelnett ma baqax jieħu intake ta' nies għalxejn mal-gvern iżda kien qed idaħħal biss nies f'dawk il-ħiliet li ma kenux jeżistu fost l-impjegati tal-gvern.", "Barra minn hekk fejn hemm impjegati żejda dawn kienu ppjanati li jiġu redeployed f'postijiet fejn kien hemm bżonn in-nies - naturalment wara li jingħataw it-taħriġ adattat - u t-tnaqqis li kellu jsir fost dawn il- ħaddiema kien ġie ppjanat li jsir bl-iktar mod naturali.", "Il-pjani li kellu l-Gvern Laburista għar-rigward tan-nies żejda li hemm mal-gvern u mal- korporazzjonijiet diġa' kienu bdew jaħdmu tajjeb u jagħtu l-frott tagħhom.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi li fil-21 xahar li l-Gvern Laburista dam jiggverna lill-pajjiż l-impjiegi mas-settur pubbliku naqqsu b'423 u dan ma seħħx għaliex ġew imkeċċija xi nies imma għaliex kien hemm min spiċċa bl- eta' tal-pensjoni u kien hemm min telaq minn jeddu.", "Fl-istess perijodu, permezz tal-pjanijiet tal-Gvern Laburista li kienu diġa' qed jirnexxu, l- impjiegi fis-settur privat żdiedu b'1,066.", "Sur President, issa qed naraw li l-kampanja li qed issir barra minn din il-Kamra laħqet livell ieħor għax esponenti tal-Partit Nazzjonalista bħalissa jinsabu għaddejjin bi kruċjata sħiħa ħalli jġiegħlu ħaddiema li huma mseħbin mal-GWU sabiex jitilqu mill-ikbar union tagħhom.", "Min-naħa l- oħra l-poplu Malti u Għawdxi qed jistaqsi l-ħin kollu x'qed jiġri; il-gvern qiegħed dejjem jgħid bis-sitwazzjoni batuta li għandu; l-FOI qed tgħid li jridu jonqsu n-nies; insomma kollox jindika li bħalissa għaddej komplott sħiħ.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Tgħid il-pillola morra li l-Onor.", "Gonzi l- bieraħ beda jitkellem fuqha, waslet tassew fuq Malta tagħna?", "Imbagħad, Sur President, meta nisimgħu lill-membri tan-naħa tal-gvern jitkellmu fuq sħubija sħiħa fl-Ewropa, bilfors ikollna nieqfu u naħsbu dwar x'se jiġri, per eżempju, minn madwar 400 ruħ li jaħdmu fid-duty-free shops ta' l- ajruport tagħna.", "Qed nisimgħu wkoll lill-kumpannija Novita', li tħaddem lin-nies tal- Kalaxlokk, tgħid li spiċċalha x-xogħol u għalhekk hawn ukoll ikollna nistaqsu x'se jiġri minn dawn l-400 ħaddiem.", "Sadanittant il-gvern qed jibqa' kważi sieket u mhux qed iserraħ moħħ il-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan kollu għalija ma jfisser xejn ħlief li f'dan il-pajjiż se jibda jberraq.", "Jekk dan huwa komplott, għax forsi l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista u tal-gvern innifsu qed jaħsbu li jistgħu jibqgħu għaddejjin minn fuq ras il- GWU jew minn fuq ras l-Oppożizzjoni Laburista biex tiġi mittiefsa d- dinjita', il-kondizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, ikun aħjar jekk joqogħdu attenti għax jgħarralhom.", "Ix-xogħol huwa parti integrali mill-ġustizzja soċjali li aħna lkoll għandna dover sagru li nħarsu u nsaħħu għall-ġid tal-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin u tal- familjari tagħhom.", "Sur President, il-Partit Laburista dejjem kien, għadu u se jibqa' impenjat u determinat bis-sħiħ biex iwettaq dak li hemm bżonn ħalli tkun tista' sseħħ ġustizzja soċjali vera għal Malta u Għawdex.", "Dak li ppreżentajna fl-imgħoddi u dak li għad irridu nippreżentaw bħala Oppożizzjoni Laburista se jkompli jirriafferma l-impenn u d-determinazzjoni sħiħa tagħna favur iż-żgħir, favur l-emarġinat, favur il-familja, favur l- anzjani, favur iż-żgħażagħ u favur dawk kollha li qed jikkontribwixxu b'mod ġenwin għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' pajjiżna.", "Għall-Partit Laburista l- ġustizzja soċjali tfisser tqassim xieraq tal-ġid komuni, aċċess għal opportunitajiet indaqs, li ċ-ċittadini jkollhom spazju sħiħ fejn isemmgħu l- vuċi tagħhom u l-ko-eżistenza tal-gruppi soċjali kollha f'soċjeta' li tirrispetta, li tkun tolleranti u li tkun solidali ma' xulxin.", "Il-Partit Laburista ma jemminx fi kliem fieragħ fejn tidħol il-ġustizzja soċjali u fil-fatt fiż-żmien qasir li kien fil-gvern dan wera fil-prattika u b'sens ta' realiżmu kbir xi tfisser realment il-frażi \"ġustizzja soċjali\".", "L- ikbar impenn favur il-ġustizzja soċjali aħna wrejnieh meta fiż-żmien li konna fil-gvern ħadna l-passi kollha meħtieġa biex niżguraw li dak li nkiseb tul is-snin jiġi mħares wara snin twal ta' tmexxija irresponsabbli ta' tberbiq tal-finanzi tal-poplu tagħna.", "Issa, Sur President, nixtieq inkompli nsemmi xi ftit mill-miżuri li ħa l- Gvern Laburista fil-21 xahar li għamel imexxi l-pajjiż, liema miżuri jirriflettu l-impenn, id-determinazzjoni u l-ħidma ġenwina li l-Gvern Laburista kien qed iwettaq biex iżomm dak li nkiseb tul is-snin filwaqt li jkompli jkabbar u jsaħħaħ is-sisien tal-ġustizzja soċjali ta' pajjiżna.", "Per eżempju, ta' min jgħid li l-Gvern Laburista mhux talli żamm in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali, talli żiedha.", "Għamel ukoll ħafna xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li għal kull Lm1 li nefaq il-Partit Nazzjonalista tul id-disa' snin u nofs li dam fil-gvern aħna nfaqna Lm8 fuq il-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Ħaġ'oħra li ta' min isemmi hija li aħna introduċejna iktar computers ġewwa l-iskejjel u nbeda programm intensiv ta' early literacy fost it-tfal għax hija xi ħaġa tal- mistħija li fi żmien ħames snin - jekk m'iniex sejra żball - u mbagħad fil- każ jikkoreġini iktar tard sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo - it-tfal li ma jafux jiktbu u jaqraw ittripplaw.", "Il-Gvern Laburista ħa ħsieb jara wkoll li jwaqqaf statementing board għat- tisħiħ ta' l-edukazzjoni ta' tfal bi bżonnijiet speċjali; fil-21 xahar li dam fil-gvern irnexxielu jirdoppja l-investiment kapitali fil-qasam tas- saħħa; lesta x-xogħol meħtieġ fuq il-qorti tal-familja, lesta abbozz ta' liġi kontra l-abbuż ta' vjolenza domestika fuq in-nisa; fetaħ day-care centres għall-anzjani f'Tas-Sliema u fiż-Żurrieq; fetaħ day-care centre ieħor f'Wied il-Għajn għal persuni bi bżonnijiet speċjali; lill-pensjonanti tas-servizzi beda jagħtihom il-pensjoni mingħajr tnaqqis; u nibqgħu sejrin hekk.", "Dawn huma wħud mill-miżuri li ħa l-Gvern Laburista tul iż-żmen qasir li dam fil-gvern, u qed nagħmel enfasi fuq iż-żmien qasir li kellu biex jagħmel dawn l-affarijiet kollha għax kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra qed tingħata l-impressjoni li aħna għamilna snin fuq snin fil-gvern.", "Għalhekk il-poplu tagħna għandu jżomm dan quddiem għajnejh kontinwament u għandu jikkompara dak li sar f'disa' snin minn Gvern Nazzjonalista ma' dak li sar f'21 xahar ta' Gvern Laburista għax b'hekk ikun jista' jinduna min hu verament impenjat favur il-ġustizzja soċjali.", "Sur President, kif għidt diġa', il-ġustizzja soċjali m'hijiex kliem fieragħ imma hija tqassim ekwu tal-ġid tas-soċjeta' mmirat li jilħaq fuq kollox lil dawk li l-iktar għandhom bżonn fostna.", "Il-ġustizzja soċjali lanqas m'hija biss handouts ta' flus u għalkemm ovvjament f'ċerti każijiet l-għajnuna finanzjarja hija bżonn assolut biex tagħti l-appoġġ f'ċerti gruppi, f'każijiet oħra l-flus ma jġibux l-appoġġ meħtieġ lil ċerti gruppi oħra fis-soċjeta' tagħna.", "Per eżempju, iċ-children allowance huwa bżonn għall-familja li għadha trabbi u din żgur li hija kkonsidrata bħala parti mid-dħul tal-familja.", "Pero' min-naħa l-oħra għal persuni b'diżabbilta' li tgħidilhom li se tgħinhom finanzjarjament m'huwiex biżżejjed imma jeħtieġ li jittieħdu passi biex dawn ikollhom aċċess għall-uffiċċji pubbliċi u għall-mijiet ta' postijiet pubbliċi oħra li jkollhom bżonn imorru fihom matul il-ħajja normali tagħhom.", "Sur President, il-liġi tas-sigurta' soċjali ta' pajjiżna hija waħda mill- iktar liġijiet komplikati, bil-konsegwenza li sa llum iċ-ċittadini tat-triq għadhom m'humiex mgħarrfa biżżejjed dwar is-servizzi u l-faċilitajiet li jeżistu għalihom, minkejja li wara kollox dawn is-servizzi huma ffinanzjati mit-taxxi taċ-ċittadini stess.", "Fil-fatt ħafna ċittadini li għandhom ċerti diffikultajiet m'għandhomx idea li jeżistu ċerti miżuri li bihom jistgħu jiġu mgħejjuna.", "Għalhekk hija ta' importanza kbira li din il-liġi tiġi miktuba mill-ġdid b'mod ħafna aktar simplifikat biex iċ-ċittadin ikollu aċċess aħjar għall-informazzjoni li għandu bżonn, b'mod li tiftiehem anke mill-impjegati tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali stess ħalli dawn ikunu f'qagħda li jgħinu u jagħtu servizz aħjar liċ-ċittadini.", "Żgur li ċ- ċittadini għandhom ikunu iktar informati b'dak li wara kollox huwa tagħhom u għandu jkun hemm tagħrif available in people's language.", "Għandu jitqassam ukoll manwal biex iċ-ċittadini jkunu jafu x'għajnuniet soċjali u x'miżuri ta' appoġġ hemm biex ikunu jistgħu jiġu mgħejjuna.", "Wara kollox għaliex m'għandux ikollna manwal ta' dan it-tip?", "Sur President, hemm bżonn ukoll li naraw dawn is-servizzi u għajnuniet b'lenti li tirrifletti r-realtajiet li l-poplu tagħna qed jgħix.", "Per eżempju, għandna nanalizzaw it-tibdil demografiku u soċjali li qed iseħħ madwarna biex l-oġġettiv ta' liġi bħal din ikun immirat dejjem lejn min l- iktar għandu bżonn li jieħu mis-sehem tal-ġid tas-soċjeta' għax wara kollox il-poplu għandu dritt ikun jaf fejn qed imorru t-taxxi tiegħu.", "S'issa qed nisimgħu li l-pajjiż m'huwiex jiflaħ għall-ispiża tal-benefiċċji soċjali.", "Jiġifieri l-miskin huwa ż-żgħir li dejjem irid jgħix bit-twerwir.", "Lili li jiskantani hu li qatt ma nisimgħu kemm jinħlew flus f'mismanagement, f'xalar, fi tbahrid, f'safar żejjed - dan naħbuh għax huwa ż-żgħir li jrid jgħix bit-twerwir, mhux hekk! - biex imbagħad joqogħdu jgħidu li l-istat tal-finanzi qiegħed ħażin u rridu naraw kif nagħmlu biex inġebbdu minn hawn u minn hemm.", "Jien m'iniex qed ngħid affarijiet li m'humiex minnhom u ċertament li kull min għandu għal qalbu l-ġid tas-soċjeta' u xi ftit kuxjenza soċjali skanta kif fid-Diskors tal-President tar-Repubblika, għall- ftuħ ta' dan il-parlament, li jirrifletti l-programm ta' ħidma ta' dan il- gvern suppost ġdid Nazzjonalista, ma kien hemm xejn x'wieħed jifhem li din il-liġi se tiġi reviewed, kif issemmew diversi liġijiet importanti oħra, bħaċ-CERA, l-IRA u l-liġi li tirrigwarda l-health and safety.", "Għalhekk, Sur President, jien nissuġġerixxi lill-gvern biex kif qed jirkeb - u se jirkeb - fuq il-ħafna xogħol lest tal-Gvern Laburista, li wettaq f'qasir żmien, ikun tajjeb jekk jindaga u jfittex ukoll il-proposti li saru għal din il-liġi mill-Gvern Laburista biex it-tibdil li hemm bżonn jitwettaq mill-iktar fis possibbli.", "Grazzi, Sur President..", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nagħmel riferenza qasira dwar dak li ġara l-bieraħ, jiġifieri li saret laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali fl-istess ħin li din il-Kamra kienet għaddejja bid-diskussjoni tagħha dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandha quddiemha.", "Jien napprezza li kien ikun aħjar li kieku dawn iż-żewġ diskussjonijiet ma ħabtux fl-istess ħin, pero' wieħed irid jifhem li għal- laqgħa tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali kellna mistieden lil Mr Peter Kinsella, li ma setax jattendi darb'oħra, u għalhekk aħna ħassejna li ma kellniex inħassru dik il-laqgħa minħabba l-esiġenzi tal-mument.", "Issa wieħed irid jifhem ukoll li filwaqt li fil-laqgħat tal-kumitati permanenti jeżistu ċerti obbligi, f'din il-Kamra għandna l-obbligi tagħna wkoll biex l- aġenda tkun tista' tibqa' miexja 'l quddiem.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Chircop, on a point of order.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, il-bieraħ iddiskutejna dan is-suġġett waqt il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali u, filwaqt li nifhem li dik il-laqgħa ma setgħetx tiġi aġġornata għal darb'oħra peress li kellna mistieden barrani li llum kellu jitlaq lejn pajjiżu, nemmen ukoll li kieku l-affarijiet saru b'mod iktar organizzat stajna qbadna u ddiskutejna abbozz ta' liġi ieħor li hemm fuq l-aġenda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Dan m'huwiex point of order imma point of clarification, li fuq kollox diġa' sar minn kelliema oħra.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, issa li nixtieq ngħid jien huwa li matul il-laqgħa ta' dan il-kumitat permanenti kien hemm sostitut għall- Onor. Membru li ma setgħetx tattendi u fl-aħħar ta' dik il-laqgħa qbilna li kemm jista' jkun għandna nipprovaw nevitaw milli nerġgħu nlaqqgħu l-kumitat ma' seduta tal-Kamra li tkun marbuta strettament mal-qasam soċjali.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Point of order, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, on a point of order.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, jien kont għamilt l-oġġezzjoni tiegħi fil-Kamra - u naf li l-Onor.", "Chircop qajjem dan il-punt ukoll waqt il-laqgħa li saret tal-kumitat - għall-fatt li personalment xtaqt inkun preżenti ħalli nisma' lil Mr Peter Kinsella.", "Wieħed irid japprezza li dan l-espert barrani ma jiġix f'pajjiżna kuljum.", "(Interruzzjonijiet) M'għandix għalfejn noqgħod naqra t-transcripts ta' dak li ntqal!", "THE DEPUTY SPEAKER: Point taken, Onor. Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ippermettili niġbed l- attenzjoni ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, hawnhekk qed immorru kontra r-regolamenti tal-Kamra għax din il-ħaġa diġa' ġiet spjegata u għalhekk ma nistgħux intellfu l-kelliema b'dan il-mod.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt ...", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro, bil-permess ta' l-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq li l-Onor.", "Helen D'Amato, bħala ċ- chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, tiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li għax jien il-bieraħ ma kontx preżenti għal dik il-laqgħa, illum fil-gazzetta \"The Malta Indepedent\" lanqas biss issemmejt li jien membru ta' dan il-kumitat.", "Issa jien mhux b'kapriċċ ma kontx preżenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point taken, Onor. Coleiro.", "L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Fil-fatt ta' \"The Malta Independent\" għamlu taħwida sħiħa dwar min huma l-Onor.", "Membri li jifformaw parti minn dan il-kumitat.", "Ta' min jgħid li lili ħadd ma staqsieni min huma l-Onor.", "Membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Jiġifieri t-taħwida saret min-naħa ta' \"The Malta Independent\", li assumew li kull min kien qiegħed f'dik il-kamra kien membru tal-kumitat.", "Pero' l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri li jifformaw l- kumitat tħabbru f'dan il-parlament u l-lista tagħhom hija waħda pubblika.", "Madanakollu jekk l-Onor.", "Marie Louise Coleiro tippreferi li ninforma lil ta' \"The Malta Independent\" b'din il-biċċa xogħol, ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nagħmel dan.", "Issa ħalli niġu għad-diskors li kont beħsiebni nagħmel illum.", "Sur President, nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi ma fihx emendi kontroversjali għax dawn jaġġustaw u jagħmlu tajjeb għat-tibdil li kien seħħ fil-budget ta' Novembru 1997.", "Fil-fatt dan it-tibdil ma kienx ingħata sura formali u legali, bil-konsegwenza li kien hemm numru ta' nies li ma kenux qed jaqgħu fil-parametri tal-liġi, għalkemm ċertu tibdil kien diġa' ġie enacted.", "Kif għidt diġa', dawn l-emendi mhux suppost li jaqilgħu kontroversji għax, ngħiduha kif inhi, min jista' jgħid li ma jaqbilx mal- miżura li permezz tagħha l-pensjoni li titħallas lil armel tkun l-istess u taħt l-istess kondizzjonijiet li bihom titħallas armla?", "Min jista' ma jaqbilx mal-miżura dwar l-iskont fil-miżata li titħallas għad-day-care centres?", "Jew inkella min jista' ma jaqbilx mal-miżura li ttieħdet fir- rigward tal-casual social assistants?", "Għalhekk wieħed ma jistax jinnega li dawn il-miżuri huma tajbin imma fl-istess nifs ma nistax ma nosservax li filwaqt li l-Partit Laburista kien sab ħin biex jgħaddi emendi oħra, bħal dawk tad-dawl u l-ilma, dawn l-emendi għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kienu għadhom ma ġewx regolarizzati.", "Issa nixtieq nirrispondi għal xi kummenti li saru waqt din id-diskussjoni.", "Sur President, intqal li l-Gvern Nazzjonalista jippriedka l-ġustizzja soċjali biss u ma jattwahiex, filwaqt li l-Gvern Laburista huwa t-tarka tal- ħaddiema u taż-żgħir.", "Din hija l-parti mill-kantaliena li dejjem nisimgħu pero' llum il-ħaddiem Malti u ż-żgħir jaf eżattament mingħand min isib appoġġ bil-fatti.", "Ħalli nieħdu l-każ tal-pensjonanti.", "Intqal li l- pensjonanti huma mħassba għax ma jafux x'se jiġri mill-pensjoni tagħhom.", "Imma din hija biża' fix-xejn, biża' tal-babaw, li mdorrijin nisimgħuha min- naħa tal-Partit Laburista qabel kull elezzjoni biex jipprovaw ibeżżgħu lill-anzjani li jekk jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern se jneħħilhom il-pensjoni.", "Fil-fatt kulma qed jiġi ssuġġerit dwar il-pensjoni huwa li jkun hemm anke alternattivi oħra, bħall-private pension schemes.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed ifakkar li qabel kien hawn private pension schemes u kien Gvern Laburista li qabad u neħħihom.", "Għalhekk minn hawn nista' nassigura lill-anzjani li l-pensjoni tagħhom la se tiġi mwaqqfa u lanqas imnaqqsa.", "Anzi jekk l-anzjani jmorru ftit snin lura malajr jindunaw kemm il-pensjoni tagħhom marret 'il quddiem u min kien dak il-gvern li mhux talli ma naqqsilhomx jew neħħielhom il-pensjoni imma talli kull sena żidielhom il-pensjoni kif ukoll introduċa jew żidielhom benefiċċji oħra.", "Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Coleiro qalet li l-Gvern Laburista kabbar l-għajnuna soċjali u llum reġgħet irripetiet l-istess ħaġa.", "Issa hawnhekk jien għandi f'idejja l-estimi għal din is-sena u nista' nuri kif żdiedet l-għajnuna soċjali li qed issemmi l-Onor.", "Coleiro.", "Apparti miċ- ċifri li qabdet u wżathom kif riedet - għax qalet li taħt Gvern Laburista l- għajnuna soċjali telgħet minn Lm136 għal Lm153 miljun u mbagħad kompliet tiela' għal iktar minn hekk - tajjeb li nkunu nafu li fil-fatt kulma kien hemm kienet żieda żgħira fir-retirement pension - u aħna nafu li r- retirement pension ma żdiditx bħala ammont ħlief għall-għoli tal-ħajja - u huwa ovvju li kull min għandu r-retirement pension għandu jieħu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja hu wkoll.", "Żieda oħra li kien hemm kienet fis-social assistance, fejn naraw żieda ta' Lm4 miljun.", "Issa din iż-żieda fis-social assistance tafu xi tfisser?", "Li l-Gvern Laburista kien diġa' qiegħed jipprevedi li se jiżdied il-qgħad.", "Tant hu hekk li jekk wieħed jara x'kellu jkun id-dħul mill-bolla jsib nuqqas, jiġifieri l-gvern kien se jdaħħal inqas mill-bolla milli daħħal is-sena l-oħra u s-sena ta' qabel.", "Allura dan huwa l-impenn ta' ġustizzja soċjali?", "Li minħabba li nkunu qed nipprevedu li se jiżdied il-qgħad - fil-fatt il-previżjoni seħħet għax il- qgħad żdied mhux ħażin - inżidu l-fond ta' l-assistenza soċjali?", "Sur President, m'hemmx għalfejn ngħid li meta jkun hemm nuqqas kbir ta' xogħol, l-ewwel li jbati huwa dak li hu kbir fl-eta'.", "Jien ma nistax ngħid li m'hijiex miżura tajba li jingħata skont ta' 25% tal-bolla - jekk m'iniex sejra żball - lil min jimpjega persuni ta' 'l fuq minn 40 sena, pero' rridu nħarsu ftit iktar fil-bogħod minn hekk ukoll.", "Per eżempju, nieħdu l-każ ta' l-ETC.", "Jiena nixtieq li l-ETC tħares lejn kategoriji differenti ta' nies.", "Illejla fid-diskors tagħha l-Onor.", "Coleiro semmiet in-nies b'diżabilita' u qalet li lil dawn aħna mhux biss għandna nagħtuhom il-flus imma għandna wkoll nagħtuhom is-servizzi.", "Imma l-Onor.", "Coleiro taf li, per eżempju, l-ETC kellha unit fejn tittrenja lil dawn in-nies u dan il-unit spiċċa biex għalaq?", "Nispera li taf, u jekk tafu aħjar.", "L-Onor.", "Coleiro taf ukoll li l-fond għall-ETC taħt Gvern Laburista tnaqqas b'mod sostanzjali bil-konsegwenza li b'hekk ikunu qed jitnaqqsu s-servizzi li l- ETC tista' tagħti lil dawk in-nies li huma bla xogħol, partikolarment fejn jidħol it-training?", "Nispera li l-Onor.", "Coleiro tafu wkoll dan.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nagħmel rimarka dwar dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena billi nieħu area li forsi jien xi ftit konxja iktar minnha - minħabba li ġejja minn hemmhekk - u hawnhekk qed nirriferi għall-area taż- Żurrieq, l-Imqabba u l-Qrendi, fejn hemm ħafna nies li jaħdmu fil-ġebel u fil-barrieri.", "Fil-fatt jekk wieħed jara lil dawn il-persuni jgħid li huma b'saħħithom, anzi li jbigħu s-saħħa, pero' ħafna drabi jiġri li minħabba x- xogħol li jagħmlu dawn in-nies malli jaqbżu l-eta' ta' 45 jew 50 sena jkollhom problemi fid-dahar u jsibuha diffiċli biex ikomplu jagħmlu dak ix- xogħol kontinwament, bħalma jsibuha diffiċli li jbiddlu l-impjieg tagħhom, għax sfortunatament ħafna minnhom ma jkollhomx sengħa oħra.", "Għalhekk, filwaqt li napprezza li l-ETC għandha diversi kategoriji x'tieħu ħsieb, li kollha għandhom il-problema tagħhom, jien qed nappellalha biex forsi tagħti kas ta' din il-problema li semmejt ukoll.", "Sur President, hawnhekk intqal li l-Gvern Nazzjonalista, jew il-Partit Nazzjonalista, m'huwiex sensittiv għall-ħteġijiet taż-żgħir.", "Issa jekk wieħed ikollu jara kemm kien sensittiv il-Partit Laburista fir-rigward tas- social workers żgur li jirrealizza mill-ewwel li m'għandniex mera fuq xiex nimxu u żgur li dan ma tantx se jservi ta' eżempju tajjeb fuq xiex nimxu fil-ħames snin li ġejjin.", "Fil-fatt matul dawn is-sentejn l-employment tas- social workers kien kompletament miżmum, ma ġiex impjegat social worker wieħed u dan meta aħna nafu li hemm tant ħtieġa ta' iktar social workers.", "Naturalment m'hemmx għalfejn ngħid li l-konsegwenzi kienu li sofrew dawk is- servizzi li setgħu jagħtu ċerti aġenziji, bħalma huma l-SWDP u s-SEDQA, u b'hekk in-nies m'humiex qed ikunu moqdija kif suppost.", "Dan minbarra li b'hekk qed innaqqsu l-impenn ta' iktar studenti milli jidħlu għal dan il- kors għax naturalment qed jaqtgħu qalbhom meta jafu li wara li jkunu għamlu s-snin ġewwa l-Universita' biex jagħmlu dan il-kors, meta finalment jilħqu social workers ma jsibux fejn jimpjegaw ruħhom.", "Aħna niftakru dak iż-żmien meta s-social workers, minkejja li kellhom a lot of good intentions, kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol b'mod volontarju u ma kenux qualified social workers, jiġifieri biex ngħidu hekk, konna qed inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar, u kien Gvern Nazzjonalista li introduċa l-kors ta' social workers bir-riżultat li beda jkollna social workers ikkwalifikati.", "Pero', kif għidt diġa', matul dawn is-sentejn ta' Gvern Laburista kien hemm friża fuq ir-recruitment ta' dawn is-social workers.", "Madanakollu bi pjaċir ngħid li fl-ewwel xahrejn ta' Gvern Nazzjonalista, waħda mill-ewwel miżuri li ttieħdu kienet proprjament dik li jiġu ngaġġati social workers u fil-fatt diġa' ħarġu l-applikazzjonijiet u saru l-interviews u huwa mistenni li dawn is-social workers jiġu ngaġġati f'qasir żmien.", "Sur President, meta qed nitkellmu dwar il-qasam soċjali jkun tajjeb li ninkludu wkoll il-qasam tas-saħħa - għax dan il-qasam m'huwiex xi compartment li tista' toftmu minn oqsma oħra - u naraw kemm il-Partit Laburista mexa b'ġustizzja soċjali hawnhekk ukoll billi naraw x'kienu jgħidu l-estimi dwar il-qasam tas-saħħa u l-impenn ''kbir'' tal-Partit Laburista f'dan il-qasam.", "Nibdew, per eżempju, billi nsemmu li taħt Gvern Laburista tnaqqas il-vot tar-repair and upkeep, tnaqqas il-vot tal-primary health care, li biex ngħidu hekk huwa l-iktar wieħed li jista' jieħu l- prevenzjoni kollha neċessarja biex iktar 'il quddiem ma jinqalgħux problemi ikbar li jkunu jeħtieġu iktar spejjeż; tnaqqas il-vot tat-training bin- nofs, minkejja li nafu li meta jkunu qed jiġu żviluppati metodi u kuri ġodda t-training huwa l-iktar ħaġa importanti biex iżżomm is-sistema tiegħek taħdem kif suppost; tnaqqas il-vot tan-national commission mental health reform eżattament bin-nofs għax minn Lm30,000 dan tnaqqas għal Lm15,000 u dan meta llum kulħadd qed jitkellem dwar l-importanza ta' l- inklużjoni ta' nies li jkollhom diżabilita' jew ikunu jbatu mentalment, li ħafna drabi jiġu emarġinati.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li din il- kummissjoni, li tista' sservi ta' għajnuna kbira fir-riforma li qed nagħmlu fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li fl-1996 kellha vvotati estimi ta' kważi Lm26,000, fl-1997 kellha vvotati estimi ta' Lm30,000 u f'daqqa waħda, fl- 1998 dawn niżlu għal Lm15,000.", "Allura meta jara dan kollu wieħed bilfors ikollu jistaqsi: Din hija s-serjeta' li mexa biha l-Partit Laburista fl- aħħar sentejn u li tant ftaħret biha l-Onor.", "Coleiro?", "Imma sfortunatament taħt il-Gvern Laburista mhux hemm biss sar tnaqqis fil-flus ivvotati għall- qasam tas-saħħa imma wkoll fl-immodernizzazzjoni ta' l-Isptar San Luqa.", "Sur President, jien naħseb li sa llum kulħadd jaf għaliex qiegħed jiġi mmodernizzat l-Isptar San Luqa.", "Dan l-isptar huwa kbir u għandu diversi problemi u qed jiġi mmodernizzat proprjament biex ma jkollniex sptar tal- prima classe u ieħor tas-seconda classe.", "Kulħadd japprezza li l-isptar il- ġdid għadu qed jinbena u allura jista' jkun hemm min jgħidlek: Jien irrid immur fl-isptar l-ġdid għaliex dak huwa isbaħ mill-ieħor!", "Fil-fatt l- isptar li qed jinbena se jkun qiegħed għal ċerti affarijiet biss u jiena persważa li jekk kemm-il darba l-Isptar San Luqa jiġi mmodernizzat bis- serjeta', dan se jkun tajjeb daqsu.", "Wara kollox din kienet l-idea wara l- immodernizzazzjoni ta' l-Isptar San Luqa, li jkollna żewġ sptarijiet kif jixraq għall-poplu Malti.", "Madanakollu t-tnaqqis ma sarx biss fl-Isptar San Luqa imma wkoll fl-Isptar Monte Carmeli.", "Sur President, fil-fatt filwaqt li fl-1996 l-Isptar Monte Carmeli kellu annual expenditure ta' Lm173,000, l-istima ta' annual expenditure għall- 1997 kienet ta' Lm150,000 u għall-1998 erġajna naqqasna din l-expenditure għal Lm80,000.", "Allura fejn huwa l-impenn, fejn qiegħda l-ġustizzja soċjali?", "L-Onor.", "Coleiro qalet li ma xxaħħux ma' min hu fil-bżonn.", "Issa jekk din m'hijiex xeħħa allura jiddispjaċini li ma nafx x'inhi xeħħa!", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-Isptar St. Vincent de Paule li filwaqt li fl-1996 kellu expenditure qawwi ta' Lm221,000, is-sena ta' wara taħt Gvern Laburista din niżlet għal Lm45,000 u mbagħad fl-1998 telgħet għal Lm80,000, pero' din iċ-ċifra żgur li ma tikkomparax ma' dik ta' l-1996.", "Issa nixtieq ngħaddi għal miżura li permezz tagħha qed jiġi pprovdut sussidju li jagħmel tajjeb għall-iskont fil-ħlas għaċ-child-care centres.", "Sur President, l-Onor.", "Coleiro qalet li l-fatt li Gvern Laburista għamel proġett pilota sabiex iwaqqaf day-care centres għat-tfal diġa' huwa pass kbir u dan jirrifletti s-support prattiku li għandhom bżonn dawk in-nisa li joħorġu jaħdmu.", "L-Onor.", "Membru kompliet tgħid li bit-twaqqif ta' dawn id- day-care centres għat-tfal, il-Gvern Laburista wera li m'huwiex biss gvern tal-paroli imma wkoll tal-fatti.", "Issemma wkoll iċ-child-care centre ta' Birkirkara - din il-kwestjoni m'iniex se nidħol fiha għax dak iż-żmien l- Onor. Michael Asciak kien sindku u jien ċerta li se jitkellem fuqha hu u għalhekk ikun aħjar jekk kemm jista' jkun ma jkollniex ripetizzjoni - u ssemma ċ-child-care centre tal-Kalkara.", "Jien naċċetta l-fatt li ċ-child- care centre tal-Kalkara kien proġett pilota u kien wieħed mill-ewwel li twaqqfu fuq bażi ta' raħal - għax aħna nafu li dak iż-żmien kien diġa' twaqqaf iċ-ċentru tal-ħarsien tat-tfal ġewwa l-Isptar Zammit Clapp għall- ħaddiema ta' l-istess sptar, kif ukoll għall-ħaddiema ta' l-Universita' - pero' għalkemm dan sewa Lm34,000 nistgħu ngħidu li pilota kien, pilota għadu u mid-dehra pilota' se jibqa' għaliex kulma qed jattendu ġo dan id- day-care centre hija tifla waħda li qiegħda tkun magħha carer waħda, u terġa' din ma tmurx kuljum imma darba iva u darba le.", "Issa nisperaw li bl- introduzzjoni tas-sussidju, in-numru ta' tfal jiżdied.", "Madanakollu wieħed irid jara għaliex dan iċ-child-care centre li tant tkellimna fuqu donnu ma qabadx ir-rotta u ma ħax il-ħajja.", "X'kienet ir- raġuni?", "Forsi l-miżata ta' Lm4 kuljum kienet għolja wisq?", "Huwa veru li din il-miżata kienet pjuttost għolja u dan kulħadd jammettih, imma dik kienet ir-raġuni vera?", "Ir-rapport li suppost sar biex jiġġustifika għaliex kellu jinfetaħ child-care centre fil-Kalkara kien wieħed serju?", "Min ta l- parir li jinfetaħ child-care centre ġewwa l-Kalkara?", "L-aġenda tiegħu x'kienet?", "Li jinfetaħ wieħed ġol-Kalkara biex ikun infetaħ xi ħaġa hemmhekk, jiġifieri biex taparsi nkunu għamilna xi ħaġa ġewwa l-Kottonera, jew għax verament kien jinħass dan il-bżonn?", "Ikun tajjeb jekk nistaqsu wkoll, per eżempju, dwar kif inhu mqassam dan iċ-child-care centre.", "Intqal li ċ-child-care centre tal-Kalkara jesa' 25 tifel u tifla.", "Issa hawnhekk forsi l-Onor.", "Dalli tista' tgħidli li huma għamlu kollox skond dak li tesiġi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, pero' jien xorta waħda jibqagħli d- dubji tiegħi, kemm f'dak li huwa kobor - għax fil-fehma tiegħi mhux veru li jesa' 25 tifel u tifla - kif ukoll f'dawk li huma features li hemm u li bla ebda dubju rridu nerġgħu narawhom.", "Per eżempju, ġo dan iċ-child-care centre l-unika bitħa li hemm fejn jilagħbu tfal ta' bejn is-sena u t-tliet snin qiegħda f'forma ta' rampa.", "Issa għiduli intom kemm hija adatta bitħa f'forma ta' rampa għal tfal ta' bejn is-sena u t-tliet snin meta wieħed iqis li t-tfal ta' sena jkunu għadhom qegħdin jipprovaw jitgħallmu jimxu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-attrezzi li hemm ġewwa dan iċ-child-care centre?", "Biżżejjed ngħid li fridge li suppost kellha tesa' għal 25 tifel u tifla fiha daqs cupboard tal-kċina!", "Anke kieku l-ikel ikun vacuum-packed, ukoll ma joqgħodx dak l-ikel kollu ġewwa dik il-fridge, aħseb u ara meta nqisu li l-ikel li jiġi mingħand il-ġenituri jkun fil-containers!", "(Interruzzjonijiet) Għiduli intom: Kif se joqgħod dak l-ikel kollu ġo fridge li tesa' daqs cupboard tal-kċina?", "Huwa tajjeb li nagħtu s-sussidju pero' l-kwestjoni taċ-child-care centres ma nistgħux nittrattawha biss bis- sussidju imma jrid ikun hemm iktar ħsieb u ippjanar, u dan m'għandux isir minn min jippjana l-uffiċini imma minn xi ħadd li għandu ċerta esperjenza fiċ-child-care centres.", "Sur President, issa hawn irrid insemmi wkoll ix-shelter tan-nisa msawta, li wieħed jista' jimmaġina kemm huma vulnerabbli u kemm għandhom bżonn l- għajnuna.", "Jien nammetti li ġewwa pajjiżna għad għandna familji sodi li huma kapaċi jsolvu l-problemi tagħhom b'mod amikevoli - jiġifieri ma rridux nagħtu l-impressjoni li nofs in-nisa Maltin huma msawta - pero' hija realta' li għad għandna numru ta' nisa li jbatu minn din il-problema; u minn din il-problema ma jbatux huma biss imma jbatu wliedhom ukoll.", "Madanakollu llum ma nistgħux noqogħdu ninħbew wara subgħajna imma rridu nammettu li għad hawn nuqqas kbir ta' sheltered homes u jenħtieġ li din il- problema tittieħed iktar bis-serjeta' billi jinfetħu iktar ċentri għal dawn in-nisa.", "Ċertament imbagħad lanqas m'għandna noqogħdu niftaħru li ftaħna shelter għan-nisa msawta, li suppost kellu jesa' 18-il ruħ biex imbagħad insibu li dan huwa magħmul minn żewġ gabubi!", "Lanqas m'għandna noqogħdu niftaħru li nfetaħ ċentru għal dawn in-nisa biex imbagħad insibu li kien ippjanat li jiġu mpjegati tliet part-timers biex imexxu dan iċ-ċentru.", "Fil- fatt malli tlajna fil-gvern aħna waqqafna din il-call for applications minnufih għax kien ikollna vroma li kieku dan iċ-ċentru ta' nisa msawta bi problemi kien se jitmexxa minn tliet part-timers.", "Ċentru bħal dan mhux tliet part-timers għandu bżonn imma għandu bżonn ta' qafas ferm usa' minn hekk, għax ejjew għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li dan iċ-ċentru tan- nisa msawta jesa' 18-il ruħ, inti mhux il-problema ta' dawk it-18-il ruħ biss se jkollok għax il-problemi jkunu ħafna iktar compounded u għalhekk ma nistax nimmaġina kif shelter bħal dan jista' jitmexxa minn tliet part- timers.", "Ta' min jgħid ukoll li kemm ilu li nfetaħ dan il-parlament, l-Onor.", "Coleiro rriferiet għat-tieni darba konsekuttiva għad-Diskors tal-President, u għat-tieni darba konsekuttiva sejħet dan id-Diskors tal-President bħala ''skanetru'', għax skond hi dan ma jagħtix viżjoni, ma jagħti xejn dwar il- qasam soċjali, huwa vojt, huwa għadam biss.", "ONOR.", "MEMBRU: Għarbiel!", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sejjaħlu għarbiel jekk trid.", "Kulħadd jista' jagħtih l-aġġettiv li jogħġob lilu, tħabbel rasek xejn!", "Kont qed ngħid li skond l-Onor.", "Coleiro, id-Diskors tal-President kien diskors vojt u mingħajr sustanza,.", "Pero' jien naħseb li l-Onor.", "Coleiro ma ndunatx li dan id-diskors kien nisġa ta' kif l-oqsma kollha politiċi tal-gvern, jiġifieri mhux il-qasam soċjali ġo niċċa waħdu imma wkoll l-oqsma finanzjarji, ekonomiċi, kulturali u edukattivi, ikunu jistgħu joħorġu xi ħaġa li tgħin verament lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Aħna ma qgħadniex insemmu punt punt - għalkemm issemmew ukoll imma donnu li l-Onor.", "Coleiro ma ndunatx bihom! - fejn se niftħu dar għall-anzjani, fejn se niftħu dar għat-tfal, fejn se niftħu dar għal dik il-ħaġa u fejn se niftħu dar għall-oħra.", "Fil-fatt ġaladarba qed insemmi d-djar ta' l-anzjani, nixtieq nagħmel rimarka żgħira.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet żewġt idjar li nfetħu fi żmien Gvern Laburista.", "Huwa veru li ż-żigarella nqatgħet taħt Gvern Laburista, jiġifieri dan ma nistax niċħdu - fil-fatt jekk wieħed jaqra t-tabella ta' l- inawgurazzjoni tad-day-care centre taż-Żurrieq żgur li jsib li din infetħet mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, imma sinċerament nistqarr li dik ta' Tas-Sliema ma nafx min fetaħha - pero' nista' nassigura lil kulħadd illi x-xogħol biex jinfetħu dawn iż-żewġ day-care centres ma sarx taħt l-amministrazzjoni Laburista imma taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Fil-fatt għal dak taż-Żurrieq I vouch for it myself għax kont jien li ħdimt qatigħ biex dak iċ-ċentru jinfetaħ meta kont għadni membru fil-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u saħansitra l-konvenju kien sar qabel l-elezzjoni.", "Naturalment jien m'iniex qed ngħid dan għall-prosit imma għall-korrettezza.", "Ġewwa ż-Żurrieq hemm ġnien ukoll li nistgħu ngħidu li nfetaħ taħt Gvern Laburista - hawn qed nirriferi għal dak il-ġnien li hemm in-naħa magħrufa bħala Tal-Bebbux - għax kien infetaħ xi erbat ijiem wara l-elezzjoni ta' Ottubru 1996 u jekk wieħed jaqra t-tabella ta' l- inawgurazzjoni jsib li dan infetaħ mill-Onor.", "Charles Buhagiar, pero' ġnien żgur li ma jsirx f'erbat ijiem u jirrikjedi ħafna iktar jiem ta' xogħol.", "Għalhekk hawn irridu nagħmlu din id-distinzjoni.", "(Interruzzjonijiet) U iva, Onor. Chircop, issa forsi se nieħdu l-mertu għal xi ħaġa li għamiltu intom, ma jimportax!", "(Interruzzjonijiet) Taż-żejt bdiet qabel, Onor. Law, imma jekk ma jimportax għalissa jkun aħjar jekk niddiskutu s-servizzi soċjali ħalli ma niddevjawx mis-suġġett.", "Sur President, issa jien nixtieq nistieden lill-Onor.", "Coleiro biex meta nkunu qed nitkellmu fuq l-iskanetri, tħares ftit lejn id-Diskors tal- President ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Dalli qed tgħidli li għandi ngħid \"skeletri\" u mhux \"skanetri\".", "Grazzi ħafna, Onor. Dalli!", "Kont qed ngħid li nixtieq nistieden lill-Onor.", "Coleiro biex tħares lejn id- Diskors tal-President ta' l-1996 għax hemmhekk għandha ssib xi ħaġa li ma nafx jekk tistax issejħilha skeletri - aħjar noqgħod attenta għax insib min jikkoreġini! - imma jien se nħalli f'idejha biex tagħżel dawn l-iskeletri x'inhuma.", "Jien se nsemmi biss fejn jidħol il-qasam tax-xogħol u hawnhekk se nikkwota mid-Diskors tal-President:", "\"Waqt li jirreaġixxi għall-ħteġijiet tas-settur privat biex jantiċipa u jegħleb il-problemi li jinqalgħu, il-gvern tiegħi dejjem ifittex li jtejjeb l-infrastruttura u l-atmosfera li fiha jridu jaħdmu l- operaturi ekonomiċi u l-unions biex jinżamm l-ogħla livell ta' mpjiegi sostenibbli f'pajjiżna u l-kompetittività li jrid ikollna fis-swieq internazzjonali ħalli nkomplu mexjin għall-aħjar fl-oqsma tal- manifattura u s-servizzi.\".", "Din kienet l-idea sublimi u mlaħħma tal-Partit Laburista ta' l-1996 dwar ix- xogħol.", "Issa llum kulħadd jaf li l-Gvern Laburista ta' l-1996 mhux talli ma tejjibx l-infrastruttura u l-atmosfera li jridu jaħdmu fiha l-operaturi ekonomiċi biex jinżamm l-ogħla livell ta' mpjiegi imma talli kien l-istess gvern li ħoloq skoss wara ieħor li rriżulta f'nuqqas ta' mpjiegi li kellna matul dawn l-aħħar sentejn, li żgur li m'humiex sinjali ta' ġustizzja soċjali.", "Sur President, issemma wkoll li l-Gvern Laburista kien jagħmel konsultazzjoni.", "Pero' d-dizzjunarju tiegħi jagħti tifsira differenti ta' \"konsultazzjoni\" mit-tip ta' konsultazzjoni li kien jagħmel il-Gvern Laburista għax dan l-ewwel kien jgħidlek: Dur mal-mejda, poġġi bil-qiegħda u ħu kafe' ħalli noqgħod nisimgħek u nerġa' nisimgħek.", "Imma mbagħad kien jgħidlek: Fl-aħħar mill-aħħar se nagħmel preċiżament kif kelli l-ħsieb li nagħmel qabel ma bdejt niddiskuti miegħek.", "Dan ġara kemm fil- konsultazzjoni li saret dwar il-VAT, kemm fil-konsultazzjoni li saret dwar id-dawl u l-ilma ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, mhux imbilli l-Onor.", "Coleiro qalet li aħna qed nagħmlu xi U-turn, għax aħna m'aħna nagħmlu l- ebda U-turn, u nissuġġerilkom li taqraw \"l-orizzont\" ta' xi ġurnata qabel l- elezzjoni.", "Ma niftakarx ta' liema data imma jekk tridu nista' nsibielkom ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Jien nissuġġerixxi lill-Onor.", "Coleiro ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Kulħadd għandu dritt jitkellem meta jmissu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom ħallu lill-Onor.", "D'Amato titkellem.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, jien ma nterrompejt lill ħadd għax m'huwiex fl-istil tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Kompli, Onor. D'Amato.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Dażgur, intom għamiltu tliet xhur tiddiskutu!", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Point of order, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Coleiro, on a point of order.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, ma naħsibx li l-Onor.", "D'Amato qrat it-transcript ta' dak li għidt jien għax il-bieraħ ma kenitx hawn biex tismagħni.", "Meta l-bieraħ jiena tkellimt fuq ir-rati tad-dawl u l-ilma u l- U-turn tal-Gvern Nazzjonalista - iva, dik kienet U-turn - għidt preċiżament li fit-28 ta' Ġunju, il-Prim Ministru, li dak iż-żmien kien għadu Kap ta' l- Oppożizzjoni, qal lill-poplu Malti u Għawdxi - u naħseb li hi bħali tappartjeni għal dan il-poplu ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor Coleiro, dan m'huwiex point of order.", "Jekk jogħġbok, tkomplix għax inkella nkunu qed immorru kontra r- regolamenti tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Issa ħallini nispiċċa s-sentenza!", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Sur President, dan m'huwiex point of order.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Kulma qed nagħmel huwa li nippreċiża x'għidt jien il-bieraħ, jiġifieri li fit-28 ta' Ġunju l-Prim Ministru ta' llum kien qal li r-rati tad-dawl u l-ilma se jerġa' jġibhom bħal qabel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jiena nistieden lill-Onor.", "Coleiro biex tagħti ħarsa lejn l-editorjal ta' \"l-orizzont\" ta' qabel l-elezzjoni, li kien ħareġ jakkuża lill-Partit Nazzjonalista b'U-turn, peress li fl-ebda ħin ma konna għidna li r-rati tad-dawl u l-ilma se jerġgħu jiġu għal li kienu qabel.", "Issa naturalment ġaladarba intom qed tgħidu mod ieħor, nistedinkom biex tfittxu dan l-editorjal ta' \"l-orizzont\" ta' qabel l-elezzjoni biex taraw li qabel l-elezzjoni \"l-orizzont\" kienet diġa' qed takkuża lill- Partit Nazzjonalista li qed jagħmel il-U-turn minħabba li dan qatt ma qal li r-rati tad-dawl u l-ilma se jerġgħu jkunu l-istess.", "Issa qabel ma ġejt interrotta, Sur President, kont qed nitkellem fuq il- konsultazzjoni u għalhekk se ngħid xi ħaġa fuq il-\"konsultazzjoni\" li saret għar-rigward tal-VAT.", "Kieku l-Onor.", "Sant qagħad għall-pariri li tawh, kieku l-liġi dwar it-taxxa tad-dwana u tas-sisa ma kenitx issir kif saret, liema liġi nafu li hija diżastru.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dakinhar kien iddeċieda l-poplu imma issa dan ħa deċiżjoni oħra!", "Sur President, issa nixtieq insemmi l-iskeletru ta' l-1996 billi nsemmi l-għaqdiet volontarji.", "Fil-fatt kulma nsibu fid-Diskors tal-President ta' l-1996 huwa li se jiġu megħjuna l-għaqdiet sportivi - bħal dak li qallu li l-għaqdiet volontarji huma sportivi biss u l-għaqdiet l-oħra ma jeżistux! - u dan meta aħna nafu li fil-qasam soċjali l-għaqdiet volontarji huma, biex ngħidu hekk, l-ikbar pedament biex jiġu megħjuna iktar nies.", "Wieħed jista' jimminimizza l-importanza ta' xi liġi li tirregola u tgħin lill-għaqdiet volontarji imma huwa fatt li l-għaqdiet volontarji huma proprjament il-pern li aħna rridu nimxu fuqu.", "Hawn ta' min jgħid li l-bieraħ waqt li konna qed nitkellmu fuq il-problemi tal-persuni b'diżabilita' fil-Kumitat għall- Affarijiet Soċjali, Mr Keinsella enfasizza kemm aħna xxurtjati li għad għandna familji li qed jagħtu għajnuna lill-qraba tagħhom li għandhom xi forma ta' diżabilita', filwaqt li enfasizza wkoll kemm l-għaqdiet volontarji huma importanti biex jagħtu dik l-għajnuna personalizzata li l- ebda dipartiment tal-gvern ma jirnexxielu jagħti.", "Għalhekk hawn wieħed ikompli jirrealizza kemm huwa importanti li titwaqqaf dik il-liġi li ssemmiet fid-Diskors tal-President għax jekk innaqqsu l-importanza ta' l- għaqdiet volontarji nkunu qegħdin innawru din il-fibra importanti li hija parti mill-ħajja tagħna l-Maltin.", "Sur President, issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi billi ngħid li l- għaqdiet m'għandhomx bżonn biss għajnuna finanzjarja, jiġifieri li kull tant żmien nagħtuhom xi ħaġa biex insoddulhom ħalqhom - naturalment dawn għandhom bżonn ta' għajnuna finanzjarja wkoll biex is-servizz tagħhom ikun dejjem iktar professjonali - imma għandhom bżonn ukoll l-għajnuna ta' l- esperti biex ikunu jistgħu jaġġornaw ruħhom u jkunu jafu kif għandhom jiffaċċjaw il-problemi, għax il-problemi li jeżistu fil-qasam soċjali dejjem jiżdiedu u jinbidlu.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, il-qafas soċjali dejjem irid u wieħed qatt m'hu se jkun jista' jgħid li solva l-problemi kollha f'dan il-qasam.", "Jiġifieri jkollok kemm ikollok rieda biex issolvi dawn il-problemi, qatt m'hu se jirnexxielek issolvihom kollha u dejjem se jibqagħlek nies bi problemi u bi ħteġijiet ta' għajnuna.", "U t-tip ta' problemi li jkunu qed jiffaċċjaw l-individwi tul il-medda tas-snin se jkunu dejjem differenti - għaxar snin ilu kellna ċertu tip ta' problemi u llum għandna tipi ta' problemi oħra - u għalhekk hemm bżonn li naġġornaw ruħna u magħna jridu jaġġornaw ruħhom ukoll l-għaqdiet volontarji li qed jagħtu dawn is-servizzi.", "Sur President, biex intawwal jiena stajt noqgħod insemmi l-miżuri ta' l- \"iskeletru\" Nazzjonalista - miżuri bħal dawk li r-romol u s-single parents ma jibqgħux iħallsu t-taxxa ta' l-income, daqslikieku kienu ġuvintur u xebbiet; indiċi tal-prezzijiet imfassal għall-anzjani skond il-bżonnijiet tagħhom; servizz ta' speċjalisti fis-saħħa għaż-żgħażagħ - pero' ma rridx nieħu aktar ħin.", "Għalhekk nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li l- politika soċjali għandha influwenza kbira fuq l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Il- policies fil-politika soċjali jridu jkunu kumplimentari mat-tfassil ta' policies f'diversi oqsma oħra għaliex, kif diġa' għidt, il-politika soċjali ma tistax tinfatam mill-edukazzjoni, mis-saħħa u mill-ekonomija.", "Aħna għandna nfittxu li nkunu sensittivi għall-weġgħat ta' kulħadd, sew jekk ikunu weġgħat żgħar kif ukoll jekk ikunu weġgħat kbar, għaliex tajjeb nifhmu li kultant dik li forsi f'għajnejna tkun tidher bħala weġgħa żgħira, għal min ikun qiegħed isofri tkun weġgħa kbira.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, huwa ironiku li wara li kellna ħafna kritika li l-budget għall-1998 kien wieħed anti soċjali, l-ewwel abbozzi ta' liġi li qiegħed iressaq Gvern Nazzjonalista fil-parlament huma proprju dawk soċjali li tħejjew minn Gvern Laburista, liema liġijiet effettivament joħorġu proprju mill-budget innifsu.", "Jien ma naċċettax il-punt li għamel l- Onor. Gonzi l-bieraħ, meta qal li dawn aħna ħallejniehom lura għal ta' l- apposta.", "Dawn ma tressqux qabel minħabba l-istat ta' ingovernabilita' li kien hawn fil-pajjiż u għaliex il-parlament, kif jaf kulħadd, kien effettivament jammed minn Ġunju 'l quddiem.", "Għalhekk jien żgur ma nistax naċċetta l-argument li nġab il-bieraħ li dan ġara għaliex kienu qegħdin 'l isfel fil-prijorita' tagħna.", "Sur President, jien segwejt b'attenzjoni kbira l-intervent li għamel il- Ministru Gonzi u nnotajt li filwaqt li qabad ma' ċertu dettall żgħir tal- budget, ħarab għal kollox mill-istrateġija ewlenija tal-budget innifsu.", "Fil-fatt jekk segwejt tajjeb huwa tkellem ftit li xejn dwar il-miżuri soċjali li kien fih il-budget innifsu.", "Naħseb li jkun tajjeb li hawnhekk wieħed jiffriska ftit il-memorja billi jgħid li fost dawn il-miżuri kien hemm l-inċentiv għal min iħaddem nies li jkollhom 'il fuq minn 40 sena - jien nemmen li din il-miżura għandha tiġi msaħħa iktar ħalli bħala skema tkun imtejba aktar minn kif oriġinarjament proposta - żiedet fil- pensjonijiet u benefiċċji oħra skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, il- kwestjoni tal-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi - liema kwestjoni dan il- gvern qisu donnu qatt ma ried jieħu pożizzjoni dwarha - l-allowance tat- tfal b'diżabilita' u anke benefiċċji oħra ta' nies bi bżonnijiet speċjali.", "Sur President, għalhekk naħseb li jkun tajjeb li wieħed hawnhekk jindirizza fil-qosor x'kienet l-istrateġija ewlenija tagħna bħala Gvern Laburista.", "Din kienet li nieħdu miżuri iebsa li jindirizzaw id-deficit iżda li fl- istess nifs jagħtu lok għal żieda fil-voti ta' tliet areas importanti li jolqtu n-nefqa soċjali, u qed nitkellem dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u s- sigurta' soċjali.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn kif żdiedet in-nefqa fis-settur soċjali jara li bejn l-1996 u l-1997 din żdiedet bi 12.5%, filwaqt li bejn l-1997 u l-1998 żdiedet bi 11.1%.", "Dan juri li din iż-żieda kienet sostanzjali u kienet well above l-aġġustament li normalment isir għall-inflazzjoni nnifisha.", "Sur President, la qed nitkellmu fuq dawn iż-żiedet li kien hemm fin-nefqa soċjali minn Gvern Laburista, tajjeb li nagħmluha ċara li kieku bħala pajjiż qegħdin taħt it-takkuna ta' l-IMF dan ma kienx ikun possibbli li jsir, għaliex dawn veru jgħinuk - veru li kif jgħidu l-Ingliżi they bail you out u jwiżnuk - iżda talli jagħmlu hekk ineżżgħuk għal kollox mid- dimensjoni soċjali.", "Aħna bħala Partit Laburista fil-gvern ma ridniex li dan jiġri taħtna.", "Fil-fatt jekk wieħed jara x'ġara f'diversi pajjiżi Ewropej, anke fejn hemm jew kien hemm gvernijiet soċjal-demokratiċi fit- tmun, isib li dawn mhux talli ma żidux il-benefiċċji soċjali kif għamel Gvern Laburista fil-budget ta' l-1998, talli spiċċaw biex naqqru u llivellaw in-nefqa soċjali li kellhom.", "Irrid nagħmilha ċara li għalkemm aħna ħadna ċerti miżuri ebsin, la missejna l-bolla u lanqas missejna l- income tax.", "U għalkemm kellna l-parir tekniku biex nestendu l-ħlas tal- bolla anke għal fuq dahar il-pensjonant - kif fil-fatt għamlu fil-Brażil ftit tal-ġimgħat ilu - aħna dan irrifjutajnieh mill-ewwel għaliex dehrilna li kien suġġeriment verament anti soċjali.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem dwar l-evażjoni tat-taxxa għaliex il-ġlieda kontriha wkoll għandha dimensjoni soċjali.", "Aħna mingħajr ma ħabbarniha bħala miżura fil-budget, bil-kwiet u bla daqq ta' trombi tajna ċerta informazzjoni lill-kummissarju tat-taxxi interni dwar sidien ta' yachts ta' ċertu valur u dwar sidien ta' karozzi ta' ċerta ċilindrata għolja.", "Dan għamilnih sabiex id-dipartiment tat-taxxi interni jkun jista' jirregola ruħu u jistabilixxi, wara investigazzjonijiet xierqa li jkun għamel, x'bilanċ jeżisti effettivament bejn dak li dawn in-nies ikunu ddikjaraw li jaqilgħu u dak li effettivament ikunu nefqu fuq il-luxury items li għadni kif semmejt.", "L-uniku riżerva li għandi dwar dan kollu hu kemm fil-prattika nistgħu naslu għal riżultat tanġibbli għaliex sfortunatament u personalment għandi r-riżervi tiegħi dwar kemm id- dipartiment tat-taxxi interni għandu l-impenn biex isir dan ix-xogħol, li huwa xogħol meħtieġ ħafna jekk irridu nikkumbattu b'mod effettiv l-evażjoni tat-taxxa.", "Din il-ġimgħa fil-gazzetta lokali \"The Times\" ġejt mistoqsi x'miżuri effettivi għandna nipproponu biex nikkumbattu l-evażjoni tat-taxxa.", "U jien inwieġeb din il-mistoqsija b'mistoqsija oħra: Issa qed tistaqsuna għal ħaġa bħal din, lejlet il-budget, biex nagħmlu xogħol il-gvern?", "Jiena nemmen li l-ewwel għandna naraw fiex se jissarrfu l-ħafna għajtiet min-naħa tal-gvern li se jikkumbatti b'mod effettiv l-evażjoni tat-taxxa, imbagħad niflu l-istrateġiji li jkun ħareġ bihom il-gvern fil-budget u flimkien nagħmlu l-kalkoli tagħna u nuru xi tkun ir-reazzjoni tagħna għal dan.", "Imma nħoss li jkun inopportun ħafna li kieku l-oppożizzjoni at this point in time taċċetta din l-istedina sabiex twieġeb dwar miżuri speċifiċi dwar l- evażjoni tat-taxxa.", "Sur President, jien qed ngħid dan għaliex personalment għandi r-riżervi u d-dubji serji tiegħi kemm il-gvern preżenti jieħu l- evażjoni tat-taxxa bis-serjeta'.", "Jekk se jibqa' miexi bil-pjani ddikjarati li għandu, jiġifieri li jerġa' jdaħħal il-VAT u s-sistema tar-refunds, żgur li minflok jiġi kkontrollat l-abbuż se jkompli jiżdied.", "Segwejt lill-Ministru Gonzi u ħin minnhom għamel riferenza għal xi ħaġa li kont għidt jien fil-budget innifsu u kkwota lili ngħid li ħeġġiġt lill- Forum għal Ekonomija Aħjar biex jistudja r-rapport dwar il-welfare gap u anke dwar il-pensjonijiet privati.", "Iżda jekk irid jikkwotani tajjeb imissu kkwota l-fatt li jien f'diversi interventi pubbliċi li għamilt kemm fid- dibattitu tal-budget u anke f'diskussjonijiet sussegwenti għall-budget li kellna f'dan il-parlament meta ddiskutejna l-liġijiet finanzjarji, dejjem sħaqt li m'għandu jsir xejn minn dan kollu jekk ma jkunx hemm l-ewwel il- qbil tal-partners soċjali kollha b'mod partikolari tat-trade unions.", "Anzi darba minnhom kont għidt li personalment nemmen - u din hija opinjoni personali tiegħi, ma rridx norbot lill-partit biha - li jekk se jsir xi ħaġa fuq dan is-suġġett daqshekk skottanti u importanti, fejn jistgħu jidħlu pensjonijiet privati u affarijiet oħra simili, jien nemmen li kif sar fil-każ tal-financial services li kien hemm bipartisan support tal- Kamra, li għandu jkun hemm qbil bejn il-forzi politiċi ewlenin iktar milli jkollok gvern tal-ġurnata li jaqbad u jmexxi fuqhom.", "Anzi ngħid li jekk ma jkunx hemm dan it-tip ta' qbil, inħoss li l-ebda gvern m'għandu jilleġisla f'dan ir-rigward.", "Hawn jien nistaqsi wkoll x'kien jgħid il-Ministru Gonzi li kieku fil- budget tagħna jien tkellimt kif tkellem il-President tar-Repubblika fid- diskors tal-ftuħ tal-parlament.", "Meta qed ngħid il-President, m'iniex qed ngħidha bi kritika għall-President imma ovvjament għad-diskors li tradizzjonalment dejjem ikun imħejji mill-gvern tal-ġurnata.", "U nistaqsi jien x'kien jgħid li kieku fl-istess kontest li fih tkellimt dwar id- deficits għidt dak li qal il-President, jiġifieri li se ngħarblu s-sistema kollha tas-sigurta` soċjali u niżguraw li l-ħlas ma jsirx bilfors skond id- drawwiet li ħaslu daħlu.", "Din hija xi ħaġa li dwarha l-gvern għadu qatt ma elabora, u żgur li ma elaborax meta kien qed isir id-dibattitu dwar id- Diskors tal-President fil-ftuħ ta' din il-leġislatura.", "Ħalli nagħmilha ċara, li wieħed jissikka kontra l-abbuż huwa mod imma li nġewżu minn fuq is- servizzi soċjali huwa mod ieħor.", "Issa for the record, billi l-Ministru Gonzi għoġbu jikkwota minn partijiet mid-diskors tiegħi tal-budget, nixtieq nikkwota żewġ sentenzi oħra biex nuri f'liema kontest jien tkellimt dwar is-servizzi soċjali u dwar il-ħtieġa li l-issue tal-welfare gap tiġi ndirizzata mill-Forum għal Ekonomija Aħjar.", "F'paġna 49 tal-budget speech jien għidt hekk:", "\"Nibda biex ngħid u nserraħ moħħ kulħadd li bl-ebda mod m'hu l-gvern se jmiss jew inaqqar il-benefiċċji soċjali, anzi niftaħar li kien Gvern Laburista li żviluppa u rawwem dawn il-benefiċċji għall-ġid ta' kull ċittadin, l-aktar ta' dak li qiegħed fil-bżonn.\"", "Sur President, dan għamilnieh għal tapposta bi strateġija maħsuba ħalli noffru assigurazzjoni u noffru serħan il-moħħ ħalli ħadd ma jaħseb li aħna konna sejrin b'xi mod immissu s-servizzi soċjali.", "Nispera li l-Ministru ma jiġix fil-winding-up jgħid li aħna, bħala Labour Party, fhimna jew interpretajna d-Diskors tal-President ħażin għaliex jekk inhu hekk, ngħidlu li anke \"The Malta Business Weekly\" fehmuh hekk.", "F'editorjal li nkiteb xi ġimgħa jew ġimgħatejn wara d-Diskors tal- President, \"The Malta Business Weekly\" qalet li fehmet li r-riferenzi tiegħu għas-servizzi soċjali kienu jimplikaw li jista' jkollna \"trimming of the welfare state\".", "Dan kien il-kliem li ntuża min-naħa ta' \"The Malta Business Weekly\".", "Billi l-Partit Nazzjonalista ilu żmien juża l-buzz-word \"welfare society\" flok \"welfare state\", u billi qatt ma ta tifsira ħajja ta' welfare society fil-prattika, naħseb issa li hemm dawn il-ħafna kliem dwar servizzi soċjali u dwar li d-drawwiet ma jibqgħux kif kienu qabel u ċerti forom ma jibqgħux kif kienu qabel, importanti li fix-xhur li ġejjin naraw kif se tiġi mħaddma l-welfare society fil-prattika minn din l- amministrazzjoni.", "Min-naħa tagħna aħna ridna niġġieldu biss lil dawk in- nies li evadew sostanzjalment mhux it-taxxa biss imma anke l-ħlas ta' kontribuzzjonijiet.", "Effettivament din kienet xi ħaġa li għamilna riferenza għaliha fil-budget, meta aħna f'paġna 28 għidna li:", "\"Hemm evażjoni sostanzjali mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet sew fin- numru ta' dawk li għandhom l-obbligu legali li jħallsu u sew fir-rati tal-ħlas\".", "Illum kont qed inqalleb ftit il-gazzetti u ħadt gost ninnota diskors li għamel is-Segretarju Parlamentari George Hyzler meta kien qed jinawgura ftuħ ta' fergħa ta' bank kummerċjali ġewwa Dubai.", "U hemmhekk id-diskors politiku kien kompletament differenti minn kif isir fuq ix-xena lokali, meta d-diskors dwar ir-rata ta' l-inflazzjoni u r-rata tal-qgħad normalment jispiċċa f'ballun politiku.", "Filwaqt li l-Gvern Laburista kien ġie kkritikat li għolla r-rata ta' l-inflazzjoni u għolla r-rata tal-qgħad għal livelli inaċċettabbli, fid-diskors tiegħu f'Dubai s-Segretarju Parlamentari tkellem mod ieħor u qal li \"unemployment stands at only 4.5% and inflation stands at a low rate of 4.1% per annum.\"", "Anzi huwa għadda biex qal li \"Malta's GDP per capita is comparable to certain EU member states.\"", "U dan jikkuntrastja bil-kbir mal-mod kif tul il-kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista pprova jpinġi l-andament ta' l-ekonomija Maltija, b'mod partikolari fl-aħħar sena ta' Gvern Laburista.", "La semmejt iktar kmieni l-Forum għal Ekonomija Aħjar, jien nixtieq nawgura li dan il-forum jintuża u jintuża tajjeb.", "M'għandux jintuża biss bħala clearing house għall-problemi li jistgħu jinqalgħu - bħall-issue li kien hemm tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma - imma għandu jiddiskuti issues bħas-servizzi soċjali, b'mod partikolari l-proposti li qed jagħmlu t-trade unions infushom, għandu jiddiskuti emendi meħtieġa fil-liġijiet dwar ir- relazzjonijiet industrijali u l-leġislazzjoni meħtieġa dwar is-saħħa u s- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fehma tiegħi dan il-forum għandu jiddiskuti wkoll it-tifsil ta' pjan ekonomiku strateġiku ta' żvilupp għal Malta, ħaġa li naf li l-forum kien qed jaħdem fuqha sa qabel l-elezzjoni imma li fil-fehma tiegħi ma smajna xejn aktar dwarha mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn.", "Sur President, ikun interessanti jekk fil-winding-up tiegħu l-Ministru jagħmlilna riferenza wkoll għall-kwestjonarju li l-Unjoni Ewropea għadha kif għaddiet lill-Gvern Malti, kwestjonarju li fih xi ħamsin faċċata - kważi għandna a second avis, iktar milli sempliċi update report - u jgħidilna wkoll jekk hemmx xi partijiet fih li jolqtu l-qasam soċjali u, jekk iva, x'inhu l-focus ta' l-Unjoni Ewropea dwar dan il-qasam importanti.", "Sur President, jien ma xtaqtx intawwal imma fil-konklużjoni tiegħi xtaqt ngħid li għalkemm il-Partit Laburista fil-budget ħa ċerti miżuri iebsin, m'hijiex l-ewwel darba li l-Labour Party għamel hekk.", "Fl-1971 konna għamilna ċertu ssikkar taċ-ċintorin u kien issikkar taċ-ċintorin ta' kulħadd u mhux ta' klassi soċjali waħda jew oħra, imma dik inhar ħadd ma kien qal li konna qed inkunu partit anti soċjali.", "Naf li l-Partit Nazzjonalista għamel ħafna kapital għax kien hemm fostna min qal li l- budget ta' l-1998 kien wieħed anti soċjali, imma jien naħseb li dik il- kritika li saret lin-naħa tagħna minn xi ħadd fostna trid titqies fil- kontest tal-fatt li kienet ġejja minn xi ħadd li kien qed jagħmel minn kollox biex jiddistabilizza lill-Gvern Laburista, kif għamel bil-kritika tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-proġetti fosthom tal-Kottonera, dwar issues bħall- housing soċjali u l-ambjent, u kif għamel ukoll mhux biss bil- kritika tiegħu imma anke bil-voti negattivi tiegħu fuq il-liġi tat-turiżmu.", "L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hija li jekk wieħed ifittex il- manifest elettorali Laburista ta' l-elezzjoni li għaddiet, mill-ewwel jara li l-qafas tal-budget għas-sena 1999 kien juri l-impenn u d-dimensjoni soċjali u d-direzzjoni soċjali li kien miexi fiha l-Gvern Laburista, fejn ħaseb għal diversi setturi, minn single parents sal-housing soċjali u miż- żgħażagħ bla impjieg san-nies ta' 'l fuq minn 40 sena li jinzertaw bla xogħol.", "Dan kollu juri li tajna prova ċara, għalkemm tlifna l-elezzjoni ġenerali, li aħna nemmnu fil-ġustizzja soċjali, nemmnu fid-dinjita` taċ- ċittadin, nemmnu li għandna nkomplu nsaħħu u nsostnu dan l-impenn mill- bankijiet ta' l-oppożizzjoni mingħajr ma nitilfu l-perspettiva fiskali u ekonomika ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, illum il-parlament qiegħed jiddiskuti abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali, wieħed mill- ewwel abbozzi ta' liġi li ressaq dan il-gvern.", "Diversi kelliema diġa` daħlu fid-dettall x'jinvolvi dan l-abbozz ta' liġi u semmew il-punti pożittivi li forsi wieħed jiġi għalihom aktar tard.", "Laqatni ħafna l-fatt li l-Labour Party jidher li qed jieħu għalih ħafna għax ġie kkritikat li huwa partit anti soċjali, imma sħabna tan-naħa l-oħra hemm bżonn li jammettu li din is-sensittivita` żejda toħroġ proprjament mill-verita`.", "Il-verita` hija li fis-sena u għaxar xhur li l-Labour Party kien fil- gvern ħa miżuri goffi li laqtu lil kulħadd, kif qal l-Onor.", "Leo Brincat.", "Dan huwa proprju l-punt li fih għandha tidħol il-politika soċjali, l-aspett soċjali ta' l-ekonomija, li trid tieħu miżuri li ma jolqtux lil kulħadd l- istess imma tieħu miżuri li jolqtu l-iktar lil min qiegħed l-aħjar u jolqtu l-inqas lil min qiegħed l-agħar.", "U rajna Partit Laburista li f'sentejn nafu li għolla r-rati tad-dawl u l-ilma across the board għal kulħadd, kemm għal min jaqla' Lm20,000, kemm għal min jaqla' Lm10,000, kemm għal min qiegħed fuq il-pensjoni u kemm għal min qiegħed fuq ir-relief.", "Saħansitra smajna bi stejjer ta' nies li kellhom pensjoni jew relief ta' Lm100 kull xahar u ġiehom kont tad-dawl u l-ilma ta' Lm80 jew Lm90.", "Meta marru l- Water Services Corporation jaraw jekk hux tajjeb qalulhom li dak huwa l- ammont li jridu jħallsu.", "Mela veru li l-Partit Laburista għolla r-rati tad- dawl u l-ilma għal kulħadd bla ħniena u ppretenda li l-kontijiet għandhom jitħallsu - bħalma għamel fil-każ ta' dawk il-businesses li tant għollewlhom ir-rati tad-dawl u l-ilma li staħa jibagħtilhom il-kont - u għalhekk tilef l-elezzjoni bi 13,000 vot u kieku kellu l-ardir jibgħat il- kontijiet ta' l-industrija kien jitlef l-elezzjoni anke b'50,000 vot.", "Meta wieħed jibda jisma' l-ammonti li kellhom jibdew jiġu ċċarġjati għal kull xahrejn jibqa' ssummat għax qed nitkellmu dwar kontijiet ta' bejn Lm800 u Lm1,000.", "Mr Speaker, għandi l-pjaċir ngħid li kienet waħda mill-wegħdi tal-Partit Nazzjonalista li jirranġa dawn il-kontijiet u fil-fatt irranġahom, pero' l- ardir tal-Partit Laburista ma jieqafx hemm għax nafu li bil-liġi tas-CET, liġi li daħħal il-Partit Laburista, tneħħa l-piż minn fuq dak li jiflaħ l- iktar - ara l-liġi tal-VAT kienet taħdem bil-maqlub għaliex kienet tintaxxa l-konsum - u tefgħu fuq min fil-fatt jiflaħ l-inqas, għaliex għolla t-taxxi indiretti għall-ħaddiema kollha, ibda mir-rati tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u ibqa' sejjer għat-33 taxxa oħra li l-gvern irnexxielu jdaħħal f'temp ta' sena u għaxar xhur.", "U ma neqfux hemm, Mr Speaker.", "Nafu dwar in-nies li kienu impressed mal-gvern li kienu se jitkeċċew u jitilfu ħobżhom; nafu bit-taxxa fuq il-mediċini; nafu kif il-vapur ta' Għawdex ġie jiswa m'għola s-smewwiet biex l-Għawdxin spiċċaw li jridu jġorru l-istess piż tat-turisti u tal-Maltin li jużawh biex imorru darba kultant.", "Dawn il-miżuri kollha juru b'mod ċar li l-Partit Laburista kien tilef ir-ruħ soċjali tiegħu.", "Dawn huma fatti u dan qaluh il-Maltin fl- elezzjoni xahrejn ilu.", "Qalulhom ukoll il-kollega tagħhom il-Perit Mintoff meta kkritikahom fuq il-politika tagħhom.", "Qaluhulhom ukoll il-kollegi tagħhom Lino Spiteri u George Abela, nies li kienu fil-Partit Laburista u llum m'għadhomx.", "Pero' meta kont indur id-djar qabel l-aħħar elezzjoni, il- Laburisti stess kienu jistaqsuni: Kif mhumiex qed jisimgħu min-nies li hemm fil-Labour Party?", "Mr Speaker, is-Sinjura jew s-Sinjorina Coleiro, ma nafx hijiex miżżewġa anyway ....", "(Interruzzjonijiet) Is-Sinjorina Coleiro għamlet diskors li jġiegħlek taħseb li għall-politika Maltija għadha novizz, għadha tibda fil- parlament, ma kellhiex x'taqsam f'dak li ġara fil-passat.", "Pero' wieħed jirrealizza u jiftakar li s-Sinjorina Coleiro kienet sergretarju ġenerali tal-Partit Laburista bejn l-1983 u l-1990, żmien li kien iwassal minn meta kien għad hemm il-Perit Mintoff sakemm kien hemm l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici fil-gvern, jiġifieri wara l-elezzjoni ta' l-1987.", "Mr Speaker, ilkoll niftakruh dak iż-żmien, bħalma Dr Alfred Sant kien il-President tal- Labour Party.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, point of order .", "ONOR.", "GEORGE VELLA: On a point of order, Mr Speaker.", "Safejn naf jien, għallinqas sal-lum, il-prassi tal-parlament kienet dejjem li nirriferu għall-membri ta' naħa jew ta' oħra bħala \"Onorevoli\".", "\"Is-Sur\", \"it-Tabib\" jew \"l-Avukat\" ma jidħlux imma normalment ngħidu l-Onor.", "Ċikku, l-Onor.", "Peppu jew l-Onor.", "Karmnu.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Ma ġara xejn!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Le, le, taf li ġara inti!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Le, ma naf li ġara xejn jien!", "Qed nistaqsi għax ma nafx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli.", "Inżommu d-dekor ta' din il-Kamra.", "Kulħadd għandu jiġi indirizzat bħala \"Onorevoli\".", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, l-Onor.", "Vella qed jattribwili ċerti affarijiet imma jien staqsejt għax ma nafx.", "Tajjeb issa?", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb li ngħidu \"Onorevoli\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawnhekk insejħu lil xulxin \"Onorevoli\".", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Yes, Mr Speaker, point taken u nassigurak li ma kien hemm l-ebda double meaning, kif qed jipprova jattribwili l-Onor.", "George Vella.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien għamilt il-punt li deherli li jien korrett li għandi nagħmel u huwa supported mis-Sedja.", "Iktar kummenti huma superfluwi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Għalhekk tlabtu jieqaf.", "Kompli, Onor. Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Aċċettajtu l-kumment, Onor. Vella.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-każ huwa magħluq.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: L-Onor.", "Coleiro kienet segretarju ġenerali tal- Labour Party fl-agħar żmien tal-politika Maltija, meta president ta' l- istess partit kien l-Onor.", "Alfred Sant, u nafu xi żmenijiet kienu.", "Kienu żmenijiet fejn il-ħaddiem Malti kien ikkalpestat, fejn il-ħaddiem Malti tilef id-drittijiet kollha tiegħu kemm soċjali u kemm politiċi.", "Mr Speaker, nafu li kien żmien tal-price freeze, kien żmien tal-wage freeze, kien żmien li l-ħaddiem Malti ġabuh id wara u l-oħra quddiem.", "Pero' jien stagħġibt meta l-Onor.", "Coleiro qalet li fid-Diskors tal- President ma kien hemm l-ebda riferenza għall-politika soċjali.", "Dan għaġġibni għaliex kważi terz tad-Diskors tal-President li ngħata fl-24 ta' Ottubru - u għandi kopja tiegħu quddiemi - kien proprju fuq il-politika soċjali.", "U jien elenkajt quddiemi almenu seba' jew tmien punti - u dan f'faċċata waħda biss - li jindikaw il-punti soċjali li ma nafx kif il- kollega tiegħi ma setgħetx tarahom għaliex huma ċari ħafna.", "Hemm imsemmi li l-gvern se jiżgura li l-qorti tal-familja tibda taħdem, li r-romol u s- single parents ma jibqgħux iħallsu l-income tax bħallikieku kienu ġuvintur u xebbiet, li tissaħħaħ il-liġi kontra d-diskriminazzjoni, li jittieħdu miżuri kontra s-sexual harassment, li jintemm ix-xogħol fuq id-dar ta' l- anzjani f'Bormla, li jiżdiedu s-servizzi li jingħataw lill-anzjani fi djarhom, li jitkompla l-proċess li għandu jwassal biex il-pensjonanti kollha jkollhom pensjoni ta' żewġ terzi, li se ssir liġi biex tagħti aktar qawwa lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, li ssir liġi oħra li tneħħi kull diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita', li jisseddaq is-servizz ta' assistenti personali, u li ssir bidla sewwa fis-servizzi mogħtija mill-area offices tal-welfare services.", "Mr Speaker, tista' tibqa' sejjer ad infinitum fuq il-punti li hemm imsemmija fid-Diskors tal- President.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem qal li l-punt kardinali tat-tluq tagħna huwa ta' eco-social market.", "Aħna nemmnu li għalkemm is-suq ħieles għandu jkun il-mutur li jmexxi l-ekonomija, xorta waħda għandu jiġi kkwalifikat b'mod qawwi kemm mill-aspett soċjali kif ukoll mill-aspett ambjentali.", "Huwa proprju dak li d-Diskors tal-President saħaq fuqu; u nerġa' niġi għalih dan.", "Pero' ssemmiet ħaġa oħra.", "L-Onor.", "Coleiro qalet li l-wegħda li l-Partit Nazzjonalista għamel lill- Kunsill Lokali ta' Birkirkara ma wettaqhiex.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li ħafna mid-diskors ta' l-Onor.", "Coleiro kien fil-fatt sofiżmu kbir.", "\"Sofiżmu\" huwa argument li jkun jidher li hu reali ħafna imma meta tixtarru u tiflih issib li jkun fih ħafna difetti u jkun proprju kontra l- impressjoni li tkun qed tipprova tingħata.", "Jien qed nitkellem fuq dan għaliex jien kont is-Sindku ta' Birkirkara dak iż-żmien, wara li tbiddel il- Gvern Nazzjonalista ta' l-1996.", "U se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li aħna għaddejna lill-Onor.", "Helena Dalli .....", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li fil- Kamra m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fit-8.04 u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, hemm rulings stabiliti f'din il- Kamra li l-persuna li ssejjaħ quorum għandha tkun preżenti fil-Kamra.", "Jekk ma tkunx preżenti fil-Kamra allura s-sejħa għal quorum tiġi nulla.", "Irrid niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Onor.", "Cuschieri, li sejjaħ il-quorum, m'huwiex qiegħed f'din il-Kamra u konsegwentement qiegħed jikser ir-regoli ta' din il-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hekk jgħidu r-regolamenti.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, kont qiegħed ngħid li assolutament mhuwiex minnu dak li allegat l-Onor.", "Coleiro, meta qalet li l-Partit Nazzjonalista ma żammx il-wegħda mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li jiftaħ child care centre.", "Kien proprju l-Partit Nazzjonalista li ffirma l- ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara fil-15 ta' Mejju, 1996 biex jinfetaħ dan iċ-child care centre.", "Kien iffirmat mill-Onor.", "Giovanna Debono, dak iż-żmien segretarju parlamentari, mis-Sur Peter Bartolo, Segretarju tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, mis-Sindku ta' Birkirkara ta' dak iż-żmien u mis-Sur Remigio Bartolo, segretarju privat ta' l-Onor.", "Giovanna Debono.", "Dan il-ftehim kien jgħid li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara kellu jieħu ħsieb il-bini materjali waqt li l-gvern iforni s- servizzi kollha, jiġifieri l-istaff, l-għamara, eċċ.", "Irriżulta pero' li l-Gvern Laburista ma riedx jagħti għarfien lil dan il- ftehim u hawnhekk għandi diversi dokumenti li juru li dan il-ftehim fil- fatt seħħ, kontra dak li qal il-Gvern Laburista.", "Hawn għandi l-ftehim u l- preliminary agreement li wassal għal dan il-ftehim.", "Għandi dokument ieħor li juri li l-art fl-area ta' l-istazzjon ta' Birkirkara ngħatat mil-land department lill-kunsill biex tintuża bħala child day-care centre.", "Għandi wkoll l-applikazzjoni tal-Planning Authority, li qiegħda titlob li dawk l- uffiċini jiġu kkonvertiti f'child day-care centre.", "Għandi wkoll quddiemi korrispondenza li jiena bħala sindku kont għaddejt lill-Onor.", "Helena Dalli biex niltaqa' magħha u nattwaw il-ftehim iżda baqgħu jgħidulna li ma sabuhx.", "Għandi mbagħad kopja tal-projections li ntalbu lill-Kunsill ta' Birkirkara mill-Onor.", "Helena Dalli - dawn aħna bgħatnihomlha - biex jiġi attwat dan iċ-child day-care centre f'Birkirkara, li bħala area tiġbor 25,000 resident u biż-żoni ta' madwara, jiġifieri Ħal Lija, Ħal Balzan u Santa Venera, taqbeż sew il-35,000 resident.", "Aħna konna tlabna wkoll parir legali u allura quddiemi għandi wkoll ittra mill-avukat li tgħid li dak il- ftehim kien jorbot legalment u għalhekk il-gvern ma setax joħroġ minnu kif ġieb u laħaq.", "Sur President, nitlob issa l-permess tal-Kamra biex inqiegħed dawn id-dokumenti kollhafuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ġabra ta' dokumenti in konnessjoni mal-ftuħ proġettat ta' child day- care centre f'Birkirkara.", "Irrid nagħmilha ċara li jiena ma' jien qed nagħmel xejn minn wara dahar ħadd u dan qed nagħmlu bil-permess tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara.", "Nixtieq issa ngħaddi biex nagħmel l-intervent tiegħi fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Membru ta' l-Oppożizzjoni qalulna kemm- il darba li d-Diskors tal-President huwa nieqes mill-aspett soċjali.", "Jiena diġa' wrejt li dan m'huwiex veru u speċifikament għal seba' darbiet jew iktar għidt li jissemmew programmi soċjali.", "Biss hemm sentenza waħda fid- Diskors tal-President li tiġbor fiha l-ħsieb soċjali tal-Partit Nazzjonalista.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li jittama li din il-kwestjoni ta' welfare society m'hijiex xi paraventu tal-Partit Nazzjonalista biex inaqqas is-servizzi soċjali.", "Jiena ngħidlu li l-Partit Nazzjonalista qatt ma naqqas is-servizzi soċjali u anke meta kien fil-gvern bejn l-1987 u l-1996 qagħad attent li japplika tip ta' programm ta' welfare li aktar milli ngħidulu \"welfare state\" ngħidulu \"welfare society\".", "Dan huwa terminu li użajna aħna imma fil-kitbiet ekonomiċi nsibuha bħala \"soċjeta' ċivili\" jew \"ekonomija ċivili\".", "Dawn huma programmi marbutin ma' aspett partikolari tal-welfare li kien iħaddem Romano Prodi fl-Italja u issa qed iħaddimhom Tony Blair fl-Ingilterra.", "Dan l-aspett partikolari joħroġ mis-sitwazzjoni globali ekonomika għaliex illum l-ekonomija hija iktar globalizzata u qiegħda ssir iktar mgħaġġla.", "Dan wassal għal dik li ngħidulha hyper competition, li tpoġġi pressjoni qawwija fuq il-gvernijiet biex inaqqsu l- labour costs u s-social costs, dak li kien qed jagħmel il-Partit Laburista fis-sentejn li dam fil-gvern.", "Sur President, dan m'huwiex aċċettabbli għalina.", "M'huwiex aċċettabbli li minħabba dawn il-problemi fl-ekonomija dinija titnaqqas ix-xibka soċjali, l- ewwelnett għaliex nemmnu li dan huwa ħażin.", "Aħna nemmnu fil-politika tal- bniedem, nemmnu li l-politika trid issir madwar il-bniedem u allura l- bniedem qatt ma jiġi mwarrab.", "Nemmnu fiha għaliex hija parti mill-ħsieb soċjali tagħna, dak li ngħidulu komunitarjaniżmu, dak li jwassal lill- komunita' u lill-individwi jimxu 'l quddiem.", "Sabiex tikkompeti aħjar fl- ekonomija globali jeħtieġ li toħloq spazju fl-ekonomija, fil-postijiet fejn ma kienx hemm dawn l-ispazji u mhux tnaqqas ix-xibka soċjali.", "Għalkemm nisimgħu ħafna li huwa s-settur primarju, jiġifieri l-gvern, li għandu jmexxi l-ekonomija u nisimgħu ħafna fuq is-settur sekondarju li huwa l-privat, jeżisti settur ieħor li nistgħu niftħu fuqu.", "Qed nirriferi hawnhekk għas-settur terzjarju li jiġbor fih in-non-profit organisations u organizzazzjonijiet volontarji oħra.", "Fil-fatt id-Diskors tal-President jgħid li n-non-profit organisations u l-organizzazzjonijiet volontarji għandna npoġġuhom fuq pedestall, noħolqulhom l-ispazji li għandhom bżonn biex jaħdmu u ndaħħlu iktar flessibbilta' fil-ħinijiet tax-xogħol.", "Jeħtieġ ukoll li ndaħħlu liġi fuq il-volontarjat li tiġbor f'xibka legali dan it- tielet settur.", "Minn hawnhekk naraw li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti spazju lill-għaqdiet volontarji biex huma wkoll jikkontribwixxu lejn din l- isfera fil-pajjiż.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem fuq ħafna fatturi importanti li diġa' ssemmew, fosthom il-casual social assistants, li se jingħataw iż-żidiet ta' l-għoli tal-ħajja.", "Qed jingħad ukoll li min jimpjega nies 'il fuq minn 40 sena u li ilhom jirreġistraw għal sena, jiffranka 25% tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Barra minn hekk il-gvern se jagħti sussidji għad-day-care centres u se jagħti l-pensjoni tad-diżabilita' lill-persuni li jbatu mis-cystic fibrosis u mit-TC II deficiency.", "Din ta' l-aħħar hija marda ġenetika li toħloq diżordni serja fid-demm u fin-nervituri u tikkawża megaloblastic anaemia u sub-acute combined degeneration ta' l-ispinal cord.", "Din hija marda irriversibbli u tajjeb li nkunu konxji ta' l-eżistenza tagħha.", "Qiegħda ssir ukoll ridefinizzjoni tal-kliem \"persuna għamja\" u hemm diversi emendi għall- pensjoni tar-romol biex l-irġiel ikunu pari għan-nisa.", "Hemm ukoll emendi għall-pensjoni tas-superstiti li se tibda tiġi kalkulata minn 18-il sena 'il fuq.", "Barra minn hekk, fejn qabel wieħed kellu erba' ġimgħat ċans biex japplika għal xi benefiċċju u jieħdu backdated, issa dan qed jiġi estiz għal 104 ġimgħat.", "Żgur li dan se jagħti iktar lok għall-ġustizzja soċjali.", "Mr Speaker, din il-liġi se tipprova taqta' wkoll l-abbuż fil-każ ta' skemi mhux kontributorji bħalma hi ċ-children allowance, li wieħed joħodha sakemm ma jaqbiżx ¥10,000 fis-sena.", "Ħafna diretturi ta' kumpanniji privati kienu qed jaħbu d-dħul tagħhom billi jiddikjarawh bħala retained profits, profitti miżmuma mill-kumpanniji u allura ma jidhrux bħala qligħ personali meta fil-fatt l-individwu jkun jista' jirrikorri għal dak il-qligħ meta jrid.", "Għalhekk huwa tajjeb li dan l-abbozz jagħlaq din il-loophole ukoll.", "F'dan l-abbozz qegħdin ngħidu wkoll li persuni li huma HIV positive se jkollhom id-dritt illi jingħataw il-mediċini b'xejn taħt il-Ħames Skeda.", "Dawn se jkollhom ukoll id-dritt illi japplikaw għall-SKA, għall-għajnuna medika ta' ¥5.55 fil-ġimgħa.", "Dan tajjeb illi ngħiduh għaliex naħseb li fiċ- ċirkostanzi tal-lum hija miżura li hemm bżonnha.", "Kif diġa' għidt, Sur President, fil-passat il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex iżid is-servizzi soċjali, u dan għamlu b'responsabbilta' u mhux bl-addoċċ.", "Min-naħa l-oħra kien hemm ħafna drabi fejn il-Partit Laburista b'daqqa ta' pinna qata' s-servizzi soċjali kollha u ħalla l-kulħadd imdendel minn widnejh.", "Għalhekk qed nieħu gost illi ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jitkellmu mod ieħor u jgħidu li jridu s-servizzi soċjali.", "U hekk għandu jkun, Mr Speaker, imma mhux hekk ġara fis-sentejn li kien hemm il- Labour Party fil-gvern.", "Nawgura li din it-triq li qbadna titkompla fil- futur.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, l-emendi li qed jitressqu għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali huma prova oħra ta' kemm l-amministrazzjoni preċedenti kellha kuxjenza soċjali, turija oħra ta' kemm Gvern Laburista huwa viċin iċ- ċittadini u l-ħteġijiet tagħna lkoll.", "Dawn l-emendi jkomplu jikkonfermaw l- impenn soċjali tal-Gvern Laburista u l-miljuni li ġew ippumpjati fil-budget f'dan il-qasam.", "Imma sħabi diġa' tkellmu fuq dan l-aspett u m'hemmx għalfejn noqgħod nerġa' nidħol f'dettalji speċjalment għaliex il-ħin huwa qasir.", "Mr Speaker, wara li smajt lill-Onor.", "Gonzi jitkellem, irrid nistqarr hawnhekk li kont qed nistenna b'interess kbir l-ewwel intervent tal- Ministru għall-Politika Soċjali.", "Nistqarr pero' illi ħassejtu fjakk għall- aħħar, forsi għaliex issa qed jitkellem min-naħa l-oħra, qed jitkellem mill- bankijiet tal-gvern.", "Nistqarr ukoll illi d-diskors ta' l-Onor.", "Gonzi kien anticlimax għal dak illi kont qed nippretendi għaliex stennejt li bħala introduzzjoni se jitkellem dwar il-viżjoni tal-gvern f'dan il-qasam.", "Iżda l-Ministru ħela nofs siegħa fl-introduzzjoni tiegħu - nofs siegħa bl-arloġġ - jitkellem fuq sentenza fil-budget speech tas-sena l-oħra, sentenza li kienet tgħid:", "\"Il-ħlas għal dan is-servizz kien maħsub li jkun sussidjat fuq bażi ta' means test.", "Issa qed nipproponu li s-sussidju jkun inkluż fiċ- children allowance.\"", "Huwa veru li aħna konna għamilna dan il-punt fil-budget speech tas-sena l- oħra imma konna għidna li l-kliem ''ikun inkluż' fiċ-children allowance\" kellha tkun \"ikun fuq is-sistema taċ-children allowance\", u din għamilniha biex ma tinħoloqx struttura burokratika oħra.", "Jiena ma nafx għalfejn l- Onor. Gonzi għamel storja sħiħa għaliex anke kieku hemm dan l-iżball, x'hemm ħażin illi tikkonsulta u tieħu pariri tekniċi?", "Jiena ma nistħix ngħid illi aħna f'kollox ikkunsultajna; aħna ma nipprovawx nagħmluha tal- bravi u ċerti deċiżjonijiet tekniċi nħalluhom għat-tekniċi.", "Dawk li tawna dan il-parir - jiġifieri li s-sussidju jinħadem fuq is-sistema tal-means testing taċ-children allowance - għadhom fiċ-ċivil u allura l-Ministru jista' jikkonfermah.", "Għalhekk l-iskantament tiegħi kif il-Ministru għall- Politika Soċjali ħela l-ewwel nofs siegħa tad-diskors tiegħu fuq xi ħaġa daqshekk sempliċi!", "Mr Speaker, dan juri n-nixfa ta' ideat u n-nuqqas ta' viżjoni tal-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Ministru għamel diskors totalment politiku u ftit illi xejn daħal fis-sustanza ta' dak illi qegħdin niddiskutu, l-istess bħad- Diskors tal-President fejn il-kuxjenza soċjali trid lenti biex issibha.", "Dawn huma l-istess nies illi akkużaw lill-Gvern Laburista li m'għandux kuxjenza soċjali!", "Il-kliem issa huwa a far cry minn dak illi kienu jgħidu fl-oppożizzjoni u minn dak illi qalu fil-kampanja elettorali - nibdew mill- kontijiet ta' l-ilma, il-kondizzjonijiet tal-pulizija, l-istipendji eċċ. - u allura qegħdin naraw roundabout turns, left, right and centre.", "L-istess nistgħu ngħidu fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa.", "Kulma qed jingħad huwa li se tissaħħaħ il-liġi kontra d-diskriminazzjoni, meta aħna konna bdejna xogħol fuq liġi komprensiva fuq id-diskriminazzjoni sesswali, li jekk ikolli ċ-ċans nirriferi għaliha aktar tard.", "Intqal ukoll li se jittieħdu miżuri kontra s-sexual harassment, meta aħna diġa' għamilna ħafna xogħol fuq dan is-suġġett, b'emendi għal-liġi taċ-CERA li għandhom jagħmlu parti mis-sex discrimination act.", "L-ewwel messaġġ illi ta dan il-gvern fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa kien illi rrelega l-makkinarju għad-drittijiet tan-nisa minn segretarjat parlamentari fl-uffiċċju tal-Prim Ministru biex tefgħu f'mega-ministeru, flimkien mal-bżonnijiet tal-housing, ta' l-anzjani, ta' l-impjiegi, tat- taħriġ eċċ. Jiena ċerta li l-Ministru jsegwi x'isir f'pajjiżi oħra, speċjalment fl-Ewropa li tant iħobbu jħarsu lejha - aħna wkoll inħarsu lejn l-Ewropa imma biex nitgħallmu mit-tajjeb tagħhom u nipprovaw nevitaw fejn marru ħażin - u allura jaf li f'ħafna pajjiżi għandhom il-ministru jew il- junior minister għad-drittijiet tan-nisa.", "It-Taljani, per eżempju, għandhom il-ministeru għall-opportunitajiet indaqs u l-Ingliżi għandhom il- ministry for women.", "Hawnhekk miniex insemmi wkoll l-Isvediżi, li huma ħafna avvanzati f'dawn l-oqsma, imma qed insemmi pajjiżi l-aktar viċin tagħna, li jiddedikaw ministeru jew junior ministry għad-drittijiet tan- nisa.", "Infakkar lill-Ministru wkoll li fl-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, jiġifieri dik ta' l-1992, il-Prim Ministru kellu kemm-il darba talbiet mill-kummissjoni għall-avvanz tal-mara biex id-dipartiment għall-ugwaljanza jaqa' taħt il-Prim Ministru minflok taħt il-ministeru tal- politka soċjali.", "Imma din it-talba baqgħet taqa' fuq widnejn torox.", "Sur President, anke l-Ġnus Magħquda, permezz ta' l-aħħar konferenza dinjija tan-nisa f'Bejing, ħeġġet biex l-Istati Membri jaħdmu sabiex il- makkinarju għad-drittijiet tan-nisa jkun fl-ogħla livell possibbli.", "Imma hawnhekk għamilna bil-maqlub.", "Hawnhekk dan is-segretarjat parlamentari niżżilnieh.", "Kien hemm ukoll il-kritika tal-council of women, li ikkritikaw lill-gvern u qalulu fin-newsletter li għandhom - biex nuża l-kliem tagħhom - the missing link u komplew jgħidulu:", "''Surely a woman parliamentary secretary could have been advantageously appointed, with mutual benefit to the fairer administration of government''.", "Sur President, naħseb li nkunu prużuntużi jekk ngħidu li m'għandniex bżonn ta' struttura għad-drittijiet tan-nisa għax se nagħmlu l- mainstreaming.", "Il-mainstreaming għandu jsir dejjem, imma għad hemm ħafna affarijiet oħra importanti li għad iridu jsiru fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa qabel ma nistgħu nistrieħu biss fuq il-mainstreaming.", "Per eżempju, irridu naraw li titressaq f'dan il-parlament is-sex descrimination act li nbeda x-xogħol fuqu, anzi sar ħafna xogħol, għax nafu li għalkemm il-kostituzzjoni tagħna tgħid li ma tistax issir diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, ilkoll nafu li fir-realta' mhux hekk isir.", "Insibu nisa li ma jiġux impjegati sempliċement għax huma nisa.", "Nafu li jitħaddmu policies bankarji li jagħmluha diffiċli għan-nisa, speċjalment ta' eta' żgħira, li jieħdu faċilitajiet bankarji.", "Naraw riklami għal job vacancies, fejn jitolbu għal persuna bi kwalifiki neċessarji imma jispeċifikaw is-sess tal-persuna wkoll.", "Jiġifieri, għalkemm skond il-liġi mhux suppost li jsiru dawn l-affarijiet, fir-realta' nsibu li dawn l- affarijiet jiġru - u aħna lkoll fl-istess pajjiż qegħdin ngħixu - għadhom jiġru u se jibqgħu jiġru jekk mhux se jkun hemm din il-liġi.", "Il-mezz ta' redress bħalissa huwa li tagħmel kawża kostituzzjonali imma kemm hija prattika li ssir din, inħalliha għalikom biex tgħidu.", "Sur President, hemm imbagħad ukoll l-emendi għal-liġi fuq il-vjolenza domestika.", "Ttlestiet il-white paper u nistennew ukoll li ma jdumux ma jersqu l-emendi f'dan il-parlament.", "Insemmi wkoll, la ssemma, għalkemm ma jidħolx mal-liġijiet, il-post li lest biex jinfetaħ għal dawk il-vittmi tal- vjolenza domestika.", "Kif ilkoll nafu, id-domanda għal dawn il-postijiet hija ħafna ikbar mis-supply; u hawnhekk irrid infaħħar ix-xogħol kbir li jagħmlu l-NGOs f'dan il-qasam, pero' dan mhuwiex biżżejjed.", "L-Onor.", "D'Amato wkoll għamlet xi kummenti fuq dan is-suġġett, pero' mhu veru xejn dak li qalet għaliex aħna fl-ippjanar ta' dan il-post imxejna id f'id ma' l- esperti tal-SWDP.", "L-Onor.", "D'Amato semmiet li konna se nqabbdu tliet impjegati imma ma semmietx li dawn kienu qegħdin jittrenjaw voluntiera fuq il-parir li tawna huma, jiġifieri li se jsibu u jittrenjaw lil dawn il-voluntiera biex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan iċ-ċentru wkoll.", "Jiġifieri aħna m'għandna xejn fuq il- kuxjenza għaliex, kif għidt, imxejna fuq pariri tekniċi.", "Aħna noqogħdu fuq l-esperti u ħdimna id f'id magħhom u naħseb li dan jistgħu jikkonfermawh in- nies li kienu jaħdmu magħna f'dan is-settur.", "Jien nista' nsemmi li meta rajt il-post, fuq insistenza tiegħi ħadna kamra oħra u huma qablu miegħi.", "Jiġifieri kienu qegħdin jaqblu li l-post huwa adegwat għan-numri ta' persuni li kienu qegħdin jissuġġerixxu u ma narax li għandna għalfejn niddejqu.", "Iva, nikkonferma li aħna għamilna kollox flimkien ma' dawn in- nies li huma intiżi f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "D'Amato ma semmietx ix-xogħol li konna għamilna aħna ma' NGO f'Għawdex, fejn wara studju li kien sar dwar il-bżonn ta' shelter ta' dan it-tip hemmhekk, sabiex in-nisa Għawdxin ma jintbagħtux hawn Malta, ħdimna fil-kwiet u ħdimna tajjeb ħafna ma' din l-NGO Għawdxija, u issa skond l- informazzjoni li għandi f'Għawdex hemm id-domanda għal dawn il-postijiet fejn qegħdin nissodisfaw dan il-bżonn.", "Pero', nerġa' ngħid, dawn huma affarijiet li dejjem nistgħu nippruvaw intejbuhom, imma ma nistgħux ngħidu li ma ħadniex pariri jew li qgħadna ngħassdu weħidna, bħalma ppruvaw jagħtu l-impressjoni hawn ġew.", "Sur President, jien dejjem għidt, li rridu naħdmu biex ma jkollniex bżonn ta' segretarjat jew ministeru għad-drittijiet tan-nisa, u naħseb li din hija x-xewqa ta' kull mara.", "Imma naturalment, 22 xahar mhumiex biżżejjed biex inbiddlu l-liġijiet, l-istrutturi u l-kultura li ilha sekli magħġuna fina.", "Meta nbiddlu dan kollu, imbagħad inkunu nistgħu ngħidu li għandna ugwaljanza tassew reali u effettiva, u hemmhekk biss inkunu nistgħu ngħidu li għandna soċjeta' tassew demokratika.", "Minkejja dan, hemm ftit oqsma li huma eċċezzjonijiet, fejn hemm anomiliji fil-liġi li jaħdmu kontra l- irġiel, u kif qegħdin naraw minn din il-liġi, bħal fil-każ ta' l-irġiel romol, din il-problema qed tiġi indirizzata.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll li s-sex descrimination act mhijiex qiegħda għan-nisa biss imma għan-nisa u irġiel li jħossuhom diskriminati minħabba s-sess tagħhom, li f'dan il-każ kienu l-irġiel li kienu diskriminati.", "Sur President, ma nistgħux ngħixu fid-dinja moderna tal-lum bi strutturi li twaqqfu meta l-organizzazzjoni fil-familja kienet differenti, fejn id- division of labour kienet waħda netta, fejn ir-raġel jaħdem barra d-dar bi ħlas u l-mara taħdem ġewwa d-dar.", "Ma nistgħux ngħixu f'soċjeta' moderna bi strutturi tradizzjonali.", "Studji li saru fuq il-familja Maltija juru li waħda mill-kawżi ta' ħafna mill-istress u l-problemi li għandna fil-familji tagħna ġejjin mill-fatt li minkejja li biddilna l-mod kif ngħixu, il- lifestyle tagħna, l-arranġamenti għadhom dawk tradizzjonali, bil- konsegwenza li qed ikollna ħafna tbatija u nkwiet fil-familja.", "Għalhekk jinħtieġ li nbiddlu l-istrutturi li issa għadda żmienhom u m'għadhomx iservu tajjeb liċ-ċittadini tagħna.", "Waħda minn dawn l-istrutturi hija proprju dik taċ-child care li qiegħda tiġi indirizzata f'din il-liġi.", "Kien aspett li daħlet fih l- amministrazzjoni preċedenti sabiex jiġu megħjuna nies bi tfal taħt it- tliet snin biex ikomplu bix-xogħol tagħhom barra d-dar.", "Pero' rridu nfakkru li f'disa' snin u nofs Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn fuq din l- issue u issa li bdejna nindirizzaw il-problema aħna fiż-żmien qasir li kellna, ma jistgħux jibqgħu jinjoraw dan il-bżonn.", "Il-kwestjoni taċ-child care kienet l-ewwel darba li qed tiġi ndirizzata min xi gvern hawn Malta.", "L-istess kien ġara fuq il-kwestjoni tal-kindergarten, fejn filwaqt li wara s-snin sebgħin il-Gvern Laburista kien introduċa l-kindergarten u l- Gvern Laburista tas-snin disgħin beda joħloq kuxjenza fuq il-bżonn ta' strutturi li jgħinu fil-konkret lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal żgħar u li jridu jkomplu jaħdmu, issa l-Gvern Nazzjonalista se jkompli jibni fuq dawn il-pedamenti.", "L-istorja dejjem hekk kienet, aħna nibdew l-affarijiet u mbagħad ma jkunx hemm għażla ħlief li huma jkomplu jibnu fuqhom, imma ta' min jinnota li l-inizjattiva dejjem ġiet min-naħa Laburista.", "Sur President, fiż-żmien qasir illi aħna domna fil-gvern ħdimna fuq din il- problema fuq diversi binarji.", "Per eżempju, permezz ta' l-emendi li għamel il-Gvern Laburista għall- Industrial Development Act, illum il-gvern qed joffri diversi inċentivi, f'forma ta' sussidji lill-kumpanniji, u jien naf illi hemm kumpanniji li qed ifittxu post fejn iwaqqfu ċentru għall-impjegati tagħhom sabiex proprjament ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-inċentivi.", "Ta' min jgħid ukoll li nbeda esperiment bejn kunsill lokali u bord awtonomu ta' tmexxija min-naħa tal-gvern, li fetħu ċentru għall-ħarsien tat-tfal, fejn il-gvern jissussidja l-miżata skond il-means test użat għaċ-children allowance u fil- fatt naf illi ftit qabel l-elezzjoni saru xi taħdidiet bejn dan il-bord u l- MDC, illi għandha l-uffiċċju tagħha f'Villa Portelli ġewwa l-Kalkara, biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru.", "Ta' min jgħid li saru wkoll xi taħdidiet ma' nies fl-industrial estates ta' Ricasoli f'dan is-sens.", "Sur President, l-Onor.", "D'Amato għamlet diversi mistoqsijiet illi jiena rrispondejthom diversi drabi u li issa ma nistax nerġa' nidħol fihom minħabba l-ħin, pero' nixtieq nirrispondiha għall-mistoqsija li għamlet dwar min tana l-pariri.", "Hawn irrid nerġa' nirripeti li ngħatajna pariri tekniċi minn nies illi llum għadhom fiċ-ċivil, kif ukoll irċevejna rapporti mill-management efficiency unit.", "Jien lill-Onor.", "D'Amato ngħidilha li jekk tqabbel dak kollu li sar fiż-żmien qasir ta' Gvern Laburista mal-baħħ ta' disa' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista, żgur li jkollha iktar x'tikkummenta.", "Din qagħdet issemmi l-fridge u, insomma, ma nafx x'semmiet iktar, pero' aħna aċċertajna ruħna li l-istandards huma Ewropej u nerġa' ngħid li lanqas hawnhekk m'għandna xejn fuq il-kuxjenza.", "Issemma wkoll iċ-child day-care centre ta' Birkirkara.", "Fil-fatt hawnhekk ta' min jgħid jgħid li filwaqt li qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996 kienu xebgħu jiftaħru li dan iċ-child care centre kien għoddu wasal biex jinfetaħ, meta staqsewni biex jiltaqgħu miegħi ltqajna u staqsejthom jekk għallinqas kellhomx costings.", "Meravilja tal-meravilji, dawn ma kellhom xejn.", "Wara ftit taż-żmien bagħtuli l-costings u meta erġajt għamilt appuntament biex niltaqa' magħhom dawn ikkanċellaw l-appuntament.", "Min-naħa min-naħa tiegħi insistejt biex jagħmlu mezz ħalli nerġgħu niltaqgħu - fil- fatt din qiegħda on record fil-files tal-gvern - imma dawn baqgħu jikkanċellaw dan l-appuntament, u fil-fatt ħadt gost illi l-Onor.", "Asciak poġġa ftehim li ma jorbot xejn fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli kulħadd ikun jista' jarah, u naturalment jagħti raġun lil min jgħid illi dan m'huwa ftehim xejn.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Asciak, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, l-uniku appuntament illi kkanċellajna kien ġimgħa qabel l-elezzjoni għax dehrilna li kellna nistennew biex naraw jinbidilx il-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Dan m'huwiex point of order.", "Kompli, Onor. Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Ma jimpurtax, Sur President.", "Fil-fatt intom ikkanċellajtu l-uniku appuntament li kien hemm.", "Għidli jekk jien qattx ikkanċellajt xi appuntament miegħek!", "Dak għidli, Onor. Asciak, u niskanta kif il-kuxjenza soċjali qed taħarqek issa, f'daqqa waħda - issa hawn se nsemmi każ pubbliku li qrajnieh fil-gazzetti - meta inti suppost li kont fuq xogħol tal-gvern u kont qed tagħmel private practice.", "Issa għidilna fejn hi l-kuxjenza soċjali!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Sur President!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gonzi, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-Onor.", "Membru qed tissorprendini, tiskantani u tiddiżappuntani illi qed tasal biex tuża dawn it-tip ta' argumenti fil-konfront ta' Onor. Membru, hu min hu, u tinżel fil-livell personali b'dan il-mod.", "Jien jidhirli li dan huwa kompletament out of order u dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru.", "L-Onor.", "Membru għandha tirrealizza li skond ir-regoli tal-proċeduri ta' din il-Kamra, għandha tindirizza lis-Sedja u mhux tindirizza direttament lill-Onor.", "Membru.", "Dan apparti mill-fatt li l-argument m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu u għalhekk huwa kompletament out of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Onor. Gonzi, irrid niġbidlek l-attenzjoni li dan huwa fatt pubbliku u li meta l-Onor.", "Asciak għamel il-point of order tiegħu, indirizza lili u qal li dak kien l-uniku appuntament li kkanċella, qisu kien hemm appuntamenti oħra li kkanċellajthom jiena - (Interruzzjonijiet) hekk ried jagħti x'jifhem - imma jiena qatt ma kkanċellajt appuntamenti u dejjem kien hu li kkanċellahom.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien qed nirrispondi għal li qal hu.", "Sur President, se nkompli d-diskors tiegħi billi ngħid li aħna kien ikollna diversi laqgħat ma' dawk id-dipartimenti tal-gvern li riedu jwaqqfu dawn iċ-ċentri fid-dipartimenti tagħhom.", "Per eżempju, il-kapijiet tad- dipartiment ta' l-istatistika kienu jgħidulna li they are sitting on a time bomb għaliex l-impjegati nisa tagħhom huma kollha fl-eta' li jkollhom it- tfal u jixtiequ li fid-dipartiment tagħhom ikollhom dan it-tip ta' servizz.", "Tkellimna wkoll mad-dipartiment ta' l-agrikoltura li kellhom l-istess problema, ma' l-ETC u ma' l-Air Malta, u dawn huma xi ftit azjendi milli qed niftakar offhand.", "Issa ta' min jgħid li artiklu ġdid 84A, kif propost fi klawsola 14 ta' l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, qed jagħti l-poter lill-ministru li joħroġ regolamenti għas- sussidju tal-fee li persuna tħallas għal child care.", "Fil-fatt din hija miżura oħra li se tgħin lil dawk li għandhom bżonn iħallu lit-tfal tagħhom ġewwa xi ċentru.", "Jien persważa li iktar ma jgħaddi żmien, id-domanda għal dawn iċ-ċentri iktar se tiżdied u li se jkun hawn iktar ċentri li jiftħu biex ikunu jistgħu jagħtu dan is-servizz.", "Dan irridu narawh ukoll flimkien mal-child minding act li jien ressaqt fil-Kabinett ftit qabel l-elezzjoni.", "Għal min ma jafx, dan huwa mmirat lejn dawk il-ħaddiema li ma jkunux iridu jieħdu lit-tfal tagħhom f'ċentru imma jkunu jridu jeħduhom f'dar privata u fil-fatt se jirregola lil min jieħu ħsieb it-tfal ta' ħaddieħor fid-dar tiegħu għax, peress li aħna konna nafu li f'pajjiżna hemm ħafna ġenituri li diġa' qed jieħdu lit-tfal tagħhom ġo xi dar privata, ħassejna l-bżonn li għandna nirregolaw din il-ħaġa, kemm fl-interess tat-tfal kif ukoll fl-interess ta' min jieħu ħsieb lil dawn it- tfal.", "Ta' min jgħid li dawn ir-regolamenti jinkludu s-safety, il-hygiene u r-ratio tal-carers man-numru ta' tfal, filwaqt li jissuġġerixxi wkoll li jinħoloq reġistru għal kull min jieħu ħsieb it-tfal ħalli min ikun irid jibgħat lit-tfal hemmhekk kulma jkollu jagħmel huwa li jfittex fuq dan ir- reġistru.", "Din se tkun ukoll opportunita' għal dawk il-ħafna nies, speċjalment nisa, illi jkunu jixtiequ jaħdmu minn ġewwa d-dar tagħhom, wara li naturalment ikunu ħadu training formali fil-kura tat-tfal żgħar, xi ħaġa li wkoll hija msemmija f'dan l-att.", "Sur President, jiena nittama li dan l-abbozz ta' liġi ma jdumx ma jersaq f'dan il-parlament għax huwa inutili li noqogħdu ngħidu li jeħtieġ li ma tintilifx l-esperjenza u t-training li jkunu ħadu n- nisa jekk min-naħa tiegħu l-gvern ma jgħinx sabiex ikun hemm l-istrutturi ħalli dan ikun jista' jsir.", "L-uniku riżors li għandu pajjiżna huma r- riżorsi umani u żgur li ma nifilħux nitilfu minnhom, imma fil-fatt hekk qed jiġri; il-pajjiż qed jinvesti fin-nisa biex imbagħad meta l-mara jkollha familja, din ġeneralment ikollha tieqaf mix-xogħol minħabba li ma jeżistux strutturi sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jibbilanċjaw ir- responsabbiltajiet familjari tagħhom ma' dawk tax-xogħol barra mid-dar.", "Hawn ta' min ifakkar li iktar minn 40 sena ilu, Lord Balogh, kien ikkummenta fuq hawn Malta fejn kien qal hekk:", "\"The thoughtless wastage of valuable talent and priceless technical knowledge is a wicked extravagance that the island cannot afford.\".", "Hawnhekk Lord Balogh kien qed jitkellem fuq il-fatt li n-nisa kienu jitkeċċew minn maċ-ċivil minħabba li jiżżewġu.", "Fortunatament illum in-nisa li jaħdmu mal-gvern m'għadhomx jitkeċċew, anzi jistgħu jagħmlu użu mill- maternity leave u mill-parental leave, u hawn wieħed irid jirrimarka li sa llum il-parental leave għadu ma jeżistix għal dawk il-ħaddiema li ma jaħdmux mal-gvern.", "Imma xorta għad għandna ħafna ħela.", "Hemm mezzi oħrajn kif nistgħu nkunu flessibbli biex ma jinħlewx it-talenti ta' dawn in-nisa.", "Per eżempju, hemm il-konċett tar-reduced hours fejn,minbarra li l-impjegati jkunu qed jagħtu sehemhom fuq il-post tax-xogħol, tkun qed tgħinhom biex jaqdu r-responsabbiltajiet familjari.", "Allura in the long run tkun qed tgħin lis-soċjeta' as a whole.", "Dan il-konċett tar-reduced hours huwa mdaħħal fil-collective agreements taċ-ċivil u tal-Maltacom u nħeġġeġ biex aktar kumpanniji jdaħħluh fil-collective agreements tagħhom.", "Nittama wkoll li ma ndumux ma nressqu f'dan il-parlament l-emendi għal-liġi taċ-CERA sabiex nibbilanċjaw aktar ir-responsabbiltajiet familjali.", "Problema oħra li spiss inħabbtu wiċċna magħha hija dik ta' dawk l-irġiel u nisa li għalqu l-40 sena u qegħdin ifittxu mpjieg.", "Din ukoll hija problema li hija indirizzata f'din il-liġi.", "Hemm numru kbir ta' nisa illi waqfu mix-xogħol biex irabbu lill-familja, li għandhom qrib l-40 sena u li jridu jidħlu lura fl-impjieg pero' qed isibuha diffiċli ħafna.", "Ġeneralment dawn la jkollhom training u lanqas skills, u imma jsibuha diffiċli għaliex l-employers ikunu jippreferu jimpjegaw żgħażagħ li iżjed jistgħu jagħtuhom servizz fit-tul.", "Għalhekk hemm bżonn illi l-employers jingħataw inċentiv biex dawn in-nies jiġu mpjegati.", "Hand in hand ma' dan, Sur President, irid ikun hemm it-training għaliex mara li ħalliet id-dinja tax-xogħol 15-il sena ilu se ssib teknoloġija totalment differenti, kemm jekk hija ħaddiema ġo fabbrika u kemm jekk hija ħaddiema f'uffiċċju, fejn għallinqas irid ikollha skills bażiċi fil-word processing.", "Għalhekk huwa importanti li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ toffri dawn il-korsijiet li kemm jista' jkun ikunu mifruxin f'lokalitajiet differenti, billi jagħmlu użu ta' l-iskejjel li wara nofs inhar u fil-għaxija ma jintużaw għal xejn.", "Qed ngħid dan għax in-nisa jħossuhom skoraġġuti li jmorru 'l bogħod biex jagħmlu dawn il-korsijiet u jispiċċaw ma jagħmlu l-ebda kors.", "Naf li fil-passat kien hemm esperiment pożittiv biex dan it-training isir fl-iskejjel imma kien spiċċa fix-xejn forsi minħabba burokrazija żejda fejn l-iskejjel kienu qed jiċċarġjaw commercial rates lill-korporazzjoni.", "Għalhekk għandu jintlaħaq ftehim bejn il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-iskejjel dwar din il-kwestjoni.", "Inħeġġeġ ukoll lill-employers biex jagħmlu użu mit-training grants li jaqgħu taħt l-Industrial Development Act, fejn il-gvern iħallas il-ġimgħat ta' paga ta' l-impjegati waqt illi jkunu qed jagħmlu xi kors.", "Aħna dejjem nitkellmu fuq l-importanza ta' l-edukazzjoni tul ħajjitna kollha biex ma naqgħux lura; it-teknoloġija, per eżempju, tinbidel mil-lum għal għada u ma nistgħux nibqgħu kompjaċenti quddiem dan il-fatt tal-ħajja.", "F'dan is-sens ukoll, jeħtieġ li l-adult education tingħata spinta jekk irridu li jkollna nies illi jkunu employable.", "Sur President, aħna spiss niltaqgħu mad-diffikulta' fejn jiġu għandna nies biex ngħinuhom isibu mpjieg, pero' meta tistaqsihom x'jafu jagħmlu ssib li ma tkunx tista' tgħinhom, speċjalment dawk li jkunu ilhom li nqatgħu għal żmien twil mid-dinja tax-xogħol u allura lanqas tista' tagħti tort lill-employers.", "Għalhekk irridu noħolqu l-istrutturi neċessarji biex ma nitilfux il-produttivita' u r-riżors ta' dawk in-nisa u rġiel illi l- pajjiż investa fihom permezz ta' l-edukazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, lil dawk li qatgħu mit-tagħlim u mit-taħriġ għandna nagħmlulhom strutturi iżjed faċli ħalli jkomplu bit-taħriġ tagħhom u b'hekk ikollna work force aktar effiċjenti u aktar aġġornata.", "Qabel nagħlaq, Sur President, xtaqt ngħid li għalkemm l-Interpretation Act tgħid illi kull fejn fil-liġi ssir riferenza għall-maskil din tirriferi wkoll għall-femminil, naħseb illi għandna nibdew nużaw kliem li huwa gender neutral.", "Per eżempju, fejn f'din il-liġi qed nużaw \"tifel\" nistgħu nużaw \"tfal\".", "F'dan is-sens, l-Ingliżi għandhom il-kelma \"child\", imma aħna, safejn naf jien, m'għandniex kelma li hi gender neutral u allura s- soluzzjoni tkun illi nużaw il-plural.", "Anke t-titlu ta' l-artiklu ġdid 84A għandu jinbidel, jiġifieri minflok \"sussidji għal day-care centres\" għandna ngħidu \"sussidji għal child care centres\" biex tkun konformi mat-test illi qed jintuża fil-liġi.", "Pero' dawn inkunu nistgħu niddiskutuhom aħjar fl- istadju ta' kumitat.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Gonzi, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproproni l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar ħlasijiet għal ħtiġiet speċjali lill-Kunsilli Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari.", "u xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, dan l-aħħar fil-Parlament u b'mod speċjali barra l-Parlament b'aktar aggressivita` u b'mod sistematiku, issemmew diversi allegazzjonijiet dwar ċirkostanzi li ġraw tul il-perijodu li jien domt ministru.", "Nibda bil-każ tal-paramedic aids.", "Jien m'iniex se nikkummenta dwar dan minħabba li l-każ qiegħed il-qorti u mhux prudenti li jsiru kummenti f'dan l-istadju, pero' nixtieq nikkjarifika ċerti punti ħalli l-informazzjoni ma tibqax ħierġa ħażin.", "Tajjeb ngħid li l-applikazzjonijiet għall-course ta' paramedic aids saru lejliet l- elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996 biex il-ministru li hemm illum, l-Onor.", "Louis Deguara, dak inhar segretarju parlamentari, inaqqas mill-pressjoni li kellu fuqu biex idaħħal nies mal-gvern.", "Hawnhekk irrid niċċara l-fatt li l- interviews ma kenux għal impjieg mal-gvern.", "Meta nġibditli l-attenzjoni dwar l-allegazzjoni li qed tiġi nvestigata, jien kont ordnajt li jitwaqqaf il-proċess ta' l-eżami u mhux kif intqal fil-media, li r-riżultati ġew ippubblikati.", "Nerġa' nirripeti li r-riżultati qatt ma ġew ippubblikati.", "Kont jien li mill-ewwel tajt ordni li jekk ma jintlaħaqx ftehim, id- Dipartiment tas-Saħħa kellu jagħmel investigazzjonijiet bil-ġurament, u dan ftit jiem wara.", "Ir-rapport tlesta jumejn qabel l-elezzjoni u qatt ma ġie ppreżentat lili.", "Hekk kif bdew l-investigazzjonijiet mill-Pulizija, jien kont tlabt lill-bord ta' viġilanza u dixxiplina tal-partit biex jibdew jinvestigaw l-operat tiegħi.", "Għalissa minħabba li kif diġa' għidt il-każ qiegħed quddiem il-qorti, nippreferi ma nkomplix nidħol iktar fid-dettall.", "It-tieni punt li ssemma kien dwar il-każ ta' ħlasijiet żejda lil xi persuni fl-Isptar Zammit Clapp.", "Fil-fatt jien diġa` rrispondejt pubblikament dwar dan u minħabba l-ħin ma nħossx li għandi nelabora ħafna aktar.", "Għalhekk se nikkonċentra fuq il-każi l-oħra.", "Nibda dwar ix-xiri ta' għamara.", "L-informazzjoni li għandi hija li l- persuna li qed tissemma kienet għamlet kwotazzjoni neċessarja u kien sta għad-direttur li taqa' taħtu li jara x'kien qed jiġri.", "Wara kollox għalfejn jitħallsu d-diretturi?", "Jien informat li d-direttur qatt ma ta risposta lil dan l-individwu li min-naħa tiegħu fehem li ma kienx hemm oġġezzjoni.", "Li missu qal il-Ministru preżenti hu li d-desk li kien juża għal ftit ġimgħat qabel ma sħabu neħħewh minn Casa Leone ma kienx imħallas ħlief għal deposit u kelli nħallsu jien mill-budget tiegħi - dan ġie jiswa aktar minn Lm4,000 - bħalma kelli nħallas eluf ta' liri oħra f'għamara mhux imħallsa li sibt fl-uffiċċju tiegħi meta ħadt ir-responsabbilta' ta' ministru.", "F'Ottubru ta' l-1996 f'Palazzo Castellania, fejn l-Onor.", "Louis Deguara kellu l-uffiċini tas-segretarjat, sibna computer wieħed - immaġina segretarjat li jitmexxa b'computer wieħed! - fax machine imkissra, photocopier bid-drum imkisser u sistema tat-telephone li swiet Lm2,700 magħrufa bħala Retina li kienet ibblokkjata u ma setgħetx tintuża.", "Kellna nonfqu mijiet ta' liri biex nirranġaw is-sistema wara li l-Korporazzjoni Telemalta ma rnexxilhiex issewwiha.", "Ara l-Onor.", "Deguara sab kollox f'postu!", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt jirriżulta li kien hemm ftit iktar minn 200 persuna li fl-1997 ħadu aktar minn Lm2,000 f'overtime.", "Parti minn dan l-overtime huwa kawża ta' nuqqas ta' ħaddiema f'diversi setturi kif ukoll minħabba li bħalma rriżultali aktar tard, l-overtime ma kienx qiegħed jingħata bil-għaqal minn uħud mill-amministrazzjoni ta' l- isptarijiet.", "Barra minn hekk, kellna nagħmlu użu minn overtime aktar milli mixtieq billi kien hemm reżistenza kbira biex tidħol sistema li kont tant nixtieq li ndaħħal, dik tal-flessibilita`.", "Għalhekk, meta kien hemm daqshekk persuni, għaliex qabdu ma' żewġ persuni biss u mhux ma' kulħadd?", "Qed jingħad li dawn huma persuni viċin ħafna tiegħi.", "Din hija gidba magħmula minn min hu maħmuġ bl-intenzjoni ċara li jħammeġ.", "Ħalli ngħid pubblikament x'għamilna aħna, affarijiet li jistgħu jixhduhom uffiċjali għolja fid-Dipartiment tas-Saħħa u uffiċjali fl-amministrazzjoni ta' l- isptarijiet.", "M'hijiex l-ewwel darba li dawn l-uffiċjali inġibditilhom l-attenzjoni fuq l-overtime u dan sar irrilevanti mill-kulur politiku tagħhom u mill-post fejn huma kienu qegħdin jaħdmu.", "Apparti minn hekk, fuq il-persuni li żżeffnu fin-nofs bl-iskop biss li jħammġu lili tajjeb li ngħid li f'April/Mejju ta' din is-sena kienet inħarġet ittra mill-uffiċċju tiegħi li kienet tgħid li qabel ma jitħallas xi overtime lil dawn il-persuni, dan kellu jiġi verifikat.", "Barra minn hekk kellu jiġi deċiż b'mod ċar ir- roster li għandhom jaħdmu bih u anke jiġi ċċekkjat x'juri verament li dak l- overtime inħadem qabel dawn jitħallsu.", "Dan tħalla kollu f'idejn l- amministrazzjoni ta' l-Isptar San Luqa.", "Jien minn hawnhekk nisfida lil kull min b'xi mod irid iġib provi li bil-fomm jew bil-kitba jien tajt xi pariri bil-kontra jew li ppreferejt lil xi persuni għall-overtime.", "Dwar il-flus li ntnefqu fuq hospitality tajjeb li nibda billi nsemmi li fl-1996 l-Onor.", "Louis Deguara kellu għad-dispożizzjoni tiegħu vot ta' Lm4,500 mhux ta' Lm3,000 għall-hospitality.", "Meta dħalt jien f'Ottubru ta' l-1996, sibt li l-vot kien diġa' inqabeż bi kważi Lm500.", "Dan apparti l- fatt li fl-uffiċċju sibt biss lapes maqsum u diversi kontijiet mhux imħallsa fosthom kont ta' bżieżaq li xtraw lejliet l-elezzjoni ta' l-1996.", "Dan il-kont konna rċevejnih fil-ministeru flimkien ma' l-invoices l- oħrajn kollha biex jitħallsu.", "Li llum jingħad li dan il-kont tħallas mill- istess Onor. Louis Deguara juri li għandna problema għaliex allura jiġi li l-kont tħallas mill-Ministru Deguara u mid-dipartiment.", "Hija tradizzjoni li fil-Milied u fl-aħħar tas-sena jsiru żewġ riċevimenti, wieħed mis-CGMO u wieħed mill-Ministru tas-Saħħa, pero' billi l-vot kien kif kien fl-1996, kif eżatt tela' fil-gvern il-Partit Laburista kien sar arranġament mas-CGMO biex fil-fatt isir party wieħed bejn it-tnejn.", "Tajjeb hawnhekk ngħid li l- kontijiet kollha tiegħi li huma relatati ma' hospitality dejjem ġew imdaħħla taħt il-vot tiegħi; qatt m'għamilt bħal ħaddieħor li qabbadt direttur biex ħlas ta' ikla f'restaurant f'San Pawl il-Baħar ta' Lm700 jiddaħħal taħt vot bħal, per eżempju, tal-Foundation of Medical Science and Services.", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li tul is-sena 1998 kellna diversi delegazzjonijiet - bħal, per eżempju, dik Ċiniża u dik Iżlandiża - li għamlu diversi jiem f'Malta u kien hawn ukoll diversi uffiċjali ta' l- Għaqda Dinija tas-Saħħa.", "Hawnhekk tajjeb inżid ngħid li mad-delegazzjoni Ċiniża għamilna żewġ ftehim bilaterali wieħed ta' saħħa u l-ieħor jikkonċerna r-regional centre tal-kura medika Ċiniża li kien estensjoni ta' dak li kien qabel, filwaqt li mad-delegazzjoni Iżlandiża saru ftehim bilaterali bejn Malta u l-Iżlanda fuq is-settur tas-saħħa.", "Uħud minn dawn id-delegazzjonijiet kif ukoll uffiċjal ta' l-Għaqda Dinija tas-Saħħa li kien qed jirrappreżenta lid-direttur ġenerali, kienu fostna tul il-perijodu tal-kampanja elettorali.", "U allura dan iwassalna għal \"Festa Saħħa\".", "Tajjeb li nibda biex ngħid li tul dawn l-aħħar jiem, il-Partit Nazzjonalista pprova jonfoħ kemm jista' l-fatt li ġiet organizzata \"Festa Saħħa\".", "Hawnhekk spikka l-gideb li kapaċi jaslu għalih tal-Partit Nazzjonalista fosthom ġurnalisti li servew ta' paraventu u li ntużaw bħal pupazzi għal min kellu skopijiet ulterjuri.", "Ipprovaw jagħtu l-impressjoni li din l-attivita' saret waqt il-kampanja elettorali sabiex tagħti vantaġġ politiku lili fuq kandidati oħra fid-distrett.", "Meta jien ridt nagħmel attivita' kbira għall-kampanja elettorali kelli lil sħabi li flimkien ingħaqdu biex fi żmien 15-il ġurnata tellgħu attivita' mill-isbaħ ġewwa t- Trade Fair Grounds in-Naxxar għad unur tiegħi u fiha ħareġ kuntent kulħadd.", "Hawnhekk nirringrazzja lil sħabi kollha ta' l-attivitajiet kollha u tal- paċenzja kollha li ħadu bija tul il-kampanja elettorali.", "Qatt ma kelli u mhux se jkolli bżonn lil ħaddieħor biex jagħmilli attivitajiet a skopijiet ta' propaganda tiegħi.", "Imma ħalli naraw x'inhuma l-fatti.", "Bħal dan iż-żmien sena kien ġie deċiż li ssir xi attivita' tal-massa, liema attivita' kellha ssir mill-inqas darba fis-sena.", "L-iskop kien li ridna nagħtu iktar spinta lill-promozzjoni tas-saħħa, jiġifieri kif wieħed jista' jgħix aħjar u joqgħod 'il bogħod mill-perikli.", "Ħafna drabi l-media tat is-support tagħha lill-press conferences relatati mal-health promotion, biss mhux l-ewwel darba li l-coverage kien fqir.", "F'Malta, waħda mill- ikbar problemi li għandna hi marbuta ma' l-għamla u t-tip ta' ikel li nieklu.", "Jekk hemm żmien partikoalri fis-sena meta nieklu ikel nieqes minn kull konsiderazzjoni għal saħħitna dan hu appuntu s-sajf, partikolarment waqt il-festi.", "Għalhekk ridna nibdew inrawmu kultura kompletament differenti, ħaġa li altru li m'hijiex faċli biex issir.", "Il-ħsieb mill- bidunett kien li noħolqu festa fejn l-ikel disponibbli jkun tajjeb għas- saħħa u allura la kien hemm hamburgers, la kien hemm chips, la hot dogs, la luminati jew juices b'ħafna zokkor u affarijiet simili.", "Meta l-budget ġie approvat, kellna vot ta' Lm17,000 li madwar Lm5,000 minnhom intużaw biex nagħmlu sensila ta' programmi ta' \"Tumas\".", "Din kienet sensila ta' seba' minuti li kienet tintwera free of charge mill- istazzjonijiet televiżivi u l-intenzjoni tagħha kienet li nuru s-servizzi li joffri d-Dipartiment tas-Saħħa u kif wieħed jista' jużahom aħjar.", "Imbagħad, peress li kien hemm persuna li riedet tirriżenja - probabbilment għax sabet post aħjar - din is-sensila kellna nwaqqfuha.", "Tajjeb li nsemmi wkoll il-vot li kien maħsub biex jintuża mid-dipartiment tal-health promotion f'każ ta' safar - fil-fatt ma ntużax għal hekk - jew inkella biex immexxu 'l quddiem il-kampanja ta' saħħa fil-ħabsijiet.", "Meta jiena kont ministru kien inbeda programm bi ftehim ma' l-Għaqda Dinjija tas- Saħħa li x-xogħol fuqu suppost li kellu jitlesta ftit tal-ġimgħat ilu, pero' jien informat li sal-lum il-Gvern preżenti għadu ma bagħat l-ebda informazzjoni lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex dan il-proġett jimxi 'l quddiem.", "Jiġifieri altru dak li qed jingħad mill-ministru preżenti jew minn ċertu media u altru dak li verament qed isir.", "Donnu li dan il-proġett intefa' fuq xkaffa sempliċement għaliex huwa frott tax-xogħol li għamilt jien meta kont ministru.", "Jien niddejjaq noqgħod niftaħar bix-xogħol li għamilt imma kultant biex nikkjarifika l-affarijiet ma nkunx nista' nagħmel mod ieħor.", "F'Jannar ta' l-1998, wara li ġie approvat il-budget, konna meddejna għonqna ħalli l-proġett ta' \"Festa Saħħa\" jitwettaq u mill-esperjenza tiegħu niżviluppaw aktar fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel laqgħa li kellna fit- 2 ta' Jannar 1998 kien ġie deċiż li \"Festa Saħħa\" issir avveniment annwali u kull darba ssir f'distretti differenti, inkluż Għawdex.", "Ridna neliminaw kull possibbilta' li qrib l-elezzjoni din l-attivita' ssir fil-11-il distrett - li appuntu nikkontesta jien - u allura ddeċidejna li din is-sena nagħmluha fin-Naxxar għalkemm ħadd ma kien qed joħlom li l-elezzjoni kienet se ssir fil-5 ta' Settembru 1998.", "L-għażla tal-21 ta' Awissu kienet ikkondizzjonata mid-disponibilita' taż- żewġ baned tan-Naxxar għax dawn diġa' kellhom commitments biex idoqqu f'marċi ta' festi fi rħula oħrajn.", "Din id-data kienet ġiet ikkonfermata f'Mejju meta l-elezzjoni - nerġa' nirrepeti - lanqas biss ħadd ma kien qed joħlom biha.", "Possibbli li l-Ministru tas-Saħħa preżenti ħadd ma ġibidlu l- attenzjoni - lanqas in-nies qrib tiegħu li qegħdin fiż-żewġ baned - li qed jgħid il-ħmerijiet meta jgħid li din l-attivita' saret għal skop ta' propaganda personali għall-elezzjoni!", "Dan apparti l-fatt li anke persuni mill-kunsill lokali ġew ikkuntattjati ħafna qabel tħabbret l-elezzjoni ġenerali u mhux kif intqal illum f'gazzetta lokali.", "Jiena ċert li lill- Ministru preżenti, li saħansitra għandu persuni viċin tiegħu li huma kunsilliera, qalulu l-verita'.", "Tajjeb li nfakkar ukoll li din is-sena kienet taħbat il-50 sena mit- twaqqif ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u għalhekk biex jiġi mfakkar dan l- avveniment, minbarra \"Festa Saħħa\" saret attivita' oħra tal-konferenza nazzjonali msejħa \"Lejn il-Millennju l-Ġdid - Liġi Komprensiva u Moderna fis-Settur tas-Saħħa\".", "Parti mill-ispejjeż li jissemmew, forsi m'humiex sostanzjali imma hemm uħud minnhom li ntużaw għaż-żewġ attivitajiet, jinkorporaw ukoll din il-konferenza.", "Kien hemm il-ħsieb li tiġi organizzata attivita' oħra iżda din kellha titħassar minħabba li xi ġurnalisti ma setgħux jieħdu sehem fiha minħabba l-kampanja elettorali.", "Din l-attivita' kienet tikkonsisti f'għoti ta' demm u reġistrar ta' ġurnalisti bħala donaturi ta' organi u ħafna minnhom kienu diġa' wrew il- ħsieb li kienu lesti jipparteċipaw.", "Dawn l-attivitajiet kollha kienu se jsiru biex ifakkru l-50 sena mit-twaqqif ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.", "Għalhekk għal darb'oħra rrid nuri kemm hu giddieb u moħħu biss biex iħammeġ min jgħid li dawn kienu attivitajiet ta' propaganda waqt il-kampanja elettorali.", "Jien qed nuża dan il-kliem iebes għax persważ li min qal dan kollu fuqi jaf il-fatti kif inhuma imma jrid jaħbihom.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi li numru ta' għaqdiet mhux governattivi kienu mistiedna f'Mejju u pparteċipaw f'post riżervat għalihom fil-post fejn saret l-attivita'.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li l-Pulizija kienu ġew ikkuntatjati ħalli ma jħallux kiosks ibigħu bla permess fil-viċinanzi speċjalment jekk ikunu qegħdin ibigħu ikel li ma jagħmilx tajjeb għas- saħħa, pero' ovvjament ma stajniex inwaqqfu l-ħwienet milli jbigħu.", "Żewġ punti li qatt ma ssemmew huma l-fatt li kulħadd kien mistieden uffiċjalment għal din l-attivita', inkluża l-Ministru Iżlandiża, id-delegazzjoni tagħha u anke l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll il-Membri Parlamentari kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra li għandhom relazzjoni mas- saħħa.", "U dan qabel ma tħabbret id-data ta' l-elezzjoni.", "Ara l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma ndenjax ruħu jimxi bl-istess mod.", "Fil-fatt għall-party tal-festa ta' San Luqa, li sar ftit jiem ilu ġewwa Palazzo Castellania, tant stieden nies - ħafna minnhom m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-saħħa - li saħansitra mlew it-taraġ.", "Jien dejjem kont nistieden lill-persuna li tkun shadow spokesperson fuq is-saħħa, għaliex għalkemm ma kellix bżonn ta' stedin simili kont nistenna li għallinqas ikun hemm it- tkomplija ta' dak li kien isir qabel.", "Dan apparti l-fatt li fi żmieni għall-okkażjoni tal-festa ta' San Luqa qatt ma ġie organizzat party hekk kbir u kienu jkunu mistiedna biss persuni direttament relatati mas-saħħa.", "Aħna m'għamilniex bħalma għamlu huma qabel l-elezzjoni ta' l-1996 meta stiednu l-ħbieb tal-11-il distrett għal dan il-party.", "Aħna r-riċeviment konna nagħmluh wara l-quddiesa fil-boardroom ta' l-Isptar San Luqa stess, post li huwa żgħir ħafna.", "Ħalli niġi issa għall-kwestjoni tan-nefqa.", "Aħna ridna li \"Festa Saħħa\" tkun avveniment kbir u speċjali.", "Ir-raġuni għal dan ma kenitx għaliex ridna nisparpaljaw il-flus - fil-pajjiż għandna kriżi strutturali biżżejjed u jien l-inqas wieħed li kelli f'moħħi nżidha - imma kienet għaliex nemmnu li jekk ħaġa irriduha tagħmel ħoss, trid tkun avveniment speċjali fuq skala nazzjonali u rridu nibdlu b'kultura.", "Qed nonfqu Lm54 miljun biex infejqu lin-nies u naħseb li wasal iż-żmien li nonfqu ftit eluf biex insiru konxji ħalli nnaqsu ċertu mard li nistgħu nevitawh għax xejn ma jsir b'xejn.", "Prattikament din in-nefqa tista' tinqasam f'erba' programmi; il-produzzjoni tal-programm, il-pubbliċita' fil-ġurnali, il-kampanja nazzjonali ta' awareness li saret fit-toroq u l-produzzjoni televiżiva.", "Jien ma nsib l- ebda diffikulta' li niġġustifika dawn l-erba' oqsma ta' nefqa.", "L-akbar kritika saret minħabba li ġibna kantanta barranija.", "Jiena nemmen fit-talent lokali u fil-fatt 80% tal-programm kien magħmul minn talent lokali.", "Pero' nerġa' nirrepeti li \"Festa Saħħa\" ridniha tkun attivita' kbira u allura biex nagħtu dik ix-xi ħaġa speċjali u biex inħajru lin-nies ġibna lil Trovato biex tieħu sehem fiha.", "L-organizzaturi m'għamlu xejn irregolari u fil-fatt is-Segretarju Permanenti u d-Direttur tas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru kienu ġew infurmati qabel ma sar il-programm u qabel ma saret in-nefqa.", "Dwar l-iskoperta ta' ħames biljetti minflok erbgħa m'hemm assolutament xejn x'wieħed jaħbi.", "Il-ħames biljett kien tar- rappreżentant ta' din il-kantanta li ġie ġimgħat qabel biex jara l-area u jagħti l-pariri tiegħu.", "L-attitudni ta' l-organizzaturi ma kenitx waħda ta' money no problem u ppruvaw minn kollox biex ifittxu prezzijiet tajba.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jirrimarka li filwaqt li kunċert b'kantanta barranija fejn is-sound kien fuq barra, ġie jiswielna Lm350, il-Ministeru responsabbli mis-Saħħa fi żmien Gvern Nazzjonalista, għall-Carriers' Convention ta' l-1996 ħallas Lm705 għas-sound fl-istand tal-fiera u dan meta kulħadd jaf li sound fuq barra suppost huwa ħafna ogħla minn sound fuq ġewwa.", "Meta imbagħad kienu għaddejjin bl-aħħar arranġamenti tħabbret l- elezzjoni bikrija, liema aħbar ġabet magħha żewġ problemi enormi li ħadd ma ħaseb fihom qabel.", "L-ewwel problema kienet rigward sponsorship.", "Kienu għaddejjin diversi tentattivi biex jinstabu sponsorships ħalli jekk jista' jkun mhux l-ispiża kollha tintefaq mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Sakemm tħabbret id-data ta' l- elezzjoni kien hemm prospetti tajbin, imma malli tħabbret id-data ta' l- elezzjoni dawn l-isponsors xtaqu jirtiraw.", "Din il-ġimgħa għadu kif ħareġ booklet imsejjaħ \"Malta's Smoke Free Zone\".", "Dan huwa gwida ta' ristoranti li joffru żoni fejn ma jsirx tipjip u li ġie sponsorjat mill-NTOM.", "Peress li dan il-leaflet tlesta tliet ġimgħat qabel l-elezzjoni, l-NTOM talbet li ma joħroġx biex ma jiġix interpretat ħażin minħabba li kienet qed issir il- kampanja elettorali.", "B'dan jien qed nuri kif tkun qed taħdem il-mentalita' ta' l-isponsors minkejja li dawn ikunu kkommettew ruħhom qabel.", "Hawnhekk wieħed irid isemmi l-fatt li ma kenitx faċli li jiġu identifikati sponsors.", "Kien hemm minnhom li riedu li l-prodott tagħhom ikun għall-bejgħ b'mod esklussiv waqt \"Festa Saħħa\", u dan meta l-istess prodott m'huwiex ideali li jkun ikkonsmat għal raġunijiet ta' saħħa.", "Kien ġie deċiż li għaż-żewġ attivitajiet; dik tal-konferenza u tal-\"Festa Saħħa\" isiru sensila ta' riklami fil-gazzetti.", "Hawnhekk irrid nenfasizza li l-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista ħadu l-istess riklamar li ħadu l- ġurnali l-oħra - ħaġa li rari kienet issir fi żmien Gvern Nazzjonalista - u b'kollox għaż-żewġ attivitajiet ħadu mas-Lm750 f'riklami.", "Jiġifieri irid ikollok veru wiċċek tost li issa toqgħod tiġi tikkritika.", "Għalfejn m'aċċettawhomx dakinhar?", "Barra minn hekk imkien fir-riklami ma jissemma ismi, Michael Farrugia, u dan qed ngħidu ħalli ħadd ma joqgħod jgħid li din saret sabiex nipprofitta ruħi minnha.", "Il-banners li twaħħlu fit-toroq ta' Malta kienu wkoll il-mira tal-kritika Nazzjonalista wara l-elezzjoni għaliex qabel taw l-impressjoni li ma ndunawx bihom.", "L-organizzaturi ħassew li biex l-awareness ikun l-akbar possibbli twaħħlu banners mat-toroq ewlenin ta' Malta b'messaġġi favur is- saħħa.", "Kienu messaġġi pożittivi biex wieħed jiekol il-ħaxix, biex lit- trabi nagħtuhom il-ħalib ta' l-omm fejn huwa possibbli, biex jinstab ħin għall-eżerċizzji fiżiċi, biex ikun hemm attenzjoni fis-sewqan fit-toroq, biex nevitaw perikli fid-dar u biex ma nagħmlux ħin twil fix-xemx.", "Il- kritika tal-Partit Nazzjonalista kienet li dawn saru biex jivvantaġġaw lili għaliex qalu li dawn twaħħlu fid-distrett tiegħi biss.", "Fil-fatt l- istreamers twaħħlu f'diversi bliet u rħula Maltin.", "L-uniku kriterju li ntuża kien li jintagħżlu toroq arterji.", "Kien hemm il-ħsieb li jiġu printed 100 streamer iżda minħabba l-ispiża ġew printed 60 biss.", "Għaldarb'oħra nerġa' ngħid li mkien u fl-ebda rokna ta' l-istreamers ma kien hemm ismi, Michael Farrugia.", "Sadanittant wieħed huwa ħerqan li jsir jaf x'sar minn dawn l-istreamers li jistgħu jerġgħu jintużaw b'modifika żgħira ħafna.", "Aħna ħadna ħsieb naqilgħuhom u erfajnihom; jekk tkissru u ntremew allura dak hu sparpaljar ta' flus.", "Għalkemm qatt ma ssemmiet fil-kritika Nazzjonalista, anke l-produzzjoni televiżiva swiet il-flus biex saret.", "Din il-produzzjoni bit- trasmissjonijiet kollha ta' l-attivita' xxandret fuq stazzjon tat- television għal aktar minn darba - jien ma niddejjaqx insemmiha allavolja n- Nazzjonalisti ma jixtiequx isemmuha - u ġiet tiswa madwar Lm3,000.", "Il- Ministeru responsabbli mis-saħħa fi żmien Gvern Nazzjonalista ħallas Lm2,921 għal filmat ta' nofs siegħa biex jintwera fil-Carriers' Convention ta' l-1996.", "Fil-ħajja kollox jista' jsir aħjar u issa wieħed jistenna li l-ministru attwali jkun kapaċi jorganizza xi ħaġa fuq l-istess livell ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-paraguni.", "Sadanittant naħseb li jkun aħjar li jibda jitwettaq xi ħaġa konkreta minflok jintbagħatu messaġġi negattivi kontra l-promozzjoni tas-saħħa.", "Għax ma tissemmiex il-konferenza nazzjonali li saret fl-istess żmien?", "Din kellha suċċess enormi!", "B'kumbinazzjoni din saret fl-istess perijodu li kienet għaddejja l-kampanja elettorali.", "Lanqas hemmhekk ma saru diskorsi politiċi u fil-pubbliċita' ismi ma deher imkien.", "Fiż-żewġ okkażjonijiet id-diskorsi tiegħi ma kenux abbażi ta' politika partiġġjana.", "Fil-\"Festa Saħħa\" jien ikkonċentrajt fuq il-bżonn li wieħed joqgħod attent x'jiekol, fuq il-funzjoni ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u fuq ir-relazzjoni bejn Malta u l-Għaqda Dinjija tas- Saħħa.", "Dwar affarijiet li hu nvolut l-operat tas-segretarjat taħt l-Onor.", "Louis Deguara, barra dawk l-affarijiet li diġa' semmejt ta' min isemmi l-impjieg b'mod irregolari ta' persuni - ħafna minnhom mill-11-il distrett - taħt l- iskema \"Buying of Services\" u riċentement l-użu ta' karozza tad-Dipartiment tas-Saħħa minn persuna li m'għandha x'taqsam xejn ma' dan id-dipartiment jew is-segretarjat tiegħu, għalkemm jiena nformat li issa qed jiġi ppreparat kuntratt biex din il-persuna tingħata Lm430 fix-xahar.", "Għalissa daqshekk għandi xi ngħid pero' aktar 'il quddiem lest li nsemmi diversi affarijiet oħrajn - bħal ħlas extra li persuni kienu mħallsa għalih bħala parti minn xogħlhom - li sibt fid-dekasteru li għalih kont responsabbli jiena.", "Naħseb li wasal iż-żmien li jkun hemm aktar konċentrazzjoni dwar kif nistgħu mmexxu 'l quddiem is-settur tas-saħħa f'Malta, iktar milli nippruvaw nonfħu bżieżaq illi fl-aħħar mill-aħħar jinfaqgħu u m'għandhom l- ebda sugu partikolari.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦOMJA - GĦAJNUNA SOĊJALI", "60.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu l- gvern sabiex jgħin lill-għomja u lill-għaqdiet tagħhom jintegraw fl-ambjent modern tas-soċjeta' tal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Gvern jgħin lill-persuni għomja u l-għaqdiet tagħhom b'żewġ modi:", "(a) b'mod ġenerali, kif jgħin lill-persuni b'diżabilita u l-għaqdiet kollha tagħhom;", "(b) b'mod speċifiku, biex nieħdu konsiderazzjoni tal-bżonnijiet partikolari tal-persuni għomja.", "B'mod ġenerali l-Gvern qed jgħin lill-persuni għomja b'diversi servizzi li wieħed jista' jsib fil-ktejjeb Servizzi u Benefiċċji għall-Persuni b'Diżabilita'.", "Għal futur, il-Gvern qed jippjana li jintroduċi servizzi ġodda ta' assistenza personali, liema servizz ikun jinkludi l-persuni għomja ukoll.", "Il-Gvern preżenti hu fuq kollox impenjat, bħaż-żewġ amministrazzjonijiet preċedenti, li jgħaddi l-Ligi Opportunitajiet Indaqs li m'hemm l-ebda dubbju se tkun pass kbir 'il quddiem biex noffru opportunitajiet indaqs lill-persuni b'diżabilita' kollha biex dawn ikunu jistgħu jgawdu mill-ogħla kwalita' ta' ħajja possibbli.", "Fir-rigward tal-għaqdiet tal-persuni b'dizabilita' (NGOs), inkluż dawk tal-persuni għomja, l-Gvern joffri diversi miżuri fosthom:", "* sussidju fuq il-posta tagħhom;", "* rappreżentanza permezz tal-Federazzjoni fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'; u", "* inizjattivi li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien.", "Per eżempju, l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' preżentament qed toffri kors bażiku fuq il-kompjuters lill-volontieri tal-NGOs.", "Jekk ikun hemm talba minn persuni għomja, l-kummissjoni hi impenjata li toffri lilhom ukoll.", "Għall-futur, din l-amministrazzjoni hi mpenjata wkoll li tgħaddi Liġi dwar l-Għaqdiet Volontarji li naturalment jinkludi l-għaqdiet għall-persuni għomja.", "Fir-rigward ta' miżuri għall-persuni għomja partikolarment, il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' taħt l-amministrazzjoni preċedenti u matul din is-sena finanzjarja, għaddiet Lm8,000 lira lill- Fondazzjoni Klieb Gwida u Servizzi għall-Persuni Għomja.", "Il-Gvern qed jistenna rapporti mingħand din il-fondazzjoni biex nkunu f'pożizzjoni ahjar ħalli naraw x'għajnuna oħra nistgħu nagħtu lil din il-fondazzjoni.", "Barra minn hekk il-Gvern lest li jikkonsidra b'mod ġust suġġerimenti u inizjattivi li jkollhom bħala għan, titjieb fil-kwalita' ta' l-edukazzjoni, impjieg, mobilita' u aspetti oħra fil-ħajja ta' persuni għomja.", "PULIZIJA - KAŻIJIET TA' OVERDOSE", "108.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' overdose mill-bidu ta' Settembru 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rrapportati lill- pulizija bejn Settembru 1998 u llum?", "Kemm minn dawn kienu:", "1. serq; 2. serq ta' vetturi; 3. hold-ups; 4. serq minn zoni residenzjali; 5. reati sesswali; 6. frodi; u 7. attakki vjolenti fuq l-anzjani?", "ONOR.", "TONIO BORG:Ninsab informat li mill-1 ta' Settembru, sal-25 ta' Ottubru, 1998, ġew irrapportati lill-Pulizija 27 każ ta' overdose.", "Matul l- istess perijodu ġew irrapportati lill-Puliizja 2,521 reat.", "Dwar in-numru ta' reati speċifikati mill-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li fl-istess perijodu dawn kienu kif ġej:-", "| |Sette|Ottubru | | |mbru |(sa | | | |l-25) | |Serq |803 |573 | |Serq ta' |115 |122 | |vetturi | | | |Hold-ups |4 |7 | |Serq minn |340 |272 | |żoni | | | |residenzjali| | | |Frodi |6 |10 | |Attakki |16 |24 | |vjolenti fuq| | | |l-anzjani | | | |Reati |3 |2 | |sesswali | | |", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "109.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega kif f'attivita' fil-Marsa fit-23 ta' Awissu qal li f'Għawdex m'hemmx żejt,iżda wara l-elezzjoni ordna li t-tħaffir għaż-żejt jinżel aktar fil-fond?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ispjegazzjoni hi waħda sempliċi.", "Sal-lum, meta ttħaffir tal-bir jinstab fond madwar 6,430 metru, għad ma nstabx żejt, aħseb u ara fit-23 ta' Awissu meta il-bir kien fond 4005 metru biss.", "Wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998, ġejt informat li l-obbligu kontrattwali kien li t-tħaffir isir sa 5000 metru u li dan il-livell kien sejjer jintlaħaq fi ftit ġranet wara.", "Għalhekk ġejt mitlub u awtorizzajt li t-tħaffir ikompli lil hinn mill-livell miftiehem oriġinarjament.", "U.E. - SĦUBIJA", "110.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk tħejjewx diġa' jew jekk hux qed jitħejjew xi studji dwar kif sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tolqot lil pajjiżna?", "Jekk saru jew qed isiru xi studji, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma u f'każ li għadhom qed jitħejjew, meta se jkunu lesti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru qiegħed jipprepara abbozz ta' liġijiet Ewropej dwar il-31 Kapitlu li jittrattaw dwar is-sħubija kif ukoll il-pożizzjoni ta' Malta fuq kull wieħed minn dawn il-kapitli llum.", "Dan l-eżerċizzju hu meħtieġ ġaladarba Malta tibda l-iscreening process bi tħejjija għan-negozzjati.", "Fuq kull wieħed minn dawn il-kapitli irid isir studju dwar kif jolqot lil Malta.", "S'issa saru numru konsiderevoli ta' rapporti fuq xi materja jew oħra li tittratta dwar l-Ewropa u li għadhom validi fil-parti kbira tagħhom.", "Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern għandu il-ħsieb li jinkludi kemm hu possibbli mill-organizzazzjonijiet u korpi kostitwiti li għandhom interess f' xi materja relatata ma' l-Ewropa biex tiġi fformulata pożizzjoni għan-negozzjati mal-Kummissjoni.", "Dawn ir-rapporti jitqassmu fiż- żmien opportun.", "U.E. - TNEĦĦIJA TAS-SISTEMA TAD-DUTY FREE", "111.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jispjega l-effetti fuq pajjiżna tad-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tneħħi s-sistema tad-duty free fil- pajjiżi membri tagħha?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-gvern Malti hux lest li jimxi ma' din id-direttiva?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: B'riferenza għall-ewwel parti tad-domanda, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-deċiżjoni tal-kunsill tal-ministri tal-Unjoni Ewropea dwar id-duty free li hu għamel riferenza għaliha, mhux mistennija li jkolla ebda effett eżistenti għall-vjaġġaturi bejn l-Unjoni u Malta.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda, ngħid li l-Gvern Malti m'għandu ebda obbligu li jimxi ma' din id-deċiżjoni.", "SKEJJEL - MANUTENZJONIJIET", "112.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'manuntenzjoni ta' skejjel primarji u sekondarji bejn l-1987 u l-1996 u bejn l-1997 u Settembru 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub jirrikjedi tiftix fi 12-il Budget, it-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "113.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-assigurazzjoni tiegħu li kif sar fl-1997 u fl-1998, kull sajf se jibqa' jsir xogħol vast ta' manuntenzjoni fuq numru kbir ta' skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel ma jista' jieqaf qatt.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEDIĊINI", "251.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mediċini li huma out of stock fl- ispiżeriji tal-gvern illum?", "X'tip ta' mediċini hemm out of stock?", "X'tip ta' mediċini hemm out of stock f'xi ħin jew ieħor mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Parti minn din il-mistoqsija parlamentari ġiet imwieġba fl-4 ta' Novembru, 1998, f'mistoqsija parlamentari numru 559 li tirriferi għal dawk l-istocks items li huma neqsin, li jammontaw għal 16 Flimkien ma' din il-figura kien hemm ukoll 35 mediċina li kienu nieqsa fit- 29 ta' Ottubru, 1998, mill-ispiżeriji kollha tal-gvern imma li kienu jinstabu fl-imħażen tal-gvern.", "Dawn il-mediċini jiġu nieqsa minħabba jew żieda ta' konsum fl-ispiżerija jew inkella jiġu mitluba għal ewwel darba.", "F'dawn il-każijiet issir domanda urġenti mill-ispiżeriji u l-mediċini jigu mqassma mill-imħazen tal-gvern fi żmien qasir.", "In-numru ta' items neqsin f'kull spizerija tal-gvern fid-29 ta' Ottubru 1998, kienu:-", "|In-Patient Pharmacy Sptar |26 | |San Luqa | | |Out-Patient Pharmacy Sptar |8 | |San Luqa | | |Sptar Sir Paul Boffa |6 | |Sptar Monte Carmeli |7 | |San Vinċenz De Paule |1 | |Sptar Ġenerali ta' Għawdex |11 | |Spiżerija tal-Floriana |3 | |Spiżerija ta' Raħal Ġdid |4 | |Spiżerija ta' Ħal Luqa |1 | |Spiżerija tal-Mosta |5 | |Spiżerija tal-Gżira |7 | |Spiżerija ta' Ħal Qormi |1 |", "Xi wħud mill-mediċini kienu neqsin minn iktar minn spiżerija waħda.", "It-tipi tal-mediċini li kienu neqsin jinkludu antibijotiċi, mediċini għall-kura ta' diversi kondizzjonijiet li jinkludu mard tal-cancer, mard tal-ġilda, mard mentali, mard tan-nifs, mard ta' l-istonku u kondizzjonijiet ġinekoloġiċi.", "Mill-5 ta' Settembru, 'il hawn it-tipi ta' mediċini nieqsa kienu varji u simili għal dawk it-tipi ta' mediċini li kien hemm neqsin fid-29 ta' Ottubru,1998.", "Il-mediċini li kienu neqsin imma li issa jinstabu fl-ispiżeriji tal-gvern jinkludu:-", "Isosorbide Dinitrate 10mg Tablets.", "Salbutamol Tablets Salbutamol Inhaler Aminophylline Injections Thiopentone Injections Fresubin Nutrison Piperazine Syrup Bumetanide Injections Magnisium Hydroxide Syrup Noradrenaline Injections Vinblastine Injections Naloxone Injections Chronionic Gonadotrophin Human 1000 IU Injections Methylsalicylic Acid Ointment Low Electrolyte Solution", "SAĦĦA - MENINGITE", "252.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni illi kellhom il-meningite din is-sena?", "X'tip ta' meningite kienet?", "Kemm mietu persuni b'din il-marda din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-bidu tas-sena sa' l-aħħar t'Ottubru in-numri ta` persuni affetwati mill-marda tal-meningococcus kienu 26.", "Min dawn għaxar kellhom meningococcal meningitis u is-16 l-oħra kellhom meningococcal septicaemia (infezzjoni fid-demm).", "Kien hemm erba` mwiet li irriżultaw minn din il-marda kollha ikkaġunati minn meningococcal septicaemia.", "Kien hemm 14 il-każ ieħor ta` meningite ikkaġunati minn diversi mikrobi oħrajn.", "Ma kien hemm ebda mewt f'dawn il-każijiet.", "SAĦĦA - HIV", "253.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet irrapportati HIV positive din is-sena u kemm ġew irrapportati każi ta' aids din is-sena?", "Kemm hawn persuni bl-aids illum?", "X'etajiet għandhom?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm mietu persuni bl-aids sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minn testijiet li saru fil-laboratorju ta' l-iSptar San Luqa, in-numru ta' testijiet pożittivi għall-HIV fl-1998 kien ta' tmienja.", "Peress illi dawn it-testijiet isiru b'mod anonimu wieħed ma jistax jagħraf testijiet li jkunu saru doppji.", "Din is-sena in-numru ta' każi ġodda nnotifikati bl-AIDS kien sitta.", "Dan in-numru jinkludi żewġ persuni mhux residenti f'Malta.", "In-numru ta' persuni residenti Maltin bl-AIDS huwa erba'.", "Dawn huma tliet irgiel u mara.", "Peress li n-numri huma żgħar ma nħossx li għandi nagħti l- figuri bl-eta' biex b'hekk tiġi mħarsa l-konfidenzjalita' ta' l-identita' ta' dawn il-persuni.", "In-numru ta' persuni bl-AIDS residenti f'Malta li huma magħrufa li mietu sal-lum huwa 43, tlieta minnhom din is-sena.", "SAĦĦA - MARD INFETTIV", "254.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' mard infettiv din is-sena?", "X'tip ta' każi kienu u kemm kien in-numru ta' persuni li mietu b'mard infettiv din is-sena u x'tip ta' marda kienet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: : Mill-ewwel tas-sena 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 in-numru totali ta' każijiet ta' mard infettiv kien ta' 1542.", "Dawn il- każijiet jinqasmu kif gej:", "|Tip ta' Mard Infettiv |Total | |Acute Flaccid | 8 | |Paralysis | | |Aids | 6 | |Brucellosis | 3 | |Chicken Pox |492 | |Shingles, Herpes | 31 | |zoster | | |Food Poisoning, | 23 | |Campylobacter | | |Food Poisioning, |402 | |Salmonella | | |Food Poisoning, |378 | |Unspecified | | |Food Poisoning,Toxic | 3 | |Food Poisoning, E.Coli| 3 | |Hepatitis A | 14 | |Hepatitis B | 4 | |Hepatitis C | 1 | |Leishmaniasis, | 3 | |Visceral | | |Leishmaniasis, | 23 | |Cutaneous | | |Measles | 3 | |Mumps | 8 | |Rubella |7 | |Meningitis, (Other |14 | |Bacterial) | | |Meningitis, |11 | |Meningococcal | | |Septicaemia, |16 | |Meningoccal | | |Encephalitis Acute |2 | |Pneumonia |4 | |Tuberculosis, |1 | |Non-Pulmonary | | |Tuberculosis, |12 | |Pulmonery | | |Typhus |59 | |Erysipelas |4 | |Whooping cough |4 | |Creutzfeld Jacob |1 | |Disease | | |Tetanus |1 | |Malaria |1 |", "SAĦĦA - KAŻI TA' KANĊER", "255.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' kanċer din is-sena u x' tip ta' kanċer kien?", "Kemm mietu persuni b'kanċer din is-sena u x'tip kien?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal HIV din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li s'issa din is-sena ġew irrapportati 1026 każ ġdid ta' kanċer lir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer.", "Din l-istatistika hija strettament proviżorja.", "It-tip ta' kanċer kien kif jidher hawn taħt:", "|Parti affettwata |Kodic|Numru | | |i |ta' | | | |kazi | |SKIN |C44 |214 | |BREAST |C50 |133 | |PROSTATE GLAND |C61 |84 | |BRONCHUS AND LUNG |C34 |78 | |COLON |C18 |57 | |HAEMOPOIETIC AND |C42 |46 | |RETICULOENDOTHELIAL| | | |SYSTEMS | | | |STOMACH |C16 |41 | |BLADDER |C67 |39 | |CORPUS UTERI |C54 |38 | |RECTUM |C20 |33 | |UNSPECIFIED SITE |C80 |33 | |LYMPH NODES |C77 |23 | |PANCREAS |C25 |22 | |THYROID GLAND |C73 |21 | |LARYNX |C32 |17 | |OVARY |C56 |14 | |KIDNEY |C64 |11 | |CERVIX UTERI |C53 |10 | |BRAIN |C71 |10 | |NASOPHARYNX |C11 |8 | |OESOPHAGUS |C15 |8 | |LIVER AND |C22 |8 | |INTRAHEPATIC BILE | | | |DUCTS | | | |TONGUE |C02 |6 | |RECTOSIGMOID |C19 |6 | |JUNCTION | | | |VULVA |C51 |6 | |OTHER AND |C24 |5 | |USPECIFIED PARTS OF| | | |BILIARY TRACT | | | |OTHER CONNECTIVE |C49 |5 | |AND SOFT TISSUE | | | |OTHER AND |C06 |4 | |UNSPECIFIED PARTS | | | |OF MOUTH | | | |PAROTID GLAND |C07 |4 | |SMALL INTESTINE |C17 |4 | |HEART, MEDIASTINUM |C38 |4 | |AND PLEURA | | | |BONE AND ARTICULAR |C41 |4 | |CARTILAGE OF OTHER | | | |AND UNSPECIFIED | | | |SITES (OTHER THAN | | | |LIMBS) | | | |TONSIL |C09 |3 | |ANUS AND ANAL CANAL|C21 |3 | |LIP |C00 |2 | |GUM |C03 |2 | |FLOOR OF MOUTH |C04 |2 | |OTHER AND |C08 |2 | |UNSPECIFIED MAJOR | | | |SALIVARY GLANDS | | | |GALL BLADDER |C23 |2 | |OTHER AND |C26 |2 | |ILL-DEFINED | | | |DIGESTIVE ORGANS | | | |NASAL CAVITY AND |C30 |2 | |MIDDLE EAR | | | |BONE AND ARTICULAR |C40 |2 | |CARTILAGE OF LIMBS | | | |UTERUS, PART |C55 |2 | |UNSPECIFIED | | | |PENIS |C60 |2 | |HYPOPHARYNX |C13 |1 | |TESTIS |C62 |1 | |EYE AND ADNEXA |C69 |1 | |OTHER AND |C76 |1 | |ILL-DEFINED SITES | | |", "Ninsab informat ukoll li sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena mietu 511 persuna minħabba f'kanċer, skond iċ-ċertifikati tal-mewt li waslu fir- Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet.", "It-tip ta' kanċer kien kif jidher hawn taħt:", "|Parti affettwata |Kodic|Numru | | |i |ta' | | | |mwiet | |BRONCHUS AND LUNG |C34 |75 | |BREAST |C50 |63 | |COLON |C18 |42 | |PANCREAS |C25 |35 | |UNSPECIFIED SITE |C80 |33 | |PROSTATE |C61 |32 | |STOMACH |C16 |28 | |BLADDER |C67 |26 | |OTHER AND |C85 |18 | |UNSPECIFIED TYPES | | | |OF NON-HODGKIN'S | | | |LYMPHOMA | | | |RECTUM |C20 |14 | |OVARY |C56 |12 | |MYELOID LEUKAEMIA |C92 |12 | |LIVER AND |C22 |11 | |INTRAHEPATIC BILE | | | |DUCTS | | | |KIDNEY, EXCEPT |C64 |11 | |RENAL PELVIS | | | |BRAIN |C71 |10 | |MULTIPLE MYELOMA |C90 |9 | |AND MALIGNANT | | | |PLASMA CELL | | | |NEOPLASMS | | | |OESOPHAGUS |C15 |7 | |LARYNX |C32 |7 | |OTHER CONNECTIVE |C49 |6 | |AND SOFT TISSUE | | | |OTHER AND |C02 |5 | |UNSPECIFIED PARTS | | | |OF TONGUE | | | |OTHER AND |C26 |5 | |ILL-DEFINED | | | |DIGESTIVE ORGANS | | | |OTHER MALIGNANT |C44 |5 | |NEOPLASMS OF SKIN | | | |MALIGNANT MELANOMA |C43 |4 | |OF SKIN | | | |CERVIX UTERI |C53 |4 | |CORPUS UTERI |C54 |4 | |THYROID GLAND |C73 |4 | |VULVA |C51 |3 | |UTERUS, PART |C55 |3 | |UNSPECIFIED | | | |RECTOSIGMOID |C19 |2 | |JUNCTION | | | |BONE AND ARTICULAR |C41 |2 | |CARTILAGE OF OTHER | | | |AND UNSPECIFIED | | | |SITES (OTHER THAN | | | |LIMBS) | | | |HODGKIN'S DISEASE |C81 |2 | |LYMPHOID LEUKAEMIA |C91 |2 | |LEUKAEMIA OF |C95 |2 | |UNSPECIFIED CELL | | | |TYPE | | | |INDEPENDENT |C97 |2 | |(PRIMARY) MULTIPLE | | | |SITES | | | |OTHER AND |C06 |1 | |UNSPECIFIED PARTS | | | |OF THE MOUTH | | | |PAROTID GLAND |C07 |1 | |NASOPHARYNX |C11 |1 | |GALLBLADDER |C23 |1 | |OTHER AND |C24 |1 | |UNSPECIFIED PARTS | | | |OF BILIARY TRACT | | | |HEART, MEDIASTINUM |C38 |1 | |AND PLEURA | | | |MESOTHELIOMA |C45 |1 | |RENAL PELVIS |C65 |1 | |ADRENAL GLAND |C74 |1 | |OTHER AND |C57 |1 | |UNSPECIFIED FEMALE | | | |GENITAL ORGANS | | | |OTHER AND |C96 |1 | |UNSPECIFIED | | | |LYMPHOID, | | | |HAEMATOPOIETIC AND | | | |RELATED TISSUE | | |", "In-numru ta' testijiet ghal-HIV li saru bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena fil-Virology Department huwa ta' 3,164.", "SPTARIJIET/POLIKLINIĊI - PAZJENTI", "256.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni kull xahar illi marru l- isptar jew ġo ċentri tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk jinżamx rekord ta' kemm-il persuna ma nqdietx mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn għax il-mediċini li riedu kienu out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni li kull xahar marru l-isptar jew ġewwa xi ċentru tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena kien:", "|Jannar |52387 | |Frar |47974 | |Marzu |48353 | |April |50234 | |Mejju |49920 | |Gunju |48980 | |Lulju |51261 | |Awissu |48837 | |Settembru |52840 |", "Id-dipartiment ma jżommx rekord ta' kemm persuni ma nqdewx għax il- medicini kienu out of stock.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "440.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fid- Dipartiment tad-Djar?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 281.", "Nassigura lill-Onor.Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-servizz.", "FORZI ARMATI - TRASFERIMENTI", "441.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta?", "Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ewwelnett il-postings kollha fil-Forzi Armati jsiru skond il-kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u jieħdu in konsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita ta' l-Armata kif ukoll l-aħjar interess tas-servizz.", "Ninsab informat li kien hemm tliet postings ta' individwi bejn reġimenti fl-Armata fil-perijodu msemmi.", "It-tlieta kienu biex jimtlew postijiet vakanti fl-aħjar interess tas-servizz.", "Kien hemm ukoll tmien postings oħra bejn kumpanniji fl-istess reġimenti.", "Dawn kienu jinkludu tnejn li skond roster li ilu sejjer kien imisshom jinbidlu għal xogħol ta' supervizjoni fi truppa f'Għawdex.", "Ta' min jgħid li f'armata ta' kważi 2,000 ruħ trasferimenti jsiru fuq bażi regolari.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENTI", "442.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Informazzjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi matul il-perijodu msemmi kien hemm trasferiment wieħed mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Dan it- trasferiment kien ta' skrivana li marret id-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex tieħu taħriġ bħala parti mill-eżerċizzju biex ix-Short Term Benefits Section tad-dipartiment tiġi trasferita għal Għawdex.", "Għalkemm it-transfer għat-taħriġ sar qabel is-6 ta' Settembru, l- iskrivana ġiet trasferita uffiċjalment għal Għawdex b'effett mill-20 ta' Ottubru, 1998.", "Hemm tliet impjegati fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li talbu transfer għal xi dipartiment ieħor u t-talba tagħhom qed tiġi kkonsidrata.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENTI", "443.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 281.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-servizz.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - ANZJANI", "444.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imdaħħla anzjani ġodda bħala residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar lokali ta' l-anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament min xi sptar ieħor governattiv u kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament mid-dar tagħhom privata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998, fir- Residenza ta' San Vinċenz de Paule ġew ammessi 43 anzjan.", "Dawn ġew ammessi kif imsemmi hawn taħt:", "Mill-Isptar San Luqa 26 anzjan Mill-Isptar Zammit Clapp 5 anzjani Mill-Gzira Home 1 anzjan Mill-Komunita' 11 anzjan", "Fl-istess perijodu, fid-Djar ta' l-Anzjani li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-Gvern, daħlu sitt anzjani ġodda.", "Dawn kollha ġew ammessi ġewwa d-Djar ta' l-Anzjani direttament mid-dar tagħhom privata.", "AWTORITA' TAD-DJAR - TRASFERIMENTI", "445.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' tad-Djar?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 281.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżigenzi tas-servizz.", "PULIZIJA - MEMBRI LI ĠEW TRASFERITI", "523.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li pulizija li ġew trasferiti fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti jerġgħu lura f'posthom?", "Jaħseb il-Ministru li f'każi fejn dawn it-trasferimenti li saru mill- Amministrazzjoni Laburista kienu ta' detriment kemm għall-individwu trasferit kif ukoll għall-korp innifsu, għandhom jintbagħtu lura fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta' l-istess korp u tal-pubbliku in ġenerali.", "Kif esprimejt diversi drabi, anke mill-Oppożizzjoni, uħud mit- trasferimenti li saru fi żmien il-gvern preċedenti kienu ta' detriment għall-korp, speċjalment fejn l-individwi trasferiti kienu nies li kellhom esperjenza kbira jew li għamlu taħriġ speċjalizzat fuq xogħol partikolari konness mas-sezzjoni jew taqsima fejn kienu jaħdmu.", "Ta' min ifakkar ukoll illi f'każijiet ta' taħriġ, il-Gvern jagħmel investiment billi jipprovdi, fil-maġġor parti tal-każijiet, flus biex jiġi ffinanzjat il-kors relatat.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "524.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li jsiru tal-post numru ta' nurses kwalifikati li tħallew fuq bażi casual mill-gvern preċedenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għadhom kif gew ippubblikati r-rizultati ta' l- intervisti ghall-mili ta' postijiet ta' Enrolled Nurse u Staff Nurse.", "Barra minn dan sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Staff Nurse ħierġa fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru, 1998 u oħra għall-postijiet ta' Enrolled Nurse ħierġa fil-futur qarib.", "B'riżultat tal-ħidma msemmija hawn fuq in-numru ta' infermiera kwalifikati li tħallew fuq bażi każwali mill-Gvern preċedenti se jsiru tal- post fil-futur qarib.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT", "525.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi familja li naf jien ilha snin titħabat biex tiċċekkja jekk is-sit Nru 25, Mills Lane, Żejtun, hux qiegħed f'idejn il-Joint Office jew le u billi din il-persuna, minkejja diversi ġiri u ittra, baqgħet bla risposta definittiva, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk fil-fatt dan is-sit hux f'idejn il-Joint Office jew le?", "Billi dan il-post qed jaqa' biċċiet jaħseb, il-Ministru li għallinqas għandu jiġi stabilit jekk dan is-sit hux f'idejn il-Joint Office jew le?", "Possibbli li din l-informazzjoni tingħata għaliex dan l-individwu ilu ta' l-inqas mill-1994 jitħabat biex jistabbilixxi f'idejn min qiegħed dan is- sit?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-fond li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant hu amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.", "PULIZIJA - MUTURI", "526.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-muturi tal-pulizija tat-traffic ma jibqgħux jisselfu kif kien introduċa l-prattika l-gvern preċedenti?", "Jikkonferma l-Ministru li b'din il-prattika għadd ta' muturi spiċċaw bil- ħsara għax ma baqgħux b'sid wieħed?", "Kemm fil-fatt hemm muturi tat-traffic bil-ħsara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 851 (Seduta Nru. 8).", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat illi fil-preżent hemm 12-il mutur bil-ħsara.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUNTRATTI", "546.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l- award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-uniku kuntratt li sar b'direct order ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini bejn l-10 ta' Settembru u l-31 ta' Ottubru, 1998 sar bl-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil- Ministeru tiegħi lill-Borg Brothers għall-prezz ta' Lm1,400.", "L-award sar skond id-dispożizzjonijiet ta' Regolament 11 (a)(iii) tal- Public Service (Procurements) Regulations, 1996 (A.L. Numru 70 ta' l-1996).", "ITCS", "589.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid, mill-esperjenza ta' dawn l-aħħar sentejn li ilhom jeżistu l- ITCs, bħala medja kemm idum biex jitħallas rebate fuq profitti mqassma lil non-residents?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Att Dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, 1994, jagħti perijodu ta` żmien ta` bejn ġimgħatejn u sitt ġimgħat, jiddependi meta ssir it-talba għar-refund, biex jitħallsu refunds ta` taxxa mħallsa mill-ITC`s fuq profitti mqassma lil non-residents.", "Mill-esperjenza ta` dawn l-aħħar snin, dawn ir-refunds qed jitħallsu, bħala medja, fi żmien għaxart ijiem minn meta ssir it-talba għar-refund.", "FINANZI - SISTEMA ANTIKA TA' OFFSHORE", "590.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jaqbel il- Ministru li kien jagħmel aktar sens finanzjarjament li kieku żammejna s- sistema antika ta' l-Offshore sakemm almenu Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iċ-ċentri offshore huma l-mira ta` attakki mill-pajjiżi kollha; fosthom wieħed jista` jsemmi l-OECD (Organisation for Economic Co- operation and Development) u l-pajjiżi magħrufa bħala l-G7.", "Tant huwa hekk li ħafna miċ-ċentri offshore qegħdin ibiddlu l-liġijiet tagħhom sabiex jottemporaw ruħhom mal-ħtiġiet ġodda li wieħed jistenna li jsib f`ġurisdizzjonijiet finanzjarji.", "Irrispettivament mill-applikazzjoni ta` Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, aħna kburin li ħadna l-passi meħtieġa biex ngħollu l-livell tal- qafas legislattiv u regolatorju tagħna sabiex b`hekk inkabbru r- reputazzjoni tajba li ngawdu.", "REĠISTRAZZJONI TA' KUMPANNIJI OFFSHORE", "591.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il offshore company ġiet reġistrata Malta fl-aħħar sentejn qabel l-introduzzjoni tal-MFSC?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern f'dak li jirrigwarda renewal fees u taxxa minn dawn is-soċjetajiet offshore?", "Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm-il ITC (International Trading Company) ġew ifformati u kemm-il offshore company għażlet li tittrasforma l- istatus tagħha f'ITC?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern s'issa mill-ITCs f'renewal fees u taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bejn l-1 ta` Jannar, 1993 sat-23 ta` Settembru, 1994 ġew reġistrati 811 kumpanniji offshore.", "L-introjtu f`dak li jirrigwarda renewal fees kien ta` Lm1,043,950.", "L- introjtu minn taxxa minn kumpanniji offshore fl-1993 u 1994 kien ta` Lm817,002.", "Mit-23 ta` Settembru, 1994 sal-31 t`Ottubru, 1998 in-numru totali ta` International Trading Companies li ġew reġistrati kien ta 700 li minnhom 106 kienu trasformati minn kumpanniji offshore.", "Mit-23 ta` Settembru, 1994 sal-31 t`Ottubru, 1998 l-introjtu tal-gvern mill-International Trading Companies f`taxxa (jiġifieri l-flus li għaddew fil-Public Account wara li tħallsu r-refunds dovuti lill-azzjonisti li huma non-resident) kien ta` Lm664,500.", "L-International Trading Companies ma jħallsux renewal fees.", "MFSC", "592.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li r-reġistrar ta' kumpanniji lokali kif ukoll ITCs huma f'idejn l-MFSC, jaqbel il-Ministru li jagħmel aktar sens sabiex tiġi evitata burokrazija żejda li l-kwestjonijiet ta' reġistrar ta' soċjetajiet lokali li jkollhom foreign shareholding, tibqa' solament f'idejn l-MFSC u mhux ukoll f'idejn il-Bank Centrali minflok is-sistema kif inhi, fejn hemm l-intervent ukoll tal-Bank Ċentrali flimkien ukoll mal-MFSC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Membru, biex persuna barranija tissottoskrivi azzjonijiet f`soċjeta Maltija jrid ikollha l-permess tal- Bank Ċentrali taħt il-provvedimenti ta` l-Exchange Control Act 1972.", "Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Membru li ma teżisti ebda burokrazija fil- ħruġ ta` permessi mid-Diviżżjoni tal-Exchange Control lill-kumpanniji ITC`s.", "MMA- REĠISTRAZZJONI TA' VAPURI", "593.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri reġistrati b'bandiera Maltija ġew miżmuma minn l-awtorita' tal-portijiet esteri minħabba nuqqas ta' International Safety Standards u nuqqasijiet simili fl- aħħar erba' snin?", "Jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li l-istandards Maltin f'dan is-sens għandhom jogħlew biex titneħħa l-impressjoni negattiva li talvolta jkun hemm fuq il-Malta Maritime Authority?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li minn informazzjoni maħruġa mill- Organizazzjoni Internazzjonali Marittima, l-medja annwali ta' numru ta' bastimenti li ġew detenuti f'portijiet esteri taħt is-sistema tal-Port State Control għas-snin 1995 - 1997 kienet ta' 210.", "Jidher li dan l-istess numru se jkun ukoll dak għall-1998.", "Il-livelli meħtieġa għall-bastimenti Maltin huma dawk stabbiliti taħt id-diversi konvenzjonijiet internazzjonali.", "Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta f'dawn l-aħħar snin introduċa diversi miżuri biex jiġi żgurat li dawn qed jinżammu.", "Jidher li dawn il-miżuri qegħdin iħallu l-effett tagħhom.", "Tant hu hekk li minkejja li s-sistema ta' Port State Control qiegħda dejjem tiġi estiża konsiderevolment mad-dinja kollha, l-ispezzjonijiet qed ikunu iktar stretti, u n-numru ta' bastimenti Maltin żdied ukoll, il-mejda ta' detenzjonijiet baqgħet l-istess jew pjuttost qed tonqos.", "Fl-1995 kien hemm 218 id-detenzjoni waqt li s-sena l-oħra kien hemm 201.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "661.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Housing Authority għall- akkomodazzjoni alternattiva sat-30 ta' Ottubru?", "Minn liema lokalitajiet ġejjien?", "X'inhuma r-raġunijiet għalfejn qed tintalab akkomodazzjoni alternattiva: eżempju mard, nuqqas ta' spazju, kondizzjonijiet substandard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - HOUSING UNITS", "662.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm beħsiebu jipprovdi housing units id-Dipartiment tal-Housing din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jistax ikun jaf minn qabel kemm se ikollu Housing Units għax dan jiddependi minn kemm jitbattlu postijiet tal-Gvern jew taħt rekwiżizzjoni matul is- sena.", "DJAR - CHAIRMAN", "663.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-kuntratt ta' impjieg taċ-Chairman tal-Housing Authority flimkien mas-CV tal-persuna konċernata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif mitlub, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta l-curriculum vitae ta' Ms Marisa Micallef Leyson li għadha kif inħatret bħala Chairman tal-Housing Authority.", "Il-ħatra ta' Chairman tal-Housing Authority issir skond id- dispożiżżjonijiet ta' Sezzjoni 5 (i) ta' l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar u ma tinvolvi l-ebda kuntratt ta' mpjieg.", "SAN ĠWANN - TRIQ IR-RUMMIEN/VJAL IN-NASPLI", "688.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jsir xi ħaġa dwar iż-żewġ ħofor kbar li hemm bejn Triq ir-Rummien u Vjal in- Naspli, f'San Ġwann?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali konċernat.", "ENEMALTA - KUMPANNIJA TEXACO - XIRI TA' ISHMA", "689.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mal- Kumpannija Texaco biex din tixtri ishma fil-kumpannija sussidjarja tal- Korporazzjoni Enemalta l-MOBC?", "Kien hemm xi żviluppi mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TAXXI INTERNI - TAXPAYERS", "690.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bħall-pajjiżi oħra (New Zealand) fejn taxpayers jkunu ntitolati għal tnaqqis xieraq biex jikkumpensahom għall-ispejjeż konnessi mal-problema tas-sena 2000, f'dik li hi nefqa fuq diagnosing, correcting or testing of software?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor Interpellant li beħsiebni nkompli miexi fuq il-politika li kien miexi biha hu sa ftit ġimgħat ilu.", "PENSJONIJIET", "703.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tibbenefika mill-miżura dwar il-pensjonijiet tas-servizzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-persuna minnhu ndikata ġiet informata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas- Sigurta' Soċjali li qed tirċievi.", "Saret stima mill-ġdid bl-aħħar emendi li kien hemm f'Ottubru tan-1997 (Miżura dwar il-pensjonijiet tas-servizz).", "ZABBAR - ASFALTAR", "704.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Papa Alessandru, f'Ħaż- Żabbar tingħata kisja tarmak għaliex tinsab fi stat verament diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li din it-triq għadha qatt ma ġiet asfaltata u għalhekk minħabba l-ħafna xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment sintendi wara li jkun żgurat li s- servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti.", "IMPJIEGI - KORS TA' SOCIAL WORKERS", "725.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jinċentiva studenti biex: jattendu għall-kors ta' social workers fl- Universita; jinkoraġixxi lil dawn l-istudenti biex jispiċċaw il-kors?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sa mill-1996, id-Dipartiment tal-Familja u Ħarsien Soċjali beda jdaħħal numru ta' studenti tas-social work mill-Universita' taħt is-Social Support Workers' Scheme.", "Taħt din l-iskema filwaqt li l-istudenti jistudjaw it-teorija l- Universita', ikollhom l-opportunita' biex jitħarrġu fil-qasam tas-social work.", "Madanakollu, d-dipartiment joħroġ applikazzjonijiet għall-post ta' Registered Social Worker I u dawk l-istudenti li jtemmu jew li se jkunu jtemmu l-course b'suċċess fil-futur qarib, ikunu eliġibbli sabiex japplikaw għal dan il-post.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "731.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jikkonsidra l-Ministru li fil-budget li ġej isiru emendi biex jipprovdu għall-każ fejn kap tal-familja, li minkejja li jkun qed jaqla' aktar minn Lm10,000 fis-sena, ma jkunx qed isostni l- familja u l-omm xorta waħda ma tieħux iċ-children's allowance?", "Jaħseb il-Ministru li jeżistu każi bħal dawn fejn l-omm u t-tfal qed jiġu diskriminati mhux biss mill-kap tal-familja iżda wkoll mil-liġi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-obbligu ta' manteniment f'każ ta' persuna miżżewġa lil parti l-oħra fiż-żwieġ hu fondat fil-liġi.", "Dan ifisser li fejn mara miżżewġa tipprova għas-sodisfazzjon tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali li qiegħda tieħu passi legali għall-infurzar tal- manteniment, din il-persuna tkun intitolata għall-allowance tat-tfal jekk tissodisfa t-test tal-mezzi.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "732.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fil-main operating theatre u f'Karen Grech operating theatre fl-Isptar San Luqa tul l-1996, l-1997 u l- 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech saru 22,708 opreazzjoni matul l-1996, 23,316-il operazzjoni matul l-1997, u 14,513-il operazzjoni minn Jannar sa Lulju ta` din is-sena.", "L-operazzjonijiet kienu mqassma kif jidher f'din l-iskeda:", "|Operating|1996 |1997|Jannar-L| |Theatre | | |ulju | | | | |1998 | |SLH Main |6628 |7092|4286 | |Theatre | | | | |SLH |2415 |2517|1582 | |Orthopaed| | | | |ic | | | | |Theatre | | | | |SLH A&E |479 |386 |151 | |Theatre | | | | |SLH |4619 |4854|3139 | |Endoscopy| | | | |Theatre | | | | |SLH Burns|* |* |370 | |Theatre | | | | |KGH |745 |817 |502 | |Paediatri| | | | |c Theatre| | | | |KGH Gynae|1388 |1395|853 | |Theatre | | | | |KGH |1501 |1562|892 | |Ophthalmi| | | | |c Theatre| | | | |KGH ENT |1497 |1411|849 | |Theatre | | | | |KGH |740 |774 |408 | |Labour | | | | |Ward | | | | |Theatre | | | | |KGH Gynae|2696 |2508|1481 | |Ward | | | | |Theatre | | | |", "* : It-tagħrif minn dan it-theatre beda jintbaghat fl-1998.", "SLH = St. Luke's Hospital, KGH = Karen Grech Hospital", "PULIZIJA - UFFIĊJALI", "738.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Riferibbilment għat-transfers li ngħataw lill-84 uffiċjal tal-pulizija fit- 2 ta' Novembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-esiġenzi tas- servizz li minħabba fihom ingħataw dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn it-transfers kienux biss parti minn proċess akbar ta' transfers oħrajn li se jiġu effettwati fil-jiem li ġejjin u jekk iva, jista' l-Ministru jindika x'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevalu qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "PULIZIJA - MEMBRI", "739.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti għall-SAG u għas-Security Branch fit-2 ta' Novembru, 1998 hemmx minnhom li bħalissa qegħdin jiġu nvestigati għal xi irregolarita' fil-qadi ta' dmirijiethom u/jew inħareġ charge fil-konfront tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent hemm 131 membru tal-Korp tal-Pulizija li għandhom proċeduri dixxiplinarji pendenti kontrihom, li minnhom erba' ġew assenjati xogħol l-SAG dan ix-xahar.", "L-ebda wieħed minn dawn l-erba' charges, ma jammontaw għal delitt.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "740.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar- regolamenti dwar is-seat belt mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998?", "Riferibbilment għall-istess perijodu, jista' l-Ministru jindika kemm vetturi ġew clamped u towed, l-ammont totali tal-multi li ġew imħallsa qabel il-vetturi ġew rilaxxati u kemm minnhom ġew ikkontestati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Intepellant għall-perijodu 6 ta' Settembru, 1998, sal-31 ta' Ottubru, 1998, hu kif ġej:-", "|Ċitazzjonijiet maħruġa | | |minħabba n-nuqqas | | |tal-ħarsien | | |tar-regolamenti dwar | | |is-seat belts |1,575| |Vetturi kklampjati |72 | |Vetturi ttowjati |391 |", "Ninsab informat ukoll li l-ammont totali tal-multi li ġie mħallas qabel il-vetturi ġew rilaxxati mill-Pulizija kien ta' Lm2,075, filwaqt li n-numru ta' każijiet li ġew kkontestati kien sitta.", "PULIZIJA - SNIETER KONFISKATI", "741.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati snieter li nqabad isir użu minnhom b'mod illegali mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998, xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1998 u l-31 ta' Ottubru, 1998 xahar b'xahar, in-numru ta' snieter konfiskati minħabba li sar użu minnhom b'mod illegali, kien kif ġej:-", "|XAHAR |NUMRU | |Jannar |Xejn | |Frar |3 | |Marzu |6 | |April |20 | |Mejju |7 | |Ġunju |xejn | |Lulju |1 | |Awissu |2 | |Settembru |12 | |Ottubru |1 |", "QRATI - PROĊEDURI KRIMINALI GĦAL ABBUŻI SESSWALI", "742.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi konkluż ix-xogħol tal-Kummissjoni nkarigata sabiex tagħmel rakkmandazzjonijiet dwar proċeduri ġodda kif il- minuri jixhdu fi proċeduri kriminali għal abbużi sesswali, liema kummissjoni twaqqfet aktar kmieni din is-sena taħt iċ-chairmanship ta' l- Onor. Imħallef Carmelo Agius?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni twaqqfet fis-27 ta` Mejju, 1998 u kellha tippreżenta r-rapport tagħha fi żmien tliet xhur jew fi żmien ieħor itwal kif estiz mill-Ministru tal-Gustizzja.", "Ninsab informat li dan ir-rapport ma tlestiex u li l-kummissjoni reġgħet ġiet rikostitwita fit-28 ta` Ottubru, 1998 bl-istess membri u ntalbet biex tippreżenta r-rapport tagħha fi żmien tliet xhur oħra.", "NOFSINHAR TA' MALTA - PROĠETTI", "757.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġetti ta' upgrading tas-South, jiġifieri Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbugia, humiex se jitkomplew is- sena d-dieħla?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma dawk il-proġetti li se jitwettqu s-sena d-dieħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda xogħol li kien inbeda m'huwa se jitwaqqaf u proġetti ġodda jitħabbru meta jkun il-waqt.", "VALLETTA - MASTERPLAN", "758.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkarigu ġdid li ngħata l-perit Richard England għall-preparazzjoni ta' masterplan għal Bieb il-Belt huwiex kuntratt ġdid?", "Kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li qiegħed jagħmel il-Perit Richard England huwa abbażi ta' l-istess kuntratt li kellu qabel meta kien maħtur bħala l-Perit responsabbli għall-Proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti fl- 1995, liema kuntratt huwa bbażat fuq skala ta' tariffi simili għal Tariffa K.", "FURJANA - DAR TA' L-ANZJANI", "773.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet it- tiswija tas-saqaf tad-djar ta' l-anzjani tal-Furjana taħt l- Amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996?", "Kemm kien ippjanat oriġinarjament li jdum jissewwa dan is-saqaf u kemm effettivament dam?", "Kemm sewa lill-Gvern Nazzjonalista t-trasferiment ta' l-anzjani konċernati f'hotels privati matul dan il-perjodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid la kemm ġiet tiswa t-tiswija tas-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana qabel Ottubru 1996 u lanqas kemm sewa t-trasferiment ta' l-anzjani konċernati sakemm tlesta x-xogħol.", "Wara stħarriġ sar magħruf li x-xogħol fuq is-soqfa sar bejn l-1991 u l- 1992 u dam madwar tmien xhur.", "X'uħud mill-anzjani ġew trasferiti fis-Sa Maison Hotel, Pieta'għall-perijodu qasir, oħrajn f'xi lukanda fil-Gżira, u oħrajn imqassmin fid-Djar ta' l-Anzjani l-oħra.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "774.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm swew biex inbnew dawn id-djar ta' l-anzjani: d-dar ta' l-Imsida; u d-dar ta' l- Imtarfa (iż-żewġ fażijiet f'daqqa)?", "X'inhuma l-bed capacities għal dawn iż-żewġt idjar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:", "1.", "Id-Dar ta' l-Imsida ġiet tiwsa Lm720,000 u tesa' 50 persuna.", "2.", "Id-Dar ta' l-Imtarfa li tinkludi Day Centre, kappella u parkeġġ taħt l- art ġiet tiswa' Lm1,450,082 u tesa' 106 persuna.", "MIA - PERSUNA B'REKORD KRIMINALI", "776.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid huwiex se jiġi permess li persuna magħrufa b'rekord kriminali titħalla ddur fil-grounds u fil-bini tal-Malta International Airport biex tissorvelja xi xogħol ta' tindif li tkun qed tagħmel kumpannija tiegħu, meta permezz tal-preżenza tiegħu hemmhekk dan jikkostitwixxi security risk?", "ONOR.", "TONIO BORG: Biex persuna tidħol f'żona ristretta ta' l-ajruport irid ikollha Airport Security Pass.", "Dan il-pass ma jingħatax lill-persuna li jkollha record kriminali jew li tista' tkun ta' riskju għas-sigurta' ta' l-avjazzjoni.", "EX-SEGRETARJU TAL-KABINETT - SUR JOE ZAMMIT", "778.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ingħata s-Sur Joe Zammit ex-Segretarju tal- Kabinett, 1996-98, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "X'uffiċċju ngħata biex ikun jista' jaħdem?", "Fuq liema kriterji ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet?", "Kienu ispirati mill- kliem fid-diskors tal-President li int qed tmexxi gvern \"ta' djalogu miftuħ għal kulħadd mingħajr l-esklużjoni ta' ħadd\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-Sur Joe Zammit li serva bħala Segretarju tal- Kabinett għal 22 xahar bejn l-1996 u l-1998 u li kien ingħata promotion fil- 21 ta' Awissu 1998 minn Grade 4 għal Grade 2, għadu mhux kuntent bil-kariga li ngħata.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TA' PARKER", "787.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' parker fil-Mosta (GPD/GEN/11/98)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-riferenza ta' l-applikazzjoni kif ikkwotat fil- mistoqsija mill-Onor.", "Interpellant ma teżistix fir-records tal-Pulizija.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħti aktar dettalji dwar l- applikazzjoni li qed jirriferi għaliha.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - BORDIJIET", "793.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il- bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r- raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali kienu mġedda l-Engineering Board u l-Masons Board.", "Ma kien hemm l-ebda bord li ġie rikostitwit.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - BORDIJIET", "794.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il- bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r- raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Listi tal-membri ta' tliet bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, jiġifieri l-Executive Board tan-National Tourism Organisation - Malta (NTOM), il-Hotels and Catering Establishments Board (HCEB) u dak ta' l-Institute of Tourism Studies (ITS), kif kienu kostitwiti qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 kif ġew kostitwiti wara s-26 ta' Ottubru, 1996 u kif inhuma kostitwiti llum.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-bordijiet reġgħu ġew rikostitwiti wara Ottubru 1998 għall-istess raġunijiet li kienu ġew rikostitwiti wara s- 26 ta' Ottubru, 1996.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - BORDIJIET", "795.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l- Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l- karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-ebda Bord li jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi għadu ma' ġie rikostitwit.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - BORDIJIET", "796.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir- responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 92.", "MINISTERU TA' L-INTERN - BORDIJIET", "797.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il- bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r- raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Intern li ġew rikostitwiti huma dawk li jikkonċernaw l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dawn ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fil-ħarġa numru 16,698 tal-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru, 1998.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - BORDIJIET", "798.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir- responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn?", "In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ebda bord li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal- Ministeru tiegħi ma ġie s'issa rikostitwit jew imġedded mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn.", "WSC", "839.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jelenka dak kollu li qiegħed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jitnaqqas l-ilma li jintilef mis-sistema tal- Korporazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha pjan ta' azzjoni bażat fuq tliet objettivi sabiex jonqos l-ilma li jintilef mis-sistema.", "Dan il-pjan huwa ġeneralment ibbażat fuq dawn it-tliet objettivi:", "1.", "It-tnaqqis ta' telf ta' ilma", "2.Il-konklużjoni tan-National Water Balances", "3.", "Il-finalizzazzjoni ta' l-Unaccounted for Water Analytic Tool", "Rigward it-telf ta' ilma l-korporazzjoni qed timmira li sa Ġunju tas-sena 2001 il-livell nazzjonali ta' telf jonqos għal madwar 7.7 metri kubi/kull kilometru/kuljum.", "Il-korporazzjoni qed timmira li tlesti t-tmien water balances li jkopru Malta u Għawdex kollu sa l-aħħar ta' l-1999 u b'hekk tkun ġiet studjata, sorvelajata u mkejla s-sistema ta' distribuzzjoni.", "Huwa ttamat li fis-sitt xhur li ġejjin tibda tintuża l-għodda magħrufa bħala Unaccounted for Water Analytic Tool.", "It-tħaddim ta' din l-għodda għandu jgħin fil-kwantifikazzjoni u tnaqqis ta' fatturi ta' Apparent Unaccounted for Water, bħal reġistrazzjoni ħażina ta' meters jew ta' difetti fis-sistema tal-billing.", "WSC - SUSSIDJU", "840.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għadda flus il-Gvern bħala sussidju fuq l- ilma lill-Water Services Corporation sena b'sena, mill-1993 sas-sena preżenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sussidju sena b'sena li l-Gvern ta' fuq l-ilma mill-1993 sas-sena preżenti hu kif ġej:", "Lm (000,000)", "1993 14,10 Ghoxrin xahar sa Settembru 1994 10,50 Tnax-il xahar sa Settembru 1995 13,01 Tnax-il xahar sa Settembru 1996 14,56 Tnax-il xahar sa Settembru 1997 14,76 Tnax-il xahar sa Settembru 1998 13,50 Tnax-il xahar sa Settembru", "ENEMALTA", "841.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għadda flus il-Gvern bħala sussidju fuq l- enerġija elettrika sena b'sena mill-1993 sas-sena preżenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "HOUSEHOLDS - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "842.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi jidher li hemm il-ħsieb li t-tariffi tal-kontijiet tad-dawl u l- ilma jkunu relatati mad-daqs tal-household, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm households: (a) b'membru wieħed; (b) bi tnejn; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta; (g) b'sebgħa; (h) bi tmienja; u (i) b'iżjed minn tmienja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "|Numru ta' |Numru ta' | |Persuni |Households | |1 |17,642 | |2 |25,451 | |3 |25,045 | |4 |31,220 | |5 |13,478 | |6 |4,447 | |7 |1,311 | |8 |455 | |Iżjed minn 8|256 |", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "845.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew allokati postijiet tal-Gvern (Social Housing) xahar b'xahar matul din is-sena (sa Ottubru) u f'liema lokalitajiet kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PATATA GĦALL-ESPORTAZZJONI - ĦLASIJIET", "846.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ħlasijiet tal-patata tas-safar (ta' l- Olanda) lill-bdiewa Maltin matul l-1997 u matul din is-sena?", "Kemm kien miftiehem li jingħata kumpens?", "Kemm fil-fatt ġie mogħti?", "X'inhi l-policy tal-Gvern il-ġdid f'dan il-qasam?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul l-1997 il-bdiewa tħallsu hekk għall-patata esportata:", "Varjeta` Alpha :", "Lm11-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar sat-2 ta` Mejju.", "Lm10-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar bejn it-3 u it-8 ta` Mejju.", "Lm8-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar mid-9 ta` Mejju il-quddiem", "Varjeta` Sante` :", "Lm10-il qantar sat-2 ta` Mejju.", "Lm9-il qantar bejn it-3 u t-8 ta` Mejju.", "Lm8-il qantar mid-9 ta` Mejju 'l qudiem.", "Varjeta` oħra :", "Lm8-il qantar.", "Matul l-1998 il-bdiewa tħallsu hekk għall-patata esportata:", "Varjeta` Alpha:", "Lm11-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar sal-4 ta` Mejju.", "Lm10-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar bejn il-5u 6 ta` Mejju.", "Lm8-il qantar għall-patata aċċettata għas-safar mis-7 ta` Mejju 'l quddiem.", "Ma ġewx esportati varjetajiet oħra.", "Il-bdiewa jitħallsu skond kif jirrikmanda l-Agricultural Export Marketing Board wara li jitnaqqsu l-ispejjeż kollha mid-dħul globali.", "Fl-1998, barra l-ispejjeż tnaqqsu wkoll Lm13,530 sabiex jagħamlu tajjeb għall-esportazzjoni fjask tal-ħaxix frisk lejn l-Ingilterra.", "Dan il-fjask kompla ġie mgħotti bis-somma tat- Lm8,000 mil-fond li suppost kellu jintuża għal tiswija ta` ħsara ikkaġunata mil-maltempata tal-25 ta` Jannar, 1998.", "Fl-1997, minkejja li l-patata tal-varjeta` Sante' mbiegħet bl-istess prezz tal-patata tal-varjeta` Alpha, il-bdiewa tħallsu prezz anqas.", "Kif diġa ħabbart, ntlaħaq ftehim sabiex tiġi esportata mill-ġdid patata tal- varjeta` Sante` bi prezz medju li hu aktar mill-għola prezz garantit għall- Alpha.", "SPTAR SAN LUQA - REFURBISHMENT", "847.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l- Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tigi migbura u tinghata risposta f'xi seduta ohra.", "SPTAR SAN VINCENZ - APPRENDISTI MASTRUDAXXI", "848.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx vakanzi għal mastrudaxxi u welders fl-Isptar San Vincenz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li fir-Residenza San Vinċenz teżisti vakanza waħda ta' welder u li jista' jkun hemm bżonn ta' aktar mastrudaxxi fil-futur qarib.", "VALLETTA/KOTTONERA - KUMITATI TA' RIABILITAZZJONI", "849.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjani li kellhom il-kumitati tar- riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Kottonera għadhomx fis-seħħ jew jekk ġewx mibdula?", "X'inhuma l-proġetti f'dawn il-pjani li huma maħsuba għas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress illi l-kumitati tar-riabilitazzjoni għad iridu jinħatru mill-ġdid, jixraq li tingħata opportunita' lil dawn il- kumitati meta jerġgħu jinħatru biex ifasslu l-prioritajiet tagħhom.", "Fl- istess ħin, xogħlijiet mibdija mill-kumitati maħtura mill-amministrazzjoni preċedenti, baqgħu għaddejjin.", "PARK NAZZJONALI", "850.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għal park nazzjonali, jiġifieri dawk ta' (i) Salina/Burmarrad; (ii) Ta' Qali; (iii) Delimara; (iv) Kottonera Heritage Park?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-pjanijiet għal Parks Nazzjonali waslu f'dawn l-istadji:", "(i) Il-proposti tas-Salina/Burmarrad qed jiġu diskussi ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "(ii) Il-proposti ta' l-ewwel fażi għal Ta' Qali waslu fi stadju avvanzat.", "(iii) Rigward Delimara, il-proposti għadhom qed jiġu żviluppati.", "(iv) Il-proposta għall-Cottonera Heritage Park għadha fi stadju ta' diskussjoni.", "MARSA - TRIQ IS-SAJJIED", "855.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 334, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir il-proġett ta' water culvert u asfalt ta' Fisherman Street, Marsa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - MSIDA - SKOLA STA.", "MARIJA", "860.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li tiġi kkonsidrata l- proposta li kienet diġa' tressqet mill-Ministeru lill-MUT dwar il-pjani biex l-Iskola Santa Marija, fl-Imsida ssir istituzzjoni edukattiva li tħarreġ liż-żgħażagħ b'diżabilita' bħala tħejjija għad-dinja tax-xogħol u għall-ħajja soċjali?", "Jekk il-proposta se titwarrab, hemm xi pjan alternattiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proposta li kienet magħmula f'laqgħa tal- Istatementing Board qed tiġi valutata.", "Jidher li hemm kwartieri fis- sezzjoni ta' l-Edukazzjoni Speċjali li ma jaqblux mal-proposta oriġinali iżda li qed jipprospettaw soluzzjoni għat-Transition Services differenti mill-oriġinali.", "MUŻEW MARITTIMU", "861.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-Mużew Marittimu jitmexxa bi skema ta' sħubija bejn il-Gvern u s-settur privat kif isir f'pajjiżi Ewropej?", "Fiex wasal ix-xogħol li kien beda qabel f'din id- direzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif intqal fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal- Ftuh tal-Parlament, ser jiġu kkunsidrati strutturi operattivi ġodda għall- Mużewijiet fuq linji speċjalizzati u alternattivi għal dawk li jeżistu fi strutturi Governattivi.", "RAĦAL ĠDID - IPOĠEW", "862.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq l-Ipoġew?", "Meta se jinfetaħ għall-pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fl-Ipoġew mistenni jitlesta fil- bidu tas-sena d-dieħla.", "It-tiġdid tas-servizzi ta' l-ilma u d-drenaġġ fi Triq Ħal Luqa, li fil-preżent huwa sospiż sabiex ma jtellifx ix-xogħol tal- ħwienet ma tul il-Milied, ser jitkompla fil-bidu ta' Jannar.", "Informat li b'hekk l-Ipoġew mistenni jkun f'qagħda li jerġa' jinfetaħ għall-viżitaturi f'April ta' l-1998.", "SKEJJEL - PRIMARJI - SILLABUS", "863.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-Ministeru biex iqiegħed għall- bejgħ kopji tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4, 5 u 6 tal-primarja?", "Tista' ssir pubbliċita' qawwija li dawn il-kopji jinsabu għall-bejgħ biex il-ġenituri jkunu jistgħu jixtruhom?", "Meta se jkunu għall-bejgħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopji tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4,5 u 6 tal- primarja se jkunu għall-bejgħ ma jdumux.", "Il-ġenituri se jkunu mgħarrfin b'kull pubblikazzjoni li tagħmel id- Diviżjoni.", "SKEJJEL - KURRIKULU NAZZJONALI ĠDID", "864.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Il-konsultazzjoni msemmija minnek fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 181 dwar il-Kurrikulu Nazzjonali ġdid ma' min saret?", "Kemm il-laqgħa ta' konsultazzjoni saret u min attenda għaliha?", "Min qed jagħmel l-analizi tal-feedback li daħal diġa' u li rriferejt għalih ukoll fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 181?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa nbdiet konsultazzjoni dwar:", "a) il-kapitlu ''Il-Kurrikulu u l-Ilsna Uffiċjali'' u saret laqgħa li għaliha attendew għalliema, Education Officers, membri ta' l-Institute of Linguistics u tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni.", "b) is-settur privat u saret laqgħa għall-membri kollha tal-PSA", "c) il-kapitli 14 u 15 u saru diversi laqgħat ma' għalliema fuq bażi individwali jew bħala team fi skola, skond is-settur u s-suġġett li fihom l- għalliema jkollhom l-iżjed esperjenza.", "Ix-xogħol fuq dawn il-kapitli jsir l-aktar fqu dawn il-linji.", "S'issa x-xogħol fuq il-feedback sar mid-Dipartiment tal-Kurrikulu.", "Inġabar l-akbar numru possibbli tar-reazzjonijiet li kien hemm; dawn ġew ikklassifikati skond it-tema li jittrattaw u saret l-ewwel identifikazzjoni ta' l-opinjonijiet differenti.", "ŻABBAR - BOZOZ", "881.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru bozoz ġodda f'dawn it- toroq f'Ħaż-Żabbar: i) Triq Ġanni Bonavia (bozza waħda); ii) Triq il- Kapuċċini (bozza waħda); iii) Triq il-Karmnu (tarf ma' Triq iz-Zingla) u fix-Xgħajra, f'Dawret ix-Xatt (fejn il-Ġorf tat-Tafal)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba għad-dawl fit-toroq indikati mill-Onor.", "Membru qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "EDUKAZZJONI - INKARIGU LIL EX-DEPUTAT", "884.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ex-deputat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, ingħata xi inkarigu fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-inkarigu u b'liema remunerazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 173 (Seduta Nru. 6).", "MARSA - FTUĦ TA' TRIQ", "885.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ triq billi jitwaqqa' parti minn bini fi triq San Vinċenz, Marsa (26/27 Triq San Vinċenz)?", "Jekk le, jista' jibgħat nota lir-residenti biex il- proprjeta' tagħhom tkun tista' tiġi żviluppata?", "(Kopja ta' requisition order konnessa ma' din il-mistoqsija parlamentari qed tintbagħat separatament)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li m'hemm l-ebda' pjan mid- Dipartiment tat-Toroq biex parti mill-bini msemmi mill-Onor.", "Interpellant jitwaqqa'.", "Id-dipartiment kien informa lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex issir release ta' din il-proprjeta' fl- 1991 u għalhekk kwalunkwe' korrespondenza lir-residenti trid toħroġ mid-Dipartiment ta' l-Artijiet."]} {"filename": "19960110_497d_par.doc", "date": "1996-01-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 497 L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 497", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.06 p.m.", "Talba Seduta Nru. 497", "L-Erbgħa, 10 ta' Jannar, 1996", "WERREJ", "MINUTI 777", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 777", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 782", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT 2) BILL (KUMITAT) 782", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL(IT&TIELET QARI) 784", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARBITRAĠĠ", "ARBITRATION BILL (KUMITAT) 785", "AĠĠORNAMENT 814", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 819", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 496 li saret fid-9 ta' Jannar, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - GIAN FRANGISK ABELA", "30243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 29712, jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li dawn il- lezzjonijiet qed jingħataw fil-ħin tal-break?", "Jekk hu hekk, ma jaħsibx il- Ministru li dan hu stress żejjed fuq l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li ż-żewġ klassijiet tat- tieni sena qed ikollhom xi lezzjonijiet extra fil-break biex tiġi koperta l- ewwel fażi li għalih ma kellhomx lecturers.", "Din is-sitwazzjoni mistennija tiġi għan-normal fit-12 ta' Jannar meta tibda t-tielet fażi.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-OUT-PATIENTS", "30247.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-ħin li fih suppost li l-konsulenti u t-tobba jibdew jaraw l-pazjenti fl-Out Patients ta' l-Isptar San Luqa?", "Jaf il-Ministru li minkejja li pazjenti jingħataw appuntamenti għas-7.30 a.m. u t-08.00 a.m. konsulent wieħed biss jibda fil-ħin?", "Għaliex konsulenti u tobba oħra ma jibdewx jaraw il-pazjenti qabel it- 8.15 a.m. jew aktar tard?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li r-regolamenti ta' l-Isptar jistipulaw li l-ewwel appuntamenti fl-Out Patients ikunu fit-8.00 a.m. Konsulent li jkun opera fuq pazjenti l-ġurnata ta' qabel jew inkella jkollu każi fis-swali ta' ċerta urġenza, ikollu l-ewwel imur fis-Sala sabiex jara u jeżamina dawn it-tip ta' pazjenti qabel imur l-Out Patients.", "Ninsab informat li l-kliniċi fl-Out Patients kollha jibdew jaraw il- pazjenti mhux aktar tard mit-8.15 am.", "Hemm kliniċi partikolari, per eżempju, tad-dijabete fejn peress li pazjenti jinħtieġu testijiet partikolari qabel jaslu t-tobba jsejħu pazjenti biex jattendu fis-7.30 ta' filgħodu.", "Hemm xi konsulenti li wkoll jibdew il-kliniċi fis-7.30 ta' filgħodu.", "Dan isir bi qbil ma l- amministrazzjoni li tesiġi illi min jagħmel dawn l-arranġamenti jkun hemm fil-ħin biex jibda joffri s-servizz fis-7.30 ta' filgħodu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi kemm-il darba nisimgħu ilmenti dwar kemm wieħed ikollu jistenna biex jinqeda fid-dipartiment ta' l-Out-Patients - dan il- post jattendu fih ta' kuljum eluf ta' pazjenti u allura jkun ftit diffiċli li jkun hemm organizzazzjoni - jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fost oħrajn li jibdew isiru wkoll afternoon sessions biex l-ammont ta' nies li jattendu l-Out Patients jinqasam u mhux kollha jattendu filgħodu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni hija li dan is-suġġeriment li qiegħed jirriferi għalih l-Onor. kollega tiegħi qiegħed jiġi kkonsidrat.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li kif ħabbar is-Segretarju Parlamentari Louis Deguara hemm ħidma li diġa' bdiet biex ċerti out-patients sessions jibdew isiru wkoll fil-health centres.", "Waħda mill-problemi li fl-isptar aħna niffaċċjaw hija l-konċentrazzjoni ta' ċittadini li għal xi raġuni jew oħra jattendu u jiġu riferuti għall-Isptar San Luqa.", "Huwa importanti li naħdmu dejjem aktar biex niddeċentralizzaw safejn hu possibbli u safejn hu tajjeb u wkoll li jkun hemm il-kooperazzjoni taċ-ċittadini li meta jingħataw il-ħin ta' l- appuntament, jipprovaw jimxu ma' dak il-ħin u ma jagħmlux kif ħafna drabi jagħmlu u jmorru ħafna qabel il-ħin li jiġi mogħti lilhom bit-tama jew bl- iskop li jinqdew qabel għaliex fil-fatt ħafna mill-out-patients sessions isiru b'ħinijiet skedati għal pazjenti differenti biex kemm jista' jkun min ikollu l-appuntament ma jinqedix tard iżżejjed wara l-ħin li jkun ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi jidher li wkoll hemm abbuż min-naħa tal-pubbliku għall-mod kif qed jintuża d-Dipartiment ta' l-Emerġenza - hawn ngħid li fis- sena li għadha kif għaddiet kważi terz tal-popolazzjoni ta' Malta marret fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza, prattikament daħlu 'l fuq minn 100,000 ruħ - ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir kampanja ta' edukazzjoni bil-mod kif saret ukoll il-kampanja għall-użu tas-seat belts biex il-pubbliku jmur biss fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza meta veru jkollu każ urġenti u akut?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li dejjem hemm lok biex iċ-ċittadini tagħna jifhmu iktar kif għandhom jużaw b'mod ta' ġid għalihom is-servizzi ta' l- isptarijiet tagħna, inkluż dak ta' l-emerġenza.", "Irrid ngħid li f'dan ir- rigward l-edukazzjoni u t-tagħrif ma jridux isiru biss maċ-ċittadini u l- pubbliku in ġenerali imma wkoll mat-tobba nfushom li jkollna każijiet riferuti minnhom għad-Dipartiment ta' l-Emerġenza.", "Qed ngħid dan għaliex mill-informazzjoni li niġi mogħti mill-clinical audits li jsiru fl-Isptar ġieli jkunu r-riferenzi tal-general practitioners stess li ma jkunux dejjem ġustifikati.", "Ċerti riferenzi għad-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa jistgħu jonqsu jekk l-ewwelnett it-tobba jikkoperaw iktar biex kemm jista' jkun l-episodji ta' ċerti kriżi jsolvuhom fil-livell tal- pazjent fil-komunita'.", "Huwa importanti wkoll li t-tobba li huma mpjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa fil-Health Centres jaħdmu b'mod aktar koordinat biex kemm jista' jkun l-iffullar fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza jiġi mnaqqas u x-xogħol jiġi koordinat aħjar.", "LUKANDI/RISTORANTI - PREZZIJIET TA' L-IKEL", "30248.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jara li l-prezzijiet miżmuma fil-lukandi/ristoranti matul il-festi tal- Milied u l-Ewwel tas-Sena jkunu raġjonevoli peress li diġa' qed jidhru l- prezzijiet fil-gazzetti ta' Lm30 ir-ras?", "Jeżistu l-prezzijiet dwar kemm għandu jinżamm minn kull klassi ta' lukanda/ristoranti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Il-prezzijiet ta' l-ikel fil-lukandi u ristoranti, kemm fil-ġranet tal-Milied u ta' l-Ewwel tas-Sena u kemm fi ġranet oħra, ġew liberalizzati fl-1991.", "Il-prezzijiet mitluba għall-ikliet ivarjaw skond il-klassi ta' l- istabbilimenti, skond il-menu offrut u skond l-entertainment li wieħed isib f`dawk il-ġranet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli jekk hemmx xi forma, biex insejħulha hekk, ta' kontroll fuq il-prezzijiet li qed joħorġu issa wara l-1 ta' Jannar.", "Qabel ma ġejt il-Parlament iltqajt ma' wieħed li għandu ħanut u wrini lista ta' tliet faċċati ta' oġġetti ta' l- ikel.", "Mingħajr ma nsemmi ismu, dan qal li item minnhom minn 30ċ għola għal 39ċ - fil-fatt għandu jagħtini photo-copy tagħha.", "X'inhija r-raġuni li fuq oġġett ta' l-ikel importat ikun hemm żieda ta' 9ċ fuq il-prezz ta' 30ċ, jiġifieri żieda ta' 25%?", "Mela ż-żieda ta' Lm2 li se jagħti l-Gvern minn din is-sena għall-għoli tal-ħajja, altru li se tkun tnaqqret mill-ewwel!", "Kulma rrid inkun naf huwa x'qed jiġri biex il-purchasing power tal- konsumatur jibqa' b'saħħtu.", "Jiġifieri l-Gvern qiegħed jagħmel investigazzjoni tal-prezzijiet li jagħmlu l-importaturi?", "Jew l-ewwel joqgħod jistenna l-ilmenti mingħand il-konsumaturi?", "Issa dan kien biss oġġett wieħed minn lista ta' tliet faċċati.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk u għalhekk għandu jkun hemm xi ħadd responsabbli għal dawn l- affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwel ħaġa li trid issir hija li neżaminaw u naraw x'inhu l-oġġett importat.", "Il-prezzijiet ta' l-affarijiet importati jistgħu jvarjaw għal diversi raġunijiet.", "Per eżempju, il-prezz tal-kafe' kultant jitla' ħafna - fil-fatt iktar jitla' milli jinżel - u l-kawża ta' dan tista' tkun minħabba r-rata tal-kambju, speċjalment jekk dan il- prodott ikun ġej minn xi pajjiż bħal Ġermanja fejn id-Deutsch Mark ikun għola.", "Jista' jkun hemm xi raġuni oħra, pero' xorta għandna neżaminaw dan il-każ.", "Issa qabel ma ngħid jekk l-importatur għandux jiġi ċċekkjat jew le, ngħid ukoll li hemm diversi oġġetti li fuqhom għad hemm price order.", "Fil-fatt qabel ma jiċċaqalqu l-prezzijiet jintalab permess u d-Department of Trade jagħmel costings u jara jekk fil-fatt huwiex ġustifikat li l-prezz jogħla.", "Meta d-Dipartiment tal-Kummerċ jagħmel il-costings iqabbel ukoll il-prezzijiet tal-prodott lokali ma' dawk ta' barra li jinstabu, per eżempju, fl-Ingilterra u f'pajjiżi oħra.", "Irrid ngħid li l-prezz tal-kafe' huwa irħas minn dak tal-pajjiżi kważi kollha ta' madwarna; fuq dan il- prodott hemm price order.", "Naturalment ġieli jkun hemm żidiet li kultant iridu jiġu eżaminati u mhux tiġi eżaminata biss il-claim li tiġi mingħand l- importatur imma wkoll il-prezz li qed jinbiegħ bih dak l-oġġett barra minn Malta.", "Issa dwar dak il-każ li semma l-Onor.", "Portelli fejn qal li l-prezz ta' l- oġġett partikolari minn 30ċ tela' għal 39ċ, nista' ngħid li se nirriferih lid-dipartiment biex ikun jista' jiġi nvestigat.", "Ma rridux ninsew li llum għandna l-Liġi tal-Kompetizzjoni li l-parti l-kbira tagħha diġa' qed tiġi mħaddma u se tidħol fis-seħħ kollha f'nofs Awissu ta' din is-sena.", "Hawn ngħid li diġa' għandna każi li qed jiġu eżaminati b'din il-liġi.", "Il-Liġi tal-Kompetizzjoni tħares jekk hemmx abbuż jew dominanza, u għandha poteri ferm iktar b'saħħithom, speċjalment meta hija toħroġ xi miżuri bħal xi price order jew interim measure - din hija miżura temporanja sakemm jiġi nvestigat il-każ - u għandha wkoll miżuri ferm iktar ebsin, u l-intenzjoni tagħha hija biex tippromwovi l-kompetizzjoni.", "L-esperjenza turi li l-uniku mod biex wieħed jimxi veru 'l quddiem u jiżgura li l-konsumatur ikollu a fair deal huwa li jkun hemm il-kompetizzjoni.", "Issa jista' jkun hemm każi fejn m'hemmx kompetizzjoni biżżejjed allura dawk il-każi jkunu jridu jiġu nvestigati żgur.", "Jien nista' ngħid li l-ebda pajjiż fid-dinja, għallinqas dawk tal-punent, ma jipprova jikkontrolla l-prezzijiet b'dan il-mod jiġifieri jipprova jispeċifika l-prezzijiet ta' kull oġġett, għaliex din hija ħaġa diffiċli mmens.", "Il-Competition Act tidentifika l-prodotti essenzjali u tgħid li l-Gvern u l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni jista' jeżamina l-prodotti li jkun hemm hemmhekk biex jara jekk ikunx qed isir abbuż.", "Jekk f'dan il-każ jgħaddili l-informazzjoni, jien inkun nista' ngħaddihom lid-dipartimenti konċernati - jew tal-kummerċ jew tal- kompetizzjoni - biex jaraw f'dan il-każ is-sitwazzjoni x'inhi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għas-suġġeriment indikat f'din il- mistoqsija li donnu l-Gvern għandu jikkontolla l-prezz ta' l-ikliet, per eżempju ta' Lejliet l-Ewwel tas-Sena, jaqbilx il-Ministru li ebda Gvern f'ebda żmien ma rnexxielu jikkontrolla bis-serjeta' l-prezzijiet ta' l- ikliet ta' xi lukanda.", "Jaqbel il-Ministru li l-ebda Gvern ma rnexxielu jikkontrolla dawn il-prezzijiet għar-raġuni sempliċi li la f'pajjiżna u lanqas f'pajjiżi oħra ma teżisti sistema effiċjenti u effettiva kif gvern jista' jikkontrolla prezz ta' ikla ta' Lejliet l-Ewwel tas-Sena?", "Jikkonferma l-Ministru li l-aqwa kontroll għandu jsir mill-konsumatur billi jibbojkottja u ma jmurx f'dawn il-postijiet fejn jitolbu dawn il- prezzijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'hemmx dubju li meta wieħed qed jittratta prodott bħal ikla f'restaurant, l-ewwelnett ikollu diffikulta kbira biex jeżamina sewwa u joħroġ b'xi idea ta' x'inhu a fair price għaliex dan jiddependi fuq il-prodott, il-kwalita', l-istabbiliment u affarijiet oħra.", "Fil-ġranet tal-Milied u ta' l-Ewwel tas-Sena huwa iktar diffiċli għaliex ikun hemm provdut ukoll entertainment u allura jkun hemm ċertu premium biex jipprovdi għal dan.", "Imma finalment il-konsumatur irid jikkontrolla hu; irid jagħżel fejn se jieħu value for money.", "Huwa importanti ferm li l-konsumatur japprezza li huwa jrid ikun li jiżgura li hemm value for money.", "Id- dipartimenti li għandna, kemm tal-konsumatur, kemm tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kummerċ, jistgħu jidħlu f'każi li jista' jkun hemm xi abbuż bħal, per eżempju, meta s-servizz jew l-ikel ma jkunx tajjeb.", "Wieħed ukoll jista' jmur għand id-Dipartiment tal-Kummerċ jekk ikun hemm xi prodott li jkun sar xi abbuż fuqu - naturalment mhux tar-ristoranti għaliex dan ikun ikel ippreparat.", "Pero' m'hemmx dubju li l-konsumatur irid jara hu jekk hux qed jieħu value for money u dejjem għandu joqgħod attent li jekk post jarah għali wisq ma jmurx hemmhekk imma jmur x'imkien ieħor.", "Imbagħad is- sidien tar-ristoranti jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom stess għaliex jista' jkun hemm ristorant fejn sena minnhom ikun full up u jirraġuna b'mod li jgħid li jista' jipprova jġib prezz aħjar għas-sena ta' wara.", "Ħafna drabi imbagħad jiġri li s-sena ta' wara, jekk il-prezz tiegħu ma jkunx kompetittiv, ma jkunx hemm daqshekk domanda, jispiċċa b'ferm inqas nies - fil-fatt dan jien osservajtu wkoll fis-sitwazzjoni tagħna - u allura jerġa' jaġġusta l-prezz għaliex jinduna li jkun għamel żball.", "Jiġifieri dan it- tip ta' aġġustament isir u rridu naċċettawh bħala parti normali mis-sistema - speċjalment f'dan il-każ fejn hija ċertament kompettittiva - u rridu nifhmu li l-konsumatur irid jagħżel dak li l-aktar jagħtih il-valur li jixtieq.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, min qed jisma' lill-Ministru minn fuq ir- radju jaħseb li dan il-Gvern qed jieħu ħsieb il-konsumatur.", "Jiena se nagħtih eżempju ta' tliet affarijiet.", "Fil-Milied kien hawn konsenja waħda ta' l-avocado pear - forsi jiġu tal-familja u tkun trid tagħmlilhom xi ħaġa speċjali - u mis-suq ta' Raħal Ġdid kien 35c kull kilo, minn Strada Żakkarija kien 50c u minn Il Mercato ta' Swieqi kien 90c.", "Din hija l- kwalita' ta' protezzjoni ...?", "Issa se nsemmi każ ieħor.", "Biċċa kejk - qed insemmih għaliex mort jien personali - ta' l-Andrews Bakery li qiegħed f'kaxxa ta' barra - made in Ireland; qed iqarraq bil-konsumatur - ma fihiex expiry date, jiswa Lm3.40 u barra minn hekk huwa iebes ġebla.", "Tant hu hekk li kienu qed jekluh it- tfal tat-tfal neħħejtulhom minn idejhom.", "Fuq dawn l-affarijiet imissu jgħidilna l-Ministru mela fuq ir-restuarants!", "X'kontroll qed jagħmel il- Ministru?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nispjega lill- pubbliku li qed jisma' li l-mistoqsija oriġinali kienet dwar l-ikel fi żmien il-Milied u allura l-Onor.", "Interpellant m'huwiex ġustifikat meta qed jgħid \"mela fuq tar-restaurants!\".", "Min-naħa l-oħra nixtieq ngħid ukoll li l- Gvern m'għandux l-obbligu li jikkontrolla l-prezzijiet ta' prodotti bħall- avocado pear għaliex din hija xi ħaġa li jekk hemm varjazzjoni fil-prezz, il-konsumatur għandu jagħżel hu minn fejn jaqbillu jixtri.", "Jien nieħu pjaċir meta nisma' osservazzjonijiet bħal dawn, jiġifieri li l-konsumatur illum jista' jixtri l-avocado pear għaliex dan ifisser li l-poplu qiegħed f'sitwazzjoni fejn qed jaqla' biżżejjed u jfisser ukoll li għandu għażla iktar wiesgħa.", "Mhux talli hekk talli l-konsumatur illum jista' wkoll ifittex l-aħjar prezzijiet.", "Rigward il-kejk li semma l-Onor.", "Interpellant, il-parir tiegħi huwa li jekk dan il-kejk ma kienx tajjeb għandu jirreferi l-ilment tiegħu lid- Dipartiment tal-Konsumatur.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma żammux, iktar u iktar għandu jirreferih għand id-Dipartiment tal-Konsumatur għaliex dan id- dipartiment ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova nagħti suġġeriment lill-Onor.", "Interpellant kif jevita li jkollu kejk li jekk jaqa' fuq saqajh iweġġgħu.", "Dan dejjem skond kif smajt jiena.", "Jiġifieri f'dan il-każ m'hemmx dubju li dak li jrid jagħmel huwa li jirreferi ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Sant ħalli l-Ministru jwieġbek.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Li jrid jagħmel l-Onor.", "Interpellant huwa li jirriferi l-ilment tiegħu lid-Dipartiment tal-Konsumatur u dan id- dipartiment ikun kapaċi jieħu passi biżżejjed ...", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk hemmx \"use by\" date u dwar jekk hux ta' Malta u qed jinbiegħ taparsi ta' barra, ukoll hemm miżuri x'wieħed jista' jieħu.", "Is-sitwazzjoni fejn il-Ministru jkun qisu inspector jew foreman spiċċat snin ilu.", "Jien nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jgħaddili l-informazzjoni u jien ngħaddiha lid-dipartiment.", "Id-Dipartiment tal-Konsumatur qiegħed jaħdem b'mod effiċjenti, qed ikollu madwar 600 enquiries fix-xahar u l-parti l- kbira tagħhom - li jistgħu jkunu każi bħalma semma l-Onor.", "Interpellant - qed isib is-soluzzjoni tagħhom malajr.", "Illum id-Dipartiment tal- Konsumatur għandu ċerti poteri li bihom ikun jista' jara jekk tassew dak in- negozjant ikunx qed jabbuża - għax trid tara li verament ikun qed jabbuża għax mhux dejjem ikun il-każ - u jieħu l-passi meħtieġa biex jasal għal soluzzjoni.", "Huma ftit ferm il-każi fejn ma tinstabx soluzzjoni u fil- ijiem li ġejjin nisperaw li jkollna anke mwaqqaf it-Tribunal tal-Konsumatur fejn allura jkun aktar faċli li wieħed jfittex lil dak li jkun quddiem dan it-tribunal.", "Mr Chairman, li nista' ngħid huwa li llum qed nipprovdu diversi opportunitajiet għall-konsumatur biex veru jsib il-mezzi sabiex jiżgura li d-drittijiet tiegħu jkun jista' jiddefendihom b'mod għaqli.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Portelli, fil-qosor.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk il-kejl ta' l-għoli tal-ħajja huwiex se jibqa' kif kien fl-1995.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kejl ta' l-għoli tal-ħajja llum huwa managed minn bord awtonomu magħmul mill-unions kollha, minn min iħaddem u mill- Gvern.", "Infakkar ukoll li l-invit għall-Membri ta' l-Oppożizzjoni biex jipparteċipaw fil-bord bħala observers għadu miftuħ u kollox qed isir sewwa u bi trasparenza.", "Jien nista' ngħid hawnhekk ukoll li hemm min qed jagħmel parallel index ta' l-indiċi tal-prezzijiet u prattikament qed joħroġ bl-istess riżultati.", "Jiġifieri din l-għajta li l-kejl ta' l-indiċi tal-prezzijiet b'xi mod m'huwiex adegwat fil-fehma tiegħi hija għajta li mhix reali u allura wieħed irid joqgħod attent għal dak li jgħid.", "M'hu qed isir xejn ħażin, qed isir kollox bl-iktar mod oġġettiv u trasparenti.", "L- Oppożizzjoni ġiet mistiedna għal darba, tnejn, tlieta biex tipparteċipa u sfortunatament sal-lum din għadha ma aċċettatx dan l-invit.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi l-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 3 ta' l-1996 - Regoli ta' l-1996 li jemendaw ir- Regoli dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd) (F'isem il- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 2 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 li jemendaw ir- Regolamenti dwar l-Investigazzjoni ta' Dizgrazzi fl-Avjazzjoni Ċivili.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali ta' Prison Board of Visitors għas-sena 1995.", "THE DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT 2) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi li qabel ma ngħaddu għat- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, il-Kamra tapprova li tirriżolva ruħha f'Kumitat ħalli nikkonsidraw mill-ġdid klawsola 1 u klawsola 3.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li klawsola 1 u klawsola 3 ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali jkunu kkonsidrati mill-ġdid fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Kamra rriżolviet ruħha f'Kumitat.", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claude Muscat, Viċi President tal-Kumitati jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu mill-ġdid il- konsiderazzjoni ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap. 336.", "L-Onor.", "Josef Bonnici.", "KLAWSOLA ĠDIDA 3 - Provvedimenti Transitorji NEW CLAUSE 3 - Transitory Provisions", "ONOR.", "JOSEF BONNICI:", "\"D\" Klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Minflok il-kliem \"25 ta' Lulju u s-7 ta' Settembru, 1995\" għandhom jidħlu l-kliem \"26 ta' Lulju u s-6 ta' Settembru, 1995\".", "\"D\" Clause 3 shall be amended as follows:", "For the words \"25th July and the 7th September, 1995\" there shall be substituted the words \"26th July and the 6th September, 1995\".", "Il-ġustifikazzjoni ta' din hija li fl-emenda li preżentajt il-bieraħ kien hemm żball ta' ġurnata.", "Meta naturalment ġejna għall-istadju tat-Tielet Qari ridna nkunu ċerti li naqblu mad-data ta' meta ħarġet il-Proklama u mad- data ta' meta ħarġet l-Exemption Order għax dawn iridu jkunu konsistenti.", "Kien hemm żball ta' ġurnata kemm fil-bidu u kemm fit-tmiem pero' s- sustanza għada l-istess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "KLAWSOLA 1 CLAUSE 1", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 1:", "\"E\" Klawsola 1 għandha tiġi emendata kif ġej: Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 1 minflok il-kliem \"25 ta' Lulju, 1995\" għandhom jidħlu l-kliem \"26 ta' Lulju, 1995\"", "\"E\" Clause 1 shall be amended as follows: In subclause (2) of clause 1 for the words \"25th July, 1995\" there shall be substituted the words \"26th July 1995\".", "Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-istess waħda li semmejt qabel, cioe' li l-Proklama minn idejn il-President ta' Malta kienet ġiet effettiva fis- 26 ta' Lulju, 1995 u mhux fil-25 ta' Lulju, 1995.", "Effettivament kellna żball fid-data ta' l-emenda li ppreżentajt il-bieraħ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"E \" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Fis-6.36 pm il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi rraporta klawsoli 1 u 3 mgħoddija b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' PRODOTTI LOKALI", "LOCAL MANUFACTURES (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ARBITRAĠĠ", "ARBITRATION BILL", "L-ordni għal Kumitat ġiet moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claude Muscat, Viċi Presiden tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 46 - Arranġamenti ta' tilwimiet jew raġunijiet oħra għat-temma tagħhom.", "Clause 46 - Settlement or other grounds for termination.", "(Posposta fid-9 ta' Jannar, 1996)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hawnhekk ġie sollevat punt li għandu x'jaqsam mat-traduzzjoni tal-kelma \"arranġament\".", "Fil-fatt kellha tidħol il-kelma \"transazzjoni\" u allura qed inressaq emenda f'dan is-sens.", "\"O\" It-test Malti tal-klawsola 46 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fin-nota marġinali tagħha, minflok il-kelma \"Arranġament\", għandha tidħol il-kelma \"Transazzjoni\", u", "(b) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"jaqblu dwar arranġament\" u \"jirreġistra l-arranġament\" għandhom jidħlu l-kliem \"jaqblu dwar transazzjoni\" u \"jirreġistra t-transazzjoni\" rispettivament.", "\"O\" The Maltese text of clause 46 shall be amended as follows:", "(a) in the marginal note thereof, for the words \"Arranġament\" there shall be substituted the word \"Transazzjoni\"; and", "(b) in subclause (1) thereof, for the words \"jaqblu dwar arranġament\" and \"jirreġistra l-arranġament\" there shall be substituted the words \"jaqblu dwar transazzjoni\" and \"jirreġistra t- transazzjoni\" respectively.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta tal-bieraħ?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"0\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"0\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 46 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 52 - Fil-prinċipju min jitlef jissopporti l-ispejjeż.", "Clause 52 - Costs in principle to be borne by unsuccessful party.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 52:", "\"P\" Il-klawsola 52 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti tas-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"għandhom fil-prinċipju jiġu sopportati\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandhom normalment jiġu sopportati\" u minflok il-kliem \"jista' jaqsam kull sehem minn dawk l-ispejjeż\" għandhom jidħlu l-kliem \"jista' jaqsam dawk l-ispejjeż\";", "(b) minflok it-test Malti tas-subklawsola (2) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż tar-rappreżentanza u assistenza legali msemmija fil-paragrafu (e) ta' l-artikolu 50, it- tribunal ta' l-arbitraġġ, wara li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, ikun ħieles li jistabbilixxi liema parti jkollha ssofri dawk l-ispejjeż jew jista' jaqsam dawk l-ispejjeż bejn il-partijiet jekk dan jistabbilixxi li dak il-qsim ikun raġonevoli.\"; u", "(c) fit-test Malti tas-subklawsola (4) tagħha, minflok il-kliem \"Ma għandhom jitwaħħlu\" għandhom jidħlu l-kliem \"Ma għandu jinġabar\".", "\"P\" Clause 52 shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of subclause (1) thereof, for the words \"għandhom fil-prinċipju jiġu sopportati\" there shall be substituted the words \"għandhom normalment jiġu sopportati\" and for the words \"jista' jaqsam kull sehem minn dawk l-ispejjeż\" there shall be substituted the words \"jista' jaqsam dawk l-ispejjeż\";", "(b) for the Maltese text of subclause (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"(2) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż tar-rappreżentanza u assistenza legali msemmija fil-paragrafu (e) ta' l-artikolu 50, it- tribunal ta' l-arbitraġġ, wara li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, ikun ħieles li jistabbilixxi liema parti jkollha ssofri dawk l-ispejjeż jew jista' jaqsam dawk l-ispejjeż bejn il-partijiet jekk dan jistabbilixxi li dak il-qsim ikun raġonevoli.\"; and", "(c) in the Maltese text of subclause (4) thereof, for the words \"Ma għandhom jitwaħħlu\" there shall be substituted the words \"Ma għandu jinġabar\".", "Mr Chairman, fil-verita raġonevolment jien ħsibt li konna diġa' bdejna niddiskutu din l-emenda għas-sempliċi raġuni li l-bidliet li qed jiġu suġġeriti u proposti f'din l-emenda huma simili għal dawk li għamilna fl- emenda għal klawsola 51.", "Huma emendi ta' natura lingwistika iktar milli ta' sostanza.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 52(3) fejn hemm kelma illi bil-Malti ma toqgħodx:", "\"Meta t-tribunal ta' l-arbitraġġ joħroġ ordni għat-temma tal- proċedimenti ta' l-arbitraġġ jew jagħti deċiżjoni fuq patti miftehma, dan għandu jistabbilixxi l-ispejjeż ta' l-arbitraġġ imsemmija fl-artikolu 50 u fl-artikolu 51fit-test ta' dik l-ordni jew deċiżjoni.\"", "Fl-Ingliż ngħidu \"in the text\" imma bil-Malti ma ngħidux \"fit-test\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Għandek xi suġġeriment?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jagħmel riferenza għal subklawsola 52(3) li m'hijiex parti mill- emenda li ressaqt u qed iġib a konjizzjoni tal-Kumitat li fl-opinjoni tiegħu l-kelma \"fit-test\" ma toqgħodx bil-Malti għax fil-fatt hija traduzzjoni litterali mill-Ingliż u bil-Malti wieħed għandu juża frażjoloġija aħjar.", "Lill-Onor.", "Mifsud Bonnici qed nistaqsih jekk għandux xi suġġeriment x'jagħmel.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tista' tagħmilha \"imsemmija fl-artikolu 50 u fl-artikolu 51 fl-ordni jew deċiżjoni\", ma tagħmilx \"fit-test\".", "Veru li bl-Ingliż qiegħda \"in the text of\" imma bil-Malti ma toqgħodx hekk.", "ONOR.MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk qed nifhmek tajjeb inti qed tħoss li l- kliem \"fit-test\" huma superfluwi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-fatt nistgħu ngħidu \"fil-korp ta' l- ordni jew deċiżjoni\".", "\"Fil-korp\" jew fiha nnifisha, jiġifieri tiġi \"fl- ordni jew fid-deċiżjoni\".", "Inkella nħalluha bl-Ingliż \"fit-text\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-esperti tal-Gvern qed jinformawni illi fl- opinjoni tagħhom din toqgħod.", "Inti qed tissuġġerixxi li minflok nagħmluha \"fit-test ta' dik l-ordni jew deċiżjoni\" nużaw l-Ingliż \"fit-text\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħmlu \"fit-text\" jew \"fil-korp\", imma jekk toqgħod toqgħod.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-esperti qed jgħiduli li toqgħod.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kollox sew.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 52, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 52, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 - Depożitu ta' l-ispejjeż.", "Clause 53 - Deposit of costs.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"Q\" Il-klawsola 53 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti tas-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"mingħand il-partijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-partijiet\"; u", "(b) fit-test Malti tas-subklawsola (4) tagħha, minflok il-kliem \"ma jitħallsux għalkollox\" għandhom jidħlu l-kliem \"ma jitħallsux għal kollox\".", "\"Q\" Clause 53 shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of subclause (2) thereof, for the words \"mingħand il-partijiet\" there shall be substituted the words \"mill- partijiet\"; and", "(b) in the Maltese text of subclause (4) thereof, for the words \"ma jitħallsux għalkollox\" there shall be substituted the words \"ma jitħallsux għal kollox\".", "Hawnhekk qed nikkorreġu żball ta' tipografija u ta' grammatika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Barra l-emendi proposti mill-Ministru naħseb wieħed irid jikkonsidra dawn il-punti.", "Nibdew mis-subklawsola 53(3) fejn daħlet il-kelma \"Awtorita'\".", "Jien naħseb \"Ċentru\" jrid jingħad mhux \"Awtorita'\" u jekk se tinbidel il-kelma jrid jinbidel il-gender.", "F'subartikolu 53(1) jingħad \"somma indaqs bejniethom b'avvanz ta' l- ispejjeż imsemmija\".", "Naħseb irridu ngħidu \"akkont\".", "Aħna ngħidu \"b'avvanz ta' l-ispejjeż\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Tgħidha \"avvanz ta' l-ispejjeż\", imma \"akkont ta' l-ispejjeż\" ngħiduha iktar.", "\"Akkont ta' l-ispejjeż\" normalment qisek qed tagħti depożitu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk tara subklawsola 53(5) issib li l- kelma li nużaw hija \"akkont\".", "Din tgħid hekk:", "\"Wara li tkun qed ingħatat id-deċiżjoni, it-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jagħti akkont lill-partijiet ...\"", "Issa dik ġejja \"jagħti kont\" mhux \"jagħti akkont\".", "Anzi lanqas nużaw il- kelma \"kont\" imma \"rendikont\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex klawsola 53 u l-emenda għaliha jiġu posposti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?.", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola u l-emenda għaliha ġew posposti.", "Klawsola 54 - Lok fejn isir l-Arbitraġġ.", "Clause 54 - Place of arbitral proceedings.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal klawsola 54 għandi din l- emenda:", "\"R\" Il-klawsola 54 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fit-test Malti tas-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"fil- fond provdut\" għandhom jidħlu l-kliem \"fil-lok provdut\"; u", "(b) fit-test Malti tas-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"għal dak l-ispezzjon.\" għandhom jidħlu l-kliem \"għal dik l-ispezzjoni.\".", "\"R\" Clause 54 shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of subclause (1) thereof, for the words \"fil- fond provdut\" there shall be substituted the words \"fil-lok provdut\"; and", "(b) in the Maltese text of subclause (2) thereof, for the words \"għal dak l-ispezzjon.\" there shall be substituted the words \"għal dik l-ispezzjoni.\".", "Hawnhekk qed nippreċiżaw id-differenza bejn il-kelma \"lok\" u l-kelma \"fond\" u hawnhekk toqgħod il-kelma \"lok\" u se nikkoreġu żball lingwistiku li kien hemm f'subklawsola 2.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 54, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 54, kif emendata, għaddiet nem. con.", "Klawsola 55 - Mudell ta' liġi.", "Clause 55 - Model Law.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hawn dħalna għall-parti li għandha x'taqsam ma' arbitraġġ internazzjonali u kummerċjali.", "Mr Chairman, għal klawsola 55 għandi din l-emenda:", "\"S\" Fit-test Malti tas-subklawsola (1) tal-klawżola 55 il-kliem \"hekk esegwibbli bħal kull liġi bħal dik.\" għandhom jidħlu l-kliem \"hekk esegwibbli.\".", "\"S\" In the Maltese text of subclause (1) of clause 55 for the words \"hekk esegwibbli bħal kull liġi bħal dik.\" there shall be substituted the words \"hekk esegwibbli.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'din il-klawsola u fil-klawsoli l-oħra kollha ta' din il-parti jew taqsima dejjem nitkellmu fuq \"Mudell ta' Liġi.", "Jiena naħseb li \"Liġi Mudell\" trid tiġi u mhux \"Mudell ta' Liġi\".", "Meta tittraduċi \"Model Law\" tiġi \"Liġi Mudell\" u mhux \"Mudell ta' Liġi\".", "Kull darba nirriferu għaliha qisna għandna xi mudell tal-ħwejjeġ!", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fil-fatt dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru kien ukoll kumment li qajjimt jien waqt li konna qed niddiskutu din il-liġi biex naraw x'tibdiliet u x'emendi għandna bżonn.", "Meta l-esperti - mhux qed nirriferi għal dawk li għamlu d-drafting jew t- translation, iżda għal dawk li għenu lid-dipartiment biex jabbozza din il- liġi - staqsejnihom għaliex ma tistax tgħid \"Liġi Mudell\" minflok \"Mudell ta' Liġi\" qalulna li fil-jargon internazzjonali dan huwa l-mod kif għandek tispjegah.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fil-liġi hekk qiegħda \"Model Law\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Pero ' il-liġi bħala mudell u allura tiġi \"Mudell ta' Liġi\", qisha abbozz ta' liġi li fuqha għandek timxi.", "Din hija t-tifsira li tawni.", "Dan il-punt qajjimtu wkoll personalment ma' l- esperti.", "Jiena m'iniex konvint għal kollox, imma fil-kamp ta' l-arbitraġġ m'iniex daqshekk intiż daqs l-esperti u mhux se noqgħod nara jekk għandix raġun jew le fuq kwestjoni lingwistika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kelma \"stat\" għandha tfisser \"Malta u\" mhux \"Malta jew\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-kelma \"stat\" bħala definition hija \"Malta jew kull stat barrani li jkun\" u għalhekk naħseb li għandha tiġi \"and\" mhux \"or\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta tgħid \"a state\" għal wieħed tkun qed tirriferi.", "Bl-Ingliż \"and\" qiegħda mhux \"or\", imma ma nafx jekk hijiex riprodotta tajjeb għax jien m'għandix it-text awtentiku.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Imma mbagħad jekk iddaħħal il-kelma \"or\" trid bilfors tgħid li \"stat\" tfisser \"jew Malta jew kull stat barrani li jkun\".", "Ma tistax tagħmel \"jew\" waħda, trid tagħmel \"either or\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 55, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 55, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 56 - Tifsir.", "Clause 56 - Interpretation.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal klawsola 56 għandi din l- emenda:", "\"T\" Fis-subklawsola (1) tal-klawsola 56:", "(a) fil-paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"lill-Kummissjoni tan- Nazzjonijiet Uniti\" għandhom jidħlu l-kliem \"għall-ħidma tal- Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti\"; u", "(b) fil-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"lill-grupp preparatorju li ħejja l-Mudell ta' Liġi\" għandhom jidħlu l-kliem \"għad- dokumenti preparatorji tal-Mudell ta' Liġi\".", "\"T\" In subclause (1) of clause 56:", "(a) in paragraph (a) thereof, for the words \"to the United Nations Commission\" there shall be substituted the words \"to the works of the United Nations Commission\"; and", "(b) in paragraph (b) thereof, for the words \"to its working group in the preparation of the Model Law\" there shall be substituted the words \"to the preparatory documents of the Model Law\".", "Dan is-suġġeriment waslilna minn barra mhux minn Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nifhem li dan is-suġġeriment huwa raġonevoli, pero' qed niddipartixxu mit-text Ingliż.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Le t-test Ingliż qed jiġi mibdul ukoll.", "L-ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nitolbok tikkonsidra subklawsola 56(2) li tgħid hekk:", "\"Is-subartikolu (1) ma jolqotx l-applikazzjoni ta' l-Att dwar l- Interpretazzjoni għall-iskop tat-tifsir ta' dan l-Att\".", "Hekk irridu ngħidu \"ma jolqotx\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex klawsola 56 tiġi posposta ħalli l-esperti jikkonsidraw l-aħħar punt li semma' l-Onor.", "Membru..", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?.", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola u l-emenda għaliha ġew posposti.", "Klawsola 57 - L-Artiklu 6 tal-Mudell ta' liġi.", "Clause 57 - Article 6 of the Model Law.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal klawsola 57 għandi din l- emenda:", "\"U\" Fit-test Malti tal-paragrafu (a) tagħha, minflok il-kliem \"ta' l- Artikli 11(3).", "11(4),\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' l-Artikli 11(3), 11(4),\".", "\"U\" In the Maltese text of paragraph (a) thereof, for the words \"ta' l- Artikli 11(3).", "11(4),\" there shall be substituted the words \"ta' l- Artikli 11(3), 11(4),\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye.", "Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 57, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 57, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 - Depożitu ta' l-ispejjeż.", "Klawsola 53 - Deposit of costs.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal klawsola 53 għandi emenda oħra:", "\"V\" Klawsola 53 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fit-test Malti tas-subklawsola (3) tal-klawsola 53, minflok il- kliem \"l-Awtorita' tista' tagħmel\" għandhom jidħlu l-kliem \"iċ-Ċentru jista' jagħmel\" u minflok il-kliem \"li tista' tqis xierqa\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jista' jqis xierqa\"; u", "(b) fit-test Malti tas-subklawsola (5) tal-klawsola 53 minflok il- kliem \"jagħti akkont lill-partijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"jagħti rendikont lill-partijiet\".", "\"V\" Clause 53 shall be amended as follows:", "(a) in the Maltese text of subclause (3) of clause 53 for the words \"l-Awtorita' tista' tagħmel\" there shall be substituted the words \"iċ- Ċentru jista' jagħmel\" and for the words \"li tista' tqis xierqa\" there shall be substituted the words \"li jista' jqis xierqa\"; and", "(b) in the Maltese text of subclause (5) of clause 53 for the words \"jagħti akkont lill-partijiet\" there shall be substituted the words \"jagħti rendikont lill-partijiet\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"Q\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Q\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 53 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 53, kif emenda, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 58 - L-Artikli 34 u 36 tal-Mudell tal-Liġi.", "Clause 58 - Articles 34 and 36 of the Model Law.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, hawnhekk ukoll għandi xi emendi mhux ta' sostanza imma ta' grammatika.", "Nipproponi din l-emenda:", "\"W\" Minflok it-test Malti tal-paragrafu (b) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(b) ikunu nkisru r-regoli tal-ġustizzja naturali fl-għoti tad- deċiżjoni.\".", "\"W\" For the Maltese text of paragraph (b) thereof there shall be substituted the following:", "\"(b) ikunu nkisru r-regoli tal-ġustizzja naturali fl-għoti tad- deċiżjoni.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li wieħed irid jikkonsidra s- subklawsola 58 (a) għax għandna:", "\"id-deċiżjoni tkun inkisbet bi, jew intlaqtet minn, frodi jew korruzzjoni; jew\"", "X'jiġifieri \"intlaqtet minn\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Naħseb li l-iżjed ħaġa faċli li nagħmlu hi li naraw kif saret it-traduzzjoni tagħha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bl-Ingliż qegħda:", "\"... induced or affected by\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Bil-Malti tiġi \"milquta\" jew forsi tista' tgħid \"affettwata\", imma aħjar inħalluha \"milquta\".", "Ma naħsibx li għandna nbiddlu iżjed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 58 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 58, kif emenda, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 - Il-Kapitlu VIII tal-Mudell ta' Liġi ma jgħoddx f'ċerti każi.", "Clause 59 - Chapter VIII of Model Law not to apply in certain cases.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola m'għandix emendi għax ma jidhirlix li hemm lok għal emendi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma nafx xi tfisser sewwa din il- klawsola.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk tħares lejn ir-riferenzi kollha għandek x'togħmod fil-fatt għax din il-klawsola tagħmel riferenzi għal diversi liġijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din il-klawsola assolutament ma tiftehimx.", "Hawn insibu:", "\"Meta, ħlief għall-applikazzjoni ta' dan l-artiklu, ikunu japplikaw għar-rigward ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ", "sew il-Kapitlu VIII tal-Mudell ta' Liġi kif ukoll it-Taqsima VII ta' dan l-Att fuq l-GĦarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġ Barranin, il-Kapitlu VIII tal-Mudell ta' Liġi għandu jitqies bħala li ma jkunx japplika għar-rigward ta' dik id-deċiżjoni.\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jiġifieri japplika għal dan l-artikolu biss.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri meta qed ngħidu \"għall- applikazzjoni ta' dan l-artikolu\"?", "Kieku tgħid li f'dawk iż-żewġ okkażjonijiet il-Kapitlu VIII tal-Mudell ma japplikax nifhimha, imma l- kliem \"ħlief għall-applikazzjoni ta' dan l-artikolu\" xi jfisser?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk tħares lejn il-marginal note din tgħid li l-Kaptilu VIII ma japplikax f'ċerti każi.", "Il-każi prospettati fil-liġi huma dawk li wieħed isib f'dawk iż-żewġ ċirkostanzi li huma msemmija f'din il-klawsola.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-diffikulta li għandi qed jikkaġunawhieli l-kliem \"ħlief għall-applikazzjoni ta' dan l-artikolu\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien mingħajr ma noqgħod nidħol fid-dettall dwar x'inhi t-tifsira ta' Kapitlu VIII u x'inhu l-kontenut fuq l-Att fuq l- GĦarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġi Barranin jidhirli li dan il-kliem jagħmel sens anke grammatiku, voldieri li jwassalli l- messaġġ ta' dak li jrid jgħid.", "Issa ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici hux qed jgħid li din il-klawsola għandha kostruzzjoni ħażina.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, jien qed ngħid li jekk aħna rridu nindunaw li meta qed ngħidu \"ikunu japplikaw għar-rigward ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ sew il-Kapitlu VIII tal-Mudell ta' Liġi kif ukoll it-Taqsima VII\" hux qed nifhmu li l-Kapitlu VIII tal-Mudell tal-Liġi għandu jitqies bħala li ma japplikax.", "Hekk nista' nifhem, imma meta qed ngħidu l-kliem \"ħlief għall-applikazzjoni ta' dan l-aritkolu\", dak ma nafx xi jfisser.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien naħseb li għandna nifhmuha b'dan il- mod.", "Mingħajr ma neskludu l-Kapitlu VIII u t-Taqsima VII ta' l-Att fuq l- GĦarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet minn din il-liġi, u allura donnhom jibqgħu parti mill-liġi, għandna nikkonsidraw li ħlief għal fejn qed issir riferenza għalihom, voldieri fi klawsola 59, fil-bqija tal-liġi ma japplikawx.", "Jien hekk qed nifhimha.", "Fil-fatt kif qed infissirha jien il-messaġġ jasal imma fl-istess ħin ma nistax nikkontradiċi lill-Onor.", "Mifsud Bonnici meta qed jgħid li t-traduzzjoni hija clumsy.", "Il-messaġġ jasal pero' naħseb li din il-klawsola tista' tiġi phrased aħjar, għax jekk inħarsu lejn il-verżjoni Ingliża nsibu mitkub \"but for the application of\" li fl-opinjoni tiegħi għandha nuance differenti mill-frażi \"ħlief għall-applikazzjoni ta'\", għax waqt li \"but for the application of\" hija mod pożittiv ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Stajna għidna \"li kieku ma kellux japplika\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Eżattament.", "Dik kienet tkun soluzzjoni aħjar.", "Voldieri għal iktar korrettezza jien dispost li nagħmel din l- emenda biex tiġi tiftiehem aħjar.", "GĦaldaqstant f'dan il-mument nipproponi li klawsola 59 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 59 tiġi posposta.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 60 - Arranġament ta' tilwim b'mod differenti minn dak fil-Mudell ta' Liġi.", "Clause 60 - Settlement of dispute otherwise than in accordance with Model Law.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"X\" Il-klawsola 60 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"b'mod differenti minn dak tal-Mudell ta' Liġi, dak il-Mudell ta' Liġi ma jkunx japplika għar-rigward ta' l-arranġament ta' dik it-tilwima.\" għandhom jidħlu l- kliem \"b'mod differenti minn kif maħsub fil-Mudell ta' Liġi, f'dak il- każ ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw arbitraġġ domestiku\" u fit-test Malti ta' l-istess subklawsola minflok il-kliem \"li jkunu bil-miktub\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jkun bil-miktub\"; u", "(b) fit-test Malti tas-subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"fis- subartikolu ta' qabel,\" għandhom jidħlu l-kliem \"fis-subartikolu ta' qabel dan,\".", "\"X\" Clause 60 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1) thereof, for the words \"otherwise than in accordance with the Model Law, this Model Law does not apply in relation to the settlement of that dispute.\" there shall be substituted the words \"otherwise than in accordance with the Model Law, then the provisions governing domestic arbitration shall apply.\" and in the Maltese text of the same subclause for the words \"li jkunu bil-miktub\" there shall be substituted the words \"li jkun bil-miktub\"; and", "(b) in the Maltese text of subclause (2) thereof, for the words \"fis- subartikolu ta' qabel,\" there shall be substituted the words \"fis- subartikolu ta' qabel dan,\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 60 (2) qegħdin dejjem nitkellmu fuq kif \"tiġi rranġata t-tilwima\".", "Aħna rridu ngħidu liema liġi tapplika għat-tilwima, hux hekk?", "Imma hekk irridu ngħidu \"kif tiġi rranġata t-tilwima\"?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hekk konna qegħdin nitkellmu matul id- dibattitu kollu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, flok \"arraġament\" konna qed ngħidu jekk nagħmlux \"transazzjoni\" jew \"kompromess\", imma l-kliem \"tiġi rranġata t-tilwima\" normalment ifisser \"to settle amicably\" t-tilwima u mhux li tiddeċidiha skond il-liġi għax dik hija xi ħaġa oħra.", "Issa hawn naħseb li rridu ngħidu \"regolata skond il-liġi\" jew \"settled according to law\" u mhux \"irranġata\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Voldieri inti qed tirriferi għall-kelma \"rranġata\" u qed tgħid li jkun aħjar jekk nagħmluha \"regolata\" jew \"trattata\".", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa faċli fuq dawn l-affarijiet hi li nħarsu lejn il-verżjoni Ingliża u nipprovaw insibu t-traduzzjoni adattata għaliha u nagħmlu x-xogħol ta' min ittraduċihom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bl-Ingliż qiegħda \"settled\" u naħseb li tista' tiġi \"deċiża\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Le, \"settled\" hija aktar minn \"deċiża\".", "Meta tgħid \"settled\" wieħed jippretendi li tkun deċiżjoni ta' l-arbitru filwaqt li l-kelma \"settled\" tista' tfisser sew deċiżjoni ta' l-arbitru kif ukoll ftehim bejn il-partijiet.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-kelma \"settled\" hija iktar wiesgħa.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Eżattament, hekk qed ngħid u allura wieħed irid isib il-kelma adatta.", "Issa l-kelma \"rranġata\" ma tagħtix ad intendere li jkun ta deċiżjoni l-arbitru imma tagħti ad intendere li l-partijiet ikunu waslu bejniethom.", "Jien naħseb li l-aħjar kelma li nistgħu nużaw - forsi qed jismagħni l-espert - hija l-kelma \"determinata\", \"finalised\" iktar minn \"settled\".", "Naħseb li dik hija l-kelma li tirbaħ il-kunsens ukoll tal-kollegi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mela għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- emenda għal klawsola 60 minflok il-kelma \"rranġata\" se nużaw il-kelma \"determinata\" u bl-Ingliż tiġi \"determined\".", "Sakemm tiġi abbozzata din l- emenda nipproponi li klawsola 60 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 60 tiġi posposta.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 56 - Tifsir.", "Clause 56 - Interpretation.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"Y\" Fit-test Malti tas-subklawsola (2) tal-klawsola 56 minflok il-kliem \"ma jolqotx l-applikazzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandu japplika bla ħsara għall-applikazzjoni\".", "\"Y\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 56 for the words \"ma jolqotx l-applikazzjoni\" there shall be substituted the words \"għandu japplika bla ħsara għall-applikazzjoni\".", "Naħseb li b'hekk it-traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti hija iktar fidili għal dak li kien maħsub.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"T\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Y\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Y\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 56 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 56, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 - Il-Kapitlu VIII tal-Mudell ta' Liġi ma jgħoddx f'ċerti każi.", "Clause 59 - Chapter VIII of Model Law not to apply in certain cases.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, naħseb li l-emenda li se nressaq hija iktar viċin u tirrispekkja b'mod aktar fidil it-traduzzjoni mill-Ingliż.", "Nipproponi din l-emenda:", "\"Z\" Fit-test Malti tal-klawsola 59 minflok il-kliem \"ħlief għall- applikazzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"kieku ma kienx għall- applikazzjoni\".", "\"Z\" In the Maltese text of clause 59 for the words \"ħlief għall- applikazzjoni\" there shall be substituted the words \"kieku ma kienx għall-applikazzjoni\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa umoqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Z\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 59 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 59, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 61 - Reġistrazzjoni miċ-Ċentru.", "Clause 61 - Registration by the Centre.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"AA\" Fis-subklawsola (2) tal-klawsola 61, minflok il-kliem \"u l-ħtiġijiet ta' reġistrazzjoni maħruġa miċ-Ċentru.\" għandhom jidħlu l-kliem \"u l- ħtiġijiet ta' reġistrazzjoni skond regoli magħmula miċ-Ċentru.\".", "\"AA\" In subclause (2) of clause 61, for the words \"and the requirements of registration issued by the Centre.\" there shall be substituted the words \"and the requirements of registration according to rules made by the Centre.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AA\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 61 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 61, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 62 - Artiklu 17 tal-Mudell ta' Liġi.", "Clause 62 - Article 17 of the Model Law.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"BB\" Fit-test Malti tal-klawsola 62, minflok il-kliem \"li tkun teħtieġ parti:\" għandhom jidħlu l-kliem \"li tkun teħtieġ lil xi parti:\" u fit- test Malti tal-paragrafu (b) tagħha, minflok il-kliem \"li tipprovdi sigurta'\" għandhom jidħlu l-kliem \"li tipprovdi garanzija\".", "\"BB\" In the Maltese text of clause 62, for the words \"li tkun teħtieġ parti:\" there shall be substituted the words \"li tkun teħtieġ lil xi parti:\" and in the Maltese text of paragraph (b) thereof, for the words \"li tipprovdi sigurta'\" there shall be substituted the words \"li tipprovdi garanzija\".", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandux xi emendi għal din il- klawsola.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'għandix emendi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"BB\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 62 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 62 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 63 - Mgħax sa meta tingħata d-deċiżjoni", "Clause 63 - Interest up to making of award", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għandi emenda:", "\"CC\" Fit-test Malti tal-klawsola 63, minflok il-kelma \"mgħax\" kull fejn tirrikorri għandha tidħol il-kelma \"imgħax\" u fit-test Malti tan-nota marġinali tagħha, minflok il-kelma \"Mgħax\" għandha tidħol il-kelma \"Imgħax\".", "\"CC\" In the Maltese text of clause 63, for the word \"mgħax\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"imgħax\" and in the marginal note thereof, for the word \"Mgħax\" there shall be substituted the word \"Imgħax\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subparagrafu (a) ta' sub-klawsola 63(2) jgħid:", "\"ma jawtorizzax l-għoti ta' mgħax fuq mgħax\"", "Jekk ikun hemm ftehim ta' compound interest, dak huwa tollerat jew le?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien nifhem li: \".... ma jawtorizzax l- għoti ta' mgħax fuq imgħax\" tfisser esklużjoni.", "Imgħax fuq imgħax u compound interest ma jidħlux.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-banek jinsistu li hemm differenza bejn current account u loan account.", "Dawn donnhom li fuq loan accounts, minkejja l-kuntratti li jagħmlu, jaċċettaw li ma jkunx hemm imgħax fuq imgħax, imma fuq il-current account ma jsirx l-istess u qed jinsistu li dak il-kuntratt hu sui generis.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Sui generis għax fil-fatt m'huwiex self.", "Meta wieħed ikollu l-account tiegħu overdrawn m'hemmx kunsens hemmhekk.", "Per eżempju, għandi current account u ma jkollix overdraft facilities għax dawn jippresumu ftehim bejni u bejn il-bank u darba li jkun hemm dak il- ftehim jien ma nistax nikser il-liġi tal-public policy.", "Pero' jekk jien inkun unilateralment issellift mill-bank jew ħadt iktar milli kelli nieħu mill-bank il-ftehim mal-bank ma jeżistix.", "Għalhekk il- bank irid jissalvagwarda s-sitwazzjoni tiegħu u anke d-danni kieku dawk il-flus kellu jinvestihom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kif jista' jieħu mgħax fuq imgħax meta skond il-public policy dan ma tistax tagħmlu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien ma naħsibx li l-compound interest imur kontra l-public policy.", "M'huwiex aċċettat fil-qrati tagħna fis-sens li ma jittollerawx li jkun hemm imgħax fuq imgħax, imma jien ma naħsibx li jekk ikun hemm ftehim fejn japplika l-compound interest il-qorti se tiddikjara dak il-ftehim bħala null għax imur kontra l-public policy.", "L-importanti hu li jekk xi ħaġa tmur kontra l-public policy jista' jiġi ddikjarat null mill- qorti - skond kif nimmaġina jien bħala barometru.", "Jien ma naħsibx li l- compound interest hu xi ħaġa li jekk żewġ partijiet jiftiehmu dwaru l- qorti se tiddikjarah null.", "Ma naħsibx but I stand to be corrected fuq din il-ħaġa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien naħseb li jekk nidħlu f'dan id- dibattitu b'mod akkademiku ...", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Le, mhux akkademiku.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk nidħlu f'public policy jew le għalija jkun dibattitu akkademiku.", "Jien naħseb li qabel ma nesprimu ruħna b'dan il-mod aħjar inkunu ċerti fuq dak li qed niddiskutu.", "Illum mhux qed niddiskutu jekk imgħax fuq imgħax huwiex public policy jew le allavolja kont jien l-ewwel wieħed li semmejt dik il-frażi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-punt li ssolleva l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici dwar jekk compound interest huwiex permess jew le.", "L-interpretazzjoni tiegħi hija li l- compound interest huwa eskluż.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Imma dan huwa ħażin u se ngħid għaliex.", "L- intenzjoni tal-liġi meta għandek arbitraġġ internazzjonali kummerċjali hija mhux biss li jkollok arbitraġġi fejn għandhom x'jaqsmu suġġetti jew ċittadini jew kwestjonijiet lokali ma' pajjiżi jew soċjetajiet barranin, imma anke biex il-pajjiż iservi bħala lokal ħalli jsiru arbitraġġi internazzjonali.", "Jekk aħna se nissoġġettaw ftehim li jista' jsir bejn żewġ entitajiet barranin - persuni kemm fiżiċi kif ukoll mhux fiżiċi - għal dak li nħossu li għandu jkun stradat skond il-public policy ta' Malta dan nistgħu ma nagħmluh xejn għax l-iżjed ħaġa li kien hemm problema dwarha fil-passat fuq arbitraġġi li kienu jinvolvu anke entitajiet lokali ma' soċjetajiet barranin kienet jekk dak il-ftehim kien imurx kontra l-public policy ta' Malta bir-riżultat li fejn trid tostakola arbitraġġ trid tiftaħ kawża Malta, anke jekk ikun hemm jurisdiction clause.", "Dan kif kien hemm il-famuż każ ta' Alcatel vs Telemalta fejn kien hemm arbitration clause li tgħid li jrid jinstema' f'GInevra l-Isvizzera skond il-liġijiet ta' l- arbitraġġ ta' dak il-pajjiż.", "Infetħet kawża Malta biex dak il-ftehim jiġi dikjarat li jmur kontra l-public policy ta' Malta għax imur kontra l- liġijiet li kien hemm fil-Kodiċi ta' Proċedura u għaldaqstant peress li l- proċedura hija public policy ftehim bħal dak ma setax isir.", "Jien għamilt dan it-tangent apposta għax jekk aħna se nibqgħu bl-istess mentalita' li għaliex il-compound interest huwa kważi alien għas-sistema ġudizzjarja applikata għall-kawżi li għandhom x'jaqsmu fl-imgħax inkunu qed nissoġġettu ftehim ta' barranin għal li dak li naħsbu li għandu jkun aħna, Mentri hawnhekk għandna li għandha tkun bl-oppost l-klawsola.", "Il-klawsola għandha tkun li jekk ikun hemm ftehim bejn żewġ entitajiet li jkollhom il- kwalifiki li jaqgħu taħt din il-parti tal-liġi ta' arbitraġġi internazzjonali u dawn jiftehmu li ma tiġix applikata l-Model Law u jridu li jiġi regolat dan l-arbitraġġ skond il-ftehim li għamlu huma - u l-liġi qed tagħtihom il-permess basta jinnotifikaw lir-reġistratur - m'għandniex nissottomettu dak il-ftehim li jkunu għamlu żmien qabel għax ħafna drabi il-ftehim kif isir l-arbitraġġ għal dak li naħsbu aħna li huwa tajjeb jew ħażin ikun sar żmien qabel.", "Il-compound interest naqblu jew ma naqblux magħha fis-sistema tagħna żgur m'għandhiex tiġi a priori eskluża mill- possibilita' li jiftehmu fuqu.", "Din ma tgħidx hekk - mhux għax jien awtorita' għax minix, imma avukat jien - imma jekk m'hijiex ċara allura hija soġġetta għall-interpretazzjoni.", "Jien nissuġġerixxi li fis-subklawsola 63(2) tidħol rider fis-sens li jgħid kif hemm fil-bidu tas-subklawsola 63(1): \"Kemm-il darba il-partijiet fi ftehim ta' arbitraġġ regolat ...\".", "Jiġifieri jekk jiftehmu mod ieħor għandu jkun permissibbli għax jien naħseb li dik hi l-intenzjoni tiegħek.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien lill-Onor.", "John Attard Montalto qed nifhmu eżattament x'qed jgħid u fil-fatt l-iskop wara l-liġi kif qed jgħid huwa stess huwa li tħajjar lil min jiġi hawn Malta biex jagħmel l- arbitraġġi hawn għax dan huwa mod kif il-pajjiż jattira għalih mezz ta' dħul ieħor.", "Klawsola 63 tibda hekk:", "\"Kemm-il darba il-partijiet fi ftehim ta' arbitraġġ regolat b'din it- Taqsima ta' dan l-Att ma jkunux ftehmu mod ieħor, ....\"", "Voldieri dawn setgħu ftehmu bil-compound interest.", "Pero' din il-klawsola qed tgħid li jekk ma jkunx hemm ftehim l-compound interest huwa eskluż.", "Din il-klawsola qed tgħid li t-tribunal jista' jġiegħel lill-parti telliefa tħallas l-imgħax bir-rata raġonevoli jew le min żmien għal żmien.", "Pero' dan id-dritt li jġiegħel lill-parti l-oħra tħallas l-imgħax jeskludi mill- poteri, s-setgħat u d-drittijiet tat-tribunal d-dritt li jġiegħel lill- parti sokkombenti milli tħallas l-compound interest.", "Jekk pero' kif hawn fil-bidu tal-klawsola l-partijiet fir-reference ta' l-arbitraġġ jkunu ftehmu li jitħallas l-compound interest dik hija legali.", "L-Onor.", "Attard Montalto qed jgħid għaliex meta aħna qed nipprovaw nħajjru l-arbitraġġi hawn Malta, donnu li qed nibbażżaw biss fuq il-prassi u fuq il-public policy Maltija u mhux fl-użu kummerċjali internazzjonali.", "F'dan il-każ għandek l-ewwel sentenza tal-klawsola li hija ċara \"bla ħsara għal ..\", voldieri jekk ikunu ftehmu jkunu ftehmu, jekk ma jkunux ftehmu ma jiġix akkollat il-compound interest.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bi qbil bejn iż-żewġ naħat f'dak il-konċett.", "Jien naħseb li mhux qed naqblu.", "Jien nissottometti ruħi għall-opinjoni aqwa minn tiegħi ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, imma jien qed nifhimha li minkejja dak li hemm fis-subklawsola 63(1) ħadd ma jista' jiftiehem fuq imgħax fuq imgħax.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Le, din m'hix kwesjtoni ta' imgħax.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Allura għaliex ma ndaħħlux \"bla preġudizzju\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hekk hemm miktub.", "Flok għandek il-kliem \"bla preġudizzju\" għandek \"kemm-il darba li\".", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dik fis-subklawsola 63(1), imma mbagħad għandek is-subklawsola 63(2).", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Is-subklawsola 63(2) qed tagħmel riferenza għas-subklawsola 63(1).", "L-ewwel ħaġa li għandek tara hija li aħna għandna ċirkostanzi fejn il-partijiet ftehmu fuq compound interest.", "Mela jekk il- partijiet ftehmu fuq compound interest jista' jiġi akkollat l-compound interest.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien ngħidlek li ma jistax.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hekk qed tgħid il-klawsola.", "Għalija hija ċara.", "Jekk m'hemmx ftehim fuq il-compound interest t-tribunal ta' l- arbitraġġ ma jistax jwaħħal il-compound interest.", "Hekk qed tgħid din il- klawsola.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li l-pożizzjoni hija li ftehim dwar compound interest huwa permissibbli.", "Fuq din m'hemmx kwestjoni.", "Issa meta jingħataw deċiżjonijiet u nitolbu li jkun hemm l-imgħax sal-ġurnata tal-pagament effettiv, mill-ġurnata li tiffissa l-qorti sal-ġurnata tal- pagament effettiv, jekk ma jingħadx mod ieħor m'hemmx compound interest.", "Imma hemm xi ħaġa ħażina li jekk tilwima tkun damet sejra ħames snin, it- tribunal iħoss ġust ....?", "Nimmaġinaw tilwima fuq ħlas lura ta' somma ta' flus lil bank.", "Żgur li l-bank kull sena jagħmel il-komputazzjoni ta' l- imgħax u jgħodd l-imgħax mhux imħallas mal-kapital u s-sena ta' wara l- imgħax jiġi komputat fuq il-kapital oriġinal plus fuq l-imgħax akkumulat.", "Allura x'hemm ħażin la m'hijiex kontra public policy", "li t-tribunal iħoss li f'ċerti ċirkostanzi, sakemm isir il-pagament, għandu jkun hemm ukoll imgħax fuq imgħax, li kull sena l-imgħax jiġi akkumulat mal- kapital sakemm jitħallas?", "GĦax inkella se mmorru kontra l-prinċipju ta' liema timputa.", "Nagħtu kas inti tagħmel pagament akkont, minħabba din il- kwestjoni dak il-pagament inti timputah għall-imgħax l-ewwel, imma jekk l- imgħax mhux se jgħaddi bl-imgħax inti l-pagament akkont timputah lill- kapital għax il-kapital għaddej bl-imgħax u l-imgħax akkumulat mhux għaddej bl-imgħax.", "Dawn hemm loġika fihom u trid tiskopri dik il-loġika.", "Jekk inti ma tikkomputax l-imgħax fuq l-imgħax fl-imputazzjoni inti jaqbillek timputah kontra l-kapital mhux tħallas l-imgħax.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mela dak li stabbilixxejna f'dawn l-aħħar minuti huwa li l-klawsola tinftiehem kif qed ngħidu t-tnejn.", "Issa wasalna fuq punt ieħor: Għaliex il-compound interest le?", "Jien naħseb li hemm żewġ punti li wasslu lill-esperti biex jaslu għal din il-konklużjoni.", "Waħda mill-iktar affarijiet importanti li tattira lejk il-possibilita' li jkollok negozju ta' arbitraġġi internazzjonali huwa li inti fil-pajjiż ikollok sitwazzjoni li tkun ċerta fis-sens li r-regoli jkunu stabbiliti u inalterabbli.", "Allura hawnhekk meta wieħed jagħti poter lil tribunal ta' l- arbitraġġ irid jgħid safejn jista' jasal dak it-tribunal ta' l-arbitraġġ.", "Kif qed nifhem jien - u din mhix kwestjoni ta' min għandu raġun imma kwestjoni ta' opinjoni - l-Onor.", "Mifsud Bonnici jixtieq li nħalluha fluwida li meta nitkellmu fuq award ta' arbitraġġ it-tribunal jista' jekk irid jiddeċiedi li ma jagħtix imgħax fuq imgħax jew li jagħti imgħax fuq imgħax.", "Issa fl-opinjoni tiegħi dawn iċ-ċirkostanzi jwasslu għal inċertezza għax meta inti tirriferi kwestjoni jew tilwima lil tribunal ta' arbitraġġ ma tkunx ċert għaliex hija kwestjoni li toħroġ ma' l-aħħar deċiżjoni - hija kwestjoni ta' opinjoni ta' l-arbitru jew tat-tribunal jekk magħmul bi tliet arbitri - li jiddeċiedi jekk jakkollax imgħax sempliċi jew inkella imgħax fuq imgħax.", "Allura dak il-punt li m'għandekx dik iċ-ċertezza fil-fatt mhix xi ħaġa li tħajjar lin-nies jirriferu t-tilwim tagħhom internazzjonali għall-arbitraġġ ta' Malta.", "Allura x'qed tgħid din il-klawsola?", "Jien mhux qed neskludi l-compound interest għax jekk hemm min diġa' ftiehem minn qabel fir-riferenza għat-tribunal li l-compound interest huwa pagabbli jien se nirrispetta dak il-ftehim li hemm bejn dawn iż-żewġ partijiet.", "Jien naħseb li l-imgħax mhux kwestjoni ta' xi klawsola li ħadd ma jkun jaf biha.", "B'mod jew ieħor trid tiftiehem, normalment il-partijiet jiftehmu jekk hux compound jew simple interest meta inti tasal biex ikollok ir-riferenza biex it-tribunal jagħti l-award.", "Jekk m'hemm xejn aħna għandna nifhmu li l- award għandha tiġi bbażata fuq simple interest għax kieku l-partijiet riedu l-compound interest kellhom l-opportunita' li jagħżlu dak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: X'hemm ħażin illi aħna ndaħħlu sentenza qasira illi tgħid: \"... sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor\".", "Daqshekk biss għandek bżonn biex tiċċaraha.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hemm qiegħda.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ministru inti qed tgħidli li hemm qiegħda.", "Jien qed ngħidlek: Veru hemm qiegħda imma jekk hemm il-possibilita' ta' 10% ta' interpretazzjoni differenti li tista' titneħħa faċilment biż-żieda ta' erbgħa jew ħames kelmiet li żgur se jesprimu dak li rridu ngħidu, aħjar nagħmlu hekk.", "Din l-opinjoni tiegħi għax f'subklawsola 63(2) jgħidlek kategorikament illi s-subklawsola (1) ma jawtorizzax l-għoti ta' imgħax fuq imgħax.", "Mhux qed jirriferi għal meta l-partijiet jiftehmu mod ieħor, m'hemm riferenza ta' xejn.", "Qisu qed jgħidlek li ma jistax ikun hemm.", "Jien naf li l-intenzjoni mhix hekk imma hija li ma jawtorizzax l-għoti ta' imgħax fuq imgħax sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien dan m'għandix dubju minnu, anzi tajtni prova fit-tliet xhur li għamilna fil-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din mhix kwestjoni kontenzjuża.", "Jien lest biex nieħu r-riskju ta' din l-interpretazzjoni.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mela nkomplu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa l-kwestjoni ta' prinċipju.", "Il- Ministru qed jgħid li m'għandux ikun hemm inċertezza ħalli kulħadd ikun jaf illi f'nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet l-arbitraġġ Malti mhux se jagħti imgħax fuq imgħax.", "Veru li din tammonta għal ċertezza, imma se tkun inibizzjoni biex isiru arbitraġġi hawn Malta.", "Għaliex?", "Id-debitur, min se jkun sokkombenti, jaqbillu għax qatt ma jista' jiġi kkundannat għal imgħax fuq imgħax, imma min qed jippretendi ħlas ta' danni jew kreditu ma jaqbillux għax se jitlef dak l-imgħax fuq l-imgħax li skond il-prassi internazzjonali huwa universali.", "Nieħdu l-każ ta' bank.", "Bank qatt ma jkollu inċentiv jissottometti ruħu għal arbitraġġ hawn Malta għaliex jaf li se jitlef dak li hu bi dritt tiegħu mad-dinja kollha.s\\", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ma naħsibx li għandi xi nżid iżjed u l- argumenti tiegħi għamilthom diġa'.", "Hawnhekk fil-fatt qed niddeċiedu policy.", "Jien nifhem li l-opinjonijiet jistgħu jvarjaw imma meta tkun qiegħed f'pożizzjoni li jkollok tiddeċiedi trid tiddeċiedi abbażi ta' kif jidher mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imbagħad il-punt l-ieħor li jmiss huwa l- paragrafu (ċ) li jgħid:", "\"Is-subartikolu (1) ma jolqotx id-danni li jistgħu jiġu rikoverati meta kambjala ma tiġix onorata.\"", "Din x'irridu ngħidu biha?", "Qed ngħidu li subklawsola (1) - li tgħid li wieħed jista' jistabbilixxi rata ta' imgħax - ma tolqotx id-danni li jistgħu jiġu rikoverati meta kambjala ma tiġix onorata?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Naħseb li ma nistgħux ninterpretaw iżjed milli nħarsu lejn x'qed tgħid il-liġi stess.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: It-tribunal jista' jiffissa l-imgħax.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Bħalissa mhux qed nitkellmu fuq imgħaxijiet.", "L-imgħaxijiet nitkellmu dwarhom meta niġu għal subklawsola 2(a) u 2(b).", "Issa qed nitkellmu fuq kwestjoni kompletament differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, qed nitkellmu fuq l-imgħaxijiet.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Issa qed nitkellmu fuq danni.", "Jekk inti tħares lejn il-verżjoni Ingliża ssib li subklawsoli 2(a) u 2(b) jitkellmu fuq interest u subklawsola 2(c) titkellem fuq damages.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dak huwa l-punt tagħna imma subklawsola 2(c) m'għandiex tkun parti minn din il-klawsola.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Għaliex?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ħalli nispjegalek għaliex.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din is-subklawsola mhijiex qed titkellem biss fuq imgħax.", "Veru li l-marginal note titkellem fuq imgħax, biex nitkellmu ċar, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq danni.", "Dak li qed ngħidlu fis-subklawsola 2(c) huwa li jekk kien hemm xi ftehim dwar likwidazzjoni jew dwar ħlas ta' danni m'għandux jiġi minsus.", "Jien hekk qed nifhimha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma kambjala mhux dejjem ikollha l-imgħax inkorporat fiha?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hawnhekk qed nitkellmu fuq danni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Issa d-danni jistgħu jkunu jikkonsistu parti f'imgħax u parti f'xi ħaġa oħra.", "Jekk, per eżempju, jien ma tajtekx il-flus li kelli nagħtik u ma ħallastlekx il-kambjala - u fuq kambjala jiddekorri l-imgħax - jien dak l-imgħax se jkolli nħallsu, pero' jekk bin-nuqqas tiegħi ta' pagament ġibtek f'sitwazzjoni li inti ma stajt tagħmel xejn għax ma kellekx il-likwidu f'idejk allura dawk huma danni wkoll.", "La qed nitkellmu fuq meta tribunal iġiegħlek tħallas imgħax u qed neskludulu imgħax fuq imgħax jekk ma jkunx miftiehem minn qabel, nista' ngħid li din hija esklużjoni oħra għax dan igħidlek: Ladarba inti għandek każ ta' kambjala fejn l-imgħaxijiet għandhom jitħallsu imma mhux imgħax fuq imgħax, pero' over and above l-imgħax għandek ukoll id-danni li setgħu ġew ikkaġunati min-nuqqas ta' pagament, issa dawn għandhom jitħallsu wkoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tajjeb.", "Imma allura f'dak il-każ it- tribunal jista' jikkundanna l-imgħax fuq l-ammont tal-kambjali?", "Issa qed ngħidu li t-tribunal - apparti l-imgħax fuq imgħax - jiddeċiedi fuq il-ħlas tal-kambjala.", "Allura skond subklawsola (1) dan jista' jiddeċiedi li għandu jkun hemm ħlas ta' imgħax?", "Qed ngħid hekk għax dak huwa parti mid-danni.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Id-danni huma over and above l-imgħax.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dan jista' jagħtik l-imgħax fuq l- import tal-kambjali bla preġudizzju għall-azzjoni tiegħek għal danni.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jista' jagħmillek hekk ukoll u jista' wkoll jillikwidalek id-danni.", "Jien qed nifhimha b'dan il-mod.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bir-rispett kollu lejn il-Ministru nixtieq ngħid li naħseb li l-ewwel ħaġa din qiegħda out of place hawnhekk.", "Jien ma naqbilx mal-Ministru meta qed jgħid li subklawsola 63(1) m'għandhiex l- imgħax bħala l-focal point.", "Il-focal point hija l-imgħax biss.", "Dik qiegħda hemm mhux in spite of the marginal note imma despite the marginal note.", "Hemmhekk għandek l-imgħax biss u allura hija non sequitur.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ma jidhirlix hekk.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Subklawsola 63(1) tgħid hekk:", "\"Kemm-il darba l-partijiet fi ftehim ta' arbitraġġ regolat b'din it- Taqsima ta' dan l-Att ma jkunux ftehmu mod ieħor, meta tribunal ta' arbitraġġ jaqtagħha li jagħti deċiżjoni għall-ħlas ta' fus (sew fuq talba għal ammont likwidat jew mhux likwidat), it-tribunal jista', bla ħsara għas-subartikolu (2), jinkludi fl-ammont mogħti fid-deċiżjoni dak l-imgħax b'dik ir-rata raġonevoli ...\"", "Allura x'jiġri?", "Mhux l-imgħax biss hawn?", "It-tribunal jista' jistabbilixxi partijiet oħrajn tal-liġi li jirriferu għal affarijiet oħra.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien qed nifhmek sew li qed tgħid li din il- klawsola tista' tpoġġiha band'oħra imma mhux hawnhekk?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li din qiegħda out of place hawnhekk.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Dan huwa l-argument?", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Iva.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jagħmel argument ieħor.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Lill-Onor.", "Mifsud Bonnici fhimtu u naħseb irrispondejtu.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li dak li ressaq l-Onor.", "Mifsud Bonnici jimmerita ftit ta' ħsieb ieħor għax kambjala - kif qed jgħid hu - jkollha l-imgħax inkorporat fiha nnifisha.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Imma sal-ġurnata li timmatura u mhux wara.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Dażgur.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Imma aħna qed ngħidu li jekk ma titħallasx ikompli jiddekorri l-imgħax.", "Dwar dan il-punt nista' ngħid li veru li l- marginal note titkellem fuq imgħax u li kambjala tinkludi fiha imgħax pero' huwa veru wkoll li wara li kambjala timmatura u ma tiġix imħallsa jkompli jiddekorri l-imgħax.", "Issa over and above dak kollu, l-liġi qed tgħid li t-tribunal jista' ...", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jista' jagħti l-imgħax.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Le, jista' jagħti d-danni oltre l-imgħax.", "Dan li qed ngħidu hawnhekk.", "Issa l-leġislatur ħass li għandu jqegħedha hawnhekk.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: F'subklawsola 63(2)(ċ) hemm:", "\"ma jolqotx id-danni li jistgħu jiġu rikoverati ...\"", "Issa fit-test Ingliż hemm:", "\"affect the damages that may be recoverable as a result of a bill of exchange being dishonoured.\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-kelma \"recoverable\" m'hijiex il-kelma \"rikoverati\".", "L-espert kien qed jispera li ma kontx tinduna b'din - forsi jien lanqas kont naqbel miegħek - għax se jkollu emenda.", "Hawnhekk għandha ssir emenda ħalli nsibu kelma adattata għax il-kelma \"rikoverati\" tfisser meta bniedem jidħol l-isptar.", "Fejn għandek raġun nagħtihulek dejjem u mill- ewwel!", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fl-affarijiet irqaq!", "Bħala konċett qed niftiehmu li jista' jkun hemm award u minkejja kull dritt li jeżisti għad- danni t-tribunal jagħti l-imgħax meta jkun hemm kambjala diżonerata.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Pero' l-kelma \"rikoverati\" nbiddluha.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kumitat biex din il-klawsola tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta", "Klawsola 64 - Mgħax fuq debitu msemmi f'deċiżjoni.", "Clause 64 - Interest on debt under award.", "Mr Chairman, se nipproponi din l-emenda:", "\"DD\" Fit-test Malti tal-klawsola 64, minflok il-kelma \"mgħax\" għandha tidħol il-kelma \"imgħax\" u fit-test Malti tan-nota marġinali tagħha, minflok il-kelma \"Mgħax\" għandha tidħol il-kelma \"Imgħax\".", "\"DD\" In the Maltese text of clause 64, for the word \"mgħax\" there shall be substituted the word \"imgħax\" and in the Maltese text of the marginal note thereof, for the word \"Mgħax\" there shall be substituted the word \"Imgħax\".", "Hawn x'qed ngħidu?", "Min qed jismagħna fuq ir-radju nbiddlu l-kelma \"mgħax\" mal-kelma \"imgħax\" forsi jaħseb li aħna mġienen!", "Fil-fatt fit-test hemm il- kelma \"imgħax\" miktuba mingħajr l-ittra \"i\" u hawnhekk qed nikkoreġu żball ta' l-ortografija.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"DD \" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 64 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 64, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsoli 65 u 66 għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 67 - Rappreżentanza fi proċedimenti", "Clause 67 - Representation in proceedings", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda:", "\"EE\" Fil-klawsola 67, minflok il-kliem \"l-artikolu 18 għandu\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 18 ta' dan l-Att għandu\".", "\"EE\" In clause 67, for the words \"section 18 shall,\" there shall be substituted the words \"section 18 of this Act shall\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, hawnhekk għandna: \"jagħmel seduti jew proċedimenti msejjsa fuq dokumenti jew materjal ieħor.\"", "Imma din il-kelma \"msejjsa\" xi tfisser?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, meta jkollok xi ħaġa msejjsa jfisser li jkollok xi ħaġa bbażata.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kollox sew, imma jien naħseb li jekk wieħed jikkonsulta lil wieħed mill-anzjani ta' din il-Kamra - mhux jien l- uniku anzjan li hawn hawnhekk għax hawn oħrajn bħali! - ma naħsibx li din hija l-proprja kelma li għandha tintuża.", "Jien naħseb li minflok li jkun hemm \"seduti\" ikun hemm biss \"timxi fuq dokumentazzjoni\" .", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk se noqogħdu nitkellmu fuq il-lingwa Maltija nibqgħu sejrin.", "Jien naħseb li kif inhi tagħmel sens u tiftiehem.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma aħna mhux proċedimenti abbażi ta' dokumenti ngħidu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien naħseb li kif inhi qiegħda sewwa.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressaq u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"EE\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 67 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 67 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 - Arranġament ta' tilwim b'mod differenti minn dak fil- Mudell ta' Liġi.", "Clause 60 - Settlement of dispute otherwise than in accordance with Model Law.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda oħra:", "\"FF\" Fit-test Malti tas-subklawsola (1) tal-klawsola 60, minflok il-kliem \"għandha tiġi rranġata\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tiġi determinata\" u minflok il-kliem \"għar-rigward ta' l-arranġament\" għandhom jidħlu l-kliem \"għar-rigward tad-determinazzjoni\".", "\"FF\" In the Maltese text of subclause (1) of clause 60 for the words \"għandha tiġi rranġata\" there shall be substituted the words \"għandha tiġi determinata\" and for the words \"għar-rigward ta' l-arranġament\" there shall be substituted the words \"għar-rigward tad- determinazzjoni\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi emenda \"X\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"X\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"FF\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"FF\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 60 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 60 kif emendata għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 63 - Mgħax sa meta tingħata d-deċiżjoni", "Clause 63 - Interest up to making of award", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda oħra:", "\"GG\" Fit-test Malti tal-paragrafu (c) tas-subklawsola (2) tal- klawsola 63 minflok il-kliem \"li jistgħu jiġu rikoverati\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jistgħu jintalbu\".", "\"GG\" In the Maltese text of paragraph (c) of subclause (2) of clause 63 for the words \"li jistgħu jiġu rikoverati\" there shall be substituted the words \"li jistgħu jintalbu\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi emenda \"CC\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"CC\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"GG\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"GG\" għaddiet nem. con", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 63 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 63 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsoli 68 u 69 għaddew nem. con u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 70 - Twarrib ta' deċiżjoni", "Clause 70 - Setting aside of the award", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda:", "\"HH\" (a) fit-test Malti tas-subklawsola (2), minflok il-kliem \"Jista' jitmexxa\" għandhom jidħlu l-kliem \"Tista' tittieħed azzjoni\";", "(b) fit-test Malti tas-subklawsola (3), fil-paragrafu introduttorju tagħha, minflok il-kliem \"għandha biss tagħmel digriet li deċiżjoni ma għandhiex tiġi esegwita jekk:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tagħmel digriet li deċiżjoni ma għandhiex tiġi esegwita biss jekk:\";", "(c) fit-test Malti tas-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (a) tas- subklawsola (3) minflok il-kliem \"ta' l-arbitru\" għandhom jidħlu l- kliem \"ta' xi arbitru\";", "(d) fis-subparagrafu (iii) tal-paragrafu (a) tas-subklawsola (3) minflok il-kliem \"dik il-parti tad-deċiżjoni li jkun fiha konklużjonijiet fuq kwistjonijiet miġjuba fl-arbitraġġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"dik il-parti tad-deċiżjoni li jkun fiha konklużjonijiet fuq kwistjonijiet mhux miġjuba fl-arbitraġġ\";", "(e) fit-test Malti tas-subparagrafu (iv) tal-paragrafu (a) tas- subklawsola (3) minflok il-kliem \"kien konfliġġenti\" u \"li minnu l- partijiet\" għandhom rispettivament jidħlu l-kliem \"ma kienx konfliġġenti\" u \"li minnha l-partijiet\"; u", "(f) fit-test Malti tas-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (b) tas- subklawsola (3) minflok il-kliem \"l-public policy\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-ordni pubbliku\".", "\"HH\" (a) in the Maltese text of subclause (2), for the words \"Jista' jitmexxa\" there shall be substituted the words \"Tista' tittieħed azzjoni\";", "(b) in the Maltese text of subclause (3), in the introductory paragraph thereto, for the words \"għandha biss tagħmel digriet li deċiżjoni ma għandhiex tiġi esegwita jekk:\" there shall be substituted the words \"għandha tagħmel digriet li deċiżjoni ma għandhiex tiġi esegwita biss jekk:\";", "(c) in the Maltese text of subparagraph (ii) of paragraph (a) of subclause (3) for the words \"ta' l-arbitru\" there shall be substituted the words \"ta' xi arbitru\";", "(d) in subparagraph (iii) of paragraph (a) of subclause (3) for the words \"that part of the award which contains decisions on matters submitted to arbitration\" there shall be substituted the words \"that part of the award which contains decisions on matters not submitted to arbitration\";", "(e) in the Maltese text of subparagraph (iv) of paragraph (a) of subclause (3) for the words \"kien konfliġġenti\" and \"li minnu l- partijiet\" there shall respectively be substituted the words \"ma kienx konfliġġenti\" and \"li minnha l-partijiet\"; and", "(f) in the Maltese text of subparagraph (ii) of paragraph (b) of subclause (3) for the words \"l-public policy\" there shall be substituted the words \"l-ordni pubbliku\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nixtieq li wieħed jirrikonsidra l-kwestjoni tas-sostituzzjoni tal-kliem \"public policy\".", "Qed nirriferi għall-aħħar parti ta' l-emenda li għada kemm tressqet.", "L- ewwelnett ngħid li diġa' ltqajna ma' każijiet fejn ħallejnihom il-kliem \"public policy\".", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: F'din il-liġi?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, f'din il-liġi.", "Imma apparti dan, il- kliem \"l-ordni pubbliku\" m'humiex xi traduzzjoni ta' dak li ngħidu bit- Taljan \"ordine pubblico\" jew bl-Ingliż \"public policy\".", "Hija differenti.", "Fit-test Ingliż qiegħda \"public policy\" u allura fit-test Malti trid tibqa' \"public policy\" u mhux \"ordni pubbliku\" għax din hija differenti.", "Hawn ngħid li x'imkien il-kliem \"public policy\" ħallejnihom.", "Pero' xorta rridu naraw jekk għandniex naqilbu l-kliem \"public policy\" bi kliem \"ordni pubbliku\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien fil-fatt waqt li l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien qed jirriċerka ftit dak li ddiskutejna u l-klawsoli li għaddejna preċedentement, ħadt il-briga wkoll li nkellem lill-esperti għaliex il-kliem \"public policy\" ġew tradotti bil-Malti kif jirriżultaw mill-emenda u ġejt mgħarraf li l-konċett li jrid jidħol hemmhekk huwa l- konċett legali Franċiż \"ordre publique\" u allura l-kliem \"ordni pubbliku\" jirrispekkjaw dak li verament għandu jidħol f'din il-liġi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela allura rridu naqilbu l-kliem \"public policy\" li għandna fit-test Ingliż.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Bil-kliem \"public policy\" f'dak is-sens ngħid li tinftihem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 70.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"HH\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 70 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 70, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 71 - Tkomplija ta' proċedimenti ta' arbitraġġ.", "Clause 71 - Resumption of arbitral proceedings.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 71:", "\"I I\" Fit-test Malti tal-klawsola 71, l-enumerazzjoni ta' subklawsola \"(1)\" għandu jitħassar, u minflok il-kliem \"t-twarrib tal-proċedimenti\" u \"li jeħu\" għandhom rispettivament jidħlu l-kliem \"l-proċedimenti ta' twarrib\" u \"li jieħu\".", "\"ll\" In the Maltese text of clause 71, the numbering of subclause \"(1)\" shall be deleted, and for the words \"t-twarrib tal-proċedimenti\" and \"li jeħu\" there shall be respectively substituted the words \"l- proċedimenti ta' twarrib\" and \"li jieħu\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: S'issa tkellimna dwar meta d-deċiżjoni tmur quddiem il-Qorti ta' l-Appell, pero' m'aħniex ninkludu wkoll l-ordni ta' tribunal.", "Jiġifieri ordni ta' tribunal għall-arbitraġġ jista' jiġi kkontestat fil-Qorti ta' l-Appell fil-każijiet limitatissimi li hawn fil- liġi.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ngħid iva għax meta titkellem fuq deċiżjoni biss inkunu qed nużaw xi deċiżjoni u mhux deċiżjoni.", "Jien nifhem li meta tintuża l-kelma \"deċiżjoni\" inkunu qed nitkellmu fuq dik id- deċiżjoni finali biss.", "Imma meta qed ngħidu \"xi deċiżjoni\" inkunu qed ninkludu anke id-deċiżjoni interlokutorji, ordnijiet u affarijiet oħra bħal dawn.", "Għallinqas jien hekk nifhimha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda \"ll\" għal klawosla 71.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"l l\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 71 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 71, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 72 - Reġistrazzjoni għand u miċ-Ċentru.", "Clause 72 - Registration with and by the Centre.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Qabel ma nirrimarkaw fuq klawsola 72 nixtieq ngħid li l-klawsoli li ġejjin ma jirriferux għall-Qorti ta' l- Appell u għall-qrati.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Infatti jekk tħares lejn it-titlu tat- Taqsima VI tara li din tgħid: \"Setgħat tal-Qorti dwar l-Arbitraġġi\".", "Voldieri din qed tinkludi kemm l-appell kif ukoll affarijiet oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa m'għadhiex tgħid taħt il-qorti għax issa se nagħmlu reġistrazzjoni u din hija xi ħaġa differenti.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din it-Taqsima qed titkellem fuq is-setgħat u m'hijiex tillimita x'jista' jidħol taħtha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma r-reġistrazzjoni tidħol taħt is- setgħat?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Iva, id-dritt li tirreġistra huwa wieħed mis-setgħat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela r-reġistrazzjoni mhux maċ-Ċentru qed nagħmluha issa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Klawsola 72 tgħid \"Reġistrazzjoni għand u miċ-Ċentru\".", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għall-klawsola 72:", "\"JJ\" Fit-test Malti tal-klawsola 72:", "(a) fis-subklawsola (3), minflok il-kliem \"ta' dan l-Att għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"ta' dan l- Att id-dispożizzjonijiet\", u minflok il-kliem \"jkunu biss validi meta qabel il-bidu tal-proċedimenti il-ftehim\" għandhom jidħlu l-kliem \"jkunu validi biss meta, qabel il-bidu tal-proċedimenti, il-ftehim\"; u", "(b) fis-subklawsola (5), minflok il-kliem minn \"tista' titlob, fi\" sa \"għandu jaċċetta dik\" għandhom jidħlu l-kliem \"tista', fi żmien tletin jum minn dik iċ-ċaħda, titlob liċ-Chairman sabiex huwa jordna lir-Reġistratur jaċċetta dik\".", "\"JJ\" In the Maltese text of clause 72:", "(a) in subclause (3), for the words \"ta' dan l-Att għandhom japplikaw biss id-dispożizzjonijiet\" there shall be substituted the words \"ta' dan l-Att id-dispożizzjonijiet\", and for the words \"jkunu biss validi meta qabel il-bidu tal-proċedimenti il-ftehim\" there shall be substituted the words \"jkunu validi biss meta, qabel il-bidu tal- proċedimenti, il-ftehim\"; and", "(b) in subclause (5), for the words from \"tista' titlob, fi\" to \"għandu jaċċetta dik\" there shall be substituted the words \"tista', fi żmien tletin jum minn dik iċ-ċaħda, titlob liċ-Chairman sabiex huwa jordna lir-Reġistratur jaċċetta dik\".", "Jidher li l-Abbozz li kien oriġinarjament drafted bl-Ingliż sofra xi ftit fit-traduzzjoni għall-Malti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 72(6) tgħid hekk:", "\"Il-fatt li att jew dokument ikun ġie aċċettat ...\"", "Hawnhekk meta ngħidu \"att\" għal xiex qed nirriferu?", "Għax s'issa tkellimna fuq deċiżjoni jew dokument.", "\"Att\" tfisser deċiżjoni?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Le \"att\" ma jfissirx \"deċiżjoni\".", "\"Att\" jista' jkun kuntratt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Għax qabel konna qed nitkellmu fuq reġistrazzjoni ta' deċiżjoni jew dokument.", "Issa f'dan il-paragrafu semmejna \"att\".", "Fil-fatt fit-text Ingliż qiegħda \"award\".", "Naħseb hawn qed nirriferu wkoll għad-deċiżjoni.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fil-fatt it-traduzzjoni tal-kelma \"award\" m'għandhiex tkun \"att\".", "Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sakemm tiġi drafted l-emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 72 tiġi posposta.", "Hawn permess?.", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 72 u l-emenda għaliha ġew posposti.", "Klawsola 73 - Iċ-Chairman għandu jagħmel rapportI", "Clause 73 - Chairman to report.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola nixtieq inressaq emenda:", "\"KK\" Fit-test Malti tal-klawsola 73:", "(a) fis-subklawsola (1) il-kliem \"wara u\" għandhom jitħassru; u", "(b) fis-subklawsola (2), minflok il-kliem \"jekk huwa jkollu xi oġġezzjoni għal dik id-deċiżjoni din għandha\" għandhom jidħlu l- kliem \"kull oġġezzjoni li jista' jkollu għal dik id-deċiżjoni\", u minflok il-kliem \", iktar minn hekk,\" għandha tidħol il-kelma \"wkoll\".", "\"KK\" In the Maltese text of clause 73:", "(a) in subclause (1) the words \"wara u\" shall be deleted; and", "(b) in subclause (2), for the words \"jekk huwa jkollu xi oġġezzjoni għal dik id-deċiżjoni din għandha\" there shall be substituted the words \"kull oġġezzjoni li jista' jkollu għal dik id-deċiżjoni\", and for the words \", iktar minn hekk,\" there shall be substituted the word \"wkoll\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 73 kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"KK\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 73 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 73, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 74 - Esekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin.", "Clause 74 - Enforcement of foreign arbitration awards.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 74:", "\"LL\" Fit-test Malti tas-subklawsola (1) tal-klawsola 74 minflok il-kliem \"dik id-deċiżjoni ta' arbitraġġ kienet ingħatat\" għandhom jidħlu l- kliem \"dawk id-deċiżjonijiet kienu ingħataw\".", "\"LL\" In the Maltese text of subclause (1) of clause 74 for the words \"dik id-deċiżjoni ta' arbitraġġ kienet ingħatat\" there shall be substituted the words \"dawk id-deċiżjonijiet kienu ingħataw\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola (2) fejn għandna l-kliem \"l- elenku ta' trattati\" u li se jiġu meqjusa bħala parti mil-liġijiet tagħna, għandna wkoll il-kliem \"il-Ministru jista' b'avviż\".", "Issa jien naħseb li \"b'avviż\" biss huwa ftit għaliex avviż ma jipprestax ruħu għall-kontroll ta' din il-Kamra imma regolament jippresta.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien qed nifhem il-punt li qed tagħmel, pero' jien naħseb li l-konċett li għandna hawnhekk m'huwiex kwestjoni ta' xi żieda ta' xi regolament, xi obbligu, xi dover, xi dritt jew xi ordni.", "Fil-fatt meta inti għandek skeda tat-trattati u conventions li l-pajjiż huwa marbut bihom, allura naħseb li jkun biżżejjed li jsir updating ta' dik l-iskeda permezz ta' avviż għax dak huwa li fil-fatt jorbot lill- convention.", "Jiġifieri b'hekk ikunu qed inżidu notice li din il-convention jew dan it-trattat japplika wkoll taħt dik l-iskeda.", "Ma naħsibx li għandha tkun permezz ta' regolamenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Liema huma t-trattati fit-Tieni Skeda ta' dan l-Att?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fil-fatt jirriżulta li donnu hawn trattat wieħed.", "F'paġna 1820, fit-Tieni Skeda ta' dan l-Abbozz insibu \"Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Dwar l-Għarfien u l-Esekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġ Barranin (New York 1958)\" Din l-Iskeda tinkludi biss dak it- trattat u r-riferenza li qed issir għat-Tieni Skeda tirriferi biss għal dak it-trattat li joħroġ minn hemm.", "Aħna m'aħniex qed nieħdu l-iskedi flimkien mal-klawsola imma qed niegħdu biss il-klawsola li tagħmel riferenza għall-iskeda.", "Meta naslu għall-iskeda għandi xi emendi għaliha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hekk kollox sew.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda\"LL\" għal klawsola 74.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"LL\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 74, kif emendata, mingħajr l-iskeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 74, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 75 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 76 - Arranġament ta' tilwim dwar investiment internazzjonali.", "Clause 76 - Settlement of international investment disputes.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda:", "\"MM\" Il-klawsola 76 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (1), minflok il-kliem \"deċiżjoni kienet sentenza finali\" għandhom jidħlu l-kliem \"dawk id-deċiżjonijiet kienu sentenzi finali\";", "(b) fis-subklawsola (2), fit-test Malti, minflok il-kliem \"li jinġieb f'arbitraġġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jinġiebu f'arbitraġġ\"; u", "(c) fis-subklawsola (4), fit-test Malti, minflok il-kliem \"jista' jenħtieġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"jista' jkun meħtieġ\".", "\"MM\" Clause 76 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1), for the words \"such award were a final judgement\" there shall be substituted the words \"such awards were final judgements\";", "(b) in subclause (2), in the Maltese text, for the words \"li jinġieb f'arbitraġġ\" there shall be substituted the words \"li jinġiebu f'arbitraġġ\"; and", "(c) in subclause (4), in the Maltese text, for the words \"jista' jenħtieġ\" there shall be substituted the words \"jista' jkun meħtieġ\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-konvenzjoni nġabet quddiem il-Kamra sabiex tiġi diskussa?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma naħsibx li l-konvenzjoni għandha bilfors tiġi quddiem il-Kamra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, jien qed ngħid għar-ratifika tagħha.", "Aħna rratifikajniha dik?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: M'hijiex tassattiva li kull konvenzjoni trid tiġi quddiem din il-Kamra.", "Hemm xi affarijiet li jridu jsiru quddiem din il-Kamra imma su due piedi ma nistax ngħid x'inhuma.", "Meta tagħmel xi differenza fil-validita' iva, imma hawnhekk ma naħsibx.", "Issa niċċekkja ħalli nsir naf għax informazzjoni bħal din jekk tkun meħtieġa trid tipprovdiha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kull fejn ikun hawn investiment barrani f'pajjiżna qegħdin nissottomettu ruħna għall-provvedimenti ta' din il- konvenzjoni u wieħed irid joqgħod attent għaliha għax normalment dan jipproteġi lill-barrani u l-protezzjoni tal-barrani tista' tkun ġusta u tista' tkun oltre l-limiti.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien ma naħsibx li llum se nilħqu nagħlqu dan id-dibattitu.", "GĦalhekk jekk din tagħmel differenza għall-konċetti u għall-prinċipji li rridu niddiskutu f'din il-klawsola biex inkunu nafu jekk hemmx adeżjoni għal din il-konvenzjoni nistgħu nipposponuha u nkun nista' nżid dik l-informazzjoni.", "Jekk m'hemmx għalfejn naħseb li nistgħu nibqgħu għaddejjin.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-barrani għandu dritt li jagħżel arbitraġġ barrani.", "Din mhix ċajta.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Iva, imma jekk inti tissuplixxi f'pajjiżek ċentru ta' arbitraġġ li huwa rikonoxxut u aċċettat mill-pajjiżi l-oħra internazzjonalment, jien naħseb li trid issegwi l-linea di massima li fih jista' jmur kulħadd u forsi tista' anke tagħmel xi ħaġa aktar milli joffri ħaddieħor ħalli sservi ta' inċentiv.", "Issa jekk inti tħoss li qabel ma ngħaddu biex napprovaw din il-klawsola għandna nsiru nafu eżattament jekk Malta aderietx jew le għal din il-konvenzjoni għalija ma tagħmilx differenza.", "Xorta ma naħsibx li se nispiċċawha llum għax għandi diversi emendi speċjalment għall-iskedi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb li jkun aħjar jekk wieħed jivverifikaha.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi li klawsola 76 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn talba biex klawsola 76 tiġi posposta.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 77 - Ilsien użat fl-iskedi.", "Clause 77 - Language of schedules.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għal din il-klawsola m'għandix emenda, pero' nixtieq nagħmel xi żewġ rimarki dwarha.", "Hawnhekk aħna qed nagħmlu riferenzi għal diversi skedi u peress li dawn fihom infushom huma twal ħafna u hemm xi emendi li rridu nressqu għalihom dwar kif jistgħu jiġu tradotti aħjar - hawnhekk qed nitkellmu dwar kif jipprevali t-test Ingliż u din hija raġuni oħra għaliex qed nipprovaw nagħmlu ċentru ta' arbitraġġ internazzjonali għax jekk tagħmel li jipprevali l-Malti internazzjonalment ma naħsibx li jagħmel sens tajjeb - ikun aħjar li l-ewwel, it-tieni u t- tielet skeda ma neħduhomx bħala parti minn klawsola 77.", "Mr Chairman, niltob il-permess sabiex inressqu l-mistoqsija għal klawsola 77 mingħajr l- iskedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 77, mingħajr l-iskedi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 77 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 72 - Reġistrazzjoni għand u miċ-Ċentru.", "Clause 72 - Registration with and by the Centre.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"NN\" Fit-test Malti tas-subklawsola (6) tal-klawsola 72 minflok il-kliem \"Il-fatt li att\" għandhom jidħlu l-kliem \"Il-fatt li deċiżjoni\" u minflok il-kliem \"dak l-att jew dokument\" għandhom jidħlu l-kliem \"dik id-deċiżjoni jew ta' dak id-dokument\".", "\"NN\" In the Maltese text of subclause (6) of clause 72 for the words \"Il- fatt li att\" there shall be substituted the words \"Il-fatt li deċiżjoni\" and for the words \"dak l-att jew dokument\" there shall be substituted the words \"dik id-deċiżjoni jew ta' dak id-dokument\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi emenda \"JJ\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"JJ\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"NN\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"NN\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 72 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 72 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 78 - Tħassir u emenda ta' liġijiet oħra", "Clause 78 - Repeal and amendment of other enactments", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għandi emenda:", "\"OO\" Fit-test Malti tas-subklawsola (2) tal-klawsola 78 minflok il-kliem \"l-emendi għalihom magħmulin\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-emendi magħmulin għalihom\".", "\"OO\" In the Maltese text of subclause (2) of clause 78 for the words \"l- emendi għalihom magħmulin\" there shall be substituted the words \"l- emendi magħmulin għalihom\".", "Mr Chairman, kif għamilna qabel, nitolbok biex l-iskeda ma tgħaddihiex għall-vot.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No ) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"OO\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 78, mingħajr l-iskeda.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 78 għaddiet nem. con u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 79 - Dispożizzjoni transitorja", "Clause 79 - Transitory provision", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, għandi emenda:", "\"PP\" Fit-test Malti tal-klawsola 79 minflok il-kliem \"Bl-ħsara\" għandhom jidħlu l-kliem \"Bla ħsara\".", "\"PP\" In the Maltese text of clause 79 for the words \"Bl-ħsara\" there shall be substituted the words \"Bla ħsara\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn rimarki? l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din se tapplika wkoll għall-arbitraġġi li qegħdin in corso.", "Imma aħna hekk irriduha?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: M'hemm xejn x'iżomm arbitraġġ li hu in corso li jekk jifthiemu l-partijiet ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien qed ngħid għal meta ma jifthemux il- partijiet għax iridu jew ma jridux se tapplika l-liġi.", "Aħna rridu li l- partijiet li diġa' qegħdin taħt arbitraġġ ikunu marbutin bil-provvedimenti l-ġodda?", "Jekk irridu hekk inħalluha kif inhi.", "Jekk jagħżlu l-partijiet nifhem imma jekk ma jagħżlux il-partijiet naħseb li għandhom jibqgħu taħt ir-reġim li bih daħlu għalih għax l-arbitraġġ kien ftehim bejn il- partijiet.", "Issa aħna se nintromettu ruħna bl-istatut u nbidlulhom dak il- ftehim.", "Ma naħsibx li dan huwa ġust u għalhekk irridu nagħmlu saving f'dak ir-rigward.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Din hija fil-fatt dispożizzjoni transitorja li tapplika għal dak il-ftehim - nagħmel distinzjoni bejn il-kelma \"ftehim\" u l-kelma \"proċeduri\" għax m'aħniex qed nitkellmu \"in corso\" - u din trid tkun tasal għall-ftehim biex tissottometti tilwima għall-arbitraġġ, pero' il-proċeduri ta' l-arbitraġġ ikunu għadhom ma bdewx ħlief meta inti tasal għall-ftehim.", "Jiena naħseb li rridu nillimitaw rwieħna mhux għal xi ħaġa li tkun bdiet diġa' quddiem arbitru skondi l-liġi kif inhi llum.", "Ejja nistabilixxu almenu li aħna qegħdin nitkellmu biss fuq xi ħaġa li waslet biss għall-ftehim ta' arbitraġġ.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Naħseb li dan lanqas hu ġust għax nimmaġinaw li diġa' għamilna ftehim qabel ma bdiet din il-liġi u għamilna dan il-ftehim għax nafu x'inhuma l-kondizzjonijiet ta' l-arbitraġġ illum.", "Issa dawn inbidlu u allura għaliex għandna b'dak il-ftehim inkunu marbutin li mmorru skond il-kondizzjonjiet ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Voldieri inti qed tgħid li din m'għandhiex tkun retroattiva?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur jekk il-partijiet ma jaqblux.", "Biex jibdew japplikaw dawn il-provvedimenti jridu jaqblu l-partijiet, inkella jridu jibqgħu regolati skond il-provvedimenti tal-liġi li teżisti llum.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jekk nagħmlu riferenza għal klawsola 68?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik hija saved għax hija internazzjonali, anzi dik tgħidlek li ma tapplikax.", "Arbitraġġ internazzjonali huwa saved imma arbitraġġ li m'hux internazzjonali mhuwiex saved.", "Naħseb li jrid jiġi saved in vista tal-fatt li l-bażi ta' l-arbitraġġ huwa l-ftehim.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Tajjeb li din wieħed jitkellimha ftit ma' l- esperti fis-sistemi ta' l-arbitraġġ.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex klawsola 79 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Jannar, 1996 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Nomini mill-Oppożizzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Istampa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Mr Speaker, meta konna qed niddibattu l-estimi ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku jiena kont tkellimt fil-qosor dwar il- planters, il-konok u l-ħwat li saru f'Constitution Street, Mosta.", "Illum irrid nitkellem daqsxejn aktar fit-tul fuq dan is-suġġett.", "Mall-ewwel irrid ngħid li dawn saru kontra r-rieda ta' ħafna Mostin kif ukoll b'nuqqas ta' qbil ma' l-istess kunsill għax il-kunsill ingħata x'jifhem li kien hemm il-permessi kollha meħtieġa biex dawn il-planters isiru.", "Hawnhekk għandi ittri mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, mill-Awtorita' tat- Trasport kif ukoll mit-Traffic Control Board u li issa se nikkwota minnhom.", "Fit-30 ta' Awissu, it-Traffic Control Board kitbet ittra lill- Kunsill Lokali tal-Mosta fuq il-kwestjoni tal-konok, fejn qaltilhom li dawn saru:", "\"Without the approval of the Traffic Control Board and are considered dangerous and are to be dismantled immediately.\"", "F'ittra oħra li ntbagħtet liċ-Chairman tal-Planning Authority hemm miktub hekk:", "\"All concrete planters at all side street corners should be removed and subsequently replaced with a curve built not higher than 10cm high.\"", "Meta tkellimt hawnhekk fuq dan il-punt u semmejtu fi żmien li konna qed niddiskutu l-Estimi ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, staqsejt lill-Ministru Frendo jekk sarx ir-rapport li fuqu kien hemm ftehim tliet xhur ilu u jekk qabbadx espert biex jgħid jekk dawn il-planters humiex skond il-liġi u jekk sarux bil-permessi meħtieġa.", "Fil-fatt il-Ministru qalli li dan ir-rapport sar, imma ma qallix il-kontenut tiegħu, pero' llum naf il-kontenut tiegħu u se nikkwota biċċiet minnu.", "F'dan ir-rapport jingħad hekk:", "\"The presence of the planters are considered unsuitable for this location.\"", "F'parti oħra tar-rapport jingħad hekk: \"There is no safety clearance between the planters and the edge of the carriageway.\"", "Dan ir-rapport qed jgħid ukoll li dawn il-planters:", "\" ... should be removed immediately before a serious or a fatal accident occurs.\"", "GĦandna dawn id-dokumenti kollha u nixtieq li l-poplu Malti jkun jaf li biex saru dawn il-planters intnefqu madwar Lm70,000, biex ma nsemmix li dawn ma sarux kif suppost u biex ikomplu jgħaxxquha ntnefqet is-somma ta' Lm2,000 biex iħawwlu s-siġar għoljin.", "Dawn il-planters swew kemm lill- poplu Malti kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Mosta s-somma ta' madwar Lm72,000.", "Jekk intnefqu Lm72,000 u hemm ordni - u rrid ngħid li hemm ordni - biex dawn il-planters jitneħħew, min se jkun responsabbli għal dawn il- flus li ntnefqu b'kapriċċ?", "X'qed jistennew l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u l-Pulizija biex kif qed isir band'oħra, dawn il-planters jitwaqqgħu u jekk ma jitwaqqgħux minn min għamilhom il-Gvern iqabbad lil xi ħadd iwaqqagħhom a spejjeż tal-Kunsill Lokali tal-Mosta?", "Jien ngħid li dan mhux sewwa.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li mhux il-kunsillieri kollha qablu li jsiru dawn il-planters għax jien naf li kien hemm kunsillieri li ma kenux jaqblu li dawn isiru.", "Fil- fatt illum minn dawn ir-rapporti sirna nafu li dawn il-planters ma sarux kif kellhom isiru u mhumiex skond il-British Standard jew skond l- ispecifications ta' toroq prinċipali.", "Jekk inhu hekk, allura jien nistenna risposta mill-ministri konċernati, forsi anke mill-Prim Ministru li taħtu jaqgħu l-kunsilli lokali, biex l-ewwelnett wieħed jara li ma jintnefqux flus bl-addoċċ qabel ma jkun hemm il-permessi meħtieġa biex isiru ċerti affarijiet.", "Jien nistenna wkoll li jekk hemm ordni biex jitneħħew dawn il- planters, il-ministri konċernati u kull dipartiment konċernat jaraw li fil- fatt dawn jitneħħew immedjatament qabel ma jkun hemm xi inċident fatali, kif qed jgħid ir-rapport stess.", "Mr Speaker, la qed nitkellem fuq it-toroq irrid ngħid ukoll li għalkemm jien xtaqt nitkellem fuq l-istat tat-toroq li hemm fin-naħa tat-tramuntana ma nixtieqx inkun parrokkjali għax żgur li t-toroq kollha ta' Malta jinsabu fi stat ħażin għall-aħħar.", "Per eżempju, hawnhekk ta' min isemmi t-triq ta' Marsamxett fejn hemm trinka li għalkemm ilha xhur twal li nfetħet sal-lum din għadha ma ġietx asfaltata jew mogħtija t-tarmac kif suppost.", "Imma ma nistax ma nsemmix it-triq tal-Miżieb li issa ma nafx kemm xhur ilha mħaffra u biex tgħaddi minnha titwaħħax minħabba li biex tgħaxxaqha l-ftit sinjali li hemm f'din it-triq bil-lejl lanqas jidhru għax l-ebda wieħed ma jixgħel.", "Dan huwa ta' periklu għal min jgħaddi minn din it-triq u fil-fatt fl-aħħar ġimgħat li għaddew, speċjalment fil-festi tal-Milied u fl-Ewwel tas-Sena, kien hemm xi inċidenti f'din it-triq għax għalkemm din it-triq m'hijiex daqshekk frekwentata, dan l-aħħar għaddew diversi karozzi minn hemm peress li parti mit-triq tax-Xemxija kienet magħluqa minħabba xi inċidenti li kien hemm.", "Ikun tajjeb jekk wieħed isemmi wkoll it-triq ta' GĦajn Tuffieħa li fiha ħofor li jwerwruk.", "Hawnhekk ta' min jinnota li minn din it-triq jgħaddu ħafna turisti u għalkemm il-Maltin ikunu draw biċċiet mill-ħofor li għandna fit-toroq tagħna, it-turisti ma jkunux jafu bihom.", "Waqt li qed nitkellem fuq it-triq ta' GĦajn Tuffieħa nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru konċernat għall-ġibjun li hemm quddiem il-villaġġ ta' Ħal Ferħ, jiġifieri iktar 'il fuq mill-Apple's Eye.", "Imbierek Alla f'Malta s'issa tkejjel pied u għaxar pulzieri xita li huwa rekord għal dan il-pajjiż imma minkejja dan kollu dan il-ġibjun ma fihx qatra ilma.", "Min-naħa l-oħra l-ġibjuni li hemm f'Ħal Ferħ qegħdin ifuru u l-ilma qiegħed ħiereġ għal ġo din it-triq.", "Fl- opinjoni tiegħi, il-ministru konċernat veru jmissu jistħi li filwaqt li hemm ilma sejjer il-baħar, jekk taqsam it-triq - issa din m'hijiex triq wiesgħa; fil-fatt jien kejjiltha u sibt li għandha wisa' ta' 6.7 metri - issib ġibjun li ma fihx qatra ilma.", "Dan il-ġibjun huwa mikxuf.", "GĦalhekk jien nerġa' nitlob lill-ministru biex imur jara hu stess - jien nittama li jagħmel hekk - dan li qed ngħid jien.", "Ftit ilu għamilt domanda parlamentari fejn fiha staqsejt lill-Ministru biex imur jittawwal ħalli jara l-arkata u l-ilqugħ ta' l-ilma li hemm GĦajn Riħana.", "Il-Ministru wegħedni li se jmur ħalli jara x'jista' jagħmel, imma naħseb li mhux talli ma ttawwalx talli l- affarijiet marru għall-agħar, u Allaħares tibqa' tagħmel din ix-xita għax għad ikollna xi diżastru għaliex naħseb li jekk tagħmel ix-xita l-arkata terfa'.", "Biex nibqa' fuq is-suġġett tat-toroq, nixtieq insemmi Triq tal-Pantar f'Ħal-Lija.", "Keku kien possibbli li t-toroq nagħmlulhom zip, allura we might as well li din it-tiriq li qed insemmi nagħmlulha zip ħalli jkun jista' jiftaħha u jagħlaqha meta jrid.", "Dan m'iniex qed ngħidu b'eseġerazzjoni; din it-triq ġabuha għarbiel daqskemm ilhom jiftħuha u jagħlquha.", "Jiena ma nafx x'inhi ir-raġuni, imma fl-opinjoni tiegħi x- xogħol jew isir ħażin jew inkella jkunu flus fil-ħela għax jsiru għal darba, tnejn tlieta u jidhirli li affarijiet bħal dawn m'għandhomx isiru.", "Irrid insemmi wkoll it-Triq ta Ta' Qali, jiġifieri t-triq li mir-Rabat tagħti għall-Mosta.", "Din it-triq kulma fiha xi 15-il pied, u biex jgħaddu cable - neżlin bi trinka min-naħa ta' fuq tar-Rabat lejn San Pawl tal- Qlajja, lejn San Pawl il-Baħar - fetħu trinka li ilha miftuħa aktar minn xahrejn.", "Veru li din it-triq m'hijiex passaġġjuża għax lanqas bi truck tal- ġebel ma tissogra tgħaddi minnha daqskemm hija maqluha, imma karozzi jgħaddu minn din it-triq u naf li jkun hemm emerġenzi wkoll.", "Jien ma nħossx li triq ta' 15-il pied għandha ddum xahrejn magħluqa biex jagħmlu trinka ħalli jgħaddu cable u jerġgħu jagħlquha.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Sa ħames snin jew sitt snin ilu, meta kont tiġi biex tbiddel il-bicca main li jkollok dieħel ġewwa d-dar, kont tirċievi kont ta' bejn Lm13 u Lm15, u dak iż-żmien kulħadd kien jgħid kemm hu għoli, imma llum imbierek Alla - u niskanta meta kultant jgħidu li l-ħajja m'għolietx u l-pensjoni hija tajba - biex issir din il-biċċa xogħol tispiċċa tirċievi kont ta' bejn Lm60 u Lm80.", "Dan qed ngħidu bi prova u m'iniex qed nesaġera, għax xi xahar ilu għaddejt minnu jiena għax il-biċċa pipe li għandi quddiem il-bieb issaddet u kelli nibdilha u wara rċevejt kont ta' Lm79.", "M'iniex qed ngħid li dan il- pipe se tbiddlu darba fis-sena jew darba kull sentejn, imma jiġi żmien meta jkollok bżonn tbiddlu.", "Din hija esaġerazzjoni.", "Sa ħames snin jew sitt snin ilu kont tħallas bejn Lm15 u Lm20 għal dan ix-xogħol u llum biex tagħmel l-istess biċċa xogħol trid tonfoq madwar Lm80.", "Toqgħodx tgħidli li dawn l-affarijiet ma jħossuhomx il-pensjonanti jew ma jifformawx parti mill- għoli tal-ħajja.", "Kollox qed jogħla, mhux biss dak li nieklu, dak li nixorbu jew li nilbsu.", "Mr Speaker, m'iniex se ntawwal għax għandi kelliema oħra warajja, imma nixtieq nagħmel appell sinċier fuq il-problema li bdejt biha, jiġifieri, fuq il-planters li hemm f'Constitution Street il-Mosta.", "Dawn huma perikolużi u mhux jien biss qed ngħidu dan, imma hawn rapporti minn esperti li kienu mqabbdin mill-Ministeru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija.", "Jekk hemm ir-rapport ta' dan l-espert li qed jgħid li dawn il-planters m'humiex skond l-istandards li għandhom ikunu, u li jekk jibqgħu hemm jista' jkun hemm inċident fatali.", "Għalhekk jien qed nagħmel appell sabiex dawn jitneħħew qabel ma verament ikun hemm inċident fatali.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, nixtieq nitkellem ftit fuq il-lokalita' ta' Ħal Tarxien, ir-Raba' Distrett Elettorali, fuq kwestjoni li bħalissa għandha tingħata importanza u din hija okkażjoni li wieħed m'għandux jitlef.", "Kulħadd japprezza l-irħula, partikolarment dawk antiki - u meta nitkellmu fuq Ħal Tarxien, qed nitkellmu fuq raħal li għandu xi 400 sena - li jkollhom problemi kemm infrastrutturali kif ukoll ta' żvilupp.", "Waħda mill-problemi li ilha tinħass ħafna ġewwa Ħal Tarxien hija n-nuqqas ta' ċentru li jiġbor fih servizzi bħall-kunsill lokali - li llum għandna fir- raħal - il-bereġ, il-posta u affarijiet simili bħal għassa, fi kliem ieħor l-affarijiet kollha għall-popolazzjoni ta' raħal, li llum m'għadux wieħed ċkejken imma kiber sostanzjalment.", "Qed ngħid hekk għax din il-problema ilha tinħass ġewwa Ħal Tarxien u m'hijiex faċli biex post simili jiġi żviluppat.", "Din wieħed irid jammettiha għax l-area tal-village core lejn il- knisja hija limitata ferm f'dak li għandu x'jaqsam ma' spazju.", "F'din il- viċinanza hemm għalqa magħluqa b'ħajt - u naħseb iktar tifforma miżbla milli għandha xi użu partikolari - u riċentement wieħed seta' jara tabelli li kienu jgħidu li din l-għalqa hija għall-bejgħ fis-suq.", "Niftakar li dan is-sit partikolari ilu indikat żmien biex hemm isir xi ħaġa simili, u dak iż-żmien l-Onor.", "Louis Galea, li kien għadu Ministru għall-Intern, kien qal f'dan il-Parlament li dan is-sit qed jiġi kkonsidrat għal ftuħ ta' għassa fil-lokal.", "Meta wieħed jara x'sar minn dak iż-żmien 'l hawn isib li dan is- sit baqa' kif kien, anzi issa ħareġ għal skop kummerċjali, u wara ħafna snin ta' stennija għal ftuħ ta' għassa fil-lokal - għax ħafna drabi għal servizzi simili n-nies ikollhom jinżlu Raħal Ġdid - infetħet għassa ġewwa sqaq u naħseb li dan il-post x'aktarx kien għal garage milli għal għassa.", "Din is-soluzzjoni m'hijiex waħda li tixraq il-popolazzjoni ta' Ħal Tarxien, imma hija iktar waħda ta' konvenjenza biex ngħidu li nfetħet għassa fil- lokal.", "Din hija sfortuna, imma issa hemm opportunita' li mhux biss tissolva din is-sitwazzjoni li l-għassa tal-lokal tinġabar f'post aktar ċentrali, imma jinġabru wkoll servizzi oħrajn.", "Qed ngħid hekk għax naf li saret talba lill-ministru responsabbli - u jekk m'iniex sejjer żball saret lill-Prim Ministru bħala ministru responsabbli mill-kunsilli lokali - biex tinstab l-għajnuna għal dan il-għan, ħalli dan is-sit jiġi akkwistat għal żvilupp ta' ċentru ċiviku ġewwa Ħal tarxien.", "S'issa ma nistax ngħid li kien hemm xi tweġibiet sodisfaċenti, imma bħalma qed ngħidu meta jkollok limitazzjonijiet naturali ma jistgħux jintilfu opportunitajiet simili għax ladarba opportunitajiet bħal dawn ikunu ntilfu huwa impossibbli li terġa' ġġibhom lura.", "Jiena ngħid li kieku l-Gvern u l-awtoritajiet konċernati jagħtu l-għajnuna għal dan l-iskop ikunu qed jiġu solvuti problemi oħrajn.", "Per eżempju, kont involut f'negozjati u diskussjonijiet għall-akkwist ta' dan il-post b'titolu ta' kera biex iservi bħala kunsill lokali ta' Ħal Tarxien u nista' ngħid li għandhom spejjeż konsiderevoli biex iżommu uffiċċju tal-kunsill lokali tar-raħal.", "GĦalhekk bi ftuħ ta' ċentru bħal dan jistgħu jittaffu ċerti spejjeż oħrajn.", "Fil-qagħda preżenti, il-kunsill lokali tar-raħal m'għandux il-fondi meħtieġa u mhux qed nitkellmu fuq Lm5,000, jew Lm10,000 u għalkemm ma jidhirx li hemm prezzijiet finali nistgħu ngħidu li ċ-ċifra tista' tkun 'il fuq minn Lm30,000.", "GĦalhekk wieħed jappella lill-awtoritajiet konċernati biex jagħtu kas ħalli jkun hemm għajnuna għax mhux qed ngħidu xi ħaġa rikorrenti, imma qed ngħidu xi ħaġa li trid issir darba suret in-nies li jixraq lill-popolazzjoni tar- raħal għax jekk tintilef din l-opportunita' tkun intilfet okkażjoni tad- deheb.", "Nerġa' nappella biex jittieħdu l-miżuri - u mhux tintefa' l- kwestjoni fuq l-ixkaffa - adegwati ħalli s-sitwazzjoni tissolva issa meta hemm l-opportunita' li ssir.", "M'ilux saret laqgħa għad-deputati tad- distrett - mhux biss tal-lokal - li fiha ż-żewġ naħat tal-Kamra konna mistednin biex kull wieħed minna jagħti l-push tiegħu lejn din id- direzzjoni u għalhekk qed nieħu din l-okkażjoni ta' l-aġġornament biex min- naħa tiegħi nkun minn ta' l-ewwel li nagħti dan il-push għal lokal ta' Ħal Tarxien.", "Nixtieq ngħid ukoll li minkejja l-isforzi ġenwini tal-kunsill lokali tar- raħal dan il-lokal qed jiffaċċja problemi kbar anke f'dawk li għandhom x'jaqsmu mat-toroq.", "Naf li l-problema tat-toroq f'dan il-pajjiż hija waħda enormi u jiena ngħid li kibret u mhux ċkienet.", "F'Ħal Tarxien għandna xi ħaġa ta' l-għaġeb.", "Sar qbil ma' l-awtoritajiet kompetenti fuq 20 triq li ġew indikati li għandhom bżonn jingħataw formazzjoni urġenti.", "F'dawn it-toroq jgħixu n- nies u l-familji u ma jistax ikun li bniedem li jkun ħallas il- kontribuzzjonijiet għal għanijiet ta' toroq u servizzi oħrajn jibqa' jgħix għal sena, sentejn, tlieta jew aktar f'kondizzjonijiet miżerabbli.", "F'mument minnhom kien hemm xaqq dawl li żewġ toroq partikolari minn dawn l-20 triq kienu ġew indikati li jistgħu jsiru - u għandhom isiru - iżda sfortunatament għaddiet anke l-1995 u ma sar xejn dwar dawn iż-żewġ toroq.", "B'hekk nistgħu ngħidu li f'dak li għandu x'jaqsam ma' toroq fil-lokal ta' Ħal Tarxien assolutament ma sar xejn f'sena sħiħa u nerġa' ngħid li dan mhux it-tort tal-Kunsill Lokali għax dawn minn naħa tagħhom għamlu sforz.", "Jiena rajt anke korrispondenza li wara li l-kunsilli lokali jitolbu l- għajnuna ta' l-awtoritajiet konċernati bil-kemm ma ngħidlekx li ma jirċevux ittri lura kważi joffenduhom talli qed jitolbu l-għajnuna biex isiru affarijiet simili.", "Naħseb li s-serjeta' tixraq mhux biss lill- Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien u lill-lokal ta' Ħal Tarxien imma lill- kunsilli lokali kollha fil-pajjiż biex jiġu ttrattati b'mod xieraq għax finalment dawn qegħdin hemmhekk bħalma aħna qegħdin hawnhekk għal poplu tal- lokalitajiet differenti.", "Nixtieq ngħid ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam mad-dwal ukoll għandna problemi kbar ġewwa Ħal Tarxien, dwal mhux qed ngħid biss b'mod ġenerali fid-diversi toroq ta' Ħal Tarxien, imma qed ngħid f'areas partikolari fejn wieħed jistenna iktar abbużi u jistenna li jkun hemm attenzjoni u iktar sigurta'.", "Hawnhekk qed nirriferi għat-triq ta' ħdejn l-iskola primarja tal-lokal li qegħda mat-triq tal-Barrani - illejla għal-ħabta tas-6.00 p.m. ma ħafna oħrajn mort hemmhekk peress li kien l-aħħar jum li jitbiddlu l- karti ta' l-identita' u diġa' hija diffikulta' biex issib it-triq aħseb u ara biex tara minn fejn se tgħadddi.", "Bħalissa l-area kollha hija maqlugħa b'mod insapportabbli u minn din it-triq iridu jgħaddu tfal ta' l-iskola kuljum fil-ħajja tagħhom.", "Ma naħsibx li nistgħu naċċettaw iżjed sitwazzjonijiet simili.", "Naf li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien għandu proġett għall-area sħiħa ta' madwar l-iskola inkluż parkeġġ u affarijiet simili, pero' sfortuntatament tibqa' l-problema tal-fondi u għajnuna ta' ħidma konkreta mid-Dipartimenti tal-Gvern.", "Id-dawl huwa nieqes ukoll f'dawk li huma ġonna pubbliċi tal-lokal.", "Ħaġa ta' l-għaġeb li l-ikbar ġnien f'Ħal Tarxien Joanne Gardens huwa mudlam kontinwament u dan ma joħloq xejn ħlief opportunita' għall-abbużi.", "Mhix l- ewwel darba li tisma' b'abbużi ta' droga u siringi u meta tħalli nuqqas ta' dawl qed toħloq l-atmosfera ideali għal dawn l-abbużi.", "Ħafna drabi dan il- ġnien jispiċċa b'ċirku ta' karozzi fid-dlam, b'xejn ma jfixxkilhom.", "F'dan ir-raħal qegħdin lura ferm f'dak li għandu x'jaqsam ma' faċilitajiet sportivi u ma tantx nistgħu ngħidu li qed insibu għajnuna mingħand l-awtoritajiet.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi l-kumpless ta' Tarxien Rainbows, li huwa ground tal-football.", "Hemm lok ta' żvilupp akbar ta' din il-għaqda sportiva ġewwa r-raħal li qed tagħmel ħafna ġid fost iż- żgħażagħ u studenti - hemm ukoll nursery għal football - imma lanqas qed ikun hemm stands, fences u dwal li jiċċirkondaw l-area.", "Nixtieq nara żvilupp f'din l-area anke f'dak li għandu x'jaqsam mad-dressingrooms u affarijiet simili għax illum dawn in-nurseries qed jagħmlu ħafna ġid fis- soċjeta' tagħna.", "Meta għandek nursery li jiġbor fih 80 tifel regolarment biex jilagħbu, x'ħin jiġu biex ibiddlu fi kmamar ta' għaxar piedi b'għaxar piedi jkollok problemi kbar, barra li dawn il-kmamar jintużaw ukoll minn kumitati u amministraturi ta' l-istess post. Ma nixtieqx intawwal għax naħseb li l-punti li ridt nagħmel dwar din il-lokalita' qajjimthom.", "Iżda nerġa' ntenni li l-ikbar prijorita' għandha tkun li ma tintilifx din l- okkażjoni tad-deheb li għal darba għal dejjem jinbena sit adegwat għal ċentru ċiviku ġewwa Ħal Tarxien b'mod ta' għajnuna jew b'mod kummerċjali mal-Gvern jew b'soluzzjonijiet oħra.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 15 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komuniktata mill- Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-WELFARE - OMMIJIET XEBBIET", "30249.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Peress li minn informazzjoni li ta l-Ministru kien hemm sitta u tletin (36) omm taħt it-18-il sena fl-ewwel għaxar (10) xhur ta' l-1995, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna bħall-counselling tingħata lil dawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li tfajliet-ommijiet ta' taħt it- tmintax-il sena jiġu dejjem offruti servizz ta' counselling.", "Dawk il- każijiet li t-tqala tkun ġabet magħha problemi kbar, barra l-counselling individwali, ikollhom sessjonijiet ta' counselling ma' missier it-tarbija u mal-ġenituri u persuni oħra nvoluti fil-każ.", "F'xi wħud mill-każijiet social worker tad-Dipartiment tal-Welfare iżur l- omm id-dar sabiex jiġi assigurat li l-kondizzjonijiet li fihom tkun ser tgħix t-tarbija wara t-twelid ikunu tajbin u aċċettabli.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra l-omm ma tkunx lesta tibqa' fi ħdan il-familja, tiġi mgħejjuna tidħol f'dar residenzjali fejn tista' tkompli tgħix wara t-twelid tat-tarbija, flimkien mat-tarbija, għal perjodu ta' żmien.", "It-tfajla tkun dejjem mgħejjuna biex tiġi ri-inserita fl-ambjent tal- familja bit-tarbija tagħha kif ukoll mgħejjuna tissupera dawk id- diffikultajiet kollha li jkunu qegħdin ifixkluha li tagħmel dan.", "Tfajliet taħt is-sittax-il sena qegħdin jiġu offruti programm speċjali mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.", "QRATI - OĠĠETTI KONFISKATI", "30250.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Qorti tordna l-konfiska ta' xi oġġett u/jew anke ta' vettura, min hu responsabbli li din tinżamm fi stat tajjeb sakemm jinqata' appell mis-sentenza?", "Min hu responsabbli minn oġġetti li jinżammu biex imbagħad jintwerew f'xi kawża?", "Jekk persuna tinstab mhux ħatja u l-qorti tordna li jingħataw lura, teżisti xi forma ta' kumpens jekk l-oġġett/vettura ma tkunx fi stat tajjeb?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ir-Reġistratur tal-Qrati huwa responsabbli mill-oġġetti nklużi vetturi esibiti jew konfiskati mill-Qrati.", "Il-Kodiċi Kriminali ma jipprovdix b'mod espliċitu għal kumpens lil sid ta' oġġett esibit jekk dan l-oġġett, jekk jiġi ritornat, ma jkunx fi stat tajjeb.", "PULIZIJA - VETTURI MIŻMUMA", "30251.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija żżomm xi vettura wara li tkun investigat xi każ u qabel ma l-persuna tiġi ġġudikata, min hu responsabbli li tinżamm fi stat tajjeb?", "Jekk il-persuna ma tinstabx ħatja u l-Qorti tordna li l-vettura tingħata lura u din ma tkunx fi stat tajjeb, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi forma ta' kumpens lis-sid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija tikkonsidra kull każ fuq il-merti partikulari tiegħu.", "Bħala konsenjatarja il-pulizija hi obbligata, bħal kull ċittadin, skond il-Kodiċi Ċivili li jirregola kwestjonijiet ta' kumpens fejn hu l-każ.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "30252.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li l-impieg prinċipali tagħhom huwa part-time?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm minnhom huma ma' l-Istat, fl-iskejjel tal-Knisja u f'tal-privat?", "Kemm minn dawn l-għalliema huma impjegati fl-iskejjel li jgħallmu l- Ingliż lill-barranin?", "F'liema skejjel?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li l-impjieg tagħhom huwa deskritt bħala part-time huma dawn:", "IRGIEL NISA -------------- Part-time Teachers/Instructors 149 276 Part-time Temporary/Casual KindergartenAssistants 147", "Apparti dawn hemm tlettax (13)-il ghalliem (12 irgiel u 1 mara) irtirati li jahdmu part-time b'anqas minn 20 siegha fil-gimgha.", "Fl-iskejjel tal-Knisja, il-figuri huma:", "IRGIEL NISA RELIGJUZI ------------------------- Part-time Teachers 23 43 28 Part-time Kindergarten Assistants 3 18 / Part-time Instructors/Instructresses 2 3 /", "Fl-iskejjel Privati, il-figuri huma:", "IRGIEL NISA ------------- Part-time Teachers 7 30 Part-time Kindergarten Assistants / 95", "L-informazzjoni dwar għalliema fl-iskejjel ta' l-Ingliż tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "H 12005", "30280.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ minn Raħal Ġdid bl-applikazzjoni Nru. H 12005?", "(Qiegħed nibgħatlek l-isem u l-indirizz under separate cover)", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni nru.", "H 12005 qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjoinjiet oħra għal Fgura u Raħal Ġdid.", "QRATI - KOMPETENZA MARITTIMA", "30281.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf il-Qorti Marittima f'Malta u x'kompetenza għandu jkollha?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Malta diġa' hawn Qrati li għandhom kompetenza marittima.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi suġġeriment dwar kif dawn il-Qrati għandhom bżonn jinbidlu, inkunlu ferm grat jekk jgħaddili nota bis-suġġerimenti tiegħu u l-vantaġġi li dawn għandhom.", "PULIZIJA - KAŻI TA' DROGI", "30282.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Tul l-1995 jista' l-Ministru jgħid kemm kellna każi ta' drogi miġjuba quddiem il-Qorti?", "Kemm kienu ħatja?", "X'varjeta' ta' sentenzi ingħataw (i.e. piena)?", "Kif se jissaħħu l-liġijiet kontra d-droga, it-traffikar, il- kultivar u l-industriji tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Matul is-sena li għaddiet (329) persuna li minnhom kien hemm (284) irġiel u (45) nisa tressqu l-Qorti mis-Sezzjoni kontra d- Droga tal-Pulizija.", "Kien hemm 112 każijiet li ġew deċiżi l-Qorti minn Jannar sa Settembru li għadda.", "Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti kienu varji u kienu jinkludu sentenzi ta' probation, sentenzi ta' priġunerija sospiżi, sentenzi ta' priġunerija u multi.", "B'effett mill-1994, meta ġew introdotti mill-Gvern preżenti emendi radikali għall-Ordinanza dwar mediċini perikolużi:", "(a) ġiet eskluża l-possibilita' li tingħata sentenza sospiża, probation, jew piena inqas mill-minimu, f'każijiet ta' traffikar ta' droga.", "(b) ġew introdotti poteri ġodda ta' investigazzjoni lill-Pulizija ta' controlled delivery ta' droga sabiex jitkissru ċ-ċirki ta' traffikanti ta' droga, il-possibilita' ta' iffriżar ta' proprjeta' immobiljari ta' traffikanti ta' droga anke qabel ma jiġu akkużati l-Qorti.", "Mhux esklużi iktar emendi sabiex, mill-frott ta' l-esperjenza ta' dawn l- aħħar sentejn (1994 - 1996), jissaħħu l-liġijiet kontra n-negozju tad- droga.", "QRATI - PERSUNI LI BIDDLU S-SESS", "30283.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi preżenti quddiem il-Qorti ta' persuni li qed jitolbu li jiġu rikonoxxuti bħala dawk li biddlu s-sess tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' każi simili.", "SAĦĦA - PERSUNI LI SIEFRU GĦALL-KURA", "30284.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li ġew megħjuna mill-Gvern biex isiefru barra fuq mard tul l-1990 u l-1995, sena b'sena?", "Kemm minnhom ġew mogħtija d-dritt li jieħdu persuna oħra magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li ġew megħjuna mill-Gvern biex isiefru barra fuq mard tul is-snin 1990 u 1995 kien hekk:", "1990 - 453 1991 - 509 1992 - 538 1993 - 576 1994 - 546 1995 - 312 (sa 22 ta' Diċembru 1995)", "Il-pazjenti jkunu akkumpanjati minn tabib/nurse skond il-ħtieġa medika ta' kull każ.", "Huwa biss f'każi ta' tfal taħt is-sitt snin li jitħallas il- passaġġ ta' l-ajruplan għal wieħed mill-ġenituri.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "30285.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li fil-preżent qed jitolbu li jingħataw akkomodazzjoni alternattiva?", "X'tip ta' ipproċessar isir sakemm dawn jaslu biex forsi jinqdew?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta' applikanti għall- akkommodazzjoni alternattiva hu 4040.", "Kull applikazzjoni tiġi kkonsidrata a bażi tal-kategoriji pubbliċi li fihom huma klassifikati l-applikanti, kif ukoll skond fejn jitbattlu proprjetajiet meta mqabbla ma' l-areas indikati mill-applikanti bħala preferenza.", "DJAR - FIDI TA' ĊNUS", "30301.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress illi ftit mir-residenti li joqogħdu ġol-Qasam tad-Djar Sgħajtar, fin-Naxxar hemm min irid jixtri ċ-ċens, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp dwar dan?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li ċ-ċens gravanti fuq dawn il-plots ikun jista' jinfeda meta l-Awtorita' tad-Djar ikollha t-titolu legali fuq l- art in kwestjoni u wara li tkun iffinalizzat il-kuntratt ta' enfitewsi mal- benefiċċjarji ta' l-istess plots.", "PALAZZ TAL-PRESIDENT - GWIDI MAL-VIŻITATURI", "30302.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jaħtar numru ta' gwidi mħarrġa u kwalifikati biex idawwru lil viżitaturi fil-Palazz tal-President?", "Jaf li dan ix-xogħol qed isir mill-messaġġiera li għalkemm jagħmlu ħilithom u huma ta' għajnuna, jibqa' l-fatt li m'humiex gwidi?", "Jaf li dawn kellhom xogħol ieħor u mhux dejjem ikunu f'qagħda li jdawwru viżitaturi mal-Palazz lil viżitaturi li ma jkunux akkumpanjati minn gwidi ta' l-aġenziji ta' l-ivjaġġar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "BENGĦAJSA - ĦAMRIJA", "30303.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-ħamrija li hemm fil-\"Mara\", qrib Bengħajsa, jaf il-Ministru li ħafna minnha qed tispiċċa l-baħar għax qegħda eżatt max-xifer tal-baħar?", "Jista' jagħmel inċentiv lill-bdiewa u jipprovdilhom trakkijiet mid-Dipartiment bla ħlas biex jieħdu l-ħamrija?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li fil-preżent in-numru żgħir ta' trakkijiet li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huma mpjegati fuq xogħol ieħor.", "RABAT - ĊITAZZJONIJIET TAT-TRAFFIKU", "30315.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għat-talbiet tiegħi sabiex jiġu sorveljati u mħarrka l-vetturi kbar li jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier, r-Rabat, Malta meta mhux suppost, jista' l-Ministru jinformani xahar b'xahar matul din is-sena kemm ingħataw ċitazzjonijiet lis-sidien tal-vetturi li għaddew minn din it-triq?", "Billi r-residenti jilmentaw miegħi regolarment li l-isforzi tal-Pulizija lokali mhux dejjem ikunu possibbli minħabba xogħol ieħor, li l-istess pulizija tar-Rabat għandha mal-lokal tar-Rabat kollu, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex sezzjonijiet oħra tal-pulizija jispezzjonaw din it-triq fir-Rabat sabiex ma jkomplix ikun hemm abbuż u jgħaddu vetturi kbar minn din it-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bejn Jannar u Novembru tas-sena li għaddiet it-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija ħarġet 60,171 ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet tat-Traffiku, li uħud minnhom ġew maħruġa għal kontravenzjonijiet li seħħew fir-Rabat.", "Ma tinżammx statistika separata tal-kontravenzjonijiet maħruġa f'kull belt jew raħal separatament, minn din it-Taqsima.", "BIRŻEBBUGIA - TWESSIEGĦ TA' TRIQ", "30325.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x- xogħol fuq it-twessigħ tat-triq bejn St. Patrick Street u Triq il-Port Ħieles, f'Birżebbugia, liema xogħol beda u waqaf ħesrem?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-parti msemmija mill-Onor.", "Interpellant għada qed tiġi studjata biex isir junction li jinkorpora fih l- entratura tal-Freeport, in-niżla ta' Ħal Far u Triq il-Port Ħieles.", "TRASPORT PUBBLIKU - SEATS GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA'", "30326.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Tista' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tagħmel ftehim mas-sidien tal-karozzi tal-linja biex numru ta' seats ikunu allokati għal nies bi bżonnijiet speċjali u anzjani kif inhu l- każ barra minn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li s-seats ta' quddiem diġa' huma allokati għan-nies bi bżonnijiet speċjali w anzjani.", "Fil-fatt hemm sticker, maħruġa mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, li tindika li dawn is-seats għandhom jitħallew għal dawn in-nies.", "L-enforcement officers qed jaraw li dawn is-seats jitħallew vojta fejn hu possibbli.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "30327.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Tista' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tinnegozja ma' l-Union tat-Taxis biex fil-każ ta' anzjani jew nies bi bżonnijiet speċjali, ir-rata li jiċċarġjaw tkun speċjali, partikolarment jekk dawn juru l-card apposta tal-ħandikappati u l-Kartanzjan?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku se tgħaddi s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant f'taħdidiet li jkollha mal-White Taxis Association.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "30338.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list għall- operazzjonijiet tal-ftuq fl-Isptar San Luqa u meta hu mistenni li jinqdew dawn in-nies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - KAŻ RO11/95-H12859", "30341.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' d-Dipartiment konċernat jilqa' t-talba tas- Sur Saviour Attard ta' 22 Flat 3 Triq il-Foss, il-Birgu (RO11/95 - H12859) biex jingħata l-post 36, Joseph Stivala Street, Raħal Ġdid (li fih kien jgħix iz-ziju ta' martu) peress li għandu ċertifikati mediċi minħabba li għandu 65 tarġa fil-Birgu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni nru.", "H 12859 qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet simili.", "TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA", "30346.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi nstallat is-servizz tat-telefon (Nru.336977) lil J. Gatt, 7, Daldel Flats, Sawmill Street, Msida billi ħallas id-depożitu bosta ġimgħat ilu lit-Telemalta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li s-servizz tat-telefon fuq in- numru 336977 ingħata fl-4 ta' Jannar 1996.", "ETC - XERRI G.", "30347.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-każ ta' G. Xerri, Prekursur, 96A, Triq il-Barrakki, Qormi li wara li tilef l- impjieg tiegħu minħabba korriment qed jirreġistra għal fork-lifter driver, watchman jew store-keeper?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-individwu msemmi {I.D. 994969(M)} mar jirreġistra fl-24 ta' Novembru 1995, u qed jirreġistra bħala Fork Lift Driver u Storekeeper.", "Mir-records tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jirriżultax li tilef l-impjieg tiegħu minħabba xi korriment jew li għandu xi diżabbilta' temporanja jew permanenti.", "Tlabt lill-uffiċjal tal-Korporazzjoni jibagħtu għalih sabiex joffrulu xogħol jew taħriġ addattat.", "PESTIĊIDI - IMPORTAZZJONI", "30369.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega kif pestiċidi li huma projbiti li jidħlu Malta billi huma klassifikati li jagħmlu ħsara kbira lill-bniedem u n-natura, bħat-Tamarfon huma komuni f'idejn ċerti bdiewa?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-importazzjoni tal-pestiċidi kollha hija suġġetta għal-liċenzja wara li tkun reġistrata mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Hemm numru ta' pestiċidi li huma kontrollati fl-użu tagħhom u oħrajn li huma pprojbiti li jidħlu f'Malta.", "It-Tamaran huwa wieħed mill-pestiċidi li l-użu tiegħu huwa kkontrollat u liċenzji għall-importazzjoni tiegħu jingħataw biss għall-użu minn dawk il- bdiewa li jużawh biss għal prodotti li mhux ta' l-ikel.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf li xi prodotti pprojbiti qegħdin f'idejn nies li mhux awtorizzati huwa fid-dover li jirrapporta d-dettalji tal-każi nvoluti lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "MOSTA - TAL-WEJ - XOGĦOL", "30370.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet in-notice to treat fuq l-art biex isir ix-xogħol li jidher li se jsir mill-Korporazzjoni Enemalta f'Tal-Wej, il- Mosta?", "Jikkonferma l-Ministru li l-post fejn issa jidher li se jsir ix-xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta m'huwiex dak fejn oriġinarjament kien ippjanat li jsir?", "X'kienet ir-raġuni għal dan il-bdil tal-post?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-art fejn se jinbena is-substation hi proprjeta' tal-Gvern amministrata mill-Joint Office , iżda billi din l-art hi soġġetta għal ċens, dan irid jiġi esproprjat.", "Id- Dipartiment ta' l-Artijiet qed jieħu l-passi relattivi għal dan l- esproprju.", "Il-post fejn illum huwa maħsub li għandha tinbena s-substation hu l-istess fejn kien pjanat li jsir oriġinarjament.", "NAXXAR - TRIQ L-IMSAQQFIN - DAWL", "30371.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Ma jidhirlux il-Ministru li Triq l-Imsaqqfin, limiti tan-Naxxar, għandha tkun imdawwla aħjar billi dawn l-inħawi jinsabu fid-dlam li qiegħed ikun ta' inkonvenjent b'mod speċjali għar-residenti tal-lokal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba biex isir dawl adekwat fi Triq l- Imsaqqfin limiti tan-Naxxar qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "SPTAR SAN LUQA - ĦADDIEMA", "30384.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-grad ta' Health Assistants u Hospital Auxiliaries fil-preżent fl-Isptar San Luqa?", "Kif inhu mqassam ix-xogħol tagħhom fid-diversi swali u dipartimenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' Health Assistants u Hospital Auxiliaries li jaħdmu fl-Isptar San Luqa huwa:", "Health Assistants 403 Hospital Auxiliaries 228", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija l-informazzjoni għad trid tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - SECURITY GUARDS", "30385.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' surveillance officers li jaħdmu fl-Isptar San Luqa?", "Kif inhu mqassam ir-roster tagħhom?", "Kemm hemm postijiet vakanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-Isptar San Luqa hemm b'kollox 94 Security Guards li huma mqassma hekk:", "77 fuq Day-Night-Rest-Off 17 fuq Morning-Morning-Off", "Wara l-ftehim ta' ri-organizzazzjoni, iffirmat f'Lulju 1995, għadu kemm ġie konkluż l-eżerċizzju ta' l-assimiliation.", "Qiegħed isir xogħol bħalissa biex jiġi determinat u stabbilit il- complement skond il-gradi diversi kif jipprovdi l-ftehim u għalhekk mhux possibbli li nagħti figuri ta' postijiet vakanti.", "SPTAR SAN LUQA - KĊINA", "30386.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-kċina ta' l-Isptar San Luqa?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm hemm kokijiet li għandhom iċ-ċertifikat rekwiżit għax-xogħol tagħhom?", "Isiru xi korsijiet ta' in-service training għal dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - MESS", "30387.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ħaddiema li jaħdmu fil- Mess ta' l-infermiera fl-Isptar San Luqa?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'qed isir biex il-livell tal-catering f'dan il- Mess jitjieb u jkun iżjed varjat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fil-Mess ta' l-Isptar San Luqa hemm jaħdmu tmintax-il persuna.", "Dawn imqassmin hekk:", "3 koki; 6 Health Assistants; 6 Hospital Auxiliary; 3 Supervisors", "Il-livell tal-catering huwa tajjeb u l-ikel huwa varjat.", "SPTAR SAN LUQA - HELICOPTER PAD", "30388.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindaga ma' l-awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa dwar meta ġie mnaddaf il-helicopter pad u l-inħawi ta' madwaru billi għandi informazzjoni li tindika li f'dan il-post jinġabar ħafna skart li jista' jkun ta' periklu għal dan is-servizz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt assigurat li l-helicopter pad u l-inħawi ta' madwaru jitnaddfu regolarment u kull meta jkun meħtieġ.", "L-akkumulu ta' trab jiġi kkawżat primarjament għax dawn l-inħawi huma esposti ħafna għar- riħ.", "SPTAR SAN LUQA - ILBIES PROTETTIV", "30389.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindaga għaliex l-impjegati li jieħdu ħsieb l- iskart fl-Isptar San Luqa mhux qed jingħataw ingwanti u lbies iġjeniku u protettiv sabiex fil-ħidma tagħhom jitnaqqas ir-riskju għal saħħithom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-impjegati li jieħdu ħsieb l- iskart fl-isptar San Luqa għandhom ilbies protettiv u ingwanti biex iwettqu x-xogħol tagħhom bl-inqas riskju jew periklu għal saħħithom.", "VAT - DĦUL MILL-VAT", "30399.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsalill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown tal-VAT miġbura tul l-1995?", "Kemm minnha ġiet mill-importazzjoni, mill-prodotti lokali u minn fuq is- servizzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa' għidt fi stqarrija pubblika ma huwiex possibbli li tagħmel allokazzjoni preċiża tal- VAT miġbura bejn VAT fuq prodotti importati u VAT fuq prodotti lokali mingħajr ma tintalab analiżi dettaljata mit-taxpayers fir-returns tagħhom.", "Ħaġa li m'aħniex beħsiebna nagħmlu.", "Ta min jerġa' jispjega li l-VAT finali hi realment dik miġbura fl-aħħar fażi ta' bejgħ.", "Il-VAT miġbura qabel hi potenzjalment taxxa li tintradd lura.", "Nista' ngħid li: Il-VAT miġbura mid-Dwana tammonta għal madwar Lm59 miljun.", "Din tħallset fuq materja prima u makkinarju minn azjendi ta' manifattura li mbagħad jitolbuhom lura fuq provvisti minn min jagħti", "servizz li mbagħad ukoll jingħata lura u fuq prodotti ta' konsum.", "Madwar Lm10 miljun inġabru minn fabbriki.", "Dawn jistgħu jkunu jinkludu provvisti lil min jagħti servizz li jinġabru lura.", "Madwar Lm14-il miljun inġabru minn servizzi.", "Dawn ukoll jinkludu servizzi lill-azjendi li finalment tintalab lura.", "Ta min jgħid li per eżempju, mal Lm5 miljuni ingħataw lura lill- produtturi ta' oġġetti u servizzi li fuqhom ma titħallasx VAT.", "DAZJI - RIFUŻJONI", "30400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm tħallsu refunds ta' dazji (xahar b'xahar) lill- importaturi tul l-1995?", "Kemm għad hemm refunds pendenti?", "Meta u f'liema xhur tas-sena l-ġdida mistennija jitħallsu?", "Se jsir xi offsetting kontra pagamenti tal-VAT dovuti lill-Gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20000703_333d_par.doc", "date": "2000-07-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 333 It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 333", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "333", "It-Tnejn, 3 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 476", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 476", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 481 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT (IT-TIENI QARI) MALTA CRAFTS COUNCIL BILL (SECOND READING) 481 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦAL GĦEMIL TA' STANDARDS (KUMITAT) MALTA STANDARDIZATION AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 488", "AĠĠORNAMENT 506", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 512", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 332 li saret fit-30 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "17130.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996?", "Lil min ingħataw?", "X'kienet l-akkuża jew l-akkużi?", "X'kienet il-piena inflitta?", "X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda?", "Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Jason Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, in vista tal-fatt li l-mistoqsija kienet tikkonċerna maħfriet presidenzjali mill-1987 sal-1996, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jikkonfermali jekk maħfra li ngħatat f'Jannar ta' l- 1987, u cioe' meta l-Partit Laburista kien fil-gvern, u li bbenefikaw minnha wkoll dawk il-persuni li kienu għadhom qed jiġu investigati dwar delitti imma kienu għadhom ma tressqux il-qorti, kenitx l-unika maħfra presidenzjali ta' dak it-tip fl-istorja riċenti politika ta' pajjiżna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament qed nitkellem mill-memorja.", "Ftit qabel l- elezzjoni ta' l-1987, meta l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kien kap tal- gvern, waħda mill-kwalifiki li kien hemm marbuta mal-maħfra li kienet ingħatat dakinhar kienet tapplika wkoll għal delitti li kienu saru meta l- persuna konċernata kienet għadha ma nqabdietx jew kienet għadha qed tiġi investigata.", "Safejn naf jien qatt ma kien hemm maħfra simili la qabel u lanqas wara dak iż-żmien.", "MAĦFRIET", "17181.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama ingħatat mill-1987 'l hawn?", "Meta ngħataw u għal liema raġuni?", "Minn fejn huma l-persuni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fir-rigward ta` maħfriet presidenzjali, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dettalji li ngħataw fi tweġiba għal mistoqsija nru.", "17130.", "Fir-rigward ta` amnestiji u proklami, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari nru.", "11387 f'seduta 187 ta` Novembru 1999, fis-sens li hu l-ministeru ta` l-intern li jista` jagħti l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law, domanda supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: X'kienet ir-raġuni partikolari li Queiroz ngħata l- maħfra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal-lista li għadha kif tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PRIĠUNIERI - AMNESTIJA", "17233.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-priġunieri kollha li gawdew minn xi amnestija mill-1987 'l hawn?", "Għaliex kienu qegħdin jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "Kemm-il jum jew snin ta' priġunerija tnaqqsitilhom?", "Minn fejn huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "17181.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law, domanda supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, nixtieq inkun naf jekk dan l-aħħar kienx hemm xi uffiċjali tal-ħabs li ġew sospiżi.", "Jekk iva, kemm minnhom ġew interrogati jew arrestati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-ħabs ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onor.", "Interpellant tindirizza d-domanda lill-ministru konċernat.", "PRIĠUNIERI - MAĦFRIET", "17234.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-priġunieri jew ċittadini Maltin u barranin li gawdew minn xi maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama mill-1987 'l hawn?", "Fuq xiex kienu nstabu ħatja?", "X'akkużi kellhom u x'inħafrilhom?", "Minn fejn huma?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija minni għal mistoqsija parlamentari nru.", "17130, fejn tajt id- dettalji dwar maħfriet presidenzjali.", "Dwar amnestiji u proklami, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari nru.", "11387 f'seduta 187 ta` Novembru 1999, fis-sens li hu l-ministru ta` l-intern li jista` jaghti l- informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Min hija l-persuna li għandha aċċess għall- korrispondenza fil-ħabs?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif diġa' rrispondejt fid-domanda supplimentari preċedenti, il-ħabs ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk id-domanda trid tiġi indirizzata lill-ministru li taħtu jaqa' d-dekasteru tal-ħabs, jiġifieri l-ministru ta' l-intern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, meta l-Onor.", "Law staqsiet dwar ir- raġunijiet għala Queiroz ingħata l-maħfra, il-Onor.", "Ministru rrisponda li hemm it-tagħrif fir-risposta għall-mistoqsija preċedenti.", "Jista' jgħidli fejn jirriżulta dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fid-dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "17130 - kemm f'din is-seduta kif ukoll f'seduti oħrajn li għamilt riferenza għalihom - hemm ir- raġunijiet kollha tal-maħfriet presidenzjali li ngħataw lil kull individwu mill-1987 sal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, mill-iskeda li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra, xorta waħda ma tidhirx x'inhija r-raġuni li Queiroz ingħata l-maħfra u nixtieq inkun nafha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dik l-iskeda hija parti biss mir-risposta li jien tajt.", "Fil-fatt fir-risposta tiegħi hemm riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "17130 li ġiet imwieġba qabel, u r-raġunijiet jinsabu hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Peress li għandek d-dettalji kollha hemmhekk, tista' tgħidli x'kienet ir-raġuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hawnhekk kulma għandi hija riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "17130 u m'għandix id-dettalji kollha.", "Pero' jekk l-Onor.", "Law trid li verament inġibilha r-raġunijiet, nitlobha tagħmel domanda speċifika u nġibhomlha, apparti li dawn naħseb kulħadd jafhom.", "Jiġifieri jekk tridu noqogħdu naħlu l-ħin għax sal-lum f'dan il-parlament għadna ma nafux għax Queiroz ingħata l-maħfra, għalkemm sar dibattitu sħiħ hawn ġew, ma ġara xejn!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Bir-rispett kollu ma naħsibx li hawnhekk qegħdin biex naħlu l-ħin, pero' Queiroz inzerta ngħata l-maħfra f'dak il-perijodu ta' żmien li dwaru saret l-interpellanza oriġinali u jien inħoss li hawnhekk kellha tingħata raġuni speċifika għala ngħata maħfra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, fl-ebda domanda li għamlitli l-Onor.", "Law ma talbitni speċifikatament dwar xi ħadd, mhux dwar Queiroz biss.", "Lanqas staqsietni, per eżempju, jekk il-Ministru Gulia kienx ħafer lil xi ħadd mid- distrett tiegħu, għax kieku staqsietni kont inweġibha.", "Issa jekk hi tixtieq li nġibilha dettaljatament x'kienu r-raġunijiet f'dak il-każ speċifiku, nitlobha tagħmilli d-domanda u nagħtiha l-informazzjoni li tixtieq, avolja nirrepeti li jien ġbartilha l-informazzjoni kollha mill- 1987 'l hawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li l-Ministru dalgħodu aġġornana dwar ċerti kriterji u mar lura anke għas-snin preċedenti, jista' almenu jgħidilna kemm ingħataw maħfriet bħal dawk li ngħataw lil Queiroz matul l-istess snin preċedenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba fil-pront.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Xorta waħda nixtieq inkun naf x'kienet ir-raġuni għala isem Queiroz ma tniżżilx fil-lista mal-persuni l-oħra li ngħataw il-maħfra fil-perijodu msemmi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, milli jidher għadna ma qomniex dalgħodu!", "Jekk l-Onor.", "Law tfittex f'sheet 2 issib li fl-aħħar tal-lista hemm miktub \"Francesco de Assis Queiroz, importazzjoni tad-droga\".", "Jiġifieri issa wasalna biex inpoġġu dokument fuq il-Mejda tal-Kamra u ma narawhx!", "Din kbira wisq!", "MAĦFRIET", "17490.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "17181?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta qed tingħata f`mistoqsija parlamentari nru.", "17181.", "BAĦRIJA - SPIŻERIJA", "17394.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il talba hemm quddiem l-awtoritajiet tas-saħħa konċernati sabiex tinfetaħ spiżerija fil-Baħrija?", "Meta saru u x'inhuma l- possibilitajiet li l-proċeduri ma jitwalux iżżejjed, fid-dawl tal-fatt li fil-Baħrija ma hemmx spiżerija sabiex taqdi l-bżonnijiet tar-residenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li hemm żewġ applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu spiżeriji fil-Baħrija.", "Dawn l- applikazzjonijiet saru fl-10 ta` Mejju, 1998 u fis-26 ta` Frar, 1999.", "Sakemm nikkonkludu d-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati ma nkunux f`pożizzjoni li noħorġu liċenzji għal spiżeriji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li fil-Baħrija ma teżisti l-ebda spiżerija u għaldaqstant jirriżulta li hemm numru ta' diffikultajiet għall-komunita' ta' dan il-villaġġ, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-dipartiment f'dan ir-rigward?", "Jistgħu jittieħdu proċeduri differenti minn dawk li jittieħdu f'lokalitajiet fejn diġa' hemm numru ta' spiżeriji li jservu l-komunita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iva, din it-talba se tiġi kkonsidrata.", "Nista' nżid ngħid li saret applikazzjoni għal xi spiżerija fil-Qala, Għawdex, u jidher li hawn qbil all round li f'każi partikolari fejn m'hemmx il-kriterji li qegħdin jintalbu fid-diskussjonijiet biex jinfetħu l-ispiżeriji, it-talba tiġi kkonsidrata separatament.", "Fil-fatt tlabt lid-direttur ġenerali biex jagħmel laqgħa speċjali maċ- chamber of pharmacists u mal-GRTU biex proprju naraw li dawk l- applikazzjonijiet li m'hemmx diffikulta' fuqhom biex jinħarġu, bħal fil-każ tal-Baħrija - peress li m'hemmx kwestjoni ta' distanza jew affarijiet oħra - ikunu jistgħu jitpoġġew on a fast track u ovvjament il-ftehim isir bi qbil mal-partijiet.", "Dan se jsir fl-ewwel laqgħa li jmiss.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma meta qed jgħid \"fl-ewwel laqgħa li jmiss\", għandi nifhem li jista' jkun hemm xi żviluppi fi ftit ġimgħat jew fi ftit xhur?", "Jew għadna ma nafux meta se jsiru dawn l-iżviluppi minkejja li se jkun hemm il-laqgħat li qed jirriferi għalihom il-Ministru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li hija aktar kwestjoni ta' xhur milli ta' ġimgħat.", "BAĦRIJA - TRIQ IL-QASTAN - BANKINA", "17395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għala matul l-1999 u matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-parti tal-bankina quddiem ir-residenza 'White Dove', fi Triq il-Qastan, fil-Baħrija ma tkomplietx?", "Jista' jinformani kemm-il darba l-kunsill tar-Rabat irrapporta dan il-każ lid-dipartiment konċernat?", "Jista' jawtorizza x-xogħlijiet b'mod immedjat sabiex ma tkomplix issir inġustizzja mal-familja in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-bankina msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma saritx mid- dipartiment tat-toroq.", "Il-kunsill lokali tar-Rabat kien involut meta sar il-co-ordination meeting mad-dipartiment tat-toroq biex isiru l- preparamenti għall-asfaltar ta' din it-triq u z-zona ta' madwarha.", "Meta jsir xogħol ta' asfalt, id-dipartiment tat-toroq jara u jiżgura li l- bankini kollha jkunu lesti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri meta d-dipartiment tat-toroq ikun qed jagħmel xogħol fuq toroq li jkunu fi stat pessmu u inaċċettabbli, ikollu x'jaqsam biss ma' l-aspett ta' l-asfaltar u mhux mat-tkomplija tal-bankini wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena m'għedtx hekk.", "Il-bankina u t-triq huma ħaġa waħda għal skop ta' formazzjoni tat-triq.", "Li jirriżulta f'dan il- każ hu li l-bankina partikolari ma saritx mid-dipartiment tat-toroq.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma l-Ministru jikkonferma li dawk ix-xogħlijiet kienu qed isiru mid-dipartiment tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nikkonferma li x-xogħol fuq dik il-bankina partikolari ma sarx mid-dipartiment tat-toroq u m'hux magħruf min għamlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li l-Ministru japprezza li r- responsabbilta' taqa' fuq id-dekasteru tiegħu u żgur ma taqax fuq ir- resident li ilu sentejn mingħajr bankina, meta l-kumplament tat-triq għandha bankina.", "Jien m'iniex nistaqsi lill-Ministru jekk din hijiex diskriminazzjoni politika, imma ġaladarba din it-triq ma kellha la forma ta' bankina u lanqas forma ta' wiċċ, għandi nifhem li r-responsabbilta' taqa' fuq il-ministeru.", "U biex inkunu aktar koerenti mar- responsabbiltajiet tagħna, għandi nifhem li d-dipartiment li jaqa' taħt id- dekasteru tiegħu se jassumi responsabbilta' sħiħa u se jara li x-xogħol isir mill-aktar fis, u mhux noqogħdu nfettqu fuq l-irqaqat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'dan il-pajjiż għandna madwar 800 triq x'nagħmlu u m'għandniex għalfejn noqgħod infettqu fuq l-ebda biċċa bankina f'xi raħal partikolari!", "F'dan ir-rigward il-pożizzjoni hija ċara u meta d- dipartiment tat-toroq jidħol biex jagħmel triq, hija responsabbilta' tiegħu li jagħmel dik it-triq jew dawk it-toroq li qatt ma jkunu saru - dan irripetejnih għal elf darba hawn ġew - pero' d-dipartiment m'huwiex se jmur jagħmel biċċa bankina x'imkien biex imbagħad meta jkun qed isir ix- xogħol fuq it-triq proprja, aktar u aktar bil-policy li qed tintuża li taħt il-bankina jkun hemm culverts għas-servizzi, jerġa' jkissirha biex jagħmel kollox mill-ġdid!", "Meta t-triq msemmija tkun qiegħda ssir, issir il- bankina wkoll u jsiru fiha l-culverts.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li qed nitkellmu fuq każ ta' residenza li ilha sentejn mingħajr bankina filwaqt li x-xogħlijiet saru fil-każ tal- kumplament tar-residenzi l-oħra, il-Ministru qed jikkonferma li l-bankini li saru mill-kunsilli huma ħżiena u ma jiffittjawx mas-sistema li qed juża d-dipartiment sabiex jagħmel it-triq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, din ma kenitx parti mid-domanda u nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk irid ikun jaf jekk il-bankina hijiex tajba jew le, jagħmel id-domanda tiegħu bil-miktub ħalli nkun nista' nibgħat lin- nies jiċċekkjaw.", "BAĦRIJA - TRIQ IL-QASTAN", "17396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta se jitkomplew ix- xogħlijiet fi Triq il-Qastan, Baħrija?", "Kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti ta' kif qed ikun maħsub li tiġi rranġata din il-pjazza?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq għamel il- co-ordination meetings sabiex isiru preparamenti għall-asfaltar ta' Triq il- Qastan, Triq T. Xerri, Triq il-Kapella l-Qadima u Triq Ġdida fi Triq il- Lewż.", "Għadhom ma sarux pjanti għat-tisbiħ tal-pjazza u dawn isiru wara li ssir il-konsultazzjoni neċessarja mal-kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ladarba l-Ministru huwa informat li d- dipartiment għamel il-verifiki u l-pjani biex isiru dawn ix-xogħlijiet, jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-mistoqsija preċedenti tiegħi?", "Il- bankina saret skond in-normi jew le?", "Għax ladarba għandu r-rapporti f'idejh u x-xogħol se jsir, għandi nifhem li huwa informat dwar in- neċessita' ta' dan il-bżonn!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Interpellant jaħseb li l-Ministru għandu l-ħin imur jiċċekkja l-bankina ta' x'imkien partikolari, sejjer żball!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonjiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT", "MALTA CRAFTS COUNCIL BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mit-30 ta' Ġunju, 2000", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr. Speaker, għandna abbozz ta' liġi li jikkonċerna l-artiġjanat.", "X'nifhmu meta ngħidu artiġjanat?", "Naħseb li huwa dak ix-xogħol x'aktarx bl-idejn jew bl-għajnuna ta' għodda tradizzjonali li għandu valur artistiku u x'aktarx ikun magħmul minn raġel tas-sengħa.", "Issa l-ħażin huwa li mal-milja taż-żmien ħafna kienu dawk li bdew jabbużaw minn dan is-suq.", "Min kien jaf jgħawweġ biċċa landa beda jsejjaħ lilu nnifsu tellar u min jaf jaqta' u jinkolla biċċtejn injam rama' ħanut ta' l- għamara.", "Dawn in-nies taparsi tas-sengħa komplew jabbużaw minn suq li ftit li xejn kellu għażla.", "Biex tagħqad ukoll, bil-miġja tat-turisti kienu ħafna dawk li fetħu ħwienet biex ibiegħu souvenirs u ħwejjeġ simili li suppost ikunu prodotti Maltin iżda fil-verita' jkunu xi biċċa bizzilla tal-makna mgħoddija bħala bizzilla ta' Malta, xi filugranu maħdum fil-Portugal, xi ċeramika mit-Taiwan jew souvenirs oħra maħduma fil-Ġappun bit-tikketta \"Made in Malta\".", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax ikun tajjeb li lill-poplu nispjegawlu li jekk jaqdi tajjeb għaxra min-nies, forsi jkun wieħed li jmur ifaħħru; iżda jekk jidħaq b'xi ħadd u jinduna, dan il-wieħed ixandrek, imur lura f'pajjiżu u miegħu jeħel kulħadd, anke dawk li huma ġenwini.", "Jiena għalhekk naħseb li dan l-abbozz ta' liġi huwa propizju, għaliex huwa abbozz li qed jimxi id f'id mat-tradizzjoni u ma' l-identita' nazzjonali u jekk ma nagħmlux hekk inkunu qegħdin nagħmlu a disservice lil Malta tagħna.", "L- istoriku Braudel - storiku famuż li għandu pinna mexxejja ħafna - jiddefinixxi l-istorja bħala \"the permanence of change\".", "Il-bidla trid issir u hemm bżonn li ssir imma dan ma jfissirx li ninsew il-passat tagħna.", "Il-bniedem irid iħares dejjem lejn il-passat biex jitgħallem u biex l-għada tiegħu jkun aħjar mill-bieraħ tiegħu.", "Aħna nafu li fil-Medju Evu, speċjalment lejn in-naħa ta' l-Ewropa Ċentrali u lejn il-parti ta' l-Ewropa ta' Fuq, bdew jinbtu l-guilds li ġeneralment kienu jkunu patronizzati minn xi qaddis.", "Dawn is-snajja kienu jintirtu mill-missier għall-iben u tista' tgħid li b'hekk iffjoriet l- kultura tal-crafts fl-Ewropa post-medjovali.", "Kellek ukoll il-kunċett ta' l- apprendistat fejn kien ikollok master craftsmen - u din il-ħaġa kienet famuża ħafna fl-Italja rinaxximentali - fejn kien ikollok, per eżempju, artisti kbar bħal Michelangelo, Raffaello u oħrajn li magħhom kien ikollhom trainees li kienu jitgħallmu mill-imgħallmin tagħhom is-sengħa ta' skultur, is-sengħa ta' pittur u tant affarijiet oħra.", "Hawn ikun tajjeb li aħna naraw x'xogħol ħallewilna missirijietna u naraw ukoll kif dan l-abbozz se jgħin biex dan il-wirt napprezzawh, niżviluppawh u nippromwovuh.", "Mr. Speaker, sa ftit tas-snin ilu s-snajja' f'Malta kienu qed imutu mewta naturali.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li tathom spinta 'l quddiem, dan kien il-ħolqien ta' l-iskola ta' Tarġa Gap, skola speċjalizzata fis-snajja u fl-arti.", "Illum nistgħu ngħidu li għaddejja bidla interessanti għaliex illum mhux talli mhux qed insibu studenti biżżejjed biex jidħlu f'din l- iskola, imma pjuttost qegħdin jiġu rifjutati studenti li jixtiequ jidħlu.", "Informat li kull sena jkun hemm mijiet ta' studenti li huma interessati jidħlu f'din l-iskola pero' ma jiġux aċċettati aktar minn tliet klassijiet.", "F'din l-iskola ma jitgħallmux biss suġġetti akkademiċi - ċertament xi ħaġa importanti u anke tibqa' l-bażi ta' kull student matur li jrid jgħix fid- dinja tal-lum - pero' jitgħallmu a holistic approach tas-snajja u ta' tant affarijiet oħra.", "Din l-iskola rnexxielha tibni niċċa għaliha nfisha biex jibqgħu jgħixu l-crafts f'pajjiżna.", "Ħadet post dak li kien jagħmel il- missier ma' l-iben fejn qabel il-missier kien awtomatikament jgħallem lil ibnu s-sengħa.", "U jekk aħna nemmnu li mit-turiżmu kulħadd jiekol, jekk aħna nemmnu li t-turiżmu huwa l-main breadwinner għal pajjiżna, bilfors irid ikollna injezzjoni akbar ta' Malta kulturali, Malta kburija bil-passat tagħha u b'dak li rnexxielu jibni matul is-snin il-poplu Malti.", "Naħseb li tajjeb li ngħidu xi ħaġa wkoll dwar l-IPSE li l-viżjoni tagħha bdiet qabel l-elezzjoni ta' l-1996 minn gvern Nazzjonalista.", "Din tgħin l- intrapriżi hekk imsejħa ta' daqs żgħir u medju, l-SMEs.", "L-IPSE fil-fehma tiegħi għandha importanza kbira fl-iżvilupp ta' l-artiġjanat għax minkejja li ħafna jistgħu forsi jirridikolawh u jiddegradawh, dan għandu sehem importanti fit-tfassil u fit-tkattir ta' l-ekonomija Maltija.", "Dan is-settur għandu impatt mhux biss ekonomiku iżda kulturali wkoll.", "Hawnhekk għandna abbozz fejn l-għerf tal-leġislatur huwa tali li qed jipprevedi li jżewweġ flimkien l-aspett kulturali u l-aspett ekonomiku.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li aħna nafu li se jkun hawn u jibqa' jkun hawn opportunisti u għalhekk tajjeb li jinħolqu mekkaniżmi biex is-suq jirregola lilu nnifsu.", "Dan jista' jseħħ permezz ta' marki ta' ġenwinita' jew kwalita' li juru biċ-ċar li prodott ikun verament frott l-artiġjanat Malti.", "Ma jistax ikun niqbgħu ngħaddu bizzilla \"Made in Malta\" meta tkun maħduma bil- makna f'post ieħor jew affarijiet oħra tal-fidda tal-filugranu maħdumin il- Bambin waħdu jaf fejn u ngħadduhom taparsi maħdumin Malta.", "Fiż-żmien meta wkoll l-ekonomiji tad-dinja qegħdin jifhmu aktar minn qatt qabel li l-ġid ekonomiku huwa frott l-informazzjoni u l-innovazzjoni, tajjeb li nifhmu wkoll li anke l-artiġjanat huwa importanti għax jekk noqogħdu attenti dan jista' jkun ukoll espressjoni ta' għerf.", "Għalkemm l- enfasi trid tibqa' dejjem fuq il-kreattivita' u l-oriġinalita', wieħed irid jifhem ukoll li l-affarijiet li jinħadmu jridu jkunu mibnija wkoll fuq il- ħteġijiet tas-suq.", "Mingħajr klijenti ma jsirx negozju u għalhekk jeħtieġ li nitgħallmu kif noħolqu value for money għall-klijenti tagħna, niżguraw li l-kwalita' tkun konsistenti u nieħdu ħsieb kif nippreżentaw il-prodott tagħna.", "Il-kummerċ elettroniku wkoll tajjeb li nżewquh f'din il-pittura ta' l- artiġjanat.", "Bis-saħħa ta' l-iżvilupp ta' l-internet illum għandna l-kummerċ elettroniku u jagħmel ħażin min jinjora din ir-realta'.", "Jiena nixtieq li l- kunsill Malti għall-artiġjanat li se jiġi mwaqqaf jagħti wkoll l-importanza u l-attenzjoni li jixraqlu l-kummerċ elettroniku.", "Mr. Speaker, naħseb tajjeb ukoll li ngħidu li wasal iż-żmien li nkabbru l- koperazzjoni bejn kulmin huwa involut f'xi settur jew ieħor.", "B'mod partikolari jeħtieġ li noħolqu dawk li jissejħu centres of excellence, jiġifieri mhux biss kull intrapriża tfittex li topera bl-aktar mod effiċjenti u kompetittiv iżda kulmin għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, għalliema u trainers, l-universita', il-gvern u l-intrapriżi nnifishom kollha flimkien jgħinu biex jinħoloq ambjent u strutturi li jwasslu għal strateġija u rabtiet akbar fis-suq.", "Din it-tip ta' koperazzjoni trid tiżgura li l-iskejjel tas-snajja qegħdin jagħtu t-taħriġ meħtieġ u li jagħmlu anke riċerka f'materja prima, disinji u fuq ħafna affarijiet oħrajn.", "Mr. Speaker, il-fus ta' dan l-abbozz huwa l-ħolqien tal-kunsill Malti għall-artiġjanat.", "F'artiklu 6 ta' dan l-abbozz hemm elenkat x'inhuma l- funzjonijiet.", "M'inix se nidħol fihom għaliex ikun ħela ta' ħin, pero' nixtieq li nawspika li jiżdiedu xi funzjonijiet ta' dan il-kunsill.", "L- ewwelnett li b'mod serju ssir definizzjoni ta' artiġjanat, kemm fis-sens wiesa' tiegħu fejn jista' jinkludi xi tip ta' għamara, xogħol ta' ħadid jew madum artiġjanali, kif ukoll fis-sens ristrett li jinkludi dak ix-xogħol ta' xejra aktar artistika u anqas kummerċjali.", "Jeħtieġ li l-kunsill jipprovdi għal kulħadd.", "It-tieni objettiv li nixtieq lil dan il-kunsill ikollu huwa li jagħmel studju profond tas-sitwazzjoni attwali.", "Per eżempju, kemm hawn artiġjani?", "Kemm għandhom nies impjegati magħhom?", "Fejn qed joperaw?", "Kemm għandna tipi ta' artiġjanat?", "Xi problemi qed niffaċċjaw fil-kuntest lokali u f'dak internazzjonali?", "X'nuqqasijiet għandu dan is-settur?", "Għandu nuqqas ta' taħriġ jew nuqqas ta' tmexxija tajba?", "It-tielet objettiv huwa li dan il-kunsill jara xi tfisser li tagħżel l- artiġjanat bħala karriera u jara jistax ikun hemm xi skemi ta' apprendistat, edukazzjoni, boroż ta' studju u anke xi tip ta' klassifikazzjoni bħalma huma l-vocational qualifications.", "Għandu jsir ukoll studju fuq il-produzzjoni in ġenerali, pariri fuq kwalita' u preżentazzjoni, ċertifikazzjoni tal-prodotti artiġjanali ġenwini, spezzjoni u anke penali ħorox għal min ibiegħ oġġetti importati bħala lokali.", "Għandhom jiġu identifikati wkoll il-partijiet kollha interessati u r-rwol tagħhom, bħal per eżempju l-ministeri involuti, id-dipartimenti ta' l- industrija u kummerċ, id-dipartiment ta' edukazzjoni u kultura, it-turiżmu u l-finanzi u entitajiet oħra bħalma huma l-MDC, l-IPSE, l-ETC kif ukoll il- banek lokali.", "Mr. Speaker, għandu jsir ukoll studju minn dan il-kunsill fuq il-kwestjoni tal-copyright u possibbilment ristrezzjoni fl-użu tal-kelma \"artiġjanat\".", "Hemm bżonn naġġornaw ruħna f'dawk li huma direttivi, regoli, taxxi, għajnuna finanzjarja, eżenzjonijiet, liġijiet, skemi u protezzjoni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Nafu li l-Unjoni Ewropea tippromwovi l-artiġjanat u għandha wkoll fondi speċjali allokati għal dan is-settur.", "Fl-aħħarnett naħseb li jrid isir studju fuq il-kunsill innifsu, dwar kif se jkun imwaqqaf, l- istatut, responsabbiltajiet u dwar fondi biex ikun jista' jopera.", "Mr. Speaker, nagħlaq billi ngħid dan il-pajjiż jixraqlu l-aħjar, dan il- pajjiż jixraqlu li nibżgħu għall-identita' tiegħu.", "U Malta b'kultura qawwija ta' artiġjanat naħseb li tkun Malta aktar Maltija għaliex tkun Malta kburija bl-identita' kulturali tagħha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lis- Segretarju Parlamentari biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, huwa ta' sodisfazzjon għalija li dan id-dibattitu sar b'mod serju.", "L-interventi li kien hawn kienu interventi li saru b'ċerta oġġettivita', kważi l-proposti kollha kienu tajbin ħafna, u għaldaqstant jien nista' nwiegħed li se nara li safejn hu possibbli dawn ikunu inkorporati f'emendi meta naslu għall- istadju ta' kumitat.", "Jien irrid ngħid li ħadt ħsieb li jiġi organizzat seminar fejn iltqajna wkoll ma' diversi nies minn dan is-settur u beħsiebni nkompli nara li din il-liġi tkun diskussa fl-inħawi differenti tal-pajjiż minħabba li f'kull post għandna xi ħaġa li għandna nibżgħu għaliha.", "Dan huwa punt li ħareġ fid-diskussjonijiet li kelli ma' nies li huma involuti kemm bħala imprendituri kif ukoll bħala artiġjani u li ħareġ ukoll b'mod tajjeb waqt dan id-dibattitu.", "Donnu din il-liġi qed titressaq fil-mument fejn f'dan il-pajjiż ma nistgħux naħlu iktar żmien għaliex wasalna fil-punt li rridu nsalvaw dak li qiegħed jintilef.", "Jekk ma nagħmlux hekk aħna għandna r-responsabbilta' li l- ġenerazzjonijiet ta' warajna mhux se jkollhom l-okkażjoni li jgawdu dak li gawdejna aħna.", "Permezz ta' dan id-dibattitu dan il-parlament għadda lill- gvern ir-responsabbilta' li jara li din il-liġi tieħu l-ħajja u jara li dan il-kunsill nazzjonali għall-artiġjanat jibda biex jiffunzjona.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li hemm iż-żmien tat-transizzjoni u għall-bidu, sakemm issir ir-reġistrazzjoni u jkun hemm ukoll l-elezzjonijiet biex jiġu eletti r-rappreżentanti kemm min-naħa ta' l-imprendituri kif ukoll min-naħa ta' l- artiġjanat innifsu, dan il-kunsill se jibda jaħdem mingħajr ir- rappreżentanti.", "Ċertament li kienet proposta tajba li l-GRTU tkun rappreżentata f'dan il-kunsill u għaldaqstant se nipproponu emenda biex dan ikun jista' jseħħ.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li l-GRTU ħadet sehem ukoll fid- diskussjonijiet dwar it-tfassil ta' dan l-abbozz pero' din qatt ma għamlet suġġeriment f'dan is-sens.", "Ovvjament jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni li bħala assoċjazzjoni tkun qiegħda hemm hija wkoll u għalhekk fl-istadju tal- kumitat se nagħmlu emenda biex ninkorporawha wkoll.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li tkun ħaġa tajba li jkun hawn definition tajba ta' x'inhu l-artiġjanat.", "Proprju l-ħidma ta' dan il- kunsill Malti hija li lil dan il-pajjiż mhux biss joffrilu definizzjoni tajba ta' artiġjanat imma joffri wkoll policy rigward kif nistgħu nkomplu navvanzaw f'dan il-qasam.", "Din il-policy m'għandhiex tkun waħda ta' preservazzjoni biss pero' għandha tkun politika ta' innovazzjoni b'ċerta intelliġenza u politika mmexxija minn prinċipji ta' inprenditoria.", "Aħna mhux biss għandna nibżgħu għal dak li għandna fl-artiġjanat u fis-snajja tagħna imma rridu naraw ukoll kif se noħorġu minnu l-element kummerċjali.", "Ikun utli ferm għal dan il-pajjiż kemm-il darba jirnexxielna nikkonvertu l- artiġjanat minn sempliċi passatemp jew xogħol ta' ftit għal forza li veru tista' tagħti enerġija lill-imprenditur iż-żgħir billi dan ikun kapaċi jbiegħ dak li qiegħed jipproduċi.", "Dan hu l-qofol ta' dan il-mekkaniżmu ġdid li rridu naraw f'dan il-pajjiż.", "Mr. Speaker, nittama wkoll li ma tingħatax l-impressjoni li n-nies li se jkunu appuntati f'dan il-kunsill huma xi tip ta' investigaturi li jħarsu 'l isfel lejn il-bqija.", "Qed nitkellem hekk għaliex ħafna drabi nbatu minn dan il-virus.", "Kif tagħtih responsabbilta' biex joffri servizz, minflok ma joffri servizz bniedem jibda jara dubbien lil dawk li jkun responsabbli minnhom.", "Dan żgur li huwa element li ma rridux naraw iseħħ.", "Jeħtieġ li dan il-kunsill ikun ta' servizz biex jippreserva dak li għandna u joħroġ iżjed fid-dawl dak li forsi seta' kien ilu moħbi jew mitluf.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Karmenu Vella qal li jeħtieġ li jsir audit biex inkunu nafu min huma dawk kollha li qegħdin f'dan ix-xogħol ta' l- artiġjanat.", "Din hija waħda mill-funzjonijiet li għandu dan il-kunsill pero' iżjed minn hekk dak għandu jkun il-punt tat-tluq.", "Għad irridu nisimgħu 'l quddiem lil min se nibdew ninkludu bħala artiġjanat.", "Iżjed ma naraw li titwessa t-tifsira ta' artiġjanat, iżjed inkunu qegħdin ninkludu setturi ta' self-employed żgħar li jaħdmu f'xi sengħa partikolari.", "Issa li għandna din il-leġislazzjoni f'idejna, dawk li se jkunu responsabbli jridu jaraw li d-definizzjoni ta' artiġjanat ma tkunx waħda dejqa li telimina lil dak jew lill-ieħor imma tkun definizzjoni li tinkludi lil diversi setturi.", "B'dan il-mod il-ħidma tal-kunsill tkun iżjed inklussiva milli esklussiva.", "Ma rridux naraw li jkollna tip ta' definizzjonijiet li jeskludu imma ovvjament irridu naraw definizzjonijiet li jinkludu iżjed oqsma differenti.", "Per eżempju, id-definizzjoni ta' dak li hu artiġjanat għall-Italja hija ferm iktar miftuħa milli s'issa konna qegħdin nimmaġinaw li nqisu bħala artiġjanat f'dan il-pajjiż.", "Ovvjament aktar ma niftħu din id-definizzjoni aktar se jkollna organizzazzjoni fin-negozju tagħna.", "Permezz ta' dan il- kunsill qegħdin nimlew vojt li għal ħafna żmien ilu jinħass.", "Issa se jkollna l-għodda meħtieġa li proprju se jkun fiha rappreżentanza ta' l- elementi burokratiċi, ta' l-artiġjanat fih innifsu kif ukoll ta' l- imprendituri li flimkien se jaraw kif se jaqdfu 'l quddiem.", "Mr Speaker, din il-leġislazzjoni hija riżultat ta' ħsieb kemmxejn differenti dwar kif illum qegħdin inħarsu lejn il-ħtieġa ta' l- organizzazzjoni tan-negozju.", "Il-gvern illum il-ġurnata qed jgħid li s- settur tan-negozju jeħtieġ li jkun organizzat iktar.", "Illum m'huwiex is- settur tan-negozju li jgħid lill-gvern: Isma', aħna rridu nkunu organizzati u inti m'intix tħallina.", "Huwa proprju l-gvern li qed jagħmel din l-għajta.", "Il-gvern qed juri bis-serjeta' li hu qed joħloq l-għodda biex jara li anke s-settur tan-negozju ż-żgħir jasal li jkun organizzat.", "Proprju dan huwa l-messaġġ li jeħtieġ li jasal permezz ta' din il-leġislazzjoni, għaliex għall-isfidi tal-ġejjjieni ma nistgħux ma nkunux organizzati.", "Irridu nsaħħu l-artiġjanat tagħna b'ċertu back-up ta' tagħrif biex dan is- settur ikun jaf kif iħaddem leġislazzjonijiet oħrajn ħalli jkun kapaċi jipproteġi l-istess prodott li qiegħed jagħmel.", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għaliex illum il-ġurnata għandna sfida kemm għal dawk kollha li qegħdin fil-burokrazija kif ukoll għal dawk li qegħdin fin-negozju.", "Hawn min qed jgħid lin-negozjanti biex joħorġu mill- manifattura u joqogħdu jimportaw biss.", "Jiena ma naqbilx ma' dawn it-tip ta' pariri.", "Wisq nibża' li bid-distributive trade - jiġifieri flok tipproduċi tibda timporta u tqassam dak li timporta - inkunu qegħdin immorru pass lura u mhux pass 'l quddiem.", "Illum il-ġurnata l-kompetizzjoni tant hi reali li jekk wieħed irid ikompli javvanza jrid ikun organizzat.", "Illum id-dinja tinsab għaddejja minn ħafna bidliet minħabba l-fatt li l-komunikazzjoni qiegħda tkun mgħaġġla u allura negozju mhux biss għandu jħaddan il-kunċett tal-kwalita' jew ta' l-effiċjenza imma issa jrid idaħħal ukoll il-kunċett tal-ħeffa.", "U jekk m'intix se twieġeb għall-ħteġijiet tal-konsumatur fil- pront, allura inti se tkun tlift.", "Mr. Speaker, illum ma nistgħux naffordjaw li nkomplu nitgħażżnu.", "Wisq nibża' li l-politika ta' protezzjoniżmu dejjem wasslet biex is-settur kummerċjali tagħna jitgħażżen.", "Ħafna drabi dan is-settur kien isibha iżjed faċli joqgħod għall-kenn tal-politika ta' protezzjoni milli jkun innovattiv.", "Illum il-ġurnata l-messaġġ huwa differenti.", "Inti m'għandekx wara xiex tiskenn.", "Inti x'int illum ma tistax toqgħod taħseb li hawn xi ħadd li se jkun qed jieħu ħsieb xogħlok meta inti m'hu qed tagħmel xejn biex tieħu ħsieb dak li huwa tiegħek.", "Illum il-ġurnata jew se nkunu innovattivi u organizzati f'dak li qegħdin nagħmlu inkella m'għandna l-ebda ċans li s-settur tan-negozju tagħna nsalvawh.", "U dan il-messaġġ għandu jkompli jasal minn dan il-parlament anke meta nkunu qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li se jwaqqaf l-awtorita' ta' l-istandards.", "Din hija wkoll awtorita' li l-kunsill Malti ta' l-artiġjanat għandu jaħdem id f'id magħha.", "Mr. Speaker, min hu fin-negozju llum irid jara li se jkun kapaċi jikkompeti.", "Il-ħidma tal-kunsill Malti ta' l-artiġjanat se tkun ukoll biex jara li l-imprendituri kif ukoll l-artiġjani jkunu mmexxija biex jikkompetu.", "M'aħniex se nipprovdu politika li xi ħadd jista' jistaħba warajha.", "Illum għadda ż-żmien tas-swar.", "Xi darba s-swar kienu utli biex jiddefendu l-ibliet tagħna pero' llum għadda żmienhom u huma tajbin biss biex inħarsu lejhom.", "Illum il-ġurnata jekk irridu nikkompetu rridu narmaw lilna nfusna u nkunu innovattivi.", "Id-drawwiet tal-bieraħ għandhom jinqatgħu.", "Mr Speaker, irridu naraw li dan il-messaġġ jasal anke permezz tal-kunsill Malti għall-artiġjanat.", "Dan il-kunsill għandu jħeġġeġ biex dak li jkun ma jitlaqx mix-xogħol tal-manifattura biex imur għad-distributive trade, għax huwa minħabba f'hekk li wasalna biex qtilna ħafna minn dak li kien jeżisti.Huwa veru li dak li jkun jgħid li se jiffranka ħafna xogħol u ma joqgħodx jimpjega n-nies fuq linja ta' produzzjoni jekk flok jimmanifattura hu jibda jimporta u jqassam pero' wieħed m'għandux iċedi b'dan il-mod.", "Din hija mentalita' disastruża u l-appell tiegħi hu biex ma nċedux għall- kompetizzjoni u ngħidu li aħna se nagħlqu mill-manifattura u mmorru għal distributive trade.", "M'għandniex inċedu, u l-messaġġ li l-gvern irid jibgħat bl-organizzazzjoni ta' dan il-kunsill nazzjonali għall-artiġjanat huwa biex flimkien nerfgħu r-responsabbilta' tagħna u norganizzaw dan is- settur.", "B'dan il-mod pajjiżna jsir iżjed sinjur u jkollu income iktar mix- xogħol li aħna nagħmlu.", "Mr. Speaker, forsi m'għadux il-waqt li fil-prodotti tagħna nibqgħu naħsbu kif nistgħu nimmanifatturaw dak li kapaċi nbiegħu bl-irħas.", "Illum il-ġurnata s-settur turistiku qed jagħtina l-aħjar eżempju.", "Huma l-lukandi u l-lukandiera li qegħdin dejjem itejbu s-servizz tagħhom li għandhom il- kmamar tagħhom dejjem mimlijin.", "Fis-settur tan-negozju huma dawk in- negozji li qegħdin b'mod jew ieħor jorganizzaw lilhom infushom u jispeċjliazzaw li qed imorru l-aħjar.", "Dak hu l-messaġġ li qegħdin nirċievu kemm mil-lat ta' restaurants kif ukoll mil-lat ta' negozju ieħor.", "Min qed jispeċjalizza u min qed jieħu ħsieb li jara li jirbaħ in-niċċa tiegħu llum il-ġurnata qed jirbaħ mis-suq.", "Min bil-kuntrarju ma jrid ibiddel xejn u min lill-klijent tiegħu m'hu qed iwassallu l-ebda messaġġ li hu qed jispeċjalizza f'xi ħaġa qed jispiċċa jitlef mill-klijentela tiegħu.", "Mr. Speaker, anke fil-manifattura ta' l-artiġjanat irridu nkunu attenti li ma naqgħux għat-tentazzjoni ta' ċerti pariri li aħna mmorru mill- manifattura għad-distributive trade.", "Jekk jittieħed dan il-parir se nkunu qed nitilfu ċertu valur miżjud minn dak li huwa tagħna, u din hija l-gwerra li jrid iqanqal dan il-kunsill Malti għall-artiġjanat.", "Aħna mhux għall- importazzjoni rridu ngħidu iva imma għall-manifattura li tagħmel sens u li għandha ċertu value added.", "Dik hija l-manifattura ta' l-artiġjanat li se tagħtina l-qligħ.", "Illum il-ġurnata jekk lit-turist m'aħniex se nagħtuh servizz jew prodott li fih ċertu valur miżjud dan se jagħżel li ma jixtrix il-prodott jew is-servizz li nkunu qegħdin noffrulu.", "Mr Speaker, il-gvern huwa impenjat li jgħin lis-self-employed iż-żgħar jorganizzaw l-istruttura tan-negozju tagħhom.", "Huwa wkoll impenjat biex jorganizza aħjar il-burokrazija fi struttura ta' għajnuna għall-istess settur.", "Il-gvern m'huwiex qed jgħid lis-settur tan-negozju biex iħabbat wiċċu waħdu ma dawn l-innovazzjonijiet li tirrikjedi d-dinja tal-lum, imma għall-kuntrarju qed jgħid li l-affarijiet għandhom jiġu organizzati flimkien.", "Il-gvern irid ibiddel il-mentalita' b'mod li l-burokrazzija tkun kapaċi tirrispondi għall-ħteġijiet tas-suq u mhux tirrispondi għall- ħteġijiet biss ta' min qiegħed imexxiha.", "Illum il-burokrazija m'għandhiex tibqa' burokrazija b'mentalita' kolonjali u b'mentalita' fejn isservi biss lil min jaħkem dan il-pajjiż.", "Il-ħakkiema għadda żmienhom f'dan il-pajjiż u llum id-destinazzjoni ta' dan il-pajjiż tiddependi minn kif se naħdmu aħjar flimkien.", "Id-destinazzjoni ta' dan il-pajjiż tiddependi minn kif se nagħrfu nagħmlu l-aħjar għażliet biex in-negozji tagħna jkunu armati bl-aħjar għodda leġislattiva u burokratika li tippermettilhom ikunu kapaċi jikkompetu aktar.", "Illum il-ġurnata l-burokrazija tagħna bħala prijorita' għandha tara li dan il-pajjiż jiżviluppa ekonomikament, soċjalment u kulturalment.", "Ma nistgħux nibqgħu naħsbu li aħna biss qegħdin nagħmlu xogħlna bħala burokrazija.", "Żmien il-ħakkiema għadda meta Malta saret indipendenti, komplejna sostnejna din l-indipendenza meta sirna Repubblika, illum l- ġurnata nkomplu ninsistu li aħna ħielsa u awtonomi u għalhekk irridu nabbandunaw il-mentalita' ta' poplu kolonjali.", "Għaldaqstant irridu nbiddlu l-prijoritajiet tal-burokrazija tagħna u ngħinnu lill-burokrazija tagħna tagħraf li s-settur tan-negozju huwa proprju l-forza li kapaċi tara li jkun hawn l-iżvilupp soċjali u ekonomiku meħtieġ.", "Pajjiżna jista' jasal mhux biss bi trattati li kapaċi nagħmlu ma' pajjiżi oħra imma billi ngħinnu lis- settur tan-negozju tagħna.", "Din hija l-mentalita' li rridu nwasslu u minn hawn toħroġ l-importanza ta' din il-leġislazzjoni.", "Mr. Speaker, għal dan il-għan iċ-chairman ta' dan il-kunsill se jkun id- direttur tad-dipartiment ta' l-industrija.", "Din hija bidla radikali fit- terms of reference li kellu d-dipartiment ta' l-industrija.", "B'dan il-mod dan id-dipartiment jilħaq veru l-għan modern ta' dipartiment ta' l- industrija li l-għan aħħari tiegħu għandu jkun li jibża' għaż-żgħar u jieħu ħsieb dawk li forsi lanqas kien ikollhom min ikellimhom sa ftit tas-snin ilu.", "Din hija bidla ta' mentalita' li rridu u li qegħdin inħejju għaliha.", "F'din l-epoka ta' bidla ta' mentalita' l-gvern qiegħed jara li joħloq l- istruttura meħtieġa li kapaċi tgħin u tħares fil-promozzjoni ta' l- industrija u tan-negozji ż-żgħar.", "Naturalment tħarisha mhux kif kienet tħarisha qabel.", "Qabel konna nħarsu l-industrija tagħna billi nagħlqu l- bibien għall-importazzjoni.", "Dak iż-żmien għadda wkoll.", "Illum l-ġurnata bħala gvern ma nistgħux nemmnu li nistgħu nipproteġu lill-industrija tagħna billi nerġgħu mmorru lura proprju għall-politika ta' protezzjoni.", "Flok qegħdin nagħmlu hekk qegħdin naraw li mmorru għall-politika li kapaċi tippromovi lis-settur tan-negozju żgħar billi bis-sinċerita' kollha twassallu l-verita'.", "F'dan il-pajjiż irridu narmaw lilna nfusna biex nikkompetu.", "Il-kompetizzjoni m'hijiex xi monopolju għas-settur tan-negozju biss għax il-burokrazija qegħda tikkompeti wkoll.", "U jekk jasal is-settur tan-negozju se tkun waslet ukoll il-burokrazija.", "Il-burokrazija trid issib ruħha bħala parti integrali u sieħeb importanti tas-settur kummerċjali ż- żgħir tagħna.", "Ma jistax jibqa' jkollna burokrazija li sempliċement tara biss li tagħmilha komda għall-gvern u tibqa' tħares lejn is-settur tan- negozju ż-żgħir bħala settur skonnoxxut.", "In-negozju ż-żgħir ma rridux narawh in block imma rridu narawh bħala individwu, u jiena nawgura li dan il-kunsill nazzjonali għall-artiġjanat jaħdem f'dan is-sens.", "B'hekk biss inkunu kapaċi ngħidu li f'pajjiżna għandna l-istruttura meħtieġa li permezz tagħha aħna kapaċi nwasslu lis-settur kummerċjali jieħu sehem minn suq iktar globali.", "Mr Speaker, jiena nawgura wkoll li ma ndumux ma niġu biex nagħmlu l- emendi għal din il-liġi ladarba dan il-kunsill nazzjonali jkun beda jaħdem.", "Dan qed ngħidu għax jiena ma nemminx li xi ħaġa għandha titwieled u tibqa' taħdem bl-istess mod għal dejjem.", "Aħna rridu naraw li dan il-kunsill jibda jaħdem u nerġgħu niġu hawn biex nagħmluh aħjar skond il-prioritajiet li jkunu jeżistu dakinhar fis-settur tan-negozju.", "Nittama li sa dik il- ġurnata dan il-kunsill ikun beda jaħdem u jkun ta r-riżultati mixtieqa kemm lill-burokrazija tal-gvern kif ukoll lis-settur kummerċjali biex flimkien inkunu verament qegħdin nikkompetu bħala intrapriża waħda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ ''Att sabiex jipprovdi għall-inkoraġġiment, promozzjoni u regolament ta' artiġjanat u l-artiġjani b'mod partikolari l-artiġjanat li jagħmel sehem mill-wirt storiku ta' Malta għat-twaqqif ta' kunsill nazzjonali għall- artiġjanat li jkun magħruf bħala l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat u għal dak kollu li huwa anċillari jew li għandu x'jaqsam ma' dan'' ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-abbozz ta' liġi nqara t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jmur quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ikun ikkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦAL GĦEMIL TA' STANDARDS", "MALTA STANDARDIZATION AUTHORITY BILL", "L-Ordni għal-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir", "Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, kif spjegat fl-intervent fl-istadju tat-Tieni Qari din il-liġi se tissostitwixxi Kap 187 filwaqt li naturalment iżżomm l-awtorita' ħajja.", "Hawnhekk mhux qed nagħmlu awtorita' ġdida imma madanakollu hemm xi tibdiliet żgħar, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tifsiriet li hemm bżonn li jsiru anke biex nirriflettu aħjar id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea u dik tal-Kunsill Ewropew.", "Din id-direttiva tistabilixxi proċedura ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards tekniċi u regolamenti oħra.", "Għandi emenda għal dan l-artikolu li diġa' tajt kopja tagħha lin-naħa l-oħra tal- Kamra.", "Din tgħid hekk:", "\"A\" Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(i) fid-definizzjoni ta' \"Awtorita'\", il-kliem \"għall-Għemil ta' Standards\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"dwar l-iStandards\";", "(ii) wara d-definizzjoni ta' \"Awtorita'\" għandhom jidħlu d- definizzjonijiet ġodda li ġejjin:", "\"\"Chairman\" tfisser iċ-Chairman ta' l-Awtorita';", "\"Direttorati\" tfisser dawk id-direttorati li jistgħu jiġu stabbiliti taħt l-artikolu 3 ta' dan l-Att;", "\"Eżekuttiv Prinċipali\" tfisser l-Eżekuttiv Prinċipali maħtur taħt l- artikolu 3 ta' dan l-Att;", "\"impjegat\" tfisser persuna impjegata ma' l-Awtorita';\"; u", "(iii) Wara d-definizzjoni ta' \"standard\" għandha tidħol id- definizzjoni ġdida li ġejja:", "\"\"uffiċjal pubbliku\" għandha l-istess tifsira lilha mogħtija bl- artikolu 124 tal-Kostituzzjoni iżda ma tinkludix Imħallef tal-Qrati Superjuri jew Maġistrat tal-Qrati Inferjuri;\".", "\"A\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(i) in the definition of \"Authority\" the word \"Standardisation\" shall be substituted by the word \"Standards\";", "(ii) After the definition of \"Authority\" there shall be inserted the following new definition:", "\"\"Chairman\" means the Chairman of the Authority;", "\"Chief Executive\" means the Chief Executive appointed under section 3 of this Act;\";", "(iii) after the definition of \"draft standard\" there shall be inserted the following new definitions:", "\"\"Directorates\" means such directorates as may be established under section 3 of this Act;", "\"employee\" means a person employed with the Authority\"; and", "(iv) after the definition of \"product\" there shall be inserted the following new definition:", "\"\"public officer\" has the same meaning assigned to it by section 124 of the Constitution but does not include a judge of the Superior Courts or a Magistrate of the Inferior Courts;\".", "L-emenda - li se tiġi riflessa wkoll fit-titolu ta' l-Att meta eventwalment naslu għal klawsola 1 - qed issir għaliex jidhrilna li l-isem ta' l-awtorita', iktar milli għall-għemil ta' standards għandu jkun l- awtorita' dwar l-istandards.", "Dan qed nagħmluh biex fit-titolu ma nagħtux xi indikazzjoni li l-funzjoni ewlenija tagħha hi l-għemil ta' l-istandards.", "Naħsbu li dan l-isem jirrifletti aħjar l-iskop tal-liġi.", "Biddilna wkoll xi ftit it-tifsira ta' prodott u ntroduċejna t-tifsira ta' servizz.", "Introduċejna wkoll tibdil fit-tifsira ta' standards biex jiġi enfasizzat l-aspett tal-volontarjeta'.", "Daħħalna wkoll il-kunċett ta' marka ta' konformita', jiġifieri dik il- marka jew is-simbolu li għandha tintuża' biex tindika konformita' ma' xi standards.", "Dan narawh aħjar meta naslu għal klawsola 22.", "Nista' ngħid li din l-awtorita' se tkun il-focal point ta' l-istandards f'kull qasam.", "Kull dipartiment u kull qasam li b'xi mod jew ieħor se jkun involut f'xi standards se jgħaddi bħala channel minn din l-awtorita'.", "Il- funzjoni prinċipali tagħha hija li tadotta standards internazzjonali, pero' mhux f'forma tassattiva.", "Jiġifieri inti tagħżel liema standard trid toqgħod għalih, tgħid li se toqgħod għalih u mbagħad toqgħod għalih.", "Ix- xogħol ta' l-awtorita' huwa li tara li toqgħod ma' dawk l-istandards.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, imma meta ssir din l-għażla dejjem se jibqa' jkun hemm xi nuqqasijiet u r-raġunijiet huma ovvji.", "Anke l-perijodu sabiex jintlaħqu ċerti standards fl-industrija.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Ħalli nkunu ċari.", "M'hemm ebda għaġġla biex tilħaq dawn l-istandards, fis-sens li ħadd m'hu se jimponilek li tilħaqhom.", "Jekk per eżempju għada l-awtorita' tippubblika ruxxmata standards - u hekk se jiġri fil-prattika, għax f'dan il-każ qed nitkellem fuq mazz karti għoli tmien pulzieri - dak li jkun jagħżel hu meta jilħaqhom, voldieri m'hemmx xi għaġġla.", "F'dan il-każ m'hemmx xi target date bħal per eżempju biex niġu in line ma l-acquis.", "Mhux dak il-każ għax dan huwa aspett volontarju.", "Mr. Chairman, jiena naħseb li l-Onor.", "Farrugia qed jirriferi għall- istandards li huma mandatorji, pero' dawk ma jaqgħux taħt din il-liġi.", "Dawk huma mandatorji, jiġifieri ta' bilfors, u huma the minimum standards li bażikament jikkonċernaw health and safety u l-consumer protection.", "THE CHAIRMAN:L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela taħt liema liġi jaqgħu?", "Ma jidhirlix li hawn liġi oħra ta' standards.", "Jiena nifhem li din il-liġi qed issir fid-dawl li tirristruttura l-istandards u anke fid-dawl tal-politika tal-gvern.", "Il- gvern qed jgħid li Malta se tissieħeb fl-Unjoni Ewropea fis-sena 2003.", "Issa huwa fatt li jeżistu numru ta' bidliet li jridu jseħħu biex kemm l- industrija ta' l-ikel kif ukoll setturi oħra varji jiġu in line ma dak li trid l-Unjoni.", "F'dan ir-rigward jiena nifhem li x'imkien din l-awtorita' se timponi standards li jkunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni.", "Jekk mhux hekk allura liema hi dik l-awtorita' li separatament minn din l-awtorita' se tpoġġi din il-giljottina?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-kollega ovvjament laqat il-musmar fuq rasu f'dan is-sens.", "Ir-raġuni prinċipali għaliex kellna nagħmlu dawn l-emendi f'din il-liġi hija proprju għaliex il-liġi l-antika kienet tinkludi dan is-sens mandatorju, jiġifieri joħroġ standard u kulħadd irrid joqgħod għalih bilfors.", "Jekk oġġett ma jkunx ta' l-istandard rikjest ma kienx permess li jiġi importat u minħabba f'hekk konna qegħdin ninjoraw il-fatt li kontinwament il-prodotti jkunu qegħdin jinbidlu.", "Per eżempju, inti tgħid li oġġett irid ikun magħmul minn materjal X,Y,Z u sadanittant fid-dinja ġew żviluppati nofs miljun tip ieħor.", "L-EU m'għandha x'taqsam xejn; fil-fatt din aktar tirrifletti s-sitwazzjoni fid-WTO.", "L-EU huma daqsxejn iktar stringent, imma bħala fatt aħna qegħdin nottomperaw ruħna ma dak li għandu x'jaqsam mad-WTO u mhux ma' l-EU.", "B'din il-liġi lil dak li jkun qegħdin ngħidulu: Ara, jekk inti importajt prodott ta' l-elettriku l-importanti hu li jkun safe.", "Issa kif tilħaq dak il-livell ta' safety hija kwestjoni oħra.", "Inti tagħżel liema standards trid biex tilħaq dak il-livell ta' safety.", "Tagħżel int liema standard trid tapplika u għandek nofs miljun minn fejn tagħżel.", "Jiena għandi volum oħxon kważi seba' pulzieri ta' titoli biss u inti mbagħad tagħżel liema standard trid tapplika minn hemmhekk.", "L-importanti hu li jekk inti tgħid li se tagħżel standard partikolari imbagħad trid toqgħod għalih.", "Issa l- mandatory orders se joħorġu taħt Kap 225, il-Product Safety and Quality Act.", "Hemmhekk se jkun hemm dawk l-istandards li trid toqgħod għalihom bilfors u li jekk inti tonqos tkun qed tikkommetti reat.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Għalhekk jagħmel sens li ngħidu ''Awtorita' Maltija dwar l-iStandards'' u mhux \"Awtorita' għall- Għemil ta' l-iStandards\" kif konna qed nipproponi fil-bidu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu rigward awtorita' li qiegħda titkellem fuq kunċett ġdid, jiġifieri l-kunċett ta' standard volontarju.", "Bil-kelma \"volontarju\" mhux qed infissru li jekk trid issegwih u jekk ma tridx issegwih ma ssegwihx.", "Volontarju tfisser li l-ispeċifikazzjonijiet ikunu komuni pero' inti għandek metodi differenti ta' kif se tasal.", "L-element \"volontarju\" qiegħed fil-mod ta' kif inti se tagħżel li se tasal biex tiġi in line ma' specifications partikolari.", "Din hija l-awtorita' li se tittratta kunċett totalment differenti minn dak li konna mdorrijin bih s'issa.", "S'issa kull standard kien mandatorju u b'dan l-abbozz qegħdin indaħħlu l-kunċett volontarju.", "Mr. Chairman, iktar 'l quddiem f'dan il-parlament se nkunu qegħdin niddiskutu abbozzi ta' liġi oħra li jittrattaw aspetti ta' safety and quality.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri din hija xi ħaġa temporanja?", "(Interruzzjonijiet) Jien hekk qed nifhem minn dak li qed tgħid.", "L-agenda tal-gvern tal-lum hija li Malta tkun tifforma parti mill-Unjoni Ewropea u għalhekk pajjiżna jrid jiġi konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tagħha.", "Issa l-mistoqsija tiegħi qiegħda f'dan is-sens.", "Għaliex temporanja jekk aħna nafu li dan il-pajjiż għada pitgħada se jkollu l-giljottina ta' l- Unjoni Ewropea?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jidher li l-kunċett għadu qed iħabbatna!", "Irridu niddistingwu bejn dawk l-istandards li huma obbligatorji u trid tasal għalihom bilfors minħabba raġunijiet ta' saħħa jew ta' safety, u dawk l- istandards li jwassluk għal hemmhekk.", "Żomm din f'moħħok kontinwament inkella se nħawdu.", "M'għandu x'jaqsam xejn il-commitment versu l-Ewropa u m'għandhom x'jaqsmu xejn commitments oħra.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-mod kif inti tasal għall-istandards li għandna bżonn naslu għalihom.", "Dawk li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Farrugia huma importanti wkoll, pero' mhux f'din il-liġi qegħdin imma f'dik li tirregola l-istandards obbligatorji.", "Din il-liġi m'hi se timponilek xejn ħlief ħaġa żgħira ħafna fejn għandu x'jaqsam mal-conformity mark.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda ''A'', kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda '' A '' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Twaqqif u kostituzzjoni ta' Awtorita' għall-Għemil ta' Standards", "Clause 3 - Establishment and constitution of the Malta Standardization Authority", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fi klawsola 3 għandna ftit emendi sostanzjali.", "Ovvjament, kif l-Onor.", "Membri jistgħu japprezzaw, din l-awtorita' għandha mudell li jixbaħ ħafna lill-mudell tal-communications authority li għadna kif għaddejna b'ċertu reqqa f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Minbħabba f'hekk ċerti emendi li qed nippreżentaw għal din il-liġi se jirriflettu l-emendi li saru wara d-diskussjoni fil-liġi li waqqfet il-communications authority.", "Klawsola 3 tistabilixxi t-twaqqif u l-kostituzzjoni ta' awtorita' ta' l- istandards, pero' naħseb li huwa importanti li jiġi indikat li l-awtorita' qed tibqa' teżisti u mhux qed nikkreaw awtorita' ġdida.", "Hawnhekk se tiġi ppreżentata wkoll emenda għat-titolu ta' l-awtorita' għax għedna li se tkun ''Awtorita' Maltija għall-iStandards'' u mhux ''għall-Għemil ta' Standards''.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Forsi jkun aħjar jekk din il-klawsola nittrattawha biċċa biċċa.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: M'għandix diffikulta'.", "F'subklawsola 3(1) għandna emenda għat-titolu ta' l-awtorita'.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bl-Ingliż qiegħda tajba?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Bl-Ingliż tiġi ''Malta Standards Authority'' minflok \"Standarization.\"", "Kif spjegajna fil-bidu l-iskop ta' l-emenda huwa li niffokaw aħjar fuq il-funzjoni ġenerali ta' l-awtorita' iktar milli fuq aspett partikolari li huwa l-għemil ta' l-istandards.", "Fil-fatt l-għemil ta' l-istandards probabbilment qiegħed isfel nett fuq l-agenda ta' l- awtorita'.", "Klawsola 3 qed tiġi emendata wkoll b'mod sostanzjali.", "Peress li daħħalna emenda għall-isem kellna nagħmlu renumbering tal-klawsoli kollha.", "Jiena se naqra l-emenda kollha mbagħad nispezzettawha waqt id-diskussjoni.", "\"B\" Klawsola 3 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(i) minflok il-kliem fis-subklawsola (1) \"għall-Għemil ta' Standards\" għandhom jidħlu l-kliem \"dwar l-iStandards\";", "(ii) is-subklawsola (5) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:", "\"(5) Bla ħsara għall-provvedimenti l-oħra ta' dan l-Att l-affarijiet u x-xogħol ta' l-Awtorita' għandhom ikunu r-responsabbilta' ta' l- Awtorita' nnifisha iżda, salv kif hawn aktar qabel imsemmi, it- tmexxija eżekuttiva ta' l-Awtorita', l-amministrazzjoni u l- organizzazzjoni tagħha u l-kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali u l- impjegati tagħha, ikunu r-responsabbilta' ta' l-Eżekuttiv Prinċipali ta' l-Awtorita', li jkollu wkoll dawk il-poteri l-oħra li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu lilu delegati mill-Awtorita'.", "L-Eżekuttiv Prinċipali ta' l-Awtorita' għandu jaġixxi bħala s-Segretarju tal- Kunsill;", "Iżda l-Awtorita' tista' jekk tqis li jkun hekk sew teħtieġ lill- Eżekuttiv Prinċipali biex ma jattendix għal xi waħda mil-laqgħat jew għal xi parti minn laqgħa tal-Kunsill.\";", "(iii) fi tmiem is-subklawsola (11), għandu jiżdied il-proviso li ġej:", "\"Iżda ebda ħaġa f'dan is-subartikolu ma għandha tiġi interpretata bħala li qiegħda tawtorizza lill-Awtorita' biex tgħaddi lil ħaddieħor bi ftehim il-funzjonijiet tagħha speċifikati fil-paragrafu (a) ta' l- artikolu 17 ta' dan l-Att.\";", "(iv) minnufih wara s-subklawsola (13) għandhom jidħlu s-subklawsoli ġodda li ġejjin:", "\"(14) Għandhom jitwaqqfu dawk id-direttorati hekk kif il-Ministru jista' b'ordni jippreskrivi li jkollhom ir-responsabbiltajiet kif ikunu hemm deskritti.", "Il-Ministru jista', wara li jikkonsulta lill- Awtorita', b'Ordni fil-Gazzetta, jabolixxi xi wieħed jew aktar minn dawk id-direttorati.", "(15) L-Awtorita' għandha teżerċita l-funzjonijiet tagħha permezz tad- Direttorati hekk stabbiliti u għal dak l-għan hija għandha tvesti f'kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti dawk il-funzjonijiet tagħha li jirrelataw jew huma anċillari għal dawk l-affarijiet li hija responsabbli għalihom sabiex dak id-Direttorat ikun jista' jagħti seħħ lill-policies ta' l-Awtorita' u biex xort' oħra jkun jista' jwettaq b'mod effettiv u effiċjenti l-funzjonijiet ta' l-Awtorita' fl-isfera rispettiva ta' l-operat tagħha.", "(16) Kull wieħed mid-Direttorati hekk stabbiliti għandu jitmexxa minn persuna li tista' tkun jew uffiċjal pubbliku assenjat biex iwettaq dmirijietu ma' l-Awtorita' jew impjegat ta' l-Awtorita' jew persuna assenjata biex taħdem ma' l-Awtorita' skond ftehim bejn l-Awtorita' intrapriża pubblika jew privata li f'kull każ ikollu esperjenza jew konoxxenza adegwata fl-isfera rispettiva ta' 1-operat tiegħu.", "(17) L-Eżekuttiv Principali u l-kapijiet tad-Direttorati għandhom jinħatru mill-Awtorita' wara konsultazzjoni mal-Ministru għal żmien tliet snin u dak iż-żmien jista' jigi mtawwal għal perjodi oħra ta' tliet snin kull wieħed;", "Iżda l-ewwel Eżekuttiv Principali u l-ewwel kap ta' kull Direttorat li jinħatru wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att għandhom jinħatru mill- Ministru.", "(18) Sew l-Awtorita' sew kull wieħed mid-Direttorati jistgħu jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm direttament kemm permezz ta' l-uffiċjali jew impjegati tagħhom jew, bla ħsara għall-proviso għas-subartikolu (11) hawn aktar 'il fuq, permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak il-għan, jew permezz ta' kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim għat-twettiq ta' xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet.", "(19) Meta f'dan l-Att xi ħaġa jkollha ssir minn jew kontra jew għar- rigward ta' l-Awtorita', jew xi avviż ikollu jingħata jew jista' jingħata lill-Awtorita', kull ħaġa jew avviż simili jistgħu wkoll jintagħmlu minn jew kontra jew għar-rigward ta' jew jingħataw lid- Direttorat li l-ħaġa tkun tinkwadra taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu minħabba f'xi delega ta' funzjoni lil dak id-Direttorat; u għall- għanijiet hawn aktar qabel imsemmija kull referenza f'dan l-Att għall- Awtorita' tinkludi referenza għad-Direttorat idoneju.", "(20) Il-Ministru jista' għar-rigward ta' dawk l-affarijiet li jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-Awtorita' direttivi bil-miktub ta' xorta ġenerali, li ma jkunux inkonsistenti mal-provvedimenti ta' dan l-Att, dwar il-policy li għandha tigi segwita fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fl-Awtorita' minn jew taħt dan l-Att, u l-Awtorita' għandha, kemm jista' jkun malajr, iġġib fis-seħħ dawk id-direttivi kollha.", "(21) L-Awtorita' għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet għall-ksib ta' informazzjoni dwar il-proprjeta' li jkollha u l-attivitajiet tagħha u tibgħatlu prospetti, kontijiet u kull informazzjoni oħra li jkollha x'taqsam ma' dan, u tagħtih il-facilitajiet kollha biex ikun jista' jivverifika l-informazzjoni mogħtija, b'dak il-mod u f'kull waqt li huwa jista' hekk raġonevolment jeħtieġ.\"; u", "(v) in-nota marġinali \"Direttorati.\" għandha tiżdied ħdejn is- subklawsola (14) u n-nota marginali \"Relazzjonijiet bejn il-Ministru u l-Awtorita'.\" għandha tiżdied ħdejn is-subklawsola (20).", "\"B\" Clause 3 shall be amended as follows:", "(i) in subclause (1) for the word \"Standardisation\" there shall be substituted the word \"Standards\";", "(ii) subclause (5) shall be substituted by the following:", "\"(5) (a) Subject to the other provisions of this Act the affairs and business of the Authority shall be the responsibility of the Authority itself but save as aforesaid, the executive conduct of the Authority, its administration and organisation and the administrative control of its officers and employees, shall be the responsibility of the Chief Executive of the Authority, who shall also have such other powers as may from time to time be delegated to him by the Authority.", "The Chief Executive of the Authority shall act as Secretary to the Council;", "Provided that the Authority may if it so deems fit require the Chief Executive not to attend any of the meetings or any part of a meeting of the Council.\";\"", "(iii) at the end of subclause (11) there shall be added the following proviso:", "\"Provided that nothing in this subsection shall authorise the Authority to contract out its functions as specified in paragraph (a) of section 17 of this Act.\";", "(iv) after subclause (13) there shall be inserted the following new subclauses:", "\"(14) There shall be established such Directorates as the Minister may by Order prescribe and which shall have the responsibilities as described therein.", "The Minister may, after consulting the Authority, by Order abolish any one or more of the said Directorates, vary their responsibilities and establish such other Directorates as he may from time to time deem appropriate.", "(15) The Authority shall exercise its functions through the Directorates so established and for such purpose it shall vest in each of the Directorates such of its functions as relate or are ancillary to the matters for which it is responsible so as to enable the said Directorate to give effect to the policies of the Authority and to otherwise discharge effectively and efficiently the functions of the Authority in its respective area of operation.", "(16) Each of the Directorates so established shall be headed by a person who shall either be a public officer detailed for duty with the Authority or an employee of the Authority or a person detailed to work for the Authority in accordance with an agreement made between the Authority and a public or private undertaking, in either case having adequate experience or knowledge in his respective area of operation.", "(17) The Chief Executive and the heads of the Directorates shall be appointed by the Authority after consultation with the Minister for a period of three years which may be extended for further periods of three years each;", "Provided that the first Chief Executive and the first head of each Directorate to be appointed after the coming into force of this Act shall be appointed by the Minister.", "(18) The Authority and each of the Directorates may exercise any one or more of their functions either directly or through any of their officers or employees or, subject to the proviso to subsection (11) above, through an agency authorised for the purpose, or through a contractor or other person with whom an agreement for the performance of any one or more of such functions has been entered into.", "(19) Where in this Act anything is to be done by or against or with respect to the Authority, or any notice is to be or may be given to the Authority, any such thing or notice may also be done by or against or with respect to or be given to the Directorate under whose jurisdiction the matter falls by reason of a delegation of function to such Directorate; and for the purposes aforesaid any reference in this Act to the Authority includes a reference to the appropriate Directorate.", "(20) The Minister may, in relation to matters that appear to him to affect the public interest, from time to time give to the Authority written directions of a general character, not inconsistent with the provisions of this Act, on the policy to be followed in the carrying out of the functions vested in the Authority by or under this Act, and the Authority shall, as soon as may be, give effect to all such directions.", "(21) The Authority shall afford to the Minister facilities for obtaining information with respect to its property and activities and furnish him with returns, accounts and other information with respect thereto, and afford to him facilities for the verification of information furnished, in such manner and at such times as he may reasonably require.\"; and", "(iv) the marginal note \"Directorates.\" shall be added near subclause (14) and the marginal note \"Relations between the Minister and the Authority.\" shall be added near subclause (20).", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kompożizzjoni tal-kunsill m'hemm l-ebda tibdil.", "(Interruzzjonijiet) Meta ngħid tibdil, mhux fis-sens ta' tibdil ma' l-abbozz imma tibdil ma' Kap 187.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jiġifieri s-suġġeriment ta' diversi membri ta' din in-naħa li jkun hemm rappreżentant tal-GRTU u ieħor tat-trade unions prinċipali ma ġiex milqugħ?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER Kien hemm diversi talbiet.", "Mil-lat uffiċjali kelli talba waħda biss biex jipparteċipaw f'din l-awtorita'.", "Kif japprezza l- Onor. Membru din hija xi ħaġa li wieħed jiddiskutiha b'ċertu ammont ta' serjeta'.", "Il-problema hija d-daqs ta' l-awtorita'.", "Dan kemm se tkompli tkabbar?", "Jien ma naħsibx li għandek tibqa' twessagħha.", "Kieku tajna l-lala anke mill-każini tal-baned kien ikollna xi ftit ta' rappreżentanza!", "Imbagħad ma ninsewx li l-awtorita' hija in partnership mal-privat għaliex kif issa naraw iktar 'l quddiem dawn l-istandards se jiġu kkreati u ppubblikati bi ftehim kontinwu mal-privat.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għandix diffikulta' pero' ma xtaqtx inkabbar in-numru.", "Issa jiena m'għandix diffikulta' jekk insibu xi mod kif indaħħlu l-GRTU minflok l- Kamra tal-Kummerċ jew l-FOI jekk dawn jiftehmu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Din m'hijiex kwestjoni ta' minflok.", "Din in- naħa għamlet proposta u f'dan l-istadju nixtieq nirreġistra li jekk inkunu fil-gvern aħna se nbiddlu din il-liġi f'dan is-sens wkoll.", "Fil-membership ta' dan il-kunsill għandu jkun hemm rappreżentanti oħrajn.", "Il-gvern għandu xi raġunijiet għaliex jixtieq iżomm in-numru kif inhu?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Jien m'għandi l-ebda diffikulta' fil-prinċipju, pero' għandna nsibu formula dwar kif nintroduċu iżjed membri mingħajr ma ntellfu l-prattiċita' tat-tħaddim tal-kunsill.", "Fl-aħħar mill-aħħar l- affarijiet li jgħaddu m'humiex affarijiet li jgħaddu b'xi vot.", "Jiena m'għandi l-ebda diffikulta' li ndaħħlu lill-GRTU wkoll.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Il-proposta tagħna kienet li għandu jkun hemm il-GRTU kif ukoll rappreżentanti tal-unions ewlenin tal-pajjiż.", "ONOR.", "GEORGE HZYLER: Fil-każ tal-unions ma naqbilx, fis-sens li mhux soltu li l-unions jiġu kkonsultati f'ħaġa purament teknika kif inhi din.", "Fil-każ tal-GRTU nerġa' ngħid li m'għandix diffikulta'.", "Jekk trid li nagħmlu emenda f'dan is-sens jien m'għandix diffikulta'.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Qed niġi informat ukoll li kien hemm ukoll talba li jkun hemm rappreżentant tad-dipartiment tal-consumer protection.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Fil-fatt id-direttur tad-dipartiment għall- affarijiet tal-konsumatur huwa diġa' ex officio fuq il-kunsill pero' kien hemm talba mill-consumers union.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Għandek raġun.", "Jiġifieri se tippreżenta emenda fis-sens li l-GRTU tkun rappreżentata minn membru ex officio.", "Din in- naħa tissekondaha.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Forsi xtaqt li ż-żewġ membri li jirrappreżentaw il- Kamra tal-Kummerċ u l-FOI jiġu eletti mit-tliet constituted bodies.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: U ma tarax li ma taħdimx hekk!", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Le, taħdem.", "Ir-rappreżentant fil-kunsill għall- affarijiet tal-konsumatur huwa elett b'dan il-mod.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien dwar l-unions nifhimha imma dwar il- GRTU ma nifhimhiex.", "Jiġifieri jien qed nagħmel talba li s-Segretarju Parlamentari jikkonsidra ....", "(Interruzzjonijiet) No problem mela.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Qed nilqagħha.", "Malli nlestu l-emenda ndaħħlu membru tal-GRTU fil-bord.", "Frankament ħalli nkunu ċari.", "Il-GRTU se jkollha rwol ukoll ta' ċertu importanza għaliex il-marki ta' konformita' huma affarijiet li jolqtu direttament anke lill-membri tagħha.", "\"Ċ\" Minnufih wara l-paragrafu (l) tas-subklawsola (2) ta' klawsola 3 għandu jidħol il-paragrafu li ġej:", "\"(m) membru li jinħatar mill-General Retailers and Traders Union.\".", "\"Ċ\" Immediately after paragraph (l) of subclause (2) of clause 3 there shall be added the following paragraph:", "\"(m) a member appointed by the General Retailers and Traders Union.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jerġa' jispjega eżatt x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-gvern m'huwiex qed jaċċetta li jkun hemm ukoll rappreżentanti tal-GWU u ta' l-UHM?", "Aħna finalment qed nitkellmu fuq definizzjoni wiesgħa ta' standards li jirrappreżentaw lill-konsumaturi kollha u wara kollox il-unions jirrappreżentaw lill-ħaddiema li huma wkoll konsumaturi.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-funzjoni ta' union għandha tkun li tiddefendi l- kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-membri tagħha.", "Hawn m'aħniex qed nidħlu fuq dan il-qasam imma qegħdin nitkellmu fuq partnership bejn il-gvern u l- privat għal dak li għandu x'jaqsam ma' standards volontarji.", "Voldieri l- interess prinċipali huwa tal-konsumatur iktar milli ta' l-unions.", "Issa kulħadd huwa ħaddiem, kulħadd huwa konsumatur, kulħadd b'xi mod jew ieħor jikkontribwixxi għall-ekonomija tal-pajjiż, kulħadd jista' jilbes kpiepel differenti u allura f'dan il-każ il-persuni li huma direttament interessati huma l-konsumaturi, l-importaturi u min jipproduċi kif ukoll il-gvern.", "Issa jien assolutament ma nifhimx il-unions f'dak il-kunsill x'kontribut jistgħu jagħtu.", "Għalhekk jiena fil-bidunett għedt li ma neskludix il-konsultazzjoni f'dawk il-każijiet fejn b'xi mod jew ieħor jistgħu jiġu affettwati direttament jew indirettament xi ħaddiema fix-xogħol tagħhom.", "Barra minn hekk dan huwa kunsill highly technical, in-nies kollha li se jkunu hemmhekk se jkunu nies tekniċi, ir-rwoli huma speċifiċi ħafna u frankament ma nifhimx x'tista' tkun il-funzjoni ta' union f'kunsill bħal dan.", "Issa biex nagħmel battuta politika rrid ngħid li jekk nagħmluha din, sempliċement se nkunu qed nagħmluha biex nintogħġbu mal-unions.", "Jiena f'dan il-kunsill żgur li ma narax xi funzjoni li l-unions jistgħu jaqdu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien assolutament ma naqbilx ma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Hyzler.", "Biżżejjed wieħed jara per eżempju l-moviment ta' total quality management, TQM, fl-aktar azjendi avvanzati, anke fil-qasam tat- teknoloġija.", "Fil-quality control circles u fit-TQM circles qed idaħħlu l- unions.", "Min-naħa waħda noqogħdu nakkużaw lill-unions li ħsiebhom biss fil- kondizzjonijiet tax-xogħol - fil-fehma tiegħi għadu kemm ikkonferma dan is- Segretarju Parlamentari - u min-naħa l-oħra nonqsu anke mil-lat ta' liġi meta lill-unions ma nesponuhomx għall-aspetti oħra ta' l-organizzazzjoni tax-xogħol.", "Il-fatt li din tkun diskussjoni teknika m'għandhiex tkun skuża biex teskludi l-unions għaliex huma l-membri tagħhom li se jkunu fuq il- post tax-xogħol u li jridu jiżguraw li l-istandards jintlaħqu.", "Dawn huma affarijiet li is-settur privat fehemhom.", "Nerġa' ngħid li huwa biżżejjed li wieħed jaqra l-manuals tal-modern management - u hawn nerġa' nirriferi għat- TQM - biex isib li huwa kruċjali li l-istakeholders kollha jkunu involuti.", "Minħabba f'hekk jiena naħseb li m'hu qed jingħad xejn ta' barra minn hawn li wieħed jissuġġerixxi li l-unions ikunu mdaħħlin u esposti għal realta' importanti bħal din.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, l-awtorita' se tiċċirkola l-istandards li toħroġ, voldieri l-unions se jkollhom l-opportunita' kollha li jipparteċipaw f'dak l-istadju.", "Hawn qed nitkellmu fuq il-kunsill li qed imexxi.", "Jien ma naqbilx - u mhux qed niddejjaq ngħidha - li dan għandu jkun post li fih jipparteċipaw ukoll il-unions.", "Qabel kien hemm suġġeriment fuq il-GRTU u qbilt miegħu mill-ewwel, imma jekk issir proposta f'dan is- sens jien mhux se naqbel magħha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħaġa tajba li s-Segretarju Parlamentari aċċetta l- proposta ta' din in-naħa li jkun hemm rappreżentanza tal-GRTU, pero' rrid ngħid li meta din in-naħa nkunu fil-gvern se nagħtu din ir-rappreżentanza wkoll lill-unions.", "Jiena naħseb li tkun ħaġa tajba jekk min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari jerġa' jikkonsidra s-suġġeriment ta' din in- naħa.", "Dan għandu jagħmlu anke bi spirtu ta' demokrazija.", "Nifhem li ż-żewġ naħat nirrikonoxxu li l-unions għandu jkollhom sehem fl-irwol amministrattiv biex l-istandards li se jsiru permezz ta' din il-liġi jkunu sostnuti bl-iktar interpretazzjoni vasta u li jixraq lil soċjeta' moderna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Minn kif tkellem is-Segretarju Parlamentari jidher ċar li huwa preġudizzju ideoloġiku li ma jridx lill-unions ikunu preżenti.", "Huwa qal li ngħidu x'ngħidu aħna huwa ma jarax lok li jkunu hemmhekk u li diġa' ħa deċiżjoni.", "Nerġa' ngħid lil l-exposure għall- quality culture, standard setting u standards achievement irid ikun sforz kontinwu u totali.", "M'hijiex kwestjoni li tgħid li xi darba nsejħu laqgħa biex ngħidu li se nilħqu ċerti standards.", "It-titjib u l-issettjar ta' l- istandards u l-kisbiet tagħhom mhux xi ħaġa fissa imma hija xi ħaġa kontinwa.", "Hija fil-fatt kultura ġdida, hija t-tfassil u l-iffurmar ta' kultura ġdida u naħseb li huwa kruċjali li jkun hemm dinamika bejn is-sid u l-ħaddiema.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq xi darba tagħmel setting u daqshekk.", "Dan huwa sforz kontinwu u allura ma nistax nifhem għala qed tittieħed deċiżjoni bħal din.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, jien ma nixtieqx immur fl-estrem li ngħid dan huwa preġudizzju ideoloġiku, għax ma nistax ngħid li huwa l-każ.", "Jien inkun kuntent ħafna li l-unions ikunu rappreżentati fl-oqsma fejn jistgħu jagħtu kontribut dirett.", "Issa jiena qed ngħid li f'dan il-qasam il- unions m'għandhomx funzjoni x'jaqdu, u huwa hawnhekk li m'aħniex qegħdin naqblu.", "Għalhekk fil-bidunett għedt li nistgħu nġebbduh sal-punt fejn nagħmlu rappreżentant tal-każin tal-banda.", "Qed ngħidha biex inressaq l- argument għall-assurd.", "Lill-ħaddiema, għal dak li għandu x'jaqsam ma' consultation fuq proċeduri, dik fair enough, pero' dik kull azjenda għandha l-proċeduri tagħha u diffiċli ħafna biex tgħaqqadhom f'daqqa.", "Jien stess għedt fil-bidunett li għandu jkun hemm okkażjonijiet fejn għandek bżonn tikkonsulta l-unions fuq proċeduri li huma speċifiċi.", "Jiena naħseb li huwa żball li tpoġġihom fuq il-bord li jmexxi l-istandards.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq preġudizzji ideoloġiċi.", "Kieku tgħidli jekk inpoġġix il- unions fil-kabinett jew le, naħseb li hemmhekk ikolli preġudizzju ideoloġiku.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki fuq subklawsola (2)?", "Subklawsola (3)?", "Subklawsola (4)?", "Subklawsola (5).", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega iżjed dwar it-tip ta' direttorati li huma envisaged.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-policies ta' l-awtorita' se jiġu mwettqa minn dawn id-direttorati.", "Kienu dejjem maħsuba li jsiru pero' rajna li forsi ma kienx ċar biżżejjed jew ma ħariġx ċar biżżejjed li jitwaqqfu allura bażikament iċċarajna dawn.", "Dawn huma d-direttorati li konna rriferejna għalihom qabel.", "Se jitwaqqfu ħamsa, fosthom tal-metroloġija, u l-iskop ta' din l-emenda huwa li nirregolaw il-mod kif għandhom jitwaqqfu u joperaw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naqbel li l-awtorita' għandha tagħti d- direzzjoni fis-sens ta' policy u naqbel ukoll li peress li din hija liġi li tittratta dwar l-ispeċjalizzazzjoni, huma d-direttorati li jkunu speċjalizzati u li għandhom in-nies li huma kwalifikati li jistgħu jieħdu dawk it-tali deċiżjonijiet.", "L-Onor.", "Hyzler semma li se jkun hemm ħames direttorati u semma biss dak tal-metroloġija.", "Jista' jsemmi l-erba' l-oħra ?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dawn issibhom taħt il-funzjonijiet ta' l-awtorita'.", "Jekk aħna nirriferu għal klawsola 17 dawn huma deskritti bħala \"servizzi relatati sussidjarji\".", "Qed nitkellmu fuq il-metroloġija, fuq iċ- ċertifikazzjoni, fuq il-parir teknoloġiku, accreditation u notification of standards.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi l-emenda ''B'', kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda ''B'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda ''C'', kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed L-emenda \"C'' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri; Aye) Dawk kontra?", "Agreed Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con.u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Allokazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi biex iwettqu dmirijiet ma' l-Awtorita'", "Clause 4 - Detailing of public officers for duty with Authority", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Hawn qegħdin naħsbu għar-reklutaġġ u ħatriet ma' l- awtorita'.", "Il-Prim Ministru jista' jordna uffiċjali pubbliċi jwettqu dmirijiet normali ta' l-awtorita' u qed tiġi stabilita l-proċedura kif jistgħu dawn l-uffiċjali jiġu offruti mpjieg permanenti ma' l-awtorita', f'liema każ naturalment jitilfu l-impjieg mal-gvern.", "Hawn ukoll kien hemm xi żvilupp wara li ddiskutejna l-communications authority u għalhekk xtaqt nippreżenta din l-emenda:", "\"D\" Klawsola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(i) immedjatament wara s-subklawsola (9) għandhom jidħlu s- subklawsoli ġodda li ġejjin:", "\"(10) Kull uffiċjal bħal dak hawn aktar qabel imsemmi li, minnufih qabel ma jaċċetta impieg permanenti ma' l-Awtorita' kellu jedd jikseb benefiċċju taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, għandu jibqa' jkollu dak il-jedd li jibbenefika taħtu għal kull skop bħallikieku s-servizz tiegħu ma' l-Awtorita' kien servizz mal-Gvern.", "(11) (a) Il-karigi u l-gradi salarjali ma' l-Awtorita' għandhom jigu klassifikati fi gradi u livelli inkrementali li jkunu l-iktar jikkorrispondu mill-qrib għall-gradi u livelli inkrementali fis- servizz taħt il-Gvern ta' Malta b'riferenza għal job description, sengħa, responsabbilitajiet u fatturi oħra analogi.", "(b) Il-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (a) ta' dan is- subartikolu għandha ssir minn bord magħmul minn president li jigi maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi u minn żewġ membri oħra, wieħed maħtur mill-Ministru ċentralment responsabbli għal policies dwar il- persunal fis-servizz pubbliku u wieħed li jigi maħtur mill-Awtorita'.", "Il- klassifikazzjoni għandha ssir u tkun suġġetta għall-approvazzjoni finali tal-Ministru responsabbli għall-finanzi.", "(c) Dik il-klassifikazzjoni għandha sseħħ fi żmien tliet xhur minn kull aġġustament tas-salarji ta' impjegati fis-servizz tal-Gvern u, jew, ta' impjegati ta' l-Awtorita'.", "(d) Ebda kariga ma għandha tiġi klassifikata fi grad ogħla minn dak ta' Grad 3 fis-servizz tal- Gvern jew dak il-grad ieħor li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' minn żmien għal żmien jistabbilixxi b'avviż fil-Gazzetta.", "(e) Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 113 tal-Kostituzzjoni, ħadd ma jista', wara klassifikazzjoni kif hawn aktar qabel imsemmi, ikollu jedd għal drittijiet taħt l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet li jkunu inqas favorevoli minn dawk li kien ikollu jedd għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.\"; u", "(ii) in-nota marġinali \"Offerta ta' impieg permanenti ma' l-Awtorita' lil ufficjali pubbliċi assenjati biex jaqdu dmirijiet ma' l- Awtorita'.\" għandha tiżdied ħdejn is-subklawsola (8).", "\"D\" Clause 4 shall be amended as follows:-", "(i) immediately after subclause (9) there shall be added the following new subclauses:", "\"(10) Every such officer as aforesaid who, immediately before accepting permanent employment with the Authority was entitled to benefit under the Widows` and Orphans` Pensions Act, shall continue to be so entitled to benefit thereunder to all intents as if his service with the Authority were service with the Government.", "(11) (a) Posts and salary grades with the Authority shall be classified in the most nearly corresponding grades and incremental levels in the service under the Government of Malta by reference to job description, skills, responsibilities and other analogous factors.", "(b) The classification referred to in paragraph (a) of this subsection shall be carried out by a board composed of a chairman appointed by the Minister responsible for finance and two other members, one appointed by the minister responsible centrally for personnel policies in the public service and one appointed by the Authority.", "The classification shall be subject to the final approval of the Minister responsible for finance.", "(c) Such classification shall take place within three months of any adjustment of salaries of employees in Government service and, or, of employees of the Authority.", "(d) No post shall be classified in a grade higher than that of Grade 3 in the service of the Government or such other grade as the Minister responsible for finance may from time to time by notice in the Gazette determine.", "(e) Without prejudice to section 113 of the Constitution, no person may, following a classification as aforesaid, be entitled to rights under the said Pensions Ordinance less favourable than those to which he would have been entitled prior to such classification.\"; and", "(ii) the marginal note \"Offer of permanent employment with the Authority to public officers detailed for duty with the Authority.\" shall be added next to subclause (8).", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kif qed jiġi propost jidher li persuni li jagħżlu li jmorru l-awtorita' miċ-ċivil ikunu assigurati li ma jitilfu l- ebda jedd li għandhom fil-preżent.", "Wieħed irid jikkummenta li b'mod ġenerali l-pajjiż għandu diversi entitatjiet fejn jeżisti dan it-tip ta' arranġament.", "Evidentement min ikun impjegat tal-gvern, biex jagħmel dik il- qabża u jidħol taħt awtorita' jrid daqsxejn żmien biex jara jekk ikunx jaqbillu, madankollu, xi sinjal xi darba jrid jinqata'.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-gvern jgħid li dawn il-persuni għandu jkollhom żmien speċifikat sabiex jagħżlu.", "Jien nifhem li kultant ikun hemm ċertu reluctance min-naħa ta' l-impjegati tal-Gvern li jmorru taħt kappa oħra imma min-naħa l-oħra wieħed irrid jifhem ukoll li dan l-element ta' riskju huwa ġustifikat ladarba l- awtoritajiet, il-limited liability companies jew il-korporazzjonijiet joffru inċentivi li huma aktar attraenti minn dawk li joffri l-gvern.", "Jien naħseb li l-gvern għandu l-obbligu li jindika data sa meta individwu jkun jista' jagħżel u wara dik id-data ma jkunx jista' jirriverti ruħu.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Naturalment hawn qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru jista' jordna lill-uffiċjali pubbliċi biex iwettqu dmirijiet ma' l- awtorita'.", "Naturalment dawn isiru biss tal-post ma' l-awtorita' jekk kemm- il darba jkun hemm sejħa mill-awtorita' biex jimtlew dawk il-posts.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ovvjament sta għall-individwu jagħżilx li jmur jew le.", "Fil-mument li jagħżel li jmur hemmhekk dak huwa il-cut-off date li qed jirreferi għalih l-Onor. kollega.", "Issa fil-prattika ma ninsewx li din m'hijiex awtorita' bħall-communications authority, fejn konna qed nagħmlu awtorita' ġdida.", "Din hija awtorita' li diġa' qiegħda tiffunzjona u n-nies diġa' qegħdin hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Kienet ħarġet call for applications u ġew impjegati xi nies.", "F'dan il-każ wieħed ma jistax jagħmel cut-off date minħabba li persuna tkun ġiet ordnata, imma min-naħa l-oħra jien naħseb li rridu naraw il-mod kif qegħdin jiġu rregolati l-affarijiet f'oqsma oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda ''D'', kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda ''D '' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Parti mill-infiq ta' l-Awtorita' jsir mid-dħul tagħha.", "Clause 5 - Authority to meet part of the expenditure out of revenue.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Il-grupp ta' artikli li ġejjin issa, jiġifieri mill- 5 sa s-16, jirregolaw l-aspetti finanzjarji.", "Dawn jixbħu l-artikli li għadna kemm iddiskutejna fit-tul waqt il-liġi li waqqfet l-awtorita' tal- komunikazzjoni.", "Din il-klawsola tgħid li l-awtorita' għandha kemm jista' jkun taħseb biex parti mill-ispiża tagħmilha mid-dħul tagħha.", "Ta min igħid li hawnhekk m'huwiex antiċipat li l-awtorita' ddaħħal biżżejjed flus biex tkun self-sufficient, voldieri din dejjem se tiddependi fuq il-kontribuzzjoni tal-gvern.", "Minħabba f'hekk se nsibu diversi artikli li jirregolaw kif għandha tissellef jew kif għandha takkwista kapital.", "Hawnhekk ovvjament kemm il-ministru responsabbli mill-industirja kif ukoll il-ministru responsabbli mill-finanzi għandhom rwol mportanti.", "Għal din il- klawsola nixtieq inressaq din l-emenda.", "\"E\" Fit-test Malti tas-subklawsola (4) tal-klawsola 5 in-nota marginali \"Kontijiet u verifika.\" għandha titħassar.", "\"E\" In the Maltese text of subclause (4) of clause 5 the marginal note \"Kontijiet u verifika.\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Fil-fatt jien naħseb li hu għajb li awtorita' bħal din ma bdietx taħseb biex f'numru ta' snin tiġi self-sufficient.", "Jien dejjem nemmen li wieħed mill-modi kif il-gvern ikun jista' jimxi b'mod mill- aktar effiċjenti huwa li jinqasam f'entitajiet iċken u kull waħda minnhom tipprova timmira għal financial self-sufficiency.", "Is-sustainability finanzjarju ta' kull gvern kulma jmur qiegħed dejjem jonqos minħabba l- commitments li jkollu u wieħed mill-metodi moderni kif gvern jimxi b'mod effiċjenti hu li jinqasam f'unions ħafna iċken li jkunu economically self- sustainable.", "Ma naħsibx li hija eku tal-politika tan-North Korea fejn kien hemm is-self-sustainability imma min-naħa l-oħra wieħed irid japprezza li fl-oqsma fejn ikun hemm mix bejn il-privat u l-pubbliku għandu jkun hemm target li jintlaħaq is-self-sufficiency fuq tul ta' żmien.", "Ma tistax tippretendi li se tkun self-sustainable fl-ewwel sena jew tnejn imma għandu jkun hemm indikazzjoni li from a particular year they should aim at self- sustainability.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: M'hemmx dubbju li fil-prinċipju naqblu, Mr Chairman.", "Naturalment peress li ħafna mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' huma ta' servizz in ġenerali huwa diffiċli ħafna biex tiċċarġja s-servizzi tagħha.", "Ara għal dak li għandu x'jaqsam mal-marks of conformity fejn inti qed tħabbat il-bieb ta' l-awtorita' biex tagħtik permess tagħmel xi ħaġa biex imbagħad tirregola b'mod dirett, hemmhekk wieħed jistenna li jidħol ċertu ammont ta' ntrojtu.", "(Interruzzjonijiet) Pero' dak l-introjtu mhux se jpatti għall-ħruġ fl-aspetti l-oħra ta' l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda ''E'', kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda '' E '' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Setgħa li tissellef jew toriġina kapital.", "Clause 6 - Power to borrow or raise capital", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 6 tagħti s-setgħa lill-awtorita' tissellef jew toriġina kapital, f'dan il-każ bl-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru responsabbli mill-industrija wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli mill-finanzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Avvanzi mill-Gvern", "Clause 7 - Advances from Government", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER; Klawsola 7 ssegwi dak li għadna kif għedna meta konna qed niddiskutu l-klawsola 5.", "Jiġifieri m'huwiex antiċipat li l- awtorita' jkollha biżżejjed fondi biex tkun self-sustainable u għalhekk tista' ddur fuq il-ministru tal-finanzi dejjem wara konsultazzjoni mal- ministru responsabbli mill-industrija.", "Il-flus f'dan il-kas joħorġu mill- Fond Konsolidat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Ir-rimarka li għamilt qabel nerġa' nagħmilha hawnhekk.", "L-awtorita' qed tingħata dik il-funzjoni u l-fakulta' li tista' tissellef u l-fakulta' li l-gvern jista' javvanzalha l-flus.", "Probabbilment fil-klawsola li jmiss tkun tista' tissellef anke mingħand il-gvern, jekk fhimtha sew, imma min-naħa l-oħra jien dejjem nemmen li bħala prinċipju l- awtorita' għandha timmira biex tkun self sustainable.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Qed naqblu, pero' dan huwa l-artiklu li jagħti s- setgħa biex tissellef.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 7, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Self mingħand il-Gvern", "Clause 8 - Borrowing from Government", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 8 tistabilixxi proċedura fil-każ ta' bżonn ta' self mingħand il-gvern, liema każ għandu jingħata avviż lil din il-Kamra kemm jista' jkun malajr.", "Għandi emenda għal din il-klawsola:", "\"F\" Fis-subklawsola (4) tal-klawsola 8 minflok il-kliem \"għall-Għemil ta' Standards\" għandhom jidħlu l-kliem \"dwar l-iStandards\".", "\"F\" In subclause (4) of clause 8 the word \"Standardisation\" shall be substituted by the word \"Standards\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, niġbed l-attenzjoni tal-Clerk of the House li meta jiġi biex jagħmel il-korrezzjonijiet ta' l- ortografija fil-marginal note ta' artiklu 8 l-kelma ''borrowing'' qegħda miktuba ħażin.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda ''F'', kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda ''F''' għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 8, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Estimi ta' l-Awtorita'", "Clause 9 - Estimates of the Authority", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 9 timponi l-obbligu li l-awtorita' tipprepara l-estimi tad-dħul u ta' l-infiq kif ukoll il-proċedura marbuta ma' dawn l-estimi.", "L-estimi, bħalma hu l-każ anke rigward l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni, għandhom jiġu approvati mill-ministru responsabbli għall- industrija wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien naħseb li l-estimi ta' awtorita' li tingħata fondi pubbliċi mhux biss għandhom ikunu approvati mill-ministru responsabbli mill-finanzi imma għandhom ukoll jiġu dibattuti hawnhekk.", "Issa l-opportunita' tista' jew tingħata fil-PAC jew aħjar minn sotto- kumitat ad hoc fejn jiġu dibattuti l-accounts ta' entitajiet pubbliċi.", "Qed ngħid hekk għaliex jidher li m'hemmx ordni kif jiġu dibattuti l-accounts f'din il-Kamra.", "Per eżempju, aħna nispiċċaw nagħmlu dibattiti sħaħ fuq l- estimi ta' l-entitajiet responsabbli mill-elettriku u mill-ilma imbagħad nerġgħu nirrepetu l-istess affarijiet fil-budget!", "Jien naħseb li dak huwa ħela ta' ħin u duplikazzjoni ta' xogħol.", "Id-diskorsi kemm tal-gvern u kemm ta' l-oppożizzjoni huma ripetizzjoni minħabba li dawn l-estimi jitilgħu għall-konsiderazzjoni ftit jiem biss qabel il-budget.", "Jien naħseb li jrid ikun hemm iktar ordni.", "Per eżempju, organizzazzjoni bħalma hija l-Freeport Corporation, l-ikbar investiment li l-pajjiż qatt għamel, lanqas biss tiġi dibattuta fil-Kamra.", "U hemmhekk tara d-disproporzjonalita'.", "Jiena mhux qed nitlob li għandu jkun hemm dibattitu fuq l-estimi jew fuq l-accounts ta' l-awtorita' ta' l- istandards u minħabba f'hekk nispiċċaw ma niddibattux affarijiet oħra, pero' naħseb li għandu jkun hemm set-up.", "(Interruzzjonijiet) Ma naħsibx li dan is-set-up għandu jkun il-PAC għax dak il-kumitat għandu jkun hemm biex jagħmel l-investigazzjonijiet u jistaqsi fuq l-accounts, imma ċertament nemmen li għandu jkun hemm dibattitu fuq l-accounts ta' l-entitajiet pubbliċi.", "Ejja nieħdu l-MIMCOL, waħda mill-aktar organizzazzjonijiet importanti li għandu l-gvern.", "Fil-fatt wieħed jista' jsejħilha korporazzjoni jew kumpannija li dejjem qed iddub għaliex il-funzjoni tagħha hija li tipprivatizza fejn tista' tipprivatizza u dejjem jiċkien l-portfolio tagħha.", "Huwa mportanti li l- MIMCOL ikollha ġurnata wkoll f'dan il-parlament.", "Din il-korporazzjoni tagħmel affarijiet ta' natura importanti, tagħmel affarijiet ta' responsabbilta' kbira, u tagħmilhom tajjeb ħafna.", "Dan qed ngħidu għax ma nistgħux ma nikkumplimentawx il-mod professjonali kif isiru l-affarijiet hemmhekk, kien hemm min kien hemm fil-gvern.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Kamra tieħu dawn l-affarijiet in konsiderazzjoni.", "Jien ma nippretendix li jkollna an open-ended debate imma nippretendi a one sitting debate, siegħa u nofs kull naħa, għall-entitajiet li huma ta' natura mportanti.", "Għandu jkun hemm dibattitu ieħor li fih ikun hemm tlieta jew erba' awtoritajiet, waħda minnhom din l-awtorita' ta' l-istandards.", "Probabbilment l-awtorita' jew il-qasam li għandu x'jaqsam ma' tas-snajja huwa ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri f'dan id-debate niggruppjaw forsi tlieta jew erba' awtoritajiet fejn wieħed jista' jitkellem għal għoxrin minuta jew 15-il minuta fuq kull awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Naturalment naqbel ma' ħafna minn dak li qal l- Onor. Attard Montalto, pero' wieħed irid joqgħod daqsxejn attent li ma jkomplix jgħabbi iżjed l-agenda ta' din il-Kamra.", "Fl-aħħar mill-aħħar is- safeguards li normalment wieħed jistenna li jkun hemm f'dawk li huma kontrolli diġa' qegħdin hemmhekk.", "Kif naraw iżjed 'il quddiem l-estimi u l- accounts jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra, il-ministru tal-finanzi jista' jqabbad lill-awditur ġenerali jeżaminahom u l-awtorita' nnifisha għandha tqabbad l-awdituri.", "Voldieri s-safeguards hemm qegħdin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien mhux qed ngħid li l-affarijiet kif inhuma elenkati m'humiex jipprovdu safeguards.", "Qed ngħid li dawn l- awtoritajiet għandhom funzjonijiet importanti u l-pubbliku għandu jkollu l- opportunita' li jkun jaf iktar x'qegħdin jagħmlu.", "Dan qed ngħidu għax ħafna drabi n-nies lanqas ikunu jafu li jeżistu aħseb u ara kemm jafu dwar il- funzjoni tagħhom.", "Jien l-uniku mod kif naħseb li nistgħu nġibu dawn għall- attenzjoni tal-poplu huwa li jkollna dibattiti li jkunu with a capping on time ta' kull naħa kif nagħmlu fil-każ ta' l-Enemalta u kif nagħmlu fil-każ tal-water services corporation.", "Wieħed għandu mbagħad jara kif jista' jirregola ruħu dwar dawn il-kriterji u l-importanza ta' l-awtoritajiet u l- korporazzjonijiet differenti.", "Dak biss il-kumment tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kollox sew, pero' bħala fatt l-estimi u anke l- kontijiet jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Huwa veru li l-Onor.", "Montalto ma tantx jaqbel ma' din il-proċedura u nifhem ukoll ir-riservi tiegħu, pero' bħala fatt se jkunu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - L-infiq għandu jkun skond l-Estimi approvati", "Clause 10 - Expenditure to be according to approved estimates", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 10 tistabilixxi li l-infiq għandu jkun skond l-estimi approvati.", "Ovvjament l-iskop li tagħmel l-estimi hu biex imbagħad kemm jista' jkun toqgħod għalihom.", "Dan l-artiklu jistabbilixxi wkoll xi regoli jew xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola.", "Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l-emenda.", "\"G\" Fil-paragrafu (c) tas-subklawsola (2) tal-klawsola 10 minnufih wara l- kliem \"sena finanzjarja\" għandhom jidħlu l-kliem \"li tagħlaq wara d- dħul fis-seħħ ta' dan l-Att\".", "\"G\" In paragraph (c) of subclause (2) of clause 10 immediately after the words \"the first financial year\" there shall be added the words \"closing after the coming into force of this Act\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\", kif imressqa u moqrija mis-Segretarju Parlamentari.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con.u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Kontijiet u verifika", "Clause 12 - Accounts and audit", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Klawsola 12 timponi l-obbligu fuq l-awtorita' li żżomm proper accounts u records oħra.", "L-accounts għandhom jiġu vverifikati mill-awditur maħtur mill-awtorita' u approvati mill-ministru dejjem soġġett għad-dritt ta' l-eżami mill-awditur ġenerali.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Clerk li fis-subklawsola (3) hemm żball ta' l- ortografija.", "Il-kelma trid tiġi ''kontijiet'' u mhux ''kotijiet''.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Jien dejjem emmint li ħafna drabi meta qed nitkellmu fuq awtorita' għandu jkun hemm obbligu speċifiku u l-liġi għandha tkun ftit evoluzzjonarja li tagħmel persuna responsabbli.", "Jien nemmen li waħda mill-aktar affarijiet li jkiddu l-andament ta' kull gvern huwa li meta tidħol għal ħafna affarijiet kulħadd jispiċċa jwaħħal f'kulħadd fil- qasam taċ-ċivil.", "Ħadd ma jassumi l-mantell tar-responsabbilta'.", "Jien naħseb li ma tkunx idea ħażina kieku anke fil-liġi jew fis-sensiela ta' regolamenti li jista' joħroġ il-ministru, speċjalment fejn qed ngħidu li l- awtorita' \"shall keep proper accounts\" ikun speċifikat bl-uffiċċju l- persuna li tkun responsabbli għal dan ix-xogħol.", "Per eżempju, fil-liġi tal- kumpanniji għamilna pass 'il quddiem għax tajna ċerta identita' u responsabbiltajiet lis-segretarju tal-kumpannija.", "Ma naħsibx li jkun ħażin li jkun hemm xi ħaġa simili anke f'dawn l-awtoritajiet.", "Per eżempju, għandu jingħad li jrid jinħatar financial controller ta' l-awtorita' li jkun ultimately responsible minn dawn l-affarijiet.", "Din il-ħaġa tista' tkun jew fl-att prinċipali jew forsi fir-regolamenti li l-ministru għandu d- dritt li joħroġ.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dawn huma proposti li naturalment jistgħu jiġu kkonsidrati minn lat iktar wiesa.", "Bħala fatt ovvjament, il-persuna direttament responsabbli hija c-chief executive li llum iċċarajna l- pożizzjoni tiegħu għax forsi fl-abbozz oriġinali ma kienx ċar biżżejjed.", "Apparti l-kunsill u apparti l-uffiċjali tal-kunsill, għandek l- amministrazzjoni li hija responsabbilta' ta' l-eżekuttiv prinċipali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Depożitu tad-dħul u ħlasijiet li jsiru mill-awtorita'", "Clause 13 - Deposit of revenues and payment by the Authority", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, klawsola 13 timponi l-obbligu li flus miġbura jiġu ddepożitati fil-bank eċċ. Dan ovvjament huwa intiż li jwassal għal kontroll aħjar tal-kotba u tal-finanzi ta' l-awtorita'.", "Mr Chairman, jekk tippermettili fit-tieni linja hemm żball ta' l- ortografija fejn il-kelma trid tkun \"bankiera\" u mhux \"bankeira\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dak kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Kuntratti ta' provvista ta' xogħlijiet", "Clause 14 - Contracts of supply of works", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, kuntratti ta' xogħlijiet u ta' provvista li jeċċedu l-Lm3,000 jew xi ammont ieħor li jista' jiġi preskritt mill-ministru tal-finanzi għandhom jiġu ppubblikati b'avviż u jinħarġu sejħiet għal offerti kompetittivi għalihom.", "Biex ikun hemm eċċezzjoni għal dan irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-ministru li tingħata biss għal raġunijiet speċjali b'konsultazzjoni mal-ministru tal-finanzi .", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, jiena kritiku ħafna ta' kif isiru x-xogħlijiet u jingħataw it-tenders.", "Sfortunatament ħafna drabi jintuża l-metodu li tittieħed deċiżjoni minn qabel u l-affarijiet ta' wara isiru skond dik id-deċiżjoni.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għal każi partikolari u lanqas għal-amministrazzjonijiet partikolari.", "Nemmen li jrid isir overhaul sħiħ fis-sistema li jingħataw dawn it-tenders u fis-sistema li jingħataw ix-xogħlijiet.", "Illum iż-żmien ifisser il-flus, il-metodu li jintuża biex jingħataw tenders jieħu ħafna żmien, huwa pedantiku u hemm ħafna loopholes fih.", "Fis-sistema preżenti wieħed jista' jsib metodi kif jgħatti ċerti affarijiet li huma illeċiti u naħseb li għandu jkun hemm kumitat tal-Kamra sabiex wieħed isib mod kompletament ġdid kif jingħataw il- kuntratti tal-gvern.", "Mr. Chairman, barra minn dan li għedt jiena naħseb li s-somma ta' Lm3,000 hija baxxa wisq.", "Normalment l-oppożizzjoni ma tgħidx dawn l-affarijiet imma taħdem bil-maqlub.", "F'dan il-każ jien qed nuża l-esperjenza tiegħi ta' ministru.", "Għalhekk jien għedt qabel huwa tajjeb li jkollok a designated person li tkun responsabbli u accountable barra ċ-chief executive, li fuq kollox għandu ħafna funzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it- Tnejn, 3 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, ftit tal-ġranet ilu tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlet l-ILO dwar l-ilmenti tal-GWU għal dak li seħħ f'Awissu li għadda fl-ajruport.", "Matul dawn l-aħħar xhur f'din il-Kamra smajna bosta membri ta' l- oppożizzjoni jikkritikaw lill-gvern li mexa b'mod arroganti u li ried joħnoq il-liberta' ta' l-assoċjazzjoni iżda issa li għandna r-rapport l- oppożizzjoni waqgħet qisha fil-muta.", "Għaliha dan ir-rapport qisu ma jeżistix.", "Dak li se nipprova nagħmel fil-ftit ħin li għandi huwa li nagħti ħarsa in ġenerali tar-rapport u nagħmel analiżi oġġettiva mingħajr ma noqgħod nuża ħafna aġġettivi tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li fih dan ir-rapport.", "L-ewwelnett tajjeb li nifhmu li l-ILO hija organizzazzjoni dinjija li fiha huma rappreżentati l-gvernijiet, il-unions u min iħaddem, hija organizzazzjoni li għandha l-istima ta' kulħadd inkluż dik tal-Gvern Malti, tal-GWU u anki ta' min iħaddem f'pajjiżna.", "Wara li ġie ppubblikat ir- rapport, il-GWU qalet li hi ħadet dak kollu li riedet.", "Tajjeb nistaqsu x'riedet il-GWU.", "Fost l-oħrajn insibu li riedet il-kundanna għall-gvern għall-użu ta' forza eċċessiva permezz tal-pulizija, liema kundanna ma ħaditx.", "Riedet ukoll li l-ILO tibqa' żżomm taħt għajnejha dak li qed jiġri f'Malta, u hawn se nikkwota dak li qal Tony Zarb waqt konferenza ta' l-ILO f'Ġinevra ftit jiem biss qabel ma ħareġ dan ir-rapport.", "Se nikkwota bl- Ingliż ħalli żgur ma niġix interpretata li qed nagħmel xi traduzzjoni mhux korretta.", "Dan qal hekk:", "\"I appeal to the ILO to monitor closely the Maltese Government's ongoing attacks on fundamental worker and trade union rights and democracy itself.\"", "Dan l-appell ma ntlaqax u mhux talli hekk, talli l-ILO qalet li dan huwa rapport definittiv u qed tikkonsidra l-każ magħluq, kuntrarjament għal kif għamlet f'każi oħra li nsibu fl-istess rapport.", "Insibu li r-rapport sħiħ kien jinkludi ħmistax-il każ.", "Ħamsa mill-każi kienu interim reports fejn dan il-kumitat, minkejja li ta l-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, kien se jkompli jistħarreġ il-każ u fost dawn insibu l-każi tal-Panama u l-każ ta' Haiti, liema każi kienu rappreżentati mill-ICFTU bħalma kien il-każ ta' Malta.", "Għandna wkoll erba' każi fejn il- kumitat ta konklużjonijiet u rakkmandazzjonijiet iżda talab li kellu jibqa' jkun infurmat bl-iżviluppi li kienu qed iseħħu u fost dawn insibu dak kontra l-gvern taċ-Ċina mressaq ukoll mill-ICFTU.", "Il-kumplament, sitta b'kollox, ingħataw a definitive report.", "Ngħaddi issa għar-rapport dwar Malta, rapport ta' kważi sbatax-il paġna li huwa maqsum f'erba' partijiet.", "Fl-ewwel parti nsibu l-verżjoni tal- unions internazzjonali skond kif mgħoddija lilhom mill-GWU, fit-tieni parti nsibu l-verżjoni tal-gvern u fit-tielet u r-raba' parti nsibu l- konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet.", "Sfortunatament il-GWU iffokat fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet bil-verżjoni tagħha iżda l-konkużjonijiet donnhom ma jeżistux.", "Jiena se nibda bil-konklużjonijiet.", "F'paragrafu 331 u 332 insibu l-ilment tal-GWU dwar il-fatt tar- recognition li kienet qed titlob mill-MIA minħabba li hi kienet qed tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema.", "Fil-konklużjoni tiegħu l-kumitat qal li joħroġ ċar li l-MIA ipprovat issolvi din il-problema meta ħadet il- każ il-qorti.", "Ir-rapport qal li l-fatt li t-tribunal industrijali seta' b'xi mod ta ruling xi ftit ambigwu għal fatt li dawn il-ħaddiema kienu għadhom meqjusa li jagħmlu parti mill-forzi armati bl-ebda mod m'għandu jitfa' t-tort fuq l-MIA.", "Dwar ir-ruling tat-tribunal il-kumitat qal li kull ħaddiem kellu dritt ta' assoċjazzjoni ħlief għall-forzi armati u l-pulizija u dan kif indikat f'artiklu 9 tal-Konvenzjoni 87 u f'paragrafu 332.", "Il-kumitat spjega l-każ speċifiku fejn ħaddiema tal-forzi armati kienu ttrasferiti ma' l-MIA u kien għadu mhux determinat jekk dawn kinux għadhom fl-armata jew le u allura jekk kellhomx id-dritt li jissieħbu f'union.", "Fil-fatt it-tilwima bejn il- UĦM u l-GWU kienet proprju fuq hekk u kien għalhekk li l-MIA dak iż-żmien kienet talbet l-interpretazzjoni tat-tribunal industrijali.", "F'paragrafu 333 il-kumitat qal li din l-issue tal-ħaddiema trasferiti u jekk dawn kellhomx id-dritt li jiġu nklużi fil-votazzjoni għall-fini ta' għarfien kienet issue komplessa u li jkun aħjar jekk dan il-każ jingħata f'idejn il-qrati ta' Malta.", "Hija madwar din l-issue li nistgħu ngħidu li qiegħda tkun marbuta waħda mir-rakkomandazzjonijiet li nsibu f'dan ir- rapport u li nasal għaliha aktar tard meta nkun qed niddiskuti u nanaliżża r-rakkomandazzjonijiet li nsibu f'dan ir-rapport.", "Dwar l-ilment tal-GWU fejn il-union qalet li kien miċħud id-dritt ta' l- istrike u li l-armata u l-pulizija użaw forza eċċessiva mal-ħaddiema r- rapport jgħid li l-kumitat ifakkar li d-dritt ta' l-istrike jista' jkun ristrett jew miċħud biss fejn jolqtu servizzi essenzjali li jpoġġu f'periklu l-ħajja, is-sigurta' personali ta' parti mill-popolazzjoni jew il- popolazzjoni sħiħa.", "Il-kumitat jikkonsidra li s-servizz tat-tifi tan-nar hu wieħed minn dawn is-servizzi essenzjali li jeħtieġ li jkunu protetti.", "Il- kumitat qal li l-fatt li l-liġijiet Maltin ma jindirizzawx din l-issue ta' servizzi tat-tifi tan-nar u m'humiex meqjusa fil-liġijiet tagħna bħala servizzi essenzjali għandha titħalla f'idejn il-qrati Maltin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi li aħna meta qed nitkellmu dwar l- importanza tas-servizzi tat-tifi tan-nar fl-ajruport, dawn mhux biss iridu jipproteġu l-ajruport biss iżda jridu jipprovdi servizz anki fl- eventwalita' li ajruplani li jkunu għaddejjin viċin ta' Malta - mhux neċessarjament mill-arja ta' Malta - jkollhom bżonn jagħmlu nżul ta' emerġenza.", "F'paragrafu 337 insibu li meta wieħed iqis in-natura essenzjali tal-fire- section li kienet okkupata mill-ħaddiema fuq strike, l-ammont ta' ħsara li saret u l-fatt li din is-sezzjoni ma setgħetx titħaddem lanqas mill- ħaddiema stess ta' din is-sezzjoni li ma riedux joħorġu fuq strike, il- kumitat ta' l-ILO ikkonkluda li l-gvern m'aġixxiex b'mod abbużiv meta sgombra lill-ħaddiema mis-sezzjoni.", "Barra minn hekk, l-użu tal-pulizija biex din iż-żona meqjusa bħala ta' high security tkun żgumbrata ma tmurx kontra d-dritt ta' liberta' ta' assoċjazzjoni.", "Ir-rapport jgħid ukoll li - u juża l-kelma furthermore, jiġiferi aktar minn hekk - mill-informazzjoni li għandu l-kumitat ma jirriżultax li l- pulizija użat xi forza eċċessiva fuq il-ħaddiema kif kienet qed tallega l- GWU meta qalet li l-ħaddiema kienu \"brutally roughed up and dragged into police vehicles.\"", "Skond il-kumitat ta' l-ILO li ra videos u anki segwa l- proċess verbal u anki ra ritratti ta' kif ġraw l-affarijiet, ikkonkluda li dak li qalet il-GWU ma kienx il-verita'.", "F'paragrafu 338 r-rapport tkellem ukoll dwar l-ilment tal-GWU li ma tħallietx tkellem lill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Il-fatti li dan il-post huwa meqjus bħala żona ta' sigurta' u li nstab post alternattiv fejn il-GWU setgħet tkellem lill-ħaddiema mingħajr interferenzi wasslu lill- kumitat biex jikkonkludi li ma kienx hemm ksur tal-liberta' ta' l- assoċjazzjoni bħalma kienet qed tgħid il-GWU.", "Anke f'dan ir-rigward il-GWU talbet kundanna pero' din il-kundanna wkoll ma ħadithiex, anzi il-kumitat żied igħid li dan l-aspett tal-każ ma kienx jeħtieġ aktar stħarriġ.", "Ngħaddi għar-rakkomandazzjonijiet u nagħmel riferenza għall-paragrafi rilevanti tal-konklużjoniiet li għadni ma semmejtx iżda li huma marbuta wkoll magħhom.", "Qabel xejn irrid nikkummenta għall-fatt li meta l-GWU tat ir-reazzjoni tagħha għar-rapport, din ikkummentat biss dwar ir-rakkomandazzjonijiet u njorat kompletament il-konklużjonijiet li għadni kemm semmejt.", "Meta aħna nieħdu rapport għandna neħduh sħiħ u mhux neħduh bil-pezzi bukkuni u nagħżlu biss dak li jaqblilna.", "Intqal li l-ILO għamlet ir- rakkomandazzjonijiet lill-gvern billi waħda mir-rakkomandazzjonijiet kienet proprju mmirata lejn il-ħtieġa ta' tibdil fil-liġi.", "Din bilfors lill-gvern kellha tiġi ndirizzata għax huwa l-gvern li jista' u għandu l-poter li jibdel il-liġijiet.", "Issa ejja naraw ftit x'kienu dawn ir- rakkomandazzjonijiet.", "Paragrafu 341 jibda bil-kliem \"the committee invites\".", "Mela hawn żgur li m'għandniex l-ebda element ta' kundanni.", "Fl-ewwel rakkomandazzjoni nsibu li billi l-liġijiet Maltin forsi mhumiex ċari biżżejjed il-kumitat qal li qed joffri l-għajnuna tiegħu lill-gvern biex idur dawra mal-liġijiet u fejn m'hemmx kjarezza jinstabu s-soluzzjonijiet.", "L-ILO qiegħda tipprovdi dan is- servizz lill-gvern biex jekk jista' jkun, sitwazzjoniiet bħalma ġara fl-MIA ma jerġgħux iseħħu.", "Ngħaddi issa għal żewġ rakkomandazzjonijiet oħra li huma marbuta ma' xulxin u jirreferu wkoll għal paragrafi 339 u 340 tal- konklużjonijiet.", "Qed nirriferi għal fejn il-gvern uża ħaddiema biex inaqqas mill-effett li seta' jkollu l-istrike ta' solidarjeta' fil-portijiet.", "F'dan ir-rigward il-kumitat qal li s-servizzi tal-portijiet mhumiex b'mod ġenerali meqjusa bħala servizzi essenzjali iżda dan jiddependi wkoll miċ- ċirkostanzi partikolari ta' pajjiż.", "Hawnhekk ukoll nixtieq nagħmel parentesi.", "Aħna nafu li kull darba li l-GWU jkollha tilwima, hi x'inhi, hi ma' min hi, din tirrikorri biex tagħmel strike fil-portijiet u dan ifisser li għal żmien jinqata' l-lifeline tal-pajjiż kemm fejn jidħlu provvisti ta' ikel, fuel, materjal għall-industrija u affarijiet essenzjali oħra.", "Ħafna drabi il-GWU tiftaħar li permezz tal-portijiet għandha s-saħħa tipparalizza l-pajjiż.", "X'insibu fir-rapport?", "Il-kumitat qal lill-gvern li veru li f'dan il-każ partikolari seta' aġixxa xi ftit kmieni u għalhekk il-gvern qed ikun mitlub biex ma jiħux azzjoni bħal din fil-futur.", "Iżda l-kumitat ma waqafx hawn għax ir-rakkomandazzjoni l-oħra f'paragrafu 340 jgħid li l-gvern m'għandux jindaħal fi strikes ta' solidarjeta' fil- portijiet pero' fl-istess ħin qed jirrikonoxxi li l-gvern għandu responsabbilta' li jassigura provvista ta' fuel biex jaqdi l-bżonnijiet tal- pajjiż.", "Hawnhekk il-kumitat ħareġ b'rakkomandazzjoni oħra li l-GWU qaltilna li tant hija sodisfatta biha u hawnhekk se nikkwota preċiż mir- rapport.", "Dan qal hekk:", "\"The committee suggests that the Government may wish to give consideration to establish a minimum service for the port sector to be determined with the participation of the trade union organisations concerned,\"", "Dan ifisser li l-GWU trid tara kif tikkwalifika l-ipparalizzar jekk irridu naqblu ma' din ir-rakkomandazzjoni.", "Hawnhekk il-kumitat qed jissuġġerixxi li l-gvern u l-unions jaslu għal ftehim biex ikun stabbilit servizz minimu.", "Mela din ir-rakkomandazzjoni ma saritx biss lill-gvern imma saret ukoll lill-unions biex huma jikkollaboraw mal-gvern.", "Niġi issa għall-konklużjoni.", "Il-GWU spiss tiftaħar li kapaċi tipparalizza l-pajjiż meta tagħlaq il-portijiet.", "Issa li tant ħadet gost b'dan ir- rapport, il-GWU lesta li tagħti kas anki ta' din ir-rakkomandazzjoni li ma saritx biss lill-gvern imma saret ukoll lill-unions?", "Din ir-risposta ma nistax nagħtiha jiena, tista' tagħtiha biss il-GWU.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament ta' llum nixtieq nagħmel riferenza għall-politika li l-gvern Nazzjonalista adotta għall-gżira Għawdxija b'enfasi partikolari lejn il-qasam ta' l-impjiegi.", "Fil-passat Għawdex kien maqtugħ mill-bqija ta' Malta mhux biss minħabba l- medda baħar li tifred iż-żewġ gzejjer iżda wkoll minħabba li ekonomikament u soċjalment ma kienet teżisti ebda politika speċifika għal Għawdex u l- livell ta' żvilupp kien dejjem jimxi wara dak ta' Malta.", "Kien minħabba f'hekk li l-gvern Nazzjonalista ta' l-1987 ħoloq ministeru għal Għawdex.", "B'dan il-mod il-gvern seta' jiffaċilita t-twettieq tal-politika kostanti tiegħu li dejjem ifittex kif l-aħjar jassigura għall-Għawdxin l-ogħla livell ta' servizzi bl-iskop li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-iżvantaġġi li jġib miegħu l-baħar li jifred liż-żewġ gżejjer.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li Għawdex huwa gżira b'karatteristiċi u bżonnijiet partikolari.", "Taħt gvern Nazzjonalista Għawdex qatt ma ġie stmat daqs li kieku kien biss distrett bħall-oħrajn.", "Ir-rebħa elettorali ta' Settembru ta' l-1998 ġabet magħha l-ħolqien mill-ġdid tal-ministeru għal Għawdex minflok il-kariga ta' segretarjat parlamentari.", "B'din il-miżura Għawdex mill-ġdid ingħata vuċi fil-kabinett tal-gvern.", "Mr. Speaker, jekk wieħed imur lura u jagħmel riferenza għal żmien il- gvern Nazzjonalista mill-1962 sa' l-1971 isib li kien hemm reżistenza għal kull żvilupp f'Għawdex.", "Per eżempju, meta kien qed jiġi ppjanat il-qasam industrijali tax-Xewkija kien hemm min ma qabilx miegħu bl-iskuża li kienet se tintilef art agrikola.", "L-istess kien hemm meta kien se jinbeda x-xogħol fuq il-port ta' l-Imġarr u din id-darba l-iskuża kienet li kien se jkun kbir wisq.", "Din il-kritika kompliet kontra l-isptar, fejn qalu ma ridux duplikazzjoni ta' dak li kien hemm f'Malta.", "Ma ridux lanqas li jsir distillatur ta' l-ilma għax l-ilma kien se jqum ħafna għall-gvern għax l- Għawdxin kienu se jibqgħu jħallsu l-istess.", "Forsi jkun hawn min jargumenta li dan hu żmien passat u għalhekk m'għandniex nagħmlu riferenza għalih, imma ma rridux ninsew li din kienet era importanti ferm għal Għawdex.", "Kien żmien meta Għawdex beda jiżviluppa soċjalment u ekonomikament biex b'hekk illum laħaq il-livell ta' żvilupp ta' Malta.", "Fuq kollox dawn kienu l-ewwel passi fil-mixja ekonomika tal-gżejjer Maltin 'il barra mill-qoxra kolonjali, era li fiha Għawdex ftit kellu importanza ekonomika għal kolonji minħabba li huwa nieqes minn port maġġuri.", "Hawn tliet fatti li jaqblu fuqhom l-Għawdxin kollha indipendentement mit-twemmin politiku tagħhom.", "L-ewwelnett li t-twaqqif fl-1987 tal-Ministeru għal Għawdex mill-gvern preżenti kien kruċjali għall-iżvilupp li sussegwentement seħħ f'Għawdex.", "It- tieni fatt hu li t-tmexxija permezz tal-ministeru għal Għawdex hija aħjar minn kull tmexxija li kellna qabel.", "It-tielet hi li ħadd ma jrid li l- Ministeru jitneħħa jew jitnaqsulu l-poteri jew l-istatus tiegħu.", "L-għażla li Għawdex ikun immexxi minn ministeru saret mill-Partit Nazzjonlaista fil- programm elettorali ta' 1981 u mhijiex sempliċiment għażla bbażata fuq il- prattiċita' iżda hija għażla ta' prinċipju għax tinkwadra ruħha fil- prinċipju tas-sussidjarjeta' li aħna nemmnu fih u nipprattikaw.", "Għax hija għażla ta' prinċipju, frott ta' ħsieb segwita b'azzjoni konkreta, ir- riżultat li ħalliet din id-deċiżjoni jinħass kuljum mill-Għawdxin.", "Minbarra r-responsabbilta' importanti li jieħu inizjattivi speċifiċi għall- ġid tal-gżira, il-ministeru għal Għawdex għandu rwol xejn inqas importanti li jwettaq il-politika nazzjonali tal-gvern f'Għawdex.", "Biex jintlaħaq dan il-għan, sa mit-twaqqif tiegħu l-ministeru fformula u qiegħed kontinwament jimplimenta strateġiji reġjonali ta' żvilupp sostenibbli fid-diversi oqsma tal-ħajja ta' Għawdex.", "Dan l-żvilupp m'huwiex biss sostnut bi provvista ta' infrastruttura adegwata iżda wkoll bi programmi u inċentivi li jħajru u jinkoraġġixxu attivita' ekonomika, soċjali u kulturali mis-settur privat.", "Dan qed jiġi mplimentat għax gvern Nazzjonalista mhux biss jemmen li l-politika għal Għawdex trid tkompli tibni fuq il-pedamenti li diġa' bnejna f'dawn l-aħħar ħdax-il sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista iżda trid tirrikonoxxi t-tibdil li seħħ fis- soċjeta' Għawdxija u Maltija minn mindu l-Partit Nazzjonalista ġie elett fl- 1987.", "Mr. Speaker, ħarsa ħafifa lejn il-passat u l-preżent hija importanti għall-viżjoni li wieħed irid jifforma għall-futur.", "Għawdex, gżira ta' 27,000 ruħ, mhijiex nieqsa mill-attivita' ekonomika.", "Dan huwa ta' tribut għall-ispirtu imprenditorjali ta' abitanti, li minkejja ċ-ċokon fiżiku u demografiku kif ukoll in-nuqqas kważi totali ta' riżorsi naturali rnexxilhom isostnu livell ta' attivita' ekonomika li ma tagħmel għajb lil ħadd.", "Mhux hekk biss, iżda nistgħu ngħidu bla tlaqlieq li dan il- livell sostnut ta' attivita' ekonomika ġie ġġenerat fl-aħħar tletin sena minkejja d-diffikultajiet li kien hemm minn żmien għal żmien minħabba politika ta' ekonomija żbaljata jew minħabba s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali.", "Is-suċċess ekonomiku ta' Għawdex f'dawn l-aħħar snin jidher mill-fatt li l-esodu minn din il-gżira mhux talli ntemm talli r-rata ta' l-emigranti li ġew lura hija waħda għolja.", "Jidher ukoll li llum il- parti l-kbira ta' l-industrija hija mmexxija minn management Għawdxi.", "Minħabba f'hekk m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li wieħed jgħid li matul dawn l-aħħar snin kull gvern Nazzjonalista ħoloq ambjent ekonomiku, soċjali u politiku fejn l-ekonomija tal-pajjiż setgħet tikber u tiżviluppa l-aktar fil-qasam ta' l-impjiegi.", "Mr. Speaker, kif jindikaw iċ-ċifri, Għawdex ma kienx nieqes minn dan il- progress.", "Issa li saru l-ewwel passi, filwaqt li ninsabu kuntenti bl- iżvilupp li sar irridu naraw fejn inqasna u x'opportunitajiet tlifna u nieħdu l-prekawzjonijiet ħalli l-futur ikompli jaċċellera l-iżvilupp ekonomiku ta' din il-gżira.", "Irridu nimmiraw għall-għan li permezz ta' l- iżvilupp inkunu nistgħu nilħqu l-bżonnijiet ta' l-Għawdxin.", "Analiżi tal- labour force Għawdxija tippreżenta numru ta' indikaturi interessanti.", "Per eżempju, in-numru ta' Għawdxin li għandhom impjieg full-time żdied konsiderevolment fl-aħħar snin.", "Din iż-żieda tirrifletti żieda ta' 50% bejn Diċembru ta' l-1987 u Mejju ta' l-1996.", "Iż-żieda ta' impjiegi full- time f'Malta fl-istess perijodu kienet ta' madwar 17%.", "F'liema settur ekonomiku jaħdmu l-Għawdxin hija wkoll statistika interessanti.", "Hemm numru ferm kbir li jaħdmu fil-qasam ta' l-agrikoltura u sajd.", "Fil-fatt madwar 25% ta' dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur huma Għawdxin.", "Min-naħa l- oħra s-settur tal-manifattura mhux b'saħħtu daqskemm huwa f'Malta.", "L- impjiegi fis-settur tas-servizzi in ġenerali u fit-turiżmu partikolarment għandhom importanza kbira.", "Is-settur tat-turiżmu u tal-catering jimpjegaw madwar 15% ta' dawk li jaħdmu fis-settur privat.", "F'Malta ċ-ċifra hija ta' 10%.", "Mr. Speaker, din l-analisi tikkonferma li l-istruttura tal-labour force Għawdxija hija differenti minn dik ta' Malta u għaldaqstant timmerita attenzjoni partikolari.", "Lil hinn minn dawn in-numri, wieħed irid jinnota wkoll li dan il-progress li sar kien akkumpanjat minn żvilupp fit- teknoloġija, fil-mod kif isiru l-prodotti u tibdil fil-prodotti stess li qed jiġu manifatturati.", "Is-settur tal-manifattura qed jiffaċċja aktar u aktar kompetizzjoni internazzjonali u avolja dan minnu nnifsu huwa sfida iżda huwa wkoll opportunita' biex dawn l-impjiegi jsiru aktar sodi.", "Is- settur tas-servizzi qed jagħmel l-istess, u qed isir aktar u aktar modern.", "Dan kollu jirrikjedi li jkollna ħila kbira fil-qasam kummerċjali kif ukoll ħaddiema teknikament ippreparati sew.", "L-użu ta' moħħna, l-użu tat-tagħlim li nkunu ħadna l-iskola, l-użu tal-computer m'humiex xi kapriċċ illum iżda neċessita' jekk irridu nsaħħu dak li bnejna b'tant sforzi.", "Mr. Speaker, hawnhekk wieħed jistaqsi x'tip ta' impjiegi jista' jistenna li jkun hawn f'Għawdex fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li r-risposta tiddependi mill-Għawdxin stess.", "Hemm ħafna sfidi quddiemna.", "Per eżempju, l-impjiegi fl-agrikoltura jibqgħu jekk inkunu kapaċi nadottaw sistemi ġodda, l- impjiegi fit-turiżmu jiżdiedu jekk din l-industrija nagħrfu nieħdu ħsiebha.", "Fis-settur tas-servizzi għandu jkollna żviluppi interessanti jekk inkunu nafu nużaw it-teknoloġija ta' l-informatika.", "Fil-manifattura rridu nħarsu aktar lejn swieq barranin milli lejn is-suq Malti.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jiżdiedu l-opportunitajiet għan-nies aktar tekniċi.", "Hemm ħafna x'jista' jfixkel milli nisfruttaw l-opportunitajiet li qed jinħolqu.", "L- ewwelnett l-attitudnijiet tan-nies.", "Pajjiżna, inkluż Għawdex, qed iħares aktar u aktar lil hinn mix-xtut tagħna, allura moħħna ma jistax jibqa' magħluq.", "Ma jistax ikun li persuni jippreferu jaħdmu mal-gvern anki għal paga iktar baxxa l-aqwa li jkunu mal-gvern.", "Lanqas jista' jkollok persuni li jippreferu jaħdmu Għawdex flok Malta.", "Jiena nemmen li għalkemm għandhom jinħolqu kemm jista' jkun impjiegi f'Għawdex iżda li titlef opportunita' ta' xogħol għax m'hijiex mal-gvern jew għax f'Malta huwa ħażin.", "Nikkonkludi billi ngħid li x-xejriet fil-qasam ta' l-impjiegi f'Għawdex huma pożittivi.", "Il-prospetti huma ferm interessanti iżda jiddependi minn kulħadd jekk dawn il-prospetti jsirux realta'.", "Kull individwu għandu s- sehem tiegħu x'jagħti u hekk kif il-pass tal-bidla jsir aktar mgħaġġel irridu nsaħħu u nwessgħu l-ħiliet tagħna.", "Dan biss jista' jiggarantilna l- futur tagħna.", "Aktar ma tżdied il-kompetizzjoni aktar ikun hemm il-bżonn li l-kapaċitajiet tagħna, l-impenn tagħna u l-istandards tagħna jkunu ta' l- ogħla kwalita'.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla t-Tnejn, 3 ta' Lulju 2000, fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦRIJA - \"TAS-SIRENA\" - WIRES", "17397.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmai bl-iżviluppi tal-każ li jikkonċerna mistoqsija parlamentari numru 16700 fil-Baħrija L/O Rabat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa` għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16700, ix-xogħol li għalih qed issir riferenza mistenni li jsir flimkien ma` xogħlijiet oħra.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-Enemalta, apparti t-talba magħmula fil-mistoqsija msemmija, għandha numru konsiderevoli ta` talbiet simili li għadhom pendenti u li għad trid tittieħed azzjoni dwarhom.", "ĦOFOR TA' L-ILMA", "17398.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 16702, cioe' dwar il-pjan ta' tranżizzjoni mis- sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika?", "Kemm se jiswa dan il-pjan lill-poplu u minn fejn se jiġi finanzjat?", "Min huma responsabbli mill-kordinazzjoni ta' dan il-pjan u x'konsultazzjoni se ssir fil-ġimgħat li ġejjin?", "Meta huwa previst li fix-xhur li ġejjin titwaqqaf awtorita' tar-riżorsi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Abbozz ta` Liġi li jaħseb għat-twaqqif ta` Awtorita` dwar ir-Riżorsi biex isservi bħala regolatur fl-oqsma ta` l- enerġija, ta` l-ilma u tar-riżorsi naturali tressaq għall-Ewwel Qari tmint ijiem ilu u ċioe` nhar it-Tnejn 26 ta` Ġunju, 2000.", "Naħseb li għadu prematur biex wieħed jagħti dettalji dwr l-operat ta` din l-awtorita`.", "Madanakollu, naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li meta jkun il-waqt jingħata aktar tagħrif dwar din l-awtorita`.", "ENEMALTA - PREZZ TAŻ-ŻEJT", "17411.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal prezz taż-żejt li l-Enemalta qed tixtri bi prezz għoli minħabba l-Ministru mhux favur li żejt jinxtara bi sistemi ta' hedging agreement, jista' l-Ministru jinformani kemm għola l-cost production minħabba din iż-żieda fil-prezz taż-żejt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett mhux korett li wieħed jgħid li jiena kontra l-hedging fil-prezz taż-żejt.", "Il-problema hi, li bis-sistema ta` hedging li kien adotta l-gvern preċedenti, tant kien magħmul bil-quddiem, li l-Korporazzjoni Enemalta kienet ġiet esposta għal riskju kbir wisq, tant li anke l-istess kumpanniji li joperaw fil-qasam tal-hedging qablu li kuntratt għax-xiri taż-żejt għal aktar minn sena bil-quddiem, kif fil-fatt kien ġie propost u adotta taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jinvolvi riskji kbar.", "It-tieni punt huwa li mhux jiena niddeċiedi dwar jekk għandux ikun hemm hedging, iżda hija l-korporazzjoni nnifisha li tagħmel dan wara l- pariri teknici ta` esperti f`dan il-qasam.", "Fl-aħħarnett tajjeb jingħad li wieħed irid ikun saqajh ma` l-art u ma jaħsibx li hemm xi metodu li jista` jeżentana mill-forzi internazzjonali tas-suq taż-żejt.", "Il-konsumaturi qed jgħixu fl-istess dinja u ħadd ma huwa `l fuq mir-realtajiet tas-suq internazzjonali.", "DIPARTIMENT GĦAS-SERVIZZI KORPORATTIVI - IMPJEGATI", "17417.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ta' l- istess ministeru filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra dawn jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi trasferiment ta' fondi jagħmel l- istess dipartiment u għal liema individwi lill-entitajiet oħra bħala flus f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KABINETT - MEMORANDUM", "17418.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar dak li ġie rrapportat li qal lill-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Kabinett tat-Tnejn, l-1 ta' Novembru, 1999 fejn skond \"In-Nazzjon\" tat-2 ta' Novembru, 1999 intqal li \"Il- Kabinett iddiskuta l-bidliet li jridu jsiru mhux biss fid-dipartiment tal- Gvern iżda wkoll fil-ministeri.", "Qed ikun propost pjan li għandu jwassal biex il-ministeri kollha jkunu aktar effettivi fid-deċiżjonijiet.", "Bħala prijorita', l-ewwel li se jgħaddi minn din il-bidla hu l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni\".", "Jista' għaldaqstant ukoll il-Prim Ministru jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum approvat mill-Kabinett fl-istess laqgħa msemmija u li kien ippreżentat mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'Seduta Nru. 196 għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 11593.", "DIPARTIMENT TAL-BINI U INĠINERIJA", "17419.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex iddeċieda li d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet jitwaqqaf milli jkompli jkun responsabbli mill-bini ta' skola tas-subien fin-Naħa t'Isfel ta' Malta biex minflok dan id-dipartiment tqabbdu persuni mill-engineering office tal- Korporazzjoni tal-Freeport?", "Ma jħossx il-Ministru li aħjar ma twaqqfu xejn is-servizzi tad-Dipartiment imsemmi, aktar u aktar meta d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni kienet ingħatat tant servizz tajjeb fuq il-Bini tal-Liċeo tal- Bniet ta' Santa Luċija?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid x'kienet ir- reazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazjoni għal din id-deċiżjoni tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, għadu jieħu s-servizzi li joffri d-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Is-servizzi ta' din it-taqsima qed jingħataw lill-ministeru fuq diversi xogħlijiet f'dipartimenti differenti li jaqgħu taħtu.", "Inħasset il-ħtieġa li jitqassam ix-xogħol eżistenti u ieħor ġdid u li jinkisbu s-servizzi tat-Technical Services Section tal-Malta Freeport biex tkun tista' tiżdied il-ħidma minħabba l-programm li l-Ministeru ta' l- Edukazzjoni għandu biex iwettaq fil-qasam edukattiv.", "Id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ħadet in konsiderazzjoni l-programm ta' ħidma fit-tqassim tax- xogħol meħtieġ.", "SKEJJEL - EQUIPMENT AND FURNITURE IN SCHOOLS VOTE", "17420.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti b'mod dettaljat l-allokazzjoni tal-fondi li ngħatat kull skola fil-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1995 sal-lum mill-Vot tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni msejjaħ Equipment and Furniture in Schools Vote?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GOZO OFFICE", "17422.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9005, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gozo Office ta' Triq l-Ifran fil-Belt Valletta hux qiegħed jinkera jew inkella nxtarax?", "Tista' f'kull każ tgħid xi tħallas f'kiri jew xiri minn meta nfetaħ sal-lum kif ukoll tgħid f'kull każ x'sejra tkun in- nefqa sal-31 ta' Diċembru, 2005?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-uffiċċju li qed jirriferi għalih l-Onor interpellant tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ministeru mill-Bank of Valletta mingħajr l-ebda obbligu finanzjarju.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "17423.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7371 tas-26 ta' Mejju 1999, cioe' jgħid x'tip ta' riorganizzazzjoni hemm maħsuba biex ikun hemm struttura li tieħu ħsieb ix-xogħlijiet kapitali fl-iskejjel tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Konxju l-Ministru li l-amministrazzjoni preċedenti kienet tat l-approvazzjoni biex tali struttura titwaqqaf biex l- affarijiet f'dan il-qasam isiru b'mod aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-manutenzjoni normali fuq skala żgħira ta' l-iskejjel, kull fejn ikun possibbli, titħalla f'idejn il-Kap u l- Kunsill ta' l-Iskola f'sistema deċentralizzata fejn l-iskola tingħata l- fondi allokati għal dan il-għan, skond il-kondizzjoni u l-eta` tal-bini u t- talbiet magħmulin matul is-sena.", "Twaqqfet it-Technical Services Section, immexxija minn operations manager, u qed tkun żviluppata gradatament skond il-bżonnijiet u l- kompetenzi meħtieġa.", "F'dan il-qasam qed jagħti sehem importanti l-Office of Review, tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jsegwi mill-qrib l-andament tax-xogħol.", "Din is-sezzjoni hi intiża biex tagħti l-appoġġ meħtieġ miċ- ċentru lill-iskejjel f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol aktarx impenjattiv, l-aktar wara talba li ssir mill-kap ta' l-iskola.", "Ix-xogħol isir skond prijorita` u urġenza.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel ingħataw it- tagħrif meħtieġ kif u meta jitolbu dan is-servizz.", "L-uffiċjal responsabbli mill-ħarsien tas-saħħa fl-iskejjel jirrapporta u jirrakkomanda regolarment dwar bżonnijiet fl-iskejjel li b'xi mod jistgħu jaffettwaw is-saħħa tat- tfal.", "Fl-istess ħin, minn żmien għal żmien, il-kapijiet ta' l-iskejjel jintalbu jindikaw xi bżonnijiet jidhrilhom li għandhom l-iskejjel tagħhom biex ikunu aktar sani f'ambjent aktar edukattiv.", "F'dan il-qasam, qed ikompli jitwettaq programm ta' manutenzjoni u titjib fl-iskejjel fuq skala kbira matul is-sajf, anke bil-kollaborazzjoni ta' għadd ta' kunsilli lokali.", "Il-head of school buildings flimkien mal-unit tiegħu jimmaniġġa l- programme ta' bini, manutenzjoni u estensjoni ta' skejjel matul is-sena.", "Dan il-unit għandu l-appoġġ amministrattiv ta' assistent direttur li jaqa' taħt ir-responsabbilta` diretta tad-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni.", "Jingħata appoġġ tekniku speċjalizzat, fejn hemm bżonn, kemm mill-Malta University Services, mill-Works Division tal-Ministeru ta' l-Ambjent, u mit- Technical Services Section tal-Malta Freeport, wara l-ftehim li ntlaħaq, biex titkattar l-effiċjenza u l-produttivita` fil-bini, manutenzjoni, tkabbar u modernizzar ta' l-iskejjel skond il-programm kbir ta' xogħlijiet li jrid jitwettaq.", "Qed ikompli l-istudju u anke qed jittieħdu passi meħtieġa biex l- iskejjel isiru gradatament aktar aċċessibbli fiżikament, skond prioritajiet stabbiliti, biex ikunu konformi mal-Liġi għal Opportunitajiet Indaqs.", "Barra mix-xogħol li jsir direttament mit-Technical Services Section tal- ministeru, jingħata ħafna xogħol permezz ta' sejħiet għal tenders lil kuntratturi privati.", "L-office of review qed ikompli jsegwi x-xogħol kapitali imwettaq mill- ministeru u jkompli jagħti l-pariri meħtieġa biex il-programm f'dan il- qasam jitwettaq b'mod effettiv u effiċjenti.", "Fejn jinħass il-bżonn u s- servizz ma jistax jinkiseb, anke jimtlew postijiet vakanti ta' ħaddiema speċjalizzati.", "MALTACOM - APPARAT", "17432.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17173, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal- qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li biex tinġabar lista ta` l-apparat kollu ġdid li l-Maltacom xtrat u nstallat f`Malta u f`Għawdex matul id-disa` snin bejn l-1987 u l-1996 tinvolvi xogħol fuq skala kbira.", "Tajjeb jingħad ukoll li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diga` jinsab miġbur fir-rapport annwali li l-kumpannija tippubblika kull sena.", "Għaldaqstant m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17173.", "REVERSE OSMOSIS PLANTS", "17433.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17175, peress li l-informazzjoni mitluba tikkonċerna nfieq pubbliku u fil-kuntest tal- qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li biex tinġabar lista ta` l-impjanti kollha tar-reverse osmosis kollha mixtri u nstallati f`Malta u f`Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, inkluż l-ispiża nvoluta f`kull każ, matul id-disa` snin bejn l-1987 u l- 1996 tinvolvi xogħol fuq skala kbira.", "Tajjeb jingħad ukol li informazzjoni dwar investiment ta` natura kapitali diġa` jinsab miġbur fir-rapport annwali li l-korporazzjoni tippubblika kull sena.", "Għaldaqstant m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17175.", "SKEJJEL - PROPRJETA' TA' BARRANIN", "17436.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta li huma proprjeta' ta' barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 17476.", "PULIZIJA - DROGI", "17470.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk itteħdux passi mill-pulizija kontra t-tixrid u t-teħid ta' drogi f'Manoel Island, aktar u aktar meta hemm il-Gżira FC nursery fl- inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-iskwardra kontra d-droga tal- pulizija spiss tagħmel ronda fl-inħawi li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Barra minn hekk issir ukoll ronda mill-pulizija tad-distrett u ta' l-iskwadra mobbli.", "MDC", "17471.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-MDC se tikri post ġdid għall-uffiċini tagħha f'Santa Venera?", "Kif intgħażel il-post?", "Kemm se titħallas kera għal dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa l-MDC qed topera minn Villa Portelli fil- Kalkara, liema post mhux adattat għall-ħtiġijiet tal-korporazzjoni.", "Għal din ir-raġuni nħass il-bżonn li jinstab post alternattiv minn fejn il- korporazzjoni tista` topera aħjar.", "Wara li saret tfittxija fis-suq, u wara li gew eżaminati numru ta` proprjetajiet; il-bord tad-diretturi ta' l-MDC ħa d-deciżjoni li jikri premises f`Santa Venera.", "Il-kera hija ta` Lm 55, 000 fis-sena għal spazju ta` 2,000 metru kwadru.", "ENEMALTA - RAPPORT", "17472.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tintrabat li tippubblika r-rapport tekniku li ġie kkummisjonat mill-Enemalta dwar il-qtugħ tad-dawl estensiv li kien hemm dan l-aħħar?", "Min kien l-espert li ġie mqabbad?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Wara l-ħsara li żviluppat dan l-aħħar fil-power station tal-Marsa, il-Korporazzjoni Enemalta kkummissjonat rapport tekniku dwar dan l-inċident.", "L-esperti mqabbda biex iħejju dan ir-rapport huma l- Professur Carmel Pule` u s-Sur Lawrence Ciantar.", "Meta r-rapport ikun finalizzat jiġi pubblikat.", "QORTI - GENERATOR", "17473.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx stabilita r-raġuni għaliex ma ħadimx il-generator tal-qorti meta kien hemm il-qtugħ estensiv ta' dawl madwar il-gżejjer Maltin dan l-aħħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "PULIZIJA - ĦWIENET - PERMESSI", "17480.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk il-ħwienet li biex ikollhom permess tal- pulizija jridu jkollhom il-firem tal-ġirien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija titlob il-kunsens tal- ġirien meta tkun qed tiġi proċessata talba għal-liċenzja ta' bejgħ ta' inbid, birra jew xorb alkoħoliku.", "Dan jintalab ukoll f'każ ta' liċenzji għal xi sengħa jew negozju li jistgħu jdejqu lil ġirien.", "PULIZIJA - ĦWIENET - PERMESSI", "17481.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'jiġri meta l-permess oriġinali ta' ħanut jintilef, jiġifieri la s-sid u lanqas l-awtoritajiet ma jkollhom il-kopja oriġinali, u kif jista' jinħareġ permess oriġinali ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li liċenzja oriġinali toħroġ darba biss.", "Jekk liċenzja tintilef tista' ssir talba għal ħruġ ta' kopja tal- liċenzja.", "PULIZIJA - ĦWIENET - LIĊENZJI", "17482.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'jiġri fil-każ li liċenzja ta' ħanut tiġi kkanċellata u l- awtoritajiet jinjorawha u jibqgħu joħorġu din il-liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li persuna, li f'isimha jkollha liċenzja, tista' tavża lill-kummissarju tal-pulizija li ma tkunx se tagħmel użu aktar minn dik il-liċenzja u titlob li tkun kanċellata.", "Normalment isiru verifiki li l-post indikat fil-liċenzja fil-fatt ma jkunx qed jintuża għan-negozju u l-liċenzja tiġi kanċellata.", "Naturalment, jekk ikun hemm xi ħlas dovut b'lura dan irid jinġabar.", "PULIZIJA - ĦWIENET - PERMESSI", "17483.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk permess ta' ħanut li ma jkollux numru ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja u lanqas numru ta' riferenza hux validu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġett tal-mistoqsija jikkonċerna parir purament legali.", "PULIZIJA - PERMESSI", "17484.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk kull applikazzjoni għal permessi ta' bars u/jew restaurants li hawn f'Malta u f'Għawdex, minbarra fl-għases tad-distrett, ikunux ukoll reġistrati fil-headquarters tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li b'effett mill-1 ta' Ġunju, 1985 applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' negozju maħruġa mill-pulizija, bdew jintlaqgħu u jkunu proċessati minn uffiċċju ċentrali, fejn naturalment ikunu reġistrati.", "Fil-każ ta' Għawdex, dawn baqgħu jsiru fl-għassa tar- Rabat.", "PULIZIJA - PERMESSI", "17485.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk ir-records tal-permessi tal-ħwienet kollha jinżammux fil-headquarters tal-pulizija?", "Jekk fl-affermattiv, minn liema sena ilhom jinżammu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif dwar liċenzji ta' negozju maħruġa mill-pulizija, beda jinżamm fil-kwartieri ġenerali tal- pulizija b'effett mill-1 ta' Jannar, 1997.", "ĦABS - DROGA", "17488.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "17230?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fir-rigward tal-mistoqsija parlamentari nru.", "17230 l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL", "17518.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir tindif mill-ħaxix ħażin fejn l-oqbra li hemm fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL", "17519.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "WSC - KUNTRATTURI", "17520.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il- ħsarat mill-1990 sal-lum?", "Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1990 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?", "Jista' l-Ministru jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?", "Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill- 1990 sal-lum?", "X'tip ta' xogħol ħażin sar?", "F'liema lokalita' u minn liema kuntrattur inħadmu?", "Jista' jgħid kemm ġew rifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni dettaljata ħafna fuq medda ta` għaxar snin, ma narax il-ħtieġa li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma għandha toqgħod tiġbor din l-informazzjoni kollha meta l-ħin u r-riżorsi ta` l-impjegati tagħha jistgħu jiġu utilizzati ferm aħjar.", "Fir-rigward tar-raba` parti tal-mistoqsija, tajjeb jingħad li l- korporazzjoni għandha l-mekkaniżmu tagħha biex tassigura li x-xogħol li jkun qed isir fil-fatt isir kif suppost.", "TA' ĠIORNI - DRENAĠĠ", "17521.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti sabiex żbroff ta' drenaġġ li qiegħed isir minn u li jidher ħdejn l-entratura ta' Blk E, Triq Andre' Mourious, Ta' Ġiorni, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa peress li qed ikun ta' inkonvenjent kif ukoll ta' periklu għas-saħħa tar-residenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "TURIŻMU - COMPUTERS", "17522.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17373?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Irrid ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li sar aktar stħarriġ dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant jirriżulta li fl-1996 inxtara tagħmir ta' computers eċċ. mingħand Medway Import - Export Agency bil-valur ta' Lm6,985.75.", "Il-kumpanija msemmija ma ġietx inkarigata teżegwixxi l-ebda xogħol ta' tiswijiet fuq dan it-tagħmir.", "MALTACOM - APPARAT", "17523.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-mistoqsija parlamentari nru.", "17173 tikkonċerna nfiq pubbliku u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l- Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li din il-mistoqsija hija l-istess bħal mistoqsija nru.", "17432 magħmula mill-istess Onor. Interpellant.", "Għaldaqstant huwa ovvju li t-tweġiba li tajt għal dik il-mistoqsija tapplika għal din ukoll.", "REVERSE OSMOSIS PLANTS", "17524.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-mistoqsija parlamentari nru.", "17175 tikkonċerna nfieq pubbliku, u fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, jista' l- Ministru jagħti d-dettalji mitluba lill-Kamra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li din il-mistoqsija hija l-istess bħal mistoqsija nru.", "17433 magħmula mill-istess Onor. Interpellant.", "Għaldaqstant huwa ovvju li t-tweġiba li tajt għall-mistoqsija tapplika għal din ukoll.", "TRAB ISWED", "17531.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' l-ewwel fażi ta' l- istudju li kellu joħroġ sa l-aħħar ta' Ġunju mill-kumpannija Ingliża biex tiġi stabilita b'mod xjentifiku l-oriġini tat-trab iswed li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-Kottonera, Fgura u l-area ta' madwar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bil-għan li l-perjodu ta' l-istudju jinkludi parti mis-sajf, bi qbil mal-konsulent Ingliż, il-perjodu ta' l- istudju ġie kemxejn estiż.", "Dan ifisser li r-rapport hu mistenni li jkun jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sa l-aħħar ta' Settembru.", "QORMI - TRIQ L-IMDINA - PARKEĠĠ", "17532.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "7672, jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, wara l-hockey club, ma jibqax isir parking ta' heavy vehicles mal-bankina ta' djar residenzjali li jlaħħqu sal-gallariji tagħhom, b'riskju għas-sigurta' tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-bord għall-kontroll tat-traffiku flimkien mal- kunsill lokali ta' Ħal-Qormi qed jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant u ser jaraw x'jista' jsir.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAR-RIFORMA FIL-WELFARE", "17533.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "15817?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'seduta 304 fit-30 ta' Mejju, 2000 dwar is-suggett tal-mistoqsija.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "17534.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "15821?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta għal mistoqsija nru.", "17534 tinghata f'xi seduta oħra.", "VETTURI - TISWIJIET", "17535.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "15561, jista' l- Ministru jgħid x'jiġri jekk vettura ma tgħaddix mill-VRT għaliex l-ispare parts ma jkunux available?", "Iċ-ċittadin ma jkunx jista' juża l-karozza tiegħu, minkejja li jkun jista' jsuqha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi li l-mistoqsijiet li jikkonċernaw il- VRT għandhom jiġu ndirizzati lill-ministru koncernat.", "PTA - ROTOT ĠODDA", "17536.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ġodda (jew rotot) ġodda huwa ppjanat mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex jilħqu l- areas f'Ħal Qormi li huma 'l bogħod miċ-ċentru tar-raħal?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li m`hemmx talbiet pendenti għal rotot ġodda ġewwa Ħal Qormi, madankollu l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ser tara xi bżonnijiet ta` estensjoni ta` servizz hemm f`din l- area partikolari.", "AREI RESIDENZJALI - SERVIZZI ESSENZJALI", "17537.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "6809, jista' l- Ministru jgħid xi żviluppi saru mill-korp konċernat imsemmi fit-tweġiba 6809 minn Mejju, 1999 'l hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "6809.", "QRATI - KAWŻI ĊIVILI", "17538.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il-qorti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "17539.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il- qorti ta' l-appell?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "ARMA TA' MALTA", "17549.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li m'humiex ambaxxaturi, konsli ta' Malta, uffiċjali tal-Gvern, jew b'xi mod fl-impjieg tal-Gvern u huma awtorizzati mill-istess Prim Ministru - skond it-termini ta' artikolu 3 (1) tal-Kap.", "253 tal-Liġijiet ta' Malta - jużaw l-Arma ta' Malta jew xi imitazzjoni tagħha, jew l-istemma jew l-arma msemmijin fis-subartikolu 2 ta' l-artikolu 2 ta' l-istess kapitolu jew x'imitazzjoni tagħhom?", "Jekk hemm min għandu tali awtorizzazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) meta ngħatat tali awtorizzazzjoni; (b) x'inhuma - jekk hemm - il- kondizzjonijiet li jirregolaw tali użu; u (ċ) għal-liema raġuni ngħatat tali awtorizzazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Arma ta' Malta tintuża biss għall-użu uffiċjali tal-ministeri u dipartimenti tal-gvern u entitajiet li b'xi mod jiffurmaw parti mill-amministrazzjoni.", "Għalkemm, skond artikolu 3 (1) ta' l-Att dwar l-Arma u s-Sigill Pubbliku ta' Malta (Kap 253 tal-Liġijiet ta' Malta), il-Prim Ministru jista jawtorizza l-użu ta' l-Arma ta' Malta minn persuni oħra, il-policy hi li ma jingħatax permess biex tintuża l-Arma għal skopijiet kummerċjali.", "M'hemmx terzi persuni li għandhom awtorita' jagħmlu użu mill-Arma ta' Malta.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNIET", "17552.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk raġel miżżewweġ jaħdem bi qligħ nett ta' Lm45 fil-ġimgħa, il-mara tiegħu li tieħu l-għajnuna minħabba mard (Lm 24.40 fix-xahar) tibqax intitolata għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mara miżżewġa ma tkunx intitolata għall-ghajnuna medika jekk żewġha jkun jaħdem bi qliegħ nett ta' Lm45 fil-ġimgħa.", "PULIZIJA - COLLISIONS", "17553.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati collisions mill-pulizija fit- turn li hemm quddiem il-KIA showrooms fit-triq bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li statistika kompjuterizzata ta' kolliżjonijiet ta' vetturi tinżamm mill-pulizija skond it-triq.", "F'dan il- każ, fil-perijodu mitlub mill-Onor.", "Interpellant kienu 25 fl-1998, 66 fl- 1999, filwaqt li matul din is-sena, sas-27 ta' Ġunju, kienu rapportati 45.", "QORMI/ŻEBBUĠ - TRAFFIC COLLISIONS", "17554.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li fit-turn li hemm quddiem ix-showroom tal-KIA fit-triq bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ, issir bay għal dawk il-vetturi li jkunu jridu jduru ma' din it-turn?", "Jikkonsidra li din hija materja urġenti minħabba d-diversi każi ta' traffic collisions f'dan il-lok partikolari?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tlabt lil bord għall-kontroll tat-traffiku jikkunsidra t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - LIĊENZJI - TOURS", "17555.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin liċenzjati f'Malta u f'Għawdex biex jagħmlu tours bil-jeeps u bid-dgħajjes?", "Peress li qegħdin isiru ħafna abbużi, anke minn barranin li mingħajr il- liċenzji neċessarji qegħdin xorta waħda joperaw għas-skapitu ta' dawk li għandhom il-permessi kollha, jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex dan l-abbuż jinqata'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li dawn il-liċenzji ma jinħarġux mill- pulizija.", "Għaldaqstant nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - PERMESSI - ĦANUT", "17556.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jiġi proċessat file Z 1133/98 li jikkonċerna ftuħ ta' ħanut fix-Xlendi, Għawdex u dan peress li l-individwu konċernat ilu 'l fuq minn sentejn li applika biex jiftaħ bar fil-bajja tax-Xlendi, Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħti aktar tagħrif dwar l-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha peress li jien informat li m'hemmx applikazzjonijiet bin-numru kif muri fil-mistoqsija.", "PENSJONIJIET", "17564.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- persuna li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, twaqqfitilha l- pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha taghha mid-dipartiment tas- sigurta' socjali.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "17565.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "17318, u peress li skond dikjarazzjoni li tat il-headmistress ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa, li dalwaqt jibda xogħol ta' kostruzzjoni u manutenzjoni estensiva, jista' l- Ministru jagħti konferma li matul is-sena 2000, jew f'data definita fil- qrib, ix-xogħol fuq l-iskola primarja se jinbeda bis-serjeta', biex ma tibqax issir xi ħaġa kull meta tinqala' bħalma ġara fix-xitwa ta' din is- sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BUĠIBBA - TRIQ IT-TURISTI", "17566.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16443, jista' l-Ministru jara u jinvestiga l-każ in kwestjoni u dan peress li fil-fatt il-blokka ma kenitx mibnija kollha qabel ma ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-fatt din ġiet mibnija wara li ġiet kostitwita l-awtorita' u dan qed nibgħat separatament kopja ta' riċerka, Ins, 12978/92?", "Qed nibgħat separtament ukoll kopja ta' ittra legali ta' l-avukati li juri dan kollu.", "Jidhirlu għalhekk il-Ministru li r-risposta timmerita li dan il-każ jiġi nvestigat aħjar u skond dak mitlub mill-istess liġi ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "17566, u kif diġa' ġie aċċennat qabel fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16443, jien informat li l-iżvilupp in kwestjoni, inkluż il-fondi Nru. 9 u 10 li jinsabu fil-ħames sular (4th floor) kienu fi stadju avvanzat ta' bini sa minn qabel ġiet kostitwita l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, cioe' t-30 ta' Ottubru 1992.", "Wara investigazzjoni iżjed profonda dwar il-każ, irriżulta illi l- uffiċjal inkarigat mill-area dak iż-żmien kien irrapporta fil-file PAPB 1401/92 li x-xogħol fil-ħames sular kien jinsab in hand, u dan kien fl-4 ta' Novembru, 1992.", "Dan kien iż-żmien tranżitorju bejn l-ex PAPB u l- awtorita' l-ġdida ta' l-ippjanar.", "Għaldaqstant l-azzjoni ta' nfurzar li ttieħdet dak iż-żmien kienet tikkonsisti f'ċitazzjoni taħt Kap 10, Sezzjoni 16 u 17 tal-Kodiċi Kriminali.", "Kif jista' jiġi osservat, ir- rapport ta' l-uffiċjal inkarigat ta' dak iż-żmien huwa konferma illi l- iżvilupp in kwestjoni kien fi stat ta' kostruzzjoni sa minn żmien qabel ma ġiet kostitwita l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Bħala informazzjoni addizzjonali, ta' min wieħed isemmi illi ċ- ċitazzjoni taħt Kap 10 kienet ġiet irtirata mill-qorti, flimkien ma' każi oħra, fejn wara ttieħdet azzjoni taħt Att Nru. 1 ta' l-1992 dwar l-ippjanar ta' l-iżvilupp billi nħareġ avviż biex tieqaf u tat-twettiq kontra l- persuna responsabbli, u dan l-avviż ħareġ fl-4 ta' Diċembru, 1998 (ECF 1454/97).", "Dan l-avviż ġie appellat fl-24 ta' Diċembru, 1998 fejn sussegwentement ġie miċħud mill-bord ta' l-appelli fl-10 ta' Diċembru, 1999 (PAPB 908/98E).", "Iżjed tard l-iżviluppatur issottometta applikazzjoni sanatorja (PA6986/99) liema applikazzjoni għadha qed tiġi proċessata.", "Is-sezzjoni ta' l-infurzar ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ser tibqa' ssegwi l-każ sa ma l-azzjoni tiġi eżawrita skond il-liġi.", "TAGĦLIM - COMPUTER STUDIES", "17569.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel privati u/jew kumpaniji privati li huma liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond il-lista tal-commercial schools li tinżamm fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jirriżulta li ċ-ċentri liċenzjati biex jgħallmu l-computer studies huma:", "|Nru |Isem |Lokalita | |1 |Agius |Qormi | | |Tuition | | | |Centre | | |2 |Compex |Blata | | |Xomputer |l-Bajda | | |Training | | | |Centre | | |3 |Computer |Sliema | | |Advisory | | | |Services | | |4 |Computer |Mosta | | |Domain | | |5 |Education |Paola/Ħamr| | |Support |un/Sliema | | |Services | | |6 |Exor |Naxxar | | |Computer | | | |Training | | | |Centre | | |7 |Hi-Tex |Sliema | | |Computer | | | |Centre | | |8 |Holistic |Fgura | | |Technologies| | |9 |Shireburn |Ta' Xbiex | | |Computer | | | |Training | | | |Centre | | |10 |St Martin's |Blata | | |Educational |l-Bajda | | |Services | |", "LCCI - TYPING", "17570.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni third level typing ta' l-eżami ta' LCCI sar qabel il-first level u s-second level ta' l-istess eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-eżamijiet ta' l-LCCI isiru skond it- time-table kif tkun imfassla mill-bord ta' l-eżamijiet ta' l-LCCI stess.", "Għalhekk il-ġranet meta jsiru l-first, second u third level typing kienu determinati minn dak il-bord."]} {"filename": "19990726_140d_par.doc", "date": "1999-07-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 140 It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 140", "It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "140", "It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 963", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 963", "TQEGĦID TA' KARTI 968", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA 969", "AĠĠORNAMENT 995", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1000", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 139 li saret fis-26 ta' Lujlu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "QORMI - TRIQ SAN ĠORĠ - LAMPA", "7139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż jekk triq ikollhiex bżonn ta' aktar dawl jew le?", "Jaf il-Ministru li lampa li kien hemm fi Triq San Ġorġ inqalgħet xi żmien ilu, bil-konsegwenza li anzjani u residenti oħra spiċċaw qishom priġunieri imsakkrin f'darhom minħabba dlam ċappa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Il-ħtieġa ta' żieda ta' dawl tiġi deċiża billi jittieħed in konsiderazzjoni il-wattage tal-lampi diġa` eżistenti, l-għoli tagħhom u l-wisa' tat-triq.", "Mill-informazzjoni li għandi ma jidhirx li nqalgħet xi lampa fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, madanakollu jekk hu għandu xi informazzjoni speċifika nitolbu jagħtihieli.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, jien kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni li f'ċerti nħawi f'Għawdex, fosthom Triq Ċanġa fix-Xewija, hemm vultaġġ baxx.", "Allura jista' l-Ministru jgħidli x'sar f'dan ir-rigward biex il-problema tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment fuqi m'għandix l-informazzjoni li qed jitlobni l-Onor.", "Membru pero' se nieħu nota u nivverifika.", "QORMI - TRIQ IĊ-ĊAWSLI - DAWL", "7140.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "6022, jista' l-Ministru jgħid minn fejn jirriżultalu li fi Triq iċ-Ċawsli, kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id- dawl?", "Jaf li f'din it-triq, li tinsab f'area mwarrba, hemm ħafna mħażen u li ftit ta` żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn verifika li għamlet il-korporazzjoni Enemalta nstab li l-lampi li hemm fi Triq Imdina - kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli, f'Ħal Qormi - huma mqassma tajjeb u li l-wattage ta' dawn il-lampi huwa kif meħtieġ.", "AIR MALTA - MILLENNIUM BUG", "7380.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta' kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mill-Air Malta u minn kumpanniji oħra sussidjarji tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti tal-millennium bug?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Air Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet u l-passi kollha meħtieġa, inkluża l-parteċipazzjoni fil-programm relattiv ta' l- IATA, biex telimina l-effetti tal-millennium bug minn fuq is-sistemi u l- apparat tagħha u tas-sussidjarji tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li hemm affarijiet oħra li jaffettwaw is- servizzi ekonomiċi ta' pajjiżna, il-Ministru ġie nformat li l-burdnara waqfu jġorru s-siment mill-1 ta' Lulju?", "Jaf li l-industrija tal-bini tinsab wieqfa u li dawk li jagħmlu r-ready mix jinsabu magħluqin peress li m'hawnx siment?", "Jista' jgħidli x'inhu jsir biex tiġi solvuta din il- problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment din il-mistoqsija m'hijiex relatata ma' l-Air Malta imma nista' ngħidlek li naf li qed isiru tentattivi biex tiġi żblukkata s-sitwazzjoni.", "Pero' jekk l-Onor.", "Membru jixtieq aktar dettalji fuq din il-materja nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil- miktub.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun wkoll li l-Ministru għal Għawdex ikollha x'informazzjoni addizjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, is-sitwazzjoni hija ferm aktar kerha minn kif iddiskreviha sieħbi l-Onor.", "Mizzi u mhux billi jitfagħha fuq il- Ministru għal Għawdex.", "L-ewwelnett ix-xogħol kien diġa' naqas tremendament minħabba s-sitwazzjoni politika ħażina u issa minħabba din il-problema jinstab kollox staġnat.", "Din il-problema għandha tiġi solvuta immedjatament u jekk hemm bżonn jingħata sussidju sabiex il-barri jinqabad minn qrunu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fejn ikun hemm bżonn il-barri minn qrunu naqbdu imma dan mhux il-każ!", "Naf li qed jittieħdu passi biex is- sitwazzjoni tiġi rranġata kemm jista' jkun malajr u kuntrarju għal dak li qed jallega l-Onor.", "Membru, jien ma tfajt xejn fuq il-Ministru għal Għawdex.", "(Interruzzjonijiet) Il-mistoqsija oriġinali kienet dwar l-Air Malta u minn hemm morna għal kwestjoni kompletament differenti.", "Kulma għamilt jiena huwa li għedt li m'għandix l-informazzjoni li qed jistaqsuni dwarha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li meta jkun hemm xi kriżi li taffetwa l-ekonomija tal-pajjiż, bħala ministru għandu jkun jaf x'inhu jiġri u jkun jaf ukoll il-gravita' tas-sitwazzjoni?", "Jaf li din il-problema ġewwa Għawdex hija tant serja li qed twaqqaf ħafna xogħol ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li meta jkun hawn xi kriżi nkun informat.", "F'dan il-każ għaddejjin diskussjonijiet iżda m'iniex involut direttament fihom, pero' naturalment din is-sitwazzjoni għandha tiġi solvuta mill-aktar fis possibbli.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru kien informat bil-każ tal-bejgħ tal-Mid-Med Bank?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-Air Malta morna għal Għawdex u issa għall-Mid- Med Bank!", "Ma nistax nifhem kif minn suġġett qegħdin naqbżu għal ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jiena kont informat dwar il-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC - bħalma kont informat fil-kabinett meta ddiskutejna din il- materja tas-siment - pero' kien hemm xi gazzetta li ppruvat tinterpreta l- affarijiet a modo suo.", "Dan il-bejgħ huwa xi ħaġa li jaffetwa ħafna l- iżvilupp ekonomiku u żgur li għandu jżid il-potenzjal tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Nerġgħu mmorru lura għall-Air Malta.", "Minbarra l-Air Malta, x'dipartimenti oħra jista' jaffetwa l-millennium bug u kemm minnhom huma aġġornati biex jilqgħu għal din il-problema?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-fenomenu tal-millennium bug - li għandu x'jaqsam ma' tibdil ta' dati meta jispiċċa l-millennium - jista' jaffettwa l-isferi kollha li jaqgħu taħt il-ministeru minħabba li diversi affarijiet li jaħdmu bl-elettronika m'humiex neċessarjament programmati biex jaffaċjaw din it-tip ta' bidla.", "Nista' ngħid li l-ewwel ħaġa li għamilt malli ħadt il-kariga ministerjali kien li ħadt ħsieb nara xi pjanijiet kien hemm dwar dan.", "F'ċerti każijiet kienu bdew jitħejjew il-pjanijiet pero' jiddispjaċini ngħid li f'każijiet oħrajn konna għadna ħafna lura.", "Proprju ftit tal-ġimgħat ilu bgħatt ittra lill-korporazzjonijiet kollha fejn għedtilhom biex fil-board meetings li jkollhom jagħtu rendikont ta' kif inhi s-sitwazzjoni.", "Ċerti kumpanniji li jiena jkolli x'naqsam magħhom - bħall-Air Malta, l-MIA, il-freeport, l- Enemalta, il-water services corporation, il-Maltacom u korporazzjonijiet oħrajn - qed jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex kemm jista' jkun jkunu compliant mal-bidliet li hemm bżonn isiru.", "Naturalment li tkun 100% compliant tfisser li tkun ħadt il-miżuri kollha neċessarji li huma possibbli biex nassiguraw li kemm jista' jkun ma jinħolqux diffikultajiet.", "Biss hemm affarijiet li mhux dejjem ikollok previżjoni tagħhom għax lanqas il-manufacturers u s-suppliers stess ma jkunu ċerti mija fil-mija li fl-equipment ma jkunx hemm xi chip li taffettwa l-operat ta' dak l-apparat.", "Pero' fl-oqsma li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħi qegħdin nieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex sa l- aħħar tas-sena ma niġux affettwati minn dan il-millennium bug.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, kulħadd jaf li l-problema tal-Y2K hija xi ħaġa li tikkonċerna ħafna nies u hawn min ilu snin twal li beda jaħseb għaliha.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-eżerċizzju li qed isir fil- korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu biex ma jiġux affettwati mill-millennium bug huwiex in-house, jiġifieri huwiex qed isir min-nies tad-dipartiment stess jew minn konsulenti oħrajn Maltin jew barranin?", "F'dak il-każ jista' jsemmi min huma dawn il-konsulenti?", "Jekk hemm xi rapport jew xi update dwar is-sitwazzjoni, huwa possibbli li dan ikun magħmul pubbliku?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment qed isir ħafna xogħol fuq dan il-qasam.", "Su due piedi ma nistax ngħid jekk hemmx xi konsulenti barranin f'ċerti każijiet pero' naf li l-Enemalta talbet l-intervent ta' suppliers barranin li fil-passat installaw xi makkinarju biex jekk hemm bżonn jagħmlu inspection fuqu.", "Dan minħabba l-fatt li l-equipment mhux dejjem ikun standard u allura ma tkunx tista' tidentifika l-components kollha tiegħu.", "Diversi organizzazzjonijiet huma involuti fuq dan ix-xogħol u f'kull board meeting li jkollhom they are taking stock of the situation biex jaraw xi progress sar mill-aħħar laqgħa u fiex waslu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l- Onor. Membru għandu xi domanda aktar speċifika, nipprova nġib aktar dettalji għax miegħi m'għandix id-dettalji kollha.", "Li nista' ngħid hu li hemm ċerti oqsma li huma aktar avvanzati fix-xogħol tagħhom, bħall-MIA u l-Air Malta.", "Fil-fatt l-Air Malta qiegħda f'pożizjoni avvanzata ħafna f'dan il-qasam u fl-ewwel tas-sena se tagħmel it-titjiriet normali tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid hekk għax hemm airlines li m'humiex f'qagħda li jagħmlu dan - jew għaliex riedu jkunu ultra conservative jew għax ma kenux ċerti fis-sistemi tagħhom - pero' mid-dehra l-maġġor parti ta' l-airlines se joperaw normali.", "Jiena kelli involviment fuq diversi affarijiet ma' l-Air Malta u stajt nara b'għajnejja kemm bl-aktar mod serju qed tieħu l-miżuri neċessarji, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' safety procedures, u hemm min qed jgħid li l-Air Malta qed tkun pjuttost konservattiva fil-miżuri li qed tieħu.", "Naturalment dan huwa importanti ħafna u għalhekk huwa ta' sodisfazzjon li l- airline tieħu l-miżuri kollha li jiġu ssuġġeriti lilha kemm mill-FAA kif ukoll min-naħa ta' l-Ewropa, għax nafu li żball f'dan il-qasam jista' jfisser ħafna.", "AIR GUN PELLETS - IMPORTAZZJONI", "7459.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati air gun pellets u air gun compressed cartridges f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|Sena |air gun |cartridges| | |pellets | | |1996 |26,036 |1,438 | |1997 |16,013 |4,485 | |1998 |3,032 | - |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidilna jenħtieġx xi tip ta' permess biex dawn jiġu importati?", "MADAM SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Safejn naf jiena għandhom bżonn permess pero' ma nistax nagħti din l-informazzjoni fiċ-ċert mija fil-mija.", "Il-fatt huwa li jien qed nirrapporta fuq statistika, jiġifieri fuq informazzjoni ta' kemm ġew importati.", "Dwar x'tip ta' liċenzji jkun hemm bżonn, nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, domanda supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jgħidilna xi kwalita' ta' pellets jidħlu, jekk hux 0.177 jew 0.22 u kemm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nerġa' ngħid li m'iniex espert f'dan il-qasam pero' skond l-informazzjoni li għandi din tinkludi ż-żewġ tipi ta' pellets.", "WSC - ILMENTI", "7819.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm rċeviet ilmenti l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma mill-Valletta rehabilitation project dwar ħsara li għamlu l-kuntratturi ta' l-istess l- korporazzjoni fuq toroq pavimentati fil-Belt Valletta?", "Fiex jikkonsistu dawn l-ilmenti?", "Kemm-il laqgħa saret bejn l-VRP u l-WSC dwar din il- problema?", "X'qed tagħmel il-WSC biex il-kuntratturi tagħha ma jkomplux jagħmlu ħsara fit-toroq tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li b'konsultazzjoni mal-Valletta rehabilitation project, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma użat kuntrattur wieħed biex jagħmel xogħol ta' skavar ta' trinek fil-Furjana u l- Belt Valletta u dan il-kuntrattur għandu esperjenza ta' xogħol f'dawn l- inħawi.", "Regolarment isiru kuntatti kemm mal-Valletta rehabilitation project kif ukoll ma' entitajiet oħra fuq xogħlijiet li l-korporazzjoni jkollha fil-belt kapitali ta' Malta.", "Bħalissa l-korporazzjoni qed twettaq xogħlijiet ta' bdil ta' mains fi Triq ir-Repubblika - bejn Triq l-Arċisqof u Triq San Nikola - u dan ix- xogħol wasal biex jintemm.", "Meta ngħata l-permess biex isir ix-xogħol, il- kunsill lokali tal-Belt Valletta kien għamel kondizzjoni biex il-kuntrattur jiġbor il-biċċiet tal-lava li jinstabu mirduma taħt it-tarmak.", "Meta l- kuntrattur beda dan ix-xogħol, il-Valletta rehabilitation project ilmenta u l-korporazzjoni għarrfet lill-kuntrattur.", "Imbagħad ix-xogħol sar aħjar u għas-sodisfazzjon tal-Valletta rehabilitation project.", "Il-korporazzjoni rċeviet ilment ieħor meta l-istess kuntrattur kellu inċident bil-makkinarju waqt li kien qed isir ix-xogħol u dan wasslu biex ixellef il-bankina taż-żonqor.", "Fuq rakkmandazzjoni tal-Valletta rehabilitation project, il-korporazzjoni ordnat lill-kuntrattur biex jirranġa l-ħsara li għamel.", "Dwar dawn iż-żewġ inċidenti kien hemm bdil ta' korrispondenza bejn il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l-Valletta rehabilitation project.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma, nixtieq li l-Ministru jgħidli fiex wasal ix-xogħol li bih kien hemm il-ħsieb li ssir tisfija ta' drenaġġ u jinġabar l-istorm water mill-water services corporation?", "Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol jitħaffef għall-ġid tal-poplu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar it-tisfija ta' drenaġġ hemm proġett għaddej bejn il-water services corproation u l-ministeru għall-ambjent.", "Fil-fatt fi żmien il-budget kienu qegħdin jippreparaw xi investiment li għandu jsir f'dan il-qasam kif ukoll ma' dak li għandu x'jaqsam mar-run-off water - għax jirriżulta li jkollna ħafna run-off water pero' ħafna minnu jkun polluted biż-żjut tal-karozzi u diesel - u allura m'huwiex faċli li wieħed jaqbad u jużah mingħajr ma jsiru aktar testijiet biex wieħed jiġbor aktar informazzjoni.", "Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qiegħda tipprepara pjanijiet biex tkun tista' tittratta mhux biss dan ir-run-off water imma tara fejn jista' jmur mingħajr ma joħloq il-chaos li kultant joħloq f'ċerti toroq.", "Nafu li ċerti toroq, bħal Valley Road fl-Imsida kif ukoll f'Birkirkara, jispiċċaw f'sitwazzjoni perikoluża ħafna meta tagħmel ftit xita aktar min-normal u ġieli anke mietu n-nies.", "Dan il-proġett m'huwiex żgħir u bħalissa jaqa' aktar taħt il-ministeru għall-ambjent milli taħt il-water services corporation.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għal-Politika Soċjali) Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-18 ta' Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8224; u", "Lista ta' pubblikazzjonijiet ġodda maħruġa mid-dipartiment ta' l- informazzjoni matul l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8976.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq refurbishment u xiri ta' għamara fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8225; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-ministru ta' l-edukazzjoni bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8221; u", "Lista ta' skejjel privati ma jagħmlux qligħ, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 8811.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin) Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8223.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nitlob s-sospenzjoni ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata biex inkomplu bid-diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess tal-Kamra sabiex l-Ordnijiet tal-Ġurnata jiġu sospiżi u l-Kamra tkompli bid-diskussjoni fuq l-update ta' l-avis tal- Kummissjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "Ikompli mis-26 ta' Lulju 1999", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro hija in possession.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Grazzi, Mr Speaker.", "Dalgħodu fl-intervent tiegħi bdejt biex insemmi l-bżonn li d-dibattitu jieħu xejra mhux partiġġjana.", "Semmejt ukoll li mhux sew li l-gvern Nazzjonalista bena stampa fuq l-Unjoni Ewropea qisna qed nitkellmu dwar ġenna fl-art u lanqas huwa sew li l-gvern mhux qed jgħid il-verita' dwar dak li qed jolqot lill- Maltin mill-qrib fir-rigward ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd suppost jaqbel li jenħtieġ li nimmodernizzaw iżda l-ewwelnett irridu inħarsu lejn l-immodernizzar u l-istrutturar ta' pajjiżna billi naraw x'inhuma l-bżonnijiet reali tagħna u mhux kif jiġi impost fuqna mill- Kummissjoni Ewropea.", "Mr Speaker, hemm bżonn li nwettqu dak kollu li kont qed nirriferi għalih dalgħodu mhux għax qed jiġi impost fuqna minn ħaddieħor iżda għax hu l-bżonn reali tagħna biex nilqgħu għall-isfidi li għandna quddiemna fil-preżent u anke l-isfidi tal-ġejjieni.", "Dan it-tibdil irid isir kollu bit-temp tagħna u mhux bit-temp ta' ħaddieħor, ħalli b'hekk inkunu nistgħu naħdmu bil-għaqal u b'mod li nassorbu l-uġigħ li jista' jiġi minħabba ċertu tibdil li hu meħtieġ li jsir.", "Dan it-tibdil m'huwiex marbut biss ma' investiment materjali iżda hu marbut wkoll ma' taħriġ u ma' bidla sħiħa fil-mentalita' u l-kultura tagħna.", "Jekk verament irridu li r-ristrutturazzjoni u l-immodernizzar ta' l-industrija u s-settur tax-xogħol jitwettqu bis-serjeta' u mhux bil-paroli biss - kif sfortunatament jiġri min-naħa tal-gvern Nazzjonalista - irridu nieħdu ż-żmien meħtieġ biex nagħmlu dak li hu ta' ġid għalina.", "Mhux sew li issa l-gvern Nazzjonalista f'daqqa waħda qabdu paniku u jrid jaqleb id- dinja ta' taħt fuq!", "L-ewwel ħadha easy għal disa' snin u nofs - qed ngħid għal meta kienu fil-gvern bejn l-1987 u l-1996 - u issa f'daqqa waħda jrid kollox iseħħ mill-ewwel.", "Naturalment il-gvern irid li l-affarijiet isiru f'daqqa għax hekk qed jiġi impost fuqu minn Brussels.", "Li kieku l-Partit Nazzjonalista kellu viżjoni u kien ħabrieki, kien ikun jaf dwar il-bżonn li jmidd għonqu għax-xogħol u jagħti spinta qawwija biex il-proċess ta' ristrutturazzjoni jieħu ż-żmien tiegħu u bil-mod il-mod jiġu assorbiti d- daqqiet li jistgħu jinqalgħu f'dan il-proċess.", "Iżda l-agħar hu l-fatt li mhux talli l-Partit Nazzjonalista m'għamel xejn minn jeddu biex jirriforma l-industrija Maltija, talli meta fl-1993 il- kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea għaddietlu l-ewwel avis u qaltlu ċar u tond li biex ikollu sħubija sħiħa ried iwettaq taqliba sħiħa, il-gvern ta' Fenech Adami baqa' lura u kompla jitlef iż-żmien.", "Issa minħabba n- negliġenza u l-għass tal-gvern Nazzjonalista u minħabba l-ossessjoni bl- Unjoni Ewropea bħala l-unika triq għal Malta, il-poplu Malti u Għawdxi se jħallas l-aktar prezz għoli.", "X'jiswa għal ħafna mill-industriji Maltin li fil-qagħda li jinsabu fiha llum niftħulhom f'daqqa is-swieq tagħna għall- ħaddieħor?", "X'benefiċċji se jieħdu?", "B'dan il-mod il-benefiċċji se jkun jista' jaħsadhom ħaddieħor biss għax qiegħed fl-aqwa qagħda li jaħtaf is- suq żgħir tagħna u jibla' n-negozji u l-industriji tagħna filwaqt li l- ħaddiema Maltin u Għawdxin joqogħdu jsaffru l-Aida.", "Diġa' nafu li bdew isiru xi surveys mit-Taljani dwar is-suq tagħna, aħseb u ara x'se jiġri aktar 'il quddiem.", "X'jiswa għal Malta li f'daqqa waħda niftħu s-suq tax-xogħol meta nafu li dan huwa diġa' limitat għall-Maltin stess?", "X'benefiċċji se jieħdu l- ħaddiema Maltin?", "Il-gvern Nazzjonalista qed jgħid li b'hekk il-Maltin se jkunu f'qagħda li jmorru jaħdmu f'pajjiżi oħra wkoll.", "Hawnhekk nistaqsi: Kemm għandna ħaddiema Maltin bla xogħol li se jfittxu li jemigraw - għax wara kollox din hija forma ta' emigrazzjoni - biex isibu xogħol f'pajjiżi ta' l-Unjoni?", "Kemm ħaddiema Maltin se jkunu fil-qagħda li jfittxu x-xogħol f'xi pajjiż ieħor ta' l-Unjoni meta sal-lum għadhom m'humiex trained biżżejjed biex ilaħħqu mad-dinja industrijali li qed tinbidel kuljum, apparti mill-fatt li jridu jkunu lesti li jitturufnaw ruħhom 'il bogħod mill-familji tagħhom?", "Bil-ftuħ tas-suq tax-xogħol il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu se jaħsadhom ħaddieħor għax diġa' qiegħed f'qagħda aqwa minna biex jaħtaf l-impjiegi tagħna, apparti l-fatt li fil-pajjiżi ta' l- Unjoni diġa' hemm problemi kbar ta' nuqqas ta' xogħol.", "M'hemmx għalfejn immorru 'l bogħod wisq għax fi Spanja, tefa' ta' ġebla 'l bogħod, insibu li l-qgħad ilaħħaq bejn is-16% u t-18%.", "Anke l-Ġermanja, pajjiż industrijalizzat bħal dak, għandhom qgħad aktar minna u jlaħħaq madwar l- 10%.", "Ara x'ċans għandhom il-ħaddiema Maltin f'dawn il-pajjiżi, Mr Speaker!", "Dan m'iniex ngħidu għax għandna xi ħaġa kontra l-Unjoni Ewropea iżda għax din hija l-istampa vera tal-ħajja Maltija llum.", "Qed ngħid hekk ukoll mhux għax nemmnu f'politika protezzjonista iżda għax din hija l- istampa vera tal-ħajja Maltija u rridu nkunu saqajna ma' l-art biex nagħmlu l-għażliet tajba tagħna.", "Gvern Nazzjonalista qalilna wkoll li bit-tneħħija tal-levies il- konsumatur se jakkwista.", "Jiena ma nistax nifhem ir-raġunament tal-gvern li f'daqqa waħda jżarma l-levies b'riskju li ħafna mill-industrija Maltija tinbela', jagħlqu l-bibien u b'konsegwenza li eluf ta' ħaddiema jispiċċaw bla xogħol.", "Jista' xi ħadd min-naħa tal-gvern jispjega x'purchasing power se jkollhom il-ħaddiema Maltin u allura kif se jibbenefika l-konsumatur għax ikun hawn ir-roħs?", "Lanqas m'aħna ngħidu li l-Unjoni m'għandhiex aspetti pożittivi li nistgħu nibbenefikaw minnhom in the long run.", "Nista' nsemmi xi wħud minnhom, bħall-politika favur il-konsumatur, jew fir-rigward tal-politika tas-saħħa u tas-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "J'Alla nadottawhom dawn il-policies!", "Iżda ssib industrijalisti li jgħidulek li dawn il-policies ma jistgħux jiddaħħlu mil-lum għal għada għax huma m'humiex f'qagħda li jassorbu t-tibdil f'daqqa waħda.", "Żgur li ma jiena qed ngħid xejn ġdid għax dan l-aħħar kulħadd tħasseb meta f'\"The Malta Independent\" kien hemm rapport dwar l-S.T. Microelectronics - jew dik li ħafna jafuha bħala l-SGS, l-akbar u probabbli fost l-aktar organizzati f'Malta - fejn intqal li din il-kumpannija wisset lill-gvern li ma tistax tassorbi l-miżuri kollha li qed jiġu mitluba mis-social charter tal-Council of Europe.", "Dan l-SGS qed tgħidu mhux il-Partit Laburista!", "Żgur li r- ristrutturazzjoni u l-aġġornament tas-sistemi tax-xogħol ta' din l- industrija huma proċess naturali u kontinwu għaliha, aħseb u ara kemm huwa possibbli għal għadd ta' industriji Maltin li sal-lum għadhom ma bdewx jirristrutturaw għax probabbli jew jenħtieġu l-għajnuna biex jagħmlu dan jew inkella għax bir-ristrutturar kollu li jistgħu jagħmlu xorta waħda se jibqgħu fi żvantaġġ meta jiġu biex jikkompetu ma' industriji fl-Ewropa, forsi minħabba t-tip ta' materja prima li jużaw.", "Kemm qiegħed jispjega gvern Nazzjonalista li dawn it-tip ta' policies jirrestrinġu saħansitra s-sigħat ta' l-overtime li jagħmlu l-ħaddiema?", "Ma rridx niftiehem li jiena kontra politika li tħares is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema, iżda aħna nafu li ċerti miżuri se jolqtu ħażin anke l-livell ta' għajxien tal-ħaddiema tagħna jekk jidħlu f'daqqa.", "Nispjega ruħi aħjar.", "Li qed ngħid hu li anke fil-pożittiv jenħtieġ li jkollna ħidma preparattiva biex inkunu f'qagħda li l-miżuri u l-policies li ndaħħlu ma jweġġgħu lil ħadd jekk jista' jkun.", "Kif tista' ddaħħal miżuri li, kif diġa' semmejt, jimponu restrizzjonijiet fuq is-sigħat ta' l-overtime mingħajr ma tara l-effett fuq id-dħul tal-familji involuti?", "It-tħejjija trid tkun tali li filwaqt li tassigura l-aqwa u l-aħjar kondizzjonijiet li jħarsu s-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema, irid jiġi assigurat ukoll li jinżamm il-livell ta' l-għajxien tal-ħaddiema.", "Fl-istess waqt irid jiġi assigurat li l-industrija tkun tista' tibqa' kompettivita'.", "U hawn irrid nidħol fuq il-kwestjoni ta' l-investiment f'pajjiżna.", "Ftit ilu smajna lill-Ministru Josef Bonnici jgħid - kien qed jitkellem ma' l-uffiċjali tal-GRTU - li minn Settembru 'l hawn ma rnexxielux jġib investiment għajr industrija waħda li timpjega erba' min-nies b'kollox.", "U hawn nixtieq nistaqsi lill-ministru: X'ġara mill-investiment li kien ġej mill-Italja ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet?", "Għaliex waqaf dak l- investiment?", "Probabbli mhux se jkolli tweġiba għal dan iżda aħna nafu għaliex.", "Hemm raġunijiet li mhux qed ngħiduhom aħna iżda qed jgħiduhom l- industrijalisti u n-negozjanti stess.", "Illum tlifna l-attrazzjoni għall- investiment barrani lejn Malta għax kulħadd jinsab imħasseb u ħadd ma jaf x'se jiġri.", "L-investituri barranin qed jistaqsu: X'se jiġri mill-għajnuna li tingħata lill-industriji jekk nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea?", "Qed jgħidu li l-investiment ma jistax jiġi jekk se jkollna restrizzjonijiet żejda.", "Xi industrijalisti li kont qed nitkellem magħhom qaluli li fl- Iskozja, kumpanniji Ġappuniżi kbar bħal Hitachi, qed jagħlqu minħabba r- restrizzjonijiet li qed timponi fuqhom l-Unjoni.", "U hawn nixtieq nistaqsi lill-ministru jekk jistax jikkonferma u jagħtini aktar tagħrif dwar dan għax wara kollox din hija parti mill-informazzjoni li suppost dan il-gvern qiegħed jagħti lill-poplu ħalli l-għażla li jrid jagħmel jagħmilha b'għajnejh miftuħa.", "Barra minn hekk tajjeb li ngħidu li biex jiġi attirat lejn Malta investiment ġdid, l-aktar ħaġa importanti għall-investitur barrani serju hija li jkun jista' jsib workforce flessibbli.", "Investitur serju ma tattirahx biċ-cheap labour jew bil-fatt li jkun jista' joffri l-agħar kondizzjonijiet tax-xogħol lill-ħaddiema iżda jattirawh ħaddiema mħarrġa u flessibbli.", "Ħafna investituri jgħidu li fost il-kompetenzi kbar li għandhom il-ħaddiema Maltin huwa l-fatt li jitgħallmu malajr u jafu jkunu flessibbli għal sistemi ta' xogħol u sistema ta' produzzjoni differenti.", "Il-bżonn ta' workforce mħarreġ u multi-skilled issa huwa urġenti għal Malta biex inkunu f'qagħda li nassorbu ċerti bidliet li jridu jseħħu mhux għax huma imposti fuqna iżda għas-survival tagħna bħala poplu u nazzjon.", "Għandna l-materja prima tal-human resource li diġa' teżisti iżda m'huwiex biżżejjed li jkollok dan.", "Irid ikun hemm l-impenn, ir-rieda politika, il- kuraġġ u s-sens ta' sfida li ma tibżax quddiem dan kollu mhux bil-paroli biss iżda bil-fatti.", "Hekk biss Malta tista' terġa' tkun attractive għall- investitur barrani.", "Mhux billi l-gvern Nazzjonalista lies back u jgħid lill-Unjoni Ewropea li se nġibu l-fiduċja u l-investiment u allura se nżidu l-impjiegi.", "Ħadd m'hu se jagħmel xejn għalina!", "Aħna rridu naslu skond ir- realtajiet tagħna u mhux ta' ħaddieħor.", "Dan kollu jista' jsir u dan fil- fatt seħħ fiż-żmien qasir ta' gvern Laburista.", "Din is-sena kelli l-opportunita' li fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem, flimkien ma' delegazzjoni tal-partit mmexxija mill-Onor.", "Alfred Sant, żort industrija ġdida li ġiet Malta fl-ewwel sena ta' gvern Laburista.", "Din l- industrija fetħet b'għaxra min-nies u f'anqas minn sena kabbret il- workforce tagħha b'għaxar darbiet.", "Qed nirriferi għall-Angus Limited, kumpannija ta' computer programmers u analysts, li tinsab il-Marsa u li ġiet Malta għax sabet il-flessibbilta' u t-tekniċi li għandha bżonn għall- attivita' ekonomika tagħha.", "Dawn qalulna li hemm lok li jespandu aktar - naturalment jekk ikun hawn biżżejjed tekniċi - u qegħdin joffru mhux biss impjieg tajjeb iżda wkoll opportunitajiet ta' xogħol b'esperjenza varja barra minn xtutna.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn li Malta tidħol fl-Unjoni biex ikollna industriji li jagħtu wkoll esperjenza lill-ħaddiema tagħna barra minn xtutna u lanqas hemm għalfejn ikollna xi HSBC li jieħu over kompletament biex jibgħat lill-ħaddiema b'esperjenza barra!", "Dan ma kienx l- effett tal-paroli fil-vojt dwar il-fiduċja u d-direzzjoni imma riżultat ta' ħidma ta' gvern Laburista li mexa' fuq il-verita' u mhux fuq il-ħabi tal- problemi.", "Billi gvern Laburista għaraf liema oqsma jista' jiżviluppa, ġab riżultat u ġab fiduċja vera minkejja t-tgħajjir min-naħa Nazzjonalista għax iffriżajna l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Dan kien investiment barrani veru, fejn mix-xejn għadd ta' żgħażagħ Maltin sabu xogħol stabbli u opportunitajiet ta' esperjenza li teħodhom 'il bogħod minn xtutna wkoll.", "Dan ma kienx xi investiment li jħaddem erba' min-nies bħal tal-Ministru Bonnici jew xi investiment ta' xi takeover ta' bank li jkun qed jirrendi tajjeb u f'daqqa waħda jiġi taken over minn kumpannija globali li taħsad ir-riżultati hi u toħroġ flus il-Maltin barra minn pajjiżna.", "Issa ħalli nanalizzaw ftit aktar dwar kemm fil-fatt dan il-gvern qiegħed jaħdem bil-galbu biex iħejji bis-serjeta' sabiex Malta jkollha workforce multi-skilled.", "Ħalli naraw x'inhu r-rekwiżit fundamentali biex nattiraw investiment ġdid ħalli t-telf ta' impjiegi li jista' jirriżulta jiġi replaced b'impjiegi ġodda.", "Ħalli naraw x'qed jiġri fl-ETC, il- korporazzjoni tal-gvern minn fejn suppost qed jiġi dirett it-taħriġ tal- ħaddiema.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn tinħasad bin-nuqqas ta' professjonaliżmu li dan il-gvern wera f'dan ir-rigward.", "Lanqas laħaq daħal li ma tajjarx lin-nies kompetenti mill-ETC biex għabbiena b'kandidati jew ex-kandidati li ħarġu għall-elezzjoni f'isem l-Partit Nazzjonalista.", "B'kull rispett lejn dawn in-nies, li jistgħu for all I know ikunu esperti f'elf ħaġa, sal-lum ħadd ma jaf bil-kompetenzi li jħaddmu fil-qasam tat- taħriġ u s-suq tax-xogħol.", "Sadanittant l-effett ta' dan nistgħu narawh mill-fatt li l-momentum li kienet qabdet l-ETC fi żmien gvern Laburista biex timla' dawk l-areas tekniċi vakanti fl-industrija minn ħaddiema mħarrġa ntilef, għax jew waqfu l-inizjattivi li kienu ttieħdu fl-għoxrin xahar ta' gvern Laburista jew inkella mexjin b'pass ta' granċ.", "Hawnhekk nixtieq li l-gvern iweġibni u jgħid x'sar minnha l-espansjoni li kienet ippjanata li ssir għan-night institute for further technical education.", "Waqaf dan ix-xogħol?", "Dan ix-xogħol kien importantissimu għall-ħajja ta' l- industrija Maltija għax nafu kemm huwa diffiċli li ssib tekniċi mħarrġa f'dan il-qasam.", "Inizjattiva oħra importantissma kienet dwar taħriġ fl-IT.", "L-ETC fi żmien gvern Laburista daħlet f'agreement ma' istitut Ingliż biex jinbdew korsijiet f'dan il-qasam.", "Dan ix-xogħol s'issa kellu jkun under way.", "Illum m'hu jinstema' xejn.", "X'sar minnha din l-inizjattiva?", "Din mietet ukoll?", "F'dan il-qasam jenħtieġ li jkollna nies mħarrġa tajjeb biex nilqgħu għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel kuljum.", "Għalija huwa ta' skandlu kif il-Kummissjoni Ewropea ilha mill-1993 tgħid lill-gvern biex jieħu l- kwestjoni ta' ristrutturazzjoni bis-serjeta' jekk pajjiżna irid ikun f'pożizzjoni li jkampa mal-pressjoni tal-kompetitizzjoni u l-forzi tas-suq u, waqt li l-gvern kien jaf li wieħed mill-pedamenti tar-ristrutturazzjoni huwa proprju t-taħriġ, minflok ma kkonċentra fuq din il-ħidma waddabha wara dahru.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, għaddew biss ħames xhur minn mindu ġie ppubblikat l-avis aġġornat tal-Kummissjoni Ewropea u dan il-parlament qed ikollu l-opportunita' jiddiskuti dan id-dokument mimli piżijiet fuq l- ekonomija u s-soċjeta' Maltija.", "Il-gvern kaxkar saqajh mhux ħażin dwar dan is-suġġett u kieku ma kenitx għall-insistenza ta' l-oppożizzjoni, lanqas konna naslu biex nagħmlu dibattitu simili llum.", "Meta tħejja r-rapport, il- ministru għall-affarijiet barranin ta' qabel kien qiegħdu xott xott fuq il- Mejda tal-Kamra mingħajr ebda diskussjoni u meta saret pressjoni min-naħa Laburista biex isir dibattitu xieraq, l-ewwel reazzjoni tal-gvern kienet li dan għandu jiġi diskuss biss fil-kumitat ta' l-affarijiet barranin.", "Għalkemm dan il-kumitat huwa importanti, żgur li m'għandux l-istess firxa u rappreżentanza wiesa' bħal meta suġġett ikun qed jiġi diskuss mill- parlament kollu.", "Mr Speaker, dan id-dokument irid jiġi mifli fuq għallinqas tliet binarji għax irid jiġi mgħarbel fuq il-merti tiegħu; irid jiġi studjat u analizzat fuq l-effetti tiegħu mhux biss fuq l-ekonomija tal-pajjiż iżda wkoll fuq is- soċjeta' Maltija; u jrid jiġi mqabbel mar-rapport oriġinali li kienet ħarġet l-istess Kummissjoni Ewropea bħala opinjoni għall-applikazzjoni Maltija li kienet intefgħet fl-1990, kważi għaxar snin ilu.", "L-akbar u l- aktar żewġ sfidi ewlenin li se jkollu quddiemu l-gvern fis-snin li ġejjin huma li jirnexxielu jsaħħaħ il-qagħda baġitarja biex il-pajjiż ikun jista' jilqa' għal dak kollu li qed jiġi mitlub jagħmel mill-Unjoni, kif ukoll li l-ekonomija Maltija tkun kapaċi tilqa' għal pressjonijiet kompettitivi li ġġib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Kienet proprju l-Kummissjoni Ewropea li fl-1994 saħqet mal-Gvern Malti li ċerti tibdiliet kellhom iseħħu mingħajr dewmien.", "Jekk dawn kienu diġa' urġenti dakinhar, aktar u aktar saru urġenti li jitwettqu llum billi l-Unjoni kienet qed tħares lejhom bħala parti minn programm miftiehem bejnha u bejn il-Gvern Malti.", "Issa jekk hemm xi ħaġa li nbidlet radikalment hija l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, li f'dawn l-aħħar sitt snin marret ferm għall-agħar.", "Dan għamlitu ċar l-istess Kummissjoni Ewropea - f'paġna 11 tar-rapport riċenti tagħha - meta tkellmet dwar il-mod kif sploda l-budget deficit minn 4% fl- 1995 għal 10% fis-snin ta' wara minħabba żbilanċi strutturali kbar.", "L- istess jista' jingħad dwar is-self tal-gvern li bejn l-1994 u l-1997 kiber b'erba' darbiet aktar.", "Meta l-gvern tkellem dwar il-budget deficit attwali, l-Ewropej qalulu li ma jistax jikkonsidra d-dħul mill- privattizzazzjoni - għax dawk huma one-offs, jiġifieri dħul ta' darba - u qalulu wkoll li n-nefqa rikkorrenti tal-gvern flok ġiet kontrollata żdiedet minħabba n-nies żejda mal-gvern.", "Minkejja l-ftaħir tal-gvern li qed jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, l-Ewropej qalulu wkoll li hemm bżonn li s- sistema ta' ġbir ta' taxxa tissaħħaħ għax l-ekonomija s-sewda hija mifruxa sew.", "Meta mbagħad tkellmu dwar il-livell ta' dejn pubbliku - una volta teskludi dak li għandhom jagħtu separatament il-korporazzjonijiet pubbliċi - il-Kummissjoni Ewropea sabet li jekk fl-1993 il-gvern kellu budget deficit ta' 33% tal-GDP, ħames snin wara dan kien kważi laħaq il-51%.", "L- istess il-kont kurrenti ta' pajjiżna li kien f'qagħda bbilanċjata fil-bidu tas-snin 90, qabeż għal deficit ta' 11% tal-GDP fl-1995.", "Mr Speaker, jien nista' ngħidlek li minkejja li Ċipru għandhom deficit ferm iżgħar minn tagħna, l-Unjoni Ewropea xorta qed tippreokkupa ruħha bi kbir dwar dan il- pajjiż, aħseb u ara x' uġigħ ta' ras akbar se tkun il-qagħda finanzjarja ta' Malta!", "F'Ċipru l-budget deficit ilu jikber mill-1997 u din is-sena tela' għal madwar 6% u għax l-Unjoni tqis dan bħala fattur li għandu joħloq tħassib serju, lill-gvern ta' Ċipru ċċensuratu għax deherilha li ma kienx qiegħed jindirizza l-problema tad-deficit fiskali li qiegħed dejjem jikber.", "B'riżultat ta' hekk żdied l-iskrutinju ta' l-istituzzjonijiet internazzjonali fuq dan il-pajjiż u żdiedet ukoll il-pressjoni, kemm fuq il- gvern kif ukoll fuq il-Parlament Ċiprijott biex jieħdu miżuri leġislattivi ħalli jkunu jistgħu jikkumbattu ż-żieda fil-budget deficit.", "Minn hawn joħroġ it-tixbiħ ma' pajjiżna u min jaħseb li l-pressjoni dwar il-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna qed issir biss mill-IMF - kif iħobb jagħti x'jifhem fl-istqarrijiet tiegħu l-Partit Nazzjonalista - jew huwa żbaljat jew inkella għandu memorja qasira.", "Qatt daqs illum ma kien hemm kor wieħed idoqq l-istess diska identika, kif hemm bejn l-istess Unjoni Ewropea, il- fond monetarju internazzjonali u l-aġenziji internazzjonali tal-kreditu, bħal Moody's u Standard & Poor's, biex ma nsemmix ukoll fonti awtorevoli bħall-Economist intelligence unit, illi jgawdi stima għolja fost istituzzjonijiet finanzjarji barranin u investituri prospettivi.", "Dan huwa propju l-iżball kardinali li qed jagħmel gvern Nazzjonalista għax min-naħa jrid jgħaġġel l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, filwaqt li min-naħa l-oħra ma jridx jieħu ċerti miżuri ebsin għax jibża' li jgerrex lil ċerti Maltin u Għawdxin milli jkomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-gvern.", "Din hija r-raġuni vera għaliex dan il-gvern qed ibati minn impotenza politika meta jiġi biex jindirizza l-problema tad-deficit finanzjarju.", "Dan huwa l-fattur li qed iwassal kemm lill-IMF kif ukoll lil Standard and Poor's u Moody's biex jgħidu li l-gvern ta' Fenech Adami m'għandux ir-rieda politika li jipprova jsolvi l-iżbilanċi strutturali li hemm fil-finanzi pubbliċi.", "Illum meta tiltaqa' ma' analisti finanzjarji barranin kollha jgħidulek l-istess kelma, ċioe' li l-intenzjonijiet tal- Gvern Malti huma tajbin iżda li sal-lum ma kien hemm l-ebda azzjoni konċertata min-naħa tiegħu sabiex jaffronta l-problema tad-deficit u tad- dejn nazzjonali.", "Li m'huwiex qed jirrealizza l-gvern huwa li aktar m'hu se jkaxkar saqajh aktar se jżid il-pressjoni ta' dawn il-fonti barranin fuqu u aktar se jkun qed jipposponi soluzzjoni dejjiema għall-problema tal-finanzi ġewwa pajjiżna stess.", "Illum ġie stabilit minn kulħadd, inkluża l-istess Unjoni Ewropea, li l-istat kroniku tal-finanzi governattivi f'pajjiżna huwa bla dubju ta' xejn l-aktar public policy issue serja li qiegħda tiffaċċja din l- amministrazzjoni.", "Dan qed iwassal biex it-tħassib ta' l-Unjoni jikber.", "Qed ngħid hekk għax filwaqt li qabel kienu qed jitħassbu dwar il-qagħda finanzjarja biss, issa qed jiddubitaw ukoll dwar l-impenn tal-gvern li jaqbad il-barri minn qrunu f'dan ir-rigward.", "Per eżempju osservazzjoni li għamlu l-Economist intelligence unit dan l-aħħar kienet li għalkemm bil- flus tal-privatizzazzjoni jista' jitnaqqas xi ftit il-piż tad-dejn pubbliku f'dak li huwa public debt servicing, hemm il-biża' li dan jista' jwassal biex minflok il-gvern jintensifika l-isforzi biex jirranġa l-finanzi tiegħu, jista' jibda jeħodha aktar bil-mod biex jipprova jegħleb kwestjoni li kulma tmur qiegħda ssir aktar u aktar insormontabbli.", "Jista' jkun hemm min jaħseb li aħna qed nilagħbuha ta' Ġeremija iżda dan m'huwiex il-każ.", "Standard & Poor's aktar kmieni din is-sena qalu li jekk mhux se jkun hemm żmien sostenut ta' awsterita' fiskali fil-pajjiż, se jkunu kritiċi dwar kemm il-gvern se jirnexxielu jindirizza l-isfidi tar-riformi strutturali kif ukoll ta' sħubija fi ħdan l-Unjoni.", "Moody's kienu wkoll ta' l-istess fehma meta qalu li żieda akbar fid-dejn nazzjonali mhux biss tillimita aktar l-ispazju għall-manuvrar tal-gvern fit- tħaddim ta' dawk li huma policies ekonomiċi, iżda għandhom il-potenzjal li jittardjaw id-dħul ta' Malta fl-Unjoni.", "Moody's sostnew ukoll illi billi huma tal-fehma li l-Unjoni se tinsisti li l-pajjiżi ġodda li se jissieħbu magħha jridu jikkwalifikaw biex jidħlu fl-għaqda monetarja Ewropea fi żmien ftit snin mis-sħubija tagħhom, allura se jkun meħtieġ li fil-każ tagħna d- debt ratio - jiġifieri l-bilanċ bejn id-dejn u l-kejk nazzjonali ta' pajjiżna - jaqbad it-triq tan-niżla ferm qabel ma Malta effettivament tissieħeb fl-Unjoni.", "Dan kollu juri li bil-politika tiegħu l-gvern daħal f'sitwazzjoni li l-Amerikani jgħidulha catch-22 għax il-gvern inqabad f'morsa fejn ma jafx x'għandu jiġi l-ewwel jekk hux it-tiġieġa jew il- bajda.", "L-indikaturi finanzjarji ta' pajjiżna li qed jitkellmu dwarhom għejjun barranin juru ċar li l-gvern qed jitbiegħed milli jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu stess.", "Kulħadd huwa tal-fehma li l-budget deficit se jeċċedi b'mod sinifikanti t-target tal-gvern ta' 9.3% għal din is-sena u ta' 7.7% għas-sena d-dieħla.", "Jekk id-dejn ikompli jikber se niġu f'qagħda fejn jekk nimxu mal-kriterji ta' Maastricht u ninkludu wkoll d-djun tal- korporazzjonijiet pubbliċi, insibu li d-dejn nazzjonali se jkun qabeż il- mija fil-mija tal-GDP, jiġifieri l-mija fil-mija tal-kejk nazzjonali li jipproduċi pajjiżna.", "Għalkemm il-Ministru Dalli fil-parlament ipprova jevadi mistoqsija li għamiltlu ftit jiem ilu dwar dan is-suġġett, illum nista' nikkonferma illi l-fond monetarju internazzjonali ppreżenta żewġ rapporti lill-Gvern Malti, mhux wieħed biss.", "Wieħed minn dawn ir-rapporti ġie diskuss mid-diretturi eżekuttivi tagħhom u l-verżjoni mqassra tiegħu ħarġet għall-istampa lokali u internazzjonali.", "Ir-rapport l-ieħor, li tlesta fit-3 ta' Ġunju ta' din is-sena, huwa dwar l-issues magħżula u jitkellem dwar diversi kwestjonijiet, bħall-intrapriżi pubbliċi, it-taxxi u anke l-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea.", "Dan huwa rapport confidential li l-gvern lanqas biss irrifera għalih fid-deliberazzjonijiet u l-istqarrijiet pubbliċi tiegħu.", "Minkejja li ilna nafu x'inhi l-pożizzjoni ta' l-IMF dwar it-taxxi indiretti - dejjem kienu inklinati lejn il-VAT - il-gvern xorta waħda ddobba ċertifikat ħażin ħafna f'dan ir-rapport fejn għandha x'taqsam ir-ri- introduzzjoni ta' din it-taxxa ġewwa pajjiżna.", "Għalkemm l-IMF ħassew li l- eżenzjoni ta' negozji żgħar kien pass żgħir 'il quddiem fuq il-liġi oriġinali tal-VAT ta' l-1995, l-eżistenza ta' diversi thresholds u saffi differenti mhux biss irrendiet il-liġi f'waħda kumplessa żżejjed bla bżonn iżda fil-fehma ta' l-IMF qiegħda saħansitra tmur kontra prattiċi internazzjonali stabiliti fit-tħaddim ta' din il-liġi.", "Apparti minn hekk tal-fond monetarju komplew urew tħassib serju mal-Gvern Malti dwar il-fatt li n-nuqqas ta' definizzjoni ċara dwar l-attivitajiet li jaqgħu fi tliet kategoriji separati jista' jdaħħal element ġdid ta' arbitrarjeta' u diskrezzjoni żejda fit-tħaddim ta' din is-sistema.", "Din il-ġimgħa n- Nazzjonalisti ma qalu xejn fl-istqarrija tagħhom għall-istampa dwar l-IMF iżda qalu biss li huma favur il-VAT, bħalma ma qalu xejn dwar ċerti konsegwenzi li tista' ġġib magħha s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fuq ċerti industriji kbar u importanti.", "Meta ġiet biex tirriferi dwar l-applikazzjoni Maltija għal sħubija fl- Unjoni Ewropea, fit-tieni rapport tagħha ta' l-IMF qalet li l-Unjoni tħalli tax holidays biss sakemm ma jkollhomx għamla diskriminatorja.", "Wara li flew l-istruttura industrijali ta' pajjiżna kkonkludew li fil-fehma tagħhom dan jimplika li t-tax holiday ta' għaxar snin li ngħatat lill-industriji importanti bħall-S.T. Microelectronics, magħrufa aħjar bħala l-SGS, tkun trid tiġi tterminata minnufih.", "X'impatt u azzjoni dan jista' jiġġenera min- naħa ta' din il-kumpannija tgħidu l-SGS stess u m'hemmx għalfejn ngħiduh aħna l-politiċi.", "Mr Speaker, dawn huma kollha realtajiet li dan il-gvern qed jagħmel minn kollox biex jidfen taħt it-trab, bħal meta wieħed jitfa' l- ħmieġ tiegħu taħt it-tapit flok inaddaf kif suppost.", "Apparti mill-kwestjoni tal-levies - illum m'għandix il-ħin biex nitrattahom fit-tul kif jixraq - inħoss li hemm pass ieħor li għandna nitkellmu dwaru, ċioe' l-ħolqien ta' għaqda doganali li rridu ta' bilfors naslu għaliha llum li qegħdin fil-queue għal sħubija sħiħa.", "Min-naħa tagħna aħna bqajna nisħqu li l-pass li jmiss ta' għaqda doganali bejn iż- żewġ naħat huwa ta' ħsara għal pajjiżna.", "Naf li dan il-pass kien kontemplat fil-ftehim ta' assoċjazzjoni iżda kien hemm żmien meta kemm il- Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista kienu jagħmlu li jistgħu biex ma jeħdux pass simili f'din id-direzzjoni.", "Issa l-Partit Nazzjonalista jaf li din hija triq inevitabbli għalih u għaldaqstant se jkollu jġorr il-piżijiet kbar li ftehim simili jġib miegħu.", "Veru li biex iħawwad lin-nies il-Partit Nazzjonalista ġieli jipprova jagħithom x'jifhmu li zona ta' kummerċ ħieles u għaqda doganali huma l-istess imma nfakkar li kuntrarju għal zona ta' kummerċ ħieles, għaqda doganali ġġib magħha sitwazzjoni fejn kull dazju bejn Malta u l-Ewropa jkollu jiġi żmantellat u b'hekk il-prodotti kollha ta' kull tip industrijali u tal-biedja li jiġu mill-Ewropa jkunu jistgħu jidħlu għandna bla xkiel ta' xejn.", "Sadanittant fuq importazzjoni ta' oġġetti minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni, Malta jkollha tibda tapplika l-istess dazji li twaħħalhom l-Ewropa.", "Aħna mhux illum irreżistejna din l-għaqda doganali, Sur President.", "Fil-fatt jekk immorru lura fiż-żmien insibu li dejjem għedna u sħaqna li Malta ma kellhiex tieħu t-triq kollha li twassal sa għaqda doganali għax il- konsegwenzi u l-piżijiet ekonomiċi kienu jkunu mhux biss kbar iżda wkoll diżastrużi.", "Il-Partit Nazzjonalista llum jaf li ma jistax jiskarta aktar l- għaqda doganali - jew inkella kif inhi magħrufa aħjar customs union - għax biex tkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea trid tkun f'għaqda doganali ma' l- Unjoni, għax dik hija waħda mill-kondizzjonijiet biex issir membru.", "L- unika skuża li qed iġib gvern Nazzjonalista m'hi skuża xejn u ma tikkonvinċi lil ħadd.", "Huma issa ġebdu l-argument b'dan il-mod billi qed jgħidu li għaqda doganali għandha ssir fl-istess proċess li jwassal lil Malta fl-Unjoni biex b'hekk skond huma jekk l-għaqda doganali ġġib diffikultajiet, wieħed ikun jista' jistrieħ fuq l-Ewropa biex tgħinna ntaffuhom.", "Wieħed mill-akbar piżijiet li qed jiġi impost fuq il-Gvern Malti m'huwiex, kif qed jaħsbu ħafna, dak ta' l-iscreening iżda huwa l-istadju li jiġi wara.", "Meta nkunu qarribna kemm jista' jkun il-liġijiet tagħna ma' dawk ta' l-Unjoni, inkunu rridu nfasslu pjan nazzjonali komprensiv biex jiġi żgurat li jiġu implimentati l-miżuri ekonomiċi, finanzjarji u leġislattivi li nkunu qbilna fuqhom ma' l-Ewropa.", "Fil-każ tagħna mhux biss aħna kontra ċerti miżuri li qed ikollu jieħu l-gvern imma kontra l-pass li bih se jkollhom iseħħu ċerti tibdiliet.", "Jekk nerġgħu nieħdu l-eżempju ta' Ċipru, insibu li dawn urew kemm konna żbaljati aħna meta ċerti liġijiet tagħna bħala ċentru finanzjarju biddilnihom sa minn seba' snin qabel ma kien sar iż-żmien biex nagħmlu dan.", "Iċ-Ċiprijotti wrew ruħhom aktar intelliġenti minna għax filwaqt li f'ċerti affarijiet ta' screening għaġlu aktar minna, fejn jidħol il-qasam finanzjarju qed jibqgħu jgawdu minn benefiċċji sħaħ tas-sistema preżenti li għandhom, liema benefiċċji jkollhom jċedu biss meta xi darba jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Mistoqsija li rrid nagħmel lill-gvern hija din: Qistu l-impatt li jridu jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq setturi sensittivi, bħax-xiri ta' proprjeta' mill-barranin, kif ukoll bħas-sehem ta' barranin fil-kummerċ domestiku ta' pajjiżna?", "Għalkemm diġa' ttieħdu passi biex Malta tinfetaħ beraħ għall-impatt ta' globalizzazzjoni fil-qasam finanzjarju, irridu nkunu b'saħħitna biżżejjed biex għada pitgħada nilqgħu għal-liberalizzazzjoni sħiħa kapitali, kif ukoll għaż-żieda fil-kompetizzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji barranin fil-kontest ta' l-integrazzjoni Ewropea.", "Min-naħa tagħna m'għandna xejn kontra li ċ-ċaqliq tal-kapital jinħeles minn ċerti restrizzjonijiet, iżda l-biża' tagħna hi li dan se jsir skond kalendarju preċiż li jiggarantixxi liberalizzazzjoni sħiħa fuq medda ta' żmien mhux li rridu aħna imma li trid Brussels minn għandna.", "Suġġett li n-Nazzjonalisti spiss iħobbu jiskartaw huwa dak ta' l- armonizzazzjoni tat-taxxa.", "Illum hemm kurrent qawwi favur din l- armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea u ħafna analisti qed isostnu illi bi Prodi fil-presidenza tal-Kummisjoni Ewropea, din ix-xejra prospettiva tista' tissaħħaħ u mhux tiddgħajjef.", "Jekk jiġri dan inkunu mhux biss tlifna l-kompetittivita' tagħna - għax inkunu rridu nġibu t-taxxi tagħna in line ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea - imma l-gvern ikollu jibla' ħafna minn dak li qal fil-kampanja elettorali ta' l-1998.", "Ftit ilu staqsejt lill- Ministru Dalli jistax jagħti assigurazzjoni dwar dak li deher fl-istampa lokali, li fuq l-ikel, il-mediċini u l-miżati ta' l-iskejjel privati m'hijiex se tidħol il-VAT.", "It-tweġiba tiegħu kienet li bħala ministru tal- finanzi ma seta' qatt jagħti assigurazzjoni simili.", "Dan jikkuntrastja bi kbir ma' dak li kien jintqal fil-kampanja elettorali ta' l-1998, li l-VAT m'hijiex se tkompli tinfirex u li min għandu t-tfal tiegħu fl-iskejjel privati flok jitgħabba b'piżijiet ġodda se jiġi saħansitra mgħejjun u aġevolat finanzjarjament.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar l-istatistika, billi sa ftit ta' żmien ilu kienet taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħi.", "L-Ewropej qed iġbu l-argument jew l-iskuża li ma jistgħux jikkalkulaw x'għajnuna se jagħtuna għax din tinħadem skond il-GDP per capita fuq kriterji ta' l-hekk imsejħa purchasing power parities, sistema li f'pajjiżna għad trid tiġi aktar aġġornata.", "B'hekk ġejna f'sitwazzjoni li minflok jagħtuna l-miljuni li webbluna bihom ċerti Nazzjonalisti, l-Ewropej qed jgħidulna li għadu kmieni wisq biex jiġi stabilit jekk aħniex eliġibbli għall-fondi strutturali jew le.", "Dan kollu juri kif fil-kampanja elettorali ta' Settembru li għadda ġejna ngannati mhux biss mill-politiċi iżda wkoll minn ufiċċjali ewlenin tal-moviment Ewropew - bħal Dr Simon Busuttil - li llum jidhru li ħadu l-premju tagħhom wara li lagħbu b'mod perfett il-logħba Nazzjonalista fl-aħħar kampanja elettorali b'ċerti dikjarazzjonijiet u stqarrijiet li għamlu dwar għajnuna prospettiva finanzjarja lejn pajjiżna.", "Nittama li mid-dibattitu tal-lum u ta' għada l-poplu Malti se jkollu opportunita' aħjar li jifhem il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sħubija prospettiva ta' pajjiżna, għalkemm jidher li l-kelliema tan-naħa tal-gvern aktar qed jinħlew dwar platitudes milli dwar argumenti sodi u konkreti biex jissostanzjaw il-pożizzjoni politika li ilhom li ħadu ż-żmien.", "Iżda aktar importanti minn hekk, wieħed jawgura li dan id-dibattitu jiftaħ għajnejn il- poplu għall-fatt li t-triq tas-sħubija fl-aħħar mill-aħħar hija l-frott u l- konsegwenza ta' deċiżjoni strateġika żbaljata u ta' piżijiet kbar fuq l- ekonomija, fuq il-finanzi u fuq is-soċjeta' Maltija u Għawdxija, li ma kellhomx iġorru l-istess toqol li kieku l-poplu Malti kellu jagħżel it-triq ta' żona ta' kummerċ ħieles u li fil-fehma tiegħi kienet u għadha għażla vijabbli għal pajjiżna.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, il-mod kif qed jiżvolġi dan id-dibattitu, kemm f'din il-Kamra kif ukoll fuq il-mezzi tal-media, ifakkarni ħafna f'dak li kien jiġri 37 sena ilu fi żmien meta l- Partit Nazzjonalista kien qed jagħmel kampanja għall-indipendenza.", "Dak iż- żmien niftakru sewwa u naħseb li għajr il-Prim Ministru, jiena l-uniku wieħed minn din il-Kamra li kont ħadt sehem attiv f'dik il-kampanja.", "Kienet kampanja li kellha oppożizzjoni kemm minn dawk li ndunaw li l- influwenza tagħhom ma' l-Ingliżi kienet se tisparixxi, kemm minn dawk li għamlu s-somom personali tagħhom u mingħajr ma qagħdu jaraw l-istampa kollha ħassew li ma kienx jaqblilhom u riedu jivvutaw kontra, kif ukoll minn dawk li għamlu kalkoli politiċi u sabu raġunijiet biex jopponu għax ma setgħux jidhru li kienu fil-fatt allineati mal-gvern tal-ġurnata.", "Naħseb kien għalhekk li kull partit fassal il-politika tiegħu fuq kalkolu soġġettiv u ċertament mhux oġġettiv u hekk qed jerġa' jiġri llum ukoll.", "Iż- żmien tana parir u fil-fatt min kellu r-rieda, il-viżjoni u fuq kollox il- konvinzjoni fil-kapaċitajiet u fl-abbilta' tal-poplu u kien kapaċi jimxi 'l quddiem u jmexxi, rebaħ.", "Illum li għadda dan iż-żmien kollu u ġara dak li ġara m'hawn ħadd f'dan il-pajjiż li jixtieq ireġġa l-arloġġ lura u jgħid li ma jridx l- indipendenza jew li din kienet ħażina u ma gawdejniex minnha.", "Fil-fatt, għalkemm ir-raġunijiet li kienu jinġiebu kontra l-indipendenza kienu varji, it-tattika jew l-istrateġija tat-tliet fazzjonijiet li għadni kif semmejt tista' tgħid li kienet waħda, dik li jinżergħu d-dubji, li jbeżżgħu minn dak li kienu jsejħu dak iż-żmien \"qabża fid-dlam\" u jġibu stampa ta' diżastru, ta' ġuħ, ta' għaks, ta' akkarija, ta' eżilju, ta' faqar u anke ta' qgħad li kien ġej.", "Illum qed nerġgħu nisimgħu l-eku ta' dik il- kampanja għax minkejja t-tisbit tas-sider u l-appelli kollha għall- oġġettivita', jiena kulma qed nisma' min-naħa l-oħra huma ħafna domandi retoriċi, li min jismagħhom irid jasal għall-konklużjoni li sħubija ma taqbilx għal Malta.", "Allura anke min jitkellem u jagħmel appelli kontra l- partiġġjaniżmu, l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hi li jħares lejn il-mera u jgħid li m'għandux jagħmel dan it-tip ta' diskors.", "Għalhekk qabel ma nikkummenta dwar xi aspetti pożittivi li jolqtu t-turiżmu, irrid nagħmel kummenti maħsuba biex ċerti għajdut li jintqalu jew jinkitbu ta' spiss f'ċerti gazzetti nirisponduhom ukoll.", "Fil-fehma tiegħi jintqal ħafna kliem fieragħ dwar id-dulluvju ta' Ewropej li jispiċċaw jiġu Malta biex jaħtfu l-impjiegi u l-businesses tal-Maltin hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Għall-mument irrid ninsa dak li kien qal ministru tal-gvern Laburista fl-1972 - illum m'għadux magħna - meta awgura li tant kien se jkollna ekonomija kbira f'dan il-pajjiż u tant kien se jkollna xogħol li konna se nġibu 3,000 ħaddiem minn Sqallija.", "Issa llum bil-maqlub is-suċċessuri tiegħu qed jibżgħu li se jiġu l-Isqallin f'Malta!", "Storikament - dan huwa ppruvat statistikament u demografikament - il-firxa ta' l-Ewropej li jridu jsibu x-xogħol u jtejbu l-qagħda tagħhom kienet dejjem miexja lejn in-north milli lejn in-nofsinhar ta' l-Ewropa.", "Min jemigra biex itejjeb il-qagħda tiegħu jemigra lejn ekonomiji b'saħħithom u żviluppati u ċertament mhux lejn ekonomiji li m'humiex daqshekk żviluppati jew b'saħħithom.", "Apparti minn dan, jiena naħseb li hemm diversi aspetti oħrajn - ejja nsejħulhom difiżi - li jimmilitaw kontra l-fatt li jiġu hawnhekk dawn il-gelgul ta' ħaddiema mill-Ewropa li huwa mbassar li qed jiġi mill-parti l-oħra.", "L-ewwelnett hemm il-lingwa differenti.", "Jekk Portugiż jiġi Malta, la jaf bl-Ingliż u lanqas bit-Taljan, kulma jaf bil-Portugiż u allura x'se jagħmel hawn Malta?", "Jekk jiġi Spanjol l-istess, x'se jagħmel hawn Malta?", "Forsi jekk jiġi Taljan ikun jista' jikkomunika, imma jekk jiġi jew biex jiftaħ ħanut jew xi business żgħir.", "Allura jekk irid jiftaħ business jista' jibqa' fejn hu għax ċertament il-firxa u l- kobor tas-suq li hemm Sqallija - ħalli nsemmu dan il-post - huwa ħafna akbar minn dak li jeżisti f'Malta.", "Oltre dan, l-iskala tas-salarji u tal- pagi li jitħallsu Malta ċertament m'hijiex ta' livell li tattira lil min jiġi Malta.", "Imbagħad wara li ssib l-impjieg trid issib il-flus biżżejjed biex tisposta l-familja tiegħek - jekk tkun miżżewweġ - u ċertament irid ikollok anke saqaf fuq rasek.", "F'dan il-kontest irrid infakkar illi l- Unjoni Ewropea ma torbot lill-ebda Stat membru li jipprovdi lil ċittadin ta' pajjiż ta' nazzjonalita' oħra b'saqaf fuq rasu taħt xi skema soċjali.", "Imbagħad irridu niftakru li mill-1995 sal-lum spiċċa l-kontroll fuq il-kera kompletament, anke fuq proprjetajiet antiki, u l-ammont li jintalab b'kera lill-barranin huwa ċertament għoli.", "Allura dan kollu m'huwiex inċentiv li jħajjar barranin li jaħdmu hawn Malta.", "(Interruzzjonijiet) Illum spiċċa l-kontroll tal-kera u għandna free market.", "Għal dak kollu li għandu x'jaqsam mat-turiżmu, Sur President, irrid ngħid li ilna snin twal li lliberalizzajna u ppermettejna lil barranin jinvestu u jmexxu lukandi u restaurants ta' kwalita' għolja f'pajjiżna u ma qgħadniex nistennew li Malta tapplika biex tidħol fl-Unjoni għax għal dak li għandu x'jaqsam mat- turiżmu l-ekonomija hija miftuħa.", "Kien hemm żmien meta kienu jsemmu l-kwestjoni tad-duty-free għax issa d- duty-free m'għadux jeżisti fl-Ewropa.", "Forsi l-aktar ħaġa li tista' ddejjaqna - marġinalment ngħid jien - huwa l-fatt li d-duty-free għadu jeżisti fit- Turkija, f'Ċipru u fl-Afrika ta' Fuq, kollha kompetituri viċini tagħna.", "Pero' il-business tal-ħwienet ta' l-akbar ajruporti, bħal dak ta' Schiphol, fejn kien hemm business kbir ta' duty-free, għadu sejjer u l-impjegati ma ngħatawx is-sensji.", "Allura dak huwa babaw ieħor li spiċċa fix-xejn.", "It- turiżmu ma jfissirx biss lukandi, ristoranti u affarijiet bħal dawn imma jfisser ukoll kummerċ għall-konsumatur għax in-nefqa tinfirex u kull ħaġa li għandha attivita' ekonomika, il-konsumatur igawdi u jibbenefika minnha.", "Allura tajjeb li nkejlu bil-loġika u mhux emotivament l-impatt fuq dan is- settur periferiku u naraw, per eżempju, kemm ġejjin nies f'pajjiżna biex jiftħu ħwienet tal-merċa jew tas-snajja'.", "Ċertament qatt ma jgħaddili l-ħsieb li ġejjin l-eluf biex fiċ-ċokon tas- suq tagħna jiftħu xi grocer, xi ħanut tal-ħwejjeġ jew biex jagħmlu xogħol ta' mechanic jew xi xogħol ieħor.", "Fl-istess ħin ma neskludix il-fatt li ma jkunx hawn min jiġi biex jiftaħ xi fabbrika b'erba' min-nies, pero' dan diġa' qed jiġri llum għax għandna l-MDC li l-missjoni tagħha hi li tattira dan it-tip ta' investiment.", "Naħseb li l-aktar ħaġa faċli hija li tbeżża' u ddaħħal il-flieles f'moħħ dak li jkun, speċjalment f'moħħ dak li jaħseb li jkun komdu u m'għandu l-ebda inizjattiva.", "Min m'huwex komdu u allura jkun irid itejjeb il-pożizzjoni tiegħu, jiftaħ widnejh għal xi opportunita' li biha jkun jista' jtejjeb il-livell tal-ħajja tiegħu, jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu u javvanza.", "Veru li kulħadd jibża' minn dak li m'huwiex magħruf u għalhekk huwa tajjeb li qed nagħmlu dan id- dibattitu għax huwa importanti li l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tkun sħiħa.", "Issa ħalli nsemmi l-vantaġġi li jista' jkollha Malta jekk tidħol fl-Unjoni.", "L-ewwelnett jekk Malta tidħol fl-Unjoni l-ebda pajjiż ma jista' jiddiskrimina kontra pajjiż ieħor.", "Voldieri l-Ingilterra - li bħalissa qed tiddiskrimina ma' Malta għax m'ahniex Stat membru - ma tkunx tista' tagħmel id-departure tax għal kulmin jiġi Malta mill-Ingilterra d-doppju ta' dak li jħallsu l-Ingliżi meta jmorru f'xi pajjiż ieħor li huwa stat membru ta' l-Unjoni.", "Dan huwa ta' vantaġġ għal Malta għax il-pajjiżi Ewropej - 85% tat-turiżmu tagħna ġej mill-Ewropa - ma jistgħux jiddiskriminaw b'dan il-mod kontra Malta.", "Barra minn hekk malli Malta tidħol fl-Unjoni, l-Air Malta jkollha aċċess għall-ajruporti kollha ta' l- Istati membri.", "IIlum biex l-Air Malta jkollha aċċess għall-ajruporti kollha jkollna nagħmlu air services agreement u ħafna tqanżih minn hawn u bargaining minn hemm.", "Forsi jkun hemm min jgħid li mbagħad Malta bilfors ikollha tagħti aċċess lil-linji ta' l-ajru tal-pajjiżi l-oħra.", "Aħna ilna żmien b'open skies policy u j'Alla jiġu aktar linji ta' l-ajru lejn Malta!", "Din m'hijiwex kwestjoni ta' diskriminazzjoni imma hija pjuttost kwestjoni ta' opportunitajiet.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dawn l-aħħar snin kull gvern, kemm Nazzjonalista kif ukoll Laburista, sab diffikulta' biex iżid il-budget ta' l-NTOM għar- reklamar u l-promozzjoni.", "Issa dan huwa neċessarju biex Malta u l-prodott Malti jkunu aktar viżibbli.", "Is-sempliċi fatt li aħna nkunu qed nospitaw avvenimenti ta' l-EU, li nkunu qed nissemmew fl-istess nifs mal-pajjiżi kollha ta' l-EU u li jkollna dak l-exposure kollu fuq television screens internazzjonali huwa fih innifsu viżibilita' u jpatti ħafna għan-nuqqas li dan il-pajjiż għandu li jipprovdi lill-enti nazzjonali tat-turiżmu b'mezzi għar-reklamar.", "It-turiżmu huwa tripied mpernjat fuq tliet saqajn.", "Fil- fatt semmejt il-vantaġġi li jkollha l-Air Malta, semmejt dwar il- viżibilita' u issa se ngħid xi ħaġa dwar il-prodott, sew għal dak li huwa infrastruttura kif ukoll għal dak li huwa riżors uman.", "Jiena qed insemmi l-bibien li se jinfetħu għall-Maltin pero' li jinkwetani hu li jkollna brain drain u mhux li jiġu ħafna nies u jeħdulna l- jobs, tħobb tbeżża' l-parti l-oħra.", "Il-veru nkwiet huwa li jkollna nies tajbin li jsibu opportunitajiet akbar biex jaqilgħu aktar u jiżviluppaw il- kapaċitajiet tagħhom fl-Ewropa.", "Din hija opportunita' - u ma jidhirlix li għandi nċaħħadha liż-żgħażagħ Maltin - imma ejja nipparagunaw dan l- iżvantaġġ mal-vantaġġi kollha li wieħed jista' jikseb mill-Ewropa.", "Ċertament m'għandniex inċaħħdu ċ-ċans li l-Maltin jidħlu għal dawn l-iskemi ta' l-Unjoni Ewropea li jgħollu l-livell ta' tagħlim u anke ta' taħriġ.", "Illum dawn l-iskemi huma magħluqin għalina.", "Hemm skemi oħra li bihom is- settur privat jikseb fondi taħt skemi ta' inċentivi u anke self b'imgħax baxx.", "Dan ukoll hu magħluq għalina.", "Hemm il-fondi strutturali u l-fondi reġjonali li minnhom gawdew Spanja, il-Portugal u l-Greċja, it-tlieta kompetituri diretti tagħna.", "L-Irlanda hija professional għall-mod kif irnexxielha tikseb kemm jista' jkun fondi mingħand l-Unjoni Ewropea u llum min imur l-Irlanda, Spanja, il- Portugal u l-Greċja jara x'sar fit-toroq, x'sar fit-trasport, x'sar fl- ambjent u x'sar fil-qasam tal-kultura.", "Dawn il-pajjiżi kellhom il- kapaċita' li jutilizzaw kemm jista' jkun il-fondi ta' l-Unjoni, fondi li s'issa m'humiex aċċessibbli għalina.", "Fil-fatt dan huwa dak li tassew jonqos għall-prodott tagħna.", "Għall-prodotti speċjalizzati li għandhom dimensjoni Mediterranja hemm il-MEDA, li għalissa wkoll ma nistgħux nidħlu fiha.", "Hemm imbagħad il-multi-regional operative programme for development and maximisation of sustainable tourism li avolja ħareġ fl-1998, diġa' iffinanzja mal-500 proġett u aħna qegħdin assenti.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid xi ħaġa dwar id-dħul ta' l-Euro, il-munita li llum forsi għadha ma kesbitx dik l-importanza u saħħa li wieħed kien jistenna li jkollha.", "Fil-fatt l-euro għadha in book money form u wieħed ma jistax jużaha biex imur jixtri biha mingħand tal-ħanut imma wasslet għal diversi vantaġġi, speċjalment fil-qasam tat-turiżmu.", "Wieħed minn dawn il-vantaġġi hu li n- negozju jkun trasparenti.", "Fil-fatt ma tridx toqgħod tagħmel il-kambju biex tara eżattament l-valuta ta' Spanja jew ta' l-Italja kemm tiġi fl-euro u allura tista' tagħmel il-paraguni, telimina r-riskju tal-kambju u traħħas it-travel, traħħas l-ispiża ta' l-operazzjonijiet u l-price lists ta' l- operaturi tat-turiżmu ma jkollhomx bżonn jagħmlu dawk il-mark-ups għoljin biex jilqgħu għal dan r-riskju tal-kambju.", "Meta l-Ingilterra tidħol ukoll fl-euro ma jkollniex il-bżonn ta' sistemi biex nistabilizzaw il-prezzijiet u nkunu nistgħu nużaw il-fondi tat-tour operator support scheme għar- reklamar, għall-promozzjoni, għat-tisħiħ tal-prodott u għas-support ta' l- istess operaturi.", "Fil-fatt l-euro tiffaċilita' is-safar mhux biss għan- nies li jgħixu fl-Unjoni imma anke għal dawk li ma jgħixux fl-Istati membri ta' l-Unjoni.", "Hemm diversi skemi oħra ta' xejra kulturali li minnhom jibbenefika ħafna t-turiżmu u ħafna pajjiżi fil-fatt irnexxielhom isaħħu l-preżentazzjoni, il- konservazzjoni u anke r-restawr ta' monumenti, ta' palazzi u ta' bini ieħor.", "Jiena nemmen li din hija l-aktar ħaġa li Malta għandha bżonn għax qegħdin fi żmien ta' globalizzazzjoni, meta bil-mod il-mod it-tour operators il-kbar qed jieklu lil dawk iżgħar minnhom.", "Se nispiċċaw fi żmien meta se jkollna nħabbtu wiċċna biss ma' xi ħames tour operators kbar li jiddeċiedu kollox huma minn barra, anke d-destin ta' pajjiż bħal Malta.", "Peress li Malta hija pajjiż żgħir ħafna jistgħu jqegħduna bħala resort żgħir ġo pajjiż kbir u jekk it-tour operators il-kbar jiddeċiedu li s- sitwazzjoni ma taqblilhomx, jew m'għandhomx qligħ biżżejjed jew li m'għandniex biżżejjed x'noffru, they can sideline us u jkollna noqogħdu nqanċu bil-mod il-mod.", "Għalhekk biex nilqgħu għall-isfida ta' globalizzazzjoni hemm żewġ aspetti li wieħed irid jikkura; wieħed minnhom huwa ċertament li aħna nkunu differenti u nagħmlu rwieħna neċessarji.", "Jiena nemmen li l-aktar ħaġa fejn nistgħu nagħmlu rwieħna neċessarji huwa ċertament l-aspett kulturali.", "F'pajjiżna m'għandniex biss l-iżvilupp tal- kultura Maltija x'noffru imma għandna l-eżemplari kollha ta' l-iżvilupp tal- kultura Mediterranja.", "Dan fih innifsu huwa offerta importanti għall- operaturi l-kbar għax inkunu bżonjużi għalihom.", "Ċertament l-għajnuna tal-fondi mill-Unjoni li wieħed jeċċedi għalihom ladarba Malta tkun imsieħba żgur li se tgħin fl-iżvilupp ta' din l- industrija.", "Wara kollox l-industrija tat-turiżmu m'hijiex żgħira, m'hijiex kwestjoni ta' ftit lukandi u ftit ristoranti imma hija industrija li at the last count kienet 25% tal-GDP tal-pajjiż.", "Tabilħaqq nhar il- Ġimgħa se nagħmlu preżentazzjoni biex kulħadd jirrealizza eżattament l- importanza ekonomika ta' din l-industrija.", "Il-vantaġġi kollha li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu spjegati u mixtarra tajjeb mhux biss mil-lukandiera, mir-ristorantiera u minn min għandu xi negozju viċin it-turiżmu imma minn kulħadd, għax meta tħares madwarek issib li t- turiżmu jgawdi minnu kulħadd.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, fil-fatt ir-relazzjoni ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea għandha żewġ options: jew sħubija sħiħa kif qed jippromwovi l-gvern, jew zona ta' kummerċ ħieles kif irid il-Partit Laburista.", "Jien nifhem li l-Partit Laburista bħallikieku jixtieq jillimita z-zona ta' kummerċ ħieles għall-prodotti industrijali biss, iżda l- Kummissjoni Ewropea diġa' tatna r-risposta tagħha għal dan għax lill-gvern preċedenti qablu ċar u tond li zona ta' kummerċ ħieles trid tkopri l- kummerċ kollu - fil-fatt intużat il-frazi \"substantally all trade\" - jiġifieri anke l-prodotti agrikoli kif ukoll is-servizzi, inkluż it- turiżmu, il-qasam finanzjarju, it-tenders tal-gvern u l-oqsma l-oħra kollha.", "Tajjeb li jingħad ukoll - u dan kuntrarjament għal dak li kien qed jgħid ftit ilu l-Onor.", "Leo Brincat - li għalkemm gvern Laburista sostna diversi drabi li ma jaqbilx ma' għaqda doganali, f'April ta' l-1998 l-istess gvern iffirma d-dikjarazzjoni finali tal-kunsill ta' assoċjazzjoni bejn Malta u l- Unjoni, li fiha ntrabat li wara li jwaqqaf zona ta' kummerċ ħieles, imbagħad minn hemm jimxi għat-tieni fazi tal-ftehim, proprju t-twaqqif ta' għaqda doganali.", "Hawnhekk se nikkwota mit-text tal-joint press release - datata 28 ta' April, 1998 - ta' l-EC-Malta association council.", "Din tgħid ċar u tond li:", "\"Once a free trade area is established, the association council will examine the means for further liberalisation and for proceeding to the second stage of the association agreement.\"", "\"The second stage of the association agreement\" hija l-customs union, xejn aktar u xejn inqas!", "Issa filwaqt li tajjeb li wieħed jgħid li sħubija fl-Unjoni tinkludi għaqda doganali u tinkludi zona ta' kummerċ ħieles, ċertament li hemm differenza importanti bejn il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista u l- pożizzjoni tal-Partit Laburista għax bħala membri nkunu nistgħu niġu megħjuna mill-fondi strutturali li l-Unjoni tħaddem taħt il-politika reġjonali.", "Dawk il-pajjiżi bħal Malta li għandhom livell ekonomiku li ma jaqbiżx il-75% tal-medja Ewropea jiġu megħjuna bi dritt biex itejbu l- progress ekonomiku tagħhom, permezz ta' assistenza diretta finanzjarja.", "B'zona ta' kummerċ ħieles ma jkollniex din l-għajnuna u b'hekk inkunu f'pożizzjoni żvantaġġjata għax l-industrija lokali tkun trid tikkompeti ma' l-industrija Ewropea, li hi protetta u megħjuna.", "Bħalma diġa' qalu kelliema oħra, il-Partit Laburista jħobb ibeżża' bil- babaw u fost l-oħrajn ibeżża' bil-fatt - l-Onor.", "Alfred Sant huwa rinomat għal dan - li pajjiżna huwa żgħir wisq.", "Apparti li hemm Ċipru, li huwa applikant wkoll għal sħubija sħiħa, tajjeb li wieħed jgħid li l-aktar żewġ pajjiżi sinjuri fl-Unjoni huma l-iżgħar pajjiżi, il-Lussemburgu u d- Danimarka; u l-aktar żewġ pajjiżi b'rata ta' żvilupp mgħaġġel huma l- Irlanda u l-Finlandja, li huma wkoll żewġ pajjiżi żgħar.", "Issemma' wkoll il- fatt li pajjiżna huwa gżira.", "Fil-fatt fit-Trattat ta' Amsterdam il-pajjiżi ta' l-Unjoni rrikonoxxew li inevitabbilment hemm ċerti żvantaġġi strutturali ta' natura permanenti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' ħafna gżejjer u nistgħu ngħidu li f'Marzu ta' l-1998 sar pass 'il quddiem meta ġie approvat rapport tal-Parlament Ewropew fuq dan is-suġġett.", "L-oppożizzjoni Laburista tbeżża' wkoll bil-fatt li se nerġgħu nsiru kolonja.", "Il-verita' hi li meta konna kolonja kellna min jikkmandana imma issa bħala membri ta' l-Unjoni se nkunu nistgħu npoġġu fuq l-istess mejda ma' pajjiżi oħra - inkluż mal-pajjiż li qabel kien jiddominana - u nieħdu deċiżjonijiet fuq l-istess livell magħhom.", "Aktar minn hekk, l- opportunitajiet għal investiment barrani se jiżdiedu ferm għax l- investituri barranin jkunu jafu għal xiex deħlin, ikunu jafu li qed jitrattaw ma' pajjiż li huwa parti integrali mis-suq Ewropew, suq ta' 400 miljun ruħ, u jkunu jafu wkoll li jkunu jistgħu jistrieħu fuq l-inċentivi fenomenali li l-Unjoni toffri għal investimenti ġodda f'reġjuni li għadhom lura ekonomikament.", "Fil-fatt jirriżulta li tul is-snin il-Portugal, Spanja u l-Irlanda daqqew it-trombi fin-negozjati tagħhom ma' investituri potenzjali barranin billi qalu li bħala pajjiżi msieħba ma' l-EU setgħu jistrieħu fuq l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni biex ikun jista' jsir l- investiment.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li r-ristrutturazzjoni ta' l- industrija trid issir kemm jekk nissieħbu kif ukoll jekk nidħlu għal zona ta' kummerċ ħieles.", "Dan għaliex fiż-żewġ każijiet l-industrija tagħna trid tkun lesta biex tikkompeti f'suq miftuħ Ewropew.", "Niġu issa għal min għandu negozju żgħir għax hawn ukoll għadna kif smajna lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro tbeżża' bil-babaw li tal-ħwienet se jkollhom jagħlqu.", "Huwa importanti li ngħidu l-fatti kif inhuma għax 99.9% tan-negozji kollha fl-Ewropa huma żgħar u 93% huma negozji żgħar ħafna għax jimpjegaw inqas minn għaxra.", "Saħansitra 53% tan-negozji kollha fl-Ewropa jikkonsistu f'nies li jaħdmu għal rashom, jiġifieri self-employed.", "L- Unjoni tiddependi fuq negozji żgħar għal madwar 65% ta' l-impjiegi kollha u tal-ġid kollu li jinħoloq.", "Huwa għalhekk li l-Unjoni tagħti daqstant importanza lil dan is-settur.", "Nistgħu nsemmu ħafna inċentivi għan-negozji ż- żgħar.", "Dawn jikkonsistu f'għajnuna finanzjarja diretta u għajnuna għall- aċċess aħjar għal finanzjament ieħor; għajnuna għall-SMEs f'reġjuni anqas żviluppati bħal Malta; għajnuna għal titjib fil-livell tal-kondizzjonijiet, u tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol; u anke ambjent finanzjarju aħjar bħal, per eżempju, liġi biex jitħarsu l-interessi tan-negozji ż-żgħar meta dawn ma jitħallsux fil-pront, jiġifieri late payments.", "Il-Partit Laburista jbeżża' wkoll bil-babaw meta jgħid li l-barranin ikollhom id-dritt jiftħu ħanut jew negozju f'Malta.", "Imma x'inhuma l-fatti, Mr Speaker?", "Ma jagħmilx sens ekonomiku għall-barrani li jinvesti f'ħanut għas-suq lokali biss għax is-suq tagħna huwa żgħir wisq, kif kien qiegħed jgħid sieħbi, l-Onor.", "Michael Refalo.", "L-istess, il-Partit Laburista jbeżża' bil-babaw meta jgħid li fl-Unjoni hemm ħafna qgħad u allura aħna se jiġrilna l-istess.", "Fil-fatt il-pajjiżi li għandhom l-anqas rata ta' qgħad huma l-iżgħar pajjiżi ta' l-Unjoni, jiġifieri l-Lussemburgu, id- Danimarka u l-Fillandja.", "Allura m'huwiex veru li min hu żgħir għandu jbati aktar minn min hu kbir, anzi l-istatistika turi eżatt bil-maqlub.", "Il-Partit Laburista jeżża' bil-babaw meta jħid li l-ħajja se tkompli togħla.", "Iżda x'inhuma l-fatti, Mr Speaker?", "L-Unjoni Ewropea tgawdi minn rata ta' inflazzjoni ferm baxxa, ta' anqas minn 2%.", "L-oppożizzjoni Laburista tbeżża' meta tgħid li ħaddiema barranin ikollhom dritt jaħdmu hawn Malta u allura se jieħdu x-xogħol tal-Maltin.", "Fil-fatt ħadd ma jista' jeżerċita d-dritt ta' residenza f'pajjiż ieħor jekk ma jkollux mezzi biex imantni lilu nnifsu; u ħadd ma jista' jkun ta' piż finanzjarju fuq il- pajjiż fejn imur jgħix jew fuq is-sistema ta' social welfare ta' dak il- pajjiż.", "Aktar minn hekk, il-ħaddiema li jaħdmu f'pajjiż ieħor ta' l-Unjoni huma ftit aktar minn 1% u dawn telqu minn pajjiżi relattivament fqar għal pajjiżi aktar sinjuri, bħar-Renju Unit u l-Ġermanja.", "Iżda aktar minn hekk hemm fatturi anqas uffiċjali ta' kif wieħed jista' jikkontrolla l-influss ta' barranin jekk jinstab li dan fenomenu jkun qed jiżdied.", "Dan jista' jsir faċilment billi jiġu rinforzati ċerti regoli, bħall-bżonn ta' eżami f'livell ordinarju jew avvanzat fil-lingwa Maltija.", "Dan diġa' japplika f'diversi postijiet bħaċ-ċivil, banek u diversi setturi oħra u aħna nistgħu nużaw din il-miżura wkoll.", "Ħaġa oħra li l-oppożizzjoni Laburista tbeżża' dwarha hija li l-barranin ikunu jistgħu jixtru proprjeta' kemm iridu f'Malta, iżda l-fatti huma li hemm pajjiżi bħad-Danimarka li għandhom deroga biex ma jħallux dan isir.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo beżża' dwar il-fatt li l-istudenti Ewropej f'Malta jkollhom jieħdu wkoll l-istipendju.", "Huwa minnu li bħalma l-istudenti Maltin ikollhom l-universita' b'xejn, hekk ukoll l-istudenti Ewropej ikollhom l-universita' b'xejn imma m'huwiex minnu li jkollhom ukoll id- dritt għall-istipendju.", "Li hu fatt hu li jekk ma nkunux membri fl-Unjoni, il-programmi li tant għandhom bżonn iż-żgħażagħ ta' l-Unjoni Ewropea jkollna nħallsu għalihom aħna.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid insemmi li l-Partit Laburista dejjem iwiegħed Svizzera fil-Mediterran.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li fl-1992 l- Isvizzeri f'referendum għażlu li ma jisseħbux fil-European economic area, li hija meqjusa minn ħafna bħala l-pass l-aktar viċin għas-sħubija.", "Mar- riżultat ta' dak ir-referendum l-Isvizzera ssospendiet l-applikazzjoni li diġa' kellha għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u minflok fittxet li tinnegozja relazzjoni speċjali f'setturi differenti, skond ma kif kien jaqblilha.", "Sitt snin wara, l-Isvizzera għadha ma waslet għal ebda ftehim ma' l-Unjoni.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex lesta tagħti lil xi pajjiż relazzjoni speċjali b'dak li jaqbel lil naha waħda biss.", "Fil-fatt, minkejja li l-Isvizzera hija pajjiż tabilħaqq sinjur, għaddejja mill-agħar rata ta' żvilupp ekonomiku u mill-ogħla rata ta' qgħad minn żmien il-gwerra 'l hawn.", "Hekk tridna l-oppożizzjoni Laburista, Mr Speaker?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, m'hemm l-ebda dubju li d-deċiżjoni jekk ningħaqdux ma' l-Unjoni Ewropea bħala membri sħaħ jew inkella nadottawx il-politika Laburista u nkunu sħab ma' l-Ewropej fuq bażi ta' zona ta' kummerċ ħieles hija ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Ma ngħidx li din hija l-aktar deċiżjoni importanti li pajjiżna jrid jiffaċċja imma hija ċertament importanti ħafna mill-aspett ta' ħajja soċjali, mill-aspett ta' ħajja ekonomika u industrijali u mill-aspett ta' politika barranija.", "Huwa importanti li meta niddiskutu dan is-suġġett - li issa ilu għaddej għal ħafna snin - nieħdu deċiżjoni oġġettiva, ninsew dak kollu li għedna fil-passat u nżommu quddiem għajnejna li dak li forsi kien tajjeb ħames snin ilu m'huwiex neċessarjament tajjeb għaż-żmien tal-lum.", "Irridu naġġornaw rwieħna kważi kuljum, inkunu mingħajr għamad politiku partiġġjan, niffukaw fuq dak li verament għandu bżonn pajjiżna u nadottaw politika skond ir-realtajiet u l-potenzjal ta' pajjiżna.", "Huwa inutli li noqogħdu nsemmu pajjiżi bħal Ċipru u oħrajn għax ir-realtajiet tagħhom jistgħu jkunu differenti minn tagħna u dawn mhux neċessarjament ikunu jridu jingħaqdu ma' l-Unjoni fuq bażi ta' x'jaqblilhom ekonomikament.", "Per eżempju, waħda mir- raġunijiet għala Ċipru jrid jingħaqad ma' l-Unjoni hi minħabba l-problema tal-qasma fil-pajjiż.", "Anke l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant iridu jingħaqdu ma' l-Unjoni minħabba problemi ta' sigurta' l-aktar.", "Allura dak kollu li ngħidu jrid ikun iċċentrat fuq dak li jaqbel għal pajjiżna u għandu jkollna viżjoni bbażata fuq ir-realtajiet u ninsew il-ħolm li sfortunatament tan-naħa l-oħra jħobbu jogħxew bih.", "Kulħadd jiftakar f'dawk il-fondi strutturali li kienu jħobbu jħolmuna bihom tal-Partit Nazzjonalista - saħansitra kienu waslu biex jgħidulna li dawn il-fondi jistgħu jitilgħu sa Lm100 miljun, imbagħad bil-mod il-mod bdew neżlin għal Lm80 miljun u xi ftit aktar ukoll! - u sħabhom li regolarment kienu jiktbu għan-nom tagħhom fil-gazzetti.", "Għalkemm nafu li xi fondi strutturali jistgħu jingħatawlna - naturalment wara li jsiru d- diskussjonijiet u wara li nikkonvinċu lill-Ewropej li dak li nkunu qegħdin nagħmlu huwa effiċjenti u hemm loku - pero' dan xejn m'hu qrib dak li kienu jimpressjonaw bih lill-poplu.", "Kienu jippruvaw jimpressjonaw lill- poplu bil-politika tagħhom Ewropea u jagħtu l-impressjoni li l-problemi kollha ta' pajjiżna se nsolvuhom b'dawn il-fondi strutturali.", "Illum dik il- bużżieqa ta' fondi strutturali sparixxiet, infaqgħet u issa qegħdin isemmu affarijiet oħra għax qegħdin jgħidu li meta nidħlu fl-Unjoni, iċ-ċittadini tagħna se jkollhom opportunitajiet li ma jispiċċaw qatt.", "Pero' sfortunatament m'humiex qegħdin jispjegaw lill-poplu eżattament fejn u kif se jkunu dawn l-opportunitajiet.", "Li nafu huwa, anke mill-avis li qed nitkellmu fuqu llum, li mhux talli mhux se jkollna opportunitajiet talli bilfors rridu nċedu dawk il-ftit li għandna f'idejna bħalissa, bħas-servizzi finanzjarji, xi ħaġa li ż-żewġ naħat tal-Kamra qbilna fuqha.", "Jeżistu opportunitajiet li qegħdin ingawdu minnhom bħalissa minħabba l-pożizzjoni ta' pajjiżna, li għalkemm sa ċertu punt aħna mseħbin ma' l-Ewropa imma m'għandniex full membership, u jekk xi darba naslu biex ikollna full membership dawn l-opportunitajiet se nitilfuhom.", "Jiġifieri din il-bużżieqa ta' l-opportunitajiet tinfaqa' anke minn dak li joħroġ mill-avis.", "Imbagħad hemm bżieżaq oħrajn, bħall- investiment li jiġi lejn dan il-pajjiż jekk nissieħbu bħala membri ta' l- Unjoni.", "Nafu li meta l-Partit Laburista kien fil-gvern, ċerti industriji kbar kienu lesti jibqgħu hawn preċiżament minħabba l-politika tagħna ta' close relationship short of full membership.", "Bużżieqa oħra tal-politika Nazzjonalista dwar l-Unjoni hija l-impressjoni li kienu jippruvaw jagħtu lill-poplu li malli ningħaqdu ma' l-Unjoni, il- qagħda finanzjarja prekarja li ninsabu fiha se tissolva mil-lum għal għada.", "Il-poplu malajr jimpressjona ruħu bi statements bħal dawn pero' nafu li dawn il-bżieżaq infaqgħu hekk kif ħareġ l-avis ta' Frar li għadda.", "Għax, ngħiduha kif inhi, irid ikun hemm ċerta konsistenza bejn dak li jgħidu u dak li jagħmlu ż-żewġ partiti meta jkunu fil-gvern.", "Per eżempju, aħna naraw inkonsistenza tremenda bejn dak li jgħidu tal-Partit Nazzjonalista u dak li fil-fatt jagħmlu għax jgħidu li jixtiequ jkunu membri sħaħ ta' l- Unjoni u fir-realta' jagħmlu kontra dak li tgħidilhom l-istess Unjoni.", "Eżempji ta' dan għandna kemm trid!", "Nieħdu l-akbar problema li qed niffaċċjaw, dik tad-deficit, li hija akbar minn din l-problema li qegħdin nitkellmu fuqha llum.", "Minn mindu applikaw biex jingħaqdu ma' l-Unjoni kienu jafu li jridu jżommu kontroll fuq id-deficit, iżda bil-maqlub, sena wara l-oħra, speċjalment bejn l-1993 u l-1996, il-problema tad-deficit finanzjarju kompliet tikber bla kontroll.", "Jiġifieri dawn iridu jingħaqdu ma' l-Unjoni u meta din tgħidilhom x'għandhom jagħmlu, jagħmlu eżattament bil-kontra!", "Ħalli nsemmilkom aktar inkonsistenzi.", "Dan il-gvern jaf li biex jingħaqad ma' l-Unjoni jrid ikun kompetittiv, strutturat tajjeb u ppreparat biex jiġġieled il-kompetizzjoni.", "Aħna nafu li meta nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni bilfors irridu ngħumu max-sharks, irridu nkunu nafu ngħumu daqshom, u biex nikkompetu ma' dawn il-pajjiżi, li issa huma esperti fil-kompetizzjoni, rridu nkunu strutturati tajjeb.", "Lil dan il-gvern nistaqsih: X'sar minn mindu applika biex jingħaqad ma' l- Unjoni biex l-industrija tagħna tiġi ristrutturata u tkun tista' tikkompeti ma' industriji Ewropej?", "Ma sar assolutament xejn u l-ftit sforzi biex l- industrija tagħna tkun kompetittiva saru tul is-sentejn li gvern Laburista għamel fil-gvern.", "Min-naħa l-oħra, meta ta' l-Unjoni qed jagħfsuhom biex ineħħu l-levies - ara dak jaqbel lill-Unjoni Ewropea! - mill-ewwel iddeċidew li jneħħuhom fl-inqas żmien possibbli.", "Jiġifieri biex ningħoġbu ma' l-Ewropej lesti li nissagrifikaw l-industrija tagħna, inneħħu l-levies u nneħħulhom il-protezzjoni.", "Imma mbagħad, wara li kellna dan iż-żmien kollu għad-dispożizzjoni tagħna biex l-industrija tiġi ristrutturata, ma ħadna l-ebda vantaġġ.", "Issa lill-industrija tagħna jridu jitfgħuha f'dan il- baħar imqalleb ta' kompetizzjoni mingħajr ma hija ppreparata.", "Din hija l- inkonsistenza tremenda bejn il-paroli tan-Nazzjonalisti u dak li fil-fatt kapaċi jagħmel dan il-gvern.", "Pero' l-akbar inkonsistenza bejn dak li jixtiequ jagħmlu n-Nazzjonalisti - jiġifieri li jingħaqdu bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea - u dak li kapaċi jagħmlu, narawh fil-qasam tal-korporazzjonijiet.", "Jekk naraw x'qalu l-Ewropej fl-avis ta' Frar li għadda dwar il-korporazzjonijiet pubbliċi nsibu ċertifikat ta' taħwid bejn dak li jgħid li jixtieq jagħmel dan il- gvern u dak li fil-fatt kapaċi jagħmel.", "F'paġna 13 ta' l-avis l-Ewropej qed jgħidulna hekk:", "\"Over the last couple of years, the financial position of state-owned enterprises in Malta has weakened considerably.", "All Malta's major public corporations suffer from a deteriorating operational surplus as a result of inefficiencies, rising personnel costs, difficulties in collecting arrears and a lack of a market-based prices policy.", "This development has been particularly acute in three large public enterprises, namely, Telemalta, Enemalta and the Water Services Corporation.", "Two other corporations, Malta Drydocks and Malta Shipbuilding, continue to be supported by large subsidies in the order of 1.3% of GDP in 1995 to 1996.", "State guaranteed debts accumulated by the large loss-making public corporations now account for around 41% of GDP.", "With the sale of its 45% stake in the postal services and another 40% stake in the telecoms monopoly, the Maltese Government has only very recently initiated the process of privatisation and restructuring of the public sector.", "It has also attempted to gradually reduce subsidies on selected utility services by allowing increase in tariff rates.", "However large state enterprises continue to constitute a heavy burden on the government budget.\"", "Sur President, dan huwa ċertifikat ta' kemm dan il-gvern huwa inkonsistenti għax japplika biex jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea u fl-istess ħin jagħmel kontra dak li qed tgħidlu biex jagħmel il-Kummissjoni Ewropea.", "Hawnhekk l- avis qed jgħidilna li dawn il-korporazzjonijiet pubbliċi huma mmexxija bl- aktar mod ineffiċjenti li wieħed jista' jimmaġina.", "Min-naħa l-oħra ċertifikat bħal dan ma setax jonqos għax, per eżempju, il- gvern xahar wara l-ieħor kien qiegħed iwiegħed lill-poplu li se joħroġlu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Fil-fatt wara li f'Novembru li għadda kien hemm il-ftehim li dawn il-kontijiet kellhom jorħsu, dawn raħsu u issa l- korporazzjonijiet jinsabu fi problemi kbar, il-gvern jinsab fi problema akbar u ma jistax jgħaddilhom il-flus.", "Is-sabiħa hi li fl-aħħar ħarġu dawn il-kontijiet iżda sibnihom mimlijin żbalji, mimlijin anomaliji u l- poplu jinsab imħawwad u anke d-dipartiment jinsab imħawwad.", "Din hija l- ineffiċjenza ta' dan il-gvern.", "Jixtieq jingħaqad ma' l-Ewropa u qed jgħidulu li hu ineffiċjenti.", "Issa dan kien fi Frar ta' din is-sena u minn dak iż-żmien 'l hawn dan il-gvern wera ruħu aktar ineffiċjenti bil-ħruġ ta' dawn il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Qed jgħidulu wkoll li għandu diffikultajiet kbar biex jiġbor l-arretrati.", "Kienu jafu li għandu problemi kbar imma issa qed jagħtuh ċertifikat gwapp ta' kemm hu ineffiċjenti.", "Qed jgħidulu wkoll li għandu nuqqas ta' market- based prices policy.", "Jiġifieri l-gvern għandu dawn il-korporazzjonijiet li huma mimlijin bid-dejn, dawn ma jistgħux ikomplu jagħmlu d-dejn għax l- Unjoni Ewropea ma tagħtihx sussidju fuq il-korporazzjonijiet u allura jrid jara x'se jagħmel.", "Minkejja dan kollu, jiġi qabel l-elezzjoni ta' Settembru 1998 u jikkritika lill-gvern Laburista għax għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma - naturalment dan aħna għamilnih biex dawn il- korporazzjonijiet ma jkomplux ikunu ta' piż fuq il-gvern - u wiegħed li se jraħħas il-kontijiet.", "Imma eventwalment mhux il-poplu se jħallashom dawn mit-taxxi?", "(Interruzzjonijiet) Ta' l-Unjoni Ewropea qed jgħidulu biex ma jkomplix jidħaq bil-poplu għax mingħalih qed iraħħaslu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mbagħad jgħaddihomlu f'taxxi.", "Qed jgħidulu biex ikun loġiku u effiċjenti għax huwa inutli jipprova jraħħas il-kontijiet tad-dawl u ilma ladarba l-pajjiż xorta jrid jerfa' l-piż.", "Qed jgħidulu li ma jistgħux jaċċettawh fl-Unjoni jekk ma jsolvix din il-problema.", "(Interruzzjonijiet)", "Bħalissa qed iqum jinterrompi l-aktar bniedem li huwa responsabbli għall- ineffiċjenza tal-korporazzjonijiet!", "Meta kien segretarju parlamentari l- Onor. Ninu Zammit ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Zammit, on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "George Vella qed isemmi l-korruzzjoni.", "Qed navżah biex jew jgħid x'inhi l-korruzzjoni jew jirtira l-allegazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Onor.", "Zammit qal li l-gvern solva l-problema ta' l- ilma.", "Qbiżt jiena u għedtlu li l-problema tal-korruzzjoni ma solviex u nkompli nsostni li ma solvihiex il-problema tal-korruzzjoni!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Vella qed jammetti li dawwar il-kliem għax mhux hekk qal!", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli.", "L-Onor.", "Zammit u l-Onor.", "Vella, jekk jogħġobhom, ipoġġu bil-qiegħda.", "(Interruzzjonijiet) Grazzi, smajtu l- kumment.", "Ikompli l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jew jispeċifika xi ħbieb għandi jiena jew jirtiraha!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-microphones huma mitfija.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħbieb li għandu hu, kellu u għad għandu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma rridx aktar kummenti.", "Ikompli l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Fl-1993 il-gvern kien qed jippompja Lm14 miljun lil dawn il-korporazzjonijiet u dan is-sussidju ....", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru jpoġġi bil-qiegħda, jekk jogħġbu.", "(Interruzzjonijiet) Onor. George Vella, issa daqshekk.", "Ikompli l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mill-1993 sa l-1998, sena wara l-oħra, il-gvern spiċċa jippompja l-miljuni kbar ta' liri f'dawn il-korporazzjonijiet u r- riżultat ta' dan rajnih u anke tkellimt fil-parlament dwaru.", "(Interruzzjonijiet) Sena wara l-oħra, mill-1993 'il quddiem, il-gvern kompla jippompja l-liri f'dawn il-korporazzjonijiet.", "U x'konna naraw f'dawk is-snin?", "Konna naraw il-korporazzjoni ta' l-ilma tibni impjant wara ieħor tar-reverse osmosis.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni li nofs dawn l- impjanti m'humiex qegħdin jaħdmu minħabba nuqqas ta' ppjanar u minħabba l- ineffiċjenza li issa sirna rinomati għaliha anke ma' l-Ewropej.", "Jiġifieri dan il-gvern irriduċiena f'avis li jitkaża bina dwar in-nuqqas ta' effiċjenza f'dawn il-korporazzjonijiet.", "Dan huwa ċ-ċertifikat li rnexxielu jagħtina gvern Nazzjonalista u għalhekk dan il-gvern huwa msemmi ma' l-Ewropej.", "Imbagħad qed jitkażaw bina kif id-djun ta' dawn il- korporazzjonijiet illum ilaħħqu mal-41% tal-GDP.", "Din hija inkonsistenza tremenda meta rridu ningħaqdu ma' l-Ewropej u dawn min-naħa tagħhom jikkrtikawna u jgħidulna kemm aħna ineffiċjenti.", "Fi Frar ta' l-1999 lil dan il-gvern qegħdin jagħtuh ċertifikat ieħor ta' kemm huwa ineffiċjenti!", "Issa ħalli nitkellem daqsxejn dwar il-qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li aħna kontra l-Ewropa.", "Dan m'huwiex veru għax aħna favur l-Ewropa u rridu iżjed ftehim ma' l-Ewropej pero' rridu nadattaw kull ftehim li nagħmlu biex ikun konformi u jaqbel għal pajjiżna u għall- intrapriżi li għandna.", "Anke dwar il-Maltacom kienu jgħidulna li aħna kontra l-privatizzazzjoni u spiċċa li kellu jkun il-Partit Laburista fil- gvern li pprivatizzaha.", "Issa qed jiftaħru bina.", "Fl-avis li ħareġ fi Frar ta' din is-sena qed jgħidu li l-affarijiet tajbin li saru huma dawk li għamilna aħna - jiġifieri li pprivatizzajna 40% tal-Maltacom u ġibna l- korporazzjonijiet fi stat ta' aktar stabilita' fuq bażi loġika - u l- affarijiet ħżiena li mbierek Alla saru kollha fi żmienhom saru.", "Fil- Maltacom saret privatizzazzjoni ta' 40% u għalkemm il-ftehim kien li l- kumpannija żżomm il-monopolju sa l-2010, minħabba l-pressjoni ta' l-Ewropej se jkollhom ineħħu l-monopolju seba' snin qabel.", "Deċiżjoni bħal din żgur li m'hijiex tajba għall-Maltacom, m'hijiex tajba għall-ħaddiema u lanqas m'hi tajba għax-shareholders li xtraw isħma fil-kumpannija.", "Bil-politika barranija tagħna, li tressaqna close ħafna ma' l-Ewropa iżda mingħajr ma nkunu full members, konna nkunu kapaċi li nżommu dan il-monopolju għall-ġid tal-kumpannija u tat-ħaddiema sakemm l-intrapriża tissaħħaħ u tiġi fuq saqajha.", "Tan-naħa l-oħra ma jistgħux jagħmlu hekk għax dawn l-affarijiet huma ddettati mill-Ewropa u jridu jew ma jridux, jaqbel jew ma jaqbilx għal din il-kumpannija, il-monopolju jrid jitneħħa.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid illi l-politika Laburista dwar l- Ewropa hija l-alternattiva li l-iżjed tagħmel sens u li l-aktar taqbel mar- realtajiet ta' pajjiżna.", "Il-politika tagħna hija bbażata fuq ir-realtajiet u mhux fuq il-ħolm, bħalma hi l-politika Nazzjonalista.", "Tan-naħa l-oħra jwegħduna fondi strutturali kbar, jgħidulna bl-opportunitajiet, jgħidulna bl-investimenti, jgħidulna bl-istilel, jgħidulna li se nsolvu l-qagħda finanzjarja u meta mbagħad titlob id-dettalji dawn ma jirrispondukx.", "Il- verita' hi li aħna konna lħaqna ftehim ma' l-Ewropej dwar il-politika tagħna fil-konfront ta' l-Unjoni u din il-politika kienet rikonoxxuta u l- affarijiet kienu diġa' bdew mexjin.", "Veru li hija politika li forsi ma taqbilx ma' dak li jaqblilhom l-Ewropej - għaliex l-Ewropej jaqblilhom li Malta tidħol magħhom bil-kondizzjonijet li qed jimponu fl-avis - imma ċertament hija l-politika l-aktar adatta għalina.", "Aħna ngħidu dak li nemmnu u jsir dak li ngħidu u mhux bħal tan-naħa l-oħra.", "Per eżempju, jekk l- industrija tagħna għadha m'hijiex ristritturata, dan huwa tort ta' gvern li ilu jitlob li jingħaqad ma' l-Ewropa imma li qatt ma għamel xejn biex l- industrija tiġi ristrutturata.", "Sur President il-politika tagħna hija mżewqa mat-temp li jiflaħ pajjiżna u jien nagħlaq billi ngħid li ż-żmien għad jagħti raġun lill-Partit Laburista għax hekk kif il-gvern Nazzjonalista jiġi ppressat min-naħa Ewropea, dan se jitfa' lill-pajjiż f'iktar inkwiet finanzjarju.", "Forsi mbagħad il-poplu jibda jinduna kif l-unika alternattiva possibbli u kredibbli hija l-politika Laburista li tressaqna qrib ma' l-Ewropa, li ngħinu lill-Ewropej u huma jgħinu lilna mingħajr ma nkunu full members.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u sajd): Mr Speaker, nixtieq nitkellem daqsxejn fir-rigward ta' l-oqsma tal-biedja u s-sajd in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Nibda biex ngħid li bi sħubija u mingħajr sħubija dawn l-oqsma, bħall-oqsma l-oħra, għandhom bżonn ta' restructuring qawwi.", "Hemm bżonn li f'dawn l- oqsma l-operaturi nvoluti jirranġaw l-operat kollu tagħhom bl-iskop li dan jiġi aktar effiċjenti biex b'hekk inkunu nistgħu ngħollu l-livell tal- kompetittivita'.", "Jekk nagħmlu hekk se nkunu qed inġibu dħul aktar għall- operaturi ta' dawn l-oqsma.", "Issa, Sur President, biex nirranġaw dawn l-oqsma hemm żewġ toroq prinċipali.", "Waħda minnhom hija dik li nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea, triq li tfisser illi biex nirranġaw l-operat tagħna se nieħdu medda ta' żmien itwal.", "Barra minn hekk, biex nistgħu nirranġaw l-operat u l- effiċjenza tagħna xorta waħda nkunu rridu l-investiment u jekk aħna ma nkunux fit-triq ta' sħubija dan irridu noħorġuh kollu minn butna.", "Għalhekk dik li jrid imexxina fiha l-Partit Laburista hija t-triq li permezz tagħha nġorru biss it-tbatijiet.", "Imbagħad għandek it-triq l-oħra, li hi t-triq ta' sħubija, triq illi tista' teħdilna bejn tlieta u erba' snin u triq li permezz tagħha nirċievu għajnuna finanzjarja mill-Unjoni biex inkunu nistgħu ntejbu l-effiċjenza tagħna.", "Ħalli ngħid kif aħna nkunu qed nirċievu din l-għajnuna jekk inkomplu f'din it-triq.", "Dalgħodu kien hawn min irrifera għall-common agricultural policy.", "Irridu nfakkru li l-CAP, permezz tal-EAGGF, kull sena toħroġ bħala għajnuna għall- operat kollu tal-biedja ċ-ċifra ta' madwar Lm18 biljun għall-pajjiżi msieħba biex dawn ikunu jistgħu jiggarantixxu prodotti bi prezzijiet li magħhom ilaħħaq il-konsumatur kif ukoll bi prezzijiet li jħallu dħul xieraq għall-operaturi.", "L-istess CAP, permezz ta' l-istrutturi tagħha, tipprovdi madwar Lm1,300 miljun bħala pre-accession funds lil dawk il-pajjiżi li jkunu se jissieħbu, biex dawn ikunu jistgħu jirranġaw l-operat tagħhom fil- qasam agrikolu.", "Aħna nikkwalifikaw biex nieħdu parti minn dan il-pre- accession fund jekk kemm-il darba nagħmlu proġetti bis-serjeta' u bil- għaqal.", "Dawn il-fondi jissejħu rural funds u jiena persważ li jekk kemm-il darba f'pajjiżna ningħaqdu flimkien, nitkellmu b'vuċi waħda u niġbdu ħabel wieħed, dawn il-proġetti nistgħu nagħmluhom u permezz tagħhom inkunu nistgħu nibbenefikaw mill-fondi ta' pre-accession, bħalma għamlu pajjiżi bħall-Irlanda, il-Portugal u Spanja.", "Bis-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea, dawn il-pajjiżi kollha rranġaw u mmodernizzaw ruħhom.", "Mr. Speaker, dalgħodu kelliemi ta' l-oppożizzjoni semma' il-qasam agrikolu u rripeta l-istess kliem li kienu jgħidu qabel l-1996.", "Dak iż- żmien konna ta spiss nisimgħu kantaliena wara l-oħra, fejn kienu jbeżżgħu lin-nies bil-babaw.", "Barra li ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Michael Refalo jaċċenna għal dak li kien jingħad f'pajjiżna qabel ma Malta ħadet l- indipendenza, ngħid ukoll li jiena wieħed minn dawk li nieħu gost naqra l- ġurnal lokali \"The Times\", fejn fil-paġna tan-nofs ifakkarna x'kien jiġri 100 sena ilu u x'kien jiġri 50 sena ilu.", "Kulħadd jaf li 100 sena ilu kienet daħlet l-enerġija elettrika f'pajjiżna u ħafna minn nies ta' dak iż- żmien kienu jbeżżgħu lill-poplu u jgħidu li jekk kemm-il darba tidħol l- enerġija elettrika kienu se jintilfu l-impjiegi.", "Jekk tara x'kien jiġri 50 sena ilu ssib illi meta ddaħħlu l-muturi biex jaqtgħu l-ġebel fil-barrieri kien hawn ħafna li kienu jbeżżgħu lin-nies u jgħidulhom l-istess kliem.", "Iż- żmien tana risposta u llum kulħadd jaf li dan l-immodernizzar mhux talli ma naqqasx l-impjiegi anzi għall-kuntrarju kien fattur ewlieni biex setgħu jiżdiedu l-impjiegi.", "Dalgħodu smajt lil min jgħid li bi sħubija fl-Unjoni d-dqiq se jiżdied b'10c fil-kilo u kull familja se jkollha toħroġ 20 ECU fil-ġimgħa - nesa li l-ECU spiċċa u llum hawn il-euro! - kollu taħwid il-moħħ u kliem biex ibeżżgħu lin-nies.", "Kulħadd jaf illi l-GDP per capita tagħna ma jaqbiżx id- $9,000 u kulħadd jaf li d-dħul medju fil-pajjiżi stabiliti ta' l-Unjoni huwa ta' madwar $21,000 per capita fis-sena.", "Issa kulħadd jaf ukoll illi żewġ terzi ta' 21,000 jiġu 14,000 u kemm-il darba l-GDP per capita jkun inqas minn $14,000 wieħed ikollu dritt jibbenefika minn għajnuna finanzjarja biex inkunu nistgħu nimmodernizzaw pajjiżna.", "Il-GDP per capita tagħna huwa ta' $9,000 u allura se nibbenefikaw sostanzjalment mill-fondi ta' l-Unjoni.", "Ovvjament irid jingħad ukoll illi ladarba d-dħul per capita tal-Maltin jitla' daqs dak tal-ħaddiema l-oħra fil-pajjiżi ta' l-Ewropa, allura hemmhekk bid-dritt naslu fil-livell fejn nibdew nagħtu lil ħaddieħor u dan nagħtuh b'sens ta' solidarjeta'.", "Wara kollox, l-Unjoni Ewropea twaqqfet fuq dan il-prinċipju.", "Irrid ngħid ukoll li min dalgħodu pprova jwerwer lin-nies huwa l-istess bniedem li meta toqgħod tara x'wettaq hu meta kellu l-poter f'idejh taħsibha darbtejn jekk temmnux jew le, Sur President.", "Min dalgħodu ġie jgħidilna li kilo dqiq jogħla b'10c u li kull familja se jkollha toħroġ 20 ECU fil-ġimgħa bħala taxxa huwa l-istess bniedem illi sentejn ilu kien għamel plejtu li kien se jesporta 10,000 majjal u spiċċa biex esporta biss 43!", "Dan l-istess bniedem kien li mela l-irjus tar- raħħala u qalilhom biex irabbu iżjed majjal, dawn emmnuh u bdew irabbu iżjed majjal u spiċċajna b'over production tal-majjal.", "Jiena ma neħux gost noqgħod infakkar ċerti affarijiet imma meta tisma' dawn il-ħmerijiet bilfors ikollok tfakkarhom.", "Dan huwa dak il-bniedem li għamel fjask fl- esportazzjoni tal-ħaxix frisk lejn l-Ingilterra.", "Meta kien responsabbli hu, ġie ppakkjat kollox ġo kaxxi tal-kartun ta' l-Air Malta u dan irriżulta fi fjask enormi.", "Biex jagħmel tajjeb għal dan il-fjask spiċċa biex ħa Lm13,500 mill-fondi tal-patata, li kienu dovuti lill-bdiewa, kif ukoll Lm8,000 minn fond ieħor li kellu jagħmel tajjeb għal xi ħsarat tal-maltemp.", "Sur President, jien ngħid li din ta' l-Ewropa hija kollha kwestjoni ta' fiduċja.", "Id-differenza bejna u bejn tan-naħa l-oħra hija kwestjoni ta' min għandu l-iżjed fiduċja fil-poplu.", "Ma rridx ngħid illi n-naħa l-oħra m'għandhomx fiduċja pero' jiena nemmen li aħna għandna ħafna aktar fiduċja fil-poplu minnhom.", "Aħna nemmnu li l-poplu tagħna kapaċi jqum għall-isfida u dan mhux qed ngħidu jien biss imma anke joħroġ mill-istatements li għamel, per eżempju, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk wieħed jara x'jgħid il- Kap ta' l-Oppożizzjoni jinduna kemm dan verament m'għandux fiduċja fil- ħaddiema.", "Per eżempju, ftit ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-bdiewa ta' l-Ewropa jkabbru 68 tunnellata tadam f'kull disat itmiem raba' meta l- bdiewa Maltin ikabbru biss 38 tunnellata fuq l-istess medda ta' art.", "Jiena ngħid lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-operat fil-qasam ta' l-industrija tat-tadam irid jiġi rranġat.", "Illum hawn is-sistema tad-drip irrigation u b'daqsxejn għaqal il-bdiewa Maltin kapaċi jgħollu l-ammont ta' produzzjoni daqs sħabhom l-Ewropej, jekk mhux iżjed ukoll.", "U ngħid \"jekk mhux iżjed ukoll\" għall-fatt li t-tip ta' klima tagħna tippermetti t-tkabbir tat- tadam aktar milli tippermetti f'ċerti pajjiżi oħra ta' l-Unjoni.", "Meta saritlu intervista fid-29 ta' April ta' l-1998 minn \"The Times\" - u din diġa' poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra - il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal hekk:", "\"There is nothing special about agriculture.\"", "Mhux talli hekk, Sur President, talli meta staqsewh x'inhi d-differenza bejn li tkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea u li tkun f'zona ta' kummerċ ħieles, dan irrisponda:", "\"We wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables.\".", "Sur President, qed ngħid dawn l-affarijiet biex min qed jismagħna llejla jkun jaf id-differenza li teżisti bejn iż-żewġ partiti.", "Il-partit tagħna għandu fiduċja sħiħa fil-bdiewa, fir-raħħala u fis-sajjieda tagħna u jemmen li ladarba jkollhom l-isfida, dawn iqumu għaliha u jirbħuha.", "Ħalli nagħti xi eżempji biex nuri kemm dan huwa minnu.", "Sur President, dan l-aħħar kellna l-eżempju tat-tkabbir tad-dulliegħ.", "Dalgħodu qalulna li l-prezz tad-dulliegħ din is-sena niżel imma ma qalulniex illi l-produzzjoni rduppjat.", "Meta għandek prezz li niżel imma produzzjoni doppja, u meta wieħed jikkalkula li l-prezz tad-dulliegħ niżel b'35%, allura d-dħul kollu għall-bdiewa mit-tkabbir tad-dulliegħ żdied bi 30%.", "U dan hu li rridu aħna.", "Aħna rridu li r-raħħala u s-sajjieda jtejbu l- operat tagħhom u jżidu l-effiċjenza tagħhom.", "Ladarba inti tkabbar l-operat u ladarba ssir iżjed effiċjenti, ovvjament se jkollok dħul finanzjarju akbar.", "L-istess ġara fl-esportazzjoni tal-patata.", "Ladarba aħna nkabbru l- produzzjoni tagħna, aħna rridu li dak is-suq jikber.", "Aħna nafu li f'pajjiżna d-domanda hija limitata, allura ladarba inti qed tkabbar il- produzzjoni u ladarba qed issir iżjed effiċjenti, awtomatikament inti trid suq akbar; u s-suq tagħna huwa s-suq Ewropew.", "Huwa fis-suq Ewropew li għandna ċ-ċans li nsibu n-niċeċ tagħna.", "Per eżempju, niċċa li diġa' għandna stabilita hija n-niċċa fejn nistgħu nesportaw il-patata.", "Għandi pjaċir ngħid li din is-sena żidna varjeta' oħra fl-esportazzjoni tal-patata li fil- passat kienet tiġi esportata imma għal xi raġuni kienet inqatgħet.", "Din is- sena erġajna esportajna l-varjeta' ta' patata Sante' u minnha l-bdiewa tagħna tħallsu l-prezz rekord ta' Lm14.20 għal kull qantar.", "Dan qed ngħidu biex nuri li r-raħħala u s-sajjieda tagħna huma kapaċi jqumu għall-isfida u jtellgħu l-livell tagħhom.", "Sur President, biex nikkonkludi nixtieq nagħmel punt żgħir fuq il-levies.", "Irrid nagħmilha ċara, bħalma diġa' għamilha ċara l-partit li tiegħu nifforma parti jiena, li l-levies fejn jidħol il-qasam agrikolu mhux se jintmessu sakemm aħna nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ladarba nsiru membri sħaħ u gradwalment jibdew deħlin il-CAP mechanisms li jfornu l- investiment, imbagħad jibdew jispiċċaw il-levies.", "Wara kollox il-levies m'huma xejn ħlief taxxa oħra li jagħmel tajjeb għaliha l-konsumatur.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, xtaqt nitkellem ftit dwar l- implikazzjonijiet ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dwar kif din taffettwa l-abilita' ta' pajjiżna li jikkompeti aħjar u jiġbed ukoll investiment aħjar.", "Waħda mill-problemi li pajjiżna jiffaċċja hija dik li għandha x'taqsam mar-regoli li hemm fl-Ewropa fuq il-value added.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Jekk wieħed jagħmel television set hawn Malta, bir-regoli ta' l-Ewropa l-valur miżjud irid ikun madwar 65%, waqt li jekk dik il- fabbrika tkun qed topera mill-Irlanda jew mill-Portugal il-valur miżjud irid ikun biss ta' 45%.", "Wieħed forsi jistaqsi: Imma din x'differenza tagħmel?", "Fil-fatt, Sur President, din il-ħaġa tagħmel ħafna differenza minħabba l- fatt li d-dinja miexja iktar u iktar lejn sistema ta' globalizzazzjoni u allura aħna nsibuha diffiċli biex nesportaw minħabba r-regoli preżenti għal pajjiżi li m'humiex membri.", "Naturalment qed insemmi t-television sets għaliex kulħadd jiftakar fid-ditta Seleco.", "Dik proprju għalqet minħabba l- fatt li ma setgħetx tilħaq il-valur miżjud rikjest ta' 65%.", "Kieku għalina kien 45%, il-kumpannija kienet tkun kapaċi tkompli topera minn pajjiżna.", "Dan huwa punt li juri li l-industrija tagħna jkollha vantaġġ kbir bi sħubija fl-Unjoni għax b'hekk wieħed ikollu regoli ta' esportazzjoni li huma inqas riġidi u permezz ta' dawn ir-regoli aħna nkunu iktar attraenti għall-investiment, speċjalment meta dan ikun immirat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, wieħed irid jiftakar li għaxar snin ilu konna għadna nitkellmu fuq il-purtiera tal-ħadid.", "Infatti sa' l-1989 il-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant ftit li xejn kienu jinnegozjaw ma' l- Unjoni Ewropa.", "Illum dawn il-pajjiżi kollha jridu jsiru membri - u hawn qed nirriferi għall-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenia, l-Istati Baltiċi u anke dawk tal-Balkani - u kollha qegħdin f'pożizzjoni li jistgħu jsiru membri.", "Jekk ma nsirux membri għallinqas fl-istess żmien li jsiru membri huma - anzi jiena ngħid li jekk jista' jkun għandna nsiru membri qabilhom - se niġu f'pożizzjoni skomda għax huma se jkunu ħafna u ħafna iktar attraenti għal investiment.", "Issa biex inkunu nistgħu nikkompetu magħhom irridu nkunu qegħdin ukoll preżentati bl-istess opportunitajiet.", "Dawn l-opportunitajiet ma ġġibhomx bit-triq li għażel il- Partit Laburista, jiġifieri t-triq ta' free trade area u ta' customs union, imma ġġibhom bi sħubija.", "Jekk wieħed jibqa' barra minn dan il-proċess kollu jispiċċa biss bħala parti mill-MEDA programme, li hi l-free trade area tal-Mediterran, li wkoll għandha d-diffikultajiet tagħha.", "Aħna pajjiż ferm iktar ekonomikament żviluppat minn ħafna pajjiżi tal-Mediterran u l- fatt li nkunu qegħdin fil-keffa tal-pajjiżi li huma ferm iktar fil-bżonn minna tpoġġina f'diffikultajiet anke biex inkunu nistgħu niġbdu l- investiment lejn pajjiżna.", "Barra minn hekk dawn il-pajjiżi għandhom labour cost ferm irħas minn tagħna.", "Din il-ħaġa twassalna għall-konklużjoni li biex nikkompetu rridu nikkompetu bil-kapaċita' tagħna u bl-aċċess liberu għall-Unjoni Ewropea.", "Sur President, permezz ta' sħubija aħna jkollna aċċess mhux biss għas-suq ta' l-Unjoni Ewropea imma għas-swieq tal-pajjiżi kollha li għandhom association agreement ma' l-Unjoni.", "Dan ifisser li aħna nkunu nistgħu wkoll nesportaw b'inqas xkiel lejn il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali, ta' l- Ewropa tal-Lvant kif ukoll lejn it-Tuneżija.", "Bħalissa ċerta esportazzjoni tagħna lejn it-Tuneżija tiġi ffaċċjata b'tariffi għoljin u mhux faċli li inti tinnegozja on a one-to-one basis minħabba l-fatt li aħna pajjiż żgħir u allura s-suq tagħna huwa ferm iktar limitat minn tagħhom.", "Per eżempju, qabel l-1989 kellna aktar aċċess għal swieq bħal dak tar-Repubblika Ċeka pero' dan l-access naqsilna minħabba li llum dan il-pajjiż għandu association agreement ma' l-Unjoni.", "Minħabba f'hekk is-sħubija sservi wkoll bħala ċavetta biex mhux biss tiftħilna l-bieb ta' l-Unjoni imma tiftħilna wkoll bibien oħra.", "Sur President, jien nixtieq nikkummenta wkoll dwar xi punti li tqamju min-naħa l-oħra.", "Kemm l-Onor.", "Bartolo kif ukoll l-Onor.", "Brincat qalu li għanda problema fl- istatistika u fil-mod kif inkejlu l-GDP.", "Sfortunatament - u forsi hawnhekk fejn aħna nagħmlu l-iżbalji bħala pajjiż - il-proċess biex nikkalkolaw at purchasing power parity kien inbeda fl-1996 - u dan mhux proċess li tagħmlu mil-lum għal għada imma jieħu madwar tliet snin - imma mal-friża ta' l- applikazzjoni l-gvern preċedenti ffriża dan l-iżvilupp ukoll.", "Aħna konna ppjanajna li sa l-1999 inkunu konformi f'dan l-aspett imma sfortunatament waqajna lura, għalkemm illum qegħdin nerġgħu nipprovaw nirkupraw iż-żmien li tlifna.", "Huwa importanti li nagħmlu din il-ħaġa għax permezz tagħha nkunu nistgħu nqabblu ċ-ċifri tagħna ma' dawk ta' l-Ewropa.", "Barra minn hekk qegħdin nipprovaw ukoll insibu mod kif nistgħu nagħmlu wkoll ċerti stimi mill-informazzjoni li għandna, li mbagħad tiġi maħduma flimkien mal- Eurostat.", "Din m'hijiex l-ideali imma fiċ-ċirkostanzi wieħed irid jara kif jista' jsewwi dak in-nuqqas li sfortunatament tħalla jiżviluppa bla bżonn.", "Xi ħadd tkellem ukoll dwar il-fifth framework programme, li huwa programm ta' riċerka.", "Fl-1996 l-SGS kienet applikat biex tidħol f'dan il-programm li jiswa l-mijiet ta' eluf ta' liri - jekk m'inix sejjer żball Lm700,000 - pero' bil-friża ta' l-applikazzjoni dan il-proġett li kien se jiġi ffinanzjat mill-protokoll finanzjarju wkoll waqaf ħesrem.", "Jien tkellimt mal- kumpannija, tkellimt ma' Brussels u l-verita' hija li we missed the bus u issa rridu naraw kif se nidħlu mill-ġdid fil-proċess ta' riċerka.", "Naturalment dan inħallsu għalih permezz tal-protokoll jew tal-pre-accession funds, li jekk il-Bambin irid se jkunu available mis-sena d-dieħla.", "Allura l-fatt huwa li l-uniku mod li wieħed seta jmur għal programmi bħal dawn huwa proprju billi jipprepara t-triq għall-Unjoni Ewropea u jidħol fl- iskema tal-pre-accession funds.", "Mr Speaker, jien ma rridx intawwal pero' rrid ngħid li tkun xi tkun l- għażla il-bidliet iridu jsiru xorta.", "Dawn il-bidliet jinkludu r- ristrutturazzjoni, bidliet biex l-ekonomija tagħna tkun aktar kompetittiva, bidliet biex ikollna health and safety measures aħjar u bidliet biex ikollna r-regoli li l-Ewropa tesiġi mhux biss fuq il-membri imma anke fuq dawk il-pajjiżi li għandhom association agreement magħha.", "L-għażla hija li jew inkunu fi triq fejn dawn l-affarijiet nagħmluhom waħedna jew inkella nagħmluhom f'qafas ta' sħubija, fejn ikollna assistenza biex inkunu nistgħu nagħmlu diversi programmi u fl-istess ħin ikollna aċċess iktar liberu għall- Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, minkejja dak kollu li jgħidu tan-naħa l-oħra, il-fatt li jkun hemm xi bidliet istituzzjonali ma jfissirx li mhux se tibqa' tingħata importanza kbira għal kull Stat fl-Unjoni.", "Isir xi jsir, pajjiż dejjem se jibqa' jkollu ċertu say, speċjalment fl-affarijiet li jaffetwaw lilu.", "Dan ifisser li jekk ikunu se jsiru xi tibdiliet li jaffettwawna, aħna nkunu nistgħu nġibu rimedju billi nsemmgħu leħinna aktar.", "Għalija huwa importanti li aħna nkunu f'pożizzjoni li ninfluwenzaw, li nkunu nistgħu nieħdu l- benefiċċji ta' suq ikbar u nkunu nistgħu nġibu investiment li tant għandna bżonn f'pajjiżna.", "Jekk nibqgħu barra mill-Unjoni, l-investiment se jmur f'pajjiżi oħra minflok ma jiġi Malta u minħabba f'hekk ikollna problemi ħafna akbar milli għandna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR HELENA DALLI: Grazzi, Mr Speaker.", "Meta qrajt it-tieni rapport ta' l- opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kkonfermajt kemm f'dawn is- snin ta' bejn avis u ieħor kellna ħafna kliem sabiħ u kemm fil-konkret ma kellniex wisq.", "Dan jgħiduh fl-avis stess u jista' jikkonfermah min jifli sew between the lines dak li qegħdin jgħidu l-Ewropej.", "Huwa minn dan l-avis li forsi aħna jkollna xi informazzjoni għaliex sfortunatament mill- information centre aktar ikollna miżinformazzjoni milli jkollna informazzjoni.", "Per eżempju, fil-kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista kien qal li se nieħdu Lm100 miljun hekk kif nerġgħu nirriattivaw l- applikazzjoni, imbagħad fl-avis ta' Frar li għadda l-kummissjoni qaltilna li għad irridu naraw dwar l-eliġibilita' ta' Malta biex tkun tista' tieħu l- istructural funds.", "Jekk din m'hijiex informazzjoni ħażina minn naħa tal- Partit Nazzjonalista, allura ma nafx x'tista tkun informazzjoni ħażina.", "Fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista wegħdu wkoll li se jagħtu l-informazzjoni kollha fuq l-Unjoni imma, kif nafu lkoll, dan m'hu veru xejn għaliex il-gvern qiegħed jipprova jidħak bin-nies billi jgħid is- sabiħ biss.", "Per eżempju, għall-Ministru Giovanna Debono qisna deħlin f'xi ġenna ta' l-art.", "Jiena nammira l-ottimiżmu tagħha imma sfortunatament ir- realta' hija ħafna 'l bogħod minn hekk u jkun tajjeb li nżommu saqajna ma' l-art u ngħidu l-affarijiet kif verament huma.", "Anke l-programmi fuq it- television ta' l-Istat juru s-sabiħ biss u min għandu ftit melħ f'moħħu dawn l-affarijiet ma jistax jeħodhom bis-serjeta'.", "Kull ħaġa fid-dinja fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha u min irid ikun oġġettiv għandu jsemmi kollox.", "Possibbli kollox se jkun sodda tal-ward?", "M'hemmx xewk f'din l-istorja?", "Jien naħseb li kieku m'hemmx xewk konna flimkien nipprovaw nidħlu bil-ġiri.", "Mr. Speaker, la qiegħda nitkellem fuq il-mod kif jiġi ttrattat il-pubbliku in ġenerali, xtaqt insemmi l-intervista li saret lill-kap taċ-ċivil li dehret fil-ġurnal \"il-mument\" tal-bieraħ.", "Waħda mill-mistoqsijiet li saritlu kienet dwar kif jaħseb li s-servizz pubbliku Malti jikkompara ma' dak f'pajjiżi barranin.", "U jiena ngħid: Din x'mistoqsija hi?", "Ma liema pajjiżi qed iqabblu?", "Qed iqabbel is-servizz ċivili tagħna ma' dak tal-Marokk, ma' dak ta' Trinidad and Tobago jew ma' dak ta' Franza, ta' Iceland jew tal-Canada?", "U biex tara s-serjeta', lil min għamillu d-domanda il-kap taċ-ċivil lanqas biss staqsieh għal liema pajjiż kien qed jirriferi iżda sempliċement irrisponda li jaħseb li jikkompara tajjeb.", "Din hija l-informazzjoni li qed jagħtuna.", "Dan bil-kompjaċenza kollha jinsab moħħu mistrieħ li s-servizz pubbliku tagħna jikkompara tajjeb mal-pajjiżi kollha tad-dinja!", "Dan huwa ta' fuq nett, u jekk dan m'huwiex insult għall-intelliġenza tal-qarrejja ta' dak il-ġurnal, ma nafx x'irid ikun.", "Din hija attitudni ta' arroganza, nafu kollox u nafu x'għandna nagħmlu.", "Imbagħad il-kap taċ-ċivil qal ukoll li l-isfida li kellna din is- sena dwar il-preparazzjoni għall-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea uriet dan, meta l-informazzjoni li għandi jien m'hijiex daqstant sabiħa.", "Per eżempju, l-uffiċjali pubbliċi ta' settur partikolari ngħataw ir- regolamenti ta' x'nistgħu nadattaw bħala parti mill-proċess ta' l- iscreening lejliet li telgħu Brussels.", "Araw kif setgħu jippreparaw ruħhom dawn!", "Donnu qed isir kollox bl-addoċċ, kif wara kollox jirrispondi l-kap taċ-ċivil għall-mistoqsijiet li jagħmlulu.", "Dan kollu jikkonferma kemm id- dipartimenti qegħdin 'il bogħod milli jaraw bis-serjeta' x'konsegwenzi se jkun hemm fuq il-pajjiż.", "Per eżempju, fil-bidu ta' din is-sena civil servants Maltin ingħataw taħriġ ta' ħamest ijiem mill-foreign office Ingliż.", "Jien ma nistax nimmaġina xi training setgħu ħadu f'ħamest ijiem.", "Jien ngħid li dan huwa daħk fil-wiċċ biex inkunu nistgħu ngħidu li l- uffiċjali tagħna ġew trained fil-foreign office Ingliż.", "Imma din hi s- serjeta' li biha qegħdin nieħdu dan il-pass?", "Mr. Speaker, nixtieq nirriferi wkoll għall-indirizz li kien għamel il- ministru għall-affarijiet barranin meta f'Mejju li għadda kien għamel speech - the challenge of the EU and the public service - quddiem grupp ta' uffiċjali pubbliċi u kien qal hekk:", "\"As members of the public service and public servants to the nation you will therefore be responsible for adopting those obligations in order to ultimately bring the advantages associated with membership to the Maltese people at large.\"", "Hawnhekk qed nitfgħu kollox fuq l-uffiċjali pubbliċi meta mbagħad għandek uffiċjali li ngħataw id-dokumenti meħtieġa lejliet li kienu se jmorru biex jagħmlu x-xogħol tagħhom!", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq sħubija fl-Unjoni nkunu qed nitkellmu fuq il-vetting ta' kull settur, fuq 31 volum ta' regolamenti u fuq 80,000 faċċata ta' l-acquis li ma jinkludux is-sentenzi tal-qorti tal-ġustizzja.", "Hemm massa ta' court cases li huma unknown u jien nixtieq nistaqsi dwar min qed jara dawn is-sentenzi.", "Min qed jistudja kif inqatgħu ċerti sentenzi?", "Min qed jistudja xi preċedenti nħolqu u kif dawn jistgħu jaffettwaw lid- diversi setturi tagħna?", "Aħna mhux biss irridu naraw kif se jolqtuna r- regolamenti imma rridu nħarsu bis-serjeta' lejn dawn is-sentenzi tal-qorti li m'humiex inklużi fit-80,000 faċċata ta' l-acquis.", "It-top civil servants qegħdin jarawhom dawn?", "Ħadu xi kors fuq kif jistgħu janalizzawhom?", "Jien nixtieq li l-ministru jirrispondini għal dawn il-mistoqsijiet.", "Sinċerament nixtieq inkun naf x'qed isir imma, kif għedt qabel, informazzjoni ftit li xejn qed ikollna.", "Mr Speaker, nisimgħu ħafna retorika fuq l-Unjoni Ewropea għax nisimgħu li deħlin dalwaqt u li se nieħdu Lm100 miljun jekk nirriattivaw l- applikazzjoni.", "Jiena ngħid li jkun aħjar jekk nitilqu mill-fantasija u npoġġu verament saqajna ma' l-art.", "Ejjew nipprovaw naraw kif se jidħlu dawn ir-regolamenti.", "Jien smajt li, per eżempju, minflok mill-parlament ħafna regolamenti se jgħaddu permezz ta' legal notice.", "Għaliex din l-għaġġla kollha?", "X'inhi din li mhux se jkun hemm l-opportunita' li dawn ir- regolamenti jgħaddu mill-għarbiel tad-diversi stadji ta' dan il-parlament?", "Għaliex lanqas se jkun hemm dibattitu fejn jistgħu jiġu highlighted ċerti affarijiet?", "Civil servant jista' ma jkunx induna b'ċerti affarijiet u permezz ta' dibattitu fil-parlament ikun jista' jirrifletti aktar fuq dak li jkun qed isir.", "Permezz ta' sempliċi legal notice naħseb li lanqas biss se nxommuhom ċerti affarijiet!", "Mela għandna 80,000 faċċata li se jidħlu fil- liġi Maltija u se jiġu absorbed as is, mingħajr lanqas biss diskussjoni fil- parlament.", "Mhux il-parlamentari biss imma anke taċ-ċivil mhux se jkunu jafuhom dawn il-liġijiet!", "Per eżempju, x'se jiġri bid-drittijiet tal- konsumatur?", "Kif se titħaddem il-liġi jekk ma jkunx hemm il-mekkaniżmu biex tara li l-konsumaturi jgawdu d-drittijiet tagħhom?", "X'jiswa li jkollok liġi jekk ma tkunx tista' tħaddimha?", "Kif se tiġi inforzata l-liġi biex niddefendu l-konsumatur?", "Nista' nagħti eżempju ieħor fuq il-qasam tad- drittijiet tan-nisa.", "Fl-avis ta' Frar ta' din is-sena qalulna:", "\"The main provision of EC legislation in this area appears to be covered but a detailed review covering issues of enforcement still needs to be carried out.\"", "Issa meta jiġu biex jaraw x'għandna fil-prattika m'huma se jsibu xejn għax, għalkemm il-kostituzzjoni tagħna tgħid li m'għandhiex issir diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, nafu li fil-prattika it is not the case.", "Veru li l-kostituzzjoni għandha provision negattiva li tgħid li ma tistax issir diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess imma nafu x'jiġri fil- verita' u kif taħdem psikoloġikament.", "Hawn min jaraha bi kbira ħafna u jippreferi jibqa' jbati milli jidħol fil-gamut ta' kawża kostituzzjonali.", "Issa meta aħna konna fil-gvern bdejna x-xogħol fuq Gender Equality Act u ma qgħadniex nistennew l-avis biex jgħidilna li fil-prattika m'għandna xejn minkejja l-provision li hemm fil-kostituzzjoni.", "Ħassejna li kien hemm il- bżonn li jkollna din il-liġi ġdida sabiex persuna li tħossha diskriminata sesswalment tkun tista' tmur hemmhekk għal redress.", "Din l-organizzazzjoni kien se jkollha struttura bħal dik ta' l-ombudsman, ħalli jekk inti tkun qed tbati minn diskriminazzjoni ma toqgħodx tidħol il-qrati u ddum tistenna s-snin sakemm jinqata' l-każ.", "Din kienet tkun xi ħaġa prattika, down to earth u aċċessibbli għal kulħadd, kemm għal dik li xogħolha hu li tnaddaf kif ukoll għal dik li xogħolha hu maniġerjali.", "Meta ħdimna fuq dan l- abbozz ta' liġi ħarisna lejn liġijiet barranin, fosthom dawk ta' pajjiżi fl- Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk tal-Kanada u ta' l-Awstralja u ppruvajna naraw x'joqgħod fil-kontest ta' pajjiżna.", "Imbagħad naturalment konna se nagħmlu dibattitu sħiħ fil-parlament, bis-second reading u l-committee stage b'kollox, li minnu setgħu joħorġu xi affarijiet li forsi jkunu qabżulna jew li ma jkunux saru bl-aħjar mod.", "Għalhekk qabel għedt li naħseb li hu ħażin illi l-liġijiet indaħħluhom permezz ta' legal notice għax ma nkunux nafu eżatt x'aħna ndaħħlu u żgur li ma nkunux għarbilna sew l-implikazzjonijiet li dawn se jkollhom fuq is-soċjeta' tagħna.", "Issa jekk inkunu fl-għaqda Ewropea, min iħoss ruħu diskriminat jista' jmur quddiem il- Qorti Ewropea imma nixtieq nara lil dik il-ħaddiema li qiegħda bil-minimum wage tmur il-Qorti Ewropea!", "Waħda sinjura forsi ma jkollhiex x'titlef imma l-oħra li ma tistax taffordja ma naħsibx li se toqgħod titlef il-flus u l- ħin.", "Bil-liġi li konna qed nagħmlu kulħadd kien se jkollu an added tool, a step further, xi ħaġa aktar fid-dettall min dak li tgħid il-kostituzzjoni tagħna.", "Anke kif qiegħda issa jaqtgħu qalbhom jagħmlu kawża kostituzzjonali, aħseb u ara jekk imorru quddiem il-Qorti Ewropea!", "Għalhekk nara li se ssir diskriminazzjoni doppja għax dik il-persuna li diġa' qiegħda tħoss ruħha diskriminata fuq il-post tax-xogħol se tiġi diskriminata t-tieni darba għax ma taffordjax li tmur quddiem il-Qorti Ewropea.", "Ma rridux inżommu quddiem għajnejna dawk in-nies biss li jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, dawk li għandhom pagi tajbin u dawk illi m'għandhomx bżonn wisq ta' għajnuna.", "Aħna rridu nitkellmu iżjed għal dawk in-nies li għandhom bżonn min jgħinhom, li ma jafux x'għandhom jagħmlu, li ma jaffordjawx jieħdu ċerti passi u allura rriduhom jgħinu lilhom infushom.", "Aħna kellna lil kulħadd f'moħħna - sinjuri u fqar, dawk li jafu l-iskola u dawk li ma jafux - u allura ddeċidejna li nfasslu Gender Equality Act.", "Once li kien se jkollna din il-liġi, konna se nikkonċentraw l-aktar fuq dawk il-ħaddiema li ma jafux x'inhuma d-drittijiet tagħhom.", "Veru li fil- liġijiet ta' l-Unjoni hemm ħafna positive provisions fuq id- diskriminazzjoni u l-kondizzjonijiet tax-xogħol u għandna ħafna x'nitgħallmu minnhom, imma fl-istess ħin lanqas irridu nħarsu lejhom bħala xi ħaġa perfetta għax fil-prattika mhux dejjem jitħaddmu.", "Dawn fihom ħafna affarijiet sbieħ pero' rridu nsemmu wkoll ċerti kondizzjonijiet ta' xogħol, bħal dak li jħabbtu wiċċhom magħhom nisa Sqallin kif ukoll nisa f'ċerti partijiet ta' Spanja, sitwazzjoni li mhijiex xi bed of roses.", "Biex norbot ma' dak illi bdejt bih qabel tajt dawn iż-żewġ eżempji, meta naraw il-mod kif se jgħaddu dawn il-liġijiet bilfors irridu nsemmu l-konsegwenzi li se jkollna niffaċċjaw meta nilleġislaw by import, kif jidher illi se jiġri.", "Iċ-ċivil bħalissa qed imexxi policies li jgħaddu mill-parlament u allura jista' jsegwi u jista' wkoll jagħti pariri, ikun parti mill-proċess, ikun jaf għalxiex irid jaħseb biex liġi tkun tista' titħaddem fil-prattika u jkun parti mix-xenarju sħiħ, u madankollu xorta jibqa' l-problemi u xorta l- affarijiet ma jimxux eżatt kif suppost.", "Imma issa lanqas dan m'hu se jkollhom ċans jagħmlu u allura se niġu agħar minn qabel.", "Qed nisimgħu ħafna kliem li ċ-ċivil qed jiġi involut, imma 'l hinn mill-kliem, jiġifieri fil-konkret, kif qed jiġi involut?", "Lil min qiegħda tinforma l-EU information centre ta' Simon Debono?", "Liċ-ċivil qiegħda tinformah ħalli dan ikun jista' jinforma lill-poplu?", "Jien wisq nibża' li n-nies m'għandhomx informazzjoni biżżejjed u qed iddejjaqhom ħafna din l-attitudni li donnu kollox qiegħed f'idejn erba' \"experts\" illi jafu x'inhu tajjeb għalina u qed jgħaffġu waħedhom.", "Per eżempju, il-bieraħ f'\"The Times\" dehret ittra miktuba minn persuna ta' l-affari tagħha - jiena nafha personalment - li qalet li min jitkellem minn perspettiva differenti, għal dawn is-so called \"experts\" dak ikun qisu ma jafx x'inhu jgħid għax dawn iqisu ruħhom allat.", "Jiena ngħid li dawn huma fundamentalisti għax donnhom jemmnu li dak li jgħidu huma biss huwa tajjeb.", "Hawnhekk qed ngħid għal Roderick Pace, iċ- chairman tal-moviment Ewropew.", "Għax ikkritikaw xi affarijiet li jeżsitu fl-Unjoni Ewropea, Roderick Pace ħareġ jgħid li qed jingħad ħafna \"non-factual rubbish\" u rrifera għal \"dishonest writers on new matters\".", "Ma naħsibx illi dan huwa l-każ għax jiena segwejt ukoll dak li kiteb Eddie Privitera, li ma kienx kif qed jgħid Roderick Pace.", "B'ċerta arroganza dan Pace joħroġ jgħid ukoll illi l- kritiċi ta' l-EU għandna neħduhom \"with a pinch of salt\" u hawnhekk naħseb li ried jirriferi għal dawk li jagħmlu kritika negattiva.", "Jien nieħu l- impressjoni li dawn iridu lil kulħadd iċapċpilhom u jgħidilhom kemm huma bravi u kemm qed jgħallmuna filwaqt li lilna jgħidulna li ma nifhmux u qisna xi ċorma mogħoż.", "B'hekk se jitgħallmu n-nies!", "X'informazzjoni qed jagħtuhom lil dawn?", "Mhux billi għandna l-information centre u kif nisimgħu qanpiena oħra nitfgħuha fir-rubbish.", "It's about time illi nikbru ftit u ma nagħmlux bħat-tfal.", "Dawn huma affarijiet serji u m'huwiex mod kif nittrattaw lil xulxin.", "Per eżempju, x'inhi l-informazzjoni li rridu nkunu nafu aħna?", "X'xogħol sar bejn l-1990 u l-1996 biex jipprepara liċ-ċivil għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm se jkollna vuċi effettiva f'din l-għaqda jekk ma jkollniex uffiċjali pubbliċi li jistgħu jartikulaw il-ħteġijiet tagħna u jippromovuhom?", "Biex nittieħdu bis-serjeta' għandna bżonn uffiċjali pubbliċi li jafu jimplimentaw u jinforzaw il-liġijiet u r- regulations ta' l-Unjoni.", "Fl-avis ta' l-1993 qalulna hekk:", "\"Malta has only a very few senior public officials with sufficient international experience to play a full part in the decision-making and operational processes of the community institutions.", "This problem will be further exacerbated by the fact that the economic and legislative reforms required to open up the Maltese economy and integrated into the community will tie down a large proportion of the available pool of skilled human resources.\".", "Imma l-Prim Ministru, li taħtu jaqa' ċ-ċivil, donnu mhux qed jinkwieta b'dan kollu.", "U sitt snin wara, meta qed nistaqsuh x'qed jagħmel iċ-ċivil fil-konfront ta' dan kollu, dejjem isemmi l-introduzzjoni ta' l-information technology u li dak li jagħmel iċ-ċivil hu modern u effiċjenti - l-istess kif irrisponda l-bieraħ il-kap taċ-ċivil fl-intervista li semmejt - qed jinjora l-fatt illi sitt snin wara reġa' ħareġ ir-rapport tal-kummissjoni u dawn m'humiex kompjaċenti bħalma hu l-Prim Ministru fuq is-sitwazzjoni taċ- ċivil.", "L-opinjoni updated qiegħda tgħid hekk:", "\"The public administration needs to adapt to the needs of the Maltese economy and EU membership.", "Efforts are required to improve the efficiency and effectiveness of the civil service.\".", "Dan wara sitt snin mill-ewwel opinjoni, Sur President!", "Ċertament hemm ħtieġa ta' programm kbir ta' bidla jekk bis-serjeta' rridu nirriformaw iċ- ċivil, mhux biss biex nagħtu servizz aħjar lin-nies imma anke biex nadottaw inizjattivi li jridu jittieħdu biex nippreparaw lil Malta kif irid dan il- gvern għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Donnu l-Prim Ministru ma jarax urġenza għal dan il-programm ta' bidla.", "Dan narawh minn diskorsi pubbliċi u minn risposti parlamentari, fejn qisu jittama li l-affarijiet jaqgħu awtomatikament f'posthom u bi ftit bidliet 'l hemm u 'l hawn u bi ftit training donnu huwa biżżejjed biex iċ-ċivil isir effiċjenti u modern u lest għall-isfidi tad-dinja moderna.", "Kieku kliem sabiħ għandna kemm trid!", "Meta l-Prim Ministru f'Novembru li għadda indirizza l-konferenza tal-Mid- Med - without change there is no progress - qalilhom hekk:", "\"In a world where national borders figuratively no longer existed, Malta must direct its efforts towards both joining the EU and establishing itself as an active international player.", "The reform of the public service will allow us to establish the impetus to attain this goal and just as importantly sustain it.\".", "Dan veru kliem sabiħ, imma fejn hu dak kollu li qed isemmi l-Prim Ministru?", "Issa drajnihom dawn il-platitudes imma mbagħad meta tfittex ma ssib xejn.", "U nqabbel dan li għadu kemm qal il-Prim Ministru mas-sistema tradizzjonali u antikwata li għadu ankrat magħha ċ-ċivil.", "Biżżejjed naraw ir-rapport illi ħareġ dan l-aħħar l-Ombudsman fejn irrakkmanda li għandu jkun hemm sforz bis-serjeta' biex jinqata' dan iċ- ċirku vizzjuż ta' klijenteliżmu politiku fiċ-ċivil.", "Jiddispjaċini nara li la l-Prim Ministru u lanqas il-President ma ħassew il-bżonn li dan ir- rapport jiddiskutuh fil-kabinett u jidher illi m'hemm l-ebda ħeġġa biex jiġu implimentati r-rakkmandazzjonijiet ta' l-Ombudsman.", "Meta lill-Prim Ministru saritlu mistoqsija f'dan ir-rigward irrisponda li dejjem emmen li l-patronaġġ politiku ma jaqbilx miegħu.", "Mur merih!", "La qed jgħid hekk għandna nieħdu l-kelma tiegħu, mhux hekk!", "U tinduna li l-Prim Ministru jidher illi ma jikkonsidrax il-patronaġġ politiku u l-klijenteliżmu li huma xi problema serja.", "U jiena nistaqsih: Aħna hekk se nidħlu f'din l-għaqda Ewropea, b'din l-atitudni fost is-servizz pubbliku tagħna?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 27 ta' Lulju fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt – it-Tieni Qari.", "Mr Speaker, skond l-arranġament li għamilna u bil-ftehim kif milħuq fil- Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, fil-bidu tas-seduta tintalab is-sospensjoni ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata biex tkompli d-diskussjoni dwar l-update ta' l- avis dwar l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, matul il-ġimgħa li għaddiet fil- gazzetti lokali ġie kkwotat li l-Ministru Ċensu Galea pprova joħloq polemika żgħira dwar xogħlijiet li kienu proposti għat-triq ta' Ħal Far.", "L- istorja kollha bdiet meta l-GRTU ħarġet stqarrija fejn qalet li din it-triq tinsab fi stat ħażin u peress li din tintuża kważi mill-burdnara kollha - għax tagħti mill-freeport għall-airport - qed tkun ta' detriment kbir għan- negozju.", "F'risposta li ta għal din l-istqarrija, il-ministru għoġbu jakkuża lill-amministrazzjoni preċedenti - b'mod partikolari lili, li dak iż-żmien kont il-ministru responsabbli mit-toroq - b'nuqqas ta' ħeġġa u mpenn biex tiġi rranġata din it-triq.", "Il-ministru wasal biex qal li l-artiklu kien ibbażat fuq gidba u fil-fatt f'\"l-orizzont\" il-ministru ġie kkwotat li qal hekk:", "\"Il-proġett ta' Ħal Far jista' jitqies bħala wieħed ibbażat fuq il- gidba li l-problemi biex ix-xogħol fuq din it-triq jinbeda nħolqu mal- ħruġ mill-ġdid tat-tenders għax-xogħol fuq it-triq imsemmija wara l- bidla fil-gvern fl-elezzjoni li għaddiet.\".", "Hawnhekk nixtieq immur ftit lura - bħalma għamel il-ministru stess fuq din l-istorja - u ngħid x'ġara b'mod kronoloġiku, Mr Speaker.", "Fil-fatt fil-ferneżija li kellu l-gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996, kien ħareġ kuntratt sabiex din it-triq jew parti minnha tiġi resurfaced.", "Din it-tender kienet ingħatat lil kuntrattur partikolari.", "Sussegwentement, mal-bidla tal-gvern, aħna rajna dak kollu li kien qed jiġi propost mill-gvern ta' qabel - bħalma jagħmel kull gvern - u ridna nagħmlu l-prioritajiet tagħna f'kull settur, inkluż fil-qasam tat-toroq.", "Mr. Speaker, hawnhekk irrid nieqaf ftit u nfakkar x'sab il-gvern Laburista fid- dipartiment tat-toroq f'Ottubru ta' l-1996.", "F'dan id-dipartiment konna sibna perit wieħed biss responsabbli mill- kostruzzjoni u l-manutenzjoni tat-toroq.", "Dan kien id-direttur tad- dipartiment u minkejja l-ħeġġa li kellu, dan aktar kien iqatta' ħin jagħmel xogħol amministrattiv milli xogħol tekniku.", "Minħabba f'hekk ħafna mix- xogħol li kien isir sa dak iż-żmien ma kienx qed ikun ta' standard aċċettabbli għax id-dipartiment kellu nuqqas kbir ta' nies professjonisti f'dan il-qasam.", "Din kienet xi ħaġa li gvern Laburista ried jindirizza minnufih.", "Fil-fatt aħna konna ħriġna selective call for international consultants in road engineering u ġew magħżula konsulenti Ġermaniżi sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' nies professjonisti sakemm inkunu kapaċi nħarrġu in-nies tagħna stess.", "Fil-fatt dawn l-esperti li kellhom jgħinu fix-xogħol ta' toroq kellhom ukoll jgħallmu lill-istudenti fl-universita' dwar road and highway engineering.", "Mr. Speaker, minħabba n-nuqqas ta' professjonalita' li kien hemm fid- dipartiment, ħafna mix-xogħlijiet kienu jsiru b'mod mill-aktar amateur u dak li kienu jagħmlu kien iservi biss għal sena jew tnejn.", "Fil-fatt waħda mid-deċiżjonijiet li kont ħadt jiena bħala ministru kienet li x-xogħlijiet ma jibqgħux isiru b'dan il-mod.", "Kien hemm bżonn li x-xogħlijiet isiru b'mod professjonali, b'mod serju u b'mod li t-toroq ma jibqgħux iservu biss għal sentejn jew tlieta imma jservu skond l-istandard internazzjonali, jiġifieri għal 20 sena.", "Dawn il-Ġermaniżi tqabbdu appuntu biex lill-gvern jagħtuh dawn it-tip ta' pariri u biex iħejju masterplan ta' kif għandna nindirizzaw din il-problema kbira.", "Fost affarijiet oħra dawn kellhom jagħmlu lista ta' prijoritajjiet ta' toroq li l-aktar kellhom bżonn attenzjoni immedjata.", "Aħna ridna li d- dipartiment ma jibqax jiddeċiedi mingħajr bażi ta' xejn liema toroq irid jirranġa.", "F'pajjiżna hemm bżonn li jsir xogħol fuq 90% tat-toroq arterjali u allura wieħed irid jagħraf jimxi b'mod prijoritarju.", "It-triq li tagħti mill-Mosta għall-Imġarr, per eżempju, hija fi stat ħażin ħafna, imma mbagħad trid tara hijiex aktar importanti mit-triq ta' Ħal Far jew minn Imdina Road f'Ħal Qormi.", "Minħabba f'hekk dawn l-esperti għamlu formula kif tasal għal prioritajiet ta' l-aktar toroq importanti li għandhom jiġu indirizzati b'mod immedjat; u fost l-aktar toroq importanti li jsiru kien hemm Mdina Road, f'Ħal Qormi u t-triq ta' Ħal Far.", "Fil-fatt kienu nħarġu t- tenders biex isir ix-xogħol meħtieġ fuq dawn iż-żewġ toroq.", "Issa huwa veru li t-triq li tagħti mill-Mosta għall-Imġarr tinsab fi stat ħażin ħafna imma m'hijiex prioritarja.", "Jista' jkun li din intgħażlet biex issir minħabba li tinsab fl-istess distrett fejn joqgħod il-ministru, mill- bqija m'hemmx raġuni oħra għaliex kellha ssir din qabel dik ta' Ħal Far.", "L-esperti Ġermaniżi qalulna li t-triq ta' Ħal Far hija importanti għall- ekonomija tal-pajjiż u għalhekk bdejna naħdmu fuqha.", "Aħna ridna nagħmlu x- xogħol bis-serjeta' u ridna naraw ukoll x'hemm diġa'.", "Sibna li l-culverts fil-ġenb biex jilqgħu l-ilma ma kienu connected ma' mkien, jiġifieri l-ilma jieqaf hemm u ma jmur imkien.", "Ovvjament din hija xi ħaġa tad-daħk għax jekk tagħmel il-culverts trid tara li l-ilma jaqa' fihom.", "Sibna wkoll li din it-triq - li saret ħafna żmien ilu - ma kenitx inbniet fuq bażi soda.", "Barra minn hekk kellna nagħmlu t-testijiet tal- pedamenti, ridna naraw kif se nsaħħuha, ridna naraw kienx hemm il-bżonn li jinbidlu l-livelli u ridna naraw ukoll riedx jinbidel l-alignment tagħha minħabba li din it-triq għandha xi kurvi perikolużi.", "Dan ix-xogħol kollu ma kienx imniżżel fil-kuntratt li ngħata fl-aħħar jiem ta' amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Kulma ingħata kien tender biex jinqala' l-wiċċ tat-triq u jsir mill-ġdid.", "Aħna dehrilna li dan m'huwiex mod serju kif isiru l-affarijiet u għalhekk għedna li t-tender li ngħatat m'hijiex tajba biżżejjed għax-xogħlijiet li hemm bżonn.", "Meta evalwajna kemm ridna nonfqu flus għax-xogħol meħtieġ sibna li s-somma kienet ħafna aktar mill-kuntratt li kien ingħata fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Lanqas kienet kwestjoni li żżomm l-istess kuntrattur u tagħtih variation, għax il-variation kienet tkun 'il bogħod mill-valur tat-tender.", "Ma stajniex nagħtu variation li tfisser li l-valur tal-kuntratt se jirdoppja jew jittrippla għax dik tmur kontra l-financial regulations u allura bilfors kellna noħorġu tender oħra.", "Billi l-kuntrattur li kien ħa l-ewwel tender ma kellu l-ebda tort, konna bdejna diskussjonijiet miegħu biex minflok dak ix-xogħol fuq it-triq ta' Ħal Far jingħata xogħol ieħor ta' l- istess valur f'post ieħor.", "Issa jiġi l-Ministru Ċensu Galea u jgħid li ma jistax jifhem x'inhi r- raġuni li x-xogħol ma nbediex.", "Qal hekk:", "\"Għar-raġunijiet li jista' jkun jafhom biss il-gvern preċedenti, dan ix-xogħol ma nbeda qatt matul iż-żmien ta' l-amministrazzjoni Laburista.\".", "U jien irrid nispjegalu għaliex qatt ma nbeda x-xogħol.", "Ix-xogħol ma nbediex għax qatt ma kien ippjanat tajjeb.", "Biex tippjana x-xogħol tajjeb u kif suppost għandek bżonn iż-żmien.", "Ma kienx hemm biżżejjed żmien u meta f'Awissu ngħatat it-tender, ix-xogħol ma nbediex minħabba li kienet waslet l-elezzjoni.", "Imbagħad il-Ministru Galea ġie kkwotat li qal ukoll:", "\"Fil-fatt hu stramb ħafna kif ix-xogħol li suppost kellu jinbeda fl- 1996 baqa' ma nbediex sa l-1998.\".", "Jiena ngħidlu li dan ma sarx għax aħna ma ridniex nonfqu xi Lm250,000 minn flus il-poplu - daqshekk kienet stmata l-ewwel tender - fuq xogħol li ma jkunx tajjeb biżżejjed u li kien ikollu jinqala sentejn jew tlieta wara.", "Dan stajna għamilnih biex nidħku bin-nies imma ma ridniex nagħmluh.", "Aħna ridna nagħmlu oġġett bis-serjeta' u m'hemm xejn stramb li inti ma tagħmilx xogħol li ma jkunx tajjeb.", "Il-Ministru Galea m'għandux joqgħod jgħid li kien hemm gidba u li mhux veru li x-xogħol kien se jinbeda għax dan m'huwiex minnu.", "Il-gidba qed jgħidha hu kull meta jkellmuh fuq din it-triq.", "Dan jgħid li din ma tistax tinbeda għax hemm kwestjoni legali bejn iż-żewġ kuntratturi in kwestjoni.", "Dan m'hu veru xejn.", "M'hemm l-ebda kwestjoni legali u s-soluzzjoni kienet waħda faċli u aħna konna qed naħdmu fuqha.", "Il-kuntrattur li ħa l-ewwel tender ingħata xogħol ieħor ta' l-istess ammont u l-kuntrattur li ħa t- tieni tender kellu jagħmel ix-xogħol kif suppost.", "Kien hemm anke flus budgeted għal din it-triq, jiġifieri ma kenitx xi ħaġa li niżlet mis-sema.", "Din kienet xi ħaġa ppjanata b'mod serju ħafna u mhuwiex sew li noqogħdu ngħidu li hija gidba li din it-triq kienet se ssir fi żmien l- amministrazzjoni laburista.", "Mr. Speaker, il-Ministru Galea huwa żbaljat ukoll dwar triq oħra importanti għal pajjiżna, Triq l-iMdina f'Ħal Qormi.", "Din it-triq kienet ippjanata li ssir, ingħatat it-tender imma sal-lum ħlief xogħlijiet minimi ma sarux fuqha.", "Meta n-nies staqsew lill-ministru għaliex din it-triq ma nbdietx qalilhom li jridu jippreparaw id-disinji għax għalkemm il-gvern ta' qabel ħareġ it-tender dan lanqas dettalji ma kien ħadem.", "Dan mhu veru xejn.", "Kieku ried ikun jaf id-dettalji l-ministru, seta' kkonsulta ruħu mad- dipartiment kif ukoll mal-unit ta' kordinament li kien twaqqaf minn gvern Laburista sabiex qabel ma jsir xi xogħol fuq triq dan jara li jiġu ttrattati l-problemi kollha ta' utilities.", "Il-unit ta' kordinament kellu s-soluzzjonijiet kollha u kien qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna imma bl-intelliġenza kollha tiegħu l-gvern Nazzjonalista, ddeċieda li dan il-unit m'għandux x'jambiħ u rmieh 'l hemm u allura ovvjament dan ix-xogħol ma sabux lest.", "Il-gvern qal li dan ix- xogħol se jkollu jagħmlu hu.", "Dan lanqas ikkonsulta ruħu mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi, mal-GRTU - li kienu involuti ħafna - jew man-nies ta' Ħal Qormi.", "Fi żmienna kienu anke saru public meetings fuq din il-ħaġa, apparti li konna ltqajna mas-settur kummerċjali minħabba li Mdina Road f'Ħal Qormi fiha ċertu numru ta' azjendi kummerċjali.", "Dan ma kkonsulta ruħu ma' ħadd u ġie hawn u qal li x-xogħol ma jistax jinbeda għax ma kienx hemm il-pjanti.", "Jiena ma nafx x'inhi r-raġuni għaliex ma nbediex ix-xogħol imma li naf hu li l-kuntratt kien ingħata fi żmien gvern Laburista preċedenti lill- kuntratturi Rite Mix u Sander Attard, li flimkien għamlu consortium, u sakemm inbeda x-xogħol daħal kuntrattur ieħor magħhom, li nzerta ħu wieħed mill-ministri Nazzjonalisti tal-lum.", "Jiena m'għandi xejn kontra li jaħdem kuntrattur ieħor fuq din it-triq sakemm dan isir bi qbil mal-kuntratturi li rebħu t-tender, imma allura b'kumbinazzjoni x-xogħol kellu jinbeda wara li daħlet din il-persuna f'dan il-consortium!", "Hawnhekk irrid infakkar li x-xogħol fuq Mdina Road m'huwiex xogħol żgħir u forsi jaqbeż ukoll il-Lm1 miljun.", "Minflok il-Ministru Galea jipprova jsib mitt skuża dan imissu jaqbad u jmidd għonqu għax-xogħol.", "Aħna t-triq għamilniha, għamilniha tajjeb, għandu l-għajnuna kollha li jeħtieġ, għandu l-esperti barranin u llum-il ġurnata għandu wkoll dipartiment li qed ikun staffed b'esperti tekniċi u b'periti żgħażagħ Maltin li ġew mgħallma t- teknoloġija for a road engineering mill-esperti Ġermaniżi.", "Mr. Speaker, fit-tieni parti tad-diskors tiegħi xtaqt nitkellem fuq kwestjoni oħra li ilha ħafna quddiem il-public accounts committee.", "Hawnhekk qed nirreferi għad-diskussjoni fuq it-tmexxija tal-park nazzjonali ta' Ta' Qali.", "It-Ta' Qali national park kien immexxi minn management committee li t-terms of reference u l-kompożizzjoni tiegħu qatt ma varjaw minn kif kienu stabiliti taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Il-mod kif inhu kompost it-Ta' Qali national park management committee u t-terms of reference tiegħu ma ġewx issettjati minni bħala ministru responsabbli minn dak il-park imma kienu ġew ssettjati mill-ministru ta' qabli.", "Wara l-elezzjoni ta' l-1996 kull membru ta r-riżenja tiegħu u minħabba f'hekk kienu nħatru membri ġodda fuq dan il-kumitat.", "Lill-membri tal-gvern fuq il-PAC li riedu jkunu jafu x'inhuma t-terms of reference u kif kien kompost dan il-kumitat ngħidilhom biex jaraw x'kien isir qabel għax kollox baqa' l-istess.", "Dan il-kumitat ġie kompost bl-istess mod u kellu l-istess terms of reference.", "Mr. Speaker, x'kien l-iskop ta' dan il-management committee ta' Ta' Qali national park?", "L-iskop kien wieħed sempliċi.", "Ġewwa Ta' Qali sar investiment ta' miljuni ta' liri mill-gvern Laburista tas-snin tmenin u sussegwentement saru wkoll xogħlijiet fi żmien l- amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, imma madanakollu kellna park fantażma.", "Ħadd ma kien jużah, b'mod partikolari t-teatru Grieg, li huwa ġojjell jekk tagħraf tużah.", "Aħna għedna li f'pajjiżna ma jistax ikun naffordjaw li jkollna postijiet ta' rikreazzjoni bħalma huwa t-Ta' Qali national park, it- teatru Grieg u faċilitajiet oħrajn li nħalluhom ma jintużawx.", "Ħassejna l- bżonn li naraw kif se niġġeneraw l-interess tal-pubbliku Malti u tas-settur kummerċjali f'dan il-park u minn hemm bdiet l-istorja kollha.", "Effettivament fi żmien l-amministrazzjoni Laburista meta jien kont ministru nkarigat minn dan ix-xogħol, konna ħriġna bil-konċett ta' tliet parks oħra.", "Apparti t-Ta' Qali recreational park, konna qed nikkonsidraw li nagħmlu wkoll il-park ta' Burmarrad, li kellu jkun a water-based park - fil-fatt hemmhekk kellu jsir l-ikbar ġnien fuq stil Ċiniż li hawn fl- Ewropa; u nieħu pjaċir li l-Ministru Zammit Dimech kompla fuq din l-idea u anke mar iċ-Ċina għal dan il-għan! - u kellna n-nature park ġewwa Delimara.", "Imbagħad kellna r-raba' wieħed li kien a heritage park ġewwa l-Kottonera.", "L-idea ta' dawn il-parks kienet li barra li nippriservaw dak kollu li hemm worth preserving f'dawk l-areas, nagħtu wkoll postijiet lill-poplu Malti fejn ikun jista' jirrikrea ruħu.", "Mr Speaker, aħna kellna l-idea li kull park ikollu management committee biex imexxih 'il quddiem.", "Meta ġejna biex naraw x'tip ta' attivitajiet jistgħu jiġu organizzati ġewwa Ta' Qali, il-management committee għamel żewġ suġġerimenti.", "Qal li biex il-park u t-teatru Grieg nerġgħu nagħtuh il- ħajja nistgħu noffru l-użu tiegħu lill-għaqdiet volontarji u soċjali biex itellgħu attivitajiet artistiċi mingħajr ħlas.", "Din kienet idea tajba u bbenefikaw minnha ħafna għaqdiet, inkluż iż-żewġ partiti politiċi.", "It-tieni idea kienet li l-management commitee jorganizza ċerti attivitajiet tal- massa.", "Fost dawn l-attivitajiet kien hemm il-kunċerti mużikali tas-sajf.", "Din l-idea ħarġet għax fost in-nies li kienu jifformaw parti mill-management commitee kien hemm rappreżentant mill-ministeru għat- turiżmu u dan ried - u jiena naqbel miegħu - li nagħmlu attivita' li tikkomplimenta attivitajiet oħrajn li kienu jsiru f'Malta fix-xhur tas-sajf biex lit-turist - u anke lill-Malti - nkunu nistgħu nagħtuh kalendarju sħiħ ta' events fix-xhur tas-sajf.", "L-attivitajiet li ġew organizzati f'dan it- teatru Grieg tant kienu suċċess illi fost affarijiet oħra konna qed nikkonsidraw ukoll li nżidu s-seating capacity minn 1,000 għal 1,200.", "Fil- fatt saru l-pjanti u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-planning authority biex dan isir.", "Bdejna nikkonsidraw bis-serjeta' wkoll il- possibbilta' li t-teatru Grieg jissaqqaf biex ikun jista' jintuża wkoll fix- xhur tax-xitwa.", "Fost l-attivitajiet li kienu qed jiġu organizzati fil-park - issa mhux fit-teatru Grieg biss imma anke fil-park innifsu - kien hemm kunċerti minn gruppi mużikali u minn kantanti ta' fama internazzjonali.", "Ovvjament il- kumitat tal-management ta' Ta' Qali qabbad il-konsulenti biex jagħmlu feasibility study, raw l-affarijiet tagħhom u mexxew l-affarijiet 'il quddiem.", "Jista' jagħti l-każ li saru ċerti affarijiet li ma kenux strettament skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, pero' nista' nassigura lil kulħadd li l-affarijiet saru bl-aktar mod apert, bl-aktar mod ġust u b'intenzjonijiet tajbin.", "L-intenzjoni kienet li permezz ta' dawn l- attivitajiet il-poplu jkun jaf il-potenzjal li għandu dan il-park u wara sentejn l-attivitajiet jibdew ikunu organizzati mill-privat u l-kumitat joħroġ 'il barra minnhom għax ma jkollux għalfejn jibqa' aktar hemmhekk.", "Mr. Speaker, dan qed ngħidu biex ma niġux fil-PAC u noqogħdu nikkritikaw b'mod partikolari liċ-chairman ta' dan il-kumitat, is-Sur Charles Camilleri.", "Wara kollox dan ħadem ħafna sabiex iġib dan il-park 'il quddiem.", "Qabel l-1996 ftit kienu jafu bil-park nazzjonali ta' Ta' Qali u kien proprju bil-ħidma ta' dan il-kumitat, b'mod partikolari taċ-chairman, li dan il-park beda jingħata l-importanza li tixraqlu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien ippjanat li l-area ta' Ta' Qali kollha - mhux biss il-parti fejn hemm it-teatru Grieg imma wkoll il-park u l-ġnien - tiġi żviluppata f'park wieħed.", "Konna saħansitra bdejna diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar - għax fil-frattemp l-awtorita' ta' l-ippjanar ippubblikat il-pjan tagħha ta' kif tixtieq tara l-iżvilupp f'Ta' Qali u kien hemm affarijiet li qbilna magħhom u oħrajn li ma qbilniex - biex naraw kif dan jista' jsir ħalli hemmhekk ikun hemm verament park li jixraq.", "Illum x'għandna ġewwa Ta' Qali?", "Għandna runway qadima ta' żmien is-servizzi, fejn jitilgħulek il- Maltin fil-festi u l-Ħdud, l-iktar fix-xitwa, jipparkjawlek il-karozza u joqogħdu jparlaw.", "Dak huwa t-tip ta' żvog li rridu nagħtu lill-poplu tagħna?", "Aħna dehrilna li b'daqsxejn ħsieb nistgħu nagħmlu park li verament ikun diċenti u li jissodisfa l-aspirazzjoni tal-poplu tagħna.", "Aħna nafu li dan it-tip ta' land management f'pajjiż żgħir bħal tagħna huwa importanti ħafna.", "Jekk ma nagħrfux nużaw tajjeb il-ftit li għandna faċilment nistgħu nitilfuh.", "Ta' Qali għandu jiġi żviluppat bħala post rikreattiv għall-poplu kollu u l-kumitat li kien hemm kien qed jaħdem b'mod serju biex jara kif li jiġu attwati l-ideat tal-gvern li dan il-park verament jiġi żviluppat kif jixraqlu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 27 ta' Lulju 1999 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - SEGRETARJU PARLAMENTARI", "8281.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża s-Segretarju Parlamentari l- Onor. George Hyzler?", "Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari Hyzler kienx qiegħed jagħmel użu minn karozza differenti sa xi żmien ilu?", "Jekk jirriżulta li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari nbidlet, jista' jgħid il-karozza li kienet tintuża minnu xi żmien ilu minn min qed tintuża?", "Jista' jgħid ukoll il-karozza preżenti: 1) kemm inxtrat; 2) jekk inxtrat ħarġietx sejħa għal offerta; 3) jekk hijiex mikrija; 4) jekk mikrija, mingħand min; 5) jekk mikrija, x'ammont qed jitħallas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li meta l-Onor.", "George Hyzler inħatar Segretarju Parlamentari beda jagħmel użu mill-karozza li sab u li issa qed tintuża mis-segretarjat.", "Wara call for quotations, ġiet aċċettata l-orħos quotation li kienet dik ta' Meli Car Rentals Limited li offra Volvo S80 b'Lm517.08c - taxxa eskluża - fix-xahar b'arranġament ta' lease with option to purchase at its written down value.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - SAFAR", "8221.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar safar ta' ministri u segretarji parlamentari nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall- mistoqsija parlamentari numru 8004.", "Fil-listi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta qed nagħti informazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - Dok.", "A Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - Dok.", "B Dipartiment tal-Mużewijiet - Dok.", "C Dipartiment tal-Kultura - Dok.", "D Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport - Dok.", "E Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija - Dok.", "F Public Broadcasting Services - Dok.", "G", "Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u l-Mediterranean Conference Centre ma nefqux flus f'safar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999.", "L-informazzjoni mitluba mill-Universita` ta' Malta għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SAFAR", "8222.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - SAFAR", "8223.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill- Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il- biljetti tas-safar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "JOE BORG: Dwar safar ta` ministri u segretarji parlamentari nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall- mistoqsija parlamentari numru 8004.", "Fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta qed nagħti informazzjoni simili dwar il-Ministeru tiegħi.", "OPM - SAFAR", "8224.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjnijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dwar safar fil-Ministeru tiegħi nirreferi l- Onor. Membru għat-twegiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija parlamentari numru 8004.", "Fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- Seduta qed naghti informazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqghu taħt id-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU TA' L-INTERN - REFURBISHMENT", "8225.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċju tal-Ministeru u f'tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal- Ministeru u f'tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l- Intern, kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - REFURBISHMENT", "8226.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċji tal-Ministeru u tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil- perjodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu,kien kif ġej:", "Nefqa Sett. 98 - Ġun. 99 -------------------- Ministeru Lm5841.02 Direttur Ġenerali Lm1400.00 Drainage NIL Construction & Maintenance Lm 520.00 Building & Engineering NIL Finance & Administration NIL Manufacturing & Servicing NIL Waste Management NIL Environment Protection NIL Central Districts Unit NIL V.R.P. NIL Building Construction Ind.", "NIL B.I.C.C. NIL --------- Lm7761.02", "ZOKKOR - IMPORTAZZJONI", "8277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li Malta timporta bejn 16,000 u 18,000 tunnellata zokkor fis-sena, il-biċċa l-kbira mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-fatt li l-industrija tieħu sussidju ta' 321 sterlina fuq kull elf kilo jew aħjar madwar 5 u 6 miljun lira sterling fis-sena, dan ifisser li bi sħubija sħiħa z-zokkor se jogħla minn 20c-il kilo għal madwar 40c-il kilo għall-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BASAL - ESPORTAZZJONI", "8278.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7912?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul dawn l-aħħar ħames snin, ġie esportat basal fl- 1997 biss meta ġew esportati 56.3 tunellati.", "Provi b'varjetajiet diversi ta' basal ilhom isiru fil-qasam esperimentali fl-Għammieri.", "Għal diversi snin jitqabblu razez ta' żerriegħa lokali ma' oħrajn ġodda importati minn barra.", "Fl-1997 fil-pitkalija daħal 131,123 kgs ta' basal b'valur ta' Lm213,509 li jġib prezz medju ta' 16.27 ċenteżmi kull kilo.", "Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali.", "Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal.", "Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c-il kilo għal 24 tunnellata u 9c-il kilo għall 24.3 tunellata.", "Jirriżultali li minħabba li l-Onor.", "Interpellant meta kien ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal-basal għal Olanda lil wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjes akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus.", "Dan l-istess esportatur għamel 'claim' quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.", "MUŻEWIJIET STORIĊI", "8279.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7914, Seduta Nru. 126?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi s-suġġeriment li jinfetħu l-mużewijiet storiċi filgħaxija sejjer jiġi kkonsidrat meta ssir ir-riforma tad- Dipartiment tal-Mużewijiet u s-settur tal-kultura u wirt storiku.", "IRZIEZET TAT-TJUR - SPEZZJONIJIET", "8280.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7916?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru xahar b'xahar fl-irziezet tat-tjur u l-annimali huma skond it-tabella hawn taħt: Spezzjonijiet - Irziezet tat-Tjur", "Sena Xahar No 1998 Settembru 24 Ottubru 31 Novemberu 26 Diċembru 34 1999 Jannar 43 Frar 36 Marzu 48 April 36 Mejju 42 TOTAL 320", "Spezzjonijiet - Annimali", "Sena Xahar No.", "1998 Settembru 288 Ottubru 217 Novembru 240 Diċembru 196 1999 Jannar 295 Frar 311 Marzu 345 April 351 Mejju 332 TOTAL 2575", "L-ispezzjonijiet isiru għal ħafna raġunijiet, problemi ta' mard jew management, identifikazzjoni ta' l-annimali, testijiet ta' surveillance tal- mard, u raġunijiet oħra bħal pariri lill-Planning Authority.", "BIEDJA U SAJD", "8448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni fuq is-settur tal-biedja u sajd/u l-agro industrija, jista' l-Ministru jinfurmani ma' liema kumpanniji, koperattivi, eċċ iltaqa' l-Ministru u/jew uffiċjali tad- dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jiġi spjegat lilhom il-piż li se jpoġġi fuq il-qasam tagħhom il-gvern fix-xhur li ġejjien?", "Meta saru l- laqgħat u x'kienu l-konklużjonijiet?", "Liema koperattivi qabblu u liema ma qablux?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proposti tal-gvern rigward il-levies fuq prodotti tal-biedja u tal-agro-industrija mportati huma ċari.", "Dawn il-levies jitnaqqsu gradwalment hekk kif li dawn is-setturi jibdew jibbenifikaw mill- miżuri tal-Common Agricultural Policy u miżuri oħra fuq skeda li trid tiġi negozjata mal-E.U. Il-laqgħat mal-produtturi se jibdew isiru fi żmien qasir.", "ESPORTAZZJONI - BASAL", "8449.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'varjeta' ta' basal ġiet esportata fl- 1997?", "Kemm kien l-ammont esportat u xi prezz ħadu l-bdiewa?", "X'jirriżultalu l-Ministru dwar din l-esportazzjoni u cioe kif, filwaqt li din il-varjeta' marret tajjeb ma' konsumatur, ripetutament ingħad li kienet marret ħażin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-varjeta' tal-basal li ġiet esportata fl-1997 kienet il-varjeta' lokali.", "Fl-1997 ġew esportati 56.3 tunnellati ta' basal.", "Il-bdiewa tħallsu bil-prezz ta' 10c-il kilo għal 24 tunnellata u 9c- il kilo għal 24.3 tunellata.", "Jirriżultali li minnħabba li l-Onor.", "Interpellant meta kien Ministru rtira l-liċenzja tal-esportazzjoni tal- basal għal Olanda lil wieħed mill-esportaturi u dan kellu jesporta l-basal lejn l-Italja bi spejjeż akbar u bi prezz anqas, dan l-esportatur tilef somma konsiderevoli ta' flus.", "Dan l-istess esportatur għamel claim quddiem l-Ombudsman dwar dan il-każ.", "KUMITAT MINISTERJALI DWAR L-EDUKAZZJONI", "8808.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minn Settembru, 1998 sa Ġunju, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva?", "X'kienu d- deċiżjonijiet li ttieħdu f'dawn il-laqgħat?", "Kemm minn dawn id- deċiżjonijiet ġew attwati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva ġie appuntat fit-30 ta' Novembru, 1999 u Ġunju 1999, iltaqa' tmien darbiet.", "Uħud mid-deċiżjonijiet prinċipali li ttieħdu minn dan il-kumitat u l- azzjoni li ttieħdet dwarhom kienu dawn: DEĊIŻJONI AZZJONI 1.", "Il-proċess tar-reklutaġġ ta' Tfassal time frame għad-facilitators każwali jsir fil-għad-dħul ta' studenti ħin biex l-istudenti ma jilħqux b'diżabilita` fil-livell jibdew jaqgħu lura ta' kindergarten fi Frar.", "2.", "Inħatar sotto-kumitat biex Dan is-sotto-kumitat lesta iħejji rapport dwar l- r-rapport tiegħu.", "Deċiżjoni istatementing bord. dwaru tittieħed wara aktar konsultazzjonijiet.", "3.", "Dr Chris Bezzina ntalab Sar termini ta' riferenza jagħmel rapport komprensiv għal dan l-istudju, u r- dwar il-futur tal-iskejjel rapport ġie preżentat fit- speċjali.", "23 ta' Lulju 1999.", "4.", "F'Ottubru 1999 għandu jsir Il-Fakulta` tal-Edukazzjoni kors mill-Universita` biex intalbet tissottometti ħaddiema li fil-preżent jagħmlu l-proposti tagħha għal dan xogħol ta' facilitators iżda li il-kors. m'għandhomx it-taħriġ neċessarju f'livell ta' diploma, ikunu jistgħu jilħqu dan il-livell.", "5.", "Tinġabar informazzjoni dwar Din l-informazzjoni nġabret studenti li ma humiex qed jieħdu u l-istudenti konċernati s-servizz ta' edukazzjoni kollha bdew jieħdu dan is- komprensiva. servizz edukattiv sal- massimu possibbli.", "6.", "Isir studju mill-Fakulta` ta' Din il-proposta ġiet l-Edukazzjoni dwar studenti aċċettata mill-Fakulta` b'diżabilita`(kemm fuq il-livell ta' l-Edukazzjoni u l- individwali u anke bħala grupp) istudju se jkun iffinanzjat mill- Universita`", "li ser jgħaddu mil-livell . primarju għal dak sekondarju.", "7.", "L-istudenti b'diżabilita` li Il-kapijiet ta' l-iskejjel kellhom jispiċċaw mill-iskejjel speċjali qed jaħdmu fuq dawn speċjali f'Settembru 1999 il-programmi, u ġiet għandhom jibqgħu fl-istess identifikata għalliema skejjel biex isirilhom programm kwalifikata f'dan il-qasam ta' transizzjoni ta' sena biex tikkoordina din il- ħidma.", "STATEMENTING BOARD", "8809.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern l-istatementing board mindu beda jiffunzjona?", "Kemm tħallsu s'issa l-membri li kienu u huma f'dan il- board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iStatementing Board ma sewa xejn lill- Gvern minn mindu beda jiffunzjona.", "Il-membri tal-bord ma nbidlux minn mindu twaqqaf f'Mejju 1998.", "Il-membri tal-bord qatt ma tħallsu xejn tax- xogħol li għamlu u li għadhom qed jagħmlu.", "Bħalissa qed nikkunsidra proposti ta' titjib fl-istruttura u l-proċeduri ta' dan il-bord.", "STATEMENTING BOARD", "8810.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-istatementing board mindu ġie mwaqqaf?", "Kemm saru assessments u rakkomandazzjonijiet s'issa minnu?", "Kemm minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew aċċettati u kemm ġew attwati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL", "8811.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel irreġistrati bħala fondazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ u kemm irreġistrati bħala privati?", "Iż- żewġ tipi ta' skejjel jingħataw xi trattament differenti mill-gvern?", "Fil- każ, fiex tikkonsisti d-differenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-għoti tal-liċenzja lill-iskejjel privati sive indipendenti (mhux tal-Knisja) ma tingħatax konsiderazzjoni dwar jekk l- iskola hijiex fondazzjoni li tagħmel jew ma tagħmilx qliegħ.", "Bħala istituzzjoni privata/indipendenti għandha dritt tiġbor il-fees mingħand il- ġenituri li jiffrekwentaw dik l-istituzzjoni ta' tagħlim.", "Għaldaqstant lista ta' skejjel liċenzjati bħala privati/indipendenti (mhux tal-Knisja); l-ismijiet miktuba korsiv jirriferu għal dawk l- istituzzjonijiet/fondazzjonijiet li jistqarru li ma jagħmlux qliegħ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "a) San Andrea (L-Imselliet L/O Żebbiegħ) b) San Anton (L-Imselliet L/O Żebbiegħ) c) St Edwards (Vittoriosa) d) St Michael's Foundation (Pembroke)", "SKEJJEL STATALI - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "8812.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal- gvern għandhom facilitator/kindergarten assistant/helper magħhom?", "Kemm minn dawn it-tfal għandhom diżabilita' fiżika u kemm għandhom diżabilita' mentali?", "F'liema livell ta' skola se jkunu dawn it-tfal fis-sena skolastika li ġejja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-gvern li għandhom facilitator/kindergarten assistant/helper magħhom huwa 423 li minnhom hemm 73 bi problemi fiżiċi, 338 bi problemi mentali u 12 bi problemi sensorjali.", "Fis-sena skolastika li jmiss hu maħsub li fl- iskejjel primarji se jkun hemm 45 fil-kindergarten, 315 fil-primarji u 60 fis-sekondarji.", "SKEJJEL - TAL-KNISJA - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "8813.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-knisja li għandhom facilitator imħallas mill-flus li l-gvern jgħaddi lill-knisja?", "Kemm huwa stmat li hemm tfal bi bżonnijiet speċjali fl- iskejjel privati li jixtiequ l-istess għajnuna finanzjarja pubblika għall- facilitator tagħhom?", "X'ġara mill-wegħda elettorali li dawn it-tfal jiġu mgħejjuna mill-istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja imħallsa mill-flus li l-gvern jgħaddi lill-Knisja sal-lum huwa ta' 95.", "Din il-figura ma tinkludix il-każijiet pendenti li l- iStatementing Board għandu f'idejh bħalissa.", "Peress li d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ma tipprovdix dan is-servizz lil tfal li jattendu l-iskejjel Privati Indipendenti ma jinżammx record ta' dawn it-talbiet.", "KNZ/SEDQA - KORSIJIET", "8944.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji u tagħrif dwar il-korsijiet ta' taħriġ li l-KNŻ qed jorganizza flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlametari numru 8590.", "Il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ huwa istituzzjoni awtonoma u l-Onor.", "Membru jista' jikkomunika mal-Kunsill għat- tagħrif li qed jitlob.", "DOI - PUBBLIKAZZJONIJIET ĠODDA", "8976.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm pubblikazzjonijiet ġodda saru ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) matul is-sena 1998?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI:Lista ta' pubblikazzjonijiet godda matul is- sena 1998 tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORD LI JIRREGOLA L-KERA - RIKORSI PENDENTI", "8977.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u kemm ġew deċiżi?", "Kemm ġew introdotti ġodda fit-30 ta' Ġunju 1998, fl-1 ta' Jannar 1999 u fit- 30 ta' Ġunju 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ir-risposta tingħata f`seduta ohra, peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar.", "QRATI - MAGNI TAL-FOTOKOPJI", "8978.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li jiżdiedu l-makni tal- fotokopji ġewwa l-qrati tagħna billi dawn jirdoppjaw għax ma jistgħux ilaħħqu max-xogħol li kull darba jiżdied?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi l-Amministrazzjoni tal-Qorti tinsab sodisfatta bis-servizz li qed tagħti tal-fotokopji lill-klijenti tagħna.", "Hija qatt ma kellha tgergir persistenti fuq dan is-suġġett ħlief f`każijiet partikolari meta għal xi perjodu limitat ħafna iż-żewġt photocopying machine kbar li jinsabu fir-Reġistru tal-Qorti Superjuri u fil- Qorti Inferjuri kellhom xi ħsara fl-istess ġranet.", "Pero`, bil-ftehim ta` manutenzjoni li l-Amministrazzjoni għandha ma` kumpannija privata, dawn dejjem ġew imsewwija fl-iqsar żmien possibbli u bl-inqas inkonvenjent għall- kemm il-klijenti tal-Qorti u kemm għall-personnel.", "ĦAL-SAFI - SITI TA' NATURA STORIKA", "8979.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista ta' l-aħħar tweġiba għall-mistoqsija parlamentari fuq dan is- suġġett, jista' l-Ministru issa jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir- raħal ta' Ħal Safi ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8963 f'Seduta Nru. 137.", "ETC - XOGĦOL GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "9019.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC għamlitx xi studju jew hux beħsieba li tagħmel xi rapport dwar l- \"opportunitajiet\" ta' xogħol li l-Gvern Nazzjonalista spiss isemmi għall- persuni li qed ifittxu x-xogħol, b'mod speċjali ż-żgħażagħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-5 ta' Settembru sal-lum diġa nħolqu aktar minn 1,000 impjieg li minnhom gawdew dawk li qed iffittxu x-xogħol, fosthom u b'mod speċjali ż-żgħażagħ.", "Ta' min wieħed jgħid illi l-ETC tagħmel monitoring kontinwu w għalhekk din mhix sempliċiment kwestjoni ta' rapport.", "L-ETC għandha l-inkarigu li żżomm ruħha nformata dwar l-opportunitajiet ta' xogħol li jinħolqu għal kull kategorija ta' ħaddiema.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA", "9025.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għoliet il-ħajja minn Settembru sal-lum xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "XAHAR INDIĊI ŻIEDA/TNAQQIS F'PERĊENTWALI", "Settembru 1998 107.85 0.38 Ottubru 1998 108.21 0.33 Novembru 1998 108.23 0.02 Diċembru 1998 108.70 0.43 Jannar 1999 108.62 -0.07 Frar 1999 109.06 0.41 Marzu 1999 109.46 0.37 April 1999 108.92 -0.49 Mejju 1999 109.64 0.66", "IMPJIEGI - QGĦAD REĠISTRAT", "9026.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il- qgħad reġistrat xahar b'xahar minn Settembru 1998 u kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt it-30 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-qgħad reġistrat xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Mejju 1999 kien hekk: XAHAR TOTAL TA' PERSUNI ŻGĦAZAGĦ TAĦT IT-30 JIRREĠISTRAW GĦAX- SENA JIRREĠISTRAW XOGĦOL XOGĦOL", "Settembru '98 7,184 2,835 Ottubru '98 7,288 2,918 Novembru '98 7,371 2,916 Diċembru '98 7,437 2,898 Jannar '99 7,528 2,981 Frar '99 7,653 3,062 Marzu '99 7,663 3,071 April '99 7,402 2,907 Mejju '99 7,301 2,838", "ŻEJTUN - TRIQ TAMBURIN", "9073.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi sabiex Triq Tamburin, fiż-Żejtun tiġi rranġata?", "Jista' jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li din issir billi jagħti target date ta' meta din se ssir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninsab informat li x-xogħol ta`l-asfalt isir skond il-prijoritajiet li għandu d-Dipartiment.", "Dan sintendi meta t-twittija u l- bini tal-bażi tat-triq ikunu saru sew minn mingħandu l-proprjeta' tħares fuq din it-triq kif ukoll wara li jiġi żgurat li t-triq fiha s-servizzi kollha fil-post.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN GADDAFI", "9156.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Ġnien Gaddafi f'Raħal Ġdid jiġi rranġat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Gvern Libjan biex dan il-ġnien jiġi mibdul f'post b'kultura Libjana u faċilitajiet sportivi għan-nies ta' Raħal Ġdid u ta' madwar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninformak li min-naħa tal- ministeru tiegħi ma saru l-ebda diskussjonijiet mal-Gvern Libjan fir- rigward ta` dan il-Ġnien.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PAWLU BOFFA", "9157.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li tittieħed bis-serjeta' l-problema tal- Ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid u jinfetaħ mill-aktar fis possibbli wara li jsir aktar dawl fih, ikun hemm watchman fil-post, tinfetaħ il-latrina, jinfetaħ il-bar u jitnaddfu l-funtani?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "SEGRETARJAT PRIVAT - MEMBRU", "9178.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-Sur Alfred J. Chetcuti għadux membru tas-segretarjat privat tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-Sur Alfred J Chetcuti se jirtira mis- Servizz Pubbliku mill-1 ta' Awissu.", "1999.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - EU LIAISON OFFICER", "9179.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-irwol ta' l-EU Liaison Officer fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni?", "Kif ġie appuntat dan l-uffiċjal u min hu?", "Għalkemm żmien ġie appuntat?", "X'inhu x-xogħol tiegħu fil-ministeru ta' l- edukazzjoni?", "Għandu xogħol ieħor fil-ministeru?", "Kemm qiegħed jieħu allowance?", "S'issa x'attivitajiet huma nvoluti fihom?", "Xi kwalifiki għandu dan l-uffiċjal u liema training ingħata f'dan il-qasam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-irwol tal-EU Liaison Officer fil-Ministeru tal- Edukazzjoni hu li jikkordina l-ħidma tal-Ministru fil-proċess tal- iscreening u, jekk ikun hemm bżonn, waqt il-proċess ta' negozjar u, meta eventwalment Malta ssir membru, l-istess uffiċjal jibqa' jikkordina l-ħidma li tkun trid issir fil-programmi edukattivi u ħidma oħra relatata magħha.", "Dan l-uffiċjal hu s-Sur Joseph Sammut, Direttur, Pjanar u Żvilupp, u ntgħażel minħabba l-esperjenza tiegħu f'dan il-qasam fi żminijiet preċedenti.", "Dan l-uffiċjal qed iwettaq din il-ħidma flimkien max-xogħol l- ieħor li għandu fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.", "Dan l-uffiċjal m'għandu ebda allowance għal dan ix-xogħol.", "Ix-xogħol ta' dan l-uffiċjal f'din il- ħatra s'issa kien l-aktar jikkonċerna l-proċess tal-iscreening.", "Rigward il- kwalifiki u t-taħriġ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, nitolbu jara l- ewwel parti ta' din it-tweġiba.", "ETC - KUNTRATT GRANT THORNTON", "9193.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-kuntratt ta' Grant Thornton biex jiżviluppaw programm ta' re- training u assessment tal-membri ta' l-ispettorat fl-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - WARD 6", "9194.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-Tlieta, 6 ta' Lulju, 1999 f'ward 6 fl-iSptar San Luqa ma tqassamx it-te' lill-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fis-sala M6 ta` l-Isptar San Luqa, nhar it-Tlieta 6 ta` Lulju 1999 tqassam", "kafe u te` bejn 7.00am u 8.00am kafe u te` bejn 2.00pm u 3.30pm kafe u te` bejn 7.15pm u 8.00pm", "BORMLA: TRIQ SUQ BONNICI - ASFALTAR", "9195.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Suq Bonnici f'Bormla, minħabba li tinsab fi stat ħażin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fuq it-triq imsemmija hu responsabilta tal-kunsill lokali.", "DJAR", "9196.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' housing soċjali tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' oħrajn simili.", "SANTA VENERA - PALAZZ L-AĦMAR", "9197.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kien qiegħed isir ta' tqattigħ ta' blat, bini ta' ġibjun, eċċ. fl-area tal-Palazz l- Aħmar Santa Venera, ilu issa wieqaf ix-xhur?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "SANTA VENERA - PALAZZ L-AĦMAR", "9198.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jaf il-Ministru li fejn beda x-xogħol xhur ilu fl-area tal- Palazz l-Aħmar, Santa Venera, tkisser it-taraġ li r-residenti kienu jużaw bħala aċċess u sal-lum għadu ma sarx?", "Meta se jsir dan it-taraġ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli.", "EU - RABA' PROTOKOLL FINANZJARJU", "9219.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8872?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-Raba Protokoll Finanzjarju suppost skada fl-1998.", "Il- gvern ta` dak iż-żmien applika biex il-Protokoll jiġi estiż sa l-aħħar tal- 1999, u dan il-gvern kompla x-xogħol biex dan fil fatt seħħ.", "Il-parti tal-protokoll li kien jikkonsisti f`grants u risk capital kien jammonta għal 15-il miljun Euro.", "Meta l-kummissjoni ġiet biex talloka l- flus għal Malta u rat li fis-snin preċedenti ma konna wżajna xejn mill-flus allokati, iddeċidiet li talloka biss għal Malta 5 miljun Euro, kif għamlet ukoll għal Ċipru.", "Il-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex jerġa jġib kemm jista' mill-flus li ma ġewx allokati.", "F`Ottubru l-kummissjoni tagħmel eżerċizzju li ssejjaħlu n-Notenbaum Procedure fejn tirrealloka flus li jkun jidher ċar li mhux ser jiġu minfuqa għall-iskopijiet oriġinali tagħhom.", "Fil-kuntest tar-riattivazzjoni ta` l-applikazzjoni għas-sħubija, il- kummissjoni ddeċidiet li mil-5 miljuni, żewġ miljuni - kif kien ippjanat - jmorru għar-Risk Capital, filwaqt li jitkomplew ukoll il-proġetti ta` l- ischolarships u ta` l-istatistika li kienu diġa' ġew approvati.", "In oltre il-kummissjoni allokat 1.6 miljun Euro għal administrative cooperation bħalma għamlet mal-pajjiżi applikanti l-oħra, bħala prekursur għall-fondi simili li Malta tkun intitolata li tirċievi qabel s-sħubija taħt pre- accession assistance.", "Għalhekk sakemm ikun magħruf ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet mal- kummissjoni u l-eżitu tan-Notenbaum Procedure, jidher li għal issa m'hemmx fondi taħt dan il-protokoll għall-proġetti l-oħra fosthom dak dwar ir- restrutturar tal-industrija, għalkemm dan hu ta` priorita għall-Gvern Malti li beħsiebu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jinstabu fondi adegwati għall- programm ta` ristrutturizzazzjoni tal-Industrija Maltija.", "EU - TAXXI PROPOSTI", "9220.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' kif se jkun affetwat ir-reġim fiskali kurrenti bl-introduzzjoni ta' l-armonizzazzjoni ta' taxxi proposti u li se jiġu mplimentati mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant dan huwa suġġett kumpless li qiegħed jinvolvi kontinwament.", "Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li aħna qegħdin nżommu ruħna aġġornati bit-tibdil li qiegħed jiġi diskuss.", "MALTACOM PLC - BEJGĦ TA' L-ISHMA", "9222.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju li l-Maltacom plc għandha dwar komunikazzjoni, kien strumentali fost konsiderazzjonijiet oħra, għas-suċċess tal-bejgħ ta' l-ishma tax-shares tal-Maltacom plc fl- 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INDUSTRIJA - ĦADDIEMA", "9240.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8913?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l- Istatistika ma jiġborx it-tip ta' informazzjoni li dwarha qed jistaqsi l- Onor. Interpellant.", "PULIZIJA - REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI", "9250.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull vettura li ġiet irmonkata minn Marfa Road, Mellieħa kif imsemmi fir-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 8941?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma narax li għandi nagħti dawn id-dettalji, anki in vista tal-fatt li jsiru mijiet ta' towing ta' vetturi kull xahar.", "Naturalment jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni partikolari dwar xi każ speċifiku, inkun nista` ngħaddi minnufih din l- informazzjoni.", "SERVIZZI SOĊJALI - TELECARE/HOME HELP", "9262.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 8927?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' anzjani mil-lokalita' tar-Raħal Ġdid li għandhom it-Telecare huwa 404.", "In-numru ta' anzjani mil-lokalita' tar-Raħal il-Ġdid li għandhom is- servizz tal-Home Help huwa 219.", "IHC - OCCUPATIONAL THERAPISTS", "9264.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkunsidra l-Ministru li l-Institute of Health Care isir Masters għal Occupational Therapists hawn Malta, mingħajr ma' dawn l-Occupational Therapists ikollhom għalfejn jirriżenjaw minn mal-Gvern waqt li jkunu qed jagħmlu l-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Ottubru ta' 1999, l-Istitut għall- Ħarsien tas-Saħħa ta' l-Universita` ta' Malta sejjer joffri għall-ewwel darba kors ta' studju li jwassal għall-Baċċelerat fl-Occupational Therapy.", "S'issa l-Universita` ta' Malta mhijiex f'pożizzjoni li toffri programmi ta' masters f'dan il-qasam.", "PULIZIJA - ŻEJTUN - MAIN STREET", "9271.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Possibbli l-Awtorita'ta' l-Ippjanar jew il-Pulizja tieħu passi biex jingħalqu l- aperturi li hemm miftuħa f'bini li qed jinbena u li jinfed għal Main Street, Żejtun?", "Billi f'dan il-post minn dawn l-aperturi ta' sikwiet qed jidħlu għadd ta' żgħażagħ li mbagħad jaqbżu fuq il-bjut tan-nies, possibbli l-awtoritajiet kompetenti jieħdu passi biex dan l-abbuż għall-ġirien jinqata' darba għal dejjem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond l-Att ta' l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp, m'hemm l-ebda azzjoni li tista` tittieħed min-naħa ta' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Ninsab informat ukoll li l-Pulizija qed tagħmel stħarriġ biex tistabilixxi min hu s-sid tal-post li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant, biex dan jingħalaq, u b'hekk jiġi evitat il-possibbilta` ta' abbuż."]} {"filename": "20001212_458d_par.doc", "date": "2000-12-12", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 458 It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 458", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.12 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "458", "It-Tlieta, 12 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 686", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 686", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 689", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 689", "AĠĠORNAMENT 719", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 719", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 457 li saret fil-11 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - KUNTRABANDU", "21908.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani fiex kienu jikkonsistu s-26 każ ta' kuntrabandu li ġew irrapportati lill-pulizija din is-sena, dejjem skond mistoqsija parlamentari nru.", "21066?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-każi msemmija fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21066 jinkludu apparat elettroniku, għamara, munizzjon, sigaretti, żraben, ħwejjeġ, jewellery, għaġin u vettura.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex għaddejjin investigazzjonijiet dwar dawn il-każi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naturalment kull każ jiġi investigat u jekk ikun hemm bżonn jittellgħu xi nies il-qorti, pero' assolutament ma nistax nagħti informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nistaqsi dwar kordinament aħjar bejn il- pulizija u d-dwana, biex forsi l-kuntrabandu jiġi ristrett jekk mhux eleminat għal kollox. .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Din l-informazzjoni diġa' tajtha b'risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "21,066 u anke poġġejtha fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Kont għedt li f'sitt każi l-investigazzjonijiet irriżultaw fin- negattiv, jiġifieri wara li ġie elevat xi materjal irriżulta li kollox kien regolari; f'seba' każi nbdew proċeduri quddiem il-qorti għax kien hemm provi biżżejjed; tnejn ġew solvuti amministrattivament, peress li bil-liġi tad-dwana hu possibbli li f'ċerti każi titħallas multa u dak li jkun ma jittellax il-qorti; u l-każi l-oħra għadhom qed jiġu investigati.", "GĦALQA - SIT TA' IKKAMPJAR", "21909.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-raba' li tinħadem u li bi żball inħarġet bħala sit għall- ikkampjar - file no. 293/92/11 u file no. 117/76 - jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni sabiex din ir-raba' għammiela ma tinqeridx u tkompli tinħadem mill-bdiewa tal-familja konċernata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma sar l-ebda żball meta l-gvern ħareġ is-sit in kwestjoni bl-offerti għal ikkampjar.", "Dak iż-żmien l-art ma kenitx tinħadem u kien biss wara li ħarġu l-offerti li terzi persuni abbużivament daħlu fuq l-art in kwestjoni u bdew jaħdmuha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li kkomunikajt lill-Ministru l- bieraħ - u cioe' li saret dikjarazzjoni ġuramentata fil-qorti, fejn il- bdiewa kkonfermaw li kienu ilhom jaħdmu din ir-raba' għal madwar 50 sena - jista' jgħidli jekk hux se jikkonsidra mill-ġdid is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Abbażi ta' l-informazzjoni li ngħatajt nista' ngħid li kien hemm dħul abbużiv, jiġifieri li l-persuna kienet qed taħdem ir-raba' mingħajr titolu.", "Iżda dan il-fatt m'għandux jipprekludi lis-sid li joħroġ dik il-proprjeta' b'tender għal skop ieħor, li jkun ġust u tajjeb, għax jekk tagħmel camping site in-nies għallinqas ma joqogħdux jużaw ix-xtut u jarmu l-affarijiet fil-baħar.", "Issa ngħaddi l-affidavits li tani l-bieraħ l-Onor.", "Interpellant lil-lands u nitlob tweġiba dwarhom ħalli nara jekk l-art in kwestjoni hemmx titolu ta' qbiela fuqha jew le.", "Fl-opinjoni tiegħi tagħmel differenza jekk hemmx titolu ta' qbiela jew le, għalkemm il-gvern xorta waħda jista' jittermina dan it-titolu u joħroġ l-art b'tender peress li l-art hija tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-loġika tgħidlek li jekk kemm-il darba jirriżulta li l-art kienet ilha tinħadem, allura dik l-għalqa m'għandhiex tispiċċa żona għall-ikkampjar imma għandha tibqa' tinħadem.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena ma nista' nwiegħed xejn pero' ċertament tagħmel differenza jekk hemmx qbiela jew le.", "MOSTA - TA' MLIT - SCRAP", "21910.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21359?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minn spezzjonijiet li għamlu l-pulizija fil-lokal imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, ġew identifikati żewġ vetturi abbandunati u se jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn jitneħħew.", "BIĊĊERIJA - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "21920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm telgħu l-kontijiet tad-dawl u l- ilma fil-biċċerija għas-snin 1997, 1998, 1999 u din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tweġiba li jiena tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21921", "AGRIKOLTURA U SAJD - KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "21921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad- dawl u l-ilma tal-ministeri u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999?", "Kemm minn dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ispejjez tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu kif ġejjin:", "| |1997 |1998 |1999 | | |(Lm) |(Lm) |(Lm) | |Ministeru u | | | | |Head Office |3,315|3,779.|2,304.| | |.06 |11 |49 | |Agrikultura | | | | | |40,12|38,869|25,954| | |3.41 |.50 |.19 | |Servizzi | | | | |Veterinarji |59,33|88,520|37,601| | |1.43 |.70 |.60 | | Sajd u | | | | |Akkwakultura|32,96|41,062|24,242| | |6.85 |.54 |.29 | |Total |135,7|172,23|90,102| | |36.75|1.85 |.57 |", "Dawn il-kontijiet tħallsu kollha ħlief tnejn li bejniethom jammontaw għas- somma ta' LM67.44, kontijiet li waslulna ftit ilu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bla dubju d-differenza fit-tnaqqis li kien hemm fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma bejn l-1997 u l-2000 tqanqal ċerti osservazzjonijiet.", "Dan it-tnaqqis sar minħabba xi policy fl-ekonomija jew minħabba li kien hemm xi kontijiet li ġew imħallsa bejn l-1997 u l-1998 mill-istess dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawnhekk m'għandix din l-informazzjoni u għalkemm m'iniex ċert mija fil-mija, niftakar li fl-1998 il-kontijiet kienu nħaddmu bit-tariffi kif kienu ġew mgħoddija minn dan il-parlament għas-sena 1998.", "M'għandix id-dettalji eżatti imma fl-1997 kienu ċirka Lm135,000, għas-sena 1998 kienu ċirka Lm172,000 u mbagħad fis-sena 1999 reġgħu niżlu għal Lm90,000.", "Pero' biex inkun nista' nagħtih risposta eżatta, aħjar niċċekkja l-affarijiet sewwa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ, irċevew kontijiet biex iħallsu ċnus li minn Lm1 telgħu għal Lm125 u bla dubju dawn m'humiex f'qagħda li jħallsu dan l-ammont ta' flus.", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Lili kellmuni wħud minn dawn il-bdiewa u skantaw kif dan iċ-ċens tela' minn Lm1 għal madwar Lm125.", "Irridu niftakru li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq qbiela imma fuq ċens temporanju li jagħlaq wara perijodu ta' snin.", "Jekk m'iniex sejjer żball hemm klawsola li tgħid li meta dan iċ-ċens jagħlaq, jiġi rivedibbli skond il-conditions tal-mument.", "Meta bniedem ikollu proprjeta' li tkun qiegħda b'ċens, dik il-proprjeta' jkun fiha valur.", "Fil-fatt jekk bniedem imut, fis-suċċessjoni dik l-art jew raba' li tkun b'ċens temporanju jkollha valur, filwaqt li jekk tkun bi qbiela m'għandhiex valur.", "Meta għandek raba' b'ċens, anke temporanju, tista' tbiegħha u ddaħħal il-valur ta' dak iċ-ċens temporanju, imma jekk tkun bi qbiela dan ma tistax tagħmlu.", "Għalhekk hemm differenza bejn art li tkun bi qbiela u art li tkun b'ċens rivedibbli, ċens temporanju.", "Ovvjament fejn għandek ċens li jagħlaq wara 30 sena u jkun hemm klawsola li tgħid li ladarba dak iċ-ċens jagħlaq, irid jiġi rivedut bil- kondizzjonijiet taż-żmien meta jagħlaq.", "Ovvjament f'dak il-każ irid ikun hemm il-ftehim minn qabel ma jkun se jogħla ċ-ċens.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-gvern ħareġ bi skema biex jirrikonoxxi applikazzjonijiet minn dawk il-bdiewa li ċ-ċens tagħhom għalaq, u qed jirrikonoxxi t-talbiet għal dawn iċ-ċnus b'Lm4-il tomna.", "Nixtieq inkun naf għaliex dan il-kuntratt ġie interpretat bil-mod ta' Lm125 flok bil-mod ta' Lm4 meta l-istess gvern diġa' għandu guidelines li dawk iċ- ċnus li għalqu jirrikonoxxihom b'mod li din tkun abbażi ta' Lm50 l- applikazzjoni u mbagħad Lm4-il tomna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Irridu nagħmluha ċara li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ċens temporanju li għalaq u li huwa rivedibbli, jiġifieri meta jsir il- kuntratt ikun hemm il-ftehim li dak iċ-ċens temporanju jerġa' jiġġedded.", "Dan huwa l-każ li ġara dan l-aħħar.", "Meta dan għalaq wara xi 33 sena kien hemm il-ftehim li jerġa' jiġġedded għal perijodu ieħor.", "Dak huwa ċens mod.", "Imbagħad għandek iċ-ċens li jagħlaq wara 99 sena, u la jkun rivedibbli u lanqas jerġa' jiġġedded.", "Meta l-bidwi jkollu dan it-tip ta' ċens jidħol taħt l-iskema l-oħra, iħallas LM50 u r-raba' li qabel kien għandu b'ċens jibqa' għandu bi qbiela b'Lm4-il tomna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): F'din l-area nqalgħet il- problema.", "Dan iċ-ċens ngħata fl-1966 għal 99 sena bil-kondizzjoni li wara 33 sena u wara 66 sena jogħla għal-livell ta' l-art mogħtija b'ċens bil- valur tal-lum, u dawn in-nies iffirmawha, jiġifieri jeżisti kuntratt.", "Issa din qegħdin ninvestigawha għax hawn min kien qiegħed iħallas mod u f'daqqa waħda ċ-ċens għola 'l fuq.", "Din m'għandha x'taqsam xejn ma' l-iskema imma għandha x'taqsam ma' kuntratt li ffirmaw dawn in-nies stess.", "L-ewwelnett wieħed irid jara li din inħadmet sew - jiġifieri nobbliga ruħi u diġa' għedt lil lands li jaraw li nħadmet sew u s'issa qaluli li nħadmet sew imma se jerġgħu jiċċekkjaw - u t-tieni l-gvern m'għandu l-ebda oġġezzjoni li jekk iridu dawn jirrinunzjaw għaċ-ċens u jidħlu fl-iskema tar- raba' bl-Lm4-il tomna.", "Naturalment jekk jagħmlu hekk ma jkollhomx titolu taċ-ċens, jidħlu fit-titolu ta' qbiela - li huwa titolu xorta waħda - u jibqgħu jaħdmu l-art bl-Lm4-il tomna flok jogħla ċ-ċens skond dak il- kuntratt.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 172, il-ħin tad- diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u l- kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Issa nistieden lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, nipproponi:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 600,597 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 - Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 964,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 - Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,723,449 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 6 - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm128,518 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 - Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 7 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 12,261,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 - Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 8 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,270,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 9 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 473,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 - Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,282,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Sur President, naħseb li l-aħjar ħaġa hi li l-ewwel nisimgħu l-kummenti ta' l-oppożizzjoni u mbagħad jien nitkellem fl-aħħar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, se nipproponi din l-emenda għall- Vot 1:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 15,547\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 15,546\".", "Delete the figure \"Lm 15,547\" and substitute therefor the figure \"Lm 15,546\".", "Sur President, f'dawn id-diskorsi tal-budget issemmiet ħafna l-Unjoni Ewropea, u naturalment ma jistax jitħalla barra ċ-ċivil li għandu parti importanti sew f'dan il-kuntest kollu.", "Fir-rapporti li jibagħtulna mill- Unjoni Ewropea ilhom ħafna jgħidulna fuq il-bżonn li ntejbu l-effiċjenza u l-effectiveness ta' l-amministrazzjoni pubblika u l-bżonn li nċekknu s- servizz ċivili.", "Kif jaf kulħadd, dan il-kliem ilna nisimgħuh mill-bidu tas-snin disgħin, pero' minkejja li l-gvern kull darba jgħid li qed inaqqas in-nies minn maċ-ċivil, insibu li dan m'hu veru xejn u jien se nagħti xi figuri.", "Fl-1987, meta tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, in-numru ta' nies maċ-ċivil kien ta' 25,921 u sa l-1996, meta spiċċa l-gvern Nazzjonalista ta' qabel, dan in-numru kien tela' għal 32,709.", "Issa fis-sentejn li għamel il-gvern Laburista, jiġifieri sa Gunju ta' l-1998, dan in-numru kien tnaqqas għal 30,699.", "Pero' mbagħad meta reġa' tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista n-numru reġa' tela' għal 32,850.", "Sur President, bil-kliem jingħadu ħafna affarijiet imma meta niġu għall-fatti u l-figuri naraw stampa totalment differenti.", "Minkejja din iż-żieda fin-numru ta' nies maċ-ċivil insibu, per eżempju, li l-gvern xorta jibqa' jagħti x-xogħol lill-kuntratturi privati.", "B'dan il- mod dan ikun qisu qed jgħidilhom li m'għandux fiduċja fihom.", "Qed ngħid hekk għaliex gvern Laburista ma tax xogħol lil kuntratturi kif qed isir issa, imma imbarka bis-serjeta' fuq proġett biex in-nies tal-gvern, dawk li nsejħulhom idle, ikunu redeployed.", "Fil-fatt dawn ħadu din l-okkażjoni u għamlu xogħol tajjeb.", "Dawn il-ħaddiema ħadmu fuq il-proġetti ta' Buġibba, Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk u ta' min jgħid li dawn kienu ilhom ma jkunu involuti fuq proġetti kapitali mill-1987, jiġifieri minn kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Minkejja li nitkellmu ħafna dwar ir-retraining u r-redeployment li għandhom bżonn dawk il-ħaddiema li qegħdin fl-iskali l-aktar 'l isfel fiċ- ċivil, m'hu qed isir xejn.", "Nitkellmu ħafna fuq il-livelli għoljin taċ- ċivil imma fuq l-iskali l-aktar 'l isfel ma jsir xejn.", "Dan il-gvern minflok qiegħed jinvesti f'dan ir-retraining, qiegħed ikompli jdaħħal nies ġodda fejn jidhirlu hu bil-konsegwenza li l-ispiża tkompli tiela'.", "Pero' l-gvern donnu għandu moħħu mistrieħ li jista' jkompli jżid it-taxxi minflok ma jara fejn se jonfoq l-ispiża tiegħu.", "Huwa faċli li tagħmel it-taxxi biex iddaħħal il-flus imma l-aktar ħaġa diffiċli hija li tnaqqas l-infiq.", "Per eżempju, minkejja li mill-1987 smajna ħafna diskors dwar riformi u tibdiliet, wieħed mir-rapporti ta' l-awditur stess jgħid li fil-fatt ix- xogħol ilu s-snin jakkumula u jaqa' lura u teżisti diżorganizzazzjoni sħiħa.", "Din mhijiex xi ħaġa li qed tgħidilna l-Unjoni Ewropea imma xi ħaġa li qiegħda fir-rapporti interni tagħna stess.", "Dawn ir-rapporti juru kif gvernijiet Nazzjonalisti konsekuttivi mhux veru ħadmu sabiex iċ-ċivil tassew ikun f'qagħda li jaqdi tajjeb liċ-ċittadini tagħna.", "Per eżempju, dan l-aħħar qed nitkellmu ħafna dwar l-e-government u fuq kif ma' l-għafsa ta' buttuna se jkollna s-servizzi kollha tal-gvern.", "Pero' n-nies li jifhmu f'dan il-qasam qed jistaqsu lill-gvern min se jħaddem din is-sistema.", "Bħalissa qed nara lil wieħed mill-experts li fl- aħħar konferenza li kien hemm tad-Deloitte & Touche, għamel din il- mistoqsija.", "Għalhekk qabel ma ngħidu ħafna kliem irridu naraw min se jħaddem din is-sistema.", "Lill-gvern dawn in-nies qalulu li għalxejn qed nonfqu l-miljuni fuq it-teknoloġija ta' l-informatika għax peress li m'hemmx min iħaddimha mhux qed nużawha.", "Dawn l-affarijiet irridu naħsbu għalihom minn kmieni.", "Per eżempju, insibu li n-nefqa fl-iskejjel fuq it- teknoloġija ta' l-informatika mhux qed issir bis-serjeta' u barra minn hekk m'hemmx għalliema biżżejjed ta' l-IT.", "Għalhekk bilfors tippreokkupa ruħek meta tisma' nies li qegħdin imexxu din is-sistema ta' l-e-government jgħidu lill-gvern li m'għandhomx biex iħaddmu din is-sistema.", "Dan kollu juri li minkejja li jsir ħafna kliem, m'hemm l-ebda serjeta', m'hemm l-ebda preparazzjoni u m'hemm l-ebda taħriġ.", "Dawn kienu wegħduna li fl-ewwel sena se nieħdu Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea u issa li għaddiet it-tieni sena suppost ħadna Lm200 miljun, pero' r-realta' hi li l-flus qed noħorġuhom aħna biex indaħħlu r-regoli ħalli nikkonformaw ruħna ma' l-acquis.", "Dan juri kemm daħqu bina tan-naħa l-oħra qabel l-elezzjoni.", "Naturalment dawn il-flus li qegħdin joħorġu qegħdin jittieħdu minn infiq li forsi kieku kien isir fuq l-iskejjel, fuq is- servizzi soċjali jew fuq il-qasam tas-saħħa.", "Il-Prim Ministru jħobb jgħidilna kemm innegozjaw kapitli pero' qatt ma smajtu jsemmi jekk hux se jagħti training lill-ħaddiema taċ-ċivil biex dawn ikunu jistgħu jamministraw l-acquis communautaire, kif wara kollox qed jgħidulu ta' l-Unjoni Ewropea.", "U jien nistaqsih lill-Prim Ministru: X'qed jorganizza l-gvern biex jamministra l-acquis?", "Aħna nafu li kull dipartiment għandu l-kumplessita' tiegħu u allura kull settur għandu bżonn training differenti u partikolari, pero' kif nafu dan mhux qed jingħata.", "Imbagħad hemm il-problema ta' nuqqas ta' kordinazzjoni bejn id- dipartimenti.", "Din hija problema qadima li jsib kull gvern pero' issa qed tiġi estrapolata fil-livell ta' implimentazzjoni ta' l-acquis.", "Pero' minkejja dak li qed jgħidu n-nies li jridu jamministraw l-acquis, il-gvern mhux qiegħed jagħti kas.", "L-importanti għalih huwa li jgħaddi l-liġijiet malajr mill-parlament u jiġi hawnhekk jgħidilna kemm għalaq kapitli.", "Per eżempju, meta jien nitkellem ma' dawk in-nies li jridu jmexxu dan ix- xogħol jgħidulek li mhux qed ikollhom taħriġ speċifiku fuq kif dawn l- affarijiet se jolqtu d-dipartimenti tagħhom.", "Dan mhux qed jirrifletti tajjeb ukoll fir-rapport li jkollna mill-Unjoni Ewropea għax din qed tgħidilna li l-uffiċjali tagħna m'humiex ippreparati sew.", "Ovvjament dan mhuwiex tort tagħhom imma huwa tort ta' min jiġi hawnhekk jifraħ kemm ingħalqu kapitli.", "Kif nafu, l-uffiċjali taċ-ċivil m'humiex se jibqgħu involuti fit-tiswir tal-liġijiet kif kienu s'issa għax ħafna mil-liġijiet se jgħaddu b'legal notice jew permezz ta' fast track legislation mingħajr ma jgħaddu mill-għarbiel ta' dan il-parlament u naturalment mingħajr ma' ċ-ċivil ikun parti minn dan il-proċess.", "Ovvjament ħafna liġijiet se jolqtu lil dawn l- uffiċjali direttament għax huma se jkollhom jaraw kif se jiġu implimentati u dan meta f'ċerti każijiet lanqas biss ikunu xammewhom għax ikunu lesti minn Brussels.", "Għalhekk nerġa' ntenni l-importanza tat-training u nistaqsi xi training qed isir f'kull settur.", "Huwa faċli li jkollok il-liġijiet fuq il-karta imma hija l-implimentazzjoni li hija importanti għaliex hemmhekk se jintlaqtu n-nies.", "Dawn huma problemi li jwassluhomli n-nies li qegħdin fil-livelli l-aktar għoljin tad-dipartimenti.", "Fil-fatt l-inkwiet tagħhom dawn huwa li filwaqt li qabel dawn kienu jkunu parti mill-proċess kollu u kienu jagħtu l-parir lill-ministru meta l-liġi tkun għadha fid-drafting state tagħha u meta din tiġi dibattuta fil-parlament, u allura hemmhekk jerġgħu jargħbluha, imbagħad ikunu f'qagħda li jimplimentawha, issa mhux se jkunu parti minn dan il-proċess.", "Xi ħaġa oħra li ma nisimgħux mill-Prim Ministru hija l-bżonn ta' l- institution building.", "Minkejja li n-nies taċ-ċivil iridu jimplimentaw il- liġijiet li qegħdin ngħaddu malajr malajr minn dan il-parlament, dawn m'għandhomx strutturi.", "Jien ma nixbax nitkellem fuq dan is-suġġett għax il-feedback li għandi jien huwa li filwaqt li fid-deher jidher li għamilna kapitlu ieħor, hemm ċertu preokkupazzjoni bejn in-nies li jridu jmexxu dawn il-liġijiet li mhux qed isir biżżejjed sabiex huma jkunu jistgħu jimplimentaw u jħossuhom parti minn dawn il-liġijiet.", "Sur President, il-ħin li baqagħli nixtieq niddedikah għall-qasam tan-nisa għaliex aħna nemmnu li d-drittijiet tan-nisa għandhom jingħataw l- importanza li għandhom bżonn.", "Fil-fatt fl-1996, qabel ma nbidel il-gvern, in-nisa Nazzjonalisti li kienu jiffurmaw il-kummissjoni għall-avvanz tal- mara li naturalment kienu magħżulin mill-gvern Nazzjonalista kienu qalu lill-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li l-kummissjoni dejjem emmnet li biex dawn l-istrutturi jilħqu l-iskop li jikkordinaw il-ħidma favur l-ugwaljanza tas-sessi, dawn iridu jissaħħu, kemm bl-istatus tagħhom fl-istruttura tal-gvern, kemm biż-żieda ta' impjegati ta' gradi għolja mħarrġa fl-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll b'finanzi xierqa.", "Għalhekk għall-aħħar tas-sajf, jiġifieri meta kien għadu fil-gvern il- Partit Nazzjonalista, il-kummissjoni rrakkmandat lill-Prim Ministru, l- Onor. Fenech Adami, biex il-makkinarju nazzjonali jibda jifforma parti mid- dekasteru tal-prim ministru.", "Dan huwa kliem li qaluh in-nisa Nazzjonalisti li kienu fuq il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara, meta kien għadu fil- gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Aħna naqblu ma' dan u nibqgħu nsostnu li l- qasam tan-nisa għandu jibqa' fil-qalba tal-gvern u għandu jkun fid- dekasteru tal-prim ministru.", "F'dan id-diskors tal-budget issemmiet iż-żieda tal-part-timers nisa.", "Fil-fatt il-ministru tal-finanzi fid-diskors tal-budget qal li l-parti l- kbira taż-żieda tal-ħaddiema part-time hi dik tan-nisa miżżewġin li qed jirrikonċiljaw ir-responsabbiltajiet tal-familja tagħhom max-xogħol, qisu skopra l-Amerika.", "Jien ma nafx min qalielu din lill-ministru tal- finanzi.", "Li jgħiduli n-nisa Maltin li nitkellem magħhom huwa li f'dan il- qasam qed ikollna sfruttament kbir.", "Per eżempju, dawn in-nisa mhux qegħdin jingħataw il-benefiċċji pro rata tax-xogħol li jagħmlu, pero' dawn ma jitkellmux għaliex jibżgħu li jkeċċuhom.", "Dawn huma nisa li qed jaħdmu għax verament huma fil-bżonn u x-xogħol li jagħmlu ftit jagħtihom sodisfazzjon.", "Insibu każi fejn lil dawn in-nisa jħaddmuhom inqas minn 20 siegħa biex ma jagħtuhomx il-benefiċċji, u fil-każ li jaħdmu aktar minn 20 siegħa ma jagħtuhom xejn, pero' dawn ma jitkellmux għax jibżgħu li jitilfu l-job u dan ma jaffordjawhx.", "Ħafna minnhom dawn jaħdmu mingħajr kuntratt ta' xogħol, imbagħad għandek dawk li għandhom il-kuntratt u jġedduhulhom kull ftit xhur.", "Nistgħu ngħidu li dawn il-ħaddiema li qed jiftaħar bihom il- ministru tal-finanzi li qed jgħid li qed jirrikonċiljaw ix-xogħol mal- familja, fil-fatt saru ħaddiema li tista' ssejħilhom \"disposable\".", "Jien nistaqsi: Illum b'dawn il-ħaddiema qegħdin niftaħru li meta jkollhom bżonnhom iħaddmuhom u meta ma jkollhomx bżonnhom jarmuhom?", "Sur President ̧ hemm ukoll każi oħra ta' ħaddiema part-time fil-banek li għalkemm ikunu ex-impjegati, l-esperjenza li kellhom qabel ma jikkalkulawhielhomx.", "Per eżempju, il-ħaddiema part-time ta' l-iskejjel ma jiġux inklużi fit-taħriġ bħall-għalliema li huma full-timers.", "Barra minn hekk dawn m'għandhom drittijiet ta' xejn.", "Ħafna minn dawn il-part- timers m'humiex f'union minħabba l-vulnerabilita' tax-xogħol tagħhom u hawn ħafna tbatija fost dawn in-nisa li m'għandhomx għażla oħra għajr li jaħdmu part-time.", "Għalhekk jien niskanta kif il-ministru tal-finanzi jiġi jiftaħar b'dan u jgħid li dan qed isir għaliex qegħdin jirrikonċiljaw ix- xogħol mal-familja.", "Naħseb li minflok ma joqgħod jiftaħar aħjar ikompli miexi fuq ix-xogħol li kien beda gvern Laburista u jressqu kemm jista' jkun malajr fil-parlament.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, l-emendi għaċ-CERA.", "Il-gvern Laburista kien ħadem ħafna fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-part- timers u konna rajna li għallinqas lil dawn nipprovdulhom il-protezzjoni mil-liġi.", "Pero' minkejja li għaddew sentejn dawn l-emendi għadhom ma tressqux.", "Jien ngħid li lill-part-timers inkunu qed ngħinuhom meta noffrulhom din il-protezzjoni mil-liġi.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-qasam tan-nisa jkollu dekasteru għalih bħalma kellu qabel u mhux ikun mitfugħ f'dipartiment ma' elf ħaġa oħra.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq it-tbażwir li qed ikollna fiċ-ċifri, speċjalment fejn jidħlu ċ-ċifri ta' dawk in-nisa li joħorġu fuq responsibility breaks mingħajr ħlas.", "Minn tweġiba parlamentari li tani l- Prim Ministru, matul dan il-perijodu dawn in-nies qed jiġu kkonsidrati bħala mpjegati u fl-istess ħin dawk l-impjegati li jeħdulhom posthom qed jingħaddu ma' dawn.", "Mela inti għandek mijiet ta' impjiegi li għalihom hemm imniżżlin żewġ ħaddiema.", "Mela għandek dawk li qegħdin jagħmlu x-xogħol u jitħallsu u għandek l-oħrajn, li proprjament l-impjieg huwa tagħhom, li qegħdin imniżżlin ukoll.", "Għaldaqstant l-istampa li qed juruna mhijiex reali.", "Jien għadni kemm ġejja minn barra u b'kumbinazzjoni kont qed nitkellem ma' soċjologu tax-xogħol li jaħdem fi proġett fir-Russja u dan qalli li hemmhekk qegħdin jagħmlu l-istess ħaġa biex juru kemm għandhom nies jaħdmu.", "Ir-rapport ta' l-ETC jitkellem ukoll fuq child-minding pero' jien nixtieq nistaqsi x'qed isir dwar dan.", "Fi żmien gvern Laburista kien hemm draft Bill dwar dan lest, pero' dan tħalla fuq l-ixkaffa bħal ħafna mill- proġetti l-oħra li kien beħsiebu jagħmel il-gvern Laburista.", "Il-ministru qed jgħidilna li dan irid ikun parti miċ-Children Act, pero' din min jaf meta se naslu għaliha.", "U minkejja li lill-gvern konna għidnielu biex jagħmel dawn ir-regolamenti ħalli mbagħad meta jkollna ċ-Children Act nagħmluha parti minnha, ma sar xejn.", "Pero' dan il-gvern huwa magħruf għal ħafna kliem u liġijiet kbar u mbagħad juri kemm m'huwiex intatt man-nies u mal-bżonnijiet tagħhom.", "Per eżempju, is-sena l-oħra f'Novembru ta' l-1999 il-Ministru Josef Bonnici kien mar jiftaħ iċ-childcare centre ta' l-Air Malta, li konna bdejna x-xogħol fuqu aħna meta konna fil-gvern u li kien tlesta f'Novembru ta' l-1999.", "Pero' minkejja li saret ħafna pompa u dawn l-affarijiet kienu dehru fuq it-televison u fuq il-gazzetti, għaddiet sena u dan iċ-ċentru għadu ma bediex jiffunzjona.", "U minkejja illi l-ħaddiema ta' l-Air Malta kitbu liċ-chairman u staqsewh għalfejn dan iċ-ċentru għadu ma bediex jiffunzjona, ħadd ma ta kashom.", "Dan l-istess bħall-proġett pilota taċ-child care centre tal-Kalkara li kienu qed jaħdmu fuqu n-nisa Laburisti.", "Dan il-proġett ħallewh sentejn sħaħ bħala proġett pilota biex issa qed iwaħħlu fil-planning authority u qed jgħidu li din trid li dan il-post ikun bħala parti mill-iżvilupp ta' Bighi.", "Imbagħad meta tmur biex tiċċekkja l-affarijiet man-nies li huma involuti, bħal, per eżempju, il-kunsill lokali tal-Kalkara, jgħidulek li dan mhu veru xejn għax l-iżvilupp f'Ta' Bighi mhux se jiġi affettwat.", "Fil- fatt il-kunsill lokali tal-Kalkara jrid imexxi dan iċ-childcare centre hu imma naturalment il-gvern mhux qed jagħti kasu.", "Sur President, qed naraw li kull proġett u kull inizjattiva li ttieħdet mill-gvern Laburista qisha għandha l-pesta għax dan il-gvern jew ma jkomplix miexi fuqha jew inkella jagħmilha b'mod differenti.", "Pero' fid-deher jgħidu ħafna affarijiet u biex tkun taf il-verita' trid tagħmel ħafna xogħol.", "Per eżempju, is-sena l-oħra l-gvern kien ħela sena biex ħareġ rapport fuq in-nisa msawta u fih sabu li dawn in-nies għandhom bżonn post ta' kenn.", "Issa aħna mhux biss konna għidna li dawn in-nies għandhom bżonn post ta' kenn imma ħdimna biex dan niksbuh.", "Fil-fatt aħna konna lestejna wieħed f'Għawdex li għadu jiffunzjona sal-lum u fil-business plan kellna pprovdut għal shelter long-term ġo bini eżistenti tal-gvern u shelter lest u li kien jonqsu kien li jiftħu l-gvern Nazzjonalista għaliex dak iż-żmien kien inbidel il-gvern.", "Pero' dawn dan il-proġett riedu joqtluh mill-ewwel u vvintaw dak kollu possibbli fuq dan il-post.", "Qalu li l-post huwa żgħir, li m'hemmx biżżejjed post fejn jilagħbu t-tfal ta' dawn il-vittmi u ħafna affarijiet oħra.", "Ovvjament biex għamilna dan il-post aħna mxejna fuq pariri ta' nies tekniċi ta' l-SWDP li huma esperti f'dan il-qasam.", "Pero' sfortunatament dawn l-esperti ma kenux ġejjin mill-klikka ta' l-esperti tal- Ministru Gonzi imma kienu għadhom mill-klikka ta' l-esperti tal-Ministru Louis Galea u allura l-pariri tagħhom ma kenux jogħġbu lill-Ministru Gonzi.", "Issa din is-sena l-ministru ħabbrilna li għamel emergency shelter li qed jagħti servizz lil erba' nisa.", "Naturalment jien lill-ministru ġbidtlu l-attenzjoni u staqsejtu għalfejn ma użax il-post tagħna għax b'hekk dawn in-nisa kien ikollhom erba' darbiet aktar spazju pero' meta tara dawn l-affarijiet tinduna li l-affarijiet isiru għall-pika politika partiġġjana.", "Dawn ma jkollhomx kuntatt ma' dawn in-nisa li joqogħdu jċemplulhom kuljum id-dar biex jitkellmu fuq il- problemi li jkollhom għax kieku żgur li jipprovaw jagħmlu xi ħaġa malajr fuq din il-problema.", "Issa dawn qed joqogħdu jilagħbuha ta' l-innoċenti u qegħdin jistednuna biex imorru naraw dan ix-shelter.", "Sur President, aħna m'għandu għalfejn jistedinna ħadd biex immorru naraw ix-shelter għaliex din hija xi ħaġa tal-gvern, jiġifieri jien u kull deputat f'din il-Kamra għandna d-dritt immorru narawh.", "Jien ma naċċetta l-ebda invit mingħand nies li għamlu minn kollox biex jifgħu dell ikrah fuq il-proġett tal- gvern Laburista.", "Irrid inkun belha biex issa nilqa' dan l-invit.", "U nerġa' ntenni li meta rrid jien nista' mmur nara dan il-post u nżur lil dawn in-nisa għax wara kollox li jinteressana aħna hu l-problemi ta' dawn in-nisa.", "Per eżempju, ċerti barranin lili jistaqsuni jekk għandniex women's lobby hawn Malta fejn in-nisa kollha jissapportjaw lil xulxin biex l-affarijiet isiru malajr.", "Pero' hawn Malta ma jistax ikollok dan il- women's lobby għaliex jekk tagħmel xi ħaġa jipprovaw ikissruhielek għall- politika partiġġjana.", "Kieku tan-naħa l-oħra jagħmlu kritika bis-sens inkunu boloh jekk ma naċċettawhiex pero' l-kritika tagħhom dawn hija waħda distruttiva.", "Per eżempju, l-istess persuna li stednitna biex immorru naraw ix-shelter li għamlu għan-nisa msawta inzertat l-istess persuna li ma nafx x'ma vvintatx fuq iċ-childcare centre li wara kollox kellu kollox skond ir- regolamenti tas-safety ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma nagħmlux hekk.", "J'Alla jkollna postijiet bħaċ-childcare centres u postijiet għan-nisa msawta għaliex aħna ġenwinament għandna interess li dawn in-nisa jkollhom dak kollu li għandhom bżonn.", "Wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex insolvu l-problemi u mhux biex nieħdu vantaġġ politiku.", "Per eżempju, għalkemm dan ix-shelter li għamlu jospita erba' nisa biss dejjem aħjar mix- xejn.", "Sur President, jien kuljum iċempluli nisa u jistaqsuni kif m'għandhom protezzjoni ta' xejn.", "Li nista' ngħid dwar dan hu li minkejja li l-abbozz ta' liġi dwar il-vjolenza domestika huwa lest ilu sentejn biex jitressaq f'dan il-parlament minħabba l-pika partiġġjana.", "Meta lill-ministru għamiltlu mistoqsija parlamentari qalli li f'Gunju ta' din is-sena dan l- abbozz ta' liġi se tressaq fil-parlament pero' għaddew sitt xhur u għadu ma tressaq xejn.", "Jien xtaqt nitkellem fuq ħafna affarijiet oħra pero' m'għandix biżżejjed ħin, Sur President.", "Per eżempju, il-Gender Equality Act u r-research and education centre kienu proġetti ta' gvern Laburista li għall-pika partiġġjana dan il-gvern baqa' ma ressaqhomx għad-diskussjoni f'dan il-parlament.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, jekk wieħed jagħti daqqa ta' għajn lejn ir-rapport li ħareġ mill-uffiċċju tal-prim ministru dwar is- sentejn ta' ħidma tal-gvern għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-armata jsib li dan huwa ċertifikat ta' l-għaqal li bih mexa l-Partit Laburista fi tnejn u għoxrin xahar li għamel fil-gvern.", "U ħafna mill-affarijiet li qiegħed jiftaħar bihom il-gvern huma kollha ideat li ħareġ bihom gvern Laburista f'dawk il-ftit xhur li konna għamilna hemmhekk fil-gvern.", "Per eżempju, fil-white paper li ħareġ il-gvern preżenti hemm ħafna affarijiet li konna ssuġġerejna aħna meta konna fil-gvern.", "F'dan ir- rapport jissemmew affarijiet li bdihom gvern Laburista u allura l-gvern preżenti ma jista' jieħu l-ebda kredtu għall-implimentazzjoni tagħhom.", "Per eżempju ̧ bħalissa qed niftakar fil-korp ta' riżerva tal-volontieri ta' l-armata u minkejja li l-Prim Ministru preżenti kien qal li huwa xettiku dwarha, illum donnu qiegħed jitkellem mod ieħor.", "Din hija idea innovattiva li kien ressaq gvern Laburista.", "F'dan ir-rapport tissemma association għall-familjari tal-membri ta' l- armata.", "Din hija xi ħaġa li kien bdiha l-Partit Laburista fil-gvern u għalkemm konna sibna oppożizzjoni għaliha, fortunatament - biex inkun daqsxejn diplomatiku u forsi pulit iżżejjed - il-problemi li nqalgħu ssolvew ruħhom wara l-bidla tal-gvern.", "Nista' nsemmi wkoll ix-shooting range li saret ġewwa Għawdex li kien ipproponiha l-gvern Laburista u li konna bdejna x-xogħol fuqha u t-tibdil li qiegħed isir ġewwa Hay Wharf fil- bażi marittima tal-forzi armati.", "Dawn huma kollha huma proġetti li kien nieda l-gvern Laburista fit-22 xahar li kien għamel fil-gvern.", "Jekk wieħed iħares lejn dan ir-rapport isib li din is-sena ġew ingaġġati madwar 100 gunner.", "Huwa veru li kien hemm bżonn li jsir dan l-ingaġġ għax meta tqis li minn 1,000 gunner kien hemm 100 neqsin ma nafx kemm kien isir xogħol effettiv.", "Pero' hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar li dawk l-2,500 ruħ li kollha għandhom il-familji tagħhom tħallew għal żmien twil mhux ħażin jistennew fuq ir-recruitment list li kien waqqafha proprju l-gvern Nazzjonalista stess.", "U qed insemmi dan għaliex ma naħsibx li huwa mod kif tisma lil dawn l-2,500 persuna li tħallew jistennew għal żmien twil, imbagħad bla kliem u bla sliem il-gvern qabad u ħassar din il-lista u fetaħ l-applications għal kulħadd mingħajr ma biss avvżahom li l-lista spiċċat.", "Imma ħalli nispjega x'inhi din ir-recruitment list għaliex ħafna nies forsi ma jafux x'inhi.", "Armati moderni llum jaħdmu b'mod li biex iżommu l-armata dejjem up to strength ikollhom waiting list fejn bniedem imur japplika u meta jasal it- turn tiegħu, jekk ikun up to standard għall-ħteġijiet tal-forzi armati, jidħol.", "Ċertament li jekk persuna tkun l-ewwel fil-lista tidħol qabel it- tieni, u t-tieni tidħol qabel it-tielet, pero` dejjem jekk ikollhom il- ħiliet neċessarji.", "Żgur li din hija sistema tajba għaliex biha tista' żżomm l-armata up to strength il-ħin kollu, pero` din qabdet u tneħħiet.", "M'għandniex xi ngħidu li meta staqsejt għalfejn din is-sistema tneħħiet ir- raġuni li ngħatajt mill-Prim Ministru f'risposta għal domanda parlamentari kienet li l-gvern Laburista - naturalment kollox tort tal-gvern Laburista! - ma kienx daħħal nies u għaldaqstant kien hemm min minn dawn l-2500 li qabżilhom iż-żmien li fih setgħu ikunu eliġibbli biex jidħlu fil-forzi armati.", "Allura jekk dawn ma kenux tajbin biex jidħlu bis-sistema tar- recruitment list lanqas huma tajbin biex jidħlu bis-sistema l-ġdida.", "Allura issa li dawn tneħħew, l-armata hija up to strength u m'għandha problema ta' xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' recruitment ta' gunners?", "U jekk il-lista kienet tajba għalfejn tneħħiet?", "Se terġa' tiddaħħal jew le?", "U jekk le, għaliex?", "Meta kont għamilt domanda parlamentari fejn staqsejt jekk din il-lista hijiex se terġa' tiddaħħal bqajt ma ngħatajtx risposta.", "Jiġifieri qabel din kienet tajba u issa f'daqqa waħda saret ħażin?", "U jekk inhu hekk, għaliex?", "Fir-rapport jissemma wkoll ċertu ammont ta' equipment li ġab il-gvern mingħand it-Taljani kontra l-ħbit mill-ajru.", "Jien naħseb li jkun ħafna aħjar kieku nagħtu ftit attenzjoni għall-affarijiet li huma iktar basic.", "Iktar 'il quddiem, proprju fl-aħħar linja tar-rapport, wieħed isib li se jinbidlu l-uniformijiet tal-membri ta' l-armata, pero` jien naħseb li kien ikun ħafna aħjar kieku tajna kas affarijiet bħalma huma spares, armi u vejjikoli.", "Jekk wieħed iħares lejn l-ammont ta' vejjikoli li għandha l- armata jsib li hemm numru konsiderevoli li s-sena l-oħra kienu off the road.", "Issa dawn m'humiex qegħdin off the road għaliex qegħdin għas-service imma għaliex għandhom problemi kbar ħafna tant li m'humiex tajbin għat- triq.", "Hemm vejjikoli li naħseb li kienu l-Ġermanija fis-snin sittin u għalkemm lanqas biss jistgħu jintużaw, għal xi raġuni jew oħra għadhom fuq il-lista tal-forzi armati.", "Fuq il-lista hemm imniżżla wkoll dawk l-erba' armoured vehicles li meta konna tlajna aħna fl-1971 konna sibnihom id-depot tal-pulizija.", "Ċertament li dawn m'humiex usable u ma nafx għaliex jissemmew fil-lista.", "Madwar sitt xhur ilu kont għamilt domanda parlamentari dwar kemm kien hemm vejjikoli ta' l-armata li m'għaddewx mill-VRT u r-risposta li ngħatat kienet tgħid li kien hemm vejjikolu wieħed li m'għaddiex mill-VRT.", "Madwar għaxart ijiem ilu għamilt l-istess domanda pero` naturalment għall-perijodu ieħor, pero` għal xi raġuni, ir-risposta għadha ma ngħatatlix.", "Probabbli hemm xi oħrajn li m'għaddewx għaliex m'hemmx bżonn tagħmel ħafna riċerka biex tagħi riposta bħal din; kemm tagħfas naqra buttuna ta' computer u tkun taf kollox.", "Alla ħares ma kienx għal numru konsiderevoli ta' vejjikoli li għandha l-missjoni militari Taljana għaliex kieku naħseb li l-armata jkollha problemi kbar.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll fuq ċerti suldati li biex jieħdu promotion iridu bilfors jattendu għal ċerti trade courses.", "Jien ma naħsibx li huwa ġust li lil ċerti suldati nġibulhom l-iskuża li m'hemmx vacancy għalihom biex jagħmlu l-kors meħtieġ biex imbagħad awtomatikament jinqatgħu u tiġi effettwata l-possibbilta` tagħhom għal promotion.", "Jissemma wkoll ħafna taħriġ li sar mill-forzi armati tagħna f'kulleġġi u akkademji prestiġjużi bħar-Royal Military Academy ta' l-Ingilterra, il-Coastguard Amerikana, il- German Naval Academy u l'Aosta Brigade.", "Jissemmew anke eżerċizzji li għamlu l-forzi armati tagħna għal dak li għandu x'jaqsam ma' search and rescue ma' forzi militari barranin oħra, ħafna minnhom membri ta' l-Unjoni Ewropea bħall-Italja, Franza, Spanja u l-Greċja.", "Hawnhekk xtaqt nagħti prosit lill-forzi armati għaliex qatgħu figura tajba ħafna u xhieda ta' dan huma l-USD 15 miljun li tana l-gvern Amerikan bħala rikonoxximent ta' l-abbilta` tal-forzi armati tagħna.", "Dawn il-flus ingħataw għall-użu tal-forzi tas-sigurta` sabiex inkomplu ntejbu l- faċilitajiet li għandna f'dawn l-oqsma.", "Tajjeb wieħed jgħid u jfakkar li dawn il-USD15 miljun huma kważi l-istess ammont ta' flus li kienu se jagħtuna l-Unjoni Ewropea qabel ma aħna nidħlu membri.", "Tajjeb wieħed jistaqsi wkoll jekk dan l-ammont huwiex kumbinazzjoni jew inkella biex jiġbdulna saqajna għaliex ma naħsibx li l-affarijiet isiru għal xejn.", "Li huwa żgur hu li l-Amerika hija ħafna aktar rikonoxxenti għar-rwol li qiegħda taqdi Malta milli hija l-Ewropa.", "Mela l-Amerka tawna USD15 miljun biex intejbu l-forzi armati tagħna u l-Ewropa tatna l-istess ammont biex nirranġaw il-problemi kollha li għandna biex inkunu nistgħu niġu up to standard ma' l-Ewropa!", "Fir-rapport jissemma wkoll li l-forzi armati ta' Malta qdew dmirhom tajjeb ħafna - u ta' dan ta' min ifaħħarhom - fix-xogħol umanitarju li għamilu fil-convoys li marru l-Kosovo.", "Dawn huma affarijiet tajbin u m'għandna xejn kontrihom, pero` meta wieħed jara l-elenku sħiħ ta' training programmes li saru jinduna li dawn iġibu fix-xejn l-argumenti tal-gvern u ta' dawk il-gazzetti li jiktbu favur il-policy li qed jattwa l-gvern, jiġifieri li biex il-forzi armati ta' Malta jitħarrġu u jieħdu sehem f'search and rescue hemm bżonn li nidħlu fir-rapid reaction force li se twaqqaf l-Unjoni Ewropea fl-2003.", "Aħna m'aħniex membri la fl-Unjoni u lanqas f'din il-forza għaliex għadha ma bdietx topera, pero` dan ix-xogħol ta' search and rescue, training u xogħol umanitarju ieħor diġa` qed nagħmluh u m'għadna bżonn nidħlu f'ebda forza biex inkomplu nagħmluh.", "Kulħadd jaf li l-gvern preżenti aċċetta li jipparteċipa fir-rapid reaction force.", "Huwa veru li se nipparteċipaw bi 30 suldat u erba' uffiċjali f'affarijiet li huma purament humanitarian u search and rescue pero` kulħadd jaf li llum din saret kwestjoni politika u għalkemm jista' jagħti l-kas li llum l-iskop tagħha huwa sempliċement ta' crisis mangement, 'il quddiem l-affarijiet se jikbru.", "Jien ma naħsibx li biex tipparteċipa fi humanitarian missions u f'search and rescue hemm għalfejn tibgħat kaptan jgħix Brussels.", "Dan x'qiegħed jagħmel hemm?", "Ċertament ngħid li hemm xi ħaġa ħafna ikbar minn hekk.", "Jekk wieħed iħares lejn il-figuri li ħerġin bħalissa jsib li din il-forza għandha 80 vapur - ma naħsibx li dawn se jkunu kollha hospital ships - 80,000 suldat - ma naħsibx li għal search and rescue hemm bżonn dan l-ammont kollu - u 300 ajruplan.", "X'se jkunu qegħdin jagħmlu hemm dawn?", "Dan sempliċement huwa bidu ta' armata Ewropea.", "U dan m'aħniex qed ngħiduh aħna imma qiegħda tgħidu l-Amerka, li ċertament hija nkwetata għaliex jekk din l-armata tikber - illum hija ta' ċertu daqs imma m'hemmx dubju li l-iskop huwa li 'l quddiem tikber u tkun tinkorpora ż-żewġ miljun membru tal-forzi armati li hemm ma' l-Ewropa kollha - se tidgħajjef is-saħħa tan-NATO.", "Awtoritajiet Franċiżi stess qalu - din kienet fit-\"Times\" tal-ġimgħa li għaddiet - li jridu jwaqqfu armata li tkun tista' taġixxi b'mod separat min- NATO.", "Dan il-kliem ingħad ukoll f'rivisti bħal \"The Economist\", \"The Guardian\", \"The Financial Times\", diversi TV stations bħas-CNN, il-BBC u oħrajn u jekk wieħed ifittex fuq l-internet issib ruxxmata sites dwar din ir-rapid reaction force u l-ebda waħda minnhom ma tgħid li din se tkun sempliċement forza ta' humanitarian aid.", "Forsi għalissa jista' jkun li hekk, pero` kulħadd jaqbel li l-iskop hu li din il-forza tikber.", "Ċertament li biex dawn jaħdmu se jkollhom bżonn bażijiet, fuel depots, bunkering facilities, ammunition depots u postijiet minn fejn jagħmlu ċertu surveillance.", "Issa normalment dawn l-affarijiet ma jsirux fiċ-ċentru ta' l- Ewropa imma jsiru fuq il-fruntieri u naturalment Malta tinsab fis-Southern part ta' l-Ewropa.", "Kif jaf kulħadd, l-Ewropa tal-lum m'hijiex l-Ewropa ta' meta twaqqfet u lanqas hija l-Ewropa ta' għaxar snin ilu meta applikajna.", "Illum l-Ewropa hija totalment differenti milli kienet għaxar snin ilu u se tkun differenti għaxar snin oħra, pero` ċertament l-iskop hu li l-Ewropa ssir a super power - tkunx kontra jew favur l-Amerka ma jagħmilx differenza pero` naħseb li tkun qed timxi id f'id ma' l-Amerka - u once li aħna nidħlu membri ma naħsibx li bi tliet membri fil-kunsill tal-ministri se nkunu kapaċi ngħidulhom ma jiġux 'l hawn.", "Jekk l-Ewropa se ssir pajjiż wieħed - u dan huwa finally l-iskop għaliex diġa` għandha munita waħda, foreign policy waħda u ovvjament it needs an army to back it up għaliex inkella daqslikieku m'għandha xejn - kif se żżommhom milli jiġu hawn?", "Jekk dan isir pajjiż wieħed kif ultimately is the aim, tista' tgħidilhom biex ma jiġux 'l hawn u jħalluna niddeċiedu aħna?", "Jien ma naħsibx li dan jista' jsir.", "U dan m'huwiex diskors li qegħdin ngħiduh aħna - veru li aħna nibżgħu li nitilfu s-sovranita` speċjalment bil-parteċipazzjoni f'din il-forza - imma qed igħidu wkoll il-kap tal-Partit Konservattiv Ingliż Hague li qal li malli jitla' hu fil-gvern se jneħħi s-suldati Ingliżi minn din il-forza militari li se titwaqqaf.", "U la qed nitkellem fuq din il-forza militari ma nistax ma nsemmix intervista li dehret f'\"The Sunday Times\" proprju l-bieraħt lura mal- brigadier tal-forzi armati ta' Malta, mill-Malta-EU Information Centre u t- \"Times\" flimkien, qishom konfoffa.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-brigadier m'għandux dritt li jkollu l-opinjoni tiegħu u li anke jesprimiha, imma dan għandu jagħmlu meta jkun qed jitkellem mal-ħbieb tiegħu b'mod privat mhux fuq gazzetta.", "Ċertament m'hijiex etika li bniedem li qiegħed bl-uniformi taħt dixxiplina militari jagħti intervista b'dak il-mod.", "Issa hawnhekk naħseb li kulħadd għandu biċċa tort, kemm il-Malta-EU Information Centre u \"The Times\" li staqsew dawk it-tip ta' domandi - għaliex ma naħsibx li huwa etiku li bniedem iġġibu dahru mal-ħajt b'dak il-mod - kemm il-gvern li ppermetta li ssir intervista ta' dik il-kwalita`, kif ukoll l-uffiċjal pubbliku in kwestjoni li ħareġ jiddefendi policies tal-gvern.", "Kap ta' armata m'huwiex qiegħed hemmhekk biex jagħmel il-foreign policy imma biex iwettaq l-ordnijiet li jingħatawlu mingħand il-gvern, naturalment jekk dawn ikunu ġusti.", "Allura uffiċjal li huwa kontra s-sħubija ta' Malta għandu dritt jagħti intervista lill-gazzetti?", "Mela min hu favur jista' jitkellem - dan żgur li talab il-permess tal-gvern biex ikun jista' jagħti din l- intervista - u min hu kontra ma jistax jitkellem!", "Min qiegħed bl-uniformi lanqas jista' jidħol f'każin politiku jew jattendi għal attivita` politika aħseb u ara kemm jista' jagħti intervisti ta' dik il-kwalita`!", "Ċertament li m'hemm l-ebda dubju li hawnhekk sar xi forma ta' nuqqas minn xi ħadd, issa rigward min kien li naqas jiġġudika l-poplu.", "Il-gvern jinsab ċert li r-referendum dwar l-Ewropa se jgħaddi.", "Allura jekk jinsab daqshekk ċert, hemm bżonn ikollu l-isqfijiet u l-kap tal-forzi armati jservu ta' forċina?", "Jekk se jgħaddi!", "Hawn ħafna li jgħidu li l- gvern huwa maqtugħ mir-realta`, pero` jien naħseb li m'hu maqtugħ xejn mir- realta` għaliex finalment qed jirrealizza li qiegħed dahru mal-ħajt f'din il-biċċa xogħol ta' l-Ewropa u qabdu paniku kbir.", "Għaliex bilfors li jrid ikollok paniku kbir biex tħalli uffiċjal għoli ta' l-armata jitkellem b'dak il-mod.", "Almenu jien hekk inħossha, nerġa' ngħid issa jiġġudika l-poplu.", "Li hu żgur huwa li m'hijiex etika ta' kif isiru l-affarijiet għaliex Alla ħares noqogħdu nintervistaw lill-kapijiet kollha tal-gvern ħalli naraw x'jaħsbu u ma jaħsbux fuq il-policies ta' l-istess gvern.", "Il-policies isiru mill-gvern and they are there to serve.", "Jekk iridu jitkellmu dwarhom fil-privat jistgħu jagħmlu dan kemm iridu imma mhux b'mod uffiċjali.", "Kemm ili hawnhekk jien dejjem ħassejt li the end doesn't justify the means u meta inti titlef l-irġulija u tibda taqa' għal dawn id-dirty tricks u n- nofs veritajiet, juri li tkun fi stat ta' paniku kif jinsab dan il-gvern.", "Sur President, nagħlaq billi nawgura l-festi t-tajba lill-Kamra kollha u lil kulmin qiegħed jismagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, fi żmien meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar l-estimi tal-ministeri differenti, id-drawwa hija li wieħed jiffokka fuq l-estimi tal-ministeru konċernat.", "Wieħed jista' joqgħod, per eżempju, jitkellem illum fuq dak li għaddej fil-MITTS, il-kumpannija li tmexxi s-sistemi ta' informatika tal-gvern, u anke jitkellem dwar kif, per eżempju, ġie ttrattat il-financial controller ta' din il-kumpannija matul din l-aħħar sena li kienet qed tagħmel xogħol ta' kontroll serju fuq it-tip ta' outlays li kienu għaddejjin u dan spiċċa barra.", "Wieħed jista' wkoll iqajjem il-każ tal-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li f'daqqa waħda l-vot tagħha sploda minn Lm5,000 għal Lm100,000 - dan meta x-xogħol tagħha suppost ilu li spiċċa - filwaqt li l- vot tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għandhom allokazzjoni ta' anqas minn Lm50,000.", "U wieħed jistaqsi x'hemm wara din il- ħaġa.", "Jien nagħmilha ċara li jekk hemm xi tbażwira oħra ġejja, darb'oħra meta nkunu fil-gvern noqogħdu attenti li min qiegħed jieħu flus b'mod abbużiv minn dan il-gvern, naraw kif nagħmlu u neħduhomlu lura.", "Imma ħalli ma noqgħodx nidħol f'dawn id-dettalji li joħorġu mill-vot ta' dawn il- ministeri li jaqgħu taħt il-prim ministru, għaliex naħseb li jkun aħjar li fil-25 minuta li għandi nagħti overview, anke b'mod telegrafiku, ta' dak li matul id-dibattiti li kellna f'dan il-budget ħareġ b'mod ċar.", "Nibda, Sur President, bil-punt li l-gvern li tiegħu huwa responsabbli l- Prim Ministru huwa gvern ta' telqa minnu nnifsu u qed iġib telqa fil- pajjiż, huwa gvern għajjien, m'għandux ideat ġodda, ilu 13-il sena jiggverna, kien il-kawża ta' ħafna mill-problemi ta' tmexxija li għandna fil-pajjiż u issa mhux kapaċi jsolvihom.", "U se nagħti eżempju li kulħadd iħoss u jara, il-kwestjoni tat-toroq li m'hijiex xi ħaġa li qegħdin ngħiduha aħna biss imma qed jgħidha l-poplu kollu.", "L-istat ta' diżgrazzja li jinsabu fih it-toroq ċertament ġej minn amministrazzjoni li ilha għaddejja mill-1987 tlablab ħafna u ma twettaq xejn, jew twettaq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' xinxilli b'ħafna ħela ta' flus u b'ħafna affarijiet li jibqgħu vojta.", "L-istess ħaġa jista' jingħad għall- problemi enormi li għandna fil-qasam ta' l-ambjent fosthom in-nuqqas ta' kontroll fit-tmexxija ta' traffiku fit-toroq u l-problema ta' l-iskart li diġa` erġajna tlifna sentejn oħra fuq l-arranġamenti li kellhom isiru ħalli għallinqas il-problema tal-Magħtab tiġi kkontrollata.", "Hemm imbagħad il- problema ta' Għawdex fejn it-telqa tinħass sew.", "Jien niftakar li sa sentejn u nofs ilu dawn kellhom il-go, go, go biex jagħmlu xi ħaġa u issa jgħidulek li t-telqa li jaraw madwarhom tħallihom ċassi.", "Veru li hemm ministru responsabbli li qed tagħmel kollox kif trid hi, imma sadanittant it-telqa fil-qasam ekonomiku u soċjali f'Għawdex hija waħda palpabbli.", "Imbagħad xi ngħidu għall-qasam tal-proġetti ġodda fejn dan l-aħħar sentejn kienu mitlufa?", "X'ġara minnu l-proġett tat-terminal tal- cruiseliner?", "Ilhom sentejn jinnegozjaw u jerġgħu jinnegozjaw.", "X'ġara minnu l-proġett tal-Kottonera?", "Fl-aħħar neħħew il-ħajt ta' madwar il-baċir fit-tarzna imma jien għadni kemm rajt il-karti tan-negozjati li għaddejjin bejn il-gvern u l-consortia fuq x'se jiġri ħalli jinbena yacht marina u ħlief taħwid u paralisi ma rajtx.", "L-istess imbagħad il-mod kif ċerti ideat qed jiġu spustjati fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Meta għamilt id- diskors b'risposta għall-budget jien għedt li kulma ġie vvotat għat-tiswija u r-refurbishment ta' l-iskejjel aktar mis-sena li għaddiet kien biss Lm1,000 għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "Dan jammonta għal inqas minn kwart iż-żieda li se jieħdu l-ministri.", "U bħala risposta kellna l- argument li se jkun hemm Lm60 miljun ġejjin mill-private public partnership.", "Jien ma nafx x'taħwida ġejja.", "Minn fejn ġejjin dawn is-Lm60 miljun?", "B'liema mod?", "Kif?", "Nerġa' ngħid li pajjiżna jinsab f'telqa kbira u l-Prim Ministru Fenech Adami huwa responsabbli għaliha għaliex il-gvern wara kollox huwa tiegħu.", "Issa din m'hijiex kwestjoni ta' voti ta' ministeru.", "Mela allura minn fejn ġejja din it-telqa?", "Imbagħad f'dan l-ambjent kollu, fil-politika finanzjarja u baġitarja li qed iressaq il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami, jipprovaw iħawdu l-figuri u joħolqu klima li din qisha xi ħaġa li ġrat f'dawn l-aħħar sentejn.", "Dan m'hu veru xejn.", "Kulmin jifhem ftit fiċ-ċifri u ma jridx iqarraq jaf li l-mod ta' kif imxejna bih bejn l-1992 u l-1996 daħħalna f'ħofra finanzjarja enormi.", "Jistgħu jgħidu kemm iridu li dawn huma invenzjonijiet għaliex ir-realta` teknika dik hi.", "U dan għaliex nefqu, nefqu u nefqu meta kienu jafu li the underlying situation f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment u potenzjal produttiv ġdid fl-ekonomija ma kienx qed jiġi ġġenerat.", "Straħu ħafna fuq il-konsum li kien qed jiġi powered u mbuttat mill-ispiża pubblika, l-ispiża pubblika baqgħet tiela', tiela', tiela' u l-potenzjal produttiv tal-pajjiż insewh u dak li kien diġa` jeżisti, bħal fit-turiżmu, kienu qed jaħarquh.", "U issa xi jrid jagħmel il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami biex jindirizza din is-sitwazzjoni?", "Triq waħda hemm jekk irid ikun serju - inaqqas l- ispiża.", "Żgur li m'hijiex triq faċli u żgur li m'huwiex qed jagħmel hekk il- gvern għaliex din is-sena l-ispiża żdiedet b'6% u s-sena d-dieħla se tiżdied b'9%.", "M'hu veru xejn li dan il-gvern qed jaħdem biex din il- problema li ħoloq hu stess - bejn l-1992 u l-1996 kien hemm l-istess team - il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u l-Ministru tal-Finanzi Dalli - isolviha.", "Li qed jagħmlu huwa l-istess taħwid li kienu għamlu bejn l-1992 u l-1996; iħallu l-ispiża żżid u żżid u jippruvaw isolvuha bit-taxxi.", "U l- kuntradizzjonijiet li ħerġin huma ta' l-għaġeb.", "Fl-1996 kienu jgħidulna li l-VAT kienet se tikkontrolla aħjar l-evażjoni tat-taxxa.", "Reġgħu daħlu l- VAT għaliex rashom iebsa, u issa se jdaħħlu wkoll l-ex officio!", "Ara daqsxejn x'kontradizzjonijiet!", "Imma mbagħad biex jippruvaw jilqgħu għaż- żieda ta' 9% fl-ispiża tal-gvern - żieda straordinarja li m'għandu l-ebda pajjiż, la ġewwa u lanqas barra l-Unjoni Ewropea - qegħdin joqogħdu jgħidu lilna x'konna nagħmlu bil-ftehim kollettiv.", "L-ewwelnett anke dan il-ftehim kollettiv huwa daħka fil-wiċċ għaliex taparsi ffirmaw ftehim tajjeb għall-ħaddiema meta fil-fatt ta' fuq nett se jiżdiedu b'27% u ta' isfel nett l-iktar li se jiżdiedu huwa b'6%.", "Imma apparti din, l-akbar daħka kienet li l-ewwel ftehmu b'dan l-arranġament mbagħad minnufih wara ċapċpu żidiet fil-bolla ta' 1% u reġgħu żiedu wkoll l- income tax u spiċċajna li l-ħaddiema t'isfel ta' l-iskala tal-gvern bil- kemm se jkollhom żieda fil-paga li tkopri ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja tas- sena li għaddiet.", "Jiġifieri dan daħk fil-wiċċ, apparti wkoll mill-fatt li kellhom ir-responsabbilta` li mal-collective agreement jipprovaw idaħħlu miżuri ta' riorganizzazzjoni serji li ilna nitkellmu dwarhom għaxar snin, u m'għamlu xejn.", "On top of this imbagħad hemm it-telqa tal-gvern meta jiġi biex jara kif għallinqas in-nefqa tiegħu jirrazzjonalizzaha.", "Jekk inħarsu lejn ħafna mill-proġetti kapitali li jistgħu jsiru minn ħaddiema tal-gvern insibu li 80% jew 85% minnhom qegħdin jingħataw lill-privat.", "Mela minn naħa qed inħallsu lill-ħaddiema tal-gvern u min-naħa l-oħra x-xogħol li jistgħu jagħmlu qegħdin nagħtuh lill-privat.", "Imma b'dan il-poplu qed jinqeda aħjar?", "U ejja!", "Biżżejjed inħarsu lejn Imdina Road - u nibqgħu nsemmu din it-triq għaliex hija eżempju klassiku - biex naraw il-ħela, it-telqa, in- nuqqas ta' leadership u n-nuqqas ta' sens ta' kif tmexxi l-affarijiet pubbliċi.", "Mela nonfqu l-miljuni fuq il-ħaddiema u ma nagħtuhomx ix-xogħol, nerġgħu nonfqu l-miljuni fuq il-kuntratti ta' xogħol pubbliku li jistgħu jagħmluh il-ħaddiema tal-gvern, imbagħad meta tifli l-outcome tara li minkejja dan kollu l-poplu m'huwiex jinqeda anzi qed imur għal agħar.", "Jiena naħseb li l-punt li rridu nenfasizzaw huwa li ninsabu quddiem strateġija finanzjarja u baġitarja li hija żbaljata; minflok ikollha l- guts, il-ħila u s-sens biex tattakka l-ispiża, tħalli l-ispiża timxi 'l quddiem u tipprova tpatti għaliha billi żżid il-piż tat-taxxi.", "U l-kritika fundamentali tagħna hija li t-triq - verament m'hijiex waħda faċli - hija li tattakka l-ispiża l-ewwel.", "U dażgur li jkollok problemi biex tattakka l- ispiża!", "Imma l-gvern mhux qiegħed hemmhekk biex jieħu t-toroq li jkunu faċli għaliex it-triq il-faċli diġa` ġiet ipprovata bejn l-1992 u l-1996 u ħolqot il-ħofra kbira li għadu jiffaċċja l-pajjiż sal-lum.", "U ngħid li għadu jiffaċċja l-pajjiż sal-lum għaliex m'hu veru xejn li d-deficit strutturali li wegħduna li se jkunu qed inaqqsu qed jitnaqqas.", "Dan x'ġenn hu li biex tnaqqas deficit strutturali bi Lm12 miljun iżżid il-piż tat- taxxi b'Lm111 miljun?", "Assolutament l-ebda sens ta' proporzjon, l-ebda viżjoni strateġika ta' kif isiru l-affarijiet.", "U hawnhekk imbagħad jidħol il-punt ċentrali tat-tbagħbis istituzzjonalizzat li għaddej bħalissa.", "L-Onor.", "Fenech Adami għoġbu jgħid li l-unika ħaġa li qed tikkrika l- oppożizzjoni hija t-tbagħbis fiċ-ċifri.", "Nerġa' ngħid li dan m'hu veru xejn; it-tbagħbis fiċ-ċifri qiegħed hemmhekk għaliex qed jgħatti l-iżbalji li hemm għaddejjin fit-tmexxija finanzjarja, politika u ekonomika tal- gvern.", "U għalhekk imbagħad isir kruċjali t-tbagħbis għaliex il-gvern għadu mingħalih li l-importanti li tqajjem il-feel-good factor - tant jiddelitta biha din il-Prim Ministru - u l-affarijiet jimxu waħedhom.", "U meta mbagħad tiġi dahrek mal-ħajt, kif qed jiġi dahru mal-ħajt dan il- gvern, ikollok tbagħbas iċ-ċifri.", "Jiena għad irid niltaqa' ma' xi ħadd li jgħidli jekk hux veru li l-indiċi tal-prezzijiet juri li bit-tariffi li daħħal il-gvern ta' Dr. Fenech Adami l-kontijiet naqsu fuq dawk li kienu fis-sajf ta' l-1997.", "Mhux il-familji kollha jafu li din m'hijiex veru!", "Imma l-istatistika turi li raħsu.", "Staqsejt jekk hux veru jew le li ż-żieda li kellna fl-1 ta' Jannar, 1999 ġiet recorded mhux meta seħħet, skond il-prinċipji ta' l-istatistika xjentifika, imma sena wara, imma ħadd għadu ma rrispondieni.", "Staqsejt ukoll jekk hux veru jew le li s-survey dwar l-impjiegi li għamel l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika jirrekordja bl-aktar mod ċar li r-rata tal-qgħad fil-pajjiż hija 6.6%.", "Dan ċaħdu biss l-Onor.", "Gonzi u ċaħdu billi ħawwad l- affarijiet għaliex minflok tkellem dwar ir-rata tal-qgħad ipprova jirriferi għal tabella oħra fis-survey ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika li m'għandha x'taqsam xejn mar-rata tal-qgħad.", "Għal dak il-ħin deher li qisu qed ibagħbas u jħawwad iċ-ċifri imma anke l-ispjega hija tbagħbisa oħra.", "Wasalna fi stadju ta' assurdita` li għandna gvern li wassalna f'sitwazzjoni fejn il-qgħad qed jonqos, waqt li qed jonqos in-numru ta' nies li qed ikollhom xogħol, għaliex qed jonqos in-numru ta' nies li qed ifittxu x- xogħol jew li għandhom xogħol.", "Skond l-aħħar ċifri li ħarġu għal Ottubru l- qgħad f'dak ix-xahar naqas filwaqt li l-gainfully employed naqsu u l- labour supply naqset.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li l-gvern, biex mingħalih ikompli juri ċ-ċifri sbieħ, qed jagħmel minn kollox biex inaqqas il-labour supply għaliex inkella ma tistax tibbilanċja l-affarijiet aktar.", "Din hija triq li tibqa' nieżla 'l isfel mhux titla' 'l fuq.", "U għalhekk jien nibqa' nsostni li hemm tbagħbis fiċ-ċifri.", "U min irid jiġi u nurih il- workings li juru dan biċ-ċar.", "Il-mod kif qed tintwera mill-gvern ta' Dr. Fenech Adami ż-żieda ekonomika, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jistrieħ fuq logħob statistiku.", "Jekk tiċċekkja l-istatistika kollha ta' l- international monetary fund fuq kif il-GNPs ta' pajjiżi differenti jiġu ppreżentati ssib li Malta huwa l-uniku pajjiż fejn l-inventory stocks li sempliċement jidħlu biex jibbilanċjaw iż-żewġ naħat, għandhom l-akbar saħħa fl-ekomomija nazzjonali għaliex qed jintużaw biex jgħollu l-figuri 'l fuq.", "Imbagħad aktar u aktar li ma kien hemm l-ebda spjega ċara ta' għaliex kellu jkun hemm dak it-tbażwir fuq l-estimi ta' l-Enemalta.", "Kellna l-gidba kbira li l-gvern bilfors irid jibbilanċja l-accounts ta' l-Enemalta biex jippreżentahom lill-parlament.", "Dan m'hu veru xejn.", "Il-liġi mhux veru tgħid hekk, il-liġi tgħid li meta tissettja t-tariffi, trid tissettjahom b'tali mod li l-kontijiet futuri tal-korporazzjoni jibbilanċjaw jew għallinqas jagħmlu profitt u jikkaverjaw ukoll l-ispiża kapitali.", "Imma l- liġi qatt ma tgħid li l-estimi minn sena għal sena jridu jkunu bbilanċjati.", "U dan it-tip ta' tbagħbis istituzzjonalizzat li anke rriżulta mill-mod kif ħarġu l-minuti tal-bord, qed isir meħtieġ għal dan il-gvern għaliex irid jgħatti t-telqa u l-fallimenti ta' direzzjoni u ta' leadership tiegħu.", "Sur President, jien naħseb li l-poplu bil-mod il-mod qed jinduna li r- raġuni kruċjali għal din it-telqa hija l-ossessjoni tal-Prim Ministru u tal- grupp tiegħu li akkost ta' kollox idaħħluna fl-Unjoni Ewropea.", "Tant huma ossessjonati b'din il-ħaġa li anke jekk tħares lejn l-estimi kollha tara li dik biss tgħodd.", "Kuntenti jnaqqsu l-ispiża fuq ir-refurbishment ta' l- iskejjel u l-allokazzjoni kapitali jew soċjali u jżiduha bi kbir fuq din l- ossessjoni.", "It's the be all and end all ta' kull ħaġa li jagħmlu!", "Imbagħad meta aħna ngħidu li hemm alternattiva oħra jerġgħu jiġu bl- istejjer li anke l-President ta' l-Isvizzera ma jaqbilx li l-Isvizzera tibqa' barra.", "Grazzi!", "Anke ta' qablu u ta' qabel ta' qablu ma kenux jaqblu!", "Jien kien kellimni ta' qabel ta' qablu u kien qalli li hu u l- elite riedu li l-Isvizzera tidħol fl-Unjoni Ewropea imma l-poplu ma riedx.", "L-istess bħal Malta; l-elite iridu jidħlu fl-Unjoni Ewropea u l-poplu aktar ma jifhem x'inhu għaddej aktar qed jgħid li ma jaqbilx.", "Din hija xi ħaġa li tkompli turi kemm hemm bżonn min-naħa ta' l-oppożizzjoni Laburista li tibqa' tisħaq fuq it-triq tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran.", "U l-elite imisshom jifhmu li meta jkunu huma biss sejrin tajjeb ma tantx idumu sejrin tajjeb għaliex l-akbar progress li għamel dan il-pajjiż kien meta taħt gvern Laburista fi snin sebgħin, il-ħaddiema u s-self-employed iż-żgħir, imxew 'il quddiem, għaliex imbagħad magħhom kulħadd mexa 'l quddiem.", "Għalhekk jien nibqa' ngħid li l-problema kbira u fundamentali ta' dan il- Prim Ministru u ta' dan il-gvern hija li mhux biss sejjer fuq triq ħażina imma li qed jerġa' jirrepeti l-istess żbalji li diġa` għamel u li diġa` ħolqu problemi kbar għal dan il-pajjiż.", "Jien naqbel ma' sieħbi l-Onor.", "Adrian Vassallo fejn qal li l-gvern qed jinduna li ma jistax jidħak bin-nies kollha l-ħin kollu u veru naħseb li hemm ċertu element fejn qed idaħħlu affarijiet li kienu jintużaw fis-snin sittin.", "Li l-Prim Ministru joqgħod idaħħal lill-isqfijiet miegħu biex iċapċpulu għaliex qal li huma jridu li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, mhux ukoll tbagħbis b'dak li qalu l-isqfijiet?", "In the first place naħseb li l-isqfijiet ma misshomx tkellmu - la ma tkellmux fuq il-Palestina ma nafx għaliex kellhom jitkellmu fuq il-Kungress ta' Nizza - imma li mbagħad ikollok Prim Ministru tant iddisprat biex iżomm l-appoġġ għaddej għal politika ta' ossessjoni li qed tfalli li jgħid li l-isqfijiet iridu li Malta tkun membru sħiħ ta' l-Ewropa, naħseb Ii nkunu qed inġebbduha.", "U dan qed isir preċiżament għaliex qed jifhem li l-affarijiet m'humiex jaslu kif irid iġibhom hu.", "Jekk inħarsu lejn il-politika baġitarja u finanzjarja naraw li l-gvern telaq fi triq li m'hijiex se trendi kif m'hijiex qed trendi minkejja l- establishment kollu jippompja, jippompja u jippompja.", "Dan huwa gvern li għandu l-vantaġġ li għandu l-establishment tan-negozjanti, tal- professjonijiet, ta' parti mill-kleru u tal-media jippompjawh, imma minkejja dan l-ippompjar kollu, ir-riżultati m'humiex qegħdin hemm.", "U għalhekk huwa kruċjali l-punt ta' tbagħbis istituzzjonalizzat biex taparsi mingħalihom iżommu l-feel-good factor għaddej.", "Din ħadmet fil-każ tad- Daewoo għal ċertu ammont ta' żmien, pero` li nittrattaw il-kontijiet finanzjarji u ekonomiċi tal-pajjiż qishom kienu l-kontijiet tad-Daewoo huwa żball kbir.", "Alla ħares il-poplu jkollu jġorr l-istess tip ta' żball li qed iġorru x-shareholders tal-Bank of Valletta b'dak li sar fid-Daewoo!", "Imma apparti minn hekk imbagħad il-kwestjoni kollha ta' din l-ossessjoni li akkost ta' kollox iridu jdaħħluna fl-Unjoni Ewropea meta hemm alternattiva oħra.", "Waħda mill-affarijiet li nistenna li se tiġri fi żmien li ġej hija li anke dawn ir-riżultati tal-konferenza ta' Nizza li qed jippruvaw jonfħu l- establishments f'Malta, are going to trickle down.", "Bil-mod il-mod in-nies se tifhem, kif diġa` qiegħda tifhem, li dawn huma riżultati ta' balieni bil- makku magħhom.", "Aħna għandna gvern li tant irid ikun qrib il-balieni, allavolja huwa makku, li lest li jmexxi l-affarijiet qisu kien baliena meta huwa makku.", "U n-nies se tifhimha din il-ħaġa.", "In-nies se tifhem li filwaqt li aħna bħala pajjiż għandna nkunu parti mill-integrazzjoni, mill- iżvilupp u mill-għaqda Ewropea, irridu nkunu hekk skond iċ-ċirkostanzi u l- potenzjal tagħna.", "U l-poplu Malti mhux se jagħti kas aktar, kif diġa` qed jagħmel, ta' dawk Ii jipprovaw ibeżżgħuh li jekk ma nidħlux parti mill- Unjoni Ewropea se nispiċċaw barra, qisu keċċiena s-surmast mill-klassi u qegħdin fil-kuridur, bix-xita nieżla iżolati.", "B'dan it-tip ta' scaremongering mhux se jasal.", "Dawn ilhom jipprovaw ibeżżgħu lin-nies u liż-żgħażagħ li jekk ma nkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jmorru jistudjaw barra, ma jkunx jista' jkollhom scholarships bir-radam u ma jkunux jistgħu jmorru jaħdmu l-Ġermanija jew Franza.", "Mur għidilhom liż-żgħażagħ li l-qgħad f'dawn il-pajjiżi huwa l-iktar qawwi fost iż-żgħażagħ!", "Dawn joqogħdu jipprovaw ibeżżgħu lin-nies imma mbagħad il-verita` ma jgħiduhiex.", "Ma jgħidux, per eżempju, li hemm rapport li jgħid li jekk ma ninvestux Lm11 miljun fil-fabbriki li jipproduċu l-laħam, ma jkollhomx ċans jibdew biex ikampaw.", "Dan ir-rapport - li to be fair huwa funny - jgħid lil dawn in- nies kemm iridu jonfqu biex ikollhom fabbriki ħalli jkunu skond ir- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, imma meta dan ir-rapport, li huwa ffinanzjat mill-gvern, jiġi biex jgħid lill-fabbriki tal-majjal, tat-tiġieġ u taċ-ċanga x'ċans għandhom fis-suq Ewropew jew fis-suq Malti wara li jkunu għamlu dan l-investment kollu, f'daqqa waħda naraw the leap of faith, il- qabża tal-fiduċja kif iħobb jgħid Dr. Fenech Adami.", "Id-diska tal-Prim Ministru hija waħda u jgħidilna hekk: Veru li ħaddieħor għandu economies of scale akbar minna, u veru wkoll li dawn ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tagħna bla problemi ta' xejn, imma ma jimpurtax għaliex jirnexxielna nkampaw!", "Dawn huma affarijiet li qegħdin inawru t-tessut ekonomiku tal-pajjiż u qed idaħħluna f'sitwazzjoni fejn kulħadd qed jipprova jara out for himself mhux aktar biex jipproġetta inizjattivi ġodda, imma biex jipprova li jekk ġejja mewġa u oħra warajha, almenu jibqa' fil-wiċċ.", "U din hija r-raġuni għat-telqa li hawn fil-pajjiż; tal-ħsieb fost ħafna u ħafna nies li l-gvern ta' Dr. Fenech Adami qarraq bihom u ngannahom għaliex wegħedhom Lm100 miljun minn Brussel fis-sena u qed jeħdilhom Lm13 miljun fis-sena mit-taxxi biex ikompli jaqdef lejn l-ossessjoni li għandu, wegħedhom il-ġenna fl-art u ħlief toroq imħarbta mhux qed ikollhom u wegħedhom leadership ta' fiduċja u ħlief ministri jduru minn naħa għal oħra qishom tiġieg f'gallinar, mhux qed jagħtihom.", "U n-nies qed jifhmuha din il-ħaġa. @@ Iktar ma jgħaddi żmien, iktar in-nies qed tirrealizza li wasal il-ħin li dan il-pajjiż jiġi fornut b'ċerta verita'.", "Spiċċa ż-żmien ta' l-ispin doctoring bil-figuri, it-tbagħbis biċ-ċifri u l-għajta għall-fiduċja biex imbagħad on the ground in-nies tibqa' ċassa.", "Jien naħseb li huwa hawn fejn l-Onor.", "Fenech Adami jimmerita l-akbar sfiduċja minn dan il-parlament, għax qed imexxi gvern li minbarra li hu għajjien, tilef id-direzzjoni, daħħal telqa fil-pajjiż u fuq kollox qed jippersisti fuq l-iżbalji strutturali kbar li għamel fl-imgħoddi.", "Għalhekk dan il-gvern la għandu viżjoni u lanqas fiduċja fil-poplu Malti u Għawdxi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, għall-kuntrarju ta' ministeri oħra, l- uffiċċju tal-prim ministru huwa dak l-organu li jagħti direzzjoni ġenerali lit-tmexxija tal-pajjiż.", "Għalhekk minbarra l-voti nnifishom, wieħed jista' jitkellem ukoll dwar it-toroq li għoġbu jsemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u li donnu nesa li peress li hu għamel kważi sentejn fil-gvern, allura għandu wkoll ċerta responsabbilta' għal dak li qed jiġri f'dan il-qasam.", "Il-fatt li t-toroq f'Malta m'humiex ta' kwalita' daqshekk tajba m'huwiex marbut ma' xi gvern partikolari.", "Pero' rrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista, fid-diversi amministrazzjonijiet tiegħu, għamel ħafna xogħol fil-qasam tat-toroq waqt li l-Partit Laburista, fis-sentejn li dam fil- gvern, sempliċement spiċċa l-ftit xogħlijiet li kienu diġa' mibdija.", "Kulma għamel il-gvern Laburista kienu xi affarijiet żgħar li kien għad fadal isiru mill-proġett ta' Tal-Qroqq, fejn in-network ta' Regional Road ġie mgħaqqad ma' dak ta' Santa Venera, u l-wiċċ tal-bankini tat-triq ta' bejn l- Imsida u l-Belt.", "Fir-rigward ta' l-arterial roads jien nista' ngħid li dan il-gvern, immexxi mill-Onor.", "Fenech Adami, għandu record tajjeb.", "Biżżejjed insemmi x-xogħlijiet li saru fuq il-bypass ta' Birkirkara, dik ta' Santa Venera, Regional Road, il-junctions f'Tal-Qroqq, it-toroq ta' bejn l-Imsida u l-Belt u t-triq Tal-Barrani biex wieħed jinduna li dan il-gvern għandu programm serju f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq.", "Tant hu hekk li l- maintenance meħtieġa minn dak iż-żmien li saru sal-lum, kienet veru minima.", "Huwa veru li l-Partit Laburista għamel Żabbar Road fil-Fgura, u ta' dan ħaqqu prosit, pero' b'daqshekk ma jistax jgħid li taħt id-direzzjoni ta' l- Onor. Fenech Adami ma sar xejn.", "Jien naħseb li l-ikbar ċajta li qatt smajt u l-ikbar reviżjoni ta' l-istorja li qatt għamel ex-deputat parlamentari kienet l-istqarrija ta' Wenzu Mintoff li l-Onor.", "Fenech Adami kien responsabbli għall-inkwiet li kellna fil-pajjiż.", "Mr Chairman, jekk inħarsu lejn dan il-budget naraw li d-direzzjoni li qed jagħti hija waħda moderna ħafna għax fost l-oħrajn jitratta l-ambjent u l- vantaġġi fiskali fuq is-solar energy.", "Jekk hemm xi ħaġa li dan il-pajjiż taħt id-direzzjoni tal-prim ministru, jrid jiżviluppa, hija proprju l- enerġija solari, li hija popolari f'ħafna pajjiżi, fosthom f'Ċipru.", "Id- direzzjoni li qed jagħti dan il-budget m'hijiex lejn l-Unjoni Ewropea biss, avola l-Unjoni qed taħdem bis-sħiħ biex tagħmel trans-European network, jiġifieri infrastruttura għat-telekomunikazzjoni, għall-elettriku u għall- gass.", "Barra minn hekk l-Unjoni Ewropea toffri għajnuniet oħra biex il- livell ta' l-enerġija f'pajjiżna jkun għoli kemm jista' jkun.", "Jekk wieħed iħares lejn il-vot tal-prim ministru jara li hemm inizjattiva partikolari li titratta l-e-government, inizjattiva oħra frott tal-viżjoni moderna u li fuq kollox m'hijiex marbuta ma' l-Unjoni Ewropea imma ma' gvern li dejjem jipprova jkun one step ahead biex pajjiżna ma jaqax lura imma jibqa' kompetittiv u jibqa' jiżviluppa kontinwament.", "L-e-government hija challenge kbira, pero' l-bażi tagħha diġa' qiegħda hemm.", "Fil-fatt dan il-parlament ftit ilu ddiskuta l-liġi dwar it-transazzjonijiet elettroniċi.", "Issa f'dan il-budget qed naraw vot li permezz tiegħu l-gvern ikun ibbażat fuq sistemi elettroniċi biex iċ-ċittadin jinqeda iktar malajr.", "Dawn l- affarijiet żgur li huma mportanti biex f'pajjiżna tinħoloq soċjeta' ta' l- informatika.", "Din is-soċjeta' hija essenzjali jekk irridu li pajjiżna jibqa' kompetittiv u jekk irridu ngħollu l-livell ta' l-għixien, għax wara kollox, il-politika ma titrattax biss id-deficits u l-figuri, imma tirrigwardja wkoll il-livell ta' l-għixien tal-poplu.", "Dan kollu huwa possibbli għax dan il-gvern qed ikompli jiżviluppa l-infrastrutturi tat- telekomunikazzjoni li diġa' għandna.", "Jiena minn hawn nirringrazzja lis- central information management unit u lill- MITTS li flimkien qed jaħdmu fuq il-proġett ta' l-e-government li m'għandix dubju li se jkun suċċess.", "Onestament ma nafx għalfejn kellha tilmenta l-Onor.", "Helena Dalli dwar il- miljuni ta' liri li qed jintefqu fil-qasam ta' l-informatika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Helena Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien ma lmentajtx mill-miljuni ta' liri li qed jintnefqu.", "Li għedt hu li dawn il-miljuni huma underutilized għax m'hemmx min iħaddem is-sistema.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Chairman, jien naħseb li huwa importanti li nimmassimizzaw il-flus li jiġu investiti.", "Pero' dan jista' jsir għax il- Partit Nazzjonalista, fid-diversi amministrazzjonijiet tiegħu, bena kultura li hija kompletament differenti minn dik fejn wieħed kien ikollu japplika biex jixtri computer, kultura ġdida li jien persważ li qed tagħti l-frott.", "Kultura oħra ġdida li huwa importanti li wieħed jagħmel riferenza għaliha meta jkun qed jitkellem dwar l-uffiċċju tal-prim ministru hija l-kultura li l-finanzi tal-pajjiż jiġu mqiegħda fuq sisien sodi u kulħadd ikun irid jagħti l-kontribuzzjoni fiskali.", "Illum in-nies saret tirraġuna li huwa ġust li kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu permezz tat-taxxi, biex b'hekk pajjiżna jkun jista' joffri s-servizzi neċessarji.", "Biex aħna bħala pajjiż inkomplu mexjin 'il quddiem, huwa mportanti li l-finanzi pubbliċi jkunu in order.", "Mr Chairman, il-programm li qed jiġi ppreżentat lilna żgur m'huwiex marbut ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm hawn ħafna li jaħsbu li jien iffissat fuq l-Unjoni Ewropea, jien nemmen li l-bidu ta' kollox trid tkun Malta, u l-Unjoni Ewropea trid tiffittja f'dak li aħna nixtiequ li jkun hawn f'pajjiżna fi żmien ħames snin jew fi żmien għaxar snin.", "Dan hu dak li qed jagħmel il-gvern permezz tad-direzzjoni ġenerali li qed tingħata f'dan il-budget.", "Dan il-gvern qed jara kif inaqqas l-ispiża tiegħu stess u jnaqqas il-preżenza ta' l-istat permezz tal-privatizzazzjoni, mhux biss biex iġib il-flus imma biex jagħmel restrutturazzjoni tas-sistemi tiegħu u ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Dwar dan nista' ngħid li llum hawn consensus sħiħ u għalhekk huwa tajjeb li nkomplu mexjin f'din it-triq.", "Naturalment, biex dan ir-restructuring ikun lest għall-ekonomija l-ġdida, hemm bżonn li jsiru affarijiet oħra, fosthom iktar retraining.", "Jekk wieħed jara kif l-ekonomija qed tiżviluppa fl-Ewropa, fl-Amerika, fl-Asja, fil- Ġappun u f'pajjiżi oħra, jinnota li din l- ekonomija qed titlob li l- globalizzazzjoni ssir realta' u li aħna nkunu kapaċi ninbidlu malajr biex niffittjaw f'dawn ir-realtajiet ġodda.", "Jekk aħna ma nkunux preparati biex nagħmlu dan, allura l-vijabilita' tagħna bħala nazzjon tiġi put into question.", "Fil-fatt dan il-gvern qed jara kif jiżviluppa dawk l-affarijiet li jistgħu jgħinuna biex aħna nikkompetu fuq livell internazzjonali, għax illum il-livell internazzjonali sar il-livell lokali.", "Illum m'għadniex nitkellmu dwar x'jiġri barra minn Malta.", "Illum dak li jiġri barra jaffettwa direttament dak li jiġri ġewwa.", "Huwa għalhekk li aħna rridu nkunu ppreparati għall-globalizzazzjoni.", "Mr Chairman, vot partikolari minn dawk allokati lill-uffiċċju tal-prim ministru jirrigwardja l-politika reġjonali.", "Qed insemmi dan għax naturalment, f'dan ir-rigward issemmiet ukoll l-Ewropa u għax issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jaffrontana bil-fatt li f'daqqa waħda l-Ewropa saret kwestjoni ta' l-elite.", "Jien naħseb li l-mod ta' kif inħarsu lejn il- pożizzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea trid tmur iktar 'il hemm mill-fatt li aħna makku fost ħafna balini, hekk kif irrifera għalina l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Jiena niftakar li meta l-President Ċensu Tabone kien ministru għall-affarijiet barranin, kien jgħid li għalkemm fid-dinja hawn pajjiżi kbar u pajjiżi żgħar, madwar il-mejda dawn kollha indaqs.", "Ħafna drabi, għalkemm pajjiż ikollu ħafna inqas voti minn pajjiż ieħor, jekk ikun kapaċi li madwar mejda jargumenta b'mod serju u reali u jiġbed l-appoġġ lejh, is-saħħa ta' dak il-pajjiż żgħir se tikber iktar milli wieħed jista' jimmaġina.", "Il-problema tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hi li ma jridx imur madwar mejda, u huwa għalhekk li imbagħad iħossu qisu makku fost ħafna baleni.", "Madwar il- mejda wieħed jakkwista iktar saħħa milli jekk joqgħod 'il bogħod.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ir-realta' ta' l-Unjoni Ewropea qiegħda hemm, u anke jekk aħna ndawru wiċċna n-naħa l-oħra, din xorta se tinfluwenzana.", "Għalhekk huwa tajjeb li aħna wkoll ikollna l-possibilita' li ninfluwenzaw.", "Huwa tajjeb ukoll li nagħtu l-kontribut tagħna, għax sfortunatament il-mentalita' ta' Mintoff, jiġifieri li naħsbu biss f'dak li se nakkwistaw, għadha magħna.", "Aħna rridu nħarsu wkoll lejn x'kontribut jista' jagħti dan il-pajjiż, dan il-poplu, din il-kultura, dan in-nazzjon lill-mod ta' kif qed tiżviluppa l- Ewropa.", "Jien għedt li l-mentalita' ta' Mintoff għadha fostna għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-elite misshom ikunu jafu li meta l-impjegati u s-self-employed jogħlew, huma jimxu 'l quddiem.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan m'huwiex veru, pero' skantajt meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jirrepeti l-politika ta' Mintoff.", "Mr Chairman, għalkemm huwa importanti li ninqalgħu 'il barra minn din il- mentalita' u naraw x'kontribut jista' jagħti pajjiżna, ma nistgħux inkunu boloh.", "Irridu nkunu pajjiż li bħall-pajjiżi l-oħra, filwaqt li nħarsu l- vokazzjoni Ewropea, infittxu li nimmassimizzaw dak li jeżisti u dak li jista' jiġi żviluppat a favur tal-poplu tagħna.", "Jien naħseb li r-regional policy directorate fi ħdan il-vot għall-uffiċċju tal-prim ministru huwa ndirizzat direttament lejn dan il-għan, jiġifieri biex nimmassimizzaw il- benefiċċju li pajjiżna jista' jieħu mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea li diġa' jeżistu.", "Fil-fatt il-budget stess jgħid li r-regional policy directorate irid jimmassimizza l-aċċess u l-użu tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni.", "Sur President, Għawdex huwa reġjun naturali għax huwa self-contained, u għandu wkoll double insularity, għax huwa gżira marbuta ma' pajjiż ieħor.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li nħarsu lejn il-possibilita' li minbarra Għawdex, ikollna reġuni oħra.", "Jekk niżviluppaw dan il-kunċett b'mod serju, inkunu nistgħu nsibu mod biex bih nużufruwixxu iktar mill-programmi li diġa' jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u għalhekk lil pajjiżna nkunu nistgħu nagħtuh il-vantaġġi li tant għandu bżonn.", "M'hemm xejn ħażin f'li wieħed jagħmel dan, anzi dan huwa dover tagħna, u għalhekk naħseb li l- inizjattiva li ttieħdet f'dan il-budget, partikolarment f'dan il-vot, għandha tittieħed nota tagħha.", "Jien nemmen li huwa importanti li pajjiżna jibqa' għaddej b'viżjoni u b'direzzjoni ċara, u għalhekk ma nemminx li l-viżjoni, jekk wieħed jista' jsejħilha hekk, tista' tagħmel sens.", "Jien naħseb li iktar ma jgħaddi ż- żmien, dak li qed joffri l-Partit Laburista iktar se jsir arkajk u se jifhmuh inqas nies.", "Jien kont preżenti għal-laqgħa tal-joint parliamentary committee li saret hekk kif il-Partit Laburista tela' fil-gvern, u għalhekk lil Pauline Green, il-leader tal-grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew, smajtha tgħid lill-Partit Laburista Malti li ħadd ma jista' jifhem x'relazzjoni speċjali jrid ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din hija r- realta', jiġifieri li dak li qed joffri l-Partit Laburista, fil-mixja taż- żmien, m'huwiex se jservi ta' ġid għal pajjiżna.", "Jien nemmen li l- importanti hu li nkun madwar il-mejda biex niddiskutu, nagħmlu l-influwenzi tagħna u nwasslu l-messaġġi neċessarji biex minbarra li nipproteġu lil pajjiżna, nagħtu l-kontribut tagħna biex fl-Ewropa jkollna l-paċi u l- istabilita', xi ħaġa li għalkemm tittieħed for granted, hija waħda mill- achievements li għamlet l-Unjoni Ewropea fis-snin li ilha teżisti.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, xtaqt nikkonċentra l- intervent tiegħi fuq id-dipartiment ta' l-informazzjoni, li lili jinteressani ħafna, mhux biss għax tul is-snin dan id-dipartiment ippubblika diversi xogħlijiet interessanti imma għax jien nemmen li b'dipartiment ta' l-informazzjoni tajjeb, il-gvern u l-ħidmiet tiegħu jkunu iktar aċċessibbli għall-poplu.", "Din is-sena kelli l-privileġġ li flimkien ma' l-Onor.", "Gavin Gulia, nattendi għal seminar dwar il-problemi ta' l-informatika fil-Parlament Ewropew, liema seminar sar fi Brussels.", "Wara dan is-seminar jien bdejt napprezza ħafna iktar lid-dipartiment ta' l-informazzjoni li l-filosofija tiegħu hi li jkun ta' support għall-ministeri u għad-dipartimenti governattivi.", "Sur President, jien inħares b'ċertu sodisfazzjon lejn id-diversi proġetti li saru matul is-sena li għaddiet, proġetti li jindikaw b'mod ċar li għandna pajjiż ferm iktar progressiv, pajjiż li qed jifhem li l-isfidi li għandu quddiemu jikkonċentraw fuq l-aċċessibbilta' tal-pubbliku għall- informazzjoni.", "Biex nagħmel parentesi żgħira, avolja dan ma jaqax taħt il- kappa tad-DOI, jien naħseb li huwa fatt pożittiv li issa għandna frekwenza riservata strettament għas-seduti parlamentari, għax l-istazzjoni nazzjonali dan l-aħħar kien qed ikollu jħarbat l-iskeda tiegħu biex ixandar mill-parlament.", "L-idea ta' frekwenza li xxandar seduti parlamentari biss hija waħda tajba u li se twassal biex iktar 'il quddiem, is-seduti parlamentari jiġu mxandra direttament fuq it-televiżjoni.", "Għalkemm mhux kulħadd jaqbel ma' din l-idea, għax hawn min jgħid li r-radju huwa biżżejjed, jien naħseb li la l-pajjiżi barranin ħadu dan il-pass importanti, anke Malta għandha tikkunsidrah.", "Mr Chairman, wieħed ma jistax ma jirreġistrax il-fatt li d-dipartiment ta' l-informazzjoni qed jagħmel passi ta' ġgant.", "Jien elenkajt sitt passi li naħseb li huma ta' ċerta mportanza u għalhekk wieħed għandu jiġbed l- attenzjoni tal-pubbliku għalihom, bħal per eżempju l-estensjoni elettronika tas-sistema tal-komputerizzazzjoni, li tippermetti aċċess aħjar għall- informazzjoni tal-gvern bħal press releases, avviżi jew anke xi ritratti.", "Jista' jkun li fi ftit żmien ieħor din is-sistema tiġi estiża għal servizzi oħra, pero' l-importanti hu li l-pedament sar.", "We have to keep in mind li mhux għalkemm indaħħlu sistema u ngħidu li se nibdew noperaw.", "L-ewwel irid isir training għal dawk li jkunu se jaħdmu fuq dik is-sistema biex jidrawha u jsiru familjari magħha.", "Jien naħseb li l-introduzzjoni ta' l-e-mail tista' ssir parti sħiħa minn dak li qed nirreferu għalih bħala l-e-government, u tkun ukoll pass ieħor fid-direzzjoni mportanti lejn id-dinja ta' l-informatika.", "Jien inħobb insemmi lil Bill Gates li fil-ktieb tiegħu \"Business at the Speed of Thought\" jgħid li l-gvernijiet għandhom jagħtu iktar importanza lill- informatika li permezz tagħha, il-karti nvoluti jintaqqsu drastikament.", "B'hekk, minkejja l-vantaġġi l-oħra kollha, anke l-ambjent ikun qed jiġi ppreservat għax bit-tnaqqis fil-konsum tal-karti, il-qtugħ tas-siġar jitnaqqas ukoll.", "Iktar ma ninvestu fl- e-government, f'sistema komputerizzata li tkun effiċjenti u tajba, iktar ikun aħjar għalina.", "Jien naħseb li minkejja li bl-introduzzjoni aħjar ta' l-e-mail, id-DOI ikun jista' jaqdi lill-pubbliku aħjar u jkompli jgħin fil-mixja lejn pajjiż komputerizzat, dan se jservi wkoll ta' ġid għal dawk il-barranin li fi ftit żmien ieħor se jkollhom jeċċedu iktar għas-sistema ta' informazzjoni tagħna.", "U f'din il-linja naħseb li dan huwa pass verament 'il quddiem, għax jagħti sens aħjar lill-ħaddiema ta' dan id-dipartiment, għax illum qed nirrealizzaw li d-dinjita' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol m'hijiex biss l-ambjent in ġenerali, avolja dan huwa mportanti għax il-working environment ta' kull ħaddiem għandu jkun wieħed serju.", "Fil-fatt, bi pjaċir ngħid li l-istallazzjoni ta' l-air-conditioning systems li kollna vvotajna għalihom is-sena l-oħra, issa tlestew.", "Irrid ngħid ukoll li barra minn hekk, ix-xogħol sar b'mod veloċi tant li s-seħja għall-offerti li nfetħet f'Jannar, f'Marzu kienet diġa' ġiet awarded u l- istallazzjoni saret f'Novembru ta' din is-sena.", "Dan kien pass importanti ħafna għax kulħadd kien jaf li l-ħaddiema ta' dan is-settur kienu jaħdmu f'kundizzjonijiet verament ħżiena minħabba s-sħana kbira li kienet tiġi ġġenerata mill-makni.", "Pero' r-rispett lejn id-dinjita' tal-ħaddiem ma tmurx biss f'dik id- direzzjoni, imma anke fid-direzzjoni ta' għarfien aħjar li l-ħaddiema għandu ikollhom.", "Huwa mportanti li l-ħaddiema jkunu ġenerikament edukati, għax sfortunatament ħafna drabi bil-kelma \"edukazzjoni\" nifhmu t-tagħlim li nieħdu minn fuq il-bankijiet ta' l-iskola.", "Il-proċess ta' edukazzjoni huwa xi ħaġa sħiħa.", "Fil-fatt, aħna bħala gvern tant emmina f'din il-ħaġa li ffurmajna l-universita' tat-tielet eta' biex anke wara li jispiċċaw mix- xogħol, in-nies jibqgħu jitgħallmu.", "L-edukazzjoni, it-tagħlim ta' abilitajiet ġodda li wieħed jagħti lill-ħaddiema hija parti sħiħa minn din il-mixja lejn dinjita' aħjar tal-bniedem.", "Iktar ma persuna tinforma lill- ħaddiema dwar dak li jkun qed jiġri madwarhom, iktar tkun qed tirrispettahom.", "B'hekk l-istess ħaddiema jagħtu xogħol aħjar u jkunu iktar ferħanin fuq il-post tax-xogħol.", "Mr Chairman, rigward dak li ġara fl-Amerika, saret ħafna kritika, pero' wieħed irid jgħid li l-Kostituzzjoni Amerikana hija waħda mill-ftit kostituzzjonijiet fid-dinja li esprimiet il-fatt li kull ċittadin Amerikan għandu d-dritt li jkun ferħan.", "Din hi xi ħaġa li aħna ftit napprezzaw, pero' rridu nirrealizzaw li meta ħaddiem imur għax-xogħol b'ċertu ferħ u mhux bid-dwejjaq, il-kontribut li jagħti jkun aħjar, mhux biss għad- dinjita' tiegħu nnifsu imma għall-pajjiż in ġenerali.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem f'sens ekonomiku, għax id-dinja m'hijiex ekonomika biss, u għalhekk, dak li jagħti l-ħaddiem ma jitkejjilx f'sens ta' produzzjoni biss, imma wkoll f'sens ta' investiment fin-nies infushom.", "Sur President, bi pjaċir ngħid li fil-qasam ta' l-informazzjoni ġie ntrodott makkinarju ġdid, jiġifieri minbarra li nirranġaw il-mod ta' kif niġbru u nagħtu l-informazzjoni, qed naġġornaw ruħna wkoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' makkinarju.", "Kien hemm żmien meta fl-Ingilterra, il-ħaddiema qamu kontra min kien qed jipproduċi l-makkinarju, għax fl-injoranza tagħhom kienu jaħsbu li l-makni se jeħdulhom posthom.", "Illum il-ħaddiem fehem li iktar ma jkun fornut b'makkinarju tajjeb u modern, iktar ikun jista' jagħti xogħol aħjar u f'inqas ħin.", "Mr Chairman, aħna bħala ħaddiema għandna d-dmir li nużaw il-ħin b'mod tajjeb, u x-xogħol li jirrikjedi minuta m'għandux idum nofs siegħa biex isir.", "Fil-fatt id-DOI dan l-aħħar investa f'poly-processor wrapping machine biex il-gazzetti tal-gvern jiġu wrapped fil-plastic bil-mod veloċissimu ta' 6,000 gazzetta kull siegħa.", "Jien bi pjaċir ngħid li l- pubblikazzjoni u l-bejgħ tal-gazzetta tal-gvern qegħdin dejjem on the increase tant li fl-1999 id-dħul kien ta' Lm136,000, dak ta' din is-sena huwa stmat li jlaħħaq il-Lm143,000 - għax għad fadlilna sa l-aħħar tas-sena – u qegħdin nipproġettaw żieda għas-sena li ġejja.@@", "Din hija wkoll ħaġa sabiħa.", "Kien hemm mumenti meta xi nies bdew jaħsbu li l-gazzetta tal-gvern hija xi ħaġa antikwata, xi ħaġa passata.", "M'hijiex.", "Il-gazzetta tal-gvern hija l-vuċi tal-gvern f'dik li hija amministrazzjoni ta' kuljum.", "Hija importanti ħafna u jeħtieġ li jkun hawn iktar awareness ta' l-importanza tal-gazzetta tal-gvern.", "Forsi għada pitgħada nagħmlu pass 'il quddiem u l-informazzjoni li jkun hemm fil-gazzetta tal-gvern tibda tidħol ukoll fuq il-kompjuter.", "Tista' toħroġ gazzetta tal-gvern ta' żewġ faċċati jew ta' erba' faċċati, imma meta naraw li sa l-aħħar ta' Novembru l- gazzetta tal-gvern kienet waslet fil-paġna 9,120, wieħed irid bilfors jirreġistra li sar ħafna xogħol f'din id-direzzjoni min-nies li huma nvoluti.", "Għaliex din mhux sempliċement il-makna ta' l-istampar qabdet taħdem waħedha, imma l-ħaddiema jirċievu l-informazzjoni mingħand id- dipartimenti u mbagħad huma joqogħdu jirranġawha b'iktar attenzjoni, u ħafna drabi jagħmlu anke t-traduzzjonijiet bl-Ingliż.", "Jien nemmen ħafna fl-utilità tal-gazzetta tal-gvern u nħoss li hemm bżonn li wieħed jirriklamaha għaliex ħafna drabi l-gazzetta tal-gvern jixtruha biss dawk li jiġu verament bżonnha.", "Imma għandu jkun hemm iktar tixrid tagħha għaliex ikun fiha ħafna informazzjoni li hija ta' interess għaċ- ċittadin Malti in ġenerali.", "Iktar ma ċ-ċittadin ikun jaf x'inhuma jagħmlu l-istituzzjonijiet, iktar nassiguraw sistema demokratika b'saħħitha.", "Veru li l-istituzzjonijiet huma separati; għandek il-ġudikatura, il-leġislatura u l-eżekuttiv, però kollha ħerġin mill-istess fergħa.", "Huma magħquda bħala l-Istat, u iktar ma l-Istat jagħti informazzjoni lill-pubbliku iktar aħjar.", "Għalhekk jiena nemmen, insostni u nagħti kwalukwe appoġġ lil dan id- dipartment.", "Ladarba qed nitkellem fuq dan is-suġġett, forsi nista' nagħmel parentesi żgħira fuq dawk li huma pubblikazzjonijiet minn dan id-dipartiment.", "Jien nieħu pjaċir nirreġistra li fl-1999 kellna Lm16,000 bejgħ ta' pubblikazzjonijiet u din is-sena kien hemm Lm30,000, jiġifieri kważi rdoppjajna l-ammont.", "Għalhekk inħoss li għandna nenfasizzaw fuq dan is- settur.", "Dan id-dipartiment mhux qiegħed hemm sempliċement biex jagħmel il- gazzetta tal-gvern.", "Veru li wieħed irid jagħti prijorità lill-affarijiet li għandhom l-iktar importanza, però l-pubblikazzjonijiet l-oħra li jsiru minn dan id-dipartiment huma importanti wkoll.", "Kif diġà tkellimt drabi oħra, jien naħseb li għandu jkollna fuq bażi regolari d-diskorsi kollha li jsiru mill-ministri, mill-Prim Ministru nnifsu, u mill-President tar- Repubblika b'mod li l-poplu kollu jkun jaf x'inhuma jgħidu n-nies inkarigati mill-istituzzjonijiet.", "Irrid insemmi wkoll il-minjiera kbira ta' kotba li saru, li għalija minn ta' quddiem jiġi dak tal-Ġiżwita Philip Xuereb, jiġifieri l-pubblikazzjoni ta' wieħed mill-kotba ta' Omeru li huwa bniedem ta' intelliġenza kbira.", "Hemm diversi pubblikazzjonijiet li hemm bżonn li nerġgħu nqegħduhom fuq l- ixkafef tal-ħwienet ta' pajjiżna.", "Mr Chairman, ħriġt ftit barra mis-suġġett għaliex naħseb li b'naqra iktar attenzjoni aħna jista' jkollna revenue aħjar għal pajjiżna, mhux biss revenue fis-sens ta' dħul ta' flus imma anke value for money.", "Għaliex fid- dinja x'hemm value for money isbaħ minn ktieb?", "Il-ktieb huwa l-isbaħ u l- iktar ħaġa importanti għaliex fih hemm l-għerf u l-informazzjoni.", "Ladarba taqraha tibqa' għandek għal dejjem.", "Wieħed jiddistingwi bniedem minn ieħor skond kemm ikun qara, skond kemm ikun tgħallem, u dak li jkun tgħallem u studja jibqa' għandu.", "Ara l-flus u l-affarijiet l-oħra f'ħakka t'għajn jistgħu jintilfu, imma l-għerf li huwa jkollu, dak jibqa' miegħu għal dejjem.", "Allura l-Istat għandu jkompli jikkontribwixxi f'din il-linja għaliex wieħed irid jammetti li ċerti pubblikazzjonijiet ma jidħlux għalihom stamperiji privati peress li ma jaqilgħux flus minnhom.", "Għalhekk dawn għandu jippubblikahom il-gvern għaliex ikunu ta' valur storiku.", "Tajjeb li nieħdu fuq daharna r-responsabbiltà għall-wirt kulturali ta' pajjiżna, għal uliedna u għal dawk li ġejjin warajna.", "Jien nirreġistra li sar avvanz fid-DOI u mhux qed immaqdar, imma forsi jeħtieġ isir studju biex dan l-avvanz jikber.", "Nirreġistra wkoll bi pjaċir, ix-xiri ta' makna oħra, the vertical collation, li jirnexxilha tagħmel sitt kopji ta' kotba, jiġifieri tħithom u toħroġhom lesti ppubblikati fi ftit minuti.", "L-aħħar wirja tal-kotba li saret f'Turin fil-bidu ta' din is-sena, kien hemm ħafna għagħa għaliex għall-ewwel darba wieħed għandu l-possibbiltà li jordna l-ktieb ta' l-awtur li jrid, jordna l-cover kif iridu u jordna kif irid it-tipa tal-ktieb, joħroġ u jixtrih.", "Jiġifieri d-dinja tal-ktieb miexja iktar 'il quddiem u qed tagħmilha possibbli li l-informazzjoni tinxtered b'iktar faċilità.", "Ovvjament qed inħares ħafna 'l quddiem u hemm min jgħid li forsi qatt ma naslu s'hemmhekk, imma jiena ma naqtax qalbi.", "Meta nara s-suċċess li qed isir minn dan id-dipartiment, kulma rridu huwa naqra iktar sforz, u nkunu qegħdin f'pożizzjoni li nilħqu dawn il-miri.", "Irrid nirreġistra wkoll li hija ħaġa tajba li l-istess dipartiment għandu l-ħanut tiegħu ġewwa l-Belt.", "Qabel kien viċin St. James Cavalier, iżda ċċaqlaq minn hemmhekk, u għalkemm kien hemm il-biża' li dan se jintilef minn ġewwa l-Belt, bi pjaċir ngħid li f'The Castille Place, id-dipartiment qiegħed iżomm l-istess servizz bħal qabel.", "Anzi naħseb li għandu premises aħjar milli kellu qabel għaliex għandu storage facilities ferm iktar tajbin milli kellu qabel.", "F'din il-linja wieħed irid jgħid li d-dipartment qiegħed iżomm lilu nnifsu aġġornat u tajjeb li l-poplu jkun jaf fejn irid imur biex jiġbor din l-informazzjoni.", "Mr Chairman, jien ngħid li ta' min jagħmel ftit marketing tal- pubblikazzjonijiet li joħorġu mid-DOI, fis-sens li jkollu żewġ rappreżentanti li jduru fil-ħwienet tagħna ħalli jinformawhom x'jista' joffrilhom id-dipartiment.", "Jekk ma jmorrux fi ħwienet, almenu jmorru fil- kunsilli lokali, fejn jeħtieġ li jkun hemm il-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern.", "Aħna qegħdin nagħmlu mill-kunsill lokali l-hub fejn inti tmur għall-informazzjoni, bħalma jsir f'pajjiżi oħra.", "Jien inħobb insemmi li fl- Irlanda l-posta toħroġ din l-informazzjoni.", "Però nibqa' nsostni li l-kunsilli lokali għandhom ikollhom l- informazzjoni kollha li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jippubblika għaliex illum qegħdin inderru u nimbuttaw liċ-ċittadin biex imur fil- kunsill lokali għal ħafna bżonnijiet.", "Allura jekk qed nimbuttawh biex imur fil-kunsill lokali biex jagħmel il-ħlasijiet tal-kera u għal diversi affarijiet oħrajn, għaliex m'għandniex nimbuttawh biex jieħu l- informazzjoni li toffri d-DOI mill-kunsill lokali wkoll?", "B'dan il-mod wieħed jiffranka ħafna ġiri u ċ-ċittadin ikollu aċċess aħjar għall- informazzjoni li tant hija importanti.", "Mr Chairman, meta l-amministrazzjoni tinqata' mill-poplu tkun l-agħar ħaġa li tista' tagħmel lid-demokrazija.", "Ħafna demokraziji barra minn Malta jbatu meta tinqata' l-informazzjoni bejn il-poplu u l-istituzzjonijiet.", "Meta l-istituzzjonijiet jibqgħu viċin u aċċessibbli għall-poplu, il-poplu jibqa' jsegwi dak li jkun qed isir u jibqa' jkollu interess f'dak li qed isir mill-istituzzjonijiet.", "Wieħed irid jgħid ukoll li iktar ma' pajjiż jikber fid-demokrazija, iktar ma pajjiż jikber fl-affluwenza ekonomika, iktar jonqos l-interess taċ- ċittadin tiegħu f'dak li jkun qed isir.", "Għaliex?", "Għaliex il-ħajja tiegħu timxi u ddur mingħajr ma jkollu l-bżonn ta' l-istituzzjonijiet.", "Aħna m'għandniex ngħaddu minn din l-istess esperjenza ta' pajjiżi oħra.", "Nassigura minn issa li ċ-ċittadini tagħna jkollhom l-informazzjoni għad- dispożizzjoni tagħhom.", "Fost il-kritika li saret min-naħa l-oħra, jekk fhimt tajjeb, kien hemm min qal li aħna bqajna antiki, li m'aħniex progressivi u ma nimxux 'il quddiem.", "Iżda aħna qegħdin nuru li aħna progressivi u għandna ħafna ideat, iżda t-twettiq tagħhom huwa l-iktar importanti, għaliex huwa faċli li toħlom u taħseb biex timxi 'l quddiem, però mbagħad irid ikollok ukoll il- kapaċità.", "Altru li tgħid u altru li tagħmel xi ħaġa.", "U f'dan is-settur wieħed irid jgħid li wettaqna ħafna minn dak li għedna u din in-naħa tal- Kamra qed inkunu progressivi meta f'sentejn qegħdin nerġgħu nirreġistraw affarijiet ta' importanza kbira.", "Bil-permess tas-Sinjorija Tiegħek xtaqt nirreġistra wkoll li aħna konna dejjem iktar progressivi fl-għarfien tal-wirt kulturali ta' pajjiżna u mhux biss f'dawk li huma postijiet storiċi.", "Il-gvern stess kien l-ewwel li ta eżempju lill-poplu dwar l-importanza li tippreżerva l-wirt kulturali tiegħek u nieħu pjaċir li qegħdin nerġgħu nivvotaw Lm300,000 għal refurbishment u restawr mill-ġdid ta' l-Auberge de Castille.", "Infakkar li Kastilja għaddiet minn diversi trawmi fejn l-importanza storika tagħha ntilfet għaliex min kien hemm ġew ma kienx japprezzaha biżżejjed u allura għamel affarijiet li kerrħuha mentri llum qegħdin nerġgħu nġibuha għal dak li kienet qabel.", "Ovvjament billi hemmhekk hemm l-Uffiċċju tal-Prim Ministru wieħed jifhem li ħafna mill-affarijiet li qegħdin isiru huma marbuta ma' faċilitajiet aħjar għall-ħaddiema f'dan l-uffiċċju iżda din m'hijiex xi ħaġa li qiegħda ssir biss fl-Auberge de Castille.", "Diversi drabi semmejt ukoll il-Monte di Pieta' fejn in-nies iħallsu t- taxxa tas-suċċessjoni u jirgħanu d-deheb u anke għamilt mistoqsijiet parlamentari dwaru.", "Nieħu pjaċir nirreġistra pero' li dan il-post ġie refurbished.", "Infaqna Lm45,000 u terġa' u tgħid ħafna mix-xogħol sar mill- impjegati tal-gvern stess, u dan jipprova dak li għedt qabel li mal-gvern għandna ħafna nies tas-snajja' li huma ta' l-affari tagħhom u dawn hemm bżonn nutilizzawhom aħjar u jagħtu kontribut aħjar.", "Biex nagħlaq, Sur President, ngħid li dan huwa gvern li qed imexxi lill- pajjiż 'l quddiem b'passi kbar pero' l-passi kbar ma jsirux f'daqqa waħda.", "Il-pedament irid isir kuljum, il-ħidma trid issir kuljum u ssir tajjeb.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, għadni kif smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li ilni 13-il sena prim ministru bi break ta' kważi sentejn.", "Dan huwa żmien twil għal prim ministru u se nagħmel stqarrija li m'għandix dubji li hija korretta.", "Jiena qatt ma ħassejtni sodisfatt bil-budget ippreżentat mill-gvern tiegħi daqs din id- darba.", "U dan is-sodisfazzjon l-ewwelnett ġej mill-fatt li r-riżultati tal- ħidma tal-gvern immexxi minni qegħdin jidhru sewwa.", "Sodisfatt ukoll għaliex minn barra l-performance u l-viżjoni li jagħti l- budget għas-sena li ġejja, naħseb li qatt ma kien hawn diskorsi min-naħa ta' l-oppożizzjoni daqshekk dgħajfa u bla direzzjoni daqs din is-sena.", "Sodisfatt ukoll mhux biss bid-dibattiti li saru fil-parlament miż-żewġ naħat imma anke bil-mod kif l-opinjoni pubblika laqgħet dan il-budget, budget serju, budget mingħajr ħafna xinxilli, budget li ma jibżax jaffronta l-problemi u jsejħilhom b'isimhom, budget li jgħid li mejxin fid-direzzjoni tajba iżda baqagħlna ħafna x'intejbu.", "Nerġa' ngħid, ma wasalniex pero' mexjin u ngħid li l-opinjoni pubblika kif espressa fuq ir-radjijiet, fuq it- televiżjoni u anke fil-gazzetti qiegħda tapprezza l-passi li saru sal-lum u tapprezza wkoll il-mod serju kif il-gvern se jaffronta s-snin li ġejjin bil- problemi tagħhom.", "Dalgħodu kellna tliet kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "L-ewwel punt ta' l-Onor.", "Helena Dalli kien eżattament li d-diskussjoni fil-pajjiż hija kkonċentrata fuq xi tfisser sħubija fl-Unjoni Ewropea, u li din hija intimament marbuta maċ-ċivil, u allura jeħtieġ li nitkellmu fuq il-ħtieġa ta' effiċjenza u effettivita' tas-servizz pubbliku.", "Qalet ukoll li n-numru ta' ħaddiema fis-servizz pubbliku llum huwa ta' 32,850.", "Fil-fatt iċ-ċifra aġġornata sat-8.28 a.m. hija ta' 32,866 - għaliex qabel dħalt hawn ġew tlabt l-employment return tas-servizz pubbliku kollu - li tinkludi lill- forzi armati li huma 1,778.", "Ma rridx ngħid li din hija l-prova ta' l- effiċjenza assoluta tas-civil service, pero' tieħu pjaċir li tikseb informazzjoni u jkollok printout fit-8.28 a.m. aġġornata sal-lum stess.", "Il- kritika li għamlet l-Onor.", "Helena Dalli hija fis-sens li għad għandna servizz pubbliku kbir u li biex il-pajjiż isolvi l-problemi finanzjarji tiegħu jrid inaqqas l-infiq fis-servizz pubbliku.", "Jien ukoll ngħid li hemm bżonn innaqqsu l-infiq fis-servizz pubbliku, pero' naħseb li tajjeb li wieħed jara fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Meta dalgħodu jiena tlabt l-informazzjoni aġġornata, ridt li niċċara f'moħħi ċ-ċifri x'inhuma għaliex faċli tgħid li hawn 32,866 impjegat fis- servizz pubbliku.", "Allura x'nagħmlu?", "Naqtgħu l-forzi armati ta' Malta?", "Jiena ma naħsibx li hawn min qed jgħidilna li għandna bżonn innaqqsu drastikament l-armata u lkoll naqblu - fil-fatt l-Onor.", "Adrian Vassallo semma l-white paper li kien ippubblika l-gvern ta' qabel - li ċertu ammont ta' nies fl-armata huwa neċessarju għall-pajjiż biex inkunu nistgħu nimxu b'mod serju.", "Jekk tibda tara fejn huma dawn il-ħaddiema tal-gvern issib li dawk li huma fl-administrative and clerical grades qegħdin 3,796, cioe' dawk li jipprovdu l-backbone tad-dipartimenti tal-gvern.", "Interessanti wkoll li f'din il-bracket hemm iktar nisa milli irġiel; fil-fatt hemm 1,953 mara u 1,843 raġel.", "Jekk wieħed jara l-professionals, it-tobba, l-avukati u l- inġiniera, li ma naħsibx li hawn min qed jgħidilna li għandna ż-żejda minnhom - anzi nafu li t-tobba, l-avukati u l-inġiniera fis-servizz pubbliku neqsin minnhom - għandna 1,021 impjegat mal-gvern.", "Allura qed ngħidu li lil dawn irridu nnaqqsu?", "Ma naħsibx!", "Fit-technical and supervisory grades għandna 3252, u nista' ngħid li fit- technical grades għandna bżonn ta' recruitment ta' nies iktar milli għandna llum.", "Imbagħad għandna d-departmental grades, li jlaħħqu għal iktar minn terz ta' dawk kollha li jaħdmu mal-gvern, jiġifieri 11,553.", "Dawn huma n- nurses u t-teachers u dawk li għandhom grad partikolari li jaħdmu f'dawn iż- żewġ setturi.", "Għalhekk meta xi ħadd jgħidilna biex innaqqsu n-nies minn mal-gvern, nitolbu jgħidilna minn fejn irid li aħna nnaqqsu n-nies.", "Jekk niġu mbagħad għall-complement tal-pulizija, insibu li dan bħalissa huwa ta' 1,724.", "Il-ministru ta' l-intern m'huwiex kuntent b'dan in-numru u jixtieq jarah jiżdied, iżda għalissa qegħdin ngħidulu \"bil-mod\" sakemm inkunu nistgħu naqduh.", "Għandek imbagħad dawk li qegħdin fil-gradi industrijali - u hawn fejn issir l-ikbar kritika - li jammontaw għal 7,452.", "Jien neħodha li meta l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Helena Dalli jiġu jgħidulna li s-settur pubbliku għadu mgħobbi wisq, ikunu qed jirriferu għal dawn in-nies li qegħdin f'dawn il-gradi.", "Il-verita' hi li dawn huma l-gradi fejn gvern wara l-ieħor - xi gvernijiet ħafna iktar minn oħrajn, partikolarment fi żmien l-elezzjoni - daħħlu nies mas-servizz pubbliku.", "Naturalment ilkoll niftakru fis-sena 1987, fejn minn Jannar sa April ta' l-istess sena kienu ġew impjegati mal-gvern 2,104 f'dawn il-gradi.", "Dak kien abbuż, abbuż li l- pajjiż għadu mgħobbi bih sal-lum.", "Dak iż-żmien jiena kont kap ta' l-oppożizzjoni u niftakarni ngħid lin- nies fil-meetings kbar li konna nagħmlu li jekk joffrulhom xi mpjieg għandhom jeħduh imma mhux biss.", "Fil-fatt kont anke tajthom il-wegħda li l- gvern immexxi minni ma kien se jkeċċi lil ħadd minnhom, għaliex jien ma ridtx li jsiru inġustizzji ma' nies li jidħlu mal-gvern skond il-kulur politiku tagħhom.", "Naturalment kien hemm anke nies ta' twemmin Nazzjonalista fosthom.", "Nista' nifhem li tal-Labour kien mingħalihom li se jieħdu l-vot tagħhom.", "Iżda l-vot ma ħaduhx għaliex minkejja li daħlu 2,104 fis-settur pubbliku u xi 6,000 oħra fl-Enemalta, ix-shipbuilding u ma nafx kemm-il kumpannija oħra, l-elezzjoni tilfuha.", "Sur President, dawn in-nies għandhom il-familji tagħhom u allura rridu nsibu l-mod kif nutilizzawhom aħjar, pero' naqbel li m'għandniex indaħħlu iktar nies f'dawn il-kategoriji.", "Safejn naf jien anke l-gvern ta' Dr. Alfred Sant kien ħa deċiżjoni li f'dawn il-livelli - ħlief assolutament f'xi każi rari għal ma nafx liema raġunijiet - kemm jista' jkun ma jidħlux nies ġodda mal-gvern.", "U dan qiegħed isir anke llum.", "Iżda kif se nissettiljaw din il-problema?", "Din id-darba l-ministru tal-finanzi b'mod espliċitu qal li hemm bżonn naraw kif bi private/public partnership dawn in- nies nutilizzawhom aħjar.", "Forsi ħafna jaħsbu li l-maġġorparti ta' dawn qegħdin b'idejhom fuq żaqqhom u jiskartaw ix-xogħol il-ġurnata kollha, pero' żgur li hemm underutilisation tagħhom.", "U din id-darba l-ministru tal- finanzi qed jgħid li se jagħti attenzjoni partikolari biex niżguraw li iktar nies fis-servizz pubbliku jagħtu l-valur tal-pagi tagħhom.", "Nistqarr hawnhekk li nkarigajt proprju lill-ministru tal-finanzi li dak li qed jintqal fil-budget irid ikun hu li jsegwih matul is-sena li ġejja.", "Jiġifieri l-ministru tal-finanzi għandu l-inkarigu li dak li jiddikjara li se jagħmel il-gvern fil-budget isegwih biex jiġi mwettaq fis-sena li ġejja.", "Naturalment se jsegwih fis-sens li jara li jsir u jsir through the proper channels, fosthom l-MPO, li huwa d-dipartiment inkarigat mill-personnel kollu tal-gvern, u naturalment l-unions, għaliex irridu li dan il-proġett ikun proġett li verament jirrendi.", "Irrid infakkar li qabel l-elezzjoni ta' l-1999 diġa' konna inkorraġġejna ħaddiema tal-gvern biex iwaqqfu koperattivi.", "Fil-fatt ftehemna ma' l-unions għal żewġ kwalitajiet ta' koperattivi u dawn saru għalkemm ma sarux fl-ammont daqskemm xtaqna.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq l-effiċjenza u l-effettivita' tan-nies mal- gvern u kemm għandna nies żejda naħseb li rridu nanalizzaw sewwa x'qegħdin ngħidu.", "L-Onor.", "Dalli qalet ukoll li m'huwiex isir training biżżejjed.", "Jien ma nafx minn fejn qiegħda ġġib l-informazzjoni tagħha għaliex minbarra l- organizzazzjoni uffiċjali għat-training tal-ħaddiema tal-gvern, jiġifieri l- SDO, nassiguraha li l-gvern qed jagħmel minn kollox biex kemm jista' jkun jittrejnja n-nies u ngħinuhom jgħaddu minn kategorija għall-oħra.", "Jekk m'iniex sejjer żball, il-Ministru Austin Gatt semma kif fil-qrati, per eżempju, għaddejjin b'esperiment li jħeġġeġ nies fi gradi industrijali li b'tagħlim u training jitilgħu aktar 'il fuq u jidħlu anke fil-gradi klerikali.", "U mill-informazzjoni li jagħtini l-istess ministru jidher li dan l-esperiment qiegħed isib ċertu suċċess.", "L-Onor.", "Dalli qalet ukoll li billi moħħna fil-European Union qegħdin nadottaw liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea u mhux liġijiet imfassla mill- ħaddiema tal-gvern.", "Jiddispjaċini ngħidilha pero' li għandha informazzjoni kompletament żbaljata.", "Anzi mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li s- sitwazzjoni hija bil-maqlub għaliex qabel ix-xogħol x'aktarx kien isir mill- avukat ġenerali u llum fil-maġġorparti tal-liġijiet l-ewwel formulazzjoni ssir fis-civil service.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Dalli qed tistagħġeb b'dak li qed ngħid.", "Forsi hija ma kellhiex esperjenza ta' dan imma llum naf li n-nies involuti fis-civil service qed jagħtu a very good account of themselves bil-preparazzjoni tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) U mela ma ngħidilhomx!", "Jien ngħix magħhom kuljum għaliex jien il-prim ministru!", "Nista' ngħidlek, Sur President, li meta morna għall-iscreening process - ma mortx jien bħala l-prim ministru imma marru s-civil servants - ħallejna impressjoni tajba ħafna, anke mar-rappreżentanti ta' l-EU, u s-civil servants b'mod ġenerali wrew lil kulħadd kemm huma ppreparati, kemm jafu r- regoli ta' l-EU, kemm jafu l-pożizzjoni ta' Malta u kemm kienu kapaċi malajr jassorbu x'għandna bżonn.", "Kien għalhekk li l-iscreening process għamilnih fi ftit xhur u kien għalhekk li n-negozjati din is-sena bdejnihom fi Frar - fil-fatt irnexxielna niftħu s-17-il kapitlu għan-negozjati u wħud minnhom għalaqnihom diġa' - għaliex is-civil servants tagħna huma nies tajbin, effiċjenti u ta' l-affari tagħhom.", "U ma jiġix xi ħadd jgħidilna li qegħdin sempliċement jibagħtulna liġijiet stampati mill-EU u nadottawhom għaliex din hija assolutament ħrafa.", "L-Onor.", "Dalli tkellmet ukoll fuq il-kwestjoni tan-nisa iżda ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod nidħol f'din il-kwestjoni għaliex jekk hawn xi ħaġa komuni bejn dan il-gvern, ta' qabel u l-gvernijiet li għad iridu jiġu warajna, hija li lkoll naqblu li l-gender issue trid tiġi eliminata kompletament u m'hemmx dubju li l-kontribut tan-nisa fis-soċjeta' fl- aspetti kollha tagħha hija xi ħaġa li m'hawn ebda diviżjoni fuqha la bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra lanqas fil-pajjiż kollu kemm hu.", "Tkellem imbagħad l-Onor.", "Adrian Vassallo li qal li dak li qed jagħmel il- gvern u r-rapport dwar l-armata għal din is-sena huwa ċertifikat ta' l- għaqal ta' gvern Laburista.", "Jien nieħu pjaċir li jagħmel dan l-istatement, pero' dan ifisser li huwa kuntent b'dak li qiegħed jitwettaq fl-armata kemm jekk għandu jieħu l-prosit l-gvern ta' qabel kif ukoll jekk għandu jieħu l-prosit dan il-gvern għaliex l-importanti hu li qegħdin naqblu li l- armata llum miexja tajjeb.", "Staqsa mbagħad għaliex abbandunajna s-sistema ta' recruitment kif kienet.", "Dan kien esperiment li daħħalna fl-1993 fejn kien hemm open register.", "Dak iż-żmien kien hemm il-ħtieġa li jsir recruitement malajr mingħajr ma noqogħdu nagħmlu eżamijiet, eċċ. Illum li għaddew seba' snin fuq l-1993 aktarx li min irreġistra dak iż-żmien huwa eliminat bl-eta', sab xogħol ieħor jew kellu xogħol diġa', u allura qegħdin ngħidu li rridu nerġgħu għas-sistema li kellna, fejn qed nesiġu anke livelli ftit iktar għolja għaliex illum anke suldat irid ikollu ċerta preparazzjoni akkademika.", "Ħalli ngħaddi issa għall-kumment li għamel l-Onor.", "Vassallo meta semma l- eżerċizzji tas-search and rescue u mbagħad kkritika ħafna r-rapid deployment force bħala l-bidu ta' armata Ewropea.", "Jiena naħseb li tajjeb ikollna saqajna ma' l-art u ma nibqgħux marbutin ma' l-imgħoddi.", "Spiċċa ż- żmien meta d-dinja kienet maqsuma f'żewġ blokki, il-blokk komunista u dawk li jissimpatizzaw magħhom, u l-blokk l-ieħor u dawk li jissimpatizzaw magħhom.", "Illum l-Ewropa qiegħda tgħid: Ejja nagħmlu sforz komuni aħna l- membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-kandidati biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea biex, f'każ li jkun hemm theddida għall-paċi u ma jkunx hemm bżonn li tidħol in-NATO - jew ma tkunx tridx tidħol - nagħtu kontribut aħna għaż- żamma tal-paċi.", "Jien ngħid li din hija xi ħaġa tajba u hija żvilupp enormi fid-dinja tal-lum.", "Għalhekk tieħu pjaċir tara li f'dan il-commitment kemm Sweden kif ukoll Finland u l-Awstrija ma qalux li ma jridux jidħlu.", "Sur President, fid-dinja tal-lum huwa fl-interess tagħna li ma nħallux sitwazzjonijiet bħal dawn jaħarbulna minn idejna kif ġara f'dawn l-aħħar snin f'dik li kienet il-Jugoslavja.", "Għalhekk bħall-pajjiżi kandidati l- oħra qegħdin ngħidu li rridu li jkollna l-forzi tagħna li jistgħu jidħlu f'azzjoni pożittiva għaż-żamma tal-paċi, u din m'hijiex xi ħaġa li qed issir l-ewwel darba.", "Mela ġieli ddiskutejna hawnhekk l-OSCE anke fi żmien il-Perit Mintoff - dak iż-żmien kienet CSCE - aħna għedna iva u tajna token ta' assistenza fejn kien hemm bżonn.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Adrian Vassallo - u nieħu pjaċir li qed isegwi attentament dak kollu li jiġri f'dan il-qasam - li qegħdin ngħidu issa huwa li jkollna platoon ta' bejn wieħed u ieħor 30 suldat u jkollna dak li nsejħulu headquarters b'erba' min- nies bl-impenn li dan il-platoon ikun ristrett għal humanitarian and rescue missions.", "Allura din hija xi ħaġa stramba li m'għandniex nagħmluha?", "Jew inkella hija xi ħaġa li għandna nkunu kburin biha, kburin li s-suldati tagħna huma suldati vera?", "Dari kienu suldati ta' l-operetta imma mhux se jkun hemm iktar!", "Biex inkun fair ma' l-Onor.", "Vassallo, din m'għamilx plejtu kbir fuqha pero' tkellem b'mod kritiku.", "Qalilna li l-Ewropa se ssir pajjiż wieħed u ma nistgħux ngħidulhom ma jiġux hawn.", "Imma skużi, xi ħadd qed jgħid li s- sovranita' tagħna fuq it-territorju tagħna mhux tagħna se tibqa'?", "Fil-fatt xi ħaġa li rriżultat mis-summit ta' Nizza, li għadu kif spiċċa, fejn jidħlu l-foreign policy u d-defence policy, hija li kull pajjiż għandu d- dritt li jgħid le u biex issir xi ħaġa komuni trid il-kunsens ta' kulħadd.", "Hawnhekk irrid niġi għall-punt importanti tal-makku li qajjem il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Dan x'makku hu?", "Jekk aħna l-makku u l-balena hija l-Ġermanja, meta niġu biex nivvotaw il-makku għandu vot daqs dak tal-balena!", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidulna: U ejja, espressjoni li sar iħobb juża l-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Huwa veru li ċerti deċiżjonijiet iridu jsiru b'ċerta maġġoranza, pero' jrid ikun hemm maġġoranza ta' pajjiżi u l-makku ta' Malta jiswa daqs il-balena tal-Ġermanja.", "U dan hu l-kunċett kollu ta' l- Unjoni Ewropea għaliex il-pajjiżi ż-żgħar qed jgħidu: Iva, aħna żgħar u dawk kbar, pero' aħna ż-żgħar se naqsmu s-sovranita' ma' dawk il-kbar.", "Naturalment kellhom diskussjonijiet interminabbli li damu ħamest ijiem, kulħadd jipprova jiggranfa biex ikollu tikka ta' poter iktar.", "Imma aħna ma tantx stajna niggranfaw għaliex qegħdin barra!", "Kieku konna ġewwa u kellna sitt voti bħal Luxembourg konna ngħidulhom: Dażgur li ma tneħħulniex wieħed!", "Imma s'issa għadna barra u barra kellna noqogħdu nistennew u bil- lejl imqajmin nistaqsu x'qed jiġri.", "U meta għidnielhom li erba' għalina m'humiex aċċettabbli tawna ħamsa.", "Ara Luxembourg hemm qegħdin u baqgħu bis- sitta!", "Allura kif jibqa' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem fuq il-makku meta qed juri li huwa maqtugħ kompletament mir-realta'?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li mhux se jitkellem fuq il-MITTS, imma jien għalija seta' tkellem.", "Semma wkoll il-kummissjoni għall- investigazzjoni ta' inġustizzji u kkritika l-fatt li qed nivvotaw Lm100,000.", "Ħalli ngħidlu x'kien qed jiġri.", "Il-Kummissjoni għall- investigazzjoni ta' inġustizzji għamlet ħafna rakkmandazzjonijiet li ma setgħux jiġu implimentati għaliex riedu jmorru quddiem il-PSC u ħafna drabi din bdiet tgħid li issa għaddew is-snin u kienet se tinħoloq iktar konfużjoni fis-civil service.", "Allura, għalkemm kienet saret inġustizzja fil-każ, però ma setgħetx tagħti rimedju.", "U jien kont il-prim ministru li kelli ngħid: \"Jiddispjaċini, għandek raġun, jien naqbel li saret inġustizzja kif qed tgħid il-kummissjoni, imma m'hemmx rimedju\".", "Imbagħad ġie l-gvern ta' Alfred Sant u għamel tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li beda jgħid: \"Ma jinteressanix x'tgħid il-PSC, jekk saret inġustizzja se nagħtih Lm5,000\".", "U bdew ħerġin l-ammonti ta' Lm5,000, Lm4,000 u Lm4,500!", "Il-gvern kien qed jirraġuna li jekk it-tribunal jgħid li kien hemm inġustizzja u jirrikkmanda li jitħallsu Lm5,000, allura għandna nħallsu Lm5,000.", "U f'din iċ-ċirkostanza, naturalment dawk li aħna konna għednielhom li kienet saret inġustizzja magħhom però ma stajniex nagħtuhom rimedju, issa f'daqqa waħda skoprejna - u anke hemm kawża kostituzzjonali - li għalkemm ma tistax iġġiegħel lill-PSC tagħti dik il- promotion, tista' tagħtih kumpens almenu.", "Allura bi pressjoni kbira mill- unions qed jiġu riveduti ħafna każi biex fejn kien ġie dikjarat li saret inġustizzja - kultant inġustizzja kbira – bil-liġi li kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant meta kien prim ministru, xi wħud minnhom setgħu jieħdu almenu xi forma ta' kumpens.", "U naħseb li din hija ġustizzja li trid titwettaq bl- istess mod ma' kulmin ġie ddikjarat li sofra inġustizzja minn tribunal indipendenti.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma mbagħad li hawn telqa, għejja u m'hawnx ideat.", "Jien naħseb li kien qed jagħmel awto-kritika \"Telqa, għejja u bla ideat\".", "Imbagħad qalilna: X'għarukasa x'toroq għandna!", "Jien veru jinkwetawni t-toroq, imma issa li l-ikbar kritika saret fuq it-toroq it speaks volumes, kif jgħidu bl-Ingliż.", "Ma jfissirx li m'għandhomx raġun fuq it-toroq, dażgur li għandhom raġun!", "Imma kemm-il darba għedna li t-toroq jinsabu fl-istat li huma għal ħafna raġunijiet fosthom, m'għandi l-ebda dubju, għaliex ma konniex nafu kif nibnu t-toroq tajjeb.", "Qabel l-1996 konna ġibna esperti li żammhom il-gvern ta' wara u għadhom sal-lum hawnhekk biex l-ewwelnett jgħallmuna nibnu t-toroq.", "U mhux nagħmlu triq ġdida u wara ftit tinżel kollha u ssir kollha ħotob.", "U dan proċess twil li jqum il- flus però qed jiġi trattat.", "Din hija l-kritika tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Fuq l-ambjent il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritikana għax il-Magħtab għadha hemm.", "Hu kien mar jaraha bil-helicopter u baqgħet hemm, però jaf li issa għadna kif ħriġna call biex naraw x'interessi hawn.", "U hawn interessi kbar biex nittrattaw il-problema ta' l-iskart bl-iktar mod serju.", "Bl-iktar mod serju u mhux billi flok banda nagħmluha f'oħra.", "Qabel niftakar li kien hemm \"Ta' Ħal Luqa\" u mbagħad spostjawha għal \"Tal-Fulija\", u minn \"Tal- Fulija\" spostjawha għall- Magħtab.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa qed nittrattawha bis-serjetà.", "Din hija problema kbira għall-pajjiż.", "Imma din hija l-kritika lil dan il-gvern; għaliex qed jieħu l-problema tal- Magħtab u ta' l-iskart bis-serjetà?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li Għawdex mhux qed jarah sabiħ daqskemm kien qabel.", "Veru, Għawdex qabel kien sabiħ u għadu sabiħ u jekk hemm xi ħadd li mhux qed iżomm, per eżempju, ir- roundabouts tajbin daqskemm kienu qabel, tajjeb li nikkritikawh.", "Imma din hija l-kritika għall-budget ta' dan il-gvern; li Għawdex m'għadux nadif daqskemm kien qabel?", "Dwar il-proġetti ġodda l-Onor.", "Sant reġa' semmielna l-cruise liners.", "Veru għad m'hemmx id-deċiżjonijiet finali, imma jaf li bqajna mexjin fuq il-proġett kif bdewh huma.", "Jekk m'iniex sejjer żball ħallejna wkoll l- istess kumitat li kien hemm.", "Però l-affarijiet mexjin u qegħdin jieħdu ż- żmien.", "Imbagħad sar l-attakk kbir - fejn naturalment tefa' r- responsabbiltà kollha fuqi u jien naċċettaha assolutament - meta qal li għandna repeat performance ta' dak li ġara bejn l-1992 u l-1996.", "Nafu x'ġara.", "Sa l-1995 il-problemi ma kenux telgħu f'wiċċ l-ilma għaliex ma kenux jeżistu f'forma gravi u fl-1996 telgħu.", "Imma jien irrid infakkar li kont għamilt diskors mill-bank fejn qiegħed issa Alfred Sant fuq il-budget ta' l-1997, u kont għedt fejn il-gvern immexxi minni kien mar ħażin.", "U nibqgħu ngħidu - u min jeżamina l-istorja bis-serjetà jikkonfermaha - li s- snin 1995 u l-1996 kienu breakthroughs.", "Għamilna riforma straordinarja fis- sistema fiskali ta' pajjiżna li ġiet torpedinata mill-kap ta' l- oppożizzjoni ta' dakinhar Dr. Alfred Sant.", "Ittorperdinaha!", "Jien niftakar li lill-Ministru John Dalli kont ngħidlu: Inti taf x'qed tagħmel?", "Aħna se ntilfu iktar minn Lm50 miljun mid-dazji, dawn se ndaħħluhom?", "U hu u l-esperti tiegħu kienu jgħiduli li żgur se ndaħħluhom bis-sistema tal-VAT u bis-sistema ta' l-income tax jekk taħdem tajjeb.", "Però l-oppożizzjoni ttorpedinat dak kollu, biex imbagħad tela' Alfred Sant, ġie bis-sistema l-ġdida tas-CET u niftakar lilu u lil John Dalli madwar dik il-mejda fil-kumitat jgħidlu li din is-sistema se ttellifna Lm50 miljun f'revenue.", "U kellu raġun l-Onor.", "John Dalli għaliex id-deficit fl-1998 tela' għal Lm150 miljun.", "Dr Alfred Sant qal li għandna repeat performance.", "Jekk irid jgħid repeat performance ta' effiċjenza naqbel miegħu!", "Dan il-gvern qed jerġa' jieħu l- affarijiet bl-ikbar serjetà u qed nagħtu riżultat.", "Jien ma nafx x'eżerċizzju mentali għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, imma l-mod kif qed jirreaġixxi huwa sempliċi.", "Ir-riżultat ma tistax tgħid li mhux tajjeb, mela l-unika ħaġa li tista' tgħid hija li hu falz, li ċ-ċifri m'humiex tajbin.", "Jiġifieri meta l-Kap ta' l-Oppżizzjoni qiegħed kontinwament jattakka n-numri, qed jgħid li n-numri, jekk huma veru, fihom infushom huma tajbin.", "Mela biex ngħid li huma ħżiena rrid ngħid li ċ-ċifri huma mbagħbsa!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Naħseb hawn hi l-istrateġija u l-kapaċità ta' Dr. Alfred Sant kif jipprova jinfluwenza l-opinjoni pubblika.", "U rrid ngħid kif.", "Dan il-budget sar tliet ġimgħat ilu.", "Sa l-20 ta' Novembru f'Malta l-kelma \"tbagħbis\" kellha assoċjazzjoni - dażgur li kellha! - ma' l-elezzjoni tiegħu bħala kap.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sa dakinhar, malli ssemmi l-kelma \"tbagħbis\", f'moħħ kulħadd kien jiġi dak li qal is-Sindku ta' Bormla Pawlu Muscat li hu kien bagħbas il-voti.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sa l-20 ta' Novembru, f'moħħ il-pubbliku, meta kont issemmi tbagħbis ta' numri kont teħodha b'riferenza għall-elezzjoni ta' Dr Alfred Sant bħala kap tal-partit tiegħu!", "Temmen jew ma temminx, veru jew m'huwiex, dik kienet il-psikoloġija tagħna lkoll hawn Malta, kważi psikożi.", "U bħala esperiment fil-marketing, Dr Sant ried jiżvaluta l- kelma \"tbagħbis\".", "U f'daqqa waħda issa qed jgħid li għandna tbagħbis anke fin-numru ta' dawk li qed jaħdmu.", "Dalgħodu l-Onor.", "Helena Dalli reġgħet qaltilna li qed ngħoddu n-nies darbtejn, għaliex lil min joħroġ bil- parental leave u ndaħħlu lil xi ħadd floku temporanjament qed ngħodduh darbtejn.", "Dan m'hu veru xejn.", "Qalulkom li m'hu veru xejn, imma xorta tibqgħu tgħidu li hu veru.", "(Interruzzjonijiet) Qegħdin tgħidu li n-numru ta' nies li qed jaħdmu mhuwiex veru; in-numru ta' dawk jirreġistraw għax- xogħol mhux veru li naqas; l-għoli tal-ħajja mhux veru li qed jiġi kkalkolat tajjeb .....", "Xejn m'hu veru, iċ-ċifri mhumiex veri u skond huma ma tista' temmen xejn.", "Jien lil Dr Alfred Sant ngħidlu li l-poplu Malti qed jiskreditah iktar meta joħroġ bi kritika għall-budget ibbażata fuq l- akkużi tat-tbagħbis.", "Però qed jagħmel ħsara lill-pajjiż ukoll.", "M'għandniex nipprovaw indaħħlu l-mentalità li l-mod kif tikkritika kull ħaġa huwa billi tgħid li huwa falz u ħażin.", "Ma jistax ikun, din turi l- povertà, il-meskinità li llum jinsab fiha l-Labour Party.", "Jiġifieri din il- kwestjoni ta' l-attakki kollha jikkonsistu f'dan biss.", "Jien sorpriż ħafna anke bl-interventi li għamlu n-naħa ta' l-oppożizzjoni dalgħodu fuq il-ministeru tiegħi.", "Il-ministeru tiegħi huwa d-driver tal- gvern, veru.", "(Interruzzjonijiet) Jien kont nistenna li xi ħadd jikkummenta li hemm tliet cost centres ġodda fil-budget tal-ministeru tiegħi.", "Għandna cost centre li jismu l-European Union negotiating secretarial.", "Jien kont nistenna li xi ħadd jgħidli għaliex dan għamiltu fl-uffiċċju tal-prim ministru u m'għamiltux fil-foreign office.", "Iva, għamilnieh fl-uffiċċju tal-prim ministru bil-ħsieb u bi qbil fil-gvern għaliex l-EU tant hija xi ħaġa importanti, tant hija xi ħaġa li trid kordinazzjoni, tant hija xi ħaġa li jrid ikollha focus mid-dipartimenti kollha u mhux mill-foreign office biss, li postha huwa fl-uffiċċju tal-prim ministru, kif rajna mill- esperjenza ta' pajjiżi oħra.", "Għandna cost centre ġdid li jismu internal audit directorate li jaqa' wkoll taħt il-cabinet office.", "Jien kont nippretendi li oppożizzjoni serja tiddiskuti dak li qed nivvotaw hawn u tistaqsi kif qed inwaqqfu dan id- direttorat.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq il-funzjoni ta' l-awditur li jeżamina l-korrettezza tal-finanzi tal-gvern, imma rridu li jkun hemm internal audit fid-dipartimenti kollha biex naraw, per eżempju, il-value for money, kif qegħdin nonfqu l-flus.", "U qegħdin noħolquh ......", "THE CHAIRMAN: Onor. Prim Ministru, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonkludi.", "Insemmi punt ieħor, ir-regional policy directorate li semmieh l-Onor.", "Michael Frendo.", "Anke fuq dan ħadd ma staqsa x'inhu dan id-directorate ġdid fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "Aħna nafu li mexjin lejn l-Unjoni Ewropea u nafu li l-Unjoni Ewropea għandha r-regional funds u l-cohesion funds, u rridu nippreparaw ruħna biex meta nidħlu nkunu kapaċi li nieħdu dak li nistgħu minn dan, Mr Chairman.", "Naturalment il-ħin bħas-soltu jgħaddi malajr.", "Il-gvern jaf fejn sejjer u rrid ngħid li ħadna soljev meta fil- konklużjonijiet tas-summit ta' Nizza kkonkludew l-IGC.", "Skond dikjarazzjonijiet li saru, għandu jsir it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea - u m'għandix dubju li Malta tkun waħda mill-pajjiżi li jidħlu fl-Unjoni Ewropea - b'mod li l-popli ġodda li jidħlu fl-Unjoni Ewropea jkunu f'pożizzjoni li jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li trid issir fl-2004.", "Jien nappella lill-poplu tagħna: Dan il-budget neħħa l-maskri kollha ta' l-oppożizzjoni, li llum hija bla direzzjoni, bla ideat, bla ħila u hemm bżonn li dan il-poplu tagħna jiġbed ħabel wieħed fl-interess nazzjonali biex pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 5 kif imressqa mill-Onor.", "Helena Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura din id-division se tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi fin-12.31 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda għall-Vot 5 kif imressqa mill-Onor.", "Helena Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "289", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA: 35", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | | | | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm4,723,449 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 5 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjonijiet l- oħra.", "Il-mistoqsija hija:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm600,597 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 - Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 1 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 2 - KAMRA TAD-DEPUTATI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm964,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 2 - Kamra tad-Deputati, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 2 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 6 - KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm128,518 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 - Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 6 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 7 - FORZI ARMATI TA' MALTA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm12,261,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 - Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 7 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 8 - INFORMAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,270,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 - Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 8 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 9 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm473,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 - Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 9 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,282,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I - Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot I għaddiet.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9 u I kienu ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t- Tlieta, 12 ta' Diċembru 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Approprjazzjoni għas-sena 2001 - L-istadji kollha", "2.", "Estimi Supplimentari 2000 - L-istadji kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta 12 ta' Diċembru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 172", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "21922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?", "Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra."]} {"filename": "20010314_515d_par.doc", "date": "2001-03-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 515 L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 515", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "515", "L-Erbgħa, 14 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 537", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 537", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ŻJARA TAL-PRESIDENT TA' MALTA FIL-BULGARIJA – INĊIDENT TAT-TRAFFIKU 541", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR REGOLAMENTI DWAR PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS 542", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA (IT-TIENI QARI)", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 548", "AĠĠORNAMENT 558", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 563", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 514 li saret fl-14 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL INDIPENDENTI", "24157.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ir- rapport li kien qed jistenna minn skejjel indipendenti jew l-għaqda li tirrappreżentahom biex imbagħad tiġi stmata l-għajnuna li se tingħata lill- ġenituri?", "Jista' jgħid jekk hux sodisfatt bir-rapport?", "Dan ir-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Iva, irċevejt ir- rapport imsemmi.", "Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l- iskejjel konċernati u jikkonferma r-raġunijiet għall-għajnuna finanzjarja, iżda m'huwiex speċifiku dwar il-modi ta' kif jaħsbu li għandha tingħata l- għajnuna li qed tiġi offruta mill-gvern.", "Il-ministeru tal-finanzi u l-ministeru ta' l-edukazzjoni flimkien qed ifasslu proposta konkreta għat-tqassim tal-vot allokat fl-estimi għal din is-sena, u meta jkun iż-żmien propizzju nikkonsidra jekk inpoġġix jew le r- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MALTIN F'ĦABSIJIET TA' BARRA", "24158.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa f'liema pajjiżi hemm Maltin miżmuma f'ħabsijiet?", "Fuq liema akkużi huma miżmuma dawk li għadhom mhux qed iservu sentenza?", "Kemm hemm li qed iservu sentenza u biex kienu akkużati?", "Kollha għandhom aċċess għall-consular officials ta' Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru) (f'isem il-Ministru għall- Affarijiet Barranin): B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24158, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "TELECARE – APPLIKAZZJONI", "24159.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23244, tista' l-applikazzjoni għat-telecare li hawn annessa tiġi kkonsidrata urġentement?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni annessa mal-mistoqsija ġiet riferuta lit-taqsima konċernata u se tiġi kkonsidrata b'mod urġenti.", "PA - PUSCHKA / PESCATORE", "24160.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23685, is-sid segwa l-ordni ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex fi żmien 15-il ġurnata jneħħi x-xogħol skond ECF 76/01?", "Meta ġiet segwita din l-ordni?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari ) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern) Ninsab informat illi minn spezzjonijiet li saru wara l-ħruġ ta' l-avviż biex tieqaf u ta' twettiq rigward kostruzzjoni ta' pilastri bil- bricks, travi ta' l-injam u frames tal-ħadid u ħġieġ - riferenza ECF 76/01 – ġie nnotat illi saru xi xogħlijiet oħra u konsegwentement fit-8 ta' Frar 2001 is-sid ġie ordnat biex fi żmien 15-il-ġurnata jneħħi x-xogħol li kien sar wara l-ħruġ ta' l-imsemmi avviż.", "Nista' nikkonferma li x-xogħol li sar wara l-ħruġ ta' l-avviż biex tieqaf u ta' twettiq tneħħa mis-sid stess fil-21 ta' Frar 2001, u dan ġie vverifikat wara spezzjoni minn uffiċjal tas-sezzjoni ta' l-infurzar.", "Sadanittant saret applikazzjoni sanatorja - PA 0598/01 - sabiex dik it- tinda li kienet bdiet tinbena u eventwalment twaqqaf il-bini tagħha, tiġi ssanata.", "DELIMARA – RADAM", "24161.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xhur sarx xi xogħol biex jitneħħa r-radam li qed jidfen inħawi sħaħ f'Delimara?", "Jista' jgħid jekk sarx xi xogħol biex jissewwew ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi u jitħawlu siġar ġodda flok dawk maqtugħin u vvandalizzati?", "Hemm xi ħsieb li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-kwestjoni msemmija qiegħda f'idejn l-awtorita' ta' l-ippjanar u għaldaqstant nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu banda oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' xi ħadd jgħidli jekk dak il-bini li hemm f'Delimara - kien jappartjeni lid-Deutsche Welle - ingħatax lil xi ħadd bħala kirja?", "Jista' jgħidli wkoll jekk il-pjan li jsir park nazzjonali ġiex abbandunat?", "Għax milli jidher f'dak il-bini daħal xi ħadd u qed ikeċċi lil kulħadd!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-bini li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru kien okkupat mid-Deutsche Welle iżda wara li ġie vvakat saru atti vandali fuqu u bażikament dan iżżarma minn kollox.", "Il-bini issa ngħata on encroachment terms mid-dipartiment ta' l-artijiet lill-kumpannija ta' l- akwakultura.", "Min qiegħed jokkupah jista' jintefa' 'l barra malli l-gvern jiddeċiedi li jkompli bil-programm tiegħu li jagħmel park nazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri dan il-bini ngħata mingħajr ma ħarġet tender?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dan il-post qed jintuża għal perijodu temporanju u tista' toħroġ ordni biex jiġi vvakat appena jkun hemm il-ħsieb li jinbeda l-proġett tal-park nazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf is-Segretarju Parlamentari li taħt gvern preċedenti dak il-bini kellu jaqa' - fil-fatt kien amministrat mill-wireless telegraphy, liema qasam dak iż-żmien kont responsabbli minnu jien – u kienu anke ħarġu t-tenders biex jitneħħew it-twieqi, id-dwal, eċċ.?", "Għaliex ma saritx stqarrija pubblika li post li qiegħed f'area daqshekk sensittiva kien se jingħata b'encroachment terms?", "Forsi issa dan l- individwu se jkollu dritt jingħata post ieħor meta jiġi biex joħroġ minn hemm!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Meta tkun qiegħed on encroachment basis qatt m'għandek dritt għal xejn.", "(Interruzzjonijiet) Kif diġa' għedt, il- proġett li jsir park nazzjonali għadu on imma peress li bħalissa l-gvern għandu ħafna xogħol ta' infrastruttura, dan il-proġett tilef xi naqra mill- priorita' tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Veru li kien hemm xi equipment li tneħħa, pero' veru wkoll li wara li dan tneħħa il-post ġie vvandalizzat, għalkemm dan bl-ebda mod ma jippreġudika dak li għad effettivament irid isir għall-park nazzjonali ta' Delimara.", "Nassigura lill-Onor.", "Mizzi li f'diskussjonijiet li kellna – qed ngħid għall- ministeru għall-ambjent, il-ministeru għall-agrikoltura u sajd u l- uffiċċju tiegħi – il-park nazzjonali għadu jifforma parti mill-programm tal- gvern, u dik il-kostruzzjoni kannibalizzata li għadha hemm sal-lum bl- ebda mod ma tippreġudika dan il-proġett.", "PIXXINA NAZZJONALI – IMPJEGATI ĠODDA", "24162.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif b'risposta għal mistoqsija preċedenti qal li ma ġewx impjegati nies ġodda mal-pixxina nazzjonali meta ftit ilu ġie impjegat messenger/driver mac-chairman?", "Meta ġiet impjegata din il-persuna?", "Dan iddaħħal wara sejħa mill-ETC?", "X'inhi l- paga li jitħallas?", "Minn liema raħal/belt hi din il-persuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-persuna li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru ġiet impjegata wara li jien weġibt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23271, fejn kont għedt li ma kenux ġew ingaġġati nies ġodda mal-pixxina nazzjonali.", "Din il-persuna ġiet impjegata b'effett mit-12 ta' Frar 2001, wara li nkiseb il-permess meħtieġ tal-korporazzjoni għall-impjiegi u taħriġ.", "Din il-persuna hija minn Raħal Ġdid u ġiet impjegata fuq bażi temporanja/każwali u titħallas bir-rata ta' Lm1.65 fis-siegħa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid meta eżattament saret l-ewwel mistoqsija dwar in-nies ġodda li ġew ingaġġati mal-pixxina nazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fil-file hawn kopja ta' mistoqsija parlamentari nru.", "23271 – kienet saret mill-Onor.", "Carmelo Abela – u din tgħid hekk:", "\"Kemm ġew impjegati ħaddiema fil-pixxina nazzjonali minn Ottubru 1998 sal-lum?", "X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?", "Saret sejħa pubblika?", "Kif ġew magħżula?", "Jista' jgħid ukoll minn fejn huma dawn il-persuni?\"", "Dik il-mistoqsija saret fit-30 ta' Jannar, 2001 u t-tweġiba ngħatat mill- Ministru ta' l-Edukazzjoni fis-seduta nru.", "484 tat-2 ta' Frar, 2001.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "17120, 21597, 21618.", "Minn meta ngħataw dawn it- tweġibiet sal-lum ma kien hemm l-ebda ingaġġ jew tibdil fir- responsabbilta' ta' l-impjegati.\"", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm normalment tieħu żmien talba bħal din biex jiġi mpjegat xi ħadd f'din il- pożizzjoni, sakemm tiġi approvata mill-MPO u mill-ETC?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'hemmx regola fissa għax iċ- ċirkostanzi jistgħu jvarjaw bejn każ partikolari u ieħor.", "Ġieli jkollok talbiet minn xi awtorita' jew korporazzjoni li tkun taqa' taħt ir- responsabbilta' tiegħek – qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi – u meta inti stess ma tkunx konvint mit-talba partikolari li tkun saret, titlob lil min hu responsabbli biex jagħti spjegazzjoni.", "F'każ li tkun sodisfatt li t-talba dwar l-impjieg tkun ġustifikata, tawtorizza li jimxi l-proċess u dan jgħaddi għand l-ETC biex imbagħad il- korporazzjoni tagħmel l-eżerċizzju tagħha, tivverifika jekk hemmx persuni li jkunu qegħdin japplikaw jew jirreġistraw għall-post partikolari u jekk ikun hemm persuni li qegħdin jirreġistraw, allura tibgħat għal dawk l- impjegati għall-interview.", "Jekk ħadd minnhom ma jinstab tajjeb jew inkella ma jkun hemm ħadd li qed jirreġistra għal dak ix-xogħol partikolari, joħroġ il-permess tal- korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ biex toħroġ a public call for applications.", "Issa dan il-proċess ġieli jieħu perijodu ta' ftit ġimgħat u ġieli jieħu x- xhur.", "Ċertament m'hemmx regola fissa għax dan jiddependi ħafna miċ- ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mill-esperjenza li għandi jien meta kont fl-uffiċċju tal-prim ministru, din il-proċedura tieħu ħafna ġimgħat mill-MPO, anke jekk tkun xi ħaġa urġenti.", "Possibbli l-ministru ta' edukazzjoni ma kienx jaf li kien se jkun hemm dan l-impjieg biex f'dan il-perijodu daħħal lil dan l-impjegat?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga u jgħid xi proċedura ttieħdet biex jara setax jiġi mpjegat xi ħadd minn dipartimenti oħra?", "Jimporta nitolbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tan-nies li bagħtet għalihom l-ETC biex jagħmlu l-interview ħalli naraw meta saru l-interviews.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba hija ċara għax il-mistoqsija oriġinali ta' l-Onor.", "Abela - jekk niftakar sewwa kienet saret lill-ministri kollha, lill-aġenzji kollha u lill-korporazzjonijiet kollha, jiġifieri kien hemm serje twila ta' dawn il-mistoqsijiet - kienet dwar kemm kienu ġew impjegati ħaddiema ġodda.", "Allura jiena nkun inkarigajt lid-direttur tal-corporate services biex jgħidli - għax din il-mistoqsija saret anke lili - mit-tali data sat-tali data kemm ġew ingaġġati persuni.", "Nassumi kważi b'ċertezza li l-ministru ta' l-edukazzjoni ma talabx lid- direttur tal-corporate services biex jagħtih ukoll il-lista ta' dawk it- talbiet kollha pendenti li seta' kien hemm ma' l-MPO jew ma' l-ETC għall- proċess ta' ngaġġ jew dawk li qegħdin miftuħin għall-proċess ta' interview eċċ, għax il-mistoqsija kienet dwar kemm persuni ġew ingaġġati u t-tweġiba ovvjament ingħatat hekk.", "Irrid nispjega wkoll li mhux bilfors kollox jgħaddi neċessarjament through l-MPO - pero' hawnhekk nitkellem taħt korrezzjoni għax ma nafx il- pożizzjoni preċiża rigward il-pixxina nazzjonali - għax għandek ċerti korporazzjonijiet u awtoritajiet li mhumiex obbligati jgħaddu minn dan il- proċess.", "(Interruzzjonijiet) Il-proċess ta' l-ETC bilfors isir, imma l- Onor. Membru għamel riferenza għall-MPO.", "Ma nafx jekk il-proċedura ta' l- MPO fil-każ tal-pixxina nazzjonali hijiex applikabbli.", "Nissuspetta li le, pero' I stand to be corrected.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-mistoqsija kienet dwar kemm ġew ingaġġati nies u t-tweġiba tal-ministru ta' l-edukazzjoni ovvjament kienet li ma ġewx ingaġġati nies sat-tali ġurnata, u li l-ingaġġ ta' persuna oħra sar wara li kienet ingħatat dik it- tweġiba.", "Ovvjament in the pipeline ikun hemm il-proċess ta' engagement u ta' interviews, eċċ. Din tgħodd għall-ministeri kollha u żgur li tgħodd anke għalija.", "(Interruzzjonijiet)", "Kieku kellek tistaqsini llum kemm ġew impjegati nies mal-korporazzjoni għax- xogħol u taħriġ matul dawn l-aħħar sentejn inkun nista' ngħidlek in-numru preċiż u nkun nista' ngħidlek ukoll li hemm proċess għaddej għall-ingaġġ ta' persuni oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura lill-Viċi Prim Ministru nitolbu biex meta jkun il-mument propizju, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta u jgħidli kemm kien hemm interviews għal dan il-post, meta ħarġet il-call for applications, meta l-ETC kitbet lill-membri, kif intgħażlu u meta saru l- interviews.", "Din hi l-informazzjoni li qed nitlob.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk jippermettili l-Onor.", "Interpellant, forsi jkun aħjar li jagħmel mistoqsija ad hoc peress li jien qed inwieġeb f'isem il-ministru ta' l-edukazzjoni, u naturalment japprezza li dak huwa ministeru differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dawn id-domandi qed nagħmilhom lill-Viċi Prim Ministru għax huwa responsabbli mill-ETC u nifhem li jista' jagħtini l- informazzjoni li tlabt.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela issa nagħmel hekk u ngħaddi l-informazzjoni lill-Onor.", "Mizzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru", "STQARRIJA MINISTERJALI", "ŻJARA TAL-PRESIDENT TA' MALTA FIL-BULGARIJA – INĊIDENT TAT-TRAFFIKU", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kif il-Kamra żgur li taf bħalissa l-President jinsab f'vista statali fil-Bulgarija u għall-ħabta tas-2.30 p.m. il-karozza tiegħu kif ukoll karozzi oħrajn li fihom kien hemm id- delegazzjoni Maltija kienu involuti f'inċident tat-traffiku pjuttost gravi.", "B'xorti tajba l-President, il-Ministru Louis Galea li qed jakkumpanjah, il- ġurnalisti u l-kumplament tad-delegazzjoni ma sofrew l-ebda dannu ħlief għall-fotografu uffiċjali li kien qed jakkumpanja lill-President.", "Jiddispjaċini ngħid li s-Sur Lino Arrigo Azzopardi sofra xi ksur u bħalissa qiegħed fi sptar ġewwa Sofia.", "Jidher ukoll li fost is-security li kien hemm mal-President u oħrajn min- naħa tal-Gvern Bulgaru hemm nies li ġew feruti serjament u l-aħħar informazzjoni li għandi hi li wieħed minnhom miet.", "Min-naħa tiegħi jien nixtieq nesprimi s-sogħba tiegħi għal dawk kollha li sofrew xi grieħi, b'mod partikolari għall-familjari tal-persuna li tilfet ħajjitha.", "Irrid ngħid li kemm-il darba kellimt bit-telephone lill-President, lill- Ministru Galea, lill-Ambaxxatur Lowell, li jinsab mad-delegazzjoni, kif ukoll lill-uffiċjali u l-fotografu uffiċjali Lino Arrigo Azzopardi.", "Għalkemm, kif għedt diġa', il-President u d-delegazzjoni li telgħet il- Bulgarija ma sofrew l-ebda ġrieħi ħlief għas-Sur Lino Arrigo Azzopardi, dawn sofrew xokk kbir.", "Fl-aħħarnett ta' min jgħid li meta l-President jispiċċa l-vista statali li qed jagħmel fil-Bulgarija, beħsiebu jżur żewġ pajjiżi oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, bħalissa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni jinsabu indisposti – ċertament ma kenux jafu li kien se jkun hawn din l-istqarrija – u f'isimhom nesprimi t-tħassib tiegħi u nawgura li ma jkunx hemm affarijiet gravi.", "Minn din in-naħa nesprimu wkoll in-niket tagħna għall-barranin li weġġgħu, jew agħar minn hekk li ħallew ħajjithom f'dan l-inċident.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi, toffri x-xewqat kollha ta' solidarjeta` lill-President u lid-delegazzjoni tiegħu, u tesprimi n-niket tagħha għal dawk kollha li b'xi mod jew ieħor sofrew xi danni u anke saħansitra tilfu ħajjithom.", "Ngħaddu issa għall-Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR REGOLAMENTI DWAR PENSJONIJIET GĦAL MIN JAĦDEM FIL-ĦABS", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inressaq din ir-riżoluzzjoni:", "Billi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bis-subartikolu (1) ta' l- artikolu 10 ta' l-Att dwar il-Ħabs, il-ministru ta' l-intern, bi ftehim mal-ministeru tal-finanzi, jista' jagħmel regolamenti dwar l- għoti ta' pensjonijiet lill-persuni li kienu fis-servizz tad- dipartiment tas-servizzi korrettivi jew lir-rappreżentanti legali jew dipendenti tagħhom;", "U billi huwa maħsub fis-subartikolu (4) ta' l-imsemmi artikolu 10 ta' l-Att dwar il-Ħabs li l-ebda regolament li jsir bis-saħħa ta' dan l- artikolu m'għandu jseħħ kemm-il darba ma jkunx irċieva minn qabel l- approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati, liema approvazzjoni għandha tingħata permezz ta' riżoluzzjoni;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-Kamra tad-Deputati tapprova l-abbozz tar-regolamenti ta' l-1999 dwar pensjonijiet għal min jaħdem il-ħabs, miġbura fid-dokument hawn anness, għall-għanijiet tas-subartikoli (1) u (4) ta' l-artikolu 10 tal-Kap 260 tal-Liġijiet ta' Malta, l-Att dwar il-Ħabs, u għall-għanijiet l-oħra kollha ta' l-istess Att.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR TONIO BORG: Mr Speaker, l-għoti tal-pensjoni lill-ħaddiema tas- servizzi korrettivi għaddiet minn ftit ta' saga.", "Oriġinarjament din il- miżura kienet ġiet proposta mill-aħħar gvern Nazzjonalista, u mbagħad, peress li dan l-abbozz ta' liġi ma laħaqx għadda qabel l-elezzjoni ta' l- 1996, reġa' pproponieh il-gvern Laburista.", "Madanakollu xorta waħda l- abbozz ta' liġi messitu l-istess xorti għax ma laħaqx ġie diskuss qabel l- elezzjoni ta' l-1998, u għalhekk imbagħad reġa' pproponieh mill-ġdid il- gvern Nazzjonalista attwali fl-1999 għax, kif nafu, meta tintemm leġislatura, jaqgħu l-abbozzi ta' liġi li jkunu qed jistennew biex jgħaddu minn dan il-parlament.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi: Għaliex kien hemm bżonn din ir- riżoluzzjoni?", "Għax il-liġi li għamilna hija an enabling law u bi ftehim mal-ministru tal-finanzi, tajna d-dritt lill-ministru li jagħmel regolamenti sabiex jagħti l-hekk imsejħa pensjoni tat-teżor lill-ħaddiema tal-ħabs, li sal-lum ma kenux igawdu mill-istess benefiċċji li jgawdu membri oħra ta' forzi dixxiplinarji, bħalma ngħidu aħna huma l-armata u l- pulizija.", "Fil-fatt fil-Kostituzzjoni tagħna hemm tliet istituzzjonijiet li huma kkonsidrati bħala korpi ta' dixxiplina; hemm il-membri tal-forzi armati, hemm il-membri tal-korp tal-pulizija u hemm il-membri tas-servizz tal-ħabs.", "Pero` sal-lum kien hemm anomalija għax filwaqt li l-membri tal- forzi armati u tal-pulizija kienu jieħdu l-hekk imsejħa pensjoni tat-teżor wara 25 sena servizz, il-ħaddiema tal-ħabs ma kenux jieħdu din il-tip ta' pensjoni.", "Fl-1996 aħna konna għedna iktar minn darba li dan m'huwiex sew għax ħassejna li ġaladarba dawn għandhom l-iżvantaġġi kollha ta' membri ta' korp dixxiplinat – bħal, per eżempju, m'għandhomx id-dritt li jistrajkjaw, li jieħdu azzjoni industrijali jew li jkunu membri f'union - hekk ukoll għandhom igawdu mill-benefiċċji.", "Ta' min jgħid li din hija l-ewwel darba li qed nipproponu li l-ħaddiema tal- ħabs jingħataw pensjoni wara 25 sena servizz.", "Sabiex inħajru kemm jista' jkun ħaddiema minn forzi dixxiplinarji oħra jaħdmu fil-ħabs, meta għaddejna l-liġi fl-1999 konna għedna li dawk li qegħdin f'forzi dixxiplinarji oħra u jixtiequ jidħlu jaħdmu fil-ħabs, iż-żmien li jkunu għamlu fl-armata jew fil- pulizija ma jintilifx.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ikun għamel ħames snin suldat jew pulizija u mbagħad jagħmel 20 sena jagħti s-servizz tiegħu fil-ħabs, allura dawk il-ħames snin jiġu magħduda ma' l-20 sena biex wara 25 sena servizz jieħu l-pensjoni tat-teżor.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li biex żgur ma jkunx hawn diskrepanza, dawn ir- regolamenti li qed nipproponu u li huma annessi ma' din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, huma kkoppjati kelma b'kelma mir-regolamenti li japplikaw għall-korp tal-pulizija.", "Fil-fatt naħseb li esaġerajna xi ftit meta kkopjajna dawn ir-regolamenti għax ikkopjajna wkoll dik il-parti ta' l- Ordinanza tal-Pulizija li tgħid li dawn ir-regolamenti jridu l- approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati qabel ma jidħlu fis-seħħ.", "Is-soltu meta ngħaddu r-regolamenti f'dan il-parlament isir bil-maqlub, fis-sens li l-ewwel jinħarġu r-regolamenti u mbagħad jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, u sakemm ma jkunx hemm riżoluzzjoni negattiva minn xi ħadd f'din il-Kamra fi żmien 28 ġurnata, allura dawk ir-regolamenti jkomplu fis-seħħ.", "Qed ngħid \"ikomplu\" fis-seħħ għax dawn jidħlu fis-seħħ mal-ewwel, jiġifieri jekk fit-2 ta' Jannar jien inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra regolament, dak ir-regolament ikun diġa' ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern u jkun daħal fis-seħħ.", "Il-parlament jista' jwaqqaf dak ir-regolament milli jkompli jiġi fis-seħħ, imma dan ikun diġa' daħal fis-seħħ u jista' jkun li dan il- parlament jiddiskuti din il-mozzjoni xahar jew xahrejn wara li r- regolamenti jkunu diġa' daħlu fis-seħħ.", "Ara f'dan il-każ qed jiġri bil- maqlub għax ir-regolamenti m'humiex qed jidħlu fis-seħħ mal-ewwel u jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara li tgħaddi riżoluzzjoni pożittiva mill-Kamra tad- Deputati.", "M'iniex se nidħol f'ċertu dettall fuq dawn ir-regolamenti għax huma xi ftit tekniċi, pero` rrid ngħid li dawn ir-regolamenti se jagħtu l-pensjoni tat- teżor, li tammonta għal żewġ terzi tas-salarju li jkollu l-ħaddiem tal-ħabs malli dan jagħlaq il-55 sena jew ikun għamel il-25 sena servizz, skond liema jiġi l-ewwel.", "Dan ifisser li jekk xi ħadd jidħol mas-servizz tal- ħabs ta' 18 sena, dan jista' jirtira meta jkollu 43 sena.", "Nixtieq ngħid ukoll li skond dawn ir-regolamenti, waqt li jkun qed jieħu l-pensjoni tal- 25 sena servizz, wieħed ikun jista' jaħdem ukoll għax m'hemm xejn xi jżomm lil min ikun qed jieħu din il-pensjoni tat-teżor milli jaħdem.", "Ta' min jgħd li dan il-gvern neħħa l-att diskriminatorju li kien jeżisti fil- konfront tal-membri tal-korpi dixxiplinati fejn dawn, wara li jagħmlu l-25 sena servizz, ma setgħux imorru jaħdmu f'xogħol fejn jaqilgħu iktar mill- aħħar paga li kellhom – dan għalkemm bl-inflazzjoni m'huwiex diffiċli ħafna li taqla' iktar mill-paga li kellek meta inti irtirajt – u jekk dak li jkun kien imur jaħdem hemmhekk xorta waħda, il-flus li kien jaqla' iktar kienu jitnaqqsulu.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi: Għaliex qed issir din il-preferenza mal- forzi ta' l-ordni tal-pajjiż?", "Fil-fatt din il-preferenza qed issir għax ix- xogħol tal-forzi ta' l-ordni tal-pajjiż, apparti li huwa xogħol diffiċli, jesponi lil dawn il-ħaddiema wkoll għal ċertu periklu u għalhekk l-Istat dejjem irrikonoxxa li dawn għandhom jingħataw dik ix-xi ħaġa iktar minn persuni oħrajn.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-ħinijiet strambi u l-ambjent li huma jaħdmu fih.", "Per eżempju, ma tantx huwa faċli biex issib nies li jaħdmu l-ħabs għax minbarra li ma tantx hemm ambjent sabiħ biex taħdem fih u l-ħinijiet huma strambi, wieħed m'għandux id-dritt li jiġġieled għall- kondizzjonijiet ta' l-impjieg tiegħu.", "Anzi hemm l-assoċjazzjoni tal- pulizija - u dan l-aħħar aħna waqqafna wkoll il-prison officers association - biex dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom, imbasta mhux f'forma ta' trade union.", "Ta' min ifakkar ukoll li meta konna emendajna u għaddejna minn dan il-parlament il-liġi tas-civil protection, bi qbil unanimu aħna konna għedna wkoll li jekk xi ħadd li jaħdem mal-forzi armati jew inkella mal-pulizija jmur jaħdem mas-civil protection department, iż-żmien li huwa jkun għamel mal-forzi armati jew inkella mal- pulizija ma jintilifx għall-finijiet tal-25 sena servizz peress li anke x- xogħol tas-civil protection department jinvolvi ċertu periklu.", "Mr Speaker, dawn ir-regolamenti jgħidu wkoll li l-pensjoni mhux bilfors tittieħed wara 25 sena servizz.", "Jekk, per eżempju, wara għaxar snin servizz, persuna tippreżenta ċertifikat mediku li m'għadhiex tajba għal xogħol ta' correctional officer, allura hija tkun tista' tirtira.", "Naturalment imbagħad dik il-persuna ma teħux il-pensjoni ta' żewġ terzi full imma tieħu biss proporzjon ta' dik il-pensjoni, imbasta tkun għamlet mill-inqas għaxar snin servizz u tippreżenta ċertifikat mediku ġenwin li jgħid li m'hijiex iktar tajba għal dak ix-xogħol partikolari, f'liema każ dik il-persuna tieħu pensjoni mnaqqsa, u tista', jekk tippermettilha saħħitha, tieħu s-salarju tax-xogħol li tkun qed tagħmel.", "Min-naħa l-oħra, jekk persuna ma tkunx tista' tkompli tagħmel dak ix-xogħol għax tkun ġiet disabled, allura hija tapplika taħt is-servizzi soċjali ta' pajjiżna.", "Huwa veru li b'hekk tkun qed titlef il-pensjoni sħiħa ta' 25 sena servizz, imma jekk tkun għamlet mill-inqas għaxar snin servizz tkun intitolata għal xi ħaġa minn dik il-pensjoni wkoll.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda lil min ikorri jew allaħares qatt imut waqt il-qadi ta' dmirijietu.", "Regolament 17 jgħid hekk:", "\"Meta uffiċjal tas-servizzi korrettivi, mingħajr il-ħtija tiegħu, jiġi maqtul filwaqt li jkun qed jaqdi dmiru jew imut minħabba xi ħsara li b'mod speċifiku tkun ġejja mix-xorta tax-xogħol tiegħu, tista' tingħata pensjoni lill-armla li jħalli, sakemm hija ma tiżżewwiġx, ta' mhux iżjed minn 10/60 tas-salarju pensjonabbli ta' żewġha fil-jum li tiġrilu l-ħsara, u tista' tingħata pensjoni lil kull wild ta' dak l- impjegat sa ma dak il-wild ikun għadu minorenni ...\"", "- jiġifieri sakemm jagħlaq it-18-il sena -", "\"... ta' mhux iżjed minn 1/6 tar-rata li tingħata lill-armla.", "Kif qed naraw, dan m'huwiex xi kumpens enormi imma dejjem huwa aħjar minn xejn li l-familjari tas-suldati, tal-pulizija u issa ta' l-impjegati tal- ħabs jingħataw dik ix-xi ħaġa extra.", "Mr Speaker, naħseb li għedt biżżejjed u m'għadx fadalli ħafna iktar xi ngħid.", "Jien ipprovajt mill-aħjar li stajt biex dan is-suġġett, li huwa xi ftit tekniku, nagħmlu sempliċi, allavolja naħseb li kkomplikajtu xi ftit ukoll.", "Pero` l-iskop kollu ta' din ir-riżoluzzjoni huwa li dak kollu li jgawdu l-pulizija u s-suldati, issa jibdew igawduh ukoll l-impjegati tal- ħabs.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, kif qal tajjeb il-ministru, wara tliet interventi f'dan il-parlament fi żmien sena, dawn ir-regolamenti fl-aħħar waslu.", "Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, darba minnhom filgħodu konna ddiskutejna l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs, filwaqt li mbagħad filgħaxija konna għaddejna l-abbozz ta' l-liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "Jidhirli li dawn ir-regolamenti joħorġu in segwitu għal prison pensions regulations ta' l-1999, pero` ċertament dawn ir-regolamenti ma setgħux jgħaddu qabel m'għaddew l-enabling laws, li għaddew is-sena l-oħra.", "Wara dan il-ħafna sulluzzu, fl-aħħar illum dawn ir- regolamenti waslu u bis-saħħa ta' dawn ir-regolamenti, il-correctional officers jafu aħjar għal xiex se jkunu intitolati.", "Kif diġa' ntqal diversi drabi f'dan il-parlament - pero` aħna dan ma niddejqux nenfasizzawh - l-uffiċjali korrettivi fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin jagħmlu xogħol ferm siewi.", "Żgur li mhuwiex ġust illi filwaqt li l-armata u l-pulizija kienu ilhom ħafna jgawdu l-benefiċċji li jgawdi korp dixxiplinat, il-ħaddiema tal-ħabs kien għadhom m'humiex qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji.", "F'kull korp dixxiplinat ikun hemm ċerta dixxiplina, pero` bla ebda dubju l-ambjent li hemm fl-armata u fil-korp tal- pulizija m'huwiex diffiċli daqs dak li hemm ġewwa l-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Għalhekk jien naħseb li dan li qed nagħmlu llum qegħdin nagħmluh tard iżżejjed.", "Verament din il-Kamra damet biex għaddiet dawn ir- regolamenti minħabba diversi ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom, bħalma hi, per eżempju, l-elezzjoni bikrija li ssejħet fl-1996.", "Fil-fatt fit-22 xahar li l-Partit Laburista għamel fil-gvern, kien ippropona abbozz ta' liġi f'dan ir-rigward u kien hemm ukoll il-first reading tiegħu.", "Mr Speaker, jien m'iniex se noqgħod nirripeti dak li qal il-ministru, pero` nixtieq nikkwota regolament partikolari li lili jinkwetani ħafna, ħalli forsi meta l-ministru jiġi biex jagħmel il-winding up, ikun jista' jidħol ftit iktar fil-fond fuqu.", "Qed nirriferi għal regolament 18, li jgħid hekk:", "\"(1) L-intenzjonijiet ikkalkolati bir-rati msemmijin hawn fuq jingħataw biss fil-każ ta' servizz li jkun sar tassew bil-fedelta` u b'mod meritevoli.", "\"(2) Meta l-fedelta` ta' l-uffiċjal ma jilħqux l-ewwel grad ta' meritu, il-kalkoli jistgħu jsiru b'rati inqas minn dawk imsemmijin hawn fuq.\".", "Huwa importanti ħafna li l-uffiċjali korrettivi jaqdu dmirhom bl-istess mod li jaqduh il-membri ta' l-armata u l-pulizija, jiġifieri b'fedelta` u b'mod meritevoli, pero` r-regolamenti ma jgħidu xejn dwar min se jiddeċiedi jekk uffiċjal ikunx ta s-servizz tiegħu b'fedelta` u b'mod meritevoli u hawn qiegħda l-preokkupazzjoni tiegħi.", "Tgħid dan min se jiddeċidieh, il-prim ministru - u jekk m'iniex sejjer żball, xi kultant il-prim ministru jissemma f'dawn ir-regolamenti - il-ministru responsabbli mill-ħabs jew id- direttur tal-ħabs?", "Jien personalment nemmen li għandu jkun id-direttur tal- ħabs li għandu jagħmel dan għax dan żgur li jkun jaf min qed iwettaq dmiru f'din il-faċilita` iktar mill-ministru responsabbli mill-ħabs jew mill-prim ministru.", "Dan m'iniex qed ngħidu b'xi nuqqas ta' rispett, imma ma nistax nimmaġina li l-ministru jew il-prim ministru jkunu jafu l-impjegati kollha tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin.", "Għalhekk naħseb li regolament 18 jista' jiġi mtejjeb.", "Kif nafu, meta persuna li tkun qiegħda fis-servizz pubbliku tiġi akkużata li kkommettiet xi ksur fir-regolamenti tal-ħabs, dan jista' jiffaċċja proċedura interna.", "Direttur tal-ħabs għandu kull dritt jagħmel din il- proċedura interna wkoll, bħalma għandu kull dritt li jagħmel din il- proċedura interna l-kummissarju tal-pulizija, pero` l-mod kif tiġi ddispensata din il-proċedura ma togħġobnix.", "Fil-fatt jien, il-ministru u d- direttur tal-ħabs attwali kellna xi ftit tal-clashes f'dan ir-rigward, għalkemm irrid nagħmilha ċara li bħalissa m'iniex qed nirriferi għall- persuna li qiegħda fl-inkarigu ta' direttur tal-ħabs, imma qed nirriferi għal kwalunkwe direttur tal-ħabs jew kummissarju tal-pulizija.", "Jien mhux l-ewwel darba li dehert personalment quddiem il-kummissarju tal- pulizija sabiex nassisti pulizija li jkunu mressqin fuq crime.", "Issa hawnhekk meta qed ngħid \"crime\" m'iniex qed nirriferi neċessarjament għal crime li jkun sar bi ksur tal-Kodiċi Kriminali.", "Per eżempju, il-pulizija seta' jkun naqas mid-dover tiegħu u għalhekk il-kummissarju tal-pulizija jkun iridu jersaq quddiemu biex jiġi ddixxiplinat.", "Jien ma nafx min ivvinta din is-sistema eżattament - ilha hemm għal żmien twil – u ngħid il- verita` niddarras ftit meta nara din it-tip ta' sistema għax fiha ma nara l- ebda prinċipji ta' ġustizzja naturali.", "Għaliex?", "Għax filwaqt li jkun il- kummissarju tal-pulizija responsabbli milli jressaq persuna fuq allegazzjoni li naqas mid-doveri tiegħu, imbagħad ikun l-istess kummissarju tal-pulizija li jiddeċiedi.", "Jiġifieri f'dan il-każ il-kummissarju tal- pulizija jkun prosecutor and judge fl-istess ħin.", "Issa aħna nafu li f'din id-dinja aħna kollha umani, u forsi filwaqt li jkun hemm min jiffansjak, hemm ukoll min ma jiffansjakx!", "Jiddispjaċini ngħid li m'hemm l-ebda kriterju ta' indipendenza u ta' trasparenza f'din is-sistema.", "Meta mbagħad niġu għall-għoti ta' pensjonijiet, insibu li hawn diskrezzjoni wiesgħa.", "Kif għedt diġa', regolament 18 (2) jgħid hekk:", "\"Meta l-fedelta' ta' uffiċjal ma jilħqux l-ewwel grad ta' meritu, il- kalkoli jistgħu jsiru b'rati anqas minn dawk imsemmijin hawn fuq.\".", "Dan ir-regolament qed jgħid \"b'rati inqas\" imma m'huwiex qed jgħid b'kemm.", "Dan minbarra li kif għedna diġa', m'hemmx indikat fuq liema kriterju dan l- uffiċjal jiġi meqjus li ma kienx jimmeritah jew li ma kienx fidil.", "Jien wisq nibża' li dan il-poter jista' jiġi wżat b'mod abbużiv, jew inkella biex ma nsemmix il-kelma \"abbużiv\", b'mod skorrett.", "Waqt li kont qed nixtarr dawn ir-regolamenti, jidhirli li wieħed minn dawn ir-regolamenti jgħidlek li ma jistax isir tnaqqis ta' iktar minn Lm50, imma jien nistaqsi: B'kemm se tonqos il-pensjoni?", "Din hija waħda mill-affarijiet li jien nixtieq li meta l-ministru jiġi biex jagħmel il-winding up jispjegalna.", "It-tieni mistoqsija li nixtieq nagħmel hija din: Fuq liema kriterji persuna titqies mhux meritevoli jew leali?", "Persuna titqies mhux meritevoli jew leali sempliċement għaliex hekk ikun deherlu l-prim ministru, il- ministru konċernat jew id-direttur tal-ħabs, jew għaliex dik il-persuna tkun għaddiet minn proċess dixxiplinarju jew investigazzjoni interna quddiem il-public service commission?", "Jista' jkun hemm każi fejn persuna jkun jistħoqqilha li tonqsilha l-pensjoni, pero` m'hemm indikat l-ebda kriterju li fuqu wieħed ikun jista' jistabilixxi jekk persuna jistħoqqilhiex verament li tonqsilha l-pensjoni, u dan huwa perikoluż.", "Punt ieħor li nixtieq li jiġi ċċarat huwa dan: Jekk persuna, wara li tkun għamlet il-25 sena servizz, tiddeċiedi li tibqa' fis-servizz u mbagħad tiddeċiedi li tirtira snin wara li tkun għamlet il-25 sena servizz, hemm tkun tista' tagħmel dan?", "Jien qed nagħmel din il-mistoqsija l-iktar għaliex - u darba kont kellimt lill-ministru fuq din il-ħaġa - hemm diversi uffiċjali li għalkemm ikunu għalqu l-25 sena servizz, ikunu jixtiequ jistennew dawn ir-regolamenti joħorġu qabel ma jirtiraw.", "Jien ma fadallix iktar xi ngħid, Sur President.", "L-oppożizzjoni taqbel ma' l-għanijiet ta' dawn ir-regolamenti u għalhekk bla ebda dubju, il-parlament se jsib l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni sabiex dawn ir-regolamenti jgħaddu mill- parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki allura nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kif għedt fil-bidu se nipproponi din l- emenda teknika: Fir-riżoluzzjoni prinċipali l-kliem \"1999\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"2001\"; u", "Fir-regolamenti annessi ma' l-istess riżoluzzjoni, kull fejn jidhru l- kliem \"1999\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"2001\".", "Jien diġa' tajt kopja ta' din l-emenda lill-oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Gulia qajjem żewġ punti u nittama li nissodisfah bir-risposta li se nagħtih.", "L-ewwelnett irrid ngħid li sal-lum għadni ma naf bl-ebda każ ta' xi ħadd li ma ħax il-pensjoni għaliex ma kienx deċiżament fidil fl-għoti tas-servizz tiegħu, jew inkella għax ma tax servizz ibbażat fuq il-mertu, pero` ninsab informat li din il- kondizzjoni tapplika għal kulmin jieħu l-pensjoni tat-teżor.", "Ma rridux ninsew li l-pensjoni tat-teżor hija pensjoni speċjali għax filwaqt li ħaddieħor jeħodha meta jirtira, il-membri tal-korpi dixxiplinati jeħduha meta jagħlqu l-25 sena servizz.", "Fil-fatt ta' min jgħid li anke dawk il- ħaddiema tal-gvern li daħlu fis-servizz pubbliku qabel il-15 ta' Jannar, 1979 jieħdu l-pensjoni tat-teżor.", "Huwa l-kap tad-dipartiment li jiddeċiedi jekk il-persuni li jaqgħu taħtu jkunux taw servizz tajjeb b'dik il-fedelta` sħiħa li suppost illi kulmin jaħdem mal-gvern u jieħu a treasury pension - partikolarment il-membri tal-forzi armati, il-pulizija u l-uffiċjali korrettivi - għandu jagħti.", "It-tieni punt li għamel l-Onor.", "Gulia huwa dwar x'se jiġri minn dawk in- nies li kienu mpjegati tal-ħabs u rtiraw qabel ma dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ.", "Sfortunatament min għamel 25 sena servizz u rtira l-ġimgħa l- oħra, ngħidu aħna, ma jeħux il-pensjoni ta' 25 sena servizz għaliex dawn ir-regolamenti tal-pensjoni se japplikaw biss għal min jirtira minn issa 'l quddiem.", "Fil-fatt jien kont għedtlek, Onor. Gulia, biex jekk tkun taf b'xi ħadd li se jirtira qabel ma jgħaddu dawn ir-regolamenti, tgħidlu biex jistenna għax qabel ma jgħaddu dawn ir-regolamenti ma jkunx jista' jieħu l- pensjoni.", "Pero` malli aħna napprovaw dawn ir-regolamenti u nippubblikawhom fil-gazzetta tal-gvern, min ilu 25 sena jaħdem il-ħabs mhux biss se jkun jista' jieħu żewġ terzi tas-salarju tal-lum imma se jkun ukoll jista' jaħdem.", "Naturalment dan huwa privileġġ li japplika biss għall-membri tal- korpi dixxiplinati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gulia, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Ħalli nara jekk fhimtx sew.", "Jiġifieri jekk, per eżempju, individwu kellu jirtira on the 3rd February u dan iddeċieda li ma jirtirax biex jistenna dawn ir-regolamenti joħorġu, illum jista' jirtira.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, illum se jkun jista' jirtira u jieħu l-pensjoni.", "Jien qed ngħid li ma jistgħux jieħdu l-pensjoni biss dawk li rtiraw qabel ma daħlu dawn ir-regolamenti.", "Naturalment f'dak il-każ dak li jkun ikun jista' jieħu xi pensjoni oħra li huwa intitolat għaliha, pero` din il- pensjoni tat-teżor ma jkunx jista' jeħodha.", "(Interruzzjonijiet) Jien nieħu gost meta nara li meta nkunu qed nagħtu xi benefiċċju, dejjem insibu l-approvazzjoni ta' kulħadd, anzi li kulħadd jibda jgħid li kien hu l-ewwel wieħed li kien se jagħti dan il-benefiċċju!", "Madanakollu qabel ma nagħlaq, ma nistax ma nfakkarx lil kulmin qiegħed f'xi korp dixxiplinat li għandu wkoll l-obbligi x'jaqdi.", "Forsi qabel dawn in-nies kienu qed jieħdu l-għadma u l-laħma ma kenux qed jeħduha, imma issa min-naħa l-oħra lanqas irridu li jkun hemm min jieħu l-laħma biss u l- għadma ma jeħodhiex.", "Allaħares xi ħadd joqgħod jiċċalinġja kull ordni li tista' tingħatalu.", "Per eżempju, suldat għandu jobdi kull ordni li tingħatalu sakemm dik l-ordni ma tkunx qed tikser manifestament il-liġijiet tal-pajjiż għax inkella l-forzi dixxiplinati li għandna fil-pajjiż ma jkunu forzi dixxiplinati xejn.", "M'għandniex immorru fl-estrem li nitkellmu biss fuq id-drittijiet u fuq l-obbligi ma nitkellmu xejn.", "Ħadd m'għandu dritt jgħid \"ajma\" sempliċement għaliex f'korp dixxiplinat tkun qed tiġi eżerċitata d-dixxiplina, bħalma ħadd ma jista' jgerger li qed nagħtu pensjoni speċjali lil dawn in-nies, pero` n-nies ikollhom dritt jilmentaw jekk jieħdu l-impressjoni li l-membri ta' dawn il-korpi dixxiplinati qed jieħdu biss il-benefiċċji u m'humiex qed jagħtu s-servizz tagħhom b'fedelta` lejn l-Istat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni kif emendata għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Issa ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Marzu.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, se nkompli fejn ħallejt dalgħodu meta kont qed nitħaddet fuq il-kwestjoni ta' l-applikabbilta` tal-liġi dwar ir- reġistrazzjoni ta' l-artijiet.", "Kont qed nispjega li ġaladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi - u dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti ħafna għax permezz tiegħu se jkollna ġabra ikbar ta' informazzjoni dwar il-postijiet li jaqgħu taħt id-definition ta' \"condominium\" - il-common parts ta' dawk il-postijiet li jaqgħu taħt \"condominium\" se jibdew jiġu reġistrati mill- amministratur, u fin-nuqqas ta' l-amministratur se jibdew jiġu reġistrati minn wieħed mill-condomini.", "Madanakollu jien naħseb li ġaladarba jinħoloq dan ir-reġistru, li nifhem li se jkun fir-reġistru ta' l-artijiet, wieħed għandu jara li mhux biss jirreġistra l-common parts li jaqgħu taħt il- condominium imma għandu jirreġistra wkoll l-artijiet viċini.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Kif jaf kulħadd, il-kunċett tal-condominium ilu li daħal f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, jekk tmur f'pajjiżi Ewropej issib li mhux biss il-common parts ikunu reġistrati imma anke d-dawra tal-condominium.", "Huwa veru li hawn Malta m'għandniex art x'naħlu, pero` jekk per eżempju maġenb xi condominium partikolari jkun hemm art li m'hijiex mibnija, jekk din l-art tiġi reġistrata almenu nkunu nafu ta' min hi u b'hekk ikollna reġistrazzjoni iktar dettaljata.", "Sfortunatament f'pajjiżna għadna lura ħafna f'dik li hija land registration area, u fil-fatt baqa' ħafna artijiet x'jiġu reġistrati taħt il-land registration area.", "Naturalment kull gvern jixtieq li l-proprjeta` kollha ta' Malta tidħol fil-land registration area.", "B'hekk ħafna mill-problemi li nsibu biex nidentifikaw xi art partikolari skond il- proċeduri li dejjem intużaw tradizzjonalment fil-public registry, jinqatgħu darba għal dejjem.", "L-aħjar ħaġa hija li kulmin għandu art ikollu ċertifikat bl-art impinġija bl-iscale li hija rikjesta skond il-liġi.", "B'hekk fih innifsu ċ-ċertifikat jiġi certification of title.", "Issa nispera li fl-istadju ta' kumitat inwessgħu l-kunċett tar-reġistrazzjoni ta' l- artijiet, u jien nemmen li wieħed jista' jagħmel sforz serju biex kemm jista' jkun iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar art tiġi reġistrata.", "Ċerti artijiet jiġu rreġistrati bilfors għax jaqgħu taħt il-land registration area imma, per eżempju, filwaqt li fil-Mosta hemm artijiet li jaqgħu taħt il-land registration area, imbagħad hemm artijiet oħrajn li ma jaqgħux taħt din l-area.", "Issa jien ma nafx kif filwaqt li ċerti artijiet jaqgħu taħt il-land registration area, oħrajn ma jaqgħux.", "Idealment kull biċċa art għandha tiġi rreġistrata għalkemm mhux il-każ.", "Per eżempju, fejn noqgħod jien, ħdejn il-ground tal-Mosta, hija land registration area, pero` mbagħad dawk il-proprjetajiet li hemm fil-main road ma jaqgħux taħt il-land registration area.", "(Interruzzjonijiet) Ta' min ifakkar li kien gvern Laburista fl-1981 li waqqaf ir-reġistru ta' l-artijiet għax sa minn dak iż- żmien kien diġa' qed jifhem li Malta ma tistax tibqa' tiġi identifikata bis- sistema tradizzjonali, jiġifieri mill-kuntratti u t-testmenti.", "Fil-qorti hemm kawżi li ilhom sejrin is-snin minħabba li kulħadd jiġġieled għall- istess art u kulħadd jgħid li dik hija tiegħu.", "Dan kollu nqala' minħabba li meta sar il-kuntratt, id-deskrizzjoni ta' l-art daħlet fuq xi deskrizzjoni ta' art oħra u ħadd ma nduna.", "Għalhekk jien irrid inkompli nisħaq fuq kemm huwa importanti li Malta, bħal Għawdex, tkun taqa' kollha taħt il-Land Registration Act.", "L-Att dwar il-Condominia jgħid li meta jkun hemm iktar minn tliet condomini, jiġifieri meta jkun hemm iktar minn tlieta li huma sidien ta' l- istess blokk t'appartamenti, dawn ikunu jridu jappuntaw amministratur.", "Issa dan l-amministratur jista' jkun wieħed mill-istess condomini.", "Meta min-naħa l-oħra fi blokk t'appartamenti jkun hemm inqas minn tliet condomini, allura huma jkunu jistgħu jiftehmu li jamministraw flimkien.", "Ta' min jgħid ukoll li hemm sett ta' regolamenti li jirregola l-użu u kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż tal-maintenance tal-partijiet komuni.", "Meta għaddejna l-Att dwar il-Condominia fl-1997, artiklu 8 kellu erba' subartikli li prinċiparjament kienu jitkellmu fuq it-tip t'alterazzjonijiet li jistgħu jsiru fil-condominium.", "Jekk il-maġġoranza tal-condomini jkunu jixtiequ jagħmlu xi alterazzjonijiet jew xi ħaġa ġdida fil-partijiet komuni, huma jkunu jistgħu jagħmlu dan basta dan ikun se jsir għall-aħjar interess tal-condomini.", "Ovvjament, per eżempju, il-condomini ma jistgħux jaqbdu u jiddeċiedu li jdejqu t-taraġ minn erba' piedi għal tliet piedi, allavolja għall-grazzja ta' l-argument il-maġġoranza tal-condomini jkunu jixtiequ li jsir dan, u dan għaliex dan it-tibdil ma jkunx qed isir għall-aħjar interess tal- condomini.", "Imma min-naħa l-oħra, jekk il-maġġoranza tal-condomini jaqblu li, per eżempju, iwessgħu l-bieb prinċipali biex mara tkun tista' tidħol bi pram, dik hija xi ħaġa li jekk issir tkun għall-aħjar interess tal- condomini.", "Anke jekk issir installation ta' lift, jekk issir installation ta' hall porter system jew inkella jkun hemm spazju li jsir parking space, dak ikun qed isir għall-aħjar interess tal-condomini.", "Subartiklu (4) t'artiklu 8 ta' l-Att dwar il-Condominia jitkellem dwar l-area space.", "Jista' jkun li jkun hemm blokk ta' flats li għalkemm il-condomini kollha jkollhom id-dritt ta' l-użu tal-bejt, ta' fuq nett ikollu wkoll it-titolu tal-bejt.", "Għalhekk ġaladarba l-condominus ta' fuq nett għandu l-area space tiegħu, għandu l-liberta` li f'dik l-area space itella' iktar postijiet a spejjeż tiegħu kif ukoll li jestendi l-partijiet komuni.", "Jista' wkoll jelimina l-problema ta' mobilita` billi, per eżempju, jistalla lift.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jekk, per eżempju, il-maġġoranza tal- condomini jaqblu li jiġi stallat lift imma dak li joqgħod isfel jgħidilhom li hu m'għandux bżonn is-servizz tal-lift għax biex jitla' fuq il-bejt jippreferi juża t-taraġ, m'għandux għalfejn jiġi mġiegħel li joħroġ ix- share tiegħu.", "Jekk il-maġġoranza tal-condomini jkunu jixtiequ li jiġi stallat lift jistgħu jagħmlu dan, anke jekk biex jiġi stallat il-lift ikollha tittieħed parti mill-ispazju tal-common parts, imma mbagħad ma jistax iġiegħel lil dak li jkun li joħroġ ix-share tiegħu.", "Hawn min diġa' jkun għamel sagrifiċċju kbir biex xtara l-flat u ma jkunx komdu biżżejjed biex iħallas għal ċerti kumditajiet bħalma huwa lift.", "Ovvjament min jagħmel użu minn dan il-lift imbagħad għandu jħallas sehmu għall- istallazzjoni ta' l-istess lift u għall-maintenance tiegħu.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel domanda, Sur President:", "Jekk wieħed mill-condomini jiddeċiedi li jdaħħal lift, irrispettivament minn dak li jkunu qed jgħidu l-oħrajn, u mbagħad wara ċertu żmien ikun hemm condominus ieħor li jiddeċiedi li jibda jagħmel użu minn dak il-lift, dan x'sehem għandu jagħti fl-ispejjeż?", "Għandu joħroġ nofs l-ispejjeż?", "Irridu noqogħdu attenti kif se jiġi interpretat dan l-abbozz ta' liġi għax hawnhekk għandna miktub li f'każ li wieħed jew iktar mill-condomini jkunu jridu jagħmlu użu minn xi faċilita` li tkun saret, għandhom iħallsu sehemhom.", "Jien ngħid li, per eżempju, ikun hemm blokk ta' għaxar flats u wieħed minn dawn il-condomini jaqbad u jagħmel xi innovazzjoni f'dan il- blokk minn jeddu - il-liġi tagħtih id-dritt li jagħmel dan - il-condomini l-oħra jkollhom dritt jagħmlu użu minn din l-innovazzjoni basta jħallsu sehemhom.", "Issa hawnhekk ta' min isemmi l-ispejjeż straordinarji li ġieli jinqalgħu fuq lift.", "Biżżejjed ngħid li jekk lift ikollu bżonn li tinbidillu ċ-ċinga, l-ispiża taf tiġik mal-Lm200 jew mal-Lm280.", "Allura jien nerġa' nistaqsi: Jekk wieħed mill-condomini jaqbad u jistalla lift hu u mbagħad il-ġar tiegħu togħġbu l-idea u jibda juża dik il-faċilita`, dan kemm għandu jħallas, nofs l-ispejjeż jew porzjon biss mill-ispejjeż?", "Jien naħseb li l-iktar ħaġa ideali għandha tkun li l-ispejjeż jinqasmu bejn min ikun qed jagħmel użu mil-lift.", "Ovvjament min jiddeċiedi li ma jużax il- faċilita` tal-lift m'għandux ikun soġġett li jħallas il-parti tiegħu.", "Artiklu 8 ta' l-Att dwar il-Condominia jgħid hekk:", "\"The condomini may by the vote of the majority mentioned in subsection (7) of section 22 provide for the making of alterations ...\".", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "TONIO BORG: (Interruzzjonijiet) Skond il-liġi, il-maġġoranza biex tneħħi lill-amministratur hija l-istess maġġoranza li għandek bżonn biex tistalla lift, pero` issa qed nagħmluha li biżżejjed li condominus wieħed jgħid iva biex il-lift jiġi stallat.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma jekk jien inkun wieħed mill-condomini u ma nkunx irrid nagħmel użu mil-lift, lili ħadd ma jista' jġegħilni noħroġ sehmi.", "Jien li qed nistaqsi huwa dan: Jekk ikun hemm blokk ta' ħames appartamenti u filwaqt li erbgħa jiddeċiedu li jistallaw lift u l-ieħor ma jaqbilx, dan jiġi mġiegħel joħroġ sehmu xorta waħda?", "Il-maġġoranza tat-two- thirds hija bżonjuża biss meta jkun hemm judicial proceedings, meta jkun hemm bżonn isiru extraordinary repairs u ċerti alterations u meta jkun hemm emendi għar-regolamenti dwar kif għandu jmexxi l-amministratur, hux hekk?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif inhi l-liġi llum, biex jiġi stallat lift fi blokk ta' appartamenti jeħtieġ li żewġ terzi tal-condomini jaqblu ma' dan - qed inġib eżempju bil-lift għaliex ġeneralment il-lift huwa l-iktar innovazzjoni komuni fi blokk t'appartamenti – u t-terz li ma jkunx ta' l- idea li jiġi stallat il-lift m'għandu jħallas xejn.", "Fil-fatt din qiegħda espressa f'subartiklu (1) t'artiklu 9 ta' l-Att dwar il-Condominia, li jgħid hekk:", "\"The condomini who do not intend to benefit from the alterations or innovations which are susceptible of separate use by each condominus are exempt from contributing to their costs.\".", "Issa aħna, permezz ta' klawsola 5 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, għal artiklu 8 ta' l-Att prinċipali qed nintroduċulu subartiklu (5), u dan biex jekk ikun hemm xi familja li għandha xi membru tagħha anzjan jew b'diżabilta' tkun tista' tagħmel il-lift, anke jekk il-condomini l-oħra ma jkunux jaqblu li dan għandu jsir, basta l-ispejjeż tal-lift toħroġhom dik il-familja.", "Naturalment jekk min-naħa l-oħra jkun hemm condomini oħrajn li jaqblu li jiġi stallat lift, imbagħad l-ispejjeż jinqasmu.", "L-Onor.", "Farrugia qajjem punt validu li nistgħu nidħlu fih iktar fid-dettal fl-istadju ta' kumitat - meta staqsa jekk il-condomini għandhomx jaqsmu l- ispejjeż skond is-sehem li għandhom fil-common parts jew inkella għandhomx jaqsmu kollox bin-nofs – u s-sens komun jgħidlek li kulħadd għandu jaqsam skond is-sehem tiegħu.", "Jekk imbagħad il-condominus bl-innovazzjoni jew bl- alterazzjoni li jkun se jagħmel ikun se joħloq preġudizzju serju, allura mbagħad hawnhekk japplika subartiklu (1) t'artiklu 8 li jgħid li f'dak il- każ huwa jkollu bżonn maġġoranza ta' two-thirds biex jagħmel din l- innovazzjoni jew alterazzjoni.", "Ara mbagħad jekk tkun se ssir xi ħaġa li, per eżempju, tippreġudika l-istabilita' tal-bini, f'dak il-każ il- maġġoranza trid tkun unanima.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar artiklu 14.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħidu li dan l-artiklu, li kien diġa' ġie dibattut f'dan il-parlament, jitkellem dwar il-qerda totali jew parzjali tal-condominium.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi issa se ndaħħlu subartiklu (5) ġdid li jgħid li:", "\"Meta l-condomini kollha hekk jaqblu, l-amministratur għandu jassigura l-condominium kontra kull ħsara u jew qerda.\".", "Imma jien nistaqsi: L-amministratur kif jista' jassigura dan b'mod prattiku?", "Mela għax amministratur ikun maħtur mill-condomini, b'daqshekk ifisser li jista' jassigura lill-condomini kontra kull ħsara jew qerda?", "Hawnhekk jien naħseb li qed nitkellmu fuq insurance għax il-persuna nnifisha ma tistax tagħti security ta' xi ħaġa kontra kull ħsara.", "Fi kliem ieħor, dan is-subartiklu ġdid - kif propost fi klawsola 7 - qed jgħid li anke jekk ikun hemm wieħed biss li jopponi, l-amministratur ma jistax jassigura.", "Issa dan hu kunċett li rridu naraw il-prattiċita` tiegħu għax jekk, per eżempju, ikun hemm wieħed li għar-raġunijiet tiegħu ma jaqbilx li għandhom jagħmlu assigurazzjoni, forsi b'pika jew għall-punt – dan il-povru amministratur, li suppost igawdi l-fiduċja ta' kulħadd, kif jista' jassigura?", "L-amministratur ma jista' jisforza lil ħadd biex jagħmel assigurazzjoni.", "Jien m'għandi xejn kontra l-ebda insurance company pero` ejjew ngħiduha kif inhi.", "Kif jista' jiżdied in-numru ta' nies li jinċentivaw lilhom infushom biex jidħlu f'insurance policy ġaladarba ċ-charges ta' dawn l-insurance companies dejjem telgħin?", "Per eżempju, fil-Belġju għalkemm il-pagi huma għoljin, l-insurance policies huma moderati imma f'Malta kulħadd jgħolli.", "Fil-fatt jien nazzarda ngħid li hawn monopolju kważi komplet bejn dawn l- insurance companies f'Malta.", "Nemmen li għandhom ikunu ferm iktar serji jekk iridu jaraw lil pajjiżna miexi 'l quddiem verament.", "Sewwa li llum il- liġi tgħidlek li ma tistax issuq karozza li ma tkunx covered bl-insurance, pero` ma taħsbux li wasal iż-żmien li l-kumpanniji ta' l-insurance jibdew jagħtu s-sehem tagħhom ukoll?", "Naħseb li kulħadd jiftakar, anke l-Onor.", "Tonio Borg, il-mewġa ta' serq li kien qed ikun hemm f'ċerti areas ta' pajjiżna, partikolarment fil-vilel ta' Santa Maria Estate ġewwa l-Mellieħa.", "Meta raw dan l-insurance companies kien imisshom ħolqu xi inċentivi biex iħajru lill-pubbliku jagħmel house insurance u anke jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex il- proprjeta` tiġi ssalvagwardata.", "B'hekk anke l-pulizija jkunu jistgħu jaħdmu aħjar fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalita`.", "Kien hemm xi insurance companies li għarfu l-bżonn li joħolqu dawn l-inċentivi, imma min- naħa l-oħra kienu bosta dawn l-insurance companies li ma wrew l-ebda interess.", "Dak iż-żmien niftakar li jien kont nisħaq ħafna fuq l-importanza tal-prevenzjoni kontra reati organizzati u minbarra li kont nirriferi għan- neighbourhood watches, kont ukoll inħeġġeġ lill-insurance companies biex jagħtu riduzzjoni ta' xi 10%, 15% jew 20% fil-premium tagħhom.", "Illum li se norganizzaw dawk il-proprjetajiet li jifformaw parti minn condominium, l- insurance companies għandhom opportunita` tad-deheb li joħolqu xi inċentivi għal dawk in-nies li joqogħdu f'condominium.", "Imma f'Malta l-insurance companies moħħhom f'xulxin u jekk kumpannija minnhom titħajjar tagħmel xi ħaġa bħal dan li qed nipproponi jien, malajr ikun hemm l-insurance companies l-oħra li jiġbdulha widnejha.", "Issa l-insurance companies ilhom is-snin jagħmlu li jridu; belgħu kulma hawn u ħadd ma jista' jkellimhom.", "Illum li dawk li jgħixu f'condominium se jkunu organizzati f'kumitati u se jkollhom l-amministratur tagħhom, l-insurance companies imisshom joffrulhom special rates ħalli jħajruhom jinxurjaw il-proprjeta` u b'hekk ikunu qed jagħmlu aktar qligħ ukoll.", "Mr Speaker, minkejja li l-Att dwar il-Condominia ilu li għadda minn dan il-parlament tliet snin, l-ebda kumpannija ta' l-insurance m'għaddiet kumment pożittiv dwar dan.", "Lanqas linja waħda ma kitbu fuq il-gazzetti dwar dan.", "Ara fuq affarijiet oħra hemmhekk iva, l-insurance companies joħorġu jikkummentaw fil-pront!", "Biżżejjed insemmi kemm-il darba l- insurance companies ħaduha qatta bla ħabel kontra l-gvern Laburista, fejn urew bl-iktar mod ċar kemm m'għandhomx verament għal qalbhom dak li dejjem emmen fih il-Partit Laburista.", "Subartiklu (5) ta' paragrafu (b) kif propost fi klawsola 7 jgħidlek li:", "\"Meta l-condomini kollha hekk jaqblu, l-amministratur għandu jassigura l-condominium kontra kull ħsara u jew qerda.\",", "imma jien ngħid li anke jekk il-condomini ma jaqblux f'dan ir-rigward, min irid xorta għandu jkollu d-dritt li jassigura l-proprjeta` li jkun qed jgħix fiha.", "(Interruzzjonijiet) Il-kompetizzjoni li teżisti bejn l- insurance companies barra minn Malta tagħmilha impossibbli li kumpannija toqgħod tispija fuq l-oħra.", "Mr Speaker, issa nixtieq niġi biex nagħmel mistoqsija oħra: Meta ma jkunx hemm amministratur - għax il-liġi tgħidlek li meta l-condomini jkunu inqas minn tlieta, ma jistax jinħatar amministratur - jew inkella għal xi raġuni jew oħra l-amministratur ikun tneħħa - fil-fatt artiklu 15 ta' l- istess Att jitkellem proprju dwar the removal of an administrator - u l- condomini ma jiftehmux bejniethom dwar il-ħlas li jkollu jsir, x'se jiġri?", "Kif se jinġabru l-ħlasijiet?", "Naturalment f'dan il-każ l-aħjar ħaġa hi li joħroġ digriet tal-qorti dwar kif għandhom jinġabru l-flus, anke permezz ta' ċedola, pero` issa nispera li ċ-ċedoli ma jkunux dawk li għamlilna l- Ministru Gatt fejn biex tagħmel ċedola tkun trid tħallas ħafna iktar mill- ftit li jkollok tagħti!", "Għandna noqogħdu attenti biex naraw li l-court expenses ma jiġux ogħla mill-flus li wieħed ikun irid jagħti.", "Hawnhekk jien qed nara ħafna avukati, u dawn kollha jafu li ħafna drabi filwaqt li, per eżempju, iċ-ċedola tkun qed issir għal kirja ta' xi Lm3 jew Lm4, l- ispiża taċ-ċedola nnifisha tiġi xi Lm22.", "Mr Speaker, il-proviso li hemm propost f'paragrafu (b) ta' klawsola 11 jgħid hekk:", "\"Iżda wkoll il-ministru responsabbli għad-djar jista' jagħti l-permess sabiex jiġu stallati jew eretti il-faċilitajiet imsemmija fl-artikolu 8 (5) ...\".", "Ta' min ifakkar li subartiklu (5) t'artiklu 8 jitkellem dwar il-faċilita` neċessarja li tnaqqas jew telimina problemi ta' mobilita`, fosthom lift.", "Illum diversi mill-flats li għandna fil-housing estates imxerrda madwar pajjiżna huma proprjeta' ta' l-inkwilini.", "Per eżempju, fil-Mosta naf diversi familji li joqogħdu fi flat tal-gvern u ddeċidew li jixtruh, pero` mbagħad hemm oħrajn li jiddeċiedu li jibqgħu inkwilini, min għax id- dħul tiegħu ma jippermettilux li jagħmel din l-ispiża, min għal ħaġa u min għal oħra.", "Riċentement ċempluli anzjani li joqogħdu fis-sular ta' fuq fil- housing estate ta' Ta' Mlit ġewwa l-Mosta u lmentawli li dawn, biex sempliċement jixtru l-ħobż, il-ħalib u l-pilloli jridu jinżlu tliet sulari taraġ.", "U ejjew ngħiduha kif inhi, l-anzjani kemm-il tliet sulari taraġ jifilħu jinżlu u jitilgħu!", "Wara l-quaranta diġa' jibda jittanta, aħseb u ara meta jkollok 60 jew 70 sena!", "Madanakollu l-importanti m'huwiex li nsebbħu l-liġijiet tagħna imma li dawn il-liġijiet nagħmluhom jissarrfu fl- interess u għall-benessere tas-soċjeta`, l-iktar ta' dawk li huma fil- bżonn.", "Ġaladarba l-gvern żamm l-arja tal-blokki ta' l-appartamenti li kienu tiegħu, xorta jista' jaqbad u jagħmel lift mingħajr il-kunsens ta' l- inkwilini u tas-sidien li jgħixu f'dak il-blokk.", "Hawnhekk ta' min jagħmilha ċara li l-kerrejja ma jistgħux jidħlu f'condominium.", "Ma tistax torganizza condominium għall-inkwilini.", "Issa jien nistaqsi: Min qiegħed b'ċens, dak ukoll huwa kkonsidrat bħala owner?", "Biex dejjem nibqa' fuq is-suġġett, artiklu 32 tal-liġi jgħid li l-ministru responsabbli għall-ġustizzja jista' jagħmel regolamenti.", "Issa fi klawsola 12 qed nagħmlu emenda biex minflok il-kliem \"il-ministru responsabbli għall- ġustizzja\", jidħlu l-kliem \"il-ministru responsabbli għar-reġistru ta' l- artijiet.\"", "Kull meta jitilgħu n-Nazzjonalisti dawn il-portofolios dejjem jinbidlu.", "Ara aħna, ġeneralment ma tantx inbiddluhom dawn il-portfolios.", "(Interruzzjonijiet) Ara l-portfolio tiegħek, Onor. Tonio Borg, jien qatt ma fhimtu għax ma nistax nifhem kif ministru li jkun responsabbli mill- pulizija jkun responsabbli wkoll mill-artijiet, imma insomma, il-Ministru Borg għandu spallejh wesgħin u jiflaħ ċertu piż!", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li l-emendi li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed isiru biex dejjem jikber is-sens ta' ġustizzja fit-tħaddim ta' dan l-Att, u dan is-sens ta' ġustizzja joħroġ anke mill-interpretazzjoni ta' l-emendi li qed nipproponu u li jien tkellimt fuqhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, bla ebda dubju, id-deċiżjoni tal-gvern Laburista biex iressaq liġi dwar il-condominia kienet waħda mill- iktar għaqlija, anke għaliex kif kellu l-opportunita` jgħid l-Onor.", "Anglu Farrugia, f'dan il-qasam ir-regolamentazzjoni hija nieqsa.", "Minkejja li dan l-Att ma qanqal l-ebda kontroversja politika u minkejja l-approvazzjoni tal- parlament fl-1997, sfortunatament din il-liġi baqgħet fuq l-ixkaffa u ħadd ma ndenja ruħu jdaħħalha fis-seħħ, u dan meta tant hemm bżonn ta' regolamentazzjoni u ta' safeguards f'dan il-qasam fl-interess ta' l- inkwilini.", "Hija ħasra li din il-liġi tħalliet fuq l-ixkaffa għal kważi erba' snin, iktar u iktar għaliex illum il-blokki ta' l-appartamenti qegħdin on the increase.", "Naturalment dan ġej mill-fatt li l-art hija limitata u għalhekk min jixtri biċċa art, partikolarment biex jagħmel in- negozju, jipprova jieħu li jista' minnha.", "Jien naħseb li għandha tkun policy nazzjonali li minħabba l-limitazzjoni ta' l-art li għandna, minflok ma nespandu orizzontalment għandna ntellgħu kemm jista' jkun 'il fuq ħalli nissalvagwardaw il-ftit art li fadlilna.", "Hija ħasra wkoll li din il-liġi damet fuq l-ixkaffa għal kważi erba' snin għax fil-verita` din toffri soluzzjonijiet għad-diffikultajiet reali li jinqalgħu meta jkollok numru ta' familji li qegħdin jgħixu in a confined area, fis-sens li jkunu qegħdin jagħmlu użu minn ċerti tipi ta' faċilitajiet komuni.", "Naturalment issib blokki ta' appartamenti li tieħu gost tidħol fihom għax ikollhom upkeep perfett, imma mbagħad ikollok blokki ta' appartamenti oħra li kważi tiddejjaq tirfes fuq l-għatba tagħhom.", "Fil- fehma tiegħi dan aktarx ikun sinjal ta diżgwid bejn ir-residenti.", "Ġieli, per eżempju, issib ħajt miżbugħ mod u ħajt maġenbu miżbugħ mod ieħor, b'xi airconditioning unit ma' ħajt ristrett li forsi ma jkunx hemm spazju għal ħaddieħor.", "Insomma, dawn huma kollha diffikultajiet reali li m'hemmx dubju li jkomplu jirriflettu fuq il-bżonn ta' liġi bħal din li toffri safeguards ħalli ċerti kwestjonijiet bejn familji li jkunu jgħixu f'din it-tip ta' struttura ma jinqalgħux.", "Sur President, kif qed tara, jien se nipprova nkun ftit differenti minn sħabi l-avukati u se nipprova nħares ftit aktar lejn laspetti soċjali li huma implikati f'din il-liġi.", "L-ewwelnett naħseb li rridu nitilqu mill-punt tal-partenza ta' fiex u fejn ninsabu.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq condominia qegħdin nitkellmu fuq blokki ta' appartamenti li jistgħu jkunu jiswew il-mijiet ta' l-eluf, pero nkunu qegħdin nitkellmu wkoll fl-istess ħin fuq blokki ta' appartamenti li fihom ikunu qegħdin jgħixu nies li jaqilgħu paga medja u ġieli wkoll paga anqas mill-medja.", "Għaldaqstant, Mr. Speaker, meta toħroġ din it-tip ta' distinzjoni, tibda tara ħerġin minn din il-liġi ċerti diffikultajiet li jistgħu joqtlu l-kategorija ta' nies li semmejt.", "Irrid ngħid li f'każi bħal dawn wieħed jistenna li se jsib anke ċerti piżijiet finanzjarji li allura jirrendu lil dawn it-talin b'constraints finanzjarji.", "Xtaqt noħroġ dawn il-punti mhux biex niftiehem li jien qed inkun negattiva fuq din il- liġi - altru minn dan - imma biex inkunu realistiċi u nifhmu li anke b'liġi tajba bħal din, xorta waħda hemm ċerti diffikultajiet li ta' min jagħtihom konsiderazzjoni ħalli eventwalment forsi wieħed isib mezz kif jista' jegħlibhom.", "Dan jista' jsir b'emendi fil-liġi, imma jista' jsir ukoll permezz ta' policies amminstrattivi.", "Mr Speaker, meta l-bieraħ il-ministru kien qed jagħmel l-introduzzjoni għal din il-liġi, hu qal li saru konsultazzjonijiet u anke ta konsiderazzjoni għall-proposti li għamlu l-kamra tan-nutara u l-law commission.", "Nistqarr li ħassejtni diżappuntata għax ma smajtx lill-ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-awtoritajiet esperti u anke n-non government organisations, li forsi iktar għandhom idejhom fuq il-polz soċjali ta' l-affarijiet u allura jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni soċjali ta' din il-liġi, speċjalment fejn jidħlu ċerti kategoriji ta' ħaddiema.", "Jien ħadt gost li l- Onor. Anġlu Farrugia semma dan il-punt, u ħadt gost partikolarment meta semma x'se jiġri f'każ li xi ħadd minn dawn il-familji li jgħixu f'dawn il- condominia ma jkunux finanzjarjament f'qagħda li jlaħħqu ma' ċerti spejjeż.", "Fil-fatt nixtieq nitkellem fuq dawn il-punti wkoll għaliex darba kelli l- opportunita` nisma' lill-avukat ġenerali jgħid f'waħda mil-laqgħat tal- kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali ta' dan il-parlament li meta jkun hemm diffikulta' ta' interpretazzjoni ta' liġi, il-qorti għandha d- dmir li tagħti kas l-argumentazzjoni li tkun saret waqt id-diskussjoni fil- parlament.", "Minħabba f'hekk inħoss li għandhom jitqiegħdu on record ċerti fatturi biex jekk xi darba jinqala' l-każ, dawn ikunu parti mill- argumentazzjoni tagħna hawnhekk.", "Mr Speaker, id-distinzjoni trid issir mhux biss bejn blokki ta' appartamenti li jinxtraw minn min hu komdu, li jħallsu l-mijiet ta' l-eluf għalihom, u blokki ta' appartamenti oħra li jkunu jiswew l-eluf ukoll imma li jkunu adattati għall-bwiet ta' min għandu paga medja jew ta' ftit anqas mill-medja, imma tkun ħaġa tajba wkoll li nagħmlu distinzjoni bejn familji u familji.", "Per eżempju, hemm differenza bejn koppja li tkun għadha qed tibda d-dinja, li xtrat appartament u tkun issallbet b'house loan biex tarma l-appartment tagħha, u familja li tkun ilha s-snin issetiljata u b'hekk tkun ħelset minn ċertu toqol ta' piżijiet.", "Hemm differenza bejn koppja b'żewġ pagi u familja oħra bi dħul wieħed, jew inkella bejn familja b'wild wieħed għal oħra bi tliet ulied jew inkella b'xi wild b'diżabilta`.", "Hemm differenza wkoll bejn anzjan jew pensjonant li jgħix f'wieħed minn dawn l-appartamenti u bejn familja fejn il-breadwinner jispiċċa bla xogħol.", "Mr Speaker, inħoss li nkunu qegħdin nonqsu jekk f'din id-diskussjoni ma nittrattawx dawn it-tipi ta' każi.", "Għalhekk xtaqt li kieku fl- introduzzjoni tiegħu, il-Ministru Tonio Borg semma li saret konsultazzjoni wkoll ma' esperti li jistgħu janalizzaw is-social impact fuq ċerti kategoriji ta' nies ħalli wieħed ikun jista' joħloq ċerti safeguards, kemm fil-liġi stess kif ukoll permezz ta' miżuri amministrattivi oħra.", "Jien nemmen li hemm ċerti modi kif wieħed jista' jilqa' għal ċirkostanzi fejn, ngħidu aħna, tkun trid issir manutenzjoni ta' common parts ta' l-intrata jew tat-turġien.", "Jien ngħid li din hija liġi li qed issaħħaħ anke l-valur tal-proprjeta`, għax jekk int għandek proprjeta` li qed tħalliha taqa' biċċiet għax qatt ma tagħmlilha maintenance, ftit ftit din se tispiċċa delapidata u b'hekk jonqsilha l-valur.", "Nerġa' ngħid li ħadd m'għandu jistenna li aħna nagħlqu għajnejna u nassumu li kulħadd ikun jista' jaqbad u jdaħħal idu fil-but u jagħmel ċertu nfiq.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Allura x'tip ta' soluzzjonijiet hemm?", "Ngħid is-sew, jien xtaqt inkun naf jekk attwalment, waqt il-formolazzjoni ta' l- emendi għal din il-liġi, kenitx saret konsultazzjoni ma' l-awtorita` tad- djar.", "Aħna nafu li l-awtorita` tad-djar għandha skemi biex toffri għajnuna għall-manutenzjoni tad-djar u ta' l-appartamenti kemm lil min hu sid ta' appartament kif ukoll lill-kerrej.", "Nixtieq inkun naf jekk l-awtorita` tad- djar ġietx ikkonsultata biex tara x'tip ta' skemi kollettivi tista toffri, anke permezz ta' soft loans, biex tagħti ċertu nifs lil dawk il-familji li ma jinsabux f'qagħda finanzjarja tajba biex joħorġu mill-but ċertu ammont ta' flus.", "Mr Speaker, waqt id-diskussjoni ssemmiet ħafna wkoll il-kwestjoni ta' l- aċċessibilita`.", "F'ħin minnhom waqt li kien għaddej bl-intervent tiegħu l- Onor. Farrugia, smajt lill-ministru jgħid li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti dritt lil dak li jkun jagħmel lift anke jekk ma jkunx hemm il-qbil tal-maġġoranza, basta dan iħallas għalih.", "Imma allura l-aċċessibilita` se tkun tgħodd biss għal min ikun komdu finanzjarjament?", "Għax jekk inhu hekk, il-liġi m'hijiex l-istess għal kulħadd.", "Jien naħseb li l-kwestjoni tal- mobilita` m'għandhiex eta`.", "Huwa veru li forsi din tolqot lill-anzjani iktar minn ċerti etajiet oħra, imma aħna nafu li persuni bi problemi ta' diżabilita` jista' jkollhom problemi akuti ta' mobilita` u allura l- aċċessibilita` għalihom hija importanti ħafna.", "Ta' min isemmi li fl- awtorita` tad-djar teżisti skema fejn persuna b'nuqqas ta' mobilita` li tgħix fi blokk ta' appartamenti, bi ftehim mal-familji l-oħra tista' tikseb aċċess biex tagħmel stairlift.", "Fil-fatt jien kelli każ partikolari ta' anzjana li tgħix mal-familja tagħha u li din, miskina, spiċċat għal snin sħaħ priġuniera ġo darha peress li ma tiflaħx tinżel it-turġien ta' l-appartament fejn toqgħod.", "Din biex tinżel it-taraġ trid tiġi merfugħa mill-membri tal-familja u allura kienet issibha bi tqila biex toqgħod tagħti din l-iskumdita` kollha lill-membri tal- familja tagħha.", "Din il-mara talbitni l-għajnuna u flimkien mal-membri tal- familja tagħha aħna morna l-awtorita` tad-djar biex naraw din l-iskema x'toffri, imma sibna li biex din tagħmel dan l-istairlift riedet mijiet ta' liri.", "Wieħed irid jifhem li mhux kulħadd jiflaħ għal dawn l-ispejjeż, bil- konsegwenza li ħafna drabi jkun hemm persuni li jkollhom jibqgħu priġunieri f'darhom għax ma jkollhomx triq oħra x'jagħżlu.", "Il-verita` hi li hawnhekk għandna liġi li għalkemm hija tajba, se tħalli lil ċerti nies barra sempliċement għax il-but tagħhom ma jkunx jiflaħ u għaldaqstant hemm bżonn soluzzjonijiet oħra.", "Jien għalhekk xtaqt li l- ministru, fl-introduzzjoni tiegħu, ma jsemmix biss li laqa' l-proposti tal- kamra tan-nutara u tal-law commission.", "Huwa importanti li l-liġijiet ikunu mibnija fuq il-pariri tan-nutara u li l-qorti tara li l-affarijiet jimxu skond il-liġijiet, imma fl-aħħar mill-aħħar il-liġijiet huma biss strumenti biex jintużaw min-nies għall-benefiċċju tagħhom.", "Issa biex il-liġijiet ikunu effettivament għodda f'idejn in-nies, dawn iridu jkunu backed-up minn strutturi jew skemi realistiċi u li tista' tasal għalihom.", "Għalhekk anke f'dan il-każ li għandu x'jaqsam ma' l-aċċessibilita`, jien kont nippretendi li jkun hemm konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` u ma' l-awtorita' tad-djar, li diġa' għandha skema f'dan ir- rigward, anke jekk din l-iskema qiegħda għal ċerta kategorija ta' nies.", "Dan bħalma ġara fil-każ ta' l-anzjana li semmejt, fejn avolja kien hemm il- bonavolonta tal-kumplament tal-familji li jgħixu f'dan il-blokk t'appartamenti, l-iskema li ġiet offruta ma kenitx tajba biżżejjed għaliha.", "Jien nittama li dawn il-kummenti mhux biss jitniżżlu fir-records biex ikunu jagħmlu parti mid-debates ta' dan il-parlament, imma jaqgħu fuq widnejn li jridu jisimgħu forsi kif skemi bħal dawn jibdew isiru realistiċi ħalli jintlaħqu verament minn min ikollu bżonnhom.", "Ħaġ'oħra li ħassejtha tiskantani f'dawn l-emendi hi kif il-gvern ma semma xejn fuq ir-rwol tal-kunsilli lokali vis-a-vis dawn il-condomini.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, m'iniex se nitkellem fuq l-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt imma se nitkellem fuq ir-rwol tal-kunsilli lokali, li għamiltu kampanja sħiħa tiftaħru bihom!", "Intom tħobbu tiftaħru li timitaw dak kollu li jsir barra minn Malta, imma f'dan il-każ donnkom insejtu kemm il- kunsilli lokali jidħlu f'dawn l-affarijiet!", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "Tkompli l- Onor. Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien naqbel li l-amministratur irid ikun reġistrat mar-reġistru ta' l-artijiet.", "Kien pass tajjeb li l-amministratur ma jkunx rikonoxxut mill-kunsill lokali, imma kienet tkun xi ħaġa iktar tajba li kieku jkun hemm reġistru ta' kull blokk ta' appartamenti flimkien ma' l-amministratur tiegħu għall-finijiet tal-lokal.", "Huwa veru li l- kunsill lokali jista' jċempel lir-reġistratur ta' l-artijiet u jġib id- dettalji minn hemm, imma dawn huma affarijiet li jien ngħidilhom red tape u li jieħdu ż-żmien, l-iktar jekk iddum xi nofs siegħa bil-mużika ma' widnejk sakemm jirnexxielek taqbad!", "Wara kollox il-kunsilli lokali huma entita` legali u kostituzzjonali u għalhekk jagħmel sens li dawn ikunu intiżi f'dak li jkun qiegħed jiġri fil-lokalita` tagħhom.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar ġimgħat il-gvern stess kien qed jgħid li anke r-responsabbilta' tal-housing estates se jitfagħha fuq il-kunsilli lokali.", "Hawnhekk jien nistaqsi wkoll: Jekk fil-lokalita` jkun hemm condominium li ma jkunx tal-gvern imma jkun tal-privat, kif il-kunsill lokali ma jkunx jaf min hi l-persuna li tamministra dak il-condominium?", "Xi sentejn ilu kont għadni kif mort noqgħod Ħal Balzan fi blokk ta' appartamenti u rċevejt telefonata mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan - din hi daqsxejn tad-daħk, imma fil-verita` kienet ħaġa serja ħafna u jien apprezzajtha - fejn qaluli li kien hemm ħafna ħaxix ħażin fir-rampa tal- garages tal-blokk ta' l-appartamenti fejn kont noqgħod jien li kien qiegħed iservi ta' eyesore Min-naħa tiegħi, jien spjegajtilhom li m'iniex l-owner tal-garages u għalhekk huma staqsewni min hu l-owner.", "Issa dak iż-żmien din il-liġi kienet għadha fuq l-ixkaffa, imma l-punt hu li fuq inizjattiva ta' dan il-kunsill lokali nġibdet l-attenzjoni li kien hemm area fil-privat li kienet qed tagħti dehra kerha għall-ambjent tal-lokal.", "Issa ħalliha li ġibdu l-attenzjoni ta' the wrong person, imma madanakollu din għalija xorta kienet inizjattiva ta' min ifaħħarha.", "Allura jien nistaqsi: Jekk diġa' għandna kunsilli lokali li huma interessati li jsebbħu l-lokal tagħhom, ma jagħmilx iktar sens li l-kunsilli lokali jkunu informati dwar min huma l- amministraturi tal-condominia li hemm fil-lokal tagħhom?", "Għax jekk il- kunsilli lokali jkunu jafu min hu l-amministratur, żgur li m'humiex se joqogħdu jċemplu lil the wrong persons.", "Jeżistu ċerti lokalitajiet li huma miżgħuda bi blokki ta' appartamenti.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi San Pawl il-Baħar.", "Il-Ministru Galea qed jidħak, imma San Pawl il-Baħar huwa post li jien nafu mhux ħażin.", "Dan il- lokal huwa mimli blokki ta' appartamenti li ħafna minnhom huma tal-privat.", "Mela ġaladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, dan il- lokal se jkollu numru ta' amministraturi, liema amministraturi jiena wisq nibża' li għad lanqas għandhom l-iċken idea how they are going to manage ir- rwol il-ġdid tagħhom.", "Ma nistgħux noqogħdu nieħdu biss il-każ fejn għandek amministratur ta' blokk t'erba' appartamenti għax f'Buġibba u San Pawl il- Baħar hemm dawk l-hekk imsejħa courts b'għaxra, 15 jew 20 appartament.", "Jiġifieri f'każi bħal dawn l-amministratur se jkollu biċċa xogħol biex isib the right person.", "Huwa importanti wkoll li l-amministraturi jingħataw training speċifiku ħalli jkunu jistgħu jsolvu l-problemi li minn żmien għal żmien jafu jinqalgħu.", "L-amministraturi għandhom ukoll jingħataw training dwar kif imexxu, dwar kif iżommu l-ktieb tal-minuti u dwar kif jagħmlu d-diversi doveri bażiċi li se jkunu outlined fil-liġi.", "Barra minn Malta jeżistu kumpanniji li jagħtu servizzi how to run il-condomini.", "Ara f'Malta ma nistax nara li jista' jkollok dawn it-tipi ta' kumpanniji li jagħtuk A to Z services biex tmexxi condominium.", "Forsi għad ikun hawn ukoll, imma aħna m'għandniex xi suq kbir illi xi ħadd jista' jimmaġina li jista' jagħmel xi negozju ta' dan it-tip u jkollu xi profitti kbar.", "Din tista' tkun inizjattiva reġjonali bejn erba' jew ħames kunsilli lokali, pero` minkejja li għaddejna erba' jew ħames ġimgħat nisimgħu lill-Partit Nazzjonalista jħabbat fuq sidru u jiftaħar kemm jemmen fil-kunsilli lokali, f'liġi bħal din donnu li nsiehom għal kollox il-kunsilli lokali!", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jikkonsidra u jħares l- iktar lejn il-common parts ta' ġewwa, iżda nħoss li wasal iż-żmien - issa forsi tgħiduli li din m'hijiex relatata ma' l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, imma xtaqt li kif qegħdin nitkellmu fuq din il-liġi insemmi xi ħaġa dwarha - li nkunu iktar ħolistiċi fil-mod ta' kif inħarsu lejn l- affarijiet.", "Per eżempju, barra minn Malta, fl-Ingilterra b'mod partikolari, ħolqu dak li qegħdin jgħidulu t-tenant participation compact.", "Veru li din hija sistema komplessa mhux ħażin, imma l-iskop hu li wieħed ikabbar dejjem il-parteċipazzjoni ta' l-inkwilini li joqogħdu fl-akwati.", "Filwaqt li t-tenants tal-kondominju jieħdu ħsieb l-affarijiet tagħhom mill- għatba l-ġewwa, it-tenants ta' l-akwati jieħdu ħsieb l-area ta' barra.", "Din żgur li tagħmel ħafna sens għal Malta, l-iktar meta nafu li sfortunatament, kulturalment għadna ma żviluppajniex daqshekk imħabba lejn kif għandna nżommu l-common parts esteri ta' fejn ngħixu.", "Jiena ħassejt li għandi nsemmiha din biex tkun on record, forsi xi darba wieħed jara x'tip ta' żvilupp jista' jsir f'dan is-sens.", "Din it-tip ta' parteċipazzjoni hija maħsuba biex l-inkwilini, flimkien mal-kunsill lokali, jiżviluppaw l-area residenzjali tagħhom anke, per eżempju, mil-lat ta' servizzi.", "Aħna ninsabu batuti ħafna fiha din il-ħaġa, l-iktar fl-areas il-ġodda fejn hemm komunitajiet li huma maqtugħa kompletament mill-qalba tar-raħal.", "Fil- fatt dawn l-areas spiċċaw qishom no man's land għax ħafna drabi ssib li f'dawn l-areas la jeżisti servizz ta' ħanut tal-merċa, la jeżisti servizz ta' letter box u lanqas jeżisti servizz ta' trasport pubbliku.", "B'dawn it- tip ta' inizjattivi l-area tkun tista' tiġi ppjanata aħjar.", "F'Ħal Qormi, per eżempju, hemm numru ta' lokalitajiet li huma 'l bogħod ħafna mill-qalba tar-raħal, bħal Tal-Blat 2, Tal-Blat 1, Tal-Ħandaq, in-naħa ta' Triq iċ- Ċawsli, fejn ir-residenti lanqas għandhom imqar biċċa għalqa fejn it-tfal jistgħu jilagħbu logħba ballun.", "Per eżempju, l-eqreb playing-field għat- tfal li joqogħdu n-naħa tal-Blat 2, hija dik li hemm fin-naħa ta' San Bastjan.", "Jiġifieri dawn iridu jaqsmu l-bypass ta' l-Imrieħel, li hija xi ħaġa prattikament impossibbli.", "Huwa tajjeb li nibżgħu għal mill-għatba 'l ġewwa imma tajjeb ukoll li naħsbu wkoll għal mill-għatba 'l barra.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-housing estates tal-gvern.", "Dan l-aħħar bdiet tissemma l-idea li l-gvern jgħaddi xi doveri u responsabbiltajiet ta' maintenance f'idejn il-kunsilli lokali.", "Jiena naħseb li din l-idea, jekk se sseħħ, għandha bżonn tibda tikkristalizza ruħha ftit aktar għaliex hemm housing estates sħaħ fejn il-common parts tagħhom jinsabu kważi f'qagħda delapidata.", "Per eżempju, hemm opramorti ta' bjut bla tikħila, boundary walls tal-btieħi se jaqgħu, madum jiċċaqlaq u ċerti servizzi ma jiffunzjonawx.", "Għalhekk huwa importanti li nħarsu wkoll lejn dan it-tip ta' housing u mhux biss lejn il-housing li għandu ownership privat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr. Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, ser nagħmel riferenza għall-aġġornament, jidhirli ta' nhar l- Erbgħa li għadda, fejn għal aktar minn darba ġejt imgħajjar giddieb minn żewġ kelliema differenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Anġlu Farrugia qed jgħid li mhux minnu.", "Kienu żewġ membri ta' l- oppożizzjoni li tkellmu u qaluha xi tliet darbiet erbgħa li Ċensu Galea huwa giddieb.", "Naturalment meta ma tkunx preżenti fil-Kamra diffiċli li tipproteġi lilek innifsek minn dawn it-tip ta' akkużi.", "Għalhekk, Sur President, se nitkellem fuq is-settur tat-toroq u se nagħmel riferenza għad-diskorsi li saru mill-Onor.", "Charles Buhagiar u mill-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "F'dawn l-aħħar ftit xhur il-parlament sema' għal diversi drabi stejjer dwar kif u kemm il-Partit Laburista fil-gvern kien qed jippjana, kien qed jaħdem u kien qed jagħmel l-affarijiet bis-serjeta'.", "Issa jekk hawn settur illi verament jitlob li wieħed jidħol fih bis-serjeta' minħabba l-mod kif ġie ttraskurat over the years, dan huwa s-settur tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "U forsi r-risposta għal dan il-kliem fieragħ min-naħa tal-membri ta' l- oppożizzjoni tahielna l-Onor.", "Anġlu Farrugia stess, li preżentement qiegħed hawn quddiemi, meta l-ġimgħa l-oħra ppreżenta f'din il-Kamra petizzjoni dwar Triq l-Arznell f'San Pawl il-Baħar għaliex qal li hija triq li qatt ma saret.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia jeżamina l-lista tat-toroq li jingħad li saru fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, isib li din hija waħda minn dawk it-toroq illi sħabu ddikjaraw li kienet saret mill-partit tagħhom fil- gvern u qalu wkoll li ma kien hemm xejn iktar li kellu jsir fuqha.", "Dan huwa eżempju wieħed biss imma hemm ħafna oħrajn bħalu.", "Iżda nieħu gost li l- Onor. Membru ppreżenta din il-petizzjoni għax naf x'inhu l-istat ta' dik it- triq partikolari.", "Fil-fatt hemm bżonn li jsiru xogħlijiet fuqha u nispera illi wara li jitlesta x-xogħol fuq din it-triq ma niġix akkużat li x-xogħol ma sarx, ħaġa li ġrat diversi drabi matul din il-leġislatura.", "Effettivament hemm numru konsiderevoli ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl Baħar u f'inħawi oħra fejn qatt ma sar xogħol fuqhom.", "F'San Pawl il-Baħar hemm madwar 30 jew 40 triq li qatt ma saru u li naturalment xi darba għad iridu jsiru.", "Bħalissa donnu qegħdin bil-burdata li niġbru l-petizzjonijiet in konnessjoni ma' xogħlijiet tat-toroq.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se nibqgħu għaddejjin b'din il-vena, se tħajru lili biex nippreżenta petezzjoni jien ukoll għaliex naf bl-inkonvenjenzi li qed isofru ċerti residenti f'diversi lokalitajiet!", "Wieħed jista' jsemmi Triq Ramon Perellos, Triq Jean de La Cassiere u Triq il-Port Ruman, biex insemmi tliet toroq biss fejn qatt ma sar xogħol fihom u qatt ma kien hemm l-ebda ħsieb li jsir l-ebda xogħol minn ebda Partit Laburista fil-gvern.", "Fil-verita' hemm numru kbir ta' toroq oħrajn li jridu jsiru, Sur President.", "Kif għedt diversi drabi, sa ftit ilu kellna madwar 800 triq li kellhom isiru iżda bix-xogħol li għamilna f'dawn l-aħħar xhur issa qed noqorbu iktar lejn is-700 triq li għad iridu jsiru.", "Dan ifisser li xorta waħda għad fadlielna ammont kbir ta' toroq li jridu jsiru matul iż-żmien li ġej.", "M'għandix l-iċken dubju li l-mod ta' kif ħadem u qed ikompli jaħdem id- dipartiment tat-toroq matul ix-xhur li għaddew u matul iż-żmien li ġej, fil-fatt qed jinftiehem tajjeb anke min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dan qed jiġri għaliex l-oppożizzjoni llum tista' tapprezza li fejn qed isir ix- xogħol, dan qed isir tajjeb u anke jekk m'aħniex qegħdin inlaħħqu ma' Malta kollha, xorta waħda fejn qed isir ix-xogħol dan qed isir b'mod tajjeb.", "Nimmaġina li huwa wkoll għalhekk illi meta l-ġimgħa li għaddiet konna fl- eqqel tal-kampanja elettorali tal-kunsilli lokali, l-Onor.", "Buhagiar qal li kif jgħaddu l-elezzjonijiet nerġgħu ninsew dak li nkunu qegħdin nagħmlu għax, skond hu, l-importanti hu li nidhru sbieħ fil-ġranet ta' qabel l- elezzjoni!", "L-Onor.", "Buhagiar imissu jaf li matul is-sentejn li għaddew id- dipartiment tat-toroq bl-iktar mod serju fassal pjani, pjani bbażati fuq il-ħteġijiet reali tad-diversi lokalitajiet ta' f'pajjiżna.", "Kif irripetejt numru ta' drabi oħra, il-Partit Nazzjonalista kemm ilu fil- gvern ippubblika rapport dwar ix-xogħol li huwa meħtieġ fuq toroq arterjali.", "Nieħu pjaċir ninnota li ammont sostanzjali minn dan ix-xogħol matul is-sentejn li għaddew inbeda u ninsabu mexjin ġmielna.", "Għalkemm xi drabi jinqalgħu ċerti ntoppi, ix-xogħol qed jitkompla u jien konvint li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed nirrealizzaw li meta l-affarijiet isiru tajjeb u bis-serjeta', dawn it-toroq tkun tista' tibqa' tgawdihom għal numru ta' snin wara.", "Partikolarment ninnota illi jekk ma jinqalgħux diffikultajiet ġodda, sa l-aħħar ta' dan ix-xahar se jkun inbeda x-xogħol fi tliet partijiet ta' toroq arterjali, xogħol altru li kien meħtieġ għax konna ilna s-snin inħossu l-ħtieġa tiegħu.", "Qed nirriferi għat-triq li minn Burmarrad twasslek sal-Mosta; it-triq li mis-Salini twasslek għall-Iklin; u t-triq bejn in-Naxxar u l-Mosta, in-north ring road, li biha wieħed ikun jista' jissepara l-konġestjoni tat-traffiku li hemm fil-Mosta.", "Dwar it-triq li minn Burmarrad twassal għall-Mosta, irrid infakkar li għadha għaddejja l-evalwazzjoni ta' xogħlijiet li huma marbuta ma' l-istess triq, li mbagħad tibqa' sejra sar-Rabat, tibqa' sejra sa Ħaż-Żebbuġ, tibqa' sejra sa Ħal Qormi u twassal eventwalment sa l-airport.", "Wieħed irid jgħid ukoll illi saru diversi interventi matul dawn l-aħħar sentejn fuq it-triq prinċipali li miċ-Ċirkewwa twasslek sal-freeport.", "Meta nispiċċaw ix- xogħlijiet li għaddejin fl-inħawi ta' Ħal Far, wieħed ikun jista' jgħaddi mingħajr problemi - jew insomma mingħajr wisq problemi - miċ-Ċirkewwa sa l-inħawi tal-freeport.", "Bl-istess mod, it-triq li minn Burmarrad twasslek għall-airport tkun it-tieni sinsla tat-toroq arterjali li twassal mill- inħawi turistiċi ta' San Pawl il-Baħar għall-airport, triq li meta titlesta sserraħ it-traffiku li qed jgħaddi bħalissa mill-coastroad u t-traffiku li qed jgħaddi minn Regional Road u li jibqa' sejjer lejn l-inħawi ta' l- airport.", "Sur President, saret ukoll riferenza għat-toroq ta' Marsascala, għat-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ u għat-toroq fl-inħawi ta' l-Imtarfa.", "Meta tkellem dwar dawn it-toroq partikolari, l-Onor.", "Charles Buhagiar ċaħad li dawn kienu nbnew ħażin.", "Qal ukoll li dawn it-toroq jinsabu fiex jinsabu għar-raġuni li f'għoxrin sena ħadd qatt ma ta' kashom u ħadd qatt m'għamel l-ebda investiment fihom biex jagħmel il-manutenzjoni tagħhom.", "Jien ngħid li jgħaddu kemm jgħaddu snin, qatt ma jista' jkun hawn triq bħalma hija t- triq ta' Marsascala li hija mgħawġa iktar minn serp.", "Jien ngħid li triq li tkun ilha mibnija jista' jinqala' l-wiċċ tagħha, pero' żgur li l-ebda ammont ta' snin m'hu ser iwassal biex minn triq dritta ssir triq żigużajg jew inkella minn triq żigużajġ issir triq dritta.", "It-triq ta' Marsascala nbniet żigużajg, inbniet ħażin u nbniet b'mod li ma kienx jagħmel sens għall-ħteġijiet ta' dakinhar, u iktar u iktar ma jagħmilx sens għall- ħteġijiet tal-lum.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din mhix l-unika triq li nbniet f'dik il-forma ta' żigużajg għax anke l-bypass ta' Birkirkara hekk inbniet.", "U għalkemm bejn l-1987 u l-1996 saru diversi interventi fuq din il-bypass – fil-fatt ħafna mill-problemi illi kellna hemmhekk spiċċaw - pero' rridu nifhmu li meta xogħol isir bażwi mill-bidu nett, l-inkonvenjent tkun trid tibqa' ġġorru għal żmien twil.", "Dan jgħodd ukoll għat-triq ta' Ħaż-Żebbuġ u anke għat-triq ta' l-Imtarfa, it-triq li minħabba fiha madwar 20 sena ilu jien tkeċċejt mis-servizz pubbliku għaliex il-gvern ta' dak iż-żmien kien dehrlu li ma kellix nikteb artikli dwar dik it-triq fuq il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista.", "Għall- bini ta' din it-triq niftakar li kien hemm target date ta' disa' xhur, fejn peress li kienet ix-xitwa - u għalhekk f'sitt xhur minn dawn id-disgħa kienet għamlet ix-xita - ix-xogħol xorta waħda tkompla.", "Minkejja li kien evidenti li din it-target date ma setgħetx tintlaħaq, minflok ingħatat estensjoni, xi ħadd f'kariga għolja iddeċieda li l-kostruzzjoni ta' din it- triq kellha titlesta fi żmien sitt xhur.", "Wieħed jista' jimmaġina ċ-ċaflis u t-tgħaffiġ li sar!", "Fil-fatt matul iż-żmien inqala' t-tafal minn ġos-sies ta' l-Imtarfa, spiċċa fuq in-naħa l-oħra u għalhekk, parti mis-sies li kien hemm fuq l-għolja tal-Imtarfa ġie ċċattjat.", "Fi kliem ieħor, il-poplu Malti għadu jbati sal-lum il-konsegwenzi tax-xogħol żbaljat li kien sar.", "L- istess ħaġa tista' tingħad fir-rigward tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, li għalkemm baqgħet tintuża, għadna nbatu l-konsegwenzi tax-xogħol ħażin li kien sar f'dak iż-żmien.", "Mr Speaker, spiss nisimgħu li fis-sentejn li dam fil-gvern, il-Partit Laburista kien ħejja programm għal dan is-settur.", "Jingħad ukoll li minkejja li dan il-programm kien lest biex jiġi mplimentat, b'mod kapriċċuż jien warrabtu sempliċiment għax kien sar minn gvern Laburista.", "Madwar tliet ġimgħat ilu jien stedint lill-Onor.", "Buhagiar biex jippubblika l-programm li kien tfassal, biex il-poplu Malti jsir jaf bih, imma s'issa għadu ma sar xejn minn dan.", "Dan jikkonferma li allura ma kien jeżisti l-ebda programm għall-irranġar tat-toroq u għalhekk jien m'abbandunajt xejn.", "Għall- kuntrarju ta' dak li jaħsbu l-membri ta' l-oppożizzjoni, jien kont nippreferi kieku dan il-programm kien verament jeżisti, ħalli ta' l-inqas kont inkun nista' nara fiex kien jikkonsisti.", "Minkejja dan kollu, l-Onor.", "Buhagiar xorta baqa' jitkellem dwar dan is-suppost programm li kien tfassal.", "Dejjem skond l-Onor.", "Buhagiar, kienu ġew ingaġġati żewġ esperti Ġermaniżi biex jaħdmu fuq dan il-famuż programm u fil-bidu ta' l-1998, jiġifieri ftit xhur qabel l-elezzjoni, kien twaqqaf ukoll unit ta' kordinament fi ħdan il-ministeru tal-kostruzzjoni ta' dak iż-żmien.", "Rigward dawn l-esperti Ġermaniżi, għedt diversi drabi li għalkemm l-ingaġġ tagħhom kien pass tajjeb, m'huwiex minnu li f'Settembru ta' l-1998 dawn kienu ħejjew xi studju dwar is-sitwazzjoni tat-toroq.", "Għalkemm l-analisi kienet diġa' bdiet, kellhom jgħaddu bosta xhur biex ir-rapport li kien jinkorpora fih programm ta' ħidma għat-toroq arterjali seta' jiġi ppubblikat.", "Fil-fatt aħna qed nibbażaw ix-xogħlijiet tagħna fuq ir-rapport li ġie ppubblikat f'Mejju ta' l-1999.", "Rigward il-unit ta' kordinament, spiss jintqal li jien qbadt u xoljejt dan il-unit.", "Dan il-unit kien ifformat minn ħames impjegati fi ħdan il- ministeru ta' l-infrastruttura ta' dak iż-żmien u naturalment, hekk kif inbidel il-gvern f'Ottubru ta' l-1998, dawn baqgħu jaħdmu fil-ministeru għall-ambjent.", "Għalkemm id-dipartiment tat-toroq ma baqax jaqa taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru għall-ambjent, minflok dan il-unit ta' kordinament li fi żmien il-Labour government kien jaħdem id f'id mal- korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jagħtu servizz, illum hemm numru ta' persuni li jaħdmu fi ħdan id-dipartiment tat-toroq u li xogħolhom hu li jagħmlu din it-tip ta' kordinazzjoni maqsuma f'ħames areas differenti.", "Din il-ħaġa ntqalet diversi drabi u għalkemm għall-argument wieħed jista' jgħid li dan il-unit ta' kordinament ma baqax jiffunzjona, żgur li ma jistax jingħad li kien hemm xi programm jew xi ħidma li twaqqfet.", "F'dan l-istadju tajjeb li ngħid li għalkemm spiss jasluli indikazzjonijiet minn diversi kunsilliera li ċertu xogħol kien se jsir jew diġa' sar, fir- realta' nsib li ma jkun sar xejn.", "Waħda mid-diskussjonijiet li kelli ftit tax-xhur ilu kienet ma' kunsillier ta' Marsascala li qalli li waqt l- amministrazzjoni preċedenti, kienet ingħatat tender ta' Lm300,000 għal xogħlijiet fit-toroq ta' din il-lokalita' u meta nbidel il-gvern, id- dipartiment tat-toroq waqqaf ix-xogħol li kien qed isir.", "Lil dan il- kunsillier jien għedtlu li jekk iġibli l-iċken prova li tindika li din it- tender verament teżisti, jien lest li nipproċedi bix-xogħol.", "Naturalment din il-prova baqgħet ma waslitlix għax fir-realta' ma kienet inħarġet l- ebda tender għal xi xogħlijiet f'Marsascala, bħalma qatt ma ħarġu tenders għal xogħol f'lokalitajiet oħra.", "Mr Speaker, dan li qed ngħid iwassalni għal kumment ieħor li għadda l-Onor.", "Charles Buhagiar waqt aġġornament ieħor, fejn qal li saru żewġ inkjesti dwar spejjeż għal xogħol li sar fuq it-toroq jew li tħalla pendenti fl- 1996.", "Tajjeb li nagħmilha ċara li dak li sar kien analisi tas-sitwazzjoni mill-awditur, li rapport preliminari tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Diċembru 1996 waqt li dak finali tlesta f'April 1997.", "Il-konklużjoni ta' dawn iż-żewġ rapporti fl-ebda stadju ma tindika li saru ħlasijiet għal xogħol li ma sarx.", "Dawn ir-rapporti jidentifikaw biss numru ta' proċeduri li kellhom jinbidlu u li safejn naf jien inbidlu.", "Tajjeb ukoll li wieħed ifakkar li dawn iż-żewġ inkjesti saru biex jiġi stabilit x'kontijiet kien hemm pendenti, u l-Onor.", "Buhagiar m'għandux għalfejn jagħmel ħafna storbju dwarhom.", "Meta f'Settembru ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, jien tlabt lill-kuntratturi kollha ta' Malta biex jiddikjaraw x'kontijiet kellhom pendenti ħalli niċċertifikaw li dak ix- xogħol sar.", "Fil-fatt aħna ħallasna madwar Lm1.5 miljun lil dawn il- kuntratturi għax-xogħol li fil-fatt kien sar.", "Ngħaddi issa għal kwestjoni oħra fejn fir-rigward tax-xogħlijiet li saru f'Ħad-Dingli, jien ġejt mgħajjar giddieb.", "Jien niftakar tajjeb ix- xogħlijiet li kienu saru f'dik il-lokalita' għax meta dħalt responsabbli għal dan il-ministeru, iltqajt mal-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għal iktar minn darba biex niddiskutu x'kien se jsir.", "Lili ma tagħmillix differenza jekk hawn xi ħadd li jrid jieħu l-mertu tax-xogħol li sar wara Settembru ta' l-1998, pero' ma nistax ma ngħidx il-fatti kif inhuma.", "Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet marbuta mal-home ownership scheme, phase 3, ġewwa Ħad- Dingli, saru wara l-elezzjoni ta' l-1998 minħabba l-bidliet li kellhom isiru f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantita' ta' xogħol li kellu jsir.", "L-istess jista' jingħad fir-rigward ta' Pembroke, fejn meta dħalt fid- dettall dwar il-famuża lista ta' toroq li suppost saru matul l- amministrazzjoni Laburista, sibt li ammont sostanzjali minnhom – dawn diġa' għamilt riferenza għalihom f'okkażjonijiet preċedenti - ma kenux ġew irranġati.", "Ta' min jgħid ukoll li l-parti l-kbira tax-xogħlijiet indikati kienu jikkonsistu biss f'resurfacing.", "Illum nistgħu ngħidu li spiċċajna f'sitwazzjoni redikola fejn diversi kunsilliera ta' kulur politiku differenti minn tagħna qegħdin isostnu b'mod żbaljat li ċertu xogħol kien sar mill-gvern ċentrali Laburista meta fil-fatt sar mill-kunsill lokali.", "Dan stajna narawh ukoll fil-kampanja elettorali tal-ġimgħat li għaddew.", "Fi ftit kliem, il-Partit Laburista, b'mod partikolari l-Onor.", "Charles Buhagiar, qed jisraq il-mertu tal-kunsilli lokali għal xogħol li dawn għamlu fit-toroq.", "Tajjeb li nagħmilha ċara - u nispera li dan jidħol darba għal dejjem fil- moħħ ta' kull min qed jisma' - li l-kunsilli lokali huma responsabbli biss mir-resurfacing ta' toroq u mhux mill-bini ta' toroq ġodda.", "Dan ta' l-aħħar jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali u ta' ħadd iżjed.", "Kif għedt fir-risposti għal diversi mistoqsijiet parlamentari li saruli, f'dawn is-sentejn inbnew bosta toroq mifruxin mal-pajjiż kollu, xogħol li jirrikjedi ħafna iktar spejjeż minn sempliċi resurfacing.", "Minkejja dan xorta għad fadal ħafna xogħol xi jsir, speċjalment fuq arterjali.", "Jien nispera li t-tradizzjoni li għandhom xi membri ta' din il-Kamra li jżidu ftit żrar u qatran biex taparsi rranġaw it-toroq, tinqata' darba għal dejjem.", "Dan il-gvern, għalkemm dam biex ilesti ċerti xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar sentejn, wettaq ħidmiet ta' kwalita' ferm iktar superjuri minn dik tax-xogħlijiet li kienu jsiru qabel.", "Irrid nagħmel riferenza issa għal service culverts li qed isiru għall- ewwel darba f'dawn l-aħħar sentejn.", "B'dawn is-service culverts qed nassiguraw li mhux se jkun hemm iktar problemi ta' qlugħ ta' toroq wara li dawn ikunu diġa' saru.", "Għalhekk aħna għandna f'moħħna li kull fejn hemm bżonn, dawn is-service culverts isiru.", "Mr Speaker, fir-rigward tax-xogħlijiet li saru mill-gvern Nazzjonalista qabel l-1996, l-Onor.", "Cuschieri reġa' għajjarni giddieb.", "Issa l- oppożizzjoni qabdet il-famuża kantaliena ta' Lm11-il miljun li allegatament intefqu f'xogħlijiet ta' toroq fejn fir-realta' jirriżulta li l-ispejjeż għax-xogħlijiet li saru qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kienu ferm inqas.", "Biex nikkonferma dan nista' ngħid li fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista, tħallsu Lm10 miljun għal xogħol ta' toroq li kien sar qabel l- 1996 u għax-xogħol ġdid li sar f'dawk is-sentejn.", "Jien nistaqsi kif jista' jkun li b'Lm10 miljun, il-gvern Laburista ħallas Lm11-il miljun u iktar!", "Nixtieq nagħmel parentesi żgħira dwar Bugibba, fejn f'dawn l-aħħar ġimgħat issemmew kemm-il darba t-traskuraġni u l-abbandun ta' din il-lokalita'.", "Jien naħseb kien ikun aħjar kieku ntqal li matul dawn l-aħħar sentejn, saru bosta xogħlijiet f'dan il-post turistiku, b'mod partikolari fuq il-front fejn twaħħlu bosta arbli tad-dawl.", "Dwar ix-xogħol kollu li sar f'Buġibba nispera li jkolli ċ-ċans nitkellem iktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, fost ix-xogħlijiet li saru matul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti, tajjeb li wieħed isemmi l-irranġar tal-bypass ta' Birkirkara, il-mina ta' Santa Venera, il-bypass ta' l-Imrieħel, il-mina ta' ħdejn l-universita' u t-toroq f'Tal-Barrani.", "Xogħlijiet simili qed isiru bħalissa f'bosta lokalitajiet.", "Tant hu hekk li diversi kunsilli lokali, anke dawk b'maġġoranza Laburista, qed jiftaħru b'dan ix-xogħol li qed isir.", "Għalkemm 'il quddiem għad ikolli ċ-ċans li nitkellem dwar dan b'mod dettaljat, tajjeb li ngħid li llum l-affarijiet qed isiru b'ċerta serjeta' biex iservu għal tul ta' żmien.", "Ix-xogħlijiet li qed jagħmel dan il-gvern u l-investiment li qed isir qed iwasslu għal dawk ir-riżultati li minn dejjem xtaqna niksbu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WSC", "24283.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tagħmel l- arranġamenti u l-manutenzjoni li hemm bżonn f'15, Sqaq il-Ġdid fi Triq San Anton, il-Mosta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jirriżulta li l-indirizz mogħti mill-Onor.", "Interpellant jikkonsisti f'kumpless ta' erbgħa u għoxrin garaxx.", "Il-kanna ta' l-ilma li twassal is-servizz f'dan il-kumpless għandha bżonn tinbidel peress li tinsab fi stat ta' deterjorazzjoni.", "Madanakollu din il-kanna ma setgħetx tinbidel għaliex is-sidien ta' dawn il- garaxxijiet irrifjutaw li jinstallaw l-earth electrode sabiex ikunu konformi mas-sistema ta' l-earthing konnessa mal-provvista tad-dawl.", "L- earth electrode trid tkun installata minħabba li s-servizz ta' l-ilma jinbidel b'pajp tal-polyethelene (plastic) minflok tal-ħadid.", "Meta l-istess sidien ġew avviċinati biex jinbidel dan is-servizz, huma wieġbu li kienu kuntenti bis-servizz li għandhom u ma xtaqux jinstallaw l- earth electrode.", "F'każ li l-konsumaturi jibdlu l-ħsieb tagħhom, il- Korporazzjoni tibdel is-servizz fl-aqsar żmien possibbli.", "IMPJANT TA' SAN ANTNIN", "24310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jingħata kumpens lill-bdiewa li jieħdu l-ilma għat-tisqija tar-raba' mill-impjant ta' San Antnin, peress li dawn tħallew ġimgħat twal bla ilma u ma setgħux isaqqu l-uċuħ tagħhom?", "Kemm-il tomna raba' fil-fatt tissaqqa minn dan l-impjant?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Skond l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ma jirriżultax li jkun ġustifikat li jingħata kumpens f'dan il-każ.", "2,500 tomna raba tissaqqa bl-ilma msaffi mill-impjant ta' Sant Antnin.", "VETERINARY SERVICES - RAPPORT", "24322.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru.", "23902, qed nirriferi għar-rapport imsemmi jew rapporti oħra simili?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jkun iktar speċifiku.", "MAJJAL - IMPORTAZZJONI", "24323.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23935 u jgħid meta nħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal peress li fit-tweġiba huwa refera biss għall-permess li jingħata propju minħabba li jkunu nħarġu dawn il-liċenzji għall-importazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liċenzji jinħarġu mid-Dipartiment tat-Trade fuq rakomandazzjoni ta' nru. ta' dipartimenti.", "Hija ħaġa ovvja illi jekk iddaħħal majjal f'Malta, daħal taħt licenzja ta' importazzjoni li nħarġet fis-snin imsemmija, jiġifieri 1995, 1996, 1997, 1999, 2000 u 2001.", "CASUAL CLEANERS", "24324.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23906 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru tas- Saħħa u li issa ġiet referuta lilu u cioe :jista' jgħid kemm kien in-nru. ta' casual cleaners li daħlu fl-1992?", "Fejn qed jaħdmu llum u kemm huwa n- nru. tagħhom?", "Meta se jsiru tal-post dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-1992 daħlu 50 casual cleaners.", "In-nru. preżenti ta' casual cleaners huwa 23.", "Minn dawn:", "16 jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz", "5 jaħdmu fid-Djar tal-Anzjani", "1 taħdem fid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani", "1 qiegħda on loan mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Dan il-Ministeru qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni tal-casual cleaners u kategoriji oħra ta' casuals bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill- MPO meta jkun il-waqt.", "DJAR - MANUTENZJONI", "24328.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li d- dipartiment tal-housing u ta' l-anzjani jikkumpensaw għax-xogħlijiet li jeħtieġu jsiru fid-dar tal-kopja anzjana, li dwarha qed nibgħat it-tagħrif separatament?", "Peress li l-kopja anzjana ma' tiflaħx għall-ispiża tal-ħsarat kbar li kienu kawżati minn nirien li nħolqu b'inċident u qerdu l-għamara, inkluż is- sistemi tad-dawl, ilma, madum eċċ, jista' japprova din l-għajnuna fiċ- ċirkostanzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant mhux proprjeta' tal-Gvern.", "Madankollu rrid ninforma lill- Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar għandha skemi għal sussidju fuq xogħolijiet ta' irranġar u titjib għal sidien jew inkwilini fi djar ta' abitazzjoni privati.", "L-għajnuna li tingħata tista' tikkonsisti f'għotja ta' flus u self sussidjat għax-xogħolijiet approvati mill-Awtorita'.", "Il-persuni ndikati jistgħu jingħataw il-parir li jikkuntattjaw l-Awtorita' tad-Djar għal aktar informazzjoni dwar il-possibilita' li jikkwalifikaw għal din l-għajnuna."]} {"filename": "19991202_197d_par.doc", "date": "1999-12-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 197 It-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 197", "Il-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "197", "Il-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999", "WERREJ MINUTI 715", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 715", "TQEGĦID TA' KARTI 721", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI 722", "AĠĠORNAMENT 754", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 755", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 196 li saret fit-2 ta' Diċembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN ĠILJAN - TELGĦET SAN ĠILJAN - SLEEPING POLICEMAN", "9792.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sleeping policeman li sar f'Telgħet San Ġiljan, San Ġiljan, eżattament quddiem ir-residenza numru 26 għandux il-permessi meħtieġa tat-traffic control board?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li s-sleeping policeman in kwestjoni sar bil-permess tal-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li dan l-isleeping policeman tneħħa u issa sar ieħor minfloku ftit aktar 'l isfel, jista' l-Ministru jgħid jekk intalabx permess biex jitneħħa dak li kien hemm u jsir dak li hemm illum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nispera li m'iniex żbaljat pero' dalgħodu kien hemm domanda fuq sleeping policeman fl-istess triq u jidhirli li r-risposta kienet tgħid li sar ċaqliq ta' sleeping policeman min-naħa għall-oħra fl-istess triq.", "Jekk ir-riferenzi huma għall-istess sleeping policeman, alllura nista' ngħid li kien hemm il-permessi meħtieġa pero' wieħed dejjem jista' jiċċekkja mad-dipartiment.", "PACEVILLE - PARKING", "9793.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li f'Paceville teżisti problema ta' parking u traffic flow li minnha l-aktar li jsofru, speċjalment fil-weekends, huma r-residenti ta' dan il-lokal, jista' l-Ministru jikkonsidra li jinstab spazju riservat fl-inħawi fejn ir-residenti jkunu jistgħu jipparkjaw il- karozzi privati tagħhom?", "B'konnessjoni ma' dan is-suġġeriment, jista' l- Ministru jikkonsidra art li tinstab fi Triq id-Dragonara, biswit il-Westin Dragonara Hotel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li l-pjan għaż-żona ta' Paceville qed jiġi ppreparat mill-awtorita' ta' l-ippjanar, ikun jaqbel jekk wieħed jistenna ftit sakemm isir biżżejjed progress fuq dan ix- xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni għaddejja bejn il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni u l-ministeru ta' l-intern, li taħtu taqa' l-awtorita' ta' l-ippjanar, biex il-proposta għal parking riservat għar-residenti li joqogħdu Paceville tkun inkorporata fil-pjan li qed tħejji l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Safejn naf jien f'dan l-istadju m'humiex għaddejjin xi diskussjonijiet partikolari bejn id-dipartiment tat-toroq u l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fil-fatt qed nistennew sakemm ikun preparat ir-rapport mill-planning authority biex inkunu f'qagħda li naraw x'nistgħu nagħmlu anke f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jikkonsidra li qabel jistenna li l-awtorita' ta' l-ippjanar tħejji r-rapporti tagħha, ikun il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni stess li jieħu l-inizjattiva u jressaq il- proposti tiegħu lill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ħafna drabi tkun l-awtorita' ta' l- ippjanar nnifisha li tissuġġerixxi li jsiru dawn it-tip ta' pjanti għal possibbilta' ta' żvilupp, pero' se nitlob lid-dipartiment biex nara jekk huwiex f'kuntatt ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar dawn l-affarijiet ħalli jekk ikun possibbli f'dan l-istadju bikri nkunu f'qagħda li nipparteċipaw ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, minkejja li r-residenti ta' Paceville għandhom dritt jipparkjaw daqs ħaddieħor, kważi kuljum jiffaċċjaw din il-problema tal-parking, b'mod partikolari fil-ġranet tas-sajf u fil- weekends.", "Jien naħseb li l-unika area f'Paceville li tista' tiġi kkonsidrata biex tinżamm riservata għall-parking tar-residenti ta' dan il- lokal hija dik l-art biswit il-Westin Dragonara.", "Dan huwa suġġeriment tiegħi u ma nafx jekk il-Ministru huwiex jikkonsidrah pero' nixtieq li jindika lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex fir-rapport tagħha forsi tinkorpora din l-art għar-residenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fejn jidħlu talbiet simili l-ministeru jipprova jimxi ma' policy ġenerali peress li jkun hemm talbiet minn residenti ta' lokalitajiet oħra li jitolbu li jkollhom parking riservat fit-toroq jew fl-inħawi partikolari fejn ikunu joqogħdu.", "Fil-fatt dawn it- talbiet isiru l-iktar minn residenti li jkunu joqogħdu f'lokalitajiet li fis-sajf iservu wkoll ta' villeġġjatura għal residenti oħra, jew residenti oħra li jkunu joqogħdu f'postijiet fejn ikun hemm ħafna attivita' kummerċjali għaddejja, li allura tiġi f'konflitt mal-ħteġijiet tar- residenti.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri qed isemmi San Pawl il- Baħar.", "Ma nafx kemm huwa mqabbad ma' San Pawl il-Baħar imma ħafna affarijiet li jiġru f'San Pawl il-Baħar jien niltaqa' magħhom kontinwament.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt ikollna talbiet minn diversi residenti ta' San Pawl il-Baħar biex ikollhom reserved parking f'dan ir-rigward.", "Irrid ngħid li għalissa huwa diffiċli li jsiru dawn it-tip ta' reserved parkings għaliex fl-aħħar mill-aħħar trid tiftakar li dak li japplika għal raħal japplika wkoll għall-irħula l-oħra u minkejja l-konflitt li jista' jkun hemm bejn dawk li joqogħdu s-sena kollha f'lokalita' partikolari u dawk li jiġu jew għal perijodu qasir fis-sena jew inkella għal xi ġranet biss matul il-ġimgħa, wieħed irid iżomm quddiem għajnejn li fl-aħħar mill- aħħar kulħadd huwa ċittadin Malti u kulħadd iħallas it-taxxi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, f'risposta li kien tani l-Ministru għal mistoqsija li kont għamiltlu dwar xi traffic-lights, kien qalli li qegħdin jistudjaw din il-possibbilta'.", "Fejn jidħol is-sewqan, jien bħala passiġġier inkun qed nosserva ċerti affarijiet u ninnota li jeżisti periklu għal min ikun ħiereġ mis-Swieqi, minn taħt il-pont, għal ġo Regional Road, minħabba li jkunu ġejjin xi erba' jew ħames lanes ta' karozzi.", "Ftit ilu rajt xi nies fuq il-post li naħseb li kienu qed josservaw il-flow tat-traffiku.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi żvilupp biex isiru traffic-lights ħalli s-sitwazzjoni tat-traffiku tkun tista' tiġi kkontrollata aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad- daħla ta' Paceville kif inhi llum minn ma' Regional Road.", "Fil-fatt nista' ngħid li d-dipartiment tat-toroq qed jikkonsidra li jsir tibdil pjuttost radikali fuq din il-junction wara li jkun ġabar l-informazzjoni dwar in- numru ta' karozzi li jgħaddu minn hemmhekk.", "Fil-fatt kif qal tajjeb l-Onor.", "Bartolo n-nies li ra jkunu qegħdin hemmhekk biex jiġbru l-informazzjoni.", "Jien naqbel li din hija waħda mill-junctions li trid tiġi upgraded għaliex, kif probabbilment osserva wkoll l-Onor.", "Interpellant, mhux darba jew tnejn tara nies ġejjin min-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq, li suppost ikunu sejrin lejn in-naħa tal-Belt, u f'daqqa waħda jidħlulek lejn Paceville, iduru mas-central strip li hemm u jaqbżu l-lights bil-periklu kollha li jistgħu jikkawżaw minħabba li hemm diversi junctions li jiltaqgħu f'junction waħda.", "Bħalissa d-dipartiment flimkien mal-planning authority qiegħed jara kif jista' jtejjeb din il-junction għaliex din meqjusa bħala waħda mill-junctions perikolużi u black spot għat-traffiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-periklu li jeżisti meta minn side street tkun trid toħroġ biex taqbad il-bypass il-ġdida, fejn dak li jkun ikun irid jieqaf dead stop.", "Fl- opinjoni tiegħi għandu jkun hemm lane apposta biex dak li jkun ikun jista' jiggwadanja l-ispeed u jkun jista' jidħol mat-traffiku li jkun għaddej.", "F'parti mill-bypass, int u ġej min-naħa tal-Hamrun biex tidħol għal ħdejn l- universita', trid iddur kważi 180° u ma tantx ikollok ċans tara min ikun ġej.", "Jien nitlob li jsir studju bis-serjeta' biex jitnaqqsu dawn il- perikli kollha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nistax nifhem eżattament għaliex il- kollega tiegħi, l-Onor.", "Carmelo Borg, qed jitkellem dwar it-toroq ġodda b'dan il-mod.", "Kif jaf kull membru ta' din il-Kamra f'pajjiżna għandna numru sostanzjali ta' junctions perikolużi li jikkawżaw problemi.", "Fir- rapporti li ġew redatti mill-esperti Ġermaniżi ġew indikati b'mod ċar numru ta' black spots li hemm bżonn jinbidlu f'dan il-pajjiż u ħafna drabi dawn il-black spots huma junctions.", "Fil-fatt diġa' bdejna dan l- eżerċizzju ta' tibdil ta' junctions ħdejn ir-roundabout tat-tankijiet tal- gass, ħdejn id-daħla ta' de Paule Avenue u bħalissa bdejna x-xogħol ukoll f'San Pawl tat-Tarġa, għaliex irridu nassiguraw bilanċ meħtieġ bejn it- traffiku u l-pedestrians li jgħaddu minn hemmhekk.", "Naturalment m'iniex qed nippretendi li f'perijodu qasir jiġu rranġati l-junctions kollha pero' qed nipprovaw nirranġaw l-iktar junctions importanti.", "SAN ĠILJAN - BIRKIRKARA ROAD - PROĠETT", "9794.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li kif jaf il-Ministru l-proġett li sar xi snin ilu fi Triq Birkirkara, San Ġiljan - eżattament fejn hemm it-traffic- lights, taħt il-bridge ta' Regional Road - kien wieħed temporanju, sakemm jitlesta l-proġett ta' toroq ġodda ħdejn l-universita', issa li dan il- proġett huwa lest, jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħa x-xogħol temporanju li sar fi Triq Birkirkara u t-triq terġa' tiġi fl-istat oriġinali li kienet qabel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-traffic-lights fi Triq Birkirkara f' San Ġiljan qegħdin jipprovdu servizz importanti għall- immaniġġjar tat-traffiku aktar milli kien maħsub meta ġew stabiliti bħala mezz temporanju u għalhekk mhux ta' kemm wieħed jaqbad u jneħħihom.", "Id- dipartiment tat-toroq qiegħed jieħu passi sabiex idur il-junctions tat- traffic-lights wieħed wieħed sabiex jiġi stabilit jekk humiex qed jaħdmu tajjeb u x'jista' jiżdiedilhom biex jaqdu aħjar il-bżonnijiet tat-traffiku tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri x-xogħol ta' traffic-lights li sar b'mod temporanju se jibqa' hemmhekk u t-triq m'hijiex se terġa' tiġi kif kienet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, attwalment instab li dak id-dawl għadu bżonjuż għall-management tat-traffiku u allura se mai mhux jitneħħew it- traffic-lights eżistenti imma s-sistema preżenti tiġi upgraded għall- ħteġijiet tat-traffiku tal-lum.", "PRODOTTI - ROĦS", "9795.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, prodott bi prodott, liema kienu dawk il-prodotti li raħsu jew għolew fil-prezz mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il- prezzijiet tal-prodotti jinbidlu 'l fuq u 'l isfel kontinwament, prodotti jispiċċaw mis-suq u oħrajn ġodda jfeġġu fis-suq.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, kieku kont naf ma kontx nagħmel din il-mistoqsija imma lill-Ministru tlabtu jgħidli liema huma dawk il- prodotti li raħsu jew għolew fil-prezz mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum.", "Ta' min ifakkar li qabel ma daħlet il-VAT il-Ministru stess kien antiċipa - jiġifieri mid-dehra kellu din l-informazzjoni - li se jorħsu madwar 40,000 prodott.", "Issa jista' l-Ministru jgħid jekk għandux din l- informazzjoni, u f'każ li għandu għaliex ma tahiex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant staqsa liema kienu dawk il- prodotti li raħsu jew għolew fil-prezz mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum.", "Jien naħseb li kieku din il-mistoqsija saret lill-Kremlin ta' qabel Gorbachev lanqas kienu jirrisponduh!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, naħseb li ma jien qed nistaqsi xejn speċjali għaliex wara kollox kien il-Ministru stess li wiegħed li bl- introduzzjoni tal-VAT kienu se jorħsu madwar 40,000 prodott.", "Jien naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dawn ir-risposti diġa' tajthom u m'għandi xejn x'inżid.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "9796.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'kienu l-aħħar riżultati dwar it-tħaffir għaż-żejt fil- Bir il-Madonna taż-Żejt f'Kerċem, Għawdex?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-aħħar indikazzjonijiet u x'inhuma l-prospetti li jinstab iż-żejt fil-post imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għall-press release numru 1540 maħruġa mid-dipartiment ta' l- informazzjoni fit-8 ta' Ottubru, 1999 fejn isib tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.", "ŻEPPI L-ĦAFI - RCC", "9799.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk waqt il-laqgħat li kellu ma' Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, talabx jew ingħatax mingħand l-imsemmi Joseph Fenech ir-raġunijiet għaliex twettaq l-attakk fuq is-Sur Richard Cachia Caruana?", "Peress li l-Prim Ministru esklama diversi drabi li kien konvint li l- attakk twettaq minħabba xi deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet, jista' l- Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema deċiżjonijiet amministrattivi kellu suspett li setgħu wasslu għall-attakk fuq ħajjet l-assistent personali tiegħu; (2) jekk waqt il-laqgħat ma' Joseph Fenech intalbitx informazzjoni minnu lil Joseph Fenech f'dan is-sens; (3) jekk intalbet x'irriżulta; (4) jekk irriżultalu liema deċiżjoni amministrattiva wasslet għall-attakk, x'sehem verament kellu minn din id-deċiżjoni l-assistent personali tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif jaf ben tajjeb l-Onor.", "Interpellant, jiena tajt ix-xhieda tiegħi fit-tul aktar minn darba dwar dak kollu safejn kelli x'naqsam jien fil-każ li għalih qiegħed jagħmel riferenza fl-interpellanza tiegħu u għalhekk m'hemm xejn iżjed xi nżid ma' dak li diġa' għidt pubblikament.", "SAJD - PROTEZZJONI", "11492.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li skond ma ġie rrapportat minn Dr Leonard Mizzi f'ġurnal lokali Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tipproteġi l-25 mil tal- kosta fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l- Ministru jinformani x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il- problema?", "Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, f'liema laqgħat ma' l-APEX u l- koperattivi tas-sajjieda, l-Ministru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r- reazzjonijiet tal-koperattivi tas-sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 10917.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li t-tweġiba li qed jirriferi għaliha l-Ministru mhix attinenti għal dak li qal Dr Leonard Mizzi u cioe' li se jkun diffiċli għal pajjiżna li jżomm id-dritt tal-protezzjoni tal-25 mil territorju tal-kosta tagħna, nixtieq li l-Ministru effettivament jgħid jekk lilu jirriżultawlux dawn id-diffikultajiet jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li diġa' tajt l- informazzjoni mitluba fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 10917.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li dik it- tweġiba ma tispeċifikax liema huma l-problemi li qed jirriferi għalihom Dr Leonard Mizzi, uffiċjal għoli fi Brussels.", "MR SPEAKER: Nitolbok tagħmel id-domanda, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel il-punt tiegħi għaliex hawn ġew ħadd m'hu pastaż inqas minn ħadd.", "(Interruzzjonijiet) S'issa għadni mingħajr risposta u jekk is-Sedja trid li jien ma jkollix tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħi, noqgħod bil-qiegħda u naċċetta dak li tgħid is- Sedja.", "Pero' nerġa' nirripeti li jien ma kellix tweġiba għad-domanda tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, trid tapprezza li s-Sedja m'għandhiex kontroll fuq ir-risposti għall-interpellanzi.", "Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex l-ewwel jiċċekkja r- risposta li tajtu għad-domanda parlamentari numru 10917.", "UE - SPEJJEŻ GĦALL-KONSUMATUR", "11493.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Perress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD intqal - nikkwota l- kliem eżatt - li \"the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers for agricultural produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level\" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar 14-il xahar sabiex jiġi studjat kif dan se jaffettwa lill-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 11489 tal-ministru għall-agrikoltura u sajd fuq din il-materja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li r-risposta li qed jirriferi għaliha ma tinnegax li l-OECD fid-dokumenti tagħha qed tikkonferma din l-ispiża, allura l-Ministru qed jaċċetta li l-informazzjoni ta' l-OECD - li abbażi tagħha jien qed nagħmel din il-mistoqsija - m'hijiex skorretta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Se nerġa' nirripeti dak li għedt dalgħodu, forsi sa fl-aħħar tidħol f'moħħ kulħadd.", "L-Onor.", "Farrugia qed jallega li kemm-il darba aħna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, bħal kull familja li hemm fil- pajjiżi msieħba fl-Unjoni, kull familja Maltija u Għawdxija jkollha tħallas Lm600 f'taxxa kull sena biex issostni l-politika agrikola ta' l- Unjoni (Interruzzjonijiet).", "Jekk ngħidu li f'Malta hawn popolazzjoni ta' madwar 400,000 ruħ u nieħdu li hawn 120,000 familja, u nipparagunaw ruħna ma' l-400 miljun ruħ b'120 miljun familja li hemm fil-pajjiżi ta' l-Unjoni ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor Farrugia, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bil-kalkolu ta' l-Onor.", "Farrugia li kull familja toħroġ Lm600, dan ikun ifisser li kull sena dawn joħorġu Lm72 biljun bejniethom meta aħna nafu li l-budget totali ta' l-Unjoni Ewropea huwa ta' madwar Lm36 biljun u l-budget tas-CAP huwa bejn wieħed u ieħor Lm18 biljun.", "Ċertament li hemm qabża kbira bejn Lm18 biljun bħala l-budget tas-CAP u ċ- ċifra ta' Lm72 biljun li qed jipprova jbellgħalna l-Onor.", "Farrugia!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien qed nifhem li l-Ministru qed jinnega li dokumentazzjoni ta' l-OECD tikkonferma li bejn il-consumer price u t-tax li ħallsu ċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi ta' l-Unjoni swew Euro 127 biljun?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk l-Onor.", "Farrugia jaqbad daqsxejn ta' calculator jew inkella jagħmel simple multiplication ta' 120,000,000 by Lm600, jiġu Lm72 biljun.", "Issa Lm72 biljun m'humiex it-Lm18 miljun li huwa l-budget attwali tas-CAP ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlobkom iżżommu l-kalma.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat) Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il- Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Lista ta' kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-Birgu, Luqa, Attard u Safi f'Marzu 1998, flimkien ma' l-impjieg jew xogħol ieħor li ddikjaraw man-nominazzjoni tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11789.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti tagħrif dwar reġistrazzjoni għax-xogħol matul Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11770; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni jaħdmu bi qligħ matul Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11771.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-ħidma ta' l-istatementing board tad-dipartiment servizz għall-istudent u relazzjonijiet internazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11747.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 205 ta' l-1999 -– avviż ta' bidu fis-seħħ tar- regolament 120 kif sostitwit tar-regolamenti ta' l-1994 dwar il- vetturi bil-mutur;", "u f'isem il-Ministru ta' l-Intern, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 206 ta' l-1999 – ordni ta' l-1999 dwar il-kummissarju ta' l-artijiet (trasferiment ta' drittijiet u responsabbiltajiet) (nru.", "3); u", "Tagħrif dwar amnestiji lill-priġunieri li ngħataw bejn l-1971 u l- 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11774.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2000", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu d-diskussjoni tal-Voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Ninforma lill-kumitat li skond il- Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru 1999, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għan-naħa tal-gvern.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm24,657,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm40,952,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm603,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 20 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,118,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 21 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm984,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT 22 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,232,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm9,985,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Kif inhija l-prattika waqt dawn id-diskussjonijiet, nistieden issa lill- kollega ta' l-oppożizzjoni biex jagħmlu l-kummenti tagħhom u mbagħad inkunu nistgħu nwieġbu għall-kummenti li jsiru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur Oresident, peress li dan il-budget qed isir magħruf bħala l-budget tal-Lm1, jien ukoll se nipproponi din l-emenda:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 20,614\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 20,613\".", "Delete the figure \"Lm 20,614\" and substitute therefor the figure \"Lm 20,613\".", "Mr Chairman, meta nħarsu lejn il-budget li bħalissa qed niddiskutu f'din il-Kamra jkollna nikkonkludu li dan huwa budget anti-soċjali ppreżentat minn gvern ta' ingann.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex il-wegħdiet u d- diskors kollu li kien jingħad sa ftit xhur ilu - jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq xi snin kbar - illum spiċċaw kollha.", "Qabel l-aħħar elezzjoni ta' Settembru 1998 meta l-ħofra kienet għadha ħrafa, il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien iwiegħed kollox lil kulħadd għaliex ried jirbaħ l-elezzjoni.", "Pero' wara l-aħħar elezzjoni l-ħofra ma baqgħetx ħrafa iżda skond l-istess ministru tal-finanzi pajjiżna għandu deficit li ''ma nistgħux inkomplu nġorruh'' u f'dan id-diskors nisimgħu wkoll kliem ieħor ripetut f'diversi paġni bħal ''mediċina u fejqan''.", "Dan id- diskors ma ssibux fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-aħħar elezzjoni u xi kultant naħseb li dak il-manifest elettorali kellu xi data, li forsi ħadd ma ra, li kienet l-expiry date għaliex donnu li dak il-manifest elettorali skada u dawk il-wegħdiet li saru qabel l- aħħar elezzjoni m'għadhomx jgħoddhom.", "Fil-fatt dan il-budget huwa prova ta' dan.", "Mr Chairman, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi jien se nitkellem fuq il-qasam taż-żgħażagħ u sport u se nibda billi nirriferi għal wegħda numru 77 li tinsab f'paġna 12 tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista li tgħid li jekk jitla' gvern Nazzjonalista 1% tan-nefqa tal- gvern tkun dedikata għall-isport.", "Pero' f'dan it-tieni budget ippreżentat minn gvern Nazzjonalista għal darba oħra din il-wegħda ma nżammitx għaliex fil-fatt 0.2% tan-nefqa tal-gvern hija vvotata għall-isport li huwa 'l bogħod ħafna minn dak li ġie mwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni.", "Jekk wieħed jieħu l-aħħar tliet budgets inkluż dan li għandna quddiemna u jara l-vot kapitali għall-qasam sportiv isib li fl-aħħar budget ta' gvern Laburista għas-sena 1998, il-vot kapitali kien jammonta għal Lm275,000; fil-budget għall-1999 imressaq mill-ministru tal-finanzi sena ilu l-vot kapitali niżel għal Lm125,000 u għas-sena li ġejja, skond kif hawn imniżżel f'dan il- budget il-vot kapitali għall-qasam sportiv jammonta għal Lm215,000.", "Dan ifisser li bħala vot kapitali għall-qasam sportiv il-gvern Nazzjonalista qed jivvota Lm60,000 inqas milli kien ivvota gvern Laburista f-aħħar budget tiegħu għall-1998.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi llejla huwa dwar kemm il-gvern Nazzjonalista qed jieħu bis-serjeta' l-bini ta' tliet ċentri sportivi.", "Kulħadd jaf li ilna nitkellmu fuq dawn it-tliet ċentri sportivi minn żmien il-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 u fil-fatt anke gvern Laburista kompla ħadem fuq dik l-idea.", "Pero' jien nitħasseb meta nara li l-affarijiet mhux talli jidhru li mexjin bil-mod wisq imma minħabba l-fatt li s'issa ssemmew żewġ ċentri sportivi biss talli jidher li għas-sena d- dieħla se nkunu għadna fil-bidunett ta' wieħed minnhom.", "Barra minn hekk, jien irrid nikkritika l-fatt li l-gvern ma nvolviex lill-kunsill malti għall-isport u lill-kumitat olimpiku malti, l-ogħla żewġ awtoritajiet fil- qasam sportiv Malti, fid-diskussjonijiet u fid-deċiżjonijiet fuq dawn iċ- ċentri sportivi imma d-deċiżjonijiet kienu purament politiċi.", "Meta wieħed iħares lejn l-estimi li jiġu ppreżentati mad-diskors tal-budget isib li hemm kontinwazzjoni tal-ħidma li kien beda gvern Laburista minkejja li nerġa' ngħid, kif għedt anke s-sena li għaddiet, li kienu jgħidu li meta konna fil-gvern ma kellniex ideat għall-qasam sportiv.", "Mr Chairman, nixtieq inkun naf ukoll meta se jsir it-transferiment ta' artijiet u faċilitajiet sportivi lill-għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi.", "Minkejja li gvern Laburista kien diġa' ressaq mozzjoni fil- parlament biex jitqassmu madwar 20 biċċa art lill-għaqdiet u lill- assoċjazzjonijiet sportivi u li magħhom issa żdiedu xi oħrajn ukoll jidher li l-affarijiet mexjin bil-mod wisq.", "Għalhekk nixtieq li ningħataw xi indikazzjoni ta' meta se jseħħu dawn it-trasferimenti.", "Inutli li noqogħdu niftaħru li se nġibu l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tas-sena 2003 hawn Malta jekk ma nippreparawx għalihom bis-serjeta' u għalhekk huwa importanti li l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi tagħna jkollhom il-faċilitajiet sportivi tant meħtieġa.", "Għalhekk jien ma nistax naqbel li faċilita' sportiva tiġi utilizzata għal żmien twil jew anke qasir għal xi skop ieħor, aktar u aktar meta jkun hemm alternattiva ta' postijiet oħrajn.", "U hawnhekk qed nirriferi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju li se jinżammu fix- xagħra tal-Furjana.", "Dawn l-affarijiet joħonqu inizjattivi ġodda li jieħdu għaqdiet sportivi meta jaraw li l-isforzi li jkunu għamlu sabiex iġibu 'l quddiem il-faċilita' sportiva tagħhom fl-aħħar mill-aħħar se jispiċċaw itiru mar-riħ u jinqerdu.", "Jien ngħid li dan huwa kollu ħela ta' flus kemm għall-Floriana football club li nefqu l-flus sabiex irranġaw ix-xagħra tal-Furjana u kif ukoll għall-gvern li qed jgħid li se jirranġa l- faċilita' sportiva jekk issirilha xi ħsara għaliex qed ngħidu li se nirranġaw xi ħaġa li llum qiegħda fi stat tajjeb wara l-isforz kbir li għamlu numru kbir ta' voluntiera tal-Floriana football club.", "Fil-fatt dan il-club nefaq aktar minn Lm10,000 u naħseb li l-ispiża li jrid jagħmel il- gvern se tkun aktar minn Lm10,000.", "Pero' minkejja l-kritika kollha li saret il-gvern se jibqa' għaddej bil-programm tiegħu u juża x-xagħra tal- Furjana għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "U allura bilfors li l- isportivi Maltin minflok se jiċċelebraw se jibku.", "Mr Chairman, nixtieq insemmi wkoll il-mod kif qed jiġu ttrattati l- għaqdiet sportivi ta' Tigne' għaliex minkejja l-isforzi kollha li qed jagħmlu sabiex isibu post alternattiv għall-perjodu qasir jew twil, mid- dehra l-ebda membru min-naħa tal-gvern m'hu qed jagħti widen għat-talbiet tagħhom.", "Fil-fatt qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra mibgħuta lili li turi tħassib dwar il-mod kif il-gvern qed jagħmel preferenzi bejn l-għaqdiet sportivi li jagħmlu użu mill-faċilitajiet li jinsabu f'Tigne'.", "Xi ħaġa oħra li żgur ma tagħmilx ġid lill-isport Malti huwa l-indħil politiku Eżempju ta' dan huwa dak li ġara fil-Malta racing club ftit taż- żmien ilu li sfortunatament, minkejja l-istqarrijiet li saru, l-effett tiegħu għadu jinħass sal-lum għaliex prattikament il-problema prinċipali kienet l-indħil politiku żejjed.", "Nixtieq nikkwota minn paġna 32 tal- politika nazzjonali taż-żgħażagħ fejn fuq l-isport jintqal hekk:", "''Għal dan il-għan il-Gvern għandu jgħin mhux biss sport ta' kompetizzjoni iżda wkoll attivitajiet ta' sport popolari u sport for all.''", "Dan huwa kollu diskors sabiħ pero' żgur li dan l-għan ma jistax jintlaħaq jekk ikun hemm indħil politiku aktar milli jmiss, jekk il-faċilitajiet sportivi eżistenti bħalma għadni kif semmejt tax-xagħra tal-Furjana ftit ftit jinqerdu u jekk l-għaqdiet sportivi li jinsabu f'Tigne' ma jingħatawx alternattivi għal faċilitajiet oħra.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam taż-żgħażagħ għaliex anke fuq dan il-qasam saru ħafna wegħdiet fil-manifest elettorali tal- Partit Nazzjonalista, fosthom li kienet se tiżdied l-għajnuna finanzjarja li tingħata lill-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Pero' jekk wieħed iħares lejn l-estimi jsib li s-somma vvotata għall-kunsill nazzjonali taż- żgħażagħ hija ta' Lm6,000, l-istess ammont li ġie vvotat għal din is-sena u l-istess ammont li kien ivvota gvern Laburista fl-aħħar budget tiegħu.", "Għalhekk din hija wegħda oħra magħmula liż-żgħażagħ li sal-lum għadha ma twettqitx.", "Irrid ngħid ukoll li gvern Laburista ħadem fuq il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ u fil-fatt kien lesta d-draft tagħha.", "Wieħed jifhem li gvern ġdid, ikun min ikun, ikun irid jagħmel reviżjoni ta' din il- politika għaliex fl-aħħar mill-aħħar kull gvern ikollu l-linja ta' gwida tiegħu, pero' fl-1 ta' Ġunju ta' din is-sena s-segretarju parlamentari għaż-żgħażagħ u sport kien ħabbar f'aġġornament li kien ħa f'din il-Kamra li l-kabinett Nazzjonalista kien approva l-abbozz dwar il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.", "Pero' ġimgħa wara l-ministru responsabbli mill- edukazzjoni li taħtu jaqa' s-segretarju parlamentari fi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7525 qal li għad iridu jsiru xi emendi.", "Fil- fatt madwar ġimgħatejn u nofs ilu ġiet imħabbra l-politika nazzjonali taż- żgħażagħ u jien naħseb li l-gvern kaxkar wisq saqajh sabiex ħabbar din il- politika minkejja li sab ħafna affarijiet lesti għaliex tajjeb li wieħed jgħid li t-tibdil li sar ma kienx kbir.", "Qabel l-elezzjoni ntbagħtet ukoll leaflet liż-żgħażagħ li nixtieq naqra silta minnha:", "''M'intix robot li għall-Gvern teżisti biss meta timlielu l-ħofor.", "Irid ikun Gvern li jaf joħloq xogħol li jogħġob.''.", "Jiġifieri l-Partit Nazzjonalist mhux talli wiegħed xogħol liż-żgħażagħ tagħna talli wegħidhom li jkunu jistgħu jagħżlu x-xogħol li jridu jagħmlu.", "Imma x'ġara f'din is-sena ta' gvern Nazzjonalista?", "Taħt gvern Nazzjonalista 40% ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol huma żgħażagħ li għandhom inqas minn 30 sena u proprju f'din is-sena n-numru ta' żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol żdied b' madwar 16%.", "Mr Chairman, jien ipprovajt infittex fid-diskors tal-budget kif il-gvern beħsiebu jaffronta din il-problema għas-sena d-dieħla pero' ma sibt l-ebda inizjattiva ġdida li tista' toħloq ix-xogħol b'mod partikolari għaż-żgħażagħ.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel daqsxejn paragun bejn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Minkejja l-ħafna diskors li qed isir fuq il-globalizzazzjoni u fuq il- bżonn li nkunu kompetittivi mhux biss f'pajjiżna imma anke f'ekonomija dinjija - diskors li ħafna drabi ma nafx min ikun qed jifhmu - f'dan il- budget ma nsibu xejn dwar inizjattivi ġodda ta' taħriġ b'mod partikolari għal dawk iż-żgħażagħ bi ftit skills jew inkella li għandhom livell baxx ta' edukazzjoni.", "Naħseb li rridu nammettu li għandna problema fost iż- żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol - u dan ikkonfermah anke l-Viċi Prim Ministru kemm f'dak li ġie rapportat fil-ġurnali tagħna ftit taż-żmien ilu u kif ukoll f'dan il-parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet - għaliex numru sostanzjali minnhom jew m'għandhomx livell aċċettabbli ta' edukazzjoni jew inkella lanqas jafu xi tip ta' sengħa.", "Dan ifisser li f'pajjiżna għandna numru ta' żgħażagħ li proprju m'humiex employable.", "Jien naħseb li dan il-fattur huwa inkwetanti u għalhekk il-gvern irid jara x'jagħmel sabiex dawn iż-żgħażagħ ma jinqatgħux mid-dinja tax-xogħol.", "Ma rridux nserrħu rasna billi ngħidu li jeżistu opportunitajiet ta' xogħol - għalkemm jien ma tantx nara li jeżistu dawn l-opportunitajiet, imma forsi jgħidu li aħna naraw kollox iswed kif fl-aħħar mill-aħħar kienu jagħmlu huma meta kienu fl-oppożizzjoni - għal min huwa gradwat imma rridu naħsbu wkoll f'dawk iż-żgħażagħ li kif inhuma l-affarijiet illum m'għandhom l- ebda ċans li jistgħu jimpjegaw ruħhom f'xi tip ta' xogħol.", "Ħafna drabi nisimgħu d-diska li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ż- żgħażagħ tagħna se jkollhom opportunitajiet kbar ta' xogħol pero' meta wieħed jara li l-istatistika tal-qgħad fost iż-żgħażagħ f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea hija tliet darbiet iktar minn ta' Malta u numru sostanzjali minnhom huma żgħażagħ gradwati, wieħed malajr jasal għall- konklużjoni li din it-tama għaż-żgħażagħ Maltin wisq probabbli se tmut qabel titwieled.", "Ma jagħmilx sens li l-gvern preżenti joqgħod jittama liż- żgħażagħ Maltin b'opportunitajiet ta' xogħol li jgħid li hemm fl-Unjoni Ewropea jekk ma jagħmel xejn biex iħarreġ lil dawk iż-żgħażagħ li m'għandhomx snajja' jew li m'għandhomx livell ta' edukazzjoni biex huma wkoll ikunu jistgħu jgħidu li dawn l-opportunitajiet qegħdin għalihom ukoll.", "Jien ngħid li mhux talli m'għandna l-ebda garanzija li dawn l- opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżi barranin se jinħolqu bi sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, talli lanqas għandna garanzija li se jkun hawn opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ f'Malta għaliex f'dan il- budget ma nsibu xejn li juri li l-gvern se jagħmel xi ħaġa biex jgħin liż- żgħażagħ ikunu employable billi jagħtihom it-taħriġ neċessarju ħalli jkunu jistgħu jaffrontaw id-dinja tax-xogħol.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni ta' l-istipendji għall-istudenti.", "L-aħħar manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista jgħid ċar u tond li kellhom jingħataw l-istipendji sħaħ, pero' apparti li din il-wegħda ma nżammitx b'mod sħiħ insibu wkoll sitwazzjoni oħra fil- preżent fejn studenti żgħażagħ jew proprju ma ħadu xejn jew inkella baqgħu bil-ftit li kellhom.", "Fil-fatt aktar minn 400 student li jattendu l- higher secondary għall-ewwel ferħu għaliex fl-ewwel avviż legali li kien ħareġ fuq ir-reviżjoni ta' l-istipendji dawn kienu inklużi, pero' mbagħad inħareġ avviż legali ieħor u dawn ġew maqtugħa 'l barra u allura m'huma qed jieħdu l-ebda għajnuna waqt l-istudji tagħhom.", "Nixtieq bil-permess tiegħek nerġa' nikkwota silta mill-istess leaflet li ntbagħtet liż-żgħażagħ Maltin qabel l-aħħar elezzjoni fejn intqal hekk:", "''Irid ikun Gvern li jaħdem bis-sens u mhux dejjem iħawwad fit-taxxi u jgħolli l-prezzijiet għax ma jimpurtahx minnek u mill-bżonnijiet u x- xewqat tiegħek, Gvern li jaf ikattar il-ġid.''.", "U l-ġid li qed ikattar illum il-gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Onor.", "Fenech Adami huwa proprju xita ta' taxxi li se jolqtu liż-żgħażagħ ukoll, fosthom iż-żieda fil-bolla, li fil-passat kienet tissejjaħ l-bolla balla pero' naħseb li llum din il-bolla saret missila; iż-żieda fl-income tax, minkejja l-wegħda li din ma kenitx se tintmiss u minkejja t-tqanżiħ li sar mill-Prim Ministru l-bieraħ biex jibdel is-sinifikat tal-kelma ''no\" - jien naħseb li min jagħmel id-dizzjunarji f'pajjiżna se jkollu problema issa biex jispjega l-kelma ''no'' għax safejn naf jien ''no\" tfisser le u m'għandekx tidwir mal-lewża biex tispjegaha! - u ż-żidiet fil-prezz tal- petrol, id-diesel, it-telefon u l-prezz tal-ħobż li għad irridu naraw kemm se jkun.", "Dawn il-miżuri kollha se jwasslu biex jgħollu l-prezz tad- divertiment li ż-żgħażagħ tagħna ħaqqhom jieħdu wara ġimgħa xogħol jew wara ġimgħa studju.", "Fil-fatt jien ppreparajt tabella li tista' tkun sinifikattiva ta' kif se jintlaqtu l-maġġor parti taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bir-rati proposti tan-national insurance u ta' l-income tax biss, jiġifieri din it-tabella ma teħux in konsiderazzjoni t-taxxi l-oħra.", "U proprju ħadt eżempji ta' tliet oqsma li jaħdmu fihom il-maġġor parti taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li huma l-qasam tal-labourers, il-qasam ta' l-iskilled tradesmen u l-qasam tal-clerical work u ħadt in konsiderazzjoni biss l-income tagħhom skond kif hemm imniżżel fl-economic survey ippreżentat mal-budget, jiġifieri l- allowances, il-bonuses u xi affarijiet oħrajn li jkunu miftehma ma' l- employer tagħhom m'humiex inklużi.", "Per eżempju, labourer li huwa single - u hawnhekk nista' niġbor miegħu lil-labourer li huwa miżżewweġ - se jħallas Lm35.88 fis-sena aktar fi ħlas ta' bolla u ta' income tax.", "Jekk tieħu skilled tradesman single li l-income tiegħu joqrob l-Lm4,200 fis-sena se jħallas Lm67.60 iktar fis-sena fi ħlas ta' bolla u income tax, jiġifieri se jdaħħal Lm67.60 inqas fis-sena.", "Jekk tieħu l-każ ta' skilled tradesman miżżewweġ id-differenza tiegħu se tkun ta' Lm45.76 inqas fis- sena.", "Jekk tieħu l-aħħar eżempju ta' clerical worker single li l-income tiegħu bejn wieħed u ieħor huwa ta' Lm4,900 fis-sena, se jħallas Lm99.32 aktar f'income tax u f'bolla filwaqt li clerical worker miżżewweġ se jdaħħal Lm49.40 inqas fis-sena.", "Iktar tard, bil-permess tal-kumitat se npoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jkunu jafu kif għamilt dan l-eżerċizzju sempliċi li jitkellem biss fuq l-income tax u l-bolla u ma jeħux in konsiderazzjoni taxxi oħrajn.", "Mr Chairman, nixtieq nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nikkwota l- aħħar silta, li, fl-opinjoni tiegħi, hija klassika, minn dak il-famuż leaflet li ntbagħat liż-żgħażagħ qabel l-aħħar elezzjoni.", "Din tgħid hekk:", "''Illum kollox jiswa l-flus, anke sempliċement dawra bil-karozza, l- aktar issa wara l-budget kemm għola l-petrol; taxxi kemm trid u xogħol bil-ftit.", "X'tista' tagħmel b'ħajtek bil-prezzijiet dejjem jogħlew bir-rankatura li jagħtihom il-Gvern stess.''.", "Fil-fatt din is-silta tapplika perfettament għall-budget li għandna quddiemna għaliex illum il-gvern Nazzjonalista qed jgħid liż-żgħażagħ li b'ħajjithom ma jistgħu jagħmlu xejn!", "Wara l-wegħdiet li għamel qabel l- aħħar elezzjoni, il-gvern kellu l-wiċċ jippreżenta budget anti-soċjali li ma joffri l-ebda futur liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Qabel nagħlaq, nixtieq nitlob il-permess biex inpoġġi d-dokumenti li semmejt aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra: Ittra datata 26 ta' Novembru 1999 mibgħuta lili mill-manager ta' Tigne' judo Club dwar sit alternattiv, u", "Tabella li turi l-effetti \"on the weekly income with the proposed N.I. & income tax rates for the year 2000\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien nemmen li meta niġu biex nitkellmu fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni rridu nitkellmu bl-akbar serjeta' u b'impenn ta' viżjoni għaliex qed nitkellmu fuq il-futur ta' pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi, qed isir ħafna paroli fil-vojt fuq il-millenju għaliex naħseb li l-aqwa proġett li jista' jkollna fil-millenju hu li ninvestu u mmexxu bis-serjeta' fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Wara kollox il-futur tat- tfal u taż-żgħażagħ tagħna huwa l-millenju għaliex huma se jkunu qed jgħixu s-seklu l-ġdid u l-bidu tal-millenju l-ġdid u l-proġetti grandjużi tal-ġebel, ta' l-azzar, tal-ħġieġ jew il-parties u l-kaxxi infernali huma affarijiet li jispiċċaw malajr.", "Qabel nibda d-diskors tiegħi nixtieq insellem lil kulmin jagħti sehmu f'dan il-qasam fil-livelli differenti minn fuq s'isfel biex jagħti futur u edukazzjoni aħjar lit-tfal, liż-żgħażagħ tagħna u llum anke lill-persuni ta' ċertu eta' għaliex illum il-ġurnata lanqas għadna nitkellmu fuq l- edukazzjoni qisna qed nitkellmu biss fuq xi ħaġa li tagħmel fil-bidu ta' ħajtek għaliex l-edukazzjoni sservik għal ħajtek kollha.", "Fil-fatt nixtieq insellem kemm lil dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv governattiv, kemm lil dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv tal-knisja u tal-privat u kif ukoll lil dawk li jaħdmu f'għaqdiet volontarji u nixtieq insellem ukoll lil dawk li llum irtiraw minn dan ix-xogħol pero' li taw ħajjithom għall- qasam edukattiv.", "Sur President, jekk il-fatti tiegħi huma korretti jkolli ngħid li llum qed niddiskutu budget storiku għaliex għall-ewwel darba pajjiżna qed jonfoq iżjed biex iħallas lura l-imgħaxijiet tad-dejn pubbliku milli qed jonfoq fuq l-edukazzjoni.", "Fil-fatt in-nefqa rikorrenti tal-gvern fil- qasam edukattiv hija ta' Lm65.5 miljun filwaqt li matul din is-sena l- imgħaxijiet li se jitħallsu fuq id-dejn tal-pajjiż se jkunu ta' aktar minn Lm67 miljun.", "Din hija l-ewwel darba li qed tiġri fl-istorja ta' pajjiżna u hija xi ħaġa li għandha tinkwetana għaliex tfisser li 10% min-nefqa tal- gvern qed tmur biex inħallsu għall-iżbalji tal-passat; jiġifieri f'pajjiżna qed nonfqu iktar biex inħallsu għall-iżbalji tal-passat milli qed nonfqu fuq l-investiment għall-futur ta' pajjiżna.", "Irrid nirrimarka wkoll li filwaqt li pajjiżna jiftaħar li qed jonfoq 5% mill-ġid nazzjonali fuq l-edukazzjoni, skond l-istatistika li ħabbar il-gvern dan l-aħħar pajjiżna qed jonfoq ukoll 5% tal-ġid nazzjonali tiegħu fuq is-sussidji.", "Sur President, irrid ngħid li dan il-budget se jolqot lin-nies li jaħdmu f'dan il-qasam u ma rridux ninsew li llum qed niddiskutu ministeru li waħdu jimpjega kważi kwart tas-settur pubbliku kollu.", "Bħalissa ċ-ċivil jimpjega aktar minn 29,957 ruħ li minnhom 7,375 jaħdmu f'dan il-ministeru u fil-fatt fih nsibu nies li jaħdmu minn skala 20, jiġifieri minn watchman sa permanent secretary, li jitla' sa skala 2, u allura b'xi mod jew ieħor il-miżuri iebsa li ttieħdu f'dan il-budget anti-soċjali se jolqtu d-dħul ta' dawn in-nies f'kull livell ta' dan il-qasam.", "Tajjeb li ngħidu li fil- pajjiż hawn qbil li kulħadd qed jintlaqat b'dawn il-miżuri u għalkemm jista' jkun li m'hemmx qbil fuq iċ-ċifri pero' l-organizzazzjonijiet differenti ta' fehmiet politiċi differenti kollha qalu li anke dawk li jaqilgħu Lm3,000 jew Lm4,000 fis-sena se jiżdidilhom piż ta' mill-inqas Lm5 fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li dawk kollha li joffru s-servizzi tagħhom fl-iskejjel tagħna fil-livelli differenti tas-sistema edukattiva u fl-oqsma differenti li jaqgħu taħt dan il-ministeru se jħossu l-miżuri anti-soċjali li daħħal il-gvern biż-żidiet li ħabbar f'ħafna oqsma, fosthom iż-żieda fil- bolla li l-Onor.", "Louis Galea fl-imgħoddi meta l-bolla kienet ferm inqas kien isejħilha bolla balla.", "S'intendi issa jrid isib xi terminu missilistiku ġdid biex jesprimi x'inhi llum, imma jista' jkun li d- definizzjonijiet jiddependu fuq liema naħa ta' din il-Kamra tkun!", "(Interruzzjonijiet) Allura għandek tagħmel xi ħaġa biex tbiddel il-kotba tal-kwotazzjonijiet għax dejjem int teħel li għedtha tal-bolla balla!", "Sur President, wieħed irid jgħid ukoll - u dan qed jgħiduh ukoll nies li huma qrib il-gvern tal-ġurnata - li ż-żieda fl-income tax kienet azzjoni ta' diżonesta' politika għaliex il-Partit Nazzjonalista u anke l-Prim Ministru Fenech Adami stess - u dan qiegħed on record - qal li ma kienx se jkun hemm żidiet fl-income tax.", "Qed insemmi l-kondizzjonijiet tax- xogħol għaliex ċertament waħda mill-isfidi li qed tiffaċċja s-sistema edukattiva tagħna hija li jekk ma noqogħdux attenti se jkollna problema serja fil-qasam tal-middle management fejn ma jkollniex biżżejjed nies li jersqu biex jimlew postijiet ta' kapijiet ta' skejjel, ta' education officers u ta' assistenti diretturi.", "Is-sistema tmur lura jekk ma jkollniex nies ta' ċertu kwalita' biex jimlew dawn il-postijiet u fi żmien meta qed jiżdiedu r-responsabbiltajiet f'dawn il-livelli, huwa importanti li jkollhom kondizzjonijiet tax-xogħol tajba.", "Inċidentalment waqt li qed nitkellem fuq dan is-suġġett irrid ngħid li meta jien kont qajjimt il-kwestjoni dwar il-proċess kollu ta' l-interviews li kien sar għall-assistant heads li mbagħad reġa' sar, kont tlabt li jsir studju ta' x'ġara pero' rrid nagħmilha ċara li meta tintalab ħaġa bħal din mhux neċessarjament tkun intalbet biex tinqata' ras xi ħadd jew għaliex xi ħadd bilfors ikun ħawwad xi ħaġa imma tlabt li jsir dan l-istudju dak li jkun sar ma jerġax jirripeti ruħu.", "Jien xorta ntenni li għad hemm x'nitgħallmu dwar kif taħdem il-proċedura fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-proċedura tal-public service commission għaliex affarijiet bħal dawn xi ftit jew wisq jgħeżżu l-istituzzjonijiet li għandu jkollna fiduċja fihom imma l-fiduċja trid tirbaħha u ma tridx teħodha for granted.", "Sfortunatament dak li ġara ma tantx għen biex ikun hawn fiduċja f'istituzzjonijiet bħal dawn u allura xorta naħseb li wieħed għandu jirrifletti fuq dak li ġara biex ma jerġax jiġri u naħseb li għad hemm ukoll lok ta' titjib biex postijiet bħal dawn ma jimtlewx b'sempliċement interviews.", "Fil-fehma tiegħi, irridu nsibu proċeduri aktar serji biex inkunu nafu x'inhuma l-kwalitajiet ta' leadership ta' dawn il-persuni li jridu jimlew dawn il-postjiet tant responsabbli.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-miżati ta' l-iskejjel privati, il-ħlasijiet tat-trasport ta' l-iskejjel u l-ħlasijiet għall- privatijiet li skond l-indiċi tal-prezzijiet maħruġa mill-istatistika tal- gvern dawn qegħdin dejjem jogħlew.", "Jien ngħid li din hija realta' li ftit li xejn għadu sar xi ħaġa dwarha.", "F'pajjiżna għandna underground education system fejn ħafna studenti jieħdu l-privatijiet u din is-sistema jien insejħilha s-sistema parallela ta' l-edukazzjoni..", "Ma nafx jekk titwemminx jew le imma llum din is-sistema saħansitra qed tinfirex anke fost l-istudenti universitarji li fil-għaxija qed imorru jieħdu l-privat mingħand lecturers li fil-għodu m'humiex qed jidħlu biex jagħtu l- lezzjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li l-lecturers kollha ta' l-universita' ma jmorrux jagħtu l-lectures u ma naħsibx li dawk il- lecturers li qegħdin f'din il-Kamra bħalissa jaġixxu b'dan il-mod għaliex ma rridx li mal-ħażin jeħel it-tajjeb ukoll.", "Pero' ħalli ma niżvijjax mill-argument li kont qed nagħmel u nkompli ngħid li l-ħlasijiet għall- privatijiet qed jogħlew u l-kotba qed jogħlew ukoll u dan ifisser li dan il-qasam se jbati għaliex minn naħa waħda qed ikun hemm żieda fil- prezzijiet ta' dawn l-affarijiet u min-naħa l-oħra qed jittieħdu miżuri li qed inaqqsu l-purchasing power tal-flus fl-idejn tan-nies minħabba t-taxxi ġodda li daħħal il-gvern u allura n-nies se jkollhom inqas flus x'jonfqu fil-qasam edukattiv.", "Irrid ngħid ukoll li dawk il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati u li fl-aħħar elezzjoni vvotaw għall-partit fil-gvern jinsabu diżappuntati minħabba li l-wegħda li saritilhom li se jingħataw eżenzjoni fit-taxxa għall-miżati li jħallsu lill-iskejjel privati għadha ma ġietx imwettqa.", "U jien ngħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien dawn il- ġenituri se jippretendu exemption ogħla, iktar u iktar meta l-income tax għoliet u l-miżati qed ikomplu jogħlew ukoll.", "Pero' jien naħseb li malli l-gvern jwettaq din il-wegħda se jqumu wkoll il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel tal-Knisja li wkoll jikkontribwixxu b'mod regolari flus għal dawn l-iskejjel u naħseb se jitolbu wkoll li jkunu jistgħu jiddikjaraw kemm qed jagħtu flus lill-iskejjel tal-Knisja u ma neħodhiex bi kbira li mbagħad iqumu dawk il-ġenituri li qed jonfqu l-flus biex jibagħtu lil uliedhom l-privat.", "Sur President, b'riferenza għall-kontribuzzjonijiet lill-iskejjel tal- Knisja ma nistax ma nagħmilx referenza għaċ-ċifri li kkwota l-ministru tal- finanzi fid-diskors tiegħu bbażati fuq studju li sar minn wieħed mill- konsulenti tal-gvern.", "Jien personalment kont iddiżappuntat ħafna li dak l- istudju ġie wżat fid-diskors tal-budget biex il-gvern jgħid li qed jonfoq ħafna flus fuq l-iskejjel statali.", "Jien naf li dan ma kienx l-ispirtu ta' dak ir-rapport u naf ukoll li dak ir-rapport ġie kkontestat minn rapport ieħor li sar mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni pero' ma nafx jekk illejla l- Ministru Louis Galea jogħġbux jgħidilna kif dawn l-istess ċifri li hemm fir- rapport ġew ikkontestati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Fil-fatt fid- diskors tiegħu l-ministru tal-finanzi qal li kull student fi skola statali jiġi jiswa lill-gvern madwar Lm429 mentri student fi skola tal-Knisja jiġi jiswa madwar Lm294, pero' jien ngħid li b'mod inġust u b'mod mhux reali f'dawn il-kalkoli li saru ġie minsi kompletament il-fatt li l- ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel tal-Knisja jagħtu regolarment kontribuzzjonijiet għat-tmexxija ta' dawn l-iskejjel u allura n-nefqa f'dawn l-iskejjel tal-Knisja kienet tkun ħafna ogħla miċ-ċifra li ssemmiet fid-diskors tal-budget kieku ttieħed dan il-fattur in konsiderazzjoni!", "Nerġa' ngħid li m'huwiex ġust li dak ir-rapport jintuża biex tingħata l- impressjoni li l-iskejjel tal-gvern qegħdin jixxallaw bil-ħafna riżorsi u l- ħafna miljuni ta' liri li qed nagħtuhom, li huma ineffiċjenti u li bilkemm ma jkollhomx wiċċhom tost jekk jitolbu aktar flus.", "Jien ngħid li rridu noqogħdu attenti għaliex għalkemm dak huwa rapport li ċertament għandu n-nuqqasijiet tiegħu imma żgur li l-mira tiegħu ma kenitx biex jitnaqqsu r-riżorsi li jingħataw lill-iskejjel tal-gvern.", "Anzi jien ċert li dak ir-rapport stess jirrakkomanda li jekk irridu l-kwalita' ta' l- edukazzjoni tal-maġġoranza tat-tfal tagħna titjieb hemm bżonn ta' aktar riżorsi.", "Jien naqbel li rridu nagħtu ħarsa mill-qrib dwar kif qed jintnefqu l-flus imma żgur li m'għandniex nirraġunaw bil-mod kif irraġuna l- ministru tal-finanzi qisu ried jimplika li l-iskejjel tal-gvern m'għandhomx jippretendu aktar flus!", "Anzi jien nippretendi li ċerti skejjel li qegħdin f'ambjent soċjali diffiċli - m'iniex se noqgħod insemmihom għaliex ma rridx nagħtihom timbru ħażin - u li għandhom bżonn ammont ta' għalliema, jingħataw iktar riżorsi.", "Meta nara kif ġiet maħduma din iċ-ċifra ta' Lm429 għal kull student fl-iskejjel statali ninnota skejjel f'ambjenti diffiċli ħafna mimlijin studenti li la jersqu lejn l-iskejjel tal-Knisja u lanqas lejn l-iskejjel privati u li għandna bżonn ninvestu fihom.", "Jekk irridu nagħtu futur lil dawn it-tfal pajjiżna jrid jinvesti iktar fl- edukazzjoni tagħhom mil-livell primarju ħalli 'l quddiem ma jkollux għalfejn jonfoqhom f'benefiċċji tal-qgħad, fil-ġlieda kontra l- kriminalita' u fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-drogi.", "Għalhekk m'huwiex ġust li r-rapport li sar dwar kif jintnefqu l-flus fl-iskejjel tal-gvern jintuża biex qisna ngħidu li l-iskejjel statali m'għandhomx jitolbu iżjed flus.", "Jien nemmen li għandna bżonn nonfqu iżjed fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li nkwetatni f'dan il-budget hija li l-perċentwali min-nefqa ta' l-edukazzjoni li qed tiġi allokata għall-kindergarten schools, l-iskejjel primarji u l-iskejjel sekondarji kif imqabbla mal- perċentwali li qed tiġi allokata għal-livell post-sekondarju u l-livell terzjarju se jerġa' jinżel.", "Filwaqt li naqbel li rridu niflu kull lira li nonfqu pero' ma nasal qatt biex naċċetta li xi ħadd joħroġ b'xi argument li diġa' qed nonfqu ħafna fuq l-iskejjel primarji u sekondarji tagħna, apparti mill-fatt li, fil-fehma tiegħi, m'aħniex nagħtu importanza biżżejjed lill-qasam tal-pre-primary.", "Mr Chairman, minn studji li saru f'pajjiżna jirriżulta li meta t-tfal tagħna jkollhom esperjenza tajba fl-ewwel u fit-tieni sena tal-kindergarten se jagħtihom nifs ġdid biex ikomplu l-primarja u s-sekondarja.", "Irridu niftakru li s-sistema ta' edukazzjoni għal kulħadd daħlet f'pajjiżna ftit aktar minn 50 sena ilu biex tikkumpensa għan-nuqqasijiet li kien hemm fl- ambjenti soċjali u familjari tat-tfal tagħna meta f'pajjiżi oħra fil- kontinent Ewropew daħlet madwar 150 sena ilu u kultant anke 200 sena ilu.", "Jekk mhux se jkun hemm impenn serju minn kulħadd lejn dawn l-iskejjel, speċjalment lejn l-iskejjel tal-gvern, is-sistema edukattiva tagħna se sservi biss biex tgħin lil dawk li l-inqas għandhom bżonn minħabba li diġa' għandhom vantaġġ kulturali u ekonomiku mill-familja mentri lil dawk li għandhom bżonn biex tikkumpensalhom għan-nuqqasijiet li għandhom fil- familja tibqa' ma tgħinhomx.", "Jien ngħid li l-impenn tagħna għall- edukazzjoni għal kulħadd għadu impenn attwali fl-eta' ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena, speċjalment jekk pajjiżna jibqa' jimxi kif qed jimxu pajjiżi oħra fejn l-edukazzjoni obbligatorja hija bejn it-3 snin u t-18-il sena.", "Jien nemmen li jekk nibdew naħsbu f'dawn l-affarijiet minn issa nindunaw kemm għadna lura.", "Biżżejjed niftakru li nofs it-tfal mill-iskejjel primarji statali biss jgħaddu għall-junior lyceum u għalkemm m'iniex se nidħol fil-kontroversja jekk l-eżami tal-junior lyceum għandux ikun il- kejl biex naraw x'kompetenzi ħadu t-tfal tagħna imma ċertament huwa fattur inkwetanti li nofs il-popolazzjoni tat-tfal fl-iskejjel primarji statali tagħna ma jġibux il-kompetenzi meħtieġa biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom f'ċerti skejjel.", "Irridu niftakru wkoll li 20% tat-tfal tagħna fl-iskejjel primarji statali lanqas biss jersqu għal dawn l-eżamjiet; li nofs iż- żgħażagħ li jagħlqu s-16-il sena ma jkomplux jistudjaw u li madwar 14% biss ta' l-istudenti jkomplu jistudjaw fil-livell terzjarju.", "Jien nemmen li għamilna pass 'l quddiem fil-qasam edukattiv pero' ma naċċetta qatt li ngħidu li għamilna biżżejjed jew li aħna sodisfatti b'dak li għamilna għaliex f'dan il-qasam irridu nkomplu naħdmu bis-serjeta'.", "Meta qed insemmi dawn in-nuqqasijiet m'iniex qed nipponta subgħajja lejn xi ħadd partikolari u m'iniex se nagħmel l-iżball li għamel il-ministru s- sena li għaddiet - jien ċert li mhux se jerġa' jagħmel l-iżball li għamel - meta fl-inawgurazzjoni ta' l-in-service course waħħal fit-teachers għaliex nofs it-tfal m'għaddewx mill-eżami tal-junior lyceum.", "Ċertament li s-suċċess fl-edukazzjoni m'għandniex inkejluh bl-eżamijiet u allaħares nkunu aħna stess li nsaħħu din l-idea.", "Għalkemm il-futur tat-tfal tagħna ċertament jiddependi mill-kwalita' ta' l-għalliema u mill-kwalita' ta' l- impenn tagħhom, imma l-pajjiż kollu huwa responsabbli għall-edukazzjoni.", "Jekk l-għalliema ma nagħtuhomx l-appoġġ li għandhom bżonn u jekk l- assistenti kapijiet u l-kapijiet ma jkollhomx l-appoġġ li għandhom bżonn fl- iskejjel tagħna ċertament li ma nkunux nistgħu nwaħħlu fit-teachers tagħna.", "Huwa importanti li nappoġġjaw lit-teachers u lill-iskejjel tagħna bl- aktar mod qawwi jekk irridu li dawn jirnexxu.", "B'riferenza għal dak li qal il-ministru tal-finanzi fid-diskors tal- budget, meta proprju identifika l-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern bħala xi post fejn qed issir il-ħela, jien bis-serjeta' kollha nixtieq nistaqsi fejn qiegħda ssir din il-ħela - u din m'hijiex xi mistoqsija retorika - u nixtieq nistaqsi wkoll kif se titnaqqas din il-ħela.", "Għalxiex qed nirriferu meta qed ngħidu li hemm il-ħela fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern?", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-bżonnijiet fl- iskejjel tal-gvern għadhom kbar u ma nistax ma nsemmix il-buffunata li ntqalet xi tliet snin ilu meta xi ħadd qal li l-iskejjel tal-gvern ma jonqoshom xejn ħlief li tiġi rranġata xi tieqa li ma tingħalaqx sewwa!", "F'dawn it-tliet snin li għaddew intnefqu aktar minn Lm2 miljun biex jiġu rranġati l-iskejjel tagħna u għad fadal ħafna bżonnijiet x'isiru.", "Irrid infakkar li fl-1998 gvern Laburista nefaq kważi Lm1 miljun biex ikompli x- xogħol ta' tiswijiet fl-iskejjel tal-gvern għaliex għal għexieren sħaħ ta' snin l-iskejjel tagħna lanqas biss kienu raw tiċpisa żebgħa u x-xogħol li kien ġie ddentifikat mill-periti tagħna bħala xogħol urġenti kien jammonta għal Lm4 miljun.", "Dan ifisser li l-programm ta' xogħlijiet għadu f'nofsu u min tliet snin ilu qal li kien hemm biss xi tieqa li ma tingħalaqx huwa maqtugħ mir-realta'!", "Mr Chairman, għalkemm id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni talbet Lm3.9 miljun għall-ispiża kapitali tagħha ġiet allokata biss Lm2.6 miljun, li jiġu żewġ terzi biss ta' dak li talbet.", "Fil-fatt din hija t-tieni sena li qed jiġu vvotati Lm2.6 miljun għaliex aħna konna nivvotaw Lm3 miljun u allura dan ifisser li f'sentejn diġa' ġew akkumulati Lm800,000.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li kull lira li nonfqu inqas din is-sena jfisser li qed nitfgħu x-xogħol lura għas-snin li ġejjin.", "Il-bżonnijiet huma kbar u biżżejjed insemmi x-xogħol urġenti li hemm bżonn isir fil-junior lyceum tal- Ħandaq li għereq wara x-xita kbira li għamlet dan l-aħħar u x-xogħol li jsir isir fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa.", "Ngħid biss li mit-Lm2.6 miljun li ġew ivvotati għas-sena 2000 Lm1.4 miljun minnhom diġa' huma kommessi biex sempliċement jitkompla x-xogħol li diġa' nbeda u kulma se jifdal huma Lm1.2 miljun.", "Għalhekk nappella biex ma nħallu lil xi ħadd jipprova jintimidana meta nitolbu għal aktar riżorsi għall-qasam edukattiv.", "Nerġa' ngħid li hemm diversi modi kif tista' tkejjel kif qed jintnefqu r-riżorsi u tara x'qed jiġri.", "Per eżempju, jien naf li l-gvern għas-sena 2000 se jonfoq Lm0.5 miljun fuq it-tagħmir għall-iskejjel tal-gvern meta l-ispiża tammonta għal Lm1.2 miljun u għall-qasam ta' l-informatika l-gvern qed jalloka Lm1 miljun meta ntalbu Lm1.5 miljun.", "Mr Chairman, jien nixtieq li fejn tidħol l-informatika ma nkomplux bl- idea li għaliex sempliċement qed indaħħlu t-terminals fil-klassijiet tagħna allura nistgħu ngħidu li daħħalna l-informatika.", "Jien ngħid li hemm bżonn ta' support system serja għall-informatika fl-iskejjel tagħna u jekk m'aħniex se nagħmluha nkunu qed nissograw li meta jiġri xi ħaġa dawk it-terminals ma jkunux jistgħu jintużaw jew ma nkunux nistgħu nagħmlu l-aħjar użu minnhom.", "Jien ma nistax nifhem kif jista' jkollok assistent direttur wieħed biss - u minn hawn insellimlu għax naf li jimpenja ruħu bis- serjeta' f'dan il-qasam - li jrid ilaħħaq ma' dawn il-bżonnijiet kollha!", "U la qed nitkellem fuq l-informatika rrid ngħid ukoll li għalkemm id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni waħidha għandha aktar minn nofs it-terminals li hemm fid-dipartimenti kollha tal-gvern għad m'hemmx IT facilitator wieħed.", "Dan ifisser li nfaqna l-miljuni kbar ta' liri biex ikollna l-hardware pero' jekk ma jkollniex in-nies biex iħaddmu dawn is-sistemi ma nkunux nistgħu nieħdu l-aħjar użu minnhom.", "Meta s-sistema tal-computers fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma titħaddimx bl-aħjar mod anke l- amministrazzjoni fl-iskejjel tmur lura għaliex ħaġa marbuta ma' l-oħra u iktar ma jgħaddi ż-żmien id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tieħu r-role ta' support system għal dak li jiġri fl-iskejjel u allura jekk ikun hemm dgħjufijiet kbar ta' dan it-tip fid-diviżjoni stess tmur lura s-sistema kollha kemm hi.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li ħadt gost - u hawnhekk irrid ngħid prosit lill-ministru - li żdied il-vot ta' training li fil-qasam edukattiv huwa kruċjali.", "Ma nistgħux nagħmlu bidliet fis-sistema edukattiva tagħna jekk ma jingħatax it-taħriġ meħtieġ imma rridu noqogħdu attenti li l- Lm283,000 jintnefqu biex isiru in-service courses li jkunu ppjanati u jkunu jagħmlu sens mal-bidliet li qed isiru fil-kurrikulu u f'oqsma oħra tas-sistema edukattiva tagħna.", "Jien ninkwieta mhux biss meta nara li l- akbar żidiet f'dan il-budget huma fuq dawk li għalqu s-16-il sena u allura qed jaqgħu lura l-iskejjel primarji u sekondarji imma jekk nanalizzaw in- nefqa ta' Lm40 miljun għall-edukazzjoni, insibu li fuq inizjattivi ġodda qed jintnefqu biss madwar Lm375,000 u l-kumplament se jintnefaq biex inkomplu għaddejjin b'dak li kien qiegħed isir.", "Fi żmien meta rridu nbiddlu s-sistema edukattiva tagħna, irridu ndaħħlu l-kurrikulu ġdid, irridu nimplimentaw aktar bis-serjeta' l-edukazzjoni inklussiva, irridu nibnu ta' skejjel ġodda, iridu jsiru tiswijiet serji f'ħafna mill- iskejjel tagħna u jrid jingħata materjal edukattiv ġdid biex jappoġġja l- bidliet li rridu nagħmlu, ma jista' jiġi l-ebda ministru tal-finanzi u juża xi rapport biex jgħidilna li l-iskejjel primarji u sekondarji tal- gvern qed jieħdu ħafna riżorsi għaliex assolutament dan m'huwiex il-każ.", "U eżempju ċar ta' dan huwa l-fatt li s-sistema edukattiva tagħna għadha qed tipproduċi ammont kbir ta' tfal u żgħażagħ li wara 12-il sena skola mhux talli ma joħorġux mingħajr l-ħiliet bażiċi biex ikunu ħaddiema f'ekonomija li qed ngħidu li trid tinfetaħ u tibni relazzjonijiet l- aktar mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea u trid tkun f'teknoloġija aktar avvanzata talli lanqas ikunu jafu jaqraw u jiktbu.", "Sfortunatament hawn Malta nagħmlu żball li b'illiteracy nifhmu biss l- inkapaċita' fil-qari u fil-kitba għaliex illum dan il-konċett żviluppa aktar u aħna għandna ninkwietaw iktar fuq il-functional illiteracy fejn dak li jkun irid ikollu biżżejjed ħiliet biex jaħdem bis-snajja' ħalli jkun jista' jgħix ta' ċittadin sħiħ fis-soċjeta'.", "Niftakar li aħna konna bdejna l-proġett ta' l-early illiteracy u nixtieq nappella lill-ministru biex ikun hemm aktar impenn serju f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li matul is- sena li għaddiet ma sarx biżżejjed f'dan il-qasam u fil-fatt l-istudji li saru s'issa għandhom għax jinkwetawna għaliex juru li għandna bejn 18% u 20% tat-tfal fl-eta' ta' 7 snin li diġa' għandhom problemi kif iħaddmu l- Malti u l-Ingliż u jekk m'aħniex se nimpenjaw ruħna b'mod serju biex ngħinuhom se nitilfuhom.", "M'iniex se noqgħod insemmi skejjel f'areas partikolari pero' ngħid biss li rridu nimpenjaw ruħna bis-serjeta' għax għandna 5,000 tifel u tifla at risk li faċilment sena wara sena jistgħu jgħaddu mis-sistema edukattiva u ta' 16-il sena joħorġu - jekk ma jkunux ħarġu qabel - mingħajr is-snajja' meħtieġa.", "Naf li n-nefqa fuq l-early illiteracy project se tkun ta' Lm20,000 pero' dawn m'humiex biżżejjed għal dan il-proġett.", "Mr Chairman, minn studji li saru mit-taqsima ta' l-edukazzjoni rimedjali fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jirriżulta li jekk tfal ta' 7 snin li jkunu bdew jiġu megħjuna f'year 2 ma jibqgħux jingħataw appoġġ kontinwu mhux biss fit-tielet sena, fir-raba' sena u fil-ħames sena - ħaġa li m'hijiex qed tiġri - imma anke matul is-sajf ċertu skills u ċertu fiduċja li dawn it-tfal ikun kisbu fihom infushom biex jużaw il-Malti u l-Ingliż jitilfuhom matul il-vaganzi tas-sajf tant li meta jidħlu lura fl-aħħar ta' Settembru u jagħmlulhom it-test isibu li jkunu reġgħu marru lura.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' skill acquisition darba għal dejjem imma hija xi ħaġa li trid tiġi rinforzata b'mod qawwi.", "Ħadd m'għandu jiġi jipprova jbellagħlna li qed jintnefqu biżżejjed riżorsi fl-edukazzjoni għaliex inkunu qed nistiednu inkwiet serju, inkunu qed nitfgħu lura l- edukazzjoni ta' pajjiżna u nkunu qed narmu 5,000 tifel u tifla li se jsiru 5,000 żagħżugħ u żagħżugħa fil-millennju l-ġdid.", "Għalhekk fil-bidu tad- diskors tiegħi għidt li dawn għandhom ikunu l-proġetti tal-millenju u mhux is-superfiċjalitajiet u l-banalitajiet l-oħrajn.", "Jien nemmen li rridu nappoġġjaw bis-sħiħ l-idea ta' l-early illiteracy project u nittama li l- proġett fuq ir-Robert Sammut Hall ikompli għaliex hemm bżonn ta' strateġija kontinwa maħduma bejn nies mill-fakulta' ta' l-edukazzjoni u nies mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex issir kampanja sistematika ħalli t-tfal tagħna kollha jieħdu s-snajja' li għandhom bżonn biex meta jikbru jkunu jistgħu jgħixu ħajja suret in-nies.", "Fil-bidliet li qed nagħmlu biex niftħu s-sistema edukattiva tagħna qed nitkellmu wkoll fuq l-inclusive education.", "Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq dan is-suġġett pero' lili jinkwetani l-fatt li f'Malta daħlet wisq l- illużjoni perikoluża li inclusive education tfisser li tħalli kollox kif inhu u tibgħat adult jew adulta li nsejħulha facilitator - li ħafna drabi għal raġunijiet li lkoll nafuhom dawn ma jkunux nies li jkunu ġew mħarrġa kif jaħdmu ma' tfal bi bżonnijiet speċjali - ma' dawn it-tfal b'diżabilita'.", "Fil-fatt ġieli titkellem ma' ġenituri li uliedhom ma jkollhom l-ebda forma ta' diżabilita' u jaħsbu li s-soluzzjoni għad- diffikulta' tat-tifel jew tifla tagħhom tkun li jkollhom facilitator magħhom.", "Jekk jien informat tajjeb bħalissa għandna aktar minn 400 tifel u tifla b'diżabilita' fl-iskejjel tal-gvern li qed jiswewlna madwar Lm4 miljun fis-sena u ċertament ħadd ma jista' jgħid li din hija nefqa kbira li m'għandniex bżonn nagħmluha!", "Jien ngħid li rridu naraw bis-serjeta' kif se nibnu din l-edukazzjoni inklussiva bil-bidliet li hemm bżonn isiru fil-kurrikulu, bil-bidliet li hemm bżonn isiru fil-metodu tat-tagħlim, bil- bidliet li hemm bżonn isiru fil-materjal li nipprovdu lit-tfal tagħna u bir-relazzjonijiet li hemm bżonn jiġu żviluppati bejn dawk li jgħallmu u dawk li jgħinu lil dawn it-tfal.", "Barra minn hekk, irridu nħarsu iktar fil-fond dwar din l-idea li tibgħat adult jew adulta ma' kull tifel jew tifla li għandhom bżonn xi ħaġa għaliex barra li finanzjarjament m'hijiex sostenibbli, edukattivament mhux bilfors tagħmel sens, anzi ġie pprovat li jkun hemm każijiet fejn dik l-adulta tinibixxi proprju l-iżvilupp ta' dik it-tifel jew tifla ma' l-interazzjoni tagħhom mal-bqija tal-klassi.", "Naf li dan huwa suġġett delikat u diffiċli għaliex issa l-ġenituri qed jemmnu li s-soluzzjoni għad-diffikultajiet ta' uliedhom hija li jkollhom facilitator magħhom fil-klassi u allura ninkwieta iktar meta naf li f'dan il-qasam minbarra li rridu nagħmlu passi diffiċli 'l quddiem, irridu nagħmlu passi ġodda biex nipprovaw inżarmaw passi żbaljati li saru - jien ngħid b'intenzjoni tajba - f'dan il- qasam.", "Irridu naraw bis-serjeta' x'futur qed naraw għall-iskejjel speċjali, x'relazzjoni se jkollhom mal-bqija tas-sistema edukattiva u kif se ndaħħlu l-mainstreaming bis-serjeta'.", "Jien naf li għandna bżonn ta' iktar nies imħarrġa f'dan il-qasam u nittama li l-problemi li hemm mal- fakulta' ta' l-edukazzjoni biex jiġi organizzat d-diploma course jiġu solvuti.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem ukoll fuq proġett interessanti li jissemma biss fid-daħla ta' l-estimi u hawnhekk qed nirriferi għas-safe school project, proġett importanti ħafna li jitkellem fuq l-abbuż fuq it-tfal, il- bullying, l-abbuż mid-droga u mill-alkoħoliżmu, l-assenteiżmu u l-abbuż mit- tfal li jiġu mħaddma.", "Jien nissuġerixxi li f'dan il-proġett jidħlu kwestjonijiet oħra bħalma hija l-kwestjoni tal-basktijiet tqal.", "Sfortunatament din il-kwestjoni tkun in voga biss fl-ewwel ġimgħat tas- sena skolastika fejn isir ħafna tgergir li t-tfal qed ibatu mill- iscelorisis għaliex ikun hemm min qed iġorr terz tal-piż tiegħu li hija ġennata għax aktar minn 10% huwa perikoluż għad-dahar, nibagħtu ċirkolaritajiet fil-bidu tas-sena skolastika pero' aktar ma jgħaddu x-xhur l-affarijiet jibqgħu għaddejjin bħas-soltu.", "Għalhekk jien ngħid li huwa importanti li l-kwestjoni tal-heavy bags tkun parti minn dan is-safe schools project għaliex mhux biss f'pajjiżna imma anke f'pajjiżi oħra nstab li aħjar nieħdu ħsieb is-saħħa tat-tfal fejn jidħol il-piż fuq id-dahar meta t-tfal ikunu għadhom bejn il-ħames u t-tmien snin milli mbagħad ikollna niffaċċjaw il-problemi kollha li jistgħu jinqalgħu aktar tard.", "Huwa importanti wkoll li naraw li t-tfal ikunu bil-qiegħda f'pożizzjoni tajba fil-klassi għaliex anke din jista' jkollha effett fuq id-dahar.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li f'dan il-proġett tiddaħħal ukoll il-problema ta' l-asthma għaliex bħalma nafu minn riċerka li saret, f'pajjiżna sfortunatament għandna inċidenza għolja ta' mard respiratorju fuq it-tfal ta' bejn id-9 snin u l-14-il sena.", "Dan il-mard jiġi kkawżat minn problemi ta' exhaust tal-karozzi, il-kwalita' ta' l-arja li nibilgħu f'pajjiżna, it- trab u minn ċerti siġar li joħolqu allerġija li għad għandna - u dawn iridu jitqaċċtu llum qabel għada - mħawla fil-viċinanza ta' l-iskejjel.", "Irridu niftakru li l-asthma toħloq problemi mhux biss ta' saħħa imma anke fl-iżvilupp tat-tfal għaliex ħafna drabi jkollhom jassentixxu ruħhom mill- iskola u anke jekk ikunu preżenti fiżikament fil-klassi ġieli ma jkunux jafu x'inhuma jagħmlu u ħafna drabi jaqgħu lura u dak li jkun jibda jwaħħal fihom jew għax m'humiex intelliġenti biżżejjed jew għax ikunu mqarbin meta fir-realta' ma nkunux qed nifhmu x'inhu jiġri.", "Jien ngħid li jekk irridu nitkellmu fuq safe schools irid ikun ħafna kordinazzjoni bejn il-qasam ta' l-edukazzjoni u l-qasam tas-saħħa u kemm jista' jkun minn eta' żgħira rridu ndaħħlu strateġija ta' screening tat- tfal tagħna fuq is-smigħ u fuq il-vista ta' l-għajnejn għaliex ħafna drabi problemi ta' mġieba fil-klassi ma jkunux marbuta mal-livell tal-kapaċita' intellettwali iżda ma' problemi oħra li jista' jkollhom t-tfal tagħna.", "Għalhekk hemm bżonn li l-ischool medical service jissaħħaħ, ikun serju u pro-active ħalli jilqa' minn qabel ma jibdew jinqalgħu l-problemi.", "Sur President, jien naqbel ma' l-ideat tas-safe school projects u nemmen li għandhom ikollhom l-appoġġ kollu imma jiddispjaċini ngħid li f'dawn l- estimi mkien - u jekk jien żbaljat nixtieq li l-ministru jikkoreġini - ma rajt line item wieħed fuq dan il-qasam u għalhekk nixtieq inkun naf xi flus se nonfqu fuq dawn l-oqsma daqshekk importanti.", "Sur President, irrid nitkellem ftit ukoll fuq xi bżonnijiet li għandha s- sistema ċentrali ta' l-edukazzjoni, fosthom il-bżonn ta' iktar skrivani fid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Irridu nifhmu li meta d-diretturi u l- assistenti diretturi ma jkollhomx l-appoġġ klerikali meħtieġ ix-xogħol tagħhom se jmur lura, l-appoġġ tagħhom lill-iskejjel se jmur lura wkoll u l-kuntatt bejn il-ġenituri u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jmur lura għaliex ma jkunux jistgħu jaqduhom tajjeb.", "Barra minn hekk, jeżisti nuqqas ta' nies imħarrġa fid-dipartiment li jieħdu ħsieb il-bini ta' l-iskejjel pero' nassumi li ladarba jitwaqqaf l-office of review jibda jagħti kas dawn l-affarijiet ukoll.", "Huwa tajjeb li jitwaqqfu dawn it-tip ta' strutturi pero' rridu nżommu quddiem għajnejna li fl-aħħar mill-aħħar l-effiċjenza ta' dawn it-tip ta' strutturi ma tiġix imkejla minn xi disinn sabiħ fuq il- karta jew meta jiltaqgħu madwar mejda imma tiġi mkejla mill-effett li jħallu fil-ħajja ta' kuljum tat-tfal fl-iskejjel tagħna.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell partikolari lill-ministru qabel ma tiġri xi waħda tinkiteb biex jingħata post b'iktar spazju lil min ikun qiegħed ifassal u jippjana l-eżamijiet tal-junior lyceum għaliex meta jiltaqgħu l-bordijiet tas-suġġetti differenti biex jiddiskutu jisimgħu lil xulxin u allaħares ikun hemm xi leakage għaliex is-sistema tisfronda.", "Jien naħseb li sar ħafna xogħol tajjeb mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u rrid insellem lin- nies li b'ħafna impenn u b'ħafna ġenerożita' jaħdmu fuq is-sistema ta' l- eżamijiet tal-junior lyceum.", "Fil-fehma tiegħi, inbniet sistema li tiġbed lejha iktar fiduċja milli jiġbdu l-eżamijiet tal-Matsec u tas-Sec.", "Pero' hemm bżonn li lil dawn in-nies noffrulhom iktar spazju fejn ikunu jistgħu jaħdmu għaliex jien naf li hemm min huwa ġenwinament impenjat f'dan il- qasam pero' huwa mwerwer li xi darba jqum fil-għodu u fil-paġna tal- ġurnali jaqra x'se jkun hemm fil-karta ta' l-eżami għal dik il-ġurnata.", "U dan ikun ifisser diżastru ta' din is-sistema.", "Sur President, m'għandix dubju li fil-ftit żmien li għamilt mmexxi dan il- qasam kelli ħafna nuqqasijiet pero' żgur qatt ma mxejt b'xi spirtu partiġġjan u nixtieq nappella lill-ministru biex kemm jista' jkun ma jħallix nies mis-segretarjat tiegħu jċemplu lill-kapijiet ta' l-iskejjel biex jgħidulhom ma jistednux lid-deputati Laburisti għall-prize days.", "Dawn huma affarijiet bla sens għaliex jien ma naħsibx li meta d-deputati parlamentari taż-żewġ naħat jmorru fil-prize days ikollhom xi ħsieb li jieħdu xi vantaġġ politiku u fil-fatt naf membri miż-żewġ naħat tal-Kamra li joffru kotba lil-libreriji ta' l-iskejjel.", "Nixtieq nappella wkoll lill- ministru direttament biex meta jiġi biex jaħtar presidenti ta' kunsilli skolastiċi ma jħallix l-ispirtu partiġġjan jegħlbu.", "Per eżempju, jien ma naqbilx mad-deċiżjoni tiegħu li fil-każ tal-kunsill skolastiku primarju ta' Ħad-Dingli ma ħatarx lil min issuġġerixxa l-kunsill lokali.", "Meta ndaħħlu l- ispirtu partiġġjan fil-qasam ta' l-edukazzjoni nkunu qed nagħtuh timbru ħażin.", "Ftit ilu saru l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi pero' jidher li kien hemm kolass tas-sistema għaliex ma smajna l-ebda statistika dwar dak li ġara f'dawn l-elezzjonijiet imma jekk jien informat tajjeb minn 180 skola fejn kellhom isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi f'xi 11-il skola biss saru l-elezzjonijiet.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna u nittama li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tanalizza x'ġara għaliex jekk ir-raġuni kienet minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji li nqalgħu minħabba l-azzjonijiet industrijali tal-MUT li mbagħad ġew irtirati u l- elezzjonijiet saru forsi b'xi mod wieħed jista' jifhimha pero' jekk din il- ħaġa ġrat minħabba li ċ-ċirkostanzi kienu differenti minn snin oħra, irridu naraw x'passi serji jridu jittieħdu għaliex il-kunsilli skolastiċi għandhom sehem importanti ħafna x'jagħtu.", "Huwa importanti ħafna li l-ġenituri u l- għalliema jaħdmu flimkien speċjalment fil-qasam primarju għaliex huwa meqjus - u forsi din hija xi ħaġa li mhux bilfors tagħti gost lilna li naħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni - li f'ċerti etajiet formattivi l-iskola tista', anke jekk qed taħdem b'effiċjenza assoluta, tinfluwixxi l-iktar xi 40% ta' l-iżvilupp tat-tifel u s-60% l-oħra jiġi mill-ġenituri u mill- ambjent familjari.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nibnu relazzjonijiet b'saħħithom u qawwija bejn l-edukazzjoni fil-familja u l-edukazzjoni fl- iskejjel.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni ta' l-assenteiżmu li huwa wkoll marbut mas-safe schools project.", "Sfortunatament f'ċerti skejjel ta' ċerti lokalitajiet għandna problema serja ta' l-assenteiżmu li ġieli jitla' għal 30%, hemm skola partikolari fejn ġieli jkun 55% u hemm skejjel oħra fejn l-assenteiżmu jvarja minn 20% sa 25% u fl-istudji li saru m'għandniex għalfejn nagħtu raġunijiet faċli għall-assenteiżmu fl- iskejjel.", "Jien naħseb li l-problema fundamentali li rridu nindirizzaw huwa l-fatt li ħafna drabi dawn l-istudenti li jassentu ruħhom mill-iskola jħossu li l-iskola ma tgħoddx għalihom u dan qed jimmanifestawh billi ma jmorrux skola.", "Kellna każijiet fejn iktar minn 150 student qatt ma jmorru skola, jiġifieri l-kwestjoni ta' l-assenteiżmu hija serja u din iġġibna għal problema oħra.", "Filwaqt li naqbel li għandna nagħmlu tibdil fil- kurrikulu rridu noqogħdu attenti li bit-tibdil li se nagħmlu ma ngħarrqux xi 25% jew 30% ta' l-adoloxxenti tagħna fl-iskejjel sekondarji billi ndaħħluhom f'ambjent fejn iħossuhom barranin.", "U hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid kemm kienet esperjenza pożittiva d- diskussjoni li saret fil-laqgħat tal-kumitat għall-affarijiet soċjali fil- Parlament dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali u ma naħsibx li għandna għalfejn noqogħdu nistennew xi tfassil ta' kurrikulu ġdid biex dawk il- laqgħat ikomplu għaliex dan il-kumitat jippermetti li nistgħu niltaqgħu kważi mal-heads kollha ta' Malta u Għawdex u ma jkun fiha xejn ħażin li jiġu hawn u jispjegawlna l-problemi tagħhom għaliex b'dan il-mod aktar nkunu nistgħu nappoġġjawhom fix-xogħol tagħhom.", "Nawgura wkoll li dawk il- laqgħat servew biex ir-riflessjonijiet u l-proposti li saru jkunu riflessi fid-dokument finali tal-kurrikulu u nispera li ma kenux laqgħat ta' ritwal għaliex aħna bħala oppożizzjoni Laburista pproponejnihom biex norbtu aktar il-konsultazzjoni li hemm bżonn f'kull livell għall-ħajja skolastika f'pajjiżna.", "Għalhekk jien nisħaq li rridu noħolqu skejjel tagħna għaliex jekk għandna adoloxxenti li għandhom ċertu kultura kif ikunu fl-iskola u m'aħniex se nagħmlu skejjel li jirriflettu u jirrispettaw il-kultura tagħhom allura se jkollna problema akbar.", "Fil-fatt jien semmejt l-idea tas-second chance schools u tan-new start schools għal dawk l-istudenti li wara li jkunu għaddew mill-primarja u jkunu fl-adoloxxenza bikrija tagħhom iħossuhom li m'huma tajbin għal xejn.", "Jekk lil dawn l-adoloxxenti m'aħniex se nagħtuhom bidu ġdid waqt li għaduhom fil-ħajja skolastika tagħhom se nitilfuhom.", "U fil-fatt jeżistu esperimenti u proġetti li wieħed jista' jaħdem fuqhom.", "Mr Chairman, jien nemmen ukoll li jrid isir kull sforz biex l- eżamijiet tal-Matsec u tas-Sec jirriflettu l-bidliet li se jsiru fil- kurrikulu għaliex inkella nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ix-xogħol isir mid- diviżjoni ta' l-edukazzjoni imma fl-aħħar mill-aħħar min jissettja l- eżamijiet jiddetermina x'jiġri fis-sistema.", "Fil-fehma tiegħi, irridu nagħtu kas il-qasam tal-NVQ's, in-national vocation qualifications u tal- general national vocation qualifications magħrufa bħala l-GNVQ's ladarba jispiċċaw is-city and guilds issa.", "Se ndaħħlu l-GNVQ's f'pajjiżna għal dawk it-tfal li se nagħtuhom ċans li jagħmlu l-affarijiet anke b'idejhom u allura jridu jiġu eżaminati mhux biss fuq literacy skills tagħhom imma anke fuq skills oħra?", "Kif se jinkwadraw ma' l-eżamijiet tas-SEC u tal- Matsec?!", "Kif se niżguraw li min ikun qabad ir-rotta vokazzjonali fis- sistema edukattiva tagħna se jkollu wkoll aċċess għall-Universita' biex ikompli l-istudji tiegħu?", "Jien nixtieq bis-serjeta' nara kollaborazzjoni bejn il-Matsec u l-Adexcel ta' l-Universita' ta' Londra u nixtieq li nkomplu naħdmu fuqha għaliex hemm bżonnha u ħadt gost li din is-sena kien hemm ħafna koperazzjoni bejn il-bord tal-Matsec u d-dipartiment ta' l- eżamijiet għaliex ċertament hemm ħafna xogħol x'isir u m'għandniex nikkuntentaw ruħna b'dak li kkonkluda fir-rapport li għamlilna l-Maġistrat Meli - li jien għandi kull rispett lejh - li fil-Matsec qed isir kollox kif nixtiequ jew kif nawguraw.", "Sur President, irrid nirrimarka wkoll li fl-estimi ma nsibux li se ssir xi nefqa biex tissaħħaħ is-sistema tal-Matsec ħlief biex isir il-bini li huwa bżonnjuż.", "Jien nemmen li jekk verament irridu li jkollna sistema serja ta' l-eżamijiet u nsaħħu din is-sistema f'kull livell iridu jsiru l- kuntatti neċessarju ma' l-Adexcel li huwa ċ-ċentru ta' l-eżamjiet ta' l- Universita' ta' Londra għaliex is-sistema ta' l-eżamijiet trid tiġi integrata tajjeb mal-bidliet kollha li qed iseħħu, inkluż il-bidliet vokazzjonali.", "Qed ninnota wkoll li fl-estimi qed jiġi vvotati flus għall- bini tal-kulleġġ il-ġdid post-sekondarju jew pre-terzjarju - għaliex ma nafx eżatt f'liema kategorija jidħol - pero' jien ngħid li iktar importanti mill-bini huwa l-kontenut ta' ġo fih u l-mod ta' kif se jinħadem il-kurrikulu.", "Nittama li ma jerġax isir l-istess żball li kien sar bil- ftuħ mgħaġġel tal-junior college u għandna nitgħallmu minn dak li ġara fil- junior college biex ma nirripetux l-istess żbalji ħalli l-affarijiet isiru kif suppost għaliex jien ngħid li min ma jitgħallimx mill-istorja huwa kkundannat li jirripeti l-iżbalji tal-passat.", "Fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nitkellem ftit fuq l-universita'.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-kontroversja li kellna hawn ġew fuq id-dħul għall-kors tal-mediċina, pero' jien nemmen li l-universita' trid tistabilixxi bis-serjeta' l-kriterji tad-dħul għaliex altrimenti se tirrendi ruħha bħala istituzzjoni farsa.", "Nerġa' ngħid li jekk il-liġi ta' l-edukazzjoni tagħna saret wisq cumbersome rridu naraw x'se nagħmlu dwarha imma li joqogħdu jiċċaqalqu l-lasti biex ċerti nies, huma min huma, jiskorjaw żgur, ma turix serjeta' min-naħa ta' l-universita' u naħseb li bħalma tajna ħarsa fil-fond lejn il-kurrikulu ta' bejn it-3 snin u s-16-il sena għandna bżonn nagħtu ħarsa wkoll mill-qiegħ lejn il-kurrikulu ta' bejn is-16-il sena u t-18-il sena u naħseb li wasal iż-żmien ukoll li l- universita' nnifisha tagħmel review tal-kurrikulu fil-livelli tagħha.", "Fil-fehma tiegħi, naħseb li wasal iż-żmien ukoll li l-universita' tħares lejn il-credit system li ddaħħlet li hija sistema ppastardjata mis-sistema Amerikana u mis-sistema Ingliża.", "Jien naħseb li we are over-examining l- istudenti universitarji tant li l-universita' saret qisha fabbrika fejn kollox isir ta' malajr tant li l-istudenti stess jistaqsu lil-lecturer x'iridu jistudjaw għall-eżami!", "Ma naħsibx li dan huwa l-mod kif irridu nippreparaw lill-istudenti universitarji tagħna iktar u iktar meta llum qed nipprovaw nimxu lejn sitwazzjoni fejn qed nippretendu kreattivita', intelliġenza u immaġinazzjoni minn adolloxxenti u minn tfal iżgħar.", "Filwaqt li naqbel li rridu nagħtu kas bis-serjeta' l-aspett amministrattiv ta' l-universita' għaliex hemm ħafna tibdil li jrid iseħħ fis-sistema edukattiva ta' l-Universita', pero' min-naħa l-oħra rridu nagħtu kas ukoll l-aspett akkademiku biex ikollna l-affarijiet li hemm bżonn.", "B'riferenza għall-kunsill Malti xjenza u teknoloġija nixtieq inkun naf jekk jinsabx f'xi koma għaliex żgur li l-ħidma tiegħu m'hijiex viżibbli tant li anke fir-rapport ta' ħidma tal-ministru stess kien imħolli barra u ma nafx jekk dan kienx dovut għall-fatt li ma kellux x'jirrapporta għaliex jekk qed jagħmel xi ħaġa ċertament m'huwiex jinħass li qed jaħdem.", "Il- ministru jaf li fil-qasam tal-kultura ed tintlagħab il-logħba ta' min hu ġewwa ġewwa u min hu barra barra u min m'huwiex fin-network ta' min jieħu d-deċiżjonijiet qed jitħalla barra tant li kien hemm min kien dispjaċut, biex ma ngħidx disgustat bil-mod kif intgħażlu l-artisti għall-biennale ta' Venezja fejn għandna bżonn wkoll ta' politika inklussiva f'dan il-qasam.", "Nawgura li l-proġetti li se jsiru mas-settur privat fil-qasam tal- mużewijiet jinbdew għaliex ċertament bir-riżorsi li għandu l-gvern m'aħniex f'pożizzjoni li jkollna preżentazzjoni aħjar tas-siti tagħna, pero' nixtieq inkun naf fiex waslet is-sistema tal-biljetti elettroniċi.", "Sur President, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nerġa' ntenni li l- qasam ta' l-edukazzjoni huwa importanti ħafna għaliex fuqu jiddependi l- futur ta' pajjiżna u allura hemm bżonn li nħarsu lejh bl-akbar serjeta' u bl-akbar impenn.", "Il-fatt li pajjiżna qed jonfoq iktar biex iħallas l- imgħaxijiet tad-dejn nazzjonali milli fuq il-qasam ta' l-edukazzjoni juri li għandna problemi serji u aktar ma noħorġu malajr minn din is-sitwazzjoni aktar ikun aħjar.", "Jien nappoġġja kull sforz li jsir biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem u assolutament ma naqbilx ma' l-enfasi li saret fid-diskors tal-ministru tal-finanzi li ta l-impressjoni li hemm xi ħela fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern.", "Jien ma nara xejn ħażin li ssir review li tifli u tgħarbel bir-reqqa kif issir in-nefqa f'dan il-qasam imma żgur li m'għandniex nagħmluha b'mod superfiċjali bill nipparagunaw kemm jintnefaq ras imb'ras fuq student li jattendi skola statali u student ieħor li jattendi skola tal-Knisja.", "Nafu li mexjin lejn sistema fejn l-iskejjel infushom iridu jkunu responsabbli għat-tmexxija tagħhom għaliex b'dan il-mod biss jistgħu jieħdu n-nifs, pero' dan il-pass se jitlob aktar riżorsi u għalhekk irridu naħdmu biex inġibu aktar riżorsi li jkunu minfuqa tajjeb għaliex fl-aħħar mill- aħħar dawn huma riżorsi li fuqhom jiddependi l-futur ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall- oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Is- Segretarju Parlamentari Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Sur President, hawn diversi kejl li wieħed jista' juża biex jara kemm kien effettiv f'ċerti oqsma partikolari.", "Fil-fatt l-Onor.", "Carmelo Abela għamel analisi ta' kemm wegħdiet elettorali ġew imwettqa mill-gvern preżenti filwaqt li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni uża kriterji oħra u qal li wieħed ikun jaf kemm il-pajjiż ikun sejjer tajjeb mill-proġetti li jiġu approvati mill-MDC, pero' mbagħad il-Prim Ministru tah kejl differenti u qallu li wieħed ikun jaf jekk il-pajjiż ikunx sejjer tajjeb mit-tkabbir fl-ekonomija u l-fatt li kellna żieda fil-GDP allura jfisser li l-pajjiż miexi fid-direzzjoni tajba.", "Fl-oqsma varji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi wieħed jista' juża kejl differenti għas-suċċess li jkun sar.", "Per eżempju, issemma ħafna t-twaqqif tal-kulleġġ vokazzjonali li għadu qed jiġi mniedi u allura issa għadu kmieni wisq biex jgħid kemm konna effettivi f'dan il-qasam għaliex l-ewwel irridu naraw kemm żdiedu studenti f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo għadu kemm semma l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija, pero' jien ngħid li qabel ma naraw jekk aħniex effettivi f'dan il-qasam irridu naraw jekk il-kultura għax-xjenza u t- teknoloġija daħlitx fost il-poplu tagħna.", "Għal dak li jirrigwarda l-qasam taż-żgħażagħ huwa diffiċli li tkejjel is-suċċess ta' programm ta' gvern għaliex forsi s-saħħa ta' youth centre tista' tkejjilha b'inizjattivi ġodda, pero' huwa diffiċli li tkejjel kemm il-politika tal-gvern għaż- żgħażagħ qed ikollha suċċess maż-żgħażagħ qiegħda jew ma' dawk li nqabdu fiċ-ċirku tal-kriminalita'.", "Pero' mbagħad fejn jidħol il-qasam ta' l- isport hemm diversi modi kif tista' tkejjel kemm il-politika tal-gvern qed tkun effettiva f'dan il-qasam billi, per eżempju, tara kemm hawn nies li jipparteċipaw fl-isport, ir-riżultati li qed jiġu miksuba f'dan il-qasam, l-għajnuna li qed tingħata lill-għaqdiet sportivi u l-investiment kapitali li qed isir.", "Fil-fatt se nibda biex nitkellem fuq il-kulleġġ vokazzjonali, li huwa wieħed mill-proġetti primarji ta' dan il-gvern.", "Is-sena l-oħra fid-diskors tiegħi jien kont ħabbart it-twaqqif ta' l- isteering committee li kien se jmexxi l-ħidma f'dan il-proġett u li kien kompost min-nies involuti fid-diversi oqsma ta' l-edukazzjoni.", "Barra minn hekk, kont għedt ukoll li kienu se jitwaqqfu ħames working groups biex iħarsu b'mod iffokat lejn oqsma partikolari.", "Hawnhekk irrid ngħid li kemm il-Perit Michael Falzon, li kien ministru ta' l-edukazzjoni qabel l-1996, u kif ukoll l-Onor.", "Bartolo, li kien ministru ta' l-edukazzjoni fi żmien l- amministrazzjoni Laburista, kienu niedew proċess biex jitwaqqaf dan il- kulleġġ vokazzjonali u t-tnejn kienu ħarġu policy documents.", "L-Onor.", "Bartolo kien ħareġ ukoll white paper li ma tantx iġġenerat diskussjoni.", "Meta reġa' tela' gvern Nazzjonalista ġdid dehrilna li kellna nerġgħu naqbdu din il-ħidma mill-għeruq tagħha għaliex kien hemm diversi aspetti fiż-żewġ rapporti li ma kenux ċari.", "Per eżempju, mir-rapport li kien sar fi żmien l-Onor.", "Bartolo ma ħariġx ċar liema skejjel kienu se jkunu inkorporati, x'mudell ta' tmexxija kienet se tiġi adottata, jekk dan il-kulleġġ kienx se jkun awtonomu, is-sistema ta' ċertifikazzjoni li kien se jkun hemm - li rrifera għaliha fid-diskors li għadu kemm għamel - x'oqsma ta' tagħlim u taħriġ ġdid kien se jingħata, jekk konniex se nkunu konformi man-normi u d- direttivi Ewropej u x'tibdil legali kellu jsir.", "Matul is-sena li għaddiet l-isteering committee ltaqa' diversi drabi, ħadem ħafna, il-working groups ħadmu wkoll u saru diversi rapporti.", "Waħda mill-ħidmiet kruċjali li saret kienet is-sħubija tagħna mal-European training foundation li bagħtet espert, il-Prof McDaniel, li għamel studju fuq is-sistema edukattiva in ġenerali, b'mod partikolari fuq is-sistema vokazzjonali.", "Fil-fatt dan l-espert identifika numru ta' lakuni fil-qasam vokazzjonali tagħna, fosthom li ma teżisti l-ebda parity of esteem bejn ir-rotta vokazzjonali u r-rotta akkademika, li fis-settur post-vokazzjonali jeżistu numru ta' skejjel individwali li jaħdmu għal rashom, li ma tantx teżisti interazzjoni bejn it-trade schools u l-oqsma l-oħra tas-settur post- vokazzjonali u li l-korsijiet m'humiex magħmula on a modular basis, fejn wieħed ikun jista' jagħmel mix and match bejn l-oqsma partikolari billi jagħżel suġġett mit-tali qasam u suġġett minn qasam ieħor u xorta jieħu ċertifikazzjoni.", "Problemi oħra li ġew identifikati kienu li f'pajjiżna għandna żewġ skemi ta' apprendistat li ftit għandhom konnessjonijiet bejniethom, li s-sistema ta' ċertifikazzjoni barra li għadha m'hijiex rikonoxxuta mill-universita' tagħna għandha bżonn tkun strutturata fuq ħames livelli ta' ċertifikazzjoni.", "Fil-fatt jekk persuna tagħmel perijodu fil-qasam vokazzjonali u wara li ġġib iċ-ċertifikazzjoni tkun trid tkompli bl-istudji tagħha fl-universita' ma tistax tagħmel dan għaliex din it-tip ta' ċertifikazzjoni għadha m'hijiex rikonoxxuta mill-universita' tagħna.", "Għalhek f'din is-sena ridna nibdew nindirizzaw dawn il-problemi kollha billi l-ewwelnett niedejna proċess in parallel ma' l-oqsma tat- trade schools għaliex ridna naraw liema setturi se jiġu nkorporati fil- qasam vokazzjonali u ridna naraw ukoll x'se jiġri mit-trade schools.", "Fil- fatt ġie deċiż li jsir studju fuq il-qasam vokazzjonali minn level 3 'il fuq u jibqa' għaddej studju fuq it-trade schools wkoll.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-kulleġġ, diġa' ddefinejna xi struttura rridu, il-format tal-board of governors, il-ħatra tal-principal u diġa' għandna idea pjuttost ċara ta' fejn irridu naslu u liema skejjel għandhom ikunu nkorporati.", "Barra minn hekk, ġie deċiż li dan il-kulleġġ ikun pjuttost awtonomu ħalli jkun hemm flessibbilta' fil- ħinijiet tat- tagħlim u jkunu jistgħu jiġu reklutati nies li jkunu speċjalizzaw fl-oqsma tagħhom.", "Per eżempju, huwa diffiċli biex insibu nies imħarrġa li jistgħu jgħallmu fin-nautical school.", "Sar studju wiesa' dwar il-ħteġijiet fiżiċi tal-kulleġġ u sar rapport mill-periti Joe Falzon u Joe Spiteri dwar il-capacity li tiflaħ l-iskola.", "Sar survey ukoll mill-awtorita' ta' l-ippjanar biex iservi bħala bażi għall-pjanti l-ġodda u fil-fatt madwar xahar ilu ntefgħet l-applikazzjoni.", "Bħalissa qed jinkitbu t- tenders li abbażi tagħhom stajna nagħmlu indaħħlu dan il-proġett fil- budget fejn ġew ivvotati Lm900,000 għall-ispiża kapitali u Lm100,000 għall- ispiża rikorrenti.", "Fil-fatt dan l-item m'huwiex se jidher darba biss fil- budget imma huwa proġettat li jkun hemm nefqa ta' madwar Lm1 miljun għal tliet snin li jfisser li mill-inqas se jintnefqu Lm3 miljun fuq dan il- proġett.", "Mr Chairman, saru diversi ħidmiet oħra biex naraw kif dan il-kulleġġ se jimpinġi fuq il-kwestjoni ta' ċertifikazzjoni ta' l-universita'.", "Irrid ngħid ukoll li s-sajf li għadda tlestiet l-infrastruttura kollha u fil-fatt ġie mgħoddi l-elettriku, it-telephone system u l-fibre optic ħalli nkunu nistgħu nibdew indaħħlu ċertu software biex il-korsijiet isiru b'sistema modulari mis-sena l-ġdida.", "Bdejna nfittxu wkoll istituzzjonijiet barranin biex nagħmlu twinning magħhom.", "Fassalna wkoll l-abbozz ta' l-istatut ta' l- istess kulleġġ u bħalissa qegħdin nippreparaw it-tibdiliet għal-liġi l- ġdida.", "Mr Chairman, il-mira tagħna hija li dan il-kulleġġ jibda jopera f'Ottubru tas-sena d-dieħla pero' għalkemm ix-xogħol fuq il-prospectus inbeda m'humiex se jibdew il-korsijiet kollha bil-format il-ġdid.", "Pero' ħassejna li wara ħames snin li beda jitfassal dan il-proġett kellna nfasslu mira għall-bidu tiegħu għaliex inkella se nibqgħu nkarkru bih u naħseb li l-poplu qed jistenna li dan il-proġett jibda jitħaddem.", "Fil-fatt dan il-proġett se jġib tibdil fis-sistema edukattiva tagħna għaliex se jħarreġ żgħażagħ li forsi huma l-iktar vulnerabbli meta jersqu għad-dinja qasam tax-xogħol u naħseb li l-bidla li saret din is-sena fejn is-sistema ta' l-istipendji se tibda tapplika wkoll għall-istudenti fil-qasam vokazzjonali kienet pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex lil dawn l- istudenti qed nuruhom li dan is-settur qed neħduh bis-serjeta' u li huma bħal dawk l-istudenti fil-qasam akkademiku għandhom ikunu megħjuna wkoll.", "Nisperaw li fix-xhur li ġejjin niġu quddiem dan il-Parlament bil-proposti għal-liġi l-ġdida ħalli dan ikun wieħed mill-aqwa proġetti għas-sena tal- millennju.", "L-Onor.", "Bartolo għamel riferenza qasira għax-xogħol tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija u staqsa jekk jinsabx f'xi koma.", "Jien ma nafx kif għamel din il-mistoqsija meta fis-sentejn li hu kien responsabbli minn dan il-qasam il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija tilef id- direzzjoni wara li kien twaqqaf b'miri ċari.", "Fil-fatt meta aħna erġajna ħadna r-responsabbilta' tal-gvern sibna nuqqas ta' direzzjoni totali b'networks ma jaħdmux filwaqt li kien hemm networks oħra li kienu overmanned.", "Tajjeb li ngħid li dan il-kunsill jaħdem f'diversi oqsma, fosthom fil-qasam tal-polarizzazzjoni tax-xjenza, fil-qasam tal-politika għall-enerġija fil-qasam internazzjonali, fil-qasam tal-marine and coastal resource networks u affarijiet bħal dawn.", "Qabel ma spiċċajna mill-gvern fl-1996 kien hemm il-ħsieb li l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija jmur Bighi u fil-fatt kien diġa' nbeda ċertu restawr imma mal-bidla fil- gvern, il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien qal li l-kunsill Malti għax- xjenza u teknoloġija kellu jmur iċ-ċentru tar-restawr.", "Bħal dan iż-żmien sena bdejna nħarsu mill-ġdid lejn dawn il-proposti u ddeċidejna li la rridu ċ-ċentru tar-restawr li għalih qed ningħataw għajnuna mill-gvern Taljan u l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija kellu l-ħsieb li juża dak li hu magħruf bħala l-west wing ta' Bighi allura kollox jista' joqgħod Bighi.", "Din is-sena sar ħafna xogħol fuq iċ-ċentru tar-restawr, ix-xogħol fuq Villa Bighi qiegħed ikompli u nisperaw li s-sena d-dieħla l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija jkun jista' jmur Bighi.", "Fil-fatt fil-budget ta' din is-sena ġew ivvotati Lm50,000 biex titlesta Villa Bighi.", "Mr Chairman, għal dawn l-aħħar erba' snin il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija kien qiegħed ifassal politika nazzjonali dwar l-enerġija u madwar tliet ġimgħat ilu kelli preżentazzjoni min-network co-ordinator fejn qiegħed isir survey dwar in-nefqa fl-enerġija, dwar l-aptitudes tan- nies fil-konsum ta' l-enerġija u dwar opportunitajiet ta' enerġija alternattiva.", "Ta' min ifakkar li l-qasam ta' l-enerġija jidħol ukoll fl- iscreening process u allura dan huwa mezz kif wieħed iżomm ċertu audit tal-proċess innifsu.", "Il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija għandu f'idejh ukoll is-science popularisation network u fil-fatt qed isir ħafna xogħol biex tittella' s-science week pero' mis-sena d-dieħla nixtiequ nibdew nagħmlu format differenti.", "Minn din is-sena l-kunsill reġa' beda jaħdem biex jipparteċipa fil-fifth framework programme li huwa programm ta' riċerka li minnu tista' tiggwadanja ħafna l-industrija Maltija.", "Fil-fatt dan ix-xogħol kien diġa' beda fl-1996 pero' mal-bidla fil-gvern waqaf kollox u issa ġew ivvotati Lm125,000 biex il-kunsill ikun jista' jipparteċipa f'dan il-programm li magħhom iridu nżidu l-fondi li jiġu mill- pre-accession funds.", "Ix-xogħol prinċipali tal-kunsill se jkun li jniedi dan il-proġett fost l-industrija Maltija u jekk nagħrfu naqbdu dan il- proġett minn qrunu tista' tiggwadanja minnu kemm l-industrija Maltija, kemm l-universita' u kif ukoll diversi aġenziji tal-gvern.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam taż-żgħażagħ.", "Fid-daħla tal-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ insibu li ż-żgħożija huwa żmien meta l-ideal u l-kilba li wieħed ibiddel għall-aħjar huma kbar pero' l-problema tkun li ż-żgħażagħ ma jkollhomx il-poter biex iwettqu dan it-tibdil u allura jkunu jiddependu fuq il-politika tal-gvern għaż-żgħażagħ, fuq l- inizjattivi li jieħu l-gvern u fuq l-opportunitajiet li joħloq.", "Ngħid għalija ma nafx għaliex l-Onor.", "Carmelo Abela kkritikana li domna nkarkru biex inlestu l-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ meta x-xogħol tlesta f'Mejju, jiġifieri aħna fi tmien xhur għamilna dak li ma sarx fit-tliet snin ta' qabel.", "L-Onor.", "Abela kkritika wkoll il-fatt li aħna ddikjarajna li din il-politika nazzjonali ġiet approvata mill-kabinett f'Mejju, pero' ġiet ippubblikata f'Settembru pero' jien nixtieq infakkru li qabel ma toħroġ politika nazzjonali f'forma ta' ktejjeb trid iż-żmien biex tfassal il-format tiegħu, iddaħħal il-kwotazzjonijiet u tippubblikah.", "F'din il- politika aħna pprovajna niġbru l-iktar prinċipji importanti u li jagħmlu sens u daħħalnihom taħt erba' oqsma differenti: il-prinċipji ġenerali, l- edukazzjoni, ix-xogħol u l-problemi soċjali.", "Naħseb li din il-politika għaż-żgħażagħ ma tkun tfisser xejn jekk tibqa' sempliċement ġabra ta' prinċipji u jekk xi ħadd irid ikejjel kemm verament nemmnu f'dak li ngħidu, iħares lejn din il-politika u jara xi proġetti qed jiġu ntrodotti.", "Fil-fatt aħna diġa' bdejna naħdmu fuq dawn il-proġetti.", "Per eżempju, il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ tesiġi li jridu jinħolqu opportunitajiet ġodda u fil-fatt din is-sena ħloqna ħafna opportunitajiet ġodda, fosthom il-youth for drama fejn ħdimna ma' kumpanniji tad-drama fl-irħula tagħna biex itellgħu rappreżentazzjonijiet għall-popolazzjoni ta' l-irħula tagħhom, organizzajna l-festival kanzunetta taż-żgħażagħ, niedejna l-kompetizzjoni European music c9ompetition għal dawk iż-żgħażagħ li jipprattikaw xi strument fil-qasam klassiku u organizzajna l-youth exchanges li fihom infushom huma mezz ta' edukazzjoni informali.", "Fl-1998 saru youth exchanges għal disa' pajjiżi li fihom ipparteċipaw 130 żagħżugħ u żagħżugħa filwaqt li f'din is- sena li waslet biex tispiċċa saru youth exchanges għal 11-il pajjiż li fihom ipparteċipaw 152 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Niedejna mill-ġdid il-youth specialisation study scheme li permezz tagħha l-gvern jissussidja lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu jridu jsiefru barra minn pajjiżna biex ikomplu jitħarrġu.", "Għal din l-iskema applikaw 67 żagħżugħ li minnhom intgħażlu 14.", "Il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ tħeġġeġ ukoll liż-żgħażagħ Maltin jiżviluppaw viżjoni globali 'l hinn minn xtutna.", "Barra minn hekk, se nipparteċipaw fil-programmi tal-kunsill ta' l-Ewropa u saħansitra se nħarrġu youth leaders Ewropej f'Malta.", "Minn din is-sena għall-ewwel darba bdejna nipparteċipaw fil-Euro-Med youth action programme u tfajna seba' applikazzjonijiet.", "Fil-fatt l-aġenzija Maltija kienet l-iktar waħda li pparteċipat f'dan il-Euro-Med youth action programme.", "Din l-esperjenza se sservina biex nippreparaw tajjeb għall-community youth action programme li se nipparteċipaw fih is-sena d-dieħla.", "Il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ titkellem ukoll fuq l-edukazzjoni informali u tgħid li għandu jkun rikonoxxut ir-rwol essenzjali li jistgħu jagħtu l-youth workers.", "Is-segretarjat parlamentari għaż-żgħażagħ jagħti taħriġ fl-information technology lill-għaqdiet volontarji taż-żgħażagħ u fil-fatt fl-1998 ġew megħjuna 36 għaqda li bejniethom ħadu madwar Lm7,000 u matul din is-sena kien hemm 49 għaqda li bbenefikaw minn din l- għajnuna u li bejniethom ħadu Lm14,000.", "Barra minn hekk, nagħtu għajnuna lill-għaqdiet oħra bħal Kerygma, Osanna Pia, il-KDŻ, il-young enterprise u l-NSTF.", "Għas-sena d-dieħla għandna diversi proġetti ġodda u jien persważ li se tkun sena ta' inizjattivi.", "Qegħdin naraw ukoll kif se naħdmu mal- kunsilli lokali biex niddeċentralizzaw il-ħidma tagħna u għal dan il-għan se nwaqqfu youth empowerment centre mal-kunsill lokali ta' Birkirkara.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li se nniedu dawn l-istess programmi mal- kunsill ta' l-Ewropa, se nibdew nipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea u se nibdew ngħinu lill-għaqdiet taż-żgħażagħ biex bejniethom ikunu jużaw il-computers għaliex jien nemmen li f'dan il-qasam hemm bżonn li jkun hemm sinerġija bejn l-istess għaqdiet taż-żgħażagħ.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam sportiv.", "Kif diġa' għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, is-suċċess fl-isports tista' tkejlu b'diversi modi fosthom ir-riżultati li jinkisbu, l-għajnuna li tingħata u l- investiment kapitali li jsir f'dan il-qasam pero' huwa diffiċli li ngħidu kemm nies jipparteċipaw fl-isports għaliex ma teżisti l-ebda data.", "Għalhekk jien tlabt lill-kunsill Malti għall-isport biex jagħmel survey ħalli naraw kemm hawn nies f'pajjiżna li jipparteċipaw fl-isport.", "Jien nemmen li wieħed mill-mezzi kif nistgħu nżidu l-parteċipazzjoni fl-isport huwa permezz ta' skola sport.", "Saret xi kritika li kien hemm nuqqas fin-numru ta' dawk li jattendu skola sport pero' ħadd ma qal kemm żidna dixxiplini ġodda, saħansitra anke fix-xhur tas-sajf.", "Meta ħadt ir-responsabilita' tas- segretarjat parlamentari għall-isport jien sibt li l-kunsill Malti ta' l- isport kellu r-rwol biss li jgħaddi r-riżoluzzjonijiet pero' issa qed inħeġġu lil dan il-kunsill biex jibda jaħdem fuq leġislazzjoni għall- isport, fuq skema ta' għajnuna lin-nurseries u biex jaħdem ukoll fuq it- taħriġ tal-coaches għaliex għandna nuqqas kbir ta' coaches professjonali.", "Per eżempju, fid-dixxiplina sportiva ta' l-għawm għandna coach barrani li qed jagħti taħriġ anke lit-tfal ta' l-iskola permezz tas-swimming promotion unit.", "Qed jitfasslu pjanijiet biex il-physical education jiġi mgħallem bħala suġġett li jkun jista' jwassal għal ċertifikat tas-Sec.", "Qed tingħata għajnuna lil ċerti għaqdiet li lesti jagħtu numru ta' sigħat f'taħriġ fl-iskejjel tagħna u qed jitħejjew skemi ta' taħriġ fit-table tennis u fil-field athletics għaliex lanqas coach ma kellna għall-field athletics u konna mmorru għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u ma nipparteċipawx f'nofs l-events.", "Għal dan il-għan ġibna coach russu li qed jagħti taħriġ verament importanti fl-iskejjel.", "Irrid insemmi wkoll lil dawk it- teachers dedikati f'ċerti oqsma partikolari bħalma huwa l- basketball u l-judo li qed iduru l-iskejjel u jħarrġu lit-tfal tagħna f'dawn id-dixxiplini sportivi.", "Mr Chairman, twaqqaf ukoll l-isport for all committee biex inkomplu nżidu l-parteċipazzjoni fil-qasam sportiv.", "Għalkemm dan il-kumitat deher f'ċerti programmi ta' leġislazzjonijiet ta' qabilna, qatt ma sar xi infiq partikolari fuqu.", "Pero' issa l-isport for all committee ħejja l-policy document, għamel weekend activity f'Awissu, se jagħmel attivita' oħra fil- programm tat-13 ta' Diċembru u għas-sena d-dieħla għandu diversi attivitajiet ippjanati.", "Naturalment is-suċċess ta' l-isport jitkejjel ukoll mir-riżultati miksuba pero' jien li ilni responsabbli minn dan il- qasam għal sena biss la nista' ngħid li jien responsabbli għar-riżultati pożittivi jew negattivi li nkisbu fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar u min ikun responsabbli minn dan il-qasam jagħmel ħażin jekk iħares lejn ir- riżultati li jinkisbu fil-qasam sportiv waqt it-terminu tiegħu biss għaliex fil-qasam sportiv irridu nippjanaw għal quddiem.", "Fil-fatt fid- diskussjonijiet li jkollna mal-kumitat olimpiku Malti qed nipprovaw indaħħlu l-kunċett li rridu nħarsu 'l bogħod u mhux nippjanaw biss għal- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li jmiss imma huwa importanti wkoll li nibdew naraw minn issa x'atleti se jkollna fi żmien sitt snin jew tmien snin oħra.", "Mr Chairman, jien nemmen ukoll li biex nagħtu spinta 'l quddiem lill- qasam sportiv irid isir ċertu investiment kapitali.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet sar infiq kapitali biex isiru l-isquash courts u athletics track fl-iskola ta' Corradino.", "Jien naħseb li r-riżultati miksuba fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar kienu rebħa għall-isport Malti kollu u fil-fatt dawn ir-riżultati pożittivi kienu effettivi għaliex l-istess federazzjonijiet sportivi qed iħarsu lejn l-istrutturi tagħhom biex għal-logħob li jmiss ikunu kapaċi jġibu riżultati aħjar.", "Minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill- kumitat olimpiku Malti u lill-atleti li ġabu dawk ir-riżultati għal pajjiżna.", "Qed jitfassal ukoll l-project 2003 flimkien mal-kumitat olimpiku Malti biex inrawmu iktar l-kultura għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fost it- tfal ta' l-iskola, il-coaches u l-atleti.", "Pero' naħseb li l-impenn ta' dan il-gvern lejn l-isport jidher ċar mill-investiment kapitali li qed isir f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Abela qal li naqqasna l-investiment f'dan il-qasam, pero' sinċerament ma nafx kif wasal għal din il-konklużjoni għaliex għalkemm fl- ewwel sena ta' gvern Laburista kienu ġew ivvotati Lm250,000 nefqu biss Lm150,000.", "Fil-fatt fl-aħħar budget ta' gvern Laburista ġew ivvotati Lm110,000 u meta aħna sibna dan il-budget konna tkellimna mal-ministru tal- finanzi u vvotalna Lm140,000 mill-iscratch and win lottery funds.", "Jiġifieri l-budget għal din is-sena kien ta' Lm250,000 li minnu se nkunu nfaqna Lm180,000.", "Dan kollu juri li mhux veru dak li qal l-Onor.", "Abela li ma sarx investiment kapitali fil-qasam sportiv.", "Meta tlajna fil-gvern ma sibna l-ebda proġett kapitali f'dan il-qasam in the pipeline u kulma kien jagħmel gvern Laburista kien li jqassam l-għotjiet.", "Għalhekk aħna kellna noħorġu t-tenders għall-isquash courts, għall-gym equipment u għall- faċilitajiet fl-iskejjel.", "L-Onor.", "Abela esprima d- dubji tiegħu dwar il-bini tal-kumplessi sportivi għas-sena d-dieħla, pero' jien ngħid li dawn l-affarijiet iridu jsiru bi pjan serju u fil-fatt nista' ngħid li jumejn ilu kont qiegħed mal-perit mid- dipartiment tax-xogħlijiet u nispera li sa Jannar li ġej inkunu tfajna l- ewwel applikazzjoni għall-bini tal-kumpless sportiv fil-Kottonera.", "Barra minn hekk, se nkomplu nirranġaw il-premises tagħna fil-Marsa li barra li diġa' investejna ħafna din is-sena fit-turf u f'affarijiet oħra, se nirranġaw l-uffiċini fl-istess premises u se nkomplu nlestu diversi partijiet mill-kumpless tal-pixxina li għadhom in shell form.", "Irridu naqbdu l-manutenzjoni tat-track u nkomplu nżidu l-faċilitajiet sportivi fl- iskejjel tagħna.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li x-xogħol fuq ir- riżoluzzjoni ta' l-għoti ta' l-artijiet huwa lest pero' domna ftit għaliex l-artijiet kif kienu se jingħataw fi żmien gvern Laburista kien fihom ħafna żbalji b'ħafna kejl ħażin u għalhekk kellna nirranġawhom qabel ma nressqu r- riżoluzzjonijiet f'din il-Kamra.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li kuntrarjament għal dak li qal l- Onor. Bartolo, meta sostna li ftit jara inizjattivi ġodda fil-voti tal- ministeru għall-edukazzjoni, jien ngħid li l-ministeru tagħna se jieħu diversi inizjattivi fosthom il-parteċipazzjoni tagħna fil-programmi Ewropej kollha u l-proġetti kapitali li se jsiru fil-qasam sportiv.", "Nerġa' ngħid li hemm diversi mezzi kif wieħed jista' jkejjel is-suċċess.", "Illum issemmew ħafna l-wegħdiet li saru mill-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu pero' naħseb li l-wegħdiet ma tistax teħodhom fil-kuntest ta' sena waħda għax il-gvern tagħna tela' għal terminu ta' ħames snin.", "Pero' fejn stajna nibdew bdejna u f'ċerti oqsma s- suċċess qed jidher.", "Jien konvint li r-riżultati tal-ħidma tal-ministeru tagħna se narawha matul is-snin li ġejjin u sena wara oħra nkomplu naqtgħu mill-wegħdiet li għamilna fil- programm elettorali tagħna.", "Mr Chairman, nixtieq issa nitlob il-permess tal-kumitat biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ; tabella li turi n-nefqa kapitali u rikorrenti li saret f'dan il-qasam; u kopja ta' ittra li tikkonferma li għas-sena li ġejja se ningħataw Lm200,000 oħra mill-iscratch and win lottery funds.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex dawn id-dokumenti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"National Youth Policy\" maħruġ mis-segretarjat tiegħi fil-ministeru ta' l-edukazzjoni f'Novembru 1999;", "Dettalji dwar l-ispiża kapitali u rikorrenti fuq il-qasam taż-żgħażagħ u sport għas-snin bejn l-1996 u l-2000; u", "Korrispondenza datata l-1 ta' Diċembru 1999 bejn l-uffiċċju tiegħi u l- uffiċċju tad-direttur ġenerali operations dwar instant lottery funds għal faċilitajiet sportivi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, qabel ma ngħaddi biex nirrispondi għall- kummenti li saru fuq il-voti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni nħossni fid- dmir li nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod matul din is-sena kkollaboraw mal-ministeru fil-qadi tal-missjoni tiegħu u rrid ngħid grazzi minn qalbi lil kull min qeda dmiru f'dan il-kamp li jitlob sens kbir ta' vokazzjoni.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-kapijiet u lill- għalliema f'kull skola ta' l-istat, tal-knisja jew privata u rrid nirringrazzja lill-ħaddiema kollha mill-iżgħar sa l-ogħla uffiċjal li qed iservu fl-iskejjel, fid-dipartimenti u f'postijiet oħra li jaqgħu taħt dan il-ministeru.", "Mr Chairman, irrid nirringrazzja ħafna lill-ġenituri li huma kollaboraturi ewlenin fil-proċess ta' l-edukazzjoni u ngħid grazzi speċjali lil dawk il-ġenituri li jieħdu interess iktar minn oħrajn fit-tmexxija ta' l-iskola billi jagħżlu li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi biex ikunu jistgħu jservu fuqhom.", "Irrid nirringrazzja lil ħafna sindki, kunsilliera u staff ta' kunsilli lokali li iktar m'hu qed jgħaddi ż- żmien iktar qed isiru l protagonisti fil-kamp edukattiv u kulturali tal- post li huma għandhom fdat fir-responsabbilta' tagħhom.", "Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lid-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni, lid-diretturi u lill-kapijiet li jaħdmu f'dan il-ministeru.", "Mr Chairman, irrid nestendi r-ringrazzjamenti tiegħi lid-diversi enti pubbliċi, kummissjonijiet, kumitati, working groups u steering committees li flimkien maċ-chairpersons tagħhom ħafna minnhom jaħdmu b'mod volontarju mingħajr remunerazzjoni.", "Irrid nirringrazzja ħafna lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu f'dan il-kamp u lill-kollegi tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo u l- Onor. Carmelo Abela għall-kontribut li jagħtu f'dan il-qasam.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-istaff ta' din il-Kamra li jgħin ukoll fil-ħidma ta' dan il-ministeru fil-mistoqsijiet parlamentari u nixtieq nirringrazzja wkoll lill-istaff tal-ministeru.", "Mr Chairman, jien ngħid li mingħajr l-appoġġ tan-nies fil-kamp edukattiv, kulturali u sportiv, il-ħidma tagħna tkun defiċjenti ħafna.", "Irrid nirringrazzja ħafna lit-tliet unions, lill-MUT, lill-UĦM u lill- General Workers' Union li bejniethom jirrappreżentaw lill-ħaddiema li jaħdmu fil-kamp edukattiv.", "Ma rridx ninsa nirringrazzja wkoll lill-korpi kostitwiti fosthom il-federazzjoni ta' l-industriji, l-MEA, il-GRTU u għaqdiet oħrajn kellhom sehem f'dak li aħna konna qegħdin niddiskutu sija jekk kien il-kurrikulu, sija jekk kien il-kulleġġ ta' l-arti applikata, xjenza u teknoloġija u sija jekk kienet ir-riforma fil-qasam tat-trade schools għaliex kollha taw kontribut intelliġenti mill-aħjar li setgħu biex l-affarijiet isiru bl-aħjar mod possibbli.", "Fl-aħħarnett iżda mhux l-inqas nixtieq nagħmel ringrazzjament partikolari lis-segretarju permanenti tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, is-Sur Frederick Fearne, li proprju qiegħed jassisti għal dan l-aħħar budget fil- karriera twila u kostruttiva tiegħu fil-kamp ta' l-edukazzjoni.", "Is-Sur Fearne huwa edukatur li serva taħt il-ministri kollha li niftakar jien fil- qasam ta' l-edukazzjoni.", "Huwa bniedem li ta servizz importanti ħafna, bniedem dedikat, impenjat u ta' intelliġenza kbira.", "Fil-fatt jien ħadt gost immens naħdem miegħu f'dawn it-12-il xahar u f'ċertu sens jiddispjaċini li wasal biex jiritra, pero' nispera li l-perjodu ta' mistrieħ tiegħu jkun wieħed qasir għaliex għad għandu kontribut x'jagħti f'dan il-qasam u l-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat tal-Kamra qed jappoġġjaw, Mr Chairman, dan il-vot ta' ringrazzjament u ta' apprezzament biċ-ċapċip tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Irrid nirringrazzja lil sieħbi l-Onor.", "Jesmond Mugliett li matul dawn it- 12-il xahar ħdimna tajjeb flimkien.", "Fil-fatt l-Onor.", "Mugliett qiegħed ukoll jerfa' biċċa sewwa minn dan il-ministeru b'mod tajjeb u rrid nirringrazzja lid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, b'mod partikolari lill-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni f'dan il-kamp li għan-naħa ta' l- oppożizzjoni jrid iġorr piż li m'huwiex żgħir biex iżomm lill-gvern taħt pressjoni kostruttiva biex jara l-affarijiet isiru kemm jista' jkun tajjeb, kif jgħidu t-Taljani, a tamburo battente u fl-istess ħin ikun jista' jagħti kontribut għall-iżvilupp in ġenerali f'dan il-kamp edukattiv.", "Mr Chairman, se ngħaddi issa biex nirrispondi għall-kritika li saret min- naħa ta' l-oppożizzjoni u xtaqt nibda billi l-ewwelnett ngħid li jien m'għandi l-ebda informazzjoni li xi ħadd mis-segretarjat tiegħi ta xi ħjiel jew xi imbekkata lil xi ħadd f'xi skola biex xi deputat minn din il- Kamra ma jitħallix jattendi għal xi funzjoni jew xi laqgħa ta' xi skola li għandna f'pajjiżna.", "Jekk l-Onor.", "Bartolo għandu xi informazzjoni preċiża nieħu gost li nkun nafha għaliex il-policy hija proprju bil-maqlub ta' dan kollu u fil-fatt jien irrid nara lid-deputati tal-Kamra jipparteċipaw u jsegwu dawn l-affarijiet.", "Fuq il-każ partikolari ta' Ħad-Dingli nixtieq ngħid li fil-fatt il-kunsill lokali ma tanix għażla partikolari imma stranament bagħatli ittra fejn tani tliet ismijiet biex naħtar lil xi ħadd minnhom bħala president tal-kunsill skolastiku f'Ħad-Dingli.", "Meta pprovajna naraw kif se nimxu fuq din il-proposta sibna li kien hemm ċertu nuqqas ta' qbil u jien ipprovajt nagħżel persuna oħra li kont ċert li kienet tgawdi l-kunsens ta' kulħadd, pero' dik il-persuna għal raġunijiet personali m'aċċettatx u allura waqajt fuq persuna oħra li hija l-ex-kap ta' din l-iskola li ntagħżel għall-kwalifiki ta' esperjenza li għandu f'dan il- kamp, huwa bniedem paċifiku ma' kulħadd u żgur li jista' jagħti kontribut.", "Mr Chairman, f'liema xenarju qed niddiskutu dan il-budget għas-sena 2000?", "Naħseb li x-xenarju huwa wieħed ta' sfidi u ta' opportunitajiet kbar pero' huwa xenarju ta' ħafna diffikultajiet u ta' ċertu theddid.", "Għalkemm nistgħu ngħidu li qed ngħixu żmenijiet fejn qatt daqs illum l- bniedem ma seta' jseddaq il-personalita' tiegħu pero' fl-istess ħin irridu nammettu li huma żmenijiet komplessi.", "Naħseb li meta nitkellmu fuq il- kamp edukattiv u kulturali rridu nżommu quddiem għajnejna l-karatteristiċi ta' dawn iż-żminijiet.", "Kif jaf kulħadd, qed ngħixu fi żminijiet fejn l- unika ħaġa kostanti li għandna huwa proprju l-proċess ta' bidla kontinwa u ta' evoluzzjoni mgħaġġla tant li huwa diffiċli li wieħed jifhem eżattament kif għandu jiggwida lilu nnfisu għaliex ir-rwoli tagħna qed jinbidlu kontinwament.", "Dan il-proċess ta' bidla kontinwa qed narawh iseħħ ukoll f'pajjiżna - u jien personalment ħdimt ħafna għalih - fejn is- soċjeta' femminili qed tevolvi b'mod mgħaġġel u jekk inħarsu biss lejn l- universita' insibu li bħalissa hemm iktar nisa milli rġiel fl-universita' tagħna.", "Dan ifisser li bil-mod il-mod in-nisa f'pajjiżna se jsibu ruħhom f'ħafna xogħlijiet u karrieri li jien m'għandix l-iċken dubju li se jbiddlu b'mod radikali s-soċjeta' tagħna minn waħda patrijarkali għal soċjeta' fejn ikollok femminiżmu attiv u allura r-relazzjonijiet fundamentali fis-soċjeta' bejn in-nisa u l-irġiel mhux se jibqgħu iktar taċitament aċċettati imma jkunu relazzjonijiet li wieħed jasal għalihom bi djalogu u b'ċerti negozjati.", "Jien naħseb li mexjin lejn sitwazzjoni fejn il-polarizzazzjoni politika m'hijiex se tibqa' tiġi aċċettata kif kienet tiġi aċċettata fi żminijiet mhux tant imbiegħda li għexna aħna wkoll u jien naħseb li hawnhekk qed iseħħu ċerti żviluppi anke mill-mod kif qiegħed jevolvi l-mudell tal-familja.", "Mir-riċerka li saret tal-values 2000 aħna nafu li l-Maltin għadhom jagħtu l-ikbar importanza lill-familja u m'hemmx dubju li l-mudell tal-mara u r-raġel li jingħaqdu fi żwieġ u jrabbu l- familja b'imħabba huwa l-iktar mudell maħbub u aċċettat u li fl-opinjoni tiegħi - u naħseb li anke din il-Kamra tingħaqad miegħi - għandu jkun il- mudell li għandu jiġi privileġġjat, pero' ma nistgħux indaħħlu rasna fir- ramel u ma nirrealizzawx ukoll li hawn konċetti oħra li qed jevolvu.", "Per eżempju, in-numru ta' persuni li qed irabbu l-familja waħedhom għaliex il- parti l-oħra fiż-żwieġ tkun telqet qiegħed dejjem jiżdied u għandna wkoll nies li jidħlu għat-trobbija tat-tfal barra l-qafas taż-żwieġ.", "Fattur ieħor li qed iġib evoluzzjoni fis-soċjeta' tagħna hija t- teknoloġija ta' l-informatika u filwaqt li għadna nitkellmu dwar il- problema tal-literacy fundamentali tal-Malti u l-Ingliż, diġa' ġiet fuqna l-mewġa tal-literacy ta' l-information technology.", "Nafu li f'pajjiżna 4% biss s'issa għandhom aċċess għall-internet u naħseb li dan il-fattur se jinfluwixxi wkoll fuq is-sistemi ta' l-edukazzjoni u fuq il-proċess edukattiv.", "Fil-fatt aħna qgħadna attenti li l-kurrikulu nazzjonali jispira ruħu minn dawn l-affarijiet ħalli jkun jista' jiffaċċja l-isfidi tal-ġejjieni.", "Jien irrid ngħid li l-bidla radikali li se jkun hawn mhux biss se taffettwa l-proċess edukattiv imma se taffettwa radikalment id- dinja tax-xogħol.", "Xi tkun tiswa l-edukazzjoni jekk ma tkunx rilevanti għad-dinja tax-xogħol?", "Ftit ilu jien kelli l-opportunita' li nixtri ktieb bl-internet u dan ifisser li la qgħadt immur f'bookshop, la wżajt is- servizzi tas-salesgirl jew ta' l-owner tal-ħanut u dan lanqas ħa l- profitt fuq dak il-ktieb.", "Huwa diġa' kkalkolat li fi żmien tliet snin oħra n-negozju globali permezz ta' l-internet se jlaħħaq iż-żewġ triljuni ta' dollari.", "Dan huwa t-taqlib li qed ngħixu fiż-żmenijiet tal-lum.", "Ħafna drabi aħna nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea, pero' min qed isegwi x'qed jiġri f'Seattle fejn qed tiltaqa' l-WTO malajr jirrealizza li se ngħaddu minn mewġa globali u għalhekk irridu nħejju ruħna għaliha u ma nistgħux nibqgħu niffokaw fuq aspetti dojoq u ma nirrealizzawx bil-viżjoni iktar wiesgħa li qed tolqotna.", "Fil-fatt qed isiru protesti u qed jitqanqlu argumenti biex minbarra li jkun hawn din ir-ristrutturazzjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika jkollna wkoll din il-mewġa ta' kummerċ dinji.", "Jien ħassejt li huwa importanti li nsemmi dawn l-affarijiet għaliex l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni tagħna rridu norbtuh ma' dan il-fattur u għalhekk nara li l-kurrikulu nazzjonali huwa gwida importanti u m'hemmx dubju li t-twettiq tiegħu jista' jkun l-aħjar kontribut li nistgħu nagħtu għall-millenju l-ġdid.", "Fil-fatt il-kurrikulu dalwaqt se jiġi ppubblikat u nixtieq ngħid li wara l-laqgħat tajbin li saru fil-kumitat għall-affarijiet soċjali - fil-fatt kellna disa' seduti u ħafna minn dak li ntqal ma ntqalx biex ibiddel imma biex jikkonferma dak li nsibu fil-kurrikulu - jien tajt struzzjonijiet lill-uffiċjali biex fejn kien hemm suġġerimenti konkreti li jistgħu jtejbu l-kurrikulu, dawn kellhom jiġu nklużi.", "U hawnhekk irrid niċċara punt li ssemma mill-Onor.", "Bartolo meta qal li huwa importanti li l- ministru ma jerġax iwaħħal fit-teachers li nofs l-istudenti weħlu fl-eżami tal-junior lyceum.", "Naħseb li din bħal tal-bolla balla fejn niġi akkużat b'xi ħaġa li fil- fatt m'għidtx għalkemm stajt ġejt rapportat li għidtha.", "L-ewwelnett irrid niċċara li tal-bolla balla mhux jien kont ħriġt biha imma kien qalha, Alla jaħfirlu, Carmelo Caruana.", "Naturalment kienet inqabdet mill- gazzetti għaliex kienet xi ħaġa faċli pero' rrid ngħid li dak inhar il- bolla minn 15c kienet telgħet għal Lm1.50, jiġifieri naħseb li Carmelo Caruana kellu raġuni jgħid li l-bolla kienet saret balla.", "Pero' mhux veru li jien waħħalt fit-teachers meta nofs l-istudenti weħlu fl-eżamijiet tal-junior lyceum u nista' ngħid li f'dak is-seminar ta' aġġornament li kien qiegħed isir għall-għalliema jien bdejt billi waħħalt fija nnifsi, imbagħad dort fuq id-direttur ġenerali ta' l-edukazzjoni u d-diretturi l- oħra u semmejt ukoll lill-ġenituri, pero' mbagħad dort ukoll fuq l- għalliema u staqsejthom jekk kellhomx xi tort huma wkoll.", "U f'dan l-ispirtu ridt inġiegħel lill-għalliema jagħmlu eżami tal-kuxjenza għaliex irridu noqgħodu attenti li filwaqt li nfaħħru kull fejn ikun hemm bżonn ma nfaħħrux b'mod li mbagħad nibdew ngħattu x-xquq li jista' jkun hemm.", "Kulħadd jaf li ma tistax tiġġeneralizza, għad fadal ħafna biex nirranġaw id- defiċjenzi li jeżistu pero' huwa importanti li dan il-punt niċċarah darba għal dejjem, għalkemm f'pajjiżna kultant huwa diffiċli li tiċċara affarijiet bħal dawn.", "Mr Chairman, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kurrikulu, aħna rridu mhux biss insaħħu d-dipartiment tal-kurrikulu imma rridu naraw li jkun hemm il- kitba tal-pjanijiet strateġiċi, il-kitba tas-sillabi, il-kitba fid-dettall ta' ċerti affarijiet u fuq kollox li jingħata t-taħriġ.", "Fil-fatt qed jiġi rikonoxxut li l-vot tat-taħriġ huwa wieħed mill-ikbar voti li qatt ġew mogħtija għal dan l-iskop u jien diġa' tajt struzzjonijiet li dan il-vot mhux sempliċement nużawh bħal voti li kellna qabel fejn, per eżempju, inġibu xi persuni minn barra, nimlew is-sala tar-Repubblika b'xi 1,400 teacher u ngħidu li qed nagħtu t-taħriġ!", "Fil-fatt dan il-vot se jiġi amministrat minn steering group li se jkun taħt il-gwida tad-dipartiment tal-kurrikulu ħalli nassiguraw li jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' l- għalliema, il-parteċipazzjoni ta' l-iskejjel, il-parteċipazzjoni tad- dipartiment, il-parteċipazzjoni tal-fakulta' ta' l-edukazzjoni u nassiguraw ukoll it-taħriġ li jingħata jkun relevanti.", "Mr Chairman, saret riferenza wkoll għall-qasam ta' l-edukazzjoni inklussiva.", "Jien jidhirli li d-dipartiment għandu ħafna x'jagħmel f'dan il-qasam u fil-fatt il-kumitat ministerjali li kien twaqqaf mill-Onor.", "Bartolo jiffaċċja l-problemi li jemerġu f'dan il-kamp għaliex kif qal tajjeb l-istess Onor. Bartolo jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin bit-trend li mexjin ma jibqgħux iktar sostenibbli.", "Barra minn hekk, jien naħseb li qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar bżonn ta' appoġġ speċjali li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tat-tfal għaliex dak is-support totali li jkun qed jingħata ma jkunx essenzjalment meħtieġ.", "Għandna studenti bi bżonnijiet speċjali kemm fl-iskejjel statali, kemm fl-iskejjel tal-Knisja u kif ukoll fl-iskejjel privati u issa qed tinqala' l-problema ta' dawk it-tfal li jmorru fi skejjel fondazzjonali u indipendenti li m'humiex qed jingħataw għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jagħtu l-appoġġ meħtieġ għall- bżonnijiet speċjali li jinqalgħu.", "Għalhekk l-enfasi li pprovajna nagħmlu matul dawn ix-xhur li għaddew kien proprju fuq il-kwestjoni tat-taħriġ u tajna prijorita' lit-taħriġ għall-għalliema li huma involuti fl-edukazzjoni inklusiva fl-iskemi tal-mainsteam, fi Frar li ġej se jibdew il-korsijiet fl-universita' - u jien għandi fiduċja li kwalunkwe diffikulta' li jista' jkun hemm ma' l-Universita' tista' tiġi megħluba - u bħalissa għaddej il-kors tad-diploma għal dawk l-għalliema li għandhom x'jaqsmu ma' studenti li jkollhom diffikulta' fis-smigħ.", "Għal darba oħra reġa' sar il-wens sajf għal dawk l-istudenti li jattendu skejjel normali.", "Ħadna ħsieb li nfasslu pjan ta' transizzjoni għal dawk l- istudenti li mill-primarja jkunu se jmoru s-sekondarja u qed naħdmu biex ikollna pjan individwali għal kull persuna li llum qiegħda fi skola speċjali u għandha eta' biżżejjed biex tmur fiċ-ċentru tat-taħriġ għall- adulti.", "Jekk se nibqgħu mexjin bl-edukazzjoni inklussiva, x'se jiġri mill- iskejjel speċjali?", "Mir-rapport li sar fuq l-iskejjel speċjali, nafu li llum kważi ftit li xejn jidħlu tfal żgħar fl-iskejjel speċjali għaliex wara li jiġu ċertifikati u analizzati jibdew jattendu fi skejjel normali.", "Allura x'se nagħmlu bil-faċilitajiet ta' l-iskejjel speċjali?", "Kif se nutilizzawhom?", "Kif se nirrazzjonalizzaw ir-riżorsi li għandna f'dan il- kamp?", "Nispera li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu naħdmu fuq dan ir-rapport.", "Sur President, f'dan id-dipartiment qed isiru affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tal-welfare għall-istudenti pero' għad hemm ċerti defiċjenzi, foshtom nuqqas ta' social workers u fil-fatt dalwaqt se toħroġ sejħa biex jiġu impjegati ħames social workers ma' dan id- dipartiment.", "Sar ħafna xogħol biex titlesta l-policy nazzjonali u l-pjan ta' azzjoni dwar il-bullying.", "L-Onor.", "Bartolo kkritika l-fatt li fl-estimi ma nsibux line item wieħed li jitkellem dwar il-politika kontra l-bullying jew kontra ċ-child abuse imma nista' nassigurah li parti mill-vot se jmur għad-dipartiment tas-servizzi ta' l-istudenti.", "Ngħid ukoll li dawn huma inizjattivi li għadhom fil-bidu tagħhom, il-politika nazzjonali kontra l- bullying diġa' bdiet fi tliet skejjel fuq proġett pilota u hemm affarijiet oħra li qed isiru, fosthom l-aġġornament tal-policy fuq l-abbuż tas- sustanzi kimiċi.", "Jien qed ninsisti li jiġu finalizzati l-kodiċi tad- dixxiplina għall-iskejjel statali għaliex huwa importanti li tinżamm dixxiplina fuq l-istudenti li tkun tirrispetta d-dinjita' u d-drittijiet ta' l-istudenti pero' li tkun tirrispetta wkoll id-dinjita' u d-drittijiet ta' l-għalliema għaliex ma jistax ikun li fl-iskejjel statali d-dixxiplina ma tkunx element naturali ta' l-edukazzjoni.", "Sar ukoll rapport fuq l-assenteiżmu u bħalissa qed nikkonċentraw fuq dawk l-iskejjel fejn l-assenteiżmu huwa l-iktar inċisiv.", "Issemmew affarijiet oħrajn fosthom il-kwestjoni tal-basktijiet tqal.", "Nista' ngħid li fid-diskussjoni li kienet organizzata mill-Partit Laburista fuq dan is- suġġett, jien kont tajt direttiva li jrid ikun hemm uffiċjali apposta li regolarment isegwu din il-kwestjoni.", "U hawnhekk irrid inkun ftit kritiku wkoll u ngħid li ma jistax ikun li fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jew fi kwalunkwe dipartiment tal-gvern, irid ikun il-ministru l-ħin kollu li jipprova jimbutta dawn l-affrijiet 'il quddiem.", "Jien ngħid li ladabra tkun ġiet stabbilita l-policy u tkun ingħatat id-direzzjoni, allura sta għal min ikun responsabbli f'dan il-kamp biex jara li l-affarijiet ikomplu mexjin 'il quddiem.", "Naturalment jien konxju mill-fatt li jridu jingħataw iktar riżorsi finanzjarji pero' rridu nimxu pass pass f'dik id-direzzjoni u jien nistenna li kulħadd ikun proattiv f'dan il-kamp.", "Sur President, nixtieq nitkellem issa fuq l-investiment fl-iskejjel.", "L-ewwelnett irrid ngħid li ma jidhirlix li huwa ġust li ngħidu li l- paraguni li għamel il-ministru tal-finanzi bejn l-iskejjel ta' l-istat u l- iskejjel tal-Knisja saru b'xi intenzjoni ħażina għaliex dan m'huwiex l- ewwel budget li qed iressaq il-ministru tal-finanzi u jien naf li l- bżonnijiet li kien hemm f'dan il-kamp dejjem issodisfahom mill-aħjar li seta' skond kemm felaħ il-pajjiż u ma nistgħux ngħidu li l-ministru b'xi mod irid jillimita l-infiq li jsir fil-qasam edukattiv.", "Fil-fatt se nikkwota dak li qal il-ministru tal-finanzi meta beda jitkellem fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni:", "\"Nibda biex ngħid li l-infiq fuq l-edukazzjoni ma nħarsux lejn bħala spiża iżda bħala investiment fin-nies tagħna, speċjalment fiż- żgħażagħ biex b'dan l-infiq inkunu qed ninvestu fl-ekonomija tagħna.", "Hemm rabta kbira bejn it-tkabbir fl-ekonomija u l-investiment fl- edukazzjoni.", "L-ekonomiji fl-Ewropa qed iqarrbu lejn xulxin u l- investiment fl-edukazzjoni huwa fattur determinanti għal dawk il- pajjiżi li l-iktar mexjin 'il quddiem.", "L-obbligu tal-gvern jibqa' dak li jassigura l-investiment fiż-żgħażagħ tagħna sabiex dawn ikunu jistgħu jilqgħu l-isfidi u jaħtfu l-opportunitajiet tal-ġejjieni tagħhom bla biża'.\".", "Imbagħad il-ministru tal-finanzi qalilna li hemm bżonn naraw li l-infiq - u hawnhekk kien qed jirriferi għal kull dipartiment tal-gvern - li jsir kemm jista' jkun ikun cost effective.", "Meta l-espert, il-Prof Mullard għamel ir-rapport tiegħu jien tlabt lis- Sur Pawl Attard, li dak iż-żmien kien għadu assistent direttur u llum sar direttur, biex janalizzah għaliex naturalment altru janalizzah espert li jista' jara l-affarijiet minn ċertu lenti u altru janalizzah xi ħadd li jista' jagħti r-raġunijiet għal dak li jkun hemm fir-rapport.", "Jien naqbel li għandna nagħtu kas l-affarijiet li qal l-espert Ingliż fir-rapport tiegħu u fil-fatt dak li talabna nagħmlu l-ministru tal-finanzi ħalli l- affarijiet ma jibqgħux itiru mar-riħ.", "Fix-xhur li għaddew jien għamilt analiżi tan-nefqa fil-qasam edukattiv - issa hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq sold jew tnejn imma qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri - u sibt li l-infiq qed isir għall-ġid tat-tfal tagħna, ta' l-istudenti u taż-żgħażagħ tagħna.", "Fil-fatt jien ippreżentajt l-analisi tal- prijoritajiet li għandna fil-qasam edukattiv, il-programmi li għandna ppjanati u l-inizjattivi li se jittieħdu kemm lill-kabinett u kif ukoll lill-ministru tal-finanzi u wasalt fi ftehim mal-ministru tal-finanzi li jekk jirnexxielna nagħmlu xi saving minn xi item li jaqa' taħt il-budget tagħna, dan ma kienx se jonqos mill-budget tas-sena ta' wara għaliex kif kulħadd jaf ħafna drabi jekk tiġi ffrankata xi nefqa, din titnaqqas fil- budget ta' wara.", "Jien naħseb li huwa importanti li wieħed iħares lejn il- kummenti li għamel il-ministru tal-finanzi f'dan l-ispirtu wkoll.", "Sur President, jien nassumi li biex nissodisfaw il-bżonnijiet fil- kamp edukattiv irridu għoxrin darba iktar milli ħadna f'dan il-budget pero' din m'hijiex kwestjoni biss ta' flus.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li f'dawn iż-żewġ budgets li għaddew bħala vot kapitali għall- qasam ta' l-edukazzjoni se nkunu vvotajna Lm11 miljun li huwa kważi viċin ħafna l-Lm10,700,000 li kienu ngħataw bħala vot kapitali fi żmien l- amministrazzjoni Laburista.", "Jekk inħarsu lejn il-vot kapitali ta' l- Universita' nsibu li f'sentejn ġew ivvotati Lm4.8 miljun u fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti ġew ivvotati Lm3.6 miljun għall-istess skop.", "Jekk nieħdu l-vot kapitali tal-ministeru nsibu li f'dawn is-sentejn se nkunu qrobna viċin l-Lm20 miljun.", "Qed nikkalkolaw li l-vot għas-sena 2000 li se jmur proprju biex jgħin lill-iskejjel f'dik li hija construction and adaptation, equipment, refurbishment and maintenance, information technology, il-proġett tal-kulleġġ flimkien ma' l-impressed funds se jitla' għal Lm7.25 miljun.", "Nista' ngħid li dan l-investiment m'huwiex daqskemm wieħed jixtieq għaliex irridu niftakru li l-parti l-kbira ta' l-iskejjel tal-gvern ġew disinjati u mibnija iktar minn 50 sena ilu u dak iż-żmien is-soċjeta' tagħna kienet kompletament differenti mis-soċjeta' tal-lum.", "Fil-fatt jekk wieħed jipparaguna dawn l-iskejjel ma' skejjel ġodda li qed jibni l-gvern jew li qed jinbnew mill-privat u mill-Knisja jibda jarahom xi ftit antiki u koroh pero' f'dan il-qasam qed isir investiment b'mod sostnut u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha ta' pajjiżna jsib li l-edukazzjoni ħadet wieħed mill-aħjar voti.", "Fil-fatt il-vot kapitali tal-ministeru ta' l- edukazzjoni huwa t-tielet l-ikbar vot u anke fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika bħala ministeru ħa wkoll it-tielet l-ikbar vot, jiġifieri żgur li dan il-ministeru ngħata f'prijorita' fl-għoti tal-finanzi.", "Kif diġa' għidt, f'dan il-kamp ma tidħolx biss il-kwestjoni ta' flus imma tidħol ukoll il-kwestjoni ta' organizzazzjoni.", "Mr Chairman, jien ninkwieta bil-kbir - u din hija waħda mill-problemi li għaddejt minnhom matul dawn l-aħħar 12-il xahar - meta nara li gvern wara ieħor ma jirnexxilux joħloq struttura li tista' sserraħ ras il- ministru li n-nefqa kapitali li dan il-parlament jivvota ssir fl-aħjar interessi ta' dak il-qasam partikolari, bl-iktar mod organizzat, bl-iktar mod għaqli, bl-iktar mod cost effective u skond speċifikazzjonijiet li tassew jirriflettu l-bżonnijiet ta' dak li jkun qiegħed isir, bi proġetti ta' kwalita' li jkunu ppjanati tajjeb u li jsiru fil-ħin.", "Kif qal tajjeb l- Onor. Bartolo, fil-qasam ta' l-edukazzjoni - u naħseb li dan jeżisti wkoll f'setturi oħra - għandna kriżi ta' middle management pero' jien inżid ukoll li li għandna kriżi ta' top management u kriżi ta' management f'sens ġenerali u għalhekk hemm bżonn li nattakkaw din il-problema.", "Fil- fatt jien ipprovajt nittekkilja din il-problema billi wżajt mezzi iktar ad hoc pero' nispera li bit-twaqqif ta' l-office of review ma jibqgħux iktar ad hoc u l-ewwel ħaġa li nixtieq jagħmel l-office of review hija li jagħtina l-għodda biex il-budget ta' kważi Lm11 miljun għas-sena 2000 jintnefaq biex innaqqsu d-diffikultajiet li għandna, innaqqsu l-ħela u t- tentazzjonijiet ta' l-abbużi u nnaqqsu dawk l-affarijiet li m'humiex qed isiru b'mod tajjeb.", "Jekk wieħed jasal wasal sa l-iskejjel fejn qed isiru ħafna xogħlijiet isib li għandna problemi kbar u hawnhekk nista' nsemmi s-sala fl-iskola ta' Ħ'Attard, is-sala fl-iskola ta' Ħal Għaxaq u d-diżastru li għandna fl- iskola ta' Marsaxlokk.", "Dawn il-problemi qed jinħolqu għaliex l-affarijiet qed jiġu deċiżi mingħajr ma jkun hemm ħadd li jista' jagħmel tracking ta' dawn id-deċiżjonijiet u jien naħseb li dawn huma ħwejjeġ li l-office of review irid jipprova jwettaq.", "Il-gvern preċedenti ġab esperti Ġermaniżi biex jagħmlu analisi professjonali, esperta u inġinjeristika tat-toroq kollha ta' Malta u Għawdex, sija dawk li huma prinċipali u sija dawk li m'humiex u fil-fatt dawn għamlu pjan strateġiku u qalu liema toroq kellhom isiru l-ewwel u liema kienu isiru wara.", "Jien naħseb li fejn jidħlu l- bżonnijiet ta' l-iskejjel ma nistgħux nibqgħu niddeċiedu b'mod dilettantesk tant li kultant naslu f'sitwazzjoni fejn il-ministru jkollu jiddeċiedi l-prijoritajiet tan-nefqa kapitali.", "Jekk irridu li fi żmien 15- il sena oħra jkollna skejjel ta' ċertu standard hemm bżonn li jiġu nies jaraw l-iskejjel kollha tagħna, jaraw il-popolazzjoni tal-komunitajiet kollha tagħna, l-ambjent ta' fejn qegħdin l-iskejjel tagħna u jfasslu pjan għall-gvern dwar in-nefqa kapitali li jkollu bżonn biex jirranġa dawn l- iskejjel.", "Issa hawnhekk tqum il-problema mhux biss ta' nuqqas ta' flus imma anke problema ta' management għaliex kultant il-gvern jagħti il-flus imbagħad naqgħu għar-redikolu li dawk il-flus ma nkunux kapaċi nonfquhom għall-iskop li jkunu ġew ivvotati.", "M'iniex se noqgħod insemmi l-postijiet fejn saru xi xogħlijiet għaliex din l-informazzjoni tajtha kemm-il darba f'din il-Kamra waqt il-ħin tal- mistoqsijiet pero' nixtieq ngħid biss li x-xogħol fuq is-sala Robert Sammut, il-multi-purpose centre li se jgħin anke fix-xogħol tal-kurrikulu, se jkompli.", "Irrid ngħid ukoll li fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika qed isir ħafna xogħol u fil-fatt dalwaqt se jiġi ffirmat il- ftehim li sar fuq l-introduzzjoni ta' l-internet fl-iskejjel tagħna.", "Dan il-ftehim huwa xi ftit differenti minn dak li kien se jsir qabel, pero', fil-fehma tagħna, għandu jkun iktar vantaġġjuż għaliex se nkunu nistgħu nutilizzaw is-servizz 24 siegħa kuljum u se jista' jagħtina firxa iktar wiesgħa.", "U hawnhekk irridu nagħmlu l-mistoqsija: X'qed jiġri mill- computers kollha li għandna fl-iskejjel tagħna?", "F'kull klassi sar-raba' sena fl-iskejjel primarji kollha nsibu erba' computers u mis-sena d-dieħla se jiddaħħlu fil-ħames u fis-sitt sena ta' l- iskejjel primarji.", "Matul l-1999 fi 12-il skola sekondarja saru laboratorji tal-computers u fil-fatt il-penetrazzjoni tal-computers fis-sistema edukattiva hija ħafna iktar mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kollha tad- dinja.", "Pero' l-iktar ħaġa importanti mhux kemm ikollok computers imma kif qed jiġu wżati biex tinbidel il-metodoloġija tat-tagħlim.", "Ftit ilu kont qed nara artiklu li kien front page fl-educational supplement tat-Times, fejn il-gvern Ingliż kien qed jgħid lit-teachers Ingliżi li jekk jixtru l-personal computer, jixtru l-laptop, jagħtihom 20% sussidju.", "Issa hawn Malta lil kull teacher fl-iskejjel primarji nagħtuhom laptop li jiswa 'l fuq minn Lm1,000 b'xejn.", "U hawnhekk nerġa' nistaqsi: Kif sar dan il-pjan biex nilqgħu għal din il-mewġa tat-teknoloġija ta' l- informatika?", "Qabel il-faqar kien jiġi determinat min-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji, illum il-faqar jiġi determinat mill-fatt jekk tkunx taf tikteb u taqra u fi żmien ftit snin oħra l-faqar jiġi determinat mill-fatt jekk tkunx taf tuża l-computer għaliex erbat ijiem oħra lanqas tixtri ma tkun tista' mingħajr computer.", "Allura rridu nistaqsu: X'tibdiliet hemm bżonn isiru fil-pjan strateġiku li sar s'issa?", "X'taħriġ irid jingħata?", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo, is-sistema tal-computers fil-ministeru ta' l- edukazzjoni qed titmexxa minn assistent direttur wieħed li jagħmel ħiltu kollha u jaħdem b'ilsienu barra biex jipprova jżomm is-sistema flimkien.", "Irridu nammettu li sar ħafna progress f'dan il-qasam u b'ottimiżmu ngħid li mxejna passi 'l quddiem pero' rridu nkunu realistiċi u nammettu li għad għandna ħafna problemi.", "Jien ngħid biss li ma nistgħux nitkellmu fuq il- kurrikulu nazzjonali l-ġdid u l-miri tiegħu jekk nippretendu li l-iskejjel tagħna jibqgħu kif inhuma.", "Jekk il-ġenituri jippretendu li l-iskejjel tagħna jibqgħu eżatt kif inhuma, bis-sistema ta' l-eżamijiet u tat-tagħlim eżatti kif inhuma u bl-industrija tal-privat eżatt kif inhi, allura dan il- kurrikulu nazzjonali se jkun sar proprju għalxejn għaliex hawn Malta għandna ħabta nitkellmu fuq l-affarijiet is-sbieħ imbagħad x'ħin niġu biex nagħmlu l-għażliet iebsa, neħlu u ma nkunux kapaċi nagħmlu dik il-qabża fil-kwalita' li verament ikollna bżonn nagħmlu.", "Ħafna drabi nkunu nafu x'irridu nagħmlu u x'inhu ta' l-ikbar ġid għat-tfal tagħna u għal pajjiżna imma ma nwettqux dak li hu l-aħjar.", "Sur President, kont qed nitkellem mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Karm Borg fuq il-ħafna xita li għadha kemm għamlet u għidtlu ma nistax nifhem kif wara dawn is-snin kollha l-ebda gvern ma ħaseb biex jagħmel reservoirs taħt postijiet pubbliċi u taħt l-iskejjel tagħna biex jilqgħu fihom l-ilma tax-xita li jinżel.", "Imma apparti dan l-argument, jien nemmen li rridu nkomplu bid-deċentralizzazzjoni ta' l-iskejjel tagħna ħalli dawn isiru iktar awtonomi pero' jekk ma nagħtuhomx l-appoġġ meħtieġ ma jistgħux ikunu awtonomi.", "Huwa veru li żidna u tejjibna ftit l-appoġġ, pero' ma nistgħux nippretendu li d-deċentralizzazzjoni taħdem fi skola li, per eżempju, tkun tħaddan fiha xi 900 tifel jew tifla u xi 150 għalliem u li jkollha numru limitat ta' ħaddiema u ma jkollhiex l-appoġġ maniġerjali u l-appoġġ amministrattiv!", "Jekk illum qed naqblu wkoll fuq it-twaqqif ta' hamlets għall-iċken rħula f'Malta, allura kif ma naħsbux ukoll biex nagħtu appoġġ lil kull skola f'kull raħal tagħna?", "Jien nemmen li dawn l-affarijiet irridu naslu għalihom bil-mod il-mod pero' nemmen ukoll li n-natura ta' l- iskola trid tinbidel mhux biss fit-tmexxija tagħha, imma trid tinbidel ukoll is-sistema ta' diviżjoni li teżisti bejn il-kindergarten, il-primarja u s-sekondarja.", "F'pajjiżna dawn l- esperjenzi jeżistu fi skejjel tal- Knisja - li huma ffinanzjati b'mod sostanzjali minn fondi pubbliċi - u fi skejjel privat u allura nagħmlu tajjeb jekk neżaminaw dawn l-affarijiet.", "Sur President, il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Jesmond Mugliett tkellem fuq il- kulleġġ vokazzjonali u fuq l-iskejjel tas-snajja'.", "Jien ikkonvinċejt ruħi li dan huwa settur importanti ħafna għaliex ma jistax ikun li f'pajjiżna jkollna eluf ta' ġuvintur u tfajliet li ma jkollhomx esperjenzi edukattivi ta' natura prattika u ta' natura operattiva li jistgħu jqanqlu t- talenti kbar li jkollhom dawn iż-żgħażagħ b'metodi differenti.", "Jien waqqaft grupp biex jeżamina din il-ħaġa li diġa' tani rapport preliminari u nispera li qabel ma tispiċċa s-sena jkolli f'idejja r-rapport finali.", "Naqbel ukoll li s-sistema ta' l-eżamijiet tal-Matsec trid tkompli tissaħħaħ ħalli tiżdied il-fiduċja fiha u aħna se nagħmlu wkoll il-parti tagħna biex nipprovaw intejbu dawn il-faċilitajiet u nżommu l-kuntatt ma' organizzazzjonijiet barranin ħalli nkunu nistgħu nsaħħu l-pożizzjoni tagħna.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-NVQs u l-GNVQs u jien nista' nassigurah li qed naħdmu fuq dan il-qasam anke mal-ministeru responsabbli mill- politika soċjali u fil-fatt f'nofs Diċembru għandhom jiġu esperti mill- European training foundation biex jgħinuna niffokaw iktar fuq it-taħriġ vokazzjonali, it-taħriġ teknoloġiku u s-sistema ta' ċertifikazzjoni li trid issir f'dan il-qasam.", "Mr Chairman, nixtieq nitkellem fuq l-universita' li wkoll trid tingħata l-attenzjoni meħtieġa għaliex f'din l-istituzzjoni nsibu żewġ tipi ta' problemi: Għandna l-problema ta' x'għandu jkun ir-rwol ta' l-universita' fl- iżvilupp akkademiku, edukattiv u ta' riċerka biex nilqgħu għaż-żmenijiet li ġejjin u t-tieni problema li għandha hija l-problema maniġerjali.", "L- universita' trid issir istituzzjoni iktar accountable u qed jipprovaw jilħqu dan il-għan billi qed jagħmlu l-academic audit unit u l-quality assurance unit, pero' għadhom fil-bidu u għalhekk dan il-pass irid jitħaffef għaliex fl-Universita' għandna eluf kbar ta' żgħażagħ li qegħdin jieħdu l-edukazzjoni terzjarja tagħhom.", "Għal dak li jirrigwarda d-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji nixtieq ninforma lill-Kamra li l-librerija ċentrali applikat il-quality service charter u rebħet il-premju għall-people management and satisfaction award mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ li huwa rikonoxximent dwar il- prattika tajba adottata fit-tmexxija tar-riżorsa umana.", "Pero' jien ngħid li ma jistax ikollok librerija u arkivji nazzjonali jekk ir-riżorsi finanzjarji għal dan is-settur jibqgħu dawk li huma.", "M'iniex qed ngħid dawn l-affarijiet b'xi sens ta' kritika għaliex jien b'saqajja ma' l-art u naf x'jiflaħ il-pajjiż pero' bil-fondi li għandna ma nistgħux naslu biex ninvestu kapital fis-sigurta' tal-libreriji u ta' l-arkivji.", "Nixtieq insemmi wkoll il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea li pajjiżna se jkun jista' jieħu sehem fihom, fosthom Socrates, Leonardo, il-Youth for Europe, il-Fifth Framework tar-riċerka dwar xjenza u teknoloġija u l- programm tal-Culture 2000.", "Fil-fatt qed jiġu investiti flus f'dan il-qasam u wara li nkunu waqqafna l-aġenzija nazzjonali li se tieħu ħsieb dawn l- affarijiet, irridu nfasslu l-bażi legali tagħhom u nifformalizzawhom għaliex meta tiġi biex tittrattahom ma' Brussels jieħdu ż-żmien pero' huwa kkalkolat li sa April jew Mejju ikunu ġew finalizzati u nispera li jkollna wkoll ċertu suċċess.", "Sur President, xtaqt ngħid ukoll li d-diskussjonijiet ma' l-Accor fuq il- mediterranean conference centre komplew, sar feasibility study biex naraw x'se jkun l-impatt tal-management ta' l-Accor pparagunat mat-tmexxija lokali u sar ukoll health and safety report biex naraw liema standards iridu jintlaħqu.", "Irrid insemmi x-xogħol li sar mill-Y2K task force biex iqanqal kuxjenza nazzjonali dwar il-millennium bug u fil-fatt nista' ngħid li dan ix-xogħol ħalla effett ta' sensibilizzazzjoni nazzjonali għaliex qed jinħasbu wkoll pjanijiet ta' kontinġenza u nisperaw li kollox jimxi b'wiċċ il-ġid.", "Mr Chairman, nixtieq ngħid ukoll li minkejja l-problemi li għandna fil- qasam tax-xandir pubbliku, irridu nħarsu wkoll lejn il-futur kbir li joffri dan il-qasam.", "U fil-fatt nixtieq nitlob il-permess tal-kumitat biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport intitolat \"Redefining the role of Public Broadcasting in Malta\" li sar mill-communications technology centre.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport \"Redefining the role of Public Broadcasting in Malta\" maħruġ f'Novembru 1999.", "Irrid ngħid li dan ir-rapport għamel apprezzament differenti u fil-fatt fih insibu numru ta' ġeneralizzazzjonijiet u assessment li mhux bilfors dak li jkun jaqbel magħhom u jagħmel ukoll ċerti proposti radikali.", "Għalhekk il- gvern qed jirriserva l-pożizzjoni tiegħu fuq il-proposti li qegħdin isiru għaliex huma ħwejjeġ li jridu jiġu konsidrati b'aktar ħsieb.", "Irrid ngħid li fis-settur tax-xandir pubbliku għandna nies b'esperjenza, b'talenti kbar u bi kreattivita' kbira pero' nafu wkoll li dan is-settur fih ħafna xquq fejn jinħass il-lack of ownership - xi ħaġa li tissemma fir-rapport u li fil-fatt jien naqbel magħha - u n-nuqqas ta' management tajjeb.", "Jien nemmen li s-servizz tax-xandir pubbliku f'Malta għandu funzjoni importanti x'jaqdi fil-qasam edukattiv u kulturali u huwa importanti biex inżommu l- identita' tagħna.", "Għal dak li jirrigwarda s-settur tal-mużewijiet u tal-kultura, irrid ngħid li matul dawn it-12-il xahar sar ħafna xogħol, b'mod partikolari mill-cultural heritage group li huwa ppresedut minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, l-ex-president ta' pajjiżna u minn hawnhekk irrid inroddlu ħajr pubblikament għall-presidenza u għax-xogħol siewi li qiegħed jagħmel f'dan il-grupp.", "Fil-fatt jien informat li l-abbozz ta' liġi dwar dan il- qasam huwa prattikament finalizzat u nispera li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nressquh quddiem din il-Kamra.", "Mr Chairman, qed isir xogħol ieħor miċ-ċentru għar-restawr f'Bighi.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-istruttura rridu nikkurawha tajjeb u fil-fatt aħna prrovajna nagħtu sehemna f'ċerti postijiet.", "Fuq il-qasam kulturali hemm ħafna x'wieħed jgħid u jien ipprovajt inqanqal diskussjoni ħalli niċċaraw l-ideat tagħna dwar liema huma l-aħjar strutturi li rridu li jkollna.", "Sur President, ma nistax nagħlaq dan id-diskors tiegħi u ma nsemmix l- attenzjoni li l-ministeru tiegħu qiegħed jagħti proprju liċ- ċelebrazzjonijiet tal-millenju.", "Bħala ħsieb għażilna \"Il-ġejjini f'surit il-bniedem\" għaliex huwa ċar li waħda mill-ikbar sfidi li se jkollha kwalunkwe soċjeta', b'mod partikolari aħna l-politiċi fid-dinja tal-lum, hija kif se jirnexxilna nżommu lill-bniedem fiċ-ċentru ta' l-iskop fundamentali tal-ħidma tagħna.", "Kif jaf kulħadd il-ħajja f'Malta ma bdietx mat-twelid ta' Kristu, 2000 sena ilu, imma minn dak li sibna f'Għar Dalam u f'tempji oħra nafu li meta twieled Kristu aħna konna diġa' post ta' kummerċ, konna diġa' għaddejna minn taħt il-Feniċi u konna għaddejna wkoll minn taħt ir-Rumani fejn beda l-proċess tal-konverżjoni tagħna.", "Issa kif intqal anke riċentement fi programm li ħadna sehem fih, pajjiżna jrid jagħmel il-konverżjoni tiegħu biex niċċelebraw li aħna poplu Malti, poplu wieħed pero' poplu mill-ġnus kollha tad-dinja.", "Mr Chairman, quddiemna għandna triq li permezz tagħha rridu nsaħħu l- identita' tagħna, hija triq fejn il-kristjaneżmu jrid jibqa' l-bażi importanti ta' din l-identita' u rridu nsaħħu wkoll din ir-rabta ta' l- identita' tagħna ma' dak kollu li huwa Ewropew u ma' dak kollu li hu Mediterranju għaliex dawn huma l-benniena li tawna ċ-ċivilta' u l- identita' tagħna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 17 imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru 1999, din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi fid-9.31 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 17 imressqa mill-Onor.", "Carmelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "194 FAVUR : 28", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "KONTRA : 33", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 24,657,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura din il- votazzjoni tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "195 FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni:", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm40,952,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 18 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 603,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 19 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 20 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,118,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 20 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 21 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm984,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 21 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT 22 - KULTURA U ARTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,232,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Kultura u Arti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 22 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN:", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm9,985,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2000.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot III għaddiet.", "Fid-9.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 17, 18, 19, 20, 21, 22 u III kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2000", "It-Tielet Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skond il-Mozzjoni Nru. 111 tas-17 ta' Novembru, 1999, il-Kamra hija aġġornata għal għada, il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.49 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OECD - ĦARĠA", "11494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD, nikkwota l-kliem eżatt, \"the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level\", huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi studju sar mill- ministeru tiegħu sabiex jiġi analizzat kif din iż-żieda li ġġib fuq il- familji ta' pajjiżna sħubija sħiħa fl-UE se tolqot il-familji ta' dħul żgħir, bħal pensjonanti u persuni li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma naqbilx mal-premessi li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Membru fil-mistoqsija tiegħu.", "RABAT - PJAZZA TAL-LANDRIJIET - BOZZA", "11495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-unika bozza li hemm fil-pjazza tal-Landrijiet, Rabat, ilha maqtugħa għal aktar minn erba' ġimgħat, jista' l-Ministru jara li din terġa' tinxtegħel mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-manutenzjoni mehtiega fuq il- bozza fil-pjazza msemmija saret fit-18 ta` Novembru, 1999.", "SPTAR SAN FILEP - MEWTA", "11613.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta li fetħet il-pulizija dwar il-mewta li kien hemm f'Ottubru, 1999 fl-isptar San Filep?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-inkjesta dwar dan il-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant għadha m'hijiex konkluża.", "PRESIDENT MALTESE CULTURAL ASSOCIATION", "11634.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-korrispondenza datata 8 ta' Novembru, 1999 mill-President Maltese Cultural Association - li ismu qed jintbagħat separatament - jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjoni li għamel l-uffiċċju tal- Prim Ministru dwar dan il-każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Convention of Leaders of Associations of Maltese Abroad and of Maltese Origin qed tiġi organizzata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, flimkien mal-kummissjoni ta' l- emigranti.", "L-uffiċċju tiegħi informa b'dan lill-president tal-Maltese Cultural Association filwaqt li għadda kopja ta' l-ittra tiegħu lill- ministru ta' l-affarijiet barranin għal konsiderazzjoni tagħhom.", "EU - OECD", "11635.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD, nikkwota l-kliem eżatt, \"the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agricultural produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity measured at the farm gate level\" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' Unjoni Ewropea ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l- Ministru jgħid għaliex huwa jsejjaħ effetti bħal dawn li ġġib sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq il-familji Maltin u Għawdxin, bħala ħrejjef?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor Interpellant illi messu jaf illi din il-mistoqsija parlamentari DIĠA GĦAMILHA permezz ta' mistoqsija parlamentari numru 11489 li ġiet imwieġba fis-seduta precedenti.", "Pero' nerġa' nikkonferma li hekk huma, xejn ħlief ħrejjef.", "STATEMENTING BOARD", "11747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10413 li staqsejtu aktar minn xahar ilu li kienet tirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 8810 li staqsejtu aktar minn erba' xhur ilu?", "Jista' l- Ministru jispjega kif għaddew iżjed minn erba' xhur u t-tweġiba għadha ma ngħatatx \"għax it-tagħrif .... mhux komplut\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "TARZNA - ĦADDIEMA", "11767.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11219 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li ġiet riferuta lilek u cioe: peress li dan l-aħħar il-GWU qalet li ma kenitx lesta li taċċetta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-Tarzna f'forma ta' bonus, jista' jinforma lill-Kamra jekk hux veru li l-istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każijiet simili imma f'kumpanniji oħra tal-gvern?", "Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema każi l-union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet u jgħid x'qed iwassal lil union issa ma taċċettax din il-ħaġa għal ħaddiema tat-tarzna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11730.", "ŻEBBUĠ - TRIQ PROF.", "DANIEL CALLUS - ILMA TAX-XITA", "11768.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tissolva l-problema gravi li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Prof. Daniel Callus, Żebbuġ, f'dak li jirrigwarda kontroll ta' l-ilma li jinġabar wara maltempata xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment qiegħed jieħu passi biex tiġi akkwistata l-art li fuqha trid tgħaddi t-triq li tgħaqqad Triq D. Callus ma' Triq F. Mattei biex din tkun asfaltata u b`hekk tinqata' l- problema ta` l-għargħar.", "*** EU DIRECTORATE - POLICY OFFICERS", "11769.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jara f'liema stadju wasal il-proċess ta' l- għażla ta' policy officers fi ħdan l-EU directorate, liema proċess inbeda f'Mejju li għadda?", "Huwa possibbli li jingħad sa meta se jkunu ġew magħżula dawn il-policy officers?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-proċess ta' l-għażla tal-Policy Officers huwa kondott mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku u kwalunkwe referenza għal dan il- proċess għandha ssir lill-istess Kummissjoni.", "Nista, pero, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sar il-proċess tal- interviews u r-rapport relattiv intbagħat lill-kummissjoni tas-servizz pubbliku.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "11770.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jagħti n-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol illum, skond is-sess, l-etajiet maqsumin f'perijodu ta' ħames snin, iż-żmien ta' kemm ilhom jirreġistraw, x'tip ta'xogħol qed jirreġistraw għalih u xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'kull lokal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni kollha li ġiet mitluba, minħabba l-volum tax-xogħol li jrid isir.", "Madanakollu, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba għax-xahar ta' Ottubru 1999.", "IMPJIEGI", "11771.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li qed jaħdmu llum, skond is-sess, l-etajiet maqsumin f'perijodu ta' ħames snin, il-grad u t-tip ta' xogħol li qed jagħmlu u l-kwalifiki edukattivi, f'kull lokal f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni kollha li ġiet mitluba minħabba l-volum ta' xogħol li jrid isir.", "Madanakollu, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif inhi illum.", "PIXXINA NAZZJONALI - OFFERTI GĦAL DOME", "11772.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10818, jista' issa jgħid kemm saru offerti għall-dome fuq il-pixxina nazzjonali u minn min saru?", "Kemm kienet kull offerta?", "Il-bord tal-pixxina nazzjonali kkonsidra l-proposti tekniċi?", "Min huma l-esperti tekniċi li ġew/se jiġu kkonsultati dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm 17-il proposta miftuħa mill- Bord tat-Tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali fil-preżenza ta' uffiċjal mid- Dipartiment tal-Kuntratti u numru ta' partijiet interessati li ssottomettew il-proposti rispettivi tagħhom.", "Għandu jinkiseb parir tekniku fuq il-proġett tal-Pixxina Nazzjonali dwar l- impatt ta' l-istrutturi proposti fuq l-istruttura eżistenti.", "Informat li l-Kunsiderazzjonijiet ta' natura finanzjarja huma maħsuba li jinfetħu mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'każ li tittieħed xi deċiżjoni aħħarija dwar it-twaqqif ta' struttura biex titgħatta l-Pixxina Nazzjonali.", "YACHT MARINA - PONTOONS", "11773.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru issa twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11197?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-użu li qed isir mill-ispazju li baqa' fil-Port ta' l-Imġarr ma jippermettix li jiġu nstallati pontoons oħra billi dawn ikunu jostakolaw l-irmiġġjar u l-manuvrar tal-vapuri li jużaw l-istess port.", "PRIĠUNIERI - AMNESTIJA", "11774.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11387 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta'l-amnestiji kollha li ngħataw minn gvernijiet differenti mill-1971 'l hawn, inkluż id-data ta' meta ingħataw, mil-liema gvern ingħataw, x'kienet tgħid l-amnestija u x'kienet l-okkażjoni għal kull amnestija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SPTAR SAN LUQA - MAIN OPERATING THEATRE", "11775.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara jekk huwiex possibbli li tiġi rranġata s-sistema tat- telephones tal-main operating theatre, għax kif jistgħu jikkonfermaw uħud mit-telephone operators ta' St Luke's sar diffiċli biex tgħaddi call minn barra u jirrispondik f'qasir żmien?", "Possibbli wkoll li fit-theatres u fir- recovery room terġa' tiddaħħal il-call waiting u l-feature command li kienet ta' utilita' kbira?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-suġġerimenti ta`l-Onor.", "Interpellant qed jiġi studjat.", "F`din il-materja jinħtieġ jinstab il-bilanċ bejn il-ħtieġa ta` komunikazzjoni minn barra l-Isptar mat-tejatri ta` l-operazzjonijiet mingħajr ma jiġi disturbat b`mod esaġerat l-istaff waqt il-qadi ta` dmirijietu.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "11776.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11293?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech, mill-1 ta`Jannar 1999 sa 30 ta` Settembru 1999 saru, 11,615 operazzjoni taħt GA (General Anaesthesia); 370 operazzjoni taħt Spinal Anaesthesia; 3,205 operazzjonijiet taħt Local Anaesthesia u 1,578 operazzjoniji taħt Local Amnaesthesia with Sedation.", "L-informazzjoni minn Ottubru s`issa għada qed tinġabar.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11777.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 11113?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sa l-aħħar t'Ottubru 1999, in-numru ta' persuni b'diżabilita' rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kien ta' 6340 persuna waqt li n-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u Għawdex kien ta' 314.", "Il-permessi għar-\"Reserved Parking\" quddiem djar ta' persuni b'diżabilita' joħorġu mit-\"Traffic Control Board\" u għalhekk din l-informazzjoni għandha tintalab lill-Ministru responsabbli.", "LOTTU PUBBLIKU - SUPER 5/SCRATCH AND WIN", "11779.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'mekkaniżmu qiegħed ikun ppjanat biex fondi mil- lotterija Super 5 u Scratch and Win li, skond il-liġi għandhom ikunu mgħoddija għall-għajnuna ta' l-isport u oqsma oħra, ikunu jistgħu jibqgħu jgħaddu għal dawn l-iskopijiet meta d-Dipartiment tal-Lottu jkun privatizzat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma kunsiderazzjonijiet li jittieħdu waqt il-proċess ta` privatiżżazzjoni.", "LOTTU PUBBLIKU - SCRATCH AND WIN", "11780.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tad-dħul mil-Lotterija Scratch and Win suppost ikun mgħoddi bil-liġi għall-ħidma fl-isports jew għajnuna soċjali jew għajnuniet oħra?", "Jista' jingħad ukoll kemm hemm fondi akkumulati mis-snin passati għal dawn l-iskopijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mir- Regolamenti u mhux mill-Liġi joħroġ li d-dħul kollu mill-Lotterija Scratch and Win jgħaddi għall-ħidma fl-isport u oġġettivi ta` natura soċjali u ċivika.", "L-ammont akkumulat f`dan il-fond u ta` Lm650,000.", "LOTTU PUBBLIKU - SUPER FIVE", "11781.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tad-dħul mil-Lotterija Super Five li suppost ikun mgħoddi bil-liġi għall-ħidma fl-isports jew għajnuna soċjali jew għajnuniet oħra?", "Jista' jingħad ukoll kemm hemm fondi akkumulati mis- snin passati għal dawn l-iskopijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mir- Regolamenti tal-Lotterija Super 5 u mhux mill-Liġi, joħroġ li mill-ammont totali ta` bejgħ tas-Super 5, għaxra fil mija (10%) jiġi allokat biex jitħallsu l-kummissjonijiet fuq il-bejgħ u s-sussidji li jista` jalloka l- Ministru tal-Finanzi għall-attivitajiet sportivi jew xi attivitajiet oħra.", "Fondi akkumulati minn din il-logħba ma hemm xejn.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "11788.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu 1995 u f'Marzu 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li ssottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jirreferi il- mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kummissjoni Elettorali.", "KUMMISSJONI ELETTORALI - ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI", "11789.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u f'kemm ammonti kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu ta' l-1998 u f'Marzu ta' l-1995?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li issottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-numru ta' kandidati li kkontestaw l- elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1998 għall-Birgu, Luqa, Attard u Safi kien ta' 36 mqassmin hekk:", "|9 |Birgu | |11 |Luqa | |11 |Attard | |5 |Safi |", "Għal Bormla ma kienx hemm elezzjonijiet f'Marzu 1998.", "Lista tal-kandidati u l-impjieg jew xogħol ieħor li ddikjaraw man- nominazzjoni tagħhom hija hawnhekk mehmuża.", "Imkien f'Malta u f'Għawdex ma saru elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1995.", "KURRIKULU NAZZJONALI ĠDID - MATSEC", "11790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu s'issa biex il-bord tal- Matsec jiżgura li fit-tfassil tal-karti ta'l-eżamijiet tas-SEC jiġu riflessi l-bidliet li se jseħħu bid-dħul tal-Kurrikulu Nazzjonali Ġdid għal dawk f'eta' bejn it-3 u s-16-il sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien stess iltqajt mal-Bord tal-MATSEC fis-26 ta' Ottubru.", "Il-Bord ġie mitlub jassigura li meta l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-ġdid jiġi fis-seħħ, ikun hemm qbil bejn iż-żewġ sistemi (l- eżamijiet tal-Matsec u l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali) sabiex dawn jintegraw bla ebda skossi jew problemi għall-istudenti.", "Il-Matsec Board qiegħed jikkonsidra l-passi meħtieġa.", "Informat ukoll li bħalissa qiegħda ssir ħidma ta' reviżjoni tas-sillabi kollha li jwasslu sas-sena 2004.", "Fuq dawn il-Bordijiet tas-Sillabi hemm l- Education Officers tad-Diviżjoni, għalliema mill-iskejjel ta' l-istat u dawk tal-privat, kif ukoll membri mill-Universita`.", "Dawn kollha jingħataw istruzzjonijiet biex iqisu x'jgħid il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali l-ġdid.", "UNIVERSITA' - ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI TAR-RESTAWR", "11791.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rikonoxximent akkademiku se jkun hemm għall- korsijiet taċ-Ċentru għall-Istudji tar-Restawr min-naħa ta' l-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Istitut għall-Istudji fir-Restawr li hu inkorporat fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr jorganizza diversi korsijiet, kemm qosra, kif ukoll Diploma ta' tlett snin u Degree ta' erba' snin.", "Dan iċ-Ċentru twaqqaf bi sħab bejn l-Universita` ta' Malta u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u għalhekk hu mistenni li l-Universita` tagħti rikonoxximent akkademiku sħiħ għall-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji fir-Restawr bil-proċedura li tistabbilixxi l-Liġi dwar l-Edukazzjoni.", "Skond l-artiklu 5 ta' l-istatut tiegħu, iċ-Ċentru Malti għar-Restawr għandu l-jedd li jagħti kwalifiċi anke sal-livell ta' Degree f'ko-operazzjoni ma' l-Universita` ta' Malta.", "Hu mistenni li, anke kif isir f'każijiet oħra, id- degree taċ-Ċentru Malti tar-Restawr tingħata saħansitra bil-boll ta' l- Universita` ta' Malta.", "Għalkemm għad fadal erba' snin qabel ma jispiċċaw il-kors l-ewwel studenti taċ-Ċentru, inbdew il-proċeduri biex dawn l- arranġamenti jiġu formalizzati.", "Ta' min jgħid li, minbarra r-rikonoxximent sħiħ mill-Universita` ta' Malta, qiegħda ssir ħidma biex il-korsijiet taċ-Ċentru Malti għar-Restawr jiġu rikonoxxuti minn Universitajiet u Istituzzjonijiet barranin.", "ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI TAR-RESTAWR - STUDENTI", "11792.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi studenti taċ-Ċentru għall-Istudji tar- Restawr li applikaw biex jieħdu l-flus li huma ntitolati għalihom studenti post-sekondarji u terzjarji lokali?", "Kemm hemm studenti li fil-fatt se jieħdu dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord ta' l-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti irċieva ħames applikazzjonijiet minn studenti mill-Istitut għall-Istudji tar-Restawr u oħra minn student ieħor ta' l-istess Istitut li għandu 'l fuq minn 30 sena biex jieħdu l-flus li huma intitolati għalihom studenti post-sekondarji u terzjarji lokali.", "Il-Bord qed jeżamina dawn it-talbiet fid-dawl ta' l-Avviż Legali 165 ta' l- 1999 flimkien ma' talbiet oħra li waslulu.", "MELLIEĦA - TRIQ GALILEI - DRENAĠĠ", "11793.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar l-ilmenti msemmija fl-ittra li qed tintbagħat separatament dwar fosos u drenaġġ fi Triq Galilei fil- Kortin tal-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellat li risposta tingħata f'seduta oħra minħabba li għadhom għaddejjin l- investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - VOT RIKORRENTI", "11794.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tikkonferma illi l-ammont kollu taħt il-Vot Rikorrenti fil- Ministeru għal Għawdex ġie minfuq?", "Tista' l-Ministru tikkonferma wkoll illi n-nefqa taħt il-Vot Rikorrenti issuperat l-ammont attwalment ivvotat għas-sena 1999?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-ammont ivvutat taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 1999 għadu mhux minfuq kollu.", "BEJJIEGĦA BARRANIN - PERMESSI", "11795.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kellhom jagħmlu dawk il- barranin li għandna f'Malta jbiegħu prodotti ta' pajjiżhom, li huma armati fit-toroq speċjalment dawk li hemm fil-Furjana?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' din ix-xorta fl-1999 sal-lum?", "Mil-liema pajjiż ġew?", "Kemm qed iħallsu għal dawn il-permessi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ghoti jew ħruġ ta` permessi lil bejjiegha barranin mhix responsabbilta` ta` dan il-Ministeru.", "Ghaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "ROMOL", "11796.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi fis-seħħ li romol u ġenituri waħedhom ma jħallsux taxxa bħallikieku kienu xebbiet u ġuvintur, skond il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħlas tat-Taxxa tad-Dħul, li donnu qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Membru, m'hijiex waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministeru tiegħi.", "SKEJJEL - MARIJA REĠINA - INĊIDENT", "11797.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid x'wassal għall-inċident li fih weġġa' mpjegat ta' l- iskola Marija Reġina fil-Ħamrun meta intlaqat minn vettura li kienet se twassal l-istudenti, nhar il-Ġimgħa 26 ta' Novembru, 1999?", "Jista'l- Ministru jikkonferma li f'dak il-ħin ma kienx hemm pulizija sabiex jikkontrolla t-traffiku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-inċident hu suġġett ta' investigazzjoni mill-Pulizija u eventwali proċeduri fil-Qorti, m'hinix f'pożizzjoni li f'dan l-istadju nirrelata dwar x'wassal għall-inċident li fih weġġa' impjegat ta' l-iskola msemmija.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - KONSULENT", "11798.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsulenza qiegħda tagħti l-persuna li d- dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu sepratatment, tad-Diviżjoni tax- Xogħlijiet Pubbliċi?", "Kif intgħażel dan il-konsulent u x'qiegħed jingħata bħala ħlas għas-servizzi tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kariga tal-persuna msemmija hija ta' Executive fl-Arts Centre.", "Din il-persuna ntgħażlet minn Bord ta' Għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-ġurnali lokali.", "Il-post ta' Executive - Arts Centre għandu salarju ta' Lm8,392 fis-sena.", "Qed jingħata ukoll allowance ta' Lm50 fix-xahar għall-petrol.", "EU - MALTACOM", "11799.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' l-għotja li l- Unjoni Ewropea li kienet se tagħti lill-Maltacom għall-proġetti ta' tneħħija ta' cables tat-telephone minn mal-ħitan tal-Belt Valletta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-somma kienet tammonta għal żewġ miljuni ECU.", "Dwar l-istess materja, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10613 fis-Seduta numru 163.", "ĦLAS TA' TAXXA", "11800.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għal fini ta' taxxa fuq l-income matul is-sena li għaddiet iddikjaraw li kellhom dħul ta' aktar minn: (a) Lm5,000 - Lm5,999; (b) Lm6,000 - Lm6,999; (c) Lm7,000 - Lm7,999; (d) Lm8,000 - Lm8,999; (e) Lm9,000 - Lm9,999; (f) Lm10,000 - Lm10,999; (g) Lm11,000 - Lm11,999; u (h) aktar minn Lm12,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-Data Capturing tal-formoli tat-taxxa għas-sena ta` stima 1999 għadu mhux konkluż.", "L-informazzjoni tingħata iżjed `il quddiem meta jintlesta x-xogħol.", "APPARTAMENTI TAL-GVERN - TIBJID", "11801.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-flats tal-gvern li se jiġu mbajda u rranġati fil-futur qarib ġewwa Paola, Tarxien, Marsa, Gudja u Santa Luċija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jkunx prudenti li wieħed jippubblika l-lista mitluba.", "TARZNARI - FTEHIM", "11802.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa lill-Gvern f'żieda fil-pagi l- ftehim milħuq bejn il-gvern u t-tarznari riċentement?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza għall-Mistoqsija Numru 11360.", "RAĦAL ĠDID - PELICAN LIGHTS", "11803.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li jsiru pelican lights quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin f'Raħal Ġdid minflok iż- żebra crossing preżenti minħabba li xorta waħda kważi ta' kuljum, minħabba l-ispeed eċċessiv tal-karozzi li bih il-vetturi jkunu telgħin it-telgħa diversi pedestrians qed jisfaw kważi mtajra minn fuq iż-żebra crossing?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jikkonsidra dan ix-xogħol u qed f`diskussjonijiet mal-Bord tal-Kontroll tat- Traffiku għall-implementar tiegħu.", "DJAR", "11804.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament huwiex vojt jew għand min qiegħed peress li dejjem magħluq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-fond inħareġ għall-allokazzjoni taħt Avviż Numru 63.", "L-allokazzjonijiet taħt din l-Iskema għadhom qegħdin sejrin peress li l-lista tar-Reserve listed applicants tiskadi s-7 ta' Lulju 2000.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' BANKINI", "11805.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11676 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe': b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mhux ippjanat f'dan l-istadju li jsiru l- bankini msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MANOEL ISLAND - TNEĦĦIJA TA' ŻEJT", "11806.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11673?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ż-żejt li hemm f'Manoel Island qed jittieħed għar-riċiklaġġ.", "Id-dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent informa b'dan lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, lid-Diviżjoni tas- Saħħa u lid-Dipartiment tax-Xogħol għal kull interess li dawn l-entitajiet jista' jkollhom f'din l-attivita'.", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jissorvelja li l-affarijiet isiru kif suppost.", "Dan iż-żejt hu materjal perikoluż.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jsaqsi l-Ministri konċernati mis-saħħa pubblika u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol rigward l-effett li dan iż-żejt jista' jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem.", "QRATI - GĦAJNUNA LEGALI", "11807.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intnefqu flus f'għajnuna legali mill-Gvern fis-snin 1995,1996,1997 u 1998?", "Jista' wkoll taħt forma separata u mingħajr ma jissemmew ismijiet jiġu annessi listi tad- dħul tal-persuni li pperċepew dawn wieħed wieħed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar u risposta tinghata f`seduta oħra.", "QORTI - KOTBA", "11808.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba numru ta' kotba llustrati u sbieħ li kienu ġew konfiskati matul l- gwerra u li kienu jinsabu għal numru ta' snin fl-arkivji tal-Qorti l-Belt humiex miżmuma f'post tajjeb u jekk iva, fejn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi ghad hemm xi riċerki xi jsiru, ir- risposta tinghata aktar tard.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - KAPPELLA GOTIKA", "11809.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra s-suġġeriment li jibgħat rappreżentant tad-Dipartiment tal-Kultura sabiex jeżamina l-istat tal- kappella gotika li hemm ġewwa ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata billi jidher li hemm xi ħsarat u tkisser?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Kultura m'għandux ir- responsabilita` għal manutenzjoni tal-Kappella ġewwa ċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata.", "SAĦĦA - SLEEP DISORDER CLINIC", "11814.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi arranġamenti għal sleep disorder clinic?", "Jekk inxtarax l-apparat u jekk hemmx personel li qed jieħdu xi forma ta' speċjalizzazzjoni, fejn u kemm-il darba?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta saret s-sejħa għall-applikazzjoni, min kien intitolat li applika u min intgħażel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-arranġamenti għal sleep disorders clinic huma wieqfa sakemm jiġu mpjegati sleep technologists.", "L-apparat (polysommograph) ġie `commissioned' fi Frar 1999.", "Żewġ persuni tekniċi ġew mibgħuta dak iż-żmien (Frar 1999) għal kors intensiv ta' ġimgħa ġo Lane For Sleep Laboratory ġo St Thomas's Hospital London sabiex ikunu jistgħu jgħinu fil-commissioning tal-apparat.", "Dawn intgħażlu peress li lokalment kienu l-uniċi tnejn b'esperjenza fi sleep studies.", "KUNSILLI LOKALI - GWARDJANI", "11815.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex proprju issa qed jintalab ċ- ċertifikat ta' l-ischool leaving certificate lil dawk l-applikanti li għamlu l-course kollu b'suċċess għal gwardjani tal-kunsilli lokali u dan żgur fil-każ Ref. tiegħu LWA/53/97?", "Il-Ministru jara li ladarba din ma kenitx mitluba fl-applikazzjoni oriġinali, m'għandhiex tintalab issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ghalkemm dan il-Ministeru mhux responsabbli ghall- ħruġ ta` liċenzji ta``wardens` liema responsabilita hi tal-Kummissarju tal- Pulizija, nista` nghid illi l-ħtieġa ta` `school leaving certificate` toħroġ mir-Regolamenti dwar il-Gwardjani Lokali tal-1996.", "QORTI TA' L-APPELL", "11816.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Il-Ministru jara li wara d-deċiżjoni mill-Qorti ta' l-Appell sede Ċivili fil-każ Monsinjur Dun Joseph Vella Gauci vs l-Awtorita' tax- Xandir, deċiża riċentement fis-17/11/99 fejn l-appell ġie mċaħħad fuq teknikalita' proċedurali, l-Awtorita' tax-Xandir għandha tara li ma toħloqx pożizzjoni diskriminatorja fl-għoti ta' liċenzja għall-community radio service lill-Katidral tal-Belt Victoria, Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.", "MIA - EX-CHAIRMAN", "11817.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ex-Chairman tal-MIA, is- Sur Nicky Degiorgio meta jsiefer jħalli l-karozza fir-restriced area fejn iħalluhom il-managers u li wkoll fejn qed iħalli d-driver taċ-chairman, is- Sur Zammit ukoll?", "Il-Ministru ma jarax li dan l-abbuż fis-sigurta għandu jieqaf minnufih?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li z- zona msemmija, jigifieri fil-mina taht it-Terminal, mhijiex zona ta' sigurta', li x-xufier taċ-Chairman jipparkja l-karozza tiegħu fil-mina wara vendikazzjoni li saritlu fuq il-karozza personali tiegħu u li l-allegat abbuż fis-sigurta ma jeżistix.", "MOSTA - TRIQ IL-WAQQAFA - KAROZZI ABBANDUNATI", "11818.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Kummissarju milli jieħu l-azzjoni meħtieġa skond il-liġi kif awtorizzat u jneħħi l-iżgombru ta' karozzi abbandunati li jinsabu fi Triq il-Waqqafa, Mosta, wara l-ground tal- football?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-vetturi li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant tneħħew.", "EDUKAZZJONI - INĠUSTIZZJA MA' STUDENT", "11819.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara għaliex ma ġiex meħud in konsiderazzjoni l-fatt li l- istudent ta' l-iskola primarja tal-Mosta, li l-partikularitajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu 10 snin u minħabba mard ma setax jagħmel l-eżamijiet f'Ġunju li għadda u per konsegwenza tpoġġa fil-klassi 6th G?", "Jista' l-Ministru jara li ma tkompliex tissokta din l-inġustizzja fil- konfront ta' dan l-istudent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta t-tfal fil-primarja ma joqgħodux għall-eżami annwali hija l-proċedura li jittieħed in konsiderazzjoni l- eżami ta' nofs is-sena.", "Jinstab minn kien il-kandidat li ġab marki aktar u dak li ġab marki anqas u il-kandidat li ma qagħadx għall-eżami jiġi kkunsidrat li ġab il-marki ta' bejniethom.", "Dan kien il-proċess li l-awtoritajiet ta' l-iskola segwew f'dan il-każ ukoll.", "Informat ukoll li meta wieħed jikkonsidra ukoll l-order of merit ta' dan it- tifel bejn Year 4 u Year 5 ma' dak li ingħatalu biex tela' Year 6, l- awtoritajiet ta' l-iskola isostnu li qatt ma saret jew kien hemm ħsieb li ssir xi inġustizzja.", "DJAR - SUSSIDJU", "11820.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista l-Viċi Prim Ministru jara li fil-każ ta' persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li huwa handicapped, u li biex jinħasel bl-għajnuna tal-membri tal-familja tiegħu kellu jagħmel shower u nefaq is-somma ta' Lm261 bil-VAT b'kollox, għandux jiġi mogħti l- għajnuna meħtieġa f'sussidju bħalma jiġri f'każijiet oħra u dan peress li sal-lum għalkemm l-awtoritajiet ġew informati b'dan kollu, għadhom qed jirrifjutaw li jgħinuh u peress li dan huwa każ ta' persuna li jgħix ma martu u tlett itfal li ma jaħdmux u għandu biss pensjoni bħala dħul?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dan huwa każ li għandu jiġi indirizzat minnufih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn \"records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna imsemmija għamlet xi applikazzjoni taħt xi skema minn tagħha.", "Lanqas jirriżulta li għamlet xi talba f'dan is-sens.", "Sa dan it-tant il-\"Customer Care Unit\" ta' l-Awtorita' tad-Djar ser tikkomunika mal-persuna konċernata biex tinvestiga il-każ. ___________________"]} {"filename": "20020130_689d_par.doc", "date": "2002-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 689 L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 689", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "689", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 297", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 297", "TQEGĦID TA' KARTI 302", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI", "TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA (IT-TIENI QARI)", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION", "OF OFFICE) (AMENDMENT) ORDINANCE (SECOND READING) 303", "AĠĠORNAMENT 323", "MISTOQSIJIET GĦAL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 327", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 688 li saret fit-30 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MOSTA - CULVERTS", "30691.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li matul dawn l-aħħar tliet snin ma sarux il-culverts ta' l-ilma f'Main Street, Mosta?", "Meta fil-fatt se jsiru dawn il-culverts ħalli r-residenti Mostin ma jkomplux jiffaċċjaw l-inkonvenjent u l-periklu li jikkawża l-ilma tax-xita f'din it-triq u jkun jista' jingħata wiċċ bit-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 29177.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn ix-xogħlijiet jitlestew fis-sena li għadha kemm bdiet peress li ilhom pendenti u meħtieġa għal żmien twil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-risposta li rriferejtu għaliha kienet tgħid li l- kunsill lokali tal-Mosta diġa` ħa l-passi meħtieġa biex dan il-proġett jitwettaq.", "Naturalment il-ministeru ma jkunx informat bil-fażijiet differenti ta' xogħol li jkun se jagħmel il-kunsill lokali u f'dan ir- rigward id-direttorat tat-toroq fi ħdan l-Awtorita` tat-Trasport jidħol biss biex jagħti formalment il-permessi neċessarji lill-kuntratturi biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol neċessarju pero` m'għandix informazzjoni meta dan ix-xogħol se jinbeda u lanqas jekk intalbux diġa` xi permessi lid- direttorat tat-toroq biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Ftit ilu l-Ministru qal li qed jittieħdu passi biex kemm jista' jkun xogħlijiet li jkunu se jsiru f'toroq li jridu jiġu asfaltati jew jingħataw wiċċ ġdid, isiru minn qabel.", "Peress li din il- problema ilna nqanqluha diversi drabi, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- pjanijiet biex kemm jista' jkun dawn it-toroq ma jerġgħux jinqalgħu mill- ġdid - mhux bilfors mir-roads departiment imma anke minn korporazzjonijiet oħrajn - wara li jkunu saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ta' spiss jiġri li wara li tkun saret triq ġdida, jew wara li triq tkun ingħatat wiċċ ġdid, ikun hemm xi korporazzjoni jew entita` li ftit tal-ġranet wara, terġa' taqla` dik it-triq partikolari biex tagħmel xi xogħol meħtieġ.", "Jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna ngħidu li għalkemm għad fadal xi każi 'l hemm u 'l hawn, l-ammont ta' toroq li jiġrilhom hekk, naqas drastikament minħabba żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett korporazzjonijiet differenti qed ikollhom il-commitment minn qabel biex fejn hu possibbli jgħaddu ċerti servizzi minn dik it-triq partikolari li fiha jkun se jsir ix-xogħol.", "Qegħdin nieħdu wkoll l- opportunita` biex fejn nistgħu nagħmlu ċertu xogħol, b'mod partikolari fejn dan ikun estensiv jew fejn dan ix-xogħol ikun se jsir għall-ewwel darba - dan naturalment fejn ikun possibbli u jiddependi wkoll mill-wisa' tat-triq - nagħmlu gandotti fil-ġnub tat-triq biex jekk 'il quddiem ikun hemm xi korporazzjoni jew entita` li tkun se tuża dik it-triq, ikunu jistgħu jaqilgħu l-cover ta' dak il-culvert u jgħaddu s-servizzi minn hemm.", "Din is-sistema qed tintuża f'toroq arterjali u f'ċerti okkażjonijiet anke f'toroq lokali ta' l-irħula.", "B'hekk nassiguraw ruħna li l-mument li t-triq tkun saret u l-wiċċ tagħha jkun lest, ma jkunx hemm il-ħtieġa li terġa' tinqala' mill-ġdid, kif sfortunatament konna mdorrijin nagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li saru diversi domandi dwar toroq fil- Mosta, speċjalment fl-inħawi Ta' Mlit u fejn hemm dik il-kappella l-ġdida, jista' l-Ministru jikkonferma b'mod solidu li dawn it-toroq – li ilhom is- snin maqlugħin u meta tagħmel ix-xita jinġabar ħafna ilma - se jsiru within the next six months?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, peress li fil-Mosta saru diversi kostruzzjonijiet ġodda, speċjalment fi Triq iċ-Ċinju, Triq il-Barri, Triq l- Alwetta u oħrajn fl-istess inħawi, dawn it-toroq fihom infushom għadhom ma sarux.", "Id-direttorat tat-toroq jiġi nformat dwar il-problema tat-toroq partikolari – speċjalment dawk li jsiru domandi parlamentari dwarhom - sew jekk inhuma fil-Mosta, sew jekk inhuma fiż-Żejtun u sew jekk inhuma f'Birżebbugia.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna tliet snin u nofs ilu, meta nbidel il-gvern, kienet li saret korrispondenza mal- kunsilli lokali kollha fejn fiha għednilhom li l-gvern huwa konxju mill- fatt li jeżistu diversi problemi f'dan il-qasam u li rridu nbiddlu l-mod ta' kif dawn it-toroq isiru.", "Barra minn hekk irridu nbiddlu wkoll il-mod ta' kif indaħħlu fil-programm ta' xogħol it-toroq li jkunu jridu jsiru.", "Għalhekk tlabna lill-kunsilli lokali ta' Malta kollha biex jinformawna dwar il-ħteġijiet ta' toroq li hemm fil-lokalitajiet tagħhom u dawn kollha, b'eċċezzjoni ta' xi wħud fil-bidu u mbagħad b'mod komplet aktar tard, indikawlna dawn il-ħteġijiet.", "Tlabna li jiġu ndikati żewġ tipi ta' toroq; dawk li qatt ma saru, bħal dawk li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Farrugia u oħrajn li għalkemm xi darba saru, tant tkissru matul is-snin u m'għadhomx aktar tajbin għall-użu, illi skond il-liġi tal-kunsilli lokali, il-gvern ċentrali huwa responsabbli mix-xogħol li jsir fihom.", "Skond il-listi ta' toroq li bagħtu dawn il-kunsilli lokali hemm madwar 600 triq li għadha ma saritx madwar Malta kollha.", "Minn dawn ġew magħmula madwar 250 u bħalissa għaddejjin b'xogħlijiet fuq aktar minn 50 oħra.", "Dan ifisser li għad fadal numru ta' toroq oħrajn li għad iridu jsiru.", "Qegħdin nippruvaw nimxu fuq pjan li bih il-gvern ikun jista' jassigura lil kull kunsill lokali li dawk it-toroq li ilhom jistennew biex isir ix-xogħol fuqhom, jitlestew.", "B'mod ġenerali l-kunsilli lokali qegħdin jikkoperaw, għalkemm kultant issib xi sindku li jmur jgħid lir-residenti tiegħu li jiena, il-Ministru Galea, mingħalija se nwaħħalha fuqu dwar liema ordni ta' prijorita` se jagħti, ma jimpurtax, imma jekk irridu nikkollaboraw, il- kunsilli lokali u l-gvernijiet lokali għandhom jagħtu lista ta' prijoritajiet u ħafna drabi dan sar ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, ladarba qegħdin nitkellmu dwar toroq, nixtieq insemmi triq li żgur tinteressa lil ħafna Maltin mhux biss lil dawk li joqogħdu fiha.", "Qed nirriferi għal Psaila Street li ilna naraw xogħol għaddej fiha.", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol fadal isir f'din it-triq?", "Hemm data meta hu previst li jitlesta x-xogħol fuqha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, illum wasalna f'qagħda li kieku kellna nagħmlu bħalma għamel gvern Laburista fis-sentejn li kien fil-gvern u noqogħdu nagħmlu ċerimonja u mmorru bil-banda u nagħmlu party għal kull triq li niftħu, kieku nispiċċaw nagħmlu party kull ġimgħa.", "Għalkemm fadlilna ħafna toroq x'nagħmlu, kif inhu d-dover tagħna li nagħmlu, nista' ngħid li lestejna diversi toroq.", "L-Onor.", "D'Amato qed tagħmel domanda dwar Psaila Street, triq importanti f'pajjiżna.", "Tista' tgħid li ilna nitkellmu dwar il-ħtieġa li din it-triq tinbena mill-ġdid mill-għada stess li kienet infetħet meta mill-ewwel bdew jidhru b'mod sostanzjali u b'mod gravi d-difetti.", "Kienet ħaġa naturali li din it-triq jiġrilha kif ġralha għax meta s-sena li għaddiet għaddejna xi xogħol minnha, sibna ġebel, ħamrija, trab, siġar u għeruq kollox imkisser u mfarrak.", "Issa finalment għaddejjin bix-xogħol li hemm bżonn isir u qegħdin fl-aħħar fażi tiegħu.", "Nispera li sa l-aħħar ta' Marzu din it-triq tkun lesta minn kollox u tinfetaħ.", "Din it-triq hija f'ċertu sens arterja prinċipali pero` hija wkoll triq residenzjali u kummerċjali.", "Jekk f'din it- triq kien hemm bżonn li jsir 14-il metru ta' tarmac, għamilna 14-il metru imma barra minn hekk ridna li fil-ġnub tagħha nagħmlu postijiet riservati għall-parking, postijiet minn fejn jistgħu jaqsmu n-nies u nisperaw li lħaqna l-bilanċ neċessarju minn dak il-lat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jidher li fil-Mosta hemm 80% tat-toroq li jenħtieġu manutenzjoni u li l-kunsill lokali ta' din il-lokalita` diġa` għandu kontijiet pendenti xi jħallas u għaldaqstant se jkun diffiċli għalih li jwettaq dan il-commitment.", "Jista' għalhekk il-Ministru jara li jsir koordinament biex ikun jista' jsir culvert għall-ilma – kif tispeċifika d- domanda oriġinali - biex ir-residenti ta' din it-triq, li ħafna minnhom huma anzjani, ma jegħrqux mal-volum ta' ilma meta tagħmel ix-xita?", "L- ewwelnett dan m'huwiex xogħol strutturali kbir u t-tieni nett, kif diġa` aċċennajt, il-kunsill lokali tal-Mosta m'għandux finanzji biex iwettaq dan it-tip ta' xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-informazzjoni li għandi hi l-kunsill lokali tal-Mosta qed jipprepara biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol pero` lanqas hawn ma rridu nilludu ruħna.", "Ma jistax isir culvert fit-triq u mbagħad ma jkunx hemm il-ħtieġa li tagħmel il-wiċċ tat-triq ukoll.", "Sfortunatament sal-lum l-uniku mod komuni hu li tagħmel gandott fit-triq, tagħmel sistema ta' pajpijiet jew xi sistema oħra u terġa' tagħmel il-wiċċ tat-triq għax naturalment dan ikun imkisser u allura bilfors trid tagħmlu mill-ġdid.", "Illum jeżisti l-arranġament li dan ix-xogħol partikolari jagħmlu l-kunsill lokali u allura żgur m'huwiex il-każ li l-gvern ċentrali jaqbad u jagħmel dan il-culvert hu.", "Jien kieku nixtieq li nqum xi darba filgħodu u nsib li s-600 triq li ma kenux lesti f'dawn it-tliet snin u nofs, ikunu lesti kollha, speċjalment dawk it-toroq arterjali, pero` r-realtajiet li għandna f'dan il-pajjiż huma differenti mix-xewqat tiegħi jew ta' xi ħadd ieħor.", "F'dan il-qasam qegħdin nippruvaw nagħmlu qabża fil-kwalita` li konna ilna nitkellmu dwarha għal snin twal.", "Dan ifisser ukoll li l-output tal-kuntratturi m'għadux ikun kif kien isir fil-passat għax dawn ukoll qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet peress li m'għandhomx persuni mħarrġa biżżejjed biex jagħmlu ċerti xogħlijiet, pero` ma nistgħux nibqgħu nħarsu fix-short term.", "Il-gvern tal- ġurnata qed iħares lejn programm ta' xogħol li jmur ferm aktar 'il bogħod mill-elezzjoni li jmiss u li permezz tiegħu jkollna toroq tajbin li jixirqu pajjiż żviluppat bħal tagħna.", "Kieku kellna nġibu kuntratturi minn barra biex dan ix-xogħol isir kif inhu xieraq, min jaf kemm nisimgħu li dawn il- barranin ġejjin biex jieklu l-ħobż tal-Maltin u affarijiet oħra bħal dawn!", "Għalhekk aħna qegħdin nippruvaw naslu permezz ta' ħaddiema u ta' kuntratturi Maltin.", "J'Alla dawn il-kuntratturi jifhmu dan - kif ħafna minnhom diġa` qegħdin jagħmlu – u jkollhom l-opportunita` juru lil pajjiżna u lil oħrajn x'kapaċi jagħmlu u fl-istess ħin jaqilgħu l-flus huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru qal li l-kunsilli lokali ġew mitluba jissottomettu lista ta' prijoritajiet fit-toroq tal-lokal tagħhom.", "Lest li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-lista jekk jiġi mitlub jagħmel hekk?", "Jien nifhem li jekk deputat ta' din il-Kamra f'isem ir-residenti jitlob biex issir triq f'ċerta lokalita`, allura hija ħaġa pubblika u anke l-lista ta' prijoritajiet għandha tkun pubblika allavolja jiena stess iltqajt ma' każijiet – kif semma l-Ministru stess – fejn il-kunsill jgħid li hu poġġa t- tali triq fil-lista ta' prijoritajiet u l-Ministru ma niżżilhiex.", "Ma jaħsibx il-Ministru li aktar nimxu jekk ikun hemm koordinazzjoni aħjar bejn iż-żewġ units li suppost jaħdmu flimkien, u cioe` bejn id-dipartiment tat-toroq u l-unit għal ambjent nadif, speċjalment fejn jidħol management ta' ilma tax-xita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għar-rigward l-ewwel parti tad-domanda, m'għandi assolutament l-ebda problema biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' prijoritajiet ta' toroq kif mitlub mill-kunsilli lokali jekk niġi mitlub għax dan m'huwiex xi sigriet statali, anzi huwa mod ta' kif nistgħu nkunu aktar open.", "Għar-rigward t-tieni parti tad-domanda, irrid ngħid li hemm żewġ tipi ta' xogħlijiet li jsiru b'kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet li semma' l- Onor. Galea.", "Il-pożizzjoni sal-lum qiegħda li meta niġu biex nitkellmu dwar xogħol ta' maintenance, fejn għandek culvert li jeżisti diġa`, huwa l- unit għall-ambjent nadif li mbagħad irid jimmantjeni dik is-sistema.", "Meta niġu biex nagħmlu culverts ġodda u sistema ta' water retaintion ġdida, huwa d-direttorat tat-toroq li hu responabbli minnha.", "Fil-fatt ġieli jiġri li meta persuni mill-unit għall-ambjent nadif imorru f'post biex jaraw jekk hemmx bżonn ta' culverts partikolari f'dawk l-inħawi, ikunu pronti jirrapportaw din il-ħtieġa partikolari lid-dipartiment tat-toroq pero` imbagħad issib oħrajn li lanqas biss jirrapportaw dawn il-ħteġijiet.", "Pero' m'hemmx dubju li l-kollaborazzjoni b'mod ġenerali hija waħda tajba u pjuttost qawwija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, bħalma Psaila Street tikkonċerna ħafna nies, Triq Matteolo Saliba, fiż-Żurrieq, tikkonċerna lir-residenti għax hemm biċċa minnha li għadha qatt ma saret.", "Barra minn hekk dawn ir- residenti qegħdin ukoll ibatu minn supply ta' ilma proprju minħabba l- policy li ċerti servizzi għandhom jitqiegħdu meta tkun se ssir it-triq.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tendering process għal din it-triq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, Triq Matteolo Saliba hija waħda minn dawk it-toroq lokali li għadha ma saritx pero` nista' ngħid li qegħdin fl-aħħar stadju biex it-tenders għaliha joħorġu u hemm il-ħsieb li din titlesta matul is-sena li qegħdin fiha.", "IMTARFA - BYPASS", "30692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir il-koordinament meħtieġ sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa, inkluż it-tarmac fil-parti l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq ippubblika sejħa għall-offerti sabiex jiġu provvduti pre-fabricated panels biex ikunu jistgħu jinbnew il-ħitan tas-sejjieħ f'din il-bypass sabiex il-wisa' tat- triq tiġi waħda uniformi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mingħajr ma nkun xettiku, peress li ħafna toroq qed jinbeda x-xogħol fuqhom u dan idum sejjer għal numru ta' ġimgħat jekk mhux xhur u peress li f'ċerti ċirkostanzi, speċjalment fil-bypass ta' l-Imtarfa, ikun hemm impatt ħajdroloġiku u impatt ta' l-ilma tax-xita, jista' l- Ministru jara li jittieħdu l-miżuri biex ix-xogħlijiet jibdew jitlestew malajr ħalli jkun hemm l-inqas impatt fuq l-ekoloġija ta' dawn l-inħawi hekk magħrufa kemm mat-turisti kif ukoll mal-Maltin u l-Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia ma xtaqx ikun xettiku u lanqas jien ma nixtieq inkun xettiku pero` żgur li min ikun qed jagħmel ix- xogħol issa se jagħmlu b'ferm aktar galbu minn min għamel ix-xogħol l-ewwel darba li saret din il-bypass.", "Għax dakinhar ħadd ma ta' każ la ta' l- ekoloġija, la ta' l-idroloġija u lanqas tal-ġeoloġija imma għamel sfreġju permanenti fit-tafal ta' taħt l-Imtarfa u bla ebda biża' ta' xejn – m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Farrugia għax dak iż-żmien ma kienx fil-Parlament bħalma ma kontx jien – qabad nofs il-muntanja tat-tafal, qalibha fuq ġenb wieħed u kien kuntent li basta għamel triq.", "IMTARFA - ROUNDABOUT", "30693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li terġa ssir ir-roundabout li kien hemm f'salib it-toroq tal-bypass ta' l-Imtarfa sabiex ikunu evitati perikli kkawżati mis-sistema tat-traffiku attwali f'din il-bypass?", "Jekk fl- affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant hu zgħir wisq biex fuqu tinbena r-roundabout flok dik li kien hemm qabel u li kienet pjuttost żgħira għat-traffiku li kien qed jużaha.", "Għalhekk fiċ-ċirkostanzi s-sistema preżenti hija l-inqas waħda ta' periklu f'din iz-zona.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jispjegalna għaliex fi Psaila Street wara li nbniet roundabout b'dik il- pompa kollha u b'ċerta solennita`, din reġgħet tneħħiet?", "Jista' jispjegalna u jgħidilna wkoll kemm qamet din ir-roundabout biex tinbena u biex titneħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, din ir-roundabout tant hija importanti li sabet ruħha f'diskussjoni waqt il-konferenza ġenerali tal-Labour Party!", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'din it-triq kulma tneħħa kien kurdun ta' bankina u ma tneħħiet l-ebda roundabout.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li ma jafx x'inhu kurdun.", "Dan jikkonsisti fi slabs tal-bankina.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien qed nirriferi għal dik il-biċċa traffic island kbira li hemm qisha gżira quddiem Abela li jbigħ il-ġwież fi Psaila Street minn fejn jien ta' sikwit immur nixtri.", "Fil-fatt kien hemm il-Jugoslavi li damu ġimgħatejn jaħdmu fuqha imbagħad reġa' kien hemm Jugoslavi oħrajn li reġgħu qalgħuha.", "Jien għalija dik aktar hi traffic island milli kurdun, kif qed isejħilha l-Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzoni tkellem fuq roundabout.", "Fil-fatt fi Psaila Street ma tneħħiet l-ebda roundabout.", "Tneħħiet biċċa żgħira minn central strip, kif qal tajjeb issa, pero` ta' min wieħed jgħid li din is-central strip, li tant ingħatat prijorita`, kienet parti minn xogħol li se jiswa ma nafx kemm-il elf lira u kulmin ried, sena u nofs ilu kellu ċ-ċans jara wirja ta' pjanti li kien hemm esposta għal ta' l-apposta f'din il-lokalita` u li fiha kien hemm indikat ix-xogħlijiet kollha li kienu meħtieġa u li kienu se jsiru fuq Psaila Street.", "Wara li fiżikament saret din il-biċċa xogħol żgħira fuq il-post - li Allaħares il-kuntrattur dam 15-il ġurnata fuqha għax kieku kien jitlef biċċa sew mill-qliegħ - irriżulta li minħabba li St. Anthony Street tisbokka fuq dik it-triq partikolari u li minnha kultant joħorġu ċertu ...", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri m'għandux x'jaqsam!", "Kieku l-Kap ta' l- Oppożizzjoni meta jkun qiegħed hemm imur fil-ħanut tal-faċċata u jieħu ħobża, jirrealizza minn fejn oriġinat il-problema li nqalgħet għax is- sidien ta' dan il-ħanut jistgħu jgħidulu min kienu l-persuni li bdew jilmentaw dwar il-problema ta' traffiku li kienet qed tinħoloq.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' passiġġieri li wżaw is-servizzi tal-Gozo Channel bejn Ottubru u Diċembru tas-snin bejn l-1997 u l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 30696.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt nirriferi lis-Sedja għal xi inkongruwenzi li hawn fl-aġenda tal-lum.", "Fil-Kamra llum se jiġi diskuss l-Att li jemenda l-Ordinanza dwar il- Kostituzzjoni tal-Kariga ta' l-Avukat Ġenerali u dik ta' l-Avukat tar- Repubblika, li dwarha l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa l- kelliem ewlieni u għalhekk irid joqgħod hawnhekk.", "Fl-istess ħin għandna l- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Liġijiet li se jkompli jiddiskuti l-Abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u Zona Kontingwa.", "Kemm l-Onor.", "Farrugia li huwa Membru permanenti ta' din in- naħa tal-Kamra fuq dan il-Kumitat, kif ukoll jien, ma nistgħux nattendu għal dan il-Kumitat; il-kollega tiegħi għar-raġuni li semmejt u jien peress li rrid nattendi għal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin li wkoll se jiltaqa' illum biex jiddiskuti ċ-chapter fuq l-issues soċjali.", "Għalhekk nissuġġerixxi li ċ-chairman tal-Kumitat għall- Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi jtella' item ieħor għad-diskussjoni ħalli jien inkun nista' nattendi għal-laqgħa tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin u l-kollega tiegħi jkun jista' jibqa' jitkellem hawnhekk fil-Kamra fuq l-Abbozz ta' Liġi li għaddej bħalissa.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu konjizzjoni ta' dak li għadu kif ingħad u titlob liċ-chairmen tal-kumitati biex jikkoordinaw flimkien ħalli ma jkunx hawn dawn il- kumitati fl-istess ħin.", "On a point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, irrid ngħid li l-Kumitat ta' l- Affarijiet Barranin primarjament kien għall-bieraħ imma mbagħad kellu jiġu pospost għal-lum minħabba li l-bieraħ kien hemm l-istedina għall-ikla ta' l- Ambaxxatur Ċiniż biex jiċċelebra t-30 sena anniversarju tar-relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina.", "U allura dan ġie over and above terġa' dak li kien hawn.", "Pero` xorta waħda jibqa' l-fatt li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Farrugia, ma jistax jattendi għall-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u fl-istess ħin jitkellem dwar il-liġi li għaddejja bħalissa f'din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien naħseb li m'hemmx diffikulta` jekk nipposponu l-kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Prim Ministru jrid jirrealizza li meta inti għandek agenda parlamentari ma tistax taqbad u tneħħiha kif ġieb u laħaq.", "Jien qed nivverbalizzaha ħalli tkun imniżżla għaliex dan il-kumitat ġie pospost, għal xejn aktar.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naqblu li jiġi pospost il-kumitat tal-liġijiet jew tal-foreign affairs?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Naħseb li l-aħjar ħaġa tkun li l-kumitat tal- liġijiet xorta jiltaqa' pero` minflok jiddiskuti l-liġi dwar iz-zona kontigwa u l-ibħra territorjali, jieħu n-next item on the list.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nsibx diffikulta` li jsir hekk.", "MR SPEAKER Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, għalkemm jien qiegħed hawnhekk u nista' nibda niddiskuti l-liġi dwar il-probation, irridu nqisu li n-nies konċernati ma ġewx innotifikati.", "Forsi jkun aħjar jekk ma jsirx il-kumitat tal-foreign affairs; f'dak li jirrigwarda l-liġi dwar l- ibħra territorjali kulma hemm tliet klawsoli li m'humiex kontroversjali u jidhirli li kien hemm qbil dwarhom.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Tonio Borg, din il-liġi m'hijiex kontroversjali u jien naf dan għax ressaqt il-First Reading tagħha.", "Għalhekk nitlob li nissospendu għal nofs siegħa sakemm isir il-Kumitat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien m'iniex qed nipprova nqajjem diffikultajiet imma qed nippreżenta proprju l-istampa kif inhi.", "Jien żgur li l-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin għandu ħafna nies esperti li kellhom jiġu biex jitkellmu mal-kumitat u anke jirrispondu għal xi domandi u għalhekk naħseb li jkun aħjar jekk kemm-il darba naraw nistgħux neħilsu malajr taz-zona kontigwa u mbagħad inkomplu bl-ieħor.", "MR SPEAKER: Jiena nitlob li jekk jista' jkun jiltaqgħu ż-żewġ partijiet ħalli jaraw kif jistgħu jagħmlu dawn l-arranġamenti.", "Infakkar li hemm anke s-sostituti ta' naħa u ta' oħra u jekk jistgħu jaslu għal xi arranġament jaslu u jekk jistgħu jipposponu għal ċertu ħin, jagħmlu hekk ukoll.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-KOSTITUZZJONI TAL-KARIGA TA' AVUKAT ĠENERALI U DIK TA' AVUKAT TAR-REPUBBLIKA", "THE ATTORNEY GENERAL AND COUNSEL FOR THE REPUBLIC (CONSTITUTION OF OFFICE) (AMENDMENT) ORDINANCE", "MR SPEAKER: Għandi dan il-messaġġ mingħand il-President ta' Malta:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika, Kap. 90, biex titwaqqaf il-kariga ta' Prosekutur Ġenerali, u biex tagħmel provvedimenti oħra, inklużi emendi għall-Kostituzzjoni u għal liġijiet oħra, konsegwenzjali u inċidentali għal dan\", jirrakomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "19 ta' Novembru 2001", "Insejjaħ issa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, l-Onor.", "Austin Gatt biex iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar- Repubblika.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, qed inressaq għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra abbozz ta' liġi li nemmen li l-istat missu ilu li kkonsidrah.", "Qed nitkellmu fuq riforma ta' dak li llum huwa magħruf bħala l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali, li jien nemmen li ilha bżonjuża għaliex waqt li dan l- uffiċċju huwa wieħed mill-iktar importanti u mill-iktar użati mill- ministeri u d-dipartimenti, baqa' strutturat kif kien għoxrin jekk mhux tletin jew erbgħin sena ilu.", "Infakkar li mhux biss ma żammx maż-żmien, pero' għal ħafna snin indipendentement minn min kien fil-gvern, bata minn exodus ta' avukati tajbin.", "Għal xi żmien kien jattira avukati promettenti b'mod regolari peroż llum tilef ħafna mill-avukati li kienu tajbin u li qablilhom imorru fil-prattika privata.", "Il-kariga t'avukat ġenerali hija kariga kostituzzjonali f'dak li għandu x'jaqsam il-proċediment kriminali.", "L-avukat ġenerali huwa msemmi fil- kostituzzjoni vis-à-vis ċerti proċessi fejn jittieħdu deċiżjonijiet jew biex ma jitkomplux l-azzjonijiet kriminali kontra xi ħadd jew biex issir akkuża kriminali kontra xi ħadd.", "F'dan is-sens huwa limitat.", "Hemm xi liġijiet oħra li jagħtu lill-avukat ġenerali l-poter li waħdu b'mod assolutament indipendenti u 'l bogħod mill-eżekuttiv jieħu ċerti deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam kriminali.", "Hawnhekk nirreferu għall-money laundering, circle warrants jew wireless telegraphy.", "Insemmi wkoll każi ta' mediċini perikolużi u drogi.", "L-aspett li joħroġ mill- ordninament ġuridiku tagħna fejn jidħol l-avukat ġenerali huwa fil-verita' marbut mal-qasam kriminali.", "Ir-realta' hija li lill-avukat ġenerali f'dan il-pajjiżi nużawh għal kollox.", "Ma nużawhx biss f'dak li huwa msemmi fil- liġi jew f'dak li huwa l-prosekutur ta' l-istat li f'ismu jsiru l- prosekuzzjonijiet kollha.", "Dan jikkonsulta lill-gvern, lill-ministri u lil diversi dipartimenti fl-oqsma ċivili kollha.", "Nirreferi għall-oqsma tal- kummerċ, il-qasam finanzjarju, l-qasam bankarju u marittimu.", "M'hemmx qasam wieħed li fuqu l-gvern ma jirrikorrix għand l-avukat ġenerali.", "Il-gvern jirrikorri għand l-avukat ġenerali anke biex jiddefendi lill-gvern jew jgħinu fir-rappreżentanza ċivili fil-qrati tagħna u wisq iktar minn hekk, huwa konstantament preżenti biex jagħti pariri lill-gvern fl-oqsma kollha li jistgħu b'xi mod jew ieħor jaqgħu taħt il-kappa tal-liġi.", "Huwa l-legal advisor tal-gvern.", "Aktar mad-dinja tkompli tingħaqad u tigglobalizza ruħha aktar jikber is- sehem li għandu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Hawnhekk qed nalludi għall-pariri kostanti li jagħti l-avukat ġenerali fil-qasam internazzjonali tal-konvenzjonijiet u fir-rappreżentanza li ħafna drabi l-gvern jagħtih fuq numru ta' kumitati legali jew kawżi legali.", "M'hemmx konvenzjoni waħda li pajjiżna jidħol għaliha u li ma tgħaddix minn taħt l-iskrutinju ta' l- avukat ġenerali.", "Tista' tkun konvenzjoni li għandha x'taqsam mal-vapuri jew mal-estradizzjoni għaliex huwa l-avukat ġenerali li jara l-affarijiet mil- lat legali u jagħti l-pariri tiegħu.", "Huwa ovvju li iktar ma' Malta tidħol f'konvenzjonijiet internazzjonali aktar jikber ir-rwol tal-avukat ġenerali.", "Malta qed iżżid ir-rwol tagħha f'dawn il-konvenzjonijiet.", "Irrid insemmi wkoll qasam ieħor li huwa importanti ħafna u li l-gvern huwa totalment dipendenti fuq l-avukat ġenerali għalih.", "Dan huwa l-qasam tad- drafting tal-liġijiet u l-legal notices u li jaqa' taħt l-avukat ġenerali.", "Dan ħa l-oqsma l-oħra kollha u m'hemmx nies biżżejjed jaħdmu fih, pero' huwa qasam kruċjali anke fit-tħaddim ta' dan il-parlament.", "Irrid nispjega u nagħmilha ċara li waqt li kulħadd jaħseb li l-avukat ġenerali għandu x'jaqsam biss mal-ġurijiet għaliex hemmhekk l-iktar li jissemma, fir- realta' m'hawnx uffiċċju t'avukat privat li għandu l-ispettru kbir li jaħdem fih l-avukat ġenerali.", "Naħseb li l-Onor.", "Farrugia jaqbel miegħi li m'hawnx uffiċċju ieħor li jaħdem il-ġudizzjarju u l-ex-ġudizzjarju bl-istess mod u li jaħdem fiċ- ċivil u fil-kriminal u fl-istess żmien huwa ntiż fil-konvenzjonijiet internazzjonali u jiddraftja l-liġijiet u l-legal notices.", "M'hawnx uffiċċju fil-privat la f'Malta u lanqas barra li jirrispekkja dawn l- affarijiet.", "Li jkollna uffiċċju tal-avukat ġenerali attrezzat huwa tal-ikbar neċessita'.", "Fit-tliet snin li ili f'din il-kariga nirrealizza kemm mirakli jsiru kuljum f'dan l-uffiċċju.", "Qed ngħid hekk għaliex bl-ebda mod m'aħna attrezzati biex inlaħħqu max-xogħol li l-gvern jitfa' fuq dan l-uffiċċju.", "Dawn in-nies jagħmlu l-mirakli u nibda mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika Dr Anthony Borg Barthet, inkompli bl-assistant tiegħu Dr Silvio Camilleri u l-avukati kollha anzjani li hemm u m'humiex f'dan l-uffiċċju.", "Jien sinċerament ninżagħlhom il-kappell għax-xogħol li jsir u għall-mod kif jaħdmu fit-tensjoni li hemm.", "Id-dinja ta' l-avukatura – u nispera li Dr Farrugia jaqbel miegħi wkoll - illum inbidlet totalment.", "Meta gradwajt jien, 25 sena ilu fl-1975 kulħadd spiċċa l-qorti.", "Kollha morna xi żmien nipprattikaw il-qorti u wħud spiċċaw għand l-avukat ġenerali.", "Xi wħud minnhom wara ħafna żmien telqu l-qorti pero` kulħadd minn hemm beda.", "Ftit jiem ilu tajt warrant lil xi 86 avukat ieħor u b'garanzija ma jkunx hemm għaxra li jidħlu l-qorti ħames snin.", "L-avukatura llum qed titbiddel u qed jitbiddel ukoll il-mod kif tipprattika.", "Illum m'għadekx issib avukati li jagħmlu minn kollox.", "Jien niftakar avukati, illum irtirati jew kważi irtirati, li kienu jagħmlu ftit minn kollox, Kienu jagħmlu l-kawżi tat- traffiku, l-kawżi tad-distrett, il-kawżi ċivili quddiem il-maġistrati u l- appelli kostituzzjonali.", "Minn dawn għad baqa' xi erba' u normalment ikunu fil-politika u allura ma tantx ikollhom għażla.", "Ħafna drabi l-avukati jgħidu li jipprattikaw iċ-ċivil biss jew il-kriminal biss jew li ma jidhrux fi small claims.", "Qed issir ukoll l-għażla kbira bejn il-qorti u l- ġudizzjarju.", "Illum il-maġġoranza ta' l-avukati iktar jaħdmu barra l-qorti milli fih.", "Ħafna jaħdmu f'oqsma tal-liġijiet finanzjarji, tal-kumpanniji, tal-liġi bankarja u fil-liġi marittima.", "Dawn l-oqsma sa ftit ilu ma kenux jeżistu pero' llum qed irendu l-flus u j'Alla jkomplu jaħdmu fihom.", "Qed ngħid hekk għaliex din ġabet bidlet fundamentali fl-avukatura u qed twassal għall-ispeċjalizzazzjoni ta' dawk l-avukati li qed isiru avukati primi meta jidhru quddiem il-qorti għaliex ikunu jafu l-ġurisprudenza.", "Dawn jispeċjalizzaw fil-ġurisprudenza u jkollhom probabilment anke ftit don ta' parola facile u allura jafu jidhru, jitkellmu u jimponu ruħhom quddiem il-ġudikant.", "Hemm l-avukati l-oħra li huma tajbin għal wara skrivanija.", "Dawn jiriċerkaw ix-xogħol ta' dak li hu extra ġudizzjarju pero` iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tinħass id-distinzjoni bejn ċivilisti, kummerċjalisti u l-avukati li jagħżlu jipprattikaw biss fil-kriminal.", "Illum dan hu fenomenu li tħossu b'idejk.", "Hemm l-avukati li ma jridux jaħdmu fil- kriminal u jaħdmu biss ċivil u l-avukati li jispeċjalizzaw mhux biss fiċ- ċivil imma fi branka partikolari li tkun ta' kummerċ jew fil-liġijiet industrijali.", "Qed insibu speċjaliżżazzjoni f'dawn l-oqsma.", "Dan ġara l- ewwelnett b'mod naturali għax kibru n-numri u allura kibru niċeċ.", "Kulħadd ifittex in-niċċa tiegħu u dak li jixtieq jagħmel hu.", "It-tieni, għax il- liġijiet f'pajjiżna żdiedu u saru iktar komplikati.", "Fi żmieni u ftit qabilna biex jitbiddel il-Kodiċi Ċivili jew biex jitbiddel il-Kodiċi ta' Proċedura kien jieħu 15-il sena'.", "Illum il-liġijiet ħerġin u mexjin u trid tispeċjaliżża għax ma tlaħħaqx ma' kollox.", "Minħabba dan l- avukatura qed issir aktar speċjalizzata u inqas ġeneralista.", "Fl-istess ħin l-avukatura qiegħda torganizza ruħha.", "Missieri ffonda l-ewwel firm hawn Malta fl-1968 jew fl-1969.", "Kienet rarita` u damet għal snin twal rarita` li wieħed iwaqqaf firm.", "Illum dawn huma komuni.", "Ġejna f'pożizzjoni li mhux biss ikollna avukati li jsiru partners iżda li anke jqabbdu avukati oħrajn magħhom.", "Dawn il-firms tant kibru u tant iridu jiżviluppaw ix-xogħol tagħhom li uħud minnhom qed jimpjegaw accountants u managers magħhom apparti s-segretarji tradizzjonali li kulħadd dejjem kellu.", "Sfortunatament l-uffiċċju ta' l-avukat ġenrali ma mexiex ma dan it-tibdil kollu u jien ngħid li mhux tort ta' min kien hemm fl-uffiċċju jew tal-gvernijiet differenti li kien hemm.", "Minkejja l-isfidi li dejjem kellna naħseb li ma kienx hemm iż-żmien propizju biex jipprovaw jattakkaw il-problema mill- qiegħ.", "Naħseb li kull gvern xtaq li jkollu uffiċċju ta' avukat ġenerali li hu organizzat u li jattira n-nies tajbin u jżommhom billi jirrenumerahom b'mod diċenti.", "Sfortunatament ħadd ma qabad il-barri minn qrunu u pprova jaffronta l-problema.", "Naħseb li ż-żewġ naħat naqblu li l-ammont ta' xogħol li għandu l-avukat ġenerali u l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali hu fenominali meta tqis li għandu biss 15 –il avukat u meta tara fejn irridu naslu sa ħames snin oħra.", "Tmienja minn dawn l-avukati ilhom avukati inqas minn ħames snin.", "Jekk nibdew minn Dr Tony Borg Barthet u ninkludu avukati li għandhom esperjenza ta' iktar minn ħames snin insibu biss seba'.", "Nista' nassigurakom li hawn firms ta' avukati li għandhom iktar minn 15-il avukat jaħdem magħhom u għandhom forsi one tenth tax-xogħol li għandu dan l-uffiċċju.", "Ngħid mingħajr ebda esaġerazzjoni li jekk mhux se ssir riforma fl-istrutturi ta' dan l-uffiċċju biex issaħħu u biex tagħmilha possibbli li nattiraw nies ta' talent u li nżommuhom, l-uffiċċju se jikkrolla.", "Ma jistax jibqa' sejjer hekk.", "Ma jistax ikun li bl-ammont ta' leġislazzjoni li ħierġa jkollna persuna jew tnejn biss li jagħmlu drafting f'dan il-pajjiż.", "Ma jistax ikun naħdmu bi ftit persuni biex naraw il-legal notices kollha li joħorġu u nagħmlu d-drafting kollu neċessarju biex tasal draft f'din il-Kamra.", "Nista' nassigura li ħafna drabi din tkun l-għaxar u kultant anke t-tlettax il- draft li tkun għaddiet.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż niddependu minn persuna jew tnejn biex jaraw kollox.", "Hi impossibbilta` li nistennew li ħames avukati nkluż l-avukat ġenerali nnifsu jagħmlu kull m'għandu x'jaqsam ma' l-oqsma li m'humiex fil-qasam kriminali.", "Jien ngħid li fil-qasam kriminali għandna n-nuqqasijiet pero` m'għadniex nuqqasijiet kbar.", "Il-fatt li llum għandna żewġ prosecuting teams fil-livell ta' ġurijiet diġa` hu avvanz kbir u rajna tnaqqis fin-numru ta' ġurijiet pendenti li għandna fil-qasam ċivili, kummerċjali, u finanzjarju.", "Fl- uffiċċju tal-avukat ġenerali qegħdin nikkrollaw.", "Din hi realta` li tkompli tikkomplika ruħha għax Malta trid iżżomm il-preżenza tagħha f'kumitati barranin partikolarment fil-Kunsill ta' l-Ewropa fejn aħna nvoluti f'mill- inqas tmien kumitati b'aspetti legali.", "Hi realta` li tkompli tikkomplika ruħha għaliex l-uffiċċju ma joffrix ċerti servizzi li kull uffiċċju ta' dan it-tip joffri bħala għajnuna liċ-ċittadin li jkun vittma ta' xi reat kriminali.", "L-uffiċċju ma joffrix għajnuna psikoloġika liċ-ċittadini b'mod ġenerali biex ifehmhom x'inhuma d-drittijiet tagħhom u x'rikorsi legali għandhom.", "M'hemmx speċi ta' citizens rights bureau biex jipproteġi liċ- ċittadin kontra l-abbużi u jindirrizza l-kollegamenti li huma neċessarji li jkollok ma' l-għajnuna legali u numru ta' servizzi oħra li rridu nibdew nibnu f'dan il-pajjiż biex insaħħu l-id taċ-ċittadin.", "Dan ċertament ma nistgħux nagħmluh jekk se nibqgħu bl-istrutturi li għandna llum.", "Il-gvern mhux qed jipproponi liġi ġdida għax il-liġi hi l-veikolu.", "Hawnhekk qed nipproponu struttura radikalment differenti.", "Jiena nemmen li f'din il- liġi m'hemmx politika involuta u hi attentat jew tentattiv biex nipprovaw insibu struttura legali li fiha nistgħu nwaqqgħu l-organizzazjoni sħiħa li hemm illum bil-flessibbilta` neċċessarja biex tkun tista' tespandi u tattira nies tajbin u żżommhom.", "Dan hu t-tentattiv sempliċi li qed isir.", "Illum ma jagħmilx iktar sens li nżommu l-aspetti ċivili tal-gvern ma' l- aspetti kriminali taħt kappa waħda.", "Fl-opinjoni tiegħi ma jagħmilx sens għal żewġ raġunijiet fundamentali.", "Jien dejjem ħassejt li l-attorney general ibiddel il-kappell skond liema kawża għandu quddiemu jew skond liema sitwazzjoni qiegħed fiha.", "Dan m'huwiex faċli umanament.", "Filli wieħed qed jaqdi l-funzjoni ta' attorney general u hu indipendenti mill-gvern u filli jkun legal advisor tal-gvern.", "Jien nemmen li jekk irridu nsaħħu l-id ta' min għandu l-aspett kriminali - li aħna hawnhekk qed insejjħulu l-prosekutur ġenerali, irridu nigganċaw l- aspetti ċivili mill-aspetti kriminali.", "Jien bl-ebda mod ma qed ngħid li Dr Tony Borg Barthet jew il-predeċessuri tiegħu ma kenux kapaċi jagħmlu l- qabża mentali li kienet neċessarja biex tbiddel il-kpiepel u tmur mill- prosekutur indipendenti għall- avukat ta' fiduċja tal-gvern.", "Biex wieħed jagħmel dan irid aġilita` mentali u dan il-pajjiż kien mogħni mill-fatt li sab nies li kellhom din l-aġilita`.", "Madankollu xorta hi diffikulta` li jien nemmen li tista` tiġi solvuta faċilment jekk niżganċaw iż-żewġ pożizzjonijiet.", "It-tieni raġuni għaliex nemmen li rridu niżganċaw iċ-ċivil mill-kriminali hi li rridu nsegwu dak li qed jiġri fil-prattika privata.", "Illum ftit issib avukati li jagħmlu l-kriminal u ċ-ċivil.", "Qed nitkellem fuq krimini serju mhux tat-traffiku.", "Din is-sitwazzjoni fil-prattika, kważi kważi diġa' teżisti fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għaliex hemm erba' jew ħames avukati li jaħdmu fuq kriminal biss.", "Tant il-qasam ta' investigazzjonijiet kriminali u money laundering kiber li diġa' nħoloq team li jiddedikaw ruħhom għall-kriminal biss u kważi ftit li xejn jibbażaw fuq iċ-ċivil.", "Jien nemmen li iktar ma tikber il-koperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja differenti u iktar ma nidħlu fi trattati ta' skambju ta' informazzjoni dwar money laundering u immigranti llegali iktar se jkollna bżonn avukati speċjalizzati fil-kriminal.", "Din hi t-tieni raġuni għaliex fl-opinjoni tiegħi għandha ssir qasma drastika bejn min se jispeċjalizza ruħu fiċ-ċivil, fil-kummerċ, fil-finanzi u fil-kriminal.", "Ngħid li l-iktar ħaġa importanti hi li nevitaw din il-problema taż-żewġ kpiepel u jkollna l-prosekutur ġenerali li jassumi prattikament il- funzjonijiet kollha li għandu llum l-attorney general fil-qasam tal-liġi kriminali u jkollna uffiċċju ġdid ta' l-attorney general li jassumi l- funzjonijiet ċivili u affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu miegħu.", "Din kif pinġejniha aħna.", "Pinġejniha b'dan il-mod għaliex nemmnu li nistgħu inkunu iktar strutturati.", "Jistgħu isiru ħafna argumenti favur jew kontra u jien ma nistax ngħid x'inhu tajjeb jew ħażin.", "Tista' tibqa' bl-istruttura li għandna u jkollna kap wieħed li jibqa' l-attorney general bil-funzjonijiet ċivili u kriminali li għandu llum u mbagħad nibdew niftħu mil-level ta' taħtu.", "Aħna kkunsidrajna din l-għażla għaliex fl-aħħar mill-aħħar m'hijiex xi għażla ta' prinċipju jew ta' politika imma ta' amministrazzjoni u ta' organizzazzjoni li tista' tagħtina l-aħjar riżultati.", "Jien nemmen li l- għażla li tħalli persuna waħda biċ-ċivil u l-kriminal taħtu, apparti li ma ssolvilekx il-problema tal-kpiepel, hija top heavy.", "Dan għaliex dik it-tip ta' struttura ssegwi ħafna l-metodoloġija li mdorri biha s-servizz pubbliku li minflok tipprova tiftaħ kemm tista' u tnaqqas id-distanza bejn min qiegħed fuq u min qiegħed isfel tkompli tibni piramida u ttella' fuq.", "Din hi parti mill-problema li għandna llum fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; biex tittieħed deċiżjoni wieħed irid jitla' fuq għall-firma.", "Kollox irid jispiċċa għand l-avukat ġenerali u allura naħseb li jekk nirristrutturaw żewġ organizzazzjonijiet indipendenti jkun ħafna aħjar anke mil-lat organizzattiv.", "B'hekk inkunu qed innaqqsu l-organisation chart u allura tagħmilha ħafna iktar dinamika.", "Iktar minn ħaġa oħra nemmen li rridu żewġ organizzazzjonijiet biex nagħmu din is-separazzjoni li fl-opinjoni tiegħi hi neċessarja.", "Id-distinzjoni hi bejn id-doveri kriminali li għandu jkollu avukat ġenerali u d-dover fil-qasam ċivili, kummerċjali u oħrajn.", "Dan il- qasam għandu jkollu l-ekwivalenti tiegħu band' oħra.", "Minħabba f'hekk qed jiġi propost li dak li se jagħmel id-doveri kriminali eżistenti llum - kemm fil-Kostituzzjoni u kemm fil-liġijiet kriminali - jibda jissejjaħ l-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali u dak li se jieħu l- parti ċivili jibda jissejjaħ l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Fir-realta` din hi tibdila fin-nomenklatura pero` m'hijiex bidla fis-sustanza għaliex mhux propost li b'xi mod jew ieħor inbiddlu jew innaqsu mil-leġislazzjoni li hemm llum jew mid-drittijiet jew doveri li hemm illum.", "Dan ifisser li l- prosekutur ġenerali se jibqa` bl-istess indipendenza u bl-istess regoli kollha li jeżistu visavis l-attorney general fil-qasam kriminali llum.", "Qed inbiddlu biss in-nomenklatura pero` jidhirli li hi bżonjuża jekk irridu naħdmu.", "Huwa bżonjuż ukoll jekk inħarsu x'ġej taħtu.", "Sur President, jien diġa' indikajt li waħda mill-problemi kbar li hemm illum hi li f'dawn l-aħħar snin, l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tilef nies tajbin li ma messux tilifhom.", "Qed nirreferi għal aktar minn għaxar snin.", "Dan żamm nies tajbin li għadhom hemm sal-lum imma fil-maġġoranza tilef avukati tajbin.", "Dan jista' jkun għal diversi raġunijiet pero` jien nemmen li r-raġuni prinċipali kienet li dawn ma rawx prospettivi ta' karriera minħabba regoli diffiċli taċ-ċivil li daħlu fi grad u baqgħu fih.", "Biex lil dawn inżiduhom mitejn lira ma nafx minn x'hiex ikollna ngħaddu u kultant insibu li din tkun impossibbli.", "Avukat li jkun tajjeb jiġi offrut xi Lm5000 aktar fis-sena u anke jekk ma jaċċettax għall-bidu, imbagħad jispiċċa jaċċetta mat-tieni u t-tielet offerta.", "Jien ma nlum lill-ħadd li jaċċetta.", "Irridu l-ewwelnett nibnu organizzazzjoni taħt il-prosekutur ġenerali u taħt l-avukat ġenerali li hi dinamika.", "Ma rridx nibnu organizzazzjoni ffissata fil-gradi.", "Jekk se nibqgħu bis-sistema fejn wieħed jidħol junior council u wara ħames snin isir council u jieħu xi Lm200 żieda nistgħu nibqgħu kif aħna u ma nbiddlu xejn.", "Irridu nibnu organizzazzjoni li tiddependi fuq l-abilita` ta' l-avukat u mhux fuq kemm ilu.", "Mhux hekk irridu naħdmu.", "Irid ikollna l-kuraġġ li nirregalaw xogħol tajjeb inkella l-avukati se jibqgħu jidħlu ma' l-avukat ġenerali sakemm isibu post privat.", "It-tieni prinċipju li fuqu qed nibnu hu li minħabba n-numru t'avukati li ħerġin hemm ħafna opportunita` għall-ispeċjalizzazzjoni.", "Jien niltaqa' ma xi wħud mill-avukati ż-żgħar u jimpressjonawni li kollha jkunu jridu jaħdmu f'qasam partikolari.", "Sibt ħafna li jinteressawhom international conventions u ma jridux jaħdmu l-qorti jew f'post ieħor.", "Issib ħaddieħor li jgħidlek li jrid jagħmel il-kriminal biss jew il- liġijiet tal-kuntratti biss.", "Li rrid ngħid hu li jekk l-uffiċċju tal-avukat ġenerali ma jkunx ġeneralista u jagħti lok għal speċjalizzazzjoni nkunu nistgħu niġbdu avukati tajbin.", "Nistgħu nakkoppjaw dan kollu mal- flessibbilta` interna ta' l-istruttura li semmejt qabel.", "Maż-żmien barra numri nistgħu insibu kwalita u biex nagħmlu dan irridu ninvestu.", "F'din l- organizzazzjoni l-ġdida li qegħdin nipproponu qegħdin ngħidu li l-gvern irid jibda attivament jirrekluta studenti li qegħdin l-universita` u parti mix-xogħol ta' dan l-uffiċċju jrid ikun li jinħolqu skemi kemm ta' scholarships interni u wkoll funding ta' studenti promettenti li qegħdin fir-raba' jew il-ħames sena.", "Dawn imbagħad jikkomettu ruħhom li jidħlu fl- uffiċċju tal-prosekutur ġenerali jew fl-uffiċju ta' l-avukat ġenerali għal ċertu żmien.", "Irridu nkunu attivi ħafna anke fl-għoti ta' scholarships lil studenti promettenti.", "Jiena l-ewwel wieħed li ili nfittex nies biex jikkommettu ruħhom u nistgħu nimpjegawhom għada fil-legal drafting.", "Ma jistax ikun li biex tgħaddi liġi fil-parlament ikollna l-vetting ippreparat minn tnejn min nies biss.", "Dan hu fiżikament impossibbli.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq Dr Vanni Bruno li barra li jagħmel il-vetting ta' ħafna liġijiet jikteb il- liġijiet u l-avviżi legali wkoll.", "Hu responsabbli wkoll mit-traduzzjoni tal-acquis.", "Dan iżomm updated database tal-liġijiet.", "Hemm ukoll Dr Tony Borg Barthet li hu l-attorney general.", "F'dan il-pajjiż irridu nħarrġu mill- inqas tmien legal drafters oħra għax l-ammont ta' avviżi legali u ta' riċerka fuq id-drafting li għandna hu mpossibbli u allura nixtiequ li din l-istruttura tinvesti fin-nies fit-tul u toffri l-possibbilta` li wieħed imur jipperfezzjona ruħu barra basta jintrabat li jkollu ċertu żmien hawnhekk.", "L-istrutturi jridu jiġu mgħejjuna wkoll mil-lat klerikali u mil- lat maniġerjali għax ma nemminx li għandhom ikunu l-avukati li jimmaniġjaw l-uffiċċju.", "Din għedha wkoll fuq il-qrati.", "Naħseb waħda mill-aħjar affarijiet li saru reċentement kienet li llum Dr Tony Borg Barthet għandu assistent direttur li ninżagħlu l-kappell għax jeħodlu ħsieb il-management ta' l-uffiċċju.", "Alla jħares ikun Dr. Tony Borg Barthet li jimmaniġja l-uffiċċju wkoll pero` kien hemm żmenijiet meta ministri oħra stennew li l-management isir minnu.", "Dan hu ħela ta' riżorsi u allura qed nipprovaw nistrutturaw b'mod iktar professjonali u maniġerjali dawn iż-żewġ uffiċċji biex ikunu iktar responsivi għall-bżonnijiet li għandu l-gvern.", "Dħalna f'ċertu dettal fl-ippjanar u se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - fl- aħħar mill-aħħar mm'hemm l-ebda sigriet dwar dawn l-affarijiet - u nagħti kopja lil sieħbi l-Onor Farrugia l-organisation charts kif ukoll prospett ta' kif jidhrilna li nistgħu naqsmu d-diversi uffiċċji u kemm se jkollna bżonn avukati u additional staff għal dawn l-uffiċċji.", "Dan ovvjament mhux xi bibbja imma għandhom jagħtu indikazzjoni ċara tat-triq li rridu naqbdu.", "Qegħdin nipprospettaw uffiċċji li jinqasmu fi speċjaliżżazzjonijiet u kull speċjaliżżazzjoni tkun mgħejjuna min-numru t'avukati adegwati.", "Jiena ngħid li din l-organizzazzjoni nistgħu nibnuha fi żmien sena jew sena u nofs.", "Ma nafx jirnexxielniex nattiraw biżżejjed avukati f'dan iż-żmien qasir pero` jekk din l-organizzazzjoni hi tajba u tirriżulta li hi flessibbli ngħid li sa ħames snin oħra l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jista' jkun uffiċju dehen tal-istat malti.", "Lejn dan biss qegħdin inħarsu.", "Qabel ma nagħlaq xtaqt nispjega ftit fuq fuq il-klawsoli tal-liġi li għandna quddiemna.", "Il-liġi tibda billi tistabbilixxi l-qasma bejn l- uffiċċji tal-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali.", "L-artiklu 6 fit- tieni parti tiegħu jistabilixxi - u hawnhekk forsi nieqaf ftit - dawn iż- żewġ uffiċċji bħala aġenziji tal-gvern.", "Hi l-ewwel darba fil-leġislazzjoni Maltija li qed nużaw it-terminu aġenzija.", "Wasal iż-żmien biex dawn il-ħafna korpi li għandna u li m'għandhom ebda definizzjoni legali jew struttura nibdew nagħtuhom definizzjoni.", "Insemmi l-mistoqsija jekk is-Sedqa u l- Appoġġ għandhomx personalita` ġuridika.", "Strettament ħadd ma jaf.", "Jien ngħid li m'għandhomx għax huma bodies tal-gvern u mwaqqfin b'ebda statut.", "Dawn m'humiex kumpanniji u ma jinkwadrawx ruħhom bħala dipartimenti tal-gvern.", "Nispera li fl-ewwel parti ta' din is-sena l-gvern ikun f'pożizzjoni li jippreżenta l-Public Service Act, biex dawn l-entitajiet sparpaljati indaħħluhom taħt kappa waħda.", "Hawnhekk qed nużaw dan il-veikolu għall-ewwel darba pero` hu ta' eżempju għall-affarijiet li jridu jiġu wara.", "Dan għandu jkun il-veikolu ta' l-aġenziji u allura l-gvern ikollu tliet jew erba' forom ta' organizzazzjonijiet, dipartimenti aġenziji jew entitajiet li jkunu imwaqqfin b'kostituzzjoni ad hoc.", "Hawnhekk se nsemmi t-trust ta' San Ġwann li se tkun entita` partikolari jew kumpannija reġistrata tal-gvern.", "B'hekk ma jkollniex l-isparpaljar li għandna llum.", "Ir-regoli applikabbli għall-aġenziji jridu jkunu uniformi mhux kif qegħdin illum fejn ħadd ma jaf preċiż taħt liema regolamentazzjoni jaqa'.", "L-artiklu 6 qed iwaqqaf dawn iż-żewġ uffiċċji bħala aġenziji, jagħtihom personalita` ġuridika, jorbothom li jidħlu f'performance agreement mal-gvern u jorbothom li josservaw kodiċi ta' etika li jrid jiġi żviluppat.", "Dawn jintrabtu li jżommu kotba ta' l-accounts u jagħmlu audit acounts li jistgħu jiġu audited mil-awditur ġenerali.", "Dawn jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għax jekk hemm ħaġa li hi importanti u żgura hi li ma rridux noħolqu aġenziji li m'humiex taħt l-iskrutinju ta' din il-Kamra u hawnhekk qed nieħdu ħsieb biex ikunu dejjem accountable lejn il-Kamra.", "L- aġenziji jista' jkollhom ukoll management board imma ma naħsibx li f'dawn il-każijiet se jkollna bżonnu.", "Hemm ukoll il-possibbilta`, u iktar importanti minn hekk jistgħu jinħatru detailed public oficers ma' l- aġenziji.", "L-iskop - u ngħidha ċar u tond għal dawn iż-żewġ aġenziji - hu li nużaw l-istaff eżistenti.", "L-iskop hu li nużaw l-istaff eżistenti li hemm u li jiġi detailed ma' l- aġenziji.", "L-idea m'hijiex li ndaħħlu nies minn barra.", "In-nies minn barra se jidħlu f'livel t' avukati u ta' prokuraturi legali.", "M'għandi l-ebda intenzjoni li ndaħħal nies minn barra meta nistgħu inġibu minn mal-gvern.", "In-nies klerikali u amministrattivi li hemm illum iridu jiċċaqilqu għall- uffiċċji neċessarji u b'hekk ma jkollniex ekwivoki.", "Parti tlieta tal-liġi tiddefinixxi r-rwol ta' l-avukat ġenerali u tgħid li \"he shall be the chief legal advisor to the government\" u jkollu r- rappreżentanza ġudizzjarja tal-gvern kif fil-fatt għandu illum.", "Tiddefinixxi wkoll x'inhuma l-poteri ta' l-avukat ġenerali fejn tidħol il- parti ċivili, waqt li tħalli f'idejn il-prosekutur ġenerali l-aspetti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-liġijiet kriminali u l-indipendenza kollha li jgawdi llum l-avukat ġenerali.", "Qed nipproponu wkoll li l-avukat ġenerali ma jiġix appuntat u jibqa' hemmhekk imma jintrabat b'kuntratt li ma jagħmilx inqas minn seba' snin.", "Nemmnu li din għandha tiffaċilita l-performance ta' l-avukat ġenerali.", "Fl- aħħar mill-aħħar jekk gvern m'huwiex kuntent bl-avukat personali tiegħu għandu jkollu d-dritt li jgħid li s-servizzi tal-persuna ma jogħġbuhx u allura jkun jista' jkeċċieħ kif wara kollox jiġri fil-privat.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq l-aspetti ċivili biss u naħseb li anke hawnhekk għandna nagħmlu l-istess.", "Qed ngħidu wkoll li l-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali jirtiraw ta' 65 kif jagħmlu l-imħallfin.", "Fl-artiklu 10 – u ma nafx jekk dwar din l-Onor.", "Farrugia u sħabu ndunawx biha – qegħdin inbiddlu wkoll l-eta` tal-irtirar tal-maġistrati.", "Il-maġistrati jirtiraw ta' 60 sena u mhux ta' 65.", "Hawnhekk qed nipproponu li anke l-maġistrati jirtiraw ta' 65 biex inġibuhom in line ma' l-imħallfin.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid li artiklu 11 tal-liġi li ħolqot kontroversja żgħira mal-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li mill-ewwel ġiet solvuta, se jiġi rtirat għal kollox u allura l-pożizzjoni fil- kompożizzjoni tal-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif ukoll tal-kumitat dwar l-etika ta' l-avukatura u tal-prokuratur legali li hu fformat taħt il-kummissjoni se tibqa' totalment kif inhi llum.", "Parti 4 tbiddel diversi liġijiet u emendi konsegwenzjali għat-tibdil tan- nomenklatura.", "Mr Speaker, sinċerament nemmen li dan hu pass 'il quddiem li hu importanti ħafna għal pajjiżna.", "Jien ma naħsibx li nistgħu nirriformaw dan l-uffiċċju jew nibqgħu fil-parametri tas-servizz ċivili.", "Lil dan mhux se jirnexxielna nirriformawh għaliex mhux qed nikkompetu u din hi r- realta`.", "Illum avukat li ilu jipprattika 15 jew 20 sena u tagħtih salarju ta' Lm8,000 ma tippretendix li joqgħod miegħek.", "Jew se jkollna kuraġġ li nirriformaw jew se nibqgħu b'din is-sitwazzjoni u mmorru agħar.", "Jien nemmen li din m'hijiex liġi li tidħol fiha l-politika jew il-prinċipju politiku.", "Uffiċċju ta' prosekutur ġenerali u avukat ġenerali indipendenti b'saħħtu li jaqdi lill-gvern u li jagħti parir lill-gvern hu tajjeb u neċessarju għal min ikun fil-gvern.", "L-ironija hi li qed nonfqu eluf kbar ta' liri f'konsulenzi m'avukati privati Maltin għaliex ma nistgħux nirriformaw il-mod kif jaħdem l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Avukat partikolari li kiteb ħafna liġijiet għall-pajjiż, attenda ħafna konferenzi u hu wieħed mill-iktar intelliġenti li jeżistu nistgħu nintrabtu biex intuh salarju.", "Minn dawn għandna aktar minn wieħed jew tnejn u lill-pajjiż jaqduh.", "Jekk immur għand konsulent u ngħidlu jiktibli liġi jew jagħtini parir fuq xi ħaġa ikolli nħallsu eluf ta' liri.", "Ħafna drabi d-drafts tal- liġi li nirċevu mill-privat ikollna nikkorreġuhom għaliex ikollhom żbalji anke bażilari.", "Din sistema li ma tagħmilx sens u jrid ikollna l-kuraġġ li ngħidu li ma tagħmilx sens u trid tinbidel.", "Jien nemmen li l-gvern kapaċi jattira avukati u prokuraturi legali tajbin ħafna.", "Nemmen ukoll li l-gvern kapaċi jattira u jżomm miegħu l-aħjar speċjalisti fil-liġi u dak li nixtieq hu li dawn iż-żewġ uffiċċji jkollhom l-aħjar nies possibbli.", "Biex nagħmlu dan irridu noħorġu mill-istrait jacket li għandna.", "Jekk se nibqgħu fiha m'għandniex soluzzjonijiet long-term.", "M'inix ngħid li m'għandniex uffiċċju tajjeb iżda li għandna uffiċċju tajjeb li jista' jkun aħjar u li tant hu mgħobbi bix-xogħol li ma jistax jaqdi iktar minn 25% tal-bżonnijiet serji li għandu l-gvern.", "Ħafna mid-delays li nisperjenzjaw anke f'din il-Kamra huma dovuti għas-sempliċi fatt li l- istrait jacket li qegħdin fiha llum ma tippermettilniex li nattiraw it- tajjeb li jeżisti f'pajjiżna u li ħiereġ mill-universita` biex inkomplu nkabbru l-kapaċitajiet li għandna fil-gvern.", "L-appell tiegħi għalhekk – u b'din nagħlaq – hu biex inħarsu lejn din il-liġi bħala eżerċizzju ta' kif nistgħu nibnu uffiċċju aħjar, b'management u bi strutturi differenti li jkunu iktar responsivi għall-bżonnijiet tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Jien qgħadt attent ħafna nisma' lill-ministru jispjega dan l-abbozz.", "Irrid ngħid li stennejt li jibda mill- ewwel fuq il-kwestjoni tal-kontroversja dwar l-amministrazzjoni tal- ġustizzja li nqalgħet mal-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz.", "Jien kont sorpriż li m'għamilx hekk.", "Din ma kenitx l-unika kontroversja iżda l- ministru ċeda għal waħda mill-kontroversji.", "Il-Ministru Gatt ilu jidħol f'kontroversji anke mal-pubbliku Malti in ġenerali fejn jidħlu t-tariffi.", "Illum mhux se naqbad lilhom biex ma jaħsibx li se nagħmel xi dibattitu fuq it-tariffi għaliex il-programm tal-lum hu fuq il-liġi.", "Issa għandna din il- kontroversja li nqgħalet bla bżonn dwar l-artiklu 11.", "Jien naħseb li din seta' jevitaha.", "Jien mhux se nidħol f'dettal fuqha għaliex kont ippreparat li permezz tan-noti li għandi hawnhekk nagħmel riferenza għaliha.", "Il- ministru ra li b'dak li kien se jsir kien se jkun hemm żbilanċ.", "L-istess ġudikatura kienet qed titpoġġa f'pożizzjoni fejn kienet se titheżżeż l- indipendenza tagħha.", "Ħabat tajjeb li dan ra l-kontroversja li ovvjament daħal għaliha hu jew min għaddielu l-abbozz.", "Jien niskanta meta l-ewwel darba li ġie preżentat dan l-abbozz u l-ministru għamel konferenza stampa qal li qed naraw li qed jiġi riformat l-uffiċċju ta' l-avukat tar- repubblika b'riforma li ġiet imfassla u approvata.", "Qed nikkwota testwalment x'qal il-ministru f'waħda mill-konferenzi stampa għaliex issir kważi waħda kull ġimgħatejn.", "Dan probabbli għax hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli.", "Jien nistaqsi minn hawnhekk minn min kienet imfassla u approvata din ir- riforma li jixtieq jagħmel dan l-abbozz.", "Ma smajtux jgħid kelma waħda li ltaqa' ma' kull min hu interessat dwar dak li għandu bżonn isir fl-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika jew biex jiddiskuti r-riformi li rridu nidħlu fihom.", "M'hemmx ħafna nies fiex titfixkel fejn jidħol l-uffiċċju tal-avukat tar-repubblika u ħafna minnhom jgħidulek li ma sarux diskussjonijiet magħhom.", "Ma rridx ngħid li biex wieħed jagħmel riforma jrid joqgħod fuqhom.", "Li rrid ngħid hu li jekk saru xi diskussjonijiet żgur ma sarux ma' l-istess nies li jaħdmu fl-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika.", "Fl-abbozz insibu li se jinħoloq kap ieħor li aħna nsejħulu prosekutur ġenerali.", "Dak se jissemma kullimkien inkluż fl-emendi li hemm proposti li jsiru fil-kostituzzjoni ta' Malta.", "Fl-istruttura kif nafuha issa hemm deputy attorney general, assistant attorney general, senior council of the republic u oħrajn.", "Dawk kollha ntefgħu f'keffa waħda bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa u f'daqqa waħda se jissejħu uffiċjali ta' l-avukat ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li mid-draft li għandna din hija r-realta'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Attorney General's Act la jsemmi d-deputy u lanqas ħaġa oħra.", "Id-deputy advocate general ma jissemmiex bħala grad iktar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien qed ngħid li dawk li diġa' qegħdin hekk u b'xi mod għandhom nomenklatura ma ġewx konsultati.", "Ma tagħmilx differenza jekk hix misjuba fl-Attorney General's Act jew fil-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt m'hijiex għaliex il-kostituzzjoni ssemmi l-AG iżda l-punt hu li ħadd minnhom ma ġie konsultat.", "Bħalissa qed nagħmel l-introduzzjoni tiegħi għall-mod kif il-ministru ppreżenta u poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-draft.", "Jidhirli li poġġieh fit-8 ta' Ottubru wara li kien lest is-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) F'waħda minn dawk il-ġranet poġġieh fuq il-mejda tal-Kamra, għamel press conference u qal li hu mfassal u approvat.", "Din kienet l-ewwel parti.", "L-oppożizzjoni temmen li x-xogħol fl-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika huwa xogħol importantissimu għal pajjiżna.", "Nafu kemm isir xogħol f'dak l- uffiċċju u m'hemmx dubju li huwa rikonoxxut għax-xogħol li jsir fil-qorti, fil-kriminal u fiċ-ċivil.", "Huwa fatt li dan ix-xogħol f'isem il-gvern jagħmlu kollu l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika u jsir anke mal- pulizija.", "Il-ministru ma semmihomx iżda minn hawn f'isem l-oppożizzjoni wkoll irrid nirrikonoxxi kemm isir xogħol min-naħa tal-pulizija.", "Dan ix- xogħol imur għand l-avukat tar-repubblika anke fi stadju ta' investigazzjoni biex wieħed jieħu l-pariri sakemm il-pulizija nnifisha tkun tista' tkompli.", "Il-pulizija m'hijiex attrezzata biżżejjed u aħna nemmnu li għandu jkollha prosecution unit imlaħħma u organizzata u li verament taħdem biex tnaqqas ftit mix-xogħol li jkun hemm mistenni li jsir min-naħa ta' l- avukat tar-repubblika.", "Ma sar l-ebda konsultazzjoni dwar liġi bħal din li qed jipproponi l-gvern u li fiha hemm ukoll proposti għal emendi tal-kostituzzjoni ta' pajjiżna mill- oppożizzjoni.", "Illum mhux qegħdin ħafna hawnhekk għaliex din hija liġi li tinteressa l-avukati.", "Madankollu la l-prim ministru lanqas il-ministru ma ġie jkellem lili jew lil Dr. Sant u qalilna li ladarba se mmissu l- Kostituzzjoni ta' pajjiżna irridu nitkellmu biex inkunu nafu x'qed nipproponi.", "Jekk mhux f'isem id-diċenza kellhom jagħmlu dan f'ġieh il-ħaqq għax għandhom bżonn il-vot tagħna.", "Dawn jafu x'jiġri jekk l-oppożizzjoni ma taqbilx ma dak li qed jipproponu.", "Skond il-kostituzzjoni biex wieħed jemendaha jrid jirreferi għal taqsima 3.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l- artikli 91 u 92 ta' l-att dwar l-avukat ġenerali.", "Skond l-artiklu 66 wieħed irid ikollu żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra.", "Naħseb li għallinqas wieħed kellu jikkonsulta lill-oppożizzjoni.", "Din hija l-arroganza u l-istil ta' dan il-gvern li għax għandu ħamsa maġġoranza f'din il-Kamra qed jieħu din l-attitudni.", "Dan huwa żball kbir li se jiswielhom ħafna 'l quddiem.", "Din hi arroganza li l-gvern jaf li ma jistax jibqa' għaddej biha.", "Il-ministru daħal f'kontroversja għalxejn u issa qed jgħid li se jirtirha, għalkemm għadha hemm.", "Hawnhekk nerġa' nistaqsi għal min kien qed jirreferi fil-konferenza stampa meta qal li kienet approvata.", "Jekk tkellem ma' xi żewġ persuni ma naħsibx li jista' jgħid li ddiskutiha u approvaha.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni tkellimna fuq din il-liġi.", "Meta ġiet preżentata u mpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel darba kien Ottubru u hawn nikkonferma.", "Dan l-att jippreżenta r-riforma kif jixtieqha l-gvern.", "Minn dak li qed jgħid il-ministru wieħed jinduna li għandu problema fl-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika għaliex kellu exodus.", "Qal li s-suq qed jikber u semma l-kunsill tal-Ewropa, konvenzjonijiet, kawżi kostituzzjonali, pariri u ġurijiet.", "Minħabba dan qal li rridu nagħmlu xi ħaġa u poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ħafna kuluri u kaxxi ta' x' jixtieq jagħmel u tal-aġenziji.", "L-oppożizzjoni taqbel li hemm problema fl-uffiċċju tal-avukat tar- repubblika u li hi problema li m'hijiex ikkawżata min-nies li jaħdmu hemm.", "Aħna nemmnu li l-ewwel ħaġa li wieħed irid jagħmel hi li joħloq klima li permezz tagħha jersqu avukati biex imorru jaħdmu hemm.", "Il-ministru dawwarha b'mod differenti u nifhem li l-pubbliku malti fehem għalkemm kultant ma jkunx daqshekk ċar.", "Biex nagħti eżempju mhux kulħadd fehem l- interpretazzjoni tal-aġenziji.", "Jiena qrajt il-liġi u issa qed jgħid li tajniha legal personality.", "Hawnhekk irrid ngħid iżda li l-gvern ma jagħtix legal personality lil kull aġenzija.", "Hemm ħafna domandi fuq dawn l- aġenziji li ħoloq gvern nazzjonalista u hawnhekk insemmi l-MIC.", "Din hija forma ta' aġenzija li għandha Lm900,000 biex tagħmel il-propaganda favur Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Nistaqsi jekk din hijiex aġenzija u ngħid li wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta l-affarijiet.", "Il-kwestjoni kollha hi li nibdew riforma importanti.", "Irridu naraw jekk din il-Kamra temminx li hemm bżonn isir xi ħaġa fl-uffiċċju ta' l-Avukat tar- Repubblika.", "Din hija xi ħaġa importanti għax qed nitkellmu fuq uffiċċju li huwa importantissmu biex jassigura li pajjiżna jkun demokratiku u jkollu kostituzzjoni miktuba.", "L-uffiċċju tal-avukat tar-repubblika jrid jara li jinżamm il-bilanċ bejn tliet pilastri importanti.", "Dan jassigura klima demokratika fejn għandna leġislatur f'dan il-parlament, gvern bħala eżekuttiv u l-qrati.", "L-ewwel prinċipju li wieħed għandu jżomm f'moħħu hu li jkun hemm l-indipendenza ta' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika.", "Dan tgħidu l-kostituzzjoni.", "Ma tistax taqbad u tneħħi l-attorney general kif ġie ġie għax dan għandu security of tenure bħala uffiċċju.", "Il-ministru semma l-possibilita li jekk ma jintogħġobx inneħħuh.", "Meta la l-ministru u lanqas jien ma konna għadna hawn inkitbet il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna minn missierijietna.", "Forsi studjajniha u segwejniha imma ma konniex hawn.", "Il-ħsieb ta' dan il-Parlament kien li din il-persuna bħal maġistrat u bħal imħallef ma tkunx at the mercy jew taħt l-influwenza ta' xi ħadd iktar u iktar minn ministru fl-eżekuttiv.", "Dan hu prinċipju kardinali u m'hemmx għalfejn noqogħdu ngħidu x'qal Montesquien u x'qalu kostutizzjonalisti oħra kbar uħud minnhom f'pajjiżna fuq dan il-prinċipju.", "Żgur li l-klassi legali u saħansitra kulħadd jaqbel ma dan il-prinċipju.", "Nifhem ukoll li anke l-ministru jemmen fih għalkemm kultant ikun avventuruż f'ċerti affarijiet.", "Ma naħsibx li dan hu kap ta' dipartiment ordinarju bħall-oħrajn.", "Infakkar li fis-snin 80 il-ministru kien jgħid li l-kapijiet tad-dipartimenti għandhom ikunu nazzjonalisti meta jkun hemm gvern nazzjonalista.", "Ma naħsibx li dawn huma prinċipji li għandna nimxu fuqhom għax inkunu qed nirredikolaw l-uffiċċju tal-avukat tar- repubblika.", "Meta jaqra l-abbozz wieħed jibda jinduna li dan il-prinċipju hekk importanti fil-kostituzzjoni ta' pajjiżna qiegħed fil-ħajja demokratika ta' kull pajjiż u Malta m'hijiex eċċezzjoni.", "Aħna bnejna fuq dak li tana ħaddieħor pero` żviluppajna iktar.", "Ma qgħadniex biss fuq dak li ħadna mingħand l-Ingliżi u ma qgħadniex nagħtu mertu lill-gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti tal-passat li kienu jemmnu li għandhom jiżviluppaw minn fejn telqu ma' l-Ingliżi.", "Il-Kostituzzjoni kif tawhilna l-Ingliżi fl-1964 fi żmien l-ex prim ministru Borg Olivier ukoll kellha l-qafas tagħha bit- tajjeb u l-ħażin iżda li kienet ideali għal pajjiżna.", "Madankollu żviluppajniha u żviluppajniha flimkien.", "Meta Malta emendat il- Kostituzzjoni bi ftehim bejn iż-żewġ partiti dak iż-żmien taħt il-prim Ministru Mintoff u Borg Olivier fl-oppożizzjoni, kien hemm nuqqas ta' qbil iżda xorta konna wasalna għal ftehim flimkien.", "Jekk wieħed jara l- Kostituzzjoni kif inhi miktuba fejn jidħol l-avukat tar-repubblika jsib li dan kollu kien inkluż fl-emenda ta' l-1974.", "Nirriferi għall-artiklu 91 li jissemma' f'dan l-abbozz.", "Dan jgħid li għandu jkun hemm avukat ġenerali u li l-kariga tiegħu tkun kariga pubblika ikun maħtur mill-president u jaġixxi skond il-parir tal-prim ministru.", "Dawn l- emendi kollha daħlu fl-1974 meta kien hemm ftehim bejn oppożizzjoni Nazzjonalista u gvern Laburista.", "Mela l-ikbar żball tan-naħa l-oħra - u nagħmilha ċara li huwa żball qawwi - huwa l-fatt li ġejna f'dan il- parlament niddiskutu abbozz li nafu li biex jaħdem irid l-approvazzjoni taż-żewġ terzi.", "Jekk taqsam xi ħaġa fi tnejn u tibdel il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna irid ikollok tnejn minn kull tlieta tal-membri ta' dan il- parlament li jaqblu.", "Dan mhux għax irrid jien jew il-Ministru Gatt iżda għax miktub fil-kostituzzjoni tal-1974.", "Ma naħsibx li l-Ministru Gatt u l- gvern Nazzjonalista ma rawx dawn il-fatti jew qabżulhom.", "Madankollu rrid ngħid li din l-attitudni qed tiżviluppa sew u l-Partit Nazzjonalista jaħseb li jista' jibqa' għaddej kif irid.", "F'dan il-każ se nagħmluhielu ċara li min- naħa ta' l-oppożizzjoni mhux se nħalluh jibqa' għaddej f'dak li qed jipproponi mingħajr ma jikkonsultana.", "Ma jistax ikun li jibqa' għaddej mingħajr ma jara x'inhu verament l-interess ta' pajjiżna speċjalment meta nidħlu f'uffiċini hekk sensittivi u importanti bħalma huwa l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali ġenerali tar-repubblika.", "Il-ministru ma jistax jaqbad u jmur jgħid li l-emenda ġiet imfassla u approvata.", "Mr Speaker, dan hu l-punt li rrid nitlaq bih.", "Apparti dan hemm emendi oħra irrispettivament mill-emenda li qed nitkellem fuqha f'dak li għandu x'jaqsam Kap. 90 dwar il-kariga ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika.", "L- istess abbozz, apparti għall-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, jagħmel emendi għal numru kbir ta' liġijiet fosthom għall-kodiċi kriminali u għall-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili.", "Hemm emendi għall-kodiċi tal- kummerċ, kodiċi ċivili, emendi għall-ordinanza dwar il-protezzjoni ta' l- esportazzjoni ta' oġġetti u oħrajn.", "Wieħed isib ukoll Kap. 25 dwar l- importazzjoni u l-bejgħ tal-pitrolju u nibqgħu sejrin għal emendi dwar il- pensjonijiet u dwar il-mediċini perikolużi.", "Jien ma nistax nifhem dan xi stil hu.", "Hawn kelliema oħra mill-oppożizzjoni li jridu jitkellmu fuq din l- emenda.", "Hawnhekk qed nitolbu riforma minn fuq s'isfel.", "Jekk qed ngħidu li din ir-riforma hemm bżonnha u li għandu jkun hemm l- emendi għall-Kostituzzjoni ta' pajjiżna l-ministru għandu jkun jaf li ma jistax ikun li kollox jaqa' taħt l-att li jemenda Kap.90.", "Wieħed jistaqsi kif jista' jkollna funzjoni importanti definita bl-iktar mod ċar fil- kostituzzjoni u fl-istess waqt immexxu aġenziji.", "Issa qed jagħtina wkoll l- aħbar li se nagħtu legal personality lill-aġenzija għaliex f'ċerti każijiet jieħu gost jgħidilna li l-aġenzija għandha legal personality.", "F'ċerti każijiet iżda joqgħod lura.", "Jien tajt l-eżempju tal-MIC iżda hemm affarijiet oħra.", "Hu semma' s-Sedqa li dwarha ma tantx tista' tidħol f'kontroversja.", "Waqt li nara li l-Partit Nazzjonalista jieħu pjaċir jidħol f'kontroversji, il-poplu jitolbu spjegazzjoni, risposta u kjarifikazzjoni bi dritt għax qed iħallas it-taxxi.", "Għandna dawk il-funzjonijiet li skond il-Kostituzzjoni ta' Malta ħadd ma jista' jmisshom jekk mhux bi qbil miż-żewġ partiti tal-parlament.", "Qed indaħħlu l-kunċett li dawn ikollhom tmexxija ta' aġenzija iżda fl-ebda parti tal-Kostituzzjoni ma nsibu aġenzija.", "Aġenzija ma ssibhiex u qed jgħidu li jridu jabbozzaw l-Att 90 dwar il-kariga ta' l-avukat ġeneral tar- repubblika.", "Qed nitkellmu fuq management board imbagħad ngħidu li se jkollna aġenzija li taħtha jew fuqha jkun hemm l-AG jew il-prosekutur ġenerali imbagħad ikun hemm il-management board.", "Għalkemm ma qalhiex, se ngħid li fl-artiklu 6 ta' l-abbozz subinċiż 6 tas-sub-paragrafu (f) hemm miktub li kemm il-darba l-avukat ġenerali u l-prosekutur ġenerali jidħlu fil-kostituzzjoni kif qed jipproponi l-ministru, jistgħu wkoll jaġixxu permezz ta' kuntratturi li kull wieħed minnhom jaħtar minn żmien għal ieħor.", "Qed ngħidu li issa se jkollna l-privat, il-pubbliku u xi ħaġa fin-nofs li se tkun aġenzija.", "Il-ministru poġġa diagram fuq il-mejda tal-Kamra bil-kuluri ħomor, orange, sofor, ħodor u blu.", "Aħna qed ngħidu li l-avukat ġenerali jkollu aġenzija u flimkien miegħu jaraw fejn hemm lok għal xogħol.", "Il-ministru semma' affarijiet li jsiru fl-AG.", "Hawn se nsejħulu uffiċċju għax l-avukat ġenerali u il-prosekutur ġenerali ġew qishom l-istess.", "Jekk tgħaddi minn dan il- parlament dawn se jkollhom l-istess paga.", "Dan jista' jgħid li għandu backlog ta' ġurijiet u li jixtieq li x-xogħol jimxi.", "Forsi ma jkollux nies biżżejjed li jistgħu jagħmlu l-prosekuzzjoni tal-ġurijiet jew għax skond id-dritt li għandu jaħtar żewġ ġurijiet.", "Dan għaliex saret anke emenda fil-kodiċi kriminali.", "Minħabba f'hekk irid ikollu avukati oħra li jikkuntratta magħhom biex jagħmlulu l-ġurijiet.", "Din ma semmihiex il-ministru iżda m'hijiex eskluża.", "Nistaqsi lill-ministru jekk hawnhekk jarax li issa se nidħlu f'baħar ta' nkwiet.", "Hu jħobb jidħol fil-kontroversji imma hawn mhux kontroversji biss se jsib.", "Jekk se jidħol fil-ġurijiet jew f'xi kawżi kostituzzjonali jaħarqu se jkollu kapriċċożament jidħol f'dan l-inkwiet għaliex jekk jikkuntratta kumpannija u mhux oħra u nibdew nagħżlu lil dak u mhux lill-ieħor jibda dieħel in-neputiżmu u l-mistoqsijiet ta' għaliex dak u mhux jien.", "Ma nemminx li jista' jifred il-kriminal miċ-ċivil għax illum f'uffiċċju wieħed isib minn kollox.", "Naħseb li meta jibdew jingħataw il-kuntratti se nkunu qed nidħlu f'ħafna kunflitti ta' nteress.", "L-avukat u l-prosekutur ġenerali m'għandhomx x'iriduh dan l-inkwiet.", "Ir-riforma mhux hekk kellha ssir.", "Ir- riforma kellha ssir billi jiġi msaħħaħ l-uffiċċju mhux billi jinħolqu dawn l-istrutturi jew meta l-avukat ġenerali jibda jaħdem bil-kuntratti.", "Irrid nistaqsi x'se jiġri ladarba dawn isiru aġenziji u jekk dawn ikunux jistgħu jagħmlu kuntratti.", "Nistaqsi wkoll ma min se jagħmel il-kuntratti.", "Dawn il-kuntratti mhux se jagħmilhom biex jgħid li se jbiddel it-twapet ta' l-uffiċċju iżda ma' nies legali bħal avukati.", "Din hija problema ta' baħar ta' nkwiet.", "Ngħid onestament li meta tkelimna jien u sħabi għedna li din hi liġi li l-ministru għaġġel ħafna fiha.", "Qatt ma konna ħsibna li kellha titla' daqshekk malajr għax emminna li se jagħmel overhaul ġenerali tagħha.", "Immaġinajna li se jagħmilha b'iktar ħsieb, għaqal u b'iktar ġentilezza u li jara x'inhi l-aħjar sistema li għandha tiġi adottata mill- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika.", "Hemm ukoll problema oħra għax wieħed qed jitkellem fuq dipartiment jew uffiċċju distint.", "Filli qed nitkellmu fuq aġenzija u issa qed nitkellmu wkoll fuq kuntratti.", "Għandna tliet livelli u tliet possibilitajiet li qabel ma ġie ppreżentat dan l-abbozz ma setgħu qatt ikunu hemm.", "Il-ħsieb tal- ministru jista' jkun tajjeb u mhux qed ngħid li r-riformi li qed jipproponi hu mhux ġejjin minn xewqa biex verament ikun hemm riforma fl-uffiċċju ta' l- avukat tar-repubblika.", "Jien qed nitkellem b'mod oġġettiv u bi kritika kostruttiva u qed noqgħod attent ħafna biex inkun kostruttiv madankollu rrid ngħid li forsi l-ministru ma rax li jista' jkollu problemi anke ta' konflitti ta' nteressi kbar.", "Nixtiequ jimmaġina uffiċċju li jieħu l- kuntratt biex jagħmel tant ġurijiet f'sena u f'dak l-uffiċċju jkun hemm ħaddiema li jkollhom l-interess tan-naħa l-oħra tal-każ.", "Il-ministru jaf li f'każ ikun hemm żewġ partijiet.", "Hemm l-attur jew il-konvenut u hemm il- prosekuzzjoni u d-difiża.", "Jekk se jkollna mod li bih dawn jiltaqgħu x'imkien diġa` nkunu qed nolqtu l-pern tal-ħsieb kollu.", "Il-kwestjoni l-oħra hi li għandna dan il-famuż bord ta' tmexxija.", "Veru li kif qal il-ministru jista' ma jkunx hemm bżonn ta' bord ta' tmexxija, imma aħna nafu li kif qed jaħdmu issa n-nazzjonalisti mhux se jiddejqu jagħmlu bord tat-tmexxija meta qed jagħmlu awtoritajiet anke fejn m'hemmx bżonn u meta l-kumitati qed ifaqqsu.", "F'dan l-abbozz hawn skandlu fil-mod kif qed jiżviluppaw l-affarijiet.", "Hawnhekk tidħol l-indipendenza ta' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika u l-eżekuttiv u hawn kunflitt enormi.", "Il-bord ta' tmexxija jinħatar minn president li jkun il-kap ta' l-aġenzija u jkun hemm il-membri l-oħra - mhux inqas minn tnejn u mhux iżjed minn erbgħa.", "Dawn ikunu membri li jiġu maħtura mill-ministru responsabbli.", "Hawnhekk qed ngħidu li għandna bord ta' tmexxija maħtur mill-eżekuttiv fuq l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika biex jissorvelja.", "Dan ma jagħmilx sens u huwa skandlu fl-interess tal-prinċipji demokratiċi ta' pajjiżna.", "Din hija ġennata u ninsisti li rridu nitilqu mill-prinċipju tal-kostituzzjoni li dwaru għamilt introduzzjoni bir-reqqa.", "Agħar minn hekk, il-ministru jista' jerġa' jdawwar dik l-ordni u kull ordni magħmula tisa' tiġi emendata, sostituta u revokata b'ordni oħra.", "Qed nitkellmu fuq kull aġenzija li jista' jkollha bord ta' tmexxija maħtur mill-ministru u kull ordni tista' tiġi emendata.", "Nistaqsi jekk wara dan kollu hemmx riforma jew attakk fuq l- uffiċċju tal-avukat ġenerali kif ifformat mill-Kostituzzjoni.", "Hemm kwestjoni oħra fejn tidħol l-indipendenza ta' l-avukat ġenerali tar- repubblika.", "Jekk kulħadd ferħan, aħna bħala oppożizzjoni m'aħniex.", "Huwa importanti li dan jiġi diskuss fl-ogħla livel u ladarba qed immissu dan l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali tar-repubblika u se noħolqu wkoll fergħa oħra fuq l-istess binarju bil-kariga ta' prosekutur ġenerali għandu jkun hemm provvedimenti oħra.", "Jekk se nipproponu emendi fil-Kostituzzjoni ta' Malta u ma nikkonsultaw 'l ħadd se niġu f'sitwazzjoni fejn il-gvern jipproponi u l-oppożizzjoni tiddisponi.", "Il-gvern ma jistax jibqa' jmexxi hekk.", "Il-verita` hi li meta jkollna aġenziji li se jkollhom ħafna poter biex jagħtu l-kuntratti, il-poter jista' jissarraf f'tajjeb jew ħażin.", "Ir- riforma tista' tkun tajba imma l-poter kif jista' jiġi eżerċitat jista' joħloq ħafna problemi u jkun ħażin.", "Fl-aħħar mill-aħħar se jkun il-poplu Malti li se jbati.", "Hemm il-prosekuzzjoni u dawk li jista' jkollhom poter f'dak li qed isir għaliex għandhom kuntratt u wieħed jara l-konflitt li jista' jinħoloq minħabba dawk li jista' jkollhom interess fid-difiża jew f'kull każ ieħor li jkun ċivili.Hemm min qed jidher għall-gvern għaliex huwa l-attur jew kontra pero' hemm possibilita' ta' poter li jista' jkun qed jilgħab u hawnhekk irridu noqogħdu attenti li jkun qed jieħu l-interess tan-naħa l- oħra.", "Jekk ikun hemm dan il-konflitt irid jara kif se jikkontrollah meta jkun ta l-kuntratt u poġġa n-nies għax la se jidħol responsabbli għall-bord tat- tmexxija u n-nies ikun għamilhom hu jrid jidħol responsabbli hu.", "Din hija ħażina anke jekk l-intenzjonijiet kienu tajbin għax tista' tiġi applikata ħażina.", "Jista' jkollu problemi kbar li jaħarbulu minn idejh u l-agħar li jista' jiġri hu li ma jkollniex checks and balances li ma nkunux nistgħu nikkontrollawhom.", "Li wieħed għandu jara li ma jkunx hemm konflitt jew possibbilta' ta' konflitt dwar il-prinċipju ta' trasparenza u indipendenza hu prinċipju fih innifsu.", "Dan qed ngħidu għall-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali kif nafuh illum bid-difetti kollha li mhux se nsemmi llum.", "Dan il-prinċipju b'xi mod dejjem ġie salvagwardat inkluż fuq kollox l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti.", "Għalkemm il-ġudikatura u l-avukat ġenerali b'xi mod qegħdin maqtugħin minn xulxin xorta għandhom is- safeguards kostituzzjonali.", "Fiż-żarbun ta' l-AG daħal ukoll iż-żarbun tal-prosekutur ġenerali.", "Wieħed isib li meta jaqra l-emenda kif proposti u jieħu l-artiklu 91 tal- Kostituzzjoni ta' pajjiżna isib referenza għall-avukat ġenerali.", "Issa kull fejn hemm \"avukat ġenerali\" se jidħol \"il-prosekutur ġenerali\".", "Hawnhekk se jkollna tnejn li se jkollhom is-setgħat.", "L-avukat ġenerali għandu s-setgħa li jwaqqaf proċeduri kriminali u kull setgħa oħra li l-liġi tawtorizzalu biex jeżerċita.", "Dan ikun fil-ġudizzju individwali tiegħu.", "Minħabba dan se jkollna tnejn li jistgħu iwaqqfu.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien hu qed jgħid li kull fejn hemm l-AĠ se jidħol il-prosekutur ġenerali.(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kulma hemm hu tibdil fin-nomenklatura.", "Kull fejn jissemma \"avukat ġenerali\" fil-kuntest tal-liġijiet kriminali se jibda jissejjaħ \"prosekutur ġenerali\".", "Fil-bqija m'hemm ebda tibdil.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Dak li qed jgħid il-ministru huwa korrett pero' hu jaf li meta jinqalgħu problemi naqgħu fuq l-interpretazzjoni.Fejn jidħol l- avukat ġenerali fl-emendi li hemm għall-Kostituzzjoni se jidħol avukat ġenerali u prosekutur ġenerali.", "Minflok in-nota marġinali se tidħol dik.", "Fis-subartiklu (1) hemm miktub:", "\"avukat ġenerali li l-kariga tiegħu tkun kariga pubblika...\"", "Minflok dan se jidħol \"avukat ġenerali u prosekutur ġenerali li l-karigi tagħhom ikunu karigi pubbliċi...\"", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li jista' jkollna din l-interpretazzjoni.", "Il-ministru jaf li meta jiġu biex jinterpretaw mhux dejjem jaqblu.", "Ma naqblux anke fuq dak li huwa ċar allura m'għandux biex jiskanta.", "Fil-każ tan-newtralita' hekk ġara.", "Dak iż-żmien ivvotaw magħha imbagħad bdew jgħidu li newtralita ma tfissirx hekk.", "Hawnhekk tidħol l-interpretazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Emenda (f) qed tiċċara li l-prosekuzjoni kriminali hija biss f'idejn il-prosekutur ġenerali.", "Qed nenfasizza l-kelma \"biss\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mela dik qiegħda ċara.", "Qegħdin ngħidu li fil- Kostituzzjoni se ndaħħlu tnejn rikonoxxuti bħala avukat ġenerali u prosekutur ġenerali, u meta niġu biex nwaqqfu l-proċeduri se nimxu minn wieħed għall-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Se nbiddlu l-isem għaliex flok prosekutur ġenerali se jkollna attorney general.", "Ma nafx x'se jiġri jekk tgħaddi minn dan il-parlament.", "Hemm il-kwestjoni li l-avukat ġenerali jibqa' sa l-eta' ta' 65 sena.", "J'Alla min ikollu 70 sena jkun għadu tajjeb daqslikieku għadu daqsi jew daqs il- ministru imma ejja nkunu ċari.", "Nistaqsi jekk hux qed nagħtu din l-eta għax il-prim imħallef jispiċċa ta' 65 sena.", "(Interruzzjonijiet) Nieħu pjaċir jekk jispjegali.", "THE DEPUTY SPEAKER:Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tradizzjonalment l-attorney general - anke fil- protokol- dejjem ġie mqabbel ma' l-imħallfin u mal-ġudikatura ħlief fil-każ ta' l-eta' ta' l-irtirar.", "Jien ma nifhimx għaliex maġistrat għandu jirtira ta' 60 u imħallef ta' 65 u dehrilna li jkun ġust li dan l-uffiċċju partikolari jitpoġġa fuq l-istess livell ta' imħallef anke fil-kwestjoni tal-eta`.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Dik hija l-ispjegazzjoni tiegħu.", "Nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux pero' għandu l-ispjegazzjoni.", "Jien nemmen li min irid jibqa' jaħdem se jibqa' jaħdem u ladarba wieħed ikun qiegħed fiċ-ċivil jew mal-gvern irid jiġi regolat bil-liġi.", "Ħadd ma jista' jżomm bniedem milli jaħdem.", "Jekk isir dan irridu nemendaw il-kapitlu tal-pensjonijiet għax hemm diversi emendi xi jsiru.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jieħu taqsima 4, artiklu 24 isib l-emendi kollha li jidħlu taħt l-ordinanza tal-pensjonijiet.", "Nistaqsi lill- ministru jekk għandhiex tiġi emendata kif ġej: \"Minflok il-kliem \"minbarra imħallef\" għandhom jidħlu \"minbarra imħallef jew prosekutur jew maġistrat.\"", "Dawn huma konsegwenzjali jiġifieri waħda tirrifletti l-oħra.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fuq tal-pensjonijiet għaliex din hija kwestjoni oħra għalkemm mhux sew li ma nidħlux għax fejn jidħol iż-żgħir lanqas żmien għall-pensjoni ma fadal.", "Huwa importanti ħafna li f'dan l-istadju nsemmu li hemm ħaddiema li waslu għall-pensjoni u qed ngħidulhom jarax x'jagħmlu huma.", "M'iniex qed ngħid li m'għandu jsir xejn imma mhux sew li xi ħadd ikun wasal għall-pensjoni u tgħidlu li se żżidlu biċċa.", "Hemm min kważi wasal u qed nibgħatulu l-ittri d-dar biex inħeġġuh għall-iskemi.", "Għan- nazzjonalisti dan żgur m'huwiex l-aħjar żmien li nitkellmu fuq pensjonijiet għax il-poplu m'huwiex kuntent dwar dan is-suġġett.", "Il-kwestjoni kollha hi li hemm prinċipju kardinali ieħor li jien irrid nissottolinja b'mod ċar minn dan l-abbozz.", "L-uffiċċju pubbliku kif inhuwa kostitwit mill-kostituzzjoni ta' pajjiżna kif miktuba minn dan il-parlament ma jistax jiġi mmexxi minn aġenziji.", "Dan jgħodd ukoll għall-AG.", "Dan ma jagħmilx sens.", "Irrid nistaqsi kif qed inħarsu lejn dawn il-possibilitajiet meta f'Malta hawn dawn il-law firms kollha.", "Il-verita' hi li Alla jħares ma ġarax hekk għax ħafna mill-avukati li qed joħorġu ma kienx ikollhom fejn imorru.", "Ftit hemm possibilitajiet għal dawk it-80 avukat li għadhom kif iggradwaw kieku ma jkollhomx support minn avukati oħrajn.", "Il-ministru qal li forsi għaxra minnhom biss imorru l-qorti.", "Din is-sitwazzjoni ġabuha huma.", "Jien ngħid li lanqas għaxra ma jmorru fil-qorti.", "Min ilu ġol-qorti qed jiffaċċja l-problemi għaliex ix-xogħol fiċ-ċivil naqas.", "Probabbilment se jkun hemm aktar fil-kriminal għax iktar ma jagħfsu ċ-ċintorin 'l hemm u 'l hawn aktar se tiżdied il-kriminalita`.", "Nafu per eżempju kemm kellna hold ups din il-ġimgħa.", "Jekk ma jridux jirranġaw il-problema li ħolqu bis-sistema' tat-tariffi se jkollna aktar problemi.", "Jien ma rrid naqta' qalb ħadd iżda r-realta` hi li l-avukati mhux se jersqu l-qorti jekk ma jkunx hemm xogħol.", "Jekk il-firms japplikaw għall-prosekuzzjoni se jkollhom ħafna poter għaliex jista' jkollhom lil xi ħadd fid-difiża wkoll.", "Fil-law firm ta' l-Onor.", "Jose` Herrera qegħdin ħamsa, sitta jew seba' avukati.", "Jekk l-AG jew l- aġenziji jagħtu kuntratt dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-prosekuzzjoni.", "Mill- uffiċċju tiegħu se jkun hemm ukoll min jista' jagħmel id-difiża.", "Din hija possibilita' reali.", "B'hekk se nirridikolaw dan l-uffiċċju pubbliku hekk miktub mill-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dawn se jkollhom poter akbar mill- ġudikant.", "Jien qed nara din il-possibbilta'.", "Veru li hemm ix-xogħol qed jikber u naqbel mal-ministru li x-xogħol dejjem se jibqa' jikber.", "Ma nafx għaliex il-ministru qed jiskanta li jħallas eluf ta' flus fi drafting.", "Nistaqsi hawnhekk kemm qed iħallsu eluf ta' liri biex isiru t-traduzzjonijiet tad-direttivi u tar-regolamenti ta' l-EU u dak kollu konness ma' l-ewropa.", "Jekk dan hu tajjeb m'għandux għaliex jiskanta b'affarijiet oħra.", "Jien ngħidlu li mhux tajjeb.", "Qed naħlu ħafna flus u ħin għax nistgħu napplikawhom f'ħafna affarijiet oħra.", "Nistaqsi għaliex kien hemm exodus mill-AG u jekk sarx xi studju dwar dan.", "Dawn għamlu studju fuq kollox.", "Ma nafx kemm il-studju għamel l-Onor.", "Zammit Dimech fuq il-Magħtab.", "Nistaqsi xi studju sar meta se ssir riforma u biex inkunu nafu għaliex hemm numru żgħir biss t'avukati li ilhom aktar minn ħames snin.", "Meta kont pulizija niftakar li l-AG kien mimli b'avukati anzjani u li ħadd ma kienet tgħaddilu minn rasu li jitlaq.", "Nistieden lill-ministru biex imur l-AG u jkellem lill-avukati anzjani wara l-proposti li qed jagħmel.", "Probabbilment se jkollu exodus ieħor.", "Jien ma nafx tkellimx magħhom biex qal li hi approvata u jekk tkellem nistaqsi kemm tkellem fil-fond.", "Alla ħares din il-liġi qiegħda hemm biex b'xi mod nagħtu xi ġieħ lil xi ħadd għax jekk inhu hekk tiġi oxxena.", "Ma rridx ikolli lanqas ħsieb irqieq li hemm din il-possibbilta`.", "Kien hemm min interpreta l-abbozz b'dan il-mod minħabba l-mod elusiv li bih qed isir.", "Nispera li din hija biss perception ta' xi ħadd.", "Dan l-abbozz iqajjem kwestjonijiet serji fuq il-prinċipji kollha li jien qajjimt illejla iktar u iktar meta kien hemm ir-reazzjoni ta' l-istess kunsill għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Il-kunsill għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja ma jagħmilx reazzjoni għal xejn għax m'għandux dilettanti li jiddeċiedu li jirreaġixxu għalxejn.", "Il-verita` hi li dan ix-xogħol jagħmluh b'mod volontarju u jagħtu ħafna sigħat għal dan ix-xogħol.", "Dawn jagħtu reazzjoni matura fuq dak li jkun qed isir u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ġudikatura u ma' l-uffiċċju ta' l-avukat tar- repubblika li għandu rappreżentanza hemmhekk.", "Wieħed għandu jagħti kashom.", "Dak li sar ma sarx b'kumbinazzjoni jew bi żball.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li hawn xi ħadd mill-bank ta' l-oppożizzjoni li se jgħid li l- ministru jew il-gvern qabżitlu u li fejn għandha x'taqsam il-preżenza jkun hemm avukat ġenerali ex-officio f'dik il-kummissjoni u prosekutur ġenerali ex-officio f'dak il-kunsill.", "Din għadha hemm għalkemm qal li se jirtiraha u rridu nagħmlu hekk permezz t'emenda.", "Il-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni fuq kif inhu propost l-abbozz dwar ir- riformi hi li ma naqblux għad diversi raġunijiet li semmejt, l-agħar waħda hi li se jmissu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Kull meta mmissu l- Kostituzzjoni ta' pajjiżna dejjem kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti.", "Wieħed ikun qed jiġġennen jekk jiġi hawn biex imiss il-Kostituzzjoni u ma jarax qabel x'se tkun ir-reazzjoni tal-partit fl-oppożizzjoni meta għandu bżonn il-green light tiegħu.", "L-agħar fost l-agħar hu meta jaf li dak li se jbiddel daħal hemm bi ftehim miż-żewġ partiti l-kbar f'pajjiżna.", "L-istorja politika f'pajjiżna għallmitna li meta mmissu l-Kostituzzjoni rridu nintefgħu flimkien u nħarsu lejn il-liġi li l-pajjiż hu mibni fuqha.", "Il- kostituzjzoni hi mibnija fuq ix-xogħol li nagħmlu fl-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż u ma nistgħux nilagħbu biha.", "Aħna qegħdin ngħidu li ma jagħmilx sens li jiġi l-ministru u jpoġġielna ċ- charts bil-kaxxi u jitkellem fuq l-aġenziji mingħajr ma jkun għamel konsultazzjoni serja.", "Ma jistax ikun - u din nagħmilha ċara minn dan il- parlament f'isem il-Partit Laburista - li aħna ma nemmnux li dan il-pajjiż jista' jiġi ddettat b'din l-arroganza kollha mingħajr lanqas biss il-ħsieb li nikkonsultaw lil xulxin.", "Ix-xogħol tagħna anke fejn jidħol dan l-abbozz qed nagħmluh b'mod kostruttiv u jekk xi ħadd jiġbed il-widnejn għandu jiġbed tal-gvern.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq poteri li huma dejjem privileġġjati u li qed nissalvagwardjaw il-ħajja demokratika ta' pajjiżna.", "Spiċċa l-biki li aħna m'aħniex demokratiċi.", "Issa l-gvern qed jagħmel dawn l- affarijiet hu.", "Li niġu hawnhekk u mmissu dan l-uffiċċju f'ġieh ir-riforma u nitkellmu anke b'ħabi hu ġenn.", "Issa kien hemm irtirata dwar il-preżenza tal-prosekutur ġenerali fil- kunsill ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u aktar minn hekk, ma kien hemm xejn.", "Kollox baqa' kif kien u nissuspetta li l-problema hi li l-gvern waqa' lura fix-xogħol tal-parlament.", "Jien kont nemmen li dan l-abbozz jitlob ħafna serjeta' u maturita u li konna se npoġġu bilqiegħda u nitkellmu sew fuq dak li rridu nagħmlu.", "Irridu nżommu f'moħħna l-prinċipji li dejjem iġġielidna għalihom flimkien fil-passat u anke fil-preżent viċin.", "Qed ngħid għaż-żewġ partiti.", "Dawn huma l-prinċipji li nemmnu fihom u qegħdin hemm espressament miktubin fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk, Mr Speaker, l-oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-abbozz minħabba li nemmnu li dan il-parlament ma jistax jiġi mmexxi b'mod arroganti speċjalment meta l-gvern jaf li biex jimxi jrid jikkonsulta ma' l- oppożizzjoni fejn kellhom x'jaqsmu emendi kostituzzjonali.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, jien ukoll nagħmilha ċara li ma naqbel xejn ma' dan l-abbozz pero' rrid nagħmel kumment.", "Jien wieħed mill- parlamentari u mill-avukati li fil-kitba tiegħi ġieli ssuġġerejt li għandu jkun hemm prosekutur ġenerali.", "Nagħmilha ċara li jien m'inix kontra li jkun hemm prosekutur ġenerali.", "Pajjiżi oħra għandhom prosekutur ġenerali u l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa wiesa' ħafna u għalhekk huwa tajjeb li jkollna sezzjoni taħt kap li jmexxi l-prosekuzzjonijiet.", "Li jien kontra, biex nitkellem ċar u tond, huwa l-format ta' kif qed tiġi ntrodotta din il- kariga.", "Għalkemm m'huwiex fiċ-ċivil jiena lill-avukat ġenerali dejjem qistu, u għadni nqisu – u dan jirriżulta mill-Kostituzzjoni - bħala l-ogħla civil servant fil-pajjiż.", "Il-Ministru Gatt qal li għandu kariga ta' mħallef imma jiena ngħid li huwa l-ogħla uffiċjal fiċ-ċivil li għandu l-iktar kariga importanti fiċ-ċivil.", "Hija kariga xi kultant amministrattiva, kariga wkoll kważi ġudizzjarja u kariga li tiggarantixxi l-Kostituzzjoni.", "Jiena għalija hija waħda mill-karigi ewlenin fil-pajjiż u tradizzjonalment, minn żmien l-Ingliż, dejjem hekk kienet.", "Fil-fatt din il-kariga jokkupawha l-aqwa nies u l-iktar nies rinomati fil-qasam ġuridiku.", "Sur President, minħabba li nemmen hekk jiena kont ipproponejt li jkun hemm uffiċjal anzjan bħala director of public prosecutions li jaqa' taħt l- avukat ġenerali pero' dan ma pproponejtux bis-set up kif qed tiġi proposta llum.", "Aħna kompletament kuntrarju ta' dan is-set up u se nagħti r- raġunijiet għaliex naħsbuha hekk.", "L-ewwelnett jiena ma naqbel assolutament xejn li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali jsir aġenzija.", "B'dan il-mod, bir-rispett kollu, jiena nħoss li qed tiżvaluta l-kariga.", "L-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali huwa par excellence l- iktar ħaġa governattiva li jista' jkollok u allura ma nistax nifhem kif tista' tibda tindirizza dan l-uffiċċju bħala aġenzija.", "L-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali żgur ma jixrqalux li jkun aġenzija.", "Meta jkollok aġenzija allura se jkollok il-farming out.", "Issa jiena m'iniex naqta' dritt u ngħid li l-farming out ta' xogħol lill-avukati huwa xi ħaġa daqshekk ħażina imma naħseb li f'dan kollu għaġġilna wisq.", "Missu sar studju iktar akkurat u missna għandna leġislazzjoni iktar fina u iktar dettaljata qabel ma nibdew nikkonsidraw il-farming out.", "Mr. Speaker, għaliex isir il-farming out?", "Għal xi raġuni jew oħra, l- uffiċċju ta' l-avukat ġenerali m'għandux avukati biżżejjed u xi kultant tinħass il-ħtieġa li jkun hemm avukati oħra, anke anzjani, li jmexxu ċerti każi fil-kamp ċivili.", "Din hija problema li teżisti u jiena nifhem is- suġġeriment ta' l-istess avukat ġenerali, Dr. Borg Barthet.", "Nifhem ukoll li lill-Ministru din il-problema qed iddejqu pero` ma naqbilx mal-mod kif qiegħed jindirizzaha f'dan l-istadju, jiġifieri li jkun hawn dan it-tip ta' farming out.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Anglu Farrugia diġa' ta r-raġunijiet għaliex aħna ma naqblux ma dan il-farming out meta qal li mingħajr qafas legali aktar eżawrenti jistgħu jinħolqu konflitti ta' interessi.", "Mr. Speaker, jiena nemmen li kien wasal iż-żmien li nħajru li jidħlu aktar avukati fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Sfortunatament l-uniku mezz biex tagħmel dan huwa billi jiżdiedilhom il-pakkett finanzjarju tagħhom.", "Dan sar għal dak li jikkonċerna l-bank tal-ġudikatura.", "F'dan il-każ kien hemm problema fejn il-gvern beda jsibha diffiċli biex jingaġġa nies li jsiru maġistrati jew imħallfin minħabba li dawn kellhom pakkett finanzjarju tad- daħk.", "Il-Ministru Gatt għamel sew li daħħal pakkett finanzjarju aktar attraenti bir-riżultat li llum ġew ingaġġati nies ta' ċertu kalibru fosthom per eżempju per eżempju Dr. Joe Galea Debono.", "Jiena mhux qed ngħid li aċċetta din il-kariga minħabba l-flus biss, ma rridx nitfa dell ikrah fuqu, imma huwa b'dan il-mod li tista' tattira nies ta' kalibru kbir għall-bank tal-ġudikatura.", "Jekk inti se tħallas il-peanuts you get peanuts.", "(Interruzzjonijiet) Mhux qed ngħid li l-avukati fl-uffiċċju ġenerali huma peanuts.", "Jiena naħdem ħafna magħhom kuljum u naf li ħafna huma ta' l-affari tagħhom.", "Jiena m'inix nikkritika n-nies li hemm, pero` biex tattira aktar avukati ta' kalibru trid toffrilhom inizjattiva.", "(Interruzzjonijiet).", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena naqbel perfettament miegħu, pero` jista' jgħidli bl-istruttura kif inhi llum.", "Din il-ħaġa kif tista' tagħmilha jekk ma tagħmilix aġenzija?", "Dik hija l-problema.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOE.", "JOSE` HERRERA: Dik problema, pero` tista' ssir.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li l-attorney general u l-uffiċċju tiegħu huma public officers skond il-Kostituzzjoni u allura jaqgħu taħt ir-regoli kollha taċ-ċivil, il-ġudikatura m'hijiex.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOE.", "JOSE` HERRERA: Jiena nemmen, per eżempju, li tista' ssir billi tgħollilhom l-iskali tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Mela dan il-parlament għandu jiġi invitat biex jew titbiddel il-liġi jew titbiddel il- Kostituzzjoni sempliċement biex tinstab sistema biex dawn in-nies ikollhom pakkett aħjar?", "Għandna l-istess problema għal dawk li huma konsulenti mediċi, il-professuri.", "Aħna l-parlament suprem u jekk l-istrutturi taċ- ċivil huma ħżiena, għandna nirranġawhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni li għandu hija żbaljata.", "Konsulent mediku mal-gvern jitħallas daqs avukat mal-gvern, pero` konsulent mediku għandu private practice u avukat tal-gvern m'għandux.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOE.", "JOSE` HERRERA: Pero` anke l-konsulenti qed igergru.", "Jiena naf li qed igergru li s-salarju tagħhom huwa miżeru u redikolu.", "Sa ċertu punt il- Ministru għandu raġun u nifhem ukoll il-preokkupazzjoni tiegħu.", "Hemm diffikultajiet kbar amministrattivi biex dan isir pero` jiena nemmen li l- parlament huwa suprem u jekk hawn dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti bi qbil bejn iż-żewġ naħat.", "Mr Speaker, dawn huma emendi radikali ħafna.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq li nbiddlu l-Kostituzzjoni u nbiddlu istituzzjoni li ilha teżisti kif inhi 170 jew 180 sena minn żmien l-Ingliżi.", "Jiena naħseb li l-gvern, forsi b'entużjażmu żejjed - illum m'għandix aptit nitgħajjar iżżejjed - qabad u għamel dawn l-emendi fejn naturalment irid il-kunsens ta' din in-naħa biex jgħaddu.", "Jiena naħseb li din setgħet ġiet tackled b'mod ieħor.", "Din stajna ddiskutejniha aktar profondament.", "Hemm xi jsir fl-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Jien naħseb li konna naslu kieku din iddiskutejniha iktar u kieku forsi ħadna iktar pariri.", "Jiena niftakar meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista u konna qed indaħħlu l-maġistrat inkwerenti b'poteri speċjali.", "Din konna bdejna niddibattuha u konna se niddiskutuha wkoll ma' l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien għaliex dan kien kunċett ġdid, kunċett radikali li għal ħafna forsi l- iskeletru ried iktar laħam u ried iktar emendi.", "Issa l-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali huwa importanti u vitali għad-demokrazija u għall-andament tal-pajjiż.", "Dan mhux qed nitkellmu fuq biċċa kariga ta' sekonda importanza imma aħna qed nitkellmu fuq waħda mill-karigi ewlenin li hawn f'dan il- pajjiż, u qed inbiddluha kompletament.", "Mr Speaker, il-kwestjoni tal-farming irridu nindirrizzawha b'mod differenti.", "Qabel ma nagħmluha rridu nagħmlu qafas legali, għaliex kif qal l-Onor.", "Farrugia jista' jkollok abbużi serji.", "Jista' jkollok firm li jiġi kuntrattat xogħol legali lilha u jkun hemm interessi konflinġenti jekk ma jkunx hemm qafas legali li jipprekludiha din.", "Jiena m'inix qed neskludi l- possibbilta` li jista' jkun hemm il-farming out, pero` jiena naħseb li minn qabel irid jikkrea qafas legali biex jassigura li ma jkunx hemm abbużi.", "Ħaġa li qed tinkwetani hija mhux li l-avukat ġenerali jirtira ta' 65.", "Jiena personalment nemmen li wasal iż-żmien fejn jekk inti bennej trid tirtira ta' 50 sena, għaliex xogħolok huwa fiżiku, pero' jekk inti professur, imħallef, jew avukat ġenerali, naħseb l-eta' mhux se taffettwa l-potenzjali tiegħek, anzi l-esperjenza hija tajba.", "Jiena kont issuġġerejt u dwar dan kont kellimt anke lill-ministru dwar li nżidu r-retiring age ta' l- imħallfin għal 70, kif qiegħda, per eżempju, fl-Unjoni Ewropea.", "Fl- Ingilterra qiegħda 75.", "L-imħallfin ta' l-Unjoni Ewropea hija 70.", "Għaliex?", "Għaliex nies li jkunu lesti li jaċċettaw dik il-kariga jkunu nies ta' ċerta eta'.", "Issa jekk inti se tappunta mħallef ta' 58 sena, dan ikun baqgħalu seba' snin.", "Jiena naħseb li ma tkunx idea ħażina jekk il-kariga, nies ta' ċerta kariga għolja jirtiraw ta' 70.", "Illum ta' 65 kważi kważi bniedem ikun għadu fl-aqwa tiegħu.", "Mhux qed ngħid hekk għal min imur iġorr il-ġebel, imma fil-każ ta' professur jew imħallef naħseb ikun tajjeb jekk ngħollu l- eta' ta' l-irtirar.", "Jiena mhux qed ngħid li għandna ngħolluha għal 80 sena pero` jiena m'iniex kuntrarju li l-avukat ġenerali li l-kariga tiegħu għandha tekwivalixxi daqs imħallef tal-qrati superjuri...(Interruzzjonijiet) Mela le, żgur, anzi jekk mhux iktar.", "Jiġifieri jiena nemmen li l-avukati ġenerali għandu jirtira iktar tard.", "Li ma naqbilx - u dan mhux biex nipprova nżeblah il-kariga - hu li għandha tkun bil-kuntratt għal seba' snin, suġġett li trid tiġi appuntat.", "Din hija ħaġa perikoluża ħafna.", "L-avukat ġenerali għandu funzjoni kostituzzjonali ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Herrera qed jitkellem fuq l-avukat ġenerali tal-lum li l-ekwivalenza tiegħu...(Interruzzjonijiet).", "Il-parti tal- kriminal qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Le, għaliex il-kuntratt huwa biss għal dak li se jkun heading iċ-ċivil.", "Min ikun heading il-kriminal, billi għandu l-indipendenza u huwa kostituzzjonalment protett, dak mhux bil- kuntratt, dak ma tistax tkeċċieh.", "L-ieħor huwa avukat tal-gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOE.", "JOSE` HERRERA: Kont se nikkjarifika dan il-punt.", "L-avukat ġenerali se jissejjaħ advocate general u mbagħad l-ieħor prosecutor general.", "Hemm differenza bejniethom għaliex il-prosecutor general jirtira ta' 65 u mhux bil-kuntratt u l-ieħor bil-kuntratt pero` jiena nfakkar lill-istess Ministru li l-avukat ġenerali taħt l-intestatura l-ġdida, mhux l-attorney general tal-lum, imma l-advocate general, li se jkun iċ-chief advisor tal- gvern żidulu ftit il-problema għaliex qalulu, li meta liġi tirrikjedi d- deċiżjoni tiegħu dan ikun indipendenti mill-Istat.", "Mela anke l-advocate general se jingħata funzjoni kostituzzjonali u poteri deskrizzjonali u suppost il-gvern f'ċertu deċiżjonijiet ma jindaħallux.", "(Interruzzjonijiet) Fit-taqsima IV għandek il-liġijiet u ħafna minnhom huwa importanti li min se jiddeċiedi ma jkollux indħil tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Pero` dan se jkun bil-kuntratt u din ma naqbilx magħha.", "Għaliex ma ssirx sa 65 sena, bħal prosecutor general?", "Tal-prosecutor general qiegħda sa 65 u qiegħda tajjeb hekk, naqbel magħha, pero' ta' l-advocate general għaliex ma ssirx ta' 65 ukoll?", "Hemm xi raġuni?", "Ma nistax nifhem.", "Dawn il-karigi, kif nifhimhom, huma ta' l-istess livell u se jkunu at par.", "Għaliex wieħed se jkollu din is-security of tenure sa 65 sena u l-ieħor mhux se jkollu s- security of tenure sa 65 sena?", "U kariga bħal din għandha tkun bil-kuntratt?", "Jiena nemmen ukoll fl-iżvalutar tal-kariga.", "Il-frilli tal-kariga huwa importanti wkoll.", "Mela kariga bħal din għandha tkun bil-kuntratt?", "Jiena ma naqbilx ma dan kollu u nissuġġerixxi li l-kariga ta' advocate general tkun sa 65 ukoll.", "Mr. Speaker, saret ukoll emenda għall-kumissjoni ta' l-administration of justice, li kien se jkollok maġġorranza mhux tal-ġudikatura.", "Dik tbiddlet u qed nieħu gost li tbiddlet.", "Nafu ċ-ċirkostanzi kif tbiddlet.", "Kellek ċerta pressjoni anke mill-istess ex-prim imħallef Sajd Pullicino u anke mill- President ta' Malta fil-kwalita` tiegħu bħala chairman ta' din l-istess kummissjoni, u jawgura tajjeb anke lill-gvern li qagħad fuq il-pariri ta' dawn in-nies.", "Dan jawgura tajjeb ukoll għall-President ta' Malta għax juri li l-President m'huwiex biss figure head, u fuq din il-kwestjoni jiena nneħħilu l-kappell.", "Il-President ta' Malta għandu dejjem jimxi skond il- pariri ta' l-Istat għaliex huwa l-gvern li huwa demokratikament elett, pero` jiena nemmen li min jokkuppa l-irwol ta' President ta' Malta għandu jespandi ftit id-diskrezzjoni tiegħu fejn jindaħal u ma jindaħalx.", "U fuq ħaġa bħal din li tmiss il-Kostituzzjoni, għalkemm ma jiddeċidix hu finalment, pero` għandu l-piż tal-kariga fuqu u għandu r-rispett tal-kariga fuqu u jagħmel sew li jindaħal.", "Għamel sew il-President ta' Malta li f'din il-kwestjoni ndaħal, għaliex kien ikun verament perikoluż li jkollok il- ġudikatura responsabbli lejn organu dominat mill-branka ta' l-eżekuttiv.", "B'dan il-mod kien ikollok intranċ serju fl-indipendenza tal-ġudikatura, u jiena nieħu pjaċir li din il-ħaġa tbiddlet.", "Hemm affarijiet li m'humiex daqstant ħżiena fiha din il-liġi, pero` jiena naħseb li saret bl-għaġġla u ma nistax nifhem lanqas x'inhu l-iskop li tispettizza l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali b'dan il-mod.", "Ma nafx x'inhu l- ħsieb warajha din.", "Forsi l-ħsieb li nagħmluh aġenzija kien biex inkunu nistgħu nattiraw aktar avukati billi nagħtuhom iktar salarji?", "Jekk din hi r-raġuni għaliex ma għamilniex aġenzija waħda taħt kap wieħed?", "Hemm xi raġuni partikolari għaliex għamilna kwestjonijiet ta' ordni pubbliku għalihom u l-kwestjonijiet ta' leġislazzjoni għalihom?", "Ma nafx u nixtieq inkun naf.", "Jien smajt lill-Ministru pero` għadni m'iniex konvint, u nixtieq li fil-winding up jispjega din il-ħaġa bl-iktar mod ċar għaliex hija preokkupanti.", "X'inhu l-ħsieb li tispettizza dawn iż-żewġ karigi?", "Jiġifieri Malta se niġu wieħed mill-uniku pajjiżi tad-dinja fejn mhux se jkollna attorney general?", "B'dan il-mod qisna għamilna downgrading tal-kariga ta' l- attorney general għax ix-xogħol tiegħu qsamnih fi tnejn, wieħed responsabbli għall-kriminal u l-ieħor għal affarijiet oħra.", "Barra minn hekk dawn ma poġġejnihomx kompletament fl-istess keffa għax wieħed għandu security of tenure u l-ieħor le.", "Biex tkompli żidna lil dak li m'għandux security of tenure b'iktar poteri li ma kellux l-avukat generali għax issa hemm ċerti liġijiet fejn irid jiddeċiedi mingħajr indħil.", "B'dan il-mod qisu Malta spiċċajna mingħajr attorney general.", "Spiċċajna b'żewġ kapijiet ta' aġenziji bħall-awtorita' marittima.", "Mr. Speaker, jiena ma naqbilx ma dawn l-affarijiet.", "Li għandu bżonn dan il- pajjiż hu li nsaħħu l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, niddefinuh aħjar u għalkemm diffiċli, għandna nagħmluh aktar attraenti biex inħeġġu aktar nies kwalifikati biex jidħlu jaħdmu hemmhekk.", "Wara dan, għandu jsir studju fejn tipparteċipa wkoll il-kamra ta' l-avukati u fejn isiru suġġerimenti mill- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja biex naraw kif bil-mod il- mod indaħħlu l-kunċett tal-farming out.", "Nagħlaq billi ngħid li r- riperkussjonijiet taż dawn l-emendi jistgħu jkunu diżastrużi għall-buon amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali sabiex jekk jogħġbu jressaq lAaġġornament tal-Karma.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr. Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ------------------ Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li n-nies tal-Kottonera u n-nies li għandhom għal qalbhom l-ambjent f'dan il-pajjiż huma preokkupati ħafna bid- deċiżjoni li ħadet l-awtorita` ta' l-ippjanar li tiżviluppa l-wied tal- Kalkara.", "Il-gvern qed jindika dak li pproponiet l-awtorita' ta' l-ippjanar fuq proposta tiegħu stess u qed isib kull skuża u jwarrab kull talba li qed issir minn nies li għandhom għal qalbhom l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadin.", "Jidher li l-gvern qed jagħmel kull tentattiv biex jara kif isib kull skuża u jibqa' għaddej billi jipprova jiġġustifika li hemmhekk għandu jsir żvilupp.", "Dan mhux talli qed jindika li jrid isir żvilupp talli ta x'tifhem li se jsalva l-wied.", "Dan huwa skandlu tal-mistħija.", "Nibda biex infakkar li l-istorja oriġinat meta kien ġie diskuss l- istructure plan f'dan il-parlament fl-1988.", "Tajjeb li nfakkar li l- oppożizzjoni fit-tieni qari vvotat kontra.", "Minkejja li l-oppożizzjoni taqbel li għandu jkun hemm structure plan ma jfissirx li bdiet taqbel ma' l- iżviluppi li kienu proposti.", "Ma nġibux skużi u ngħidu li l-parlament approva għaliex il-maġġoranza tapprova la ma jkunx hemm qbil.", "Dik kienet għaddiet bħala carried u mhux bħala agreed.", "Ma kienx hemm vot ta' division fit-tieni qari li tfisser li naqblu li jkun hemm structure plan imma ma naqblux mal-kontenut u l-iżviluppi li se jsiru.", "Ġara li beda jsir ix-xogħol biex isir il-Grand Harbour local plan fl-1994 u fl-1995 kien sar taparsi studju ta' ġeoloġija fuq is-site tal-Kalkara.", "Fl- 1996 kien hemm oġġezzjoni mid-dipartiment tad-drenaġġ minħabba li kien hemm problemi li għandhom x'jaqsmu mad-drenaġġ u f'Lulju tal-1996 kien ġie ffriżat kollox biex jiġi studjat il-pjan t'hemmhekk.", "Tajjeb li ngħid li fl- 1996 kien hemm proposta u dak l-iżvilupp ġie ffriżat u tela' gvern Laburista.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar, minkejja kollox, bdiet tipproponi li jsir żvilupp.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-gvern Laburista, fosthom jien, konna mgħajjta l- awtorita' ta' l-ippjanar biex nagħtu r-reazzjoni tagħna fuq il-Grand Harbour local plan kif ġie spjegat lilna.", "Jien għamiltha ċara u oġġezzjonajt għall-iżvilupp fil-wied tal-Kalkara.", "Il-gvern laburista ma kienx jaqbel li l-wied tal-Kalkara jiġi żviluppat, pero` kien konxju wkoll li kienu ħarġu l-permessi għall-bini.", "Għaliex kien konxju li ħarġu l- permessi tal-bini, l-gvern laburista kien għamilha ċara ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar li jrid jara kif jiġu kkompensati dawk li xtraw il-plot.", "Dan m'għamilnihx għall-ispekulaturi iżda għal dawk l-individwi li xtraw plot biex jibnu d-dar tagħhom.", "Tajjeb li ngħid li dan intalab mill-awtorita'.", "Il-gvern kien hemm biex jara u jagħmel valwazzjoni ta' dik l-art, speċjalment ta' dawk li kellhom permess biex jiġu kkompensati ħalli hemmhekk ma jsirx żvilupp.", "Jien nista' ngħid li għandi dokument li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra li juri biċ-ċar li Godwin Casar, id-direttur tal-Planning Authority kien kiteb lil John Sciberras, il-general director tal-management department fid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Se nikkwota eżatt:", "\"Subject: Valuation of land at Kalkara", "Further to your letter of the 24th April 1998, in connection with the above valuation, please note that we are not in a position to provide detailed plans of structures involved.", "We need this valuation to be in a position to advise Government whether land should be expropriated and compensated for rather than built over.", "This is holding up the final approval of the Grand Harbour local plan, so in the circumstances an estimated value will suffice.", "Your early advice would be appreciated. \"", "Iktar tard din l-ittra se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra biex nuri bil- provi li l-gvern Laburista kien qed ifittex mod li jikkumpensa lil min kellu plot u mhux lill-ispekulaturi.", "Provi iktar minn din m'hemmx għalfejn ikolli għalkemm fl-awtorita' ta' l-ippjanar ħafna files jisparixxu.", "Ħafna dokumenti jisparixxu imma hawnhekk qed nuri bil-provi li gvern laburista kien miexi fuq it-triq li ma jħallix żvilupp isir.", "Il-gvern inbidel iktar tard u kien il-gvern preżenti li mbotta biex dak il- pjan jiġi rranġat ħalli jsir il-bini u mhux biex isalva l-wied tal-Kalkara.", "Id-differenza hi li qabel kien hemm gvern laburista li kien għamilha ċara li dan l-iżvilupp kien se jieqaf u jiġi kkompensat min kellu jiġi kkompensat.", "Wara daħal gvern nazzjonalista u xorta waħda ried li jsir żvilupp u l-iżvilupp sar f'areas oħra.", "Jien spjegajt din id-differenza fuq programm tat-televiżjoni u fl-ebda mument m'għedt li l-gvern esproprija, jew urejt pjanta ta' esproprjazzjoni.", "Qed ngħid hekk għaliex jien ġejt iċċalinġjat mill-Onor.", "Pullicino li sfidani biex jagħmel pubblika l-pjanta ta' l-art li gvern laburista kien, skond hu, ippropona li jesproprija.", "L-Onor.", "Pullicino qal li jekk l-Onor.", "Mizzi jrid ikun kredibbli għandu jagħti din l-informazzjoni mill-iktar fis possibbli.", "Jien ngħidlu li l-valwazzjoni semmejtha u għandi recording tal- programm \"Babel\" li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jekk f'dan ir- recording jien għedt li hemm esproprjazzjoni lest li nirriżenja minn dan il- parlament.", "Issa jrid ikun raġel, jisma' r-recording u joħorġu għall- pubbliku biex isib dak li dak li qed jgħid hu jien ma għedtux.", "Jekk jiġri hekk għandu jkun raġel u jirriżenja hu.", "Jekk ma jirriżenjax nibqa' ngħid li l-ikbar giddieb li naf f'ħajti huwa hu.", "Jien lest li nerfa' dik ir- responsabbilta`.", "Dawn huma affarijiet serji u nemmen li qed nirredikolawhom.", "Ma kienx kuntent li kien fuq stazzjon tar-radju.", "Nispera li dan l-istazzjon tar-radju jagħtini ċans biex nitkellem fuq il-każ tal-wied tal-Kalkara.", "Lili ma stedinniex għax hekk miexja l-propaganda f'dan il-pajjiż.", "Dawn ma jaqblilhomx jistednuna.", "Stazzjonijiet oħra li suppost huma indipendenti lil tan-naħa tal-gvern biss jistiednu.", "L-Onor.", "Pullicino ma kienx kuntent iżda ġie f'dan il-parlament u reġa' għamel l-akkużi.", "Jidher li l-Onor.", "Pullicino qed jiddefendi lill-ispekulaturi u xejn iktar.", "Il-problema hi li hemm spekulaturi li huma tal-qalba tal-partit nazzjonalista.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħid li meta nħtart membru f'dawn it-tliet snin, kienet dehret għal għarrieda applikazzjoni fuq il-wied tal-Kalkara biex isir żvilupp għal area ta' bini minn Fino.", "Dan meta kien kollox iffriżat u għalhekk mhux suppost li jimtlew l-applikazzjonijiet li joħorġu.", "L- awtorita` ta' l-ippjanar ħalliet l-applikazzjoni toħroġ, aċċettatha u twaħħlet fuq area - mhux fejn hemm il-wied biex ħadd ma jkun jaf.", "Jien ġejt informat u ġbidt l-attenzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar tatni raġun għax l-avviż ma kienx imwaħħal fil-wied.", "Kellu jinqala' kollox u jerġa' jiġi sottomess u ma jiġix ikkunsidrat qabel ma jgħaddi l-Grand Harbour local plan.", "Dik l-art, ħaġa ta' l-iskantament kienet ta' wieħed mill-ispekulaturi - Fino.", "L-applikazzjoni tidher f'ismu iżda meta għamilna riċerka sibna li l-kumpannija ta' Fino, Tamalac Limited għandha promise of sale agreement u no prove of ownership.", "Hawn nistaqsi lis-segretarju parlamentari jispjegali jekk hemmx xi art oħra, minbarra ta' l-Onor.", "Galea Pace, li tappartjeni lil xi ex-ministru tal-gvern jew lil xi membru tal-gvern ieħor.", "L-affarijiet jintnu ħafna.", "Ma nafx għaliex din id- determinazzjoni kollha tal-gvern biex iħarbat il-wied għal spekulazzjoni.", "Ma nafx għaliex joqogħdu jibku u jgħidu li hemmhekk hemm familji.", "M'ilux iltqajt ma' dan l-avviż:", "\"For Sale – A Large plot of land enjoying excessive sea view.", "Ideal for large projects......\"", "Dan qed jirreferi għal dawn l-akkwati u il-prezz hu ta' Lm700,000.", "Meta jiġi jgħidilna fuq il-familji jkun qed idaħħak in-nies.", "Tajjeb li ngħid li hemmhekk kulħadd ikkundanna l-iżvilupp u li meta ġiet quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar kienu diġa` ddeterminaw kif se jivvotaw il-membri għax għandhom il-pressjoni min-naħa tal-gvern.", "Hemm pressjoni fuq il-gvern mill- ispekulaturi.", "Il-maġġoranza assoluta tal-maltin u għawdxin huma kontra l- iżvilupp tal-Kalkara.", "Nitolbu jsemmili għaqda waħda li hi favur l-iżvilupp.", "In-nies li huma favur huma l-ispekulaturi u il-ftit individwi li għandhom plot hemmhekk.", "Jekk kien hemm żball qabel għax kien se jsir żvilupp m'għandniex inġibu skuża billi nnaqsu nofs l-iżball u nħalluh żball.", "Jekk hemm żball għandna nneħħuh.", "Tajjeb li ngħid li meta jien kont fuq in-naħa tal-gvern kienet saret kritika ġusta li hemmhekk m'għandux isir żvilupp.", "Jien wieħed minn dawk li aċċettajt il-kritika u ssapportjajtha.", "Ma rridux inkunu ipokriti.", "Jien dejjem kont konsistenti u se ngħid għaliex.", "Dan ipprova jsemmi l-pulmun tal-Kalkara u jgħid li mhux veru hemm l- ispekulaturi.", "Se nikkwota minn \"Il-Mument\" tal-Ħadd 3 ta' Novembru –il- paġna tal-Forum 21 –iż-żgħażagħ Nazzjonalisti.", "\"L-Awtorita` ta' l-Ippjanar iddikjarat li dan il-wied għandu importanza xjentifika.", "Ir-residenti ta' madwar dan il-wied, fil-fatt ir-residenti taz-żona kollha, huma kontra l-iżvilupp ta' dan il-wied.", "Li tibni f'wied u ssejjaħlu żvilupp hi kontradizzjoni ċinika.\"", "Dan it-tip ta' żvilupp jattakka pulmun ieħor li jipprovdi l-arja lir- residenti li diġa` huma vulnerabbli mill-mard tal-cancer li dejjem qed jiżdied.", "Dan qaluh iż-żgħażagħ nazzjonalisti fl-1996.", "Minn dakinhar il-mard żdied u mhux naqas.", "Ikomplu hekk:", "\"L-ispekulaturi jibqgħu jinsistu li jridu jiksu Malta bil-ġebel u bil- concrete.", "L-ispekulaturi huma minoranza żgħira ħafna, waqt li l- maġġoranza kbira tal-Maltin iħobbu l-ambjent naturali.\".", "Ngħid lill-Onor.Pullicino li Forum 21 qed jgħidulu li l-ispekulaturi huma minoranza żgħira ħafna, waqt li l-maġġoranza kbira tal-maltin iħobbu l- ambjent naturali.", "Komplew jgħidulu li wasal iż-żmien li l-kunsilli lokali jingħataw iktar poter ta' deċiżjoni fejn jidħol l-ambjent.", "Lin-nies ma kkonsultawhomx u kieku ma kontx jien ma kienux jiġu nfurmati.", "Dawn ikomplu:", "\"Li b'xi mod iċċekken jew tiggradixxi l-ambjent hija azzjoni anti- demokratika.\".", "Hawnhekk qed jgħidulu li hu anti-demokratiku għax qed iċekken l-ambjent.", "L- ambjent għall-poplu huwa wieħed mill-aqwa divertiment li jikkontribwixxi wkoll għas-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem.", "Jekk se jiżviluppaw il-wied se jikkontribwixxu kontra s-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem.", "Dan qaluh il-Forum 21.", "Jidher ċar li l-ispekulaturi għandhom saħħa kbira fuq dan il- gvern għaliex biex idawwru d-diskors u il-fehma taż-żgħażagħ nazzjonalisti jridu jkunu drastiċi.", "Saħansitra llum stess il-kunsill parrokkjali tal- Kalkara ħareġ stqarrija fejn għamilha ċara li għandha tiġi mħarsa s-sbuħija tal-wied tal-Kalkara.", "Kulħadd jaqbel li għandu jiġi mħares il-wied tal-Kalkara u li għandha tiġi rispettata r-rieda tal-poplu tal-Kalkara.", "Ma fadal ħadd iktar biex joħroġ stqarrija favur.", "Kulħadd favur li ma jsirx żvilupp hemmhekk u l-gvern jibqa' jwebbes rasu bl-iskuża li m'hemm xejn xi jbiddillu fehmtu.", "Jien nistaqsi għaliex f'ħaġa serja bħal din ma sarx environmental impact assessment.", "Dan m'għandux isir mill-gvern imma minn xi ħadd indipendenti.", "Issa erġajna ġejna f'sitwazzjoni redikola fejn qed jipprovaw jisfidaw u jiddevjaw bħalma kienu għamlu meta ġbidna l-attenzjoni fuq il-proġett tal- Kottonera.", "Hemmhekk hemm l-imħażen storiċi li nqerdu u biex iġibu l-iskużi qalu li fi żmienna konna applikajna biex inwaqqgħuhom.", "Wara rriżulta li aħna konna applikajna biex inwaqqgħu latrina u mhux biex inwaqqgħu l- imħażen u qatt ma kellhom id-diċenza li jiskużaw ruħhom u jgħidu li dakinhar gidbu wkoll u sabu skuża biex jgħattu dak l-iskandlu.", "Issa barra t- theddida kbira tal-wied tal-Kalkara ġejja theddida kbira oħra għall- Kottonera u l-Fgura.", "Mr Speaker, filwaqt li ġie approvat il-proġett tal-Kottonera, mingħajr ma sar traffic impact assessment, issa qed niskopru li l-proġett huwa tant kbir li għandna l-problemi fejn jidħol it-traffiku.", "Issa li proġett kbir bħal dan ġie approvat se naraw kif se nqanċu 'l hawn u 'l hemm biex nipprovaw nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Il-Fgura se nimlewha traffic islands.", "It-traffiku se nibdew ngħadduh mill- Fgura u se nkissru lil dan il-post.", "In-nies tal-Fgura għandhom dwejjaq kbar.", "Minn survey li ppreżenta l-kunsilli lokali, diġa' jidher ċar li n- nies huma preokuppati ħafna bis-sitwazzjoni tat-traffiku fil-Fgura u sitwazzjonijiet ambjentali oħra.", "Jidher li t-traffic impact assessment qiegħed jindika li se jsiru ħafna roundabouts u traffic islands.", "Il-Fgura se ssir traffic lane sħiħ.", "Din hija sitwazzjoni allarmanti.", "Wara li se jipprovaw jeqirdu l-Kalkara se jeqirdu wkoll il-Fgura.", "Minn hawn nitlob lill-gvern biex jerġa' jikkunsidra d-deċiżjoni u ma jwebbisx rasu.", "Jekk jieħu dan il-pass u jwebbes rasu biex iħalli l-iżvilupp isir ikun qed jikkundanna 'l uliedna għal għomorhom.", "Madankollu l-poplu Malti u tal-Kottonera għandu tama li ma jdumx ma jkun hemm gvern laburista biex jirranġa s-sitwazzjoni.", "Aħna ma nparlawx fil-vojt u determinati li nirranġaw is-sitwazzjoni.", "Nispera li s-segretarju parlamentari jilqa' l- isfida li għamiltlu biex nipprova li fi żmienna ma konna għamilna l-ebda pjanti u l-ebda esproprijazzjoni.", "Jien qed noffri li jekk hu hekk nirriżenja u jekk le jirriżenja hu.", "Jekk ma jirriżenjax nibqa' nsostni li l-ikbar giddieb li naf huwa hu u se nibqa' ngħidha għal għomri.", "Nibqa' ngħid li l-gvern qed isib kull tip ta' propaganda qarrieqa biex jiddevja mill-problema oriġinali, bħalma qed jipprova jagħmel fil-kwestjoni tal- Kalkara.", "Nispera li l-poplu Malti u Għawdxi jibqa' jagħmel pressjoni ħalli jġib il-gvern f'sensieh u ħalli ma jsir l-ebda żvilupp fil-wied tal- Kalkara.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 30 ta' April 1998 mibgħuta mid-Direttur ta' l- Ippjanar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, lid-Direttur Ġenerali tad- dipartiment ta' l-Estates Management dwar valutazzjoni ta' art fil- Kalkara; u", "Video recording tal-programm \"Babel\" li deher fuq Super One Television fis-16 ta' Jannar 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill- Onor. Joe Mizzi talli tani erba' minuti mid-diskors tiegħu sabiex inwassal messaġġ qasir dwar il-lokal tas-sitt distrett.", "Quddiem il-każin tal-Partit Laburista' ta' Ħal Qormi saru tibdiliet radikali f'dak li għandu x'jaqsam ma' signs tat-traffiku.", "Saru ħafna sinjali ta' fejn wieħed jista' u ma jistax jipparkja.", "Dan ħalla effett negattiv fuq dan il-każin għax fejn qabel kien qed ikun mimli issa qed ikun vojt.", "Il-kostitwenti tiegħi kif ukoll dawk li jidħlu u jieħdu pjaċir f'dan il-lokal talbuni biex nagħmel talba lit-traffic control board biex jerġa' jikkunsidra dak li ġie mitlub lilu u sabiex ibiddel l-affarijiet u jġib is-sitwazzjoni kif kienet.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel huwa dwar il-ġnien - jew suppost ġnien - ta' Ħal Farruġ.", "Ir-residenti t'hemmhekk ilhom jistennew għal dawn l-aħħar tliet snin.", "F'dan il-post hemm ambjent li għandu jiġi mmeljorat u dan il-ġnien pubbliku huwa mistenni jagħti dehra ta' villaġġ fejn ir-residenti jistgħu jieħdu ftit rikreazzjoni.", "Jien nappella lill-awtoritajiet biex jagħmlu dan il-ġnien u jħaffu l-pjanijiet u l-permessi kollha meħtieġa sabiex iseħħ.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett xtaqt nagħmel appell lir-residenti ta' Tal-Blat.", "Fil-qasam ta' ħdejn il-flats u l-maisonettes li kienu nbnew mill-gvern sar titjib u strutturar ġdid.", "Nappellalhom sabiex jieħdu ħsieb l-ambjent u jżommuh tajjeb għax wara kollox jekk naqbdu l-irħula biċċa biċċa u naħdmu fuqhom jista' jkollna dehra ġdida, aktar sabiha u aktar naturali fil-pajjiż kollu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 4 ta' Frar 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMTARFA - BYPASS", "30692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-by pass ta' l-Imtarfa, inkluż li tkompli tingħata t-tarmac il-parti l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ippubblika sejħa għall-offerti sabiex jiġu provduti pre-fabricated panels bil-ġebel tas-sejjieħ biex ikunu jistgħu jinbdew jinbnew il-ħitan li jridu jsiru fil- Bypass biex il-wiesgħa tat-triq tiġi waħda uniformi.", "IMTARFA - ROUNDABOUT", "30693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkunsidra li terġa ssir ir-roundabout li kien hemm f'salib it-toroq tal-By Pass ta' l-Imtarfa sabiex ikunu evitati perikli kawżati mis-sistea tat-traffiku attwali f'din il-by pass?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant hu zgħir wisq biex fuqu tinbena r-roundabout flok dik li kien hemm qabel u li kienet pjuttost żgħira għat-traffiku li kien qed jużha.", "Ghalhekk fiċ-ċirkustanzi s-sistema preżenti hija l-inqas waħda ta' periklu f'din iż-żona.", "TICKETS - TOWING", "30695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li 'l fuq minn 20 turista weħlu aktar minn Lm45 f'multi għaliex kellhom il-karozzi tal-kiri pparkjati ħdejn St. Georges Park Complex fi Dragonara road, San Ġiljan fis-7.10 pm nhar il-31 ta' Diċembru 2001?", "Jista' l-Ministru jikkunnsidra l-fatt li bħal dawn issir ħsara kbira lill-isem pajjiżna ma' turisti li jkunu għall-btala?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi nhar il-31 ta' Diċembru 2001 fis- 7.10pm, kienet ġiet irmunkata vettura waħda mill-post imsemmi mill- Onorevoli Interpellant.", "GOZO CHANNEL - PASSIĠĠIERI", "30696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizzi tal- Gozo Channel matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.", "AIR MALTA - PASSIĠĠIERI", "30697.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta għall-perjodu ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni għall-istess perjodu matul l-aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul l-aħħar tlitt xhur tas-sena li għaddiet, in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta kien dan", "|Ottubru |148,723 | |Novembru |92,326 | |Diċembru |75,389 |", "L-informazzjoni mitluba dwar l-istess perjodu ta' kull sena matul l-aħħar ħames snin hija kif ġej:", "|1997 |286,533 | |1998 |325,771 | |1999 |373,718 | |2000 |330,396 | |2001 |319,598 |", "HOUSING - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "31194.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga b'ċertu urġenza l-każ ta' Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tfittex akkomodazzjoni alternattiva għaliha u għaż-żewġ uliedha tifel u tifla għar-raġunijiet soċjali li ġew elenkati on file mis- social workers tal-Ministeru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma numu ieħor ta' applikazzjonijiet simili.", "ETC - XOGĦOL", "31195.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga t-talba għall- xogħol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament permezz tas-servizzi ta' l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l- Korporazzjoni ser tieħu l-passi neċessarji bħal ma tagħmel mal-klijenti l- oħrajn.", "Il-Case Officer tal-individwu msemmi mill-Onor.", "Interpellant ser tagħmel kuntatt miegħu biex tkun tista' tkellmu fl-iqsar żmien possibbli."]} {"filename": "20000524_300d_par.doc", "date": "2000-05-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 300 L-Erbgħa, 24 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 300", "L-Erbgħa, 24 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "300", "L-Erbgħa, 24 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 727", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 727", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA'", "STANDARDS (IT-TIENI QARI)", "MALTA STANDARDISATION AUTHORITY BILL (SECOND READING) 732", "AĠĠORNAMENT 752", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 758", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 299 li saret nhar it-23 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EU - EXPORT REFUND", "16115.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea se titlef l-export refund fuq il-materja prima ta' l-ikel impostata mill- Unjoni u wżata mill-industriji lokali ta' l-ikel, ħelu u minerali, jista' l- Ministru jgħid kemm qed jikkalkula l-gvern li jkollhom jogħlew dawn il- prodotti li l-poplu tal-gżejjer tagħna jikkonsma kuljum?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "15857 waqt is-seduta nru.", "288.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li sieħbu, u ċioe' il-Ministru Josef Bonnici, f'dik id-domanda li qed jirriferi għaliha ma kienx wieġeb kemm il- gvern qed jikkalkula li jkollhom jogħlew dawn is-sorsi ta' materja prima minħabba l-export refund li jintilef wara li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jagħti xi dettalji biex forsi jissodisfa aktar din ir-risposta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-ewwelnett nixtieq ngħid li sieħbi jinsab imsiefer fuq xogħol tal-gvern.", "Ir-risposta li kien ta l-Ministru Bonnici donnha hija komprensiva ħafna u d-dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant mhux qed jirriżultawli mill-file li għandi quddiemi.", "IMTARFA - XOGĦLIJIET - KUMPENS", "16116.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-talba tal-kumpens tal-bidwi, li ismu qed jintbagħat separatament, sabiex jitħallas għad-danni li sofra kawża ta' xogħlijiet li saru fl-Imtarfa bypass Ref: L438/83/VOL I, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ta' l-artijiet iħallas il-pagamenti dovuti lill-bidwi msemmi?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): Ninsab infurmat illi l-istima għall-kumpens dovut lill- bidwi msemmi għal xogħolijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, intbagħtet mid- dipartiment ta' l-agrikoltura lid-dipartiment ta' l-artijiet fit-28 t'Awissu ta' l-1987 kif kien id-dmir ta' dan id-dipartiment li jagħmel.", "Sabiex jgħin lil dan il-bidwi jitħallas ser tinġibed l-attenzjoni tad- dipartiment ta' l-artijiet għall-fatt li l-kumpens għadu ma ngħatax.", "IMTARFA - XOGĦLIJIET", "16117.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom li bdew ix-xogħlijiet fuq l-Imtarfa bypass?", "Kemm ilhom wieqfa u meta se jkomplu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien infurmat li l-proġett ta` l-Imtarfa bypass beda fil-25 t`Ottubru ta` l- 1999.", "Fil-preżent l-ewwel fażi tat-triq infetħet għat-traffiku filwaqt li qegħdin għaddejjin proċeduri ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex isir stabilization tat-tafal fuq in-naħa ta` l-Imtarfa.", "Ix-xogħol fuq it-tieni fażi għaddej mid-dipartiment billi qed jiġi ppreparat pjan ta` xogħol biex il-lane li tiela` lejn Ħad-Dingli tkun tista` tinbena għal wisa` neċessarja mingħajr ma tittieħed aktar raba` u biex fl-istess ħin ma tibqax iċċedi kif kien il-każ sal-lum.", "Dan ix-xogħol ovvjament jirrikjedi l-approvazzjoni u l-ħruġ ta` permessi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar qabel ma jkun jista` jsir.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, riċentement irriżultaw numru ta' diffikultajiet bejn id-dipartiment tat-toroq, il-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għax inbena mostru ta' ħajt tal- konkos u rriżulta li ma kienx hemm permess għalih apparti li hemmhekk sar dannu għall-area sensittiva tat-tafal u jidhirli anke li hemm xi miżuri biex jitneħħew.", "X'koordinament qed isir fil-fażijiet tax-xogħlijiet li jmiss ħalli ma jkunx hemm dawn id-disfatti li bla dubju ma jagħmlu ġid lil ħadd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Interpellant naħseb li d-disfatti qegħdin biss fl-immaġinazzjoni ta' min jagħmel id-domandi supplimentari u li wara li jkun ilu jitlob ix-xhur biex isir ix-xogħol, imbagħad jipprova jkisser dak li jkun sar.", "Madanakollu m'hemm l-ebda nuqqas ta' ftehim bejn il-kuntratturi li għamlu x-xogħol u d-dipartiment u lanqas hemm xi tip ta' nuqqas ta' ftehim bejn il-kuntratturi u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Li ġara hu li waqt li kien qed isir ix-xogħol, parti żgħira mit-tafal waqgħet - jiġifieri din l-esaġerazzjoni li qed isemmi l- Onor. Membru ma teżistix - u reġgħet telgħet bl-indikazzjonijiet li ma kien hemm l-ebda bżonn ta' permessi, pero' wara li xi ħadd beda jagħmel għagħa li jinbena xi ħajt taż-żinja, id-dipartiment tat-toroq intalab li dak li huwa meqjus bħala xogħol ta' stabilisation temporanju jitneħħa bil- konsegwenza li t-triq tkun tista' taqa' mill-ġdid.", "Bħalissa d-dipartiment għaddej b'diskussjoni ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tinsab soluzzjoni għal dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplementari", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'referenza għall-punti osservati bħala fantażija tal-Ministru Galea, jiġifieri l-fatt ta' l-impatt negattiv li ħolqot ir- roundabout li tneħħiet u l-fatt li kemm l-għaqdiet tar-residenti ta' l- Imtarfa, inkluż il-kunsill lokali tar-Rabat, qatt ma ġew ikkuntatjati u naturalment għandhom huma wkoll numru ta' riservi x'jagħmlu dwar dawn ix- xogħolijiet li qed isiru, il-Ministru qed jgħid li dawn ma jirriżultawx u li għal raġunijiet normali s-sistema tat-traffiku f'din it-triq m'hijiex perikoluża.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Bir-rispett kollu anke lejn dawn l-asserzjonijiet li għadu kif għamel l-Onor.", "Interpellant, il-kunsill lokali tar-Rabat fl-ebda mod ma tkellem fuq xi diffikultajiet f'din it-triq, il-kunsill lokali ta' l- Imtarfa fl-ebda mument ma tkellem fuq xi diffikultajiet f'din it-triq, l- għaqdiet tar-residenti li qed jagħmel referenza għalihom - nixtieq inkun naf liema huma - fil-fatt ma waslu l-ebda rappreżentazzjoni, almenu lill- ministeru, fuq din it-triq u ma narax diffikultajiet partikolari, anzi nsostni li kif kienet magħmula r-roundabout qabel kienet sors ta' periklu.", "Għax meta jkollok highway li fiha suppost tibqa' miexi kontinwament u f'daqqa waħda ssib roundabout li aktar tfixklek flok tgħinek ikun aktar ta' periklu milli fil-fatt hija l-pożizzjoni kif inhi llum.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li dan ix-xogħol li qed isir huwa approvat mit-traffic control board, huwa skond l-etika u skond sistema ta' upgrading.", "Issa aħna nafu li biex in-nies mill-Imtarfa joħorġu għal din il-main road jaqsmu għall-bridge u viċe versa u m'hemm xejn x'jikkontrolla dan il-crossing, lanqas sistemi ta' lights.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jidhirli li fin-nofs minuta li domt inwieġeb id- domanda supplimentari ta' qabel, la semmejt etika, la semmejt traffic control board u ma semmejt xejn minn dan kollu.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi domanda partikolari, nitolbu jagħmilha u nkun nista' nweġibha iktar 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naħseb li hija etika li biex wieħed jissustanzja fantażija irid jikkonferma fejn hi din il-fantażija.", "Jien għandi nifhem li ġaladarba l-Ministru Galea qed jgħid li hija fantażija u li s-sistema tat- triq m'hijiex tajba, għandu jissustanzja b'mod kredibbli u b'mod etiku li d- dipartiment, f'dan il-każ it-traffic control board, ikkonferma li t- tneħħija tar-roundabout hija l-aħjar sistema biex ikun komunikat, sorveljat u amministrat aħjar it-traffic safety u t-traffic systems fl- Imtarfa by-pass.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Safejn naf jien it-traffic control board ma daħalx f'din l-istorja pero' tajjeb wieħed jgħid ukoll li l-ammont ta' nies li jitilgħu mit-telgħa ta' l-Imtarfa u jaqsmu għall-bridge li semma' l-Onor.", "Interpellant huwa tant żgħir fin-numru li ma jiġġustifikax l-eżistenza ta' roundabout u lanqas ta' perikolu tat-tip li kien hemm fil-post.", "L-istrip li hemm bħalissa miftuħa u li għad irid jitkompla x-xogħol fuqha, ukoll trid tkun magħluqa b'mod li ma tkunx tista' taqsam minn naħa għal oħra għax m'hemmx ġustifikazzjoni li tkun f'by-pass, li fin-natura tagħha nnifisha titlob li jkun hemm ċertu ammont ta' speed, u f'daqqa waħda ssib ruħek fi triq li ma twasslek prattikament imkien.", "Din hija d-diffikulta' li rridu nifhmu wkoll.", "Ma nistgħux nibqgħu mat-tradizzjonijiet li forsi xi darba kellna biex sempliċement xi ħadd mingħalih jaqta' fil-qosor.", "Jekk nimxu b'dan il-mod jista' jkun jaqta' fil-qosor imma mhux biex jasal id-dar imma biex jasal iċ-ċimiterju.", "Aħna bħala gvern responsabbli għandna l-obbligu li dawn il-perikli nneħħuhom mhux biss f'din il-by-pass imma minn kull fejn jeżistu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri mill-ispjegazzjoni li qed jagħti l- Ministru qed jindika li l-gvern se jagħlaq l-aċċess li mill-bridge tgħaddi għall-by-pass u li mid-ditch tgħaddi għall-by-pass?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Diversi drabi rrepetejt li t-traffic lights, aċċessi minn kantunieri, aċċessi mar-roundabouts u affarijiet bħal dawn, trid tagħmilhom fejn għandek bżonnhom.", "Fejn ma jirriżultax li t-traffiku jiġġustifika affarijiet bħal dawn, ikun ta' periklu għall-kumplament tas- sewwieqa jekk tagħmilhom.", "Għandna talbiet minn kunsilli lokali oħrajn biex jingħalqu aċċessi minn by-passes li huwa diffiċli biex tagħlaqhom imma fejn tista' tagħlaqhom l-intenzjoni tagħna hi li nagħlquhom u dan huwa każ minnhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li se jingħalqu l-arterji żgħar li jaqdu kemm lill-komunita' li tkun ħierġa mill-Imtarfa kif ukoll il-komunita' li tkun dieħla ġo l-Imtarfa, ma jħossx allura li għandu jsir assessment ta' l- area tat-traffiku fl-inħawi ħalli jiġi stabbilit format li jkun aħjar għas- sistema tat-traffiku?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-assessment ta' l-inħawi jinkludi assessment suret in-nies tal-kummiedja li hemm ħdejn il-flats ta' Bużugrilla fejn għandek roundabout akbar minn ground tal-football.", "Fil-fatt in-nies li joqogħdu fl- inħawi għamluha ground tal-football bil-lasti b'kollox f'roundabout li huwa ta' periklu li tasal għaliha.", "Dan l-assessment jinkludi wkoll il-periklu li hemm fir-roundabout ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi u r-roundabout l-oħra fit-tarf tal-by-pass ta' l-Imtarfa.", "Dawn huma kollha studji li qegħdin isiru proprju biex dawn ir-roundabouts kollha jitneħħew - għax flok qed iservu ta' ġid qegħdin iservu ta' deni għat-traffiku - u jiġu rranġati b'mod li jaqdu ferm aħjar lill-Imtarfa kif ukoll lir-Rabat.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Milli qed nifhem dawn l-istudji m'humiex qed ikunu koordinati mat-traffic control board u li dan il-board ma daħalx biex tneħħiet waħda minn dawn ir-roundabouts, jista' jgħidli allura għaliex tneħħiet waħda jew meta se jitneħħew l-oħrajn?", "Jien qed ngħid hekk għax qed nipprova nifhem eżattament x'inhu l-pjan u x'inhi r-rilevanza ta' dan it-tibdil li se jsir, ta' dawn l-istudji li qegħdin isiru u meta se jiġu attwati dawn il-programmi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Bħal f'ħafna każijiet, affarijiet li tipprova tagħmilhom bis-serjeta' jeħdulek iż-żmien.", "F'dan il-każ ukoll għaddejjin bħalissa l-istudji fuq l-inħawi mid-dipartiment tat-toroq u meta jkunu ffinalizzati nkunu nistgħu nattwawhom.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "16118.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li fl-aħħar esportazzjoni deher ċar li l-proċess ta' l- esportazzjoni tal-patata kien aħjar b'varjeta' waħda, jista' l-Ministru jgħid għaliex daħħal varjeta' oħra u se jkompli jdaħħal varjeta' oħra?", "Kemm fil-fatt se jkun it-tunnellaġġ ta' patata Alpha u Sante' għall- istaġun li ġej?", "Fuq liema raġunijiet il-Ministru se jerġa' jbiddel dan il- kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-aħħar esportazzjoni, jiġifieri fl- 1999, deher ċar li kien hemm suq attraenti għall-patata tal-varjeta Sante' tant li l-bdiewa tħallsu prezz record.", "Għadhom ma sarux l-arranġamenti dwar l-esportazzjoni tal-patata tal- varjeta' Sante' għall-istaġun li ġej.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "16119.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jekk il-patata tal-varjeta' Sante' hija aħjar mill-varjeta' Alpha, jista' l-Ministru jgħid għaliex saru l-arranġamenti sabiex din tiġi esportata fl-ewwel erba' ġimgħat biss?", "X'jiġri jekk l-esportazzjoni tas-6000 tunnellata tkun tal-varjeta' Sante' u ma tilħaqx fl-ewwel erba' ġimgħat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-patata tal-varjeta' Sante' hija aktar bikrija mill-Alpha u mhux aħjar u hemm suq għaliha qabel tibda l- Alpha.", "Jidher li s-suq hu limitat għal-madwar 2,000 tunnellata jekk titwassal fis-suq qabel l-Alpha.", "PATATA - AĠENTI OLANDIŻI", "16120.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret ma' l-aġenti Olandiżi tal-patata minħabba l-aħħar problemi li nqalgħu matul l-esportazzjoni ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Saru tliet laqgħat.", "BIRŻEBBUGA - TRIQ MONS SPIR PENZA", "16174.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq Mons Spir Penza, f'Birżebbuga, tiġi mdawwla peress li hija sprovista mid-dawl fit-triq?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It- talba biex ikun hemm dawl adegwat fit-triq imsemmija qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.", "BIRŻEBBUGA - TRIQ MONS SPIR PENZA", "16175.", "ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn il-linji tat-telefon fi Triq Mons Spir Penza huma proviżorji?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab infurmat li fit-triq li għaliha qed issir riferenza hemm distribution point waħda li qiegħda sservi diversi bini li hemm madwarha.", "Il-wires tat- telefon li ħergin minnha kienu mgħoddija sewwa qabel ma` kien tela` l-bini.", "Dawn issa ser jerġgħu jiġu mgħoddija kif suppost wara li l-bini kwazi tlesta.", "BIRŻEBBUGA - TRIQ MONS SPIR PENZA", "16176.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn id-djar fi Triq Mons Spir Penza ġewwa Birżebbuga, huma forniti b'sistema proviżorja bil-konsegwenza li l-provvista hija waħda baxxa ħafna?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jindika x`tip ta` sistema proviżorja qed jirriferi għaliha sabiex it-talba tiegħu tkun tista` tigi indirizzata lill-entita` konċernata.", "BIRŻEBBUGA - TRIQ MONS PENZA", "16177.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Mons Spir, Birżebbuga tiġi mogħtija wiċċ diċenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq għadhom qed jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi privati u għad iridu jitqiegħdu l-mains ta` l-ilma.", "Barra minn hekk hemm aktar x'jiżviluppa u għalhekk it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplementari", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk il-Ministru jippermettili nixtieq nagħmel mistoqsija mhux tant diretta mat-triq imsemmija imma aktar mas-sleeping policemen li ħafna drabi ma jkunux magħmulin b'mod daqshekk tajjeb.", "Qegħdin jiġu kkunsidrati sistemi oħrajn ta' traffic calming aktar milli xi sleeping policeman?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-fatt il-pożizzjoni tat-traffic control board hi li kemm jista' jkun dawn is-sleeping policemen jiġu evitati u l-użu tagħhom jitnaqqas.", "It-traffic control board m'huwiex kuntent b'dawn is-sleeping policemen b'mod ġenerali, jiġifieri la bid-daqs, la bil-forma u lanqas bil- mod kif jitqiegħdu.", "Dan il-kumitat flimkien mad-dipartiment tat-toroq qegħdin jaraw sistemi differenti ta' kontroll tat-traffiku għax l-idea, ħafna drabi riflessa hawnhekk f'domandi parlamentari, biex jitqiegħdu aktar u aktar sleeping policemen 'l hawn u 'l hemm, m'hijiex il-mod realistiku kif tikkontrolla t-traffiku fejn huwa meħtieġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Peress li l-aktar konċernati huma l-kunsilli lokali, saru laqgħat jew korrispondenza mat-traffic control board biex jispjegaw din is-sitwazzjoni lill-kunsilli lokali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "CENSU GALEA: Safejn jien infurmat kien hemm laqgħat dwar dan is- suġġett bejn il-kunsilli lokali, id-dipartiment tat-toroq u t-traffic control board u sfortunatament ħafna drabi jkunu l-istess kunsilli lokali li jaħsbu li l-aħjar mod possibli huwa li jitqiegħdu s-sleeping policemen, pero' fuq dan il-punt hemm diversi affarijiet li għad iridu jiġu diskussi f'aktar dettall.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' MALTIJA GĦALL-GĦEMIL TA' STANDARDS.", "MALTA STANDARDISATION AUTHORITY BILL", "L-Ordni għat tieni qari ġie moqri Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet Ikompli mit-23 ta' Mejju, 2000", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-ewwel item fuq l-aġenda huwa l- kontinwazzjoni tat-tieni qari ta' l-abbozz ta' liġi fuq l-awtorita' Maltija għall-għemil ta' standards.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien kont wasalt fil-punt li ngħid kemm huwa importanti li nassumu r-responsabbilta' meta nkunu qegħdin inressqu abbozzi bħal dawn.", "L-għan tagħna għandu jkun li ntejbu l-għemil ta' l-istandards u permezz ta' hekk jogħla anke l-livell ta' l-għajxien tas- soċjeta'.", "Dan ifisser li għandna ninvestu aktar fl-istrutturi li nirrikjedu, u miniex qed nirriferi biss għal strutturi li forsi huma magħrufa magħna permezz ta' ċerta informazzjoni li nirċievu mingħand sezzjonijiet organizzati, bħal fil-każ ta' l-industrija.", "Għandna wkoll il- qasam ta' l-agrikoltura fejn jeħtieġ li wieħed jirrifletti ftit dwar l- emendi li hemm bżonn isiru, dwar it-tibdil sostenibbli li jrid isir, b'mod partikolari fil-maximum residue levels fuq prodotti ta' l-ikel.", "Illum kulħadd huwa konxju mill-fatt li kemm jista' jkun il-produzzjoni trid tkun iktar qrib il-karatteristika naturali u kulħadd jaqbel dwar il- ħtieġa li dawn l-istandards jidħlu u jiġu integrati fis-sistema tagħna.", "Iżda għalkemm il-labelling huwa importanti, ikun inutili li tasal għal sistema ta' labelling mingħajr ma tifhem x'inhu t-titjib li jrid isir sabiex il-produzzjoni u l-kultivazzjoni tilħaq aktar l-iżviluppi li jiġu reġistrati minn żmien għal żmien.", "Huwa importanti li nistabilixxu li l- gvern għandu jara fejn il-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd jeħtieġ dan l- investiment biex ikun jista' tabilħaqq japplika u jsostni r- responsabbiltajiet tiegħu quddiem dawn l-isfidi li għandna quddiemna.", "F'dan il-każ anke r-raħħala u l-bdiewa huma obbligati li jkunu konformi ma' ċerti standards, ħalli t-titjib isir b'mod li jkun jista' jiġi indirizzat u mhux sempliċement jitpoġġa fuq l-ixkaffa.", "Issa, Sur President, xtaqt nirriferi għall-konklużjoni ta' sieħbi, il- kollega tagħna l-Onor.", "Jason Azzopardi; naf li jħobb jitkellem ħafna fuq dan is-suġġett u jħobb jagħti l-impressjoni li jaf eżattament x'inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli tinstema.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Noel Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "Onor. Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Li jkollna l-istruttura u l-għodda meħtieġa biex niżviluppaw l-aqwa għemil ta' standards żgur li hija xi ħaġa mixtieqa minn kulħadd u m'hemmx dubju li fil-prinċipju m'għandux ikollna kontroversji.", "Naturalment dejjem jibqa' lok li wieħed jagħmel kritika kostruttiva biex jiżviluppa l-aqwa u l-aħjar, ħalli nilħqu l-oġġettivi u l- għanijiet ta' din il-liġi.", "Kif spjegaw kelliema qabli miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-istandards huma meħtieġa fid-dinja tal-lum.", "Il-kompetizzjoni tant tesiġi fuq in-negozju u fuq il-kummerċ li biex il-pajjiż ikun f'qagħda li jikkompeti ma nistgħux inħarsu biss lejn il-prezz bħala l-prezz tal-prodott jew tas-servizz li nkunu qed noffru, iżda rridu nħarsu lejh bħala l-benchmark li fuqu nistgħu nibnu l-kompetittivita'.", "Għaldaqstant bilfors irridu nħarsu u ntejbu l- livell fil-kwalita' kemm tal-prodott kif ukoll tas-servizz għax bis-saħħa ta' higher standards mhux talli nkunu kompettivi - u allura jista' jkollna iktar xogħol għall-ħaddiema u opportunita' ta' qligħ akbar għan-negozjanti u anke l-industrijalist jkunu f'qagħda li jistgħu jieħdu frott ta' l- investiment tagħhom - imma l-konsumaturi jmorru tajjeb ukoll.", "Bħal kull konsumatur ieħor fid-dinja, il-konsumatur Malti jixraqlu jekk jista' jkun l- aqwa u l-aħjar prodotti u servizz, mhux biss f'dak li hu prezz imma anke f'dik li hija kwalita'.", "Issa din il-liġi għandha l-għan ewlieni li twaqqaf awtorita' b'terms of reference li huma wiesa' mhux ħażin u meta nħarsu lejn l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna nsibu li fil-fatt it-terms of reference ikopru firxa wiesgħa ħafna.", "F'aċċenn li tagħmel klawsola 17 - fejn il-liġi titkellem ċar dwar il- funzjonijiet ta' din l-awtorita' - wieħed jista' jgħid li din se tkun bħala l-focal point, speċi ta' networking structure bejn diversi dipartimenti li diġa' jeżistu, fosthom id-dipartiment tas-saħħa u d-dipartiment tal- konsumatur.", "Minkejja li aħna diġa' għandna awtorita' u struttura ta' din ix- xorta, aktar ma niżviluppaw il-kordinament u n-networking bejn dawn id- dipartimenti, aktar nistgħu nassiguraw u nserrħu rasna li mhux biss ikollna standards żviluppati imma jkun hemm ukoll l-enforcement ta' dawn l- istandards.", "Fid-diskussjoni tagħna f'din l-ogħla stituzzjoni fuq dan il- qasam huwa importanti li mhux biss nitkellmu u naraw kif se jkollna struttura li tiżviluppa standards imma li jkollna struttura li tkun effettiva, struttura bis-snien, li jkollha s-sinsla biex tinforza dawn l- istandards.", "Kif aċċennajt qabel diġa' kellna struttura ta' xi tip u fil- fatt anke il-gvern Luburista preċedenti kien beda jiżviluppa din l- istruttura biex jiġu upgraded il-meżżi li diġa' hemm fil-pajjiż.", "Il-bieraħ il-kelliem ewlieni Laburista għall-industrija, l-Onor.", "John Attard Montalto, aċċenna fuqha u nħoss li anke jien illum irrid nagħmel ċerta enfasi fuq il-bżonn li mhux qisna qed nibnu struttura ġdida kompletament, qisu qatt ma kien jeżisti xejn qabel.", "Fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħna, fejn ir-riżorsi umani u finanzjarji huma limitati, sa ċertu punt se jkun importanti ħafna jekk irridu nagħmlu xi ħaġa bis- serjeta' li wieħed jieħu stock tar-riżorsi li diġa' jeżistu.", "Mhijiex xi ħaġa li ntqalet biss.", "Ħdimna fuqha anke fit-22 xahar ta' gvern Laburista, li naraw x'jeżisti f'pajjiżna.", "Rajna xi stock għandna biex ikollna struttura effettiva u standards tajbin u biex isir l-enforcement.", "Aktar minn hekk, fil-jiem li għaddew aċċennaw għaliha wkoll il-Malta institute of management fil-magazine tagħhom \"The Management Journal\" ta' April, 2000, proprju f'editorjal miktub minn J.M. Grech, fejn kien qed jitkellem fuq il-bżonn li l-prodott tagħna jilħaq l-istandards meħtieġa.", "Kiteb li hija xi ħaġa essenzjali biex aħna bħala pajjiż nkunu verament kompetittivi u niksbu dak li kulħadd illum jitkellem fuqu, level playing field ma' ħaddieħor.", "Xtaqt nikkwota paragrafu partikolari fejn hemm aċċenn ukoll fuq il-bżonn li aħna ma naħlux, li aħna ma nidduplikawx ċertu tip ta' xogħol minħabba l- qagħda partikolari tagħna.", "Dan il-paragrafu jgħid hekk:", "\"Malta has the opportunity of taking advantage of the already comprehensive range of internationally recognised codes of practice, rules, standards and regulations, particularly those emanating from EU regulations, while at the same time also identifying its own uniqueness.\"", "Forsi hawnhekk ta' min jagħmel parentesi għax minkejja ċ-ċokon u minkejja l-limitazzjonijiet tagħna għandna nħarsu b'kuraġġ 'il quddiem.", "Għandu jkollna fiduċja.", "Dan il-paragrafu jkompli jgħid hekk:", "\"It is an advantage of the small to be able to act dynamically inward as well as outward.\"", "Naturalment ma nistgħux nitkellmu biss fuq fiduċja fil-ħaddiema tagħna imma importanti li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern iwettaq dak li jgħid u jagħti l-appoġġ bis-serjeta', jagħti wkoll l-istrutturi u l-għodod bis- serjeta'.", "L-aħħar sentenza ta' dan il-paragrafu li nixtieq naċċenna għalija tgħid hekk:", "\"The key fact however remains that we cannot afford to deal wastefully with our limited resources.\"", "Naraw li l-aċċenn li għamel l-Onor.", "John Attard Montalto, fuq il-bżonn li f'pajjiżna naraw x'jeżisti diġa' u b'xi mod nagħmlu użu minnu anke issa, taħt din l-istruttura ta' l-awtorita', mhux il-Partit Laburista biss qed jgħidha imma anke l-Malta institute of management.", "Din il-liġi se twaqqaf awtorita' biex tipprova twassal għall-armonija bejn l-istandards fil-kummerċ lokali u dawk ta' livelli internazzjonali.", "Il- liġi qed tippreżentalna awtorita' li suppost għandu jkollha ċerta awtonomija ħalli mhux biss ikollha kredibilita' lokalment imma anke internazzjonalment.", "Ikolli nistaqsi dwar kemm din l-awtorita' se jkollha awtonomija meta nafu li għandna awtorita' li kull darba għal ħafna affarijiet trid tħares lejn il-ministru tagħha jew lejn il-ministru tal- finanzi.", "Nispjega ruħi billi nirriferi għal ċerta setgħat li qed jiġu spjegati f'paġna C737, fejn għandna s-setgħat tal-ministru li jagħmel regolamenti.", "Quddiemna suppost għandna twaqqif ta' awtorita' u l-kelma \"awtorita\" stess turik li din suppost ikollha ċerta setgħat fil-qasam tagħha proprju.", "L-aħħar darba jien ikkritikajt is-setgħat tal-ministru fuq l-liġi li kellna quddiemna dwar it-twaqqif ta' awtorita' tal- komunikazzjoni.", "Imbagħad l-Onor.", "Edwin Vassallo qal: Kif jista' ministru jinża mid-doveri u r-responsabbiltajiet politiċi tiegħu u jħalli xi ħaġa għaddejja għal rasha?", "Żgur li aħna mhux dan li qegħdin nipprovaw infissru u żgur li mhux dan li qed ngħid jien, għax min jiġi elett mill-poplu biex jerfa' r-responsabbilta' politika jrid jibqa' jagħmel dan għax inkella jkun qed jonqos b'mod mill-iktar dirett fid-doveri tiegħu.", "Iżda mhux inwaqqfu awtorita', li suppost taf fejn għandha timxi, dejjem wara li tingħata d- direzzjoni u għal kull ħaġa li tkun qed tagħmel se tkun qed tħares lejn il- ministru jew tfittex l-awtorizzazzjoni tal-ministru anke fuq affarijiet li huma speċjalizzati.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq mistoqsijiet jew enquiries lill-ministru fuq affarijiet li jaqgħu fi kwadru ta' politika macro tal-gvern tal-ġurnata imma qed nitkellmu fuq awtorita' speċjalizzata f'dan il-qasam partikolari, li trid tibqa' tħares lejn min għandu responsabbilta' politika anke għal affarijiet li suppost waqqfet hi għax hija l-esperta, hija speċjalizzata.", "Allura bilfors li wieħed ikollu jistaqsi eżattament jekk hijiex ġejja xi faċċata oħra biex taparsi jkollna awtorita' mbagħad fil-fatt il-gvern jibqa' jindaħal fl-affarijiet.", "Allaħares li l-każ ikun hekk għaliex awtoritajiet bħal dawn ma jistgħux jispiraw fiduċja, la lokalment u aktar u aktar internazzjonalment.", "F'dan il-qasam żgur li ma nistgħux nilagħbu.", "Kif spjega anke l-Onor.", "George Hyzler fl-introduzzjoni tiegħu, dan is-settur se jirrifletti kemm aħna se nkunu qegħdin nikkummerċjaw u noħolqu negozju għaliex permezz ta' standards armonizzati internazzjonalment aħna nistgħu niksbu l-kompetittivita', bit-tama wkoll li niksbu f'din id-dinja kummerċjali tant esiġenti a level playing field ma' ħaddieħor.", "Nagħti eżempju fuq din tas-setgħat tal-ministru proprju minn paġna C737, subklawsola (k) ta' klawsola 22, fejn tgħid li \"li jippreskrivi kull ħaġa li tkun jew tista' tiġi preskritta taħt dan l-Att.\"", "Hawnhekk is-setgħat tal-ministru jerġgħu jmorru 'l hinn mir-responsabbilta' politika u jidħlu sew fl-eżekuzzjoni tax-xogħol li din l-awtorita' trid tagħmel.", "Il-ministru jrid jagħmel speċi ta overseeing u mhux, kif attwalment qiegħed hawn, li jagħmel parti mill-implimentazzjoni jew inkella jindaħal fl- implimentazzjoni u fl-eżekuzzjoni tax-xogħol.", "Fil-fehma tiegħi dawn is- setgħat li qegħdin niddelegaw lill-ministru permezz ta' dan l-abbozz huma kbar wisq u allura jdgħajfu s-saħħa ta' l-istess awtorita' li, isimha magħha, suppost se jkollha ċerti setgħat u ċerti poteri li taf fejn trid tmur għaliex hija l-esperta fil-qasam partikolari.", "L-abbozz ta' liġi qiegħed jipproponi awtorita' li fil-fehma tiegħi jrid ikollha s-set-up kollu meħtieġ lest biex tkun tista', fil-veru sens tal- kelma, tlaħħaq ma' dak li huwa pre-market surveillance li jseħħ waqt il- proċess tal-manifattura fil-każ ta' prodotti kif ukoll ta' servizzi, u l- istess trid tkun lesta bl-għodda u l-istrutturi meħtieġa biex tkun f'qagħda li tagħmel il-post-market surveillance meta l-prodott jew is-servizz ikun qed jinbiegħ.", "Jekk mhux se jkollna awtorita' li jkollha dan is-set-up se jkollna biss awtorita' fuq il-karta, se jkollna leġislazzjoni sabiħa li tgħid ħafna imma li fil-verita' ma tkun qed twassal xejn jew inkella żgur li tkun 'il bogħod biex tasal ħdejn l-għanijiet u l-oġġettivi li suppost għalihom qed titwaqqaf din il-liġi.", "Fl-introduzzjoni tiegħu s-segretarju parlamentari qal li wieħed irid jara din il-liġi wkoll fl-ambitu u fl-importanza ta' l-istrutturar ta' l- industrija u li din il-liġi se tkun qed tgħin biex l-industrija ma tkunx imxekkla b'trade barriers minħabba li llum jeżistu differenzi - irridu nammettu - f'dawk li huma standards lokali u standards internazzjonali, partikolarment għal ċerti industriji.", "Semma wkoll li hemm bżonn li permezz ta' din il-liġi allura nadottaw standards Ewropej biex iwassluna għal kompetittivita' li għandna bżonn ħalli l-industrija tikseb a level playing field.", "Jien xtaqt li s-segretarju parlamentari jitkellem iktar fuqha, forsi fil-winding-up tiegħu, ħalli nkunu nafu iktar dwar kif qed jara li jistgħu jseħħu ċerti bidliet bl-awtorita' li se tkun qed tiżviluppa standards nazzjonali b'konformita' ma' standards internazzjonali u kif se jiġu affettwati l-kumpanniji ż-żgħar.", "Dan qed ngħidu għaliex aħna nafu li ħafna mill-kumpanniji kbar Maltin, biex ma ngħidx kollha, partikolarment dawk li huma export-oriented, diġa' b'xi mod jikkonformaw ma' standards internazzjonal - bosta jikkonformaw ma' standards ta' l-ISO, per eżempju - iżda ħafna mill-kumpanniji ż-żgħar, partikolarment dawk li jaħdmu fil- manifattura ta' prodotti jew servizzi għas-suq lokali, għandhom standards magħmulin għalihom infushom u probabbilment lanqas huma standards li wieħed jista' jgħidilhom nazzjonali, aħseb u ara kemm wieħed jista' jgħidilhom internazzjonali!", "Aħna nafu li biex tbiddel affarijiet bħal dawn ikollok diffikultajiet u jinħolqu ċerti problemi.", "Jien nara żewġ problemi ewlenin f'dan il-każ u għalhekk xtaqt li l-Onor.", "Hyzler jagħti iktar dawl fuq dawn it-tip ta' industriji żgħar.", "Jien nara l-qabża fil-mentalita' li se jkun hemm bżonn li nagħmlu.", "Ħafna industriji żgħar li jaħdmu għas-suq lokali - mhux qed ngħid kollha imma wħud minnhom - żgur li dan il-kunċett ta' standards nazzjonali u internazzjonali għadhom sajmin minnu u għaldaqstant se jkun hemm bżonn ta' għajnuna anke biex wieħed jwassal għandhom x'se jkun qed jiġri.", "Għalhekk irid jkun hemm żvilupp fil- mentalita', żvilupp ta' kultura.", "Imbagħad il-problema l-oħra - irridu nammettu li hi kbira - hi li dawn il-kumpanniji żgħar finanzjarjament huma limitati.", "Biex inti filli jkollok tip ta' work practice biex tipproduċi prodott jew servizz ta' tali kwalita' u f'daqqa waħda mbagħad trid tikkonforma ruħek għal ċerti livelli, bilfors irid ikun hemm investiment li jitlob ukoll ħruġ ta' kapital finanzjarju.", "Nafu li dawn huma kumpanniji żgħar li m'għandhomx dan il-kapital finanzjarju readily at hand li jkunu jistgħu mill-ewwel jadattaw irwieħhom u jlaħħqu mal-livelli u standards internazzjonali.", "Għaldaqstant jien xtaqt li l-Onor.", "Hyzler jagħtina ftit iktar dawl issa la ser ikollna din l- awtorita', b'liema mogħod l-awtorita' se tkun qed tappoġja lil dawn l- industriji ż-żgħar li għandhom din id-diffikulta', li forsi qatt ma ħasbu li issa f'daqqa waħda jiġi mitlub minnhom li jimxu b'ċertu mod u biex ikollhom ċertu tip ta' kwalita' ta' standard, kemm mill-aspett ta' mentalita' kif ukoll mill-aspett ta' realta' kbira ta' nuqqas ta' finanzi li ħafna minn dawn l-industriji jkollhom.", "Kif qiegħda fuq dan il-punt xtaqt nagħmel riferenza għal fejn hemm il- kompożizzjoni tal-Malta standardisation authority, proprju f'paġna C725 klawsola 3.", "Hemmhekk jien nara li hemm żewġ affarijiet li mhumiex imsemmijin.", "Għandna elenku sħiħ ta' min għandu jkun f'din l-awtorita' u hemm madwar 15-il entita' msemmija, fosthom anke l-kamra tal-kummerċ u l- federazzjoni ta' l-industrija.", "L-ewwel ħaġa li lmaħt kien il-fatt li m'hemmx l-imsieħba soċjali kollha hemmhekk - it-trade unions, per eżempju, tħallew barra kompletament - meta aħna nafu li l-manifattura ta' prodott jew ta' servizz ma ssirx biss minn min qiegħed jinvesti l-flus fl- industrija imma ssir ukoll mill-ħaddiema.", "Għaldaqstant jien inħoss li għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza tat-trade unions f'din l-awtorita'.", "Ngħaqqad dan ma' punt li kont qed nagħmel qabel fuq il-bżonn li l- kumpanniji ż-żgħar ikunu appoġjati biex ikunu fil-verita' jistgħu jimplimentaw dak li l-Malta standardisation authority se tkun qed tagħmel fix-xogħol tagħha.", "L-IPSE, per eżempju, huwa istitut li qiegħed hemm biex jippromwovi l-industriji ż-żgħar.", "Nħoss li huwa istitut importanti u ma nistgħux neliminawh.", "X'tip ta' kordinament ser ikollha il-Malta standardisation authority ma' l-IPSE, dejjem fl-ambitu ta' dak li anke s- segretarju parlamentari semma fl-introduzzjoni tiegħu, fl-ambitu tar- ristrutturazzjoni bżonjuża li għandu dan il-pajjiż?", "L-Onor.", "Hyzler semma wkoll l-istandards volontarji, xi ħadd li jkun irid jiżviluppa standards għall-prodott jew servizzi tiegħu.", "Imma jien inħoss li qabel ma jkollna din it-tip ta' kuxjenza jew pride f'din il-ħaġa bħala poplu, se jerġa' jkun hemm bżonn li niżviluppaw programmi ta' edukazzjoni ħalli jkun hemm żvilupp fil-mentalita', żvilupp ta' kultura ġdida li jwassal li l-prodott jew is-servizz li nkunu qegħdin noffru ma jkunx biss marbut ma' prezz imma ikun ukoll marbut ma' l-aqwa standard possibbli ħalli nkunu qed nagħtu l-aħjar.", "Kif dħalt fuq il-parti ta' l-edukazzjoni jew kampanja ta' awareness għall- adulti, rajt li jrid ikollna kampanja edukattiva li tmur iktar l-isfel mill- iskejjel tagħna.", "Din mhijiex diffiċli biex issir.", "Fin-national minimum curriculum diġa' kien hemm żewġ oqsma importanti li jorbtu ħafna ma' dan ix- xogħol li qed niddiskutu hawnhekk.", "Hemm il-parti dwar il-bżonn li s- sistema edukattiva jkollha rabta sħiħa mal-qasam tax-xogħol u allura jkun hemm lok kbir li proprju fl-edukazzjoni ta' wliedna jibda jinżera' l-bżonn li huma jkunu proud mix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu, mill-prodott li jkunu qegħdin jipproduċu jew mis-servizz li jkunu qegħdin jagħtu.", "B'mod awtomatiku mbagħad ikun qiegħed jikber il-bżonn li nfittxu l-kwalita'.", "Minnflok ma nikkuntentaw b'dak li jkollna, inkomplu dejjem infittxu l-aħjar mod possibbli biex il-prodotti u s-servizzi jkunu kompetittivi mil-lat ta' kwalita'.", "Fin-national minimum curriculum hemm ukoll parti fuq id- drittijiet u d-doveri tal-konsumatur.", "Jiena rbatt dawn iż-żewġt aspetti flimkien, fejn se jkun hemm bżonn li ma jkunux biss marbutin b'mod riġidu ma' kemm it-tfal se joħorġu mill-iskola lesti għad-dinja tax-xogħol għax imħarrġin fis-snajja', imma f'dik li hija mentalita' favur il-kwalita' tal- prodott, fil-pride jew l-amor propju li jwaddbu fix-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu, ħalli jagħtu l-aqwa u l-aħjar prodott jew servizz possibbli lil pajjiżna, bl-effetti kollha li jista' jħalli għal ġid tal-poplu.", "Għalkemm in-national mminimum curriculum diġa' jipprovdi għall-istess aspett tal-konsumatur, jien ngħid li għandu bżonn ikun hemm aktar enfasi.", "Ma nistgħux nippretendu li għax issa għanda n-national minimum curriculum li qed jitkellem fuq dawn l-affarijiet b'daqshekk kollox se jiġina żewġ.", "L- għalliema fl-iskejjel iridu jkunu mħarrġa ħalli jkunu jistgħu jgħaddu l- messaġġ korrett.", "Għalliema li ilhom minn x'ħin ħarġu mill-universita' jew forsi mill-kulleġġ ta' l-għalliema u qatt ma ħadmu fl-industrija, jew lanqas resqu lejn fabbrika u sa issa għexu l-ħajja tax-xogħol fi klassi mat- tfal, jekk ma jkollhomx it-taħriġ neċessarju qatt ma jistgħu jgħaddu l- messaġġ kif għandu jkun.", "Dan mhux għax ma jridux imma għax ma jafux dwar id- dinja tax-xogħol u għaldaqstant jiena semmejt kemm il-darba l-bżonn li l- għalliema jibqgħu jiġu retrained fuq dawn l-oqsma ġodda fin-national minimum curriculum.", "Assolutament inħoss li l-edukazzjoni tal-poplu f'dan ir-rigward ma tistax tieqaf biss jew tkun indirrizzata biss lejn dawk li qegħdin fis-settur imma hemm bżonn li tkun aktar widespread.", "Probabbli dan huwa xogħol aktar għad-dipartiment tal-konsumatur imma nħoss li hemm bżonn li jkun hemm investiment bis-serjeta' ta' aktar riżorsi umani.", "Dan id- dipartiment qed jagħmel ħafna xogħol ta' edukazzjoni permezz tal-mezzi tax- xandir, ta' print media kif ukoll media oħra, imma nafu li l-isforz qed isir minn persuna jew tnejn.", "Biex ikollna verament edukazzjoni li tkun kontinwa, b'mod assidwu, bilfors irid ikun hemm aktar nies imħarrġa f'dan il-qasam partikolari ta' consumer affairs.", "Jekk ikollna aktar nies imħarrġa aktar hemm iċ-ċans li nifirxu u jkollna programm li jibqa' għaddej mingħajr skossi.", "Ħadt gost ferm nisma' lill-Onor.", "Hyzler fl-introduzzjoni tiegħu jitkellem fuq il-protezzjoni għall-artiġjanat Malti.", "Din ilha tinħass f'pajjiżna u l-gvern Laburista preċedenti kien ħaseb fuqha wkoll - aħna mhux għax m'aħniex fil-gvern nitkellmu b'mod ħażin fuq l-affarijiet tajbin u nieħdu gost nirrikonoxxu li affarijiet li huma tajbin ikunu qegħdin isiru - u nafu b'każi fl-areas turistiċi per eżempju.", "F'Għawdex sfortunatament ikollna kemm-il każ ta' importazjoni ta' affarijiet li jkunu qrib l- artiġjanat Malti, bħall-bizzilla.", "Dawn l-affarijiet jinġiebu hawnhekk bi ftit flus imbagħad jispiċċaw jinbiegħu bħallikieku kienu l-artiġjanat propju Malti.", "Billi jinbiegħu bi prezz irħas jwaqqgħu l-prezz ta' l- artiġjanat Malti, bil-konsegwenza li min ikun qed jaqla' l-għajxien tiegħu mill-artiġjanat ġenwin Malti jkun qed jitlef ħafna.", "Matul din id-diskussjoni xtaqt nisma' xi pjani se jkollha l-Malta standardisation authority għal dawk li huma servizzi tal-gvern bħal, per eżempju, it-trasport pubbliku.", "Se nibqgħu għaddejjin ta' ħorrox borrox u ma jimpurtax, l-aqwa li ssir il-pressure u jogħla n-noll?", "Għandhom raġun li jgħollu n-noll għax il-ħajja ma togħliex biss għal min juża l-karozza tal-linja imma togħla wkoll għas-sidien tal-karozzi tal-linja.", "Din nifhimha imma xtaqt li forsi xi darba naraw bidla fil-kwalita' tas-servizz tat-trasport pubbliku.", "L-esponenti tal-gvern jistgħu jgħiduli jekk din l- awtorita' hijiex se tidħol f'dan it-tip ta' servizzi?", "Nifhem li għandha tidħol għax qiegħda hemmhekk għal kwalunkwe xorta ta' servizz u prodott.", "Xtaqt nisma' wkoll jekk din l-awtorita' hijiex se tistabilixxi standards għal diversi dipartimenti li jagħtu servizz lill-pubbliku, bħad-dipartiment tas-saħħa, l-isptarijiet, iċ-ċentri tas-saħħa u dipartimenti oħra fejn imur il-pubbliku biex jinqeda.", "Xtaqt nisma' l-esponenti tal-gvern jitkellmu wkoll fuq dan.", "Aspett ieħor minn dak li fil-fehma tiegħi għandha tidħol fih din l- awtorita' huwa qasam li ftit li xejn għadna tkellimna fuqu f'Malta.", "Nirriferi għall-ikel, għal dawk li huma genetically modified foods.", "Barra minn pajjiżna hemm ħafna kontroversji u diskussjonjiet fuq dan is-suġġett imma f'Malta sfortunatament għadna m'aħniex niddiskutu dwaru u l-poplu tagħna għadu sajjem ħafna.", "Minħabba d-diversi teżi kontrastanti ta' min hu favur u min hu kontra, inħoss li hemm bżonn li jsiru riċerki u analisi.", "Peress li din l-awtorita' se jkollha d-dipartiment tas-saħħa bħala parti mill-kompożizzjoni tagħha - naturalment fejn għandu x'jaqsam ma' standards - inħoss li l-awtorita' trid tieħu dawn ir-riċerki u dawn l-analisi f'idejha.", "Attwalment hemm min jgħid li dawn il-bio-industries jgħidu li l- genetically modified foods il-quddiem se jagħtu l-ikel lid-dinja kollha, jiġifieri qegħdin jgħidu li l-ġuħ jispiċċa.", "Jgħidu wkoll li dan l-ikel ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.", "Iżda mbagħad hemm awtoritajiet oħra li jitkellmu dwar il-fatt li l-genetically modified foods għandhom konsegwenzi koroh, li jistgħu jittrasmettu allerġiji lill-bniedem, li jnaqqsu l-immunita' fil-bniedem u diversi affarijiet oħra.", "Fl-Unjoni Ewropea, partikolarament fil-Parlament Ewropew, il-kwestjoni tal- genetically modified foods hija kbira.", "Il-grupp tal-Ħodor jitkellem ħafna fuq dan il-punt u nistgħu ngħidu li hemm ħafna lobby groups li huma kontra l-genetically modified foods.", "Inħoss li l-gvern għandu jerfa' r- responsabbilta' tiegħu, anke permeżż ta' din l-awtorita', biex din tistabilixxi għemejjel ta' standards u tidħol ukoll fuq dan il-punt ta' genetically modified foods.", "Xtaqt nagħmel riferenza għal dokument li ġie f'idejja dan l-aħħar.", "Dan tħejja mill-Partit tal-Ħodor Ewropew, fejn jgħidu li in-novel food - kif il-bio-industries jsejħulu - huwa ddisinjat biex iżid il-produttivita' ta' l-agrikoltura industrijaliżżata.", "M'għandux benefiċċju dirett għall- konsumatur iżda jinvolvi firxa ta' riskji lis-saħħa tal-bniedem u lill- ambjent.", "Dawn ikomplu jgħidu li esperimenti wrew li t-trasferiment ta' genes bejn organiżmi li mhumiex relatati jistgħu jagħmlu ħsara lis-sistema immunitarja tal-bniedem, jgħaddu kwalitajiet ta' allerġiji lill-bniedem u jdgħajfu anke s-saħħa ta' l-antibiotiċi.", "Għamilt dan il-punt u kkwotajt - għalkemm qlibt bil-Malti - propju biex niġbed l-attenzjoni li hemm żewġ naħat ta' din il-munita fir-rigward tal-genetically modified foods.", "Għaldaqstant inħoss li aħna bħala poplu ma nistgħux nibqgħu sajmin imma rridu nkunu aktar informati.", "Il-gvern għandu responsabbilta' diretta li jinforma lill-poplu, janaliżża, jagħmel riċerka u jżomm ruħu kemm jista' jkun informat, iktar u iktar issa b'din l-awtorita' li qed jipproponi li jwaqqaf.", "Sur President, xtaqt nagħti daqqa t'għajn lejn xi punti li hemm f'xi klawsoli partikolari tal-liġi u nagħmel riferenza għal paġna C727 u se nagħmel ftit mistoqsijiet.", "Klawsola 11 tgħid li:", "\"L-awtorita' tista', bi ftehim mal-ministru, tagħmel kull ftehim ma' xi persuna jew awtorita' li bihom dik il-persuna jew awtorita' għandha f'isem l-awtorita' twettaq dawk il-funzjonijiet u servizzi bħalma huma b'din il-liġi jew kull liġi oħra assenjata lill-awtorita',\"", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Dan ifisser li l-awtorita se tkun qed tagħmel farming-out tal-ħidmiet partikolari li jkolha bżonn?", "Din se tkun qiegħda tikkummissjona?", "Imbagħad fuq l-istess paġna C727, klawsola 13, jingħad hekk:", "\"L-awtorita' tista', bl-approvazzjoni tal-ministru, timpjega dak il- personal li tista' tkun teħtieġ għat-twettiq xieraq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att b'dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l- ministru jista' japprova.\"", "Hawnhekk l-awtorita' tista' timpjega xi ħaddiema magħha, naturalment għax ikollha bżonn, iżda ma nistax nifhem kif dejjem qed jidher il-ministru.", "Din ġejja xi niċċa oħra biex il-gvern Nazzjonalista jkollu xi toqba minn fejn idaħħal xi erbgħa min-nies li jkunu forsi blue-eyed?", "Kellna esperjenzi tagħhom dawn u għadna għaddejjin bihom!", "F'paġna C729 nirriferi għal dik is-silta li tgħid:", "\"Parti mill-infiq ta' din l-awtorita' isir mid-dħul tagħha\".", "Dan jiġifieri li din l-awtoirta' se tkun semi-awtonoma fir-rigward ta' finanzi?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet bit-tama li forsi jkun hemm tweġiba fil-winding-up.", "Issa se nirriferi għal paġna C730, klawsola 6, fejn hemm:", "\"Is-setgħa li tissellef jew toriġina kapital\".", "Sa fejn se tkun tista' tissellef din l-awtorita'?", "Din se tisselef u fil- fatt se naqra:", "\"Bil-għan li tkun tista' taqdi kull funzjoni tagħha taħt dan l-Att, l- awtorita' tista', b'approvazzjoni bil-miktub tal-ministru li tingħata wara konsultazzjoni mal-ministru responsabbli għall-finanzi, tisselef jew tiġbor flus b'dak il-mod minn dik il-persuna, dak il-korp jew dik l-awtorita' u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-ministru jista' wara konsultazjzoni, kif hawn aktar qabel imsemmi, japprova bil- miktub.\"", "Sa fejn se tkun tista' tissellef?", "Min se jiċċekkja lill-ministru?", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li fl-artiklu ta' wara hemm almenu l-accountability lil min wieħed se jirrispondi - hemm imsemmi l-accountant general - f'din il- klawsola 6, dwar kwestjoni ta' fondi li l-awtorita' tista' titlob u l- ministru japprova, naturament bil-konsultazzjoni tal-ministru tal-finanzi, m'hemm xejn x'juri l-accountability tal-ministru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Coleiro, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li Onor. Coleiro tkompli bid- diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).Negatived.", "Il-mozzjoni m'għadditx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hi sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.15 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu juri kif qed jiżviluppa l-kummerċ internazzjonali u kif qed tiżviluppa s-sistema ekonomika, u anke jitkellem fuq l-istandards li żviluppaw f'dawn l-aħħar snin.", "Jekk nieħdu l-aħħar 25 sena nsibu li waħda mid-definizzjonijiet ta' standards kienet tiffoka fuq l-ispecifications tekniċi, li jinkludu d-daqs tal-prodott, il-kwalita' u s-sigurta'.", "Iżda mbagħad anke din id-definizzjoni bdiet tiġi żviluppata u bdiet issir aktar sofistikata biex setgħet tinkludi wkoll ir-riżultati li jagħtuk, jekk il- prodott huwiex sodisfaċenti jew le.", "Maż-żmien bdew jidħlu wkoll definizzjonjiet oħra ta' testijiet, per eżempju, l-ippakkjar u l-ittimbrar.", "Aktar ma bdiet tqum kuxjenza favur il-konsumatur u l-effett ta' prodotti fuq is-saħħa tan-nies, bdew jidħlu wkoll aspetti ta' saħħa u aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-interess tal-konsumatur.", "F'ħafna mit-trattati internazzjonali dwar dawn l-istandards sabu li dawn bdew jidħlu wkoll bħala mod biex ixxekklu l-kummerċ.", "Waqt li beda jonqos il- poter f'idejn il-gvernijiet nazzjonali - jew blokki ta' pajjiżi flimkien - biex jikontrollaw u jrażżnu l-kummerċ lejhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' tariffi jew kwoti u ma kwantitajiet ta' kemm jistgħu jidħlu prodotti, kien hemm pajjiżi u anke blokki ta' pajjiżi li bdew jużaw l-istandards bħala mod kif jikontrollaw l-kummerċ lejhom, billi jdaħħlu miżuri li jidhru bħala standards oġġettivi, li qed jagħmluhom għal xi ġid, mentri fil-fatt ikunu miżuri maħsuba biex jivvantaġġaw lill-produtturi nazzjonali tagħhom fuq produtturi ta' pajjiżi oħra.", "Għalhekk illum hemm anke l-għarfien li dawn l- istandards nazzjonali m'għandhomx jintużaw b'dan il-mod biex ixekklu l- kummerċ.", "Fl-istess ħin, fid-diskors li qed jintqal dwar il-kummerċ globali, kif il-pajjiżi għandhom jiftħu s-swieq tagħhom lill-bqija tad-dinja u lejn xulxin, hemm anke tħassib li ntwera f'diversi laqgħat, fejn fil-biċċa l- kbira dawk li jkunu qed jieħdu sehem ikunu ġejjin minn pajjiżi li għadhom f'ċertu stadju ta' żvilupp u li qegħdin jissuspettaw li l-kwestjoni ta' l- istandards u ta' l-imbuttatura għall-globaliżżazzjoni tintuża fl-interess ta' min hu kbir u b'saħħtu biex ir-regoli tal-logħba jkunu għall-vantaġġ tal-kbar.", "Nafu bil-kontroversji kbar li kellna anke fl-aħħar laqgħat tad- WTO u laqgħat simili fejn ġie espress ħafna dan it-tħassib.", "Hemm min esprimieh bil-kalma, hemm min esprimieh bil-kelma u bil-kitba, f'pubblikazzjoijiet u laqgħat, iżda hemm min deherlu li l-uniku mod kif jista' jwassal il-leħen ta' dawk li qed jispiċċaw vittmi jew milquta ħażin mill-proċess tal-globaliżżazzjoni huwa b'dimostrazzjonijiet u bi protesti anke fit-toroq, bħal f'Seattle u dan l-aħħar anke f'Londra.", "Anke fl-aħħar laqgħa li kellhom il-mexxejja ta' l-Istati tal-pajjiżi tal-Commonwealth, intqal li l-kunċett tal-globalizzazzjoni u ta' ftuħ tal-fruntieri tal- kummerċ lejn xulxin m'għandux jiġi aċċettat bla ebda riflessjoni dwaru.", "Sur President, minnha nnifisha l-kelma \"globalizzazzjoni\" hija kelma sabiħa.", "Mill-inqas waħda mit-tifsiriet tagħha hi li d-dinja qed issir aktar dinja waħda, il-pajjiżi qegħdin jinfetħu aktar lejn xulxin u hemm proċess biex il- pajjiżi jersqu aktar lejn xulxin.", "Iżda jekk wieħed jara eżattament kif qed isir dan il-proċess jiltaqa' ma' każi nkwetanti fejn it-traffiku huwa one- way.", "Allura f'dak il-każ m'aħniex qed nitkellmu fuq globalizzazzjoni iżda fuq id-dominju ta' pajjiżi kbar jew partijiet minnhom, b'saħħithom u sinjuri, fuq il-bqija tad-dinja.", "Il-globalizzazzjoni suppost tfisser li l- pajjiżi jinfetħu lejn xulxin u mhux li jridu li l-fruntieri jinfetħu lejn il-pajjiżi sinjuri iżda mbagħad huma stess joħolqu problemi biex il-kummerċ ta' pajjiżi oħra ma jidħolx lejhom.", "Mhux l-ewwel darba li jużaw il- kwestjoni ta' l-istandards biex ma jħalluhomx jidħlu.", "Saħansitra fl-aħħar laqgħa tad-WTO issemma' mhux biss jekk il-prodotti jkunux ta' kwalita' tajba iżda anke f'liema kondizzjonijiet ta' xogħol jipproduċuhom.", "Hemmhekk wieħed irid jagħmel diskors separat.", "Fuq din il-kwestjoni ta' l-istandards tekniċi għandek min-naħa waħda - u kellna diġa' ċans niddiskutuha din - il-kwestjoni tal-copyright u l- piraterija.", "Il-copyright għall-ewwel kienu żviluppawha biex tħares il-jedd tal-kreatur tal-ħaġa, iżda aktar ma għadda żmien aktar bdiet u għadha tintuża l-biċċa l-kbira biex tħares u tinforza l-interessi ta' min ħa l- kreazzjoni mbagħad ipproduċiha fi kwantitajiet kummerċjali.", "Dawn il- kumpanniji l-kbar li jagħmlu hekk ħafna drabi jitfgħu l-enfasi tagħhom fuq dak il-proċess, ta' kif prodott timanifatturah u timultipplikah fi prodotti kummerċjali, imma ma jitfgħux l-istess enfasi fuq x'inhi l- infrastruttura kulturali, xjentifika, teknika meħtieġa fil-pajjiż biex iżżid il-kreattivita', il-possibilita' ta' aktar ħolqien ta' ideat u ta' kunċetti u ta' prodotti li jwasslu biex dawk jiġu mmanifatturati kummerċjalment.", "Dawn il-kumpanniji fl-istess ħin iżommu lilhom infushom f'pożizzjoni b'saħħitha, ta' kważi monopolju u jridu li dawn l-istandards ipattu għal dak li jiġri fis-suq reali.", "Interessanti li hemm dibattitu fuq kif għandhom isiru l-istandards.", "Għandhom isiru permezz ta' specifications tekniċi definiti b'regoli, kodiċi, trattati u regolamenti, jew għandek tħalli s-suq jiddetta x'jiġri u jkunu n-nies li jippreferu ċertu prodott jew servizz minn ieħor?", "B'hekk parti mill-kompożizzjoni ta' dak il-prodott jew servizz li jkunu ppreferew tkun ġejja minħabba l-istandards tiegħu.", "Interessanti u mhux kumbinazzjoni li wieħed min-nies li l-aktar jargumenta b'dan il-mod huwa Bill Gates.", "Wieħed jifhmu, speċjalment jekk qal dawn l- affarijiet qabel l-aħħar deċiżjoni tal-Qorti Amerikana, aħseb u ara jekk jgħidhom illum!", "Bill Gates jargumenta li fl-ekonomija l-ġdida li qed tinħoloq, fil- proċess mgħaġġel ħafna ta' bidliet teknoloġiċi u bidliet ta' prodotti u servizzi, se jkun impossibbli għal min irid jirregola dan il-qasam li jlaħħaq ma' dak l-iżvilupp.", "Bill Gates jargumenta, b'ċertu interess, li jrid jasal punt fejn ir-regolamentazzjoni f'dan il-qasam tista' twassal biex ixxekkel il-bidliet teknoloġiċi li jkunu qegħdin iseħħu fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda.", "Naħseb li huwa argument li wieħed irid jagħti kasu.", "Fl-istess ħin dan l-argument m'għandux jintuża b'mod li wieħed iħalli ġungla għaddejja, li jħalli lill-produtturi jew lil min joffri servizz jiddetta l-istandards, bl-iskop li ma jżommx ċertu livell.", "Aħna qed ngħidu li l-istandards jinkludu mhux biss specifications tekniċi, daqs, kwalita' u karatteristiċi oħra tal-prodott, imma li għandhom ukoll jagħtu kas l-aspett tas-saħħa - u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nies qed jifhmuh dan - u l-aspett ta' l-effett fuq il-konsumatur.", "Dan il-qasam huwa importanti ħafna anke għal min jaħdem fil-qasam tad-drittijiet taċ-ċittadin u tal-konsumatur għax tagħmel kemm tagħmel regolamenti, ikollok kemm ikollok regolaturi, fid-dinja tal-lum il-konsumatur innifsu jibqa' forza importanti bl-għażliet li jagħmel.", "Lil hinn minn kull standard li nistgħu nispeċifikaw kull tant żmien, fl-aħħar mill-aħħar hija l-għażla ta' min imur jixtri u ta' min kuljum jiddeċiedi x'se jagħmel bil-prodotti u s- servizzi ta' madwaru.", "Illum waħda mill-missjonijiet importanti ta' l-edukazjzoni, kemm formali kif ukoll informali, tal-media u ta' l-għaqdiet taċ-ċittadini, kemm politiċi kif ukoll soċjali, hija li kemm jista' jkun tinfirex aktar il- kultura ta' nies li jifhmu u jagħrfu x'ikun għaddej u jrabbu l-kuraġġ li jaqbżu għad-drittijiet tagħhom infushom.", "Intenni li għalkemm nagħmlu standards u regolamenti, l-aktar ħaġa importanti hi l-informazzjoni u l- organiżżazzjoni taċ-ċittadini biex iħarsu lilhom infushom.", "Sfortunatament għalkemm l-għarfien u l-kuxjenza qegħdin jiżdiedu f'Malta, ħafna drabi nsibu li n-nies mhumiex lesti jieħdu azzjoni biex jiddefendu l-interessi tagħhom.", "Ġieli jittieħdu inizjattivi ta' dan it-tip f'pajjiżna u mhux l- ewwel darba ssib li l-inizjattivi jkunu ttieħdu għax ikun hemm xi ħadd li ġej minn xi pajjiż ieħor, bħall-Ingilterra, l-Awstralja jew l-Istati Uniti, fejn diġa' hemm aktar tradizzjoni li l-konsumaturi u ċ-ċittadini jaqbżu għalihom infushom, jitkellmu, ifittxu d-drittijiet tagħhom u jinformaw irwieħhom b'dak li jkun qed jiġri.", "Dan huwa u se jkun iktar importanti għax il-partijiet b'saħħithom tas-soċjeta' jsibu kif jorganizzaw irwieħhom , isibu kif jużaw in-network ta' liġijiet u ta' kuntatti amministrattivi biex tgħaddi tagħhom u biex iġibuha żewġ.", "Għalhekk iridu jkunu ċ-ċittadini infushom min-naħa l-oħra li jorganizzaw irwieħhom u jitkellmu għalihom infushom għax il-bqija se jibqgħu bla leħen.", "Għalhekk waqt li min-naħa waħda wieħed jappoġġa l-iżvilupp ta' standards u ta' regolamentazzjoni, min-naħa l-oħra rridu bilfors nargumentaw li hemm bżonn aktar edukazzjoni tad-drittijiet u tad-dmirijiet taċ-ċittadini u tal- konsumaturi biex jitkellmu għalihom infushom u biex fis-servizzi u fil- prodotti li jixtru u li jikkonsmaw iħarsu l-interessi tagħhom.", "Ir- regolamenti u l-istandards miktubin fuq il-karta mhumiex biżżejjed.", "Wieħed mill-vantaġġi li għandna f'sitwazzjoni ta' ekonomiji miftuħin lejn xulxin hi li anke prodotti li jkunu maħduma lokalment, li ħafna minnhom iridu jsibu xerrejja barranin, iridu jkunu bilfors ta' standard internazzjonali.", "Iridu jgħaddu minn għarbiel biex jiġu aċċettati fi swieq oħrajn, li forsi f'dan l-istadju jkunu aktar sofistikati u aktar informati minn dak lokali.", "Dan jiġifieri li huwa żvilupp tajjeb li qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi u li qed ngħaddu liġi bħal din minkejja li sfortunatament, bħal għadd ta' inizjattivi oħra li qed jieħu dan il-gvern, qed jeħodhom mhux għax intrinsikament huma tajbin iżda biex jipprepara ruħu għan-negozjati biex jipprova jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt kieku l-gvern Nazzjonalista ħa dan il-qasam aktar bis-serjeta' ma kienx jagħmel xi ħaġa dwaru issa, fl-għaġġla li għandu sa tmiem is-sena 2002.", "Kieku kien jipprova jagħmel xi ħaġa bejn is-snin '90 u '96.", "Għaddew sitt snin minn meta l-gvern Nazzjonalista kien tefa' l-applikazzjoni biex isieħeb lill-pajjiż fl-Unjoni Ewropea, imma dak iż-żmien tant ma kienx hemm kuxjenza ta' xi tfisser li tapplika biex tidħol fl-Unjoni li trid tara kif taqleb il-pajjiż ta' taħt fuq biex tkun konformi mar-regoli u ma' dak li titlob minnek l-Unjoni biex taċċettak bħala membru, li ftit li xejn sar xogħol.", "Ħasbu li din hija xi triq inevitabbli, li din hija sempliċement bħal meta tapplika biex tidħol f'xi fun park.", "Semmejt drabi oħra li ħafna ħasbu li din se tkun xi ġita b'kollox imħallas għal Eurodisney, fejn tieħu gost għal dejjem ta' dejjem u ma tħallas xejn, imma maż-żmien il-kuxjenza bdiet tinbidel, mhux biss għax ma ġewx il-Lm100 miljun iżda għax aktar u aktar nies qed jifhmu li trid tinbidel.", "Għalkemm pajjiżna jista' jagħżel li ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea żgur ma jistax jagħżel li ma jidħolx fis-seklu 21, żgur ma jistax jagħżel li ma jeħux sehem fil-bidliet, fix-xejriet u fit-tiġdid li qed iseħħ b'mod mgħaġġel fid-dinja llum.", "Imma hemm modi differenti kif tiżviluppa l-pajjiż.", "Jekk tagħżel it-triq ta' sħubija fl-Unjoni, minbarra li ġġedded u tbiddel il-pajiż tkun trid tbiddlu f'ċertu qafas u b'ċerti regoli li japplikaw għal min irid ikun f'dak il-blokk.", "Għal min ma jagħżilx li jissieħeb fl-Unjoni xorta tibqa' l-isfida tat-tiġdid u ta' tibdil imma tkun tista' tagħmel dak it-tiġdid u dak it-tibdil f'qafas differenti, b'regoli differenti, fi stadji differenti.", "Fl-aħħar mill-aħħar tista' tagħmlu skond iċ-ċirkostanzi u r-realta' tiegħek.", "Għalhekk din il-kwestjoni ta' standards u din l- għaġġla li għandna biex inġibu ruxxmata liġijiet fil-parlament, inbiddluhom, inġebbduhom u nżidu fuqhom biex ikunu bħal dawk ta' l-Unjoni, qed twassal għal sitwazzjoni ridikola.", "Naħseb li anke f'dan il-qasam ma jkunx sar ħsieb biżżejjed għax faċli tagħmel abbozz ta' liġi u faċli li niġu hawn u nżidu klawsola 'l hemm u nnaqsu klawsola 'l hawn.", "Iżda importanti mbagħad li l-istruttura li se twaqqaf, ir-riżorsi li se taħdem bihom, mhux biss tbiddel il-liġijiet dwarhom imma anke tagħmel xi ħaġa fir- realta' biex tkun tikkorrispondi ma' dawk il-bidliet li tkun għamilt.", "Għalhekk wieħed irid jara l-kwestjoni tat-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l- istandards ukoll mill-lat tar-riżorsi li se jkun hawn fil-pajjiż, jekk saretx riflessjoni u sarx ħsieb biżżejjed, jekk jagħmilx sens li f'kull qasam hawn Malta nibnu laboratorju u għandniex riżorsi biex niċċekkjaw dawn l-istandards.", "Dan ngħidu għal żewġ raġunijiet u naħseb li trid issir riflessjoni dwarhom.", "Jiena nemmen li fejn nistgħu naslu aħna u fejn għandna naħsbu għar- riżorsi li niżviluppw fostna, m'hemmx dubju li għandna nagħmlu hekk.", "Imma meta ħafna mill-prodotti li jinħadmu hawnhekk jidħlu fi swieq barranin, avvanzati u żviluppati, fejn diġa' hemm standards, dawn żgur iridu jkunu skond dawk l-istandards biex jiġu aċċettati.", "Għalissa ħallejt barra l- prodotti għas-suq lokali, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar kważi ma jagħmilx sens li titkellem dwarhom, għax bil-ftuħ ta' l-ekonomija għall- bqija ta' l-Ewropa u tad-dinja kważi ma tantx jibqa' l-kunċett tas-suq lokali u tas-suq barani.", "Meta nafu li ħafna mill-operaturi li jaħdmu hawn iridu jkunu skond ċerti standards - kemm dawk li jipproduċu hawn kif ukoll dawk li jimpurtaw minn barra biex ibiegħu hawn - jagħmel sens li l- faċilitajiet li trid tipprovdi fil-pajjiż għandhom ikunu kumplimentari għal dak li jiġri f'kuntest akbar u internazzjonali, anke għax naħseb li biex tkun tista' tlaħħaq mar-rata mgħaġġla ta' tibdil fid-dinja ta' llum, żgur li r-riżorsi li trid għal struttura bħal din iridu jkunu dinamiċi.", "Mhux l- ewwel darba li regolaturi jew awtoritajiet ta' dan it-tip ġew affrontati biex jagħmlu testijiet fuq prodotti li jkunu diġa' qabżu l-ħila tar- regolaturi stess bħala żvilupp.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li wieħed jara t-tip ta' riżorsi u faċilitajiet li jsiru f'pajjiżna f'dan il-kuntest, u dan anke biex ikunu sostenibbli.", "Huwa faċli li tagħmel post, iġġib min jaqta' ż-żigarella u jikxef xi rħama, iżda mbagħad il-mistoqsija mhix x'se jiġri l-għada jew sa tliet snin wara imma kif se tħalli dik l-istruttura tkun sostenibbli, tagħmel sens u ma tkunx ta' piż ġdid fuq dak li jkun għaddej anke bħala żvilupp fil-pajjiż.", "Naf li bħalissa qed isiru ħafna laqgħat biex jiġu spjegati dawn l- affarjiet li qed niddiskutu dwarhom lis-setturi differenti.", "Fil-fatt qed insibha interessanti ħafna li permezz ta' l-E-mail, kapijiet ta' l-iskola qed jirċievu tagħrif biex jgħidulhom il-ħin, il-post u s-suġġett fejn is- segretarju parlamentari se jkun qed jitkellem.", "Per eżempju, nhar it-Tnejn li għadda kapijiet ta' skola, kemm tal-primarja u anke tas-sekondarja, ġew mistiedna biex jisimgħu lill-Onor.", "Edwin Vassallo jitkellem fuq l- istandards u l-ispiżerij!", "Il-bieraħ kienu mistiedna biex jisimgħuh jitkellem fuq il-ħwienet taż-żraben u l-istandards!", "Illum mistennija laqgħa ta' informazzjoni dwar il-kontroll ta' l-istandards u s-sigurta' mtella' mis-segretarjat parlamentari, eċċ., u se jitkellmu ma' l-importaturi tas- settijiet tat-telephone, mobile u radji u għal min jipprovdi l-internet u l- cable!", "Jiġifieri qed jinformaw lill-kapijiet ta' l-iskola biex imorru għal dawn it-tip ta' laqgħat.", "Għada se jitkellmu ma' l-Onor.", "Edwin Vassallo fuq is-settur ta' l-ikel, imbagħad il-Ġimgħa se jitkellmu ma' l-ironmongers, il- ħwienet li jbiegħu prodotti ta' l-elettriku u affarijiet oħra!", "Nistaqsi: X'sens jagħmel li dawn l-avviżi jintbagħtu fl-iskejjel b'informazzjoni għal dawn il-laqgħat?", "THE DEPUTY SPEAKER : Is-Segretarju Parlamenti, bil-permess ta' l-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Meta aħna tlabna l-informazzjoni biex nagħmlu din il-konsultazzjoni mas-suq kummerċjali tlabna lil min għandu n-numru tal- VAT.", "Għalhekk jekk dawn l-iskejjel għandhom numru tal-VAT jfisser li rċevew in-nota bħal ma rċeviha kulmin għandu n-numru tal-VAT.", "Maħniex qed nibagħtu dan l-avviż lill-kapijiet ta' l-iskola speċifikament.", "Anzi jiena nirringrazzja lill-Onor.", "Bartolo talli qed jgħid li aħna qed nipprovaw ninkludu lil kulħadd f'din il-konsultazzjoni!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO : Sur President, lis-segretarju parlamentari nagħmilhielu ċara li din ma ntbagħtietx mill-uffiċċju tiegħu għax kieku kont ngħidha.", "Din intbagħtet mill-Malta-EU information centre.", "Ridt inqajjimha għax sinċerament ma naħsibx li jagħmel sens li jintbagħtu dawn l- affarijiet lill-kapijiet ta' l-iskola.", "Għandhom biżżejjed fuq xiex jinkwetaw u ma naħsibx li se jinkwetaw bl-istandards u l-ħwienet taż- żraben!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jekk intbagħtet mill-Malta-EU information centre dan sar għax l-MIC għandhom sistema ta' aġġornament fejn iħabbru l- attivitajiet tagħhom kollha f'daqqa.", "Imma bl-ebda mod ma naħseb li qegħdin nagħmlu ġid lil din il-Kamra billi nitkellmu daqs li kieku dik hija ġabra ta' informazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-MIC!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nikkonferma dak li qal is-segretarju parlamentari u nsibha interessanti li l-kapijiet ta' l-iskola kienu mistiedna wkoll il-Ħadd li għadda għal-laqgħa li kellha ssir fl-10.00 a.m. fil-każin Nazzjonalista tan-Naxxar fejn kellhom jiddiskutu l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali - il-ħin kien fl-10.00 a.m. Jiena naħseb li dan huwa mod abbużiv kif tintuża s-sistema ta' l-uffiċċju ta' l-informazzjoni.", "Nifhem li s-segretarju parlamentari jiddefendi d-dritt tiegħu li jitkellem fuq l- istandards f'oqsma differenti, imma ma naħsibx li għandu għalfejn jiddefendi n-nuqqas, fil-fehma tiegħi, min-naħa tal-Malta EU information centre li stieden il-kapijiet ta' l-iskola biex imorru għal-laqgħa fil- każin Nazzjonalista tan-Naxxar nhar il-Ħadd filgħodu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nitlob lill-Onor.", "Bartolo jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' dik l-istedina .", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din hija informazzjoni li l-MIC qed tibgħat fl- iskejjel permezz ta' E-mail.", "Jekk qed ngħid xi ħaġa li mhix vera, joħorġu tal-Malta EU information centre u naraw, ħalli jkunu jafu l-kapijiet kollha ta' l-iskola.", "Imma xtaqt nagħmel punt ieħor, Sur President.", "Għamilt enfasi fuq il-bżonn li jkun hemm kultura xjentifika u teknika anke fost il-konsumaturi għax f'pajjiżna, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' regolamentazzjoni kif ukoll ma' l-għarfien li għandu jkun hemm għaż-żamma ta' l-istandards, hemm ukoll il-livell tekniku u xjentifiku tal-kultura ġenerali tagħna.", "Għad fadlilna ħafna x'naħdmu biex inxerrdu aktar kultura teknika u xjentifika fost iċ-ċittadini tagħna.", "Sfortunatament f'ħafna każi x-xjenza u l-kultura teknika għadhom meqjusa bħala xi ħaġa li tinteressa biss lill-istrambi u l-eċċentriċi, lil dawk li llum jgħidulhom nerds.", "Għad hemm reżistenza minn naħa ta' ħafna studenti li jidħlu għall-edukazzjoni tax-xjenza fl-iskejjel.", "Pajjiżna jaqa' lura jekk ma jirnexxilniex inbiddlu din ix-xejra.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ix-xjenza u t-teknoloġija se jkunu forza importanti ħafna għall-iżvilupp tas-soċjeta', kemm għall- iżvilupp ekonomiku kif ukoll għall-iżvilupp soċjali, politiku u kulturali.", "Importanti ħafna li mill-primarja - l-Israel jibdew qabilna, mill- kindergarten - inxerrdu u nifirxu kemm jista' jkun kultura ta' xjenza u teknoloġija.", "Hemm modi kif din issir.", "S'issa l-istudenti tagħna baqgħu 'l bogħod mix-xjenza, l-aktar għax kienet preżentata bħala li jagħmluha dawk in-nies lebsin ġagaga bajda u trid tkun veru ffissat biex issegwiha, mentri fil-fatt minn eta' żgħira nistgħu nagħmlu tip ta' esperjenza edukattiva fl- iskejjel mat-tfal tagħna u fuq il-mezzi tax-xandir fejn science is fun.", "Kieku dan il-qasam u dawn is-suġġetti jiġu ppreżentati mhux biss bħala gost imma anke bħala li huma kruċjali għall-ħajja tagħna ta' kuljum ...", "Aktar u aktar aspetti tal-ħajja tagħna llum qed jiġu nfluwenzati minn aspetti xjentifiċi teknoloġiċi u għalhekk huwa importanti ħafna li tissaħħaħ l- edukazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-iskejjel tagħna, anke mbagħad fl- edukazzjoni adulta'.", "Illum nitkellmu fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja kollha biex iċ-ċittadini jkunu informati aħjar.", "Meta nitkellmu fuq standards irridu wkoll nitkellmu fuq il-fatt li għandna bżonn indaħħlu din il-kultura mhux biss fi kwestjoni ta' specifications tekniċi ta' prodotti imma anke bħala l-imġiba tagħna.", "Jiena inħoss li wieħed mis-slogans li kultant jixraqlu pajjiżna huwa: Never mind the quality!", "Ngħid dan b'dispjaċir, mhux biex niddisprezza lilna nfusna imma bħala awtokritika.", "Jiena parti minn dan il-pajjiż, m'iniex 'il fuq.", "Aħna nagħmlu xi ħaġa bil-ħsieb li b'xi mod tgħaddi, b'xi mod nirranġaw u b'xi mod niddubbaw, mentri fil-fatt naħseb li jkun tajjeb li ndaħħlu kultura ta' standards anke fl-imġiba tagħna, jiġifieri standards mhux biss fil-prodotti u fl-aspetti tekniċi tal-prodotti imma anke kif nagħmlu l-affarijiet.", "Naħseb li jagħmlu sewwa li anke fl-Ingilterra, il- ministru responsabbli għall-istandards spiss jitkellem fuq il-qasam edukattiv. għaliex anke l-iskejjel irid ikollom standards li jkunu għoljin.", "L-iskejjel għandhom idaħħlu, bħala stil ta' għajxien u tal-mod kif noperaw u naħdmu, l-idea li inti jkollok target.", "Dawn ikunu targets għoljin mhux targets ħfief u tara x'tagħmel fil-mod kif taħdem u topera biex tilħaqhom.", "Sfortunatament ħafna drabi jiena nħoss illi din it-tip ta' approach ma teżistix f'pajjiżna u ma nkunux iffokati.", "Fil-fehma tiegħi waħda mir- raġunijiet għaliex dan il-pajjiż ma mexiex 'il quddiem daqskemm seta' u għadu jista' jimxi 'il quddiem, hija li aħna ma tantx niffokaw.", "Per eżempju, aħna ma nagħmlux targets li huma fattibbli, li rridu nisfurzaw biex nilħquhom u kull darba jkunu standards aħjar minn ta' qabel biex intejbu lilna nfusna.", "Illum il-kultura ta' titjib u ta' tiġdid kontinwu għandha tidħol bħala parti integrali mill-mod ta kif naħdmu , kif immexxu u kif ngħixu flimkien ma' xulxin.", "Jekk wieħed jara pajjiżi oħra bħal Singapore, waħda mil-akbar raġunijiet għaliex imxew 'il quddiem kienet minħabba li huma pajjiż iffokat, jagħmel standards u jimmira għal ċerti targets, imbagħad jimmobiliżża l-akbar appoġġ nazzjonali possibli u jaħdem f'dik id-direzzjoni minn fuq s'isfel.", "Aħna sfortunatament m'aħniex iffokati bl-istess mod.", "Jien inħoss li l-akbar dgħjufija fil-kultura nazzjonali tagħna hi li ħafna drabi nfitxxu s-soluzzjoni maġika u mirakoluża ġejja minn fuq ix- xefaq mill-bogħod u nistennew li se jġibhielna l-barrani!", "Din insejjaħlu s- sindromu tan-nawfraġu ta' San Pawl, fejn is-salvazzjoni tagħna dejjem trid tiġi minn barra!", "Dan huwa żball.", "It-tiġdid iseħħ għaliex ma tinqatax u għaliex tibni relazzjonijiet ħajjin mal-bqija tad-dinja.", "Jekk ma jkollniex tiġdid intern, jekk meta qed nitkellmu fuq il-qasam ta' l-istandards, fuq il-bżonn ta' titjib fil-mod kif naħdmu, naġixxu u mmexxu l-oqsma differenti ta' pajjiżna, it-tiġdid ma jkunx ġej minn ġo fina, dak it-tiġdid ikun superfiċjali.", "Aħna ninqalgħu biex nippriedkaw lil ħaddieħor x'għandu jagħmel, u anke biex inwaħħlu f'ħaddieħor, imma l-inqas passi ta' tibdil li nkunu lesti nieħdu jkunu dawk meħtieġa fuqna stess.", "Dan meta m'hemmx dubju li l-isfidi l-kbar li għandu pajjiżna fil-futur - il-futur ilu li beda - huwa ta kif l-affarijiet li nagħmlu jridu jkunu bilfors affarijiet ta' kwalita'.", "Il-prodotti u s-servizzi tagħna mhux se jkunu jgħoddu għalina biss u allura ma jistgħux ikunu ta' kwalita' li ma jimpurtax, ejja nirranġaw, ejja naraw kif b'xi mod jew ieħor niddubbaw, imma jridu jkunu ta' kwalita' li nistgħu nbiegħu fis-swieq internazzjonali.", "Imma biex tipproduċi prodotti u tipprovdi servizzi ta' kwalita' internazzjonali jrid ikollok kultura u mġiba li hija ta' dak il-livell ukoll.", "Ma tistax tipproduċi affarijiet li se jinbiegħu fis-swieq miftuħa internazzjonali jekk il-kultura tal-pajjiż ma tkunx ġiet imġedda hija wkoll.", "Mod kif tiġġedded u tinbidel huwa li jkollok standards, li jkollok targets, li tbiddel il-mod kif taħdem, taġixxi u taħseb, tbiddel il-mod kif iġġib ruħek, tħares lejn x'qed jiġri fil-bqija tad-dinja.", "Imma fl-aħħar mill- aħħar l-iżvilupp veru jkun skond ir-realta' u skond iċ-ċirkostanzi tiegħek.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il- ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda.", "ONOR CARMELO ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Bartolo jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR CARMELO ABELA: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum .", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-10.15 a.m. is-seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Illum qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li għalkemm jidher li on paper qed iħassar dak li kellna s'issa permezz ta' Kap 187, fil-verita' qed jirriaffermah.", "Forsi meta saret din il-liġi ma kenitx ingħatat biżżejjed importanza għall-validita' u għas-sehem determinanti li tista' tagħti fil-ħajja ta' kuljum tal-poplu Malti.", "Dan qed ngħidu għax kulmin għandu ftit għarfien ta x'timporta din il-liġi, jifhem kemm saret biex tipproteġi lill-konsumatur.", "Għalkemm tidher li din hi xi ħaġa teknika u li qisha magħmula għall- pjaċir ta' l-akkademja - fis-sens illi l-gvern issa qed jaħtar awtorita' li se jkollha l-gost u l-pjaċir li toqgħod tanalizza d-diversi prodotti u oġġetti li hawn fis-suq - din il-liġi tiggarantixxi lill-poplu li l-prodott li qed jixtri mhux se jagħmillu ħsara.", "Id-dinja tal-lum hija dinja fejn hawn għarfien kbir għal dak li aħna nieklu u hawn għarfien kbir għal dak illi kull prodott ikun fih.", "Sfortunatament jew fortunatament ħafna mill- prodotti li qabel kienu jittieħdu bħala friski llum jittieħdu priservati.", "Issa din l-awtorita', fost id-diversi funzjonijiet tagħha, tidħol biex tanaliżża l-kontenut tat-tali prodott u tgħid lill-konsumatur l-opinjoni tagħha ta' kif għandu jikkonsidrah.", "Din il-liġi qed issir ukoll f'forma ta' ordni loġiku għaliex anqas minn tliet ġimgħat ilu ddiskutejna l-liġi fuq it-trademarks.", "Ħafna drabi l- poplu jixtri jew ma jixtrix prodott abbażi ta' l-isem li t-tali prodott ikollu fis-suq.", "Ikun hemm prodott illi jista' jkun tajjeb pero' ma jkunx magħruf.", "Wieħed isib li ħafna drabi l-poplu jkun diffidenti milli jaċċetta li t-tali prodott huwa tajjeb daqs il-prodott imdorri bih - aħna ngħidu: Agħtini l-fama u ixħetni l-baħar! - għax jekk prodott fis-suq baqa' dejjem ikkonsidrat bħala wieħed tajjeb, jibqa' jinxtara.", "Iżda fid-dinja tal-lum, prinċiparjament bil-mezzi ta' komunikazzjoni u permezz tar-reklamar, il- konsumatur jiġi mħajjar jixtri prodott qabel ħadd ma jkun għadu qiesu.", "M'hemm l-ebda forma ta' awtorita' li tivverifika li l-prodott li int qed tixtri huwa tal-kwalita' mistennija.", "Il-kelma ''kwalita''' illum hija waħda ta' natura teknika mhux waħda ta' natura ġenerika.", "Dan għax meta wieħed jikkonsidra l-kwalita' ta' prodott, irid jikkonsidra wkoll il-proċess li wassal biex dak il-prodott jinsab fis-suq.", "Per eżempju, wieħed jista' jkollu tonn tajjeb iżda l-proċess illi bih jagħmel dak it-tonn fil-bottijiet u jpoġġih fis-suq ma jkunx tajjeb, jew inkella l-bottijiet li fihom jitqiegħed dak it-tonn biex jinxtara mill- pubbliku ma jkunux ta' ċerta kwalita'.", "Allura għalkemm it-tunnaġġa oriġinarjament setgħet kienet ta' kwalita' tajba, il-proċess ta kif din issir, it-taħlit li jsir magħha u dawk l-additives li wieħed iżid ma jkunux ta' ċerta kwalita'.", "Hawnhekk tidħol din l-awtorita' ta' standardisation, li tgħid li biex it-tali prodott ikun tajjeb għall-konsum irid igħaddi minn ċertu proċess, irid ikun ta' ċerta kwalita', il-landa trid tkun \"b'dan\" il-mod u l-prodott irid ikun magħmul \"hekk\".", "Din hi l- istandardisation.", "Kif tippreżenta l-prodott, per eżempju, għar-rigward l- ingredjenti, jiġi wkoll imqiegħed b'mod uniformi għal kulħadd.", "Dan finalment ifisser illi l-konsumatur li qed jixtri dak il-prodott ikollu moħħu mistrieħ li dak li qed jixtri huwa ta' kwalita' tajba, mhux se jagħmillu ħsara u dan se jkun qiegħed jiggarantih l-Istat innifsu.", "Dan huwa l-pass kbir li se nagħmlu b'din il-liġi, li qegħda tkun forma ta' għajnuna kbira lill-poplu.", "Aħna nitkellmu fuq is-servizzi soċjali, Sur President.", "Din l-awtorita' ta' l-istandardisation hija wkoll forma moderna ta kif inti tiggarantixxi lill-poplu ċertu livell ta' għajxien.", "Is-servizzi soċjali huma garanzija li l-poplu kollu, f'kull livell, speċjalment dak bi dħul baxx, għandu mezzi biżżejjed biex ikun jista' jgħix ħajja deċenti.", "Hija garanzija biex inti tgħix ħajja tajba.", "F'din l-ottika, parti mill-għajxien tagħna huwa proprju l-ikel.", "Bħat-Taljani, għal ħafna minna huwa importanti li nieklu u nieklu tajjeb F'din id-dimensjoni wieħed irid jagħti kredtu lil din l-awtorita' illi qed tkun garanzija għal żewġ setturi.", "L-ewwel ħaġa qed tkun garanzija għall-konsumatur illi meta mar jixtri jaf illi t-tali oġġett, magħmul mit- tali soċjeta' u li qiegħed għall-bejgħ, huwa tajjeb biex jittiekel.", "Mhux biss imma wkoll garanzija għan-negozjant it-tajjeb, għax illum kulmin qiegħed fin-negozju jaf illi għandu għażla ta' diversi prodotti li jista' jimporta.", "Meta negozjant jiġi biex jagħmel analisi ta' liema prodott jimporta jista' jimxi sempliċement fuq il-marġini tal-profitt.", "Issa dan fih il- vantaġġi u l-iżvantaġġi - il-vantaġġ ikun wieħed ekonomiku - pero' l- iżvantaġġ huwa li prodott li jitqiegħed fis-suq mhux neċessarjament ikun prodott tajjeb.", "B'hekk din il-liġi hija wkoll garanzija għan-negozjant onest li jrid iġib fis-suq Malti prodott illi huwa tajjeb għall-konsum tal- poplu.", "Huwa wkoll importanti għal min jieħu n-negozju bis-serjeta' - mhux dawk illi jridu jsiru sinjuri mill-ewwel u jħarsu sa mneħirhom - għal dawk illi jridu jidħlu fil-linja tan-negozju bħala professjoni ta' ħajja u jixħtu aktar l-attenzjoni tagħhom fuq il-kwalita' tal-prodott li qed iġibu minn barra.", "Għalhekk din l-awtorita' ta' l-istandardisation għandha importanza kbira.", "Jekk Alla jrid din għad tieħu r-riħ kollu ġol-qlugħ ħalli tkun determinanti fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Sur President, s'issa semmejt il-konsum ta' l-oġġetti imma hemm diversi affarijiet.", "Fil-fatt il-liġi tidħol ukoll saħansitra biex tikkonsidra kif isiru ċerti prodotti, bħal dawk agrikoli.", "Il-frażi \"speċifikazzjoni teknika\" tkopri wkoll metodi ta' produzzjoni u proċessi li jintużaw għar- rigward ta' prodotti agrikoli, prodotti intiżi għall-konsum.", "Tkopri wkoll prodotti mediċinali kif ukoll metodi ta' produzzjoni u proċessi li jirrigwardaw prodotti oħrajn.", "L-awtorita' se tidħol ukoll fir-rigward tat- teħid ta' prodotti li m'għandhomx bio-teknika u bio-enġinerija, li huma naturali u ġejjin minn għelieqi li m'għandhomx ċertu tip ta' fertilizzant u dawk l-affarijiet kollha, suġġett li qiegħed jiġi diskuss ma l-Amerika u l- Ewropa kollha.", "L-awtorita' se tifrex subgħajha fid-dimensjonijiet kollha sħaħ tas-soċjeta' tagħna llum.", "Li jkollok soċjeta' illi tixtri u tikkonsma jittieħed bħala marka ta' avvanz 'il quddiem, pero' dan huwa aċċettat li qed jiġri diġa' f'pajjiżna.", "Illum bis-supermarkets u l-ħwienet li għandna tant hawn xiri u bejgħ ta' prodotti li hemm bżonn illi jkun hemm forma ta' kontroll, mod ta kif tagħmel filtering biex il-prodotti li jinġiebu fis- suq ikunu b'xi mod kontrollati.", "II-konsumatur m'għandux dejjem il-possibilita' illi jaqbad il-bott u jmur għand xi ħadd li jifhem fil-bioloġija jew fil-kimika biex jiċċertifikalu li kollox huwa skond l-ingredjenti li jidhru fit-tabella mwaħħla mal-bott u jiggarantilu li minn dak il-bott it-tfal tiegħu ma jistax ikollhom ebda side effects..", "Dan ix-xogħol illum se jsir mill-awtorita' ta' l- istandardisation.", "Għalkemm preżentement mhijiex mogħtija biżżejjed importanza, din l-awtorita' maż-żmien se jkollha importanza determinanti fis-suq lokali.", "Tajjeb illi n-negozjant ikun f'pożizzjoni li jifhem l- effetti u l-portata ta' din il-liġi, kemm huwa importanti li wieħed jikkonforma ruħu ma kif iġib ċerti prodotti u kif ċerti prodotti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.", "Dan kollu huwa garanzija mhux biss għan-negozjant u l-konsumatur, iżda wkoll għall-futur ta' pajjiżna għax bih wieħed jista' jħares 'il quddiem.", "Ħafna drabi wieħed jaħseb illi l-metodu tajjeb ta' kif timxi fid-dinja huwa li l-Istat ma jintervjeni assolutament xejn fil-ħajja tal-poplu.", "Pero' l-esperjenza qed turina kull darba li hemm bżonn illi f'ċerti mumenti u f'ċerti setturi jkun hemm l-intervent ta' l-Istat.", "Issa hemm bżonn li jkun hemm din l-awtorita' ta' l-istandardisation.", "It-tħaddim tagħha b'mod għaqli jġibna f'pożizzjoni fejn il-mara tad-dar, ta' kull livell, tieħu ħsieb illi l-ewwel tara x'qalet l-awtorita' ta' l-istandardisation fuq kif għandhom ikunu ċerti prodotti qabel ma tixtri.", "L-istess dinja tas-suq hemm bżonn illi tkun iktar attenta għal dak li se tgħid l-awtorita' ta' l- istandardisation għax il-bejgħ jew ix-xiri ta' l-oġġetti li hi se timporta ħafna drabi se jkun jiddependi minnu.", "Wieħed li jaqra l-liġi jifhem ukoll illi dak li se tagħmel l-awtorita' ta' l-istandardisation mhux se jkun xi ħaġa kapriċċuża, fis-sens illi tgħid li hawn Malta jidħlu prodotti li jkollhom tabelli ta' kulur abjad biss u dawk ta' kuluri oħrajn ma jistgħux jidħlu.", "Dan mhux il-każ.", "L-awtorita' ta' l-istandardisation se taħdem b'mod tant intelliġenti li se tidħol ukoll in linea ma' l-awtoritajiet li diġa' hawn ifformati fid- dinja.", "F'ċertu sens aħna għandna ftit żvantaġġ għax se nidħlu tard fix- xena f'dak illi huwa standardisation, pero' huwa vantaġġ ukoll għax se nieħdu mill-esperjenza li diġa' għandhom diversi pajjiżi oħrajn.", "Fil-fatt fl-istess liġi qegħdin inħarsu lejn tliet forom ta' standards, dik internazzjonali, dik Ewropea u dik nazzjonali.", "L-istandard internazzjonali jikkonfina fuq il-kontinenti kollha, dak Ewropew għad-dinja Ewropea, imbagħad dak nazzjonali fejn ikollna prodotti lokali.", "F'din l-ottika wieħed jifhem ukoll kemm din il-liġi hija ta' progress kbir.", "Jekk ma titħaddimx tajjeb dan il-pajjiż mhux se jkollu l-futur li jixraqlu.", "Ma rridx nidher illi qiegħed inressaq id-dinja fit-tarf, pero' nemmen b'konvinzjoni li ix- xogħol tal-garanzija ta' l-istandards li hemm bżonn isir minn kulmin jipproduċi ċerti prodotti u jqiegħdhom fis-suq, hemm bżonn illi jkun garantit minn awtorita' ġo dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn illi jkun hemm xi ħadd li għandu l-għarfien teknoloġiku u konoxxenza ta' l-oġġetti biex jiggarantixxi dan għall-poplu kollu.", "Ċerti drabi n-nies jifhmu li l-protezzjoni tal-konsumatur, li ngħidu ħafna dwarha, hi li sempliċement tmur il-qorti u tħarrek lil wieħed jew 'l ieħor.", "Dak huwa livell marġinali.", "Il-livell li qed iġġib din l-awtorita' ta' l-istandardisation huwa aktar għoli għax din qiegħda mill-bidu nett tgħidlek li t-tali prodott m'għandux ikun qiegħed fis-suq, li t-tali prodott qiegħed hemmhekk biex jinganna lill-konsumatur għaliex ma jikkonformax mal-metodu ta kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Fid-dinja xjentifika tal-lum issir ħafna analisi.", "Wieħed jagħmel additives ma' ċertu prodott u wara ċertu numru ta' snin issib li dawn l-additives jagħmlu ħsara lil dawk li jbatu mid-dijabete jew minn ċertu mard ieħor.", "L- istandardisation authority hija protezzjoni wkoll għal dawn in-nies billi tgħidilhom: Intom tistgħu tieħdu minn dak il-prodott għax aħna rajna li dan jikkonforma ma' l-affarijiet.", "L-Onor.", "Bartolo tkellem fuq proċess ta' edukazzjoni għax il-proċess ta' edukazzjoni tal-poplu jibda proprju minn hawn ġew.", "Dan il-parlament jista' jibda hu l-proċess biex il-poplu jifhem u jitgħallem l-importanza ta' din il-ħaġa.", "Għal darba dan il-parlament qed ikun il-leader veru tal- pajjiż u hekk se jkun għax qiegħed jitlob lill-pajjiż jifhem li lil din l- awtorita' ta' l-istandardisation irid bilfors jagħtiha importanza kbira.", "Bħala struttura interna ta kif saret din il-liġi, wieħed irid jagħti mertu għal min ħaseb fl-istruttura amministrattiva għax se tkun ridotta fl- essenzjal, mhux b'nies żejda jew funzjonijiet li wieħed jidħol fuq l-ieħor u b'ħafna problemi li wieħed ma jmejjilx il-kappell ta' l-ieħor u dan it- tip ta' affarijiet, pero' se jkun hemm proċess iktar konċiż.", "Se jkun hemm metodu ferm iktar faċli ta kif wieħed jieħu deċiżjoni.", "Se jkun hemm ukoll għarfien ta kif mhux biss tagħmel dan il-proċess kollu imma tagħmlu b'mod li lill-poplu ma żżidlux fl-ispejjeż tiegħu.", "Ovvjament jista' jkun hemm min jargumenta li din l-awtorita' ta' l- istandardisation se tiġi tiswina ħafna flus li se jerġgħu jittieħdu mit- taxxi tal-poplu u l-poplu se jiġi jħallas iktar biex jixtri dak il-prodott li hemm fis-suq bi spiża li ma tidhirx fuqu għax qed tmur indirettament għal din l-awtorita'.", "Dan m'huwiex il-każ għax l-awtorita' qegħda taħdem b'dak li huwa essenzjali biex dawn l-affarijiet kollha jsiru.", "Jekk wieħed jara min għandu jkun fiha u x'inhuma l-funzjonijiet tagħha ta' ċertifikazzjoni u standardisation, wieħed jifhem il-mod ta' kif ġiet magħġuna u li m'għandniex problemi għal dak li għandu x'jaqsam man-nefqa tal-poplu Malti.", "Il-benefiċċju li se joħroġ minn din l-awtorita' ta' l- istandardisation huwa ferm ikbar għax mhux biss qed nagħtu lill-poplu din il-ħaġa li qabel qatt ma kellu, awtorita' li issa se tanaliżża dawn l- affarijiet kollha, imma se nagħtuh ukoll makkinarju effiċjenti, veloċi u tajjeb biex jasal għall-affarijiet mingħajr ma jiswieh ħafna flus.", "Wara din l-introduzzjoni twila iżda importanti, wieħed ukoll jara l- funzjonijiet ta' l-awtorita' waħda waħda kif inhuma speċifikati fi klawsola 17 ta' din il-liġi.", "L-ewwel funzjoni ta' l-awtorita' hija li tagħmel, tadotta u tippubblika standards għar-rigward ta' kull klassi, kategorija jew tip ta' prodott jew servizz.", "Dan jiġifieri li mhux biss tagħmel standards jew tadottahom minn pajjiżi oħra imma wkoll illi tippubblikahom.", "Ilum f'dinja teknoloġika, dinja ta' l-internet, se tqiegħed dan l-għerf għad-dispożizzjoni tal-poplu.", "Fil-parlament għadna kif iddiskutejna l- awtorita' tal-komunikazzjoni, li fost il-funzjonijiet tagħha għandha proprju dik ta' l-internet.", "Anke dan it-tip ta' materjal ikun qiegħed għad- dispożizzjoni tal-poplu fuq dawn il-mezzi elettroniċi.", "Din l-awtorita' għandha wkoll il-funzjoni li tikkordina, tissorvelja u ġġib 'il quddiem l- għemil ta' standards u attivitajiet relatati fid-diversi livelli korporattivi, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u biex tipprovdi u tiżgura li jkun hemm servizzi relatati sussidjarji adatti.", "Għandha d-dmir li tikkordina u tissorvelja u mhux tkun sempliċement awtorita' li tagħmel l-istandards, tippublikahom u tieqaf hemm.", "Issa trid ukoll tieħu ħsieb li dan isir.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' sorveljanza jista' jkollna xi problemi, pero' jiena nemmen illi n-negozjant it-tajjeb, dak li jħares 'il quddiem lejn l-iktar ħaġa importanti fin-negozju, il-credit worthiness tiegħu, fejn hu jagħti garanzija li l-prodotti tiegħu huma tajbin, m'għandux jagħti problemi lil din l-awtorita'.", "L-istess awtorita' taħseb f'min iħabbatha wkoll.", "Per eżempju, għandna klawsola 21 li ssemmi d-dħul f'fabbriki u t- teħid ta' kampjuni, fost il-poteri li se tingħata din l-awtorita'.", "Fi klawsola 21 għandna:", "\"L-uffiċjali awtoriżżati bil-miktub għal hekk mill-awtorita' jkunu jistgħu fil-ħinijiet kollha raġonevoli jidħlu għall-finijiet ta' dan l- Att f'kull post fejn prodotti u/jew servizz li dwarhom ikun seħħ permess, jiġu prodotti, manufatturati jew proċessati, u jkollhom dritt jispezzjonaw dak il-post, jeżaminaw dawk l-oġġetti u jieħdu kampjuni bil-mod preskritt mill-ministru\".", "Dawn in-nies għandhom l-awtorita' bil-liġi li jżuru fabbrika u jieħdu kampjuni ta' dak li jkun għaddej, fil-ħinijiet kollha raġonevoli.", "Din l- aħħar frażi fil-liġi tindika lil min qiegħed jipproduċi li l-ħsieb mhuwiex dak illi tkun ta' frosta imma li bil-ħlewwa u bis-sewwa n-nies twassalhom biex jikkonformaw għall-istandards li hemm bżonn.", "L-istess klawsola tgħid ukoll li:", "\"Kull min ma jħallix jidħol f'xi post bħal dak lil xi uffiċjal awtorizzat kif hawn aktar qabel imsemmi jew f'xi post bħal dak jostakolah jew ifixklu fil-qadi ta' dmirijietu, jkun ħati ta' reat u jeħel meta jinsab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati multa ta' mhux anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn mitejn lira jew priġunerija għal żmien ta' minn xahar sa tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.\"", "Din ukoll hija forma ta' garanzija għall-pubbliku in ġenerali li meta l- awtorita' xxomm li xi ħadd mhux biss ma jridx jikkopera imma qiegħed ukoll iżommha milli tidħol, allura wieħed għandu jieħu l-passi meħtieġa.", "Il- leġislatur hawnhekk qiegħed jgħid li mhijiex kontravenzjoni imma huwa reat, huwa delitt, xi ħaġa ta' natura ferm iktar serja.", "Din hija ta' importanza għax l-awtorita' ta' l-istandards m'hijiex qiegħda hemmhekk biex tiggarantixxi biss lill-konsumatur iżda qiegħda hemmhekk ukoll biex tipproteġi kontra l-eċċess.", "Din il-liġi tant trid illi kemm jista' jkun ikollna konformita' bil-ħlewwa li qegħda tgħid \"f'ħinijiet raġonevoli\".", "Jekk inti tibqa' b'rasek marbuta, imbagħad il-konsegwenzi huma gravi tant li huwa reat li bih tista' tmur il-ħabs; fil-fatt għandek piena ta' ħabs possibbli minn xahar sa tliet xhur.", "F'din l-ottika wieħed jifhem kemm il- funzjonijiet elenkati fi klawsola 17 huma importanti u effettivament qegħda wkoll tiggarantixxi li dawn isiru.", "Fl-istess klawsola 17 insibu b'mod iktar dettaljat dak li aħna nsejħu \"servizzi relatati sussidjarji\".", "Naħseb illi din hija a feather in the cap ta' min daħal f'din l-interpretazzjoni biex ikollu idea iktar ċara u speċifika tal-ħidma li għandha l-awtorita'.", "Hemmhekk insibu hekk:", "(i) il-promozzjoni ta' l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' kull aspett ta' metroloġija bħala ħaġa miżjuda meħtieġa għall-għemil ta' standards;", "(ii) l-iżgurar tad-disponibilita' ta' servizzi ta' l-ittestjar;", "(iii) l-offerta ta' pariri teknoloġiċi u servizzi ta' konsulenza lill- gvern, aġenziji tal-gvern u s-settur privat;", "(iv) it-twaqqif u l-manutenzjoni ta' programm ta' akkreditazzjoni internazzjonali;", "(v) kull servizz ieħor relatat ma' l-għemil ta' standards kif jista' jkun meħtieġ;", "Barra minn din il-funzjoni, imbagħad għandek li l-awtorita' trid tippubblika lista ta' korpi għall-għemil ta' standards li jkunu rikonoxxuti mill-istess awtorita'.", "Din tikkonsidra kull applikazzjoni għall-permessi għall-użu ta' marka ta' konformita' u għall-għoti ta' permessi għal dan il- għan.", "B'mod ġenerali, f'din il-klawsola 17 il-funzjoni ta' l-awtorita' nistgħu ngħidu li hi miktuba bl-għeruq u x-xniexel.", "Evidentement ukoll l-awtorita' se tkun magħmula minn a high-powered board.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-awtorita' titmexxa minn kunsill li jkun magħmul minn chairman maħtur mill-prim ministru.", "Imbagħad għandna d- direttur ta' l-industrija, li ex officio jkun vice-chairman, il-kontrollur tad-dwana, id-direttur ta' l-agrikoltura, id-direttur għall-affarijiet tal- konsumatur, id-direttur għall-protezzjoni ta' l-ambjent u d-direttur tas- saħħa.", "Huwa importanti ħafna li dawn id-diretturi jkunu qegħdin hemm pero' ma jkunux imbagħad ta' xkiel, fis-sens illi l-impenji tagħhom iżommu lill- awtorita' milli tiltaqa' b'mod regolari.", "Dwar il-kunsill, la darba se jieħu ċerti deċiżjonijiet, għandu bilfors ikollu nies li jkollhom il-kapaċita' legali biex ikunu jistgħu jġorru din ir-responsabbilta'.", "Veru li d-direttur tas-saħħa pubblika jista' jibgħat lir-rappreżentant tiegħu biex jissostitwih fil-laqgħat tal-bord, pero' x-xewqa tiegħi hi li l-kunsill ma jkunx imxekkel f'ħidmietu minħabba n-nuqqas ta' preżenza ta' dawn in-nies, xi ħaġa li ovvjament tkun iddettata minħabba pressjoni ta' xogħol.", "Iżda ma rridx nagħti l-impressjoni li l-kunsill huwa magħmul biss minn rappreżentanti tad-diretturi tad-dipartimenti tal-gvern.", "Hemm wkoll tliet membri li jinħatru mill-ministri, wieħed mill-kamra tal- periti, wieħed mill-kamra ta' l-inġiniera professjonali u l-ieħor mill- kamra ta' l-ispiżjara.", "Imbagħad hemm membru li jinħatar mill-kunsill ta' l- universita', rappreżentant tal-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, membru li jinħatar mill-kamra tal-kummerċ u membru li jinħatar mill- federazzjoni ta' l-industrija.", "Dan ifisser li mhux se jkun hemm kunsill li huwa fformat minn nies illi jaraw l-aspett taċ-ċivil biss jew jaraw from the receiving end tal-gvern, imma se jkun hemm ukoll varjeta' ta' nies illi jistgħu jagħtu sehem importanti ħafna.", "Minbarra l-membri tal-kamra tal- kummerċ u tal-federazzjoni ta' l-industrija, li huma nies impenjati diġa' fuq l-aspett tax-xogħol, għandek nies illi fil-maġġoranza tagħhom jistgħu wkoll jikkontribwixxu fl-aspett tekniku ta' l-affarijiet, jiġifieri l- ispiżjara, il-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija u wkoll il-kunsill ta' l-universita'.", "Nixtieq nagħlaq, Sur President, billi ngħid li nispera li kulħadd jagħraf li din il-liġi hija parti importanti mill-ħajja tagħna bħala Maltin, hija estensjoni ftit iktar moderna ta' dak li aħna ġenerikament insejħu bħala servizzi soċjali.", "It-tqegħid fis-seħħ ta' din il-liġi minn dan il- parlament, minn dan il-gvern Nazzjonalista, huwa pass importanti ħafna fil- futur ta' pajjiżna.", "Huwa importanti għalina, għal uliedna u għal ulied uliedna.", "Żgur li kulħadd għandu lil xi ħadd ta' ċerta eta' fil-familja li jgħidlu kemm kien ikun prodott tajjeb dak illi kien iġib il-bidwi, per eżempju, għax ikun għadu frisk filgħodu, għax tkun taf x'ġara, tkun taf x'kielet it-tiġieġa u dawn l-affarijiet kollha.", "Irridu nerġgħu noħolqu dak ir-rapport bejn min qed jipproduċi l-oġġett, dak li jwasslu fis-suq u dak li jixtrih, naturalment fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-lum.", "M'għandix l-iċken diffikulta' li nivvota favur din il-liġi u nagħti l- appoġġ għall-ħidma tagħha u nispera b'ruħi kollha li taħdem tajjeb ħafna.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR CHARLES MANGION: Sur President, il-liġi dwar l-awtorita' ta' l- istandards li għandna quddiemna hija bżonjuża ħafna.", "L-awtorita' li se tieħu over il-funzjonijiet tal-board of standards hija neċessita' għal pajjiżna u huwa bżonn li jkollna xi istituzzjoni li tassigura l-istandards kemm fil-prodotti manufatturati u dawk importati, kif ukoll fis-servizzi li jiġu pprovduti fil-pajjiż.", "Infatti l-bżonn ta' din l-istituzzjoni ilu jinħass żmien twil.", "Jekk wieħed imur lura fil-qasam ta' l-industrija u tal-manufattura, jara li minn snin ilu kien jinħass il-bżonn, speċjalment f'dan il-qasam, għax il- prodott magħmul lokalment f'ħafna każi kien ibati minn nuqqas ta' livell ta' kwalita'.", "Jiġifieri anke minn dan is-settur, kien jintalab illi jkollok istituzzjoni li tassigura l-kwalita' tal-prodott u tas-servizz.", "Mhux hekk biss imma wieħed irid jikkonsidra wkoll illi l-bżonn ta' kwalita' jolqot il-prodotti kollha li jidħlu f'pajjiżna.", "Sal-lum dan ix-xogħol kien jagħmlu l-board of standards, b'mod limitat ħafna.", "Naħseb li kulħadd jaqbel illi kien ikun hemm limitazzjonijiet kbar fil-mod kif kien jiġi ġestit dan is-settur, liema servizzi u prodotti kien jilħaq u ta' liema assistenza kien għall-qasam tal-manufattura lokali.", "Irridu nammettu li l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali kienet tbati u forsi għadha tbati sal-lum appuntu mil-livell ta' kwalita' li din trid tilħaq fil-prodotti tagħha.", "Mhix kwestjoni ta' kapaċita' imma ċertament dan ġara għax l-awareness ta' din il-kultura ta' kwalita' fis-servizz jew prodott sempliċement bdiet dieħla biss f'dawn l-aħħar snin.", "Illum il-mentalita' qed tinbidel u min ikun investitur serju, l-ewwel analisi jew studju li jagħmillek huwa effettivament x'inhi l-kwalita' li jitlob il-konsumatur fil-prodott jew servizz offrut.", "Dawn huma r-realtajiet li qegħdin ngħixu u f'dan il-kwadru nemmen li l-awtorita' ta' l-standards għandha tagħti kontribut kbir.", "Ċertament wieħed irid ikun ukoll saqajh ma' l-art għax l-impenn ta' l- awtorita' huwa impenn vast.", "Għandha funzjonijiet estensivi ħafna li ma jistgħux jintlaħqu fi żmien qasir, fl-ewwel xhur jew fl-ewwel snin tagħha.", "Minħabba l-limitazzjonijiet mhux biss ta' esperjenza, l-awtorita' jrid ikollha learning curve u allura hawnhekk aħna nistgħu nitgħallmu wkoll mill-esperjenzi ta' organiżżazzjonijiet u pajjiżi barranin, kif ukoll mil-limitazzjonijiet tar-riżorsi li pajjiżna fir-realta' jbati minnhom.", "L- awtorita' trid tibda tagħmel il-miri tagħha.", "Iridu jkunu miri realistiċi imma importanti li fi kwalunkwe settur li tipprova tindirizza l-enerġiji tagħha dawk il-miri jintlaħqu.", "Ir-realta' tas-sitwazzjoni li għandna quddiemna hi li l-awtorita' se jkollha tagħmel delega ta' ċerti funzjonijiet ta' l-inqas fil-bidu tas-snin tagħha.", "Dan huwa neċessarju għax ma jkunx għaqli li tibni struttura enormi b'ħafna mingħajr ma tassigura li dik l-istruttura tkun effiċjenti.", "Aħna hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq awtorita' illi trid tassigura l-effiċjenza, il-kwalita' u l-livell.", "Il- mission statement tagħha ċertament irid ikun l-effikaċita' u li l-miri li tagħmel ikunu miri li effettivament jintlaħqu.", "Waħda mir-raġunijiet biex tilħaq dawn l-għanijiet hija li trid tikkonvinċi aktar lil dawk l-individwi li qegħdin hemmhekk biex jaqdu lill-konsumatur li jridu jkunu aware ta' dak illi jkun qed jitlob il-konsumatur.", "Trid tgħallem lil dawn l-individwi - u hawnhekk jidħol anke element ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni - u tgħidilhom:.", "Huwa iktar importanti fis-snin li ġejjin illi tkunu konxji x'qed jitlob il-konsumatur.", "Tridu tkunu iktar konxji li l-livell tal- prodott u tal-kwalita' jrid jintlaħaq mhux billi l-prezz jogħla għax imbagħad jidħol l-element tal-kompetittivita'.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh illi meta aħna nkunu qegħdin nissikkaw - għax l-iskop ta' l-awtorita' huwa li tgħasses biex tkun żgura li l- affarijiet ikunu indirizzati b'mod tajjeb u li l-livelli jintlaħqu - huwa importanti ħafna li l-kompetittivita' fil-prezz tal-prodott u tas-servizz tinżamm.", "Kontinwament irridu nżommu quddiem għajnejna li qegħdin ngħixu f'dinja ta' kompetittivita' kontinwa fi kwalunkwe qasam u fi kwalunkwe settur.", "Iktar ma jgħaddi żmien is-service provider lokali jrid jifhem illi għada iktar mil-lum se tkun iktar faċli għall-operaturi barranin li jibdew joperaw f'Malta.", "Jekk aħna nemmnu fil-proċess ta' liberaliżżazzjoni li jwassal biex ikollok barranin li jistgħu joperaw f'pajjiżna, irridu nkunu konxji li kemm il-kwalita' u kemm il-kompetittivita' iridu jinżammu u jridu jinżammu f'kull żmien.", "Jista' jkollok operaturi effiċjentissmi fis-swieq internazzjonali li jistgħu jibdew joperaw direttament minn hawnhekk.", "Jekk il-kompetittivita' tispiċċa mill-prodott jew servizz dawn jinqatgħu mis- swieq.", "Is-suq lokali nafu li huwa żgħir ħafna, huwa prattikament non- existent.", "Huwa wieħed mid-difetti ta' pajjiżna li biex nattiraw investiment m'għandniex suq lokali.", "Fid-dawl ta' dan kollu ż-żewġ elementi tal-kwalita' u tal-kompetittivita' huma essenzjali għal kulmin jagħti servizz jew kulmin jipproduċi prodott, kemm lokalment kif ukoll għal barra minn Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili nwaqqfek imma jkolli niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR CHARLES MANGION: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla l-Erbgħa 24 ta' Mejju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq li fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nitkellem ftit fuq dak li l-Onor.", "Mifsud Bonnici għoġbu jgħid fl- aġġornament tas-17 ta' Mejju.", "Ma kenitx l-ewwel darba li l-istess Onor. Membru għażel li jitkellem dwar dak li jiġri f'dan il-Parlament.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu hu semma li għandu reputazzjoni li jħobb jaqra.", "Naħseb li din hija verita', pero' nissuġġerilu wkoll li jaqra' ftit dibattiti tal-leġislatura l-oħra, fejn kellek il-Partit Laburista fil-gvern u l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni.", "Nistiednu jara ftit kif kienu jġibu ruħhom sħabu stess li kienu fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Jekk id- diskors li qal fl-aġġornament tas-17 ta' Mejju qalu minħabba, skond hu, l- imġiba ta' din in-naħa tal-Kamra, illum ċertament li l-istess diskors jista' jgħodd għal meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni.", "Jiena għandi lista sħiħa ta' seduti li nkun lest li nissuġġerilu jaqra' lill- Onor. Mifsud Bonnici ħalli jara ftit l-imġiba ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista bejn is-sena 1996 u l-1998.", "Għalhekk bl-istess kliem tiegħu qed jakkuża lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Tajjeb ukoll li nfakkar lil din il-Kamra, kif ukoll lill-poplu in ġenerali, kemm l-oppożizzjoni Nazzjonalista kellha verament l-interess tal- pajjiż l-ewwel u qabel kollox fid-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu f'dan il- parlament.", "Nixtieq infakkar każ wieħed biss, li għalija huwa każ ta mġiba verament irresponsabbli, meta konna qed niddiskutu l-liġi tat-twaqqaf ta' l- awtorita' tat-turiżmu.", "Din il-liġi kienet proposta minn gvern Laburista u sekondata mill-oppożizzjoni Nazzjonalista.", "L-oppożizzjoni kienet tkellmet favur tagħha, iżda meta mbagħad konna ġejna biex nivvutaw fuq dan l-Abbozz ta' liġi li jwaqqaf l-awtorita' tat-turiżmu, għal raġunijiet partiġġjani - u dan qaluh l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista stess - għażlu li jivvutaw kontra.", "Jekk l-Onor.", "Membru fl-aġġornament tas-17 ta' Mejju sejjaħ diversi drabi \"irresponsabbilta\" dak li qed nagħmlu aħna fl-oppożizzjoni, allura kemm hija aktar u aktar irresponsabbilta' li wara li kienet saret id- diskussoni u wara li kien hemm qbil fuq il-liġi kif kienet ippreżentata, għal raġunijiet partiġjani vvotaw kontra mingħajr ma qiesu l-ewwel u qabel kollox l-interess nazzjonali.", "Jidher li l-fatt li l-oppożizzjoni Laburista tagħmel diversi sejħat għal quorum. idejjaq lil dan l-Onor.", "Membru.", "Qabel ma naraw ir-raġuni wara dawn is-sejħat għal quorum, wieħed jifhem x'kien intqal fil-House Business Ċommittee.", "Fil-House Business Committee il-Viċi Prim Ministru kien tana indikazzjoni li l-gvern kellu l-ħsieb li jimxi ma' l-istanding orders f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħin ta' l-40 minuta.", "B'risposta għal dan l- oppożizzjoni kienet qalet: Isma', aħna wkoll se nimxu ma' l-istanding orders, naturalment fejn jidħlu affarijiet li l-oppożizzjoni tista' tagħmel sabiex turi d-diżapprovazzjoni tagħha wkoll.", "Kapitlu X1 ta' l-istanding orders bl-ebda mod ma jirrifletti dak li allega l-Onor.", "Mifsud Bonnici, fejn qal li l-quorum qiegħed hemmhekk sempliċement biex jgħin lis-Sedja tara jekk hemmx xi interess mill-membri ta' din l-assemblea leġislattiva li jaħdmu f'dan il-blokk kbir tal-parlament.", "Fil-fatt l-istanding orders stess jgħidu li jekk f'xi seduta tal-Kamra xi membru li jkun preżenti jiġbed l-attenzjoni tal-persuna li tkun qed tippresjedi s-seduta dwar in-nuqqas ta' quorum, u wara intervall ta' ħames minuti l-persuna li tkun tippresjedi s-seduta tiżgura ruħha li l-quorum tal- Kamra jkun għadu m'huwiex preżenti, il-Kamra għandha tiġi aġġornata bla votazzjoni sal-ġurnata tas-seduta ta' wara.", "Hawn qed nikkwota minn subartiklu (2), proprju minħabba li tikkontradixxi dak li qal l-istess Onor. Membru fl-aġġornament.", "L-ewwelnett il-membri jridu jkunu preżenti f'din il-Kamra.", "It-tieni, mhux vera li qiegħed hemmhekk għas-Sedja.", "Per eżempju, jekk fis-6.30 p.m. ikun hawn in-numru rikjest għal quorum imbagħad dawn jisparixxu u aktar tard xi ħadd jiġbed l-attenzjoni għal nuqqas ta' quorum, is-Sedja trid tara jekk hemmx dak il-quorum li huwa stabilit fl- istanding orders.", "Is-Sedja naturalment trid tistabilixxi dan meta jkun hemm xi sejħa minn xi membru tal-Kamra.", "Fl-aħħar qal ukoll l-Onor.", "Mifsud Bonnici li l-quorum m'huwiex responsabbilta' tal-gvern imma huwa responsabbilta' tal-membri kollha.", "Huwa veru li l-istanding orders ma jagħmlux aċċenn għall-membri tal-gvern pero', huwa vera wkoll, għallinqas fil-maġġoranza tal-każi, li l-gvern jiddetermina x'jidher fuq l-aġenda tal-Kamra u allura l-interess primarju li x-xogħol f'dan il-parlament jimxi huwa tal-gvern tal-ġurnata, hu min hu.", "Huwa fl-interess tal-gvern li jiżgura li l-Kamra tkun tista' timxi skond l- istanding orders u skond ma jitolbu fir-regolamenti tal-Kamra.", "Għalhekk fl- aħħar mill-aħħar li jinżamm il-quorum huwa responsabbilta' tal-gvern.", "Jekk mhux hekk nisfida lill-membri tal-gvern li meta jkun hemm sejħa għal quorum ma jidħlux, imbagħad jiġri kif ġara diversi drabi, li s-Sedja jkollha bilfors timxi ma' l-istanding orders u taġġorna l-Kamra għas-seduta li jmiss.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jispjega dawn l-affarijiet.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru kien ikkwota lill-kittieb Eric Shephard, li f'ħin minnhom semma' l-House of entertainment.", "Xi kultant jiġini dubju jekk hawnhekk huwiex meqjus bħala xi house of horrors ukoll għax ħafna drabi nispiċċaw li l-membri f'din il-Kamra jisparixxu, l-aktar f'xi dibattitu ta' anqas importanza, qiesu l-interess qiegħed fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni biss.", "Naħseb li fl-aħħar mill-aħħar kull dibattitu f'din il-Kamra huwa ta' ċerta importanza, l-aktar meta jkun se jolqot liċ- ċittadini b'mod dirett.", "Ħafna mill-membri tal-gvern m'humiex jieħdu interess li jitkellmu fuq ċerti liġijiet u wieħed għandu jiġbed l- attenzjoni għal dan in-nuqqas.", "Bosta drabi, speċjalment dan l-aħħar, wieħed irid ukoll jiġbed l- attenzjoni għan-nuqqas ta' preżenza mill-istess ministri li jkunu qed jippilotaw il-liġi.", "Din bilfors insejħilha arroganza meta għax in-naħa tagħhom għandha ħames siġġijiet minn fuq, allura tiddettaw u tmexxu u tibqgħu għaddejjin għax fl-aħħar mill-aħħar għandkom maġġoranza assoluta.", "Jiddispjaċini ngħid li xi kultant is-Sedja minnflok ma tiddefendi l- interessi taż-żewġ naħat tal-Kamra, aktar tkun qed tiddefendi l-interess tal-maġġoranza.", "Naħseb li l-minoranza f'dan il-parlament għandha wkoll id- drittijiet tagħha li għandhom jiġu mħarsa mis-Sedja, l-aktar meta jkollok gvern li għax għandu l-maġġoranza jiddetta u jibqa' għaddej bil-mod kif inhu għaddej bħalissa.", "Fl-għaġġla li għandu l-gvern li jeħles il-liġijiet biex jogħġob lil ta' l-Unjoni Ewropea, id-diskussjoni jekk jista' jkun joqtolha minflok iħeġġiġha - naħseb li xi kultant jippreferu li jitkellmu biss il-ministru u x-shadow minister - u l-parlament m'huwiex jingħata l- importanza li jistħoqlu bħala l-ogħla stituzzjoni tal-pajjiż.", "Issemma' wkoll il-fatt li jkun hemm ħafna xogħol fil-kumitati.", "Huwa importanti li l-kumitati tal-Kamra jaħdmu kif suppost.", "Fil-House Business Committee, per eżempju, niftehmu ħaġa u ssir oħra, jew inkella l-kumitat ma jiltaqax u l-maġġoranza tiddetta, kif ġara kemm-il darba.", "Għalhekk naħseb li l-kumitati kollha għandhom jiffunzjonaw bis-serjeta'.", "Niġbed l- attenzjoni għal dak li kien jiġri anke fi żmien gvern Laburista, fejn ma kellniex il-lussu ta' maġġoranza ta' ħamsa imma kellna biss maġġoranza ta' wieħed.", "Anke dak iż-żmien kien hemm ħafna xogħol li kien isir mill-kumitati u l-gvern Laburista kien responsabbli li jżomm il-quorum filwaqt li jibqa' għaddej ix-xogħol l-ieħor kollu.", "Qatt ma qgħadna nibku, ngħajtu u nħabbtu fuq sidirna imma rajna x'nagħmlu biex niżguraw li x-xogħol fil-parlament jimxi b'mod tajjeb għal kulħadd.", "Qatt ma ppruvajna nirrestrinġu lill- oppożizzjoni milli ssemma' leħinha, kif fil-fatt illum qed isir billi ma jingħatax extension għal min ikollu bżonnha.", "Huwa importanti wkoll li nsemmi punt ieħor li ġara dan l-aħħar, fejn l- oppożizzjoni Laburista kienet ipproponiet li ssir diskussjoni dwar l- għeluq ta' l-iskejjel tas-snajja' f'pajjiżna fil-kumitat ta' l-affarijiet soċjali.", "Iżda ċ-chairperson ta' dak il-kumitat għażlet li aktar tagħti kas stqarrija għall-istampa li ħareġ il-ministru ta' l-edukazzjoni milli dak li kien intqal mill-kelliem ewlieni Laburista għall-edukazzjoni, l-Onor.", "Evarist Bartolo, sabiex dan is-suġġett jiġi diskuss fil-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali kemm jista' jkun malajr.", "Din l-urġenza ma dehrietx hawnhekk.", "Dawn l-affarijiet qed ngħidhom biex nuri kemm aħna, bħala oppożizzjoni, għandna interess ġenwin mhux biss f'dak li jiġri f'din il-Kamra iżda wkoll li nitkellmu kemm ikun hemm bżonn biex inwasslu l- ħsibijiet tagħna u dawk taċ-ċittadini anke fil- kumitati.", "Jien naħseb li meta jkun hemm suġġerimenti mill-oppożizzjoni li ma jiġux milqugħa, dan ifisser li hemm ċerta arroganza tirrenja f'dawn il-kumitati.", "Dan in-nuqqas ta' interess min-naħa tal-membri tal-gvern, b'mod partikolari l-back-benchers, l-aktar ġej minħabba ċertu dwejjaq u skuntentizza fost dawn id-deputati.", "Naturalment dawn kollha għandhom ix- xogħol u l-professjoni tagħhom, bħalma għandna aħna ta' din in-naħa tal- Kamra, fejn il-parlament huwa meqjus bħala xogħol part-time.", "Aħna niddedikaw ħafna ħin biex nippreparaw mhux biss meta niġu nitkellmu imma anke għal diskorsi oħrajn li jsiru f'dan il-parlament.", "Kull membru jaf kemm ikun irid jagħmel riċerka u jistħarreġ qabel ma jiġi jitkellem f'dan il-parlament.", "Għalhekk naħseb li n-nuqqas ta' interess min-naħa ta' dawn id-deputati Nazzjonalisti ġej bejn minħabba mpenji tax-xogħol jew professjoni tagħhom u bejn għax huma imdejqin bil-mod kif il-gvern Nazzjonalista qed jimxi jew mexa' magħhom anke personali.", "L-istess Onor. Membru li tkellem fl-aġġornament tas-17 ta' Mejju bosta drabi jkun assenti minħabba li jkollu xogħol professjonali ieħor li jrid isir.", "Hu stess qed jissuġġerixxi li s-seduti ta' filgħodu ma jkomplux isiru, għallinqas dak li stajt nifhem between the lines minn dak li qal.", "Bħala konklużjoni nixtieq nassigura lill-Onor.", "Mifsud Bonnici, iżda l- aktar liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, li minkejja kollox aħna bħala oppożizzjoni determinati li nibqgħu nsemmgħu leħinna fil-parlament.", "Se nibqgħu nuru dan l-interess f'dak kollu li qed jiġi diskuss hawn ġew u f'dak kollu li jkun qed jiġi propost mill-gvern, proprju fl-interess tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Jekk min-naħa tal-gvern u d-deputati tiegħu m'hemmx dak l-interess affari tagħhom, iżda fl-aħħar mill-aħħar jiena ċert li l- poplu jiġġudika l-aġir ta' kull wieħed minna hawn ġew.", "Nixtieq nagħmel aċċenn żgħir għar-riferenzi li jidhru fil-ġurnali sabiex jgħattu x-xtur u n- nuqqasijiet tal-gvern.", "Ta' min wieħed jiġbed l-attenzjoni għal dak li jkun qed jidher fl-istess ġurnal, u l-mod kif ipinġu dak li l-oppożizzjoni Laburista tagħmel b'mod demokratiku, b'mod li jippermettu l-istanding orders.", "Minkejja li dawn il-ġurnali jippruvaw jagħtu palata lill-gvern Nazzjonalista, l-oppożizzjoni hija intenzjonata li fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxin kollu, tkompli tagħti l-kontribut tagħha sabiex dan il- parlament verament jimxi b'mod demokratiku.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius..", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Daqs 20 xahar ilu dan il-pajjiż kellu jgħaddi minn elezzjoni ġenerali qabel iż-żmien.", "Wara biss 22 xahar il-gvern Laburista ta' Dr Sant kellu jsejjaħ elezzjoni u allura l-Partit Nazzjonalista reġgħet ġietu l-opportunita' li jaħdem sabiex jerġa' jieħu f'idejh il-gvern wara assenza qasira.", "Dakinhar saret kampanja sħiħa ta' 230 wegħda li permezz tagħha irnexxielhom jiritornaw fil-gvern.", "Illum, wara biss 20 xahar, qed naraw li ħafna minn dawn il-wegħdi taru mar-riħ.", "Bnew il-kampanja tagħhom fuq id-difiża tal-kuxjenza soċjali u ppreżentaw ruħhom bħala t-tarka taż- żgħir, ta' min jiflaħ lanqas, ta' min hu minn taħt u għandu bżonn is- support.", "Iżda anke hawn qed naraw li din l-għajta ġiet użata għall- iskopijiet tagħhom.", "Minbarra dik il-lista ta' wegħdi li hemm fuq il-programm tagħhom, li kellhom iġibu ġid, fiduċja u direzzjoni, kellna wkoll ħafna wegħdiet indirizzati lejn individwi u lejn lokalitajiet partikolari.", "Organizzaw ħidma fejn identifikaw dawk il-persuni li tul it-tmexxija Laburista ħassew li setgħu ġew imweġġa' u mbagħad esponenti tal-Partit Nazzjonalista bdew iżuru lil dawn in-nies, anke fis-satra tal-lejl.", "Hawn bdiet sensiela ta' wegħdi għax-xewqat u t-talbiet ta' dawn l-individwi.", "Din il-ħidma saret żgur f'numru kbir ta' lokalitajiet, b'mod partikolari fid-distrett tiegħi, it-tieni distrett.", "F'dan id-distrett, għall-ewwel darba fl-istorja, il- Partit Nazzjonalista rnexxielu jtella' żewġ deputati minn total ta' ħamsa.", "Hawnhekk inkissret id-drawwa ta' erba' deputati Laburisti kontra wieħed tal- Partit Nazzjonalista. għax kien hemm numru ta' persuni li emmnu l-wegħdi li sarulhom.", "Lil min kien bla xogħol wiegħduh xogħol mal-gvern jew ma' xi korporazzjoni, lil min kellu problema ta' housing wiegħduh li malli jkunu fil-gvern kellhom jaqduh u ħafna aktar wegħdiet simili.", "Niftakar li ftit ġranet qabel l-elezzjoni kien sabni wieħed mid-distrett u staqsieni jekk kontx lest li nwiegħdu dak li kien wiegħdu kandidat Nazzjonalista, post mal-gvern.", "Jiena għedtlu: Jiddispjaċini iżda ma nistax inwiegħdek affarijiet li m'humiex f'idejja.", "Dan irrispondieni li anke hu jiddispjaċih għax se jivvota għall-Partit Nazzjonalista.", "Naħseb li dan kien wieħed minn numru ta' persuni li belgħu l-lixka tal-Partit Nazzjonalista.", "Ftit tal-ġimgħat ilu erġajt iltqajt ma' din l-istess persuna.", "Dan donnu beda jipprova jiskartani iżda meta tkellimna staqsejtu x'kien qed jagħmel.", "Hu qalli li daħqu bih u li lanqas biss xogħol f'fabbrika ma rnexxielhom isibulu.", "Jiena niltaqa' ma' każi bħal dawn il-ħin kollu fid-distrett u b'hekk nemmen li l-Partit Nazzjonalista kien qarraq b'numru ta' nies sabiex ħa l-vot tagħhom.", "Ix-xogħol, anzi t-talba għal għajnuna għax-xogħol, hija waħda mill-akbar problemi li aħna bħala deputati nħabbtu wiċċna magħha iżda din ma nsolvuhiex b'wegħdiet fiergħa.", "Fid-distrett tiegħi, fil-Kottonera, ir-rata tal-qgħad kompliet tiela' u dan minkejja l-wegħdi, kif għedt, u minkejja l-ftugħ ta' uffiċċju ta' l- ETC.", "Għandna fost l-ogħla ċifri f'Malta - f'Bormla 280 ruħ 229 fil-Fgura, 92 fil-Kalkara, 144 fl-Isla, 31 fix-Xgħajra u 95 fil-Birgu - b'kollox 870 persuna jirreġistraw għax-xogħol fit-tieni distrett biss.", "X'qed isir sabiex lin-nies ta' dawn in-naħat nittrattawhom bħal ħaddieħor?", "Meta konna għadna fil-gvern u kien wasal biex jitlaq il-proġett tal-marina, konna wegħidna preferenza lin-nies ta' dawn in-naħat kull meta kellu jinħoloq xogħol f'dan il-proġett.", "It-tama tiegħi hija li meta jibdew ix-xogħlijiet in-nies bla xogħol fil-Kottonera jingħataw iċ-ċans daqs ħaddieħor.", "M'aħniex nippretendu aktar minn ħaddieħor iżda ċans daqs ħaddieħor.", "Qed ngħid dan għax xbajt niltaqa' ma' żgħażagħ li meta jmorru għal xi interview u l-employer jistaqsihom minn fejn huma u jgħidulu li mill-Kottonera, dan mill-ewwel iqarras wiċċu.", "Allura tista' taħseb u tara kemm dan se jasal biex iħaddimhom miegħu!", "La qed nitkellem dwar stigma li għandhom dawn in-naħat tal-Kottonera, nixtieq li nerġa' nwassal il-messaġġ lill-media, li twassal ukoll ftit tal- ġranet ilu mis-sindku ta' Bormla.", "Billi fil-Kottonera għad hemm ħafna postijiet b'kera baxxa, f'ċerti każi anke persuni bi problemi mal-ġustizzja joqogħdu hemm - u għalkemm dawn forsi qatt ma jkunu resqu lejn il- Kottonera, ikollom l-ID card biss fuq il-post sabiex jieħdu r-relief - allura kull meta xi ħadd minn dawn jitressaq il-qorti, il-media investigattiva tagħna malajr tgħid li l-persuna hija mill-Kottonera.", "Dan qed iweġġa' bi sħiħ lin-nies tal-Kottonera u nappella lill-media sabiex ikunu aktar preċiżi u fidili fir-rapporti tagħhom u ma jkomplux jagħmlu dawn l-inġustizzji man-nies ta' dawk in-naħat.", "Iżda ħalli nkompli ftit ieħor fuq dawk il-ħafna wegħdiet relatati mal-Kottonera li saru qabel l- elezzjoni u li skond jiena - u naħseb skond il-maġġoranza tan-nies tal- Kottonera - diġa' taru mar-riħ.", "Kulħadd jiftakar dak li nqala' meta aħna konna qed naħdmu fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Kien hemm kollox lest sabiex il-proġett jitlaq iżda kif kulħadd jaf l-elezzjoni waqqfet kollox.", "Malli għaddiet l-elezzjoni l-gvern Nazzjonalista ressaq proġett għall-Kottonera li kien għal kollox differenti minn tagħna.", "Mhux hekk biss iżda wiegħdu proċess serju u miftuħ ta' konsultazzjoni man-nies tal-post.", "F'isem in-nies tal-Kottonera nistaqsi fejn saret il-konsultazzjoni ma' dawn in-nies.", "Żgur li n-nies tal-Kalkara ma kenux jaqblu li fil-proġett tiġi nkluża l-bajja sabiħa tar-Rinella.", "Żgur li n-nies tal-Birgu ma kenux jaqblu li jitilfu dik il-bajja żgħira fit- toqba tal-Birgu, żgur li n-nies ta' l-Isla ma kenux se jaqblu li fil-ponta ta' l-Isla jkun hemm fuel station u żgur li n-nies ta' Bormla ma ppretendewx li jaqa' ħajt tat-tarzna sabiex jitla' ieħor warajh.", "Tista' tibqa' sejjer issemmi każi bħal dawn fejn il-maġġoranza tan-nies tal- Kottonera ma jaqblux ma' dak li se jsir f'dan il-proġett, għalkemm esponenti tal-gvern qegħdin jiftaħru li hemm consensus ġenerali dwar dak li qiegħed isir.", "L-istess jista' jingħad għall-poliklinika li nfetħet ftit tax-xhur ilu f'Bormla.", "Sar ħafna xogħol fi żmienna u tkompla minn dan il-gvern.", "Meta tlestiet stajna niftaħru li n-nies tal-Kottonera u ta' madwar kellhom poliklinika ta' l-aqwa livell, iżda llum kulħadd jaf x'ġara.", "Minkejja l- ġmiel u l-lussu m'hemmx is-servizzi tant mixtieqa mill-poplu.", "Ftit tal- ġranet ilu ġiet anzjana tibki għandi għax meta marret biex tara tabib fil- 4.45 p.m. u kien hemm tnejn qabilha, qalulha li t-tabib ma setax jaraha għax żgur kienu se jaqbżu l-5.00 p.m. u t-tabib ma kienx se jaħdem wara l- 5.00 p.m. Allura x'jiswa li jkollok dak il-lussu kollu u mbagħad in-nies m'humiex moqdija fil-bżonnijiet tagħhom?", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar id-dar li nfetħet f'Bormla għall- bżonnijiet ta' l-anzjani tal-Kottonera.", "Bħall-poliklinika din nbdiet taħt gvern Nazzjonalista, tkompliet taħt gvern Laburista u issa tlestiet taħt gvern Nazzjonalista.", "Għandna dar lussuża bl-aktar kumditajiet u kollox modern u xieraq li l-anzjani jgawdu l-aħħar snin ta' ħajjithom.", "Issa din id- dar hija mibnija f'reġjun fejn hemm l-akbar ammont ta' anzjani.", "Persentaġġ għoli tan-nies tal-Kottonera huma anzjani.", "Allura għaliex f'din id-dar hemm ħafna anzjani mil-lokalitajiet il-barra mill-Kottonera?", "Ma nixtieqx niftiehem ħażin għax kulħadd għandu dritt li jidħol f'din id-dar iżda nemmen li jekk il-bżonnijiet ta' l-anzjani jkunu l-istess u ndaqs, anzjani mill-Kottonera għandhom jingħataw prijorita' fuq oħrajn li huma 'l barra mill-Kottonera.", "Ta' spiss iċempluli anzjani li jgħixu weħidhom, ta' eta' kbira ħafna, jibku u jistaqsuni kif ma bagħtux għalihom sabiex jidħlu f'din id-dar.", "Innoċentement jistaqsuk kif hemm nies min-naħa l-oħra ta' Malta f'din id-dar waqt li huma, mill-Kottonera stess, ma rnexxilhomx jidħlu.", "Ħafna drabi jien ma nagħtihomx risposta għax ma jkollix, iżda ċert li hemm min jaf jagħtihom risposta u li hemm xi ħaġa warajha wkoll din ir- risposta.", "Proġett ieħor li wiegħdu iżda li tpoġġa wkoll fil-friża huwa dak ta' Pjazza Santa Margerita, fil-qalba tal-Kottonera.", "Skond risposta parlamentari li ngħatat lili ftit tal-ġimgħat ilu ntqal li l-proġett kellu jitlesta kollu lejn l-aħħar tas-sena 2000.", "Jekk tkun minn hemm tinduna li m'hu jsir xejn, fis-sens li tlestiet id-dar ta' l-anzjani u d-dawra tagħha u waqafna hemm.", "Kemm Pjazza Margerita kif ukoll il-ground u d-dawra tal- ground għadhom kif kienu.", "Il-parti tal-ground ta' l-iskola li nqalat aktar minn sena ilu għada kif kienet.", "Il-post sar miżbla żgħira, b'periklu kbir għat-tfal ta' l-iskola li jridu jgħaddu minn hemm.", "Anke hawn jidher li dan il-gvern ma jittrattax lin-nies ta' dawn in-naħat bħal nies ta' lokalitajiet oħra.", "Nittama li l-gvern iwettaq dawk il-wegħdi li għallinqas għadhom ma tkissrux u nittama wkoll li proġetti mwegħda għall-Kottonera jkunu jistgħu jinbdew u jitlestew u dan b'turija li l-gvern Nazzjonalista jirrispetta lin- nies tal-Kottonera daqs dawk ta' lokalitajiet oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 24 ta' Mejju, 2000 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AFM", "16178.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid, ġaladarba l-gvern huwa determinat li nissieħbu fil- grupp Ewropej, hux ser iġib l-Armata in line ma' dik fuq il-kontinent u cioe' jibdew jaħdmu nofs ta' nhar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-membri tal-Forzi Armati fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea ma jaħdmux fuq sistema ta' nofs ta' nhari biss.", "Anzi fil-każ ta' ħafna minnhom, il-membri tagħhom iqattgħu ġranet jew ġimgħat sħaħ 'il bogħod mill-familja mhux biss minħabba esiġenzi tas- servizz iżda wkoll minħabba d-distanzi twal involuti partikolarment f'pajjiżi kbar.", "Hemm xi pajjiżi li l-Forzi Armati tagħhom jaħdmu sas-sagħtejn ta' wara nofs inhar fl-eqqel xhur tas-sajf.", "Membri tal-Forzi Armati ta' Malta jaħdmu sas-siegħa u nofs ta' wara nofs in-nhar fix-xhur tas-sajf minbarra dawk li jaħdmu fuq sistema ta' shift.", "ARMATA - RIFORMI", "16179.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għalfejn ir-riformi fl-Armata għadhom ma sarux bħalma ġara fil-każ tal-Pulizija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li f'dawn l-aħħar snin twettqu diversi riformi fil-Forzi Armati.", "Fost dawn ta min isemmi: Il-formazzjoni tal-AFM Staff Association Il-formazzjoni tal-Forzi tar-Riserva u tal-Voluntieri", "L-introduzzjoni tal-Promotion Examinations għall-Fizzjali", "Ir-ri-introduzzjoni ta' l-eżami bil-miktub fir-reklutaġġ ta' gunners."]} {"filename": "20010131_482d_par.doc", "date": "2001-01-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 482 L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 482", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "482", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 37", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 37", "TQEGĦID TA' KARTI 42", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTIĊIDI (IT-TIENI QARI)", "PESTICIDES CONTROL BILL (SECOND READING) 42", "AĠĠORNAMENT 60", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 64", "MINUTI", "ll-Minuti tas-Seduta Nru. 481 li saret fil-31ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SLIEMA - BERĠA", "22988.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is- servizz fil-berġa tas-saħħa tal-gvern f'Tas-Sliema jitjieb peress li qed jasluli ħafna lmenti mir-residenti, speċjalment fejn jirrigwarda t-tqassim tal-pilloli u l-viżti dwar il-pressjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Id-dipartiment tal-kura primarja dejjem jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex is-servizz fil-bereġ tas-saħħa tal-gvern jkun l-aħjar li jista' jingħata bil-mezzi għad- dispożizzjoni tiegħu.", "Dan jinkludi wkoll il-Berġa ta' Tas-Sliema.", "Il-pilloli li jiġu mal-postal medicine section dejjem waslu fil-ħin u dejjem tqassmu kollha lil dawk li attendew għall-mediċini.", "Xi kultant ikun hemm mediċini out of stock u għalhekk jista' jagħti l-każ li items bħal dawn ikunu nieqsa, iżda din hi l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.", "Rigward il-viżti tal-pressjoni, hija fid-diskrezzjoni tat-tabib kemm spiss il-pressjoni għandha tiġi ċċekkjata.", "Il-pazjenti jingħataw card li fuqha jkun hemm record tal-viżti.", "Sfortunatament ċerti nies jidhrilhom li għandhom jippruvaw il-pressjoni kull ġimgħa jew kull meta jfettlilhom.", "Dan m'huwiex aktar aċċettabbli jekk ma jkunx hemm raġuni valida sanzjonata mit- tabib.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, mhux pjaċir tiegħi nqum hawnhekk u nikkritika s-servizz tas-saħħa, imma kultant ma tistax ma tilmentax għal dak li jiġri madwarek.", "Ladarba l-Ministru qed jitkellem fuq ix-xogħol li jsir fil-bereġ, ngħidlu li jaqbillu jdur dawra sew u jara x'inhu għaddej.", "Jekk tabib iħoss li pazjent m'għandux għalfejn jiċċekkja l-pressjoni daqshekk spiss għandu jispjegalu u mhux jgħidlu li l-istrument li bih jiċċekkja għandu l-ħsara jew jivvinta xi skuża oħra.", "Jien nemmen li għandna nġeddu l-fiduċja tal-poplu fil-kwalita' tas-servizz li noffru.", "Allura d- domanda tiegħi hi din: Jeżistu xi guidelines dwar kif tabib f'berġa għandu jġib ruħu ma' pazjent?", "Sur President, aħna nafu li meta pazjent imur għall-pilloli daqqa jitolbuh il-card, daqqa jitolbuh iċ-ċertifikat - ħalli jkunu jafu x'pilloli għandu bżonn, avolja kultant ikollhom il-card quddiemhom - u affarijiet bħal dawn.", "Il-Ministru jaf għalxiex qed nirriferi.", "Xbajna naraw anzjani ġejjin u sejrin qishom ballun tal-ping-pong minn berġa għal għand tabib privat!", "Issa dawn naturalment ikunu marru fil-berġa biex jiffrankaw il-flus tal-viżta – għandhom kull dritt jagħmlu hekk – u m'huwiex sew li jkollhom imorru għand tabib privat għal kull ħaġa ta' xejn.", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex it-tobba li jattendu fil-polikliniċi jdaħħlu f'rashom li qabel xejn qegħdin hemm biex jagħtu servizz u jkunu jafu x'għandhom jagħmlu?", "Għax dawn jagħtu l-impressjoni li donnhom qed jagħmlu xi pjaċir lill-pazjent.", "Jien mhux se nidħol fil-mertu jekk għandhomx jiċċekkjaw il-pressjoni jew le, imma li joqogħdu jibagħtu lill- pazjent minn post għal ieħor m'huwiex sew.", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm m'hemmx guidelines speċifiċi, nemmen li tibqa' r-responsabbilta' u l-etika tal-professjoni li trid tidderieġi lit- tobba.", "Fil-każ taċ-ċertifikati jeżistu guidelines.", "L-ewwelnett jintalab ċertifikat minn tabib privat meta jkunu qed jiġu preskritti pilloli psikotropiċi.", "Ħafna drabi t-tabib jintalab li jimla' riċetta u peress li dan ma jkunx jaf lill-pazjent, jista' jkun li iħossu ġustifikat li jitlob lit-tabib tal-familja jew lit-tabib li jkun qed jikkurah biex jiċċertifika li dak il-pazjent għandu bżonn verament dik il-kura.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella jaf daqsi - jekk mhux aktar minni għax ilu f'din il-professjoni - li ħafna nies imorru għand it-tabib tagħhom u mbagħad biex jimlielhom ir- riċetti jirrikorru għand it-tabib tal-health centre.", "M'għandi xejn kontra din il-proċedura, pero' wieħed irid jifhem li jkun hemm każi fejn it-tabib jistaqsi għala dak il-pazjent qed jingħata dik il-kura.", "Nagħmlu mod ikollok pazjent li kull darba jmur bil-kartuna r-roża fil- berġa biex jingħata ċerti antibiotics.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma jagħtihomlux!", "Jekk il-pazjent jgħid li dawk ġew ordnati lilu mit-tabib tiegħu, l-ispiżjar għandu kull dritt jew ma jagħtihomlux jew jitlob ċertifikat mingħand tabib l-ieħor.", "L-unika guideline li għandna hi li b'mediċini psikotropiċi jintalab ċertifikat tat-tabib tal-familja.", "Jiena naħseb li s-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant, li jkun hemm ċerti guidelines dwar riċetti, huwa wieħed pożittiv, persważ li qed jagħmlu bonafide u naċċertah li se nsegwih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, il-Ministru stess awtomatikament beda joħroġ b'ċerti guidelines.", "Jekk tabib jara li l-pazjent qed jiġi preskritt antibiotics regolarment għal xejn nifhimha li jgħidlu biex iġib ċertifikat mingħand it-tabib tiegħu, imma jekk hemm xi ħadd fuq pilloli tal-pressjoni - li bħalma jaf kulħadd dawn trid tibqa' teħodhom għal żmien twil - ma jistax kull ftit żmien jibagħtu lura għand it-tabib tiegħu biex jagħmillu ċertifikat.", "Hemm ħafna affarijiet li wieħed jista' iqishom bħala general guidelines imma mbagħad hemm l-etika – kif qal il-Ministru stess – u r- rispett lejn il-pazjent.", "Jien nieħu gost nisma' lill-Ministru jgħid li se joħroġ xi guidelines għax, kif semmejt aktar kmieni, m'huwiex sew per eżempju li pazjent imur biex jipprova l-pressjoni u t-tabib joqgħod jigdiblu għax ma jkunx irid jippruvahielu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'hemm l-ebda skuża li għax tabib imur jaħdem ġewwa berġa jiġi jgħidlek li l-apparat li għandu ma jaħdimx.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku u jagħti indikazzjoni liema huma l-bereġ jew it-tobba partikolari, ikun qed jgħini lili biex nieħu l-passi li hemm bżonn jittieħdu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru jaf daqsi li jiena assolutament m'iniex qiegħed hawn biex nirrapporta lin-nies.", "Jien qed nuża din il-pjattaforma biex għallinqas dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Insegwi dan li qed tgħid, Onor. Vella.", "PA - VERDALA HOTEL", "22933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li r-residenti qrib l-appartamenti li qed jinbnew minn ħaddiema barranin fil- Lukanda Verdala, fir-Rabat, qatt ma raw il-permess tal-planning authority imdendel mal-ħajt, la qabel ma saret it-talba mis-sidien u lanqas issa li nħareġ il-permess, dejjem fir-rigward tal-block tal-flats, jista' l- Ministru jinformani bid-dettalji tal-permess kif maħruġ mill-planning authority, u cioe' kemm sulari huma permessi fuq il-livelli tat-triq jekk il-bini li ser jsir hemm, fit-tul 'il ġewwa, kif wkoll mat-triq, hux se jkun iżjed mill-flats li kien hemm?", "Jekk fl-affermattiv, kemm iżjed?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari)(f'isem il-Ministru ta' l- Intern): Ninsab informat illi l-permess qiegħed imwaħħal mal-lukanda u l- perit tal-proġett ingħata struzzjonijiet biex jitwaħħal ieħor mal-gate.", "Ninsab informat ukoll illi l-bini ser ikun semi-basement, erba` sulari u livell ta`penthouse ogħla mil-livell tat-triq - qabel kien hemm erba` sulari u livell ta` washroom – u l-bini se jitla` fuq il-linja tat-triq eżistenti u huwa 58 metru fond fuq in-naħa tal-bini eżistenti u 60 metru fond minn naħa l-oħra.", "B`kollox ser ikun hemm 32 appartament u erba' penthouses.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jara li jingħataw l-istess struzzjonijiet biex jitwaħħal avviż ieħor mal-gate?", "Residenti li jafu li ħareġ il-permess nru.", "8125/94 fi Triq ir-Rgħajja qed jilmentaw li minkejja li ħareġ permess f'area li hija kompletament barra miz-zona ta' l- iżvilupp u qiegħda wkoll f'xifer ta' wied, m'għandhomx iċ-ċans li jaraw din in-notice biex naturalment ikunu jistgħu joġġezzjonaw?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Safejn jien informat l-area li qed isemmi l- Onor. Farrugia tifforma parti mill-istess applikazzjoni.", "Li naf hu li kien hemm applikazzjoni waħda li tinkorpora żewġ areas, dik li tissejjaħ Verdala apartments u l-parti l-oħra tal-lukanda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lill-Ministru jirriżultalu li kien hemm xi enforcement minħabba li kienu saru xi xogħlijiet illegali?", "Peress li meta jkun hemm enforcement notice u mbagħad joħroġ il-permess l-individwu jeħel multa, jista' jispjegali għaliex f'dan il-każ ma ġarax hekk?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, m'iniex informat b'dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub biex inkun nista' ninvestiga dan li qed jgħid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li s-Segretarju Parlamentari seta' investiga qabel kieku ried!", "Għax irrid infakkru li meta hu jirċievi l-minuti u r- rapport tal-każ li jkun se jersaq quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar għall- approvazzjoni jkun hemm l-istorja kollha, sew jekk ikun sar enforcement kif ukoll jekk ikun hemm rakkmandazzjoni jekk il-permess għandux jiġi approvat jew le.", "Lis-Segretarju Parlamentari naċċertah – jekk jagħmel sforz forsi jiftakar! - li kien hemm l-informazzjoni kollha, anke li sar enforcement, imma mkien ma ssemma' li dan l-individwu suppost kellu jeħel multa u ma weħilhiex.", "Jista' jispjegali wkoll għaliex l-uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar kienu għamluha ċara li ma jaqblux li jkun hemm dan l-iżvilupp, u din inqalbet mill-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex tiġi rrakkomandata u fil-fatt dan il-permess ħareġ?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Veru li jien nirċievi l-minuti tal-bord ta' l- awtorita', pero' dan ma jfissirx li jiena xi enċiklopedija mobbli u nkun naf dak kollu li jkun ġie deċiż!", "Jekk l-Onor.", "Mizzi bħala membru tal-bord kien preżenti u jaf dwar dan il-każ, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni bil- miktub biex ninvestiga u nagħtih risposta adegwata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Is-Segretarju Parlamentari kien qal li hu jara l-minuti u jifli kollox, u fil-fatt meta kont ġbidtlu l-attenzjoni dwar xi affarijiet kien qalli li ma kellix għalfejn infakkru.", "Allura kif qed jgħid bil-kontra issa?", "Possibbli każ bħal dan ma jindunax bih is-Segretarju Parlamentari?", "Issa m'għandix għalfejn niġbidlu l-attenzjoni aktar.", "Ma nafx hux se jagħmel bħal fil-każ meta kien hemm xi ħadd li kien bagħatlu tape u mar talabhom biex jinvestigaw.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'għandi l-ebda diffikulta' li nistaqsi x'inhuma l-fatti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk ir-residenti li forsi ma laħqux għamlu l-oġġezzjoni tagħhom peress li ma kienx hemm il- permess imwaħħal mas- site?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nerġa' ngħidlek li avviż kien hemm.", "Kien hemm avviż mal-faċċata tal-lukanda, għax kif jaf l-Onor.", "Interpellant l-avviż jitwaħħal f'post wieħed, għalkemm dan l-aħħar ingħataw struzzjonijiet sabiex ikun hemm avviż ieħor mal-gate.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien għamilt l-interpellanza oriġinali tiegħi għar- raġuni li min wassalli l-ilment ma kienx qed jara dan il-permess imwaħħal mas-site, apparti li dan l-istess individwu ma ngħatax permess jagħmel żvilupp fl-istess inħawi.", "Fil-fatt hemm diversi persuni oħrajn li joqogħdu fil-viċinanzi li wassluli wkoll dan l-ilment, u allura ma nistax nifhem kif is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-permess kien imwaħħal mas-site.", "Allura x'se tkun issa l-pożizzjoni?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Is-soluzzjoni hija ċara.", "Ġaladarba r-residenti m'għamlux l-oġġezzjoni tagħhom fiż-żmien stipulat mil-liġi u l- applikazzjoni ġiet ipproċessata u ħareġ il-permess - ma naħsibx li ġiet ipproċessata fi żmien qasir - l-awtorita' mhijiex f'pożizzjoni li tieħu konjizzjoni ta' oġġezzjoni li ma saritx fi żmien stipulat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura x'inhi r-raġuni li ngħataw struzzjonijiet biex jitwaħħal permess ieħor mal-gate meta r-residenti m'għandhom l-ebda ċans – għax kif qal hu skada ż-żmien – li joġġezzjonaw?", "Jista' jkun li ġara hekk għax il-permess jew l-avviż ma twaħħalx f'post prominenti?", "MR SPEAKER Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: L-ewwelnett hemm żewġ avviżi, l-avviż ta' l- applikazzjoni u l-avviż tal-permess.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-avviż tal-permess.", "Jiena ġejt informat li l-avviż tal-permess qiegħed imwaħħal mal-lukanda u l-perit tal-proġett ingħata struzzjonijiet biex jitwaħħal ieħor mal-gate.", "Minħabba li s-sit huwa kbir - kif diġa' għedt - ingħataw struzzjonijiet biex ikun hemm avviż tal-permess man-naħa l-oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li s-Segretarju Parlamentari jinsab preokkupat daqskemm ninsab preokkupat jien li f'ħafna każi meta ssir applikazzjoni - u naturalment ikun hemm avviż li jeħel mas-site li jindika li hemmhekk ikun se jsir żvilupp u anke t-tip ta' żvilupp - ikun hemm nies li jkunu interessati li jagħmlu l-oġġezzjoni tagħhom dwar dak l-iżvilupp u ħafna drabi jiġi rrapportat li għal xi raġuni jew oħra jew l-avviż ma jitwaħħalx, jew jitwaħħal f'area oħra jew jitwaħħal f'area fejn se jsir l-iżvilupp imma tant tkun kbira dik l-area li jkun hemm il-possibbilta' li n-nies ma jkunux rawh u allura ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu l-oġġezzjoni tagħhom.", "Ma jidhirlux allura s-Segretarju Parlamentari li għandha ssir xi ħaġa biex jiġi assigurat li jitwaħħal avviż u li n-nies konċernati jkunu jafu bih ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-ilmenti tagħhom?", "Huwa importanti li dawn il-problemi jinqatgħu darba għal dejjem għax is-Segretarju Parlamentari daqsi jaf li jkun hemm każi fejn dawn l-avviżi veru ma jitwaħħlux u jkun hemm każi oħrajn fejn dawn ikunu twaħħlu imma jkun hemm min iġib skuża u jgħid li ma twaħħlux.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Mizzi li qajjem dan il- punt għax fil-fatt jekk wieħed jara l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp – dan dalwaqt se jitla' għad-diskussjoni - isib li hemm mill-inqas tliet emendi li jirringwardaw dan li qegħdin ngħidu.", "L-ewwelnett se jkun hemm il-fakulta' li f'każi fejn jidhrilha l- awtorita', meta jkun hemm applikazzjoni biex isir xi żvilupp, ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi jiġu informati permezz ta' ittra dwar dak l-iżvilupp.", "It-tieni, f'każi ukoll fejn jidhrilha l-awtorita', din tista' tordna li jkun hemm aktar informazzjoni li tintbagħat lir-residenti.", "It-tielet, se jkun hemm aktar informazzjoni li tintbagħat lir-residenti.", "Huwa importanti ngħid ukoll li issa l-avviż se jibda jitwaħħal mill- kuntrattur.", "Nafu b'każi fejn in-nies jgħidu li dak l-avviż twaħħal imma mbagħad iġibu skuża li jkun tar bir-riħ, jew li xi ħadd qalgħu jew xi skuża oħra u għalhekk fil-liġi se ssir emenda oħra f'dan ir-rigward.", "Issa l-onus ta' l-avviż se jkun fuq min ikun għamel l-applikazzjoni.", "Dan se jkun marbut ukoll mal-fatt li l-wardens – permezz ta' emenda oħra fl-abbozz - se jkollhom id-dritt jaraw u jwaħħlu multi meta l-avviż ma jibqax jidher fil- post fejn ikun twaħħal.", "Jiġifieri fl-abbozz ta' liġi se nagħmlu erba' emendi li jindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li s-Segretarju Parlamentari qed jgħid li se jsiru l-emendi fil-liġi, pero' jrid jara kemm fir-realta' se jkunu effettivi dawn l-emendi.", "Per eżempju, jiena ma narahiex treġi l-parti li għadu kemm semma s-Segretarju Parlamentari, li l-warden iwaħħal multa għax ma jkunx hemm avviż.", "Għalfejn se noqogħdu nwaħħlu l-multi!", "Naħseb aħjar jesiġi li jerġa' jitwaħħal l-avviż inkella l-permess ma joħroġlux, milli nwaħħlu l- multi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li l-abbozz għad irid jiġi diskuss f'din il-Kamra, jien kont qed nirriferi biss għall-emendi kif dehru fl-abbozz.", "Issa meta nkunu qegħdin niddiskutuh, kull membru se jkollu ċ-ċans jagħti l- ideat tiegħu biex naraw kif jista' jsir aktar effettiv.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u Malta dwar il- parteċipazzjoni ta' Malta fil-European environment agency u l-European information and observation network.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-iskolasport bejn l-1988 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23172.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif adddizzjonali għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23008 dwar spejjeż konnessi ma' avviżi u materjal promozzjonali mill- Malta-EU information centre.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTIĊIDI", "PESTICIDES CONTROL BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hemm rimarki?", "Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qed inressqu dan l-abbozz ta' liġi li jipprovdi għall-kontroll tal-pestiċidi bl-iskop li ssir leġislazzjoni aġġornata li għandha x'taqsam mar-reġistrazzjoni, l-importazzjoni, il- manifattura, il-bejgħ u l-użu ta' pestiċidi inklużi dawk użati fil-maniġġar ta' kontroll integrat.", "Mr Speaker, il-liġi li għandna sal-lum li tmur lura sa l-1966 jisimha Pesticides (Control of Importation, Sale and Use) Act.", "Bil-liġi l-ġdida qed nagħmlu updating minħabba l-iżviluppi li seħħew fl- aħħar 25 sena fl-operat tal-biedja in ġenerali.", "Għaldaqstant il-liġi l- ġdida se tistabbilixxi regolamenti permezz ta' avviżi legali li se jiggarantixxu operat aktar strett fl-applikazzjoni tal-pestiċidi biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika mil-lat ta' food safety.", "Diversi drabi hawnhekk issemma l-użu tal-pestiċidi, b'mod partikolari l-bexx fuq il-prodotti agrikoli, minħabba l-maximum residue level.", "Mhux biss f'pajjiżna, iżda fil- pajjiżi żviluppati kollha teżisti kuxjenza dwar it-tkabbir ta' prodotti agrikoli bl-inqas użu ta' pestiċidi ħalli jkun hemm l-inqas impatt negattiv teknikamnet possibbli fuq l-ambjent.", "Din hija enabling law li minnha se joħorġu avviżi legali b'regolamenti li jikkontrollaw l-użu, l-ammont u l- kwalità tal-bexx fil-produzzjoni agrikola.", "Għal min ma tantx huwa ntiż fuq is-suġġett, ta' min jgħid mill-bidu nett li dan huwa suġġett tekniku ħafna.", "L-esperti jgħidu li l-pestiċidi jinqasmu prinċipalment fi tliet kategoriji; dawk li huma l-erbiċidi li jintużaw biex joqtlu l-ħaxix ħażin, l-insettiċidi li jintużaw biex joqtlu l- insetti, u l-fungiċidi li jintużaw fejn ikun hemm problemi ta' moffa.", "Fil- liġi l-antika dwar il-pestiċidi kien hemm ħames skedi li kienu ġew riklassifikati f'erba' skedi.", "Dawn l-iskedi jinkludu lista ta' prodotti tal-pestiċidi u jindikaw fejn jistgħu jintużaw l-istess prodotti.", "Fl-ewwel skeda hemm lista ta' pestiċidi li f'pajjiżna huma projbiti mill- aspetti kollha, kemm fejn tidħol l-importazzjoni, il-manifattura kif ukoll l-użu ta' dawn il-prodotti, sakemm ma jkunx hemm il-permess tad-direttur responsabbli.", "Fit-tieni skeda hemm numru ta' pestiċidi li l-użu tagħhom jista' jsir biss mid-dipartiment jew inkella b'awtorizzazzjoni mill-istess dipartiment.", "Hawnhekk qed nirriferi għal ċerti prodotti bħalma huwa l- methyl bromide li huwa dak il-prodott li l-bdiewa tagħna jużawh biex jiggassjaw il-ħamrija.", "Jiġifieri l-użu ta' dan il-grupp ta' pestiċidi huwa ristrett ħafna f'pajjiżna u biex wieħed juża dawn il-prodotti wieħed irid ikollu l-awtorizzazzjoni bil-miktub mid-direttur responsabbli minn dan il- qasam jew inkella l-użu jsir mill-istess dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Hawnhekk nerġa' nfakkar li qed nirriferi għal dak li normalment il-bdiewa jirriferu għalih bħala l-gass li jiggassjaw l-ħamrija bih.", "Mr Speaker, imbagħad hemm l-isekda numru tlieta li tkopri numru ta' pestiċidi li huma għall-użu in ġenerali magħrufa bħala insettiċidi, jiġifieri biex joqtlu l-l-insetti.", "Dawn irid ikollhom fuqhom tikketti li jindikaw id-doża tal-prodott u informazzjoni oħra bħalma hija l-expiry date.", "Imbagħad fl-iskeda numru erbgħa hemm lista oħra ta' pestiċidi tat- tip fungiċidi li huma wkoll għall-użu in ġenerali.", "Meta wieħed jixtri dawn il-prodotti jrid jiċċekkja wkoll li t-tiketta jkun fiha d-doża, l- expiry date u xi informazzjoni oħra neċessarja.", "Ta' min jgħid li taħt skeda numru tlieta u skeda numru erbgħa hemm prodotti li jistgħu jintużaw kemm bħala insettiċidi kif ukoll bħala fungiċidi.", "Mr Speaker, f'din il-liġi nsibu diversi definizzjonijiet li ttieħdu mil- liġi l-antika, oħrajn li ġew modifikati u oħrajn ġew miżjuda.", "Fost id- definizzjonijiet li baqgħu l-istess bħal tal-liġi l-antika nsibu l-kliem \"fungi\", \"growth regulator\", \"insect\", \"nematode\", \"owner\" u l-kelma \"pest\".", "Dawn id-definizzjonijiet qed jiġu kkopjati għax il-liġi li qed nitkellmu fuqha llum hija updating tal-liġi l-antika, però kif diġà għedt, għandna wkoll definizzjonijiet mil-liġi l-antika li ġew modifikati, u oħrajn ġodda.", "Waħda mid-definizzjonijiet li ġew modifikati hija dik dwar il-\"pestiċida\" li tinkludi kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, jiġifieri kull tip ta' pestiċida li jintuża għall-eliminazzjoni ta' insetti u organismi u għat-tneħħija ta' mard li huma ta' dannu jew ħsara għall- agrikoltura.", "Il-Kelma \"pestiċida\" qed tirriferi wkoll għall-prodotti bioċidali, li huma tip ta' pestiċidi li jintużaw fid-djar jew fl- industrija.", "Ovvjament dawk il-pestiċidi li jintużaw fid-djar ikunu ta' concentration anqas minn dawk li jintużaw fil-biedja.", "Kemm fil-plant protection products kif ukoll fil-biocidal products jista' jkun hemm l- istess kimika, imma l-active ingredient tal-prodott li jintuża fil-biedja jkun differenti minn dak ta' prodott li jintuża fid-djar jew inkella fil- qasam industrijali.", "Mr Speaker, ta' min jagħti ħarsa lejn uħud mid-definizzjonijiet li għandna hawnhekk, fosthom tal-kelma \"\"ambjent\" li tinkludi l-ilma, l-arja, l-art u speċi selvaġġi ta' pjanti u bhejjem u kull interrelazzjoni ta' benjniethom kif ukoll kull relazzjoni ma' organiżmi ħajjin.\"", "Mil-liġi l- antika qed nieħdu wkoll it-terminu \"C.A.S. Number\" li tfisser in-numru tal- Chemical Abstract Service li jiġi wżat minn awtoritajaiet internazzjonali li jissorveljaw standards\".", "Ħdejn l-isem ta' kull pestiċida fl-iskeda ssib ukoll is-C.A.S. Number.", "Meta qed nitkellmu fuq \"fungi\" l-liġi tgħid li din \"tfisser kull pjanta tal-grupp thallophyta li ma jkollhomx klorofila u tinkludi s-sadid, tebgħat, ħmiriet, mellijiet, moffa u bakterja, ħlief dawk l-għamliet ġewwa jew fuq l-iġsma ta' bnedmin jew bhejjem ħajjin.\"", "Din hija liġi verament teknika u biex tidħol fiha jrid ikollok l-għajnuna ta' min huwa espert f'din il-linja.", "Per eżempju, definizzjoni oħra li nsibu fil-liġi tgħid li: \"\"growth regulator\" tfisser kull sustanza jew taħlita ta' sustanzi maħsuba, permezz ta' azzjoni fisjoloġika, biex tibdel ir-rata ta' tkabbir jew ir-rata ta' maturazzjoni, jew b'mod ieħor biex tibdel il- qagħda ta' pjanta jew tal-prodott tagħha iżda ma tinkludix sustanzi safejn ikunu maħsuba bħala nutrijenti ta' pjanti, tilqim tal-pjanti jew tiswija tal-ħamrija.\"", "Imbagħad insibu d-definizzjoni tat-terminu \"ħlejjaq li jagħmlu ħsara\" li tfisser dik il-forma ta' pjanta jew ta' bhejjem, virus, patoġeniku ieħor li jitqiesu li għandhom effett negattiv għal kollox fuq il- bniedem u fuq l-attivitajiet tiegħu, ħlief dawk l-għamliet fuq jew ġewwa l- iġsma ta' bnedmin jew bhejjem ħajjin.\"", "Definizzjoni oħra titkellem fuq \"sustanza attiva\" li tfisser \"sustanza kimika jew mikro-organiżmu inkluż viruses, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra organiżmi qerrieda jew fuq pjanti jew prodotti magħmulin minn pjanti.\"", "Meta nirriferu għall-kelma insett fil-liġi, din tfisser \"kull annimal invertebrat tal-klassi Insecta u kull forma oħra bħala tal-grupp artropoda, u inkludi brimb, dud, qurdien, ċentipidi u ħnieżer l-art, ħlief dawk l- għamliet fuq jew ġewwa l-iġsma ta' bnedmin jew bhejjem ħajjin.\"", "Meta nagħmlu riferenza għall-\"kontroll integrat\" inkunu qed infissru \"l- applikazzjoni razzjonali ta' għaqda ta' miżuri bijoloġiċi, bioteknoloġiċi, kimiċi, kulturali jew ta' tnissil ta' pjanti, fejn l-użu ta' pestiċidi kimiċi hu limitat għall-minimu strettament neċessarju biex jillimita l- popolazzjoni ta' ħlejjaq li jagħmlu l-ħsara għal-livelli taħt dawk li jistgħu jagħmlu ħsara ekonomika inaċċettabbli jew qirda totali.\"", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-kontroll integrat ta' min ifakkar li għal dawn l-aħħar snin uħud mill-bdiewa f'pajjiżna qed jużaw is-sistema integrata li permezz tagħha jagħmlu użu kkontrollat tal-pestiċidi u jużaw insetti - jew annimali, għax insett jaqa' taħt id-definizzjoni ta' annimal - biex jiġġieldu insetti oħra ħalli b'hekk tiġi eliminata l-ħsara prinċipalment fuq prodotti ta' l-ikel.", "Insibu wkoll it-terminu \"nematode\" li tfisser \"bhejjem invertebrati tal-klassi Nematoda li jgħixu fil-ħamrija, fl-ilma, fil-pjanti jew f'partijiet tal-pjanti ħlief dawk l-għamliet fuq jew ġewwa l- iġsma ta' bnedmin jew bhejjem ħajjin u \"nematodi\" għandha tinfhtiehem skond hekk.\"", "F'din il-liġi għandna d-definizzjoni ġdida \"organismi qerrieda\" li tfisser \"pjanti, bhejjem, viruses, bakterja u patoġeni oħra li l-preżenza tagħhom ma tkunx mixtieqa jew li għandhom effett detrimentali fuq il- bniedem, l-attivitajiet tagħhom jew il-prodotti li jużaw jew li jipproduċu, jew għall-bhejjem, pjanti u l-ambjent.\"", "Hemm definizzjonijiet oħra meħuda mil-liġi l-antika, fosthom il-kelma \"rodenti\" li tfisser \"il-firien u l- ġrieden kollha li jagħmlu sehem mill-ġeneru Rattus u Mus.\"", "Insibu wkoll xi tfisser il-kelma \"tikketta\" li tinkludi \"il-kitba, grafika jew stampi fuq, jew imwaħħal ma', il-pestiċida jew il-kontenitur ewlieni tiegħu kif ukoll il-kontenitur jew kisja ta' barra tal-pakkett tal-pestiċida li jinbiegħ bl- imnut.\"", "Mr Speaker dawn li semmejt huma wħud mid-definizzjonijiet li hawn f'din il-liġi.", "Ovvjament mhux se noqgħod nidħol f'kull definizzjoni li hemm għax jien persważ li dawn għad irridu nagħmlu riferenza għalihom waħda waħda meta niġu fl-istadju tal-kumitat.", "Mr Speaker, permezz ta' klawsola 3 se ndaħħlu artiklu ġdid li jispeċifika li apparti d-day to day running operations, fosthom ir-reġistrazzjoni tal- pestiċidi u t-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att, id-direttur, fuq il-parir tal-Bord, ikun responsabbli għat-tħejjija u ż-żamma ta' programm annwali ta' sorveljanza għat-testjar ta' residwi ta' pestiċidi fuq prodotti mill-pjanti.", "Hawnhekk ta' min jagħmel l-enfasi li d-direttur se jkun marbut li jwettaq id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-bord tal-pestiċidi.", "Permezz ta' klawsola 5 qed jiġi updated artiklu ieħor li kien hemm fil-liġi ta' qabel.", "Bħalma għedt diġà, din hija enabling law, infatti klawsola 5 tgħid li:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jimponi kondizzjonijiet għall-kontroll fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-manifattura, il-bejgħ jew l-użu ta' kull pestiċida inklużi:", "(a) dwar ir-restrizzjoni ta' l-importazzjoni, il-manifattura, il- bejgħ, id-distribuzzjoni u l-użu ta' xi sustanza attiva jew prodott ta' pestiċida u ż-żamma ta' reġistru tal-pestiċidi;", "(b) biex jinżamm reġistru tal-pestiċidi;", "(c) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet għall- awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, il-manifattura, il-bejgħ, id- distribuzzjoni u l-użu ta' xi pestiċida inklużi dawk użati f-l- maniġġar ta' kontroll integrat;", "(d) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mat-tikketjar u r-reklamar ta' xi pestiċida.\"", "Fejn jidħol il-labelling, barra li jkun b'xi lingwa barranija jrid ikun ukoll bil-Malti ħalli dawk li jużaw dawn it-tip ta' pestiċidi jkunu f'pożizzjoni li jifhmu kif għandhom jużaw l-istess prodott.", "Klawsola 5 tkompli tgħid li jistgħu joħorġu wkoll regolamenti:", "(e) biex jistabbilixxu l-ħtiġiet għal, u d-dmirijiet ta', impjegati, ħaddiema u bejjiegħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-bejgħ u l-użu tal- pestiċidi, inklużi dawk użati fil-maniġġar ta' kontroll integrat.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu dwar regolamenti fuq il-miżuri ta' protezzjoni li għandhom jieħdu n-nies li jippakkjaw dawn il-prodotti f'kontenituri żgħar jew akbar, u anke l-ħaddiema involuti fil-bejgħ jew fl- użu ta' dawn l-istess prodotti ħalli tiġi salvagwardata saħħithom.", "Permezz tal-legal notices jistgħu joħorġu wkoll regolament:", "\"(f) biex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għad-disponiment ta' l- iskart ta' pestiċidi u kontenituri ta' pestiċidi.\"", "Jiġifieri joħorġu regolamenti dwar il-mod kif jiddisponu mil-laned jew pakketti li jkun fihom il-pestiċidi.", "Dawn ir-regolamenti jitkellmu anke fuq l-expiry dates biex wieħed joqgħod attent ukoll li l-prodott li jingħata jkollu tikketta li turi l-expiry date.", "Wieħed jifhem li jekk jgħaddi ċertu żmien minn fuq prodotti ta' din il-kwalità jista' jkun hemm uħud minnhom li tinbidlilhom il-kompożizzjoni kimika tagħhom.", "Mr Speaker, jistgħu jinħarġu anke regolamenti biex jistabbilixxu l- livelli massimi ta' fdalijiet u biex jistabbilixxu l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi u metodi ta' kif jiġu magħmula t-testijiet xjentifiċi fuq żrieragħ, xitel, uċuħ u prodotti tal-pjanti.", "Hawnhekk qed nirriferu għall-mod kif jittieħdu kampjuni biex jiġi kkalkolat il-maximum residue level.", "F'dan il-parlament jien tkellmit diversi drabi fuq dan u min-naħa ta' l-oppożizzjoni tkellem ukoll l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Iż-żewġ naħat tal- Kamra naqblu li fit-tkabbir ta' prodotti agrikoli għandu jintuża l-inqas użu teknikament possibbli ta' kimika, ta' pestiċidi ħalli biż-żmien iktar noqorbu lejn produzzjoni li tkun tista' tissejjaħ kważi organika.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi dwar l-użu abbużiv u bla kontroll ta' bexx fit-tkabbir tal-prodotti agrikoli.", "Qed nirriferi għal dak li ġara din is-sena fejn tidħol il-produzzjoni tal-patata ta' l-export.", "Illum il- ġurnata m'għadux iż-żmien li l-bidwi jmur bit-tfal tiegħu u jagħżaq il- patata bil-furkettun u bl-imgħażqa u t-tfal tiegħu joqogħdu jibru warajh.", "Illum il-maġġor parti tal-bdiewa li għandna fil-pajjiż għandhom il-makni biex jaqilgħu l-patata, allura qabel ma jmorru bil-makna fl-għelieqi, dawn jeliminaw dik li tissejjaħ il-faxxina.", "Għal min ma jafx il-faxxina hija l- werqa li titla' 'l fuq mill-ħamirija għax il-patata tkun taħt il-ħamrija.", "Qabel ma tiddaħħal il-makna biex taqla' l-patata, li jkun fiha qishom ħafna imgħażaq fejn xulxin, ineħħu l-faxxina.", "Issa ġara li kellna l-isfortuna li xi ftit bdiewa - mhux kulħadd għax fil-maġġor parti tagħhom il-bdiewa huma ta' l-affari tagħhom u bl-ebda mod ma jridu jċappsu l-fama tajba li għandha l-patata Maltija - meta ġew biex jaqilgħu l-faxxina wżaw kull forma ta' kimika biex jeqirduha.", "Kien hemm min uża kimika b'ammont eċċessiv, ilma baħar u diversi affarijiet oħra u parti mill-prodott li kien imċappas b'din it-tip ta' kimika ma kienx daqshekk preżentabbli.", "Għaldaqstant ma kienx tajjeb għas-safar.", "Għalhekk huwa importanti l-kontroll fuq l-użu tal-bexx, il-kwalità ta' bexx, kif ukoll meta għandu jintuża.", "Għax kif ġara din is-sena, wara li xi bdiewa għamlu użu abbużiv minn ċerti pestiċidi biex jeqirdu l-faxxina, peress li m'għamlitx xita l-patata xorbot dak il-velenu tal-kimika li baqgħet fuq il-werqa tal-faxxina.", "Imbagħad meta nqalgħet, il-patata kellha ċerta difetti u ma kenitx preżentabbli biex tiġi esportata.", "'Il quddiem, permezz ta' din il-liġi, se jkun hemm il-kontrolli u se jkunu indikati t- tip u d-doża ta' pestiċida li tista' tintuża biex tiġi eliminata l-faxxina.", "Dan jeħtieġ isir għaliex il-qasam agrikolu ma jistax jaffordja li jkollu ħsarat fil-prodotti bħalma kellna din is-sena.", "Dawn kienu ħsarat li setgħu ċappsu darba għal dejem l-isem tajjeb li għandha l-patata fejn tidħol l- esportazzjoni.", "Minn din is-sena d-dipartiment se jieħu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm ripetizzjoni ta' dak li ġara fl-aħħar staġun.", "Għalhekk se joħorġu regolamenti li jirrigwardaw il-mod kif għandu jintuża l- bexx bil-pestiċidi.", "Permezz ta' dawn ir-regolamenti d-direttur inkarigat minn din is-sezzjoni ta' l-agrikoltura se jkun awtorizzat li jiġbor kampjuni tal-prodotti ta' l- ikel li fuqhom ikun hemm suspett li ntuża l-bexx tal-pestiċidi b'mod abbużiv ħalli ssir l-analiżi ta' l-istess prodotti.", "Dan kollu jsir għall- ispejjeż tal-produttur innifsu, imbagħad id-direttur ikollu dritt li jeqred il-prodott kollu li fuqu jkun użat il-bexx b'tali mod li jkun jista' jikkaġuna ħsara għas-saħħa pubblika.", "Dawn huma xi wħud mir-regolamenti li jistgħu jinħarġu bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Mr Speaker, subklawsola (1) ta' klawsola 6 tgħid li jekk id-direttur ikollu raġuni tajba għaliex jaħseb li xi prodotti fihom fdalijiet ta' pestiċida li jkunu ogħla mill-ogħla livelli preskritti, huwa għandu dritt li jieħu u janalizza kampjun ta' dawk il-prodotti.", "Id-direttur ikollu dritt ukoll iwaqqaf il-bejgħ ta' l-istess prodott li fuqu jkun intuża l- pestiċida sakemm tiġi analizzata d-doża tal-pestiċida.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li jekk id-direttur ikollu għaliex jaħseb li xi marka ta' pestiċida wżata għat-tkabbir ta' prodotti agrikoli ma tkunx konformi ma' xi regolament li jsir skond dan l-Att, huwa jkollu d-dritt li jieħu kampjun u jagħmel l-analiżi tal-pestiċida ta' dik il-marka.", "F'każ li d-direttur ikollu informazzjoni li l-istess prodott ma jkunx qed jintuża skond kif indikat fuq it-tikketta, bħala bexx fit-tkabbir ta' prodotti agrikoli, huwa jkollu dritt ukoll li jidħol jieħu kampjun tal-prodott ħalli jagħmel l- analiżi u jieħu l-passi neċessarji.", "Hawnhekk nerġa' nirriferi għall-każ li għadni kemm semmejt dwar l-użu bla kontroll ta' diversi pestiċidi biex tinqered il-faxxina tal-patata.", "Nista' nsemmi wkoll l-użu ta' rogor fis-serer tat-tadam.", "Min hu f'dan il- mestier jaf li min ikollu serra tat-tadam jibda jaqta' mis-serra tiegħu darbtejn, tlieta fil-ġimgħa peress li kull prodott agrikolu, kemm jekk għandu serra u kemm jekk għandu mixtla tal-mushrooms f'xi post fid-dlam, jilħaqlu f'daqqa.", "Allura f'perijodu ta' xahar, xahrejn, tlieta, il-bidwi jkun ristrett li kull ġimgħa jaqta' mill-inqas darbtejn, tlieta mill-istess serra biex ikun jista' jlaħħaq mal-qtugħ tal-prodott.", "Iżda meta l-bidwi juża r-rogor f'serra bħal din, irid ikun hemm time lapse ta' tliet ġimgħat minn meta jbixx sa meta jaqta' l-prodott.", "Jiġifieri meta l-bidwi jrid jaqta' l-prodott mill-inqas darbtejn, tlieta fil-ġimgħa u jkun qed juża l- pestiċida li jismu rogor bi frekwenza ta' darba fil-ġimgħa, dan ifisser li l-bidwi jkun qed jagħmel użu ħażin tal-pestiċida u b'hekk tiġi pperikolata l-food safety tal-prodott li jkun qed jitkabbar.", "Għaldaqstant permezz ta' din il-liġi d-direttur se jkun awtorizzat li jidħol f'dik is-serra, jieħu l- prodott agrikolu biex jagħmel analiżi tiegħu u jekk ikollu bażi fuqiex jimxi kontra l-istess bidwi, barra li jkun hemm il-multi speċifikati, jista' anke jeqred il-prodott kollu li jkun qed jitkabbar f'dik is-serra.", "Subklawsola 6(2) jitkellem dwar meta t-tikketta li jkun hemm mal- kontenitur tal-prodott tal-pestiċida ma tkunx taqbel mal-kontenut proprja.", "Meta jiġri dan id-direttur għandu dritt, bħal fil-każ li semmejt qabel, li jieħu kampjun u jżomm lill-importatur milli jiddisponi mill-istess prodott sakemm jiġi determinat x'tip ta' pestiċida jkun.", "Subklawsola 6(3) tgħid li fiż-żewġ każi li għadni kemm semmejt, jiġifieri fejn ikun hemm użu abbużiv ta' pestiċida, kif ukoll fil-każ fejn il-prodott li jkun ippakkjat fil-container ma jkunx dak li jkun hemm imniżżel fuq barra tal-kontenitur, wara li d-direttur jieħu l-kampjun biex jiġi analizzat, malli jgħaddu għaxart ijiem mill-avviż u l-bidwi jibqa' ma jirċevix notifika bil-miktub mingħand id-direttur, allura l-każ jista' jaqa'.", "Imma jekk ikun hemm notifika li jkunu se jittieħdu passi kriminali fl-ewwel għaxart ijiem minn meta jittieħed il-kampjun, dan ifisser li l- bejgħ u l-użu kollu jieqaf immedjatament, u jekk ikun hemm prodott agrikolu li kien ġie in contact ma' l-istess pestiċidi, dan jiġi distrutt fuq ordni tad-direttur.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li wara li tkun saret l-analiżi u d- direttur jinnotifika lill-importatur, lill-bejjiegħ jew lil min jagħmel użu mill-istess pestiċidi, li jkun irriżulta li jkun sar abbuż, fl-ewwel għaxart ijiem id-direttur ikollu dritt li jżomm il-bejgħ kollu ta' l-istess pestiċidi jew il-prodotti agrikoli li fuqhom ikun intuża l-bexx b'mod abbużiv.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq klawsola 7 li tgħid li kull uffiċjal awtorizzat mid-direttur ikun jista' f'kull ħin jidħol f'kull post jiċċekkja u jieħu kampjuni ta' kull pestiċida jew ta' prodotti agrikoli li jkunu ġew trattati b'xi pestiċida ħalli ssir l-analiżi neċessarja.", "Dan japplika wkoll għal kull oġġett li seta' ġie f'kuntatt ma' xi pestiċida.", "Anke hawnhekk id-direttur jew xi uffiċjal awtorizzat minnu jkollu d-dritt li jidħol u jieħu kampjun biex jagħmel l-analiżi ta' l-istess prodott biex jiġi determinat kemm ikollu ammont ta' bexx fuqu.", "Klawsola 8 tgħid li f'każ li mill-analiżi tal-kampjun ta' prodott jew ta' pestiċida, meħud u analizzat kif imsemmi fi klawsoli 6 u 7, jirriżulta li dak il-prodott jista' jkun ta' periklu, barra azzjonijiet oħra li jistgħu jittieħdu, id-direttur jista' jieħu dawki il-miżuri li jqis meħtieġa sabiex jassigura li dak il-prodott partikolari jinżamm mill-konsum jew mill-użu jew li dik il-marka ta' pestiċida tinżamm milli tiġi importata, manifatturata, ippakkjata, mibjugħa jew użata.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li meta jirriżulta li jkun hemm prodott li jkun daħal fis-suq mingħajr l- awtorizzazzjoni u d-direttur ikun notifikat b'dan, wara li jkun ħa l- kampjun u jkun assigurat li dak il-prodott ma kienx hemm il-permess li jintuża fil-pajjiż, allura d-direttur ikollu d-dritt li jżomm kull importazzjoni, ippakkjar, bejgħ u l-użu ta' l-istess pestiċida.", "Klawsola 9 titkellem dwar il-pieni marbuta mal-ksur tar-regolamenti ta' din il-liġi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar food safety u fuq l-ambjent li għandu jiġi preservat u ma jiġix kontaminat, allura wieħed jistenna li jkun hawn pieni li jservu ta' deterrent għal min ikun se jabbuża.", "Min jinstab ħati li kiser ir-regolamenti ta' din il-liġi jista' jeħel, fil-każ ta' l- ewwel kundanna, multa ta' mhux iżjed minn ¥500 jew priġunerija ta' mhux iktar minn tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.", "Jiġifieri min jinqabad jagħmel użu abbużiv ta' bexx jew min idaħħal sustanzi fil- pajjiż li jaqgħu taħt l-ewwel skeda, jiġifieri dawk il-prodotti li huma projbiti li jiġu importati, manifatturati, ippakkjati jew użati, l-ewwel multa tkun ta' mhux aktar minn ¥500 jew priġunerija ta' mhux iktar minn tliet xhur jew it-tnejn f'daqqa.", "F'każ ta' kundanni sussegwenti allura l- multa titla' għal mhux iżjed minn ¥1,000 jew priġunerija ta' mhux iżjed minnsitt xhur jew din il-multa u priġunerija flimkien.", "Dawn il-pieni qegħdin jiddaħħlu biex kemm jista' jkun nassiguraw li f'pajjiżna l-użu tal- bexx isir b'mod għaqli, kif jitolbu l-ispecifications li jkun hemm fuq it- tikketti tal-kontenituri li fihom ikun hemm l-istess pestiċidi.", "B'hekk nassiguraw li l-prodotti li niproduċu f'pajjiżna jkun fihom l-inqas ammont ta' pestiċidi teknikament possibbli għall-food safety.", "Jekk nibdew nimxu fuq din il-linja xi darba nistgħu naslu għal sistema ta' produzzjoni li tkun kważi organika, mhux organika għal kollox għax impossibbli li tkun 100% organika imma inqarrbu iktar.", "Klawsola10 tirrigwarda l-bord tal-pestiċidi li għandu jitwaqqaf mill- ministru u li jkun responsabbli biex:", "a) jagħti parir lid-Direttur dwar kull ħaġa li jkollha x'taqsam mar- reġistrazzjoni, ir-restrizzjoni, l-importazzjoni, il-manifatura, il- bejgħ jew l-użu ta' pestiċidi inklużi dawk użati fil-maniġġar ta' kontroll integrat;", "b) jirrapporta lid-Direttur dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mar- regolamentazzjoni, it-twettiq u s-sorveljar ta' kull liġi li jkollha x'taqsam mal-pestiċidi jew dwar kull ħaġa li tolqot il-pestiċidi;", "c) jagħti parir dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu dwar kull ħaġa li toħroġ mit-tħaddim ta' regolamenti li jkunu saru bis-saħħa ta' dan l- Att;", "d) jirrevedi u jagħmel proposti għar-reviżjoni ta' leġislazzjoni u regolamenti eżistenti li jkollhom x'jaqsmu mal-pestiċidi; u", "e) iwettaq kull funzjoni oħra li għandha x'taqsam ma' pestiċidi, kif il- Ministru jista' jippreskrivi.", "Il-bord tal-pestiċidi għandu jkun magħmul minn chairman li jiġi maħtur mill-ministru, tliet membri li jiġu maħtura mill-ministru wkoll, id- diretur, jew rappreżentant tiegħu, kif ukoll rappreżentant minn kull wieħed mid-dipartiment tas-saħħa pubblika, dipartiment ta' l-ambjent, l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards, l-Awtorità għas-saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, u l-Korporazzjoni dwar is-Servizzi ta' l-Ilma.", "Jekk wieħed iħares lejn il-kompożizzjoni ta' dan il-bord jara li hemm taħlita sabiħa ta' nies li ġejjin minn diversi oqsma ħalli jissalvagwardaw il-food safety f'pajjiżna billi jaraw li jiġu osservati r-regolamenti ta' din il-liġi.", "B'dan il-mod il-bord se jassigura wkoll li l-ambjent naturali ta' pajjiżna jiġi salvagwardat għax kulħadd jaf li inqas kemm titfa' kimika fl-ambjent ta' madwarna iżjed l-ambjent ikun jista' jifjorixxi u jibqa' sostenibbli f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta' xtieli u siġar.", "Hawnhekk għadni kemm tajt ħarsa fuq fuq x'se jkunu d-doveri tal-bord tal-pestiċidi kif ukoll dwar il-kompożizzjoni ta' l-istess bord.", "Klawsola 11 titkellem dwar l-użu ta' pestiċida għal riċerka xjentifika.", "Fil-bidu semmejt skeda 1 li tirriferi għal dawk il-pestiċidi li huma projbiti li jiġu importati, ippakkjati jew użati f'pajjiżna.", "Tkellimt fuq skeda 2 li taħtha jaqgħu dawk il-prodotti ta' pestiċida li jiġu wżati mid- dipartiment ta' l-agrikoltura kif ukoll minn ċerti aġenti li huma awtorizzati li jużaw l-istess prodotti.", "Per eżempju, jien informat li hawn tliet aġenti biss f'pajjiżna li jistgħu jagħmlu użu mill-methyl bromide.", "Imbagħad hemm it-tielet skeda u r-raba' skeda li l-prodotti tal-pestiċidi li jaqgħu taħthom jintużaw b'mod ġenerali.", "Mr Speaker, jekk tinqala' sitwazzjoni fejn ikun hemm bżonn li jintuża pestiċida minn skeda 1 – il-pestiċidi li huma projbiti li jiddaħħlu, jiġu manifatturati jew jiġu wżati f'pajiżna – minħabba li f'pajjiżna jkun hawn xi invażjoni ta' insetti li ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati bil- pestiċidi msemmija fl-iskeda 2 , 3 u 4, jew minħabba raġunijiet ta' riċerka xjentifika, allura f'dan il-każ id-direttur b'awtorizzazzjoni mill-bord ikun jista' jawtorizza l-użu ta' prodotti li jkunu fl-iskeda 1.", "Imbagħad ikunu jistgħu jiġu importati dawn il-pestiċidi li jaqgħu taħt skeda 1 ħalli jkunu jistgħu jintużaw għal raġunijiet ta' riċerka xjentifika jew f'każ ta' epidemija jew invażjoni ta' insetti.", "Ngħaddi għall-għan aħħari ta' din il-liġi li qed tagħmel updating tal- liġi l-antika li nerġa' nfakkar ilha teżisti 35 sena.", "L-ewwel għan huwa l- protezzjoni tal-konsumatur.", "Irridu niftakru li qegħdin nitkellmu fuq pestiċidi li jintużaw fil-qasam agrikolu, qasam li kif kulħadd jaf ma jmexxihx il-ministru ta' l-agrikoltura, ma jmexxihx dan il-parlament, ma jmexxihx id-dipartiment ta' l-agrikoltura, imma tmexxih il-mara tad-dar, il-konsumatur li jħallas biex jixtri l- prodotti agrikoli li l-bidwi b'tant sagrifiċċju jipproduċi.", "Imma l- konsumatur jesiġi li l-prodotti li jixtri jkunu safe kemm jista' jkun.", "Allura wieħed mill-għanijiet ta' din il-liġi huwa l-food safety.", "Dan jista' jkun garantit billi fit-tkabbir tal-prodotti agrikoli jintuża l- inqas ammont teknikament possibbli ta' pestiċidi u għandu jintuża bi frekwenza kif indikata fuq it-tikketta ta' l-istess kontenituri li fihom jinbiegħu il-pestiċidi.", "Għan ieħor ta' din il-liġi huwa li jkun hemm ħarsien kontrollat ta' l- ambjent kollu minn użu bla rażan tal-pestiċidi, li jista' jħalli effett katastrofiku fuq l-ambjent.", "Per eżempju, kulħadd jaf li n-naħal jagħmel id- dakra, allura jekk kulħadd jibda jbexx il-ġonna tiegħu bil-pestiċidi bl- addoċċ, dawn jeqirdu n-naħla li ddakkar il-frott.", "Meta jiġri hekk ikollna produzzjoni baxxa ta' frott.", "Għalhekk l-użu bla rażan ta' pestiċidi jista' jkun ta' dannu kbir għall-ambjent.", "Kif għedt diġà, l-użu tal-pestiċidi jrid ikun kontrollat kemm fil-kwantità u kemm fil-kwalità.", "Kulħadd jaf li ċertu tip ta' bexx għandu ħajja twila, allura dan jista' jħalli effett negattiv fuq il-prodotti u fuq l-ambjent.", "Għaldaqstant din il-liġi, permezz ta' legal notices, se tkun tista' toħroġ regolamenti fuq il- kwantità u l-frekwenza li biha jintużaw il-pestiċidi li tiddependi, fost affarijiet oħra, fuq il-ħajja tal-pestiċidi għax kull prodott għandu l- lifespan tiegħu, ħalli jsir l-inqas dannu possibbli fuq l-ambjent u nassiguraw il-food safety.", "Għan ieħor ta' din il-liġi huwa s-sostenibilità ta' l-ambjent kollu in ġenerali, kemm dak tal-ħxejjex kif ukoll dak ta' l-insetti u annimali.", "Dan jgħaqqad flimkien il-punti li għadni kif semmejt, li t-tip ta' bexx li jintuża, id-doża u l-frekwenza għandhom ikunu b'mod li jħallu l-inqas impatt negattiv teknikament possibbli fuq l-ambjent.", "U meta ngħidu l- ambjent qed nirriferu kemm għall-ħxejjex kif ukoll għall-annimali.", "Forsi min ma jkunx ipprattikat fil-qasam tal-biedja jibda jistaqsi kif dan jista' jkun possibbli.", "Iva, dan jista' jkun possibbli jekk wieħed juża doża li tkun diluted kif suppost u bi frekwenza li jkun hemm imniżżla fuq it- tiketta tal-kontenitur li fih ikun hemm il-pestiċidi.", "Dan jeħtieġ isir bl- iskop li ssir l-inqas ħsara kemm fuq is-siġar, kemm fuq il-ħxejjex kif ukoll fuq annimali u insetti.", "Mr Speaker, għan ieħor huwa l-protezzjoni ta' l-operaturi nfushom.", "Hawnhekk qed nitkellmu kemm fuq dawk in-nies li jippakkjaw il-pestiċidi fil- kontenituri ż-żgħar kif ukoll għall-bdiewa li jużaw il-bexx.", "Jiddispjaċini ngħid li għadek tara bdiewa ibixxu fir-raba' tagħhom u anke nies ibixxu fil- ġonna tagħhom mingħajr ma jużaw il-maskra u mingħajr ma jużaw ilbies protettiv, bħall-ingwanti.", "Din il-liġi tieħu ħsieb biex jiddaħħlu regolamenti li jissalvagwardaw is-saħħa tal-ħaddiema involuti kemm fl- ippakkjar u l-bejgħ ta' dawn il-prodotti, u ta' dawk li jagħmlu l-ispraying ta' l-istess pestiċidi.", "Fejn jidħlu l-bdiewa b'mod partikolari se jkun hemm regolamenti li jridu jiġi nforzati tajjjeb.", "Trid issir ħaġa normali li min ikun qiegħed ibixx juża l-ilbies protettiv kollu, speċjalment il- maskri ħalli l-istess operatur jipproteġi lil saħħtu.", "Wara kollox, jekk min ikun qed jagħmel l-ispraying jimrad, dan barra li se jkun ta' piż fuq il-familja tiegħu, se jkun ta' piż fuq in-nazzjon.", "Għaldaqstant se jiġi nforzat dan ir-regolament li kull min ikun qed ibixx bil-pestiċidi jilbes l- ilbies protettiv b'mod partikolari l-maskra.", "Mr Speaker, għan ieħor huwa l-ħarsien ta' l-ilma tal-pjan.", "L-użu abbużiv tal-pestiċidi jista' wkoll iħammeġ dak li jissejjaħ l-aquifer.", "Għalkemm ma rridx noqgħod nallarma lin-nies għax dan jiddependi jekk wieħed ikunx qiegħed f'livell baxx, jiġifieri mhux qed ngħidu fejn għandek 400 pied jew 500 pied.", "Però jekk ikun hemm xi toqob fil-blat il-bexx li jintuża jista' jsib ruħu fl-aquifer.", "Għaldaqstant se jkun hemm regolamenti biex jiġi assigurat li l-ebda ammont minimu ta' bexx ma jsib ruħu fl-aquifer, fil- ħażna ta' l-ilma tal-pjan.", "Dan għandu jsir għax fejn ikun hemm xi borehole li ma tkunx issiġillata tajjeb, jekk xi ħadd ibixx bil-pestiċida u mbagħad jagħmel id-drip jew inkella tagħmel ix-xita, dan l-ilma jdewweb il- pestiċida, jinżel fil-borehole u jsib ruħu fl-ilma tal-pjan.", "Aħna rridu niftakru li mill-ilma ta' l-aquifer jittella' l-ilma li jiġi wżat għax- xorb.", "Allura biex anke hawnhekk nissalvagwardaw is-saħħa pubblika jridu jsiru regolamenti iebsa biex nassiguraw li ebda ammont ta' bexx, żgħir kemm ikun żgħir, ma jsib ruħu fl-ilma tal-pjan.", "Infakkar li aħna għadna nużaw ammont sostanzjali minnu għax-xorb.", "Fil-fatt intellgħu madwar 12-il miljun jew 13-il miljun gallun ilma kuljum mill-aquifer u jekk Allaħares qatt dan l-ilma jiġi kkontaminat b'xi bexx, dan ma jkunx jista' jittella' bħala ilma għax-xorb.", "U biex tipproduċi 12 jew 13-il miljun gallun ilma kuljum għal sena sħiħa b'mezzi ta' distillazzjoni, u permezz ta' reverse osmosis, dan jinvolvi miljuni ta' liri kull sena.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' ngħid li din il-liġi se jkollha r- regolamenti kollha li għandhom x'jaqsmu mar-reġistrazzjoni, l- importazzjoni, il-manifattura, l-bejgħ u ma' l-użu tal-pestiċidi, inkluż dawk dwar il-maniġġar u l-kontroll integrat, dak li rreferejt għalih qabel bħala integrated pest control management.", "Mr Speaker, din il-liġi, li jien persważ li anke l-oppożizzjoni taqbel magħha, se sservi prinċipalment biex f'pajjiżna tkun assigurata iżjed is-safety tal-prodotti ta' l-ikel għall-konsumatur kif ukoll biex l-ambjent jiġi mħares aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naturalment l-oppożizzjoni tifhem u ssostni l-importanza tal-koordinament bejn il-qasam tal-biedja, il- konsumatur u l-ambjent.", "Għaldaqstant l-oppożizzjoni hija favur l-abbozz ta' liġi li qed jiġi ppreżentat anke għax tirrikonoxxi li l-liġi li kellna f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 30 sena ħalliet l-effetti pożittivi tagħha wkoll.", "Għalkemm minn dak li kien qed jgħid il-Ministru wieħed seta' jifhem li din il-liġi ma tantx kienet effettiva, m'hemmx dubju li ħalliet impatt.", "U tajjeb li nsellmu lil dawk li ħadmu biex organizzaw din l-għodda ħalli matul dawn l-aħħar 35 sena li għaddew kellna mezz kif nikkontrollaw l- użu tal-pestiċidi u biex ikollna produzzjoni agrikola sostenibbli skond iż- żminijiet.", "Tajjeb ngħid li f'ċerti żmenijiet Malta kellna importazzjoni ta' pestiċidi għall-użu fil-qasam tal-biedja li kienet ristrett aktar minn ta' pajjiżi ġirien tagħna bħal Sqallija u l-Italja.", "Jien smajt b'attenzjoni kbira d-diskors tal-Ministru u ħassejt li għandi nistaqsi x'sar matul dawn is-sentejn li għaddew biex tabilħaqq tiġi updated l-liġi l-antika dwar il-pestiċidi.", "L-oppożizzjoni u naħseb li lanqas in- naħa l-oħra tal-Kamra ma tistenna li nippreżentaw din il-liġi u mbagħad ngħidu li aktar 'il quddiem joħorġu legal notices biex nagħmlu regolamenti dwar l-użu tal-pestiċidi u nagħmlu l-enforcement tagħhom.", "Jien nappella biex fil-winding up il-ministru mhux joqgħod jispjega x'jgħidu l-klawsoli ta' l-abbozz ta' liġi, imma x'kien ix-xogħol li sar matul dawn is-sentejn li għaddew biex nippreżentaw liġi serja li tissodisfa l-ħteġijiet tal-lum.", "Qed ngħid dan għaliex minn dak li qal il-ministru jidher li qegħdin napprovaw liġi li hija vaga ħafna u għadna ma nafux x'investiment jirrikjedi l-enforcement tal-provvedimenti tal-liġi.", "Bir-rispett kollu lejn il-ministru, hu tkellem b'mod vag ħafna.", "Jien mhux se nitkellem mill- aspett tekniku għax, kif qal il-ministru, l-argumenti tekniċi u xjentifiċi niddiskutuhom fi stadju ieħor.", "Mr Speaker, wara l-problema kbira li kellhom jiffaċċjaw ir-raħħala minħabba l-mismanagement tal-gvern rigward il-kwestjoni tal-BSE - il-marda li laqtet lill-baqar li nitkellem dwarha iktar 'il quddiem - wieħed kien jistenna li din id-darba l-ministru jinformana kif il-gvern se jibda japplika dawn it-tip ta' miżuri, u kif se jiġu inforzati r-regolamenti f'time frame li jagħmel sens fix-xhur li ġejjin.", "Huwa fatt magħruf li matul dawn is-sentejn is-settur tal-biedja qed jinħakem minn kriżi kbira għax il-prezzijiet tal-prodotti qegħdin dejjem jaqgħu u li l-ispiża tal- produzzjoni qiegħda dejjem togħla.", "Minkejja dan ma ntqal xejn dwar kemm se jinvesti l-gvern biex dawn il-bidliet li se jsiru b'din il-liġi ma jkomplux iżidu l-piżijiet finanzjarji li għandhom l-operaturi fis-settur tal-biedja.", "Il-kritika li qed tagħmel din in-naħa tal-Kamra hija konsistenti mal- viżjoni li għandha għal dan is-settur, jiġifieri li jkun hemm tabilħaqq il- koordinament f'dak li jirrigwarda l-interess tal-biedja, l-interess tal- konsumatur u l-ħarsien ta' l-ambjent.", "Imma din il-viżjoni trid tkun sostnuta mhux biss bid-diskors, imma bil-fatti, billi nipprovdu l-għodda neċessarja biex inwettqu dawn il-bidliet meħtieġa ħalli jkollna kontrolli aħjar.", "Jiddispjaċini ngħid li l-gvern mhux qed jikkonvinċi lil din in-naħa tal-Kamra li dan kollu tabilħaqq se jitwettaq.", "Mr Speaker, nixtieq li fil-winding up il-minstru jispjega t-time frame li fih se joħorġu l-legal notices li se jissustanzjaw l-għanijiet ta' din il- liġi.", "Wieħed għandu jispjega kif se naħdmu fix-xhur li ġejjin għax finalment dawn huma bidliet biex Malta tkun konformi ma' ċerti standards li trid tgħaġġel biex tagħmilhom.", "Jekk stess ma tridx tgħaġġel trid tieħu l- inizjattivi li hemm bżonn.", "Barra minn hekk il-gvern irid jipprovdi l- għajnuna biex jitwettqu dawn il-miżuri minkejja l-limitazzjonijiet tal- ħofra finanzjarja li għandna, li l-gvern senetjn ilu qal li ma kellux u llum m'hemmx dubju li għandu.", "Dawn huma kollha fatturi li għandhom bżonn li jiġu ndirizzati fil-winding up tal-ministru għax inkella, bir-rispett kollu, inkunu qed nipprovaw infarfru ftit mit-trab li għandna fuq l-ixkaffa u ma nkunux qed nwettqu l-inizjattivi li hemm bżonn biex tabilħaqq din il- liġi tiġi applikata fil-parametri tagħha kollha.", "Irrid nenfasizza l-fatt li jrid ikun hemm l-għodda biex liġi bħal din tiġi implimentata.", "Mhux biżżejjed li toqgħod taqrali, per eżempju, il- paragrafu li jittratta dwar il-fungiċidi u mbagħad ma tispjegalix x'sar biex din il-problema tiġi verament indirizzata.", "Meta sar l-investiment fid- drip irrigation instab li biex dan jagħti aktar kontribut biex innaqqsu l- mard minn fuq l-uċuħ tagħna, u bil-għan li nagħtu support xjentifiku lill- bdiewa tagħna ħalli huma jkunu jistgħu jnaqqsu l-użu tal-bexx, barra li hija importanti s-sistema ta' l-integrated pest management, kien importanti wkoll li jsiru ċerti analiżi aktar profondi.", "Meta kont ministru jien introduċejna s-sistema ta' l-agri-ecological survey f'ċerti żoni f'Malta u Għawdex.", "Konna qed inrawmu grupp ta' żagħżagħ tekniċi bl-għan li jagħmlu studju profond, kif jitolbu l-esiġenzi tal-lum, ħalli wieħed jinvesti mill-ewwel fuq bażi soda li tindirizza s- sostenibilità li hemm bżonn biex nkunu aktar kompetittivi u aktar ekonomikament vijabbli.", "Iżda nsibu li dan it-tip ta' proġett ma ngħatax aktar support.", "Allura filwaqt li l-ministru qiegħed jgħid li permezz ta' din il-liġi se nagħmlu regolamenti biex ngħinu lill-bdiewa jikkontrollaw l- użu tal-bexx, imbagħad insibu li ftit li xejn qed jingħata s-support li għandhom bżonn il-bdiewa, l-ewwelnett billi nsaħħu l-istruttura ta' l- extension services.", "Lill-bidwi irridu nispjegawlu li jrid jaħdem b'mod xjentifiku, fis-sens li jekk fil-ħamrija tiegħu għandu ċertu livell ta' ilma, allura importanti li ma tagħtix tliet taqtiriet ilma fil-proċess ta' tkabbir tax-xitel fl-ewwel ġurnata, jew fit-tielet ġurnata jew fir-raba' ġurnata imma mportanti li tuża waħda.", "Għax inkella jista' jkun li jkun qiegħed idgħajjef u jikkrea dik it-tip ta' moffa li forsi għada pitgħada, kawża tagħha, ikollu japplika aktar bexx.", "Naturalment, barra li se jiswielu aktar flus, jista' jkun li 'l quddiem ikun hemm ċerti regolamenti li jipprojbixxuh milli jpoġġi dak il-prodott fis-suq, mhux għax il-prodott ikun perikoluż, mhux għax ikun se joqtol lin-nies imma għal raġunijiet ta' standards li jirrigwardaw il-maximum residue levels.", "Għalhekik, f'dan l-isfond wieħed jistenna li l-gvern mhux biss jgħidlna x'regolamenti se joħorġu 'l quddiem imma għandu jagħtina time frame li fih se jsiru; x'inhu l-programm għas-sena li ġejja.", "Nitlob lill-ministru jgħid x'investiment sar f'dan ir-rigward matul dawn is-sentejn li għaddew, kemm bdiewa sarulhom l-analiżi xjentifika tal-ħamrija fejn jaħdmu u x'inhu l- apparat li nxtara, u li se jkompli jinxtara.", "X'inhuma l-investimenti li din l-amministrazzjoni se tagħmel biex tindirizza dan il-bżonn?", "Ikun inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-kontrolli jekk ma nibdewx mill-bażi, jiġifieri li nfiehmu lill-bidwi li huwa importanti li jkun jaf x'karatteristika għandha l-ħamrija ta' l-għelieqi tiegħu.", "Jekk verament irridu nagħmlu bidla importanti li nagħmlu bidla sħiħa fil-wiċċ tal- ħamrija.", "Jien nirrikonoxxi li kif qal il-ministru, bħalma għamlet kull amministrazzjoni, il-gvern qed jara kif jgħin lill-bdiewa biex bl-inqas problemi possibbli jaqilbu għall-użu tal-methyl bromide li jiffertilizza l- ħamrija biex tkun tista' tipproduċu b'mod aktar mgħaġġel u b'hekk il- produzzjoni agrikola ssir aktar ekonomikament vijabbli għall-bidwi.", "Mr Speaker, il-gvern irid jgħid jekk huwiex se joħloq skema ta' sussidju għal dawk il-bdiewa li jridu jaqilbu għal din is-sistema.", "Għalkemm Malta veru hija marbuta mal-konvenzjonijiet internazzjonali u għandna ċerti deadlines minħabba l-kwestjoni ta' l-ozone layer li kulħadd jaf kemm dan qed iħalli impatt negattiv fuq id-dinja, irridu nirrealizzaw ukoll li l- bdiewa qed jiffaċċjaw problemi kbar biex iwettqu din il-bidla.", "Għaldaqstant nixtieq li fil-winding up il-ministru jispjega x'se jkun il- pjan tal-gvern permezz tal-ħidma ta' l-extension services biex jgħin lill- bdiewa iwettqu dawn il-bidliet.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għax il-partit Laburista jemmen li għandu jkun hemm support għal dawn l-inizjattivi ħalli jibdew jiġu fis-seħħ illum qabel għada sabiex is-soċjetà tagħna tabilħaqq ikollha opportunitajiet ġodda.", "Kif jaf il-ministru, saru ħofor ta' l-ilma illegali, kif intqal f'diskussjonijiet li jien ipparteċipajt flimkien miegħu, fejn hu qal li f'ċertu sens mhux għajn waħda għalaq imma tnejn.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'se jagħmel il-ministru - dan mhux qed ngħidu b'sens ta' kritika imma qed ngħid b'sens ta' inizjattiva - meta għandna dawn is-sitwazzjonijiet.", "Dawn li jeżistu, irrilevanti ta' min hu t-tort, u jien nistqarr li kont noqgħod attent.", "Ħadd m'hu kapaċi mqar iġibli bidwi wieħed mid-distrett tiegħi li jien għedtlu jmur iħaffer ħofra illlegali.", "Mhux talli m'għamiltx dawn l-affarijiet talli kont nipprova niggwida lil min kien qed jgħid lill- bdiewa jaqbdu u jħaffru u mbagħad jekk jinqala' xi ħaġa jieħu ħsieb hu.", "Jien qed insemmi dawn l-affarijiet għax għalina huwa tad-daħk li niġu ngħidu li rridu noħolqu l-bilanċ biex nassiguraw li l-watertable tibqa' sostenibbli f'pajjiżna meta nafu kemm kien hawn nies li ġabu impjanti minn barra biex iħaffru l-ħofor ta' l-ilma bil-lejl!", "U meta konna nirrapportaw kienu jhedduna fid-djar tagħna.", "Mela l-ministru jrid jgħidilna kif se jindirizza din il-problema fit-tliet snin li ġejjin.", "Għax jien nemmen li l- pjanijiet fil-biedja ma jsirux mil-lejl għan-nhar.", "Jien nirrikonoxxi li l- politika li nimxu biha tvarja minħabba l-element ta' prinċipju, imma mbagħad irid ikun hemm kontinwazzjoni fil-ħidma tagħna.", "Jien m'għandix dubju li sia dik in-naħa u sia din in-naħa nifhmu li għandu jkun hemm koordinament bejnietna biex iseħħu ċerti bidliet li jirrikjedu perjodu twil biex iseħħu f'pajjiżna - mhux qed nitkellem għad- derogi transitorji żgħar u twal li l-ministru qed jaħseb li se jkollu ċ- chance li jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea – ħalli l-biedja tkun sostenibbli, il-konsumatur ikun protett u jiġi mħares ukoll l-ambjent.", "Jien nistenna li l-ministru, barra li jgħid x'se tkun il-policy sabiex ikun hemm il-kontroll ta' dawn il-boreholes, jgħid x'se jkun il-pjan tal-gvern fit- tliet snin li ġejjin jew sas-sena 2005 biex jibbilanċja biex jibbilanċja jew iħares lill-bdiewa illi ħafna mill-ilma tagħhom qed ikun ikkontaminat bid-drenaġġ.", "Naħseb li l-ministru huwa konxju tal-problemi li għandhom il- bdiewa tal-Qammiegħ.", "Dawn mhux biss irċevew ċens minn Lm1 għal Lm125 għal kull tomna talli qed jidħlu fi spejjeż żejda ħalli jġibu l-bowsers ta' l- ilma biex isaqqu għaliex il-ħażna ta' l-ilma tagħhom hi kontaminata.", "Naturalment huma ma jridux isaqqu b'dan l-ilma biex imbagħad il-prodott tagħhom ikun ta' inqas kwalita'.", "Naturalment nistenna wkoll illi l-ministru jispjega kif se jġib 'il quddiem dawn is-sistemi kollha u kif se joħloq management tajjeb biex tabilħaqq jgħaġġel dan il-proċess.", "Irridu niftakru li l-obbligi li għandna mhux biss irridu li nwettquhom imma rridu nwettquhom f'medda ta' żmien qasir minħabba l-infurzar ta' ċerti konvenzjonijiet internazzjonali.", "Jien nixtieq inkun naf x'kordinament qed isir ma' l-uffiċjali ta' l-extension services.", "Per eżempju fi żmenna - jidhirli fl-aħħar erba' xhur ta' l- amministrazzjoni preċedenti - konna għamilna uffiċċju ta' l-extension services fil-pitkalija.", "L-iskop kien li meta l-bdiewa jdaħħlu l-prodott fil- pitkalija huma jżuru u mhux jispezzjonaw biex ibeżżgħu.", "L-iskop kien biex tajjeb jew ħażin jipprovaw jibdew jaġġornaw lilhom infushom b'data ta' tip ta' prodott li dieħel fil-pitkalija u li għandu forsi ċertu mard li setgħa ma ġiex reġistrat f'uffiċċju lokali.", "Naturalment hemmhekk jagħmlu speċi ta' programming magħhom u jagħmlu tip ta' management ħalli jkunu jistgħu jgħollulhom il-kwalita' tal-prodott.", "Illum iridu niftakru li barra l- impatt fuq l-ambjent, il-bexx iħalli wkoll l-impatt fuq but il-bidwi għaliex dan jixtrih bi prezz għoli ħafna u huwa parti mill-management tagħhom biex ikunu ekonomikament viabbli ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu maż- żmenijiet tal-lum u jkunu f'pożizzjoni li jikkompetu b'mod aktar sod fis- suq.", "Mr Speaker, irrid issa nagħmel riferenza għal dak li semma' l-ministru fir-rigward tad-diffikulta' li ltaqa' magħha fit-tkabbir tal-patata għall- esportazzjoni.", "Fis-sentejn li kont ministru jien, flimkien mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u ma' l-t agricultural export marketing board konna fhimna li ċerti target dates li kienu marbuta fil-kuntratt kienu qed jikkawżaw diffikulta' fejn għandek bidwi li għandu ammont ta' tunnellaġġ u jaf li jekk ma jlaħħqux sa dik id-data naturalment se jitlef dak il-prezz.", "U aħna rajna kif l-ewwelnett nieħdu pożizzjoni fejn ikollna varjeta' waħda u għażilna l-varjeta' li kienet l-iktar waħda li l-bdiewa kienu jafu jkabbru, jiġifieri l-alpha, u rbatniha ma' prezz wieħed fuq l-ewwel 3,000 tunnellata.", "Dan għamilnih propju biex ma nħallux il-kwestjoni tal-faxxina ssir u għamilna dan kemm ma' min hu l-aġent illum ta' kuntratt li l- ministru biddel kif ukoll ma' l-esperti illi dak iż-żmien kien hemm fl- agricultural export marketing board li ħafna minnhom għadhom hemm sal-lum.", "Ir-raġuni li sar dan il-pass kien biex ma jkunx hemm dawn id-dati tentattivi li qegħdin iġielgħu lill-bidwi jipprova jlaħħaq il-prodott tiegħu ġimgħa qabel l-oħrajn.", "X'ġara din id-darba?", "Din id-darba, per eżempju, jekk nieħdu l-varjeta' Sante' din kienet marbuta ma' erba' kunsinji u dejjem kellek prezz differenti.", "Jiġifieri jekk il-bidwi jilħaq fl-ewwel kunsinja ma kellux il-prezz.", "(Interruzzjonijiet) Allura mhux bilfors tagħmillu l-pressjoni lill-bidwi!", "Iġri, iġri għax jekk mhux se tlaħħaq fl-ewwel ġimgħa mhux se taqbad Lm17-il qantar u se tidħollok, ma' tas-Lm16 jew ma' tal-Lm 15.", "Dawn huma fatti.", "Is-Sante' kienet marbuta ma' prezzijiet li jvarjaw minn 500 tunnellata fuq l-ewwel ġimgħa, it-tieni ġimgħa, it-tielet ġimgħa u r-raba' ġimgħa, u allura m'hemmx dubbju li jinħoloq dan it-taħwid.", "Mr Speaker, jiena ngħid lill-ministru li fis-sentejn tiegħi ma kellix din il-problema tal-faxxina.", "Il-mod li konna qed naħdmu biex ma nagħmlux dawn il-pressures kien qed iħalli l-effett tiegħu.", "Jien naf li għandu pariri tajba, pero' nappellalu li jikkunsidra dak li ngħidlu jien.", "Jien mhux ċuċ, naf x'qed ngħid għax dħalt fih dan ix-xogħol.", "Jekk se jkun hemm din it-tip ta' sistema fil-kuntratt, jiena ngħid li se jkun diffiċli sia għall- uffiċjali u sia għall-bdiewa.", "Issa jekk hu għandu xi uffiċjali differenti milli kelli jien ma nafx, pero' jien esperjenzajthom dawn l-uffiċjali, ħdimt magħhom, naf bil-kapaċitijiet tagħhom, naf fejn huma l- limitazzjonijiet tagħhom u naf x'inhuma ċerti ċirkostanzi li ħafna drabi jwassluhom biex ma jkunux jistgħu jwettqu l-aħjar tal-kapaċita' tagħhom.", "Dawn huma limitati fl-equipment u fir-riżorsi finanzjarji minħabba li dan is-settur sfortunatament dejjem kellu voti limitati.", "Mr. Speaker, jekk verament il-ministru jrid jegħleb din il-problema li semma' fir-rigward tal-mod kif qed tinqered il-faxxina sabiex il-patata kemm jista' jkun tlaħħaq il-perjodu bikri tagħha, ikun jagħmel ħafna sens jekk jivverifika x'kienu l-esperjenzi fis-sentejn tiegħu u fis-sentejn preċedenti fejn m'hemmx dubju li aħna konna wasalna biex nagħmlu l-ewwel varjazzjoni ta' patata mkabbra b'metodu organiku fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri.", "Aħna nafu li din il-prova ma saritx.", "Kienet qed issir mhux għax konna konvinti li tista' ssir imma sabiex ikollna bażi u esperjenza u sabiex inkunu nistgħu ngħidu li qed nippruvaw inkabbru din il-varjeta'.", "Niftakar li dak iż-żmien ftehmna mad-direttur Franco Serracino Inglott li nagħmlu din il-prova biex insaħħu l-esperjenza u n-knowledge tagħna dwar x'impatt negattiv jew pożittiv jista' jkollha din is-sistema ta' produzzjoni.", "Jiena jiddispjaċini ninnota illi mhux talli ma sarx dan ir- rapport imma lanqas kien hemm l-inizjattiva biex isir xi ħaġa fl-aħħar sentejn li għaddew.", "Jien nappella lill-ministru sabiex jara kif jerġa' jibni l-kuntatti ma' l-IFWAM u ma' Dr Cozzo through l-istitut agronomiku ta' Bari.", "M'hemmx dubju li programm bħal dan ikun importanti ħafna għaliex minkejja dak li naqraw u minkejja l-materjal li forsi jista' jkun aċċessibli għalina f'rivisti internazzjonali jew permezz ta' xi website fuq l-internet, irridu nirrikonoxxu illi hemm bżonn li l-esperti u t- tekniċi tagħna ikollhom l-ewwel esperjenza li hemm bżonn.", "Irrid ngħid ukoll li b'kordinazzjoni ma' ħaddiema tad-dipartiment, ma' investituri privati u ma' għaqda tal-bdiewa aħna konna bdejna naraw u nistudjaw il-metodu ta' produzzjoni ta' tadam organiku.", "Dwar dan kelli l- okkażjoni li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati li saru fuq livelli u l-kwalita' ta' ħamrija u fuq il-livelli u l-kwalita' tat- tadam li tkabbar f'pajjiżna b'metodu organiku.", "Bilfors irrid nappella l- ministru biex fil-winding-up jgħidli x'ġara minn din is-sezzjoni, xi żviluppi kellhom jew x'support ingħataw biex ikomplu jwettqu dawn il- bidliet.", "Nerġa' ngħid li dawn m'humiex bidliet li se jiġru mil-lejl għan- nhar imma bidliet li joħolqu bażi lil dawk il-bdiewa li fost kollox jemmnu li huma jridu jinvestu aktar mhux f'dik li hija produzzjoni imma f'dawk li huma d-drittijiet tal-konsumatur u f'dak li huwa l-ħarsien ta' l-ambjent.", "Naturalment il-ministru għandu wkoll jgħid jekk sarx xi ħaġa aħjar flok dawn l-affarijiet għaliex finalment l-iskop li nitkellmu dwar dawn il- liġijiet hu li npoġġu 'l quddiem ċerti veduti li jista' jkun li naħa jew oħra tħares lejhom b'mod differenti.", "Mr. Speaker, fir-rigward tal-liġi rrid nistaqsi: Quddiem dan l- enforcement li se nagħmlu, ddiskutejna d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-bdiewa fir-rigward tal-mod kif se jaġġornaw lilhom infushom biex wara ma jkunux suġġett tal-multi li semma l-ministru?", "U fil- winding-up nixtieq li l-ministru jitkellem ftit dwar id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom f'dan ir-rigward u x'fissru lill-koperattivi tal-bdiewa.", "Ġew spjegati l-bidliet li jridu jagħmlu l-bdiewa biex imbagħad ħadd ma jiġi jgħid li d-dipartiment ta' l-agrikoltura waħħalhom fuq xi ħaġa imbagħad nispiċċaw b'ħafna stqarrijiet u ġlied żejjed?", "X'wens hemm ħalli l-bdiewa tagħna through l-għaqdiet tagħhom jiġu konformi mal-liġijiet?", "X'dokument informattiv hemm li jridu jkunu konformi miegħu?", "Rajna li noħorġu biżżejjed ċirkolarijiet u informazzjoni dwar dawn il-bidliet?", "Malta żgħira u n-nies magħrufa allura m'hemmx dubju li hemm spazju biex dawn l-affarijiet isiru b'mod illi tabilħaqq jiffaċilitaw il-proċess kollu kemm għall-uffiċjali kif ukoll għall-extension services u għall-bdiewa.", "Dawn l-affarijiet saru?", "U jekk saru, meta saru u x'diffikultajiet kien hemm?", "Kif qiegħed jaħdem il- ministru biex jara kif jista' jindirizza aħjar l-ilmenti illi forsi setgħu tqajmu mill-bdiewa jew mill-għaqdiet tagħhom dwar il-mod kif se jiġi applikat dan il-proċess?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet, Sur President, għaliex nemmen li huma importanti.", "Il-gvern għandu l-problema tal-finanzi kontra tiegħu u allura jista' jagħti l-każ illi biex isiru l-affarijiet ikun il-konsumatur u jkun il-bidwi li jkollu jdaħħal idejh fil-but biex ikun konformi mal-liġi.", "Dan qed ngħidu anke fid-dawl tal-mod kif il-gvern qed jittratta l-kwestjoni tal- BSE.", "Issa fil-kas tal-BSE tajjeb li ngħidu li l-Unjoni Ewropea bejn l-1995 u s-sena 2000 minn ta' l-inqas issussidjat lill-Ingilterra biex tabilħaqq twettaq il-management u l-ħidma li hemm bżonn ħalli tara li tkun ħielsa minn din il-marda.", "Issa erħilu li fallielha l-Unjoni Ewropea.", "U fallielha għax din qalet lil kulħadd li qed tinvesti l-flus biex teqred din il-marda u minkejja dan spiċċajna biex din il-marda nxterdet ma' numru ta' pajjiżi oħra.", "Imma li qed nipprova ngħid hu li l-gvern għandu applikazzjoni għal sħubija sħiħa li tant jiftaħar biha u minkejja dan la għamel talba biex iġib flus u lanqas ivvota flus biex id-dipartiment tas-servizz veterinarju jkun jista' jwettaq il-bidliet li hemm bżonn u u joħloq l-inizjattiva biex din il-kriżi ma tkissirx lir-raħħala tagħna.", "Issa l-farsa qiegħda hawn.", "Filwaqt li mhux qed jinvesti l-flus biex jgħin lir-raħħala li għandhom l- irziezet tagħhom mimlijin bil-laħam, min-naħa l-oħra l-gvern qed jgħid illi hu jemmen illi ċ-ċanga tagħna hija tajba u ta' kwalita' u għandha tiġi kkunsmata.", "(Interruzzjonijiet) Allura ixtriha int, Sur gvern, għax il- konsumatur mhux qed jixtriha!", "(Interruzzjonijiet) U mela noqogħdu ngħidu għax il-media u mhux media!", "Jew li dan kollu nqala' minħabba l-Onor.", "Leo Brincat u minħabba l-Onor.", "Anġlu Farrugia illi tkellmu fuq ċerti affarijiet rigward din il-kwestjoni!", "Il-gvern issa jrid ipoġġi saqajh fl-art.", "Il-gvern ma jistax jibqa' jitkellem fl-arja u ma jistax jibqa' qisu d-duħħan ta' sigarett, li jidher għal ftit u jispiċċa.", "Mr. Speaker, il-gvern irid jgħidilna kemm se jinvesti biex liġijiet bħal dawn tabilħaqq ikunu sostnuti.", "Kemm huma l-finanzi li se jkollu d- dipartiment biex liġi bħal din, illi hija importanti mhux biss għall-bidwi imma anke għall-konsumatur u għall-ħarsien ta' l-ambjent, tkun inforzata tajjeb?", "Jekk aħna rridu li jkollna saqajna ma' l-art, irid ikun hemm investiment u jrid ikun hemm twettiq ta' policies.", "Barra minn hekk irid ikun hemm ħsieb dwar kif jingħata l-wens ħalli dawn l-inizjattivi jitwettqu mingħajr ma joħolqu diffikultajiet għall-bdiewa.", "Irrid ngħid li l-gvern ma jistax joqgħod gallerija qisu mar għand Cordina u ħa kafe' u qal kemm hi sabiħa din u kemm hi kerha l-oħra.", "Is-sustanza qiegħda fil-mod ta' kif il- gvern jispjega u jkun aktar ċar biex ikun aktar.", "U dan m'huwiex il-kas fil- mod ta' kif il-gvern mexa vis-a-vis l-marda tal-BSE.", "Mr Speaker, dwar dan il-kas tal-BSE rrid ngħid li kien hemm artiklu fuq \"Il-Mument\" ta' Manuel Bezzina u dan qal li l-Onor.", "Debono Grech u l-Leo Brincat qed jiżvantaġġaw il-ħwienet tal-laħam.", "Irrid ngħid ukoll li flok qagħad jilgħab u jgħid li ċanga ta' 30 xahar, 24 xahar jew 18-il xahar tista' tinbiegħ, il-gvern messu għamel bħalma għamlu pajjiżi oħra li waqqfu l-importazzjoni mill-pajjiżi li huma nfettati.", "U dawn għamlu hekk biex ma joħolqux il-konfużjoni li għandha s-soċjeta' tagħna llum.", "Tajjeb jew ħażin, irrispettivament minn dak li qed jgħid il-Ministru u minn dak li qed jgħid id-dipartiment tas-servizz veterinarju, il-konsumatur mhux qed jixtri dan il-prodott.", "Issa ta' min igħid li min xtara l-ħażna tal-laħam aktar minn 13- il xahar ilu issa qed jibża jieklu minħabba li l-gvern qed jirrakkomanda li l-aħjar laħam u l-iktar laħam garantit huwa dak ta' 13-il xahar.", "Dan ġara għaliex il-gvern ma ppumpjax flus biex l-ewwelnett ikun jista' jindirizza l- problema tal beef intervention scheme illi tiswa Lm40,000.", "Lid-dipartiment tawh Lm120,000 li parti minnhom iridu jagħmlu tajjeb għal ċerti kontijiet pendenti li kienu ilhom ma jitħallsu minn Marzu tas-sena l-oħra.", "Aħna min-naħa tagħna bilfors irridu nimmarkaw dawn in-nuqqasijiet għax ikun inutili li niġu ngħidu li se nbiddlu l-liġijiet biex f'pajjiżna niggarantixxu lil konsumaturi li jkollna ambjent imħares, li jkollna bdiewa kompetittivi u mbagħad l-istess gvern ma jifhimx l-importanza li hu jrid ikun kompetittiv u joħroġ il-flus mill-but.", "Dawn huma ħwejjeġ illi lilna jinkwetawna bis-sħiħ.", "Hemm bżonn li jiġu allokati ċerti flejjes u hemm bżonn li jsir ċertu taħriġ biex nintegraw kemm lill-bdiewa kif ukoll lill- konsumatur.", "Madankollu, proċessi ta' programmi u ta' marketing strategies ma saru xejn.", "Mr. Speaker, jien nista' ngħid xi ħaġa dwar il-mod ta' kif aħna konna ħadna ħsieb il-kwistjoni taċ-ċanga friska.", "Il-bejgħ tagħha minn dejjem kien problema mhux illum biss minħabba l-problema tal-BSE imma anke fis-snin preċedenti.", "Aħna rajna li dak iż-żmien flimkien noħolqu inizjattiva u niftakar li kienet l-amministrazzjoni preċedenti li bdiet toħroġ kull ġimgħa ċ-ċertifikat għal dawk il-bejjiegħa tal-laħam li jixtru taċ-ċanga għall-konsumaturi u kien hemm promozzjoni għaddejja kontinwament biex il- konsumatur ix-xirja ta' ċanga friska mill-ħwienet tal-laħam.", "U dan konna qed nagħmluh anke fil-kuntest li dawn il-ħwienet ma setgħux ilaħħqu u jikkompetu mas-supermarkets.", "Għamilna hekk għax kif għedt dejjem, il- politika Laburista kienet mibnija u kienet tifhem l-importanza tal- kordinament li għandu jkun hemm bejn il-produttur - f'dan il-kas il-bidwi jew ir-raħħal - il-kosumatur u l-ħarsien ta' l-ambjent.", "U dawn huma affarijiet li ftit li xejn ingħataw importanza ovvjament minħabba li l- ministru għandu l-aġenda li jmexxi l-politika tiegħu biex tkun konformi ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea!", "Għal dan il-għan il-Ministru inkariga lill- uffiċjali kollha biex jippjanaw kif jistgħu jbiddlu u jaraw il-vantaġġi u l- iżvantaġġi illi se jkollhom dawn ir-regoli li m'hemmx dubju ġabu fix-xejn l- eluf ta' impjiegi tal-bdiewa u ta' raħħala tal-pajjiżi membri matul dawn l- aħħar tletin sena.", "Nafu wkoll li minkejja l-istandards u minkejja t-teknika li ġew applikati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, għandna dan il-mard ġdid, dak li nafuh bħalha l-marda tal-mad cow.", "Issa vera għandna żewġ interpretazzjonijiet.", "Għandna interpretazzjoni tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea illi tgħid illi din hija kawża tal-mod ta' temperatura illi kellu l-meat and bone meal u mbagħad għandna teorija oħra fejn jgħidu li din il-marda feġġet minħabba taħlit li sar minn kompożizzjoni li normalment tmur għat-tiġieġ jew inkella għall-majjal.", "Dan x'qalu pajjiżi oħra fuq il-kwistjoni.", "Imma aħna min-naħa tagħna ħadna l-inizjattivi, gvern preċedenti Laburista, gvern preċendenti Nazzjonalista, gvern tal-lum Nazzjonalista, sabiex dawn l-affarijiet f'pajjiżna jkunu limitati?", "Ħadna jew ma ħadniex, l-importanti hu li ngħarrfu lill-konsumatur.", "U jekk hawn xi ħadd li mhux infurmat dwar l- importazzjoni tal-laħam, dwar il-prodotti tal-laħam li qed jiġu mportati hu propju l-konsumatur Malti.", "U jien nesiġi li fil-winding-up il-ministru jagħti ħjiel dwar il-mod ta' kif il-gvern fit-tliet snin li ġejjin se jinċentiva ċ-ċanga tagħna mal-konsumatur.", "Għax il-konsumaturi m'humiex informati sew dawn joqogħdu fuq ħafna diskors li joħolqu n-nies u qed jispiċċaw jibżgħu mentri", "Donnu li m'aħniex nirrealizzaw li n-nies għandhom moħħ biżżejjed biex jifhmu l-affarijiet.", "Il-konsumatur għandu jiġi muri l-vantaġġi li għandu l- prodott lokali.", "Kumbinazzjoni l-bieraħ kont qed nara programm fuq Net Television u tgħidx kemm ħadt gost nisma' konsumatur jgħid li t-tiġieġ tagħna huma kollha għadam speċjalment meta jien naf kemm hemm dedikazzjoni minn ċerti kumpanniji f'pajjiżna biex jgħollu l-istandards tagħhom!", "Aħna nafu li l-produzzjoni taċ-ċanga tagħna m'hijiex suġġett ta' hormones growth treatment u lill-poplu tagħna rridu nedukawh u ngħidulu li hemm rapporti xjentifiċi li jikkonfermaw li ċanga li hija suġġetta għall-hormones growth treatment, jiġifieri joqogħdu jagħtuhom l-isteroids biex jikbru fil-laħam, tħalla mpatt fuq is-saħħa tal-bniedem.", "F'Malta m'għandniex din is-sistema u ż-żewġ naħat naqblu li din is-sistema m'għandiex tkun integrata fil-kunċett tat-trobbija taċ-ċanga tagħna.", "U dawn l-affarijiet irridu infehmuhomlu lill- konsumatur ħalli jifhem x'inhu r-rwol komuni li jeżisti bejn iż-żewġ naħat, liema rwol għażlu b'tant għaqal ir-raħħala u l-produtturi f'pajjiżna sabiex jassiguraw li l-kwalita` ta' ċanga tagħna tkun bnina u tabilħaqq tilħaq l- istandards mixtieqa.", "Sur President, jien nixtieq li l-ministru fil-winding up jgħid x'inhi l- pożizzjoni fir-rigward ta' l-għalf tal-bhejjem ġenetikament modifikat.", "Għaliex m'għandniex infehmu lill-konsumaturi tagħna li jista' jkun li qed jiġu mportati prodotti pproċessati li jistgħu jkunu ġejjin minn bhejjem li jkunu mitmugħa għalf li jkun ġenetikament modifikat?", "Pero` dan m'huwiex il- każ fil-laħam taċ-ċanga lokali għaliex aħna ma nitimgħux lill-bhejjem tagħna bi prodott ġenetikament modifikat.", "Aħna nafu li hemm rapporti xjentifiċi li jikkonfermaw li fejn hemm prodott ġenetikament modifikat jikber fuq l-uċuħ, ma ssirx id-dakkra.", "Dawn kollha huma issues li l-gvern irid jindirizza u jrid jindirizzahom f'mument li l-aktar li jagħmel sens li jindirizzahom.", "Għalfejn se nibqgħu ngħidu li lill-konsumatur irridu nagħtuh standards tajba u noqogħdu nressqu liġijiet bħal dawn biex fuq il- gazzetti jiġi rrappurtat kemm daħħalna provvedimenti u legal notices imbagħad fis-sustanza l-konsumatur ftit li xejn jara f'bidla u ftit li xejn jara f'kontinwazzjoni li tabilħaqq tkun qiegħda tissodisfalu l-ilmenti li jkollu?", "Sur President, dawn huma affarijiet li f'liġi bħal din bilfors trid tagħmel riferenza għalihom għaliex lilna li jgħajruna li ma għamilna xejn u li jikkritikawna li konna biss kapaċi biex inpaċpċu fuq il-ħofra finanzjarja li sibna, fis-sentejn li għamilna kkontribwixxejna biex inwettqu dan it-tibdil ħalli l-produzzjoni tagħna tkun tabilħaqq ta' kwalita` għolja.", "L-ewwel li għamilna aħna kien li minflok infaqna l-flus biex isir il-coastal green belt u s-seed bank kif kien ipproġettat mill- amministrazzjoni tal-gvern Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996, investejna f'serer speċjalizzati f'tal-Kmand biex inkunu nistgħu nipproduċu xtieli u siġar tal-frott inkluż dwieli ħielsa mill-mard b'mod li wara li nkunu għamilna dak li nsejħulu l-agri-ecological survey fejn allura lill-bdiewa tagħna nkunu analizzajnilhom il-livelli ta' l-ilma u t-trab ta' l-art tagħhom, ikollna programm li bih verament inkunu nistgħu nagħmlu integrated pest management.", "Konna wkoll maħsub investiment ta' Lm1.5 miljun sabiex inwettqu dawn is-serer speċjalizzati ħalli minbarra li l-bdiewa tagħna jkunu jistgħu jkabbru x-xtieli u l-pjanti tagħhom jkunu jistgħu jkabbru wkoll is-siġar tal-frott biex b'hekk ikollna varjeta` akbar u li tlaħħaq aktar mal-ħtiġijiet tal-konsumaturi f'pajjiżna b'mod li tabilħaqq tkun qiegħda tħares l-ambjent naturali.", "Jien nixtieq li fil-winding up tiegħu l-ministru jgħidli fiex wasal dan l- investiment, x'inhuma t-time frames, kemm se jitħawlu dwieli u siġar tal- frott fuq art tal-bdiewa li fuqha saret din l-analisi xjentifika u x'tip ta' management hemm formolat, jiġifieri jekk id-data li jiġbor l-extension officer hijiex se tiġi mdaħħla f'computers ħalli b'hekk imbagħad il-bidwi jkun jaf xi jrid jagħmel fl-ewwel xahar u fit-tieni u t-tielet xahar xi jrid jagħmel fis-sena ta' wara.", "Għaliex ikun ikun inutli li noqogħdu nippruvaw inpinġu li se nagħmlu xi bidla jekk imbagħad ma jkollniex l- għodda u l-istrutturi meħtieġa biex tabilħaqq inkunu nistgħu nwettqu dawn il-bidliet importanti u li għal pajjiżna jagħmlu ħafna sens.", "U jagħmlu ħafna sens għaliex kif nafu l-economy of scales tagħna jpoġġu fi żvantaġġ lil kulħadd, partikolarment lill-qasam tal-biedja.", "Sur President, minħabba d-daqs ta' pajjiżna ma jistax ikollna produzzjoni daqs dik ta' pajjiżi ħafna akbar minnha, imma tajjeb jew ħażin għall-għaqal u l-kapaċita` tal-bdiewa tagħna aħna nkabbru numru ta' uċuħ matul l- istaġuni tas-sena u dan huwa wkoll frott tal-klima li ħafna drabi tkun tajba għall-istess tkabbir ta' prodotti.", "Imma jekk il-ministru tal-finanzi f'kull leġislazzjoni m'huwiex se jifhem li hemm bżonn li jżid il-finanzi għal dawn it-tip ta' strutturi u li hemm bżonn li jkun hemm ħjiel ta' kif u għalxiex se jintnefqu l-flus ikun inutli li jsiru dawn il-bidliet għaliex l- esperjenza li kellna fl-imgħoddi hi li filwaqt li l-ewwel noqogħdu nitkellmu fuq ħafna policies imbagħad ikun hemm ministeru li jkun irid iwettaq ċerti bidliet imma ma jkunx jista' jwettaqhom għaliex tkun tfaċċat kriżi liema kriżi biex tiffinanzjaha naturalment ikollok tissospendi ċerta attivita` li tkun għaddejja.", "Per eżempju, nafu li l-kabinett preżenti kien approva Lm50,000 biex jitħallsu l-bdiewa li kellhom xi problemi minħabba l- maltemp u l-ministeru nefaq madwar Lm30,000 minnhom biex ħallas lill-bdiewa u l-Lm20,000 l-oħra kellu jħallashom għall-programmi ta' inizjattivi oħra li kien għaddej bihom għaliex bħalma jiġri dejjem minn sena għall-oħra fl- agrikoltura, f'ċerti sitwazzjonijiet tagħmel kemm tagħmel preparazzjoni u tagħmel kemm tagħmel target dates u timeframes dejjem se jkollok in-natura kontra tiegħek.", "Għalhekk wieħed irid jifhem kemm jagħmel sens li ninvestu bis-serjeta` u jkun tajjeb li fil-winding up il-ministru jgħidilna kif beħsiebu jimplimenta dak li qal sia fl-introduzzjoni tiegħu dwar dan l-abbozz u sia dwar dak li se jagħmel 'il quddiem.", "U huwa importanti li nkunu nafu dan għaliex sal-lum aħna dejjem konna konformi mar-regoli tal-WHO u tal-FAO u dejjem rajna li nużaw dawn l-istandards.", "Issa aħna nafu li l-gvern għandu applikazzjoni biex isieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea u nafu wkoll li l- Unjoni Ewropea tmur oltre dak li jgħidu l-WHO u l-FAO, naturalment f'sens pożittiv biex dejjem tgħolli l-istandards.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li jien dejjem nitlob lill-ministru jispjega hija l-impatt negattiv li tħalli d-densita` tal-popolazzjoni tagħna meta niġu biex napplikaw ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk hemm regoli bbażati fuq densita` ta' popolazzjoni ta' 300 ruħ kull kilometru kwadru filwaqt li f'Malta għandna densita` ta' popolazzjoni ta' 1,300 ruħ kull kilometru kwadru.", "Mela allura nafu li jekk f'pajjiżna għandna l-limitazzjonijiet tad-daqs ta' l-art dan huwa ikkaratterizzat ukoll fil-mod ta' kif nistgħu nutilizzaw l-art agrikola ta' pajjiżna.", "U m'hemmx dubju li l-ministru jrid jgħidilna x'investiment aktar irid isir u kemm se jiswa dan l-investiment lill-gvern biex tabilħaqq negħlbu dan l- impatt.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru tal-finanzi qed jistaqsini min se jħallsu.", "Iħallsu min jagħmlu!", "Min ikkrea l-bore holes f'pajjiżna?", "(Interruzzjonijiet) Dawn l-affarijiet huma recorded.", "Taħt min sar l-akbar ammont ta' bore holes f'pajjiżna?", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma taħt min saru?", "Aħna għamilna records tagħhom imma għaliex konna nafu li ħaddieħor għalaq għajnejh it-tnejn fuqhom u ridna nagħmlu records ħalli nkunu nafu x'inhi l-problema.", "Kif tista' tkun taf x'inhi l-problema li tikkawża bore hole - mhux mil-lat ta' produzzjoni agrikola biss imma anke mil-lat ta' ambjent u mil-lat ta' hydrology - jekk ma nkunux nafu kemm saru bore holes?", "U żgur li nirreġistrawhom!", "Jekk matul l-amministrazzjoni ta' qabel l-1996 kulħadd għalaq għajnejh, widnejh, ħalqu u kollox, mhux bilfors irridu nirreġistraw?!", "Aħna qed ngħidu li nafu li għandna problemi serji f'pajjiżna u nafu li l- finanzi huma nieqsa biex jindirizzaw dawn il-metodi sostenibbli li għandna bżonn nindirizzaw biex tabilħaqq nassiguraw li l-bidwi ma jbatix l-ispejjeż u biex nassiguraw il-kwalita` lill-konsumatur u l-ħarsien ta' l-ambjent ...", "MIn se jagħmel tajjeb għalihom dawn l-ispejjeż?", "Dawn kollha huma fatturi - bħall-kwestjoni ta' l-enforcement - li fl-ispjega li għamel il-ministru fl- introduzzjoni tiegħu u fil-mod kif inhu drafted l-abbozz, m'humiex spjegati.", "Sur President, kif kont qed ngħid aktar kmieni, aħna mhux biss rajna li ninvestu Lm1.5 miljun f'serer speċjalizzati f'tal-Kmand biex tabilħaqq ikollna siġar tal-frott u dwieli li nistgħu nagħtuhom lill-bdiewa tagħna part-timers - hekk konna naħdmu dak iż-żmien - ħalli minflok ikabbru l- kaboċċa, il-karrotta, il-ġidra, u l-basal u jikkompetu mal-bidwi full-time, ikabbru prodotti ġodda li jkunu żviluppati b'mod li jkabbru aktar id- diversifikazzjoni tal-prodott lokali imma f'ambjent li ma jkissrux is-suq tal-bidwi full-time.", "U għamilna dan l-investiment għaliex konna nemmnu fih u sibna l-flus.", "Imbagħad toqogħdu tgħiduli li l-gvern se jivvota Lm1 miljun biex inkunu konformi u nibdew nappoġġjaw l-NPAA.", "U ddaħkunix!", "Ma' ta' din in-naħa ma tinftehmux meta ssemmu dawn l-affarijiet għaliex aħna nafu li intom se tonfqu Lm1 miljun għal pjan meta diġa` hemm konferma li l-biedja mhux se tkun kompetittiva.", "Diġa` qal li hemm diffikultajiet kbar u li l- biedja f'Malta qatt ma tista' tkun kompetittiva.", "Allura kif se tinvesti?", "Il- biedja tkun kompetittiva meta tinvesti fil-micropropogation u fis-serer speċjalizzati ħalli tgħaġġel il-proċess kemm jista' jkun u tħawwel dawk is- siġar tal-frott u dawk id-dwieli ħalli tikber il-produzzjoni 'l hinn minn dak li tiġi timponilna l-Unjoni Ewropea imma f'ambjent li barra li jkollna kwalita` għolja nsebbħu l-landscaping tal-pajjiż u nagħtu l-wens u noħolqu l-inizjattivi għall-bdiewa tagħna ħalli fi bwiethom idaħħlu aktar.", "Dawn huma l-modi kif aħna pproġettajna bis-serjeta`, bħalma pproġettajna bis-serjeta` fil-riabilitazzjoni tal-Wied il-Qlejgħa.", "Konna aħna li daħħalna sistema ġdida li bl-anqas impatt possibbli fuq l-ambjent tirrispetta l-ekoloġija, il-hydrology u l-ġeoloġija.", "U kulma tagħmel huwa hekk; jekk int tonfoq ħafna flus biex tixtri tapit ġdid imbagħad ma tgħaddix minn fuqu tkun xtrajtu għal xejn.", "Veru li jekk ma tgħaddix minn fuqu se jibqa' sabiħ imma jkun qiegħed hemm għal xejn.", "U l-istess meta tiġi biex tagħmel riabilitazzjoni; għandek ċerti affarijiet li trid taċċettahom u trid tagħmilhom.", "Is-sistema li għamilna aħna kienet ekonomikament vijabbli għaliex fil-widien konna qed nibnu sistema ta' gabbjoni u materassi - il-ministru biex iniggiżni jħobb isejħilhom selħiet tal-konkos; ma jimpurtax nuża l-kelma tiegħu, l-importanti hu li dak li nagħmel iservi għall-ġid komuni kemm tal-Laburisti kif ukoll tan-Nazzjonalisti - li permezz tagħhom mhux biss il-valanga tat-tafal jew tal-ħamrija ma timbuttax il-ġebel tas-sejjieħ imma tħalli b'mod naturali l-aspetti xjentifiċi kollha ekoloġiċi, idroloġiċi u ġeoloġiċi fir-realta` naturali tagħhom.", "Barra minn hekk din is-sistema sservi biex meta jkun hemm is-saħħa ta' l-ilma, li allura normalment timbotta dak il-ħajt li int jista' jkun li bnejt xahar jew sena qabel u twaqqgħu u b'hekk tkun infaqt il-flus għalxejn, il- gabbjoni tgħaqqad gaġġa ma' gaġġa u by gravity dawn l-istess gaġeġ ikunu huma stess forza biex jikkumbattu l-ilma li jkun ġej.", "Aħna pproduċejna dawn is-sistemi għaliex konna konxji mill-ħofra li għandu l-pajjiż u konna konxji li rridu nsibu sistemi sostenibbli li fihom in-nies jaraw id-differenza u li bihom inkunu nistgħu verament inlaħħmu kunċetti aktar importanti biex irendu aktar l-attivita` ekonomika f'pajjiżna, jiġifieri l-agri-turiżmu.", "Aħna konna qed nifhmu li b'inizjattivi bħal dawn, fejn allura nkabbru aktar siġar tal-frott u dwieli u nirranġaw il-widien tagħna b'mod li jkunu jistgħu mhux biss jilqgħu għall- ilma tax-xita biex ikollna aktar ilma .ġieri fl-aquifer tagħna ħalli l- ilma li jtellgħu l-bdiewa għat-tisqija ta' l-uċuħ tagħhom jkun aktar ta' kwalita` u jkun miżmum fl-aktar mod avvanzat li jeżisti fid-dinja, konna qegħdin ninvestu wkoll fil-kunċett ġdid ta' l-agri-turiżmu.", "Sur President, qed insemmi dawn il-fatturi kollha biex nuri li mhux veru dak li jgħidu tan-naħa tal-gvern, ċioe` li aħna m'għamilna xejn meta konna fil-gvern ħlief neqirdu fuq il-ħofra finanzjarja.", "Min-naħa l-oħra, aħna nippretendu li la issa m'hawnx problemi ta' flus u la l-gvern suppost għandu metodi aktar serji u accountable kif jista' jipprovdi l-flus jinvesti f'dan il-qasam ta' l-agrikoltura biex ikun jista' jwettaq il- bidliet meħtieġa.", "Safejn naf jien, dan il-proġett li għandu bażi importanti biex ikollna l-protezzjoni ta' l-ilma ġieri speċjalment fl- aquifer fin-naħa ta' fuq ta' Malta, ma tkompliex u jidhirli li ftit hemm flus ivvotati biex dan jitkompla ħalli jkun jista' jġib 'il quddiem ix- xogħol, l-inizjattiva u l-wens li hemm bżonn biex dak li għandna enfasizzat f'din il-liġi tabilħaqq ikun jista' jitwettaq u jrendi biex f'pajjiżna ikun hawn koordinazzjoni bejn l-interessi tal-bdiewa, l-interessi tal-konsumatur u l-interess tal-ħarsien ta' l-ambjent.", "Sur President, il-gvern se jkollu żewġ proġetti għaddejjin, jiġifieri dak biex jaġġorna s-sistema agrikola f'pajjiżna ħalli tkun konformi mal- politika komuni agrikola ta' l-Unjoni Ewropea u dak li jrid iwettaq ċerti bidliet biex iġibu fis-seħħ dawn il-bidliet b'mod li jkun sostenibbli.", "Għalhekk jien nistaqsi lill-Ministru li qed jgħid lill-bidwi biex jinvesti u biex iwettaq dawn il-bidliet fil-mod ta' kif japplika sistemi aħjar ħalli jkabbar l-uċuħ tar-raba' tas-serer tiegħu, u li tant qed jippompja li barra fl-Unjoni Ewropea hemm suq ta' 400 miljun ruħ, biex jgħidli liema huma dawk il-prodotti li se jkunu kompetittivi u liema huma l-aktar li se jirrikkmanda lill-bdiewa biex jipproduċu ħalli jesportaw.", "Li l-bdiewa jafu żgur hu li se titneħħilhom il-levy ta' protezzjoni fuq il-ftit prodotti li jipproduċu huma mbagħad se tiżdied il-levy lill-konsumatur permezz ta' l- integrated tariffs of the European communities fuq prodotti tal-biedja ta' l-ikel li jiġu mpurtati mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura hawnhekk il-Ministru jrid jispjega x'se jagħmlu l-bdiewa u r- raħħala tagħna f'dan is-sens għaliex huwa fatt li l-Unjoni Ewropea torbot u tpoġġi fuq pajjiżna ċerti sistemi ta' kontrolli, dazji u kwoti.", "Jien għamilt diversi mistoqsijiet dwar dan u semmejt każ prattiku dwar l- importazzjoni tan-New Zealand lamb li l-Unjoni Ewropea torbot lill-pajjiżi membri bi kwota ta' 2,060 tunnellata minnu.", "Kawża tal-kwota, tal-kontrolli u tad-dazju, il-prezz ta' dan il-prodott minn USD3,000 kull tunellata metrika tela' għal USD15,000.", "Dan ovvjament minħabba l-policy li tiddefendi l-interessi tal-bdiewa tal-pajjiżi membri imma lilna ma teffettwaniex għaliex aħna qatt m'hu se jkun possibbli għalina li nkabbru z-zokkor, il- qmuħ u ċ-ċereali, u qatt m'hu se jkun possibbli għalina li nkabbru l-merħla tagħna biex nipproduċu l-beef b'mod abbundanti tant li mix-xaħmijiet tiegħu nagħmlu l-butir u l-ġobon.", "Dawn huma kollha fatturi li nafu li l-Unjoni Ewropea tissussidja bi flus kbar imma li Malta qatt m'hu se tkun tista' tiggwadanja minnhom.", "U nafu li dawn huma kollha kkonfermati fl-NPAA.", "Il-ministru ta garanziji - smajtu jien stess fil-question time - li ħadd m'hu se jġarrab telf.", "Jekk inhu hekk jista' jispjegali kif jista' jkun dan fil-każ tal-prodotturi tat-tadam li l-ministru qed joqgħod jgħidilhom li jistgħu jipproduċu b'mod abbundanti meta nafu li jekk isir hekk dawn iridu jserrħu r-raba'?", "Jekk dawn ikollhom 20 tomna u se jserrħuhom għal sena trid tikkalkula li jien se nitlef minn dak il-wiċċ.", "Il-bdiewa tagħna m'għandhomx uċuħ ta' raba' enormi li jistgħu jgħidu li 100 tomna ħawwluha din is-sena u 100 tomna ħawwluha s-sena ta' wara.", "Allura jien nixtieq li l- ministru, li qed joqgħod jimla' ras il-bdiewa li se jkollhom suq ta' 400 miljun ruħ, ifehemna kif din il-liġi se tgħin lill-bdiewa jtejbu l- proġettazzjoni tagħhom ħalli jkunu kompetittivi f'dawn is-swieq.", "U qed insostni dawn l-affarijiet għaliex hemm bidla ta' 4ċ kull kilo.", "Forsi l-ministru jgħidilna li l-prezz se jinżel tant pero` huwa konvint li permezz ta' din il-liġi u permezz ta' l-investiment li se jġiegħel lill- bdiewa jagħmlu u permezz tal-karrotta li se jdendlilhom li jekk ma jkunux konformi ma' dan l-investiment hemm il-multi, il-produzzjoni se titla' minn \"daqshekk\" għal \"daqshekk\" fis-sitt xhur li ġejjin jew fl-istaġun li ġej jew fit-tliet snin li ġejjin.", "Dawn l-affarijiet irridu nisimgħu.", "Jien ma nistax nifhem kif, per eżempju, nafu li l-industrija tal-produzzjoni tad- tadam se tiffaċċja problemi kbar - u hemm sinjali ċari ta' dan - u ma ngħidux li l-formola abbażi tat-titjib u ta' l-opportunitajiet u tal-gwida li se tagħti din il-liġi biex il-produzzjoni tkun aktar ta' kwalita` u kompetittiva qed nimmarkaw li se tiżdied \"daqshekk\" u se nkunu kompetittivi b'\"daqshekk\".", "Dawn huma affarijiet li aħna għatxana li nisimgħuhom u li rridu nisimgħuhom għaliex nippretendu li issa li għaddew sentejn, dawn l- affarijiet għandhom jiġu spjegati.", "Sur President, il-ministru semma' wkoll l-investiment li jrid isir fl- impjanti.", "Aħna li nisimgħu li hemm bżonn li ngħollu l-istandards tagħna biex ikunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea nafu x'investiment nirrikjedu fil-management tal-proċess u ta' kif se nagħmlu l-finished product tagħna?", "(Interruzzjonijiet) Jien qatt ma smajt lil tan-naħa l-oħra jgħidu li qed iħallu ammont ta' flus garanzija biex jekk is-settur tal- biedja ma jmurx 'il quddiem kif qed jaħsbu, inkunu nistgħu ngħinu lill- bdiewa tagħna.", "Din l-istess bħall-marda tal-BSE.", "La l-gvern huwa konxju li l-laħam taċ-ċanga lokali huwa tajjeb u xorta mhux qed jinbiegħ, għaliex ma jgħinx u temporanjament jixtrih hu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il- ħin għall-aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUIGIA: Iva, nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Frar, 2001 fid-9:00a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, fid-diskors tiegħu ta' dalgħodu, l-Onor.", "Anġlu Farrugia għamel ħafna allegazzjonijiet u insinwazzjonijiet dwar il- każ tal-containers li ddaħħlu f'Malta u li għalkemm kien iddikjarat li dawn kienu qed iġorru l-ħaxix, fil-fatt il-kontenut tagħhom kien laħam.", "Rigward dan il-każ li anke l-Onor.", "Leo Brincat għamel riferenza għalih, irrid ngħid li filwaqt li l-mistoqsija ta' l-Onor.", "Brincat saret fl-14 ta' Diċembru, illum l-Onor.", "Farrugia tkellem dwar il-containers li daħlu f'Malta fit-22 ta' Diċembru.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni jafu x'qed jagħmlu u x'qed jgħidu?", "Kemm l-Onor.", "Farrugia kif ukoll l-Onor.", "Brincat tkellmu fuq l- istess ħaġa, allura kif id-dati m'humiex jaqblu?", "Mr Speaker, irrid ngħid li min-naħa ta' l-awtoritajiet, l- investigazzjonijiet saru b'mod serju.", "Illum se nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra r-rapport li rċevejt mingħand il-kontrollur tad-dwana, rapport li juri li fid-dati speċifikati mill-Onor.", "Brincat, ġew identifikati għaxar containers li ddaħħlu f'Malta b'temperatura ta' -20°c. Il-kontrollur tad-dwana qed jgħid li dawn il-containers ġew kollha ċċekkjati qabel ma ġew released, u qal ukoll li kien fihom frozen potatoes, vegetables, bread, pastries, dough, drumsticks, turkey u xi affarijiet oħra ta' din ix-xorta.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Iktar Rimarki.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fl-aġġornament ta' dalgħodu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għoġbu jallega li l-pulizija, li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħi, ingħataw xi struzzjonijiet mis-Sur Richard Cachia Caruana, l-assistent personali tal-Prim Ministru, biex jieħdu passi dwar artiklu li deher fil-\"Malta Today\" tas-26 ta' Jannar 2001.", "Dan l-artiklu, li kien jitratta żewġ ġurijiet, kien ġie ppubblikat minkejja ordni maħruġa mill-qorti biex ma jsirux kummenti jew opinjonijiet dwar dawn il-każi, kemm favur kif ukoll kontra l-akkużat li hu mixli bi traffikar tad-droga u bl- attentat ta' qtil ta' l-assistent personali tal-Prim Ministru.", "Sur President, l-allegazzjoni ta' l-Onor.", "Sant hija kompletament falza għax is-Sur Cachia Caruana bl-ebda mod ma ndaħal fil-każ ta' dan l-artiklu li deher fil-\"Malta Today\".", "Dan m'iniex qed ngħidu jien biss imma ġie miċħud anke mill-kummissarju tal-pulizija permezz ta' stqarrija li ħareġ, kemm meta din l-allegazzjoni dehret fil-ġurnal \"KullĦadd\" kif ukoll illum wara li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal dan fil-parlament.", "Jiena wkoll niċħad li kelli xi struzzjonijiet mingħand xi ħadd, wisq inqas mingħand Richard Cachia Caruana, biex jittieħdu xi passi kontra l-artiklu li deher fil- \"Malta Today\".", "Ninsab informat li l-pulizija eżaminat il-kontenut ta' dan l-artiklu, ħadet pariri legali u tekniċi u investigat il-każ.", "Il-pulizija kellha dritt tagħmel dan, pero' naturalment id-deċiżjoni ta' jekk dan l- artiklu kisirx l-ordni espressa mill-qorti jew le, trid tittieħed mill- istess qorti.", "Huwa mportanti li ma jsir xejn li jista' jtellef mid-due process of law, jiġifieri li ma jsir l-ebda ġudizzju li jista' jinfluwenza s-smiegħ xieraq ta' ġuri kriminali.", "Il-qorti fl-ebda ħin ma żammet lil xi ħadd milli jikkonstata x'inhuma l-fatti, pero' li wieħed jagħti l-ġudizzju tiegħu assolutament m'huwiex aċċettabbli, u għalhekk, jekk din l-ordni tinkiser, ikollhom jittieħdu l-passi neċessarji.", "Sur President, jien neskludi wkoll l-allegazzjoni mitfugħa li jien jew xi ħaddieħor tajna xi istruzzjonijiet ta' kwalunkwe xorta biex idumu ma jittieħdu passi kriminali kontra xi persuna li hija xhud fil-ġurijiet li se jsiru.", "Mhux talli dan ma sarx, talli l-pulizija għamlet dmirha sew u mill- ewwel investigat il-każ li semma' l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "Il-Ministu għat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, fil-ħin li fadal xtaqt nagħmel xi kummenti dwar ir-rapport li permezz tiegħu l-General Workers Union iddeċidiet li tieħu pożizzjoni kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kif kulħadd jaf, it-turiżmu jsarraf f'20% tad-dħul tal-pajjiż , f'madwar 30% ta' l-impjiegi u fi kwart ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Dawn huma fatti li kkonfermawhom anke l-awturi bla wiċċ u bla isem li kitbu r- rapport li kkonviċa lill-General Workers Union biex tieħu pożizzoni kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Sur President, minkejja l-importanza rikonoxxuta minn kulħadd, anke mill- konsulenti mqabbda mill-GWU, ir-rapport, minflok jikkonċerna direttament l- impatt tas-sħubija fuq it-turiżmu, jitratta l-ħtieġa ta' pjan dwar it- turiżmu kulturali, xi ħaġa li l-oppożizzjoni għad trid tfiehmni x'għandu x'jaqsam dan il-pjan mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u t-tneħħija tat-TOSS, l-iskema ta' sussidju għall-operaturi mis-suq Ingliż.", "Dwar affarijiet oħra, dan ir-rapport ma qal assolutament xejn, jiġifieri għall-GWU, it- turiżmu jfisser pjan għat-turiżmu kulturali u t-tneħħija.", "Jekk l-awturi tar-rapport u l-mexxejja tal-GWU iridu jittieħdu bis-serjeta', ma jistax jitkellem biss, u b'mod mill-iktar pwerili dwar it-tneħħija tat-TOSS .", "Jien kont nistenna li min kiteb dan ir-rapport tassew jidħol fl-impatt sħiħ tas-sħubija fuq l-industrija tat-turiżmu.", "Per eżempju jien stennejt li l- esperti jitkellmu dwar l-effetti tas-sħubija fuq l-Air Malta, iżda din lanqas biss tissemma' fir-rapport, aħseb u ara kemm issemmew il-vantaġġi li l-Air Malta tikseb mit-third package li jiftaħ orizzonti iktar wiesa' u potenzjal enormi.", "Kont nippretendi wkoll li l-esperti, jekk verament huma hekk, ikejlu l-impatt fuq is-settur ta' l-akkommodazzjoni, fuq l-aġenziji ta' l-ivjaġġar, fuq il-gwidi u fuq dawk l-aspetti kollha li l-gvern, permezz ta' esperti veri u ta' finanzjament mill-Unjoni Ewropea, qiegħed jistħarreġ.", "Xi jgħid ir-rapport tal-GWU dwar l-Euro?", "Ċertament li dwar il-fatt li mill-2002, din se tkun il-currency komuni għall-pajjiżi membri, ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet, ir-rapport ma jgħid xejn.", "Minkejja d-dgħufija ta' dan ir-rapport, nerġa' ngħid li hija meravilja kif il-GWU waslet biex tikkonkludi li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, it-turiżmu se jintlaqat ħażin minħabba t-tneħħija tat-TOSS u minħabba n-nuqqa ta' pjan ta' turiżmu kulturali.", "Sur President, jien qatt ma kelli l-iċken dubju li l-GWU ma kinetx se tirkeb il-karru tal-partit Laburista, imma li tipprova tiġġustifika l- pożizzjoni tagħha b'rapport bħal dan, fil-fatt inaqqsilha mill- kredibilita'.", "Illum, fir-rigward tat-turiżmu, pajjiżna m'għadux jiddependi unikament mis-suq Ingliż, anzi tnejn minn kull tliet turisti li jżuru Malta jiġu minn sorsi differenti, imma l-esperti bla wiċċ u bla isem lanqas biss semmew dan il-fatt, u għalhekk ma kejlux l-impatt, tajjeb jew ħażin, ta' swieq oħra fuq it-turiżmu Malti.", "Kieku l-esperti kellhom ftit dekor, fl-istess nifs li tkellmu dwar is-suq Ingliż u dwar it-tneħħija tat- TOSS, kienu jgħidu wkoll li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, se titneħħa t-taxxa diskriminatorja li l-Ingilterra timponi fuq min isiefer lejn Malta u lejn kull pajjiż li m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din id-departure tax bħalissa tammonta għal STG.10 imma minn April ta' din is- sena din se tirdoppja bil-konsegwenza li l-kompetittivita' ta' Malta se tkompli tonqos fil-konfront ta' destinazzjonijiet li huma membri fl-Unjoni Ewropea bħal Spanja, il-Greċja, l-Italja, Franza u ħafna pajjiżi oħra.", "Riżultat immedjat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jkun ukoll it-tkabbir fil-kompetittivita' fil-konfront ta' pajjiżi bħat-Tuneżija u t- Turkija.", "Jien nerġa' nistaqsi kif nistgħu nieħdu dan ir-rapport bis- serjeta' għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "Kif nistgħu nqisu d- deċiżjoni tal-GWU bħala waħda kredibbli u intelliġenti jekk qiegħda tistrieħ biss fuq dan ir-rapport?", "Kif tista' l-GWU tasal għal dik il- konklużjoni meta r-rapport ma jgħidx, mil-lat tat-turiżmu, jekk jaqbilx jew le li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea?", "Imma minkejja dan, fil-gazzetta \"L-Orizzont\" tal-bieraħ, il-GWU qalet li \"huwa ħsara għal Malta, għat- turiżmu Malti, jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.\"", "Rigward it-Tour Operator Support Scheme, fir-rapport intqal li l-Unjoni Ewropea ma tippermettix li dan ikompli.", "Dan huwa minnu, u jafu kulħadd, għax jien stess ġieli għedtu f'din il-Kamra.", "Li ma qalx ir-rapport kien li biex inżommu s-sistema tat-TOSS b'rata kompetittiva kien ikollna bżonn madwar Lm8 miljun, xi ħaġa li ma nistgħux naffordjawha iktar.", "Ir-rapport ma jgħidx li llum, l-awtorita' tat-turiżmu, l-għaqdiet, l-assoċjazzjonijiet u kull min jifhem f'din l-industrija ma jarax iktar ħtieġa għal dan is- sussidju, pero' pero' dawn huma fatti li jafhom kulħadd.", "L-esperjenza uriet li b'nefqa ikbar f'promozzjoni, f'pubbliċita' u f'riklamar minflok bis-sussidju taħt l-iskema tat-TOSS, inkunu nistgħu nagħtu exposure iktar wiesa' u iktar effettiva lill-offerta ta' pajjiżna.", "L-esperjenza uriet ukoll li mhux l-operaturi kollha kienu qed jużaw is-sussidju b'risq il- klijenti tagħhom u allura b'risq Malta, għax minflok iraħħsu l-prezzijiet kienu qed ikabbru l-profitti tagħhom.", "Għalkemm dwar iż-żamma tat-TOSS, il-gvern qed jitlob perjodu transitorju sa nofs is-sena 2004, dan qed isir l-iktar għax ma nafux eżatt meta u jekk l-Ingilterra taddotta l-Euro, u għalhekk, bħala miżura temporanja, filwaqt li żammejna d-dritt li din l-iskema tista' tiġi applikata, ġiet introdotta skema li hija performance based.", "Fix-xitwa 2001/2002 se jkun hemm perjodu li matulu, l-awtoirta' se jkollha ftehim individwali ma' kull operatur Ingliż u fil-fatt, anke mingħajr is-sussidju tat-TOSS, diġa' hemm operaturi kbar Ingliżi li lesti jżidu l-programmi tagħhom lejn Malta f'dan il- perjodu.", "Din l-informazzjoni kollha dwar il-perjodu ta' wara t-twaqqif tat- TOSS ilha magħrufa għal bosta żmien, u għalhekk nerġa' ngħid li hija meravilja kif l-esperti fantażma li għamlu r-rapport tal-GWU, qed jixhdu injoranza ta' dan il-fatt tant li meta jitkellmu dwar il-perjodu post-TOSS, dawn jgħidu \"forsi sa dak iż-żmien, il-gvern ikun sab x'tip ta' fond strutturali se jissostitwixxi lit-TOSS.\"", "Aħna ilna li għedna x'se jissostitwixxi lit-TOSS u x'se jiġri sas-sena 2004, għax nemmnu li huwa mportanti li dawk involuti fl-industrija tat-turiżmu, bħall-aġenti, l- operaturi u l-lukandiera, ikun jafu b'ċerti affarijiet li jkunu se jsiru.", "Sur President, nerġa' ngħid li hija meravilja ikbar li l-GWU qed tistrieħ fuq dan it-taparsi rapport magħmul minn taparsi esperti biex tiġġustifika l-oppożizzjoni tagħha għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Il-kumment dwar il-perjodu post-TOSS biss huwa biżżejjed biex juri l-leġġerezza kbira u n-nuqqas ta'għarfien ta' fatti magħrufa u ta' x'verament tfisser l-industrija tat-turiżmu, kemm ta' l-awturi fantażmi kif ukoll ta' l-istess GWU li llum qed tgħid li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se tagħmel ħsara lit-turiżmu.", "Dan assolutament m'huwiex minnu, għax jekk wieħed jara bis-serjeta' kif inhuma l-affarijiet isib li bis- sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni, it-turiżmu se jmur għall-aħjar u mhux għall- agħar.", "Filwaqt li r-rapport jgħid li l-gvern wiegħed iż-żieda fil-permanenza tat- turist meta kulħadd jaf li t-trend hija ta' btajjel qosra, qed jilmenta li għadu ma tfassalx pjan ekonomiku dwar it-turiżmu.", "Jien ma nafx li xi ħadd qatt wiegħed jew intrabat li dwar it-turiżmu jitfassal pjan.", "Kien hemm żmien meta kellna ekonomija iktar ċentralizzata u konna nidilettaw bil- pjanijiet, tant li wieħed minnhom kien anke sar liġi li l-provvediment tagħha baqgħu ma twettqux, imma s-suppost esperti tal-GWU misshom jafu li l- Malta Tourism Authority ippubblikat pjan strateġiku ta' tliet snin, u jmisshom jafu wkoll li tħejjew rapporti dwar il-carrying capacity, li jenfasizza b'mod qawwi fuq l-iżvilupp sostenibbli u l-ħarsien ta' l- ambjent, u dwar l-impatt tat-turiżmu fuq l-ekonomija nazzjonali.", "Sur President, jien nixtieq inkun naf kif min jara lill-kritika tiegħi u tal-Prim Ministru bħala theddida għad-demokrazija, jista' mbagħad ikun hu li jitkellem dwar id-demokrazija meta mhux biss qed iħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jaċċetaw rapport fqir u bla sens, iżda jwiddibhom li jekk ma jsegwux id-deċiżjoni tal-GWU, jistgħu jitilfu posthom.", "Minkejja li l-GWU iddeċidiet li topponi għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, m'hemm l- ebda parti f'dan ir-rapport li twassal għal din il-konkolużjoni, u wisq inqas li s-sħubija tagħmel ħsara lit-turiżmu.", "L-awgurju u t-tama tiegħi għall-imseħbin tal-GWU huma li l-membri ta' din il-union juru iktar iintelliġenza, integrita' u onesta' minn dawk li llum qed imexxuhom b'għamad għal ġo sqaq.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Frar 2001, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMTARFA - GĦASSA", "22934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba tar-residenti tal-kunsill lokali ta' l-Imtarfa sabiex tinfetaħ għassa f'dan il-lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma kienx hemm żviluppi.", "MTARFA - ĦAJT TAL-KONKOS", "22935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmani x'se jsir mix-xogħlijiet li saru kontra l-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fil-by pass ta' l-Imtarfa meta nbena mostru ta' ħajt tal-konkos li kerraħ l-ambjent ta' l-inħawi kompletament barra li kkawża dannu ekoloġiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal tweġibiet preċedenti li tajt dwar dan il-każ, ninsab informat illi fit-2 ta` Jannar 2001, ġiet approvata applikazzjoni PA 3110/00 għal titjib ġenerali tal-bypass ta` l-Imtarfa.", "Fil-proċess ta` din l-applikazzjoni ġie kommess min-naħa tad-dipartiment tat-toroq, li dan il-ħajt jitneħħa u l- istess materjal jintuża għal ħitan ta` lqugħ oħra li jifformaw parti mix- xogħlijiet approvati fil-permess imsemmi.", "Dawn il-ħitan tal-konkrit imbagħad għandhom jiġu miksija bil-ġebel tas-sejjieħ kif indikat fil-pjanti approvati.", "Meta l-ħajt temporanju tal-konkrit jitneħħa, fil-post għandu jiġi ntrodott soft landscaping.", "PA - WARDIJA - WIED QANNOTA - VILLA", "22936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani x'passi ħadet l-awtorita' ta' l-ippjanar kontra l- persuni li jagħmlu x-xogħol mhux awtorizzat mill-awtorita' ta' l-ippjanar fuq villa li tinsab f'Wied Qannota, il-Wardija matul is-sena li għaddiet?", "Meta saret l-aħħar spezzjoni sabiex ikun assigurat li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Minn huma l-inspectors tal-PA responsabbli mis-supervisjoni ta' dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-awtorita` ta` l-ippjanar ħadet il-passi neċessarji skond il-liġi fuq xogħol mhux awtorizzat fil-madwar u maġenb razzett eżistenti fil-wied tal-Wardija.", "Fil-fatt fl-24 ta` Lulju 1999 kien inħareġ avviż biex tieqaf u ta` twettieq bir-riferenza ECF 630/99.", "L-ispezzjonijiet fuq dan is-sit ilhom isiru minn Lulju ta` l-1999 u l- aħħar spezzjoni saret nhar is-Sibt 20 ta` Jannar 2001 iżda ma kienux għaddejjin xogħlijiet.", "L-ispezzjonijiet imsemmija saru minn diversi uffiċjali ta` l-awtorita`.", "AIRMALTA - AJRUPLANI - KERA", "22937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ajruplani li kriet l-Air Malta matul l-1995 u s-sena 2000?", "X'tip ta' ajruplani kienu u kemm swew flus?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu 1995 u 2000 l- Air Malta kriet 24 ajruplan li l-maġġoranza tagħhom kienu mikrija għax-xhur tas-sajf.", "L-ajruplani kienu ta' dawn it-tipi:", "|19 |Boeing 737 | |1 |Airbus 310 | |1 |Airbus 320 | |1 |Airbus321 | |1 |Avro RJ 70 | |1 |Avro RJ 85 |", "Żgur li l-Onor.", "Interpellant japprezza li informazzjoni dwar il-valur ta' dawn il-kirjiet hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl- interess tal-kumpanija li tali informazzjoni ssir pubblika.", "VAT - ISPECTORS", "22938.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' persuni mill-RSC li applikaw għall-postijiet urġenti ta' VAT inspectors mad-dipartiment tal-VAT?", "Meta ħarġet sejħa u meta għalqet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li m'hemm l-ebda obbligu min-naħa ta' l-armata li joħorġu sejħa għal applikazzjonijiet biex suldat jiġi allokat xi dmirijiet partikolari.", "Iżda f'dan il-każ ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet fl-4 ta' Jannar bid-data ta' l-għeluq is-6 ta' Jannar.", "Kull membru tal-RSC, anke dawk morda, ġew informati b'dan.", "Kien hemm 61 applikazzjoni inkluż anke minn Għawdex.", "MPFA", "22965.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi progress x'jirrapporta mindu wieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17251 fis-26 ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill Malti għall-ispot għadu għaddej bil-proċess amministrattiv.", "Għad fadal xi risposti dwar clearance pendenti.", "Fil-ġranet li ġejjin għandha ssir laqgħa oħra ma' uffiċjali tal- Malta playing fields association.", "ID CARDS - STUDENTI", "22967.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jiġu eliminati l-problemi għall-istudenti li jkollhom ibiddlu l-ID cards waqt li jkunu qed jagħmlu l- eżamijiet tas-Sec, billi t-tiġdid ta' l-ID cards f'dan il-każ jiġi pospost għal wara l-eżamijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi għalissa mhux qed isir tiġdid tal- karta ta` identita`, dan minħabba illi b`Avviż Legali 67/2000 kull karta ta` identita` maħurġa qabel l-1 ta` Jannar 2000, li tiskadi wara dik id- data, għandha tibqa` valida sakemm jinħareġ avviż mill-prim ministru fil- Gazzetta tal-Gvern.", "TKEĊĊIJA TA' IMPJEGATA", "22969.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux regolari li sid - dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - idaħħal impjegata ġdida miegħu ġimgħa wara li jkun keċċa impjegata li kellu qabel għal 11-il sena sħaħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22969, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru li l-każ ġie investigat mill- iIspetturi tad-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg u rriżulta li m'hemmx qbil bejn l-impjegata u l-employer fuq ir-raġuni tat- tkeċċija, fejn employer qiegħed jgħid li kienet għar-raġuni dixxiplinarja.", "Minħabba f'hekk huwa opportun li jekk l-impjegata msemmija ma taqbilx mar- raġuni mogħtija mis-sid konċernat, hi għandha tapplika lit-tribunal industrijali mill-aktar fis possibbli, biex jisma' l-każ tagħha.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "22970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu separatament ilha minn Settembru bla xogħol, x'benefiċċji soċjali hija ntitolata għalihom peress li qed tgħix ma' missierha li qed imantnieha bil-pensjoni modesta tiegħu b'ħafna diffikultajiet u tbatija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill- informazzjoni li ta fir-rigward tal-persuna konċernata, jidher li din tista' tkun intitolata jew għall-benefiċċju tal-qgħad jew għal xi benefiċċju ieħor mhux kontributorju mħallas skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).", "Il-persuna ġiet informata biex tmur fl-uffiċċju distrettwali tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali tal-lokal tagħha fejn għandha ssib kull għajnuna.", "IMPIEGI", "22971.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinstema' l-każ li dettalji dwaru qed jintbagħatu separatament, imressaq wara t- terminu ta' l-impjieg tal-persuna konċernata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22971, jien informat li m'hemmx każi pendenti quddiem id-dipartiment tar- relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg jew it-tribunal industrijali dwar il-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari.", "Madankollu tlabt lill-uffiċjali fid-dipartiment konċernat biex jikkonsultaw ma' din il-persuna.", "SRIEP VELENUŻI", "22972.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi provvista ta' mediċini għandna f'każ li xi serp velenuż li jinżamm illegalment f'pajjiżna jigdem lil xi ħadd?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma tinżamx provvista' ta' anti venoms għaliex dawn huma species specific.", "Dawn jinġiebu skond il-bżonn u l-ħtieġa.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni dwar it-tip ta' sriep li qed jinżammu illegalment, nitolbu jgħaddieha kunfidenzjalment lill-ministru konċernat.", "GWIDI TURISTIĊI", "23010.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala gwidi turistiċi llum?", "Kermm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li l-għadd ta' gwidi turistiċi liċenzjati f'dawn l-aħħar sitt snin hu kif jidher hawn taħt:", "|1995 |492 | |1996 |491 | |1997 |516 | |1998 |525 | |1999 |525 | |2000 |570 |", "AFM - ALTANIJA/KOSOVO", "23011.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' suldati Maltin li qattgħu xi żmien ġo l-Altanija u ġol-Kosovo s-sena l-oħra?", "Kemm tħallsu totalment tax-xogħol li wettqu u taż-żmien li għamlu barra minn Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li n-numru ta' suldati li ħadu sehem fil-convoys lejn il-Kosovo matul l-2000 kien ta' 70.", "Bħal fil-każ tal-ħaddiema tal-gvern, il-membri tal-forzi armati li jkunu fuq xogħol uffiċjali barra minn Malta, huma intitolati għal subsistence allowance skond il-provvedimenti applikabbli ta' l-Estacode.", "PULIZIJA - DISKRIMINAZZJONI RAZZJALI", "23012.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' diskriminazzjoni razzjali lill- pulizija matul is-sena li għaddiet", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2000 l-uniku rapport lill-pulizija ta` diskriminazzjoni razzjali kien dak li tagħrif dwaru ngħata fit-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21965.", "Dan ir-rapport kien ġie investigat u rriżulta li ma kien hemm ebda diskriminazzjoni razzjali.", "PULIZIJA - BOUNCERS - LIĊENZJI", "23014.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux legali li taħdem bħala bouncer ġo postijiet ta' divertiment?", "F'għajnejn il-liġi x'poteri għandhom?", "Għandhom liċenzja tal- pulizija biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata full-time, part-time jew każwali mal-persuna fejn tkun qed toffri dan is-servizz, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix- xogħol.", "Pero` jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata, din il-persuna jrid ikollha liċenzja ta` gwardjan privat.", "AFM - RADJAZZJONI/RADJOATTIVITA'", "23015.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom gerger counters jew apparat ieħor li jkejjel il-livell ta' radjazzjoni u radjoattivita' ta' l-armata?", "Kemm hemm persuni li jafu jħaddmu dan l-apparat u x'tip ta' korsijiet ħadu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall-Geiger Counter li hu apparat li jkejjel il-livell ta' radjazzjoni f'ċirkostanzi partikolari.", "B'kollox fil-forzi armati hemm 24 dosimeter ta' tipi differenti, apparat li jaħdem fuq il-prinċipju tal- geiger counter.", "Is-suldati tal-forzi armati jingħataw taħriġ bażiku f'nuclear, chemical and biological (NBC) warfare waqt il-kors ta' reklutaġġ.", "Waqt dan it-taħriġ, is-suldati jitgħallmu kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom f'każ, per eżempju, ta' tixrid ta' radjazzjoni.", "Xi suldati attendew ukoll korsijiet speċjalizzati barra minn Malta.", "PULIZIJA – SERQ", "23024.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati li saru s-sena l- oħra minn istituzzjonijiet reliġjużi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena 2000 ġew rapportati lill-pulizija 23 każ ta` serq minn xi istituzzjoni reliġjuża.", "IMPORTAZZJONI TA' ĊANGA", "23171.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet importata ċanga minn barra fl- ewwel ħmistax ta' Jannar 2000 u fl-ewwel ħmistax ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwel ħmistax tas-sena 2000 ġew importati 58,117 kilogrammi ta' ċanga, filwaqt li fl- istess perjodu tas-sena 2001 ġew importati 166,255 kilogrammi ta' ċanga.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' ċanga importat f'Jannar ta' l-aħħar tliet snin kien kif ġej:", "|1999 |403,386 | | |kilogrammi | |2000 |227,568 | | |kilogrammi | |2001 |205,130 | | |kilogrammi |", "SKOLASPORT", "23172.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw tfal fl-iskolasport, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, dixxiplina dixxiplina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTARIJIET - RAĠĠI RADJOLOĠIĊI", "23175.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000, kemm-il darba ġie studjat hemmx livelli għoljin ta' raġġi radjoloġiċi fl-inħawi ta' l-Isptar San Luqa u l- Isptar Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - MICROWAVE", "23177.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-introduzzjoni tas-sistema microwave flok l-inċineratur fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proċess biex tiddaħħal sistema li tuża teknoloġija non burn minflok l-inċeneratur, waslet fil-fażi ta' evalwazzjoni.", "Għal dan il-għan inġiebu żewġ esperti Amerikani biex bil- pariri tagħhom jgħinu fl-aġġudikazzjoni ta' t-tender.", "PIETA' - DRENAĠĠ", "23180.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat għaliex hemm riħa qawwija ta' drenaġġ fl-inħawi tax-xatt tal-Pieta'/Sa Maison?", "Jista' jsir studju sabiex jiġi eskluż li hemm kontaminazzjoni ta' drenaġġ mill-Isptar San Luqa fil- baħar f'Sa Maison?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jelimina l-irwejjaħ li hemm fil-bajja f'Tal-Pieta.", "Id-dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan il-ministeru qed jinvestiga x'jista' qed iwassal għal dan it-tinġis li feġġ għall-ewwel darba f'din il-bajja 30 sena ilu u reġa' feġġ għaxar snin ilu.", "Fiż-żewġ każi kien sar stħarriġ intensiv li ħa ġimgħat ta' testijiet, qabel ma nstab is-sors tat-tinġis.", "F'dawn l-aħħar jiem id-dipartiment tad-drenaġġ naddaf mill-ħama li tinġabar tul iż-żmien il-main prinċipali antik li minn tal-Pieta' jwassal sa l-Imsida.", "Naddaf il-main prinċipali ġdid li jagħti għall-pumping station Tal-Pieta' li saret bħala booster pump biex tgħin l-istess sistema peress li parti kbira tad-drenaġġ mill-isptar Karen Grech taqa' fuq dan il-main.", "Issewwa r-rising main u tbiddel il-flash valve fl-istess pompa biex taħdem normali.", "Issewwiet il-ħsara li saret fuq il-main prinċipali faċċata tal- baħar.", "Minħabba din il-ħsara ammont ta' drenaġġ beda jisbokka fil-gandotti ta' l-ilma tax-xita.", "Kienu spezzjonati l-kanali ta' l-ilma tax-xita li mill- Ħamrun iwasslu għall-bajja Tal-Pieta'.", "Instabet ħsara fil-main tad-drenaġġ fi Triq id-Duluri.", "Rapport bis-CCTV għandu jsir kmieni l-ġimgħa d-dieħla.", "Qed isiru wkoll testijiet minn diversi lokalitajiet li hemm suspett li minnhom qed isir tinġis.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, jekk ikun hemm bżonn wieħed jista' jagħmel studju fuq is-sistema ta' drenaġġ fl-Isptar San Luqa u f'dan ir- rigward nirriferi l-Onor.", "Interpellant lill-ministru konċernat."]} {"filename": "19990727_142d_par.doc", "date": "1999-07-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 142 It-Tlieta, 27 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 142", "It-Tlieta, 27 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "142", "It-Tlieta, 27 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 43", "KUNSENS GĦAL ATTI 43", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 43", "TQEGĦID TA' KARTI 47", "MOZZJONIJIET", "MALTA - EU JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE 47", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA 48", "AĠĠORNAMENT 73", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 79", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 141 li saret fis-27 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President tar- Repubblika għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru. XIII ta' l-1999 - Att ta' l-1999 dwar is-Sekwestru u l- Kustodja ta' Minuri.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - GĦAWDEX - IMPJEGATI", "8233.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7523 - oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex - u cioe': Barra mis-segretarji, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati oħra jaħdmu part-time jew full-time mal-kunsilli lokali f'Għawdex?", "Min huma?", "Kif ġew ingaġġati u meta?", "X'inhu s-salarju tagħhom kull sena?", "X'inhu xogħolhom fil-kunsill lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 8387.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "8289.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-differenza bejn il-kriterji wżati mill- bord ta' għażla fl-intervisti għall-għażla ta' assistenti kapijiet (primarji) u dawk li saru qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li l- bord ta' l-għażla fl-intervisti għall-għażla ta' assistenti kapijiet (primarji) ikun maħtur mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku li tiddeċiedi hi l-kriterji.", "Inħalli f'idejn il-PSC tiddeċiedi tippubblikax il-kriterji jew le.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI FIŻIKA", "8290.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani speċifiċi għandu biex itejjeb il-livell tat-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li hemm ppjanati:", "* li jiżdiedu n-numru ta' għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji;", "* inizjattivi ta' awareness u taħriġ fost l-għalliema ta' l-iskejjel primarji biex kull skola jkollha programm ta' kwalita` aħjar ta' tagħlim, u wkoll ta' attivitajiet extrakurrikulari sportivi;", "* tixrid u prattika ta' sillabu u ta' skemi ta' tagħlim li joffru lill- għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika fil-junior lyceum u fl-iskola sekondarja sensila ta' miri li għandhom jintlaħqu;", "* li l-edukazzjoni fiżika barra li tibqa' kif inhi bil-ħin allokat għall- core subject tkun offruta wkoll bħala suġġett option fil-form 3 tal-junior lyceum u wkoll fil-form 4 ta' l-area secondary u b'hekk ikun hemm żieda konsiderevoli fin-numru tal-lezzjonijiet;", "* li jissokta programm ta' varjeta` wiesa' ta' sports bħala attivitajiet extrakurrikulari għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji; u", "* li nkomplu nagħtu l-appoġġ għal inizjattivi biex il-faċilitajiet fl- iskejjel jintużaw għall-attivitajiet sportivi wara l-ħin normali ta' l- iskola, u dan prinċipalment mill-istudenti ta' l-istess skola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cushieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jispeċifika meta se jiżdiedu dawn l-għalliema?", "Jista' jgħid ukoll min se jkun qed jagħmel sorveljanza meta skola tkun qed tintuża miż-żgħażagħ tal-lokal jew mill-istudenti nfushom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett il-proċess ta' għażla ta' l-għalliema għadu kif beda u allura għadu kmieni biex wieħed jgħid kemm se jintgħażlu u kemm se jikkwalifikaw minn dawk li applikaw biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika.", "Għadu kmieni anke minħabba l-fatt li jkun qed isir eżerċizzju ta' deployment ta' l-għalliema.", "Dan huwa xogħol li jsir sa nofs Settembru u anke iktar tard u jiena nispera li jirnexxieli nipperswadi lid-diretturi konċernati biex jaċċettaw sistemi biex dan ikun jista' jiġi konkluż ħafna qabel.", "Għar-rigward tas-superviżjoni meta jsir użu mill-iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola, irrid ngħid li normalment isiru arranġamenti speċifiċi bejn il- kap ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u l-organizzazzjoni jew l- individwi li jkunu se jużaw dawn il-faċilitajiet.", "Safejn naf jien dejjem jittieħdu l-prekawżjonijiet sabiex il-klassijiet kollha ta' l-iskola jkunu salvagwardjati.", "Ġeneralment dawn il-faċilitajiet sportivi jikkonsistu fi grounds ta' l-isport u faċilitajiet li jkunu indoor.", "Sal-lum ma kellix rapporti li meta saru dawn l-arranġamenti l-kondizzjonijiet stipulati ma ġewx osservati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kurrikulu nazzjonali jirriflettix l-importanza li għandha tingħata l-edukazzjoni fiżika?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk hemmx xi programm biex l-iskejjel primarji ssirilhom manutenzjoni ħalli l-livell ta' sigurta` jitjieb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għar-rigward ta' l-ewwel mistoqsija supplimentari ma naħsibx li wieħed jista' jagħmel jew jirrevedi xi kurrikulu nazzjonali mingħajr ma jassigura li l-edukazzjoni fiżika u l-isport ikunu riflessi bl- iktar mod adegwat.", "M'hemmx dubju wkoll li l-kurrikulu nazzjonali jirrifletti l-importanza li għandha tingħata lill-edukazzjoni fiżika.", "Rigward it-tieni mistoqsija supplimentari, naħseb li aħjar nittrattawha fil-mistoqsija parlamentari li jmiss.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "8291.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm naqas il-budget għall-manutenzjoni ta' l- iskejjel statali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-flus allokati għall-manutenzjoni fl-iskejjel huma maqsuma fi tnejn, dawk rikorrenti u dawk kapitali.", "Għas- sena 1999 ġiet allokata s-somma ta' ¥184,834 għal infiq rikorrenti filwaqt li s-sena l-oħra ntnefqet is-somma ta' ¥176,157.", "Għar-rigward tal-vot kapitali Item 7 - Refurbishment and maintenance of government schools - din is-sena ġiet approvata s-somma ta' ¥0.5 miljun u huwa maħsub li din is-somma tiżdied b'¥0.2 miljun oħra minħabba xogħlijiet urġenti.", "Ninsab informat ukoll li s-sena l-oħra mill-istess vot kapitali oriġinarjament ġiet approvata s-somma ta' ¥550,000 iżda ntnefqet is-somma ta' ¥938,108.", "Informat ukoll li jirriżulta li l-amministrazzjoni preċedenti ma żammitx mal-budget li vvotat hi stess u ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni wettqet infiq li kellu jitħallas mill-flus ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-Ministru għadu kif qal li ftit qabel l-elezzjoni sar infiq ta' flus fuq manutenzjoni ta' skejjel, jikkonferma li bħal dak iż-żmien sena kien sar l-istess tip ta' xogħol fuq diversi skejjel tal-gvern minħabba li dawn kellhom bżonn manutenzjoni?", "Jikkonferma li dan sar minkejja li kien hemm min kellu l-idea li fl-iskejjel tal-gvern kien hemm biss xi tieqa mkissra?", "Jista' l-Ministru jgħidilna wkoll x'sorveljanza qiegħda ssir fuq ix- xogħol li qed isir fl-iskejjel speċjalment fejn jidħol serq ta' materjal u skartar minn fuq ix-xogħol?", "Fil-passat kien hemm diversi allegazzjonijiet f'dan is-sens u nixtieq li l-Ministru jgħidilna jekk hijiex qed issir sorveljanza f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta wieħed jara t-talbiet li jagħmlu l-kapijiet ta' l-iskejjel appoġġjati mill-kunsilli ta' l-iskejjel għal maintenance u refurbishment isib li dawn it-talbiet jammontaw għal somma li taqbeż il-¥1 miljun.", "Il-verita' hi li l-budget tal-gvern huwa dak li hu u skond il-frix wieħed irid imidd saqajh.", "Naturalment kemm l- amministrazzjoni preċedenti kif ukoll din l-amministrazzjoni ma konniex u m'aħniex qegħdin f'pożizzjoni li f'sena waħda nilqgħu t-talbiet kollha li saru.", "Fl-opinjoni tiegħi, lanqas hu għaqli li jsir dan għax m'hemmx il- kapaċita` organizzattiva biex wieħed ikun jista' jwettaq ix-xogħlijiet kollha mitluba f'sena partikolari.", "U jekk irridu ngħidu kollox, tajjeb ngħidu li l-programm ta' maintenance u refurbishment fl-iskejjel eżista minn dejjem u wara t-tieni amministrazzjoni Nazzjonalista mill-1992 ir- ritmu baqa' jiżdied.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwelnett il-maintenance jew refurbishment m'huwiex se jservi għal dejjem għax wara sentejn jew tlieta tkun trid terġa' tagħmlu.", "Huwa veru wkoll li l-investiment kapitali fl-edukazzjoni, f'bini ta' skejjel, fl- universita` u xiri ta' equipment sew għal-laboratorji fi skejjel sekondarji u f'affarijiet oħra, wassal għal sitwazzjoni li l-bżonnijiet ta' l-iskejjel f'ċertu perijodu akkumulaw u dan kellu jiġi trattat.", "L-amministrazzjoni preċedenti għamlet ħilitha b'ċerta intensita` biex tipprova taċċellera dan il-programm imma l-bżonnijiet huma kbar ħafna u għalihom trid miljuni kbar ta' liri.", "Sur President, tinqala' d-diffikulta` wkoll - din naħseb iffaċċjaha anke l-predeċessur tiegħi - dwar kif torganizza dawn ix-xogħlijiet.", "F'dan il- parlament nivvotaw ammonti ta' flus imma sfortunatament il-gvern, inkluż il- ministeru ta' l-edukazzjoni, għad m'għandux l-organizzazzjoni meħtieġa biex jassigura li n-nefqa ssir bl-iktar mod effettiv possibbli.", "F'kull każ ix- xogħol jittieħed minn min jagħmel l-irħas offerta, pero' nista' nassigura lill-Kamra li taħt din is-sistema l-irħis qed jiġi għali ħafna għaliex ħadd ma jissogra ma jagħtix it-tender lill-irħas offerent.", "Barra minn hekk, m'għandniex il-mekkaniżmi meħtieġa biex nassiguraw jekk il-kwalita` tax-xogħol tkunx waħda tajba.", "Per eżempju, jiena sibt kuntratti li ma jorbtux biżżejjed u ma jimponux penalitajiet tajbin biżżejjed biex jassiguraw li l-kuntrattur jispiċċa fiż-żmien stipulat u jagħtik il-kwalita` tax-xogħol li trid.", "Hija ħaġa tal-mistħija li kellna kuntratturi li għamlu soqfa li krollaw meta l-kuntrattur stess kien għadu on site bħalma ġara fl-iskola primarja ta' Hal Lija.", "Din hija storja endemika tal-gvernijiet Maltin, pero' rrid ngħid ukoll li meta l-gvern jagħmel ix-xogħlijiet hu aktar hemm iċ-ċans li l-affarijiet isiru tajbin.", "Għalhekk, Sur President, waħda mill-affarijiet li qed nipprova nsib il-ħin li nagħmel hija li noħloq mekkaniżmu fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u fil- ministeru li jkun jista' jagħti garanzija lill-ministeru u lil din il-Kamra li dawn ix-xogħlijiet qed isiru skond l-ispecifications mitluba, skond il- budget miftiehem u anke fiż-żmien li jkun miftiehem.", "Irridu nassiguraw ukoll li l-ispecifications isiru tajjeb għaliex il-mod kif isiru hemm ħafna xi tgħid fuqu.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa wkoll jekk huwiex qed isir dak li hu meħtieġ biex naraw li jkun hemm superviżjoni fuq skartar u fuq ħela.", "Irrid ngħid li bħala l-ministru responsabbli m'iniex sodisfatt b'dak li qed isir u nħoss li l-liġijiet li għandna fil-pajjiż li issa ilna nħaddmuhom 12-il sena m'humiex addattati biex joffru management tal-ħwejjeġ pubbliċi kif jirrikjedi x-xogħol.", "Issa jekk xi darba npoġġu flimkien ras imb'ras u naraw eżattament x'hemm bżonn jista' jkun li nibdew insibu s-soluzzjonijiet.", "Il- liġijiet tagħna huma ispirati mill-amministrazzjoni pubblika imma llum għandhom ikunu ispirati minn filosofija ta' management, pero' jonqos ħafna xi jsir biex ikollna d-dixxiplina u jkollna s-sorveljanzi meħtieġa biex kulħadd jagħti dak li għandu jagħti lill-poplu tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: La qegħdin nitkellmu fuq l-edukazzjoni, jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex jikkonsidra li l-iskola tal-kindergarten ta' Raħal Ġdid tingħata prijorita` fil-manutenzjoni kif kienet ingħatat taħt gvern Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq li nerġa' npoġġi l-mistoqsija dwar manutenzjoni fl-iskejjel primarji sabiex jitjieb il-livell ta' safety.", "Hemm xi programm biex l-iskejjel primarji ssirilhom manutenzjoni f'dan is- sens?", "Barra minn hekk, nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhu l- involviment tal-kunsilli lokali fil-manutenzjoni ta' l-iskejjel.", "Qed nistaqsi dan għaliex fi żmien gvern Laburista l-kunsilli lokali kienu nvoluti mhux ħażin f'dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Huwa interessanti ħafna l-kumment ta' l-Onor.", "Abela għaliex il-grupp li tlabt li jgħinni f'din il-ħaġa partikolari fil- ministeru poġġa x-xogħol li jrid isir biex jiġu eleminati jew inkella jiġu kkontrollati dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jkunu ta' periklu għall-istudenti u anke għall-istaff bħala l-ewwel prijorita`.", "Naturalment għandna skejjel li għandhom spazju u attrezzaturi pjuttost sodisfaċenti fejn tidħol l- edukazzjoni fiżika u għandna skejjel oħrajn li għad m'għandhomx dawn l- attrezzaturi.", "Għalhekk nittama li dan is-suġġett ikompli jirċievi l- attenzjoni meħtieġa mill-amministraturi.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ngħid li l-kunsilli lokali huma nvoluti skond l-istrateġija eżistenti.", "Fil-lista ta' proġetti li qed isiru fl-iskejjel matul dan is-sajf hemm diversi kunsilli nvoluti pero' li qiegħed jiġri huwa li hemm numru ta' skejjel fejn il-kunsill jingħata l- management tal-kuntratt tax-xogħol li jkun qed isir fl-iskola.", "MALTAFEST", "8292.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew frankati spejjeż bit-tmiem tal-Maltafest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-iskop li ma jiġux organizzati l- attivitajiet kulturali mtella' mid-dipartiment tal-kultura fis-sajf - li konna nsibuhom bl-isem ta' Maltafest jew Malta international arts festival - ma kienx biex jiġu ffrankati l-flus.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 6404 tas-26 ta' April, 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni li ngħataw permanent u temporary teaching warrant, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq riżoluzzjoni biex il-post li jinsab vakanti fuq il-Malta - EU joint parliamentary committee jimtela' mill-Onor.", "Michael Frendo.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "MALTA - EU JOINT PARLIAMENTARY COMMITTEE", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker,", "Billi l-Kamra bir-riżoluzzjoni tas-27 ta' Ottubru, 1998 kienet innominat lill-Onor.", "Joe Borg, membru tal-Joint Parliamentary Committee bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Ewropew;", "Peress li saret neċessarja bidla fil-kompożizzjoni tal-parti parlamentari Maltija bir-riżenja minn dan il-Kumitat ta' l-Onor.", "Joe Borg mal-ħatra tiegħu bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin;", "Hu għalhekk riżolut li in sostituzzjoni ta' l-Onor.", "Joe Borg jiġi nominat l-Onor.", "Michael Frendo.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER Il-mistoqsija hi r-riżoluzzjoni kif proposta mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nitlob is-sospenzjoni ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata biex inkomplu bid-diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex l-Ordnijiet tal-Ġurnata jiġu sospiżi?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "Ikompli mis-27 ta' Lulju.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) Mr Speaker, bdejna l-aħħar laqgħa minn erbgħa li fihom qed niddiskutu l-politika ta' Malta vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Diversi kelliema miż-żewġ naħat tal- Kamra taw l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett u esprimew il-pożizzjoni diġa' magħrufa tagħhom dwar x'tip ta' relazzjoni għandu jkollha Malta ma' l- Unjoni.", "Il-Partit Nazzjonalista ilu 20 sena jitkellem dwar il-ħtieġa li Malta ssir parti minn din il-familja kbira Ewropea għaliex jemmen li s- sħubija tkun tfisser numru sostanzjali ta' benefiċċji għal pajjiżna.", "Min- naħa l-oħra l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, b'konsistenza ma' dak li għamlu matul is-snin li għaddew, ipprovaw jgħidu li l-aħjar għażla għal pajjiżna hija żona ta' kummerċ ħieles.", "X'differenza hemm bejn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet?", "Bażikament b'żona ta' kummerċ ħieles ma jkollok l-ebda wieħed mill- vantaġġi li jiġu mis-sħubija, lanqas il-possibbilta` li wħud mill-vantaġġi li jista' jkollna jibdew jaslu f'pajjiżna qabel ma nkunu membri sħaħ ta' l- Unjoni.", "Dan huwa l-pern tad-diskussjoni kollha f'pajjiżna mil-lum sakemm naslu biex nimmaturaw iktar il-pożizzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Mhux biss din in-naħa imma wkoll in-naħa l-oħra għandha tipprova tispjega lill-poplu Malti x'inhuma d-differenzi bejn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet.", "Jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra jispjegaw dan, il-poplu Malti jkun f'qagħda li jagħżel b'mod tajjeb u jien konvint li l-għażla tkun dik ta' sħubija sħiħa.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx għaliex l-oppożizzjoni takkużana li aħna nitkellmu biss fuq il-pożittiv ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li n-naħa l- oħra fadlilha ħin biżżejjed biex tispjega l-vantaġġi kollha li jista' jkun hemm b'żona ta' kummerċ ħieles meta mqabbla ma' sħubija sħiħa, u qed ngħid dan għaliex s'issa ma kellna l-ebda spjegazzjoni ċara dwar x'inhuma dawn il- vantaġġi.", "Il-ministru għall-affarijiet barranin fl-introduzzjoni tiegħu diġa' kellu l-okkażjoni jindika - u s'issa din ma kenitx miċħuda f'dan il- parlament - li ż-żona ta' kummerċ ħieles kienet tirrigwarda kull settur ta' l-ekonomija Maltija bla ebda distinzjoni, iżda mhux hekk qalu l-kelliema ta' l-oppożizzjoni meta tkellmu dwar il-bdiewa, is-sajjieda u l-ħaddiema fil-korporazzjonijiet.", "Barra minn hekk, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma qabblux il-benefiċċji li jista' jkollna minn sħubija mal-benefiċċji li jista' jkollna b'żona ta' kummerċ ħieles.", "U dan bir-raġun għaliex realment dawn il-benefiċċji ma jeżistux.", "Imbagħad hemm ukoll id-diffikulta` l-oħra li qatt ma ssemmiet matul dan id-dibattitu dwar il-kondizzjonijiet tal-world trade organisation li mhux biss se jaffettwaw lil pajjiżna imma se jaffettwaw ukoll lill-Unjoni Ewropea matul iż-żmien li ġej.", "Issemmew ukoll l-Enemalta u l-Maltacom mingħajr ma kien hemm diskussjoni dwar x'tista' tfisser it-tneħħija tal- monopolju tal-Maltacom f'dawk li huma servizzi.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar qal li l-ħaddiema ta' dawn il-korporazzjonijiet jistgħu jitilfu ħafna mill- benefiċċji li għandhom u li l-impjieg tagħhom jista' jkun mhedded iżda fl- istess nifs qal li kienu huma li bdew il-privatizzazzjoni għaliex riedu li jkun hawn sehem iktar attiv tal-privat f'dan is-settur.", "Intqal ukoll li l- monopolju fil-Maltacom se jkollu jitneħħa fis-sena 2003 mhux fis-sena 2010.", "Din il-ħaġa tqieset bħala pass negattiv mingħajr ma saret l-analisi dwar x'qed jiġri fil-qasam tat-telekomunikazzjoni mhux biss fl-Ewropa imma madwar id-dinja kollha.", "U jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna naħseb li rridu nammettu li qegħdin f'mument meta dan il-qasam għaddej minn tibdiliet kontinwi u jekk ma jitteħdux l-opportunitajiet li hemm illum mhux biss jintilfu l-impjiegi imma ntellfu l-possibbilta` li jinħolqu eluf ta' mpjiegi ġodda.", "Il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur m'hijiex meħtieġa biss minħabba l-Unjoni Ewropea imma hija meħtieġa wkoll minħabba l- bżonnijiet ta' pajjiżna u minħabba l-bidliet li qegħdin iseħħu madwar id- dinja kollha.", "U jiena m'għandix dubbju li iktar ma l-liberalizzazzjoni sseħħ malajr iktar ikollna possibilita` ta' ħolqien ta' mpjiegi ġodda f'dan is-settur.", "Sur President, il-kelliema ta' l-oppożizzjoni qalu wkoll li l-Partit Nazzjonalista kien jitkellem dwar grant ta' ¥100 miljun, li mbagħad saru ¥80 miljun u mbagħad saru ¥40 miljun u issa sparixxew.", "Jiena naħseb li l- kelliema ta' l-oppożizzjoni jafu daqsi u iktar minni li biex tikkonkludi dan it-tip ta' għajnuniet iridu jgħaddu numru ta' snin fejn jiġu ppreparati u sottomessi programmi ta' xogħol.", "Jiena konvint ukoll li meta dawn il- programmi ta' xogħol ikunu lesti u jkunu qegħdin għall-konsiderazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, ningħataw ammont sostanzjali ta' flus.", "L-oppożizzjoni qalet ukoll li meta kienet fil-gvern ħadet miżuri li permezz tagħhom imxiet fid-direzzjoni ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Forsi din hija waħda mill-akbar kontradizzjonijiet li smajna fid-dibattitu kollu għaliex kelliem wara l- ieħor ta' l-oppożizzjoni qalulna li huma kontra s-sħubija.", "Jiena ma niskantax b'dawn il-kontradizzjonijiet għaliex dawn wieħed jista' jaqrahom fil-gazzetti u jismagħhom fuq ir-radju u t-televiżjoni tal-Partit Laburista.", "Per eżempju, illum qegħdin jipprovaw jgħidu lin-nies li l- Partit Nazzjonalista fil-gvern se jintroduċi l-VRT minħabba r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea pero' lkoll nafu li l-VRT kien hemm qbil fuqu sena u nofs ilu u se jiġi ntrodott għaliex huwa meħtieġ għal pajjiżna.", "Sur President, id-diskussjoni li kellna matul dan id-dibattitu tkompli tikkonferma mhux biss il-ħtieġa li nkomplu nħaffu l-pass tagħna lejn l- Unjoni Ewropea imma li nkomplu nispjegaw sewwa l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista u nkomplu nispjegaw il-vantaġġi li nistgħu nakkwistaw bi sħubija fl-Unjoni.", "Jiena konvint li jekk ikun informat, id-deċiżjoni tal- poplu Malti tkun li hu jrid ikun membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Sur President, bħal ħafna li jsegwu l-iżviluppi politiċi lokali jiena konvint li qegħdin niddiskutu dan ir-rapport mhux għax il-gvern Nazzjonalista ħass li verament wasal iż-żmien li jkun hawn diskussjoni serja dwar l-Unjoni Ewropea - u hawn tajjeb li nfakkru li l- oppożizzjoni Laburista ilha diversi xhur tinsisti għal din id-diskussjoni - imma għaliex ħass li politikament issa huwa l-waqt li jiddiskuti dan ir- rapport biex inessi xi ftit mill-ġerħa li ġarrab fil-ġuri ta' Ian Farrugia u bil-protezzjoni li qed jagħti lil Żeppi l-Ħafi.", "Illum il-ġurnata l-gvern Nazzjonalista żgur li m'għadux il-vuċi ta' dawk li verament jemmnu fl-ideali ta' l-Ewropa, b'mod partikolari ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern ta' Fenech Adami sar dik is-sezzjoni fil-pajjiż li temmen biss fl-istilel, fil-bnadar, fil-parties tax-xampanja, fil-ġiri minn pajjiż għall-ieħor u fl-opportuniżmu politiku.", "Jidher biċ-ċar li l-politika Ewropea tiegħu tul dawn l-aħħar snin kienet indirizzata primarjament biex jilħqu ċerti miri politiċi, billi jagħti l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista huwa partit modern, partit taż-żgħażagħ u l-partit tal-futur.", "Issa din l-image qed tikkollassa madwarhom u qed joħroġ ċar li dan kollu kien messa in scena.", "Jidher ċar li l-partit fil-gvern huwa biss partit opportunist li nqeda bl-issue ta' l-Unjoni Ewropea biex jieħu vantaġġ politiku.", "Sur President, jien ma niddejjaq xejn ngħid li bħal sħabi ta' din in-naħa nemmen fl-għaqda Ewropea, nemmen fl-Unjoni Ewropea u nemmen li l-prinċipji u l-ideali ta' l-Unjoni huma tajbin.", "Nemmen ukoll li l-moviment internazzjonali Ewropew huwa moviment ta' ġid kbir għall-kontinent iżda għall-kuntrarju ta' dak li jippriedka l-Partit Nazzjonalista, il-viżjoni Laburista m'hijiex limitata għal dimensjoni waħda.", "Il-viżjoni Ewropea tagħna tiftaħ ferm aktar bibien, tagħti lill-pajjiż ferm aktar opportunitajiet u hija ferm iżjed realistika u konsistenti mal-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Huwa proprju dan l-element li jiddistingwina mill-attitudni li għandu l-gvern preżenti.", "Aħna għalina l-ewwel jiġi l-interess tal- pajjiż u mhux l-interessi ta' l-oħrajn.", "Fit-tfassil tal-politika tagħna aħna kkonsidrajna s-setturi kollha tas-soċjeta`; ikkonsidrajna l-bżonnijiet soċjali, ekonomiċi, politiċi u kulturali u f'dawn il-jumejn ta' diskussjoni qbadna s-setturi l-aktar importanti bħall-edukazzjoni, l-agrikoltura, il- finanzi u t-tassazzjoni, l-impjiegi, is-servizz pubbliku, servizzi finanzjarji, l-SMEs u setturi oħrajn.", "Dawn analizzajnihom u ħriġna l- vantaġġi li hemm fil-politika Laburista fil-konfront ta' l-Unjoni Ewropea.", "Rajna u analizzajna wkoll kif ir-relazzjoni li tadotta Malta ma' l-Unjoni se taffettwa bil-kbir il-kapaċita` produttiva tal-pajjiż, għax jekk il- produttivita` tmur lura, l-gvern ikun f'pożizzjoni żvantaġġjata.", "Rajna u analizzajna wkoll kif ir-relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea taffettwa wkoll il-mod kif se nimmodernizzaw l-istrutturi tat-tmexxija ta' pajjiżna, jekk hux se nimmodernizzaw skond l-esiġenzi tal-pajjiż jew skond kif se jiġi ddettat lilna.", "F'dawn ix-xenarji qabbilna l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jġibu magħhom kemm sħubija sħiħa kif ukoll żona ta' kummerċ ħieles ma' l- Unjoni Ewropea.", "Sur President, meta aħna ngħidu li t-triq ta' sħubija sħiħa m'hijiex l- unika triq li għandu quddiemu pajjiżna fir-relazzjojijiet tiegħu ma' l- Unjoni ma nfissrux li b'xi mod qegħdin nikkontestaw l-ideali u l-valuri ta' l-Unjoni iżda li nemmnu li hemm triq oħra li fl-interess nazzjonali u skond iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom hija aħjar.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li l-Partit Laburista Malti biss ma jridx li nidħlu u jgħidu wkoll li għandna politika ta' iżolament fl-Ewropa.", "Dan huwa argument fqir, argument li ma jikkonvinċix u naħseb li jiġi wżat biss minħabba propaganda politika.", "Aħna nemmnu fil-kapaċitajiet tagħna, nemmnu fil-poplu Malti u nemmnu li għandna nimmudellaw ir-relazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea skond l-esiġenzi tagħna.", "Sur President, jekk hemm dokument riċenti li jagħti raġun lill- politika Laburista rigward l-Unjoni dan huwa propju r-rapport li ħareġ mill- Kummissjoni Ewropea fis-17 ta' Frar ta' din is-sena.", "Barra li jagħtina raġun, f'dan ir-rapport hemm ukoll diversi punti li jħammru wiċċ il-gvern tal-ġurnata.", "Per eżempju, ir-rapport jgħid ċar u tond - u jgħid sewwa - li d-dejn pubbliku bħala ratio tal-GDP minn 33.2% fl-1993 tela' għal 50.8% sa l- 1997.", "Jgħid ukoll li minn wieħed bilanċjat fil-bidu tas-snin disgħin, il- current account nazzjonali żvijja u fl-1995 kellna deficit ta' 11% tal-GDP.", "Konvenjentement din l-istatistika ma ssemmietx mill-kelliema tan-naħa tal- gvern pero' jiena ngħid li aħna rridu nħarsu lejn ir-rapport tal- kummissjoni mingħajr passjoni politika u rridu naraw x'se jkunu l- konsegwenzi ta' dak li hemm iddettat fir-rapport, u bir-raġun nużaw il- kelma \"iddettat\" għaliex l-Unjoni Ewropea hija soċjeta` internazzjonali li għandha l-kriterji u l-kondizzjonijiet tagħha u biex pajjiż isir membru sħiħ irid isegwi u jonora dawn il-kriterji u kondizzjonijiet.", "Hawnhekk insibu frażijiet bħal:", "\"The adoption of the acquis has to be undertaken as a priority...\", u \"Substantial efforts are still needed in order to implement the entirety of the acquis.\".", "Dawn huma affarijiet li rridu noqogħdu għalihom u ma nafx għal xiex kien qed jirriferi l-bieraħ il-ministru għall-affarijiet barranin meta qal li huwa fiduċjuż li n-negozjati se nġibuhom żewġ.", "Jiena ma naħsibx li kien qed jirriferi għat-tibdil fis-sustanza ta' l-acquis.", "Dan il-punt huwa wieħed mill-akbar differenzi li hemm bejn sħubija sħiħa u żona ta' kummerċ ħieles.", "Fuq naħa waħda għandek rabta assoluta mar-regime legali ta' l-Unjoni Ewropea, taqbel jew ma taqbilx, u fuq in-naħa l-oħra għandek dak li qegħdin nipproponu aħna u dak li konna bdejna naħdmu fuqu fix-xhur li konna fil- gvern, li jħalli ferm iżjed leeway u flessibilita` li tinnegozja pakkett li jaqbel lil pajjiżek.", "Sur President, issa wasalna fi stadju fejn ma jistgħux jibqgħu jgħaddu ż-żmien bin-nies għax issa l-Partit Nazzjonalista se jkollu jgħid il-fatti kif inhuma.", "Ħalli nibda bis-settur ta' l-ambjent.", "Il-bieraħ il-Ministru Zammit Dimech ma semmiex dak li hemm fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea imma qal biss li rridu ninnegozjaw l-aħjar pakkett.", "Min-naħa l-oħra l-kummissjoni għamlitha ċara li Malta trid tissikka r- regolamenti u l-liġijiet li jirregolaw il-kaċċa u l-insib jekk it-talba tal- gvern għas-sħubija sħiħa trid tittieħed bis-serjeta`.", "Dan ir-rapport imkien ma jsemmi l-pakkett li semma' l-Ministru Zammit Dimech u f'paġna 29 jgħid:", "\"It is important that Malta fully transposes the acquis communautaire as far as the birds directive is concerned.\".", "Jiena m'iniex se nidħol fil-merti jekk il-birds directive hijiex tajba jew le u jekk il-kaċċaturi u n-nassaba għandhomx id-dritt li jeżerċitaw id- delizzju tagħhom - dak huwa argument ieħor u m'għandux jiġi diskuss f'dan il-kontest - iżda tajjeb li niftakru fil-wegħdiet li kien jagħmel l-Onor Fenech Adami qabel l-elezzjoni ta' l-1998 - u anke qabel l-1996 - dwar il- parteċipazzjoni tal-kaċċaturi fin-negozjati.", "Hawnhekk ngħid biċ-ċar li għandi informazzjoni li dawn lanqas fil-proċess ta' l-iscreening m'huma se jkunu involuti.", "Jiena ninsab konvint li l-Partit Nazzjonalista għaddihom biż-żmien u naħseb li se jgħadduhom biż-żmien aktar meta jiġu għall-fażi tan-negozjati.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Bartolo qed ifakkarni li l- Ministru Gonzi kien wiegħed u ftiehem mal-kaċċaturi li r-regolamenti se jinbidlu biss biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tagħhom.", "Skond dan ir-rapport ir-realta` hija totalment differenti.", "Dan huwa l-mod kif qed jiġu ttrattati d-diversi setturi tal-popolazzjoni Maltija.", "Dan huwa l-valur tal- verita` li jgħidu li jemmnu fih tan-naħa l-oħra.", "Bil-politika ta' żona ta' kummerċ ħieles ma' l-Unjoni Ewropea dawn il-problemi ma konniex inħabbtu wiċċna magħhom.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista wiegħed li kellhom jaslu miljuni ta' fondi mill-Unjoni l-għada li nerġgħu napplikaw biex insiru membri sħaħ.", "B'riferenza għall-fondi, l-Unjoni Ewropea qalet bl-iswed fuq l-abjad li m'għandhiex statistika preċiża dwar pajjiżna u għalhekk għadu kmieni ħafna biex tgħid jekk Malta tikkwalifikax għall-fondi strutturali jew le.", "X'sar minnhom il-miljuni kbar li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni biex bihom insolvu l-problemi kollha li għandna fil-pajjiż?", "L-ex-viċi prim mifnistru u ex ministru ta' l-affarijiet barranin ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kien qal li din is-sena biss kien se jkollna Lm100 miljun mill-Unjoni u dan meta Malta m'hijiex membru sħiħ.", "Issa d-diska nbidlet u qed jgħidu li għadu kmieni wisq biex jgħidulna kemm se nibbenefikaw u li dawn jiddependu mill-bidliet istituzzjonali fl-Unjoni.", "Dan kollu, Sur President, juri l- miżinformazzjoni li jagħti l-Partit Nazzjonalista.", "Bir-rispett kollu ma nafx kif tista' tagħmel referendum serju meta l- informazzjoni tkun tgħawwiġ ta' fatti u propaganda politika rħisa.", "Hekk qed jagħmlu fuq il-PBS meta suppost qegħdin iħejju lill-pajjiż biex ikun fi stat biex fil-futur qarib jagħmel għażla ta' din il-portata.", "Ladarba semmejt ir-referendum f'dan il-kontest ikun tajjeb li nistaqsu x'se jagħmel il-gvern Nazzjonalista jekk ir-referendum ma jgħaddix.", "X'alternattivi għandu dan il-gvern?", "Il-Prim Ministru għadu lest jirriżenja jekk ir- referendum ma jgħaddix?", "Il-Partit Nazzjonalista x'se jagħmel bil-politika tiegħu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Sur President, nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq suġġett li jiena sorpriż li għadu ma ngħatax attenzjoni f'din id-diskussjoni għajr li ssemma b'mod ħafif mill-Onor.", "Charles Mangion u mill-Onor.", "Frendo.", "Qed nirriferi għall-qasam marittimu.", "L-Onor.", "Ċensu Galea, bħala l-ministru konċernat, tkellem biss fuq il- vantaġġi tas-sħubija u konvenjentement l-iżvantaġġi ma ssemmihomx għaliex dan huwa settur li litteralment se jmur il-baħar bil-politika ta' sħubija sħiħa.", "Min qed jismagħna jaf bl-importanza li għandu dan is-settur fl- ekonomija Maltija.", "Aħna niftaħru li f'dak li għandu x'jaqsam mar- reġistrazzjoni ta' vapuri aħna pajjiż li qegħdin minn ta' quddiem u kien propju gvern Nazzjonalista li rsista u ħadem ħafna f'dan is-settur u kellu riżultati tajbin ħafna.", "Aħna ma rridux nitilfu dak kollu li rnexxielna niksbu pero' tajjeb li nikkwota dak li jingħad f'paġna 30 ta' dan ir- rapport.", "Dan igħid hekk:", "\"The situation is less satisfactory concerning maritime transport ...\"", "- qed jgħid \"less satisfactory\" għaliex qabel issemmiet l-industrija ta' l- avjazzjoni -", "\"... where there is still a long way to go to achieve compliance with the acquis.", "Conditions for setting up shipping companies in Malta and obtaining the Maltese flag are less stringent than those generally applied by Member States and implementation of international safety and pollution standards lags behind the average for the community fleet.", "Furthermore, Malta still does not apply certain key safety requirements and progress is urgently needed.\"", "Fil-konklużjoni tagħha dwar is-settur tat-trasport, il-kummissjoni tgħid hekk:", "\"Substantial efforts are still needed in order to implement the entirety of the acquis, especially for maritime transport.\"", "Din l-istess sentenza tintuża f'diversi paragrafi biex jgħidulna li għandna bżonn ninbidlu sostanzjalment biex niġu konformi ma' l-acquis communautaire.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' safety standards u ma' prekawzjonijiet mit-tniġġiż naħseb li nkunu boloh jekk ma nimxux ma' l- istandards Ewropej iżda internazzjonali.", "Għalhekk tajjeb li waħda mil- liġijiet li se nitkellmu fuqha wara r-recess se jkun l-abbozz ta' liġi li jipprovdi biex Malta taċċedi għall-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l- oil pollution.", "Dawn huma affarijiet li tajjeb li wieħed ikun konformi magħhom iżda nkunu qed nagħmlu ġennata jekk nitilfu l-vantaġġi li għandna bħala reġistru miftuħ, attraenti, reġistru li huwa l-ħames l-akbar reġistru fid-dinja, reġistru li huwa relattivament irħis u li huwa spedjenti.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru Joe Borg dwar il-vantaġġi li jista' jkollna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fis-settur marittimu.", "Din il-preokkupazzjoni m'hijiex qed turiha din in-naħa tal-Kamra biss imma wrietha wkoll l-għaqda tar-rappreżentanti tas-sidien tal-vapuri, li żgur m'għandhiex xi tendenzi Laburisti.", "F'artiklu fil-ħarġa speċjali dwar Malta tal-Lloyds List madwar sitt xhur ilu dawn qalu ċar u tond li rridu noqogħdu attenti għax sħubija sħiħa jista' jkollha impatt negattiv fuq ir- reġistru tagħna.", "Issa, u nerġa' nirripeti li l-bieraħ il-Ministru Joe Borg qal li jinsab fiduċjuż li n-negozjati nġibuhom żewġ.", "Jiena nawguralu li jġibhom żewġ iżda jkolli nistaqsi: Kif beħsiebu jġib żewġ in-negozjati f'dan is-settur?", "Lesti li nitilfu dak li ħdimna għalih u li rnexxielna niksbu fil-qasam marittimu?", "Żgur li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tbiddel ir-regime legali tagħha biex takkomoda t-talba tagħna.", "Allura x'viżjoni għandu dan il-gvern għal dan is-settur fil-kontest ta' sħubija sħiħa?", "Dan se narmuh u se nħalluh itir mar-riħ?", "B'żona ta' kummerċ ħieles dan is- settur ma kienx se jintmiss u konna se nibqgħu ngawdu l-benefiċċji u l- vantaġġi li għandna.", "Sur President, ma nixtieqx intawwal iżjed peress li l-ħin tagħna huwa limitat.", "Nagħlaq billi ngħid li l-Partit Laburista għandu l-politika Ewropea tiegħu u tajjeb infakkar li anke meta konna fil-gvern aħna ħadna inizjattivi ħajjin u għamilna xogħol tajjeb.", "M'huwiex veru li raqqadna kollox.", "Il-bieraħ sieħbi l-Onor.", "Bartolo elenka lista ta' proġetti u xogħol li għamel il-ministeru ta' l-edukazzjoni, kemm fix-xenarju Ewropew u anke internazzjonalment fil-ftit xhur li kellna għad-dispożizzjoni tagħna.", "L- uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea dan jafuh u jafu li fina sabu attitudni pożittiva.", "Jistgħu ma jaqblux magħna - u jiena ngħid bilfors għax huma se jġibu l-ewwel l-interess ta' l-Unjoni mhux ta' Malta - iżda aħna ma ġibniex fuq quddiem nett ta' l-aġenda tagħna l-istilel u l-maġija u l-effetti speċjali biex ikollna impatt fuq il-pajjiżi li jogħġbuhom ix-xinxilli.", "Aħna m'aħniex partit ħafi mill-ideat li biex inħossuna komdi rridu nagħmlu bħan-nagħaġ ta' Bendu.", "Aħna għandna alternattiva li bis-sħiħ nemmnu li hija l-aħjar triq għal pajjiżna fir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-Unjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, fil-ftit minuti li ġejjin xtaqt nagħmel riflessjonijiet dwar l-alternattivi li Malta għandha fil-mixja tagħha lejn l-Unjoni Ewropea.", "Xtaqt nibda bil-frażi: \"To be or not to be, that is the question.\".", "Ir-raġuni li qed nikkwota din il-frażi hija proprju għaliex nixtieq li l-oppożizzjoni tiddeċiedi xi trid.", "Din trid żona ta' kummerċ ħieles jew an industrial free trade zone?", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Sur President, se nikkwota minn dibattitu f'dan il-parlament tal-15 ta' Ottubru ta' l-1997, fejn l-Onor Alfred Sant, dakinhar prim ministru, kien qal:", "\"Issa jien nista' ngħid li aħna qed nipproponu li jkun hemm żona ta' kummerċ industrijali ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.\"", "Iktar tard kien ressaq emenda għall-mozzjoni li kien ressaq l-Onor.", "Fenech Adami, dak iż-żmien kap ta' l-oppożizzjoni, li kienet tgħid hekk:", "\"... li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li fi żmien ta' bejn ħamsa għal seba' snin tkopri, tista' tgħid, il-prodotti industrijali kollha bit-tneħħija minn Malta u mill- Unjoni Ewropea ta' miżuri protettivi...\"", "- jiġifieri l-levies -", "\"...li għadhom japplikaw fil-kummerċ bejn iż-żewġ naħat.\".", "Mela l-oppożizzjoni xi trid?", "Trid żona ta' kummerċ ħieles jew żona ta' kummerċ industrijali ħieles?", "Anke f'arttiklu li nkiteb f'\"The Times\" xi ġimgħatejn ilu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġgħet issemmiet il-frażi \"industrial free trade zone\" u qatt ma ssemmiet \"a free trade zone.\"", "Jiena ngħid li jkun tajjeb li jkollna l-konċetti ċari għax jekk ma jkollniex il- konċetti ċari, mingħajr ma rridu forsi niżgwidaw lill-poplu.", "Meta fid-29 ta' April ta' l-1998 saret intervista lill-Onor.", "Sant, dak iż- żmien prim ministru, huwa qal hekk:", "\"With a free trade zone we would not be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables.\".", "Mela żona ta' kummerċ ħieles tfisser li ma neskludu l-ebda settur ta' l- ekonomija imma ninkludu kollox.", "Naħseb li din kienet il-verita` għaliex kollox irid ikun inkluż, anke prodotti agrikoli.", "Fir-rapport li ħarġet il- Kummissjoni Ewropea fi Frar ta' l-1998 dwar future relations between the European Union and Malta, intqal preċiżament hekk:", "\"In order to be compatible with the world trade organisation, such a free trade area should include substantially all trade, no sector excluded.", "Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade flows.", "This process should take account of the respective agricultural policies and the results achieved in the GATT/ WTO negotiations.\"", "L-oppożizzjoni eżattament lejn fejn kienet qed timmira?", "Fid-dibattitu tal-parlament tal-15 ta' Ottubru ta' l-1997, il-gvern kien qal hekk:", "\"Min-naħa tagħna se nipproponu tliet settijiet ta' prodotti li fuqhom il-protezzjoni titneħħa fi żmien ħames snin, prodotti li fuqhom il- protezzjoni titneħħa fuq bażi ta' seba' snin u prodotti oħra li jitqiesu bħala każijiet speċjali li għandhom bżonn skadenzi differenti.\".", "Mela l-gvern Laburista kien jaf li ma setax jottjeni eżenzjoni fuq affarijiet relatati ma' l-agrikoltura.", "Imma meta f'Diċembru tas-sena l- oħra kkwotajt dan id-dibattitu kien qam il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u pprova jgiddibni.", "Nixtieq nikkwota wkoll parti mill-ispeech tal-president ta' l-association council ta' dak iż-żmien, Robin Cook, li hu l-ministru ta' l-affarijiet barranin Ingliż.", "Dan qal hekk:", "\"Such a free trade area should cover substantially all trade without excluding any sector.", "Agricultural trade should be progressively liberalised.\"", "Għall-finijiet ta' kompletezza, ħalli ħadd ma jgħid li qed niżgwida, il- paragrafu jispiċċah b'din is-sentenza:", "\"This process should take account of the respective agricultural policies including the sensitivity of certain products.\"", "Mela l-intenzjoni hija ċara għax qatt ma seta' jkun hemm eżenzjonijiet jew derogi u l-oppożizzjoni dan tafu pero' għadha tippersisti fl-iżball u ma tridx tammetti mal-poplu li dik il-linja hija ħażina u mhijiex ta' benefiċċju għal Malta.", "Sur President, m'aħniex qegħdin ngħidu li t-triq għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija l-unika triq, kif qalet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro l-bieraħ, imma din hija l-aħjar triq.", "Mhijiex l-unika alternattiva għaliex għandna customs union, għandna European economic area, għandna industrial free trade zone u għandna a free trade zone, pero' rridu l-aħjar triq.", "Aħna ma rridux inkunu l-argużini tal-futur politiku ta' Malta, ma rridux inkunu dawk li niffriżaw l-applikazzjoni u konsegwentement niffriżaw ukoll il-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna ma rridux nippersistu f'mentalita` insulari u għandna fiduċja fil-poplu.", "Il-fiduċja tfisser iċ- ċavetta tal-ġid u tintrebaħ bil-mod pero' tintilef malajr u għalhekk tajjeb li nfakkru lill-poplu li f'dawn l-aħħar disa' xhur aħna rnexxielna npattu għal ħafna mid-dannu li sar f'dawn l-aħħar sentejn.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea qaltilna li sejrin tajjeb fl-iscreening u pproponiet biex minflok f'April nispiċċawh din is-sena ħalli nkunu nistgħu nibdew in-negozjati fil- bidu tas-sena d-dieħla.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi ngħid li l-Unjoni Ewropea għandha fiduċja f'Malta, il-Gvern Malti għandu fiduċja fil-Maltin u għalhekk nixtieq nappella lill-oppożizzjoni - li m'għandix dubju li fi ħdanha hemm nies ta' rieda tajba li jridu l-ġid tal-poplu Malti - biex tipparteċipa f'dan il-proċess għax mhux in-nazzjonalisti biss se jgawdu, imma l-Maltin kollha.", "Dak huwa l-futur tagħna.", "Pajjiżna għadda minn diversi esperjenzi u llum huwa ż-żmien li Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea biex takkwista mhux biss il-ġid ekonomiku imma takkwista iktar rilevanza politika fil- Mediterran u fid-dinja politika tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, wasalna fi tmiem ta' dibattitu fuq ir- rapport li ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea rigward l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru ta' l-Unjoni.", "Dan m'huwiex debate fuq il-politika barranija bħala tali imma huwa debate fuq dan ir-rapport; u jiena skantajt kif min-naħa tal-gvern prattikament ma tkellem ħadd fuqu.", "Din hija xi ħaġa li tirrifletti r-reżistenza li kien hemm min-naħa tal-gvern mill- bidunett li ħareġ dan ir-rapport fi Frar ta' l-1998 biex dan ma jersaqx quddiem il-parlament.", "Ħadd min-naħa l-oħra ma għamel riferenza għalih f'dan il-parlament u li ma kienx għax aħna mbottajna kemm flaħna, dan id- dibattitu ma kienx isir.", "Jiena m'iniex se noqgħod naħli ż-żmien ngħid x'ġara għaliex kulħadd jaf li l-ewwel il-gvern ma riedx jiddiskutih, imbagħad qalilna li nagħmluh wara Ottubru, imbagħad kien hemm kutrumbajsa, bħalma qal sieħbi, għaliex il- gvern induna li jaqbillu jagħmel id-debate bħalissa ħalli jbatti daqsxejn minn dak li qed jgħid il-poplu fuq il-każ ta' Żeppi l-Ħafi.", "Min-numru kbir ta' kelliema li kien hawn u mill-mod kif kellna naqtgħu l-ħinijiet tad- dibattitu, jidher ċar li mhux kulħadd qed ikollu ċ-ċans jgħid dak li għandu jgħid.", "Dan minkejja li l-gvern jgħid li hu jrid jagħti l-informazzjoni.", "Aħna pproponejna li dan id-dibattitu jsir mingħajr mozzjoni ħalli joħroġ dak li għandu joħroġ imma l-gvern - ovvjament għax għandu l-media f'idejh u jrid jiddomina l-imħuħ bil-mod kif irid hu - irid jissopprimi l-ideat u d- diskorsi minn din in-naħa.", "Ovvjament kulħadd jaf li l-oppożizzjoni f'dan il-każ qiegħda fi żvantaġġ kemm rigward availability tal-media kif ukoll bħala mezzi - għax il-gvern juża l-mezzi tal-gvern biex jagħmel il-propaganda - imbagħad minn fuq, meta tiftaħ ħalqek u turi ċerti dubji jittimbrawk li inti kontra l-Ewropa.", "Dan qed ngħidu għaliex l-alternattiva politika tagħna hija mwarrba u sfortunatament anke mgħawġa mill-media; u dan meta l-gvern qed jgħid li eventwalment irid imur għand il-poplu ħalli jagħmel referendum.", "Dan huwa dover li diġa' skartawh bejn l-1992 u l-1996 u li issa qed jerġgħu jiskartawh.", "S'issa l-gvern, kontra dak li qal il-kollega li għadu kemm tkellem, pinġa s-sħubija bħala l-unika triq lejn l-Ewropa.", "Jiena ngħid li anke kieku kienet l-unika triq - u ninsisti li m'hijiex l-unika triq - ukoll irridu naraw l-interessi tagħna ħalli naraw x'jaqblilna nagħmlu.", "Sur President, sħabi tkellmu fuq oqsma differenti b'mod prammatiku, realistiku u oġġettiv ħafna.", "Imma jiddispjaċini ngħid li min-naħa tal- gvern ħlief kliem b'emozzjoni maqtugħ mir-realta` ma smajtx.", "Dawn id- diskorsi fakkruni f'diskorsi li kien jagħmel xi ħadd li m'għadux f'din il- Kamra.", "Jiena kont qed nittama li l-ministru għall-affarijiet barranin ġdid kien se jkun iktar realistiku u prammatiku meta kellna debate fil-Fgura flimkien.", "Kont qed nittama li konna se ninżlu daqsxejn iktar lejn l-art, imma xorta waħda bqajna ngħixu fis-sħab.", "Jiddispjaċini ngħid li l-biċċa l- kbira tagħhom kollha njoraw dak li hemm miktub fl-update u dan għamluh għax ma jdoqqx għal widnejhom.", "Jiena kont nippretendi li dan id-debate kien se jkun wieħed li jinforma lill-poplu u kont nippretendi wkoll li konna se niddibattu bl-iktar mod kalm, bl-iktar mod oġġettiv, bla passjoni ta' xejn u b'saqajna ma' l-art.", "Sur President, tajjeb li wieħed hawnhekk jistaqsi x'inhuwa l-ideal għal pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li wieħed għandu jimmira biex ikollu l-inqas irbit possibbli ħalli jkun jista' jħaddem il-politika barranija tiegħu kif jaqbillu u fl-interess tal-pajjiż, ikollu iktar kummerċ - kummerċ aktar mifrux, mhux kollox f'baskett wieħed - jibqa' jgawdi kemm jista' s- sovranita`, ikollu ħbiberija ma' kulħadd, ma jkollu l-ebda involviment fl- istrutturi militari, ikun konsistenti mal-Kostituzzjoni u jibqa' jżomm dan il-pajjiż bħala ċentru ta' paċi.", "B'dan il-mod inkunu bis-serjeta` qegħdin nimxu lejn l-għan tagħna li pajjiżna nagħmluh Svizzera fil-Mediterran.", "Jiena nistaqsi lil min qed jismagħna: Dawn l-ideali jistgħu jintlaħqu bi sħubija sħiħa?", "Ir-risposta hija ċara u tonda: Bi sħubija sħiħa, ma tistax tilħaq dawn l-ideali iżda jekk immorru għall-proposta tal-Partit Laburista dwar żona ta' kummerċ industrijali ħieles, din tissodisfa ħafna minn dawn ir-rekwiżiti.", "Jiena ngħid li kollox fih il-vantaġġi u l-iżvantaġġi, imma meta tagħmel il-kontijiet tinduna li l-proposta tagħna tissodisfa ħafna minn dawn ir-rekwiżiti, tinvolvi ħafna inqas taqlib fil-pajjiż u żgur li ma ġġibx il-katakliżma li s-sħubija se ġġib bla bżonn.", "Per eżempju, jiena smajt b'widnejja stess lil Mazowiecki, l-ewwel prim ministru tal-Polonja wara l-waqa' tal-purtiera tal-ħadid - u dan smajtu kemm fi Vienna kif ukoll f'Berlin - jilmenta ma' l-Unjoni Ewropea li ma jistax jagħti garanzija li l-unrest soċjali li qed ikollu f'pajjiżu minħabba t-taqlib li għaddejjin minnu biex jimxu mal-pariri ta' l-Unjoni Ewropea mhux se jisplodi.", "Wieħed irid jgħid li reċentement il-Polonja qed iddaħħal lura tariffi protettivi għal dawk l-affarijiet li kienet neħħiet fil-kamp agrikolu.", "Dan qed tagħmlu għax ma jistax ikun li l-bdiewa Pollakki jieħdu dak l-impatt.", "Hawnhekk wieħed jiftakar ukoll fil-każ meta kien hemm it-tneħħija tal-levies minn fuq il-beefburgers hawn Malta.", "Dwar dan il-każ kien hawn korrispondenza enormi u konna ddeċidejna li nagħmlu liġi fil- parlament ħalli nerġgħu nagħtu l-protezzjoni meħtieġa lill-industrija tal- laħam lokali, imma l-gvern tal-lum tefa' din il-liġi fuq l-ixkaffa bir- riżultat li l-produtturi tal-laħam jinsabu f'għadab kbir għalih għax aċċetta li minn 80c il-kilo jinżel għal 10c.", "Dan huwa biss eżempju wieħed f'settur wieħed kif is-suq lokali Malti jista' jitkisser b'ħaġa żgħira.", "Sur President, l-avis ta' l-1993 kien tkellem fuq riformi u rrikmanda ħafna x'għandu jsir.", "Dak iż-żmien kien hemm min għoġbu jilgħabha tat-trux għax kien jaqbillu jibqa' jgħaddi ż-żmien bin-nies u l-gvern ma riedx jibda jimplimenta dak li kien hemm fl-avis għax kien jaf li jibda l-uġigħ.", "Barra minn hekk, minkejja li bejn l-1993 u l-1996 il-gvern m'għamel xejn, aħna wissejna - u kellna raġun - li din m'hijiex it-triq it-tajba.", "Issa reġa' ħareġ l-update ta' l-1999 u dan irripeta l-istess affarijiet, din id-darba b'iktar urġenza u b'ton aktar imperattiv.", "Fil-preżent, ninsabu għaddejjin mill-iscreening u l-ministru għall-affarijiet barranin qed jgħidilna li dan għaddej plain sailing u li m'hemmx problemi.", "Pjuttost issa f'daqqa waħda qalulna li rridu ngħaġġlu, għaliex ovvjament l-Unjoni Ewropea għandha l- programm tagħha u għandha l-burokrazija tagħha u jaqblilha li aħna nidħlu fil-kaxxa ma' x'għaddej f'pajjiżi oħra ħalli tkun tista' tmexxina kif trid.", "Jekk il-gvern huwiex jagħmel il-kalkoli jekk dan jaqbilx lilna jew le ma nafx, pero' nimmaġina li l-gvern huwa kuntent ladarba aċċetta.", "Issa għad irrid nara meta se naslu għaż-żmien meta l-liġijiet jibdew ġejjin bħal xmara f'dan il-parlament biex inbiddluhom ħalli niġu konformi ma' l-acquis communautaire.", "Irrid nara wkoll jekk huwiex se jinstab il-ħin biex wieħed jiddiskuti b'mod demokratiku dan it-tibdil li se jħalli impatt fuq is- soċjeta`.", "X'se jkun l-effett ta' dawk ir-riformi kollha li hemm mitluba li jsiru minn dan il-pajjiż fuq setturi differenti?", "X'se jkun il-prezz uman u l-prezz soċjali li se jkollna nħallsu?", "Din il-mistoqsija diġa' għamiltha f'aġġornament - u jiena u xi wħud minn din in-naħa biss tkellimna fuq dan ir-rapport, għax tan-naħa l-oħra ma jimpurtahomx - meta fi Frar ġie pubblikat dan ir-rapport.", "Sur President, mistoqsija oħra li rrid nagħmel hija jekk dan il-prezz li rridu nħallsu kienx ikun irid jitħallas kieku morna għal free trade area.", "Jiena ngħid li ma kienx jitħallas, u aħna għalhekk qegħdin ngħidu li free trade area kienet u għadha l-aħjar alternattiva għal pajjiżna.", "Issa ejja naraw daqsxejn x'qalu l-kelliema Nazzjonalisti biex jipperswadu lilna u lill-poplu - għax suppost dan kien dibattitu ħalli nisimgħu l-verżjoni tan- naħa l-oħra u ta' din in-naħa ħalli l-poplu jkun informat - li sħubija sħiħa hija l-aħjar triq.", "Donnu li min-naħa l-oħra kulħadd tkellem biss fuq il-pożittiv u mbierek Alla negattiv m'hemm assolutament xejn.", "Il- ministru ta' l-affarijiet barranin irripeta l-gideb tal-partit tiegħu fuq dak li konna se nagħmlu aħna.", "L-Onor.", "Frendo appellalna biex inbiddlu l- politika tagħna u wera biss ottimiżmu li bin-negozjati nakkwistaw li rridu.", "Dan huwa l-ex-ministru li huwa kkwalifikat fil-liġi tal-European Union u jaf kif jaħdmu l-affarijiet!", "Imbagħad l-Onor.", "Debono tatna lecture fuq fondi strutturali u dehret li lanqas hi m'hi informata.", "Pajjiż li jikkwalifika bħala objective one - kif suppost se jikkwalifika pajjiżna jekk nibqgħu mexjin f'din il-linja - ma jitqiesx li għandu reġjuni fih imma jiġi kkonsidrat kollu kemm hu bħal reġjun wieħed.", "Għalhekk l-Onor.", "Debono m'għandhiex toqgħod tbellagħha lin-nies li Għawdex se jkollu xi trattament speċjali iktar minn Malta.", "Din hija propaganda politika rħisa għall-kostitwenti ta' Għawdex.", "L-Onor.", "Asciak tkellem fis-sħab, għamel ħafna sweeping statements u ta l- impressjoni li għandna kollox tajjeb.", "Issa l-update mhux hekk jgħid, imma għall-Onor Membru dan qisu ma jeżistix!", "L-Onor.", "Zammit Dimech infexx fir- rettorika u rriduċa l-argumenti kollha għal sħubija f'tgħajjir bil-politika tal-babaw.", "L-ambjent ma semmieh assolutament xejn.", "L-Onor.", "Refalo ra biss vantaġġi għat-turiżmu u konvenjentement ma semma xejn dwar l-effett tas- sħubija fuq il-kompetittivita` tal-prodott turistiku jekk jogħlew il- prezzijiet tal-prodotti u tas-servizzi f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia tant hu informat li lanqas kien jaf li l-Isvizzera ffirmat ftehim speċjali fuq oqsma ta' koperazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma n-nies li jridu jgħallmu lil ħaddieħor fuq l-Unjoni!", "Imbagħad tkellem l-Onor.", "Ninu Zammit li ċaħad li bis-sħubija l-ħobż u l- ikel jogħlew.", "Allura jew ma jafx jew inkella ma riedx jiftakar li l- ministru għall-affarijiet barranin preżenti, meta kien għadu jmexxi d- direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, għamel rapport lill-ministru għall- affarijiet barranin ta' dak iż-żmien u qallu li se jkollna problema minħabba li l-qamħ se jogħla.", "Qal ukoll li dan ikollu ripple effect fuq ħafna setturi ta' l-ekonomija inkluż it-turiżmu.", "L-Onor.", "Ninu Zammit ma tax kas ta' dan ir-rapport u kulma għamel kien li nfexx f'attakki personali fuq l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Huwa saħaq li l-levies fuq prodotti agrikoli u fuq l-agro-industrija jitneħħew wara s-sħubija, u dan meta - ara l-qerq u l- miżinformazzjoni - uħud minnhom diġa' qegħdin fuq il-lista tal-levies li dalwaqt se jitneħħew.", "Per eżempju, fl-1 ta' Ottubru se jintlaqtu l-corned beef, ix-sugar almonds, il-qubbajd, il-ħelwa, il-cooked pasta, l-istuffed pasta u l-cotton wool.", "Fl-1 ta' Jannar li ġej se jintlaqtu l-qamħirrun, iż- żejt u ċ-chocolate covered biscuits.", "Fl-1 ta' Jannar ta' l-2001 se jintlaqtu l-margarine, is-snacks, il-jams, il-marmalades, il-jellies, il- fruit juices u s-soft drinks.", "U dawn x'inhuma?", "Mhux agro-products?", "Allura jipprovaw jgħaddu ż-żmien bin-nies u jgħidulhom li dawn se jitneħħew wara s-sħubija?", "Dawn se jitneħħew fit-tliet xhur u fil-ħames xhur li ġejjin, u nixtieq li l-federation of industry u ċ-chamber of commerce jgħidulna jekk qablux ma' dan.", "Nixtieq ukoll li jgħidulna kif għamlu din id-differenza minn dak li kienu jgħidu lilna fi żmienna fir-Rambol report fejn isemmu l-iskadenzi li hemm bżonn jittieħdu biex jitneħħew ċerti levies.", "L-Onor.", "Josef Bonnici qal li ġej ħafna investiment - hekk ukoll kien jgħid l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin - pero' ma qalx għaliex u minn fejn ġej.", "Qal ukoll li se nesportaw iktar bla ma għamel l-iċken riferenza għar-rising costs of production.", "Qal ukoll li biex ikollu statistika - u din interessanti - li tagħti l-GDP f'termini ta' purchasing power parity, kif talbet l-Unjoni Ewropea, iridu jgħaddu tliet snin.", "Jiena nispera li dan ma jfissirx li biex l-Unjoni Ewropea tkun taf jekk aħniex eliġibbli jew le għall-fondi trid tistenna tliet snin oħra biex ikollha l- figuri li jrid jipproduċilha l-Onor.", "Josef Bonnici!", "Fl-opinjoni tiegħi l- Onor. Bonnici seta' kien aktar xjentifiku u ħafna inqas politiku fi kliemu.", "Imbagħad smajna lill-Onor.", "Louis Galea jiffilosofizza fuq l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa żamm fuq livell teoretiku u appella biex id- diskors isir b'realiżmu.", "Again, erġajna smajna diskors fis-sħab.", "L-Onor.", "Cristina - u dan m'iniex qed ngħidu b'kumpliment - kienet bilanċjata fi kliemha u saħqet li l-iktar importanti huwa kif se jintlaqat kull individwu u kull settur.", "Dan hu d-diskors li jmisshom għamlu l- ministri kollegi tagħha fin-naħa tal-gvern, u mela jiġi l-Onor.", "John Dalli u jgħid li d-deċiżjonijiet jittieħdu b'viżjoni u b'riskju!", "Kellna ħafna filosofija fid-diskorsi ta' l-Onor.", "Dalli pero' fl-ebda ħin ma qal x'jiġri meta r-riskju jmur ħażin.", "Huwa ma qalx li l-aktar li jbatu huma dawk ta' taħt, u lanqas qalilna jekk kemm-il darba l-gvern identifikax x'inhuma r- riskji u jekk ikkalkolax l-impatt ta' dawn ir-riskji.", "Imbagħad tenna l- idea żbaljata li ma' l-Ewropa jew tkun membru sħiħ jew ma jkollok l-ebda relazzjoni oħra.", "L-Onor.", "Dalli qal ukoll li kultant nagħmlu xi servizzi soċjali b'kapriċċ sempliċement biex nogħġbu lill-elettorat.", "Tkellem imbagħad l-Onor.", "Gonzi fejn kompla ta l-impressjoni li biex niżviluppaw il- politika soċjali tagħna - qisu din ma żviluppajnihiex tul dawn is-snin kollha - irridu nkunu bilfors membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma min se jemmen dan il-ġenn?", "Jiena m'iniex se nagħmel rimarki fuq il-kelliema tagħna mhux għaliex kienu infallibbli imma għaliex almenu kull kelliem ħa s-settur tiegħu u għamel mill-aħjar biex jispjega x'inhuma l-iżvantaġġi li naraw.", "Minkejja dan, ma kienx hemm risposta mill-counterparts tagħhom tan-naħa tal-gvern, ħlief biex ikun hemm xi tgħajjir grottesk ċertament mhux bit-ton ta' dibattitu li stennejna.", "Meta wieħed jiżen kollox jasal għall-konklużjoni", "li ħadd mill-kelliema tal-gvern ma qal kif se jintgħelbu d-diffikultajiet imsemmija fl-update.", "Ħadd minnhom ma semma' problemi finanzjarji, ekonomiċi, sturutturali u amministrattivi.", "Ħadd minnhom lanqas ma qal x'se jkun il-prezz soċjali u kif dan se jitħallas fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja li għandna.", "M'hemmx għalfejn noqgħod niftaħ fuq dan is-suġġett għaliex il-mexxej tal-partit ftit ġimgħat ilu f'dan il-parlament għamel diskors fejn analizza b'mod xjentifiku x'inhuma l-options u x'inhuma l- problemi li aħna naraw.", "Jien m'iniex se nagħmel diskors simili għaliex m'iniex kompetenti li nagħmlu imma hemm bżonn li wieħed jirrifletti fuq dawn ir-realtajiet.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel dawn il- mistoqsijiet ħadd ma qam u qal li hemm is-soluzzjonijiet għal dawn l- intoppi.", "Il-poplu qiegħed jibqa' jiġi mmexxi minn imnieħru u qed jgħidulu li se naslu x'imkien meta nafu li hemm dawn il-problemi kbar li mhux aħna qegħdin ngħiduhom imma huma indikati fl-update ta' l-avis.", "Minkejja dan, il-gvern qiegħed kwiet u komdu bħallikieku l-affarijiet se jseħħu waħedhom.", "L-istess, ħadd ma tkellem fuq l-impatt ekonomiku ta' sħubija.", "X'hemm iktar li jolqot il-bwiet?", "X'se jintlaqat mill-bread and butter tal-Maltin?", "Fejn hija l-analisi tal-professuri ta' l-ekonomija u tal-finanzi li għandna hawnhekk biex jikkonvinċu lilna u lill-poplu?", "Għalfejn sar dan id- dibattitu?", "Jiena għalhekk ngħid li sar biex naljenaw lill-poplu mill-każ ta' Żeppi l-Ħafi.", "Din kienet okkażjoni fejn il-professuri ta' l-ekonomija li hemm fuq in-naħa l-oħra setgħu jispjegaw kif se jkun l-impatt ħalli l- poplu ma jgħaddix minn dak li għaddej minnu l-poplu tal-Polonja u ta' pajjiżi oħra, imma dan m'għamluhx.", "Dawn il-pajjiżi qegħdin iħossu li qed ikollhom jgħaġġlu u qed ikollhom dawn l-effetti.", "Dawk iridu jassiguraw kemm jista' jkun is-sigurta' ta' pajjiżhom; dawn iridu kemm jista' jkun itellgħu l-livell ta' l-għajxien tagħhom u jridu kemm jista' jkun iserrħu rashom li jidħlu ġo żona ta' sigurta' għax hemm ors li bħalissa jinsab rieqed pero' ħadd ma jeskludi li dan mhux se jerġa' jgħolli rasu.", "L-istess, ħadd min-naħa l-oħra - u dawn huma nies li jippretendu li huma kompetenti! - ma tkellem fuq kif se tiġi affettwata l-kompetittivita' tas- settur industrijali.", "Mhux dak il-lifeline tagħna?", "Mhux permezz tiegħu rridu nikkorrespondu ma' l-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi oħra?", "Mhux is-saħħa ta' l-industrija tagħna rridu naraw?", "Din kemm se tkun kompetittiva?", "Kemm se toħloq impjiegi?", "Kemm se ġġib flus lejn il-pajjiż?", "X'qegħdin niddiskutu hawnhekk jekk mhux dan?", "Żgur li m'għandniex noqogħdu niddiskutu dwar ir- raġġiera ta' 12-il stilla li għamilna fuq il-number plates jew il-ħmerijiet u ċ-ċuċati li tmajna lill-poplu fil-passat.", "Ħadd min-naħa tal-gvern ma tkellem fuq l-affarijiet essenzjali.", "Jiena ltqajt ma' ħafna nies li kienu lesti li jisimgħu dan id-dibattitu u xtaqt li l-ħin ma kienx daqshekk magħsur.", "Fil-fatt aħna tlabna għal aktar ħin imma min ma jridx jinforma lill-poplu u min ma jridx jiftaħ l-argumenti ried jagħlaq kemm jista' jkun ħalli jibqa' b'moħħu kwiet jitma' l-propaganda minn fuq il-PBS u minn fuq il-gazzetti.", "Mr Speaker, barra li dawn ma tkellmux fuq l-impatt, ħadd għadu ma kkwantifika bis-serjeta' l-fondi li se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l- gvern, la dawk li ġejjin mill-Unjoni, la dawk li se jkollna aħna bħala own resources u lanqas dawk li bil-policy ta' l-additionality irridu nagħtu ma' kull euro li tiġi min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn qalu li ningħataw il- fondi biex nagħmlu l-proġetti.", "Nafu kemm irridu noħorġu flus aħna ma' dawk li jiġu mislufa jew mogħtija lilna mill-Unjoni biex proġett iseħħ?", "Rajna kemm burokrazija tinvolvi biex l-Unjoni toħroġ il-flus li tkun wegħdet?", "L- Onor. Giovanna Debono qalet li se jsiru ħafna proġetti f'Għawdex bil-fondi ta' l-Unjoni.", "Imma din taf kemm se jqumu dawk?", "Għandha kwantifikazzjoni ta' kemm għandek dritt għall-fondi mill-Unjoni?", "Ġeneralment jgħidu li dak li jkun jingħata mhux iktar minn 4% tal-GDP - jiġifieri jekk għandna Lm0.5 biljun GDP, aħna nieħdu Lm40 miljun jew Lm60 miljun - imma dawn lilna m'humiex se jagħtuna daqshekk għax jien qed insemmi l-massimu li jitkellmu fuqu bħala self.", "Imbagħad hemm il-fondi li rridu nibagħtu lejn l-Unjoni - u dan lanqas semmewh tan-naħa l-oħra - fosthom persentaġġ tal-GDP, kulma jidħol mid-dazji tal-common external tariff u perċentwal mill-VAT u minn taxxi fuq levies.", "Dan kollu l-poplu jafu?", "Dan irridu ngħiduhulu lill- poplu jew irridu ngħidulu qabda platitudnijiet?", "Tan-naħa l-oħra moħħhom biss biex jikkritikaw dak li kien se jagħmel gvern Laburista, u dan bir- raġun għax fiż-żmien qasir li domna fil-gvern urejna bil-fatti li hemm triq oħra u wrejna wkoll li dik it-triq hija aħjar.", "Jiena konvint minn dan li qed ngħid.", "Dan m'iniex qed ngħidu għax jgħidu l-partit tiegħi imma qed ngħidu għaliex iddawwar kemm iddawwar fl-aħħar issib li għal dan il-pajjiż aħna konna mexjin fl-aħjar triq.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra jigdbu wkoll dwar il-ftehim li konna se nibdew nagħmlu aħna.", "Dan irrepetih anke l-ministru għall-affarijiet barranin fil-ftuħ tiegħu, meta qal li aħna konna se nerfgħu l-piżijiet ta' sħubija mingħajr ma niggwadanjaw xejn.", "Meta nisma' hekk jiena ngħid li għandu jkun għan-Nazzjonalisti \"tiggwadanja\" tfisser biss flus u jiena għalhekk għedt li lanqas fuq il-flus ma kellmuna.", "Jiena jiddispjaċini ngħid li llum tan-naħa l-oħra għandhom f'idejhom id-dokumenti dwar dak li konna qed nagħmlu aħna imma dawn jużaw biss biċċiet minnhom.", "Fil-fatt l- Onor. Jason Azzopardi għadu kemm ikkwota partijiet minnhom u jiena rrid niftaħ daqsxejn fuq din il-kwestjoni ħalli naqtgħuh darba għal dejjem dan il-qerq u naqtugħha din il-miżinformazzjoni.", "Jiena se nikkwota minn ċerti notamenti u dokumenti li żammejt kopja tagħhom għax ħassejt li huma importanti.", "L-ewwel li nixtieq insemmi huwa d-diskors li jien għamilt fil-council of association ta' April ta' l-1998 fil-Lussemburgu.", "Dakinhar jiena kont għedt:", "\"The conclusion of a free trade area between Malta and the Union is one of our main objectives.", "This free trade area will be implemented in strict conformity with the commitments which Malta and the Union have undertaken both under WTO as well as under other international agreements of which the 1995 Barcelona Declaration on the Euro Mediterranean partnership is particularly relevent.", "In this spirit, free trade arrangements will cover substantially all trade, evidently taking into account the particular sensitivity of certain products, especially agricultural products for either side.\"", "Imbagħad komplejt hekk:", "\"It is in this spirit that we are expressing our readiness to improve market access in services to further liberalise public procurement and to consider various aspects of competition rules amongst other things.\"", "Jiena mhux x'qal Cook jinteressani - għax dak kien qed jitkellem fuq il- punt ta' partenza tan-negozjati ta' l-Unjoni Ewropea - u aħna għamilniha ċara li:", "\"Those commitments which preclude our membership because they cannot be sustained by our exceptionally fragile and exposed economy will be equally precluded in the forging of a close relationship.\"", "Dan il-messaġġ kien ċar, u dan ikompli hekk:", "\"In our mind, the implementation of a free trade area in all its dimensions need not and in fact does not entail the inclusion of any of these commitments.\"", "Dan kien il-mesaġġ li tajna u għalxejn joqogħdu jiġu jikkwotaw lil Cook.", "Meta bagħtulna r-rapport tal-commission, dawn taw il-verżjoni tagħhom u qalu li rridu nneħħu l-levies fi żmien tliet snin.", "Tan-naħa l-oħra bdew jgħajruna li se jġegħluna nneħħuhom fi żmien tliet snin imma aħna wrejnihom li aħna nnegozjajna, għax meta ġejna lura għidna li l-levies mhux se jitneħħew fi żmien tliet snin.", "Dik kienet il-point of departure tan- negozjati tal-commission u din il-joint declaration tal-council of association huwa l-punt ta' tluq tagħna ħalli jibdew in-negozjati.", "Nista' ngħid ukoll li kienu diġa' bdew it-taħditiet tekniċi, imma ħalli nispjega wkoll xi rridu nfissru meta ngħidu \"substantially all trade\".", "Il-legal text tar-results of the Uruguay Round of multilateral trade negotiations - parti 3 artiklu 24 paragrafu 8(b); u dan se ngħidu ħalli nuri minn fejn ħarġet l-espressjoni li aħna rridu nkunu kompatibbli mal-WTO - jgħid li :", "\"All free trade areas shall be understood to be a group of two or more customs territories in which the duties and other restrictive regulations of commerce, except where necessary those permitted under aricles 11, 12, 13, 14, 15 and 20 are eliminated on substantially all the trade between the constituent territories in products originating in such territories.\".", "Jien m'għandix dubju li l-ministru għall-affarijiet barranin jaf kif irrispondejna l-aide memoire - u dan għandu dokument f'idejh - li ntbagħtet fil-bidunett mill-European Commission.", "Meta dawn staqsewna jekk konniex se nneħħu l-levies li kien ikkommetta ruħu li jneħħi l-gvern Nazzjonalista, aħna rrispondejnihom li ma nistgħux nagħmlu l-affarijiet b'dan il-mod pero' għidnilhom li:", "\"In 1993 Malta participated in the agricultural negotiations of the GATT Uruguay Round on trade negotiations and tabled its own offer.", "This offer was bound on the agreed principle that developing countries were not expected to make any contributions inconsistent with their individual development, financial or trade needs.", "In these respects Malta's offer to GATT on market access for agricultural trade centred on the transformation of non-tariff measures counterbalancing their implications for domestic production and took as benchmark the EU common external tariff and levy regime.", "In addition, Malta tailored a number of domestic measures as domestic support exempt from the reduction commitment.", "In 1994, Malta undertook to transform into levies all tariffs on agricultural import from EU countries.", "Under static conditions a number of products within the first 24 chapters of the HS Code are acknowledged to be of utmost significance to the survival of Malta's agriculture and fisheries sectors.", "The reduction of levies on these items must be examined on a case by case basis and would warrant in advance the implementation on a viable restructural programme whereby the desired production, efficiencies and competent gains for each respective product can be really achieved.\".", "Dawn huma r-risposti uffiċjali li tajna lill-commission right from the very beginning u dawn jinsabu għand il-ministru għall-affarijiet barranin.", "Mr Speaker, in-naħa tal-gvern jafu li bil-customs union se jkollhom diżastru fis-settur agrikolu.", "Biex jgħattu xturhom dawn iridu jgħidu bilfors li anke l-Partit Laburista kien se jneħħi l-levies minn fuq dan is- settur.", "Għandhom media officer li ripetutament jgħid li konna se nneħħu l- levies mill-1 ta' Jannar ta' l-1999.", "Issa minkejja li għidna li dan mhux veru dan ikompli jgħid l-istess affarijiet.", "Jiena rrid infakkar x'kont għedt f'dan il-parlament meta l-kollega tiegħi kien fl-oppożizzjoni u kien jgħidli li ma nistgħux niddiskutu dwar l-agrikoltura.", "Jiena kont għedtlu: Dażgur li se niddiskutu dwar l-agrikoltura!", "Kif nistgħu nħalluha barra l- agrikoltura?", "F'paġna 35 tad-dokument tal-federation of industry u ċ-chamber of commerce - u nixtieq li dawn il-constituted bodies jitkellmu għaliex issa donnhom li raqdu - bl-isem ta' \"Future Malta - EU relations at this perspective\" dawn qalu:", "\"It is not in our interest to exclude the entire food chain from the free trade area if Maltese farmers and agro-business want to tap new export markets.\".", "Din kienet mitluba mill-membri tal-federation of industry u ċ-chamber of commerce u l-gvern Laburista kien jikkonsulta magħhom regolarment u jipprova jadatta dak li għandhom bżonn għall-aħjar interess ta' Malta.", "Mr Speaker, kienu għajruna wkoll li konna se nneħħu l-levies fi żmien tliet snin u jiena niftakar lill-Onor.", "Joe Borg jgħidilna li hekk qalulna fil-commission report.", "Ara issa ma jgħajruniex b'dak li hemm fil-joint declaration, li kien żvilupp fuq il-commission report, fejn għedna li l- levies nibdew inneħħuhom tliet snin wara li jiġi ffirmat il-protocol.", "Aħna konna nnegozjajna - u aħna dejjem żammejna f'rasna r-Rambol report fejn hemm espressi x-xewqat taċ-chamber of commerce u tal-federation of industry - li nneħħu l-levies fi żmien ħamsa sa seba' snin.", "Lilna kienu qalulna li t-tajjar irid tliet snin biex jiġi liberalizzat u issa dawn aċċettaw li jiġi liberalizzat fi tliet xhur.", "Lilna qalulna li d-detergents, il-liquids u t-toilet cleaners iridu ħames snin biex jiġu liberalizzati u issa lil dan il-gvern qalulu biex jilliberalizzahom fi żmien ħames xhur!", "X'ġara f'daqqa waħda?", "Marret daqshekk 'il quddiem il-kompetittivita' fl-industrija Maltija?", "Ħalli nkompli nsemmi l-gideb li jgħidu tan-naħa l-oħra biex mingħalihom isalvaw xturhom.", "Fis-16 ta' Ġunju ta' l-1997 fil-Palazz il-Belt kien hemm laqgħa fuq free trade u flimkien mal-prim ministru, dak iż-żmien l-Onor.", "Alfred Sant, kien hemm jien, sħabi l-ministri oħra u t-top brass kollu tal-constituted bodies.", "Aħna bdejna nwieġbu għall-mistoqsijiet tagħhom u fost l-oħrajn dawn riedu jkunu jafu fuq il-levies.", "Fil-minuti tagħhom dawn qalu li:", "\"The Prime Minister stated that the dismantling of levies will only start three years from now, in any case not before ratification has taken place.\".", "Hawnhekk il-prim ministru qed jagħmel commitment fl-ogħla livell mal- constituted bodies.", "U mela jiġi l-Onor.", "Jason Azzopardi u joqgħod jikkwota x'qalet \"The Malta Independent\"!", "Dan messu kkwota x'hemm fil-minuti uffiċjali tal-laqgħa high-powered li kellna ma' dawn il-constituted bodies.", "Fil-minuti hemm imniżżel ukoll li:", "\"Hon.", "Attard Montalto then explained that most levies on agriculture will not be touched.\".", "Imbagħad, is-Sur Louis Farrugia taċ-chamber of commerce staqsa għal aktar informazzjoni fuq in-negozjati f'dan is-settur - ovvjament dawn għandhom interess li jkun hemm ftit ftuħ għal dawn il-prodotti - u jiena għedtlu hekk: \"Some agricultural and fisheries products will have to be included in the agreement on the basis of item by item concessions since this presents the opportunity to gain some advantage for Malta.\".", "Aħna dejjem rajna l-interessi ta' Malta, mhux noqogħdu nużaw il-clichés bħalma jagħmlu tan-naħa l-oħra!", "Imbagħad jiena komplejt ngħid hekk:", "\"One therefore needs to be clear on the identification of these products.", "Account will have to be taken of the parties' respective agricultural policies and the sensitivity of certain products both for raw and for processed agricultural products.\".", "Imbagħad l-Ambaxxatur Camilleri, li kien iċ-chief negotiator li kellna dak iż-żmien, kompla jgħid hekk:", "\"It is up to us to determine what concessions we are prepared to make and to negotiate on that basis.\".", "Issa jekk hemm xi ħadd li se jibqa' jmeri dan id-dokument jiena ngħidlu biex ikompli jgħid il-ħmerijiet ħalli l-poplu jkompli jidħak bih.", "Mr Speaker, xahrejn wara l-council of association ġew Malta għal diskussjoniiet tekniċi kummissarji mill-EU Commission fejn qalu - nerġa' ngħid li dan ir-rapport jinsab għand il-ministru għall-affarijiet barranin u nitolbu biex f'isem l-onesta' jikkonferma li dan fil-fatt huwa minnu - hekk:", "\"Both sides agree that while agriculture and fisheries, including processed products, should broadly form part of the free trade agreement in compliance with WTO regulations, special provisions would need to be included to take account of the respective agricultural policies of each party, including the sensitivity of certain products.", "In the June discussions the Commission indicated that the initial phase sub-provisions would cover sets of mutually agreed concessions on identified products, leaving intact the main structure of the committee's policies on these products.", "In generally agreeing with this approach ...\",", "- aħna ma konniex qegħdin hemmhekk biex ngħaddsu rasna bħalma qed jagħmel il-gvern illum imma konna qegħdin nagħmlu l-punt tagħna u konna qed ninnegozjaw ħalli naslu għall-aħjar soluzzjoni -", "\"... the Maltese side indicated that for our part we would expect to maintain existing import levies on most of these products while taking account of specified concessions.\".", "Iċ-chamber of commerce u l-oħrajn kienu jitolbu dawn il-concessions fuq l- inbid, fuq il-birra, fuq il-ħut ta' l-akwakultura, fuq id-dulliegħ, fuq chocolate coated biscuits u chocolate coated wafers.", "\"It was agreed that further explanatory consultations need to be held on this aspect, especially insofar as it regards processed agricultural and fisheries products.\".", "Naħseb li din għandha taqta' darba għal dejjem id-diskussjoni bla sens, malinja u ta' miżinformazzjoni li n-naħa l-oħra qed jagħmlu biex isalvaw xturhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jiena ma nafx għaliex in-naħa l-oħra tiskanta li konna se nħallu barra l- agricultural products minħabba l-WTO.", "Fuq in-naħa l-oħra suppost hemm l- imħuħ tajbin fuq dawn l-affarijiet imma għandu jkun pożi biss għandna għax kieku dawn riedu jkunu onesti mal-poplu jafu li l-Unjoni Ewropea għamlet dawn it-tip ta' ftehim mas-central and eastern European countries.", "Hawnhekk jiena se nikkwota minn studju li sar mill-parlament Franċiż bl-isem ta' \"Gains to be obtained to the east and to the west\" li ġie kkummissjonat mill-Prim Ministru Jospin fuq it-tkabbir ta' l-Unjoni lejn il-lvant ta' l- Ewropa.", "Dan jgħid li jekk il-ftehim ma jiġux riveduti, il-free exchange japplika għall-prodotti industrijali kollha li huma konċernati mal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant sa mis-sena 2001.", "Dan jgħid ukoll li pero' anke fis-sena 2001 ċertu numru ta' restrizzjonijiet li huma msemmijin hawnhekk jibqgħu.", "Barra minn hekk il- kummerċ tal-prodotti agrikoli ma jsirx liberalizzat.", "Allura għalfejn qegħdin niskantaw u ngħidu li Malta kienet se tipprova tinnegozja xi ħaġa impossibbli?", "Aħna konna se ninnegozjaw dak li għamel ħaddieħor u li kien qed igawdi minnu ħaddieħor, imma n-naħa l-oħra jibżgħu jinnegozjaw u m'għandhomx is-saħħa jinnegozjaw għaliex kienu tefgħu kollox fuq il-mejda u kkommettew ruħhom.", "Per eżempju, dan ir-rapport jikkonkludi li t-tkabbir ma jsirx b'kondizzjonijiet tajbin jekk is-setturi l-oħra ta' l-attivita' ma jkunux kapaċi jassorbu l-ħaddiema li jispiċċaw bla xogħol wara r- ristrutturizzazzjoni tas-settur agrikolu u s-settur agro-alimentari.", "Jiġifieri dan ir-rapport riċenti ħafna jikkonkludi li minn hemmhekk se jkollok clear off u jekk kemm-il darba ma jkollokx fejn jiġu assorbiti, se jiżdiedlek il-qgħad.", "Issa dawn l-affarijiet ma kenux kapaċi jeħduhom fuqhom pajjiżi kbar bħall-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka, aħseb u ara kemm se tkun kapaċi teħodhom din in-naqra ta' nitfa ta' Malta.", "Aħna dan li pproponejna u żgur li hemm differenza enormi milli jkollok taċċetta l- common agricultural policy bl-għeruq u x-xniexel kollha għax pajjiżna dieħel għall-customs union u għall-membership.", "(Interruzzjonijiet) Dik il- beritta trid tilbisha, tiġik u ma tiġikx.", "Tista' tinżel fuq widnejk u tkun tidher redikolu imma trid tilbisha.", "Hemm differenza enormi minn dak li konna qegħdin nagħmlu aħna biex insalvaw u naġevolaw ċerti setturi, pero' biex mingħaliha tirbaħ vantaġġ politiku n-naħa l-oħra tipprova tirredikola lil din in-naħa avolja taf li qed tagħti miżinformazzjoni lill-poplu.", "Jiena nisfida lin-naħa l-oħra biex tinnega dawn id-dokumenti li qed nikkwota minnhom jew inkella ssib id-diffett f'dan li qegħdin ngħidu.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra qalu li m'għandux ikollna problemi biex in- negozjati nġibuhom żewġ.", "Issa anke jekk kemm-il darba hemm dan l-ottimiżmu kollu, x'inhu dan in-negozjar?", "Dan huwa biss tqanżiħ biex nakkwistaw perijodi ta' tranżizzjoni.", "Dak li hemm fl-acquis communautaire irridu nimplimentawh kollu kemm hu.", "Aħna nistgħu biss nitolbu transition period u meta niġu għan-negozjati rridu naraw kif se jirrisponduna.", "L-iscreening huwa biss eżerċizzju akkademiku u burokratiku.", "Tkun biss qed tqabbel dak li għandek inti ma' ta' ħaddieħor qisek qed tqabbel il-kupuni tal-players tal- football li jġemmgħu t-tfal!", "Jekk naraw x'qed jiġri bħalissa nafu li kulmin jitlob transition period qed jgħidulu: Ħallik mit-transition periods, mur agħmel il-homework mill-ġdid.", "Mr Speaker, l-update jgħidilna ċar x'irridu nagħmlu biex insiru membri.", "Jiena m'għandix ċans nidħol fl-affarijiet kollha imma hemm lista enormi.", "Mela l-ewwelnett irridu nagħmlu għaqda doganali u nsiru ħaġa waħda fin- negozju ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dak li nimportaw minn barra l-Unjoni rridu nħallsu d-dazji għalih skond kif tiddetta l-Unjoni.", "Lill-partners tan- negozju li għandna sal-lum bħall-Amerika, il-Libja, l-Eġittu, l-Awstralja u ċ-Ċina jkollna nimponulhom id-dazji li trid l-Unjoni Ewropea.", "Minħabba f'hekk aħna ma nkunux nistgħu ngħidu li rridu nħallu ċertu dazju baxx għax hekk jaqblilna biex naġevolaw xi industrija.", "Hekk se niġu, Mr Speaker.", "Mhux aħna se nibdew niddeċiedu x'inhu fl-aqwa interess tal-pajjiż.", "Per eżempju, jeżisti l-konċett ta' the most favoured nation, fejn lill-pajjiż jagħtuh status ta' pajjiż li huwa ppreferut minn pajjiżi oħra biex tinnegozja miegħu.", "Aħna fiċ-ċokon tagħna wkoll nistgħu nagħmlu din il-ħaġa u nkunu nistgħu nagħmluha wkoll bil-free trade area imma meta jkollok customs union ma tkunx tista tagħmel hekk.", "Mr Speaker, bil-politika tal-Partit Nazzjonalista nkunu qegħdin nitkellmu fuq id-dritt li l-barrani jiġi jaħdem u jinnegozja f'pajjiżna.", "Tan-naħa l- oħra għall-bidu kienu jirredikolawna, imbagħad ħarġet Joanna Drake u qalet \"probably, but not.\"", "Ħadd ma jitkellem fuq x'hemm konċentrat f'dawk li huma border regions.", "Dak le, fil-pajjiż bl-istatistika nimxu.", "Issa l-1% fil- border region jista' jikber għal 5% jew 6%.", "Fil-fatt min jaqra l-aħħar aħbarijiet mill-Unjoni Ewropea jaf li qed ikun hemm concern għax qed jiżdied in-numru ta' dawk li qegħdin imorru minn pajjiż għall-ieħor biex jaħdmu u jissetiljaw hemmhekk.", "Dawn mhumiex ammonti enormi imma għalina ftit mijiet jaffettwaw is-suq.", "Il-politika barranija tal-Partit Nazzjonalista tfisser ukoll it-tneħħija tas-sussidji ta' l-Istat.", "Il-pajjiż ma jistax ikompli jgħin lill-industrija jew l-ażjendi tiegħu minħabba l-liġijiet ta' l-Unjoni.", "Għedt ukoll li din tfisser ukoll it-tneħħija tal-protezzjoni lis-settur agrikolu u lis-settur tas-sajd.", "Fil-każ tas-sajd irridu niftħu wkoll l-ibħra tagħna.", "Jibqa' l- coastal waters pero' mbagħad jidħlu ħafna drittijiet ta' min tradizzjonalment jistad 'l hawn u min tradizzjonalment jistad 'l hemm.", "Jibda jkollna d-dettalji tal-fisheries policy u trid tmur fil-qrati biex toqgħod tiġġieled biex tiddefendi dak li kien tiegħek u tkun tajtulhom biex toqgħod ħdejhom bl-istilel.", "Ikun hemm ukoll l-armonizzazzjoni tat-taxxi ma' dawk Ewropej u sħabi tkellmu fuq x'jista' jiġri jekk kemm-il darba dawn ikollna nimplimentawhom.", "Meta inti tidħol f'sistema ta' VAT trans-Ewropea, jekk jgħolluha trid tgħolliha, jekk jordnalek tbaxxiha trid tbaxxiha u jekk jordnalek tneħħi ż-zero rating trid tneħħih.", "Jekk kemm-il darba jgħidlek li trid tgħolli l-withholding tax trid tagħmel bħan-nagħaġ ta' Bendu, tbaxxi rasek u tgħid: Iva, m'hemmx x'tagħmel!", "Mr Speaker, bil-politika barranija tal-Partit Nazzjonalista jkollna wkoll nimxu lejn il-kriterji ta' Maastricht li nniżżlu l-budget deficit u nnaqsu d-dejn tal-pajjiż.", "Din hija ħaġa tajba u konna bdejna nagħmluha aħna wkoll, imma din trid issir bil-pass ta' pajjiżna u skond kemm tiflaħ l- industrija.", "Inti ma taqbadx qasba u tgħawwiġha bis-saħħa u bl-għaġġla li jgħidlek ħaddieħor.", "Jekk inti bil-għaqal tkun taf x'saħħa għandek u tgħawwiġha bil-mod biex ma tfaqqax.", "Issa min-naħa l-oħra ħadd ma tkellem, lanqas l-Onor.", "John Dalli, fuq kif se nilħqu dawn il-kriterji u xi jkun ifisser jekk niġu mgħaġġlin biex nimplimentawhom min-naħa ta' Brussels.", "Bil-politika tan-naħa l-oħra rridu nilliberalizzaw ukoll is-settur tat- telekomunikazzjoni.", "Qed jgħidu li għandna nagħmlu hekk għax din hija xi ħaġa moderna u d-dinja kollha qed tagħmel hekk.", "Lix-shareholders li nvestew flushom għax kien hemm commitment tal-gvern ta' qablu jmisshom jgħidulhom li issa se jaraw ix-shares tagħhom niżlin għax Brussels ordnalhom biex ineħħu l-monopolji.", "Bil-politika tal-gvern tal-lum irridu nidħlu wkoll fil-ftehim ta' Schengen.", "Aħna rridu nibdew ngħassu l-fruntieri ta' l-Ewropa, naraw min jidħol u min ma jidħolx, nagħmlu l-istrutturi li hemm bżonn u nidħlu fil- problemi kollha li ġġib magħha din il-ħaġa nkluż li jkollna nidħlu f'politika komuni barranija u politika komuni ta' difiża.", "Tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li dak huwa biss ħsieb, imma jekk wieħed jara d-dokument li ħarġet il-presidenza Ġermaniża wara l-aħħar summit, wieħed jinduna li din m'għadhiex ħaġa 'l bogħod.", "Hemm imbuttar sew u jiena m'għandix dubju li mexjin b'pass mgħaġġel lejn it-twaqqif ta' struttura militari fl-Unjoni Ewropea.", "Il-president tal-Kummissjoni Europea jemmen li għandu jkun hemm l- istruttura militari, l-istess għamel is-segretarju ġenerali tan-NATO u m'għandix dubju li anke l-presidenza Finlandiża li ħadet over ukoll temmen u se timbotta għal dan il-għan.", "Jekk aħna se niġu nappartjenu għal alleanza militari, se nkunu konformi mal-kostituzzjoni tagħna?", "Jiena se nħalli l- mistoqsija hemmhekk.", "Mr Speaker, bil-politika ta' dan il-gvern irridu nħallsu sehemna lill- Unjoni Ewropea, irridu napplikaw il-liġijiet ta' l-Ewropa għal kaċċa u għall-insib - u semmihom sieħbi l-Onor.", "Chris Cardona - irridu nżarmaw prattikament ir-reġistru marittimu - din semmiha wkoll - inneħħu l-levies malajr - u din se ssir fi żmien tliet snin - u minkejja dan kollu ma sar l- ebda studju dwar x'se jkun l-impatt u dwar kemm se jintilfu jobs.", "Biex ikompli fit-triq ta' sħubija l-gvern irid jirristruttura s-servizz pubbliku.", "Dan tajjeb kieku, imma kemm għajruna u kemm kienu jgħidu li aħna se nneħħu 500 impieg!", "Issa naraw x'ikollhom jagħmlu huma jekk jadottaw il- market price policy għall-utilities.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar diġa' tkellem fuq dan.", "Ta' l-Unjoni Ewropea jesiġu li ma jkunx hemm sussidji fuq id-dawl u l-ilma.", "Hekk tfisser market price policy.", "Jiġifieri l-prezz li wieħed iħallas irid ikun kemm jiswa l-oġġett.", "Mr. Speaker, b'din il-politika rridu narmu wkoll in-non allineament u nissottomettu s-sovranita' tagħna għall-qrati Ewropej, għall-parlament Ewropej u anke għall-bank ċentrali Ewropej.", "Min jiċħdu dan?", "Dan ifisser li s-sovranita' tagħna se jkollna nċeduha lil dawn l-istituzzjonijiet.", "Issa b'politika ta' żona ta' kummerċ ħieles ma nidħlu f'xejn minn dan il- piż kollu.", "Din hi d-differenza, u fl-aħħar minuti li għandi nixtieq nitkellem fuq dan.", "Għalfejn dan kollu?", "X'se nieħdu minnu?", "Se niġġeneraw il- kummerċ?", "Jiena ma nafx, għax il-ministru għas-servizzi ekonomiċi ma qalilniex kif ġej l-investiment.", "L-ex ministru ta' l-affarijiet barranin kien jgħid kemm hemm Ġappuniżi in the pipeline biex jiġu jinvestu malli nitfgħu l-applikazzjoni.", "Fejn huma dawn?", "L-Onor.", "Josef Bonnici b'mod patetitku qal li f'għaxar xhur kulma qata' kienet żigarella waħda ta' fabbrika li timpjega erba' min-nies u qal li xtaq li kieku qata' iktar.", "Jiena ngħidlu li huwa qiegħed hemm biex jimplimenta l-policy, biex jattwa l- policy u biex iġib l-investiment, imma l-investiment ma jiġix bl-Unjoni Ewropea.", "L-investiment jiġi jekk inti jkollok suq tajjeb - li aħna għandna żvantaġġ bih - jekk inti jkollok nies tax-xogħol kapaċi - li għall-grazzja ta' Alla għandna - u jekk inti jkollok pricing ta' pagi kompetittivi.", "L-investitur ma jarax uċuħ, ma jarax Unjoni Ewropea, jara biss il-profitt u jekk kemm-il darba l-pagi tagħna, is-servizzi tagħna u l-affarijiet l- oħra kollha jogħlew, il-kompetittivita' titlaq.", "Jekk kemm-il darba aħna mmorru għal free trade area, dawn l-affarijiet nevitawhom kollha.", "Aħna kellna diġa' timeframe.", "Tajjeb jew ħażin kellna idea, konna qegħdin norjentaw lill-constituted bodies fuq dan it-time-frame u f'seba' snin konna se naslu biex ikollna l-free trade area.", "Dawn kienu jgħajruna bl- inċertezza.", "Issa qegħdin f'baħar miftuħ u ħadd ma jaf x'se jiġri.", "Din hija s-sitwazzjoni li daħlu fiha huma u l-pajjiżi kollha li huma pajjiżi applikanti.", "Issa rridu nistennew li jsir it-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea, imbagħad wara rridu naraw x'vuċi u saħħa se jkollna fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.", "Xi ħadd qal li nkunu mal-mejda u nitkellmu.", "Konna ngħidu li nżommu l-veto u nwaqqfu kollox!", "Issa aħna nafu li kollox miexi għall-majority voting u għall-weighted voting.", "Kulħadd qed jgħid li l- pajjiżi ż-żgħar ma jistgħux jidħlu jżommuhom għax inkella jipparalizzaw irwieħhom.", "Illum dawn qed isibu l-mezzi kif iż-żgħar ikollhom jisimgħu biss u mhux jiddeċiedu.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-lingwi.", "Jekk kemm-il darba tagħmel compounding ta' kemm trid translations issib li kull dokument irid ikollu 204 varjazzjoni fuq 26 membru fl-Unjoni.", "Kif se jsiru dawn?", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma affarijiet li aħna qegħdin narmuhom kollha qishom m'għandhomx importanza filwaqt li ħaddieħor għamel is-snin jiġġieled għalihom.", "Mr. Speaker, politika ta' żona ta' kummerċ ħieles għandha vantaġġi kbar.", "L-ewwelnett din iżżommna qrib ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hawn min qal li jew insiru membri jew xejn.", "Jiena ngħidlu: Mela l-pajjiżi bħall-Isvizzera, bħall-EFTA countries u l-EEA countries huma kontra l-Ewropa, huma 'l bogħod mill-Ewropa u m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-Ewropa?", "Dan ma kienx jgħid li bi sħubija se nkunu qisna dgħajsa mġarra mill-kurrent b'saħħtu tax-xmara ta' Brussels.", "Aħna konna se nibqgħu xorta qrib ma' l-Unjoni, se nibqgħu naħdmu qrib ma' l-istrutturi ta' l-Unjoni u l-iktar importanti kien se jkollna politika mfassla għall-bżonnijiet tagħna.", "Bil-politika ta' żona ta' kummerċ industrijali ħieles ma konna se nerfgħu xejn minn dawn il-piżijiet li bdejt insemmi għax l-affarijiet li ma jgħoddux għalina ma konniex se nidħlu għalihom.", "Iktar importanti aħna konna se nimxu bil-pass tagħna u mhux bil- pass ta' ħaddieħor.", "Aħna nkejlu x'saħħa għandna - ta' fondi, ta' strutturi, ta' nies, ta' kapaċitajiet, l-ekonomija tagħna x'tiflaħ - u nimxu skond dak li għandna bżonn.", "Aħna m'għandniex għaġġla.", "Ħadd mhu qed jheddidna bis- sigurta' u ħadd mhu qed jheddidna li għandna bżonn lil xi ħadd iġibilna d- demokrazija f'dan il-pajjiż.", "Mela aħna l-ex Jugosalvja?", "Mela aħna nibżgħu li jqum xi pajjiż li jaqleb kollox rasu l-isfel?", "Il-pajjiżi li għaddew mill- komuniżmu huma mgħaġġlin!", "Pajjiżi bħalma kienu l-Portugal, Spanja u l- Greċja daħħluhom jiġru ħalli jorbtu s-sigurta' ta' l-Ewropa.", "Aħna minn dan kollu x'għandna?", "Ejja npoġġu rasna flimkien u nirraġunaw fuq dawn l- affarijiet.", "Ejja ma nibqgħux nuru emozzjoni, qisu li ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea huwa l-11-il kmandament!", "Hekk qal l-Onor.Fenech Adami u qal li jekk ma jsirx hekk hu jirriżenja.", "Jekk jitlaq ma jkun ġara xejn, ikun hemm xi ħaddieħor, imma skużi, hekk niddettaw lill-poplu, bla ma nargumentaw, bla ma nanalizzaw, bla ma nagħmlu l-kalkoli u bla ma nipprovaw nifhmu wieħed lill-ieħor?", "Sur President, dan kien l-iskop ta' dan id- dibattitu parlamentari u jiena nemmen li għandu jkun hemm iktar dibattiti għax il-poplu huwa nieqes sew mill-informazzjoni u mbella' propaganda minn min għandu l-mezzi u l-flus biex jagħmilha.", "Sur President, il-politika tagħna hija waħda li tħalli l-bieb miftuħ.", "Ma tfissirx li jekk aħna għamilna dan il-pass allura se nibqgħu staġnati.", "Iċ- ċirkostanzi jinbidlu u l-ideat tal-poplu jinbidlu.", "Wieħed għandu jara l- affarijiet skond kemm tkun qiegħed għoli jew baxx fuq is-sellum, imbagħad jiddeċiedi.", "Naħseb li ħadd ma jista' jgħid kif se tkun il-politika Maltija għaxar snin oħra, 15-il sena oħra jew 50 sena oħra, u l-politika tagħna tħalli l-bieb miftuħ u aktar importanti, tnaqqas l-inċertezza.", "Free trade area tagħtina n-nifs meħtieġ biex qabel xejn nimmodernizzaw u nissodaw il- pedamenti ekonomiċi ta' l-industrija li tipproduċi għas-suq lokali.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura għaliex ħadd minnkom ma semmiehom dawn?", "Ħadd ma semma dawk l-eluf ta' nies li se jiġu ppreġudikati b'din it-tip ta' politika.", "Sħabna tan-naħa l-oħra jagħmlu biss ħafna wegħdi, ħafna taptip fuq l-ispallejn u ħafna orazzjonijiet f'meetings.", "F'dan il- parlament kellna għaxar sigħat dibattitu iżda ħadd min-naħa tal-gvern ma semma l-industriji ż-żgħar li jipproduċu għas-suq lokali.", "(Interruzzjonijiet) Il-politika tagħna tippermettilna li ma nipperikolawx il-vantaġġi li tgawdi l-industrija li taħdem għall-esportazzjoni.", "Hawnhekk ta' min jgħid li filwaqt li qabel konna nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea 70%, 75% jew 80% tax-xogħol li nimmanifatturaw f'Malta, fl-aħħar snin din il-figura niżlet għal 50% mill-esportazzjoni totali.", "Allura fejn qed tmur l-50% l-oħra ta' l-esportazzjoni?", "Il-50% l-oħra sejrin nibżgħu għaliha jew se nipperikolawha?", "Jekk se nipperikolawha, biex se nagħmlu replacement tagħha?", "Min tana garanzija li ġej l-investiment mill-Ewropa?", "Dan jiġi biss jekk kemm-il darba nkunu kompetittivi.", "Sur President, il-politika tagħna tippermettilna wkoll li nħarsu l- interessi ta' l-oqsma tal-biedja u tas-sajd.", "Tan-naħa l-oħra se jġibu s- saħta fuq Malta għax il-qasam ta' l-agrikoltura se jkissruh.", "Il-politika tagħna tħares l-interessi tal-kummerċjanti lokali, speċjalment dawk tal- ħwienet iż-żgħar u s-self-employed f'kull qasam, u tippermettilna wkoll li nħarsu l-interessi ta' min jaħdem biex ma jkollux għalfejn jikkompeti għall- post tax-xogħol ma' ċittadini minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni.", "Din il-ħaġa ħadd ma nnegaha.", "Il-ministru qalilna li l-poplu can face up to the challenge.", "X'nambuh dan iċ-challenge?", "Jiena nixtieq nara n-nisa u ulied l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jippakkjaw u jmorru jaqilgħu x'jieklu fl- Ewropa!", "(Onor. Membri:Hear, hear) Qalulna li dik m'hijiex emigrazzjoni.", "Bħal dak li qallu jekk tmur tgħix l-Awstralja titqies bħala emigrant iżda jekk tmur tgħix Brussels, Bonn jew Pariġi dik mhix emigrazzjoni tkun.", "U ħalluna!", "Dawn huma affarijiet tad-daħk.", "Sur President, biex inkompli nitkellem fuq il-politika tagħna rrid ngħid li din tippermettilna anke li nħarsu l-interessi ta' ditti u ta' individwi Maltin li joffru servizzi professjonali kif ukoll li nħarsu l-interessi tal- ħaddiema f'dawk l-oqsma li l-post tax-xogħol tagħhom żgur ikun mhedded minn sħubija sħiħa.", "Lanqas f'dan il-każ ħadd ma nnega li jrid ikun hemm il- casualties, u casualties se jkun hemm.", "It-tarznari wkoll ma tantx issemmew.", "Il-politika tagħna tippermettilna anke li nħarsu l-interessi ta' l-istudenti tagħna.", "Biżżejjed ngħid li bi free trade area dawn ikunu jistgħu jgawdu minn programmi ta' studju f'pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Sieħbi l- Onor. Evarist Bartolo diġa` aċċenna fuq kemm kienu diġa` qed jiggwadanjaw l- istudenti tagħna taħt l-amministrazzjoni Laburista minkejja l-ħafna paroli li sar min-naħa l-oħra li aħna konna tellifnihom l-opportunitajiet.", "Issa dan m'hu veru xejn.", "Aħna konna qegħdin nikkwalifikaw għal dawn il- programmi u żgur li ħadd ma jista' jgħid li ċaħħadna lill-istudenti milli jkollhom din l-exposure - veru li konna nħallsu xi flus għal dawn il- programmi imma dak huwa prezz li jiena kapaċi nħallsu mingħajr ma nerfa' l- piżijiet ta' xi ħaġa oħra - waqt li fl-istess ħin liż-żgħażagħ tagħna konna qegħdin nipproteġuhom milli jkollhom jikkompetu għall-post ta' studju jew post tax-xogħol f'pajjiżna ma' ċittadini minn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, fl-aħħarnett irrid ngħid ukoll li l-politika tagħna kienet tippermettilna ngawdu l-vantaġġi ta' koperazzjoni li konna diġa` bdejna nitkellmu fuqhom fl-oqsma diplomatiċi, politiċi, kulturali, xjentifiċi u fl- oqsma oħra tad-dwana u tas-sigurta`, pero` mingħajr ma fl-istess ħin - u dan huwa importanti - inxellfu n-newtralita` tagħna.", "Dawn huma l-vantaġġi li kellha l-free trade area.", "Xtaqt li kelli ħafna iktar ħin għad- dispożizzjoni tiegħi u nixtieq nagħlaq dan id-diskors b'dak li jgħid rapport Franċiż li kkwotajt minnu iktar kmieni, liema rapport jagħmel aċċenn fuq l-importanza li jkun hemm approach gradat lejn l-Unjoni.", "Dan jgħid li l-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni li għaġġlu l-proċess biex jidħlu fl- Unjoni fir-realta` ma qabdux it-triq minkejja li ngħataw ħafna għajnuna finanzjarja.", "Għalhekk ġustament dan ir-rapport jgħid li huwa importanti li jkun hemm preparazzjoni gradwali u li pajjiż jara li l-istrutturi tiegħu jkunu f'posthom biex igawdi verament minn sħubija sħiħa.", "Il-verita' hi li l-Partit Laburista minn dejjem kien iktar b'saqajh ma' l-art fil-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea u, mingħajr ftaħir, iż-żmien dan urihulna.", "Aħna għamilna ħafna previżjonijiet li seħħew filwaqt li l-previżjonijiet tan- naħa l-oħra - dwar id-data ta' meta deħlin u l-għotjiet ta' Lm100 miljun - marru żmerċ.", "Ejjew ma ndaħħkux nies.", "Il-poplu ma jidħakx meta jisma' kemm kienu żbaljati f'dawn l-affarijiet kollha.", "Lilna jgħajruna basal - lili jistgħu jgħajruni kemm iridu għaliex m'humiex se jweġġgħuni! - imma l- fatti jitkellmu weħidhom.", "Dak li għedna seħħ u jiddispjaċini ngħid li jekk dan li qegħdin ngħidu aħna jseħħ, ma nieħdu gost xejn għax ikun qed ibati l- poplu Malti kollu.", "Aħna rridu noqorbu lejn l-Unjoni, irridu naħdmu ma' l- Unjoni u rridu li jkollna relazzjonijiet ma' l-Unjoni bħalma għandha l- Isvizzera.", "Sur President, il-politika tagħna li nipprovaw nagħmlu minn dan il-pajjiż Svizzera fil-Mediterran hija magħġuna f'parti minn dan l- approach lejn l-Unjoni.", "L-Isvizzera għadha kemm laħqet qbil ma' l-Unjoni f'diversi affarijiet u għalkemm dawn għamluhom b'ċerta tbatija u ħadu ż-żmien, il-pajjiż ma refax piżijiet.", "Aħna nemmnu li l-istess għandu jagħmel pajjiżna biex joqrob lejn l-Unjoni.", "Aħna qatt m'għedna li rridu nitbiegħdu mill-Ewropa.", "Aħna m'aħniex anti-Ewropej, kif ipinġuna tan-naħa l-oħra.", "Dik ħadd m'għadu jiblagħha llum għaliex jekk hawn partit li daħħal konċetti demokratiċi u Ewropej f'Malta kien il-Partit Laburista.", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'hemmx dubju li bil-politika tagħna inkunu qegħdin verament nissodisfaw u naslu għall-ħolma tagħna li Malta tkun Svizzera fil-Mediterran.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Issa jekk jogħġbu jagħlaq dan id-dibattitu l-Ministru Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nixtieq li f'dan il-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nirrispondi għal xi punti li tqajmu mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Bartolo qal li sħubija sħiħa fl-Unjoni tfisser li jkollok tobdi r-regoli ta' l- Unjoni bla eċċezzjoni.", "Huwa minnu li sħubija sħiħa fl-Unjoni tfisser li inti trid tiġi konformi ma' dak li jissejjaħ l-acquis communautaire, jiġifieri mar-regoli ta' l-Unjoni, pero` sħubija fl-Unjoni tfisser ukoll - bħalma wara kollox ġara anke fil-pajjiżi applikanti li saru membri qabilna - li jkollok l-opportunita' li tinnegozja perijodu transitorju għall- ħteġijiet tiegħek.", "Per eżempju, jekk inti jkollok industriji li għandhom bżonn iqumu fuq saqajhom, inti tkun tista' tinnegozja perijodu transitorju għalihom.", "Barra minn hekk hemm ukoll il-possibbilta` li jiġu diskussi arranġamenti speċjali f'diversi oqsma, tant li fir-regoli ta' l-Unjoni hemm ċerti affarijiet fejn huwa aċċettat - u hemm pajjiżi membri ta' l-Unjoni li għamlu hekk - li you opt out minn ċerti affarijiet.", "Per eżempju, huwa possibbli li pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jibqa' barra mis-Schengen agreement.", "Issa hawn jien m'iniex qed ngħid li fil-każ ta' Malta aħna għandna xi interess partikolari li nibqgħu barra minn dan l-agreement, imma qed insemmih bħala eżempju għax l-Unjoni tippermetti li f'ċerti aspetti wieħed jista' jinnegozja arranġamenti speċjali.", "Per eżempju, għar-reġjuni remoti tagħha l-Finlandja nnegozjat arranġamenti speċjali li ma jikkonformawx mar-regoli ta' l-Unjoni b'mod ġenerali; u dan ġara anke fir- rigward tal-gżejjer Spanjoli u Portugiżi.", "Dan qed ngħidu biex nuri li hawnhekk m'għandniex nagħmlu dawn it-tip ta' statements, jiġifieri li sħubija tfisser li jkollok tobdi r-regoli kollha ta' l-Unjoni mingħajr eċċezzjoni.", "L-Onor.", "Bartolo għamel ukoll riferenza għall-fatt li xi ħadd kien kiteb li l-għajnuna tirdoppja malli aħna nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna.", "Dan kien xi artiklu li deher f'\"Il-Ġens\".", "Fir-realta` huwa minnu li wara li tirriattiva l-applikazzjoni trid tagħmel l-applikazzjoni għal dawk li huma fondi ta' pre-accession.", "Huwa fatt ukoll li r-raba' protokoll finanzjarju se jiskadi fl-aħħar ta' din is-sena u qabel ma jiskadi m'huwiex possibbli li l-Unjoni tagħtina fondi ta' pre-accession.", "Irrid ngħid li aħna diġa` bdejna d-diskussjonijiet inizjali sabiex naraw għal xiex nistgħu nkunu intitolati bħala fondi ta' pre-adeżjoni, li wara kollox diġa` huma mwiegħda lill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali jew tal-Lvant mis-sena 2000 sas-sena 2006 jew 2007.", "M'hemmx dubju li dawn il-fondi se jkunu sostanzjalment iktar minn dak li aħna qed nieħdu u stajna nieħdu taħt kwalunkwe protokoll finanzjarju ma' l-Unjoni, pero` żgur ukoll li jkunu ferm inqas minn dak li aħna nkunu intitolati għalih bħala membri ta' l-Unjoni.", "Jien ninsab fiduċjuż li mill-Unjoni se jirnexxielna nġibu fondi ta' pre-adeżjoni biex niġu megħjuna anke fir-riformi li hemm bżonn isiru fil-pajjiż, fosthom biex aħna nkunu nistgħu nħallsu għat-taħriġ ta-tekniċi sabiex inkunu nistgħu ngħinu fl-immodernizzar tal-qasam agrikolu.", "Ma rridx ninsa ngħid ukoll li nnkunu nistgħu nagħmlu anke ċerti proġetti ffinanzjati mill-cohesion funds ta' l-Unjoni.", "L-Onor.", "Bartolo għamel riferenza wkoll għall-fatt li l-parteċipazzjoni tagħna fil-programmi ta' edukazzjoni u fil-programmi ta' riċerka u żvilupp kienu se jiġu ffinanzjati taħt ir-raba' protokoll finanzjarju.", "Fil-fatt meta aħna konna fil-gvern qabel l-1996 konna beħsiebna nipparteċipaw fil- programmi ta' Socrates u Leonardo tal-fifth framework programme bl-użu ta' parti mill-fondi li kien hemm taħt il-protokoll finanzjarju, imma meta mbagħad tlifna l-elezzjoni u l-applikazzjoni ta' Malta ġiet sospiża l- Unjoni Ewropea qalet li ma stajniex nipparteċipaw f'dawn il-programmi billi nużaw fondi ta' l-Unjoni, jiġifieri fondi taħt ir-raba' protokoll finanzjarju, liema fondi kienu se jintużaw għar-ristrutturazzjoni ta' l- industrija.", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo, ġara wkoll li ċerti studenti li konna bgħatna hemmhekk kellna nħallsu għalihom direttament minn butna.", "Illum il-pożizzjoni hi li biex aħna nkomplu nibagħtu l-istudenti tagħna jipparteċipaw f'dawn il-programmi rridu nħallsu għalihom minn butna sakemm ma jirnexxilniex ninnegozjaw ma' l-Unjoni li niffinanzjawhom mill-fondi ta' pre-adeżjoni.", "Madanakollu rrid ngħid li jekk kemm-il darba nissieħbu fl- Unjoni nkunu nistgħu nipparteċipaw bis-sħiħ fil-programmi ta' l- edukazzjoni, fil-programmi taż-żgħażagħ u fil-programmi kollha li toffri l- Unjoni mingħajr ma jkollna għalfejn indaħħlu jdejna fil-but.", "L-Onor.", "Noel Farrugia tkellem ukoll dwar l-esportazzjoni minn Malta u qal li l-qasam ta' l-agrikoltura jaqla' daqqa ta' ħarta bi sħubija sħiħa fl- Unjoni.", "Din hija xi ħaġa li ilna nisimgħuha ħafna u naħseb li hija viżjoni wisq magħluqa.", "Għall-kuntrarju, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni l-qasam agrikolu jkollu vantaġġi kbar jekk il-bdiewa u s-sajjieda Maltin jagħrfu jisfruttaw is-sitwazzjoni.", "Qed ngħid dan għaliex l-Unjoni diġa` fetħitilna tieqa żgħira għall-produzzjoni tagħna, aħseb u ara li kieku kellha tiftħilna l-bieb kollu.", "F'dak il-każ il-produzzjoni tagħna tkun tista' tiġi esportata lejn l-Unjoni u bit-taħriġ neċessarju jien ċert li l-bidwi Malti jkun kapaċi jisfrutta dik il-pożizzjoni billi jipproduċi prodott bikri u prodott ta' kwalita' li għandu jsib suq enormi fl-Unjoni.", "Il-biża' tiegħi hi li aħna nispiċċaw nissugraw li minflok il-prodott tagħna ngawduh aħna l-Maltin dan jispiċċaw igawduh l-Ewropej l-oħra.", "Dawn huma fatti li wieħed irid jgħidhom imma m'għandniex noqogħdu nbeżżgħu lill-bidwi bil- babaw, anzi għandna ninkoraġġuh biex jisfrutta l-vantaġġi sħaħ li toffri s- sħubija fl-Unjoni.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro qalet li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea numru ta' industriji jkollhom jagħlqu, kif ġara fl-Irlanda u f'pajjiżi oħra.", "Li ma qalitx l-Onor.", "Membru hu li fl-Irlanda għal kull 100 fabbrika li tagħlaq, jinfetħu 300 jew 400 fabbrika ġdida.", "Intqal ukoll li l-fabbriki fl- Irlanda jinfetħu mill-Amerikani għar-raġuni li hemm relazzjonijiet tajba bejn l-Irlanda u l-Istati Uniti u bejn il-popli rispettivi tagħhom.", "Ta' min jgħid li kienet is-sħubija fl-Unjoni li għamlet lill-Irlanda pajjiż attraenti għall-investiment mill-Istati Uniti.", "Huwa dak il-fatt li jattira l-investiment mill-Istati Uniti u mhux il-fatt li għax l-Amerikani Irlandiżi huma ħbieb ma' l-Irlandiżi u allura jinvestu hemm.", "Nerġa' ngħid li wieħed irid joqgħod attent li ma jaqbadx u jagħmel statements mingħajr ma dawn ikunu bbażati fuq fatti.", "L-Onor.", "Leo Brincat għamel riferenza għar-rapport tal-kummissjoni ta' Frar li għadda u qal li din irrimarkat b'mod negattiv dwar il-fatt li l- istatistika tagħna m'hijiex miżmuma abbażi ta' purchasing power parities.", "Dan huwa minnu pero` dan ma jfissirx li sakemm aħna nsiru membri ta' l- Unjoni, il-pożizzjoni ta' l-istatistika tagħna se tibqa` eżattament kif inhi llum.", "Dan ma jfissirx li sa dakinhar aħna mhux se jkollna statistika bbażata fuq il-purchasing power parity.", "Fil-fatt nista' ngħid li fil-kamp ta' l-istatistika għaddej programm sħiħ ta' riformi sabiex l-informazzjoni li noħorġu f'termini ta' ċifri tkun konformi ma' dik ta' l-Unjoni, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' setturi oħrajn, bħalma huma l-oqsma ta' l-agrikoltura u tat- turiżmu.", "Fil-frattemp, għal skopijiet ta' fondi ta' pre-adeżjoni, m'huwiex rilevanti l-fatt illi l-istatistika m'hijiex ibbażata fuq il-purchasing power parity.", "Fil-fatt diġa' bdejna diskussjonijiet biex naraw għal xiex nistgħu nkunu ntitolati minn meta nibdew in-negozjati sakemm naslu biex nissieħbu.", "Xtaqt nagħmel riferenza wkoll fuq għal ċerti punti li semmiet l-Onor.", "Helena Dalli.", "L-ewwelnett l-Onor.", "Membru qalet li fl-Unjoni hemm massa ta' deċiżjonijiet tal-qrati li m'humiex mgħarbla u staqsiet jekk it-top civil servants humiex janalizzawhom.", "Ġaladarba talbitni biex nirrispondi dwar dan, nista' ninformaha li t-teams li janalizzaw il-leġislazzjoni ta' l- Unjoni - l-hekk imsejħa l-acquis communautaire - u jqabbluha mal- leġislazzjoni Maltija mhux qed jaraw biss dawk li huma regolamenti, direttivi jew inkella deċiżjonijiet ta' l-Unjoni imma qed jieħdu ħsieb jaraw ukoll dawk li huma sentenzi tal-Qorti Ewropea.", "L-Onor.", "Dalli semmiet ukoll il-fatt li se jkun hemm numru ta' liġijiet li jkollhom bżonn jgħaddu mill-parlament u se jkun hemm ukoll bżonn ta' numru ta' regolamenti li jinħarġu sabiex aħna nikkonformaw ruħna mal-bżonnijiet li tirrikjedi sħubija fl-Unjoni.", "Hawnhekk xtaqt ngħid li b'daqshekk aħna m'aħniex se nnaqqsu mill-prinċipji tad-demokrazija u fil-fatt ħafna aspetti tekniċi, bħall-kwestjonijiet ta' standards, illum diġa` qed isiru b'regolamenti.", "Allaħares il-parlament ikollu jgħaddi b'liġi kull biċċa regolament għaliex ma nispiċċaw qatt!", "Illum diġa` nużaw il-mekkaniżmu tar- regolamenti u dan issa se jintuża sabiex il-leġislazzjoni ta' natura purament teknika ssir permezz ta' regolamenti, li nsejħulhom enabling laws, u fejn m'hemmx allura ssir waħda bħal, per eżempju, fil-kamp ta' l-ambjent.", "Min-naħa l-oħra, fejn hu essenzjali, il-liġijiet se jgħaddu mill- parlament biex l-oppożizzjoni, kif inhu xieraq, tagħti l-veduti tagħha fuqhom.", "Biżżejjed insemmi li diġa` għamilna l-Ewwel Qari ta' numru ta' liġijiet biex wara s-sajf jibda t-Tieni Qari fuqhom u hemm abbozzi ta' liġi minnhom li huma intiżi biex nikkonformaw ruħna ma' l-Unjoni u biex nimmodernizzaw il-leġislazzjoni tagħna f'dak li, per eżempju, huwa l-kamp tal-patents, f'dak li huwa l-kamp tal-copyright, fil-kamp tal-proprjeta` intellettwali u f'ħafna aspetti oħrajn fejn il-liġi tagħna hija antikwata.", "Dawn m'hemm xejn ħażin billi nagħmluhom issa.", "Wara kollox anke l- oppożizzjoni meta kienet fil-gvern, f'diversi okkażjonijiet ħadet bħala mudell il-leġislazzjoni li hemm fl-Unjoni jew fil-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "L-Onor.", "Dalli tkellmet ukoll fuq il-problema ta' l-enforcement tal- liġijiet u għamlet aċċenn għad-drittijiet tan-nisa u tal-konsumatur.", "Jiena naqbel magħha mija fil-mija li fil-pajjiż f'ċerti setturi għandna problema ta' enforcement, pero` dan ma jfissirx li għandna naqtgħu qalbna jew għandna nħallu l-affarijiet għaddejjin.", "Hemm bżonn li ndaħħlu mekkaniżmu fejn m'hemmx il-mekkaniżmu; u fejn hemm il-mekkaniżmu hemm bżonn li ndaħħlu iktar serjeta` sabiex nieħdu ħsieb naraw li l-liġijiet li għandna u li għad iridu jidħlu jkunu mhux biss fuq il-karta imma jiġu inforzati kif suppost.", "Aħna beħsiebna nagħmlu l-almu tagħna kollu biex dawn ninforzawhom, anke minħabba l-fatt li l-Unjoni timxi b'dan il-mod u kulmin irid jissieħeb fl- Unjoni jrid jagħmel dan.", "Wara kollox ma naħsibx li din hija xi ħaġa negattiva.", "Jekk ikun hemm it-tentazzjoni li ma ninforzawx il-liġijiet, sħubija fl-Unjoni tpoġġi fuqna l-obbligu li nieħdu ħsieb li jkollna ninforzaw il-leġislazzjoni kif suppost, u naħseb li fuq din għandna naqblu.", "L-Onor.", "Dalli staqsiet ukoll dwar kif iċ-ċivil qed jiġi involut fil- proċess tat-tibdil.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li l-ewwelnett iċ-ċivil qed jiddaħħal b'mod qawwi.", "Din m'hijiex xi ħaġa li qed nagħmluha aħna biss fil- foreign office imma qed issir fil-ministeri l-oħra.", "Jekk qed nitkellmu fuq leġislazzjoni dwar is-saħħa fuq il-post tax-xogħol jew dwar l-ambjent, huwa l-ministeru konċernat li jieħu ħsieb jagħmilhom u f'każ li ma jkollux l-expertise hu, allura nagħtu consultancies barra biex issir l-analisi.", "L-istess kelliema qalet ukoll li tħoss li hemm nuqqas ta' informazzjoni.", "Fuq l-informazzjoni nista' ngħid li l-ewwelnett aħna waqqafna ċentru ta' informazzjoni li l-obbligu tiegħu hu li jieħu ħsieb li jagħti l- informazzjoni li hemm bżonn.", "Dan għadu fil-bidu tiegħu pero` jien nawgura li dan se jkun team li kapaċi jagħti l-informazzjoni fattwali kollha dwar l- Unjoni sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkun informat bil-proċess kollu li jkun għaddej f'dak li għandu x'jaqsam ma' sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Barra minn hekk aħna tajna wkoll fondi lill-partiti politiċi u l-korpi kostitwiti - bħalma huma, per eżempju, il-unions, il-GRTU u anke n-non-governmental organisations; din il-ħaġa konna bdejniha fi żmienna qabel l-elezzjoni u l- Partit Laburista fil-gvern kompla biha - biex jintużaw għal skop ta' informazzjoni.", "Dawn il-flus huma intiżi biex il-korpi kostitwiti joħolqu struttura - kif fil-fatt diġa` bdew jagħmlu - li biha jinformaw lill-membri tagħhom permezz ta' kampanja ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni dwar xi tfisser sħubija fl-Unjoni.", "Jiena naħseb li rridu nagħtu ftit żmien.", "Ilna fil-gvern inqas minn sena u naħseb li f'dan il-perijodu sar ħafna u aħna beħsiebna nibqgħu mexjin b'momentum iżjed qawwi sabiex inwasslu lill-pajjiż għat-triq li nemmnu li għandu jasal għaliha.", "L-Onor.", "Dalli ikkwotat ukoll ir-rapport tal-kummissjoni, liema rapport jgħid illi:", "\"Efforts are required to improve the efficiency and effectiveness of the civil service.\".", "Huwa veru li hemm bżonn li jkun hemm iżjed effort sabiex is-servizz ċivili jitjieb pero` ma nistgħux inħarsu lejn iċ-ċivil minn lenti statika.", "Dan huwa proċess kontinwu u ċertament li hemm il-bżonn illi ċ-ċivil ikompli jimmodernizza ruħu u jtejjeb il-kwalita' tal-prodott tiegħu.", "Irrid ngħid li ċ-ċivil daħal b'ruħu u b'ġismu fil-proċess ta' l-iscreening u s'issa ħariġna ta' nies, jew għallinqas mir-rapporti li jagħmlu u mill-mod kif jippreżentaw l-argument ikkonkludejt hekk.", "Nista' ngħid li din m'hijiex l- opinjoni tiegħi biss għax jekk titkellem ma' l-uffiċjali fi Brussels u tistaqsihom kif qed jipprestaw ruħhom il-Maltin, tinduna li ċ-ċivil Malti qed jonorana għaliex qed jagħmel xogħol mill-aqwa, qed juri li huwa professjonali, qed juri li huwa motivat, qed juri li huwa dedikat u qed juri li jaf is-suġġett sew.", "Din il-ħaġa lili timlini b'kuraġġ għax dan ifisser li jekk ikollna challenge quddiemna, aħna l-Maltin kapaċi nitilgħu għalih u negħlbuh.", "Sur President, tkellem ukoll l-Onor.", "Joe Cilia, li għamel riferenza għall- Competition Act, fejn qal li m'għandniex il-mekkaniżmi rikjesti mill-Unjoni fejn jidħlu State aids u mergers.", "Huwa veru li aħna għad m'għandniex il- mekkaniżmi fil-leġislazzjoni tal-kompetizzjoni li saret biss tlieta jew erba' snin ilu pero` diġa` ħadna ħsieb biex issir analisi ta' din il-liġi biex naraw x'tibdil hemm bżonn li jsirilha ħalli tiġi taqbel mija fil-mija mar-rekwiżiti u ma' l-istruttura ta' l-Unjoni.", "Jien nista' ngħid li fix- xhur li ġejjin, jew forsi possibbilment fis-snin li ġejjin, ikollna leġislazzjoni li tkun tinkorpora fiha dak li għandu x'jaqsam ma' merger control u anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' control fuq State aid.", "Niġi issa għall-Onor.", "Chris Cardona, li għamel riferenza għall-fatt li jien għedt li jiena fiduċjuż li n-negozjati nġibuhom żewġ.", "Iva, jiena fiduċjuż li n-negozjati nġibuhom żewġ għas-sempliċi raġuni li x-xogħol qed nagħmluh b'mod professjonali ħafna, fejn m'aħna qed inħallu xejn barra.", "Fiduċjuż ukoll għax aħna qed nidentifikaw l-affarijiet kollha li kapaċi nagħmlu sad-data ta' sħubija li għamilna bħala l-cut-off date, ċioe' l-1 ta' Jannar ta' l-2003.", "Għalissa għadna ma nafux meta se tkun id-data ta' sħubija pero' aħna ħadna l-1 ta' Jannar ta' l-2003 u qed ngħidu li sa dik id-data għandna nagħmlu dawk l-affarijiet li aħna nistgħu niġu konformi magħhom.", "Aħna qed naraw ukoll l-affarijiet li jista' jkollna effetti negattivi fuqhom jekk niġu konformi magħhom sa l-2003, biex b'hekk inkunu nistgħu anke nitolbu perijodu transitorju jew f'każijiet eċċezzjonali ħafna nitolbu xi forma ta' arranġamenti speċjali abbażi tal-bżonnijiet speċjali tagħna.", "Saret riferenza għall-kaċċa u l-insib u għall-fatt li fil-proċess ta' l- iscreening dawn mhumiex se jkunu involuti.", "Nerġa' nirrepeti għall-mitt darba li l-ispecial interest groups, li fosthom għandek ir-rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-kaċċa u l-ambjentalisti wkoll, m'humiex se jkunu fin- negotiating team innifsu.", "In-negotiating team se jkun iffurmat minn uffiċjali tal-gvern, mgħejjuna possibbilment minn xi espert.", "L-ispecial interest groups se jipparteċipaw bis-sħiħ fl-hekk imsejjaħ Malta - EU steering and action committee.", "Dan il-kumitat huwa l-organu li fl-opinjoni tiegħi huwa l-iżjed influwenti fis-set-up kollu għax huwa l-organu li jirċievi d-dokumentazzjoni teknika, janalizzaha u fl-aħħar jieħu deċiżjoni dwarha.", "Jekk ikun hemm qbil unanimu kollox sew - s'issa fil-kapitlu li għamilna screening tiegħu dejjem tista' tgħid kien hemm qbil unanimu - pero' jekk le, għaqda partikolari tista' tagħmel minority report.", "Dan imur quddiem il-cabinet committee u l-cabinet committee jieħu d-deċiżjoni politika u jerfa' r-responsabbilta' tad-deċiżjoni politika għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern li jrid jiffaċċja r-referendum.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li se nkunu kapriċċużi u lanqas m'aħna qed ngħidu li bilfors trid tgħaddi tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni se tkun tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Aħna lesti li nerfgħu r-responsabbilta` għaliex jekk irridu ninnegozjaw pakkett tajjeb, ma jistax ikun li mmorru hemmhekk b'negotiating team fejn għandek bniedem jgħid mod u l-ieħor jgħid mod ieħor għaliex inkella nitkissru.", "Naħseb li dawn huma prinċipji bażiċi.", "Meta mmorru għan- negozjati rridu mmorru hemmhekk b'leħen wieħed u mhux mifrudin bejnietna.", "Din għamilnieha ċara pero` rrid nagħmilha ċara wkoll li lin-negozjaturi m'aħniex se ngħidulhom: Innegozjaw li tridu, agħmlu li tridu u ġibu li tridu!", "Il-Malta - EU steering and action committee se jistabilixxi l- parametri eżatti li fuqhom iridu jsiru n-negozjati.", "Dan irid jiġi approvat mill-kabinett, dak id-dokument se jingħata lin-negozjaturi u n-negozjaturi fuq hekk iridu jinnegozjaw.", "Biex jiċċaqlaq minn dik il-pożizzjoni, in- negozjatur irid jiġi lura fil-kabinett u jekk hemm bżonn il-kabinett jerġa` jirriferi lura lill-isteering committee, li huwa l-organu li fih hemm imdaħħla l-korpi kostitwiti kollha u r-rappreżentanti tal-gruppi settorjali kollha.", "Il-bieraħ kellna laqgħa ta' informazzjoni magħhom u nista' ngħid li kien hemm 70 entita` rappreżentata hemmhekk.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li qed nagħżlu xi erba' ħbieb tagħna 'l hawn u 'l hemm u ninvolvu lilhom biss imma qed ninvolvu lil kulħadd.", "L-Onor.", "Cardona għamel riferenza wkoll għall-qasam marittimu u qal li sħubija fl-Unjoni titfa' lil dan is-settur il-baħar.", "Hawn jien irrid ngħid li l-Unjoni m'għandha xejn kontra l-qasam marittimu, anzi dwar dan il- qasam l-Unjoni trid is-serjeta`.", "Il-Greċja hi waħda mill-iktar pajjiżi avvanzati f'dak li huwa l-qasam marittimu u din ilha Stat membru ta' l- Unjoni.", "L-Unjoni trid is-serjeta` u jekk hemm health and safety standards għall-ħaddiema li jaħdmu fuq il-vapuri dawn iridu jiġu onorati.", "Jekk hemm security standards għall-vapuri stess dawn irridu nonorawhom.", "Aħna mdorrijin nipprotestaw jekk ikollna xi roqgħa żejt fl-ibħra tagħna imma sfortunatament jekk ir-roqgħa żejt tkun il-bogħod minn xtutna ma nagħtux kas, allavolja l-vapur li minnu jkun ħareġ iż-żejt ikun reġistrat Malta.", "Għalhekk ejjew inkunu onesti u ċari magħna nfusna.", "L-Unjoni tesiġi dawn ir-regoli pero` jekk issa aħna wasalna daqshekk fl-għoli, aħna rridu nattiraw lil min hu serju u biex nagħmlu hekk irridu li jkollna dawn l- istandards imposti mill-Unjoni.", "Sur President, l-aħħar kelliem min-naħa l-oħra kien l-Onor.", "George Vella u l-istampa li ta kienet wisq ta' gloom and doom.", "L-Onor.", "Membru qal li l- gvern irid jikkontrolla l-informazzjoni fuq l-Unjoni minħabba l-fatt li għamilna erba' seduti minflok tmienja.", "Jien hawnhekk ngħid li din kienet l- ewwel esperjenza li kellna bħala dibattitu fuq l-Unjoni u naħseb li kienet esperjenza tajba.", "Jiena naħseb li ma tkunx idea ħażina li meta f'Ottubru jiġi r-rapport tal-kummissjoni nagħmlu dibattitu ieħor.", "M'hemmx għalfejn nagħmlu massa ta' seduti imma fl-opinjoni tiegħi huwa iżjed importanti li s- seduti jkunu regolari.", "Jekk il-Kamra tħoss li bil-foreign affairs committee ma noħorġux sodisfatti allura għandu jsir dibattitu plenarju, imma m'hemmx għalfejn ikollna tmien seduti.", "Jekk nagħmlu seduta jew tnejn kull tliet xhur, fejn wieħed jiddiskuti l-progress li jkun qed isir, naħseb li tkun tajba u għandha sservi ta' ġid, kemm għal din il-Kamra kif ukoll b'mod ġenerali.", "L-Onor.", "Vella qal li free trade area kienet u għadha l-aħjar alternattiva għal Malta.", "Din jien diġa' għamilt riferenza għaliha l- bieraħ.", "Fl-opinjoni tiegħi, free trade area, kif kienet se tiġi nnegozjata mill-Partit Laburista fil-gvern, kienet se tgħabbina bil-piżijiet kollha mingħajr ma nieħdu l-vantaġġi vera li toffri sħubija fl-Unjoni.", "B'din il- free trade area xorta konna se ngħidu addio għal-levies u għall- protezzjoni, bħalma konna se ngħidu addio wkoll għal dik id- diskriminazzjoni li kienet daħlet bis-sistema ta' tassazzjoni tas-CET.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Vella kkwota mill-minuti tal-kunsill ta' assoċjazzjoni ta' April li għadda, liema kunsill insista li l-agrikoltura ma tistax titħalla barra.", "Fil-fatt anke fil-minuti li għamel riferenza għalihom l-istess Onor. Membru hemm miktub li kien hemm qbil li l- agrikoltura ma tistax titħalla barra, pero` ovvjament kien hemm ukoll ir- riżerva li ċirkostanzi speċjali jittieħdu in konsiderazzjoni.", "Jekk inti qed titkellem fuq żona ta' kummerċ ħieles u fuq il-qasam ta' l-agrikoltura bilfors trid tieħu ħsieb ċerti aspetti, għaliex il-common agricultural policy ma tkunx tapplika għalik u allura hemmhekk se tkun verament vulnerabbli.", "Imma jekk inti se tissieħeb fl-Unjoni u allura tiġi tagħmel parti mill-common agricultural policy, m'għandekx għalfejn toqgħod tieħu ħsieb dawn l-aspetti partikolari għaliex ikollok l-istruttura kollha li tagħtik il-protezzjoni meħtieġa, li tagħtik prezzijiet minimi garantiti u li tagħti anke għajnuna lill-bidwi f'dak li huwa taħriġ, f'dak li huwa mmodernizzar u anke f'dawk li huma ħwejjeġ ordinarji bħal, ngħidu aħna, tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Jiġifieri bi free trade area fl-agrikoltura kien ikun hemm bżonn li tipproteġi imma bi sħubija m'għandekx bżonn.", "Dik hi d-differenza kollha.", "Intqal ukoll li t-tliet snin għat-tneħħija tal-levies jibdew jgħoddu minn meta jiġi ffirmat il-protokoll.", "Skond il-kunsill ta' assoċjazzjoni ġie miftiehem li l-free trade area tidħol fis-seħħ fi żmien tliet snin minn meta jiġi ffirmat il-ftehim, pero` jien nistaqsi: Kemm kontu beħsiebkom iddumu tiddiskutu sakemm jiġi ffirmat dan il-ftehim?", "Kontu beħsiebkom iddumu tiddiskutu erba' snin biex tieħdu s-seba' snin li kontu qed twiegħdu, jew inkella bħalma jsir is-soltu, forsi ddum sitt xhur, sena jew sena u nofs, tiffirmaw, imbagħad jibdew jgħoddu t-tliet snin?", "Jiġifieri jekk qed nitkellmu minn April li għadda, it-tliet snin li qed issemmu kienu jibdew jgħoddu tista' tgħid minn issa.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li m'hemmx dubju li r-rapport tal-kummissjoni huwa rapport fattwali u dettaljat fil- kontenut tiegħu.", "Huwa veru li hemm diversi affarijiet li għad irridu nagħmlu u dan aħna m'aħniex qed niċħduh.", "Fil-fatt ir-rapport ta' l-1993 qalilna li għandna massa ta' affarijiet x'nagħmlu, imma bir-riformi li għamilna fl-1994 u fl-1995 eliminajna ħafna minnhom.", "Issa dan ir-rapport qed jgħidilna li rridu nagħmlu affarijiet ta' fine-tuning pero` huwa tajjeb fil-konklużjonijiet tiegħu.", "Dan ir-rapport iqegħedna lura fuq it-triq ta' sħubija u qed jgħidilna li għandu jibda l-iscreening magħna - kif fil-fatt beda b'ritmu mgħaġġel - u qed jawgura li l-kunsill ġenerali ta' Helsinki jkun jista' jawtorizza li n-negozjati ma' Malta jibdew kmieni s-sena d- dieħla.", "Sur President, minn hawnhekk nawgura li l-proċess ta' l-iscreening nispiċċawh b'suċċess u li l-kunsill ta' Helsinki jawtorizza li jibdew in- negozjati ma' Malta.", "Aħna beħsiebna nagħmlu l-almu tagħna kollu biex in-negozjati jkunu effettivi u effiċjenti, bħalma se nagħmlu l-almu tagħna wkoll biex inlaħħqu ma' dawk il-pajjiżi li magħhom diġa` bdew in-negozjati biex inkunu fl-ewwel grupp ta' tkabbir jekk il-poplu Malti u Għawdxi jivvota favur fir- referendum ta' wara n-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 28 ta' Lulju, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari.", "Sur President, kif miftiehem waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, għada filgħodu nibdew niddiskutu l-qagħda ekonomika tal-pajjiż.", "Se naħdmu bl-istess arranġament kif għamilna matul is-seduti li għaddew, ċioe` wara l-ħin tal-mistoqsijiet tintalab is-sospensjoni ta' l-ordnijiet tal-ġurnata biex jibda dan id-dibattitu, liema dibattitu se jingħalaq fis- seduta ta' filgħaxija, bil-ħin jinqasam indaqs bejn in-naħa tal-gvern u n- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Ta' min jgħid li d-dibattitu se jinfetaħ mill-ministru għas-servizzi ekonomiċi u jingħalaq minnu stess u safejn hu possibbli l-kelliema jalternaw bejniethom, filwaqt li mbagħad fis-seduta ta' filgħaxija l-Kamra taġġorna għall-btajjel tas-sajf.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Proprju meta l-parlament wasal biex jaġġorna għall- vaganzi tas-sajf, ħsibt li għandi nqajjem xi punti rigward il-qasam tad- droga u biex nagħmel dan jien se nirriferi għal rapport li ġie ppreparat b'għaqal kbir mill-Caritas.", "Dan ir-rapport jiżvela ċerti fatti u misfatti fuq il-vizzju tad-droga li jekk insejħulhom xokkanti ma naħsibx li nkunu qed nesaġeraw.", "Biżżejjed ngħid illi dan igħid illi matul dawn l-aħħar seba' snin il-vizzju tad-droga f'pajjiżna kiber b'rata ta' madwar 60%, filwaqt li l-availability żdiedet bir-rata sostanzjali ta' 4%.", "Barra minn hekk hemm figuri oħra li jaċċennaw dwar din iż-żieda allarmanti fil-vizzju tad-droga ġol-gżejjer Maltin u Għawdxin, u fost dawn nixtieq insemmi ċ-ċifri li ġew żvelati minn mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-Ministru Tonio Borg.", "Fil-fatt jien staqsejt lill-ministru kemm mietu żgħażagħ b'overdose matul dawn l-aħħar 20 sena u t-tweġiba tiegħu kienet li filwaqt li mill-1981 sa l-1989 kellna biss erba' mwiet, mill-1990 sal-lum l-ammont ta' mwiet tela' għal 41.", "Kif għedt diġa`, din hija żieda allarmanti, iktar u iktar meta tqis li mill-1990 sal-lum l- ammont ta' mwiet tela' għal iktar minn għaxar darbiet mill-għaxar snin ta' qabel.", "Jien, bħala ċittadin, niskanta kif f'postijiet bħal Raħal Ġdid, fejn hemm l-għassa u l-ħabs proprju bieb ma' bieb mal-pjazza, isir spaċċar sfaċċat ta' droga, u meta nara dan kollu jkolli ngħid li mhux qed isir biżżejjed mill-awtoritajiet f'dan ir-rigward, iktar u iktar meta għadna kemm qrajna fuq il-gazzetti lokali li fl-għassa ta' San Ġiljan, liema għassa fost l-oħrajn tkun trid tieħu ħsieb u tikkontrolla dak kollu li jinqala' ġewwa Paceville, hemm stazzjonati biss surġent u xi sitt kuntistabbli.", "Jien ma nistax nimmaġina kif dawn il-persuni jistgħu jlaħħqu ma' dak kollu li jinqala' f'San Ġiljan, b'mod speċjali fil-weekends u matul ix-xhur tas-sajf.", "Mr Speaker, minn dan ir-rapport tal-Caritas jirriżulta wkoll li l-eta` ta' meta ż-żgħażagħ jibdew jabbużaw mid-droga tikkorrispondi għal dik l- eta` ta' meta dawn jibdew jattendu d-discos u l-parties.", "Huwa importanti li dan jittieħed into consideration mill-gvern tal-ġurnata għaliex, kif se ngħid iktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi, m'huwiex biżżejjed li nagħmlu ċerti regolamenti imma rridu wkoll nesiġuhom bl-ikbar reqqa.", "Fatt interessanti ieħor li ħareġ minn dan ir-rapport huwa li għalkemm sa ftit żmien ilu konna naħsbu li l-problema tad-droga kienet ristretta għal xi klassi partikolari tas-soċjeta` tagħna, minn dan l-istudju joħroġ bl-iktar mod ċar li l-klassi soċjali m'hijiex rilevanti f'dan ir-rigward.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dik il-klassi soċjali li m'hijiex daqshekk well off ikollha iktar problemi soċjali, liema problemi soċjali iwasslu għall-użu tad-droga, u fost dawn insibu liż-żgħażagħ qiegħda.", "Għalhekk iktar u iktar jikber il-bżonn li l-gvern jara x'jagħmel biex kemm jista' jkun inaqqas in- numru ta' żgħażagħ qiegħda ħalli b'hekk dawn ma jaqgħux f'ċerta monotonija u jsibu ċerti \"ħbieb\" li jħajruhom biex jaqbdu dan il-vizzju.", "Imbagħad jeżistu problemi soċjali oħra bħal, ngħidu aħna, il-broken families fejn it- tfal ma jitrabbewx f'ambjent li jiffavorixxi l-iżvilupp mentali u psikoloġiku tagħhom biex meta jsiru adoloxxenti maturi jkunu jistgħu jegħlbu t-tentazzjoni li xi darba jaqgħu għal dan il-vizzju.", "Mr Speaker, ir-rapport li qed insemmi jenfasizza wkoll l-aspett tal- prevenzjoni, u din hija importanti ħafna sabiex nillimitaw dan il-vizzju, li mhux biss qed jeqred liż-żgħażagħ imma anke lis-soċjeta`.", "Per eżempju, ikun tajjeb li l-gvern jinvesti f'iktar leisure facilities biex wieħed jgħix b'mod iktar healthy u hemm anke bżonn li s-sistema edukattiva tagħna tiġi aġġornata b'tali mod li nkunu nistgħu ninformaw liż-żgħażagħ tagħna bil-problemi soċjali li jolqtu din l-isfera.", "Naturalment minbarra l- prevenzjoni ġenerali rridu nitkellmu wkoll dwar il-prevenzjoni speċifika, li tinqasam fuq tliet livelli.", "L-ewwel għandna l-prevenzjoni primarja, fejn hemm bżonn li f'pajjiżna tidħol leġislazzjoni iktar soda, billi fost l- oħrajn ma nagħtux iktar maħfriet presidenzjali.", "Kif jaf kulħadd, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, kemm issa kif ukoll qabel l-1996, tellef il- fiduċja tal-poplu Malti fil-politika in ġenerali minħabba ċerti maħfriet li ngħataw, fosthom ta' Queiroz u ta' Ġużeppi Fenech, kif iħobb isejjaħlu l- Prim Ministru.", "Jien naħseb li jkun pass tajjeb jekk inressqu riżoluzzjoni quddiem din il-Kamra sabiex dawn it-tip ta' maħfriet ma jibqgħux jingħataw.", "Mr Speaker, ġaladarba qed insemmi l-leġislazzjoni jkun tajjeb jekk naċċenna għar-regolamenti l-ġodda tar-rave parties li għadna kemm iddiskutejna fil-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali.", "Kulħadd jaf kemm dawn iddiskutejniehom fid-dettall, imma effettivament x'irriżulta?", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill-ministru jirriżulta li mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Ġunju nħareġ permess wieħed biss biex isiru rave parties f'Malta.", "Dan kif jista' jkun?", "Jien naħseb li kulħadd jarahom ir- reklami tar-rave parties imwaħħlin mat-traffic-lights ma' kullimkien.", "Meta nara dawn l-affarijiet bilfors ikolli nikkonkludi li minbarra li dawn ir- regolamenti l-ġodda jiġu nforzati, wasal ukoll iż-żmien li l-kredenzjali u l-lifestyles ta' l-organisers ta' dawn il-parties jiġu studjati u investigati bir-reqqa.", "Huwa importanti wkoll li jsiru pieni iktar ħorox kontra min jikser l-emendi li daħħalna fil-liġi xi ftit ilu.", "Imbagħad għandna l-prevenzjoni fil-livell sekondarju u terzjarju.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nwaqqfu pjan nazzjonali għall-ġlieda kontra d- droga għax nemmen li s'issa rajna traġedji biżżejjed ma' wiċċna u jekk m'aħniex se nfasslu pjan nazzjonali biex ikun jista' jiggwidana ħalli niġġieldu din il-ġlieda kif jixraq lil pajjiż modern, allura fl-aħħar mill- aħħar se nispiċċaw biex nitkissru.", "Fl-Amerka ilhom is-snin li waqqfu istitut nazzjonali li huwa inkarigat minn din il-problema u f'dan il-pajjiż hemm ukoll il-White House office for national drug control policy.", "Jien naħseb li huwa importanti li ninvestu b'dan il-mod għax fl-aħħar mill-aħħar inkunu qegħdin innaqqsu l-ispejjeż ta' l-istess gvern u anke tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, il-ġlieda kontra d-droga tiswa ħafna flus lill-gvern u dan mhux hawn Malta biss iżda anke f'postijiet oħra bħall-Amerka.", "Per eżempju, madwar ħames snin ilu l-gvern Amerikan nefaq $250 biljun f'sena waħda biss biex ikun jista' jiġġieled dan il-vizzju.", "Kulħadd jaf li ħafna drabi nofs l-ispejjeż imorru proprjament għal drug related crime u barra minn hekk ikun hemm ukoll nuqqas ta' produttivita`, kemm mill-vittmi li jispiċċaw assaulted minn kriminali li jwettqu r-reati minħabba dan il-vizzju kif ukoll mill-istess kriminali.", "Minħabba din id-drug related crime jiġu minfuqa wkoll ħafna spejjeż sabiex il-korp tal-pulizija jikber u jsir iktar effiċjenti, u dan biex ma nsemmux ukoll l-ispejjeż legali.", "Mr Speaker, nikkonkludi dan id-diskors billi nawgura li xi darba mhux fil- bogħod naslu biex permezz tal-parteċipazzjoni aħħarija taż-żewġ naħat tal- Kamra nagħmlu dan il-pjan nazzjonali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nikkondividi dak li kien qed jgħid sieħbi.", "Illum il-ġurnata l-poplu qed jara li għandna gvern li għalkemm jgħid ħafna kliem sabiħ, m'għandux ir- rieda biex jaġixxi amministrattivament b'ħeġġa u b'qawwa kontra l-abbuż tad- droga u t-telf tal-valuri.", "Il-każ riċenti tal-ġuri ta' Ian Farrugia kixef il-maskra tal-gvern Nazzjonalista mmexxi minn Fenech Adami u permezz ta' dan il-każ skoprejna li għall-gvern ta' Fenech Adami fejn jidħlu l-ħbieb u tal-qalba kollox jgħaddi għax lil dawn huwa jiddefendihom, jagħtihom il- proklama u saħansitra jagħtihom il-maħfriet.", "Alla jbierek, tan-naħa l-oħra saru saħansitra jiddiskrievu lil ta' madwarhom bħala nies bi kwalitajiet tajba u dawk li jiltaqgħu magħhom bil- lejl bi kwalitajiet inqas tajba.", "Rajna kooperazzjoni sħiħa minn dan il- gvern ta' Fenech Adami mal-ħbieb kriminali fil-qasam tat-traffikar tad- droga.", "Sfortunatament il-Partit Nazzjonalista sar gvern ''ħafista'' għax bl-attitudini tiegħu qed isawwar pajjiż b'sistemi Sqallin u b'valuri camorristi u mafjużi, fejn il-gvern u l-kriminali jiftehmu, jaqsmu flimkien u jiddefendu lil xulxin.", "Normalment dawn is-sistemi jintużaw biss mill- mażuni imma jiddispjaċini ngħid li għandna gvern li tilef il-kontroll fuq il-kriminali, anzi llum wieħed kważi jista' jgħid li l-kriminali qed jikkontrollaw lill-gvern għax illum il-gvern jinsab rikattat u miżmum fuq spaga mir-rikatti ta' kriminali magħrufa.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li l- każijiet ta' Queiroz u ta' Żeppi l-Ħafi huma oxxenita`.", "Mr Speaker, f'Ottubru li ġej, meta d-dinja kollha tkun qed tipprepara għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju l-ġdid - fosthom aħna bħala poplu Malti - jaħbat il-ħames anniversarju minn meta l-Partit Nazzjonalista fil- gvern wettaq l-ikbar oxxenita` fil-ġlieda tiegħu kontra d-droga.", "F'Ottubru ta' ħames snin ilu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ta maħfra lil Queiroz u bagħtu lura lejn il-Brażil meta dan kien ġie f'pajjiżna biex bid- droga tiegħu jeqred liż-żgħażagħ tagħna.", "Fil-fatt illum nixtieq nieħu l- okkażjoni li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ktieb dettaljat dwar il-każ ta' Queiroz, miktub mill-ħabib tiegħi Joe Mifsud u ppubblikat minn Sensiela Kotba Soċjalisti.", "Mr Speaker, kont qed nitkellem fuq il-każ ta' Żeppi l-Ħafi, każ li se jibqa' jħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista.", "Il-fedina penali mill-aktar mimlija li għandu dan l-individwu tikxfu x'tip ta' bniedem hu, imma għall- Partit Nazzjonalista dan sar qaddis - għax hekk jaqbillu - u bilkemm ma jridx jagħmillu raġġiera!", "Matul dawn l-aħħar ġranet ġew saħansitra kkritikati l-ġurati għax f'daqqa waħda l-ġurati u s-sistema tal-ġurija saru ħżiena.", "Bilkemm ma jridux jgħidu fil-każ ta' Ian Farrugia li l-ġurati kienu mixtrijin ukoll!", "U mbagħad xi ngħidu għal dak li qed jgħidu fuq Nicholas Jensen, li kif kulħadd jaf huwa l-ikbar ħabib ta' Richard Cachia Caruana?", "Lil dan bilkemm ma jridux jakkużawh illi fil-qorti qiegħed jigdeb ukoll!", "Mr Speaker, il-Prim Ministru qal taħt ġurament li żgur li Żeppi l-Ħafi ma kienx l-Imdina, u hawn jien nistaqsi: Fejn jaf il-Prim Ministru li dakinhar Żeppi l-Ħafi ma kienx l-Imdina?", "Minn fejn ġabha din?", "Mela waqt l- attentat il-Prim Ministru kien fuq il-post?", "Jew fil-ħin ta' l-attentat Żeppi l-Ħafi kien fil-preżenza ta' Eddie Fenech Adami?", "Minn fejn nibtet din il-fiduċja kollha ta' Eddie Fenech Adami f'Żeppi l-Ħafi?", "U għaliex il- Prim Ministru qed jemmen lil Żeppi l-Ħafi u mhux lil Nicholas Jensen?", "Tgħid il-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed jemmen lil Żeppi l-Ħafi għaliex jaqbel għaċ-ċirkostanzi u biex forsi jiġbor ġieħu?", "X'konnessjonijiet għandu Żeppi l-Ħafi mat-tfal ta' wieħed mill-iktar membri prominenti li hemm fil-kabinett tal-Partit Nazzjonalista preżenti?", "Lil Żeppi l-Ħafi m'emmnu ħadd ħlief il-Prim Ministru għax la emmnitu l- ġurija u wisq inqas il-poplu Malti, għax il-konklużjoni tal-poplu hi li Żeppi l-Ħafi daħħal lill-Prim Ministru minn but u ħarġu minn ieħor mingħajr ma kien jaf.", "Din hi l-oxxenita` kollha u mela jiġi l-Onor.", "Gonzi hawnhekk jilgħabha tal-qaddis u tal-beatu u jgħid li qed jinkwieta għax hu għandu t- tfal.", "Jaħseb li hu biss għandu t-tfal?", "Hu biss jinkwieta dwar il-problema tad-droga li teżisti f'pajjiżna?", "Ma jafx li l-poplu Malti jinsab inkwetat għax għandna gvern impotenti u dgħajjef kontra t-traffikanti tad-droga?", "Din ma tistax tissejjaħ ħlief ipokresija, u ż-żgħażagħ Maltin għad iridu jikkundannaw lil dan il-gvern u jisħtu lil kulmin qed jappoġġjahom f'dan l- iskandlu.", "Il-poplu Malti jaf li huwa jixraqlu ħafna aħjar minn hekk u għalhekk irid gvern li jħares l-interessi tiegħu verament u mhux gvern li jikkollabora, jitħakkek u jindiehes mal-kriminali.", "Mr Speaker, nhar is-Sibt li għadda kont qed naqra artiklu miktub mill- Onor. Dolores Cristina f'\"in-nazzjon\" u jien niskanta kif l-Onor.", "Membru waslet biex tiddefendi din l-oxxenita`.", "Jien ngħidilha bl-ikbar sinċerita` li l-kredibbilta` tagħha għandha tibża' għaliha u ma tħallihiex tinġarr mal- kurrent tal-klikka kriminali li qed tħakkek mal-partit tagħha kif ukoll biex tibża' għall-unurha u għar-rispett li tgawdi.", "M'għandhiex tħalli l- politika partiġġjana ġġiegħlha tikteb kontra dak li ...", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Cuschieri qed jimplika diversi affarijiet fuq membri ta' din in-naħa tal-Kamra u jien naħseb li dan imur kontra r-regolamenti.", "Jekk ma jissostanzjax dak li qed jgħid għandu jirtira kollox.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ma nirtira xejn!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Cuschieri qed jagħmel ħafna allegazzjonijiet bl-addoċċ u bla bażi fuq membri ta' din il-Kamra.", "Issa jew jissostanzjahom jew jirtirahom għaliex l-irġulija hekk titlob.", "MR SPEAKER: Kull membru jrid joqgħod għar-regolamenti tal-Kamra.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien qiegħed in order u kieku ma kontx in order żgur li kont tiġbidli l-attenzjoni għal dan.", "Kont qed ngħid li l-artiklu li kitbet nhar is-Sibt li għadda fuq \"in-nazzjon\" ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Cuschieri.", "Il-Ministru Gonzi għadu ma spiċċax il-point of order tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Cuschieri m'huwiex se jissostanzja l- allegazzjonijiet li qed jagħmel, dan ikun ifisser li l-allegazzjonijiet kollha huma assolutament bla bażi u kollha gideb.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, se nissostanzja imma għallinqas għandu jagħtini ċ-ċans nikkonkludi.", "Mr Speaker, kont qed nirriferi għall-artiklu li kitbet l-Onor.", "Cristina fejn donnha tkażat u kkritikat lili u lil sieħbi, l-Onor.", "Joe Mizzi, li huwa l-whip tal-grupp parlamentari tagħna, li waqt is-seduta ta' nhar it- Tnejn bdejna ninterrompu.", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Cristina kienet hawn dalgħodu biex tara kif aġixxa l-whip tal-grupp parlamentari tagħha, l-Onor.", "Mario Galea, li beda jinterrompi u saħansitra ħareġ f'nofs il-Kamra jxejjer idejh u jgħajjat u bilkemm ma riedx jiġi għalija.", "Possibbli li aħna nqarrqu b'dan il-mod f'din il-Kamra?", "Ħadd min-naħa tal-gvern ma beda jinterrompi nhar it-Tnejn?", "L-Onor.", "Cristina ma rathomx u ma semgħethomx lill-Onor.", "George Hyzler - b'isimhom issa qed insemmihom, Onor. Gonzi - lill-Onor.", "Tonio Borg, lill-Onor.", "Jesmond Mugliett, lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, lill-Onor.", "Mario Galea u oħrajn jinterrompu u jinsulentaw personalment lill-mexxej tal-partit tagħna?", "Possibbli li l-vista ta' l- Onor. Cristina twassal biss sa fejn jaqblilha?", "Mr Speaker, minn kulħadd fost il-membri tal-gvern żgur li ma kontx nistenna lill-Onor.", "Cristina li tasal biex tikteb b'dan il-mod għax jien nafha bħala deputata serja u ta' l-affari tagħha, li tgħożż il-valuri u l- imħabba tal-familja, jew għallinqas dik hi l-impressjoni li għandi tagħha fil-ftit żmien li ilni nafha.", "Jien m'iniex nippretendi li hi se tikkritika lill-partit tagħha, għax ovvjament hija se timxi mal-linja tal-partit, imma min-naħa l-oħra ma stennejtx li se tkun hi li tipprova tiddefendi l-linja oxxena li ħa l-gvern Nazzjonalista fil-każ tal-maħfra li ta lil Żeppi l- Ħafi.", "Jekk l-Onor.", "Cristina tkażat li jien kont qed ninterrompi ngħidilha li huwa veru li jien bdejt ninterrompi imma b'unur ngħid li interrompejt mhux biex niddefendi l-oxxenita` tal-gvern ta' Fenech Adami, li qed ipoġġi l-ġustizzja ta' pajjiżna taħt theddida minħabba li qed jipproteġi lill- kriminali, imma għaliex għandna gvern li qed jipproteġi lil kulmin għandu guts li bid-droga joqtol lil ħaddieħor u qisu m'hu qed jagħmel xejn jew qisu qed jiekol biċċa ħobż.", "Wara kollox jien bilfors kelli ninterrompi għax fil-vini tiegħi demm Malti għandi jbaqbaq, li huwa lest jikkumbatti u ma jaċċettax oxxenitajiet ta' din il-kwalita` u bħal kull Malti ieħor jien ma nistax naċċetta l-qerq u l-ipokresija ta' dan il-gvern.", "Wara kollox bħal kull deputat ieħor jien għandi responsabbilta` kbira x'nerfa' fuq spallejja u demmi għandu r-rieda patrijottika li nara li f'ġieh is-sewwa, f'ġieh il-ġustizzja u f'ġieh l- interessi taż-żgħażagħ u l-ulied ta' pajjiżna l-kriminali ma jibqgħux jiġru ma' saqajna u jiġu protetti mill-gvern tal-ġurnata.", "Iva, jien lest li niddefendi lil ulied pajjiżna minn dan il-Parlament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, on a point of order.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Anke dan li qed jgħid issa huwa assolutament irregolari u l-Onor.", "Cuschieri qed jikser ir-regolamenti tal-Kamra.", "L- Onor. Membru qed jigdeb u jekk ma jissostanzjax dak li qed jgħid, allura għandu jirtirah immedjatament.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, nitolbok tikkonkludi dan id-diskors għax sar il-ħin.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ma jkunx jixraqli li nissejjaħ deputat u wisq inqas Malti jekk noqgħod kwiet, bħalma qegħdin joqogħdu d- deputati tan-naħa l-oħra quddiem l-oxxenita` ta' dan il-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn il-permess biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokument li semma aktar kmieni?", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-permess imissu ntalab dak il-ħin li jien għedt li se npoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra!", "ONOR LAWRENCE GONZI: Peress li l-Onor.", "Cuschieri gideb u peress li ma ssostanzjax l-allegazzjonijiet tiegħu, jien noġġezzjona għat-tqegħid ta' dan id-dokument.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Point of order, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Il-konswetudni f'din il-Kamra titlob li l- iSpeaker jistaqsi dak il-ħin jekk hemmx permess illi d-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Ħadd ma kien hawn min-naħa tal-gvern x'ħin jien għedt li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak il-ktieb li ħammar wiċċ il-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-1996 dwar Queiroz.", "Int ma staqsejtx jekk hawnx permess li dan id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dak il-ħin, Mr Speaker, u għalhekk dan il-ktieb għandu jiġi aċċettat.", "Jien qed nitlob li tagħti ruling f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR KAREN GRECH - MIDWIFERY TEAM", "8340.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-midwifery team ta' l-Isptar Karen Grech ġie xolt jew imwaqqaf minn ħidmietu?", "Jekk jirriżulta li l-midwifery team twaqqaf milli jkompli jopera, jista' l-Ministru jgħid: 1) min ħa din id-deċiżjoni; 2) fuq liema bażi ttieħdet; 3) x'wassal għal din id- deċiżjoni; 4) jekk id-deċiżjoni ma ttieħditx mill-Ministeru, jista' l- Ministru jgħid jekk ta' l-inqas ġiex ikkonsultat?", "U jekk ġie kkonsultat, x'kien il-parir tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nispjega fil-qosor x`kien ir-rwol tat-team midwifery.", "Dan inbeda bħala proġett pilota fejn numru ta` nisa tqal jiġu segwiti b`regolarita' minn grupp ta` qwiebel wara li jiġu riferuti mill- ispeċjalisti.", "Mill-bidu tal-proġett, id-direttur ta` l-ostetrija u ġinekoloġija u żewġ konsulenti taw sapport lill-proġett filwaqt li tliet konsulenti ma aċċettawx din is-sistema.", "Għalhekk din is-sistema tiddependi fuq kemm il-konsulent ikun lest li jiddelega għaliex fl-aħħar mill-aħħar, fl-ambitu tas-servizz pubbliku tas-saħħa, ir-responsabbilta` hija tal- konsulent inkarigat.", "Il-qwiebel involuti kellhom l-obbligu li jippreżentaw evalwazzjoni regolari tas-sistema.", "Dan ma sarx.", "Bdew jirriżultaw lid-dipartiment ta` l- ostetrija każi fejn il-konsulent responsabbli ma kienx qed jiġi nfurmat jew konsultat fuq pazjenti li kienu qed jiġu ammessi taħt il-kura tiegħu, bir-riżultat li naqset ferm il-kordinazzjoni tas-servizz.", "Agħar minn hekk, kien qed jiġri li ftit pazjenti kellhom l-attenzjoni kontinwa ta` qabla waqt il-ħlas, waqt li l-oħrajn ma kellhomx dan is-servizz.", "Irriżultat ukoll differenza fil-kwalita` tas-servizz li kien qed ikollhom l-ommijiet waqt il-ħlas, high risk cases li qatt ma ġew eżaminati minn speċjalista jew li ma ġewx eżaminati minn speċjalista bil-frekwenza li kien jitlob il-każ u pazjenti li minn għalihom li l-ispeċjalista jaf bihom u ma kien veru xejn.", "F`din is-sitwazzjoni d-direttur ta` l-obstetrija deherlu li kien hemm problemi serji ta` natura klinika u għalhekk wasal għad-deċiżjoni li s- servizz jiġi sospiż b`effett mill-21 ta` Ġunju 1999.", "Wara li kkonsulta mad- diviżjoni tas-saħħa s-servizz ġie sospiż.", "Nagħmilha ċara li f`materja ta` natura klinika filwaqt li l-ministeru jiddiskuti biex jara x`inhuma l-problemi u s-soluzzjonijiet possibli, joqgħod ferm attent illi jissalvagwarda l-aspett kliniku li fl-ahhar mill- aħħar huma taħt ir-responsabbilta` diretta tal-konsulent li qed jipprovdi s- servizz.", "Ser jittieħdu passi biex is-servizz jiġi ristruttat biex jinħolqu mudell li fih speċjalisti-tobba-qwiebel jaħdmu tassew bħala team.", "PIXKERIJA - TONN", "8465.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq il-kwalita' tat-tonn li ddaħħal fil-pixkerija għall-bejgħ tal-konsumatur lokali?", "Meta saru u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm studji differenti għaddejjin fuq it-tonn u l-qbid tiegħu.", "Għaddej proġett mal-COPEMED/FAO ta' sentejn fuq iż-żona fejn jinqabad it- tonn, il-piż, is-sess u l-eta' tiegħu sabiex naslu biex il-komunita' Mediterranea tkun tista' timmaniġja aħjar is-sajd tat-tonn.", "Proġett ieħor mis-servizz veterinarju jinvolvi monitoring tar-residwi fil-laħam tat-tonn u meta jkun hemm ir-riżultati dawn jigu ppublikati.", "Numru ta' kampjuni ttieħdu minn tonn li ma kienx tajjeb għas-suq u ser isiru testijiet fuqhom.", "Ir-riżultati jkunu jistgħu jingħataw meta jkunu lesti.", "Dan it-tonn ma kienx kapaċi għas-suq meta saritlu l-ispezjoni.", "PIXKERIJA - TONN", "8466.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal tonn fil-pixkerija matul Mejju u Ġunju ta' din is-sena?", "Xi grad kellu u b'liema prezz inbiegħ?", "Min kienu l-uffiċjali responsabbli mill-grading tat-tonn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din is- sena l-figuri tat-tonn kienu:", "Average Price Mejju 108281 Kgs Lm172,622 159.4 Gunju 128311 Kgs Lm162,416 127", "Fil-pixkerija ma jsirx grading u l-prezzijiet ma kenux marbutin ma' grade iżda max-xahar li nqabad fiħ it-tonn u jekk huwiex għall- esportazzjoni jew le.", "Grading sar fuq il-vapur li ġabu l-kuntratturi iżda dan ma kellux riflessjoni fuq il-prezzijiet għaliex il-prezzijiet kienu fissi.", "MAC - CHILLERS", "8467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta kellhom jitkomplew ix-xogħlijiet fuq iċ-chillers fl-MAC u meta tlestew?", "Kemm kienet l-ispiża nvoluta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal- NAC.", "Fl-NAC hemm water chiller li nxtara fl-1998, mingħajr ma kienu saru l-arranġamenti għall-provvista ta' l-enerġija elettrika tiegħu.", "It-tenders għall-apparat biex ikun jista' jiġi mħaddem saru din is-sena, parti mill- apparat nieqes waslet u l-parti li baqa' tasal fi żmien ħmistax-il ġurnata u wara jkun jista jibda jintuża sabiex jirregola t-temperatura ta' l-ilma tal-broodstock sabiex flimkien mal-kontrol tad-dawl inkunu nistgħu nżommu lil dan il-broodstock ibid is-sena kollha.", "PIXKERIJA - TONN", "8468.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kienx permess li dan it-tonn maqbud b'sistemi llegali ta' xbieki jiddaħħal fil-pixkerija lokali?", "X'passi ttieħdu sabiex dan ikun assigurat u min kienu l-uffiċjali responsabbli għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tonn li ddaħħal fil-pixkerija huwa ta' l-istess oriġini tat-tonn li ddaħħal fil-pixkerija fl-istess perjodi fl-1997 u 1998.", "Li kien hemm iktar mis-snin ta' qabel kien li t-tonn kien spezjonat minn veterinarju qabel ma kien irkantat u numru ta' tonn li ma kienx kapaċi għas- suq inżamm.", "PATATA", "8469.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż fuq l-overtime għal grading tal-patata fl-istaġun ta' din is-sena 1999?", "Kemm kienet l-ispiża għas-sena 1998, 1997, 1996?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f' xi seduta oħra.", "BASAL - PREZZ", "8470.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għal basal lokali f'Mejju u Ġunju ta' din is-sena?", "Kemm kien fl-istess perjodu s-sena l-oħra u fl-1997?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - LEGAL ADVISERS", "8863.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-rapport li deher fil-gazzetta \"The Sunday Times\" ta' l-20 ta' Ġunju, 1999 fejn il-president tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġie kkwotat li qal: \"Legal advisers of the Foundation for Medical Services are of the opinion that the law had not been broken when the foundation has issued a call for tenders for the provision of food to government hospitals\", jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-legal advisers li taw dan it-tali parir kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- dokumentazzjoni kollha li ġiet skambjata bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-legal advisers rigward dan il-parir partikolari?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-legal advisers li taw il-parir huma Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates.", "Il- parir ingħata verbalment u mhux b'dokumentazzjoni.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - IKLIET FI SPTARIJIET MALTIN", "8864.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ntalabx mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biex jagħti parir dwar il- ħruġ ta' offerta mill-istess fondazzjoni għall-proviżjon ta' ikliet fl- isptarijiet Maltin b'konnessjoni ma' offerta li fil-preżent hija ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Avukat Ġenerali nfurmani li l-informazzjoni rikjesta hi koperta bis-sigriet professjonali u ssuġġerixxa li l-mistoqsija tiġi rivolta lill-Ministeru responsabbli għall-fondazzjoni.", "EDUKAZZJONI - PERSUNI LI APPLIKAW BIEX JGĦALLMU", "8991.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mit-8 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw: 1) permanent warrants; 2) temporary warrants lill-persuni li applikaw għalihom biex jgħallmu?", "Min huma dawk li ngħataw: 1) permanent teaching warrant; 2) temporary teaching warrant?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Settembru 1998 sal-lum ingħataw 339 warrant permanenti u 123 warrant temporanji.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA' - PERSUNI LI QED JISTENNEW GĦAJNUNA FINANZJARJA", "8992.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list quddiem is-servizz għajnuniet speċjali tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li qed jistennew għajnuna finanzjarja?", "X'tip ta' għajnuna qed jistennew?", "X'fondi hemm disponibbli?", "Kif titfassal il-waiting list u kif tiġi deċiża l-gradwatorja u min jingħata iżjed importanza minn ħaddieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: a) In-numru ta' applikanti li jinsabu fuq il- waiting list tas-servizzi għajnuniet speċjali, sat-23 ta' Lulju 1999 hu ta' 87.", "b) It-tip ta' għajnuna li talbu hi biex jixtru computers, hearing aids, siġġijiet speċjali, siġġijiet tar-roti, buggies speċjali, żraben speċjali, pjanu, cushions speċjali, walkers, lifters, imwejjed speċjali, faxes, ilbies speċjali, sodod speċjali u exercise machine.", "c) Il-fond allokat huwa ta' Lm50,000 fis-sena.", "Barra dan, għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt f'mistoqsijiet parlamentari numri 2262 u 7669.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGAT", "8993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi grad għandu fiċ-Ċivil il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa membru tas-Senior Appointments Advisory Committee?", "Fuq liema bażi u b'liema kriterji ngħata din il-ħatra?", "X'ħatriet għamel dan il-kumitat mindu twaqqaf bil-kompożizzjoni preżenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-funzjoni principali tas-Senior Appointments Advisory Committee hija li dan il-kumitat jagħti pariri lill-Prim Ministru dwar in-nomina ta' persuni li japplikaw għall-ħatra ta' kap ta' dipartiment tal-gvern, u l-funzjoni tiegħu m'hijiex li hu stess jagħti l-ħatriet.", "Il-kumitat kien gie mwaqqaf fuq il-parir tal-Public Service Reform Commission u din mhix l-ewwel darba li fuq dan il-kumitat inħatar membru minn barra s-Servizz Pubbliku.", "Għaldaqstant din id-darba wkoll il-persuna msemmija mhix uffiċjal pubbliku.", "Il-persuna maħtura minn barra l-gvern dejjem tkun waħda b'kapaċitajiet maniġerjali għolja u li għalhekk tkun tista' tagħti kontribut siewi fix- xogħol ta' dan il-kumitat.", "Il-kumitat bil-kompożizzjoni preżenti inħatar fit-2 ta' Novembru 1998, u minn dik id-data 'l hawn saru l-ħatriet ta' dawn il-kapijiet:", "5 diretturi ġenerali fis skala ta' salarju 3 31 direttur fi skala ta' salarju 4 5 diretturi fi skala ta' salarju 5.", "ENGAGEMENT OF STAFF FOR PRIVATE SECRETARIATS - DOKUMENT", "8994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għad-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tqiegħed mill- Prim Ministru stess fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' jfisser eżatt is- sentenza f'paġna 7 \"Seniority clearance must also be obtained in writing from the Security Service prior to all appointments being finalised\"?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-riferenza f'paġna 7 tad-dokument imsemmi hi għal security clearance u mhux għal seniority clearance.", "Il-gvern iħoss li qabel ma ssir ħatra fis-segretarjat ta' ministru għandu jiġi stabbilit li l-persuna m'għandha xejn fil-passat tagħha li jista' jkun ta' preġudizzju għas-sigurta' tal-pajjiz kif imfissra fl-att dwar is- sigrieti ufficjali.", "OPERATIONAL SUPPORT WORKERS", "9205.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-operational support workers li ġew mogħtija l-appointment f'April 1999 u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu bl-istess mod ta' qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Teżor ħa l-azzjoni neċessarja biex jaġġusta s-salarju tagħhom skond l-appointment li rċevew.", "DJAR - TROBBIJA TA' ANNIMALI", "9206.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed isir biex residenti f'appartamenti ma jrabbux ċertu tip ta' annimali bħal, per eżempju, klieb kbar jew għadd ta' annimali li joħolqu nkonvenjent serju u kultant ta' periklu wkoll għar-residenti l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.", "DJAR - XIRI TA' APPARTAMENTI", "9207.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti ma' dawk li għamlu l-konvenju madwar sena ilu biex jixtru l-appartament tal-gvern li jgħixu fih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta l-Awtorita' tad-Djar tiffirma konvenju ma' l- inkwilin biex jixtri r-residenza governattiva tiegħu hi titlob lill- Kummissarju ta' l-Art biex jagħtiha l-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibnija l-proprjeta' li fuqha sar il-konvenju.", "Kif l-Awtorita' tad-Djar tirċievi din l-informazzjoni, tibgħat id-dettalji lill-Uffiċċju ta' l- Attorney General biex jippubblika Legal Notice fil-Gazetta tal-Gvern għat- trasferiment lill-Awtorita' tad-Djar ta' din il-proprjeta'.", "CSAS", "9208.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati s-CSAs li għamlu l-interview madwar tliet xhur ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: CSAs li applikaw sabiex jaħdmu fil-home help service jidħlu fil-waiting list u jiġu ngaġġati skond il-bżonnijiet tad- dipartiment.", "VAT - TAXXA FUQ L-ISPORTS", "9261.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid liema hu l-isports l-ieħor, minbarra l-football, li fuqu issa se tibda tiġi mitluba li titħallas it-taxxa tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7975.", "EU - PROGRAMMI EDUKATTIVI", "9270.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk żgħażagħ li huma illitterati u bla snajja' jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux se jkunu jistgħu jipparteċipaw fil- programmi ta' l-Unjoni Ewropea jekk kemm-il darba Malta tissieħeb bħala membru sħiħ?", "X'inhuma l-possibbiltajiet li nibdew nipparteċipaw minn issa f'dawn il-programmi, u dan bħalma ġara anke fi żmien meta l-partit Laburista kien fil-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea ma jispeċifikawx il-kwalifiki u l-ħiliet li jrid ikollu bniedem biex jipparteċipa fihom.", "L-importanza tal-kwalifiki u l-ħiliet tiddependi mill- programm u l-proġett partikolari li Malta tkun trid tieħu sehem fih.", "Il- gvern irid li l-organizzazzjonijiet Maltin jipparteċipaw bħala sħab f' networks Ewropej bl-iskop li nikkumbattu l-illitteriżmu u ntejbu l-ħiliet tal-ħaddiem Malti.", "Il-gvern huwa inpenjat li jikseb il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dawn il-programmi u diġa' qed isiru sforzi diplomatiċi biex jintlaħaq dan il-għan."]} {"filename": "20000111_216d_par.doc", "date": "2000-01-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 216 It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 216", "It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "215", "It-Tlieta, 11 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 617", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 617", "TQEGĦID TA' KARTI 621", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI", "B'DIŻABILITÀ (KUMITAT)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (COMMITTEE STAGE) 622", "AĠĠORNAMENT 652", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 658", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 215 li saret fl-10 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - ASSISTANT HEADS", "9808.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk id- dipartiment ta' l-edukazzjoni għandux il-ħsieb li jdaħħal aktar assistant heads fl-iskejjel ta' l-Istat, wara li diġà daħħal madwar 23 assistant head?", "Kemm se jdum validu dan l-eżami u meta se jiskadi r-riżultat tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li peress li dan l-eżerċizzju ta' għażla hu validu għal sentejn, id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni tibqa' taħtar assistant heads skond il-bżonn matul is-sentejn tal-validità ta' dan l-eżerċizzju.", "Fil-fatt minn meta saret din il- mistoqsija parlamentari sal-lum in-numru ta' assistant heads maħtura tela' għal 37.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waħda mir-raġunijiet għaliex qed insibu problema biex insibu nies għal dak li jissejjaħ middle management - jiġifieri minn assistant head 'il fuq, bħal head, education officer u assistant director - hija marbuta mal-kwestjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk il-ministeru hux qed jaħseb f'xi fatturi ġodda biex fit-tifsil tal-collective agreement il-ġdid - ma nafx jekk dan bediex jiġi diskuss ma' l-MUT - insibu mod kif niġbdu nies tajbin biex jimlew dawn il- karigi?", "Ħafna drabi l-kwalità ta' l-iskola tiddependi kemm mill-kwalità ta' għalliema u mill-impenn tagħhom kif ukoll mill-kwalità ta' assistant heads u heads.", "Irridu niffaċċjaw ukoll il-problema kbira li għandna dwar l-assistant heads.", "Il-head huwa l-leader li jmexxi ma' l-oħrajn u jivvalorizza lill- assistant head b'mod tajjeb, imma sfortunatament għandna heads li għadhom ma tawx rwol ta' leadership tajba fis-senior management team ta' l-iskola.", "Allura jien nixtieq nistaqsi jekk hux qed naħsbu f'xi ħaġa biex jekk jista' jkun negħlbu dawn id-diffikultajiet u niġbdu nies tajbin biex jimlew dawn il-karigi?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fis-settur pubbliku għandna l-problema ta' middle management u top management u ma naħsibx li din tapplika biss għall- iskejjel.", "Naturalment fil-każ ta' l-iskejjel għandna l-problema tal- kwantità u tal-kwalità, iżda dawn it-tnejn huma marbutin mas-sistema li teżisti fil-pajjiż li hija ingranata fil-ftehim li għandha d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma' l-union ta' l-għalliema.", "Għalhekk trid tieħu in konsiderazzjoni wkoll l-għanqbuta, biex ngħid hekk, tad-diversi ftehim kollettiv li jeżistu fis-settur pubbliku.", "Ċertament li s-sitwazzjoni hija komplessa u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni m'hijiex libera illi tagħmel xi negozjati ta' xi collective agreement ġdid l-għaliex diġa' il-ftehim kollettiv li jorbot l-impjegati kollha pubbliċi tal-gvern, inkluż is-settur li qegħdin nitħaddtu dwaru, huwa regolat bi ftehim kollettiv ġenerali u jimponi ċerti kondizzjonijiet.", "Kollox hu marbut ħaġa m'oħra b'ħafna relattivitajiet u jekk iċċaqlaq naħa trid teżamina l-implikazzjoni tagħha fuq in-naħa l-oħra.", "Qegħdin isiru diskussjonijiet bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u l-union ta' l-għalliema biex wieħed jara d-diversi problemi li jeżistu.", "Waħda minn dawn id-diffikultajiet, per eżempju, hi li wieħed ma jistax japplika biex jintgħażel bħala kap jew assistent kap jekk ma jkunx ilu għalliem għal ċertu numru ta' snin.", "Qed jiġri li minħabba li l- kondizzjonijiet tal-kapijiet u ta' l-assistenti kapijiet m'humiex attraenti biżżejjed, numru żgħir ta' għalliema qed japplikaw biex jidħlu għal dawn ir- responsabbiltajiet.", "Imbagħad hemm il-problema l-oħra tal-kwalita'.", "Jiena m'iniex sodisfatt bil-mod kif jintgħażlu n-nies.", "Il-proċess illi tikkontrolla l-PSC huwa intenzjonat li jkun trasparenti, li ma jagħmilx inġustizzji u li ma jagħmilx diskriminazzjoni, pero' dan qed jirriżulta fi proċess illi minnu jgħaddi kulħadd, anke min m'huwiex daqshekk tajjeb.", "Il-metodu ta' l- għażla, il-kriterji u l-marki kif jingħataw f'dawn l-interviews qed iwasslu biex nies illi ġew dikjarati mill-ogħla uffiċjali tad-diviżjoni bħala nies li m'humiex adatti biex ikunu kapijiet jew assistenti kapijiet, jgħaddu mill-proċess ta' l-għażla u għax jaqbżu l-50 marka jidħlu f'lista li tibqa' valida għal sentejn u tiġi fi stat li jkollok tagħti n-nomina lil persuna li ma tkunx adatta bħala kap ta' skola.", "Ma jistax ikun li min qiegħed jagħmel l-għażla jagħti ċertifikat, li għadda minn interview, lil persuna who evidently does not make the grade, ma nafx għaliex kulħadd qed jidħol b'din il-phobia ta' ombudsman jew ta' tribunal ta' l-investigazzjoni ta' inġustizzji u nispiċċaw biex kulħadd ifarfar!", "Naħseb li din is-sitwazzjoni xi darba rridu nsibu soluzzjoni għaliha, jiġifieri hawn din il-komplessita' kollha.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tgħid li għandna nbiddlu ftit il- kriterji ta' numru ta' snin u ta' affarijiet oħra biex inħajru aktar għalliema japplikaw għal dawn il-karigi li qed nitħaddtu fuqhom u li huma kruċjali.", "Għax tkun xi tkun is-sistema, fl-aħħar mill-aħħar din tkun tiddependi mill-individwu.", "Jista' jkollok individwu li jissodisfa l-bord ta' l-għażla pero' x'ħin jiġi għat-test on the shop floor ta' l-iskola biex imexxi, ma jkunx qed jagħmel xogħlu tajjeb.", "L-esperjenza turi li għandna numru sabiħ ta' kapijiet ta' skejjel, ta' assistenti kapijiet u ta' għalliema illi l-kwalitajiet tagħhom huma tajbin ħafna u li grazzi għalihom jirnexxielna nakkwistaw riżultati tajbin.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li nikkondividi ħafna l-evalwazzjoni li għamel il-Ministru, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkun meħtieġ li l- assistant heads, il-heads u uffiċjali oħra jkollhom leadership skills u mhux sempliċement administrative approach biex imexxu l-karti u biex iċaqilqu skond il-proċeduri, hemm metodi oħrajn li jintużaw anke barra minn Malta biex inkunu nafu kif jaġixxu n-nies meta tagħtihom responsabbilta' biex imexxu.", "Il-futur ta' l-għażla ta' dawn in-nies mhux bilfors ikun jiddependi mill-marki stabiliti mill-PSC imma aktar importanti minn hekk għandu jkollhom il-kapaċita' ta' relazzjoni tajba mat-tfal, mal-kollegi u mal-ġenituri, u din mhux se toħroġ minn intervista ta' nofs siegħa jew tliet kwarti.", "Nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra li ddiskutew dawn l-affarijiet kemm fil-qafas ta' liġijiet li jissalvagwardaw li l-affarijiet isiru bis-serjeta', kif ukoll ma' unions li naturalment jiffaċċjaw pressjoni mill-membri tagħhom biex l-affarijiet isiru b'ċertu mod.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'hemmx dubju li rridu nimxu fid- direzzjoni li qiegħed jindika l-kollega tiegħi.", "Infakkar illi l-PSC qiegħda bil-mod il-mod tersaq lejn maturazzjoni ta' din is-sitwazzjoni għax, per eżempju, diġa' ħarġet regolamenti ġodda dwar id-dixxiplina u ddelegat biċċa sew mill-proċess ta' dixxiplina fuq l-impjegati pubbliċi lill-kapijiet ta' diversi dipartimenti.", "Issa rridu nittestjaw lill-kapijiet tad-dipartiment biex naraw kif se japplikaw dawn ir-regolamenti.", "Naf ukoll li l-PSC qiegħda tiddiskuti kif se ġġib żvilupp fil-proċess ta' għażla ta' impjegati, ta' promozzjonijiet u affarijiet illi huma relatati ma' dan is-suġġett.", "Il-problema l-oħra, almenu fil-qasam tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, hi illi l-kapijiet, l-assistenti kapijiet, l-uffiċjali għolja u oħrajn illi jridu jieħdu sehem fit-tmexxija, huma nies li tista' tgħid li ilhom jgħixu mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mill-bidu nett tal- ħajja tax-xogħol tagħhom, pero' b'danakollu d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għad m'għandhiex dipartiment ta' riżorsa umana li jżomm record tan-nies kollha li għandu, jiġifieri m'għandhiex bank ta' informazzjoni tajba, oġġettiva, aġġornata u professjonali.", "Ma naħsibx li t-test li qed isemmi l- Onor. Bartolo għandu jsir sempliċement għax ikun hemm interview għal xi skop imma hija xi ħaġa li għandha ssir fuq bażi regolari biex inti jkollok profil dejjem aġġornat ta' l-għalliem minn meta jibda u hekk kif ikun qiegħed jiżviluppa.", "Dan id-dipartiment ta' riżorsa umana huwa wieħed mill-affarijiet li nispera li jirnexxieli nagħmel bħala parti mir-ristrutturar tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għaliex huwa ftit frammentat bejn id-dipartiment ta' l- operations u d-dipartiment tal-planning and development għax biċċa jaqa' taħt id-dipartiment tal-finance and administration u biċċa taħt dipartiment ieħor.", "Jien nixtieq li jkun hemm dipartiment illi xogħlu jkun li jżomm taħt attenzjoni l-unika għodda li għandu, u ċioe' l-għalliema.", "Lil dawn irid jieħu ħsiebhom mhux biss biex isegwi l-performance tagħhom imma anke biex ikun jista' jaħdem fuq l-iżvilupp kontinwu tagħhom.", "Qed jiġri li ladarba l-għalliema joħorġu mill-universita' jew jispiċċaw il-korsijiet tagħhom, qed isibu diffikulta' biex iżommu ruħhom aġġornati bis-serjeta' ma' dak illi jkun qiegħed jiġri fil-kamp edukattiv kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra.", "Jiena naqbel ħafna li ma nistgħux nibqgħu nagħmlu assessment tan-nies bil-metodi u l-kriterji li qed tuża l-PSC bħalissa u li hawn metodi oħrajn li jagħtuna stampa aktar ċara tal-kwalitajiet tajbin li jkollhom - min hu tajjeb għal ħaġa u min hu tajjeb għal oħra - pero' dawn iridu jinbidlu minn ġod-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "SKEJJEL - GUIDANCE TEACHERS", "9935.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers fl-iskejjel tal-gvern, fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel tal-privati?", "F'kull skola suppost ikun hemm guidance teachers?", "In-numru tagħhom huwa relatat man-numru ta' studenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li fl-iskejjel sekondarji tal-gvern hemm 78-il guidance teacher u f'tas-snajja' hemm 12-il guidance teacher.", "In-numru ta' guidance teachers fl-iskejjel post sekondarji huwa ta' 14.", "Fl- iskejjel tal-knisja hemm 28-il guidance teacher filwaqt li f'dawk indipendenti privati hemm 8.", "In-numru ta' guidance teachers f'dawn l-iskejjel huwa regolat mill-ftehim milħuq bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-MUT.", "Skond dan il-ftehim, in-numru ta' guidance teachers fl-iskejjel hu ta' wieħed għal kull 300 student.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-guidance teachers isimhom magħhom u suppost li jservu biex jgħinu lit-tfal u lill-adoloxxenti biex jagħmlu l- għażliet tagħhom kemm ġos-sistema edukattiva nnifisha kif ukoll b'għajnejhom aktar 'il bogħod għall-ħajja tax-xogħol u għall-karriera li jkunu se jaqbdu, mis-somma li l-ministeru għandu vvotata għal taħriġ din is- sena jaħseb il-Ministru li huwa importanti ħafna li l-guidance teachers jingħataw taħriġ biex ikunu jafu x'qed jiġri fis-sistema edukattiva?", "Qed ngħid dan fis-sens li l-istudenti tas-sekondarja jkunu jafu x'qed jiġri fil-post sekondarju u x'qed jiġri fl-universita' - mhux l-ewwel darba li qed ikollna studenti li jaqbdu ċerta linja għax ma jkunux informati tajjeb x'qed jiġri f'livelli ogħla minn tagħhom, b'konsegwenza li jagħmlu għażliet żbaljati u allura jsibu l-bibien magħluqin; nittama li m'iniex qed inkun inġust hawnhekk imma din hi l-impressjoni personali tiegħi u I stand to be corrected - u ħafna drabi l-parir li jagħtu l-guidance teachers ma jkunx ibbażat fuq informazzjoni fattwali u aġġornata la ta' x'hemm fis- sistema edukattiva u lanqas ta' x'hemm jew x'jista' jkun hemm fid-dinja tax- xogħol u allura jagħtu pariri aktar fuq il-gosti u fuq l-esperjenza personali tagħhom, li ħafna drabi jkunu marbuta aktar mal-passat milli mal- futur.", "Hemm bżonn ukoll li l-guidance teachers ikunu esposti iżjed b'mod dirett għas-soċjeta' u għad-dinja tax-xogħol.", "Fl-esperjenza tiegħi ministerjali, waħda mill-affarijiet li kienet ixxukkjatni kienet li kien hemm uffiċjali għolja ta' l-edukazzjoni li sentejn ilu marru ma' l-ST Microelectronics.", "Din hija tal-waħx għax jekk mhux se jkollna guidance teachers li jkunu qed isegwu - ma rridx insemmi biss uffiċjali għolja - anke forsi permezz ta' aktar interaction ma' korpi kostitwiti, mal-federazzjoni ta' l-industrija, mal-kamra tal-kummerċ, anke ma' assoċjazzjonijiet ta' l-istudenti bħall-Aisec u l-Young Enterprise, li huma validi ħafna, mhux se niftħu aktar l-esperjenza tal-guidance teachers għal lil hinn mill-għatba ta' l-iskejjel.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena forsi nitlob l-indulġenza li aktar milli l-pożizzjoni uffiċjali nesprimi l-ħsebijiet anke ta' natura personali, għaliex l-esperjenza tiegħi ġġegħelni nistaqsi jekk dan ix- xogħol iridx isir minn guidance teachers.", "Hemm gwida ta' ċertu tip u ta' ċertu żvilupp illi huwa integru ma' l-iżvilupp edukattiv tat-tfal u ż- żgħażagħ tagħna.", "Huwa tajjeb li dan jagħtuh l-għalliema li jkunu mħarrġa u li jkollhom ċertu orjentament ta' ħsieb, pero' fid-dinja li tirrikjedi gwida liż-żgħażagħ tagħna minn kmieni dwar għażliet ta' karrieri u ta' korsijiet ta' studju, li bla dubju fi żmien għaxar snin oħra se jsiru aktar sofistikati u kumplessi, naħseb li jrid ikollna nies trained differentement minn kif inhuma t-teachers.", "Għax min hu l-guidance teacher?", "X'inhuma l- kwalifiki tiegħu?", "Il-guidance teachers huma għalliema normali li japplikaw meta at some point in time d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni toħroġ sejħa, imbagħad ikun hemm bord intern li fis-sapjenza kbira tiegħu jagħżel lil dawn in-nies biex iservu bħala guidance teachers u għax dawn ikunu jridu jibqgħu jiggwidaw lit-tfal, jibqgħu in parti jagħmlu xi lezzjonijiet u in parti jagħtu gwida.", "Issa jekk aħna rridu li din il-massa kbira ta' eluf ta' żgħażagħ nagħtuhom il-gwida li qed jitkellem fuqha l-Onor.", "Bartolo, nistgħu b'saqajna fl-art nagħtuha b'nies illi llum insejħulhom guidance teachers?", "Jew irridu naraw li f'dan is-settur ikollna sistema li m'hijiex tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni imma li hija magħmula bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, l-ETC, il-ministeru tal-politika soċjali, in-nies ta' l-MDC u s-setturi li ġejjin mid-dinja reali tax-xogħol, li bejniethom joħolqu pool ta' nies kwalifikati li jistgħu jwasslu dan il-messaġġ u jagħtu pariri anke jekk dawn il-grupp ta' nies ikun ġej minn skejjel, mill-universita', minn kulleġġi, minn istituti tekniċi jew minn postijiet oħrajn?", "Għax waħda mill- affarijiet li lili tibqa' tinkwetani f'pajjiżna in ġenerali hi li minkejja l-avvanzi kollha possibbli bit-teknoloġiji u bl-iskola, għadna wisq nimxu b'mod fejn l-id il-leminija ma tkunx taf x'qed tagħmel ix-xellugija u hawn wisq frammentazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12207.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12205.", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-ministru tal-finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12203; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dikasteru li għalih responsabbli l- ministru ta' l-intern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12208.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' karozzi mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12204.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar minn uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12089 li ngħatat fis-seduta Nru. 215.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-10 ta' Jannar, 2000)", "Klawsola 13 - Għoti ta' oġġetti u servizzi lil persuni b'diżabilità kwalifikata.", "Clause 13 - Provision of goods and services to qualified persons with a disability.", "(Posposta mill-10 ta' Jannar, 2000)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, għal klawsola 13 qed nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Fl-artikolu 13, subinċiż (g), wara l-kelma \"divertiment\", daħħal il- kelma \"sports\".", "\"F\" In article 13, subsection (g), after the word \"entertainment\", insert the word \"sports\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 13, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola19 -Eżenzjonijiet Għal Filantropija.", "Clause 19 - Exemption for Charities.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Infakkar li dan il-kapitlu li qed neżaminaw bħalissa jinkludi numru ta' klawsoli li jikkonsistu f'eżenzjonijiet, fis- sens li jippermettu ċertu ammont ta' diskriminazzjoni pożittiva.", "Klawsola 19 qegħda hemmhekk biex tippermetti għaqda filantropika li tkun tista' tiddiskrimina fis-sens tajjeb tal-kelma, favur xi persuni b'diżabilità billi tagħtihom servizzi jew benefiċċji partikolari għalihom li ma tagħtix lil ħaddieħor.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fl-abbozz ta' liġi li kien ippropona l-Prof Edwin Grech fl-1998 kien hemm subinċiż (b) li kien igħid hekk:", "\"It shall not render unlawful any act done to give effect to such a provision.\".", "Peress li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna dan is-subinċiż m'għadux jidher, nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'kien l-iskop li tħalla barra.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-interpretazzjoni mogħtija lilna rigward klawsola 19 kif inhi miktuba hija an umbrella clause jiġifieri tagħmel statement kategoriku illi għaqda filantropika tista' tiddiskrimina b'mod pożittiv favur setturi ta' persuni b'diżabilità billi tagħti servizzi għal dak is- settur u mhux għal setturi oħrajn.", "Allura mbagħad ma jkunx neċessarju li tgħid li \"it shall not render unlawful any act done to give effect to such a provision\", għax il-klawsola waħedha diġà qed tgħid li jkun possibbli li dan isir.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni li jkun aħjar kieku nibdew ngħidu \"azzjoni pożittiva\" minflok \"diskriminazzjoni pożittiva\".", "Din tinstema' aħjar u tiddiskrivi aħjar l-intenzjoni kollha ta' ċerti azzjonijiet pożittivi li qegħdin nagħmlu favur dan il-grupp fis- soċjetà tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 - Eżami li jiddetermina x'inhu raġonevoli.", "Clause 20 - Test of Reasonableness.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa se naqbdu taqsima oħra ta' din il-liġi magħmula minn klawsola waħda.", "Kif diġà għedt fis-seduta tal-bieraħ, din il- klawsola nista' niddeskriviha bħala waħda mill-aktar klawsoli importanti għax tittratta t-test ta' dak li jiddetermina x'inhu raġonevoli.", "Ma rridux ninsew li l-prinċipju li fuqu hija mibnija din il-liġi huwa mfassal fuq il- kunċett ta' dak li hu raġonevoli.", "Kif kont spjegajt fit-Tieni Qari, din il- liġi ġiet imfassla fuq liġijiet barranin, l-aktar fuq dik Awstraljana, għax kienu l-Awstraljani li għall ewwel darba ħarġu b'dan il-ħsieb ta' dak li hu raġonevoli pero' mbagħad insibu li dak il-kunċett ġie rifless ukoll f'liġijiet oħrajn.", "Aħna fil-liġi tagħna qed indaħħlu dan il-konċett bħala l-kejl ewlieni biex jiddetermina eżattament meta ssir diskriminazzjoni u meta ma ssirx.", "Għalhekk dan il-kejl huwa bbażat fuq dak li qed ngħidu li għandu jkun raġonevoli.", "Hawnhekk tidħol il-funzjoni tal-qrati tagħna u tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità meta jiġu biex jimplimentaw din il-liġi.", "Din hija l- aktar parti diffiċli pero' wkoll l-aktar parti importanti, u ċioe' x'inhu raġonevoli fis-sitwazzjonijiet kollha biex ċerti azzjonijiet ma jiġux permessi, biex ċerti azzjonijiet diskriminatorji jiġu mwaqqfa u x'wieħed jista' jaċċetta fis-sitwazzjoni, fil-mentalità, fil-kultura u fl-ambjent ekonomiku ta' pajjiżna li jkun raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari.", "Il- klawsola li qegħdin neżaminaw bħalissa tkopri dan kollu u tagħti indikazzjoni ċara ta' kif dan it-test ta' raġonevolezza għandu jiġi mplimentat.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor Coleiro", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Attwalment din il-parti hija awtentika ma' l- abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat fl-1998 imma xtaqt nesprimi ruħi fis-sens ta' ċerti ħsebijiet li jinkwetawni.", "Meta l-affarijiet nagħmluhom fuq il- karta jkunu jidhru sbieħ imma meta niġu biex nimplimentawhom jibdew joħorġu ċerti teething problems.", "Dan bħal meta tidħol ġo dar u mingħalik tkun ħsibt għal kollox imbagħad tibda tinduna li fit-tali post kien ikun aħjar kieku għamilt, per eżempju, mera jew xi ħaġa oħra x'imkien ieħor.", "M'hemmx dubju li din il-liġi se tagħti poter kbir lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, kif għandu jkun, għax wara kollox dik hija l-istruttura li nirrikonoxxu bħala l-ewwel entità uffiċjali li għandha tara li dan li qed tgħid din il-liġi jkun effettiv u qed jitħaddem kif suppost.", "Pero' ovvjament hemm diversi aspetti ta' test of reasonableness.", "Per eżempju, jekk nitkellmu fuq bini pubbliku li jrid isirlu aċċess u min hu nkarigat minn dan il-bini jgħid li m'huwiex f'qagħda li jagħmel dan, imbagħad hemmhekk tidħol il-kummissjoni nazzjonali b'diżabbilita' biex l- ewwelnett tara t-test of reasonableness ta' din l-entità jew individwu x'ikun u biex tara wkoll kemm hu veru jekk dan jistax jagħmel aċċess jew le.", "Nifhem ukoll li mhux kulħadd jista' jidħol f'dettalji u informazzjoni biex jasal għall-konklużjoni li dak li qed igħid l-individwu jew l-entità tkunx veru jew le għax se jkun hemm affarijiet speċjalizzati.", "Per eżempju, a lay person li jkun irid jidħol f'accounts ta' kumpannija jew ta' individwu mhux se jkun f'qagħda li jagħmel ġudizzju korrett u allura se jkun hemm bżonn li jiġu mqabbda nies speċjalizzati.", "Naf li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità se jkollha aktar funding biex tkun tista' twettaq id-doveri u l-poteri ġodda li qed tagħtiha din il-liġi.", "Pero' b'dawk il-fondi li hemm maħsuba, bl-istruttura eżistenti li għandha u bil- poter li qed tagħtiha dik il-liġi kemm se tkun f'qagħda li jkollha magħha nies speċjalizzati?", "Naħseb li huwa ftit diffiċli li dawn ikunu full-time biex ma nsemmix ukoll li din it-tip ta' speċjalizzazzjoni tista' tinfirex.", "Għalhekk nixtieq li l-ministru jgħidilna x'inhu ppjanat għal quddiem.", "Aħna nittamaw li wara li din il-liġi tgħaddi minn dan il-parlament, nibdew ningranaw mill-ewwel.", "Ovvjament m'inix qed ngħid li minn għada kollox se jieqaf f'postu għax irridu nkunu b'saqajna ma' l-art imma nifhem ukoll li diġà saru l-pjani biex dak kollu li hemm f'din il-liġi jidħol fis- seħħ mill-ewwel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan huwa punt importanti u validu ħafna.", "Irrid ngħid li issa ilna x-xhur niddiskutu mal-kummissjoni dwar it-tip ta' struttura amministrattiva illi l-kummissjoni għandu jkollha ħalli tkun f'qagħda li tkun tista' timplimenta l-obbligi u r-responsabbiltajiet kollha li għandha sal-lum u li se jkollha immedjatament malli tgħaddi din il-liġi.", "Fil-fatt wara diskussjonijiet twal iddeċidejna illi l-proċess ta' sistema amministrattiva jrid jiġi stabilit fil-bidu nett ta' din il-liġi pero' mbagħad jikber skond il-bżonnijiet li jirriżultaw as we go along.", "Jekk wieħed qagħad attent fil-gazzetti f'dan l-aħħar xahar qiegħed jidher avviż għas-sejħa tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, għal persuni esperti f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam legali kif ukoll ma' qasam - jekk m'iniex sejjer żball - tal-periti.", "Matul ix-xhur li għaddew il- kummissjoni għamlet użu minn servizzi professjonali, legali kif ukoll ta' periti u għamlitu f'ċerti ċirkostanzi fuq bażi ta' għajnuna part-time, ftehim ma' individwu part-time, f'ċirkostanzi oħrajn billi tikkummissjona servizzi partikolari għal każijiet partikolari.", "Ftit xhur ilu kellna laqgħat mal-ministeru ta' l-intern u partikolarment mas-Segretarju Parlamentari Pullicino biex l-awtorità ta' l-ippjanar taċċerta ruħha illi postijiet ġodda li jkunu miftuħin għall-pubbliku jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Meta tkellimna ma' l-Onor.", "Pullicino wasalna għall-konklużjoni li kien neċessarju ħafna li l- kummissjoni jkollha expertise ta' periti li jkunu kważi full-time mal- kummissjoni għaliex konna nafu li b'effett mill-1 ta' Jannar li għadda ġiet implimentata proċedura ġdida ma' l-awtorità ta' l-ippjanar fejn issa qabel ma joħroġ il-permess għal bini ġdid li se jkun miftuħ għall-pubbliku, l- applikazzjoni u l-pjanti tal-post iridu jiġu assessjati mill-kummissjoni biex imbagħad tiċċertifika jekk post ikunx aċċessibbli jew le.", "Dan isir wara li l-periti tagħha jkunu tawha l-opinjoni tagħhom.", "Ta' min igħid li l- proċess huwa miexi u safejn naf jien il-call for applications li kien hemm fuq il-gazzetti għalqet jew se tagħlaq.", "Għalhekk id-deċiżjonijiet ta' l- impjieg tal-persuni partikolari se jsiru fil-ġranet li ġejjin.", "Madankollu rrid ngħid illi d-deċiżjoni tagħna kienet li n-nies ma jiġux impjegati bl- addoċċ għax huwa importanti li jkollok nukleu ta' esperti imbagħad il- kummissjoni jkollha l-faċilità li tixtri s-servizz.", "L-eżempju li tat l-Onor.", "Coleiro huwa li jista' jkun li jkollok bżonn ta' accountant jew awditur biex ikun jista' janalizza jekk ikunx veru li intrapriża, kumpannija jew individwu partikolari ma jkunx jista' jaffordja li jidħol għal ċerti piżijiet finanzjarji.", "F'dak il-każ il-kummissjoni se jkollha l-libertà li hi tkun tista' tikkummissjona dak it-tip ta' rapport.", "Irridu nimxu b'saqajna ma' l-art jiġifieri ma rridux nibnu kastelli u istituzzjonijiet enormi u rridu nkunu ċerti li bl-istruttura li għandna llum inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda li qegħdin naraw li l-kummissjoni se jkollha.", "Jekk imbagħad naraw li l-kummissjoni jkollha bżonn xi adattamenti din ikollha l-għajnuna kollha biex hi tkun tista' ddaħħal magħha jew tixtri servizz li jkollha bżonn ħalli tkun tista' taqdi l- funzjoni importanti.", "Jien naqbel mija fil-mija ma' dak li qalet l-Onor.", "Coleiro, fis-sens illi l-kummissjoni hija l-pern li madwarha ddur din il-liġi.", "Dan ifisser li jekk il-kummissjoni tkun effiċjenti u effikaċi fix-xogħol tagħha, allura l- iskop ta' din il-liġi se jintlaħaq.", "Min-naħa l-oħra jekk il-kummissjoni ma tkunx tista' tlaħħaq ma' dan kollu l-iskop ta' din il-liġi ma jkunx qed jintlaħaq u nkunu qed nagħżqu fl-ilma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, naħseb li l-informazzjoni li toħroġ waqt dawn it-tip ta' diskussjonijiet hija meħtieġa ħafna għall-poplu tagħna.", "Jien nemmen ħafna li hawnhekk ma niddibattux biss biex intejbu l- affarijiet imma biex jikbru l-awareness u l-edukazzjoni fost il-poplu tagħna u min ikun milqut direttament ikun mgħejjun għax ikollu aktar tagħrif.", "Jien xtaqt nistaqsi xi affarijiet oħra fuq l-operat ta' kif se jsiru l-affarijiet għax kif qal tajjeb il-ministru, liġi bħal din inutli tkun fuq il-karta jekk ma jkollniex kummissjoni b'saħħitha biżżejjed li tkun tista' verament iġġorr il-piżijiet li wara kollox dan il-Parlament qiegħed iwaddab fuq spallejha.", "L-ewwelnett nixtieq inkun naf jekk il- kummissjoni hijiex taħseb biex magħha jkun hemm nies ta' expertise li jkunu full-time.", "Per eżempju, din se tixtri servizz partikolari ta' accountant jew se jkollha accountant full-time magħha?", "Pass ieħor 'il quddiem kien li l-awtorità ta' l-ippjanar se jkollha sezzjoni li se tispeċjalizza proprju fuq aċċess u fuq bini li jkun user friendly għal sħabna l-persuni b'diżabilità.", "Jien inħoss li għandu jkun hemm xi xorta ta' kordinament mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità li jekk jista' jkun dan ikun ongoing kważi day-to-day.", "Barra minn hekk naħseb li ma jkunx biżżejjed li nitkellmu fuq il-fatt li nistgħu nikru servizzi ta' professjonisti, fuq impjegati full-time jew fuq is- sezzjoni tal-planning authority li se tieħu ħsieb l-aċċess għal bini pubbliku għall-persuni b'diżabilità.", "Qed ngħid dan għax jien nemmen li hemm bżonn li l-professjonisti tagħna jitħarrġu fuq dan il-qasam minn meta jkunu għadhom l-università jew jekk ikun hemm bżonn jieħdu refresher courses.", "Jiena ma nħossx li għax xi ħadd ikun iggradwa għal perit jew għal avukat ifisser li dan ikun konxju biżżejjed ta' x'għandha bżonn persuna b'diżabilità.", "Dan il-qasam għandu bżonn attenzjoni u taħriġ partikolari.", "Barra minn hekk ħadt gost nisma' wkoll lill-Ministru jgħid li l- kummissjoni se tkun il-pern - aħna hekk nemmnu wkoll - biex timplimenta din il-liġi u se tkun qed tara xi bżonnijiet ġodda jistgħu jinqalgħu biex il-gvern jagħtiha l-għajnuna kollha li hemm bżonn.", "Din hija xi ħaġa tajba imma hawnhekk nixtieq nistaqsi jekk din l-għajnuna tikkonsistix ukoll f'fondi.", "Qed nistaqsi dan għax ħafna drabi l-għajnuna li jkun hemm bżonn tingħata tkun trid il-back-up tal-fondi neċessarji.", "Illum il-fondi għall- kummissjoni kibru imma jekk se jinqalgħu aktar bżonnijiet - jien nemmen li se jinqalgħu għax kif se tibda taħdem din il-liġi tibda tinduna li ma tkunx ħsibt biżżejjed għal ċerti affarijiet - il-gvern se jkun lest li jgħaddi l- fondi li se jkollha bżonn biex il-kummissjoni tkun tista' tħaddem l- istructures tagħha biex nassiguraw li din il-liġi ma tibqax biss xi ħaġa fuq il-karta imma tkun effettiva u tolqot lil min suppost tolqot pożittivament?", "THE CHAIRMAN: Il-Minsitru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qabel inwieġeb lill-Onor.", "Coleiro, nixtieq nissuġġerixxi li l-ewwel ngħaddu għall-klawsola 21 għax naħseb li jkun aktar rilevanti li dawn il-punti jitqajmu taħt dik il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordanata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 - Ħatra u Għamla tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità", "Clause 21- Appointment and Composition of the National Commission Persons with Disability.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qabel ma niġi biex inwieġeb il-punti ta' l-Onor.", "Coleiro rrid ngħid li klawsola 21 se tintroduċi taqsima ġdida ta' din il- liġi, li se tittratta l-qafas legali li qed jingħata permezz ta' din il- liġi lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità.", "Hawn ta' min infehmu mill-ewwel illi l-kummissjoni kienet twieldet fl- 1987 b'dikjarazzjoni li kien għamel dak iż-żmien il-ministru tal-politika soċjali fil-parlament.", "Kienet twaqqfet b'esperiment u kienet komposta b'tali mod u manjiera li ħalltet fiha nnifisha nies ġejjin mis-settur volontarju u uffiċjali għolja tal-gvern minn diversi dipartimenti importanti li x-xogħol tagħhom jolqot lill-persuni b'diżabbilita`.", "Tul is- snin irrealizzajna li dan kien esperiment tajjeb.", "Kellna taħlita ta' nies ġejjin parti mill-gvern u parti mis-settur volontarju, jekk jista' jkun magħżula b'tali mod li in parte jkunu esperti fil-qasam tad-diżabilita` u in parte huma stess ikollhom diżabilita`.", "Flimkien tul is-snin dawn in-nies operaw tajjeb iżda sa' llum ma teżisti l-ebda liġi f'pajjiżna li tagħti xi qafas legali lil din il-kummissjoni.", "Minħabba f'hekk dehrilna li anke hawn nagħmlu bħall-pajjiżi li fuqhom immudellajna din il-liġi u li ħadu ħsieb li jwaqqfu kummissjoni li allura jkollha responsabbilta` biex tara li dik il- liġi tkun qegħda tiġi implimentata.", "Aħna għandna l-vantaġġ li se nibbenefikaw mill-esperjenza pożittiva li kellna tul is-snin li għaddew u allura se naħtfu l-opportunita` ta' din il-liġi biex lil din il-kummissjoni nagħtuha qafas legali li tkun tista' topera fih.", "Dwar artiklu 21, li jittratta dwar il-ħatra u l-mod kif inhi magħmula l-kummissjoni, għandi żewġ emendi li xtaqt inressaq u nispjega.", "Mr. Chairman, qabel ma ressaqt dan l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament jiena bgħattu, fost oħrajn, lill-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u lid- dipartiment tan-nisa.", "Lil dawn xtaqthom jagħmlu speċi ta' gender impact assessment tal-liġi u jagħtuni l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom ħalli anke din il-liġi, għalkemm qiegħda tittratta l-qasam tal-persuni b'diżabilita`, jekk ikun possibbli tiġi eżaminata.", "Il-mira tagħna hi li kull liġi li ngħaddu fil-pajjiż tiġi analizzata mill-aspett ta' gender f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiż, u naraw x'impatt se jkollha fuq in- nisa u fuq l-irġiel f'pajjiżna, biex jekk jista' jkun aħna nagħmlu analisi kontinwa mhux biss iffukata fuq is-settur partikolari li fuqu nkunu qegħdin nilleġislaw imma ngħidu: Isma', imma din il-liġi, fil-kunċetti, fl- implimentazzjoni u fid-drafting tagħha qiegħda tagħmel diskriminazzjoni bejn nisa u rġiel, jew hi stess qiegħda tixpruna l-kunċett ta' l-ugwaljanza u qed tagħti l-opportunita` lil kull persuna f'pajjiżna li tiżviluppa lilha nnifisha?\"", "Jien għamilt hekk u wieħed mis-suġġerimenti li kelli kien li l- kompożizzjoni u l-mod kif inhu miktub l-artiklu tal-liġi jinkludi wkoll il- possibbilta` li aħna nippruvaw nibbilanċjaw il-kompożizzjoni bejn nisa u rġiel.", "Għalhekk qed nagħmel din l-emenda:", "\"G\" Fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 21, wara l-kliem \"persuni b'diżabilita' mentali\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"u sa fejn ikun possibbli, għandu jkun hemm rappreżentanza bilanċjata ta' nisa u rġiel\".", "\"G\" In subarticle (2) of article 21, insert the words \"and if possible, there shall be a balanced representation of women and men\", after the words \"with a mental disability\".", "Hawnhekk qed ngħidu \"if possible\", għaliex kultant issib sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli jew ma tkunx tista' ssib il-persuna adatta.", "Jista' jiġri wkoll li f'ċerti każi ma jkunx hemm persuna tas-sess femminili li tkun tista' tokkupa dik kariga partikolari pero' naqblu li għandu jkollna kemm jista' jkun rappreżentanza bilanċjata bejn nisa u rġiel.", "Għandi emenda oħra xi nressaq, għaliex bi żball is-subparagrafu (3) baqa' juża l-kelma \"assistent personali\".", "Din oriġinarjament kienet il-frażi li kienet se tintuża fit-test tal-liġi kif preżentata mill-kummissjoni, mentri kif konna spjegajna fil-bidu ta' dan il-kumitat fis-seduta tal-bieraħ kienet ittieħdet id-deċiżjoni li minflok il-kliem \"assistent personali\" nużaw il-kliem \"membru tal-familja\".", "Mr. Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Fis-subartikolu (3) ta' l-artikolu 21 tat-test Malti, minflok il- kelma \"Għandu\" għandha tidħol il-kelma \"għandu\" u minflok il-kliem \"assistent personali\" għandhom jidħlu l-kliem \"membru tal-familja\".", "\"H\" In subarticle (3) of article 21 in the Maltese text, substitute the word \"Għandu\" with the word \"għandu\" and substitute the words \"assistent personali\" with the words \"membru tal-familja\".", "Mr. Chairman, nixtieq inwieġeb ukoll il-punti li semmiet l-Onor.", "Coleiro u nibda billi l-ewwelnett ngħid li l-implimentazzjoni sa' mill-1 ta' Jannar tas-sistema l-ġdida tal-permessi, biex postijiet li jkunu miftuħin għall- pubbliku jkunu aċċessibbli irrikjediet arranġamenti amministrattivi ċari bejn l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`.", "Fil-fatt id-deċiżjoni ma kenitx illi jitwaqqaf xi unit speċjalizzat fl-awtorita` ta' l-ippjanar imma li jkun hemm il-proċedura amministrattivament stabbilita bil-miktub li tobbliga lill-awtorita` ta' l- ippjanar tirriferi l-pjanti ta' l-applikazzjoni partikolari lill- kummissjoni nnifisha.", "B'hekk il-kummissjoni tkun il-unit speċjalizzat li mbagħad tawtorizza, tittimbra u tikkonferma li l-post ikun aċċessibbli jew inkella li l-post ma jkunx aċċessibbli.", "Anke hawn, il-prattiċita` trid tkun il-kriterju ewlieni li tmexxina 'l quddiem u fil-ġranet li għaddew diġa' kellna l-ewwel esperjenzi ta' prattiċita`.", "Per eżempju, kellna każ partikolari ta' garaxx li hemm bżonn li ssir rampa fih.", "Meta l-esperti tal-kummissjoni marru biex jaraw din ir-rampa sabu li biex issir kif għandha ssir, jiġifieri bil-gradient rakkmandat b'livelli internazzjonali, kien se jirriżulta li din ir-rampa prattikament tieħu nofs l-ispazju tal-garaxx kollu tant li l-garaxx jispiċċa ma jista' jintuża għal xejn.", "Kien se jsir l-iżball li ħafna drabi jsir f'dan il- pajjiż, ċioe` li bilfors irid ikun hemm ir-rampa, bil-konsegwenza li kienet se ssir rampa li kienet se tkun ta' periklu għan-nies u li assolutament mhijiex tajba.", "Għalhekk il-kummissjoni daħlet fin-nofs u qalet li ladarba ma tistax issir, din m'għandhiex issir.", "Għalhekk hemm arranġamenti bil- miktub u direttivi amministrattivi li ħarġu mil-livell tas-segretarju parlamentari, b'arranġamenti amministrattivi u bil-miktub bejn l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, fejn hemm il-proċedura stabbilita ta' x'għandu jiġri preċiż f'dawn is- sitwazzjonijiet.", "S'issa qiegħda titħaddem din is-sistema u naħseb li iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma ngħaddu minn esperjenzi differenti iktar insiru nafu jekk is-sistema hijiex qiegħda tilħaq l-għan tagħha, hijiex qiegħda taħdem kif nixtiquha jew inkella jkunx hemm bżonn ta' rfinar jew ta' tibdil.", "Li huwa żgur hu li malli l-kummissjoni timpjega magħha l-periti li trid timpjega se tkun tista' twettaq il-funzjoni tagħha tajjeb.", "Fuq dan qegħdin nagħmlu użu ta' fondi li ġew ivvotati wkoll għal dak il-unit li ssemma fis- snin li għaddew.", "Jidhirli li l-ewwel darba li twaqqaf dan il-unit kien proprju fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti taħt il-Prof Edwin Grech meta kien twaqqaf l-accessibility unit.", "Dan kien ingħata fondi li sena wara l-oħra ma ntużawx għal xi affarijiet partikolari.", "Peress li l-iskop ta' dawk il-fondi kien li naċċertaw l-aċċessibilita`, aħna ddeċidejna li nużawhom biex inkunu nistgħu nimpjegaw jew nikkummissjunaw periti proprju biex jaqdu din il-funzjoni.", "S'issa, għalkemm għadu kmieni wisq, jidher li l- affarijiet mexjin.", "Il-punt li semmiet l-Onor.", "Coleiro dwar it-taħriġ għall-professjonisti huwa punt kruċjali.", "Il-kummissjoni ħadmet fuq dan fis-snin li għaddew u nittama li taħdem anke ħafna iżjed.", "Huwa importanti li l-periti, l- avukati, l-accountants, it-teachers u dawk kollha li joħorġu mill- universita' jkunu ħarġu bid-diplomi u bid-degrees illi mhux biss jiċċertifikaw l-istandard akkademiku li jkunu waslu għalih imma jiċċertifikaw ukoll elementi li jġegħelhom jirrealizzaw li l-poplu Malti, bħall-popli l-oħrajn kollha fid-dinja, hu magħmul minn taħlita ta' nies, u li fosthom għandek perċentwali qawwija - ta' l-inqas 10% tal-popolazzjoni - bi bżonnijiet speċjali, uħud minnhom b'diżabilitajiet serji ħafna u wħud minnhom mhux tant serji.", "Dan jinkludi wkoll persuni bi bżonnijiet speċjali bħal anzjani u nies li jkunu żviluppaw ċertu tip ta' diffikultajiet.", "Ta' min jgħid li mhux dawn in-nies biss jibbenefikaw mill-inizjattivi li jittieħdu f'pajjiżna biex nirrendu lis-soċjeta` tagħna iktar aċċessibbli.", "Jibbenefikaw ukoll setturi oħrajn li normalment ma nassoċjawhomx ma' persuni b'diżabilita`.", "Jien dejjem ninsisti li l-installazzjoni ta' lift f'post pubbliku, f'uffiċċju, fi blokk ta' flats jew x'imkien ieħor m'hijiex biss għal min qiegħed f'wheelchair imma anke għal mara tqila, għal mara li għandha tarbija f'pushchair, għall-ħaddiem li qiegħed iġorr xi ħaġa tqila u għal dik il-persuna li tkun għadha kemm marret tixtri u ġiet lura b'żewġ basktijiet mimlija.", "L-aċċessibilita` jibbenefikaw minnha dawn in-nies kollha u għalhekk ninsisti li l-verita` sagrosanta hija li dan qed nagħmluh għas-soċjeta` kollha kemm hi.", "Mr Chairman, ma' dan li għedt jiena rrid inżid argument li dejjem għamilt u li nibqa' nagħmlu.", "F'pajjiżna għandna ħafna teżori kulturali u biex tagħmilhom aċċessibli tiltaqa' ma problemi kbar.", "Il-palazz fejn qed jiltaqa' dan il-parlament, per eżempju, sal-lum għad m'għandux lift u l- Bambin biss jaf kemm ilna nitħabtu biex ikollna dan il-lift!", "Għandna waħda mill-iktar swali sbieħ f'dan il-pajjiż, is-sala ta' l-arazzi, li hija ġojjell sabiħ li kollha kemm aħna niftaħru bih iżda jiena ngħid ġojjell li ma jkunx jista' jitgawda mill-poplu kollu m'hu ġojjell xejn.", "Inutli li niftaħar bit-teżori tiegħi jekk dawn ikunu mirdumin taħt seba' piedi art u m'humiex qed jitgawdew.", "Aħna għandna ħafna teżori artistiċi li m'humiex qegħdin jitgawdew jew ma jistgħux jitgawdew minn setturi sostanzjali tan- nies tagħna u għandna d-dmir li nagħmlu sforz biex din is-sitwazzjoni nirranġawha.", "Allura anke hawn irridu kemm jista' jkun nagħmlu ħilitna biex dawn il-postijiet isiru aċċessibbli.", "Nerġa lura għal li kont qed ngħid, dwar kemm huwa importanti li l-professjonisti jkunu mħarrġa biex meta jien niltaqa' ma' perit, il-perit juri li jkun fehemni meta jgħidli: Isma', veru li l-arkitettura, il-faċċata u d-disinn iridu jkun sbieħ u moderni, pero` sabiħ kemm hu sabiħ jekk dan ma jistax jitgawda minn xi ħadd ma jiswa' xejn!", "Irridu nkunu kapaċi u intelliġenti biżżejjed li jkollna professjonisti ta' dan it-tip - jien ngħid li għandna - li jkunu kapaċi jżewwġu s-sbuħija ta' l-oġġett mal-kapaċita` li dak l-oġġett igawdih kulħadd.", "Jekk post ma jkunx jista' jitgawda anke minn persuna waħda allura, fl-opinjoni tiegħi, dak il-post ma jkunx qiegħed jilħaq l-għanijiet għal xiex ikun sar.", "L-aħħar punt li għamlet l-Onor.", "Coleiro kien għar-rigward ta' l-għajnuna u l-appoġġ finanzjarju li jista' jkollha bżonn il-kummissjoni biex taqdi l- funzjonijiet tagħha mal-firxa taż-żmien u mat-tkabbir ta' l-esperjenza.", "Bla dubju ta' xejn jien nirrispondi li l-kummissjoni trid tingħata bilfors dak li għandha bżonn biex hi tkun tista' timplimenta din il-liġi iżda mhux dan biss.", "Għalkemm din il-liġi tirrappreżenta parti importanti ħafna tal- mixja tagħna biex insiru soċjeta` inklussiva u hija felli importanti minn firxa ta' attivitajiet, hemm affarijiet oħrajn li għadna rridu naqdfu sew fuqhom.", "Affarijiet bħal dawn ma nittrattawhomx taħt din il-liġi għaliex ma jaqgħux direttament taħtha pero` huma wkoll challenging u demanding u għandna bżonn ninvestu fihom.", "Bħalissa qed jiġini f'rasi l-bżonn ta' servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilita`, partikolarment dawk li għandhom diżabilitajiet intellettwali serji.", "Il-bieraħ f'mument minnhom semmejna l-autism.", "Għax m'għandniex servizzi aħjar f'pajjiżna, għandna żgħażagħ li għadhom sal-lum akkomodati fl-Isptar Monte Carmeli.", "Issa jien ma rridx nonqos milli nirrikonoxxi x-xogħol tajjeb li qegħdin jagħmlu n- nies li jaħdmu fil-young people's unit ta' dan l-isptar u d-dedikazzjoni tagħhom, pero' fl-aħħar mill-aħħar irridu naċċettaw li l-Isptar Monte Carmeli assulutament m'huwiex l-isptar fejn inti tpoġġi lil xi ħadd li għandu diżabilita` mentali.", "Naf bid-diffikultajiet u l-isfidi l-kbar pero` għandna naħdmu biex nippruvaw insibu s-soluzzjonijiet.", "Qegħdin nipprovaw insibuhom dawn?", "Meta niġu għall-fondi li għandha bżonn il-kummissjoni biex hi tkun tista' tħaddem din il-liġi, ir-risposta trid tkun li iva, rridu nimpenjaw irwieħna biex lill-kummissjoni npoġġuha f'pożizzjoni li tkun tista' taqdi dejjem iżjed u aħjar ix-xogħol, ir-responsabbilta` u l-obbligi li hi għandha taħt din il-liġi u anke obbligi oħrajn, pero' mill-banda l-oħra ma rridux nittraskuraw affarijiet oħrajn li huma daqstant importanti.", "Il-liġi hija kruċjali u hija ċavetta li tiftħilna bieb ġdid għal oriżżonti ġodda.", "Minbarra din hemm ukoll affarijiet oħrajn li forsi ma jaqgħux direttament taħt din il-liġi pero` għandhom importanza kbira wkoll, u jien nagħmel dan il-punt biex lill-kummissjoni nagħmilha iżjed konxja - għalkemm m'għandix għalfejn ngħidu dan - li għandha firxa ta' responsabbiltajiet kbar u nappellalha biex tkompli tagħti l-importanza li dejjem tat għalihom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Apparti li hemm xi punti oħra li xtaqt niġbed l-attenzjoni għalihom fuq artiklu 21, xtaqt nagħmel l-aħħar żewġ punti fuq dak li kien qed jgħid il-Ministru.", "Ħadt gost li l-Ministru għamel enfasi kbira ta' kemm jemmen fit-taħriġ tal-professjonisti tagħna u wkoll fil-bżonn li dawn joħorġu mhux biss gradwati u tajbin akkademikament imma wkoll gradwati f'dawk li huma bżonnijiet tas-soċjeta`, pero' ma naħsibx li ċerti aspetti tal-bżonn ta' awareness tal-professjonisti jista' jsir mill-universita`.", "Jiena nħoss li se jkun hemm bżonn kbir li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, li qed inwaddbu l-onus ta' din il-liġi kollu fuqha, tħares ukoll lejn l- iskejjel u lejn it-tfal tagħna miċ-ċokon.", "Illum hemm ċertu mainstreaming ta' tfal b'diżabilita` fl-iskejjel tagħna u bdiet dieħla ċerta kuxjenza, ċerta awareness u ċerta sensittivita` fi tfal oħra, pero' jiena xorta waħda nemmen li se jkun hemm bżonn ta' programmi partikolari li jkunu indirizzati lejn it-tfal.", "L-istess bħal m'għandna programmi fuq prevenzjoni ta' droga se jkun hemm bżonn ta' programmi partikolari li jkunu mmirati lejn it-tfal tagħna miċ-ċokon, ħalli dawn jikbru fl-ambjent li jifhmu li s-soċjeta` m'hijiex magħmula minn grupp wieħed biss ta' nies imma minn gruppi differenti ta' nies bi bżonnijiet partikolari.", "Ladarba jsir dan, imbagħad sakemm wieħed isir adult u matur tkun xi ħaġa naturali li huwa jaħseb f'ħaddieħor.", "Din it-tip ta' edukazzjoni ma tkunx biss qed tagħtina riżultati vis-a-vis l-persuni b'diżabilita` imma tkun qed tagħtina riżultati right across the board, fejn forsi xi darba f'dan il-pajjiż nitgħallmu ngħixu lkoll flimkien bħala familja waħda kbira Maltija u Għawdxija.", "Jien inħoss li forsi issa ħriġt ftit iktar 'il bogħod minn din il-liġi imma ħtaft din l-opportunita' għax ma nafx jiġux mumenti oħra 'l quddiem li nistgħu nitkellmu iktar fuq dawn l-affarijiet.", "Imma nkompli fuq il-punt ta' l-Isptar Monte Carmeli u fuq kemm hemm bżonn li naħsbu f'residential homes.", "Sur President riċentement żort żewġ residential homes ta' persuni b'diżabilita` mentali severa ġo Catania - m'inix qed nitkellem dwar xi post li qiegħed in-naħa ta' fuq ta' l-Italja fejn forsi hemm avvanzi kbar - u bqajt skantata.", "Meta tagħmel paragun bejn dak li għandhom huma u dak li għandna aħna llum - u hawnhekk ma rridx ninstema' negattiva - tinduna li għalkemm bdejna, l-affarijiet hawnhekk qed isiru bil-mod wisq.", "Għadna kważi ma bdejniex ħdejhom dawn.", "Jekk tmur hemmhekk tħossok dħalt ġo dar normali.", "Jien dħalt ġo żewġt idjar fejn jgħixu 30 jew 40 ruħ imma ħassejtni qegħda ġo dar u mhux ġo istituzzjoni.", "Barra minn hekk, l-indipendenza li b'xi mod irnexxielhom idaħħlu f'dawn in-nies minkejja d-diżabilita` mentali severa tagħhom hija xi ħaġa li taffaxxinak.", "Kif qed jirnexxielu ħaddieħor għandu jirnexxielna aħna.", "Hemm bżonn li nagħmlu pjan, jekk hemm bżonn fuq bażi ta' snin.", "Irridu nkunu saqajna ma' l-art u jekk nafu li għandna, per eżempju, minn issa sa sentejn jew tlieta oħra biex nibdew minħabba fondi jew minħabba li għandna bżonn li n-nies jiġu mħarrġa, għandna nippjanaw li minn issa sa tliet snin oħra jkollna nies imħarrġa u li jistabu l-fondi għaliex dawn huma bżonnijiet soċjali kbar f'pajjiżna.", "Dan il-punt qed insemmih ukoll sabiex inkompli ngħaqqad ma' dak li kien qed jgħid il- Ministru u wkoll biex nesprimi ruħi u nwassal il-vuċi u t-tħassib serju ta' ħafna u ħafna ġenituri li għandhom tfal li jbatu minn dawn id- diffikultajiet.", "Issa ħalli nerġa' mmur fuq artiklu 21.", "Din il-liġi hija awtentika ma' l- abbozz ta' liġi ta' l-1998 imma hemm xi affarijiet li huma nieqsa u nixtieq li l-Ministru jispjegalna x'kienu r-raġunijiet wara l-fatt li ma ġewx inklużi.", "Per eżempju, fl-abbozz ta' liġi ta' l-1998 tal-Prof Edwin Grech, f'dan l-artiklu, li kien artiklu 23, kien hemm:", "\"The Prime Minister shall, upon the advice of the minister, appoint a commission.\".", "Nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex issa dan mhux se jsir bil-parir tal-ministru.", "Din m'hijiex inkluża fl-artiklu 21.", "Imbagħad hemm punt ieħor fejn hemm:", "\"One member to represent each of the ministries\"", "Hemm il-lista elenkata tal-ministeri, imma l-local councils din id-darba ma ġewx inklużi.", "Fl-abbozz ta' liġi ta' l-1998 dawn kienu nklużi wkoll.", "Kien hemm ukoll differenza fin-numru ta' membri fuq il-kummissjoni.", "Fl- abbozz ta' liġi ta' l-1998 tal-Prof Grech kien hemm imsemmija disa' membri, imma fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum hemm seba' membri biss.", "Differenza oħra hija li fl-abbozz ta' liġi ta' l-1998 nitkellmu fuq the chairperson and the president of the commission u issa qed nitkellmu fuq chairman and a deputy chairman.", "Ma nafx jekk din il-bidla fin-nomenklatura hijiex se tagħmel xi differenza.", "Imbagħad hemm klawsola li tħalliet kompletament barra: \"The executive director of the commission\".", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l- executive director m'huwiex imsemmi bħala parti mill-kummissjoni.", "Mr. Chairman, barra minn dawn għandi punt ieħor li ma nafx jekk għandix inressqu issa jew għall-klawsola li jmiss.", "Fl-abbozz ta' liġi ta' l-1998 kien hemm ukoll elenkati l-funzjonijiet tal-president, il-funzjonijiet taċ- chairperson - f'dan il-każ issa d-deputy chairman - u l-funzjonijiet ukoll ta' l-executive director.", "Dawn huma funzjonijiet importantissimi tat-top guys tal-kummissjoni.", "Ma nafx ir-raġuni għaliex issa, f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, dawn ġew maqtugħin kompletament barra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan l-aħħar punt probabbilment irridu narawh meta niġu għall-klawsola li tittratta l-funzjonijiet.", "Fuq klawsola 21 l-ewwel punt kien li qabel il-liġi kienet li l-prim ministru kien jappunta kummissjoni fuq parir tal-ministru għall-politika soċjali, mentri fl-abbozz ta' liġi li aħna għandna issa qegħdin ngħidu li l- prim ministru għandu jaħtar kummissjoni, li tissejjaħ kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` li tkun magħmula minn mhux inqas minn erbatax-il membru.", "Imbagħad hemm il-kompożizzjoni.", "Dan mhux xi punt importanti u dehrilna li lill-ministru nħalluh barra għall-prestiġju iktar milli għal xi ħaġa oħra.", "Din il-kummissjoni hija maħtura mill-prim ministru u mhux allaċċjata esklussivament mal-politika soċjali.", "Wieħed mill-punti li jiddibattu ħafna barra minn Malta huwa jekk għandux ikollok ministru jew inkella dipartiment għal persuni b'diżabilita`.", "Dak kien punt li kien dibattut ukoll f'Malta fl-1987 u fl-1988 u baqa' jiġi dibattut anke sal- lum.", "Jien dejjem kont kontra dan il-ħsieb għaliex fl-opinjoni tiegħi jissegrega u mhux jintegra l-argument.", "Id-dikasteri kollha jinteressaw lill- persuni b'diżabilita`, sew jekk inhi s-saħħa u sew jekk edukazzjoni, intern jew turiżmu.", "Dan ifisser li f'kull qasam għandu jkun hemm il-kuxjenza.", "Fil- liġi preċedenti kienet li l-prim ministru jaħtar il-kummissjoni upon the advice of the minister, li prattikament huwa l-ministru għall-politika soċjali.", "Aħna dehrilna li bl-abbozz li għamilna nkunu qegħdin inwasslu iktar il-messaġġ tal-punt li nixtiequ nagħmlu.", "Għalkemm għandna settur li jrid jiġi ttrattat minn ministeru jew dikasteru partikolari u l-liġi tgħid illi meta hemm riferenza għall-ministru dan huwa l-ministru għall-politika soċjali, pero` l-ħatra tal-kummissjoni hija magħmula mill-prim ministru.", "Il- punt li nixtiequ nagħmlu hu li din hija kummissjoni li trid tkopri l-firxa kollha ta' l-esperjenzi kollha tal-ħajja u mhux ta' settur wieħed.", "Il- bidla f'dan l-abbozz saret f'dan is-sens iżda jekk teżisti xi diffikulta` m'hemmx problema.", "It-tieni ħaġa li l-Onor.", "Coleiro qajmet kienet il-kwestjoni tal- kompożizzjoni, fejn aħna ħallejna barra lill-kunsilli lokali.", "Waħda mill- problemi l-kbar li ddibattejna internament kienet id-daqs ta' din il- kummissjoni.", "Fil-fatt jien għadni ftit xettiku imma ddeċidejt li nħalli l- affarijiet kif inhuma, ħlief għal din il-kwestjoni tar-rappreżentanti tal- kunsill lokali.", "Din il-kummissjoni, għallinqas kif kienet maħsuba fit-test tal-liġi li qed nagħmlu riferenza għalih bħala ta' Edwin Grech, kienet se tkun kummissjoni ta' mill-inqas 18 jew 20 ruħ.", "Fil-kummissjoni li għandna llum qegħdin 14 jew 15-il ruħ.", "Jien m'inix wieħed minn dawk li nemmen f'kummissjonijiet li jkunu qishom mass meetings.", "Mill-esperjenza naf li fil- prattika kummissjoni b'20 ruħ ma taħdimx - u jien ħdimt fil-kummissjoni għal perijodu twil ta' snin meta l-kompożizzjoni suppost li kienet qrib l- 20 ruħ - għax jibdew jinqalgħulek problemi u diffikultajiet - bħal, per eżempju, li mhux kulħadd ikun jista' jiġi u allura jkun diffiċli biex torganizza laqgħat b'ħinijiet li jkunu konvenjenti għal kulħadd - u jkollok ukoll problema fuq quorum, għax imbagħad il-quorum jinħadem skond in-numru teoretiku.", "Għalkemm fil-bidu l-kummissjoni kienet twieldet bħala kummissjoni komposta minn dan il-forum wiesa' ta' nies, wara xi sentejn li kienet twaqqfet din il-kummissjoni kienet ittieħdet deċiżjoni li jitwaqqaf eżekuttiv u l-kummissjoni kellha l-eżekuttiv tagħha.", "L-eżekuttiv kien numru ristrett ta' nies u operat bis-saħħa ta' l-eżekuttiv.", "Jiena niftakar - naħseb kien l-1989 - meta mbagħad konna tlabna liż-żewġ partiti, il-gvern u l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, biex jinnominaw rappreżentant li kien ikun ukoll preżenti, jekk irid, għal-laqgħat ta' l-eżekuttiv u li kien jirċievi l-kopji tal-minuti kollha.", "Dak iż-żmien iż-żewġ membri kienu s-Sur Lino Spiteri u l-Onor.", "Mario Galea.", "Mr Chairman, id-diffikulta li għandi hi li l-kummissjoni b'dan in-numru hija kbira wisq u meta ġejna biex naraw il-kompożizzjoni kif għandha tkun, għedna li hemm bżonn li nillimawha xi ftit.", "Dan ma jfissirx illi l-kunsilli lokali m'għandhomx rwol importanti.", "Dawn għandhom rwol importanti ħafna u bla dubju ta' xejn irridu nsibu mod u manjiera kif dan l-interface bejn il- kummissjoni u l-kunsilli lokali jinħadem.", "Sal-lum dejjem inħadem, jiġifieri b'xi mod jew ieħor intagħżlu persuni li filwaqt li jirrappreżentaw lit-tali settur konna nafu li dawk il-persuni għandhom ukoll il-background tal- kunsill lokali imma sinċerament naħseb li n-numru għandu jkun limitat.", "Irrid ngħid li anke s'issa, kif inhi, ukoll naraha bħala kummissjoni kbira, pero` ddeċidejt li nħalliha hekk.", "L-esperjenza, għallinqas s'issa, mexxietna b'dan il-mod.", "Dwar il-funzjonijiet taċ-chief executive, tal-president u taċ-chairperson ma fhimtx eżattament il-punt.", "Issa forsi se niġu għal xi artiklu speċifiku u l-Onor.", "Coleiro tkun tista' tagħmel riferenza għal dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Attwalment hemm il-bidla fin-nomenklatura minn president għal deputy chairman u jien qed nassumi li minkejja l-bidla fin-nomenklatura probabbli hemm l-istess funzjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena staqsejt x'kienet ir-raġuni għal din il-bidla.", "Dan l-executive director m'hu qed jissemma xejn fil-kompożizzjoni tal-kummissjoni imma fl-abbozz ta' liġi ta' l-1998 kellna elenkati l- funzjonijiet kemm taċ-chairman, tal-president kif ukoll tad-direttur eżekuttiv u, kif għedt qabel fl-intervent tiegħi, huwa importanti li l- kummissjoni nnifisha llum ingħatat il-poteri legali, imma l-funzjonijiet tat-top management tal-kummissjoni wkoll għandhom ikunu elenkati u jkollhom ċerta saħħa legali.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn xi l-1992 l-kummissjoni operat b'żewġ karigi, president u chairperson.", "Il-verita` hi li din kienet sitwazzjoni transitorja.", "Il-mira dejjem kienet li l-persuna li tkun fl-ogħla pożizzjoni tal-kummissjoni kellha tkun persuna b'diżabilita` li jkollha wkoll il- kapaċita` u t-talenti li taqdi l-funzjoni tagħha u li jkollha l-viżjoni li tmexxi l-kummissjoni 'l quddiem.", "Jien sinċerament naħseb li llum wasal iż- żmien li dawk il-kunċetti ta' president u ta' chairperson inneħħuhom u ngħidu sempliċement li hemmhekk hemm chairman u għandu viċi-chairman, bħal kull kummissjoni u aġenzija oħra.", "Dak kien arranġament temporanju li sar għal ċerti raġunijiet validi u naħseb li issa wasal iż-żmien li jispiċċa.", "Illum hemm chairperson li huwa aċċettat u rispettat minn kulħadd, huwa kapaċissimu fix-xogħol tiegħu u naħseb illi dan huwa l-iskop għaliex tneħħiet l-idea ta' president.", "Il-ħsieb wara l-fatt li d-direttur eżekuttiv jagħmel parti mill- kompożizzjoni kien li ċ-chief executive ikun accountable lejn il- kummissjoni.", "Aħna dehrilna li m'għandniex inpoġġu liċ-chief executive - direttur eżekuttiv f'dan il-każ - bħala voting member fuq il-kummissjoni għax ikun hemm konflitt ta' interess.", "Allura d-direttur eżekuttiv, li huwa uffiċjal importantissimu fil-kummissjoni, għandu r-rwol tiegħu u r- responsabbilta` tiegħu rikonoxxuti bil-liġi stess u bl-artikli stess, pero` m'aħniex qed nagħmluh membru minn din il-kummissjoni, għalkemm huwa obbligat li jirrapporta regolarment lill-kummissjoni.", "Dwar il-functions of the president qegħdin ngħidu pjuttost l-ovvju u qed nippruvaw naraw x'kienet ir-raġuni li ddeċidejna li nneħħuhom.", "Bi struttura ta' kummissjoni bil-funzjoni ta' president u ta' chairperson kien neċessarju li you spell out id-differenza bejn il-funzjoni ta' president u ta' chairperson, għaliex it-tnejn huma żewġ karigi għolja li jippresjedu.", "Allura kieku għażilna li jkollna l-funzjoni ta' president u ta' chairperson kien ikun neċessarju li wieħed jgħid x'inhi l-funzjoni ta' president u x'inhi l-funzjoni taċ-chairperson.", "Ladarba ttieħdet id-deċiżjoni li issa m'għandniex għalfejn ikollna president imma li jkollna chairperson bir- responsabbilta` ta' chairperson, il-bżonn ta' artikli li jgħidu x'għandu jagħmel il-president u x'għandu jagħmel iċ-chairperson spiċċaw u allura dawk l-artikli m'hemmx għalfejn jitniżżlu hemmhekk, għax issa ċ-chairperson awtomatikament jieħu ħsieb iċ-chairing u l-funzjonijiet tiegħu huma prattikament dak li normalment wieħed jistenna minn chairperson.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għandi żewġ punti oħra.", "L-ewwel punt huwa fuq il-parir tal-Ministru.", "Ħadt gost li m'hijiex problema għall-Viċi Prim Ministru u allura se nipprova nipperswadih.", "Kif qal hu, il-bżonnijiet tal- persuni b'diżabbilita` jaqgħu taħt diversi ministeri, jiġifieri m'hemmx bżonn li jkollok ministru għall-persuni b'diżabilita` biex tħares lejh bħala l-focal point.", "Jien nara li hemm bżonnu għax xi ħadd irid ikun focal point u jagħmel in-networking mal-kumplament, bl-għajnuna issa tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`.", "La bħalissa hemm ministru li għandu din it-taqsima fid-dikasteru tiegħu tagħmel ħafna sens li l- appointment tal-membri fuq kummissjoni nazzjonali bħal din ma tkunx xi ħaġa li ġejja mill-prim ministru biss imma li jkun hemm il-parir tal-ministru.", "Għandu wkoll ikun rikonoxxut li l-ministru qed jagħti dak il-parir lill- prim ministru fuq il-ħatra ta' persuni b'diżabilita`.", "Il-punt l-ieħor huwa fir-rigward tal-local councils.", "Personalment jiena wkoll naħseb li f'kumitati top heavy jsir daqsxejn impossibbli biex tħaffef ix-xogħol.", "M'inix qed ngħid li ma jaħdmux imma li jsiru twal wisq biex tagħmel ċertu xogħol. pero' fl-opinjoni tiegħi li nnaqqsu persuna waħda biex il-kummissjoni ma tibqax top heavy ma tantx tirrelata.", "Barra minn hekk tnaqqsu l-local councils li għandhom funzjoni importantissima fuq livell ta' grassroots u li għandhom responsabbilitajiet li llum qed ikomplu jikbru, b'mod partikolari fuq dak li huwa l-aċċess ta' ċerta infrastruttura pubblika fil-lokalitajiet differenti.", "Jekk inpoġġuhom rappreżentati direttament fuq il-kummissjoni lil dawn inkunu qegħdin ninvolvuhom fl- inception ta' l-ideat li jkun hemm u allura permezz ta' dak ir- rappreżentant jien nara li jista' jkun hemm kordinament aħjar ta' kif imbagħad jiġu ddeċentralizzati l-ideat, it-tkabbir ta' l-awareness u kif jitmexxa x-xogħol.", "Jien nixtieq li l-Ministru jikkonsidra dan il-punt.", "Għalkemm naqbel miegħu li forsi kummissjonijiet li jkun fihom ħafna nies isiru tqal biex isir ċertu xogħol, min-naħa l-oħra ma tantx qed nara li se nkunu qegħdin nindirizzaw dan il-punt billi nnaqqsu wieħed, li proprjament huwa r-rappreżentant tal-local counils, u allura wieħed mill-iktar importanti fuq din il-kummissjoni.", "Kif spjegajt, il-local councils għandhom responsabbiltajiet kbar fuq livell ta' komunita`.", "Għandhom responsabbiltajiet li qed ikomplu jikbru u għandhom responsabbilta` ta' l- infrastruttura li għandha tkun aċċessibbli għall-komunita` kollha kemm hi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' ngħid li m'għandix diffikulta li ndaħħal emenda biex nerġgħu nagħmluha kif kienet oriġinarjament, jiġifieri upon the advice of the minister.", "Dwar tal-kunsilli lokali nerġa' ngħid li minn 18- il ruħ issa naqqasnih għal 14, għax hemm sebgħa u sebgħa, filwaqt li qabel kellek disgħa u disgħa.", "Hemm il-problema li għal kull wieħed li tinnomina min-naħa tal-gvern imbagħad trid tibbilanċjah b'xi ħadd min-naħa tas-settur volontarju, jiġifieri l-wieħed jgħodd tnejn.", "Mit-18 oriġinali issa nżilna għal 14 u tqum id-diffikulta lil min se tqabbad.", "Bl-istess argument hemm dipartimenti oħrajn importanti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: It-tnejn li aħna għadna kif għamilna eloġju fuq il-bżonn li l-professjonisti tagħna jkunu mħarrġin fuq dan il-qasam ħalli jkunu iktar sensittivi għall-bżonnijiet.", "Il-local councils, fl- opinjoni tiegħi, iridu jkunu mħarrġa bl-istess mod għax inkella jkun diffiċli ħafna biex jifhmu l-bżonnijiet tal-komunita` partikolari.", "Issa huwa tajjeb il-fatt li qed tinvolvihom fl-initial discussion ta' kwalunkwe idea jew xogħol li l-kummissjoni tkun qed tagħmel.", "Jien nifhem ukoll li jekk se żżid wieħed propjament ifisser li se tkun qed iżżid tnejn u lanqas se nkun jien li nipponta lejn xi ħadd u ngħid li dan mhux bżonn li jkun fuq il-kummissjoni, imma nixtieq li l-Ministru jikkonsidra l-punt tiegħi.", "Il- Ministru jaf dwar kemm huwa importanti li l-local councils ikunu aware, u naħseb li rridu nkunu aħna li nagħtuhom is-sinjal li jkunu parti minn din il-kummissjoni ħalli jkunu parti mill-għaġna tal-bidunett fuq kwalunkwe biċċa xogħol li l-kummissjoni tkun qed tagħmel.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naċċetta li hemm rwol importanti għall-kunsilli lokali biex tinħoloq iktar kuxjenza, sabiex huma stess jimplimentaw ċerti policies fuq livelli tal-lokalitajiet, pero` dak huwa neċessarju dejjem, rappreżentant u m'intix.", "Hemm diversi setturi oħrajn li nista' nsemmi, apparti l-kunsilli lokali, li huma kruċjali għaliex iridu jimplimentaw il- politika kollha li għandha x'taqsam mal-persuni b'diżabbilita` li m'humiex rappreżentati fuq il-kummissjoni.", "Dak il-kriterju waħdu mhux biżżejjed.", "Fil-prattika l-għażla tan-nies sal-lum saret b'tali mod u manjiera li inti x'aktarx ikollok xi ħadd li jkun hu nnifsu kunsillier u allura fil-prattika jien naħseb li din id-diffikulta' ma tqumx.", "L-artiklu fih innifsu huwa flessibbli u jagħti l-flessibbilta`.", "Infatti jitkellem fuq minimum u jgħid hekk:", "\"Jinħatru minn fost dawk il-persuni li l-Prim Ministru jkun jidhirlu li l-iktar jirrappreżentaw lill-ministri.\".", "Jien kont nippreferi li nħalliha kif inhi, jiġifieri bl-understanding li s- settur tal-kunsilli lokali huwa wieħed mis-setturi l-iktar importanti u li sal-lum b'mod jew ieħor il-kunsilli lokali kienu qed jiġu rrappreżentati u jipparteċipaw anke fil-konsiderazzjonijiet tal-kummissjoni.", "Biex norbot ukoll is-suġġeriment li l-artiklu nagħmluh bħal ma kien qabel lest nressaq emenda - qed niktibha bħalissa - biex flok il-kliem \"Il-Prim Ministru għandu jaħtar kummissjoni\" jidħlu l-kliem \"Il-Prim Ministru għandu, fuq parir tal-Ministru, jaħtar Kummissjoni li tissejjaħ il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Fost dawk is-seba' membri li se jkunu proposti min- naħa tal-gvern hemm membru msemmi mill-affarijiet tal-familja, mill-ħarsien soċjali u dak tax-xogħol.", "Peress li hemm ċertu ammont ta' overlapping bejn dawn it-tliet dikasteri, anke minħabba l-problema li jekk se jżid wieħed awtomatikament ikun se jżid tnejn, jistax forsi il-Ministru jelimina wieħed minn dawk it-tlieta u jagħmel ieħor li jirrapreżenta lill-kunsilli lokali?", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment biex jiġi evitat it-tkabbir ta' l-ispettru tar-rappreżentanza.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-prattika naħseb li dik tkun triq prammatika u ċertament li tista' ssir b'dak il-mod.", "Però rridu noqogħdu attenti għaliex għalkemm illum id-dipartiment għall-ħarsien soċjali, id-dipartment tax- xogħol u d-dipartiment għall-affarijiet tal-familja kollha qegħdin f'keffa waħda, jista' jkun li din is-sitwazzjoni tinbidel 'il quddiem.", "U fl- opinjoni tiegħi huwa kruċjali li fil-formolazzjoni ta' policies ikunu preżenti l-uffiċjali għoljin tad-dipartiment tal-familja, tad-dipartiment għall-ħarsien soċjali u tal-qasam tax-xogħol.", "Allura jien kont inħalliha kif inhi.", "Peress li llum il-ministeru huwa kompost b'ċertu mod għandi l- vantaġġ li nista' nagħżel dik it-triq u nipprova nindika lil xi ħadd li ħiereġ minn xi wieħed minn dawn l-oqsma, pero' li għandu l-konnessjoni mal- kunsill lokali.", "Però jista' jkun li d-dikasteru 'l quddiem ma jkunx kompost b'dan il-mod u ma jkunx jinkludi lil dawk kollha, bħalma kien il- każ fl-amministrazzjoni preċedenti.", "U fl-opinjoni tiegħi hija kruċjali l- preżenza ta' dawn id-dipartimenti hemmhekk.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 21:", "\"I\" Fl-artikolu 21, subartiklu (1) wara l-kliem \"Il-Prim Ministru għandu\" għandhom jidħlu l-kliem \"fuq parir tal-Ministru\".", "\"I\" In article 21, subarticle (1) after the words \"The Prime Minister, shall\", insert the words \"upon the advice of the Minister\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\" għal klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"H\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"I\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 21, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 21, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 - Funzjonijiet tal-Kummissjoni.", "Clause 22 - Functions of the Commission.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, wasalna għal klawsola importanti ħafna, li fiha lista tal-funzjonijiet kollha tal-kummissjoni li ġiet imfassla fuq l-esperjenza li kellna s'issa, fuq mudelli oħrajn li rajna, u fuq il-funzjonijiet il-ġodda li din il-kummissjoni se jkollha in virtù ta' din il-liġi.", "Hawnhekk hawn lista twila li meta teżaminaha tirrealizza li l- isfida li għandha quddiemha l-kummissjoni m'hijiex sfida żgħira imma hija kbira.", "F'dan is-sens nieħu l-okkażjoni biex lill-kummissjoni nawguralha ħalli tkun tista' twettaq u timplimenta dawn il-funzjonijiet kollha.", "Hawnhekk nixtieq inressaq emenda li ġiet suġġerita lili wkoll mill- kummissjoni għall-avvanz tal-mara wara gender impact assessment li sar, fejn ġibduli l-attenzjoni li forsi jkun tajjeb jekk aħna ngħabbu lill- kummissjoni b'responsabbilta' li meta huma jiġbru statistika li għandha x'taqsam mal-qasam tal-persuni b'diżabilità, l-istatistika tinġabar b'tali mod u manjiera li tkun tista' ssir analisi tagħha anke mill-aspett ta' gender, fis-sens li nkunu nafu dik il-mara b'diżabilità fis-soċjetà xi kwalità ta' ħajja għandha u x'diffikultajiet jew sfidi jew problemi differenti għandha minn raġel b'diżabilità.", "Allura qed nipproponi din l- emenda għal klawsola 22:", "\"J\" Fl-artikolu 22 ħassar il-kliem \"Il-Kummissjoni għandha\" u ssostitwihom b'dan li ġej:", "\"Il-Kummissjoni, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali għal bżonnijiet differenti ta' tfal, nisa u rġiel b'diżabilita', għandha:-\"; u", "wara s-subartikolu (n), daħħal dan is-subartikolu ġdid:", "\"(o) tiġbor, tanalizza u tippubblika statistika dwar il-qasam tal- persuni b'diżabilita' li, fost ħwejjeġ oħra, tkun turi l-livell nazzjonali milħuq fil-politika dwar l-inklużjoni.\".", "\"J\" In article 22 delete the words \"The Commission shall:-\" and substitute them with the following:", "\"The Commission, whilst paying particular attention to the different needs of children, women and men with disability, shall:-\"; and", "immediately after subarticle (n), insert the following new subarticle:", "\"(o) collate, analyse and publish statistics related to the disability sector which, inter alia, indicates the national level achieved in inclusive policy.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien ħadt gost ferm li sar dan il-gender impact assessment fuq din il-liġi u j'Alla dan jibda jsir fuq il-liġijiet kollha.", "Issa se nieħu l-eżempju tal-gender impact assessment għal paragrafu (a) ta' klawsola 22, fejn qed ngħidu \"identify, establish and update all national policies directly or indirectly related to disability issues;\".", "Forsi hawnhekk m'għandniex nikkonsidraw li ndaħħlu l-kelma \"legislation\" ukoll?", "Kull leġislazzjoni trid titqies b'dak il-mod u allura jien nissuġġerixxi li wara \"national policies\" tidħol il-kelma \"legislation\".", "Mr Chairman, xi ħaġa oħra li xtaqt inqajjem hi li fl-abbozz li kien ippreżenta l-Prof.", "Grech f'Ġunju ta' l-1998 kien hemm klawsola li titkellem fuq complaints investigator u kienet tgħid hekk:", "\"The commission shall also employ a complaints investigator to:", "(a) carry out general investigations with a view to determining whether the provisions of this Act are being complied with;", "(b) investigate such complaints as may be made to him of failure to comply with any provision of this Act in an individual case and where it seems appropriate conciliate in relation to such complaints.\"", "L-aktar qrib ta' din il-klawsola huma paragrafi (h) u (i) ta' klawsola 22 - m'hijiex bħalha preċiż imma ċertament li hemm ħjiel tagħha - iżda fl- opinjoni tagħna dan ir-rwol importanti ta' complaints investigator ġie suppressed xi ftit.", "Jiġifieri m'għadhiex daqshekk qawwija bħala funzjoni.", "X'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett dwar is-suġġeriment li l-kummissjoni teżamina l-liġijiet, jekk l-Onor.", "Membru tagħmel riferenza għal paragrafu (m) ssib li dan jitfa' din ir-responsabbiltà fuq il-kummissjoni għax jgħid:", "\"teżamina liġijiet u tipproponi liġijiet - meta l-Ministru hekk jitlobha li tagħmel - bil-għan li taċċerta jekk il-liġijiet attwali ...\"", "(Interruzzjonijiet) Però m'għandhiex tindika l-ordni ta' importanza, għallinqas nittama li hekk għandu jkun.", "Mr Chairman, dwar il-kwestjoni tal-complaints investigator ngħid li dan huwa uffiċjal li l-kummissjoni żgur li jkollha bżonn timpjega però se mai din m'għandhiex tidħol direttament taħt l-artiklu li qed jitkellem fuq funzjonijiet.", "Fil-klawsoli li ġejjin wieħed jinduna li l-kummissjoni għandha l-faċilità li timpjega lil dawk in-nies li għandha bżonn timpjega ħalli tkun tista' tinvestiga l-ilmenti.", "Din hi l-kwestjoni kollha li konna qegħdin nitkellmu fuqha - jiġifieri s-set-up amministrattiv li l- kummissjoni jrid ikollha biex hi tkun tista' tara li din il-liġi tiġi implimentata - imma din tneħħiet minn hawn għaliex din il-klawsola titkellem fuq funzjonijiet u m'għandniex indaħħlu taħtha wkoll il- kwestjonijiet amministrattivi ta' min jiġi impjegat biex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-għanijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"J\" għal klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Status legali tal-Kummissjoni.", "Clause 23 - Legal Status of the Commission.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, klawsola 23 tagħti l-istatus legali u l-personalità ġuridika uffiċjalment lill-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Żmien ta' kariga tal-membri tal-Kummissjoni.", "Clause 24 - Tenure of Office of Commission members.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 24 tispjega ż-żmien ta' kemm idumu fil- kariga l-membri tal-kummissjoni u tispjega kif tista' jew għandha tintemm xi kariga partikolari.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Chairman, fil-fatt hemm differenza hawnhekk ukoll.", "Fl-abbozz ta' l-1998 kien hemm a term of three years u hawnhekk din niżlet għal two years.", "X'kienu r-raġunijiet?", "Anke hemm bidla oħra f'paragrafu (a) li jgħid hekk:", "\" ... without the consent of the Commission, he failed to attend the meetings of the Commission during a continuous period of six months;\"", "filwaqt li fl-abbozz ta' l-1998 paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 29 kien jgħid hekk:", "\" ... without the consent of the Commission, he failed to attend the meetings of the Commission during a continuous period of six months, beginning not earlier than nine months before termination\".", "Jiġifieri hemm dawn iż-żewġ bidliet.", "It-terminu niżel minn tliet snin għal sentejn, imbagħad meta xi ħadd jista' jispiċċa għax ma jkunx qiegħed jattendi jista' jispiċċa any time anke jekk ikun xahar qabel, kif qed nifhem jien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nibda mill-aħħar punt.", "Jien rajtha stramba din il-limitazzjoni \"beginning not earlier than nine months before termination\".", "Jekk hemm xi ħadd li mhux qed jattendi jfisser li m'hu qed juri ebda interess u allura jekk għandu jinbidel, jinbidel mill-ewwel.", "Staqsejt jekk hemmx xi raġuni partikolari għaliha u ħadd ma tani raġuni.", "Allura jekk xi ħadd jabbanduna x-xogħol tal-kummissjoni għal sitt xhur mingħajr ma jkun hemm raġuni valida - u fl-idea tiegħi sitt xhur diġà huma wisq - jien naħseb li jkun qed jokkupa siġġu għal xejn u għandu jinqala' minn hemm, as simple as that.", "Dwar il-kwestjoni tal-kariga ta' sentejn minflok tliet snin se nkun sinċier u ngħid li tliet snin huwa żmien twil wisq.", "Naħseb li huwa tajjeb li kull sentejn ikun hemm l-opportunità li jekk għandha ssir bidla ssir bidla.", "L-esperjenza hekk għallmitna.", "Jekk se nagħmlu ħilitna biex ikollna rappreżentanza qawwija, kif nittamaw li jkollna, ta' ġenituri u ta' persuni b'diżabilità nfushom preżenti fuq din il-kummissjoni, irridu nirrikonoxxu li kultant dawn in-nies jgħaddu minn perijodu ta' żmien ta' ħajjithom fejn il-ħin u ċ-ċirkostanzi tagħhom jippermettulhom jikkontribwixxu, u jkun hemm mumenti fejn imbagħad ma jkunux jistgħu.", "U jkun hemm ħafna nies li joffru s-servizzi tagħhom għal perijodu ta' żmien, imbagħad ma jkunux jistgħu jkomplu joffru dak it-tip ta' servizz.", "Allura ddeċidejna li l-perjodu ta' tliet snin għandna nirriduċuh għal sentejn.", "F'mument minnhom, biex inkun sinċier, konna qegħdin nitkellmu fuq possibbiltà ta' nomina ta' sena għax normalment il-bordijiet kważi kollha hekk, però mbagħad għedna li ladarba għandek lil xi ħadd li jaf li se jimpenja ruħu għal sentejn xogħol x'jaqdi f'din il-kummissjoni, allura nomina ta' sentejn għandha tkun aċċettabbli.", "Din hija r-raġuni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Proċediment u xogħol tal-Kummissjoni.", "Clause 25 - Proceedings and business.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 25 titkellem fuq il-proċediment u x- xogħol tal-kummissjoni, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, bil-voti u dawn l- affarijiet kollha.", "Fl-esperjenza tiegħi qatt ma naf li kien hemm xi issues partikolari li ttieħdu b'xi voti fil-kummissjoni, però l-Kamra tifhem li huwa neċessarju li jkollok regolamenti ċari għal dak li għandu x'jaqsam ma' proċedura biex f'każ ta' diffikultà kulħadd ikun jaf x'għandu jsir.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con.u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 - Uffiċjali u impjegati tal-Kummissjoni.", "Clause 26 - Personnel of the Commission.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-klawsoli li ġejjin issa jitkellmu fuq l- uffiċjali u l-impjegati tal-kummissjoni u rrid infakkar li hawnhekk m'aħniex qegħdin nivvintaw xi ħaġa ġdida imma għandna struttura diġà teżisti b'nies li ilhom jaħdmu mal-kummissjoni għal numru ta' snin.", "Allura l-klawsoli li ġejjin jispeċifikaw dwar kif il-kummissjoni jista' jkollha l- impjegati tagħha, kif jistgħu jkunu detailed jew sekondati mal-kummissjoni biex ikunu jistgħu jokkupaw il-karigi differenti tagħhom jew ikomplu jokkupaw il-pożizzjonijiet li għandhom mal-kummissjoni.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li issa l-kummissjoni se jkollha l- personalità legali tagħha u allura rridu nkopru s-sitwazzjoni fejn il- kummissjoni tkun qiegħda timpjega n-nies ġodda magħha jew inkella żżomm l- istess nies li għandha lllum u f'liema kondizzjonijiet se tkun qed iżżommhom.", "Klawsola 26 tindirizza dawn l-issues.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq nagħmel punt żgħir ta' enfasi.", "Din hija klawsola importanti ħafna għax qed nitkellmu anke fuq ir- responsabbiltà li l-kummissjoni se jkollha ħafna data u informazzjoni konfidenzjali ta' kull xorta fuq persuni b'diżabilità.", "Għaldaqstant hawnhekk irid ikun hemm dik l-istruttura adatta ħalli dik il- konfidenzjalità tiġi mħarsa akkost ta' kollox.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naqbel perfettament li l-aspett ta' konfidenzjalità huwa kruċjali f'dawn l-issues u naqbel li l-kummissjoni għandha tara li jkollha strutturi amministrattivi biex tiggarantixxi l- konfidenzjalità assoluta.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Il-kummissjoni se jkollha l-poter li taħtar direttament lid-direttur eżekuttiv jew inkella trid toħroġ sejħa pubblika u mbagħad dan jintgħażel skond min l-aktar jissodisfa dawk it-termini ta' riferenza?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma nafu, il-kummissjoni diġà għandha direttur eżekuttiv.", "Din il-klawsola partikolari tispeċifika li l-kummissjoni tista' tistabilixxi ftehim mad-direttur eżekuttiv li jkun uffiċjal pubbliku, kif inhu l-każ preżenti, sekondat minn mal-gvern għal mal-kummissjoni, biex ikun jista' jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu bħala direttur eżekuttiv.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Allokazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi għal xogħol mal- Kummissjoni.", "Clause 27 - Detailing of public officers for duty with the Commission.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola tittratta dwar id-detailing jew l- allokazzjoni ta' uffiċjali pubbliċi għal xogħol mal-kummissjoni u l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom kif ukoll il-possibbiltà li jkollok uffiċjal pubbliku li wara perjodu ta' żmien jagħżel li jaċċetta impjieg permanenti mal-kummissjoni u għaldaqstant ikun spiċċa mill-impjieg tiegħu mal-gvern u jsir impjegat full-time bil-kondizzjonijiet kollha stabbiliti mal-kummissjoni.", "Mr Chairman, għal din il-klawsola nixtieq inressaq din l-emenda:", "\"K\" Ħassar is-subartikolu (9) ta' l-artikolu 27 u ssostitwih b'dan li ġej:", "\"(9) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti mal- Kummissjoni li jkun offrut lilu taħt dan l-artikolu għandu, għall- finijiet kollha, barra dawk ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u ta' l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltima, jitqies li temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u jidħol fis-servizz tal- Kummissjoni b'seħħ mid-data li fiha jkun aċċetta l-offerta jew dik id- data aktar tard miftiehma bejnu u l-Kummissjoni; u għall-finijiet ta' l-imsemmija Ordinanza u ta' l-imsemmi Att, servizz mal-Kummissjoni jitqies servizz mal-Gvern skond it-tifsir relattiv:", "Iżda għall-għanijiet ta' l-imsemmija Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, l- emolumenti pensjonabbli ta' dak l-uffiċjal meta jirtira għandhom jitqiesu li jkunu l-emolumenti pensjonabbli li jitħallsu lil xi uffiċjal fis-servizz tal-Gvern fi grad u f'livell inkrementali li jikkorrispondi għall-kariga u livell inkrementali li jkollu l-uffiċjal meta jirtira minn mal-Kummissjoni.\".", "\"K\" Delete subsection (9) of section 27 and substitute it with the following:", "\"(9) Every public officer who accepts permanent employment with the Commission offered to him pursuant to this section shall, for all purposes other than those of the Pensions Ordinance and the Widows' and Orphans' Pensions Act, cease to be in the service of the Government and shall enter into service with the Commission with effect from the date of his acceptance of the offer, or such other date agreed between him and the Commission; and for the purposes of the said Ordinance and the said Act, service with the Commission shall be deemed to be service with the Government within the meaning thereof:", "Provided that for the purposes of the said Pensions Ordinance, the pensionable emoluments of such officer on retirement shall be deemed to be the pensionable emoluments payable to an officer in Government service in a grade and at an incremental level corresponding to the post and incremental level at which the officer retires from the Commission.\".", "Dan huwa meħud tista' tgħid kelma b'kelma mil-liġi li kienet waqqfet l- awtorità tat-turiżmu u li tirregola l-kwestjoni tal-pensjoni pagabbli lill- persuna li tkun telqet minn mas-servizz pubbliku, jiġifieri rriżenjat minn mal-gvern, u ssir impjegata full-time mal-kummissjoni, allura din ma tkunx qiegħda titlef ukoll mill-benefiċċji li hi tkun iggwadanjat fiż-żmien ta' l- impjieg tagħha mal-gvern.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 27 kif imressqa u moqrija mill-ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqja hija klawsola 27, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Iffinanzjar tal-Kummissjoni.", "Clause 28 - Financing of the Commission.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola tittratta l-iffinanzjar tal- kummissjoni u qegħdin ngħidu li xahrejn qabel ma tagħlaq is-sena finanzjarja, il-kummissjoni se tissottometti pjan ta' azzjoni, inkluż l- estimi li jkollha bżonn għax-xogħol li tkun trid twettaq fis-sena ta' wara.", "Hawnhekk qegħdin nagħmluha ċara li kemm dawk l-estimi kif ukoll il- business plan iridu jiġu approvati kemm mill-ministru konċernat kif ukoll mill-ministru tal-finanzi għaliex wara kollox il-kummissjoni se tkun finanzjata minn fondi pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Qed nieħu gost li hawn din il-klawsola li tgħin biex il-kummissjoni tkun tista' tippjana bil-quddiem u anke tgħin lill-gvern biex ikun jista' jippjana t-tqassim tal-finanzi tiegħu.", "Din iġġibni konxju mill-problemi li jiltaqgħu magħhom ċerti għaqdiet, bħall-għaqdiet volontarji li jimmilitaw fis-setturi diversi fil-qasam soċjali, fosthom il- Caritas, li xi minn daqqiet ikollhom problemi għaliex ma jkunux jafu minn qabel x'budget se jkun offrut lilhom mill-gvern fis-sena finanzjarja li tkun ġejja ħalli b'hekk ikunu jistgħu jippjanaw il-costings tagħhom.", "Naħseb li fiha nnifisha din il-klawsola taħdem f'dan is-sens u tgħin sabiex il-kummissjoni tkun tista' tippjana bil-quddiem kif ukoll l-istess gvern ikun jista' jikkalkola l-costings tiegħu għall-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiena nassumi li hija prattika normali li kull entità, dipartiment jew aġenzija tal-gvern tagħmel il-business plan tagħha biex imbagħad jiġi approvat il-budget.", "Ma nistax nifhem għaliex hemm bżonn li ndaħħlu lill-ministru tal-finanzi meta hija ħaġa awtomatika.", "Nifhem ukoll li l-kummissjoni nazzjonali għal persuni b'diżabilità xorta se taqa' within id-dekasteru tas-social policy, allura l-business plan li se jkun preżentat se jkun parti minn dan id-dekasteru kollu.", "X'inhi d- differenza?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-lum hekk sar imma minn issa 'l quddiem mhux se jsir hekk.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mela naħseb li dan huwa l-punt importanti li għandu joħroġ ċar, għax hemm din id-differenza.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa l-kummissjoni qed tingħata personalità legali u allura l-arranġamenti finanzjarji jridu jkunu differenti minn dawk li kienu s'issa.", "Huwa importanti ħafna li l-ministru tal-finanzi jkun involut għax fl-aħħar mill-aħħar, tuża sistema jew tuża oħra, kif imxejna s'issa jew kif se nimxu minn issa 'l quddiem, il-finanzjament irid joħroġ kollu mill-fondi pubbliċi għax il-kummissjoni m'hijiex revenue generating fiha nnifisha.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien li jinkwetani huwa li se nżidu aktar red tape.", "Aktar qabel għedna li once li tibda taħdem il-kummissjoni, probabbli se naraw bżonnijiet oħra ġodda u allura jien enfasizzajt fuq il- punt li l-bżonnijiet iridu jiġu sostnuti bil-fondi għax inkella inutli noqogħdu nagħmlu ħafna affarijiet għax xorta sa ċertu limitu biss naslu.", "Fl-abbozz ta' liġi preżentat mill-Onor.", "Edwin Grech f'Ġunju ta' l-1998, il- ministru tal-finanzi ma kienx imsemmi.", "Għalhekk nixtieq niġbed l- attenzjoni għax jekk se noħolqu aktar red tape se jkun hemm diffikultajiet.", "Mhux qed ngħid li l-accountability u l-proċedura normali ma ssirx imma jitneħħa red-tape żejjed.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bil-mod kif operajna sal-lum tul dawn is-snin kollha, il-kummissjoni xorta riedet tagħmel il-business plan, tikkalkula l- estimi tagħha, tibgħat kollox lill-minsteru biex jiġi kkonsolidat, imbagħad jiġi propost lill-ministru tal-finanzi li jalloka skond ir-riżorsi taħt il- ministeru kollu.", "Il-proċess tal-business plan u ta' l-estimi tal- kummissjoni xorta jrid jibqa' jsir, però din id-darba bħala entità legali li għandha l-personalità ġuridika tagħha li sal-lum ma kellhiex.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq nenfasizza l-punt li qajmet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro peress li mill-ispjega tal-Ministru Gonzi m'iniex qed nifhem x'inhija l-ħtieġa li jiddaħħal il-ministru tal-finanzi f'din il-proċedura.", "Jekk il-ministru li huwa nkarigat minn din il-kummissjoni jagħti l- approvazzjoni tiegħu, hawnhekk awtomatikament għandek l-approval tal-gvern għax dik hija responsabbilta' ministerjali.", "Issa jekk lill-ministru tal- finanzi qed nagħtuh awtorità awtonoma fi ħdan il-gvern, li jrid ikun hemm riferenza mill-kummissjoni lilu wkoll, hawn se nkunu qegħdin nagħmlu preċedent sħiħ għal kif titmexxa l-amministrazzjoni tal-gvern.", "Għax issa allura rridu nibdew nesiġu li kull awtorità jrid ikollha l-pjan tagħha approvat mill-ministru tal-finanzi u dak ikun preċedent aktar minn tas- superseding clause li tant qajjem għagħa.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il- gvern għandu xi problemi amministrattivi interni jirranġahom u mhux idaħħal preċedent bħal dan fil-liġi!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa anke hawnhekk trid tagħmel il-punt politiku jew it-tingisa politika, Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni, meta taf li mhux hekk!", "Taf li fil-verità dan l-artiklu kulma qed jagħmel huwa li jifformalizza xi ħaġa li fil-prattika dejjem issir.", "Fil-fatt kull spiża ta' kull ministeru trid tiġi approvata mill-ministru tal-finanzi.", "Din il- klawsola ma tagħmel xejn ħlief tistabilixxi dak li fil-fatt isir.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, tingisa politika u mhux tingisa politika, jekk dejjem isir hekk allura għalfejn qed nippreċiżawha?", "U jien naħseb li qed nippreċiżawha minħabba l-problemi interni li qamu fi ħdan il- gvern vis-a vis, per eżempju, il-budget ta' l-università.", "Jekk le m'hemm l- ebda utilità, anzi ngħid li hemm preċedent ikrah li qed jiddaħħal il- ministru tal-finanzi meta m'hemm għalfejn.", "Jekk bl-istess argumenti li bdejna nisimgħu dwar is-superseding clause qed indaħħlu wedge, din hija wedge ħafna akbar għax issa qed indaħħlu cross-referencing anke għal mod kif jaħdem il-gvern.", "Hawnhekk hawn l-implikazzjoni li jekk ikun hemm ministru tal-finanzi li għal xi raġuni jew oħra jrid jgħid le, jgħid le.", "Imma l-ministru tat-tutela, jiġifieri l-ministru nkarigat mill-kummissjoni, huwa l-ministru li jitkellem f'isem il-kabinett biex imexxi dik it-tutela, u kull ministru huwa ugwali fi ħdan il-kabinett u jirrappreżenta lill- istess gvern.", "Allura kif issa qegħdin indaħħlu dan il-kunċett ġdid li biex jiġi approvat budget irid ikun hemm żewġ approvazzjonijiet?", "Il-Ministru qed jgħid: Mhux dejjem hekk jiġri!", "Imma meta jiġi approvat budget ta' kummissjoni awtomatikament ikun hemm il-go-ahead tal-ministru tal-finanzi, fis-sens li l-ministru tat-tutela ikun qed jassumi responsabbiltajiet amministrattivi u politiċi tiegħu bħala rappreżentant tal-gvern u bħala rappreżentant tal-kabinett, li fih il-ministru tal-finanzi huwa membru sħiħ.", "Imma jekk issa qegħdin ngħidu li l-ministru tal-finanzi jrid jagħti l-approvazzjoni tiegħu, aktar 'il quddiem jista' jiġi xi ħadd u jgħidilna li mhux biss il-ministru tal-finanzi jrid jagħti l-approvazzjoni imma anke xi ministru ieħor, per eżempju, il-ministru għas-servizzi ekonomiċi.", "Mr Chairman, effettivament jista' jibqa' għaddej kif irid il-ministru, u tingiża politika jew mhux tingiża politika, irrid infakkar x'intqal tliet xhur ilu fuq il-budget ta' l-università u fuq il-budget tal-planning authority.", "Imma jekk hemm xi problemi amministrattivi f'dan il-gvern, ma joqgħodx jiftaħ wedge b'dan il-mod fis-sistema amministrattiva tagħna.", "Għax hekk hi din!", "Din hija innovazzjoni daqs tas-superseding clause.", "Tas- superseding clause tagħmel sens fl-opinjoni tiegħi, filwaqt li din ma tagħmilx sens għax qiegħda tattakka l-koerenza amministrattiva u politika tas-sistema tal-gvern tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' nirrepeti li ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, anke f'dibattitu bħal dan, anke fuq liġi bħal din, jieħu l-opportunità biex jagħti t-tingiż politiku.", "Issa qed jgħid li l- gvern għandu problemi amministrattivi bejn il-ministri tiegħu.", "Issa jien nista' nirrispondih li dan huwa gvern b'team ta' ministri li kollha naqdfu fl-istess direzzjoni.", "Huwa ovvju li f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal- finanzi l-affarijiet iridu jsiru b'ċerta serjetà u b'kordinament.", "Dan hi s- sens kollu u m'hemm xejn moħbi warajha din!", "M'hemm l-ebda preċedent imma qegħdin ngħidu li l-affarijiet għandhom isiru b'mod kordinat, b'mod li jidħol kollox fi pjan li jagħmel sens.", "That's all, m'hemm xejn moħbi, la ħaġa u lanqas oħra; u m'hemm l-ebda diżgwid u mhux diżgwid kif qed jipprova jpinġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, la m'hemmx diżgwid min-naħa tal-gvern u lanqas hemm peċedent, jista' l-Ministru jgħidilna fejn f'liġijiet oħra simili teżisti klawsola bħal din?", "Nitolbu jgħidilna liema huma ħalli nkunu nafu li m'hemmx preċedent.", "Fuq tas-superseding clause ġibtu lill-Attorney General biex joqgħod jgħidilna li din m'hemmx għafejn nagħmluha għax iddaħħal preċedent kbir, allura fuq din jekk jogħġbu jista' jgħidilna x'inhuma l-preċedenti?", "L-Enemalta, per eżempju?", "It-Telemalta fl-antik?", "Ħalli naraw ftit.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jeżistu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Liema huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imbagħad xi darba nurihomlok!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Kontijiet u Verifika.", "Clause 29 - Accounts and Audit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola titkellem fuq il-kontijiet u fuq l- auditing li għandhom isiru fuq l-aspetti finanzjarji tax-xogħol tal- kummissjoni u tistabilixxi wkoll is-sena finanzjarja tal-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li l- kummissjoni se taħtar awdituri barranin u mhux bis-sistema ta' l-auditing li jsir normali fid-dipartimenti jew aġenziji tal-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qegħdin ngħidu li jistgħu jiġru żewġ affarijiet; ċioe' li l-kummissjoni għandu jkollha l-awdituri tagħha li jagħmlu auditing tal-kotba tagħha però d-direttur tal-verifika għandu d-dritt ukoll li jivverifika d-dokumentazzjoni tal-kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 29 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Rapport annwali.", "Clause 30 - Annual Report.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola titkellem dwar ir-rapport annwali li l-kummissjoni hi mistennija li tipprepara u tippreżenta fuq il-ħidma tagħha.", "Hawnhekk għandi emenda li wkoll ġiet proposta mid-dipartiment tan- nisa fis-soċjetà u mill-kummissjoni għall-avvanz tal-mara.", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda:", "\"L\" Fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 30, wara l-kliem \"tad-dmirijiet tal-Kummissjoni\" daħħal il-kliem \"u għandu jinkludi wkoll l- attivitajiet u inizjattivi meħuda biex jeżaminaw u, jew, jipprovdu għal bżonnijiet ta' tfal, nisa u rġiel b'diżabilità.\".", "\"L\" In subsection (2) of section 30, immediately after the words \"duties of the Commission\", insert the words \"and shall also include activities and initiatives undertaken to examine and, or, provide for the different needs of children, women and men with disabilities.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 30 kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 30, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 30, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31-Eżenzjoni minn taxxa tad-dħul.", "Clause 31 - Exemption from tax and duties.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola titkellem dwar l-eżenzjoni tal- kummissjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq li l-Ministru jispjegalna għaliex hemm din il-bidla bejn l-abbozz ta' l-1998 u l-abbozz ta' din id-darba.", "Fl- abbozz ta' l-Onor.", "Grech kien hemm miktub hekk fi klawsola 35:", "\"The commission shall be exempt from any liability for the payment of income tax, duty on documents, customs duty and customs excise tax under any law currently in force.\"", "Il-klawsola li għandna quddiemna sempliċement qed titkellem fuq il-payment ta' l-income tax.", "X'inhi r-raġuni li ma baqgħetx miftuħa u espliċita daqskemm kienet fl-abbozz ta' l-1998?", "Għaliex inbidlet u spiċċat marbuta biss ma' l-income tax?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ċertament li hu mistenni li l-kummissjoni tħallas it-taxxa fuq id-dokumenti jekk ikollha xi trasferimenti, u anek li tħallas id-dazju jekk ikun dovut dazju minnha.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Aħna nafu li diversi faċilitajiet li huma ta' bżonn kbir għal persuni bi bżonnijiet speċjali jeħduhom duty-free.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, ħalli niftehmu sew.", "Qegħdin nitkellmu fuq il- kummissjoni.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Imma nagħmlu mod li l-kummissjoni tiddeċiedi li toffri xi tip ta' faċilitajiet lil persuni bi bżonnijiet speċjali u trid timporta dawk il-faċilitajiet, il-kummissjoni se tħallas id-dazju tagħhom dawn.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-fatt il-kummissjoni diġà tagħti servizz ta' dan it-tip u se tibqa' tagħtih.", "Il-kummissjoni għandha fond ta' għajnuniet speċjali li permezz tiegħu persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jixtru equipment - fil-parti l-kbira jkun importat - u jirċievu għajnuna finanzjarja mingħand il-kummissjoni.", "Hemm arranġament bejn il-kummissjoni u l-ministeru tal-finanzi li jekk l-equipment ikun għal persuna b'diżabilità, għall-bżonn partikolari ta' dik il-persuna minħabba d- diżabilità tagħha, ma jitħallasx dazju.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar il- kummissjoni bħala kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsla 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 31 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 - Ilmenti u investigazzjonijiet.", "Clause 32 - Complaints and Investigations.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Issa bdejna Taqsima VI ta' din il-liġi li titkellem dwar ilmenti, investigazzjonijiet u t-twettiq tal-liġi.", "Din il- klawsola titkellem dwar kif għandhom isiru l-ilmenti u l- investigazzjonijiet.", "Huwa importanti ħafna li nenfasizzaw li din il- klawsola tistabbilixxi d-dritt tal-kummissjoni li hi stess, f'inizjattiva tagħha stess tibda l-investigazzjoni fuq kull rapport li jkollha li jkun hemm xi allegazzjoni ta' diskriminazzjoni.", "Dan il-punt naħseb li ma ħareġx ċar biżżejjed u għandna bżonn nenfasizzawh.", "Jiġifieri l-kummissjoni tista' tinvestiga fuq rapport li tirċievi minn individwu, imma tista' hi stess tieħu l-inizjattiva.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 32.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed. .", "Klawsola 32 għaddiet nen. con. u ġiet ordata ssir parti mill-abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 33 - Proċeduri investigattivi.", "Clause 33 - Investigation procedures.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola titkellem dwar il-proċeduri ta' l- investigazzjonijiet għal meta jkun hemm ilmenti lill-kummissjoni u tistabilixxi li l-ministru jista' jippubblika regolamenti iktar dettaljati dwar il-proċeduri li għandhom jintużaw fil-proċess ta' investigazzjoni f'każ li jsiru rapporti ta' allegazzjoni ta' diskriminazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Naħseb li huwa l-mument fejn nirriferi għal numru ta' klawsoli mill-abbozz ta' l-1998 tal-Prof.", "Edwin Grech, li tħallew kompletament barra u ġie kollox kompatt f'dawn iż-żewġ klawsoli 32 u 33.", "Impossibbli naqra kollox però qed nirriferi għal klawsoli 39, 40, 41, 42 u 43.", "Dawn kienu jitkellmu fuq criminal proceedings, the disability issues appeals board, the establisment and composition of the disability issues appeals board, procedure and general powers of the appeals board, u n-no appeal.", "Dawn il-klawsoli kienu jitkellmu fid-dettall dwar kif għandhom jitmexxew il- criminal proceedings.", "Għalhekk nixtieq inkun naf għaliex il-gvern ħass li f'dan l-abbozz ta' liġi jneħħi kompletament dawn l-affarijiet.", "Jien qed nagħmel dan il-punt biex meta din il-liġi tiġi in vigore l- persuni bi bżonnijiet speċjali ma jkollhomx bżonn jirrikorru għal xi tip ta' redress.", "J'Alla jiġri hekk imma aħna bnedmin u rridu nkunu b'saqajna ma' l-art.", "Għalhekk naħseb li jekk mhux se jkollna l-istrutturi kollha u l- affarijiet ċari fil-liġi biex jekk dawn in-nies jitolbu redress dawn jeħduh, naħseb li hawn se jkollna d-diffikultajiet.", "Nixtieq inkun naf għalfejn il-gvern ħass li għandu jressaq abbozz ta' liġi li din il-parti jagħmilha daqshekk kumpatta u ma jħallix dak li kien hemm intenzjonat fl- abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat fl-1998.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett id-deċiżjoni kienet li dak li għandu x'jaqsam ma' dettalji ta' proċeduri għandu jiġi regolat b'avviż legali.", "Jekk aħna nagħmlu artikli dettaljati fil-korp tal-liġi mbagħad jirriżulta li jkollna bżonn nagħmlu xi bidliet fil-proċedura jkun neċessarju li wieħed joqgħod jagħmel emendi u abbozzi ta' liġi li jeħdulek ħafna żmien.", "Għalhekk jekk il-proċedura tiġi regolata b'avviż legali u b'regolamenti li joħorġu minn din il-liġi nkunu aktar accountable lejn l-parlament għaliex l-avviż legali xorta jkun irid jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u nkunu qed niffaċilitaw il-proċess għal bidla li tkun tista' ssir.", "Dan ifisser li d-dettalji ta' proċeduri li se jintużaw se jiġu koperti b'regolamenti li joħorġu separatament.", "Pero' rrid nagħmel punt importanti ħafna li qed nibdlu l-pożizzjoni oriġinali li konna tlaqna minnha tmien snin ilu meta konna qegħdin nieħdu l-approach li ksur ta' din il-liġi mhux biss ifisser ksur ta' dritt ċivili bid-danni ċivili li jġib miegħu imma jfisser ukoll delitt kriminali li jkun jinvolvi wkoll piena ta' ħabs.", "Issa ttieħdet id-deċiżjoni li l-aspett ta' kriminalità li ma jeżistix f'postijiet oħrajn fejn tidħol kwestjoni ta' diskriminazzjoni m'għandhiex tibqa'; li għandu jibqa' żgur huwa l-aspett ta' responsabbiltà ċivili, l- aspett tad-danni ċivili u l-aspett tad-danni morali.", "Pero' li jkun hemm aspett ta' reat kriminali marbut ma' allegazzjoni ta' diskriminazzjoni, dak inbidel u mhux se jkun hemm ir-responsabbiltà kriminali għal ksur taħt din il-liġi.", "Barra minn hekk għad iridu joħorġu regolamenti dettaljati ta' proċedura - fil-fatt dawn diġà huma drafted - dwar kif jista' jsir l-appell.", "Dan ifisser li dak li ma tarax f'dan l-abbozz ta' liġi meta tqabblu ma' l- abbozz ta' liġi li kien ippreżenta l-Prof.", "Edwin Grech, fil-biċċa l-kbira tiegħu se ssibu f'forma ta' regolamenti ppubblikati malli tgħaddi din il- liġi.", "Kif spjegajt diġà, dan l-artiklu jgħid ukoll li l-ministru jista' jagħmel regolamenti li jirregolaw dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Jien naħseb li punt importanti ħafna li ħareġ huwa li bejn dak li ġie propost fl-1998 u dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk kien hemm bidla fis-sustanza pero' kien ikun importanti kieku l- aspett kriminali ġie sostnut.", "Jien nifhem u nemmen li għandna nfittxu metodi biex ċerti affarijiet isiru effiċjenti imma li qed niddiskutu din il- liġi ġdida fjamanta u diġà qed nitkellmu dwar ħruġ ta' avviż legali biex nistabilixxu proċeduri meta dawn setgħu ġew inkorporati f'din il-liġi lanqas naraha li tagħmel sens.", "Dawn ir-regolamenti ta' kif wieħed se jipproċedi kellna niddiskutuhom hawnhekk.", "Permezz ta' avviż legali dawn ir- regolamenti se narawhom ippubblikati diġà u se nkunu ċaħħadna lil dan il- parlament milli jiddiskutihom biex intejbu flimkien l-affarijiet għall-ġid ta' dawn ħutna persuni bi bżonnijiet speċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Avviż legali jista' jkun suġġett ta' mozzjoni u wieħed jista' jipproponi emenda u jbiddlu.", "Pero' nixtieq li l-Kamra tapprezza li jekk aħna ndaħħlu klawsoli f'din il-liġi li jistabilixxu proċeduri stretti - hawnhekk qed nitkellmu fuq proċeduri u mhux fuq sustanza jew kunċetti - tkun qed tpoġġi sitwazzjoni għalik innifsek u għal min jiġi warajk li jekk tkun trid tagħmel xi bidliet biex il-proċedura tagħmilha aktar sempliċi u dak li jkun jinqeda malajr u mingħajr ħafna tidwir se jkun aktar amministrattivament diffiċli biex jekk ikollok xi ħaġa x'tirranġa, tirranġaha.", "Min-naħa l-oħra jekk isiru forma ta' regolamenti - nerġa' nirrepeti li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq sustanza - dak li jkun ikollu l-faċilità li jadatta ruħu għas-sistwazzjoni ħafna iżjed malajr.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: It-tribunali li twaqqfu bħal, per eżempju, it-tribunal tal-konsumaturi, huma parti mill-liġi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Pero' l-proċedura le għax dawn isiru b'regolamenti.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, imma dawn għandhom il-proċedura ta' kif jaħdmu.", "Jekk huwa faċli li tagħmel proċedura u tgħaddiha permezz ta' avviż legali allura jekk 'il quddiem inkunu rridu nirranġaw xi affarijiet, inkunu nistgħu nagħmlu dan permezz ta' avviż legali wkoll.", "Jien ma nistax nifhem kif qed niddiskutu liġi kompletament ġdida u mhux qed nistabbilixxu guidelines ġenerali ta' kif se nimxu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta tkun trid temenda artikli fil-liġi prinċipali li jistabilixxu l-proċedura trid tiġi b'abbozz ta' liġi ieħor quddiem il- parlament u dan igħaddi mill-proċedura normali.", "Ir-regolamenti li jkunu jridu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra jagħtuk aktar flessibbiltà biex it- tibdil tagħmlu malajr u xorta jkun hemm il-possibbiltà li jekk xi ħadd ikun irid jipproponi xi emendi għalihom jew it-tħassir tagħhom, dan ikun irid iġiegħel dibattitu fil-parlament li jrid isir fi żmien stabilit.", "Fil- fatt meta tikkontesta avviż legali f'dan il-parlament, id-dibattitu jrid jiġi fi żmien mhux aktar tard minn 29 jew 30 ġurnata jiġifieri l-proċess hemmhekk qiegħed.", "Nerġa' ngħid li l-iskop huwa li jkollna dak l-element ta' flessibbiltà.", "Ħafna minn dawn l-esperjenzi se jkunu esperjenzi ġodda u allura f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċeduri se jkollna bżonn ammont ta' flessibbiltà biex inkunu nistgħu nadattaw rwieħna skond l-esperjenza li nkunu qegħdin niggwadanjaw aħna u mexjin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 33 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 34 - Proċedimenti ċivili.", "Clause 34 - Civil Proceedings.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 34 titkellem fuq il-proċedimenti ċivili u hawn riferenza għall-kwestjoni tad-danni morali li semmejt aktar qabel.", "Din nixtieq nenfasizzaha għaliex kien hemm min interpreta ħażin jew ma fehemx tajjeb għaliex hawn limitu ta' dannu morali sa Lm200.", "Fil-fatt hawn min fehem li wieħed jista' jitlob biss sa massimu ta' Lm200.", "Il-bniedem li jkun sar vittma ta' att diskriminatorju fil-konfront tiegħu jista' jitlob id-danni sħaħ li dak l-att diskriminatorju jkun ikkawżalu - fit- terminoloġija legali dawn insejħulhom danni reali - li jistgħu jitilgħu sa eluf kbar ta' liri u li dak li jkun ikun jista' jippruvahom permezz ta' riċevuta pero' mbagħad over and above qed indaħħlu l-prinċipju ta' danni morali.", "Dan il-prinċipju m'huwiex komuni fil-liġi tagħna, anzi għadna fil- bidu nett tiegħu, pero' f'pajjiżi barranin ilu jeżisti żmien twil.", "Issa wieħed ma jistax jikkwantifika d-danni morali għax ma jistax igħid kemm dak li jkun ikun sofra dwejjaq u umiljazzjoni.", "Fil-liġi kif inhi llum jien ma nistax nitlob id-danni għad-dwejjaq u għall-umiljazzjoni.", "Pero' permezz ta' din il-klawsola l-persuna partikolari tkun tista' titlob hi l-ħlas tad- danni morali fil-parametri ta' dan l-artiklu.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 35 - Regolamenti.", "Clause 35 - Regulations.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 35, li hija l-aħħar klawsola ta' din il- liġi tagħti l-poter lill-ministru biex jagħmel regolamenti b'mod ġenerali u biex id-diversi artikli ta' din il-liġi jkunu jistgħu jitwettqu.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 35.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq klawsola ġdida 36 għall-Ewwel Qari.", "L-Aġent Skrivan tal-Kamra qrat in-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 36:", "\"M\" Immedjatament wara klawsola 2, għandha tidħol din il-klawsola ġdida:", "\"Meta xi liġi hija inkonsistenti ma' dan l-Att, dan l-Att għandu jipprevali u kull liġi oħra tkun inkonsistenti.\".", "\"M\" \"If any other law is inconsistent with this Act, this Act shall prevail and the other law shall, to the extent of the inconsistency, be null and void.\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 36 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "|I-mozzjoni għaddiet u klawsola ġdida 36 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, il-bieraħ konna qed niddiskutu din il-klawsola u llum nixtieq nerġa' nagħmel enfasi fuq il- bżonn li tidħol f'dan l-Abbozz ta' Liġi li ddiskutejna f'dan id-dettall.", "Id-diskriminazzjoni, kemm jekk tkun abbażi ta' sess kif ukoll jekk tkun kontra persuni b'diżabilità, hija diffiċli biex tippruvaha.", "Għaldaqstant aktar u aktar hemm bżonn li din il-liġi nagħtuha s-snien.", "Issa din il- klawsola li qed nipproponi hija parti mis-snien li għandha bżonn din il- liġi biex nassiguraw li dak li qed ngħidu jkun jista' jitwettaq bl-aħjar mod għall-benefiċċju ta' persuni b'diżabilità.", "Xtaqt nagħti eżempji konkreti biex niftiehem aktar dwar il-bżonn li tidħol din il-klawsola.", "Fil- fatt l-eżempju li se nagħti mhuwiex marbut ma' persuni b'diżabilità imma huwa marbut ma' sitwazzjonijiet normali fejn issir diskriminazzjoni abbażi ta' sess fuq il-post tax-xogħol.", "Per eżempju, jien naf nisa li jaħdmu f'postijiet tax-xogħol fejn minkejja li m'hemmx differenza bejn ix-xogħol li jagħmlu huma u x-xogħol li jagħmlu rġiel oħra sħabhom, l-irġiel jissejħu floor managers u n-nisa jissejħu supervisors.", "Fil-fatt id-differenza hija marbuta mad-designation li huma mogħtija.", "Kif se tippruvaha dik it-tip ta' diskriminazzjoni?", "Dan l- eżempju nistgħu napplikawh għal persuni b'diżabilità.", "Il-liġi dwar ix- xogħol tista' tirregola ċerti affarijiet imma din il-liġi hija l-unika liġi li tispeċjalizza fuq diskriminazzjoni u allura nittamaw li ma ndumux ma ngħadduha minn dan il-parlament.", "Għalhekk huwa importanti li din il- liġi tikkappeġġja liġijiet oħra u tkun superseding fuqhom.", "Hemm diversi modi kif issir diskriminazzjoni u diffiċli ħafna biex tippruvaha minkejja l- provvedimenti li jeżistu fil-liġijiet dwar ix-xogħol u fil-liġi dwar l- edukazzjoni.", "Għalhekk nipproponi li klawsola ġdida 36 tii tifforma parti minn dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, dan il-punt diġà għamilnieh imma se nerġa' nirrepetih for the record.", "L-ewwelnett naħseb li lkoll qed naqblu fuq l-oġġettiv ta' din il-liġi.", "Aħna rridu li din il-liġi tkun hi li tirregola dawn l-affarijiet anke f'każ ta' konflitt.", "Kemm fit-test ta' l- abbozz ta' liġi li ressaq il-Prof.", "Edwin Grech kif ukoll fit-test tal-liġi ta' qabel kien hemm is-superseding clause.", "Din is-superseding clause kienet tgħid li f'każ ta' konflitt ma' liġijiet oħra din il-liġi tirbaħ.", "Pero' aħna kellna parir legali mingħand l-avukat ġenerali li ġie kkonfermat minnu stess waqt il-laqgħat tal-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali.", "Issa jien naħseb li jekk aħna għandna uffiċċju f'pajjiżna li għandu r- responsabbiltà tad-drafting tal-liġijiet huwa l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Għalkemm finalment id-deċiżjonijiet neħduhom aħna d- deċiżjonijiet irridu neħduhom fuq il-pariri li ningħataw.", "Nistgħu nagħżlu li ma nagħtux importanza lill-parir ta' l-avukat ġenerali u nistgħu nagħżlu li nagħtuh importanza.", "Aħna lkoll kemm aħna nistgħu nirraġunaw b'moħħna jekk il-parir li nkunu qed ningħataw jagħmilx sens jew inkella le.", "Nista' ngħid li l-parir li tana l-avukat ġenerali fis-sottomissjonijiet li għamel quddiem il-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali kien li dan l- artiklu m'hemmx bżonnu, u jekk se nagħmluh se nkunu qed noħolqu preċedent ikrah.", "Fil-fatt dan spjegalna li dan l-artiklu m'hemmx bżonnu għaliex ir- regola hija li jekk inti qed tgħaddi liġi u din il-liġi hija speċjalizzata fuq dan il-qasam, kwalunkwe liġi oħra li b'xi mod jew ieħor tikkonfliġġi magħha trid tbaxxi rasha.", "It-tieni argument li spjegalna l-avukat ġenerali kien li Allaħares mhux hekk għax allura jkun ifisser li kull liġi li tgħaddi minn dan il-parlament ikollha bżonn li jkollha s-superseding clause biex tirbaħ fuq kwalunkwe liġi oħra.", "Per eżempju, minn hawn u ftit ieħor malli tispiċċa din il-liġi se nibdew niddiskutu liġi oħra li għandha x'taqsam mat-tarzna.", "Allura għandna nagħmlu s-superseding clause fil-liġi dwar it-tarzna wkoll?", "U wara din l-liġi dwar it-tarzna se nibdew niddiskutu l-liġi dwar-iċ-ċittadinanza.", "Allura nagħmlu superseding clause f'dan il-każ ukoll?", "Mhux ovvju li jekk l- aħħar kelma ta' dan il-parlament hija l-kelma approvata fil-liġi, allura dik hija l-kelma li trid tirbaħ?", "Jekk aħna - dan huwa l-argument ta' l- avukat ġenerali - f'din il-liġi se naċċettaw superseding clause, se jkun hemm il-possibbilta' li ndaħħlu d-dubbju li f'dawk il-liġijiet li m'għandhomx is-superseding clause u li allura jfisser li dawk il-liġijiet ma jirbħux.", "Dan hu l-parir kif smajnih kollha kemm aħna u konna preżenti.", "Aħna għandna moħħna u nistgħu nużaw moħħna.", "Jagħmel sens dan il-parir?", "Jien fl-opinjoni tiegħi jagħmel sens.", "Issa jien għandi l-istess oġġettiv li għandha l-oppożizzjoni li rridu li din il-liġi tkun il-liġi li tirregola hi u li tirbaħ pero' naħseb li dan il-parir jagħmel sens u allura naċċettah.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Bir-rispett lejn l-avukat ġenerali - għax qed inżeffnuh kull darba li jgħaddielna parir - huwa aħna li wara kollox għandna r-responsabbilta' politika.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq liġi differenti mil-liġi tat-tarzna, mil-liġi tax-xogħol jew mil-liġi ta' l- edukazzjoni.", "Qed niddiskutu għall-ewwel darba f'dan il-pajjiż liġi li tispeċifika fuq id-diskriminazzjoni.", "Din hija liġi li bħalha m'għandniex s'issa.", "Aħna għandna l-provvedimenti fil-kostituzzjoni fuq diskriminazzjoni abbażi ta' sess u nħossu l-ħtieġa li jkollna abbozz li jitkellem, jispeċjalizza u jispeċifika l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Illum qed niddiskutu u qed naqblu fuq liġi li qed titkellem fuq li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni lejn persuni b'diżabbilita' pero' din m'għandhiex provvedimenti kostituzzjonali.", "Allura kif ma nħossux il-ħtieġa li dan li qed ngħidulu l-ovvju - hekk qed jgħidlu l-Ministru - jkun espliċitu miktub fil-liġi?", "Jekk hu ovvju għax ma nagħmluhx espliċitu fil-liġi?", "Nerġa' ngħid li din hi l-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna li għandna abbozz li jitkellem kontra diskriminazzjoni kontra dan il-grupp.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għad għandna bżonn ħafna awareness fost il-poplu tagħna.", "Xi ħmistax ilu jiena kont qed nitkellem ma' persuna u skantajt kemm għad għandna bżonn li nkabbru l-awareness u l-kuxjenza fost il-poplu tagħna vis- a-vis il-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Konna qed nitkellmu fuq aċċess fuq bankini u din il-persuna - mara li nafha u li hi mara sewwa ħafna - qaltli li hi ma tafx għaliex jiena ninsisti għar-rampi meta ftit huma dawk li għandhom bżonnhom.", "Din il-mara lanqas biss fehmet li xi darba - bħalma xi darba se jiġri lili wkoll - din se tkun anzjana u biex tgħolli saqajha se tbati.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm għad għandna bżonn edukazzjoni u kemm huwa kbir il-bżonn li din il-liġi tkun bis-snien.", "Anke min hu sensittiv għal ċerti affarijiet mhux neċessarjament hu sensittiv biżżejjed lejn dawn in-nies.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Chairman, l-attorney general qisu reġa' waqqa' l- istess argument tiegħu minħabba r-raġuni li hu stess kien qal li teżisti xi liġi li għaddiet wara t-tieni gwerra dinjija li għandha superseding clause.", "Dan qed ngħidu biex nuri li b'daqshekk aħna m'aħniex qed noħolqu preċedent jekk nagħmlu superseding clause f'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett jiena naqbel ma l-argumenti ta' l-Onor.", "Coleiro li għandna bżonn iktar edukazzjoni, li għandna bżonn nifirxu iżjed il-kultura u li għandu jkollna soċjeta' inklussiva.", "Dan kollu naqblu miegħu u li kieku naf li din il-klawsola se tagħmel din id-differenza kollha kont nerġa' niddibatti l-kwestjoni ma' l-avukat ġenerali.", "Pero' din il-klawsola m'hijiex se tagħmel din id-differenza li l-Onor.", "Coleiro tixtieq li tagħmel.", "It-tieni nett, aħna x'qed ngħidu?", "Li l-parir tekniku ta' l-avukat ġenerali m'aħniex se noqogħdu fuqu?", "Dan il-parlament se jaqbad u jiddeċiedi hekk?", "Aħna hawnhekk m'aħniex qed nagħmlu drafting ta' dokument ta' policy.", "Hawnhekk kull comma, kull full stop, kull inverted commas, kull capital letter u kull small letter għandha tifsira.", "Dawn il-liġiijiet m'aħniex qed nagħmluhom b'mod li qisna qed nippubblikaw ktieb li se jidher fil- ħwienet kollha fejn dak li jkun imur jixtrih u jaqrah.", "Mhux dan qed nagħmlu.", "Qed nagħmlu liġi li l-imħallfin iridu jimplimentaw.", "Issa hawn il- bużilliż.", "F'dan il-parlament aħna permezz tal-liġijiet inwasslu l-messaġġ u nimplimentaw il-politika tagħna, pero' fl-aħħar mill-aħħar dawn huma liġijiet li jridu jiġu implimentati mill-istrutturi legali u ġudizzjarji li aħna għandna f'dan il-pajjiż.", "Issa l-parir li għandna mingħand l-avukat ġenerali smajtuh.", "Issa f'dan il-każ aħna mhux sempliċement l-avukat ġenerali tana dan il-parir u aħna ħadnih imma morna anke pass iktar 'il quddiem.", "B'differenza għal dak li forsi għamilna hawn drabi oħra, l-avukat ġenerali ġie quddiem il-kumitat ta' l-affarijiet soċjali u kollha kemm aħna kellna l-opportunita' li nisimgħuh u nistaqsuh il-mistoqsijiet.", "Huwa veru li fuq mistoqsija ta' l-Onor.", "Chircop dan semma' li fl-esperjenza tiegħu hemm każ wieħed biss, pero' dan spjega r-raġuni għaliex kien neċessarju li jsir hekk.", "Kien qiegħed jirriferi għal-liġi li kienet daħħlet il- konvenzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem bħala parti mill- liġijiet tal-pajjiż.", "Huwa qal li f'dak il-każ partikolari kien neċessarju li jsir hekk għaliex altrimenti kien jista' jfisser li dawk id-drittijiet fundamentali ma kenux drittijiet fundamentali li wieħed jista' jimplimenta f'pajjiżna.", "L-ispjegazzjoni ta' dan smajtuh jagħtiha quddiemi.", "Barra minn hekk smajtuh jagħtina l-parir li jekk din is-superseding clause tidħol f'din il-liġi ikun qed jiġi stabilit preċedent.", "Jien nirrepeti: Għandi nkun hekk irresponsabbli fis-sens li ma nagħtix każ il- parir li jagħtini l-avukat ġenerali?", "Ma naħsibx li dan huwa l-każ, iktar u iktar meta dak li nkun qed nisma' jkun qed jagħmel sens.", "Anke jekk ma' tkunx avukat jew tekniku tinduna li hemm sens f'dan il-parir.", "Jiena nirrepeti li nħoss li għandi nimxi ma' dak il-parir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: L-aħħar punt, Mr Chairman.", "Jiena ma naqbilx mal-Ministru li l-liġijiet huma teknika biss għax il-liġijiet isiru għall- poplu.", "Dawn la jsiru għall-avukat ġenerali - bir rispett kollu lejh - la jsiru għall-parlament u lanqas isiru għall-qrati.", "Aħna l-liġijiet nagħmluhom biex il-ħajja tal-poplu ssir aħjar.", "Meta l-liġijiet jinkisru jispiċċaw f'idejn il-qrati u dak li qed nippruvaw nagħmlu hu li meta jispiċċaw f'idejn il-qrati il-poplu ma jkollux għalfejn jidħol fi programm ta' snin biex xi ħadd jiddeċiedi, jinterpreta u jinterpreta skond l- affarijiet kif ikunu ġraw.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bħall-Onor.", "Marie Louise Coleiro, ninsab sorpriż mill-espożizzjoni li għadu kemm għamel il-Viċi Prim Ministru.", "Jiena nixtieq li jirrispondi għall-ewwel osservazzjoni li nixtieq nagħmel biex imbagħad nistaqsi mistoqsijiet oħra.", "Jekk qed nifhem tajjeb, l-argument ta' l- attorney general huwa li din hija redundant bħala klawsola.", "(Interruzzjonijiet) Redundant fis-sens li ma jżid xejn mal-liġi, għax kull liġi li qed tgħaddi issa mill-parlament awtomatikament tkun superseding liġijiet preċedenti.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "Mela x'inhi l-validita' ta' l-argument li jekk indaħħluh se nħarbtu lill-qrati?", "Jekk din hija klawsola redundant, jiġifieri xi ħaġa li m'hi qed iżżid xejn mal-liġi u mal-valur u mas-saħħa tal-liġi, bl-ebda mod mhu se tnaqqas mis-saħħa tal-liġi vis-a-vis l-qrati.", "Bl-ebda mod m'hi se tħawwad lill- qrati u bl-ebda mod m'hi se tfixkel l-interpretazzjoni tal-liġi quddiem il-qrati.", "Allura mbagħad aktar u aktar isir b'saħħtu l-argument ta' l-Onor.", "Coleiro li l-valur simboliku tagħha - jekk verament dan l-argument ta' redundant japplika - huwa importanti.", "Għax jekk tkun qegħda hemm b'mod simboliku, din il-klawsola hekk imsejħa redundant mill-attorney general ma tistax tfxkel lill-qrati.", "Irrid ngħid ukoll li din il-liġi, li hija ġdida, m'għandhiex x'taqsam ma' dik tat-tarzna jew ma dik ta' l-Enemalta imma qed tmiss - kif qal il-Viċi Prim Ministru aktar kmieni f'din is-seduta - l- aspetti kollha tal-ħajja f'pajjiżna.", "Allura jien ma nistax nifhem għax jew din hija klawsola redundant u allura ma tagħmilx impatt, jew inkella għandha impatt għax jekk għandha impatt bilfors biex tħawwad il-qrati.", "Dan huwa punt kontradittorju fil-preżentazzjoni li għadna kif smajna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli nispjega ftit iżjed kif m'hijiex kontradizzjoni.", "Il-punt huwa li din il-klawsola hi redundant.", "Meta jiena għamilt riferenza għall-qrati jien ma kontx qiegħed inpoġġi l-argument li jekk se nagħmlu dan l-artiklu se nħawdu l-qrati imma kont qiegħed nirreaġixxi għall-argument li kienet għadha kif għamlet l-Onor.", "Coleiro - li huwa argument validu - li jrid ikollok liġi li tkun tista' timplimentaha, li għandha s-snien u li meta inti tiġi għas-si u għan-no dik il-liġi tilħaq l-għanijiet li inti tkun fassalt għaliha.", "F'dan is-sens irridu nagħmlu liġijiet li finalment meta niġu għas-si u għan-no jridu jiġu interpretati mill-qrati.", "Ma kontx qiegħed nagħmel l-argument li l- introduzzjoni ta' dan l-artiklu jew in-non-introduzzjoni ta' dan l-artiklu se jfixkel lill-qrati.", "L-argument li kont qed nagħmel huwa li rridu liġi li l-qrati tagħna jkunu jistgħu jimplimentaw mingħajr problemi ta' xejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nkunu nafu fuq xiex qed naqblu.", "Mela qed naqblu li l-introduzzjoni ta' din il-klawsola hija irrelevanti għal kwalunkwe konsiderazzjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-liġijiet.", "Dan fl-interpretazzjoni tal-gvern dejjem.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Iva, pero' qegħdin iffaċċjati wkoll bl-argument li kien dejjem il-prinċipju aċċettat fl-istorja leġislattiva ta' pajjiżna u ta' pajjiżi oħra li l-aħħar liġi li l-parlament ikun qed jgħaddi awtomatikament tkun il-liġi li tissupera l-liġijiet l-oħra kollha.", "Jiena ma rridx li għal raġunijiet ġenwini u għal raġunijiet li m'inix qed nikkontestahom inkunu qed nistabilixxu preċedent li jista' jitfa' dubbji fuq liġijiet minħabba li din il-klawsola tkun daħlet f'din il-liġi imma ma tkunx daħlet ukoll f'liġijiet oħra.", "Aħna għandna dan il-parir tekniku u naħseb li għandna nagħtuh piż.", "Dan li qed ngħid.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan iwassalni biex klinikament inkun nista' nagħmel assessment ta' x'qed jgħid il-Ministru.", "Hu qed jgħid li dan huwa redundant skond il-parir li għandna u m'hemm l-ebda implikazzjoni li jista' jħarbat lill-qrati.", "Il-qorti tista' timplimenta l-liġi bla problema ta' xejn kemm bil-klawsola kif ukoll mingħajrha.", "Mela issa l-oġġezzjoni qed tirriduċi ruħha għall-punt li hemm parir tekniku li qed jgħid li l-fatt li daħħalna din il-klawsola li hija redundant jista' jitfa' dubji fuq liġijiet oħra.", "Bir-rispett kollu m'hemmx koerenza f'dan li qed jintqal.", "Jekk huwa redundant by definition, kif jista' jitfa' dell fuq liġijiet oħra?", "Jew huwa redundant u allura mhu qed iżid xejn mal-liġi u ma' l-impatt tal-liġi fuq il-qafas ġudizzjarju, jew inkella għandu xi impatt.", "Ma tistax min-naħa targumenta li huwa redundant u li m'għandu l-ebda impatt u l-ebda influwenza, u min-naħa l-oħra tgħid li jekk iddaħħlu tkun qed toħloq preċedent bih li se titfa' dell fuq liġijiet oħra.", "Bir-rispett kollu għandna nkunu koerenti.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-koerenza hemm qegħda, Onor. Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Huwa redundant għall-iskop ta' din il-liġi pero' jistabilixxi preċedent importanti għall-mod kif nagħmlu l-leġislazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dan hu parir tekniku.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa din id-distinzjoni tirriżulta minn parir tekniku, hux hekk?", "Jiġifieri hija xi ħaġa li ma' oriġinatx mill-gvern imma l-gvern talab parir tekniku mingħand xi ħadd u l-gvern aċċetta dan il-parir tekniku.", "Għaliex il-gvern aċċetta dan il-parir tekniku?", "Għalija bir- rispett kollu ma' jagħmilx sens.", "Il-gvern ma jistax jargumenta li jagħmel sens hekk, a priori.", "Jiġifieri indaħħlu lil xi ħadd biex jagħtina parir tekniku u qed ngħidu li jagħmel sens meta ftit minuti ilu konna qed nargumentaw li huwa redundant u ma jitfa' l-ebda dell fuq il-liġi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena meta taqbadni l-influwenza bħalma qabdet lil ħafna nies immur nieħu parir mingħand it-tabib.", "Dan jagħtini l-mediċina, imbagħad affari tiegħi jekk neħodhiex.", "F'dan il-każ il-ministru li jkun qiegħed jifformula jitlob il-parir ta' min hu tekniku, dan il-parir jingħata u jkun sta għalina jekk neħduhx.", "Jekk m'għandix bżonn tabib biex jagħtini parir mediku, x'immur nistaqsih nagħmel biex jagħtini l-parir u jien ma nagħtix kasu?", "Aħna għandna parir tekniku u naħseb li għandna responsabbilta' li nimxu miegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura qiegħed jintqal li l-unika raġuni li qed tikkonvalida l-pożizzjoni tal-gvern hija li dan għandu l-parir tekniku ta' l-attorney general u jrid jimxi miegħu (Interruzzjonijiet) Qed nipprova nimxi pass pass jien.", "Jekk ikun hemm parir tekniku f'sens differenti, il- gvern lest li jikkonsidrah?", "(Interruzzjonijiet) Il-Viċi Prim Ministru qed jgħid li la dan huwa parir ta' l-avukat ġenerali ma jistax jirrifjutah.", "Jiġifieri l-pożizzjoni tal-gvern preżenti hija li l-pariri tekniċi kollha ta' l-avukat ġenerali jaċċettahom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: U le, issa se nibdew bil-loġika!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadu kemm intqal li r-raġuni hija li għandu parir tekniku ta' l-avukat ġenerali u ma jistax jirrifjutah.", "Il-pożizzjoni tal- gvern preżenti hija li l-pariri tekniċi kollha ta' l-avukat ġenerali jaċċettahom?", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkunu nafu fejn qegħdin.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dejjem qegħdin ngħidu l-istess affarijiet.", "Il- parir tekniku huwa dak li għedt diġa'.", "F'moħħi dan jagħmel sens u għal dik ir-raġuni jien qiegħed naċċetta dak il-parir u neħħejt dik il-klawsola mit- test tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 36 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Klawsola ġdida 36 m'għaddietx", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, waqt li nirringrazzja lill-kollegi kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni għall-kontribut tagħhom f'dan id-dibattitu u anke fil-kumitat għall-affarijiet soċjali, nitlob issa l-permess biex nawtorizzaw lill-Iskrivan tal-Kamra ħalli waqt li jkunu qegħdin jiċċekkjaw l-emendi li ġew approvati jkunu jistgħu jagħmlu l-korrezzjonijiet li hemm bżonn biex dan l-abbozz ta' liġi jkun jista jitressaq għat-Tielet Qari.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, u jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta, 11 ta' Jannar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tarzna ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' – Tielet Qari.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fis-snin li ilni fil-parlament imponejt prinċipju fuqi nnifsi li nipprova ma nsemmix - u s'issa dejjem irnexxieli - ismijiet hawn ġew ta' persuni li m'għandhomx iċ-ċans li jiddefendu ruħhom f'din il-Kamra.", "Meta nsemmi persuna b'isimha nkun ċert li se nsemmiha fit- tajjeb u mhux fil-ħażin, u meta nikkritika lil xi ħadd qatt ma nsemmih b'ismu jekk ma jkunx membru ta' din il-Kamra u allura jkollu ċ-ċans li jiddefendi ruħu.", "Illum se nsemmi lil xi ħadd b'ismu għax se nsemmih b'mod tajjeb, u għandi l-permess li nagħmel hekk anke mingħandu.", "Fil-jiem li għaddew ġara avveniment li jixraq li xi ħadd isemmih u minn hawn jien insellem lill-bniedem involut fih; qed nirriferi għall-maratona ta' 50 siegħa li għamel John Bundy, li allura kiser ir-record tad-dinja.", "Qed nagħmel hekk mhux għax Bundy huwa disc jockey ta' Radio 101; lanqas għax b'dak li għamel għen anke jekk b'mod indirett biex inġabru l-flus għall-outside broadcasting unit tan-NET Television - dik hija xi ħaġa sekondarja - imma qed insellimlu minn hawn għax fuq kollox huwa Malti li għamel xi ħaġa kbira li sal-lum il-ġurnata ħadd ma rnexxielu jagħmilha.", "Hawnhekk ridt nirriferi għal parti mill-artiklu li deher fuq \"in-nazzjon\" tas-Sibt 8 ta' Jannar li jgħid hekk:", "\"Bil-mod kalm u professjonali kif John Bundy wettaq u spiċċa l- maratona tiegħu ta' 50 siegħa, wieħed seta' jieħu l-impressjoni li m'għamel xejn partikolari u m'għamel xejn li ma jistax jagħmlu kulħadd.", "Dan naturalment m'hu minnu assolutament xejn.", "Il-mod serju li bih għamel dik il-biċċa xogħol hi konferma tal-bniedem li hu, ta' l- organizzazzjoni u l-ippjanar perfett li kellu madwaru - li hi realtà - u anke tas-support morali.", "Minn ftit riċerka li għamilt ...''", "- u dan qed jikteb Silvio Vella -", "''... dwar l-effetti ta' nuqqas ta' rqad fuq il-bniedem sibt li f'Jannar ta' l-1959 ċertu Peter Tripp, li nzerta wkoll kien DJ Amerikan ta' 32 sena, iddeċieda li ried jibqa' mqajjem għal 200 siegħa, jiġifieri aktar minn tmint ijiem.", "Speċjalisti fil-mediċina ħadu l-opportunità biex jattendu u jagħmlu numru ta' testijiet fuqu.", "B'hekk id-dinja kollha setgħet tara d-deterjorament mentali u fiżiku kkawżat min-nuqqas ta' rqad.", "Mill-bidu nett Peter Tripp beda jsibha diffiċli jibqa' mqajjem u wara jumejn beda jkollu illużjonijiet viżwali tant li beda jilmenta dwar għanqbut fiż-żarbun.", "Wara 100 siegħa ma setax isolvi problemi sempliċi u ma setax jikkonċentra.", "Wara 120 siegħa ħareġ jiġri mill-kamra tiegħu tal-lukanda għax kien konvint li fil-kexxun li kellu fil-kamra u li kien għadu kemm fetaħ kien qed jaqbad in-nar.", "Wara 170 siegħa ma jorqodx, il-kondizzjoni tiegħu tant iggravat li kien iqabbdek ħlewwa ta' qalb u ħafna drabi kont tarah jitfixkel min kien hu stess u beda jdur man-nies u jistaqsihom min fil-fatt kien.", "Meta fl-aħħar, wara 200 siegħa mar jeżaminah it-tabib ħarab mill-kamra għax kien konvint li t-tabib kien deffien flok tabib ...\"", "- insomma ma tantx hemm differenza bejn it-tobba u d-deffiena! -", "\" ...", "Meta kien għadda kollox u Tripp raqad għal 13-il siegħa, minkejja li għal tliet xhur kellu ftit ta' dipressjoni, kull sinjal ta' deterjorament mentali u illużjonijiet li kien joħlom bihom sparixxew.", "Konferma ta' kemm il-moħħ tal-bniedem hu kapaċi jirkupra iżda xorta kien essenzjali li spiċċaw jitħabbru ċerti kondizzjonijiet iebsa qabel wieħed ikun kapaċi jdum imqajjem u jdoqq daqskemm dam idoqq John Bundy biex jikkwalifika fil-Guinness Book of Records.\"", "Fil-fatt il-kondizzjonijiet imposti mill-Guinness Book of Records huma pjuttost iebsa.", "Irrid ngħid li kienet ċajta meta għedt li m'hemmx differenza bejn it-tobba u d-deffiena għax qed nara lill-Onor.", "Michael Asciak iħarisli biċ-ċiera.", "Jien tkellimt ma' John Bundy u spjegali ftit ir-regolamenti li mponewlu l- uffiċjali tal-Guinness Book of Records.", "Dawn huma ftit kurżitajiet li jinteressaw lin-nies.", "Dan prattikament ried ikollu team mediku li jinbidel kull erba' sigħat - minbarra t-tabib personali tiegħu li seta' jibqa' miegħu, Dr. Chris Saliba, li kien on call tul il-50 siegħa u għamel ħafna żmien miegħu, li rrid nirringrazzjah ukoll għall-ħidma tiegħu - li ried jintagħżel minn kumitat għal kollox indipendenti.", "John Bundy kellu ċans joħroġ mil-istudio 15-il minuta biss kull tmien sigħat, fejn kien imur jieħu shower - f'kelma waħda jekk ikollu bżonnijiet naturali dan ried jagħmilhom fl-istudio - u allura f'50 siegħa kellu biss break ta' siegħa u nofs, jekk tgħaqqad flimkien 15-il minuta kull tmien sigħat.", "Kien qed jiġi ffilmjat minn żewġ cameras, anke f'dawk il-mumenti li jkollu bżonn jagħmel xi bżonnijiet tiegħu; ried jagħmel diskors qabel jew wara kull diska li jdoqq; seta' jagħmel intervisti ma' l-individwu imma l-individwu ma setax idum jitkellem aktar minn minuta mingħajr ma jintervjeni John Bundy.", "Per eżempju, jekk jistieden lili ridt indum minuta nitkellem imbagħad jintervjeni John Bundy, jiġifieri kienu regolamenti iebsa.", "Id-diski li jdoqq ma setgħux ikunu ta' inqas minn żewġ minuti u mhux aktar minn sitt minuti, jiġifieri ma setax jitfa' CD li jdum nofs siegħa jew kwarta biex jieħu nagħsa għax ma setgħetx iddum iktar minn sitt mintui.", "Lanqas ma setgħet tiġi ripetuta l-istess diska qabel jgħaddu tliet sigħat.", "Żewġ xhieda indipendenti li jinbidlu kull erba' sigħat riedu jkunu preżenti u riedu jkunu magħżula minn kumitat indipendenti.", "F'kull ħin tal-ġurnata jew anke fis-satra tal-lejl seta' jasal uffiċjal għoli tal- Guinness Book of Records, apparti li kien qed jiġi filmed minn żewġ cameras.", "Ried ikun hemm żewġ xhieda oħra li jinbidlu kull erba' sigħat magħżula indipendentement li jagħmlu logging u jiffirmaw dak kollu li kien qed jiġri.", "Ried ikun hemm ukoll timekeeper indipenendti.", "Fil-fatt dalgħodu John Bundy telaq lejn l-Ingilterra fejn għandu meeting illum wara n-nofsinhar ma' uffiċjali għoljin tal-Guinness Book of Records fejn se jippreżentalhom id-dokumenti kollha, il-filmati u l-log books biex jingħata recognition u ismu jitniżżel fil-Guinness Book of Records tas-sena 2001.", "Insemmi ftit kurżitajiet oħra, fosthom il-preparazzjoni li għamel John Bundy biex jirnexxilu jilħaq dan il-għan.", "Qalli li għamel dieta kbira, li tawh pariri anke psikjatri biex jibda jnaqqas fl-irqad għax aħna nafu li jekk illum torqod tmien sigħat, għada jkollok bżonn torqod tmien sigħat u jekk għada torqod għaxar sigħat il-pitgħada jkollok bżonn torqod għaxar sigħat.", "Allura tawh parir biex jibda jnaqqas l-ammont ta' rqad li kellu bżonn, apparti l-eżerċizzju fiżiku li għamel.", "Hawnhekk irrid ngħid kelma en passant, mingħajr ma nenfasizza ħafna fuqha.", "Storja bħal din, fejn għandek Malti li jikser ir-record tad-dinja, fiha news value għall-media kollha hawn Malta.", "Fil-fatt ħafna nies marru jagħtu support lil John Bundy fl-istudios, mhux Nazzjonalisti biss, anke dawk li politikament ma jaqblux miegħu.", "Għas-Super 1 Radio biss din l- aħbar ma kienx fiha news value, u waqt li kienet għaddejja u wara li spiċċat il-maratona din ġiet injorata totalment mis-Super 1 Radio.", "Ħasra għax min kien responsabbli li jieħu din id-deċiżjoni fl-opinjoni tiegħi għamel ġudizzju ħażin ħafna.", "Għalija seta' kien Laburist, għax jekk irnexxielu jasal fejn wasal John Bundy kont inkun l-ewwel wieħed li nqum u nirrikonoxxih fil-parlament, għax wara kollox hu Malti bħali u bħalek u għamel unur mhux lil Radio 101 jew lill-Partit Nazzjonalista imma lil Malta.", "Biex inkun ġust irrid ngħid li s-Sibt 18 ta' Diċembru, waqt li kienet qed issir l-attività għall-ġbir ta' fondi għall-karità tal-community chest fund taħt it-tinda, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant mar personalment flimkien ma' l-Arcisqof jifraħ lil John Bundy.", "Irrid ngħid li waqt li John Bundy kien għaddej bil-maratona tiegħu żaruh kwantità kbira ta' nies biex jagħmlulu kuraġġ, fosthom il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, il-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi u diversi deputati u nies oħra prominenti, anke dawk fil-qasam tax-xandir.", "Ftit kurżitajiet oħra bħal, per eżempju, li tul il-maratona John Bundy deher u ġie ċċertifikat li kellu għejja fiżika imma mhux mentali, għax irridu ngħidu li Bundy ħadem fi studio pjuttost żgħir mingħajr arja friska fejn kien hemm biss l-air-conditioning; u 50 siegħa fl-air-conditioning li jnixxiflek griżmejk ma tantx hija xi ħaġa pjaċevoli.", "Fil-fatt John Bundy daqq iktar minn 600 diska f'50 siegħa waqt li Steve Harris ta' l-UNCR Radio ta' Nottingham kien għamel 40 siegħa.", "Qabel Steve Harris ir-record kien f'idejn Simon Mayo tal-BBC Radio li fl-1 ta' Mejju 1999 kien għamel 37 siegħa jxandar.", "John Bundy ried jagħmel 45 siegħa biex jaqbeż lil Steve Harris b'ħames sigħat u fil-fatt għamel 50 siegħa, jiġifieri qabżu b'għaxar sigħat.", "Ried jagħmel aktar imma fuq struzzjonjiet tat-tabib kellu jieqaf minħabba li kien ilu 50 siegħa ma jiekol.", "Fil-fatt John Bundy għamel 50 siegħa fuq likwidi li kien fihom konċentrazzjoni qawwija ta' glucose.", "Irrid ngħid ukoll li wara beda jsofri minn ċerti komplikazzjonijiet - u dan qed ngħidu bil-permess tiegħu għax forsi hija xi ħaġa personali – fosthom muscle fatigue, għejja kbira fil- muskoli, tant li kellu bżonn l-intervent ta' speċjalista, kellu varicose veins fosthom haemorrhoids, sofra wkoll minn alopecia, jiġifieri jibda jaqagħlek xagħrek u dan ġie ċertifikat minħabba l-istress u l-exhaustion li għadda minnha waqt il-maratona.", "Il-Ħadd filgħodu kien se jieqaf minħabba li kellu hypotension, niżlitlu l-pressjoni f'daqqa u tachycardia, jiġifieri l-qalb tibda tħabbat iktar milli suppost.", "U minkejja li t-tabib qallu biex jieqaf, John Bundy tant kien determinat li ddeċieda li jkompli minkejja din il-kondizzjoni u fil-fatt wara rkupra.", "Irrid nikkonkludi billi nifraħ lil John Bundy u ngħidlu prosit u grazzi ta' l-unur li għamel mhux biss lil Radio 101, nerġa' ngħid, iżda lil Malta kollha.", "Irrid nifraħ lill-mara tiegħu Claudette u lit-tifla tiegħu Samira - kienu miegħu u tawh is-support kollu - u kulħadd rahom hemmhekk għal ħinijiet twal.", "Għalkemm ma nistax insemmihom kollha rrid nifraħ lit-team kbir li kellu miegħu, fosthom Noel Mallia, iċ-chairman ta' l- organizzazzjoni, Peter Darmanin u Anton Attard, li kien responsabbli mix- xandiriet televiżivi - u hawn irrid nifraħ lil Anton Attard li ħa f'idejh it-tmexxija tan-NET Television u tar-Radio 101 għax naf li hu bniedem kapaċi - Sabrina Mulligan, Erica, Robert Cutajar, Mario Pisani, Joe Grixti u Pawlu Zammit, flimkien ma' nies oħra.", "Naħseb li l-messaġġ li joħroġ minn dak li għamel John Bundy hu li kulħadd għandu potenzjal kbir fih.", "U billi dan huwa l-ewwel diskors tiegħi fil- bidu ta' dan il-millennju, dan norbtu mal-ħsieb li għandna nibdew inħarsu lejn it-tajjeb u lejn il-potenzjal li għandu kulħadd, anke dak li ma jaqbilx magħna.", "Nerġa' nsostni li kulħadd għandu potenzjal u ħadd m'għandu bżonn, kif sostna John Bundy, li juża affarijiet perikolużi bħal droga, alkoħol u tipjip biex jilħaq l-għan tiegħu fil-ħajja u biex jisfrutta l- potenzjal tiegħu.", "Hemm diska li jisimha \"Search for the hero inside yourself\", u naħseb li fl-aħħar mill-aħħar kull wieħed u waħda minna, anke jekk aħna narawh ħażin, kulħadd għandu l-hero fih, bħalma kulħadd għandu d- difetti.", "Id-differenza hi li d-difetti tiegħek ikun jafhom kulħadd u jsemmihomlok kulħadd, u l-hero li għandek fik trid toħorġu int u jintesa malajr.", "Għalhekk ħassejt li llum kelli nieqaf u nsellem lil John Bundy għal dak li għamel hu.", "L-iktar messaġġ importanti hu li John Bundy għamel dan kollu mingħajr ma uża affarijiet perikolużi.", "John Bundy nafu, huwa bniedem li ma jixrobx xorb alkoħoliku, ma jeħux droga u wasal fejn ħaddieħor s'issa ma rnexxilux jasal.", "Lill-ħabib tiegħi personali John Bundy irrid ngħidlu prosit u grazzi mhux biss għax wasal fejn ħaddieħor ma rnexxilux jasal imma iktar minn hekk għall-messaġġ qawwi li wasslilna, li nistgħu naslu u biex naslu m'għandniex bżonn nużaw affarijiet li jagħmlulna l-ħsara, bħalma huma d- drogi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-gvern għal ċirkostanzi li qegħdin jiġru f'ċertu qasam biex inkunu nistgħu nieħdu ċerta inizjattiva fuq skala dinjija.", "Kulħadd jaf li Malta fis-snin sittin kienet ħadet inizjattiva tajba ħafna fin-Nazzjonijiet Uniti f'dik li hija l- liġi tal-baħar.", "Dak iż-żmien ir-rappreżentant ta' Malta kien Arvid Pardo, Alla jaħfirlu, u konna applikajna l-konċett tal-wirt komuni f'dak li għandu x'jaqsam ma' qiegħ il-baħar u l-ibħra ta' madwar id-dinja, biex ir-riżorsi tas-seabed ma jiġux approprjati minn xi ditta jew pajjiż partikolari imma l- beni li joħorġu minnu jitgawdew mill-popli tad-dinja kollha.", "Naħseb li dik kienet inizjattiva tajba tal-Gvern Malti taħt Ġorġ Borg Olivier - bis-saħħa t'hekk kienet anke wasslet biex titwaqqaf il-liġi ta' qiegħ il-baħar u kien ġie aċċettat bħala prinċipju li qiegħ il-baħar għandu jkun il-ġid komuni ta' l-umanità - iżda sfortunatament meta nbidel il-gvern fl-1971, il-gvern Laburista ma kienx kompla b'dik l-inizjattiva u ċ-ċentru ta' qiegħ il-baħar fil-fatt ma sarx Malta imma twaqqaf fil-Jamaica.", "Kien każ fejn stajna niġbdu attenzjoni u ġid partikoalri lejn pajjiżna, imma sfortunatament minħabba n-nuqqas ta' vista tal-gvern ta' dak iż-żmien konna tlifna dik l-opportunità.", "Però nħoss li llum jeżistu ċirkostanzi ġodda li jitolbu li Malta tieħu inizjattivi ġodda fil-qasam tal-wirt komuni ta' l- umanità.", "Qed nirriferi partikolarment għall-kwestjoni tal-patenting ta' materja li tgħix jew aħjar living organisms.", "Daħlet id-drawwa - għax hekk hija l-liġi tal-patents mad-dinja kollha, inkluż il-WTO, fejn insibuha bħala t-TRIPS, trade related aspects of intellectual property rights - li l-affarijiet ħajjin, il-mikrobi, il- pjanti, l-annimali li ssirilhom invenzjoni ġenetika, għax tkun invenzjoni u mhux skoperta, jistgħu jiġu patented u jistgħu jiġu approprjati.", "Din hija użanza li aċċettatha d-dinja kollha legalment, però nħoss li din l- attitudni u l-mod kif qed isiru l-affarijiet joħolqu problemi etiċi u problemi ta' kif jitqassmu r-riżorsi mad-dinja.", "Jien personalment inħoss li minħabba n-natura intrinsika tagħhom, li jistgħu jiddupplikaw lilhom infushom awtomatikament, l-annimali u l-pjanti u l-affarijiet li qed jgħixu m'għandhomx jibqgħu jiġu patented, għalkemm nerġa' ngħid li din hija prattika aċċettata.", "Jiena wieħed minn dawk li sinċerament nemmen li m'għandux jibqa' jsir hekk.", "Ovvjament dan irid isir fuq skala globali, għax mhijiex kwestjoni li din il-viżjoni li qed insemmi jien, li magħha jaqblu ħafna nies, issir fuq skala reġjonali Ewropea, Afrikana jew Amerikana.", "Ċertament li trid tittieħed inizjattiva globali u l-aħjar post fejn jittieħdu inizjattivi globali ovvjament huwa fin-Nazzjonijiet Uniti.", "Sur President, inħoss li Malta għandha tieħu inizjattiva biex nibdlu l- konvenzjoni tad-WTO, f'dik li hija patenting of living organisms; u tista' anke tieħu inizjattivi oħrajn, bħal dik li ħa l-President de Marco, fejn issuġġerixxa li ċerti organi, bħalma hu trusteeship council tan- Nazzjonitjiet Uniti, fil-fatt jassumu r-responsabbiltà li jiddefendu l-wirt komuni tal-bniedem.", "Bħalma kien hemm il-liġi tal-baħar, inħoss li ċerti problemi ambjentali, partikolarment problemi li jirrigwardaw patenting of living organisms, jistgħu jiġu ttrattati tajjeb f'dan it-trusteeship council jew xi organu ieħor tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Dan għaliex fir- realtà, barra li nħoss li mhuwiex sew fih innifsu li kumpannija - jew gvern - tapproprja ċelloli ħajjin, partijiet ta' organiżmu ħaj jew organiżmu sħiħ għaliha nnifisha, illum fl-Amerika qegħdin naraw ċerti abbużi li, per eżempju, pazjenti jitteħdulhom ċelloli mill-ġisem mingħajr ma jkunu jafu u jiġu patented u jsiru proprjetà ta' kumpannija, ta' sptar jew ta' gvern.", "U din il-kumpannija ssir sinjura minn fuq iċ-ċelloli ta' dan l-individwu, li allura jiġi li m'għandux dritt għaċ-ċelloli tiegħu, u fil-fatt ma jieħu xejn mill-proċess farmaċewtiku u teknoloġiku li jkun sar.", "Fl-opinjoni tiegħi dan mhux biss huwa ħażin fih innifsu imma meta tapplika din il-pożizzjoni fil-kwestjoni dinjija, speċjalment f'dawk li huma riżorsi ta' pjanti u annimali, qegħdin noħolqu żbilanċ ekonomiku kbir bejn il-pajjiżi żviluppati, dawk li ngħidulhom tan-north, u l-pajjiżi tas- south.", "Dan għaliex għadna lanqas nafu r-riżorsi ġenetiċi li jeżistu f'ċerti pjanti li jintużaw għal skopijiet ta' terapija mediċinali f'ħafna oqsma.", "Li qed jiġri huwa li jkollok pajjiż li skond il-konvenzjoni on biological diversity jista' fil-fatt jagħmel ftehim ma' kumpannija farmaċewtika jew ma' gvern ieħor biex ir-riżorsi ta' dak il-pajjiż jiġu approprjati minn dik il-kumpannija.", "Imbagħad jirriżulta li l-individwi li kellhom f'idejhom il- kustodja ta' din l-informazzjoni jew li ħadu ħsieb l-ambjent jew pajjiżi oħra fuq ir-riżorsa ġenetika teżisti ma jkunux jistgħu jużaw dik it- teknoloġija ġdida, dik il-mediċina l-ġdida, hi x'inhi, biex iġibu 'l quddiem mhux biss is-saħħa tan-nies imma anke l-pożizzjoni ekonomika ta' dak il-pajjiż partikolari.", "Nagħti eżempju li jwassal viċin.", "L-għerq tal-ġeneral li jinsab f'Għawdex, fuq fungus rock, fl-antik kien jintuża għal riċetti mediċinali għax illum m'għadux jiġi wżat.", "Però nagħtu każ li dan jikber fi ftit pajjiżi oħra fil-Mediterran, fi Sqallija jew post ieħor, u xi darba jinstab li r-riżorsa ġenetika tiegħu tfejjaq xi marda li jbati biha l-bniedem.", "Jekk din il-pjanta jew r-riżorsa ġenetika tagħha tiġi patented fi Sqallija, ovvjament igawdu mid-dħul tal-bejgħ tal-mediċina l-Gvern Taljan u l-kumpannija li tkun fil-fatt għamlet il-patenting ta' dik il-mediċina u dawk ir-riżorsi ġenetiċi; u aħna l-Maltin ma nkunux nistgħu nagħmlu użu mingħajr ma nħallsu patent rights ta' l-istess pjanta li tikber Malta - għax il-ħajja bijoloġika ma tagħrafx fruntieri - u ma nkunux nistgħu nagħmlu użu mill-istess riżorsa kemm biex infejqu l-mard u kemm biex nagħmlu qligħ ekonomiku minnha billi nbigħuha.", "Fil-fatt jekk immorru lura għall-meeting tad-WTO f'Seattle nafu li l- laqgħa spiċċat f'taħwid sħiħ, kien hemm ħafna protesti u fil-fatt ma ftehmu xejn.", "Waħda mir-raġunijiet kienet propjru li l-pajjiżi tat-tielet dinja riedu li jsir tibdil fil-leġislazzjoni tad-WTO li tirrigwarda l-patenting tal-living organisms - ovvjament il-ftehim kien diġà ffirmat meta sar l- agreement tal-WTO, mingħalija fl-Uruguay - u jirriżulta li dawn il-pajjiżi emerġenti jixtiequ li jiddaħħal il-kunċett tal-wirt komuni ta' l-umanità f'dan l-aspett iktar milli intellectual property rights.", "Naħseb li Malta, peress li diġà ntroduċiet dak il-kunċett fil-qasam tal- liġi tal-baħar, qiegħda f'pożizzjoni li tieħu inizjattiva f'din il- kwestjoni biex minflok li l-living organisms jiġu approprjati jidħol il- kunċett tal-common law ħalli dawn ir-riżorsi jintużaw mill-umanità kollha.", "Ovvjament trid tinħoloq xi sistema li min jivvinta xi ħaġa jingħatalu xi tip ta' rigal.", "Wieħed irid jara x'tip ta' fondi jistgħu jitwaqqfu biex dan iseħħ, bħalma hemm f'organizzazzjonijiet oħra bħall-UNESCO u jekk inpoġġu rasna ma' xulxin jien m'għandix dubju li tinstab xi sistema.", "Però għandna nibdew nippromwovu l-kunċett, speċjalment fin-Nazzjonijiet Uniti, li materja ħajja m'għandhiex tibqa' tiġi approprjata għaliex apparti li dan huwa intrinsikament ħażin, hemm riperkussjoijiet fuq l-ekonomija globali.", "Għalhekk naħseb li għandha ssir world patent convention li tgħid li din il- materja għandha tibqa' l-wirt komuni ta' l-umanità.", "Allura jekk tiġi ivvintata xi mediċina minn xi pjanta partikolari fil-Paraguay u din l- istess pjanta mediċinali tikber ukoll fil-Brazil, allura l-poplu tal-Brazil ikun jista' jgawdi minn din l-iskoperta xjentifika mingħajr ma jkollu jħallas drittijiet ta' proprjetà intellettwali lill-Paraguay u lill- kumpannija li tkun approprjatha.", "Sur President, issa li qlibna s-seklu huwa żmien propizju li nattakkaw din il-problema li qed tinħass kullimkien.", "Għandi l-pjaċir ngħid li l-Prim Ministru attwali kien diġà semma din l-inizjattiva xi sitt snin ilu waqt konferenza f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, però nħoss li hemm bżonn ta' renewed commitment u issa huwa ż-żmien li dan il-commitment isir fuq livell internazzjonali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla 11 ta' Jannar, 2000 fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XGĦAJRA - FORTIZZA DELLA GRAZZJA", "10942.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: In vista ta' domandi parlamentari preċedenti, jista' l- Ministru jikkonsidra li jibgħat uffiċjal biex jeżamina u jagħmel studju rigward il-ħsarat li għandha l-Fortizza della Grazzja ġewwa x-Xgħajra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-restawr tat-torrijiet u l- fortifikazzjonijiet storiċi jaqgħu taħt ir-responsabilita` tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "Dan jgħodd ukoll għall-każ tal-\"Fortezza della Grazzia\" fix-Xgħajra.", "Skond l-informazzjoni li għandu d-dipartiment, ebda talba uffiċjali ma saret lid-diviżjoni tax-xogħlijiet jew lid-dipartiment tal-mużewijiet biex jibda studju u xogħlijiet ta' restawr fuq din il-fortifikazzjoni storika.", "Madanakollu d-dipartiment tal-mużewijiet se javviċina lid-diviżjoni tax- xogħlijiet biex issir eżaminazzjoni tal-bini storiku in kwestjoni u joħroġ rakkmandazzjoni xierqa dwar l-istat ta' konservazzjoni ta' dan is-sit.", "PALAZZ TA' L-INKWIŻITUR - XOGĦLIJIET", "10944.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar s'issa tul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu u jekk hemmx ikkonsidrat li jkun hemm materjal informattiv li jista' jinbiegħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol li sar s'issa matul din is-sena fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur huwa bażikament ta' natura strutturali sabiex tkompli tissewwa l-ħsara kbira li kien hemm fil-bini.", "Tqaxxir, tikħil mill-ġdid u tibjid ta' kmamar fis-sezzjoni tal-kċina, tal- ħabs, l-appartamenti ta' Ruffo, u partijiet oħrajn; bdil ta' għadd ta' xorok u travi li kienu se jaqgħu; tindif ta' bjar u partijiet oħra tal- Palazz minn ammont kbir ta' terrapien u mbarrazz ieħor; skav arkeoloġiku fil-ġnien; bini ta' ġnien ibbażat fuq deskrizzjoni tas-seklu sbatax; bini ta' toilets ġodda għall-viżitaturi; inbeda t-tibdil tas-sistema elettrika tal-palazz kollu; inbeda r-restawr ta' affreski b'kordinazzjoni maċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi; ftuħ ta' kamra għall-pubbliku dwar it- tradizzjonijiet popolari marbuta ma' l-Għid.", "Bħalissa qed issir riċerka biex jinġabar kemm jista' jkun materjal fuq il-palazz.", "Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar kif din l-informazzjoni eventwalment se tiġi mgħoddija lill-pubbliku.", "SKEJJEL - BIGHI - STUDENTI", "10965.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin u barranin fl-iskola ta' Bighi?", "Hemm vakanzi ta' teachers f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola Abram Gatt, Bighi ngħalqet nhar l- 4 ta' Lulju, 1999.", "Il-bini li kien jintuża minn din l-iskola issa qiegħed jintuża miċ-ċentru Malti għar-restawr li twaqqaf f'Mejju 1999.", "Minbarra laboratorji u workshops tar-restawr, iċ-ċentru jħaddan fih l- istitut għall-istudji fir-restawr li joffri korsijiet li jvarjaw minn sena għal erba' snin.", "L-ewwel 16-il student fl-istitut għall-istudji fir- restawr iddaħħlu f'Ottubru 1999 u jinkludu 14-il Malti u żewġ barranin.", "Hu mistenni li n-numru ta' studenti fiċ-ċentru jista' jitla' sa mhux aktar minn 120 matul medda ta' ħames snin.", "L-għalliema fl-istitut għall-istudji fir-restawr huma taħlita ta' restawraturi Maltin u barranin, part-time lecturers Maltin u barranin u teachers/instructors mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Dawn ta' l-aħħar jgħallmu diversi suġġetti awżiljarji, inkluż computer studies, Taljan, Ingliż, physics, technincal & line drawing kif ukoll jippreparaw korsijiet ta' tħejjija bil-Malti u bl-Ingliż u jgħinu fix-xogħol tal-laboratorji u workshops.", "Jeżistu numru ta' postijiet vojta għal speċjalisti fir-restawr, kif ukoll ta' lecturers/għalliema u oħrajn mistennija li jinqalgħu hekk kif l-istudenti jimxu minn sena għall-oħra fl-istudji tagħhom, kif ukoll meta jinbdew korsijiet ġodda.", "PIXXINA NAZZJONALI - DIXXIPLINI SPORTIVI", "10978.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10105, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx xi ħadd biex imexxi u jopera dance studio fil-pixxina nazzjonali?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet imposti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpannija magħżula biex tmexxi u topera dance studio fil-pixxina nazzjonali kienet Dance Workshop Ltd, li l- offerta tagħha kienet l-aktar waħda vantaġġjuża.", "SKEJJEL - BIGHI", "11107.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-iskola ta' Bighi, jista' l-Ministru jgħid: (a) fuq liema kriterji ntgħażel l-istaff; (b) kemm hemm instructors/għalliema; (ċ) fiex waslet it-tender għal kċina li se tiswa madwar Lm26,000; u (d) kemm hemm studenti bħalissa f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Waqt li nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10965, inżid ngħid li:", "1.", "Il-kriterji li fuqhom intgħażel l-istaff ivarja skond il-livell ta' tagħlim li mistenni jagħmlu:", "a) Dawk l-għalliema li huma speċjalisti fir-restawr jew li jagħtu lectures fl-istorja ta' l-arkitettura, l-istorja ta' l-arti, l-arkeoloġija, kimika, fotografija, etc, intagħżlu wara sejħa pubblika li xxandret fil-gazzetta tal-Gvern kif ukoll f'gazzetti Maltin u Taljani f'Mejju/Ġunju 1999.", "i) Il-kriterji għal restawraturi/għalliema kienu jinkludu li dawn kellhom kwalifiċi ta' l-Istituto Centrale per il Restauro, l-Istituto Centrale per la Patologia dell'Libro ta' Ruma, l'Opificio delle Pietre Dure ta' Firenze jew ekwivalent aċċettat minn dawn l-istituzzjonijiet.", "ii) Il-kriterji għal-lecturers ta' livell universitarju kien ta' speċjalizzazzjoni terzjarja f'xi kamp ta' l-istorja ta' l-arkitettura, arti jew arkeoloġija.", "iii) Il-kriterju għall-għalliema fil-fotografija kienu:", "a) kwalifiċi akkademiċi b) speċjalizzazzjoni fl-arti grafika c) esperjenza u portfolio", "b) L-għalliema/instructors li jgħallmu suġġetti awżiljarji bħalma huma computer studies, physics, Taljan, Ingliż, technical and line drawing intgħażlu minnn dawk l-għalliema/instructors li kienu jgħallmu fl-iskola tas-snajja' Abram Gatt, Bighi, qabel ma din ingħalqet nhar l-4 ta' Lulju, 1999.", "i) Il-kriterji għall-għalliema/instructors kienu:", "a) il-kwalifiċi u esperjenza tagħhom b) ix-xeħta għal suġġetti tekniċi jew artistiċi c) ir-rieda li jibqgħu jgħallmu Bighi wara li għalqet l-iskola Abram Gatt fejn kienu jgħallmu qabel d) il-ħtieġa taċ-ċentru tar-restawr għas-servizzi li setgħu joffru;", "2.", "In-numru ta' restawraturi/għalliema, lecturers, għalliema u instructors part-time u full-time ivarja minn sena għal sena skond il-ħtiġijiet taċ- ċentru u l-korsijiet offruti fih.", "Bħalissa dawn l-għalliema part-time u full-time ilaħħqu madwar 40 bejn barranin u Maltin", "3.", "It-tender għall-kċina taċ-ċentru Malti għar-restawr għadu m'għalaqx.", "Mistenni li dan jiġi kkunsidrat, flimkien ma' tenders oħra, f'Diċembru 1999.", "Il-kċina trid tlaħħaq mal-ħteġijiet kollha taċ-ċentru (li jinsab f'Bighi u fejn m'hemmx faċilitajiet oħra fil-viċinanzi), jiġifieri a) korp studentesk li mistenni jitla' sa mhux aktar minn 120 ruh; b) ir-restawraturi residenti Taljani u barranin (li joqgħodu fiċ-ċentru u li jistgħu jitilgħu sa 20 ruħ) c) ir-restawraturi u ħaddiema oħra li jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Bighi, (liema numru ta' restawraturi u ħaddiema oħra ġie li jaqbeż il-mitt ruh) d) viżitaturi li jattendu għal seminars jew korsijiet oħra.", "Kif ġie mwieġeb f'aktar dettall fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10965, fl-istitut għall-istudji fir-restawr hemm 16-il student fil- kors tad-Degree in Conservation and Restoration Studies li nfetaħ l-ewwel darba f'Ottubru 1999 u li jdum erba' snin.", "Hu mistenni li n-numru ta' studenti jibqa' jiżdied kull sena permezz tad-dħul fil-kors ta' erba' snin u dak f'korsijiet iqsar.", "SKEJJEL - TFAL BL-AUTISM", "11344.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal bil-kundizzjoni ta' l-autism; fl- iskejjel primarji tal-Knisja; fi skejjel primarji ta' l-Istat; fi skejjel sekondarji tal-Knisja; fi skejjel sekondarji ta' l-Istat?", "Kemm minn dawn it-tfal autistic għandhom magħhom f'kull każ: facilitator kwalifikata fl- autism; kindergarten assistant mhux imħarrġa fl-autism; supply kindergarten assistant mhux imħarreġ fl-autism?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfal li jbagħtu b'din il- kundizzjoni fl-iskejjel ta' l-Istat huwa 38.", "Fl-iskejjel primarji hemm 27 u 9 fil-kindergerten; fis-settur sekondarju hemm studenta waħda", "Hemm facilitator waħda li ħadet id-diploma u ġiet imħarrġa fuq spettru wiesgħa ta' diżabilita` li jinkludi ukoll l-autism.", "Hemm 17-il kindergarten assistant li bħal facilitators kellhom taħriġ wiesgħa f'diżabilitajiet differenti.", "Hemm 19 supply kindergarten assistants li m'humiex imħarrġa fl-autism.", "Jien informat ukoll li n-numru ta' tfal li jbagħtu b'din il-kundizzjoni fl-iskejjel tal-Knisja huwa ta' tmienja.", "Fl-iskejjel primarji tal-Knisja hemm sitta u fl-iskejjel sekondarji tal- Knisja hemm tnejn", "Ma dawn il-każi hemm tlett facilitators bid-diploma fl-iskejjel tal- Knisja li ġew imħarrġa fuq spettru wiesgħa ta' diżabilita`.", "Hemm kindergarten assistant waħda li bħal facilitators kellha taħriġ wiesgħa f'diżabilitajiet differenti.", "Hemm erba' support kindergarten assistants li m'humiex imħarrġa fl- autism.", "MELLIEĦA - TRIQ GALILEI - DRENAĠĠ", "11793.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar l-ilmenti msemmija fl-ittra li qed tintbagħat separatament dwar fosos u drenaġġ fi Triq Galilei fil- Kortin, Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara l- investigazzjonijiet neċessarji mid-dipartiment tas-saħħa kien intbagħat avviż lis-sid tal-proprjeta' biex jirrimedja l-ħsara fis-sistema tad- drenaġġ.", "Peress li dan ma sarx fiż-żmien stipulat, inbdew proċeduri legali kontra l-istess sid.", "Fl-istess ħin qed issir sorveljanza kontinwa biex jiġi żgurat li l-fossa ma titħalliex timtela b'tali mod li tista tagħti lok għall-ilmenti.", "GĦAQDIET KULTURALI - KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI", "11934.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għaqdiet kulturali li matul l-1999 ngħataw xi kontribuzzjoni finanzjarja mill-ministeru?", "Liema kienu u kemm ingħataw f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, minbarra dawk l-entitajiet governattivi msemmija fl-estimi ġenerali, dawn l-organizzazzjonijiet kulturali ngħataw għajnuna finanzjarja mid-dipartiment tal-kultura fl-1999 fl-ammont kif se nsemmi:", "LM Banda San Ġorġ - Bormla 200 Kunsill Lokali Żebbuġ 200 The Malta Cultural Institute 350 Holy Trinity Band Club - Marsa 100 Euro Institute of Music and Arts 300 Għaqda Letterarja Maltija 50 Malta Photographic Society 200 Soċjeta` Filarmonika Sliema 200 King's Own Band Club 200 Soċjeta` Santa Marija - Banda Re Ġorġ V - Mqabba 200 Kumitat Festa Kristu Re - Paola 100 Għaqda Każini tal-Banda 100 Għaqda Dilettanti Mudelli tal-Knejjes 100 Banda Sant' Antnin - B'Kara 200 European Piano Teachers Association 200 Soċjeta` Mużikali San Lawrenz - Vittoriosa 200 Malta Society of Arts, Commerce & Manufacture 500 Teatru Jien u l-Oħrajn 565 Kumitat Festi Esterni Parroċċa Madonna ta' Lourdes - Paola 300 Kunsill Lokali Xagħra 300 Stella Maris College Choir 200 Kumpannija Teatrali Talent Żebbuġi 300 Mafkar ta' Francis Ebejer - Dingli 350 Ms Joan Schranz - Sponshorship 90 Actel Ltd - Sponsorship - Down Syndrome 1000 Merlin Library Ltd - Sponsor International Year of Older Persons 100 John Bonniċi & Andrew Bugeja - Concert 180 Richmond Fellowship of Malta - Concert 1225.5 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 735 A.I.E.S.E.C. - Global Theme Conference Sponsor 920 Hamilton Travel Co. - Cultural Tour 1265 National Student Travel - Mini-European Assembly 3000 Sasha Rosen - Sponsorship - US/ICOMOS 1604 Ms Francesca Abela Tranter - Sponsorship 2000 Mr Lono Zahra - Sponsorship 200 Zurrieq FC - Sponsorship - Gym Project 2000 Malta Medical Students Association - Sponsorship - Exchange Officers Meeting 2500 Mr Francis Stivala - Sponsorship - European Youth Parliament 2250 Mr Joseph Chetcuti - Sponsorship - Poster Calendar 400", "Ta' min isemmi wkoll li t-Teatru Manoel jissussidja lill-kumpaniji tad- drama permezz ta' rati mhux kummerċjali għal kiri tat-teatru.", "YOUTH EXCHANGES", "11973.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ipparteċipaw persuni f'youth exchanges bejn l- 1995 sal-lum?", "Fejn saru dawn il-youth exchanges u kemm intnefqu flus f'kull exchange?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-youth exchanges bejn l-1995 u l-1999 huma kif ġej:", "SENA PARTEĊIPANTI 1995 120 1996 134 1997 158 1998 130 1999 153", "Informat ukoll li dawn l-exchanges saru ma' dawn il-pajjiżi:", "1995 Adenau, Berlin, Hamburg, Lancashire, Paderborn, Slovakia u Waldkraiburg.", "1996 Rathenow, Irlanda, Napli, Ruma, Slovakia, Veneto, Verona, Waldkraibug u Wirral.", "1997 Wirral, Slovakia, Rathenow, Waldkraiburg, Padova, Ċipru, Aosta, Pozzuoli, Turkija u Salerno.", "1998 Rathenow, Slovakia, Lussemburgu, Turkija, Wirral, Pozzuoli, Padova, Valle di Roveto u Ċipru.", "1999 Slovakia, Poland, Wirral, Padova, Pozzuoli, Verona, Turin, Tunis, Rathenow, Waldkraiburg u l-Ungerija.", "Fl-aħħarnett informat li d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport ġeneralment ma jagħmel ebda spejjeż biex gruppi Maltin iżuru pajjiżi barra minn Malta.", "L-ispejjeż tal-vjaġġ iħallsuħ il-parteċipanti waqt li l-pajjiż li qiegħed jospita jħallas l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni.", "L-ispejjeż involuti fil- programm huma dawk relatati miż-żjarat tal-gruppi barranin f'Malta u dawn ikunu bejn Lm15,000 u Lm20,000.", "SAĦĦA - SPTAR SAN LUQA", "11994.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mid-dipartiment tas-saħħa dwar artikolu li deher nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru, 1999 f'paġna 2, dwar kadavru li ma ġiex aċċettat fl-isptar San Luqa u dak deskritt bħala abbuż fl-għoti ta' injezzjonijiet fuq kadavri?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-inċident partikolari ġie nvestigat u ġejt infurmat li l-kadavru ġie aċċettat.", "Il-kwestjoni nqalgħet għaliex il-kummissjonant ħa l-kadavru l-Isptar San Luqa mingħajr ma ċċekkja jekk kienx hemm post fejn jitqiegħed.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-prijorita' tingħata lil dawk li jmutu fl-isptar għaliex mhux possibbli li jittieħed fl-isptar il- kadavru ta' kulmin imut barra mill-isptar.", "Dwar l-allegazzjonijiet ta' abbużi oħra, dawn għadhom qed jiġu investigati.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "12096.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti, fil-livell primarju u sekondarju, li fallew l-iskola għal perijodu ta' aktar minn 15- il jum minn meta bdiet is-sena skolastika 1999/2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12155, u tweġiba għal din tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - MWIET FATALI", "12097.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' mwiet fatali rrapportati lill-pulizija matul din is-sena, ċioe' minn Jannar sat-13 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minnhom kienu kawża ta' inċidenti tat-traffiku u/jew delitt?", "Kemm minn dawn il-każi għadhom qed jiġu nvestigati mill-pulizija u kemm minnhom jinsabu għaddejja bil-proċeduri fil-qrati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Diċembru ta` l-1999, il-pulizija kellha 39 rapport ta` inċidenti fatali.", "Minnhom, 12 kienu kawża ta` inċidenti tat-traffiku u għaxra kienu omiċidji, li f`każ minn dawn ta` l-aħħar il-mejta kienu tlieta.", "Ninsab infurmat ukoll li f`7 każi nbdew proċeduri kriminali quddiem il- qorti, filwaqt li fil-każi l-oħrajn il-pulizija għadha għaddejja bl- investigazzjoni.", "SKEJJEL - IMTARFA - GĦALLIEM TAL-COMPUTER", "12109.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani għaliex studenti f'form I f'Sir Temi Zammit boys secondary school fl-Imtarfa qatt ma kellhom teacher għal-lezzjonijiet tal-computer minn meta bdiet l-iskola?", "Jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn u anke jikkonsidra li jsiru lezzjonijiet extra sabiex it-tfal ma jispiċċawx fi żvantaġġ fejn tfal oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tagħmel kull sforz biex fl-iskola jinstab għalliem tal-computer.", "Informat ukoll li dan l-aħħar instabet persuna kwalifikata li wegħdet li se tibda tgħallem dan is-suġġett fl-10 ta' Jannar, 2000.", "UE - EXPORT REFUND - ĠOBON", "12110.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12003?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt is-seduta numru 211.", "UE - EXPORT REFUND - TRAB TAL-ĦALIB", "12111.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12002?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt seduta numru 211.", "UE - EXPORT REFUND- ROSS", "12112.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-mistoqsija li għaliha qed issir riferenza weġibtha waqt seduta numru 211.", "SPTAR ĠENERALI - OPERAZZJONIJIET", "12119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minnhom saru taħt general anaesthesia u kemm minnhom saru taħt local anaesthesia, spinal anaesthesia jew taħt sedation?", "Kemm-il twelid sar fl-Isptar Ġenerali mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minnhom kienu ċesarji?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar sa l-1 ta' Diċembru 1999 saru 1981 operazzjoni.", "Dawn saru kif ġej:", "general anaesthesia 764 local anaesthesia 705 spinal anaesthesia 47 epidural anaesthesia 13 sedation 452", "Mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999 twieldu 304 - 156 subien u 148 bniet - li 54 minnhom kienu ċesarji.", "GĦAWDEX - KAŻI TA' QTIL", "12120.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm-il murder sar f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minn dawn il-murders ġew solvuti u minn min tmexxiet l- investigazzjoni f'kull każ?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "SPTAR ĠENERALI - EMERĠENZA", "12121.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm daħlu nies id-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Issir sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-isptar ta' Għawdex biex tkun stabbilita l-urġenza tal-każ?", "Jekk issir, x'inhu l-persentaġġ ta' kull kategorija tal-pazjenti li daħlu mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999 fl-emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u l- 1 ta' Diċembru, 1999 daħlu 12,140 pazjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "M'hemmx sistema ta' triage fl-emerġenza ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "GOZO CHANNEL - VJAĠĠI", "12122.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm-il trip sar mill-vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm-il darba l-vapuri tal-Gozo Channel ħadmu għal Sa Maison f'dan il-perijodu?", "Kemm qasmu passiġġieri u karozzi kull xahar mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999?", "Meta hemm il-ħsieb li jidħol fil-flotta tal-Gozo Channel il-vapur il-ġdid \"Madonna ta' Pinu\"?", "Meta hemm il-ħsieb li jsir il-moll taċ-Ċirkewwa biex il-vapuri jkunu jistgħu jitrakkaw fil-maltemp?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li n-numru ta' trips li saru mill- vapuri tal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-15 ta' Diċembru, 1999 kien ta' 19,856 u li 598 minnhom kienu vjaġġi li saru għal Sa Maison.", "Matul l-istess perijodu kien hemm 2,893,739 passiġġier u 647,294 karozza li qasmu bejn il-gżejjer bil-vapuri tal-Gozo Channel.", "Dawn huma mqassma, xahar b'xahar, kif jidher hawn taħt:", "Passiggieri Karozzi", "Jannar 134,374 34,823 Frar 153,333 37,547 Marzu 220,576 49,503 April 277,093 56,957 Mejju 265,418 55,947 Gunju 286,700 63,539 Lulju 348,209 75,801 Awissu 391,433 85,390 Settembru 313,373 69,247 Ottubru 260,804 57,698 Novembru 175,647 41,886 1 ta' Dicembru sal-15 ta' Dicembru 1999 66,779 18,956", "Il-vapur 'Ta' Pinu' hu mistenni li dalwaqt jiġi mogħti lil Gozo Channel u li jidħol fis-servizz xi ftit ġimgħat wara.", "Ix-xogħol fuq il-moll taċ- Ċirkewwa għandu jinbeda mill-aktar fis possibbli.", "GĦAWDEX - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "12123.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm minnhom spiċċaw pazjenti l- isptar, u kemm minnhom spiċċaw fiċ-ċentri tas-saħħa f'Għawdex, konsegwenza ta' dawn l-inċidenti?", "Kemm mill-pazjenti nvoluti f'inċidenti tat-traffiku kellhom feriti ta' natura ħafifa, u kemm kellhom feriti ta' natura gravi?", "Kemm minnhom tilfu ħajjithom u x'kienet l-eta' ta' kull vittma?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li mill-1 ta' Jannar, 1999 sat-30 ta' Novembru, 1999 kien hemm 158 inċident tat-traffiku li ġew riferuti lill- faċilitajiet tas-saħħa f'Għawdex.", "148 każ spiċċaw l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 10 fiċ-ċentru tas-saħħa.", "31 persuna nvoluti f'dawn l-inċidenti sofrew feriti ta' natura gravi u daħħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li minnhom erbgħa ntbagħtu l-Isptar San Luqa, Malta, filwaqt li 127 sofrew feriti ta' natura ħafifa u ntbagħtu d-dar.", "Persuna waħda biss involuta f'inċident tat-traffiku miet u dan kien ġuvni ta' 26 sena li miet fl-Isptar San Luqa.", "SAĦĦA - NURSING AND MIDWIFERY BOARD", "12156.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid kemm hemm nurses reġistrati man-nursing and midwifery board?", "Xi grad għandhom?", "Kemm minnhom jaħdmu mal-gvern u kemm mal-privat?", "Kemm minnhom ma jaħdmux u huma taħt l-eta' ta' 60 sena?", "Kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent fir-reġistri miżmuma mill-bord dwar infermiera u qwiebel hemm 1,728 infermier iskritti fl-elenku (E.N.) u 1,456 infermiera reġistrati (S.R.N.).", "Minn dawn hemm 1,196 li jaħdmu mad- diviżjoni tas-saħħa u 74 barranin li ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Renju Unit, Ġermanja, Niġerja, Albanija, Ċina, Slovakja, Slovenja, Bulgaria, Filippini, Stati Uniti, Kanada, Pakistan u Ukranja.", "TEKNOLOĠIJA DENTALI - BOARD OF STUDIES", "12189.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-board of studies tat- teknoloġija dentali u kemm-il darba ltaqa' fis-snin 1997, 1998 u 1999?", "Min jagħżel il-membri fuq il-board of studies?", "Fuq liema kriterji kienu jintgħażlu l-membri?", "Fuq liema kriterji kien jintgħażel iċ-chairman?", "Qabel ix-xahar ta' Novembru, 1999 meta kienet l-aħħar darba li ltaqa' dan il-board of studies u min kienu l-membri preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bord ta' l-institute of health care ta' l-Universita` ħatar board of studies sabiex jagħmel rakkmandazzjonijiet biex jibda kors tat-teknoloġija dentali.", "Il-board of studies bagħat ir- rapport tiegħu fit-18 ta' Ġunju, 1997.", "Il-board of studies kien jikkonsisti fid-dekan tal-fakulta` tal-kirurġija dentali (Professur J.M. Portelli), is-senior dental teknologist ta' l-Universita` (is-Sur J. Zarb) u l-principal dental technologist tad-dipartiment tas-saħħa (J. Salamone Reynaud).", "Dwar ir-raġuni għaliex il-kors ma fetaħx nirriferi l-Onor.", "Membru għar- risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10250.", "AMBAXXATURI", "12201.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12124?", "ONOR.", "JOE BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ma kien hemm ħadd.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, kien hemm ambaxxatur wieħed biss, dak akkreditat għal Franza.", "Peress li dawn iż-żjarat la kienu frekwenti u lanqas fit-tul hekk kif hu speċifikat fil-\"conditions of service for officers serving overseas\", ma' kienx hemm il-bżonn li tintalab l- awtorizzazzjoni ta' l-MPO u tal-ministeru tal-finanzi biex jibqa' jsir il- ħlas tal-global emoluments.", "FINANZI - KAROZZI", "12203.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill- ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il- karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant jinsab fil- listi li tpoġġgew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KAROZZI", "12204.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l- 1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Tajjeb jingħad li wħud mill-vetturi murija fil-lista llum m`għadhomx fil- pussess tad-dipartiment jew entita` peress li kienu nbiegħu.", "TRASPORT - KAROZZI", "12205.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - XIRI TA' KAROZZI", "12206.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bejn l-1987 u l-1996 fil-Ministeru tas-Saħħa, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu nxtraw il-karozzi skond kif ġej:", "Ministeru tas-Saħħa Marka Data tax-xiri Prezz LM Volvo 1993 9,512 Mazda 626 1993 5,880 Hyundai Lantra 1994 4,000", "Diviżjoni tas-Saħħa Isuzu 1988 1,997 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Skoda 1991 2,462 Skoda 1991 2,462 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Alfa Romeo 1995 8,200 Rover 1995 13,150 Kia 1996 3,312 Kia 1996 3,312 Kia 1996 3,312", "Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi", "Toyota Carina 1993 6,269 Toyota Corolla 1993 6,042", "Sptar Zammit Clapp", "Skoda Favorit 1991 2,374 Skoda Favorit 1991 2,374 Skoda Favorit 1991 2,374 Toyota Cor.XL Diesel 1993 5,190 Seat Terra Combi 1995 3,200 POLITIKA SOĊJALI - XIRI TA' KAROZZI", "12207.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "INTERN - XIRI TA' KAROZZI", "12208.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill- Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "-----------"]} {"filename": "19960429_533d_par.doc", "date": "1996-04-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 533 It-Tnejn, 29 ta' April, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 533", "It-Tnejn, 29 ta' April, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.07 p.m.", "Talba Seduta Nru. 533", "It-Tnejn, 29 ta' April, 1996", "WERREJ MINUTI 676", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 676", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 683", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 685", "AĠĠORNAMENT 710", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 716", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 532 li saret fl-24 ta' April 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "32134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jikkonferma li persuna li ggradwat fil-grad ta' BA Hons. fil-Franċiż fl-1994 ikkoreġiet il-karti ta' l-eżami fil-livell avvanzat tal-MATSEC tas-sessjoni ta' Ġunju 1995?", "Jista' jikkonferma wkoll li din il-persuna kkoreġiet kemm karti li jikkonċernaw il-lingwa kif ukoll il-karti tal-letteratura?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha esperjenza ta' tagħlim din il- persuna u xi kwalifiki pedagoġiċi għandha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): It- tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Jien informat li kien hemm żewġ persuni li għandhom BA Hons. - 1st Class - fil-Franċiż li ngħataw l-inkarigu ta' eżaminaturi addizzjonali għall-eżami msemmi.", "Il-ħila meħtieġa biex persuna tagħmel dan ix-xogħol mhijiex waħda pedagoġika iżda evalwattiva.", "Infatti dawn ma kkoreġewx il-karti ta' l-eżami iżda immarkawhom - dejjem taħt is-sorveljanza taċ-Chairman tal-Bord ta' l- Eżaminaturi li jqassam ix-xogħol u jagħmilha wkoll ta' moderatur fl-għoti tal-marki.", "Jien assigurat li l-persuni in kwestjoni għandhom il-ħila meħtieġa biex jagħmlu x-xogħol li tqabbdu jagħmlu.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - TREJQET IL-KAMPANJOL", "32135.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsir ix-xogħol meħtieġ fuq Trejqet il-Kampanjol f'Baħar iċ-Ċagħaq li tinsab fi stat diżastruż?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Il-manutenzjoni ta' Trejqet il-Kampanjol f'Baħar iċ-Ċagħaq hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, f'dan il-Parlament kemm-il darba tkellimt dwar triq oħra - qed nirreferi għal Zabbar Road, Fgura - li għalkemm m'hijiex meqjusa bħala arterial road jidher ċar li hemm bżonn ta' ħafna xogħlijiet xi jsiru fiha.", "Meta hawnhekk iddiskutejna r-riżoluzzjoni dwar ħtiġijiet speċjali tal-kunsilli lokali, jien kont tkellimt dwar din it-triq u kemm il-Ministru kif ukoll il-Prim Ministru kienu qaluli li x-xogħol neċessarji kellu jsir.", "Issa li l-Prim Ministru llum qiegħed preżenti hawnhekk, jista' jgħidilna bejn wieħed u ieħor meta se jsir ix-xogħol meħtieġ u jgħidilna wkoll jekk ix-xogħol jinkludiex il-bankina tat-triq li hija mħarrbta u mkissra?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien nista' ngħid li fil-laqgħa li kelli mal-kunsill lokali tkellimna fuq din it-triq.", "Il-kunsill ġie informat li qed nagħtuhom raġun fis-sens li għalkemm dik it-triq tikkwalifika li tidħol ....", "Qed ngħidu li huwa xieraq li l-Ministeru għat- Trasport jgħin biex din it-triq issir.", "Hemm proġett sħiħ biex isiru l- bankini kollha, biex jiġu rinovati l-mains ta' l-ilma u biex jitneħħew is- siġar li hemm u minflokhom jitħawlu siġar oħra.", "Il-kunsill lokali deherlu li qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna dwar dan il-proġett u aħna, min- naħa tal-Gvern, wegħedna s-support kollu kull fejn hu possibbli.", "Qed tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li anke x-xogħol tal-mains ta' l-ilma jiġi ddelegat; mhux qed ngħid li ttieħdet deċiżjoni, imma li jiġi esplorat jekk hux possibbli jkun hemm delega mill-Water Services Corporation biex ix- xogħol isir mill-kunsill lokali.", "Naturalment ikunu jridu jsiru l- arranġamenti neċessarji, fosthom dawk finanzjarji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Prim Ministru jaf li l-Kunsill Lokali tal- Fgura kien issottometta pjani biex jinbidlu xi toroq sabiex it-traffiku jiġi ddevjat u ma jibqax jgħaddi minn hemmhekk, jista' jgħidilna jekk wara li ddiskuta mal-kunsill lokali, kienx pożittiv dwar il-proġett li beħsiebu jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Fgura?", "Jien persważ li l-kunsill lokali ddiskuta din il-kwestjoni miegħu għaliex anke aħna bħala deputati tat-tieni distrett miż-żewġ naħat tal-Kamra, konna mistiedna u ġejna mitluba nagħtu l-opinjoni u l-fehma tagħna dwar dan il-proġett u konna qbilna li dak il-proġett għandu jsir.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, iva, fis-sens li l-heavy traffic m'għandux jibqa' jgħaddi minn dik it-triq li hija waħda prinċipali, imma għandu jgħaddi minn barra 'l Fgura.", "Naturalment biex dan isir hemm bżonn li jsiru xi toroq, u hemm bżonn ukoll li xi toroq oħra jiġu upgraded.", "KUNSILLI LOKALI - SAFAR MINN SINDKI", "32136.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sindki li siefru fuq xogħol tal-kunsilli lokali matul l-1995 u l-1996?", "Jista' jingħata rendikont dettaljat tan-nefqa tagħhom?", "Jista' jingħata rapport tal-ħidma waqt is-safar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bit-tagħrif mitlub mill-Onor Membru.", "Rapport tal-ħidma waqt is-safar jingħata direttament mis-sindku lill- kunsill lokali tiegħu.", "SWIEQI - KUNSILL LOKALI", "32137.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus ivvotati mill- Kunsill Lokali tas-Swieqi għat-tqegħid ta' bankini matul l-1996?", "Fejn se jsiru dawn il-bankini?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm se jintnefqu flus fuq it-toroq u liema toroq se jiġu rranġati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt fis-27 ta' Novembru 1995 u fil-5 ta' Marzu 1996 għal mistoqsijiet numru 28402 u 31874 rispettivament.", "Fil-każ tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi, ġejt informat li għas-sena finanzjarja 1996/97 ġiet allokata s-somma ta' Lm105,942.", "Skond il-Business Plan għas-snin 1995/97, il-kunsill għamel bħala waħda mill-miri tiegħu, it- titjieb tat-toroq u l-manutenzjoni ta' bankini.", "Nixtieq nirreferi lill-Onor Membru anke għat-tweġiba li tajt fis-26 ta' Settembru 1994 għal mistoqsija numru 20381.", "L-iskop li għalih twaqqfu l- kunsilli lokali kien ta' deċentralizzazzjoni u l-prinċipju li fuqu hi msejsa l-liġi hu wieħed ta' trasparenza assoluta fl-operat tagħhom.", "Dan ifisser li l-kunsilli huma direttament responsabbli u accountable lejn in- nies tal-lokal u għalhekk ikun xieraq li kemm jista' jkun u sa fejn hu possibbli, mistoqsijiet li jikkonċernaw l-operat ta' xi kunsill partikolari għandhom fl-ewwel lok isiru lis-sindku jew lis-segretarju ta' dak il- kunsill.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li l-Prim Ministru qiegħed iwieġeb dwar il- kunsilli lokali u x-xogħol tagħhom, nixtieq niġbidlu l-attenzjoni għal ċerti tweġibiet li aħna qed ningħataw.", "Per eżempju, fil-mistoqsija parlamentari numru 32725 jien kont staqsejt lill-Ministru għall-Ambjent meta kien se jingħata t-tarmak lil ċerti toroq u meta kienu se jsiru l- bankini fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Ħofra f'Ħaż-Żabbar - hawn qed nirriferi għal Triq il-Palm, Triq il-President tar-Repubblika, Triq l- Indivja, Triq il-Bigli u Triq ir-Real - peress li r-residenti ta' hemmhekk ilhom li ħallsu l-kontribuzzjonijiet tat-triq mis-snin tmenin - jiġifieri daqshekk ilhom jgħixu fit-tjun, eċċ. Il-Ministru kien weġibni hekk:", "\"Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija direttament lill-kunsill tal-lokalita' in kwestjoni peress li mill- bidu ta' April 1996 dan ix-xogħol ġie direttament taħt ir- responsabbilta' ta' l-istess kunsill lokali.\".", "Il-Ministru tani din it-tweġiba fis-seduta tas-17 ta' April li għadda u jiena bgħatt kopja tagħha lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar.", "Ftit wara, jiġifieri fis-26 ta' April, is-Segretarju ta' dan il-kunsill, Francis Zahra, kitibli ittra fejn qalli li:", "\"It-toroq imsemmija, Triq il-President tar-Repubblika, eċċ., huma toroq li qatt ma kienu asfaltati u għalhekk m'huwiex kompitu tal- kunsill li dan jasfaltahom imma huwa kompitu tar-Roads Department.", "Niġbed l-attenzjoni li xi toroq imsemmija għad m'għandhomx is-servizz ta' l-ilma permanenti u għalhekk m'huwiex possibbli li dawn jingħataw it-tarmak immedijatament.\".", "Mr Speaker, jiddispjacini li qed ningħataw dan it-tip ta' tweġibiet meta suppost il-Ministeru kien jaf li t-toroq imsemmija huma toroq ġodda.", "Mhux sew li jgħidulna biex nirriferu lill-kunsill lokali biex imbagħad dawn jgħidulna li x-xogħol m'huwiex kompitu tagħhom.", "Li jsir ix-xogħol hu kompitu ta' xi ħadd u nerġa' ngħid, dawn it-toroq ilhom hekk mis-snin tmenin.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, diġa' ngħataw spjegazzjonijiet mill- Ministru responsabbli għat-trasport, fis-sens li hemm devoluzzjoni vera u proprja ta' x'inhuma d-doveri tal-kunsilli lokali.", "Toroq li għad iridu jiġu fformati m'hijiex ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, mentri l- manutenzjoni ta' toroq li diġa' huma fformati hija r-responsabbilta' tal- kunsilli lokali.", "Naturalment qed iqumu diffikultajiet għax il-kunsilli lokali mhux dejjem jaqblu mad-Dipartiment tat-Toroq dwar xi jrid isir fit- triq.", "Per eżempju, jekk it-triq trid terġa' tiġi rikostruwita, huwa mod, u jekk il-manutenzjoni tagħha m'hijiex qed tinżamm tajjeb biżżejjed u allura qiegħda dejjem tmur lura, hija kwestjoni oħra.", "Wieħed jistenna li jkun hawn problemi ta' delimitazzjoni de facto fil-każ partikolari dwar min hu responsabbli għal xiex.", "Pero' irridu nifhmu - f'dan is-sens kienet ir- risposta tiegħi u r-risposta li ta l-Ministru għad-domanda li rrifera għaliha l-Onor.", "Membru - li l-ewwel risposta hi, li jekk din it-triq taqa' taħt il-kompetenza tal-kunsilli lokali, hija responsabbilta' tagħhom.", "Naturalment jiena ma nafx il-każ speċifiku ta' dawn it-toroq pero' hemm distinzjoni netta li jafuha l-kunsilli lokali.", "M'iniex qed ngħid jekk ir- risposta li ta l-kunsill lokali jew dik li ta l-Ministru hijiex korretta jew le għax ma nafx il-każ partikolari.", "Naturalment il-Ministru jirrispondi skond l-informazzjoni li jkollu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, meta għamilt din il-mistoqsija - ili s-snin nagħmilha din il-mistoqsija - żgur li l-Ministeru kien jaf li dawn huma toroq li qatt ma saru u li għadhom kollha trab.", "Jiġifieri dawn m'humiex toroq li nqalgħu bix-xita jew li fihom il-ħofor u qed nitlob li jiġu rranġati jew li jingħataw wiċċ sħiħ, imma dawn huma toroq illi minkejja li r-residenti ilhom snin twal li ħallsu l-kontribuzzjoni tat- triq, għadhom sal-lum m'humiex asfaltati u qed nirreferi għal area sħiħa.", "Saħansitra nhar il-Ġimgħa stess mort nittawwal s'hemmhekk u rajt xi disa' toroq kollha trabijiet li ma tieħux gost timxi fihom speċjalment f'dak l- ajru li kellna nhar il-Ġimgħa fil-għaxija .", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH(Ministru għall-Ambjent): Mid-deskrizzjoni li qed jagħti l-Onor.", "Interpellant jidher li dawn it-toroq huma kklassifikati bħala toroq ġodda għax huma toroq li għad iridu jiġu fformati.", "Issa jekk hux il-kunsill lokali jew il-Gvern ċentrali li għandu jieħu ħsiebhom, hija materja ta' jekk dawn humiex toroq arterji jew toroq lokali.", "Meta llum qed ngħidu li l-kunsilli lokali għandhom r-responsabbilta' tat-toroq lokali, jfisser li l-voti ta' flus li kien iżomm il-gvern biex jagħmel manutenzjoni u formazzjoni ta' toroq lokali, illum qed jgħaddu lill-kunsilli lokali, iżda bid-differenza li t-total ta' flus huwa akbar.", "Meta mbagħad nitkellmu dwar toroq li għad iridu jiġu fformati kompletament, għalkemm f'dak il-każ id-Dipartiment tat-Toroq iżomm ir-responsabbilta' hu, illum il- prijoritajiet xorta huma diskussi mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qabel inħolqu l-kunsilli lokali kien hemm ċertu xogħol li kellu jsir - kemm li għandu x'jaqsam mat-toroq kif ukoll xogħol ta' infrastruttura u xogħol ieħor bħalma huma gandotti bl-ispralli fit-toroq u mal-bankini biex ma jgħerqux in-nies - u meta laħqu l-kunsilli lokali l- Gvern ċentrali baqa' m'għamilhomx.", "Wara ċertu żmien meta erġajna għamilna mistoqsijiet parlamentari, ingħatajna r-risposta li issa dak ix-xogħol huwa r-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Imbagħad meta l-kunsilli lokali talbu flus biex jagħmlu dan ix-xogħol, baqgħu ma ngħatawx flus.", "Issa, meta qegħdin f'sitwazzjoni li tista' tiġri xi diżgrazzja kemm minħabba t-traffiku kif ukoll lir-residenti li joqogħdu f'ċertu toroq - naf residenti li joqogħdu f'ċerti toroq li għamilt mistoqsijiet dwarhom - jista' l-Prim Ministru jgħidli x'inhi r-responsabbilta' tal-Gvern ċentrali meta l-kunsill lokali jgħid li m'għandux fondi biex jagħmel dak ix-xogħol li suppost kien għamlu l-Gvern ċentrali qabel?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, aħna diġa' għamilniha ċara l- pożizzjoni.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Portelli, id-djar fit-toroq li semma hu, ilhom mibnija mill-1980.", "Hawn toroq li għalkemm il-bini ilu li tela' minn qabel l-1980 għadhom ma sarux.", "Sfortunatament dan ix-xogħol baqa' ma sarx għax id-dipartimenti responsabbli u gvern wara l-ieħor ma kellhomx il-flus biex jagħmlu dan ix-xogħol u għadhom ma laħqux ma' dan il-backlog.", "Jiena niftakar meta l-Onor.", "Mizzi kien jilmenta dwar ħafna toroq ħdejn il-housing estate tal-Kalkara, u issa wħud minnhom saru.", "Jiena ma nafx jekk sarux kollha, pero' xi wuħud minnhom saru.", "(Interruzzjonijiet) Fil-Kalkara kien hemm numru ta' toroq li ma kenux ifformati u li issa ġew ifformati.", "Veru li bħal dawn it-toroq issib madwar Malta u GĦawdex kollha għaliex sfortunatament hekk kien isir l-iżvilupp f'pajjiżna.", "Kienu jingħataw il-permessi tal-bini, kien jitla' l-bini, kienu jitħallsu l-kontribuzzjonijiet u l-Parlament, kien min kien il- gvern, ma kienx jivvota flus biżżejjed.", "Din hija r-realta' u sal-lum għadna grappling ma' dawn il-problemi.", "Issa trid tagħmel priorita'.", "Naturalment kull gvern irid jgħid li se jiddedika tant miljuni ta' flus għat-toroq u dan il-Gvern kull sena qed jivvota miljuni kbar għall- formazzjoni tat-toroq.", "Huwa veru li għad hemm toroq li strettament imisshom ilhom li saru m'hux biss għaliex tħallsu l-kontribuzzjoniiet, imma għaliex il-bini tela' u qegħdin fi stat diżastruż.", "Jiena ma niftakarx kemm kien il-vot għal din is-sena - forsi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech jaf - imma naf li erġajna żidna l-vot għat-toroq b'miljuni kbar.", "Pero' r- realta' hija li ma nistgħux inlaħħqu mal-backlog kollu li għad hemm f'daqqa, għaliex għal dan trid iż-żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: It-toroq fl-irħula li m'humiex arterji prinċipali, huma responsabbli għalihom il-kunsilli lokali jew inkella huwa responsabbli għalihom it-Dipartiment tat-Toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Din għidniha kemm-il darba, Mr Speaker.", "GĦal dawk li huma toroq lokali, jekk huma toroq li għadhom ma ġewx ifformati, ir- responsabbilta' hija tad-Dipartiment, imma jekk diġa' ġew ifformati u għandhom bżonn maintenance jew xi resurfacing, huma responsabbilta' tal- kunsill lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Gatt.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Jekk huma toroq li huma fformati, dawn huma responsabbilta' ....", "(Interruzzjonijiet) Jiena li kont se ngħid huwa, li llum, skond l-ispecifications tad-Dipartiment tat-Toroq trid tagħmel is-sub- base, il-wet mix u ħafna affarijiet oħra.", "GĦaldaqstant nittama li toroq li jsiru mill-kunsilli lokali ma jsirux bl-addoċċ imma jsiru skond dawn l- ispecifications.", "Dan hu li rrid ngħid jiena.", "Kultant ngħid: Iż-żiemel jiġi qabel il-karettun jew il-karettun jiġi qabel iż-żiemel?", "Qed ngħid dan għaliex qegħdin jintnefqu ħafna flus fil-bankini.", "Qisu hawn xi pika.", "Per eżempju għax saret biċċa bankina bl-interlock fil-parti li tagħmel man- Naxxar, fil-Mosta bdejna minn ħdejn ix-showroom tal-Mercedes u deħlin lejn il-Mosta, meta hemm bżonn li ssir manutenzjoni ta' toroq kważi kważi mal- Mosta kollha.", "Bdejna bil-kontra!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'hemmx dubju li dak li qed jgħid l-Onor.", "Membru huwa f'postu, jiġifieri hemm numru ta' specifications li jridu jinżammu anke mill-kunsilli lokali.", "Fil-fatt nista' ngħid li kien hemm ħafna kunsilli lokali li kellhom it-tentazzjoni li jagħmlu toroq li m'humiex ta' ċertu livell biex isolvu l-problema.", "Jiena nifhem lil min jirreaġixxi biex ineħħi l-problema b'dan il-mod, pero' aħna rreżistejna li dan isir.", "Per eżempju, kellna u għad għandna kwestjoni mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li xtaq li jagħmel toroq ta' livell inferjuri minn dak li qed isir u fil-fatt aħna s'issa dan irreżistejnih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, jiena ilmentajt għaliex il-Ministru jgħidilna li ċertu asfaltar ta' toroq huwa responsabbilta' tal-kunsill lokali, imbagħad il-kunsill lokali jikteb lura u jgħidilna li mhux kompitu tiegħu li jasfalta dawk it-toroq imma huwa kompitu tad-Dipartment tat- Toroq.", "Mela allura min jagħtina t-tweġibiet dawn l-affarijiet ma jarahomx?", "(Interruzzjonijiet) Le, il-mistoqsija tiegħi Nru. 32725 ma kenitx fuq manutenzjoni.", "Jiena qiegħed ngħid li lilna jweġbuna mod, imbagħad meta niktbu lill-kunsill lokali, dawn jgħidulna - nikkwota minn ittra li l- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar bagħatli fis-26 ta' April - li \"mhux kompitu tal-kunsill li dawn jasfaltahom\".", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naturalment jien ma nkunx naf it-toroq kollha u noqgħod fuq dak li jgħiduli l-uffiċjali tiegħi, pero' jekk l-Onor.", "Membru jista' jgħaddili l-informazzjoni fuq dawn it-toroq partikolari, inkunu nistgħu niċċekkjaw min għandu raġun, jekk hux il-kunsill lokali jew id- Dipartiment.", "Jekk it-toroq huma ġodda, jiġifieri qatt ma ġew asfaltati, allura huwa ċar li hija responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Toroq.", "Jien ma nafx min qed jgħid li m'humiex.", "Jiena ma nkunx nista' niċċekkja kull triq fiżikament; ovvjament noqgħod fuq dak li jgħiduli l-uffiċjali tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nixtieq nagħmel domanda lill-Prim Ministru li toħroġ mill-aħħar parti tat-tweġiba tiegħu, li tgħid: \"safejn hu possibbli, mistoqsijiet li jikkonċernaw l-operat ta' xi kunsill partikolari għandhom fl-ewwel lok isiru lis-sindku jew lis-segretarju ta' dak il-kunsill.\".", "Jiena naqbel mal-Prim Ministru fuq hekk, pero' nixtieq nistaqsih jekk wasalx iż-żmien li jsiru xi forma ta' guidelines mid- Direttorat tal-Kunsilli Lokali biex jirregolaw ftit ir-relazzjonijiet bejn membri parlamentari, sindki u segretarji tal-kunsill f'każ li jkun hemm membri parlamentari li jitolbu xi informazzjoni lill-kunsilli lokali.", "Jiena rrid ngħid li kull meta tlabt xi informazzjoni dejjem tawhieli, pero' forsi jistgħu jsiru xi forma ta' guidelines.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ma naħsibx li fil-livell tal-kunsilli lokali hemm ir-role diretta tad-deputati ta' din il-Kamra.", "Naturalment kull deputat, bħal kull ċittadin ieħor, jista' jattendi għas-seduti li dejjem isiru fil-pubbliku u jekk ikun irid, jista' anke jagħmel domandi u jkollu r-risposti għalihom.", "Jien għandi dubji jekk għandniex noħolqu xi mekkaniżmu li norbtu lill-kunsilli lokali mad-deputati.", "L-Onor.", "Membru qed jissuġġerixxi li jkun hemm xi forma ta' proċedura ta' kif il-kunsilli lokali għandhom jimxu mad-deputati.", "Jien għandi dubju kemm dan ikun għaqli.", "Huwa ovvju li d-deputati jinteressaw ruħhom f'dak li jkun qed jiġri fil-livell tal-kunsilli lokali - aħna hekk nixtiequ - pero' ma naħsibx li għandna nagħmlu xi forma preċiża ta' kif issir il- komunikazzjoni.", "Almenu jien hekk naħseb; ovvjament għadna fil-bidu ta' din l-esperjenza u rridu nevolvu anke practices, jiġifieri ma jkun hemm xejn ħażin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien assolutament ma naqbilx li l-kunsilli lokali għandhom isiru xi kolonni tad-deputati jew tal-ministri, għalkemm ċerti kunsilli jsiru hekk.", "Il-punt tiegħi hu li aktar ma jgħaddi żmien, aktar se jkun hemm każi fejn membri parlamentari jagħmlu mistoqsijiet parlamentari u jiġu mwieġba li mistoqsijiet bħal dawk għandhom isiru lill-kunsilli lokali.", "GĦal dik ir-raġuni għidt li jista' jkun hemm xi forma ta' xi guidelines biex informazzjoni bħal dik tingħata meta tintalab.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena fhimt il-punt li għamel l-Onor.", "Membru u l-ewwelnett diġa' hemm il-liġi li tgħid kif il-kunsill lokali għandu jaġixxi billi jagħti l-informazzjoni u billi kollox ikun fil-pubbliku.", "Jien m'inix konvint li għandna nagħmlu xi guidelines partikolari għar- rigward tar-relazzjoni bejn id-deputati u l-kunsilli lokali u naħseb li rridu napplikaw il-liġi.", "Jiġifieri f'dak il-livell irridu verament li jkun hemm devoluzzjoni, u allura huwa dmir ta' kull kunsill lokali li jkollu l- ikbar trasparenza u li jagħti sodisfazzjon fil-pubbliku għal dak kollu li jiġi mistoqsi.", "Nifhem x'jista' jiġri u ġieli kellna każi fejn bi tweġiba għal mistoqsija supplimentari l-ministru qal \"mhux jien\" u l-kunsill lokali qal \"mhux jien\", allura min se jiddeċiedi min hu responsabbli?", "Jien m'inix qed ngħid li ma jistgħux isiru d-domandi, pero' kemm jista' jkun f'din il- Kamra m'għandniex nitolbu informazzjoni fuq l-aġir tal-kunsilli lokali għax dik l-informazzjoni għandna nidraw neħduha direttament mingħandhom.", "KINDERGARTEN ASSISTANTS - REKLUTAĠĠ", "32232.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu reklutati mal-Gvern dawk li temmew il-kors ta' kindergarten assistants f'Ġunju, 1995?", "Matul il-ħames snin li ġejjin x'inhuma l-projections tad-dipartiment f'dak li għandu x'jaqsam mal-bżonn ta' kindergarten assistants ġodda sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fit-12 ta' Marzu, 1996 ħarġet is-sejħa għal applikazzjoni għall-postijiet ta' kindergarten assistants u jistgħu japplikaw dawk li temmew il-kors f'Ġunju 1995.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' tfal li attendew iċ-ċentri tal- kindergarten kien hekk:", "TFAL TA' ERBA' SNIN ------------------- Sena Jannar Ġunju Ottubru ------------------------------------------------- 1990 3371 1991 3339 3356 3505 1992 3485 3534 3549 1993 3549 3600 3578 1994 3544 3593 3488 KINDER 2 1995 3476 3494 3968", "TFAL TA' TLIET SNIN ------------------- Sena Jannar Ġunju Ottubru ------------------------------------------------- 1990 2550 1991 3149 4209 2694 1992 3673 4305 2479 1993 3792 4250 2613 1994 3389 4288 2515 KINDER 1 1995 3225 4063 2106", "Dan juri li bejn wieħed u ieħor l-għadd ta' tfal li jattendu ma jinbidilx ħafna fuq skala nazzjonali.", "Li jinbidel huwa l-lokalita' minn fejn jiġu minħabba ċaqliqiet demografiċi f'lokalitajiet partikolari.", "Huwa għħalhekk li l-bżonn ta' kindergarten assistants huwa bejn wieħed u ieħor konsistenti.", "Li qed jiżdied huwa n-numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali li jridu jiġu integrati fi skejjel normali.", "In-numru ta' kindergarten assistants (special schools and mainstream) huwa dan:", "SENA OTT.", "1994 OTT.", "1995 JAN.", "1996 APR.", "1996 ------------------------------------------------------------ K.Assts.", "203 246 +5 +8", "Ma jistgħux jingħataw projections eżatti għall-ħames snin li ġejjin għax dan jiddependi minn ħafna fatturi, fosthom minn jekk il-ġenituri jiddeċiedux li jibagħtu t-tfal tagħhom fi skola ta' l-istat jew fi skejjel privati, kif ukoll minn kemm jitwieldu tfal.", "Kull sena jkun hemm bejn wieħed u ieħor xi tmienja jew 12-il kindergarten assistant li jirriżenjaw.", "BAĦRIJA - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "32233.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu d-Dipartiment ta' l-Enerġija biex tissaħħaħ il-provvista' ta' l-elettriku fil-Baħrija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li wara li s-sena l-oħra nbidlet linja tal-vultaġġ għoli b'cable taħt l-art f'Wied il-Bużbież, din is-sena hemm pjan biex tinbidel biċċa linja oħra li tagħti għall- Kunċizzjoni mill-Baħrija.", "Wieħed irid jirrealizza li l-inħawi kollha mir- Rabat sa l-Imġarr, bl-irħula żgħar ta' bejniethom, għandhom provista ta' elettriku li tikkonsisti prinċipalment f'linji twal ta' vultaġġ għoli fuq l- arbli u għalhekk huma esposti għall-maltemp.", "Barra minn dan, normalment jekk ikun hemm ħsara fuq xi parti minn dawn il-linji taffettwa l-inħawi kollha.", "M'hijiex ħaġa prattika li l-linji kollha jinbidlu b'cable taħt l- art f'daqqa waħda iżda dan ix-xogħol inbeda u qed tittieħed l-okkażjoni biex fejn l-arbli qdiemu s-sistema tiġi sostitwita b'cables taħt l-art.", "Il-proġett li se jsir din is-sena u li se jikkontribwixxi sostanzjalment għat-tisħiħ tal-provista ta' l-elettriku fil-Baħrija jikkonsisti fis- substation il-ġdida li nbniet fid-Dwejra.", "Meta din titħaddem, iktar tard din is-sena, ikun possibbli li diversi linji jiġu protetti separatament biex ħsara fuq waħda ma taffettwax is-sistema kollha.", "B'hekk hu maħsub li numru ta' ħsarat li jiġu kkaġunati mill-maltemp u li jaffettwaw il-Baħrija, jonqsu sostanzjalment.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "Tqegħid ta' karti fuq il-Mejda.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 77 ta' l-1996 - Ordni ta' l-1996 dwar Nomina mill- Oppożizzjoni f'Enemalta;", "Avviż Legali Nru 78 ta' l-1996 - Ordni ta' l-1996 dwar Nomina mill- Oppożizzjoni fil-Korporazzjoni Telemalta; u", "Kopja tal-Memorandum tal-Kabinett Nru 559 imħejji mill-Ministru tal- Finanzi dwar l-għoti tal-kuntratt ta' l-Isptar San Raffaele, liema memorandum kien diskuss fil-laqgħa tal-Kabinett tat-22 ta' Mejju 1995, kif ukoll kopja ta' l-estratt mill-minuti approvati tal-Kabinett dwar id-deċiżjoni meħuda fuq dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja taċ-Ċirkolari MPO B1 Nru 1/95 maħruġa fil-11 ta' Jannar, 1995 dwar l-order of merit ta' kandidati li jġibu l-istess marki, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 32884;", "Kopja taċ-Ċirkolari Nru 18/96 maħruġa fis-26 ta' Frar 1996 dwar policy għar-reinstatement ta' impjegati tal-Gvern, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 33007; u", "Skeda li turi l-ispiżeriji li ġew liċenzjati bejn l-1987 u l-1996 u lista li tagħti l-lokalitajiet ta' applikazzjonijiet pendenti għall- ftuħ ta' spiżeriji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 33142.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 71 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 dwar il- Protezzjoni ta' Żgħażagħ fuq il-Post tax-Xogħol;", "Avviż Legali Nru 72 ta' l-1996 - Regolamenti ta' l-1996 dwar il- Protezzjoni tal-Maternita' fuq il-Post tax-Xogħol;", "Informazzjoni dwar korsijiet ta' taħriġ organizzati mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 33095; u", "Informazzjoni dwar faċilitajiet sportivi fi skejjel tal-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 33141.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Exemption Order skond is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 12 ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income lil First International Merchant Bank Ltd;", "Kopja tar-Rapport Annwali tal-Borża ta' Malta għas-sena 1995; u", "Avviż Legali Nru 76 ta' l-1996 - Avviż ta' l-1996 dwar Eżenzjoni mit- Taxxa fuq l-Income (Xogħol Filantropiku).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Meja tal- Kamra:", "Informazzjoni dwar qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numu 33139.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 73 ta' l-1996 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' l-Ordni ta' l-1996 dwar is-Sulfarini;", "Avviż Legali Nru 74 ta' l-1996 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' Standard Order Nru. 32 ta' l-1996; u", "Avviż Legali Nru 75 ta' l-1996 - Revoka ta' l-Ordni ta' l-1987 dwar is-Sulfarini (Ordni Nru. M19 ta' l-1987).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-24 ta' April, 1996)", "Klawsola 22 - Emenda ta' l-artkolu 46 ta' l-Att prinċipali (Kont.)", "Clause 22 - Amendment of section 46 of the principal Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Infakkar li għal din il-klawsola fl-aħħar seduta tressqu emenda min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u emenda min-naħa tal-Gvern.", "Hemm rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-emenda tal-Gvern tinkorpora dawk il-partijiet ta' l-emenda proposta mill-Oppożizzjoni li min-naħa tal- Gvern qegħdin jiġu aċċettati pero' peress li l-Oppożizzjoni ppreżentat emenda waħda b'emendi li m'humiex aċċettabbli jiena pproponejt l-emendi li naqblu fuqhom bħala emenda għaliha.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT : Sur President, tajjeb li mmorru pass lura għad- dibattitu li ilu għaddej fuq dak li għandna quddiemna kif is-sens tas- suġġett li qegħdin niddiskutu u naħseb li b'mod konkret id-diviżjoni li tqajmet fuq dak li għandna quddiemna ġejjin mill-insistenza tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni li biex wieħed ikun jista' jingħata d-dokument tal-vot għandu jkollu karta ta' l-identita' valida.", "Aktar 'il quddiem se ninsistu wkoll li wieħed irid ikollu l-karta' ta' l-identita' valida meta jiġi biex jivvota.", "Tajjeb li mmorru pass lura fuq din il-ħaġa u naraw ftit fejn hemm fond ta' qbil bejn iż-żewġ naħat u fejn hemm fond ta' nuqqas ta' qbil.", "Jiena qed neħodha li hawn fond ta' qbil biżżejjed bejn iż-żewġ naħat li għandu jkun hemm is-salvagwardji kollha neċessarji ħalli fil-proċess tal- vot, kull vot li jitwaddab ikun jikkwalifika skond it-termini tal-liġi kemm fuq bażi kostituzzjonali kif ukoll fuq bażi ta' liġijiet.", "Qed neħodha li ż- żewġ naħat qegħdin jaqblu li m'għandhomx jintefgħu voti li jkunu kontra s- sens tal-Liġi Elettorali.", "Li mhux qed ikun hemm qbil - jekk qed nifhem tajjeb - huwa dwar x'inhuma s-salvagwardji li għandhom jiġu introdotti biex din il-ħaġa tiġi implimentata.", "Jien qed nifhem li min-naħa tal-Gvern l- argument fundamentali kontra dak li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni ...", "L- Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li biex wieħed ikun jista' jitfa' l-vot irid ikollu karta ta' identita' valida u għaċ-ċittadin komuni ħaġa bħal din bilfors li tinħass u tidher bħala esiġenza mija fil-mija normali, naturali u raġjonevoli, aktar u aktar għax skond il-liġi dwar il-karta ta' l- identita' kull ċittadin suppost li jkollu karta ta' l-identita' valida.", "Nerġa' ngħid, suppost li in konformita' mal-Liġi tal-Karta ta' l-Identita', iċ-ċittadini kollha jkollhom karta ta' l-identita' valida.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid - u aħna jidhrilna li hija kondizzjoni raġjonevoli mija fil-mija - li parti mill-mod kif tiġi implimentata s-sistema elettorali, il-proċess elettorali, tkun l-esiġenza jew il-kondizzjoni li biex tivvota jrid ikollok karta ta' l-identita' valida.", "In-naħa tal-Gvern qed tgħid - jekk fhimt tajjeb the core, il-qalba, ta' l-argument tal-Gvern - li esiġenza bħal dik, jiġifieri li ċ-ċittadin ikollu karta ta' l-identita' valida hija esiġenza li tkompli tagħmel piżijiet u kondizzjonijiet extra li m'humiex aċċettabbli fuq il-kondizzjonijiet ferm ċari li tagħmel il-Kostituzzjoni.", "Il-Gvern qed jargumenta - jekk fhimt tajjeb - li l-kondizzjoni li qed tissuġġerixxi l- Oppożizzjoni, jiġifieri li wieħed irid ikollu karta ta' l-identita' valida, hija xi ħaġa li tmur oltre l-Kostituzzjoni u qed iddaħħal kondizzjonijet oħra fil-proċess elettorali li jmorru kontra d-dritt taċ-ċittadin li jivvota, dritt mogħti lilu bil-Kostituzzjoni.", "Jien hekk fhimt l-argument tan-naħa tal-Gvern.", "Sur President, jekk wieħed jieħu pass lura minn dawn l-argumenti jsib li d-diskussjoni qed tqum fuq argument legali.", "Dejjem jekk fhimt tajjeb l- argument tal-Gvern, dan huwa argument legali.", "Il-Gvern qed jgħid illi li tinsisti li biex wieħed jivvota jrid ikollu karta ta' l-identita' valida hija xi ħaġa addizzjonali għall-kondizzjonijiet li tagħmel il-Kostituzzjoni u allura tnaqqas id-drittijiet taċ-ċittadin mogħtija lilu mill- Kostituzzjoni biex jipparteċipa fil-proċess elettorali.", "Jiena ngħid li huwa ċar li m'aħniex qed naqblu fuq din il-ħaġa.", "Jekk huwa argument legali li qed javvanza l-Gvern u mhux argument maħsub politiku jew finta politika - u jiena ngħid ejja nassumu li mija fil-mija huwa argument legali u mhux argument ta' kalkolu politiku min-naħa tal-Gvern u allura qed inwarrab l- argumenti kollha li tqanqlu dwar min jista' jiġi minn barra u min ma jistax jiġi minn barra biex jivvota u ma jivvotax - b'ċertu sens ta' responsabbilta' jiena ngħid - u m'iniex avukat - li jekk huwa punt legali li qed jiddividina, allura għaliex ma nirriferux dan il-punt legali lill- istituzzjoni fil-pajjiż li tista' tagħtina gwida fuqu?", "Nistgħu nsibu soluzzjoni għal din il-ħaġa billi nirriferuha lill-qrati ħalli dawn jgħidulna jekk ir-rekwiżit ta' karta ta' l-identita' valida jmurx oltre dak li huwa raġjonevoli taħt il-Kostituzzjoni u taħt il-liġijiet ta' Malta?", "B'hekk inkunu qtajnieha u ma tkunx deċiżjoni ta' min għandu l-maġġoranza fil-Parlament, ma tkunx kwestjoni ta' kalkolu politiku u mhux kalkolu politiku, imma jkun hemm mekkaniżmu, li niftiehmu fuqu, biex din il- kwestjoni tiġi riferuta lill-qrati li jiddeċiedu huma jekk tistax issir mingħajr mingħajr limitu jew xi forma ta' piż fuq id-dritt taċ-ċittadin kif qed jgħid il-Gvern jew li tista' ssir u mingħajr ma jkun hemm problemi fuqha.", "Jekk il-qrati jiġġudikaw li m'għandhiex ssir allura ma ssirx, imma jekk il-qrati jiġġudikaw li tista' ssir mingħajr ma jkun hemm xi forma ta' endorsement kostituzzjonali għad-drittijiet taċ-ċittadin, allura l-Gvern ma jkollux raġuni legali - jekk hija raġuni legali - biex ikompli jgħid le fuq din il-ħaġa.", "L-element li nixtieq indaħħal f'dan il-mument f'dan id-dibattitu huwa jekk hux ilkoll f'din il-Kamra għadna s-sens ta' rieda tajba li naqblu li jekk id-diffikulta' bejnietna hija ta' natura legali, allura għandhom ikunu l-qrati li jiddeċiedu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, id-diffikultajiet tal-Gvern huma tnejn.", "Hemm id-diffikulta' legali li hija diffikulta' reali.", "Effettivament dan il-punt ilu jiġi diskuss minn mindu saret il-liġi ta' l- identity cards u l-emendi li saru wara biex kien hemm allaċċjament ta' l- identity cards mal-proċess tal-votazzjoni.", "Fil-fatt jekk wieħed jikkonsulta d-dibattiti ta' dak iż-żmien wieħed isib li kien tqajjem eżattament dan il-punt.", "Jien stess f'waħda mis-seduti fl-1981 kont ressaqt emenda biex nikkorreġi dak li kien qed jipproponi l-Gvern dak inhar - liema emenda kienet ġiet aċċettata minn Dr Cassar li dak iż-żmien kien Ministru tal-Ġustizzja u Affarijiet Parlamentari - għax din id-diffikulta' dejjem inħasset.", "L-ewwelnett, nerġa' ngħid, hemm diffikulta' legali.", "Nistgħu aħna ngħidu: Hija rekwiżita identity card biex tivvota?", "Ir-risposta għalija - issa aktar bħala avukat milli bħala politiku - hi \"definittivament\" għaliex il-Kostituzzjoni tippreskrivi min għandu d-dritt għall-vot.", "Huwa veru li dawn l-argumenti kollha dħalna fihom fid- dibattiti li kien hawn f'dan il-Parlament fis-sena 1976 u fis-sena 1981.", "U x'ridna dak iż-żmien?", "Meta fl-1975 saret il-liġi ta' l-identity cards u fl-1976 saru emendi fil-liġi dwar il-mod tal-votazzjoni, konna għidna - dak inhar jien kont tkellimt - li l-identity card hija l-iktar mezz tajjeb biex tipprova l-identita'.", "Kif evolviet is-sistema, għax kien hawn ħafna titjib fil-proċessi tekniċi, meta l-voting document - jien kont għamilt emenda fuq dan ukoll; qabel ma konniex insejħulu voting document - sar jirriproduċi r-ritratt ta' l-identity card, in-neċessita' ta' l-identity card biex tidentifika lill-votant ma baqgħetx neċessarja.", "U llum bit- teknoloġija moderna wasalna fl-istat li mhux biss ikollok il-voting document bir-ritratt li jidentifikak, li huwa r-ritratt li jintuża għall- identity card, imma effettivament l-assistant commissioners li jkunu fil- kamra tal-votazzjoni jkollhom quddiemhom l-ismijiet ta' dawk reġistrati u allura għandhom id-dritt li jivvotaw u r-ritratt ta' kull votant stampat fuq id-dokument li jkollhom quddiemhom.", "F'din is-sitwazzjoni wasalna bit- teknoloġija li għandna llum u allura jien naqbel ħafna ma' dak li qalet il- Kummissjoni preseduta mill-iSpeaker Gonzi li forsi għandna nikkombinaw iż- żewġ dokumenti f'wieħed u jkollna dokument wieħed li jservi għal kollox.", "Jien naħseb u nazzarda nagħmel previżjoni li għad naslu għal dak ukoll bit- teknoloġija li hawn available illum.", "Dak huwa l-ewwel argument legali.", "Mhux sewwa li nimponu karta' ta' l-identita' valida biex ikollok id-dritt li tivvota.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed niksru l-Kostituzzjoni u m'hemmx għalfejn.", "Mr Speaker, niġi issa għat-tieni argument.", "Essenzjalment l-Oppożizzjoni xi trid meta tgħid \"karta' ta' identita' valida\"?", "X'safeguards ġodda se jkun hemm biex il-proċess ikun aktar secure, jiġifieri jkun verament proċess fejn jivvotaw biss dawk li għandhom id-dritt?", "Fil-fehma tal-Gvern, ir-rekwiżit ta' karta ta' identita' valida ma jżid xejn għaliex jista' jkollok karta ta' identita' valida u ma jkollokx dritt għall-vot.", "Per eżempju, jekk jien ikolli karta ta' identita' valida għax inkun għadni kif għamiltha u għada nsiefer għal sena u l-elezzjoni ssir sena u xahrejn oħra, jien ma jkollix dritt għall-vot allavolja l-karta ta' l-identita' tiegħi tkun valida.", "Għalhekk m'hux veru li l-karta ta' l-identita' valida b'xi mod se tagħmel il-proċess iktar żgur, fis-sens li jkun iktar nadif.", "U huwa fatt li dan m'hux veru.", "Tant m'hux veru li meta kien hemm ir-rekwiżit ta' karta ta' identita' valida bl-emendi li saru fl-1981 il-kelma \"valida\" fil- liġi ġiet inserita biss fl-artikolu li jgħid li l-Kummissjoni Elettorali għandha tistampa voting documents għal kull min għandu karta ta' identita' valida.", "Fil-fatt jien fil-Parlament kont għidt li din se toħloq problemi legali u tekniċi li bilfors jeħtieġu emenda.", "Effettivament li ġara kemm fl- 1987 kif ukoll fl-1992 kien li anke jekk ma jkollokx karta ta' identita' valida meta ġew biex jitqassmu d-dokumenti tal-votazzjoni, de facto ...", "Jiġifieri fl-1992 konna diġa' neħħejnieha l-esiġenza tal-karta ta' l- identita' valida.", "Kif kont qed ngħid, dak iż-żmien kien hemm il-proċedura li jekk inti tasal Malta lejliet l-elezzjoni jew il-ġurnata ta' qabel - ma nafx jekk kienx hemm ċans sa lejliet l-elezzjoni - u kont tgħidilhom li m'għandekx il-karta ta' l-identita' u trid il-vot, kienu joħorġulek voting document għax kellek dritt għalih.", "Għalhekk meta l-liġi kienet tgħid li jrid ikollok karta' ta' identita' valida biex il-Kummissjoni tistampalek id- dokument tal-votazzjoni tiegħek, din l-interpretazzjoni kienet tajba; dak kien il-mod kif jiġi regolat it-tqassim tal-voting documents.", "Imma hawnhekk ta' min jgħid ukoll li anke meta l-liġi kienet hekk, ma ġiex eskluż id-dritt li min, skond il-Kostituzzjoni, kellu d-dritt li jivvota u f'dak il-mument ma kellux karta ta' l-identita' valida, xorta waħda jingħata voting document.", "Fil-fatt hekk għandu jkun u ma jistax ikun mod ieħor.", "Għalhekk jien sinċerament ngħid bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ċioe' li rridu naraw daqsxejn x'aħna ngħidu għax jekk nikkonvinċu lil xulxin li hemm xi mod iktar tajjeb biex niżguraw li jivvota biss min għandu d-dritt, allura għandna naqblu.", "Jien lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nassigurah li l- Gvern m'għandu l-ebda interess jew ħsieb ieħor, l-ebda hidden agenda.", "Pero' aħna qed ngħidu li l-ewwelnett għandek il-problema legali u t-tieni nett għandek il-problema amministrattiva u politika li dan ir-rekwiżit ma jżid ebda salvagwardji.", "Il-punto di partenza huwa li aħna nafu li llum it- teknoloġija li teżisti tirriproduċi fil-voting documents id-dettalji li hemm fl-identity cards mid-database ta' l-identity cards.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni qed tibqa' tinsisti, qisna qed nagħmlu xi ħaġa lil xulxin.", "Aħna għandna l-istess interess.", "Jien din tant naraha verament sempliċi.", "Jekk jien inkun persważ li l-ħtieġa li l-votant irid ikollu identity card valida verament iżżid xi ħaġa - hawnhekk qed nitkellem bis-serjeta' - allura naqbel, apparti l-argument legali tal-Kostituzzjoni.", "Imma fil-fatt mhux hekk hu l-każ.", "Għalhekk jien naħseb li għandna misconceptions.", "Issa kemm jekk għandna misconceptions fuq fatti, kemm jekk mhux fuq fatti, kemm jekk għandna misconceptions fuq impressjonijiet jew fuq perceptions, għandna naraw l-affarijiet kemm jista' jkun b'mod oġġettiv.", "Nerġa' ngħid, mhux l-ewwel darba li dawn l-argumenti kollha qamu f'dan il-Parlament u ddiskutejnihom.", "Jiena niftakar - quddiemi għandi xi extracts minn debates - lill-Onor. de Marco jitkellem preċiżament fuq hekk u kien qal li dik l-esiġenza m'hix kostituzzjonali.", "Dak iż-żmien fl- istadju tal-Kumitat kont erġajt semmejtha u ressaqt emenda biex nilqgħu għad-diffikulta'.", "Min għamel l-emendi fl-1981 qagħad attent li ma jneħħix il-kliem \"karta ta' l-identita'\" - valida jew m'hijiex - u fil-fatt f'artiklu wieħed biss tal-liġi daħħal il-kliem \"karta ta' l-identita' valida\", jiġifieri dan kollu kien ġie diskuss minutament u profondament u ma nistax nifhem għaliex l-Oppożizzjoni għadha tinsisti fuq dan il-punt.", "Jiena apert għal kull tip ta' argument u nixtieq li xi ħadd jispjegali kif il-karta ta' l-identita' valida tista' żżid is-sigurezza dwar min għandu dritt jivvota jew le.", "Ma ninsewx li l-karta ta' l-identita' hija obbligu għal kull min jagħlaq it-18-il sena jekk hu Malti u residenti Malta u hija obbligu wkoll għal barranin jekk ikunu residenti Malta għal sitt xhur jew aktar.", "Din hi s-sitwazzjoni.", "Nerġa' ngħid, fl-imgħoddi konna tajna importanza lill-karta ta' l-identita' għax veru kienet check, pero' llum stess għandha iktar elementi inbuilt.", "L-istess il-voting document.", "Il-voting document m'għadux joħroġ bir-ritratt affixed imma joħroġ b'ritratt stampat.", "Jidhirli li llum waħda mill-emendi li qegħdin nagħmlu hija li r-ritratt ikun stampat bil-kulur.", "GĦamilna l-mekkaniżmu kollu viżiv biex ma jkunx hemm impersonation ta' xi ħadd.", "Imma jekk għandekx id- dritt tal-vot ma jirriżultax minn dan.", "Il-fatt li jkollok karta ta' l- identita' valida ma jipprovax li inti barra li għandek ir-rekwiżiti taċ- ċittadinanza, għandek ir-rekwiżit tal-permanenza f'Malta.", "Dan assolutament m'hux veru għax jista' jkollok karta ta' l-identita' valida imma ma tkunx intitolat għall-vot.", "Jiena sinċerament ma nifhimx għaliex qed nagħmlu dan il-plejtu kollu fuq xi ħaġa li m'għandhiex għalfejn tiddividina.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, fl-intervent tiegħi qgħadt attent li ma nitkellimx fuq il-kontenut ta' l-argumenti li tressqu, imma nitkellem fuq motivazzjonijiet wara l-argumenti.", "Jekk iż-żewġ naħat mil-lat politiku amministrattiv iridu li jkun hemm l-aħjar safeguards possibbli, jiġifieri jekk per eżempju, il-Partit Nazzjonalista jrid iktar safeguards mill-Partit Laburista, il-Partit Laburista għandu jaċċetta dawk is-safeguards li jiġu suġġeriti u, bl-istess argument, jekk il-Partit Laburista jrid iktar safeguards mill-Partit Nazzjonalista allura l-Partit Nazzjonalita għandu jaċċetta dawk is-safeguards.", "F'din il-ħaġa l-proposta ta' min ikun qed jipproponi iktar safeguards għandha tiġi aċċettata.", "Jien hekk naraha, jekk verament għandna interess fundamentali li jkun hemm l-aqwa safeguards possibbli fuq il-proċess elettorali.", "Per eżempju, mill-assessment, mill- analisi u mill-evalwazzjoni tal-politika amministrattiva tal-Gvern dak li qed ngħidu aħna m'huwiex tajjeb biżżejjed.", "Imma l-Gvern jifhem u jagħraf li aħna dan qed narawh bħala safeguard addizzjonali u allura għandu jkollu kull interess li jaċċettah.", "Hekk ukoll min-naħa tagħna.", "Dak li l-Gvern jew il-Partit Nazzjonalista jipproponi bħala safeguards addizzjonali - għalkemm għalina jkunu jidhru li m'humiex tajbin biżżejjed, jekk naraw li l-Gvern qed jipproponihom għall-perception li għandu tas-sigurta' - allura aħna naċċettawhom ukoll.", "Minn dan il-lat - se nuża l-kliem li uża l-Prim Ministru - politiku amministrattiv, iktar ma jkun hemm safeguards iktar aħjar, anke jekk dawk is-safeguards addizzjonali jidhru għal naħa jew għal oħra bħala li m'għandhomx sustanza jew sugu biżżejjed.", "Jekk iż-żewġ naħat għandhom l-interess fundamentali li kulħadd ikollu l-perċezzjoni li hemm l- aqwa safeguards possibbli, allura jekk naħa tipproponi safeguards addizzjonali li n-naħa l-oħra ma tantx tarahom b'għajn tajba, in-naħa l- oħra xorta waħda għandha taċċettahom?", "GĦalhekk jiena nara li fundamentalment id-diviżjoni hija fuq il-lat legali.", "Veru jew mhux veru li l-esiġenza li jkun hemm karta ta' l- identita' valida qiegħda tagħmel aktar piż, jew qed tnaqqar u tnaqqas mid- drittijiet taċ-ċittadin mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni?", "Dik hija l- mistoqsija fundamentali u hija mistoqsija legali.", "Min-naħa tagħna qegħdin ngħidu li l-użu ta' karta ta' l-identita' valida mhux se jelimina ċ-chances kollha li jkun hemm użu frawdulenti mill-vot, imma jċekken it-tieqa ta' opportunita' biex dak il-vot jintuża bi frodi fl-elezzjoni.", "Aħna din qed narawha mhux bħala xi ħaġa li se telimina r-riskji kollha, għax kif qal il- Prim Ministru, f'ċerti każi karta ta' l-identita' valida ma teliminax għal kollox il-possibbilta' li jsir frodi, imma almenu tnaqqas it-tieqa ta' l- opportunita' għal dawn l-affarijiet.", "Nerġa' mmur għall-argument legali.", "In-naħa tal-Gvern qed targumenta - il-Prim Ministru qal li dan l-argument ilu sejjer mill-1976 għalkemm fil- każi li semma hu, fl-aħħar tad-dibattitu l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien \"agreed to\", qablet mal-proposti li kien qed imexxi l-Gvern ta' dak iż- żmien, jiġifieri Gvern Laburista - li jridu ikun hemm karta ta' l-identita' valida.", "Mill-minuti hekk jirriżulta, li kien hemm qbil fuq dik il- proposta.", "Madankollu, jibqa' l-punt legali li legalment ħaġa bħal din, li jkun hemm ir-rekwiżit ta' l-użu ta' karta ta' l-identita' valida hija entrave, xkiel legali, xi ħaġa li tnaqqas mid-dritt mogħti liċ-ċittadin mill-Kostituzzjoni.", "Aħna qegħdin ngħidu li m'hemmx dak it-tnaqqis u qegħdin ngħidu wkoll li l-użu tal-karta ta' l-identita' valida hija proċedura li għandha tiġi segwita biex jiġi mplimentat il-provvediment li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Jien diġa' għidt - il-Prim Ministru ma rrispondiex għal dan il-punt - li jekk hawn dan in-nuqqas ta' qbil fuq l- aspett legali noħorġu b'mekkaniżmu u naqblu li din il-ħaġa jiddeċidiha mhux min għandu l-maġġoranza fil-Parlament - din is-sena Gvern Nazzjonalista u sena oħra Gvern Laburista li jerġa' jibdel kollox ta' taħt fuq - imma tiddeċidiha l-qorti.", "Mela nressqu din il-ħaġa quddiem il-qrati u jiddeċiedu huma fuq il-punt legali ta' din il-kwestjoni - li huwa l-punt ta' diverġenza bejn iż-żewġ naħat.", "Nerġa' ngħid, mil-lat politiku amministrativ li kull naħa għandha tieħu l-attitudni, li jekk naħa titlob iktar safeguards addizzjonali - difettużi kemm tarahom difettużi in-naħa l- oħra - din għandha taċċettahom per prinċipju li jkun hemm interess ġustifikat fundamentali miż-żewġ naħat, li l-proċess ikun bl-aktar mod trasparenti u salvagwardat possibbli.", "Il-punt tiegħi huwa dan; li fuq il- bażi legali naqblu li din il-kwestjoni tiġi riferuta lill-qrati.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, l-Onor.", "Sant ippropona li jekk hawn argument legali, kostituzzjonali jew le, nirriferuh lill-Qorti Kostituzzjonali.", "Bir-rispett kollu ngħidlu li ma nistgħux.", "Aħna m'għandniex sistema kif għandhom fl-Italja, li jekk tqum kwestjoni fuq abbozz ta' liġi, kostituzzjonali jew le, ikunu jistgħu jirriferuh lill- qorti kostituzzjonali.", "Aħna biex immorru quddiem il-Qorti Kostituzzjonali rridu mmorru biex nikkontestaw xi ħaġa u mhux biex nieħdu parir.", "Il- prinċipju legali addottat fil-qrati tagħna huwa li ma tistax tmur u titlob parir lill-qorti, tgħidlek jekk xi ħaġa hijiex tajba jew le.", "Tajjeb jew ħażin din hi s-sistema tagħna.", "Jiġifieri m'hux possibbli li nirriferu din il-kwestjoni lill-Qorti Kostituzzjonali.", "Jekk ikun hemm liġi li xi ħadd jirritjeni li m'hijiex kostituzzjonali, naturalment jista' jagħmel kawża u jmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.", "Jien għidt li dawn l-argumenti diġa' tqajmu u proprju quddiemi għandi d- debate li kien sar f'dan il-Parlament f'Lulju ta' l-1981, fejn l-Onor.", "Demarco kien qal hekk:", "\"Issa jiena naħseb, Sur President, u nixtieq li din jaraha l-Ministru u jiddiskutiha ma' l-officers tal-Gvern kemm hija korretta kostituzzjonalment.\".", "Meta ġejna għall-istadju tal-Kumitat u kont qed nitkellem prattikament f'isem l-Oppożizzjoni, jien erġajt għidt:", "\"Mr Chairman, tqajjem il-punt tal-kostituzzjonalita' jew le ta' din il- provision.\".", "Iktar tard imbagħad kont ipproponejt emenda li taffiet l- inkostituzzjonalita' tal-provision li kien hemm u, kif diġa' għidt, il- Ministru Cassar f'isem il-Gvern ta' dik inhar kien addotta l-emenda li kont ipproponejt.", "Nerġa' ngħid, il-kwestjoni diġa' ġiet ittrattata u m'hemmx mod kif tista' tirriferiha lill-qorti jekk ma jkunx hemm liġi u xi ħadd jogħġbu jikkontestaha.", "L-Onor.", "Sant qal - u qal tajjeb - li jekk nistgħu nżidu s-safeguards, għandna nżiduhom, kemm jekk il-proposta għaż-żieda ta' dawn is-safeguards tkun ġejja min-naħa tal-Gvern kif ukoll jekk tkun ġejja min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "L-argument huwa validu.", "Li m'hux validu huwa li se nżidu s- safeguards bil-proposta ta' l-Oppożizzjoni.", "Nixtieq li l-Onor.", "Sant jispjegali kif bil-karta ta' l-idenita' valida se jiżdiedu s-safeguards.", "Il-karta ta' l-identita' valida ma tipprova xejn ħlief l-identita' li naturalment trid tiġi pprovata.", "U hemm il-mezzi kif tiġi pprovata, kemm bil-karta ta' l-identita' valida, kemm b'karta ta' l-identita' li m'għadhiex valida, kif ukoll bil-voting document.", "Rigward id-dritt in kwantu għar-residenza - u dan l-argument issemma diversi drabi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni f'dan id-dibattitu - ta' min jgħid li mhux veru li bil-karta ta' l-idenita' valida tikkontrolla r-residence requirements li tesiġi l- Kostituzzjoni, għax jista' jkollok karta ta' l-identita' valida imma f'perjodu minnhom tkun nieqes għal sena fl-aħħar 18-il xahar u allura jispiċċa d-dritt tal-vot.", "Nerġa' ngħid li ma nistax nifhem l-argument ta' l-Oppożizzjoni.", "Kieku nkun persważ li żidna xi forma ta' kontroll, allura wieħed jikonsidra l-proposta u jara kif tista' tiġi implimentata, għalkemm jibqa' l-argument legali.", "Pero', bir-rispett kollu, ngħid li ma nifhimx xi kwalita' ta' garanzija addizzjonali nkunu qed inżidu billi ngħidu li jrid ikollok a valid identity card.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni qed tipproponi li l- oġġezzjoni fundamentali tal-Gvern - u hija bbażata fuq l-aspett legali - għall-proposta li għandu jkun hemm karta ta' l-identita' valida meta jiġi konsenjat il-vot, tiġi tested fil-qorti ħalli l-Qorti Kostituzzjonali tkun tista' tagħti l-verdett tagħha.", "Jekk fhimt sewwa, l-oġġezzjoni tal-Prim Ministru hija li din ma tistax issir għax m'hawnx f'pajjiżna m'hawnx sistema jew proċedura li wieħed immur jitlob parir mingħand il-qorti.", "Skużi, li titlob parir mingħand il-qorti ma tistax tkun fil-Kostituzzjoni tagħna, imma b'daqshekk xorta hemm il-mezz kif din il-kwestjoni, jekk verament hija kwestjoni legali u kostituzzjonali, tista' tiġi riżolta.", "Jekk wieħed iżomm l-istat tal-liġi kif kienet sa l-1991, billi fejn hemm \"karta ta' l-identita'\" fil-liġi jew fi provvediment wieħed tal-liġi, tinserixxi l-kelma \"valida\", kif qed tipproponi l-Oppożizzjoni, allura una volta din din il-Kamra taqbel li tinseriha, l-għada wieħed jista' jmur quddiem il-qorti biex jimpunja dak il-provvediment.", "Jekk il-qorti tħoss li dak huwa unconstitutional, kif għamlet għar-rigward tal-provvediment tal- Liġi dwar ix-Xandir, tista' tgħid li dak il-provvediment speċifiku in quanto che daħlet il-kelma \"valida\" ma' \"identity card\" jnaqqas xi dritt kostituzzjonali ta' xi persuna.", "Jiġifieri jekk verament l-oġġezzjoni hija li m'hemmx il-mezz kif wieħed jirriferi l-materja lill-qorti biex jieħu parir, hemm mezz kif wieħed jista' jissepara dan l-ostaklu, u dan huwa r- rieda tajba.", "Issa niġi għall-argumenti l-oħra kollha li semma l-Prim Ministru.", "L- ewwel punt li rrid nagħmel huwa li mhux veru li l-proposta tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma tistax tiġi attwata, imma tista' tiġi attwata faċilment.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini, l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jirrepeti fi kliem ieħor dak li għidt jien.", "L-uniku mod kif tkun attwabbli hu li dan ilParlament jagħmel liġi - li skond il-Gvern tmur kontra l-Kostituzzjoni - imbagħad xi ħadd jipprova jimpunjaha.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici semmielna l-każ tal-Liġi dwar ix-Xandir fejn klawsola minnhom wara sentejn ġiet dikjarata - u qed insemmi dan bħal fatt - li tikser il-Kostituzzjoni.", "Allura f'dan il-każ qed jiġi suġġerit li meta l- elezzjoni trid issir bilfors sa sena u xahrejn oħra - bħall-bieraħ sena u xahrejn tkun l-aħħar ġurnata li fiha tista' ssir l-elezzjoni, it-28 ta' Ġunju tas-sena d-dieħla - nagħmlu liġi li l-Gvern jemmen b'konvinzjoni - għax, kif għidt, din hija xi ħaġa li ilna ngħiduha sa mill-1981 - li tikser il-Kostituzzjoni biex din imbagħad tiġi ttestjata fil-qorti.", "Jien nixtieq li nagħlquh dan l-argument.", "Kif għidt diġa', ħalli ninsew l- argument tal-kostituzzjonalita' jew le ta' din il-proposta.", "Jista' xi ħadd jispjegalna b'konvinzjoni kif il-ħtieġa ta' identity card valida ssaħħaħ il- proċess għax jien għadni ma fhimtx.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma rridux naħarbu mill-punti kollha; irridu nittrattawhom punt punt u mhux nikombattu punt ta' natura legali b'punt li m'hux ta' natura legali.", "L-ewwelnett irridu nittrattaw il-punti legali għax dawk huma l-argumenti fundamentali min-naħa tal-Gvern.", "L- Oppożizzjoni qiegħda tgħid li jekk verament il-qofol ta' kollox huwa l- kwestjoni legali kostituzzjonali, hemm mezz kif din id-diverġenza jew nuqqas ta' ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiġi maħlul, u dan huwa permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.", "L-oġġezzjoni tal-Gvern hija li l-Kostituzzjoni tagħna ma tipprovdix proċedura biex wieħed jitlob parir tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Ir-risposta ta' l-Oppożizzjoni hija li jekk verament in-nuqqas ta' qbil huwa ta' natura legali, allura din id- diffikulta' ta' nuqqas ta' proċedura fil-Kostituzzjoni tagħna tista' tiġi megħluba billi l-Gvern mhux jagħmel xi ħaġa ta' barra minn hawn, imma sempliċement jaċċetta l-istat tal-liġi kif kien sa l-1991, kif wara kollox il-Partit Nazzjonalista aċċettah sa l-1991; għax kien aċċettah fl-1976, fl- 1981 u anke sa l-1991.", "Issa jekk terġa' ssir il-liġi kif kienet sa l- 1991, żgur li l-għada l-Oppożizzjoni stess tipprovoka kawża fil-Qorti biex tittestja l-provvediment li skond il-Gvern huwa unconstitutional.", "Mela dik hija l-proposta li qed tagħmel l-Oppożizzjoni biex noħorġu minn dan l- impasse.", "Jekk il-Gvern lanqas din il-proposta ma jaċċetta, allura aktar ikollna raġun nibqgħu ninsistu fuq l-argument tagħna li ma nafdawx lil min mhux qed iħoss il-ħtieġa tal-karta ta' l-identita' valida.", "Issa ħalli nkomplu nargumentaw fuq din il-kwestjoni mil-lat legali, mhux biex ma nibqgħux ninsistu li għandha tkun il-Qorti Kostituzzjonali li finalment tiddeċiedi dan il-punt, imma għaliex il-Gvern, permezz tal-Prim Ministru, diġa' semma l-argumenti legali għalkemm jidher li nesa li dawn l- argumenti legali li llum reġa' rrepeta kienu diġa' ventilati, espressi u mfissra f'din il-Kamra fl-1976 u fl-1981.", "Issa minkejja li tqanqlu dawn l- argumenti legali kollha, il-Partit Nazzjonalista xorta waħda aċċetta li fil- liġi jkun hemm li meta tintalab il-karta ta' l-identita' wieħed jifhem li għandha tkun il-karta ta' l-identita' valida, u mhux jinftiehem hekk biss, imma wkoll ikun hemm miktub ċar u tond fil-liġi stess.", "L-argumenti legali kollha li qed iqanqal il-Gvern illum u li kienu ġew imqanqla f'din il-Kamra qabel, kollha ġew superati fis-sens li l-Partit Nazzjonalista aċċetta li fil-liġi jkun hemm il-kliem \"karta ta' l-identita' valida\".", "Jiena se naqra' x'kienet tgħid il-liġi illi ġiet aċċettata - mhux talli mhux kontra l-kunsens tal-Partit Nazzjonalista li allura kien fl- Oppożizzjoni, imma bl-għajnuna ta' emenda magħmula mill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni - u fil-fatt insibu li f'section 11 ta' l-Att prinċipali kien hemm miktub hekk:", "\"The Commissioners shall, at any time not later than the fifteenth day after the publication of the Writ, forward to each voter whose name appears in the last revised Electoral Register and in respect of whom an identity card has been issued and is currently valid ...\".", "Jiġifieri minkejja l-argumenti legali kollha li ġew imqanqla u diskussi ma nafx kemm-il darba, il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni aċċetta illi din għandha tkun il-pożizzjoni legali, li meta inti titlob karta ta' identita', din trid tkun valida.", "Allura l-argumenti kollha legali li llum il-Gvern qed iqanqal ġew kollha dibattuti u megħluba fid-dibattiti li kien hemm f'dan il-Parlament fl-1976 u fl-1981.", "Nerġa' ngħid li l-Partit Nazzjonalista aċċetta li dan ikun l-istat ta' l-Att ta' l-1991 u qatt ħadd, lanqas il-Partit Nazzjonalista li kien diġa' qanqal dawn id-dubji jew argumenti dwar il-kostituzzjonalita' ta' dan il-provvediment, ma kkontesta l-Att ta' l-1991 li kien jitlob li l-karta ta' l-identita' trid tkun valida biex id-dokument għall-vot jiġi konsenjat lill-votant.", "Mela allura mill- aspett legali nistgħu nieqfu hawn u ma ngħidux aktar.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn nikkombattu l-argumenti legali li ġab il-Gvern għax dawn kienu kollha kombattuti u aċċettati mill-Partit Nazzjonalista tant li l-liġi saret kif saret mhux mingħajr il-kunsens tal-Partit Nazzjonalista f'dan ir- rigward.", "Imma minkejja dan kollu, nerġa' ngħid, għaliex il-Gvern Nazzjonalista issa qiegħed iqanqal l-oppożizzjoni ta' natura legali għat-talba u l- insistenza li qed tagħmel l-Oppożizzjoni?", "Għax qed jingħad li ladarba l- Kostituzzjoni ma tippreskrivix li biex jiġi konsenjat lil xi ħadd id- dokument tal-vot u allura jkollu d-dritt li jivvota jrid ikollu karta ta' identita' valida, jekk iddaħħal dan ir-rekwiżit fil-Liġi Elettorali tkun qisek qed tagħmel kondizzjoni oħra biex teżerċita d-dritt fundamentali tal- vot?", "X'inhuma l-argumenti legali kontra dan l-argument legali?", "Jien inħoss li rrid nerġa' nsemmihom għaliex il-Prim Ministru reġa' qanqalhom illum, allavolja l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qallu biex inwarrbu min-nofs dan l-argumenti legali u nsibu way out għal dan l-impasse permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Nerġa' ngħid li l-Prim Ministru reġa' qanqal l- argumenti legali billi qal li jekk nesiġu li għandu jkun hemm karta ta' l- identita' valida biex wieħed ikollu d-dritt fundamentali għall-vot, inkunu qisna qed nimponu kondizzjoni oħra.", "Kontra dan l-argument, ta' min jgħid li meta aħna qed ngħidu li l-karta ta' l-identita' valida tkun meħtieġa biex votant jiġi konsenjat lilu d-dokument tal-vot, ma nkunux qed infissru li dak il-votant m'għandux dritt għall-vot jekk ma jkollux il-karta ta' l- identita' valida.", "Dik hija xi ħaġa li tgħidha l-Kostituzzjoni għax il- Kostituzzjoni tgħid li l-proċess elettorali jiġi regolat minn liġi li din il-Kamra tagħmel.", "Il-Kostituzzjoni ma titkellimx dwar id-dokument tal-vot u lanqas fuq ir-reġistru elettorali.", "Madankollu biex wieħed ikun jista' jivvota u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni, jrid ikollu d-dokument tal-vot allavolja l-Kostituzzjoni ma tgħid xejn dwaru.", "Jiġifieri għalkemm ma jissemmiex fil-Kostituzzjoni, idl-dokument tal-vot xorta huwa meħtieġ biex wieħed jivvota.", "Mhux hekk biss, imma jekk wieħed jifli l-Liġi Elettorali jsib li min ma jiġborx id-dokument tal-vot sal-Ħamis qabel il- ġurnata tas-Sibt ta' l-elezzjoni, lanqas ikollu dritt jivvota.", "Allura hawn nistaqsi jekk għandux dritt jivvota wieħed li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx ġabar id-dokument tal-vot qabel il-Ħamis ta' qabel l-elezzjoni li tkun ġejja s-Sibt ta' wara, meta xorta jkun imniżżel fuq ir-reġistru elettorali u meta jikkwalifika skond kif tgħid il-Kostituzzjoni.", "Hemm xi ħadd li jista' jżommu lil dan milli jivvota?", "Naħseb li l-Gvern u l- esponenti kollha tiegħu jaqblu li d-dokument tal-vot huwa meħtieġ biex wieħed jeżerċita d-dritt kostituzzjonali tiegħu li jivvota.", "Issa l- Oppożizzjoni qed tgħid li biex wieħed ikollu d-dokument tal-vot f'idejh, irid juri karta ta' l-identita' valida.", "Allura għaliex il-Gvern qed ikompli jinsisti li dan ir-rekwiżit għall-konsenja - nerġa' ngħid li m'iniex qed nirriferi għall-votazzjoni - tad-dokument tal-vot imur kontra d- dritt kostituzzjonali, meta l-Gvern stess jaċċetta li min ma jkollux dokument tal-vot għalkemm ikollu dritt għall-vot, dak id-dritt ma jistax jeżerċitah?", "Ħalli nkompli ngħid iktar fuq din il-kwestjoni.", "L-istess liġi li qed tiġi emendata titkellem fuq żewġ każijiet fejn il-votant qabel ma jingħata d-dokument tal-vot jista' jiġi mitlub jippreżenta l-karta ta' l-identita' tiegħu.", "Issa jista' xi ħadd raġjonevolment jew anke legalment jgħid li fejn il-liġi tgħid \"karta ta' l-identita'\" ma tfissirx li din trid tkun bilfors karta ta' l-identita' valida, imma tista' tkun karta ta' l-identita' mhux valida għax skaduta?", "Forsi l-Gvern qed jargumenta li jekk il-frażi \"karta' ta' l-identita'\" fil-liġi timplika li għandha tkun \"karta ta' l- identita' valida\", allura għalfejn għandek tinsisti li ddaħħal il-kelma \"valida\"?", "Jien ngħidlu li proprju għaliex meta l-liġi titkellem fuq il- karta' ta' l-identita' wieħed raġjonevolment jista' jasal għall-konklużjoni jew jista' jkollu dubju jekk il-liġi hijiex tgħid \"karta ta' l-identita' valida\" jew \"karta ta' l-identita' mhux valida\".", "Ħalli nagħti eżempju.", "Nimmaġinaw li jkun hemm votant li jiffalsifika l-karta ta' l-identita' tiegħu, meta jmur biex jivvota jiġi mitlub mill-assistent kummissjonarju biex jidetifika ruħu permezz tal-karta ta' l-identita' u s'intendi dan jipproduċi dik il-karta ta' l-identita' falsifikata.", "Xi ħadd jippretendi li l-Kummissjoni Elettorali għandha taċċetta dik il-karta ta' l-identita' falsifikata?", "Ħalli nagħti eżempju ieħor ta' meta l-karta ta' l-identita' tkun skaduta.", "Jista' xi ħadd jippretendi li karta ta' l-identita' skaduta tiswa daqs karta ta' l-identita' valida?", "Kieku dan huwa minnu, kieku l-liġi tgħidu.", "Jiġifieri anke r-raġuni jew is-sens komun jgħidulek li meta tintalab il-karta ta' l-identita' kif il-liġi stess timponi ...", "Fil-fatt il-Gvern stess irid li din tintalab f'żewġ okkażjonijiet u waħda minnhom hija meta l-Kummissjoni Elettorali ma jkollhiex ir-ritratt tal- votant, li skond artiklu 46 tal-Liġi li qed niddiskutu jimponi li dak il- votant irid jippreżenta u jidentifika ruħu mal-Kummissjoni bil-karta ta' l- identita' għax inkella ma jkunx jista' jingħata d-dokument tal-vot.", "Allura jekk skond il-Kostituzzjoni ma tistax timponi \"karta ta' identita' valida\", kif f'artiklu 46 se tibqa' tgħid li biex il-Kummissjoni tikkonsenja l-vot lil dak il-votant irid bilfors jippreżenta l-karta ta' l-identita'?", "Jekk ma jkollux il-karta ta' l-identita', x'jiġri?", "Forsi tgħidu li ma jistax ikun li ma jkollux karta ta' l-identita' għax inkella jkun qed imur kontra l-liġi.", "Imma dawn l-affariijet xorta jeżistu; skond il-Kostituzzjoni dak li jkun xorta jkollu dritt għall-vot, imma inti xorta ċċaħħdu mid-dokument tal-vot.", "Jien m'iniex ngħid li m'għandekx iċċaħħdu, imma bl- argumentazzjoni tal-Gvern ma tistax iċċaħħdu mid-dokument tal-vot għax tkun qed tinsisti fuq rekwiżit li l-Kostituzzjoni ma tippermettilekx li żżid.", "Mhux hekk biss, imma f'artiklu 47 tal-Liġi Elettorali, insibu okkażjoni oħra fejn il-votant irid jippreżenta l-identity card.", "Biex votant jingħata l-vot li jissejjaħ speċjali għax ikun irid jiġi reprinted, il-Kummissjoni tesiġi biex li dak il-votant jippreżenta l-karta ta' l-identita' tiegħu.", "Allura hawnhekk nistaqsi: Jekk skond il-Kostituzzjoni ma tistax tesiġi li tiġi ppreżentata l-karta ta' l-identita', allura kif il-Gvern se jħalli fil- liġi dawn iż-żewġ okkażjonijiet, f'artiklu 46 u artiklu 47, fejn biex id- dokument tal-vot jiġi konsenjat il-votant irid jippreżenta l-karta ta' l- identita'?", "Jien qed ngħid li kif il-Gvern jaċċetta li kemm f'artiklu 46 kif ukoll f'artiklu 47 il-votant f'dawk iċ-ċirkostanzi speċjali jrid jippreżenta l-karta ta' l-identita', il-Gvern irid jaċċetta wkoll li l- karta ta' l-identita' f'dawk l-artikli tkun \"valida\".", "Proprju dan huwa dak li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt l-emenda li qed tipproponi għal-liġi li għandna llum hija biex fejn hemm il-kliem \"karta ta' l-identita'\", isir \"karta ta' l-identita' valida\".", "Pero' l-Gvern qed jopponi din l-emenda għaliex qed jgħid li legalment u kostituzzjonalment dan ma jistax isir, mentri fil-liġi stess qed iħalli żewġ okkażjonijiet fejn tinħtieġ il-karta ta' l-identita'.", "Dawn huma l-konsiderazzjonijiet ta' natura legali li jirribattu dak kollu li jgħidu dawk li jinsistu li jekk wieħed jesiġi l-karta ta' l-identita' valida għall-konsenja tad- dokument tal-vot, allura jkun qed imur kontra d-dritt kostituzzjonali ta' xi ħadd.", "Jekk hu hekk, allura dawn huma l-argumenti li jirribattu l-linja li qed jieħu l-Gvern wara li għidt li l-Partit Nazzjonalista sa l-1991 kien irrassenja ruħu li legalment m'hemm xejn kontra dan ir-rekwiżit kif hawn f'artiklu 11 li għadni kif qrajt.", "Nerġa' ngħid, dan l-artiklu kien jgħid hekk:", "\"... and in respect of whom an identity card has been issued and is currently valid.\".", "Issa apparti r-raġunijiet ta' natura legali, il-Gvern staqsa wkoll: Imma x'inhi fil-prattika, l-utilita' jew is-siwi li għalih wieħed jinsisti daqstant li biex jiġi konsenjat id-dokument tal-vot, għandha tiġi murija l- karta ta' identita' valida?", "Aħna nafu li mhux kull min għandu karta ta' l- identita' għandu dritt jivvota.", "Aħna nafu wkoll li għalkemm jista' jkollok il-karta ta' l-identita' meta inti tiġi konsenjat id-dokument tal-vot, xorta waħda jista' ma jkollokx id-dritt li tivvota minħabba raġunijiet oħra.", "Pero' li qed ngħidu aħna huwa li minkejja l-isforzi kollha li għamlu l-partiti, xorta skond l-esperjenza, għadna nsibu difetti fir-reġistru elettorali għax għadhom jidhru fih nies li m'għandhomx dritt jivvotaw imma għax qegħdin imniżżlin hemm, allura għandhom dritt li jinħarġilhom id- dokument tal-vot u allura għandhom dritt jivvotaw.", "Għalhekk ikun tajjeb li nżidu miżura oħra ta' kawtela biex b'hekk inkunu nistgħu nsoddu dawn it- toqob u nċekknu wkoll il-possibiltajiet ta' abbuż.", "Dak hu li għidna aħna.", "Nerġa' ngħid kif qal ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li jekk ikun hemm pass jew miżura li biha nistgħu nċekknu l-possibilta' ta' l-abbuż, anke jekk forsi l-effett tagħha jkun minimu, dik il-miżura għandha tiġi taċċettata jekk int verament ġenwin u jekk m'għandekx raġunijiet ulterjuri għar-rifjut ta' dik il-miżura.", "U għaliex għandu jkun hemm miżura biex tkompli tirrendi inqas possibbli l-abbużi kemm fir-reġistru elettorali kif ukoll fid-dokumenti tal-vot?", "Illum ġew imġedda l-karti ta' l-identita' ta' kulħadd.", "Biex dan seta' jsir, kull persuna kellha tippreżenta ruħha fiżikament u materjalment imma rriżulta li għal xi raġuni jew oħra, fosthom minħabba traskuraġni, kien hemm eluf ta' nies li l-karta ta' l-identita' ma ġeddewhiex.", "Pero' ħadd ma jista' jgħid jekk fost dawk l-eluf kienx hemm xi persuni li jew għax mietu jew għax kienu msefrin ma setgħux iġeddu l- karta ta' identita' tagħhom.", "Il fatto sta li hemm eluf kbar li ma ġeddewx il-karta ta' identita' tagħhom.", "Kien hemm mument meta dawn kienu telgħu għal 20,000 ruħ; sal-lum ma nafx b'kemm naqas dan in-numru.", "Għalhekk huwa fl-interess ta' kulħadd li wieħed jaċċerta ruħu li fost dawn l-eluf kbar m'hemmx numru ta' nies li jista' jkun determinanti f'elezzjoni li m'għandhomx dritt li d-dokument tal-vot tagħhom jissarraf f'vot fl- elezzjoni, kemm għaliex huma mejtin kif ukoll għaliex huma msefrin.", "L-Oppożizzjoni llum qiegħda tinsisti, kif insistiet fl-1976 u fl-1981, li tkun rikjesta karta ta' l-identita' valida.", "Sfortunatament fl-1991 il-liġi nbidlet u bl-iskuża li issa l-karta ta' identita' hija riprodotta fid- dokument tal-votazzjoni ntqal li m'hemmx iktar ħtieġa tagħha, imma l- falsita' ta' dan ir-raġunament tidher ċara.", "Jekk inti tirriproduċi d- dokument tal-vot b'karta ta' l-identita' skaduta tkun qiegħed tirriproduċi xi ħaġa li hija skaduta u li m'hijiex valida.", "Ladarba d-dokument tal-vot jinkorpora l-karta ta' l-identita' ma tistax tinsa li dak id-dokument tal- vot qed jinkorpora karta ta' l-identita' mhux valida u allura ma tkunx tista' tgħid li d-dokument tal-vot huwa validu.", "Aħna qed ngħidu li hemm bżonn illi wieħed jaċċetta li jsiru aktar restrizzjonijiet u kontrolli fuq ir-reġistru elettorali u fuq it-tqassim tad-dokument tal-vot għax l-esperjenza hekk għallmitna.", "Il-fatt li hemm eluf ta' karti ta' l-identita' li ma ġewx imġedda u dawn in-nies kważi kollha jinsabu fir-reġistru elettorali - ma ngħidx kollha għax forsi jista' jkun hemm uħud li għal xi raġuni jew oħra lanqas huma fir-reġistru elettorali - jekk inti fil-liġi ma tgħidx li trid tkun karta ta' l-identita' valida allura żgur li l-maġġoranza tagħhom se jinħarġilhom id-dokument għall-vot.", "Mela ladarba din hija s-sitwazzjoni, is-sens komun jgħidlek li għandek taċċetta dan il-pass.", "Li qed jiġi suġġerit mill-Oppożizzjoni hu li nerġgħu niġu għall-istat tal-liġi kif kienet qabel l-1991.", "Issa l-Gvern jista' jgħid: Imma dan ifisser li min għal xi raġuni jew oħra għandu karta ta' identita' valida imma jew għax kien imsiefer jew inkella għax tilifha għandu jiġi mċaħħad mid-dokument tal-vot?", "Le, ma ċċaħħdux.", "GĦaliex?", "GĦax kif hemm stipulat fil-liġi l-kunsinna tad-dokumenti tal-vot tista' tibqa' ssir sal-Ħamis qabel is-Sibt ta' l-elezzjoni.", "Hekk ukoll jistgħu jsiru l- arranġamenti kollha meħtieġa biex bniedem li għandu dritt għal karta ta' l- identita jġeddidha biex qabel ma jingħata d-dokument tal-vot ikollu l-karta ta' l-identita' valida.", "Imma l-Gvern jista' jgħid: Allura jekk inti tagħmel dan, għalfejn tesiġi li jkollok karta ta' l-identita'?", "GĦax fil- mument li tagħmel dan se tagħti l-opportunita' lill-Kummissjoni biex tivverifika ċ-ċirkostanzi li fihom dak il-votant ma ġeddidx il-karta ta' l- identita', fosthom jekk kien imsiefer.", "Dawn huma r-raġunijiet kollha li għalihom il-karta ta' l-identita' hija ta' siwi u hija utli.", "Għal min verament skond il-liġi għandu dritt għall-vot, il-fatt li għal xi raġuni jew oħra m'huwiex fil-pussess tal-karta ta' l-identita' m'huwiex ostaklu għax dak in-nuqqas jista' jirrimedjah billi mad-dokument tal-vot ikollu karta ta' l-identita' valida li tagħti lok li l-Kummissjoni jew il-partiti jivverifikaw għal liema ċirkostanzi d-dokument tal-vot qed jiġi konsenjat lill-persuna li sa dak inhar ma kellhiex karta ta' l-identita' valida.", "Allura meta hemm skop prattiku, żgħir kemm hu żgħir - jiena ngħid li hu kbir ħafna - għalfejn il-Gvern qed jopponi li nerġgħu nagħmlu l-liġi kif kienet qabel l-1991?", "Nerġa' ngħid li jekk hi kwestjoni legali, l- Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi soluzzjoni għaliha li għandha tissodisfa liż- żewġ naħat.", "Jekk m'hix kwestjoni legali imma hija kwestjoni ta' prattiċita' u allura hemm siwi, f'dak il-każ il-Gvern għandu jikkonċedi li almenu l-Oppożizzjoni fl-argumenti tagħha għandha xi ftit raġun - aħna nsostnu li għandha ħafna raġun - u għandu jirrikonoxxi wkoll li f'għajnejn il-poplu min qed jopponi din il-miżura addizzjonali ta' kontroll u kawtela jrid jiġġustifika ruħu li dan mhux qed jagħmlu għax jaqbillu.", "Issa jekk ir-raġuni hija li din id-darba l-Partit Nazzjonalista fil-gvern jaqbillu li ma jkunx hemm ir-rekwiżit tal-karta ta' l-identita' valida għax qiegħed fil-gvern, meta għada pitgħada ma jkunx hu fil-gvern u allura jkun fl-oppożizzjoni, se jaqbillu.", "Imma aħna assolutament ma nistgħux nifhmu li hemm raġuni ġenwina għaliex din il-miżura prekawzjonali li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni ma tiġix aċċettata mill-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jien ili nitlob għal raġunijiet li nista' nifhimhom u nistqarr li għalkemm l-Onor.", "Mifsud Bonnici rrepeta l- istess argument għal ma nafx kemm-il darba għadni ma fhimtx x'kawteli jżid dan ir-rekwiżit li qed titlob l-Oppożizzjoni.", "Il-karta ta' l-identita' ma tipprova xejn, jista' jkollok karta ta' l-identita' valida u ma jkollokx id- dritt tal-vot skond il-Kostituzzjoni, u bil-maqlub jista' jkollok karta ta' l-identita' li skadiet għax ma ndunajtx jew għax ma ġeddidthiex u xorta jkollok id-dritt tal-vot.", "Jiġifieri din m'hemm l-ebda kawtela fiha.", "Nixtieq nattira l-attenzjoni tal-Kamra - din mhux l-ewwel darba li għamilnieha fl-imgħoddi - għall-fatt li f'artiklu 6 tal-Liġi dwar il-Karta ta' l-Identita' hemm li:", "\"... l-Prim Ministru jista' f'kull żmien (barra mill-perijodu li jaħbat bejn ix-xoljiment tal-Parlament u t-tmiem ta' l-ewwel elezzjoni ġenerali li ssir wara dak ix-xoljiment), b'avviż fil-Gazzetta jittermina, b'dak il-mod u f'dik id-data jew f'dawk id-dati li jidhirlu xierqa, il-validita' tal-karta ta' l-identita'...\".", "Issa llum il-Prim Ministru huwa jien.", "Allura aħna għandna nagħmlu xi ħaġa li biha norbtu d-dritt tal-vot u ngħidu li jrid ikollok karta ta' l- identita' valida biex tkun tista' tivvota, meta nafu li l-Prim Ministru meta jrid għandu dritt jgħid li l-karti ta' l-identita' kollha li hawn spiċċaw u m'humiex validi?", "Jien nerġa' ngħid li ma nistax nifhem x'inhu r- raġunament ta' l-Oppożizzjoni.", "Min-naħa l-oħra qed isemmu nies imsiefra u nies mejta.", "Jekk hemm nies mejta huma mejta; huwa veru li meta jmut xi ħadd hemm terminu li fih int obbligat li tikkonsenja l-karta ta' l- identita', ħaġa li ħadd ma jagħmilha għalkemm skond il-liġi suppost li ssir.", "Imma b'daqshekk x'garanzija aktar se tagħti jekk hemm bniedem mejjet u hemm karta ta' l-identita' valida?", "X'għandha x'taqsam din?", "Jekk hemm karta ta' l-identita' valida f'dan il-każ il-periklu se jkun bil-maqlub, jekk qed tammetti li min għandu karta ta' l-identita' valida għandu d-dritt li jivvota.", "Fil-fatt dan m'hu veru xejn, m'hemmx din il-konnessjoni intima ta' ħaġa ma' oħra.", "GĦalfejn hemm din il-biża', allegazzjoni jew suspett ta' l-Oppożizzjoni li jiġu n-nies minn barra u ma jkollhomx il-karta ta' l- identita'?", "Dawn jew għandhom id-dritt li jivvotaw jew m'għandhomx.", "Il- karta ta' l-identita', nerġa' ngħid għall-aħħar darba, mhux veru li tipprova għandekx dritt għall-vot jew le.", "Mhux veru li jekk m'għandekx karta ta' l-identita' allura m'għandekx dritt tivvota, daqskemm mhux veru li għax għandek karta ta' l-identita' valida għandek id-dritt li tivvota.", "Dan qed isir biex noħolqu ostaklu għan-nies milli jivvotaw u min-naħa tal- Gvern dan m'aħniex disposti li nagħmluh għax aħna rridu li min għandu d- dritt jivvota fil-fatt jivvota.", "Aħna rridu niffaċilitaw is-sitwazzjoni biex kemm jista' jkun kulħadd jivvota u mhux nagħmlu ostaklu biex in-nies ma jivvotawx.", "Id-dritt tal-vot huwa dmir taċ-ċittadin u ma rridux nagħmlu ostakli biex naqbdu lil xi ħadd fuq sieq ħażina u ngħidulu li m'għandux dritt jivvota.", "Aħna se nagħmlu ħilitna kollha biex min skond il-Kostituzzjoni m'għandux dritt jivvota ma jivvotax, pero' lanqas irridu nagħmlu obstacle race biex dak li jkun jipprova jlaħħaq ħalli jeżerċita d-drittijiet tiegħu.", "U dak li trid l-Oppożizzjoni hija obstacle race man-nies li huma traskurati.", "Jien diġa' semmejt li hawn numru ta' nies li għadhom ma ġeddewx il-karta ta' l- identita' u l-Onor.", "Mifsud Bonnici stess qalilna li hu ma ġeddidx il-karta ta' l-identita' tiegħu.", "Allura dan ifisser li m'għandux dritt għall-vot?", "Jien sinċerament ngħid li ma nistax nifhem l-argumenti ta' l-Oppożizzjoni u ma naħsibx li għandna xi nżidu aktar għax issa ilna nirrepetu l-istess argumenti tul din is-seduta u s-seduta ta' qabel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-Prim Ministru qed jgħid li l- Oppożizzjoni qiegħda tinsisti biex toħloq ostaklu għal xi nies li jovvotaw.", "Jiddispjaċini ngħid li dan l-argument m'huwiex aċċettabbli għall- Oppożizzjoni.", "Mhux talli hekk, talli se jkolli nirrispondi bl-istess ton li tkellem bih il-Prim Ministru.", "Mela aħna nakkużaw lill-Gvern li l- oġġezzjoni tiegħu għar-rekwiżit tal-karta ta' l-identita' valida hija biex jippermetti l-abbużi.", "Jew waħda jew l-oħra.", "Jekk hu qed jakkuża lill- Oppożizzjoni li qed tinsisti fuq karta ta' l-identita' valida biex toħloq ostakli ħalli xi nies ma jivvotawx, aħna nakkużaw lill-Gvern li l- oġġezzjoni tiegħu għall-ħtieġa ta' karta ta' l-identita' valida hija biex jipproteġi l-abbużi li jistgħu jkomplu jsiru.", "Issa l-Gvern jista' jagħżel li ma jkomplix jinsisti li lill-Oppożizzjoni jattribwilha raġunijiet ulterjuri għaliex trid iddaħħal din l-emenda u jekk il-Gvern jagħmel hekk jien ma ninsistix li nakkuża - nerġa' ngħid \"nakkuża\" - lill-Gvern li ma jridx il-karta ta' l-identita' valida għaliex irid jipproteġi u jħares li jkomplu jsiru abbużi fil-kunsinna tad-dokumenti tal-vot.", "Jagħżel il-Gvern, imma jekk jinsisti fuq l-akkuża tiegħu, aħna ninsistu fuq l-akkuża li qed nagħmel.", "Issa ħalli naraw x'qiegħed fil-fatt jopponi l-Gvern.", "Subartiklu 46 (7) tal-Liġi prinċipali jgħid li:", "\"Il-Kummissjonarju jista' jeżamina bil-ġurament kull persuna li hekk tidher sabiex jiżgura ruħu mill-identita' tagħha u jara jekk għandhiex jedd li tirċievi d-dokument:", "Iżda l-imsemmi dokument ma għandux jingħatalha kemm-il darba ma tipproduċix il-karta ta' l-identita' tagħha lill-Kummissjonarji.\".", "Din hija l-liġi kif inhi llum.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li trid iżżid ma' dak li qiegħda tgħid il-liġi llum u dak li l-Gvern qed iħalli minkejja li qed jgħid li min m'għandux karta ta' l-identita' skond il-Kostituzzjoni xorta jista' jkollu dritt għall-vot għax inkella tkun qed iċċaħħdu mid- dritt kostituzzjonali.", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li jekk inti onest u sinċier, allura fil-liġi trid iddaħħal il-kelma \"valida\" wara l-kliem \"karta ta' l-identita'\".", "Il-Prim Ministru qed jgħid li fil-liġi jrid iħalli l-kliem:", "\"Iżda l-imsemmi dokument ma għandux jingħatalha kemm-il darba ma tipproduċix il-karta ta' l-identita' tagħha lill-Kummissjonarji.\".", "Allura kif jista' jiġġustifika li din ma tirriferix u ma għandhiex tinftiehem li qed ngħidu għall-karta ta' l-identita' valida u mhux ħaġa oħra?", "Imbagħad jakkużana li aħna rridu nagħmlu l-ostakoli lil min jista' jivvota.", "Aħna rridu nagħmlu l-ostakoli għal min jabbuża mill-votazzjoni, għal min għalkemm skond il-liġi ma jkollux dritt li jivvota, peress li ismu jkun jidher fuq ir-reġistru elettorali u l-partiti ma jkunx irnexxielhom isibuh ineliġibbli biex biex jivvota, xorta waħda jabbuża u jivvota.", "Dak li għandu jara l-Gvern.", "Mhux qed ngħidu li bil-karta ta' l-identita' kulħadd se jkollu dritt jivvota bla ebda possibilita' ta' abbuż, imma qed ngħidu li rridu nċekknu l-possibilita' ta' abbuż.", "Issa l-Gvern stess li qed jgħid li n-nuqqas ta' produzzjoni tal-karta ta' l-identita' m'għandux iċaħħad lil dak li jkun mill-vot, qed iħalli dan ir-rekwiżit fil-liġi bid- differenza li l-Oppożizzjoni trid karta ta' identita' valida u l-Gvern irid karta ta' identita' li la ma tkunx valida, naturalment tkun invalida.", "Jiena nixtieq inkun naf kif jista' l-Gvern jiġġustifika ruħu f'għajnejn il-poplu li skond il-liġi jrid li tiġi ppreżentata karta ta' l-identita' invalida u mhux karta ta' l-identita' valida kif trid l-Oppożizzjoni.", "Kieku l-Gvern neħħa l-ħtieġa li biex votant jingħata d-dokument tal-vot irid jipproduċi karta ta' l-identita', kont nifhem il-loġika tal-Gvern, imma meta hu qed iħalliha, id-differenza bejnietna m'hijiex jekk il-votant għandux ikollu karta ta' l-identita' imma jekk din il-karta għandhiex tkun valida jew invalida.", "Jekk tkun karta ta' l-identita' falsifikata, il-Gvern jippretendi li l-Kummissjoni taċċettaha?", "Allura jekk tkun invalida għax tkun skadiet, kif jista' l-Gvern jippretendi li jaċċettaha?", "Kieku fil-liġi jingħad li persuna trid taċċerta lill-Kummissjoni mill-identita' tagħha b'xi mezz ta' identifikazzjoni nifhem, imma l-Gvern ħalla r-rekwiżit tal- karta ta' l-identita' f'artikli 46 u 47 li qegħdin niddibattu.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tridu li nneħħuha minn hemm?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bil-maqlub.", "Jiena qed ngħid li jekk il- Gvern irid ikun koerenti u jrid li f'għajnejn il-poplu jidher ġenwin, onest u raġjonevoli, allura fil-liġi jrid iħalli - kif fil-fatt qed tħalli - il- ħtieġa li tiġi ppreżentata l-karta ta' l-identita', u li din tkun valida u mhux invalida.", "Dak li qed ngħidlek.", "Ma nafx kif tista' ssostni li karta ta' l-identita' invalida tiswa, għax allura bl-istess mod trid taċċetta li karta ta' l-identita' falsifikata tiswa wkoll.", "Karta ta' l-identita' invalida m'hijiex karta ta' l-identita'.", "Karta ta' l-identita' hija karta li skond it-tifsira tal-liġi trid tkun valida.", "Kif diġa' għidt, stennejtek tgħid li ladarba skond id-definizzjoni li hemm fil-liġi, karta ta' l- identita' trid tkun valida, allura l-Oppożizzjoni m'għandhiex għalfejn tinsisti.", "Imma intom mhux hekk qed tgħidu, intom qed tinsistu u tagħmlu differenza bejn karta ta' l-identita' valida u karta ta' l-identita' mhux valida u qegħdin tgħidu li karta ta' l-identita' mhux valida tiswa xorta waħda.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naturalment karta ta' l-identita' mhux valida tiswa għall-iskop li turi l-identita' ta' dak li jkun.", "Nassumi li l-karta ta' l-identita' tiegħi tiskadi fid-29 ta' April, allura għada, it-30 t'April, ma tkunx aktar valida.", "Imma allura din ma tkunx għadha tiswa biex nipprova li jiena Michael Falzon u li l-identita' tiegħi hija dik?", "Dażgur li tiswa għal dak l-iskop.", "Din suppost li jifhimha kulħadd.", "Dan huwa l-ewwel punt.", "Jiena m'iniex se nidħol fil-merti legali, pero' jekk fhimt sew, l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li trid tagħmel safeguard addizzjonali u dan is-safeguard addizzjonali trid tagħmlu għax taħseb li minkejja li l-partiti politiċi li kien hawn f'dawn l-aħħar snin dejjem għaddew dan ir-reġistru elettorali with a tooth-comb u l-kumitat taż-żewġ partiti prinċipali jduru isem isem u bieb bieb biex jaraw jekk ir-reġistru elettorali jikkorrispondix man-nies li joqogħdu hemm, imbagħad jagħmlu rapporti lill-partit rispettiv tagħhom u jieħdu l-passi kollha biex jassiguraw li dawk in-nies illi mhux suppost ikunu fuq ir-reġistru elettorali jiġu rapportati, minkejja li dan l-eżerċizzju ilu sejjer għal ma nafx kemm-il sena - l-iktar li jsir bil-ħerqa ovvjament meta l-partit ikun fl-oppożizzjoni, pero' jsir miż-żewġ parititi l-ħin kollu - l-Oppożizzjoni qed tissuspetta li fir-reġistru elettorali hemm numru ta' nies illi m'għandhomx ikunu hemm u li dawn m'għandniex inħalluhom jivvotaw.", "Taf x'għandhom jagħmlu dawn in-nies biex ikunu jistgħu jivvotaw?", "Għandhom imorru jagħmlu l-karta ta' l-identita' u mbagħad f'daqqa waħda - bl- argument ta' l-Oppożizzjoni - ikollhom id-dritt li jivvotaw!", "Dan m'hu safeguard xejn.", "X'safeguard hu?", "Ma nistax nifhem fejn hu s-safeguard.", "Aħna qegħdin ngħidu li din ma tagħmel l-ebda safeguard ġdid, għaliex in- nies kulma jridu jagħmlu biex jottemporaw ma' dak li qed tgħid l- Oppożizzjoni huwa li jmorru jagħmlu karta ta' l-identita', iġedduha u addio l-fatt jekk għandhomx dritt għall-vot jew le.", "Allura fejn hu s-safeguard?", "Aħna qed ngħidu li din se toħloq xkiel, anzi mhux xkiel wieħed imma tnejn.", "L-ewwel xkiel huwa li anke jekk wieħed ikollu l-identity card imma meta jkunu qed jitqassmu d-dokumenti ma jkunx qiegħed id-dar, ikollu jmur għalih għand il-Kummissjoni Elettorali.", "Jekk id-dar ikun hemm biss il-mara, lilha biss jagħtuh il-vot u jekk din tkun taħdem allura ma jagħtuh lil ħadd.", "Imbagħad għandek ix-xkiel l-ieħor...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Skużi, mhux hekk qiegħda l-emenda.", "Meta tintwera karta ta' l-identita' valida tista' teħodha l-mara, il-ħabiba, ikun min ikun, l-aqwa li turi l-karta ta' l-identita' valida tiegħek.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għal kull votant.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux personalment lil kull votant.", "Ara xi tgħid l-emenda.", "Anke l-liġi fl-1991 hekk kienet.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Iva, jien hekk nafha l-liġi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-karta ta' l-identita' trid tkun valida.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mela ħalli nassumi li Karmenu m'għandux karta ta' l-identita' valida u oħtu għandha karta ta' identita' valida, allura bil- validita' tal-karta ta' l-identita' ta' oħtu, lil Karmenu jagħtuh il-voting document tiegħu allavolja m'għandux il-karta ta' l-identita' valida?", "(Interruzzjonijiet) Mela kif se tkun taf jekk il-persuna l-oħra għandhiex karta ta' l-identita' valida?", "(Interruzzjonijiet) Issa nispjegalek fuq il- loġika.", "Jiena l-iktar parti tal-loġika li għoġbitni hija dik li għidt int imma qbiżtha u issa nsemmiha aktar 'il quddiem.", "Intom qed tissuspettaw u tgħidu li hawn numru ta' nies ...", "(Interruzzjonijiet) Ftit ilu mort għand familja u wieħed qalli li tal-Kummissjoni Elettorali huma vili.", "Wara li staqsejtu x'għamlulu ...", "(Interruzzjonijiet) Għandhom jittieħdu passi u jitneħħew.", "Kemm ilhom mejtin?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemm wieħed ilu mejjet mill-1993!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mela ħalli ngħidlek din.", "Kien hemm nies li marru jġeddu l-karta ta' l-identita' għax intalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni u meta sabu xi dettalji, per eżempju fejn twieldu, li huma ma qablux magħhom, qalulhom li biex jirranġawhom kellhom imorru l-Belt.", "Dawn in-nies nafhom; ġew għandi.", "Jiġifieri mhux kull min ma ġeddidx il-karta ta' l-identita' ...", "Hemm nies li ma ġeddulhomx il-karta ta' l-identita' minħabba dettalji u ħmerijiet bħal dawn.", "L-argument huwa illi this so called additional safeguard m'hu additional safeguard xejn għax m'hu se jkun safeguard xejn.", "Kulma se joħloq huwa xkiel għan-nies biex jivvotaw.", "Dik hija l-verita'.", "Issa jekk se toqogħdu takkużaw lilna u aħna nakkużaw lilkom, naħseb li niġu draw.", "Il-verita' hija li nkunu qed noħolqu xkiel għalxejn.", "Fil-bidu l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici semma kif timpunja liġi li għamilna hawnhekk.", "Jekk fhimtu sew kien qed jgħid li l-ewwel għandna nagħmlu l-liġi kif jixtieqha hu, kif jemmen li m'hijiex anti- kostituzzjonali u kif qed tipproponi l-Oppożizzjoni, imbagħad imur jagħmel kawża fil-qorti u jitlobha biex dak li hu jemmen li m'huwiex anti- kostituzzjonali tiddikjarah anti-kostituzzjonali.", "Jekk fhimt sew din hija l-loġika tiegħu.", "Hekk ippropona.", "Jien ma nafx kif tista' timpunja liġi mod ieħor.", "Biex timpunja liġi trid targumenta li hija kontra l-Kostituzzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Inti offrejt li se timpunjaha inti stess.", "Allura inti se tmur targumenta li dak li temmen li m'huwiex kontra l- Kostituzzjoni huwa kontra l-Kostituzzjoni?!", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-mejtin li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Individwi li jkun hemm iċ-ċertifikat tal-mewt tagħhom l-Insinwa jinqatgħu awtomatikament minn fuq ir-reġistru elettorali.", "Issa jien ma nafx min huma dawn in-nies li qed isemmi.", "(Interrruzzjonijiet) Ġibli ċertifikat tal-mewt tagħhom ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux qed ngħidlek li huma perfetti u li ma jagħmlux dan it-tip ta' żbalji, imma l-ixkiel kollu li qed tagħmel għax qed tgħid li hemm 70 ruħ li huma mejtin, ma nistax nifhem kif tista' tiġġustifikah.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li hemm 70 persuna mejtin li għadhom jidhru fuq ir-reġistru elettorali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: 70 ruħ sibthom jien!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Sibthom inti?!", "Sabithom l-organizzazzjoni tal- Partit Laburista.", "Daqskemm l-affarijiet li jsib il-Partit tagħna jkun sabhom Austin Gatt!", "(Interruzzjonijiet) Naturalment trid tara wkoll meta mietu.", "Din m'hix kwestjoni ta' konvinzjoni jew biex nimla l-ħin ...", "(Interruzzjonijiet) L-argument kollu hu li s-safeguard addizzjonali ma jeżistix u kulma qed tagħmel din l-emenda huwa xkiel u xejn iktar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, aktar ma nsegwi dan id-dibattitu - fil- fatt segwejt lill-Prim Ministru, lill-Onor.", "Michael Falzon u lil xi kelliema oħra - u aktar ma nisma' x'qed jgħidu l-Membri ta' din in-naħa u l-Membri tan-naħa l-oħra, aktar nikkonvinċi ruħi li l-Gvern ma jridx jagħmel dak li tixtieq l-Oppożizzjoni għax għandu l-faħam miblul.", "Aħna nafu kif in-naħa tal-Gvern tqarraq fl-elezzjoni.", "Biżżejjed ngħid - din qed ngħidha kemm għall-istampa kif ukoll għall-Membri - li meta l-Partit Laburista għamel numru ta' rikorsi dwar ismijiet li jidhru fir-reġistru elettorali, il-qorti, li mhux soltu tkun ħanina magħna, tatna raġun fuqhom.", "Il-Partit rebaħ 1,400 rikors fuq entries li mhux suppost li dehru fir- reġistru elettorali.", "Allura wara dan kollu u wara li l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed jgħid li hu biss għandu lista ta' 70 persuna li huma mejtin u li għadhom qed jidhru fir-reġistru elettorali xi ħadd jagħtina tort jekk aħna ma nafdawhomx u jekk ngħidulhom biex jagħmlu dan is- safeguard?", "L-argument li qed tuża n-naħa l-oħra huwa li dan huwa anti- kostituzzjonali.", "L-Onor.", "Lino Spiteri qal li jekk din hija anti- kostituzzjonali - u tan-naħa l-oħra jafu li l-Oppożizzjoni qed tinsisti fuq dan kollu biex tagħmel safeguard oħra - allura għandna nibdluha.", "Bdilna tant affarijiet!", "Tkun xi ħaġa ta' l-għaġeb jekk nibdlu din ukoll?", "Hawn dibattitu sħiħ dwar jekk din hijiex anti-kostituzzjonali jew le.", "L-Onor.", "Falzon u l-kelliema tal-Gvern qed jagħtu importanza enormi lil dan l- argument.", "Dawn qed jgħidu: Jekk hemm dokument tal-vot, xi ħtieġa hemm li tiġi ppreżentata l-karta ta' l-identita' wkoll?", "It-tweġiba sempliċi hija li d-dokumenti tal-vot qed isiru minn kumpannija li aħna ma nafdawhiex.", "Aħna rridu li l-kontroll ta' l-istampar tad-dokument tal-vot ikun f'idejn il-partiti u mhux f'idejn kumpannija privata ħbieb tan-naħa l-oħra, jekk m'hemmx xi shareholders ukoll fosthom.", "Dawn l-affarijiet iridu jgħidulna lilna.", "(Interruzzjonijiet) Id-dokumenti qed toħorġuhom intom.", "Allura nafdawkom?", "(Interruzzjonijiet) Le, m'iniex qed immur at a tangent għax dan huwa l-argument prinċipali.", "Intom qed tgħidu li m'hemmx ħtieġa ta' karta ta' l-identita' għax id-dokument huwa validu.", "Aħna għidnielkom li sakemm tkun dik il-kumpannija privata li tkompli tagħmel id-dokumenti tal- vot, ma nafdawkomx.", "Meta intom taċċettaw li l-kontroll isir mill-partiti u li l-istampar tal-vot ikun taħt il-ħarsien tal-partiti, naturalment bil- kontroll tal-Kummissjoni Elettorali, allura mbagħad ikollkom dritt targumentaw li d-dokument tal-vot huwa safeguard biżżejjed u m'hemmx għalfejn il-karta ta' l-identita'.", "Jien illum qrajt f'\"The Times\" li l- Prim Ministru qal - għax dak huwa l-iskop tagħkom, li tbeżżgħu lin-nies li aħna rridu nċaħħdu l-vot - ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna rridu nċaħħdu l- vot?!", "Aħna għandna record li tajna l-vot lin-nisa u liż-żgħażagħ taħt it- 18-il sena u intom ivvotajtu kontra dawn l-affarijiet.", "Aħna li għandna din l-istorja rridu nċaħħdu lin-nies mill-vot?", "Aħna li ma rridux huwa li jivvotaw nies li mhux suppost jivvotaw.", "Dawn l-affarijiet saru, u bil- provi għax irbaħna 1,400 rikors f'qorti li mhux soltu tkun ħanina magħna.", "Mela għalfejn ma tridux il-karta ta' l-identita'?", "X'inhu x-xkiel li qed issemmu?", "Il-bieraħ, skond kif qrajt f'\"The Times\", il-Prim Ministru qal li mhux se jċaħħad lil min hu msiefer u li għandu dritt għall-vot milli jivvota għax ma jkollux karta ta' l-identita' valida.", "Din hija ħaġa sempliċi; min ikun imsiefer jista' jsirlu arranġament biex kif jiġi minn barra nagħmlulu karta ta' l-identita'.", "B'daqshekk tkun waqgħet id-dinja?", "Qed tgħidu wkoll li se jispiċċa l-vot ma jingħatax lil numru ta' nies għax ma jkunux id-dar biex jippreżentaw il-karta ta' l-identita'.", "Din hija sempliċi wkoll, tistgħu tirranġaw ma' l-għassa biex dak li jkun imur għad- dokument tal-vot fil-għaxija, basta juri l-karta ta' l-identita' valida.", "Dawn huma l-argumenti bażwijin tagħkom?", "Għax ma tgħidux li għandkom il- faħam miblul u tridu taħbu?", "U nista' ngħid li fil-Partit qed jikber it- twemmin li taħt dawn iċ-ċirkostanzi jikkonsidra x'jagħmel u ma jagħmilx għall-elezzjoni li jmiss.", "Jidher ċar li intom tridu tqarrqu u għalhekk ma tridux tagħmlu l-karta ta' l-identita'.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, id-diskors ta' l-Onor.", "Reno Calleja bilfors li jitlob reazzjoni minn din in-naħa.", "Huwa a case in point li l- ispiżjar minn dak li jkollu jagħtik.", "(Interruzzjonijiet) Hawn spiżjara tajbin u hawn spiżjara li m'humiex tajbin; iċ-Chairman huwa spiżjar tajjeb.", "Dawn huma nies li mhux talli ħawdu fl-elezzjonijiet, talli lil min kellu d- dritt jivvota ma ħallewhx.", "Dawn huma n-nies li fl-1987 - meta l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien Prim Ministru - fiż-Żejtun, lil numru ta' nies li kellhom dritt jivvotaw ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Point of order, Mr Speaker.", "THE CHAIRMAN: M'hawnx points of order.", "Għandek dritt titkellem, bil- permess ta' l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Fuq dan li qed jgħid l-Onor.", "Galea hemm kawża l- Qorti li għadha ma nqatgħetx u allura ma jistax jitkellem fuqha.", "THE CHAIRMAN: Nibqgħu mas-suġġett tal-klawsola, għax inkella se niżvijjaw.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Meta nisma' lill-Onor.", "Debono Grech jgħid li hemm kawża li għadha għaddejja u ma nistgħux nitkellmu fuqha, ngħid li dawn irriformaw ruħhom ftit ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Inti se titkellem!", "Xbajt titkellem fuq kawżi pendenti?!", "Oqgħod bil-qiegħda isma'.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nisma' lilek?!", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mela itlaq 'il barra!", "Hawn żewġ bibien; agħżel wieħed minnhom!", "(Interruzzjonijiet) Il-partit tiegħek għamilha l- vjolenza.", "Jien qatt m'għamiltha.", "THE CHAIRMAN: Onor. Galea, kompli fuq l-argument tal-klawsola li qed niddiskutu.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jien qed nagħmel reazzjoni għal dak li qal l-Onor.", "Reno Calleja.", "Fl-1987 dawn ma ħallewx nies jivvotaw fil-preżenza ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġbok, tkellem fuq il-klawsola.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Tajjeb li wieħed jiftakar ukoll li ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri, bil-permess ta' l-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jekk għandu point of order jagħmlu, pero' m'għandux il-permess tiegħi, bir-rispett kollu lejh.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Point of order.", "Aħna qegħdin hawnhekk għax tellagħna l-poplu.", "Lill-Onor.", "Debono Grech ivvotawlu 4,600 ruħ.", "Issa kif jista' jiġi l-Onor.", "Mario Galea hawnhekk u jordna lill-Onor.", "Debono Grech biex jitlaq 'il barra?!", "Daqshekk tirrispettah lill-poplu?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Chairman, l-Onor.", "Lino Spiteri huwa magħruf għas- sense of humour li għandu.", "Jien lill-Onor.", "Debono Grech m'għidtlux biex jitlaq 'il barra, imma meta qal li ma jridx jismagħni, jien għidtlu li l- alternattiva li jibqagħlu hi li jitlaq 'il barra.", "Issa jekk irid jibqa' hawnhekk u ma jismagħnix isodd widnejh.", "Huwa tajjeb li wieħed jifhem ukoll li dan il-Partit li llum qed iqajjem din l-oġġezzjoni fuq il-voting document, huwa l-partit li fl-elezzjoni ta' l-1981 irrifjuta li l-Partit Nazzjonalista jkollu commissioners u delegati waqt l-għadd tal-voti.", "Mhux hekk biss; ħalli naraw kif l-affarijiet jinbidlu.", "Meta dawn kienu fil-gvern, l-attitudni tagħhom kienet totalment differenti.", "Nerġa' ngħid, fl-1987 partitarji Nazzjonalisti ssawtu quddiem ex-ministri soċjalisti u quddiem uffiċjali tal-partit pero' ħadd ma żammhom.", "(Interruzzjonijiet) Inti kont Prim Ministru dak iż-żmien!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien se nagħmel kumment ta' l-aħħar fuq din il-famuża kumpannija li skond l-Onor.", "Calleja għandna anke shares fiha.", "Milli jidher dan ikejjel b'xibru.", "Il-voting documents li qed jgħid li se jsiru f'xi taħwida se jiġu monitored mill-Kummissjoni Elettorali.", "Issa jekk l-Onor.", "Calleja qed jgħid li lil din il-kumpannija ma jafdahiex, allura lanqas fiduċja fil- Kummissjoni Elettorali m'għandu.", "U ta' min jgħid li llum din il- Kummissjoni għandha rappreżentanti tal-fiduċja tagħhom.", "Aħna m'għandniex kumpannija privata - dan jafuh iktar minni - li se tagħmel il-voting documents kif trid hi u bl-istandards li trid hi; kollox se jsir taħt il- ħarsien u fuq l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Elettorali.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mela la nafu lil xulxin nagħmlu safeguards biex l- affarijiet ma jsirux hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, naħseb li huwa stabbilit li jien nirrispetta lill-awtorita', imma f'dan il-każ ma nistax nissimpatizza miegħek li l-awtorita' tiegħek ma ġietx rispettata għax inti tlabt lill- Onor. Mario Galea biex ikompli l-argument u hu ma rrispettakx.", "Ma setax jirrispettak għax ma kellux argument.", "Inti tlabtu jkompli xi ħaġa li lanqas kien bdieha.", "L-uniku argument li qam biex jagħmel hawnhekk kien li jirriferi għal każ legali li għadu m'huwiex magħluq u allura m'hemmx konklużjoni tiegħu.", "Hawnhekk iż-żewġ naħat nemmnu li l-liġi għandna nagħtu kasha fl-eżawrenza tagħha u għandha titħalla tkompli l-kors tagħha.", "Għallinqas din in-naħa hekk temmen; jekk in-naħa l-oħra għandha elementi fiha li jemmnux hekk, allura kien hemm żvilupp interessanti.", "Jien naf li l- argument qed jitwal hawn ġew għaliex in-naħa tal-Gvern għandhom doveri oħra x'jaqdu barra minn din il-Kamra - il-Prim Ministru qiegħed okkupat bi żjara diplomatika - imma l-argument xorta jibqa' sempliċi.", "Aħna qegħdin ngħidu li, irrispettivament minn dak li ġara 20, 30 jew 100 sena ilu - jekk noqogħdu ngħidu x'ġara jiena wieħed milli naf ngħidilkom ħafna affairjiet li ġraw - ...", "Aħna konna mmorru mhux biex nivvotaw imma biex nitkellmu f'corner meeting u naqilgħu xebgħa, Onor. Mario Galea.", "Ara ma tmurx taħseb li l-istorja m'għandhiex ħafna kapitli fiha.", "Aħna konna nidħlu f'dan il- Parlament u aħna u deħlin kienu jitilgħu l-Pulizija għalina biex jagħtuna xebgħa!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: No cross debates.", "Onor. Spiteri żomm mal-klawsola, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, għandna nibqgħu fuq is-suġġett u jekk l- Onor. Mario Galea ġustament irid ikun jaf - għandu raġun - min kien jibgħatlu l-pulizija li qed jgħid li marru għalih, għandu kull fakulta' jiċċekkja ma' dawk il-pulizija li sal-ġurnata tal-lum inżammu fil-Korp tal- Pulizija u ngħataw promozzjonijiet minkejja li kienu huma responsabbli għal dak li qed jallega li sar minn din in-naħa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għandek minn fejn tistaqsi u huwa faċli ħafna li tistaqsi.", "THE CHAIRMAN: Onor. Spiteri, ejja għall-klawsola li qegħdin niddiskutu għaliex inkella se niftħu wisq.", "ONOR.", "LINO SPITERI: M'hemmx għalfejn toqgħod tistaqsi lil din in-naħa.", "Lil din in-naħa għid li tikkundannaha, għid li trid, imma bħala pulizija għandek lil min tistaqsi bħalma għandek fejn tinvestiga għaliex kien hemm pulizija li ngħataw il-proklama u għaliex ruħ Nardu Debono għadha tiġġerra u titlob għall-kwiet u ma tistax issibu.", "Jekk kemm-il darba se nibqgħu fuq is-suġġett, il-qagħda ta' l- Oppożizzjoni hija sempliċi ħafna.", "Illum id-29 ta' April 1996, għaddew kemm- il elezzjoni - saru kif saru; iż-żewġ naħat jistgħu jgħidu ħafna affarijiet - u ġejja elezzjoni oħra.", "Irridu nagħmluha bis-salvagwardji kollha possibbli li jaċċertaw li jivvota biss min għandu dritt jivvota?", "Irridu nagħmluha.", "Irridu nsegwu r-rikkmandazzjoni tal-Kummissjoni Gonzi li l-identity card isservi bħala salvagwardja doppja biex dan il-punt li għandna naqblu fuqu u li huwa punt sempliċi, ikun konfermat?", "Irridu.", "Jien naħseb li min għandu bona fide jgħid li jrid.", "Issa għidli ċuċ kemm trid, imma jien nemmen li fuq in-naħa l-oħra hemm min għandu bona fide.", "Jekk għandhom bona fide jgħidu li jridu li jsir hekk bħalma aħna, minn din in- naħa, hekk irridu wkoll.", "Ejja ma noqogħdux ngħidu, nitqanfdu u nkomplu ngħidu x'ġara u ma ġarax f'kemm-il elezzjoni.", "Mill-1962 'il hawn, saru seba' elezzjonijiet u nafu kif kienu jsiru u nafu ħafna affarijiet, imma ma noqogħdux nidħlu fihom.", "Fl-elezzjoni li ġejja rridu nassiguraw kemm jista' jkun li qed jivvota min verament għandu dritt jivvota?", "U jekk kemm-il darba n-naħa l-oħra tibqa' tgħidilna li aħna rridu nċaħħdu lil xi ħadd mid- dritt tal-vot, din m'hix ċajta?", "Mela meta qiegħed titkellem fl-astratt, fuq il-futur, tista' ċċaħħad lil xi ħadd?", "Aħna qegħdin ngħidu li hemm dokument ċar, illum aċċettat minn kulħadd, imħaddem mill-Gvern għall- finijiet tal-files ta' l-isptar, tal-files ta' l-income tax, reġistrazzjoni ta' karozzi u kullimkien - mhux bħala dokument tal-vot; dik issuġġerieha l- Prim Ministru u 'l quddiem nikkonsidrawha - u dan id-dokument għandna nużawh bħala salvagwardja biex naċċertaw li l-vot jingħata lil min verament għandu dritt għalih.", "Fuq dan hija d-diskussjoni kollha, li l-identity card - li kulħadd għandu u kulħadd huwa obbligat li jġeddidha; saret pubbliċita' enormi biex inġedduha u allura nistgħu naċċertaw li sakemm jagħlaq iż-żmien kull min seta' jġeddidha jkun ġeddidha - tkun it-tieni mezz ta' kontroll biex inkunu ċerti li qed jivvota min għandu dritt jivvota.", "Jekk inħallu l- argument hekk u ma noqogħdux ngħajru lil xulxin u nimputaw motivi ħżiena lil xulxin, naħseb li għandna navvanzaw, jekk irridu navvanzaw.", "Issa jekk ma nistgħux navvanzaw għaliex hemm kondizzjonijiet oħra, allura mod ieħor.", "Id-darba l-oħra waqt li l-Prim Ministru kien qed jiddefendi xi punt, diversi nies minn fuq ir-radju semgħuh jgħid - jien ma smajtux - li dan il- punt Austin qed jinsisti għalih.", "Jien sirt noqgħod attent anke kif niċċajta meta nkun off microphone.", "Imma issa jew qed nipprovaw nagħmlu dak li qegħdin nagħmlu hawn ġew bħala rappreżentanti tal-poplu u b'obbligu enormi fuqna li mhux noqogħdu ngħajru u nħammġu lil xulxin fejn tidħol id- demokrazija, imma flimkien nagħmlu dak kollu li nistgħu biex naċċertaw li, ikun xi jkun ir-riżultat ta' l-elezzjoni li ġejja, ikun ir-riżultat ta' nies li vvotaw għaliex għandhom dritt jivvotaw u vvotaw skond il- konvinzjoni tagħhom jew skond dik li mingħalihom hija l-konvinzjoni tagħhom, jew inkella se noqogħdu nilagħbu t-tennis u noqogħdu nwaddbu l- ġebel minn naħa għall-oħra u ma navvanzawx.", "Issa li l-Prim Ministru reġa' qiegħed hawnhekk - ma jistax jistrieħ mix- xogħol tiegħu; nafu li ħareġ biex jagħmel ċertu xogħol li jrid jagħmel bħala Prim Ministru, bħalma ftit qabel kien qed jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fejn iltaqgħu ma' diplomatiku Taljan - nagħmillu din id- domanda sempliċi: Irridu nagħmlu dak kollu possibbli bil-kwiet u bil-kalma biex naċċertaw li fl-elezzjoni jivvota biss min għandu dritt jivvota?", "Jekk iva, ejja nikkonsidraw l-emendi ta' l-Oppożizzjoni Laburista f'dak il- kontest; jekk hemm bżonn intejbuhom, jekk le, il-Gvern ma jaċċettahomx, jivvota kontra tagħhom u nibqgħu mexjin.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, jiena ili nsegwi dan id-dibattitu minn xi żewġ seduti jew tlieta 'l hawn u minn dak li ntqal nista' niġbed ċerti konklużjonijiet.", "Jidher ċar li l-Oppożizzjoni tixtieq tuża l- identity card bħala double check fuq ir-reġistru elettorali.", "Issa l- kwestjoni kollha hija li diġa' jeżistu ħafna checks and balances tal- partiti politiċi fuq ir-reġistru elettorali.", "Kif diġa' qal l-Onor.", "Michael Falzon, malli joħorġ reġistru elettorali ġdid - sa l-aħħar ta' April għandu joħroġ ieħor - kulħadd joqgħod iduru u jiċċekkjah ħalli jara jekk hemmx nies li mhux suppost huma mniżżlin fih.", "Jiġifieri diġa' jeżisti a fine comb analysis tar-reġistru elettorali.", "Issa l-Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi double check fuqu, bil-problemi li jistgħu jinqalgħu u li diġa' ssemmew mill-Prim Ministru u mill-Onor.", "Michael Falzon.", "Il- mistoqsija tiegħi hija din: X'garanzija hemm li fl-identity cards li se joħorġu mhux se jkollok żbalji?", "F'dan il-każ se jkun hemm bżonn ta' triple check fuq l-identity cards, imbagħad toħloq quadruple check fuq it-tielet check ta' l-identity cards tar-reġistru elettorali u tibqa' sejjer hekk ad infinitum.", "Jiena naħseb li diġa' jeżistu kontrolli biżżejjed fuq ir- reġistru elettorali u din ta' l-identity card hija żejda.", "Jien ma nixtieqx li f'pajjiżna nispiċċaw b'ħafna red tape bħalma hemm fl-Amerka fejn ċerti nies li jkollhom dritt jivvotaw jispiċċaw jitilfu l-interess.", "Aħna rridu nqisu li mhux kulħadd iqum jaħseb fuq il-politika u jorqod jaħseb fuq il- politika; dawk xi erba' mġienen bħalna jagħmlu hekk.", "(Interruzzjonijiet) Jiena għidt li l-politika tal-Labour Party tant hija konfuża li kultant jiġuni s-suspetti.", "THE CHAIRMAN: Kompli fuq il-klawsola, Onorevoli.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jiena sinċerament inħoss li s-safeguards eżistenti huma biżżejjed u m'hemmx bżonn indaħħlu l-identity cards.", "Bl- introduzzjoni ta' l-identity cards biex jiġi konsenjat id-dokument tal-vot ikun hawn ħafna red tape żejjed għaliex tkun trid tara jekk dawn jaqblux mar-reġistru elettorali u nispiċċaw b'ħafna logħob żejjed.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Chairman, dan li se ngħid huwa għall-benefiċċju ta' l-Onor.", "Michael Asciak u l-Onor.", "Falzon.", "Meta minn hawnhekk aħna semmejna x'qalet il-Kummissjoni Gonzi dwar din l-issue, l-Onor.", "Falzon qalilna li dak li konna qed ngħidu aħna ma kienx veru.", "Issa jiena se nikkwota minn paġna 27 tar-rapport ta' l-istess Kummissjoni fejn jingħad li:", "\"Għandu jinstab mezz kif il-karta ta' l-identita' tiġi upgraded għal dik li hija sigurta' biex din tkun tista' tiġi wżata fil-proċess elettorali bħala double check fuq l-identita' tal-persuna li tkun se tivvota.\".", "Mela mhux l-Oppożizzjoni biss qed tgħid hekk, imma anke l-istess Kummissjoni Gonzi.", "(Interruzzjonijiet) Se tagħti xi interpretazzjoni oħra tagħha issa?", "Din hija ċara, bil-Malti qrajthielek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Kummissjoni Gonzi tikkonferma li l-identity card għandha tintuża biss bħala check ta' l-identita' tal-persuna.", "(Interruzzjonijiet) L-identity card tkun check fuq l-identita' u mhux bżonn biex tivvota.", "Dak li qed tgħid il-Kummissjoni Gonzi.", "Intom mhux bħala check tridu tagħmluha imma bħala impożizzjoni biex wieħed ikun jista' jivvota.", "Dik hija d-differenza.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, fuq din il-kwestjoni ta' l-identity card kulħadd qed iparla.", "Il-Gvern nefaq dawk il-flus kollha biex għamilna l-identity cards ġodda, meta skond dan li qed jingħad allura ma kellniex bżonnhom.", "Mela meta tmur biex tinqeda għal ħaġa żgħira jitolbuk l-identity card, u f'ħaġa daqstant importanti, li wieħed imur iex jivvota, il-Gvern qed isib diffikulta' biex idaħħal l-użu ta' l-identity card!", "X'inhi d- diffikulta' li qed isib il-Gvern?", "L-Onor.", "Asciak qal li mbagħad jista' jkun hemm l-identity cards ħżiena u nkunu rridu nerġgħu nagħmlu check fuq l- identity cards.", "Aħna fuq l-elezzjoni qed nitkellmu.", "Huwa fl-interess ta' l-individwu li meta jkollu l-identity card jara li din tkun tajba għaliex dan huwa dokument uffiċjali.", "Kien hawn xi ħadd minn din il-Kamra li staqsa kif se jivvotaw dawk li jiġu minn barra.", "Min, per eżempju, ilu barra għall-missjoni għaxar snin jew inkella ilu f'kunvent barra minn Malta għal xi sitt snin, lanqas suppost li għandu identity card.", "(Interruzzjonijiet) Aħna qegħdin ngħidu li l-identity card - għax bl-identity card persuna hija rikonoxxuta fil- pajjiż - għandha taqbel mar-reġistru elettorali biex ma jiġrix bħalma ġara d-darba l-oħra, fejn kellna nies li lanqas irċevew id-dokument tal-vot u r- ritratt fuq id-dokument tal-vot lanqas kont tinduna ta' min hu - kellna ħafna minnhom id-darba l-oħra - ...", "X'tippretendi?", "Li jiġi l-pulizija jħabbatlek fuq il-bieb biex jagħtik id-dokument tal-vot, tgħidlu li f'dik ir-residenza hemm għaxar persuni li għandhom id-dritt tal-vot u jagħtik għaxar dokumenti?!", "Aħna rridu li meta l-pulizija, jew min hu awtorizzat, imur iqassam id-dokumenti tal-vot, jara li l-particulars fuq l-identity card ikunu jaqblu ma' dawk li hemm fir-reġistru elettorali.", "Għalhekk qed ngħidu li l-votant irid ikollu karta ta' l-identita' valida biex ikun jista' jirċievi d-dokument tal-vot.", "Issa xi ħadd qal li jekk ma jsibukx id- dar ikollok tmur l-għassa u tiġbru minn hemm, basta tippreżenta l-identity card.", "Jiġifieri biex tiġbor il-vot mill-għassa trid tippreżenta l-identity card; mela d-dokument tal-vot m'huwiex biżżejjed.", "U mhux billi jiġi hawn l- Onor. Mario Galea u joqgħod jgħid x'ġara u ma ġarax.", "Aħna ngħidu li l- identity card hija dokument uffiċjali u jekk dan li qed nipproponu aħna huwa unconstitutional - kif qal il-Prim Ministru - allura bħalma qal sieħbi, l-Onor.", "Reno Calleja, dan il-provvediment għandna ndaħħluh fil- Kostituzzjoni.", "Jekk mhux se jkun hemm taħwid f'din l-elezzjoni, il-Gvern m'għandux għalfejn jibża' jdaħħal l-użu ta' l-identity cards.", "Aħna m'aħna se nħallu lil ebda Austin Gatt imexxi l-Parlament.", "S'issa Austin Gatt m'għandu l-ebda awtorita' għaliex ma ġiex elett hawnhekk mill-poplu.", "Il- 65 membru li hawn hawn ġew għandhom dritt jagħmlu l-liġijiet u jipproponu liġijiet, u l-ebda Austin Gatt m'hu se jiġi jgħidilna li m'għandniex dritt nagħmlu din il-proposta u li din hija xi ħaġa superfluwa.", "Aħna bħala Oppożizzjoni qegħdin insostnu li mingħajr identity card m'għandekx dritt tivvota.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, apparti d-diskussjonijiet u l- argumenti kollha li saru, jiena nixtieq nagħmel punt wieħed biss.", "Ejjew nassumu li din in--naħa tal-Kamra veru għandha l-mad cow disease u l- argumenti li qiegħda ġġib favur il-karta ta' l-identita', kif qed jgħidulna min-naħa tal-Gvern, huma stupidi.", "Imma mbagħad nidħlu f'kontest fejn iż- żewġ naħat tal-Kamra għandhom l-interess li jkun hemm fiduċja mija fil-mija fil-proċess elettorali.", "Allura kull naħa tal-Kamra għandha l-interess li n- naħa l-oħra tgħid li dan huwa proċess tajjeb, li huwa proċess korrett.", "Jiena dawn l-affarijiet qed nagħmilhom bl-aktar mod raġjonevoli u għall- argument qed naċċetta li l-pożizzoni tagħna hija stupida.", "Pero' hija pożizzjoni li aħna nemmnu fiha u hija pożizzjoni li jekk tiġi addottata aħna żgur se jkollna fiduċja aktar qawwija fil-proċess elettorali.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom l-interess li jkun hemm fiduċja sħiħa fil-proċess elettorali.", "Allura jiena ngħid li n-naħa tal-Gvern għandu jkollha l- interess li taċċetta l-proposta li qed tagħmel in-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "Kieku jiena nkun minflok il-Prim Ministru, f'dan il-kontest ngħid: \"Iva, in-naħa ta' l-Oppożizzjoni għandha l-mad cow disease u qed toħroġ bi proposta stupida, imma din il-proposta stupida se tagħtiha fiduċja fil- proċess elettorali.", "Mela ħalli ndaħħalha, mhux għaliex nemmen fiha imma għaliex se tagħti lill-Oppożizzjoni fiduċja fil-proċess elettorali.\".", "Imbagħad hemmhekk iqum l-argument legali.", "Jekk imbagħad mil-lat legali n- naħa tal-Gvern qiegħda ssostni li din il-miżura tkisser jew ixxellef id- drittijiet kostituzzjonali taċ-ċittadin, allura dak hu li rridu nirriżolvu.", "L-argument m'huwiex jekk dak li qiegħda ssostni l-Oppożizzjoni huwiex intrinsikament fil-proċess elettorali, korrett jew le, sod jew le, sħiħ jew le, tajjeb jew le, għaliex kieku nkun jien minflok in-naħa tal-Gvern, bħala confidence building measure inħalliha ssir.", "Imma jekk imbagħad l- oġġezzjoni hija wkoll legali, jiġifieri jekk dak li qiegħda tgħid l- Oppożizzjoni jxellifx id-dritt legali taċ-ċittadin skond il-Kostituzzjoni, allura hemmhekk hemm oġġezzjoni sostantiva li rridu niffaċċjaw.", "GĦalhekk jiena ħriġt bl-argument li għandna naraw insibux mod kif ikunu l-qrati li jiddeċiedu dan il-punt.", "Jekk fuq dan il-punt ta' sustanza l-qrati jgħidu li m'aħniex qegħdin inxellfu d-dritt kostituzzjonali taċ-ċittadin, allura mmexxu, imma jekk il-qrati jgħidu li din ixxellef id-dritt kostituzzjonali taċ-ċittadin allura jkollha raġun in-naħa tal-Gvern.", "Imma jekk neskludu l- kwestjoni legali, l-argumenti kollha li ssemmew s'issa - anke f'każ li min-naħa tal-Gvern kienu mija fil-mija korretti - assolutament m'għandhomx jittieħdu into consideration miż-żewġ naħat.", "Dan għaliex iż-żewġ naħat għandhom iħossu li jekk din hija miżura li se tagħti fiduċja lin-naħa l- oħra fil-proċess elettorali, allura jaċċettawha anke jekk iħossu li m'hijiex tajba.", "Dan huwa punt li s'issa, bir-rispett kollu, għadu ma ġiex iffaċċjat min-naħa tal-Gvern għaliex minflok jiffaċċjaw il-punt legali, kull darba qegħdin jgħidulna li ma jemmnux f'dan l-argument, li dan l- argument ma pprovajnihulhomx u li huwa argument stupidu.", "Ejja nassumu li huwa stupidu, ejja nassumu li ma pprovajniehx.", "Imma aħna xorta waħda qegħdin insostnu bl-aktar mod formali li din il-miżura tagħtina fiduċja fil- proċess elettorali, u dan għandu jiġi aċċettat min-naħa tal-Gvern.", "Jekk imbagħad il-punt iqum fuq l-argument legali, dan irridu niffaċċjawh fuq bażi differenti.", "Pero', nerġa' ngħid, dan huwa punt li għadu ma ġiex iffaċċjat, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dażgur li ġie ffaċċjat dan il-punt, Sur President!", "Jiena llum diġa' għidt - ma nafx il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienx hawn, forsi kellu joħroġ mill-Kamra għal raġunijiet simili ħafna għal dawk li għalihom kelli noħroġ jien - li rrid lil xi ħadd jikkonvinċini li b'dak li trid l-Oppożizzjoni, jiġifieri li jkun hemm ir- rekwiżit ta' karta ta' l-identita' valida, b'xi mod se tiżdied il-garanzija u jkun aktar assigurat li l-proċess użat huwa l-proċess it-tajjeb.", "S'issa għadu ħadd ma kkonvinċieni minn dan.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li m'għandniex għalfejn nidħlu f'dan l-argument, imma ngħidu biss li jekk dan se jissodisfa lill-Oppożizzjoni ...", "Allura l-Gvern għaliex qiegħed jopponi din il-proposta?", "GĦaliex l-argument ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex newtru.", "Kieku kellna naċċettaw il-proposta ta' l-Oppożizzjoni, nerġa' ngħid, inkunu qegħdin noħolqu - se nuża l-istess espressjoni biex infakkru li diġa' rrispondejt dan l-argument - obstacle race għall-votanti.", "Mela għalkemm votant ikollu d-dritt li jivvota skond il-Kostituzzjoni, se ngħidulu li qabel ma jeżerċita dak id-dritt irid jaqbeż ostaklu.", "Qed noħolqulu l-ostaklu li jrid ikollu karta ta' l-identita' valida.", "Issa, nerġa' ngħid, m'huwiex veru li l-fatt li jkollok karta ta' l-identita' valida b'xi mod jassigura li għandek id-dritt li tivvota.", "Dan m'huwiex veru.", "Jiġifieri b'dan il-mod inkunu sempliċement qegħdin nagħmlu ostaklu ta' xejn għaliex jista' jkollok karta ta' l-identita' valida u ma jkollokx dritt li tivvota.", "Il-fatt li inti tkun ġeddidt l-identity card ma jfissirx li meta tasal l-elezzjoni żgur li se jkollok id-dritt li tivvota.", "Dan japplika bil-maqlub ukoll.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici ddikjara f'din il-Kamra li m'għandux a valid identity card, imma żgur li se jkun jista' jivvota.", "Din tant naraha sempliċi li ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi jgħidilna li ma rrispondejniex għal dan l-argument.", "Dażgur li rrispondejna!", "Jiena ma naħsibx li għandna nibqgħu ngħidu l-istess affarijiet ad nauseam għaliex inkella nkunu qed naħlu ż-żmien ta' xulxin.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, il-Prim Ministru ma rrispondiex.", "Li jgħid li tkun qed tagħmel ostakli jekk tinsisti fuq karti ta' l- identita' validi, hija l-interpretazzjoni tiegħu.", "Imma l-liġi stess ta' dan il-pajjiż tgħid li jrid ikollok karta ta' l-identita' valida.", "Allura issa li tinsisti li ċ-ċittadini għandhom ikunu konformi ma' dik il-liġi saret obstacle race?", "Dawn x'argumenti huma?", "Il-liġi stess tgħid li f'dan il-pajjiż kull ċittadin għandu jkollu karta ta' l-identita' valida, u aħna qegħdin ngħidu li min se jivvota jrid jottempora ruħu ma' dik il-liġi.", "Effettivament hekk qegħdin ngħidu.", "Issa jekk il-Prim Ministru jridx jevalwa din il-miżura bħala miżura li żżid is-sigurta' tal-proċess elettorali, dik hija affari tiegħu.", "Aħna din inqisuha bħala miżura li żżid fis-sigurta' tal-proċess elettorali.", "L-ebda partit, la tiegħu u lanqas tagħna, m'għandu xi interess li jżid l-ostakli quddiem l-elettorat li jrid imur jivvota għaliex l-elettorat huwa kemm laburist, kif ukoll nazzjonalist.", "Jiġifieri l-ostakli jolqtu liż-żewġ tipi ta' votanti.", "Nerġa' ngħid, l-ebda partit - u ċertament mhux dan il-partit - m'għandu xi interess li jżid l-ostakli.", "L-argument jibqa' li, in vista tal-fatt li m'huwiex minnu li l-proposta tagħna toħloq xi forma ta' ostaklu, in vista tal-fatt li biex tabilħaqq ikun hemm fiduċja fis-sigurta' tal-proċess elettorali ż-żewġ naħat iridu jkunu konvinti li qiegħda tittieħed kull miżura raġjonevoli, jiena ma nistax nifhem għaliex hemm din l-oġġezzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Il-fatt li tkun rikjesta karta ta' l-identita' valida hija miżura raġjonevoli għaliex hija xi ħaġa li l-Att dwar il-Karti ta' l- Identita' jimponi fuq kull ċittadin u allura m'aħna qed inżidu l-ebda obbligu ġdid fuq iċ-ċittadini imma sempliċement qegħdin ngħidulhom li jridu jottemporaw ruħhom ma' l-Att dwar il-Karti ta' l-Identita'.", "Jekk biex iż- żewġ naħat ikollhom il-fiduċja meħtieġa fis-sigurta' tal-proċess elettorali, in-naħa tal-Gvern tagħmel il-proposti tagħha u aħna naqblu magħhom, in-naħa tagħna tagħmel il-proposti tagħna u huma jaqblu magħhom ...", "Nerġa' ngħid, jiena ma nistax nifhem għaliex hemm din l-oġġezzjoni in vista tal-ħtieġa li suppost għandhom iż-żewġ partiti li t-tnejn li huma għandu jkollhom fiduċja sħiħa fil-proċess elettorali.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ma naħsibx li għandi nibqa' nirrepeti ruħi, pero' nattira l-attenzjoni tal-Kamra li fil-ħarġa tal-Gazzetta tal- Gvern tal-21 ta' Ottubru, 1981 - f'dik is-sena l-elezzjoni saret fit-13 ta' Diċembru - kien hemm avviż li jgħid:", "\"Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilu bl-artikolu 6 ta' l-Att ta' l- 1975 dwar il-Karti ta' l-Identita', il-Prim Ministru ordna li l-karti ta' l-identita' kollha maħruġa qabel l-1 ta' Lulju, 1981 dwar persuni li fl-1 ta' Settembru, 1981 kienu 'l fuq mill-eta' ta' 18-il sena, jintemmu milli jibqgħu validi fit-22 ta' Ottubru, 1981.\".", "Jiena ma naħsibx li b'xi mod għandna nħalltu ħaġa m'oħra.", "Nerġa' ngħid, meta l-Parlament iddibatta l-identity card u l-użu tagħha fil-proċess elettorali, kien jagħmel sens li jinkludiha f'dan il-proċess, għaliex dak iż-żmien dak kien l-aħjar mod kif tidentifika persuna.", "Imma llum dan huwa sorpassat, għaliex ir-ritratt ta' l-identity card huwa riprodott fil-voting document u fuq il-karti li jkollhom quddiemhom l-assistenti kummissjonarji.", "U dan ilna ngħiduh.", "(Interruzzjonijiet) Inutli noqogħdu nirrepetu l- istess ħaġa, Mr Chairman.", "Min-naħa tiegħi m'għandix aktar kummenti x'nagħmel.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar kummenti?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq nirriferi għal xi ħaġa li qalu l- Ministru Falzon u anke l-Onor.", "Asciak dwar il-mod kif ir-reġistru elettorali jiġi verifikat u mifli mill-partiti.", "Jiena se ngħid fatt. Minkejja r-rieda tajba u d-diliġenza tal-Kummissjoni Elettorali, minkejja l- isforzi kbar li għamlu l-partiti kollha wara l-ħruġ tar-reġistru elettorali ta' Ottubru 1995, il-Partit Laburista rnexxielu jsib 82 każ ta' mejtin li l- ismijiet tagħhom kienu għadhom jidhru fir-reġistru elettorali.", "Dawn ma baqgħux biss suspetti, imma sussegwentement ġew verifikati mill-uffiċjal reviżur, mill-qorti, u nstab li ġenwinament dawn il-persuni kienu mejta; fil-fatt ġie esebit iċ-ċertifikati uffiċjali tal-mewt tagħhom.", "Mela minkejja r-rieda tajba ta' kulħadd, dawn xorta baqgħu jidhru fir-registru elettorali.", "Issa kieku saret l-elezzjoni u ma nstabx dan il-fatt, id- dokument tal-vot tagħhom kien joħroġ għaliex kienu għadhom jidhru fir- reġistru elettorali.", "Nerġa' ngħid, kien hemm 82 każ u min jaf kemm kien hemm aktar, għaliex ħadd ma jista' jgħid li ġie mifli kull indirizz u kull votant fir-reġistru elettorali.", "Dan jindika li minkejja l-miżuri prekawzjonali kollha li qed jittieħdu sal-lum, xorta waħda għadhom isiru dawn l-iżbalji u għadu jkun hemm dan in-nuqqas ta' eżattezza.", "Dan qed ngħidu bħala fatt. Jekk xi ħadd jiddubita, għada nġib il-lista ta' dawn it- 82 każ ta' persuni li ġew dikjarati mill-qrati li kienu mejtin, kif ukoll iċ-ċertifikati tal-mewt tagħhom.", "F'każ minnhom iċ-ċertifikat tal-mewt kien imur lura għall-1988.", "B'dan irrid nuri li m'huwiex veru li hemm biżżejjed miżuri prekawzjonali.", "Apparti minn hekk, jekk hemm miżura oħra, barra l- użu tal-karta ta' l-identita', li tista' tkompli tikkontrolla l-eżattezza, l-identita' li mhijiex se tassigura mija fil-mija, l-Oppożizzjoni lesta biex tikkonsidraha u forsi anke taddottaha.", "Meta wieħed qed jispjega dan kollu u meta l-Gvern qed jaċċetta l-inkonvenjent tal-karta ta' l-identita' f'żewġ każijiet fil-liġi stess, f'artikli 46 u 47 u hawnhekk l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li wara l-kliem \"karta ta' l-identita'\" tiżdied il-kelma \"valida\", għaliex qed ikomplu jopponi din il-miżura?", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"P\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici fis- seduta ta' l-24 ta' April.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-8.43 p.m. u rriżuma fid- 9.03 p.m.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"P\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 333", "FAVUR : 30", "L-Onor. |Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard |Mifsud Bonnici Karmenu | |Montalto John| | |Bartolo |Mintoff Dom | |Evarist | | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Louis | | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel|Schembri Adami Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion |Vella Karmenu | |Charles | |", "KONTRA : 33", "L-Onor. | | | |Asciak |Galea Louis | |Michael | | |Bonello du |Galea Mario | |Puis George | | |Bonnici Josef|Gatt Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona Joe | |Cuschieri |Refalo Louis | |Louis | | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono |Spiteri Carm Lino | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Demarco Guido|Vella John | |Falzon |Zammit Ninu | |Michael | | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech Francis | |Frendo | | |Michael | |", "L-emenda \"P\" ma għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"Q\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 22 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 - Emenda ta' l-artikolu 47 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 23 - Amendment of section 47 of the principal Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hawnhekk qegħdin nemendaw artiklu 47 tal- Liġi prinċipali billi qed inżidu tliet sigħat, jiġifieri fil-każ ta' dokumenti speċjali hemm ħin sad-9.00 p.m. minflok sas-6.00 p.m. biex wieħed ikun jista' jmur jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fl-istess artiklu u jinħariġlu dokumenti tal-vot speċjali.", "Dan huwa riżultat tar- rikmandazzjoni tal-Kummissjoni li hemm f'paġna 23, paragrafu 25 tar- rapport.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Artiklu 47 tal-Liġi prinċipali jittratta dak li hu msejjaħ dokument speċjali tal-votazzjoni.", "Hawnhekk ir-riferenza hija għal persuna li isimha jkun jidher fl-aħħar reġistru elettorali iżda ma jkunx jidher fil-lista pubblikata ta' dawk li ma rċevewx id-dokument tal- vot u fil-fatt ma tkunx irċeviet id-dokument tal-vot, jew inkella tkun irċeviet dak id-dokument imma tkun tilfitu jew iddistruġġietu.", "F'każijiet bħal dawn il-persuna tista' mhux aktar tard mis-6.00 p.m. ta' l-Erbgħa li jiġi minnufih qabel il-votazzjoni tidher quddiem wieħed mill-Kummissjonarji u tiġbor id-dokument tal-votazzjoni.", "Issa l-Gvern qed jipproponi li minflok sas-6.00 p.m. wieħed ikollu ċans sad-9.00 p.m. biex imur jiġbor id- dokument speċjali tal-votazzjoni.", "L-Oppożizzjoni taqbel ma' din il- proposta.", "Imma issa l-Gvern qed jipproponi wkoll li fejn fil-liġi hemm li dik il-persuna trid l-ewwel tipprova l-identita' tagħha billi tipproduċi karta ta' identita' ...", "Din hija l-okkażjoni l-oħra kontemplata fil-liġi, li l-Gvern stess għadu jaċċetta u mhux se jbiddel, fejn trid tiġi ppreżentata l-karta ta' l-identita'.", "Meta bniedem jitlef id-dokument tal- vot għandu d-dritt imur għal dokument tal-vot ieħor, imma biex jingħata dak id-dokument tal-vot irid jipproduċi l-karta ta' l-identita'.", "Hawnhekk l- Oppożizzjoni qegħda tgħid li l-karta ta' l-identita' li tirrikjedi l-liġi u li l-Gvern ukoll irid għax qiegħed iħalliha fil-liġi, tkun karta ta' l- identita' valida.", "Dik hija l-ewwel emenda li l-Oppożizzjoni qegħda tressaq għal din il-klawsola.", "Biex wieħed li ma jkunx irċeva d-dokument tal-votazzjoni jew li wara li jkun irċieva dak id-dokument ikun tilfu jew iddistruġih, jinħariġlu dokument tal-votazzjoni speċjali, irid jipprova l- identita' tiegħu billi jipproduċi karta ta' identita' u jagħmel dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem dak il-Kummissjonarju flimkien ma' dawk id-dikjarazzjonijiet l-oħra bil-ġurament li l-Kummissjonarju jista' jeħtieġ.", "Jiġifieri mhux biss irid juri l-karta ta' identita' imma jrid jagħmel anke dikjarazzjonijiet li l-Kummissjonarju fl-għerf u fid-dehen tiegħu jista' jitlob, inkella ma jagħtihx dokument għall-vot.", "Issa artiklu 47 ta' l-Att prinċipali jgħid:", "\"... din għandha tingħata dokument għall-votazzjoni maħruġ speċjali għal hekk li jispeċifika bħala l-kamra tal-votazzjoni fejn dik il- persuna għandha tagħti l-vot tagħha, kamra tal-votazzjoni msemmija għal hekk mill-Kummissjonarji; u f'kull każ bħal dak:", "(i) dik il-persuna għandha tivvota biss fil-kamra tal-votazzjoni speċifika fid-dokument għall-votazzjoni; u (ii) jekk isem dik il-persuna jkun jidher fuq xi lista oħra msemmija fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 64 ta' dan l-Att, li ma tkunx ta' l- imsemmija kamra tal-votazzjoni, il-Kummissjonarji għandhom jieħdu ħsieb li isem dik il-persuna jitħassar minn fuq dik il-lista; u", "(iii) lista tal-persuni kollha li lilhom ikun inħareġ dokument għall- votazzjoni skond dan is-subartiklu għandha tinżamm fl-Uffiċċju Elettorali u tkun miftuħa għal spezzjoni minn kull kandidat, aġent elettorali, aġent tal-partit jew delegat tal-partit, kull ħin xieraq sakemm tagħlaq il-votazzjoni.\".", "Issa l-Gvern x'inhu jgħid?", "Il-Gvern qed jgħid li għandu jitħassar il-kliem fejn il-persuna li tingħata d-dokument tal-votazzjoni tkun ordnata mill- kummissjonarju biex tivvota f'kamra tal-votazzjoni speċifikata mill- kummissjonarju; fejn jingħad li l-persuna tista' tivvota biss f'dik il- kamra speċifikata, kif ukoll fejn jingħad li l-kummissjonarju għandu jieħu ħsieb li isem dik il-persuna jitħassar minn fuq kull lista oħra li m'hix il- lista ta' dawk in-nies li jirċievu dan id-dokument tal-votazzjoni speċjali.", "L-Oppożizzjoni ma tifhimx għaliex għandhom jitħassru dawn ir-rekwiżiti u temmen li dawn għandhom jibqgħu.", "Aħna naqblu li l-ħin mis-6.00 p.m. jitwal sad-9.00 p.m. ta' l-Erbgħa qabel il-ġurnata ta' l-elezzjoni, imma ma taqbilx li jitħassru r-rekwiżiti li llum hemm fil-liġi eżistenti.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni qiegħda tressaq emenda għal klawsola 23.", "Fil-fatt qed nirrepetu dak il-kliem illi l-Gvern qed iħassar bil-klawsola li hemm fl-Abbozz.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"R\" (1) Fil-paragrafu (b), ħassar il-kliem kollu wara l-kliem \"li jkun hemm fuq id-dokument.\" u daħħal dan il-kliem \"Id-dokument għandu jispeċifika l-karta tal-votazzjoni fejn dik il-persuna għandha tagħti l- vot tagħha, u f'kull każ bħal dak:", "(i) hija għandha tivvota biss fil-kamra tal-votazzjoni speċifikata; u (ii) jekk hija tkun imsemmija fuq xi lista msemmija fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 64 ta' dan l-Att, il-Kummissjonarju għandu jħassarha minn fuq dik il-lista.\".", "(2) L-artikolu 47 kif emendat għandu jiġi enumerat subartikolu (1) ta' l-artikolu 47.", "(3) Minnufih wara s-subartikolu (1) jiżdied dan is-subartikolu:", "\"(2) F'kull każ meta jkun meħtieġ li dokument għall-votazzjoni jkun stampat għal darba oħra, id-dokument ġdid għall-votazzjoni għandu jkollu l-kelma \"Reprint\" stampata fuqu.\".", "(4) F'paragrafu (a) ta' l-artikolu 47 wara l-kliem \"l-karta ta' identita'\" żid il-kelma \"valida\".", "\"R\" (1) In paragraph (b) delete the words after the words \"information contained in the document.\" and substitute instead the words \"The document shall specify the polling booth where such person is to cast his vote, and in any such case:", "(i) such person shall vote only at the specified polling booth; and", "(ii) if such person appears on any list referred to in subsection (1) of section 64 of this Act, the Commissioner shall cause the name of such person to be struck off such list.\".", "(2) Section 47 as amended is to be renumbered subsection (1) of section 47.", "(3) Immediately after subsection (1) add the following subsection:", "\"(2) Whenever it is necessary for a voting document to be printed afresh, such a new voting document is to have the word \"Reprint\" printed on its face.\".", "(4) In paragraph (a) of section 47 immediately preceding the words \"identity card\" insert the word \"valid\".", "Jien inħoss li għandna nkunu konsistenti ma' dak kollu li għidna u għalhekk jidhrilna li dawn l-emendi li qed tressaq l-Oppożizzjoni huma emendi validi.", "Issa se tibqa' biss il-kwestjoni tal-karta ta' l-identita' valida.", "Naturalment la l-Gvern opponieha f'artiklu 46 se jopponiha wkoll f'artiklu 47.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola u l-emenda għaliha baqgħet aġġornata.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 30 ta' April fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar Ħtiġijiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz tas-Sigurta' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) (Abbozz Nru 124) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) (Abbozz Nru 125) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Periti - it-Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, jien nifhem u naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li deputat tal-poplu għandu mhux biss jara l-bżonnijiet nazzjonali imma għandu wkoll jikkonċentra fuq il-kostitwenti tad-distrett li jirrappreżenta hu.", "Din hija ħaġa tajba u hekk għandu jkun, pero' li tmur oltre minn hekk naħseb li huwa ħażin.", "Nixtieq insemmi l-aġir u ċerti kummenti li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo fid-distrett li jirrappreżenta kemm hu kif ukoll jien.", "Jien m'iniex se noqgħod nirrepeti u nsemmi l-affarijiet kollha pero' rrid ngħid li kien ħareġ ittra li tirrigwarda ċ-ċimiterju tal-Mellieħa u li kważi kważi l-iskop tagħha kien biex ixewwex il-poplu Mellieħi għax qal li huwa ċert li ċ-ċimiterju se jitneħħa minn hemmhekk u se jinbena ċimiterju ieħor.", "Fuq dan il-każ diġa' tkellimt dwaru u llum il-poplu Mellieħi nduna li l- Onor. Evarist Bartolo ma kienx qed jitkellem fuq bażi sodi u kien qed jiġi żvijat.", "Effettivament l-Onor.", "Bartolo stess waqaf jitkellem dwar dan pero' issa qabad linji oħrajn.", "Issa l-Onor.", "Bartolo qabad fuq il-mina li se ssir mill-Pwales saċ-Ċumnija fil-Mellieħa.", "Dan kiteb ittra lin-nies tal-Pwales fejn irrefera għal- laqgħa li kellu magħhom, qalilhom li se jkompli jagħmel stħarriġ biex jara jekk hux se jiġi affettwat l-ilma ġieri li hemm f'dik l-area u qalilhom ukoll li se jsiefer għal ġimgħa u meta jiġi lura kien se jerġa' jiltaqa' magħhom.", "Dawn in-nies ġew għandi, kellmuni u qaluli bl-inkwiet li ħasbu li għandhom.", "Bħala bniedem li studjajt fuq din il-materja - fil-fatt jien għamilt postgraduate course fuq l-ilma u d-drenaġġ, jiġifieri fuq il-public health engineering - jien għidtilhom li ma jistax ikun li gvern, hu min hu, jagħmel xi ħaġa biex iżomm in-nixxiegħa ta' l-ilma.", "Effettivament meta l- Onor. Bartolo kien qed jitkellem fil-Parlament fuq ir-Riżoluzzjoni dwar Ħtiġjiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali, dan qal li l-golf-course tal-Verdala nżamm minħabba li hemm l-ilma ġieri taħtu.", "Jiġifieri jsiru studji qabel issir xi ħaġa.", "Mr Speaker jien kellimt lill-bdiewa u laqqajthom mal- Ministru l-Onor.", "Francis Zammit Dimech li qalilhom li mhux talli ma sarx studju fuq dan ir-rigward imma talli aċċertahom li jekk l-esperiti, minbarra Dr Mangion li hu l-espert Malti fuq din il-linja, ikollhom xi ħsibijiet żgħar, jinbidlu l-affarijiet u wieħed jara x'jista' jagħmel.", "Il- Ministru aċċertahom li x-xogħol li għandu jsir mhux se jaffettwa n- nixxiegħa ta' l-ilma tagħhom.", "Meta ħriġna mingħand il-Ministru dawn qaluli li se jgħidu lil sħabhom b'dan, pero' l-Onor.", "Bartolo qalilhom li anke tender ħarġet biex isir ix-xogħol.", "Hawnhekk ta' min jgħid li jien illum stess qabel ma ġejt nitkellem f'dan il-Parlament tkellimt mal-Ministru l- Onor. Francis Zammit Dimech fejn qalli li t-tender ħarġet biex ikunu jafu min hu interessat li jagħmel ix-xogħol imma mbagħad jistgħu jinbiddlu l- kondizzjonijiet.", "Għalhekk jien minn hawn nixtieq ngħid lill-bdiewa tal- Pwales biex iserrħu moħħhom u ma joqogħdux fuq dak li qed jgħidilhom l- Onor. Bartolo għax dak huwa kollu tixwix.", "L-Onor.", "Bartolo qal li hemm bżonn li niddisponu mid-drenaġġ mingħajr ma jħammeġ il-bajjiet tagħna, kif kien qed jiġri fix-Xemxija, imma ma nistgħux neħilsu mid-drenaġġ u nagħmlu ħsara lill-bdiewa tal-Pwales.", "Jien lil dawn in-nies naċċertahom li għandna gvern li qed jaħseb biex jiddisponi mid-drenaġġ b'mod effiċjenti u tajjeb mingħajr ma jagħmel ħsara lil ħadd.", "L-Onor.", "Bartolo kompla jgħid li saddew kanal li kien sar fi żmien il- militar - issa qed jaqblu mal-militar - biex jasfaltaw it-triq mingħajr ma ħasbu kif se joħroġ l-ilma żejjed li jkun hemm f'wiċċ it-toroq ta' ġewwa tal-Pwales.", "Jien lill-Onor.", "Bartolo ngħidlu li jien kont l-uniku wieħed li ċempluli u mort fuq il-post meta l-kuntrattur mar biex jasfalta t-triq u jien kont l-uniku wieħed li tkellimt mal-bdiewa u staqsejthom x'inhi l- problema.", "Il-bdiewa qaluli li mlew kanal li kien ilu hemm minn żmien żemżem biex jasfaltaw it-triq.", "Dak il-ħin stess jien għidtilhom li dan ix- xogħol m'għandux isir u mill-ewwel ċempilt lill-perit inkarigat mit-toroq biex ngħidlu dwar dan.", "Il-perit qalli li wara se jerġgħu jagħmlu l-kanal u l-katusi iżda jien staqsejtu x'inhi l-idea li t-triq tiġi asfaltata biex imbagħad terġa' tinfetaħ qisha xi zip.", "Il-perit qalli li diġa' kienet inħarġet it-tender imma jien żammejt kollox.", "Pero' jien ma waqaftx hemmhekk għax id-dover tiegħi hu li nara x'kienet ir-raġuni ta' dan.", "Meta mort għand il-Ministru Zammit Dimech u staqsejtu x'inhi r-raġuni li saddew dak il-kanal ta' l-ilma u li se jasfaltaw it-triq, il-Ministru qalli li se jsir kanal b'katusi speċjali li ġew ordnati minn barra iżda li kienu għadhom ma waslux Malta.", "Dan qalli wkoll li huma mhux asfaltar jew tarmac se jagħtu imma lagħqa biex it-triq ma tibqax imħarbta għax kien hemm xi sid ta' restaurant li ħa legal action minħabba li n-nies ma setgħux jidħlu għandu u għax xi residenti qalu li jekk ikollhom bżonn tabib dan ma setax jidħol f'darhom.", "Jien tlabt lill-Ministru biex jiltaqa' man-nies konċernati u l-Ministru ggarantilhom li sakemm jispiċċa s-sajf u qabel ma tibda x-xitwa ta' sena oħra, il-kanal se jkun lest bil-katusi b'kollox biex l-ilma li jkun hemm żejjed mit-toroq ta' ġewwa joħroġ 'il barra.", "Imma jien għaliex qed ngħid dan kollu?", "Mr Speaker, li kieku l-Onor.", "Bartolo verament ħa interess fil-bdiewa, kieku kien jindaga dwar il-każ mal-Ministru.", "Aħna nafu li l-Ministri tagħna ma joqogħdux jistennew id-domandi parlamentari għax jekk tmur tkellimhom, kollha jkellmuk u dan kollu jafu l-Onor.", "Bartolo.", "Kieku minflok ixewwex lil dawk il-bdiewa biex imorru jżommu l-kuntrattur kien jagħmel bħali, kien imur fuq il-post, jara r-raġunijiet, iġibhom hawnhekk u jekk hemm bżonn anke ilaqqaħhom mal-Ministru, kieku l-bdiewa kienu jkunu jafu.", "Qabel nagħlaq Mr Speaker nixtieq nagħmel punt ieħor.", "X'qal ukoll l-Onor.", "Bartolo?", "GĦandu jkun il-linja tiegħu hija linja ta' tixwix!", "L-Onor.", "Bartolo qal li l-isports club tal-Mellieħa riedu jkabbru u jieħdu biċċa art fuq in-naħa ta' wara, imma kien hemm xi individwu li talab biex jiftaħ pompa tal-petrol u x'aktarx li kienu se jagħtuh il-permess u b'hekk jonqsu l-faċilitajiet sportivi għaż-żgħażagħ.", "Sema' xi kelma u reġa' xeħetha għal saqajha!", "L-ewwelnett lill-Onor.", "Bartolo ngħidlu li l-isports club tal- Mellieħa ma talabx l-art ta' wara biex jagħmel faċilitajiet oħra.", "GĦall- ewwel ried ikabbar fil-ġemb, imma issa fil-ġemb se jagħmlu l-iskalatura, u f'dik il-biċċa art jagħmlu adventure playground.", "Il-ħażen - u jiena għalhekk ngħid li dan hu tixwix - hu, mhux għax l-Onor.", "Bartolo qal li x'aktarx se jagħtu l-permess għall-pompa tal-petrol, imma għax qal li lil dan l-individwu se jagħtuh il-permess għax hu midħla tal-Partit Nazzjonalista.", "Lill-Onor.", "Bartolo ngħidlu li hu x'kulur hu dan l- individwu, għandu biċċa art tiegħu stess fuq il-bypass u l-ewwel applikazzjoni li għamel - u hawnhekk niddikjara li jien il-perit tiegħu - kienet fuq l-art tiegħu.", "Kien hemm xi individwi fil-kunsill lokali - imsieken ma tagħtihomx tort għax forsi ma jifhmux biżżejjed - li qalulu: Fil-bypass se tagħmel pompa tal-petrol?", "Fil-bypass trid tagħmel pompa tal- petrol, mela kif kienet qabel fiċ-ċentru!", "Din il-pompa kienet ilha żmien ħdejn il-pont tal-Mellieħa u l-PAPB kienu ilhom snin jipprovaw biex ineħħuha.", "Issa dan l-individwu talab biex il-pompa tal-petrol jagħmilha fuq l-art tiegħu.", "Fil-fatt kellna diversi laqgħat mal-Planning Authority u huma stess qalulna li aħjar ma nagħmluhiex hemmhekk u ġiegħluna napplikaw fuq dak is-sit li l-Onor.", "Bartolo qagħad jgħid li se tingħata għal pompa tal-petrol għax hu bażużlu Nazzjonalista.", "Jiena ngħidlu biex l-ewwel jara l-affarijiet qabel jitkellem.", "Is-sid ma riedx jagħmilha hemmhekk għaliex dan għandu l-art tiegħu.", "Meta l-kunsill qallu biex jagħmilha n-naħa l- oħra, l-Planning Authority m'aċċettawx li jagħmilha hemmhekk.", "Meta jiena personalment tkellimt mal-Planning Authority għidtilhom jekk il-kunsill ma jridx, għaliex il-Planning Authority ma tagħtiehx permess fuq is-sit tiegħu stess?", "Mhux fuq il-bypass qiegħda?", "Imma l-perit inkarigat mill-Planning Authority weġibni li mhux il-kunsill lokali jiddeċiedi imma l-Planning Authority tiddeċiedi u toħroġ il-permess, jiġifieri hu għalhekk qal li aktarx se ssir hemm.", "Pero', lill-Onor.", "Bartolo ngħidlu li se ssir hemm mhux għax hu bażużlu Nazzjonalista imma għax dak li hu qed isejjaħ bħala \"bażużlu Nazzjonalista\" xtara l-pompa tal-petrol li kienet ta' inkwiet għall-Planning Authority għax kienet fuq il-pont u hu ried jagħmilha fuq art tiegħu.", "Dan ingħata permess biex jagħmilha hemm imma kien hemm xi nies - dawn kienu fil-kunsill u llum forsi m'għadhomx - li kienu nteressati li ma ssirx quddiemhom għax fil-fatt joqogħdu fil-viċinanza.", "Jien irrid ngħid lill-Onor.", "Bartolo li dan ingħata l-permess mhux għax hu bażużlu Nazzjonalista, ngħidlu li hemm impożizzjoni mill-Planning Authority biex jibni fuq dik l-art u saħansitra dan l-individwu qalilhom li hu lest anke biex jagħmilha band'oħra.", "Qalilhom: \"GĦiduli fejn u nagħmilha\".", "Imma l- Onor. Bartolo ried ipinġiha li dan l-individwu se jingħata l-permess biex jiftaħ il-pompa tal-petrol hemmhekk għax huwa Nazzjonalist.", "U jien lill- Onor. Bartolo ngħidlu: Ħabib, qabel ma tixħet il-lixka, qabel ma ssaħħan u xxewwex lill-poplu, oqgħod attent li tkun taf l-affarijiet sew.", "Jien infakkru li fit-tliet każi li semmejt illejla, kemm dik tal-mina fil- Pwales, kemm dik tat-triq fil-Pwales kif ukoll il-każ tal-pompa tal-petrol fil-Mellieha, mhux biss huwa żbaljat imma huwa wkoll ħati li qed ixewwex lill-poplu kontra l-Gvern.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, bħalma taf inti, jien ili attiv fil- politika għal dawn l-aħħar 16-il sena u niftakar li meta fl-1981 ikkontestajt l-elezzjoni għall-ewwel darba, ħassejt li għamilt deċiżjoni tassew iebsa f'ħajti.", "Tajjeb li wieħed jiftakar li dawk iż-żmenijiet ma kenux bħal tal-lum imma kienu żmenijiet meta d-demokrazija kienet biss fil- faċċata għax attwalment kien hemm intolleranza kbira u jekk kont tazzarda tikkritika lill-gvern tal-ġurnata kont tistenna xi daqtejn fuq rasek.", "U dan għaliex il-gvern tal-ġurnata ma kienx jittollera kritika.", "X'differenza llum, Mr Speaker!", "Illum kulħadd jista' jikkritika lill-Gvern u kulħadd jista' jgħid li jrid għax illum verament hawn id-demokrazija.", "Huwa għalhekk li llum qed jagħmlu ħafna pressjoni fuq iż-żgħażagħ għax dawn ma jiftakrux minn xiex għaddejna.", "Per eżempju, ma jafux li kien hemm bulijiet li marru l-Universita' biex jisfrattaw u jsawtu lill-istudenti, li kien hemm bulijiet li sfrattaw il-protesti, li kien hemm bulijiet li anke għalqu l- iskejjel tal-Knisja.", "Meta jien ħadt id-deċiżjoni li noħroġ għall-politika - l-ewwel elezzjoni li kkontestajt kienet dik ta' l-1981 - kont naf li ħriġt biex nagħti sehmi sabiex nipprova ngħin ħalli f'pajjiżna terġa' tirrenja d-demokrazija.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid ngħid li bejn l-1982 u l-1987 rajna ħafna ħruxijiet u forsi xi darba jkolli ċ-ċans li nitkellem minn xiex għaddejna.", "Aktar ma rajt dawn l-affarijiet, aktar ħassejt li d-dover u d-dmir tiegħi hu li naħdem qalb in-nies sabiex inwasslilhom il-messaġġ ta' ġejjieni aħjar.", "Veru li kelli distrett tassew iebes - naħseb l-iktar distrett iebes f'Malta u Għawdex - għaliex hemmhekk il-Partit Laburista kellu u għad għandu appoġġ tassew qawwi u allura l-idea ta' intolleranza, speċjalment meta l-Partit Laburista kien fil-gvern, kienet aktar tinħass.", "Pero' ħdimt kemm stajt u kemm Alla tagħni saħħa sabiex inkun iktar effettiv u dejjem ipprovajt noħloq tama kbira fil-pajjiż li aħna nistgħu ngħixu u namministraw pajjiżna b'demokrazija aħjar.", "Ma rridx nitkellem fuq il- kontribut li tajt pero' nixtieq nagħmel differenza bejn il-ħidma tiegħi barra mill-Parlament u l-ħidma tiegħi fil-Parlament.", "Jien nosserva li meta tkun qed titkellem minn din l-istituzzjoni, il-ħidma tiegħek, l-ideat tiegħek u l-kontribut tiegħek ikunu ferm iktar effettivi milli meta taħdem minn barra.", "Għalkemm ħdimt ħafna qabel ma tlajt fil-Parlament, inħoss li dawk l-ideat li tajt u x-xogħol li għamilt ma kienx xogħol fejjiedi daqskemm meta wieħed jaħdem mill-Parlament.", "Eżempju ċar ta' dan li qed ngħid hu meta bdejt jien stess nitkellem fuq l-issue tal-Baċir Nru 1.", "Jien minn Bormla u naf kemm batew konsegwenzi n-nies ta' Bormla u tal- Kottonera kollha minħabba dan il-baċir.", "Il-Bormliżi kienu kontra l-Baċir Nru. 1 sa minn meta nbena u tajjeb li wieħed jgħidha din bħalma diġa' għidtha f'dan il-Parlament.", "Għadni niftakar li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra estratt ta' gazzetta li kien jisimha \"L'ordine\" fejn fiha deher li l-Bormliżi kienu lmentaw u pprotestaw li Baċir Nru. 1 se jtellfilhom l- iżvilupp ta' pajjiżhom - dan kien fl-1860, jiġifieri 136 sena ilu.", "Mela dak iż-żmien il-Bormliżi kienu diġa' fehemu din il-ħaġa.", "Jien qbadt din l- issue ftit wara li tlajt fil-Parlament fl-1987 - jidhirli li kont l-ewwel wieħed li tkellimt fuq din l-issue u wieħed din jista' jiċċekkjaha mas- seduti parlamentari - għaliex kont naf, kont nifhem u kont inħoss li l- Bormliżi qed ibatu ħafna konsegwenzi minħabba l-baċir.", "Mhux hekk biss, imma anke t-Tarzna bidlet in-natura tax-xogħol tagħha għax fejn qabel kienet tagħmel tiswija ta' vapuri navali, wara li saret kummerċjali, bdiet tieħu x-xogħol tal-grit blasting.", "Dan joħloq duħħan kbir u jagħmel ħafna ħsara.", "Kelli anke l-okkażjoni li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra borża tal- plastic b'sample tal-grit li nġabar minn xi 150 metru 'il bogħod minn Baċir Nru. 1.", "Allura bdejt nipprova noħloq kuxjenza fuq din l-issue.", "Għal bidu kont waħdi pero' l-ikbar sodisfazzjon li kelli kien meta fl-aħħar budget li ppreżenta l-Ministru, tħabbar li l-Gvern kien qed jikkonsidra serjament li jieħu l-Baċir Nru. 1 biex jingħata lura lill-Bormliżi.", "Fortunatament il-Kap ta' l-Oppożizzjoni wkoll qabel ma' din l-idea u saħansitra l-Kunsill Lokali ta' Bormla qed jistinka ħafna dwar dan il- proġett u nifraħ lis-Sindku ta' Bormla, is-Sur Joe Carbonaro - hawnhekk irrid nistqarr pubblikament li għandi ammirazzjoni kbira lejh - għall-ħidma konsistenti tiegħu sabiex il-Baċir Nru. 1 jirritorna lura lejn Bormla għax dan qed joħnoq l-iżvilupp tal-pajjiż u din kulħadd qed iħossha.", "Issa diżgrazzjatament ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna żewġ kampijiet.", "Min-naħa waħda għandna Gvern, il-Partit ta' l-Oppożizzjoni u l-kunsilli lokali, mhux biss ta' Bormla imma tal-Kottonera, li qed jaqblu li l-baċir għandu jingħata lura, u min-naħa l-oħra għandna t-Tarzna u l-General Workers' Union li ma jridux li jsir dan u qed jgħidu li jridu kumpens.", "Meta jiena bdejt din l-issue ma kellix f'moħħi li nagħmel ħsara lit-Tarzna jew li ntellef xi impiegi ta' ħaddiema.", "Dik hija l-aħħar ħaġa li rrid nagħmel għax jiena tifel ta' ħaddiem tat-Tarzna u żgur qatt ma noħlom jew jgħaddili l-iċken ħsieb minn moħħi li nkun jien il-kawża li ntellef imqarr impieg wieħed tat-Tarzna.", "Dan ma kienx il-ħsieb tiegħi.", "Mr Speaker, jiena nemmen illi jistgħu jsiru affarijiet li bihom it-Tarzna tista' tibbenefika u tajt ħafna ideat, anke f'dan il-Parlament, ta' kif jistgħu jsiru l-affarijiet.", "Pero' għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax il-ħaddiema tat-Tarzna stess jiddikjaraw li huma qegħdin jaħdmu f'ambjent ikrah, f'ambjent krudil, ta' periklu u ħażin għas-saħħa.", "U dan huwa veru għax jekk wieħed jagħmel analisi tal-grit jinduna kemm dan hu veru ħażin għas-saħħa.", "X'inhu l-grit?", "Jiena ppruvajt niġbor xi tagħrif dwar il-grit.", "Dan huwa forma ta' chips irqieq li jiġi mportat minn barra u li jitpoġġa ġo containers kbar u li jiġi sparat permezz ta' arja kompressata biex ikun jista' jaqla' ż-żebgħa biex inaddaf il-vapuri.", "Dan joħloq duħħan kbir.", "Ftit ilu kont qed nisma' mara li toqgħod fuq San Gwann T'Għuxa, li hu ogħla mit-Tarzna, titkellem fuq stazzjoni tar-radju u bdiet kważi tibki minħabba l-ambjent krudili li tgħix fih.", "Qalet li f'Ħamis ix- Xirka lanqas biss setgħet tara l-bini minħabba l-grit u ma setgħet tagħmel xejn.", "Barra minn hekk xi ġimgħatejn ilu ċempluli xi nies li qaluli li r- residenti ta' taħt l-Isla ma setgħux joqogħdu bid-dħaħen kbar li kien hemm meta l-ħaddiema tat-Tarzna kienu qed jużaw il-grit.", "Il-grit blasting jagħmel ħafna ħsara lill-ambjent imma ż-żebgħa li tinqala' mill-vapur tagħmel ħsara ikbar, u dan huwa l-ħażin għaliex din iż-żebgħa hija perikoluża u velenuża għas-saħħa tal-bniedem.", "Tant hu hekk li fuq l-istess bottijiet taż-żebgħa jkun hemm ħafna twissijiet u jiena ġbart xi ftit minnhom.", "Ħafna drabi l-kwalita' taż-żebgħa użata maż-żaqq tal-vapuri hija tat-tip SPC, jew aħjar, kif isibuha huma, self-polishing compolemer.", "Din iż-żebgħa għandha kimika tossika perikoluża ħafna.", "Infatti fuq l-istess containers insibu diversi twissijiet bħal, per eżempju, \"pollutant to marine life\", \"to use proper protective clothing\", \"not to use in vessels in coral reefs\", \"not to use on small seacraft''.", "Issa jien nifhem li l- ħaddiema tat-Tarzna għandu jkollhom protective clothing imma nistaqsi: Il- ħaddiema kollha tat-Tarzna jilbsu protective clothing waqt li jkun qed isir dan ix-xogħol?", "Ir-risposta hija le, għaliex ikun hemm nies oħrajn li għalkemm ma jkunux qed jaħdmu direttament fuq dan ix-xogħol, xorta waħda jinqabdu fix-xibka ta' dan id-duħħan kbir u allura qed issir ħsara anke lil saħħithom.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-ħaddiema tat-Tarzna stess imma anke dawk li jgħixu ftit metri 'l bogħod qed issirilhom ħsara lil saħħithom.", "Ċertament li dawn in-nies ma jilbsux protective clothing imma xorta waħda qed ibatu minn din l-esperjenza ħażina u velenuża għal saħħithom.", "X'irrid ngħid, Mr Speaker?", "Aħna nafu li l-grit blasting huwa ħażin.", "Issa sirna nafu li dan jifforma xi 80% tax-xogħol li tagħmel it- Tarzna u għaldaqstant se jkun diffiċli li l-baċir jingħata lura lil Bormla għaliex it-Tarzna u l-GWU jridu xi forma ta' kumpens.", "Jiena ma rridx nidħol f'din il-kwestjoni, imma kien hemm ħafna indikazzjonijiet u xewqat biex kulħadd imur madwar mejda sabiex jintlaħaq ftehim.", "Huwa tajjeb li jintlaħaq ftehim imma jiena ngħid li aħjar isir feasibility study u mhux biss dwar il-ħtieġa ta' baċir ieħor.", "Meta tagħmel feasibility study trid tara l-aspett kummerċjali, jiġifieri trid tara x'inhi l-pożizzjoni tiegħek in terms ta' profitti u trid tara l-vijabilita' ta' l-intrapriża.", "Imma mhux il-lat ta' profitti biss trid tara.", "Jiena nemmen li fil-każ tat- Tarzna dan il-feasibility study għandu jagħti kas ukoll il-cost element in terms tal-perikli fiżiċi li jistgħu jinqalgħu per eżempju bħal dik id- diżgrazzja li kien hemm fejn disa' ħaddiema tilfu ħajjithom.", "Kieku dik it- traġedja saret matul il-ġurnata u wisq iktar kieku saret fil-Baċir Nru. 1, ara x'kien jiġri!", "Kieku n-numru ta' nies involuti kien ikun ferm ikbar.", "Il-feasibility study jrid ikun in terms ta' xogħol, in terms ta' konsegwenzi fuq il-ħajja tal-ħaddiema tat-Tarzna stess u anke fuq is-saħħa tal-pubbliku in ġenerali.", "Jien naf għax immur għand in-nies ta' madwar u jgħiduli ħafna affarijiet.", "Naf li dawn kontinwament huma bbumbardjati mhux biss direttament bl-effetti tal-grit blasting, bid-duħħan u bil-ħsejjes li qed joħolqilhom ambjent krudil imma wkoll mil-lat finanzjarju għax ikollhom jagħmlu maintenance tad-dar sabiex jeqirdu s-swidija li jkun hemm.", "Allura x'inhi l-alternattiva?", "Dan l-aħħar iċ-Chairman, Sammy Meilaq - ħabib tiegħi għax minn Bormla bħali u jien nammirah għax f'din il-kwestjoni tal- baċir tat-tarzna qed jieħu s-side tat-Tarzna u sewwa jagħmel għax dak huwa d-dover tiegħu u aħna rridu li hu jaqdi d-dover tiegħu bħala Chairman tal- kunsill - fl-\"L-orizzont\" ta' nhar it-Tnejn, 15 ta' April, qalilna hekk:", "\"It-Tarzna issa biex tipprova tneħħi l-element tal-grit blasting beħsiebha tuża l-hydro blasting meta fis-suq kummerċjali jkun hemm il- makkinarju li jinħadem għall-hydro blasting.\".", "Pero' lis-Sur Meilaq infakkru li f'\"L-orizzont\" tat-Tnejn, 11 ta' Ottubru ta' l-1993, jiġifieri tliet snin ilu, kien hemm rapport li jgħid hekk:", "\"Fir-rapport amministrattiv tat-taqsima, is-Segretarju Anthony Coleiro jgħid li t-taqsima għadha preokkupata minħabba li għadha ma ġietx esplorata l-possibbilta' li s-sistema eżistenti tal-grit blasting tinbidel u tibda tintuża dik magħrufa bħala hydro-jet blasting, li tuża l-ilma baħar minflok il-grit.\".", "Issa dan kien tliet snin ilu.", "Imbagħad ikompli jgħid li marru jaraw is- sistema li kienet qed titħaddem fir-Russja erba' snin qabel, jiġifieri erba' snin qabel l-1993.", "Issa qed nitkellmu fl-1996, tliet snin wara li dehret din l-aħbar, jiġifieri qed nitkellmu fuq seba' snin ilu u l-poplu ta' Bormla għadu jbati l-konsegwenzi.", "Fil-feasibility study li ssuġġerejt li għandu jsir għandha tiġi analizzata l-possibbilta' ta' jobs alternattivi għax-xogħol li qegħdin jagħmlu fil-Baċir Nru.1.", "Hemm diversi modi kif dan jista' jsir.", "Per eżempju, dan l-aħħar attendejt seminar fejn ntqal li meta għalqu tarzna mhux biss ma tilfux l-impiegi li kellhom, iżda talli iktar minn irdoppjawhom u ħolqu intrapriżi li għamlu profitt u li huma wkoll friendly għall-ambjent.", "Jiġifieri hemm sistemi x'wieħed jista' jadotta.", "Tat-Tarzna kienu mistednin għal dan is-seminar imma sfortunatament ma ġewx .", "Jiddispjaċini li ma ġewx, aħjar ġew għax forsi kienu jkunu jafu - u forsi fuq dan l-aspett nitkellem iktar 'il quddiem għax għal-lum sar il-ħin - li hemm sistemi oħra kif wieħed jista' jħaddem intrapriża mingħajr ma jitlef impiegi u mingħajr ma jddejjaq lin-nies tal-madwar.", "F'postijiet oħra, meta n-nies ibatu konsegwenzi minħabba xi industrija, dik l- industrija tgħin finanzjarjament sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun għamlet.", "Jiena nemmen li mingħajr ma nagħmlu ħsara lit-Tarzna ...", "Jien ma rridx nagħmel ħsara lit-Tarzna, speċjalment issa li ħadet kuntratt ġdid għax huwa tajjeb li t-Tarzna ħadet kuntratt ġdid u Malta kollha tieħu gost b'dan, imma n-nies ta' dak il-lokal, li dak il-kuntratt ifisser aktar tbatija għalihom, qegħdin jieħdu ġost?", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 30 ta' April, 1996 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAMRUN - TRIQ NUZZO", "32374.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ċans li Triq Nuzzo, fil-Ħamrun tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-prijoritajiet ta' l-asfaltar ta' toroq eżistenti jiġu mogħtija mill-Kunsill Lokali abbażi tal-fondi distribwiti mill-Kumitat dwar fondi speċjali fid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali.", "CAMARCO TRADING LTD.", "32516.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus xahar b'xahar, mis-Soċjeta' Camaro Trading Ltd. lil Malta Countertrade Company Ltd. skond l-ammont ta' bejgħ li s-Soċjeta' Camarco għamlet mal-Federazzjoni Russa minn mindu sar il- ftehim formali f'April, 1992 bejn il-MCC Ltd. u s-Soċjeta' Camarco?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta'bejgħ li s-Soċjeta' Camarco Trading Limited għamlet lill-Federazzjoni Russa minn April 1992 ' l hawn jammonta għal US$ 37,309,560 li fuqhom hemm dovut kummissjoni ta' US$ 932,739 lil Malta Countertrade Company Limited illi mistennija titħallas mal-ħlas tal-iżbilanċ illi jeżisti fil-pagamenti taħt il-protokoll minn naħa tar-Russja.", "SPTAR ĠENERALI - REFURBISHMENT", "32517.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 31923, jista' l-Ministru jgħid meta kien inbeda l-programm ta' refurbishment fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Kemm huwa ppjanat li dan il- programm jdum sejjer?", "Kemm hu kkalkolat li twassal in-nefqa kollha għal dan ix-xogħol?", "Kemm hemm fondi vvotati għal dan ix-xogħol għas-sena finanzjarja 1996?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nfurmat li l-programm ta' refurbishment fl- Isptar Ġenerali ta' Għawdex nbeda f'April 1995.", "Wieħed jista' jgħid li dawn ix-xogħolijiet huma dejjem għaddejjin u ta' kull sena qed tiġi allokata somma għalihom fl-Estimi Finanzjarji.", "Is-somma allokata għal din is-sena hija ta' Lm25,000.", "SPTAR SAN LUQA - TILWIMA BEJN UFFIĊJAL U INFERMIERA", "32518.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'ġara sewwa bejn l-uffiċjal inkarigat mill-uffiċċju tal-'vacation leave' u salarji, u l-infermiera fit- 12 ta' Marzu, 1996?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-uffiċjal ipprovoka l-istorbju li seħħ fl-istess uffiċċju minħabba l-attitudni li dan l-uffiċjal juża fir-relazzjonijiet tiegħu ma' l-impjegati ta' l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li dan il-każ għadu qed jiġi investigat mill- awtoritajiet, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR SAN LUQA - DAY CENTRE", "32519.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta nfetaħ id-Day Centre għat-tfal ta' impjegati fl-Isptar San Luqa?", "Fejn hu allokat dan iċ-Ċentru fl-isptar?", "X'inhi l-medja ta' tfal li jużaw iċ-Ċentru kuljum?", "Kemm hemm ħaddiema u ta' liema grad huma biex jieħdu ħsieb dan iċ-Ċentru?", "X'inhuma l-ħinijiet li jkun miftuħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-'Day Centre' għadu ma nfetaħx.", "Ir-raġuni għal dan hija li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal 'Care Workers' biex jieħdu ħsieb dan iċ-Ċentru ma setgħetx tinħareġ mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim relattiv għal 'Care Workers' bejn il-Gvern u l-'Unions'.", "Malli dan sar ħarġu l-applikazzjonijiet li għalqu fit-8 ta' Marżu, 1996 u għalissa qed jiġu proċessati.", "MAD COW DISEASE", "32532.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Wara li ħarġet l-aħbar inwetanti fl-Ingilterra li l-Mad Cow Disease jaffettwa l-moħħ tal-bniedem, jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi biex iwaqqaf l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga mill-Ingilterra?", "ONOR CENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor interpellant għar-risposta ta' P.Q. 32731.", "SAĦĦA - MAD COW DISEASE", "32533.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-Dipartiment tas-Saħħa wara l-aħbar kerha li ħarġet fl-Ingilterra li l-Mad Cow Disease jaffettwa l-moħħ tal- bniedem?", "Se titwaqqaf l-importazzjoni taċ-ċanga mill-Ingilterra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara li dan l-aħħar ġiet irrappurtata forma ta' mard ġdid fil-bniedem li tixbaħ il-'Bovine Spongiform Encephalopathu' - jew 'Mad Cow Disease' - tal-baqar, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ma jirriżultalhiex li mir-riċerka li twettqet s'issa hemm biżżejjed evidenza li l-'Mad Cow Disease' twassal għal mard fil-bniedem.", "Għaldaqstant, ma rrikkmandatx li fil-preżent ma għandux jiġi kkonsmat laħam taċ-ċanga mill- Ingilterra.", "Madankollu, bħala prekawzjoni milli jiġi introdott f'Malta laħam imniġġes b'din il-kundizzjoni, l-importazzjoni f'Malta ta' ċanga u prodotti tal-laħam taċ-ċanga mill-Ingilterra ġiet sospiża indefinittavament mit-22 ta' Marżu, 1996.", "Għall-istess raġuni, tul l-aħħar snin, ċanga Ingliża kienet qegħda tiġi ċċertifikata mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji lokali qabel titħalla tidħol Malta.", "Għal dan l-skop ukoll, l-importazzjoni ta' partijiet tal- karkassi, li tipikament ikunu affettwati minn din il-kundizzjoni, kif ukoll 'ruminant bone meal', ma kienx qed jitħalla jidħol.", "GWIDI PROFESSJONALI", "32534.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija tiegħi dwar il-ħtieġa li jkun hemm gwidi profesjonali fil-Palazz biex idawwru lit-turisti li jżuru l- Palazz u l-akwati tiegħu?", "Peress li kważi kullimkien fid-dinja biex iżżur postijiet storiċi trid tħallas xi ħaġa, jista' l-Ministru jikkonsidra li turisti li jżuru l-Palazz iħallsu xi ħaġa biex il-Gvern għallanqas iġib il- pagi tal-gwidi li jqabbad biex idawwruhom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Il-personnel ta' l-Uffiċċju tal-President, inklużi l-messaġġiera, għandhom l-ewwelnett id-dmir li jservu dak l- uffiċċju.", "Billi s-swali fejn isiru l-okkażjonijiet uffiċjali jridu jiġu kontinwament użati mill-Uffiċċju tal-President, huwa għaqli 'lli l- messaġġiera f' dak l-uffiċċju jieħdu ħsieb li ma jintmessx xejn meta jidħlu n-nies kemm b'okkażjonijiet uffiċjali kif ukoll meta jiġu t-turisti.", "Il- messaġġiera la huma kwalifikati u wisq inqas awtoriżżati jagħmluha ta' gwida.", "Il-gvern ma jqabbadx gwidi biex idawru lil min iżur il-Palazz.", "LUKANDA VERDALA", "32535.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta nbiegħet il-Verdala Hotel?", "Kemm inbiegħet?", "Il- kumpannija li xtratha kienet obbligata li tagħmel xi pagamenti minn żmien għal żmien?", "Dawn il-pagamenti qed tagħmilhom?", "Jekk le, x'passi se jittieħdu biex il-ħlas dovut lill-Gvern isseħħ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel l- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA MALTIJA/TALJANA - GIORGIO COMERIO", "32536.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni kien hemm bejn il-Pulizija Maltija u dik Taljana dwar l-abbuż imwettaq minn Giorgio Comerio, Taljan li qed jiġi investigat mill-Pulizija Taljana dwar rimi fil-baħar ta' skart radio attiv u tossiku fil-Mediterran?", "Billi l-inidirzz li jġib dan it-Taljan huwa f'uffiċċju ta' avukat Malti, dan l-avukat ġie avviċinat mill-Pulizija Maltija biex jgħin fl- investigazzjoni?", "Il-Pulizija għandha xi rapporti li dan it-Taljan seta' rema' dan l-iskart fl-ibħra Maltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux prudenti li nikkumenta dwar investigazzjonijiet li għadhom pendenti.", "ENEMALTA - SKART PERIKOLUŻ", "32537.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema hu dak l-iskart perikoluż jew mhux li l-Enemalta jkollha ħtieġa li teħles minnu minn żmien għal żmien?", "Jista' jassigura lill-Kamra li l-prekawzjonijiet u r-regoli kollha jiġu osservati biex jintrema' dan l-iskart?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Enemalta ma tarmi ebda skart perikoluż.", "Nista' nagħti dawn l-eżempji:", "Skart ta' l-asbestos jiġi maħżun f'post magħluq fuq art tal-Korporazzjoni Enemalta bi qbil mad-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Aċidu li jintuża fi proċessi tal-Power Station jiġi newtralizzat u msaffi skond prattika internazzjonali qabel ma l-ilma jintefa' l-baħar.", "Materjal kontaminat biż-żejt qed jiġi maħżun sakemm l-awtoritajiet jiddeċiedu fejn għandu jintrema.", "Żjut użati jinħarqu fil-boilers.", "Skart ieħor, bħal irmied tal-boilers, skart industrijali normali u skart ta' l-uffiċċju jiġi mormi fid-dump tal-Magħtab.", "Għalkemm kultant jidhru artikli f'ċerti gazzetti biex jallarmaw lill- pubbliku dwar skart perikoluż li allegatament isir mill-Korporazzjoni Enemalta, dawn dejjem instab li kienu bla bażi.", "Il-Korporazzjoni Enemalta tikkopera mad-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l- Ambjent fejn ikun hemm xi problema.", "Għalhekk jiena qed nagħti l-Kamra l- assigurazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "TARXIEN - TRIQ TAL-BARRANI", "32561.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi żgurat li t-Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien l/o Żejtun, int u ddur lejn Bulebel, jiġi mnaddaf mill-ħmieġ li hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-Triq tal-Barrani hi meqjusa bħala triq arterjali u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "L-inħawi bejn din it-triq (Triq tal-Barrani) u ż-żona industrijali ta' Bulebel jinsab fil-konfini tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun li jikkordina kull intervent ta' tindif f'din il-lokalita'.", "GĦAWDEX - DIPARTIMENTI TAL-GVERN", "32566.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid x'ħinijiet jaħdmu l-istaff klerikali f'dawn id- Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex: L-Industrija (Crafts Centre), l-Uffiċċju tal-Beach Cleaning, il-Land Registry, il-Public Libraries, l-Isptar Ġenerali, l-Isports Complex u l-Mużewijiet?", "Liema Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt u x'ħinijiet jaħdmu dawn id-dipartimenti?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nfurmat li l-ħinijiet tax-xogħol ta' l-istaff klerikali ta' l-uffiċċji msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma dawn li ġejjin:", "a] Dawk fl-Uffiċċji tal-Land Registry u l-Mużewijiet jaħdmu fuq bażi ta' ħamest ijiem fil-ġimgħa skond dawn il-ħinijiet: 16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru7.00 am sas-1.00 pm 1 t'Ottubru sal-15 ta' Ġunju 7.15 am sal-4.45 pm (b'waqfa ta'3/4 ta' siegħa għall-ikel)", "b] Dawk fil-Crafts Centre jaħdmu skond dawn il-ħinijiet: Mill-1 ta'April sat-30 ta'Settembru uffiċjal jidħol għax-xogħol mis- 7.30 am sas-1.30 pm filwaqt li iehor jaħdem mis-12.45pm sas-6.45 pm mit- Tnejn sas-Sibt.", "Barra minn dan, dawn l-uffiċċjali jirraportaw għax-xogħol mit-Tnejn sal- Ħamis mis-7.15 am sal-4.45 pm (b'waqfa ta' 3/4 ta' siegħa għall-ikel) mill- 1 t'Ottubru sat-30 ta' Marzu u jolternaw ma' xulxin nhar ta' Ġimgħa u Sibt a bażi ta' l-istess ħinijiet.", "Mill-banda l-oħra l-uffiċjal inkarigat mis- Sezzjoni jsegwi l-iskeda ta' xogħol simili bħal dik tal-Land Registry u l- Mużewijiet imsemmija f'paragrafu 'a' aktar 'l fuq.", "c] Dawk fl-Uffiċċju tal-Beach Cleaning jaħdmu mis-7.00 am sas-2.00 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.00 am sa nofs-in-nhar nhar ta' Sibt, is-sena kollha.", "d] L-uffiċjali klerikali assenjati ma' l-Isptar Generali t'Għawdex jaħdmufuq tliet skedi differenti kif imsemmija hawn taħt li japplikaw għas- sena kollha.", "i Hemm xi wħud li jaħdmu mis-6.30 am sas-1.30 pm mit-Tnejn sal-Gimgħa u mis-6.30 am sal-11.30 am nhar ta' Sibt.", "ii Oħrajn jaħdmu mis-7.00 am sas-2.00 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.00 am sa nofs-in-nhar nhar ta' Sibt.", "iii Uffiċjali oħra jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa skond il-ħinijiet imsemmija fis-sezzjoni 'a' t'hawn fuq.", "e] L-Uffiċjal assenjat lill-Libreriji Pubbliċi jaħdem mis-7.15 am sas- 2.00 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.15 am sas-1.30 pm nhar ta' Sibt, is- sena kollha.", "f] L-Uffiċjali klerikali li huma assenjati maċ-Ċentru Sportiv jaħdmu fuq bażi ta' roster.", "Mit-Tnejn sal-Ġimgħa xi wħud minnhom jirraportaw għax- xogħol mis-7.15 am sas-2.15 pm filwaqt li oħrajn jaħdmu mis-2.15 am sad- 9.15 pm. Kull wieħed minnhom jidħol għax-xogħol tlett ijiem fil-għodu u waħda fil-għaxija fuq bażi ta' roster.", "Nhar ta' Sibt uħud minnhom jirraportaw għax-xogħol mid-9.00 am sas-2.00 pm filwaqt li oħrajn jaħdmu mis-2.00 pm sas-7.00 pm. Barra minn dan, l-uffiċjal inkarigat jaħdem mis- 7.00 am sas-2.00 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mid-9.00 am sas-2.00 pm kull nhar ta' Sibt.", "It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija huwa dan li ġej:", "a] Il-Libreriji Pubbliċi jaħdmu mis-7.15 am sas-2.00 pm kull nhar ta' Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa, mis-7.15 am sal-5.00 pm kull nhar ta' Erbgħa u mis-7.15 am sas-1.30 pm kull nhar ta' Sibt.", "b] Rigward l-uffiċċju tal-Crafts Centre il-ħinijiet huma dawn:", "i) Mill-1 t'April sal-15 ta' Ġunju dan l-uffiċċju jaħdem mis-7.15 am sas-6.45 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.30 am sas-6.45 pm nhar ta' Sibt;", "ii) Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru l-uffiċċju jaħdem mis- 7.00 am sas-6.45 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.30 am sas-6.45 pm nhar ta' Sibt;", "iii) Mill-1 t'Ottubru sat-30 ta' Marzu l-uffiċċju jaħdem mis-7.15 am sal-4.45 pm mit-Tnejn sas-Sibt.", "c] L-uffiċċju tal-Beach Cleaning jaħdem mis-7.00 am sas-2.00 pm mit- Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.00 am sa nofs-in-nhar nhar ta' Sibt.", "d] L-uffiċċju tal-Lottu jiftaħ mis-7.00 am sas-1.40 pm mit-Tnejn sas- Sibt.", "e] L-uffiċċju tal-Kummerċ jiftaħ mis-7.30 am sas-1.30 pm mit-Tnejn sas- Sibt.", "f] L-Uffiċċju ta' l-Indafa Pubblika jkun miftuħ mis-7.00 am sas-2.15 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.00 am sas-1.15 pm kull nhar ta' Sibt.", "g] L-Uffiċċju tal-Kultura jkun miftuħ mis-7.00 am sal-4.45 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mis-7.00 am sa nofs-in-nhar kull nhar ta' Sibt.", "GĦAWDEX - AWDITUR", "32568.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-awditur reġa' ħareġ idur id- Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?", "B'ordni ta' min dan l-uffiċjal prinċipali reġa' ngħata l-inkarigu li jagħmel dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll għal-liema raġuni kien hemm waqfa ta' bejn tlieta u erba' xhur?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nirreferi lill-onor interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nru 29539 u 29945.", "Hija parti mill-Work Plan ta' l-awditur anzjan kif miftiehem miegħu u approvat minnu li dan idur id- Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex.", "Jiena nfurmat li kien hemm perjodu meta l-Awditur anzjan ma kienx qed ikopri l-funzjonijiet kollha tal-Work Plan tiegħu.", "PROĠETTI U ŻVILUPP - DIRETTUR", "32569.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Billi d-direttur tal-Proġetti u Żvilupp spiċċa mill-bord mediku, jista' l- Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol li normalment kien jagħmel dan id-direttur?", "Fuq liema kriterji ntgħażlet din il-persuna?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'allowance u/jew benefiċċji żejda qiegħda tieħu din il-persuna?", "Meta se toħroġ l-applikazzjoni biex timtela' l- vakanza f'dan il-post?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Is-Sur Joseph Portelli qed jagħmel ix-xogħol bħalissa tad-Direttur għall-Proġetti u Żvilupp.", "Dan mhu qed jieħu l-ebda 'allowance' jew benefiċċju ieħor talli qed jagħmel dan ix-xogħol.", "DIPARTIMENTI TAL-GVERN - AĠENTI DIRETTURI", "32570.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Billi riċentement u ċioe' f'Seduta Nru. 510 inti għidt li l-aġenti diretturi minn żmien għal żmien iżuru l-uffiċċji li jaqgħu taħthom, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kull direttur mar iżur id-dipartimenti li jaqgħu taħtu f'dawn l-aħħar tliet xhur?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nfurmat li ż-żewġ aġenti Diretturi li hemm bħalissa fil-Ministeru jagħmlu żjarat prattikament ta' kuljum fid- Dipartimenti li jaqgħu taħthom.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - KĊINA", "32584.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex fil-kċina ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule kontinwament ikun hemm riħa taqsam ta' drenaġġ?", "Billi din il-kċina riċentement kienet ġiet refurbished, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex dan l-inkonvenjent u periklu jiġi rrimedjat kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li xi drabi jkun hemm riħa ta' drenaġġ fuq in-naħa ta' wara tal-Kċina tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule.", "Hu maħsub li dan qed ikun ikkaġunat minn ilma qiegħed fid-'drains'.", "F'din il-parti tal-Kċina, la hemm 'toilets' u lanqas ma hemm sistema ta' drenaġġ iżda jsir it-tindif tal-ħaxix u titqaxxar il-patata.", "Saru diversi attentati biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat billi l- imsemmija 'drains' jiġu żblukkati minn fdalijiet tal-ħaxix permezz ta' pressa ta' ilma.", "Qed jittieħdu wkoll passi biex fdalijiet tal-ħaxix ma jaqgħux fid-'drains', u b'hekk dan l-inkonvenjent għandu jonqos u forsi anke jiġi eliminat għal kollox.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - AIR-CONDITIONING", "32585.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-apparat ta' l-air- conditioning fis-swali Psychogeriatrics fl-Isptar San Vinċenz de Paule sikwit ikunu bil-ħsara minn mindu dan il-blokk infetaħ uffiċjalment?", "Veru li dan l-apparat huwa difettuż?", "Billi dan ix-xogħol sar mill-kuntrattur, x'miżuri ttieħdu biex l-apparat jinbidel?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntrattur tħallasx għal dan ix-xogħol difettuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-apparat ta' l-'air- conditioning' fis-Swali 'Psychogeriatrics' tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule kellu ftit problemi mill-bidu iżda l-kuntrattur dejjem ħa ħsieb li dawn jiġu rranġati għas-spejjez tiegħu.", "Fis-sajf li għadda dan qatt ma waqaf.", "Il-kuntrattur ilu żmien li ordna l-'ispare parts' li kienu qed joħolqu dawn il-problemi u waslu hawn Malta f'Novembru li għadda.", "Issa qed nistennew li t-temp jaqleb ftit ieħor biex l-impjant ikun jista' jintefa' u jinbidlu l-'ispare parts' neċessarji li l-kumpanija barranija bagħtet għas-spejjez tagħha.", "Il-kuntrattur konċernat għadu ma tħallas kollox ta' dan l-'air- conditioning'.", "MSU - KONSULENTI BARRANIN", "32811.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl ta' diversi rapporti ta' Konsulenti barranin dwar l-operat ta' l-MSU fejn dawn fost affarijiet oħra allegaw li kien hemm każi ta' nepotiżmu, inkompetenza maniġerjali, management by crisis, nuqqas ta' dixxiplina professjonali, moral baxx, burokrazija għolja, nuqqas ta' direzzjoni kif wkoll indħil politiku fl-operat ta' l-MSU, ma jħossx il-Prim Ministru li f'ġieħ it- trasparenza għandu jniedi inkjesta indipendenti dwar dan kollu kif ukoll jippubblika dawn ir-rapporti negattivi dwar kumpannija ffinanzjata kollha kemm hi minn fondi pubbliċi?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi oħra beħsiebu jieħu dwar dawn l-allegazzjonijiet serji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-kummenti li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant, saru f'wieħed mill-eżerċizzji nterni li jsiru b'mod regolari mill-MSU stess.", "L-iskop ewlieni ta' dawn l-eżerċizzji, magħrufa bħala SWOT (Strength, Weaknesses, Opportunities, Threats), huwa li jitjieb l-operat tal-Kumpanija billi kulħadd jesprimi ruħu bil-liberta kollha bla biża jew influwenzi oħra.", "ĦXEJJEX/FROTT - ESPORTAZZJONI", "32827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi f'Ġunju tas- sena l-oħra dwar esportazzjoni tal-ħxejjex u frott, jista' l-Ministru jinformani xi kwantita' u tip ta' ħxejjex u frott ġew impurtati matul is- sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-esportazzjoni kienet maqsuma kif ġej:", "| |1995 |1996 | | |Jan-Dic |Jan-Mar | |Laring |7,302.40|2,608.40| | | |0 | |Mandolina |1,113.50|931.100 | |Grapefruit |95.50 |12.940 | |Lumi |79.40 |- | |Limes |0.72 |0.210 | |Kumquat |0.12 |0.020 | |Ugli |0.03 |0.020 | |Banana |5,650.90|2,172.70| | | |0 | |Tuffieh |6,077.30|1,694.10| | | |0 | |Lanġas |1,458.20|244.900 | |Għeneb |3,009.80|- | |(għall-għasir) | | | |Għeneb |331.50 |48.580 | |(għall-mejda) | | | |Bettiegħ |51.10 |10.900 | |Dulliegħ |28.80 |7.500 | |Tin |0.80 |0.004 | |Nuċiprisk |81.00 |10.400 | |Għajnbaqar |66.40 |27.000 | |Ħawħ |35.00 |2.500 | |Ċirasa |5.70 |0.100 | |Berquq |2.90 |1.500 | |Kiwi |313.30 |115.500 | |Pineapple |48.60 |11.700 | |Avocado Pear |32.50 |6.600 | |Coconuts |8.30 |3.900 | |Mangos |4.80 |1.500 | |Kaki |3.90 |0.200 | |Berries |1.80 |0.400 | |Bajtar tax-xewk |1.00 |- | |Star fruit |0.90 |0.200 | |Papaya |0.8 0 |0.200 | |Frawli |0.70 |- | |Baby Banana |0.70 | - | |Rummien |0.50 |0.006 | |Lychees |0.40 |0.030 | |Red Currents |0.30 |0.120 | |Passion fruit |0.14 |0.050 | |Baby Pineapple |0.13 |- | |Chirimoya |0.12 |- | |Nasipears |0.10 |0.080 | |Tomarillo |0.03 |0.030 | |Ramburtan |0.03 |0.050 | |Phaallis |0.35 |0.070 | |Guava |- |0.030 | |Kiwano |- |0.030 | |Mangosteens |- |0.030 | |Salak |- |0.010 | |Sharon Fruit |- |0.100 | |Tarohead |- |0.020 | |Bżar |30.60 | 6.200 | |Ħass (fancy) | 29.60 |4.300 | | | | | | |1995 |1996 | | |Jan-Dic |Jan-Mar | |Karfus |14.10 |4.400 | |(tal-insalata) | | | |Kaboċċi |13.90 |1.300 | |Karotti |8.30 |0.006 | |Kurrat |6.40 |0.002 | |Ravanel |5.70 |0.400 | |Brussells |4.00 |- | |sprouts | | | |Pastard |4.80 |0.330 | |Courgettes |4.20 |- | |Brokkli |2.70 |0.460 | |Asparagus |1.60 |0.480 | |Bużbież |1.60 |- | |Fażola |1.30 |0.490 | |Mangetout |1.30 |0.340 | |Corn |0.80 |0.015 | |Indivja |0.70 |- | |Chinese Leaves |1.10 |- | |Bżar Aħmar |0.70 |- | |Ħjar |0.40 |0.960 | |Bamja |0.20 |0.047 | |Rħubarb |0.20 |0.114 | |Celeriac |0.15 |- | |Gdur |0.13 |- | |Bringiel |0.05 |0.004 | |Turnips |0.05 |0.045 | |Spinaci |0.03 |- | |Pithaya |0.03 |0.050 | |Qaqoċċ |0.03 |- | |Chantarelle |0.02 |- | |Sweeds |0.25 |- | |Shallots |0.30 |0.093 | |Mushrooms |2.40 |0.040 | |Cherry Tomatoes |3.40 |0.008 | |Tadam |245.20 |2.350 | |Basal |156.00 |126.760 | |Tewm |43.20 |9.200 | |Patata Ħelwa |0.27 |0.250 | |Cikwejra |2.60 |0.081 | |Pepino |- |0.013 | |Patata |- |66.000 |", "FISH FARMS", "32828.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li hawn f'Malta u Għawdex?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fulltime u part-time?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema barranin li jaħdmu f'dawn il-fish farms u xi grad ta' impieg għandhom?", "Liema huma dawk l-ispeċi/kwalitajiet differenti ta' ħut li qed jitkabbru f'dawn il-fish farms?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li in-numru ta' Fish Farms li hawn Malta u Għawdex huwa ħamsa.", "In-numru ta' ħaddiema Full-Time ilaħħaq 70 u dawk part-time 29 li minnhom 5 huma barranin.", "Mill-barranin tnejn huma General and Technical Managers u tlieta huma Technical Managers.", "Il-Fish Farms ikabbru awrat, spnott u mogħoz.", "XEMXIJA - PROBLEMI TAL-BAJJA", "32829.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi u diskorsi fl- Aġġornament tal-Parlament dwar il-problemi tal-bajja tax-Xemxija partikolarment l-irwejjaħ esaġerati u l-ħsara ambjentali li qed issir f'din il-bajja, jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri se jittieħdu biex għall- istaġun tas-sajf li ġej din il-bajja tkun tabilħaqq bajja kif jixraq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat mid-Dipartiment konċernat illi ma għandu jkun hemm ebda problema ta' kontaminazzjoni mid-drenaġġi fil- bajja indikata.", "MTAĦLEB - ĠNIEN", "32830.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-talba tiegħi f'isem il-bdiewa tal-Ġnien ta' l- Imtaħleb f'Ġunju tas-sena l-oħra f'seduta Nru. 435, jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi u ċioe' x'xogħlijiet saru matul din is-sena u x'xogħlijiet huma pproġettati li jkomplu jsiru?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ix-xogħlijiet mitluba jsiru skond il-prijoritajiet stabbiliti mill-Kunsilli Lokali bi ftehim mad-Dipartiment tal-Agrikoltura.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - VENDA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "32831.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 26842 ta' Ġunju tas-sena l-oħra, Seduta Nru. 435, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru għar-rigward tat-talba biex issir venda tal- karozzi tal-linja f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li f'Buġibba/Qawra hemm venda li taqdi l-ħtiġijiet tal-lokalita'.", "Ninsab infurmat ukoll li L-Awtorita' tinsab fil-proċess li tagħmel \"refurbishment\" lil din il-venda.", "Dan sar wara li kien hemm taħdidiet ma'l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kif ukoll mal- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, sabiex ikunu kkonsultati f'dak kollu li jikkonċernahom.", "Dwar residenti ta' San Pawl il-Baħar (lejn in-naħa tax- Xemxija), dawn qed jinqdew mis-servizzi kollha li jgħaddu lejn it- Tramuntana ta' Malta, li fix-Xitwa jammontaw għal madwar 270 (mitejn u sebgħin) vjaġġ kuljum, li jikkonsistu fi vjaġġ minn u lejn Valletta, Buġibba, Sliema.", "Għajn Tuffieħa u Ċirkewwa.", "BDIEWA - FAWRAN TAD-DRENAĠĠ", "32832.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawża ta' fawran tad-drenaġġ?", "F'liema nħawi ta' Malta saru dawn ir-rapporti?", "X'passi ttieħdu?", "X'għajnuna ngħatat mid-Dipartiment għall-Agrikoltura f'kull każ?", "X'kumpens finanzjarju ngħata f'kull każ?", "Kemm hemm każijiet pendenti fejn bdiewa għadhom jistennew li jingħataw l-għajnuna?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien nfurmat li mis-sajf ta' l-1994 sal-lum kien hemm rapporti ta' żbroff ta' drenaġġ f'sitt lokalitajiet differenti f'Malta u li ntlaqtu sbatax -il bidwi.", "Il-lokalitajiet jinkludu:", "Manikata 7 bdiewa Għajn Żnuber, Mellieħa 3 bdiewa Mġarr 4 bdiewa Nigret, Rabat 1 bidwi Żejtun 1 bidwi Ħemsija, Rabat 1 bidwi", "F'dawn il-każijiet kollha d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa bagħat l- istima tal-kumpens ta' ħsarat li sofrew il-bdiewa u dan jammonta għal Lm9,525.", "Fil-każ tan-Nigret, Rabat l-iżbroff tad-drenaġġ m'għamilx ħsara konsiderevoli u ma' saret ebda stima ta' kumpens.", "TA' XBIEX - RUBBISH DUMP", "32863.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32384 li kont għamilt lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, possibbli jittieħdu passi biex l-għalqa li hemm wara Block A3, fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Xbiex ma tibqax tintuża bħala 'rubbish dump'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment ħa l-passi neċessarji għaż-żamma ta' l-indafa fil-post indikat u jittieħdu passi ulterjuri jekk il-post imsemmi ma jitnaddafx.", "ANZJANI - CASUAL SOCIAL ASSISTANTS", "32864.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Issa li ġew introdotti benefiċċji ġodda ta' leave, sick leave, eċċ, għall- part-timers, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li jiġu ntrodotti benefiċċji simili għall-casual social assistants li hemm ma' l-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li peress li skond l-Att tas- Sigurta' Soċjali l-'Casual Social Assistants' huma meqjusa bħala 'self- employed', dawn ma jistgħux jibbenefikaw mill-miżuri ġodda li daħħal il- Gvern rigward 'leave, sick leave' eċċ. għall-'part-timers'.", "PARTITI - LIĠI TA' FINANZJAMENT", "32865.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li l-Liġi tal-Finanzjament tal-partiti se titħalla għal wara l-Elezzjoni Ġenerali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif jaf l-Onor Membru r-rapport tal- Kummissjoni mwaqqfa apposta biex tirrelata dwar il-proposta tal-Gvern għall- finanzjament pubbliku tal-partiti ma waslitx għall-konklużjonijiet bi qbil bejn il-membri tagħha u hemm differenzi sostanzjali bejn il-partiti.", "Għalhekk għad ma kienx possibbli li jiġi preparat abbozz ta' liġi li jkollu \"consensus\" l-aktar wiesgħa.", "TA' XBIEX - DJAR BATTALA", "32896.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 32400, jista' l- Ministru jinvestiga rapporti li A3/5 Ta' Xbiex jinsab vojt għax il-familja kkonċernata marru joqogħdu x'imkien ieħor?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Id-Dipartiment konċernat kien, għadu u ser jibqa jinvestiga l-każ.", "SANT'ANDRU - DAWL", "32897.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza qrib il-block 10, St. Andrew's Housing Estate, St. Andrew's minħabba fid-dlamijiet li hemm fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba għal aktar dawl qed tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DJAR - IMTARFA", "32987.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-iskema li kienet inħarġet għax-xiri tal-maisonettes fl-Imtarfa fl-1984, sal-lum għadha ma ġietx emendata sabiex is-sussidju jispiċċa wara ċertu numru ta' snin bħalma jsir fl-iskemi l-oħra kollha?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-Awtorita tonora il-kundizzjonijiet tal-kuntratt relattiv.", "ŻEJTUN - GĦASSA/NUQQAS TA' GĦAMARA", "32992.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi jidher li hemm nuqqas ta' siġġijiet fl-għassa taż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħidli jekk hux possibbli li din l-għassa tingħata biżżejjed siġġijiet kif ukoll xi għamara oħra li jista' jkollha bżonn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Infurmat li fl-għassa taż-Żejtun in-numru ta' siġġijiet u għamara hu adekwat.", "ŻABBAR/ŻEJTUN - TRIQ SAN ĠUŻEPP/TINDIF", "32993.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi Triq San Ġużepp bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun hi mimlija bi skart, ħmieġ, terrapien, biċċiet ta' karozzi mkissra kif ukoll b'kull xorta ta' mbarazz ieħor, jista' l-Ministru jgħidli jekk hux possibbli li din it-triq titnaddaf fl-iqsar żmien possibbli, idealment permezz ta' trakk u gaffa?", "Billi din it-triq hi ferm abitat u billi hi arterja importanti bejn Ħaż- Żabbar u ż-Żejtun, possibbli li jittieħdu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li Triq San Ġużepp mhix klassifikata bħala arterja u għalhekk taqa' taħt ir-responsabbilta' tal- Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar.", "ŻEJTUN/WIED IL-GĦAJN - TRIQ ID-DAĦLA TA' SAN TUMAS/SEWER", "32994.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol fl-extension tas-sewer fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?", "Fiex wasal ix-xogħol fuq it-tender ta' dan il-proġett?", "Meta bejn wieħed u ieħor hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tender għax-xogħol tad-drenaġġ fid-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn intbagħat biex ikun pubblikat.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-QREMPUĊ/XOGĦLIJIET", "32995.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Possibbli l-Ministru jintervjeni biex fl-aqsar żmien possibbli jibda x- xogħol fuq l-extension tas-sewer fil-parti l-ġdida ta' Triq il-Qrempuċ f'Wied il-Għajn?", "It-tender ġie awarded?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, meta u lil min?", "Meta u maħsub li jibda u jintemm bejn wieħed u ieħor dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tender għall- estensjoni tad-drenaġġ fi Triq il-Qrempuċ, Marsascala ħareġ, pero' għadu ma ġiex aġġudikat.", "Wara li jingħata, ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis possibbli.", "GĦAXAQ - TAL-QATTUS/SEWER", "32996.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru ġentilment jindaga u jinformani fiex wasal it-tender għall- extension tas-sewer fl-inħawi magħrufa bħala \"Tal-Qattus\" f'Ħal Għaxaq?", "Meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-tender għall- estensjoni tad-drenaġġ f'Tal-Qattus, Ħal-Għaxaq ħareġ, pero' għadu ma ġiex aġġudikat.", "Wara li jiġi aġġudikat ix-xogħol mistenni jibda ftit wara.", "ŻEJTUN - VENDA TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "32997.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi dan l-aħħar f'diskorsi pubbliċi l- Ministru wera mpenn u interess personali biex jinbnew faċlitajiet għax- xufiera/despatchers fil-venda l-ġdida tal-karozzi tal-linja taż-Żejtun possibbli jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan ix-xogħol isir?", "Jekk hemm il- ħsieb li jinbnew dawn il-faċilitajiet, meta hu maħsub li jibda x-xogħol?", "Jaħsibx il-Ministru li x-xufiera li jaħdmu fuq il-venda tal-karozzi tal- linja taż-Żejtun għandhom ikollhom faċilitajiet moderni w adatti?", "Billi hija l-politika ddikjarata tal-Gvern preżenti li jagħti d-dinjita' w ir-rispett lill-impjegati tat-trasport pubbliku, jemminx il-Ministru li faċilitajiet bħal dawn fiż-Żejtun għandhom jingħataw prijorita'?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku qiegħda twettaq tibdiliet u titjieb radikali f'kull terminus madwar Malta, billi tagħmel \"upgrading\" tanġibbli li jinkludi għamara ġdida; anke fit-terminus taż-Żejtun fejn fi żmien qasir se jsiru faċilitajiet sanitarji anke hawnhekk.", "Jiena nfurmat ukoll li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tistenna l-permess mingħand l-Awtorita' ta' l- Ippjanar sabiex anke x-xufiera jkollhom post adattat għalihom bil- faċilitajiet msemmija.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KAŻ B'ID CARD NO.", "776750(M)", "32999.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega għaliex cheques ta' l-assistenza dovuti lil Mary Azzopardi ID Card No. 776750(M) qed jinħarġu fuq ommha Rita Azzopardi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-benefiċjarja ser tiġi informata mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biċ-ċirkostanzi tal-każ li ma jidhirlix li għandhom isiru pubbliċi.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KAŻ B'ID CARD NO.", "205533(M)", "33000.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk l-armla li għandha n-numru ta' l-identita' 205533(M), li għamlet xi snin taħdem għal rasha u snin oħra mpjegata, hijiex tieħu l-pensjoni kollha ntitolata għaliha?", "Jekk iva, jista' jgħid jekk ladarba l-pensjoni hi - kif qaltli - ta' Lm94.22c fix-xahar hix intitolata għal xi għajnuna soċjali supplimentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-benifiċjarja ser tiġi informata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "GĦAWDEX - DIVING CENTRES", "33001.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm hemm diving centres joperaw ġewwa Għawdex?", "Kemm hemm minnhom li għandhom liċenzja tal-Pulizija?", "Kemm minnhom għandhom il-liċenzja neċessarja biex jimlew ċilindri?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Jiena nfurmat li f'Għawdex hawn ħames liċenzji maħruġa mill-Pulizija biex jinkera u jinbiegħ apparat tad-diving u biex joperaw kumpressur ta' l-arja.", "Dawn il-ħames stabilimenti jinsabu 2 f'Marsalforn, 1 ix-Xlendi, 1 ix- Xewkija u iehor f'Kemmuna.", "GĦAWDEX - PULIZIJA", "33002.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-detail of duties tal-Pulizija ġewwa Għawdex m'hijiex issir minn surġent maġġur meta s-soltu kienet tinħadem minn dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalissa l-esiġenzi tas-servizz jitlobu li din id- \"detail\" issir minn Surġent.", "ELEZZJONIJIET ĠENERALI - KARTI TA' L-IDENTITA'", "33003.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk fl-elezzjonijiet ta' l-1981, ta' l-1987 u ta' l- 1992 il-karta ta' l-identita' kenitx obbligata li tkun valida biex kull ċittadin seta' jivvota?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: F'ebda elezzjoni ma kien meħtieġ li wieħed ikollu karti ta' l-identia' valida biex ikun jista' jivvota.", "Fl-elezzjoni tal-1987 il-Kummissjoni Elettorali kellha obbligu li tistampa dokument tal- vot għal kull min kellu karta ta' identita' valida.", "Iżda kull min kellu dritt għal vot seta' jitlob id-dokument tal-votazzjoni anke jekk ma kellux karta ta' identita' valida.", "ĊENTRU AMMINISTRATTIV", "33004.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhi l-prijorita' tal-Gvern fil-bini ta' ċentru amministrattiv?", "Liema dipartimenti huma intenzjonati li jkunu housed f'dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan il-Gvern kien u għadu jemmen li l-iżvilupp ta' Ċentru Amministrattiv tal-Gvern huwa essenzjali sabiex is-Servizz Pubbliku jkun jista' jipprovdi liċ-ċittadini Maltin servizzi ta' livell ogħla.", "L-iżvilupp ta' dan iċ-Ċentru għandu jservi wkoll biex l-impjegati tal-Gvern jaħdmu f'ambjent aħjar u aktar modern.", "Għalhekk il-Gvern għadu għaddej bix-xogħol preparatorju għal dan il-Progett.", "TELEX - EXCHANGE", "33005.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-exchange tat-telex huwiex se jispiċċa u minfloku jintuża exchange fl-Italia?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Telemalta tinsab f'diskussjonijiet kummerċjali u tekniċi mal-kumpanija nazzjonali Taljana tat-Telekomunikazzjonijiet, Telecom Italia, sabiex is-servizz tat- telex jibda jiġi pprovdut permezz ta' exchange ta' l-istess Telecom Italia.", "Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi u għaldaqstant għadu kmieni biex wieħed jagħti risposta definittiva.", "BORMLA - TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ", "33006.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jiġi kkompensat il-proprjetarju tal-post li twaqqa' biex jitla' bini minfloku mill-Gvern (139A, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-fond imsemmi mill- Onor. Interpellant ġie mibni fuq propjeta' li ġiet akkwistata b'titolu ta' Pussess u Użu, u l-kumpens relattiv qed jitħallas.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "33007.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Fl-1994 tħabbar li se jkun hemm continuity of services għal dawk in-nurses li kienu rriżenjaw mis-servizz tagħhom u xtaqu jerġgħu jaħdmu fl-isptar tal- Gvern.", "Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat għal dan il-continuity of service u jekk il-part-timers humiex intitolati għal dan ukoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-'policy' dwar l-impjegati tal-Gvern li kienu rriżenjaw mis-Servizz Pubbliku u reġgħu daħlu lura għax-xogħol ingħatat fl- MPO Ċirkulari Nru. 18/96 tas-26 ta' Frar, 1996 li tagħha ser inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti f'xi seduta.", "BORMLA - SQAQ IT-TORRI", "33008.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jitlob lill-Bord tat- Traffiku biex jittieħdu passi ħalli ma jibqax jiġi ostakolat id-dħul għal Sqaq it-Torri, Bormla minħabba l-parking li qed isir fuq il-bankina quddiem l-entratura ta' din it-triq tant li minħabba din ir-raġuni persuna bi ħtiġijiet speċjali qed ikun impossibbli għaliha biex tgħaddi minn hemm biex tmur għar-residenza tagħha fl-istess triq?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku m'għandu l-ebda kontroll fuq parking illegali, cioe' parking fuq il-bankini, għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta' l-Intern.", "SAĦĦA - HUMAN RESOURCES", "33009.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għal kopja ta' ittra indirizzata lid-Direttur tal-Human Resources tad-Dipartiment tas-Saħħa, liema kopja ta' ittra qed nehmeż ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni ħa d-Dipartiment tas-Saħħa dwar il-kontenut ta' din l-ittra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Direttur tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa, bagħat tweġiba fis-16 t'April 1996 lil min kiteb l-ittra mehmuża mal-Mistoqsija Parlamentari.", "TARXIEN - TRIQ IL-KNISJA", "33010.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqgħu xi proprjetajiet biex Triq il-Knisja f'Ħal Tarxien tingħaqad mal-pjazza tar-raħal ħalli r-residenti tal-lokal ikunu jistgħu jiggwidaw ruħhom?", "Liema proprjetajiet huma milquta minn dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li sa issa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma rċeviet ebda applikazzjoni sabiex jitwaqqa' xi bini f' Ħal-Tarxien għal xi skop partikolari.", "Barra minn hekk il-pjan lokali għal Ħal-Tarxien għadu ma ġiex ippreparat u għalhekk huwa diffiċli li wieħed jipprova jgħid xi pjani hemm għall- futur.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "33011.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk individwu jieħu xi somma dovuta minn pajjiż barrani, partikolarment bħala pensjoni ta' l-eta', din taffettwalu d- drittijiet għall-pensjoni lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li jekk persuna tirċievi xi pensjoni jew somma flok pensjoni (jiġifieri Pensjoni Kommutata) minn xi 'Employer', għal servizz mogħti minnha, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, din il-pensjoni jew somma flok pensjoni, tiġi kkonsidrata meta tkun ikkalkulata r-rata tal-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali Maltija dovuta lilha taħt l-iSkema taż-Żewġ Terzi.", "Jekk is-somma li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhix marbuta ma' l-impjieg li kellha din l-persuna, allura għall-finijiet ta' Pensjoni Kontributorja Maltija tas-Sigurta' Soċjali, din ma tkunx ikkonsidrata.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR", "33012.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid tingħalaq għall-containers u minflok dawn jgħaddu minn mal-ġenb tal-Knisja ta' Sant'Antnin li hija aktar wiesgħa u fiha ma jgħixux residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ser nirreferi s-suġġeriment, ta' l-Onor.", "Interpellant, għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "NEIGHBOURHOOD WATCHES", "33013.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn neighbourhood watches fil-preżent fil-pajjiż?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hawn dawn il-lokalitajiet li għandhom \"Neighbourhood watches\",", "Santa Venera, Tal-Virtu`(Rabat), Paceville, Tal-Veċċ (San Pawl il-Baħar), Blata l-Għolja (Mosta), Mistra, Mellieħa (Hsg.", "Estate), Tarxien.", "Tal-Mirakli (Lija)", "Barra minn hekk qed tiġi introdotta skema ta' \"Neighbourhood watch\" f'Ħal Balzan.", "KARTA TA' IDENTITA' - TIĠDID", "33014.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti minn persuni li talbu biex tiġġeddilhom l-ID Card tagħhom fir-residenza tagħhom peress illi ma jifilħux joħorġu minn darhom biex iġeddu l-ID Cards?", "Kemm iġġeddu ID Cards b'din il-manjiera mindu beda l-proċess tat-tiġdid tal-ID Cards?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li hemm 1,036 talba pendenti minn persuni li talbu biex tiġġeddilhom il-Karta ta' l-Identita' fir- residenza tagħhom.", "Qed isiru l-appuntamenti meħtieġa biex it-tiġdid isir fil-ġranet li ġejjin.", "S'issa ġew imġedda 7,635 Karta ta' l-Identita' b'din il-manjiera mindu beda l-proċess tat-tiġdid.", "KARTA' TA'IDIENTITA' - KAŻ B'ID NRU.170612 (M)", "33015.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-anzjan bl-ID Card Nru. 170612(M) tiġġeddidlu l-ID Card peress li ma jiflaħx imur hu personalment l- uffiċċju tal-ID Cards u jkollu jbati ħafna biex jagħmel dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Karta' ta' l-Identita' numru 170612 (M) ġiet imġedda f'daru fid-29 ta' Frar 1996.", "BORMLA - TRIQ SAN MIKIEL", "33071.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32964 li kont għamilt lill-Ministru għall-Ambjenet u li issa ġiet riferuta lilek, tista' tgħid meta hemm il-ħsieb li jibda l-proġett tat-twaqqigħ tal-bini fi Triq San Mikiel, Bormla?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq il-pjanti jinsab fi stadju avvanzat u diġa saru diskussjonijiet dwarhom bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, il-Kunsill Lokali ta' Bormla u l-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Jien infurmat ukoll li dalwaqt ser issir l-applikazzjoni lill-Awtorita ta' l- Ippjanar.", "Hu ttamat li x-xogħol fuq dan il-proġett ikun jista jibda hekk kif joħroġ il-permess mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "VAT - RIFUŻJONI FUQ L-EWWEL RESIDENZA", "33072.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32723 u ċioe' b'riferenza għad-Diskors tal-Budget għas-sena 1995 rigward ċertu ammont ta' ħlas lura tal-VAT fuq l-ewwel residenza, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 29993, ċioe' jgħid kemm irid jgħaddi żmien biex tingħata l-VAT lura lil koppja li tkun bniet post?", "Kemm hemm talbiet pendenti?", "Kemm hu l-ammont ta' flus mitluba mid-Dipartiment bħala VAT?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li s-sussidju jingħata skond l- istadju li jkun wasal fih il-bini wara li tkun approvata l-applikazzjoni u jitħallas immedjatament wara l-approvazzjoni.", "S'issa daħlu 208 applikazzjoni li minnhom 69 diġa rċevew jew se jirċievu l-ħlas dovut.", "Kull talba li tiġi approvata titħallas direttament minn fondi tad- Dipartiment tal-V.A.T.", "DJAR - TQASSIM TA' DJAR", "33073.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32726 ċioe' jista' jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32099, ċioe' jista' jgħid bejn Ġunju ta' l-1987 u l-aħħar ta' Frar, 1996 kemm qassmet plots, flats, maisonettes u djar rispettivament kull sena l-Awtorita' tad-Djar?", "Kemm b'kiri, kemm b'bejgħ u kemm b'bejgħ bl-offerti rispettivament?", "Fl-istess perjodu, id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali kemm qassam flats/djar f'kull sena?", "Kemm irrekwiżizzjona kull sena u kemm neħħa RO's u ta l-post lura lis-sid kull sena?", "Liema huma l-postijiet u f'liema bliet u rħula qegħdin jinbnew?", "Kemm-il unit fihom u meta mistennija jitlestew u jitqassmu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-informazzjoni meħtieġa tingħata kollha hekk kif tinġabar.", "BANEK - KONTIJIET TAT-TIFDIL", "33074.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32782 u ċioe' dwar il-qtugħ tal-15% F.W.T. ta' l-interessi mill-kontijiet tat- Tifdil (Kurrenti u/jew Fissi) mill-Banek, jista' l-Ministru jikkonferma d- data minn meta dan il-qtugħ beda jiġi mplimentat u jekk sarx għall- kontijiet kollha u għal banek kollha mill-istess data?", "Huwa l-każ li s-sidien kollha kellhom jiġu mogħtija l-għażla jekk jippreferux li, jew din it-taxxa tinqata' malli jiġi kkreditat l-interess jew li s-sid (\"account holder/tax payer\") jiġi kkreditat bl-interess kollu imma hu jagħżel li jirrapporta dan id-dħul lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni hu stess fil-Formola I.T.1 għas-sena li tkun?", "Jista' Bank jaqbad u jaqta' din it-taxxa minn xi kont mingħajr ma jgħarraf lis-sidien, (\"A/c holders\") minn qabel u jottjeni konferma ta' l- għażla tagħhom bil-kitba?", "Jekk dan sar, jista' l-bank jiġi mġiegħel jottjeni l-għażla bil-kitba tas-sid tal-kont u jreġġa' lura l-azzjoni li ħa mingħajr awtorita' tas-sid b'effett minn meta dan jagħmel hekk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema tal- 15% Final Withholding TAX (FWT) fuq interessi minn depożiti bankarji ta' kull tip bdiet topera mill-bidu ta' Jannar 1994.", "F'dak iż-żmien, il- banek kienu ppubblikaw diversi avviżi fil-gażżetti dwar is-sistema l-ġdida u anke bagħtu ittri lill-klijenti tagħhom biex kull depożitant jindika l- preferenza tiegħu rigward jekk iridx (a) jirċievi l-imgħaxx sħiħ jew (b) bil-15% FWT imnaqqas.", "Min għażel (a) intalab jagħti awtoriżazzjoni bil- miktub lill-bank tiegħu biex il-bank ikun jista' jagħti l-informazzjoni fuq dan id-dħul jekk jintalab mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni.", "Id- depożitanti ġew avżati wkoll illi jekk ma jurux il-preferenza tagħhom sad- data li kienet ġiet speċifikata, il-bank kien sejjer inaqqas il- 15% FWT mill-interessi dovuti.", "Id-dettalji ta' kemm taxxa tnaqqset tkun inkluża fir-rendikont bankarju li jintbagħat lid-depożitant regolarment.", "Tajjeb li ngħid li, jekk maż-żmien id-dħul ta' tax payer jinbidel b'mod li l-preferenza magħżula minnu qabel mgħadhiex treġi, jista' javża lill- bank biex jaqleb fuq il-preferenza l-oħra.", "Dan għandu jsir mill-inqas ħmistax-il jum qabel id-data tal-ħlas ta' l-interessi.", "Rigward FWT li diġa tħallset, il-banek ma jistgħux jirrifondu t-taxxa mnaqqas sa kemm dan ma jkunx sar bi żbal.", "Persuna li tnaqqsitilha l-FWT iżda r-rata ta' taxxa applikabbli fil-każ tagħha hija anqas minn 15%, għandha tinkludi l-ammont ta' FWT imħallas fir-Return Annwali ta'Taxxa u b'hekk tiġi mogħtija credit jew refund fuq taxxa mħallsa żejda meta jsir l- assessment.", "VETTURI - ĦLAS TA' ASSIGURAZZJONI", "33075.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32682 u ċioe' minn min, kif u fuq liema kriterji jiġi stabbilit il-valur ta' vettura kull sena għal skop ta' ħlas ta' assigurazzjoni (għall-ħruġ ta' liċenzji tat-toroq)?", "Jekk dan l-assessjar isir minn xi kumitat jew organizzazzjoni uffiċjali, jista' l-Ministru jgħid min hu l-Kap tiegħu?", "Kif inhu magħżul dan il-\"body\"?", "Min jaħtru u l-membri lil min jirrappreżentaw?", "X'inhuma eżatti t-\"terms of reference\" tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l- biċċa l-kbira tal-persuni li jassiguraw vettura għall-ħsara li l-vettura tagħhom tista' ukoll issofri, jonqsu li, minn sena għal sena għal dan l- iskop, jagħmlu valutazzjoni tal-vettura tagħhom.", "Għal dawn l-aħħar snin, l-assoċazzjoni tal-kumpaniji ta'l-assigurazzjoni ħejjiet, għal fini ta' dik l-assigurazzjoni, skeda tal-valur tas-suq ta'kull għamla ta' vettura li tiġi assigurata f'Malta skond l-għamla u s- sena tal-manifattura tagħha.", "Din l-inizjattiva ttieħdet biex tgħin lill- assigurat ma jħallasx premium ogħla minn dak li suppost iħallas.", "DISTRETT NRU.", "3 - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "33076.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32453 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija u li ġiet riferuta lilek u mistoqsija parlamentari numru 32719, tista' tgħid kemm hu l-ammont ta' toroq li jeħtieġu -servizz ta' drenaġġ f'Ħaż Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun, rispettivament?", "Liema huma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li t-toroq li jinħtieġu d- drenaġġ fit-Tielet Distrett huma:", "ZEJTUN METRI", "Triq id-Dahla ta' San Tumas 2,500 Vjal il-25 ta' Novembru 60 Triq il-Qalb ta' Gesu' 50 Sqaq f'Tarxien Road (Ta' l-Imraden Area) 220 Triq il-President 100 Triq tal-Barrani 130 ------- 3,060 -------", "WIED IL-GHAJN Triq id-Dugh 40 Triq iċ-Cervjola 320 Triq is-Sibbien 70 Triq il-Qrempuc 365 Triq is-Silla 160 Triq il-Kosbor 120 Triq il-Habaq 30 Triq l-Ghaxqet 120 Triq San Nikola 50 Triq il-Bajja 100", "METRI", "Triq is-Sirda 120 ------ 1,495 ------ ZABBAR", "Triq San Nikola 100 Sqaq Bursett 40 Triq il-Qaqocc 70 Triq id-Dliela 170 Triq il-Berebies 100 Triq il-Bahrija 50 Sqaq fi Triq is-Salini 180 Triq il-Professur J G Baldacchino 180 Triq Salvu Sciberras 240 Toroq Godda f'Tan-Nadur Area 840 ------ 1,970 ------", "DISTRETT NRU.", "3 - TARMAC", "33077.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq li jenħtieġu t-tarmac f'Ħaż Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun, rispettivament?", "Liema huma?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32453 fis-Seduta Nru. 524 fil- 25 ta' Marzu 1996.", "ETC - KORSIJIET TA' TAĦRIĠ", "33095.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru korsijiet ta' taħriġ bħalissa mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "F'liema snajja' jew dixxiplini?", "Kemm hemm persuni jattendu f'kull kors?", "Kemm minnhom mhux qegħdin jaħdmu (i.e.) jirreġistraw għax-xogħol rispettiv?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn Ottubru 1995, sa Marzu 1996, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ organizzat 254 korsijiet ta' taħriġ f'diversi oqsma.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar dawn il- korsijiet.", "DEUTSCHEWELLE - ĦADDIEMA", "33096.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li spiċċaw mix-xogħol meta għalqet il-Kumpannija DeutscheWelle?", "Kemm minnhom sabu xogħol permezz ta' taħriġ u tiftix għall-impjieg mill- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li n-numru ta' ħaddiema li spiċċaw ix-xogħol meta għalqet il-kumpanija Deutsche Welle kien ta' ħamsa u tletin(35).", "Minn dawn hemm tnejn li qed jattendu għal taħriġ fil-kompjuters u oħra li se tibda taħriġ fuq Sales Techniques.", "Sbatax (17) sabu xogħol u m'għadhomx jirreġistraw għax-xogħol.", "Qegħdin ikomplu l-isforzi biex jinstab xogħol addatat għas-sittax-il persuna li għadhom jirreġistraw.", "DEUTSCHEWELLE - ĦADDIEMA", "33097.", "L-ONOR.", "PHILIP MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema li kienu jaħdmu mad- DeutscheWelle u li spiċċaw mix-xogħol għadhom qegħdin jirreġistraw għax- xogħol?", "Kemm minnhom qegħdin jaħdmu bħala:- self-employed; (employees) mal- privat; f'Dipartimenti tal-Gvern; u ma' awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li mill-ħamsa u tletin (35) ħaddiem li spiċċaw minn mad-Deutsche Welle, illum hemm sittax (16) minnhom li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Fost dawk li għandhom impjieg hemm:", "13 jaħdmu mal-privat 1 jaħdem self-employed 1 jaħdem ma' kumpanija parastatali 1 jaħdem mal-Gvern (full-time) 1 jaħdem mal-Gvern (part-time)", "Qegħdin ikomplu jsiru sforzi biex jinsatb impjieg għas-sittax-il persuna li għadhom jirreġistraw għax-xogħol.", "SANTA VENERA - TROBBIJA TA' KLIEB", "33103.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jordna li ssir spezzjoni bis-serjeta' mill-Pulizija tad- Distrett fi flat ġo blokk fil-Housing Estate, Santa Venera (wara l-fabbrika tad-Dacoutros) peress li numru ta' residenti qegħdin irabbu numru kbir ta' klieb fil-flats tagħhom kontra s-sanita' u b'disturb tal-paċi pubblika?", "Ta min jinnota li minkejja diversi rapporti lill-pulizija ma sar xejn sal-lum.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ilment imsemmi ġie nvestigat.", "Ma' rriżultax li qed jiġu mrobbija xi kwantita' ta' klieb.", "Jirriżulta li l- uniku kelb imrobbi, qed jinżamm bħala \"pet\" minn tifla ħandikappata.", "Barra minn hekk dan il-kelb huwa liċenzjat.", "FURNARA - PAGAMENTI", "33105.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-każ li pagamenti dovuti lil \"tal-ħobż\" (furnara) ma ġewx imħallsa meta kienu dovuti?", "Jekk iva, għaliex?", "ONOR.", "BONNICI JOSEF: Il-pagamenti dovuti lill-furnara tal-ħobż tal-Malti jitħallsu wara l-għeluq tal-perjodu meta jkunu dovuti.", "L-aħħar pagament għat-tieni sitt xhur ta` l-1995 ser jitħallsu dalwaqt.", "Jista jkun hemm xi dewmien f`xi każi li jkun irid isir eżami dwar l-ammont ta` sussidju individwali.", "SANTA VENERA - STORBJU PERMEZZ TA' MAKKINARJU", "33106.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed joħloq ċertu storbju permezz ta' makkinarju li hemm installat fil-bini f'Old Railway Junction c/w Braille Str, Santa Venera u li suppost li hu bini b'użu kummerċjali u mhux wieħed industrijali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pulizija qed tagħmel sorveljanza fl-inħawi.", "Sadanittant hemm proċeduri kriminali pendenti dwar l-inkonvenjent.", "PULIZIJA - UFFIĊJALI \"ACTING\"", "33107.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li qegħdin jokkupaw kariga bħala \"acting\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm erba' Spetturi li qed jagħmlu xogħol ta' \"Officer in charge\".", "SANTA VENERA - BINI LLEGALI", "33108.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 25113 fejn intqal li qegħda tittieħed eforcement action mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar bini li sar 'il barra mil-linja uffiċjali tat-triq u li jibda f'Old Railway Junction c/w Braille Street, Santa Venera, jista' l- Ministru jgħid x'sar s'issa għax il-bini llegali sal-lum għadu fejn kien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma għandi xejn x'inżid f'dan il-mument mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25113 Seduta Nru 399.", "RABAT - OLD DONI STREET - BRACKET", "33109 .L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Enemalta minnufih tneħħi l-bracket li magħha hemm imqabbda l-wires ta' l-elettriku li qiegħed imwaħħal mad-dar 1, Old Doni Street, Rabat peress li qiegħda ssir ħsara kbira fil-faċċata ta' din id- dar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt dan l-ilment lill-Korporazzjoni Enemalta.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - IMPJEGATI", "33110.", "L-ONOR CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-impjegati ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar skond il-grad li qegħdin fih, jiġifieri grade 2,3,4,5,6, u 7, fil- management, bħala konsulenti u trainees?", "Liema impjegati huma mqassma fil-gradi speċifiċi skond il-job description tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-impjegati ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar fi gradi 2 - 7 fil-Management bħala konsulenti u trainees huma mqassmin kif ġej:", "GRAD NUMRU TA' IMPJEGATI", "2 19 3 47 4 44 5 83 6 7 7 8 --- TOTAL 208 --- GRADI MANIGERJALI 15 KONSULENTI 6 TRAINEES 26", "Dawn l-impjegati kollha li huma impjegati direttament mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew li ġew assimilati fi gradi ta' l-Awtorita' sa mill-1 ta' Diċembru 1992 huma kollha mqassma fi gradi speċifiċi skond il-Job Description tagħhom.", "ATTARD - ESTENSJONI TA' DRENAĠĠ", "33127.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħidli meta se titkompla l-estensjoni ta' drenaġġ li nbdiet żmien ilu f'Qormi Road l/o Ħ'Attard biswit il-pumping station ta' Wied is-Sewda (bejn \"Ta' Zimzem\" u \"Tal-Qassati\")?", "Jekk ix-xogħol mhux se jitkompla, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-Dipartiment tad-Drenaġġ milli jneħħi t-terrapien li tħalla fuq għelieqi privati kif ukoll il-katusi fl-istess area?", "Id-Dipartiment jikkonsidra rikompens lill-bdiewa minħabba l-użu ta' art għal dan il-proġett?", "(Pjanta ta' dan qed tintbagħat taħt separate cover).", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għall-parti minn proġett li għandu jitkompla u jitqabbad miegħu id-drenaġġ tar-Rabat, Ħ'Attard, Ħad-Dingli u l-Baħrija.", "It-terrapien u katusi se jitneħħew aktar tard din is-sena wara li tgħaddi x-xita biex ma ssirx ħsara lill-uċuħ tar-raba.", "PIXXINA NAZZJONALI - INFIQ", "33137.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 32701 u 32954, ċioe' imbilli f'diversi mistoqsijiet parlamentari ta' qabel kien ingħad li l-Pixxina Nazzjonali kienet saret bi spiża ta' Lm1.3 miljun, jista' jgħid jekk din is-somma żdieditx u jekk żdiedet kemm hu l-ammont finali?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTA/GĦAWDEX - CONCRETE BATCHING PLANTS", "33138.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 32024 ċioe' jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' concrete batching plants f'Malta u Għawdex?", "Meta nħarġet il-liċenzja?", "Hawn minnhom li qed joperaw mingħajr liċenzja u jekk fl-affermattiv, liema huma dawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ENEMALTA - PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "33139.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 31420, 32375, 32521 u 32684 dwar qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il- listi bl-informazzjoni mitluba.", "TA' QALI - ESTENSJONI TA' RAZZETT", "33140.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 32547 u 32903 dwar razzett f'Ta' Qali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha qiegħda tinvestiga.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "33141.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 32683, ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 32140 dwar faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid (i) għal-liema użu qed jintużaw waqt il-ħinijiet ta' l-iskola; (ii) wara l-ħinijiet ta' l-iskola u fi ġranet oħra; u għal liema perjodu ta' ħin qed isir użu minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.", "Inżid ngħid li dan it-tagħrif jitbiddel, minn żmien għal żmien, peress li l- biċċa l-kbira ta' l-iskejjel, permezz tal-Kunsilli Skolastiċi, qed joffru l- faċilitajiet sportivi tagħhom għall-użu tal-komunita'.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "33142.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 32756, ċioe' jista' jgħid kemm kien hemm talbiet għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda mill-1987 sal-lum u l-lokalitajiet ta' fejn saret kull talba?", "Liema kienu dawk li nħarġulhom permessi u dawk li għad qed jiġu kkonsidrati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat illi n-numru ta' talbiet għall- spiżeriji ġodda bejn l-1 ta' Jannar 1987 u l-11 ta' April, 1996 kien ta' 270.", "In-numru ta' spiżeriji li ġew liċenzjati fil-perijodu msemmi għalhekk żdied minn 142 għal 205.", "Il-lokalitajiet fejn ġew liċenzjati l-ispiżeriji jidhru fl-iskeda A li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti f'xi seduta.", "Bħalissa qed jiġu kkunsidrati 165-il applikazzjoni li jidhru fl-iskeda B skond il-lokalitajiet li wkoll ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il- Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti f'xi seduta.", "Minn dawn 117-il applikazzjoni ma jistgħux jingħataw liċenzji minħabba r-restrizzjonijiet skond Avviż Legali 31 tal-1984 l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha Kap 51 Regolamenti dwar il-Liċenzji għall- Spiżeriji.", "Qed isir xogħol biex jiġu emendati dawn ir-Regolamenti.", "MĠARR - TRIQ L-ISKORBA", "33143.", "L-ONOR.", "CARMLINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni fiex waslet l-estensjoni tad-drenaġġ għal Triq l-Iskorba, Mġarr?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din l-estensjoni qiegħda fil-programm tax- xogħlijiet pendenti.", "AJRUPORT - SENIOR OFFICERS", "33148.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-senior officers tal-Malta International Airport jagħmlu overtime u l-officers ta' l-istess kumpannija ma jingħatawx overtime?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li L-MIA tagħti l-overtime skond il-provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv.", "Dan jingħata meta ċ-ċirkostanzi jirrendu dan ix-xogħol neċessarju u kemm ikun possibbli jinqasam b'mod ġust u ekwu.", "Jiena nfurmat ukoll li l-MIA u l-UĦM qablu li l-kumpanija tagħmel minn kollox biex iżżomm is-sahra baxxa kemm jista' jkun.", "AJRUPORT - SENIOR OFFICERS", "33149.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadu overtime is-senior officers tal-Malta International Airport mill-1 ta' Jannar, 1996 sa l-aħħar ta' April, 1996?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li mill-1 ta' Jannar 1996 sal-15 ta' April 1996, l-erba' senior officers ta' l-MIA ħadmu 24 siegħa, 12-il siegħa, 12-il siegħa u 32 siegħa rispettivament f'sahra.", "AJRUPORT - KAROZZI MIKRIJA", "33150.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi (i) mikrijin mill-kumpannija Malta International Airport; (ii) kemm hemm karozzi li huma prorpjeta' ta' l-Malta International Airport; u (iii) minn min huma wżati?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li MIA għandha 15-il karozza tagħha u 7 mikrijin.", "AJRUPORT - TELEPHONES ĊELLULARI", "33151.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telecell għandha l-Malta International Airport fuq isem il-kumpannija għall-użu ta' l-impjegati tagħha u minn min huma wżati? 24/04/96", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-MIA għandha għaxar telecels li qiegħdin għand ic-Chairman, sitt executives u tlett managers.", "AJRUPORT - IMPJEGATI", "33152.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom paga u leave rispettivament: (1) iċ-Chairman; (2) Manager I; (3) Manager 2; (4) Senior Executive li huma mpjegati mal-Malta International Airport?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 24460 fis-seduta 398.", "Jiena nfurmat li l-leave huwa skond il-provvedimenti tal-liġi.", "AJRUPORT - XUFIER TAĊ-CHAIRMAN", "33153.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid x'jagħmel ix- xufier taċ-Chairman tal-Malta International Airport u fejn jkun matul il- ġurnata dan l-impjegat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-MIA għandha driver wieħed li jitqassam skond il-ħtiġijiet tal-kumpanija u mhux assenjat direttament mac- Chairman.", "SPTAR ĠENERALI - LAUNDRY", "33168.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li mil-Laundry ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tneħħew sitt (6) impjegati u issa l-istess laundry ma tistax tiffunzjona peress li baqa' biss erbatax (14)-il impjegat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru ta' Għawdex.", "SIGURTA SOĊJALI - APPLIKAZZJONI", "33169.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathomlok separatament, sabiex tara kemm hu l-ammont dovut lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni tiġi pproċessata kemm jista' jkun malajr (DSS File)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru ġie pproċċessat u l-persuna kkonċernata ngħatat tweġiba.", "WSC - ILMA MILL-BOREHOLES", "33173.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ilma li l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma ttella' mill-boreholes u kemm huwa l-ammont li jipproduċu r-reverse osmosis?", "Kemm-il borehole qiegħda tiffunzjona u tissupplixxi ilma direttament fil-mains?", "Kemm-il borehole tmur għal ġol- ġibjuni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar"]} {"filename": "20001207_452d_par.doc", "date": "2000-12-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 452 Il-Ħamis, 7 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 452", "Il-Ħamis, 7 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "452", "Il-Ħamis, 7 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 440", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 440", "TQEGHID TA' KARTI 445", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "ID-DISA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU 445", "AĠĠORNAMENT 476", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 477", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 451 li saret fis-6 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - IMPJEGATI ĠODDA", "21526.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il- ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' mpjegati ġodda matul il-perijodu Jannar/Novembru 2000 huwa ta' 34, kif jidher fil kolonna ta' biswit:", "GĦAWDEX - TENDERS", "21878.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?", "Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "X'inhi ċ- ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "|Organizz|Ħaddie|Grad |Salarji/B| |azzjoni |ma | |ene. | |Fondazzj|1 |Head |LM12,000/| |oni | |Eng. |Car/ | |għas-Ser| |Operati|Prof.Mem.| |vizzi | |ons |LM200/Hea| |Mediċi | | |lth Ins. | | |1 |Procure|LM9,500/C| | | |ment |ons. | | | |Officer|Serv. | | | | |LM1,200/P| | | | |etrol | | | | |All. | | | | |LM155 per| | | | |month/ | | | | |Prof.Mem.| | | | |LM200/Hea| | | | |lth Ins. | | |1 |Archite|Mem.LM200| | | |ct & |/Health | | | |Civil |Ins. | | | |Enginee| | | | |r | | | |1 |Ex. |LM6,500/H| | | |Ins. |ealth | | | |Oper. |Ins. | | |1 |Board |LM6,500/H| | | |Sec. |ealth | | | | |Ins. | | |1 |Secreta|LM3,600/H| | | |ry |ealth | | | | |Ins. | | |1 |Site |LM6,000/A| | | |sup. |llowance | | | | |LM1000/He| | | | |alth Ins.| | |1 |Secreta|LM3,600/H| | | |ry |ealth | | | | |Ins. | | |1 |Mess./D|LM3,810/H| | | |river |ealth | | | | |Ins. | | |1 |Adm. & |LM4,500/H| | | |Pers. |ealth | | | |Off. |Ins. | | |1 |Safety |LM6,000/O| | | |Off./Pl|ver.All. | | | |anner |LM1,000/H| | | | |ealth | | | | |Ins. | | |1 |Account|LM48.38 | | | |s Clerk|per week | | | | |for 3 | | | | |months | | |1 |Archite|LM48.38 | | | |ct & |per week | | | |Civil |for 2 | | | |Enginee|months | | | |r | | | |1 |Archite|LM48.38 | | | |ct & |per week | | | |Civil |for 2 | | | |Enginee|months | | | |r |and LM400| | | | |per month| | | | |for 3 | | | | |months | |Zammit |10 |Nursing|Salarji/b| |Clapp | |Aide |ene. | |Hospital| | |skond | | | | |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu | | |3 |Staff |Salarji/b| | | |Nurse |ene. | | | | |skond | | | | |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu | | |2 |Occupat|Salarji/b| | | |ional |ene. | | | |Therapy|skond | | | |Aide |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu | | |1 |Physiot|Salarji/b| | | |herapis|ene. | | | |t |skond | | | | |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu | | |3 |Child |Salarji/b| | | |Carer |ene. | | | | |skond | | | | |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu | | |1 |Domesti|Salarji/b| | | |c |enef. | | | |Cleaner|skond | | | | |il-ftehim| | | | |kollettiv| | | | |li taħtu | | | | |jaqgħu |", "AFFARIJIET BARRANIN - TENDERS", "21879.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?", "Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu r-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "X'inhi ċ- ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Servizzi Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - TENDERS", "21880.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?", "Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu r-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "X'inhi ċ- ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "INTERN - TENDERS", "21881.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' tenders li ħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?", "Kemm għadhom pendenti u kemm ġew irtirati?", "Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu r-raġunijiet?", "Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "X'inhi ċ- ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar tenders ta' xiri li nħarġu mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul din is-sena, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - DIRECT ORDERS", "21882.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' direct orders li nħarġu mill-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is- sena?", "Kemm hu l-valur ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "5120.", "AGRIKULTURA U SAJD - DIRECT ORDERS", "21883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' direct orders li nħarġu mill-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm hu l-valur ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "5115.", "TUG MALTA - IMPJEGATI ĠODDA", "21932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mat-Tug Malta minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil- liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): L-informazzjoni mitluba hi kif ġej:", "|SENA |NUMRU |LOKALITA` | |1998 | 3 |Iklin u Wied | | | |il-Għajn | |1999 | 7 |Birkirkara, | | | |Ħamrun, Lija, | | | |Mosta, Qormi, | | | |Siġġiewi u | | | |Żejtun | |2000 | 9 |Fgura, Ġżira, | | | |Kalkara, | | | |Marsaxlokk, | | | |Mosta, Msida, | | | |Rabat u Żejtun |", "SEA MALTA - IMPJEGATI ĠODDA", "21933.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mas-Sea Malta minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul it-tliet snin li għaddew mas- Sea Malta ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema ġodda.", "|SENA |NUMRU |LOKALITA' | |1998 | 1 |Rabat | |1999 | 20 |Attard, | | | |Birkirkara, | | | |Bormla, Kalkara, | | | |Luqa, Mellieħa, | | | |Mosta, Mqabba, | | | |Naxxar, Paola, | | | |Qormi, San | | | |Giljan, Senglea, | | | |Tarxien, Żabbar, | | | |Għajnsielem |", "MITTS - IMPJEGATI ĠODDA", "21934.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (F'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal- MITTS minn Settembru 1998 sal-lum?", "Minn liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li minflok il-61 persuna li rriżenjaw, il-MITTS daħlet 63 impjegati mill-1 ta' Settembru 1998 'il hawn mil-lokalitajiet hawn taħt imsemmija: Attard; Balzan, Birzebbuga, Birkirkara, Cospicua; Fgura; Għargħur; Gżira; Kappara; Luqa; Mellieħa; Sliema; Mġarr; Mosta; Mqabba; Marsaskala; Msida; Mtarfa; Naxxar; Paola; Qormi; Rabat; San Ġwann; St Julians; St Luċija; St Paul's; St Venera; Swieqi; Tarxien; Valletta; Victoria; Xgħajra; Żebbuġ; Żejtun; Żurrieq.", "MALTA UNIVERSITY SPORTS COMPLEX - IMPJEGATI ĠODDA", "21935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (F'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta University sports complex minn Settembru 1998 sal- lum?", "Mil-liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ħadd ma ġie mpjegat mal-Malta University sports complex minn Settembru 1998 sal-lum.", "MALTA COUNTER TRADE - IMPJEGATI ĠODDA", "21936.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Counter Trade minn Settembru 1998 sal- lum?", "Mil-liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar tliet snin ma sarx inġaġġ ta' ħaddiema mal-Malta Counter Trade.", "MALTA SHIPBUILDING - IMPJEGATI ĠODDA", "21937.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Shipbuilding minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul it-tliet snin li għaddew ġew ingaġġati tliet persuni mal-Malta Shipbuilding.", "L-ingaġġ tagħom sar matul l- 1999.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone) L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna dwar jekk fil-mument hemmx negozjati għal xi xogħlijiet ta' bini ta' vapuri bħala kuntratti għall-Malta Shipbuilding?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa` għedt meta konna qed niddiskutu l-voti tal-ministeru, bħalissa l-Malta Shipbuilding għaddejja b'negozjati dwar chemical tanker.", "Dan huwa tip ta' vapur speċjalizzat u fil-passat diġa` kellna xogħol ta' din il-kwalita`, pero` sfortunatament ma kellniex repeat orders.", "Dan it-tip ta' xogħol huwa indikat li huwa ta' valur iktar ogħli min-normal u allura jista' jkun li jħalli riżultat ħafna iktar pożittiv milli ħalla xogħol ta' vapuri oħra fil-passat.", "Naturalment bħalissa d- diskussjonijiet qegħdin fil-qrib li jiġu konklużi u ma naħsibx li jkun prudenti, anke minħabba li hemm cut throat competition fis-swieq internazzjonali għal dan it-tip ta' xogħol, li wieħed jagħti iktar dettalji.", "Jien fiduċjuż li bil-bidliet li qegħdin jitħabbru u jseħħu fil-Malta Shipbuilding, anke fir-rigward taż-żewġ vapuri li qed jinbnew għall-Gozo Channel, din l-intrapriża għandha tkun kapaċi mhux biss tibnihom imma tibnihom bil-prezz indikat u fi żmien stipulat.", "Jekk dan ikun ta' suċċess jista' jkun li jagħti lok għal auctions oħra ta' l-istess tip ta' vapur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mill-minuti tal-laqgħat li saru dan l- aħħar bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan jirriżulta li ssemma xi xogħol fuq manutenzjoni u bini ta' trawlers għall-flotta tas-sajd Libjana.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk matul dawn l-aħħar sentejn sarux xi diskussjonijiet bħala follow-up għall-protokoll bejn Malta u l-Libja f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-agrikoltura u sajd.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naf li saru diskussjonijiet u aktar kmieni din is-sena jien stess kont mort il-Libja mhux dwar dan il-każ biss imma anke għal dak li jirrigwarda programm ta' xogħol dwar bini ta' vapuri.", "Nista' ngħid li s'issa dawn id-diskussjonijiet għadhom mhumiex tradotti f'ordnijiet fissi.", "Naturalment dawn it-tip ta' negozjati jieħdu ż-żmien u f'dan l-istadju l-akbar enfasi li qed issir hija sabiex id-drydocks tagħmel ċertu xogħol ta' maintenance għall-vapuri LIbjani.", "HOUSING", "21960.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21786?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk għandux informazzjoni dwar it-390 każ ta' djar irrapportati fi stat perikoluż u li dwarhom kienu qed isiru l-verifiki biex tkun stabilita l- gravita` tas-sitwazzjoni.", "Din l-informazzjoni kien tahielna l-Viċi Prim Ministru stess madwar xahrejn ilu.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jekk niftakar tajjeb dakinhar kont qed nitkellem fuq l-eżerċizzju li qiegħed isir mill-awtorita` tad-djar, bi ftehim mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, ħalli jivverfikaw madwar 3,500 applikazzjoni li hemm pendenti ma' dan l-istess dipartiment.", "Fost dawn hemm numru minnhom li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva għaliex qegħdin jgħidu li qegħdin jgħixu f'post li fih hemm il-periklu.", "Dakinhar kont tajt informazzjoni aktar dettaljata dwar l-inspections kollha li laħqu saru r-riżultati li kellna sa dakinhar.", "M'għandix id- dettalji hawnhekk ta' x'inhi l-pożizzjoni kif tirriżulta sal-lum, pero` jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli domanda bil-miktub inkun nista' nagħti informazzjoni aktar aġġornata.", "KORDIN - FAĊILITA` KORRETTIVA - TRAB SUSPETTUŻ", "21961.", "L-ONOR.NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "12767 u 19758, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' trab suspettuż li nstab fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kull meta nstab xi trab suspettuż fil-faċilita` korrettiva ta` Kordin, dan dejjem ġie mgħoddi lill-pulizija fl-inkjesta maġisterjali.", "Billi l-każi huma pendenti, id-dipartiment tal-ħabs għadu ma rċeviex ir- rapporti finali li fihom tkun tinstab l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Censu Galea.", "TQEGHID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-persentaġġ ta' sick leave meħud minn impjegati fil- ministeru bejn l-1997 and 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21971; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tad-dokument datat 9 ta' Novembru 2000 li numru ta' pajjiżi għamlu lid-WTO - b'riferenza għal non-trade concerns - bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21986.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-dipartiment ta' l- informazzjoni - b'riferenza għar-rapport li deher f'gazzetta lokali dwar il-mad cow disease - bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21975; u", "Tagħrif dwar pestiċidi importati bejn l-1995 u l-1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21983.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "ID-DISA' JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 172, il-ħin tad- diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru għat-Turiżmu jekk jogħġbu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,783,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT VI - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,928,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 13,691\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 13,690\".", "Delete the figure \"Lm 13,691\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,690\".", "Sur President, dalgħodu xtaqt nuri bil-fatti u l-figuri li minkejja l- ħafna ftaħir li fil-qasam tat-turiżmu f'pajjiżna kollox jinsab għaddej ħarir, dan is-settur għaddej minn żmenijiet daqsxejn diffiċli.", "And I'm putting it mildly meta qed ngħid \"daqsxejn\".", "Jien nispera li fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nilħaq nuri li minkejja r-riżultati negattivi li qegħdin niksbu f'dan il-qasam, il-gvern mhux qed jindirizza l- problemi li għaddej minnhom dan is-settur, anzi għaddejjin bil-kalma kollha qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Quddiemna qegħdin naraw tmexxija mimlija xinxilli u arja ta' tlellix li meta taqbad ftit li xejn issib sustanza.", "Fl- aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq imbagħad nagħti daqqa t'għajn lejn setturi u issues bħalma huma akkomodazzjoni, it-TOSS, l-Unjoni Ewropea, l-Air Malta, l-ITS, Għawdex u ftit deċiżjonijiet li fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn li jittieħdu.", "Nibda billi nara ftit l-isfond ekonomiku Malti li qed topera fih l-industrija tat-turiżmu.", "Sur President, mal-ewwel wieħed jinnota li l-aħħar żewġ budgets li kellna f'din il-Kamra kienu jindirizzaw l-iktar l-aġenda finanzjarja tal- pajjiż u ma ndirizzawx l-aġenda ekonomika.", "U huwa mportanti li l-aġenda finanzjarja tindirizza wkoll l-aġenda ekonomika għaliex kif jaf kulħadd, it- turiżmu huwa wieħed mis-servizzi ewlenin li jixpruna l-ekonomija tagħna għaliex jiġġenera jobs, foreign exchange earnings, taxxi għall-gvern, investimenti lokali u anke nvestimenti barranin.", "Barra minn hekk l- industrija tat-turiżmu għandha linkages qawwija ħafna ma' setturi oħrajn, bħal dawk tar-retailing, transport u l-manifattura u għandha wkoll multiplier effect qawwi.", "Jiena niftakar żmien meta t-turiżmu ma tantx kien in voga u kulħadd kien jgħid li fejn tidħol l-ekonomija, jekk jieqaf ix- xogħol tal-ġebel, jieqaf kollox.", "Illum nistgħu ngħidu l-istess għat-turiżmu għaliex it-turiżmu tant sar parti essenzjali mill-ekonomija tagħna li meta jibda jiġġammja, jibdew jiġġammjaw ħafna affarijiet oħrajn.", "Fir-rapport ta' ħidma tal-ministeru tiegħu, il-ministru qalilna li din is- sena t-turiżmu ta kontribut akbar lill-ekonomija ta' pajjiżna, pero` meta tfittex issib li ġara eżattament bil-kontra u l-kontribut mit-turiżmu lejn l-ekonomija tagħna, din is-sena naqas.", "Fil-fatt ir-ratio tat-turiżmu ma' l- exports of goods and services niżel minn 22% għal-17.5% filwaqt li r-ratio tat-turiżmu ma' l-exports of manufactured goods niżel minn 40.5% għal 29%.", "Fl-istess rapport, il-ministru qalilna wkoll li l-industrija tat-turiżmu laħqet quċċati bħal qatt qabel, ilħaqna records ġodda.", "Jiena mort infittex fejn qegħdin dawn il-quċċati u r-records u sibt kollox bil-kontra.", "Fil-fatt għandna riżultati nkwetanti tant - naturalment għal min irid ikun oġġettiv għaliex għal min ma jridx ikun oġġettiv u jrid joqgħod jaħbi l- fatti u l-figuri u jmur fuq l-akkademja allura għalih m'humiex inkwetanti - li f'ċerti każi lħaqna l-iktar livelli baxxi f'dawn l-aħħar snin.", "Qed ngħid dan mhux biex noqgħod neqred jew għaliex inħobb nikkritika imma għaliex verament irrid inkun oġġettiv u verament nixtieq li għal darba dan is-settur nibdew niddiskutuh bi ftit iktar serjeta`.", "Nibda mal-ewwel biex nagħti ħarsa lejn ir-riżultati li ksibna din is-sena.", "Sur President, meta qed nitkellmu fuq din is-sena dejjem qegħdin nieħdu l-informazzjoni mill-istatistika li għandna mis-COS li tolqot ix-xhur ta' bejn Jannar u Settembru.", "U nibda mill-arrivals għaliex il-ministru dejjem isemmihomlna.", "Huwa veru li meta tħares lejn l-arrivals biss tista' tgħid kif qal il-ministru li lħaqna l-plateu jiġifieri din is-sena ġejna kważi paripassu, anzi kien hemm xi ftit żidiet żgħar mas-sena l-oħra.", "Pero` kulħadd jaf - għedtha jien, qalha l-ministru stess u jgħidha kulħadd - li t- turiżmu ma jitkejjilx bl-arrivals.", "Illum, grazzi għas-COS għandna iktar statistika u nistgħu nieħdu gauging ħafna aħjar.", "Illum għandna statistika dwar il-bed nights, dwar il-per capita spending, dwar ir-revenue generated u dwar l-occupancy.", "M'iniex qed ngħid li għandna kollox, anzi hemm bżonn li aktar 'il quddiem għandna bżonn li l-istatistika tibda tiġi segmentata.", "Nistgħu nagħmlu cost index biex naraw kemm huma telgħin il-costs għas- settur tat-turiżmu u hemm bżonn ukoll li nibdew nagħmlu iżjed competitor comparisons għaliex jekk sejrin ħażin aħna u sejjer ħażin kulħadd ngħidu li mhux tort tagħna, imma jekk sejrin ħażin aħna u sejrin tajjeb il- kompetituri tagħna, bħalma qed jiġri issa, allura nkunu nistgħu naraw għalfejn.", "L-indikaturi juru li fl-employment kien hemm increase modest ħafna, għal dak li jirrigwarda bed nights kien hemm tnaqqis kbir ħafna, niżlet in- nefqa ta' kull turist, tlifna mid-dħul totali u naqsu anke l-passiġġieri li jiġu fuq cruiseliners.", "Jiġifieri r-riżultati huma ċari u ma nistax nifhem għalfejn meta jara dawn ir-riżultati l-gvern ma jkunx irid jammetti l- qagħda li jinsab fiha s-settur tat-turiżmu.", "U sakemm ma tammettix ma tkunx tista' tibda tfittex għaliex ġara hekk u tibda tara x'se tagħmel biex tirranġa u tilqa' għal dawk il-problemi li jkollok quddiemek.", "Jekk lanqas biss taċċetta s-sitwazzjoni reali, aħseb u ara kemm se tipprepara biex verament tindirizza dik is-sitwazzjoni!", "Imma ħalli nibda mill-arrivals tal- cruise passengers.", "Nistgħu ngħidu li bejn l-1996 u l-1999 in-numru ta' cruise passengers arrivals ittripla; minn 69,000 tela' għal 188,000.", "Din kienet l-ewwel sena li tlifna mis-suq tal-passiġġieri tal-cruiseliners, fil-fatt tlifna 20,000 passiġġier, jiġifieri 14%.", "Dan ma tantx jawgura tajjeb għall-proġett tas- sea port terminal għalkemm ta' min jgħid li dwar dan l-proġett wara sentejn għadna ma smajna xejn anzi l-bieraħt lura kont qed nisma' li l- ftehim għadu lanqas biss intlaħaq ma' l-investituri.", "Imma issa ħalli nidħlu ftit aktar fid-dettall ta' l-istatistika, u nibdew bil-bed nights.", "Jien għedt li l-bed nights naqsu drastikament u għedt hekk għaliex dawn niżlu minn 9.3 miljun, għal 8.2 miljun, u dan it-tnaqqis trid tieħdu fil- kuntest li aħna suppost li konna qed nimmiraw għal żieda ta' 3%.", "Dawn huma r-records li qegħdin nirriferu għalihom!", "Fir-rigward tal-bed nights ilħaqna l-aktar livell baxx li kellna f'dawn l-aħħar 10 snin għaliex jekk inħarsu lejn x'ġara f'dawn is-snin insibu li fl-1993 il-bed nights kienu naqsu bi kważi 1%, fl-1994 telgħu b'1.5%, fl-1995 naqsu bi 8%, fl-1996 naqsu bi 2.3%, fl-1997 u fl-1998 telgħu bi 2.6% u bi 3.5% rispettivament, fl-1999 reġgħu telgħu bi 3% filwaqt li din is-sena niżlu bi 12.5%.", "U Alla jbierek dawn qishom m'humiex figuri li wieħed għandu għaliex jallarma ruħu fuqhom.", "Jekk imbagħad inħarsu - għaliex inti trid tara n-numru tal-bed nights in relation maż-żieda ta' sodod li għandek - lejn kemm għandek bed nights għal kull sodda available fis-suq issib li n-numru ta' bed nights per available bed niżel minn 200 is-sena l-oħra għal 173 din is- sena.", "Imma again dawn, għan-naħa tal-gvern, m'humiex figuri li wieħed għandu jallarma ruħu dwarhom!.", "Kellna mbagħad l-effetti ta' tnaqqis tal-bed nights fuq l-occupancy.", "Jekk inħarsu lejn l-occupancy tal-lukandi nsibu li l-5-Star hotels huma l- uniċi lukandi fejn fihom żdiedet l-occupancy.", "M'iniex qed ngħid li żdiedet f'ħafna - minn 62% average telgħet għal 62.7% - pero` ħdejn l-oħrajn żdiedet.", "Jekk inħarsu lejn il-4-Star hotels insibu li l-occupancy tagħhom minn 75% niżlet għal 64%; tat-3-Star hotels minn 40% niżlet għal 45%; tat-2- Star hotels minn 32% niżlet għal 23%; tal-1-Star hotels minn 11% telgħet għal 12% filwaqt li tal-complex villages u aparthotels minn 44% niżlet għal 33%.", "Hawnhekk bilfors ikollna ngħidu li għandna l-akbar riċetta għall- uġigħ ta' ras u rridu noqogħdu attenti li ma nidħlux fi spirall li jista' jkissirna għaliex ikollna inqas bed nights, jiżdiedu s-sodod, jonqsu r- rati, jinżel ir-revenue u b'hekk jittieklu l-profitti.", "Meta jibdew jittieklu l-profitti, il-probabbilta` hi li jibdew jonqsu s-servizzi, jibda jiddeterjora l-prodott u nispiċċaw b'customer satisfaction iktar baxx.", "Naturalment imbagħad nerġgħu nidħlu fiċ-ċirku fejn it-turist ma jkunx sodisfatt u jkompli jonqos it-turiżmu.", "Jien nawgura li ma jiġrix hekk, anzi jiena konvint li l-gvern u l-MTA għandhom nies biżżejjed biex ma jħalluniex nidħlu f'dan iċ-ċirku.", "Ħalli issa naraw minn fejn naqsu l-bed nights u nagħtu ħarsa lejn is-swieq prinċipali tagħna.", "Sur President, il-bed nights naqsu minn kull market minbarra tnejn, il- Libja u r-Russja.", "Fil-fatt mil-Libja żidna 45,000 bed nights u mir-Russja żidna 14,000 bed nights filwaqt li mill-Awstrija tlifna 14,000, mill- Belġju tlifna 36,000, mid-Danimarka tlifna 19,000, min-Norveġja tlifna 29,000, mill-Iżvizzera u mill-Iżvezja tlifna 11,000 u mill-Amerka tlifna 19,000.", "Dawn kollha jammontaw għall-1.1 miljun li semmejt qabel.", "Pero` l- uġigħ ta' ras il-kbira għadha ġejja għaliex għadni ma semmejtx il-core markets.", "Meta naraw li minn dawk il-1.1 million bed nights li tlifna, kważi miljun ġejjin mill-core markets bilfors li jkollna għalfejn ninkwetaw.", "Jekk inħarsu ftit lejn il-figuri naraw li mis-suq Ġermaniż tlifna 175,000 bed nights, mis-suq Taljan tlifna 100,000 bed nights, mis- suq Franċiż tlifna 33,000 bed nights filwaqt li mis-suq Olandiż tlifna 43,000 bed nights.", "Il-ministru lilna kien jgħidilna li aħna nikkalkulaw it-turiżmu fuq is- suq Ingliż biss, imma hawnhekk m'iniex qed insemmi s-suq Ingliż imma qed insemmi t-telf li qed nagħmlu minn kull market li qed naħdmu fih.", "Kieku kellna naraw x'qed jiġri fis-suq Ingliż aktar inweġġgħu rasna għaliex minn dan is-suq tlifna 650,000 bed nights.", "Allura dan ukoll huwa record?!", "L- istess ministru aktar kmieni din is-sena kien qalilna li s-suq Ingliż qegħdin nikkontrollawh imma s'issa mir-riżultati ma jidhirx li dan is-suq qed jiġi kkontrollat.", "Ħaġa oħra hi li m'aħniex qegħdin qed nitilfu mis-swieq prinċipali tagħna għaliex dawn għandhom l-ekonomija tagħhom sejra ħażin bħalma forsi kien jiġri qabel, għaliex meta tagħti daqqa t'għajn - u jien ġbart il-figuri - ta' kif sejra l-ekonomija fil-core markets ssib li l-ekonomija tagħhom kibret, qed jinżel l-unemployment u għandhom economic growth tajba.", "Ir- rata ta' l-economic growth fl-Ingilterra din is-sena minn 2% telgħet għal 3%, fil-Ġermanja minn 1.6% telgħet għal 3%, fl-Italja minn 1.5% telgħet għal 3% u fi Franza minn 3% telgħet għal 3.5%.", "L-unemployment f'dawn il- pajjiżi niżel ukoll; fl-Ingilterra minn 4.3% niżel għal 3.9%, fil-Ġermanja minn 8.3% niżel għal 7.9% filwaqt li fl-Italja u fi Franza minn 18.5% niżel għal kważi 10%.", "Dawn l-istess core markets tagħna kabbru l-volum lejn destinations kompetituri tagħna, jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq fatturi esterni.", "Nistgħu nġibu raġunijiet esterni - biex ma ngħidulhomx skużi - li forsi m'għandniex kontroll fuqhom bħal, per eżempju, dik li semma' l-Ministru tar-rate of exchange tal-lira Maltija mad-Dollaru, imma ma nistgħux ngħidu li l-kompetittivita` tagħna qed nitilfgħuha purament minħabba dak l-external factor.", "Raġuni oħra li nistgħu nġibu hija li din is-sena kellna a late Easter - ġeneralment il-late Easter għal Malta jfisser li t-turiżmu jnaqqas xi ftit għaliex dak li jkun minflok jieħu vaganza kmieni fis-sena u oħra fis-sajf jieħu waħda fl-Easter biss - imma dan huma fattur li qiegħed hemmhekk anke għall-kompetituri tagħna u filwaqt li huma marru tajjeb aħna ma morniex.", "Għalhekk jien nemmen li r-raġunijiet prinċipali għad-disfatta tagħna huma fatturi interni, liema fatturi jiddependu minnha u li bilfors irridu nindirizzawhom u nirranġawhom.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-problema li għandna fil-prodott, it-toroq, it-telqa, il-ħmieġ, l-ambjent.", "Jien naf li l- Ministru jħanbaq fuq dawn l-affarijiet daqskemm kont inħanbaq jien, imma r- rispons min-naħa ta' dan il-gvern fuq dawn l-affarijiet mhux ġej daqskemm kien jiġi meta kien jiġi fi żmienna.", "Fattur ieħor li qed jikkawża d-downfall fit-turiżmu huwa dak tal- marketing.", "Għadna għaddejjin bid-diffikulta` - din m'hijiex problema tal- lum imma hija problema li ilha magħna għal snin twal - li lanqas nafu kif irridu nagħmlu l-marketing tal-prodott tagħna; daqqa rridu mmorru għall- istorja, daqqa rridu mmorru għax-xemx u l-baħar, daqqa rridu mmorru għall- anzjani.", "Dan kollu, apparti milli joħloq konfużjoni fil-markets tagħna, qed joħloq konfużjoni fina stess.", "Daqqa rridu t-TOSS u daqqa ma rriduhiex u daqqa rridu nagħmlu repositioning u daqqa ma rridux.", "Dawn kollha l-fatturi interni li qed jikkawżaw dan id-downfall fit-turiżmu; prodott, kompetittivita` u marketing.", "Ngħaddu issa għal fattur ieħor li naqqasna fih ftit sew - il-flus li ndaħħlu mit-turiżmu.", "Sur President, huwa inutli li toqgħod titħabat biex iġġib it-turisti jekk imbagħad ma tkunx qed taqla' minnu.", "L-Onor.", "Gonzi semma' li morna tajjeb ħafna fit-turiżmu għaliex l-ispending per night tela'.", "Dan huwa paragun bla sens li ħadd fid-dinja ma jużah.", "Dan qisek qed tgħid li għandek ħanut u f'ġurnata minnhom jidħol turist u jonfoq Lm20, l-għada mbagħad jidħlu 10 u jonfqu Lm15 u tgħid li l-ġurnata ta' qabel mort aħjar għaliex l-ispending per tourist kienet ta' Lm20!", "Dan x'raġunament hu?!", "Li tkun qed tagħmel b'daqshekk huwa li ġġib ħafna argumenti bażwijin sempliċement biex tgħatti l-figuri veri.", "Meta imbagħad tħares lejn kemm nefaq ras għal ras it-turist fuq holiday sħiħa ssib li din il-figurs minn Lm214 għal kull turist niżlet għal Lm203, jiġifieri naqqasna Lm11 jew inkella 5%.", "U dan suppost meta l-policy u l- ħidma tagħna qiegħda tmur biex inġibu turist aktar up-market.", "Allura jien nerġa' nistaqsi: Dan record ieħor minn dak li qed nirriferu għalih?", "Jekk kull turist qiegħed jonfoq inqas, meta tiġi għal kemm daħħal il-pajjiż kollu mit-turisti ssib li ċ-ċifra niżlet għaliex minn Lm208 miljun nżilna għal Lm203 miljun, jiġifieri naqqasna Lm5 miljuni jew inkella 2.5% u dan meta suppost qegħdin nimmiraw biex inżidu t-total revenue mit-turiżmu b'4%.", "U niġu hawnhekk u nitkellmu fuq ir-records!", "Pero` filwaqt li t-turist li jiġi Malta qed jonfoq inqas, il-Malti li qed imur barra qed jonfoq iktar.", "Fil-fatt, waqt li t-turist f'Malta nefaq Lm5 miljuni inqas, it-turist Malti meta mar barra nefaq Lm3 miljuni iktar, biex b'hekk spiċċajna bi żbilanċ ta' Lm8 miljuni.", "Barra minn hekk id-dħul ta' flus għal kull impjieg f'dan is-settur din is-sena niżel b'Lm1,000 filwaqt li d-dħul ta' flus għal kull sodda li hemm fis-suq - ir-revenue per available bed - niżel ukoll b'Lm100.", "Imma ħalli issa nitkellmu fuq l-employement li ġġenera dan is- settur.", "L-uniku positive trend li kellna kien li l-employement fis-settur tat- turiżmu żdied bi kważi 200 imma wieħed irid jara din iż-żieda fl-employment vis-a-vis s-sodod ġodda li daħlu l-hotels li nfetħu f'dawn l-aħħar xhur plus ir-restaurants u l-catering outlets li nfetħu f'dawn l-aħħar xhur.", "Jekk wieħed jagħmel kalkolu malajr isib li bejn il-hotels li fetħu dan l- aħħar li bejniethom għandhom kważi 1300 sodda u t-23 restaurant ġdid li nfetaħ jiġġeneraw 500 impjieg.", "Mela jekk dawn infetħu u ħaddmu magħhom 500 ruħ il-fatt li globalment l-employment tela' biss b'200 juri li l- employment fil-hotels u l-catering outlets li kellna qabel ma fetħu dawn, waqa' bi 300.", "Jien ma rridx insemmi dawn l-affarijiet biex bilfors inpinġi stampa kerha għaliex fl-employment tidher stampa tajba, pero` jekk wieħed irid ikun oġġettiv irid jgħid li kien hemm żieda ta' 500, naqqsu 300 u għalhekk spiċċajna b'żieda ta' 200.", "U hawnhekk jien nistaqsi min qed jindirizza l-performance ta' dawn l-aħħar xhur.", "Illum għandna l-MTA u l-ministru, meta dan l-aħħat tkellem fuq l-MTA qal li l-performance ta' dawn l-aħħar xhur tat-turiżmu tat xiehda qawwija tas- siwi ta' l-MTA.", "Jien ngħid li jekk se nkejjlu s-siwi ta' l-MTA bil- performance ta' din is-sena, allura nistgħu nagħlquha.", "U meta jkollna riżultati bħal dawn ma' wiċċna jkun inutli li noqogħdu ninċensaw lil xulxin u l-ministru jgħid kemm hi tajba l-MTA, u l-MTA tgħid kemm hu tajjeb ta' l- oppożizzjoni u l-oppożizzjoni jgħid kemm hu tajjeb il-ministru.", "L-iktar ħaġa faċli hi li kulħadd jinċensa lil kulħadd u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Irridu naraw għalfejn l-MTA ġabet dawn ir-riżultati.", "Huwa veru li l-MTA hija struttura ġdida imma s-set-up u n-nies hemmhekk kienu u dak li kien jiġri fi swieq oħrajn qabel, suppost mhux biss baqa' għaddej imma anke tjieb.", "Allura x'kienet ir-raġuni ta' dan il-performance ta' l-MTA?", "Ma naħsibx li hija kwestjoni ta' flus għaliex il-vot taħt il-Ministru Refalo f'dawn l-aħħar sentejn kien madwar Lm1 miljun aktar u barra minn hekk l-MTA nefqet aktar mill-vot allokat għaliha.", "Jien naħseb li fejn qabel konna nippruvaw nagħmlu more with less, din is-sena qegħdin nagħmlu less with more.", "Forsi hija problema ta' nies tajbin?", "Lanqas hawnhekk ma naħsibx li huwa l-każ għaliex jien ħdimt man-nies li hemm fl-MTA, fid-dipartiment u fil-ministeru u nista' naħlef għalihom li huma nies tajbin.", "U lanqas naħseb li hija problema ta' nuqqas ta' staff għaliex din is-sena l-MTA impjegat magħha ruxxmata ħaddiema ġodda, daħlet saħansitra ħafna konsulenzi u għandha wkoll l-għajnuna tal-privat.", "Mela jekk m'hijiex problema ta' flus jew ta' nies allura x'inhi l-problema?", "L-unika spjegazzjoni, fl-opinjoni tiegħi, għalfejn il-performance ta' l- MTA ma kenitx daqshekk tajba hija li din l-awtorita` qisha qiegħda tgħix fis-sħab.", "Ħloqna magna tal-PR fejn kollox jidher sabiħ u jlellex, imbagħad tmur tfittex u ma ssib xejn.", "U meta jkollok din is-sitwazzjoni titlef il- focus.", "Jekk il-focus tiegħek huwa aktar fuq tlellix u PR, allura qed tagħem inqas focus fuq is-sustanza.", "U safejn naf jien la kienet l- intenzjoni tal-ministru, la ta' l-oppożizzjoni u lanqas ta' ħadd li permezz ta' l-MTA minflok naħdmu fl-art nispiċċaw naħdmu fis-sema u fl-isħab.", "Issa jien m'iniex se ngħid x'naħseb jien dwar kif qed timxi l-MTA imma se ngħid x'jaħsbu n-nies li nitkellem magħhom meta jisimgħu diskorsi minn managers u anke mill-istess chairman ta' l-MTA.", "Ikun hemm min jgħidlek kemm jitkellem tajjeb u kemm għandu presentation qawwija u kemm sejra tajjeb l-MTA għal dak li huwa PR - dan smajtu ħafna drabi u min-nies ta' l-affari tagħhom imma li ma jkunux daqstant midħla tat-turiżmu - imma meta imbagħad titkellem man-nies li qegħdin hands on, jiġifieri l-investituri u l- operaturi, jgħidulek kompletament il-kontra għaliex jgħidu li l-MTA għandha ħafna strateġiji u pjanijiet, tgħallimna nagħmlu l-PR imma ma tgħallimniex naħdmu.", "Il-feedback li hemm minn dawk li huma hands on fit-turiżmu huwa differenti.", "Dawn ma jimpurtahomx kemm qed nitkellmu sabiħ u kemm taf tagħmel PR imma jimpurtahom minn kemm taf taħdem u ġġib riżultati.", "U dwar ir-riżultati, l-MTA ma tistax tagħmel bħall-gvern u taġixxi qisu m'hu qed jiġri xejn; lanqas biss tiddiskuti r-riżultati mkien aħseb u ara kemm se nsolvu l-problemi li għandna!", "Fl-MTA donnu li ħadd m'hu accountable lejn ir-riżultati.", "Jien ma naqbilx ma' dawn l-affarijiet.", "Nista' ngħid li dan l- aħħar attendejt għall-annual conference ta' l-MTA u again filwaqt li nagħti prosit kbira tal-presentation ngħid li kont nistenna li dik il-konferenza tiddiskuti l-issues reali u l-problemi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata u mhux nibqgħu ngħidu l-istess affarijiet u nġibu l-barranin biex jgħidulna li t-tempji tagħna maħmuġin.", "Mela mhux kulħadd jaf li t- tempji tagħna maħmuġin?", "Dan tgħidu l-oppożizzjoni u jgħidu l-gvern u m'hemmx għalfejn inġibu l-barranin biex jgħiduhulna.", "Ejjew naqbdu l-barri minn qrunu u naraw x'inhuma l-problemi u niddiskutuhom ma' l-istakeholders tagħna.", "Irrid ngħid li fuq dawn l-affarijiet żgur li m'hemmx consensus minn din in-naħa mhux billi noqogħdu nitkellmu fuq il-consensus.", "Nafejn naf jien il-consensus minn din in-naħa kien biss dwar il-fatt li għandu jkollna MTA imma sal-lum għad m'hemmx consensus fuq l-operat u l- istrateġija ta' l-MTA allavolja lanqas biss nafu x'inhi l-istrateġija eżatt ta' din l-awtorita`.", "M'hemmx consensus lanqas dwar kif qed jintagħżlu n- nies u qed jitwarrbu ċerti nies oħra u lanqas li l-MTA tibqa' għaddejja ma tagħtix kas ir-riżultati u tibqa' fuq l-akkademja biss.", "Huwa tajjeb li titlaq mill-akkademja, imma mill-akkademja trid fl-aħħar mill-aħħar tispiċċa b'riżultati u timplimenta dak li tkun qed tgħid.", "U jien nistaqsi għalfejn qed naħarbu r-riżultati.", "Qed naħarbuhom għaliex hija policy tagħna li ma noqogħdux niddiskutuhom jew inkella għaliex din id-darba għandna riżultati ħżiena u meta r-riżultati jinqalbu nibdew nitkellmu fuqhom?", "Nerġa' ngħid li kont nistenna li fl-MTA annual conference nidħlu fir-riżultati fid-dettall u mhux noqogħdu nagħmlu image building.", "Għall- image building ħaqqna l-Oscar imma għal biex niddiskutu s-sustanza ħaqqna l- mażetta.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk; ma nindirizzaw l-ebda issue u naljenaw lis-settur.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' human resources diġa` għedt li ma naħsibx li l-MTA għandha problema f'dan ir-rigward.", "F'din l-awtoritaie hemm nies tajbin ħafna imma sfortunatament m'humiex qed jaħdmu f'team work; donnu li hemm lack of co-ordination u mismanagement kbir.", "Jien nikkompara lill-MTA ma' grupp ta' mużiċisti tajbin ħafna u hemm minnhom li huma eċċellenti - hemm min twieled fit-turiżmu jew it-turiżmu twieled miegħu imbagħad indaħħlulu espert li jrid jgħallmu jilbes il-qalziet lil dan li ilu hemmhekk 30 sena - imma għadu ma nqalax dak il-bniedem li lil dawn il- mużiċisti jgħaqqadhom f'orkestra.", "Fl-MTA għandna wkoll lill-privat imma lil dan daħħalnieh biex ikollu jagħlaq ħalqu għaliex kif jiftaħ ħalqu ngħidulu li issa huwa tort tiegħu għaliex hu wkoll qiegħed fl-MTA u se mai nikkritikaw lilu mhux hu jikkritika lill-MTA.", "U din tiġri mhux fl-MTA u fit-turiżmu biss, imma anke, per eżempju, fil-football.", "Ikun hemm club tal-football li jibgħat rappreżentant tiegħu fuq l-MFA u dan ir-rappreżentant f'daqqa waħda jinsa l- interess tal-football club tiegħu u jibda jaħdem għall-MFA biss.", "Jien nispera - u minn hawnhekk qed nagħmel dan l-appell - li mhux għaliex issa l- privat qed jaħdem spalla ma' spalla mal-gvern fuq l-MTA jintelaq minn ma' sħabu u jaqta' saqajh minn ma' l-art ta' l-industrija.", "Imma ma rridx ngħid li l-MTA qed tagħmel ħafna affarijiet ħżiena biss għaliex qiegħda wkoll tagħmel ħafna affarijiet tajbin u nispera li tibqa' tagħmilhom, pero` jien irrid nagħlaq fuq l-MTA bil-mistoqsija li għamlet hi stess fl-annual conference tagħha fejn staqsiet: \"What progress?", "What future?\"", "Jien illum nagħmel din l-istess mistoqsija lill-MTA.", "Niġu issa għal xi setturi li semmejt qabel u nibda bis-settur ta' l-akkomodazzjoni.", "Jekk aħna qed ngħidu li neżlin ħafna l-bed nights imbagħad insibu li s- settur ta' l-akkomodazzjoni sejjer tajjeb allura jien l-ewwel wieħed li nibda naqbel mal-Ministru u ngħid li r-riżultati kif riflessi fl- istatistika tas-COS huma ħżiena.", "Imma mhux hekk qed jiġri fil-fattl; dak li qed inġibu mill-istatistika huwa rifless fil-prattika.", "Meta nħarsu lejn l- akkomodazzjoni u lejn kemm żdiedu s-sodod u kemm naqsu l-bed nights insibu li waħda mill-problemi li għandna bħalissa hija li għandna an over supply mhux biss għaliex qed jiżdiedu s-sodod, għaliex jekk qed jiżdiedu s-sodod u qed jiżdiedu b'iktar il-bed nights ma tistax tgħid li għandek over supply, imma għaliex fl-istess ħin qed tonqos id-domanda.", "Nistgħu ngħidu li l- aħjar li sejrin huwa fil-5-Star, pero` hawnhekk xorta s-sodod żdiedu bi 29% u l-bed nights żdiedu biss bi 18%.", "Jiġifieri għalkemm sejrin tajjeb ma nistgħux ngħidu li d-domanda qed tikber aktar milli qed jikber in-numru ta' sodod.", "Fil-4-Star il-bed nights naqsu b'21% u s-sodod żdiedu bi 8%; fit-3- Star is-supply is-sodod naqsu b'9% filwaqt li d-domanda naqset bi 15%; fit- 2-Star is-sodod naqsu b'5% u l-bed nights naqsu bi 30%.", "Din l-istampa tirrifletti l-qagħda ħażina li jinsab fiha t-turiżmu.", "U donnu li l- perception hi li issa tant morna tajjeb fuq il-5-Star hotels li t-turisti kollha li ġejjin kollha se joqogħdu f'dawn it-tip ta' lukandi, pero` l- figuri ta' l-HCEB u tas-COS ipinġu stampa kompletament differenti.", "Ħalli naraw f'liema kategoriji ta' lukandi qed imorru l-bed nights.", "L-iktar li qed imorru bed nights huwa fil-holiday flats, fil-fatt dawn qed jieħdu 33% tat-turisti tagħna.", "Wara l-flats jiġu l-4-Star hotels li qed jieħdu 23%, imbagħad jiġu l-complex villages u l-aparthotels li qed jieħdu 20%, wara jiġu t-3-Star li qed jieħdu 12.5%, imbagħad il-5- Star li qed jieħdu 8.5%, u wara l-kumplament.", "Mela meta nitkellmu fuq repositioning u kemm qed nirranġaw l-up market tourism ejjew inpoġġu saqajna ma' l-art u naraw u niflu l-fatti sewwa.", "Jien m'iniex qed ngħid li dawn l-affarijiet huma riżultat ta' dawn is-sentejn jew tas-sentejn ta' qabel imma din hija l- pożizzjoni li jinsab fiha s-settur tat-turiżmu llum u dan huwa riżultat ta' 40 sena ta' strateġija li qbadna.", "Jiġifieri jien m'iniex qed ngħid dan bi kritika imma qed ngħidu biex ninżlu mis-sħab u npoġġu saqajna ma' l-art.", "Jekk inħarsu ftit lejn kemm tela' jew niżel il-market share ta' dawn il- kategoriji naraw li l-5-Star kabbar il-market share pero` bi 2.5% biss, il- 4-Star naqqas il-market share minn 26% għal 23%, filwaqt li l-holiday flats żied il-market share tiegħu minn 29% għal 33%.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed ngħid dan bi kritika imma biex nuri li minkejja l-isforzi li qed nagħmlu u minkejja li qegħdin nonfqu dawk il-flejjes kollha u kulħadd qed jipprova jiġbed il-ħabel lejn direzzjoni waħda, ir-riżultati over a number of years qegħdin imorru l-kontra.", "U dan minkejja l-fatt li qed nitkellmu fuq focusing, branding, repositioning, up market u ħafna affarijiet oħra.", "U la qed nitkellem fuq repositioning xtaqt nagħmel kumment żgħir.", "Irrid ngħid li jien naqsam ix-xewqa ta' l-MTA speċjalment taċ-chairman li għandna nagħmlu repositioning - wara kollox min ma jixtiequx dan għal pajjiżu? - u nidħlu f'segment ogħla, imma dan ma nistgħux nagħmluh kemm-il darba m'aħniex se nbiddlu l-prodott tagħna.", "Ħalli nieħdu eżempju ta' Fiat u Mercedes.", "Dawn iż-żewġ kumpanniji għaddejjin tajjeb fis-segment tagħhom u l- Fiat tkun tixtieq tidħol fis-segment tal-Mercedes imma ma tistax taqbad u tgħid li se tbigħ il-karozzi tagħha lill-klijent li għandu l-Mercedes jekk l-ewwel ġġibx il-karozza fil-kwalita` tal-Mercedes.", "U l-istess aħna.", "Issa billi noqgħodu nitkellmu fuq repositioning?", "X'se nagħmlu fil-fatt?", "Jekk jiena għandi term ta' sentejn jew tliet snin, se noqgħod nagħmel dak iż- żmien nitkellem fuq repositioning u dak li m'għamilniehx f'40 sena ngħidu li m'għamilnihx lanqas fi 43?", "Mhux aħjar naqbdu nimxu pass pass u jekk irridu verament immorru f'segments ogħla nibdew nirranġaw il-prodott tagħna?", "Jien jiddispjaċini nara li minn naħa nitkellmu mod imbagħad minn naħa oħra jiġrilna bil-kontra u minflok nagħmlu repositioning 'il fuq xi kultant qed ikollna repositioning 'l isfel għaliex il-kompetituri tagħna, bħal Tunes, it-Turkija u Ċipru qed jirranġaw il-prodott iktar minna u awtomatikament se jaqbżuna u se nispiċċaw f'livell iktar baxx minnhom.", "Huwa żgur li dawn m'humiex qegħdin jagħmlu kollox aħjar minna imma rridu noqgħodu attenti għaliex f'ċerti każi bdew warajna u jekk tqabbel kif sejrin huma llum ma' kif sejrin aħna u x'qed jagħmlu fil-prodott huma llum ma' dak li qed nagħmlu aħna, ma tistax taqbad u tgħid li qegħdin f'kategorija ħafna agħar minna.", "U ladarba qegħdin nitkellmu fuq l- accommodation irrid insemmi problema oħra; ir-rates u r-revenue tal-hotels mhux dejjem u mhux fil-kategoriji kollha qed jagħmel tajjeb għall-costs u ż- żidiet fl-ispejjeż.", "Kif diġa` għedt, jekk din it-trend tkompli se jkun diffiċli ħafna għalina li nibdew nikkontrollaw il-kwalita` u meta għandek settur li qed jiżdidulu l-ispejjeż u mhux qed iżid id-dħul, naturalment se jonqsulu l-profitti.", "U dan m'iniex qed ngħidu jien biss imma it is the general feeling fl-industrija tat-turiżmu.", "Imbagħad tibda tgħid kemm għandhom raġun in-nies tagħna u tibda anke titħassarhom għaliex meta dawn jaraw kompetituri tagħhom għaddejin aħjar minnhom bir-raġun li jibdew iħarsu lejn destinazzjonijiet oħrajn biex anke jinvestu hemmhekk bħalma fil- fatt diġa` qiegħed jiġri.", "Rigward rates, illum il-hotels tagħna għandhom żewġ għażliet, jekk tista' ssejħilhom għażliet; jew iżommu r-rates jew jitħabtu biex iżommu l-volum.", "Qed ngħid hekk għaliex biex iżżomm rates għoljin u forsi tkun tista' tgħaddi anke b'volum iktar baxx, bilfors irid ikollok prodott tajjeb - u meta qed nitkellem fuq prodott m'iniex qed nirriferi għall-hotel imma għall- prodott 'il bogħod mill-hotel - għaliex inkella inutli ngħidu li se naqbdu u nitolbu l-istess rati li għandhom Franza.", "This is easier said than done.", "Allura din m'hijiex option għal ħafna mill-kategoriji tal-hoteliers tagħna li bilfors qed ikollhom imorru għal high volumes at low rates.", "Dan, nerġa' ngħid minħabba li f'ċerti instances għandna prodott medjokri.", "Jekk naraw il- kategoriji tal-hotels insibu li qed jiżdiedu r-rati tal-5-Star hotels u forsi t-turnover tagħhom m'hijiex ħażin għaliex qegħdin jippruvaw jilħqu l- mix ta' rati tajbin mill-konferenzi u volum min-naħa ta' l-operaturi, imma l-4-Star, it-3-Star u l-hotels l-oħrajn ma jistgħux jagħmlu dan għaliex kulma hemm fil-4-Star li għandhom faċilitajiet għall-konferenzi huma biss xi ħamsa jew sitta.", "Sakemm dawn jibqgħu marbutin mat-tour operator business se jibqgħu ftit marsusin bejn spejjeż u rati li jiddetta l- operatur.", "U la qed nitkellem fuq l-accommodation nixtieq insemmi l-problema ta' l-unlicensed flats.", "Din ilha problema għal żmien twil imma issa waslet f'estremita` li qed tieħu x-xogħol tal-lukandi li huma bil-liċenzja.", "Kieku l-lukandi huma mimlijin biżżejjed wieħed jagħlaq għajnejh u jħalli l-unlicensed flats ikomplu għaddejjin bix-xogħol, imma meta għandek l-occupancy fil-hotels nieżla, ma tistax tħalli l-flats speċjalment dawk l-unlicensed jieħdu s-suq kollu.", "Diġa` wrejt li 2.7 million bed nights sejrin fil-holiday flats u minn eżerċizzju ieħor li għamilt sibt li n-numru ta' sodod fil-holiday flats huwa ta' 5,640.", "Jiġifieri kieku kellek tqiegħed 2.7 million bed nights f'holiday flats li jkollhom occupancy ta' 70%, kieku n-numru ta' beds fil-flats irid ikun id-doppju.", "Minn dan l-eżerċizzju joħroġ li nofs il- holiday flats m'humiex licensed.", "Nitkellmu ħafna fuq sustainability imma ma' nistgħux nitkellmu fuq social u environmental sustainability u ma nitkellmux ukoll fuq economic sustainability fl-interess ta' dawk il-ħafna Maltin li nvestew flushom.", "Irrid issa nagħmel ftit kummenti fuq il-prodott.", "L-ewwelnett irrid ngħid li s-settur kollu jinsab frustrat minn fuq s'isfel, mill-Ministeru sa' l-oppożizzjoni, għaliex meta qed nitkellmu fuq l-ambjent u fuq li nagħtu kas il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna kulħadd qed iħabbat rasu ma' ħajt taż-żonqor.", "Fl-opinjoni tiegħi l-gvern m'hu qed jagħmel xejn jew qed jagħmel ftit f'dan is-settur u kompla bl- abbandun tiegħu fl-aktar affarijiet bażiċi; telqa tal-historical sites, nuqqas ta' ndafa, stat ħażin tat-toroq u elf ħaġa oħra.", "Pero` m'iniex se nidħol fuq dawn l-affarijiet għaliex il-bieraħ diġa` għamel nofs siegħa jargumenta dwar dawn l-affarijiet l-Onor.", "Charles Buhagiar imbagħad qam l- Onor. Zammit Dimech u minn diskorsu taħseb li qed tgħix f'ġenna ta' l-art, anzi bil-kemm li m'aħniex qed nagħmlu iktar milli suppost nagħmlu.", "Rigward ix-xogħol fuq it-tourism zones din is-sena għandna vvotati Lm900,000 għall-Qawra, Buġibba, Birżebbuġa, Marsascala, Marsaxlokk, Sliema u San Giljan - ma nafx x'se jagħmlu b'Lm900,000 - filwaqt li għall- Kottonera, il-Belt u l-Imdina. hemm ivvotai Lm600,000.", "Jien naqbel mal- ministru meta kien qal li kulħadd irid ixammar il-kmiem biex jittejjeb il- prodott u l-ambjent, imma safejn naf jien il-privat qiegħed ixammar il- kmiem u jagħti eżempju billi għamel l-ewwel pass u nvesta f'ħafna affarijiet, imma l-gvern mhux qed ikomplu fuq dak l-eżempju.", "Suppost li għandna l-inter-ministerial committee biex jgħin fuq dawn l-affarijiet imma x'qed isir fil-fatt f'dan il-kumitat?", "Meta nisma' dwar l-inter-ministerial committee moħħi jmur fuq dak li konna nagħmlu aħna, per eżempju, fil-każ tal-proġett ta' Buġibba fejn konna niltaqgħu sitt ministri f'daqqa kuljum u wieħed jew tnejn mill-ministri jkunu on site fuq il-proġett biex anke l- ħaddiema jibqgħu għeddejjin.", "L-inter-ministerial committee tal-lum ma fih l-ebda ministru, huwa chaired mill-permanent secretary u qiegħed jindirizza ħafna ċekċik.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Għallinqas ngħidu li m'għandna xejn imma mhux noqgħodu ngħidu li għandna ħafna affarijiet meta fil-fatt ma jkollniex.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ambjent.", "Kemm se ndumu ngħidu l-istess affarijiet u nieħdu l-istess risposti?", "Kemm se ndumu nagħmlu slogans biex nibżgħu għat-turiżmu?", "Kieku kont jien, taħt is-slogans kont nikteb \"Zammit Dimech, please note!\" għaliex l-ewwel li jrid jibża' għat-turiżmu huwa hu.", "Se nibqgħu neqirdu u ma nagħmlu xejn, qisna qed nittallbu l-karita`?", "M'iniex qed ngħid għalija imma għal min għandu investiment qawwi fit-turiżmu.", "Il-privat għandhom l-istandard ta' l-environmental codes tal-hotel chains tagħhom ħafna ogħla minn dak li qed jagħti l-istess gvern.", "Barra minn Malta joqogħdu attenti li t-turiżmu ma jħassarx l-ambjent imma f'pajjiżna bil-kontra; irridu noqgħodu attenti għaliex l-ambjent se jkissrilna t-turiżmu.", "U dan kollu qed isir, l- ewwelnett b'detriment għall-customer satisfaction u anke b'detriment li ma jkollniex aktar repeat visitors, b'detriment ukoll għall-investitur Malti li investa f'dan is-settur u b'detriment għal kulħadd għaliex meta tiddampja l-ambjent, tkun qed tiddampja l-prodott, imbagħad tibda tiddampja l-prezzijiet u l-profitti u bye-bye it-turiżmu.", "U 'l quddiem nitlob il- permess sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra - għaliex talabni npoġġiha - ittra tipika - m'iniex se npoġġi l-ittri kollha - li ntbagħtet lill-Onor.", "Louis Buhagiar fuq il-qagħda ta' l-ambjent tagħna.", "Issa ħalli ngħaddi għat-TOSS li se ndumu ntellgħu u nniżżlu dwarha ma nafx kemm.", "Minkejja l-ħafna skużi, għalija t-TOSS hija marbuta ma' l-EU imma ħadd donnu m'għandu l-guts jgħid dan, anzi meta għedniha minn din in-naħa, l- ministru dejjem ċaħadha.", "(Interruzzjonijiet) Imma inti dejjem kont tiġi hawnhekk u tgħidilna li we cannot spend 75% of our budget to get 40% of our tourists!", "(Interruzzjonijiet) Mela issa qed jgħidha l-ministru.", "Aħjar ħalli dak li konna ngħidu aħna għallinqas jiġi kkonfermat.", "Imma fl- opinjoni tiegħi l-ewwel bniedem li kkonferma din kien Dr. Simon Busuttil meta tkellem fl-MTA conference - għalija tkellem tajjeb ħafna - u qal li din hija waħda mill-affarijiet li skond il-proċeduri ta' l-EU trid ittir.", "U din jien ma ħadtiex mingħand Dr. Simon Busuttil biss għaliex l-NPAA ukoll qal li din taqa' taħt waħda mill-istate aids u bħala tali trid it-tul.", "Pero` ħalli ngħid xi ħaġa oħra la qed isemmiha l-ministru.", "L-Onor.", "Refalo qalilna li jeżisti qbil bejn il-lukandiera u l-aġenti ta' l-ivvjaġġar biex titneħħa t-TOSS imma meta jien nitkellem mal-lukandiera jgħiduli li huma ma jaqblux.", "U dawn mhux miegħi biss jgħidu hekk imma qalu hekk ukoll fl-aħħar annual general meeting ta' l-MHRA liema laqgħa kont preżenti għaliha jien.", "Din hija proprju waħda mill-affarijiet li qed tippreokkupahom u fil-fatt qamu jitkellmu fuqha.", "Għalhekk jien nixtieq li jekk jista', il-ministru jispjegalna dan il-ftehim minn fejn joħroġ.", "Jiena ma nafx jekk iċ-chairman ta' l-MHRA kienx qal li jaqbel magħha jew le jew jekk huwiex qed jitkellem f'isem il-membri kollha, jew jekk il-membri jaqblux ma' l-MHRA, pero` dan ma jirriżultalix.", "Imma issa ħalli nitkellmu fuq l-istatement li kien jgħid il-ministru li we cannot spend 75% of our budget to get 40% of our market.", "Jiena għamilt domanda parlamentari lill-istess ministru fejn tlabtu jagħtini n-nefqa mill-1996 sal-lum fuq it-TOSS.", "Għamilt din id-domanda għaliex fuq l-Island Travel Trader ġie kkwotat li l-gvern ma jistax jibqa' jonfoq Lm7 jew Lm8 miljuni fis-sena fuq it-TOSS.", "Mit-tweġiba tal-ministru rriżulta li fl-1996 infaqna Lm2 miljuni fuq it-TOSS, fl-1997 infaqna inqas minn Lm0.25 miljun - dik kienet sena eċċezzjonali għaliex ir-rate of exchange tal-lira Maltija ma' l-Isterlina kienet tiffavorixxi ħafna lill- Isterlina - fl-1998 infaqna Lm2.3 miljun u fl-1999 kien hemm ivvotat Lm3 miljun imma fir-risposta l-ministru qal li ntnefqu Lm3.9 miljuni filwaqt li fuq il-financial report ta' l-MTA hemm imniżżel li nfaqna Lm4.4 miljun.", "U jiena nistaqsi: Mela l-figuri naqbdu u nfajruhom bl-addoċċ?", "Jien naħseb li dan it-tip ta' raġunament ma jagħmilx sens.", "Irridu niftakru li ż-Lm2 miljuni li konna nonfqu fuq it-TOSS ma kenux qed imorru kollha fuq il- forward buying rate għas-suq Ingliż imma parti minnhom kienu qed imorru għall-promotion fi swieq oħrajn.", "Jista' jkun li bl-iskema l-ġdida li se nagħmlu se nonfqu iktar ukoll.", "Jien ngħid li jekk għandhiex titneħħa jew le din l-iskema m'hijiex deċiżjoni tiegħi imma hija deċiżjoni tal-gvern tal-ġurnata, ta' l-MTA u ta' l-istess hoteliers.", "Anzi jekk inkun naf li l-hoteliers iridu jnaqqsu jew iridu jaqtgħu din is-sistema għaliex kapaċi jgħaddu mingħajrha kont inneħħiha l-għada.", "Jekk il-hoteliers verament jaqblu mal-ministru li din għandha titneħħa, anke jien naqbel miegħu, imma mbagħad ma jiġux huma l- ewwel li jibdew iħabbtu u jgħidu \"ara xi ġralna, ara kemm niżel minn \"hawn\" u ara kemm niżel minn \"hemm\"\".", "Jekk iridu jneħħuha, jneħħuha, imma qegħdin iħarsu lejn x'inhuma jagħmlu il-kompetituri tagħna?", "Jgħidu x'jgħidu, il-kompetituri tagħna baqgħu għaddejjin xorta waħda, jekk hux bil- ħabi ta' l-EU jew bil-ħabi ta' l-IMF - aħna ġieli għamilna hekk u mill-FBR qlibniha għat-TOSS minħabba l-IMF u issa mit-TOSS se nneħħuha minħabba l-EU - ma nafx imma xorta baqgħu għaddejjin.", "Il-ministru jaf x'inhuma jagħmlu l-kompetituri tagħna għaliex f'risposta għal domanda parlamentari li għamillu l-Onor.", "Leo Brincat qal li waħda mir- raġunijiet għalfejn Ċipru qed iżid mis-suq Ingliż hija minħabba l-fiscal incentives li għamlu.", "Għandna kompetituri li anke l-fuel ta' l-airlines tagħhom jissussidjaw biex ikunu jistgħu jbaxxu l-prezz.", "Ara aħna għaliex bravi, meta l-Airmalta kienet titlob biex tixtri l-fuel hi għal rasha għaliex setgħet tieħdu b'orħos milli tagħtiehulha l-Enemalta, lanqas konna nħalluha tagħmel hekk.", "Issa dan kien fi żmienna biex ma jiġux jgħiduli li qed nikkritika lil dan il-gvern.", "Rigward l-Unjoni Ewropea jien nappella sabiex nitkellmu sew imma ma rridx noqgħod nidħol fl-argumenti tas-soltu; lanqas irrid noħlomha li nerġgħu nagħmlu xi sagħtejn hawn ġew nitkellemu fuq l-EU.", "U wara kollox l-EU x'inhi?", "Iż-żewġ naħat naqblu li huwa fl-interess tagħna li naħdmu iktar milli qed naħdmu llum ma' l-EU, imma filwaqt li l-gvern irid jidħol membru sħiħ, din in-naħa trid tilħaq arranġament mod ieħor.", "Pero` imbagħad ma niġux b'ħafna argumenti li fl-opinjoni tiegħi huma patetiċi u ngħidu li fl- EU kollox tajjeb u m'hemm xejn ħażin, jew li fl-EU kollox huwa ħażin u m'hemm xejn tajjeb.", "L-iktar argument li qed insib patetiku min-naħa ta' kulmin jgħidu hu li donnu l-EU se ssolvielna l-problemi kollha.", "Donnu li f'ċerti affarijiet inkompetenti u l-prezz ta' l-inkompetenza tagħna hu li nidħlu fl-EU għaliex din se ssolvielna kollox.", "Imma x'inhi s-soluzzjoni ta' l-EU?", "Se ssewwilna t-toroq?", "Se tagħtina l-flus?", "Se tneħħilna l-ħmieġ u t- telqa li hawn f'pajjiżna?", "Se tirranġalna l-ambjent?", "Se ġġibna aktar kompetittivi?", "Se tibagħtilna aktar turisti?", "U aħna x'se nagħmlu?", "Xejn!", "Nistennew biex nidħlu fl-EU!", "Aħna konna għedna li t-TOSS hija waħda mill-affarijiet li ma tistax tibqa' u dan għednih qabel ma ħabbru l-ministru.", "Huma kienu qalulna li mhux veru imma mbagħad jiġu llum u jneħħuha.", "Konna ngħidu wkoll li se nagħtu inċentivi lis-settur tat-turiżmu simili għal dak li għandha l- industrija - l-aids to industries - u filwaqt li dawn kienu qalu li se jagħmlu l-istess, sal-lum għaddew sentejn u għadu ma ġie xejn.", "Rigward il-kompetittivita` - u l-ministru jaf kemm hi uġigħ ta' ras il- kompetittivita` - fl-NPAA jintqal li \"the adoption of internal prices of several commodities could have a direct bearing on domestic costs and may affect negatively Malta's international competitivity in the industrial and tourism sectors.\"", "Mela qed ngħidu ma' l-Ewropa li nistgħu nkunu inqas kompetittivi fit-turiżmu, imma jekk dan ngħiduh aħna jgħidulna li qegħdin inxewxu kontra l-Ewropa!", "L-argument l-ieħor li ma nistax nifhem u ma naqbilx miegħu kull meta jgħidu l-ministru huwa li l-unika triq miftuħa biex Malta tkompli tiżviluppa l-potenzjal ta' destinazzjoni hi l-EU.", "Meta wieħed jisma' dan l- argument bilfors li jistaqsi: Possibbli li dan il-ministru biss qed jarah?", "Allura jien, sħabi u min hemm fis-settur m'aħniex narawh?", "X'għandu x'jaqsam d-dħul ta' Malta fl-EU mat-tisħiħ tas-settur tat-turiżmu hawn Malta?", "Safejn naf jien is-suċċess ta' kull destinazzjoni, sew ta' dawk li qegħdin fl-EU kif ukoll ta' dawk li qegħdin barra l-EU joħroġ sforz kemm jaħdmu huma mhux għaliex l-EU qed iġġibilhom it-turiżmu fuq platt.", "Tant hu hekk li hemm differenzi bejn pajjiżi ta' l-EU stess, u se nagħti eżempji.", "Franza u l-Ġermanja t-tnejn qegħdin fl-EU imma Franza għandha ħames darbiet it-turiżmu li għandha l-Ġermanja.", "Spanja u l-Greċja t-tnejn qegħdin fl-EU, imma Spanja għandha erba' darbiet u nofs it-turiżmu li għandha l-Greċja.", "Il-Polonja m'hijiex qiegħda fl-EU imma għandha turiżmu daqskemm għandha l-Ġermanja li qiegħda fl-EU u erba' darbiet daqskemm għandha l-Irlanda li wkoll qiegħda fl-EU.", "Ir-Repubblika Ċeka m'hijiex qiegħda fl-EU imma għandha iktar turisti milli għandha l-Greċja li qiegħda fl-EU.", "L-Ungerija m'hijiex qiegħda fl-EU imma għandha turisti daqskemm għandhom id-Danimarka, il-Fillandja, l-Isvezja,il-Lussemburgu u l-Belġju f'daqqa li kollha qegħdin fl-EU.", "L-Isvizzera m'hijiex qiegħda fl-EU imma għandha turiżmu daqskemm għandha l-Olanda.", "Sqallija ilha 40 sena fl-EU u għadha lanqas telgħet biex ikollha turisti daqskemm għandna aħna li m'aħniex fl-EU.", "Mela allura minn fejn joħroġ l-argument li l-unika triq li għandna biex jissaħħaħ it-turiżmu hija dik ta' sħubija fl-EU?", "Mela skond il-ministru nistgħu noqogħdu ma nagħmlu xejn, nagħlqu l-ministeru u l-MTA, naqtgħu l-ispokesmen min-naħa ta' l-oppożizzjoni u nistennew l-EU għaliex b'hekk inkunu solvejna kollox!", "Dawn m'humiex argumenti li jreġu jekk irridu nitkellmu bis-serjeta`.", "Anke għall-Air Malta qed jgħidu li l-unika triq hija dik ta' sħubija fl- EU.", "U qed nitkellem illum dwar l-Air Malta għaliex naħseb li iktar għandu iktar interess f'din il-kumpannija l-Ministru Refalo milli għandu l- ministru responsabbli minnha.", "Il-bieraħ ġejt nisma' lill-Onor.", "Josef Bonniċi u qgħadt nara jlissinx nofs ta' kelma fuq l-Air Malta.", "Alla jbierek lanqas qal xejn fuqha; lanqas biss teżisti l-Air Malta għalih!", "L-uniku ministru li jitkellem dwar l-Air Malta l-Ministru Refalo għalkemm mhux dejjem naqbel mal-kummenti li jkun qed jagħmel.", "Per eżempju, wieħed mill- kummenti fejn ma naqbilx miegħu hu fejn qed jgħid li t-turiżmu Malti jiddependi biss fuq kemm tpoġġi seats l-Air Malta fis-suq.", "Jien ngħid li dan mhux minnu u m'għandniex noqogħdu nfarfru u nitfgħu kollox fuq l-Air Malta.", "Jekk inhu hekk allura kulma għandna nagħmlu huwa li ngħidu lill-Air Malta tpoġġi s-seats u nkunu solvejna kollox.", "It-turiżmu jiddependi minn fuq kemm se naħdmu aħna biex noħolqu domanda, kemm se ntejbu l-prodott, kemm se nkunu kompetitttivi, kemm se nagħmlu marketing tajjeb, x'value for money se nagħtu u jekk meta jiġi t-turist aħniex qed nagħtuh dak li qegħdin inwegħduh.", "Meta imbagħad toħloq id-domanda l-Air Malta tpoġġi s- seats.", "Imma d-domanda m'hijiex se toħloqha l-Air Malta.", "Ara jekk it-turiżmu joħloq domanda biżżejjed u l-Air Malta ma tpoġġix is-seats allura l-Air Malta tkun qed tagħmel ħażin, imma jekk inti m'għandekx domanda u qed iġġiegħel lill-Air Malta tpoġġi s-seats allura qed tagħmel ħażin int. U għalhekk hija mportanti l-ħidma li għandha ssir bejn il-ministeru, l-MTA u l-Air Malta għaliex dawn iridu jaħdmu flimkien biex wieħed ikun jaf fejn qed joħloq id-domanda u l-ieħor ikun jaf fejn ipoġġi s-seats.", "Sur President, jien m'iniex qed ngħid li bħalissa bejn ministeru u Air Malta m'hu qed isir xejn imma ma jistax isir daqskemm kien isir qabel bl- isforzi u l-laqgħat kollha li kienu jkunu għaddejjin.", "Per eżempju, fi żmieni kien ikun hemm għaddejja kollaborazzjoni għaliex huwa differenti minn li tiltaqa' biex tisma' u tiddiskuti milli tiltaqa' biex tieħu jew tagħti ordni.", "Il-ministru lili kien qalli li ma missnix indħalt lill-Air Malta fuq il-prezzijiet li kienet tefgħet fuq il-Ġermanja.", "X'jiġifieri ma nindaħalx?", "Mela jekk għandek it-turiżmu u l-ġid ta' l-Air Malta għal qalbek u taf li hemm xi ħaġa x'jistgħu jagħmlu bejniethom biex imorru tajjeb it-tnejn, m'għandekx tlaqqagħhom biex tara x'jista' jsir?", "U din mhux jien għamiltha imma waqqafna task force u waħda mill-affarijiet li ħarġet minn dik it-task force kienet proprju din.", "U jien nistaqsi għalfejn ma tkomplewx għaddejjin dawk it-task forces.", "Irridu mmorru ħażin u jibda nieżel it-turiżmu biex nerġgħu nibdew inħaddmuhom?", "U l-arranġament li għamlet l-Air Malta fil-Ġermanja sewa għaliex qajmet id-domanda u ġew ħafna turisti u dik is-sena l-Air Malta m'għamlitx telf minn fuq il-Ġermanja.", "Huwa veru li setgħu għamlu profitti iktar, imma m'għamlux aktar profitti għaliex krew żewġ ajruplani biex ilaħħqu mad-domanda għall-Ġermanja.", "Dik is- sena kienu krew 737 għal kuljum u 757 għal darba fil-ġimgħa biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda.", "Il-ministru qalilna li hu ma ndaħalx fil- ftehim li għamlet l-Air Malta mal-Frosch Touristik.", "Iva minn daqs dawk agreements li għandha l-Air Malta dan isemmu!", "Il-fatt li llum il-Frosch Touristik u l-Air Malta għandhom ġlieda qawwija huwa proprju minħabba dak l- agreement li wara li għamluh tgħidx kemm iġġieldu fuqu.", "Jien kont nistenna lill-ministru jgħidli kif tlifna dawk il-150,000 bed night mill-Ġermanja u kont nistennih jgħidilna wkoll li t-task force li kien hemm se terġa' titwaqqaf, imma minflok kulma nisimgħu hu li l-Air Malta għandha ħafna x'tirbaħ bi sħubija sħilħa fl-EU.", "U jien hawnhekk bilfors nistaqsi x'qed jiġri llum li ma jistax jiġri meta nidħlu fl-EU.", "Jgħiduli għaliex b'hekk l-Air Malta tkun tista' ttir minn kullimkien.", "Jien staqsejt lil ta' l-Air Malta jekk illum hemmx xi destinazzjoni li jridu jtiru minnha u m'għandhomx permess mill-EU imma qaluli li le.", "Issa jekk il- problema hija l-islots, billi nidħlu fl-EU m'aħniex se nsolvuha.", "Jien għamilt domanda parlamentari lill-Ministru Josef Bonniċi fis-17 ta' Ottubru fejn tlabtu jgħidli minn fejn tixtieq ittir l-Air Malta imma għad m'għandhiex permess u jekk nidħlu fl-EU tingħata l-permess, imma sal-lum għadu ma rrispondinix.", "Staqsejtu wkoll jekk l-Air Malta hijiex beħsiebha żżid jew tnaqqas titjiriet u minn fejn, imma lanqas dwar dan ma rrispondini.", "U dan il-ministru responsabbli mill-Air Malta!", "U billi joqogħdu jgħidulna għaliex bi sħubija fl-EU l-Air Malta tkun tista' ttir bil-5th freedom x'se nieħdu?", "Illum mhux diġa` għandna l-esperjenza ta' l- Azur Air.", "L-Air Malta għandha investiment qawwi fl-Azur Air biex joqogħdu jġorru t-turisti minn Switzerland għall-Italja u mill-Italja għall-Franza.", "Imma x'qed nieħdu minnhom dawn it-turisti?", "Kieku l-profitt li qed tagħmel is being ploughed back hawn Malta, paċenzja imma minn dan kollu m'hu qed isir xejn.", "Ara x'konna nieħdu kieku dak l-investiment minflok għamlitu biex tutillizza l-5th freedom għamlitu hawn u żiedet l-ajruplani biex niftħu aktar destinazzjonijiet.", "Jiena ngħid li Alla ħares li meta nidħlu fl- Ewropa l-Air Malta tibda tiddeċiedi li tiddiversifika u minflok taħdem minn markets lejn Malta, tibda taħdem minn pajjiż għall-ieħor u ma tressaq xi ħadd lejna.", "Jien dawn l-affarijiet siċerament ma nifhimhomx.", "U meta nitkellmu fuq l-airlines nippruvaw nagħtu l-impressjoni li ġejja xi airline ġdida, il-Virgin Airways.", "Jiena ħadt gost meta smajt dan għaliex għedt li se jkollna aktar seats u allura aktar nies, imma mbagħad sibt li dan huwa kuntratt ta' Robbie Bush tal-Bargain Holidays li daqqa jagħmel agreement ma' l-Air Malta, is-sena l-oħra għamlu mas-Sabre Airways u din is- sena għamlu mal-Virgin.", "Dan ifisser li din is-sena dieħla l-Virgin u titlaq is-Sabre u s-sena d-dieħla jew ta' wara titlaq il-Virgin u jidħol xi ajruplan ieħor.", "Ejjew ma noqogħdux impressjonijiet foloz.", "Sur President, xtaqt issa ngħid xi ħaġa dwar l-ITS.", "Dwar dan l-istitut se nikkummenta mhux biex inkompli bil-polemika imma biex inwieġeb għal ċerti affarijiet li tqajmu.", "L-ewwelnett lili l-ministru akkużani li ħallejt lill-ITS għal erba' snin mingħajr direttur ġenerali.", "Jaħasra jekk għamilt sentejn ministru kif stajt ħallejt lil dan l-istitut erba' snin mingħajr direttur ġenerali?!", "Se mai sentejn ħallejthom jien u sentejn ħallihom hu!", "U l-gvern dak iż-żmien kien jaf li se jispiċċa Di Mauro - mhux il-Ministru Refalo għaliex ma kienx hu ministru - imma baqa' ma ħasibx għal replacement.", "Il-pjanijiet tagħna dak iż-żmien kienu li filwaqt li konna qegħdin niddiskutu l-ITS kellna in the pipeline l-MTA u waqqafna interim committee biex meta tidħol l-MTA tagħżel in-nies hi u tissettja l-affarijiet kif tridhom hi u għamilna lil Mr Pinchbeck director of studies u għedna li jekk imur tajjeb, minn director of studies kellu jittella' għal director general.", "Ara huma la trattawh ta' director general u inqas u inqas trattawh ta' director of studies għaliex lanqas kienu jħalluh jiddeċiedi.", "Jien nispera li d-direttur ġdid li hemm illum mhux qiegħed hemmhekk għall-isem biss u meta jiġi biex jagħmel xi ħaġa jrid joqgħod jieħu ħafna ordnijiet mingħand ħaddieħor.", "U ladarba qed insemmu din l-interim committee - il-ministru ma tantx naħseb li kellu grazzja miegħu - għalfejn ma nammettux li dak kien kumitat serju li ntroduċa u mplimenta ħafna ideat ġodda fl-ITS, liema ideat baqgħu hemm sal-lum?", "U hawnhekk inneħħilu l-kappell lill-ministru għaliex għalkemm ma jgħidhiex, kapaċi li jekk jara xi ħaġa tajba jkompli jaħdem fuqha.", "Il-modular system kienet bidla fundamentali fl-ITS li tkompliet u għamlu tajjeb li komplewha.", "Allura għalfejn joqogħdu jgħidu li kulma sar hemmhekk kien kollu ħażin?!", "Din is-sistema tat ħolqot opportunitajiet għal korsijiet ta' food preparation, food service, accommodation operators, travel agencies u oħrajn.", "Il-work phase inbidlet b'tali mod li fejn qabel kienet week in week out u 25 ġimgħa prattika, illum il-prattika qed jagħmluha fis-sajf biss, jiġifieri qed jagħmlu 14-il ġimgħa.", "Sur President, il-ministru faħħar l-ESTS craft course u komplieh ukoll.", "Mela allura għalfejn ma ngħidux li dan kien xi ħaġa tajba li saret fl-ITS li llum saħansitra kiber?", "Illum, studenti li daħlu fl-ESTS qed ikomplu bil- course tal-mainstream, anzi d-dnub hu li minn 15-il student li kien hemm tmienja biss tħallew ikomplu l-kors tal-mainstream għaliex qalu li ma kienx hemm spazju għall-kumplament.", "Dawn l-istudenti tant irnexxew li anke placements barra qed isibu.", "Il-ministru qalilna wkoll li għamel audit ta' l-educational system ta' l-ITS.", "Mhux anke aħna għamilnieh?!", "It-tnejn li aħna għamilna audit ta' l- educational system fl-ITS, bid-differenza li meta għamilnieh aħna m'għoġobna xejn milli kien hemm u bdilna kollox u meta għamlu l-ministru ħafna mill-affarijiet prinċipali li konna għamilna aħna, ħalliehom.", "Dan juri li fl-educational system audit tagħna rriżultaw ħafna affarijiet ħżiena.", "M'iniex qed ngħid li fl-audit tiegħu rriżulta kollox tajjeb imma naħseb aktar irriżultaw affarijiet tajbin milli ħżiena.", "Qalilna wkoll li issa qed isir management tal-catering facilities.", "Dażgur li qed isir!", "Mela meta jridu jsir?", "Meta dħalna aħna lanqas il-catering facilities ma sibna u biex nibdew kien jislifna l-mobile kitchens Winston Zahra tar- Radisson.", "X'management riedna nagħmlu lilna jekk aħna kulna sibna kienet kċina li lanqas kienet għadha taħdem?", "Din kellna nħallsuha u nikkummissjonawha aħna.", "Ftaħna l-ITS f'Pembroke biex aktar ikun hemm wisa` u spazju.", "U l-ispazju ridnieh għaliex qabel kien jiġi deċiż kemm se ngħallmu studenti skond kemm jesa' l-bini ta' l-ITS.", "Aħna ridna li l- affarijiet ikunu bil-kontra; ridna ngħallmu u ndaħħlu studenti skond kemm għandha bżonn l-industrija mhux skond kemm jesa' l-bini ta' l-ITS.", "Ħafna affarijiet li bdejna aħna bħal, per eżempju, il-carrying-capacity study u l-economic impact assessment, il-ministru komplihom.", "Imma l-human resource audit li huwa tant importanti, x'sar minnu?", "Il-ministru kien jgħidilna li baxxejna l-livell u kien hemm polemika sħiħa ma' ta' l- universita` għaliex l-istudenti ta' l-'A' levels setgħu ikomplu l-kors filwaqt li dawk mingħajr 'A' levels ma setgħux ikompluh.", "Issa qed iħallu lil kulħadd imma fi żmienna tgħidx x'battikata kienu tawna.", "U llum mhux talli qed iħallu lil kulħadd, talli qed idaħħluhom mingħajr 'A' levels.", "Meta imbagħad tħares lejn ir-riżultati ta' dak li l-ministru qal li baxxejna l-livell tiegħu, tara li l-istudenti ta' l-universita` li m'għandhomx 'A' levels qed iġibu riżultati aħjar minn dawk li għandhom l- 'A' levels.", "U dawn fridnihom u għamilnihom f'żewġ klassijiet differenti biex imbagħad ikollhom l-istess lectures, l-istess lecturers u l-istess suġġetti!", "U wara li s-sena l-oħra ddupplikajna ħafna xogħol, din is-sena se nerġgħu nlaqqgħuhom flimkien.", "U la qed nitkellem fuq l-ITS irrid ngħid xi ħaġa dwar ir-relazzjoni li għandu dan l-istitut ma' l-MTA.", "Min irid jitkellem ċar jgħidlek li teżisti Babilonja sħiħa; nies ġejjin mill-MTA, nies li qegħdin mal-gvern, nies bil-kuntratt, nies mill- education, nies casual, min hu bin-nofs ta' nhari u min m'hux.", "Il-ħsieb tagħna kien li dawn jiġu kollha streamlined ma' l-MTA imma llum l-MTA ma jridux jidħlu fil-kwestjoni ta' l-ITS pero` xorta rridu nsolvuha dik il- problema.", "Ħaġa oħra li ridt nitkellem fuqha hija l-collective aggreement.", "Kemm se ndumu ntertqulhom qalbhom lil dawk l-erba' ħaddiema li hemm hemm fuq; qishom għaliex m'għandhomx l-akkademja warajhom m'għandhomx ikunu stmati bħal ħaddieħor għaliex donnu li l-prattika ma tiswa xejn.", "Jiena fuq dawn l-affarijiet m'iniex qed nistenna ċertifikati mingħand il-gvern u lanqas mingħand il-ministru, iċ-ċertifikat tiegħi nieħdu meta nitkellem ma' l-istudenti li kien hemm dak iż-żmien u l-ġenituri tagħhom.", "Illum l- istudenti li hemm lanqas jitkellmu ma jistgħu għaliex il-biċċa newsletter li joħorġu ukoll trid tiġi ċċensurata!", "Sur President, xtaqt ngħid xi ħaġa fuq Għawdex pero` ma tantx fadalli ħin.", "Naturalment f'Għawdex il-problemi huma daqsxejn akbar minn Malta.", "Is- seasonal problem hemmhekk qed tkompli tikber, id-day trippers naqsu u l- occupancy u r-rates huma aktar baxxi minn ta' Malta.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn ir-riżultati żgur li ma jirriflettux il-potenzjal sabiħ u tajjeb li għandha l-gżira t'Għawdex, pero` dwar Għawdex jitkellem illejla l-Onor.", "Anton Refalo waqt id-diskussjoni tal-voti t'Għawdex.", "Sur President, diġa` għedt li fl-opinjoni tiegħi l-gvern mhux qed jindirizza l-problemi serji li hemm fis-settur tat-turiżmu.", "Meta tħares lejn il-budget tgħid li ftit li xejn se jintmess it-turiżmu għaliex se jintmess biss bil-fringe benefits - u diġa` hemm min qed joqmos għaliex il- ħaddiema li għandhom il-karozzi tal-kumpannija f'idejhom jużawhom biex jaħdmu bihom mhux biex jixxalaw u nispera li dawn ma jidħlux f'din l-iskema - u bit-taxxa żgħira fuq il-biljetti ta' l-arju - għalkemm qed ngħid li hija żgħira xorta waħda kienu opponewha ħafna meta kienet iddaħħlet fiż- żmien is-CET u aħna konna ddeċidejna li nneħħuha - pero` minbarra l-budget diġa` beda jriegħed.", "Lili qaluli li diġa` qed jiddiskutu increase fil-liċenzji tal-hotels u tal-catering establishment u jien hawnhekk jitlob lill-ministru sabiex jagħti ftit aktar informazzjoni dwar dan.", "Sirna nafu wkoll li l-kwestjoni tas-7.5% VAT fis-settur minflok il-5% ġiet posposta għal sena oħra.", "Hemm ukoll il-prospetti li qed tgħid l-Air Malta li x'aktarx tgħolli l- prezzijiet minħabba ż-żejt u jiena nistieden lill-Air Malta tħares lejn x'għamel ħaddieħor.", "Per eżempju, il-Lufthansa għadha kemm ħabbret il- profitti li għamlet u wieħed mis-suċċessi tagħha kien il-hedging fuq ix- xiri taż-żejt.", "Jien ma nafx għalfejn hawnhekk ma nagħmlux l-istess, forsi għaliex responsabbli mill-Air Malta għandna l-istess expert tal-hedging taż- żejt!", "Sur President, jien nistaqsi jekk aħniex qed nibbażaw il-programm tas- sena d-dieħla fuq il-performance tal-lum.", "U jekk qed nagħmlu hekk fuq liema performance qed nibbażaw?", "Fuq dak li qed jgħid il-ministru ta' kemm morna tajjeb, jew fuq ir-realta`?", "Jekk il-performance tagħna għas-sena d-dieħla se nibbażawha fuq arrivals ta' 11.7% bed nights mod imma jekk se nibbażawha fuq ir-realta` fuq arrivals ta' 10.2 miljun bed nights mod ieħor għaliex imbagħad anke il-mira tagħna tinbidel.", "Jekk qed nimmiraw għal żieda ta' 3% fuq 11 million bed nights tiġi tant, imma jekk se mmorru fuq 3% ta' 10 million bed nights il-mira se tonqos.", "Jien naf li s-sena li ġejja m'hijiex se tkun waħda feliċi ħafna imma konvint li bl-isforzi tan-nies kapaċi li hemm fuq iż-żewġ naħat insibu s- soluzzjonijiet .", "Waħda mill-problemi li żgur se nkunu qed nirraċċjaw hija t-tnaqqis mis-suq Ġermaniż u rridu wkoll naraw x'se jiġri eżattament fis- suq Ingliż.", "Irridu naraw x'qed nagħmlu biex il-kompetittivita` tal-pakkett tagħna nġibuha aktar a favur tagħna u l-gvern irid jara li ma jibqax jinjora dawn il-problemi li qed insemmi llum.", "Hemm bżonn li nieqfu ngħajtu bir-records.", "L-isfortuna ta' dan is-settur hi li jekk it-turiżmu ilu 40 sena ż-żewġ naħat ilna 40 sena ngħidu bir-records: Kull sena jiġu records ġodda.", "U b'min qegħdin nidħku?", "Bil-kompetituri tagħna?", "Bit-turisti li jiġu hawn?", "Bin-nies tas-settur?", "Jiena ngħid li nkunu qed nidħku bina nfusna.", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li rriferejt għalih aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra u erba' ritratti li ntbagħtu minn turist Ingliż li juru l-istat żdingat fil-Qawra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li għad fadal huwa għall-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, wara li smajt ir-rimarki tan-naħa l-oħra naħseb li aktar nista' ngħid kemm huwa veru s-saying ta' \"I see my failures in your success\"!", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa li verament ħarġet biċ-ċar u se toħroġ biċ-ċar matul din id-diskussjoni fuq dan il-vot huwa li fil-qasam tat-turiżmu tan-naħa l-oħra jridu jaraw il-fallimenti tagħhom fis- suċċessi li qed jinkisbu minn din in-naħa, suċċessi li huma dovuti għal diversi fatturi, fosthom il-ħidma koordinata, l-impenn u l-viżjoni, u huma dovuti wkoll għal dik ix-xi ħaġa li tissejjaħ Unjoni Ewropea li jingħad x'jingħad qed tixprunana biex we put our house in order u b'hekk ikollna suq aktar aċċessibli u attraenti għat-turist.", "Sur President, it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea jingħata mportanza kbira.", "Hemm kważi 9 miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea dovuti għat-turiżmu u huwa mistenni li matul il-ħames snin li ġejjin din iċ-ċifra titla għal aktar minn 12-il miljun.", "It-turiżmu fl-Unjoni Ewropea jammonta għal 5.5% tal-GDP filwaqt li 30% tat-total external trade fl-Unjoni Ewropea ukoll huwa dovut għat-turiżmu.", "Is-sors prinċipali ta' l-oriġini tat-turiżmu fl-Unjoni Ewropea huwa proprju fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u s-sors prinċipali tad-destinazzjonijiet tat-turisti fl-Unjoni Ewropea wkoll huma l-pajjiżi fl- Unjoni Ewropea.", "Fl-Unjoni Ewropea hemm kważi 2 miljun kumpannija ngaġġati prinċipalment fl-industrija tat-turiżmu u 1.9 miljun oħra li huma SMEs.", "Huwa veru li l-Unjoni Ewropea m'għandhiex tourism policy per se bħalma għandha regional policy, environmental policy u social policy, pero` grazzi għall-inizjattivi li qed tieħu f'diversi oqsma li allura jinċidu fuq it-turiżmu jgħinu biex ikun hemm aktar turiżmu fi ħdanha.", "M'iniex se noqgħod insemmi kif fl-1986 waqqfet it-tourism advisory committee biex il- pajjiżi kollha rappreżentati fi ħdanu jkollhom skambju ta' informazzjoni ta' konsultazzjoni u lanqas ma jien se nsemmi dak li għamel it-DG 23 li hu d-DG responsabbli fl-intrapriża fi ħdan l-Unjoni li għandu unit partikolari fi ħdanu responsabbli mit-turiżmu, pero` jekk nieħdu x'ġara sax-xahar li għadda naraw kif il-kummissjoni Ewropea ippubblikat rapport biex proprju jkun hemm il-polz fuq il-qagħda ta' l-impjiegi u t-turiżmu u r- rabta bejniethom.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport ġew identifikati erba' oqsma prinċipali li qegħdin fuq l-aġenda prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea; li jkun hemm aktar skambju faċilitat, li jkun hemm taħriġ aħjar, li l-prodott turistiku jkun ta' kwalita` għolja u li tiġi promossa l-environmental protection.", "Dawn kollha huma affarijiet li jinċidu fuq it-turiżmu, bħal per eżempju l- politika ta' l-Unjoni fuq is-suq intern.", "Dan ifisser li għandek il-freedom of movement of services li allura jfisser li għandek il-freedom of establishment li Malta tkun tista' tgawdi minnu bi sħubija sħiħa.", "Hemm ukoll il-free movement of persons li jagħmilha possibbli li l- qualifications ikunu recognised anke fit-turiżmu.", "Hemm ukoll il-freedom of persons li jinċidi wkoll fuq il-customs controls, il-freedom of movement tat-turisti, il-visa policy u ċerti passport controls.", "Mhux bilfors li l- fatt li l-Unjoni għandha passengers charter ikollu effett fuq il-package holidays?", "Kif għandha wkoll effett l-environmental policy fejn fiha l- Unjoni tesiġi li l-pajjiż ikollu kwalita` ta' arja tajba, kwalita` ta' ilma għax-xorb tajba, li d-drenaġġ likwidu u solidu jiġi trattat kif suppost mingħajr ħsara għall-ambjent u li jkun hemm konservazzjoni tal-habitat naturali.", "Dawn kollha huma affarijiet li għalkemm m'humiex imniżżlin as such f'tourism policy, jinċidu fuq it-turiżmu.", "Hemm ukoll it-transport policy li titkellem dwar il-liberalizzazzjoni.", "Permezz ta' din il-policy, l-Air Malta tkun tista' tgawdi minn diversi freedoms, fosthom il-5th, is-6th u l-8th freedom services u anke ma tibqax marbuta ma' l-air services agreements li qed ixekkluha imma tkun tista' tibda tgawdi mill-benefiċċji tat-third package.", "Dawn huma affarijiet li fino in fondo jittrasmettu ruħhom f'iktar għażla għall-konsumatur, fi kwalita' aħjar u fi prezzijiet inqas.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq ir-regional policy.", "Jekk hemm xi ħaġa li l- Unjoni Ewropea hija famuża għaliha - din ta' min isemmiha u jensfasizzaha - hija l-fondi strutturali u l-fondi ta' koeżjoni.", "Dawn għandna bżonn baħar minnhom pero' neħduhom wara li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea u mhux qabel.", "F'pajjiżna għandna ħafna problemi ambjentali li ħallejnihom jakkumulaw matul is-snin u hawnhekk nixtieq insemmi l-Magħtab pero' grazzi għall- Unjoni Ewropea dawn inkunu nistgħu nindirizzawhom.", "Nixtieq insemmi affarijiet oħra bħat-toroq, is-social policy, id-direttiva fuq ix-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema taħt il-liġi ta' l-industrial labour law ta' l- Unjoni Ewropea, il-health and safety, l-Euro u l-vantaġġi li ġġib magħha, it-taħriġ u l-programmi ta' Leonardo u Socrates.", "Dawn kollha jfissru ambjent aktar attraenti għat-turist u aċċess aħjar u għarfien aktar ta' pajjiżna.", "Il-fatt li pajjiżna jkun membru ta' l-Unjoni Ewropea jpoġġih in the limelight.", "Per eżempju, niftakar li meta kelli x-xorti niltaqa' ma' ministru Portuġiż barra minn Malta dan qalli li matul is-sitt xhur li l- Portugal għamlet fil-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea kien ifisser baħar ta' opportunita' ta' investiment ġdid li qabel ma kellhiex.", "Dan ifisser li għal sitt xhur sħaħ dan il-pajjiż kien in the forefront tal-media internazzjonali u allura bbenefika u hekk ukoll jiġri lil Malta.", "Nixtieq insemmi wkoll il-biża' li l-barranin jiġu jaħdmu Malta u jeħdulna xogħolna fil-qasam tat-turiżmu.", "Din hija scaremongering tactic tan-naħa l- oħra pero' hemm bżonn li ngħidu x'inhi l-verita'.", "Per eżempju, x-xahar li għadda kien hemm laqgħa fi Franza tal-ministri tat-turiżmu tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi applikanti, u allura l-Ministru Refalo kien preżenti wkoll, fejn il-main complaint kien id-dearth, jiġifieri the lack of available manpower willing to join the tourism industry ranks.", "Dik hija l-verita'.", "Hemmhekk ingħad li l-Ġermanija biss qed titkarrab għal 200,000 impjieg fit-turiżmu minn barra u dawn xorta mhux qed issibhom.", "Dan ifisser li mhuwiex veru li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jiġu l-barranin hawnhekk b'paga ħafna inqas minn tagħhom.", "Ladarba qed insemmu l-Unjoni Ewropea rridu nsemmu wkoll il-moviment li hemm fi ħdan it-tour operators.", "Illum tista' tgħid li filwaqt li sa sentejn ilu kellek madwar erbgħa jew ħames mega operators joperaw, illum tista' tgħid li għandek tnejn jew tlieta.", "Issa l-Unjoni Ewropea qed tippjana x'inhuma l-long-term consequences ta' dawn l-iżviluppi u jekk aħna nkunu membri nkunu nistgħu ninfluwenzaw dan il-proċess ta' teħid tad- deċiżjonijiet li rridu jew ma rridux xorta waħda se jaffettwana.", "Ma rridux ninsew ukoll ċerti affarijiet li jimponu pajjiżi bħall- Ingilterra vis-a-vis pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Id- departure tax fil-pajjiżi tar-Renju Unit huma d-doppju jiġifieri jekk passiġġier ikun se jsiefer lejn pajjiż li mhuwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea se jħallas aktar.", "Issa forsi jekk ikun wieħed ma tantx tagħmel differenza imma jekk tkun familja ta' erbgħa jew sitta ovvjament ikun hemm differenza.", "Sur President, is-sena 2002 se tkun l-international year of eco-tourism.", "Naf li l-Ministru Refalo qed jaħdem ħafna biex ikollna aktar cultural u heritage tourism.", "Per eżempju, fuq il-website tal-mużewijiet tagħna għaliex m'għandux ikollna webpages bħalma għandu l-Louvre u r-Rijks Museum ta' l-Olanda ħalli dak li jkun ikun jaf kif inhu mqassam il-mużew u l- istorja wara kull tpinġija u skultura?", "Għandna tant teżori f'pajjiżna!", "Jekk fuq il-web pages tal-mużewijiet ta' l-arkeoloġija u ta' l-arti eċċ. nesponu dawn l-affarijiet, dak li jkun ikun jaf minn barra x'għandna attraenti billi sempliċement jagħmel double click fuq il-computer.", "Mela kulmin jaħdem fil-qasam fit-turiżmu jammetti li jaqblilna nidħlu fl- Unjoni Ewropea u ma tismax a dissenting voice, ħlief ta' l-oppożizzjoni.", "L- Unjoni Ewropea għandha miżuri biex tgħin l-SMEs, tinkoraġġixxi l- immodernizzar ta' l-industriji tat-turiżmu, tinkoraġġixxi turiżmu f'lokalitajiet fejn l-iżvilupp huwa nieqes, bħal miżuri għal titjib ta' akkomodazzjoni, faċilitajiet u attrazzjonijiet u tgħin fl-iżvilupp ta' intrapriżi relatati u taħriġ professjonali għall-ħaddiema.", "Għal dawn il- programmi hemm allokati Euro 7,000 miljun u Lm4 biljun biex jinqasmu bejn il-pajjiżi kollha.", "Aħna rridu li pajjiżna jkun membru bi dritt f'din l- Unjoni Ewropea għax b'hekk inkunu nistgħu nixorbu bi dritt minn dan il-bir ta' għajnuna.", "Jien dejjem ngħid li għandek tħares lejn il-passat għall-aspirazzjoni, għall-konfort u biex titgħallem mill-iżbalji li għamilt pero' huwa importanti li jkollok ukoll saqajk ma' l-art biex tħares 'il quddiem.", "Il- main concern tagħna huwa l-bidla li rridu nġibu f'dan il-pajjiż.", "Aħna rridu nġibu radical changes in essence u hemm bżonn inkomplu mexjin f'din it-triq biex l-għada tagħna nagħmlu aħjar mill-bieraħ.", "Aħna qegħdin fid- direzzjoni t-tajba u j'Alla għada pitgħada nkunu nistgħu ngħidu li lil Malta u Għawdex inkunu għamilnihom mekka ta' postijiet ta' kultura u postijiet li fihom isir ħafna sports u entertainment is-sena kollha.", "Grazzi ħafna.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, nibda billi ngħid li t- turiżmu huwa vitali għal pajjiżna u naħseb li llum il-ġurnata għandna biżżejjed statistika u informazzjoni biex inkunu nafu x'direzzjoni qed jieħu dan il-qasam.", "Naħseb li ma nkunx żbaljat jekk ngħid li wieħed mis-suċċessi tat-turiżmu f'Malta huwa marbut ma' l-aspett kulturali tagħna.", "Mill-figuri li għandna għad-dispożizzjoni tagħna ninnotaw li pajjiżna aktar qed jiġi mfittex għal affarijiet kulturali milli għall-baħar, għax-xemx u għad-divertiment.", "Fil-fatt dawn il-figuri jindikaw li mill-1989 sal-lum għamilna avvanzi kbar f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu kulturali.", "It-turiżmu kulturali huwa settur li mhux biss iġib nies intelliġenti u nies li japprezzaw aktar lil pajjiżna imma fil-verita' dan huwa assoċjat ma' turiżmu li jġib aktar flus lejn pajjiżna.", "U dawn il-flus ma jiġux biss fis-setturi tradizzjonali, jiġifieri fl-aspett ta' akkomodazzjoni jew fl-aspetti ta' l- ikel fir-ristoranti, imma jiġu wkoll għall-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kultura, bħall-kotba u souvenirs ta' Malta.", "Dawn l-affarijiet aktar jibqgħu rikordju minn sempliċement tixmixa.", "Naħseb li f'din id-direzzjoni mexjin tajjeb.", "Jista' jkun li għalija li nħobb ħafna l-kultura u li sifirt u dort ħafna pajjiżi mhuwiex biżżejjed u nixtieq nara aktar affarijiet f'din id-direzzjoni.", "Pero' min-naħa l-oħra, wieħed ma jistax ma jgħidx li f'ċerti setturi qegħdin nirreġistraw suċċess.", "Mr Chairman, insibu, per eżempju, li t-turiżmu li ġej mill-Ġappun huwa suċċess kbir.", "Fil-fatt fl-1989 ġew iżuruna 1,300 turist, fl-1996 kellna 2,950 turist u fl-1999 żaruna 6,396 turist.", "Huwa magħruf li l-maġġoranza tat-turisti Ġappuniżi qed jiġu hawn Malta għaliex aħna għandna numru ta' siti li huma klassifikati bħala world heritage sites.", "Ħafna nies ma jafux biżżejjed fuq l-importanza ta' din il-klassifikazzjoni li tingħata mill- organizzazzjonijiet tal-Ġnus Magħquda u li tqegħedna f'vantaġġ kbir fuq pajjiżi oħrajn li m'għandhomx biżżejjed informazzjoni fuq l-affarijiet kulturali li għandhom huma.", "Jidher li t-turiżmu mill-Ġappun qed jiżdied b'mod intelliġenti.", "Per eżempju, insibu li bejn Jannar u Ġunju ta' l-1999 kellna kważi l-istess ammont ta' turisti.", "Fil-fatt f'Jannar kellna 570 turist, fi Frar kellna 470 turist, f'Marzu kellna 718 turist u f'April kellna 530 turist.", "Dan ifisser li t-turist Ġappuniż qed jiġi hawn Malta fil-perijodu tax-xitwa.", "Barra minn hekk jidher ukoll li bis-saħħa tax- xogħol li qiegħed isir mill-awtorita' tat-turiżmu, qed ikollna għall-ewwel darba turisti Ġappuniżi li mhumiex qed jgħaqqdu l-Italja ma' Malta imma qed jiġu hawn Malta għal tapposta.", "Li dawn it-turisti jorbtu lil Malta ma' l- Italja diġa' hija xi ħaġa kbira għaliex jekk hemm pajjiż fid-dinja li huwa l-mekka tal-kultura huwa proprju l-Italja.", "Għalhekk huwa tajjeb aktar li t-turist Ġappuniż qed jiġi hawnhekk għal tapposta.", "Issa dan ma sarx f'daqqa waħda b'kumbinazzjoni li numru ta' turisti mill-Ġappun qed jitolbu biex jiġu hawn Malta.", "Dan kollu sar bil-ħidma tajba li għamlet l- awtorita' - din qabel kienet l-NTOM - fil-Ġappun, permezz ta' l-uffiċċju li għandha hemmhekk.", "Ta' min jgħid ukoll li nġiebu numru ta' ġurnalisti u tour operators hawn Malta u jidher li dan is-settur qiegħed jagħti r-riżultat tiegħu.", "Pajjiżna huwa mimli b'world heritage sites u allura għandna ħafna kultura x'noffru.", "Din it-trend mhijiex marbuta biss mal-Ġappun.", "Per eżempju, l- aktar turisti li huma kkonsidrati li għandhom viżjoni kulturali lejna huma dawk Franċiżi u Ġermaniżi.", "Fil-fatt fl-1989 minn Franza kellna 27,700 turist u fl-1999 kellna 73,000 u mill-Ġermanija fl-istess snin kellna 91,000 u 212,000 irrispettivament.", "Dawn huma kollha realtajiet li juru li pajjiżna qiegħed isir iktar destinazzjoni tal-kultura.", "Għalhekk hemm bżonn ninvestu aktar u nagħtu aktar attenzjoni għal dak li qed jiġri fil- mekkajiet, biex ngħidulhom hekk, tat-turiżmu.", "Per eżempju, hemm bżonn li nużaw ftit is-CD-ROM, hemm bżonn li fil-postijiet storiċi tagħna jkollna ħwienet li jbigħu kotba kulturali u ta' informazzjoni u souvenirs ta' kwalita' aħjar u hemm bżonn ukoll li f'dawn id-diversi postijiet nistallaw ftit audio visuals biex bniedem ikollu idea aħjar ta' x'qed jiġri u ma jiġrix.", "Dan jidher li sejrin għalih, għalkemm mhux daqshekk malajr daqskemm nixtieq jien.", "F'din id-dimesjoni wieħed irid jgħid ukoll li fil-Kottonera qegħdin naħdmu lejn dan ix-xogħol.", "Il-bieraħ kelli l-pjaċir infaħħar ix-xogħol tal- Kottonera rehabilitation u għalkemm tan-naħa l-oħra qed jgħidu li m'hemmx ħafna flus ivvotati, ħafna drabi l-ammont ta' flus mhumiex importanti.", "Wieħed irid iqis ukoll min se jagħmel ix-xogħol u d-dedikazzjoni li se jagħti għalih.", "Irridu naċċettaw ukoll il-fatt li għandna ħafna ħaddiema mal-gvern li huma kapaċi jagħmlu xogħol tajjeb, li huma nies ta' sengħa u li jagħtu kontribut.", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma ngħidx li t- twaqqigħ tal-ħajt tal-baċir Nru. 1 huwa pass tajjeb għat-turiżmu fil- Kottonera.", "Nixtieq insemmi wkoll l-Lm40,000 li se nonfqu biex nirrestawraw il-mina ta' Santa Liena.", "Ikun tajjeb li nsemmi wkoll ir- restawr tal-mina ta' Sant'Anna ġewwa l-Isla, t-twaqqigħ tal-knisja tas- Salvatur ġewwa l-Kalkara u l-bini mill-ġdid tagħha u ċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi għaliex hemm bżonn li jkollna iktar nies li jagħtu iktar kontribut f'din id-dimensjoni.", "Dan ifisser li wieħed ma jistax jgħid li l- gvern mhuwiex impenjat biex iżid it-turiżmu kulturali.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina.", "Aħna bħala pajjiż għandna ftehim maċ-Ċina dwar it-turiżmu u din is-sena l-ministru tagħna għamel pass għaqli u mar huwa wkoll iċ-Ċina biex iżid aktar ir-rapport tagħna maċ-Ċinizi għaliex skond dak li qed tgħid id-WTO, dan se jkun l- aktar pajjiż li se jibgħat numru ta' turisti madwar id-dinja.", "Allura hemm bżonn li aħna naħsbu f'aspetti oħrajn.", "Per eżempju, huwa importanti li aktar Maltin ikunu jafu ċ-Ċiniż u l-Ġappuniż.", "Meta għidtha din u għamilt mistoqsijiet parlamentari dwarha tan-naħa l-oħra irredikolawni u qalu li jien ma nafx x'qed ngħid.", "Aħna rridu nħarsu lejn il-futur ta' pajjiżna u naħseb li f'din id-dimensjoni rridu nifhmu kemm it-turiżmu jħalli aktar flus.", "Per eżempju, riċentement ġew f'idejja l-figuri mingħand l-ambaxxata Taljana tax-xogħol li qiegħed isir fl-Italja.", "Nista' ngħid, per eżempju, li fl-Italja l-mużewijiet qed idumu miftuħin sal-11.00 p.m., qed jaqilgħu aktar flus, qed jimpjegaw aktar nies u għandhom sistema elettronika.", "Illum mill-ministeru jkunu jafu siegħa b'siegħa kemm daħlu nies f'kull mużew, kemm minn dawn kienu tfal, studenti u anzjani, kemm daħħlu flus u kemm ikun hemm nies fuq il-post.", "Dan kollu juri li l-aspett kulturali jrendi l-flus.", "Per eżempju, jien iweġġagħni ħafna l-fatt li aħna naħsbu li l-affarijiet tal-kultura jinteressaw biss lil erba' akkademiċi li joqogħdu jieħdu pjaċir b'xi pittura jew b'xi ħaġa hekk.", "Dan mhuwiex minnu għax fid-dinja hawn ħafna nies li japprezzaw dak li aħna biss għandna.", "Irridu nifhmu li għalkemm aħna żgħar, għandna affarijiet li d-dinja kollha m'għandhiex.", "Issa jiddependi minna kif dawn l-affarijiet nesponuhom u jiddependi minna li l-mużew ta' l-arti u l-affarijiet kulturali li għandna fil-Belt inkabbruhom u nżiduhom.", "Per eżempju, aħna għandna l- Mattia Preti, il-Caravaggio, il-Guido Reni u lil diversi artisti li ħallew ħafna affarijiet sbieħ f'pajjiżna.", "Jien kultant jaqbadni swiet il- qalb meta naħseb x'nistgħu nkunu u x'ma aħniex.", "Pero' min-naħa l-oħra rrid nammetti li qed ninvestu fid-direzzjoni t-tajba.", "Jien nagħlaq billi nawgura li dan is-settur ikompli jagħtina aktar frott kif qiegħed jagħtina taħt it-tmexxija tal-Ministru Michael Refalo.", "Ta' min igħid li taħt idejh is-settur tat-turiżmu matul dawn s-snin kollha mexa b'passi kbar u b'suċċess għal pajjiżna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, ladarba jmiss lili biex nagħlaq dan id-dibattitu naħseb li huwa d-dover tiegħi li nirringrazzja lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni u lil sħabi ta' din in-naħa tal-kontribut li taw.", "Jien irrid ngħid li l-Onor.", "Vella tkellem b'ċertu realiżmu għax ma qalx il- verita' kif jaraha hu imma semma l-verita' kollha.", "Qabel nibda d-diskors tiegħi nixtieq nagħmel żewġ korrezzjonijiet żgħar biex ma noqgħodx nitħabat b'ħafna battibekki 'l hawn u 'l hinn meta naf li s-sena d-dieħla se jkollna dibattitu ieħor fuq il-budget ta' l-awtorita' Maltija għat- turiżmu.", "L-ewwelnett l-Onor.", "Vella żbalja meta beda jitkellem fuq ir-rapport ta' sena għax ir-riferenza li hemm fir-rapport hija għas-sena 1999 u mhux għall- perijodu bejn l-1999 u s-sena 2000.", "Issa dan ma jistax jiċħad li s-sena 1999 kienet sena record.", "Jiena realista wkoll u matul din is-sena, u anke riċentement, għidt it-tajjeb u l-ħażin u għidt ukoll li din is-sena ma kenitx se tkun sena faċli.", "Pero' jien kont nistenna mingħand il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni li dan jirrikonoxxi li din ma kenitx sena faċli u jsemmi r-raġunijiet għal dan.", "Ma nistgħux inqabblu lil Malta ma' pajjiżi oħra jekk il-kondizzjonijiet ma jkunux l-istess.", "Pero' llum smajna argument - dwar dan tkellimt fuq ir-radju u ktibt ukoll - li huwa żbaljat kompletament.", "L-argument kollu li għamel l-Onor.", "Vella kien fuq in-nuqqas ta' l-ammont ta' ljieli li qgħadu hawn it-turisti li joħroġ mill-istatistika tas-COS.", "Jien diġa' għedt li dak il-paragun ma jistax isir minn din is-sena għas-sena li għaddiet.", "Jista' jkun li naqsu l-iljieli u jien dan ma niċħdux pero' paragun bħal dak ma jistax isir.", "U l- Onor. Vella jifhimni għaliex huwa perit.", "Meta tibni argument tkun qisek qed tibni dar.", "Is-saħħa tad-dar tiddependi fuq il-pedamenti u s-saħħa ta' l-argument tiddependi fuq il-premessi.", "Issa meta jkollok premessa ħażina tkun qed iġebbed, iġebbed u ġġebbed u ma tasalx għal konklużjoni veritiera.", "Qed ngħid hekk għax illum l-Onor.", "Vella għamel ħafna argumenti li bihom seta' impressjona lil ħafna nies.", "Jien mhux qed ngħid li dan ma kienx realista f'ċerti affarijiet pero' kif diġa' għidt l-argument prinċipali kien nuqqas ta' 1 million guest nights u fuqhom fl-ewwel disa' xhur tas- sena.", "Issa l-Onor.", "Vella mhuwiex xi ħadd li ma jsegwix għaliex dan jindaga u l-affarijiet ikun qed jarahom.", "Imma allura possibbli qabżitlu n- news release tas-COS tat-18 ta' Lulju, 2000?", "Din tgħid li:", "\"The data being presented in this release was compiled from the arrival cards that tourists have to fill in upon their arrival.\"", "- hawnhekk qed nitkellem fuq accomodation u lenght of stay -", "\"Previous similar data was compiled from the departure cards, which however were removed as from the beginning of this year.", "In view of this the data being presented here is not comparable to that released previously.\".", "Jien nixtieq inżid li meta jien rajt dik id-differenza kbira ta' guest nights għamilt kuntatt mad-dipartiment ta' l-istatistika u d-direttur, li huwa bniedem rikonoxxut għall-iskjettezza tiegħu u li qala' tifħir mingħand l-Onor.", "Vella u mingħandi, irrispondieni hekk:", "\"Accommodation statistics in respect of this year, are not comparable to those in previous years.", "This was explained in a methodological note contained in our release number 51/2000 of the 18th July.", "Therefore it is not correct to compare this year's results with those obtained in 1999.", "It is also for this very reason that after explaining this, and as from this year and not from our last release, we started releasing this year's accommodation statistics on their own without any comparisons with 1999.", "Had we done so we would have misled our clients.\".", "Issa nispera li darba għal dejjem, kemm l-Onor.", "Vella kif ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - għaliex it-tnejn ġabu l-istess argument - jirrealizzaw li ma jistgħux jagħmlu dan il-paragun.", "Jien m'iniex qed niċħad li jista' jkun hemm nuqqas ta' guest nights għaliex irrid inkun realista, pero` ma tistax tagħmel dak il-paragun.", "U min jibni l-argumenti kollha tiegħu fuq dan il- paragun ikun qed jasal għal konklużjoni żbaljata u, kif qal id-direttur ta' l-istatistika, \"they would be misleading their audience\" - fil-każ tad-direttur il-klijent u fil-każ tagħna l-pubbliku.", "Ħalli nagħmel żewġ punti oħra.", "Sur President, dwar it-TOSS irrid ngħid lill-Onor.", "Vella li fl-1999 kien hemm dikjarazzjoni ċara mill-MHRA - u mhux mill-president - li hija taqbel mar-removal tat-TOSS.", "Rigward dak li qal li 33% tat-turiżmu qegħdin jeħduh is-self-catering apartments, irrid ngħid li dan m'hu veru xejn għaliex f'dawn it-33% hemm inkluż il-host families u l-akkomodazzjoni l-oħra kollha minbarra l-lukandi.", "Xtaqt issa nwieġeb għal dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fil-kritika tiegħu għall-budget - l-Onor.", "Vella jaħfirli li għall-mument m'iniex se nagħti l-attenzjoni lil dak li qal hu - fejn bħas- soltu ta l-impressjoni li donnu d-dinja bdiet f'Ottubru ta' l-1996 u x'sab qabel, kemm it-tajjeb u anke l-ħażin, ma jgħoddx.", "Sur President, jiena rrid infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li fl-1996 gvern Laburista sab lit-turiżmu jespandi f'dak li huwa investiment u mpjiegi.", "Infakkru wkoll li t-tnaqqis fil-volum li ġarrabna fil-1995 u fl- 1996 kien fenomenu ammess ukoll fl-economic survey ta' żmienu, liema fenomenu ħakem lill-Mediterran kollu.", "L-Onor.", "Sant qalilna li biex isolvi dawn il-problema kollha ħa passi qawwija.", "U x'kienu dawn il-passi qawwija li ħa?", "L-ewwel ħaġa li qal li kien naqqas kienu t-taxxi; fi kliem ieħor daħlu s-CET minflok il-VAT.", "Pero` dak li nesa jgħid l-Onor.", "Sant kien li l-VAT illum hija orħos għaliex hemm il-clawback li jistgħu jagħmluha l- operaturi u allura tiġi irħas mis-CET li kien introduċa hu.", "Qal ukoll li daħħal diversi inizjattivi ġodda bħall-golf course, il-cruise line business u l-yacht marinas.", "Rigward il-golf course irrid ngħid li l-brief li kien ħareġ fi żmienu ttieħed tista' ngħid kelma b'kelma mir-rapport li kont ikkummissjonajt jien fl-1993 u allura ma jista' jieħu ebda punt għal dik li hija oriġinalita`, imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fl-għerf u s- sapjenza tiegħu, iddeċieda li l-idea u politika kienu tiegħu u allura ma jista' jmerih ħadd.", "Rigward il-cruiselining irrid ngħid li l-Onor.", "Sant kien sab il-mollijiet lesti, l-awtorita` marittima mwaqqfa, programm ta' marketing għaddej u proġett tat-terminal mibdi.", "Li għamel tajjeb hu kien li kompla fejn ħallejna aħna, imma fis-sapjenza u l-għerf tiegħu, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ddeċieda li hu kien il-parrinu tas-suq tal-cruise liners u allura ma jista' jmerih ħadd.", "Imbagħad għal dak li jirrigwarda l-yacht marinas jekk kien qed jirriferi għal dak li ried jagħmel f'Ħondoq ir- Rummien naħseb li l-Għawdxin kollha jirringrazzjawna li ma komplejniex bi proġett bażwi bħal dak, imma jekk qed jalludi għall-proġett tal-Kottonera, li dwaru wkoll sab proċess mibdi u spiċċa rrokka fuqu u għarraq lill-gvern tiegħu miegħu, allura hija kwestjoni oħra.", "Jekk l-Onor.", "Sant jirnexxielu jifraħ u jiċċelebra bl-akbar disfatta politika ta' ħajtu hija affari tiegħu.", "L-Onor.", "Sant tkellem ukoll dwar it-tisbiħ ta' lokalitajiet u l-ftuħ ta' casino ġdid u hawnhekk fejn jien verament ngħid li l-predeċessuri tagħna għamlu passi tajbin.", "Pero` għall-kritika tiegħu fid-dewmien ta' ċerti proġetti, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li l-għaġġla xi kultant iġġib magħha l-problemi u jekk jistaqsi lill-Onor.", "Vella żgur li jinformah kemm ħallsu f'kumpens l-operaturi għaliex fis-sajf kien qed isir ħafna xogħol eċċ. Ħaġa oħra li jħobb isemmi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija t-tbagħbis fl- istatistika, imma filwaqt li l-istatistika li tkun turi li l-gvern f'ċerti oqsma ma tantx ikun mar tajjeb jew forsi jkun mar ħażin ukoll, jemminha għaliex tkun ġejja mis-sema, filwaqt li dik li tkun turi li mexjin tajjeb jew għamilna avvanz, fis-sapjenza u l-għerf tiegħu jgħid li hija mbagħbsa u ma jemminhiex.", "U rrid ngħid li waħda minn dawn l-affarijiet kienet eżattament l-istatistika li għadni kif ikkwotajt dwar l-iljieli kif ukoll it-twissija li għamel is-COS fl-istess pubblikazzjoni tiegħu u fir-rapport li għadni kif qrajt.", "L-Onor.", "Sant qal ukoll li meta ħadem ir-ratio ta' kemm żdied it-turiżmu sab li dan żdied b'ritmu inqas milli żdied fi żmienhom.", "Jekk inti tieħu l- paragun fuq sena għal dik it-tip ta' konklużjoni tista' tasal.", "Jien niftakar fi żmien meta kien spiċċa l-Labour wara l-1987 fejn it-turiżmu kien tela' bi 18% u anke b'20% imma jien ma noqgħodx nipparaguna b'dan il- mod.", "Il-paraguni trid tagħmilhom billi tieħu time span ta' għaxar snin u tara, per eżempju, jekk fl-aħħar sena t-turiżmu jkunx żdied bl-istess ritmu li jkun żdied bih fl-għaxar snin ta' qabel.", "Jekk nagħmlu dan il-paragun għal din is-sena nsibu li mhux se jkun hemm żieda fiċ-ċifri u ngħid għaliex.", "Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn il-prodott biss - jien naf li għandna nuqqasijiet fil-prodott u kif qal l-Onor.", "Vella nixba nħanbaq, ngħajjat, nixxenja u anke nagħmel mossi fil-pubbliku biex kulħadd ikun iktar aware li għandna bżonn intejbu l-prodott - imma rridu naraw x'fatturi barranin kien hemm li kkontribwixxew għan-nuqqas li kellna.", "Il-mod li tkellem bih il- Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa ta' xi ħadd li għalih dawn l-affarijiet ma jeżistux, jara biss il-premessi tiegħu u jinsa l-affarijiet li ġraw.", "L- iktar ħaġa li ma titwemminx li qal hija li t-turiżmu sejjer tajjeb fil- qasam ta' l-impjiegi għaliex gvern Laburista bena l-lukandi.", "Imma din min daħħalhielu f'moħħu?", "Lil min irid ibellagħha din il-ħrafa?", "Possibbli li l-Onor.", "Sant ma jafx li l-proġetti tal-Corinthia San Ġorġ, tal-yacht marina, tar-Radisson, tal-Hilton, tal-Waterfront, tal-Westin u ta' San Lawrenz kienu ilhom ġejjin mill-bidu tad-disgħinijiet meta jien kont responsabbli mit-turiżmu!", "Ma jiftakarx l-Onor.", "Sant kemm ikkumbattew u ġġieldu kontra li jingħataw artijiet bi prezz issussidjat biex jinbnew lukandi?", "Ma jiftakarx kemm ikkritikawni għaliex kont inħalli li jinbnew biss lukandi 5-Star?", "Mingħajr lukandi fejn konna se nraqqdu lid-delegati tal-Euro-Mediterranean Conference li dejjem jiftaħar biha?", "L-Onor.", "Sant jaf li l-konferenza saret f'Malta għaliex konna kapaċi nilqgħu id-delegati.", "Kieku ma kellniex lukandi 5-Star tajbin, kieku l-konferenza kienet issir band'oħra.", "Dik hija l-verita`.", "Sur President, jiena ma nafx x'ried ifisser l-Onor.", "Sant meta qal li għandna ministru b'idejh tat-tiben.", "Hawn min għandu idejh ta' l-azzar u hawn min għandu idejh tal-ħadid, pero` għall-grazzja t'Alla l-unika ħaġa li ma jistax jgħid li għandi hija jdejja mċappsin għalkemm uħud minn sħabu ppruvaw jgħidu dan ukoll u 'l quddiem niġi għaliha.", "Qalilna wkoll li aħna nqisu t-turiżmu bħala s-Cinderella.", "Din għalija hija gidba li tiġi mxejna bil-fatti anke billi wieħed sempliċement iħares lejn il-budget ta' din is- sena.", "Qatt daqs dawn is-sentejn - fil-fatt irrikonoxxiha anke l-Onor.", "Vella - ma ġew allokati daqstant flus biex it-turiżmu jiġġenera aktar negozju, aktar impjiegi u aktar dħul.", "Mhux talli t-turiżmu ma qisniehx bħala s- Cinderella talli stmajnieh ta' prinċipessa u ddotajnih b'miljuni kbar kif tassew jixraq lil bint ir-re.", "L-Onor.", "Sant qalilna wkoll li t-turiżmu staġna għaliex niżlet ir-rata ta' żieda fil-volum.", "Waqa' l-ass!", "Għalihom il-volum kien u għadu l-uniku kejl ta' suċċess.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf daqsi li din is-sena ma kenitx l-aktar sena faċli għat-turiżmu u jaf ukoll li ħlief għall-aħħar ġimgħat għall-grazzja t'Alla kien hawn il-paċi fil-Mediterran u għalhekk kulħadd kien miftuħ jikkompeti ma' xulxin.", "Fl-akbar swieq tagħna, jiġifieri l-Ingilterra u l-Ġermanja, kien hemm domanda inqas u ħafna kapaċita` żejda u jekk jistaqsi lil sieħbu l-Onor.", "Vella jgħidlu li anke Spanja marret ħażin.", "L-Onor.", "Sant jaf ukoll li operaturi kbar naqqsu l- programmi lejn Malta u tefgħuhom fejn għandhom aktar commitment ta' ajruplani u fejn għandhom investiment fil-lukandi, bħal fil-Greċja, fil- Baleari, fit-Turkija u f'Ċipru.", "Żewġ fatturi oħra li għenu biex l- affarijiet ma jmorrux daqstant tajjeb kienu ż-żieda fil-prezz taż-żejt u d- djufija tal-Euro.", "Minħabba dan ta' l-aħħar tlifna aktar minn 10% tas-suq u sibna ruħna żvantaġġati ħafna fil-mass market fejn jgħodd ħafna l-livell tal-prezz.", "Minkejja li l-Onor.", "Sant jaf li l-ebda wieħed minn dawn il- fatturi ma jiddependi mill-gvern, xorta ma jgħidux għaliex ma jaqbillux.", "Sur President, minkejja dawn il-fatturi negattivi kollha għandi l-pjaċir inħabbar li sa l-aħħar ta' din is-sena l-industrija tat-turiżmu se jirnexxilha żżomm il-kisbiet li għamlet is-sena l-oħra.", "Il-probabbilta` hi li se jkun hemm tnaqqis f'dak li huwa volum u jista' jkun li jkun hemm tnaqqis marġinali wkoll f'affarijiet oħra, pero` wieħed dejjem irid jiftakar li allavolja s-sena 2000 m'hijiex se tkun tajba daqs l-1999, xorta waħda hija aħjar mis-snin li tant iffanfraw bihom meta kienu fil- gvern huma.", "U allura minflok jittimbra din is-sena bħala waħda ta' staġnar u jtellef il-kuraġġ lil min tant stinka biex jegħleb l-isfidi tas-suq li ma jiddependux minnha, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni missu jissieħeb miegħi u jifraħ u jagħti prosit lil min ta sehmu biex din is-sena spiċċat rebbieħa fost ir-rebbeħin.", "Jien minn hawnhekk nirringrazzja lil kulmin għen biex din is-sena t-turiżmu ma jmurx lura.", "Ma nistax ngħid li għamilna xi avvanzi meraviljużi għaliex ħadd ma jemminni, kif ħadd ma jemmen lill-Onor Vella meta jgħid li kollox mar ħażin.", "Sur President, li naqsu jsemmu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Onor Vella huwa x'kienu jagħmlu huma fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Naqsu jgħidulna x'viżjoni, pjani u strateġija jipproponu biex jegħlbu l-isfidi tas-sena 2001.", "L-Onor.", "Vella tana notice li kien se jgħid xi ħaġa fuq is-sena 2001 imma forsi ma kellux il-ħin - ikollu opportunita` darb'oħra f'din il-Kamra li jgħidilna - imma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni beda d-diskors tiegħu fuq it- turiżmu u żgur li ma jistax jgħidilna li ma kellux ħin jgħidhom dawn l- affarijiet.", "Minn dan kollu joħroġ li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew tant hu maqtugħ mir-realta` - u m'iniex ngħid dawn l-affarijiet hawnhekk għaliex għandi l-privileġġ parlamentari imma għedthom barra u anke niktibhom - li ma jafx x'qed jiġri, jew qed ibati minn amnesija kbira u nesa l-fatti, jew inkella jaf x'qed jiġri, jaf il-fatti u qed idawwarhom u jbagħbashom tant li dak li qed jakkuża lil ħaddieħor bih qed jagħmlu hu.", "L-Onor.", "Vella fl-1 ta' Diċembru ħareġ stqarrija - jien smajtha biss fuq l- istazzjon tal-PBS u l-kopja li għandi m'għandhiex il-firma ta' l-Onor.", "Vella - permezz tad-dipartiment tal-propaganda tal-Partit Laburista fejn fost affarijiet oħra qal tliet affarijiet li fl-opinjoni tiegħi ma missux qalhom.", "L-ewwelnett ġab il-paraguni tan-numru ta' ljieli meta jaf, għaliex diġa` għedtha jien fil-pubbliku u qalha wkoll is-COS, li dan ma jistax isir, żeffen fin-nofs il-passiġġieri tal-cruiseliners meta jaf li lanqas meta kien ministru hu ma kellu responsabbilta` jew xi voce in capitolo f'dawn l-affarijiet ħlief fil-kabinett, u meta qabbel id-dħul per capita - ħaġa li reġa' għamilha llum - qal li d-dħul naqas bi Lm11.", "Dan mhux veru u jien nistiednu jagħmel riferenza għal table 5.7 li hemm fl- economic survey li turi li d-dħul mhux bi Lm11 kull ras naqas imma b'inqas minn Lm5.", "Fid-diskors tiegħu Onor. Vella tkellem ftit fuq il-djufija tal-Euro u jaf ukoll li żdiedu l-conference and incentive holidays u l-weekend breaks.", "Huwa veru li meta tkun qed tagħmel repositioning, ristrutturar u tibdil fil- focus tat-turiżmu - affarijiet li ma jsirux minn ġurnata għall-oħra kif qal hu imma imma jrid ikun hemm proċess ongoing - jista' jiġri li jkollok nuqqas ta' ljieli, imma suppost ikollok revenue aħjar.", "Fl-istqarrija tiegħu l-Onor.", "Vella kompla jgħid li hemm disfatta fit-turiżmu, qagħda mwiegħra u li aħna qegħdin nippruvaw ngħattu r-riżultati negattivi li qed ikun hemm, imbagħad jiġi hawnhekk u jgħid li jien il-ħin kollu ngerger, il- ħin kollu nixxenja u nikkritika fejn għandna n-nuqqasijiet!", "Jiena l- problemi tas-settur ma naħbihomx anzi nagħmilhom ċari għaliex irrid li n- nies ikunu jafu x'qed jiġri.", "Irrid li n-nies jirrealizzaw li għandhom rwol fit-turiżmu u rridhom jagħtu l-kontribut tagħhom.", "F'pajjiżna hawn 'il fuq minn 90% li jemmnu li t-turiżmu huwa essenzjali għall-pajjiż imma ma nafx kemm minnhom jaħsbu meta jkunu qed jagħmlu xi ħaġa li tħassar it-turiżmu.", "Meta tkellem, l-Onor.", "Vella ma tana l-ebda alternattiva.", "Jien naraha bħala nuqqas ta' serjeta` li niġu hawnhekk nikkritikaw biex ngħidu li kkritikajna.", "Hu jaf li fejn il-kritika tkun vera, nilqagħha u naħseb dwarha u anke nieħdu riżultati.", "L-Onor.", "Vella jaf ukoll li dak li jagħmel tajjeb ħaddieħor jiena nżommu u nipprova nibni fuqu għaliex dak li hu tajjeb, tajjeb, end of story.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn r-riżultati - u nerġa' nidħol fuq il-kwestjoni tal-guest nights - naraw li għal dawn l-aħħar seba' snin kellna biss bejn 11 and 12 million guest nights.", "Fl-opinjoni tiegħi dik hija sitwazzjoni ta' staġnar u nagħmlu x'nagħmlu donnu ma nistgħux ninqalgħu minnha.", "Għalhekk huwa mportanti, kif għedt ukoll fil-konferenza annwali ta' l-MTA, li b'xi mod ninqalgħu minn din il-plateau.", "Jiena nemmen li jekk ma nsibux mezz kif ninqalgħu m'għandna l-ebda tama għall-espansjoni kwanlitattiva u kwantitattiva sostanzjali, espansjoni li għandna bżonn anke għall-istess vijabilita` tal-lukandi li għandna u li se jkollna.", "L-Onor.", "Vella semmielna ħafna figuri imma figura li missu semmielna hija li fit-22 xahar li għamel ministru l-bord approva żieda ta' kważi 5,000 sodda u allura ma jistax joqgħod jitfa' t-tort fuq ħaddieħor għaliex is- sitwazzjoni fil-lukandi m'hijiex tajba.", "Jien ngħid li n-numru ta' turisti li jżuruna - u hawnhekk fejn semmejt l-Unjoni Ewropea u nerġa' nsemmiha biex kulħadd jifhimni - jiddependi prinċipalment min-numru ta' aircraft seats għal Malta għaliex filwaqt li wieħed jista' jsuq mill-Ġermanja għar- Repubblika Ċeka, jew minn Spanja għal Franza, ma jistax jagħmel l-istess għal pajjiżna.", "Aħna fis-sajf niddependu fuq il-catamaran u xi żewġ vapuretti li jaqsmu bejn Malta u Sqallija u matul is-sena kollha fuq it- trasport bl-ajru.", "Allura bilfors li ċ-ċavetta qiegħda fin-numru ta' aircraft seats.", "U allura s-sitwazzjoni hija kif se nsolvu din il-problema.", "Jien ngħid li, allavolja għandna l-Alitalia, il-Lufthansa, is-Swiss Air u l-British Airways li jisservisjaw ir-rotta ta' Malta, l-unika linja ta' l- ajru li verament għandha l-interess ta' dan il-pajjiż hija l-Air Malta.", "Mela ċ-ċavetta hija kif se nisganċaw lill-Air Malta mis-sitwazzjoni li tinsab fiha speċjalment fl-Ewropa.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi għadu kemm semma' xi figuri f'dan ir-rigward imma jien irrid inżid ngħid li 84% tat-turisti tagħna jiġu mill-Ewropa, jiġifieri dawn huma l-iktar swieq importanti tagħna.", "Bħalissa m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Air Malta tinsab imxekkla b'ħafna air service agreements li jorbtuha u jżommuha milli tespandi u tgawdi l- benefiċċji li qed igawdu r-rivali tagħha.", "B'Malta fl-Unjoni l-Air Malta tkun tista' tgawdi mill-benefiċċji tat-third package - naturalment mhux mill-ewwel tibda tgawdihom ħalli nitkellmu ċar - u almenu jkollha ċ-ċans li tkabbar il-potenzjal, ma tibqax tallaba ta' ħaddieħor kif inhi llum, u tkun tista' ittir bi dritt, tiġbor il-passiġġieri bi dritt u toffri servizzi bi dritt.", "Nerġa' ngħid li ċ-ċavetta għall-espansjoni meħtieġa fit-turiżmu - u l-argument tiegħi hekk irid isir mhux kif ġie spjegat mill- Onor. Vella - sabiex din l-industrija tikber hija s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "U f'dak il-kontest li jien għedt hekk mhux biex nirranġaw l- ambjent jew il-marketing.", "Iċ-chances ta' espansjoni qiegħed biss fil-fatt li jkollna aktar liberalizzazzjoni fl-ajru.", "Sur President, għedtha kemm-il darba f'din il-Kamra u anke ktibtha, li xi darba ta' l-oppożizzjoni għandhom jiġu hawnhekk u jgħidulna x'viżjoni għandhom huma għat-turiżmu mhux billi noqogħdu ngħajtu bl-islogan - għaliex issa slogan ħareġ mill-aħħar diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Kif jaħsbu li għandha tinħall minn dan l-irbit l- Air Malta?", "Hemm bżonn juruna kemm huma realisti u x'kienu jagħmlu f'ċirkostanzi simili biex l-industrija joffrulha suġġerimenti u anke element ta' leadership.", "Jien ma ngħidx li l-Onor.", "Vella ma jurix ftit element ta' leadership - anke llum urieh - imma x'inhi l-party policy?", "Xi triq se jieħdu li aħna ma nistgħux neħduha?", "Hawnhekk la nisimgħu xejn fuq realiżmu, la fuq viżjoni, la fuq leadership, la dwar soluzzjonjiet u lanqas dwar proposti alternattivi.", "Kritika nisma' ħafna u hemm ċertu kritika li I take on board u anke nipprova nikkoreġi fejn ikun hemm xi ħaġa ħażina, imma jekk l-argumenti kollha jkunu mibnija fuq premessa żbaljata allura dik il- kritika ma tkunx treġi.", "Imma issa ħalli nieqaf hawnhekk fuq dawn l- affarijiet u nsemmi xi ħaġa dwar il-miżuri strateġiċi li fil-fehma tiegħi se jkunu determinanti għar-repositioning u għar-ristrutturar ta' l- indusrtija, sewwa ta' dak li għandu x'jaqsam ma' promozzjoni, kif ukoll ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp tal-prodott, pjanifikazzjoni u riżorsi umani.", "Kif nafu lkoll, din is-sena fil-vot kapitali tal-ministeru hemm Lm8.5 miljun ipprovduti għall-awtorita`.", "Il-gvern iddeċieda li għas-sena 2001 lil din l-awtorita` - li l-Kap tal-Oppożiżjoni jgħidilna li nittrattawha ta' Cinderella - jipprovdiha bi Lm8.5 miljuni biex tagħmel promozzjoni, issaħħaħ ir-riżorsi umani u tagħmel il-progammi li jkollha bżonn u ntrabat ukoll li jgħaddilha l-istess ammont kull sena għat-tliet snin ta' wara.", "U xi jfisser dan, Sur President?", "L-ewwelnett ifisser li l-gvern qed jirrikonoxxi s-siwi u l-importanza tat-turizmu, it-tieni nett li l-gvern qed jirrikonoxxi li biex l-industija tista' titmexxa bis-serjeta` jenħtieġ ippjanar bil-quddiem, u t-tielet nett li l-gvern għandu stima kbira lejn kulmin jaħdem fit-turizmu.", "Permezz ta' dawn il-flus illum l-MTA qiegħda fis-sitwazzjoni li tista' tippjana kampanji ta' marketing, ta' promozzjoni u ta' pubblicita` għat-tul u minn hawnhekk nista' nħabbar li l-MTA dalwaqt tinawgura uffiċċju ġdid ġewwa Brussels u beħsiebha tiftaħ ieħor fl-Isvizzera.", "Għal dan il-għan qegħdin jissaħħu l-kampanji pubblicitarji u l-promozzjoni fis-swieq prinċipali u anke sekondarji.", "Ta' min wieħed ifakkar ukoll li din iż-żieda ta' 48% fil-vot għal din l-industrija - u hawnhekk nerġgħu nipprovaw kemm m'hijiex is-Cinderella kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - ġie fi żmien meta l-flus huma skarsi.", "Dan ma ftehemniex fuqu fl-aħħar minuti imma ftehemna fuqu f'April li għadda għaliex kien hemm bżonn li l-MTA tkun taf x'se jkollha din is-sena u s-sena ta' wara biex tabilħaqq tkun tista' tippjana għat-tul.", "Infakkar ukoll li apparti min hekk, l-MTA giet meħlusa mill-piz ta' kważi Lm3 miljun dejn li kellha l-NTOM li l-biċċa l-kbira tiegħu kien ġej mit-tħaddim tat-TOSS.", "Jiġifieri altru li dan is-settur m'huwiex is-Cinderella.", "Aħna m'għamilniex bħalma għamel il-gvern ta' qabel li wegħedha ċertu ammont imbagħad ma tahulhiex.", "Dawn kienu qalu li kienu għamlu hekk għaliex dak iż-żmien is-sitwazzjoni tal-kambju kienet favorevoli, imma xorta waħda l-MTA wara kellha ġġorr il-pizijiet ta' l- NTOM, liema piżijiet ħfirnihomlha aħna.", "Sur President, pedament importanti fl-industrija tat-turiżmu huwa l- isħubija li jrid ikun hemm bejn is-settur pubbliku u dak privat.", "Kulħadd jaf li kważi n-nies kollha li tqiegħdu fil-boards u fid-direttorati ta' l- MTA ġejjin mis-settur privat.", "Huwa importanti li l-expertise tal-privat jitħallat ma' dak pubbliku biex jekk forsi din is-sena skond l-Onor.", "Vella l-affarijiet ma marrux tajjeb daqskemm xtaq hu, jien u kulħadd, is-sena d- dieħla, bl-għajnuna ta' kulħadd miċ-chairman 'l isfel, inkunu nistgħu nagħmlu avvanzi ikbar.", "Pero` li huwa żgur hu li l-awtorita` fehmet - u hawnhekk forsi nirrispondi lill-Onor.", "Vella - li trid tinżamm ċerta relattivita` bejn il-kontribut li jagħti s-settur pubbliku u l-kontribut li jagħti s-settur privat, u għalkemm kif għedt, l-awtorita` hija komposta kważi kollha mis-settur privat, jiena għandi proposta quddiemi għal żieda fil-kontribuzzjonijiet, liema proposta jiena lqajtha u se tiġi fis-seħħ fl- 2001.", "Xtaqt pero` niċċara xi affarijiet.", "L-ewwelnett il- kontribuzzjonijiet tas-settur privat ilhom ma jinbidlu mill-1984 u t-tieni nett, minn dak iż-żmien 'il hawn il-gvern żied il-kontribuzzjoni tiegħu b'aktar minn 17-il darba.", "Irrid ngħid ukoll li dawn il-flus m'humiex sejrin fil-kaxxa ta' Malta imma sejrin fil-kaxxa ta' l-MTA biex din tkun tista' tkompli ssaħħaħ il-programm tagħha.", "Aħna m'aħniex se nżidu l-ħlas tal-liċenzji, pero` wara 16-il sena l-privat se jiġi mitlub jagħmel kontribut akbar, ħaġa li anke l-inflazzjoni stess titlobha.", "Fil-biċċa l- kbira tagħhom, dawn l-affarijiet ġew miftehma mar-rappreżentanti tas-settur privat.", "Deċiżjoni strateġika oħra li ttieħdet matul is-sena u li kienet diffiċli imma neċessarja, kienet li ninqalgħu mis-sistema tas-TOSS safejn din tfisser ħlas ta' sussidji lill-operaturi Ingliżi.", "Diġa` għedt u nerġa' ngħid li din il-kwalita` ta' state aid m'hijiex permessa fl-Unjoni Ewropea - din hija parti tad-diskors tiegħi li kienet ippreparata, voldieri ma kellix bżonn nistenna l-imbekkata ta' l-Onor.", "Vella biex nerġa' nirrepetiha - u allura d-dħul ta' Malta fl-Unjoni jfisser li jkollna nżarmaw l-iskema.", "Iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom l-aktar tort tad-dgħjufija tal-Euro u s- saħħa ta' l-isterlina wassluna sabiex naħsbu li aħjar inżarmaw l-iskema qabel ma l-din iżżarma lilna.", "Imma jien qatt m'għedt li nfaqna Lm7 miljun jew it-Lm8 miljun imma għedt li biex inkunu verament kompetittivi u nieħdu in konsiderazzjoni l-iżvalutar tal-Euro, is-sitwazzjoni ta' l-inflazzjoni fis-swieq kollha kompetitturi tagħna u nagħmlu rata verament kompetittiva kien se jkollna nonfqu bejn Lm7 miljun u Lm8 miljun minflok il-ftit aktar mill-Lm4 miljun li qed nonfqu bħalissa.", "Jiġifieri apparti mill-fatt li l- Ewropa ma taċċettahiex, anke kieku taċċettaha, il-verita` hi li kien se jkollna nwaqqfuha għaliex ma nistgħux naffordjawha.", "Verita` oħra li rriżultatilna dwar it-TOSS meta ddiskutejna ma' l- operaturi sew kbar kif ukoll żgħar - anke jekk ma qaluhiex ċar u tond - kienet li anke dawk li ħadu s-sussidju ma applikawhiex f'roħs ta' btajjel lejn Malta.", "M'hemmx dubju li meta din l-iskema ġiet introdotta kien hemm bżonnha u kienet salvat it-turiżmu għaliex dak iż-żmien kellna aktar minn 70% tat-turiżmu bbażat fuq is-suq Ingliż, iżda llum is-sitwazzjoni nbidlet.", "Pero` xorta waħda m'hijiex se titneħħa ħesrem din l-iskema u bħala l-ewwel pass qed jiġi negozjat perijodu transitorju ma' l-Unjoni Ewropea li jista' jwassal sa l-2004 u fil-frattemp se titħaddem skema b'format differenti.", "Minn sussidju fuq rata ta' kambju se naqilbu għal premju dirett lill- operaturi Ingliżi li parti minnu jkun performance-related, voldieri li jitħallas jekk it-tour operatur jilħaq it-targets miftehma.", "Qed ngħid ukoll li qed noffru inċentiv ta' premju akbar lil dawk l-operaturi li jirnexxilhom ikabbru l-programmi tagħhom lejn Għawdex.", "L-iskema se titħaddem bi ftehim kummerċjali one-to-one bejn l-awtorita` u kull operatur, jiddependi x'joffri l-operatur, x'għandna bżonn mingħandu u allura x'nistgħu naffordjaw li nagħtuh.", "F'ħafna każi diġa` ntlaħaq ftehim, pero` ma' operaturi oħrajn bħal, per eżempju, t-Thomson għadna ma lħaqnix ftehim.", "Lili qed jgħiduli li bil-ftehim jew mingħajru jidher li l-iskema qed tingħoġob tant li qed jgħidu li Thomson qed jippjanaw biex ikabbru l- programm tagħhom b'7,000 oħra għax-xitwa 2001-2002.", "Jiena ngħid li dan huwa sinjal inkoraġġanti li jixhed il-ħidma ta' l-MTA li l-pubbliċita` kollha li saret fir-Renju Unit, inkluż dik fuq il-television - li se terġa' tirrepeti ruħha - u l-mijiet ta' ġurnalisti u aġenziji li ġibna Malta, fil- fatt qed tħalli l-frott.", "Ċertament li ħalliet il-frott fis-sajf għaliex jien ngħid li peress li l-programmi kienu ilhom miftiehma li jaqtgħuhom minn xi 18-il xahar ilu, din ix-xitwa fil-fatt ġarrbu nuqqas u jirriżulta li f'Novembru se nibdew inħossu n-nuqqas mis-suq Ingliż.", "Għalhekk nerġa' ngħid - kif qal ukoll l-Onor.", "Vella - li jien qatt ma stajt nifhem għaliex qed nonfqu tliet kwarti mill-budget tagħna fuq terz jew kwart tat-turisti li jiġu.", "Jiena ngħid li ma kenitx deċiżjoni faċli li nneħħu l-iskema tat-TOSS imma we had to bite the bullet u ħadniha.", "U meta ngħid \"ħadniha\", insostni s-sehem u l-appoġġ ta' l-għaqdiet prinċipali fil- qasam tat-turiżmu.", "Irridu niftakru wkoll - din għadu kif qalha l-Onor.", "Jason Azzopardi - li kif Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, id-departure tax ogħla li timponi l-Ingilterra fuq il-pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea, minn April li ġej se togħla u bi sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea l-prezzijiet ta' pakkett ta' btala mill-Ingilterra lejn Malta jonqsu b'minimu ta' £15 u b'massimu ta' £35.", "Jiena ngħid li din ukoll hija raġuni valida li se jikkunsidraw l-operaturi turistiċi meta jiġu biex jitfgħu l-vot tagħhom fir-referendum għal sħubija fl-Ewropa.", "Pass ieħor importanti li ħadna kien il-ftehim li ntlaħaq ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar dwar l-ipproċessar ta' applikazzjoni ta' żvilupp ta' proġetti.", "Aħna nikkalkulaw li quddiem il-planning authority hemm madwar Lm40 miljun f'valur ta' proġetti għal żvilupp fit-turiżmu u m'iniex qed nitkellem biss fuq lukandi imma anke fuq golf courses li naf li ġie ppreżentat l-EIA ta' tnejn minnhom.", "Jiena lanqas ngħid li l-fatt li t- turiżmu issa se jkollu vuċi bilfors iridu jgħaddu dawn il-proġetti kollha, anzi ngħid li wieħed irid joqgħod attent xi proġetti jawtorizza u ma jawtorizzax, pero` dan huwa ftehim li wasal għaliex l-awtorita` ta' l- ippjanar irrealizzat li ma kellhiex l-expertise fit-turiżmu u allura meta ġiet biex tieħu d-deċiżjonijiet stiednet lill-MTA u lill-esperti tat- turiżmu biex jgħinuha tieħu deċiżjoni nformata.", "Jiena nerġa' nieħu l- okkażjoni sabiex minn hawnhekk nirringrazzja liċ-chairman tal-planning authority u lil sħabu tal-koperazzjoni.", "Mal-planning authority ħadna ħafna deċiżjonijiet oħra li għalkemm ħafna nies jaħsbu li huma żgħar għandhom effett aktar wiesa'.", "Insemmi, per eżempju, il-projbizzjoni ta' xogħol daparti tal-gvern f'lokalijiet turistiċi fix-xhur tas-sajf, li l-kuntratturi privati ma jibdewx jaħdmu qabel id-9.00 a.m. u jieqfu fis-7.00 p.m. u li ma jkunx permess ix-xogħol ta' kostruzzjoni fil-festi u fil-Ħdud.", "Mal-planning authority ikollaborajna wkoll fuq diversi proġetti bħal, per eżempju, il-brief tal- White Rocks fejn iż-żieda ta' sodod ħdejn dak li kien hemm se jkun moderat iżda l-bidla u t-tiġdid tal-prodott se jkun sostanzjali.", "Kif wegħedna mexjin bi proċess trasparenti u f'kull stadju d-dokumentazzjoni qiegħda miftuħa għall-iskrutinju pubbliku u bħalissa wasalna fi stadju li niddiskutu l-kondizzjoni tal-bid bond mal-Konsorzju San Andrea.", "Sur President, li huwa stramb huwa kif meta bdew in-negozjati mas-SIVA, l- oppożizzjoni qajmet ħafna plejtu u issa waqgħet fil-muta.", "Kien hemm min għamel insinwazzjonijiet ta' kull xorta, saħansitra kellna minn qal li beħsiebu jiżvela kollox għaliex jaf kollox u waqgħu fl-agħar abbissi.", "U min isegwi il-programm immexxi mill-Viċi President tal-Partit Laburista - li jien ngħidlu \"katusa tad-drenaġġ\" - jaf li dan qal li kien qed ixomm l- irwejjaħ tal-korruzzjoni u tat-tbagħbis.", "Min jaf kienx qed ixomm l- irwejjaħ li kien qed jagħmel huwa stess!", "Kellna oppożizzjoni li talbet inkjesti meta mingħajr ebda skruplu laqgħet għandha dokumenti misruqa u sserviet bihom.", "Wara li skwalifikajna l-ewwel konsorzju għaliex dehrilna li l-offerta ma kenitx skond is-sejħa waqa' silenzju perfett.", "Min jaf għaliex waqa' dan is-silenzju?", "Kulma naf hu li kien hemm min ipprova jħammiġni bit-tajn tal-kalunji, imma minflok ħamġu lili t-tajn weħel ma' jdejhom.", "Mal-planning authority ħidma wkoll fuq il-marine aquarium tal-Qawra u hekk kif tissolva problema żgħira dwar proprjeta` ta' roqgħa art, il- proġett jinħareġ bl-offerti.", "Ħdima wkoll dwar il-proġett ta' l-estensjoni tar-ramla ta' San Ġorġ.", "Issa tlesta l-EIA u qed nistennew ir-reazzjoni ta' l-istess planning authority.", "Ma' l-approvazzjoni tiegħu beħsiebna nvaraw private finance initative biex filwaqt li l-proġett jibqa' fid-dominju pubbliku - ngħid minn hawnhekk li m'aħniex se nagħtu beach concessions - jinħadem u jiġi ffinanzjat mill-privat.", "Kelli okkażjoni nitkellem ma' ħafna nies li għandhom interess f'dik il-lokalita` u għandi l-pjaċir ngħid li unanimament qablu u jridu jidħlu għal dan il-proġett.", "Mal-planning authority ikkollaborajna wkoll fit-tourism topic study kif ukoll mal-carrying capacity study liema studju wassalna biex nagħżlu xenarju li jaħseb għal żvilupp kontrollat u wassalna wkoll sabiex nadottaw bħala strateġija u nħaddmu politika li timmira għal żvilupp sostenibbli.", "Huwa għalhekk - hawnhekk forsi nagħti risposta għal dak li qal l-Onor.", "Vella - li taħt l-Investment Promotion Act li għadu kif ġie ppubblikat l- ġimgħa li għaddiet, m'aħniex se nintroduċu inċentivi għal bini ta' lukandi imma minflok l-inċentivi li se nipproponu se jiċċentraw fuq żvilupp ta' faċilijiet, proġetti ambjentali ta' tisħiħ u oħrajn li jsaħħu t- tradizzjonijiet u l-identita` nazzjonali tagħna.", "L-Onor.", "Vella qal li ma jaħsibx li l-kumitat inter-ministerjali huwa importanti.", "Jien naħseb li dan anzi huwa importanti ħafna għaliex meta tgħid kumitat ministerjali ma jfissirx li jkollok kumitat tal-ministri imma kumitat b'rappreżentanza minn kull ministeru.", "Jien m'iniex se noqgħod nelenka x-xogħol li jagħmel dan il-kumitat għaliex jirriżulta mir-rapport tiegħi pero` rrid ngħid li s-sena d-dieħla fuq dak li ħareġ beħsiebna nvaraw programm ta' titjib bażiku għal Paceville.", "Rigward l-ITS irrid ngħid ukoll li fil-qasam tar-riżorsi umani - fejn apparti l-ITS li jieħu ħsieb it-taħriġ twaqqaf ukoll id-direttorat ta' l- MTA - ninsab f'sitwazzjoni li nħabbar l-ewwel riżultat ta' survey jew tracer study li qiegħed isir mill-istess ITS.", "Fl-istess ħin l-MTA qed tħejji manpower audit ta' ħteġijiet ta' l-industrija għas-snin li ġejjin.", "Mit-tracer study li għadni kif semmejt irriżulta li 65% ta' l-istudenti li ggradwaw mill-ITS mill-1988 sal-lum għadhom jaħdmu f'din l-industrija.", "Irrid ngħid li dan jipparaguna tajjeb ħafna ma' dak li qed jiġri fl-Ewropa fejn jibqgħu biss bejn 20% u 25% ta' dawk kollha li jiggradwaw jew jgħaddu ż-żmien ta' l-apprentistat.", "Tkellem u kiteb ukoll l-Onor.", "Bartolo dwar li mhux kulmin huwa kkwalifikat isib post fl-ITS.", "Sfortunatament din hija verita` llum daqskemm kienet verita` fi żmienhom u għalkemm il-korsijiet kollha jkunu oversubscribed, dak tal-food and beverage service ma jkunx.", "Din hija sitwazzjoni analoga li teżisti fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u tant hemm skarsezza ta' ħaddiema f'din il-kategorija li fis-sajf l-industrija tuża l- istudenti universitarji u nies mingħajr training u fil-fatt tinsab imħassba dwar il-ġejjieni.", "Dan ifisser dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, jiġifieri li min qed ibeżża' lill-ħaddiema Maltin li ġejjin xi dulluvju ħaddiema barranin hawn Malta biex jeħdulhom posthom fit-turiżmu, qed jigdeb.", "Fil-fatt bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea iċ-chances huma li jkun hemm ħafna Maltin li jsiefru biex jaqilgħu aktar milli jkun hemm barranin li jiġu hawnhekk għaliex lanqas fil-pajjiżi Ewropej fejn għandhom pagi aktar għoljin m'għandhom biżżejjed ħaddiema.", "Wieħed irid ifakkar hawnhekk li l-ITS tilef ir-rikonoxximent ta' l- universita` għaliex kienu naqsu l-kwalifiki biex wieħed jidħol f'ċerti korsijiet ta' l-ITS.", "Issa li solvejna l-problema li kienet inqalgħet fi żmien l-interim board - dan il-bord għamel it-tajjeb imma anke t-tajjeb li għamel kien fi stat ta' illegalita` għaliex tawh id-dritt li jkun eżekuttiv u rrid ngħid ukoll li ħafna mit-tajjeb għamlu Mr Pinchbeck li llum ħa promotion u jekk niftakar sew mar il-Kajr - qegħdin nitkellmu ma' l- universita` sabiex nintroduċu kors stand alone dwar it-turiżmu biss.", "Dan mhux se jkun xi pass ieħor wara li tispiċċa l-kors fl-ITS imma fil-fatt huwa kors tat-turiżmu għalih.", "Jiena ngħid li l-pajjiż għandu bżonn ta' gradwati bħal dawn, sew biex jaħdmu mal-gvern, sew biex jaħdmu ma' l-industrija kif ukoll biex jaħdmu ma' accountants għaliex aktar ma jkun hemm expertise dwar it-turiżmu aktar aħjar għall-industrija kollha.", "Kif għadu kif semma l-Onor.", "Vella, wara dan iż-żmien kollu issa għandha direttur ġenerali fl-ITS u minn dak li qed nisma' dan daħal għax-xogħol b'serjeta` kbira u l-ħidma diġa` qed tagħti riżultat.", "Għall-bidu ta' din il-leġislatura kien hemm biżgħa kbira għaliex bdew jaħsbu li kont se nwaqqa' l-complement ta' l-istudenti għaliex għamilna d- dħul daqsxejn aktar iebes, pero` nieħu pjaċir ngħid li f'dawn l-aħħar sentejn naqset ir-rata tad-dropouts.", "Waħda mir-raġunijiet għad-dropouts li kien qed ikun hemm kienet li l-istudenti ma kenux ikunu kwalifikati biżżejjed biex jidħlu għall-korsijiet.", "Bħalissa hemm madwar 130 student jew studenta fuq placement barra minn Malta filwaqt li l-popolazzjoni studenteska fil-korsijiet kollha full-time f'Malta hija ta' 636.", "Barra minn hekk l-ITS toffri wkoll korsijiet part-time għan-nies li qegħdin fl- industrija.", "Issa ħalli ngħid kelmtejn dwar l-awtorita`.", "Diġa` għedt li mhux se ngħid ħafna dwar din għaliex se jkollna opportunita` niddiskutu l-awtorita` per se meta naslu biex niddiskutu l- estimi tagħha s-sena d-dieħla, imma jien ngħid li x-xogħol ewlieni ta' l- MTA kien li tħejji a three-year plan.", "U l-Onor.", "Vella ma jistax jgħid li ma jafx x'inhi t-three-year plan għaliex għandu kopja, kif għandu kopja l- Kap ta' l-Oppożizzjoni u kulħadd, u min m'għandux jista' jġib waħda.", "Issa jekk ma taqbilx mal-pjan hija kwestjoni oħra, imma ħadd ma jista' jgħid li m'hemmx pjan.", "Irrid ngħid li 3% increase rajtha daqsxejn ottimista - kien hemm min riedu 10% ukoll; xi kultant jaħsbu li t-turisti bħal meta taqta' l- frott mis-siġar - u ma ntlaħaqx it-target.", "Kif għedt kien hemm ħafna raġunijiet għal dan, pero` ħafna mill-għanijiet li stabbilixxiet għas-sena 2000 l-awtorita` fil-fatt laħqithom.", "L-awtorita` ħejjiet kampanji pubbliċitarji mmirati lejn il-pubbliku Malti li kienu importanti ħafna u, meta tkejjel l-effett, ħareġ li 99.3% tal- poplu jifhem u jaqbel li t-turiżmu huwa neċessarju għall-pajjiż.", "Jiena nappella lil dawk id-99.3% sabiex dak li jgħidu li jaqblu dwaru jagħmluh fil-prattika.", "B'hekk ikunu jistgħu jgħinu lill-industrija tat-turiżmu ħalli jkun hemm titjib fil-prodott anke mil-lat ta' awareness.", "Apparti mill-kampannji pubbliċitarji fis-suq Ingliż, l-MTA għamlet kampanji f'ħafna swieq oħra u għal darba, darbtejn f'Malta u darb'oħra f'Għawdex ospitajna programmi bħal, per eżempju, \"La Domenica del vilaggio\", \"Sereno variabile\", \"Miss World\", Miss Switzerland u żaru Malta u Għawdex 600 ġurnalista.", "L-MTA ħadet sehem ukoll f'79 fiera fi 23 pajjiż differenti.", "It-taqsimiet ta' l-ispecial interest u tal-conference and incentive qed jagħtu riżultati tajbin u issa l-awtorita` qed tħejji sabiex ikollna website ġdid li bi żmien ikun jista' jiġi utilizzat anke biex ikollna booking on line.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' prodott, naħseb l-iżjed ħaġa li spikkat kienet il-pubblikazzjoni ta' manual għas-settur ta' l- akkomodazzjoni bi tħejjija għar-riklassifikazzjoni tas-settur u għal dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani naħseb li l-fatt li l-MTA introduċiet quality assured għen biex jogħla l-kwalita` tal-prodott u tas-servizz.", "L- MTA ħejjiet ukoll skema ta' sussidju biex tgħin lill-operaturi lokali u qed tagħmel ukoll human resource audit.", "Kmieni s-sena d-dieħla se jitwaqqaf id-direttorat ta' l-infurzar u, kif kelli okkażjoni ngħid meta ndirizzajt il-konferenza tal-Malta tourism authority, għall-bidu l-metodu li se jiġi applikat se jenfasizza l-aktar l- aspett edukattiv milli dak korrettorju.", "Iżda nwissi li nuqqasijiet ripetuti bilfors jiġbdu konsegwenzi iebsin u dawn jistgħu jinkludu wkoll l- għeluq ta' stabbilimenti.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-HCEB, il- phasing-in għadu qed jittieħed b'ċertu pass iktar gradwali milli wieħed kien jaħseb - u naħseb importanti li nagħmlu hekk - imma naħseb li din is- sena l-bord jerġa' jitwaqqaf sakemm ikun hemm bżonnu u jibqgħu fis-seħħ il- liġijiet ukoll.", "Però sadanittant il-bord se jiddelega ċertu xogħol lid- direttorat ta' l-MTA skond il-każ.", "Matul is-sena ġew imfasslin ir- regolamenti dwar il-package travel u t-timeshare.", "Qed nitkellem issa dwar l-Unjoni Ewropea u dak li għandu x'jaqsam mal-compliance man-national plan for the adoption of the acquis, u fejn jirrigwarda t-turiżmu, safejn naf jien, qdejna d-dmirijiet kollha li kellna nagħmlu.", "Però matul din is-sena nirċievu ż-żewġ rapporti dwar l-impatt tas-sħubija fuq is-settur ta' l- akkomodazzjoni, l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u l-professjoni tal-gwidi.", "Illejla se jitkellem l-Onor.", "Refalo dwar Għawdex u jien ċert li l- ministru għal Għawdex titkellem hi wkoll dwar il-qasam tat-turiżmu.", "Però rrid ngħid li, apparti mill-premium li qed nagħtu għal aktar turiżmu lejn Għawdex fis-suq Ingliż, saret kampanja speċifika biex tħajjar żgħażagħ jidħlu għal karrieri fit-turiżmu.", "Il-fergħa ta' l-ITS qed tagħti kontribut siewi, hemm relazzjonijiet tajbin mal-Gozo tourism association u tista' tgħid li kull ġurnalist li jiġi Malta neħduh Għawdex ukoll u hemm każi fejn neħduhom Għawdex biss u mhux Malta.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-timeshare intlaħaq ftehim ma' l- asoċjazzjoni tat-timeshare dwar l-imġiba ta' l-OPCs, kif ukoll dwar żieda fir-rata ta' kontribuzzjonijiet li jitħallsu lill-MTA.", "Fuq il-cruise lining, kif għedt, turiżmu m'għandux responsabbiltà għall-cruise lining, imma fil-fatt għandna interess f'dik l-attività, u konna strumentali li ħajjarna lil Nouvelle Frontière, jibbażaw il-vapur Van Gogh hawn Malta fis- sajf li għadda.", "Għandi l-pjaċir ngħid li fl-aħħar laqgħa li kelli mad- diriġenti tan-Nouvelle Frontière, dawn ikkonfermaw li għas-sena d-dieħla l- vapur Van Gogh se juża l-port tal-Belt bħala l-home base tiegħu.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' permessi ta' xogħol qed issir attenzjoni ħafna aktar u introduċejna ċerti policies ġodda, inklużi dawk għall- barranin biex jaħdmu fi stabilimenti Asjatiċi.", "Dan li semmejt huwa ftit mill-ħafna li irnexxielna nwettqu matul din is-sena.", "Jien nieħu okkażjoni biex nerġa' nirringrazzja lil kulmin ikkollabora miegħi, mill-kbir saż- żgħir, u ta sehmu biex f'sena li ma kenitx faċli, l-industrija rnexxielha tikkonsolida l-kisbiet għall-1999.", "Fil-fatt din is-sena l-industrija - mhux se noqgħod ngħid jiena jew l-MTA jew il-ministeru - wriet li mhux magħmula mill-baħrin tal-bnazzi.", "Ħdimna biex għelibna l-isfidi, però t- training ta' din is-sena se jservina tajjeb għaliex se jkollna naħdmu ħafna u ħafna aktar matul l-2001.", "Xi ħaġa li ma semmietx, u ma tissemma minn ħadd, hija l-effett tal- globalizzazzjoni fuq l-industrija u kif tolqot lil Malta.", "Min qatt kien jobsor li ġgant Ġermaniż bħal Pruessag kien se jiblagħlek l-ikbar tour operator Ingliż Thomson Holidays.", "Min qatt ħaseb li l-Frosch Touristik, kumpannija responsabbli li kienet iġġorr lejn Malta aktar minn nofs it- turisti Ġermaniżi kellha tiġi salvata minn kważi falliment, minn kumpannija Ingliża, l-Air Tours, li hija wkoll tilfet ħafna mill-valur tagħha fl- istock exchange ta' Londra.", "Is-sena li għaddiet ħajjarna lejn Malta l-kumpannija bl-akbar xibka ta' distribuzzjoni Franċiża, il-Havas u kellna żaqqna mimlija li se jkollna iktar saħħa fi Franza.", "Imma x'ġara?", "Il-Havas inxtrat minn Neckermann u l- ewwel ħaġa li għamlu dawn kienet li naqqsu ħafna destinazzjonijiet, waħda minnhom Malta għaliex kienet għadha ma taħdimx Malta, allura ma kienx hemm production.", "Dawn l-affarijiet jiġrulek u trid tieħu t-tajjeb u l-ħażin.", "Irrid ngħid ukoll li matul din is-sena n-Nouvelle Frontière kellha staġun mill-aqwa lejn Malta, u issa nxtrat mit-TUI, li huma Ġermaniżi wkoll, u x'se jiġri eżattament ma nafux, allavolja bil-kuntatti li jsiru f'kull livell, mill-ministeru, mill-MTA u mill-uffiċċju ta' barra, wieħed jipprova jagħmel minn kollox biex Malta tkun qiegħda f'sitwazzjoni aħjar.", "Kif intlaqtet Malta jintlaqtu destinazzjonijiet oħrajn.", "Per eżempju, Frosch mhux se jibqgħu jagħmlu tours lejn Malta nhar ta' Ħamis, imma l-Ħadd biss.", "Tista' tgħid li qatgħu xi 40,000 mill-programm, però f'destinazzjonijiet oħra qatgħu iktar min-nofs u ħarġu minn destinazzjonijiet oħra.", "Dawn huma fil-fatt ħafna mill-effetti negattivi immedjati tal- globalizzazzjoni fl-industrija tat-turiżmu.", "Hemm bżonn li l-pubbliku u dan il-parlament ikun jaf li ċerti affarijiet li qed jiġru fil-pajjiż, ħadd ma jista' jagħmel xejn dwarhom.", "Kulma nistgħu nagħmlu hu li nieħdu l- benefiċċji u nipprovaw nirkbu biex nieħdu mir-riħ tagħhom.", "Però fuq dan, nerġa' ngħid, li l-oppożizzjoni baqgħet muta.", "Ma titkellimx fuq il- globalizzazzjoni u fuq x'inhu jiġri barra, ma qalitx li dak li qed jiġri Malta qed jiġri riżultat ta' dak li qed jiġri barra.", "L-oppożizzjoni taħseb li jekk ma titkellimx ħadd ma jkun jaf, u jekk wieħed ma jkunx jaf aħjar għaliex tista' dejjem tikkritika u twaħħal fil-gvern.", "Sur President, l-Oppożizzjoni moħħha biex tgħid li l-gvern irid jidħol fl- Unjoni Ewropea akkost ta' kollox, però jiena ngħid li fit-turiżmu importanti li akkost ta' kollox nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien kelli okkażjoni nwieġeb kemm jista' jkun għad-diskorsi ta' l-Onor.", "Vella, kif ukoll tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "M'iniex se noqgħod nikkwota x'jgħidu l- organizzazzjonijiet tat-turiżmu fuqi, fuq il-ministeru u fuq l-MTA u li qaluh pubbliku.", "Jien ovvjament nieħu sodisfazzjon, imm mhux se jkabbruli rasi billi jgħidu dawn l-affarijiet.", "Jiena nipprova kemm jista' jkun nżomm saqajja fl-art, però jekk irridu s-serjetà rridu nikkwotaw kollox u mhux parti mill-istorja.", "Jiena qed ngħid li s-sena 2000 ma kenitx sena tajba daqskemm xtaqna u semmejt ir-raġunijiet ukoll.", "Però, meta wieħed ikun qed jitkellem fuq is-suġġett irid ikun iktar bilanċjat u ma jsemmix l-ikrah biss.", "Jien insemmi l-ikrah kif ukoll is-sabiħ għaliex inkella ma nitwemminx.", "Sur President, se nagħmel l-aħħar appell lil din il-Kamra, lil kulħadd, lill-media li ssegwi, u lill-oppożizzjoni, li kulħadd irid jagħraf li d- dinja qed tinbidel u li kieku ma ħadniex ħsieb nirristrutturaw ruħna fuq is- suq, minflok wasalna biex ikkonsolidajna l-kisbet ta' l-1999 konna nsibu ruħna mkaxkrin mill-kurrent, kif tkaxkar ħaddieħor.", "Iktar milli x'ġara fis- sena 2000 naħseb li importanti li wieħed jistenna x'se jiġri fis-sena 2001.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Vella li forsi ma kellux ħin jespandi fuq is- suġġett, però ċertament li b'dak li qed naraw bħalissa, inkunu morna tajjeb fis-sena 2001 jekk noqorbu r-riżultati ta' din is-sena.", "Sur President, irridu nagħmlu tajjeb, b'xi mod, għat-telf ta' xi kważi 40,000 li se nġarrbu mill-Ġermanija, u għal xi nuqqas ta' 10,000 mis-suq Ingliż fix-xitwa.", "Kif għedt jien, diġà bdejna nħossuh, imma dawn mhux affarijiet li jiddependu mill-prodott imma jiddependi ħafna mill-bottom lines ta' l-operaturi barranin.", "Biex nirkupraw jeħtieġ li nkomplu naħdmu u nxammru, kif għadu kif ikkwotani l-Onor.", "Vella, u l-MTA u l-ministeru taw il-lead billi rrinforzaw l-attività fuq is-sorsi kollha tagħna.", "Tul l- 2001 se naħdmu bi pjan strateġiku tal-MTA u nikkonkludi billi nirringrazzja lil kulħadd ta' l-attenzjoni u nittama li sena oħra jkollna sena almenu tajba daqs din is-sena.", "Ma kenitx xi sena spettakolari imma ċertament mhux sena ħażina daqskemm pinġew in-naħa l-oħra.", "Grazzi ħafna, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 32, kif imressqa mill- Onor. Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra, skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "Il-Kumitat ġie sospiż fin-12.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 32, kif imressqa mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "283", "FAVUR : 27", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | | |Vella Karmenu |", "KONTRA: 31", "L-Onor", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | | |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal-Ministeru tat-Turiżmu.", "Il-mistoqsija hi", "VOT 32 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,783,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 - Ministeru għat-Turżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 32 għaddiet.", "VOT VI - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 8,928,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi {enerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot VI għaddiet.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 32 u VI ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Ħamis 7 ta' Diċembru, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2001", "L-Għaxar Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għal Għawdex", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, 7 ta' Diċembru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - CLEANER TECHNOLOGY CENTRE", "21962.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-cleaner technology centre fl-Universita' Tal-Qroqq?", "Jista' l-Ministru jgħid fuq linji ġenerali, x'informazzjoni dwar materji ambjentali wassal lill-industrija f'dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-cleaner technology centre twaqqaf fl-1993.", "F'dawn l-aħħar snin, iċ-ċentru pprovda servizz ta' pariri lill-industrija fuq disposal ta' skart u ekonomija fl-użu ta' materjal u energija.", "Iċ- ċentru dan għamlu l-aktar permezz ta' l-organizazzjoni ta' konferenzi u seminars u l-pubblikazzjoni ta' pamphlets.", "TOROQ", "21963.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21735?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'hemm xejn x'inżid fuq ir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "21735.", "DELIMARA - POWER STATION", "21964.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21672?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għan- nefqa kapitali.", "Jekk dan huwa l-każ, l-informazzjoni hija kif gej:", "L-ewwel fażi u kull xogħol ta' inġinerija civili: Lm57,972,688", "Iż-żewġ turbini tal-gass Fażi IIA: Lm10,470,783", "L-impjanta tal-combined cycle Fażi IIB: Lm30,083,270", "Ħwienet tax-xogħol u ufficini, tagħmir, apparat, strumenti ecc.: Lm43,546", "Din in-nefqa tkopri l-perijodu mill-bidu tal-proġett sal-31 ta' Awissu 2000.", "FIFTH PROVISIONAL WORLD PARLIAMENT - DELEGAT", "21965.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ġew meħuda dwar ittra li ġiet mibgħuta lill-Gvern ta' Malta dwar delegat mill-Uganda li kien ser jattendi l-Fifth Provisional World Parliament?", "X'inhi r-raġuni li ġie miżmum erba' sigħat u nofs fl- ajruport?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li malli l-ittra mibgħuta lill-Gvern ta` Malta ġiet riferuta lill-pulizija, mill-ewwel saru l- investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet fl-ittra msemmija.", "Irriżulta illi l-pulizija ta` l-immigrazzjoni kellha kull raġuni li din il-persuna tinżamm sakemm sar l-istħarriġ meħtieġ biex jiġi żgurat li dan kien passiġġier bona fede, speċjalment meta dan wasal fil-ġurnata meta l- konferenza kellha tispiċċa.", "Fil-fatt irriżulta li din il-persuna, li kellha fondi limitati biex issostni lilha nnifisha waqt li kienet ser iddum Malta, damet l-ajruport mhux aktar minn 90 minuta.", "KUNTRATTI", "21966.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti fl-1999 u 2000?", "Ta' xiex kienu, kemm kienet in-nefqa f'kull każ u min kien fil-kumitat ta' l-għażla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Membru jispeċifika għal liema tip ta' kuntratti qed jirriferi.", "Jekk ir-riferenza hi għal kollox, allura jeħtieġ ħafna żmien u t-tagħrif mitlub jinġabar skond l-esiġenzi u l-prioritajiet tad-dipartimenti konċernati biex tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PERITI - KONSULENZA", "21967.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-ħames periti sabiex jagħtu konsulenza fuq il- prinċipji ta' l-aċċessibilita' għal kulħadd?", "X'tip ta' ħlas qed jingħataw għal: (i) kull applikazzjoni ta' l-awtorita ta' l-ippjanar li jivvettjaw? (ii) konsulenza dwar il-liġi oppurtanijiet indaqs? (iii) il-ktieb Design Guidelines - Access to All? (iv) konsulenza oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: (a) Il-periti ntagħżlu mill-kummissjoni wara sejħa pubblika għal dawn is-servizzi u li ġiet riklamata fil-gazzetti kollha.", "Il- periti eliġibbli kollha li applikaw ġew aċċettati fuq rakkmandazzjoni tal- bord ta' l-għażla mwaqqaf għal dan il-għan mill-KNPD.", "b) Dawn il-periti jitħallsu bis-siegħa għax-xogħol kollu li jagħmlu mal- KNPD.", "Ir-rata tal-ħlas hi Lm12 fis-siegħa.", "YOUTH EMPOWERMENT CENTRE", "21968.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-youth empowerment centre ta' Birkirkara?", "Kemm kkonkorrew żgħażagħ għall-għajnuna u x'tip ta' għajnuna talbu?", "Kemm hemm ħaddiema f'dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-youth empowerment centre ta' Birkirkara hemm żewġ youth services co-ordinators li jaħdmu fuq bażi part- time.", "Permezz ta' dawn il-co-ordinators saru diversi kuntatti ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u persuni kwalifikati f'diversi oqsma bħal sedqa, organizzazzjonijiet sportivi, għaqdiet taż-żgħażagħ u oħrajn bil-għan li 'l quddiem jiġu organizzati korsijiet.", "Saru wkoll diversi laqgħat ma' kumitati taż-żgħażagħ ta' diversi organizzazzjonijiet f'Birkirkara.", "L-attivitajiet organizzati mill-youth empowerment centre jinkludu:", "* Programm ta' summer taster sessions li jikkonsisti f'attivitajiet varji sportivi u ta' divertiment", "* Ġimgħa ta' sport organizzata f'ħames pjazez differenti f'Birkirkara", "* Produzzjoni ta' programm televiżiv x-ray li deher fuq TVM u Channel 12", "* Laqgħa ta' introduzzjoni maż-żgħażagħ ta' Birkirkara", "* Ġew kompilati żewġ databases dwar iż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet ta' Birkirkara", "* Ingħatat għajnuna biex titwaqqaf kummissjoni żgħażagħ", "* Intbagħtet applikazzjoni għall-programm youth for Europe b'kollaborazzjoni ma' l-Iżvezja, Turkija u l-iSkozja bit-tema sport and leisure bring us together", "* Saru diversi kontributi f'leħen il-kunsill fejn ingħataw dettalji dwar l- għanijiet u l-oġġettivi taċ-ċentru u informazzjoni dwar attivitajiet u korsijiet", "* Ġie preparat questionnaire għaż-żgħażagħ ta' Birkirkara biex jiġu identifikati l-bżonnijiet taż-żgħażagħ fil-lokalita`", "* Ġie organizzat youth exchange - euro camp 2000 ġewwa l-Ġermanja f'Lulju", "* Parteċipazzjoni f'Festażgħażagħ permezz ta' stand minn fejn tqassmet informazzjoni dwar iċ-ċentru", "* Parteċipazzjoni b'suċċess fil-logħob sajf li kien organizzat mill-kunsill nazzjonali għaż-żgħażagħ f'Birżebbuġa", "* Żjara ta' youth exchange minn żgħażagħ mill-iSkozja f'Settembru", "* Il-kontenut tal-fuljett \"Kuntatt\" ġie fdat f'idejn iċ-ċentru.", "L-ewwel ħarġa ġiet pubblikata f'Novembru", "* Qegħdin isiru kuntatti għal youth exchange fl-iSkozja fis-sajf li ġej", "* Bħalissa qegħdin isiru korsijiet fl-aerobics, first sid, computer course u public speaking", "* Parteċipazzjoni f'seminars u korsijiet dwar suġġetti relatati maż- żgħażagħ", "In-numru ta' żgħażagħ li rrikorrew fiċ-ċentru għall-għajnuna kien ta' madwar 170.", "L-għajnuna mitluba kienet tvarja minn użu ta' internet minn żgħażagħ li qegħdin ifittxu xogħol jew xi informazzjoni oħra, counselling, pariri dwar korsijiet fi skejjel post sekondarji jew ta' l-universita`.", "Iċ- ċentru kien ukoll il-mezz biex inħolqu kuntatti bejn żgħażagħ u organizzazzjonijiet sportivi.", "SKEJJEL - STIPENDJI", "21969.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21775?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'kontwazzjoni mat-tweġiba diġa` mgħotija għall- mistoqsija parlamentari nru.", "21378, jien informat li t-total li tħallas fi stipendji lil studenti fil-livell post sekondarju matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm2,298,799.70c.", "L-ammont li tħallas lil studenti fi skejjel tal-Knisja kien ta' Lm281,699 filwaqt li studenti fi skejjel indipendenti ħadu Lm41,360.", "It-total ta' flus li ma tħallasx minħabba nuqqas ta' attendenza jew raġunijiet oħra matul is-sena akkademika 1999/2000 kien ta' Lm96,826.", "In- numru ta' studenti nvoluti f'dan it-tnaqqis kien ta' 2672.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "21970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21776?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li applikazzjonijiet pendenti għal skejjel ta' l-Ingliż huwa kif ġej:", "|Applikant |Data |Lokalita`| |Mifsud Damian |14/4/99 |Żebbuġ | |Sciberras |16/6/99 |Għawdex | |Lawrence | | | |Sammut Charles|04/7/00 |San Ġwann| |Clarkson |21/8/00 |Valletta | |Elizabeth | | |", "Total - 4", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI - SICK LEAVE", "21971.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "20078 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istatistika tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif inhi l-istatistika tas-sick leave għall-impjegati minn Scale 7 għal Scale 20, skala bi skala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ - KUNTRATT DEFINIT", "21972.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21823?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni ta' kuntratti definiti hi regolata mil- liġi.", "Il-monitoring board li qiegħed fuq l-iskejjel ta' l-Ingliż jistħarreġ il- kwalifiki meħtieġa tat-teachers u joħroġ EFL Permit li jawtorizza lit- teachers biex jgħallmu f'dan it-tip ta' skejjel.", "Dan il-permess hu validu għal sena u għalhekk jeħtieġ li jiġġedded kull sena skond Avviż tal-Gvern Nr.", "385.", "GARAXX TAL-GVERN", "21973.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21715 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid jekk hux minnu li kien imġiegħel espert fil-garage tal-gvern biex jara jekk il-fannijiet li hemm humiex biżżejjed skond il-kubaġġ ta' l-area kif stabilit mir-regoli internazzjonali fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "Jista' jgħid meta saret din iż-żjara?", "Tlesta r-rapport?", "Jekk fl- affermattaiv, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "X'inhuma l-konklużjonijiet ewlenin f'dan ir-rapport?", "X'reazzjonijiet kellu l-gvern?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru huwa nformat li mhux minnu li kien imġiegħel expert fil-garaxx tal-gvern biex jara jekk il-fannijiet li hemm humiex biżżejjed skond il-kubaġġ ta' l-area.", "MALTA RACING CLUB", "21974.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tal-Malta Racing Club?", "Kemm saru laqgħat tal-kumitat li ġie mwaqqaf dan l-aħħar?", "Kemm ġew impjegati nies full-time u/jew part-time?", "X'inhi r-relazzjoni bejn il-MRC u l-UET?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-uffiċjali tal-Malta Racing Club huma: Dr Joseph J. Vella - deputy chairman; Is-Sur Anthony Debono - direttur maniġerjali - ser iservi ta' segretarju tal-bord; Is-Sur Charles Borġ - direttur tal-proġetti; Is-Sur Dione Drago - direttur jikkoordina l- programmi tal-tiġrijiet; Is-Sur Charles Farrugia - direttur tal-finanzi.", "Minn meta ġie mwaqqaf il-kumitat saru ħames laqgħat.", "Ġew impjegati tnejn full-time bħala labourers.", "Part-time ġew impjegati sitt persuni - tnejn fit-tote, tnejn bħala gate keepers, wieħed photo finish u wieħed race official.", "BAQAR - GĦALF", "21975.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba li ta għal mistoqsija parlamentari nru.", "21706, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru għall- istorja li dehret illum fl-ewwel faċċata tal-ġurnal \"Malta Today\" (1.12.2000) dwar il-mad cow disease u t-trobbija tal-baqar f'pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Stqarrija għall-Istampa Nru 1693 maħruġa mid- dipartiment ta' l-informazzjoni nhar l-1 ta' Diċembru 2000, li tirriferi għall-artiklu in kwestjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊINA", "21976.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop li numru ta' żgħażagħ marru ċ-Ċina?", "Jista' jgħid kemm marru, min ħallas u kemm?", "Xi kriterji ntużaw sabiex ġew magħżula dawn iż-żgħażagħ?", "Jista' jgħid pajjiżna jekk hux se jirreċiproka dawn iż-żjarat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - DAWL", "21977.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara u ġentilment tiddeċiedi dwar talba pendenti biex issir bozza oħra fi Sqaq Strejnu I, Żejtun, minħabba li fost in-nies li joqogħdu f'dan is-sqaq hemm anzjani u dan l-isqaq hu ferm mudlam fuq in-naħa ta' ġewwa?", "Billi din t-talba ilha tiġi kkonsidrata mill-Enemalta, possibbli l- Enemalta tara tistax tilqa' t-talba ta' dawn ir-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din it-talba qed tiġi kkunsidrata mill-Korporażżjoni Enemalta flimkien ma' talbiet oħra pendenti.", "Nifhem li l-Onor.", "Membru japprezza li l-korporazzjoni għandha għadd mhux żgħir ta' dawn it-tip ta' talbiet pendenti u għalhekk wieħed jifhem li biex tittieħed decizjoni dwar talbiet bħal dawn jgħaddi xi ftit taż-zmien.", "SWATAR TRAINING CENTRE", "21978.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment jew jiġi refurbished u updated is-Swatar training centre minħabba li jien informat li l-istat tan-network hu ħażin ħafna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-MITTS għandha pjanijiet biex sa Marzu tas-sena d-dieħla ssaħħaħ in-network li hemm fis-Swatar training centre.", "In-network preżenti, li huwa tat-tip Coax, se jiġi mibdul għas-sistema hekk imsejħa structured cabling.", "Bis-sistema l-ġdida se jkun possibbli li nwasslu 100mbs connectivity għal kull computer; din is-sistema se tkun tista' tintuża kemm għad-data kif ukoll telefon fuq l-istess cable.", "Hu ppjanat ukoll li nsaħħu wkoll il-connection għal Gattard House.", "Din mistennija titla' minn 64 kilo bits għal 2 mega bits.", "Numru ta' computers ġodda huma ordnati u mistennija jaslu fi żmien qasir.", "INFORMAZZJONI - STQARRIJA NRU.", "1548", "21979.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21707, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u cioe': b'riferenza għal stqarrija nru.", "1548 tad-dipartiment ta' l-informazzjoni (13.11.2000) fejn jingħad li: 'l quddiem jiġi pubblikat ktieb bi tliet lingi Ġermaniż, Malti u Awstriak, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-lingwa Awstriaka li se tintuża?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li l-ktieb li se jiġi ppubblikat ser ikun bl-Ingliż, Malti u Ġermaniż.", "CENTRAL CORE DISEASE", "21980.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm il-każ ta' central core disease hawn reġistrat f'Malta u Għawdex?", "Ta' liema etajiet huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx.", "WIED IL-GĦAJN - TOROQ", "21981.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Kosbor, Triq il-Ħabaq u Triq Salvja ġewwa Wied il-Għajn se jiġu mogħtija t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "21914 li tapplika għal dawn it- toroq ukoll.", "PESTIĊIDI - IMPORTAZZJONI", "21983.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-tip u l-kwalita' ta' pestiċidi konnessi mal-qasam tal-biedja li ġew importati f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "21985.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħtieġa ta' supply teachers fil-physics and integrated science?", "X'inhuma l-kwalifiki meħtieġa għal supply teachers?", "Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel u meta hu maħsub li toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa fl-Iskejjel sekondarji u tas- snajja' m'hemmx ħtieġa ta' supply teachers fil-physics u integrated science.", "Madanakollu, xorta waħda għadhom jintlaqgħu applikazzjonijiet għal supply teachers taħt avviż li kien ġie pubblikat fil-gazzetta tal-gvern tal-15 ta' Novembru 1996 u li kien mingħajr data ta' l-għeluq.", "L-inqas kwalifiki li wieħed għandu jkollu biex japplika għal supply teacher huma żewġ passes f'suġġetti fil-livell avanzat u passes fil-livell ordinarju fl-Ingliż, Malti u matematika.", "WTO - PETIZZJONI", "21986.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-test ta' dikjarazzjoni jew petizzjoni li, flimken ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l- UE għamel lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' non trade concerns f'dawk il-pajjiżi klassifikati bħala net food importing developing countries għal ħabta ta' l-aħħar ġimgħa ta' Settembru 2000?", "ONOR.", "JOE BORG: B'riferenza għal mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru, kopja tad- dokument G/AG/NG/W/36/Rev.1, datat 9 ta' Novembru 2000, li Malta, flimkien ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l-Unjoni Ewropea għamlet lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' non-trade concerns tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta..", "Nixtieq ninforma lill-Onor Membru li dan id-dokument ma kienx gie diskuss fit-third special session of the committee on agriculture li nżammet fl- aħħar ġimgħa ta' Settembru 2000 u għalhekk kien gie pospost għall-fourth special session of the committee on agriculture li nżammet bejn il-15 u s- 17 ta' Novembru 2000.", "SIĠURTA' SOĊJALI - INVESTIGAZZJONI", "21990.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' raġel separat - dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament - li ġie nformat b'ittra mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li qegħdin jgħidu li għandu Lm4,000 l-bank meta fil-fatt għandu Lm2,110 biss?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' Soċjali.", "ŻJARA FI NEW YORK", "21991.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru 21722?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20010611_549d_par.doc", "date": "2001-06-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 549 It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 549", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "549", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "3", "MINUTI 349", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 349", "TQEGĦID TA' KARTI 352", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 353", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETAJIET KOPERATTIVI (IT-TIENI QARI)", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL (SECOND READING) 354", "AĠĠORNAMENT 377", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 382", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 548 li saret fis-6 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ETC – REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "25493.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, is-sena l-oħra fuq part one u part two?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċajli): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, waqt li nfakkar li dan l-istess parlament kien għamel żmien twil jitkellem fuq l-44 job li konna ħloqna fi żmienna u \"b'eluf\" ta' jobs li nħolqu fi żmienu, in vista ta' dawn ir- rapporti konfliġġenti li ħerġin bejn l-ETC u l-labour survey li qed isir min-naħa tas-COS, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjegalna liema hi l- verita' minnhom dawn it-tnejn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nibda biex ngħid li l-argument li hemm xi ħaġa konfliġġenti huwa fundamentalment żbaljat.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq żewġ sistemi differenti kif inti tkejjel ir-rata tal-qgħad, il- gainfully occupied u l-labour force.", "Sal-lum pajjiżna kellu sistema li tħaddmet minn gvernijiet differenti, b'ċerta konsistenza u dik is-sistema tħaddmet mill-ETC bil-mod kif nafuha, fis-sens li inti għandek nies li jmorru jirreġistraw kull ġimgħa taħt ċerti parametri, ċerti drittijiet, ċerti obbligi u ċerti responsabbiltajiet.", "Dehrilna imma li kellna d-dmir ukoll li lil pajjiżna nġibuh fuq livell ta' pajjiżi aktar avvanzati minna ħalli jkollna stampa kemm jista' jkun iktar wiesa' ta' kif inhi l-qagħda.", "Għalhekk għażilna li nsegwu s-sistema ta' survey billi jittieħed sample u minnu nieħdu indikazzjoni ta' x'inhi s- sitwazzjoni ta' min qed ifittex ix-xogħol, ta' min qiegħed fix-xogħol, f'liema setturi qiegħed u ċerti regoli oħrajn.", "Issa hemm ħafna differenzi bejn sistema u oħra, pero' se nipprova nillimita ruħi għal tliet differenzi importanti bejn is-sistema li kellna sal-lum, ta' kif iżżomm ir- records tagħha l-ETC, u l-mod kif jaħdem il-labour force survey, li r- riżultat tiegħu ġie ppubblikat f'dawn l-aħħar ġranet.", "L-ETC tirreġistra persuni li għandhom bejn is-16 u l-61 sena.", "Mela jekk għandek 15-il sena ma tistax tmur tirreġistra, u jekk għandek 62 sena jew aktar ma tistax tirreġistra lanqas.", "Il-labour force survey, kif intqal pubblikament fil-press conference meta tħabbru r-riżultati ta' dan is- survey, ġie spjegat bl-aktar mod ċar li sar permezz ta' mistoqsija lil dawk kollha li jaqgħu fl-eta' bejn il-15-il sena u l-64 sena.", "Mela diġa' għandek parametru importanti li bilfors jagħtik stampa differenti.", "L-ETC tirreġistra lil dawk li għandhom bejn 16-il sena u 61 sena, waqt li l- labour force survey għamel mistoqsija lil dawk kollha li għandhom bejn il- 15 u l-64 sena.", "Jiġifieri jekk kien hemm min kellu 63 sena jew 64 u qalilhom li jixtieq jaħdem lil dan niżluh bħala wieħed li qed ifittex ix- xogħol; mentri għall-ETC dan ma jitħalliex jirreġistra – mhux issa biss imma tul is-snin kollha kemm ilha teżisti din is-sistema f'pajjiżna – u dan hu l-ewwel punt importanti.", "It-tieni punt huwa li l-ETC għandha s-sistema ta' reġistrazzjoni għal dawk li jkunu huma stess qed ifittxu x-xogħol u jiddeċiedu minn rajhom li jmorru għand l-ETC u jirreġistraw li qed ifittxu x-xogħol.", "Jiġifieri xi ħadd li jixtieq jaħdem u jagħżel minn jeddu li ma jmurx jirreġistra għand l-ETC, dak ma jiġix reġistrat fiċ-ċifri ta' l-ETC.", "Il-labour force survey jaħdem b'regola differenti u għal skopijiet ta' dan is-survey ma jagħmilx differenza jekk tmurx tirreġistra jew le.", "Jekk inti tixtieq taħdem jirreġistrak bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol.", "U din hija differenza oħra importanti.", "It-tielet, jekk l-ETC taqbad lil xi ħadd li jkun qiegħed jirreġistra għax- xogħol pero' jkun qed jaħdem, taqtgħu mir-reġistru għax dak huwa abbuż.", "Mentri għal-labour force survey min kien jirreġistra għax-xogħol, inqata' mir-reġistru u jixtieq jaħdem, għalih dak huwa xi ħadd li qed ifittex ix- xogħol.", "Dawn it-tliet differenzi joħolqu stampa ċara tad-differenza bejn iż- żewġ sistemi, żewġ sistemi li għandhom aspetti li fihom infushom jikkonfermaw lil xulxin.", "Jien minn hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-kollegi tiegħi ta' l- oppożizzjoni biex anke din it-tip ta' kritika li saret f'dawn l-aħħar ġranet - fl-opinjoni tiegħi b'mod irresponsabbli - joqogħdu attenti kif jagħmluha għax qed jagħmlu statements żbaljati fundamentalment.", "Per eżempju qed jużaw il-kelma \"tbagħbis\" fiċ-ċifri ta' l-ETC.", "Ma nafx kif tista' tasal għall-konlużjoni li hemm xi tbagħbis fiċ-ċifri ta' l-ETC meta l-labour force survey qed jikkonferma li n-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol huwa korrett għax jaqbel mar-riżultati li joħorġu mil-labour force survey!", "Ħalli nispjega xi rrid ngħid, Sur President.", "Miċ-ċifri ta' Mejju tas-sena 2000 jirriżulta li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol ma' l-ETC, fuq part one u part two, total ta' 7,559 ruħ.", "Mil-labour force survey għal Mejju tas-sena 2000 għall-istess xahar, jirriżulta li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 7,498 ruħ.", "Id-differenza bejn iż-żewġ ċifri hija biss ta' 61 ruħ, jiġifieri ta' 0.8%.", "Allura l-argument tiegħi huwa ppruvat għax il-labour force survey qiegħed jikkonferma li n-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw ma' l-ETC f'Mejju tas-sena 2000 huwa korrett.", "Ta' min jiġbed l-attenzjoni tal-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra li skond ir- records ta' l-ETC, f'Mejju tas-sena 2000 f'pajjiżna kellna 16,006 self- employed, pero' Alla jbierek skond il-labour force survey f'Mejju kellna s- self-employed kienu 17,213.", "Hawnhekk issa għandna sitwazzjoni bil-kontra!", "Skond il-labour force survey qed jirriżulta li f'Mejju kellna 1,200 ruħ iżjed self-employed minn numru li konna qegħdin nippubblikaw mill-ETC.", "Issa x'inhi r-raġuni ma nafx, pero' huwa interessanti li wieħed jiġbed il- konklużjoni li donnu hawn aktar self-employed jaħdmu f'pajjiżna minn dawk reġistrati ma' l-ETC.", "Il-proċedura li nużaw fl-ETC biex nikkontrollaw l-abbuż timponi fuqna l- obbligu li jekk persuna tinqabad taħdem waqt li tkun qed tirreġistra, lil dik il-persuna naqtgħuha mir-reġistru.", "U naħseb li din hija xi ħaġa li aħna għandna naqblu li hija pożittiva, u għandna nagħmlu ħilitna kollha kemm aħna biex l-abbuż naqtgħuh.", "Pero' niġbed l-attenzjoni li meta l-labour force survey ikun qed jagħmel il-kwestjonarju u jistaqsi d-domandi, din ma jidħol xejn fiha.", "Jiġifieri jekk xi ħadd allura jkun sofra l-penali talli jkun inqabad jinkser il-liġi, il-labour force survey ma jagħmel l-ebda differenza għalih.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li l-punt tat-tluq tal-labour force survey huwa li l-istess survey jammetti a margin of error.", "Dan jieħu sample ta' madwar 6,000 ruħ, li huma 2,500 familja, u jistaqsi lilhom, imbagħad skond ir-riżultat ta' dawk it-tweġibiet, wieħed jibni xi tfisser dik ir-risposta fuq l-400,000 ruħ li għandna jgħixu fil-pajjiż.", "Issa wieħed jifhem mill-ewwel li f'eżerċizzju bħal dan bilfors ikun hemm a margin of error u hawn min jgħid li dan jista' jkun ta' 2% jew ftit iżjed minn 2%, jew forsi aktar minn hekk ukoll.", "Allura l-labour force survey jitlaq mill-prinċipju li fih marġini ta' żball imbuilt mentri s-sistema ta' l-ETC hija mibnija fuq nies li jmorru fiżikament jirreġistraw għax-xogħol u anke fuq l-obbligu lil min iħaddem li jrid jimla' formola u jibgħatha lill-ETC, meta jiġi biex impjiega lil xi ħadd.", "Imbagħad meta din il-persuna tittermina x-xogħol, l-employer jerġa' jimla' formola oħra u jinforma lill- ETC.", "Issa aħna nafu - u l-oppożizzjoni dan jafuh daqsna għax meta kienu huma fil- gvern kienu għamlu l-eżerċizzju fejn ikkoreġew ċifri ta' l-ETC u minn jeddhom kienu ħadu dawn il-korrezzjonijiet lura sas-sena 1994 - li s- sistema ta' l-ETC kif inhi u kif dejjem ħaddimniha għandha dan id-difett ċkejken, li jista' jkollok employer li jimpjegalek lil xi ħadd illum, pero' jinformak li mpjegah xahar jew tliet xhur wara; daqskemm jista' jkollok sitwazzjoni ta' employer li jittermina l-impjieg ta' xi ħadd illum, pero' jinformak xahar wara u ġieli anke għaxar xhur wara.", "Allura jiġri li f'sena partikolari jkollok ċerti korrezzjonijiet x'tista' tagħmel.", "L-oppożizzjoni jafuh dan u kienu għamlu eżerċizzju biex kif sejħulu huma \"inaddfu ċ- ċifri\" minn dawk is-sitwazzjonijiet.", "Jien ngħid li huma stess jafu li hija sistema li offritilna kejl li bih stajna nkejlu l-eżerċizzju ta' ħolqien tal-postijiet tax-xogħol, kejl li wieħed jista' dejjem jirfinah, kejl li fih id-difetti tiegħu, pero' kejl li essenzjalment tista' timxi fuqu u jagħtik stampa ċara.", "Il-labour force survey jipprovdi kejl ieħor differenti din id-darba, li jista' wkoll jagħtina indikazzjoni jekk hux qed jinħolqu postijiet tax-xogħol u fejn qed jinħolqu.", "U jagħtina stampa mill-punt ta' tluq differenti, pero' stampa wkoll tal-qagħda f'pajjiżna.", "Fuq dan il-punt ta' min jiġbed l-attenzjoni wkoll li jekk wieħed jaqbad iċ- ċifri ta-labour force survey li ġew ippubblikati għal Mejju tas-sena 2000 u jqabbilhom maċ-ċifri tal-labour force survey stess għal Novembru tas-sena 2000, mill-ewwel jinduna li r-rata tan-nies li qegħdin jirreġistraw għax- xogħol skond il-labour force survey niżlet u niżlet sostanzjalment.", "Imma terġa' r-rata ta' dawk li min jeddhom mhux qed imorru jirreġistraw għand l- ETC – jiġifieri li l-ETC ma tafx bihom u lanqas tista' tkun taf bihom għax m'hijiex qiegħda fl-imħuħ u fil-qlub tan-nies - pero' jixtiequ jaħdmu, u bejn wieħed u ieħor huma 3,000 ruħ, naqset mix-xahar ta' Mejju għax-xahar ta' Novembru.", "Il-konklużjoni ovvjament hija li anke dawn in-nies li mhux qegħdin jirreġistraw għand l-ETC huma stess qed isibu postijiet tax-xogħol mingħajr din id-darba m'huma qegħdin jirreġistraw għand l-ETC.", "Allura nerġa' nirrepeti li dawn huma żewġ sistemi bi kriterji kompletament differenti minn xulxin, pero' li jgħinu lil pajjiżna jagħmel analisi ta' x'inhi s-sitwazzjoni.", "Naħseb is-serjeta' titlob li għandna nirrikonoxxu li huma żewġ sistemi differenti minn xulxin, li huma komplimentari għal xulxin u li jistgħu jgħinuna nagħmlu analisi tajba tal-qagħda li qiegħed fiha pajjiżna.", "Il- bqija li xi ħadd jgħid li sistema sservi ta' audit fuq l-oħra huwa żball kardinali u naħseb mhuwiex onest li wieħed ipoġġi l-argument b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, biex nitkellmu bl-onesta' rridu ngħidu l-fatti kollha.", "Il-Viċi Prim Ministru jaf li l-korrezzjoni li qed jagħmel riferenza għaliha kienet bdiet diġa' taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti għax kien jinħass li hemm nuqqas ta' qbil bejn il- fatti u ċ-ċifri.", "Il-Viċi Prim Ministru jaf li meta dak l-eżerċizzju ġie tterminat instab li kien hemm mal-4,000 job imniżżel bħala li huma mpjiegi li fil-fatt ma kenux.", "Jiġifieri ma kienx hemm xi skop taċ-ċajt warajha din, anke meta kien hemm tqabbil ta' studenti li kienu jiġu mpjegati fis- sajf iżda għall-kumplament tas-sena ma kenux impjegati, li eventwalment tnaddfu bis-sistema.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għalfejn nagħmlu surveys ta' kemm għandna nies taħt it-16-il sena ma jaħdmux meta l-liġi tgħid li ta' dik l- eta' ma tistax taħdem?", "Jew dan nagħmluh biex nilbsu l-ġlekk ta' ħaddieħor għax nafu li fl-Ewropa dawn is-surveys isiru fuq dawk li għandhom bejn 15- il sena u l-64 sena?", "Qed naħlu r-riżorsi tagħna u qed nagħmlu studji fuq affarijiet li nafu li m'għandhom ebda valur għax hawn Malta ħadd ma jista' jaħdem taħt is-16-il sena.", "Jekk se tbiddlu l-liġi għidulna, imma ċ-ċifra ta' taħt is-16-il sena ma nafx għalfejn qed nistaqsu dwarha.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bil-mod kif l-Onor.", "Vella qed ipoġġi l-mistoqsija neħodha li qed jifhem li hemm differenza bejn iż-żewġ sistemi u qed jaċċetta din id-differenza.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jargumenta li teżisti differenza bejn iż-żewġ sistemi għax fil-labour force survey jistaqsu lil min għandu 15-il sena u jistaqsu lil min għandu 62, 63 jew 64 sena.", "(Interruzzjonijiet) Aħna rridu nqabblu lil pajjiżna mar-rata tal-qgħad u mar-rata ta' żvilupp f'pajjiżi oħrajn.", "U l-mod kif inkunu nistgħu nqabblu like with like hu billi nagħmlu l-istess, u jekk barra minn Malta l-mistoqsija ssir bi standard internazzjonali lil dawk li għandhom bejn il-15-il sena u s-64 sena.", "(Interruzzjonijiet) Dak huwa standard internazzjonali permezz ta' l-ILO, u aħna rridu nkunu f'pożizzjoni li nistgħu nqabblu pajjiżna fil-kuntest ta' pajjiżi oħrajn.", "Allura s-survey sar bi kriterji li huma internazzjonalment aċċettati u hekk għandu jsir biex l-affarijiet isiru sew.", "L-ILO hija l-organizzazzjoni dinjija magħmula minn rappreżentanti ta' gvernijiet, unions u ta' min iħaddem u l-kriterji stabiliti huma dawn.", "Fil- fatt jiena se nattendi konferenza ġenerali ta' l-ILO flimkien ma' l-unions u l-employers proprju nhar l-Erbgħa li ġejjin.", "Għaliex m'għandux ikollna l- istess kriterji internazzjonali biex inkejlu l-istampa ta' pajjiżna u nkunu nafu l-qagħda x'inhi?", "(Interruzzjonijiet) Jiena naħseb li l-maturita' politika titlob li ħaġa bħal din inħarsu lejha b'serjeta' għax hawnhekk qegħdin inkejlu l-progress ta' pajjiżna.", "U billi noqogħdu niġu ngħidu bit- tbagħbis ta' dak, it-tbagħbis ta' l-ieħor u ħafna statements li huma fundamentalment żbaljati, naħseb li huwa ħażin għax b'hekk inkunu qed nimminaw kejl li sija dan il-gvern u sija gvernijiet oħra li għad iridu jiġu fil-futur iridu jużaw biex jaraw pajjiiżna kif inhu miexi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi każi ta' skartar minn fuq il-post tax-xogħol li dwarhom ittieħdu passi skond ir-regolamenti tad-dixxiplina, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25498.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li bdew xogħol ġdid u dawk li bidlu x- xogħol u sabu xogħol ġdid, bi tweġiba għal mistoqsija parlamenari nru.", "25494;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li bdew jirċievu pensjoni ta' l- invalidita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25496; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 130 ta' l-2001 - pubblikazzjoni ta' direttiva mill- awtorita' ta' Malta dwar il-komunikazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 132 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar estratti tal-kafe' u ċ-ċikwejra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ rapporti mid-dipartiment tas-sajd u akwakultura dwar rapporti ta' ħut mejjet fl-inħawi ta' Anchor Bay, b'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "25453;", "Dikjarazzjoni tas-Sur Victor Farrugia, direttur tad-dipartiment tas- saħħa tal-pjanti; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' professors, associate professors, senior lecturers, lecturers u assistant lecturers impjegati ma' l-Universita' ta' Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26275.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 131 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jħassru r-regolamenti ta' l-2001 dwar drittijiet li għandhom jitħallsu għall- preżentata ta' appelli u rikorsi lil uffiċjali reviżuri; u", "K.L.B.L. 40/10/2001 – bye-laws ta' l-2001 dwar l-organiżżazzjoni ta' korsijiet (Mqabba).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Prim Ministru.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kif taf il-Kamra, nhar l-Erbgħa li għaddew għamilt stqarrija dwar ir-riżenja ta' erba' membri tal-kummissjoni elettorali.", "Issa fis-7 ta' Ġunju, skond rapport li smajt jiena stess fuq One News radio fis-5.45 p.m. u skond rapport fuq One News television tas- 7.30 p.m., ġie rrapportat li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li jiena għajjart lill-ex membri tal-kummissjoni elettorali \"paljazzi\".", "Din gidba għax jien fl-ebda ħin ma użajt din il-kelma.", "Min uża din il- kelma mmiżinterpretani apposta u għalhekk jidhirli li hemm każ ta' ksur ta' privileġġ kommess fil-konfront tiegħi bħala deputat ta' din il-Kamra mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu - kif irrapportat fin-news fuq it- television u fuq ir-radio - u wkoll ksur ta' privileġġ mir-radio u mit- television li semmejt.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu nota ta' dak li ntqal u tikkomunika d- deċiżjoni tagħha iżjed tard.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETAJIET KOPERATTIVI", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL", "L-Ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Ġunju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR LEO BRINCAT: Meta nqis li l-ewwel koperattivi f'pajjiżna ilhom li ġew iffurmati uffiċjalment mill-1947, insib li fil-fehma tiegħi l-iżvilupp ta' dan is-settur qatt ma rranka kemm suppost.", "Mhux qed ngħid dan b'xi kritika partiġġjana imma b'mod oġġettiv, anke fl-isfond storiku ta' kif żvolġew l-affarijiet.", "L-edukazzjoni pubblika dwarhom qatt ma laħqet il- livelli meħtieġa.", "Il-kuxjenza pubblika qatt ma tqajmet daqskemm kien mistenni u r-riżultati miksuba kienu, fil-fehma tiegħi, modesti meta wieħed iqis illi minn dak iż-żmien 'l hawn m'għaddewx ħames jew għaxar snin imma għaddew 54 sena.", "Xorta waħda naħseb li nkunu qed nonqsu jekk ma nagħtux għarfien xieraq lill-importanza li kellha l-liġi ta' l-1978, liġi li se tiġi superseded bil-liġi li għandna quddiemna llum.", "Il-liġi ta' l-1978 l-ewwelnett daħħlet sens qawwi ta' regolamentazzjoni dwar il-koperattivi, mill-funzjonijiet tagħhom għall-privileġġi u anke d- dmirijiet tagħhom, mid-drittijiet tagħhom għall-management u anke għall- proprjeta' tagħhom u l-fondi tagħhom, kif ukoll mill-amalgamazzjoni tagħhom għat-trasferiment tagħhom flimkien mad-dmirijiet u l-poteri tal-bord tal- koperattivi.", "Il-liġi ta' l-1978 kienet importanti wkoll għaliex daħħlet fis- seħħ tliet strutturi importanti.", "Daħħlet il-co-operatives board illi nħatar mill-ministru kkonċernat; daħħlet il-kunċett tas-central co-operative funds, li jeżenta l-koperattivi mill-income tax u company tax iżda jġegħelhom jikkontribwixxu 5% ta' l-annual registered net surplus tagħhom lis-central co-operative funds li jservi bħala reserve fund; u daħħlet ukoll fis-seħħ it-tielet struttura, is-solidarity fund għall-moviment koperattiv.", "Jekk dan il-fond tul is-snin ippromwoviex daqskemm suppost il- fatturi li se nsemmi huwa argument diskutibbli.", "Dan mhux qed ngħidu għall- amministrazzjoni tal-lum jew ta' qabilha jew ta' qabilha, imma qed ngħidu b'mod ġeneriku.", "Nerġa' ngħid, huwa diskutibbli jekk dan il-fond ippromwoviex b'mod effettiv daqskemm suppost l-ingredjenti li għalija huma importanti għat-tisħiħ ta' kwalunkwe moviment koperattiv.", "X'inhuma dawn l- ingredjenti li qed nitkellem dwarhom u li suppost is-solidarity fund kellu jkun il-mutur biex jimbuttahom 'il quddiem?", "Kellna l-element ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ, tar-riċerka u l-element ta' l-iżvilupp tal-moviment koperattiv innifsu.", "L-opinjoni personali tiegħi - u ma rrid norbot lil ħadd ma' dak li qed ngħid għax forsi jkun hemm fehmiet differenti - hi li l-koperattivi jixirqilhom priorita' akbar fuq l-agenda tal-forzi politiċi u soċjali tal-pajjiż, aktar u aktar meta nqabblu dak li sar u dak li qed isir ma' dak li ilu jsir f'pajjiżi bħal Ċipru u l-Iżrael.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ pajjiżi għax illum jekk dawn għandhom żewġ affarijiet illi jispikkaw fuq ħaddieħor, huma l-avvanz li għamlu fis-solar energy - b'kuntrast kbir ma' dak in-nuqqas ta' avvanz li għamilna aħna f'dan il-qasam minkejja li aħna pajjiż Mediterranju bi klima bħal tagħhom - u l-avvanz sostanzjali li għamlu fil-qasam tal-moviment koperattiv.", "Għalhekk jiena ma nistax nifhem f'liema kuntest l-Onor.", "Asciak qal illi qisu se nieħdu xi spinta 'l quddiem għax nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "M'inix qed ngħid li ma jistax ikun hemm programmi li jkunu ta' fejda - ħalli ma nkunx distruttiv fil-kritika tiegħi - iżda fl-istess ħin jibqa' l- fatt li l-iktar żewġ pajjiżi fil-baħar ta' madwarna li taw spinta tul is- snin lid-dinja tal-koperattivi kienu proprju Ċipru u Israel, żewġ pajjiżi li sal-lum għallinqas m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Għalkemm jiena forsi bdejt bin-nuqqasijiet tal-moviment xorta nirrikonoxxi l-fatt - u għamel tajjeb li semmieh il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu - li llum għandek għadd ta' kumpaniji reġistrati.", "Jekk humiex kollha attivi hu argument ieħor imma jekk m'inix sejjer żball għandek madwar 5000 membru u l-annual turnover huwa ta' xi Lm22 miljun.", "Jiena żgur m'inix espert fil- qasam tal-koperattiva imma nħobb naqra fuq dan is-suġġett, għaliex nerġa' ngħid, ngħir għall-avvanzi li jagħmlu pajjiżi oħrajn.", "Dan mhux qed ngħidu llum għax hemm gvern Nazzjonalista.", "Kont nemminha fl-imgħoddi anke meta kont għadni fil-moviment taż-żgħagħagħ tal-Partit Laburista.", "Jiġifieri huwa nuqqas li evolva tul is-snin taħt diversi amministrazzjonijiet li forsi mhux dejjem taw priorita' lill-koperattivi daqskemm suppost, u tawhom iktar lip-service milli sostenn tanġibbli.", "Laqatni ħafna artiklu li kiteb Godfrey Baldacchino, li jekk m'inix sejjer żball huwa ċ-chairman tal-bord tal-koperattivi, f'\"The Times\" f'Jannar ta' din is-sena fejn ġibed diversi konklużjonijiet.", "Waħda minnhom kienet li l- kultura lokali tan-negozju donnha hija ppreġudikata kontra l-ispirtu tal- koperattivi, mhux għax hemm xi antagoniżmu kontra min qiegħed fil- koperattivi imma għax m'hemmx affjatament, m'hemmx komplimentarjeta' bejn dawn iż-żewġ setturi, u dan huwa ħażin.", "Agħar minn hekk forsi ħafna membri tal-koperattivi nfushom għadhom fid-dlam dwar l-għanjiet u l-prinċipji ta' l-istess koperattivi li jappartjenu għalihom.", "Naħseb li llum tajjeb li wieħed jelenka n-nuqqasijiet ta' ċertu koperattivi biex jara fejn nistgħu nsaħħu iktar ħalli dawn il-koperattivi jkomplu jieħdu spinta 'il quddiem.", "Meta nsemmi nuqqasijiet ma nirreferix għall-koperattivi kollha għax hemm koperattivi tajbin immexxijin min-nies serji u li qed jagħtu ċertu riżultat fejjiedi, u dan qed ngħidu biex ħadd ma jaħseb li qed nagħmel xi attakk mentali fuq il-koperattivi.", "Fost in-nuqqasijiet ewlenin ta' ċerti koperattivi nsibu li għandek uħud minnhom fejn il-membri m'għandhomx awto-dixxiplina daqskemm suppost u mhux dejjem ipoġġu fil-prattika l-prinċipju li għandu jagħmel channeling ta' l- interessi personali tagħhom fi ħdan l-organizzazzjoni kollettiva ta' dawn l- istess koperattivi.", "Irridu nifhmu, per eżempju, li l-identita' ta' koperattiva ma titkejjilx f'kemm għandha membri imma jitkejjel f'termini tas-servizzi pprovduti, il-full range ta' dawn is-servizzi.", "Għalkemm kien sar ħafna ftaħir meta twaqqfet it-transport co-operative, jibqa' l-fatt li hemm fosthom fejn il-kapital għadu owned individwalment u fejn ħafna membri jippersistu li jieħdu xogħol mill-koperattivi biss bħala suppliment għas- sors ewlieni tad-dħul tagħhom.", "Dan żgur m'huwiex l-ispirtu li fih suppost kellhom jitwaqqfu l-koperattivi.", "Imbagħad għandek oħrajn, jekk se nsemmu kollox, fejn l-akbar inċentiva hija li jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-sussidju ta' l-Istat, li jekk m'inix sejjer żball huwa ta' 50% fuq il-kontribuzzjoni tagħhom bħala self- employed.", "Jien naqbel ma' l-analisi li għamel is-Sur Baldacchino għaliex semma' dan il-punt li għadni kif semmejt jiena stess, anzi wasal biex qal illi dan il-fattur seta' nefaħ jew wassal biex jonfoħ is-sħubija tal- moviment koperattiv għal raġunijiet żbaljati.", "Jiġifieri filwaqt li aħna qed ngħidu li l-moviment koperattiv għandu potenzjal jikber ħafna iktar milli kiber, fl-istess ħin nagħmlu tajjeb illi nirrikonoxxu li hemm ċertu nefħa żejda li ma saritx minħabba xi amorproprju għall-moviment koperattiv iżda minħabba ċerti vantaġġi fiskali li wieħed jista' jgawdi.", "Irridu naraw ukoll, iżjed u iżjed fil-kuntest ta' dak li qed tipprovdi għalih il-liġi, dwar kemm hemm koperattivi li jeżistu biss bl-isem.", "Il- ministru għamel riferenza għall-annual general meetings.", "Niġi għal dan iktar tard imma sal-lum, għallinqas sakemm tiġi fis-seħħ din il-liġi, għandek ċerti koperattivi li saħansitra jonqsu milli jlaqqgħu annual general meeting għall-membri tagħhom, kultant anke wara li tkun saritilhom insistenza u pressjoni biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom min-naħa tal-bord innifsu.", "Jirriżultali li kien hemm anke teżi akkademika dwar dan is-suġġett, bl-istudent li kiteb dwar dan jgħid li Malta għandna ħafna pseudo co-operatives.", "Ir-raġuni hi li ħafna jargumentaw, kif semmejt iktar kmieni jiena stess u anke kkwotajt dak li semma ħaddieħor, li iktar milli frott ta' amorproprju, din is-sħubija tidher qisha frott ta' żwieġ ta' konvenjenza.", "Dak li jimbotta 'l quddiem sħubija perspettiva f'koperattiva għandu jkun l-amorproprju għall-għanijiet fundamentali ta' l-istess koperattiva, hu x'inhu l-qasam, bħal per eżempju l-qasam tat-trasport, il- qasam tal-konsumatur u l-qasam tal-housing.", "Għalkemm saru xi attentati mill- gvern biex iwaqqaf co-operatives finanzjarjament awtonomi, inħoss li sal- lum l-esperiment għadu wieħed limitat ferm u fid-daqs huwa ferm iċken mill- pubbliċita' li dawn il-koperattivi ngħataw għal skopijiet li forsi jmorru 'l hinn mill-amorproprju għall-moviment koperattiv innifsu.", "Mr. Speaker, aħna bħala Partit Laburista nemmnu li biex il-koperattivi jimxu 'l quddiem, l-edukazzjoni u r-riċerka għandhom jingħataw spinta akbar.", "Aħna nemmnu li l-koperattivi għandhom jiżviluppaw kemm suppost, u għalhekk żgur li se nagħmlu enfasi xierqa fuq dan anke fid-dokument ta' aġġornament tal-politika tagħna, għalkemm dan id-dokument għad irid jgħaddi mill-manglu sħiħ tal-makkinarju tal-partit, mill-grupp parlamentari, mill- esekuttiv u mill-kumitati distrettwali.", "Dan qed ngħiduh għax nemmnu fl- importanza li nxerrdu l-valuri u l-prinċipji tal-koperattivi fost iċ- ċittadini Maltin ta' kull eta' u ta' kull livell ta' edukazzjoni.", "Jien nemmen li fil-koperattivi hemm skop anke għal min m'għandux livell ta' edukazzjoni għolja, iżda min-naħa l-oħra naħseb li biex ma nibqgħux fuq il- livell teoretiku biss, pajjiżna għandu wkoll bżonn ta' pjan ta' azzjoni biex is-sehem ekonomiku u l-kontroll demokratiku tal-membri fi ħdan dawn l- organiżżazzjonijiet jikber filwaqt li tiġi ssalvagwardata kemm l-awtonomija kif ukoll l-indipendenza tagħhom.", "Dan il-pjan ta' azzjoni din il-liġi ma tipprovdihx.", "L-ewwel semmejt l-importanza tal-qasam edukattiv fil-koperattivi u semmejt ukoll l-importanza tat-taħriġ.", "Biex dawn iż-żewġ pjani jirnexxu hemm bżonn riżorsi xierqa biex iwittu t-triq għal dan it-tisħiħ meħtieġ.", "Li nixtieq nara personalment m'huwiex biss li l-koperattivi jiżviluppaw iżda żewġ fatturi oħra wkoll.", "L-ewwelnett li jikkoperaw aktar bejniethom minflok ma jiddependu fuq ħaddieħor biex jimbuttahom 'il quddiem, u t-tieni - u issa se mmur oltre l-koperazzjoni lokali - li jestendu r-rabtiet tagħhom ma' koperattivi barranin kemm fir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll fl-Ewropa.", "Jien semmejt Ċipru u Iżrael iżda ma jfissirx li dawn għandhom monopolju fuq il-koperattivi.", "Nemmen li anke fil-pajjiżi ta' l-Unjoni hemm movimenti koperattivi qawwija u biex din il-koperazzjoni toktor, mhux kwestjoni ta' kemm jista' jagħmel il-gvern tal-ġurnata.", "Jien naħseb li biex tikber il-koperazzjoni fuq livell prattiku importanti li jitkattar il-kuntatt bejn il-koperattivi nfushom, nerġa' ngħid, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali, kemm fi ħdan l-Unjoni, barra l-Unjoni u anke fuq livell reġjonali bħall-Mediterran, iżjed u iżjed b'riferenza għal Ċipru u Iżrael.", "B'hekk filwaqt li tkun qed tikber il- kultura tal-koperattivi fil-pajjiż, ikun qed jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jaħdmu għall-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet li joperaw fihom.", "Qed nagħti dan il-background kollu għax hemm affarijiet li membri preżenti jew membri prospettivi ta' koperattiva jridu jkunu jafu, inkluż id- definizzjoni ta' koperattiva, x'inhuma l-valuri tal-koperattiva jew x'inhuma s-seba' prinċipji ewlenin li għandhom jiggwidawhom u li tagħmel referenza għalihom il-liġi, u tajjeb li nerġgħu nenfasizzaw dawn il- prinċipji.", "Dawn il-prinċipji jinkludu s-sħubija miftuħa u volontarja għas-sehem ekonomiku tal-membri, il-kontroll demokratiku tal-koperattivi, l- indipendenza tagħhom, it-taħriġ u l-koperazzjoni bejniethom stess.", "Jekk ma jingħatax għarfien għal dan kollu mill-membri stess, wisq nibża' li dan ikun żvilupp li jibqa' fuq il-karta, anke fil-kuntest tal-liġi li għandna quddiemna llum.", "Barra minn Malta jgħidulek li qabel ma titwaqqaf koperattiva hemm bżonn l-expertise tekniku, il-pariri tekniċi u anke professjonali.", "F'Malta kemm jiġru dawn l-affarijiet fil-prattika meta niġu biex inwaqqfu koperattivi?", "F'pajjiżi bħall-Kanada, fejn irnexxew il- koperattivi, dawn firxu ruħhom f'diversi setturi ta' l-ekonomija mhux biss fil-livell tan-negozji ż-żgħar imma anke fil-livell tal-korporazzjonijiet il-kbar u minn non-profit service organisations għal trade associations kbar.", "Dan qed ngħidu biex hawn Malta nitgħallmu npoġġu targets għoljin biex ma naħsbux li l-koperattiva hija xi ħaġa sekondarja, xi ħaġa inferjuri għal meta wieħed iwaqqaf negozju konvenzjonali kif nafuh illum.", "Per eżempju fl-Istati Uniti u l-Kanada jirriżulta li hemm bosta koperattivi, saħansitra katalogati fost il-kumpanniji ewlenin ta' dawk iż- żewġ pajjiżi kbar u industrijalizzati.", "Hawn qed insemmi pajjiżi fost l- aktar jekk mhux l-aktar industrijalizzati li hemm fid-dinja u għall- benefiċċju ta' min qed jismagħna tajjeb li nenfasiżżaw li meta nitkellmu fuq koperattivi jista' jkollok mill-inqas ħames livelli ta' koperattivi.", "Jista' jkollok koperattivi tal-konsumatur marbutin mal-provvista ta' services u prodotti.", "Jista' jkollok ukoll koperattivi finanzjarji.", "Per eżempju hemm pajjiżi fejn koperattivi daħlu anke fil-banking jew fejn għandhom iwaqqfu l-credit unions.", "Hemm pajjiżi fejn qegħdin iħaddmu l- insurance u hemm pajjiżi fejn anke qegħdin joperaw fil-qasam tat-trusts.", "Għandek imbagħad il-qasam tal-marketing u l-qasam tal-produzzjoni li jista' jvarja mis-settur agrikolu għal dak tal-crafts u għal dak tal-kummerċ kemm domestiku u anke internazzjonali.", "Għandek il-qasam tas-servizzi li huwa vast ħafna, għallinqas f'pajjiżi oħrajn, fejn wieħed isib li dawn jinkorporaw kollox, mill-utilities għall-housing u anke saħansitra għaċ- childcare.", "Imbagħad għandek kunċett li qed jikber mal-mogħdija taż-żmien, il-workers co-operative, fejn jista' jkollok kull tip ta' negozju owned kollettivament mill-impjegati.", "Qabel ħafna kienu jaħsbu li dan kien xi ħaġa marbuta mal-kibutz, imma llum qed jinfirex f'diversi pajjiżi industrijalizzati.", "Fost din il-litanija sħiħa ta' tipi ta' koperattivi li wieħed jista' jkollu semmejt il-housing co-operatives.", "Nixtieq nissottolinja dan l-aspett għax jekk hemm esperiment li għandu jiġi kkonsidrat bis-serjeta' f'pajjiżna, huwa proprju t-twaqqif ta' koperattivi fil-qasam tal-housing.", "Dan qed ngħidu għax fejn dawn irnexxew mhux biss ir-residenti kellhom sehem akbar - anzi kellhom sehem dirett dwar kif jiġu managed dawn il-housing units – imma anke sibna li dawn ġew strutturati biex jippermettu lill-membri jibnu komunita' ta' valuri maqsuma bejniethom, dawk li l-Ingliżi jsejħu shared values.", "Id-differenza bejn consumer co-operatives u worker co-operatives hi, kif semmejt iktar kmieni, li fuq naħa għandek dawk li huma owned mill- konsumatur, imbagħad għandek oħrajn li huma owned mill-impjegati jew mill- membri stess.", "Meta nitkellmu fuq worker co-operatives tajjeb li wieħed jifhem li l- ħaddiem mhux biss ikun qed jipprovdi mpjieg għalih innifsu iżda jkun qiegħed joffri lilu nnifsu kontroll sħiħ fuq l-ambjent tax-xogħol li jkun qed jopera fih, il-working environment.", "Jien naħseb li fil-kampanji tagħna bħala politiċi għandna nedukaw lin-nies iktar dwar l-importanza tal- koperattivi.", "Huwa d-dmir ta' kull gvern li jgħallem lill-poplu inġenerali biex jiddistingwi sew bejn koperattivi u l-kunċett ta' private enterprise.", "Jiena m'għandi xejn kontra l-private enterprise, anzi nemmen li l-private enterprise għandha ninkoraġġuha u bħala Partit Laburista dejjem għedniha fil-manifesti tagħna, speċjalment ta' l-aħħar snin, li aħna nemmnu li s- sehem tas-settur privat għandu jkun il-mutur illi fuqu ddur l-ekonomija.", "Dan għaliex nemmnu li l-gvern m'għandux jibqa' jkollu dak is-sehem li kien ikollu fl-imgħoddi imma għandu jservi biss ta' katalista biex iċaqlaq l- affarijiet.", "Huwa importanti li l-poplu jifhem x'inhi d-differenza fundamentali bejn il- koperattivi u l-kunċett tal-private enterprise, l-aktar kif sirna nafuh fil- mod tradizzjonali tiegħu tul is-snin.", "Jekk ma jirnexxilniex infehmu din id- distinzjoni bejn koperattivi u private enterprise bħala kunċett kif nafuh sal-lum, ħafna nies jispiċċaw effettivament ma jkunu fehmu xejn.", "Id- differenza bażika hi li l-membri tal-koperattivi qegħdin hemm għall-għan li jilħqu l-ħteġijiet ekonomiċi, soċjali u forsi anke kulturali ta' xulxin, filwaqt li kumpanniji privati huma primarjament hemmhekk għaliex huma profit-driven.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' kapitaliżmu jew anti-kapitaliżmu, imma ma nistax nemmen li jkollok kumpannija privata mwaqqfa għal xi għanijiet imbagħad ma jkollhiex bħala għan fundamentali tagħha l-għan li tkun profit-driven.", "Qed ngħid hekk biex noħroġ id-differenza bażika bejn il-koperattivi u kumpannija ta' private enterprise iktar milli biex noqogħdu nidħlu f'xi djaletti ta' kapitaliżmu u mhux kapitaliżmu.", "Dawn huma żewġ affarijiet aċċettati mis-soċjeta' tal-lum, nemmnu fihom it-tnejn, imma importanti li nissollevaw id-differenza bażika bejn waħda u oħra.", "Naħseb li biex dak li jkun jifhimna aħjar irridu dejjem inżommu f'moħħna li meta nitkellmu dwar shares f'koperattiva, dawn la japprezzaw fil-valur u lanqas jitqiesu bħala investiment.", "Min-naħa l-oħra, biex ħadd ma jaħseb li min qiegħed f'koperattiva qiegħed hemm sempliċement biex ikun daħal f'xi ħaġa li ma tirrendix, tajjeb infakkru wkoll u nispjegaw li f'koperattiva s- surplus earnings jiġu ddistribwiti lill-membri skond il-patronaġġ ta' l- istess koperattiva.", "Dan qed ngħidu għax b'kuntrast, f'kumpannija privata ssib li l-income normalment jiġi ddistribwit bħala dividends skond l-ishma li jkun hemm min-naħa tal-membri ta' dawn il-kumpanniji.", "Ovvjament fil-każ tal-koperattivi s-sitwazzjoni hija differenti.", "Il-membri tal-koperattiva jistgħu, per eżempju, jiddeċiedu li jitfgħu lura s-surpluses tagħhom fil- koperattiva bħala retained earnings, kif wara kollox jista' jagħmel anke min qiegħed fin-negozju u jitfagħhom lura bħala retained profits.", "Għalkemm dan isaħħaħ il-pożizzjoni kapitali tal-koperattivi - u hawn hi d-differenza bażika meta mqabbla ma' kumpannija kummerċjali - dan ma jaffettwa bl-ebda mod id-drittijiet jew il-privileġġi tal-membri.", "Koperattiva tasal biex tħalli l-flus fil-komunita' lokali għax is-surpluses tagħha ħafna drabi jmorru għand in-nies li jkunu jgħixu fil-komunita', filwaqt illi fil-privat dawn normalment jispiċċaw għand l-investituri li jistgħu, f'ċerti ċirkostanzi, ikunu investituri mbiegħda minn dak il-pajjiż.", "Dan mhux ħażin, anzi aħna nemmnu f'investiment dirett barrani, imma ntenni li qed ngħid hekk biex nispjega d-differenza fundamentali bejn meta jkollok koperattiva u meta jkollok kumpannija purament privata.", "Mr. Speaker, forsi l-iktar punt importanti biex wieħed jifhem id-differenza hu li koperattiva f'livell lokali għandha l-kontroll marbut mal-membri sidien tagħha fejn kull membru għandu vot wieħed, irrispettivament minn kemm għandu ishma fil-koperattiva.", "Ovvjament f'kumpannija kummerċjali s- sitwazzjoni hija kompletament differenti.", "Fil-bidu diġa' semmejt l- edukazzjoni u t-taħriġ, imma akkost li forsi nirrepeti ruħi, jien ngħid li ma nistgħux ma nkomplux intambru fuq il-ħtieġa li naraw x'qed jagħmlu ħafna koperattivi barranin li jirrikorru għar-riċerka u l-ippjanar serju qabel jaslu biex iwaqqfu l-koperattivi f'pajjiżhom.", "Hi x'inhi l-koperattiva, importanti wkoll li kull pass li jittieħed ikun pass strateġiku, pass meqjus li jittieħed biss wara li ssir konsultazzjoni xierqa bejn u fost il- membri fundaturi biex jiġi żgurat li jkun hemm ftehim dwar il-passi kollha li jkunu se jittieħdu, biex imbagħad ħadd ma jiġi jgħidlek li lanqas kien jaf x'kienu l-għanijiet ta' din il-koperattiva jew x'inhuma l-prinċipji, il- valuri u s-sisien li fuqhom kull koperattiva għandha tkun mibnija.", "Dan qed ngħidu għax jekk il-membri prospettivi ta' koperattiva jkollhom għanijiet inkompatibbli ovvjament jitwieled il-konflitt, iżda jekk ikollok dak li jissejjaħ a shared sense of purpose, għanijiet komuni, sens ta' direzzjoni waħda, allura jistgħu jibnu flimkien commitment li jkun ġenwin u qawwi li jwassal biex jagħti l-frott, hu x'inhu l-qasam li fih dawn il- koperattivi joperaw.", "Għalhekk meta tiġi biex titwaqqaf koperattiva importanti li wieħed jiżen u jevalwa l-combined business and technical skills tal-membri flimkien mat-taħriġ u l-esperjenza li jkollhom.", "F'ċerti każi per eżempju, f'pajjiżi oħrajn naf illi jsiru anke feasibility plans u marketing plans.", "Jien naħseb li dan juri li jkun żbaljat min jaħseb li b'kuntrast ma' kumpannija kummerċjali, il-koperattivi kemm taqbad u twaqqafhom kif ġieb u laħaq.", "Min jirraġuna hekk ikun qed juri injoranza dwar il-valuri tal-koperattivi u jkun sejjer żball fuq livell prattiku in terms tar-riżultati li forsi jkollu l-potenzjal li jikseb kieku jagħmel l- affarijiet b'mod aktar meqjus, b'iktar sens ta' proporzjon u bi studju minn qabel.", "L-istess bħan-negozju, anke fil-koperattivi qabel tonfoq ħafna flus biex tagħmel xi ħaġa l-ewwel trid tkun ċert li inti kapaċi tipproduċi prodott b'mod effiċjenti u/jew toffri servizzi bi prezz li ċ-ċittadin ikun lest li jħallas.", "Idea li għandha tiġi studjata mill-gvern ċentrali hija li jitwaqqaf ċentru ta' studju dwar il-koperattivi għax pajjiżi fejn jeżistu dawn iċ-ċentri kienu kapaċi jintegraw, fuq livell prattiku, l-istudju akkademiku ma' l- esperjenza tax-xogħol f'dan il-qasam, u din hija taħlita importanti ħafna li wieħed jipprova jiksibha.", "Għalhekk jien nemmen li jekk aħna bħala pajjiż, jekk jirnexxielna nagħmlu dan il-pass ċkejken iżda importanti u li għandu sinifikat, inkunu qed noffru role għal leadership pro-attiva li jiġbor flimkien tliet ingredjenti importanti: l-edukazzjoni fil-qasam koperattiv, l-angolu kummerċjali u anke li nibdew nużaw il-koperattivi bħala strument ta' public policy.", "Jiena l-ewwel semmejt li l-housing huwa qasam li fih jista' jkun hemm żvilupp ta' koperattivi f'pajjiżna, imma ma jfissirx li din hija l-unika area fejn nara potenzjal.", "Jiena nara potenzjal ukoll, per eżempju, fil- qasam ta' l-organic farming.", "M'inix espert ta' l-agrikoltura u żgur li sħabi l-Onor.", "Noel Farrugia u l-Onor.", "Joe Debono Grech jgħallmuni f'dan il- qasam, imma l-organic farming, minn dak li naf fuq is-suġġett, joffri ħafna potenzjal għall-qasam koperattiv u l-istess jista' jingħad għall-qasam ta' l-iżvilupp turistiku.", "Fiċ-ċirkostanzi ta' żmenijietna, ħafna nies jistaqsu jekk il-koperattivi, speċjalment il-worker co-operatives, humiex se jirnexxielhom ilaħħqu u jikkompetu ma' l-esiġenzi ta' l-ekonomija globalizzata, fi kliem ieħor l- ekonomija tal-ġejjieni.", "Biex inkun fair mal-ministru, il-ministru għamel ċertu aċċenn għal dan anke fid-diskors tiegħu.", "Jien ma kontx preżenti fil- Kamra imma segwejtu bir-radju, u tajjeb li nkunu kostruttivi fil-kritika tagħna.", "Jien inħoss li hemm ċertu nuqqas fil-liġi, li għalkemm il-ministru qal li-koperattivi għandhom jingħataw l-ispazju u l-għodda meħtieġa biex dawn jikbru u jipparteċipaw fl-ekonomija ta' pajjiżna, jiddispjaċini ngħid li l-liġi ma tagħmel xejn minn dan fuq livell prattiku.", "Il-liġi la tgħin direttament lill-koperattivi eżistenti u lanqas tiffaċilita' it-twaqqif ta' koperattivi ġodda, kif awgura ġenwinament il-ministru.", "Il-koperattivi, fil- fehma tiegħi, jeħtieġu aktar minn sempliċi retorika biex ikollhom dik l- interface mar-realta' moderna ta' żmenijietna.", "Mr. Speaker, għalkemm qed tintefa' aktar responsabbilta' fuq il-membri tal- koperattivi fl-annual general meetings, importanti qabel xejn li dawn l- annual general meetings jissaħħu bħala parti mill-kalendarju tal- koperattivi.", "Inutli li aħna nipprovaw nitfgħu aktar responsabbilta' fuq dawn l-AGMs jekk il-koperattivi nfushom mhux se jibdew iħarsu b'ċerta importanza lejhom, jew jekk min jattendi l-AGM ma jirrikonoxxix dan kollu, anzi ssib min lanqas jirrikonoxxi l-ħtieġa li jattendi l-AGM.", "Ġieli jkun hemm każi fejn l-AGMs bilkemm isiru minkejja l-imbuttar, is-suġġerimenti u l-pressjoni min-naħa tal-bord innifsu.", "Il-ministru qal ukoll li bis-saħħa ta' din il-liġi hu jrid li jkun aloof kemm jista' jkun mid-day-to day running tal-koperattivi.", "Personalment naqbel li l-ministru konċernat, taħt kwalunkwe gvern, ikun involut aktar f'dawk li huma policy directions milli jkun hands-on fid-day-to-day running tal-koperattivi, iżda fl-istess ħin il-gvern imbagħad bagħat messaġġ oppost dwar din il-kwestjoni bil-mod li bih jinħatru sal-lum il- membri tal-co-operatives board.", "Ma tagħmilx sens li tipprova turi li tkun involut biss fil-policy u li ma tridx tkun involut fid-day-to-day running meta mbagħad ikollok ħafna political appointees li jkunu l-lunga mano tal- ministru tal-ġurnata.", "Waħda tikkontradixxi lill-oħra.", "Hemm imbagħad anke fattur ieħor importanti, il-fatt illi ċerti koperattivi jiddependu fuq il- gvern ċentrali u fuq il-kunsilli lokali, anke bħala forċina finanzjarja.", "Dan juri li l-għan ta' l-awtonomija fuq livell prattiku għadu l-bogħod milli jintlaħaq.", "Biex nikkonkludi xtaqt nagħmel xi ftit osservazzjonijiet tekniċi fuq il-liġi nnifisha, Sur President.", "Filwaqt li din il-liġi qed tipprovdi għat-twaqqif, għar-reġistrazzjoni u anke għall-kontroll tal-koperattivi, ma fiha xejn ġdid li jista' joħloq inċentiv lill-koperattivi biex jikbru jew li jistimula liċ-ċittadin biex jgħinhom jimbtu u jinfirxu.", "Jekk inħarsu lejn ċerti dettalji tal-liġi hemm bosta mistoqsijiet li jitolbu tweġiba.", "Għaliex, per eżempju, il-bord se jkollu l-impjegati tiegħu u mhux public officers?", "Meta l-ministru qed jingħata kull faċilita' biex jikseb u jivverifika t-tagħrif li jkollu x'jaqsam mal-ħidma tal-bord, dan se jkun marbut bil-kunfidenzjalita' jew jista' jxandru anke pubblikament?", "Jingħad ukoll li l-ispejjeż tal-bord, barra minn dawk li jitħallsu mill- fond ċentrali tal-koperattivi, għandhom jitħallsu minn dawk il-fondi li jistgħu jiġu vvotati mill-Kamra tad-Deputati, iżda fil-prattika kif se jkunu rregolati li ma jintużax il-fond ċentrali biex jaqbeż il-vot mill- parlament?", "Dan huwa punt importanti.", "Dwar il-kontijiet tal-bord għamilna mistoqsija mhux fil-kuntest ta' din il-liġi biss imma anke fil-kuntest tad- diversi regolaturi li l-parlament approva f'dawn l-aħħar xhur.", "Il-kontijiet tal-bord se jkunu sempliċement għas-sorvelja tal-PAC jew se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra biex ikun hawn diskussjoni xierqa anke fostna l-membri preżenti hawnhekk?", "Jiena ma naqbilx, per eżempju, mal-liġi meta titkellem dwar il-poter tal- bord li jibgħat rappreżentant biex jattendi laqgħa ġenerali u straordinarja ta' xi soċjeta'.", "Dan mhux poter.", "Il-bord għandu l-obbligu li jagħmel dan u hawnhekk mhux qed nagħtu xi poter ġdid.", "Nerġa' ngħid li jekk il-bord irid jara li l-annual general meetings jaħdmu u jagħtu l-frott mixtieq u meħtieġ, importanti li jeżerċita d-dritt u l-obbligu li jibgħat rappreżentanti għal dawn il-laqgħat.", "Jien ma naqbilx ukoll li għandu jkun il-ministru li jilqa' l-appell ta' meta xi persuna tħossha aggravata b'xi ordni tal-bord tal-koperattivi.", "Mela tajjeb, il-Ministru Gonzi jgħid illi ma jridx ikun involut fil-hands-on tad-day-to-day running tal-koperattivi imma jrid ikun involut biss fil-policy, imbagħad meta wieħed jappella għax iħossu aggravat b'xi ordni tal-bord tal-koperattivi jrid imur quddiem il- ministru responsabbli mill-koperattivi!", "F'dan il-każ dorna ċirku sħiħ biex erġajna sibna ruħna fejn bdejna.", "Il-liġi timplika wkoll li kull koperattiva trid tkun orjentata kummerċjalment.", "Dan xi jfisser għal dawk il-co-operatives li jkunu ta' natura soċjali jew filantropika?", "L-istess kif qal il-kelliem ewlieni tagħna fuq is-suġġett, l-Onor.", "Karl Chircop, aħna bħala grupp parlamentari fil-prinċipju naqblu ma' din il-liġi, imma naħseb li l-ikbar nuqqas tagħha hu li filwaqt li qed tipprovdi għat-twaqqif, għar-reġistrazzjoni u anke għall-kontroll ta' dawn il-koperattivi, ma fiha xejn ġdid li jista' joħloq inċentiv lill-koperattivi biex jikbru jew li jistimula liċ-ċittadin biex jgħinhom jimbtu, jinfirxu u jimxu 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Paralmentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr. Speaker, din il-Kamra għandha quddiemha għad-diskussjoni abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif tar-reġistrazzjoni, kontroll ta' soċjetajiet koperattivi u għall-ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma anċillari għalihom\".", "Dan l-abbozz ilu mistenni u mwiegħed għax kulħadd huwa konxju mill-importanza u l-effett li jista' jkollha din il-liġi.", "L- għan ta' l-abbozz huwa sabiex \"jaġġorna l-leġislazzjoni li tirrigwarda l- kostituzzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-kontroll ta' soċjetajiet koperattivi u li jħassar l-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi, Kap 278.\"", "Jien ngħid li m'hemmx l-iċken dubju li kien wasal iż-żmien li l-liġi dwar il-koperattivi tiġi aġġornata biex tkun tista' tilqa' l-isfidi taż-żmenijiet ta' llum.", "Fl-1946, fi żmien gvern kolonjali, kienet daħlet fis-seħħ l-Ordinanza li tirregola l-Koperattivi, li dak iż-żmien kienu dawk ta' prodotturi agrikoli.", "Fl-1978 din l-ordinanza ġiet mibdula f'liġi aktar dettaljata u fiha kien hemm klawsoli li jirrigwardaw il-bord tal-koperattivi u aspetti dwar l-għaqdiet koperattivi.", "Bis-saħħa ta' dik il-liġi kienu twaqqfu l- bord tal-koperattivi, il-fond ċentrali tal-koperattivi u l-organizzazzjoni APEX.", "Huwa fatt li l-liġi ta' l-1978 qdiet il-funzjoni tagħha u serviet ta' ġid għall-moviment koperattiv, iżda bit-tibdiliet kbar li bdew iseħħu fil- qasam tax-xogħol fid-dinja kollha u naturalment anke f'pajjiżna, inħasset il-ħtieġa li din il-liġi tiġi aġġornata għall-esiġenzi ġodda f'dan il- qasam.", "Kien għalhekk li matul dawn l-aħħar snin inbeda l-proċess sabiex tiġi emendata l-liġi tal-koperattivi u l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu għandu l-iskop li jagħraf ir-rwol tal-gvern prinċipalment bħala regolatur f'dan is-settur, li jidentifika aktar ir-responsabbiltajiet ta' l- awdituri u ta' l-uffiċjali ta' kull koperattiva, li jħeġġeġ it-twaqqif ta' koperattivi ġodda f'kull qasam tas-soċjeta', jippromwovi mekkaniżmu għat- tmiem ta' tilwim u jirrikonoxxi r-rwol ta' l-organizzazzjoni APEX.", "Pajjiżna, bħall-pajjiżi tad-dinja kollha, qiegħed jiffaċċja żmien ta' bidliet soċjali, ekonomiċi, politiċi u teknoloġiċi mgħaġġla ħafna.", "Min- naħa waħda għandna ambjent ġdid u soċjeta' ġdida fejn l-individwaliżmu u l- egoiżmu huma b'saħħithom u fejn il-valuri tradizzjonali qed jitherrew, u min-naħa l-oħra għandna tkabbir tal-koperazzjoni 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali.", "Bil-globalizzazzjoni jinħolqu aktar opportunitajiet li magħhom iġibu aktar sfidi, li biex koperattivi jew azjendi jkunu jistgħu jidħlu għalihom jeħtieġ li jkunu aktar kompetittivi.", "Irridu nibdlu ħafna mill- ideali li mmexxu bihom illum u wħud minnhom irridu nwarrbuhom għal kollox sabiex nibqgħu fuq din it-trend li d-dinja miexja biha.", "Bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-kummerċ jitkattar u jitwarrbu l-fruntieri, iżda meta jiġri hekk il-kompetizzjoni tikber u minbarra li jridu jissaħħu l- koperattivi, jeħtieġ li jsiru aktar kompetittivi, li jiksbu l-prodott xieraq u fuq kollox li jirristrutturaw ruħhom biex ikunu jistgħu jgħixu fis- swieq internazzjonali.", "Fil-bidu jista' jkollhom aċċess akbar għas-sussidju mill-Unjoni, iżda f'dan l-istadju jridu jaħdmu aktar sabiex jieqfu fuq saqajhom biex jiggarantixxu l-ġejjieni.", "Fuq livell ta' komunita' l-koperattivi fi gżejjer żgħar bħal Malta għandhom vantaġġ fuq dawk ta' l-Ewropa.", "F'Malta hawn ambjent san għat-tkabbir ta' koperattivi għaliex wieħed ikun jista' jikkonċentra fuq dak li jkun qed jagħmel mill-bidu u wara jissokta jagħti l-istess attenzjoni.", "Wieħed jista' mill-ewwel jistaqsi x'inhu dan il-moviment koperattiv.", "X'differenza hemm bejn koperattiva u kumpannija?", "Forsi l-mudell koperattiv għadda żmienu?", "Il- koperattivi għadhom tajbin biex isostnu l-problemi tal-lum?", "Il-valuri, il- prinċipji u l-prattika tal-koperattivi għadhom jagħmlu sens?", "Sejrin nilħqu l-għanijiet tagħna meta l-parlament jgħaddi din il-liġi?", "Koperattiva hija xirka ta' persuni li jissieħbu ma' xulxin biex permezz tax- xogħol, il-ħila, l-intrapriża u t-talenti tagħhom joffru jew jixtru servizz jew prodott b'mod kompetittiv.", "In-nies li jaħdmu bħala ħaddiema fil- koperattiva huma wkoll is-sidien tagħha u d-deċiżjonijiet li jittieħdu huma frott tal-parteċipazzjoni sħiħa u ndaqs ta' dawn il-ħaddiema membri.", "B'hekk il-poter, il-ġid, ir-responsabbilta' u l-qligħ jitqassmu u jitferrxu aħjar.", "Kull membru għandu jedd għal vot wieħed ukoll jekk ilu mal-koperattiva għal bosta snin, jew jekk ikun investa l-akbar ammont ta' flus.", "Wieħed mill- punti ewlenin fil-formazzjoni u l-andament tal-koperattiva hija l- koperazzjoni, bil-kunċett bażiku ta' l-organised self-help, prinċiparjament fil-qasam ekonomiku.", "Organised self-help tfisser li tgħaqqad flimkien ir- riżorsi, il-purchasing power, il-ħteġijiet u x'għandu x'joffri grupp ta' persuni biex dawn jaġixxu flimkien u jaċċettaw id-dixxiplina ta' grupp bi tpartit ma' soluzzjoni għall-problemi u l-ħtiġijiet li jkollhom.", "Il- koperattivi jiddistingwu ruħhom minn kumpanniji kummerċjali għaliex il- koperattivi għandhom orjentament favur il-membri ħaddiema u huma kkontrollati mill-istess membri ħaddiema, waqt li l-kumpanniji għandhom orjentament favur l-investitur u huma kkontrollati mill-istess investitur.", "Koperattiva hija organizzazzjoni ta' xogħol li fiha m'hemmx biss il- koperazzjoni iżda hemm ukoll qofol demokratiku.", "Kull membru għandu sehem indaqs fil-kmand u d-deċiżjonijiet u mhux, per eżempju, il-kapitalisti jikkmandaw u l-ħaddiema jobdu.", "Il-koperattiva hija għamla ta' organizzazzjoni tax-xogħol li tirrispetta l-ugwaljanza fid-dinjita' ta' kull persuna msieħba fiha.", "Koperattiva tfisser li fit-twettiq ta' servizz ta' manifattura ta' prodott, ma jkunx hemm separazzjoni netta ta' kapital u xogħol, ħaġa li ħafna drabi ġġib l-iskartar u n-nuqqas t'interess min-naħa tal-ħaddiema u forsi wkoll sfruttament min-naħa ta' min iħaddem.", "Il- koperattiva tista' għalhekk iġġib magħha armonija fir-relazzjonijiet industrijali u aktar sodisfazzjon u effiċjenza fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-organizzazzjoni tax-xogħol jeħtieġ li jkun hemm żmien li jippermetti lill-ħaddiem ikompli dejjem jitgħallem u jiżviluppa bħala persuna.", "L- istruttura tal-koperattiva tipprovdi qafas li jippermetti lill-imseħbin kollha jsemmgħu leħinhom fit-tfassil ta' l-organizzazzjoni tagħhom.", "Hemm differenza bażika bejn koperattiva u kumpannija.", "Minbarra l-iskop kummerċjali li għandha kumpannija, koperattiva għandha skopjiet soċjali daqstant importanti.", "L-għan tal-koperattiva huwa li tmexxi 'l quddiem l- interessi tal-membri waqt li l-għan tal-kumpannija hu li tkattar il-qligħ ta' l-azzjonisti.", "Waqt li f'kumpannija m'hemmx obbligu ta' distribuzzjoni ġusta bejn l-azzjonisti u m'hemm l-ebda obbligu lejn is-soċjeta', f'koperattiva hemm ġustizzja soċjali permezz ta' tqassim aħjar tal-ġid li joħroġ mill-koperattiva u hemm responsabbilta' soċjali.", "Il-koperattivi jiġbru flimkien il-kapaċitajiet, il-ħteġijiet u l-isforzi personali aktar milli l-kapital.", "Fil-koperattivi jeżistu regoli stretti dwar il-kapital, għax il-kapital qiegħed hemm biex jaqdi u mhux biex jikkmanda.", "Fit-twettiq tal-ħidma ekonomika l-koperattivi jridu jirrispettaw il-valur tat- trasparenza, onesta', kontroll demokratiku, responsabbilta' lejn is- soċjeta', tħaris tal-komunita' u l-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Mr. Speaker, fil-liġi li għandna quddiemna hemm elenkati seba' prinċipji li jirrigwardaw il-valuri tas-solidarjeta' u s-sussidjarjeta' li jiffurmaw il- bażi u jagħtu l-identita' lill-moviment koperattiv.", "L-identita' tal- koperattivi, hi x'inhi l-ħidma tagħhom, tistrieħ fuq dawn is-seba' prinċipji.", "Dawn il-prinċipji, li huma magħrufa u aċċettati fuq bażi internazzjonali, jagħrfu l-koperattivi minn organizzazzjonijiet oħra.", "L- ewwel prinċipju huwa s-sħubija volontarja u miftuħa.", "Kif jingħad fil-liġi, il-koperattivi huma għaqdiet volontarji, miftuħa għal kull min irid juża s- servizz tagħhom u lest li jaċċetta d-dmirijiet marbuta mas-sħubija.", "Dan isir mingħajr l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, klassi soċjali, razza, politika jew twemmin.", "It-tieni prinċipju huwa l-kontroll demokratiku mill-membri.", "Il-koperattivi huma organizzazzjonijiet immexxija b'mod demokratiku mill-imsieħba.", "Dawn għandhom mod attiv kif jipparteċipaw fit-tfassil ta' l-istrateġija u d- deċiżjonijiet meħuda mill-koperattiva, dejjem fuq bażi ta' vot wieħed għal kull membru.", "It-tielet prinċipju huwa l-parteċipazzjoni ekonomika min-naħa tal-membri.", "Il-membri jikkontribwixxu u jikkontrollaw b'mod indaqs il- kapital investit fil-koperattiva tagħhom.", "Wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha, jekk jifdal xi qligħ fil-koperattiva jintuża sabiex jiżviluppa aktar il-koperattiva, jintuża f'xi attivita' b'għan soċjali jew jitqassam bejn il-membri.", "Ir-raba' prinċipju huwa awtonomija u indipendenza.", "Il- koperattiva hija organizzazzjoni awtonoma mmexxija mill-imseħbin tagħha u meta tikkolabora m'organizzazzjonijiet oħra dan qatt ma tagħmlu a scapito ta' l-awtonomija tagħha.", "Il-ħames prinċipju huwa l-edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni.", "Il- koperattivi jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim lill-imseħbin tagħhom, kull wieħed u waħda skond il-ħtiġijiet tagħhom.", "Dan huwa prinċipju importanti għax l-edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni għandhom jitwasslu lill-pubbliku in ġenerali speċjalment liż-żgħażagħ.", "Hawnhekk ta' min jirreferi għall-proġett imsejjaħ \"scoops\" organizzat mill-iskejjel sekondarji u mill-bord tal-koperattiv.", "Dan huwa proġett li jħajjar lill- istudenti jiffurmaw koperattiva li permezz tagħha jkunu jistgħu jwettqu diversi xogħlijiet.", "Minbarra li din l-attivita' hija ta' divertiment għall- istudenti li jipparteċipaw fiha, għandha sservi ta' esperjenza edukattiva li fi spirtu ta' koperazzjoni tgħinhom jakkwistaw esperjenza prattika biex jippreparaw ruħhom aħjar għad-dinja tax-xogħol.", "Wieħed bilfors irid jagħti importanza għal attivitajiet bħal dawn għax il-futur ta' pajjiżna jiddependi ħafna fuq kemm ser inkunu kapaċi li naffrontaw u nassiguraw b'suċċess it-tibdiliet li qegħdin isiru fil-qasam tax-xogħol mhux f'pajjiżna biss imma fid-dinja kollha.", "Il-futur tas-soċjeta' tagħna jiddependi ħafna minn kemm iż-żgħażagħ studenti tagħna se jkunu kapaċi jadattaw ruħhom għall-esiġenzi ġodda li jridu jiffaċċjaw fiż-żmien tal-globalizzazzjoni.", "Mhux se jkun biżżejjed li ż-żgħażagħ tagħna jsiru tobba, inġiniera, teachers jew iħaddnu kwalunkwe sengħa oħra u li jkunu intelliġenti u bravi fil-professjoni tagħhom jekk fl- istess waqt ma jkunux kapaċi jirbħu, flimkien ma' sħabhom, id- diffikultajiet kollha li se toffrilhom id-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk huwa importanti li minbarra l-aspett akkademiku, l-istudenti tal-lum ikunu mwrawma wkoll fl-ambjent tax-xogħol.", "Iż-żgħażagħ li jipparteċipaw fil-proġett \"scoops\", proġett li joffrilhom din il-faċilita' ta' preparazzjoni għall-ħajja tax-xogħol fil-ġejjieni, għandhom isiru aktar konxji tal-bżonn u tal-valur ta' koperattivi fiż- żmenijiet ta' llum.", "L-element żagħżugħ għandu jkun determinanti fit-tiġdid u l-evoluzzjoni tal-moviment koperattiv f'pajjiżna.", "Huwa għalhekk xieraq li biex insaħħu l-koperattivi ta' llum ngħallmu liż-żgħażagħ x'inhi l- koperattiva u l-prinċipji li taħdem fuqhom.", "Is-sitt prinċipju kif imniżżel fil-liġi huwa l-kooperazzjoni fost il-koperattivi.", "Il-koperattivi jistgħu jkunu aktar effettivi u b'saħħithom jekk jinħoloq sens ta' kooperazzjoni bejniethom, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.", "Mr. Speaker, struttura ewlenija li ġiet rikonoxxuta fil-liġi hija l- organizzazzjoni APEX.", "Bit-twettiq ta' l-APEX, il-koperattivi Maltin għamlu pass ta' ġgant 'il quddiem fil-konsolidament u t-tisħiħ tal-ħidma koperattiva kollha taħt kappa waħda.", "Il-moviment koperattiv għandu organizzazzjoni rappreżentattiva li tista' titkellem għalih fuq bażi nazzjonali u internazzjonali.", "Din l-organizzazzjoni trid tkompli tħabrek sabiex ikollha bażi soda u finanzjament sod.", "L-APEX hija membru fl- international co-operative alliance, għaqda indipendenti li tgħaqqad, tirrappreżenta u taqdi l-koperattivi madwar id-dinja kollha.", "L-għan ewlieni tagħha huwa li ssaħħaħ u tmexxi 'l quddiem koperattivi sodi u awtonomi fid-dinja kollha.", "L-ICA twaqqfet f'Londra fl-1985.", "Hija tgħodd fi ħdanha aktar minn 700 miljun membru li huma koperattivi mill-oqsma kollha ta' l-ekonomija, agrikoltura, banek, enerġija, insurance, sajd, djar, turiżmu, konsum u ħaddiema.", "Permezz ta' l-APEX il-moviment koperattiv Malti jista' jippreżenta ruħu quddiem il-Gvern Malti bħala sieħeb soċjali.", "Jekk dan is-sieħeb ikun b'saħħtu, sod u kompetenti l-gvern jista' jaħseb biex jgħaddi minn taħt idejh għall-APEX numru ta' funzjonijiet li jolqtu lill-koperattivi.", "Is- seba' u l-aħħar prinċipju huwa l-interessi li appartenenti lill-komunita'.", "Il-koperattivi jisħqu fuq il-bżonnijiet u x-xewqat ta' l-imseħbin tagħhom bl-għan aħħari li tgawdi s-soċjeta' kollha kemm hi.", "Dan isir per eżempju billi l-ġid jitqassam aħjar, il-prezzijiet jorħsu, titkattar il- kompetizzjoni u jiġu provduti s-servizzi meħtieġa fil-komunita' mill- koperattivi stess.", "F'pajjiżna jeżistu diversi forom ta' koperattivi, fosthom insibu l- koperattivi tal-ħaddiema, tal-produzzjoni, tal-marketing u tal-konsumatur.", "Permezz ta' ċerti tipi ta' koperattivi, jistgħu jiġu organizzati servizzi għall-anzjani bħal tindif fir-residenzi personali, xiri u attivitajiet rikreattivi u kulturali.", "Id-djar ta' l-anzjani jistgħu wkoll jiġu mmexxija fuq mudell koperattiv, jistgħu jkunu mwaqqfa mill-istess anzjani jew minn persuni li kapaċi jipprovdu s-servizzi.", "Per eżempju l-meals-on-wheels, it- tindif u s-sigurta'.", "Is-servizzi mediċi jistgħu jkunu kemm organizzazzjonijiet ta' utilisti kif ukoll ta' nies li jipprovdu servizz bħat-tobba, infermiera u paramediċi.", "Fil-qasam tal-biedja l-kompetizzjoni globali, l-iżvilupp teknoloġiku u l-proċess kontinwu ta' modernizzazzjoni wkoll iwasslu għal tibdil strutturali biex jelimina l-produtturi ż-żgħar sakemm dawn ma jbiddlux u jġebbdu mhux biss il-produzzjoni imma wkoll l- ipproċessar u l-marketing tal-prodotti tagħhom.", "Il-koperattivi jridu jkomplu jaħdmu fl-oqsma tradizzjonali tagħhom billi l- prodotti u s-servizzi tal-biedja, finanzjament, djar u servizzi jingħataw lill-konsumatur imma biex ilaħħqu mal-bidliet mgħaġġla ta' madwarhom il- koperattivi jridu bilfors jagħtu aktar każ ta' numru ta' sfidi bħal-ħolqien ta' mpjiegi, għajnuna u servizzi lill-komunita', koperattivi soċjali bi sħab ma' kunsilli lokali, ħidma f'oqsma oħra ta' business bħall- informatika, kura ta' saħħa preventiva, servizzi speċjali għal gruppi żvantaġġjati bħall-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali, tħaris ta' l- ambjent naturali u użu ta' forma alternattiva ta' enerġija.", "Mr. Speaker, f'pajjiżna l-koperattivi twaqqfu mal-50 sena ilu, ferm wara li twaqqfu fl-Ewropa.", "Ir-rikonoxximent ta' l-iżvilupp tal-koperattivi huwa universali u internazzjonali.", "Il-Knisja dejjem qieset bħala ħażin il-mod kif kien organizzat ix-xogħol, kemm fid-dinja kapitalista, fejn ix-xogħol kien jitqies bħala xi ħaġa materjali bla ma jingħata każ li l-ħaddiem kien bniedem li kellu moħħ u kellu familja, kif ukol fid-dinja Soċjalista fejn il-ħaddiema kienu jispiċċaw ilsiera tal-gvern b'sistema li twassal għall- falliment.", "Il-ħidma ekonomika li twassal għal ħolqien tal-ġid jeħtieġ li tirrispetta l-bnedmin bil-kapaċitajiet kollha tagħhom, għalhekk jekk sistema ekonomika ma tirrispettax il-bniedem fid-dinjita' kollha tiegħu din is-sistema hija inġusta.", "Il-qies li bih jitkejjel jekk sistema hix ġusta jew le m'għandux jiddependi biss mill-kwantita' ta' ġid li nħoloq u jekk dan ġiex mqassam b'mod ekwu.", "Is-sistema mill-bidu sa l-aħħar trid tirrispetta f'uq kollox id-dinjita' ta' kull bniedem.", "Il-Knisja dejjem sostniet li wieħed mill-aħjar modi kif jiġi organizzat ix- xogħol huwa dak tal-koperattivi.", "Il-Papa Gwanni Pawlu II fl-enċiklika ċentesimus annos kiteb li kellhom jinsabu għodda tajbin biex tinbena s- solidarjeta' sabiex l-iżvilupp ekonomiku jseħħ b'rispett aħjar għall-valur ta' kull persuna.", "Hawnhekk jeħtieġ niftakru l-isforzi kotrana li fihom l- insara taw sehem kbir biex jinbdew koperattivi sewwa għall-produzzjoni, sewwa għall-konsum kif ukoll għal kreditu.", "Dawn swew ukoll biex kiber it- tagħlim u t-taħriġ fis-snajja' u biex saru esperjenza ġodda ta' tisħiħ u parteċipazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u fil-ħajja tas-soċjeta' kollha kemm hi.", "Is-segretarju ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ressaq rapport quddiem l- assemblea ġenerali.", "Inkluż f'dan ir-rapport hemm dokument imħejji mill- committee for the prevention and advancement of co-operatives, il COPAC, intitolat guidelines aimed at creating a supporting environment for the development of co-operatives.", "Fost affarijiet oħra dan ir-rapport jgħid:", "'' Governments recognise that the co-operative movement is highly democratic, locally autonomous but internationally integrated and a form of organisation or association and enterprise whereby citizens themselves use self-help and self-responsibility to meet goals that include not only economic but social and environmental objeċtives, such as overcoming poverty, securing productive employment and encourage social integration.''", "Anke l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea kollha jagħrfu l-valur soċjali u ekonomiku tal-koperattivi.", "Għalhekk huwa fl-interess tal-pajjiżi membri u tal-komunita' kollha li jinkoraġġixxu u jgħinu t-twaqqif u l-iżvilupp effettiv tagħhom fl-atmosfera ta' suq ħieles u kompetizzjoni ġusta.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fl-iżvilupp tal-moviment koperattiv fil-qasam tax-xogħol.", "Dan stqarru fil-programm elettorali qabel l-elezzjoni.", "Paragrafu 101 ta' dan il-programm jgħid testwalment li \"terġa' tingħata spinta biex jinħolqu koperattivi ġodda u biex jissaħħu dawk li diġa' jeżistu u dan b'mod speċjali billi jitwaqqaf unit li jħajjar ħaddiema jissieħbu f'koperattivi u biex jgħin lil dawk li jkunu twaqqfu\".", "Barra minn dan jinkoraġġixxu t-twaqqif ta' koperattivi tal- konsumatur u dawk ta' negozji żgħar.", "Il-gvern ġdid Nazzjonalista kien fidil għal dan l-impenn u fil-ftuħ tal-parlament, il-President tar-Republika fid- diskors tiegħu qal:", "''Il-gvern irid li jagħti ħajja ġdida lill-koperattivi għaliex din hija direzzjoni li mhux biss tagħraf il-kapaċitajiet tal-ħaddiema biex jipproduċu, iżda tagħraf ukoll il-valur tax-xogħol bi sħubija bejn il- ħaddiema li jkunu qed jipparteċipaw f'din l-esperjenza.''", "Żgur li l-ħidma tal-gvern f'dan ir-rigward ma naqsitx f'dawn l-aħħar sentejn u nofs.", "L-uffiċċju tal-koperattivi u l-APEX qed joffru taħriġ lill- membri tal-moviment koperattiv fuq livell ta' tmexxija maniġerjali u finanzjarja.", "L-APEX żviluppat ruħha u ħadet il-funzjonijiet kollha ta' support unit.", "Matul dawn is-sentejn ġew iffurmati disa' koperattivi ġodda.", "Bi preparazzjoni għar-reviżjoni tal-liġi li qegħdin niddibattu issa nġieb Malta espert ewlieni fil-qasam tal-koperattivi sabiex jgħin fil-proċess u fil-konsultazzjoni ta' dan l-abbozz.", "Il-koperattivi għandhom ikunu pass ieħor 'il quddiem fit-triq li qbadna, triq li trid tinkoraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem aktar attiv u dirett bil-ħolqien tal-ġid ekonomiku u soċjali.", "F'dan ir-rigward il-gvern irid ikun l-ewwel instigatur u animatur fil- ħolqien tal-koperattivi, ħaġa li żgur qiegħed jagħmel.", "Il-gvern irid ikompli jgħin it-twaqqif tal-koperattivi fost l-impjegati tiegħu għax jemmen li permezz tal-koperattivi fis-settur pubbliku tiżdied l-effiċjenza u l-produttivita'.", "F'dan is-sens il-proċess li permezz tiegħu l-ħaddiema tas-settur pubbliku jiddeċiedu li jiffurmaw koperattiva huwa proċess ta' ristrutturar u ta' privatizzazzjoni.", "Dan mhux sempliċement bżonn li jimponieh fuqna l-proċess ta' mmodernizzar, imma huwa wkoll frott ta' l- isforz li hemm bżonn isir sabiex jitjiebu l-livelli fis-servizzi li jingħataw.", "B'dan l-iskop il-gvern qiegħed jagħti ċerti inċentivi lill- impjegati tiegħu biex iħajjarhom jiffurmaw koperattiva.", "Impjegat jista' jingħata unpaid leave bla ma jitlef is-sigurta' ta' l- impjieg, is-seniority fil-grad, l-increment fil-paga, id-dritt li japplika għall-pensjonijiet u l-promotions interni, id-dritt ta' pensjoni u s-sehem tal-kontribuzzjoni għas-sigurta' soċjali li qed iħallas il-gvern.", "Il- perijodu ta' l-unpaid leave huwa wkoll miftuħ u ndefinit u għalhekk impjegat jibqa' meqjus bħala impjegat tal-gvern matul il-perjodu li jaħdem f'koperattiva.", "Gvern Nazzjonalista qed jgħin u jappoġġja l-koperattivi billi jagħtihom il-pariri meħtieġa u jagħtihom għajnuna fit-tmexxija u billi kontinwament joffri tagħlim aġġornat kemm fis-snajja ta' diversi żviluppi li jseħħu kulljum fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll b'għajnuna finanzjarja li biha l-koperattivi jaqbdu t-triq tas-suċċess.", "Il-kunsilli lokali wkoll għandhom ikunu ta' għajnuna kbira għall- koperattivi eżistenti u jservu bħala ħmira għall-ħolqien ta' koperattivi ġodda.", "Il-kunsilli lokali jistgħu jkunu spunt għall-formazzjoni ta' koperattiva fil-lokalita' tagħhom biex jitwettqu ċertu proġetti li jkunu ta' risponsabbilta' tagħhom.", "B'mixja sħiħa lejn proċess ta' globalizzazzjoni, l-organizzazzjoni tad-dinja tax-xogħol trid tinbidel u tersaq lejn sistemi aktar koperattivi, kkaterizzati minn mudell demokratiku ta' tmexxija u li jibnu fuq is-solidarjeta' ta' bejn il-ħaddiema.", "Dan il- gvern minn dejjem ta spinta lill-moviment koperattiv u beħsiebu jkompli jagħmel dan permeżż ta' l-apoġġ u s-sostenn li jagħti lil diversi koperattivi u billi jħeġġeġ il-formazzjoni ta' koperattivi ġodda kemm fis- settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku.", "Huwa proprju b'dan l-iskop li l-gvern qiegħed iressaq dan l-abbozz ta' liġi tal-koperattivi għall-approvazzjoni ta' dan il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr. Speaker, mingħajr dubju l-Partit Laburista mingħajr dubju se jivvota favur dan l-abbozz.", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa abbozz pożittiv, u anke meta wieħed janalizza l-iskop warajh ma jistax ma jaqbilx miegħu.", "Naturalment il-liġi l-oħra kienet pjuttost antika u kellha bżonn updating.", "Naħseb li tant kellha bżonn rebore li ma kenitx idea ħażina li l-parlament jerġa' jirrifletti ftit fuq din il-kwestjoni tal-koperattivi, sors importanti ta' attivita' ekonomika li dejjem tespandi u tajjeb nikkreawlha qafas legali biex tkun tista' tiffunzjona aħjar.", "Naturalment il-Partit Laburista jaqbel iżda ma jaqbilx ma' l-artikli kollha u jien se nagħmel il- kritika tiegħi f'dan is-sens.", "Jien naqbel mas-sustanza tal-liġi nnifisha pero' hemm xi aspetti, xi kultant tekniċi u legali, li jien ma naqbilx magħhom jew forsi jistgħu jsiru aħjar.", "Hawnhekk nerġa' nenfasizza li l- idea wara din il-liġi hija idea lodevoli.", "Fil-fatt din il-liġi se tirregola żewġ aspetti.", "Se tikkrea bord regolatur, jiġifieri se jkollok awtorita' li tirregola l-koperattivi li hemm, iżda mhux hekk biss.", "Is-soltu r-regolatur jirregola dak li hemm, imma issa se jkollok ukoll bord biex jispira jew biex jagħti spinta 'l quddiem lit-twaqqif tal-koperattivi.", "Naturalment il- bord jippromwovi wkoll it-tagħrif biex in-nies ikunu jafu xi tfisser u kif tiffunzjona koperattiva.", "Bħala partit xellugi dawn l-ideat naqblu magħhom ħafna, għax għandu jkun jaf kulħadd li l-idea li l-moviment tal-koperattivi jingħata spinta kienet ġejja mill-partiti tax-xellug.", "L-idea ta' koperattiva hija dik li għandek ħaddiema jew self-employed żgħar li jistgħu jkunu sajjieda, bdiewa jew tal- ħalib u minflok ma jkollok xi kumpannija kbira privata, limited liability company, li tikkontrolla s-suq kollu hi u dawn jispiċċaw jinbiegħu lil dik il-kumpannija biex imbagħad tisfruttahom, taqla' l-flus u tieħu d-dividends hi u l-ħaddiema jieħdu dawk li tistabilixxi hi.", "Il-ħaddiema jistgħu jingħaqdu bejniethom u jikkreaw qisha kumpannija tagħhom, imexxuha huma u apparti li jmexxuha huma, il-qligħ li jkun hemm minflok ma jeħduh l- azzjonisti ta' xi kumpannija limited, jeħduh huma.", "Kien hemm ideat oħra simili li żviluppaw fil-Ġermanja, fosthom insemmi l- idea ta' workers participation, fis-sens li anke l-ħaddiema jkollhom shares, jipparteċipaw u jieħdu parti mill-profitti.", "Din l-idea kienet bdiet tingħata l-ħajja fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet pero' ma tantx imxiet 'il quddiem għal bosta raġunijiet, fosthom minħabba t-technical knowhow u anke għall-fatt li forsi ried ikollok kumpanniji ġganteski biex ikollok din it-tip ta' parteċipazzjoni.", "Fil-fatt f'Malta kien hemm min ħaseb mill-ġdid fuqu dan l-iżvilupp iżda forsi kien għadu kmieni wisq.", "Pero' fuq din tal- koperattivi m'hemmx dubju li fil-ħamsinijiet bdew jiżviluppaw dawn il- koperattivi b'mod naturali, bil-gvernijiet jagħtu spinta 'l quddiem u jagħtu l-inkorraġġiment tagħhom, u llum għandna numru sostanzjali ta' koperattivi li jkopru spectrum wiesa'.", "Naturalment il-gvern kien diġa' illeġisla permezz ta' Kap. 278 għax fl-1978 ġejna ppreżentati bl-Att dwar l- Għaqdiet Koperattivi.", "Illum wasal iż-żmien li jkun hemm ripensament fuq din il-liġi u allura qegħdin nemendawha kif imiss.", "Aspett interessanti narawh fil-kwestjoni ta' artiklu (3)(c) li jgħid hekk : ''Jipprovdi dak it-tagħrif dwar kull prinċipju, prattika u ġestjoni tal- koperattivi'', jiġifieri li nedukaw.", "Jistgħu jiżviluppaw ħafna koperattivi f'ħafna setturi pero' n-nies ma tantx jafu kif taħdem din il-ħaġa.", "Jekk inti tistaqsi lin-nies komuni, ħlief dawk li qegħdin fil-koperattivi, dawn ma jifhmux u ma jafux kif jaħdmu l-koperattivi.", "Naħseb li hija idea tajba u lil min kiteb l-għanjiet ta' dan il-bord ngħidlu prosit.", "Hija ħaġa tajba li inti twassal il-messaġġ u tgħallem lill-poplu x'inhi koperattiva u kif tiffunzjona, x'benefiċċji tieħu mill-koperattiva, kif tipparteċipa fiha u x'hemm bżonn tagħmel.", "Min ħaseb li jdaħħal din l-idea bħala definizzjoni ta' l-iskop ta' dan il-bord għamel tajjeb.", "Wieħed jispera li meta jitwaqqaf dan il-bord fi ħdanu jkun hemm dipartiment jew sezzjoni adegwata fi ħdanu biex ixerred dan it-tagħrif.", "Inutli li wieħed jgħid idealment jew akkademikament x'inhu l-iskop biex imbagħad fil-prattika ma nagħmlu xejn.", "Dak huwa punt li għoġobni ħafna fil-wording ta' dan l-abbozz.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li għoġobni, Sur President.", "Veru li għamilt sena u nofs nikkritika lill-gvern fuq dan li se ngħid issa, pero' hawnhekk se nfaħħru għax f'artiklu 4 naraw li l-ministru kkonċernat, meta jiġi biex jaħtar il-bord li jrid ikun ifformat minn xi seba' jew tmienja min-nies u mill-president, irid jagħżel persuna ta' esperjenza jew persuna li tkun weriet ħila fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal- koperattivi, dak li nsejħulu l-prinċipju ta' \"fit and proper\".", "Meta l- gvern kien beda jwaqqaf dawn l-awtoritajiet regolatorji kollha matul l- aħħar sena u nofs, din il-kwestjoni ta' \"fit and proper\" qatt ma daħħalha u dejjem ħalliha open.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni konna nikkritikawh lill-gvern li jħalliha open għax dawn it-tip ta' bordijiet u dawn il-kummissjonijiet joffru retainers tajbin għall-ħbieb u l-ħbieb tal-ħbieb.", "Meta ttrattajna dawn l-awtoritajiet il-pożizzjoni tal-Partit Laburista dejjem kienet li għallanqas il-gvern għandu jdaħħal il-prinċipju ta' \"fit and proper\".", "Jekk se jagħżilhom il-ministru fid-diskrezzjoni li għandu, għallinqas għandu jdaħħal persuna li tkun kapaċi f'dik il-materja.", "Tajjeb li ngħiduha wkoll li f'din il-liġi ddaħħal dan il-kunċett u hawn ngħid personalment prosit lil min kiteb id-draft ta' din il-liġi għax huwa ċar li l-ministru ma jistax jaqbad u jappunta lil min irid.", "Jista' jappunta ħabib imma jrid ikun kapaċi u jifhem fil-materja, u din hija ħaġa li togħġobni.", "Jogħġobni wkoll artiklu 6(3) fejn il-personnel ta' l-uffiċċju tal-bord se jkun magħmul minn dawk l-uffiċjali u mpjegati tal-bord jew minn dawk l- impjegati fis-servizz tal-gvern li jistgħu jitqabbdu fuq dmirijiet tal- bord.", "Mela hawnhekk ukoll, kuntrarjament għal kif il-gvern mexa f'bordijiet u kummissjonijiet oħra, l-istaff tal-bord m'hemmx għalfejn ikunu jikkonsisti f'nies impjegati minn barra.", "Matul dawn l-aħħar sentejn l- oppożizzjoni kienet dejjem tikkritika l-fatt li meta qed jiġu mwaqqfa dawn l-awtoritajiet regolatorji, il-ministru dejjem qed jingħata d-dritt jimpjega nies minn barra.", "Aħna bħala oppożizzjoni dejjem ngħidu - u naħseb kellna raġun - li n-naħa tal-gvern tħobb ittambar dwar kemm hemm nies żejda fiċ-ċivil, pero' qatt ma torbot lil dawn il-bordijiet u kummissjonijiet li meta jiġu biex jingaġġaw nies magħhom, jeħduhom minn mal- gvern on secondment.", "Issa f'dan l-artiklu għallinqas hawn din l-idea, li dan il-bord jimpjega wkoll nies miċ-ċivil.", "Jien naħseb li din il-kritika kollha li għamilna fl-aħħar bdiet tħalli effett fuq il-gvern.", "Ix-xogħol ta' l-oppożizzjoni u l-kritika li ilna nagħmlu fuq il-mod ta' kif ġew mibnija dawn il-kummissjonijiet u awtoritajiet, bl-insistenza tagħna li dejjem nirrepetu l-istess tip ta' kritika, sa fl-aħħar b'xi mod ċaqilqet lill-gvern u wieħed jieħu pjaċir jinnota dan il-kambjament.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, għaliex għamel diskors studjat – għamel il-homework tiegħu tajjeb u kien jaf fuqiex qed jitkellem - iżda s-segretarju parlamentari qal ħaġa li fuqha jien ma naqbilx miegħu.", "Qal li l-iskop aħħari ta' koperattiva m'huwiex daqstant il-qligħ.", "Mur għid hekk lil min qiegħed fil-koperattivi!", "Jien ngħid li l-iskop u l-għan aħħari tal-koperattivi huwa wieħed purament kummerċjali.", "Mhux talli hekk, talli l-għan hu li min ikun membru fil- koperattivi jagħmel il-flus, u naħseb li anke l-liġi hi magħmula fuq linji ta' soċjetajiet kummerċjali.", "L-istruttura ta' dawn il-koperattivi qed nagħmluha tixbaħ dejjem aktar soċjetajiet kummerċjali oħra, bil-mod kif taħdem il-koperattiva, qisek għandek board of directors.", "Jista' jkollok amalgamation jew jista' ma jkollokx, jista' jkollok kumpanniji sussidjarji, koperattivi sekondarji jew terzjarji eċċ. Għandek l-istess format li ssib fil-kumpanniji kummerċjali l-oħra, u dan kollu biex il-koperattivi jgaħmluhom iktar commercially-friendly.", "L-idea tradizzjonali kienet aktar soċjali, fejn kien ikollok koperattiva biex \"imsieken\" il-bdiewa jiftehmu bejniethom u jbiegħu l-patata huma, li ma jkunx hemm xi negozjant li jwaqqgħalhom il-prezz u għallinqas they can survive.", "L-idea ta' kif qed tiġi mwaqqfa din il-koperattiva u l-ħsieb wara din il-liġi hija biex nagħmluha in line ma' soċjetajiet kummerċjali.", "In this day and age l-ideali huwa importanti pero' s-sustanza hija ferm aktar importanti.", "L-idea li inti tagħmilhom qishom kumpanniji u l-membri qishom shareholders li biex jekk imut xi ħadd, is-sehem tiegħu jintiret.", "Qabel ma kenitx hekk.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Qed jikkwotani ħażin.", "Jiena għedt li l- għan ta' kull koperattiva huwa li tmexxi 'l quddiem l-interessi tal-membri, waqt li l-għan ta' kumpannija huwa li tkattar il-qligħ ta' l-azzjonisti.", "Id-differenza hi li koperattiva għandha skopijiet mhux biss kummerċjali imma soċjali wkoll.", "Jiġifieri jien ma warrabtx l-iskopijiet kummerċjali tal-koperattiva iżda għedt li għandha kemm skopijiet kummerċjali kif ukoll skopijiet soċjali.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Jista' jkun li qal hekk is-segretarju parlamentari imma jien fhimtu li qisu sposta l-enfasi fuq ħaġa u mhux fuq oħra.", "La l- Onor. Mifsud Bonnici qed jgħid hekk, jien neħodha li huwa ta' dik l- opinjoni u naqbel miegħu ukoll, pero' issa ħalli niftħu ftit ieħor.", "Kif għedt qabel, l-għan ewlieni ta' dan il-bord huwa biex jagħmilha ta' regolatur u meta wieħed jaqra l-ewwel u t-tieni taqsima jara kif dan il- bord jirregola.", "Jara li fost affarijiet oħra dan il-bord jista' jagħmel inkjesta u jwaħħal il-multi.", "Nixtieq nagħmel kritika fuq artiklu 17, fejn il-bord jista' joħroġ ordni bil-miktub li timponi piena amministrattiva sa Lm1000, li hija multa sostanzjali.", "Imbagħad meta jiġi magħruf li qegħdin jiddibattu l-każ ta' dak li jkun, li hemm xi infringement u li qed jikkonsidrawh, dan għandu dritt, fi żmien għoxrin ġurnata, li jressaq l- ilment tiegħu quddiem il-bord.", "Jien ngħid li s-sustanza hija tajba iżda hawn ċerti aspetti tekniċi li jien ma naqbilx magħhom.", "Mela għandna struttura fejn il-bord jista' joħroġ ordni u jwaħħlek multa. ta' Lm1,000.", "Mela jekk ikun hemm xi infringement int l-akkużat tiġi informat u għandek dritt tipprotesta quddiem il-bord kontra li teħel multa.", "Min se jiġġudikak?", "Lil min qed joħroġlok il-multa, tista' tmur quddiemu u tagħtih ir-raġunijiet għaliex m'għandux iwaħħlek?", "Huma stess li qed jakkużawk u li jridu jwaħħluk il-penali, issa jridu jaraw ir-reazzjoni tiegħek.", "Din tmur kontra l-prinċipju tad-dritt naturali.", "Fl-aġenziji u fid-dipartimenti governattivi, f'kumpannija tal-gvern, ħafna drabi nsibu li l-amministrazzjoni għandha dritt twaħħal penali jew tissospendi iżda s'issa dejjem kien hemm strutturi fejn wieħed seta' jmur jiddefendi ruħu.", "Anke fi clubs tal-banda jew tal-futbol, meta jkun hemm xi lment dejjem issib xi bord dixxiplinarju li jiġġuddika, iżda hawnhekk le.", "Dan il-bord se jkollu l-poter jakkużak, jiġġudikak u jwaħħlek hu!", "Naħseb li dan mhux tajjeb u tagħmel sens li jekk hemm xi ħadd li jħossu aggravat għax qed jeħel xi penali meta mhux suppost jeħel, lil dan ma jiġġudikahx min qed jakkużah u min qed joħroġlu l-multa.", "Ma tagħmilx sens li għandek bord appuntat mill-gvern, allura l-gvern jakkuża u jippenalizza hu u inti m'għandekx dritt li tinstema'.", "Nemmen sinċerament li dan l-artiklu 17 għandu jinbidel.", "Mr. Speaker, taqsima 3 mbagħad titkellem fuq il-koperattivi nnifishom, li qed jergġħu jingħataw qafas legali b'saħħtu ħafna.", "Kif għedt qabel, dan jixbaħ il-kumpanniji kummerċjali l-oħra kollha, anke fis-set-up tagħhom.", "Fil-bidu nett naraw li dawn is-soċjetajiet se jkunu kompletament awtonomi, jiġifieri jitmexxew mingħajr indħil, u naħseb li din kienet żejda li wieħed jgħidha għax hija ovvja.", "Dawn huma koperattivi indipendenti u kummerċjali, magħmulin minn dawk li jaħdmu fihom u żgur li l-gvern m'għandux dritt jindaħal fuq kif jiffunzjonaw.", "Dawn huma bħal kumpanniji, għallinqas dejjem hekk kienu.", "Ma tfissirx li m'għandux ikun hemm regolatur, għax anke fis-soċjetajiet kummerċjali l-oħra għandek regolatur bħall-MFSC eċċ., iżda huma jaħdmu b'mod awtonomu.", "Din hija ħaġa naturali u ovvja iżda mbagħad għandek l-għanijiet u għandek seba' prinċipji li bihom ma tistax tagħmel koperattiva kif trid.", "Għalkemm il-koperattivi huma awtonomi, liberi u kummerċjali ma tistax taqbad u tagħmel koperattiva bl-għanijiet li trid int. Hemm ċerti għanijiet li inti trid timxi fuqhom.", "Per eżempju, ma jistax ikun hemm 70% jew 80% tal-bdiewa u jgħidu li se jagħmlu koperattiva għall-bdiewa kollha ta' Malta u min ma jridx jidħol membru jkollu jidħol bilfors inkella ma jkunx jista' jipparteċipa fl-industrija.", "Ma tistax għax trid tkun sħubija volontarja , li hija ħaġa tajba wkoll.", "Irid ikollok proċess demokratiku, fis-sens li meta tagħmel il-format tal-koperattiva tiegħek ma tistax tgħid li la inti u erbgħa oħra fformajtu din il-koperattiva, intom se tkunu d-diretturi għal għaxar snin, min irid joqgħod u min ma jridx ma joqgħodx!", "Ma tistax tagħmel hekk għax irid ikollok strutturi ta' kif jiġi elett il-kumitat ta' tmexxija, li hija xi ħaġa tajba.", "Il-parteċipazzjoni ekonomika tal-membri, li l-liġi stess trid li dawn ikunu bħal shareholders u jipparteċipaw sa ċertu punt fl-ispejjeż u jieħdu wkoll l-profitti, hija tajba wkoll.", "Ir- raba' prinċipju, l-awtonomija u l-indipendenza, tkellimna fuqu.", "L- edukazzjoni, it-taħriġ u l-informazzjoni qegħdin hemm ukoll, pero' diġa' qegħdin bħala għan fil-bord li jirregola l-koperattivi.", "Il-koperazzjoni fost il-koperattivi hija idea innovattiva.", "Is-seba' prinċipju huwa li l-iskop tal-koperattiva jrid ikun fl-interess tal-komunita', skop li s-soċjetajiet m'għandhomx, u forsi kellu raġun il- kollega tiegħi, fis-sens li hawnhekk l-iskop tal-koperattiva jrid ikun ukoll wieħed altruwista u mhux egoista, bl-idea li l-koperattiva tgħin lill-komunita' at large u tippromwovi l-industrija Maltija.", "Ma tistax tagħmel koperattiva li se jgawdu n-nies minnha li in the long run ikollha effetti ħżiena fuq is-soċjeta' in ġenerali.", "Dan ħafna nies jarawh ovvju iżda fil-fatt m'huwiex ovvju, għax jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun fl-interess ta' dawk in-nies li jagħmlu koperattiva li għalihom tkun tajba waqt li tkun a scapito tas-soċjeta' at large.", "Jekk jiġri hekk, il-gvern, ir-regolatur jew il-bord jistgħu jirrifjutaw li jirreġistrawha u jistgħu jikkanċellawha wkoll.", "Forsi dan huwa l-iskop soċjali li joħroġ mil-liġi stess, kif semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Punt ieħor li jien ma naqbilx miegħu huwa l-kwestjoni ta' min jista' jkun fuq il-bord.", "Il-liġi tgħidlek u tistabilixxi min jista' jmexxi l- koperattiva.", "Skond il-liġi - u jien naħseb li ma kenitx hekk qabel - il- membri li jkunu fuq il-bord tat-tmexxija ma jistgħux ma jkunux membri ta' l- istess koperattiva.", "Qed nirriferi għall-artiklu 72 tal-liġi, li jgħid:", "''Persuna li tkun eliġibbli għal sħubija fil-kumitat ta' tmexxija ta' soċjeta' jew biex tibqa' membru ta' dik il-komunita' jekk tkun membru tas-soċjeta', tkun persuna maħtura bil-miktub minn soċjeta' kummerċjali, persuna li tkun membru tas-soċjeta' u ma tkunx involuta f'attivita' li tagħti lok għal konflitt ta' interess. ''", "Allura hawnhekk ma jistax ikollok persuna magħżula biex tmexxi u tkun fuq il-kumitat ta' tmexxija jekk ma tkunx f'dik il-koperattiva.", "Mill-esperjenza tiegħi ngħid li dan mhux tajjeb.", "Ħalli naraw dan il-punt mil-lat ta' kumpanniji oħra, kumpanniji kummerċjali normali, limited liability companies.", "Jista' jkollok board of directors u jkollok ix-shareholders waqt li ċ-chairman jew il-managing director ma jkunx azzjonista f'dik il- kumpannija, ikun persuna ta' ċertu ħila li għandu l-fiduċja tax- shareholders u jmexxi hu.", "Ħafna drabi fil-koperattiva jkollok nies li forsi kapaċi ħafna fis-sengħa tagħhom, jekk huma bdiewa, sajjieda jew fl- industrija, imma mhux daqstant kapaċi f'management skills.", "Ma rridx noqgħod nagħti eżempji pero' kien hemm eżempji.", "Jekk inti u sħabek f'din il- koperattiva tixtiequ taħtru chairman jew managing director li tkun persuna speċjalizzata fl-ekonomija u fil-kummerċ iżda ma tkunx membru tal- koperattiva, għaliex m'għandux ikollkom dan id-dritt?", "Jien naħseb li n- nies li huma fil-koperattiva għandhom dritt li min imexxihom jagħżluh huma.", "Ma naħsibx li l-iskop ta' dan l-artiklu huwa ħażin.", "Naħseb li l-iskop huwa biex jagħti aktar importanza lill-membri.", "Dan huwa tajjeb iżda ma jfissirx imbagħad li l-istess membri ma jistgħux jappuntaw lil min iridu biex imexxihom.", "Naħseb li artiklu 72 jibki għal ripensament, u forsi dan jista' jsir fi stadju ieħor.", "Aspetti oħra ġuridiċi narawhom f'taqsima 4.", "Din il-liġi hija teknika ħafna u hija kkomplikata ħafna iktar mil-liġi l-oħra li kien hemm qabel.", "Il-liġi preċedenti kienet tħallik tifforma koperattiva loose, kif jidhirlek kważi, waqt li llum għandek ir-regolamenti.", "Mela kif tifformaha jista' jkollok ħafna żbalji jew teknikalitajiet legali li jirrendu dik is-soċjeta' formalment monka, pero' hawnhekk hawn li dawn id-difetti bl-ebda mod ma jiskolpaw lill-istess koperattiva mill-obbligi tagħha lejn terzi u lanqas ma jwaqqfuha milli tieħu dak li ħaqqha legalment.", "Ma tistax inti - u hija tajba wkoll - li għax hemm xi żball fil-mod kif saret il-koperattiva, terġa' tbiddel l-istatut għax mhux qegħdin eżatt in line mal-liġi, imbagħad ikollok tħallas għall-materja prima u jagħmlulek kawża.", "Il-koperattiva hija persuna morali, għandha bażi ġuridika bħalma għandha a limited liability company.", "Illum hija ċara li ma tistax tgħid li koperattiva ma kenitx teżisti skond il-liġi għax l-istatut tagħha kien ħażin u m'hemmx x'tagħmel.", "Din hija kawtelata u m'hijiex kawtelata akkademikament, jiġifieri meta saret naħseb li ttieħed parir legali.", "Dawn huma affarijiet li jiġru kontinwament u l- liġi tajba għax qed tipprevedi għal din l-eventwalita'.", "L-istess ukoll għat- tibdil ta' l-isem, biex ma nagħmlux konfużjoni, per eżempju kif jiġri fil- maritime.", "Hemm ħafna vapuri li l-ħin kollu jbiddlu l-isem u meta tfittex u tipprova tagħmel xi warrant of arrest jew ċitazzjoni fuq xi vapur, ma ssibu qatt.", "Hawnhekk m'għandniex din il-problema, għax jekk inti tbiddel isem dan bl-ebda mod ma jeżentak mill-obbligi legali tiegħek.", "Ħaġa li ma qbiltx magħha qiegħda f'artiklu 36 :", "''Membru tas-soċjeta' m'għandux, jekk qabel ma jkunx inkiseb il- kunsens tiegħu bil-miktub, ikun marbut b'xi emenda ta' l-istatut tas- soċjeta' li tkun ġiet reġistrata wara li jkun sar membru.''", "Jien naħseb li dan l-artiklu huwa perikoluż.", "Nieħdu eżempju ta' kumpannija kummerċjali normali, fejn għandek id-diretturi u għandek l-istatut.", "Jekk id-diretturi jew il-maġġoranza tax-shareholders biddlu xi għan f'dak l- istatut, kulħadd hu marbut ma' dak l-għan.", "Hekk jimxu l-affarijiet.", "X'se jiġri jekk wara ftit il-maġġoranza tkun trid tbiddel ċerti skopijiet jew timxi b'ċertu mod waqt li minoranza żgħira jgħidu le?", "Se jiġri li l- minoranza se tgawdi biss u ma tħallas xejn mhux se tbati fit-tbatija għaliex ma jkunux huma li aċċettaw dak it-tibdil.", "Jekk aħna se nħallu din il-klawsola, nistgħu nirrendu l-koperattivi ungovernable għax naslu li jibdew jgħidu: Għamlu intom, jien mhux se naċċettaha din!", "X'jiġifieri!", "Jekk inti qiegħed f'soċjeta', f'koperattiva, għandek l-istruttura demokratika biex inti taħtar il-kumitat ta' tmexxija, għandek is-safeguards kollha tal-liġi, eċċ, allura kif imbagħad jekk isiru tibdiliet irid ikun hemm l-unanimita'?", "Ma tagħmilx sens u l-koperattiva tista' tirrendiha ungovernable.", "Jien inħoss li minn dawn l-aspetti ġuridiċi, artiklu 36 jibki u jirrikjedi ripensament ukoll.", "Sur President, ma tantx baqa' ħin u allura se mmur għal artiklu 109, li lili jdejjaqni.", "Artiklu 109 jirigwarda meta tinqala' xi kwestjoni dwar il-kostituzzjoni ta' soċjeta', l-elezzjoni ta' uffiċjali u l-kawżi bejn membri attwali u membri ta' l-imgħoddi, bejn soċjeta' jew il-kumitat ta' tmexxija tiegħu, bejn soċjeta' u soċjeta' oħra, abbażi ta' xi talba minn xi soċjeta' għal dejn jew debiti oħra.", "Hawn naraw li kull kwestjoni ma tistax tmur il-qorti u trid bilfors tmur quddiem arbitru li jiġi maħtur mill-president taċ-ċentru dwar l-arbitraġġ ta' Malta.", "Din jiena ma naqbilx magħha.", "Għalkemm naqbel li ċ-ċentru ta' l-arbitraġġ għandu jingħata spinta 'l quddiem għax qisu miexi bis-sulluzzu - ma tantx jidher li qed ikun hemm dak l-entużjażmu li wieħed forsi kien jistenna minnu - l-iskop ġuridiku ta' arbitraġġ huwa li jkun volontarju.", "Mela inti tmur quddiem arbitraġġ jekk il-partijiet jaqblu.", "Jekk jiena kopert mill-insurance tiegħi, l-insurance tiegħi tista' torbotni, speċjalment meta tkun fully-comprehensive, li jekk jinqala' xi ħaġa nirriferi lill-arbitraġġ.", "Dan jiġri għax jien għandi kuntratt personali ma' insurance.", "Naf ukoll li l-Onor.", "Austin Gatt jixtieq li jippromwovi dan iċ-ċentru - l- iskop tiegħu mhux wieħed negattiv, anzi huwa wkoll lodevoli - pero' ma naħsibx li jekk għandek istituzzjoni li forsi m'hijiex daqstant popolari, jew mhux daqstant tidher li se tiffunzjona, taqbad timponiha int fuq kulħadd għax b'hekk tkun qiegħed tistultifika l-essenza ta' x'inhu arbitraġġ.", "Arbitraġġ huwa ftehim bejn il-partijiet.", "Jien immur arbitraġġ għax niftiehem miegħek.", "Il-qorti qiegħda hemm għal kulħadd u inti ma tistax tneħħili d-dritt li mmur quddiem qorti.", "Din hija ħaġa anti-kostituzzjonali.", "Meta wieħed jara l-Kostituzzjoni tagħna u l-Konvenzjoni Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem isib li d-dritt għall-aċċess tal-qorti mhux biss fil- kamp kriminali u penali kif kienu jaħsbu, imma anke fil-kwestjonijiet ċivili.", "Jien naħseb li hija anti-kostituzzjonali jekk inti b'din il- manjiera qed torbot lil min b'xi mod għandu x'jaqsam mal-koperattivi, kumpanniji ma' kumpanniji, membri ma' ex-membri, fuq kważi kull kwestjoni li tinqala'.", "M'ilux wisq ktibt artiklu u semmejtu \"one step too far\" għaliex anke fl- istess liġi hemm klawsola simili li kważi jekk jien niktiblek u inti ma tirrispondix, awtomatikament jien qed naċċetta li mmur arbitraġġ, li hija ħażina.", "Issa minn one step too far morna two steps too far għax għal kull liġi li qed issir, il-Ministru Austin Gatt qed idaħħal klawsoli simili.", "Qed jeskludi l-qrati ordinarji ta' pajjiżna mid-dritt li jissindikaw.", "Dan huwa ħażin għax il-qrati tagħna għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Huwa veru li llum ma tantx għadhom aċċessibbli minħabba li t-tariffi splodew, u huwa veru wkoll li l-qrati tagħna mgħaddsin b'mewġa ta' kawżi - hemm ħafna xogħol u l-proċess ġudizzjarju forsi mhux miexi daqstant malajr - iżda dan ma jfissirx li inti tista' teskludi l-qrati biex issolvi l- problema.", "Kemm aħna bravi, neskludu l-qrati biex jinżlu l-kawżi!", "Bilfors jinżlu l-kawżi jekk jien se nibda neskludi l-qrati mill-ġuriżdizzjoni inerenti tagħha!", "Jien naħseb li dawn it-tipi ta' sweeping clauses, li telimina qisek għandek xi biża' mill-proċess ġudizzjarju b'dan il-mod, huma ħżiena.", "Ħaġa oħra li ddejjaqni wkoll hi li għalkemm nibdew bil-premessa ta' awtonomija 'l hawn u awtonomija 'l hemm, naraw li l-ministru per eżempju, f'artiklu 108, jista' jagħmel regolamenti sabiex jingħata seħħ u effett ta' kull waħda mid-dispożizzjonjiet ta' dan l-Att.", "Il-fatt li inti qed tgħid li l-koperattivi huma 100% awtonomi u l-fatt li l-ministru jista' jagħmel li jrid biex jirregola l-koperattivi nfushom jistona meta dawn issemmihom flimkien.", "Jien naħseb li l-ministru għandu jkollu dritt li jagħmel ir- regolamenti għax ma jistax ikun fis-sena 2001 kollox jgħaddi mill- parlament.", "Din hija ħaġa tajba u hija aċċettata fis-sistema Ingliża, bħalma għandna aħna li jkollok poteri delegati, iżda trid tikkwalifikahom dawn il-poteri.", "Trid tgħid li għal dak li jikkonċerna l-kwestjoni ta' koperattivi nfushom, il-ministru jkollu dritt jagħmel ir-regolamenti, pero' jien naħseb li tagħmel sens in linea mal-ħsieb ta' awtonomija assoluta li għal dawn il-kumpanniji u soċjetajiet għandek tiddefinixxi limiti safejn il-ministru konċernat jista' jagħmel dawn il-bye-laws.", "Jekk le, allura għandek liġi li llum taf x'inhi u għada ma tafx!", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista qed jimlina bis-sorpriżi b'dawn il- bye-laws u għalhekk qegħdin inqajmuha issa din il-kwestjoni.", "Qabel kienu jsiru bye-laws b'impatt relattiv imma issa f'daqqa waħda matul dawn is- sentejn, forsi għax l-agenda ta' dan il-parlament qed tiġi maħnuqa minħabba agenda oħra mposta, qed ikollna ħafna sorpriżi ta' liġijiet radikali li joħorġu b'legal notice.", "Għandna anke liġijiet li jaffettwaw it-tassazzjoni, li suppost ma jsirux, aħseb u ara sistema bħal din, volum ta' leġiżlazzjoni li trid tgħaddi, u nibdew niġu rinfaċċati b'dawn it-tip ta' bye-laws, ta' legal notices li jistgħu jaffettwaw is-sustanza ta' dak li nkunu għamilna f'dan il-parlament.", "Nieqaf hawn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, f'dan l-intervent nixtieq nespandi ftit fuq il-qasam edukattiv tal-koperattivi.", "Kif qal anke l-viċi prim ministru fl-introduzzjoni tiegħu, l-għan prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi mhux li jwaqqaf xi ħaġa mill-ġdid imma pjuttost li jaġġorna liġi eżistenti.", "Hemm xi rtokki u l-iktar waħda li tispikka hija li biex wieħed jifforma koperattiva n-numru minimu jinżel għal ħamsa minn sebgħa.", "Aħna bħala oppożizzjoni naqblu ma' dan, għax xi kultant ikun hemm diffikultajiet biex titwaqqaf koperattiva minħabba n-nuqqas ta' numru ta' persuni li jkunu interessati.", "Ċertament hemm affarijiet oħra li ġew proposti u li aħna nagħmlu l-kritika tagħhom, kif diġa' għamlu sħabi u kif forsi se jagħmlu oħrajn warajja, pero' minkejja l-kritika ma nistgħux ngħidu li hija liġi negattiva.", "Hija liġi pożittiva u aħna bħala oppożizzjoni se nivvutaw favur tagħha, pero' dan ma jfissirx li bil-liġi se nsolvu kollox.", "Ħafna drabi ninnota li minn dan il-parlament jgħaddu numru ta' liġijiet u wara li jgħaddu suppost jibda x-xogħol veru u proprju fuqhom, iżda qisna sempliċement għaddejna liġi u poġġejniha fuq l-ixkaffa mingħajr ma din nattwawa fil-ħajja vera.", "Nittama li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jiġrilux l-istess u ma nserrħux rasna li emendajna u għaddejna l-liġi għaż-żmenijiet ta' llum, b'moħħna mistrieħ li l-qasam tal-koperattivi ser jimxi 'l quddiem għax għaddejna l-liġi minn dan il-parlament.", "Għalhekk importanti li x-xogħol veru jibda wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi.", "F'klawsola 3(1) insibu t-twaqqif tal-bord:", "''Għandu jitwaqqaf bord li jkun magħruf bħala l-bord tal-koperattivi''", "Imbagħad hemm lista ta' tliet affarijiet li huma l-funzjonijiet tal-bord.", "Jien naħseb li f'bord bħal dan ta' min indaħħlu funzjoni oħra li għandha x'taqsam mal-funzjoni edukattiva tiegħu.", "Naħseb li bħala bord għandu jħares lejn l-edukazzjoni bħala parti importanti ta' kif il-koperattivi jistgħu jiżviluppaw għax jekk ma nibdewx mis-sistema edukattiva ċertament li wara jista' jkun tard wisq.", "Ħafna drabi aħna ma nispjegawx x'inhuma l- funzjonijiet, xi tfisser li tifforma parti minn koperattiva jew x'inhu mistenni minn dik il-persuna li tidħol sabiex tagħmel parti minn koperattiva, u għalhekk naħseb li l-funzjoni edukattiva għandha titniżżel ma' dawn it-tliet funzjonijiet.", "Dan ma jfissirx li l-bord innifsu għandu jagħmel dan ix-xogħol, iżda għandu jara li xi ħadd jaqdi din il-funzjoni tant importanti jekk irridu li l- qasam tal-koperattivi jiżviluppa aktar.", "Għalhekk ix-xogħol tal-bord huwa li jara li għalkemm tkun funzjoni tiegħu, fl-istess ħin iħeġġeġ u jistieden lil ħaddieħor biex dan isir.", "Jien naħseb li jekk ma npoġġux din il-funzjoni bħala parti mill-funzjonijiet tal-bord, wisq probabbli nispiċċaw kif qegħdin illum, kważi kważi qed ngħixu f'vacuum fejn il-funzjoni edukattiva m'hi ta' ħadd u fl-istess ħin ta' kulħadd imma fl-aħħar mill-aħħar isir ftit li xejn.", "X'insibu llum fil-qasam edukattiv li jħajjar jew jinforma lin-nies dwar il- koperattivi u kif jaħdmu?", "Jiena wisq nibża' li hemm ħafna difetti minkejja r-rieda tajba ta' diversi persuni.", "Bir-rieda tajba biss ftit li xejn nistgħu nimxu 'l quddiem jekk ma jkunx hemm is-support meħtieġ u neċessarju.", "X'insibu fil-qasam edukattiv li jista' jħajjar jew jinforma lill-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna dwar il-koperattivi u kif dawn jaħdmu?", "X'insibu mbagħad aktar u aktar sabiex meta l-istudenti jiġu mħajra b'mod volontarju biex jiffurmaw xi tip ta' koperattiva?", "X'tip ta' għajnuna jsibu biex fl-aħħar mill-aħħar jiffurmaw il-koperattiva li huma jitħajru li jwaqqfu?", "Jien qed ngħid b'mod volontarju għax għandna koperattivi li ħarġu mill-qasam tas-settur pubbliku li kważi kienu mbottati biex jitwaqqfu.", "Jista' jiġri li l-ħaddiema jħossuhom obbligati li jiffurmaw din il- koperattiva u mbagħad għax tkun ħaġa ta' bilfors ma tirnexxix.", "Importanti allura li lill-istudenti tagħna nibdew nuruhom x'jiġifieri li tifforma koperattiva, kif jaħdmu l-koperattivi u x'tip ta' koperattiva jridu jiffurmaw, iżda dejjem b'mod volontarju għandhom jaslu li jiddeċiedu huma biex jiffurmaw il-koperattiva.", "Ċertament imbagħad irridu naraw li jkun hemm xi ħadd li jista' jgħinhom biex fl-aħħar mill-aħħar din il-koperattiva tiirnexxi.", "X'insibu fil-qasam edukattiv għal dawn iż-żewġ mistoqsijiet li għadni kif semmejt, u x'tip ta' support insibu meta studenti żagħżagħ jitħajru li għada pitgħada jwaqqfu koperattiva b'mod volontarju?", "Nibża' li r-risposta hi ftit li xejn.", "Nerġa' ngħid li b'mod individwali ma jeżistux edukaturi li minn rajhom jagħtu dik ix-xi ħaġa extra f'dan il-qasam.", "Fil-fatt wieħed ta' min ifaħħar il-ħidma ta' diversi għalliema fl-iskejjel li, per eżempju, jieħdu ħsieb jedukaw lill-istudenti u għallinqas juruhom ftit xi tfisser u kif taħdem koperattiva.", "Fil-kurrikulum nazzjonali, objective 9, li jitkellem dwar ix-xogħol, jagħmel ukoll riferenza żgħira għall-moviment tal-koperattivi fejn jgħid li s-sistema edukattiva għandha tipprepara lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol billi tgħinhom ikunu jafu, fost l-oħrajn, dwar the co-operative movement.", "Dan qiegħed f'paġna 60 tal- kurrikulum nazzjonali, iżda jien naħseb li jekk irridu bis-serjeta' nedukaw lill-istudenti tagħna hemm bżonn aktar minn hekk sabiex il-moviment tal-koperattivi f'pajjiżna nħeġġuh ikompli jikber.", "Filwaqt li semmejt li huwa tajjeb li din tidħol bħala parti mill- funzjonijiet tal-bord tal-koperattivi, daqstant ieħor huwa tajjeb wieħed mill-prinċipji li nsibu fi klawsola 21 ta' dan l-istess abbozz.", "F'din il- klawsola nsibu elenkati numru ta' prinċipji għall-koperattivi, x'jiġifieri koperattiva u kif għandhom jiġu ffurmati u rreġistrati dawn is-soċjetajiet.", "Nirriferi għall-ħames prinċipju li jitkellem dwar edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni.", "It-tieni parti ta' dan il-prinċipju tgħid hekk:", "''Huma jgħarrfu lill-pubbliku inġenerali, partikolarment liż-żgħażagħ u dawk li jiffurmaw il-fehmiet dwar ix-xorta u l-benefiċċji li joħorġu mill-koperazzjoni.''", "L-ewwel mistoqsija li tqum hija kemm dan qed isir mill-istess soċjetajiet koperattivi, għax kif għidt din il-klawsola titkellem dwar il-prinċipji ta' kull koperattiva.", "Il-koperattivi huma mwaqqfin fuq dawn il-prinċipji.", "Filwaqt li huwa tajjeb li wieħed mill-prinċipji tal-koperattivi huwa dwar edukazzjoni, taħriġ u informazzjoni, kemm qed isir dan mis-soċjetajiet koperattivi li għandna llum?", "Barra minn hekk dawn il-koperattivi jistgħu jagħtu dan it-taħriġ?", "Għandhom il-persuni li jistgħu jagħtuh?", "Għandhom nies li jistgħu juru lil min hu interessat b'dak li jistgħu jiggwadanjaw jekk huma jissieħbu f'koperattiva jew jekk huma jwaqqfu koperattiva?", "Huwa tajjeb li l-koperattivi jippruvaw huma stess jimbuttaw il-moviment tal-koperattivi pero' barra minn hekk għandu jsir sforz aktar wiesgħa li jmur lil hinn milli tkun biss responsabbilta' ewlenija tal-koperattiva.", "Għalhekk semmejt fil-bidu li waħda mill-funzjonijiet tal-bord trid tkun dwar l-edukazzjoni.", "Naturalment dan il-punt għandna nagħtuh l-importanza tiegħu jekk nirrikonoxxu l- importanza ekonomika li jista' jkollu l-moviment koperattiv.", "Anke l-viċi prim ministru fl-introduzzjoni tiegħu semma l-importanza li jista' jkollhom il-koperattivi fil-qasam ekonomiku.", "Fiż-żmenijiet tal-lum kważi kważi l-importanza hija doppja għax il-problemi li minnhom għaddej anke pajjiżna jistgħu jwasslu għal numru ta' postijiet tax-xogħol jew inkella businesses żgħar li jkollhom diffikultajiet serji.", "L- unika tama li biha businesses żgħar jistgħu jsalvaw mill-kompetizzjoni sfrenata li ngħixu fiha, aktar u aktar jekk dak li jkun jimporta prodotti minn barra minflok ma jibqa' jimmanifattura l-prodotti f'pajjiżna, hija li dawn il-businesses iż-żgħar jingħaqdu flimkien.", "Ċertament li jeżistu problemi biex dawn il-businesses li jkunu ilhom snin jaħdmu għal rashom jingħaqdu flimkien u għalhekk importanti li nirrikonoxxu dawn il-problemi iżda rridu nippruvaw nagħmlu xi ħaġa biex għallinqas inħajru lil dawn il- businesses iż-żgħar jingħaqdu flimkien.", "Niftakar li xi ftit tas-snin ilu il-Ministru Dalli kien qal li min mhux min kapaċi jikkompeti għandu jagħlaq.", "Ma naħsibx li dik hi s-soluzzjoni.", "Is- soluzzjoni hi li għandna naraw kif nistgħu ngħinu lil min qed isib diffikultajiet biex jikkompeti.", "F'dan il-każ għajnuna ma tfissirx għajnuna finanzjarja iżda fost l-oħrajn għandna nħajruhom jingħaqdu flimkien biex isiru aktar kompetittivi u jibqgħu jaħdmu fil-qasam tagħhom.", "Għandna nħeġġuhom, ngħinuhom u nagħtuhom l-expertise neċessarju biex jiffurmaw dawn il-koperattivi.", "Tajjeb li niftakru li ħadd m'hu għar-rimi, u dan il- kunċett huwa importanti jekk nemmnu fil-ħaddiem Malti.", "Minflok ma ngħidu li min mhux kapaċi jikkompeti jagħlaq għandna nippruvaw ngħinuhom biex jekk hemm bżonn jiffurmaw koperattivi flimkien ħalli jkunu jistgħu fl-aħħar mill- aħħar iħarsu l-interessi tagħhom u tal-familji tagħhom l-ewwel u qabel kollox.", "Pero' nerġa' mmur lura għall-qasam edukattiv, Sur President.", "L-istudenti fl-iskejjel sekondarji qegħdin jingħataw ċans li jipparteċipaw fil-proġett magħruf bħala \"Scoops\" iżda tajjeb li naraw kif qed jitmexxa dan il-proġett u kif qed tingħata l-informazzjoni lill-istudenti dwar kif jistgħu jipparteċipaw fih.", "Iridu jkunu l-iskejjel stess li juru interess fil-moviment koperattiv.", "Il-head ta' l-iskola jieħu interess li l-iskola tiegħu tipparteċipa fi \"Scoops\" imbagħad ikun hemm xi għalliem li jiddedika ftit mill-ħin tiegħu sabiex xi klijenti jidħlu f'dan il-proġett.", "Qed ngħid dan għax ġieli jagħti l-każ, per eżempju, li minn skola ta' 500 student issib biss tmienja jew għaxra li jipparteċipaw f'dan il-proġett.", "Problema oħra li nara u ta' min wieħed jieħu ħsiebha hija li l-għalliema nfushom ikunu nkarigati minn dawn l-istudenti.", "Ħafna drabi l-għalliema jkunu tas-social studies jew tal-business studies jew xi kultant għalliema ta' l-istorja, u jien naħseb li uħud mill- għalliema, sakemm ma jkollhomx xi interess partikolari b'mod privat, ma jkunux jistgħu jagħtu wisq mill-esperjenza tagħhom għalhekk naħseb li importanti li l-għalliema li jkunu ġew magħżula mill-head biex jieħdu ħsieb dan il-proġett mat-tfal jingħataw xi ftit taħriġ fis-suġġett.", "Inkella ma jistgħux jagħtu wisq jew l-aħjar edukazzjoni lill-istudenti f'dan il-qasam.", "Fl-opinjoni tiegħi diġa' għandna parteċipazzjoni baxxa għax anke n-numri juruh.", "Barra minn hekk kemm minn dawn l-istudenti li jipparteċipaw verament għada pitgħada jiffurmaw jew jingħaqdu ma' xi koperattiva oħra?", "Mill-informazzjoni li għandi ħadd s'issa minn dawn l-istudenti li għaddew mill-esperjenza ta' \"Scoops\" ma ffurmaw koperattiva jew ingħaqdu ma' xi koperattiva oħra meta spiċċaw mis-sistema edukattiva.", "Naħseb li dan ir- riżultat negattiv għandu jħassibna ftit u għandna naraw bis-serjeta' kemm l- esperjenza ta' Scoops qed tħalli l-frott meħtieġ.", "Imbagħad irridu naraw l- esperjenza pożittiva, Sur President.", "Jien m'inix qed ngħid li \"Scoops\" hija ħażina, anzi qed ngħid li \"Scoops\" hija ħaġa tajba pero' li m'hijiex qed tħalli r-riżultati mixtieqa.", "Għandna naraw kif nistgħu ntejbuha biex fl-aħħar mill-aħħar il-miri li għandna nilħquhom, mhux biss li lill-istudenti nagħtuhom it-tagħrif fuq kif jaħdmu l-koperattivi f'pajjiżna u x'benefiċċji hemm jekk tingħaqad f'koperattiva imma fl-aħħar mill-aħħar meta jispiċċaw mis-sistema edukattiva huma stess jiffurmaw koperattiva.", "Esperjenza oħra pożittiva li nsibu għaż-żgħażagħ hija dik magħrufa bħala \"young enterprise\", li ta' kull sena ssir għall-istudenti li jinstabu fl- ewwel sena tas-sixth form pero' anke hawn, filwaqt li hija esperjenza tajba u sabiħa għal diversi raġunijiet li mhux se noqgħod nidħol fihom, sfortunatament bħal \"Scoops\" mhux qed ikun hemm biżżejjed żgħażagħ li wara din l-esperjenza tal-\"young enterprise\" jibdew koperattiva jew jiffurmaw xi tip ta' business.", "\"Young enterprise hija ffukata fuq business u jagħmlu diversi proġetti interessanti, forsi anke bl-għajnuna tal-ġenituri tagħhom - u dan ma jimpurtax għax l'aqwa li jkunu ħadu t-tagħlim neċessarju - pero' jieqfu hemmhekk.", "Jerġgħu jinxteħtu fuq l-eżamijiet u ftit li xejn inħallu spazju biex dawn iż-żgħażagħ ikunu huma stess kreattivi u għada pitgħada, meta jispiċċaw mis-sistema edukattiva, jitħajru biex grazzi għal din l-esperjenza tajba tal-\"young enterprise\", jidħlu għal din l-isfida li jiffurmaw koperattiva jew jiftħu business li jista' ma jkunx dak tal- koperattiva.", "Mr. Speaker, qed jiġri li l-istudenti li jiġu mħajra li jipparteċipaw f'din l-esperjenza ta' \"Scoops\" qed jitqiesu bħala drop-outs mis-sistema edukattiva.", "Studenti li akkademikament ma jkunux daqshekk inrexxew iħajruhom biex jagħmlu din l-esperjenza fi \"Scoops\".", "Mhux qed ngħid li dawn m'għandhomx jidħlu għal din l-esperjenza, anzi ħafna drabi jiġri li forsi akkademikament jaqgħu lura pero' jkunu kapaċi ħafna f'attivitajiet oħrajn li huma extra-kurrikulari bħal \"Scoops\", pero' importanti li l- esperjenza tkun mifruxa anke fuq oħrajn u fl-aħħar mill-aħħar jixraq li firxa aktar wiesgħa ta' studenti jgħaddu minn din l-esperjenza ta' \"Scoops\".", "Kien qed jiġri wkoll li l-aktar skejjel li jipparteċipaw fi \"Scoops\" kienu dawk tas-snajja', anke minħabba n-natura tal-istudji tagħhom.", "Issa li l-iskejjel tas-snajja' qed issirilom dik il- trasformazzjoni u qed jonqsu ħafna u allura tajjeb li naraw x'se jiġri u min se jieħu post dawn l-istudenti la darba ma jibqgħux jipparteċipaw fl- esperjenza tajba u sabiħa ta' \"Scoops\".", "Ċertament hemm ħtieġa ta' ħafna aktar kordinament bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u \"Scoops\" sabiex dan il-qasam extra-kurrikulari jingħata aktar importanza.", "Jekk d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma taħdimx b'mod kordinat biex verament il-qasam tal-koperattivi jidħol aktar fl-iskejjel u aktar tingħata edukazzjoni, ċertament li ma nistgħux nippretendu mbagħad li jkollna aktar koperattivi f'pajjiżna.", "Ma nirreferix biss għall-koperattivi li jitwaqqfu biex ngħidu li għandna tant fuq il-karta, imma koperattivi li jaħdmu, li jagħmlu suċċess, li jirrendu l-flus lill-membri tagħha u li wkoll joffru servizz tajjeb jew prodotti tajbin lill-konsumatur Malti, għax fl-aħħar mill-aħħar il-koperattivi jgħixu minn fuq il-konsumatur.", "Għalhekk importanti li dan il-bilanċ ta' qliegħ u ta' servizz tajjeb jintlaħaq dejjem.", "Importanti wkoll li s-sistema edukattiva ma tibqax kif inhi llum.", "Jekk aħna ndaħħlu aktar suġġetti jew oqsma li huma extra-kurrikulari, li ma jkunx hemm eżamijiet għalihom, ma nistgħux nistennew jew nippretendu wisq jekk l- istudenti jibqgħu mgħobbija b'ħafna eżamijiet u b'ħafna suġġetti li joħonqu l-ħin għal affarijiet oħra li wkoll huma edukattivi u li għandhom ikunu parti integrali mill-edukazzjoni f'pajjiżna.", "Ħaġa tmiss m'oħra u importanti li ssir din il-ħidma mill-qrib bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, \"Scoops\", min hu responsabbli mill-qasam tal-politika soċjali - għax il-koperattivi jaqgħu taħt dan il-ministeru - u min hu responsabbli mill-koperattivi.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa wkoll bżonjuż li jkun hemm support għal żgħażagħ li juru x-xewqa li jibdew xi koperattiva, għajnuna li tista' tieħu ħafna suriet u mhux tkun tikkonsisti biss f'pariri.", "Meta wieħed jara li jkun hemm ħajra li diversi żgħażagħ jiffurmaw koperattiva wieħed għandu jara kif jista' jgħinhom u jidħol fi ftehim magħhom biex ma jaqtgħux qalbhom.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi dwar ir-rwol tal-ETC f'dan il-qasam u kemm qed tippromwovi l-koperattivi, l-aktar fost persuni li qed jirreġistraw għax- xogħol f'pajjiżna.", "L-għan ewlieni ta' din il-promozzjoni hu li tfittex minn fost dawk li huma qiegħda u tħajjarhom, jekk hemm xi ħaġa komuni bejniethom, li jiffurmaw koperattiva.", "Dan għandha tagħmlu bl-iskop ewlieni li toffri futur aħjar lil dawn il-persuni u mhux, kif sfortunatament ġieli jiġri, sempliċement biex innaqqsu n-numru ta' dawk li jfittxu x-xogħol.", "Ngħid hekk għax tista' tidħol it-tentazzjoni li ssir ħaġa ta' bilfors minflok ħaġa volontarja u dan għandu jkun wieħed mill-għanijiet, li proprju dawn iż-żgħażagħ, u mhux biss żgħażagħ, ċertament ikollhom futur aħjar milli għandhom illum jekk jiffurmaw koperattiva bejniethom.", "Tajjeb ukoll li ma nittraskurawx punt ieħor, u hawnhekk nixtieq insemmi l-universita', Mr Speaker.", "Naħseb li l-istudenti universitarji m'għandhomx iqisu l-koperattivi bħala ħaġa li m'hijiex tagħhom.", "Nafu li issa kull sena qed ikollna numru ta' gradwati f'diversi oqsma u suġġetti u ċertament li l-istudenti universitarji għandhom jiġu mħajra sabiex huma stess jiffurmaw koperattivi hekk kif dawn jiggradwaw.", "Għandhom ukoll jingħataw xi tip ta' taħriġ fuq il- qasam koperattiv f'pajjiżna biex aktar wieħed jattirahom lejn dan il-qasam.", "Jista' jkollok numru ta' gradwati fid-diversi oqsma tas-social welfare li jiffurmaw koperattiva u dawn ikunu jistgħu jagħtu s-servizz professjonali tagħhom kemm lill-gvern bi ħlas kif ukoll lil oqsma oħra li jitolbuh.", "Għalhekk għandna ndaħħlu dan il-kunċett fil-qasam ta' l-universita' sabiex inħajru l-istudenti universitarji jiffurmaw koperattivi.", "Naturalment ma rridx ninstema' li nara stampa kerha wisq, anzi rrid infaħħar xi koperattivi li ġew ffurmati jew huma mmexxija minn żgħażagħ.", "Hemm, per eżempju, koperattiva fil-qasam tal-media fejn radio partikolari miexi pjuttost tajjeb anke ekonomikament.", "Dan huwa radio viabbli fejn il- maġġoranza tal-membri huma żgħażagħ.", "Hemm ukoll koperattiva oħra ta' l- arkeoloġisti fejn qed isir ċertu xogħol b'suċċess, u koperattiva oħra fil- qasam tal-marketing.", "Jekk niftakar tajjeb anke hemmhekk hemm maġġoranza ta żgħażagħ li daħlu f'dan ix-xogħol.", "Dan ifisser li fejn ikun hemm inizjattiva u forsi xi ftit għajnuna ċertament li dawn iż-żgħażagħ jirnexxu u l-koperattiva tagħhom timxi 'l quddiem, fl-aħħar mill-aħħar fl-interess tagħhom ukoll.", "Dan juri biċ-ċar li ż-żgħażagħ huma kapaċi jmexxu u jiffurmaw koperattivi basta jkun hemm l-ambjent li jgħinhom jegħlbu d- diffikultajiet tal-bidu għax ħafna drabi jkun hemm min joħloq bosta diffikultajiet biex imbagħad jispiċċa jaqta' qalb dak li jkun flok jgħinu.", "Fid-diskors tiegħi xtaqt inwassal il-messaġġ li hemm potenzjal, pero' ejja naraw x'nistgħu nagħmlu aħjar biex il-potenzjal ta' l-istudenti u taż- żgħażagħ tagħna joħroġ aktar fil-beraħ.", "Ejja nagħtu aktar informazzjoni u esperjenza fl-iskejjel tagħna mbagħad meta xi ħadd jiddeċiedi li b'mod volontarju jifforma koperattiva dan għandu jsib għajnuna u mhux tfixkil.", "Nixtieq issa ngħaddi kummenti qosra fuq xi klawsoli u forsi anke nipproponi xi tibdil fihom.", "Fi klawsola 21(2) fejn għandna l-ewwel prinċipju tal- koperattiva insibu ''sħubija volontarja u miftuħa''.", "Fil-fatt hemm żball tal-kitba fil-kelma ''miftuħa'', imma dik imbagħad tiġi emendata fil- kumitat.", "Lejn l-aħħar parti ta' l-ewwel prinċipju hemm miktub hekk:", "''ir-responsabbilta' tal-koperattivi ta' sħubija mingħajr ġeneru jew diskriminazzjoni soċjali, razzjali, politika jew reliġjuża''.", "Peress li qegħdin insemmu diskriminazzjoni tajjeb li ndaħħlu l-kelma \"diżabilta'\",", "li ma nħallux diskriminazzjoni ssir abbażi ta' diżabilita'.", "Naħseb li għandha tidħol anke fl-ewwel prinċipju.", "Fl-aħħar mill-aħħar għaddejna liġi għal opportunitajiet indaqs għal kullħadd biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita' b'mod ġenerali.", "Fuq klawsola 9, fejn il-liġi ssemmi li għandu jkun hemm rapport ta' ħidma.", "Jien nixtieq nistaqsi ftit jekk dan ir-rapport hux se jkun diskuss f'din il- Kamra proprju biex il-parlament ikollu l-opportunita' darba f'sena li jiddiskuti ftit il-qasam tal-koperattivi u jkollu ċ-ċans li jagħmel il- kritika kif ukoll jissuġġerixxi ċertu affarijiet.", "Wieħed għandu jara kif huma sejrin il-koperattivi.", "Għalhekk ladarba l-istess parlament ikun qed jivvota l-fondi lill-qasam tal-koperattivi - kif semma l-Onor.", "Brincat fl- intervent tiegħu aktar qabel u anke staqsa ċerti mistoqsijiet kif se jitmexxew dawn il-fondi, minħabba li nafu wkoll li l-bord ikollu fondi oħra - tajjeb li naraw li l-parlament jingħata rendikont.", "Skond l-abbozz li għandna quddiemna ma jidhirx li dan ir-rapport ta' ħidma se jitpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt ir-rapport jingħata lill-ministru pero' m'hawnx miktub li l-ministru għandu jpoġġi dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.", "Naħseb li r-rapport għandu għallinqas jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ħalli wieħed ikun jaf fiex aħna fil-qasam tal-koperattivi.", "Proprju fi klawsola 12 insibu wkoll li l-bord ikollu l-jedd li jagħmel spezzjoni ta' kull ktieb, kont, karta, eċċ. Jiġifieri l-bord tal- koperattivi li jiġi mwaqqaf mill-ministru jmur għand koperattiva partikolari u hemmhekk ikun jista' jagħmel spezzjoni ta' kif inhi għaddejja l-koperattiva.", "Kull meta jsir dan?", "Jien naħseb li ma tantx ikun hemm minn dawn it-tip ta' spezzjonijiet u dan jikkonfermah il-fatt li għandek numru ta' koperattivi li jinsabu fuq il-karta pero' uffiċjalment ma tantx jiffunzjonaw.", "Għalhekk importanti li naraw li mhux il-kwantita' fl-aħħar mill-aħħar li tgħodd imma kemm dawn il-koperattivi jkunu effettivi u jħallu l-frott mixtieq għall-membri tagħhom.", "Nixtieq issa ngħid kelma dwar ir- relazzjoni bejn il-koperattivi u l-kunsilli lokali, Mr Speaker, għax ġieli smajna b'numru ta' diffikultajiet li jqumu bejn il-koperattivi, l-aktar il- koperattiva ta' l-indafa pubblika, u l-kunsilli lokali.", "Tajjeb li wieħed jagħti każ ta' dawn l-affarijiet għalkemm xi kultant nisimgħu b'diversi diffikultajiet li jinqalgħu minħabba li l-koperattiva forsi ma tiħux xi kuntratt partikolari ta' kunsill partikolari fil-qasam tat-tindif u allura mill-ewwel iqumu l-battibekki.", "Ċertament li tul iż- żmien il-koperattiva ta' l-indafa pubblika ġiet mgħejjuna mill-gvern u għamel tajjeb il-gvern li għen kemm jista' jkun lil din il-koperattiva.", "Ma ngħidx li kienet weħidha, għax kien hemm numru ta' kumpanniji oħrajn li b'mod privat waqqfu kumpannija tat-tindif, pero' l-argument tiegħi hu li meta jinqalgħu dawn il-kwesjtonijiet ħafna drabi l-kunsilli lokali jintilfu fuq numru ta' problemi li kważi kważi m'humiex tagħhom.", "L-appell tiegħi imur lejn l-gvern, b'mod partikolari lejn il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, biex dawn il-kwestjonijiet li jidħlu bejn il-kunsill u l-koperattiva jevitawhom.", "Kien żball li mat-twaqqif tal- kunsilli lokali ġie permess li dawn il-problemi jiġu tackled minnhom.", "Għalhekk nixtieq li b'mod jew ieħor dawn il-problemi li jtellfu ħafna mill- ħin u mill-andament tax-xogħol tal-kunsill jippruvaw kemm jista' jkun jevitawhom u jkun hemm aktar komprensjoni miż-żewġ naħat, kemm min-naħa tal- kunsill lokali li naturalment iħares l-interess tal-lokal u li x-xogħol ikun tajjeb biex jaqdi ċ-ċittadin tal-lokal, kif ukoll min-naħa tal- koperattivi li għandhom jifhmu l-esiġenzi ta' kull kunsill lokali.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi nawgura li permezz ta' din il-liġi jkollna t- twaqqif ta' aktar koperattivi u li dawn ikunu ta' benefiċċju kemm għall- istess membri kif ukoll għas-soċjeta' in ġenerali.", "Nawgura liż-żewġ naħat tal-Kamra li meta jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi mill-parlament ma nserrħux rasna li għaddejna liġi oħra, imma l-ħidma tagħna għandha tibda mill-ewwel sabiex fil-qasam edukattiv lill-istudenti żgħar u liż-żgħażagħ nedukawhom u nippreparawhom aktar biex infehmuhom x'jiġifieri koperattiva.", "Pero' għandna ngħinuhom ukoll biex meta jiddeċiedu b'mod volontarju li jiffurmaw koperattivi u għandna naraw li ma jinħolqulhomx barriers li jtellfuhom u jxekkluhom.", "Nawgura li dan huwa l-ħsieb taż-żewġ naħat tal-Kamra, li meta jitwaqqfu koperattivi ġodda, dawn ikunu ta' benefiċċju mhux biss għall- membri imma wkoll għas-soċjeta' Maltija in ġenerali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI; Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada 12 ta' Ġunju, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperattivi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp- Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riżervazzjoni Komputeriżżata - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Grazzi, Mr. Speaker.", "F'dan l-Aġġornament se nitkellem dwar diversi affarijiet li f'ċertu sens m'humiex ta' mportanza kbira pero' li dwarhom ikun hemm min jipprova jkabbar il-każ u jipponta subajgħ lejn il- gvern tal-ġurnata.", "Dan jipprova jagħti tort lil xi ministru partikolari għal dak li jkun ġara meta fir-realta' dawk responsabbi jkunu ġejjin minn ferm iktar 'l isfel mill-ministru.", "Ftit taż-żmien ilu, ħdejn il-monument tal-gwerra fil-Furjana kien hemm l- arbli li jintramaw kultant żmien meta tkun ġejja xi festa partikolari jew ikun ġej xi persunaġġ.", "Naturalment wara ftit ġranet dawn l-arbli nqalgħu, pero' min qala' l-arbli ħalla t-toqob fejn kienu l-istess arbli miftuħin.", "Ħalla l-injam fuq it-toqob forma ta' salib u dawn damu hemmhekk diversi ġimgħat qabel ma xi ħadd ftakar li kellu jmur jirranġahom.", "Din hija xi ħaġa li żgur li l-ebda ministru m'għandu joqgħod jitkellem dwarha, imma ta' min igħid li kull min qed jagħmel anke l-iċken biċċa xogħol irid jaqbad u jirranġa l-ħsara li tkun saret fil-post fejn ikun sar ix-xogħol.", "Kieku xi ħadd waqa' u kiser siequ f'waħda minn dawk il-ħofor Alla biss jaf kemm kien jiġi mgħajjar il-gvern dwar traskuraġni u nuqqas ta' ħeġġa.", "Punt ieħor huwa li matul il-Coast Road qed jitwaħħlu l-arbli tad-dawl.", "Għall-Grazzja t'Alla finalment se naslu fil-pożizzjoni li jkun hemm id-dawl f'waħda mill-iktar toroq perikolużi li għandna f'pajjiżna pero' min waħħal l-ewwel parti ta' l-arbli tad-dawl dehrlu li l-materjal li qala' mill-ħofra biex iwaħħal l-arbli jħallih hemm għal diversi ġranet.", "Każ ieħor simili seħħ fid-daħla ta' Paceville.", "F'dan il-post kien hemm il-ħtieġa li jsiru tiswijiet fuq arbli tad-dawl li huma marbutin mat-traffic lights tan-naħa ta' Paceville u bilfors kellha tinqala' t-triq u ssir trinka.", "Waqt ix- xogħol proprju min kien qed jaħdem laqat l-arbli li fuqhom hemm imwaħħlin it-traffic lights pero' dawn it-traffic lights kienu u għadhom qishom baħri fis-sakra għaliex min laqathom fil-post tax-xogħol kellu jara li jirranġahom u jagħmilhom almenu dritti daqskemm kienu qabel, jekk mhux possibilment iktar milli kienu qabel, iżda dan m'għamel xejn.", "Ngħaddi għal tip ta' lment differenti.", "Fil-Coast Road ħdejn il-kurva tat- torri ta' l-Għallies saru numru ta' xogħoljiet.", "Kien hemm, u bir-raġun, min għamel referenza għall-fatt li fit-tarf ta' dik ic-central strip ma kienx hemm dawl biżżejjed biex ikun hemm indikazzjoni ta' kif jista' jinqasam it- traffiku, biċċa għall-parking u l-oħra għall-kumplament tat-triq.", "Fil-fatt meta sar l-ilment kienu għadhom ma twaħħlux id-dwal neċessarji għal dak il- post. Issa d-dwal weħlu u weħlu kif suppost pero' xi għaref li ma kellux x'jagħmel l-ewwel qala' l-covers tal-plastic li fihom is-sinjali li jindikaw liema naħa huwa għall-parking u liema naħa huwa għall-kumplament tat-triq.", "Dan ma kienx kuntent b'daqshekk biss u qala' wkoll il-covers tal- ħġieġ li huma mwaħħlin fuq il-bankina biex jiġi assigurat li s-sistema ta' l-elettriku tkun mgħottija.", "B'konsegwenza ta' dan, fejn suppost hemm dan id- dawl hemm ħofra bil-wires li hija ta' periklu għan-nies li jgħaddu minn hemmhekk.", "M'inix qed ngħid dan għall-valur fih innifsu ta' dak li nsteraq u għall- ħsara li saret imma għall-fatt ta' kemm jista' jkun irresponsabbli xi ħadd li ma jagħtix każ ta' x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi l-ewwelnett fuq is- sewwieqa li jkunu għaddejjin mill-inħawi u t-tieni għalina lkoll li possibilment nkunu għaddejjin minn hemm u allura nkunu rridu naraw minn fejn wieħed suppost jgħaddi.", "Jien onestament ma nistax nifhem x'valur jista' jkollhom dawn il-covers tal-ħġieġ u tal-plastic għall-persuna li qalgħathom u ħadithom id-dar, jew inkella forsi daħħlet xi Lm5 tagħhom meta tathom lil ħaddieħor madanakollu l-valur tal-ħsara li tista' tiġri lilna li nkunu għaddejjin minn dawn it-toroq hija ferm u ferm ikbar mill-valur tal- ħsara ta' dawn l-affarijiet.", "Jekk għandna bżonn xi ħaġa bħal din ta' valur li huwa relattivament żgħir naħseb li jkun ħafna aħjar li nixtruha milli mmorru nisirquha.", "Dan jgħodd ukoll għal dawk il-persuni, għalkemm dejjem jonqsu, li jgħawwġu jew idawru rashom 'l isfel is-sinjali ta' direzzjoni tat-traffiku.", "Ġieli jdawwruhom ukoll fid-direzzjoni opposta bil-konsegwenza li kemm il-Maltin u aktar u aktar it-turisti li jiġu f'pajjiżna jiffaċċjaw diffikultajiet li jistgħu jkunu ferm aktar koroh mill-ħsara li tkun saret.", "Dan ġie ripetut diversi drabi mhux minni biss, pero' anke minn persuni fil- kunsilli lokali.", "Hemm dawk li jgħawġu, ikissru u jaqilbu s-sinjali rashom l'isfel u hemm dawk ukoll li jieħdu gost li jużaw iż-żebgħa fuq is-sinjali biex jagħmlu graffiti.", "L-ewwelnett ma nafx x'gost u pjaċir hemm f'dawn l- azzjonijiet vandali u irresponsabbli.", "It-tieni nett, għal darba oħra, meta jsiru dawn l-atti vandali minbarra li biex tiġi replaced it-tabella l-flus se jittieħdu mit-taxxi li aħna lkoll inħallsu, aktar gravi huwa r-riskju, d- diffikulta' u l-problemi li jinħolqu għal dawk li ma jkunux jafu l-inħawi.", "Hemm problemi oħrajn li nibdew niffaċċjaw f'dawn iż-żmenijiet ta' ċelebrazzjonijiet ta' festi lokali u reliġjużi.", "M'inix se nidħol fil-mertu ta' f'kemm postijiet jista' jkun hemm diffikultajiet u problemi għax dak mhux il-kompitu tiegħi.", "Se nitkellem fuq l-għada tal-festa.", "Għandna numru sostanzjali ta' rħula fejn il-partitarji tal-qaddis patrun tar-raħal jiddeċiedu li jmorru jiċċelebraw ix-xalata tal-festa tar-raħal f'xi bajja partikolari.", "L-ewwelnett diġa' fil-ftit festi li għaddew kelli okkażjoni li personalment nara persuni waqt dawn ix-xalati jixxabbtu mal-vetturi b'periklu għalihom infushom u għal persuni oħra li jkunu għaddejjin fil- vetturi.", "Sfortunatament diġa' kellna okkażjonijiet fejn persuni li kienu qed jagħmlu din it-tip ta' ċelebrazzjoni korrew permanentament jew sahansitra tilfu ħajjithom.", "Jien m'jien ħadd biex nindaħal fiċ- ċelebrazzjonijiet li jsiru u mhux se nkun jien li nipprova nwaqqaf lil min irid jiċċelebra l-festa tar-raħal tiegħu, madanakollu huwa mportant li filwaqt li nkunu qegħdin nagħmlu dawn it-tip ta' ċelebrazzjonijiet naraw li s-sigurta' tal-persuni li jkunu qegħdin f'dawn il-postijiet tiġi osservata għall-interess tagħhom infushom, ta' dawk li jistgħu jkunu għaddejjin mill- istess toroq u wkoll minħabba l-paniku li kultant jinħoloq b'dawn it-tip ta' ċelebrazzjonijiet.", "Mil-bidu ta' l-istaġun tal-festi rridu naraw li kemm jista' jkun ma nħallux lil dawn it-trakkijiet, li ma nafx x'daqs wieħed jista' jgħid li għandhom, armati bi storbju li ħadd ma jista' jgħid x'tip ta' storbju hu, jgħaddu mit-toroq residenzjali tagħna.", "Importanti wkoll li ma nħallux li dan it-tip ta' storbju jkompli jirrepeti ruħu.", "Il-lokalitajiet li jkunu fil-qrib ta' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u ta' dan l- istorbju diversi drabi wkoll għandhom problemi minhabba fihom.", "Jien nitkellem b'esperjenza diretta ta x'jigri per eżempju fil-Mellieħa u f'San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari t-Tnejn filgħaxija meta dawk il-persuni li jkunu għamlu ġurnata l-Armier jew l-Għadira jkunu se jirritornaw lejn ir- raħal tagħhom.", "Għalkemm fiż-żewġt irħula hemm bypass li biha tista' taqta' t-traffiku minn ġo nofs ir-raħal, huma ħafna l-persuni li jippreferu jgħaddu minn ġo nofs il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar b'dawn iċ- ċelebrazzjonijiet, bl-istorbju kollu li jkunu qegħdin jagħmlu u bil- konsegwenza li diversi persuni jilmentaw bħala riżultat tal-konġestjoni li tinħoloq u tad-dwejjaq li jikkawża dan l-istorbju.", "Jien nagħmel appell lil kull min jorganizza dawn it-tip ta' ċelebrazzjonijiet li nħallu lil dawn il- persuni jiċċellebraw pero' kemm jista' jkun naraw li mill-irħula li jkunu se jgħaddu ma jikkawżawx id-diffikulta' u problemi li qed jikkawżaw.", "Huwa mportanti li kulħadd jeżerċita d-dritt tiegħu li jieħu gost iżda fl-istess ħin kemm jista' jkun għandna nipprovaw nevitaw dawk li huma potenzjal ta' inċidenti u problemi għall-ħajja, b'mod partikolari ta' dawk li jkunu qed jiċċelebraw stess.", "Għandna nevitawhom b'mod serju u possibilment mingħajr l- intervent tal-pulzija u lanqas ta' xi awtorita' oħra.", "Għandhom ikunu l- istess persuni li jiċċelebraw li jaraw li qed josservaw ir-regoli li jeżistu f'dan il-pajjiż.", "Ħaġa oħra wkoll marbuta maż-żmien tas-sajf hi li matul is-snin li għaddew in-numru ta' persuni li għandhom xi opra tal-baħar jew mezz ta' trasport li huwa marbut mal-baħar żdied sostanzjalment f'dan il-pajjiż.", "Dawn l-opri tal- baħar ivarjaw fid-daqs tagħhom, minn żgħar sa kbar ħafna.", "Hawnhekk ukoll għal darba oħra, kulħadd għandu dritt li jgawdi, jirrilassa u jiddeverti permezz ta' l-opra tal-baħar li jkun investa fiha għall-gost tiegħu u tal- familja tiegħu iżda rridu naraw ukoll li jinstab il-bilanċ meħtieġ bejn id- drittijiet ta' dawk li għandhom opri tal-baħar u d-drittijiet ta' dawk il- persuni l-oħra li m'għandhomx opri tal-baħar imma għandhom dritt li jgawdu minn xi tip ta' sports fil-baħar.", "Dan il-bilanċ għandu jinstab biex nevitaw inċidenti li mhux darba jew tnejn kienu fatali.", "Il-ġimgħa li għaddiet l- awtorita' marittima Maltija fil-fatt ħabbret li f'dan il-pajjiż illum, b'żieda fuq is-sena li għaddiet u s-snin l-oħra, hemm 18-il bajja li huma meqjusa bħala swimmer zones, fejn huma l-għawwiema li għandhom il- prijorita' fuq kull attivita' oħra li tista' ssir f'dawk l-inħawi tal- baħar.", "Huwa mportanti ferm li dawn iż-żoni riservati għall-għawwiema jkunu osservati mill-istess għawwiema li ma jaqbżux il-limiti li huma ndikati fid- diversi bajjiet li għandna fil-pajjiż pero' mbagħad huwa wkoll importanti u relevanti ħafna li dawk li jidħlu ħdejn dawn il-bajjiet bl-opra tal-baħar tagħhom jibqgħu 'il barra mill-limitu li qegħdin nimponu apposta għal dawk iż-żoni protetti għall-għawwiema.", "Huwa mportanti ferm li dawk li jmorru bl- opri tal-baħar jaraw u jassiguraw id-dover tagħhom li jħarsu d-drittijiet ta' dawk li qegħdin jgħumu.", "Kif nafu lkoll il-pajjiż żgħir tagħna huwa popolat iżżejjed u fix-xhur tas- sajf nisfruttaw il-baħar bl-aħjar mod li nistgħu għal skop ta' divertiment.", "Minbarra l-Maltin ikun hawn eluf kbar ta' turisti li wkoll jippruvaw igawdu minn dawn il-faċilitajiet li għandna.", "Irridu naraw li kulħadd josserva dak il-bilanċ tant neċessarju bejn id-dritt ta' min qed jgħum u d-dritt ta' min għandu opra tal-baħar li jgawdi wkoll l-isport tiegħu.", "Aħna minn żmien għall-ieħor nippruvaw naraw li dawn il-kampanji ta' sigurta' fuq il-post tal-baħar f'dan ir-rigward jilħqu lil dawn il-persuni.", "Nafu li kemm ilha tiġi mposta din il-miżura ta' ħarsien għall-għawwiema naqsu drastikament in- numru ta' inċidenti fil-qalba tal-bajja li huma meqjusa bħala żona protetta u wieħed jawgura li dan is-sajf ikun sajf ieħor fejn l-inċidenti fil-baħar mhux biss jonqsu imma possibilment jispiċċaw.", "Għalkemm nafu li hija possibilta' ftit remota li ma jkun hemm l-ebda inċident, jiena żgur li jekk kemm-il darba kulħadd josserva d-doveri tiegħu dan il-bilanċ meħtieġ ikun jista' jintlaħaq.", "Hawnhekk nagħmel appell ċar, b'mod partikolari għal dawk li għandhom l-opri tal-baħar, li jaraw li josservaw kontinwament il-limiti f'dawn id-diversi bajjiet li għandna.", "Nafu wkoll li minbarra l-opri tal-baħar li huma tas-sidien privati llum għandna wkoll numru ta' operaturi li jaqilgħu l-għixien tagħhom billi jikru jet skis, speedboats u diversi opri tal-baħar lill-Maltin u l-barranin.", "Naturalment qegħdin jinkrew lil dawk il-persuni Maltin li ma jixtrux l-opri tagħhom jew inkella lit-turisti li mhux se joqogħdu jġorru l-jet skis magħhom minn barra għal ġimgħa.", "F'dan ir-rigward nagħmel żewġ appelli differenti.", "L-ewwelnett huwa ferm importanti li lil dawk il-persuni li jikru din l-opra tal-baħar nispjegawlhom x'inhuma d-doveri u r- responsabbiltajiet li għandhom meta qegħdin jingħataw f'ċertu sens arma, għax illum il-jet skis u l-ispeedboats li għandhom ċerta veloċita' u horse power u huma fil-fatt l-arma.", "Ma nistgħux nibqgħu nibku wara li jkun sar xi inċident fatali imma rridu naraw li f'dan ir-rigward jingħata dak it- tagħrif u informazzjoni meħtieġa lil dawn il-persuni.", "Dawn il-persuni jridu jgħixu permezz ta' l-investiment li jkunu għamlu u j'Alla dan is-sajf li ġej ikun sajf ieħor tajjeb bħal ma kienu s-sjuf li għaddew f'dan ir- rigward.", "Jien infurmat li għal din is-sena se jkun hemm żieda sostanzjali ta' jet skis li jkunu qegħdin jintużaw fid-diversi bajjiet tagħna, kemm mill-privat kif ukoll għal dawk li huma ħtiġijiet kummerċjali.", "J'Alla li kull min isuq minn dawn l-opri tal-baħar ikun infurmat bis-serjeta'.", "Hemm punt ieħor marbut ma' l-operaturi li jagħtu dan is-servizz.", "Fejn ikun hemm xi diffikulta' jew xi nuqqas ta' komprensjoni min-naħa ta' min ikun se jingħata d-dgħajsa, nagħmel appell lill-operaturi li jkun aħjar jekk jitilfu dik il-kirja partikolari, ikun aħjar li dik il-persuna tmur tgħid li dak l-operatur ma riedx jikrilu d-dgħajsa, milli jikri d-dgħajsa mbagħad jibki wara minħabba l-fatt li dak li jkun ingħata dik l-opra tal-baħar m'osservax ir-responsabbiltajiet tiegħu jew inkella kkawża diffikultajiet lil persuni oħrajn.", "Nafu li dawn l-opri tal-baħar iridu joħorġu minn max- xatt.", "Ma tistax toħroġ bihom minn distanza 'l barra b'hekk fil-bajjiet li huma riservati għall-għawm hemm passaġġi minn fejn dawn l-opri tal-baħar jistgħu joħorġu minn max-xatt għall-ibħra miftuħa.", "Hawnhekk ukoll, f'dak il- ftit ħin bejn ix-xatt u fejn hemm l-indikazzjonijiet tal-bajjiet li huma riżervati għall-għawwiema, hu mportanti li l-persuni li jkunu qegħdin isuqu dawn l-opri tal-baħar josservaw l-ispeed limits u jibqgħu josservaw ir- regolamenti tal-baħar mill-mument li ħarġu 'l barra miż-żona li hija riservata għall-għawwiema.", "Naturalment nibdew is-sajf u nibdew bl-attivitajiet tagħna l-Maltin bħall- barbecues u kull tip ta' attivita' oħra li tiġri fil-bajjiet ta' pajjiżna.", "Huwa tajjeb li kulħadd ikollu ċ-ċans u d-dritt li jmur jiddeverti f'dawn il- bajjiet u jagħmel il-barbecue fil-post li jixtieq hu iżda rridu niftakru wkoll li l-għada filgħodu, jew l-għada filgħaxija jew inkella wara nofsinhar, wara li inti tkun tlaqt ikun hemm persuni oħra li jridu jużaw dik l-istess bajja biex bħal ma inti kellek id-dritt kollu li tiddeverti, dawk li jiġu warajk ukoll ikunu jridu jiddevertu mingħar riskji akbar għal ħajjithom milli kellek int qabilhom.", "F'dan ir-rigward importanti li ma noqogħdux ngħidu li l-alka ma jnaddfuhiex mill-bajja jew għax dak it-tali ministeru ma jarax li jkun hemm it-tabelli neċessarji fil-post, jew ngħidu li l-dustbins ma jkunux f'dawn il-postijiet.", "Dawn il-faċilitajiet diversi li jkunu provduti, biċċa mill-Ministeru tat-Turiżmu, biċċa mill-Awtorita' Marittima u biċċa minn forsi kunsilli lokali, faċilitajiet ta' tindif u postijiet fejn nistgħu nwaddbu l-affarijiet li ma nkunux irridu nieħdu magħna lejn id-dar, kull wieħed minna għandu jara li l-ewwelnett inħalluhom hemmhekk.", "Mhux darba u tnejn li tiltaqa' ma' kunsilli lokali li jgħidulek li t-tali faċilitajiet sanitarji li huma kienu qegħdu fil-bajja partikolari nsterqu jew inħarqu.", "Irridu nifhmuh dan għax filwaqt li huwa mportanti li l- gvern, l-awtoritajiet u l-kunsilli lokali jagħmlu s-sehem tagħhom biex dawn il-faċilitajiet jitqiegħdu f'posthom aktar importanti li aħna li nużaw dawn il-faċilitajiet naraw li dawk inħalluhom hemm għal ta' warajna li jiġu biex jużaw l-istess post aktar tard.", "Għandi punt ta' l-aħħar marbut mad-diversi signs tat-toroq fuq il-postijiet ta' kostruzzjoni.", "Għal darbtejn u tlieta rajt b'għajnejja sitwazzjonijiet fejn il-kuntratturi li jkunu qed jagħmlu x-xogħol f'toroq partikolari jagħmlu l-bozoz u s-signs neċessarji u jagħmlu r-reflective material li wieħed jistenna li jkun hemm fuq sites ta' kostruzzjoni b'mod partikolari fejn hemm it-traffiku għaddej fid-direzzjonijiet opposti.", "Dawn is-signs tarahom fil-11.00 p.m. iżda meta tgħaddi l-għada filgħodu ssib li nofshom ikunu nsterqu bil-konsegwenza li min jgħaddi wara jkollu problema u jkollu jieħu riskju biex jgħaddi minn naħa għal oħra.", "Hawnhekk nagħmel appell l- ewwelnett lill-kuntratturi li jaraw li dawk li huma suppost il-watchmen tagħhom bis-serjeta' jkunu qegħdin fuq il-post tax-xogħol ħalli jaraw li dawn l-affarijiet ma jinsterqux.", "Iżda l-aktar dan l-appell għal darba oħra nagħmlu lil kull wieħed minna, li forsi jara erba' bozoz, erba' biċċiet reflecting material, u jiddeċiedi li dak huwa source tajjeb biex il-luzzu li għandu jwaħħallu biċċa reflective light inkella juża l-bozza biex imur għall-qarnit u affarijiet bħal dawn.", "Naħseb li l-valur ta' ħajja li tista' tintilef bħala riżultat ta' azzjoni irresponsabbli bħal din għandha twassalna biex ħadd minnha ma jagħmel azzjonijiet ta' serq u nesponu lilna nfusna, lill-uliedna u lil dawk kollha li jgħaddu minn dawn l-inħawi għall- perikli. lmbagħad meta jiġru l-inċidenti kollha kemm aħna nilmentaw u ngergru li kien ikun aħjar kieku ma nsterqux dawk l-affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 12 ta' Ġunju, 2001 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. l-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XOGĦOL ĠDID", "25494.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' nies li bdew xogħol ġdid is-sena l-oħra xahar b'xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba hi kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "REĠISTRU TAD-DISIMPJIEG", "25495.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li nqata mir-reġistru tad-disimpjieg is-sena l-oħra xahar b'xahar u għaliex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "BOARDED OUT", "25496.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out nies mix-xogħol is-sena l-oħra u kull sena fl-għaxar snin ta' qabel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "RELIEF", "25497.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in- numru ta' persuni li qegħdin fuq ir-relief illum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li qegħdin fuq ir-relief sa l-aħħar ta' April 2001 huwa ta' 10,104 benefiċjarji, komposti kif ġej:-", "|Għajnuna Soċjali |6322 benefiċjarji| |Għajnuna Soċjali |3782 benefiċjarji| |Għad-Disimpjieg | |", "SKARTAR", "25498.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu ħaddiema taċ-ċivil skartati mix-xogħol is-sena l-oħra?", "F'liema dipartiment tal-Gvern kienu jaħdmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Permezz tar-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2000 l-każijiet tad-dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk m'għandhomx aktar jgħaddu mill- Uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda mpjegat li nqabad skartat mix-xogħol.", "Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-każijiet ta' skartar minn fuq il-post tax-xogħol li dwarhom kienu ttieħdu passi skond ir- Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977 fil-perjodu 1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2000.", "KORDIN GRAIN TERMINAL", "25535.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie impurtat qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż matul is-sena kalendarja 2000 mill-kumpanija Medigrain Ltd?", "Jista' jgħid kemm ġie impurtat qamħirun għall-annimali matul l-istess sena 2000 mill-kumpanija Medigrain Ltd?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn din l-importazzjoni totali ta' qmuħ kienet maħżuna fit-Terminal ta' Kordin?", "Jista' jgħid kemm kienet is-somma mħallsa f'dan il-perjodu mill-Kumpanija Medigrain lill-Kordin Grain Terminal f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 il-Medigrain impurtat 55,053 tunnellata qamħ għall-produzzjoni tal-ħobż u 72,983 tunnellata qamħirrun għall-annimali.", "Il-qamħ u l-qamħirrun kollu mpurtat kienu maħżuna fit-Terminal ta' Kordin.", "L-ammont imħallas matul is-sena li għaddiet mill-Medigrain lill-Kordin Grain Terminal għall-ħażna tal-qamħ u l- qamħirrun kien ta' Lm286,346.", "KORDIN GRAIN TERMINAL CO.", "LTD", "25536.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost u minn min il-board tal- Kordin Grain Termincal Co. Ltd. u tal-Medigrain Company Ltd?", "Jista' jgħid meta sar l-aħħar tibdil ta' segretarji tal-Bord ta' dawn iż- żewġt kumpaniji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent, il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Kordin Grain Terminal huwa ffurmat mis-Sur Charles Demicoli bħala Chairman u s-Sinjuri George Borg, Tony Agius, Joseph Mifsud, Edmund Gatt Baldacchino, Albert Rutter u Raphael Toledo bħala Diretturi.", "L-aħħar tibdil li kien hemm rigward is-Segretarju ta' din il-Kumpanija kien b'seħħ mill-1 ta' Jannar 1997 meta s-Sur Alex Agius ħa post is-Sur Paul Bezzina wara li fl-1 ta' Diċembru 1996 kien ġie nominat Bord tad-Diretturi ġdid.", "Bħalissa, il-bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Medigrain huwa ffurmat mis- Sur Anthony Agius bħala Chairman, is-Sur Paul Abela bħala Deputat Chairman u s-Sinjuri Gaetan Buttigieg, Oliver Ellul, Maurice L. Petrococchino u Franco Serracino Inglott.", "Is-Segretarja tal-Bord hija l-Avukatessa Rachael Bonello u l-aħħar tibdil f'dan ir-rigward sar fl-1999.", "ĠBIR TA' L-ALKA", "25537.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti l-kuntratt, ftehim jew xorta oħra li għandu min juża l-gaffa għal-ġbir ta' l-alka mill-bajjiet?", "Jista' jekk huwa possibli jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid minn min sar dan il-kuntratt, ftehim jew xorta oħra u meta sar?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas u kemm tħallas s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li t-tender għall-ġbir ta' l-alka ħareġ fl-1992.", "Meta dan ġie abbandunat, id-Dipartiment tat-Turiżmu dar fuq il-kuntratturi l-oħra li kienu tefgħu t-tender fosthom dak li sal-lum għadu jagħti s-servizz.", "Dan għadu regolat bil-kundizzjonijiet ta' l-1992 u t- tender kien ħareġ bil-proċeduri li l-Gvern kien josserva dak iż-żmien.", "Ninsab infurmat ukoll li fl-1992 il-kuntrattur kien jitħallas bir-rata ta' Lm2 fis-siegħa, liema rata ġiet riveduta għal Lm 3.45 fis-siegħa f'Jannar 1998 u għal Lm 4 fis-siegħa b'seħħ minn April ta' l-istess sena.", "Sal-lum dan il-kuntrattur tħallas is-somma ta' Lm 47,827.", "BEACH CLEANERS", "25539.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numri ta' trakkijiet li qed jintużaw mis- sezzjoni tal-beach cleaners?", "Jista' jgħid min qiegħed jipprovdi dan is- servizz u kemm qed jitħallas?", "Jista' jgħid kemm tħallas matul is-sena 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid meta huwa maħsub li ser jinxtraw trakkijiet ġodda għal din is-sezzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-għadd ta' trakkijiet li qed jintużaw mit-taqsima tal-beach cleaners huwa tlettax (13).", "Is-Servizz qiegħed jiġi pprovdut mill-ħaddiema tal-gvern, dawk li qabel kienu Impressed Drivers.", "Matul is-sena 1999 tħallset is-somma ta' Lm110,961.47 u fis-sena 2000 tħallset is-somma ta' Lm110,884.80.", "Fis-sena 2001 dawn il-ħaddiema qegħdin jitħallsu fi skala 20 u Lm5.193 kuljum bħala allowance għall-kirja tat-trakk.", "MIC", "25540.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-ħarġa ġiet ippublikata tal- fuljett 'Aġġornat' mill-MIC?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm-il kopja ġiet stampata?", "Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour separations?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, Artwork, Colour separations, posta, distribuzzjoni etc.", "ONOR.", "JOE BORG: Iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea, sa llum, ippubblika 69 edizzjoni tan-newsletter \"Aġġornat\".", "Min dawn ġew stampati l-aħħar 16 il-edizzjoni b'elf kopja kull darba.", "L- edizzjonijiet ta' qabel tqassmu biss permezz ta' l-e-mails lil dawk li kienu talbuha.", "Minn meta beda jiġi stampat qegħdin jiġu impostati madwar 800 kopja bil- prezz tal-posta normali.", "Xogħol ta' artwork, colour seperations u stampar, issir minn \"Standard Publications Ltd\" bi prezz globali ta' Lm147 kull edizzjoni.", "PUBLIKAZZJONIJIET", "25541.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?", "Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?", "Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?", "ONOR.", "JOE BORG: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin", "Ma kien l-ebda pubblikazzjoni mill-Ministeru tiegħi fis-snin 2000 u 2001 filwaqt li kien hemm pubblikazzjoni waħda fis-sena 1999 kif jidher hawn taħt:", "| |Pubbli|Kopji|Min |Kemm | | |kazz-j|Stamp|għamel |sewa' | | |onijie|ati |ix-xogħo|l-istam| | |t | |l ta' |par, | | | | |Artwork |artwork| | | | |u Colour|, | | | | |Seperati|colour | | | | |on |separat| | | | | |ion, | | | | | |posta u| | | | | |distrib| | | | | |uzzjoni| |19|A |2,100|Il-Colou|LM | |99|Counci| |r |6,767.3| | |l for | |Separati|5* | | |All | |on sar | | | |Season| |mir-Repr| | | |s | |o House | | | | | |Co Ltd | | | | | |L-Artwor| | | | | |k sar | | | | | |mill-Fly| | | | | |ing Cat | | | | | |Design | |", "*L-ammont ta' Lm6,767.35 ma jinkludiex posta u distribuzzjoni peress li ma nżammux rekords tagħhom.", "Malta EU Information Centre", "Ma kien hemm l-ebda pubblikazzjoni mill-Malta EU Information Centre fis- sena 1999 filwaqt li fis-snin 2000 u 2001 it-tagħrif huwa kif jidher hawn taħt:", "| |Pubbl|Kopji|Min |Kemm | | |ikazz|Stamp|għamel |sewa' | | |jonij|ati |ix-xogħo|l-istam| | |iet | |l ta' |par, | | | | |Artwork |artwork| | | | |u Colour|, | | | | |Seperati|colour | | | | |on |separat| | | | | |ion, | | | | | |posta u| | | | | |distrib| | | | | |uzzjoni| |200|Socra|20,16|Mizzi |LM | |0 |tes |0 |Graphics|1,196.2| | | | | |4 | | |Malta|170,2|Mizzi |LM | | |u |00 |Graphics|2,431.5| | |l-U.E| | |0 | | |. | | | | | |Leona|5,000|MPS Ltd |LM | | |rdo | | |482.50 | | |L-U.E|5,000|MPS Ltd |LM | | |. u | | |482.50 | | |x-Xog| | | | | |ħol | | | | | |Misto|160,0|JP |LM | | |qsija|00 |Advertis|15,207.| | |u | |ing Ltd |99 | | |Tweġi| | | | | |ba | | | | | |Xi |170,0|Visual |LM | | |Tfiss|00 |Trends &|11,208.| | |er | |Co Ltd |00 | | |Għali| | | | | |ja 1 | | | | | |Xi |160,0|Visual |LM | | |Tfiss|00 |Trends &|12,026.| | |er | |Co Ltd |32 | | |Għali| | | | | |ja 2 | | | | | |Fact |300 |JP |LM | | |Sheet| |Advertis|759.00 | | |s | |ing Ltd | |", "|200|Youth|20,00|MPS Ltd |Funded | |1 | |0 | |by EC | | |Q & A|30,00|MPS Ltd |Funded | | |Busin|0 | |by EC | | |ess | | |(Dist. | | | | | |LM657) | | |Id-Dr|40,00|Aim |Funded | | |ittij|0 |Holdings|by MIA | | |iet | | | | | |tiegħ| | | | | |ek | | | | | |meta | | | | | |ssief| | | | | |er | | | | | |Cross|140,0|Standard|LM | | |roads|00 |Publicat|7,987.0| | |(Mont| |ions |0 | | |hly) | | | | | |Aġġor|18,00|Standard|LM | | |nat |0 |Publicat|3,366.0| | |(Week| |ions |0 | | |ly | | | | | |Publi| | | | | |catio| | | | | |n) | | | |", "TRIQ QASAM SPERIMENTALI", "26078.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Qasam Sperimentali, fl-area ta' Ħal Farruġ li tkissret meta sar ix-xogħol fuq it- tiswija tad-drenaġġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa ġibed l- attenzjoni tal-kuntrattur li t-trinka qiegħda tinżel f'xi postijiet u b'hekk tinħtieġ li tissewwa, iżda peress li x-xogħol sar taħt kuntratt tad- Dipartiment tad-Dranaġġ, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ĦEALTH CENTRE", "26079.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jispjega għaliex residenti f'parti mill-area magħrufa bħala Ħal Farruġ, Ħal Luqa u li jibgħatu lill-uliedhom fl-iskola primarja ta' San Bastjan, Ħal Qormi, jiġu mitluba jmorru fil-Health Centre tal- Furjana u mhux fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?", "Jista' jikkonsidra li dawn ir-residenti jibdew jagħmlu użu mill-Health Centre ta' Ħal Qormi u mhux tal-Furjana biex jingħeleb l-inkonvenjent li dawn ir-residenti għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-policy tad-Dipartiment huwa li kull resident jattendi fiċ-Ċentru tas-Saħħa li huwa responsabbli għal post residenzjali tiegħu skond il-catchment area ta` kull Ċentru tas-Saħħa.", "Dan minħabba raġunijiet loġistiċi u minħabba is-sistema ta` filing u ta` medical records.", "Ċittadini residenti f'Ħal Luqa jaqgħu taħt iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana u dawk residenti f'Ħal-Qormi jattendu iċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Ħal Qormi.", "Id-Dipartiment bilfors irid jimxi fuq ir-residenza kif indikata fl-ID Card għaliex inkella jinqalgħu ħafna problemi iżjed milli wieħed isolvi.", "Minkejja dan id-Dipartiment dejjem lest li jagħmel eċċezzjoni f'każi speċifiċi fejn ikun hemm raġuni valida meta issir xi talba minn xi individwu f'dan ir-rigward.", "Id-Dipartiment lest ukoll li jiddiskuti ma rappreżentanti ta` dawk in-nies li joqgħodu fil-parti ta` Ħal Farruġ, Ħal Luqa jew mal-Kunsill Lokali sabiex wieħed jistħarreġ jekk tistax tinsab soluzzjoni aċċettabli għal kulħadd dwar din il-problema.", "TOROQ", "26080.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Tumas f'Ħal Luqa se ssir minħabba l-inkonvenjent u l-periklu kbir li tippreżenta għal kull min jgħaddi b'xi vettura minn hemm u l-ħsejjes kbar ta' tisbit tal-vetturi, li r-residenti jkollhom jissaportu matul il-ġurnata u l-lejl minħabba is- sitwazzjoni tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 25955.", "LIVELL TA' ĦSEJJES AĊĊETTABBLI", "26081.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu d-Dipartiment għal Ambjent biex jistabilixxi l-livell ta' ħsejjes aċċettabbli partikolarment fl-areas li huma residenzjali iżda sem-industrijali?", "Kif qed jiġu infurzati dawn l- azzjonijiet jekk qiegħed jieħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25960 (Seduta 544).", "COMPARATIVE RETURN OF EXPENDITURE", "26083.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal comparative return of expenditure għal perjodu 1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Marzu 2001 li ġie ppublikat fil-gazzetta tal-Gvern fil-15 ta' Mejju 2001, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-items, item, item li jidhru n-numerati minn 10 sa 16 jiġifieri 10.", "Ministru of Social Policy 11.", "Social Security 12.", "Social Security Benefits 13.", "Family and Social Welfare 14.", "Care of the Elderly; 15.", "Housing 16.", "Industrial and Employment Relations u n-nefqa taż kull sub item?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba tinsab f'appendiċi 'B' annessa ma' kopja tal- 'Comparative Return of Expenditure' kif ippublikat mit-Teżor fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Mejju 2001 (Appendiċi A).", "RUBBISH DUMP", "26117.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-passaġġ żgħir li hemm fuq wara ta' A2, Triq il-Ħawħa, San Ġwann ma jibqax jintuża bħala rubbish dump b'inkonvenjenza għall-inkwilini indikati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-area li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hija passaġġ pubbliku, allura ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' xi dipartiment tad-djar.", "HOUSING AUTHORITY", "26118.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li minħabba l-eta' ta' l-inkwilini ta' A 15, Triq il-Ħawħa, San Ġwann, jistgħu jiġu ikkunsidrati għall- appartament ieħor tal-Gvern preferibbilment ġewwa San Ġwann li jkun bla taraġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li, f'Novembru 2000, d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie nfurmat li l-inkwilini li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant ma kienux interessati f'akkomodazzjoni alternattiva.", "INTERVISTI", "26119.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex meta persuni bla xogħol jintbagħtu għal-intervisti mas-settur privat, tinqata' d-drawwa ta' wħud li jitolbuhom jibgħatu CV flok jagħmlulhom intervista jew inkella li jinjorawhom minkejja li jgħidulhom li jkunu ser jikkuntattjawhom meta tkun lura f'postha il-persuna li kellha tintervisthom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant japprezza li mhux faċli li tirregola dwarhom permezz ta' miżuri leġislattivi.", "COURT FEES", "26120.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal court fees il-Gvern fis-sentejn li għaddew u kemm mistenni idaħħal din is-sena a bażi tat-tariffi riveduti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "BANKINI", "26136.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistax l- Ministru jara li jiġu irranġati il-bankini li hemm f'Triq il-Wied, l-Iklin billi minħabba il-ħafna konki li hemm fin-nofs huwa impossibbli li xi ħadd jgħaddi minn fuqhom mingħajr xkiel, jew b'xi push chair etc?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari nru.19922 seduta 392.", "BARRIER", "26137.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistgħax titwaħħal xi barrier fuq il-bankina ta' Triq il-Wied, l-Iklin, qrib My Nest House, billi minħabba fil-kisra li hemm f'dawk l-inħawi faċli ħafna biex il-karozzi li jkunu għaddejjin bi speed qawwi jitilfu l-kontroll u jidħlu fil-ħajt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista' jsir.", "SEZZJONI HANDS ON FARMING", "26162.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġri mis-sezzjoni tal-hands on farming?", "Kemm inġiebu annimali ġodda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minħabba l-prekawzjonijiet li qed nieħdu fil-farm kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, iż-żjarat ta' l-iskejjel kellhom jieqfu temporanjament.", "Għaldaqstant il-hands on farming bi ħsiebna nkompluh hekk kif jispiċċaw dawn ir-restrizzjonijiet preżenti.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.", "EŻAMI GĦALL-ĠARDINARA", "26163.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mil-general hands li għamlu l-eżami għall-ġardinara u li għaddew 55 mill-eżami u minnhom laħqu biss 25 imbagħad wara laħqu 3 oħra għaliex tlieta minn dawk il-25 li kienu laħqu spiċċaw bil-pensjoni.", "Il-kumplament kienu mwegħda li jilħqu iktar tard matul is- sena, iżda issa rċevew ittra minn Kastilja li tgħix li l-postijiet vakanti kienu ġew kollha mimlija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta saret is-sejħa għall-ġardinara kien hemm bżonn ta' sitta u għoxrin (26) ġardinar fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "Minn dawk intervistati għall-post ta' ġardinar skond iċ-Ċirkulari MPO Nru. 25/99 tat-8 ta' Frar 1999 għaddew ħamsa u ħamsin (55).", "Minbarra general hands kienu applikaw u għaddew mill-eżami ukoll ħaddiema fi gruppi industrijali oħra.", "Wieħed mis-sitta u għoxrin (26) li għaddew ma ħax l- appointment għal raġunijiet tiegħu u minfloku laħaq dak li ġie fis-sebgħa u għoxrin (27) post.", "Peress li matul dik is-sena spiċċaw erba' (4) ġardinara, saret talba li jilħqu erbgħa applikanti oħra minn dawk li għaddew mill-eżami.", "Għadu għaddej proċess sabiex naraw jekk hux il-każ li nappuntaw aktar ġardinara minn fost dawk li għaddew.", "VACATION LEAVE", "26209.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie kkanċellat vacation leave ta' nurses, nursing aids, health assistants u hospital auxiliaries li jaħdmu fir-Residenza San Vincenż De Paule mill-1 ta' Jannar 2001 sal-25 ta' Mejju 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' leave kkanċellat mill-1 ta' Jannar sal-25 ta' Mejju hu kif ġej:", "|Jannar |76 | |Frar | 88 | |Marzu |145 | |April |236 | |Mejju |226 |", "ENEMALTA", "26236.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se titla s-somma totali li se titħallas lit-38 student Universitarju li l-Enemalta se tħaddem fis-sajf?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-tmienja u tletin student universitarju li l-Korporazzjoni Enemalta ser tħaddem matul ix-xhur tas- sajf ser jitħallsu skond kif provdut fiċ-Ċirkulari numru 23 ta' l-2001 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-4 ta' Mejju 2001.", "STUDENTI", "26237.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid mil-liema se jitħallsu s-685 student universitarju li se jħaddem fis-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa?", "Kemm se tkun is-somma totali mħallsa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li s-685 student universitarju li se jħaddem fis-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa se jitħallsu mill-vot 51 Item 1210.", "Jekk wieħed jikkonsidra li kull student jirċievi LM132, għal perjodu tax-xogħol tagħhom is-somma totali tagħhom tiġi LM90,420.", "SAĦĦA - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "26246.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhijiex tibbenefika mill-għajnuna ta' mediċini u cioe' Xabatant Noche neta jidher li għandha r-rekwiżiti neċessarji sabiex tirċievi l-istess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li din il-mediċina ma setgħetx tiġi approvata oriġinarjament (f'Marzu 2001) għaliex ma kinitx skond il-protokol għat-trattament tal-glaucoma, li kien eżistenti dak iż-żmien.", "Wara li d- Drugs and Therapeutics Committee iddiskuta din il-problema mal-ispeċjalista tal-għajnejn, dan issottometta protokol ieħor fit-22 ta' Mejju 2001.", "Dan il-protokol għandu jiġi diskuss fil-meeting tad-Drugs and Therapeutics Committee li ġej.", "Jekk ikun rikommandat mill-kumitat u approvat mid- Direttur Ġenerali tas-Saħħa, pazjenti li ġew rikommandati għal dan it- trattament mill-ispeċjalisti tagħhom, jiġu mogħtija l-mediċina mill-isptar.", "ARTIJIET", "26249.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "25443 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien in-numru ta' kunsilli lokali li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jgħinu lill-għaqdiet tal-lokal tagħhom jsibu propjeta/art jew fond biex jiżviluppaw aħjar l-premises tagħhom ħalli joffri servizz aħjar lill-membri tagħhom waqt il-ħin ħieles tagħhom?", "X'progress sar u x'iżvilluppi ġew reġistrati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Talbiet lid-Dipartiment ta` l-Artijiet għan-nom l- għaqdiet tal-lokal sabiex dawn jingħataw proprjeta/art jew fond tal-Gvern biex jizvillupawh aħjar bħala premises tagħhom ma taqax taħt il-proġett tad- Devoluzzjoni Lokali fi ħdan il-Ministeru.", "Għaldaqstant jekk kien hemm xi talbiet bħal dawn, kemm il-Ministeru kif ukoll id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma jżommux din l-istatistika.", "XEMXIJA - TOROQ", "26250.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformana għaliex matul dawn l-aħħar 28 xahar ma saru ebda xogħlijiet biex titranġa l-qagħda ħażina ħafna ta' Triq il-Pristorja u Triq Imġiebaħ fix-Xemxija, l/0 ta' San Pawl il-Baħar?", "Jista' l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jgħaddu mill-kliem għall-fatti u cioe' jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa immedjatament sabiex ir-residenti li ma jammontawx għal ftit ikollhom triq diċenti?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-tenders biex isiru x-xogħolijiet fit-toroq msemmija mill-Onor.", "Interpellant diġa ħarġu mid-Dipartiment tat- Toroq u ż-żmien għall-offerti ser jagħlaq fit-12 ta' Ġunju 2001.", "Biex seta' sar dan ix-xogħol kellu jsir xogħol ta' preparazzjoni li sfortunatament 22 xahar ta' Amministrazzjoni Laburista ma tagħat l-ebda każ li tagħmel.", "SAĦĦA - RABAT - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "26251.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li kif jaf il-Ministru l-poplu Rabti, ta' l-Imtarfa u dak ta' Ħad-Dingli għadhom qed jistennew iċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat jiftaħ mill-ġdid fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, jista' l-Ministru jinformana meta se jiġi rimedjat dan il- bżonn tal-komunita' ?", "Jista' jinformana kemm kien in-numru ta' persuni li wżaw iċ-Ċentru tas- Saħħa bejn Jannar - April ta' din is-sena u fis-snin 1998, 1999 u 2000 rispettivament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li ċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat ikun jista' jinfetah 24 siegħa kuljum meta jkun hemm biżżejjed tobba biex dan is- servizz ikun sostenibbli.", "Id-Dipartiment għadu miexi bi studju u diskussjonijiet sabiex jasal għal soluzzjoni tal-problema ta' nuqqas ta' tobba fiċ-Centri tas-Saħħa.", "In-numru ta' persuni li attendew fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat bejn Jannar u April fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001 kienu hekk:", "|2001 |18,927 | |2000 |24,668 | |1999 |22,809 | |1998 |23,334 |", "PTA", "26252.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li kif jaf il-Ministru familji mir-Rabat, Baħrija u Mtarfa għandhom bżonn is-servizz tal-karozza tal-linja għal jiem tas-sajf jaslu dirett f'San Pawl il-Baħar, jista' jinformana bl-arranġamenti li saru għar-rigward tal-ħinijiet u l-ġranet ta' matul il-ġimgħa meta r-residenti se jsibu dan is-servizz?", "Peress li l-familji u l-anzjani li jużaw dan is-servizz jixtiequ li l- karozzi jitilqu mill-venda ta' Triq Santa Rita minħabba t-toqol tal- basktijiet eċċ li jġorru, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi milqugħa wkoll?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li bħalissa hemm is-servizz tar-rotta 86 li jwassal għal San Pawl il-Baħar.", "GĦAWDEX - RABAT – PERMESSI", "26265.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk it-trinka u l-mina li saru riċentement fi Triq ir- Repubblika, Rabat, Għawdex kienux koperti bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jekk huma koperti, tista' l-Ministru tagħti n-numru tal- permess?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-water culvert u s-service trench li saru riċentament fi Triq Fortunato Mizzi r­Rabat, Għawdex ma kinux jeħtieġu permess tal­Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant jista' jkun it- tfannid 'l isfel mit-trinka biex ix­xogħol li sar għall-water culvert u s- service trench ma jimpedix li 'l quddiem tkun tista' ssir sub­way għall-użu tat-tfal ta' l-iskejjel sekondarji u post­sekondarji.", "TARXIEN - MERA", "26266.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir mera faċċata tal-kanutniera ta' Triq l-Oratorju ma' Triq Ħal Tarxien f'Ħal Tarxien peress li din hija blind corner għall-karozzi u hija ferm perikoluża għal dawk ħerġin minn Triq l-Oratorju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'għandu l-ebda oġġezzjoni biex tiġi nstallata mera fil-post indikat mill- Onor. Interpellant, u ser jikkomunika mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jagħmel talba formali biex isiru x-xogħolijiet li hemm bżonn.", "SPTARIJIET - SERVIZZ TA' BARBIER", "26267.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex pprovdut servizz ta' barbier għall-irġiel anzjani/morda li ma jkollhomx min jarhom fl-Isptar San Luqa u fl-isptarijiet l-oħra kollha ta' Malta, separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-Isptar San Luqa m'hawnx servizz ta` barbier, wara li min kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol spiċċa biż-żmien.", "Dan is- servizz bħalissa qed jingħad minn nursing aides jew mill-infermiera.", "L-Isptar Monte Carmeli joffri servizz ta` żewġ barbiera għall-pazjenti rġiel kollha.", "L-Isptar Monte Carmeli joffri wkoll servizz ta` female hairdresser għall-pazjenti nisa.", "Fiż-żewġ każi s-servizz offruti huma fuq bażi full time.", "Ġewwa l-Isptar Boffa, kellna servizz ta` barbier li kien jiġi mill-Isptar San Luqa kull ħmistax.", "Dan baqa` jiġi sat-12 t'April 2001 sa meta rtira.", "Bħalissa s-sitwazzjoni fl-Isptar Boffa hija l-istess bħal dik deskritta għall-Isptar San Luqa.", "SKEJJEL - TAS SLIEMA", "26268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet meħtieġa fil-bini ta' l-iskola primarja ta' Tas Sliema?", "Meta se jmorru għal xi żmien fil- parti l-oħra tal-bini ta' l-iskola li diġa' ġiet irranġata?", "Hemm xi ħsieb li l-parti lesta tal-bini flok tintuża għall-istudenti tibda jintuża bħala uffiċini għall-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fit-tieni ġimgħa ta' Lulju 2001 ser jingħata bidu għaż-żarmar u l-bini mill-ġdid tat-taraġ prinċipali ġo l- iskola sabiex jitlesta qabel jidħlu lura t-tfal f'Settembru li ġej.", "Hu ppjanat li f'Settembru 2002 it-tagħlim għal perjodu ta' sentejn jibda jingħata fl-iskola sekondarja darba din tkun kompluta mix-xogħlijiet kollha.", "Fil-preżent numru ta' kmamar fl-iskola sekondarja jintużaw mill- Istitut għall-Appoġġ tat-Tfal u Ġenituri, u dan sakemm l-operat ta' l- iskola primarja jkun trasferit għal ġo dan l-imkien.", "SKOLA PRIMARJA - IMĠARR", "26269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet meħtieġa fl-iskola prmarja ta' l-Imġarr għax issa ilhom ix-xhur wieqfa?", "Meta se titkompla s- sala ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet fl-iskola primarja ta' l- Imġarr sejrin jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin peress li riedu jinkisbu l- approvazzjonijiet meħtieġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Ġew identifikati numru ta' xogħlijiet li jridu jitwettqu u dawn qegħdin jiġu evalwati.", "B'ebda mod dawn ix-xogħlijiet m'huma sejrin itellfu t- tagħlim u lanqas kienu ta' detriment għall-iskola meta kienu mwaqqfa temporanjament.", "PA - BARRAKKA TA' FUQ", "26270.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara li l- latrina pubblika li nbniet fil-barrakka ta' fuq tkun aktar adattata milli fil-fatt inbniet u issa qed tħassar parti sħiħa minn dan il-post storiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-latrina pubblika li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija koperta bil-permessi ta` żvilupp meħtieġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Din tifforma parti mill- kumpless tal-proġett ta` l-'Stock Exchange' il-ġdida u li qed issir bil- permess PA 4863/98 maħruġ fis-27 ta` Mejju 1999.", "Il-bini tal-latrina qed jirrispetta dak li ġie approvat mid-DCC u dan wara d-diversi konsultazzjonijiet li saru ma` dawk konċernati f`dan il-qasam waqt il- proċess ta` l-applikazzjoni relattiva.", "EDUKAZZJONI - TAQSIMA SPLD", "26271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-istruttura tat-taqsima SPLD tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tinbidel b'mod li l-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tagħmel xogħol tajjeb ħafna ma' l-istudenti dyslexic tkun tista' tavvanza fil-karriera tagħha f'din l- istruttura għax hemm il-periklu li din titlaq minn din it-taqsima għax tinsab fi sqaq fil-karriera edukattiva tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni ta' l-istruttura meħtieġa għal servizzi lil tfal dyslexic hi s-suġġett ta' konsiderazzjoni sew fil-livell tad- Diviżjoni kif ukoll tal-Ministeru.", "Nittama li fil-ġimgħat li ġejjin jiġi rapportat progress.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "26275.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari nru.", "26204?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DJAR - APPLIKAZZJONI", "26276.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil din il- Kamra r-raġuni għalfejn l-applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar HAV50/99, li ilha li saret aktar minn sena u li l-okkupanti qegħdin isofru fiżikament, f'liema stadju waslet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Interpellant qiegħda fl-istadju biex isiru pjanti aktar dettaljati.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' m'għandha ebda indikazzjoni li turi li hemm involuti persuni morda jew b'diżabilita'.", "Jekk dan hu l-każ, l- Awtorita' għandha tiġi nfurmata bid-dettalji.", "GĦAWDEX - TELEPHONE OPERATORS", "26277.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex it-telephone operators tneħħew mill-exchange f'Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "26279.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' missier b'żewġt itfal, li nqata' mir-reġistru u jinsab fl-appell, jitmexxa b'mod urġenti peress li ma għandu l-ebda dħul ieħor?", "Il-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna minnu ndikata ser jiġi mistħarreġ mill-Awtorita' Nazzjonali tax- Xogħol, fuq appell imressaq quddiem l-istess Awtorita' mill-persuna nnifisha minħabba li ġiet maqtugħha mill-ewwel parti tar-reġistru għar- raġuni li rrifjutat talba ta' xogħol.", "Ninforma lill-istess Onor. Interpellant li peress li l-persuna msemmija qegħda tirreġistra taħt it-tieni parti tar-reġistru, il-mara tiegħu applikat għall-Għajnuna Soċjali f'isimha u għal bintha.", "L-applikazzjoni tal-mara ser tiġi eżaminata mill-Bord ta' l-Għajnuna Soċjali nhar il-15 ta' Ġunju, 2001.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "26280.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li omm armla żagħżugħa li mietilha żewġha ftit tal-ġimgħat ilu tibda tirċievi l-pensjoni tar-romol u mhux ta' min jirtira?", "Il-partikolaritajiet tas-sinjura qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "MALTA SHIPBUILDING", "26283.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir bħalissa fil-Malta Shipbuilding?", "Jista' jgħid kemm baqa' xogħol (f'termini ta' xhur) fuq kull biċċa xogħol?", "X'xogħol hemm ipprogrammat għall-istess azjenda għax-xhur li ġejjien, wara li jitlesta x-xogħol li hemm għaddej bħalissa, u dan sabiex ikun garantit l-impjieg tal-ħaddiema ta' l-istess Malta Shipbuilding?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa l-Malta Shipbuilding għaddejja bil-bini tat-tielet vapur għall-Kumpanija Gozo Channel.", "Ix-xogħol huwa maħsub li jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Fl-istess waqt qed isir ukoll xogħol fuq bini ta' barkun għal sidien barranin.", "Dan ix-xogħol għandu jitlesta sa nofs Lulju li ġej.", "Hemm ukoll xogħol ta' fabrikazzjoni u twaqqif ta' flare tower għall-F.P.S.O. li qed jinħadem fit-Tarzna ta' Malta.", "Hu maħsub li dan ix-xogħol jitlesta fi żmien sitt ġimgħat.", "Fir-rigward ta' xogħol ieħor għat-Tarzna, qiegħed isir sforz sabiex jiġi attirat xogħol ġdid li jkun vijabbli.", "Hemm diversi proġetti li l-Malta Shipbuilding ikkwotat għalihom u qed isiru diskussjonijiet aktar fil-qrib ma' sidien li jistgħu joffru xogħol għal din it-Tarzna.", "TARZNA - VAPUR NORTHIA", "26284.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fuq il-vapur Northia li hemm fit-Tarzna bħalissa?", "Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema għandhomx is-salarju tagħhom ġej mill-MDD?", "Jekk fl-affarmettiv, x'inhu dan is-salarju u jekk hemmx xi benefiċċji oħra?", "Kemm kien stmat li ser iqum ix- xogħol fuq in-Northia u kemm kellu jdum?", "Jista' jindika xi profitti ser tagħmel it-Tarzna u jekk inżammitx it-target date li jitlesta x-xogħol, u allura jekk fin-negattiv jekk it-Tarzna hux ser tbati konsegwenzi finanzjarji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li meta daħlet għall-kuntratt tan- Northia, it-Tarzna ħtiġilha tqabbad sub-contractors barranin biex jipprovdu servizzi speċjalizzati.", "It-Tarzna ftehmet fuq ħlas għal dawn is-servizzi u m'għandhiex x'taqsam ma' ħlasijiet li s-sub-contractors jagħmlu lill- impjegati tagħhom.", "It-Tarzna ma għandha l-ebda tort fid-dewmien li kien hemm fuq dan il- proġett.", "L-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummerċjali u għal daqstant mhux fl-interess ta' l-istess azjenda li din tingħata.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - PENSJONI", "26285.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Peress li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament twaqqfitilha l-pensjoni ta' l-eta' għax qed ikun allegat mid- dipartiment tas-sigurta' soċjali li għandha valur kapitali aktar minn Lm4,000, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm investigazzjoni aktar dettaljata peress li hi qed tallega li għandha ħafna anqas dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ fil-kwistjoni ġie rivedut favorevolment u l-pensjonanta ġiet infurmata bid- deċiżjoni.", "ETC", "26286.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex persuni li jbatu minn depression u claustrophobia u ma jissaportux ġewwa, tant li għandhom ċertifikati f'dan is-sens, l-ETC ma tagħmel xejn dwarhom, u dawn it-tip ta' nies lanqas biss jiġu wżati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Korporazzjoni għandha sezzjoni apposta biex tieħu ħsieb persuni żvantaġġjati.", "L-Korporazzjoni għandha skemi apposta għal dawn it-tip ta' klijenti bħal Bridging The Gap u l-Employment Training Placement Scheme (ETPS).", "Il-Korporazzjoni ilha għal diversi snin tħares lejn diversi kategoriji ta' klijenti li huma żvantaġġjati bħal per eżempju nies bi ħxuna eċċessiva (obesity) u problemi soċjali, barra nies b'xi mard partikulari.", "Propju bħal issa qed tiġi studjata l-possibilta' li jiġi introdott programm ġdid imsejjaħ Psycho-Social Education Prevention Group Sessions li għandu jgħin persuni b'kundizzjonijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid jindika lill-Korporazzjoni b'mod kunfidenzjali xi persuna li jaf biha u li tinħtieġ l-għajnuna, hu jista' jagħmel dan billi jikkuntattja lic-CEO, għax mhux dejjem il-Korporazzjoni tkun taf bil-kundizzjoni tal-individwu.", "BEACH CLEANERS", "26287.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk ħarġitx xi memo sabiex ikun hemm bidliet fix-xogħol tal- beach cleaners tas-south?", "Jista' jgħid ukoll jekk tneħħiex is-servizz tal- beach cleaners nhar ta' Ħadd mill-bajjiet ta' Rinella, Xgħajra u Kalkara?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda tibdil fix- xogħol tal-beach cleaners għan-Nofsinhar ta' Malta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija s-servizz ta' nhar ta' Ħadd, bħas-soltu, beda dan ix-xahar bl-istess arranġamenti li kien hemm fi snin l-oħra.", "Il- bajjiet imsemmija huma inklużi f'dawn l-arranġamenti.", "DJAR - APPLIKAZZJONI", "26288.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-applikazzjoni li kellu ma' l- awtorita' tad-djar komplitx tiġi proċessata jew jekk ġietx abbandunata?", "Għal liema raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mingħand il-persuna indikata.", "PROĠETT TAL-KOTTONERA - IMPJEGATI", "26289.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq il-proġett tal-Kottonera u jispeċifika kull qasam?", "X'inhi n-nazzjonalita' ta dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant hija nfurmata illi l- proġett tal-Kottonera qed isir mis-settur privat u għaldaqstant, il-Gvern m'huwiex f'pożizzjoni illi jagħti din it-tip ta' nformazzjoni.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "26290.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min mis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari kien qed jattendi miegħu għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ġewwa San Marino?", "Kemm ġiet l-ispiża u min ħallas f'kull każ?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm membri tal-familja li akkumpanjawhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-delegazzjoni li żaret San Marino kienet iffurmata mis-Segretarju Parlamentari u l-Assistent Personali tiegħu, is- Sur Victor Battistino.", "Is-Sur Joseph Borda li huwa mpjegat mas-Segretarjat akkumpanja lid-delegazzjoni a spejjeż tiegħu.", "Is-Sur Borda kien involut ħafna fix-xogħol preliminari biex ittellgħet esebizzjoni ta' oġġetti arkejoloġiċi li kienet parti mill-attivitajiet kulturali organizzati mill- Awtoritajiet ta' San Marino u li għaliha kienu mistiedna jieħdu sehem il- pajjiżi parteċipanti kollha.", "Matul din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari flimkien mad-delegazzjoni ħa sehem f'laqgħat uffiċjali ma' Ministri ta' l-Isports Ewropej u attivitajiet oħra organizzati għal din l-okkażjoni.", "Id-delegazzjoni ħadet sehem ukoll f'diversi attivitajiet relatati ma' l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru Malta fl-2003.", "Dawn l- attivitajiet kienu jinkludu Konferenza Stampa fejn intuża apparat audio viżiv dwar il-faċilitajiet sportivi li se jintużaw fl-edizzjoni tal-2003 u ċerimonja uffiċjali li matulha Malta ħadet il-pussess tal-bandiera li tissimbolizza dan il-Logħob.", "L-ispiża ta' din iż-żjara ammontat għal Lm1950.", "Din is-somma minbarra li tkopri n-nefqa normali marbuta mas-safar ta' delegazzjoni, bħal biljetti ta' l-ajru, ikel, eċċ, tinkludi wkoll l-ispejjeż ta' buffet reception għal diversi personalitajiet preżenti f'San Marino.", "Hija tradizzjoni li din ir- reception issir normalment mill-Kumitat Organizzattiv ta' l-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Jakkumpanjaw id-delegazzjoni kien hemm is-Sinjura Mugliett u s-Sinjura Battistino u t-tfal tas-Segretarju Parlamentari u tas-Sur Battistino.", "Dawn il-persuni kienu wkoll mistiedna tal-Gvern ta' San Marino flimkien mad- delegazzjoni.", "Kull infieq ieħor sar a spejjeż tagħhom.", "LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "26291.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kontribut tal-Gvern, kemm finanzjarju kif ukoll ta' natura oħra, għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru ġewwa San Marino?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma hux desiderabbli u lanqas effettiv li l- preparazzjoni għal xi kompetizzjoni sportiva tittieħed f'iżolament.", "Informat li l-għajnuna li ta l-Gvern għall-parteċipazzjoni tal-kontinġent Malti hija parti mill-programm u viżjoni tal-Gvern kif jgħolli l-livell ta' l-isport Malti.", "Fil-preparazzjoni ta' l-isportivi, is-Segretarjat jitkellem mal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex jitfasslu l-programmi meħtieġa sabiex jogħla l-livell.", "Il-programmi ta' preparazzjoni ta' l-atleti elite, aspiranti, sparring partners u ingaġġ ta' sportivi ta' dixxendenza Maltija kollha saru possibbli permezz ta' l-għajnuna mgħoddija mill-Gvern lill- Kumitat Olimpiku Malti.", "Ta' min isemmi l-għajnuna finanzjarja li tingħata kull sena lill-Kumitat Olimpiku Malti.", "Din is-sena l-għotja lill-Kumitat Olimpiku Malti se tlaħħaq Lm151,000.", "S'issa diġa' ingħataw Lm110,000 li l-parti kbira tagħhom tqassmu lill-Assoċjazzjonijiet li kienu rappreżentati fil-Logħob.", "Parti mill-għotja lill-Kumitat Olimpiku Malti tas-sena l-oħra wkoll intużat għall-preparamenti għal dan il-Logħob.", "L-atleti identifikati bħala elite jew aspiranti elite mill-Kumitat Olimpiku Malti ingħataw membership b'xejn fil-Fitness Gym tal-Pixxina Nazzjonali.", "Din l-għajnuna hija stmata li tlaħħaq Lm12000.", "Ta' min isemmi wkoll l-għajnuna li ngħatat fl-2000 lill- Kumitat Olimpiku Malti li kienet tlaħħaq Lm115,000 li minnhom ukoll ibbenefikaw l-Assoċjazzjonijiet preżenti f'San Marino.", "Il-Gvern ta l-għajnuna tiegħu ukoll permezz ta':", "* uffiċini ġodda mgħoddija lill-Kumitat Olimpiku Malti li servew bħala l- Headquarters fejn ġiet ippjanata l-preparazzjoni kollha,", "* l-użu kontinwu tal-Functional Diagnostic Laboratory li l-apparat tiegħu inxtara mill-Gvern.", "Il-Kumitat Olimpiku Malti jagħmel użu regolari minn dan il-post mingħajr ħlas,", "* diversi Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ġew allokati uffiċini fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali minn fejn setgħu jagħmlu l-preparamenti tagħhom għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar,", "* l-użu tal-Matthew Micallef St John Athletic Track mill-Malta Amateur Athletic Association,", "* l-użu ta' faċilitajiet fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali għat-taħriġ mill-Malta Table Tennis Association,", "* intervent mis-Segretarjat biex il-membri tal-Boċċi Federation setgħu jużaw is-sala tal-Junior Lyceum Carlo Diacono għat-taħriġ,", "* għajnuna finanzjarja lill-Hibernians Association biex isir wiċċ ġdid tal-volleyball court ta' Kordin u ftehim biex il-Volleyball Association jitħallew jagħmlu użu ta' dan il-court mingħajr ħlas tas-sena 2002,", "* għajnuna loġistika u amministrattiva lill-Kumitat Olimpiku Malti biex jinħarġu dokumenti meħtieġa lil atleti ex-patriates Maltin,", "* bonus scheme lir-rebbieħa tal-medalji.", "Din in-nefqa se tammonta għal Lm14,650,", "* sponsorship ta' Lm5000 li jingħata kull sena lill-Kumitat Olimpiku Malti mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Is-Segretarjat ta sehmu wkoll, flimkien mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, fil- preparamenti biex intbagħtet esibizzjoni ta' oġġetti arkejoloġiċi li saret f'San Marino bħala waħda mill-attivitajiet kulturali organizzati għal din l- okkażjoni.", "Permezz ta' kuntatti li saru minn uffiċjali tas-Segretarjat ingħata sponsorship mill-Air Malta li jkopri l-ispejjeż ta' l-impjegati tad- Dipartiment tal-Mużewijiet li telgħu ma' l-esibizzjoni.", "Id-Dipartiment għamel tajjeb għall-ispejjeż tat-trasport ta' l-oġġetti esibiti u għall- akkomodazzjoni ta' l-istaff ġewwa San Marino.", "Din l-ispiża laħħqet Lm7000.", "MALTACOM - HUMAN RESOURCE MANAGER", "26292.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min ġie maħtur fil-ġranet riċenti bħala human resource manager fil-Maltacom?", "B'liema pakkett finanzjarju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "FINANZI - IMPJEGAT", "26293.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-assistent personali tiegħu ġiex maħtur bħala human resource manager fil-Maltacom?", "Jista' jgħid ukoll jekk din il-persuna hix l-istess waħda li qed tinnegozja f'isem il-Gvern sabiex ma jingħatawx żidiet fil-ftehim kollettiv ta' diversi azjendi pubbliċi u parastatali?", "Jista' jgħid ukoll jekk is-salarju ta' din il-persuna hux marbut b'xi mod jew ieħor ma żidiet fil-produttivita'?", "SKEJJEL", "26294.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li jmiss (2001-2002) liema se jkunu s-suġġetti obbligatorji fl-iskejjel primarji u sekondarji?", "Se jidħlu xi suġġetti kif stipulat fil-kurrikulu nazzjonali?", "X'kuntatti/diskussjonijiet saru f'dawn l-aħħar ħames xhur dwar dan ma' l- iskejjel privati u tal-knisja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Settembru 2001 Focus Groups TO2 \"Primary Education' u TO3, \"Secondary Education' se jkunu qegħdin jaħdmu ma' l-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti dwar id-dħul ta' suġġetti ġodda bħal dak tat-Teknoloġija.", "Sadanittant, beda l-proċess għat-taħriġ meħtieġ li wkoll se jkun offrut lill-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti.", "SKEJJEL", "26295.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir fl-iskejjel ta' l-Istat biex studenti jiġu mħajjra jieqfu mit-tipjip jew li ma jibdewx ipejpu?", "Sar xi survey f'dawn l-aħħar ħames snin biex jiġi aċċertat kemm studenti jpejpu?", "X'riżultati kien hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "AFM - IMPJEGATI", "26298.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li se jingħataw promotions fl-AFM minn gunner għal lance bombardier?", "Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji jingħataw dawn il-promozzjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tal- promozzjonijiet jinkludi promozzjonijiet mir-rank tal-gunner għar-rank ta' lance bombardier.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23483, seduta 490.", "OVERTIME", "26299.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tara li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament titħallas għal xogħol ta' overtime li sar ħafna xhur ilu u li skond mistoqsija parlamentari nru.", "24604 jitħallas kif kien ingħad fl-istess mistoqsija?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Se jittieħdu passi kontra min naqas li jieħu l- azzjoni meħtieġa biex isir il-pagament dovut kif kont infurmata li se jsir meta rrispondejt il-Mistoqsija Parlamentari Nru 24604.", "Sadattant se nassigura li l-ħlas dovut isir mingħajr aktar telf ta' żmien.", "ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "26300.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "26200?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma jżommx records ra' partial stoppages u stoppages u żbroffi separatament.", "It-total ta' dawn matul l-ahhar tnax il-xahar huwa ta' 1,135 madwar Malta kollha.", "Ir-raġuni għal dawn l-istoppages huma varji u l-parti l-kbira minnhom huma jew minħabba xaħmijiet f'postijiet fejn hemm catering establishments, jew minħabba rimi ta' skart konness ma' farms f'lokalitajiet viċin discharge points jew viċin farms li huma inqabbdin direttament mas-sistema tad- drenaġġ.", "Dan ukoll jista jkun kaġun ta' skart illegali li m'għandux isib ruħu fis-sistema tad-drenaġġ bħal ma huma ħmieġ ta' annimali, biċċiet ta- annimali mejta, ġebel, biċċiet tal-konkos u biċċiet tat-tarmac.", "Fl-aħħarnett ta' min isemmi wholl li ħafna zbroffi jkunu kkaġunati mill- ilma tax-xita li jsib ruħu illegalment fis -sistema tad-drenaġġ.", "Dan l- ilma jiġi minn ħafna bjut ta' djar, btiħi ta djar, ecc. li jħabbu is- sistema b'kaġun ta' zbroffi.", "PA - ATTARD", "26301.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega r-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "26123 li tirrigwarda żvilupp fi Triq il-Gradilja, c/w Triq il-Pitkali, Attard cioe' fejn ingħata permess għal żvilupp ta' orchard ġie permess li titneħħa l- ħamrija u l-art tingħata l-konkos sempliċement bl-iskuża li d-dipartiment ta' l-agrikoltura taw il-permess għal din it-tneħħija ta' din il-ħamrija?", "Ma jidhirlux li tneħħija tal-ħamrija hu ksur tal-kondizzjonijiet tal- permess biex isir orchard?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26301 qiegħed jiġi preċiżat illi l-iżvilupp tal-permess ta` l-imsemmija orchard ġie maħruġ fil-25 ta` April 2000 b`referenza PA 6998/97.", "Dan il-permess kien jikkonsisti Orchard, height increase of boundary wall together with an underground reservoir.", "Inħareġ permess ukoll mill-Ministeru ta` l- Agrikoltura fil-20 ta` Frar 2001 (kopja annessa) biex tiġi skavata ħamrija eżistenti minn taħt ir-reservoir.", "Irriżulta wkoll li sar ksur tal-permess ta` l-Awtorita` billi twaqqgħet kamra eżistenti u nbniet oħra ikbar flokha, kif ukoll wieħed mill-ħitan tal- madwar (fuq in-naħa tal-lemin tat-triq) inbena filata għola minn kif approvat.", "Għaldaqstant inħareġ Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 95/01 fil-31 ta` Jannar 2001 u l-passi neċessarji qegħdin jittieħdu kif spjegat fir-risposta preċedenti għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25716.", "Ta` min jinnota li nħareġ Outline Permit b`referenza PA 3710/95 fit-13 ta` Novembru 2000, bil-proposta għall-żvilupp ta` Cold storage, packing facility for local and imported fruit produce.", "Hemm ukoll applikazzjoni pendenti PA 2741/01 Proposed sanctioning of room as enlarged.", "MALTAPOST", "26302.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li problema bil-posta li qed ikollu anzjan b'diżabilita', li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata għax kull darba il-posta tiegħu qiegħda tmur għand individwi oħra, minkejja li dan l-individwu diġa' nforma lid- dipartiment tal-posta bil-problema li għandu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direzzjoni tal-Maltapost plc ħadet il-passi meħtieġ wara li dan l-individwu kien ġa ressaq l-ilmenti tiegħu xi ġimgħat ilu.", "DUAL CITIZENSHIP - PASSAPORTI", "26308.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "26245, jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu passaporti li ntalbu għax riedu ċittadinanza doppja?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu dawk il-persuni li talbuhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` infurmajt lill-Onor.", "Interpellanti fit- tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26245, tajt istruzzjonjiet sabiex tinġabar iċ-ċifra ta` kemm ħarġu passaporti simili.", "Din l-informazzjoni għad trid tinġabar mill-Ambaxxati tagħna barra minn Malta u għalhekk tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "PROĠETT TAL-KOTTONERA - ĦSARAT", "26309.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tissewwa l-ħsara fis-sistema tal-provvista ta' l-ilma ta' familja li fil-15 ta' Mejju 2001 ġratilha ħsara meta ċeda ħajt li hu parti mill-proġett tal-Kottonera?", "Id-dettalji tal-familja qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Konsorzju responsable gie mitlub li jagħmel tajjeb għal ħsara illi ġarbu r-residenti per konsegwenza tax-xogħlijiet konnessi mal-proġett tal-Kottonera.", "Infatti, il-familja illi għaliha qed tirreferi l-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi ospitata go residenza f'lokalita oħra u l-Konsorzju qiegħed itihom kumpens għall-inkonvenjent.", "Jiena nfurmat ukoll illi fi zmien qasir, il-familja tkun tista tirritorna fir-residenza tagħha wara illi jsiru t-tiswijiet neċessarji.", "TERMINAL BENEFITS - TARZNA", "26310.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jindika jekk it-terminal benefits (sena 2001) mit-tarzna humiex taxxabbli jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fi kwalunkwe każ ta' terminal payments wieħed irid jagħmel riferenza għad-dokument, ftehim eċċ, li a bażi tiegħu jkun qed jingħata t-terminal payment.", "B'mod ġenerali jingħad li fejn il-pagament ikun fin-natura ta' redundancy payment jew retirement gratuity allura wieħed jista' jgħid li pagament simili ma jkunx taxxabbli f'idejn min jirċevih.", "Nixiteq ngħid li ma nbidel xejn f'dan ir-rigward għas-sena 2001 u għalhekk terminal benefits mit-Tarzna, jekk huma ta' dan it-tip, mhumiex taxxabbli għas-sena 2001.", "MAIN TA' DRENAĠĠ", "26311.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' main tad-drenaġġ f'Malta u f'Għawdex separatament?", "Kemm minn dawn il-mains huma f'forma ta' galleries?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li huwa ferm diffiċli li wieħed jikkonkludi t-tul eżatt tal-mini u katusi tad-drenaġġ eżistenti f'Malta.", "Fil-fatt qegħdin fi proċess sabiex nagħmlu sistema komputerizzata permezz ta' GIS li biha nistgħu nigbru l-informazzjoni kollha fuq is- sistemi eżistenti tad-drenaġġ.", "PROVISTA' TA' L-ILMA", "26312.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Filwaqt li napprezza dak li ntqal mill-Ministru fir-risposta tiegħu, jista' jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "26215?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet madwar 3,500 intervent fil-provvista ta' l-ilma f'diversi postijiet f'Malta.", "L-akbar persentaġġ fis-sospensjonijiet kien ta' anqas minn sitt sigħat.", "Ir-raġunijiet għal dawn is-sospensjonijiet kienu manutenzjoni jew tisħiħ fis-sistema tad- distribuzzjoni.", "Kien hemm madwar għaxar sospensjonijiet biss li damu madwar 24 siegħa sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-eżerċizzji tal-programm tal-kontroll tat- telf ta' l-ilma.", "Dawn l-eżerċizzji normalment ikunu konċentrati fi ftit toroq biss.", "Kien hemm ukoll sospensjonijiet fin-naħa tal-lvant ta' Malta f'postijiet għoljin.", "Dawn is-sospensjonijiet damu madwar disat ijiem u kienu riżultat ta' azzjoni industrijali fl-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke.", "Il-kawża tas-sospensjonijiet fuq skala ġenerali jinġabru f'dawn il- kategoriji:", "1.", "Tqegħid u tiswijiet ta' mains", "2. manutenzjoni u bdil ta' sluice valves", "3. manutenzjoni fl-impjant tar-reverse osmosis", "4. minħabba s-sospensjoni tal-provvista ta' l-elettriku", "5. bdil u manutenzjoni ta' master meters", "6. installar ta' master meters ġodda", "7. ikkappjar u alterazzjoni ta' mains", "8. tiswijiet fuq Pressure Reducing Valves (PRV)", "9. installazzjoni ta' Pressure Reducing Valves (PRV)", "10. twaħħil ta' air valves", "11. zone investigations, step testing u dry tests in konnessjoni mal- programm tal-kontroll ta' telf ta' ilma", "12. tiswijiet fil-booster pumps.", "SAĦĦA - MDC", "26355.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati ta' l-MDC li huma mislufa lid-dipartiment tas-saħħa u f'liema grad huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru ta' mpjegati ta' l-MDC li huma mislufa lid-Diviżjoni tas-Saħħa huma tnejn.", "Il-grad tagħhom huma Professional Officer II u Watchman.", "ANZJANA - APPLIKAZZJONI", "26356.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li applikazzjoni ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija tingħata attenzjon peress li ilha li applikat mingħajr ebda risposta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika dwar x'hiex saret l-applikazzjoni li rrefera għaliha.", "PA - ĦANUT", "26357.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' ħanut li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li l-individwu dejjem iċempel biex jara fiex wasal il-każ imma jibqa' bla risposta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jiena bħala Ministru ma għandi l-ebda poter li ngħid lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar x`għandha tagħmel.", "Ninsab infurmat iżda, li l-applikazzjoni qiegħda fi stadju finali għal deċiżjoni.", "BORMLA - ARLOĠĠ TA' L-ILMA", "26358.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li arloġġ tad-dawl u l-ilma li jinsab fir-raba' sular isirlu tibdil biex jitniżżel fis-sular ta' isfel peress li l-meter reader ma jkunx irid jitla' jaqrah?", "Id-dettalji tal-persuna qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba tagħha ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l- investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "SERVIZZI SOĊJALI - CHILDREN ALLOWANCE", "26359.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi opportuni sabiex jinbidel is-ceiling għar-rigward taċ-children allowance li ilu ma jiġi rivedut sa mis-sena 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dħul massimu biex persuna tikkwalifika għall- Allowance tat-Tfal hu ta' Lm10,270 fis-sena, liema ammont hu preżentement ikkunsidrat adekwat.", "ALLOWANCE", "26360.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex tinqata' l-inġustizzja li qiegħda tiġi kommessa meta tinħadem ir-rata ta' l- allowance mid-dħul billi tinqata' biss l-NI filwaqt li t-taxxa mħallsa tibqa' konsidrata bħala dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fit-test tal-mezzi għall-għoti ta' benefiċċji soċjali, f'ebda każ ma' tiġi mnaqqsa Taxxa fuq id-Dħul.", "Kieku kellu jsir dan it-tnaqqis ikun ifisser li l-ammont li jitħallas f'taxxa jew parti minnu jkun qed jingħata lura bħala benefiċċju soċjali, li m'għandux ikun.", "Għalhekk m'hemm ebda nġustizzja li l-ammont ta' taxxa mħallsa jew dovuta ma titnaqqasx fit-test għall-għoti tal-benefiċċji soċjali.", "EU/EEC - PROTOKOLLI FINANZJARJI", "26361.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-UE/EEC lil pajjiżna taħt id-diversi protokolli finanzjarji tul is-snin?", "Liema kienu dawn il-proġetti?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "26362.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "26204?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26275 f'din l-istess Seduta.", "KWALITA' TA' L-ILMA", "26363.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "26225?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-ilmenti ġew investigati u ttieħdet azzjoni immedjata sabiex is-sitwazzjoni tiġi remedjata kemm jista' jkun malajr.", "DJAR TA' L-ANZJANI - SPEZZJONIJIET", "26364.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "26241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid sarux spezzjonijiet fi djar ta' l-anzjani privati sabiex jiġu assigurati ċerti standards bħal:", "i) tindif", "ii) alarm", "iii) telephone fil-kamra", "iv) menu", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li kull sena qabel ma tinħareġ il-liċenzja jsiru spezzjonijiet ta' djar tal-anzjani privati.", "L-ispezzjonijiet isiru minn inspection team li jinkorpora membri mid-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll mid-Dipartiment ta' Kura ta' l-Anzjani.", "Jiġu spezzjonati diversi servizzi offruti lir-residenti ġo dawn id-djar.", "Dawn jinkludu:", "il-livell ta' tindif fid-djar kif ukoll fil-kċina.", "L-ispettur sanitarju jagħti grad skond il-livell jew standard li jsib.", "il-menu li qed jiġi servut.", "is-sistema ta' kommunikazzjoni kemm minn naħa ta' telephone fil-kamra, pay phones, kif ukoll sistemi attrezzati ta' nurse call systems.", "DIPARTIMENT TAR-RADIOGRAPHY", "26365.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jivverifika għaliex fid-dipartiment tar-radiography qed jiġu hand picked biex jattendu ċerti korsijiet u mhux toħroġ call for application li tasal għand kulħadd biex min irid japplika jkun jista' jagħmel dan?", "Veru li għal korsijiet hawn taħt imsemmija ma ħarġux call for applications u min attenda jew qed jattendi dawn il-korsijiet ġie hand picked: (1) kors dwar breast screening; (2) kors dwar il-computer; (3) kors dwar il- first line management?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSISTANT RADIOGRAPHERS", "26366.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Possibbli li d- diviżjoni tas-saħħa tikkonferma informazzjoni li waslet għandi li għal postijiet vakanti ta' assistant radiographers il-closing date ta' meta għalqu l-applikazzjonijiet ġiet estiża wara li kienu diġa' għalqu l- applikazzjonijiet u min ma kienx applika sad-data ta' l-għeluq oriġinali ntalab jgħid hux interessat japplika jew le?", "Jekk dan hu minnu, min iddeċieda li jestendi l-closing date?", "Hi prattika normali li min ma jkunx applika jintalab jgħid jekk hux interessat japplika jew le, filwaqt li tiġi estiża l-closing date?", "Veru li min ma kienx applika sal-clsong date oriġinali bagħtulu ittra biex jgħid jekk hux interessat japplika?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li billi l-grad ta` Assistant Radiographer ma jeżistix m'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għal din il-Mistoqsija.", "DIPARTIMENT TA' RADIOGRAPHY", "26367.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' darkroom technicians fid-diaprtiment tar-radiography?", "Possibbli jittieħdu passi biex radiographers ma jibqgħux jagħmlu xogħol ta' darkroom technicians għax dan hu ħela ta' riżorsi?", "Hi informata d-diviżjoni tas-saħħa li hemm saħansitra radiographers li ġieli qed jispiċċaw jagħmluha ta' clerks u fost oħrajn jispiċċaw jagħmlu l- appuntamenti huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - IMĠARR IX-XINI - LATRINA", "26369.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex issir public convenience (latrina) fil- viċinanza tal-bajja ta' Mġarr ix-Xini, Għawdex?", "ONOR GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata illi l­proposta ta' l­Onorevoli Interpellant sabiex issir public convenience (latrina) fil­viċinanzi tal­bajja ta' Mġarr ix­Xini, Għawdex ser tiġi kkunsidrata."]} {"filename": "20001003_381d_par.doc", "date": "2000-10-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 381 It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 381", "It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "381", "It-Tlieta, 3 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS -", "KONTINWAZZJONI 8", "AĠĠORNAMENT 32", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 37", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 380 li saret fit-3 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKANSKA - AWDITJAR", "19070.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min minn Marzu 2000 sal-lum qed jagħmel l-awditjar tal-claims ta' Skanska rigward il-bini ta' l-isptar il- ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Minn Marzu sal-lum, ċertifikazzjoni interim tax-xogħlijiet qed isir in- house mill-istaff tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi.", "Madankollu l- awditjar irid isir mill-istess kumpannija li tirbaħ it-tender imsejjaħ mill- fondazzjoni għas-servizzi mediċi għal servizz ta' cost controller, li jkopri l-perijodu kollu minn meta ġie ffirmat il-kuntratt design and build ma' Skanska Malta J.V., jiġifieri minn Marzu 'il quddiem.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Bħala punt ta' informazzjoni xtaqt inkun naf - u qed nistaqsi lilek aktar bħala ministru tal-finanzi milli bħala acting għall- ministru tas-saħħa - jekk id-dipartiment tal-kuntratti għamilx l- adjudication fuq it-tender li kien hemm ta' l-audits ta' l-isptar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kumitat tal-kuntratti ma wasalx sal-proċess ta' l- adjudication.", "PHARMACEUTICAL SERVICE", "19083.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti fil-government pharmaceutical service?", "Kemm għandu jieħu kull aġent u kemm tħallas mill-1 ta' Jannar, 2000 sa l-1 ta' Settembru, 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li l- ammont ta' ħlasijiet pendenti fil-government pharmaceutical service sal-20 ta' Settembru, 2000 għal xiri ta' mediċini, apparat u disposables (surgical materials & devices/prosthetic orthotics) kien stmat li jlaħħaq madwar Lm4,107,937.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jgħid eżattament il-perijodu li fih tela' dan l-ammont?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-file m'għandix din l-informazzjoni, pero' jekk wieħed iqis li bejn wieħed u ieħor f'sena s-supplies ta' l-isptarijiet jammontaw għal Lm17 miljun, nistgħu ngħidu li hemm madwar tliet xhur pendenzi.", "Dan qed ngħidu bħala average, għax jista' jkun hemm kwestjonijiet fuq ċerti invoices li jdumu ma jitħallsu kif ukoll affarijiet oħra li m'għandix informazzjoni dwarhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dwar x'eżerċizzju għaddej bħalissa fuq mediċini b'xejn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif għedna fl-aħħar budget, qiegħda tiġi studjata sistema biex jiġi assigurat li din tkun iffukata bl-aħjar mod biex dawk kollha li għandhom bżonn jiġu megħjuna, pero' żgur li rridu nnaqqsu l-ħela.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għandu indikazzjoni l-Ministru ta' meta se jkun lest dan l-eżerċizzju?", "Jew forsi hemm il-ħsieb li d-data titħabbar fil- budget?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm kumitat li qed jistudja dawn il-problemi - mill- ministeru tas-saħħa, mill-ministeru tal-finanzi u l-ministeru tas-social policy - pero' m'hemmx deadline biex dawn l-affarijiet ikunu lesti sal- budget.", "MALTA STOCK EXCHANGE", "19152.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Stock Exchange mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li dawn il- ħaddiema ġew impjegati mingħajr ma ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid dawk impjegati kemm kien ilhom li applikaw għall- imsemmi impjieg?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Jannar, 2000 ġew impjeġati tliet supervisors u tliet clerks ġodda fil-Borża ta' Malta u nista' ngħid ukoll li wieħed mis-supervisors li ġew impjegati din is-sena irriżenja fl-aħħar ta' Awissu.", "L-avviz għall-impjieġ fi ġrad ta' supervisor ħareġ f'gazzetta lokali f'Ottubru ta' l-1999, skond il-permess 186/99 maħruġ mill-ETC.", "Fil-każ tal-clerks il-Borża issottomettiet talba lill-ETC f'Awissu ta' l- 1999.", "Il-kandidati mibgħuta mill-ETC ġew intervistati kollha u l-għażla saret skond l-order of merit.", "VAT OFFICE - ĦADDIEMA", "19153.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju tal-VAT mill-5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li l-ħaddiema ġew impjegati mingħajr ma ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid dawk impjegati kemm kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kirterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Jannar, 2000 sa' l-10 ta' Settembru, 2000 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl- uffiċju tal-VAT.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ftit tal-ġranet ilu l-ministeru tal-finanzi ġabu reklami fil-\"European Voice\" għal project manager - kemm mal-VAT department kif ukoll mad-dipartiment tad-dwana - biex jgħinu fil-proċess ta' pre- accession adaptation li hemm bżonn fid-dipartimenti konċernati.", "Xtaqt inkun naf jekk l-ewwelnett kienx hemm response għal din is-sejħa internazzjonali, biex ngħidilha hekk, u irrispettivament mit-tweġiba li se jagħti l- Ministru, xtaqt nistaqsi jekk qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu rreklamati dawn il-vacancies fil-media internazzjonali, sarx xi attentat min-naħa tal-ministeru tal-finanzi biex ifittxu expertise simili f'pajjiżna, forsi anke mis-settur privat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien għad m'għandix informazzjoni dwar l-outcome ta' dawn l-avviżi.", "Dan huwa proċess li qegħdin nagħmlu fil-kuntest tar-riformi li hemm bżonn isiru biex Malta taġġorna ruħha kemm jista' jkun mas-sistemi li hemm joperaw fil-European Union.", "Fil-fatt dawn ir-reklami ġew iffinanzjati mill-EU u kien għalhekk li qed nitolbu l-expertise fil-qasam tal-leġislazzjoni Ewropea.", "SKEJJEL SEKONDARJI - FAILURES", "19156.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999/2000 kemm kienu l-istudenti mill-iskejjel sekondarji li weħlu mill- eżamijiet?", "Mil-liema suġġetti m'għaddewx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET POST-SEKONDARJI - FAILURES", "19157.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999/2000 kemm kienu l-istudenti li weħlu mill-eżamijiet għall-post- sekondarjI u kellhom jirrepetu l-eżami f'Settembru?", "Jista' jgħid mil-liema suġġetti m'għaddewx u kemm minnhom spezzjonaw il-karta ta' l-eżami?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EŻAMIJIET - MATSEC", "19160.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti ġew mgħarrfa li weħlu mill-Ingliż fl-eżami tal-Matsec \"O\" Level u mbagħad wara ġew mgħarrfa li fil-fatt kienu għaddew?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'wassal għal dawn l-iżbalji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-istess mistoqsija parlamentari nru.", "19371.", "SKEJJEL - KULLEĠĠ VOKAZZJONALI", "19162.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li n-numru ta' applikanti biex jistudjaw fil-kulleġġ vokazzjonali l-ġdid fis-sena akkademika 2000/2001 kien biss ta' 40 ruħ?", "Jista' jgħid min huma l-uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li qegħdin jieħdu sehem fil-programm \"Leonardo\" u min huma l-kapijiet ta' l- edukazzjoni vokazzjonali u ta' l-istituzzjoni tat-taħriġ li qegħdin jieħdu sehem fil-laqgħat ta' tagħrif dwar il-programm?", "Jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu biex jieħdu sehem u minn liema fondi qed jitħallsu l- vjaġġi tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin- negattiv.", "Dwar il-programm \"Leonardo\", id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hi rappreżentata minn assistent direttur fil-co-ordinating committee ta' l- European Union programmes unit.", "Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija informat li l-istituzzjonijiet kollha ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ ħadu sehem fil-laqgħat ta' tagħrif dwar dan il-programm.", "La attenda kulħadd ma kien hemm ebda kriterju speċifiku.", "Il-laqgħat saru kollha Malta u allura ma kien hemm ebda spejjeż ta' vjaġġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jikkonferma li l-Euromed action programme ta' l-EU ġie mwaqqaf għal raġunijiet ta' l-Unjoni - mhux se noqogħdu nidħlu fihom - u allura pajjiżna, bħal pajjiżi oħrajn, ma jistax jipparteċipa f'dan il-programm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li din hija materja li tispetta direttament lill-ministeru ta' l-edukazzjoni u nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, għamilt il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni għar-raġuni sempliċi li fil-mistoqsija oriġinali jissemma l- programm \"Leonardo\", u naf li l-istess ministeru ta' l-edukazzjoni huwa nkarigat minn dawn il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-Euromed action programme kien beda jitħaddem u għad hemm inizjattivi għaddejjin anke f'dak il-qafas.", "Dwar inizjattivi ġodda jiddependi minn liema xeħta l-Onor.", "Membru qed jieħu l- programm, għax aħna nafu li hemm diversi programmi.", "Per eżempju, \"Culture 2000\" huwa programm li qed jiġi mfassal mill-ġdid mill-Unjoni Ewropea, u għandek programmi oħrajn li l-Unjoni qiegħda taġġorna.", "Dawn ikunu ġenerazzjonijiet differenti ta' programmi.", "Issa l-Euromed action programme, li twaqqaf ukoll fi ħdan il-Konvenzjoni ta' Barcelona, huwa programm li jrid jevolvi.", "Illum il-ġurnata nafu li l- Mediterran jingħata ħafna importanza mill-Unjoni Ewropea.", "Din għandha trattati ta' assoċjazzjoni u trattati oħrajn bilaterali mal-pajjiżi fil- Mediterran li m'humiex membri, u wieħed irid isegwi l-iżviluppi ta' dawn il- programmi kif qed tifformulahom l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ma nafx nistax indawwar il-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Jista' jikkonferma jekk l-Euromed action programme ġiex imwaqqaf minħabba li meta kien hemm affarijiet ta' korruzzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea nstab li proprju f'wieħed minn dawn il- programmi kien hemm xi taħwid?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin) Safejn niftakar il- Euromed action programme kien wieħed mid-diversi programmi taħt il-Euromed partnership li kienu jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-MEDA.", "Kien hemm perijodu meta saret allegazzjoni li kien hemm korruzzjoni minħabba xi frodi - ċertament din ma kenitx riferibbli għal Malta - u fil-fatt l-użu tal- fondi tal-MEDA kienu ġew sospiżi.", "Riċentement din il-problema kienet ġiet solvuta u issa hemm proċedimenti ġodda ta' kif wieħed jista' jagħmel claim għall-użu ta' fondi, eċċ., u fil- fatt reġgħu ħarġu calls for proposals sabiex jerġgħu jibdew joperaw diversi programmi taħt il-MEDA.", "Pero' offhand ma nafx ngħid jekk reġax kien hemm call for proposals għall-Euromed action programme speċifikament.", "Se mai nitolbok tagħmilli mistoqsija bil-miktub u nkun nista' nagħtik risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bl-ebda mod ma kont qed nirriferi li kien hemm xi tbagħbis jew allegazzjonijiet fuq Malta.", "Kont qed ngħid b'mod ġenerali għall-Unjoni Ewropea u żgur li mhux riferibbli għal Malta.", "MDINA - PARKING", "19229.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' residenti fl-Imdina li għandhom permess ta' parking?", "Kemm huwa n-numru ta' permessi ta' parking u ta' dħul ta' vetturi li tat il-pulizija fl-Imdina?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru ta' l- Intern): Ninsab informat illi l-pulizija ma toħroġx permessi għal parkeġġ ta` vetturi ġewwa l-Imdina.", "Ir-regolamenti ta` l-1988 dwar restrizzjoni ta` dħul u passaġġ fl-Imdina ma japplikax għal vetturi liċenzjati f`isem residenti ta` l-Imdina.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat illi hemm 160 vettura li għandhom permess mill-pulizija sabiex jidħlu ġewwa l-Imdina.", "PA- MDINA", "19230.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-policy ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar fuq talbiet għal estensjonijiet jew twessigħ ta' bini fl-Imdina?", "Kemm ingħataw permessi għal estensjonijiet u twessigħ ta' bibien, eċċ., fuq il-faċċata tal-bini matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm- il talba ġiet irrifjutata matul l-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Il-policies eżistenti ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar fuq dawn it-tip ta` talbiet huma dawk indikati fil-pjan ta` struttura u dawk aktar speċifiċi fid-design guidance, development control within urban conservation areas, Part A.", "Ta` min wieħed isemmi wkoll l-attenzjoni li tingħata sabiex jiġi kkonservat l-iskyline ta` l-Imdina fir-rigward ta` żvilupp wieqaf.", "Kull applikazzjoni hija evalwata fuq il-merti tagħha partikolari, skond il-grad ta` skedar u skond dak li jirriżulta mill-konsultazzjoni mal-heritage advisory committee.", "Waqt li ngħarraf lill-Onor.", "Interepellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ta` din ix-xorta li ġiet irrifjutata matul dan il-perijodu, qed nannetti lista tal-permessi mitluba.", "PRODUZZJONI TAL-MAJJAL - MIŻURI ĠODDA", "19231.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda qed jiġu proposti lill-produtturi tal-majjal sabiex dawn jaġġornaw ruħhom u jinvestu fl-immodernizzar ta' l-irziezet tagħhom?", "Kemm huwa kkalkolat li se jiswa dan l-investiment għal kull produttur u minn se jkun responsabbli għall-ispejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li Malta, bħal kull pajjiż ieħor żviluppat, trid tadatta sistemi li jipproteġu s-saħħa tal-konsumatur, is-sistema magħrufa bħala \"from stable to table\".", "Fil-fatt huma ħafna dawk il-produtturi li diġa' investew f'makkinarju u strutturi biex jilħqu dan il-għan.", "Mhux talli hekk, talli l-konsumatur qiegħed jitlob li l-annimali tal- produzzjoni għandhom jiġu protetti minn kull moħqrija u din ix-xewqa ser tkun koperta taħt il-liġi l-ġdida ta' l-animal welfare.", "PRODUZZJONI TAL-ĦALIB - MIŻURI ĠODDA", "19232.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda ta' żvilupp qed jiġu rrakkomandati lill-produtturi tal-ħalib frisk fil- mument?", "Kemm se jiswew lir-raħħala dawn it-tibdiliet għal modernizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-merħla u minn irid jagħmel tajjeb għal dawn l- ispejjeż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta, bħal kull pajjiż ieħor żviluppat, trid tadatta sistemi li jipprotegu s-saħħa tal- konsumatur, sistema magħrufa bħala \"from stable to table\".", "Fil-fatt huma ħafna dawk il-produtturi li diġa' nvestew f'makkinarju u strutturi biex jilħqu dan il-għan.", "Mhux talli hekk, talli l-konsumatur qiegħed jitlob li l-annimali tal- produzzjoni għandhom jiġu protetti minn kull moħqrija u din ix-xewqa ser tkun koperta taħt il-ligi l-ġdida ta' l-animal welfare.", "PRODUZZJONI TAL-ĦALIB - ILMENTI", "19233.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-ilment tar-raħħala produtturi tal-ħalib fejn uħud minnhom ilmentaw li mhux isibu tobba veterinarji sabiex jassistu l-bhejjem tagħhom, jista' l-Ministru jinformani x'inhija l-pożizzjoni llum u x'ikkawża dan il-preċedent fost uħud mir- raħħala?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-koperattiva tal- produtturi tal-ħalib ilha għal hafna snin li ħadet l-obbligu li tforni servizz veterinarju b'xejn lir-raħħala.", "Minbarra dan is-servizz hemm veterinarji privati li jwettqu l-professjoni tagħhom fil-kamp ta' l- annimali tal-ħalib.", "PITKALIJA - ĦAXIX U FROTT", "19234.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-varjetajiet ta' ħxejjex u frott ġdid li daħlu l-pitkalija matul 1999 u 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi matul is- sena 1999 ġew irreġistrati taħt \"ħaxix\" tliet prodotti ġodda, jiġifieri lemon grass, chives u radicchio.", "Taħt il-kategorija \"oħrajn\" ġie rreġistrat ukoll ġulepp tal-ħarrub.", "Nista' ngħid ukoll li sas-26 ta' Settembru, 2000 ġew reġistrati żewġ kwalitajiet ta' frott frisk, li huma raspberries u żinżel.", "AWTORITA' TAD-DJAR - ITTRA ANONIMA", "19503.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mpjegat ta' l-awtorita' tad-djar - ismu qed jintbagħat separatament - li ġie interrogat mill-pulizija nhar l-10 ta' Awissu, 2000 dwar allegata ittra anonima li ġiet mibgħuta lil impjegata oħra ta' l-awtorita', baqa' ma ġiex ikkuntattjat fl-ebda stadju mill- uffiċjali ta' l-awtorita' la biex jistaqsuh x'ġara u għala ġabruh il- pulizija minn fuq ix-xogħol u lanqas biex jgħidulu jekk ismu ġiex cleared mill-investigazzjonijiet li saru, jew mod ieħor?", "Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-awtorita' kienet fid-dmir li tinforma li dan l-impjegat dwar l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-investigazzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant hi s-suġġett ta' inkjesta maġisterjali li għadha m'hijiex konkluża u għalhekk m'huwiex il-każ li nikkummenta f'dan l-istadju.", "AMBAXXATURI - ĦLASIJIET", "19504.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jitħallsu l-ambaxxaturi Maltin li huma non-resident barra l-pajjiż?", "Jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva tagħhom?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ambaxxaturi Maltin li huma non-resident barra l-pajjiż jirċievu honoraria ta' Lm2,000 fis-sena u rimbors ta' massimu ta' Lm25 fis- sena għal telephone calls.", "Matul il-perjodu li jkunu fuq żjara uffiċjali jitħallsu wkoll daily subsistence allowance skond ir-rati stabiliti perjodikament mill-management and personnel office ta' l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-ambaxxaturi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ispiża fuq il-proġett ta' embellishment tal-bajja ta' Tas- Sliema, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19663.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari numri 18688 u 19408, li ngħataw fis-seduti Nri.", "373 u 377 rispettivament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS - KONTINWAZZJONI", "Ikompli mit-3 ta' Ottubru 2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, kif kont qed ngħid dalgħodu fl- introduzzjoni tiegħi, rigward il-qasam ġudizzjarju fl-Ewropa jeżisti moviment ta' diskussjoni.", "Meta dan l-aħħar attendejt konferenza f'Londra ta' l-international law association inqraw papers dwar il-famuż corpus juris li bħalissa kulħadd qed jitkellem fuqu.", "Dan huwa qafas ta' liġi bi prinċipji ta' supremazija, liġi dwar kif wieħed għandu jistrada ruħu.", "S'issa din il-liġi għadha qiegħda tinħema; bħalma qiegħda tinħema l-idea ta' armata waħda għall-Ewropa.", "S'issa noqogħdu nitkellmu b'mod hybrid, imma 'l quddiem hemm ser naslu, u l-istess ħaġa se jsir fil-qasam tal- ġudikatura.", "Dan qed ngħidu għax tajjeb li wieħed jgħid lill-Gvern Malti, li issa deffes rasu fir-ramel u ma jrid iħares lejn xejn, li jekk 'il quddiem Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, allura l-qorti f'pajjiżna jkollha tbaxxi rasha għal dak li jiġi deċiż mill-qorti ta' Brussels.", "Kif inhi s-sitwazzjoni llum, meta tinqala' problema bejn stat u stat jew bejn il-kunsill u stat partikolari, x'jiġri fil-qrati ta' l- Ewropa hi kwestjoni ta' interpretazzjoni imma s-sitwazzjoni mhix se tibqa' hekk.", "Dalgħodu semmejt studju li nkoraġġixxa l-istess President Prodi li kull pajjiż membru sħiħ fil-Unjoni Ewropea għandu dritt li jkollu mħallef sedenti fil-qorti ta' Brussels.", "Mhux kulħadd jaqbel ma' dan, allura l- probabbilta' hi li pajjiżna - pajjiż żgħir - m'huwiex se jkollu s-saħħa li għandhom pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja, bil-konsegwenza li se nispiċċaw bla mħallef fil-qrati ta' Brussels.", "L-istess jgħodd għall- kwestjoni li jkollok rappreżentant ta' l-attorney general meta pajjiżek ikollu kawża kontra l-kunsill jew kontra l-Kummissjoni Ewropea.", "Dawn huma problemi li jeżistu tassew u għalhekk wieħed jistaqsi: Qiegħed isir xi studju biex wieħed jara kif dan kollu jista' b'xi mod jaffettwa lill- ġudikatura tagħna?", "Nafu li din hi xi ħaġa li se tkun suprema u allura tista' anke taffettwa d-drittijiet kostituzzjonali tagħna?", "Bħalissa, per eżempju, hawn dibattitu fil-pajjiż dwar jekk huwiex il-każ jew le jekk jidħolx fin-nofs il-kunċett kostituzzjonali - u aħna nsostnu li huwa l-każ - meta qegħdin nilagħbu bin-newtralita' ta' pajjiżna, minħabba l-fatt li rridu ndaħħlu l-istess armata tagħna bħala parti minn armata ikbar.", "Imma allura kemm hi ikbar il-problema li l-istess sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna tiġi fil-livell ta' second-class komparata ma' dik ta' Brussels?", "Dan qed jinħass mill-mod kif il-Qorti Ewropea qiegħda tfassal il-legal framework li qiegħda taħdem fih.", "Jidher ċar li din miexja lejn dak li aħna nsejħulu arkitettura istituzzjonalizzata.", "Irrid ngħid ukoll li dan qed jinħass anke fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem.", "Mr. Speaker, quddiemi għandi nies li jemmnu u bħalna jħobbu jaqraw u jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem.", "Qed nara lill-Onor.", "Borg, per eżempju.", "Il-Ministru jħobb jitkellem ħafna fuq il-human rights.", "Illum taf x'qegħdin jgħidu Brussels?", "Qegħdin jgħidu li mhux sew li jħallu kollox f'idejn il-qorti fejn hemm l-Imħallef Giovanni Bonello.", "Skond il- konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropea jeħtieġ li jkun hemm qorti oħra ta' human rights.", "Dan ifisser li l-Ewropa stess m'għandhiex fiduċja fil-qorti preżenti tal-human rights.", "Għaliex dan kollu?", "L-intenzjoni hija li tinħoloq ġudikatura waħda u li tkun suprema ħalli l-ġudikatura tal-pajjiżi membri biss ikollha is-setgħa li tittratta każi ta' kuljum.", "Issa f'dan il-każ ma tistax tgħid li ma tobdix direttiva, għax jekk inti dħalt membru ta' club għandek toqgħod għad-direttivi tiegħu.", "Mr. Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Pullicino semma l-gaġeġ tat-tiġieġ u staqsa jekk dawn għandhomx ikunu ta' daqs jew ieħor.", "Direttiva simili wieħed jaċċetta li jrid jobdiha imma ħalli ngħidlu b'każ interessanti, fejn il- qorti Ingliża ddeċidiet li ma toħroġx ċerti ordnijiet kontra soċjeta' u lanqas kontra l-istess Segretarju ta' l-Istat minħabba li skond il-liġi Ingliża l-qrati setgħu jipproteġu d-drittijiet ta' l-individwu jew ta' dik is-soċjeta' li kellha l-każ quddiemha.", "Saħansitra l-House of Lords, li hija l-ogħla qorti Ingliża, qablet ma' dan imma b'danakollu l-European Court of Justice iddeċidiet mod ieħor u għaddiet tagħha.", "Jien nagħmel riferenza għal Queen versus Secretary of State for Transport ex parte, ikkwotat bħala case 213/99 fejn il-qorti ta' Brussels qalet lill-Ingilterra li hi riedet tapplika bilfors dawn l-interim measures.", "Għiduli kif il-qrati tagħna se jispiċċaw jindirizzaw dan id-development fil-ġurisprudenza li qiegħed jinbena bil-mod il-mod!", "Mr. Speaker, huwa ta' ġid għal pajjiżna li nidħlu għal dan kollu meta għandna sistema ġudizzjarja li evolviet tul is-snin f'dak li huwa dritt kummerċjali, dritt ċivili u anke dritt penali?", "Per eżempju, rigward id-dritt penali llum qegħdin jitkellmu wkoll fuq qorti waħda Ewropea.", "Jiena ma ngħidx li m'hemmx ċerti benefiċċji.", "Fil-fatt kienu ħafna l-konvenzjonijiet Ewropej li Malta rratifikat mas-snin, u dan seħħ kemm taħt gvernijiet Laburisti kif ukoll taħt gvernijiet Nazzjonalisti, iżda tajjeb ngħidu wkoll li meta nirratifikaw il- konvenzjonijiet irridu naraw li narmaw irwieħna billi nagħmlu ċerti liġijiet.", "Qed ngħid hekk għax dan l-aħħar kelli korrispondenza twila ma' membru mill-Parlament Ewropew li ltqajt magħha f'Mejju meta kont on a farmiliarisation visit.", "Bqajna nikkorrispondu dwar il-każ ta' Satchell f'Għawdex.", "Fost affarijiet oħra din qaltli li fl-1999 aħna rratifikajna l- European convention on the recognition and enforcement of decisions u anke l-health convention dwar is-civil aspects of international child abduction u dwar il-care custody.", "B'danakollu fis-sena 2000 għad hemm xi ħaġa li għadha mhijiex qiegħda tiffunzjona hawn Malta.", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx tgħidli li kollox jieħu ż-żmien tiegħu.", "Jiena ngħid li jekk ma tkunx preparat aħjar ma tirratifika xejn.", "Issa inqala' dan il-każ ta' Satchell u din il-Parlamentari qaltli, u nikkwota mill-ittra tagħha: ''The court in Gozo has not accepted the High Court judgement notwithstanding the conventions that were ratified by the Maltese Parliament.''", "Għandha raġun għax kollha kemm aħna vvotajna favur din il-konvenzjoni.", "Dan qed ngħidu biex nuri li m'hemmx għalfejn nidħlu fil-Unjoni Ewropea biex nirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet, basta jkunu fl-interess ta' pajjiżna.", "Waħda mill-affarijiet interessanti li bħala Partit Laburista insistejna dejjem li nitkellmu dwarha hija l-European convention on extradition.", "Ma jistax ikun ikollna iktar każi simili għal dak ta' Fernandez hawn Malta.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna jkun hawn aktar vacuum internazzjonali.", "Ħwejjeġ simili ma jagħmlulniex għajr ħsara u għalhekk li rridu noqogħdu attenti.", "Jiena nħeġġeġ lill-Partit Nazzjonalista biex ma jwarrabx fil-ġenb il-kwestjoni tant importanti dwar l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna.", "Hawn nixtieq nagħmel riferenza għal paġna 188 ta' l-acquis li għandi quddiemi, fejn jingħad dan li ġej:", "''However, almost invariably there exists no constitutional problems to acceed the conventions including the justice area of the acquis.''.", "Jiena ma naħsibx li dan l-istatement kitbu l-Onor.", "Borg.", "Jiena ma nafx minn fejn ġiet din l-aċċertazzjoni.", "B'liema awtorita' xi ħadd jiġi jgħid li mhux se jkun hemm problemi kostituzzjonali, meta wieħed diġa' qed jara l- possibilita' li jista' jkollok problemi kostituzzjonali?", "Dwar dan jiena nixtieq nistaqsi jekk qattx sar xi forma ta' djalogu mal-legal minds li għandna f'pajjiżna.", "Sar xi seminar mal-ġudikaturi, ma' l-imħallfin, mal- maġistrati u ma' dawk li għandhom l-expertise f'dik li hija interpretazzjoni kostituzzjonali biex wieħed seta' jasal għal konklużjoni bħal din?", "Jiena ma nqisx ruħi bħala xi constitutional expert imma kulħadd jaf x'inhu jiġri fl-Ewropa.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent biex ma jġerrix il-karozza żżejjed meta l-bus stop għadu lanqas biss jidher.", "Jiena nemmen li pajjiżna la għandu jittallab u lanqas għandu jkun flexible sempliċement biex jaġevola sistemi li diġa' jinsabu f'pajjiżi oħra li huma membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jidhirli li jkun floku ħafna li wieħed jirrimarka li l-proċess u l-ambjent demokratiku ta' pajjiżna jeħtieġu ħarsien, tisħiħ u titjib kontinwu u dan id-dibattitu li qegħdin nagħmlu din il-ġimgħa huwa sinjal ċar tar-rieda tagħna li nikkontribwixxu ħalli d- demokrazija f'pajjiżna tixxettel, tinxtered aktar u ssir ħafna iktar parteċipattiva milli qatt kienet fl-istorja tagħna.", "Dan għaliex id- demokrazija hija ingredjent ewlieni li jagħtina d-dritt nitolbu li nissieħbu fit-tmexxija u fl-istess waqt ingawdu mill-ġid ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk iħares lejn id-dokument li qegħdin niddiskutu, wieħed jinduna li minnu nnifsu dan id-dokunent huwa pass ieħor importanti 'l quddiem ta' kif nagħmlu l-politika, ta' kif niġġestixxu l-kontroversja b'mod aktar demokratiku, aktar miftuħ, aktar preparat u aktar parteċipattiv.", "Jien, li issa ili ministru għal ċertu numru ta' snin, nistqarr li f'dan id-dokument kelli waħda mill-aħjar esperjenzi ta' ħidma interministerjali, fejn aħna li konna involuti stajna napprezzaw l-impatt ta' policies ta' ministeri differenti u stajna ninfluwenzaw u nkunu konxji ta' dan l-impatt.", "Minbarra l-produzzjoni ta' dan il-pjan interministerjali u interdipartimentali wieħed ma jridx jinsa l-ħolqien ta' strutturi bħall-Malta-EU steering action committee, li fihom kienu involuti unions, korpi kostitwiti u gruppi b'ineressi speċjali.", "Dawn kollha ġew konsultati u setgħu jagħtu l- fehmiet tagħhom.", "Safejn niftakar jien ma jidhirlix li qatt kien hawn proċess li bih tfassal pjan nazzjonali u sar id-djalogu u l-konsultazzjoni dwaru daqskemm sar f'dan il-każ.", "Tajjeb wieħed jerġa' jfakkar kif l- affarijiet saru b 'mod mitfuħ.", "Mr, Speaker, dan hu pjan li tfassal b'mod interministerjali u interdipartimentali, li ġie sottomess lill-MEUSAC, u wara ġie ppubblikat bħala abbozz.", "Kulħadd kellu l-opportunita' li jikkummenta dwaru u jikkonsidrah.", "Issa ġie ppubblikat bħala dokument.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm qegħdin nagħmlu din id-diskussjoni dwaru m'aħniex se nieqfu hawn.", "Il-proċess ikompli għax, kif diġa' ntqal, dan huwa dokument li se jibqa' jiġi aġġornat skond kif jevolvu ċ-ċirkostanzi.", "Mhux biss imma saħansitra d- dokument li qegħdin niddiskutu llum ħa in konsiderazzjoni l-kummenti, il- kritika u s-suġġerimenti li saru dwaru minn diversi persuni li huma milquta.", "Mr. Speaker, naħseb li lkoll naqblu li fil-fatt il-gvern ipproduċa dokument ta' importanza kbira.", "Huwa pjan li qiegħed jitpoġġa bħala gwida nazzjonali għall-iżvilupp sħiħ ta' pajjiżna.", "Huwa veru li l-pjan ipoġġi quddiemna miri u sfidi ambizzjużi, iżda jien ma naqbel xejn ma' l- oppożizzjoni li qalet li dawn l-isfidi jixxokkjawna.", "Għall-kuntrarju jiena jidhirli li għandhom iħeġġuna biex niffaċċjawhom b'kuraġġ, fiduċja u determinazzjoni.", "Dan għandna nagħmluh mhux tant biex niksbu postna fl- Ewropa imma biex nieħdu postna fid-dinja tal-lum.", "Naturalment hawn irridu nifhmu li pjan għandu jibqa' pjan.", "M'aħniex se nirrepetu l-iżball li sar fi żmenijiet l-imgħoddija fejn il-pjan ġie ffossillizzat f'liġi.", "Aħna rridu li dan il-pjan irid jibqa' jiġi modifikat u aġġornat skond l-iżviluppi li jkunu qegħdin iseħħu f'pajjiżna, fl-Ewropa u fid-dinja.", "Mr. Speaker, l-oppożizzjoni ressqet mozzjoni fejn talbiet lill-Kamra biex dan il-pjan ma tapprovahx.", "Smajna diversi kelliema tan-naħa l-oħra jenfasizzaw kemm hemm diffikultajiet kbar, kemm fadal xogħol xi jsir, kemm qegħdin ngħaġġlu u affarijiet oħra bħal dawn.", "Meta nisma dan kollu lili jiġini f'moħħi l-qawl Ingliż, ''to run with the hare and hunt with the hounds''.", "Daqqa l-oppożizzjoni tgħid kemm il-gvern qiegħed jgħaġġel fit- twettiq tal-pjani tiegħu, imbagħad jiġi mument ieħor u tgħidilna li l- gvern huwa rieqed.", "Daqqa jwerwru lin-nies li aħna ma nifilħux għar-regoli dixxiplinati li rridu nadottaw, imbagħad jiġi mument ieħor u jibdew isawtu lill-gvern fuq l-ambjent, jgħajruh kemm huwa slow biex jinforza, biex jirregola u biex jinvesti l-miljuni ħalli jittakilja l-problemi tal- miżbliet, tad-drenaġġ, tal-power station u affarijiet oħra.", "Daqqa jgħidu li l-pajjiż qed jiffaċċja deficit fl-ispiża pubblika li se tirrovinah, imbagħad malli jaraw sinjal li dan id-deficit jkun se jibda jiġi kontrollat, l-oppożizzjoni tkun pronta tgħidilna biex naraw kif nagħmlu u nibdew nonfqu.", "L-oppożizzjoni għandha tkun ċara.", "Din għandha jew tgħid li hi qiegħda hawn għall-ġid tal-poplu inkella trid tgħid li għandha a short- term objective li tirbaħ il-voti ħalli terġa' tkun fil-gvern akkost ta' kollox.", "Naħseb li jrid ikun hawn din l-għażla għax jew tagħżel li tagħti kontribut serju għall-ġid komuni jew inkella tkompli bl-esplojtazzjoni u l- manipulazzjoni ta' kull burdata li jisbaħ biha kull individwu mar-radd tas- salib.", "Dan huwa biss atteġjament ta' nies opportunisti u żgur li ma tistax issejħilha politika favur il-ġid komuni.", "Mr. Speaker, fost il-kelliema li segwejt kien hemm l-Onor.", "Bartolo.", "Huwa sostna li fil-kamp ta' l-edukazzjoni, fejn jidħlu ż-żgħażagħ, il-kultura, ix-xjenza u t-teknoloġija għad fadal ħafna x'isir.", "Dan huwa veru għax wara kollox dan huwa qasam li ma tispiċċa qatt taħdem fih.", "Qatt ma tista' tgħid li l-agenda lesta, consumatum est, pero' nnotajt li l-Onor.", "Bartolo m'adottax it-ton li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se jġib xi dulluvju miegħu, anzi huwa stqarr li l-Partit Laburista jaqbel li ż-żgħażagħ tagħna jieħdu sehem fil-programmi ta' l-Unjon.", "Imbagħad finalment qalilna li dan il-parlament m'għandux jilludi ruħu għax mhux kollox huwa ward u żahar.", "Fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, kellna riferenza għal diversi diffikultajiet li niltaqgħu magħhom fil-kamp ta' l-edukazzjoni u f'oqsma oħra fil-ħidma tagħna ta' kuljum.", "Issemmiet il-kwestjoni tal-computers u ntqal li fil-ħames klassi tal-primarja għadhom qed jistallaw is-sistema elettrika.", "Iva, jiddispjaċini li l-affarijiet isiru hekk, imma tajjeb ngħidu wkoll li l-ewwelnett mhux l-ewwel darba li din qed tiġri - għalkemm din mhijiex ġustifikazzjoni - u t-tieni nett nafu li d-dipartiment tal- kuntratti s-soltu jħalli sitt kuntratturi jaħdmu fuq dan ix-xogħol, iżda din id-darba għal xi raġuni li jafuha huma biss allokaw tnejn.", "B'danakollu rridu nfakkru li f'dan il-kamp tal-computers aħna bdejna fl- 1994 u wasalna biex ikollna computer għal kull seba' studenti fil-livell primarju.", "Hawn niftaħru li qegħdin minn ta' quddiem nett komparati ma' pajjiżi oħra.", "Għandna wkoll laptop għal kull teacher.", "Fis-sekondarja għandna kważi 1,000 computer f'29 skola, jiġifieri għandna computer għal kważi 20 student.", "B'danakollu xorta m'aħniex sodisfatti għalkemm s'issa nfaqna aktar minn Lm6 miljun biex nimxu f'din is-sistema.", "Għandna t-taħriġ ta' l-għalliema għaddej, qiegħed jitħejja convergence course ma' l- għalliema, hemm special maintenance grant anke taħt is-sistema ta' l- istipendji għal dawk li jieħdu computer studies.", "Issemma l-internet.", "Rigward l-internet kważi kkonkludejna l-agreement mal-MITTS.", "Issa l-ministeru ta' l-edukazzjoni jrid jiddiskuti n-nefqa rikorrenti, li m'hijiex żgħira.", "Dan qed ngħidu għax kulħadd jitkellem fuq l- internet bħallikieku din hija xi ħaġa sempliċi.", "Dan ifisser li qegħdin nitkellmu fuq spiża rikorrenti ta' kważi Lm0.25 miljun li trid tiġi kkonsidrata fid-dawl ta' l-estimi tas-sena d-dieħla.", "Rigward il-kulleġġ għadna qegħdin lura.", "Jiena dejjem sostnejt li nippreferi nibnu fuq is-sod milli mmorru niġru biex forsi nagħmlu xi propaganda politika rħisa mbagħad insibu li nkunu għamilna żball, kif ġieli sar fil-passat.", "L-istess dwar l-edukazzjoni teknoloġika.", "Jidhirli li din is-sena qed isir l-ewwel pass, mhux xi pass kbir imma pass ċkejken ġo viżjoni kbira.", "Nemmen li l-edukazzjoni teknoloġika flimkien mal-bidliet l- oħra li hemm fil-kurrikulu nazzjonali għad iħallu riżultati tajbin ħafna.", "Id-dipartiment iżomm dan kollu taħt attenzjoni kbira.", "Barra minn hekk irrid ngħid li dawn il-problemi jew oħrajn bħalhom, nidħlu u ma nidħlux fl- Ewropa, xorta se jibqgħu jidhru fuq il-mejda ta' kull ministru ta' l- edukazzjoni.", "X'għandna quddiemna f'dan id-dokument nazzjonali?", "Fejn jirrigwarda dan il-qasam id-dokument qiegħed jafferma l-opportunitajiet sbieħ li se jkun hawn fis-settur ta' l-edukazzjoni, opportunitajiet li mingħajr dan il-pass m'aħniex se nidħlu għalihom.", "Ilkoll suppost nafu illi fejn tidħol l- edukazzjoni, l-Unjoni Ewropea ma tantx tindaħal f'dak li huwa kurrikulu.", "F'dik li hi organizzazzjoni tas-sistema edukattiva, l-Unjoni Ewropea ma tagħmel xejn ħlief toħloq programmi u inizjattivi biex jgħinu, jagħtu appoġġ u jarrikkixxu lill-pajjiżi membri permezz ta' esperjenzi, skambji ta' studenti, ta' għalliema, ta' ħaddiema, ta' istituzzjonijiet, eċċ.", "Hemm erba' punti f'dan is-settur li fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea u l- edukazzjoni jidhirli li m'għandniex naraw li se jkollna xi problemi speċjali.", "Nieħdu per eżempju l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema barranin li jkunu qegħdin jaħdmu hawnhekk.", "Din hija xi ħaġa li diġa' teżisti fl- iskejjel tagħna governattivi u qatt ma kellna problema dwarha.", "Mhux l-ewwel darba li aħna nagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lil dawn it-tfal u ma naħsibx li se jkollna xi kwantita' kbira ta' ħaddiema barranin li se jiġu hawn Malta sempliċement biex ikunu jistgħu jedukaw lit-tfal tagħhom fl- iskejjel tagħna.", "L-istess jekk nieħdu l-prinċipju tal-moviment liberu tal- persuni u tan-non-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalita'.", "Hawnhekk jista' jkollna każ fejn studenti mill-Ewropa jiġu jistudjaw f'pajjiżna.", "L-ewwelnett jekk jiġri dan, jiena nemmen li l-universita' tagħna tieħu xejra aktar internazzjonali, ħaġa tajba għax toħloq ċerta sfida għall- universita' tagħna, bħalma toħloq sfida lill-iskejjel post sekondarji tagħna, li allura jkollhom jgħollu l-livelli tagħhom biex jattiraw studenti barranin li jkunu jridu jħallsu.", "Min-naħa l-oħra, fil-kontro- bilanċ l-istudenti tagħna se jkollhom miftuħa għad-dispożizzjoni tagħhom l- istituzzjonijiet edukattivi ġewwa l-Ewropa kollha kemm hi.", "Nafu li per eżempju, għal żewġ scholarships tal-commonwealth japplikaw qrib il-100 student.", "Jekk nieħdu l-youth specialisation studies scheme kellna iktar minn 50 applikazzjoni, u nafu kemm huwa spendjuż biex tistudja barra, għax barra l-lodging hemm il-manteniment biex tgħix f'dak il-pajjiż partikolari u hemm it-tuition fees.", "Biex wieħed jagħmel course kwalunkwe fl-Ingilterra jrid madwar Lm8,000 fis-sena.", "Rigward l-għalliema dawn ikollhom l-opportunitajiet ta' skambji u ta' esperjenzi barra minn Malta.", "Diġa' nħadmu taħt l-iskema tal-Kunsill ta' l- Ewropa t-teacher bursary scheme, fejn bħalissa hemm 27 għalliem li qegħdin jieħdu esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżna.", "Wieħed mill-kriterji li tpoġġi quddiemna l-Unjoni Ewropea huwa l-impenn tal-gvern, l-impenn tas- soċjeta', li trid tagħti l-aċċess u toffri l-parteċipazzjoni fit-taħriġ vokazzjonali tan-nisa.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għandha toħolqilna xi problemi speċjali, tant li kemm il-ministeru ta' l-edukazzjoni kif ukoll il-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ diġa' qegħdin jaħdmu dwarha.", "Punt importanti ieħor huwa s-sehem ta' pajjjiżna fil-programmi ta' l- Unjoni Ewropea fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.", "Aħna diġa' wrejna kif qegħdin nagħmlu investiment fiż-żgħażagħ tagħna.", "Tajjeb ngħidu li madwar 100 student mill-universita' qegħdin jieħdu sehem fil- programm ta' Erasmus, dawn jagħmlu sitt xhur jistudjaw f'universitajiet Ewropej.", "Għandna wkoll mal-250, bejn studenti, għalliema u ħaddiema, li se jieħdu sehem f'taħriġ ta' tliet ġimgħat kull wieħed fil-programm ta' Leonardo.", "Barra dan għandna numru ta' skejjel li qegħdin jieħdu sehem fi ftehim ta' sħubija - twinning agreements - taħt il-programm Comenius.", "Hemm programmi oħra.", "Bħalissa hawn Malta għandna madwar 50 student li fil- programm ta' Erasmus qegħdin jagħmlu sitt xhur fostna u dan huwa ta' benefiċċju kbir għalina, tip ieħor ta' investiment.", "Din is-sena qegħdin nonfqu kważi Lm400,000 għal Leonardo u Socrates, filwaqt li s-sena d-dieħla nikkalkolaw li ser nonfqu Lm2.5 miljun u fis-sena 2000 is-somma se titla' ftit iktar minn Lm3 miljun.", "Fis-sena 2001/2002 il-flus se joħorġu bi proporzjoni li jrid jiġi miftiehem bejn il-Gvern Malti u l-fond li hemm ta' l-Unjoni Ewropea, il-pre-accession fund.", "Dan juri x'investiment għandna għaż-żgħażagħ tagħna u x'opportunitajiet għandna għall-għalliema tagħna.", "Waqqafna wkoll strutturi bħalma huma l-European Union programmes unit u minn hawn u ftit żmien ieħor se jkollna r-regolamenti l-ġodda mwaqqfa mill- kunsill nazzjonali għal kwalifiki vokazzjonali u professjonali.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid - peress li saret il-mistoqsija mill-kollega tiegħi - li dwar iċ-ċertifikat tas-City and Guilds tal-B.Tech., ta' l-EDECEL u ċertifikati ta' bordijiet ta' eżaminaturi oħra, is-sitwazzjoni mhijiex se tinbidel tant minn dik li hi llum.", "Diġa' nafu li min iġib dawn iċ- ċertifikati li biex jieħu ċ-ċertifikat tal-journeyman irid jerġa' jidher quddiem it-trade testing board.", "Hawn jidħol il-kunsill nazzjonali li se jieħu ħsieb dawn il-kwalifiki li mbagħad jeżamina kull każ partikolari.", "Hemm ukoll l-oqsma tax-xjenza u r-riċerka li dalgħodu tkellem dwarhom sieħbi, l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "Permezz tal-fifth framework programme se jkollna l-possibilita' li ma tantx kellna s'issa, ta' parteċipazzjoni tajba f'riċerka, f'oqsma speċifiċi.", "Se noħolqu possibilitajiet ġodda għall- industrija, niftħu aktar id-dinja tat-teknoloġija żviluppata u l-enfasi tagħna se tkun fuq l-applikazzjoni tar-riċerka fl-industrija u fl-iżvilupp tal-pajjiżi fil-qasam ta' l-ambjent.", "Rigward il-kultura se jsiru bidliet importanti ħafna, bidliet sbieħ, bidliet li se jagħtu opportunitajiet mill-aqwa lill-artisti tagħna, liż- żgħażagħ u lit-tfal tagħna.", "Kif kulħadd jaf, il-gvern investa b'mod massiċċ fl-istrutturi kapitali li għandu.", "Insemmi b'eżempju l-Kavallier ta' San Ġakbu, it-teatru l-ġdid u l-ħidma biex norganizzaw strutturi oħra organizzattivi.", "Barra dan, nispera li ma ndumux ma jkollna l-politika kulturali u li l-liġijiet ikunu ppreparati biex jirregolaw il-wirt nazzjonali tagħna, il-patrimonju kulturali u artistiku tagħna l-Maltin.", "Fil-kamp awdjoviżiv u fil-qasam tax-xandir għadu kemm kellna ftit ta' żmien ilu diskussjonijiet biex naraw li s-servizz tax-xandir pubbliku f'pajjiżna jkun aħjar fil-kwalita', b'hekk isir iktar popolari u jkun jista' jikkompeti b'mod iktar effettiv ma' stazzjonijiet oħra privati.", "Għax aħna jidhrilna li dan huwa servizz importanti għall-identita' tagħna.", "Mr. Speaker, fil-bidu għedt li l-pjan nazzjonali poġġa miri ambizzjużi, pero' tajjeb ngħidu li l-poplu tagħna minn dejjem kien ambizzjuż u minn dejjem xtaq ikun aħjar.", "Il-miri tagħna mhux biss huma ambizzjużi imma huma wkoll realizzabbli.", "Huwa dmir tagħna li dawn ikunu realizzabbli biex naraw li dawn jintlaħqu almenu fl-interess ta' wliedna.", "Sikwit nisimgħu lil min jgħidilna li l-futur tagħna mhux bilfors fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li fid-dinja xejn m'hawn bilfors - lanqas l-indipendenza ma kienet bilfors, daqstant ieħor mhux bilfors li nidħlu fl-Unjoni Ewropea - u wara kollox il- poplu jrid jiddeċiedi.", "Imma issa qegħdin fl-istat u qegħdin noqorbu lejn iż-żmien li rridu nifhmu li wara jkollna nerfgħu l-piż tad-deċiżjonijiet tagħna.", "Jiena nistaqsi: Jekk il-futur tagħna m'huwiex fl-Unjoni Ewropea, allura fejn hu?", "L-Onor.", "Bartolo qalilna li jaqblilna li issa naraw x'inhuma l- aħjar opportunitajiet għalina, imbagħad niżviluppawhom b'fiduċja fina nfusna.", "Aħna dan li qegħdin nagħmlu.", "Qegħdin naraw x'inhuma l-aħjar opportunitajiet għalina u qegħdin niżviluppaw fiduċja fina nfusna.", "Pero', jiena nistaqsih: Fejn huma l-aħjar opportunitajiet?", "X'jaħseb il-poplu li huma l-aħjar opportunitajiet għal kwalita' ta' ħajja aħjar, għal edukazzjoni aħjar biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom aktar opportunitajiet, biex il-konsumatur ikollu aktar drittijiet għal ambjent, għal sigurta' fuq il-post tax-xogħol u għal aktar investiment?", "Skond stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika - u l-Partit Laburista dan jafu tajjeb għax hu wkoll għamel l- istħarriġ tiegħu - il-poplu qed jgħid li għal dawn l-affarijiet l-aħjar opportunitajiet jinsabu fl-Unjoni Ewropea.", "Anzi jiena nkompli nistaqsi: Fejn nistgħu nsibu l-aħjar għajnuna finanzjarja fil-fażi ta' qabel nidħlu, fil-pre-accession?", "U meta mbagħad nidħlu, l-aħjar opportunitajiet għal fondi strutturali, l-aħjar opportunitajiet għal programmi Ewropej, fl-oqsma tal-biedja u s-sajd, fejn nistgħu nsibuhom, barra jew ġewwa?", "It-triq ta' barra konna diġa' qbadnieha.", "U x'kienu qalulna meta qbadna dik it-triq?", "Qalulna: Agħmlu li tridu għax rajkom f'idejkom, pero' ta' barra barra u ta' ġewwa ġewwa!", "Issa jekk nibqgħu barra, ifisser li aħna se negħrqu, li aħna se nispiċċaw?", "Dażgur li le!", "Imma l-mistoqsija li għamel l-Onor. kollega, Evarist Bartolo, tibqa' valida: Fejn jinsabu l-aħjar opportunitajiet għalina nfusna, speċjalment meta nqisu li l-ekonomija tagħna diġa' hija integrata ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jiena ngħid li aħna għandna nidħlu u għandna nidħlu għax nemmnu li jaqblilna.", "Għax nafu li aħna nagħmlu suċċess kif dejjem għamilna bħalma turina l-istorja tagħna.", "Ħafna kienu dawk li matul l-istorja ta' dan il- poplu ħasbu li se nogħtru taħt il-piż taċ-ċokon tagħna, ħasbu li se nogħtru taħt il-piż ta' l-isfortuni tagħna, imma l-istorja wriet li l-poplu Malti dejjem irnexxielu jagħti risposta lil min ħaseb hekk.", "Tahom risposta bil- virtujiet tiegħu, bil-paċenzja li wera matul is-snin, bin-nies ħawtiela, bieżla, inġenjużi, kreattivi li għandu.", "Aħna nafu ngħixu.", "Ġibna l- indipendenza bla ċarċir ta' demm, ħlisna mill-bażi militari bl-istess mod.", "Kien hawn mumenti meta daqqa wieħed u daqqa l-ieħor beżża' lill-poplu Malti minn dawk il-miżuri li ħadna.", "Nies fil-bżonn għad għandna imma nies imutu bil-ġuħ, nies fl-għera m'għandniex.", "Għandna servizz ta' saħħa li għad jonqsu ħafna affarijiet, imma tajjeb.", "Servizz edukattiv l-istess.", "Għalhekk għandna nidħlu fl-Ewropa biex inkunu aħjar milli aħna.", "Irridu nitgħallmu nisfruttaw - u din importanti - il-vantaġġ kbir li jkollu kulmin jinzerta fuq il-fruntiera.", "Irridu nisfruttaw, imma bir- rispett kollu mhux kif għamel fis-snin '70 u '80 u kif qed jipproponi li jagħmel anke issa l-Partit Laburista..", "Aħna qegħdin fuq il-fruntiera u dan hu ta' vantaġġ kbir għalina, vantaġġ li nistgħu nutilizzawh għax fih potenzjal enormi.", "Imma biex nagħmlu dan ma rridux nagħmlu l-iżball storiku li fil-fehma tiegħi qiegħed jagħmel il-Partit Laburista, li flok ningħaqdu biex insaħħu l-pożizzjoni ta' Malta ħalli l-Maltin jgħixu aħjar, inkunu maqsumin bejnietna.", "Għax jiena ngħid li jekk ninnegozjaw flimkien mhux biss ikollna forza aqwa biex niksbu l-aħjar kondizzjonijiet, imma nuru li nafu xi rridu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Għalhekk ninnegozjaw flimkien bla preġudizzju imma bi ħsieb wieħed li nikkontribwixxu biex Malta takkwista l- aħjar għaliha.", "Imbagħad inħallu lill-Maltin u lill-Għawdxin jiddeċiedu huma bħala poplu dwar il-futur tagħhom.", "Hawn min jistaqsi: Allura kollox lixx fl-Unjoni Ewropea?", "Dażgur li le!", "Pero' tajjeb ngħidu li qatt fl-istorja tal-bniedem ma kien hawn proċess kumplikat, diffiċli u kompless daqs dak li mbarkaw fuqu Schumann, Adenauer, Monnet u De Gasperi 50 sena ilu, meta dawn telqu fuq viżjoni li riedet li toħloq spazju Ewropew ta' paċi, ta' sigurta' u ta' prosperita'.", "Ma kienx faċli b'dawk il-popli kollha, ta' kultura, ta' identita' u ta' lsien differenti li tikkrea Ewropa ta' demokrazija, ta' ekonomija ħielsa mill- Atlantiku sal-Mediterran, kif kien qal il-President George Bush: A Europe whole and free.", "Altru Unjoni b'sitt membri u altru bi 12, bi 30 u b'iktar.", "Aħna niftakru żmien meta kien hawn biss l-Għaqda tal-Faħam u ta' l- Azzar.", "Ġie mument ieħor u niftakru s-Suq Komuni b'sitta, imbagħad waslet il- Komunita' Ekonomika Ewropea u warajha s-single market, is-suq ewlieni.", "Niftakru ż-żmien meta ma kienx hemm parlament u aktar tard meta l-parlament ma kellu poteri ta' xejn.", "Imbagħad twieled dan il-parlament.", "Issa qed naraw l-Unjoni Ewropea bi 15-il membru, f'evoluzzjoni kontinwa, u dan l- iżvilupp ta' evoluzzjoni ta' sħubija ekonomika qed iġib miegħu x-xewqa, l- instigar tal-leġittimazzjoni ta' l-istituzzjonijiet, speċjalment tal- kummissjoni.", "Huwa proprju hawn fejn jiena nemmen li anke Malta tista' tagħti l-kontribut validu tagħha.", "Mr Speaker, jiena nisma', naqra u nsegwi b'attenzjoni dak li jgħid sieħbi l-ministru għall-affarijiet barranin, l-Onor.", "Joe Borg, u aktar ma nisimgħu iktar nirrealizza kemm dan jitkellem bis-sens u b'għaqal kbir fl- interess tat-tfal tiegħi.", "Għax irrid ngħid li nħossni kburi li Malta, f'temp ta' ftit xhur, irnexxielha tirkupra dan il-progress kollu fin- negozjati bi 17-il kapitlu minn 31 miftuħin, uħud minnhom ċertament li mhumiex tant faċli.", "Jiena ma naqbilx man-naħa l-oħra meta tgħid li għall- Ministru Joe Borg u għall-gvern immexxi mill-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, qisu xejn m'hu xejn.", "Jiena nisma' lilhom u nisma' lill- Ministru Joe Borg, li d-diskors tiegħu l-ħin kollu konkret, il-ħin kollu chapter and verse u qatt ma jgħidilna biex niġru iktar milli suppost.", "Il- Ministru Borg sikwit jgħid: Aħna qegħdin ninnegozjaw, irridu perijodu ta' transizzjoni f'numru ta' oqsma fejn hemm bżonn.", "Issemmew l-għajnuna ta' l- istat lit-tarznara, ix-xiri tat-tieni proprjeta' mill-barranin u affarijiet oħra.", "Għalissa qegħdin ninnegozjaw l-aħjar kondizzjonijiet possibbli u beħsiebna nieħdu żmien kemm hemm bżonn, avolja aħna nixtiequ nidħlu kmieni kemm jista' jkun.", "Imma lill-Ewropa rridu nfehmuha l-problemi tagħna u nitolbuha l-għajnuna.", "Il-Ministru Borg spiss iwiddibna biex inkunu serji u biex ma nitolbux affarijiet li naħsbu li m'għandniex bżonn.", "Avżana li fin-negozjati ġejjin numru ta' kapitli dwar il-kompetizzjoni, il-moviment tal-kapital u l- politika soċjali li huma ibsin u li rridu naħdmu ħafna fuqhom.", "Jiena ngħid li dan mhux diskors ta' xi gvern li miexi wara xi ħolma fiergħa.", "Dan hu gvern li għandu viżjoni, li qiegħed jagħti direzzjoni ċara u stabbli, direzzjoni li ilna nippridkawha 21 sena.", "Għandna fiduċja kbira li jekk nilagħbu l-karti tagħna tajjeb - u jiena nappella biex ikun hawn tfixkil mill-inqas f'dan ir-rigward - nistgħu niksbu pakkett, nistgħu nagħmlu deal, li lilna tagħmlilna l-ġid u tagħti futur sabiħ lill-poplu tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR CARMELO BORG: Mr Speaker, pajjiżna bħalissa għandu quddiemu problema dwar jekk għandniex ningħaqdu fl-Unjoni Ewropea.", "Min ġie f'idejh u qara l-ktieb ta' Edward De Bono ''Lateral Thinking'', żgur li ltaqa' ma' diversi problemi li jeżistu, fejn biċċa minnhom m'għandhomx soluzzjoni filwaqt li oħrajn għandhom.", "Pero' mbagħad hemm oħrajn li minkejja li għandhom soluzzjoni, għandhom iktar minn soluzzjoni waħda.", "Triq waħda forsi sserrep u ddum biex tasal għal soluzzjoni, teħodlok iktar ħin u enerġija, wqt li triq oħra tista' twasslek għal soluzzjoni f'inqas ħin u b'inqas spejjeż.", "Din hi s-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Il-gvern qiegħed iħares lejn l-Unjoni Ewropea bħala l-futur ta' pajjiżna għax jemmen li fiha biss hemm is-soluzzjoni tal-problemi li għandna.", "L- oppożizzjoni min-naħa l-oħra tgħid li hemm soluzzjonijiet oħrajn li jħallu riżultati aħjar u b'inqas problemi.", "Dan ma jfissirx li l-oppożizzjoni - kif qegħdin jinterpretawha ħafna - ma tridx li jkollna x'naqsmu ma' l- Ewropa.", "Xejn minn dan!", "Anzi l-oppożizzjoni qiegħda tgħid li trid ħbiberija mill-eqreb ma' l-Unjoni Ewropea, pero' m'hemmx għalfejn li nintrabtu magħha bħal fiż-żwieġ biex inġorru t-tajjeb u l-ħażin meta l- ħażin huwa ferm iktar.", "Dik hija d-differenza li teżisti bejnna u bejn il- gvern preżenti.", "Nerġa' ngħid li hemm fatturi tajbin jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, pero' hemm ukoll fatturi oħra li jħallu impatt negattiv fuq pajjiżna, fosthom il-kompetizzjoni diretta li jkollhom jiffaċċjaw l- industriji tagħna, l-imxija tal-ħaddiema minn pajjiż għall-ieħor, l- industrija tal-biedja u s-sajd, il-forza militari ta' l-Unjoni Ewropea u t- tmexxija tal-banek minn Brussels.", "Jekk wieħed jeżamina ftit kif Għawdex jista' jintlaqat minn dawn il- fatturi negattivi jsib li dan jintlaqat daqs Malta, jekk mhux aktar ukoll.", "Insemmi per eżempju l-impatt negattiv li se jkun hemm fuq l-industrija tal- manifattura.", "Kulħadd jaf li bħalissa din l-industrija għaddejja minn perijodu ħażin.", "Ir-raġuni hija minħabba l-kompetizzjoni qawwija li qiegħda tħabbat wiċċha magħha minn pajjiżi oħra.", "U jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-qasam industrijali ta' Għawdex jara kemm dan huwa minnu, għax in- numru ta' ħaddiema f'dawn il-fabbriki qiegħed dejjem jonqos, filwaqt li ma tgħaddix sena li ma tagħlaqx xi fabbrika jew aktar.", "Barra dawn il-fabbriki hemm ukoll il-ħwienet iż-żgħar tax-xogħol li qegħdin jagħtu kontribut importanti ħafna lil Għawdex.", "Uħud minn dawn in-negozji huma mmexxijin minn membri tal-familja.", "Dawn żgur se jsibu problemi kbar ma' wiċċhom jekk wieħed jara ftit x'ġara f'pajjiżi oħra, u ħafna minnhom naħseb li jkollhom saħansitra jagħlqu.", "Mr. Speaker, il-free movement of people, jiġifieri li n-nies - inklużi ħaddiema - ikunu jistgħu jmorru minn pajjiż għal ieħor bla ebda xkiel, ukoll se tolqotna aktar ħażin minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Din tolqot iktar u iktar lilna l-Għawdxin.", "Jekk kull Għawdxi jmur l-Unjoni Ewropea ma jinħassx, pero' jekk ikun hemm ftit mijiet li jiġu jaħdmu ġewwa Għawdex dawn jifqgħu s-suq tagħna.", "Barra dan hemm ukoll il-problema ta' l- emigrazzjoni.", "Dan ifisser li Għawdxin ikunu jistgħu jmorru jaħdmu l- Ġermanja jew l-Italja.", "Hawn wieħed irid iżomm f'moħħu li f'dawn il-pajjiżi mhux kollox ward u żahar.", "Per eżempju, fis-snin '50 u '60 emigraw ħafna nies minn pajjiżna u dawn kellhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi ġodda, problemi li għadhom isibuhom sal-lum.", "Dawn l-Għawdxin u l-Maltin li siefru biex isibu x-xogħol barra minn xtutna kellhom it-tfal, u meta riedu jiġu lura ma setgħux għax uliedhom riedu jibqgħu hemm.", "B'hekk dawk l-imsejkna jew kellhom jibqgħu tturufnati ma' uliedhom, inkella ġew mingħajrhom bir- riżultat li l-familja tkissret.", "Issa jekk il-ħsieb ta' dan il-gvern iseħħ, dawk l-istess problemi se jerġgħu jerfgħu rashom.", "Mr Speaker, l-industrija tal-biedja u s-sajd ukoll se jintlaqtu ħażin.", "Huwa fatt magħruf li l-biedja u s-sajd huma l-pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija.", "Meta wieħed jara x-xogħol li sar biex inbnew il-ħitan u kif tinħadem ir-raba', wieħed jista' jimmaġina li dan kollu ma sarx waħdu imma huwa frott ix-xogħol u t-tbatija tal-bdiewa tagħna li bnew il-ħitan bl- istess materjal tal-blat li kien jinqata'.", "Kollox mera, nerġa' ngħid, ta' ħidma bla waqfien u ta' tbatija kbira.", "B'danakollu, għalkemm għal snin sħaħ dawn kienu l-pilastri ta' l-ekonomija Għawdxija fis-sittinijiet, diversi żgħażagħ għażlu li jabbandunaw il-biedja u s-sajd u bdew ifittxu xogħol fil-fabbriki u f'industriji oħra, filwaqt li oħrajn anke ddeċidew li jmorru jfittxu x-xogħol barra mill-gżira tagħna.", "B'hekk l-industriji tal- biedja u s-sajd bdew inaqqsu mill-importanza tagħhom, pero' mbagħad ġie żmien meta dan it-tnaqqis stabilizza ruħu u dawn l-oqsma reġgħu bdew jieħdu r-ruħ mill-ġdid.", "B'danakollu, minħabba ċ-ċokon tagħna, minkejja li għandhom ċerta stabilita', l-iċken moviment li jsir fil-pajjiż jista' jolqothom ħażin ħafna.", "Nirriferi wkoll għat-tħaffir għall-ilma permezz tal-boreholes, bla ma nidħol fil-mertu jekk dan huwiex legali jew le.", "Għandi f'moħħi biss l- effett li dawn ħallew fuq il-biedja tagħna.", "Minħabba l-kwantita' ta' ilma li issa għandna iktar mis-snin ta' qabel ġara li l-prodott żdied, bil- konsegwenza li l-bdiewa llum qegħdin jilmentaw li mhumiex isibu bejgħ biżżejjed fis-swieq.", "Huma jilmentaw ukoll li l-prezz qiegħed jonqos, per eżempju, il-prezz tal-bettieħ kien Lm1-il kaxxa.", "M'inix se ngħid jekk dan hux aħjar jew le għall-konsumatur, imma l-argument tiegħi hu li għax kien hemm daqsxejn ilma iktar mis-snin ta' qabel, dan effettwa s-suq kollu.", "L-istess ħaġa jista' jingħad min-naħa ta' l-industrija tas-sajd.", "Kulħadd jaf l-irkaptu u l-attrezzament li għandhom is-sajjieda tagħna.", "Kulħadd jaf li ma tistax tikkomparahom mas-sajjieda Taljani, Spanjoli jew Ingliżi.", "Naħseb li lkoll niftakru x'ġara meta sajjieda Ġappuniżi u Taljani daħlu jistadu għat-tonn qrib pajjiżna u l-konsegwenzi li dawn ħallew fuq is- sajjieda tagħna.", "Kienu jmorru jitkarrbulhom biex mill-iskart tagħhom, it- tonn li ma jbigħux jagħtuhulhom biex ma jtellfuhomx fis-sajd tagħhom.", "Dik kienet is-sitwazzjoni tas-sajjieda Maltin.", "Issa din l-aħħar sena jew tnejn żvolġew problemi oħra, bħas-sajd tal-lampuki, il-ħuta li kulħadd jaf li hija marbuta ma' Malta, tant li fil-fatt ħafna jsejħulha l-ħuta Maltija.", "Fil-fatt kienet xi darba imma mhux se tibqa'!", "Is-sajjieda tagħna, minħabba ċirkostanzi oħra, bdew jitfgħu ċ-ċimi iktar 'il bogħod minn xtutna, bil-konsegwenza li ħajru lit-Taljani - u llum anke l-Ispanjoli - biex jistadu għal-lampuki.", "Illum is-sajjieda tagħna qegħdin jilmentaw li kemm minħabba s-sajd tat-Taljani u iktar u iktar minħabba s-sajd ta' l- Ispanjoli, il-lampuki ftit li xejn għadhom jersqu lejn xtutna.", "U din hi ħuta li ma tikbirx fl-ibħra Maltin imma hija ħuta li tpassi.", "Issa peress li l-Ispanjoli ġeografikament huma ħdejn Ġibilta', l-għonq tal-Mediterran lil huwa tant dejjaq, allura hi ħaġa faċli għalihom li jaqbduha qabel ma' din tidħol aktar 'il ġewwa.", "Nixtieq kelli iktar żmien għax għandi ħafna iktar xi ngħid, pero' nagħlaq billi nsostni li pajjiżna għandu toroq oħra.", "Il-bżulija u l-għaqal tal-ħaddiema tagħna huma magħrufin internazzjonalment.", "Ħaddiema tagħna kemm Maltin kif ukoll Għawdxin stabilew irwieħhom f'pajjiżi bħall-Amerika, l- Awstralja u kull fejn marru.", "Dan huwa fatt magħruf, bħalma huwa magħruf li dawn iħobbu jfaddlu.", "Dan huwa l-mod kif l-oppożizzjoni tħares lejn il- problema li semmejt u li ftaħt biha.", "L-oppożizzjoni qiegħda tgħid li l- poplu tagħna għandu potenzjal qawwi kif jista' jimxi 'l quddiem mingħajr ma jintrabat ma' l-ebda barrani.", "Min-naħa l-oħra il-gvern qiegħed iħares lejn il-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż, problema li ġabha hu stess b'idejh u qed jistenna li din se jsolviha billi jidħol fl-Ewropa.", "Din hija ħaġa tal-ġenn u ħaġa li ma tagħmilx sens.", "Il-poplu jeħtieġ li jirrealizza dan.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, is-serjeta' li qegħdin juru ż-żewġ naħat ta' dan il-parlament f'dan id-dibattitu turi kemm aħna nħarsu lejn il- politika barranija ta' pajjiżna bħala xi ħaġa marbuta mal-futur u mar- realta' ta' art twelidna.", "Jiena xtaqt nitkellem fuq ir-realta' politika għax l-ewwel parti ta' dan id-dokument li qegħdin niddiskutu llejla titkellem dwar il-kriterji politiċi li Malta tissodisfa vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett għandna l-kriterju importanti jekk f'pajjiżna għandniex jew le demokrazija.", "Altru li f'Malta għandna demokrazija ħajja, vibranti, is- saltna tad-dritt, u naħseb li tajjeb nenfasizzaw li għandna r-rule of law.", "Din hija frażi li ġejja minn tant sekli ilu pero' li ħafna drabi neħduha for granted.", "Biex illum qegħdin ingawdu u ngħixu f'din is-saltna tad-dritt kellhom jgħaddu ħafna snin, peress li fl-imgħoddi bħala poplu aħna ġejna mċaħħdin minn dan id-dritt mill-barrani.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm perijodu meta konna mċaħħdin minn ċerti drittijiet mill-istess gvern Malti.", "Pero' llum hawn konsens li importanti li ngħixu f'saltna tad-dritt, fejn hawn demokrazija u alternanza politika.", "Għaliex hija importanti l- alternanza, Sur President?", "Jekk kien hemm xi ħaġa li l-poplu tagħna wera f'dawn l-aħħar żewġ elezzjonijiet din kienet li hu lest li jagħmel użu minnha kull meta jħoss il-ħtieġa tagħha.", "Fl-1996 kellek poplu li vvota b'maġġoranza assoluta lill- Partit Laburista u 22 xahar wara mbagħad l-istess poplu wera s-sovranita' tiegħu u għażel li jeleġġi gvern ieħor.", "Din l-alternanza turi l-maturita' tas-sistema politika ta' pajjiżna.", "Issa f'dan id-dokument, apparti mill- istatistika dwar il-partiti politiċi, il-voti li jġibu fl-elezzjonijiet id- deputati, u l-mod kif wieħed jakkwista dritt għal vot, hemm parti li hija importanti ħafna dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.", "U jekk f'Malta għandna xi ħaġa li nistgħu niftaħru biha hija proprju din.", "Aħna għandna qafas b'saħħtu ħafna fejn tidħol il-protezzjoni assoluta tad- drittijiet tal-bniedem.", "Dawn id-drittijiet mhux biss huma infurzati mill- qrati tagħna, imma anke mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Il- Qorti Ewropea tista' tagħti deċiżjoni u l-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta u anke l-leġislatur Malti jkunu obbligati jirrikonoxxu dik id-deċiżjoni u jimxu magħha.", "Aħna diġa' ilna minn Mejju ta' l-1987 nimxu b'dan il-mod.", "Dik kienet l- aħħar azzjoni li kien għamel gvern Laburista meta daħħalna the right of individual petition.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn kull ċittadin Malti seta' jmur u jitlob sodisfazzjon fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem minn qorti Ewropea.", "Hekk kien sar, per eżempju, mis-Sur Demicoli kontra Malta.", "Kien hemm diversi każi oħra, bħalma kien hemm reċenti fil-każ tat-Tuneżin, Ben Ali, dwar il-kwestjoni tal-bail.", "Dan juri li m'għandniex għalfejn noqogħdu nġibu l-argument li jekk aħna nkunu membri fl-Unjoni Ewropea ma nkunux aktar sovrani għax diġa' għandna din il-Qorti Ewropea li tista' tindikalna x'inhi t-triq f'kamp legali partikolari.", "Għal kuntrarju dan ifisser li aħna poplu matur u li għandna sistema ta' drittijiet tal-bniedem ħajja u effikaċi.", "F'dan id-dokument hemm imniżżla lista ta' trattati kemm tal-Kunsill ta' l- Ewropa kif ukoll tal-United Nations li Malta ffirmat u taderixxi għalihom, qafas ta' konvenzjonijiet li jagħtu dritt u protezzjoni sħiħa mhux liċ- ċittadin per se imma anke lil kategoriji speċjali bħall-minoranzi, ir- refuġjati, it-tfal, in-nisa u saħansitra lill-akkużat f'ċerti proċeduri biex ikun hemm fair trial.", "Naħseb li dawn kollha jimmilitaw favur qafas importanti ħafna, tajjeb u pożittiv tad-drittijiet tal-bniedem.", "Fl-aħħar parti dan id-dokument jitkellem dwar il-leġislatur, l-eżekuttiv u l-ġudikatura.", "Dalgħodu assistejna għal darb'oħra għall-ftuħ tas-sena forensika fil-qrati tagħna.", "Naħseb li għandna ġudikatura biex niftaħru biha, għandna ġudikatura rispettata, well-versed meta tiġi biex tittratta f'fora internazzjonali, fejn anke wħud mill-ġudikanti tagħna jirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn pajjiżna, bħalma ġara ftit tal- ġimgħat ilu fejn imħallef Malti ġie elett fost kompetizzjoni ħarxa ħafna fuq il-Human Rights Commission tal-United Nations.", "Mhijiex xi ħaġa żgħira din imma unur għall-Imħallef partikolari u għall-ġudikatura lokali.", "Dan juri kemm il-ġudikatura tagħna hija rispettata u stmata saħansitra mill- barranin.", "Fl-aħħarnett, fejn jidħol il-kriterju politiku, l-NPAA jitkellem dwar diversi kummissjonijiet, bħal the commission for the administration of justice, l-ombudsman, it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, in-national audit office u l-permanent commission against corruption.", "Naħseb li dawn il-ħames entitajiet jirrappreżentaw protezzjoni qawwija ħafna liċ-ċittadin Malti kontra s-suspetti jew kontra xi miżuri ta' korruzzjoni.", "Dawn jagħtu liċ-ċittadin Malti s-setgħa li jieħu s- sodisfazzjon tiegħu f'dawn il-fora, bħal ngħidu aħna l-permanent commission against corruption, fejn jista' jkun hemm persuna allegata jew suspettata f'xi prattiċi ta' korruzzjoni.", "Mr. Speaker, f'dan l-istadju nixtieq nagħmel punt dwar in-national audit office, li għalija huwa monument għal dan il-parlament.", "Jekk m'inix sejjer żball kien il-gvern Laburista li pproponieh, u aħna li dak iż-żmien konna fl-oppożizzjoni qbilna miegħu.", "Dan hu mertu taż-żewġ naħat tal-Kamra u llum nistgħu niftaħru li għandna audit office imparzjali, entrenched fil- Kostituzzjoni, rispettat u awtonomu mill-gvern.", "Id-deċiżjonijiet tiegħu huma rispettati minn kulħadd.", "Dwar l-ombudsman niftakru li meta ġiet l-ewwel idea dwaru ftit tas-snin ilu minn gvern Nazzjonalista kien hemm min forsi kellu xi dubji dwar kif dan seta' jaħdem.", "Illum ilkoll kemm aħna naqblu li mhux talli din l-idea ħadmet talli it is setting the standards for others to follow.", "Forsi d- deċiżjonijiet tiegħu mhux biss ikunu ta' rakkmandazzjoni imma f'ċerti oqsma jkunu aktar minn hekk.", "Jiena naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li dan kien pass importanti 'l quddiem fit-tħaddim tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Mr Speaker, biex nagħlaq nixtieq insemmi x'għamlet Malta mil-lat politiku vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Ma ninsewx li taħt il-Presidenza Portugiża nfetħu tmien kapitli li minnhom sebgħa ngħalqu diġa'.", "Disa' kapitli nfetħu taħt il-Presidenza Franċiża, u jien informat li l-position papers kollha relevanti jridu jkunu lesti sal-15 ta' Diċembru li ġej sabiex inkunu in time ħalli fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla jiġu konklużi n-negozjati.", "Din m'hijiex ċajta meta tqis li aħna tlaqna biss kważi 22 xahar ilu.", "(Interruzzjonijiet) Huwa veru li huwa aħjar li wieħed iħares 'il quddiem, imma billi kultant tħares waħda lura biex tara kemm tkun imxejt ma fiha xejn ħażin.", "Għalhekk meta aħna nħarsu lura minn fejn tlaqna fl-1998 u fejn qegħdin illum, ilkoll kemm aħna f'dan il-parlament, speċjalment din in- naħa, minkejja l-biki u t-theżżiż tas-snien ta' xi uhud, naħseb li għandna nħossuna kburin li Malta tagħna reġgħet mhux biss qiegħda fost il-pajjiżi applikanti imma qegħda in pole position.", "Ovvjament dan ma jfissirx li m'hemmx affarijiet li fuqhom għad irridu nagħfsu aktar.", "Insemmi, per eżempju, l-għajnuna finanzjarja min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din trid tkun commensurate, aktar idonea, biex aħna nkunu nistgħu naqdu d-doveri tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-alignment tagħna ma' l-acquis u f'ċerti chapters li qegħdin jiġu negozjati.", "Għalhekk huwa tajjeb li b'vuċi waħda nitkellmu f'dan ir-rigward biex inkunu f'possibbilta' aktar idonea li nagħmlu dan l-eżerċizzju, li bilfors irid isir.", "Irridu nifhmu li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, ċertu restructuring kemm fil-mentalita' kif ukoll fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna bilfors irid isir.", "Jiena naħseb li 'l Malta tagħna għandna nipprojettawha bħala punt ta' inkontru bejn il-popli, kemm dawk Mediterranji u anke Ewropej.", "Aħna rridu li Malta jkollha vuċi sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk nenfasizza l-kelma \"sħiħa\".", "Jiena nħoss li qegħdin nagħmlu sew li nagħmlu konfront ta' l- ideat, bħalma hu tajjeb li nitgħallmu t-tnejn minn xulxin.", "Nieħu gost ukoll li nisma' lil tan-naħa jagħmlu xi suġġerimenti utili u mhux biss kritika distruttiva.", "Wara kollox aħna għandna nippruvaw nissieltu għal dak li hu l- aħjar fl-interess ta' pajjiżna.", "Il-konklużjoni tiegħi hija li aħna ma rridux li nkunu fl-Unjoni Ewropea għax hija xi poeżija ta' ħsieb iżda għax hija loġika ta' ħsieb.", "Hija garanzija għall-istabilita' ta' Malta tagħna.", "Jien dejjem ngħid li s- sħubija ta' pajjiżna m'hijiex l-unika alternattiva imma hija l-aħjar waħda.", "Meta jiena nagħmel deċiżjoni fil-ħajja tiegħi mmur għal dak li huwa available imma mmur għal dak li huwa l-aħjar, b'fiduċja sħiħa fil-forza intellettwali tal-poplu tagħna li jikkomponi u li jikkompeti sew mal- barranin, li mhu xejn anqas minnhom anzi f'ċerti oqsma huwa aħjar.", "Naħseb li altru li għandna ċans li naslu.", "Ma nixtieqx li nibqgħu naraw lill-Partit Laburista b'politika tal-bieraħ għall-politika ta' Malta futura.", "Naħseb li dan il-pajjiż jixraqlu aħjar.", "Naħseb li rridu nerfgħu ftit rasna 'l fuq mill-politika partiġġjana u naraw x'inhu verament l-interess ta' pajjiżna.", "Aħna rridu vuċi ta' Malta Maltija fl-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox fl- essenzjalita' u fl-identita' tagħha Maltija hija Ewropea fl-appartinenza tagħha, Mediterranea fil-pożizzjoni ġeografika tagħha.", "U għandna biex niftaħru li aħna Mediterranji u aħna Ewropej fl-istess ħin.", "Aħna Ewropej għax aħna Maltin u mhux Maltin għax Ewropej.", "Dan qed ngħidu għax tajjeb li nenfazzizzaw l-identita' tagħna, it-ticket li se jwassalna biex inżommu l- għeruq tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-awgurju tiegħi bħala Malti li jixtieq il-veru ġid lil Malta.", "Lil Malta tagħna ta' għada rriduha tkun aħjar minn Malta tal-bieraħ.", "J'Alla dan id-dibattitu joħloq din l-atmosfera biex nissieltu għal dak li tassew hu l-aħjar għall-interess ta' pajjiżna.", "Grazzi ħafna.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr. Speaker, xtaqt nitkellem ftit fuq qasam li ċertament għandu implikazzjonijiet kbar għal pajjiżna.", "Qed nirriferi għall- intrapriżi ż-żgħar kif ukoll għall-qasam tas-self-employed.", "Jiddispjaċini ninnota li d-dokument li għandna quddiemna tan-national plan for the adoption of the acquis jidher li huwa dokument li ma jirriflettix id- diffikultajiet li se jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom dawn in-nies.", "It- triq li għażel il-gvern Nazzjonalista fil-fehma tiegħi aktar se xxekkel milli tiffaċilita l-maġġoranza tal-businesses.", "Dan qed ngħidu fid-dawl taż- żjara li saret f'pajjiżna dan l-aħħar mid-direttur tal-federation of small businesses tar-Renju Unit, federazzjoni li tħaddan madwar 156,000 businesses u negozji żgħar.", "Tgħiduli li hemm differenza kbira bejn din il- federazzjoni u ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Veru, imma tajjeb li wieħed iħares lejn min hu mġarrab biex jitgħallem a spejjeż ta' ħaddieħor.", "Fil-fatt ħaġa preokkupanti li ġġib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea hija ċertament il-burokrazija u r-regolamentazzajoni kbira biex wieħed ikun kompatibbli ma' dak li titlob din is-sħubija.", "Fil-fatt, Mr. Prime tal- federazzjoni tas-small businesses tar-Renju Unit wera li fl-aħħar 20 sena fl-Ingilterra kellhom jiddaħħlu madwar 64,000 regolament ġdid biex il- businesses ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għal dak li titlob sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment mhux neċessarjament kollha kemm huma kellhom rabta' ma' dan il-għan imma l-parti l-kbira minnhom iva.", "Issa la din ir- regolamentazzjoni kollha kellha impatt fuq pajjiż bħalma hu r-Renju Unit, kemm se jkollha impatt ikbar fuq pajjiż żgħir bħalma hu tagħna?", "U dan il- fatt tassew qed iħasseb bil-kbir lill-businessman iż-żgħir, lis-self- employed iż-żgħir li biex ikun hawn verament kummerċ dawn irid jkollhom ċerta flessibilta'.", "M'inix ngħid li l-businessmen u s-self-employed huma kontra li jkun hawn ċerta regolamentazzjoni adatta għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, imma mill-banda l-oħra dawn ma jridux li tidħol regolamentazzjoni sempliċement għax hekk timponi Brussels.", "Jien naħseb li għadha friska fil-memorja tas-self-employed u ta' l- intrapriżi ż-żgħar l-introduzzjoni għal darba, darbtejn tal-VAT ġewwa pajjiżna.", "U jekk hawn ħaġa li dawn żgur isemmulek hija l-burokrazija kbira li daħlitilhom, burokrazija li fiha nnfisha tmur kontra l-ispirtu ta' l- entrepreneurship.", "U din it-tip ta' regolamentazzjoni ċertament iżżid l- ispejjeż amministrattivi għal dawn l-intrapriżi u anke l-obbligi u r- responsabilitajiet kbar li jridu jġorru.", "Barra dan, importanti għalihom li jkunu jafu dawn ir-regolamenti kollha għax ikun gwaj għalihom jekk jonqsu milli jaderixxu għal xi waħda minnhom.", "Min-naħa tagħna tajjeb li nirrealizzaw li r-regoli li jidħlu f'pajjiżna biex ifasslu triq għall- kummerċ ħieles iridu jkunu tali li jagħmlu sens għaċ-ċokon tagħna.", "Hawn ta' min isemmi li f'pajjiżna diġa' daħlet ċerta regolamentazzjoni.", "Dan meta m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea, aħseb u ara jekk 'il quddiem nadottaw regoli tajbin għal pajjiżi kbar u aħna ndaħħluhom f'pajjiżna lock, stock and barrel.", "Tiġini f'rasi, per eżempju, meta bniedem jiġi biex jiftaħ ħanut u japplika għall-permess mingħand il-planning authority.", "Hawn għandna ċerta regolamentazzjoni li jiena ngħid inġabet minn pajjiżi ferm u ferm akbar minna u ppruvaw jadattawha għal pajjiżna.", "Fil-fatt l-applikanti qegħdin jintalbu jipprovdu wkoll ċerti parking areas.", "Dan huwa fattur li mhux għajr ridikolaġni.", "Lil min irid jiftaħ ħanut fi Triq ir-Repubblika, lil dan se jgħidlulu li biex jagħtuh liċenzja jrid jipprovdi l-parking għall- klienti tiegħu?", "Din ir-regola fiha nnifisha forsi tagħmel sens, pero' wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni ċerti ċirkostanzi partikolari u mhux jaqta' sinjal għad-dritt.", "F'dan il-kuntest wieħed irid jifhem li dak li japplika għall-pajjiżi kbar, ma jfissirx li japplika lock, stock and barrel għalina.", "Anzi nżid li jekk nagħmlu hekk, flok inkunu qegħdin niffaċilitaw il-kummerċ tagħna nkunu qegħdin inxekkluh milli jespandi, speċjalment fejn jidħol in-negozjant iż-żgħir.", "Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi l-NPAA mhux qed jaħseb b'mod realistiku biex jilqa' ż-żieda tar-riżorsi umani u l-importazzjoni kbira fil-qasam tal- prodotti u s-servizzi kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Suppost il- ħsieb kien li b'mod parallel mal-liberalizzazzjoni ġewwa pajjiżna, jiġi introddott ilqugħ biex gradwalment bniedem ikun jista' jadatta għar-rwoli ġodda li toffri l-ekonomija tagħna.", "Iżda sfortunatament dejjem nisimgħu bit- tneħħija tal-levies, bit-timeframes u b'regolamentazzjoni ġdida u ftit li xejn nisimgħu dwar l-għajnuna neċessarja.", "Jiena ngħid li dan huwa ta' awgurju ħażin ħafna għal min jixtieq jidħol fil-qasam tal-kummerċ biex jiffjorixxi, għax min hu b'saħħtu se jsir aktar b'saħħtu u min hu żgħir u jixtieq jistabilixxi ruħu se jispiċċa biex jew jagħlaq jew inkella ma jkunx jista' jkampa.", "Ħaġa li nnotajt ukoll fil-ferneżija ta' dan il-gvern biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea huma d-diskorsi li l-Prim Ministru għamel waqt żjarat barra minn pajjiżna.", "Dan ftaħar li tant aħna tajbin li mill-ewwel se nabbraċċaw il-euro bħala l-munita tagħna.", "Jien ngħid - u m'inix inħares lejn ħafna snin oħra imma forsi daqs sentejn oħra biss - li dan ikun ta' periklu kbir għall-ekonomija tagħna peress li hi ekonomija ta' pajjiż ċkejken.", "Veru li m'hemm xejn ħażin li meta wieħed jiġi biex jistabilixxi l- valur tal-lira tagħna jkun hemm komponent ta' l-euro f'dan il-basket of currencies biex wieħed jasal għall-bilanċ - kif fil-fatt jeżisti llum - imma li noħorġu ngħidu li l-euro se tkun il-munita tagħna se jtellifna l- flessibbilta' li nikkontrollaw l-inflazzjoni.", "Għalkemm il-gvern jirranġuna li din għadha mhix allarmanti aħna nafu li bil-miżuri li qiegħed jieħu l- gvern Nazzjonalista l-inflazzjoni qiegħda on the increase.", "(Interruzzjonijiet) Imma naqra llum, naqra għada dejjem qiegħda tiżdied!", "Sadanittant bil-miżura li beħsiebu jieħu l-gvern inkunu qegħdin tassew nitfgħu l-ġebla fuq saqajna stess peress li ftit xejn ikollna ċans li nikkontrollaw l-inflazzjoni meta wieħed jiftakar li bi sħubija fil-euro nkunu qegħdin ngħidu li nintrabtu b'rata waħda ta' imgħax u b'hekk ir- regola fundamentali tal-flessibbilta' tkun intremiet il-baħar.", "Irrid ngħid li bejn il-ħsieb tal-gvern li jdaħħal lil Malta fi sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea u l-viżjoni li għandu l-Partit Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran hemm differenza bażika kbira.", "Sa ftit ilu kienu jgħidulna li Svizzera fil-Mediterran hija xi ħaġa li m'hijiex achievable, pero' issa rajna jintleħaq ftehim bejn pajjiż li m'huwiex membru ta' l- Unjoni Ewropea, cioe' l-Isvizzera, u l-blokk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment m'għandniex inħarsu lejn il-kontenut u ngħidu li dak li ġara ma' dak il-pajjiż għandna napplikawh għalina, pero' dan qed ngħidu minħabba li bosta kienu jsostnu li huwa impossibbli li jsir ftehim simili.", "Issa llum din saret ħaġa possibbli u ħaġa li ġrat.", "Dan huwa preċedent li jagħti aktar piż għall-pożizzjoni tagħna ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Imma d-differenza fejn hi?", "Id-differenza bażika hija li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, fejn tinħoloq free trade area bejn il-blokk ekonomiku u politiku ta' l-Unjoni Ewropea u pajjiżna, aħna nkunu qegħdin nagħmluha possibbli li Malta tidħol fi trade agreement simili ta' free trade areas ma' blokki oħrajn ekonomiċi jew ma' pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Bi sħubija sħiħa dan ma jkunx possibbli.", "Speċjalment meta bħalissa hawn tant diskors dwar il-globalizzazzjoni, meta l-orizzonti qegħdin tant jikbru minflok jiċkienu, jiena nistaqsi għaliex għandna bilfors norbtu l-karru tagħna ma' sħubija sħiħa.", "Bl-idea ta' Svizzera fil- Mediterran ikun hawn possibbilta' li anke fil-qasam ta' l-esportazzjoni jinfetħu fruntieri akbar.", "Qabel relazzjoni ekonomika bejn il-blokk tal- Middle East u l-Mediterran kienet qisha xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Illum saret ħaġa possibbli.", "Dawn il-possibbiltajiet għall-kummerċjant Malti qed jintremew mill-gvern preżenti minħabba li jrid jissieħeb fl-Unjoni.", "Fil- mixja tiegħu lejn sħubija sħiħa ma' l-Unjoni, il-gvern qiegħed jagħmilha diffiċli biex isir negozju ma' dawn it-tipi ta' pajjiżi anke saħansitra ma' l-Istati Uniti.", "Jien nistaqsi: Dan li rridu biex inkattru l- esportazzjoni ta' pajjiżna?", "Dawn huma t-toroq li rridu nuru lill- businessmen tagħna biex jespandu?", "Jew dawn huma biss toroq li se jwassluna fi sqaq dejjaq?", "Għalhekk jiena ngħid li dan l-NPAA qed ipinġi soluzzjoni li mhi soluzzjoni xejn la għall-businessmen u lanqas għall-impriżi ż-żgħar tagħna.", "Il-verita' hi li dan il-pjan se joħloq aktar xkiel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, il-politika tal-Partit Laburista hi li jkollna relazzjonijiet mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea bit-tip ta' kuntatt li sar bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea.", "Din hija ħaġa li sa ftit ilu kienu jgħidu li m'hijiex possibbli li sseħħ imma issa f'daqqa waħda, wara li tħabbar dan il-ftehim, kulħadd waqa' fil-muta u kulħadd fehem li hemm alternattivi oħra barra sħubija sħiħa.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-bieraħ kellna l-ministru tas-saħħa jitkellem hawnhekk dwar kif jintlaqat is-settur tas-saħħa fir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni.", "Hu saħaq - u naqbel miegħu fuq dan il-punt - li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni hemm bżonn li jsiru tibdiliet fil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru tiegħu.", "Jiena rrid ngħid li tul it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista kienu diġa' bdew isiru diversi diskussjonijiet kemm ma' l-għaqda dinjija tas-saħħa kif ukoll ma' l-FAO, ħalli l-liġijiet ta' Malta jinbidlu għall-aħjar u jkunu aġġornati skond il- bżonnijiet tal-lum.", "Dan kellu jsir fl-interess ta' Malta u mhux għax imposti minn xi ħadd ieħor f'terminu ta' żmien.", "Sur President, jiena qgħadt nisma' b'attenzjoni d-diskors pjuttost qasir tal-ministru u kont impressjonat b'diversi punti.", "Impressjonajt ruħi aktar b'dak li ma qalx milli b'dak li qal, u naħseb li bħali għamlu diversi ċittadini Maltin u Għawdxin li semgħuh jitkellem.", "Ejjew naraw daqxejn l- ewwel punt li jirrigwarda l-free movement of goods.", "Hawn Malta jeżistu diversi kumpanniji li jimmanifatturaw affarijiet farmaċewtiċi.", "Issa tajjeb li wieħed jgħid li s'issa dawn il-kumpanniji kienu jridu jiġu assessed biex wieħed jara l-good manufacturing practice tagħhom, imbagħad wara joħorġu ċertifikati kif elenkat mid-WTO.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-good manufacturing practice mitlub mill-Unjoni Ewropea huwa iktar strinġenti minn dak tad-WTO u tkun ħaġa flokha ħafna jekk f'dan il-parlament ikollna informazzjoni dwar kif għandhom ikunu upgraded dawn il-kumpanniji ħalli jkunu ta' livelli li jikkonformaw mal-liġijiet u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb kien ikun interessanti kieku kellna informazzjoni wkoll dwar x'assistenza se tingħata mill-gvern.", "Kienet tkun ħaġa tajba wkoll kieku l- gvern qalilna jekk hemmx xi ħsieb li jintalab żmien transitorju biex isiru l-bidliet kollha neċessarji u x'effett se jkollhom dawn id-direttivi kollha fuq din l-industrija.", "Nittama li m'aħniex qegħdin ngħidu li nistgħu ngħaddu mingħajrhom bħalma diġa' qegħdin ngħidu li Malta tista' tgħaddi kważi mingħajr is-settur tal-manifattura lokali.", "Wara kollox informazzjoni bħal din isserraħ moħħ ħafna ħaddiema li jaħdmu f'dawn il-fabbriki.", "Ilkoll niftakru lill-Viċi Prim Ministru jitkellem dwar is-serħan il-moħħ u għalhekk hemm bżonn ta' ċerti risposti ħalli l-ħaddiema u l-familji tagħhom ikunu jafu eżattament fejn jinsabu u x'hemm lest għalihom fil-futur.", "Niġi issa għas-settur li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi, Sur President, għax tajjeb li nagħmel parentesi żgħira fuq l- industriji tal-farmaċija.", "Matul it-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista saru kuntatti bejn id- dipartiment tas-saħħa u dawn il-kumpanniji biex bil-mod il-mod jagħmlu r- ristrutturar neċessarju mingħajr ma jiġi pperikolat l-għajxien tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.", "Fil-fatt x'kien ġara?", "Fi żmienna, eżattament f'Settembru ta' l-1997, kienu saru diskussjonijiet mad-WTO ġewwa Copenhagen, bir-riżultat li kienu ntbagħtu esperti f'Malta biex ikunu jistgħu jagħmlu suġġerimenti dwar leġislazzjoni komprensiva konnessa mar- reġistrazzjoni ta' prodotti.", "Fil-fatt kien diġa' sar draft ta' liġi neċessarja għal dan il-għan.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din ir- reġistrazzjoni kienet qed tiġi diskussa wkoll biex tidħol fuq perijodu ta' żmien fl-interess ta' Malta u ta' l-importaturi tagħna ħalli dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti kollha neċesarja biex l-impatt ma jkunx wieħed qawwi.", "Dan kollu sar ukoll biex il-prezzijiet għall-konsumatur ma jisplodux.", "Aħna konna nafu li l-mediċini huma diġa' għaljin fis-suq privat u ma ridniex li dawn ikomplu jogħlew.", "Issa qed jingħad li din ir-reġistrazzjoni trid issir fi żmien relattivament qasir, għalkemm wieħed irid jgħid ukoll li skond ir-rapport li għandna quddiemna, qiegħda tintalab deroga biex ikun jista' jsir it- tibdil kollu meħtieġ.", "Hawn ukoll il-poplu għandu bżonn aktar informazzjoni dwar fejn u minn min se ssir din l-evalwazzjoni.", "F'Malta m'hawn ħadd li hu espert f'dan il-qasam ta' testijiet neċessarji li jridu jsiru fuq reġistrazzjoni ta' prodotti u għalhekk bilfors se jkollna bżonn laboratorji u esperti barranin fejn dawn il-prodotti jkunu jistgħu jintbagħtu ħalli ssir l-evalwazzjoni kollha tagħhom.", "F'dan il-każ wieħed bilfors iħoss li għandu jistaqsi dwar min se jħallas għal dan.", "Dan se jħallas għalih il- poplu Malti, l-importatur jew il-manifattur tal-prodott?", "Hawn tinbet mistoqsija oħra: Jekk il-perijodu transitorju li qed jitlob il-gvern Malti ma jiġix aċċettat, imbagħad x'se jiġri?", "Naf li qegħdin jintalbu ċerti derogi, pero' ma nafux x'se jiġri jekk dawn ma jiġux aċċettati.", "Nittama li mhux se jiġri dak li għadda minn għala widnejja, li hemm saħansitra l-ħsieb li jinġiebu biss prodotti manifatturati fl-Unjoni Ewropea u b'hekk inkunu qegħdin neskludu mediċini li llum jiġu minn postijiet bħall-Isvizzera, l-Amerika, il-Kanada u l-Awstralja, mediċini tant popolari mat-tobba tagħna.", "Għalhekk naħseb tkun ħaġa flokha ħafna li jkollna alternattiva għax mhux imbilli ngħidu li se nitolbu deroga, imma jrid ikun hemm anke l-alternattivi.", "B'danakollu dawn ma jidhru mkien.", "Nispera li l-għajdut li hemm fil-fatt huwa biss għajdut u xejn aktar.", "Niġi għal settur li għalkemm huwa ta' ċerta importanza l-bieraħ il- ministru lanqas biss għoġbu jirriferi għalih.", "Għandi f'moħħi l- liberalizzazzjoni ta' l-ispiżeriji.", "Din se ssir mill-ewwel jew se nitolbu xi deroga oħra?", "Jew qegħdin nittamaw li l-Unjoni Ewropea taċċetta d-deroga tagħna li jkun hemm kontroll jew limitazzjoni ta' perijodu ta' żmien dwar il-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital?", "U jekk dan ma jseħħx, x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern?", "Dawn huma r-risposti li aħna hawn ġew u l- poplu Malti nixtiequ nkunu nafu.", "Jekk se nitolbu derogi anke f'dan il-kas, x'ser nagħmlu jekk dawn ma jiġux aċċettati?", "Se nibqgħu mexjin xorta waħda mingħajr alternattivi minkejja l-impatt negattiv li dan jista' jħalli fuqna?", "Jew il-gvern se jżomm iebes u jgħid li mhux se jkompli miexi bil- pass mgħaġġel li mexa bih s'issa?", "Dawn huma r-risposti li l-poplu Malti qed jistenna.", "Ta' min ifakkar li l-Partit Laburita kien qiegħed jiddiskuti safejn għandha tasal din il-liberalizzazzjoni u diġa' kien hemm ftehim fil- prinċipju bejn il-gvern, il-GRTU u l-kamra ta' l-ispiżjara.", "Issa x'se jkun verament il-futur ta' l-ispiżeriji u ta' l-ispiżjara ġewwa Malta?", "Hawn jiġuni f'moħħi l-ispiżjara, it-tobba, il-paramediċi, in-nurses u kulħadd.", "Irridu u ma rridux, bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ħadd ma jista' jżomm ħaddiem milli jidħol f'pajjiżna kemm-il darba dan ikun jaf il-lingwa Ingliża u jkollu l-kwalifiki neċessarji rikonoxxuti.", "Dan ikun jista' japplika biex jiġi jaħdem għax ikun konformi mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ il-ministru qal li jrid ikun hemm l-ispazju biex dawn jidħlu.", "Jekk Malta tkun fl-Unjoni Ewropea u jkun hemm sejħa għal infermiera fil-gazzetta tal-gvern, dik se tkun tgħodd għal kull ċittadin fl-Unjoni Ewropea li jkollu kwalifika ta' infermier.", "L-istess ħaġa tapplika għat- tobba, għall-ispeċjalisti u għall-paramediċi.", "M'hemm l-ebda mod kif tgħid le.", "Huwa minnu li persuna trid tapplika quddiem il-medical council u trid tidher quddiem l-awtoritajiet kollha li jikkontrollaw is-settur tan-nursing u r-rikonoxximent tan-nurses, imma diment li din il-persuna tkun taf il- lingwa Ingliża u jkollha l-kwalifiki kollha u l-esperjenza meħtieġa ma tistax tinżamm.", "Jeżistu każi simili li tressqu quddiem il-Qorti Ewropea u din tat il-verdett tagħha b'dan il-mod.", "Hawnhekk tajjeb li nitkellem ukoll fuq il-free movement of persons fejn jirrigwardja ċerti suġġerimenti li suppost kellhom isiru short-term.", "Wasalna fl-aħħar tas-sena 2000 u suppost kellhom isiru din is-sena, b'danakollu għadu ma sar xejn.", "Insemmi, per eżempju, it-training ħalli s-settur tal-general practitioners - tat-tobba fil-familja - ma jibqax kif inhu llum imma jsir fuq bażi iktar professjonali u iktar speċjalizzata.", "Jiena ċert li l-poplu jixtieq ikollu informazzjoni jekk huwiex se jkun hemm perijodu transitorju ħalli tittaffa l-problema li għandna fiċ-ċentri tas- saħħa, fejn hemm nuqqas ta' tobba.", "Kawża ta' hekk uħud minn dawn iċ-ċentri kellhom jagħlqu għal ħin sostanzjali tal-ġurnata filwaqt li dawk li baqgħu miftuħin qegħdin jagħtu biss servizz ta' emerġenza.", "Dan ifisser li l- għażla għaċ-ċittadini Maltin li jistgħu jagħżlu bejn is-servizz governativ u s-servizz privat spiċċat.", "U jekk jinqala' każ wara l-5.00 p.m., dak li jkun irid imur bilfors għand is-settur privat kemm-il darba ma jkollux xi ħaġa urġenti.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm perijodu transitorju biex dawk it-tobba li jkunu għamlu l-housemanship u jkunu jridu jispeċjalizzaw bħala general practitioners, m'għandhomx jibqgħu jaħdmu fis-settur tas-saħħa.", "Imbagħad meta jkollna ammont sostanzjali ta' tobba, ħalli nidħlu għal fażi l-oħra fejn it-tobba li jkunu qegħdin jispeċjalizzaw għal general practitioners ikollhom iċ-ċans kollu li jikkonċentraw biss fuq speċjalizzazzjoni u wara jiġu infiltrati fis-settur tal-general practice.", "Issa jekk dan ikunx governattiv jew privat jiddependi mill-individwu.", "Dawn huma r-risposti li wieħed kien jistenna li jkun hemm kjarifiki fuqhom f'dan id-dokument.", "Niġi issa għas-settur ta' l-ikel u nsemmi l-guidelines li wieħed għandu jimxi magħhom b'mod strett fejn tidħol il-preparazzjoni ta' l-ikel.", "Tajjeb li nfakkar li kien gvern Nazzjonalista li kien beda diskussjonijiet mal-FAO qabel l-1996.", "Kien sar ukoll abbozz ta' liġi, iżda meta fi żmien l- amministrazzjoni Laburista konna bdejna nevalwaw dak l-abbozz sibna li dan kellu jinbidel sostanzjalment minħabba li f'pajjiżna kienu saru ħafna bidliet fl-istrutturi dwar standards.", "Fil-fatt imxejna b'pass imgħaġġel biex u dan l-aħħar kellna l-ewwel qari ta' dan l-abbozz dwar food safety.", "Imbagħad wieħed irid jara wkoll - ladarba qegħdin nitkellmu dwar ir- ristrutturar fis-settur tal-manifattura ta' l-ikel - l-effett sostanzjali tal-cost u l-impatt tiegħu fuq il-konsumatur.", "Tajjeb ngħid ukoll li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, permezz ta' kuntatti mal-FAO, kienet bdiet issir evalwazzjoni tal-food outlets kollha biex wieħed seta' jagħmel assessment tal-gradi tagħhom u jara min hu l- aħjar min hu l-agħar.", "Sadanittant min ġie meqjus bħala l-agħar - flimkien ma' setturi oħrajn - beda jiġi aġġornat, edukat u muri x'tibdil kellu jagħmel.", "Għax dawn mhux billi ttellagħhom il-qorti 'l hemm u 'l hawn, imma trid turihom x'tibdil iridu jagħmlu ħalli l-istandards tagħhom jogħlew u jiġu assoċjati skond il-grading fl-industrija.", "Hekk kien qed isir u hekk għandhom isiru l-affarijiet, bil-mod u bla għaġġla ta' xejn.", "Fi żmien tliet snin iridu jsiru dawn l-affarijiet kollha ħalli niġu aġġornati mad- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea!", "Dan żgur li mhux qiegħed isir fl-interess tas-saħħa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel mistoqsija: X'testijiet qegħdin isiru dwar il- livell tad-diossina fl-ikel li qegħdin nieklu.", "Dan qed nistaqsih għax rapporti qegħdin jgħidu li saħansitra fl-akkwati tal-Magħtab għandek livell ta' iktar minn 10,000 darba ta' kemm hu aċċettabbli l-livell tad-diossina fl-arja u dan kollu qed jispiċċa fl-ikel.", "X'qiegħed isir minnhom dawn it- testijiet?", "Għax naħseb li ħadd minna ma jrid li jiġrilna bħalma ġara f'ċerti pajjiżi.", "Li nista' ngħid hu li d-dipartiment tas-servizzi ekonomiċi għamel studju fuq l-impatt soċjo-ekonomiku ta' dawn it-tibdiliet li jridu jsiru imma sadattant baqa' ma ġiex ippubblikat.", "Settur ieħor li għandu x'jaqsam ma' dak tas-saħħa jirrigwarda l-ilma baħar.", "Hawn ukoll suppost li jsiru ċerti testijiet iżda nafu li dawn lanqas isiru fejn hemm overflow tad-drenaġġ qrib bajjiet rinomati bħall- Għadira, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, il-Ġnejna, l-Armier, Għajn Tuffieħa, il-Mistra u postijiet oħrajn in-naħa tas-south ta' Malta.", "Issa dan meta waqt laqgħa li saret ftit taż-żmien ilu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jien attendejt għaliha, waħda mill-affarijiet li tqajmu bħala problemi f'Malta kienet proprju dwar ir-rimi tad-drenaġġ fil-baħar u dwar l-ilma li nixorbu.", "Ladarba semmejt l-ilma li nixorbu rrid ngħid li hemm bżonn li dan l-ilma jitjieb.", "Dwar dan il-proċess il-gvern għaddej b'għaġġla kbira ħalli jiġi in line mad-direttivi ta' l-Unjoni, iżda dan xi spejjeż qiegħed jiswa lill- poplu Malti?", "U fl-aħħar mill-aħħar, ladarba ma jistax ikun hemm sussidju lill-kumpanniji parastatali jew kumpanniji oħrajn skond id-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea, allura dan ifisser li se jkollu jagħmel tajjeb għalih il- konsumatur minn butu?", "Biżżejjed kellna splużjoni ta' prezzijiet tad-dawl u l-ilma.", "Issa se nkomplu nagħmlu affarijiet b'għaġġla u għal din il-għaġġla jrid iħallas il-poplu Malti?", "Hawn ta' min jgħid li xi nies ħasbu li ladarba nkunu membri fl-Unjoni Ewropea, il-pagi tagħna se jogħlew.", "Dawk li ħasbu hekk illum żgur li fehmu li dan mhux minnu.", "Dan fil-fatt ġie kkonfermat minn kelliem il-bieraħ li qal li pajjiż żgħir bħal tagħna għandu pagi inqas minn ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa u għalhekk ħadd m'hu se jitħajjar jiġi jaħdem hawn.", "Prosit!", "Mela qegħdin nammettu li l-impressjoni li ngħatat li l-pagi tagħna se jsiru bħal dawk ta' pajjiżi oħra Ewropej issa taret mar-riħ.", "Fis-settur ta' l-enrolled nurses imbagħad qegħdin ngħidu li huwa tajjeb li jsir it-tibdil kollu neċessarju ħalli dawn jitilgħu fil-grad tagħhom.", "Sadanittant insibu li fit-tibdil li qegħdin jagħmlu pajjiżi bħall- Ingilterra,dwar in-national health scheme, waħda mill-affarijiet li se jerġgħu jdaħħlu hija r-role ta' l-enrolled nurses.", "Nagħlaq fuq l-aħħar punt dwar paragrafu żgħir li jgħid li qegħdin nagħmlu dan it-tibdil bil-għan li ngħinu lill-ħaddiema u lill-pensjonanti.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid li fir-realta' m'hu qiegħed isir xejn.", "L-impenn li suppost qiegħed juri dan il-parlament ma jidher imkien.", "Id-dipartiment tas-saħħa żgur li jaqa' lura f'dawn l-affarijiet.", "Dan jidher l-aktar mill-fatt li membri ta' dan id-dipartiment suppost qegħdin jattendu laqgħat u t-taħriġ fl-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea pero' fil-parti l-kbira ma qiegħed jattendi ħadd.", "Ċertament, din mhix serjeta'.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, il- bieraħ f'dan il-parlament min-naħa ta' l-oppożizzjoni saretilna d-domanda dwar jekk is-sussidji lill-anzjani jibqgħux jingħataw kemm-il darba pajjiżna jidħol fl-Ewropa.", "Il-kelliemi ta' l-oppożizzjoni mbagħad kompla biex qal li xtaq li tingħata garanzija minn xi ħadd fuq din in-naħa li bid- dħul ta' pajjiżna fl-Ewropa se jibqa' jkun hemm is-sussidji li dejjem kien hemm għall-anzjani.", "Għal din il-mistoqsija se nirrispondi jien, u se nkun ċar u to the point mingħajr ebda ekwivoċi.", "Se nkun ukoll eżawrenti fir- risposta tiegħi għax billi ma nafx sewwa x'ried jifhem bil-kelmiet \"sussidji lill-anzjani\", jien se ninkludi l-pensjonijiet, il-benefiċji soċjali u s-servizzi li jgawdu l-anzjani fil-komunita' inklużi dawk residenzjali.", "Nibda bil-pensjonijiet, Sur President.", "Il-bieraħ hawnhekk intqal li l-Partit Laburista, miskin, ma jrid ibeżża' lil ħadd!", "L-għan tiegħu hi li jgħallem lill-poplu biex jieħu deċiżjoni ġusta u dan għax il-partit iħossu marbut ħafna mal-veru ġid ta' pajjiżna.", "Ara aħna le għax lilna qegħdin jixluna li aħna nħobbu lill-pajjiżi barranin aktar milli nħobbu lil art twelidna!", "Mhux biss, imma issa qegħdin jiftaħru li huma għandhom fiduċja sħiħa fil-poplu Malti filwaqt li aħna m'għandniex!", "Jiena naħseb li l-fatti jitkellmu iktar mill-kliem.", "Nistqarr kategorikament li bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea m'hu se jkun hemm ebda periklu jew l-iċken riskju fir-rigward tal-pensjonijiet tagħna fil- futur.", "Din hija garanzija li qiegħda tingħata mhux bħalma ntqal dalgħodu f'din il-Kamra, li qed isir xi damage limitation exercise.", "Aħna nsostnu li bid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea nkunu qegħdin insaħħu l-bażi tal- pensjonijiet u tal-benefiċċji soċjali kollha li l-poplu tagħna in ġenerali u l-anzjani b'mod partikolari qegħdin igawdu bħalissa.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Il-gvern Nazzjonalista dejjem emmen li biex fil-futur ikollna bażi soda għall-pensjonijiet hemm bżonn li jkollna ekonomija b'saħħitha u soda, u huwa proprju għalhekk li dan il-gvern qiegħed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan iseħħ.", "Għal dan il-għan il-gvern qiegħed jagħti importanza lid-daqs tal-prodott nazzjonali, irid iżid il-kwalita' u l- kwantita' ta' l-istock kapitali, qiegħed jipprova joħloq iżjed investimenti aċċessibbli għall-poplu, qiegħed jikkontrolla l-inflazzjoni, joffri edukazzjoni u training aħjar liċ-ċittadin, qiegħed jagħmel ħiltu kollha - u qiegħed jirnexxilu - biex inaqqas il-qgħad u qed joffri aċċess iktar faċli għal-labour market.", "Aħna nemmnu li bid-dħul eventwali ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea nkunu f'qagħda aħjar biex intejbu dawn il-fatturi kollha, filwaqt li l-ekonomija tagħna tkompli tissaħaħ u tissoda.", "B'ekonomija iktar b'saħħitha u soda fil- ġejjieni nkunu f'pożizzjoni aħjar li niggarantixxu l-pensjonijet u l- benefiċċji soċjali tal-poplu tagħna.", "Din il-garanzija ma konniex nistgħu nagħtuha - apparti l-kwestjoni ta' l-Ewropa - kieku l-gvern ma ħax u għadu qiegħed jieħu l-passi kollha neċessarji biex inaqqas id-deficit ta' Lm150 miljun li ħallietlu l-amministrazzjoni Laburista preċedenti.", "Għaldaqstant inħossni persważ li l-pensjonanti u l-anzjani fil-maġġoranza kbira tagħhom m'humiex qed jemmnu l-propaganda qarrieqa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, il-gvern jemmen u jwiegħed li l-pensjoni ta' l-Istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall-pensjonant.", "Gvern Nazzjonalista m'hu se jabdika qatt ir-responsabilita' tiegħu għas-sigurta' soċjali u għalhekk jiggarantixxi dik is-safety net fil-qasam tal- pensjonijiet.", "Mill-banda l-oħra, il-gvern preżenti jemmen li fil-pajjiż jeżisti ċertu consensus li hawn lok għal private pensions li jistgħu jgħinu ħafna fis-soluzzjoni ta' din il-problema fil-futur.", "Il-gvern huwa kommess biex jassigura l-pensjoni kemm għall-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll għal dawk futuri.", "Madanakollu rridu nimxu lejn liġi ġdida tal-pensjonjiet li tassigura d-drittijiet għal kulħadd filwaqt li tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' dawk li l-iktar jeħtieġu.", "Għal dan l-iskop il-gvern waqqaf kummissjoni biex tistudja r-riforma tal-welfare u li fil-brief tagħha fost ħwejjeġ oħra hemm inkluż li trid tissottometti rakkmandazzjonijiet fuq ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet.", "Din il-kummissjoni trid tindirrizza, tanalizza u tħares il-futur tas-sistemi ta' benefiċċji soċjali fil- pajjiż.", "Niġi issa għall-hekk imsejħa sussidji lill-anzjani, kif irrifera għalihom il-bieraħ kelliemi mill-oppożizzjoni, Sur President.", "Jiena nista' niggarantixxi li l-gvern mhux se jiġi obbligat la minn Brussels u anqas minn xi pajjiż ieħor barrani biex inaqqas jew ineħħi xi benefiċċju soċjali li l-anzjani tagħna qegħdin igawdu bħalissa.", "Nagħmilha ċara wkoll li d-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni m'hu se jaffettwa l-ebda benefiċċju soċjali jew xi servizz ieħor li l-anzjani tagħna qegħdin igawdu fil-komunita'.", "Kif jista' jkun li xi darba gvern Nazzjonalista jasal biex inaqqas xi servizz lill-anzjani fil-komunita'?", "Kif jista' jkun li nkunu aħna li nimminaw dawn is-servizzi meta kien gvern Nazzjonalista stess li daħħalhom fil-pajjiż?", "Huwa faċli ħafna li issa l-membri ta' l-oppożizzjoni jiġu hawn u jsemmu u jiftaħru b'dawn is-servizzi qishom kienu huma li introduċew f'pajjiżna.", "Min qara l-artiklu ta' l-Onor.", "Parnis fil- \"KullĦadd\" jaħseb li kien biss il-Partit Laburista li ħadem għall-anzjani.", "Trid tkun ftit wiċċek tost li mhux biss tiftaħar b'xogħol li għamel ħaddieħor, imma li tipprova tgħid li gvern Nazzjonalista se jkun kaġun li jirrovina dawn is-servizzi!", "Sur President, kif wieħed jista' jara, l-oppożizzjoni tgħaddas rasha u tissokta fil-kritika tagħha.", "Filli tallega li l-anzjani m'għadhomx igawdu l-livell ta' l-għixien li kienu jgawdu qabel u f'daqqa waħda tallega li l- anzjani m'għadhomx jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet neċessarji peress li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Dawn huma kollha allegazzjonijiet infondati.", "Issib ukoll xi membru ta' l-oppożizzjoni li jiġi hawn fil-parlament, bħalma sar il-bieraħ, u jargumenta li m'għandniex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea għax bħalissa fl-Ingilterra l-anzjani anqas biss jistgħu jixegħlu s-central heating peress li m'għandhomx flus biżżejjed biex iħallsu għalih!", "X'meskinita!", "Dawn jiġu hawnhekk u jagħmlu din l-ammissjoni ċara kemm l-anzjan Malti qiegħed igawdi kwalita' ta' ħajja mill-aħjar.", "Aħna konxji mill-kwalita' ta' ħajja li l-anzjani tagħna qegħdin igawdu, għax kien gvern Nazzjonalista li dejjem poġġa l-interess tagħhom fuq nett fl-agenda politika tiegħu.", "Imma jien nistaqsi: Kemm huwa floku li f'dibattitu dwar l-acquis tiġi tistaqsi dwar il-mediċini f'pajjiżna u jekk ix-schedule 5 hijiex se tibqa' jew se tibda titqies bħala lussu żejjed u ħela?", "Dan x'għandu x'jaqsam mad- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea!", "Dan mhux kliem fil-vojt intenzjonat biss biex ibeżża' lil min forsi ma jifhimx ċerti affarijiet?", "Taf x'naf, li kien hemm żmien mhux tant 'il bogħod meta kienu jakkużawna li konna nagħmlu l-lussu u naħlu l-flus għax konna għaddejjin nibnu dar wara dar għall-anzjani tagħna!", "Meta konna nagħmlu l-aħjar faċilitajiet moderni għalihom u naraw li jkunu attrezzati b'kollox, bil-kumditajiet kollha kif jitolbu ż-żminijiet tal-lum kienu jgħidulna li dan huwa kollu lussu żejjed.", "(Interruzzjonijiet) Iva, kienu jgħajruna li konna qegħdin nagħmlu lussu żejjed.", "Imma issa d-diska tbiddlet, issa qegħdin jiftaħru bihom huma, qishom kienu huma biss li bnewhom.", "Semmew ukoll lil San Vinċenz.", "X'wiċċ tost għandhom biex isemmu din ir- residenza, meta jafu li dejjem kien gvern Nazzjonalista li hemmhekk wettaq rivoluzzjoni strutturali u ambjentali li żgur kienet ta' ġid kbir għal dawk l-anzjani li jgħixu f'dak il-lokal?", "Aħna nsostnu li jekk pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea ikun għamel pass fid-direzzjoni t-tajba, anke mil-lat ta' l-anzjani.", "Aħna rridu qabża fil-kwalita' f'kull settur.", "Għadni kemm semmejt id-djar residenzjali ta' l-anzjani.", "Fi żmenijiet tal- lum, minbarra d-djar immexxija mill-knisja u mill-Istat, għandna wkoll id- djar privati għall-anzjani li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jiżdiedu.", "Dan huwa pass pożittiv u l-gvern irid li anke s-settur privat ikun involut fis-soluzzjoni ta' din il-problema.", "Il-gvern Nazzjonalista jassigura li f'kull dar ta' l-anzjani jrid ikun hemm servizz ta' akkommodazzjoni li jiggarantixxi kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra d-dinjita', il-privatezza u d-dritt ta' l-għażla tal-persuna anzjana.", "Sfortunatament - u ma neħux gost ngħidha - għandna rapporti repetuti li f'ċerti djar ta' l-anzjani dawn id-drittijiet m'humiex qegħdin jiġu mħarsa.", "Il-gvern ma jistax jippermetti aktar li l-interess kummerċjali jitpoġġa qabel kull interess soċjali.", "Fil-protocol to the European Social charter, f'artiklu 4 hemm imniżżel:", "\"to guarantee elderly persons living in institutions appropriate support while respecting their privacy and participation in decisions concerning living conditions in the institution.\"", "Huwa ta' ġid għalina li f'materja bħal din inkunu konformi ma' pajjiżi Ewropej u fil-fatt qegħdin naħdmu fuq qafas leġislattiv li bih inkunu nistgħu nilqgħu u nipprovdu rimedju għal kull abbuż u nuqqas li jista' jsir għad-dannu ta' l-anzjani li jkunu qegħdin jgħixu f'xi dar apposta għalihom.", "Dak li nifhmu meta ngħidu li rridu qabża fil-kwalita'.", "Irridu li l-anzjani tagħna jkomplu jgawdu l-kwalita' ta' ħajja li qegħdin jgħixu, anzi jkomplu jtejbuha.", "Aħna lesti li nipprovdu għal ċerti żvantaġġi li s'issa għandna u għadna m'aħniex f'pożizzjoni li nissuperawhom.", "Vantaġġ ieħor li jgawdu l-anzjani tagħna bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea huwa żgur l-għarfien ta' l-istatus tagħhom.", "B'hekk il-kartanzjan, l-ekwivalenti għal senior citizens card, ikollha ferm aktar valur għax tkun rikonoxxuta fil-pajjiżi Ewropej kollha.", "Diġa' kien ta' sodisfazzjon għalina din is-sena meta ġejna informati li dan is-sajf ċerti pajjiżi rrikonoxxew il-kartanzjan tagħna.", "M'hemmx dubju li dan għad ikun ta' vantaġġ kbir għal dawk l-anzjani li jsiefru.", "Nerġa' nenfasizza għal darb'oħra bl-aqwa qawwa kollha li l-anzjani u l-pensjonanti mhux talli m'għandhom xejn x'jitilfu bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, imma talli x'jirbħu biss għandhom.", "Għal darb'oħra nerġa' nassigura lil kulħadd li ebda pensjoni, benefiċċju soċjali jew servizz li l-anzjani qegħdin igawdu bħalissa m'hu se jiġi mnaqqas.", "Għall-kuntrarju, bil-prospettiva ta' l-iżvilupp ekonomiku li pajjiżna jista' jgawdi bid-dħul tiegħu fl-Ewropa, aħna naħsbu u nsostnu li l-anzjan u l-pensjonant se jkunu f'pożizzjoni aħjar milli qegħdin issa.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Sur President, nixtieq nieħu linja daqsxejn differenti mill-kelliema ta' qabli u nitkellem dwar kif l-aquis se jolqot l-aspett tal-housing.", "Dan il-punt forsi m'huwiex ittrattat direttament, tant hu hekk li lanqas biss jissemma f'dan id-dokument.", "Fil-qosor, jekk xi darba Malta għad tkun membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, aħna bħala pajjiż irridu ninkorporaw il-liġijiet tal-komunita' fis-sistema legali tagħna.", "Xi jfisser dan?", "Ifisser li l-liġijiet li l-komunita' tgħaddi jew tippromwovi jridu jiġu mdaħħlin fis-sistema legali tagħna.", "Hawnhekk ta' min iħares lejn is-sorsi tal-liġi li jsawru l-komunita' Ewropea, li bażikament huma kollha miġbura u bbażati fuq tliet trattati fundamentali, dak ta' Pariġi, ta' Ruma u trattati oħra suċċessivi li minnhom jemanu ċerti regoli.", "Dawn it-trattati b'mod miftuħ jindikaw l- oġġettiv li jrid jintlaħaq u d-dettal li għandu jimxi fuqu kull pajjiż biex dawn il-liġijiet jiġu promulgati.", "Dawn naturalment jitħallew f'idejn il- Kunsill ta' l-Ewropa u l-Kummissjoni Ewropea li għandha s-saħħa leġislattiva.", "Min-naħa l-oħra, dawn il-liġijiet jistgħu jkunu forma ta' regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet tal-kunsill jew tal-kummissjoni u rakkmandazzjonijiet.", "Rigward ir-regolamenti dawn huma applikabbli fil-pajjiżi kollha membri mingħajr ebda bżonn ta' xi leġislazzjoni oħra; jiġifieri l-kummissjoni tiddetta u tgħid x'għandu jsir u l-pajjiżi kollha bilfors iridu jimxu ma' dik l-ordni.", "Inkwantu għad-direttivi mbagħad, dawn jikkonsistu fil-bżonn li l-Istat jilleġisla biex iġib il-liġi tiegħu in line ma' dik tal- komunita'.", "Hawnhekk allura tinġibed l-attenzjoni ta' l-Istat partikolari u dan irid iġib il-liġi tiegħu in line ma' dak li l-Unjoni tkun qiegħda titlob.", "Imbagħad hemm id-deċiżjonijiet tal-kunsill jew tal-kummissjoni.", "Dawn min-naħa l-oħra huma deċiżjonijiet li jorbtu biss lil dak l-Istat li fil-konfront tiegħu jiġu diretti.", "Dan ifisser li mhux bilfors kwalunkwe Stat irid jimxi ma' dak li jgħidu l-kummissjoni jew il-kunsill.", "Barra dan hemm ukoll ir-rakkmandazzjonijiet li huma fehmiet li ma jorbtu l-ebda pajjiż partikolari.", "Dawn huma biss guidelines li juru fejn wieħed għandu jimxi.", "Niġu issa għal pożizzjoni legali marbuta mal-qasam tad-djar.", "Hawnhekk għandna l-Kodiċi Ċivili, l-Att li jirregola l-Awtorita' tad-Djar, il- Housing Decontrol Ordinance, il-Housing Extension Act, ir-Rent Restriction Dwelling Houses Ordinance u l-liġijiet li jimponu taxxi fuq il-barranin u jgħidu kemm dawn l-istess barranin jistgħu jakkwistaw proprjeta' f'pajjiżna.", "Mela fil-qafas legali wieħed jista' jara kif b'mod differenti forsi minn dak li wieħed jista' jaħseb, l-Unjoni tista' taffettwa l- pożizzjoni f'pajjiżna.", "Issa kif nafu hawn Malta għandna ċerti liġijiet li jipproteġu lill-inkwilin fil-proprjeta' tiegħu u għandna liġijiet oħra li jipproteġu milli l-barrani jkun jista' jakkwista proprjeta' ġo Malta.", "Il- fatt li Malta tkun tifforma parti mill-Unjoni Ewropea awtomatikament ikun qed jinduċi l-pakkett Ewropew li jkun hawn il-free movement of goods.", "Dan ifisser li l-oġġett minn pajjiż għall-ieħor ikun jista' jidħol liberament u kwalunkwe ċittadin ta' l-Unjoni jista' jmexxi l-kapital tiegħu minn pajjiż għal ieħor kif jidhirlu hu.", "Għandek ukoll il-free movement of services fir- rigward tas-servizzi bħalma huma l-banek, li kwalunkwe individwu jista' joffrihom minn kwalunkwe Stat, u għandek ukoll il-free movement of persons fejn persuna membru ta' l-Unjoni Ewropea tkun tista' tmur minn pajjiż għal ieħor mingħajr restrizzjoni u mingħajr xkiel ta' xejn.", "L-iskop tal-kelmtejn tiegħi għar-rigward tal-housing huwa kkonċentrat fuq il-kwestjoni tal-kapital u tal-persuni.", "Jekk aħna se nidħlu membri, ċittadin fi ħdan l-Unjoni Ewropea jista' jġib il-kapital tiegħu hawn Malta peress li se jkun hawn il-free movement of persons.", "Jekk iċ-ċittadin barrani jista' jiġi hawn Malta, awtomatikament dan se jġib flusu u b'konsegwenza diretta ta' hekk se jkollna l-eliminar ta' dawk ir-regoli li jistabilixxu kemm ċittadin barrani jista' jakkwista proprjeta' hawn Malta u kemm għandu jonfoq fuqha.", "F'kelma waħda dan se jiġi daqs kwalunkwe ċittadin Malti u ħtija ta' hekk se tinħoloq il-kompetizzjoni.", "Kif kulħadd jaf, il-proprjeta' hawn Malta laħqet prezzijiet fenominali u dan hu kollu konsegwenza ta' l-ammont ta' proprjeta' li tinxtara hawn Malta mill- barranin.", "Kulmin jixtri proprjeta' hawn Malta żgur li mhux se jkun bla flus, għaldaqstant iċ-ċittadin Malti qatt m'hu se jkun f'sitwazzjoni li jlaħħaq ma' persuni ta' din il-kwalita'.", "Fattur ieħor li ironikament għadu kif tkellem dwaru l-kelliem ta' qabli huwa dak dwar l-anzjani.", "Hawn Malta se nispiċċaw - bħalma dejjem kien u dejjem hu riklamat - ċentru għall-anzjani.", "Qed ngħid hekk għax iż-żgħażagħ tagħna se jmorru 'l barra minn xtutna għax hemm se jkollhom l- opportunitajiet miftuħin għalihom u f'Malta se jibdew jiġu biss l-anzjani.", "Allura nistaqsi: Aħna se nispiċċaw Ħas-Serħ tal-Mediterran?", "Effett ieħor - u din xi ħaġa li qatt ma nisimgħu fuqha - se jolqot il- kirjiet.", "Diġa' rajna l-effetti tar-regolamenti ta' l-1995 li neħħew il- kontroll fuq il-kirjiet.", "Illum il-ġurnata, is-sid ma jistax jitfa' 'l barra lill-inkwilin jew jgħollilu l-kirja kemm irid hu.", "Mhux se nidħol fil- polemika jekk jiena inix favur jew kontra li l-antik għandu jibqa' imma żgur li kulmin joqgħod fi proprjeta' li ġiet mogħtija lilu b'kirja u kienet protetta qabel l-1995 se jiffaċċja l-problemi.", "Hawn jien nistaqsi: Il- liġijiet tagħna f'dan ir-rigward huma konformi mal-liġijiet Ewropej?", "Jista' l-gvern jagħti garanzija li din il-liġi se tibqa' u s-sitwazzjoni fir- rigward ta' protezzjoni se tibqa' kif inhi wkoll?", "Barra minn hekk, irid jiġi indikat anke li l-Unjoni Ewropea ma tagħti l- ebda flus għax m'għandha l-ebda fondi marbutin mal-housing u dan minħabba żewġ prinċipji bażiċi li għandha.", "Wieħed huwa l-prinċipju tas- sussidjarjeta' u l-prinċipju l-ieħor hu li dan huwa settur li jitħalla f'idejn l-amministrazzjoni tal-pajjiż partikolari biex f'dan ir-rigward l- Unjoni Ewropea ma tkunx qiegħda timponi fuqu.", "Bir-rispett kollu din hija farsa min-naħa ta' l-Unjoni, għax kif diġa' għedt l-Unjoni tista' timponi regolamenti fuq kwalunkwe Stat membru fi ħdanha.", "Huwa veru li f'dan il-każ partikolari tistqarr li hi ma tridx tidħol fuq ir-regolamentar tal-pajjiż pero' fir-realta' din hija farsa għax kulma l-Ewropa trid hija li teħles mir-responsabbilta' li l-inkwiet tal-housing jaf iġib miegħu.", "Irrid ngħid li l-housing huwa problema mhux biss lokali imma mondjali.", "Min siefer jaf x'jeżisti barra minn Malta, u għalhekk għedt li fl-opinjoni tiegħi f'dan il-qasam l-Unjoni Ewropea trid teħles minn din il-problema.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, imiss lili li nagħmel intervent qasir dwar il-pjan tal-gvern għall-adozzjoni ta' l-acquis.", "Jiena naħseb li hija daqsxejn stramba li filwaqt li aħna qegħdin niddiskutu, nikkritikaw u naraw x'fih tajjeb dan ir-rapport, il-gvern qabad għaddej bl-implimentazzjoni ta' numru ta' miżuri li jridu jsiru bilfors biex xi darba nsiru membri sħaħ ta' din l-Unjoni.", "Dan is-sentiment esprimieh ukoll l-editorjal ta' \"The Times\" tat-22 ta' Ġunju li għadda, fejn qal - u se nikkwota -:", "\"How much do the people in general know about it?", "The government may argue that it could not give it much publicity since it is only a draft.", "That argument is not sound enough as it is precisely before decisions are taken that the public needs to be involved in discussions.", "In this context it does appear somewhat anomalous that Parliament will be debating the acquis adoption plan when the first decisions have already been taken.\".", "Hawnhekk qed ngħidu li l-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin ftit li xejn jafu minn xiex iridu jgħaddu sabiex dak mitlub minn Brussels ikun implimentat.", "Il-poplu Malti ftit li xejn jaf xi prezz irid iħallas sabiex jitwettaq dan il-pjan, u dan għax il-gvern jidher li qiegħed jgħid biss dak li jgħodd għal widnejn il-poplu.", "Aħna ma naqblux ma' dan li hu għaddej għax nemmnu li t-triq li qabad il-gvern - it-triq għas-sħubija sħiħa - m'hijiex l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Inkunu ġwejjef jekk f'dak li qed nagħmlu ma nħarsux l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-poplu tagħna.", "Għandna nkunu ċerti u konvinti li l-miżuri li qegħdin jittieħdu u li se jkomplu jittieħdu fiż-żmien li ġej ma jkunux ta' detriment għall-ġid li sal-lum gawda l-poplu tagħna.", "Dalgħodu f'din il-Kamra kien hemm min semma t-tibdil u l-immodernizzar fl- istrutturi ta' pajjiżna li huma meħtieġa li jsiru.", "Dawn il-kelliema sostnew li dan kollu nsibuh fir-rapport li għandna quddiemna.", "Allura dan ifisser li għandna nitgħabbew b'dawn il-piżijiet u t-tbatijiet kollha biex nimmodernizzaw ruħna?", "Jiena ngħid li le.", "Għax minkejja li jiena naqbel li f'dan il-pajjiż huwa meħtieġ li nimmodernizzaw ruħna, pero' dan żgur għandu jsir skond il-bżonnijiet u l-interessi ta' pajjiżna.", "Ilkoll nafu li meta nadottaw dak kollu mitlub f'dan ir-rapport se jkollna naraw tibdil fil-mod kif sal-lum ingħata s-sussidju lil ċerti korporazzjonijiet, kumpanniji tal- gvern u t-tarznari tagħna.", "Se jkollna tibdil ukoll fil-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Allura, Sur President, se naċċettaw li dawn is-setturi jitgħabbew bil-piżijiet li żgur ma jifilħux?", "Se naċċettaw li biex nissodisfaw dak li hemm mitlub f'dan il-pjan ngħaddu minn large scale redundancies kif diġa' kellu indikazzjonijiet il-gvern li jista' jkun hawn?", "Jekk nieħdu l-qasam tat-tarznari, fejn għandna madwar 6,000 ħaddiem li jiddependu minn din l-intrapiża, naraw li s'issa dawn dejjem iddipendew mis-sussidji mogħtija lilhom mill-gvern biex baqgħu għaddejjin.", "Għalkemm aħna naqblu li s-sussidji għandhom jonqsu u li għandu jkun hemm ristrutturar fit-tarznari tagħna biex dawn ikunu iktar kompetittivi, pero' dan kollu m'għandux isir b'din l-għaġġla kollha.", "Fil-fatt il-gvern Laburista ta' sentejn ilu kien beda pjan ta' ristrutturar fit-tarznari tagħna.", "Dak iż-żmien konna ħallejna programm dwar kif it-tarznari tagħna setgħu jkunu iktar produttivi u iktar kompetittivi biex is-sussidji jonqsu bil-mod il-mod.", "Dan il-pjan ħejjejnih għax aħna qatt ma nistgħu naċċettaw li b'xi skuża jew oħra l-ħaddiema tat-tarznari tagħna jispiċċaw mingħajr impjieg.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li l-gvern qal li se jitlob perijodu ta' transizzjoni fuq is-sussidji tat-tarznari, ikun tajjeb li nkunu nafu jekk id-direttiva li m'għandux ikun hemm sussidji hijiex se tkun tgħodd għalina wkoll.", "Per eżempju, ftit tax-xhur ilu fil-Portugal ingħalqet it- tarzna ewlenija għax hekk kienet mitluba li tagħmel.", "Jekk inħarsu lejn l- istess rapport li joħroġ minn dan il-programm għall-adozzjoni ta' l-acquis, naraw li fil-medium-term priorities fejn jidħol sussidju, qed jingħad li pajjiżna:", "\" .... has to phase out more state aid schemes that do not comply with the acquis and with other international commitments.\".", "Naħseb li aħna m'aħna xejn speċjali.", "Jekk miżura tassattiva bħal din ittieħdet f'pajjiżi li huma membri, ma nafx kif aħna nistgħu neħilsu u ma ngħaddux minnha.", "Tajjeb naraw ukoll kif tista' tintlaqat l-industrija tal-manifattura.", "Din diġa' bdiet għaddejja minn ċerti piżijiet minħabba l-iżmantellar tal-levies protettivi bħal fil-każ tat-tarznari.", "Aħna lkoll naqblu li l-industrija tagħna għandha tkun immodernizzata iżda dan għandu jsir b'pass meqjus.", "Irridu naraw li l-industrija lokali tkun tiflaħ għall-impatt, għall-iskossi li se jkunu mitluba minnha.", "Ta' min jgħid li 94.6% ta' l-intrapriżi li għandna f'pajjiżna huma meqjusin bħala kumpanniji żgħar li jħaddmu magħhom mhux iktar minn għaxar persuni.", "Dan qed ngħidu għax il-biża' tiegħi huwa li jekk dawn l-intrapriżi żgħar ngħabbuhom bil-piżijiet dawn se jkollhom iżarmaw jew isiru importaturi minflok manifatturi.", "J'Alla li dawn il- kumpanniji żgħar isibu l-appoġġ u l-għajnuna meħtieġa biex jibqgħu jeżistu, u allura jibqgħu joffru impjiegi tant meħtieġa lill-ħaddiema tagħna.", "Tajjeb ngħidu wkoll li waħda mill-isfidi kbar li għandha l-Unjoni Ewropea hija kif se tiġġieled il-problema tal-qgħad li hija mifruxa f'ħafna reġjuni tal-pajjiżi mseħbin fiha.", "Aħna bħala poplu, bil-mod kif aħna magħġuna, inħossuna skomdi anke meta l-figura tal-qgħad tkun kif inhi bħalissa.", "Sadanittant ħarsa ħafifa lejn dak li hu għaddej bħalissa fl-Ewropa nsibu li n-numru ta' persuni bla mpjieg jilħaq madwar 15-il miljun ruħ u dan in- numru huwa mifrux mal-15-il pajjiż membru.", "M'hemmx pajjiż li jista' jiftaħar li hu speċjali għax m'għandux qgħad, b'danakollu wieħed jinnota li fin-naħa ta' l-Ewropa l-figuri tal-qgħad huma ogħla ħafna minn dawk li qegħdin fin-naħa ta' fuq.", "Jiena naħseb li din m'hijiex kumbinazzjoni, imma hija dovuta għall-fatt li l-pajjiżi t'isfel ta' l-Ewropa qegħdin ikunu meqjusa b'mod differenti minn dawk tan-naħa ta' fuq ta' l-istess kontinent.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn il-qgħad kif inhu maqsum fil-persuni ta' taħt il-30 sena naraw li f'pajjiżna dawn ilħaqqu madwar 2,500, kważi l-40% tal-persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Issa fin-naħa t'isfel tal-Mediterran insibu large scale youth unemployment, fejn reġjun bħall-Calabria għandu madwar 62% taż-żgħażagħ li huma mingħajr xogħol.", "Jekk nieħdu paġna 153 fejn hemm il-parti dedikata għall-Industrial Relations Act, naraw li din tgħid li bħalissa f'Malta - u se nikkwota -:", "\"There also exists an extensive range of secondary labour legislation in the form of national standard orders and wage regulations orders, including the part-time employment national standards order, 1996.", "The above mentioned legislation framework provides partial compliance with the existing EU labour legislations\"", "Imbagħad jissemmew numru ta' council directives fosthom, il-Council Directive 93/04 li tittratta ċerti ħinijiet tax-xogħol.", "Meta fittixt xi tgħid din id-direttiva sibt li ħaddiema li jkunu msieħba fl-Unjoni ma jistgħux jaħdmu iktar minn 13-il siegħa kuljum, li jfisser mhux iktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa.", "B'hekk il-ħaddiema Maltin - kemm-il darba nissieħbu fl-Unjoni - ma jkunux jistgħu jaħdmu iktar minn tmien sigħat f'part-time job jew overtime.", "Mela tajjeb li nkunu nafu l-affarijiet sew u mhux naqbdu u nimplimentaw ċerti direttivi bla ma naraw eżattament kif dawn se jolqtu lill-poplu tagħna.", "Sabiex nikkonkludi, għax jidher li l-ħin tiegħi skada wkoll, nixtieq ngħid li minkejja l-propaganda kbira li għaddejja mill-gvern u minn min qed jimbotta d-dħul ta' Malta fl-Unjoni, l-oppożizzjoni Laburista tibqa' tinsisti li sħubija sħiħa m'hijiex l-aħjar triq.", "Dan ilna ngħiduh.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Ewropa, anzi rridu l-aħjar relazzjoni magħha fl- aħjar interess tal-poplu tagħna u fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Aħna rridu nibqgħu pajjiż ħieles u sovran kif konna f'dawn l-aħħar snin mingħajr indħil barrani.", "Għaddejna biżżejjed żmien maħkuma mill-barranin u ma rridux li ta' warajna jerġgħu jgħaddu minn dak li għaddew missierijietna.", "Għalhekk, aħna konvinti u se nibqgħu nisħqu li l-aħjar triq għal pajjiżna hi t-triq tal-Partit Laburista li aħna nagħmlu minn pajjiżna Svizzera fil- Mediterran.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal għada l-Erbgħa, 4 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni dwar il-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni ta' l-Acquis - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, f'dan l-ewwel aġġornament tiegħi wara r-recess tas-sajf irrid nirriferi għal diversi problemi li qajmu diversi kostitwenti tiegħi.", "Nibda biex nirriferi għall-ħarġa ta' \"in- nazzjon\" tat-Tnejn, 28 ta' Awissu, fejn korrispondent mill-Belt kiteb dwar problema ta' abitazzjoni perikoluża.", "Dan il-korrispondent, li jien inzertajt nafu, kellimni u xtaq li nqajjem dan il-każ proprju għaliex jista' jwassal biex tirrepeti ruħha t-trġedja li ġrat fil-Furjana s-sena l- oħra fejn persuna tilfet ħajjitha.", "Nixtieq nikkwota minn din l-ittra li dehret f'\"in-nazzjon'':", "\"Jiena u l-familja tiegħi, flimkien ma' erba' familji oħrajn, ngħixu f'kerrejja fil-Belt li qegħda fi stat ħażin ħafna tant li hi kkundannata u anke għandna ċertifikat tal-perit dwar dan.", "Is-sid tal- kerrejja kien informat b'dan kollu u aċċetta li jibda jwettaq xi xogħlijiet ta' tiswija urġenti, tant li madwar xahar ilu ntbagħtu xi ħaddiema u bdew jagħmlu xogħlijiet ta' tiswija.", "Il-problema hi li dawn ġew biss darbtejn jew tliet darbiet u kienu jiġu biss darba fil-ġimgħa.", "Issa ilhom ġimgħat ma jiġu u għalhekk aħna, flimkien mal-familji l-oħra li jgħixu f'dik il-kerrejja, għadna ngħixu f'periklu kontinwa minħabba l-istat ħażin tal-kerrejja.", "Il-kerrejja, fost l-oħrajn, għandha soqfa fi stat perikoluż, turġien fi stat ħażin u perikolużi u affarijiet oħrajn.", "Nixtieq inkun naf xi drittijiet għandna aħna l-familji li qed ngħixu f'dan l-istat u x'nistgħu nagħmlu fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha.\"", "L-espert ta' \"in-nazzjon\" wieġeb fid-dettall dwar kif il-liġi tipproteġi lill-inkwilini li jgħixu f'bini tal-privat u qal li meta jkun hemm periklu serju, huma jistgħu jirrikorru lejn il-liġi sabiex ma jħallux dan il- periklu jkun ta' dannu għalihom.", "Irrid ngħid li huwa importanti li hawnhekk il-gvern jerfa' wkoll ir- responsabbilta', Speċjalment fin-naħat tal-Belt, tal-Furjana, fil-Pieta' u l-Hamrun, u anke f'partijiet antiki bħall-Kottonera, sfortunatament din il-problema hi rikorrenti u fl-opinjoni tiegħi l-gvern irid jara kif is-sid jerfa' ir-responsabbiltajiet tiegħu u jneħħi l-periklu imminenti li jkun hemm fir-residenzi li jikri.", "Din l-ittra dehret fil-gazzetta fit-28 ta' Awissu u l-persuni konċernati - u nista' ngħid bla tlaqliq li dawn joqogħdu f'247, Triq San Pawl, il-Belt - jafu li ġejja x-xitwa u l-maltemp u għaldaqstant hemm għandhom ċerta għaġġla biex jitlesta x-xogħol.", "Huwa veru li l-liġi tagħti soluzzjoni lil nies bħal dawn, imma peress li hemm l-element ta' l-urġenza, jiena nemmen li l-gvern irid jara kif joħloq struttura biex ikun jista' jidħol f'każijiet bħal dawn.", "Jiena nista' ngħid li l-persuni konċernati f'dan il- każ m'għandhomx applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva għaliex jixtiequ jibqgħu joqogħdu hemm għal diversi raġunijiet, fosthom li draw dak l-ambjent u li jekk jidħlu f'appartamenti ġodda l-kera tkun aktar għolja.", "Mr. Speaker, jiena nemmen li minkejja li l-liġi fit-teorija tipproteġi lill-inkwilin, fil-prattika dan m'huwiex iseħħ u allura jiena nappella lill- gvern biex f'każi bħal dawn, fejn għandek bini tal-privat fi stat perikoluż iċċertifikat minn perit b'periklu imminenti, jeħtieġ li l-gvern ikollu mezz kif jinsisti mas-sid sabiex din il-ħsara tiġi rranġata anke fi ftehim ma' l- inkwilini.", "Irrid ukoll nirriferi għal ittra li rċevejt proprju ftit tal-ġranet ilu minn kostitwenta mill-Furjana.", "Din l-ittra tgħid hekk:", "\"Issa li s-sejħa għat-tenders għall-installazzjoni tal-lifts ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-8 ta' Awissu, nittama li malli jintgħażel il-kuntrattur jinbeda x-xogħol bla dewmien.", "Nittama li int tagħmel minn kollox biex ma jkunx hemm dewmien għax minħabba ċ- ċirkostanzi partikolari tagħna - l-ewwel wieħed ħija, li minn mindu waqa' nitwerwer narah nieżel u tiela' t-taraġ - kuljum jgħodd.\"", "Mr Speaker, il-punt huwa dan.", "Il-gvern preżenti, kif wiegħed anke fil- programm elettorali, permezz ta' l-awtorita' tad-djar ħareġ bl-iskema li permezz tagħha jiġu installati lifts fl-appartamenti tal-gvern.", "Din l- iskema kienet se tibda' fil-Belt, fil-Furjana u fil-Kottonera.", "Eventwalment l-awtorita' tad-djar estendiet din l-iskema għall-blokki kollha tal-gvern madwar Malta u Għawdex, fejn jgħixu persuni li għandhom problemi ta' mobilita' u dan fil-fatt kien seħħ fl-okkażjoni tal-ġimgħa għall-persuni b'diżabilita' li saret fis-sena 1999.", "Din hija policy realistika u meħtieġa proprju l-aktar għal dawn l-inħawi, imma anke fil- bqija tal-gżejjer Maltin għandek postijiet mimlijin taraġ li fihom jabitaw persuni anzjani jew b'diżabilita'.", "Jiena rrid ngħid li għamilt diversi interventi f'dan il-parlament dwar din il-kwestjoni, sew f'aġġornamenti bħal dan kif ukoll f'mistoqsijiet parlamentari u anke f'mistoqsijiet supplimentari waqt il-question time.", "Jekk wieħed jara ftit l-aħħar mistoqsijiet parlamentari li saru dwar dan is- suġġett isib li minn Ġunju 'l hawn fost il-membri parlamentari kollha saru erba' mistoqsijiet parlamentari dwar dan is-suġġett, waħda mill-Onor.", "Joseph Sammut li huwa l-ispokesman ta' l-oppożizzjoni dwar id-djar, u tlieta minni stess.", "Il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Sammut li saret fil-15 ta' Ġunju kienet tgħid:", "\"Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibbiltajiet hemm għall-iskema 5, u cioe' li l-installazzjoniji tal-lifts fi proprjeta' tal-gvern tiġi estiża għal lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex li wkoll ibatu minn turġien.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda għall- perijodu ta' bejn Ottubru, 1999 u Ġunju 2000 u jgħid f'liema lokalitajiet, kemm ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati?\"", "Fil-fatt il-Viċi Prim Ministru wieġeb fil-21 ta' Ġunju, fl-okkażjoni tal- ġimgħa għall-persuni b'diżabilta' li l-awtorita' estendiet din l-iskema għall-blokki kollha tal-gvern madwar Malta u Għawdex fejn jgħixu persuni li għandhom problema ta' mobilita'.", "Bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju 2000 l- awtorita' tad-djar irċeviet b'kollox irċeviet 16-il applikazzjoni, tnejn mill-Furjana, waħda minn Ħal-Lija, tnejn minn tal-Pieta', tnejn minn Ħal Qormi, waħda minn San Ġiljan, waħda minn Ħal Tarxien, erba' minn Ta' Xbiex u tlieta mill-Belt.", "Il-Viċi Prim Ministru qal ukoll li sal-lum l-awtorita' tad-djar issottomettiet sitt applikazzjonijiet ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Dawn jinsabu erba' fil-Furjana u tnejn fil-Pieta' u li fi żmien qasir kienet se tinħareġ sejħa pubblika għal offerti għal dawn ix- xogħlijiet, barra milli kienu se jiġu sottomessi aktar applikazzjonijiet għall-installazzjoni tal-lifts ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Il-Viċi Prim Ministru qal ukoll li fejn ikun possibbli tiġi nstallata s-sistema tal-lift dan se jsir.", "Nerġa' ngħid, l-aktar biex meta jirrapportaw il-media ma jikkwotawnix ħażin, li s-16-il applikazzjoni li rriferejt għalihom saru biss bejn l-1 ta' Ottubru 1999 u Ġunju ta' l-2000.", "Ta' min igħid li kienet diġa' ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet qabel u din fil-fatt kienet għalqet; imbagħad reġgħet infetħet u għalqet qabel Ottubru, imma mbagħad reġgħet infetħet u tħalliet miftuħa.", "Li rrid ngħid hawnhekk huwa li meta l-Viċi Prim Ministru f'Ġunju wiegħed li ftit ġranet oħra li tinħareġ sejħa pubblika għal offerti għal dawn ix-xogħliijet, fil-fatt dan seħħ, għax f'paġna 6065 tal-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Awissu, wieħed isib dettalji dwar il-ħruġ ta' din l- offerta u li dawn jistgħu jinġabru mill-awtorita' tad-djar, il-Furjana, wara li jitħallas dritt ta' Lm10 għal kull kopja.", "Dan qed ngħidu biex nuri li l-affarijiet bdew mexjin u hawnhekk għandna sejħa għal offerti fil- Gazzetta tal-Gvern għal dawn ix-xogħlijiet u għandna wkoll applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex erba' postijiet il-Furjana u tnejn tal-Pieta' jkollhom lift installat.", "Mr Speaker, tul dawn l-aħħar ġimgħat jiena għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari rigward l-istallazzjoni ta' dawn il-lifts.", "Dwar blokk fil- Furjana u t-tweġiba tal-Viċi Prim Ministru kienet:", "\"Prima facie jidher li s-sistema tal-lifts se tiġi nstallata\",", "filwaqt li dwar blokk ieħor fil-Belt - hawn qegħdin nitkellmu dwar blocks fejn hemm persuni b'diżabilita' jew anzjani fis-sulari ta' fuq - irriżulta li f'dan il-blokk - biex inkun eżatt Nru. 25, Triq il-Punent, il-Belt - il- Viċi Prim Ministru wieġeb li saret spezzjoni u rriżulta li t-tromba hija tant ristretta li ma jistax jiġi nstallat lift u li m'huwiex possibbli li jsir lift minn barra.", "Mr. Speaker, qed insemmi dawn il-każi għax huwa tajjeb li n-nies jifhmu li mhux se jkun possibbli li l-lift jiġi nstallat f'kull blokk tal-gvern jew f'kull blokk fejn hemm persuni b'diżabilta', l- aktar minħabba li fihom ikun hemm restrizzjonijiet strutturali.", "Irrid ngħid ukoll li fl-14 ta' Ġunju għamilt mistoqsija parlamentari lill- Viċi Prim Ministru li kienet tgħid hekk:", "\"Peress li l-iskema dwar l-installazzjoni tal-lifts fl-appartamenti tal-gvern fil-Kottonera, il-Belt u l-Furjana damet ma ġiet fis-seħħ, tista' l-awtorita' tad-djar tagħti prijorita' lil-appartamenti fejn hemm:", "1. anzjani ta' l-fuq minn 80 sena fis-sulari ta' fuq, u", "2.każi ta' persuni b'diffikultajiet serji ta' mobilita',", "billi x-xogħlijiet jinbdew fihom u mbagħad jitkomplew f'postijiet oħrajn?\"", "Il-Viċi Prim Ministru fid-19 ta' Ġunju kien wieġeb hekk:", "\"L-awtorita' tad-djar qed tipprepara l-pjanti neċessarji ta' dawk il- blokki kollha fejn jista' jiġi nstallat lift f'dawn il-lokalitajiet.", "Kif dawn jiġu ffinalizzati jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "S'issa l-awtorita' tad-djar diġa' ssottomettiet applikazzjonijiet għal postijiet fil-Furjana u Tal- Pieta' kif diġa' semmejt.", "Meta jinħareġ il-permess f'dan l-istadju mill-awtorita' ta' l-ippjanar, l-awtorita' tad-djar se timxi skond il- kondizzjonijiet ta' l-iskema għall-installar ta' lifts u se tingħata l- ewwel preferenza lil dawk il-blokki, entraturi fejn ikun hemm xi persuna b'diżabilita' u jkollha problemi ta' mobilita'.\"", "Mr. Speaker, dħalt f'dan id-dettall għaliex nerġa' nsostni li din il- policy tal-gvern, li kienet imwegħda fil-programm elettorali sew fl- elezzjoni ta' l-1996 - u ovvjament il-Partit Nazzjonalista ma kienx fil- gvern u ma setax iwettaqha - u anke fil-programm elettorali għall-elezzjoni li għaddiet, hija policy importanti ħafna imma hija wkoll policy mgħaġġla.", "Dawn huma xogħlijiet li jirrikjedu ċerta għaġġla u allura jiena nappella lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex każi bħal dawn tgħaġġilhom aktar minn każi li forsi m'humiex daqshekk urġenti.", "Hawnhekk mhux qed nirriferi għall- każi bħal proġetti ta' natura kummerċjali jew li jistgħu jimpjegaw tant nies, imma qed nirriferi għal każi ta' nies li qed jgħixu fis-sulari ta' fuq u li minħabba f'hekk ma jistgħux joħorġu mid-dar.", "Jiena nista' ngħid li l-flus li ġew budgeted din is-sena se jerġgħu jiġu budgeted għas-sena d- dieħla.", "Fil-fatt se jiġu budgeted aktar flus biex din il-wegħda ssir verament realta' u tgħin lil tant nies li għandhom dawn id-diffikultajiet kif spjegajt.", "Irrid nirriferi wkoll għar-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l- bieraħ, \"Dust deposition monitoring in Malta, December 1999 - July 2000\", rapport minn Brian Stacey għall-ministeru għall-ambjent li ġie ppublikat ix- xahar li għadda.", "Ovvjament dan ir-rapport ġie kkummissjonat proprju l- għaliex fil-lokalta' tal-Fgura rriżulta li kien hemm dan it-trab iswed li kien qiegħed allura jikkawża inkonvenjent tremend.", "Mill-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport jirriżulta u nikkwota:", "\"Particulates of this size will not be supported in the atmosphere for any great length of time suggesting that they were deposited by a local source, probably within three kilometres of the site.", "Examination of the dust samples under an electron-microscope showed that a proportion of the Fgura dust consisted of molten spherical particles, similar in appearance to fly ash, commonly emitted from power stations.\"", "Mr Speaker, dan ir-rapport qed jirriferi għall-power station tal-Marsa u allura jiena nerġa' ninsisti, kif ili nagħmel kemm ili f'dan il-parlament, sabiex wieħed isib il-mezz kif ikomplu jsiru x-xogħlijiet sabiex wieħed inaqqas il-pollution mill-power station tal-Marsa.", "Naf li diġa' saru ħafna sforzi.", "Wieħed irid isemmi l-bidla minn combustion permezz tal-faħam għal combustion permezz taż-żejt u dan bla dubju għen ħafna sabiex tonqos il- pollution mill-power station tal-Marsa.", "Nafu wkoll kif imbagħad ġew introdotti sistemi sabiex il-combustion taż-żejt tipproduċi inqas minn dan il-fly ash li qed insemmu.", "Nafu wkoll li l-gvern qiegħed jikkonsidra li juża żejt b'inqas sulphur content, iżda dan m'huwiex biżżejjed.", "Dawn il- pollutants qegħdin jaslu l-Fgura, aħseb u ara x'inhu jiġri lir-residenti tal-Marsa, lir-residenti tal-Ħamrun, fejn noqgħod jien, u lir-residenti ta' Tal-Pieta' fejn ukoll hemm il-problema tal-ġeneratur ta' l-isptar San Luqa.", "Mr. Speaker, jiena nerġa' nfakkar lill-ministru tas-saħħa li kienet saret il-wegħda li minn ġeneratur ngħaddu għal sistema ta' microwave biex jiġi eliminat l-iskart ta' l-isptar.", "Dan huwa importanti ħafna l-għaliex flimkien ma' dawn iż-żewġ sorsi ta' pollution, għandna wkoll volum qawwi ta' traffiku li ovvjament ikompli jagħmel jħammeġ l-arja b'mod allarmanti.", "Proprju f'din il-Kamra għadna kif għaddejna l-liġi dwar l-awtorita' tar- riżorsi, awtorita' li fost l-oħrajn tipprovdi sabiex ikun hemm liberalizzazzjoni fil-qasam tal-provvista ta' l-enerġija, u din għandha tgħin sabiex sa fl-aħħar f'pajjiżna tiġi introdotta s-sistema tas-solar energy, proposta li kienet fil-programm elettorali Nazzjonalista għall- elezzjoni li għaddiet.", "B'din is-sistema wieħed ikun jista' qabel xejn inaqqas il-pollution għaliex jintuża inqas żejt anke fil-power station ta' Delimara.", "Aktar minn hekk diġa' ġie studjat u diġa' huwa kkonferma li jekk is-solar energy jsir aktar popolari, allura l-power station tal-Marsa tkun tista' anke tingħalaq darba għal dejjem.", "Dan barra li l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-fatt li l-kontijiet tad-dawl ma jibqgħux daqshekk għoljin.", "Wara kollox anke l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea għandu jixprunana sabiex għal dak il jirrigwarda l-ambjent ikollna arja inqas polluted, arja li ma tagħmilx deni lil saħħitna.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid nirriferi għal fatt ieħor.", "Dan is-sajf kont mistieden minn persuna fil-caravan site ta' Baħar iċ- Ċaqgħaq u rrid ngħid li impressjonajt ruħi kif dawn in-nies jgħaddu tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur f'caravan u tant jieħdu pjaċir.", "Issa forsi ħafna minna hawnhekk, bħal tant nies oħra, insiefru fis-sajf u ngawdu minn faċilitajiet ta' ċertu livell, imma huwa importanti li niftakru li hawn persuni li bid-dħul tagħhom ma jaffordjawx dan it-tip ta' divertiment.", "Huwa importanti li jittejjeb dan il-post f'Baħar iċ-Ċagħaq fejn għandek diversi caravans.", "Naf li fis-snin li għaddew ġew installati xi cables, imma huwa importanti li nimxu pass 'il quddiem u anke jsir substation tad-dawl hemmhekk.", "Naf li kien hemm ukoll pjani sabiex ikun hemm showers u toilets ovvjament ta' livell sodisfaċenti.", "Fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, fl- għaġġla ta' qabel l-elezzjoni, kien ukoll sar it-tarmac f'partijiet minn dan is-site.", "Dan ix-xogħol sar bl-għaġġla u tajjeb li wieħed jara jistax jitkompla b'mod aktar irfinat.", "Fl-aħħar mill-aħħar tajjeb li jkun hemm bord li jiġi maħtur għal dan il- caravan site sabiex il-gvern ikollu wkoll forma ta' introjtu minn min juża l-art tiegħu sabiex jiggarantixxi li ħadd ma jibqa' lura anke fejn jirrigwarda d-divertiment.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 4 ta' Ottubru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTACOM - KONSULENZI", "19507.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Apparti mill-Lm10,000 li għedt li s-Sur Tony Debono qed jieħu bħala konsulenza mill-Maltacom, hu qed jieħu xi ħlas ta' konsulenza għal xi xogħol ieħor imqabbad miċ-chairman?", "Kemm qed jitħallas bħala viċi chairman tal-Maltapost?", "Għandu xi konsulenzi ma' xi korporazzjonijiet parastatali oħrajn li jaqgħu taħtek?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma l-Onor.", "Interpellant li l- persuna msemmija ma għadhiex tokkupa l-kariga ta' deputat chairman tal- Maltapost.", "EDUKAZZJONI - LOGĦOB OLIMPIKU - DELEGAZZJONI", "19508.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li marret għal-logħob olimpiku?", "Kemm swiet b'kollox din il-mawra?", "Liema kienu dawk il-ministri barranin li magħhom saru laqgħat/taħdidiet formali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari numri 19137 u 19140.", "Informat li matul iż-żjara tiegħu f'Sydney, is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mal-ministru federali ta' l-isport u turiżmu, l-Onor.", "Jackie Kelly, mal-ministru ta' l-edukazzjoni ta' l-Istat ta' New South Wales l-Onor.", "John Aquilina u mal-ministru fedrali ta' l-edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ l- Onor. David Kemp.", "Barra minn hekk, is-Segretarju Parlamentari kellu diversi laqgħat informali oħra, fosthom mal-ministri ta' l-isport ta' diversi stati Awstraljani oħra u ta' pajjiżi oħrajn, fosthom mal-ministri tal-Bulgarija, Greċja, Belarussja, Kummissjoni Ewropea u Northern Territory.", "ST JAMES CAVALIER - NEFQA", "19509.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b'kollox s'issa l-gvern fuq il-proġett ta' St James Cavalier bħala ċentru għal kreattivita?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju l-Onor.", "Membru għandu jirriferi l- mistoqsija lill-ministru għall-ambjent.", "COMMUNICATIONS AUTHORITY - IMPJEGAT", "19511.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett, inklużi fringe benefits, li s-Sur Joseph Tabone se jieħu bħala chairman tal- communications authority?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-awtorita' ta' Malta dwar il- komunikazzjoni għadha ma ġietx maħtura, u għalhekk is-Sur Joseph Tabone għadu ma ngħatax ħatra formali bħala chairman ta' din l-awtorita'.", "Minħabba f'hekk il-pakkett li qed jitlob informazzjoni dwaru l-Onor.", "Membru għadu ma ġiex iffissat.", "Għalissa huwa ġie maħtur b'mod temporanju biex jaqdi d-dmirijiet ta' designate chairman kif ukoll dawk ta' chief executive officer.", "TOROQ - FTUĦ TA' TRIQ", "19605.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ssir it- triq maqlugħa li hemm ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fiz-zona ta' l-iskola qed isir ma' xogħol ieħor li qed isir fl-akwati f'Ħal Tarxien.", "Ix-xogħol fit- triq ta' l-iskola proprja ser jitħalla għall-aħħar peress li ser isir xogħol fuq l-estensjoni ta' l-iskola.", "SKEJJEL - TFAL B'DIŻABILITA'", "19606.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li qed jistennew jibdew l-iskola primarja għax għadhom ma ngħatawx l-għajnuna rikkmandata mill-istatementing board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma hemmx tfal b'diżabilita fl-iskejjel primarji li qed jistennew li jibdew l-iskola primarja.", "SKEJJEL - MARIA TEREŻA NUZZO", "19607.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti bniet li jmorru fl- iskola Maria Tereża Nuzzo u jgħixu, per eżempju, il-Mellieħa u Tas-Sliema u f'lokalitajiet oħra, flok jitwasslu l-iskola b'mini van għalihom qed jitwasslu f'karozza privata, flimkien mas-subien, b'perikli ċari għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-uffiċjal inkarigat mit-trasport assenja coach għall-bniet ta' Tas-Sliema li jmorru l-iskola Teresa Nuzzo.", "Din il- coach hija għall-bniet biss.", "Qed isiru l-arranġamenti sabiex jinstab mini van biex iwassal l-istudenti bniet mill-Mellieħa sa l-iskola.", "Wara nofsinhar dawn il-bniet diġaż huma pprovduti b'mini van li twassal lilhom biss mill-iskola sal-Mellieħa.", "SKEJJEL - XOGĦLIJIET", "19608.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel primarji u sekondarji li fil-bidu tas-sena skolastika xorta kien għad fadal ix-xogħol għaddej fuqhom, meta t- tfal u l-għalliema daħlu għal sena skolastika ġdida?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħlijiet kapitali ma jsirux fis-sajf biss iżda jibqgħu għaddejjin tul is-sena kollha.", "Hemm tmien skejjel li fihom għaddej ix-xogħol kapitali u ta' bini.", "Id-diviżjoni tieħu ħsieb li xogħol li ma jfixkilx it-tagħlim u li ma jkunx ta' periklu għall-istudenti jibqa' għaddej fl-interess ta' l-iskola konċernata.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "19637.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx l-għajnuna supplimentari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "ANZJANI - BORMLA", "19639.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jafx li fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 9 residenti u żewġ securities li jaħdmu hemm li għandhom virus fl-istonku li hemm possibilita' minn kontaminazzjoni mill- ikel tar-residenza?", "Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna/i li jsajru l-ikel tad-dar ta' Bormla?", "Qatt saret inspection fuq il-kċina?", "Jekk iva, meta u x'kien ir- riżultat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li preżentament m'hemm ebda resident jew security officer fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla li qed isofri minn xi virus fl-sitonku.", "Ninsab infurmat ukoll li fis-26 u fis-27 ta' Settembru kien hemm xi residenti li kienu qed isofru minn dan is- sintomu iżda, skond it-tobba li rawhom, dan ma kienx kawżat minn xi kontaminazzjoni ta' l-ikel iżda minn virus komuni għal dawn iż-żminijiet tas-sena.", "Li kieku kien hemm kontaminazzjoni mill-ikel tar-residenza, wieħed kien jistenna li numru ħafna akbar ta' residenti jsofru minn dawn is- sintomi u li dawn is-sintomi jkunu iktar gravi.", "Ninsab infurmat li t-tisjir f'din id-dar isir minn impjegati tal- healthcare services ltd, il-kumpannija privata li tmexxi l-istess dar.", "Il- kċina tiġi spezzjonata regolarment mit-taqsima ta' l-institutional food hygiene tad-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "L-aħħar li ġiet spezzjonata kien f'Ġunju 2000, u r-riżultat kien wieħed sodisfaċenti.", "ENEMALTA - MALTA ELECTRICITY BOARD", "19640.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ħaddiema ta' dik li kienet il-Malta Electricity Board, u li llum huma mpjegati mal-Korporazzjoni Enemalta, f'April 1970 ġew imwegħda li tfasslet skema ta' pensjoni għalihom permezz tal-ħarġa ta' memo nru.", "344 - kopja qed tintbagħat separatament - peress li minkejja li għaddew 30 sena din il-wegħda ma ġietx imwettqa' u kull impjegat ta' dan il- bord li jispiċċa mix-xogħol sofra u qiegħed isofri inġustizzja finanzjarja.", "Peress li għandi informazzjoni li l-partit fil-gvern qabel l-elezzjonijiet ta' l-1996 u l-1998 kien wegħdhom li kellu jirrimedja din l-inġustizzja; jista' l-Ministru jgħid fiex waslu wara sentejn fil-gvern, il-proċeduri sabiex dawn il-ħaddiema ta' l-ex-Malta Electricity Board jingħata dak li ġie mwiegħed lilhom u għalhekk dritt tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI - ILMENTI", "19641.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Id-dipartiment tal-kunsilli lokali jirċievi lmenti mill-pubbliku dwar xi irregolaritajiet, partikolarment mil-lat ta' sinjali tat-traffiku, eċċ?", "F'eventwalita' bħal din, x'passi jieħu d-dipartiment?", "Il-kunsilli jirrispondu u jpoġġu fil-prattika r-rakkmandazzjonijiet tad-dipartiment?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għalkemm l-ilmenti fuq il-funzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhom jiġu ndirizzati lill-kunsill tal-lokalita' konċernata, ikun hemm każi fejn l-ilment jintbagħat id-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "F'dan il-każ id-dipartiment jiġbed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali biex l-ilment jiġi pproċessat u kkunsidrat skond ir-regolamenti tal-kunsilli lokali dwar l-ilmenti.", "Ma jirriżultax li hemm xi lmenti li ma ġewx ikkunsidrati mill-kunsilli lokali.", "TOROQ - TISWIJIET", "19642.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru dawn it- toroq f'Ħaż-Żabbar; toroq li ilhom mibnja bis-servizzi kollha diversi snin: (a) Triq ir-Redentur; (b) Triq Spadaro; (ċ) Triq iċ-Ċulqana; (d) Triq it- Tut; (e) Triq Ġużeppi Agius Muscat; u (f) Triq Sant'Antnin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fil-preżent id-dipartiment qiegħed jieħu passi biex Triq ir-Redentur fejn għadha mhix miftuħa, tinfetaħ.", "It-toroq l-oħra ndikati mill-Onor.", "Interpellant huma kollha asfaltati, għalhekk xogħol ta' resurfacing fihom irid isir mill-kunsill.", "Dwar dawn ix- xogħlijiet ta' l-aħħar, l-Onor.", "Inrterpellant hu mitlub jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni.", "ILMA TAT-TISQIJA", "19643.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-ilma tat-tisqija qed jitħalla jinħela fit-triq ta' Wied il-Għajn (il-qadima) bejn Ħaż-Żabbar u l- lokalita' ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sistema tad-distribuzzjoni fil-kanali ma tippermettix illi twaqqaf l-ilma mill-ġibjun appena jingħalaq is-sluice prinċipali.", "Biex tissolva din il-problema d-dipartiment ta' l-agrikoltura u ta' l- ambjent għamlu xogħlijiet ta' shutters tal-ħadid sabiex l-ilma tal katusi prinċipali jiġi kkontrollat u b'hekk ma jispiċċax fit-triq imsemmija.", "Barra minn dan, qiegħdin nippjanaw illi ssir katusa li taqsam it-triq sabiex jekk ikun hemm ilma żejjed dan jiġi ddevjat għal wied viċin.", "ŻABBAR - TRIQ IL-VITTORJA - VULTAĠĠ BAXX", "19644.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tittaffa l-problema tal-vultaġġ baxx f'Ħaż-Żabbar, partikolarment fi Triq il-Vittorja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SKOLA GILOROMU CASSAR", "19655.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-ħaddiema ta' l-iskola Giloromu Cassar se jitħallsu għall-overtime li għamlu fil-Malta centre for restoration, li sar bejn it-2 ta' Jannar u t-3 ta' Mejju, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ser nara x'hemm bżonn isir.", "ŻABBAR - TOROQ", "19656.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Ġużeppi Micallef u Misraħ Alofju Wignacourt u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali, qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "MALTACOM - MOBILE TEXT PHONES", "19657.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hux qed tipprovdi mobile text phone?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex persuna b'diżabilita' ta' smiegħ, tista' tagħmel biex takkwista mobile text phone?", "Jekk fin-negattiv, meta hemm il-ħsieb li l-Maltacom jew il-Go Mobile jdaħħlu l-mobile text phone f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "19658.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hemmx impjegati fid-dekasteru li hu responsabbli għalih li ntbagħtu d-dar, ma jattendux għax-xogħol għal diversi jiem u xorta waħda jitħallsu l-paga u jingħataw l-allowances kollha, inkluż il- ħlasijiet extra tal-ħdud?", "Jekk fl-affermattiv, x'wassal li jittieħdu dawn il-passi, minflok ma jitħallew jidħlu għax-xogħol u jaħdmu f'post differenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li ma jeżistu ebda impjegati fid- diviżjoni tas-saħħa li ntbagħtu d-dar, ma attendewx għax-xogħol għal diversi jiem u xorta waħda jitħallsu l-paga u jingħataw l-allowances kollha, inkluż il-ħlasijiet extra tal-ħdud.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaf b'xi każ partikolari nitolbu jinfurmani.", "KUMMISSJONI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA' - MOBILE TEXT PHONES", "19659.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment, fid- dekasteru tiegħu jew il-kummissjoni nazzjonali għall-persuni b'diżabilita', jipprovdix mobile test phones għall-persuni b'nuqqas ta' smiegħ?", "Jekk fl- affermattiv, x'proċedura trid tintuża biex wieħed japplika għal mobile text phone?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- dipartimenti fid-dikasteru tiegħi u l-kummissjoni nazzjonali għall-persuni b'diżabilita' ma jipprovdux mobile text phones għall-persuni b'nuqqas tas- smigħ.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "19660.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dekasteru tiegħu li fl-aħħar sena kellhom il-fakulta' li jieħdu t-tfal tagħhom fuq il-post tax-xogħol li jaħdmu fih?", "Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema?", "Jista' jgħid jekk il- ħaddiema l-oħra fid-dekasteru tas-saħħa hux se jingħataw l-istess opportunita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kien hemm l-ebda ħaddiem li ngħata l-fakulta' li jieħu t-tfal tiegħu fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi każ partikolari, nitolbu jinfurmani.", "KIRKOP - ENVIRONMENTAL IMPACT ASSESSMENT", "19661.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx environmental impact assessment dwar l- effetti fuq l-ambjent tar-raħal ta' Ħal-Kirkop fl-eventwalita' li tiftaħ il- fabbrika tal-multigas li qed tissemma għal din l-area?", "Jekk sar, x'inhuma l-konklużjonijiet?", "Jekk ma sarx, se jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel din il-mistoqsija lill-ministru koncernat.", "KIRKOP - HEALTH IMPACT ASSESSMENT", "19662.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx health impact assessment dwar l-effetti fuq is-saħħa tal-komunita' Koppina fl-eventwalita' li tiftaħ il-fabbrika tal-multigas li qed tissemma għal din l-area?", "Jekk sar, x'inhuma l- konklużjonijiet?", "Jekk ma sarx, il-gvern se jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob li l-mistoqsija tiġi riferuta lill-ministru responsabbli mill-awtorita' ta' l-ippjanar peress li tali assessments isiru, jekk ikunu mitluba, minn din l-awtorita'.", "SLIEMA - UPGRADING", "19663.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "19533?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm f'ċerti aspetti kien maħsub li jintlaħqu l-parametri \"Blue Flag\" mhuwiex korrett li x-xogħol li sar jiġi deskritt bħala kollu konformi ma' l- istandards tal-blue flag kif fil-fatt ġie ironjament deskritt minn sezzjoni tal-media.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Irrid ngħid li l-ammont ma jkoprix il-prezz tax-xogħol li sar mill-impjegati tal-gvern.", "MAGĦTAB - TOROQ", "19664.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji b'mod urġenti ħalli ma tirrepitx ruħha s-sitwazzjoni tas-snin li għaddew fil-viċinanzi tal-Magħtab fejn it- toroq jimtlew bi tjun u trabijiet meta dan jibda jinxef, u li jwasslu san- Naxxar, Mosta, Salini u Baħar iċ-Cagħaq?", "Billi kien hemm suġġeriment li t-tyres jitnaddfu bil-pressa ta' l-ilma qabel l-inġenji jitilqu Magħtab, skond suġġeriment li kont għamilt xhur ilu u li kien hemm il-wegħda fir-risposta parlamentari li kellu jinxtara l- apparat, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xiri ta' dan l-apparat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tajt struzzjonijiet biex jittieħdu l-passi neċċessarji ħalli jitnaqqas dan l-inkonvjent.", "Il-proċess tas-sistema tal-ħasil tat-tyres għandu jibda hekk kif jitlesta xogħol ta' zvilupp tad-daħla ta dan is-sit fil-Magħtab.", "NAXXAR - TRIQ L-INGILTERRA - SPRALLI", "19665.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jitneħħa l-konkos li ntefa' minn xi ndividwu responsabbli bi spralli fi Triq l-Ingilterra, Naxxar, ma' Triq il-Ġermanja, Naxxar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsil lokali interessat.", "REĠISTRAR TA' L-ARTIJIET", "19667.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minħabba li r-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "19517 mhijiex ċara biżżejjed, jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' l-iskema ta' reġistrar ta' l-artijiet, art okkupata abbużivament kenitx se tiġi regolarizzata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19517, l-iskema tal-qbiela tagħti l-opportunita` lil dawk il-persuni li għal dawn l-aħħar sentejn kienu qed jokkupaw art tal-gvern għal skop agrikolu bla ebda titolu u bla ma jħallsu ebda kera tagħha, sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.", "L-iskema tispeċifika wkoll li tibqa` biss fil-prerogattiva assoluta tal-kummissarju ta' l-artijiet jekk jagħtix jew le xi konċessjoni fuq l-art lill-applikant.", "Dan ovvjament wara li jkunu ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.", "WSC - SERVIZZ ĠDID", "19670.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "18915, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mitluba jħallsu l-applikanti għas- servizz ta' l-ilma fil-perijodu bejn Novembru 1997 - Settembru 1998?", "Meta ddaħħlet is-sistema ta' standard charge ta' Lm70.00?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "18915."]} {"filename": "20000306_256d_par.doc", "date": "2000-03-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 256 It-Tnejn, 6 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 256", "It-Tnejn, 6 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "256", "It-Tnejn, 6 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 592", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 592", "TQEGĦID TA' KARTI 598", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 599", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 600", "AĠĠORNAMENT 622", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 628", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduti Nru 254 u Nru 255 li saru fl-1 ta' Marzu u fis-6 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI ĠODDA", "12612.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Gozo Channel mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l- ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000 il-kumpannija Gozo Channel impjegat 21 ħaddiem gdid magħha, li 17 minnhom gew ingaġġati wara li saret intervista lil numru ta` persuni li gew riferuti mill-ETC, filwaqt li l-erba' l-oħra gew impjegati wara li ħareg il-permess relattiv mill- imsemmija korporazzjoni.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jista' jgħidli jekk isirux diskussjonijiet mal-ministeru għal Għawdex dwar ħteġijiet li jkollhom il- ħaddiema tal-Gozo Channel b'mod ġenerali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ċertament li l-ministeru għal Għawdex huwa direttament involut f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' pjani, schedules, servizz aħjar u strateġija alternattiva tal-Gozo Channel.", "Nista' ngħid ukoll li fejn jidħlu l-impjiegi mal-kumpannija Gozo Channel, impjiegi li huma relatati primarjament mal-vapuri l-ġodda, nimxu bi proċeduri normali.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - TRASFERIMENTI", "12613.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-uffiċċju konġunt?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat sar trasferiment wieħed fl-uffiċċju konġunt u dan sar fuq talba tal-persuna konċernata.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "MUŻEWIJIET - TRASFERIMENTI", "12614.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-mużewijiet?", "Jista' jagħti r-raġuni għala saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fil-perijodu msemmi ma ngħata ebda trasferiment lill-ħaddiema tad- dipartiment tal-mużewijiet.", "SPTAR SAN LUQA - TRASFERIMENTI", "12615.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis- 16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil- futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l- 4 ta' Jannar, 2000 saru 193 trasferiment lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa, li 29 minnhom intalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jinformana x'inhuma l-pjani fir-rigward ta' l-impjegati li hemm bħalissa fl-Isptar San Luqa meta jidħol in line l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq?", "Xtaqt inkun naf jekk hux se jkun hemm żieda jew tnaqqis fil- personnel ta' dawn iż-żewġ sptarijiet, u jekk l-isptar San Luqa huwiex se jingħalaq ladarba jibda jiffunzjona l-isptar il-ġdid.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din il-problema dejjem tqum.", "Wieħed irid jirrealizza li l-isptar il-ġdid irid jimtela' bl-istess dixxiplini li llum jeżistu f'St Luke's. Ħafna mill-personnel li hemm preżentement f'St Luke's se jibda jaħdem fl-isptar il-ġdid.", "Minkejja dan kollu wieħed irid iżomm quddiem għajnejh l-espansjoni tas-servizz u ma neskludix li jkun hemm reklutaġġ ta' nies f'livell aktar professjonali għall-isptar l-ieħor.", "Dwar l-użu futur ta' l-Isptar San Luqa għadu qiegħed isir studju.", "Hemm il- pjan li l-isptar il-ġdid ma jinfetaħx fl-entita' kellha tiegħu mill-ewwel ġurnata u allura se jkun hemm perijodu fejn iż-żewġ sptarijiet ikunu jridu jikkomplimentaw u jaħdmu ma' xulxin.", "Fl-isptar San Luqa sar ċertu infiq għall-infrastruttura ta' uħud mis- servizzi.", "Fil-fatt f'dan l-isptar għandna tliet orthopaedic wards.", "Barra minn hekk fl-1995 kienu nfetħu żewġ teatri li at one time kienu l-aktar avvanzati fl-Ewropa, anke skond stqarrija li kien għamel il-President tar- Royal College of Surgeons.", "Allura wieħed irid jara jekk dan il-unit, bil- casualty taħtu, jistax jintuża għall-operazzjonijiet ta' cold surgery, speċjalment fl-ortopedija, għax dak il-unit huwa attrezzat għalhekk.", "Imma ovvjament dan irid isir bħala parti mill-pjan ta' migrazzjoni ta' kif is- servizzi jitilgħu fl-isptar il-ġdid.", "Ovvjament ċerti kategoriji ta' mpjiegi huma dejjem open, bħal fil-każ tan-nurses, imma f'ċertu gradi oħra li m'humiex professjonali l-gvern qed jagħmel minn kollox biex juża l-impjegati li għandu f'ċerti livelli.", "Jiġifieri jekk minn hawn u ftit xhur oħra se jkollna bżonn 30 post ta' security guard jew cleaner, dawn se noħorġuhom minn ġod-dipartimenti.", "Imbagħad f'ċerti livelli oħra, bħal fil-każ ta' professjonisti, nurses u physiotherapists, bilfors irid isir reklutaġġ minn barra peress li m'għandniex nies biżżejjed.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qed nifhem li matul il-migrazzjoni minn naħa għal oħra jrid ikun hemm ċertu żmien fejn ikun hemm żewġ complements għaddejjin flimkien, imma l-għan aħħari huwa li l-complements kollha jkunu kkonċentrati fuq l-isptar f'Tal-Qroqq jew li parti minnhom tibqa' St. Luke's?", "Il-Ministru qal li s-sezzjoni ta' l-orthopaedic hija l-aktar waħda avvanzata.", "Din hija naqra ironika għax imbagħad hi l-aktar waħda li taħdem b'delays esaġerati.", "Qed nifhem tajjeb li hemm l-intenzjoni li s-swali ta' l-orthopaedic u anke ta' l-MRI se jittieħdu Tal-Qroqq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kemm-il darba ddikjarajna li finalment, meta tkun saret il-migrazzjoni kollha, se jkollna sptar wieħed akut u ġenerali.", "Qed nirriferi għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "It-target tagħna hu li l- isptar il-ġdid jiftaħ fl-2003 u minn ċerti affarijiet li qegħdin nagħmlu dan jikkombina eżatt għax il-leasing ta' l-MRI saret għal tliet snin u saret fuq apparat li huwa faċilment trasportabbli.", "Qegħdin ninsistu wkoll li ladarba nkunu wasalna biex noħorġu tender ħalli jkollna waste management system li tixraq iż-żmenijiet tal-lum, waħda mill-kondizzjonijiet tat-tender tkun li dan il-unit ikun trasportabbli għall-isptar il-ġdid, u din għedniha pubblikament kemm-il darba.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda dubju li meta tkun saret il-migrazzjoni kollha fit- tliet fażijiet tagħha, se jkollna sptar wieħed, akut u ġenerali.", "Dwar id-dewmien fl-ortopedija, kemm-il darba għedna li meta tintroduċi servizz ġdid bilfors se jkollok backlog.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandna popolazzjoni li qiegħda dejjem tikber u ovvjament il-mard deġenerattiv, bħal dak ta' l-ortopedija u l-oftalmija, dejjem hu mistenni li jiżdied, u għalhekk qegħdin naħsbu biex fi ftit ġimgħat oħra noħorġu call for application għal tliet konsulenti oħra ta' l-ortopedija.", "Dan il-pjan mhux qed isir b'kumbinazzjoni imma għax ninsabu mpenjati biex kemm jista' jkun malajr Tal-Qroqq jibda jaħdem waħdu bħala sptar akut.", "Ovvjament waqt il-migrazzjoni bilfors se jkun hemm ċertu ammont ta' dupplikazzjoni ta' xogħol, bħal fil-każ ta' l-ITU, il-casualty department u s-CCU, għax dawn ma tistax tagħlaqhom għal kollox sakemm iċċaqlaqhom minn post għal ieħor.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fuq din l-istorja ta' l-ortopedija qed inkun ftit sorpriż.", "Allura fl-ortopedija se jkun hemm recruitment ta' speċjalisti ġodda fuq il-complement sħiħ, jew sempliċement se jkun hemm nies on contract?", "Għax safejn naf jien il-problema hi li l-ispeċjalisti konċernati ħarġu bil-parental leave u ħaġa bħal dik fiha nnifisha tikkrealek xi vancancies.", "Dik għadha l-problema jew hemm xi problemi oħrajn f'dan il-qasam?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dik hija waħda mill-problemi, pero' jekk se nitkellmu fuq l-ortopedija l-istatistika turik li jrid ikollok konsulent għal kull 50,000 pazjent u l-complement tagħna huwa ta' tmien konsulenti.", "Preżentement għandna erbgħa u allura ovvjament ħa niftħu r-reklutaġġ għal tlieta oħra.", "Ma fhimtx eżatt x'ried jgħid bil-kelma \"complement\".", "Bħalissa mexjin fuq manpower plan li waslet biex tiskadi fl-aħħar ta' din is-sena - ovvjament din tirrifletti l-pożizzjoni ta' sentejn ilu - u qegħdin isiru diskussjonijiet anke ma' l-unions konċernati dwar l-aħjar mod kif jistgħu jiġu ngaġġati professjonisti.", "Niftakar li kienet intlaqgħet favorevolment - anke mill-oppożizzjoni preżenti - il-ħatra ta' konsulent full-timer mingħajr private practice u għadni niftakar ċar il-kliem tal- Prof. Grech meta kien shadow minister.", "Dan qal: \"This is the way forward\".", "Ovvjament dawn il-kondizzjonijiet kollha qegħdin jiġu diskussi ma' l-unions konċernati, biex naraw x'inhu l-aħjar metodu li nistgħu nipproċedu biħ.", "Aħna ninsabu determinati - kif kienet ukoll l-oppożizzjoni qabel - li l- isptarijiet tagħna ma jistgħux jibqgħu jitħaddmu bis-sistema tal-lum.", "Kif għedt kemm-il darba, ma jistax ikollok sptar li jaħdem sas-2.00 p.m., bl- out-patient department jiftaħ biss filgħodu.", "Irid ikollna ċertu flessibilita', anke fil-ħinijiet tax-xogħol tal-konsulenti, u dawn kollha huma bażi ta' diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa ma' l-unions ikkonċernati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nippreċiża l-mistoqsija tiegħi.", "Jiena naf b'każi ta' nies li għandhom bżonn ta' hip replacement u lil dawn qalulhom li jridu jistennew sa sena jew sena u nofs biex jagħmlulhom l-operazzjoni.", "L-understanding tiegħi hu li hemm ċertu complement, li veru parti minn dan il-complement huwa vacant imma li anke parti mill-complement li huwa mimli effettivament jinsab vacant għax hemm min qiegħed b'parental leave ta' sena jew sentejn.", "Forsi l-Ministru jista' jiggwidana allura kemm hemm minn dan il-complement li huwa vojt minħabba l-parental leave, u jekk ir- replacements jew mili li qed isemmi huwiex se jsir fuq bażi ta' kuntratt ta' sena jew sentejn, u ċioe' sakemm jerġa' jidħol lura min qiegħed fuq parental leave?", "Għax din hija l-mistoqsija kollha u l-problema kbira li niftakar jien, speċjalment fl-orthopaedic, fejn parti mill-complement ta' l-istaff fuq livell ta' speċjalisti joħroġlok bil-parental leave, iżomm is-siġġu vojt u fl-istess ħin sħun, u ma tistax tiċċaqlaq.", "U allura jiżdiedu l-waiting lists.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li fid-dipartiment ta' l-ortopedija ma hemmx dawk it-tip ta' vacancies, għalkemm jista' jkun li kienu jeżistu qabel.", "Il-proċedura hi li kulmin joħroġ bil-parental leave, noffru l-post tiegħu fuq kuntratt ta' locum sakemm tirritorna dik il-persuna.", "Nista' ngħid li qegħdin noqogħdu attenti wkoll biex qabel ma nagħtu l- leave lil kulmin japplika biex imur jispeċjalizza barra minn Malta, naraw verament x'għandu bżonn il-pajjiż għall-futur, għax anke din qed tikkrea ċerti nuqqasijiet.", "Fid-dipartiment tal-kirurġija, per eżempju, għandek numru sostanzjali ta' tobba li qegħdin jispeċjalizzaw barra, filwaqt li f'dipartimenti oħra, bħal dak ta' l-anestesija, għandna 20 barrani u ħadd mill-Maltin m'hu mħajjar li jmur jispeċjalizza barra.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar id-dewmien fl-operazzjonijiet tal-hip replacement.", "B'risposta għal domandi parlamentari, jien kemm-il darba għedt li l- waiting list għal ċerti konsulenti l-aktar li ttawwal hija sena u nofs, filwaqt li għal oħrajn hija ta' sitt xhur biss, pero' għedt kemm-il darba wkoll li l-pazjent f'Malta għandu l-lussu li jagħżel liema konsulenti jrid hu.", "Issa jekk il-Maltin jagħżlu li jkollhom konsulent partikolari, kif fil- fatt qegħdin jagħmlu, bilfors li dak il-konsulent ikollu waiting list ta' sena u nofs.", "Pero' imbagħad għandek konsulenti oħrajn li jagħmlu l-istess kwalita' ta' xogħol u li għandhom waiting list ta' sitt xhur biss.", "Ġieli jkollna każi oħrajn fejn il-waiting list tkun ta' sentejn u nofs jew tlieta.", "Ġeneralment dawn ikunu nisa li minħabba li jkunu overweight, il- konsulent ma jkunx jista' jagħtihom appuntament għall-operazzjoni qabel ma jnaqqsu xi 25 kgs mill-weight tagħhom.", "Din hi r-raġuni għala dawn it-tip ta' operazzjonijiet ikunu ilhom għal daqshekk żmien fuq il-waiting list, għax il-pazjent mhux dejjem jikkopera.", "HCEB - TRASFERIMENTI", "12616.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-HCEB?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru t-trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li ma kien hemm ebda trasferimenti ta' ħaddiema mill-HCEB fil-perijodu bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li trasferimenti ta' ħaddiema jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "ST VINCENT DE PAULE - ĦADDIEMA ĠODDA", "12617.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fl-Isptar St Vincent de Paule mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fir-residenza St Vincent de Paule ħlief għal part- time nurse waħda.", "Dan l-impjieg ma kellux bżonn ta' ħruġ ta' sejħa għall- applikazzjonijiet.", "SWALI TAR-RIĊEVIMENTI - PERMESSI", "14349.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Oonr.", "Helena Dalli) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal swali ta' riċevimenti f'din l-aħħar sena minn Jannar 1999 sa Jannar 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar, 1999 u l-31 ta` Jannar, 2000 l-awtorita` ta` l-ippjanar ħarġet permess wieħed għal sala ta` riċevimenti li tinsab fil-limiti taż-Żurrieq.", "PA - BORMLA: SANTA LIENA", "14350.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni tħallsu, u kemm huma l-ammonti komplessivament, tal- esproprjazzjonijiet li saru ġewwa Bormla fil-bini f'Santa Liena, fejn illum hemm blokk ta' flats li huwa amministrat mill-awtorita' tad-djar?", "Jista' wkoll jiġi indikat kemm persuni għadhom ma tħallsux u tistax tiġi indikata l-proċedura sabiex l-ħlas tagħhom jeħduh?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dipartiment ta` l-artijiet għadu ma għamel l-ebda ħlasijiet dwar l-esproprjazzjonijiet li rrifera għalihom l- Onor. Interpellant peress li għadhom qed isiru l-istimi tal-fondi in kwestjoni.", "Wara li l-prezzijiet jiġu ffissati, ikun jonqos ukoll li jiġu identifikati s-sidien tal-proprjetajiet esproprjati.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-proċedura, ninsab informat li s-sidien jistgħu jagħmlu kuntatt mall-contracts section fid- dipartiment ta' l-artijiet biex jingħataw id-dettalji tad-dokumenti li huma meħtieġa sabiex, wara li jiġu stabiliti l-prezzijiet, ikunu jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Peress li l-Ministru qal li għadhom ma sarux l- istimi ta' l-esproprjazzjonijiet, jista' jgħidilna meta saru l- esproprjazzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandix din l-informazzjoni pero' jekk qed jirriferi għall-proġett ta' Santa Liena, dawn saru bejn l-1995 u l-1996.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nagħmel din id-domanda preċiżament għax fil- mistoqsija oriġinali hemm imniżżel ċar u tond li llum hemm blokk flats li huwa amministrat mill-awtorita' tad-djar.", "Jiġifieri dawn il-postijiet l- ewwel ġew esproprjati mbagħad twaqqgħu, imbagħad inbena fuqhom u mbagħad ġew mikrija.", "Ladarba dan huwa proċess kważi burokratiku, x'inhi r-raġuni li għaddew ħames snin u din l-istima għadha ma saritx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-proċedura hi li wara 14-il ġurnata li tkun inħarġet id-Dikjarazzjoni tal-President, il-gvern ikollu titlu biex dik il-proprjeta' jkun jista' jagħmel biha li jrid ħlief li jittrasferiha - din tinkludi l-bini ta' blokk ta' flats - mingħajr il-ħtieġa legali li wieħed jitħallas qabel ma jagħmel il-kostruzzjoni.", "Mill-1994 'il hawn il- lands xorta waħda qed titlob ħlas lill-awtoritajiet konċernati - f'dan il- każ l-awtorita' tad-djar - għal dik il-proprjeta'.", "Din l-istima, meta tagħmel in-notice to treat - allura l-market value huwa meta tagħmel in- notice to treat - tista' ma taqbilx ma l-istima li ssir aktar tard.", "Jiġifieri l-istima biex jitħallas il-gvern mingħand l-awtorita' tad-djar tkun saret pero' tkun għadha ma saritx l-istima biex wieħed jiddetermina l- valur tal-lum għax skond il-liġi trid tħares lejn il-kondizzjoni kif kienet il-proprjeta' meta ttieħdet, pero' l-ħlas isir skond l-istima tal-market value tal-lum.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-mistoqsija xorta tibqa': Għala l-istima relattiva għadha ma saritx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ġeneralment l-istima ssir meta tintbagħat in-notice to treat u jridu jiġu identifikati s-sidien biex imbagħad issir l-istima u tintbagħat ittra uffiċjali.", "Minn dak il-mument jiġi ffriżat il-prezz tal- proprjeta' fid-data ta' l-ittra uffiċjali nnifisha.", "(Interruzzjonijiet) Tista' ssir kontra sidien inċerti, imma ħafna drabi tintbagħat kontra sid wieħed jew żewġ sidien tal-proprjeta', u mbagħad naturalment meta niġu għar- riċerki jaraw li ssir kontra s-sidien kollha tal-proprjeta' nnifisha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru,nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' uffiċjali li kienu jokkupaw il-kariga ta' direttur u aġent direttur fil-31 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14496;", "Tagħrif dwar tfittxijiet li l-patrol boats tal-forzi armati għamlu fuq bastimenti u laneċ għas-sajd reġistrati f'Malta bejn l-1998 u l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14538; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-kuntratt ta' xogħol tas-Sur Saviour Balzan u tas-Sur John Micallef, advisers fil-ministeru għall-ambjent, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru.", "14429.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 34 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar it- tħaddim ta' uffiċċji tal-lotteriji; u", "Tagħrif dwar VAT imħallsa minn tobba, avukati u nutara, spiżjara u fisjoterapisti matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14453.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti mill-Belt, Furjana, Hamrun, Pieta' u l-Kottonera li daħlu l-junior lyceum bejn l-1990 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14468.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' certificate of permanent export ta' tliet ambulanzi li waslu Malta f'Novembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14455.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 33 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 dwar id-delega ta' l-amministrazzjoni ta' Ġnien is-Serenita' lill-kunsill lokali ta' Santa Luċija; u", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar il-każ nru 252 - rapport nru 130.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, nixtieq inqajjem ksur ta' privileġġ għall-mod kif ġie rrapportat diskors li għamilt jien f'din il-Kamra, fejn intqal li jien użajt il-kliem: \"Aħna ħraqna l-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea\".", "Fil-fatt jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskors li għamilt hawnhekk.", "Veru li jien użajt il-kelma \"ħraqna\" imma ċertament li kont qed infisser li xi ħadd mill-poplu Malti għamel hekk.", "Mr Speaker, qed inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, għad-diskors li għamel fuqi fil-Mellieħa l-Ħamis, 2 ta' Marzu 2000, kif irrapportat fil-ħarġa ta' \"in-nazzjon\" tat-3 ta' Marzu, 2000, li wkoll se npoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "It-tieni każ ta' ksur ta' privileġġ huwa kontra l-ġurnal \"The Malta Independent\", għar-rapportaġġ xejn fidil tad-diskors tiegħi f'dan il- parlament.", "Il-gazzetta qed tgħid li jien għedt \"we\", liema kelma qiegħda in inverted commas.", "It-tielet każ ta' ksur ta' privileġġ huwa kontra l-uffiċċju informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, kontra NET Television u kontra Radio 101, għar- rapportaġġ li beda għaddej il-ħin kollu, fejn ukoll intuża l-kliem \"il- bandiera li ħraqna aħna\".", "Noġġezzjona wkoll għar-rapportaġġ tad-diskors li jien għamilt f'dan il-parlament, li deher f\"in-nazzjon\", fejn intqal ukoll li jien għedt il-kliem: \"Aħna ħraqna l-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea\".", "Mr Speaker, nitlob il-permess sabiex dawn l-estratti mill-gazzetti npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nittama li inti wkoll tieħu l-passi u dan l-iżball jiġi rranġat.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex l-Onor.", "Membru jpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra ?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu nota ta' dak li għadu kif irrileva l-Onor.", "Silvio Parnis u naturalment tkun tista' tagħmel is-sottomissjoni tagħha fi stadju ulterjuri.", "(Interruzzjonijiet) Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jien xtaqt inkun naf jekk it-text tad-diskors ta' l-Onor.", "Parnis ġiex ikkorreġut.", "Nixtieq li anke jkollna l-possibbiltà li nisimgħu t-tapes ħalli naraw eżattament x'intqal.", "MR SPEAKER: Ma naħsibx li għandu jkun hemm diffikultà biex wieħed jisma' t-tapes.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, ma noħolqux dibattitu.", "L- Onor. Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li x-xogħol tiegħek m'għandux għalfejn jiġi ggwidat minn ħadd hawnhekk.", "Qed isir rapport ta' ksur ta' privileġġ u għandna għax nifhmu li s-Sedja dan ix-xogħol se tagħmlu bl- iktar mod korrett.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Marzu 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis huwa in possession.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li l-għan tiegħu huwa li jimplimenta diversi miżuri tal-budget.", "Qed nipprova kemm jista' jkun nitkellem fil-qosor, però tant hemm affarijiet x'wieħed jgħid li bilfors ikolli nieħu iktar ħin.", "Wara kollox huwa x- xogħol tagħna li nitkellmu hawnhekk biex inwasslu leħen il-poplu.", "Tajjeb ukoll naraw li l-flus li niġbru mingħand il-poplu permezz tat-taxxi jintużaw tajjeb.", "Issa peress li nhar l-Erbgħa fl-intervent tiegħi ma kellix ċans nitkellem dwar il-kunsilli lokali, xtaqt niddedika ftit ħin għalihom ukoll, Mr Speaker.", "Din il-ġimgħa kont qiegħed Bormla - għaliex kien hemm żewġ anzjani li xtaqu s-servizzi tiegħi - u kif kont qiegħed fi Strada San Giovanni innotajt kemm għandu bżonn jiġi rranġat parti minn dak is-sur.", "Huwa importanti li nieħdu ħsieb is-swar li għandna għaliex huma parti mill-wirt storiku tagħna, bħalma huwa l-Ipoġew ta' Raħal Ġdid, li ilni nitlob biex jinfetaħ kemm meta kien hemm amministrazzjoni Nazzjonalista u sew meta kien hemm amministrazzjoni Laburista u anke issa.", "Dan mhux biss huwa l- patrimonju ta' pajjiżna imma anke ta' l-Ewropa li ħafna barranin jiġu biex jarawh.", "Iżda minkejja l-mistoqsijiet parlamentari u l-wegħdi li se jiftaħ fl-ewwel ġranet tal-millennju, għadda ż-żmien u dan għadu ma nfetaħx.", "Mr Speaker, issa li resqin l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ma nistax ma nsemmix id-diżappunt kbir li għandhom ir-residenti ta' Wied Blandun - jiġifieri St. Michael Street, St. Francis Street, Blue Bell Street - ċioe' dik l-area li kienet tagħmel parti minn Raħal Ġdid u llum il-ġurnata tagħmel parti mill-Fgura.", "Meta l-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid għamel petizzjoni kien hemm maġġoranza kbira ta' nies li ffirmawha minn rajhom, għaliex xtaqu li jibqgħu jagħmlu parti mill-konfini ta' Raħal Ġdid.", "Fil- fatt bħala parroċċa dawk l-inħawi minn dejjem kienu jagħmlu ma' Raħal Ġdid, u anke fil-każ ta' reġistrazzjoni ta' artijiet u djar - għax in-nies urewni l-kuntratti - fil-kuntratti dik l-area dejjem kienet titniżżel bħala Casal Paola.", "Qed inqajjem dan il-punt għaliex in-nies li issa se jmorru mal- Fgura mhux se jmorru jivvotaw għal qalbhom fl-elezzjonijiet tal-kunsilli, għaliex dawn dejjem emmnu li l-lokal tagħhom huwa Raħal Ġdid.", "Apparti minn hekk, kieku Raħal Ġdid kellu dawk l-inħawi nklużi fil- konfini tiegħu, kieku kien ikollu aktar fondi u kien ikollu disa' kunsilliera flok sebgħa.", "Hawnhekk tajjeb ngħid ukoll li meta kienu se jitwaqqfu għall-ewwel darba l-kunsilli lokali - u l-gvern kien qassam kemm għandu jkun hemm kunsilliera f'kull lokalità - jidhirli li f'Raħal Ġdid kellu jkun hemm disa' kunsilliera, skond ma kien deher fil-gazzetta tal- gvern.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll kemm ilna nitolbu biex tiġi rrestawrata l-knisja ta' Santa Ubaldeska, u biex jiġu rranġati Triq Ninu Cremona u Arcade Street, toroq li ilhom abbandunati żmien twil.", "Mr Speaker, waqt li kont qed indur Ħal Tarxien biex inħeġġeġ lin-nies t'hemmhekk joħorġu jivvotaw, tkellimt ukoll ma' xi nies u kunsilliera dwar Joanne Gardens.", "Nafu li l-gvern at one time kien wiegħed li kien se joħroġ il-flus kollha hu biex jitranġa dan il-ġnien, iżda ma ġarax hekk għax imbagħad sar ftehim biex l-ispejjeż jinqasmu bejn il-gvern ċentrali u l- kunsill lokali ta' Ħal Tarxien.", "Issa mill-informazzjoni li għandi jien, il- kunsill lokali ta' Ħal Tarxien kien qiegħed ifaddal il-flus biex jirranġa l- isqaqin ta' fejn Misraħ is-Suq, imma mbagħad dawk il-flus il-kunsill użahom fuq il-proġett ta' Joanne Gardens.", "Għalhekk meta qed nitkellmu dwar it- taxxi li jiġbor il-gvern irridu nesiġu li l-flus jitqassmu tajjeb, għax issa li se jiġri huwa li l-kunsill il-ġdid ta' Ħal Tarxien se jibda b'deficit ta' Lm12,000, mhux għax il-kunsilliera ma ħadmux bil-għaqal - kienu min kienu - imma għaliex il-gvern ma kompliex bil-pjani tiegħu.", "Nista' ngħid ukoll, Mr Speaker, li fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien qed jiġu ppjanati xogħlijiet fuq it-toroq ta' madwar l-iskola ta' Ħal Tarxien, iżda sfortunatament dan ix-xogħol ma lħaqniex għamilnieh fis- sentejn li għamilna fil-gvern għax iż-żmien kien qasir wisq.", "Però mill- oppożizzjoni aħna d-deputati Laburisti ħdimna - u anke għamilna pressjoni permezz ta' mistoqsijiet parlamentari - ħalli jinbeda dak ix-xogħol u issa almenu nistgħu ngħidu li fl-aħħar dan ġie approvat.", "Issa n-nies ta' Ħal Tarxien, speċjalment it-tfal ta' l-iskola li jattendu hemmhekk, se jkollhom toroq diċenti.", "Nittama wkoll li l-għassa ta' Ħal Tarxien xi darba tinfetaħ kif jixtiequ u ilhom jitolbu ħafna r-residenti.", "Għax jien nemmen li jeħtieġ Ii mhux biss ngħidu bil-paroli li se ngħinu lill-kunsilli lokali imma għandna ngħinuhom bil-fatti, għax jien ta' kuljum nisma' lmenti mis- sindki tad-distrett fejn noħroġ jien.", "Per eżempju, nista' ngħid li lir-residenti tal-Marsa ilhom żmien iwegħduhom li l-power station se titneħħa minn hemm iżda sal-lum il-ġurnata dawn għadhom jibilgħu d-dħaħen.", "Naħseb li mhux jien u sħabi biss, bħala deputati Laburisti, imma anke ż-żewġ deputati tan-naħa l-oħra ta' dak id- distrett ikollhom ilmenti mir-residenti tal-Marsa minħabba n-nugrufun li jibilgħu mid-dħaħen.", "Veru li ma jistax ikun li ssolvi l-problemi kollha f'daqqa, imma importanti li dak li twiegħed tipprova tagħmlu.", "Għalhekk wieħed ikompli jikkonferma kemm huwa importanti li l-flus tal-poplu jitqassmu tajjeb, anke meta tara tant housing estates abbandunati.", "Verament li bħalissa għaddej proċess biex il-housing estates jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali, imma fil-każ li jiġri hekk żgur li l-kunsilli se jkollhom bżonn aktar fondi.", "U minkejja li l-gvern Nazzjonalista kien żidilhom il-fondi, nafu li din iż-żieda taret mar-riħ bir-ri-introduzzjoni tal-VAT.", "Mr Speaker, niġbed ukoll l-attenzjoni għall-fatt li r-residenti tal-Gudja ilhom ħafna jitolbu biex ħdejn il-bypass, bejn il-Gudja u Ħal Għaxaq, ikollhom il-lights u minn informazzjoni li għandi, minkejja li l-kunsilli lokali tal-Gudja u Ħal Tarxien ħarġu xi flus huma biex setgħu jinxtraw il- cables - allavolja l-ispiża kollha suppost li kellu jagħmilha l-gvern - xorta waħda x-xogħol għadu ma sarx.", "Naħseb li wasal il-mument ukoll li mill-flus li niġbru mit-taxxi nagħmlu manutenzjoni f'dawk il-ħafna flats abbandunati, biex almenu dawk il-ħaddiema li jgħixu fihom ikollhom ambjent aktar nadif.", "(Interruzzjonijiet) Il-verita' hi li meta nsemmu l-housing inkunu qed insemmu pjaga kbira soċjali li jeħtieġ naraw kif se nsolvuha.", "Il-problema tan-nuqqas ta' housing iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tikber, minħabba li qed jiżdiedu s-single mothers u anke minħabba ż-żieda fis-separazzjonijiet.", "Għandna ħafna koppji li tant qegħdin jgħixu f'ambjent ta' ġlied li ma jistgħux jibqgħu jgħixu taħt saqaf wieħed u jkollhom jaraw fejn idabbru rashom.", "Ħafna minnhom imbagħad jispiċċaw jikrulek xi furnished flat - u llum flat ma tikrihx b'Lm10 fix-xahar imma trid 'il fuq minn Lm100 - u allura dawn il-familji jgħaddu minn tbatija li huma biss jistgħu jfissruha.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed inwassal l-ilmenti tal-kostitwenti, kif jisma' kull wieħed minna meta jidħol fid-djar u jitkellem man-nies.", "Nafu li m'huwiex faċli ssib tarf tal-problema tal-housing għaliex, anke meta jitbattal xi post, issib li xi ħadd ikun diġa' tefa' l-ID card fuq dak l- indirizz - aktarx qabel is-sena 1994 - taparsi joqgħod hemmhekk.", "Imma jeħtieġ li nsibu soluzzjoni għal dawn il-problemi għaliex igerrbu x-xhur, igerrbu s-snin u dawn il-problemi jaggravaw ruħhom jistgħu.", "Mr Speaker, aħna ma nistgħux ma nwasslux il-fehma tan-nies li jkellmuna dwar il-problemi li jkollhom.", "Tajjeb li nressquhom f'din il-Kamra biex dan il-parlament verament ikun il-parlament tal-poplu.", "U jien nittama li kif jien niżen il-kliem li jingħad, hekk ukoll min-naħa l-oħra meta nitkellem jien ikun hemm xi ħadd li jagħti widen għal dak li nkun qed ngħid.", "Per eżempju, smajna li din is-sena se niġbru ħafna flus mit-taxxi imma xi kultant il-poplu Malti u Għawdxi ma jħossux sodisfatt li dawn il-flus qed jissarrfu fl-affarijiet li jixtieq.", "Fil-lokalità fejn noħroġ jien ftit hemm bdiewa u raħħala imma minn dawk il-ftit li ltqajt magħhom sirt naf li ilhom jitolbu li l-gvern jgħinhom billi jwassal l-ilma saqwi sa l-għelieqi tagħhom.", "Qatt m'għandna nwarrbu t-talbiet li jagħmel il-poplu, għax kulħadd ikollu l-bżonnijiet partikolari tiegħu, skond l-ambjent u x-xogħol li jkun ġej minnu.", "Mr Speaker, il-problema tat-trasport pubbliku hija waħda mill-akbar problemi li għandu pajjiżna.", "Tkellimna ħafna fuq it-trasport pubbliku għal persuni b'diżabilità iżda, bħalma jiġri ħafna drabi, isir ħafna kliem, toħroġ white paper u mbagħad meta tfittex ma ssib xejn.", "Issa l-white paper saret liġi u l-liġi għaddiet, imma dik il-persuna b'diżabilità bilfors tistaqsi x'qiegħed isir, Mr Speaker?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech, li se jagħmel l-intervent tiegħu warajja, naħseb li se jagħfas fuq il-punt tat- trasport pubbiku fejn jidħlu persuni b'diżabilità.", "Kif tista' titla' f'karozza tal-linja persuna b'diżabilità li qiegħda f'wheelchair?", "Issa l- gvern neħħa s-sussidju lis-sidien u dawn talbu u ħadu żieda fin-nolijiet, allura xorta l-ħaddiem bata għax hu qed ipatti għal dak is-sussidju, peress li huwa l-ħaddiem l-iktar li juża l-karrozzi tal-linja.", "Jien nibqa' nħambaq u ngħid li dawn huma taxxi li daħħal il-Partit Nazzjonalista fil- gvern, li qabel l-elezzjoni tant għajjat li l-Partit Laburista m'għandux kuxjenza soċjali.", "Mr Speaker, f'dan il-parlament għedt ħafna drabi li persuni b'diżabilità, speċjalment persuni nieqsa mid-dawl, għandu jkollhom sussidju fuq it- telephone, minħabba li jkollhom bżonn iċemplu lill-ġirien għall-għajnuna u waqt li jkunu qed iċemplu mhux l-ewwel darba li jieħdu żball huma u jdawru n-numri u b'hekk itellgħu ħafna telefonati.", "Jien inħoss li għandha ssir ġustizzja soċjali ma' dawn in-nies billi mill-flus tat-taxxi li jħallas kulħadd tingħata din l-għajnuna.", "Jien niltaqa' ma' ħafna persuni b'diżabilità, speċjalment dawk li jkunu f'wheelchair, li jkunu ilhom jitolbu akkomodazzjoni alternattiva peress li jkunu joqogħdu fis-sular ta' fuq f'xi block ta' appartamenti.", "U naħseb li l-Onor.", "Gonzi, bħala l- ministru responsabbli mill-housing, jiltaqa' ma' dawn il-każi ħafna iktar minni.", "Jeħtieġ li pajjiżna jimxi 'l quddiem f'dan il-qasam għax minkejja dawn it-taxxi kollha li jinġabru, il-poplu għadu mhux sodisfatt b'dak li qiegħed jagħmel il-gvern.", "Il-ġimgħa l-oħra jien tkellimt fil-qosor fuq il-problema tad-droga li nemmen li għandna neħduha bis-serjetà għax qed tkisser lis-soċjetà.", "Nhar l- Erbgħa jien ġibt is-siringi f'dan il-parlament u wrejthom lil kulħadd, siringi li kont ġbart minn ġewwa ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid, li jintużaw miż-żgħażagħ biex jieħdu d-droga għax forsi ma jħossuhomx kuntenti.", "Jien nemmen li aħna - qed ngħid għalina lkoll - irridu niġġieldu din il-problema tad-droga bis-serjetà, għax min jitlef lil xi ħadd mill- familjari tiegħu jista' jgħid x'jiġifieri.", "Inħoss li l-flus li niġbru mit- taxxi għandhom jintużaw għall-aħjar għan, u ibqa' żgur, Mr Speaker, li jekk dawn jintużaw għall-ġlieda kontra d-droga nkunu qegħdin nagħmlu favur kbir lis-soċjetà.", "Jiena persważ li ħadd ma jieħu pjaċir jara lit-tfal u ż- żgħażagħ imutu bid-droga u għalhekk nemmen li l-problema tad-droga rridu niffaċċjawha aktar bis-serjetà.", "F'dan il-parlament tkellimt kemm-il darba dwar it-tqassim tas-siringi fiċ- ċentri tas-saħħa, sistema li kienet teżisti anke fi żmien il-gvern Laburista.", "X'ħin trid u meta trid tista' tmur f'ċentru tas-saħħa u lil min hu nkarigat tgħidlu biex jagħtik siringa biex tittaqqab ħalli tieħu d- droga.", "Din qed issir biex ma tinxteridx il-marda ta' l-AIDS u aħna naqblu ma' din il-miżura.", "Però nerġa' nagħmel enfasi, kif diġà għamilt drabi oħra, li fiż-żmenijiet tal-lum, bil-problemi kollha soċjali, jeħtieġ li pajjiżna jinvesti aktar fil-paramediċi u fis-social workers.", "Nemmen ukoll li fiċ-ċentri tas-saħħa għandu jkun hemm social worker - u anke f'mistoqsija supplimentari li kont għamilt lill-ministru tas-saħħa, kont ġbidtlu l-attenzjoni biex fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla jintbagħat social worker - għax il-bżonn qed isir urġenti.", "Tajjeb li meta ż-żgħażagħ imorru fiċ-ċentri tas-saħħa jitolbu siringa jkun hemm social workers jipprovaw jiftħulhom għajnejhom fuq dawn l-affarijiet.", "Wieħed jista' jobsor min ikollu din il-problema, għax altru tmur xiħa tieħu siringa biex tieħu l- insulina u altru jmur żagħżugħ li mill-ewwel tinduna li jkun għaddej minn xi problema.", "Jien nagħti l-kelma tiegħi li dawn l-affarijiet qed insemmihom mhux għax qegħdin fl-oppożizzjoni - għax meta għada pitgħada jitla' gvern tal-Labour xorta nibqa' nsostnihom dawn il-ħwejjeġ - imma ħalli min qed jismagħna jifhem li dan li qed ngħid huwa validu dejjem.", "Illum miet it-tifel ta' Ċetta u għada jista' jmut it-tifel tiegħi, u żgur li ħadd ma jieħu pjaċir jara lit-tifel imutlu minħabba l-vizzju tad-droga.", "Hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-għaqdiet volontarji kollha li jaħdmu qalb it-tfal u ż-żgħażagħ, fosthom is-Sedqa, il-Caritas u l-OASI.", "Dawn kollha jaħdmu biex jagħtu edukazzjoni liż-żgħażagħ ħalli jżommuhom 'il bogħod mid-droga.", "Dawn qegħdin jagħmlu xogħol siewi però l- gvern irid jagħti l-kontribut tiegħu wkoll billi fiċ-ċentri tas-saħħa jpoġġi social worker, ħalli meta żagħżugħ jew missier ta' famija imur jitlob siringa biex jinjetta ruħu - għax illum il-ġurnata d-droga m'għadhiex problema assoċjata biss maż-żgħażagħ - jipprovaw joffrulu l- għajnuna.", "Dan huwa l-iktar mezz kif tista' tidentifika lil dawk in-nies li għandhom din il-problema għax huma stess jiġu għandek.", "Allura ejja nimpenjaw ruħna u nagħmlu front wieħed fil-ġlieda kontra d-droga għax din hija problema nazzjonali.", "Aħna m'aħniex se niġġieldu kontra ż-żgħażagħ li jieħdu d-droga imma kontra l-barunijiet tad-droga u kontra min imexxi d- droga.", "Liż-żgħażagħ irridu nagħmluhielhom ċara li meta jiġu għandna se nilqgħuhom b'idejna miftuħa u se nipprovaw ngħinuhom joħorġu minn dan il- vizzju.", "Mr Speaker, fl-okkażjoni taż-żjara ta' Prodi ma nistax ma nsemmix ukoll il-politika li qed jadotta l-gvern bħala preparazzjoni għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dalgħodu Prodi indirizza lill-Parlament Malti u smajna wkoll id-diskorsi tal-Prim Ministru u tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Minn hawn nieħu l-okkażjoni biex ngħid prosit lil-leader tagħna, li tant kien ċar u ma biddel xejn mill-pożizzjoni tal-Partit Laburista dwar l- Unjoni.", "(Interruzzjonijiet) Ladarba qegħdin nitkellmu fuq it-taxxi bilfors ikolli nsemmi l-Unjoni.", "Ir-raġuni vera għala qed jiġu imposti aktar taxxi fuq il-ħaddiem hija minħabba li dan il-gvern li għandna jridna nidħlu fl-Unjoni.", "Aħna m'aħniex kontra l-progress imma m'hemmx bżonn nidħlu fl-Unjoni biex nirranġaw it-toroq u biex insebbħu l-ambjent.", "Nagħmluhom dawn l-affarijiet għax hekk jixraqlu l-poplu Malti - kollha nagħmluhom, mela le! - għax jien nemmen li mit-taxxi li niġbru għandna nagħmlu l-aqwa toroq għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Mr Speaker, il-gvern Nazzjonalista huwa ossessjonat biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni u mhuwiex jagħti kas li hawn familji bi dħul baxx li qegħdin ibatu.", "Aħna bħala partit li għandna għal qalbna l-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l- pensjonanti, li tant jiġu jilmentaw magħna, bilfors irridu niddefenduhom lil dawn in-nies u ngħidu lill-gvern ta' Fenech Adami li ma jistax jibqa' għaddej qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jeħtieġ li nitkellmu għax jekk nibqgħu siekta nkunu qisna qed napprovaw dak li qed isir u nkunu qisna kompliċi mal- Partit Nazzjonalista.", "Aħna m'aħna kompliċi ma' ħadd, aħna m'għandna obbligazzjonijiet lejn ħadd.", "L-obbligazzjonijiet li għandna huma lejn il- poplu Malti, lejn il-ħaddiem, lejn iż-żgħażagħ, lejn il-pensjonanti, lejn dawk li għandhom dħul baxx u lejn dawk li qabdu negozju żgħir u jixtiequ jkabbru.", "Aħna jiddispjaċina għax mhux qegħdin nagħmlu użu tajjeb mit-taxxi li niġbru mingħand il-poplu.", "Mr Speaker, irridu naraw kif se nilqgħu wkoll għall-faqar ġdid li qed jiżdied f'pajjiżna, faqar li ġej minn diversi fatturi.", "Nibda mill-faqar tal-housing li, kif għedt ftit qabel, qed jiżdied għaliex ħafna żweġijiet m'humiex jirnexxu minkejja l-preparamenti kollha.", "Hemm ukoll il-faqar ta' min għandu l-problema tad-droga, problema li tfarrak mhux biss lil min għandu l-vizzju imma tfarrak ukoll lill-familjari kollha tal-vittma.", "Il- qgħad ukoll huwa forma oħra ta' faqar, u għalhekk li f'diversi mistoqsijiet parlamentari staqsejt x'se jiġri mill-ħaddiema tat-tarznari u tax- shipbuilding meta jitneħħew is-sussidji.", "Il-Partit Laburista, bħala partit tal-ħaddiema, irid jiddefendi lil dawn il-ħaddiema u għalhekk nixtiequ nkunu nafu jekk id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hux se jkun ta' theddida għat-tarzna ta' Malta.", "Ħafna mill-ħaddiema tat-tarznari huma mid- distrett tiegħi u sikwit jistaqsuni jekk l-impjieg tagħhom hux se jibqa' garantit bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni.", "Mr Speaker, kif għamilt ħafna drabi f'dan il-parlament, nistaqsi jekk is- sussidji fuq is-servizz tad-dawl u l-ilma humiex se jispiċċaw?", "Ma nafx jekk l-Unjoni Ewropea hijiex se tgħidilna li s-sussidju għal min għandu dħul baxx iridx jispiċċa.", "Se jitneħħa s-sussidju fuq it-telecare li llum daħal sewwa fid-djar Maltin u Għawdxin?", "Il-gvern Nazzjonalista kien introduċa s-servizz tat-telecare u l-gvern Laburista kompla saħħaħ dan is- servizz, għax il-maturità politika titlob li l-gvern ikompli jibni fuq it- tajjeb li jkun għamel il-gvern ta' qablu.", "Allaħares il-gvern Nazzjonalista ħatt kulma kien għamel il-gvern Laburista għax kieku f'pajjiżna m'għandna xejn!", "Kien jagħmel l-ikbar rebus kieku ma kompliex fuq dak li kien jeżisti, kemm bħala benefiċċji soċjali, bħala banek, tarznari, il- korporazzjonijiet tat-Telemalta u l-Enemalta u ħafna affarijiet oħra.", "Ħafna mill-benefiċċji soċjali, ħafna mill-azjendi kbar u korpi parastatali li għandna f'pajjiżna saru jew twaqqfu taħt it-tmexxija ta' gvernijiet Laburista, bis-saħħa tal-moviment tal-ħaddiema.", "Dawn huma l-mistoqsijiet li jagħmlulna ħafna nies: Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni se jitneħħew is- sussidji minn fuq id-dawl u l-ilma, minn fuq it-telephone u minn fuq it- telecare?", "Jien nistaqsi kif kellu l-kuraġġ il-Partit Nazzjonalista li jressaq dak il-programm elettorali, daqskemm wiegħdu affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Kemm trid tiġbor taxxi biex jitwettqu dawk il-wegħdi kollha!", "Naħseb li l-gvern għandu jitkellem ċar dwar it-tbatija li ġejja għall-poplu tagħna għax diġà jinsab għaddej minn tbatijiet kbar.", "Hawnhekk bilfors ikolli nsemmi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Għalxejn il-Ministru Josef Bonnici - mhux qiegħed hawnhekk bħalissa - joqgħod jgħid li l-kontijiet roħsu għax jiena ngħidlu jiġi miegħi għand in-nies u juruh kif ma ma roħsu xejn.", "Roħsu meta fi żmien il-gvern Laburista kont ma kienx jaqbeż is-Lm70 u llum jiġik mal-Lm120 jew Lm140?", "L-aqwa li lilna kontu tgħajruna mingħajr kuxjenza!", "Kemm taħsbu li l-poplu tistgħu tidħku bih?", "Spiċċa ż-żmien li tidħak bil-poplu Malti u Għawdxi.", "Mhux billi l-gvern jgħid li dawn il-miżuri qed ikollu jeħodhom minħabba d-deficit.", "Ara qabel kienu jgħidu li l-ħofra ħrafa.", "Kif tistgħu qatt tiġu emmnuti mill-poplu Malti u Għawdxi meta qabel kontu tgħidu li ma kienx hawn ħofra u llum tibku biex timlew il-ħofra?", "Min qed iħallas għaliha l-ħofra?", "Għaliex qed tipprovaw timlew il-ħofra minn bwiet il-ħaddiem?", "Veru li l-ħobż għola għal kulħadd imma min għandu dħul ta' Lm7,000 jew Lm8,000 u aktar fis-sena din iż-żieda żgur li mhux se jħossha daqskemm se jħossha l-ħaddiem b'paga żgħira, jew min għaddej bir-relief, jew dik il-familja bi tlett itfal, erbat itfal, bil-missier bla job!", "Inħoss li għandi nressaq dawn l- affarijiet fil-parlament għax jeħtieġ li t-taxxi jinġabru mingħand min verament għandu jħallas it-taxxi, Mr Speaker.", "Per eżempju, jiġu nies għandi biex nimlielhom l-income tax return u meta nistaqsihom x'għandhom il-bank jgħiduli Lm300 għall-funeral, jekk ikunu anzjani, u l-ħaddiema jgħiduli Lm700 u l-paga li jaqbdu.", "L-aħħar budget kien l-ikbar daqqa għall-ħaddiem Malti u jiena minn dan il-parlament onestament ngħid li f'ħajti m'għandi l-ebda ambizzjoni - forsi wieħed jgħid li l-aħjar ħaġa hija li tgħix ħajja kwieta, li naħseb kull wieħed minna jixtieqha hawnhekk - ħlief li sakemm il-poplu jibqa' jkollu fiduċja fija u jtellagħni f'dan il-parlament, nibqa' niddefendi lil dawk in-nies b'qalbhom muġugħa.", "Il-gvern Nazzjonalista jaf li l-aħħar budget kien l- iktar budget iebes li qatt sar għax l-aħħar budget li kien għamel gvern Laburista preċedenti, li fuqu qamu l-irwiefen kollha - veru li ma kienx xi budget tajjeb għax kieku ma kenux jaqbżu l-unions - ma kienx iebes daqs dan żgur.", "(Interruzzjonijiet) Il-GWU qabżet fi żmien il-gvern Laburista u reġgħet qabżet illum.", "Ara l-UĦM qabżet dakinhar u llum il-ġurnata qed taqbeż b'ħafna kondizzjonijiet.", "Dan jien qed ngħidu biex mill-paroli xi darba nibdew ngħaddu għall-fatti, jekk verament irridu l-affarijiet jitranġaw.", "Mr Speaker, imma kif ġie d-dejn tal-pajjiż?", "M'ilux kont qed nara programm fuq Super One Television, fejn kien mistieden l-Onor.", "Gonzi, li fost affarijiet oħra qal: Dażgur li sar id- dejn imma investejna fl-airport, għamilna s-servizzi tat-telecare u l-home- help, għamilna diversi toroq u ħafna affarijiet oħra.", "Veru - u biex għamel dawn l-affarijiet kollha l-gvern Nazzjonalista kellu jiddejjen - imma ma naħsibx li nesa Dr Gonzi li kienu gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħin li waqqfu t-Telemalta - illum saret il-Maltacom - waqqfu l-banek, għamlu l- infrastruttura kollha li kien hemm bżonn, bnew housing estates f'kull lokal, housing estates li jagħmlu unur lill-ħaddiem Malti, u bena Malta mill-ġdid.", "U meta tela' l-gvern Nazzjonalista f'Mejju ta' l-1987 ma sabx dejn fil-kaxxa ta' Malta imma sab kaxxa mimlija.", "In-Nazzjonalisti rranġaw fuq dak li bnejna aħna, taw lagħqa żebgħa u mlewna bid-dejn!", "Żgur li mhux se ngħallmu jien lill-gvern Nazzjonalista kemm il-poplu huwa rrabjat jismagħna ngħidu li se ngħaddu liġi biex jiżdiedu t-taxxi, għax il-poplu bilfors ikollu jgħid: Tajjeb, mela dawk jistagħnew u aħna nbatu!", "Mr Speaker, x'sab il-gvern Laburista meta tela' f'Ottubru 1996?", "Sab li dawk it-toroq li l-Onor.", "Gonzi qal li l-gvern Nazzjonalista kien għamel kellna nħallsu għalihom aħna.", "Din il-ġimgħa stess l-Onor.", "Charles Buhagiar - li fi żmien il-gvern ta' Dr. Sant kien responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi - qalli li f'kull budget aħna konna qegħdin inħallsu lill- kuntratturi imma ridna ħames snin biex nirkupraw.", "Allura min għamilhom it- toroq?", "Għamilhom il-gvern Laburista għax hu kien qed iħallas għalihom!", "Dan bħal meta ngħidlek: Ħa nieħdok tiekol però tħallas inti!", "Hekk ġara fil-każ tat-toroq, saru fi żmien gvern Nazzjonalista u ħallas għalihom il- gvern Laburista.", "Meta l-poplu jara sparpaljar f'safar, f'riċevimenti, fil- kiri ta' karozzi u f'ħafna affarijiet oħra ma jistax ikollu fiduċja fil- politiċi, u iktar u iktar il-ħaddiem isibha bi tqila biex jifhem għalfejn għandu jkompli jħallas it-taxxi.", "(Interruzzjonijiet) Jien nitkellem hekk għax ġej minn familja tal-ħaddiema u għalhekk huwa tajjeb li fil-parlament ikun hawn rappreżentanti ta' kull klassi tas-soċjetà, tobba, avukati u ħaddiema, ħalli ħaddiem ikun jista' jifhem aktar lill-ħaddiem u avukat jew tabib ikun jista' jifhem aktar lin-nies tal-klassi tiegħu.", "Jekk naħdmu flimkien, bil-mod kif naġġixxu bejnietna, inkunu verament qegħdin nagħtu eżempju lil ħaddieħor għax in-nies jippretendu ħafna minna.", "Il-ħaddiem qed ibati għax qed ikollu jħallas taxxi kbar, kontijiet tad- dawl u ilma għoljin esaġerati, ħobż bl-għoli - veru li l-gvern fl-aħħar budget iddeċieda li jagħti Lm10 għal kull persuna, imma ta darba biss - u qed ikollu jħallas il-VAT fuq it-telephone, fuq il-petrol u fuq id-diesel.", "Għalhekk bir-raġun hawn it-tgergir, bir-raġun li hawn l-għadab għall-gvern, għax fl-istorja ta' Malta qatt ma ġara li ħaddiem jirċievi ċ-cheque bin- nieqes.", "L-oppożizzjoni Laburista ġiet mgħajra li meta kienet fil-gvern għamlet il-wage freeze però, għall-ewwel darba, taħt gvern Nazzjonalista, minkejja li m'hemmx il-wage freeze, il-ħaddiem irċieva paga bin-nieqes.", "Bla dubju ta' xejn l-għoli tal-ħajja qiegħed ikidd lill-ħaddiem, lill-mara tad-dar, lill-koppji żgħażagħ, lil kulħadd.", "Ma jistax ikun li l-poplu jibqa' jbati.", "Inutili noqogħdu ngħidu li fi żmien gvern Laburista sar budget anti-soċjali.", "Il-verita' hi li bejn dak il-budget u dan il-budget hemm baħar jaqsam.", "Mr Speaker, veru li pajjiżna qed jiffaċċja problemi pero' l-gvern m'għandux jagħlaq għajnejh għall-problemi soċjali li għandna u jimponi iktar taxxi għaliex b'hekk ikompli jgħarraq is-sitwazzjoni jista' .", "Għandna l-problema tas-single mothers, għandna familji mifruda li jgħixu bir-relief u għandna tfal ħafna inqas ixxurtjati minn sħabhom fuq il-bankijiet ta' l- iskola.", "Qatt ma jista' jkun li dawn il-problemi soċjali nsolvuhom għal kollox imma ejja naħdmu biex kemm jista' jkun ntaffu t-tbatijiet ta' dawn il-familji.", "Għandna problema kbira ta' alkaħoliżmu.", "Fil-ħwienet saħansitra tara tfal żgħar, żgħażagħ li jkunu għadhom se jibdew il-ħajja, jixorbu mingħajr skruplu ta' xejn, ovvjament mingħajr ma jkunu jafu l- ġenituri tagħhom.", "Mhux qed ngħid għal żagħżugħ ta' 20 sena, li nimmaġina jkun jaf x'inhu jagħmel, imma qed nirriferi għal tfal ta' tmien snin jew disa' snin li diġa' qegħdin jagħtuha għax-xorb.", "Fejn għandhom x'jaqsmu problemi soċjali rridu nibdew ninvestu bis- serjeta' f'Malta ta' għada - għax f'dan il-każ iktar milli nkunu qed nonfqu l-flus inkunu qed ninvestuhom - fejn nixtieq nara li jkollna żgħażagħ li jibdew minn issa jerfgħu ċerti responsabbiltajiet u mhux jirraġunaw: Tajjeb jien, tajjeb kulħadd!", "Darba tkellimt f'aġġornament dwar il-fatt li familji jkollhom isiefru barra l-pajjiż minħabba mard.", "Tajjeb li l-gvern jgħin ukoll lil dawn in-nies għax m'għandhiex tidħol politika f'dawn l- affarijiet.", "Allaħares, u ma rrid indaħħal ebda dubju li dawn l-affarijiet isiru, imma ejjew niddiskutu kif nistgħu ngħinu lil dawn il-familji li jkollhom isiefru minħabba mard, speċjalment fejn il-missier ikun spiċċalu l- leave, spiċċalu l-leave on half-pay u dik ix-xi ħaġa li kellu l-bank tkun spiċċatlu wkoll.", "Ma nistgħux inwarrbu dawn il-problemi li għalina forsi huma żgħar imma għal min jgħaddi minnhom ikollu tbatija kbira.", "Mr Speaker, issa ippermettili ntemm id-diskors tiegħi billi nsemmi ftit mill-ħafna wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista - tiftakruhom jgħidu li b'għażla waħda tirbah 21 darba? - u se nħalli f'idejn il-poplu biex jasal waħdu għall-konklużjoni min verament daħak bih, jekk huwiex il-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista.", "Nhar is-Sibt se jkollna l- elezzjonijiet tal-kunsill lokali u rridu nfakkru lill-poplu li b'kunsilliera Laburisti jkollhom mera ta' kif jitmexxa gvern Laburista.", "Imma ħalli naqra l-wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Il-Partit Nazzjonalista kien qal hekk:", "\"1) L-ilma u d-dawl mingħajr kontijiet esaġerati;", "2) terġa' tlaħħaq mal-ħajja mingħajr tiġbid żejjed;", "3) ikollok moħħok mistrieħ dwar s'se jiġri mil-lum għal għada;", "4) għall-gvern tal-Partit Nazzjonalista saħħtek tiswa aktar mill- flus;", "5) l-iskola tħejji 'l uliedek għal kull qasam tal-ħajja;", "6) ix-xogħol jerġa' jibda jfittex in-nies anke f'oqsma ġodda;", "7) it-taxxi jkunu ġusti u daqskemm meħtieġa;", "8) Gvern tal-PN jissellef mill-inqs biex jinvesti;", "9) jissewwew it-toroq kollha u jkollok karozzi tal-linja ġodda;", "10) nużaw l-enerġija tan-natura għall-ġid ta' saħħtek u għas-sbuħija ta' l- ambjent;", "11) ħadd ma jibqa' lura;", "12) inkunu ta' ġewwa fl-Ewropa wara referendum;", "13) nagħmlu gwerra biss konta l-kriminalita' u d-droga;", "14) inġeddu l-użu ta' ħafna djar sbieħ u vojta;", "15) iż-żgħażagħ ikollhom posthom fil-gvern;", "16) niftħu ċentri ta' tip ġdid għall-anzjani u ntejbu l-pensjonijiet;", "17) jinħolqu postijiet ta' xogħol li jimtlew mir-raġel u mill-mara bi sħab;", "18) tingħata għajnuna ġusta meta l-familja ma sseħħx;", "19) jibdew proġetti ġodda u jitkomplew proġetti oħra mibdija mill- Partit Nazzjonalista fil-gvern u li l-gvern ta' Dr Sant me kellux il- ħila jwettaq;", "20) nagħtu post fuq quddiem lin-negozji ż-żgħar; u", "21) ikollok gvern li jaqdik bil-fatti.\"", "Mr Speaker, għal min forsi ma kienx qed jismagħna ngħidlu li kont qed naqra mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u lil min kien beħsiebu jmur jorqod ngħidlu biex dan li għadni kemm qrajt jipprova jwarrbu minn quddiem għajnejh jekk irid jorqod raqda tajba - għax wara li tara dawn il-wegħdi kollha u milli wiegħdu ma tawk xejn żgur li ma tkunx tista' torqod sew! - u nittama li bit-taxxi li l-gvern jiġbor tibda verament tinbena l-fiduċja fil-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, dalgħodu ħadt pjaċir nisma' lil .... x'jismu? ....", "Prodi jgħid kemm l-Unjoni Ewropea sejra 'l quddiem u kemm sejra tajjeb l-Irlanda mindu daħlet fl-Unjoni.", "Però jekk għadu ma telaqx lil Prodi ngħidlu biex fil-każ imur sa l-Irlanda ta' Fuq ħalli jara b'għajnejh kemm hemm nies qegħda!", "Mingħalija wkoll li dan Prodi kien prim ministru ta' l-Italja, pajjiż li kien u għadu fl-Unjoni.", "Issa din l-ewwel darba li ġie wieħed minn barra biex jaħslilna wiċċna ħalli nkunu aħjar minnu, ħalli jgħinna nimxu 'l quddiem, jgħinna nsibu x-xogħol u nirranġaw l- affarijiet.", "Ilu ma jiġi xi ħadd bħalu hawn Malta u, ngħiduha kif inhi, ftit issib nies li jiġu jgħinu lill-Maltin!", "Però jien lil Prodi ngħidlu: Flok toqgħod tieħu ħsieb x'se nagħmlu aħna f'Malta, mhux aħjar li kieku meta kont membru parlamentari u prim ministru ta' l-Italja - kellek dik is-saħħa kollha! - ħadt ħsieb il-qgħad li hemm u ħadt ħsieb it-tallaba li għandek jiġru 'l hawn u 'l hemm, minn Ruma 'l isfel u partikolarment fi Sqallija!", "Dan ġie jgħidilna li jekk nidħlu fl- Unjoni żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jmorru jaħdmu fil-pajjiżi ta' l- Ewropa.", "U jien nistaqsi: Allura dawk ta' Sqallija, ta' Napli u ta' Ruma kif ma jmorru jaħdmu mkien?", "Dawk ma jistgħux jitilgħu sa Milan?", "Mela Milan u n-naħa ta' fuq ta' l-Italja lill-Maltin qed jistennew biex imorru jaħdmu hemmhekk?", "In-nies ta' Sqallija m'għandhomx dritt imorru jaħdmu hemmhekk?", "Mhux aħjar kieku Prodi rranġa hemmhekk l-ewwel, mhux jiġi jsemmi l-Irlanda u l-Portugal!", "Jien u l-Onor.", "Attard Montalto konna l-Portugal u maġenb restaurant stajna naraw żgħażagħ jittalbu.", "Dawn qalulna li kienu studenti u qalulna wkoll li kienu qed jittalbu biex forsi jkollhom biex jimxu 'l quddiem fl-iskola u jidħlu l-università.", "Dawn jaf bihom Prodi jew ma jafx?", "Dawn aħna rajniehom b'għajnejna!", "Għalfejn nidħku bil-poplu?", "Bħala Maltin aħna qatt ma kellna bżonn li jiġu nies minn barra biex jgħidulna li rridu nieqfu fuq saqajna.", "Smajna lill-Prim Ministru ta' Malta jgħid li aħna ilna mill-1964 naħdmu biex inkunu parti mill-Unjoni Ewropea, imma lill-Onor.", "Fenech Adami jien ngħidlu: Żbaljajt daqsxejn, għax intom ilkom taħdmu biex tkunu parti mill- Italja mindu twaqqaf il-Partit Nazzjonalista!", "Hawnhekk sar ħafna storbju u twerżiq kontra sieħbi fuq il-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni.", "Jien ma naqbilx ma' dawn il-ħmerijiet, imma n-Nazzjonalisti għalfejn qed jinkwetaw fuq il-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni?", "Fil-gwerra ta' l-1939 intom altru milli kissirtu l-bandiera meta mortu ma' Mussolini u ma' Hitler u kontu tgħidu li omm Malta hija l-Italja!", "Intom mhux il-bandiera ta' l-Unjoni ħraqtu imma l-bandiera ta' Malta meta kontu wasaltu biex għedtu li tagħmlu parti mill-Italja!", "Il-gvern Nazzjonalista jiftaħar li n-negozjati għad-dħul ta' Malta fl- Unjoni mexjin tajjeb u għaldaqstant dalgħodu kont nistenna li kemm Prodi u kemm il-Prim Ministru kienu se jgħidulna x'se nieħdu mill-Unjoni - xbajna nisimgħu li aħna parti mill-Ewropa u xbajna nisimgħu bil-ġid li ġej! - u kont naħseb li qabel ma jispiċċa d-diskors tiegħu Prodi kien se jħares lejn l-iSpeaker, jagħtih cheque u jgħidlu: Dawn il-Lm100 miljun ta' l-1998, għandek Lm100 miljun oħra ta' l-1999 u l-oħrajn tas-sena 2000!", "Dawn il- Lm300 miljun kollha tagħkom talli neħħejtu l-applikazzjoni mill-friża!", "Minn dan kollu ma ġara xejn imma l-President tal-Kummissjoni Ewropea qagħad isemmilna kemm se jkun hawn ġid u kemm se mmorru 'l quddiem meta nidħlu fl- Unjoni, qishom il-flus se jibdew neżlin mis-sema u tbatija m'hu se jkun hawn xejn għal ħadd.", "Bil-kemm kemm ma wegħedniex li jekk nidħlu fl-Ewropa ma mmutux!", "Wara dawk it-teatrini kollha u wara dak il-lagħqiżmu sfrenat li rajna - qisu qabel ma kien hawn l-Unjoni Ewropea ma kien hawn xejn u qisu kieku ma ġietx din ma kien ikun hawn xejn - dalgħodu l-Onor.", "Alfred Sant għamel diskors imqit, pulit u wera lil Prodi mhux kif taħsibha l- oppożizzjoni imma kif taħsibha l-maġġoranza tal-poplu Malti.", "Meta konna fil-gvern Dr Sant kien għamilha ċara li aħna m'għandna xejn kontra l- Ewropa, u anke l-Ewropa kienet qablet ma' dak li ridna aħna, imma sfortunatament ma kellniex żmien inwettqu dak li kellna ppjanat.", "Dalgħodu stennejt li jgħidulna xi ħaġa wara dak il-ħafna ftaħir bejn l- 1987 u l-1996 li dalwaqt deħlin fl-Unjoni Ewropea, li konna wara l-bieb u konna fuq l-għatba biex nidħlu.", "Imma llum ma ssemma xejn li aħna fuq l- għatba u kulma ntqal huwa li se nerġgħu nibdew it-taħdidiet u qalulna wkoll li jaħsbu li se naslu.", "Prodi qalilna: Jekk tridu tiġu ejjew imma din jiddeċidiha l-poplu Malti u ħadd iktar.", "Din m'hemmx għalfejn jgħidilna hu għax Allaħares jiddeċiedu għalina t-Taljani, l-Ingliżi jew il-Ġermaniżi!", "Aħna rajna xi ġralu Pinochet.", "Mela filwaqt li l-Ewropa, bin-NATO b'kollox, marret tattakka lil Jugoslavia u qed tgħid li trid tgħaddi ġuri lil Milosevic - għax jgħidu li dan qatel in-nies, u jien naqbel li min jagħmel dawn l-affarijiet għandu jgħaddi ġuri - lil Pinochet l-Ewropa vvintatlu kif se joħroġ minn dik il-kobba.", "Dan ifakkarni fil-każ ta' Queiroz li minn Malta ħareġ marid mejjet u malli mar il-Brażil għaddielu kollox!", "U hekk ġralu Pinochet għax it-tobba Ingliżi qalu li hu marid u, x'ħin wasal hemm, bl-għajnuna ta' Santa Rita u bl-għajnuna tal-Madonna ta' Lourdes qam jiġri u mexa, mingħajr ma kellmu ħadd u mingħajr ħadd ma rah!", "Imissha tistħi l- Ingilterra - tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea l-Ingilterra - li ħalliet jitlaq minn taħt idejha bniedem li qatel iktar minn 3,000 ruħ, ħafna minnhom żgħażagħ, tfajliet u ommijiet, li sempliċement sparixxewhom.", "Fuq in-naħa l-oħra kien hawn min jappoġġah lil dan id-dittatur - dan Pinochet infami daqs Hitler, Mussolini, Franco u Milosevic f'daqqa - li qatel dawk iż-żgħażagħ kollha wara li ttorturahom.", "L-Onor.", "Prodi ma qalilniex li għamlet ħażin l-Ingilterra li telqitu lil Pinochet, għax dak ħabib ta' l- Ingilterra.", "U meta l-Jugoslavi kienu ħbieb ta' l-alleati ma kienx jimporta li joqtlu lil dak u lill-ieħor dakinhar.", "(Interruzzjonijiet) Le, ħabib ta' sieħbek, ta' Mussolini, ta' Thatcher!", "(Interruzzjonijiet) Stenna daqsxejn ħalli ngħidlek!", "Tibdiex ittellef, pulċinell!", "Thatcher mhux aħna se nġibuha.", "Issa ngħidlek, issa tasal tiegħek!", "Oqgħod kwiet, issaporti!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma.", "Onor. Debono Grech, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kemm qed tibża'!", "Mela m'għadhiex ħabiba tagħkom Thatcher?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mela KMB mhux ħabib tiegħek?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "Onor. Debono Grech, nitolbok tindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Le, int trid tipproteġi lili u trid issikket lil tan-naħa l-oħra u mhux lili!", "L-Onor.", "Pullicino kkritika lil sieħbi fuq il- ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma inti taqbel ma' Pinochet?", "Tkellem!", "(Interruzzjonijiet) Int ma' Pinochet?", "Int ġakbin!", "Intom taqblu ma' Pinochet bħalma kontu taqblu ma' Hitler u Mussolini!", "(Interruzzjonijiet) Se tgħid li int ma taqbilx ma' Mussolini u ma' Hitler?", "Kontu tagħmlu parti minnu!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Onor. Debono Grech, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kontu tgħidu favur l-eżilju tal-Maltin intom!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Intom titkellmu hekk?", "Intom kontu bgħattu 60,000 ruħ lejn l-Awstralja, lejn il-Kanada u lejn l-Amerka!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Debono Grech.", "Jekk jogħġobkom, Onor. Membri, ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Membru huwa in possession u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Insomma, lili mhux se tinkwetani għax il-ħmieġ tagħkom nafu kollu!", "Mr Speaker, kont qed ngħid li qabel l-elezzjoni Dr Fenech Adami u l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu wegħduna li jekk Malta tneħħi mill-friża l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni, l-Ewropej kienu se jagħtuna Lm100 miljun fis-sena.", "Allura jien kont nippretendi li dalgħodu l-Prim Ministru kien se jfakkar lil Prodi f'dik il-wegħda.", "Minn dan ma ssemma xejn u kulma ntqal huwa dwar kemm se jkollhom futur iż- żgħażagħ jekk nissieħbu fl-Unjoni.", "Fuq il-pensjonijiet ma ssemma xejn lanqas, imma mbagħad fuq it- television kien hemm programm fejn qalu li l-pensjonijiet hemm bżonn li nsaħħuhom.", "Sa ftit ilu kienu jgħidulna li mhux veru hawn ħofra u mhux veru li hawn id-dejn nazzjonali, u mbagħad il-bieraħ smajna lill-Prim Ministru ġewwa Birkirkara jgħid li d-dejn li għandna mhux sostenibbli.", "Dan mhux aħna qed ngħiduh imma qed jgħidu l-Prim Ministru pubblikament.", "Issa nispera li ma jiġix għada jgħid li dan il-kliem mhux hu qalu, bħalma għamel l-Onor.", "Josef Bonnici, li kien qal li jekk jitilgħu fil-gvern it-tariffi tad-dawl u l-ilma jagħmluhom kif kienu fi żmienhom mentri issa bdejna nirċievu kontijiet b'rati iktar għoljin.", "Il-Prof.", "Bonnici qed jgħid li ġew irħas minn kif kien għamilhom il-gvern Laburista, imma l-wegħda kienet li jekk jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista l-kontijiet tad-dawl u l- ilma kienu se jiġu kif kienu qabel l-1996, qabel ma tela' l-gvern ta' Dr Sant.", "Il-bieraħ smajniehom jammettu dak li kien jgħid il-gvern Laburista fl-1995, li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Malta kienet marret il-baħar.", "Mela mhux f'sena u tmien xhur ta' gvern Laburista sar dak id-dejn kollu!", "Mr Speaker, fuq it-television intqal li l-gvern Nazzjonalista kellu jissellef il-flus biex jibni l-airport.", "Intom li għamiltu huwa t-terminal fejn hemm l-arrivals u d-departures, għax l-airport kien sar fi żmienna, bl- għajnuna tal-Gvern Taljan u mingħajr ma konna fl-Unjoni Ewropea.", "Dak iż- żmien konna għamilna airport ta' kalibru internazzjonali - għalkemm il- gazzetti tagħkom kienu ħarġu jgħidu li r-runway ma kenitx tajba għax ma setax jinżel jumbo jet fuqha - u tajna prova ta' dak li għamilna għax anke jumbo jets niżlu.", "Il-verita' hi li l-gvern Nazzjonalista kien ħareġ l- offerti biex isir ix-xogħol fuq l-airport terminal u kien qal li dan kien se jiġi jiswa Lm11 miljun u effettivament fl-aħħar spiċċa sewa Lm22 miljun, flejjes kbar li ma ħaduhomx kuntratturi Maltin imma ħaduhom il-Pollakki - bħallikieku l-Maltin ma kenux jafu jqiegħdu l-madum, ma kenux jafu jagħmlu s-suffetti u s-soqfa! - imbagħad wara li tlesta x-xogħol għamlet l-ewwel xita u beda nieżel l-ilma minn kullimkien, u l-gvern Nazzjonalista kellu jaqla' l-madum kollu u ma ndenjax ruħu jfittex lill-ebda perit għad-danni!", "Il-gvern Nazzjonalista qal li ssellef il-flus ukoll biex seta' jagħmel il- power station ta' Delimara, ħalli meta din tkun lesta tingħalaq dik tal- Marsa Wara li nfaqna dawk il-flus kollha għall-power station il-ġdida mhux talli m'għalaqniex dik tal-Marsa talli rranġajnieha - għax kieku ma kienx hemm il-power station tal-Marsa kieku llum ma nlaħħqux mad-domanda - u mhux imbilli niftaħru x'sar u ma sarx!", "Dawn ukoll jiftaħru li għamlu r-reverse osmosis plants - fil-verita' dawn ukoll kienu bdew fi żmien il-gvern Laburista - għax fi żmien il-gvern Nazzjonalista kienu nbnew impjanti tal- lampik f'Ħondoq ir-Rummien Għawdex u ieħor f'Malta, li kien jaħli fuel iktar milli kien jipproduċi ilma - fil-fatt konna ngħidu li l-ilma se jiġi jiswa daqs il-whisky! - u wara li dan l-impjant ħadem kemm kellu jaħdem lanqas bdejna nsibu spare parts għalih, bħalma issa ġralna fil-każ tal- power station ta' Delimara.", "Mr Speaker, anke fil-każ tal-vapuri ta' Għawdex, meta ordnajniehom suppost li kellhom jiġu jiswew Lm8 miljun imma llum nafu li se jiġu jiswew Lm50 miljun.", "Barra minn hekk bil-kuntratt aħna marbutin li l-ispare parts għal dawn il-vapuri nordnawhom bilfors mingħand id-ditta, anke jekk insibu b'irħas.", "In-naħa tal-gvern jgħidu li l-flus li kienu jiġbru kienu jużawhom tajjeb imma fil-kuntratt tal-posta żgur li mhux hekk ġara!", "Ara fejn qatt smajna bi ftehim bħal dan, fejn il-gvern jixtri biċċa art u jagħmel konvenju u jintrabat li wara li jħallas Lm0.2 miljun, jekk il-permessi ma joħorġux l-art terġa' tmur lura għand is-sid u l-gvern ma jieħu xejn!", "Dan ġara wara li kienet saret rakkmandazzjoni li l-posta tiġi fejn hi llum - u l-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien qabel ma' dik ir- rakkmandazzjoni - imma f'daqqa waħda l-bord li kien hemm, li suppost kien bord awtonomu, qabad u mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' ħadd ħareġ tender biex jixtri biċċa art.", "Mr Speaker, lil dawk li marru jparlaw fuq ir-radio jien ngħidilhom li hemm marru t-taxxi u mhux, kif qalu huma, marru biex iżidu l-pensjonijiet u l-għajnuna lil persuni b'diżabilità.", "Kien gvern Laburista li ħa ħsieb lil persuni b'diżabilità.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1988 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li ma kienx se jżid it-taxxi u wara li qagħdu jgħajruna li għamilna 33 taxxa, kulma neħħa l-gvern tal-lum hija l-50c fuq ir-riċetta tal-mediċini - u sew għamel li neħħieha għax hekk kien qal - imma t-taxxi l-oħrajn kollha żammhom.", "Jekk kollha kienu ħżiena għaliex ma neħħihomx?", "Jekk kienu għoljin it-tariffi tad-dawl u l-ilma għaliex ma raħħashomx għal kif kienu qabel?", "Kien qal ukoll li meta jitla' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern iraħħas in-nol tal-vapur ta' Għawdex għal kif kien qabel, imma dan għall- Għawdxin biss roħos - apparti r-roħs ta' 25c għal min jivvjaġġa wara ċertu ħin - għax mill-bqija baqa' kollox kif kien.", "Illum jiġu jiftaħru li qegħdin jaqsmu iktar nies, imma anke fi żmien il-gvern Laburista kien beda tiela' n-numru ta' Maltin li jaqsmu għal Għawdex.", "Allaħares ma jmorrux il- Maltin Għawdex, però n-nol tal-vapur ma raħasx għalihom!", "Mr Speaker, il-gvern Nazzjonalista biex jisfidana kien qal li l-catamaran se jibda jaħdem imma fil-verita' din ix-xitwa qatt ma ħadem.", "Aħna konna waqqafnieh dan is-servizz għax konna qed noħorġu flus ta' xejn.", "Il- catamaran hemm bżonnu fix-xitwa meta jidlam kmieni - ħalli l-istudenti u l- ħaddiema Għawdxin li jispiċċaw mix-xogħol fl-4.30 p.m. jaslu d-dar f'għoxrin minuta - u mhux fis-sajf meta fit-8.00 p.m. jkun għadu d-dawl u kważi l-maġġoranza tal-ħaddiema jaħdmu nofs ta' nhar.", "Imma aħna konna għedna li fix-xitwa dan is-servizz ikollu jiġi sospiż ta' spiss peress li l- catamaran ma jaħdimx meta r-riħ ikun force 4.", "Kienu merewna hawnhekk fuq dan imma mbagħad xorta kellhom iwaqqfuh dan is-servizz bi skuża jew oħra.", "Għalfejn iħallas it-taxxi l-poplu?", "Biex il-catamaran jitlef Lm1,000 kuljum u biex infallu l-Gozo Channel!", "Dawn huma l-affarijiet li sibna meta tlajna fil-gvern fl-1996.", "Mr Speaker, kien hawn min qal li mn'Alla kien il-gvern Nazzjonalista għax kieku kienet tispiċċa d-demokrazija.", "Min qal hekk ma jiftakarx x'demokrazija kien hawn f'Malta fis-snin '60.", "Insejniehom il-qniepen?", "Intom tgħidulna biex ma nsemmux il-passat?", "Kollox sew ma nsemmuhx il- passat, imma għal min ma jafx il-passat tal-Partit Laburista huwa passat sabiħ.", "Minn xiex għandu jistħi l-Partit Laburista?", "Forsi mis-servizzi soċjali li introduċa?", "Kien il-gvern Laburista ta' l-1947 li beda s- servizzi soċjali u nfakkarkom jien li dakinhar li daħħalna l-pensjoni l- Partit Nazzjonalista kien ivvota kontra.", "Min kellu l-ardir imur fuq it- television jgħid li l-Partit Laburista m'għamel xejn meta kien fil-gvern?", "Mela l-housing estates min għamilhom?", "Gvern Laburista għamilhom!", "L-isptar b'xejn u l-edukazzjoni b'xejn mhux il-gvern Laburista għamilhom?", "Aħna għamilna dan kollu u iżjed u ħallejna Lm440 miljun fil-kaxxa ta' Malta, liema flus il-gvern Nazzjonlista ħass li kellu jistradikahom fl-ewwel ħames snin li kien fil-poter.", "Fl-ewwel ħames snin il-gvern ta' Fenech Adami ma kellux għalfejn jagħmel it-taxxi għax kien hemm Lm440 miljun fil-kaxxa ta' Malta.", "Kellna madwar Lm70 miljun tal-posterity fund, kellna l-fond konsolidat li kien b'saħħtu u kien hemm fond ieħor, is-sinking fund, biex il-poplu Malti ma jbatix jekk tiġri xi diżgrazzja, bħal meta kellna r- riċessjoni, u dakinhar il-ħajja m'għolietx għax kien hemm gvern li jissussidja.", "Mr Speaker, nistaqsi jien: Jekk għada pitgħada nidħlu fl- Unjoni Ewropea se jibqa' jkun hemm is-sussidju?", "Fuq ir-radio smajna esponenti tan-naħa l-oħra jgħidu li min jaqla' Lm2,500 fis-sena ma jħallasx taxxa.", "Mela lanqas minimum wage ma baqa' issa?", "Għax Lm2,500 fis-sena ma jagħmlux daqs il-minimum wage.", "X'jiġifieri ma jħallasx taxxa?", "Mela jekk immur nixtri żarbun u neħel 15% VAT fuqu, dik mhijiex taxxa?", "Jekk immur nixtri l-pilloli u neħel 15% VAT fuqhom, dik mhijiex taxxa?", "Illum wasalna fl-assurdità li biex immur fi spiżerija, malli nidħol jitlobni Lm1 inkella ma jħallinix noqgħod bil-qiegħda.", "Dik mhijiex taxxa?", "Mela t-taxxa hija l-income tax biss?", "Jekk immur nixtri l- petrol jew d-diesel u jżommli 15% VAT fuqu, dik mhijiex taxxa?", "Meta nirċievi kont tad-dawl u l-ilma u neħel 15% fuqu, u meta nirċievi kont tat- telephone u neħel 15% fuqu - għalkemm qed tgħidu li 5% biss se jħallas il- konsumatur - dik mhijiex taxxa?", "Prodi ma qalilniex li l-Unjoni Ewropea għada pitgħada trid tgħolli l-VAT għal 25% fuq kollox.", "Ħadd ma qalhielu din lill-poplu Malti.", "U biex jiġbdilna saqajna qalilna li l-oqsma ta' l- agrikoltura u s-sajd se jgawdu!", "Kif se jgawdu?", "Il-Polonja għandha waħda mill-aqwa flotot tas-sajd u qalulhom li l- flotta tagħhom jridu jżarmawha.", "Il-Polonja qiegħda ukoll fl-assurdità li tesporta cattle on the hoof għall-Italja, biex wara tliet xhur dawn jagħtuh certificate of origin ta' l-Italja mbagħad jesportawh u jieħdu l-fondi fuqu t-Taljani, meta fil-veru sens tal-kelma l-prodott huwa Pollakk.", "Dan l- iskandlu kixfuh issa.", "Il-Polonja kellha baqar, ħalib, ġobon u kollox tagħha iżda llum qed ikollha toqtol il-merħliet u waslet fl-assurdità li timporta l-yoghurt u l-ħalib.", "Anke lill-bidwi Pollakk qed jagħtuh il-flus biex iżarma.", "Din hija l-ġenna ta' l-art li jriduna fiha?", "U aħna qed ikollna nidħlu għall-piż ta' iktar taxxi minħabba l-kapriċċ tal-gvern li waħħal f'moħħu li jrid idaħħalna bilfors fl-Unjoni.", "Dalgħodu ġie jinsulentana u jgħidilna kemm hu mfaħħar il-poplu Malti għaliex bata ħafna.", "Ma nafux kemm batejna?", "Tort tagħna li batejna?", "Tort tat-Taljani batejna!", "Aħna x'kellna x'naqsmu fil-gwerra?", "Nesa dan minn xiex għaddejna minħabba l-faxxiżmu u n-naziżmu?", "Ġie jgħid li dħalna fil- gwerra għax aħna konna fortizza.", "Ġie jiġbdilna saqajna u jgħidilna li aħna pajjiż żgħir u jekk għada nidħlu fl-Ewropa se jkollna say.", "Aħna kellna say meta saret il-konferenza ta' Helsinki għax kien hemm il-veto u, għalkemm aħna veru pajjiż żgħir, konna żammejna sod u kien bis-saħħa ta' Malta li beda d-djalogu fuq il-Mediterran.", "Dawn huma l-affarijiet li aħna rridu nifhmu u dawm ma qalhomlna ħadd.", "Din hija l-pożizzjoni li ninsabu fiha.", "Mr Speaker, kif jiġu jgħidu li ma żdedux taxxi?", "Aħna m'aħniex ngħixu fil- qamar!", "Min imur idur fid-djar jaf kemm qed ibati l-poplu tagħna.", "Ħabib tiegħi pensjonant irċeva kont ta' Lm144 għad-dawl u l-ilma - jiġifieri jrid jagħti pensjoni ta' xahar biex iħallas il-kont tad-dawl u l-ilma - u meta mar jiċċekkja jekk ħadux xi żball qalulu li l-kont kien tajjeb.", "Allura mhux veru għolew it-tariffi tad-dawl u l-ilma?", "Se noqogħdu nwaħħlu fil- gvern Laburista wkoll?", "Il-gvern Laburista kien iddiskuta mal-unions u ammetta li kien għamel żball u qal ukoll li kien lest biex jieħu miżuri korrettivi.", "Imbagħad il-Partit Nazzjonalista biex jirbaħ il-voti qabel l- elezzjoni ta' l-1996 qal li se jraħħas it-tariffi għal kif kienu qabel u m'għamel xejn minn dan.", "Imbagħad tiġu tgħajru lilna li għamilna budget anti-soċjali!", "Aħna konna sibna pajjiż imfarrak.", "Kien hemm kuntratturi tat- toroq li kellhom jieħdu madwar Lm43 miljun, kien hemm aġenti li jissupplixxu l-mediċini għall-isptar li kellhom jieħdu 'l fuq minn Lm50 miljun u konna wasalna fl-assurdità li l-aġenti u l-kuntratturi lill-gvern Laburista qalulu li jekk ma jħallasx fil-pront ma jagħtuhx la pilloli u lanqas kienu lesti jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni.", "Mr Speaker, konna nagħmlu ħafna laqgħat biex nipprovaw nirranġaw l- affarijiet għax flus ma sibna xejn.", "La sibna flus għall-vapuri tal-Gozo Channel u lanqas flus biex jinxtraw il-karozzi tal-linja, għalkemm xahrejn qabel l-elezzjoni kienet saret partita propaganda li se jġibu l-karozzi tal- linja u li l-gvern kien se joħroġ Lm22,000 bħala sussidju għal min jirreġistra qabel u jħallas il-Lm500.", "Kienu qalu li se jġibu 240 karozza, imbagħad iġibu 240 oħra u meta sirt ministru jien ħames karozzi biss ġew għax dawk kien hemm ordnati.", "U lanqas biss flus għal dawk ma kien hemm!", "Sibna li kollox kien miexi fl-ajru waqt li l-flus kienu ħerġin bl-addoċċ, qisu ma ġara xejn.", "Il-Partit Nazzjonalista kien jaf x'ħalla warajh u bil- wiċċ tost kollu kien jiġi jgħajjar lill-gvern Laburista li ma kienx miexi sew.", "Il-gvern Laburista mexa bl-ingwanti u qal li m'hu se jċaqlaq lil ħadd, imma dawn in-nies urew ir-rikonoxxenza tagħhom billi fixklu kemm setgħu.", "Għalhekk il-politika Laburista ma setgħetx taqbad, għax min kien qed imexxi d-dipartimenti tal-gvern kien qed jaħdem minn taħt kontra l- gvern.", "Dalgħodu kellna l-prova ta' dan għax rajna dik il-pastażata kollha, bil- gallarija ċċapċap id-diskors ta' Prodi - u għamlu sew għax ma rrid nindaħal lil ħadd jien - u wara li tkellem il-Prim Ministru l-gallerija reġgħet ċapċpet, iżda meta tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni sitta min-nies biss ċapċpu.", "Tgħidli: Ħadt għalik?", "Le, lanqas xejn ma ħadt għalija imma kkonfermajt dak li jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u anke kkonfermajt dak li nemmen jien fih li meta jerġa' jitla' gvern Laburista dawn m'hemmx post għalihom.", "Gvern ma jistax jaħdem b'nies li ma jemmnux fil-politika tiegħu, jiġifieri tal-partit li jkun ivvota għalih il-poplu.", "Dalgħodu l-kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern u n-nies li kien hemm fil-gallerija wrew li ma jaqblux mal-politika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex ma ċapċpux.", "Allura għandhom ikunu rġiel ukoll siegħa wara li jitla' fil-gvern il-Partit Laburista u juruh, kif għamlu llum, li ma jaqblux miegħu u jitilqu, għax hekk timxi d-demokrazija.", "Jekk wieħed japprova dak li qal il-Prim Ministru, għax jemmen f'dik il-politika li għandu l-gvern tal-lum, well and good, imma meta jitla' gvern differenti trid timxi bil-politika tal-partit li l-poplu jkun ivvota għalih u mhux tagħmel il-bsaten fir-roti.", "U aħna kellna min għamel dawn l-affarijiet, waqt li min mexa ta' raġel mal-gvern Laburista u ħadem b'mod leali qalulu bil-pulit biex jitlaq.", "Mr Speaker, jien ta' l-idea li l-gvern Nazzjonalista iġib wieħed kull xahar minn dawn il-personalitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u daqqa jieħduh naħa u daqqa jieħduh oħra ħalli forsi jsewwu t-toroq ta' kullimkien!", "U mela jiġi l- ministru għat-trasport u komunikazzjoni u jgħid li x-xogħol li sar f'dawn l- aħħar ġranet kien rutina!", "Allura Fleur-de-Lys, ħdejn il-karozzi tal-linja, u Mannarino Road u Valley Road mhumiex rutina?", "Hawnhekk qed insemmi arterji prinċipali.", "Bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat mhuwiex rutina?", "Il-Ħamrun, fejn hemm kull ħofra daqshiex, mhuwiex xogħol ta' rutina?", "Minn fejn Occhella Agius għal Ħal Qormi mhuwiex rutina?", "Ir-roundabouts li hawn ma' Malta mhumiex xogħol ta' rutina?", "Allura dik ta' Fleur-de-Lys u dik ta' ħdejn San Anton biss jinżebgħu?", "Strada Sant'Anna kienet ilha żmien twil ma titnaddaf u Alla biss jaf l-aħħar li nżabru s-siġar f'dik it-triq, iżda għax ġie Prodi naddafnieha!", "Għaliex ma ħadtuhx ix-Xgħajra, fejn hemm dump taż-żibel, kulħadd jitfa' ż-żibel kif ġie ġie u r-residenti bilkemm jistgħu jgħaddu minn hemm.", "Għaliex ma ħadtuhx aħna u sejrin lejn Għajn Tuffieħa?", "Issa la jitlaq Prodi kollox jerġa' jiġi kif kien!", "Hekk kien isir minn dejjem.", "Meta kont żgħir niftakar li kien ikollna skejjel maħmuġin u meta kien ikun ġej xi gvernatur, kulħadd kien jibda jnaddaf u jiżbogħ għax ġej il- gvernatur!", "Hekk għamilna issa u nfaqna l-flus biex naddafna kollox iġri u ġerri għax ġej Prodi!", "Tridu ddaħħku lin-nies meta tgħidu li dan kien xogħol ta' rutina?", "Hija rutina li t-tarmac aħna u sejrin għal Kastilja jingħata fil-11.00 p.m. fid-dawl tal-bozza?", "Jien imkien ma nara jsir xogħol b'dan il-mod, billi jiftgħu balla hekk u spiċċa!", "Mr Speaker, anke fl-irħula qegħdin naraw li bdew jiċċaqalqu l-affarijiet u bdew isiru xi xogħlijiet peress li issa ġejjin l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "Per eżempju, f'Ħal Lija bdejna nirranġaw it-toroq għalkemm in-naħa Tal-Mirakli ma rranġajnihomx, però hemm biċċa barra minn Ħal Lija u dik rranġajnieha u għamilnielha t-tarmac sew għax minn hemmhekk is-sindku jiġbor il-voti!", "Il-kunsill lokali ta' Birkirkara - qed ngħid għal meta kien hemm kunsill Nazzjonalista fi żmien gvern Laburista - kien jeqred li m'hemmx flus u m'għamel xejn, imma meta nbidel il-gvern l-istess kunsill beda jsib il-flus u qala' Birkirkara kollha, l-iktar fejn jidher, għax f'Ta' Paris, Tal-Qattus, in-naħa ta' Sqaq l-Għaġġla u madwar il- housing estates m'għamel xejn.", "Dawn huma l-affarijiet li qed iħabbat wiċċu magħhom il-poplu.", "Mela tiġu tgħidu li mhux veru qed isiru ċerti xogħlijiet għax ġejjin l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali!", "Mr Speaker, sieħbi tan-naħa l-oħra mar Bormla biex jara l-ħajt tal-baċir jaqa', qisu Kohl mar jara l-ħajt ta' Berlin nieżel!", "U dak għaliex mar iwaqqgħu l-gvern?", "Mela fil-kuntratt tal-proġett tal-Kotonera ma kontux ftehemtu li hemmhekk se jsir bħala parti mill-proġett?", "Marru 20 ruħ biex jaraw erba' ġebliet jaqgħu!", "Għaliex ma tiġux sal-wied ta' Birkirkara?", "Hemmhekk m'hemmx bżonn joqogħdu jiġu dawk kollha għax meta tagħmel ix-xita kollox iġġorr!", "Mela mmorru naħlu l-ħin ta' żewġ ministri, b'entourage sħiħ magħhom, u kulħadd idur biex jara l-ħajt nieżel!", "Jien ħsibt li kontu se tmorru hemm ħalli taraw il-yacht marina tiela' jew il-yachts deħlin!", "Ilkom sena li għamiltu l-kuntratt!", "Lilna f'sena u tmien xhur ridtuna nibdlu wiċċ Malta, bil-bsaten fir-roti kollha li kellna!", "Intom m'għandkom tfixkil ta' xejn għax in-nies taċ-ċivil kollha magħkom, m'għandkomx inkwiet.", "Aħna kellna kollox kontra tagħna u ridtuna nagħmlu kollox f'sena u tmien xhur!", "Intom ilkom sena u nofs fil-gvern u s'issa ma smajniex ħlief Ewropa tiela' u Ewropa nieżla, u dalgħodu Prodi beda jfaħħarna u jgħidilna kemm morna tajjeb fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dażgur li tmorru tajjeb, misskom ma tmorrux tajjeb!", "Għax jekk jgħidulkom: Tridu tagħmlu din it- taxxa, tgħidulhom: Iva!", "Jekk jgħidulkom: Is-sajd irid jispiċċa, tgħidulhom: Iva!", "Tgħidu iva għal kollox, kif tistgħu ma tmorrux tajjeb!", "Imma jmisskom tgħidulhom li biex nagħmlu dawn l-affarijiet l-ewwel iridu jagħtuna l-flus.", "Ara fi żmien il-gvernijiet Laburista ta' bejn l-1971 u l- 1987, l-Ewropa kienet toħroġhom il-flus għaliex kienet tagħtina 'l fuq minn l-Lm14 miljun, għalkemm meta konna għadna wasalna sa Lm6 miljun dak iż- żmien intom kontu tgħidulna: Ċedu, tawkom Lm2 miljun iktar milli taw lilna!", "Imma aħna ma ċedejniex.", "Anzi intom kontu tmorru minn warajna u tagħmlulna l-ħsara, bħal meta konna ġġelidna mal-Libja fuq iż-żejt u intom mortu tiġru għand Ghaddafi wara li kontu ilkom tgħajruh tal-ħabb għażiż.", "Jien niftakar li bejn l-1971 u l-1976, meta kont naħdem ix-xatt, kien hemm aġent - ma rridx insemmi ismu għax illum m'għadux magħna - li kien jgħidli: Issa tara kemm se ġġibu!", "Malli nirbħulkom nilbsu t-tarbux u nġibu l-iġmla u lil Ghaddafi hawn indendluh!", "F'daqqa waħda, meta Ghaddafi ħadha kontra l- Partit Laburista - mhux kontra l-Partit Laburista imma kontra l-poplu Malti - mortu tiġru tgħidulu: Għandek raġun!", "Hekk kontu taħdmu.", "Mr Speaker, anke meta f'Helsinki konna bdejna ninsistu li ssir konferenza dwar is-sigurtà fil-Mediterran inkella ma nivvotawx - għaliex dakinhar Malta kellha s-saħħa tal-veto - kontu tgħidulna: Ċedu għax qed twaqqgħuna għaċ-ċajt mad-dinja!", "Għaliex qed tagħmlu hekk?", "Hekk kontu tiġu teqirdu hawn ġew.", "Lill-membri ż-żgħar li hawn fil-parlament ngħidilhom biex ifittxu fil-gazzetti ta' dak iż-żmien.", "U aħna konna ninsistu u ngħidu: Le, meta l-Ewropa taċċetta li l-Mediterran huwa parti integrali mill- Ewropa, u meta tiddeċiedi li tadotta strateġija għall-Mediterran aħna lesti naċċettaw li nagħmlu dawn l-affarijiet.", "U aħna rbaħna u kien bis-saħħa tal- Partit Laburista li saret il-konferenza tal-Mediterran.", "Issa ħalliha li wara ġejtu tiftaħru li mortu Spanja, mortu hawn u mortu hemm.", "M'hu veru xejn.", "Lanqas biss ridtuha ssir f'Malta għax meta konna għal-laqgħa ta' l- IPU f'Canberra - ma' Dr Gonzi u man-Nutar Bonello Dupuis - u l- organizzaturi bdew jittitubaw jekk jiġux Malta jew imorrux fi Spanja, jien mort fuq is-soċjalisti ħbieb tagħna u għedtilhom li aħna rriduha ssir f'Malta.", "Dak iż-żmien aħna konna fl-oppożizzjoni u dawn qaluli: Imma l- Gvern Malti għadu ma ħareġ l-ebda stedina!", "Imbagħad jien kellimt lil Dr Gonzi, li dak iż-żmien kien Speaker, u lil George Bonello Dupuis dwar din il-proposta u tawna l-go-ahead biex nimxu fuqha.", "U kien bis-saħħa tal- Partit Laburista li dakinhar fl-Awstralja ddeċidew li ssir laqgħa f'Malta.", "Jien kont preżenti wkoll għat-taħdidiet li kienu saru fir-Rumanija, meta l-Iżrael kien għadu kif għamel paċi mal-Palestina u s-Sirja kienet qaltilna li jiġu għall-konferenza ta' Malta, u anke t-Tuneżini kienu aċċettaw li jiġu.", "Imma mbagħad sibna li minn hawn Malta kien hemm min qed ixewwex lill- Franċiżi biex ma jiġux, iżda xorta waħda rranġajna mal-Franċiżi.", "U l- Iżrael, għalkemm staqsewna jekk il-Palestinjani u l-Libjani kenux ġejjin, xorta ġew minkejja li għednielhom li dawk kienu ġejjin.", "MR SPEAKER: Onor. Debono Grech, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Hawn xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Joe Debono Grech ikompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, kont qed ngħid dwar meta l-konferenza tas- CSCM ġiet hawn Malta u saret laqgħa storika.", "Wara dik il-laqgħa saret laqgħa oħra fi Spanja u kien bis-saħħa ta' Malta u bis-saħħa tal-Partit Laburista li s-sigurta' u l-interessi tal-pajjiżi li jikkonfinaw fuq il- Mediterran bdew jiġu diskussi fuq l-istess livell li jgawdu pajjiżi oħra fl- Ewropa.", "Kien hawn xi ħadd li qal li tgħidx kemm iġġelidna biex stajna nakkwistaw l-indipendenza.", "X'indipendenza, lanqas jaf xejn fuq l-istorja dan!", "Kien il-Partit Laburista li ġġieled għall-ħelsien ta' Malta u kien il-Partit Laburista li kien qal jew integration jew self-determination.", "Jien qatt ma qbilt ma' l-integration, biex nagħmilha ċara, għax jien dejjem emmint li l- poplu Malti kapaċi jimxi waħdu.", "Dak iż-żmien kont għadni dieħel fil- partit, kont għadni żgħir, u ma nistħix ngħid li kont wieħed minn dawk li ġġieldu għall-ħelsien ta' Malta filwaqt li ħaddieħor kien qed iċekċek it- tazzi meta konna qed niġu arrestati.", "Meta llum nara lill-gvern iressaq l- uffiċjali tal-union quddiem il-qrati bilfors ikolli nfakkar f'dak iż-żmien meta kienu jtellgħuna l-qorti.", "Dak iż-żmien kien hemm Dr Gouder, Alla jaħfirlu issa, li kien ikun imissu s-seduta ta' Birkirkara, ngħidu aħna, u jekk jinqala' l-inkwiet il-Ħamrun kienu jbiddlu l-iskeda biex il-Maġistrat Gouder jagħmel is-seduta tal-Ħamrun.", "U dak iż-żmien il-Laburisti kienu jaqilgħu transfers, jitilfu l-job, jitkeċċew u l-vendikazzjonijiet kollha kienu jsiru, imma l-Laburist kien b'saħħtu għax kien serju u baqa' jiġġieled għax kien jemmen li Malta għandha tkun ħielsa.", "Min beda mingħalih ifiehem l-istorja dak iż-żmien ma kienx qed jiġġieled għall- ħelsien imma kien qed jiġġieled għal kważi dominion status.", "Dak qatt ma ġġieled għall-ħelsin ta' Malta.", "Meta Alla jaħfirlu Borg Olivier mar l- Ingilterra u ma tawh xejn fl-aħħar qalilhom: Mela agħtuna l-indipendenza!", "U ġibna l-indipendenza.", "Imma ejja niftakru li għalkemm kellna l- indipendenza, ġod-dockyard ma seta' jidħol ħadd biex isewwi l-vapuri jekk mhux bil-permess tal-Gvern Ingliż, u l-ewwel preferenza kienu jeħduha l- bastimenti tal-gwerra imma aħna ma stajniex indaħħlu bastimenti tal-Warsaw Pact.", "Mr Speaker, fi żmien il-gvern Laburista - wara li konna ffirmajna l- ftehim mal-Gvern Ingliż li jagħtina Lm14 miljun fis-sena sa l-1979 basta wara kulħadd jaqbżilna 'l barra - meta kienet marret delegazzjoni ċ-Ċina, in-Nazzjonalisti dak iż-żmien kienu qalu li se jikxfuna mal-Gvern Ingliż.", "Ara l-ħdura li kien hawn hawn ġew!", "Filwaqt li aħna konna qed niġġieldu u nagħmlu minn kollox għall-ġid tal-poplu Malti, huma kienu jipprovaw jintimidawna billi jgħidulna: Intom fil-kuntratt għandkom li titilfu l- flus mill-Ingilterra jekk iġġibu bastimenti tal-Warsaw Pact!", "U niftakar li dak iż-żmien kien qam il-mibki Lorry Sant, Alla jaħfirlu, u qal: Lanqas biss tafu li ċ-Ċina m'hijiex fil-Warsaw Pact!", "U morna ċ-Ċina u ġibna l- flus, iżda flok qalulna prosit in-Nazzjonalisti qalulna li se nisirquhom liċ-Ċiniżi għaliex konna se nħallsuhom billi nesportawlhom l-affarijiet minn hawn.", "Dik hija l-istorja tal-ħelsien ta' Malta.", "Meta l-Partit Nazzjonalista ġab l-indipendenza ma seta' jidħol ħadd la fil-Marsa ta' l-Ingliżi, la Ta' Ċenċ, la Santa Marija Estate, la Pembroke, la St. Andrew's, la St. Patrick's u lanqas Tigne`.", "Issa din Malta tagħna kienet!", "L-airport konna nużawh bil-permess ta' l-Ingliżi, l-ajru kien f'idejn l-Ingliżi, ir-Rediffusion kien f'idejn l-Ingliżi u l-flus tagħna kienu kollha b'wiċċ ir-Reġina!", "Ħadna l-indipendenza u bqajna bi gvernatur Ingliż!", "Meta ġejna biex nieħdu l-ħelsien veru - jum li l-Prim Ministru issa għoġbu jsejjaħlu festa nazzjonali - u neħħejna l-bażi u l-Partit Nazzjonalista vvota li aħna newtrali u li m'aħna allinjati ma' ħadd, in- Nazzjonalisti kienu jxewxu lin-nies tas-servizzi li jekk jitilqu l-Ingliżi se mmutu bil-ġuħ.", "Imbagħad meta telqu l-Ingliżi kien hawn wieħed hawnhekk li qal: Aħna wkoll konna se nibagħtuhom!", "Meta kontu se tibagħtuhom?", "Ma kellkom xejn fil-ftehim, lanqas li se jħallsukom talli qed jagħmlu użu minn Malta, għaliex meta fettlilhom qalulkom: M'aħna se nagħtukom xejn iktar għaliex m'aħniex marbutin li nagħtukom!", "Mr Speaker, gvern Laburista dejjem ra kif iġib il-flus iżda mhux minn fuq dahar il-Maltin.", "Gvern Laburista ma kienx għamel dawn it-taxxi kollha u meta fl-1987 niżel mill-poter ħalla fil-kaxxa ta' Malta Lm440 miljun li kien għamel bis-saħħa u bl-għaqal tiegħu.", "Il-ħaddiem kien beda jkollu djar diċenti għax qabel ma tela' l-gvern Laburista fl-1971 - fejn hu dak ta' l-istorja? - lanqas kamra tal-banju ma kellu!", "Kienu jgħiru għall-ħaddiem meta l-gvern Laburista bnielu l-flats bil-kmamar tal-banju u meta l-gvern ġie biex ineħħi l-mandraġġ.", "In-Nazzjonalisti dak iż-żmien bdew jgħidulhom lir- residenti tal-mandraġġ: Fejn se tmorru?", "Se jkollkom tħallsu l-kera jaħasra!", "Aħjar toqgħodu hawn!", "Dażgur, hekk kien jaqblilhom, għaliex meta l- bniedem jitgħallem u jimxi 'l quddiem ma joqgħodx għal kulma tgħidlu!", "Jien niftakar li f'Birkirkara - u anke Għawdex - meta xi ħadd kien jiħaq teacher - mhux avukat, perit jew nutar - bil-banda kienu jwassluh u kont tismagħhom jgħidu: Għandna teacher minn Birkirkara!", "Għandna skrivan!", "U qed ngħid dan għaliex bit-taxxi li kien għamel il-gvern Laburista ta' l- 1955 u l-1958 bena sittin skola fi tliet snin.", "Fl-1955 it-tfal kienu jmorru l-iskola għal sagħtejn biss - jien kont wieħed minnhom - min mit- 8.00 a.m. sa l-10.00 a.m., min mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u min mis-2.00 p.m. sa l-4.00 p.m. Bejn l-1949 u l-1955 kien hemm gvernijiet Nazzjonalisti - veru li kienu jitilgħu u jinżlu imma dejjem gvernijiet Nazzjonalisti kien hemm - u din is-sitwazzjoni ma rranġawhiex.", "Għalhekk tibżgħu minnha l-istorja intom!", "Kienet Agatha Barbara li rranġat is- sitwazzjoni ta' l-edukazzjoni tat-tfal.", "Niftakar li f'Birkirkara bdiet tikri mużewijiet u djar u tqabbad it-teachers biex it-tfal ikollhom l- iskola.", "Waħda mill-affarijiet tal-biki li ż-żgħażagħ tal-lum ma jiftakrux huma dawk l-orfni li, wara li jkunu tilfu l-ġenituri, kienu jispiċċaw fl-istitut ta' San Ġużepp jew f'xi istitut ieħor.", "Lil dawn it-tfal kienu jeħduhom lejl sħiħ jassistu ma' kadavru - biex forsi lis-soru jagħtuha xi ħames xelin u lit-tfal kienu jagħtuhom galletta u daqsxejn kafe' kull wieħed; niftakarhom jien dawk it-tfal bis-soru tagħtihom fuq rashom - u dawk it- tfal iltiema kienu jħalluhom lejl sħiħ mal-mejjet u filgħodu kienu jmorru għall-funeral warajh.", "Kien il-gvern Laburista li neħħa dak il-ħmieġ meta beda jgħin lill-istituti u dan għamlu mingħajr ma għamel taxxi.", "Kien il- gvern Laburista li tella' lit-tfal tal-ħaddiema biex ikunu jistgħu jmorru l- università.", "Dawn huma l-affarijiet li għamilna aħna.", "Din hija l-istorja tagħna u mhux kif ġie jirrakkonta dak dwar l-indipendenza.", "Kien hawn ieħor li qal li kienet qed tispiċċa d-demokrazija f'Malta.", "X'demokrazija hi?", "Kif tkun id-demokrazija, li għax tkun Laburist ma taħdimx, jew taqla transfer jew titkeċċa minn fuq ix-xogħol?", "Minħabba fija missieri qala' 61 transfer, kollha b'vendikazzjoni saru.", "Niftakar li s-Sibt kienu jaħdmu sa nofsinhar u missieri kien jiġi lura d- dar f'xi s-1.00 p.m. Bħal ħafna familji oħra ommi kienet tistenna lil missieri biex nieklu flimkien u wara li nroddu s-salib u se nibdew nieklu kien iħabbat il-bieb, kien jitfaċċa pulizija u jgħidlu: Skużani, Sur Karm!", "U kien jagħtih ittra.", "Missieri kien jiftaħha u kien jgħid lil ommi: Vann, nhar it-Tnejn għan-Naxxar jien!", "Jgħaddu erbat ijiem, jiġi s-Sibt u jgħidilha: Għal Għawdex!", "Darba saħansitra bagħtuna Għawdex u tista' taħseb x'biċċa xogħol kellu missieri b'familja ta' ħames subien.", "Kellu jaqlagħna mill-iskola ta' Birkirkara u tlajna kollha Għawdex.", "Kien sab tliet ikmamar u rranġahom kif seta' għax ma kellux paga dak iż-żmien.", "Wara li konna ssetiljajna niftakar li kien wasal Ħamis ix-Xirka u qalulna: Nhar it-Tnejn għal Malta.", "U erġajna lura Malta, iżda missieri tliet xhur laħaq għamel u reġgħu bagħtuh Għawdex.", "F'kelma waħda lil missieri dawruh ma' Malta kollha għax ħa 61 transfer għaliex konna Laburisti.", "Missier ħabib tiegħi, li kien messaġġier, kien għadu kif miet u kienu ħerġin bih meta ħabbtulu l-bieb u rċeva transfer għaliex kien Laburista.", "Mejjet kien dan!", "Għadni niftakar li t-tifel tiegħu kien qalli: Ħadu sew it-transfer missieri għaliex minn hawn in-naħa l-oħra mar!\"", "Din hi l- istorja tagħna.", "Mela tiġu tgħidulna bil-vjolenza!", "Anzi l-ħaddiem Malti kien jibqa' kwiet, jaqla' fuq rasu, jissawwat u jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Li ma kenitx il-GWU li llum qed tgħadduha ġuri - għedtulu lil Prodi li qed tgħadduhom ġuri għax qed jiġġieldu għall-ħaddiema? - kieku l- ħaddiem u l-moviment tal-ħaddiema m'għandux dak li għandu llum.", "Il-moviment tal-ħaddiema lill-ħaddiem taħ 52 Sibt għax qabel konna naħdmu bis-Sibt b'kollox.", "Kien ukoll gvern Laburista li ggarantixxa l-paga u li għamel il-minimum wage u l-pensjoni.", "Jien niftakar li kont nistenna s-Sibt għall-paga - konna nitħallsu Lm4 fil-ġimgħa - kienu jsiru l-11.00 a.m. imbagħad isiru s-1.00 p.m. u lill-imgħallem kont nidħol ngħidlu: Nagħmillek te?", "Naturalment kont ngħidlu hekk biex forsi jagħtini l-paga.", "Jaslu t-3.00 p.m. - issa dan suppost li kont naħdem sa nofsinhar - u jkun għadu ma ħallasniex u rrid inrabbi familja!", "Tgħaddi ġimgħa oħra u jagħtihielek it-Tnejn jew it-Tlieta.", "Kien it-Tabib Bertu Hyzler li organizzahom lin-nies tax-xatt u John Dalli għadu ma rrispondinix x'se jiġri minnhom dawn in-nies.", "Veru jew mhux veru li jekk għada pitgħada se nidħlu fl-Unjoni Ewropea n-nies tax-xatt iridu jispiċċaw bħalma spiċċaw fl- Ewropa kollha?", "Illum issib min jikteb fil-gazzetti biex lin-nies tal-cargo handling inaqqsulhom il-paga.", "Kieku ma telax il-gvern Laburista fl-1971 kontu titfgħuhom 'il barra lil dawn in-nies.", "Allura issa se niġu bħal qabel l- 1955, li jiġi l-aġent u jagħżel lin-nies hu?", "Il-ħaddiema ta' l-Air Malta ġejjin bħal ta' barra - fejn hu Josef Bonnici ħalli jgħidli jekk hux veru jew le issa! - li l-Lufthansa jkollha l-aġent tagħha, il-British Airways ikollha l-aġent tagħha, kulħadd ikollu l-aġent tiegħu u l-ħaddiema ta' l- Air Malta se jiġu redundant?", "Għidulna sew x'se jiġri għax hekk qed jiġri fl-Ewropa.", "Dan li rrid inkun naf mingħand Prodi u mhux joqgħod jiġi jlaqlaqli, kif għamel dalgħodu, u jgħidli kemm se nkunu tajjeb jekk nidħlu fl-Unjoni.", "Illum qegħdin tajjeb u m'għandniex bżonn lil Prodi!", "Kien il-gvern Laburista li għamel lil kulħadd indaqs quddiem il-liġi u kulħadd iħallas l-income tax.", "Fl-1947 l-Isqof kien qal li ma riedx iħallas income tax u intom ikkuntentajtuh għax inkella kien joħroġilkom l- iskomunika - u għalhekk aċċettajtu li mhux kulħadd iħallas l-income tax.", "Aħna qlajna l-interdett għax għedna li kulħadd għandu l-istess drittijiet.", "Mr Speaker, kien il-gvern Laburista li għamel il-pensjoni għal kulħadd fl- 1971 meta għamel il-bolla li intom kontu tgħidulha \"balla\".", "Il-Prim Ministru issa ġie jgħidilna: Mhux bilfors ngħollu l-bolla!", "Mela għalfejn kontu tgħajruna li l-bolla balla?", "Issa qed tgħidulna li l-bolla hija tajba.", "Min kissru l-fund tal-pensjoni?", "Aħna ħallejna fund tal-pensjoni b'saħħtu.", "Intom ħallattu kollox u għamiltu liġi fejn il-pensjoni tinħadem fuq l-aqwa tliet snin mill-aħħar għaxra.", "Aħna għednielkom li jekk tagħmluha hekk se tfarrku kollox għaliex dak li jkun fl-aħħar tliet snin biss jibda jiddikjara income tajjeb.", "Imma hekk ridtu.", "Għaliex ma nkunux irġiel magħna nfusna, mela tiġu tgħidu li l-ħaddiem għamel il-vjolenza u li aħna għamilna l-vjolenza!", "L-ikbar vjolenza li saret kienet f'Birkirkara, meta Mike Pulis, li kien raġel qaddis, kien qed jitkellem fejn l-iskola u marru jitfgħulu l-ġebel.", "Hemm spiċċat id-demokrazija!", "Ara dakinhar ħadd ma kkundanna u ħadd ma tkellem xejn, għax il-vittma kien Mike Pulis u allura la kontra l-Partit Laburista tajjeb.", "Dakinhar konna ngħidu li jekk inti tivvota Labour se terġa' ssallab lil Kristu!", "Insejniehom dawn l- affarijiet?", "Dik parti mill-istorja.", "Illum qed nivvintaw din il-liġi biex nagħmlu iktar taxxi li se jkollu jħallashom il-ħaddiem, għax min għandu income kbir dejjem jirnexxielu jevadi t-taxxa.", "Inutli nagħmlu t-tax compliance unit biex niġbru t-taxxi.", "Meta se tibda taħdem din il-unit, tliet snin oħra?", "Mela sa tliet snin oħra kulħadd jibqa' jisraq u jagħmel li jrid u l-ħaddiem iż-żgħir iħallas it- taxxa!", "Mhux talli hekk, talli ħadd ma jrid jagħti garanzija li f'din is- sena mhux se jiżdiedu t-taxxi, jiġifieri l-ħaddiem se jkompli jħallas.", "Meta darba aħna għollejna l-prezz tal-pitrolju għamiltu festa u għedtu li x- xjuħ jaħasra se jbatu.", "Imma intom kontu tafu għaliex għollejnieh.", "Ix- xjuħ qed ibatu issa għax bellajtulhom 15% VAT fuq kollox.", "Allura dawk ix- xjuħ li jużaw il-heaters u għandhom water heating system ta' l-elettriku mhux se jbatu?", "Minħabba l-prezz tal-pitrolju biss ibatu?", "Ix-xjuħ u l- ħaddiema li għollejtulhom in-nol tal-karrozzi tal-linja b'4c mhux qegħdin ibatu wkoll?", "Il-ħaddiem li għollielu l-ħobż, għolewlu l-oġġetti ta' l- ikel u l-ħwejjeġ mhux ibati?", "Dawn huma l-affarijiet li għandkom tgħidulna u mhux tiġu tgħidulna li m'aħna ngħidu xejn!", "Intom lill-poplu tivvintawlu, tbellgħulu u tgħidu li qiegħed kuntent!", "Mr Speaker, il-pajjiż nieżel għax id-deficit li għandu m'huwiex sostenibbli.", "Dan qalu l-Prim Ministru f'Birkirkara, mhux aħna qed ngħiduh.", "Qal ukoll li l-pensjonijiet m'humiex sostenibbli.", "Allura dan ifisser li se jispiċċaw?", "X'se nagħmlu issa?", "Kien hawn min qal li l-welfare state m'għadux moda.", "M'għadux moda għax ikollok gvern kapriċċuż li jaħli u jisparpalja kollox.", "Dażgur li ma jkunx moda!", "Allura x'se nagħmlu issa, welfare society?", "Min għandu jgħix u min m'għandux jgħix ukoll!", "Għax dak iż-żmien kienu jgħidulna li dudu f'ċagħqa jgħix.", "Noqogħdu attenti, mhux \"b'ċagħqa\" imma \"f'ċagħqa\"!", "Mhux kulħadd ġod-dar jgħix għax id-dudu jgħix f'ċaqgħa imma ma jgħix b'ċagħqa għaliex ma jistax jikolha ċagħqa.", "Sieħbi semma r-ruxxmata wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista, għax dejjem bil-wegħdi tela' l-Partit Nazzjonalista.", "Fis-sittinijiet tela' bil- wegħda li jekk tivvota lin-Nazzjonalisti ssalva ruħek.", "Ħadd ma ried imur jinħaraq u kulħadd jigdeb kemm jiflaħ!", "Fl-1966 ma kontux qed tiġġieldu għall-Ewropa għax dak iż-żmien lanqas kontu tafu jekk teżistix!", "Fl-1971 għedtu li għal daqsxejn ma ħadtux il-gvern, għal ħames voti, meta l-Partit Laburista dakinhar kellu 5,000 vot iktar minnkom.", "Imma dakinhar ma ħriġtux tgħidu li l-Kostituzzjoni tgħid li jirbaħ min ikollu l-iktar voti imma għoġobkom tgħidu li tliftu l-gvern b'ħames voti.", "U x'ma qaljniex bejn l- 1971 sa l-1987?", "Minn kollox qlajna!", "Fl-1987 il-poplu veru vvotalkom u bdejtu ġejjin u sejrin bl-istorja ta' l- Ewropa u tgħidu li qegħdin fuq l-għatba u li se jgħinna dak u se jgħinna l- ieħor.", "Meta ltqajtu ma' Thatcher għedtu li hi tajba u wara tmint ijiem telqet!", "Mortu l-Awstralja u għedtu kemm hu tajjeb il-prim ministru Awstraljan - għax għalkemm Laburista bdejtu tgħidu li ma jaqbilx magħna - u wara tmint ijiem spiċċa!", "Ġie l-Papa hawn u issa qed terġgħu tipprovaw iġġibuh għax b'xi ħaġa tridu taljenawh lill-poplu.", "Però għamiltu waħda tajba li ġibtu lil Prodi issa għax meta jmur lura dan se jgħidilhom: Karnival hemm Malta!", "Int mort wegħedthom li se nagħtuhom Lm100 miljun?", "Imbagħad ġie ieħor u qalilna li issa spiċċaw il-Lm100 miljun u li issa se jagħtuna miljun Euro.", "Jiġifieri forsi se nieħdu b'Lm250, 000.", "U għalxiex dawn il-Lm250,000?", "Biex jirranġaw iċ-ċint tad-dockyard?", "Daqshekk tistmana l-Ewropa?", "L-Ewropa lill-Partit Laburista trid għax aħna konna ngħidulha: Ħallas għax il-bqija ma tibqax hawn!", "Lilkom tirrispettakom tant l-Ewropa!", "Mela nsejtuha tan-NATO?", "Għiduhomlhom liż-żgħażagħ u lill-istudenti li meta fi żmien gvern Nazzjonalista mortu biex tidħlu fin-NATO lanqas bħala osservatur ma aċċettawkom!", "U kien il-gvern Laburista li tefagħhom 'il barra lil dawn.", "Kulħadd juża l-airport tagħna u ħafna affarijiet oħra u ħadd ma jħallas xejn!", "Din hi l-istorja li għandna ngħidulhom lill- istudenti.", "Għidulhom li se tagħmlu t-taxxi għax stradikajtu kollox!", "Mr Speaker, fi żmien il-gvern Nazzjonalista kien hawn il-Bank of Alderney li falla, seraq flus il-Maltin, telaq u m'għamiltulu xejn.", "Dan intom kontu ġibtuh.", "Kellna l-bank tal-ħanżira, li seraq lill-poplu Malti kollu u m'għamiltulu xejn lanqas.", "Kellna l-proġett tal-pont bejn Malta u Għawdex li kulħadd ħareġ il-flus għalih, li falla wkoll u serqu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, u l-gvern ma nvestiga xejn.", "Imbagħad għax il-gvern Laburista xamm li ġejja l-istorja tan-National Bank u waqqaf il-Bank of Valletta ħadtuha kontra tiegħu hawn.", "Anke meta għamilna l-Mid-Med Bank - wara li konna ftehemna ma' Barclays - għamilnieh b'saħħtu u intom bigħejtuh għal Lm83 miljun.", "Daqshekk tiswa l-proprjetà?", "Dan għedtuhulu lil poplu Malti?", "Mhux bilfors naqqastuh id-deficit li kien hawn?", "Dan bħal meta jkolli nagħti Lm10,000, inbigħ id-dar għal Lm8,000 u jibqagħli nagħti Lm2,000 imma d-dar inkun tliftha!", "Meta għamilna l-Air Malta il-privat ma riedx jidħol.", "Ara issa jridha!", "Dażgur li jridha imma meta għamilnieha l-ewwel darba ma riedx jidħol fiha l- privat.", "Meta għamilna s-Sea Malta ma riedx jidħol il-privat lanqas imma mbagħad meta bdiet miexja daħal.", "F'kollox irid jidħol il-privat basta s- sodda tkun mifruxa.", "Ara fid-dockyard u fix-shipbuilding il-privat ma jridx jidħol.", "Dawn huma l-affarijiet li għandkom tgħidulhom liż-żgħażagħ tal-lum u mhux tmorru tgħidulhom li l-Partit Laburista ma kienx kapaċi jmexxi!", "Mhux jien li kont għedt li kien hawn deficit u kien hawn pajjiż imfarrak meta tlajna fil-gvern aħna imma l-ewwel ma qalu kien John Dalli - kien għadu ministru tal-finanzi dak iż-żmien - meta kien bagħat ittra lill- kabinett u qalilkom biex taraw x'se tagħmlu għax id-deficit ma kienx sostenibbli.", "U dan ikkonfermah il-Prim Ministru meta ammetta li konna bdejna negħrqu mill-1995.", "U flok ma rranġajtu s-sitwazzjoni għamiltu elezzjoni malajr, ħalli jekk tiġi tajba tkun ġiet tajba u jekk tiġi ħażina jeħel b'kollox il-gvern Laburista!", "Mhux aħna għamilnieh id-deficit.", "Imbagħad kien hemm ministru tal-finanzi Laburista ta' l-affari tiegħu, li għandi kull rispett lejh, li qalilna li l-qagħda finanzjarja kienet imfarrka u li l-pajjiż kien nieżel 'l isfel waħda sew, u allura ma stajniex nagħmlu affarijiet li l-pajjiż ma jiflaħx għalihom.", "Jien emmintu - u għadni nemmnu sal-lum - għax dak li qal Dalli u dak li qal il-ħabib tiegħi Lino Spiteri kkonfermah il-bieraħ il-Prim Ministru meta qal li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż mhijiex sostenibbli, u meta tgħid li mhix sostenibbli jfisser li spiċċa l-pajjiż.", "Inutli noqogħdu nwaħħlu f'dak u fl-ieħor, spiċċa l-pajjiż!", "Nerġa' ngħid li l-gvernijiet Laburista ta' l-1947, ta' l-1955, ta' l- 1971, ta' l-1976 u ta' l-1981 għamlu ħafna affarijiet u, anke l-aħħar wieħed għamel, dak ta' l-1996, għax kellu biċċa xogħol iebsa biex jirkupra, imma l-verita' hi li kien beda jirkupra bil-mod il-mod.", "Meta bdejna nitkellmu mas-civil servants, li kellhom x'jaqsmu mal-finanzi, għednielhom biex jgħidulna ċar u tond fiex kien jinsab il-pajjiż.", "Jien kont nagħmel parti minn dik il-kummissjoni u staqsejthom direttament: Kontu tgħidulu lill-gvern Nazzjonalista li m'hemmx flus u li l-pajjiż spiċċa?", "U dawn qalulna: Iva!", "Issa m'huwiex sew li nibqgħu sejrin hekk, li kull darba li jitla' gvern Laburista jrid joqgħod jirranġa t-taħwid li kull darba jħalli warajh gvern Nazzjonalista.", "Lanqas hu sewwa li l-ħaddiem irid iħallas għall-kapriċċi ta' ħaddieħor.", "Hawn min jgħid li aħna ma nerġgħux nitilgħu, imma b'daqshekk x'ikun ġara?", "Se taqa' d-dinja?", "Aħna sofrejna bejn l-1958 sa l-1971 imma l-poplu nduna li l-Partit Laburista kien qed jgħid il-verità, bħalma nduna llum wara li tkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li fuqu żgur m'għandu xejn x'jgħid il- poplu Malti.", "Dr Sant mexa ta' raġel ma' kulħadd imma daħku bih meta fada fis-civil servants - dawn nies bla kuxjenza li lilu jgħidulu mod u minn warajh jagħmlu mod ieħor - imma llum Dr Sant lill-poplu Malti qallu l-fatti kollha fuq l-Ewropa, urieh it-triq u qal fejn irridu naslu.", "Kull meta kien fil-gvern il-Partit Laburista qatt ma daħak bil-poplu u dejjem urieh minn fejn irid jgħaddi, u meta kien hemm bżonn ngħidulu jross iċ-ċinturin għednielu.", "Ara llum qed tgħidulu intom biex iross iċ-ċinturin, imma meta konna għednielu aħna biex iross iċ-ċinturin xorta bqajna nagħtuh iż-żidiet.", "Meta ma kienx hemm għednielu li m'aħniex se nagħtuh żieda u domna erba' snin ma nagħtu żidiet.", "Imma xorta l-ħajja ma ħallejnihiex togħla, allavolja dak iż-żmien kontu ġġibulna tabella taparsi tgħidulna li borma minestra tiswa Lm1 jew Lm1.50.", "Ara llum biex tagħmel borma minestra Lm6 trid!", "Jien wieħed mix-xjuħ illum u nistaqsi fejn huma dawk li kienu jiġu jgħiduli li jridu żieda ta' Lm9 għall-collective agreement.", "U dan kien fi żmien meta l-ħajja ma kenitx togħla kif qed togħla llum, ma kienx jogħla l- petrol, ma kienx jogħla l-ħobż, ma kienx jogħla l-għaġin u m'għolewx l- affarijiet tal-ħajja kif għolew illum.", "Fejn huma dawn li kienu talbu Lm9 żieda, għebu?", "Kienu jċemplu u jien kont niltaqa' magħhom mill-ewwel.", "Meta dawn kienu jinsistu li jriduhom għax kien wegħedhomlhom il-Partit Nazzjonalista, kont ngħidilhom li ma kellniex minn fejn nagħtu żidiet għax il-gvern Nazzjonalista ma kien ħalla xejn fil-kaxxa ta' Malta.", "Illum ma jriduhomx dawn iż-żidiet?", "Dawn kienu jkunu jridu l-flus bilfors abbażi tal- collective agreements iffirmati mill-ministri ta' qabli.", "Bil-wiċċ tost kollu tal-Gozo Channel kienu għamlu collective agreement meta l-kumpannija kienet falluta u lanqas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma kienu jħallsu tal-public transport authtority.", "Dawn kienu għamlu collective agreement biż-żieda b'kollox meta kellhom arretrati xi jħallsu f'national insurance contributions u taxxa.", "Kulħadd jixtri l- karozzi - l-Lm10,000, Lm15,000 u Lm17,000 - u l-kumpanniji falluti.", "Wara li spiċċajt jien minn ministru neħħew il-karozzi li kienu għadhom ġodda!", "Tiegħi żgur ġdida kienet għax ftit kont nużaha!", "Għalfejn infaqtu dawk il- flus kollha?", "Dawn flus il-poplu.", "L-MIA u l-MMA biddluhom kollha, kull waħda Lm15,000 u Lm17,000!", "Mhux hekk biss għax hemm min fil-kuntratt għandu li meta jispiċċa jeħodha miegħu.", "Allura x'kien qed jiġri?", "Meta jkun baqagħlu sena jibdilha u joħroġha ġdida ħalli jħallas il-gvern u mbagħad jeħodha hu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Debono Grech, għax reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl- intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirringrazzja lill-Kamra kollha għal dan il- permess.", "Meta waqqafna x-xiri tal-karozzi kienu jiġu l-unions jitolbuna l- flus bl-iskuża tal-collective agreements u kont ngħidilhom: Jekk tridu ixtrulhom karozza intom!", "U llum qed jiġri l-istess.", "Għalhekk qed nagħmel appell lill-kollegi tiegħi, il-ministri tan-naħa l-oħra, biex jaraw x'inhu jsir bil-karozzi, kulħadd iwassal lit-tfal, kulħadd tiela' u nieżel Għawdex u kulħadd jimla l-petrol il-Ġimgħa biex ikollu għas-Sibt u l-Ħadd.", "Dawn huma flus il-poplu Malti, mhumiex tiegħi.", "Jien naħseb li ebda ministru min- naħa l-oħra ma jaf b'dawn l-affarijiet għax kieku jaf naħseb li għandu kuxjenza bħal m'għandi jien u jwaqqafhom.", "Ħalli jsiru t-taxxi imma l-flus għandhom jintużaw għall-edukazzjoni, għall-morda, għall-isptarijiet, għan- nies b'diżabilità, għar-romol u għall-pensjonijiet.", "Fejn hu dak ta' l- istorja?", "Irrid ngħidlu wkoll li kien il-gvern ta' Nerik Mizzi, Alla jaħfirlu, li fl-1955 kien ħareġ il-pensjoni għall-mara għax ma kellhiex biex tgħix dakinhar.", "Dawn l-affarijiet li rridu ngħidu lill-poplu Malti.", "Sur President, ma rridx intawwal imma lil min tkellem fuq il-vjolenza ngħidlu kif tkun il-vjolenza.", "Wieħed isofri vjolenza meta jkeċċuh mill- post tax-xogħol b'ordni ta' ministru, għax Laburist, wara li jkun għamel ħdax, tnax-il sena l-qorti.", "Din għedtuhielu lil Prodi?", "Għadna kemm smajna li lill-impressed drivers se jdaħħluhom mal-gvern.", "Tajjeb, imma dan ġust għal dawk li kienu impressed mal-gvern - għidilha lil Giovanna Debono - u keċċejtuhom għax kienu Laburisti?", "Issa dawk li daħlu minflokhom se jsiru tal-post, imma x'se jiġri minn dawk li tkeċċew għax kienu Laburisti?", "Xejn!", "Jien nistaqsi lil Prodi: B'dawn l-affarijiet se nidħlu fl-Ewropa?", "Imma għal Prodi dawn mhumiex affarijiet ġodda għax hekk isir fl-Italja u hekk isir fl-Unjoni Ewropea!", "Mhux sewwa li lill-poplu ngħabbuh iktar milli huwa diġa' mgħobbi.", "Mhux sewwa li lill-ħaddiem iż-żgħir nibqgħu ngħidulu li jrid jagħmel is-sagrifiċċji għax ma jiflaħx aktar.", "Hawn ġew Dupuis biss ma gidibx, meta fl-1987 qal li se nagħmlu taxxi u mbagħad iħallsuhom uliedna u wlied uliedna.", "Mill-1987 sal-lum għaddew kważi 13-il sena - allura min kellu għaxar snin illum għandu 23 u ilu jħallas it-taxxi għal dawn l-aħħar ħames snin - u dawk iż-żgħażagħ li qed jibnu sejrin jgħidulu appa lil Bonello Dupuis.", "Kellu jkun gvern Laburista li veru għen liż-żgħażagħ meta tahom edukazzjoni b'xejn, tahom l-istipendju ħalli jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw, tahom il-plots b'xejn u s-sussidju biex jibnu djarhom.", "Kien il-gvern ta' Dr Sant - u din qatt ma ssemmuha - li neħħa s-service charge fuq id-drenaġġ u l-ilma lil dawk li jibnu l-ewwel darba u intom erġajtu għamiltuha u għamiltuhielhom retroattiva, jiġifieri min ma kienx ħallas irid iħallas kważi Lm200.", "Issa toqogħdux tistħu u lill-poplu għidulu li għall-budget li ġej se ddaħħlu r-rates biex tkopru l-ispejjeż tal-ġbir taż-żibel kif isir fl-Ewropa!", "Issa ma noqogħdux ngħidu li ż-żibel jiġbruh il-kunsilli lokali u nwaħħlu fihom u nużawhom bħala paraventu, għax dak li titfgħalhom ġo ħoġorhom il-kunsilli lokali jkollhom jagħmluh!", "Ma noqogħdux ngħidu: Twaħħlux fina, mhux aħna qed nagħmluhom iċ- ċitazzjonijiet, il-gvern m'għandux x'jaqsam, imma l-wardens li huma tal- kunsilli!", "Bħallikieku mhux il-gvern għamilhom il-wardens!", "Għalfejn noqogħdu nidħku bina nfusna!", "Mhux sewwa li lill-poplu Malti nibqgħu nġegħluh isofri minħabba t-traskuraġni ta' gvern Nazzjonalista ta' bejn l- 1987 u l-1996.", "Mhux sewwa li l-poplu Malti jbati għaliex gvern Nazzjonalista jrid bilfors jidħol fl-Unjoni Ewropea, fil-club tas-sinjuri li lilna ma jesagħniex għax aħna żgħar u ma nifilħux.", "Dalgħodu Prodi semmielna l-Irlanda u Spanja u waqaf għax ma setax isemmi iktar - semma l- Irlanda t'isfel, mhux l-Irlanda ta' Fuq - u la semma Sqallija u lanqas semma l-ġuħ li hemm fil-Portugal.", "Ara l-poplu ta' l-Isvizzera għax f'sensieh ma daħalx!", "Lanqas in-Norveġiżi ma daħlu għax jafu li l-Unjoni Ewropea trid iż-żejt tagħhom.", "Jiena nifraħ lil Dr Sant li dalgħodu lill- poplu Malti kellmu ċar u wrieh it-triq li twasslu verament biex jgħix ta' poplu ħieles.", "Aħna m'għandniex bżonn il-pariri ta' Prodi u m'għandna bżonn il-pariri ta' ħadd.", "Aħna ma rridux ngħixu iktar minn fuq il-gwerer u minn fuq ħaddieħor imma ridna ngħixu bil-kaċpaċità tagħna.", "Il-gvern, ikun min ikun, m'għandux jgħid lill-poplu li t-triq tagħna hija biss dik ta' l-Ewropa, u li rridu niġru ħalli naslu għax min jieqaf f'nofs triq imut bil-ġuħ.", "Fl- Italja, fl-Ingilterra u fil-pajjiżi l-kbar hemm il-faqar u hemm dawk li huma homeless, imma mhux f'Malta għax hawnhekk fl-1971 il-Partit Laburista qered il-faqar.", "Kulmin isiefer jista' jara xjuħ u anke żgħażagħ jorqdu barra.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu nistkerrħu x'jiġri f'ċerti postijiet fl-Afrika għax tmur fejn tmur - sew jekk tmur l-Italja, l-Ingilterra, Spanja - tara xjuħ jorqdu barra li ma jifilħux iħallsu għax l-Ewropa qatgħetilhom nifishom.", "Tara żgħażagħ li ma jistgħux jiżżewġu għax m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Tara romol li jkollhom joħorġu jaħdmu bil-lejl għax inkella ma jlaħħqux mal-ħajja.", "Tara studenti li jmorru jaħslu l- platti biex ikomplu jistudjaw għax m'għandhomx stipendju bħalma għandna hawn.", "Dawn l-affarijiet narawhom ilkoll u wliedna u wlied uliedna għad jisħtuna jekk nitfgħuhom f'infern li ma jkunux jistgħu jinqalgħu minnu.", "Sal-lum il-poplu Malti għex suret in-nies u wisq nibża' li se jkun il- Partit Nazzjonalsita fil-gven li jkissirlu l-għajxien tiegħu.", "Sur President, nagħmel appell lil kulħadd biex jaqra' u jixtarr id- diskors ta' Dr Sant u anke d-diskors ta' Prodi, ħalli jkunu jafu li l- President tal-Kummissjoni Ewropea aċċetta li hemm triq oħra għal Malta, u mhux bilfors it-triq tal-ġenn li bilfors irridu nagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea.", "U ma noqogħdux nibku għax inħarqet bandiera, għax issa mhux il- bandiera se naħarqu imma se naħarqu liż-żgħir li ma jiflaħx, lill-familji li qegħdin ibatu, liż-żgħażagħ li se norbtulhom mażra m'għonqhom u mhux il- bandiera jaħarqu imma lilna se jaħarqu!", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, smajt b'attenzjoni lill-Onor.", "Joe Debono Grech għax f'dibattitu bħal dan tieħu pjaċir tisma' l-istorja kif jarawha kollegi li jkunu għaddew minn ċerta esperjenza fil-ħajja.", "Jien għadni bilkemm għamilt pass fil-ħajja politika a paragun mal-kelliem ta' qabli u nieħu pjaċir nisma' dak li għadda minnu pajjiżna matul iż- żmenijiet, speċjalment mill-gwerra 'l hawn, u kif minn kolonja u minn taħt ħakma barranija, pajjiżna kien kapaċi jimxi 'l quddiem u jikseb il-ħelsien sħiħ bil-kontribut u bil-ħila tal-poplu Malti u ta' ħadd iżjed.", "Ċertament li l-Partit Laburista kien il-protagonist ewlieni f'din il-mixja u kienu l-esponenti tiegħu li batew affarijiet li kultant tista' ssejħilhom krudili.", "Mhux il-mexxejja biss għaddew minn dawn l-affarijiet imma anke l- attivisti u l-partitarji li dak iż-żmien kienu jemmnu li verament pajjiżna għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox u riedu li pajjiżna jitmexxa mill-Maltin għall-Maltin.", "Nieħu wkoll l-opportunita', Sur President, biex insellem lil dawk id- deputati u ministri kollha li matul iż-żmenijiet taw kontribut siewi minn qalbhom u skond il-kapaċità tagħhom.", "Minkejja l-ħafna l-ostakoli li sabu, il-Maltin ta' dawk iż-żmenijiet li llum huma l-missirijiet u n-nanniet tagħna - ħafna minnhom għadhom magħna - ħadmu b'ħeġġa u determinazzjoni fil-qasam politiku biex pajjiżna rnexxielu jikseb ħelsien sħiħ.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li l-ħelsien ta' pajjiżna ma waqax mis-sema, ma ġiex għax tahulna xi ħadd fuq platt tal-fidda, ma ġiex għax kien hemm xi pajjiż li tant kien iħobb lil Malta li daħal għall-ġlieda qaddisa tal-poplu Malti, imma kien il-poplu Malti li ħaddem moħħu biex mingħajr tixrid ta' demm imma bil-makakkerija tiegħu jasal għall-ħelsien sħiħ ta' pajjiżu.", "Jien ħadt pjaċir li fl-intervent tiegħu l-mexxej Laburista għamel riferenza għal dawn in-nies u qal ċar u tond li kultant bħala poplu ma nagħrfux dak kollu li jkunu għamlu għal pajjiżna u kultant ninsewhom.", "Nemmen li dawn in-nies m'għandhom jintnesew qatt, anzi għandna nonqxu isimhom b'ittri tad-deheb fl- istorja ta' pajjiżna.", "Irridu nifhmu li dak kollu li ksibna sal-lum ksibnieh mhux bil-ħila tagħna li qegħdin hawnhekk imma bil-ħila ta' dawk il- mexxejja u tal-poplu Malti matul il-milja taż-żmien.", "Għalhekk meta niġu biex nitkellmu dwar abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna u niftakru f'dak kollu li għadda minnu pajjiżna, bilfors ikollok tistaqsi: Pajjiżna minn fejn telaq?", "Mhux se mmur lura għal żmien il-Feniċi, żmien il-Kavallieri jew żmien il- Franċiżi, u lanqas se mmur lura għaż-żmien riċenti ta' l-Ingliżi għalkemm bilfors se jkolli nidħol xi ftit fuq dawk iż-żmenijiet.", "Fil-bidu tas-seklu 20 il-poplu Malti ġie mnebbaħ li huwa kapaċi jmexxi lilu nnifsu, ried li jkollu d-drittijiet tiegħu, ried ix-xogħol, ried li jkun stmat, u minn hemmhekk bdiet il-ħidma biex pajjiżna jieħu rajh f'idejh u jkollu l- mexxejja tiegħu.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Cuschieri, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ambjent jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l- aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Tieni Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Prof.", "Romano Prodi, ġie u mar iżda ċerti problemi serji fil-pajjiż tagħna s'intendi għadhom hemm.", "U jkun qed jgħix f'dinja ta' illużjonijiet min jaħseb li l-problemi ta' pajjiżna jiġu rranġati sempliċement jekk tiġi xi personalita' minn barra, nieħdu r-ritratti magħha u nċekċku t-tazzi tax- xorb flimkien.", "Ċertament ħadt gost nisma' lill-Prof.", "Prodi, kemm meta tkellem fil-knisja tal-Ġiżwiti, meta ġustament ġie onorat bl-honoris causa, kif ukoll fil- Kamra tal-Parlament.", "Barra Prodi f'pajjiżna ġew papiet u anke rġejjen, imma fl-aħħar mill-aħħar il-problemi tagħna rridu nsolvuhom aħna bl-impenn u bil-ħila tagħna.", "M'hemmx dubju li għandna x'nitgħallmu minn persuni bħal Romano Prodi u ħadt gost ħafna nisimgħu b'mod analitiku u realistiku jagħti ħarsa fit-tul fuq l-iżvilupp mhux biss tal-kontinent Ewropew imma anke ta' kif qed tinbidel is-sitwazzjoni internazzjonali u dwar ir-role li jara għall-Ewropa u għall-Mediterran.", "Ċertament għandna x'nitgħallmu minn personalita' bħal din, imma mbagħad għandna problemi li aħna rridu nidħlu fihom bis-serjeta', u s'intendi ma nistgħux nistennew li l-barranin, huma min huma, se jsolvuhom għalina; u waħda minn dawn il-problemi tinsab fil- qasam ta' l-edukazzjoni u hija appuntu dik ta' l-illitteriżmu.", "Is-soltu l-jum dinji tal-ktieb ikun fit-23 ta' April pero' peress li din is-sena jaħbat nhar l-Għid il-Kbir, dan il-jum se jiġi organizzat fl-10 ta' Marzu.", "S'issa min-naħa tal-ministeru ta' l-edukazzjoni u min-naħa tal- gvern ta' Dr. Fenech Adami m'hemm l-ebda sinjal li se ssir xi attivita' biex tiċċelebra dan il-jum.", "Ċertament li f'pajjiżna għandna bżonn impenn kbir favur il-kultura tal-qari u l-kultura tal-ktieb, u dan għax għad għandna rata inaċċettabbli ta' illitteriżmu fost it-tfal u żgħażagħ.", "Għandu jinkwetana l-fatt li f'ċerti nħawi tal-pajjiż, kemm ta' Malta kif ukoll ta' Għawdex, ir-rata ta' l-illitteriżmu fost it-tfal hija għolja u jekk mhux se jkun hemm spinta qawwija favur il-ktieb, favur il-qari u favur il-kitba, din il-problema mhux se nkunu qed nittrattawha bis-serjeta'.", "Mr. Speaker, ma tkunx ħaġa kbira jekk wara li nitkellem illejla fuq il-jum dinji tal-ktieb, il-ministeru ta' l-edukazzjoni b'għaġġla jorganizza xi photo opportunity fejn il-ministru jidher ma' xi tfal jaqraw xi ktieb, biex tingħata l-impressjoni li qed jiġi organizzat xi ħaġa, imma jekk irridu nkunu serji l-impenn favur kultura ta' tixrid tal-qari u tal-kultura tal- kotba irid ikun mhux ta' darba fis-sena imma jrid ikun is-sena kollha.", "U hawnhekk ta' min ngħid li l-inizjattivi u l-ispinti li konna bdejna nagħtu favur il-kotba u favur il-qari bejn l-1996 u l-1998 qed jitħallew jintilfu u jmutu u assolutament m'hemm l-ebda ħeġġa u enerġija biex f'dan il-kamp titkompla l-kampanja li konna bdejna.", "Jiena nħeġġeġ lin-nies biex fit- tliet ijiem ta' l-10, il-11 u t-12 ta' Marzu jattendu l-fiera tal-ktieb li se tiġi organizzata fil-foyer taċ-ċentru nazzjonali Laburista.", "Ċertament din m'hijiex xi attivita' partiġġjana, jistgħu jmorru fiha l-familji u jistgħu jmorru fiha nies li jixtiequ jixtru l-kotba, għax wara kollox m'hawnx isbaħ minn ktieb bħala rigal.", "Dan huwa l-mod modest tagħna kif infakkru dan il-jum u kif nagħtu s-sehem tagħna biex inxerrdu l-kultura tal- qari u tal-kotba fostna.", "Mr Speaker, jiena nixtieq nagħmel ukoll appell rigward l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali li se jsiru f'terz tal-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, fejn kważi nofs l-elettorat se jkollu ċ-ċans joħroġ jivvota.", "Jiena nħeġġiġhom biex jivvutaw għall-kunsilliera Laburisti peress li m'hemmx dubju li min-naħa tagħna se nkunu qed nagħmlu impenn qawwi favur l- edukazzjoni għaliex hemm bżonnha.", "Hemm bżonnha għaliex fit-23 lokalita' ta' Malta u Għawdex fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali nsibu 29 skola primarja tal-gvern, insibu 24 skola sekondarja tal-gvern, insibu sitt skejjel jew istituti post-sekondarji fejn imorru dawk li jkunu għalqu s-16- il sena u, f'ħafna minn dawn l-iskejjel, fil-livelli differenti, hemm bżonn kbir ta' xogħlijiet biex dawn jisbieħu u biex ikunu attrezzati aħjar għas- seklu 21.", "Barra minn dan trid issir nefqa ta' mill-inqas Lm2 miljuni biex dawn l-iskejjel isiru aċċessibbli u jkunu jistgħu jintużaw minn persuni b'diżabbilita'.", "Fi żmien meta l-bżonnijiet f'dawn l-iskejjel qed jikbru, il-gvern ta' Dr. Fenech Adami flok iżid in-nefqa fuq l-iskejjel primarji u l-iskejjel sekondarji qed inaqqasha.", "Biżżejjed ngħid li fl-ewwel żewġ budgets tiegħu se jkun naqqas in-nefqa edukattiva fuq l-iskejjel primarji u sekondarji b'Lm0.4 miljun kull sena.", "S'issa diġa' naqqas in-nefqa bi Lm0.8 miljun u mhux ta' b'xejn li x-xogħol tant meħtieġ fuq il-bini ta' dawn l-iskejjel sejjer lura.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li gvern Laburista kien l-ewwel gvern li beda skema bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-kunsilli lokali biex id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni toħroġ il-flus u x-xogħol fl-iskejjel primarji tal-gvern isir taħt is-sorvelja tal-kunsilli lokali.", "Ħafna minn dak ix-xogħol issa qiegħed jaqa' lura minħabba li qed jiġu vvotati inqas flus għall-iskejjel primarji u għall-iskejjel sekondarji.", "Għaliex hemm bżonn li jkun hemm impenn qawwi favur l-edukazzjoni fl-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali li se jsiru nhar is-Sibt, Mr Speaker?", "Hemm dan il-bżonn għax, per eżempju, ir-rata ta' parteċipazzjoni tal- ġenituri fl-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi li saru tard is-sena li għaddiet hija nkwetanti ħafna.", "Huwa biss fi 28% ta' l-iskejjel tal-gvern li kien hemm interess biżżejjed mill-ġenituri biex isiru elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi.", "Din hija xi ħaġa nkwetanti ħafna u l-istess, min- naħa tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, ma jidher li hemm l-ebda inizjattiva u ma hi qed titpoġġa l-ebda enerġija biex jifhmu x'kienet din il-problema u x'għandna nagħmlu biex inżidu l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fil-kunsilli skolastiċi.", "Issa dan kollu fi żmien meta qed jidħol il-kurrikulu l-ġdid u meta qed nibdew bidliet importanti fis-sistema edukattiva.", "Għandna bżonn aktar li l-ġenituri jifhmuna u jieħdu sehem sħiħ fejn jikkonċerna l- edukazzjoni ta' uliedhom.", "Riċerka turi li 60% ta' l-influwenza fuq it- tfal fl-iskejjel primarji ġejja mill-familja.", "Jiġifieri anke jekk l- iskejjel ikunu perfetti, dawn jilħqu biss 40% mill-influwenza tagħhom fuq it-tfal u għalhekk, biex tassew ikollna edukazzjoni sħiħa, hemm bżonn ta' ħidma id f'id bejn il-ġenituri u l-għalliema, jiġifieri bejn id-djar u l- iskejjel.", "Infakkar li fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi, fi 42 minn 66 skola primarja f'Malta lanqas saru elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi.", "F'24 biss saru.", "F'Għawdex, minn 11-il skola primarja tal-gvern, f'disgħa ma sarux elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi u dawn saru biss fi tnejn.", "Fil-ħames skejjel speċjali li għandna f'Malta, fi tnejn biss saru elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi.", "Mit-43 skola sekondarja f'Malta u Għawdex, fi 12 biss saru elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi.", "Dan kollu juri kemm huwa importanti li l-kunsilliera Laburisti li se jiġu eletti nhar is-Sibt jaħdmu biex iżidu l-parteċipazzjoni tal-ġenituri fil- kunsilli skolastiċi, għaliex b'ħidma id f'id bejn il-ġenituri u l-edukaturi biss nistgħu nagħmlu t-titjib meħtieġ fl-edukazzjoni ta' uliedna u taż- żgħażagħ tagħna.", "Mr Speaker, nixtieq infakkar ukoll li fit-23 lokalita' fejn se jsiru l- elezzjonijiet f'Malta u Għawdex nhar is-Sibt insibu l-ogħla rata ta' tfal li għandhom problemi biex jaqraw u jiktbu bil-Malti u l-Ingliż u biex jaħdmu l-matematika.", "Erbgħin fil-mija tat-tfal li jmorru fl-iskejjel primarji tal-gvern f'dawn il-lokalitajiet għandhom problemi fl-Ingliż, fil- Malti u fil-matematika.", "Huma wkoll il-lokalitajiet bl-ogħla rata ta' tfal li ma jersqux għall-eżami tal-junior lyceum.", "Huma wkoll it-tfal li l-inqas li jgħaddu mill-eżamijiet għall-junior lyceum.", "Minn 18-il skola primarja, fi tlieta biss jgħaddu iżjed min-nofs u fl-oħrajn jgħaddu inqas.", "Fi tmienja minnhom jgħaddu inqas minn 40% u hemm skejjel fejn jgħaddu ftit iżjed minn 20%.", "Minn dan kollu jidher ċar x'impenn kbir hemm bżonn biex ikun hemm kunsilliera Laburisti li jaħdmu favur l-edukazzjoni primarja, għaliex il-futur tal-pajjiż jiddependi ħafna u ħafna minn dawn l-iskejjel.", "Mhux l-ewwel darba li jissemma' Singapore bħala mudell ta' żvilupp qawwi u ta' pajjiż avvanzat.", "Ħafna mir-raġunijiet għaliex Singapore għamel daqshekk progress 'il quddiem hu minħabba fl-investiment qawwi li għamel fl- edukazzjoni primarja bażika, xi ħaġa li l-gvern preżenti mhux qed jagħmel, anzi qed jagħmel bil-maqlub.", "Irrid ngħid ukoll li dawk it-tfal li jkollhom problemi ta' l-Ingliż, Malti u matematika fil-primarja, aktarx li meta jmorru fis-sekondarja se jsiru l-istudenti bl-ogħla rata ta' assenteiżmu.", "Fil-fatt lanqas hi kumbinazzjoni li f'ħafna mil-lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet nhar is-Sibt insibu l-ogħla rati ta' adoloxxenti li jassentu ruħhom regolarment mill-iskola.", "Hemmhekk għandna skejjel fejn ir-rata ta' l- assenteiżmu hija nkwetanti u tilħaq l-20% u t-30%.", "Hemm ukoll każi fejn tilħaq anke s-87%.", "Saħansitra għandna xhur fejn f'ċerti skejjel ikun hemm aktar staff milli jkun hemm studenti, u jekk aħna rridu bis-serjeta' nagħtu futur lit-tfal u liż-żgħażagħ hemm bżonn ta' impenn akbar fl-edukazzjoni tal-kindergarten, fl-edukazzjoni primarja u fl-edukazzjoni sekondarja.", "M'hijiex b'kumbinazzjoni anqas li fil-lokalitajiet fejn hemm tfal bl- akbar problema ta' kitba u qari tal-Malti u l-Ingliż u tal-matematika, u fejn hemm l-akbar problema ta' assenteiżmu, imbagħad insibu li għandna l- aktar żgħażagħ li taħt l-eta' ta' 16-il sena diġa' jkollhom problemi mal- pulizija u li diġa' jkunu tressqu l-qorti bi ksur tal-liġi.", "Lanqas hi kumbinazzjoni li f'dawk il-lokalitajiet insibu żgħażagħ bil-problema tal- qgħad u żgħażagħ li jsibuha diffiċli biex jaħdmu, għax wara 13-il sena skola joħorġu mingħajr is-snajja' meħtieġa biex jaħdmu f'ekonomija moderna u anke biex jgħixu f'soċjeta' demokratika.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu biex il-votanti li se jkollhom ċans jitfgħu l-vot tagħhom fi 23 lokalita' differenti ta' Malta u Għawdex, joħorġu jivvotaw biex ibiddlu r-rotta tal- kunsilli lokali fejn jinsabu.", "Jiena nħeġġiġhom biex jivvotaw għall-kunsilliera Laburisti, li fuq quddiem nett ta' l-aġenda tagħhom għat-tliet snin li ġejjin se jkun hemm impenn qawwi favur l-edukazzjoni primarja, sekondarja u post-sekondarja, għall-ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna u għall-ġid tal-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, kif ġie rrapportat fil-media ta' nhar is-Sibt, is-Sinjuri J.R. Aquilina, C. A. Mayl u J.G. Vassallo għadhom kif ħejjew rapport dwar ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1998, liema rapport kien ġie kkummissjonat fix-xahar ta' Diċembru tas-sena li għaddiet mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ta' min jgħid li għalkemm dan kien ġie kkummissjonat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dan huwa rapport nieqes mill-partiġġjaniżmu u l-approach ta' min għamlu kien fuq livell purament nazzjonali.", "Kienet anke x-xewqa espressa tagħhom stess li flok dan ir-rapport jiġi ppubblikat mill- Partit Laburista bħala press release nhar il-Ġimgħa jekk jista' jkun jiġi ppubblikat tramite l-parlament innifsu ħalli jkun jista' jiġi a konjizzjoni tal-membri tal-parlament kollha f'daqqa, iżjed u iżjed billi kif għedt iktar kmieni dan huwa rapport li jħares lejn gvernijiet mingħajr ma joqgħod jagħmel distinzjoni bejn jekk kienx aħmar jew kienx blu.", "Mr. Speaker, għalkemm huwa rapport interessanti jiena ma nixtieqx ngħaddi ġudizzju fuqu f'dan l-istadju għaliex nippreferixxi li kulħadd jasal għall- konklużjonijiet dwaru.", "Li nista' ngħid hu li ma' l-ewwel daqqa t'għajn jidher ċar li dawn is-sinjuri mhux biss ittrattaw ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1998 imma stħarrġu mill-inqas tliet aspetti importanti.", "Stħarrġu l-ewwelnett jekk is-sistemi tal-kontroll finanzjarju tal-gvern kenux effettivi biżżejjed biex jilqgħu kontra l-ħela u l-abbuż li dejjem kien hemm tul is-snin taħt diversi amministrazzjonijiet.", "Stħarrġu wkoll jekk fil- preżent l-uffiċċju ta' l-awditur ġenerali u l-kumitat għall-kontijiet pubbliċi għandhomx riżorsi biżżejjed biex jaqdu d-dmir tagħhom u taw ukoll ħarsa fl-opinjoni tiegħi oġġettiva lejn iċ-ċivil.", "F'dan il-każ staqsew lilhom infushom jekk iċ-ċivil, kif kien ikkostitwit anke f'dawn l-aħħar snin, huwiex kapaċi jtejjeb ir-rekord fqir tiegħu ta' akkontabilita' u effiċjenza, kif ukoll jekk meta wieħed iħares lejn dawn il-fatturi kollha hemmx ċans li d-defiċit fiskali jitnaqqas għal livell aċċettabbli.", "Għalhekk bil-permess tiegħek u ta' din il-Kamra, Mr. Speaker, nixtieq inpoġġi kopja ta' dan ir-rapport għad-dispożizzjoni tal-membri taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "It-tieni aspett li xtaqt nittratta huwa dwar każ li ġara f'kunsill lokali partikolari.", "Kif kulħadd jaf u kif semma tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Bartolo, qegħdin biss ftit jiem 'il bogħod mill-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u fil-lokal ta' San Ġwann kien hemm fenomenu interessanti, li ta' min wieħed igħid xi ħaġa fuqu.", "F'dan il-lokal kellna sitwazzjoni fejn ex- sindku Nazzjonalista, li kien elett iktar minn darba bħala sindku, ħareġ għall-elezzjoni bħala kandidat indipendenti.", "Apparti milli tkellem fuq il- merti u l-kapaċijiet tiegħu, kif wara kollox jagħmel kull kandidat, fil- leaflets propagandistiċi li jibgħat jenfasizza li taħt ġurament kien qed jgħid li fost il-kandidati għall-Partit Nazzjonalista kien hemm persuni li fil-fehma tiegħu kienu żleali u neqsin mil-leata' lejn Dr Fenech Adami.", "Mingħajr ma nidħol fl-intriċċi tal-Partit Nazzjonalista, u fil-komplotti u fil-maniġġi ta' bejniethom, huwa interessanti li wieħed jara fenomenu bħal dan fejn ikollok ex-sindku Nazzjonalista li mhux biss joħroġ fuq ticket indipendenti imma li jagħmel akkużi ġuramentati bħal dawn fuq persuni li effettivament qegħdin jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista fl- elezzjoni tal-kunsilli lokali li se ssir nhar is-Sibt.", "Dan qed ngħidu għaliex inħoss li din il-ħaġa titfa' ċerti dellijiet fuq partit li pprova jippreżenta ruħu bħala xi partit koerenti, bħala xi partit magħqud u bħala partit organiku li m'għandux differenzi interni fi ħdanu.", "Jiena naħseb li jekk jibdew jitilgħu dawn it-tip ta' ismijiet anke fuq livell lokali, aħseb u ara liema konklużjonijiet wieħed jasal fihom jekk jiġi biex jittratta l- istrutturi għola ta' dan il-partit!", "Mr. Speaker, xtaqt nitkellem b'mod kritiku wkoll dwar xi ħaġa li għokritli għajnejja l-bieraħ meta kont qed nara t-television.", "Qed nirriferi speċifikament għar-riklam bi ħlas fuq il-mezzi tax-xandir li l- kummissjoni għall-avvanz tal-mara għamlet f'isem il-ministeru għall- politika soċjali.", "Superfiċjalment, ma' l-ewwel daqqa t'għajn, kien riklam li ma jweġġa' lil ħadd - u t-text tiegħu veru li ma kien iweġġa' lil ħadd - imma rajtha stramba li f'demokrazija, fejn deputati parlamentari jiġu eletti bis-sistema li għandna aħna, ikollok glorifikazzjoni bla ħlas ta' l- istess ministru.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex ir-riklam - nerġa' ngħid lil kien iffinanzjat mill-ministeru għall-politika soċjali - ġab kummentarju, sound on film, tal-Viċi Prim Ministru u fl-istess ħin in the background kellna shots ta' l-istess Viċi Prim Ministru flimkien mal- familja tiegħu fuq il-computer biex jipproġetta image ta' għaqda fil- familja.", "Jien nerġa' ngħid li ma kien hemm xejn ħażin f'dan, imma narha daqsxejn stramba li l-Viċi Prim Ministru jinqeda b'okkażjoni bħal din għal image building meta suppost li dan is-slot kien qiegħed hemmhekk biex jipproġġetta l-kawża ta' l-avvanz tal-mara.", "Issa dan ir-reklam intwera fuq diversi stazzjonijiet u jiena rajtu mill-inqas fuq NET Television u anke fuq il-PBS.", "Nerġa' ngħid li t-test innifsu ma kien xejn kontroversjali, imma tistona ħafna li ministru juża fondi tal-ministeru tiegħu stess biex jagħmel image building tiegħu nnifsu, flimkien mal-mara u mal-familja tiegħu, biex jagħti din l-awra ta' family man, iżjed u iżjed meta nafu li l- persuna konċernata hija persuna li mhux biss tokkupa kariga għolja ħafna fil-gvern tal-lum u anke fil-partit fil-gvern imma hija persuna li tissemma ħafna drabi bħala mexxej prospettiv tal-Partit Nazzjonalista.", "Mr. Speaker, xtaqt issa nagħmel osservazzjoni oħra fuq il-lokal ta' San Ġwann.", "Bħalissa hemm ferment qawwi fil-lokal ta' Taż-Żwejt, li huwa anness ma' San Ġwann, speċifikament faċċata tas-savemart, ħdejn il-playing-fields, minħabba rapporti - ma nistax nikkonfermahom imma forsi tikkonfermahom jew tiċħadhom in-naħa tal-gvern - li se jinbnew madwar 12-il garaxx, kważi b'mod tanġenzjali mal-pjazza nnifisha, biex jieħdu fihom makkinarju kbir tal-public works.", "Jekk dan huwa minnu nitlob lill-gvern jerġa' jikkonsidra din id-deċiżjoni għaliex ovvjament deċiżjoni bħal din ....", "(Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr. Speaker, ġejt informat b'din l- applikazzjoni u jien tlabt lid-dipartiment konċernat biex jirtiraha.", "Ma kenitx marbuta ma' inġenji tal-public works imma kienet marbuta ma' xi relocation ta' garaxxijiet li kien hemm f'Manoel Island.", "Hemm alternattivi oħra fejn dawn jitqiegħdu u l-gvern se jipproċedi b'applikazzjoni alternattiva li ma tmiss bl-ebda mod dik il-pjazza.", "Nirringrazzja lill- Onor. Brincat talli tani l-opportunita' li nispjega.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor Brincat jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien naħseb li hija idea tajba li din id-deċiżjoni qed tiġi rtirata għaliex pass bħal dan kien se jirrovina l-playing-field ta' Taż-Żwejt u kien se jirrovina anke l-ambjent ta' madwaru.", "Barra min hekk kien se jiġġenera ċertu nuqqas ta' safety fl-akkwati u kien se jwassal ukoll biex jinħolqu problemi ta' parking għan-nies tal-flats.", "L-aħħar osservazzjoni li xtaqt nagħmel tikkonċerna xi aspetti marbutin ma' l-Unjoni Ewropea, Mr Speaker.", "Interessanti l-ewwelnett li wieħed jinnota l-leġislazzjoni li dan il- parlament se jibda jiddiskuti fil-ġranet li ġejjin.", "Din il-leġislazzjoni hija marbuta ma' l-acquis communautaire, li miegħu pajjiżna ovvjament qed jintrabat bħala membru prospettiv ta' l-Unjoni.", "Jekk wieħed jaqra n- national plan ta' l-avis wieħed jara li hemm diversi items li din il-Kamra mistennija li tiddiskuti fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fil-fatt items bħal-liġi tat-trademarks, dik tal-patents u l-liġi tal-copyright huma kollha marbutin mal-leġislazzjoni komunitarja.", "Hawnhekk naħseb li huwa interessanti li wieħed jinnota li tattikament il-gvern qabad forsi l-inqas liġijiet kontroversjali u problematiċi qabel ma jgħaddi għal aktar affarijiet li jigdmu fil-laħam il-ħaj we go along.", "Fl-istess waqt qed jaslulna rapporti li anke Brussels se jilagħbu l- istess logħba mal-Gvern Malti biex kemm jista' jkun itaffu xi ftit mir- resistenza li hawn ġewwa l-pajjiż stess għall-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk għaliex l-indikazzjonijiet minn Brussels huma li l- ewwel kapitli li se jiġu ttrattati fin-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea aktarx li se jkunu suġġetti ta' natura non-kontroversjali, bħar- riċerka u bħas-settur awdjo-viżiv, ħalli ovvjament dawn l-affarijiet jiġu introdotti mingħajr skossi u mingħajr ma joqorsu fil-laħam il-ħaj liċ- ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Mr Speaker, tajjeb wieħed jgħid ukoll li bħalissa hemm żewġ żviluppi interessanti għaddejjin fi Brussels li jekk ma jolqtuniex fil-laħam il-ħaj direttament illum, jistgħu jagħmlu hekk għada jew pitgħada.", "L-ewwelnett qed nirriferi għall-proposta li nistenniha toħroġ il- Kummissjoni Ewropea dwar qualified majority voting, din id-darba fil-qasam tat-tassazzjoni.", "Qualified majority voting tfisser li l-pajjiżi li l-aktar ikollhom voti jkunu jistgħu jipprevalu fuq dawk il-pajjiżi ż-żgħar li l- anqas għandhom saħħa fl-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta' din is-sistema effettivament tgħaddi tal-maġġoranza, anke jekk ma jkunx hemm kunsens fost il-pajjiżi nfushom.", "Din il-qualified majority voting din id-darba mistennija tikkonċerna l-qasam tat-tassazzjoni u mistennija tikkonċerna speċifikament il-qasam tal-value added tax, fost taxxi oħrajn.", "Ikun hemm min jistaqsi: Imma kif se tolqot il-qasam tal-value added tax?", "Skond ir-rapporti li qed jaslu minn Brussels jidher li filwaqt li l- pajjiżi membri se jitħallew jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddeterminaw il- minimum thresholds tal-value added tax, fl-istess ħin dawn ikunu jridu jċedu għal-livelli massimi ta' din it-taxxa li jistgħu jiġu mposti minn Brussels.", "Fi kliem ieħor filwaqt li l-minimum thresholds jistgħu jiġu determinati mill-pajjiżi membri fuq bażi individwali, meta jiġu mbagħad għat-thresholds il-massimi tibda tipprevali d-deċiżjoni tal-qualified majority voting u, għalkemm jista' jkun hemm xi pajjiżi li jkunu qegħdin jieħdu pożizzjoni kuntrarja, il-vuċi tagħhom tibqa' bħal vuċi fid-deżert li tiġi injorata.", "L-aħħar osservazzjoni hija dwar il-politika komuni ta' sigurta' u ta' difiża.", "Aħna diġa' għedna li minħabba l-pożizzjoni ta' newtralita' diġa' nħossuna skomdi ma' din il-politika, għaliex inħossu li hija xi ħaġa anakronistika meta wieħed iqabbilha mal-politika barranija li dejjem ħadem gvern Laburista.", "Is-sitwazzjoni ssir iktar preokkupanti meta wieħed jara l- proposti li qed isiru mill-Kummissarju Solana.", "Dan qed jinsisti u qed jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm iktar komplimentarjeta' bejn strutturi tan-NATO u l-istrutturi tal-common foreign and security policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Is-sitwazzjoni diġa' m'hijiex tenibbli għalina bħala Partit Laburista u jekk jiġri dan issir inqas tenibbli, għaliex aħna dejjem sostnejna li għandna nżommu 'l bogħod mill-preżenza ta' kwalunkwe alleanza militari.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Brincat iqiegħed id-dokument li rrifera għalih aktar kmieni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BORMLA - BIEB IL-POLVERISTA", "14351.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li ssir spezzjoni ta' Bieb il-Polverista billi hemm bżonn ta' varji riparazzjonijiet żgħar u manutenzjoni ta' ċerta portata billi hemm partijiet li huma maħmuġa, oħrajn abbandunati u oħrajn perikolużi ħafna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jistudjaw x'jista' jsir.", "ISLA - SHELTERS", "14352.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li numru ta' shelters ta' l-aħħar gwerra dinjija li jinsabu fil-belt Sengleana humiex qegħdin fil-pussess leġittimu jew illeġittimu ta' terzi persuni u jistax jinforma l-Kamra x'passi qed jittieħdu sabiex dawn jiġu spezzjonati u possibbilment mnaddfa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf kulħadd f`diversi lokalitajiet f`Malta hawn kwantita` ta` shelters li kienu ġew imbarrati wara l-gwerra.", "Ninsab informat li minbarra xi numru żgħir ta` shelters li kienu nkrew mill-gvern, ħafna minn dawn is-shelters kienu nfetħu llegalment minn terzi.", "It-taqsima tal-gvern għandha l-ħsieb li, maż-żmien, tieħu l-passi neċessarji biex tkun tista` tagħmel dak li qed jiġi suġġerit fil-mistoqsija.", "ARTIJIET - KIRJIET/ĊNUS", "14353.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm arretrati ta' kirjiet u ċnus sa l-aħħar ta' Diċembru, 1999 li għandu jieħu l-Lands?", "Jista' jinforma l-Kamra kemm hemm kawżi jew atti esekuttivi pendenti u dawn fuq liema ammonti, sabiex dawn jiġu rkuprati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-arretrati tal-kirjiet u ċnus li għandu jieħu d-Dipartiment ta` l-Artijiet sa l-aħħar ta` Diċembru 1999 jammontaw għal Lm4,337,000.", "Ta` min wieħed jinnota li parti sostanzjali minn dawn l-arretrati hija dovuta minn entitajiet li huma proprjeta` ta` l- istess Gvern.", "Qegħdin isiru wkoll arranġamenti mad-dipartiment tal-finanzi biex dawk l-arretrati li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jinġabru jiġu written off.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li biex tinġabar l- informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tal-files kollha u dan jenħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż- żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.", "Hija l-policy tad- dipartiment li jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-arrettrati ta` kera u ċnus.", "PAPB - WERRIETA LEGALI", "14354.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-awtorita' ta' l- ippjanar hijiex kkonsidrata għall-effetti legali bħala l-werrieta tal-PAPB u jekk le jistax jiġi ndikat min qed jiġi hekk ikkonsidrat li huwa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-Att Nru. I ta` l-1992, l-awtorita` ta` l- ippjanar mhijiex is-suċċessur legali tal-PAPB ħlief limitatament għal dawk il-permessi maħruġa mill-PAPB, li kienu normalment jingħataw għal sentejn, u li kienu għadhom validi meta ġiet fis-seħħ l-istess awtorita`.", "Dan ġie kkonfermat ukoll b`deċiżjonijiet tal-Qorti ta` l-Appell.", "Il-PAPB kien regolat b`diversi avviżi legali u kien bord iddelegat mill-Ministru għax- Xogħlijiet Pubbliċi li kien responsabbli għal ħruġ tal-permessi.", "B'KARA - TRIQ BRARED", "14355.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li ssir spezzjoni ġewwa Triq Brared, Birkirkara bil-għan li jiġi kkontrollat l- istat ta' l-hekk imsejħa culverts senjatament dawk quddiem id-djar 60 sa 70?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-triq imsemmija mill- Onor. Interpellant hija responsabbilita' tal-kunsill lokali.", "FGURA - XOGĦLIJIET", "14357.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li jidher li ħarġet sejħa għall-offerti għal xogħol fi Triq San Ġwann u Triq L. Schickluna, Fgura, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix- xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali konċernat.", "SETTUR TAD-DOLĊERIJA - ĦADDIEMA", "14358.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tad-dolċerija fis-sena 1998 u 1999?", "Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tad- Dolċerija (jinkludi l-furnara u dolċiera u ħwienet tad-dolċiera) kien kif ġej:", "|XAHAR |FULLTIME |PART-TIME| |Dicembru |1,307 |576 | |1998 | | | |Dicembru |1,275 |629 | |1999 | | |", "SETTUR TAL-MANIFATTURA - ĦADDIEMA", "14359.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħaddiema fis-settur tal-manifattura li jipproduċu prodotti għal- lokal fis-sena 1998 u 1999?", "Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor.", "Membru f'din il-mistoqsija, ma tinżammx mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SETTUR TAL-MANIFATTURA TA' L-GĦAMARA - ĦADDIEMA", "14360.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-manifattura tal-għamara għas- sena 1998 u 1999?", "Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal- manifattura tal-għamara kien kif ġej:", "|XAHAR |FULLTIME|PART-TIME | |Dicembru |2,566 |328 | |1998 | | | |Dicembru |2,442 |350 | |1999 | | |", "SETTURA TAT-TARZNARI - ĦADDIEMA", "14361.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-tarznari fis-sena 1998 u 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat- tarznari kien ta' 6,041 għal Diċembru 1998 u 5,954 għal Diċembru 1999.", "SETTUR TURISTIKU - ĦADDIEMA", "14362.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' ħaddiema fis-settur turistiku għas-sena 1998 u 1999?", "Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ħaddiem li jaħdmu fis-settur turistiku kien kif ġej:", "|XAHAR |FULLTIM|PART-TIME| | |E | | |Dicembru |9,013 |7,196 | |1998 | | | |Dicembru |9,476 |8,163 | |1999 | | |", "BENNEJJA - SENGĦA TAL-BINI", "14376.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex isirilhom l-eżami biex jieħdu l-permess tal-bini f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Kemm minnhom għamlu l-eżami għal permess tal-bini?", "Kemm minnhom għaddew u ħadu ċ-ċertifikat?", "X'inhu jsir mill-gvern biex jinkoraġġixxi bennejja ġodda jieħdu s-sengħa tal-bini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-liċenzja ta' bennej (mason's licence) tingħata lill-persuni 'l fuq minn 18-il sena.", "Dwar l-ewwel tliet partijiet tal-mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru tirriferi din lill-Ministru responsabbli mid-diviżjoni tax- xogħlijiet.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tipprovdi l-iskola tal-bini, filwaqt is-servizz ta' tagħlim u taħriġ f'dan il-qasam ser jissaħħaħ fi ħdan il-Kulleġġ Vokazzjonali li se jitwaqqaf.", "BIGHI - SKOLA TAT-TECHNOLOGY EDUCATION", "14377.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu d-direttur ta' l-iskola tat-technology education ta' Bighi?", "Xi grad għandu u x'livell ta' edukazzjoni għandu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma teżistix skola tat-technology education f'Bighi.", "BIGHI - SKOLA TAT-TECHNOLOGY EDUCATION", "14378.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff li jaħdmu fit-technology education school f'Bighi?", "Kemm minnhom huma għalliema u x'suġġet jgħallmu?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sahra minn mindu nfetħet l-iskola s'issa f'din l-aħħar sena?", "Fiex saret is-sahra?", "Kemm-il siegħa saret?", "Kemm tħallsu flus f'sahra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma teżistix Technology Education School f'Bighi.", "ŻABBAR - DAWL", "14379.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex bozza li qiegħda f'farmhouse Nru. 5, Sqaq ta' Għarar, limiti ta' Ħaż-Żabbar, ilu minn Ottubru li applika u għadha ma saritx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza msemmija saret fl-ewwel ta` dan ix-xahar.", "FGURA - TARMAK", "14380.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn parti ta' Triq Dejma, Fgura, quddiem is-Swan laundry, li suppost ingħatat tarmac bil-first phase 13-il sena ilu, imma ma saritx minkejja li l-kuntrattur dakinhar kien tħallas u m'għamilx ix-xogħol?", "Peress li żgur li mhux sew li l-familji li joqogħdu f'din it-triq ibatu minħabba Irresponsabbilta' ta' ħaddieħor, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb, jekk hemm ħsieb, li ssir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi l-Onor.", "Interpellanta qed tagħmel allegazzjonijiet dwar xogħol li suppost sar, li tħallas iżda ma sarx, nitlobha tgħaddi l-informazzjoni li għandha ħalli din l-allegazzjoni tkun tista tiġi nvestigata.", "FGURA - TRIQ DEJMA", "14381.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara kif żewġ bozoz li jinsabu fi Triq Dejma, Fgura, maġenb is-Swan laundry, ma ġewx imsewwija anke wara l-ħafna rapporti li saru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fl-ewwel ta` dan ix-xahar, ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru jinvestigaw il-ħsara msemmija u rriżultalhom li l-bozoz li hemm f`din it-triq fil-fatt jixgħelu kollha.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "14382.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament flimkien ma' site plan - jiġi riżolt biex il- persuna nvoluta li hija anzjana u b'diżabilita' ma tibqax tbati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-Dipartiment ta` l-Artijiet qed jikkonsidra t-talba tal-persuna li saret riferenza għaliha mill-Onor.", "Interpellant.", "Nifhem li din il-persuna bl-ebda mod ma ġiet imfixkla fl- okkupazzjoni tal-fond in kwestjoni.", "EDUKAZZJONI - DIRETTUR", "14383.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ittra li qed tinbagħat separatament u li ntbagħtet lid-direttur ta' l-edukazzjoni fil-25 ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan it-tifel ġie riferut lill-ischool psychologist u saret ukoll talba biex jarah l-istatementing board.", "SKEJJEL - PIETA'", "14384.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni biex it-tfal fl-ewwel klassi tal-primarja Hookham Frère tal- Pieta' jkollhom l-edukazzjoni li għandhom dritt għaliha iżda li qed jiċċaħħdu minnha minħabba l-assenza regolari u konsistenti min-naħa ta' l- għalliema tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sakemm l-għalliema indikata kienet assenti, intbagħtet għalliema oħra sabiex tissostitwiha.", "Qed inkompli nsegwi l-każ.", "SKEJJEL - FACILITATORS", "14385.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar liema linja għandha tiġi segwita mill-kindergarten assistants u l-facilitators li huma fdati bil-ħarsien tat-tfal b'diżabilita' u li għandhom bżonn jieħdu mediċina minħabba l-kondizzjoni tagħhom?", "X'inhuma obbligati jagħmlu l-kindergarten assistants u l-facilitators f'dawn is-sitwazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hija l-prattika tas-servizz mediku ta' l- edukazzjoni li jinkoraġġixxi lill-istaff ta' l-iskola biex ikun hemm min jivvoluntarja biex jamministra mediċini fis-sitwazzjoni imsemmija mill- Onor. Membru; b'dawn il-kondizzjonijiet:- jekk ikun hemm il-permess mill- kap ta' l-iskola; jekk ikun hemm awtorizzazzjoni bil-miktub mill-ġenituri; jekk ikun hemm struzzjonijiet bil-miktub maħruġa minn tabib speċifikament fir-rigward tat-tifel jew tifla li għandha bżonn il-mediċini fil-ħin ta' l- iskola; u jekk l-uffiċjal mediku ta' l-edukazzjoni ikun favorevoli għall- għoti ta' dan is-servizz f'każi partikolari mill-voluntiera partikolari.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "14386.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru issa jgħaddi t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari numru 13182, imqar b'mod konfidenzjali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma nħossx li għandha tingħata l-informazzjoni, anki jekk b'mod konfidenzjali, jekk ma tiġix segwita l-proċedura li elenkajt fl- ewwel risposta.", "SKEJJEL - VALLETTA", "14387.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament jista' jsir għat-tifel li, id- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali li wara li ngħata l-għajnuna li kellu bżonn beda jattendi l-iskola, iżda issa mhux qed jattendi għax m'għandux l-għajnuna meħtieġa, meta se jibda jingħata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel indikat għandu facilitator assenjata miegħu.", "Informat ukoll li l-prattika hi li, sakemm l-assenteiżmu ma jkunx wieħed straordinarju, iżda assenteiżmu normali, ma tintbagħatx persuna oħra sabiex tissostitwixxi lill-facilitator.", "ŻEBBUĠ - DAWL", "14388.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li jinqala' l-arblu tad-dawl li hemm mal-faċċata tad-dar numru 37A, St Mary Street, Żebbuġ peress li dan joħloq ċertu inkonvenjent u riskju għal min jabita f'din id- dar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-arblu li għalih qed issir riferenza kien twaħħal biex ikun jista` jsir xogħol ta` kostruzzjoni fuq il- proprjeta` imsemmija.", "Meta dan ix-xoghol jitlesta, hemm il-ħsieb li l- arblu jitneħħa.", "VAT - AVUKATI", "14389.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u ditti ta' avukati reġistrati mad-dipartiment tal-VAT?", "Kemm tħallset VAT minn dawn l-avukati matul it-12- il xahar li għaddew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` avukati (inkluż nutara) reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa hu 433.", "Bejn l-1 ta` Marzu, 1999 u d-29 ta` Frar, 2000, 429 persuna bagħtu d- denunzja tat-taxxa.", "Minn dawn 132 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżz is-Lm6,000 fis-sena.", "Il-kumplament (297) ħallsu bejniethom is-somma ta` Lm285,139.63.", "QORMI - TRIQ NIKOL BALDACCHINO", "14390.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi dwar storbju ta' makni, duħħan u nugrufun li joħorġu minn industrija li tinsab fl-area ta' Triq Nikol Baldacchino, Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li inspectors tad- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent investigaw l-ilment imsemmi mill- Onor. Interpellant.", "L-area in kwestjoni tikkwalifika bħala waħda residenzjali u densely populated, fejn ilmenti ta' dan it-tip ma jonqsux.", "L-inkonvenjent imsemmi nstab li hu relatat ma' skips ta' kuntrattur li jagħti servizz ta' ġbir ta' skart lill-industrija fl-akkwata.", "Dawn l-iskips minn żmien għal żmien sfaw vittma ta' vandali li kissruhom u ħarquhom.", "Kemm il-proprjetarju ta' din l-industrija, kif ukoll il-kuntrattur ġew imwissija biex l-inkonvenjent ma jirrepetix ruħu.", "Ġew informati wkoll il- pulizija.", "PA - WAREHOUSE - PERMESSI", "14391.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid hekk huwiex permess li warehouses jiġu msaqqfa b'corrugated sheeting u b'konsegwenza li l-ilma tax-xita minn fuq dawn is- soqfa jaqa' fit-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-liġi sanitarja ma tippermettix li l-ilma tax-xita jintrema` bil-mod kif indikat mill-Onor.", "Interpellanti, peress li dan l-ilma għandu jkun miġbur qabel ma dan jitrema` għat-triq permezz ta` katusa.", "QORMI - TRIQ NIKOL BALDACCHINO", "14392.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess għal ħajt fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi, mill-kumpannija Aquatess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn stħarriġ li sar jirriżulta li l- ħajt li qed tirriferi għalih l-Onor.", "Interpellanti jifforma parti minn żvilupp li għalih kien ħareġ permess li jġib in-numru P2120/78/2049/77 maħruġ fl-14 ta` Lulju, 1978.", "QORMI - TRIQ NIKOL BALDACCHINO", "14393.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ir-residenzi kollha fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi, għandhom il-permess biex jibnu parapetti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fit-triq li rriferiet għaliha l- Onor. Interpellanti, skond l-iskemi ta` l-iżvilupp m'hemmx front garden impost, iżda is-sidien jistgħu minn rajhom jagħmlu setback 'il ġewwa mil- linja uffiċjali tal-bini.", "QORMI - TRIQ NIKOL BALDACCHINO - DRENAĠĠ", "14394.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni meħtieġa, biex ma jibqax joħroġ l-ilma ta' drain ta' industrija li hemm fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi?", "Jista' jara li tittieħed azzjoni biex is-sistema tad-drain issir skond il-liġi u ma tibqax permezz ta' pipe tal-plastic imqabbad ma' pipe li jagħti għat-triq u mhux mas-sistema tad-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-drain imsemmi fil-mistoqsija hija proprjeta' tal-fabbrika Aquatess.", "Għaldaqstant, din il-problema ġiet mgħoddija lill-awtoritajiet tas-Sanita'.", "PA - PERMESSI", "14395.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet r-raġuni li l-Planning Authority l-ewwel ħarġet permessi għal żewġ sulari fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi u mbagħad ħarġet permessi ta' tliet sulari ma' l-istess bini, b'żewġ sulari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li f`Diċembru ta` l-1993, l-awtorita` ta` l-ippjanar ħarġet policy fejn areas fejn kienu b`żewġ sulari, il-height limitation inbidlet għal tliet sulari b`eċċezzjoni ta` każijiet speċifikati fl-istess policy.", "Huwa għalhekk li qabel kienu jinħarġu biss permessi għal żewġ sulari u llum jinħarġu għal tlieta.", "TARXIEN - XITA", "14420.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li struzzjonijiet li tajt lid- dipartiment tat-toroq biex isir xi xogħol fil-post li, il-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija u li jien kont staqsejt fuqu fil-mistoqsija parlamentari numru 13853, wara li indagajt fuq it-tweġiba li ġejt mogħti mill-ministru, jidher li l-kunsill lokali m'hu qiegħed jagħmel xejn dwar dan il-każ, għaldaqstant jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa minħabba l-urġenza tal-każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-kunsill lokali qegħdin jiddiskutu l-problema msemmija.", "Ix-xogħol bħalissa wieqaf sakemm isir xi xogħol ieħor mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma, u għalhekk wieħed jispera li tinstab soluzzjoni għall-problema li semma l-Onor.", "Interpellant.", "ŻEBBUĠ - TFIGĦ TA' LIQUID MANURE", "14421.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7367 imwieġba fil-31 ta' Mejju 1999, jista' l-Ministru jindika l-postijiet fejn jista' jsir rimi ta' liquid manure mill-irziezet u postijiet oħra?", "Kemm twaħħlu tabelli sabiex jindikaw dawn is-siti u meta kien ippublikat il-ktieb li għalih irriferiet fit-tweġiba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li wara li sar studju minn uffiċjali ta' dan id-dipartiment, ġew stabbiliti għaxar siti madwar Malta fejn għandu jsir rimi ta' dan l-iskart likwidu mill-irziezet.", "S'issa ma twaħħlu ebda tabelli peress li l-awtorizzazzjoni mill- awtorita' ta' l-ippjanar għadha ma waslitx.", "Għadu ma ġiex ippubblikat il-ktieb imsemmi fil-mistoqsija, pero' dan qiegħed jiġi ffinalizzat.", "IRZIEZET TAL-MAJJALI - SPEZZJONJIET", "14422.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-irziezet tal- majjali minn spetturi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Ħaż-Żebbuġ matul is-snin 1998 u 1999?", "X'kienu l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn l-irziezet?", "Kemm ġew imħarrka sidien ta' irziezet matul dan il- perijodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tlabt lill-uffiċjali responsabbli minn dan ix-xogħol sabiex jiġbru din l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Interpellant.", "Kif ikolli risposta ngħaddihielu.", "SAĦĦA - PILLOLI SPECIAL ITEM", "14423.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jinħarġu l-pilloli special item ta' persuna li, il- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minħabba, l-bżonn ta' dawn il-pilloli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif għedt f'diversi risposti preċedenti, ma jidhirlix li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali jekk ma tiġix segwita l-proċedura skond ir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13567.", "ARTIJIET - RATI TA' QBIELA", "14424.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment ta' l-Artijiet qiegħed fil- proċess li jirrevedi l-ħlas tar-rata tal-qbiela fuq ir-raba' tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-gvern qiegħed jistudja l-possibbilta` li jniedi skema li biha jirregolarizza bi qbiela lil dawk in-nies li qed jaħdmu bla titolu proprjeta` agrikola tal-gvern.", "Hemm il-ħsieb li tali skema tkopri ukoll dik ir-raba' li llum taqa` taħt l-Uffiċċju Konġunt.", "Għaldaqstant, id-dipartiment ta` l-artijiet issospenda temporanjament ir-rikonoxximent ta` persuni li jallegaw li jaħdmu r-raba' tal-gvern taħt il-policy preżenti.", "FIRST HEALTH MAINTENANCE ORGANISATION", "14425.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkjarifika dak li qal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14102, fejn tirrigwarda l-għażla tal-health maintenance organisation, cioe' li l-għażla saret fuq l-istess bażi li għażilha l- Ministeru tal-Finanzi?", "Minn min hi ffurmata din il-health maintenance organisation?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din l-organizzazzjoni ntgħażlet mill- ministeru tal-finanzi wara li kienu ħarġu sejħa għall-quotations.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET - SKART", "14426.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart li għadu kif ġie ppubblikat mid-diviżjoni tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diġa' tqiegħdet kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' nhar it-Tnejn 28 ta' Frar, 2000.", "NATIONAL STORMWATER MASTERPLAN", "14427.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14194?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Twegiba tinghata f`xi seduta ohra.", "ĦADDIEMA GĦAWDXIN - SAHRA", "14428.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10344?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li s-somma globali ta' shift allowance u overtime li nħadmu u li huma debitament approvati hija kif ġej:", "Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp", "Shift allowance Lm4009.50 Overtime Lm 659.59", "Lm4669.09 dovuti lil 48 impjegat", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-ammonti dovuti jitħallsu mill-aktar fis possibbli.", "Dipartimenti oħra", "Shift allowance xejn Overtime xejn", "AMBJENT - ADVISORS", "14429.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu advisors impjegati miegħu jew mal-ministeru tiegħu, fuq bażi fulltime jew part-time?", "Jista' jagħti lista tagħhom, jgħid kemm ilhom fl-impjieg, x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed jew waħda minnhom, f'liema oqsma huma speċjalizzati, u jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull advisor, inkluża informazzjoni dwar salarji, renumerazzjoni, onorarji u benefiċċji oħra li għandu jew għandha kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ministeru għandu żewġ advisers impjegati miegħu.", "Dawn huma s-Sur Saviour Balzan, fuq bażi part-time li jgħin lill-ministru fuq xogħol li għandu x'jaqsam ma' policies ta' ambjent partikolarment ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, u s-Sur John Micallef li huwa fuq bażi fulltime u qiegħed jgħin lill-koperattiva ta' l-indafa pubblika fuq amministrazzjoni u tmexxija tal-koperattiva.", "Kopja tal-kuntratt tagħhom fejn hawn l-informazzjoni kollha rikjesta mill- Onor. Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "DJAR - XOGĦLIJIET", "14431.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jordna li jsir ix- xogħol fuq post - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li nxtara mill-Housing Authority u qiegħed fuq konvenju u wasal biex jiskadi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-4 ta' Jannar, 2000 l-awtorita' tad-djar informat lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali sabiex tinħareġ legal notice fil- Gazzetta tal-Gvern għat-trasferiment ta' dan il-fond mingħand il-Lands għal għand l-awtorita' tad-djar.", "Kif toħroġ din il-legal notice, dan l-applikant jiġi mitlub biex jersaq għall-kuntratt finali.", "MINIBUSES/BUSES", "14432.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni tal-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-minibuses u buses privati (turisti u bżonnijiet lokali)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11727.", "TRASPORT PUBBLIKU", "14433.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp tas- servizz pubbliku f'pajjiżna?", "Xi pjani hemm biex is-servizz jitjieb u x'inhuwa t-timeframe li dan għandu jsir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat- trasport pubbliku, jien informat li bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il- partijiet kollha konċernati biex is-servizz tat-trasport pubbliku jiġi mtejjeb fl-aħjar interess tal-konsumatur u l-operaturi.", "DIPARTIMENT TAT-TRASPORT - SERVIZZ LOKALI", "14434.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li jidher li numru ta' kunsilli lokali qed juru interess li jagħmlu servizz lokali sabiex itejbu t-trasport fil-lokal u bejn lokalitajiet, x'qed ikun ir-rwol tad-dipartiment tat-trasport?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan it-tip ta` servizz diġa` jiżisti fin-Naxxar.", "Biex wieħed jopera servizz bħal dan, il-kunsill konċernat irid fuq konsultazzjoni ma` l-awtorita` jgħid x`tip ta` servizz irid jagħti, u liema servizz jingħata wara first right of refusal jingħata lill-assoċjazzjoni.", "ENEMALTA - DAWL", "14435.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu bozoz ġodda ġewwa: Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn?", "Kemm ilha li saret it-talba għal dawn il-bozoz (street lighting)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta għandha 14-il talba biex jitwaħħlu bozoz ġodda fit-toroq taż- Żejtun, 48 talba li jirrigwardaw it-toroq f`Haż-Żabbar u 30 talba li jikkonċernaw it-toroq f`Wied il-Għajn.", "Dawn it-talbiet, li ġew sottomessi mill-kunsilli lokali ta` dawn l-irħula, kollha saru matul l-1999.", "TOROQ - ROAD PATCHING", "14446.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet madwar Malta u Għawdex qiegħed isir road patching bħala non-council task?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - GĦASSA TA' B'KARA", "14447.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 14307, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt sarx rapport dwar dawn iż-żewġ każijiet minn terzi fl-għassa tal-pulizija indikata u, jekk iva, jekk il- pulizija humiex jinvestigaw dan ir-rapport?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 14307.", "GĦAWDEX - VIŻTI MINN TOBBA", "14450.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14184, tista' l- Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 1998 u 1999 separatament?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li matul is-sena 1998 it-tabib għamel 1888-il spezzjoni b'kollox.", "Diġa' tajt l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-sena 1999 fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14095.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "14451.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ġuvni li jgħix waħdu - li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament - għadu ma rċeviex ir-relief?", "Jista' jara li dan il-proċess jiġi mgħaġġel minħabba l-problemi soċjali li hemm fil-familja u minħabba li l-uniku dħul ta' flus huwa minn dan ir-relief?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernat ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "VAT - PROFESSJONISTI", "14453.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT matul is-sena 1999 minn dawn il- professjonisti: Tobba, avukati, nutara, spiżjara u physiotherapists?", "F'kull każ kemm huwa n-numru ta' dawk reġistrati mal-VAT department?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpelant li t-tagħrif mitlub minnu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MAGĦTAB - RADAM", "14454.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz uffiċjali meta wieħed jieħu radam biex jiġi depożitat fil-Magħtab dump?", "Hemm xi regoli fissi għal dawk li għandhom proprjeta' disponibbli għar-radam?", "X'inhuma r-regolamenti u l- ħlas bit-tunnellata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-prezz uffiċjali għad- depożitu ta' radam fil-miżbla tal-Magħtab huwa ta' 38 ċenteżmu kull tunellata, VAT inkluża.", "Ir-regoli huma li l-iskart irid jinġarr f'vetturi li huma reġistrati mad- dipartiment u li l-ġarr isir waqt il-ħinijiet uffiċjali ta' l-operat ta' l- istess miżbla.", "Ir-regolamenti huma dawk stipulati fl-Avviż Legali 128 ta' l-1997.", "SPTAR SAN LUQA - AMBULANZI", "14455.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14276, filwaqt li napprezza li din tista' tkun problema ta' diffikultajiet legali kbar, jista' l- Ministru jgħid x'passi ntalab jieħu l-importatur?", "Jekk jirriżulta li dawn l-ambulanzi kienu misruqin, jew kellhom xi partijiet misruqa, x'passi se jieħu d-dipartiment issa ġaladarba diġa' ntnefqu flus il-poplu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-tliet ambulanzi waslu Malta b'ċertifikat uffiċjali magħruf bħala Certificate of Permanent Export.", "Waqt li n-numru tax-chassis kien korrett, in-numru tal-makni ma kienx jikkorrespondi.", "L-importatur kien intalab jibdel il-makni qabel ma jiġu Malta.", "Waqt li dan għamel hekk, il-numri ġodda tal-makni ma ġewx ikkoreġuti fuq id- dokument formali.", "L-importatur inżammlu l-pagament sakemm ġab iċ-ċertifikat korrett.", "Dan i-ċertifikat wasal u se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għaldaqstant ma kienx hemm każ ta' serq u lanqas tberbqu flus il-poplu kif allega l-Onor.", "Interpellant.", "VETTURI - NUMBER PLATE", "14456.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi jew vetturi oħra bil-mutur f'pajjiżna li fil-pjanċa tan-numri (number plate) għandhom bħala l-ewwel tlett ittri s-sekwenza ta' ittri li tinqara \"SEX\"?", "Jikkonferma l-Ministru li kien hemm ftehim taċitu meta nbiddlu l-pjanċi tan- numri li ċerti kumbinazzjonijiet ta' ittri m'għandhomx jintużaw, jekk jirriżulta li meta jinqraw iwasslu ċerti messaġġi?", "Min kien responsabbli li ħareġ, jew awtorizza l-ħruġ ta' tali pjanċi, jekk fil-fatt jeżistu fit- toroq tagħna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa hawn 12-il vettura f`pajjiżna tan-numri (number plate) li għandhom bħala l-ewwel tliet ittri s- sekwenza ta` ittri li tinqara SEX.", "Jien informat li hija policy tad-Dipartiment tal-Liċenzji w Testijiet li ċerti kumbinazzjonijiet ta` ittri li jistgħu jiġu nterpretati ħażin ma jinħarġux.", "Għalkemm il-kumbinazzjoni ta` ittri SEX ma għandha l-ebda sinifikat offensiv (ara l-użu tagħha f`diversi formoli) id-dipartiment waqqaf il-ħruġ ta` din il-kumbinazzjoni.", "Sfortunatament dawn il-pjanċi nħarġu waqt l-ewwel fażi tal-bdil ta` l- istess pjanċi, jiġifieri meta d-dipartiment kien taħt pressjoni straordinarja ta` xogħol.", "IMPORTAZZJONI - TNEĦĦIJA TA' LEVY", "14464.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14342?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li diġa' tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 13267 u 13459.", "Kif diġa' spjegajt inkun f'qagħda li nagħti t-tagħrif sa tmiem Frar 2000 fl-ewwel jiem ta` Marzu.", "MEDIĊINI", "14465.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14343?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern teżisti biss informazzjoni komputerizzata mill-1998.", "Il-valur tal-mediċini li qassam il-gvern fl-1998 kien ta' Lm7,216,966 waqt li fl-1999 dan kien ta' Lm8,221,389.", "Il-valur tal-mediċini li tqassmu fl-isptarijiet li jidhru hawn taħt hu kif indikat:", "|Sptarijiet |1998 |1999 | |Sptar Boffa |403,673 |502,607 | |Sptar San |4,534,087|4,930,67| |Luqa | |2 | |Sptar Monte |102,976 |155,798 | |Carmeli | | | |Sptar San |145,761* |127,471*| |Vinċenz | | |", "*Jinkludi mediċini mqassma fid-djar oħra ta' l-anzjani tal-Gvern.", "Id-dipartiment m'għandux informazzjoni fuq kemm minnhom jaqgħu taħt il- kartuna s-safra u kemm taħt il-kartuna r-roża.", "BANK ĊENTRALI", "14466.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista'l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14345?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tħejjijiet tal- Bank Ċentrali għas-sħubija sħiħia fl-Unjoni Ewropea, w aktar tard fl-Unjoni Monetarja Ewropea, huma spjegati fit-tul fil-Pjan Nazzjonali għall- Adozzjoni tal-Acquis (NPAA), u preċiżament fil-parti 3.3.2 li titkellem dwar l-Unjoni Monetarja Ewropea.", "Dan il-Pjan għadu kemm ġie ppubblikat mill- Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "UE", "14467.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14346?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif pajjiż jidħol fl-Unjoni Ewropea dan ikun meqjus bħala `membru b`deroga` li jfisser li ċerti artikli tal-Unjoni li għandhom x`jaqsmu mal-Unjoni Monetarja Ewropea ma` japplikawx għalih.", "Madankollu, it-trattat jgħid ukoll li, malli pajjiż jidħol fl-Unjoni Ewopea, dan għandu jikkonsidra l-politika tal- kambju tiegħu bħala waħda ta` interess komuni għall-unjoni u, għaldaqstant, ikun mistenni li jingħaqad fl-arranġament tal-kambju magħruf bħala ERM II.", "M`hemmx żmien speċifiku li matulu pajjiż irid jidħol fl-ERM II - madankollu hu mistenni li dan isir fl-iqsar żmien possibbli wara li pajjiż isir membru.", "Hemm kriterji oħra li jridu jintleħqu qabel ma membru tal-Unjoni Ewropea jingħaqad fl-Unjoni Monetarja.", "Dawn għandhom x`jaqsmu mal-iżbilanċ finanzjarju tal-Gvern, il-livell tad-dejn pubbliku, ir-rati tal-imgħax għat- tul u r-rata ta` l-inflazzjoni.", "Fil-każ ta` Malta, waqt li hu l-għan tal-Gvern li jingħaqad fl-Unjoni Monetarja Ewropea mill-aktar fis possibbli wara li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, hija ħaġa naturali li dan il-pass ma jistax jittieħed qabel ma l- pajjiż ikun laħaq il-kriterji li ssemmew aktar `il fuq u qabel mal-gvern jaħseb li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUMS", "14468.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu tfal mill-iskejjel primarji mill-Belt Valletta, Furjana , Ħamrun, Pieta' u l-Kottonera fil- junior lyceums, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm hu t-total ta' tfal li daħlu fil-junior lyceums kull sena fl-istess perijodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - WIED IL-GĦAJN", "14469.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi u xi pjanijiet hemm sabiex l-iskola ta' Wied il-Għajn tkun tista' tilqa' t-tfal kollha li jkunu jridu jattendu f'din l-iskola, minħabba li l-popolazzjoni ta' dan il-lokal dejjem qed tikber?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha l- permess għall-bini ta' kindergarten ġewwa l-preċint ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn.", "Għaldaqstant fost il-proġetti sottomessi hemm ukoll din l-estensjoni.", "ILS CALIBRATION - ĊERTIFIKATI", "14470.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid min kien u min għadu joħroġ iċ- ċertifikati ta' l-ILS calibration?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura kummerċjali ma nħossx li għandi naghti l-isem tal-kumpannija.", "Madanakollu nista` ngħid li l-kumpannija li tagħmel dan ix-xogħol ilha tagħmlu għal numru ta` snin.", "L-aħħar kuntratt kien ġie ffirmat biex ikopri perijodu ta` ħames snin u kien ġie ffirmat mill-gvern qabel ma` r-responsabbilta` ta` l- ILS għaddiet għand l-MIA f`Mejju ta` l-1998.", "DIRETTURI - PASSI DIXXIPLINARI", "14471.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi tad-dipartimenti li fl-1999 bdew jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom?", "Taħt liema ministeri jaqgħu?", "F'kull każ il-ministru konċernat kienx avżat qabel ma ħareġ iċ-charge?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid li qabel ma bdew jittieħdu dawn il-passi dixxiplinarji kienx hemm investigazzjonijiet preliminari serji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li matul l-1999 kien hemm każ wieħed ta' direttur li nbdew proċeduri dixxiplinarji kontrih.", "Dwar il-każ ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji qabel ma jiġu konklużi l- proċeduri ta' dixxiplina.", "Il-passi li jittieħdu jridu jkunu skond ir-regolamenti tad-dixxiplina tal- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "VRT - DĦUL TA' FLUS", "14472.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mis-sidien ta' vetturi f'tests tal-VRT u kemm naqsu l-inċidenti tat-traffiku b'konsegwenza ta' karozzi li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tal-liċenzji u t- testijiet ma jżommx statistika ta` kemm jitħallsu flus mis-sidien ta` vetturi għall-vehicle roadworthiness test.", "Rigward statistika ta` kemm naqsu l-inċidenti tat-traffiku nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MSU - EŻERĊIZZJU", "14473.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għall-eżerċizju MSU fis-settur pubbliku?", "Kien hemm xi forma ta' kejl tal-effiċjenza qabel sar l- eżerċizzju?", "Ġiet stabbilita yardstick fil-proċess ta' l-eżerċizzju?", "Jekk fil-fatt tkejlitx l-effiċjenza u kemm hi bħalissa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant m'hijiex ċara.", "B'danakollu nista' ngħid li l-proċess ta' riforma fis-servizz pubbliku li nbeda taħt il-gvern tiegħi għaxar snin ilu bidel is-servizz pubbliku b'mod radikali bis-saħħa ta' l-introduzzjoni tat-teknoloġija ta' l- informatika fid-dipartimenti tal-gvern, b'mod partikolari fid-dipartimenti l-ġodda bħal VAT Office u d-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "It-titjib fl-effiċjenza jitqies biż-żieda fin-numru u livell ta' kwalit ta' servizzi li d-dipartimenti qed joffru lill-pubbliku, bl- implementazzjoni ta' quality service charters kif ukoll servizz li jingħata lill-pubbliku anki minn ġo daru permezz ta' computers jew permezz tal-posta biex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-pubbliku.", "SAĦĦA - PATOLOĠISTI", "14474.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qiegħed jirrifjuta li jingaġġa patoloġisti meta biex jingħata servizz fil-klinika ta' Bormla qed ikollu jinżel patoloġist mill-klinika ta' Raħal Ġdid tlett darbiet fil-ġimgħa?", "Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal podoloġista.", "Jekk dan hu l-każ, nirriferih għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 13098.", "TRAFFIKU - KAMPANJA DWAR IS-SEWQAN", "14475.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-kampanja edukattiva li saret dwar is-sewqan fuq il-mezzi tax-xandir, bil-boards, etc?", "Jekk qed tinżamm statistika ta' l-inċidenti tat-traffiku qabel, waqt u wara l-kampanja, x'inhuma r-riżultati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kampanja edukattiva għal sewqan aħjar swiet b`kollox madwar Lm60,000.", "Din is-somma tinkludi estimu tal- ħlas dovut lill-mezzi ta` l-istampa li taw is-servizzi tagħhom, relatati ma` din il-kampanja, mingħajr ħlas.", "Ta` min jirrepeti li ma ntużawx fondi pubbliċi għal din il-kampanja għax il-flus meħtieġa nġabru kollha permezz ta` donazzjonijiet u sponsorships.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li mat-tnedija ta` din il-kampanja ġiet introdotta sistema ġdida għal ġbir ta` statistika dwar inċidenti tat-traffiku li, fost ħwejjeġ oħra, tgħin biex il-pulizija jkunu jistgħu jidentifikaw u jikkonċentraw fuq accident black spots.", "M'hemmx dubju li, b`riżultat ta` din il-kampanja, l-pubbliku sar iżjed konxju mill-perikoli li jeżistu fit-toroq.", "Għalkemm fl-1999, tilfu ħajjithom 14-il persuna f`inċidenti tat-traffiku, ninsab informat li dan in- numru kien l-iżgħar wieħed mill-1991 `l hawn.", "Filwaqt li kampanji bħal din jgħinu biex jedukaw lis-sewwieqa u l-pedestrians billi jagħmluhom konxji mir-regolamenti tat-traffiku u li dawn għandhom jiġu osservati għall- benefiċċju tagħhom stess, il-frott ta` dan il-proċess ta` edukazzjoni ma jistax jitkejjel fi żmien qasir u għandu jiġi sostnut, partikolarment bil- kontribut tal-pulizija tat-taqsima tat-traffiku.", "ETC - IMPJIEGI", "14476.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jinvestiga fuq liema kriterji persuni qegħdin jintgħażlu mill-ETC sabiex jimlew vakanzi speċifiċi?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jinvestiga l-mod li bih impjiegi qegħdin jiġu assenjati da parti ta' l-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jispeċifika liema vakanzi fl-ETC qed jirriferi għalihom, jingħata l-informazzjoni li qed jitlob.", "ZURRIEQ - POSTA", "14477.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'passi għandhom jittieħdu sabiex il-posta (fergħa Żurrieq) tkun aċċessibbli minn nies anqas ixxurtjati (persuni b'diżabilita')?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dalwaqt jibda programm ta` refurbishment fil-fergħat tal-Maltapost fejn hemm bżonn li dan isir.", "Fejn ikun possibbli, hu ttamat li jsiru arranġamenti għal aċċess għal persuni b`diżabilita`.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI", "14496.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti lista kompluta tad-diretturi u aġenti diretturi, skond il-grad tagħhom, li kienu responsabbli minn xi dipartiment fl-1998?", "Jista' jgħidilna kemm minn dawn id-diretturi, skond il-grad, ma ssottomettewx rapport biex jiġi ppubblikat fl-annual reports of government departments li ġie ppubblikat dan l-aħħar?", "Għaliex ġara dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Lista ta' dawk l-uffiċjali li kienu jokkupaw il- kariga ta' direttur fl-aħħar tas-sena 1998.", "Din il-lista tinkludi postijiet li kienu vakanti f'Diċembru 1998 u li kienu temporanjament okkupati minn aġenti diretturi li l-ħatra tagħhom dehret fil-gazzetta tal- Gvern.", "Fil-pubblikazzjoni annual reports of government departments, normalment jiġu nklużi rapporti ta' dipartimenti li jipprovdu servizzi għall-pubbliku jew għal dipartimenti oħra tal-gvern.", "Kif jidher mill-indiċi tal-ħarġa ta' l-1998 ta' din il-pubblikazzjoni, dawk id-dipartimenti li joffru servizzi speċifiċi, li minnhom hemm il fuq minn sittin wieħed, kollha ssottomettew rapport dwar l-attivitajiet tagħhom.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI", "14497.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista'l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux veru li applikanti biex jimlew il-post/ijiet ta' direttur f'Għawdex u anke f'Malta kienu se jitħallew barra u ma jibgħatux għalihom għall-intervista biex b'hekk jinqalgħu barra ħelu, ħelu?", "Jista'jikkonferma li mbagħad bagħtu għalihom wara li intervjena hu stess għax irċieva xi rapport?", "Jista' l-Prim Ministru jiggarantixxi li mil-lum 'il quddiem kull applikant eliġibbli għall-intervista biex jimtela post vakanti ta' direttur jibgħatu għalih u hekk ma jkun hemm ħadd li jiddeċiedi minn qabel li għandu jinqala' barra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li mhux kulmin japplika għal post ta' direttur jissejjaħ għal intervista.", "Madanakollu l-fatt li applikant ma jissejjaħx għal intervista ma jfissirx li dan ikun tħalla barra minn konsiderazzjoni għall-post li jkun applika għalih.", "Is-senior appointments advisory committee jagħmel short listing ta' l- applikanti u, fejn jinħass neċessarju, issir intervista.", "Mhux minnu li jiena intervenejt kif hemm fit-tieni mistoqsija.", "SETTUR PUBBLIKU - SEGRETARJI PERMANENTI", "14498.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhija l-proċedura preżenti biex jinħatru s- segretarji permanenti?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-kap taċ-ċivil li jmiss isir hux se jinħatar bl-anzjanita' jew inkella xorta oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-segretarji permanenti inkluż il-kap taċ- ċivil isiru skond il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ESTACODE", "14499.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm saru emendi għall-Estacode matul is-sena 1999?", "Liema kienu?", "Jista' jgħid liema emendi hemm proposti għall-futur immedjat u jekk hux se jsiru diskussjonijiet ma' l-unions qabel ma dawn l-emendi jiġu effetwati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi fl-1999 ma sarux emendi fl- Estacode.", "Kull tibdil li jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati tal- gvern isir permezz ta' ċirkolarijiet uffiċjali li wara jiġu inkorporati fl- Estacode.", "Hija l-prattika li jsiru diskussjonijiet mal-unions qabel ma jkunu se jiġu ntrodotti xi bidliet fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati tal-gvern.", "SAN GWANN - TRIQ IL-FREŻJA", "14502.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Billi l-partijiet komuni fuq ġewwa ta' Block 18, Dr A, Triq il-Freżja, San Gwann qegħdin ġo stat ħażin ħafna, jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi dawn jinżebgħu mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SAN GWANN - TRIQ IR-RIHAN", "14503.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi l- partijiet komuni ta' Block 2 A, Vjal ir-Rihan, San Gwann jinżebgħu għax qegħdin fi stat ħażin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "SAN GWANN - VJAL IN-NASPLI", "14504.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi l-Block No. 6 (qabel kien il-4) u li qiegħed ġo Vjal in-Naspli, San Gwann kantuniera ma' Vjal ir-Rihan, jitkaħħal minn barra għaliex dan ma tkaħħalx bħal bqija tal-blokkijiet l-oħra u qed issir il-ħsara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddjet it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-GŻIRA", "14505.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-għassa tal-pulizija tal-Gżira se tibda tiftaħ fuq bażi regolari u preferibbilment il-ħin kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4413 u 11375.", "GŻIRA - DAR GĦALL-ANZJANI", "14506.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinfetaħ ċentru ta' matul il-jum għall-anzjani ġewwa l-Gżira?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent m'hemm ebda data ffissata għal ftuħ ta' ċentru ta' matul il-jum fil-Gżira peress li għad iridu jitkomplew it- taħdidiet mal-kunsill lokali tal-lokal.", "GŻIRA - UFFIĊĊJU LOKALI TAS-SERVIZZI SOĊJALI", "14507.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jiftaħ uffiċċju lokali tas-servizzi soċjali ġewwa il- Gżira?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa m'hemm l-ebda pjanijiet sabiex jinfetaħ uffiċċju distrettwali fil-Gżira.", "AFM - BATROL BOATS", "14538.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' searches li l-patrol boats tal- Forzi Armati għamlu f'dawn l-aħħar sentejn fuq laneċ tas-sajd jew bastimenti tas-sajd reġistrati Malta meta dawn kienu barra għas-sajd u ġew mġiegħla jerġgħu jidħlu l-port f'Malta akkumpanjati mill-Forzi Armati?", "Minn dawn is-searches, kemm irriżultaw fil-pożittiv?", "Liema kienu l- bastimenti li fuqhom saru s-searches?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-numru ta' tfittxijiet li l-patrol boats tal- Forzi Armati ta' Malta għamlu f'dawn l-aħħar sentejn fuq laneċ tas-sajd jew bastimenti tas-sajd reġistrati f'Malta meta dawn kienu barra għas-sajd u ġew imġiegħla jidħlu l-Port f'Malta akkumpanjati mill-Forzi Armati jammonta għal sitta, kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "FURJANA - KING GEORGE V PLAYING FIELDS", "14539.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar is-suġġett fil- mistoqsijiet parlamentri numri 9814 u 12052?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li għad m'hemmx żviluppi dwar din il-materja.", "GĦAWDEX - EŻAMIJIET TAL-COMPUTER", "14540.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li l-istudenti Għawdxin li se jagħmlu l-eżami ta' l-Oxford fil-livell ordinarju tal-computer studies se jkollhom jitilgħu jagħmluh Malta fl-iskola De la Salle?", "Jaf il-Ministru li n-numru ta' l-istudenti konċernati jlaħħaq ferm aktar minn 15-il wieħed u ġewwa Għawdex hemm faċilitajiet adegwati biex dawn l- istudenti jistgħu jagħmlu eżamijiet bħal dawn ġewwa Għawdex?", "Huwa konxju li dan hu ta' strapazz kbir għall-istudneti Għawdxin, speċjalment meta wieħed iqis li dawn huma taħt il-15-il sena u anke wħud minnhom għandhom eżamijiet fil-ġranet ta' qabel u wara din id-data?", "Huwa konxju tal-ħela ta' ħin li dawn l-istudenti jridu jaħlu biex jagħmlu dawn l-eżamijiet?", "X'passi se jittieħdu biex dawn l-eżamijiet isiru ġewwa Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li peress li minn din is-sena l-Universita` ta' Oxford mhijiex se tkompli toffri suġġetti eżaminati minnha biex isiru taħt ir-responsabbilta` ta' awtoritajiet barranin, bħad-dipartiment ta' l- eżamijiet, din is-sena l-istess dipartiment ma fetaħx reġistrazzjonijiet għall-kandidati Maltin u Għawdxin.", "Informat ukoll li għaldaqstant, jekk hemm studenti li se joqogħdu għal eżamijiet ta' Oxford f'De La Salle, dan qed isir fuq l-inizjattiva privata ta' l-istess istituzzjoni u għalhekk, id-dipartiment mhux responsabbli għall-arranġamenti li saru jew qed isiru rigward il-post fejn dawn l- istudenti sejrin joqogħdu għal dawn l-eżamijiet.", "PRIVATIZZAZZJONI", "14543.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar privatizzazzjoni tista' tgħid kif beħsiebu jipproċedi il-gvern fir-rigward tal-white paper?", "Qed jikkonsidra xi leġislazzjoni dwar il-policies tiegħu f'dan ir-rigward?", "Meta mistennija ssir il-konferenza nazzjonali dwar il-privatizzazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li hemm bżonn leġislazzjoni fir-rigward ta` privatizazzjoni.", "Il-konferenza nazzjonali dwar il-privatizazzjoni qegħda diġa ppjanata għas-7 ta` April, 2000.", "NATIONAL PROGRAMME FOR THE ADOPTION OF THE ACQUIS", "14544.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi fin-National Programme for the Adoption of the Acquis jingħad li għalkemm il-gvern beħsiebu jimplimenta il-proviżjonijiet pertinenti tal-WTO trips agreement din is-sena kif ukoll li għandu riżervi dwar partijiet sostantivi tal-Paris u l-Berne conventions, tista' telabora dwar dawn l- oġġezzjonijiet tal-gvern Malti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li Malta ilha sa mill-1967 membru tal- konvenzjoni ta` Pariġi u mill-1964 membru tal-konvenzjoni ta` Berna.", "Meta f`Diċembru ta` l-1977 iffirma l-Att ta` Stokkolma dwar il- Konvenzjoni ta` Parigi u l-Att ta` Pariġi dwar il-konvenzjoni ta` Berna, pajjizna intrabat biss dwar il-provviżjonijiet permanenti.", "Madanakollu, bhala membru tal-WTO, Malta, permezz tal-ftehim fuq trade-related aspects of intellectual property rights, hija obbligata li tosserva l- provviżjonijiet kollha taż-żewġ konvenzjonijiet.", "Kif indikat fin-National Programme for the Adoption of the Acquis, tħht il-kapitlu Short Term Priorities 2000, il-leġislazzjoni ġdida dwar il- privattivi industrijali, id-drittijiet ta` l-awtur u trade marks, se jipprovdu għal dan, jiġifieri meta din il-leġislazzjoni tiġi fis-seħħ Malta tkun konformi ma` dawn il-konvenzjonijiet."]} {"filename": "20000315_264d_par.doc", "date": "2000-03-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 264 L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 264", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "264", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 141", "RULING 141", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 142", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (KUMITAT)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE) 147", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR (IT-TIENI QARI)", "BROADCASTING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 171", "AĠĠORNAMENT 176", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 181", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 263 li saret fl-14 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati", "RULING", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): B'riferenza għall-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Onor.", "Silvio Parnis waqt is-seduta tat-Tnejn, 6 ta' Marzu 2000, is-Sedja eżaminat id-dokumenti li mqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra mill-Onor.", "Membru, u cioe' estratti mill-ġurnali ''in-nazzjon'' u ''The Malta Independent'' tat-2 u t-3 ta' Marzu, 2000 flimkien ma' estratt mit-traskrizzjoni tas-seduta parlamentari nru 254 ta' l-Erbgħa, 1 ta' Marzu, 2000.", "Minn dan l-eżami joħroġ li matul is-seduta ta' l-1 ta' Marzu, 2000 l- Onor. Parnis uża l-kliem:", "''Iva, anke l-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea li ħraqna rridu nsemmu!\".", "Minn hawn joħroġ biċ-ċar li l-Onor.", "Parnis m'użax il-kelma ''aħna'' jew ''we'', għalkemm jirriżulta wkoll li l-Onor.", "Membru kellu kull opportunità, f'dak il-ħin li qam l-inċident, biex jikkjarifika d-diskors tiegħu u b'hekk kien jiġi evitat kull ekwivoku iżda l-Onor.", "Parnis naqas li jagħmel dan.", "Għalhekk ma jistax jingħad li l-Onor.", "Membru ġie kkwotat jew irrapportat b'mod falz jew mgħawweġ, bi ksur ta' l-Ordinanza dwar il- Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, kif speċifikat f'paragrafu (k) ta' subartiklu (4) ta' artiklu 11 ta' Kap 113 tal-Liġijiet ta' Malta, u nikkwota:", "''Il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta' xi rapport falz jew mgħawweġ ta' xi dibattitu jew proċedimenti tal-Kamra jew ta' xi kumitat tagħha.''", "Għaldaqstant is-Sedja m'hijiex f'pożizzjoni li tilqa' t-talba ta' l-Onor.", "Parnis.", "Madankollu s-Sedja tieħu l-opportunità sabiex tfakkar lill-membri tal- media li fil-qadi tad-doveri tagħhom għandhom l-obbligu li jirrapportaw fedelment u bl-aħjar abilità dak li jkun qiegħed jiġri u jingħad fil-kors tal-proċedimenti tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "13046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Billi l- Onor. Interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l- informazzjoni, m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt f'seduta nru.", "223.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - RIĊEVIMENTI", "13047.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nerġa' nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "12314.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ippermettili niġbed l-attenzjoni tal- Ministru li fil-Baħrija ma kienx hemm polling booth dakinhar ta' l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Xtaqt li kieku l-Ministru jaċċertani li dawn l-affarijiet mhux se jerġgħu jirrepetu ruħhom.", "MR SPEAKER: Ċertament li din il-mistoqsija mhijiex relatata mad-domanda oriġinali u sta għall-Ministru jekk jirrispondihiex jew le.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, lill-Onor.", "Farrugia rrid ngħidlu li dik hija funzjoni tal-Kummissjoni Elettorali biss.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li dik hija kummissjoni totalment awtonoma u tiddieċedi hi fejn isiru l- polling booths.", "M'hi funzjoni ta' ebda ministru li jiddeċiedi fejn isiru jew kif ikunu l-polling booths.", "Naf li kien hemm xi diskussjonijiet, anke bejn il-partiti, biex ikun hemm imqar mobile polling booths temporanji pero' ma nistax nirrispondi aktar minn hekk.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - RIĊEVIMENTI", "13048.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12315, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Billi l- Onor. Interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l- informazzjoni, m'għandix xi nżid mat-twegiba li tajtu f'seduta nru.", "223.", "EDUKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "13049.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12316, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Billi l-Onor.", "Membru ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajtu f'seduta nru.", "223.", "BIEDJA U SAJD - RIĊEVIMENTI", "13050.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12317, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Billi l-Onor.", "Interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l- informazzjoni, m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajtu f'seduta nru.", "223.", "VAT - REFUND", "13051.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha ma tirċievi r- refund tal-VAT minn Lulju ta' l-1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, l-ammont ta' kreditu eċċessiv ta' persuna għal żmien ta' taxxa għandu jitħallas lura lil dik il-persuna sa mhux iktar tard minn ħames xhur mit-tmiem taż-żmien li fih għandha tintbagħat id-denunzja ta' dak iż-żmien ta' taxxa.", "Fil-każ tal-persuna konċernata, kellu jitħallas lura fil-15 ta` Jannar 2000 kif fil-fatt sar skond il-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Billi qed ikun hemm diversi lmenti min-naħa tan-nies fin-negozju fis-sens li qed ikun hemm ċertu dewmien fil-ħruġ tar-refunds tal-VAT, jista' l-Ministru jagħtina ħjiel ta' l-ammont ta' l-outstanding refunds dovuti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk m'għandix l-ammont preċiż ta' refunds li jridu jingħataw, imma din il-mistoqsija nweġibha sakemm nista' nweġibha għaliex, kif jaf l-Onor.", "Brincat, fil-każ tal-VAT ma tistax tgħid preċiż x'refunds hemm dovuti.", "Is-sistema taħdem li jekk ikun hemm xi refund dovut, dan bil-liġi jitħalla għal ċertu żmien biex jekk imbagħad it- taxpayer ikollu x'jagħti fir-return li jagħmel wara li joħroġlu assessment net of refund, dak li għandu jagħti jitnaqqas awtomatikament mir-refund li jkollu jieħu.", "Din hija sistema daqsxejn fluwida pero' jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija parlamentari bil-miktub inkun nista' nirrispondi bl-aħjar mod li nista'.", "SAĦĦA - MENINGITIS", "14574.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningitis f'dawn l-aħħar għaxar snin u x'tip ta' mikrobu kkawżah?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat illi mill-1990 sa l-1999 ġew irrapportati 44 każ ta' meningitis meningococcal, 48 każ ta' septicaemia meningococcal u 73 każ ta' meningitis, (Other Bacterial), u ċioe':", "|Sena |Meningit|Septicae|Meningi| | |is |mia |tis | | |Meningoc|Meningoc|(Other | | |occal |occal |Bacteri| | | | |al) | |1990 |2 |- |2 | |1991 |- |- |5 | |1992 |2 |1 |3 | |1993 |1 |1 |4 | |1994 |3 |- |11 | |1995 |2 |2 |4 | |1996 |8 |2 |9 | |1997 |12 |4 |4 | |1998 |10 |19 |17 | |1999 |4 |19 |14 | |Total|44 |48 |73 |", "SAĦĦA - HIV TESTS", "14575.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet pożittivi għall-HIV f'dawn l-aħħar 15-il sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-testijiet ta' l-HIV bdew jinħadmu fil-virology laboratory f'St. Luke's minn Ġunju ta' l-1985.", "Isiru testijiet anonimi ta' l-HIV u possibbilment pazjent jista' jerġa' jirrepetih.", "In-numru ta' testijiet, sena b'sena, kien kif ġej:", "|SENA |TOTAL |No. of | | |REQUEST |REACTIVE| | | |SAMPLES | |1985 |408 |10 | |1986 |930 |13 | |1987 |2292 |5 | |1988 |3750 |13 | |1989 |2495 |16 | |1990 |2118 |9 | |1991 |2461 |18 | |1992 |3131 |8 | |1993 |2369 |13 | |1994 |3935 |10 | |1995 |3963 |17 | |1996 |3912 |7 | |1997 |3809 |8 | |1998 |4249 |10 | |1999 |4264 |6 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jirriżulta li filwaqt li fl-1998 kien hemm għaxar każi pożittivi ta' l-HIV, fl-1999 kien hemm sitta.", "Dan forsi jfisser li hemm bżonn li jiġu aġġornati iktar il-programmi edukattivi dwar l-HIV?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Farrugia qiegħed jinterpreta l- lista li għandu quddiemu b'mod żbaljat.", "Hawnhekk għandek it-total number of requests u n-number of reactive samples - ma jfissirx li kienu positive - li minn għaxra fl-1998 niżlu għal sitta fl-1999.", "Dawn it-tip ta' testijiet isiru biex inħajru aktar lil dawk in-nies li jkollhom xi dubju sabiex jersqu 'l quddiem u jagħmlu t-test.", "Ta' min igħid li hawnhekk ma jintalbux il-particulars tal-persuna u allura ovvjament wieħed irid iħares lejn in-numru ta' requests li jsiru fid-dettall u jiflihom aktar fil-fond, peress li persuna tista' tirrepeti t-test iktar minn darba.", "Barra minn hekk dawn it-tip ta' testijiet ma jsirux fil-privat u jekk titlob li jsirlek test f'laboratorju privat, it-test xorta f'St. Luke's isir.", "Din il- proċedura nadottawha biex nkunu nistgħu naqbdu dawk li jkunu pożittivi.", "Pero' nerġa' ngħid li ċ-ċifri li hawn hawnhekk ma jirriflettux in-numru ta' każi pożittivi imma l-każi li jkunu rreaġixxew u allura hemm bżonn ta' iktar investigazzjoni.", "SAĦĦA - TUBERCOLOSIS", "14576.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrain Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' tubercolosis f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat illi mill-1990 sa l-1999 ġew rapportati 194 każ ta' tubercolosis, u ċioe':", "|Sena |Numru ta' Każi | |1990 |19 | |1991 |22 | |1992 |30 | |1993 |22 | |1994 |24 | |1995 |6 | |1996 |22 | |1997 |11 | |1998 |16 | |1999 |22 | |Total |194 |", "STOCKHOLM - AMBAXXATA MALTIJA", "14577.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-poplu Malti l-ambaxxata li nfetħet fi Stockholm?", "Kemm intnefaq fuq irranġar u attrazzament ieħor?", "Kemm huwa stmat li se jkunu r-running costs ta' l-ambaxxata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): L- ambaxxata fi Stockholm inkriet għal SKR32962 fix-xahar - dawn jiġu madwar Lm1,607 - li jinkludi l-heating u l-provvista ta' l-ilma.", "Fuq xiri ta' office equipment, għamara u attrezzaturi ntnefqu SKR345357 netti - dawn jiġu madwar Lm16,847 - wara t-tnaqqis tat-taxxa tal-VAT.", "Peress illi din hija ambaxxata ġdida, huwa diffiċli li jingħad bi preċiżjoni x'se jkunu r-running costs fuq medda ta' xahar u għad irid jgħaddi xi żmien biex tiġi stabilita x-xejra ta' nfiq.", "B'danakollu hu maħsub illi l-ispejjeż rikorrenti jkunu skond l-allokazzjoni ta' fondi pprovduti taħt il-cost centre ta' l-ambaxxata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, peress li waqt il-viżita li kellna dan l-aħħar tal-Prim Ministru Sloven ingħata ħjiel li l-Gvern Malti qed jikkonsidra attivament li jiftaħ ambaxxata f' Lublijana, nixtieq inkun naf as a matter of policy jekk hijiex l-intenzjoni tal-gvern li jiftaħ ambaxxata f'dawk il-pajjiżi li mhux biss huma membri ta' l-Unjoni imma anke f'dawk il-pajjiżi applikanti għal sħubija prospettiva fl-Unjoni.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Id-deċiżjoni dwar ftuħ ta' ambaxxata naturalment tittieħed fl-aħjar interess tal-pajjiż, kif jarah il- gvern tal-ġurnata.", "Rigward dawk il-pajjiżi li huma membri ta' l-Unjoni, nafu fejn għandna ambaxxata diġà pero' żidna wkoll ambaxxata f'Ateni u ambaxxata oħra fi Stockholm għax dehrilna li hekk hu opportun.", "Jien qed nitkellem mingħajr ma qed norbot lill-foreign office, għax ma nafx l-aħħar sitwazzjoni x'inhi, pero' l-idea hi li jkollna kemm jista' ambaxxati, anke f'dawk il-pajjiżi applikanti.", "Pero' deċiżjoni dwar fejn tinfetaħ ambaxxata f'pajjiżi applikanti għad m'hemmx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien qed nifhem sew li l-Prim Ministru qed jagħti indikazzjoni - mhux qed nippretendih li jkun speċifiku għax nifhem li forsi m'għandux id-dettalji kollha - li hija policy tal-gvern li jiftaħ ambaxxata f'pajjiżi, anke jekk mhux fuq bażi ta' reċiproċità?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, jien m'għedtx hekk.", "Filwaqt li ma' l- Isvezja għandna relazzjonijiet diplomatiċi għalkemm m'għandniex ambaxxatur Svediż residenti Malta, ħassejna li wasal iż-żmien li jkollna ambaxxatur residenti fi Stockholm li jkun jista' jilħaq il-pajjiżi Nordiċi.", "L-istess ngħid għall-Greċja.", "Naturalment nistennew li fiż-żewġ każi jkun hemm progress fir-rappreżentanza f'Malta.", "Anke fil-każ tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Spanja, nafu li l-ambaxxata Spanjola f'Malta llum mhijiex rappreżentata minn ambaxxatur residenti meta aħna għandna ambaxxatur residenti f'Madrid.", "Nafu l- anteċedenti x'inhuma u nittamaw li l-pożizzjoni tal-Gvern Spanjol tkun li effettivament ma ndumux ma jkollna ambaxxatur residenti f'Malta.", "Naturalment id-deċiżjoni ma tispettax lilna imma tispetta lill-Gvern Spanjol.", "KALAXLOKK - IMPJEGATI", "14578.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-kumpannija Kalaxlokk illum u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li bħalissa l-kumpannija Kalaxlokk timpjega 138 ħaddiem.", "Dawn il- ħaddiema qegħdin jaħdmu fuq numru ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni.", "Fost dawn hemm dak relatat mal-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fejn fost oħrajn qed isir xogħol fuq il-Knisja tal-Giżwiti, f`Sant'Iermu u fi Triq il-Punent.", "Il-kumpannija qed tagħmel ukoll xogħol għall-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta li jikkonsisti f'tindif fl-oqsma industrijali, xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel ta' Tal-Ħandaq u l-junior lyceum tal-Ħamrun u fl- Isptar San Vincenz de Paule, bini ta' ħajt fiċ-ċimiterju ta' Braxia, tiswijiet fuq il-mollijiet taċ-Ċirkewwa kif ukoll diversi xogħlijiet oħra għall-kunsill lokali ta' San Ġwann.", "Tajjeb jingħad li l-kumpannija giet inkarigata biex tagħmel xogħol għall- privat li l-ħaddiema qed jirrifjutaw li jagħmlu fuq direttiva tal-GWU.", "SAĦĦA - SALMONELLA", "14579.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' salmonella minn Jannar 1999 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat illi mill-1 ta` Jannar 1999 sad-29 ta' Frar 2000 ġew rapportati 360 każ ta' salmonella, u ċioe':", "|Xahar |Numru ta` | | |Każi | |Jannar '99| 8 | |Frar '99 | - | |Marzu '99 | 8 | |April '99 | 6 | |Mejju '99 | 17 | |Ġunju '99 | 5 | |Lulju '99 |153 | |Awissu '99| 9 | |Settembru | 7 | |'99 | | |Ottubru | 74 | |'99 | | |Novembru | 19 | |'99 | | |Diċembru | 12 | |'99 | | |Jannar '00| 37 | |Frar '00 | 5 | |Total |360 |", "PIKALIJA - INSPECTIONS", "14620.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-uffiċjali tad- dipartiment sabiex tiġi spezzjonata l-produzzjoni tal-ħaxix frisk fil- pitkalija ċentrali matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Meta saru, minn kienu l-uffiċjali u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mhux ċar għalxiex qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Bħalma jaf ben tajjeb, qatt ma saru spezzjonijiet fuq il-produzzjoni tal- ħaxix frisk fil-pitkalija ċentrali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku nkun nista' nagħtih risposta aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li l-amministrazzjoni preżenti ddeċediet li twaqqaf l-extension service li kien jingħata matul il-ħin tal- biegħa fil-pitkalija - jiġifieri nhar ta' Tnejn u nhar ta' Ħamis - u naturalment dan kien isir biex l-uffiċjali agrikoli jkunu jafu l-livell tal- kwalità tal-produzzjoni li qed ikollna, jista' l-Ministru jgħidilna xi spezzjonijiet qegħdin isiru biex jitjieb il-proċess ta' l-amministrazzjoni fil-pitkalija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fid-domanda oriġinali tiegħu l-Onor.", "Interpellant staqsa dwar kemm-il żjara saret mill-uffiċjali tad-dipartiment sabiex tiġi spezzjonata l-produzzjoni tal-ħaxix fil-pitkalija.", "Kif jaf kulħadd, fil-pitkalija ma ssirx produzzjoni tal-ħaxix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li tkun ħaġa tajba li l- uffiċjali tad-dipartiment jagħmlu spezzjonijiet minn żmien għal żmien fuq il-kwalita' ta' ċerti prodotti.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi lill-Ministru jekk il-prodott li jidħol fil-pitkalija hux qed jiġi spezzjonat mill- uffiċjali ta' l-extension services.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Issa li l-Onor.", "Membru ċċara l-pożizzjoni tiegħu nista' nikkonfermalu li inspections b'mod ġenerali jsiru fuq il-prodotti li jiddaħħlu fil-pitkalija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 2 - Amendment of the Income Tax Act.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal klawsola 2 se nipproponi din l- emenda:", "\"A\" F'subklawsola (2) ta' klawsola 2 minflok il-paragrafi (a) u (b) għandhom jidħlu dawn il-paragrafi ġodda li ġejjin:", "\"(a) l-artikolu 25 għandu jitqies li beda jseħħ mis-sena ta' stima li bdiet fl-1 ta' Jannar, 1999;", "(b) l-artikoli 3 u 5 għandhom jitqiesu li kellhom effett b'seħħ mill-1 ta' Jannar, 2000; u", "(c) l-artikoli 4, 6 u 23 għandu jkollhom effett b'seħħ mis-sena ta' stima li tibda fl-1 ta' Jannar, 2001.\".", "\"A\" In subclause (2) of clause 2 for paragraphs (a) and (b) there shall be substituted the following new paragraphs:", "\"(a) section 25 shall be deemed to have come into force with effect from the year of assessment commencing on the 1st January, 1999;", "(b) sections 3 and 5 shall be deemed to have come into force with effect from the 1st January, 2000; and", "(c) sections 4, 6 and 23 shall come into force with effect from the year of assessment commencing on the 1st January, 2001.\".", "Hawnhekk li qegħdin nagħmlu huwa li niddefinixxu d-dati li fihom jidħlu fis- seħħ il-miżuri kollha li qegħdin inniedu b'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: B'riferenza għal paragrafu (a) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 2 il-ministru jikkonferma li din il-miżura hija backdated għall-1 ta' Jannar ta' l-1999?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ippermettili nikkonsulta ruħi, jew forsi jkun aħjar li nipposponu din il-klawsola.", "Mr Chairman, formalment nitlob il-permess tal-Kumitat biex nipposponu din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hemm il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 41 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of section 41 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'paragrafu (iv) ta' klawsola 3 hemm li:", "\" .... interest, discounts or premiums payable in respect of a public issue by a company, entity or other legal person howsoever constituted and whether resident in Malta or otherwise\".", "Permezz ta' din il-klawsola, li diġà tkellimt fuqha fit-Tieni Qari, il- final withholding tax ta' 15% tkun applikabbli wkoll għal strumenti finanzjarji bħal bonds, per eżempju, li jinħarġu minn istituzzjonijiet li mhux neċessarjament ikunu residenti f'Malta.", "Kif diġà għedt, nistgħu ngħidu li jekk ikun hemm approach mill-world bank li jkun irid joħroġ xi bonds, dawn jiġu wkoll covered mill-15% withholding tax.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien nifhem l-ispirtu li fiha qed issir din l-emenda, li hija marbuta l-iktar mal-ħruġ ta' bonds mill-world bank f'denominazzjoni tal-lira Maltija u li jidher li hemm il-ħsieb li dawn ikunu listed anke fuq l-istock exchange.", "Li ma fhimtx ċar huwa dan.", "F'xi notamenti li għandi hawnhekk għandi li oriġinarjament din l-emenda kien provdut diġà għaliha b'dak li hemm f'paragrafu (ii) ta' subklawsola (b) ta' klawsola 2 ta' l- Att IX ta' l-1997 iżda bħala klawsola għadha qatt ma ġiet in vigore.", "Allura għalfejn kien hemm il-ħtieġa li din terġa' tiġi recycled, biex ngħid hekk, għal-lum meta diġa' hemm provvediment għaliha fl-Att IX ta' l-1997?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-provvediment li konna għamilna qabel, konna llimitajna l-final withholding taxes għal issues li jsiru minn residenti Maltin jew kumpanniji residenti f'Malta.", "Din issa qed niftħuha għal istituzzjonijiet oħrajn anke jekk ikunu barranin.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Se nissospendi l-kumitat għal ftit minuti sakemm isiru xi verifiki min-naħa tal-Ministru.", "Il-Kumitat ġie sospiż fid-9.40 a.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "Clause 2 - Amendment of the Income Tax Act.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Brincat staqsa fuq l-emenda ta' artiklu 25 li qegħdin ngħidu li hija effective mill-1 ta' Jannar ta' l-1999.", "Din hija relatata mas-sistema ta' self-assessment li kienet daħlet fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar ta' l-1999 u li fil-liġi oriġinali kien hemm nieqsa minnha l- kelma fi bracket li tirriferi għal sezzjoni partikolari.", "Dan ifisser li din aktar hija emenda biex nirranġaw il-grammatika legali milli għandha xi effett ieħor.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of section 56 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 4 qegħdin nistabilixxu rati ġodda fil- bands tat-taxxa.", "Fil-każ tal-miżżewġin qed inħallu l-faxxa sa Lm4,000 kif kienet u l-faxxa ta' Lm1,500 li tiġi immedjatament wara kif kienet ukoll, u mbagħad qed inbiddlu r-rati għall-faxex ta' wara.", "Dan ifisser li l-ewwel Lm2,000 wara Lm5,500 jiġu intaxxati bil-25% u l-bqija jiġu intaxxati bil- 35%.", "Għal dawk li huma waħedhom qed inħallu l-ewwel żewġ faxex kif kienu wkoll, jiġifieri qed ngħid għall-ewwel Lm3,000 u Lm1,000 fuqhom; imbagħad l- Lm2,000 li jmiss jiġu bil-25% u l-bqija bil-35%.", "Dan naturalment ma jaffettwax il-miżuri eżistenti fuq il-15% withholding tax fuq l-imgħaxijiet u fuq il-part-time.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Kif diġà esprimejna għal darba tnejn fit-Tieni Qari, nista' ngħid li l-oġġezzjoni primarja tagħna hija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-income tax.", "Aħna nħossu li t-tibdiliet li qed isiru qed idaħħlu ċertu element ta' inġustizzja soċjali u anke jmorru kontra l- manifest elettorali tal-partit fil-gvern, kif ukoll għax ċerti provvedimenti jippenalizzaw ukoll lil dawk il-persuni li jagħmlu single declaration.", "Fil-fatt f'diversi okkażjonijiet il-Prim Ministru tenna - ma nafx jekk qalhiex ukoll il-Ministru Dalli - li fis-settur tal-gvern hemm 35,000 ħaddiem u 30,000 minnhom ma ġewx affettwati mit-tibdiliet li saru fl- income tax.", "Allura dan ifisser li dawn it-30,000 kollha jimlew l-income tax return bħala miżżewġin, jew forsi l-gvern qed jagħmel il-kalkoli tiegħu mod ieħor?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista' ngħidlek li din tat-30,000 ħaddiem kienet stima, għax nafu dawk li jaqilgħu inqas minn Lm5,500 ma ġewx affettwati.", "Naturalment meta tagħmel statement bħal dan tkun qiegħed tindirizza l- kwistjoni b'mod ġenerali u ma tidħolx fid-dettall.", "Biss kontra dak li qal l-Onor.", "Leo Brincat, il-miżżewġin li jaħdmu ġew vantaġġati aktar minn oħrajn, fis-sens li fuq l-ewwel Lm8,000 li jaqilgħu bejniethom it-taxxa ma ntmissitx.", "Ovvjament nerġa' ngħid li meta wieħed jagħmel statement ta' ċertu livell ma joqgħodx jidħol fid-dettall ta' kull individwu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, minkejja dan xorta waħda nħoss li rrid nirreġistra, f'isem l-oppożizzjoni, l-oġġezzjoni fundamentali għal dawn il- provvedimenti ta' l-income tax.", "Inħoss li dawn jippenalizzaw b'mod xejn xieraq lil dawk li jagħżlu li jagħmlu single declaration.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 73 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of section 73 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 5 qegħdin indaħħlu provvediment li jintaxxa lil dawk il-barranin li jiġu Malta biex jagħtu servizz ta' entertainment.", "Bażikament din m'hijiex żieda fit-taxxa imma dan huwa metodu differenti ta' kif tiġi kkalkolata t-taxxa, biex kemm jista' jkun naqtgħu l-amministrazzjoni u l-burokrazija.", "Qabel dawn l-entertainers kienu jiġu mitluba li jagħtu statement ta' l- income tagħhom, ta' x'nefqu u jagħtu dettalji oħra bħal dawn pero', peress li dan l-istatement kien idum ma jasal u kien ikollna ħafna problemi bih, qegħdin nirriduċu din it-taxxa u ngħidu li din għandha tkun withholding tax ta' 10% fuq il-pagamenti illi jsiru lil dak l-entertainer partikolari.", "Nerġa' nirrepeti li din m'hijiex xi taxxa ġdida jew xi taxxa li qed inżidu, pero' rajna kif amministrattivament nagħmlu streamlining tal-ġbir ta' din it-taxxa u ndaħħluha kemm jista' jkun fil-kuntest ta' tax at source.", "B'hekk l-affarijiet ikunu streamlined aħjar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dwar dak li qed igħid il-Ministru m'hemm xejn kontenzjuż pero' nixtieq nagħmel punt żgħir.", "Ġieli kien hemm każi fejn ġew entertainers minn barra illi offrew is-servizzi tagħhom free, basta jkunu koperti l-ispejjeż li jonfqu biex iġorru l-apparat għal Malta u jkunu koperti l-ispejjeż ta' l-accommodation eċċ. Jiġifieri dawn ma jeħdux fees imma jagħmluha speċi ta' working holiday.", "Jien nippreżumi li f'ċirkostanzi bħal dawn, fejn il-group jew kantanti ma jkunux qed jakkwistaw income speċifiku, ma naħsibx li dawn ikunu suġġetti għal din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ma nixtieqx nidħol fid-dettall u nagħti xi advance ruling fuq dawn l-affarijiet tat-taxxa.", "Iċ-ċirkostanzi jkunu differenti f'kull każ u wieħed irid joqgħod attent għax ikun hemm każi ġenwini u każi inqas ġenwini.", "Għalhekk ma nistax ngħid kategorikament iva għal li qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "Naturalment jien nifhem li każi ġenwini jiġu ttrattati kif qed igħid l-Onor.", "Membru, pero' d-dipartiment tat-taxxi interni għandu l-fakultà li jħares lejn kull każ u jiddetermina hu jekk verament ikunx hemm income għaddej jew le.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 90A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of section 90A of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija emenda fuq il-15% final withholding tax fuq part-time employment.", "Fl-1996 dawk kollha li kienu jibbenefikaw minn dawn il-15% fuq xogħol part-time, anke fuq xogħol part-time self-employed, setgħu jibbenefikaw sa limitu ta' Lm3,000 u għalhekk l-income tax part-time li jkun ġej minn xogħol għal rasek li kien jaqbeż it-Lm3,000 kien jiġi ntaxxat bir-rata normali tat-taxxa.", "Dan il-limitu issa qed jiġi applikat ukoll fuq impjieg part-time.", "Qabel min kien self-employed u jaħdem part- time kellu limitu ta' Lm3,000, pero' għal min kien employed u jaħdem self- employed part-time qisu ma kienx hemm limitu ta' Lm3,000.", "Għalhekk naħseb li huwa tajjeb li ndaħħlu dan il-limitu ta' Lm3,000 hemmhekk ukoll, kif fil- fatt qed nagħmlu.", "Bil-liġi kif kienet sa issa, accountant, per eżempju, illi huwa mpjegat x'imkien u mbagħad jagħmel xogħol bħala self-employed on a part-time basis, seta' jiddikjara l-income kollu tiegħu bażikament bil-15% withholding tax.", "Aħna nħossu li dik ma kellhiex tkun fil-liġi u qed nirranġawha u nillimitawha għal Lm3,000.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jekk wieħed iħares lejn is-Social Security Act isib li biex jiġi kkalkolat jekk dak li jkun ikunx a full-time employer jew inkella jkunx a part-time employer, mhux l-ammont ta' sigħat igħodd imma l-akbar dħul li jkollu.", "Issa f'dan il-kuntest, cioe' fejn tidħol l-income tax, fejn ovvjament jidħlu kategoriji differenti skond il-gradi, bniedem li jkun self-employed on a part-time basis pero' d-dħul minn dak ix-xogħol jista' jkun akbar mill-impjieg prinċipali tiegħu, kif se jiġi affettwat?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'dak li qed nagħmlu fil-liġi dan se jkollu limitu ta' Lm3,000.", "Issa jekk dan il-limitu jkunx ta' l-impjieg prinċipali tiegħu jew inkella jkunx tal-part-time employment bħala self-employed, fil-kuntest ta' kemm dan jeħel taxxa huwa irrilevanti.", "L-income tax tinħadem fuq dak li jkun iddikjarat, pero' jekk għandek dikjarazzjoni illi dan huwa a full-time employee, allura t-taxxa tikkonsidrah bħala a full-time employee u ma toqgħodx tagħmel l-analisi ta' l-akbar income minn fejn ikun ġej.", "Naturalment jekk imbagħad ikun hemm xi lok illi jista' jinħoloq xi abbuż, bħalma kellna fis-sistema kif kienet, allura nkunu nistgħu nidħlu fis- sitwazzjoni u naraw l-affarijiet kif inhuma.", "Qegħdin nagħmlu din l-emenda biex ninnewtralizzaw kemm jista' jkun din is- sitwazzjoni u ma jkollniex kwestjonijiet fejn wieħed ikollu mpjieg full- time, b'ċerta paga, u mbagħad jagħmel part-time u jaqla' ħafna aktar flus u l-part-time employment ikun bil-15% withholding tax.", "Din qegħdin nirranġawha u nillimitawha għal Lm3,000.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jien qed nifhem sewwa li issa se niġu f'sitwazzjoni fejn is-Social Security Act tista' tikkalkola bniedem self-employed li jitqies bħala full-timer għal skop ta' ġbir tal-bolla, u għal skop ta' ġbir tat-taxxa jista' jkun konsidrat bħala part-timer?", "Allura lil wieħed tiddikjaralu mod u lil ieħor tiddikjaralu mod ieħor!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt hija problema li ċerti definizzjonijiet li jsiru għall-fini ta' liġi partikolari ma jkunux sinkronizzati ma' definizzjonijiet oħra f'liġijiet oħrajn.", "Dan jiġri għax ikun hemm ċerti grey areas li jdawru ċerti definizzjonijiet.", "Naturalment l-ebda definizzjoni m'hi perfetta biex tolqot preċiż dak li trid u allura jkun hemm ċerti sfumaturi għad-definizzjoni li tkun qed tagħmel f'liġi partikolari biex tolqot sitwazzjoni partikolari.", "Per eżempju, ftit ilu f'dan il-parlament kellna l-kwestjoni ta' spouse u head of household.", "Jien naħseb li minkejja li kienet ittieħdet l-inizjattiva li jitwaqqaf kumitat biex jirrevedi l-liġijiet ħalli kemm jista' jkun ikollna liġijiet li jkunu in konformita', il-perfezzjoni m'aħniex se nilħquha għar- raġunijiet li qed ngħid.", "F'dan il-każ ukoll, it-taxxa għandha definizzjoni ta' x'inhu employed u self-employed waqt li s-social security għandha track ieħor kif taħdem.", "Issa hawnhekk ma rridux ninsew li filwaqt li t-taxxa hija ntiża biex tiġbor il-flus, is-social security hija ntiża biex tagħti l-flus, jiġifieri hawnhekk għall-leġislatur jistgħu jinħolqu konflitti ta' kif wieħed jiddefinixxi ċerti affarijiet.", "Naħseb li l-oġġettiv aħħari għandu jkun - hawnhekk naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant - li kemm jista' jkun ikollna l- istess definizzjonijiet fil-liġijiet kollha inkella lill-avukati noħolqulhom aktar possibilità li jagħmlu flus.", "Irridu noqogħdu attenti għax ma naħsibx li l-ideal jista' jintlaħaq għal dawn ir-raġunijiet li qed ngħid.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jien qed nifhem l-ispjegazzjoni li qed jagħmel il- Ministru pero' naħseb li jkun tajjeb li f'dik li hija leġislazzjoni, il- gvern iżomm f'rasu illi meta jkun qed jittratta fuq settur partikolari, bħalma hu s-self-employed, li diġà huwa burdened b'ħafna burokrazija - din m'hijiex l-opinjoni tiegħi imma hija l-opinjoni tagħhom stess - joqgħod attent biex kemm jista' jkun lil min hu self-employed ma jġibux f'pożizzjoni li għall-fini ta' liġi waħda jiddikjara ruħu full-time employee u għall-fini ta' liġi oħra jiddikjara ruħu part-time employee, partikolarment issa li qed naħdmu favur it-tax compliance, u meta suppost li se jkun hemm kordinament aktar bejn dipartimenti differenti fuq il-ġbir tat-taxxi.", "Naħseb li huwa importanti li jkun hemm xi forma ta' gwida għal dawn in-nies għax sal-lum dawn għadhom jingħataw speċi ta' interpretazzjoni skond il-każ partikolari.", "Qed ngħid dan għax aktar 'il quddiem jistgħu jinqalgħu xi konflitti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Cilia u naqbel illi l-għan aħħari għandu jkun illi d-definizzjonijiet jkunu l-istess fil- liġijiet kollha, pero' din mhijiex xi ħaġa li nistgħu nilħquha faċilment.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.", "Clause 7 - Amendment of the Social Security Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola tittratta l-bidu fis-seħħ ta' l-artikli differenti li jaqgħu taħt din it-taqsima.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Amendment of section 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, klawsola 8 hija neċessarja minħabba emenda li qed issir għal artiklu 116, għax inħass il-bżonn li d- definizzjoni ta' \"direttur\" tkun tinkludi wkoll il-kummissarju tat-taxxi interni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 26 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of section 26 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din il-klawsola tittratta l-kwalifiki biex wieħed ikun jista' japplika għall-pensjoni ta' l-invalidità.", "Fil-fatt qed nemendaw il-liġi b'tali mod li biex persuna tapplika u tikkwalifika, ta' l- anqas trid tkun ħadmet sena qabel ma tkun għamlet it-talba għall-pensjoni ta' l-invalidità, u jekk din kienet qed tirreġistra għax-xogħol, allura trid tkun ilha sena tirreġistra u immedjatament qabel bdiet tirreġistra trid tkun ilha taħdem bi qligħ għallinqas sena.", "L-iskop ta' dan huwa li neliminaw kemm jista' jkun l-abbuż illi seta' kien qiegħed isir minn dan il- provvediment.", "THE CHARMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jaħsibx il-Ministru li b'din il-klawsola se jolqot diversi faxex, fosthom il-pensjoni għall-invalidità, il-pensjoni miżjuda għall-invalidità, il-pensjoni minima nazzjonali u se jaffetwa negattivament ukoll lil diversi invalidi wkoll?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ħalli niftehmu sewwa għax din m'hijiex kwestjoni fejn qed naffettwaw lil xi ħadd negattivament.", "Hawnhekk qed nagħmlu kriterji trasparenti biex il-pensjoni jikkwalifikaw għaliha dawk il- persuni li jkollhom każi ġenwin u mhux japplikaw għaliha persuni mingħajr ebda kriterju ta' xejn, mingħajr qatt ma kienu ħadmu jew forsi jkunu ħadmu xi ftit xi żmien ilu mbagħad f'daqqa waħda xi ħadd ikun qalilhom biex jagħmlu 15-il ġurnata, tliet ġimgħat jew xahar jirreġistraw u wara japplikaw għall-pensjoni ta' l-invalidità .", "M'hemmx dubju illi dawk il- każi li huma ġenwini bl-ebda mod m'huma se jiġu milquta negattivament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien qed nifhem li persuni bona fide ma jiġux impeduti milli jirreġistraw.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Assolutament le!", "L-abbuż li kien qed isir huwa li xi ħadd jgħidlek biex tagħmel 15-il ġurnata tirreġistra ħalli wara tkun tista' tapplika għall-pensjoni ta' l-invalidità.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 10 - Emenda ta' l-artikolu 76 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 10 - Amendment of section 76 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din hija korrezzjoni pjuttost amministrattiva.", "Il-klawsoli kollha u l-kunċetti kollha fil-liġi dwar is- sigurtà soċjali jippreskrivu illi d-dikjarazzjoni tal-mezzi trid tkun għas- sodisfazzjon tad-direttur.", "Jiġifieri d-direttur għandu ċerta diskrezzjoni li jara li d-dikjarazzjoni tal-mezzi tkun aċċettabbli, ikun jista' jinvestiga u jkun sodisfatt b'dak li jkun qed jiġi ddikjarat.", "Għal xi raġuni meta kienet ġiet emendata din il-klawsola - jista' jkun li dan kien żball ġenwin - ma kenux daħlu l-kliem illi d-dikjarazzjoni tal-mezzi għandha tissodisfa lid-direttur u qed indaħħlu din il-frażi bħalma diġà teżisti fil-klawsoli l-oħrajn tal-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ma jaħsibx il-Ministru illi l-frażi \"għas- sodisfazzjon tad-direttur\" hija ftit loose jew too generic, biex ngħid hekk?", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din hija l-frażi wżata f'diversi klawsoli oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien naċċetta l-ispjega tal-Ministru imma nħossha daqsxejn miftuħa wisq u daqsxejn suġġettiva żżejjed, mingħajr ma nitfa' dell fuq id-direttur innifsu.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li llum il-ġurnata dik il-frażi għaddiet mit-test taż-żmien u m'iniex tal-parir li nbiddluha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l-artikolu 93 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 11 - Amendment of section 93 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, din il-klawsola temenda artiklu 93 ta' l-Att prinċipali li jistabilixxi fid-dettall il-kwestjoni ta' ħlasijiet f'każ ta' xi ħadd residenti f'dar ta' l-anzjani li tkun ta' l-Istat.", "Issa filwaqt li dan l-artiklu jistabilixxi l-prinċipju ġenerali, l-emenda qed tagħti fakultà lill-ministru biex jirregola dawn it-tip ta' kriterji billi joħroġ avviż legali - bħalma konna għamilna sena ilu jew forsi ftit iżjed minn hekk - u jistabilixxi xi ħlasijiet ikunu jridu jsiru u taħt liema kondizzjonijiet bniedem ikollu jħallas ċerti ammonti ta' flus biex ikun residenti f'dar ta' l-anzjani.", "Dan ifisser li essenzjalment il-klawsola qed tbiddel il-kunċett - f'dan l-abbozz ta' liġi għandek id-dettalji kollha dwar dan - u qegħdin nissimplifikaw il-proċedura billi ngħidu li dan jiġi rregolat b'avviż legali.", "Fil-fatt eventwalment se jiġi ppubblikat avviż legali li jistabiixxi r- rati ta' ħlas, li jitnaqqsu mill-pagamenti dovuti, billi parti minnhom imorru fil-welfare fund u parti jgħaddu għand l-anzjan stess li jkun residenti f'dar ta' l-anzjani.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Li qegħdin innaqqsu l-għajnuna għall-anzjani hija xi ħaġa li diġà tkellimna dwarha b'mod kritiku ħafna fit-Tieni Qari.", "Fil- fatt intervenew diversi kelliema dwar dan is-suġġett u anke jiena għamilt xi aċċenn fuq hekk.", "Pero', barra minn hekk, li se jiġri huwa illi dak li s'issa kien parti integrali mil-liġi, biex ngħid hekk, se jibda jsir by subsidiary legislation.", "Aħna fil-prinċipju ma nsibux oġġezzjoni daqstant li tiġi adottata din il-proċedura, imma meta għandna xi ħaġa diskrezzjonali bejn ministru u ieħor li tista' twassal, kif diġà wasslet, għal tnaqqis f'ċerti benefiċċji għar-residenti fid-djar ta' l-anzjani, naħsbu li tista' tkun diskrezzjonali żżejjed u għalkemm ovvjament legal notice xorta tista' tiġi kkontestata fil-parlament, konna nippreferu li kieku dan kollu baqa' parti integrali mil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jien nifhem il-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Brincat pero' qabel xejn irrid ngħid illi dawn m'humiex flus li se jidħlu fil-kaxxa tal-gvern.", "Fil-fatt parti mill-flus se jmorru fil-welfare fund sabiex jintużaw għal titjib fir-residenza St Vincent De Paule u sabiex ikollna servizzi dejjem aħjar għall-anzjani.", "Jien personalment naħseb illi l-iskop ta' l-użu ta' dawk il-finanzi nistgħu nwessgħuh iżjed biex inkopru servizzi oħrajn, fosthom anke servizzi fil-komunità.", "Per eżempju, dawn il-fondi jistgħu jgħinu biex jiffinanzjaw ukoll titjib fis-sistema tal- home-help.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu illi kritika konsistenti fil-konfront tal-liġi tas-sigurta' soċjali hija l-komplikazzjonijiet kbar li fiha, u allura li nippruvaw nissimplifikawha hija xi ħaġa li għandna nagħmluha ma' kull opportunità li jkollna.", "Ċertament jien nemmen li din il- liġi għandna nissimplifikawha ħalli tagħti aktar flessibilità.", "Per eżempju, aħna rridu li jiġri x'jiġri, anzjan, għandu jibqagħlu minimu ta' ammont ta' flus f'idu.", "Issa dak l-ammont ta' flus se jkun raġonevoli llum pero' jista' ma jkunx raġonevoli minn hawn u tlieta, erba' jew ħames snin oħra.", "Il-fatt li biex tbiddel daqsxejn ta' ċifra f'din il-liġi trid toqgħod tagħmel abbozz ta' liġi u tgħaddih mill-proċess kollu tal- parlament, naħseb illi ma jagħmilx sens.", "Jien jidhirli li affarijiet bħal dawn għandhom jiġu regolati b'avviż legali.", "Jidhirli li din il-bidla f'din il-liġi tas-sigurtà soċjali għamilniha fl-1996.", "Aħna qed ngħidu li minflok noqogħdu nagħmlu abbozz ta' liġi bil- komplikazzjonijiet kollha u bid-dewmien kollu li hemm involut, noħorġu avviż legali li jġib fis-seħħ il-bidliet u mbagħad jekk xi ħadd minn din il- Kamra jkun irid jikkontesta dak l-avviż legali, hemm proċedura stabilita.", "Għalhekk l-overseeing parlamentari hemm għadu imma naħseb li lkoll kemm aħna għandna nagħmlu sforz kollu biex nissimplifikaw il-proċeduri.", "Dan l- artiklu żgur jissimplifika ħafna iżjed il-proċedura neċessarja biex inkunu nistgħu dejjem inżommu s-sistemi tagħna updated skond il-bżonnijiet tal- ġurnata.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Klawsola 11 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 98 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of section 98 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 12 tindirizza issue partikolari.", "Naħseb li l-Onor.", "John Dalli u l-Onor.", "Leo Brincat mill-ewwel jifhmu x'tindirizza din il-klawsola.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sitwazzjoni fejn peress li ċerti benefiċċji jitħallsu minn numru ta' ġimgħat bil-quddiem, jista' jiġri li fl-aħħar ġimgħa tas-sena d-dipartiment tas-sigurtà soċjali jkollu jħallas benefiċċju li jkun ikopri perijodu ta' żmien li minn sena finanzjarja waħda jaqbeż għal sena finanzjarja oħra, u dan jista' jagħmillek effett fl-iżbilanċ għaliex ikun qed jidher fis-sena kurrenti meta jkunu ħarġu ammonti ta' flus għas-sena ta' wara.", "Għalhekk b'din l- emenda li qed nagħmlu qegħdin inneħħu l-bżonn li s-sena kurrenti tiġi mgħobbija bil-pagamenti li jkunu dovuti għas-sena ta' wara, u din l-emenda wkoll tippermetti li dawk il-pagamenti jkunu jistgħu jiġu mifruxa b'tali mod u manjiera li dik id-diffikultà tiġi evitata.", "Għal dak li huwa benefiċċju, assolutament se jibqa' kollox kif kien.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l-artikolu 101 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Amendment of section 101 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 13 titkellem dwar it-tnaqqis ta' taxxa mill-pensjoni tas-sigurtà soċjali taħt is-sistema ta' l-FSS.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-fehma tagħna dan il-provvediment mhux qed jistabilixxi limitu ta' kemm jista' jkun il-qtugħ globali minn kull pagament, u barra minn hekk jista' jkun hemm kontestazzjoni mill- individwu konċernat.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, sal-lum kellna s-sistema li pensjonant jirċievi kont tat-taxxa li jkollu jħallas.", "B'din is-sistema din se tiġi evitata. għalkemm naħseb li l-kollega tiegħi jista' jispjega ftit iktar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt kienu bosta dawk il-pensjonanti li talbuna biex inbiddlu s-sistema tal-mod kif titnaqqas it-taxxa u minflok nibdew innaqqsu l-FSS mill-pensjoni wkoll.", "Dan għaliex meta daħħalna s-sistema tas- self-assessment bid-declaration form, il-pensjonanti ma setgħux jieħdu benefiċċju minnha għaliex it-taxxa ma kenitx tkun tnaqqset.", "Aħna qegħdin indaħħlu l-kunċett ta' l-FSS mhux biss fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali imma wkoll f'pensjonijiet oħrajn, pero' f'dan il-każ l-ammont ta' l-FSS jitnaqqas mill-pensjoni tas-sigurtà soċjali.", "Dan qed isir biex it-taxxa dovuta ma tiġix f'kont wieħed fl-aħħar tas-sena imma tkun tista' titnaqqas mill-pensjoni li tkun qed titħallas.", "Għalhekk kien hemm il-ħtieġa ta' din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l-artikolu 116 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 14 - Amendment of section 116 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 14 qed temenda artiklu 116 ta' l-Att prinċipali biex tipprovdi għall-multa ta' 1% fix-xahar fuq l-ammont dovut bħala kontribuzzjoni mhux imħallsa - hawn qed nirriferi għall- kontribuzzjonijiet tan-national insurance - jew fuq id-differenza bejn l- ammont dovut u l-ammont imħallas inqas.", "Dan ifisser li jekk xi ħadd ma jkunx ħallas l-ammont dovut sħiħ imma jkun ħallas parti minnu, allura fuq l-ammont li jibqa' bħala bilanċ xorta qed jeħel multa ta' 1% fix-xahar fuqu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jidher ċar, speċjalment minn paragrafi (a), (b) u (ċ) ta' klawsola 14, li saret prattika li l-ministru anke hawnhekk qed jimponi penali ta' 12% fis-sena bla ebda provvediment għal xi ġustifikazzjonijiet li jista' jkun hemm.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, jien nimmaġina li din hija koperta b'artikli oħrajn tal-liġi stess.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Emenda ta' l-artikolu 130 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 15 - Amendment of section 130 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Klawsola 15 tittratta l-kompożizzjoni tal-kumitat tal-welfare, għax il-mod kif inhu kompost illum ma jinkludix lid-direttur responsabbli mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani.", "Aħna jidhrilna li wieħed mill-uffiċjali importanti li għandu jkun preżenti u jipparteċipa f'dan il-kumitat għandu jkun proprju d-direttur responsabbli għad- dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani u allura qed nipproponu emenda f'dan is-sens.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-emenda għal artiklu 130 ta' l-Att prinċipali hemm il-kliem \"wieħed mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani\".", "Jien personalment kont nippreferi kieku nużaw il-kliem \"rappreżentant tad- direttur tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani\".", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk qed nifhem tajjeb il-kelma \"wieħed\" qed tirriferi għall-kelma \"membru\".", "Fil-fatt artiklu 130 ta' l-Att prinċipali jgħid hekk:", "\"Għandu jitwaqqaf kumitat, li jkun magħruf bħala l-kumitat għal welfare, li jkun magħmul minn chairman u minn mhux inqas minn tmien membri oħra maħtura mill-Ministru, li minnhom tnejn ikunu tobba, wieħed minn kull naħa tal-Kamra tad-Deputati, wieħed mid-dipartiment tal-welfare u wieħed mid-dipartiment tas-saħħa.\".", "Jien naħseb li din aħjar inħalluha kif inhi għaliex inkella trid tbiddel il- klawsoli kollha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-Att ta' l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.", "Clause 16 - Amendment of the Duty on Documents and Transfers Act, 1993.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 16 qed tagħti d-dati effettivi tal-klawsoli li se ngħaddu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 16.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Emenda ta' l-artikolu 27 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 17 - Amendment of section 27 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bis-saħħa ta' klawsola 17 qed inneħħu l-boll minn fuq l-insurance tas-saħħa, l-istess kif kienet għamlet l-amministrazzjoni preċedenti biex tingħata eżenzjoni mill-boll minn fuq kuntratti ta' ajruplani, vapuri u affarijiet bħal dawn.", "Aħna naqblu ma' dak li għamlet l- amministrazzjoni ta' qabilna f'dak il-qasam partikolari u qed nagħmlu l- istess ħaġa fil-qasam ta' l-insurance tas-saħħa.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Emenda ta' l-artikolu 32 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 18 - Amendment of section 32 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għall-klawsola 18 se nipproponi din l- emenda:", "\"B\" Fit-test Malti tal-paragrafu (a) tal-klawsola 18, minflok il-kliem \"Lm5 for every Lm100\" għandhom jidħlu l-kliem \"Lm5 għal kull Lm100\".", "\"B\" In the Maltese text of paragraph (a) of clause 18, for the words \"Lm5 for every Lm100\" there shall be substituted the words \"Lm5 għal kull Lm100\".", "Permezz ta' din il-klawsola qegħdin nemendaw artikolu 32 tad-Duty on Documents and Transfers Act biex naġġustaw ir-rata tal-boll fuq il-bejgħ tal-proprjetà u nagħmlu xi aġġustamenti anċillari għaliha, l-aktar biex inpoġġu formula ġdida ta' kif jinħadem il-boll fil-każ li jkun hemm xiri u bejgħ ta' proprjetà li għalihom japplikaw ir-rati li konna għamilna qabel għal dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom li tkun inqas minn Lm20,000.", "B'hekk il-proporzjonijiet jinħadmu skond ir-rati l-ġodda li qegħdin nagħmlu.", "Ir-rata tal-boll qed tonqos minn 7% għal 5% u qed titneħħa l- klawsola li timponi taxxa iktar fuq dawk li jkollhom permess biex jakkwistaw proprjetà.", "Kif għedt qabel, qed nagħmlu formola ġdida fejn jidħlu każijiet ta' bejgħ li fihom ikun hemm kemm il-ħlas ta' premium kif ukoll il-ħlas ta' ċens, biex il-proporzjonijiet il-ġodda u l-konċessjoni jinħadmu kif għandhom jinħadmu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jagħtina xi ħjiel jekk kienx hemm xi market reaction għal dawn il-miżuri u jekk kellux feedback min-naħa ta' l-association of estate agents?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Min-naħa ta' l-association of estate agents kien hemm kummenti pożittivi għal dawn il-miżuri, għax naturalment dawn imorru aħjar jekk intaffu l-kondizzjonijiet li hemm idawru l-permessi ta' l-AIP, xi ħaġa li naturalment dejjem nikkonsidraw minn żmien għal żmien.", "(Interruzzjonijiet) Jien nista' nikkalkola r-reazzjoni x'kienet fil- prattika mid-dħul li qed nirreġistraw fil-boll, għax fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena id-dħul kien aktar mill-ewwel xahrejn tas-sena l-oħra.", "Dan ifisser li bit-tnaqqis fir-rati, xorta waħda r-revenue żdied sostanzjalment.", "Issa dawn huma fatturi li jistgħu jkunu riżultat ta' żewġ fatturi; jista' jkun li din il-miżura ħajret lil xi wħud li jerġgħu jibdew iqajmu daqsxejn is-suq tal-proprjetà, jew inkella l-proprjetà qed tinbiegħ bi prezz iktar għoli.", "Dawn huma fatturi li wieħed ikun qed jistudja biex jara l-amministrazzjoni kif tkun.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fuq l-aħħar punt għandi daqsxejn dubju għaliex meta ftit ilu kelli l-okkażjoni li nitkellem ma' wieħed barrani dwar dak li huwa money laundering f'Malta, waħda mill-osservazzjonijiet li għamilli kienet li għalkemm f'Malta m'hawnx dak il-money laundering li hemm f'postijiet bħal Ċipru u postijiet oħrajn, dak li jgħaddi fuq kuntratti ta' bini huwa kważi \"tantamount to money laundering\".", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li jkun hemm ċertu ssikkar u naħseb li ebda amministrazzjoni qatt m'għandha tkun sodisfatta biżżejjed bl-ilqugħ li jkun hemm għal dawn l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Brincat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Fuq il-kumment li l-ammont ta' boll żdied fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, naħseb li jista' jkunu diversi ċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan.", "Per eżempju, il-Ministru qal li seta' kien hemm xi żieda fil-kummerċ ta' dak li għandu x'jaqsam ma' trasferiment ta' proprjetà.", "Jien nista' ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasferiment għadna fl- istess ilma.", "Wieħed jista' jivverifika dan b'mod iktar fattwali jekk iħares lejn dak li daħal fir-reġistru pubbliku, fejn jiġu rreġistrati dawn it-tip ta' trasferimenti.", "Nixtieq ngħid ukoll li dawk iċ-ċittadini Maltin li qegħdin jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom sa l-ammont ta' Lm20,000 għadhom ukoll fl-istess ilma li kienu, jiġifieri ma kienx hemm xi tnaqqis partikolari fost il-first-time buyers.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li l-valuri tal-proprjetà fihom infushom irendu ċertu dħul ta' boll.", "Ħafna drabi dan ma jsirx għaliex ikun żdied il-boll imma għaliex ikun żdied il-piż fuq min ikun qed jakkwista l-istess proprjetà.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lill-ħabib tiegħi rrid infakkru li qabel kulħadd kien iħallas 3.5%, u meta ħadna d-deċiżjoni li ngħollu r-rata għal 7% ma ridniex nagħtu konċessjoni bbażata fuq id-differenza bejn kemm hu l-boll u kemm fil- fatt se jitħallas b'konċessjoni imma ridna niddeterminaw il-livell tal- konċessjoni, jiġifieri t-3.5%.", "Fil-fatt lil dawk in-nies li jkunu se jixtru l-ewwel residenza tagħhom m'għollejnielhomx il-boll.", "Ma jfissirx li għax naqqasna l-livell tal-boll li konna għollejna, għandna nnaqqsu wkoll il-livell tal-konċessjoni.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-livell ta' 3.5% ma missejnihx u l-konċessjoni għadha hemmhekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien nixtieq insemmi ftit lil dawk in-nies li huma fin-negozju tal-proprjetà u lil dawk li qed jixtru dar għall-ewwel darba, li rrifera għalihom l-Onor.", "Cilia.", "Filwaqt li f'pajjiżna, naqblu jew ma naqblux, ġieli ħadna passi biex ninċentivaw il-bejgħ ta' proprjetà lill-barranin, naħseb li għadna ma ħadniex biżżejjed passi biex ninċentivaw il-bejgħ ta' djar lill-koppji li qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba, imbagħad fl-istess ħin noqogħdu nistagħġbu bil-lista twila ta' dawk li jfittxu akkomodazzjoni soċjali u jduru lejn il-gvern biex jipprova jsolvilhom il-problema tagħhom.", "Naħseb li rridu naraw x'nistgħu nagħmlu bis-serjetà biex niftħu aktar is-suq tal-proprjetà għal dawk li qed jixtru l-proprjetà għall-ewwel darba, għaliex min-naħa waħda ma nistgħux inlumu liċ-ċittadini li jibqgħu b'ċerta kultura ta' dipendenza u jippretendu li l- gvern isolvilhom il-problema tagħhom, u min-naħa l-oħra m'hu qed nagħmlu xejn biex intaffulhom il-problema li qed jiffaċċjaw.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li jsemmuhuli nies li qegħdin fil-qasam tal- proprjetà, Mr Chairman.", "M'iniex bniedem legali pero' se nissogra ngħid dak li nisma'.", "Fil-fatt dawk il-koppji u nies oħrajn li qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba qed jinqabdu f'morsa kerha ħafna bejn il-prezz veru jew kważi veru mniżżel fil-konvenju u l-prezz giddieb imniżżel fil- kuntratt pubbliku.", "X'ħin dawn imorru biex jissellfu l-bank mhux fuq il- konvenju jsellifhom imma fuq il-kuntratt pubbliku.", "Allura ma nistgħu nagħmlu xejn biex bejn dak li qed jiġri fil-livell ta' dikjarazzjoni ta' konvenju u dak li qed jiġri fid-dikjarazzjoni ta' kuntratt pubbliku ma jkunx hemm differenza?", "Qed ngħid dan għax minbarra li l-gvern qed jitlef ir-revenue li għandu jdaħħal, dawn in-nies qed jinqabdu f'din il-morsa u mhux qed isibu wens fl-istituzzjonijiet uffiċjali u legali li jeżistu, u allura qed ikollhom iduru biex jissellfu fuq l-idejn, bil-konsegwenza li qed nidħlu fi problema soċjali oħra ta' l-użura.", "Għalhekk jekk irridu bis- serjetà nittrattaw il-problema ta' kif se ngħinu aktar lil dawk li qed jixtru l-proprjetà għall-ewwel darba u fl-istess ħin indaħħlu kultura ġdida li dawn m'għandhomx jiddependu fuq l-Istat, għandna naraw kif se ntaffulhom dan il-piż.", "Huwa importanti wkoll li naraw li l-gvern idaħħal ir-revenue li għandu jdaħħal u li x-xerrejja ma jibqgħux jintlaqtu ħażin.", "Qed ngħid dan għax l-aktar li qed ibatu minn din is-sitwazzjoni mhumiex il-proprjetarji u l-bejjiegħa imma huma x-xerrejja u allura huwa importanti li nindirizzaw dawn il-problemi li semmejt bis-serjetà.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-liġi dwar it-trasferiment ta' proprjetà hemm provvedimenti għall-kontroll tad-dikjarazzjoni li jkun hemm fuq il- kuntratt.", "Fil-fatt aħna konna għamilna kontroll f'termini daqsxejn ebsin, għax għandna numru sostanzjali ta' periti li jivverifikaw persentaġġ qawwi tal-kuntratti li jsiru, xi 50%.", "Bil-provvedimenti li daħħalna fil- liġi, dawn il-periti għandhom jiddeterminaw x'inhu l-market value tal- proprjetà, irrispettivament minn dak li jgħidu l-partijiet fin-negozju.", "Xi kultant din is-sistema toħloq ċerti problemi għaliex ikollok każi fejn, per eżempju, wieħed ikun għadda proprjetà lil ibnu bi prezz li ma jkunx tas-suq, u jien ma naħsibx li aħna għandna ngħidu li dan m'għandux ikun; pero' l-perit li jitqabbad biex jagħmel il-verifika ma jagħti l-ebda konsiderazzjoni għal dak l-aspett familjarji u jimxi għad-dritt mal-prezz tas-suq.", "Għalhekk dawn it-tip ta' kontrolli jeżistu u qed jiġu eżerċitati, naturalment bil-problematika kollha li dan iġib miegħu.", "Dan ifisser li min- naħa tagħna qegħdin nagħmlu attentat serju biex niġbru dak li huwa dovut u minn mindu għaddejna din il-liġi rajna l-valur tal-kuntratti jogħla b'mod ġenerali.", "Jien ma ngħidx li ninsab kuntent bil-livell għax għad hawn evażjoni f'dak is-sens, pero' ċertament li l-gvern qiegħed jagħmel l-aħjar li jista'.", "(Interruzzjonijiet)", "Imma meta għandek, kif qed tgħid int, kollużjoni bejn min qed jixtri, min qed ibigħ u n-nutar li jirrappreżenta lill-gvern, x'jista' jagħmel il- gvern?", "Lanqas meta jkollok lil xi ħadd li jkun qed jirrappreżenta lill- gvern ma tkun ċert, pero' jien naqbel li għandu jkun hemm din l-għafsa fuq id-dikjarazzjoni li ssir.", "L-informazzjoni li għandi jien, li ma nistax nippruvaha għax mhijiex ibbażata fuq xi studju xjentifiku, hija li l-valur fuq il-kuntratti qiegħed dejjem jogħla b'mod ġenerali.", "Il-fatt li n-nies imorru jissellfu mingħand il-banek juri li l-valuri ddikjarati qegħdin hemm u din lili tqawwili qalbi.", "L-appell tagħna huwa li kemm jista' jkun ix-xerrej ma jinqabadx u ma jħallix lilu nnifsu jiġi ntimidat li jiddikjara prezzijiet ħżiena għax inkella jidħol f'dawk il-problemi li semma l-Onor.", "Bartolo.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien nixtieq nistaqsi jekk tistax issir xi ħaġa biex l-istatus tal-konvenju bħala dokument jersaq aktar lejn l-istatus ta' kuntratt pubbliku.", "Veru li jista' jkollok collusion bejn il-bejjiegħ u x- xerrej, imma dik tkun collusion tal-kelb il-baħar u s-sardina u nafu f'żaqq min tispiċċa s-sardina!", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista' ngħid li dik kienet waħda mill- konsiderazzjonijiet li konna qegħdin nieħdu fil-preparazzjoni ta' l-aħħar budget.", "Din hija xi ħaġa li qed nidħlu fiha b'mod dettaljat, ħalli naraw il-konsegwenzi x'inhuma, għax mill-pariri li għandi s'issa - jien ħadt pariri fuq dan il-punt preċiż li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo - jidher li kultant tkun qed tagħmel xi ħaġa li finalment aktar issarraf f'diżgwid u problemi fis-suq.", "Pero' nixtieq nassigura lill-Onor.", "Ministru li fuq din il-ħaġa u fuq miżuri oħra qed nieħu l-pariri għax wieħed irid jagħmel l- affarijiet b'għajnejh miftuħa u joqgħod attent mill-konsegwenzi tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, nixtieq nagħmel kumment fuq dak li qal il-Ministru dwar il-perit li jintbagħat mid-dipartiment biex jivverifika l-valur tal-proprjetà kif iddikjarat fuq il-kuntratt, anke ta' wirt.", "Ħafna drabi d-dipartiment jibgħat lill-perit tiegħu biex imur fuq il- post ħalli jagħmel il-verifika ħafna żmien wara li jsir il-kuntratt u din qed toħloq problema.", "Ġieli jiġri li meta, per eżempju, jinxtara post in shell form, il-perit imqabbad mill-gvern ma jitfaċċax qabel ma l-post ikun tlesta u sar abitabbli u allura l-perit jara post differenti minn kif ikun inxtara.", "Issa ovvjament din qed toħloq diffikultà reali għax il-perit jagħmel stima tal-proprjetà fuq dak li jara u naturalment hemm differenza kbira bejn kemm jiswa post shell u kemm jiswa post lest u abitabbli.", "Lanqas ma jagħmel sens li d-dipartiment jitlob li jingħataw ir-riċevuti tax-xogħlijiet li jkunu saru biex jiġu mnaqqsa l-ispejjes, għax il-valur ikun differenti, u dan kollu qed joħloq ħafna problemi bla bżonn, fosthom li dak li jkun xtara jispiċċaw jibagħtulu nota biex iħallas multa u t-taxxa miżjuda.", "M'iniex ngħid li m'għandux isir checking min-naħa tal-periti tad- dipartiment, pero' huwa importanti li dan isir b'mod aktar spedit għax inkella jqumu dawn il-problemi kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Buhagiar qed isemmi problema reali, problema li teżisti.", "Jien naħseb li nistgħu nistudjaw mad-dipartiment il- possibilità li ndaħħlu sistema fejn bniedem, qabel jixtri jew ibigħ, jitlob verifika mingħand id-dipartiment li dak il-prezz se jkun aċċettat minnu.", "Din qed ngħidha on two feet għax għad irridu naraw il-konsegwenzi tagħha x'jistgħu jkunu, pero' b'dan il-mod żgur li tkun qed tolqot il- problema li qed insemmu.", "Fil-fatt jiġu nies għandi b'dawn il-problemi u nħoss li hemm bżonn insibu soluzzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Jien naħseb li din tista' ssir jekk kemm-il darba l-Ministru jieħu s-suġġeriment tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo, li qal li jekk il-konvenji jiġu nsinwati, bejn iż-żmien li jsir il-konvenju u l-kuntratt tista' ssir il-valuation.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 18, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 18, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Emenda ta' l-artikolu 42 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 19 - Amendment of section 42 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, bi klawsola 19 qegħdin inġibu in vigore provvediment tal-budget fejn qegħdin inneħħu l-boll fuq l-allotment ta' shares.", "Id-dħul tal-gvern minn din l-operazzjoni kien baxx u ma kienx worth it li jibqa' dan il-provvediment fil-liġi.", "Pero' biex nikkontrollaw id-dħul mill-bejgħ ta' proprjetà hawnhekk qegħdin inżidu provvediment li bejgħ ta' shares f'kumpanniji li jistgħu jiġu determinati li bħala asset tagħhom għandhom il-proprjetà, dak jitqies bħala bejgħ ta' proprjetà u mhux bejgħ ta' shares.", "Dan qed nagħmluh biex naqtgħu l-abbuż li seta' kien hemm.", "THE CHAIRMAN: Aaktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 19 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 20", "NEW CLAUSE 20", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 20 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 20 li qed temenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku:", "Minnufih wara klawsola 19 għandha tiżdied it-Taqsima IV li ġejja:-", "\"TAQSIMA IV", "Emenda ta' l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, Kap. 70.", "20.", "(1) Din it-Taqsima temenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku, hawnhekk aktar 'il quddiem f'din it-Taqsima msejħa \"l-Ordinanza\".", "(2) Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima għandhom jitqiesu li bdew fis-seħħ fl-1 ta' Frar, 2000.\"", "Emenda ta' l-artikolu 11 ta' l-Ordinanza.", "(3) Minnufih wara s-subartikolu (12) ta' l-artikolu 11 ta' l- Ordinanza għandu jiżdied is-subartikolu li ġej:", "\"(13)Il-Ministru jista' jagħmel regolamenti li permezz tagħhom jirregola l-għoti ta' permessi għal ftuħ ta' uffiċċji minn fejn ikunu jistgħu jiġu organizzati lotteriji b'mod regulari u li jistabbilixxu l-mod kif jiġu ġestiti dawk l-uffiċċji, il-kontroll li għandu jiġi eżerċitat fuq dawk l- uffiċċji u bla preġudizzju għal dak li jintqal hawn qabel jista' b'dawk ir-regolamenti:-", "(a) jipprovdi li dawk l-uffiċċji jkunu taħt is-superviżjoni tal-Bord dwar il-Logħob imwaqqaf, u spetturi maħtura taħt l-Att ta' l-1998 dwar il-Logħob;", "(b) jipprovdi għal prevenzjoni ta' money laundering;", "(c) li jistabbilixxi t-taxxa li ma tkunx aktar minn dik stabbilita fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu li għandha titħallas fuq logħob li jsir minn dawk l-uffiċċji; u", "(d) jagħmel kull dispożizzjoni oħra li tiżgura li l-logħob isir b'mod xieraq u li dawn l-uffiċċji jiġu mmexxija minn persuni idonei u li jinżamm akkont xieraq ta' l-operazzjonijiet ta' dawn l- uffiċċji.\".\".", "\"C\" Immediately after clause 19 there shall be added the following Part IV:", "\"PART IV", "Amendment of the Public Lotto Ordinance, Cap.", "70.", "20.", "(1) This Part amends the Public Lotto Ordinance, hereinafter in this Part referred to as \"the Ordinance\".", "(2) The provisions of this Part shall be deemed to have come into force on the 1st February, 2000.\"", "Amendment of section 11 of the Ordinance.", "(3) Immediately after subsection (12) of section 11 of the Ordinance there shall be added the following subsection:", "\"(13) The Minister may make regulations by means of which he may regulate the giving of permits for the opening of offices wherefrom lotteries may be organized on a regular basis and which establish the manner of running such offices, the control to be exercised on such offices and without prejudice to the aforementioned he may by such regulations:-", "(a) provide that such offices be under the supervision of the Gaming Board established by the Gaming Act, 1998, and of inspectors appointed thereunder;", "(b) provide for the prevention against money laundering;", "(c) establish the tax which shall not exceed such tax established in subsection (2) of this section which shall be paid on games taking place at such offices; and", "(d) make any other provision which will ensure that games are played fairly and that such offices are run by suitable persons and that a proper account be held of the activities of such offices.\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li klawsola ġdida 20 tkun moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 20 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "Din il-klawsola qed issir biex indaħħlu taħt il-kontroll tal-gaming board back-office operations u call-centre services li għandhom x'jaqsmu ma' betting operations barra minn Malta.", "Aħna qegħdin nagħmlu din l-emenda fl- Ordinanza tal-Lottu Pubbliku biex meta jseħħu dawn l-affarijiet, dawn ikollhom liċenzja li tkun tista' tiġi skrutinata u kkontrollata mill-gaming board ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt aħna naqblu li tiġi estiża s-superviżjoni tal-bord dwar il-logħob li kien twaqqaf taħt gvern Laburista u naqblu wkoll ma' dawn it-tip ta' back-office operations, għax permezz tagħhom naħseb li jistgħu jitwaqqfu international trading companies jew organisations f'Malta li jiġġeneraw ċertu revenue għall-pajjiż.", "Għalhekk sakemm hemm prevenzjoni li tkun veru tight għal dak li jista' jkun money laundering - fil-fatt il-liġi tipprovdi għaliha - aħna m'għandna l-ebda oġġezzjoni min-naħa tagħna.", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'ilqugħ effettivi għandu l-gvern biex jiżgura li l-Maltin ma jipparteċipawx fihom dawn l-affarijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ilqugħ huwa fis-superviżjoni li ssir ta' transazzjonijiet li jkunu għaddejjin f'dan l-uffiċċju.", "Il-gaming board ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni kollha li tkun qed tiġi ġġenerata u allura jkun jista' jiġi stabilit min fil-fatt qed jilgħab jew le.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Allura gaming by computer networks mhuwiex marbut ma' dawn it-tip ta' operazzjonijiet?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dak mhuwiex marbut .", "Naturalment servizz permezz ta' l-internet se jkun hemm, jiġifieri l-logħob ikun qed isir fiżiku x'imkien imma dan bl-ebda mod m'hu marbut ma' virtual gambling.", "Dan mhuwiex lanqas gaming on- line.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 20 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 20 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 21", "NEW CLAUSE 21", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 21 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 21 li hija emenda ta' l-artiklu 4 tal-liġi prinċipali:", "Minnufih wara klawsola 20, għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja li għandha tagħmel parti mit-Taqsima I:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali.", "21.", "Minnufih wara l-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 4 ta' l-Att prinċipali għandu jidħol dan il-proviso ġdid li ġej:-", "\"Iżda meta persuna ssarraf fi qliegħ bl-eżerċizzju, jew bl- assenjament jew rilaxx ta' dritt li jakkwista ishma f'korp magħqud miksub minn dik il-persuna bħala direttur jew impjegat ta' dak il-korp magħqud jew ta' xi korp magħqud ieħor, huwa jeħel taxxa fuq l-ammont ta' qliegħ li jagħmel skond ir-regoli li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel għat- twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Atti dwar it-Taxxi għar- rigward ta' skemi share option;\".\".", "\"D\" Immediately after clause 20 there shall be added the following new clause which is to form part of Part I:-", "\"Amendment of section 4 of the principal Act.", "21.", "Immediately after paragraph (b) of subsection (1) of section 4 of the principal Act, there shall be added the following new proviso:-", "\"Provided that where a person realises a gain by the exercise, or by the assignment or release, of a right to acquire shares in a body corporate obtained by that person as a director or employee of that or any other body corporate, he shall be chargeable to tax on the amount of his gain in accordance with rules which the minister responsible for finance may make for carrying out the provisions of the Income Tax Acts with respect to share option schemes;\".\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li klawsola ġdida 21 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 21 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "Sur President, dan il-proviso qegħdin nagħmluh għax f'Malta, bl-iżviluppi li qed ikollna, jista' jkun li kumpanniji jibdew joffru lill-impjiegati tagħhom - aktar u aktar issa bl-attivita' li qed ikun hemm fuq l-istock exchange - share options bħala parti mill-pakkett u allura ridna naraw kif dawn jiġu ntaxxati.", "Bil-provvedimenti li jeżistu kif inhi l-liġi llum, jekk jingħataw dawn ix-share options l-interpretazzjoni tal-liġi hi li jkun hemm taxxa doppja fuq dawn l-options.", "Normalment l-option tingħata lill- impjegat li 'l quddiem jixtri shares f'kumpannija bil-prezz tal-lum u allura hemm il-possibilità li meta jeżerċita din l-option jiġi intaxxat fuq id-differenza fil-prezz bejn kemm se jħallas u kemm ikun il-valur tax- shares meta jkun hemm l-option.", "Pero' l-provvediment tal-liġi kien jgħid ukoll li jekk wieħed jiġi biex ibigħ dawk ix-shares, il-capital gains tax tiġi kkalkolata fuq kemm biegħhom u allura l-parti ta' bejn kemm xtrahom u kemm biegħhom kienet tiġi ntaxxata doppjament.", "Jien ma naħsibx li dan huwa sewwa u allura qegħdin nagħmlu provvediment li bih is-sistema se tkun li dawk li jieħdu l-option iħallsu taxxa ma' l-eżerċizzju ta' l-option fuq id- differenza fil-prezz bejn il-prezz li xtraw u l-prezz li jkun fis-suq.", "Pero' meta jiġu biex ibigħu x-shares, il-prezz li fuqu jiġi kkalkolat il- profitt kapitali jew profitt ieħor huwa fuq il-prezz tad-data meta eżerċitaw l-option u mhux fuq il-prezz preċiż li jkunu xtraw.", "B'hekk inkunu evitajna l-possibilità ta' double taxation fuq dawn l-ammonti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Allura wieħed li jkollu a capital loss minflok a capital gain ikollu xi forma ta' offsetting?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dan il-każ wieħed ikollu offsetting skond il-liġi.", "Aħna li se niddeterminaw hawnhekk huwa l-prezz li bih jiġi kkalkolat il- capital gain.", "Għalhekk naħseb li huwa fair li wieħed jiġi ntaxxat ma' l- eżerċizzju ta' l-option għax dak huwa benefiċċju li qed jieħdu bħala kumpens.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Allura l-gvern mhux qed jara ebda diffikultà fl- enforceability tagħha?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Anzi b'dan il-mod tkun enforceable!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 21 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 21 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 22", "NEW CLAUSE 22", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 22 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur Presidnet, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 22, li hija emenda ta' l-artiklu 5 tal-liġi prinċipali:", "\"E\" Minnufih wara klawsola 21 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja li għandha tagħmel parti minn Taqsima I:-", "\"Emenda ta' l-artikolu 5 ta' l-Att prinċipali.", "22.", "Minnufih f'tarf il-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (3) ta' l- artikolu 5 ta' l-Att prinċipali, għandhom jiżdiedu l-kliem li ġejjin: \"Iżda dwar ishma akkwistati taħt xi skema share option dawn għandhom jiġu valorizzati skond regoli li jistgħu jsiru mill-Ministru responsabbli għall-finanzi;\".\".", "\"E\" Immediately after clause 21 there shall be added the following new clause which shall form part of Part I:-", "\"Amendment of section 5 of the principal Act.", "22.", "Immediately at the end of paragraph (c) of subsection (3) of section 5 of the principal Act, there shall be added the following words: \"Provided that with respect to shares acquired under a share option scheme the cost of acquisition shall be established in accordance with such rules as may be made by the Minister responsible for finance;\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 22 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 22 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "L-ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din il-klawsola hija konsegwenzjali għall-klawsola ta' qabilha biex tiġi stabilita l-formola li fuqha jiġi kkalkolat il-capital gain.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 22 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 22 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mil- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 23", "NEW CLAUSE 23", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 23 għall-Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 23 li hija emenda ta' l-artiklu 50 tal-liġi prinċipali:", "\"F\" Minnufih wara klawsola 22, għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja li għandha tagħmel parti mit-Taqsima I:", "\"Emenda ta' l-artikolu 50 ta' l-Att prinċipali.", "23.", "Fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 50 ta' l-Att prinċipali, minflok il-kliem \"tal-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 4 ta' dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"tal-paragrafu (a) tas- subartikolu (1) ta' l-artikolu 4 ta' dan l-Att jew tal-paragrafu (b) ta' l-imsemmi subartikolu sakemm dan ma jirriferix għal xi drittijiet li jinkisbu mill-kariga ta' direttur\".\".", "\"F\" Immediately after clause 22, there shall be added the following new clause which is to form part of Part I:", "\"Amendment of section 50 of the principal Act.", "23.", "In subsection (1) of section 50 of the principal Act, for the words \"paragraphs (a) or (b) of subsection (1) of section 4 of this Act\" there shall be substituted the words \"paragraph (a) of subsection (1) of section 4 of this Act or of paragraph (b) of the said subsection in so far as it does not refer to any fees derived from the holding of an office of a director\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 23 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 23 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qed nagħmlu ftit aktar kontroll milli kellna sal-lum u qed ngħidu li l-fees ta' direttur m'għandhomx ikunu parti mill-konċessjoni li teżisti għal separate assessment imma għandhom jiġu kkalkolati fuq l-income sħiħ tal-familja.", "B'hekk ir-rata tat-taxxa tkun iċċarġjata relattivament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nixtieq li l-Ministru jispejga ftit x'se jiġri fuq il-computations infushom.", "Hawnhekk qed ngħidu li mis-sena bażi 2000, it- taxpayer ma jkunx jista' jagħżel komputazzjoni separata fuq id-dħul li jkun ġej minn director fee.", "Alluura jekk dan ikollu returns oħrajn x'irid jibgħat għax ikun impjegat f'xi stabbiliment ieħor jew le, dan ifisser li nistgħu niġu f'sitwazzjoni li jkollna tnejn jew tliet returns differenti?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, se jkun hemm return waħda pero' li qegħdin ngħidu huwa li dħul minn uffiċċju ta' direttur ma jiġix aċċettat bħala raġuni għalfejn issir separate assessment.", "Fil-fatt se jkun hemm return waħda li tkun amalgamata mar-return ta' principal taxpayer tal-familja.", "B'din l- emenda qed nipprovaw naqtgħu abbużi bħal, per eżempju, fil-każ ta' kumpannija, fejn wieħed jagħmel il-mara direttur u jagħtiha Lm3,000 biex din ikollha separate assessment jew jaqsmu l-profitti permezz ta' director fee.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Il-Ministru semma l-każ fejn kumpannija tkun bejn il- mara u r-raġel U allura jevitaw ċerti bracket ta' taxxa.", "Issa jien nixtieq nistaqsi x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-ispouses li m'għandhomx kumpannija bejniethom imma xi ħadd minnhom huwa direttur f'kumpannija.", "Sur President, jidhirli wkoll li fid-diskors tal-budget il-Ministru kien qal li għandhom joħorġu xi linji gwida għal ċerti allowances li jista' jkollhom id-diretturi.", "Allura jista' jgħidilna l-Ministru jekk humiex se jintlaqtu dawn l-allowances b'din il-miżura partikolari?", "Jekk le, fiex wasalna fuq il-linja gwida?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, il-fees tad-diretturi se nikkonsidrawhom bħala income tal-familja, jiġu minn fejn jiġu, pero' meta nilleġislaw irridu norqmu l-affarijiet kif inhuma.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li hemm bżonn li naqtgħu ċerti abbużi.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-kwestjoni tal-fringe benefits ma tiġix affettwata b'din il-liġi għax diġà qiegħda fil-liġi, jiġifieri din m'hijiex xi miżura ġdida li se jieħu l-gvern.", "Il-gvern sempliċement qed igħid li għax fil-passat l-affarijjiet ma kenux daqshekk kbar, kulħadd used to turn a blind eye għaliha.", "Pero' issa li qed naraw li din hija xi ħaġa li qed tiġi expanded b'mod qawwi, qed naraw kif noħorġu guidelines ta' kif dawn il-klawsoli li diġà jeżistu fil-liġi jiġu operati kemm jista' jkun mingħajr komplikazzjonijiet u burokrazija żejda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk wasalx iż-żmien li din il-linja gwida toħroġ għall-pubbliku biex dak li jkun ikun jaf kif għandu jimxi fil-mili ta' dawn il-formoli?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna qegħdin fil-proċess li nanalizzaw is-sitwazzjoni kollha tal-firxa kollha tal-fringe benefits u qed naqsmu dawk li huma self- employed, dawk li huma sole trader companies u l-impjegati.", "Ta' min igħid li anke l-impjegati se jkunu parti mill-FSS.", "Fl-opinjoni tiegħi, aħjar indumu ftit ħalli l-affarijiet nagħmluhom tajjeb mingħajr ma noħolqu ħafna ripples żejda, pero' naħseb li matul din is-sena għandhom jinħarġu r- regolamenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Il-Ministru qal li meta jkun hemm kumpanniji bejn spouses, xi ħaġa li hija komuni f'pajjiżna, jista' jkun hemm l-abbużi.", "Issa f'każ ta' bniedem li jkun ifforma kumpannija mhux mal-mara jew ma' l- ispouse tiegħu, u jagħmel xogħol individwali f'qasam ieħor, dan mhux se jingħata ċans li jagħmel separate computation bħal kwalunkwe introjtu ieħor?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola aħna mhux qed ngħidu li se jitneħħa d-dritt ta' separate assessment imma qed ngħidu li l-income partikolari ma jkunx parti minn separate assessment.", "Mil-lat prattiku ssib li din ma tagħmilx differenza għax dawn ikunu qabżu t-threshold ta' 35% u l-effett ta' din il-klawsola mhuwiex pertinenti.", "Ħafna drabi meta tilleġisla ssib li ma tistax tolqot lil kulħadd preċiż, għalkemm hawn min jaħseb li għal kull klawsola nistgħu nagħmlu 400,000 proviso biex inkunu lqatna lil kulħadd preċiż!", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 23 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 23 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 24", "NEW CLAUSE 24", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 24 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 24 li qed iżżid artiklu 52A mal-liġi prinċipali:", "\"G\" Minnufih wara l-klawsola ġdida 23 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja li għandha tagħmel parti mit-Taqsima I:-", "\"Żieda ta' l-artikolu 52A ġdid ma' l-Att prinċipali.", "24.", "Minnufih wara l-artikolu 52 ta' l-att prinċipali għandu jiżdied dan l-artikolu ġdid li ġej:", "\"Regoli dwar finance leasing.", "52A.", "Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' jagħmel regoli sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu d-dispożizzjonijiet ta' l- Atti dwar it-Taxxi għar-rigward ta' arranġamenti ta' finance leasing b'mod ġenerali u jista' in partikolari b'dawk ir-regoli jipprovdi dwar kif tnaqqis li jsiru fil-produzzjoni ta' l-income għandhom jingħataw fir-rigward il-lessor u l-lessee, kif ukoll jipprovdi kif u sakemm, jekk ikun hemm, telf in rigward arranġamenti ta' finance leasing jistgħu jitpaċew ma' qliegħ li jsir minn xi għajn oħra ta' income.\".\".", "\"G\" Immediately after new clause 23 there shall be added the following new clause which is to form part of Part I:-", "\"Addition of new section 52A to the principal Act.", "24.", "Immediately after section 52 of the principal Act there shall be added the following new section:", "\"Rules in respect of finance leasing.", "52A.", "The Minister responsible for finance may make rules for carrying out the provisions of the Income Tax Acts with respect to finance leasing arrangements generally, and may in particular by such rules provide for the way in which deductions incurred in the production of the income shall be allowed with respect to the lessor and the lessee as well as provide the manner and extent to which, if any, losses with respect to any finance leasing arrangement may be set off against gains arising form any other source of income.\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 24 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 24 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, ir-raġuni ta' din il-liġi ġejja mill- provvediment li konna ħabbarna fil-budget.", "Aħna qegħdin nagħmluha possibbli li nibdew noperaw kunċett ta' finance leasing b'mod li jkun aċċettabbli mis-suq għar-rigward tal-mod kif jiġi ntaxxat.", "F'dawn ir- regolamenti li noħorġu rridu naraw kif il-capital allowances li jingħataw fuq il-kapital li jintnefaq għal makkinarju jew għal affarijiet oħra - dan jista' jkun bini wkoll - se jiġu applikati kemm għal lessee kif ukoll għal lessor.", "Imbagħad irridu naraw kif din l-operazzjoni ma tkunx metodu kif ikollna, per eżempju, istituzzjonijiet finanzjarji li jidħlu għal dan ix- xogħol ta' finance leasing u jakkumulaw fl-ewwel snin ta' lease partikolari ċerti losses minħabba l-capital allowances li jingħataw, jekk inħallu capital allowances eżistenti - għax nista' ngħid li se napplikaw sistemi differenti ta' capital allowances - imbagħad japplikawhom għal qligħ normali tagħhom.", "Allura dwar ir-regolamenti li jiġu mħabbra jridu jagħmlu xi ring-fencing, fl-opinjoni tiegħi, bejn din l-operazzjoni u l- operazzjonijiet l-oħra normali tal-kumpanniji konċernati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fiż-żmien qasir li għamel gvern Laburista dan kien diġà kien beda xi taħdidiet esploratorji mal-banek kummerċjali biex jiġu introdotti l-provvedimenti neċessarji għat-taxxa għal finance leasing.", "Għaldaqstant aħna ma nistgħux ma naqblux ma' dak li qed jipproponi l- Ministru.", "Kif kienu l-arranġamenti qabel, l-inland revenue kien jippermetti li ċerti capital allowances jingħataw liil-lessor bħala legal owner imma xorta kien ikun hemm il-burden tat-taxxa fuq il-full rental income u b'hekk kien qed jinnewtralizza l-effett pożittiv li seta' jkollu.", "Min-naħa l-oħra l- lessee kien jingħata l-permess li jagħmel offsetting ta' ċerti finance charges bħala deductable expense meta kien jiġi għall-profit and loss account tiegħu.", "Jien naf li kienu ġew konsultati l-banek kummerċjali u anke l-bank ċentrali f'dan l-eżerċizzju, jiġifieri mhijiex xi ħaġa li saret ta' kafkaf.", "Apparti minn hekk, naħseb li kif ġew l-affarijiet issa iktar se jkun hemm inċentiv biex dan il-metodu, li jvarja mill-metodu konvenzjonali ta' financing, jingħata spinta.", "Naħseb li meta l-pajjiż għandu quddiemu proċess ta' ristrutturar, huwa importanti li jkollna dan il-metodu ġdid ta' raising of funds biex permezz tagħhom individwu jkun jista' jakkwista upgrade fit-teknoloġija tiegħu u jkun jista' jakkwista wkoll ċertu plant and equipment li forsi taħt ċerti ċirkostanzi normali kien isibha diffiċli biex jakkwistaha.", "Il-leasing joffri ċerti vantaġġi a paragun ta' mezzi oħraju ta' funding u tajjeb li wieħed igħid li jdaħħal ċertu flessibilità għall-vantaġġ tal-klijenti, kemm għal dak li huwa l-aspett tal-budgeting u anke għal dawk li huma alternattivi ta' investiment.", "Dan joffri wkoll - dan l-aspett mhux dejjem issir enfasi fuqu - ċertu hedging kontra l-inflazzjoni għax meta wieħed jidħol għall-arranġament ta' leasing, ċerti rati jistgħu jiġu ffissati u b'hekk jiġu nnegozjati għat-term sħiħ tal-lease innifsu.", "Fl- istess ħin naħseb li aspett ieħor pożittiv ta' finance leasing huwa li ħafna drabi jaġevola l-cashflow ta' kumpannija għax jgħinek tissupera ċerti budgetary limitations li tkun qed tiffaċċja bħala operatur ta' kumpannija nnfisha.", "Nerġa' ngħid li aħna, bħala oppożizzjoni, naqblu perfettament ma' din il- klawsola ġdida u nittamaw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħmlu kampanja intensiva biex iżidu l-public awareness għax sfortunatament naħseb li f'Malta għadu mhuwiex ċar biżżejjed, anke għal ċerti operaturi fin- negozju.", "Jien nemmen li jekk jespandi, dan jista' jespandi mhux biss għal min ikollu bżonn ċertu capital equipment qawwi imma jista' jiġri, kif qed jiġri f'pajjiżi oħrajn, li jista' jintuża anke f'dawk li huma business u anke profession start-ups minn nies li jkunu għadhom deħlin għall-ewwel darba fil-qasam tan-negozju.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija Klawsola Ġdida 24 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 24 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "KLAWSOLA ĠDIDA 25", "NEW CLAUSE 25", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi Klawsola Ġdida 25 għall- Ewwel Qari.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara n-nota marġinali u l-klawsola tqieset li nqrat l- Ewwel Darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' Klawsola Ġdida 25 li hija emenda għall-Iskeda tal-liġi prinċipali: \"H\" Minnufih wara l-klawsola 24 għandha tidħol din il-klawsola ġdida li ġejja li għandha tagħmel parti minn Taqsima I:", "\"Emenda ta' l-Iskeda li tinsab ma' l-Att prinċipali.", "25.", "Fil-partita 1 ta' l-Iskeda li tinsab ma' l-Att prinċipali, minflok il-kliem \"il-paragrafu (ċ) ta' l-artikolu 56\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (12) ta' l- artikolu 56\".\".", "\"H\" Immediately after clause 24 there shall be added the following new clause which shall form part of Part I:", "\"Amendment of the Schedule to the principal Act.", "25.", "In item 1 of the Schedule to the principal Act, for the words \"paragraph (c) of section 56\" there shall be substituted the words \"paragraph (c) of subsection (12) of section 56\".\".", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 25 tiġi moqrija t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 25 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President.", "Din hija sempliċement korrezzjoni għall- Att prinċipali biex inkunu iktar speċifiċi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 25 tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għall-klawsola 1 se nipproponi din l- emenda:", "\"I\" Minflok it-test Malti ta' klawsola 1, għandu jidħol dan li ġej:", "\"1.", "Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' l-2000 li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.\".", "\"I\" For the Maltese text of clause 1, there shall be substituted the following:", "\"1.", "Dan l-Att jista' jissejjaħ l-Att ta' l-2000 li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "IT-Titlu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR", "BROADCASTING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-14 ta' Marzu, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo huwa in possession u għandu l-fakultà li jitkellem.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-bieraħ kont qed ngħid li x-xandir kabbar u saħħaħ id-demokrazija f'pajjiżna għax biddel il-mod ta' kif naġixxu u ta aktar lok għall-espressjoni tal-kelma, li hija waħda mill-affarijiet l- aktar fundamentali għal kull demokrazija u għal kull pajjiż li jikkonsidra ruħu bħala pajjiż ħieles.", "Il-bieraħ semmejt ukoll il-kwestjonijiet tar- regolatur u kif meta saret il-bidla fil-liġi dan issaħħaħ għax ingħata garanzija ta' ċertu finanzjament filwaqt li nbidel l-ambjent kollu ta' qabel meta kellna l-monopolju fix-xandir.", "Għedt ukoll li issa li għandna r- regolatur ikun tajjeb li nħarsu lejn kif għandu jiġi regolat dan il-qasam.", "Qabel ma nidħol fl-aspetti ekonomiċi ta' din il-bidla kbira li saret nixtieq li nieqaf ftit fuq dan il-punt għax fil-liġi għad għandna l- possibilità li l-awtorità tax-xandir ikollha l-istazzjon tagħha u jien ġieli kelli diskussjonijiet, anke meta kont ministru responsabbli għax- xandir, dwar dan il-punt.", "Ħafna mill-mudelli li l-awtorità tax-xandir kienet imdorrija bihom kienu jfissru li anke hi instigat ċerta bidla bħal, per eżempju, meta żmien ilu kien spiċċa r-rediffusion u minfloku daħal ir-radio u l-iżvilupp kollu li sar wara.", "Pero', fil-fehma tiegħi, il- mudell li fid-dinja tal-lum ikollok regolatur li huwa wkoll operatur għandu bżonn ta' reviżjoni.", "Apparti minn hekk ma naħsibx li baqa' l-bżonn daqshekk qawwi li nħarsu lejn l-awtorità tax-xandir b'dak il-mod għax illum is-soċjetà tagħti l-possibilità li jkun hemm forzi, persuni u inizjattivi oħra li jġibu bidla f'dan il-qasam.", "X'inhu l-effett ekonomiku ta' dan kollu li ġara?", "L-ewwelnett ilna ħafna ngħidu li rridu nilliberalizzaw, inneħħu l- kontrolli, nipprivatizzaw u nagħmlu ċerti bidliet, pero' ħadd qatt ma tkellem fuq dan il-punt b'mod qawwi u qal li dan il-qasam ġie lliberalizzat permezz ta' din il-liġi.", "Għalhekk ma nafx għalfejn hawn din il-biża' kollha fil-pajjiż li jekk niftħu kollox se jikkollassa.", "Nista' nsemmi l-eżempju tar-radjijiet u naraw kif fil-fatt dan ma ġarax.", "Dawk kollha li kienu kontra din it-tip ta' bidla - ta' min igħid li kien hawn ħafna li kienu xettiċi - kienu jgħidu li m'hawnx biżżejjed advertising revenue biex ikollna aktar minn stazzjon tar-radju wieħed.", "Fil-fatt kellna stazzjonijiet tar-radju li kellhom xi diffikultajiet imma l-biċċa l- kbira ta' l-istazzjonijiet li fetħu f'dan il-perijodu għadhom joperaw u jimpjegaw part-timers li jagħmlu programmi bl-imqieta, u allura madwarhom inħoloq lok ta' impjieg u ta' impatt ekonomiku pożittiv li qabel fil-pajjiż ma kienx jeżisti u ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx hawn din il- liġi.", "Jekk wieħed joqgħod iqis x'ġara bejn l-1991 u ftit snin wara jsib li l- cake ta' l-advertising kiber u mhux sempliċement inqasam bejn ħafna stazzjonijiet tar-radju, għax dawn bdew joffru opportunitajiet ġodda lil dawk li qabel ma kenux jirreklamaw.", "Għalhekk il-privatizzazzjoni f'dan il- qasam kabbret l-attività tar-reklamar.", "Per eżempju, qabel kien ikollok sidien ta' ħwienet li lanqas biss kienu joħolmu li jirreklamaw fuq it- television pero', meta beda jkun hawn il-kompetizzjoni bejn l- istazzjonijiet, min ibigħ ir-reklamar fuq l-istazzjonijiet tar-radju beda jimmira lejn dawk li kellhom negozji żgħar u dawn bdew jagħmlu kuraġġ li jirreklamaw.", "Minħabba f'hekk dawn bdew ikollhom riżultati tajbin u l- attività baqgħet sejra hekk.", "Dan ifisser li l-cake kiber.", "Naturalment f'dan l-istadju hemm ukoll saturation point - jiġifieri mhux qed ngħidu li din il-ħaġa baqgħet għaddejja b'mod kostanti l-ħin kollu u fil-fatt f'dan il-qasam hemm gwerra ta' rati tar-reklamar, biex inkunu ċari - pero' m'hemm l-ebda dubju ta' xejn li b'din l-liberaliżżazzjoni fis-suq kien hemm attività ekonomika akbar li qabel ma konniex qed nimmaġinawha.", "Din il-liberaliżżazzjoni ma saritx bl-addoċċ imma saret b'għaqal, b'mod li ma qtilniex ix-xandir pubbliku biex stajna noħolqu s-settur tax-xandir privat.", "U jekk illum wieħed jaqra x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea jsib li din taqbel ma' dak li għamilna aħna disa' snin ilu.", "Fl-Unjoni kien hemm min staqsa għalfejn il-BBC - partikolarment il-BBC World - huwa ffinanzjat kollu kemm hu minn flus pubbliċi u qed jikkompeti mal-privat li jrid iġib ir-reklami biex jiġi ffinanzjat.", "Dwar dan kien hemm rapport quddiem il- Kummissjoni Ewropea li kif nafu għandha funzjoni kważi ġudizzjarja biex tiddeċiedi fuq issues ta' kompetizzjoni.", "Fil-fatt id-deċiżjoni tal- kummissjoni kienet li fis-suq huwa ġustifikabbli li jkollok stazzjon pubbliku li jkun qed jagħti servizz ibbażat fuq income pubbliku.", "Din id- dikjarazzjoni ħarġet ftit ġimgħat jew xhur ilu - insejt id-data eżatta ta' meta qrajt dan il-punt - u kull meta fl-Unjoni Ewropea jitkellmu fuq il- fatt li jiftħu dejjem aktar is-suq tax-xandir, dejjem jagħmlu caveat u jgħidu li b'daqshekk ma jfissirx li jridu joqtlu x-xandir ta' natura pubblika.", "Huwa importanti li ngħidu li fl-1991, waqt li konna mexjin bil-proċess biex nilliberalizzaw is-suq, għall-ewwel darba konna għidna li l-liċenzji li wieħed iħallas biex ikollu t-television għandhom imorru direttament għand il-PBS.", "Dan ifisser li fl-istess waqt li ftaħna s-suq saħħaħna wkoll ix-xandir pubbliku.", "Ir-rivoluzzjoni li ġrat f'dan il-pajjiż ma kenitx biss rivoluzzjoni fil-qasam tax-xandir privat minħabba l-liberaliżżazzjoni imma kienet ukoll fi ħdan ix-xandir pubbliku.", "Tajjeb li nfakkru li dak iż- żmien ix-xandir pubbliku kellu cameras fl-istudios li kienu ilhom hemm minn meta x-xandir wasal f'pajjiżna u allura kien ġie deċiż li mmorru għall-Beta SP li huwa livell tekniku li dak iż-żmien ippreċeda dak li għandna llum, jiġifieri d-digital.", "Għalhekk minħabba li ħadna din id-deċiżjoni ta' finanzjament, l-apparat seta' jiġi rranġat u kellna bidliet kbar fil-mod kif jopera x-xandir pubbliku, iżda minkejja dan kollu xorta waħda kellna l- kritika - fid-dinja min ma jagħmel xejn ma jkollux kritika għax meta ma tagħmel xejn ma ddejjaq lil ħadd - pero' ċertament li r-riżultati li għandna llum jirriflettu l-bidliet li saru disa' snin ilu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax illum, per eżempju, għandna programmi, bħal Pjazza 3, li jipprovokaw u lil min ikun mistiedem fuq dak il-programm jiġi intervistat bi stil li aħna konna mdorrijin naraw fuq stazzjonijiet barranin.", "Dan kollu beda jseħħ wara l-1991, meta kien ġie stabilit li l-PBS tinqata' minn mat-Telemalta.", "Fil-fatt biex il-PBS inqatgħet minn mat- Telemalta u saret kumpannija tax-xandir indipendenti kellna diskussjonijiet u saru ħafna negozjati, pero' dan kollu sar mingħajr skossi u mingħajr strikes.", "Din id-direzzjoni ħolqot sitwazzjoni fejn filwaqt li x-xandir pubbliku beda jikkompeti max-xandir privat, kien qiegħed f'sitwazzjoni ta' leadership f'ideat ġodda u kreattività.", "Għalhekk ir-rivoluzzjoni ma saritx biss fil-qasam sħiħ imma saret partikolarment ukoll fil-qasam pubbliku.", "Fejn qatt smajna dawk it-tip ta' interviews li kien beda Godfrey Grima li kellhom stil b'saħħtu u inċiżiv.", "Qabel l-idea kienet li trid toqgħod attent li ma tmurx tweġġa' lil dak jew lil ieħor.", "Ix-xandir pubbliku qatt ma kien għadda minn esperjenza simili qabel u f'dan il-pajjiż għaddejna minn stadju - għall-grazzja ta' Alla llum insejnieh - fejn kien hemm kritika kbira għax bdejna niftħu ftit fil-PBS.", "Per eżempju, llum fuq Pjazza 3 - Lou Bondi kien wieħed minn dawk li bdew jagħmlu dan it-tip ta' diskussjonijiet ukoll - hija xi ħaġa aċċettata li tmur hemmhekk u jkollok min jinstiga dibattitu u min ikun daqxejn ħaj fil-mod ta' kif jippreżenta l- programm.", "Dawn ukoll kienu bidliet li ħarġu mill-bidla fil-kultura li ġabet liġi bħal din.", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq l-aspett ekonomiku.", "Meta għall-ewwel darba l-PBS kien beda jħallas lil min jagħmel programmi bħal dawn suret in-nies qam fervur sħiħ għax fil-pajjiż qatt ma kellna l- kunċett li jkollok ġurnalist li ma jkunx impjegat ta' stazzjon tat- television pero' jkun personaġġ tat-television li jagħmel xogħlijiet bħal dawn bħala parti mill-karriera tiegħu.", "Dan kollu instiga aktar produzzjonijiet bħal dawn u l-famuż farming-out.", "Biex inkun għedt kollox, meta s-Sur Albert Marshall kien qed imexxi l-PBS għamel ħafna farming-out u jien jidhirli li dak kien ukoll in line ma' dak li ġara meta kellna lis-Sur Roland Flamini jmexxi l-PBS.", "F'din il-liġi u fil-pjan tax-xandir nazzjonali hemm miktub li se jiġi nkoraġġit il-farming-out.", "Issa wieħed jista' jikkritika li l-affarijiet setgħu saru aħjar pero' fid-dinja kollox tista' tagħmel aħjar!", "Pero' li f'dan il-pajjiż noħolqu settur li jimpjega n- nies u settur ekonomiku li jikkompeti internament, bl-iskop li eventwalment jikkompeti internazzjonalment, kienet bidla ekonomika kbira.", "Jien kelli okkażjoni nżur pajjiżi oħra biex nara x'qed jagħmlu u fl-Olanda, per eżempju, bqajt impressjonat għax hemmhekk hemm production companies li jixtru l-qafas tal-kunċett.", "Per eżempju, f'sitwazzjoni bħal dik ta' \"Il Prezzo e' Giusto\" jbigħu l-qafas tal-kunċett u mbagħad kull stazzjon jiżviluppah kif irid hu.", "Għalhekk illum għandek production houses li jimpjegaw lin-nies biex joħolqu dawn il-kunċetti.", "Jien jidhirli li l- farming-out li daħħalna b'din il-liġi jista' jinstiga numru ta' kumpanniji jew persuni li jibdew jagħmlu produzzjonijiet u jkunu jistgħu juruhom fuq ix-xandir pubbliku.", "Mr Speaker issa għaliex għandna nibdew mill-PBS?", "Għandna nibdew mill-PBS għax ħafna drabi jrid ikun ix-xandir u s-settur pubbliku li fil-fehma tiegħi għandu jkollu d-dover li jinstiga bidliet fis- suq u din instigat bidliet fis-suq.", "Illum hawn ħafna min hu armat biex jagħmel xogħol bħal dan u dan kollu beda wara li għaddiet din il-liġi.", "Din hija bidla ekonomika u rivoluzzjoni kwieta f'dan il-pajjiż li ħolqot ukoll settur ta' min jipproduċi għat-television u mhux biss ta' min għandu stazzjon tat-television u tar-radju f'idejh.", "Ta' min igħid li l-kritika għall-farming-out kienet kbira.", "Niftakar li l-ewwel programm li ġie farmed out kien il-programm ta' Għawdex u meta l-PBS iddeċieda li jagħmel hekk kien hemm theddida ta' strike mill-GWU għax qalu li dan kien se joħnoq ix- xogħol tal-ħaddiema.", "Dak iż-żmien jien kont ministru responsabbli mill-PBS u kienu kkonsultawni fuqha pero' l-parir tiegħi kien li jekk dan il- programm ma jintweriex, fl-opinjoni tiegħi, kellhom iġibu screen vojt u fuqu jiktbu li dan il-programm ta' Għawdex ma jistax jintwera minħabba azzjoni tal-GWU.", "Il-verità kienet li l-GWU irrealizzat u m'għamlitx azzjoni.", "Fil-fatt wara li l-farming-out beda joħloq ħafna xogħol part-time għall- istess ħaddiema tal-PBS, il-GWU biddlet il-fehma tagħha.", "Nerġa' ngħid li dan ma jfissirx li m'hemmx x'tikkritika f'sistemi bħal dawn pero' żgur li dawn instigaw bidla f'dan is-settur.", "Per eżempju, nista' ngħid li jien iddispjaċut li din il-produzzjoni għat- television baqgħet imkaħħla mat-television Malti għax l-iskop kollu tal- farming-out ma jridx ikun biss li aħna noħolqu industrija li tforni lill- istazzjonijiet tat-television jew tar-radju Maltin.", "Peress li aħna pajjiż żgħir u għandna bżonn li nkunu parti mill-ekonomija internazzjonali jrid ikun hemm għajnuna, impetus jew xi ħadd li jaqbad din il-ħaġa u jiġri biha ħalli l-expertise li għandhom ċerti ditti f'dan il-qasam tal- produzzjonijiet televiżivi u produzzjonijiet tal-videos jiġu mgħejjuna mill- Istat bil-mezzi li għandu biex dawn isibu swieq għax-xogħol tagħhom.", "Fil- fehma tiegħi, dan huwa x-xogħol ta' entitajiet bħall-METCO u l-MDC.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux inkomplu naħsbu li l-ekonomija tagħna trid tkun ibbażata fuq l-oġġetti meta għandna setturi ta' servizzi li qed jitolbu biex aħna nagħtuhom l-appoġġ tagħna kollu.", "Fid-dinja xejn ma beda mix- xejn.", "Per eżempju, llum l-Irlanda żviluppat is-settur tal-produzzjoni tal- films u llum l-Irlanda hija rikonoxxuta bħala post fejn fih isiru ċerti films, pero' għal diversi snin din ippumpjat il-flus f'dik id-direzzjoni ħalli tistabilixxi ruħha sew f'dak il-qasam.", "Fid-dinja ma jeżistux biss il-financial services u ma jeżistux biss ir- reġistrazzjoni tal-vapuri imma jeżistu wkoll setturi importanti, bħalma hu s-settur tax-xandir u tal-produzzjoni għall-istazzjonijiet tat-televiżjoni mondjali.", "Aħna għandna l-vantaġġ li kapaċi jkollna command kbira fil- lingwa Ingliża u għandna nies kreattivi pero' hemm bżonn li nieħdu ħsieb ir-riżorsi tagħna biex dan is-settur ma nħalluhx idur biss ma' l-ekonomija interna.", "Huwa mportanti li dan is-settur isib swieq barra minn pajjiżna għax dan ikun ifisser impjiegi.", "Huwa hawn fejn irridu nkabbru l-impjiegi.", "Bħala pajjiż aħna għandna kollox dirett wisq lejn l-affarijiet tal- fabbriki.", "Fid-dinja tal-lum bil-fabbriki se jkollna diffikultajiet kbar biex nikkompetu imma l-fabbriki kreattivi bħalma huma l-produzzjonijiet għall-istazzjonijiet tat-television, huma xi ħaġa li nistgħu niżviluppaw.", "Din hija marbuta max-xogħol kollu li aħna bħala pajjiż qed nagħmlu biex ikollna aktar nies imħarrġin mill-università u allura għandna niżviluppaw dik il-kreattività.", "Dan mhux se jiġri waħdu għax fis-settur privat, anke f'Malta, għandek ftit entrepreuners.", "Allura jrid ikun il-gvern li jinstiga biex niżviluppaw settur bħal dan għax kif diġà għedt, hawn irridu nsibu l- impjiegi l-ġodda.", "Issa din il-liġi tagħti lok biex nibdew ninstigaw ħaġa bħal din.", "Kif diġà għedt, ħafna drabi f'pajjiżna kollox hu indirizzat lejn l- industrija u lejn affarijiet tanġibbli.", "Jien nemmen li jekk irridu norbtu l-affarijiet flimkien fil-qasam ekonomiku huwa importanti li max-xandir norbtu affarijiet oħra bħall-isports.", "Nista' nikkonferma li meta kont responsabbli għall-isports kont qed nipprova nimbotta 'l quddiem proġett biex forsi f'pajjiżna jista' jkun hawn il-Formula 1, pero' qatt ma wasalna.", "Waħda mill-aktar affarijiet li kienet laqtitni kienet li konna ġibna lil Cesare Fiorio tal-Ferrari li kien mar jara t-track li hemm f'Ħal Far.", "Niftakar li dan kien qalli li aħna ma tantx għandna x'nagħmlu wisq għax il- pedament tar-runway ta' Ħal Far huwa magħmul tajjeb.", "Pero' minkejja li jien kont tlabt bil-ħniena lill-MDC biex ma jibnux fabbriki fuq dan it- track biex ma jirrovinawx il-possibilità li għada pitgħada pajjiżna forsi jkun jista' jkollu settur li jġib ix-xogħol, il-ġid u t-turiżmu, għaddiet ta' l-MDC għax il-\"Yes Minister\" mhijiex ħrafa!", "Kulmin kellu esperjenza ta' gvern jaf li l-\"Yes Minister\" jidħak biha min ma kienx ministru u ma jafx kemm hu diffiċli li tbiddel xi ħaġa f'dan il-pajjiż.", "Huwa importanti li f'dan il-parlament ikollna ċ-ċans ngħiduhom dawn l-affarijiet għax jekk mhux se nbiddlu l-ideat tagħna u se nibqgħu mkaħħlin mal-passat m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq it-televiżjoni bis- satellita li huwa żvilupp enormi, Mr Speaker.", "Meta semmejt li ffirmajna l-European Convention dwar Transfrontier Broadcasting għedt li din kienet rebħa demokratika biex ma jerġax jiġri bħalma kien ġara bl-iStudiorama, li issa nsejt x'ismijiet oħrajn kellu.", "Pero' din kienet ukoll opportunità ekonomika għal pajjiżna u din mhux qed nivvintaha jien.", "Per eżempju, l-Lussemburgu llum għandhom l-Astra 1, l- Astra 2 u l-Astra 3.", "Issa dawn għandhom vantaġġ fuqna, biex ma noqogħdux noħolmu, għax il-footprint tas-satelliti li jtellgħu l-Lussemburgu huwa direttament fuq l-iktar partijiet għonja ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri ma rridux nimmaġinaw iżżejjed.", "Pero' aħna għandna l-esperjenza.", "Fil-fatt insibu li l-Utersat għandha l-footprint fuqna u din għandha x-xogħol u l- business.", "Per eżempju, l-Unjoni Internazzjonali dwar it-Telekomunikazzjoni tagħtina l-possibilità li ntellgħu s-satellita tagħna imma s'issa ħlief tkellimna fuqha m'għamilniex - issa hawnhekk qed ninkludi lili nnifsi biex ħadd ma jgħid li qed nipponta subgħajja lejn xi ħadd - u hemm bżonn li pajjiżna jgħaqqad il-forzi tiegħu, jħares lejn l-aġenda tal-pajjiż u jagħmel sforz bis-serjetà f'dan ir-rigward għax din tista' tkun source of income għal pajjiżna għal ħafna ġenerazzjonijiet.", "Barra minn hekk din tirrikjedi finanzi kbar u trid organizzazzjoni kbira pero' rridu nagħmluha.", "Hemm bżonn li xi ħadd ikollu ownership ta' din l-opportunità u xi ħadd mill-Istat irid jaħdem fuqha għax mhux se tiġri waħedha.", "Jien mhux qed ngħid li qed nagħmlu dawn il-bidliet biex niġu in line ma' xi bidliet żgħar li kellhom fl-Unjoni Ewropea.", "Din mhux se tieħu l-mertu ta' x'ġara hawn għax il-mertu huwa tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt l- Unjoni Ewropea sempliċement adattat għaliha dak li għamel il-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Aħna mhux se noqogħdu niġġieldu fuq min għandu l-iktar jew l-inqas mertu pero' tkun ħaġa tajba li jkollna lil xi ħadd li jiġi jinvesti hawnhekk fejn għandna nies jitkellmu bil-lingwa Ingliża, Taljana u lingwi oħrajn u dan ikun jista' jittrasmetti bis-satellita.", "Ovvjament hawnhekk mhux bilfors tiġi persuna waħda anzi jekk jiġi numru ta' persuni jkun aħjar għax magħhom inkunu nistgħu norbtu l-production houses li jkunu jistgħu jitimgħu lil dawn l-istazzjonijiet internazzjonali.", "MR SPEAKER: Onor. Frendo, reġa' skadilek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn il-permess tal- Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, jista' jkun li jien qed noħlom imma ma nistgħux niffissaw fuq l-Unjoni Ewropea u ħadd ma joħlom fuq xejn għax xi ħadd irid jagħti direzzjoni ekonomika lil dan il-pajjiż.", "Kollox għandu l-importanza tiegħu għax filwaqt li l-ġlied bejn iż-żewġ partiti llum huwa fuq l-Unjoni Ewropea, iż- żewġ partiti għandhom id-dmir li joħorġu kunċetti ġodda.", "Għalhekk huwa tajjeb li nuru li d-dibattitu fil-pajjiż huwa dibattitu usa mill-Unjoni Ewropea.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm azzjoni u nipprovaw inġibu investiment għas-satellite broadcasting pero' dan huwa wieħed mix- xogħlijiet li għandu jagħmel l-MDC jew xi ħaddieħor bħalu u mhux nistennew li jiġi xi ħadd u jgħidilna li jrid jagħmel xi ħaġa għax hawnhekk huwa irħas .", "Aħna qegħdin ngħidu li hawnhekk nistgħu nagħtu ċerti vantaġġi, li s'issa l-costs huma inqas, li nistgħu nagħtu aċċess u nistgħu nifffaċilitaw l-affarijiet lil dak li jkun biex jagħmel investiment bħal dan.", "Pero' xi ħadd irid imur jiġri warajh l-investiment għax mhux kulmin iqum filgħodu fl-Ewropa jew fil-bqija tad-dinja jgħid: Bilħaqq illum irrid naħseb f'Malta!", "Aħna rridu niġru wara investiment bħal dan u nemmen bis-sħiħ li jekk naħdmu, niffokaw u npoġġu l-isforzi tagħna fiha huwa possibbli li dawn l-affarijiet isiru.", "Kien hemm min diġà kellu xi interessi imma donnu li dawn sfaxxaw fix-xejn.", "Per eżempju, fost pajjiżi oħrajn, jekk hemm pajjiż qrib tagħna li żviluppa fit-televiżjoni huwa l-Italja.", "Din hija opportunità li tatna l-konvenzjoni dwar transfrontier broadcasting li min jiġi minn hawn jista' jittrasmetti fil-pajjiżi membri ta' dik il- konvenzjoni bi dritt.", "Din daħħlitna f'suq komuni qabel ma nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Din kienet bidla li forsi ħadet paragrafu f'xi gazzetta pero' fil- fatt fetħet suq kompletament ġdid li aħna stess irridu nisfruttaw.", "Mr Speaker, din hija liġi li ħolqot bidla kbira f'pajjiżna u għad għandha lok li toħloq bidliet ikbar.", "Issa rridu naħsbu wkoll f'affarijiet oħrajn li deħlin bis-saħħa ta' dawn l-emendi li għandna quddiemna llum, fosthom bidliet li huma instigati minn dak li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "L- Unjoni Ewropea mhijiex magħmula mill-boloh imma hija magħmula minn pajjiżi li jridu jsaħħu l-ekonomiji tagħhom u meta marru fil-WTO, kienu weħlu, jekk niftakar sew, fl-Uruguay Round.", "Dakinhar l-Unjoni Ewropea ma ridetx tiffirma għax riedet tkompli tipproteġi l-industrija tal-produzzjoni tat- televiżjoni u tal-films kulturali tagħha pero' wara waslu għall-kompromess li bis-saħħa tiegħu ffirmaw.", "Din hija xi ħaġa importanti li għandna nirriflettu fuqha.", "MR SPEAKER: Onor. Frendo, ippermettili għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal lejla l-Erbgħa, 15 ta' Marzu fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr. Speaker, fuq stedina li għamiltli int, jiena attendejt għall-konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa r-Rumanija, fejn stajna nistudjaw u naqsmu ċerti ideat bejnietna aħna d-delegati dwar il- local goverment.", "Is-suġġett ta' din il-konvenzjoni tant kien interessanti li mhux biss ġibed diversi rappreżentanti mill-Ewropea kollha, partikolarment min-naħa ta' Eastern Europe, imma saħansitra attendew għaliha u taw il-kontribut tagħhom diversi ministri ta' Stati differenti.", "Jien m'iniex se nitkellem fuq il-kunsilli lokali f'Malta, għax għadna kif għaddejna minn kumpannija elettorali qalila, imma se nsemmi kemm aħna qegħdin pari ma' dak li qegħdin jagħmlu fil-Kunsill ta' l-Ewropa dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-operat tal-kunsilli lokali.", "Il-Kunsill ta' l- Ewropa mhux biss iħares lejn id-demokrazija ta' pajjiżi li għadhom ħerġin minn dittatorjat ta' nofs seklu, jekk mhux aktar, imma jħares ukoll lejn il- fatt li dawn qegħdin jiffjorixxu ħafna bid-devoluzzjoni tal-poter li issa qed jinxtered fost l-għeruq.", "Mr Speaker, hawnhekk jien infaħħar lill-Kunsill ta' l-Ewropa għall- interess li qed jieħu f'dik li hija demokrazija, mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma gvern ċentrali imma anke rigward kunsilli lokali.", "Irrid ngħid li din kienet verament laqgħa ta' interess partikolari, pero' l-aktar ħaġa li laqtitni kien il-mod ta' kif jiġu ffinanzjati dawn il-kunsilli lokali.", "Laqtuni wkoll it-tip ta' proġetti li hemm ippjanati biex gvern lokali ikun jista' jieħu aktar fondi mill-gvern ċentrali, ħalli jkun jista' jespandi l- attivita' tiegħu f'dak li hu restructuring mhux biss infrastrutturali - u ħafna drabi xogħlijiet bħal dawn jagħmilhom il-gvern ċentrali - imma anke industriji.", "Per eżempju, dawn jieħdu ħafna interess fl-industrjalizzazzjoni u fir-riżorsi naturali fejn kull raħal jew reġjun ikun jista' jagħti s- sehem tiegħu.", "Mr Speaker, ta' min igħid ukoll li l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, bħalma huma r-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja u pajjiżi oħra jinsabu għaddejjin minn sitwazzjoni finanzjarja xejn feliċi u jridu jikkompetu ma' min saqajh huma sodi fl-art, bħalma rridu nagħmlu aħna l-Maltin, pero' r- riżorsi naturali tagħhom huma limitati, fis-sens li għalkemm għandhom riżorsi naturali imma mbagħad mill-banda l-oħra m'għandhomx makkinarju teknoloġiku avvanzat biżżejjeb biex ikunu jistgħu jikkompetu fis-swieq internazzjonali.", "Minħabba n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji dawn qed isibu diffikultajiet kbar.", "Mr. Speaker, jiena stedint ħafna minnhom hawn Malta u nispera li għall- aħħar tas-sena jkollna xi wħud minnhom fostna biex ikunu jistgħu jaraw kif qed jaħdmu l-kunsilli lokali tagħna.", "Ta' min jgħid li wieħed ma jistax jipparagunahom magħna għax Malta hija żgħira u hemm differenza enormi fil- popolazzjoni pero' nista' ngħid li huma baqgħu mistagħġba meta fid-diskors li għamilt jiena semmejt dwar kemm tajna poteri lill-kunsilli lokali f'dawn is-sitt snin li ilhom imwaqqfa.", "Mr. Speaker, ħaġa interessanti oħra li ssemmiet kienet it-trans-border relations.", "Dawn il-kunsilli mhux biss jikkontribwixxu bejn reġjun u ieħor imma anke jikkoperaw bejn pajjiż u ieħor u lesti li jagħmlu t-trade bejniethom.", "Dan ukoll jikkontribwixxi ħafna għall-pajjiż u dan kollu jġibna għal dak li l-gvern qed jagħmel għal hawn Malta.", "Meta f'Malta bdejna bil- kunsilli lokali, kulħadd ħaseb li dawn se jieħdu l-poteri kollha tal-gvern f'idejhom u li l-gvern se jitlaq kollox minn idejh u ma jkollu assolutament kontroll ta' xejn, pero' dan kollu llum il-ġurnata ma sarx.", "Illum għandna l- Partit Nazzjonalista fil-gvern li bl-akbar responsabbilta' ħareġ b'ideat mill-aktar wiesa għal dan il-pajjiż.", "Qatt ma konna noħolmu li ċerti affarijiet jistgħu jiġu f'idejn l-amministrazzjoni taċ-ċittadini.", "Mr Speaker, hawnhekk jien irrid infakkar fl-inizjattivi innovattivi li l- Partit Nazzjonalista dejjem kellu.", "Ma rridux ninsew minn xiex għaddejna qabel l-1987.", "Apparti mill-introduzzjoni tal-kunsilli lokali, kellna wkoll il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ u llum il-ġurnata għandna anke dikjarazzjonijiet uffiċjali min-naħa ta' l-oppożizzjoni li jgħidu li qatt ma kienu jobsru li l-liberalizzazzjoni kienet se ġġib daqshekk kummerċ u timpjega daqshekk nies fil-pajjiż.", "Il-kontrolli kienu qed jagħmlu ħafna ħsara u kien il-Partit Nazzjonalista bil-gvern ta' Fenech Adami li introduċa dawn il-kunċetti, minkejja d-diffikultajiet kollha min-naħa ta' l- oppożizzjoni li kien hemm dak iż-żmien.", "Huwa veru li pajjiżi moderni ilhom ħafna jħaddmu dawn il-kunċetti, pero' minn mindu introduċejnihom dawn qed iħallu ħafna frott.", "Barra minn dawn l-inizjattivi, il-Partit Nazzjonalista introduċa wkoll il- pluraliżmu fix-xandir.", "Kienu ħafna li beżgħu minn dan il-pass imma madankollu fi żmien relattivament qasir ħafna, kif qal l-Onor.", "Michael Frendo, dan il-qasam għamel passi ta' ġgant.", "Kellna wkoll ħafna restrizzjonijiet fuq il-kummerċ u llum anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u diversi ex-ministri tiegħu jammettu kemm kienu żbaljati meta kienu jagħmlu dak il-kontroll strett.", "Illum il-ġurnata l-liberalizzazzjoni fetħet bibien wiesa biex wieħed ikun jista' jaħdem aktar.", "Mr Speaker, meta wieħed isemmi l-liberalizzazzjoni wieħed ma jistax ma jsemmix il-levies, jiġifieri l-protezzjoni ta' l-industrija Maltija.", "Huwa veru li għal ċertu tul ta' żmien kien hemm il-bżonn tal-levies imma issa li qed jitneħħew, ċerti prodotti mhux biss qed jorħsu imma l-manifattura tagħhom hawnhekk qed tikkompeti ma' ġganti f'pajjiżi oħra.", "Aħna l-Maltin m'għandniex riżorsi naturali imma għandna riżors uman second to none.", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll il-privatizzazzjoni.", "L-ewwel darba li semmejna din il-kelma tan-naħa l-oħra stagħġbu li konna se neħħu l-kontroll tal-gvern minn fuq ċerti ażjendi u entitajiet, pero' llum il-ġurnata l- oppożizzjoni ġiet magħna fuq din il-ħaġa wkoll għalkemm forsi b'mod limitat.", "Mr. Speaker, aħna ma nemmnux fir-restrizzjonijiet imma nemmnu fil- mod l-aktar apert tal-privatizzazzjoni.", "Forsi l-privatizzazzjoni hija miexja bil-mod, pero' jiena ninsab ċert li 'l quddiem din se tħalli frott kbir lill-pajjiż.", "Mr Speaker, il-gvern Nazzjonalista introduċa wkoll iċ-ċittadinanza doppja.", "Kemm kienu qalu li hawn Malta se jiġu ħafna barranin u li l- unemployement se jikber!", "Illum il-ġurnata għandna ċ-ċittadinanza doppja u minn dan kollu ma ġara assolutament xejn.", "Ftit tal-ġranet ilu erġajna emendajna l-liġi minħabba ċerti queries u propju illum il-ġurnata ħafna Maltin qed jaraw il-benefiċċji ta' dawn l-ideat wiesa u innovattivi tal- Partit Nazzjonalista.", "Ma ninsewx ngħidu li l-oppożizzjoni kienet dejjem kontra dawn l-ideat pero' llum il-ġurnata saret taqbel magħhom.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar it-toroq sekondarji tar- Rabat li jinsabu f'diżastru totali.", "Jien naf li bil-fondi li hawn available bilkemm għandna biex insewwu t-toroq prinċipali minn fejn jgħaddi l-bulk ta' traffiku, pero' bħala bniedem li ġej mir-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ ma nistax ma nagħmilx appell lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd u lill-ministru responsabbli mit-toroq - u forsi hawnhekk ninkludi wkoll il-ministru għall- ambjent - sabiex jikkordinaw il-ħidma tagħna aħjar biex finalment dawn it- toroq jiġu rranġati.", "Ma jistax ikun li nħallu dawn it-toroq fl-istat diżastruż li jinsabu fih.", "Illum il-bdiewa m'għadhomx jużaw karrettuni jew inġenji ta' ftit soldi imma jużaw inġenji li jiswew il-flus u mhux sew li biex bidwi jaqla' lira jagħmel Lm50 ħsara.", "Bil-qawwa kollha nappella u ninsisti biex issir pressjoni qawwija biex din il-problema tiġi solvuta mingħajr aktar dewmien.", "Mr Speaker, jien mhux qed ngħid li għandhom jitranġaw it-toroq u t- trejqiet kollha, imma għallinqas għandhom isiru dawk fejn hemm ċertu ammont ta' bdiewa u fejn jista' jsir ċertu żvilupp.", "Għandna niddentifikaw dawk il- postijiet u naraw il-potenzjal ta' fejn tista' tinħadem ir-raba' b'mod produttiv, mhux għall-ġid tal-Maltin biss imma anke għall-ġid tat-turiżmu.", "Wara kollox il-biedja tikkontribwixxi wkoll għall-popolazzjoni turistika.", "Jien nittama li dan l-appell ma jaqax fuq widnejn torox u nittama li jsir studju serju sabiex dawn it-toroq jiġi rranġati.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nixtieq nieħu dawn il-ftit minuti biex nirrispondi għar-rimarki li għamel il-kelliemi ta' l- oppożizzjoni għall-anzjani, l-Onor.", "Silvio Parnis, speċjalment fejn jidħol San Vinċenz u fejn tidħol il-policy tal-gvern dwar djar residenzjali.", "Dwar San Vinċenz l-Onor.", "Membru qal li hemmhekk għandna nuqqas ta' staff u n- nurses mhux qed ikollhom iċ-ċans li jniżżlu l-pazjenti mis-sodda.", "Qal ukoll li kellu ħafna tgergir mill-familjari dwar kif jitwassal l-ikel, li l-ikel mhux qed ikun servut tajjeb u li hemm nuqqas ta' social workers, nuqqas ta' fattigi, maids u cleaners.", "Mr Speaker, San Vinċenz huwa istituzzjoni kbira, fih hemm iktar minn 1,020 resident, hemm numru kbir ta' impjegati u jien żgur li m'inix se ngħid li kollox miexi ħarir.", "Naturalment f'istituzzjoni daqshekk kbira jkun hemm ċerti lmenti u ċerti defiċjenzi li wieħed ikun irid jaħseb fihom.", "L- ewwelnett ikun min ikun fil-gvern dejjem irid jiffaċċja l-problema tan- nuqqas ta' staff, u din is-sitwazzjoni ma tinstabx biss f'San Vinċenz imma naħseb tinstab fl-isptarijiet kollha.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li kull gvern irid jiffaċċja, pero' jiena se ngħid kif qed nipprovaw naffrontaw din is-sitwazzjoni.", "Mr Speaker, rigward in-nursing complement, waqt li qabel l-aħħar elezzjoni, jiġifieri f'Awissu ta' l-1998, f'San Vinċenz kellna 43 casual nursing aides issa bl-eżamijiet li għamilna għal nursing aides u bil-health assistents hemm 192, jiġifieri żgur li n-nursing staff f'din is-sena u nofs ta' gvern Nazzjonalista żdied f'San Vinċenz.", "Dan qed ngħidu għax mhux sewwa li wieħed jiġi hawn u jilmenta fuq ċerti affarijiet mingħajr ma jara l-istampa kollha.", "Dwar l-ikel irrid ngħid li l-Onor.", "Parnis stess ammetta li l-kwalita' qed tkun tajba imma dan l-ikel mhux qed jiġi servut kif wieħed għandu jservih.", "Naħseb li la l-ministru, la s-segretarju parlamentari u lanqas l- amministraturi t'hemmhekk m'huma se jmorru jservu l-ikel huma.", "Naħseb li defiċjenza bħal din żgur li hija tort ta' l-impjiegat u allura ma naħsibx li jkun ġustifikat l-Onor.", "Parnis li jiġi taparsi jiddefendi l-impjegati u fl-istess ħin jagħmel ilment bħal dan biex jitfa' dell ikrah fuq San Vinċenz.", "Rigward is-social workers irrid nammetti li veru għandna problema f'dan il-qasam.", "Dan minħabba li għandna pool ta' social workers fid-dipartiment tal-kura għall-anzjani u wieħed minn dawn is-social workers qed ikun assenjat biex jagħmel xogħol f'St. Vincent de Paule u postijiet oħra.", "Issa wasalna fl-istadju li se jkun hemm social worker assenjat għal hemmhekk biss.", "Mr Speaker, San Vinċenz hija istituzzjoni li żgur li għal kull gvern Nazzjonalista hija ta' prijorita'.", "Mhux qed ngħid li din il-prijorita' qed tingħata issa biss u biex nikkonferma dan irrid ngħid li meta fl-1994 kienet ġiet delegazzjoni mill-UK branch tal-Commonwealth Parliamentary Association u konna ħadnihom San Vinċenz - issa lil dawn ma ħadnihomx f'xi dar ta' l-anzjani li bena gvern Nazzjonalista! - lilna dawn tawna l-isbaħ ċertifikat għax qalu dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"We were particularly interested to note that the Minister had his office in the actual establishment for which he was responsible.", "We were given a most interesting tour of the hospital and met a number of elderly residents and inspected the living accommodation, all of which was of an extremely high standard.", "The recent wing opened by Her Majesty the Queen was particularly impressive.\"", "Issa bħal dik il-ward li kienet fetħet ir-Reġina għandna mhux waħda u tnejn, għax gvern Nazzjonalista kull sena dejjem ra kif għamel biex għamel wards ġodda għall-kumdita' tar-residenti ta' hemmhekk.", "Dawn komplew hekk:", "\"Our general view of the care of the elderly in Malta is that it is given a very high priority, that the standard of care is very good and that those who are receiving it are happy and well cared for in their very pleasant surroundings.\"", "Dan qed ngħidu għax mhux fair li niġu hawnhekk ngħidu li qed nirċievu ħafna lmenti fuq San Vinċenz imbagħad nittraskuraw l-affarijiet tajba li qed isiru hemmhekk.", "Nerġa' ngħid li xi ftit ilmenti u defiċjenzi dejjem ikun hemm meta għandek istituzzjoni bħal dik, kważi raħal, imma mhux sewwa li niġu hawn u nagħmlu dan l-allarm kollu.", "Hawnhekk għandi wkoll magazine lokali ta' Diċembru tas-sena li għaddiet, fejn qed jipparaguna l-ħajja tar-residenti f'San Vinċenz mal-ħajja tar- residenti f'istituzzjonijiet privati.", "Dan jgħid hekk:", "\"Still, whatever the circumstances surrounding each residence might be, all agree that living at St. Vincent has lost the stigma attached to it until a few years ago.", "Whereas at one time the home was regarded as a dumping place for those who had no one to take care of them, today many elderly people people choose to go there out of their own volition, feeling that community life with their own peers is considered preferable to living on their own.", "The welcoming wards, the availability of sophisticated equipment and the homelike atmosphere have all gone a long way towards this shift in attitude.\"", "Din hija l-ħajja li qed nipprovaw nagħmlu għall-anzjani ta' San Vinċenz, u dan mhux mertu tal-gvern biss imma huwa mertu wkoll tan-nies li jaħdmu hemm.", "Huwa veru li persentaġġ kbir minn dawn l-anzjani huma indipendenti, pero' hemm persentaġġ minnhom li huma biss semi indipendenti u jiddependu ħafna mil-istaff li hemm hemmhekk.", "Għalhekk kull gvern Nazzjonalista ra kif għamel biex din ir-residenza tkompli tiġi 'l quddiem u żgur li anke dan il- gvern f'din is-sena u nofs diġa' ta importanza kbira lil din ir-residenza.", "Sur President, lill-Onor.", "Parnis u lil kulmin huwa interessat nista' ngħidlu li barra li ftaħna wards li ġew refurbished, għandna proġett li bdejnih is-sena l-oħra u nispera li niftħuh din is-sena, fejn se nagħmlu ward li se tikkonsisti fi tliet sulari u se jkun fiha 120 sodda.", "Din il- ward se jkollha l-kumditajiet kollha li qed ikollhom il-wards ġodda li nagħmlu hemmhekk.", "Jiena ngħid li huwa tajjeb li wieħed jikkritika imma mhux sewwa li niġu hawn u nipprovaw intebbgħu l-image li rnexxielna nagħtu lil San Vinċenz.", "Huwa ħażin li taħraq bandiera simbolikament, imma huwa ħażin ukoll li tipprova taħraq image ta' l-ikbar residenza li għandna hawnhekk bi kliem u b'allegazzonijiet li m'humiex veri.", "Qabel nagħlaq fuq San Vinċenz nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-amministratur, is- Sur Lino Mizzi, li l-bieraħ għamilnilu festin għax għalaq il-61 sena.", "Dan kien ilu 40 sena jagħti mill-aħjar li jista' kemm għall-anzjani u kemm għall-impjegati.", "Mr. Speaker, il-kelliemi ta' l-oppożizzjoni ried ikun jaf x'inhi l-policy tal-gvern rigward id-djar residenzjali u jekk aħniex se nkomplu nibnu djar tal-gvern.", "Ried jaf ukoll x'inhuma l-proġetti tal-gvern u jekk il-gvern huwiex qed jitkellem mal-privat biex nagħmlu iktar djar ta' l-anzjani.", "L- Onor. Membru bilkemm ma riedx jinsinwa li hemm bżonn li nitkellmu u nniddjalogaw aktar mal-privat!", "Dawn l-affarijiet qed nagħmluhom imma l- gvern irid ikun attent ħafna fuq din il-ħaġa fejn jidħol il-privat.", "Irridu nesiġu li l-istandards jinżammu.", "Jiena żgur ma neħux gost li naqra xi ittra f'xi gazzetta - bħalma naħseb ma jeħdux gost il-kelliema ta' l- oppożizzjoni - bħalma kellna xi jumejn ilu fejn il-korrispondent beda jgħid li:", "\"There is gross negligence in the way the residents are treated, or better still mistreated.\"", "Imbagħad dan jgħid hekk ukoll:", "\"It is very evident that managements are abusing the elderly because there are no alternatives for their customers.\"", "Żgur li gvern li hu serju ma jistax iħalli dawn l-affarijiet isiru u s- serjeta' f'dan il-qasam urejniha s-sena l-oħra għax meta rajna li kien hemm djar privati li ma kenux qegħdin iżommu l-istandard mixtieq, aħna ħadna miżura temporanja u ma konniex ġeddidnilhom il-liċenzja.", "Irrid ngħid li hekk se nkomplu nagħmlu u dan għaliex aħna rridu naraw li d-djar privati li hemm u li jistgħu jinfetħu iktar 'il quddiem iżommu ċertu standard fil-kura u fit-trattament li jagħtu lir-residenti tagħhom.", "M'huwiex biżżejjed li tiftaħ djar għall-anzjani imma trid iżomm ċertu standard, trid iżomm id- dinjita' ta' dawk l-anzjani u l-gvern qiegħed attent biex f'dawn l- affarijiet żgur ma jitħallewx isiru abbużi.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Parnis staqsa wkoll x'inhuma l-pjani tal-gvern.", "Jiena ngħid forsi veru li issa għadda ż-żmien li l-gvern waħdu jibni djar sbieħ u komdi mingħajr ma jdaħħal is-settur privat u issa l-kunsilli lokali, imma ta' min ngħid ukoll li qed nistudjaw kif nistgħu nilqgħu għat- talba li qed ikollna biex iktar anzjani jidħlu fid-djar residenzjali.", "Hemm ħafna toroq u naturalment il-gvern qed jara liema hija l-aħjar waħda.", "Waħda minnhom hija li l-gvern jissieħeb mas-settur privat biex jiġu provduti servizz u akkomodazzjoni għall-anzjani.", "Rigward din it-triq, kif diġa' għedt, il-privat irid jiggarantixxi kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra d-dinjita', il-privatezza u d-dritt ta' l-għażla tal- persuna anzjani.", "Triq oħra tista' tkun li s-settur privat jiġi mħajjar jinvesti f'dan il-qasam filwaqt li l-strutturi li diġa' għandna nkomplu nagħmluhom iktar effettivi u iktar effikaċi biex niżguraw li l-operat ta' dawn id-djar ikun iktar fl-interess ta' l-anzjan milli fl-interess kummerċjali.", "Mr. Speaker, barra minn hekk illum il-ġurnata għandna l-kunsilli lokali u dawn iridu jkunu konxji tad-dover u responsabbilita' tagħhom rigward il- qasam ta' l-anzjani.", "Flimkien mal-kunsilli lokali l-gvern ċentrali jista' jara kif jagħmel biex jinfetħu toroq ġodda.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li flimkien mal-kunsill lokali tal-Mellieħa - u probabbilment se jkun involut ukoll is-settur privat - qed naraw kif nistgħu nibnu kumpless residenzjali għall-anzjani hemmhekk.", "Mr. Speaker, qed nistudjaw dawn it-toroq kollha għax nemmnu li hemm bżonn li nkomplu nipprovdu l-aħjar għall-anzjani u għalhekk jiddispjaċik li tisma' ċerta kritika li ma tkunx ġustifikata.", "Kif diġa' għedt, defiċjenzi jkun hemm imma gvern nazzjonalsita dejjem ra kif għamel ħalli lill-anzjani tagħna jagħtihom mill-aħjar.", "Jiena persważ ukoll li dan il-gvern ikompli fuq il-passi li dejjem mexa fuqhom.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal lejla l-Erbgħa, 15 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-12.30 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "13046.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi l-Onor.", "Interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`għandix x`inżid mat- tweġiba li tajt f`seduta Numru 223.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - RIĊEVIMENTI", "13047.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12314, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nerġa nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nurmu 12314.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - RIĊEVIMENTI", "13048.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12315, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id- dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Billi l-Onor.", "Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m`għandix x'inżid mat- tweġiba li tajtu f'seduta numru 223.", "EDUKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "13049.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12316, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi l-Onor.", "Membru ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandix x'inżid mat- tweġiba li tajtu f'seduta numru 223.", "BIEDJA U SAJD - RIĊEVIMENTI", "13050.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12317, jista' l- Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id- dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Billi l-Onor.", "Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, ma għandix x'inżid mat- tweġiba li tajtu f'seduta numru 223.", "VAT - REFUND", "13051.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha ma tirċievi r-refund tal-VAT minn Lulju ta' l-1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li taħt l-Att ta` l- 1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud l-ammont ta` kreditu eċċessiv ta` persuna għal żmien ta` taxxa għandu jitħallas lura lil dik il-persuna sa mhux iktar tard minn ħames xhur minn tmiem taż-żmien li fih għandha tinbagħat id-denunzja ta` dak iż-żmien ta` taxxa.", "Fil-każ tal-persuna konċernata kellu jitħallas lura fil-15 ta` Jannar, 2000 kif fil-fatt sar skond il-liġi.", "SAĦĦA - MENINGITE", "14574.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningite, sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin, u x'tip ta' mikrobu kkawżaha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat illi mill-1990 sa l-1999 ġew rappurtati 44 każ ta` meningitis meningococcal, 48 każ ta` septicaemia meningococcal, u 73 każ ta` meningitis, (other bacterial).Dawn jinqassmu kif ġej:", "|Sena |Meningitis |Meningitis|(Other| | |Septicaemia |Meningococ|Bacter| | | |cal |ial) | |1990 |2 |- |2 | |1991 |- |- |5 | |1992 |2 |1 |3 | |1993 |1 |1 |4 | |1994 |3 |- |11 | |1995 |2 |2 |4 | |1996 |8 |2 |9 | |1997 |12 |4 |4 | |1998 |10 |19 |17 | |1999 |4 |19 |14 | |Total|44 |48 |73 |", "SAĦĦA - HIV TESTS", "14575.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet pożittivi għal HIV, sena b'sena f'dawn l-aħħar 15-il sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-testijiet ta` l-HIV bdew jinħadmu fil-virology laboratory f'St.Luke's Hospital minn Ġunju 1985.", "Testijiet anonimi jsiru fuq HIV u pazjent jista' jerġa` jirripetih jekk possibli:", "SENA TOTAL No. of REACTIVE REQUEST SAMPLES Ġunju/Diċembru 1985 408 10 1986 930 13 1987 2292 5 1988 3750 13 1989 2495 16 1990 2118 9 1991 2461 18 1992 3131 8 1993 2369 13 1994 3935 10 1995 3963 17 1996 3912 7 1997 3809 8 1998 4249 10 1999 4264 6", "SAĦĦA - TB", "14576.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' TB f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat illi mill-1990 sa l-1999 ġew rappurtati 194 każ ta` tuberkulożi.", "Dawn jinqassmu kif ġej:", "Sena Numru ta`Każi 1990 19 1991 22 1992 30 1993 22 1994 24 1995 6 1996 22 1997 11 1998 16 1999 22 Total 194", "SVEZJA - AMBAXXATA MALTIJA", "14577.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-poplu Malti l- ambaxxata li nfetħet ġewwa l-Isvezja dan l-aħħar biex inxtrat/jew inkriet?", "Kemm intnefqu fuq irranġar u attrazzament ieħor?", "Kemm huwa stmat li se jkunu r-running costs ta' din l-ambaxxata, fuq medda ta' xahar (fix-xitwa u fis-sajf)?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ambaxxata fi Stockholm, l-Iżvezja, inkriet SKR32962 (madwar LM1,607) fix-xahar li jinkludi l-heating u l-provvista ta' l-ilma.", "Fuq xiri ta' office equipment, għamara u attrezzament ieħor intnefqu SKR345357 (madwar LM16,847) netti wara t-tnaqqis tat-taxxa tal-VAT.", "Peress illi din hija ambaxxata ġdida huwa diffiċli li jingħad bi preċiżjoni x'ser ikunu r-running costs fuq medda ta' xahar u għad irid jgħaddi xi żmien biex tiġi stabbilita x-xejra ta' nfiq.", "B'danakollu hu maħsub illi l-ispejjeż rikorrenti jkunu skond l-allokazzjoni ta' fondi pprovduti taħt il-cost centre ta' din l-ambaxxata.", "KALAXLOKK - IMPJEGATI", "14578.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mal-kumpannija Kalaxlokk illum u x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bħalissa l-kumpanija Kalaxlokk timpjega 138 ħaddiem.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin jaħdmu fuq numru ta` xogħlijiet ta` kostruzzjoni li għandha l-kumpanija.", "Fost dawn hemm dak relatat mal-proġett ta` riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fejn fost oħrajn qed isir xogħol fuq il- Knisja tal-Ġiżwiti, f`Sant`Iermu u fi Triq il-Punent.", "Il-kumpanija qed tagħmel ukoll xogħol għall-Korporazzjoni ghall-Iżvilupp ta` Malta li jikkonsisti f`tindif fl-oqsma industrijali, xogħlijiet ta` manutenzjoni fl- iskejjel tal-Handaq u l-junior lyceum tal-Hamrun u fl-Isptar San Vincenz de Paule, bini ta` ħajt fiċ-ċimiterju ta` Braxia, tiswijiet fuq il-mollijiet taċ-Ċirkewwa kif ukoll diversi xogħlijiet oħra għall-kunsill lokali ta` San Ġwann.", "Tajjeb jingħad li l-kumpanija ġiet inkarigata biex tagħmel xogħol għall- privat li l-ħaddiema qed jirrifjutaw li jagħmlu fuq direttiva tal-GWU.", "SAĦĦA - SALMONELLA", "14579.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' salmonella, xahar b'xahar minn Jannar 1999 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar, 1999 sad-29 ta` Frar, 2000 ġew rappurtati 360każ ta` salmonella.", "Dawn jinqasmu kif ġej:", "Xahar Numru ta` Każi Jannar '99 8 Frar '99 - Marzu '99 8 April '99 6 Mejju '99 17 Ġunju '99 5 Lulju '99 153 Awissu '99 9 Settembru '99 7 Ottubru '99 74 Novembru '99 19 Diċembru '99 12 Jannar '00 37 Frar '00 5 Total 360", "PIKALIJA - SPEZZJONI TAL-ĦAXIX", "14620.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara saret mill-uffiċjali tad- dipartiment sabiex jiġi spezzjonat il-produzzjoni tal-ħaxix frisk fil- pitkalija ċentrali matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Meta saru, minn kienu l-uffiċjali u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mhux ċar għal xiex qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Bħalma jaf sewwa hu, qatt ma saru spezzjonijiet fuq il- produzzjoni tal-ħaxix frisk fil-pitkalija ċentrali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku nkun nista' nagħtih risposta aħjar.", "ALPHA/SANTE' - SPEZZJONIJIET", "14621.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' żjarat li l- uffiċjali tad-dipartiment għamlu sabiex jispezzjonaw il-varjetajiet Alpha u Sante' għall-esportazzjoni matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Meta sar, fejn, kemm instabet ħsara u f'liema varjeta'?", "X'kienu r- riżultati b'mod ġenerali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħas-soltu, din is-sena l-fergħa tal-pariri tekniċi tad-dipartiment ta' l-agrikoltura rċeviet diversi lmenti mill-bdiewa li fosthom kienu jinkludu wkoll dwar il-patata taż-żriegħ.", "S'issa l-uffiċjali ta' dawn il-fergħat għamlu 22 rapport dwar 25 ilment li 5 minnhom kienu solvuti u l-oħrajn għadhom qegħdin jiġu nvestigati.", "Mill-ilmenti li saru jidher li dawn jikkonċernaw madwar 20/25 tunellata Alpha li kienet impurtata mid-dipartiment fil-bidu ta' Novembru li għadda.", "FARM ESPERIMENTALI - PUNCH CLOCK", "14622.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa fil-fatt l-investiment li sar fil-farm esperimentali sabiex ġiet stallata s-sistema l-ġdida tal-punch clock tal-ħaddiema?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u uffiċjali li jridu jkunu konformi ma' din is-sistema ġdida, u kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u uffiċjali li m'humiex suġġett ta' dawn l-istess kundizzjonijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: a)Ninsab infurmat li s-sistema l-ġdida tal-punch clock, magħrufa aħjar bħala time and attendance hand identity verifier ġiet tiswa Lm1,239,13.", "Ma' din is-somma ntnefqu Lm90 għal xogħol ta' tħaffir in konnesjoni ma' l-istallazzjoni ta' din is-sistema.", "b) In-numru ta' ħaddiema li jużaw it-time and attendance hand identify verifier huwa 140.", "78 impjegati oħra jiffirmaw fuq l-attendance sheet.", "MALTA/GĦAWDEX - PASSIĠĠIERI", "14623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex matul Jannar u Frar ta' din is- sena?", "Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu fl-istess perijodu għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id- domanda lill-ministru konċernat.", "MALTA/LIBJA - PROTOKOLL", "14624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għaliex ma reġax ġie ratifikat il-protocoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u s-sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan li kien sar f'Ġunju ta' l-1997?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex se jirratifika dan il- protocoll?", "Jekk iva, meta u kemm saru diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet Libjani mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dwar dan il-għan, meta u fejn?", "ONOR.", "JOE BORG: L-imsemmi protokoll ma jikkontemplax il-bżonn ta' ratifika.", "DJAR - ANZJANI", "14625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' anzjani li ddaħħlu fid-djar ta' l-anzjani ta' l-Istat matul Jannar u Frar li għaddew?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' anzjani fil- waiting list preżentement?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul Jannar u Frar li għaddew in-numru ta' anzjani li daħlu fid-djar ta' l-anzjani ta' l-Istat huwa 38.", "In-numru ta' anzjani fil-waiting list preżentement huwa 707.", "SERVIZZ ĊIVILI - APPLIKAZZJONIJIET", "14714.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet differenti għal kull vakanza fis-Servizz Ċivili li s-sejħa biex timtela' għalqet fit-3 ta' Marzu, 2000 grad bi grad?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li kien hemm sitt sejħiet għall-applikazzjonijiet li għalqu fit-3 ta' Marzu, 2000.", "F'dan l-istadju ma nħossx li huwa prudenti li nagħti aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet meta għadu lanqas biss beda l-proċess ta' l-għażla.", "GŻIRA - TRIQ LUQA BRIFFA - FOND NRU.", "118", "14725.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mis-27 ta' Novembru, 1999 biex il-post 118, Triq Luqa Briffa, Gżira li huwa proprjeta' tal-persuna li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jiġi vakant u jerġa' lura fil-pussess tad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali?", "X'passi jridu jittieħdu biex din il-proprjeta' tmur lura għand sidha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi sid il-post indikat ingħata permess ibiegħu lill-persuna li hu kien daħal f'konvenju magħha.", "MATSEC -- EŻAMIJIET", "14726.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet saru fl-istrutturi ta' l-eżamijiet, immexxijin mill-bord tal-MATSEC fil-livelli tas-Sec, Intermediate u Avvanzat f'kull suġġett f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħatriet tas-syllabus panels, setters u chairmen?", "Tista' tgħaddili lista ta' ħatriet ġodda, imqar b'mod kunfidenzjali?", "X'kienu r-raġunjiet ta' dawn il-bidliet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-syllabus panels tas-SEC għas-snin 2002- 2004 huma ffurmati minn żewġ membri mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, żewġ membri mill-Universita` u membru mill-iskejjel privati.", "Il-ħatriet saru wara talba lid-direttur tal-kurrikulu fid-diviżjoni, lis-segretarju tal- private schools sssociation u lill-kapijiet tad-dipartimenti ta' l- Universita` biex jidentifikaw persuni biex iservu fuq il-panels.", "Iċ- chairmen ta' dawn il-panels inqasmu b'mod li mhux inqas minn 50% minnhom huma mid-diviżjoni.", "Informat ukoll li din is-sena s-syllabus panels tas-suġġetti fil-livell Avvanzat u Intermedju għas-snin 2002-2004 ingħaqdu f'panel wieħed.", "Il- ħatriet saru wara talba lill-kapijiet tad-dipartimenti ta' l-Universita` u lill-kapijiet ta' l-iskejjel fejn jiġu mgħallma s-suġġetti biex jidentifikaw persuni biex iservu fuq il-panels.", "Għalhekk kull panel fih membri mill-Universita` u minn kull skola konċernata.", "Iċ-chairman ta' dawn il-panels intgħażel minn membri ta' l-Universita`.", "Il-ħatriet tal-paper setters panels fil-livelli kollha saru bl-istess proċedura tas-snin ta' qabel, ħlief li din is-sena kien deċiż li c-chairman jinbidel wara li jkun ilu jservi f'din il-ħatra f'dawn l-aħħar tlett snin jew aktar.", "Is-senat jaħtar l-eżaminaturi minn sena għal sena fuq ir- rakkmandazzjoni tal-bord tal-MATSEC.", "Fl-aħħarnett informat ukoll li għal raġunijiet ta' sigurta`, l-ismijiet tal-membri tal-bord li jifformulaw il-karti ta' l-eżami jinżammu kunfidenzjali.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA' - OCCUPATIONAL THERAPIST", "14742.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex occupational therapist m'għadhiex tagħti s-servizz tagħha lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?", "X'inhu x-xogħol ġdid tagħhom?", "B'liema mod hu relatat mat-taħriġ professjonali li ħadet f'kuntest li għandna nuqqas ta' occupational therapists?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minħabba li nqalgħu ripetutament diverġenzi bejn l- occupational therapists u d-diriġenti tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' dwar l-assenjazzjoni ta' xogħol involut, inħasset il-ħtieġa li jkun aħjar li almenu preżentament din il-persuna ma tibqax tagħti s- servizz tagħha fi ħdan din il-kummissjoni.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ninfurmak li fil-preżent l-occupational therapist qiegħda tagħmel xogħol klerikali fl-administration block (b'raġuni valida).", "Iktar tard hi terġa' tingħata x-xogħol relatat mal- professjoni tagħha.", "PENSJONIJIET - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "14743.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li bħalissa qed jirċievu l-pensjoni tad-diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li bħalissa qed jirċievu l-pensjoni għal diżabilita', inkluż pensjoni għal persuni b'vista batuta, huwa ta' 1943.", "LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS", "14744.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid x'inhuma r- raġunjiet li għalihom il-gvern qed jikkonsidra li l-liġi dwar opportunitajiet indaqs tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru, 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-liġi opportunitajiet indaqs tipprovdi li din tidħol fis-seħħ f'dik id-data li l-ministru responsabbli jista' b'avviż fil- Gazzetta tal-Gvern jistabbilixxi u jistgħu jiġu hekk stabbiliti dati differenti għal dispożizzjonijiet differenti u għanijiet differenti ta' l- Att.", "Il-Ministeru għall-Politika Soċjali, fuq rakkmandazzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' diġa ħareġ avviż legali fil-Gazzetta tal- Gvern li tistabilixxi d-data ta' l-10 ta' Frar, 2000 bħala d-data li tidħol fis-seħħ Taqsima V ta' dan l-Att ċioe' l-parti li twaqqaf il-kummissjoni bħala d-data li tidħol fis-seħħ Taqsima V ta' dan l-Att ċioe' l-parti li twaqqaf il-kummissjoni bħala entita' li jkollha \"personalita' ġuridika għaliha\".", "Il-kummissjoni tat parir lill-kummissjoni li l-kumplament ta' dan l-Att jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru, 2000 wara li jsiru konsultazzjonijiet ma' entitajiet governattivi u mhux governattivi biex jiġu stabiliti jekk dawn għandhomx bżonn ta' aktar żmien ħalli jiġu konformi mal-liġi.", "Fil-preżent il-kummissjoni għaddejja b'din il-konsultazzjoni.", "Il-Kummissjoni tat parir biex: a) tagħti żmien biżżejjed li kulħadd jistudja dan l-att u jibda' l-proċess biex, b'mod raġunevoli, ikun konformi miegħu; b) hi stess ikollha ż-żmien biex tagħmel din il-konsultazzjoni; c) tuża dan iż-żmien biex tagħti pubbliċita' lil dan l-att, kemm mal- persuni b'diżabilita' nfushom u l-għaqdiet tagħhom kif ukoll lil dawk l- entitajiet kollha li, b'xi mod jew ieħor, ser jintlaqtu minnu.", "Malli l-kummissjoni ttemm din il-konsultazzjoni li hi mistennija li tispiċċa sa nofs April, 2000, jiġu stabiliti d-dati preċiżi ta' kif ser jidħol fis-seħħ il-provedimenti ta' dan l-att u tinbeda kampanja pubbliċitarja kif spjegat aktar 'il fuq.", "Il-Ministeru, l-aktar permezz tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hu impenjat bis-serjeta' li din il-liġi tiġi nfurzata biex tassew toffri opportunitajiet indaqs lill-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom."]} {"filename": "20000125_226d_par.doc", "date": "2000-01-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 226 It-Tlieta, 25 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 226", "It-Tlieta, 25 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "226", "It-Tlieta, 25 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 230", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 230", "TQEGĦID TA' KARTI 235", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR GĦOTI B'ĊENS LILL-MIDI plc TA' ART F'MANOEL ISLAND", "U TIGNE' 236", "AĠĠORNAMENT 259", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 264", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru.225 li saret li saret fil-31 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "INTERN - RIGALI", "12330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ma ngħataw ebda rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħi u mid- dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-intern.", "BIEDJA U SAJD - RIGALI", "12331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ma ngħataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 minħabba l- kariga tiegħi.", "Lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażjoni mill-uffiċċjali tiegħi.", "AMBJENT - KIRI TA' KAROZZI", "12403.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11184 u 12177, jista' l-Ministru jgħid jekk karozza tal-marka Fiesta - kulur abjad mikrija mingħand is-Swift Garage bin-numru BAK 483 - fis-6 ta' Novembru, 1999 għal ħabta tas-6.00 p.m. kenitx involuta f'kolliżjoni tat-traffiku ma' karozza tat-tip Pajero?", "Jista' jgħid minn min dakinhar tal-kollużjoni din il-karozza suppost kienet qed tintuża u fil-fatt waqt li saret il-kollużjoni msemmija hawn fuq minn min kienet qed tintuża?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru fuq dan l-inċident mill-pulizija, mill-insurance u mill-ministeru lil Swift Garage?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Ambjent): Bħalma diġa' informajt lill-Onor.", "Membru fil-mistoqsija parlamentari numru 11184, il- karozzi mikrija lid-dipartiment huma kollha koperti b'polza ta' sigurta' fully comprehensive, inkluż ukoll l-excess, u kull kolliżjoni tiġi rranġata bejn il-garage li jikri l-karozza, f'dan il-każ Swift Garage, u bejn it- terza persuna li miegħu tkun saret il-kolliżjoni.", "Għaldaqstant ir-rapporti ta' dawn l-inċidenti, kemm tal-pulizija u kemm ta' l-insurance jintalbu mill-garage propjetarju tal-karozza dirett, u l- ministeru jew id-dipartiment tal-manifattura u servizzi li miegħu sar il- kuntratt tal-kiri, ma jidħol xejn f'dawn il-kwestjonijiet jew rapporti li huma meqjusa propjeta' tal-garage imsemmi u għalhekk privati u kunfidenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Għalkemm forsi mhux relatata direttament mal- mistoqsija oriġinali, huwa korrett dak li deher il-ġimgħa li għaddiet li hemm xi fondi min-naħa tal-gvern biex jikkumpensa lil dawk li jkollhom xi ħsara fil-karozza kkawżata mill-ħofor li hawn fit-toroq?", "Din hija xi ħaġa li skantat lil ħafna nies u naħseb li se jkun hemm bżonn mhux biss Lm7 miljun biex jiġu rranġati t-toroq imma min jaf kemm-il miljun biex l-ewwel jiġu rranġati l-karozzi mbagħad jiġu rranġati t-toroq!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Le, fil- fatt m'hemmx fondi għal dawn it-tip ta' każi.", "Kien hemm sensiela ta' domandi li ġew imwieġba min-naħa tal-ministeru fuq dan is-suġġett u l- mistoqsija parlamentari marbuta mar-repairs fit-toroq ġiet interpretata bħala li se jingħataw xi ħlasijiet ta' dan it-tip.", "Attwalment il-fondi huma għat-tiswija tat-toroq infushom, pero' jekk ikun hemm ħsarat fil-vetturi dak li jkun jista' jfittex lid-dipartiment għall-ħlasijiet konsegwenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'hemmx fondi imma żgur hemm ħofor fondi fit- toroq!", "Il-ministru huwa konxju li fl-ewwel faċċata tal-\"Malta Today\" tal- ġimgħa deher artiklu li tgħidx kemm fetaħ aptit lin-nies għall-fatt li se jkunu jistgħu jagħmlu claims għal ħsarat fil-karozzi tagħhom minħabba l- ħofor fit-toroq jew it-toroq fil-ħofor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment jien konxju ta' dak l-artiklu.", "Dan qrajtu u, kif għedt qabel, ir-risposti kif ġew imqiegħda fil-ġurnal ġew spustjati.", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "12404.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11920, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formola tan- nomina msemmija fl-istess mistoqsija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Il-liġi dwar il-kunsilli lokali ma tagħtix il-fakulta' li nomina ta' kandidat tkun ippubblikata iżda skond regolament 22 (6) tat-tielet skeda ta' l-imsemmija liġi kull elettur jista' jitlob lill-kummissjonarji li jara u jeżamina kull formula ta' nomina aċċettata minnhom.", "Għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mistieden imur għand il-kummissjonarju elettorali prinċipali sabiex, jekk jixtieq, jeżerċita dan id-dritt.", "ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENNJU - INFIQ", "12405.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus u fiex intnefqu mill-kumitat għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "12240.", "ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-MILLENNJU - KUMITAT", "12406.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l- membri li ffurmaw il-kumitat għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Membri li jiffurmaw il-kumitat nazzjonali għaċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millennju huma:", "President Ministru Louis Galea", "Membri Ministru Francis Zammit Dimech Ministru Michael Refalo Is-Sur Richard Cachia Caruana Is-Sur Richard Muscat Is-Sur Joseph J. Mifsud Is-Sur Anthony Attard Is-Sur Anton Attard Dr Vicki Ann Cremona Is-Sur Wilfred Kennely Is-Sur Charles Micallef St John Is-Sur John Schranz Is-Sur Charles Stroud Is-Sur Kevin Sciberras", "Kap Eżekuttiv Is-Sur Piju Spiteri Segretarju Is-Sur Albert Callus", "UE - INDUSTRIJA TAL-MAJJAL", "12554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet, regoli, liġijiet u direttivi li trid tkun konformi magħhom l-industrija lokali tal-majjal, qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Liema huma l-kondizzjonijiet ta' l- ambjent li trid tkun konformi magħhom din l-industrija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, ma nistax għax għadhom ma ġewx negozjati.", "UE - INDUSTRIJA TA' L-INBID", "12555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli, direttivi u liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jridu jkunu konformi magħhom l-industrijalisti lokali ta' l-inbejjed, qabel u wara li nsiru membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, ma nistax għax għadhom ma ġewx negozzjati.", "MR SPEAKER: l-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Zammit qiegħed jgħid li dawn id-direttivi, regoli u liġijiet jistgħu jiġu negozjati min-naħa tal-Gvern Malti?", "Jiġifieri l-acquis communautaire ta' l-Unjoni jista' jinbdel fid-dawl tan- negozjati li se jiftħu bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 12555 qed nitkellmu dwar l-inbejjed u allura qed nitkellmu dwar l-għeneb.", "Li rrid ngħid hu li l-position paper hija lesta - fil-fatt din il-ġimgħa qed isir il-bilateral screening - u wara dan isiru diskussjonijiet ma' dawk kollha konċernati biex imbagħad immorru għan-negozjati.", "Wieħed għandu japprezza l-fatt li fejn jidħol il-prodott ta' l-għeneb li jintuża biex isir l-inbid hemm ċerti miżuri li se jiġu mitluba bħal, per eżempju, kemm għandu jkollna area li trid tkun imħawla b'dwieli biex ikollna għeneb biżżejjed għall-produzzjoni ta' l-inbid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fid-dawl ta' dak li ntqal s'issa mis-settur tat- tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni ta' l-inbid f'Malta - kien hemm kumpannija speċifika li għamlet il-kummenti tagħha fuq kif inhi s- sitwazzjoni - u anke fid-dawl li l-ministeru qed jagħmel survey ta' l-art li bħalissa qiegħda għall-koltivazzjoni tad-dwieli, kif jinkwadra dan kollu fid-dawl ta' dak li ntqal s'issa, dejjem jekk hu korrett, li biex ikollna industrija vijabbli tal-produzzjoni ta' l-inbid lokali l-ewwelnett l- industrija lokali trid bilfors tagħsar għeneb imkabbar hawn inkella ma jħalluhx jinbiegħ fil-pajjiżi ta' l-Unjoni?", "Biex ikun hemm biżżejjed dwieli ta' għeneb għall-għasir irid ikun hemm ħames darbiet aktar artijiet għad- dwieli milli għandna bħalissa.", "Jekk għal kull settur tal-biedja - per eżempju, it-tadam - se jkun hemm l-istess talba, fejn se jkollna din l-art kollha biex ikun hemm tkabbir ta' dawn il-prodotti tal-biedja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward id-dwieli rrid ngħid li fil-preżent nikkoltivaw madwar 200 hectare, li jiġu madwar 1,900 tomna Huwa kkalkolat li biex ikollna ammont ta' dwieli li jipproduċu ammont ta' għeneb biżżejjed għall-bżonnijiet tagħna rridu nżidu din l-area minn 200 għal madwar 1,000 hectare, li jiġu madwar 7,200 tomna oħra.", "Issa d-dipartiment qiegħed ifittex biex jara jekk għandniex area biżżejjed.", "Il-problema hija l- limitazzjoni ta' area fil-pajjiż, kif qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Qegħdin induru l-pajjiż kollu biex naraw fejn hemm area li tista' tintuża għal dan l-iskop tat-tkabbir tad-dwieli biex ikollna iżjed għeneb ħalli nżidu l- produzzjoni ta' l-inbid.", "Jekk insibu din l-area ovvjament se nikkoltivawha u ngħadduha lil min huwa mdaħħal f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Bartolo semma wkoll il-produzzjoni tat-tadam, li hija xi ħaġa differenti.", "F'pajjiżna għandna bżonn il-produzzjoni ta' madwar 13,000 tunnellata fis-sena.", "Qabel minn kull hectare konna nieħdu madwar 15,000 tunnellata, pero' fl-aħħar staġun id-data li għandna turi li l-produzzjoni minn kull hectare telgħet għal madwar 35,000 tunnellata.", "Il-produzzjoni tat- tadam tista' żżidilha l-effiċjenza tagħha anke bil-mod kif jitħawwel it- tadam u minn kif tagħmel is-sistema tad-drip irrigation biex iżżid l- effiċjenza u allura l-ammont ta' produzzjoni.", "Iżda nerġa' ngħid li meta niġu għall-għeneb huwa l-oppost.", "Jien informat li fil-każ ta' l-għeneb biex dielja tagħtik għenba tajba wieħed ikollu jnaqqas l-ammont ta' għeneb li jieħu minn dik id-dielja.", "Jekk dielja tipproduċi ħames kilos, hawn min jaqtgħalha żewġ kilos minnha biex it-tliet kilos li jkun baqa' jkunu ta' kwalita' aħjar għall-għasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-Ministru għadu kemm qal li bħalissa nkabbru xi 1,900 tomna dwieli meta huwa meqjus li għandna bżonn 7,200.", "Peress li ninsabu lejlet li jibdew in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, u peress li l- applikazzjoni ilha li saret mill-1990, ma jaħsibx il-Ministru li ħallejna daqsxejn tard biex infittxu din l-art kollha meta l-preparazzjoni setgħet saret mill-inqas għaxar snin ilu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Irrid ngħid li r-regolamenti, il-liġijiet u d- direttivi eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-inbid kollha se jinbidlu din is-sena.", "Ovvjament aħna ilna candidate country minn Diċembru li għadda peress li konna għamilna sentejn fil-friża u ma stajna nagħmlu xejn.", "Nixtieq li ma konna qatt f'dak iż-żmien tal-friża għaliex kieku konna nistgħu nibbenefikaw minn ċerti proġetti - bħalma kien is-SAPARD, il-leader one u l-leader two - li kienu jissarrfu f'għajnuna finanzjarja għall-qasam agrikolu.", "Kienet dik il-friża li waddbitna fejn waddbitna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Apparti li ma tantx nifhem fl-inbid ħlief biex nixorbu u li l-friża kultant tagħmel tajjeb għall-għeneb u anke għall- inbid, bejn l-1990 u l-1996 x'passi ħa il-ministeru tal-biedja f'dan il- qasam tat-tkabbir ta' dwieli biex jersaq lejn dak li titlob l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq kieku li l-oppożizzjoni tieħu sehem fil- laqgħat kollha li jkun hemm dwar l-Unjoni Ewropea għaliex kieku t-tagħrif li hemm jinħareġ iżjed.", "Imma rrid ngħid lill-Onor.", "Bartolo li fl-1998 l- Unjoni ħarġet regolament li permezz tiegħu ħadd ma seta' jkabbar iżjed dwieli.", "Aħna sibna quddiemna din is-sitwazzjoni.", "Issa peress li aħna candidate country rridu ninnegozjaw miżuri oħra.", "Minħabba ċ-ċokon tagħna nistgħu wkoll nieħdu din il-fakulta' li nkabbru wkoll l-ammont ta' dwieli biex ikollna produzzjoni iżjed tajba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-survey dwar kemm area hemm għat-tkabbir tad- dwieli tlesta?", "Jekk le, meta huwa maħsub li se jitlesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-survey għadu għaddej.", "BDIEWA - BOLLA TAS-SIGURTA' NAZZJONALI", "12556.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq il- bolla tas-sigurta' nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'se tkun il- pożizzjoni tal-bdiewa, raħħala u sajjieda rigward dan il-benefiċċju wara li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta' nazzjonali matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|1994 |1122 | |1995 |1164 | |1996 |1159 | |1997 |1302 | |1998 |1219 |", "Ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja dwar l-agrikoltura ma jaffettwaw bl- ebda mod dan il-beneficcju.", "Rigward is-sajjieda dan il-beneficcju jrid jiġi nnotifikat lill- Kummissjoni Ewropea.", "PULIZIJA - IMWIET", "12557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12097 bl-informazzjoni li tkopri s-sena sħiħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar it-tagħrif mitlub għall-perijodu mill-1 ta` Jannar ta` l-1999 sat-13 ta` Diċembru 1999, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 12097, filwaqt li għal perijodu mill-14 sal-31 ta` Diċembru, 1999 ninsab informat li l-imwiet fatali li seħħew kienu 2 u ġraw kawża ta` inċidenti tat-traffiku.", "DJAR - KERA", "12558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall- korrispondenza ta' l-20 ta' Marzu, 1999 dwar RO53497, peress li l-familja in kwestjoni rrapportat dħul ta' Lm4,680.95 flok dħul ta' Lm4,458.94, jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana għaliex din il-familja li rrapportat qligħ ta' Lm232 fuq is-sentejn ta' qabel ġiet mitluba tħallas il-kera ta' Lm469 flok Lm181 li kienet tħallas qabel?", "Peress li l-familja ma taffordjax dawn l-ispejjeż, jista' jinvestiga biex tinsab soluzzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem l-Onor.", "Lawrence Gonzi): Jien informat li s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat hu korrett u nħadem skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li d-dħul dikjarat ma jaqbilx maċ- ċifri kkwotati f'din il-mistoqsija.", "PITKALIJA ĊENTRALI - ĦXEJJEX/FROTT", "12559.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana x'kienu l-varjetajiet ta' ħxejjex u frott li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali matul l- 1999?", "X'kien it-tunnellaġġ u l-prezz medju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "TURIŻMU - VETTURI", "12727.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Rita Law) staqsiet lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista'jgħid x'tip ta' vetturi jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li ma ngħatat l-ebda vettura b'donazzjoni lill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu bejn il-perjodu msemmi fil-mistoqsija.", "Jekk l-Onor Membru taf b'xi ħadd li jixtieq iwettaq dan il-ġest ġeneruż nistedinha tlaqqagħni miegħu!", "MR SPEAKER: Grazzi. il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi f'liema dipartiment/ministeru kienu jaħdmu l-impjegati tal-gvern li matul l-1999 ittieħdu passi dixxiplinarji kontriehom minħabba assenteiżmu minn fuq il-post tax-xogħol, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 12775.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi tagħrif dwar membri li jifformaw l-istaff akkademiku ta' l- Universita' ta' Malta li huma impjegati fuq bażi permanenti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12770; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vetturi li ngħataw permezz ta' donazzjoni lil dipartimenti, korporazzjonijiet u entijiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-Ministru għall-Politika Soċjali bejn l-1987 u l-1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12730;", "Tabella li turi l-grad li kellhom gradwati li matul l-1999 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12771; u", "Kopja tal-kuntratt ta' impieg tas-Sur Joseph Gerada ma' l-Aġenzija Sedqa, iffirmat fl-1 ta' Diċembru 1993, u kopja tal-kuntratt ta' impjieg ta' l-istess persuna mal-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) iffirmat fit-30 ta' Diċembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13032.", "MR SPEAKER: Grazzi. il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ġeneru tal-ħwienet li liċenzja tal-pulizija għalihom ħarġet matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12774.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont u l-prezz medju ta' ħxejjex u frott li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali matul l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12559; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra", "Tagħrif dwar pilloli out-of-stock fl-ispiżeriji tal-gvern fl-20 ta' Jannar 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12988.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR GĦOTI B'ĊENS LILL-MIDI plc TA' ART F'MANOEL ISLAND U TIGNE'", "Ikompli mill-24 ta' Jannar, 2000", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar huwa in possession u jista' jkompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, nibda biex nagħti resume' ta' dak li għedt il-bieraħ ħalli mbagħad inkun nista' nkompli fuqu.", "Il-bieraħ bdejt billi tajt l-istorja ta' kif żviluppa dan il-proġett - mhux matul dawn l- aħħar għaxar snin imma matul dawn l-aħħar 15-il sena - u għedt kif il-ħsieb tal-proġett kien beda għal ħabta fis-snin 1985/86 taħt l-amministrazzjoni Laburista ta' Dr. Carmelo Mifsud Bonnici.", "Imbagħad dan tkompla taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista, meta nħarġet call for interested parties mill-ministru nkarigat mill-korporazzjoni tal-MDC, li dak iż-żmien kien l- Onor. John Dalli, u wara kien ħareġ development brief li jirrigwarda l- iżvilupp ta' Manoel Island flimkien ma' Tigne' Point.", "Peress li fuq Manoel Island kien hemm bżonn ta' ċertu ammont ta' xogħol ta' restawr u dak ix-xogħol trid ħafna flus għalih u ma jirrendix daqshekk, l-iskop tal-gvern dakinhar kien li dawn jikkombinahom flimkien ħalli l- proġett kollu kemm hu jkun aktar feasible ekonomikament.", "Dik il-call for tenders ħarġet fuq ċerti kriterji pjuttost preċiżi.", "Dawn kienu kriterji li l-ewwelnett kienu jindikaw eżatt x'tip ta' proġett kellu jsir u kienu jindikaw ukoll il-preferenza u x-xewqa li l-gvern ried jagħti lil dawk il- consortia li b'xi mod ikollhom minnhom infushom rappreżentanza ta' investiment barrani.", "Effettivament saret l-adjudication ta' dawn il- consortia u l-consortium MIDI, li dakinhar ma kienx għadu ffurmat imma kien għadu in formation, ħarġitlu l-letter of intent.", "Jien kont bdejt il-kritika tiegħi minn hawnhekk meta għedt: Isma' waħda mill-affarijiet li ġraw fil-frattemp kienet li n-natura tal-proġett hekk kif kien propost fid-development brief inbidlet b'mod drastiku, u dan għaliex bla dubbju l-proġett kif maħsub fid-development brief kien proġett b'għanijiet primarjament turistiċi.", "Dan jidher ċar għax il-brief kien qiegħed iħares lejn żvilupp ta' madwar erba' jew ħames lukandi - li b'kollox kellu jkollhom madwar 2,000 sodda u numru relattivament żgħir ta' residentail units.", "Minn dakinhar 'l hawn il-proġett żviluppa f'wieħed li huwa purament residenzjali u kummerċjali fis-sens ta' retail.", "Tkellimt ukoll fuq il-mod ta' kif żviluppa l-proġett flimkien mal- planning authority min-naħa tal-promoturi tiegħu, biex illum għandna proġett li kważi kważi neħħa l-lukandi kollha li kellhom isiru - anzi ħalla waħda fuq Tigne' Point ta' madwar 600 sodda - u żied in-numru ta' residenzi b'mod sostanzjali.", "Illum qed nitkellmu fuq madwar 1,000 residential unit u barra minn hekk żdied ukoll l-ammont ta' spazju kummerċjali.", "Ovvjament imbagħad kellu bilfors jiżdied l-ammont ta' parking facilities għax hekk hu rikjest mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Issa meta għandek bidla tant radikali fin-natura tal-proġett kważi kważi wieħed qiegħed jgħid li qed nitkellmu fuq proġett li huwa totalment differenti minn dak kif maħruġ fid- development brief fl-1993.", "Huwa proġett differenti minn dak li ffirmaw għalih il-MIDI u allura bilfors tasal għall-konklużjoni għaliex inħasset il- ħtieġa li dan il-proġett kellu jittella' hawnhekk quddiem dan il-parlament għal diskussjoni aktar wiesgħa milli forsi niddiskutuh f'kumitat żgħir ta' ħamsa jew sitta min-nies.", "Mr. Speaker, il-bieraħ tkellimt ukoll dwar il-consortium MIDI nnifsu u wrejt id-differenza bejn il-components tal-consortium kif kienu ssottomettew ruħhom fil-brief u l-consortium kif konna sibnieh aħna fl-1996 meta konna tlajna fil-gvern.", "Effettivament meta fl-1993 kienet ġiet iffirmata l-letter of intent, il-consortium kien iffurmat b'mod maġġoretarju minn shareholding barrani.", "Kien hemm żewġ kumpanniji Taljani, il-COGEFAR u l-Pininfarina, li bejniethom kellhom 55% ta' shareholding tal- consortium u kien hemm ukoll shareholding Malti magħmul mill-kumpannija MGH, Mizzi u Gasan & Hili li bejniethom kellhom 45% tas-shareholding.", "Matul is-snin rajna li prattikament l-investiment barrani li kellu jsir permezz ta' dawn ix-shareholders spiċċa kollu.", "Fl-1996 - u anke llum - konna qegħdin f'pożizzjoni li l-uniku investiment barrani li fadal kien investiment nominali tad-ditta Pininfarina ta' 1%, jiġifieri minn 55% investiment barrani spiċċajna b'1% biss.", "Hawnhekk jien għamilt l-argument fejn għedt: Ġaladarba dakinhar il- gvern kien indika b'mod mill-aktar ċar li kien qiegħed jagħti preferenza lil dawk il-consortia li kellhom shareholding barrani, allura kif illum ġejna f'sitwazzjoni fejn qed niddiljaw ma' consortium li fit-total tiegħu huwa kollu Malti?", "Għedt ukoll li b'dan il-mod ma rrid nitfa' l-ebda dawl ikrah fuq il-komponenti Malti ta' dan il-consortium, anzi għandi fiduċja kbira fihom, pero' jien naħseb li f'dan il-pajjiż għandna bżonn li ndaħħlu l-investiment barrani.", "Issa l-investiment barrani ma ndaħħluhx billi nqabbdu operaturi jew project managers barranin imma ndaħħluh billi nħajru lill-barranin jinvestu f'pajjiżna.", "Waħda mid-diffikultajiet li kellu gvern Nazzjonalista - u għad għandu sal-lum - hi kif se jattira investiment barrani lejn pajjiżna.", "Din hija diffikulta' li rriżultat matul kemm din il- leġislatura kif ukoll fil-leġislatura nazzjonalista ta' qabel.", "Issa għaliex huwa importanti li nattiraw l-investiment barrani lejn pajjiżna?", "Apparti l-fatt li l-investiment barrani jagħti lil pajjiżna l-fiduċja internazzjonali li għandu bżonn, ħalli l-ekonomija tagħna tkun tista' timxi aktar 'il quddiem, jien infakkar li ħafna pajjiżi jiftaħru bl-investiment barrani li kull sena jidħol f'pajjiżhom.", "Allura jiena nistaqsi: Għaliex aħna għandna din id-diffikulta' biex nattiraw dan l-investiment lejna?", "Forsi waħda mir-raġunijiet għal din il-diffikulta' tawha l-istess consortium MIDI meta huma ppreżentaw rapport dwar kif żviluppa l-proġett.", "Dawn qalu li l-barranin li kellhom magħhom qatgħu qalbhom għax dan il- proġett ilu ġej snin twal u huma ma kenux lesti joqogħdu jistennew lilna.", "Ċertament huma mhux se joqogħdu jistennew għax l-investiment barrani jista' jitpoġġa f'kwalunkwe parti tad-dinja u m'hemm l-ebda raġuni valida għalfejn għandu jiġi Malta.", "Allura jien ngħid: Ejjew inħarsu bis-serjeta' lejn din il-problema.", "Anke minn dan il-kuntratt li qed inħarsu lejh illum jidher ċar li għandna problema f'dan il-pajjiż biex nattiraw investiment barrani għallinqas fil-qasam ta' l-iżvilupp fisiku ta' pajjiżna.", "U huwa fatt li meta gvern Nazzjonalista jipprova jġib investiment barrani lejn pajjiżna qed isib diffikulta'.", "Għalhekk ejjew nippruvaw insolvu l-problemi li hemm.", "Ara meta l-gvern Laburista preċedenti kien se jagħmel l-iżvilupp tal- Kottonera, il-konsorzja li tefgħu t-tenders kollha kellhom magħhom investituri barranin.", "Ma kienx hemm diffikulta' li dawn isibu investituri barranin u donnu din hija problema għall-gvern Nazzjonalista biss.", "Meta jkun hemm amministrazzjoni Laburista ma jkollniex din il-problema.", "Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li hemm bżonn li l-gvern Nazzjonalista jfittex ir-raġunijiet għaliex m'aħniex qegħdin niġbdu biżżejjed investiment barrani lejn pajjiżna f'dan il-qasam.", "Dan huwa importanti għaliex jekk aħna rridu niżviluppaw lil pajjiżna fiżikament b'mod serju, b'mod professjonali u b'mod modern kif naraw isir f'pajjiżi oħra wieħed bilfors għandu bżonn lil dawn in-nies għax dawn ikollhom outlook differenti lejn l- iżvilupp f'pajjiżna.", "L-investituri lokali ħafna drabi jħarsu b'lenti pjuttost limitata lejn l-iżvilupp u lejn dak li għandu bżonn isir u l- barrani jħares ftit differenti.", "Jiena ċert li f'dan il-każ partikolari l- investiment barrani ma ġiex mhux minħabba xi nuqqas partikolari tal- consortium, anzi il-consortium taw diversi rappreżentazzjonijet lil diversi azjendi barranin li kienu potenzjalment interessati f'dan il-proġett, imma minkejja dan xorta waħda ħadd ma wera l-interess li jingħaqad fl- investiment ta' dan il-proġett.", "Jidher ċar li aħna għandna bżonn inħarsu bis-serjeta' lejn din is-sitwazzjoni jekk verament nemmnu - u jien naħseb li aħna lkoll nemmnu - fil-bżonn li nġibu investiment barrani lejn Malta.", "Hemm bżonn nirrealizzaw li dan it-tip ta' investiment jista' jsir fid- dinja kollha u jekk m'aħniex se nagħmluha aktar faċli fis-sens li naqtgħu l- burokrazija li ħafna drabi nogħxew fiha f'dan il-pajjiż, b'mod partikolari l-gvern, m'għandna l-ebda ċans li nġibu dan it-tip ta' investiment lejn pajjiżna.", "Mr Speaker, it-tielet differenza li kien hemm fil-letter of intent ma' dak li aħna ħsibna fl-1996 kienet li fil-letter of intent kien hemm kondizzjoni partikolari li m'hijiex kondizzjoni importanti ħafna imma ta' min isemmiha.", "Qed nirriferi għal-kondizzjoni numru 13 tal-letter of intent li kienet tgħid li l-gvern kien se jipprova jneħħi t-tenants kollha eżistenti b'tali mod u manjiera li l-post jingħata b'vacant possession lill- consortium.", "Qiegħed jgħid li lest li jagħmel dan a spejjeż tal-consortium provided li l-ispejjeż ma jaqbżux it-Lm3 miljun.", "Issa fiċ-ċirkostanzi tal- lum aħna nafu li attwalment l-ispejjeż se jaqbżu it-Lm3 miljun.", "Hawnhekk qed nikellmu fuq cost ta' Lm5.75 miljun għar-relocation u l-expropriation neċessarja.", "Irrid ngħid ukoll li ma jidher imkien li dawn il-costs - għallinqas Lm3 miljun minnhom - se jiġu a burden fuq il-consortium u mid- dehra l-gvern se joħroġ il-flus kollha hu.", "Din veru li m'hijiex xi ħaġa kbira ħafna pero' forsi l-ministru fil-winding-up tiegħu jkun jista' jitkellem fuq din u jgħidilna kif f'daqqa waħda minn Lm3 miljun iċ-ċifra nbidlet għal kważi Lm6 miljun.", "Mr Speaker, il-bieraħ jien tkellimt ukoll dwar dak li għamel gvern Laburista minħabba li l-ministru qatt ma jsemmieh.", "Fit 22 xahar li għamel fil-poter gvern Laburista ħadem sabiex iġib dan il-proġett 'l quddiem u fl- istess ħin jassikura li l-gvern, u allura l-pajjiż, ikollu l-aħjar return minnu.", "Fost affarijiet oħra jien semmejt il-fatt li dakinhar il-gvern Laburista, bis-saħħa ta' l-Onor.", "Charles Mangion, li kien inkarigat minn din il-biċċa xogħol, kien irnexxielu jagħmel tliet affarijiet li kienu ta' ċerta rilevanza.", "L-ewwelnett kien irnexxielu jtella' l-valur taċ-ċens minn Lm600,000 fis-sena għal Lm1,050,000 fis-sena, jiġifieri kważi d-doppju ta' dak li kien hemm, liema somma kellha titla' għal Lm1,200,000 fis-sena 2051.", "Din fl-opinjoni tiegħi hija waħda mill-aktar affarijiet importanti li kienet saret.", "L-oħra kienet li l-valur tal-premium li kellu jħallas il- consortium lill-gvern minn Lm28 miljun tela' għal Lm40 miljun.", "Anke hawnhekk wieħed jara li gvern Laburista dakinhar ġab deal aħjar min-naħa tal-consortium.", "It-tielet ħaġa li kienet ġiet innegozjata kienu żewġ aspetti tal-vacant possession, fejn ridna li jitneħħew dawk l-azjendi li kienu qed joperaw fuq is-sit in kwestjoni.", "Waħda kienet il-Medserv, li konna għamilna l-arranġamenti biex din tiġi allokata fil-freeport; u l-oħra kienet il-Manoel Island yacht repair yard u f'dan il-każ il-consortium aċċetta li dawn jiġu integrati fil-proġett innifsu.", "Mr Speaker, ovvjament apparti diversi aspetti oħra, li forsi jitkellem aktar fid-dettal dwarhom il-kollega tiegħi l-Onor.", "Mangion, dawn kienu t- tliet aspetti l-aktar importanti li twettqu matul dak iż-żmien.", "Barra minn hekk il-gvern laburista kien laqa' t-talba tal-consortium biex is-sit jingħata fuq titolu perpetwu ħlief ovvjament għall-fdalijiet u bini storiku - li ma jistax jingħata b'dan il-mod - u l-ispazji pubbliċi li kellhom jerġgħu lura għand il-gvern hekk kif dawn jitlestew.", "Din kienet il-ħidma li kien wettaq il-gvern Laburista fi 22 xahar.", "Ovvjament minn dakinhar 'l hawn baqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet u waħda mill-affarijiet importanti li konna tlabna u li saret matul dawk it-22 xahar kienet li ningħataw xi tip ta' evidenza li l-consortium kellu l-finanzi neċessarji sabiex jara li dan il-proġett jista' jimxi 'l quddiem b'mod sostnut.", "Effettivament meta għamilna din it-talba sibna li fil-consortium kien hemm żewġ promoturi li ma kenux jistgħu jagħtu din it-tip ta' prova, u għalhekk inħarġu 'l barra mill-consortium u ġew replaced b'żewġ membri ġodda li min- naħa tagħhom taw evidenza li kellhom fondi biżżejjed sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostnut ta' dan il-proġett.", "Mr. Speaker, dakinhar konna qed nitkellmu fuq proġett li kellu jieħu medda ta' bejn tmienja u għaxar snin.", "Sadattant inbidel il-gvern u gvern Nazzjonalista, tramite l-Ministru Francis Zammit Dimech, kompla jinnegozja fuq dak li sab li kien ġie negozjat mal-consortium minn gvern Laburista preċedenti u b'hekk illum għandna l-kuntratt li għandna quddiemna.", "Mr. Speaker, l-iktar punt li jħobbu jsemmu n-naħa tal-gvern huwa li huma rnexxielhom jinnegozjaw li titneħħa l-klawsola li permess tagħha l- consortium kien se jingħata t-titolu fuq ċens perpetwu għal 99 sena.", "Meta wieħed jifli eżattament it-termini tal-kuntratt isib li huwa veru li t- terminu perpetwu tneħħa u floku ġiet għal 99 sena, imma mbagħad iddaħħlet klawsola li permezz tagħha d-99 sena jistgħu jiġu maqluba f'ċens perpetwu fil-każ ta' units residenzjali.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, ippermettili ninterrompik għax skada l-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra kollha.", "Meta wieħed jiftakar li l-proġett illum kollu kemm hu huwa bbażat fuq units residenzjali, wieħed allura jifhem li din il-faċilita' ngħatat kważi għall- proġett kollu ħlief għal dak l-ispazju li se jintuża b'mod kummerċjali.", "Meta imbagħad aktar u aktar wieħed jara l-mod kif inqaleb minn 99 sena ċens għal wieħed perpetwu, wieħed jifhem li anke hawnhekk il-gvern, fl- opinjoni tagħna, ħa a very bad deal għax kulma hemm biex wieħed jaqleb minn titolu ta' 99 sena għal wieħed perpetwu huwa biss li jħallas l- awdemju, jiġifieri jħallas sena ċens.", "U aħna għedna: Dan hu il-fuss kollu li kien qiegħed jagħmel il-gvern Nazzjonalista meta kien qed jgħid li ta ċens għal 99 sena u mhux ċens perpetwu?", "Anke kieku stess il-gvern emmen f'dak li kien qiegħed jgħid li aħna konna se nagħtu l-proprjeta' b'ċens limitat ta' 99 sena u mhux perpetwu, u anke kieku stess il-consortium insista li jaqlibha perpetwu, aħna konna nirraġunaw li l-gvern għandu jitlob xi tip ta' kumpens ħafna aktar minn sena ċens.", "Sur President, jien irrid infakkar li mbagħad meta jinqaleb perpetwu wieħed jista' jifdiha by outright purchase.", "Ħafna drabi biex nies li jkunu joqogħdu fi djar tal-Knisja jaqilbu ċens ta' ftit ċenteżmi għal ċens perpetwu jew inkella by outright purchase, jintalbu eluf kbar ta' liri u din il-ħaġa turi kemm dan tal-gvern ha a bad deal.", "Jien kelli klijenti li talbuhom Lm6,000 jew Lm10,000 biex ċens temporanju ta' xi 10c fis-sena jaqilbuh perpetwu.", "Meta jara dan, wieħed jifhem kemm aħna bħala pajjiż qegħdin nieħdu bad deal b'dan it-tip ta' arranġament li għamel il-gvern.", "U meta tkellimna fil-kumitat tal-Kamra aħna għamilniha ċara li ma naqblux ma' dak il-mekkaniżmu.", "Ovvjament ma konniex se nagħmluh a breaking point tal- kuntratt imma rridu nirreġistraw in-nuqqas ta' qbil għall-mod kif sar id- deal min-naħa tal-gvern mal-consortium biex ingħata din il-faċilita'.", "Wieħed imbagħad irid iqis ħaġ'oħra.", "Meta wieħed jiġi biex jara l-ammont ta' ground rent li ġie miftiehem minn gvern Nazzjonalista mal-consortium, wieħed isib li l-consortium argumenta - u jien fuq din ma rrid bl-ebda mod nifitehem li qed nikkritika l-consortium għax jieħu ħsieb l-interessi tiegħu - li jrid trid jitnaqqas l-ammont ta' ċens ġaladarba ċ-ċens mhux se jingħatalu perpetwu imma għal 99 sena.", "Effettivament l-ammont ta' ċens tnaqqas minn Lm1,050,000 għal Lm840,000, jiġifieri kważi Lm200,000 fis-sena inqas.", "Dan ġara minħabba t-tip ta' mekkaniżmu li daħħal il-gvern, li huwa mekkaniżmu li bħala pajjiż lanqas jirrendilna.", "Ta' min ngħid ukoll li taħt il-ftehim li kien sar min gvern laburista permezz ta' l-Onor.", "Charles Mangion, il-pajjiż kien se jdaħħal Lm1,200,000 fis-sena 2051 u issa se ndaħħlu biss Lm960,000.", "Hawnhekk wieħed jifhem li l-consortium argumenta mal-gvern li għax issa mhux se jingħata ċ-ċans li jkollu ċens perpetwu allura hemm bżonn li jitbaxxa l- ground rent.", "L-ammont taċ-ċens tbaxxa u tbaxxa b'mod mill-aktar drastiku b'Lm200,000 fis-sena, meta fl-istess ħin il-consortium ingħata l-fakulta' biex biex dan iċ-ċens jaqilbu minn 99 sena għal wieħed perpetwu.", "Meta tqabbel dawn it-tnejn flimkien li d-deal li ngħata mill-gvern f'dan il-każ m'huwa deal tajjeb xejn.", "Aħna jidhrilna li huwa deal li effettivament se jtellef il-flus lill-kaxxa ta' Malta.", "Dan qed jiġri fi żmien meta qed nagħmlu enfasi dwar il-bżonn li nżidu d-dħul fil-kaxxa ta' Malta imma hawnhekk mid-dehra din il-ħaġa m'għamilnihiex.", "Apparti mill-ground rent u t-terminu taċ-ċens, kien hemm ukoll il- parametru tal-premium li kien se jitħallas il-gvern.", "Il-kollega tiegħi kien innegozja premium ta' Lm40 miljun li kellu jitħallas mill-consortium lill-gvern.", "Huwa veru li din inżammet minn dan il-gvern imma minkejja l- ħafna ftaħir tal-Ministru Zammit Dimech dwar kemm se jirrendilna dan il- proġett, ma' l-iffirmar tal-ftehim il-pajjiż se jieħu biss Lm200,000 minn dawn l-Lm40 miljun.", "Min-naħa l-oħra meta l-gvern jiffirma dan il-kuntratt joħroġ mill-ewwel somma sostanzjali b'madwar Lm11 miljun biex iwettaq l- obbligi li daħal għalihom bħar-reallocation u l-expropriations u ħalli tinbena l-link road li hija importanti wkoll.", "Mela d-deal hawnhekk huwa li naqqasna ċ-ċens, se ndaħħlu premium żgħir u se noħorġu premium ħafna akbar.", "Issa huwa veru li fil-long run il-gvern se jdaħħal dak il-premium imma fix-short term għallinqas ma jidhirlix li l-gvern mar tajjeb.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Zammit Dimech - għallinqas kif kien irrapportat fil- gazzetti llum - għandu ħabta jfajjar ċifri bla ma jispjegahom.", "Per eżempju, f'\"in-nazzjon\" tal-lum irrapportaw li l-ministru qal li dan il-proġett se jiġġenera 2,730 impjieg.", "Jiena fittixt fid-dokumenti kollha li għandi quddiemi, inkluż dawk li pproduċew il-MIDI, u l-ikbar ċifra ta' nies li huma semmew li se jkunu impjegati hija ta' 1,200.", "Jiena ma nafx kif ġiet din iċ-ċifra ta' 2730.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx kif ċerti ċifri jagħmluhom!", "Jiena napprezza l-ottimiżmu li għandu l-ministru pero' naħseb li rridu nkunu ftit realistiċi wkoll fid-diskors li ngħidu.", "Jekk aħna nafu li l-consortium stess qed jgħid li meta dan il-proġett se jimpjega 1,200 ruħ m'għandniex ngħidu li se nimpjegaw 2,730 ruħ!", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem kif dawn l-affarijiet jingħadu.", "Meta jsir hekk inkunu qegħdin nimmislidjaw il-Kamra.", "Effettivament f'dan il-kuntratt li għandna quddiemna kien hemm affarijiet oħra li aħna ma qbilniex fuqhom u jkun tajjeb jekk wieħed isemmihom, u fost dawn l-affarijiet hemm il-kwestjoni tal-casino.", "Huwa veru li anke fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kienet saret talba mill-konsorzju biex jingħata faċilita' li tinħariġlu liċenzja biex ikun jista' jagħmel casino fuq Manoel Island, iżda din it-talba aħna dejjem irreżistejniha għaliex dehrilna li ma kienx il-waqt li tinħareġ liċenzja oħra.", "Aħna għedna li dan il-pajjiż għandu jkollu policy waħda fuq casinos għax diġa' hemm żewġ liċenzji f'Malta, waħda tad-Dragonara u l-oħra għall- casino li hemm fin-New Dolmen Hotel.", "Forsi hemm ukoll il-possibbilta' li tinħareġ liċenzja oħra ġewwa Għawdex.", "Fil-fatt konna ħriġna stqarrija fuq dan.", "Minn dakinhar 'l hawn qbadna u ħriġna liċenzja b'pagament wieħed ta' Lm100 lil casino tal-Kottonera u issa għandna casino ieħor bħala parti minn Manoel Island li se noħorġulu liċenzja wkoll bi ħlas nominali ta' Lm100.", "Jiġifieri dan iż-żmien liċenzja ta' casino tinxtara b'Lm100!", "Din assolutament ma naqblux magħha u żgur li m'hijiex ħaġa li nħossu li għandha ssir.", "Parametru ieħor li aħna ma qbilniex miegħu kif inhu mniżżel f'dan il- kuntratt huwa dwar kif ħarġu phased ix-xogħlijiet.", "Il-bieraħ għamilt riferenza wkoll fuq dan.", "Meta tkellem il-Ministru Zammit Dimech u anke meta tkellimna aħna meta konna fil-gvern dejjem tkellimna fuq proġett li kellu jieħu medda ta' bejn tmiena u għaxar snin.", "Issa fil-kuntratt qed insibu li dan jista' jieħu sa massimu ta' 23 sena.", "Imkien fid-dinja ma ssib proġetti li jieħdu 23 sena, Mr Speaker!", "Meta ngħidu dawn l-affarijiet inkunu qed nidħku bina nfusna, qed nidħku bin-nies u qed inġiegħlu lin-nies jidħku bina.", "Lanqas The Great Man-Made River tal-Libja ma ħadet 23 sena biex saret!", "Normalment inti tippjana għal massimu ta' għaxar snin, għal tul ta' ġenerazzjoni, għax lanqas trid tikkommetti lill-ġenerazzjoni ta' warajk bid-deċiżjonijiet tiegħek.", "Jekk tagħmel hekk dan żgur li ma jkunx żvilupp sostennibbli.", "Dan ifisser żewġ affarijiet, ċioe' li l-promoturi m'għandhomx fiduċja fil- proġett tagħhom - u allura qed jitolbu ż-żmien ħalli jkunu ċerti li jkunu jistgħu ikomplu dan il-proġett permezz tal-bejgħ li hemm - u jfisser ukoll li dawk il-komunitajiet kollha li jmissu mal-proġett for the next 23 years se jkunu affettwati mix-xogħlijiet li se jsiru kemm fuq Manoel Island u kemm fuq Tigne'.", "Jien jidhirli li dan m'huwiex sewwa.", "Jekk hemm xi ħaġa li jien inħoss li żgur m'hijiex sewwa f'dan il-proġett huwa l-phasing tax- xogħlijiet.", "Aħna qatt m'għandna nagħtu ċans li xi ħadd jagħmel proġett fuq medda tant twila ta' snin.", "B'dan il-mod qegħdin nikkommettu 'l- ġenerazzjonijiet ta' warajna b'dan il-proġett u mhux fair li aħna nagħmlu dan.", "Apparti minn hekk anke l-liġijiet tal-pajjiż se jkunu tbiddlu sa dakinhar.", "Aħna per eżempju nafu - u dan jafu anke l-Ministru Tonio Borg, li huwa inkarigat mill-planning authority - li l-istructure plan suppost li jkun rivedut kull għaxar snin massimu.", "Il-leġislazzjoni ta' l-ippjanar suppost se nirreveduha - anzi missna diġa' irrevedejnieha u nittama li nirreveduha ma ndumux - u allura proġett simili ma' jistax jiddependi fuq dawn it-tip ta' liġijiet ta' l-iżvilupp meta dawn jistgħu jinbidlu.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi kwestjoni għax fil-passat saret ħafna kritika fuq il-proġett tal-Kottonera meta kien tressaq mill- amministrazzjoni Laburista.", "Waħda mill-affarijiet li laqtitni f'dan il- kuntratt hi li l-gvern se jieħu lura l-areas pubbliċi mingħand il- consortium biex jieħu ħsiebhom hu, pero' qiegħed jintrabat mal-consortium li mhu se jagħti dritt lil ħadd ħlief lill-consortium jew lis-sussidjarji tiegħu sabiex ipoġġu mwejjed fejn ibiegħu l-ġelati, il-karawett, ir-ruġġata jew l-imqaret.", "Il-membri tal-consortium biss kemm fuq Manoel Island kollha u kemm fuq Tigne' Point kollu jkollhom dritt li jbiegħu dawn l-affarijiet.", "Din qegħda miktuba bħala waħda mill-klawsoli ta' dan il-kuntratt u nixtieq li l-ministru jikkummenta fuqha.", "Qed ngħid dan għax meta huma kienu fl- oppożizzjoni u konna qegħdin niddiskutu l-proġett tal-Kottonera, l-istess ministru tgħidx kemm fetaħ idejh u qal li huwa skandlu li ħadd ma jista' jixtri u jbigħ il-karawett f'Sant Anġlu.", "Issa hawn għandna klawsola 12(3) li tgħid hekk:", "\"It is further agreed between the parties that no similar rights shall be granted by the government to other persons in respect of the public areas\".", "Issa jien m'iniex qed nargumenta li naqbel jew li ma naqbilx ma dan, imma qed nuri l-ipokrezija tan-naħa l-oħra meta qed użat l-istess tip ta' kondizzjoni li uża l-gvern Laburista preċedenti fuq il-proġett tal- Kottonera.", "Mr Speaker, il-breaking point ta' dan il-kuntratt kif narawha aħna hija l- kwestjoni tal-ħlas tal-boll.", "Dan il-kuntratt, bħall-kuntratti kollha li ressaq il-gvern Nazzjonalista f'din il-Kamra permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari, qed jerġa' jeżenta mill-ħlas tat-taxxa tal-boll taxxa li tammonta għal aktar minn Lm3 miljun.", "Din aħna din ma nifhmuhiex għax illum il-ministru tal-finanzi qed jinsisti - u korrettement - li kulħadd huwa dovut u tenut li jħallas it-taxxi.", "Meta persuna tmur biex tixtri dar anke mingħand il-housing authority trid tħallas it-taxxa tal-boll lill-gvern, imbagħad niġu hawn u lil dawn l-irjus il-kbar niffrankawlhom Lm3 miljun taxxa tal-boll.", "Hawnhekk qed ngħidu li lil dawn l-imsieken għandna ngħinuhom ftit billi nagħtuhom rigal ta' Lm3 miljun u niffrankawlhom it- taxxa.", "Hekk qegħdin nagħmlu, u dan huwa messaġġ politiku mill-aktar skorrett fiċ-ċirkostanzi li jinsab fih pajjiżna llum.", "Skorrett għall-aħħar għax qegħdin ngħidu lin-nies: Isma', jekk inti b'saħħtek tista' tagħmel kollox, anke tista' tinħafirlek it-taxxa iżda jekk inti żgħir trid tħallas it-taxxa sa l-inqas 1c.", "Sewwa, għax dan il-consortium hu magħmul min-nies kbar f'dan il-pajjiż u allura għandu set ta' regoli għalih!", "Aħna ma naqblu xejn ma' din il-ħaġa, speċjalment fiċ-ċirkostanzi tal-pajjiż illum meta l-ministru tal-finanzi qed jinsisti fuq il-ġbir tat-taxxa.", "Aħna nifhmu li l-ħlas ta' taxxa ta' Lm3 miljun kif issir il-firma tal- kuntratt jista' jpoġġi burden finanzjarju kbir fuq il-consortium, imma aħna konna lesti li nitkellmu magħhom li t-taxxa jħallsuha fuq medda ta' snin biex ma tgħabbihomx b'piż finanzjarju ieħor.", "Din nifhmuha, imma lanqas din ma ried jagħmel il-gvern preżenti.", "Meta konna qed nitkellmu fil-kumitat tal- Kamra aħna għedna dan kollu imma l-gvern ma riedx jisma'.", "Fil-fatt meta ressaqna l-kuntratt erġajna sibna l-klawsola li permezz tagħha l-gvern qed jgħid li se jaħfer it-taxxa tal-boll lill-konsorzju.", "Minħabba dan aħna ħassejna l-bżonn li nressqu emenda ħalli din l-eżenzjoni mill-ħlas tat- taxxa tal-boll titneħħa u minflok nagħtu ċans li tinġabar fuq medda ta' snin.", "Mr Speaker, punt żgħir li xtaqt insemmi wkoll huwa xi ħaġa li gvern Nazzjonalista għamel riċentement, fejn ċerti areas qed isejħilhom special designated areas.", "F'dawn l-areas partikolari qed jagħti lok lill-barranin mhux biss li jixtru l-proprjeta' imma li jagħtihom eżenzjoni mir-regoli li normalment jirregolaw il-mod kif jistgħu jittrattaw 'il-barranin vis-a-vis il-proprjeta' li jkollhom hawn Malta bħal meta jixtru iktar minn proprjeta' waħda u din jistgħu anke jikruha.", "Issa mhux se nidħol fil-mertu ta' l- argument jekk għandniex nagħtu dan it-tip ta' faċilitajiet lill-barranin, imma l-argument li rrid nagħmel jien huwa dan.", "Tista' tgħid li fil-każ ta' Portomaso u fil-każijiet kollha fejn tara din it-tip ta' faċilita' hija fuq proġetti li saru fuq art tal-gvern.", "Mela aħna ħafna drabi nagħtu l-art at good rates lill-privat biex ikun jista' jiżviluppaha, nagħtuhom eżenzjoni mit-taxxa tal-boll, niftiehmu magħhom biex nagħmlu ċertu xogħol infrastrutturali, imbagħad nagħtuhom ukoll dritt li - mhux bħal bqija ta' Malta - noħolqulhom enclave hemmhekk fejn ma japplikawx il-liġijiet tal- pajjiż vis-a-vis il-proprjeta' li tinxtara mill-barranin.", "Issa jien nerġa' ngħid li m'inix qed nargumenta kontra t-tip ta' regolamentazzjoni, imma li tagħtiha lil dawn it-tipi ta' nies biss jien ma naqbilx magħha.", "Jew se tagħtiha lil kulħadd jew ma tagħtiha lil ħadd!", "Ma rridux noqogħdu nillimitaw għal hawn u għal hemm.", "Għandu jkun hemm limitazzjonijiet imma mhux dawn it-tip ta' limitazzjonijiet.", "Jiena ngħid li b'dan il-mod aħna qegħdin niddiskriminaw ma' nies li għandhom proprjeta' tagħhom li ma ħaduhiex mingħand il-gvern imma żviluppawha huma at their own cost.", "Imbagħad lil dawn nagħtuhom l-istess vantaġġ li qed nagħtu lil dawk li qegħdin jiżviluppaw b'dan il-mod din it-tip ta' proprjeta'.", "Jiena nħoss li wieħed għandu jerġa' jaħseb sew dwar din il-ħaġa.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa li meta inti qed titkellem fuq dan it-tip ta' proġett u trid tara jekk huwiex proġett tajjeb jew le, inti ovvjament trid tiżnu u tistaqsi ċerti mistoqsijiet.", "Jekk jiżdied dan il-proġett x'se jiggwadanja l- gvern?", "X'se jiggwadanja l-pajjiż?", "X'se jieħdu l-consortium?", "Meta tara dawn l-affarijiet kollha x'inkonvenjent se jinħoloq?", "Mr. Speaker, parametru li żgur wieħed irid jara hi l-inkonvenjent li se jinħoloq lin-nies li se jkunu affettwati direttament minn dan il-proġett.", "Tkellimt dwar dan il-bieraħ, u ntenni fuq fuq illum li se jkun hemm inkonvenjenti kbar.", "Dawn l-inkonvenjenti ġejjin anke mill-fatt li l-gvern qiegħed jinnegozja kuntratt twil wisq mal-consortium.", "Barra minn hekk għandek inkonvenjenti u diffikultajiet kbar oħra li se jinħolqu lill- għaqdiet sportivi li qed jipprattikaw f'Tigne' u inkonvenjenti li se jinħolqu wkoll lil dawk in-nies li għandhom id-dgħajjes tagħhom marbutin mal-moll fejn hemm il-Medserv.", "Dawn se jinqalgħu minn hemmhekk u ħadd ma jaf fejn se jmorru.", "Se jinħoloq ukoll inkonvenjent lin-nies tal-Gżira u ta' l-Imsida permezz tal-link road li se ssir.", "Veru li l-link road mhijiex parti mill-proġett imma se taffetwahom u se ssir ukoll minħabba l-proġett.", "Il-bieraħ, inċidentalment għaddejt kumment lill-ministru li donnu ma qabilx miegħu.", "Jiena għedt li l-consortium korrettament irid joħloq sistema fejn it-toroq tiegħu se jgħaddihom minn taħt l-art u aħna bħala gvern se nippruvaw inkissru l-komunitajiet tan-nies stabiliti fil-Gżira u fl-Imsida billi ngħaddulhom a fast track road minn ġo nofshom u naqsmulhom il- komunita' tagħhom fi tnejn.", "Faċilment il-gvern seta' ħa l-idea tal- consortium u din il-link road - għallinqas parti minnha - jgħaddiha minn taħt l-art minn fejn it-tankijiet tal-gass safejn id-dħul ta' Manoel Island.", "Il-ministru qal li din ma tistax issir għax hemm il-baħar.", "Jiddispjaċini ngħid li din tista' ssir.", "Nassigurak li teknikament huwa possibbli li ssir u ma tqumx ħafna flus.", "Forsi l-ministru jistaqsini: Inti ma kontx ministru, allura għaliex ma ssuġġerejthiex din?", "Jista' jkun li għandu raġun imma nassigurah li meta konna aħna fil-gvern konna għadna ma waslaniex f'disinn finali ta' dik it-triq.", "Konna għadna ma ddeċidejniex x'impatt se jkollha.", "Din it-triq se jkollha impatt fuq ir-residenzi, fuq il-ħwienet u l-kummerċ ta' dik l-area u jiena nissuġġerixxi li l-Ministru jerġa' jaħsibha.", "Hemm alternattivi oħra li mhux se jqumu aktar flus milli se tqum dik il-link road kif inhi proposta llum.", "Dawn huma alternattivi li permezz tagħhom wieħed jiffranka ħafna inkonvenjent lin-nies.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li aħna bħala Partit Laburista naqblu ma' dak il-proġett u mal-mod kif se jiġi żviluppat anke jekk jien personalment għandi xi riżervi fuq dak il-famuż bini ta' 23 sular li hemm propost fil-ponta ta' Tigne'.", "Illum il-ġurnata nafu l-impatt li kellu t-torri li sar fl-area tal-Hilton.", "Nafu kemm hu ikrah, bir-rispett kollu lejn min iddisinjah.", "Jiena ma naqbilx li jkollok bini ta' żewġ sulari, tlieta jew erba' imbagħad f'daqqa waħda tara mostru ta' 23 sular tiela' minn ġo nofsu.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ma jagħmilx sens.", "Biex ikomplu jkerrhu l-ambjent dan it-torri żebgħuh b'kulur li jidher minn kullimkien.", "Forsi riedu jagħmlu hekk biex in-nies jarawh imma żgur li l-esperjenza li għandna llum ta' torrijiet f'pajjiżna m'hijiex waħda feliċi.", "Mhux qed ngħid li minħabba t-torri issa inħoloq inkonvenjent lin-nies, imma qed nitkellem dwar il-mod estetiku.", "Nittama li meta tiġi biex tapprova il-full application għal dan it-torri l-awtorita' ta' l-ippjanar tagħti ħafna iktar kas milli tat id-darba li għaddiet.", "Għandna esperjenza xejn feliċi ta' kif jidher torri ġo pajjiżna u nittama li din id-darba wieħed iħares lejh b'mod differenti u għallinqas jekk għandu jsir torri, dan għandu jkun iddisinjat b'mod estetikament ħafna aħjar min dak li għandna ġewwa l-Hilton.", "Apparti minn dan, bħala proġett aħna naqblu miegħu u se nivvotaw favur tiegħu.", "Huwa veru li ma naqblux ma' ċerti kondizzjonijiet u ħassejna wkoll il-bżonn li nressqu emenda għalihom imma bħall-ministru jiena nittama li dan il-proġett ma jiħux 23 sena biex isir, nittama li jsir kemm jista' jkun malajr għax huwa tajjeb għal pajjiżna.", "M'għandniex noqogħdu niddependu fuq proġetti kbar infrastrutturali biex l-ekonomija tagħna mmexxuha 'l quddiem imma nafu li dan huwa metodu li forsi jista' jaħdem.", "L- ekonomija tal-pajjiż nafu kif inhi llum, hija mkissra u ġġamjata u forsi b'dan il-proġett il-gvern qiegħed jaħseb li jista' jmexxiha daqsxejn 'il quddiem.", "Sur President, jiena nagħlaq billi ngħid li minkejja li l-proġett huwa tajjeb u minkejja li m'għandna xejn personali kontra l-promoturi tiegħu - anzi għandna fiduċja fihom - b'danakollu nħossu li l-kondizzjonijiet li ġew negozjati setgħu ġew imtejba u għal daqshekk ressaqna emenda biex dan nagħmluh.", "Filwaqt li m'aħniex kuntenti bil-kondizzjonijiet, aħna naqblu mal- proġett u għaldaqstant nista' ngħid li se nivvotaw favuru.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki? il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, dan huwa proġett tajjeb għax meta tkun xi ħaġa tajba kulħadd jipprova jfittex li jieħu l-paternita' tagħha.", "Qegħdin ninnotaw li sa fl-aħħar il-gvern qed jippreżenta l-kondizzjonijiet li nnegozja wara li l-proġett mar quddiem kumitat tal-Kamra li għadna kif waqqafna b'liġi sabiex issir diskussjoni dwaru u issa jinsab quddiem dan il- parlament.", "Żgur li dan il-proġett m'huwiex biss il-frott ta' dan il-gvern u mhux veru dak li qal l-Onor.", "Buhagiar li f'xi mument il-ministru li qed jipproponi r-riżoluzzjoni qal li dan għamilnieh aħna mill-bidu sa l-aħħar; mhu veru xejn.", "Ħaddieħor kien jagħmel hekk għax meta telgħu fil-gvern kienu qalu li ma sabu xejn fuq Manoel Island!", "Il-verita' hi li l-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil kulmin ta sehem fin-negozjati, mhux biss taħt dan il-gvern imma anke taħt il-gvern preċedenti.", "(Interruzzjonijiet) Nieħu gost ħafna kieku fl-aħħar ta' din ir-riżoluzzjoni jkun hemm vot unanimu tal-Kamra favur il-proġett li issa ilna nitkellmu dwaru ma nafx kemm.", "Darba Craxi qal li meta hu kien għadu jilbes ix-shorts Andreotti kien diġa' fil-politika; u fuq dan il-proġett nista' ngħid: Meta jien u l- Ministru Zammit Dimech konna nilbsu x-shorts konna diġa' nisimgħu li xi darba se jiżviluppaw Manoel Island!", "Dejjem se niżviluppawh u dejjem nisimgħu b'xi proġett ġdid, b'nies prominenti minn barra imdaħħlin, inkluż il-Prinċep ta' Savoia.", "Niftakar li qabel l-elezzjoni ta' l-1976 kienu qalulna li xi avukat Malti, ex-ambaxxatur, u l-Prinċep ta' Savoia kienu se jidħlu għal dan il-proġett.", "Issa x'kienu l-kondizzjonijiet ma nafx imma nimmaġina li kienu xi ħaġa aħjar minn falkun!", "Naħseb li nistgħu liberament ngħidu li dan il-proġett qisu dik l-irħama ta' David ta' Michelangelo, kulħadd jistenna li xi ħadd jiżviluppaha, kulħadd joħroġ bi pjani, kulħadd joħroġ bi pjanti u b'mapep u qatt ma jsir xejn.", "Nistgħu faċilment ngħidu li twalet wisq din il-biċċa xogħol imma dan ma jfissirx li għax twalet wisq naqbdu u nabbandunaw din l-art fuq sit hekk importanti.", "Irrid ngħid ukoll li wieħed irid jagħti wkoll ċerti inċentivi biex artijiet mitluqin jiġu żviluppati.", "Peress li l-gvern m'għandux ir-riżorsi li jieħu ħsieb dawn il- proġetti barra li jagħmel affarijiet oħra għall-ġid tan-nazzjon, jekk ma jingħatawx dawn l-inċentivi nispiċċaw bħal dik l-irħama ta' David ta' Michelangelo, kulħadd iħares lejha u qatt ma tiġi żviluppata!", "Sur President, jekk immorru Manoel Island illum xi nsibu?", "Insibu gżira żgħira b'forti qed jaqa' biċċiet u li minnu nsterqu ħafna affarijiet.", "Barra minn hekk sar ħafna vandaliżmu fuq dan il-forti u apparti li qatt ħadd ma ta kasu, minħabba li huwa viċin il-baħar dan qiegħed isofri danni kbar.", "Mhux biss sofra danni imma qiegħed isofri danni.", "Kieku sofra danni u ma baqax isofri konna ngħidu li xi darba nistgħu nsewwuh imma dan kull sena li tgħaddi dejjem qiegħed jiddeterjora.", "Dan japplika mhux biss għall-forti imma wkoll għall-Lazzaretto, li għandu valur storiku fih innifsu u għan- nies li għaddew minnu.", "Mela hemmhekk għandna parti storika li qed taqa' biċċiet u biex inkomplu nikkomplikaw l-affarijiet għandna taħlita sħiħa ta' użu f'Manoel Island innifsu - għax min għandu fabbrika tal-ħġieġ, min għandu depot tal-minerali u ta' l-inbejjed, għandek yacht club, għandek boatyard, kien hemm ukoll il-Medserv l-antik, hemm xi small industries oħra, hemm ground tal-football u hemm ukoll il-papri - u ma nafx kif l- Onor. Buhagiar ġie jgħidilna li ma nstabx post għall-frejgatini.", "Jien informat li mhux veru li ma nstabilhomx post għax għalkemm temporanjament għandhom problema, malli kollox ikun lest se jkun hemm post li jistgħu japplikaw għalih bid-dritt tal-first refusal.", "L-Onor.", "Buhagiar ma semmihomx il-papri iżda l-Ministru Zammit Dimech qed jinformani li anke għall-papri se jsibu post!", "Issa dan qed ngħidu għax irridu nifhmu li meta niġu għall-proġetti kbar irridu noqogħdu attenti għax ma jistax ikun li nagħmlu proġett li bih nikkuntentaw lil kulħadd.", "Wara kollox bis-saħħa tal-liġijiet li għandna, kieku ried il-gvern seta' jibgħat lil kulħadd 'il barra u ma jagħti kumpens jew alternative accommodation lil ħadd.", "Il-gvern m'għandu ebda obbligu legali jagħmel dan pero' deherlu li ġaladarba amministrazzjonijiet differenti taw id-dritt li jintużaw partijiet minn Manoel Island - dawk li ġenwinament qegħdin hemmhekk u veru qed jagħmlu attivita' industrijali bil- permess li kien tahom il-gvern - huwa xieraq li minkejja li m'hemmx obbligi legali dawn jinstabilhom post alternattiv.", "Ħafna minnhom dawn qegħdin hemm bi dritt ta' allokazzjoni jew b'kera u mhux bi drittijiet oħra u minkejja li għandu dritt li jitterminalhom it-titolu, il-gvern xorta waħda se jipprova jsibilhom post. Nista' ngħid li d-dipartiment ta' l-artijiet ipparteċipa bis-sħiħ kif se nagħmlu biex nies li qegħdin hemmhekk nagħtuhom post x'imkien ieħor, jew fil-proġett innifsu jew barra minnu.", "Nerġa' ngħid li ma kellna ebda obbligu legali li dan nagħmluh imma l-gvern jidhirlu li għallinqas għandu obbligu morali li każi ġenwini jieħu ħsiebhom u jsolvihom.", "(Interruzzjonijiet) Veru li l-proġett iġib x'inkonvenjenza sakemm isir imma jġib ċertu ġid ukoll.", "L-Onor.", "Buhagiar qed jgħid li se ssir triq li se taqsam il-komunita' fi tnejn.", "Qed jgħid ukoll li hemm alternattiva oħra, ħafna iktar għalja, li biha ngħaddu min taħt l-art u affarijiet oħra minn dawn.", "Dan kollu veru u kollox jista' jsir, anke l-bridge bejn Malta u Għawdex, imma b'danakollu dan qatt ma sar għaliex ir-raġunijiet finanzjarji jitkellmu iktar illum milli kieku kienu jitkellmu 30 sena ilu.", "Jekk dan iġib xi inkonvenjenza sakemm dan il-proġett qiegħed isir, ejja ngħidu wkoll li proġett bħal dan ma jaffettwax pożittivament biss l-area ta' Manoel Island u ta' Tigne' imma anke l-area tal-madwar.", "L-esperjenza wriet li jekk jiftaħ supermarket jew shopping arcade, kif ġara f'ċerti postijet f'Malta, areas ħdejhom li qabel kienu depressed jew inkella li fis-suq ma kenux iġibu ċertu valur, awtomatikament il-valur tagħhom jogħla.", "Hekk ġara meta twaqqa' l-ħajt tat- torpedo depot - issa dan kien proġett żgħir - mill-gvern Laburista qabel l- elezzjoni ta' l-1987 u l-gvern Nazzjonalista kien ikkonvertih fi ġnien.", "Dik l-area li qabel kienet kerha illum saret area sabiħa, aħseb u ara x'jiġri ladarba jitlesta proġett bħal dan!", "Jiġifieri apparti l-impjiegi, hawnhekk irridu nsemmu l-ġid li se joħroġ minn dan il-proġett.", "U la qed insemmi l-impjiegi rrid ngħid li ġaladarba l-proġett tal-Kottonera kien se jħaddem 500 ruħ, jiena nimmaġina li dan se jimpjega ħafna iktar għax jekk se jkun hemm residential units, se jkun hemm commercial outlets u se jkun hemm il-lukandi u bilfors li meta wieħed jagħmel one plus one jasal għal ċerti ċifri dwar l-impjiegi.", "Imma mhux dan biss għax l-effett tiegħu se jkun li anke l-area tal-madwar se tibbenefika b'effett bħala spin-off ta' dan il-proġett.", "L-istess jekk naraw l-area ta' Tigne' kif inhi llum.", "Din l-area hija prime site li fuqha kienet ittieħdet deċiżjoni - issa jekk kenitx tajba jew ħażina ħaġa oħra - u kienet ġiet allokata parti għall-Holiday Inn u parti oħra għas-social housing - u sewwa għamel il- gvern ta' dak iż-żmien - pero' jkun tajjeb li wieħed jiddistingwi bejn areas partikolari u oħrajn turistiċi biex il-gvern jieħu return kemm jista' jkun ogħla mill-proprjeta' tiegħu.", "Issa l-persuni kollha li ġew evakwati minn hemmhekk kollha ħadu kumpens xieraq li ħafna minnhom aċċettawh.", "Dawn tħallsu xi Lm15,000-il wieħed ta' l-inkwilinat.", "Issa dawn ma kenux proprjetarji tal-post, jiġifieri l-Lm15,000 ħaduhom talli ċedew id-dritt ta' l-inkwilinat tagħhom, u sewwa għamel il-gvern.", "Allura llum għandek Manoel Island u Tigne' b'dan it-taħlit ta' social housing, imbagħad għandek parti kbira mill-area hija użata għal skopijiet sportivi, kemm mill- assoċċjazzjoni sportiva Tigne' - ma nafx għalfejn tissejjah hekk! - u parti oħra mill-club tal-football ta' Tas-Sliema, u naf li se jittieħdu wkoll miżuri sabiex wieħed itaffi l-effett ta' dan il-proġett fuq dawn il- partijiet sportivi.", "Sur President, l-Onor.", "Buhagiar qal ukoll: Issa rridu naraw il-planning authority jekk hijiex se tagħti permess għat-torri ta' Tigne'.", "Dan il- kuntratt ma jorbot il-planning authority bl-ebda mod ħlief li għall-ewwel darba - u naħseb li din hija l-ewwel darba - qed tiġi ppreżentata riżoluzzjoni parlamentari fuq proġett ta' dan it-tip bl-outline development permit dwar il-proġett maħruġ diġa'.", "Lanqas fuq il-każ tal-Kottonera ma kien ġara hekk, għax fil-każ tal-Kottonera kien hemm konsultazzjonijiet, kien hemm development brief pero' l-outline development permit kien għadu ma ħariġx.", "Anke jekk nieħdu l-iskola St Michael's f'Tal Balal, meta l- parlament kien qabad u qal li hemmhekk għandha ssir skola - kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni kienu vvotaw favur tagħha - bl-ebda mod ma saret l- iċken forma ta' approval min-naħa tal-planning authority li hemmhekk kellha tinbena skola.", "Issa hawnhekk għandna proġett li tiegħu veru li għad m'għandniex il-full development permit pero' għallinqas fuq proġett ta' din l-entita', li dam dawn is-snin kollha biex issa naraw ir-riżultat tiegħu, għandna outline development permit li huwa lest.", "Issa meta niġu għall- permess attwali, kif qal l-Onor.", "Buhagiar, jista' jkun li l-planning authority jew ma taqbilx jew iżżid jew tnaqqas xi kondizzjoni, pero' li wieħed jikkritika l-fatt li se jsir torri ta' 23 sular u jikkritika wkoll it-torri tal-Hilton hu sinjal ta' ipokresija għax wara kollox il-gvern ta' qabel kien se jagħmel torri ta' 69 sittin sular f'Paceville.", "Lanqas it- torri ta' Babel ma kien fih 69 sular!", "Kif jista' ex-ministru tax-xogħlijiet pubbliċi jikkritika torri ta' 20 sular meta l-gvern tiegħu - jien nimmaġina kienu vuċi waħda fuqha din għax m'għandi l-ebda indikazzjoni li ma kenux jaqblu fuqha - kien se jibni torri ta' 69 sular?", "Allura dak kien tajjeb pero' torri ta' 23 sular m'huwiex tajjeb!", "Veru jiddependi fejn tagħmlu imma torri ta' 69 sular naħseb li tagħmlu fejn tagħmlu tarah minn kullimkien.", "Ejjew noqogħdu attenti u mhux għax ħaġa m'għamilnihiex aħna allura hija ħażina, u kieku għamilnieha aħna kienet tkun tajba.", "Jekk it-torri huwa ikrah u ma jiġix approvat mill- planning authority ma jsirx, imma m'għandniex ngħidu minn qabel li dan ma jsirx u ninsew li meta konna fil-gvern konna għalaqna għajnejna għall-fatt li kien hemm proposta għall-proġett tal-millennju, li fih kien ser jinbena torri ta' 69 sular - għallinqas hekk kien jgħidilna l-Onor.", "Mizzi u ma nafx kienx hemm inkluż antenna tat-televiżjoni ġewwa Paceville - pero' issa proġett bħal dan għax se jkun jinkludi fih torri qegħdin jikkritikawh.", "Ħaġa tajba li wieħed jikkritika imma rridu nkunu ftit iktar konsistenti.", "L-Onor.", "Buhagiar ovvjament ra l-kuntratt kif inhu llum, ra l-kuntratt kif kien ġej u qal li ċ-ċens huwa inqas u r-rati ta' kif jitħallsu huma aktar imtawlin minn kif kien miftiehem qabel.", "Kif qal tajjeb il-ministru meta ppropona din ir-riżoluzzjoni, oriġinarjament il-proġett kien se jingħata kollu kemm hu, barra s-siti storiċi, b'ċens perpetwu.", "(Interruzzjonijiet) Issa dan il-kuntratt m'huwiex kuntratt ta' ċens perpetwu imma huwa kuntratt għal 99 sena.", "Forsi tgħiduli li 99 sena huma ħafna imma m'humiex eternita'.", "Mela nafu li żewġ ġenerazzjonijiet oħra se jkun hemm ġenerazzjoni li se tara dan il-kuntratt jintemm.", "Dan huwa kuntratt ta' ċens temporanju u mhux ta' ċens perpetwu.", "Aħna dejjem tkellimna kontra li jingħataw ċnus perpetwi għal proġetti bħal dawn, għalkemm dan ma jfissirx li l-gvern ma jista' qatt jagħti ċens perpetwu.", "Din aħna qatt m'għedniha, la bħala oppożizzjoni u lanqas bħala gvern.", "Il-housing ġieli jagħti proprjeta' għal skopijiet residenzjali b'ċens perpetwu imma aħna kontra li jingħataw partijiet - partikolarment għal skop kummerċjali jew inkella areas importanti bħal areas storiċi, li anke gvern Laburista ma kienx jagħtihom bħala parti miċ-ċens perpetwu b'dak it-titolu - b'ċens perpetwu.", "Din hi r-raġuni għaliex hemm dan it-tibdil kemm fir-rati taċ-ċens, kif ukoll bil-mod kif jitħallas il-premium.", "Għal dan l-argument da parti tal-gvern, l-oppożizzjoni qed twieġeb li aħna xorta waħda fil-kuntratt tajna d-dritt lil dawk il-persuni li jokkupaw residential units permezz tal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' li jikkonvertu ċens temporanju ta' 99 sena f'ċens perpetwu.", "Dan huwa minnu pero' l-ewwel ħaġa rridu ngħidu li mhux il-proġett kollu huwa residential imma parti minnu.", "It-tieni ħaġa ma rridux ninsew ngħidu li l-liġi kif inhi llum, taħt ċerti kondizzjonijiet iktar restrittivi, diġa' tippermetti l- konverżjoni ta' ċens temporanju f'ċens perpetwu.", "Il-liġi tagħna llum taħt żewġ kondizzjonijiet tagħti dritt li fit-terminazzjoni ta' l-enfitewsi temporanja ta' 99 sena wieħed jista' jaqleb iċ-ċens temporanju f'wieħed perpetwu - u jidħirli li ċ-ċens jiżdied b'sitt darbiet - bil-kondizzjoni li din tkun residenza u li l-persuna tkun ċittadin Malti.", "Mela allura dan id- dritt ta' konversjoni ta' ċens temporanju f'wieħed perpetwu li hemm fil- kuntratt jirrigwarda biss lill-barranin għax inkwantu l-Maltin, fit- terminazzjoni ta' l-enfitewsi temporanji dawn diġa' kellhom dan id-dritt li jużaw residential unit f'Manoel Island għal skop ta' residenza, u jkunu jistgħu jaqilbuh f'ċens perpetwu.", "Mela kulma għamilna hawnhekk huwa li għar-residential units żidna mad-drittijiet li tagħti l-liġi, li m'hemmx għalfejn tkun Malti biex tuża dak id-dritt imma tista' tkun ukoll barrani.", "Irrid ngħid li dan id-dritt ma jeżistix għall-partijiet l-oħra li m'humiex residenzjali u li mhux se jintużaw għal dan l-iskop.", "Dan ifisser li kuntrarjament ta' dak li kien se jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, dawn il-proprjetajiet kollha se jiġu lura għand il gvern wara 99 sena.", "Jekk inħarsu lejn il-proporzjon insibu li bejn wieħed u ieħor il- proġett se jkun nofsu kummerċjali u nofsu residenzjali, jew biex inkun eżatt, kemm xejn iktar residenzjali.", "Fil-fatt miċ-ċifri li għandi għar- rigward Manoel Island se jkun hemm 13.2% bħala kummerċjali u 15.7% bħala residenzjali, waqt li għar-rigward ta' Tigne' se jkun hemm 14.4% ta' l-area kummerċjali u 18.2% residenzjali.", "Dan qed ngħidu għax kontra dak li qal l- Onor. Buhagiar, mhux veru li se jkun hemm biċċa żgħira ħafna tal-proġett bħala kummerċjali.", "Fil-fatt bejn residenzjali u kummerċjali se jkun hemm kważi nofs b'nofs u l-bqija kollha tal-proġett hija l-fortizza ta' Manoel Island u l-public roads.", "Ta' min jgħid li dawn la taħt din l- amministrazzjoni u lanqas taħt l-oħra ma kienu nklużi fiċ-ċens perpetwu.", "Dawn qatt ma kien hemm intenzjoni li jkollhom fuqhom xi forma ta' ċens perpetwu.", "Fil-fatt fuq Manoel Island se jkun hemm 1,100 metru kwadru bħala office space, 29,000 metru kwadru bħala retail catering area - dawn żgur m'humiex residenzjali - se jkun hemm ukoll hostel tal-yachting li jokkupa kważi 2,000 metru kwadru, leisure facilities ta' 16,200 metru kwadru u 347 berths fil-yacht marina.", "Jiġifieri dawn żgurissimu m'għandhom x'jaqsmu xejn mar- residenzi u allura qed jiġu konċessi għal 99 sena mingħajr id-dritt ta' konverżjoni minn ċens temporanju għal ċens perpetwu.", "Jekk nieħdu Tigne Point għandek office space ta' 14,500 metru kwadru, retail catering area ta' 22,550 metru kwadru, hotel ta' 600 sodda u leisure facilities ta' 10,000 metru kwadru.", "Għal dawn il-commercial units m'hemmx id-dritt ta' konverżjoni.", "Nixtieq ngħid ukoll li fil-kuntratt u anke bl-emenda li għamel il-Ministru Zammit Dimech hemm li jekk inti sid ta' iktar min tliet residential units, ma tistax teżerċita d-dritt ta' konverżjoni għal iktar minn tlieta minnhom.", "L-idea kienet li ma jkunx hemm individwi li jokkupaw wisq residential units anke b'titolu ta' ċens perpetwu.", "Kondizzjoni oħra li daħlet f'forma ta' emenda fil-kuntratt hija li una volta li ssir il- konverżjoni, xorta waħda trid tinżamm il-kondizzjoni li jridu jibqgħu jużawha għal skopijiet residenzjali.", "Dan ifisser li ħadd ma jista' juża proprjeta' għal skop residenzjali u wara li jkun ikkonverta ċ-ċens temporanju f'ċens perpetwu jibda jużaha għal skop kummerċjali.", "Irrid ngħid ukoll li fil-kuntratt hemm li partijiet li llum m'humiex residenzjali ma jistgħux jinbidlu għal skop residenzjali jekk ma jkunx hemm il-permessi meħtieġa tal-planning authority.", "Dan ifisser li ma jistax ikun li f'daqqa waħda l-proġett kollu jsir residenzjali għaliex hemm bżonn il- permessi neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti biex dan isir.", "Jekk inħarsu lejn dawn l-affarijiet kollha naraw li hemm pakkett ta' proposti fejn il-gvern jieħu u jagħti, imma meta dawn il-proposti tpoġġihom fil- miżien ikollok tgħid li dan huwa proġett tajjeb.", "Nammetti li fil-pakkett hemm ċerti inċentivi imma bilfors irid ikun hemm dawn l-inċentivi, għax inkella ċerti proġetti ma jsirux u jkollu jagħmilhom il-gvern, bil- konsegwenza li ċerti affarijiet jeħodhom il-gvern.", "Issa din ta' l-inċentivi teżisti mhux biss fil-qasam tal-kostruzzjoni jew tat-turiżmu jew ta' l-entertainment imma teżisti kullimkien.", "Aħna għandna pakkett ta' inċentivi li l-ebda gvern, kien min kien, ma bidlu għar-rigward l-industrija biex wieħed jimpjega nies fil-fabbriki u nżidu l-esportazzjoni tagħna.", "Jeżistu anke t-tax holidays li għamilhom il-gvern Nazzjonalista u li gvern Laburista fis-sentejn li dam fil-gvern żammhom ukoll.", "Jekk hemm dawn it-tipi ta' inċentivi fil-qasam tal-fabbriki li jimpjegaw nies daqs proġetti oħra li jsiru fil-kamp tat-turiżmu, għaliex m'għandniex aħna naġevolaw ukoll lil nies oħra li se jagħmlu proġett f'area where everyone feared to tread?", "Wara kollox kieku din kienet xi ħaġa faċli ma konniex indumu dawn is-snin kollha dejjem niddiskutu fuq kif se tiġi żviluppata Manoel Island.", "Huwa veru li din m'għandhiex tkun skuża biex nagħtu affarijiet b'xejn imma għandha tittieħed in konsiderazzjoni li dan huwa proġett li dejjem ġej imma qatt ma wasal.", "Forsi ġara hekk għax l-ottimo e il nemico del bene imma ħafna drabi jiġri li meta trid l-affarijiet perfetti tispiċċa biex dak li għandu jsir ma jsir qatt.", "Allura trid tagħti xi forma ta' inċentivi.", "Sur President, la qed insemmi l-inċentivi rrid ngħid li d-diskussjoni fi stadju ta' kumitat kienet l-iktar iffokata fuq il-kwestjoni tat-taxxa tal- boll.", "Biex jaġevola dan l-iżvilupp il-gvern qiegħed jgħid li bħalma għamel il-gvern f'diversi proġetti oħra, m'hijiex se titħallas taxxa fuq id- dokumenti.", "Issa apparti l-fatt li dan sar fi proġetti oħra, kif qal tajjeb il-Ministru Zammit Dimech, anke proġetti oħra taħt gvern laburista ingħataw din l-eżenzjoni, u ssemma l-każ tal-Premier.", "(Interruzzjonijiet) Aħna bl- ebda mod m'aħna qed nikkritikaw lill-gvern ta' dakinhar għax aġevola proġett b'investiment ta' Lm3 miljun fil-qalba tal-belt, proġett tajjeb li jien mort narah is-Sibt li għadda u nistieden lil min qiegħed hawnhekk biex imur jarah għax huwa veru proġett sabiħ, ta' kwalita', iktar modern u proġett li jagħmlilna unur u jagħmel ġid lill-pajjiż.", "Għal dan il-għan ukoll kienet saret policy għall-mod kif jiġu kkonvertiti l-kirjiet għal ċnus ta' 65 sena, policy li ġiet introdotta taħt l-amministrazzjoni l-oħra u li gawdew minnha diversi nies.", "Gvern Laburista kien anke ta l-inċentiv ta' eżenzjoni mit-taxxa tal-boll.", "Imma dak il-proġett, tajjeb kemm hu tajjeb, ma tistax tqabblu ma' proġett daqshekk kbir bħal dak ta' Manoel Island, b'investiment ta' oltre' Lm200 miljun.", "Dan huwa investiment li għal numru ta' snin kien dejjem se jitla' u ma' tela' qatt.", "Issa jekk kien ġustifikat illi l-gvern ibiddel il-policy tal-lands biex wieħed ikun jista' jagħmel il-proġett u jagħti eżenzjoni fuq Lm800,000 - jidhirli biex dan seta' jiġi kkonvertit minn kera għal ċens kienet ħarġet tender u kien hemm ukoll ħlas ta' premium ta' Lm800,000 mill-persuna li ħaditu lill- persuna li tatu u li minnu l-gvern żamm biss 10% - aħna nistgħu ngħidu li biddilna r-regoli biex għallinqas il-gvern jieħu nofs is-somma meta jsiru dawn it-tipi ta' negozji fuq proprjeta' tiegħu.", "Mr. Speaker, jekk saret din l-eżenzjoni għal proġett ta' Lm3 miljun aħseb u ara issa fuq proġett ta' dan it-tip li se jimpjega tant nies u li se jagħti ħajja ġdida lill- industrija tal-kostruzzjoni kemm iktar huwa ġustifikat il-gvern jagħti din l-eżenzjoni bħala inċentiv.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li l-każ tal-Premiere m'għandux x'jaqsam għaliex ma ġiex quddiem dan il-parlament.", "Jien ngħid li iktar u iktar mela għandu x'jaqsam, għaliex allura tajt dik l-eżenzjoni fuq proġett li lanqas biss kellu l-iskrutinju ta' dan il-parlament.", "Din hija ħaġa li skoprejniha issa, imma jekk il-gvern dak iż-żmien deherlu li għandu jagħti eżenzjoni lill- privat, allura kif tiġġustifika li dan il-gvern ma jagħmilx l-istess għall- proġett ta' entita' ħafna ikbar u taħt l-iskrutinju ta' kulħadd?", "Jiġifieri għal dan il-proġett bilfors kellna niġu f'dan il-parlament u kellna nsegwu l-proċedura l-ġdida li kull proġett ta' dan it-tip għandu bżonn riżoluzzjoni parlamentari u li bilfors jgħaddi minn kumitat parlamentari tal-Kamra.", "Meta jien sirt ministru tal-lands din il-proposta ma sibtha mkien għax kien hemm min qal li hemm bżonn li jsir hekk, imma fl-orbita tax- xewqat bqajna.", "Anzi jien sibt abbozz li lanqas kien jirrikjedi li mmorru quddiem kumitat.", "Imma jien deherli li fuq id-diskors li kien isir qabel u fuq il-kritika li kienet issir - in parti ġustifikata u in parti le - m'hemm xejn ħażin li dan il-parlament ikollu dritt li għal kull proġett li jiġi quddiemu, kbir jew żgħir, irid jgħaddi minn kumitat tal-Kamra.", "Għamilna r-regola li jekk jiġi approvat unanimament minn dak il-kumitat allura nerġgħu niġu f'dan il-parlament biex nivvutaw biss u jekk ma jiġix approvat unanimament, anke jekk ikun hemm wieħed li jivvota kontra jew jastjeni, allura rridu niġu quddiem dan il-parlament għal dibattitu u għall- vot.", "Aħna kburin li għamilna din il-liġi iżda nittama li issa mhux kull każ li jkun quddiem il-kumitat bilfors irid jerġa' jiġi quddiemna hawnhekk, għax inkella dik il-liġi nkunu għamilnieha għalxejn.", "Ċerti affarijiet żgħar li jaqbel fuqhom kulħadd nittama li ngħadduhom minn dak il-kumitat mingħajr ma niġu quddiem dan il-parlament.", "Jiġifieri aħna m'għamilna xejn bil-moħbi imma għedna li rridu nagħmlu l-eżenzjoni ta' din it-taxxa tal-boll biex nagħtu inċentiv biex dan il-proġett ikun jista' jsir.", "Mr Speaker, ma nistax ngħid li kollox se jirnexxi żgur imma żgur li kollox se jsir kif suppost, fis-sens li dak kollu li se jiġi ppjanat kollu se jsir.", "Huwa fatt li fejn jidħlu dawn il-proġetti dejjem hemm element ta' gamble imma issa wara snin twal ta' papers, structure plans, local plans u diskussjonijiet wasal iż-żmien li xi ħadd jiddeċiedi.", "Naturalment, meta jiddeċiedi jista' jiżbalja wkoll.", "Ma jiżbaljax min qatt ma jagħmel xejn.", "Dak imbagħad ikun żball ħajtu kollha għax qatt ma jkun għamel xejn, imma meta jkun hemm dawn it-tipi ta' affarijiet daqstant komplessi imbagħad trid tiddeċiedi biex l-affarijiet ikomplu mexjin.", "Element ta' riskju fuq kwalunkwe proġett dejjem se jkun hemm, ikun min ikun fil-gvern, pero' dan huwa riskju kalkolat li jimmerita l-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, jien smajt b'attenzjoni lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, u forsi min kien qed jisimgħu seta' kkonkluda b'mod żbaljat li n-naħa ta' l-oppożizzjoni dan il-proġett ma tridux.", "B'danakollu il-mod kif żviluppaw il-fatti, speċjalment mis-snin 1995/96 'l hawn, kif ukoll kif żviluppaw fil-kumitat, fejn dan il-proġett ġie diskuss qabel ma bdejna niddiskutuh hawnhekk, juri biċ-ċar kemm il-Partit Laburista jrid li jippromwovi u jmexxih 'il quddiem.", "Mhux hekk biss, għax anke fil- laqgħat li kellna fil-kumitat kellna diskussjoni miftuħa ħafna.", "Kien hemm kritika kostruttiva min-naħa ta' l-oppożizzjoni u ovvjament, b'eċċezzjoni għall-kwestjoni tal-boll, ġew suġġeriti anke ċerti emendi li ġew inkorporati fid-draft finali li qed niddiskutu hawn.", "M'hemmx dubju li l-oppożizzjoni tħoss li l-eżenzjoni mill-boll m'hijiex ġustifikata - għalkemm l-Onor.", "Tonio Borg semma li f'każi oħra din l- eżenzjoni ingħatat - u dan għax il-proġett li għandna quddiemna huwa wieħed fit-tul u bbażat fuq spekulazzjoni ta' proprjeta' ħafna iktar mill-proġett l-ieħor li ssemma', ċioe' dak tal-Premiere, li huwa proġett ta' entertainment u ta' natura turistika.", "Fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne' hemm iktar minn 220 tomna art li se jiġu żviluppati u l- ispekulazzjoni tal-proprjeta' se tkun massiċċa.", "(Interruzzjonijiet).", "Fi kwalunkwe kuntratt ta' trasferiment ta' proprjeta', immedjatament malli jsir l-att pubbliku jrid jitħallas il-boll u din tant hija importanti li normalment t-trasferiment f'negozju privat ma jistax jiġi rreġistrat kemm- il darba l-boll ma jitħallasx.", "Nerġa' ngħid li aħna ridnih dan il-proġett u mbuttajnih 'il quddiem u konna wasalna f'arranġament biex il-boll mhux jitħallas dakinhar tal-kuntratt imma l-ħlas isir wara li jkun beda l- proġett u tkun bdiet l-ispekulazzjoni u l-bejgħ tal-proprjeta'.", "Il-gvern attwali seta' faċilment jaċċetta li jikkonsidra li mal-bejgħ tal-units kemm kummerċjali kif ukoll residenzjali jibda parzjalment jitħallas il- boll.", "Fil-fatt, il-proposta magħmula minn sieħbi l-Onor.", "Brincat hija xprunata minn dan il-ħsieb.", "Wieħed jifhem kemm dan il-proġett hu ta' importanza għall-ekonomija lokali, li għandha bżonn imbuttatura minkejja l-wegħdi kollha ta' direzzjoni u fiduċja li xbajna nisimgħu dwarhom pero' minkejja dan kollu dan huwa proġett purament ta' natura spekulattiva.", "Dan huwa proġett fejn qed tispekula fuq il-proprjeta' u għaldaqstant l-emenda proposta hija emenda mill-aktar ġustifikata u għandha tiġi kkunsidrata.", "Bl- ebda mod emenda bħal din m'hi se timmina l-vijabilita' tal-proġett u bl- ebda mod m'hi se tassorbi kapital li jista' jmur fil-proġett mill-ewwel u allura żżomm u ttawwal l-iżvilupp.", "Hija sempliċement emenda li żżomm san il- prinċipju li dejjem nisħqu fuqu li fuq kull trasferiment irid jitħallas il- boll.", "Hawnhekk tajjeb ninnotaw li l-gvern normalment - u sewwa jagħmel - jagħmel kontrolli stretti biex dak li għandu jitħallas lilu bħala taxxa tal- boll fuq trasferiment tal-proprjeta' jitħallas kollu, pero' f'dan il-każ dan m'huwiex se jsir.", "Tgħidli li ovvjament dan se jaffettwalu l-profitt finali li jkun qiegħed jieħu.", "Veru, imma x-xogħol tal-gvern m'huwiex li jagħti r-rigal imma li jiġbor it-taxxa li hija dovuta lilu.", "Hawnhekk tagħmel sens ir-raison d'etre fiskali.", "Ma jagħmilx sens li tgħid li tagħmel ħafna taxxi biex tiġbor iktar.", "L-importanti hu li t-taxxi li tagħmel ikunu ġustifikati, bħalma kienet per eżempju r-rata tal-boll li minn 7% naqset għal 5%, wara li kien gvern Nazzjonalista li minn Lm2.50c kien għollieha għal Lm7 u llum reġa' naqqasha għal Lm5.", "Kienet tagħmel sens għax l-importanti li t-taxxa xorta żżommha, pero' fl-istess waqt tikkrea dak l-inċentiv li ma jkunx daqstant tassattiv li jimminalek żvilupp ekonomiku.", "L-emenda li qed tiġi proposta min-naħa ta' l-oppożizzjoni hija sensata ħafna għax toqgħod fl-ambitu' ta' dan kollu.", "It-taxxa qiegħda hemm u hija ġustifikata għall-aħħar u għalhekk din għandha titħallas minn kulħadd.", "Effettivament m'aħniex nesiġu li għandha tinġabar immedjatament fuq il- kuntratt imma għandha tingħata l-fakulta' li tiġi differita.", "B'dan il-mod waqt li l-ispekulatur - għax imbagħad jidħol l-element spekulattiv ta' l- entrepreneur, u Alla jħares ma jkunx dan l-element għax kieku l-ebda proġett ma jieħu r-ruħ - ikun qiegħed jieħu profitti ġustifikati, il-gvern jieħu l-parti tiegħu dovuta tat-taxxa tal-fisku, bħalma jiġborha wkoll minn fuq kull individwu.", "Għalhekk min jara l-motivazzjoni ta' l-emenda ta' l- oppożizjjoni mill-ewwel jifhem li mhux qed nipproponu xi ħaġa biex b'xi mod nagħmlu spokes in the wheel.", "Xejn minn dan.", "Bħala oppożizzjoni responsabbli aħna sempliċement qed nikkawtelaw id-drittijiet fiskali tal- gvern fl-aħjar interess tal-pajjiż bix-xewqa u bil-ħsieb li l-istess proġett li qed nitkellmu fuqu mhux biss takes off imma effettivament jirnexxa b'tali mod u manjiera li fi żmien 23 sena jitlesta kif hu stipulat fil-kuntratt u jkun qed jopera kemm għall-ġid ta' l-investituri, kif ukoll għall-ġid tal-poplu u ta' l-ekonomija Maltija.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu għax meta fl-1996/97 il-gvern Laburista preċedenti kien beda jikkonċentra fuq dan il-proġett, sa dak iż-żmien kienu nħarġu t-tenders u kien intgħażel il-konsorzju.", "Dan sa l-1996 kien għadu lanqas ġie fformat 100%, jiġifieri lanqas l-entita' kummerċjali bħala konsorzju ma kien definittivament stabilit sa dakinhar, iżda gvern Laburista immedjatament qal li jrid jirrevedi l-premium u ċ-ċens.", "Dan kollu apparti l-problema l-oħra ta' l-outline development plan, li kienet xi ħaġa li kienet miexja pari passu man-negozjati, kif kompla wkoll ċertament il- ministru flimkien mal-planning authority.", "Imbagħad wara li kien ġie ffissat il-valur ta' l-art...", "Hawn wieħed irid jgħid li l-gvern talab żewġ valutazzjonijiet indipendenti u dawn kienu jvarjaw sostanzjalment minn waħda għall-oħra.", "Hija ħaġa tajba li d-deċiżjoni ma jeħodhiex il-ministru konċernat - għax fl-aħħar mill-aħħar il-ministru jista' jieħu żewġ jew tliet rapporti li jkunu ppreżentati lilu - u huwa hawn li jidħol il- ġudizzju politiku, fejn il-ministru jrid jagħżel it-triq tan-nofs jew l- aħjar triq li jinġieb prezz ekwu għal waħda mill-prime sites li għandna f'pajjiżna.", "B'dan il-mod ma jiġrix dak li ġara fil-każ ta' Chambrai fejn 90 tomna ngħataw b'xejn.", "Din smajna dwarha kemm-il darba u sal-lum ma nafu xejn dwar l-iżvilupp li kellu jsir fuq dik l-art minkejja l-inċentivi, l- għajnuna kollha u ċ-ċens baxx.", "Din mhux biss il-gvern ma ħa xejn minnha imma effettivament kollox jidher li għadu lura ħafna.", "F'dan ir-rigward il- gvern Laburista kien wasal għall-figura ta' madwar Lm40 miljun bħala premium - apparentement anke qabel magħha l-gvern preżenti - biex b'hekk jieħu l-prezz ġust tal-proprjeta' filwaqt li jħalli wkoll il-profitt xieraq li l-entrepreneur għandu d-dritt għalih.", "Barra minn hekk, gvern Laburista kien wasal ukoll għall-premium taċ-ċens.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed isemmi li fost affarijiet oħra gvern Laburista kien ħalla lill-komponenti jwaqqfu l-konsorzju kif jixtiequ huma ħalli kemm jista' jkun ikun hemm is-suċċess mixtieq.", "Xtaqna wkoll li jkun hemm iktar interess barrani inkorporat bħala parti mill-kumpannija imprenditriċi, imma xorta waħda ħallejniehom fil-liberta' li jwaqqfu l- konsorzju kif iridu huma.", "Aħna insistejna li l-konsorzju jikkommetti lilu nnifsu mill-fondi tiegħu stess ammont sostanzjali bħala ekwita'.", "Konna wasalna li l-investituri riedu jikkontribwixxu minn flushom stess - mhux minn xi loans bankarji - terz tas-somma għall-ewwel fażi tal-proġett u effettivament safejn nafu aħna llum ukoll hekk ġara.", "Dan il-prinċipju nżamm u terz mill-investiment neċessarju ta' Lm33 miljun - neċessarju fuq l-ewwel fażi - se jkun provdut u garantit mill-investituri infushom, ovvjament skond il-perċentwali ta' l-interess tagħhom fil-konsorzju.", "Mr Speaker, dan għaliex għamilnieh?", "Dan insistejna fuqu ħalli min ikun involut fil-proġett - u naħseb li dan il-prinċipju jaqbel fuqu kulħadd - attwalment ipoġġi flusu bil quddiem ħalli jkun hemm il-commitment tiegħu personali.", "Dan għamilnih biex il- konsorzju mhux biss jgħid bil-kliem li jemmen fil-proġett imma juri li jemmen fih billi jikkometti flusu direttament.", "Naħseb li dan il-kriterju għandna nżommuh quddiem għajnejna għall-quddiem għax huwa importanti li min ifittex li jieħu proprjeta' mingħand il-gvern ma jagħmilx dan bi skop li jkun jista' jieħu biċċa art b'irħis jew inkella b'ċens baxx.", "Kellna każi fejn areas li huma prime sites ingħataw għal-lukandi b'rata ta' ċens ta' Lm1-il metru meta l-istess art tiswa miżerjament Lm50 jew Lm60-il metru kwadru imma mhux se noqgħod nidħol f'dan.", "Huwa importanti li min jidħol għal proġett ikun jemmen f'dak il-proġett u ikun ippjanah tajjeb għalhekk għandu jiġi marbut li jitfa' fih fondi tiegħu proprji u mhux biss dawk il- flus li jirnexxielu jissellef mill-banek.", "Naħseb li dan il-prinċipju ġie integrat hemmhekk ukoll.", "Mr. Speaker, tajjeb li ngħid li minn Lm28 miljun li kienu kważi waslu fuqu qabel l-1996, aħna rnexxielna naslu għall- prezz aħħari ta' Lm40 miljun, li hija qabża sostanzjali.", "Barra minn dan kien hemm ukoll żieda sostanzjali fuq iċ-ċens dovut.", "Mr. Speaker, barra minn hekk hemm ukoll il-prinċipju ta' l-aspett soċjali fejn jidħlu r-residenti ta' Tigne Point.", "Huwa veru li dawn ħadu deal tajba ħafna pero' kien ħaqqhom għax dawn kienu jokkupaw ir-residenza tagħhom b'titolu li kien tahulhom il-gvern u allura l-istess drittijiet li kellhom għandhom jiġu ssanati.", "Lanqas mhu ta' min jinsa lill-għaqdiet sportivi li hemm fuq iż-żewġ siti, kemm min-naħa ta' Tigne' kif ukoll fl-area ta' Manoel Island.", "Fl-opinjoni tiegħi tkun ħaġa tajba li dawn jiġu rikonoxxuti wkoll.", "Naturalment wieħed ma jistax ma jsemmix il-kwestjoni taċ-ċens.", "L-Onor.", "Tonio Borg ipprova ħafna jiġġustifika l-kritika li kienet saret qabel li biċ-ċens perpetwu l-gvern qiegħed jagħti biċċa minn Malta għall- ispekulazzjoni.", "Dan kien id-diskors min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista fl-1997 pero' llum prattikament għandna l-istess kunċett u, kif jgħid il-Malti, il-gvern m'għaddiex mill-bieb u qed jgħaddi mit-tieqa.", "Għalkemm iċ-ċens lill-konsorzju qiegħed jingħata għal 99 sena, il-konsorzju nnegozja li min jakkwista unit residenzjali fuq Manoel Island - fil-fatt din qiegħda fil-kuntratt - ikun jista' jikkonverti dak iċ-ċens f'wieħed perpetwu billi jħallas sena l-awdemju.", "Dan ifisser li min ikun irid jeżerċita dan id-dritt għandu l-faċilita' li jagħmlu perpetwu biex il-prezz ta' kull unit ikun jista' jgħollih.", "Qisu għandek proprjeta' li fiha Lm200 jew Lm300 ċens fis-sena u tgħid lil min ikun qed jixtri li dak iċ-ċens tista' tagħmlu perpetwu awtomatikament meta inti tħallas Lm300 oħra lill- gvern u l-gvern huwa marbut bi żmien perentorju ta' tliet xhur - hekk joħroġ mill-kuntratt - li jikkonverti ċ-ċens għal wieħed perpetwu.", "Dan ifisser li l-proprjeta' li se tiġi żviluppata f'dawk l-areas effettivament tista' tiġi kkonvertita f'ċens perpetwu.", "Bil-proposta Laburista preċedenti, kienu biss dawk l-areas li jistgħu jiġu żviluppati li kienu b'ċens perpetwu, għax il-kumplament kellhom ċens temporanju li jerġa' jiġi lura għand il-gvern.", "Issa f'dan il-kuntratt qed ngħidu li min għandu proprjeta' tal-gvern li qed jużaha bħala residenza, u din qiegħda għandu b'ċens temporanju, dan jista' jħallas sena ċens, li hu lawdemju u dak iċ-ċens isir perpetwu.", "Tajjeb li ninnutaw li l-ebda individiwu ieħor f'Malta m'għandu dan id- dritt, lanqas min jokkupa xi appartament taħt xi skema tas-social housing.", "Jekk inti għandek ċens temporanju li kien tal-Knisja - u issa ġie tal- joint office - jew ċens temporanju ieħor, biex tifdih trid tinnegozja mal- gvern u hemm każi li fejn ċens temporanju tal-joint office, anke jekk kien ta' Lm1.50, biex għamluh perpetwu ma ħallsux biss Lm1.50 imma ħallsu mijiet u f'ċerti każi eluf ta' liri.", "Dan f'każ ta' social housing tal- gvern.", "Mela hawnhekk għamilnihielhom faċli ħafna biex jikkonvertu minn ċens temporanju għal ċens perpetwu.", "Il-gvern Laburista kien iktar straightforward u meta nnegozja l-pakkett qalilhom li jistgħu jieħdu dik l- area li se jiżviluppaw b'ċens perpetwu flok qagħad jagħmel dan it-tidwir 'l- hemm u 'l-hawn biex wasal għall-istess għan.", "Li qiegħed isir f'dan il- kuntratt hu li qed joħloq preċedent għal min għandu proprjeta' tal-joint office li biex iċ-ċens isir perpetwu xorta jridu jħallsu ħafna iktar mil- lawdemju.", "Dan juri kemm din il-proposta hija inġusta.", "It-tieni nett il-gvern għandu ħafna oqsma oħra li huma ta' dan it-tip.", "Il- gvern għandu areas li huma b'ċens temporanju u li fuqhom qed jiġi żviluppat bini residenzjali biex jinbiegħ lill-barranin jew lill-Maltin.", "Issa allura l-kompetituri ta' dan l-iżviluppatur se jkunu jistgħu jitolbu biex iċ-ċnus temporanji ta' fejn għandhom units residenzjali ikunu jistgħu jikkonvertuhom perpetwi billi jħallsu biss sena ċens?", "Jew issa se niġu f'sitwazzjoni fejn ma nosservawx il-kunċett ta' level playing field fil- kummerċ?", "Aħna se niġu f'sitwazzjoni fejn flok nosservaw ir-regoli li qegħdin naċċettaw fit-trade, anti-monopolies u fair competition, se ngħaddu kuntratti li jikkreaw unfair competition?", "Sieħbi rrifera għall-istess ħaġa dwar l-AIP u l-ispecial designated areas.", "Huwa qal li meta tagħti special designated area biex lil ħaddieħor li qed jibni proprjeta' li m'hijiex tal- gvern qed tikkrealu vantaġġ fis-suq, tkun qed toħloq ambjent ta' unfair competition.", "Kondizzjoni bħal din li hija sales gimmick tajba ħafna biex ovvjament tgħolli l-prezz.", "Allura issa kull kompetitur li qiegħed fl- istess sitwazzjoni jista' jitlob lill-gvern - anzi nħeġġu biex jagħmel dan - li jkollu l-possibbilta' li jibdlu t-titolu tagħhom minn wieħed temporanju fejn ikun residenzjali għal wieħed perpetwu billi jħallsu sena lawdemju?", "Naħseb li jekk din il-faċilita' ma tingħatax lill-kompetituri oħra, flok inkunu qed nimxu fuq fair competition inkunu qed nikkreaw preċedent li jwassal għal unfair competition.", "Forsi wieħed jibda jifhem kemm tagħmel aktar sens il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni li l-boll għandu jinġabar.", "Ladarba l-ispekulatur ingħata ċ-ċans li dak li jbiegħ jista' jiġi kkonvertit f'perpetwu, fattur li se jgħinu biex itejjeb il-prezz, allura jagħmel iktar sens li hu għandu jħallas il-boll dovut b'arranġament jew ieħor.", "Punt ieħor li xtaqt li l-ministru jdawwalna fuqu huwa l-aspett soċjali u l-konsultazzjonijiet li saru mal-kunsilli lokali tal-Gżira u ta' Ta' Xbiex.", "Barra minn hekk nixtiequ jispjega għaliex - din ma nistax nifhimha - il- kunsill ta' Tas-Sliema donnu ma tantx wera interess.", "Meta ppruvajna niltaqgħu magħhom biex ngħidulhom x'se jkun l-impatt soċjali, qalulna: Imma Manoel Island se jiġi żviluppat.", "Imbagħad ġbidnilhom l-attenzjoni li hemm involuta wkoll parti minn Tigne', li safejn naf jien tifforma parti minn Tas-Sliema, li għaliha hemm żvilupp sostanzjali u li se jkun hemm triq li se tgħaddi minn taħt u allura jkun hemm tibdil sħiħ fit-traffiku, imma b'danakollu l-kunsill ta' Tas-Sliema ma riedx jiltaqa' magħna biex naraw x'inhuma l-problemi min-naħa tal-kunsill, li huma iktar problemi ta' natura soċjali.", "Min naħa l-oħra, il-kunsill ta' Ta' Xbiex u dak tal-Gżira kienu konxji ħafna - u hawnhekk wieħed jgħidilhom prosit - ta' l-impatt soċjali li dan il-proġett se jħalli.", "Ovvjament l-impatt soċjali jirrifletti ruħu fl-iżvilupp intensiv li se jkun hemm.", "Ta' min ifakkar li f'dawn l-inħawi diġa' hemm traffic congestion qawwija u l-impatt ta' dan ix-xogħol se jkompli jaggrava s-sitwazzjoni.", "Il-heavy vehicles li se jgħaddu minn hemmhekk se jħallu impatt negattiv fuq toroq li diġa' huma problema, u barra minn hekk hemm l-inkonvenjent ta' iktar pollution u l-inkonvenjent li jmorru ċerti nies meta s-site tkun qed tiżviluppa, u allura ħafna drabi n-nies iwarrbu minn hemmhekk għax ma jeħdux gost li jersqu lejn postijiet bħal dawn.", "Dawn il- konsiderazzjonijiet kienu kollha mibgħuta lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jiena ppruvajt nara x'tip ta' kuntatt kien hemm imma apparentement minħabba l-istrike tas-segretarji ma stajtx nieħu risposti bit-telephone.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed hawnhekk jissottolinja punti li kienu qanqlu dawn il-kunsilli.", "Per eżempju, nista' nsemmi ittra tal-5 ta' Jannar tas-sena li għaddiet dwar jekk humiex se jintużaw splussivi għat-tqattigħ tal-blat u ovvjament l- effett li dan jista' jkollu fuq il-bini fil-qrib.", "Staqsew ukoll jekk hux se jkun hemm xi nies li se jiġu maqlugħin 'il barra waqt li tkun qed tiġi żviluppata l-link road minn Regional Road għal Manoel Island u jekk dawn effettivament hux se jkunu pprovduti b'akkomodazzjoni alternattiva.", "Jien nifhem li kif ġiet provduta akkomodazzjoni alternattiva għar-residenti ta' Tigne' hekk ukoll għandha tkun provduta akkomodazzjoni alternattiva lil dawn in-nies.", "Anke dwar il-club, il-pitch u l-faċilitajiet l-oħra sportivi, kien hemm suġġeriment interessanti dwar jekk fil-management committee għandux ikun hemm rappreżentant min-naħa tal-kunsilli rispettivi biex ir-reazzjonijiet tan-nies ikunu kontinwament qegħdin jiġu monitored.", "B'saqajna ma' l-art irridu ngħidu li ma jistax ikollok żvilupp ta' din l- entita' u ma jiġix ikkreat xi inkonvenjent.", "Min jgħid hekk ma jkunx qed jgħix f'dinja.", "Jiena naħseb li dawn is-suġġerimenti u suġġerimenti oħra validissimi li saru min-naħa tal-kunsilli għandhom jingħataw konsiderazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) M'inix qed ngħid li għandhom jidħlu fil-kuntratt, ħalli ma niftiehemx ħażin.", "Naħseb li wara li jkun ġie ffirmat il-kuntratt - u hawnhekk għamilna l-kritika tagħna - irridu nħarsu 'l quddiem biex naraw x'impatt negattiv se jkollu dan il-proġett fuq il- komunitajiet ta' dawk in-naħat.", "Dan irridu nippreparaw għalih minn qabel ħalli dan il-proġett li qed napprovaw fl-interess nazzjonali ikun ta' ħsara mill-inqas lill-komunita'.", "Aktar minn hekk, irridu ndawru l-impatt negattiv f'xi ħaġa li fil-futur tkun ta' effett pożittiv fuq dawk l-istess komunitajiet li jkunu tant sofrew inkonvenjenzi minħabba proġett hekk kbir li se jgħaddi minn wara biebhom.", "Mr Speaker, dettalji tal-kuntratt diġa' semmewhom sħabi u daħlu fihom fid- dettall waqt il-kumitat imma naħseb li dawn l-aspetti soċjali rridu nagħtu kashom meta nħarsu 'l quddiem.", "Dawn żgur li se jaffettwaw il-komunita' waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u għandhom jiġu monitored kontinwament.", "Hu obbligu tal-gvern li verament jagħti kas tas- sottomissjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Anzi tajjeb kieku waqt l- implimentazzjoni tal-proġett dawn ikunu involuti kontinwament, mhux biex jinfluwenzaw il-mod kif jinbena l-proġett imma biex iħarsu l-interessi tar- residenti tagħhom.", "U naħseb li din hija importanti ħafna jekk verament irridu nagħtu l-importanza li jixirqilhom lill-kunsilli mhux bil-kliem biss imma bil-fatti.", "Mr Speaker, il-Prim Ministru kien iwegħidna l-fiduċja u d-direzzjoni li se jqanqlu l-ekonomija u l-Viċi Prim Ministru kien jgħid li mill-għada li l- Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern l-ekonomija tal-pajjiż tiżviluppa u dan il-pajjiż ifur bil-ġid u kulħadd jibda jdawwar lira, kulħadd iħallas inqas taxxi u ħafna affarijiet oħra.", "Suppost kien se jkollna tip ta' ''paradise regained'' imma sfortunatament kellna ''paradise lost'' u hekk għadha s'issa.", "Issa ma rridux nagħmlu l-istess f'dan il-proġett.", "Ma rridux li fl- ewforija biex dan il-proġett ikun approvat minn dan il-parlament nagħtu l- impressjoni li għandna nieqfu hawn.", "Ovvjament għandek ħafna spin-offs oħra bħal żvilupp ta' siti storiċi, żvilupp infrastrutturali fuq żewġ prime sites li sal-lum huma djar għall-ġrieden u stray dogs jekk mhux anke jintużaw għal affarijiet illeċiti, imma minkejja dan kollu biex dan il- proġett jiżviluppa rridu nħarsu wkoll lejn is-sitwazzjoni ġenerali tal- pajjiż għax l-impatt ta' dawn it-tipi ta' proġetti huwa fuq il-pajjiż in ġenerali.", "L-ewwel li se jibda huwa l-iżvilupp fuq Tigne'.", "Jekk dan l-iżvilupp se jkun ifisser biss li nżidu l-kwantita' ta' bini available fuq il-front ta' Tas-Sliema, ta' min jgħid li hemmhekk diġa' għandek ammont kbir ta' appartamenti li huma available għall-bejgħ.", "Għandna wkoll il-proġett tal-Hilton, fejn ovvjament hemm numru konsiderevoli ta' appartamenti u faċilitajiet oħra li diġa' qegħdin fi stadju avvanzat ħafna u li fi żmien sentejn l-ewwel appartamenti se jkunu qegħdin fis-suq għall-bejgħ.", "Ċertament is-suq għal din it-tip ta' proprjeta' fejn għandek il-prezzijiet qrib il-Lm200,000 u ħafna drabi anke aktar mhux se jkun għas-suq lokali.", "Jien naħseb li min ħadem dan il-proġett u l-viabilities ta' disinn li għamlu fuqu, ċertament li m'għamlux bil-ħsieb li din il-proprjeta' tinbiegħ kollha lill Maltin għax fl-ambitu Malti għandek suq limitat.", "Għalhekk min ħadem dan il-proġett ċertament kien qiegħed iħares biex iħajjar investituri jew nies barranin interessati li jinvestu u jixtru proprjeta' f'Malta.", "Kien għalhekk li kien hemm it-talba biex dan is-sit - bħalma kien hemm f'siti oħra - jiġi kkonsidrat bħala specially designated area u l-barranin li jixtru jingħataw ċerti faċilitajiet.", "Fost l-aktar faċilitajiet importanti nsibu li dawn jistgħu jixtru iktar minn proprjeta' waħda biex inti tħajjar iktar barranin jixtru proprjeta' hawn Malta u ovvjament ikollok munita barranija ġejja lejn il- pajjiż.", "Bħala riżultat ta' dan - u din hija l-loġika warajh - wara li titlesta l-ewwel fażi l-iżviluppatur jiġġenera fondi biżżejjed mill-bejgħ biex ikun jista' jbigħ it-tieni u t-tielet waħda u b'hekk il-proġett jirnexxi bħala xi ħaġa sħiħa.", "Alla jħares ikollok fażi waħda li ma tirnexxiex għax inkella nispiċċaw b'dawk in-naħat mhux żviluppati kif nixtiquhom, u minflok ikollna ghost town.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik imma għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.Charles Mangion ikompli jinstema.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Issa li għandna l-proġett huwa importanti li l-gvern ma jiqafx hawn.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti li qed tinħass mhux biss f'dan il-qasam ta' l-ekonomija imma anke fit-turiżmu hi li għandna ntejbu l-prodott nazzjonali Malti.", "Ma jistax ikun li inti tħajjar individwi biex jinvestu hawnhekk, dawn ikunu nies b'income sostanzjali li jiġu darba fis-sena - jew jibagħtu 'l ħbieb tagħhom - u malli dawn joħorġu mill-bieb ta' barra jkollhom jgħaddu mill-esperjenza ta' toroq imħarbta u drenaġġ sikwit ifur.", "Dan issibu f'Tas-Sliema, Birzebbuga u San Pawl il-Baħar.", "Kultant żmien, meta tagħmel xi ħalba xita, jgħidulek li l-ilma tax-xorb jitħallat mad-drenaġġ.", "Għandna wkoll il-pollution mhux biss b'konsegwenza tal-Magħtab, li hija ġerha li dejjem qed tiżviluppa, imma anke min-nuqqas ta' tindif u kif ukoll mill-baħar ta' madwarna, li hu wieħed mill-ikbar assets li għandna iżda minn sena għal sena dan qiegħed dejjem jitħammeġ iktar.", "Insemmi wkoll il-power station li minkejja li hi ġdida u qamet Lm200 miljun xorta waħda għad għandna problemi ta' elettriku, kemm meta jagħmel il-bard fix-xitwa kif ukoll fis-sajf jekk tkun is-sħana u nixegħlu l-air- conditioners.", "Kif jista' jkun li aħna rridu ngħollu l-livell tal-pajjiż u jsir l-investiment li nixtiequ meta għandna dawn il-problemi kollha?", "Qabel kienu jgħidu li qed ninqdew bis-second-hand imma issa l-investiment sar, pero' jiena ngħid li għandu jsir iktar għax dan jikkrea attivita' interna u ekonomika barra li jagħmel ġid kbir lill-pajjiż.", "Mr. Speaker, ma jistax ikun li nibqgħu passivi quddiem dan kollu.", "Ma jistax ikun li nħajru lis- settur privat jinvesti u norbtuh biex ipoġġi flusu imbagħad il-prodott li hu Malta nħalluh jiddeġenera.", "Mr Speaker, qed nagħmel dan l-appell għal ġid tal-pajjiż, jekk aħna rridu nsalvaw it-turiżmu - ħaġa li jaqbel kulħadd fuqha għax it-turiżmu jikkontribwixxi terz mill-iżvilupp ekonomiku tagħna, apparti l-employment li jikkrea - u jkun tajjeb li nirrealizzaw li qed ikollna kompetizzjoni mhux biss bil-prezzijiet imma anke fil-kwalita', u jekk ma noqogħdux attenti nirriskjaw li nitilfuh bil-konsegwenzi kollha li dan jista' jkollu fuq il-pajjiż.", "Dan malajr jibda jonqos imbagħad meta tkun waslet il-kriżi arana nibdew naħdmu biex naraw kif se nsolvuha.", "Jiena ngħid li meta rridu ninċentivaw żvilupp massiċċ bħal dan u oħrajn bħal dak tal-Kottonera, tal-Hilton, tal-cruise liners u tal-connections - kollha proġetti mbuttati minn gvern Laburista imma baqgħu jinżammu - ma nistgħux ma nagħtux kas l-iżvilupp neċessarju fl-infrastruttura.", "Hemm bżonn li nagħmlu upgrading fl-infrastruttura bl-iktar mod reali, bl-iktar mod effettiv u sostanzjali.", "L-upgrading irid isir mhux biss billi jintnefqu l- flus imma huwa iktar importanti li x-xogħol isir tajjeb.", "Jekk saret triq u ngħatat it-tarmac - bħalma qed nagħmlu fil-każ ta' Mdina Road, bis- sagrifiċċji kollha li l-commuters iridu jgħaddu minnhom, u anke fil-każ ta' Ħal Far - j'Alla din issir kif suppost.", "Jekk Mdina Road tkun lesta s-sena d- dieħla ma nippretendix li ma' l-ewwel ħalba xita jibda għaddej pied ilma minn ġo fiha, bil-konsegwenza li jieqaf ħafna traffiku u jkollna konġestjoni f'waħda mill-arterji ta' pajjiżna.", "Ma nistennewx li wara li titlesta t-triq l-art tibda ċċedi.", "Ma nistennewx lanqas li jiġu ta' l- Enemalta, tal-Maltacom jew dawk tal-cable television iħaffruha mill-ġdid jew jibdew jagħmlu ż-żippijiet fit-tarmac ħalli xi ħadd iqiegħed katusa jew kanna.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-poplu Malti jkollu jħallas għal dan mit-taxxi tiegħu.", "Mr. Speaker, dawn il-konsiderazzjonijiet irridu nżommuhom quddiem għajnejna.", "Jien nifhem li hemm ir-restrizzjonijiet finanzjarji tal-gvern u li l-ebda gvern ma jista' jlesti kollox f'daqqa imma huwa importanti li ntejbu l- prodott li huwa Malta biex dan l-iżvilupp li qed napprovaw f'din il-Kamra jirnexxi u ma jispiċċax li titlesta l-ewwel fażi u l-kumplament isir ghost town.", "Huwa importanti li f'pajjiżna l-infrastruttura tat-toroq, tal- utilities, tas-servizzi, tat-tindif, il-waste management u s-sistema tad- drenaġġ isiru bi pjan serju li jkun implimentat fi żmien raġonevoli.", "Importanti wkoll li mbagħad mhux wara li jkun sar ix-xogħol nerġgħu nibdew noħorġu bid-difetti.", "Din hija marda li tirripeti ruħha f'dan il-pajjiż u naħseb li wasal iż-żmien u huwa fl-interess nazzjonali li ngħidu dawn l- affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Jekk hemm triq li qed issir għandu jintnefaq kemm hemm bżonn li jintnefaq imbasta niżguraw li dak li jkun sar se jservi għallinqas għal 25 sena.", "Mhux biss imma jekk ikun hemm bżonn ta' tiswijiet għandna nagħmlu s-servizzi taħt it-triq biex ma jibqax ikollna tkissir mill- ġdid.", "Ċertament meta t-taxpayer jibda jara dan ir-riżultat, hu stess jibda jħoss li dak li qed jikkontribwixxi għalih qed isir u jsir sew.", "Wara kollox illum it-taxpayer ma jħallasx ftit għax għandu value added tax ta' 15%, għandu taxxa ta' l-income li hija ogħla minħabba li l-bands inbidlu u għandu n-national insurance barra li jrid iħallas għas- servizzi bħad-dawl u ilma.", "Jiena naħseb li ċ-ċittadin jieħu gost jara li jkun qiegħed jibbenefika minn dak li jsir fil-pajjiż b'dak li jħallas.", "Naħseb hemmhekk il-moralita' fiskali li wieħed jixtieq idaħħal tibda taħdem aħjar għax wieħed jibda jintebaħ li dak li qiegħed iħallas ikun ta' kontribut għall- iżvilupp aħjar ta' pajjiżna.", "Mr. Speaker, nagħlaq billi ngħid li proġett bħal dan fl-opinjoni tiegħi ma jirnexxiex u ma jitkompliex kif nixtequh jekk il-prodott li huwa Malta effettivament ma jitjiebx.", "Ma dan il-proġett għandna nagħmlu l-upgrading u l-modernizzazzjoni bħalma jsir f'pajjiżi oħra żviluppati.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, kull meta niġu biex niddiskutu xi proġett bid-daqs ta' dak li qed niddiskutu bħal ta' Manoel Island u Tigne', bilfors li jkollok tqis it-territorju ċkejken ta' dawn il-gżejjer.", "Meta jkollok f'moħħok attivita' u fl-istess ħin trid tħalli wkoll post fejn ikollok il-ħin ħieles tiegħek, ma tonqosx li tiltaqa' ma' problemi kbar u ma' pressjoni kbira biex fl-istess waqt ikollok żvilupp sostenibbli.", "F'postijiet bħal tagħna żball wieħed jaf iħalli effetti negattivi kbar.", "Mhux għax huwa permess li tieħu żball f'pajjiż kbir imma f'pajjiż kbir ċerti żbalji tista' ssewwihom filwaqt, pero' f'pajjiż żgħir ikun ħafna aktar diffiċli.", "Jekk tieħu falza stikka f'territorju daqshekk ċkejken il- ħsara ssir bil-kbir, speċjalment meta ċerti effetti negattivi jistgħu ma jkunux riversibbli.", "Mr. Speaker, meta niġu biex niddiskutu proġett bħal dan hemm diversi aspetti fundamentali li wieħed għandu jżomm f'moħħu.", "Wieħed hu r-relazzjoni bejn il-proġett innifsu u l-ġirien immedjati.", "Huwa importanti ħafna li kemm fl-istadju tal-konsultazzjoni u aktar u aktar fl-istadju ta' implimentazzjoni, kemm jista' jkun għandu jkun hemm relazzjonijiet miftuħa bejn min se jaħdem u jwettaq il-proġett u l-ġirien li f'dan il-kas jinkludu r-residenti kollha ta' Ta' Xbiex, tal-Gżira u ta' Tas-Sliema.", "Jien nittama li fil-fażi ta' implimentazzjoni jkun hemm dawn it-tip ta' relazzjonijiet.", "Dan qed ngħidu għax sfortunatament, anke minħabba r-raġunijiet kulturali li wieħed mhux se joqgħod jidħol fihom hawnhekk, li l-aktar li nbatu minnha f'pajjiżna hija l-fażi tal-project management.", "Naturalment biex il- proġett isir irid bilfors jinħoloq inkonvenjent għar-residenti ta' dawn l- inħawi u hemm bżonn li kemm jista' jkun dan l-inkonvenjent jiġi mmoderat u mtaffi biex wieħed ma jdawwarx lir-residenti kontra l-proġett innifsu.", "Pajjiżna fl-imgħoddi kellu diversi proġetti li dawru lir-residenti kontra tagħhom għax dawn raw li għalkemm huma parti mill-pajjiż, kienu qegħdin jiġu mċaħħdin minn xi ħaġa.", "Għalhekk naħseb li fl-interess ta' l- iżviluppaturi stess dawn m'għandhomx iqisu lill-ġirien residenti bħala nuisance u bħala aħjar ma kenux jeżistu għax kieku konna nistgħu niġru u mmexxu aktar.", "Nafu li pajjiżna għandu dense population u speċjalment fejn se jsir il-proġett diġa' huwa urbanizzat u għandu problemi ta' over development u għalhekk huwa importanti li b'dawn il-kumplikazzjonijiet kollha, wieħed jara x'jagħmel biex kemm jista' jkun jiġu mtaffija l-effetti negattivi fuq ir-residenti li hemm fl-inħawi, u dan kemm waqt li qiegħed isir ix-xogħol kif ukoll meta x-xogħol jibda tiela'.", "Jiena nawgura bis-serjeta' li t-traffic management li hemm ippjanat - għalkemm ma nafx eżatt meta ħa jsir, peress li dwaru tisma' verżjonijiet differenti, fejn hawn min jgħid li sar xi forma ta' traffic management plan għall-inħawi ta' Tas-Sliema u l-areas l-oħra u hawn min jgħid li għadu ma tlestiex - kemm jista' jkun inaqqas l-impatt negattiv fuq il-ħajja tar-residenti.", "Minbarra l-kwestjoni tat-traffic management hemm ukoll dik tas-servizzi pubbliċi.", "Hawnhekk huwa importanti li wieħed ma jgħarraqx is-sitwazzjoni, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizz ta' l-ilma, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizz tad-dawl kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mas- servizz tad-drenaġġ.", "Dan qed ngħidu għaliex jekk jien informat tajjeb, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi tad-drenaġġ u tad-dawl, jista' jkollna ċerti problemi li wieħed irid jaħseb għalihom minn issa.", "Dawn ma jiddependux neċessarjament mill-proġett innifsu iżda mill-gvern.", "Huwa importanti li ċerti deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, jittieħdu kemm jista' jkun malajr mill-korporazzjonijiet.", "F'dik l-area għandna ċerti problemi f'dak li għandu x'jaqsam mad-drenaġġ, speċjalment l-iżbokk li jkun hemm fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan u kultant anke f'ċerti nħawi tal- kosta ta' Tas-Sliema.", "Jekk dik l-area se tkompli tiġi mimlija b'aktar residenti, allura wieħed irid jaħseb bis-serjeta' biex is-servizz tad- drenaġġ ma joħloqx problemi ta' tinġis kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jżurhom.", "Meta niġu għad-dawl, importanti nirrealizzaw ukoll li se jkun hemm żieda fid-domanda kemm bil-proġett ta' Portomaso, kemm bil-proġett li hemm maħsub li jsir flok l-union, li żgur se joħloq fattur ta' żvilupp qawwi fl-area, kif ukoll bil-proġett ta' Manoel Island u Tigne'.", "Id-domanda għas-servizz tad-dawl se tikber u allura huwa importanti li f'pajjiżna nimxu b'mod integrat meta nagħmlu ċerti żviluppi.", "Jidher li solvejna l-problema tal- ġenerazzjoni tad-dawl għax qegħdin niġġeneraw dawl biżżejjed imma mbagħad għandna problema fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Jien informat li ħafna mill-infrastruttura tad-distribuzzjoni tad-dawl tmur lura għall-1955.", "Minn sena għal sena jiġu vvotati ammonti ta' flus biex ikun hemm żvilupp f'dan il-qasam, imma s-sena li għaddiet ma kienx hemm żvilupp f'dan il-qasam u jekk din is-sena ma jsirx żvilupp minn issa biex id-distribution centre tal- Mosta tiġi mgħammra b'xi Lm5 miljun fi switchgears, transformers u affarijiet oħra bħal dawn, il-ġenerazzjoni kollha li ssir f'Delimara u fil- Marsa ma tasalx fl-areas fejn suppost tasal u nispiċċaw bi qtugħ tad-dawl kif spiċċajna u kif aktarx nispiċċaw meta d-domanda titla' matul Frar.", "Hawnhekk ta' min ngħid li fid-distribution centre tal-Mosta diġa' sar ħafna investiment, b'danakollu xorta għad jonqos.", "Minn dan iċ-ċentru jiġi mitmugħ id-dawl għal Għawdex u għan-naħa ta' fuq tal-pajjiż u għalhekk huwa importanti li meta nitkellmu fuq proġetti high density bħal dawn, naraw li l-infrastruttura fil-pajjiż tkun qiegħda jew tantiċipa jew għallinqas tlaħħaq mad-domanda li tkun qegħda ssir, mhux fil-fażi tal-ġenerazzjoni tad- dawl biss imma anke fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Diġa' qegħdin tard wisq.", "Lili jispjegawli li misshom ilhom li bdew jiġu pproċessati t-tenders għal dan l-apparat li qed insemmi u anke għall-marine cable ġdid li hemm bżonn bejn Malta u Għawdex għaliex, kif għedt, ħafna mill-infrastruttura tmur lura għall-1955.", "Il-marine cable irid jitqiegħed fix-xhur tas-sajf meta jkun il-bnazzi, inkella rridu nistennew is-sajf tas-sena 2001.", "Min- naħa l-oħra, dak li għandu x'jaqsam mad-distribution centre tal-Mosta, anke jekk il-proċeduri jibdew issa u t-tenders jinħarġu f'Ġunju, l-ewwel darba li ngawdu mill-ġid ta' dak l-investiment ikun f'Jannar tas-sena 2002.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet ħalli wieħed ma jħallix l-affarijiet jaqgħu lura.", "M'għandniex noqogħdu dejjem fuq pariri tekniċi li jgħidulna li s'issa rnexxielna niskansawha u allura għandna nissaportu sena oħra u ma ninvestux.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex nuri li huwa fl-integrazzjoni fejn l-aktar li nbatu meta niċċaqalqu biex nagħmlu xi ħaġa u dan minħabba li nħallu l-affarijiet isiru b'mod sporadiku, b'mod iżolat u b'mod frammentat.", "Għalhekk jien nappella biex min-naħa tal-gvern jiġu ttrattati is-servizzi pubbliċi li hemm bżonn biex isostnu proġetti bħal dawn wieħed jaħseb fihom minn qabel.", "Nixtieq ukoll insemmi l-punt tal-ħarsien tal-wirt storiku li hemm fl- inħawi.", "Qed nitkellmu fuq żewġ inħawi fejn hemm wirt storiku importanti ħafna.", "Fuq Manoel Island hemm il-Forti Manoel, Lazzaret, il-post tad-dwana u hemm il-post ukoll fejn kienu jinżammu bħala kwarantina l-baqar u l- annimali li kienu jinġiebu.", "Hemm ukoll kappella, kemm fuq Manoel Island kif ukoll f'Tigne', kif ukoll hemm il-Forti ta' Tigne'.", "Naf li dan huwa punt li qam anke fil-kumitat tal-verifika meta kien qed jiġi diskuss x'se jsir minn dan il-wirt storiku u naf ukoll li l-gvern qatt ma jista' joħlom li se jkollu riżorsi biżżejjed biex waħdu jieħu ħsieb il-wirt storiku li għandna, u allura importanti li jkun hemm skemi ta' sħubija mal-privat kif qed jiġri f'dan il-każ biex postijiet sbieħ ħafna li għandhom valur storiku kbir ma jitħallewx abbandunati, mitluqa, żdingati u vandalizzati kif inhuma issa.", "Huwa importanti li jsir ir-restawr u tkun imħarsa l-preservazzjoni ta' dawn il-postijiet pero' hawn nixtieq nistaqsi: Xi struttura qed naħsbu fiha biex niżguraw li din il-preservazzjoni u dan ir-restawr isiru kif suppost bis- sorveljanza mixtieqa?", "Fl-istess ħin dan għandu jsir b'mod sbrigattiv biex ma jwaqqafx ix-xogħol li jkun qiegħed isir fuq il-proġett.", "Jiena naf li dan il-punt diġa' ġie ttrattat fil-kumitat dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, meta l-Onor.", "Leo Brincat staqsa min se jiddetermina x-xogħlijiet u l-Ministru Zammit Dimech semma li f'dan il-każ il-verifika ssir permezz tal-kummissarju ta' l-artijiet u l-project management tat-taqsima tax-xogħlijiet, pero' fl-opinjoni tiegħi wieħed irid jaħseb minn issa f'xi forma ta' co-ordinating unit u mhux joqgħod biss fuq l-istrutturi li semma l-ministru.", "Dan il-co-ordinating unit għandu jsir bejn il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi, il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l-kultura u l-iżviluppaturi nfushom f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt storiku, biex affarijiet bħal dawn kemm jista' jkun jiġu ffaċċjati mill- ewwel qabel ma ssir xi ħsara, qabel ma jsiru xi żbalji u biex l-affarijiet jimxu kif suppost mill-ewwel.", "Din il-ħaġa wkoll għandha x'taqsam ma' l- aspett ta' l-implimentazzjoni u ma' l-aspett tal-project management u allura naħseb wieħed irid jagħmel xi unit importanti f'dan il-qasam biex l- affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Nerġa' ngħid li hemmhekk għandna postijiet ta' valur storiku kbir kemm fuq l-art u jista' jkun ukoll fil-baħar u wieħed għandu jieħu ħsieb jitkellem bla dewmien ma' l-awtoritajiet konċernati għaliex imbagħad ikun hemm l-insistenza u l-impazjenza ta' min ikun qed jiżviluppa, imbagħad l-affarijiet isiru bl-għaġġla u jsiru ħażin.", "Jekk nippjanaw l-affarijiet minn qabel għad għandna ċ-ċans li dawn l- affarijiet isiru sewwa.", "Mr. Speaker, waħda mill-affarijiet li ddiżappuntawni f'dan il-kuntratt u ma jidhirlix li ġiet diskussa lanqas fil-kumitat tal-verifika kienet l-idea li konna semmejna fil-programm elettorali ta' l-1998, li meta jsiru proġetti bħal dawn nikkommettu lill-iżviluppaturi biex jonfqu persentaġġ tas-somma fuq proġett ta' l-arti.", "Forsi wieħed jista' jargumenta li diġa' se jidħlu fi spiża biex jagħmlu r-restawr u biex jagħmlu l-preservazzjoni tal-wirt storiku.", "Dak huwa importanti li jsir pero' jien naħseb li ma tkunx idea ħażina jekk din il-ħaġa nsostnuha, għaliex minbarra li juri li jkun imprenditorjali u li hu kapaċi jorganizza l-business tiegħu, jimmodernizzah u jimxi maż-żmenijiet, ikun ukoll qed jagħti kontribut tiegħu lis-soċjeta' jekk jinvesti ammont ta' flus - u hawn ġieli jissemmew 0.5% jew 1.0% tal-proġett - għal xi proġett kulturali li tgawdi minnu wkoll il-komunita'.", "Hemm ħafna x'wieħed jista' jagħmel f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivita' artistika li tista' tiġi sostnuta minn somma bħal din.", "Nerġa' ngħid, affarijiet bħal dawn jagħmlu ġid kbir lill-komunita' u jagħmlu ġid kbir ukoll lis-settur imprenditorjali tal-privat li m'għandux jibqa' interessat biss fil-flus.", "Mis-soċjeta' hu qed jieħu art tajba, qed jieħu postijiet li fit-territorju limitat tagħna nsibu x'nagħmlu bihom u għallinqas għandu jagħti lura wkoll xi ħaġa lil din il-komunita'.", "Mr Speaker, kull meta jiġi diskuss dan il-proġett dejjem tqum il- mistoqsija ta' x'se jiġri mill-faċilitajiet sportivi li hemm fl-inħawi u dejjem tingħata t-tweġiba li b'xi mod jew ieħor dawk se jiġu rilokati postijiet oħra.", "Naf li minkejja li wasalna biex ngħaddu dan il-proġett mill- parlament għad hemm għaqdiet li huma mħassbin dwar x'se jiġri meta jibda x- xogħol.", "Inċidentalment anke n-nursery tas-Sliema Wanderers hija milquta.", "Minkejja li għandhom il-konferma, dawn donnhom qed jibżgħu li għall-adulti ħasbu imma għan-nursery tagħhom ma ħasbux.", "Dik hija istituzzjoni importanti ħafna għax fiha jattendu 300 tifel u jqattgħu hemmhekk ħafna ħin.", "Aħjar hekk milli jqattgħuhom esposti għal perikli oħra u għalhekk huwa importanti li wieħed jistaqsi dwar x'faċilitajiet se jkollhom dawn it-tfal sakemm ikun qed isir il-proġett.", "Dawn fejn se jagħmlu t-taħriġ u l- attivitajiet li jagħmlu s-soltu meta jkun għaddej il-proġett?", "Mr Speaker, punt ieħor li wieħed irid isemmi huwa dwar x'effett se jħalli dan il-proġett fuq l-attivita' ekonomika u fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' dan il-pajjiż u anke x'effett se jħalli fuq il-livell tal-prezzijiet tal-proprjeta' f'pajjiżna.", "Dawn huma żewġ aspetti li wieħed irid jagħti kashom għaliex naħseb li huma importanti.", "MR SPEAKER: Onor. Bartolo, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Ambjent sabiex iressaq l-aġġornament tal-Kamra..", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 25 ta' Jannar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar l-għoti b'ċens lill-MIDI plc ta' art f'Manoel Island u Tigne' - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza – Kumitati Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq naqbad fuq tliet suġġetti li huma ta' siwi kemm mil-lat soċjali kif ukoll għandhom ċerta importanza għal din il-Kamra u għall-pubbliku in ġenerali.", "Permezz ta' mistoqsija parlamentarti l-bieraħ tlabt lill-ministru għall-politika soċjali biex jagħtini informazzjoni dwar kemm tħallsu benefiċċji soċjali sena b'sena f'dawk li huma korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Tlabtu wkoll jgħid kemm mietu nies matul is-sena 1999 u xi informazzjoni oħra dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Mr. Speaker, meta wieħed jagħmel l-analisi taċ-ċifri li ngħatajt isib li bejn l-1990 u l-1995 kien hemm average ta' 6,500 inċident fis-sena fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Dawn ovvjament huma dawk li huma rapportati għaliex disgrazzjatament xi wħud mill-inċidenti li jinqalgħu fuq il-postijiet tax- xogħol ma jiġux rapportati skond kif titlob il-liġi.", "Għal dawn il-ħames snin id-dipartiment tas-sigurta' soċjali ħareġ madwar Lm320,000 bħala benefiċċji.", "Dan ifisser li kull persuna tirċievi madwar Lm54 bħala benefiċċji, apparti l-ammonti kbar ta' servizzi mediċi li dak li jkun jirċievi mill-isptar jew anke privatament.", "Dan l-ammont jista' jitla' għal mijiet ta' liri għal kull persuna li tkorri fuq il-post tax-xogħol u hawn naturalment qed neskludi l-gratuity, minħabba l-fatt li din mhux dejjem tingħata fis-sena ta' l-inċident imma jista' jkun li tkun ġejja minn ħafna snin qabel.", "Mr. Speaker, meta nħarsu lejn is-snin 1996 sa l-1999 insibu li l-average ta' persuni li korrew fuq il-post tax-xogħol kien ta' 5,600 u l-benefiċċji li ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali kienu ta' Lm423,000, jiġifieri jaqbeż b'Lm100,000 dak li kien tħallas fil-ħames snin ta' qabel.", "Dan iġib average ta' Lm86 għal kull ħaddiem.", "Mela hawn għandna sitwazzjoni fejn l-ammont kien ikbar fl-ewwel ħames snin ta' korrimenti pero' fit-tieni ħames snin kull persuna ħadet iktar.", "Dan, nerġa' ngħid, barra s-servizzi mediċi li wieħed ikun irċieva.", "B'danakollu m'aħniex inqisu globalment it- telf ta' ġranet ta' xogħol, xi ħaġa li hija importanti ħafna għall- ekonomija tal-pajjiż għax awtomatikament il-produttivita' tonqos.", "B'konsegwenza ta' dan in-nuqqas ta' produttitivita' u tan-nuqqas tal-ġranet tax-xogħol, l-employer ikollu jfittex impjegat ġdid jew inkella jaqla' persuna oħra minn fuq ix-xogħol tagħha u jpoġġiha f'dak il-post fejn kien jaħdem dak li safa korrut.", "Jista' jkun il-każ ukoll li jkollu jimpjega persuni ġodda li t-taħriġ tagħhom ikun jiswa ammonti sostanzjali ta' flus.", "Mela hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn il-pajjiż jista' jsib ruħu f'ċirkostanzi li l-gvern ikollu jħallas ammonti sostanzjali minħabba ż- żieda ta' nies li qed jgħixu ħafna aktar minn qatt qabel u hawn għandna wkoll sitwazzjoni fejn qed jiżdied l-ammont ta' flus li l-gvern qiegħed joħroġ mill-fondi pubbliċi proprju biex jagħmel tajjeb għal dawn l- inċidenti li jinqalgħu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Mela għandna żewġ binarji, wieħed fejn qed jiżdied l-ammont ta' flus f'benefiċċji għall- pensjonanti u għandna l-binarju l-ieħor li huwa l-ammonti miżjudin li qegħdin jiżdiedu kull sena għall-benefiċċji dwar il-korrimenti fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Għalhekk nagħmel enfasi speċjali lil dawk il-persuni li qegħdin iħaddmu lil nies u niġbdilhom l-attenzjoni dwar x'jgħid l-Att Nru. VII ta' l-1992 li għadda taħt gvern nazzjonalista.", "Ikun tajjeb ukoll li jagħtu kas anke ta' dawk il-legal notices li joħorġu mill-istess liġi u li jġiegħlu lill- employers jieħdu l-miżuri neċessarji fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Dan għandhom jagħmluh skrupolożament biex jevitaw kemm jista' jkun l-inċidenti.", "M'huwiex biżżejjed li jagħtu l-materjal biex wieħed jippreveni milli jkorri imma l-aktar ħaġa importanti hija l-prevenzjoni ta' l-inċidenti.", "Hawnhekk nappella lill-employers biex jevitaw li jsiru dawn il-korrimenti li mhux biss jinkludu dawk meta wieħed jaqsam rasu, jaqta' idejh jew xi inċidenti oħra bħal dawn, imma anke dawk li jkunu ġejjin minn xi kimika li jista' jkun hemm maħżuna fil-fabbrika.", "Importanti wkoll it-temperaturi fil- postijiet tax-xogħol, kemm fil-ġranet tax-xitwa kif ukoll fil-ġranet tas- sajf.", "Din tista' tagħmel ħafna ħsara konsegwenzjali minħabba ċerti prodotti li jkunu qed jintużaw fl-istess fabbrika.", "Jekk wieħed jeżamina fejn l-iktar kien hemm inċidenti jsib li dawn ġraw l- iktar fil-manifattura - jiġifieri hawn qegħdin neskludu l-construction, l- agrikoltura, it-trasport, il-komunikazzjoni u affarijiet oħra - għax l- ammont ta' inċidenti f'dan is-settur fl-1995 laħaq l-2,522 persuna.", "Tajjeb li wieħed jinnota li bejn is-snin 1990 u 1995 dan naqas drastikament għaliex filwaqt li fl-1990 hemm rappurtati madwar 5,000 inċident fis-settur tal-manifattura, fis-sena 1995 dan kien biss 2,522.", "Ta' min ngħid ukoll li dan reġa' żdied fl-1998 għax reġa' tela' għal aktar minn 3,500.", "Dan ifisser li għandna sitwazzjoni fejn fil-manifattura jeħtieġ li wieħed jagħmel aktar attenzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Issa dawn jistgħu jkunu korrimenti ħfief jew inkella gravi.", "F'dawk ħfief wieħed jifhem li dak involut jonqos minn fuq il-post tax-xogħol bejn ġurnata u tliet ijiem filwaqt dawk iktar gravi ifissru meta bniedem jaqbeż il-ġimgħa, ħmistax jew anke sitt ġimgħat.", "Hawnhekk qed neskludi d-diżabilita' li wieħed jista' jkollu.", "Issa d- diżabilita' mhux bilfors li wieħed ikun permanentament diżabbli imma jista', per eżempju, bniedem itajjar wieħed mis-swaba' tiegħu jew wieħed jista' jibqa' mmankat b'xi ħaġa oħra.", "Dawn huma korrimenti ħfief, imma kemm huma iktar agħar meta wieħed jisfa' mmankat u b'konsegwenza jkollu jirtira kmieni!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel enfasi, Mr Speaker, biex l-employers ikunu aktar konxji fuq il-postijiet tax-xogħol u jieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni tant importanti.", "Inutli li inti tagħti l-ingwanti u l-boots lill-ħaddiema jekk ma tevitax dak li jista' jinqala' kemm bil-boots jew mingħajru.", "Jien nispera li appell li għamilt fil-bidu ta' din is-sena jilħaq jekk jista' jkun il-maġġorparti ta' l-industrijalisti li għandna f'pajjiżna.", "Nittama li dawn ikunu verament aware u fir-restructuring li kulħadd suppost qiegħed jagħmel jieħdu in konsiderazzjoni din il-materja hekk importanti.", "Mr. Speaker, nagħlaq fuq dan is-suġġett billi ngħid ukoll li punt interessanti fl-acquis communautaire hu li wieħed irid jaħdem fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Jien m'għandix dubju li diġa' sar rapport dwar il-pożizzjoni tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax- xogħol u anke hemm draft biex titwaqqaf awtorita'.", "Issa mhux liġi se nagħmlu jew inkella kummissjoni imma dieħla awtorita' u dan għax il-gvern nazzjonalista huwa konxju li s-saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax- xogħol huma prijorita' kbira għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Mr Speaker, it-tieni item li rrid nitkellem dwaru f'dan l-aġġornament huwa l-okkażjoni ta' meta l-moviment ta' kana għamel il-festa annwali tal- familja.", "Saret tradizzjoni għall-moviment ta' kana - li issa ilha sejra aktar minn 30 sena sħaħ - li fil-bidu ta' Jannar jorganizza festi li jkollhom l-iskop li jfakkru l-familja.", "Għal din il-festa jagħżel ċerta tema bħalma l-gvern ikollu t-tema għall-budget tiegħu u bħalma kull azjenda jkollha t-tema għal kull sena li jkun dieħel għaliha.", "Wieħed jeħtieġ li jifhem il-kontenut ta' din it-tema.", "Tkellem tajjeb ħafna l-Kardinal Thomas Winning, kardinal minn Glasgow.", "Għalkemm saritlu xi kritika mill-istampa barranija għal xi affarijiet li forsi ma jaffettwawx daqshekk lilna l- Maltin, pero' l-argumenti li ġab u d-diskors li għamel kienu ta' interess għal pajjiżna u ta' interess għall-koppji kollha miżżewġin.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Il-moviment ta' kana, li ġieli jissejjaħ ukoll moviment providenzjali, qalilna li l-familja għandha bżonn struttura b'saħħitha ta' oriġinalita', jiġifieri din għandha tinbena fuq is-sod.", "Waħda mill-affarijiet li l-Kardinal Winning għamel enfasi dwarha kienet li mhux billi aħna ngħidu ndaħħlu d-divorzju.", "Le, il-Knisja għandha mhux biss għandha tiskoraġġixxi d-divorzju imma għandha wkoll tħejji pedament sod għal kull koppja li tkun se tibni familja.", "Illum il- ġurnata jien nara l-familja Maltija mhedda minħabba ħafna ċirkostanzi.", "Għall-grazzja t'Alla rrid ngħid li fil-maġġorparti tagħha l-familja Maltija għadha soda.", "Imma tista' tibqa' sejra hekk?", "Jekk iva, rridu naħdmu ħafna, għax jeżistu kurrenti qawwija ħafna kontra tagħha.", "Kien għalhekk li l-gvern Nazzjonalista sa mill-bidunett ta' l-amministrazzjoni tiegħu fl-1987 ħaseb biex iżid in-numru ta' social workers u ħaseb biex il-politika soċjali tiegħu ma tkunx biss għall-pensjonanti u għall-morda imma tkun ukoll biex wieħed jara li l-familja jkollha struttura b'saħħita permezz ta' għajnuna li jista' jagħti d-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Dan id-dipartiment jara dejjem kif jista' jsaħħaħ jew jgħin lil dawk il-familji li jixxellfu xi ftit għax ikollhom xi gambetta jew disgrazzja.", "Veru li l-gvern qed jonfoq ħafna flus kemm mil-lat biex jipprepara s- social workers kif ukoll biex lil dawn jgħallimhom fl-universitajiet, pero' ta' min jgħid ukoll li m'huwiex biżżejjed li aħna jkollna korsijiet imma dawn iridu jkunu korsijiet speċjalizzati li jwasslu għal gradi universitarji.", "Minn hawn qegħdin joħorġu nies tajbin ħafna li jkunu mħarrġin biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal din il- problema jew problemi li jistgħu jinqalgħu fil-familji.", "Naturalment kien proprju l-moviment ta' kana li witta t-triq meta dan kellu żewġ social workers sponsorjati minnu stess.", "Dan kien fil-bidu tas-sittinijiet meta kien bagħat nies biex jitħarrġu barra minn Malta proprju biex ikunu jistgħu jħabbtu wiċċhom mal-problemi li jistgħu jinqalgħu għall-familji Maltin.", "Iżda mbagħad il-moviment ta' kana ma setax ikompli jlaħħaq ma' l-ispejjeż ta' dawn is-social workers u beda dieħel il-gvern biex jiffaċċja s- sitwazzjoni.", "Illum il-gvern għaraf bis-sħiħ din il-problema għalhekk żied in-numru ta' social workers u kabbar id-dipartiment.", "Jien infaħħar lil dawk kollha li qegħdin jikkontribwixxu f'dan il-qasam li fosthom hemm ukoll min qed jagħmel xogħol volontarju għax dawn qed ikunu ta' għajnuna kbira biex dan il-flaġell ikun jista' jittaffa.", "Mr. Speaker, jiena nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Bħalma għamilna fil- kummissjoni għal persuni b'diżabilita', jiġifieri meta nkorporajniha f'liġi, nissuġġerixxi biex dan il-parlament jistudja bis-serjeta' t-twaqqif ta' istituzzjoni li tkun tista' tirrikorri għandha dik il-familja li ssib ruħha mhedda.", "Istituzzjoni bħal din tkun tista' tħaddan fiha wkoll il- moviment ta' kana li jingħaqad flimkien mal-ministeru tal-politika soċjali biex ikun hemm kordinament sħiħ bejn gvern u knisja.", "Wara kollox din il- problema tolqothom lit-tnejn li huma għalhekk għandhom ikunu impenjati biex dawk il-familji li jiġu bżonn l-għajnuna jirrikorru għandhom.", "Nafu kemm il- gvern qed jiffaċċja problemi kemm mil-lat soċjali kif ukoll mil-lat finanzjarju.", "Illum għandna separazzjonijiet li jistgħu jiġu mill- infedelta', harassement u broken marriages u b'konsegwenza ta' dan kollu għandna ħafna tfal li qegħdin ibatu l-aktar minħabba l-firda ta' dawk li ġabuhom fid-dinja.", "Għadna kif smajna każ ta' missier li ried jara lil bintu iżda l-omm ma ħallitux għaliex kienu miksurin.", "Ħasra li tisma' ħaġa bħal din u hija patetika li din id-daqsxejn ta' tarbija tinsab fin-nofs bejn il-missier li jixtieq jaraha u l-omm li qiegħda żżommha.", "Kemm hawn tfal b'qalbhom maqsuma x'ħin jibdew jirrealizzaw il-pożizzjoni tal-ġenituri tagħhom u proprju huma ma jistgħu jagħmlu xejn!", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li jien ma nemminx li l-omm li toqgħod id- dar għandu jkollha remunerazzjoni għaliex qiegħda d-dar.", "Il-gvern diġa' ta biżżejjed.", "Hemm il-marriage grant, il-bonus ta' nofs is-sena, is- supplementary bonus, il-maternity leave, il-parental leave - li llum il- ġurnata l-gvern estendih kemm għall-ommijiet kif ukoll għall-missierijiet - ta' tliet snin without pay biex jieħdu ħsieb uliedhom, u ssib il-parental leave li qed jingħata wkoll fil-każ tal-fostering, fejn dawk li m'għandhomx tfal qed irabbu tfal ta' ħaddieħor.", "Minħabba f'hekk li titlob jew inkella tagħmel appell biex tingħata għajnuna lill-familja jien ma naħsibx li dan huwa l-każ, inkella jispiċċa l-ispirtu ta' l-imħabba u jispiċċa l-ispirtu tar-responsabbilta' li kull omm u kull missier għandu jkollhom lejn uliedhom.", "Huwa biżejjed li l-gvern jaħdem biex isaħħaħ l-istrutturi tal- familja.", "Jien nifhem il-piżijiet li llum jista' jkollhom il-familji.", "Illum ftit issib min jagħti dar b'kera u allura l-koppja jkollha tirrikorri għal ammonti kbar ta' flus biex hi tixtri proprjeta'.", "Veru huwa investiment in the long run li forsi ma jgawduhx huma imma żgur li se jgawduh uliedhom imma f'sitwazzjoni bħal din il-mara ma tistax ma tmurx taħdem.", "Iva, bilfors irid ikollha tirrikorri għax-xogħol biex tlaħħaq ma' dak il-piż li jkunu daħlu għalih u dan ma tagħmlux kapriċċożament imma sempliċement biex ikollhom il-kenn tagħhom bħal kull familja oħra.", "Mr. Speaker, jiena nagħmel appell b'mod speċjali lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb b'responsabbilta' u b'imħabba lil uliedhom.", "Huwa minnu li hawn ġenituri li jkunu neqsin mill-finanzi imma jekk dawn jidraw jekonomizzaw b'mod speċjali fuq logħob bħal tombla, lotteriji, eċċ., jiena ċerti li jsibu almenu b'mod limitat il-finanzi li se jkollhom bżonn għall-familji tagħhom.", "Mr. Speaker, nixtieq nagħlaq dan l-aġġornament billi ngħid xi ħaġa fuq is- sitwazzjoni ta' l-ilma li kellna dan l-aħħar f'Ħaż-Żebbuġ.", "Għaxart ijiem ilu f'Ħaż-Żebbuġ ġrat disgrazzja fejn l-ilma li kien qed jiġi mtella' minn borehole ġewwa Wied Qirda ġie kkontaminat minn ilma tad-drenaġġ.", "Minħabba f'hekk kemm il-water services corporation kif ukoll id-dipartiment tas- saħħa, bl-iktar mod skrupoluż, l-appelli biex l-ilma ma jintużax ħlief għall-affarijiet ta' flushings, eċċ. Hawnhekk nixtieq nagħmel appell b'mod speċjali lill-gazzetti.", "Id-dipartimenti ma jistgħux imorru jħabbtu bieb bieb lil kull persuna.", "Dan huwa impossibbli meta jkollok ammont sostanzjali ta' residenti.", "Għalkemm nhar il-Ġimgħa ħarġet press release din dehret biss fil-gazzetta \"The Times\" l-għada s-Sibt u min qara din il- gazzetta jaf.", "Fil-gazzetta \"in-nazzjon\" din il-press release dehret jumejn wara, f'\"The Malta Independent\" l-istess.", "Dan jgħodd ukoll għar-radjijiet.", "Jien nagħmel appell lill-gazzetti biex meta jkollhom avviżi bħal dawn, li huma ta' importanza kbira għas-saħħa pubblika, għandhom iġibuhom immedjatament.", "Jekk ikun possibbli press release bħal din għandha tidher fl- istess ġurnata.", "Tgħidli: Imma kif jista' jkun!", "Dan jista' jsir għax huma jirċevuha fl-istess ħin għaliex ħafna drabi tkun by fax.", "Min-naħa tiegħi jien qed nagħmel kulma hu possibbli biex is-sitwazzjoni tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma fil-lokal, b'mod speċjali l-area ta' Ħal Mula u l-area tal- madwar, terġa' tiġi għan-normal.", "F'Novembru li għadda kont ġbidt l-attenzjoni meta wieħed mir-residenti qalli li kien hemm xi rziezet li bdew jaħslu l-postijiet fejn ikunu l- annimali tagħhom u jarmu proprju għal ġol-wied.", "Dan huwa aġir irresponsabbli u kien proprju dan li kkontamina l-ilma li kien qed jiġi mill-boreholes.", "Jien nagħmel appell b'mod speċjali lid-dipartiment tas- saħħa biex jieħu ħsieb lil dawk li jaħdmu fil-farms u jara li jaġixxu dejjem b'responsabbilta'.", "Nagħmel anke appell lill-planning authority sabiex fil-local plan li qed tħejji għal Ħaż-Żebbuġ tneħħi dawn il-farms u ssibilhom post alternattiv biex huma jkunu jistgħu jakkomodaw il-farms tagħhom bla ma jagħmlu ħsara lill-widien jew inkella lil dan l-ilma li jinżel fl-aquifer fejn hemm il-water table li minnu jiġi estratt l-ilma għax-xorb.", "Finalment nappella lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u lid- dipartiment tas-saħħa biex jagħmlu iktar għassa fuq din l-attivita' tal- farms u nitlob lill-pubbliku biex jikkopera ma' dawn iż-żewġ entitajiet sabiex ma terġax tirrepeti ruħha din is-sitwazzjoni li kienet ta' inkonvenjent kbir għar-residenti.", "Filwaqt li nuri l-ikbar solidarjeta' magħhom, inwegħedhom li se nibqa' naħdem sakemm is-sitwazzjoni terġa' tiġi normali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 25 ta' Jannar 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT - VETTURI", "12728.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda donazzjoni ta' vetturi lill-ministeru għall-ambjent u dipartimenti u taqsimiet oħra li jaqgħu taħtu.", "FINANZI - VETTURI", "12729.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fid-dekasteru tiegħi ngħatat vettura waħda bħala donazzjoni.", "Din kienet Toyota Liteace van ġdida li ngħatat lid-dwana fl-1993 mill-UNDCP.", "POLITIKA SOĊJALI - VETTURI", "12730.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n- numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - VETTURI", "12731.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perijodu msemmi ma ġiet mogħtija ebda vettura permezz ta' donazzjoni, la lill-ministeru u lanqas lid- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.", "AFFARIJIET BARRANIN - VETTURI", "12732.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' vetturi li ġew mogħtija permezz ta' donazzjoni lill-Ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mill-1987 sa l-1996?", "Jista' jgħid x'tip ta' vetturi u ditta jew marka huma?", "Minn min ġew mogħtija?", "F'liema sena ġew mogħtija?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma kien hemm l-ebda donazzjoni ta' vetturi lill- ministeru matul il-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "KURRIKULU NAZZJONALI ĠDID - SUĠĠETTI", "12740.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li skond il-kurrikulu nazzjonali ġdid, li se jiġi mħaddem mis-sena skolastika li jmiss, huma obbligatorji u jridu jiġu mgħallma fl-iskejjel kollha tal-pajjiż?", "F'liema stadju, primarju, sekondarju, eċċ., jidħlu fil-kurrikulu dawn is-suġġeti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-livell primarju, is-suġġetti bażiċi huma, il- Malti, l-Ingliż, il-matematika, ir-reliġjon, l-istudji soċjali, l- edukazzjoni dwar il-midja, l-edukazzjoni fiżika u sport, it-teknoloġija, ix- xjenza u l-espressjoni kreattiva.", "F'dan il-livell, l-għanijiet ġenerali fl- oqsma tal-midja u ta' l-iżvilupp personali u soċjali jkunu integrati mas- suġġetti l-oħra.", "Fil-livell sekondarju s-suġġetti bażiċi huma l-Malti, l-Ingliż, il- matematika, it-tagħlim tal-kompjuter, ir-reliġjon, l-ilsien barrani, l- istudji ambjentali (storja, geografija u studji soċjali), l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-arti espressiva, l-iżvilupp personali u soċjali (PSD), it-teknoloġija u d-disinn u x-xjenza koordinata.", "POPOLAZZJONI MALTIJA", "12741.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet stmata l-popolazzjoni ta' Malta fil-31 ta' Diċembru, 1999?", "Kemm huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm huma mis-16-il sena 'l fuq?", "Kemm huma taħt it-18-il sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant għalissa ma tistax tingħata peress li informazzjoni dwar twelid, imwiet u suġġetti simili jingħalqu fl-aħħar ta` Frar u sussegwentement tiġi pubblikata mill-uffiċċju ċentrali ta` l-istatistika lejn nofs Marzu.", "ŻABBAR - SAN LEONARDO - GĦARGĦAR", "12757.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward x'qed isir fuq għargħar fil-limiti tax-Xaqqa, area San Leonardo ġo Ħaż-Żabbar, liema problema qed tikkaġuna ħsarat kbar fir-raba' u l-għelieqi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jidħol fil-problema ta' l-għargħar ta' diversi toroq f'Haż-Żabbar, u t-triq imsemmija tiġi kkunsidrata wkoll waqt dan ix-xogħol.", "UNIVERSITA' - STAFF AKKADEMIKU", "12770.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiffurmaw parti mill-istaff akkademiku ta' l-Universita'?", "X'inhuwa l-grad tagħhom u x'suġġett jgħallmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "12771.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni bi grad universitarju li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul is-sena 1999?", "Xi grad kellhom kull wieħed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul 1999 kien kif ġej:", "XHUR NUMRU TA' GRADWATI", "Jannar 38 Frar 33 Marzu 34 April 33 Mejju 32 Ġunju 30 Lulju 94 Awissu 121 Settembru 82 Ottubru 74 Novembru 61 Diċembru 55", "Tabella li turi x'tip ta' grad kellhom kull wieħed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Jista' jkun li kull gradwat għandu iżjed minn kwalifika waħda.", "SPTARIJIET - IN-PATIENTS BARRANIN", "12772.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kienu in- patients għal xi żmien ġewwa l-isptarijiet tagħna matul l-1999?", "Minn liema pajjiżi kienu?", "Kemm kienet is-somma ta' flus li ntalbu jħallsu dawn il- persuni u kemm fil-fatt tħallsu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "TOBBA - VIŻTI", "12773.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal viżti ġewwa d-djar mit-tobba taċ- ċentri tas-saħħa, ġurnata b'ġurnata mill-ewwel tas-sena 2000 sas-17 ta' Jannar, 2000?", "Kemm minn dawn ma ġewx viżitati minħabba nuqqas ta' staff u pressjoni ta' xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta` viżti rikjesti, u li saru mill-ewwel tas-sena 2000 sas-17 ta` Jannar 2000, huwa kif indikat hawn taħt:", "|Gurnata |Mitluba |Saru |Ma | | | | |Sarux | |1 |232 |161 |71 | |2 |241 |146 |95 | |3 |321 |214 |107 | |4 |298 |197 |101 | |5 |264 |198 |66 | |6 |285 |198 |87 | |7 |223 |163 |60 | |8 |250 |176 |74 | |9 |269 |146 |123 | |10 |372 |159 |213 | |11 |336 |208 |128 | |12 |253 |150 |103 | |13 |298 |209 |89 | |14 |260 |163 |97 | |15 |231 |159 |72 | |16 |295 |196 |99 | |17 |323 |111 |212 |", "Fil-perijodu preżenti t-talbiet għal-viżti fid-djar m'humiex jintlaħqu kollha minħabba: (a) l-istqarrija maħruġa mid-dipartiemnt biex il- pubbliku kemm jista` jkun jirrikorri fiċ-ċentri tas-saħħa; (b) nuqqas fil- complement tat-tobba; (c) iż-żieda kbira fin-numru ta` viżti mitluba minħabba l-mewġa ta` l-influwenza u rjieħat li hawn bħalissa; (d) ammont ta` sick leave tat-tobba milquta mill-istess mard.", "PULIZIJA - PERMESSI ĠODDA", "12774.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda l-pulizija matul is-sena 1999 għal ftuħ ta' ħwienet ġodda?", "X'tip ta' ħwienet kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-1999 il-pulizija ħarġet 441 liċenzja ġdida għall-ħwienet.", "Il-ġeneru ta` dawn il-liċenzji huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZI ĊIVILI - ĦADDIEMA", "12775.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm inqabdu mpjegati tal-gvern assenti mill-post tax- xogħol mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena 1999 u ma' liema dipartiment kienu jaħdmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 1999 kien hemm 317 impjegati tal-gvern li ttieħdu passi dixxiplinarji kontrihom għaliex kienu assenti minn fuq il-post tax-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ORKESTRA NAZZJONALI - DISKUSSJONIJIET", "12825.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-GWU biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-membri ta' l-orkestra nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwel kuntratt li kien sar lill-membri ta' l- orkestra f'Ottubru ta' l-1997 u li skada f'Ottubru 1999, ġie mġedded għall- perijodu ta' sentejn oħra.", "ORKESTRA NAZZJONALI - PERFORMANCES - DĦUL", "12826.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performances mill-orkestra nazzjonali mit-twaqqif tagħha fl-1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Kemm daħlet flus l- orkestra nazzjonali għal kull performance minn min ingaġġa s-servizzi tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' performances xahar b'xahar li ngħataw mit-twaqqif ta' l-orkestra nazzjonali sal-lum huma:", "1997 1999 Ottubru 0 Jannar 3 Novembru 0 Frar 1 Diċembru 2 Marzu 4 April 2 1998 Mejju 2 Ġunju 4 Jannar 3 Lulju 0 Frar 3 Awissu 0 (Seminar) Marzu 5 Settembru 1 (Seminar) April 3 Ottubru 2 Mejju 1 Novembru 2 Ġunju 3 Diċembru 4 Lulju 0 Awissu 0 Settembru 2 Ottubru 1 Novembru 1 Diċembru 3", "F'Jannar 2000 saru 2", "Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, tajjeb li wieħed jiftakar li l-orkestra nazzjonali hija kumpanija mmexxija fuq linji kummerċjali.", "Għaldaqstant ġejt mogħti l-parir biex din l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.", "LIMSUK - ASSI/PROPRJETA'", "12827.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'assi għandha l-kumpannija Limsuk, inkluż proprjeta' immobbiljari?", "Jista' jgħid kemm daħħal il-gvern mix-shareholding tiegħu f'din il-kumpannija minn mindu twaqqfet sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ORKESTRA NAZZJONALI - MAESTRO MICHAEL LAUS", "12828.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'salarju/kudizzjonijiet ġie mogħti l-Maestro Michael Laus, bħala chairman ta' l-orkestra nazzjonali?", "Jista' jpoġġi l- kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jikkonferma li ċ-chairman preċedenti ta' l-orkestra nazzjonali ma kien jirċievi l-ebda ħlas għas- servizzi tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-aħjar interess ta' l-orkestra nazzjonali, iċ- chairman preżenti, Maestro Laus ġie mitlub jiddedika numru sostanzjali ta' siegħat kull ġimgħa għall-orkestra.", "Għaldaqstant il-bord tad-diretturi ta' l-orkestra nazzjonali stabbilixxa illi ċ-chairman ikollu rimunerazzjoni ta' Lm3,500 kull sena.", "Informat ukoll li ċ-chairman preċedenti kien impjegat regolari mad- dipartiment tal-kultura fil-kariga tiegħu ta' senior principal officer fuq skala 7 b'salarju ta' Lm5,561 li kien jagħti s-servizz tiegħu kollu bħala chairman ta' l-orkestra.", "Huwa kien jirċievi wkoll onorarju ta' Lm400 fis- sena mill-fondi ta' l-orkestra.", "ENEMALTA - BOZOZ", "12829.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bozza twaħħlet mill-Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita', matul din is-sena?", "Kemm-il talba għandha l-Enemalta biex jitwaħħlu aktar bozoz f'Malta u f'Għawdex?", "Jikkonferma l- Ministru dak li deher f'ġurnal Malti dan l-aħħar li l-Enemalta m'għandhiex aktar bozoz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni dwar l-ewwel u t-tieni parti tal- mistoqsija qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 12829 waqt is-seduta numru 222 fejn spjegajt il- fatti kif tassew huma u mhux kif jiġu pinġuti mill-ġurnali għax hekk ikun jaqblilhom fil-mument.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - LOGO ĠDID", "12830.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min kien l-artist li ħoloq il-logo ġdid ta' l-awtorita' tat- turiżmu?", "L-artist ġie magħżul jew saret xi sejħa għal disinni biex jintgħażel wieħed minnhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li fis-26 ta' Frar, 1998 saret sejħa mill-NTOM, fil-gazzetti lokali, għall-proposti għal-logo għall-awtorita' tat-turiżmu ta' Malta kif ukoll għall-brand image ġdida għall-Gżejjer Maltin.", "L-NTOM irċeviet b'kollox 19-il proposta, għaxra minnhom minn aġenziji lokali.", "F'Mejju ta' l-1998, il-Ministeru għat-Turiżmu ta' dak iż-żmien waqqaf bord biex jeżamina l-proposti kollha.", "Wara l-ewwel fażi tal-proċess ta' l-għażla, disa' aġenziji ġew shortlisted; sussegwentement, dawn niżlu għal tlieta, li minnhom tnejn kienu barranin u waħda lokali.", "Wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998, tlabt lill-bord biex ikompli bix-xogħol tiegħu.", "Il-bord għażel lill- Identity Management Consultant Ingliża Luxon Carra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR/GĦAJN TUFFIEĦA - TRIQ B'GĦADIRA", "12854.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tama biex tiġi solvuta l-problema kbira li hemm fit-triq bejn San Pawl il-Baħar u Għajn Tuffieħa li parti minnha ssir għadira fonda meta tagħmel ix-xita u tkun ta' periklu kbir għal kulmin juża din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Matul ix-xhur li għaddew, diversi drabi ġiet diskussa din il-problema partikolari, bejni u l-periti tad-Dipartiment tat- Toroq.", "Hu ttamat li finalment instabet soluzzjoni, li tiswa eluf ta` liri, biex din il-problema tiġi solvuta.", "PA - \"TAX-XEMGĦA\"", "12855.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi kien hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex persuni jidħlu f'raba' magħruf bħala \"Tax-Xemgħa\" f'limiti tal- Mellieħa u jaqilgħu kull m'hemm?", "X'passi ttieħdu jekk ma kienx hemm permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-informazzjoni li għandha l- Awtorita` ta` l-Ippjanar, ma jidher li ħareġ ebda permess fir-raba` magħruf bħala 'Tax-Xemgħa' limiti tal-Mellieħa.", "Minn stħarriġ li sar mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar irriżulta li l-ħamrija fuq is-sit ġiet disturbata f`livelli ta` daqs varju u tpoġġew ukoll xi tyres qodma f`xi inħawi.", "Mill-istess stħarriġ ma rriżultax min hu responsabbli għal dan.", "Sid l-art għadu mhux magħruf u l-istħarriġ għadu għaddej.", "Sadanittant inħareġ Stop and Enforcement Notice kontra s-sid mhux magħruf u ġiet segwita l-proċedura imposta mil-liġi.", "L-istħarriġ jibqa` jsir sakemm ikun magħruf il-persuna jew persuni responsabbli.", "PA - FONDAZZJONI ST.", "MICHAEL", "12856.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar għall-bini ta' skola mill- Fondazzjoni St. Michael fl-inħawi tal-Balal?", "X'qed iżomm lill-Awtorita ta' l-Ippjanar li toħroġ il-permessi meħtieġa?", "Meta huma maħsuba li joħorġu l- permessi kollha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija suġġetta għal Enviornmental Impact Assessment.", "Dan l-istudju kien inbeda f`Awissu ta` l-1998 u l-ewwel rapport ġie mgħoddi lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u lid-Dipartiment għall- Ħarsien ta` l-Ambjent f`Settembru ta` l-1998.", "F`Settembru ta` l-1998, l-awtorita` talbet aktar kjarifiki minħabba xi problemi li kien hemm u fil-fatt l-applikant issottometta pjanti ġodda fejn l-art in kwestjoni ġiet irduppjata peress li d-daqs oriġinali kien żgħir wisq biex jakkomoda skola tat-tip propost.", "F`Novembru ta` l-1999, l-applikant issottometta r-rapport li kien intalab f`Settembru ta` l-1998 u dan qiegħed jiġi evalwat mill-awtorita` u mid- dipartiment għall-ħarsien ta` l-ambjent.", "Meta dan ir-rapport jiġi approvat, ikun meħtieġ li jsir public hearing u wara l-applikazzjoni tiġi determinata mill-Bord ta` l-Awtorita`.", "Wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Membru għall-fatt li meta din l-art ġiet allokata b`riżoluzzjoni parlamentari fl-1997 lill-applikanti, ma saret l-ebda konsultazzjoni ma` l-Awtorita` tal-Ippjanar.", "Terġa`, ir-riżoluzzjoni parlamentari in kwestjoni skadiet wara tliet xhur, f`Jannar 1998 u ma ġietx imġedda.", "Dwar dan l-aħħar punt, il-Gvern se jerġa` jipproponi riżoluzzjoni oħra li jkollha validita` ta` sena sabiex il-kuntratt jilħaq isir.", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "12857.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal tfal li għadhom ma bdewx jattendu skola għax għandhom bżonnijiet speċjali u qed jistennew li jingħataw l- għajnuna jew li jiġu assessjati mill-istatementing board?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm seba' studenti bi bżonnijiet speċjali li qed jiġu evalwati mill-Istatementing Board u għaldaqstant għadhom ma bdewx jattendu l-iskola.", "Ma' dawn hemm disa' studenti oħra li mhumiex jattendu skola iżda li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Istatementing Board ġiet iffinalizzata u ser joħroġ ir-rapport.", "ENEMALTA - BOZOZ", "12924.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Enemalta dwar bozoz maqtugħin fil-Gżira?", "Kemm imorru lura fiż-żmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li skond lista sottomessa mill- Kunsill Lokali tal-Gżira, l-Korporazzjoni Enemalta għandha 22 talba għal twaħħil ta` bozoz ġodda fit-toroq ta` dak il-lokal.", "Sebgħa minn dawn it- talbiet saru fl-1997 waqt li ħmistax ġew sottomessi is-sena li għaddiet.", "FREEPORT - ĦADDIEMA", "12925.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fil-bidu tas-sena fuq il- kotba tal-Freeport Corporation?", "F'liema gradi kienu?", "Kien hemm verita' f'rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li ġew ingaġġati madwar 170 ħaddiem fil-Freeport?", "Jekk iva, kif ġew magħżula u f'liema gradi jinsabu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-bidu ta` din is-sena kien hemm 146 persuna fuq il-kotba tal-Korporazzjoni tal-Freeport.", "Dawn il-ħaddiema kienu nġaġġati fil-gradi li gejjin.", "Deputat Chairman, General Manager, Group Treasurer, Manager Anzjan, Managers, Business Executives, Purchasing Executive, Executives, Accounts Executive, Junior Executive, Ingineer Civili, Ufficjal Professjonali, Engineer Mekkaniku Junior, Quality Superintendent Anzjan, Ufficjal Tekniku I, Ufficjal Tekniku II, Electrical Draughtsman, Ufficjal Amministrattiv (Customs and Warehousing), Ufficjal tal-Maintenance, Land Surveyor, Segretarju-a I, Segretarju-a II, Skrivan, Skrivan ta` l-Accounts I, Skrivan- Receptionist, Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Deputat Kontrollur tas- Sigurta` Anzjan, Assistent Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Kontrollur tas- Sigurta`, Messaggier - Xufier, Handyman, Fattiga, Operatur tat-Telefon, Canteen Assistant u Assistant Handyman.", "Kif jirriżulta mit-tagħrif li tajt aktar `l fuq, ir-rapporti dwar ingaġġ ta` madwar 170 ħaddiem huma nfondati.", "GĦAWDEX - VAPUR \"TA' PINU\"", "12926.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li għalkemm iċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l- isem lill-vapur \"Ta' Pinu\" se ssir fit-Tarzna tal-Marsa, xorta waħda se ssir ċerimonja oħra f'Għawdex?", "Jekk iva, x'inhu l-iskop għal dawn iċ- ċerimonji doppji?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li ċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l- isem lill-vapur 'Ta' Pinu' se ssir fit-Tarzna tal-Marsa fuq ix-xewqa tal- ħaddiema tal-Malta Shipbuilding stess.", "M'hu se ssir l-ebda ċerimonja oħra ta' l-għoti ta ' l-isem f'Għawdex, imma l-Kumpannija Gozo Channel beħsiebha tagħmel riċeviment f'Għawdex li għalih fost l-oħrajn ikunu mistiedna l-impjegati tal-kumpannija.", "Dan ir-riċeviment jikkonċidi ma' l-20 Anniversarju minn mindu bdiet topera l-kumpannija, kif ukoll mad-dħul fis-servizz tal-vapur il-ġdid 'Ta' Pinu'.", "DJAR", "12927.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk post li l- partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament huwiex mikri, vojt jew jinsab għand il-Housing Department, peress li ilu żmien twil magħluq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru 11917.", "PULIZIJA - ARMI - COLLECTOR'S ITEMS", "12949.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-policy dwar dħul f'pajjiżna ta' armi li jkunu collector's items, għadhiex l-istess jiġifieri jekk jistgħu jidħlu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-policy dwar importazzjoni ta` armi li jkunu antiki, biex jinżammu għal skop ta` kollezzjoni, għadha kif kienet minn Jannar ta` l-1997.", "Infakkar l-Onor.", "Interpellant li l-amministrazzjoni preċedenti kienet iddeċidiet li l-armi kollha tan-nar manifatturati qabel l-1940 jiġu meqjusa bħala antiques.", "SPTARIJIET - SECURITY GUARDS", "12950.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta s-security guards fl-isptarijiet se ddur minn fuq il- post tax-xogħol għal post ieħor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-rotazzjoni tas-security guards se tibda sseħħ fi Frar, 2000.", "FREEPORT - ĦADDIEMA", "12951.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Malta Freeport minn Settembru 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġej kull impjegat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bejn Settembru 1998 u l-20 ta` Jannar ta` din is-sena, il-Malta Freeport ingaġġat 89 ħaddiem gdid.", "Dawn ġejjin mil-lokalitajiet segwenti:", "|1 minn |1 minn |2 minn | |H`Attard|Hal-Balz|Birkirkar| | |an |a | |6 minn |1 minn |5 | |Birzebbu|Had-Ding|mill-Fgur| |ga |li |a | |2 |1 minn |2 | |mill-Flo|Gwardama|mill-Gzir| |riana |ngia |a | |3 |2 minn |1 | |mill-Ham|tal-Ibra|mill-Kalk| |run |gg |ara | |1 minn |3 minn |1 minn | |Hal-Luqa|Marsaska|Marsaxlok| | |la |k | |1 |1 |2 | |mill-Mel|mill-Mos|mill-Imqa| |lieha |ta |bba | |1 minn |2 minn |12 minn | |Naxxar |Paola |Hal-Qormi| |3 |2 |1 minn | |mill-Qre|mir-Raba|San | |ndi |t |Giljan | |1 minn |2 |3 minn | |San |mis-Sigg|tas-Sliem| |Gwann |iewi |a | |4 minn |7 minn |4 minn | |Hal-Tarx|Valletta|Haz-Zabba| |ien | |r | |5 minn |2 |4 | |Haz-Zebb|miz-Zejt|miz-Zurri| |ug |un |eq |", "MMDNA - TESTIJIET TAZ-ZOKKOR", "12987.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li nurses ta' l-MNDNA mhux jagħmlu test taz-zokkor għax m'għandhomx sticks?", "Jekk iva, x'inhu jagħmel il-gvern biex isolvi din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent in-nurses ta` l-MMDNA m'għandhom l-ebda problema fil-provvista normali ta` sticks biex jagħmlu it-test taz-zokkor.", "Seta` nħass xi nuqqas f'Diċembru li għadda minħabba li l-istokk ta` dawn l-isticks kien daqsxejn baxx sa ma waslet il-provvista ġdida.", "SPIŻERIJA TAL-GVERN - PILLOLI", "12988.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji tal- gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-pilloli li huma temporanjament out of stock fl- ispiżeriji tal-Gvern illum 20 ta`Jannar, 2000 huma skond il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "12989.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` priġunieri fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fid-19 ta` Jannar, 2000, kien ta` 213.", "Dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi : - Malta, Libja, Italja, Tuneżija, Alerġija, Renju Unit, Eġittu, Palestina, Jugoslavja u mis-Sirja.", "DJAR - RAĦAL ĠDID - TIBJID", "12990.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Triq Kordin, Raħal Ġdid Block A, B, C u D jiġu mbajda fil-komun peress li jinsabu fi stat ta' telqa biex ir-residenti jkollhom ambjent aktar nadif?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "DJAR - TARXIEN - TIBJID", "12991.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Triq Ħal Luqa, Tarxien Block I, Block II, Block III u Block IV jiġu mbajda fil-komun tagħhom biex ir-residenti jkollhom ambjent sabiħ u nadif peress li jinsabu fi stat ta' telqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "PA - UFFIĊJAL", "12994.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li b'att vandalu fi Triq Santa Tereża, Żabbar immirat lejn uffiċjal ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar sofriet intortament familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jikkonsidra talba għal kumpens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m'għandha l-ebda ħjiel li l-att vandalu li seħħ fi Triq Santa Tereża, Żabbar, kien immirat lejn uffiċjal tagħha u għaldaqstant l-awtorita` mhux f`pożizzjoni li tikkonsidra talba għal kumpens.", "ŻEJTUN - TISWIJA TA' BOZZA", "12995.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa bozza mal-Block I ġewwa l-Qasam Ħal Tmiem fiż-Żejtun liema bdil jien informa li jenħtieġ il- krejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "Rigward dati, wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni l- prioritajiet li jkollha l-korporazzjoni.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - RIŻENJA", "13032.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru iqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' mpjieg tal-persuna li ddettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qabel ma kien irriżenja mill-post tax- xogħol tiegħu madwar sentejn ilu?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg ġdid ta' l-imsemmija persuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iż-żewġ dokumenti mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, jiġifieri:", "(i) kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija meta kienet impjegata mal- Aġenzija Sedqa;", "(ii) kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija fil-kariga ġdida tagħha mal- Programm Ħidma Soċjali (SWDP).", "Dan il-kuntratt huwa ffirmat mill-persuna msemmija u mill-President tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali.", "ENEMALTA - BOILERS", "13054.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Enemalta kienx hemm waqfien ta' boilers f'dawn l-aħħar ġranet għall-maintenance?", "Kemm kien hemm boilers involuti u x'tul ta' żmien kien hemm involut?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-boiler numru tmienja fil-Power Station tal-marsa twaqqaf fit-12 ta` Jannar ta` din is-sena sabiex isirlu xoghol ta` manutenzjoni.", "Bħalissa hemm żewġ boilers oħra weqfin għal raġunijiet ta` overhaul.", "Dawn il-boilers huma n-numru wieħed tal-Power Station ta` Delimara u n-numru tnejn tal-Marsa u twaqqfu f`Settembru tas- sena l-oħra.", "IMPJANT TAR-REVERSE OSMOSIS - ILMA", "13059.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ilma prodott permezz tar-reverse osmosis meta mqabbel mal-persentaġġ ta' l-ilma mtella' mill-acquifer fil-produzzjoni totali ta' l-ilma bħalissa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - KONTAMINAZZJONI TA'L-ILMA", "13060.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għall-kontaminazzjoni ta' l- ilma tax-xorb f'diversi areas f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12720 dwar l-istess materja waqt is-Seduta Nru. 225."]} {"filename": "20010328_523d_par.doc", "date": "2001-03-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 523 L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 523", "L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "523", "L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 73", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 73", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ISKEJJEL 77", "AĠĠORNAMENT 103", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 107", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 522 li saret fis-27 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ENEMALTA - KONT", "24370.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli joħroġ il-kont tad- dawl u l-ilma lill-persuna - li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija - li ilha mejta iżjed minn sena minkejja li ili xhur inwassal dan l-ilment u kull darba niġi mwiegħed li se jittieħdu l-passi biex dan ma jibqax joħroġ?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li l-kont li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant fih biss arretrati u mhux kontijiet kurrenti.", "Dawn jammontaw għal Lm114.13 u huma għall-perijodu bejn il-31 ta' Jannar, 1998 u l-5 ta' Settembru, 2000.", "Meta dawn l-arretrati jitħallsu kollha, il-kont ma jibqax joħroġ.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li mingħajr ma jidħol fid-dettalji individwali ta' dan il-każ isemmi ċerti aspetti biex jispjega x'jiġri f'każijiet simili.", "Din il-persuna mietet, ħalliet kont b'arretrati li għadhom ma tħallsux, l-uniku tifel li kellha ma wiret xejn u qiegħed jgħix fuq is-servizzi soċjali.", "Jista' l-Ministru jispjega x'jiġri meta jkollok kont bħal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Peress li dan il-kont huwa ta' l-Enemalta ma nistax inwieġeb bil-preċiż.", "Nassumi li dan huwa dejn kummerċjali u mhux dejn statutorju, jiġifieri huwa provvediment ta' servizz mhux bħal taxxa u allura ladarba min irċieva s-servizz miet, ma nafx jekk il-kont jgħaddix fuq l-eredi.", "KUMITAT TAL-KUNTRATTI", "24467.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill- kumitat tal-kuntratti mill-uffiċjali li jaqgħu taħtu dwar il-kuntratt CT 28/2001?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamel il- Perit Zammit dwar dan il-kuntratt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien infurmat li d-dipartiment tat-toroq irrikmanda lill-kumitat tal-kuntratti u dan aċċetta, li dan il-kuntratt jiġi assenjat lill-kumpannija GTZ li kkwotat fost l-irħas rati peress li diġa` jeżisti kuntratt ta' koperazzjoni bejn il-gvern Malti u din l-aġenzija tal-gvern Ġermaniż.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija peress li r-rapport sar fuq talba u għall-użu tad-dipartiment tal-kuntratti, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'każ li kuntratt jingħata lil kumpannija li diġa` kellha relazzjoni ta' konsulenza mal-gvern, jista' jitqies – kif safejn naf jien qed jitqies minn kuntratturi oħra li jkun fl-interess tagħhom li jqisuh dan – jekk ikunx hemm konflitt ta' interess f'sitwazzjoni bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-kumpannija GTZ ilha madwar tliet snin tagħti konsulenza lill-gvern Malti dwar l-użu tat-toroq.", "Huwa veru li jista' jkun hemm kumpanniji li jqisu dan bħala konflitt ta' interess u fil- fatt għal dan il-kuntratt hemm oġġezzjoni quddiem il-kumitat tal-kuntratti li qed jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.", "BANK OF VALLETTA - FERGĦA FIX-XATT TA' TAS-SLIEMA", "24468.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bank of Valletta se jagħlaq il-fergħa li għandu fix-xatt ta' tas-Sliema b'dannu għall-klijenti li joqogħdu fl-inħawi, fosthom pensjonanti, li kienu jsibu din il-fergħa komda u li tista' tintlaħaq malajr?", "ONOR.", "JOHN DALLI (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li l-gvern għandu biss 25% ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-bord tad-diretturi ta' l-istess bank.", "DEPOŻITI F'BANEK BARRANIN", "24469.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern u l-Bank Ċentrali hux qed isegwu l-iżvilupp li seħħ tul Frar 2001 meta ċittadini Maltin li għandhom depożiti f'banek barranin ġew infurmati minn dawn il-banek li mis-6 ta' April 2001, l- imgħaxijiet tagħhom se jibdew jiġu rrappurtati lid-dipartiment tat-taxxi nterni tar-Renju Unit biex dawn jgħaddu din l-informazzjoni lill- awtoritajiet tat-taxxi tal-pajjiżi differenti li minnhom ġejjin dawn iċ- ċittadini?", "Qed jittieħdu xi passi biex anke jkun hemm ftehim bejn il-gvern Malti u dak tar-Renju Unit biex tiġi skambjata din l-informazzjoni dwar depożiti ta' ċittadini Maltin f'banek Ingliżi?", "Meta hemm il-ħsieb li l-awtoritajiet tat- taxxa lokali jibdew jiksbu dan it-tagħrif mir-Renju Unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jeżisti ftehim bejn Malta u r-Renju Unit għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income u qligħ kapitali li fih dispożizzjonijiet li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ stati jibdlu dik l-informazzjoni neċessarja bl-iskop li jitħaddmu sew il- liġijiet tat-taxxa taż-żewġ stati u hekk tiġi evitata l-evażjoni fiskali.", "Permezz ta' dan il-ftehim, id-dipartiment tat-taxxi nterni tar-Renju Unit jista' jgħaddi kull tagħrif li jkollu dwar residenti ta' Malta għand l- awtoritajiet tat-taxxa Maltin.", "Mr Speaker, biex forsi nespandi fuq dan il-punt, irrid ngħid li f'dawn l- aħħar ġimgħat tkellimt fuq dan is-suġġett aktar minn darba u spjegajt kif id-dinja - dan huwa effett ukoll tal-globalizzazzjoni - permezz ta' l-OECD qiegħda timxi fuq inizjattivi li jġiegħlu lill-pajjiżi kollha jidħlu f'commitment ta' rappurtar ta' investimenti li jista' jkollhom minn ċittadini ta' pajjiżi mhux tagħhom, meta jiġu rikjesti jagħmlu hekk mill- awtoritajiet kompetenti tat-taxxa tal-pajjiżi konċernati.", "Jiġifieri l-OECD, bl-inizjattiva tagħha tal-harmful tax practices, qiegħda issa fi stadju avvanzat u tat ċans sa Lulju li ġej biex il-pajjiżi jirrispondu - naturalment Malta, kif diġa` ġie mħabbar b'mod pubbliku, qed tikkopera bis- sħiħ bl-inizjattiva ta' l-OECD - u l-OECD fil-fatt qiegħda thedded li jittieħdu miżuri ta' protezzjoni kontra dawk il-pajjiżi li ma jikkoperawx ma' din l-inizjattiva.", "Fil-fatt se jkollna sitwazzjoni li jekk Ingliż, per eżempju, jinvesti ġo l- Amerika, ikun jista' jieħu l-informazzjoni dwar il-kontijiet tiegħu mill- Amerika.", "U hawnhekk fejn jien tajt parir lid-depożitanti Maltin li sakemm aħna hawn Malta għandna l-commitment tal-gvern - dan il-commitment ingħata minn dan il-parlament b'mod ta' consensus - li nżommu s-segretezza fil- kontijiet tal-banek għall-Maltin - naturalment il-Maltin ħadd m'hu se jitlobna informazzjoni fuqhom u aħna m'għandna l-ebda interess infittxu ladarba tajna dan il-commitment - l-ikbar protezzjoni għall-Maltin biex jinvestu huwa f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-ftehim li l-Ministru rrifera għalih fit- tweġiba tiegħu, jiġifieri l-ftehim fuq it-tassazzjoni doppja, jgħid li d- dipartiment tat-taxxi nterni tar-Renju Unit jista' jgħaddi kull tagħrif jekk ikun mitlub li jagħmel hekk.", "Id-dipartiment tat-taxxi nterni ġieli talab li jkollu din l-informazzjoni?", "Jiena fil-mistoqsija oriġinali rriferejt għall-fatt li fi Frar li għadda, ċittadini Maltin li għandhom depożiti f'banek barranin ġew informati li mis- 6 ta' April, l-imgħaxijiet tagħhom se jibdew jiġu rrapportati lid- dipartiment tat-taxxi interni biex dawn jgħaddu din l-informazzjoni lill- awtoritajiet.", "Jiena qed nifhem li għalkemm Malta m'hijiex f'dik il-lista li ngħatat, b'dan l-arranġament xorta se jibdew jgħaddu din l-informazzjoni, tintalab jew ma tintalabx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt l-informazzjoni trid tintalab u l-gvern Malti għandu kull interess li jitlobha.", "Issa l-awtoritajiet Ingliżi bdew proċeduri ġodda u allura m'għadhiex kif kienet fl-antik, li meta titlob xi ħaġa jibdew jaraw x'hemm imma bażikament qegħdin jitolbu rapporti sħaħ mingħand il-banek tagħhom dwar id-depożiti li jeżistu minn nies barranin.", "Din mhux fuq Maltin biss qed jagħmluha imma fuq in-nies kollha li m'humiex Ingliżi.", "Naturalment, ladarba l-awtoritajiet tat-taxxa Ingliżi se jkollhom available din l-informazzjoni, issa din se tibda tintalab mingħandhom.", "CT 28/2001 - KUNTRATT", "24470.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk jirriżultax li kumpannija tefgħet offerta għall- kuntratt CT 28/2001 bil-prezz ta' Euro 395,000 u fin-negozjati wriet li lesta tniżżilha għal Euro 44,500?", "Kif kienet lesta tniżżel dan il-prezz?", "Jitqies realistiku dan il-prezz ġdid?", "B'liema prezz fil-fatt ingħata l- kuntratt?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li wieħed mill-offerenti issottometta objezzjoni fit-termini tal-public service procurement regulations, ma nħossx li għandi nwieġeb din il-mistoqsija f'dan l-istadju biex il-każ ma jiġix preġudikat.", "CT 28/2001 - KUNTRATT", "24471.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji/persuni li tefgħu offerta għall- kuntratt CT 28/2001?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol mitlub?", "Min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?", "B'liema kriterji ġie magħżul?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm ħames kumpanniji li tefgħu offerta għat-tender CT 28/2001.", "Fir-rigward ta' l- aħħar tliet mistoqsijiet nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "24470.", "Tajjeb li nispjegaw hawnhekk fuqhiex qed nitkellmu.", "Fil-kwestjoni tal- kostruzzjoni tat-toroq qed ikollna sitwazzjoni ta' kważi monopolju minn kumpannija partikolari li għaqdet taħt l-umbrella tagħha, tista' tgħid, il- kuntratturi kollha li jagħtu dan is-servizz fit-toroq.", "Meta f'pajjiżna, li huwa pajjiż żgħir, għandna din is-sitwazzjoni - li mhux neċessarjament hija ħażina u ta' min jikkundanaha - inħass il-bżonn, anke wara diskussjonijiet magħhom, li tiġi mqabbda kumpannija indipendenti biex tagħmel costing ta' l-elementi kollha fir-road construction ħalli l-gvern ikollu bażikament standard ta' cost li jkun maħdum b'mod professjonali dwar l-elementi kollha tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "B'hekk il-gvern ma jkunx maqbud fil-problema ta' monopolju li l-prezzijiet jibdew jiġu ddettati minn min qiegħed jagħmel it-tender b'mod monopolistiku.", "Din it-tender kienet biex jintgħażel dan il- konsulent ħalli jagħti dan il-parir lill-gvern u lil min hu interessat fil- kostruzzjoni dwar il-costing ta' l-elementi kollha fil-kostruzzjoni tat- toroq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'pajjiżna ilu jissemma l-bżonn li jkollna reġistru ta' kuntratturi affidabbli li jagħmlu xogħol bis-serjeta` u li jiġu backlisted jekk jirriżulta li darba wara l-oħra jiksru l- kundizzjonijiet li bihom ingħataw il-kuntratti.", "Jista' jgħid fiex wasal ix- xogħol biex ikollna dan it-tip ta' reġistru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Membru, dan ix-xogħol ilu għaddej.", "Jiena niftakar li meta fl-1996 konna tajna bidu tiegħu, konna pproponejna r- regolamenti ġodda tal-kuntratti u konna għedna li għandu jinħoloq dan ir- reġistru bħala parti minn dawn ir-regolamenti.", "Dan il-proċess baqa' għaddej, daqqa bi speed u daqqa bil-mod, pero` ddaħħlu fih in-nies konċernati, iddaħħlet fih ukoll organizzazzjoni li mbagħad ifformat ruħha fil-BICC u llum qegħdin fil-fażi fejn jiġu elenkati l-ewwel regolamenti.", "Fil-fatt dan il-proċess qed jippilotah l-Onor.", "Edwin Vassallo.", "VERDALA - GOLF COURSE", "24512.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-Ministru fid-dawl ta' l- informazzjoni li qed nibgħat separatament dwar il-golf course tal-Verdala?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li qiegħed jagħti l-Ministru ta' l-Intern għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24513 f'din is-seduta.", "VERDALA - GOLF COURSE", "24513.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhija l-pożizzjoni tal-Ministru fid-dawl ta' l- informazzjoni li qed nibgħat separatament dwar il-golf course tal-Verdala?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-intern): Ninsab infurmat li minkejja dak li hemm miktub fl-informazzjoni li ssottometta l-Onor.", "Interpellant, l- applikazzjoni għall-iżvilupp ta' korsa tal-golf fiz-zona magħrufa bħala \"It- tafal ta' l-Imdina\", taħt il-Hotel Verdala, hija suġġetta għal studju dwar l-impatt ambjentali u deċiżjoni dwar dan l-iżvilupp ma tistax tittieħed qabel dan il-proċess jitlesta.", "L-istudju dwar l-impatt ambjentali kien ġie sottomess mill-applikant lill- awtorita` ta' l-ippjanar u dipartimenti u aġenziji oħra tal-gvern li huma d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent, id-dipartiment ta' l-agrikoltura u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Dawn l-entitajiet qegħdin jevalwaw l-informazzjoni pprovduta u meta l-awtorita` ta' l-ippjanar tirċievi l-kummenti ta' l-agenziji l-oħra kollha, tkun tista` tifformola rapport dwar x'emendi jkunu jridu jsiru, jekk ikun hemm bżonn, għal dan l- istudju.", "Meta l-istudju jkun approvat il-kontenut tiegħu, dan jiġi miftuħ għal skrutinju pubbliku.", "F'dan il-perijodu kulħadd ikollu d-dritt jikkummenta dwar l-iżvilupp propost u l-impatt ambjentali, l-impatt ekonomiku u l- impatt soċjali tiegħu.", "Wara dan il-proċess biss tista' l-awtorita` ta' l- ippjanar tieħu deċiżjoni dwar il-proposta ta' korsa tal-golf u dan wara li tiżen il-kummenti kollha u l-informazzjoni pprovduta fl-istudju dwar l- impatt ambjentali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformani jekk effettivament waslux rapporti lill-awtorita` ta' l-ippjanar li numru ta' bdiewa qed jipprovaw jitolbu support finanzjarju, anke self mill-banek, biex jiżviluppaw dwieli fl-inħawi, u qed jiġu nformati li peress li dik iz-zona se tkun soġġetta għal żvilupp ta' korsa, din il-flessibbilita` m'hijiex qed tingħata?", "Jekk dawn ir-rapporti waslu, x'inhi l-pożizzjoni li ħadet l- awtorita` fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk fhimtu sew l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li l- banek mhux qed jagħtu faċilita` ta' self.", "Naturalment jien ma nistax nindaħal lill-banek dwar il- faċilitajiet u l-kondizzjonijiet li għandhom jagħtu.", "Il-pożizzjoni llum hi li għal dawn l-aħħar ħames snin hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar ...", "(Interruzzjonijiet) M'għandix informazzjoni li waslu dawn l-ilmenti imma anke kieku stess waslu, l-awtorita` ma tistax tindaħal lill-bank jekk għandux jagħti faċilita` ta' self, kemm għandu jagħti u jekk għandux jistenna jew ma jistenniex, bħalma l-bank ma jindaħalx lill-awtorita` ta' l- ippjanar jekk għandhiex tagħti permess jew le fuq din l-applikazzjoni.", "Ħadd ma jista' jgħid li din l-applikazzjoni għaddiet malajr jew inkella li l-proċess tagħha qiegħed isir bl-addoċċ għax hija waħda mill-iktar applikazzjonijiet li ilha pendenti quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "L- aħħar deċiżjoni, ftit iktar minn sena ilu kienet li jsir l-EIA qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni vi jew va.", "Dan l-EIA tlesta mill-applikant, issa qed jiġi evalwat mill-aġenziji kollha tal-gvern, meta mbagħad ikun hemm l-iskrutinju pubbliku neċessarju ta' dan ir-rapport - fuq proġett li qajjem ċerta kontroversja kemm minn min favur u kemm minn min hu kontra, kif tqajjem kull applikazzjoni ta' ċerta natura fl-awtorita` ta' l-ippjanar - tittieħed id-deċiżjoni.", "X'jiġri wara mbagħad naraw.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ISKEJJEL", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker nipproponi:-", "Billi l-futur ta' l-eluf ta' tfal u żgħażagħ tagħna u ta' pajjiżna kollu kemm hu jiddependi mill-kwalita' ta' edukazzjoni li nipprovdulhom;", "Billi huwa fl-interess komuni tagħna lkoll li naħdmu flimkien biex intejbu l-edukazzjoni ta' wliedna;", "Billi l-għażla tar-rabtiet li għandu jkollu pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea hija materja ta' kontroversja politika u ta' natura partiġġjana;", "Din il-Kamra tipproponi li:", "Għandu jsir minn kollox biex din il-kontroversja titħalla barra mill- iskejjel;", "U b'hekk tieqaf il-kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni li għaddejja fl-iskejjel tagħna favur il-politika tal-Partit Nazzjonalista li jrid sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Dan biex l-iskejjel jinżammu ħielsa mill-politika partiġġjana u jkunu jistgħu jaħdmu bis-serjeta' fuq dak li l-ġenituri kollha ta' pajjiżna jixtiequ u dak li ċ-ċittadini onesti qed iħallsu miljuni ta' liri f'taxxi għalih, jiġifieri li l-iskejjel irawmu lill-ġenerazzjonijiet li telgħin ta' Maltin u Għawdxin fil-ħiliet meħtieġa biex jipprovdulhom ħidma u għajxien tajba fis-seklu 21.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn ftehim li d-dibattitu jinqasam indaqs bejn iż- żewġ naħat bl-introduzzjoni u l-konklużjoni min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr. Speaker, huwa importanti li nifhmu biċ-ċar dak li qed nipproponu b'din il-mozzjoni, għaliex diġa` kien hawn min għawwiġha u mmanipulaha.", "Mill-ewwel irrid nagħmilha ċara li fil-livelli kollha ta' l- edukazzjoni, l-istudenti jridu jingħataw informazzjoni tajba u korretta dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea, bħalma għandhom jingħataw informazzjoni korretta dwar ir-reġjun Mediterranju fejn ngħixu u anke dwar il-bqija tad- dinja.", "Din il-mozzjoni ma tridx tiġi nterpretata bħala waħda fejn l-Unjoni Ewropea qed inqisuha bħala xi suġġett taboo li m'għandux jidħol fl- iskejjel, għaliex jekk nagħmlu hekk la nkunu realistiċi u lanqas inkunu qed nagħmlu sens edukattiv.", "L-istudju dwar l-Unjoni Ewropea diġa` huwa wieħed mis-suġġetti diversi li hemm fl-iskejjel tagħna, u huwa importanti li jiġi mgħallem tajjeb u sew.", "Per eżempju, fir-rapporti u l-kummenti li l- eżaminaturi tal-bord tal-Matsec jagħmlu fuq l-istudenti tagħna, kemm f'livell intermediate kif ukoll f'livell avvanzat f'suġġetti bħall- ekonomija u l-istudji soċjali fejn l-istudenti jridu jkunu jafu - u importanti li jkunu jafu - kif jaħdmu l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, naraw li kemm-il darba l-kumment tagħhom ikun li the candidates are generally poorly informed about the European economic and monetary union.", "Dawn huma studenti li jkunu għamlu l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom dwar l-ekonomija u l-istudji soċjali.", "L-Unjoni Ewropea hija parti importanti mid-dinja u għalhekk l-istudenti tagħna għandhom ikollhom tagħrif tajjeb u korrett fuq kif din taħdem.", "L-istess problema teżisti wkoll fil-livell sekondarju.", "Meta l-istudenti joqogħdu għall-eżami ta' l-istess suġġetti imma f'livell ordinarju, kemm-il darba, l-eżaminaturi jirrimarkaw u jgħidu li an overwhelming majority of the candidates show an almost total lack of knowledge about EU institutions.", "Allura huwa importanti - u dan ngħiduh ċar u tond - li fejn hemm diġa` is-suġġetti dwar l-Unjoni Ewropea fil- kontenut edukattiv ta' l-iskejjel dan għandu jiġi mgħallem sew u fejn mhux qed jiġi mgħallem sew rridu naraw x'għandu jsir.", "Dan qed ngħidu biex nuru li aħna m'għandniex problema fuq dan u m'għadna ebda allerġija dwar li l- Unjoni Ewropea tkun mgħallma bis-serjeta` fl-iskejjel tagħna.", "Fil-ftit żmien li għamilt ministru jiena kont tajt xiehda ta' dan meta waqqafna l- uffiċċju ta' Socrates fl-Universita` u bgħatna bejn sebgħa u tmien żgħażagħ fl-uffiċċju tekniku ta' Socrates fi Brussels.", "Huwa meħtieġ li jkun hemm nies imħarrġin fis-sistemi tal-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea, għaliex mingħajr nies imħarrġin fuq dawn is-sistemi ma nkunux nistgħu nħaddmuhom.", "M'hijiex l-ewwel darba li laqqajna l-heads ta' l-iskejjel primarji u sekondarji u ġibna anke uffiċjali mill-Unjoni Ewropea biex jitkellmu, per eżempju, fuq kif jaħdem il-programm Comenius li huwa l- programm ta' skambju fil-livelli primarji u sekondarji.", "Għalhekk il- mozzjoni li ressaqna aħna m'hijiex biex ngħidu li l-Unjoni Ewropea huwa suġġett taboo li m'għandux jiġi mgħallem fl-iskejjel tagħna.", "Aħna ħdimna wkoll biex fl-Universita` tidħol il-European credit transfer system.", "Mingħajr din is-sistema - li daħħalna aħna - ix-xogħol li l- istudenti jagħmlu meta jmorru jagħmlu semester f'universitajiet Ewropej taħt l-iskema ta' l-Erasmus ma kienx jiġi rikonuxxut bħala credit fil- korsijiet li jagħmlu fl-Universita' tagħna.", "Dan japplika bil-maqlub ukoll, jiġifieri għall-studenti barranin li jiġu hawnhekk minn pajjiżi oħra.", "U huwa tajjeb li jiġu studenti barranin jitħalltu ma' l-istudenti tagħna u jitgħallmu minn xulxin, imma kieku ma daħħalniex din is-sistema, dawn il- programmi ma setgħux jitwettqu.", "Fi żmienna rnexxielna nġibu wkoll uffiċjali edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea li ddiskutew u tkellmu dwar x'għandu jsir biex dawk iż-żgħażagħ u adoloxxenti li jitqiesu vulnerabbli - youth at risk - ma jkunux esklużi milli jgawdu mill-benefiċċji tas-sistema edukattiva.", "Jekk dawn iż-żgħażagħ ikunu esklużi jispiċċaw mingħajr is-snajja', il-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex jaħdmu u jgħixu fis-soċjeta` kkumplikata u avvanzata tal-lum.", "Nerġa nirrepeti li l-partit Laburista għamilha assolutament ċara, anke meta kien fil-gvern, li fuq dan il-qasam irid jimxi bis-serjeta`, u naħseb li l- fatti jitkellmu ċar fuq dan.", "Dak li aħna ma rridux li jiġri - u din irridu nagħmluha ċara - huwa li tkompli għaddejja l-kampanja ta' propaganda u ta' indotrinazzjoni li bdiet għaddejja fl-iskejjel tagħna.", "Jekk irridu bis-serjeta` il-ġid tat-tfal, taż- żgħażagħ, ta' l-edukazzjoni, u tal-futur ta' pajjiżna, din il-kampanja għandha tieqaf għaliex qed tagħmel ħsara lis-sistema edukattiva.", "Jien nistaqsi lill-membri tal-gvern biex jekk jistgħu jgħidulna hemmx xi pajjiż ieħor, minbarra pajjiżna, li applika biex jidħol fl-Unjoni Ewropea jew anke xi pajjiż li diġa` kien membru ta' l-Unjoni fejn fl-iskejjel għaddejja din it-tip ta' kampanja.", "Meta qed nitkellem fuq din it-tip ta' kampanja qed nirriferi għal diversi affarijiet, mhux biss għall-MIC kif kien hawn min ħaseb.", "Li rrid nikkjarifika huwa li dawk il-laqgħat li għaddejin fl-iskejjel tagħna huma iżjed minn laqgħat imsejħin ta' informazzjoni li qed jorganizza ċ-ċentru.", "Meta ngħid iċ-ċentru, nagħmilha ċara li qed nirriferi għall-MIC, li huwa dak iċ-ċentru li twaqqaf bejn Malta u l-Unjoni Ewropea biex suppost jagħti informazzjoni dwar l-istess Unjoni Ewropea.", "Hawn m'iniex qed nirriferi biss għal-laqgħat li qed jorganizzaw fl-iskejjel, imma qed nirriferi għal affarijiet oħra.", "Per eżempju, jiena nformat li hemm uffiċjali fil-qasam edukattiv li qed imexxu l-kelma li f'kull inizjattiva li ssir fl-iskejjel tagħna hemm bżonn li b'xi mod jew ieħor tidħol il-kwestjoni tas-sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "Dawn l-uffiċjali qed jgħidu li - u dan jgħiduh bħala għalliema u jgħiduh ma' sħabhom - hemm bżonn li r-referendum tal-gvern fuq l-Unjoni Ewropea ma jintilfx.", "Dan huwa differenti minn dik l-informazzjoni korretta u tajba li trid tingħata dwar l-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' nirrepeti li f'suġġetti bħall-ekonomija, il-ġeografija, l-istudji soċjali u l-istorja, ma noġġezzjonawx li jkun hemm tagħrif dwar il-Unjoni Ewropea, li noġġezzjanaw huwa fuq il-fatt li qed inbiddlu l-iskejjel tagħna f'areni ta' politika partiġġjana.", "Per eżempju, spiċċajna fis-sitwazzjoni redikola fejn banda ta' skola ddoqq l-innu ta' l-Unjoni Ewropea għall-prize day.", "M'hemmx għalfejn ngħid li waqt ir-rehearsals, minn id-dar huwa favur li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea ċapċap x'ħin sema' dan l-innu, iżda min hu kontra, beda jibbuwja.", "Irridu li fl-iskejjel tagħna jkun hemm dan it-tip ta' redikolaġni u fares?", "Għandna xi problema biex nisimgħu l-mużika ta' Beethoven aħna?", "Jew għaliex se nisimgħu l-mużika ta' Beethoven se tqabbadna xi mard jew xi diżgust?", "Jekk rridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem u l-iskejjel tagħna jitjiebu u jirnexxielhom jagħtu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna l-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fis-seklu 21, dan m'huwiex il-mod li bih iridu jitmexxew l- iskejjel.", "Eżempju ieħor, huwa tal-laqgħa ta' tħejjija li kellhom it-tfal għas-session li se jagħmlu għada f'dan il-paralment.", "Marru jkellmuhom nies kemm min-naħa ta' l-MIC kif ukoll xi uffiċjali edukattivi.", "Iż-żewġ partijiet kellmuhom fuq suġġetti differenti u meta dawn l-istudenti jistaqsuhom mistoqsijiet, l-ewwel jisimgħu priedka li tkun kollha kant ta' glorja fuq sħubija fl-Unjoni Ewropea, imma meta jqum tifel u jistaqsi kif se jintlaqat minn sħubija fl-Unjoni Ewropea missieru li jaħdem it-tarzna jew żijuh li jaħdem fl-għelieqi jibqgħu ma jgħidulu xejn.", "Din m'hijiex serjeta` u qed ngħid hekk għaliex hemm differenza bejn indotrinazzjoni u edukazzjoni.", "Indotrinazzjoni hi meta tagħti verżjoni waħda biss - il-verżjoni li inti tiffavorixxi - u twaqqa' għaċ-ċajt, tiddenegra u tattakka kull pożizzjoni oħra.", "U l-MIC qed jagħmel indotrinazzjoni f'dan is-sens mhux biss fl-iskejjel imma fil-pajjiż kollu.", "It-tip ta' informazzjoni li toħroġ mil-MIC hija maħsuba biss b'mod propogandistiku għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u ma toħroġ l-ebda informazzjoni oħra bħal forom differenti ta' relazzjonijiet li hemm bejn il- pajjiżi u l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, fil-ġimgħa fejn sar ir-referendum fl-Isvizzera u l-Isvizzeri vvotaw fil-maġġoranza kbira tagħhom biex ma jibdewx in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, mhux talli ''In- Nazzjon\" tilef l-Isvizzera mill-mappa, talli għal ġurnata wara l-oħra f'erba' paġni ta' aħbarijiet ta' barra żorna l-Afghanistan, il-Ġappun u l- pajjiżi l-aktar imbiegħda, saħansitra sabu spazju, għal xi anedotti ħelwin dwar ġmula fid-deżert, u l-Isvizzera baqgħet ma dehret imkien.", "Anke fil-workshops li saru dan l-aħħar waqt il-kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista qalulhom li l-ewwelnett huwa mportanti li wieħed ikun kredibbli u li t-tieni nett ma jeżistix biss dak li jgħid il-partit Nazzjonalista, u li huwa mportanti li jingħataw l-fatti ħalli l-media tal- partit Nazzjonalista tkun iktar kredibbli.", "Issa jekk anke ġurnal ta' partit iħoss il-bżonn li biex ikun kredibbli jrid isemmi l-fatti kollha u mhux jiċċensurahom u jaqtagħhom 'il barra, aħseb u ara kemm suppost iċ-ċentru li jagħti informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea hawn Malta, għandu jagħti informazzjoni sħiħa biex ikun kredibbli, u mhux jagħti naħa waħda biss.", "Minħabba f'hekk l-MIC iddeġenera f'każin Nazzjonalista.", "L-ewwelnett qagħdu attenti li minn fuq sa isfel jimlewh b'nies li mhux biss huma partitarji u attivisti tal-partit Nazzjonalista iżda li kellhom ukoll t-taħriġ tagħhom fil-ħidma tal-propaganda jew fuq Radio 101 jew fil-mezzi tax-xandir tal- partit Nazzjonalista.", "It-tieni nett in-nies intagħżlu fuq il-kriterji li jkunu leali, mhux lejn il-verita` jew lejn il-fatti kollha jew l- informazzjoni kollha dwar l-Unjoni Ewropea, imma lejn il-linja tal-partit Nazzjonalista fuq l-Unjoni Ewropea.", "Il-bieraħ filgħaxija kont qed insegwi programm fuq NET Television u kelli l-gost noqgħod nara dan ix-xogħol reliġjuż li qed isir ta' evanġelizzazzjoni u anke ta' indotrinazzjoni.", "Jiena niddejjaq nuża l-kelma indotrinazzjoni għax illum lanqas lit-tfal li jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta' l-Isqof m'għadhom jgħallmuhom kif kienu jgħallmu lilna meta konna żgħar, għax dak kienet indotrinazzjoni.", "Indotrinazzjoni hija li toqgħod, tisma' xi ħaġa, ma titkellimx u temmen dak li jgħidulek biss.", "Din hi l-istorja kollha u wieħed jista' jagħti ħafna fatti biex jipprova dak li qed ngħid jien.", "B'dan kollu jien qed nagħmilha ċara li bil-mozzjoni tagħna ma rridux inżommu 'l barra lill-Unjoni Ewropea mill-iskejjel tagħna; din m'għedniha qatt u m'aħniex qed ngħiduha issa.", "Jekk irridu li pajjiżna jirnexxi matul dan is-seklu hemm ħafna affarijiet li rridu nagħmlu.", "Per eżempju, ħmerija oħra li għamel il-gvern huwa li daħħal il-European studies bħala suġġett fl- iskejjel sekondarji u l-istudenti se jkunu eżaminati fuqu.", "Jien nistaqsi lill-membri tal-gvern jgħidulna b'xi pajjiż membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea, fejn il-European studies huwa suġġett eżaminabbli.", "Aħna għandna niftakru li meta l-Ministru Louis Galea fil-1999 qal li se jidħol is- suġġett tal-European Studies fl-iskejjel, ir-raġuni kienet biex niġġieldu l- miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "X'affarijiet huma dawn?", "Tiġġieled il-miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea billi ddaħħal il-European studies għall-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji?", "U għal-liema tip ta' miżinformazzjoni qed nirreferu?", "Li malli nerġgħu niftħu l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jiġu Lm 100 miljun?", "Allura dik ma nsejħulhiex miżinformazzjoni?", "Ara din it-tip ta' mizinformazzjoni fuq l- Unjoni Ewropea, l-MIC ma riedx ineħħiha.", "Mr Speaker, huwa fuq dawn il-affarijiet li qegħdin nikkritikaw l-imġiba u l- aġir tal-gvern.", "Li qed jagħmel il-gvern huwa li jdaħħal il-European studies bħala suġġett fl-iskejjel meta hemm ħafna iktar affarijiet li jistgħu jsiru.", "Jekk huwa veru li rridu nersqu lejn l-Ewropa bis-serjeta` hemm ħafna affarijiet x'nagħmlu, u mhux taparsi ndaħħlu suġġett wara li ntbagħtu ftit nies f'pajjiżi differenti biex jaraw x'qed jiġri biex isir is-sillabu malajr.", "Imbagħad xorta waħda minn hawn u ftit snin oħra, l-istudenti se jkollhom jagħmlu l-eżamijiet tas-Sec ta' dan is-suġġett, u dan meta diġa` għandna problema serja fis-sistema edukattiva tagħna li m'aħniex qed nindirizzawha.", "Aħna rridu li t-tfal tagħna jirnexxu fl-edukazzjoni u hemm bżomm li t-tfal tagħna jirnexxu kemm jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk immorru għall-ftehim li jrid il-partit Laburista ma' l-Unjoni Ewropea.", "Kemm f'sitwazzjoni u kemm f'oħra hemm bżonn li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu mħarrġa u jkollhom is-snajja' u l-ħiliet meħtieġa.", "Jekk irridu li t-tfal tagħna jirnexxu mhux biżżejjed naqbdu u nibagħtu xi nies biex ikellmuhom fuq l-Unjoni Ewropea jew li ndaħħlu l-European Studies bħala suġġett.", "Is-sistema edukattiva tagħna hija waħda - u nispera li nsib lil xi ħadd jikkoreġini u jgħidli li qed nesaġera - fejn il-curriculum huwa mgħobbi bl- akbar ammont ta' suġġetti fid-dinja.", "Hemm xi 11 jew 12-il suġġett li għandhom sillabi vasti u esaġerati fejn l-istudenti u l-għalliema lanqas qed ilaħħqu magħhom għaliex fl-Ewropa Malta għandha l-inqas ħin li t-tfal iqattgħu fl-iskejjel.", "U issa minn fuq, se nkomplu naħlu l-ħin ta' l- istudenti billi ngħabbuhom b'suġġetti bla ebda siwi.", "Jekk aħna rridu li t- tfal tagħna jilħqu livelli ogħla milli qed jilħqu u b'hekk nersqu iżjed lejn l-Ewropa, dak li għandna bżonn huwa li t-tfal jirnexxu iżjed fit- tagħlim ta' l-Ingliż.", "Is-sena li għaddiet mis-6,700 studenti fl-eta` ta' 16 li għamlu s-Sec ta' l-Ingliż u tal-lingwi Ewropej, terz biss għaddew mill- eżami, u dan fis-sena Ewropea tal-lingwi.", "X'qed nagħmlu bis-serjeta` biex per eżempju t-tagħlim tal-Franċiż jikber u jissaħħaħ f'pajjiżna?", "U mhux billi xi kultant nagħmlu xi ċerimonja u naqtgħu xi żigarella u nieħdu xi ritratt!", "Qed nispiċċaw li minn 6,700 li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja jgħaddu biss 1,200.", "X'qed nagħmlu biex insaħħu l-Ġermaniż f'pajjiżna, fejn jispiċċaw jgħaddu xi 500 student biss mill-eżami?", "U x'qed nagħmlu fejn jidħol l-Ispanjol lingwa li qed issir mhux biss ta' importanza Ewropea imma ta' importanza dinjija?", "Minn dan il-eżami għaddew biss 55 student!", "Jekk irridu li bis-serjeta` pajjiżna jimxi 'l quddiem u jkun f'pożizzjoni aħjar biex jirnexxi fis-seklu 21, huwa f'din id- direzzjoni li rridu naħdmu u mhux noqogħdu naħlu l-ħin fl-indotrinazzjoni stupida u redikola li għaddejja fuq l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel tagħna.", "Meta s-sena li għaddiet iltaqgħu l-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea f'Lisbona biex jiddiskutu l-futur ta' l-Unjoni Ewropea u l-edukazzjoni ħadd ma ssuġġerixxa li fl-iskejjel għandu jidħol is-suġġett tal-European studies biex il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Ħadd minn dawn il-mexxejja ma ssuġġerixxa li l-uffiċċju ta' propaganda li jkollhom fuq l-Unjoni Ewropea jmur jagħmel diskorsi fl-iskejjel.", "Is-suġġerimenti li saru bis-serjeta` kienu li rridu noqogħdu attenti għaliex diġa` waqajna lura ma' pajjiżi bħall-Ġappun u l- Istati Uniti.", "Il-problema kbira hija li m'hemmx nies fil-qasam ta' l- informatika, u din hija d-direzzjoni li rridu naħdmu fuqha.", "Hemm bżomm li l- gvern jaqra d-dokumenti tal-laqgħa ta' Lisbona biex jara jekk jissemmiex is- suġġett tal-European studies u ħmerijiet oħra bħal dawn.", "Dak li jissemma f'dawn id-dokumenti hi l-ħtieġa kbira li t-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw il- kompetenzi meħtieġa fil-lingwi, fil-matematika, fix-xjenza u fit- teknoloġija ta' l-informatika, għaliex dak hu l-futur.", "Bħalissa pajjiżi fl- Ewropa qed ikollhom jimpurtaw eluf kbar ta' ħaddiema mill-Indja għaliex waqgħu lura.", "Imbagħad f'Malta naħsbu biex indaħħlu l-European studies fl- iskejjel jew nibagħtu xi appostli mill-MIC biex lit-tfal ta' disa' jew għaxar snin inkellmuhom fuq l-ambjent, fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il- programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea!", "U t-teachers tagħna x'qed jagħmlu fl-iskejjel?", "Possibbli li t-teachers tagħna m'humiex imħarrġa biżżejjed biex waqt li qed jiddiskutu l-ambjent ma' l-istudenti jgħidulhom ukoll dak li tgħid l-Unjoni Ewropea u dak li jgħidu oħrajn dwar il-ħarsien ta' l-ambjent!", "Hemm għalfejn nippakkjaw lit- tfal ġo sala u jmur xi ħadd ikellimhom fuq l-Unjoni Ewropea u l-ambjent?", "Il- Malta Union of Teachers li tant tgħid u tixtieq li l-professjonalita` ta' l- għalliema tiġi rispettata, kif qed taċċetta dawn l-affarijiet?", "Kif tittollerahom?", "Għalija dan kollu huwa offiża għall-professjonalita` ta' l- għalliema.", "Jekk wieħed irid li din it-tip ta' informazzjoni tgħaddi lill- istudenti - u din trid tgħaddi - m'hemmx bżonn tinqeda b'nies li m'humiex għalliema; m'hemmx bżonn tinqeda bil-propagandisti u bl-ex ġurnalisti Nazzjonalisti li ġew magħżula biex imorru fl-MIC mhux fuq il-kredenzjali tal-kompetenzi tagħhom iżda fuq il-kredenzjali partiġġjani tagħhom.", "Dawn ħsiebhom biss biex jimbuttaw is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-MIC la huma kredibbli f'Malta u lanqas huma kredibbli fi Brussels; u naf x'qed ngħid.", "Wieħed jista' jgħid li f'Malta l-MIC mhux qed ikun kredibbli għaliex parti kbira tal-popolazzjoni se tqisu li qed iżomm mal-partit Nazzjonalista.", "U l- MIC kif jirreaġixxi għal din il-problema?", "L-MIC irreaġixxa bl-agħar mod u bl-aktar mod arroganti, meta l-ex-ġurnalista Nazzjonalista ta' Radio 101 Simon Busuttil, bagħat ittra miftuħa lill-membri parlamentari.", "Bniedem serju li jkun qed imexxi qasam ta' informazzjoni u jiġi akkużat li huwa preġudikat u li l-informazzjoni li qed tingħata hija f'sens ta' propaganda u mhux ta' tagħrif serju, għandu b'umilta` - jekk għandu umilta` professjonali - jara li din is-sitwazzjoni hija problema.", "Dan il-bniedem jmissu jara kif se jagħti kredibilita` lill-istituzzjoni li għandu x'jaqsam magħha.", "Kif jista' dan il-bniedem ikun sempliċement parti minn banda li jdoqq it-trumbun, iħabbat il-katuba u jgħajjat, \"Viva l-Unjoni Ewropea\", u \"Viva l-aġenda tal-partit Nazzjonalista għal-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea!\".", "Jiena ngħid li l-mentalita`, l-attitudni u l-imġiba tal-partit Laburista hija aktar Ewropea minn tan-naħa l-oħra.", "Ħafna mill-affarijiet li għamlu n-naħa l-oħra, jiena ngħidilhom mhux \"Made in Brussels\", imma \"Made in Afghanistan\".", "Per eżempju, it-Taliban, waħda mir-riformi li daħħlu fl-iskejjel tagħhom kienet l-Islamic studies tat-tip tat-Taliban u l-Iżlamiċi stess qed iħossuhom offiżi b'affarijiet li qed jiġru fl-Afghanistan.", "U dan il-gvern iddeċieda li jmur fl-istess direzzjoni u jagħmel bħalma qed jagħmlu t-Taliban fl-Afghanistan.", "Huwa veru li m'għandniex statwi kbar tal-Bhudda xi ntajru u x'nisplodu, imma l- introduzzjoni tal-European studies huma ta' l-istess tip ta' studji Iżlamiċi tat-Taliban li daħħlu fl-Afghanistan, għax qalu li jridu jkunu puri fil-fidi - naturalment dejjem kif jifhmuha huma - u mhux biss ikunu Iżlamiċi, imma jkunu Talibanisti.", "U fil-każ tagħna qed nagħmlu l-istess ħaġa.", "Jien nerġa nitlob lil tan-naħa l-oħra sabiex jgħidulna fejn f'pajjiżi oħra li applikaw biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea, bħas-Slovenja, l-Estonja, il-Lituanja, Ċipru u l-pajjiżi l-oħra, għaddejja din it-tip ta' kampanja fost tfal anke ta' l-iskejjel primarji u sekondarji u jgħidulna wkoll f'liema membru stat jiġi mgħallem is-suġġett tal-European studies.", "Jien tkellimt ma' ħafna nies li huma mlaħħqa kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fid-diplomazija ta' pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea u nista' ngħid li daħku b'dawn l-affarijiet.", "Billi ddaħħal il-European studies fl-iskejjel ma jfissirx li tkun tajt timbru Ewropew lill-edukazzjoni tiegħek.", "Din bħal meta daħħalna n-number plates bl-istilel fuq il-karozzi tagħna.", "L- edukazzjoni hija ħafna aktar serja milli ddaħħal number plate fuq karozza.", "Din l-idea li naħsbu li għaliex nagħmlu dan it-timbru b'daqshekk inkunu qed navvanzaw u nsiru iżjed Ewropej, hija żbaljata.", "Mr. Speaker, din il-mozzjoni hija ċara; il-pożizzjoni tagħna hija polemikuża biss fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-indotrinazzjoni u fuq il- fatt li qed titmexxa 'l quddiem l-aġenda tal-partit Nazzjonalista fl- iskejjel.", "Il-qasam edukattiv s'issa huwa wieħed mill-ftit oqsma fejn in- nies jieħdu r-ruħ jisimgħu dwaru għaliex iż-żewġ partiti mhux qed jaqbdu ma' xulxin il-ħin kollu fejn wieħed jgħid abjad u l-ieħor jgħid iswed.", "Pero` fil-każ ta' l-Unjoni Ewropea ma nistgħux ngħidu l-istess għaliex f'dan il-każ il-partit Nazzjonalista għandu triq u l-partit Laburista għandu triq oħra.", "Din hija materja ta' kontroversja qawwija imma jien ngħid li d-differenzi li għandna fuq l-Unjoni Ewropea m'għandniex ndaħħluhom ukoll fil-qasam edukattiv.", "Dan hu dak li qed jagħmel il-partit Nazzjonalista bl-imġiba tiegħu.", "Bl-aġir tiegħu il-partit Nazzjonalista se jħassar il-ħafna xogħol li sar biex nibnu għalqa komuni fil-qasam edukattiv liema qasam huwa importanti wisq biex inħallu li l-iskejjel tagħna u l- qasam edukattiv jinbidlu f'arena ta' ġlied partiġġjan u ta' kontroversja partiġġjana.", "Għadna fl-istadju li nwaqqfu din il-ħsara u dan jista' jagħmlu biss il-gvern.", "Nerġa' ngħid li aħna bl-ebda mod ma rridu nżommu barra u nqisu bħala taboo dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm suġġetti, post u spazju fejn tista' tingħata informazzjoni serja, imma l-indotrinazzjoni u l- aġenda tal-partit Nazzjonalista trid tibqa' 'il barra mill-iskejjel tagħna għaliex inkella l-iskejjel tagħna se ndawruhom f'kamp tal-battalja partiġġjana.", "Għadna fl-istadju li din il-ħsara tista' tieqaf.", "Immaġinaw x'se jiġri, mhux biss fl-iskejjel imma fil-pajjiż kollu, iktar 'il quddiem fis-sentejn li ġejjin meta tingrana aktar, kif qed tingrana, l-kontroversja u d-dibattitu dwar ir-referendum u dwar l-għażla ta' Malta għal sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "Ara kif se nħassru, nintensifikaw u nikkumplikaw aktar il- ħajja fl-iskejjel tagħna fejn diġa` għandna problemi serji ta' kif dawn iridu jsiru tajbin għas-seklu 21.", "Diġa` l-iskejjel huma mgħobbija bil-problemi tas-suġġetti żejda u bil- problema ta' kif se ndaħħlu curriculum ġdid u kif se nġeddu l-kotba biex jirriflettu dak il-curriculum u niżguraw li l-eżamijiet tas-Sec u tal- Matsec ma jitilqux f'direzzjoni differenti mingħajr koordinazzjoni ma' dak li qed jiġri fil-curriculum il-ġdid.", "Irridu naraw kif se nsaħħu t- teknoloġija ta' l-informatika fejn infaqna miljuni ta' liri u għad għandna computers ċassi u weqfin, mgħottija bil-plastic fl-iskejjel tagħna.", "It-triq 'il quddiem fl-edukazzjoni hija li nsaħħu l-ħiliet tat-tfal tagħna biex jirnexxu f'pajjiżna, fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja kollha.", "Din biss hija t-triq 'il quddiem li rridu naqbdu.", "Jekk il-gvern irid iħassar ix- xogħol li hemm bżonn nagħmlu fl-iskejjel tagħna, allura hija responsabbilta` tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Grazzi, Mr Speaker.", "Dalgħodu fil-Parlament qegħdin niddiskutu jekk fil-pajjiż jew fil-qasam edukattiv tagħna, jeżistix verament xi proċess ta' indotrinazzjoni.", "Għadna kif smajna lill-Onor.", "Bartolo jitkellem u jsemmi ripetutament il-kelma \"indotrinazzjoni\".", "Issa d-definizzjoni tiegħi ta' din il-kelma hija \"proċess sistematiku u wiesa' ta' tixrid ta' messaġġ partikolari, ripetut x'aktarx minn pożizzjoni ta' awtorita`, sabiex tbiddel il-ħsieb ta' xi sezzjoni tas-soċjeta`.", "Fid-diskors kollu tiegħu l-Onor.", "Bartolo ma tax prova li teżisti kampanja sistematika u kampanja sistematika, jiġifieri ripetuta u li tabbuża mis-sistemi kollha ta' l-edukazzjoni.", "L-Onor.", "Bartolo għamel riferenza wkoll għall-media tal-partit, eċċ, li m'għandhomx x'jaqsmu partikolarment mal-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Pero' ladarba ssemmiet il-media tajjeb li nfakkar f'dak li kien qal l-ex Ministru Wistin Abela fejn kien qal li għandna nużaw ix-xandir sabiex intellgħu ġenerazzjoni Soċjalista.", "Din it-tip ta' indotrinazzjoni dak iż- żmien ma ġratx mhux għaliex ma pprovax jinfurzha l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien, imma għax kien hemm partit Nazzjonalista li ġġieled bis-sħiħ billi għamel bojkots, niżel fil-pjazez, fetaħ kawżi fil-qorti u saħansitra fetaħ stazzjon tiegħu li mbagħad ġie blukkjat.", "Daqstant kien il-pluraliżmu fix-xandir u l-ħsieb dak iż-żmien!", "L-Onor.", "Bartolo qal li qed iseħħ proċess ta' indotrinazzjoni fl-iskejjel, qisu xi politiku, qabad l-għalliema kollha ta' l-iskejjel, ġabarhom u qalilhom li jekk ma jgħallmux \"din\" l-aġenda u jdaħħluha f'kull lezzjoni se jitilfu ħobżhom jew jieħdu xi transfer jew jmorru minflokhom xi ġenituri biex jieħdu l-klassi, kif darba seħħ fl-iskejjel tagħna.", "Naħseb li l-mod li semma' kif qed jiġu impustati ċerti suġġetti fl-iskejjel tagħna huwa differenti ħafna mill-mod kif ġie impustat ċertu tagħlim anke fiż-żminijiet Soċjalisti.", "Hawn qed nirriferi għal meta kien daħal l-Għarbi fis-sistema edukattiva tagħna.", "Dak iż-żmien kellna gvern Soċjalista li ried jipprova jidher sabiħ mal-blokk Għarbi u għalhekk ġiegħel lil kulħadd jitgħallem il- lingwa Għarbija.", "Saħansitra kien ikollna l-lezzjonijiet ta' l-Għarbi fuq it-televiżjoni u bdew jitgħallmuh il-ministri f'Kastilja.", "Dak iż-żmien, Mr. Speaker, xi ħadd tkellem fuq indotrinazzjoni?", "Jekk dawn l-affarijiet li qed jiġru llum qed ngħidulhom indotrinazzjoni, allura x'kien jissejjaħ dak li kien qed jiġri 20 sena ilu f'dan il-pajjiż!", "L-Onor.", "Bartolo qal ukoll li kien hemm xi banda li daqqet l-innu ta' l- Ewropa. waqt xi prize day.", "Imma din nistgħu ngħidulha indotrinazzjoni?", "Semma wkoll is-session li għandha ssir għada hawnhekk dwar il-Parlament Ewropew.", "Jien għadni kif irċevejt l-agenda ta' din is-session u fost it- temi u r-riżoluzzjonijiet elenkati hemm ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ma nafx mil-liema angolu se jiddibattu l-istudenti, pero` ma jidhirlix li hawn xi premessa jew xi ħaġa li twassal biex ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea iridu jkunu ta' tip jew ieħor.", "Naħseb li għada l- istudenti se juru kemm huma kapaċi jiddibattu l-Unjoni Ewropea b'mod wiesa' u oġġettiv, u naħseb li jkollna diversi versjonijiet li tkun ukoll risposta għad-dibattitu li għaddej bħalissa fil-parlament.", "Mr. Speaker, sar ukoll ċertu diskors li qed nużaw u nippriedkaw lit-tfal ta' għaxar snin.", "Huwa daqshekk ħażin li lit-tfal wieħed jgħidilhom x'qiegħed jiġri fl-Ewropa?", "Id-diskors tagħhom ta' Svizzera fil-Mediterran m'humiex jgħiduh lit-tfal tagħhom?", "Qabel l-elezzjoni, il-partit Laburista kien ħareġ cassette b'kanzunetta \"Svizzera fil-Mediterran\", liema kanzunetta kienu jkantawha t-tfal.", "(Interruzzjonijiet) Allura għalfejn tuża lit-tfal?", "L-Onor.", "Bartolo qal li s-suġġett tal-European studies qed jiġi impost fuq l- istudenti.", "Imma veru qed jiġri hekk, Mr Speaker?", "Jekk din hija s- sitwazzjoni, hekk biss forsi nistgħu nibdew nazzardaw nitkellmu fuq indotrinazzjoni, pero` ħalli naraw eżatt kif qiegħed ikun mgħallem il- European studies.", "L-ewwelnett dan is-suġġett huwa option subject minn form 3, jiġifieri l-istudenti jistgħu jiddeċiedu jekk jagħżluhx jew le.", "Niftakar li darba l-Onor.", "Bartolo kien qal li jekk ikun hemm mistoqsija fl- eżami dwar il-Unjoni Ewropea, din bilfors tkun fiha l-premessa li Malta se tidħol fl-Unjoni Ewropea u li jekk tidħol tibbenefika.", "Jekk jiġri dan huwa ħażin, pero` l-eżaminaturi ma jagħtux il-marki l-konklużjonijiet imma fuq l- argumenti.", "Bħalissa qed niftakar kif konna nitgħallmu ċerti suġġetti, bħal per eżempju, l-Istorja.", "Fi żmienna konna nitgħallmu Modern European History, u r-raġuni kienet li impossibbli titgħallem l-istorja tad-dinja kollha u allura trid tiffoka fuq reġjun li huwa l-iktar rilevanti għal pajjiżek.", "Anke fil-geography, l-iktar li konna nitgħallmu huwa fuq il-British Isles, għaliex dak iż-żmien is- sistema ta' l-eżamijiet kienet abbinata ma' din il-kultura ta' storja li kienet rilevanti għal pajjiżna.", "Il-European Studies huwa suġġett li jittratta l-Ewropa mhux fl-istorja u fil-ġeografija b'mod partikolari, imma fl-oqsma attwali.", "Quddiemi bħallissa għandi s-syllabus tal-European Studies u nista' ngħid li dan jitratta fuq European citizenship and democracy; Evolution of the welfare state; Conflict solving and peacemaking processes; European institutions; Economic development and changes in Europe; Communication; Economic blocks and institutions; Electronic commerce; Demography and social realities; Migration u Diversity.", "Imma kif jista' wieħed jgħid li dawn huma affarijiet ta' kontroversija!", "Kif jista' xi ħadd jgħid li minħabba l-fatt li qed ngħallmu dawn is- suġġetti qed nipprovaw nindottrinaw lill-istudenti?", "Huwa tajjeb li l- istudenti jitgħallmu dawn l-affarijiet?", "Forsi hawn min jistaqi għalfejn l- Ewropa u mhux il-Mediterran jew inkella għalfejn l-Ewropa u mhux id-dinja.", "Aħna rridu nitgħallmu fuq il-Ewropa għaliex l-ewwelnett il-poplu tagħna jidentifika ruħu ma' l-Ewropa u mhux mal-Mediterran u dan jirriżulta wkoll minn studji soċjali.", "Ħafna drabi jekk inti trid tistudja sistema jew parti minn kultura trid tillimita ruħek għaliex ma tistax tistudja l-kulturi kollha.", "Jekk wieħed jara fejn huma l-għeruq kulturali tagħna u jara s- sistema politika tagħna u minn fejn nesportaw u nimportaw u fejn immorru nilagħbu l-isports, l-eqreb li nħossuna huwa ma' l-Ewropa.", "Per eżempju, Bertie Muscat li ħoloq il-kunċett tal-logħob tal-pajijżi ż-żgħar, ħoloqhom ma' l-Ewropa għaliex 'l hemm inħarsu aħna.", "Jiġifieri l-fatt li aħna qegħdin inħarsu lejn l-Ewropa u nistudjawha b'mod konxju huwa ħażin jew tajjeb?", "Dan il-pajjiż għandu bżonn jkun jaf kif qed tiżviluppa l-Ewropa, kemm jekk nidħlu u anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea għaliex pajjiżna huwa marbut kulturalment u politikament fis-sistema edukattiva u fl-isports ma' dan il-kontinent.", "L-Onor.", "Bartolo rrimarka li din il-mozzjoni tiffoka partikolarment kontra l- indottrinazzjoni għaliex l-MIC għaddej b'żewġ kampanji.", "L-MIC ma nnegax li qed jagħmel kampanji, anzi qal li qed jagħmel kampanji fuq żewġ oqsma; waħda fuq il-programmi edukattivi Ewropej u oħra fuq l-Unjoni Ewropea u l- ambjent.", "L-ewwelnett rigward il-programmi edukattivi Ewropej, il-Malta Labour Party jgħid li m'hemmx kontroversja.", "Fil-fatt diversi membri ta' l- oppożizzjoni, fosthom l-Onor.", "Bartolo u l-Onor.", "Carmelo Abela, kważi dejjem attendew għal- launches tal-programmi edukattivi Ewropej u l-istess Onor. Bartolo dalgħodu qal li hu kien bena l-infrastruttura ta' dawn il- programmi.", "Fil-fatt anke jekk inħarsu lejn ir-rapport tal-GWU fuq l- impatt ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li dan jgħid li:", "\"m'hemmx dubju li ħafna mill-politika ekonomika, industrijali u edukattiva ta' l-Unjoni Ewropea hija siewja u msejsa fuq esperjenza ta' bosta snin u l-adozzjoni ta' din il-politika tista' tiswa ta' ġid tal-poplu Malti.\".", "Allura jekk din il-materja hija ta' siwi għall-istudenti tagħna, m'għandux ikun hemm kontroversja.", "Xi kultant anke jekk l-oppożizzjoni tkun favur dawn il-programmi xorta tikkritikahom u tipprova tnaqqas mill-importanza tagħhom u tgħid li wara kollox dawn mhux the be all and end all u li hemm biss ftit studenti li qed igawdu minn dawn il-programmi.", "Imma dawn il- programmi rriduhom jew ma rriduhomx?", "Jekk irriduhom m'hemmx għalfejn inxellfu t-tajjeb tagħhom u jekk nemmnu fil-programmi Ewropej, irridu nagħtuhom infrastruttura.", "U meta l-Onor.", "Bartolo jiftaħar li fassal din il- infrastruttura ma jistax jikkritika lil ħaddieħor li qed ikompli jibniha.", "L-infrastruttura biex tipparteċipa fil-programmi Ewropej hi li jkollok aġenzija komposta minn kumitat li jkunu jaħdmu fih numru ta' nies full- time, li jkollok budget, u li jkollok materjal informattiv.", "Irid ikun hemm ukoll kampanji ta' informazzjoni, għaliex trid tinforma lill-oqsma diversi li jistgħu jipparteċipaw u tgħallimhom kif għandhom jagħmlu dan għaliex jekk ma tagħmilx dan inutli li jkollok dawn il-programmi.", "Għalkemm ma naħsibx li għaddejja xi kampanja ta' indottrinazzjoni fuq it-tfal ta' 10 snin huwa tajjeb li niftakru x'inhuma l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment il-Comenius li jirrigwarda l-iskejjel primarji u sekondarji.", "Meta l-iskejjel jipparteċipaw fil-programm ta' Comenius, iridu jagħmlu programmi ta' exchange ma' istituzzjonijiet simili u joħolqu programmi b'tema.", "Per eżempju, l-istudenti ta' l-iskola \"Tumas Dingli\" ta' Ħ' Attard għamlu tema fuq l-ambjent u l-istudenti ta' l-iskola Marija Immakulata ta' Bormla għamlu tema fuq l-identita` kulturali.", "Billi wieħed jgħin l- istudenti jiżviluppaw tema, ma tkunx qed tindottrinahom.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Bartolo nesa jsemmi t-tieni kampanja ta' l-MIC li hija fuq l-Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "Ħafna drabi l-parteċipazzjoni ta' l-MIC sseħħ wara li jkun hemm stedina mill-kap ta' l-iskola u din ma tistax issejħilha indottrinazzjoni għaliex indottrinazzjoni trid tkun imposta, wiesgħa u sistematika.", "Fil-fatt issemmew madwar 23 skola li pparteċipaw f'din il-kampanja pero` dan ma jfissirx li pparteċipaw l-istudenti kollha.", "Imma ħalli nidħlu iktar fil-fond dwar il-kampanja li l-MIC qed jagħmel fuq l-Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "L-ewwelnett, mhux bilfors li din il-kampanja tkun ta' ġid għall-gvern għaliex f'ċerti oqsma bħal fil-kaċċa tista' toħloq iktar kontroversja u tkun kontra l-gvern.", "Hemm ċerti aspetti fit-tema ta' l-ambjent fejn il- gvern għadu lura u jekk it-tfal qed jitgħallmu fuq l-ambjent u l-Unjoni Ewropea se jaraw ċerti defiċjenzi li għamel il-gvern, per eżempju, fuq il- waste managements.", "Kulħadd jaqbel li f'dan il-pajjiż hemm bżonn indaħħlu ċerta sensittivita` fuq l-ambjent u l-ambjentalisti jaqblu li Malta għandha tidħol fl-Unjoni Ewropea għaliex b'hekk biss jista' jkun hemm ċerti standards.", "Ma tistax tqis li l-Unjoni Ewropea hija ħażin f'dak li għandu x'jaqsam l-ambjent anzi hija l-istandard setter għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent.", "Hemm pajjiżi iktar avvanzati minnha li jħarsu lejn l- Unjoni Ewropea bħala l-avant garde ta' l-ambjent.", "L-Onor.", "Bartolo qal li l-għalliema tagħna huma kwalifikati biżżejjed biex jagħtu din l-informazzjoni lill-istudenti, imma naħseb li la l-għalliema u lanqas jien m'aħna kwalifikati li ngħallmu lill-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "Trid tkun bniedem tekniku li kapaċi twassal dan it- tagħrif biex tispjega kif inhuma l-affarijiet u kif tiżvolġi ruħha l- politika kemm bid-direttivi u kemm bl-istandards.", "Naħseb li fuq dan l- aspett l-għalliema m'humiex kapaċi, partikolarment dawk li ħarġu mill- college xi 30 sena ilu.", "Mr Speaker, dan il-parlament għandu jara li ma jkun hemm ħadd li jabbuża mill-awtorita` tiegħu u li l-iskejjel qegħdin jimxu kif suppost.", "Matul dan id-dibattitu wieħed seta' jara li din il-kampanja ma teżistiex.", "L-MIC m'huwiex proċess daqstant wiesa' u organizzazzjoni daqstant kbira u kapaċi li tilħaq ma' l-iskejjel kollha u fuq kollox taġixxi fuq stediniet biss.", "S'issa inqas minn terz ta' l-iskejjel f'pajjiżna stiednu lill-MIC u naħseb li s-suġġetti li qed tittratta huma rilevanti.", "L-MIC jitkellem dwar il- programmi edukattivi, biex jiżgura li jkun hemm parteċipazzjoni f'dawn il- programmi.", "Din m'hijiex xi ħaġa kontroversjali, anzi t-tema ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-ambjent mhux bilfors tgħin lill-gvern fil-proċess tiegħu għal sħubija fl-istess Unjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fil-qorti nitgħallmu li meta tagħmel akkuża trid iġġib l-għodda u l-provi biex tipprovaha għaliex, huwa inutli li tagħmel akkuża u titfa' t-tajn biss.", "Li titfa' tajn bla provi hija l- eħfef ħaġa li jista' jagħmel bniedem, imma hija wkoll l-agħar ħaġa li jista' jagħmel politiku.", "Il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni hija biex l- iskejjel jinżammu ħielsa mill-politika partiġġjana.", "Iżda min qed jagħmel il- politika partiġġana fl-iskejjel?", "Forsi, jista' jkun li kien hemm xi ħadd li fl-1 ta' Jannar 2001 f'okkażjoni pubblika ppreveda li din is-sena se tkun sena ta' kontroversja u ta' konfrontazzjoni politka.", "Probabbilment dan kien preavviż għal dan it-tip ta' mozzjonijiet li se jagħmlu n-naħa ta' l- oppożizzjoni fuq materji speċifiċi bħal din, għall-mozzjonijet li diġa` dibattejna u li se inkomplu niddibattu.", "M'huwiex ħażin li tinforma u tgħallem, li huwa ħażin huwa li tagħmel propaganda.", "L-edukazzjoni u l-informazzjoni huma bbażati fuq il-fatti u mhux fuq il-falsita`.", "Allura meta inti għandek kritika ta' l-oppożizzjoni li kważi ippernjata kompletement fuq is-suġġett tal-European Studies meta dan m'huwiex suġġett obbligatorju, allura fejn hi l-indottrinazzjoni?", "Għaliex biex ikun hemm indottrinazzjoni trid tirripeti, timmartella u ttanbar.", "Għadna niftakru li kien hemm xi ħadd qabel l-elezzjoni ta' l-1998 li qabad żewġ stikek, u beda jħabbat u jtanbar fuq it-tnabar tal-kampanja elettorali.", "Din hija indottrinazzjoni, li tkun sistematiku u tirrepeti l- falsita`.", "Sal-lum għadna qed nistennew il-provi li l-MIC ta informazzjoni żbaljata, jew pprova jinganna jew iqarraq.", "Safejn naf jien is-servizzi ta' l-MIC qed jintużaw mhux biss mid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, imma anke mill-kampanji ta' l-IVA u mill-kampanja, li migħ'hijiex favur is- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan juri l-kreddibilita` ta' l-MIC, li huwa ċentru li jipprovdi informazzjoni oġġettiva u mparzjali.", "Mr Speaker, din hija mozzjoni skandaluża, patetika u diżonesta.", "M'huwiex veru li qed issir kampanja ta' indottrinazzjoni għaliex il-European Studies huwa suġġett imfassal biex l-istudenti jwessgħu l-orizzonti kulturali tagħhom.", "Issa f'din is-soċjeta` ma tistax tgħix ġo vacuum u tkun separat, distint u mitluq mill-kumplament tad-dinja.", "Allura x'qed isir f'dan is- suġġett tal-European Studies?", "Dan is-suġġett tal-European Studies, li huwa optional għal Form 3 u Form 4, jinkludi roaming exhibition fejn il-kapijiet ta' l-iskejjel, li jinkludu dawk tal-knisja u indipendenti, jistiednu lill- MIC jipprovdi materjal u jtella' esibizzjoni fuq żewġ temi partikolari; programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "Issa jekk hemm pożizzjoni li fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu u qatt ma kien hemm diverġenza kienet proprju l-ambjent u l-programmi edukattivi.", "Rigward l-ambjent ftit ġimgħat ilu ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li Malta għandha tissieħeb fil-European Environment Agency li hija aġenzija ta' l- Unjoni Ewropea.", "Mela jekk qed nirrikonoxxu li l-Unjoni Ewropea tagħti kontribut tajjeb fl-ambjent, x'hemm ħażin li tinforma?", "Min irid jista' jkun informat, imma din m'hijiex xi ħaġa li trid tiġri bilfors.", "Fil-fatt il- European Studies huwa suġġett optiona, u l-esebizzjoni li jtella' l-MIC hija roaming exhibition li ssir biss fuq stedina tal-kapijiet ta' l- iskejjel.", "Anke rigward il-programmi edukattivi ma naħsibx li hemm xi kontroversja, għaliex ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li għandna nipparteċipaw.", "Id- differenza hija li filwaqt li l-gvern Nazzjonalista jixtieq jipparteċipa u jkun ffinanzjat mill-fondi li l-Unjoni Ewropea tiprovvdi għal dawn il- programmi bħall-Comenius, Erasmus u Socrates, il-Partit Laburista jħoss li Malta għandha tipparteċipa f'dawn il-programmi u jħallas il-gvern Malti.", "Pero` qegħdin naqblu li dawn huma programmi tajbin li jagħtu kontribut siewi.", "Ma nistgħux ninjoraw ir-realta` għaliex inkunu qed nagħmlu bħal ostrich.", "Kien hemm avukat Ingliż li miet ftit xhur ilu li darba fil-House of Lords kien qal li whoever puts his head in the sand is thereby exposing his thinking parts.", "Għalkemm dan kien kumment sarkastiku, kien ukoll veritier.", "Min idaħħal rasu fir-ramel ikun qed jirraġuna minn fejn mhux suppost li jkun qiegħed jitfa' l-karru qabel iż-żiemel.", "U dan huwa dak li qed tagħmel il-oppożizzjoni.", "L-oppożizzjoni qed tipprova tissanzjona n- nuqqas ta' għarfien, ħaġa li hija skandaluża u patetika.", "Nispera li b'din il-mozzjoni l-oppożizzjoni ma tridx li jkollna studenti kkastrati intelletwalment, li jkollhom għamad quddiem għajnejhom u li jkunu mitluqin minn dak li qed jiġri madwarhom!", "Mr Speaker, fil-programm ta' Comenius, hemm lista ta' skejjel Maltin li huma nvoluti u li qegħdin jipparteċipaw ma' skejjel ta' pajjiżi barranin fuq proġetti ta' interess komuni.", "Fost dawn l-iskejjel hemm l-iskola ta' Ħ'Attard li ngħaqdet ma' l-iskejjel ta' l-Irlanda, Italja u Portugal; hemm l-iskola ta' Bormla li ngħaqdet ma' l-iskejjel ta' l-Isvezja u ta' l-Olanda fuq is-suġġett tal-kultura lokali; hemm l-iskola ta' l-Imsida li ngħaqdet ma' l-iskejjel tal-Belġju, Spanja, Italja, l-Estonja u s-Slovenja fuq is- suġġett ta' l-ambjent; u fl-aħħar hemm il-iskola ta' St Martin's College ta' Swatar li ngħaqdet ma' l-iskejjel tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l- Italja, il-Greċja u l-Olanda biex isir studju fuq il-biodiversita` u qed isir studju komparattiv bejn ir-riserva naturali li hemm ix-Xemxija u riservi simili f'pajjiżi oħrajn.", "Dan juri li b'dawn il-programmi aħna qed inwessgħu l-orizzonti kulturali u ambjentali ta' l-istudenti tagħna u għalhekk bir-rispett kollu ma nistax naqbel ma' dak li qed tipproponi l- mozzjoni.", "Mr Speaker, wara l-1987 beda jiġi mgħallem is-suġġett tal-computer studies.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Bartolo qed jikkoreġini u jgħidli li dan is- suġġett ġie ntrodott fil-1985, pero` kien biss wara l-1987 li l-computer studies ġie mgħallem b'mod dettaljat, għaliex qabel il-mentalita` kienet li jekk wieħed għandu computer din kienet sitwazzjoni kważi immorali u illegali.", "Fid-dinja moderna tal-lum huwa diffiċli li wieħed ikampa mingħajr ma' jkun computer literate.", "Allura x'hemm ħażin li jkun hemm suġġett bħall-European studies li jiġbor f'suġġett wieħed dak li jiġi mgħallem f'diversi suġġetti?", "Nagħlaq billi ngħid għat-tieni sena konsekuttiva se jkun hemm il-parlament ta' l-istudenti u wieħed mill-punti fl-aġenda se jkun diskussjoni dwar ir- relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "Jien nispera li l-istudenti jagħtu kontributi u veduti differenti, pero` dan ma jistax ikun jekk ma tkunx informat.", "L-MIC qed jipprovdi informazzjoni oġġettiva u qatt ma kien hemm provi li dan il-gvern qed jipprovdi informazzjoni żbaljata jew qarrieqa u li qed jagħmel dak li jingħad f'din il-mozzjoni.", "L- informazzjoni qed jirċevuha dawk l-istudenti li jagħżlu s-suġġett tal- European Studies.", "L-indottrinazzjoni hija s-sistema li kienet tintuża fl- antik minn Mao Tse Tung, fejn jekk individwu ma jagħmilx dak li jitolbuh ċerti reġimi totalitari, ikun hemm konsegwenzi.", "Mr Speaker, naħseb li jkun ħażin li jsiru dawn il-paraguni għaliex kulma jagħmlu huwa li jitfgħu dell fuq is-sistema edukattiva tagħna.", "L-istudenti tagħna jridu jibqgħu bl-identita` Maltija tagħhom imma jrid ikollhom ukoll appartenenza Mediterranja, speċjalment minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna u appartenenza Ewropea.", "Għalhekk huwa tajjeb li l-istudenti jkunu mgħallma fi tliet oqsma - fl-identita` Maltija, fl-appartenenza Mediterranja u fl-appartenenza Ewropea, għaliex din hija realta` ekonomika u politika li ma tistax tinnega.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, illum quddiem dan il-parlament hawn mozzjoni ffirmata mill-Onor.", "Bartolo fejn l-istess membru qed jallega li t- tfal tagħna qed ikunu ndottrinati permezz ta' kampanja favur din l-imbierka sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Fid-diskors li għamel l-Onor.", "Membru kien hemm attakk sistematiku kontra l-MIC.", "Dan ma ssorprendiniex għaliex dawn l- attakki ilhom isseħħu sa minn mindu twaqqaf dan iċ-ċentru.", "L-MIC ġie attakkat mhux biss bħala istituzzjoni imma ġew attakkati wkoll b'mod personali n-nies li jiffurmaw parti minn dan iċ-ċentru u dan biex tiġi mminata l-kredibbilita` ta' l-istess ċentru.", "Issa hawn attakk ieħor fuq l- operat ta' l-MIC, speċjalment fuq il-kampanja edukattiva li qed tagħmel fl- iskejjel, dejjem f'dawk l-iskejjel li jitolbu li jkollhom din il-kampanja edukattiva għall-istudenti tagħhom.", "Din il-kampanja hija mmirata lejn żewġ oqsma - il-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea u l- ambjent - u mid-diskorsi li saru fil-Kamra miż-żewġ naħat jidher li suppost hemm qbil.", "L-ewwelnett nirriferi għall-kampanja dwar il-programmi edukattivi ta' l- Unjoni Ewropea, fejn l-istudenti f'kull livell edukattiv għandhom l- opportunita` li jipparteċipaw f'programmi mmirati għalihom.", "Fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Bartolo qalilna li m'għandux allerġiji għall-Unjoni Ewropea, u jien nieħu gost nisma' li l-Onor. membru m'għandu xejn kontra dawn il-programmi.", "Fil-fatt l-Onor.", "Bartolo kiteb kemm-il darba fil- gazzetti, mhux biss issa kemm ilu fl-oppożizzjoni imma wkoll qabel l- elezzjoni ta' l-1998 meta kien ministru u qed nirriferi partikolarment għall-artiklu Partners of the EU in Education li kien ippublikat f'\"The Malta Independent\" ta' Awissu 1998.", "Allura hawnhekk suppost m'għandniex kontroversji.", "Mr Speaker, it-tieni proġett ta' l-MIC huwa li jagħti informazzjoni fuq l- Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "Issa kif qal ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi din it-tema tista' tkun perikoluża anke għan-naħa tal-gvern iżda dan aħna ma nqisuhx, għaliex naraw biss il-ġid li jista' jkun hemm.", "Infakkar lill- membri tal-Kamra li xi żmien ilu hawnhekk konna qbilna b'mod unanimu qablet mas-sħubija ta' Malta fil-European Environmental Agency ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk anke f'dan il-qasam suppost li m'għandniex kontroversji.", "Iżda rrid ngħid bla tlaqliq li dan il-kjass kollu li qam dwar dak li qed isir fl-iskejjel tagħna m'hu xejn ħlief għeneb qares minn min jgħid li suppost irid il-ġid ta' wliedna, m'hu xejn ħlief ingann ta' min bil-provi jrid iċaħħad dawn l-esperjenzi lil uliedna, ingann ta' min illum jgħid mod u għada, jew issa stess, jaġixxi mod ieħor.", "Tajjeb inżommu f'moħħna li l- laqgħat li qed isiru fl-iskejjel tagħna huma laqgħat ta' tagħrif dwar programmi li jistgħu jibbenifikaw minnhom uliedna, programmi li jiftħu orizzonti ġodda u aktar wiesgħa għal uliedna, liema programmi huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-istudenti u l-ħaddiema tagħna jridu jħabbtu wiċċhom ma' studenti u ħaddiema Ewropej, kemm jekk nidħlu fl'Unjoni Ewropea u kemm jekk ma nidħlux, kemm jekk ikollna sħubija fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk ikollna Svizzera fil-Mediterran.", "Għalkemm pajjiżna huwa gżira m'aħniex qed ngħixu f'iżolament u għalhekk ma jistax ma jiffaċċjax ir-realtajiet ta' dak kollu li qed jiġri madwaru b'mod partikolari fir-reġjun fejn ngħixu.", "Mr Speaker, wara li smajt id-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo iktar ma stajtx nifhem kif f'nifs wieħed l-oppożizzjoni tgħid li taqbel ma' dawn il- programmi u fl-istess nifs tgħid li b'dawn il-programmi qed nagħmlu propaganda partiġġjana favur l-Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi meta nitkellmu man-nies jgħidulna li m'għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea u li għalhekk ma jistgħux jaslu għall-konklużjoni.", "U issa li qed tingħata l-informazzjoni fl-iskejjel dwar il-programmi edukattivi ta' l- Unjoni Ewropea u dwar l-ambjent - affarijiet li suppost m'humiex kontroversjali - qed niġu akkużati b'indottrinazzjoni.", "Ma nifhimx kif l- oppożizzjoni f'nifs wieħed tgħid li trid tiżviluppa l-ħiliet tat-tfal u ż- żgħażagħ Maltin u Għawdxin u fl-istess nifs tipprova tisħet u tirredikola dan ix-xogħol.", "L-Onor.", "Bartolo semma' r-rapport tal-Matsec fejn kien irrapurtat li hemm deficit fl-iskejjel tagħna dwar dawn is-suġġetti li jenħtieġ li jiġu ndirizzati.", "Allura issa għaliex qed ikun hawn din l-oppożizzjoni kollha, meta dan id-deficit qed jiġi rimedjat anke bl-introduzzjoni tal-European Studies.", "Il-European Studies m'huwiex suġġett li qed nippruvaw indaħħluh minn imnieħer, widnejn u l-gerżuma ta' l-istudenti.", "Dan is-suġġett m'huwiex wieħed obbligatorju bħal suġġetti oħrajn, fosthom il-history, il-geography, il-home economics, il-biology u ċerti lingwi.", "Dawn huma kollha options mill-aktar wiesa' li qed noffru lill-istudenti tagħna u jekk xi skola ma toffrix xi option għaliex hija żgħira, dan ikun nuqqas għall-istudenti li jattendu dik il-iskola.", "Irridu nagħtu dawn l-opportunijiet lill-istudenti biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dak kollu li jridu jiffaċċjaw 'il quddiem.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni qed tipprova tifred billi tgħid li dawn il- finanzjamenti mill-Unjoni Ewropea se jintnefqu biss fuq ftit studenti universitarji, qishom dawn huma ic-chosen few.", "Smajna wkoll li waqt xi laqgħat ma' l-istudenti, fejn kien preżenti wkoll il-kap ta' l- oppożizzjoni, qalu li kulma se jibbenifikaw huma madwar xi 190 studenti, u li fuq dan in-numru qed isir dan l-għaġeb kollu.", "Għalkemm l-istudenti universitarji se jibbenefikaw minn dawn l-opportunitajiet, se jgawdu wkoll il-istudenti li qegħdin fil-livell primarju u sekondarju u dawk il- istudenti li qegħdin f'istituti vokazzjonali li għandhom programmi mmirati għalihom.", "Missna nfaħħru lil dawk il-iskejjel li għarfu l-importanza tal- programm Comenius u li ħatfu l-opportunita` li jipparteċipaw f'dawn il- programmi.", "Infaħħar dawn il-iskejjel li bl-istess kliem tal-mozzjoni ta' l-Onor.", "Bartolo \"qed irawmu lill-ġenerazzjonijiet li telgħin ta' Maltin u Għawdxin fil-ħiliet meħtieġa biex jipprovdulhom ħidma u għajxien tajba fis- seklu 21\".", "Din hija t-triq, Mr Speaker.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Bartolo ta interpretazzjoni ta' dak li suppost l- MIC qed jagħmel fl-iskejjel u li hu kkwalifika bħala indottrinazzjoni.", "Issa x'inhu r-riżultat ta' din il-indottrinazzjoni li suppost qed issir fuq l- istudenti u fl-iskejjel?", "Hemm numru ta' skejjel li qed jissieħbu ma' skejjel barranin f'pajjiżi Ewropej u li flimkien qed jiżiluppaw proġetti ta' interess ġenerali.", "Għalkemm diġa` ssemmew ftit minn dawn l-iskejjel, jien se nsemmi xi ftit oħra.", "L-ewwelnett fost il-lista hemm firxa wiesa' ta' skejjel li ġejjin minn diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, hemm skejjel primarji u sekondarji, hemm il-Junior Lyceum u hemm skejjel kemm privati u kemm tal-knisja.", "Fost dawn l-iskejjel hemm l-iskola Marija Immakulata ta' Bormla; l-iskola Primarja tal-Belt li flimkien ma' skejjel Taljani, Ġermanizi u Irlandizi qed jagħmlu proġett fuq il-bliet fortifikati; l-iskola tal-bniet Adelaide Cini li għalkemm hija area secondary, flimkien ma' istitut Taljan, high school Ingliża u istitut Spanjol qed jagħmlu proġett dwar it-trattament ta' l-ilma; u hemm il-Junior Lyceum Carlo Diacono taż-Żejtun li qed jieħu sehem fil-proġett AIMS - achieving international multicultural schools.", "Għalkemm nista' nibqa' nsemmi, fil-ftit ħin li għandi ma nistax insemmi l-proġetti kollha li l- iskejjel għażlu li jagħmlu.", "Iżda jien nixtieq nistaqsi lill-poplu Malti u lil kull membru f'din il- Kamra jekk nafux li huwa għal dan it-tip ta' tagħrif li l-oppożizzjoni qed toġġezzjona.", "Il-poplu Malti jaf li aħna qed noġġezzjonaw għat-tagħrif li l- MIC qed jagħti fl-iskejjel tagħna?", "Jaf il-poplu li din l-informazzjoni li qed jagħti l-MIC fl-iskejjel u li l-oppożizzjoni qed issejħilha indottrinazzjoni, huwa tagħrif għall-espansjoni ta' l-imħuħ ta' uliedna?", "Hawn xi ċittadini onesti, li kif qalilna l-Onor.", "Bartolo fil-mozzjoni qed iħallsu miljuni ta' liri f'taxxi li qed joġġezzjonaw li wliedhom jipparteċipaw f'programmi bħal dawn?", "Hawn xi ġenituri, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom, li jaqblu jew ma jaqblux fis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li lesti li jċaħħdu lil uliedhom minn opportunitajiet bħal dawn?", "Jekk hawn xi ħadd li huwa lest li jagħmel hekk m'huwiex ċittadin onest iżda huwa ċittadin beżgħan li jippreferi jibni sur madwar l-imħuħ ta' uliedna.", "Dan ikun ċittadin li jibża' mill-informazzjoni, u bniedem li m'huwiex infurmat u li tista' tbellagħlu li trid.", "Mr Speaker, permezz ta' dawn il-laqgħat l-istudenti qed ikunu nfurmati u mhux indottrinati u minn fuq il-bank ta' l-iskola qed jaqsmu l-ideat tagħhom ma' tfal u żgħażagħ barranin.", "Ma rridux ninsew li qabel l- introduzzjoni ta' dawn il-programmi edukattivi l-iskejjel kienu jieħdu inizzjattivi oħra, per eżempju kien hemm inizzjattiva ta' l-għalliema li jħajru lill-istudenti biex ikollhom penfriends.", "Kien hemm skejjel oħra li kienu jorganizzaw exchange ta' studenti billi jieħdu l-istudenti tagħhom barra minn Malta biex jipprattikaw il-lingwa u jaraw kulturi differenti.", "Dan kien isir a spejjez tal-ġenituri.", "Illum għandna opportunita` tad-deheb li dan il-qsim ta' ideat u ta' informazzjoni jista' ssir b'mod strutturat u fuq bażi kontinwa.", "Opportunita` li jkunu jistgħu jgawdu minnha l-istudenti kollha, ġejjin minn fejn ġejjin, hi x'inhi l-kapaċita` intellettwali u l-qagħda soċjo-ekonomika tagħhom.", "Hija ħasra u ta' għajb li l-oppożizzjoni qed tara dan kollu bħala indottrinazzjoni.", "Mr Speaker, la qed nitkellmu dwar indottrinazzjoni nixtieq nikkwota ftit linji minn ktieb stampat fl-stamperija tal-gvern f'Ottubru ta' l-1975 liema ktieb kien jintuża fl-iskejjel sekondarji kollha tal-gvern fit-tagħlim ta' l-istudji soċjali.", "Fil-fatt f'parti minn dan il-ktieb kien hemm hekk:", "\"Wara li salva n-National Bank minn disastru u wara li salva l- impjieg ta' eluf ta' nies, il-gvern waqqaf bank ġdid.", "Fl-ewwel sena mill-ewwel għamel Lm1 miljun qligħ, inkiser il-monopolju barrani tax- xandir u wara t-twaqqif ta' Radju Malta l-gvern ħa fidejh ukoll il- kumpanija Redifussion u bdiet Xandir Malta.", "Flimkien mal-GWU il-gvern ħa f'idejh għadd ta' industriji li fallew jew kienu waslu biex ifallu bħal Malta Brass, Malta Footwear u Marsa Water Fittings.", "Inbniet pitkalija fost l-aqwa fl-Ewropa.", "Fil-Milied ingħataw pensjonijiet doppji.", "Beda jsir il-Karnival f'Mejju b'xgħira iktar internazzjonali.", "Saret riforma fil-posta u l-gvern ikkontrolla sew l-għoli tal-ħajja billi għall-ewwel darba beda jixtri hu stess bil-kwantita` bil-bulk buying.\".", "Dawn huma biss tmien siltiet minn fost lista ta' 91 li stajt nikkwota minnhom.", "Forsi hawnhekk ikun hawn xi membri li jistgħu jgħarfu dawn is- siltiet bħala inizjattivi tal-partit Laburista fis-snin sebgħin jew bħala xi pubblikazzjoni tal-partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali jew bħala parti minn diskors ta' xi membru Parlamentari jew prim ministru waqt xi mass meeting jew xandira politika.", "Imma kif diġa` għedt dawn huma meħuda minn ktieb stampat fl-stamperija tal-gvern f'Ottubru ta' l-1975 u l- istudenti kollha kellhom jistudjaw dan is-suġġett għaliex kien obbligatorju u kienu anke jiġu eżaminati fuqu.", "L-istudenti kienu mġiegħla jitgħallmu dan is-suġġett li għalkemm huwa suġġett tajjeb fih innifsu, li kien hemm ħażin kien il-mod kif kien impustat id-diskors.", "Dan il-ktieb ta' aktar minn 100 paġna kien jittratta diversi suġġetti soċjali u storiċi u kien jitkellem ukoll dwar movimenti soċjali, pero` l- uniċi movimenti soċjali msemmija kienu dawk tad-duttrina liberali u l- moviment Soċjalista.", "Nofs dan il-ktieb kien jittratta l-Kostituzzjoni wara li Malta saret Repubblika u saħansitra l-istudenti kienu mgħarrfa bid- dettalji kollha kif kull membru ta' din il-Kamra kien vvota dakinhar.", "Fl- istess ħin dan il-ktieb injora avvenimenti storiċi oħra, fosthom l- Indipendenza, fil-fatt din tissemma biss fil-kuntest tal-Kostituzzjoni ta' l-1964.", "Apparti minn affarijiet oħra li ġraw dak iż-żmien, huwa ktieb bħal dan li kull student kellu jistudja bilfors li jurik verament x'inhi l- indottrinazzjoni fl-iskejjel.", "Imbagħad il-kelliem ta' l-oppożizzjoni jgħid li qed jiġrilna bħal tat-Taliban u jqabbel l-istudji Ewropej ma' l-istudji Islamiċi li jridu tat-Taliban!", "Jien naħseb li aktar dak li kien jiġri fil- 1975 fl-istudji soċjali huwa simili għall-istudji Islamiċi tat-Taliban!", "Mr Speaker, ejjew ma nippruvawx inħallu min ibellgħalna r-ross bil-labbra meta jgħidilna li t-tixrid ta' informazzjoni dwar programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea huma materja kontroversjali.", "Din il-materja tkun kontroversjali jekk inħalluha tkun hekk.", "Fl-aħħarnett jiena nħeġġeġ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex ikompli bil- ħidma tiegħu favur it-tixrid ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet li l- istudenti Maltin jistgħu jiksbu minn dawn il-programmi edukattivi.", "Inħeġġeġ lill-iskejjel biex jgħarrfu jaħtfu din l-opportunita` u nħeġġeġ ukoll lill- ġenituri biex anke huma jipparteċipaw f'dawn il-proġetti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'hemmx dubju li kull ministru ta' l- edukazzjoni u kull persuna li għandha għal qalbha l-valuri tal-liberta` tad- demokrazija u tal-ġustizzja, għandha tkun kontra u tiġġieled kull forma ta' indottrinazzjoni, pero` bl-istess ħeġġa għandna noħolqu kemm jista' jkun għejjun ta' informazzjoni għaliex l-informazzjoni, il-fatti u t-tagħrif oġġettiv huma l-bażi li fuqhom iċ-ċittadini jistgħu jiffurmaw il-ġudizzji tagħhom.", "Fl-assenza ta' informazzjoni sħiħa u tal-fatti, iċ-ċittadini jiġu esposti għal manipulazzjoni u misinformazzjoni mill-forzi politiċi u jiġu mmexxija f'direzzjonijiet żbaljati.", "Il-mozzjoni li qed tressaq l-oppożizzjoni ma tistax tiġi aċċettata min-naħa tal-gvern u għalhekk qed nipproponu emenda li tgħid hekk:", "\"A\"Ħassar il-paragrafi wara l-ewwel żewġ premessi (paragrafi) u ssostitwixxi b'dan li ġej:", "Billi kulħadd jaqbel li huwa ta' l-akbar siwi li wliedna jiksbu l-aħjar għarfien tal-wirt u l-valuri ta' l-Ewropa bħala parti sinifikattiva tal- wirt komuni ta' l-umanita' kollha kemm hi;", "Billi hawn qbil sħiħ li l-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, li magħha għandna l-biċċa l-kbira ta' l-iskambji ekonomiċi u kummerċjali, huwa l- aħjar żvilupp li seħħ fl-Ewropa wara l-aħħar gwerra li jiggarantaxxi lill- popli Ewropej sigurta', sliem, liberta', demokrazija u prosperita';", "Din il-Kamra tapprova li:", "- fit-tagħlim dwar l-Ewropa jibqa' jitħalla barra, kif qiegħed jitħalla, kull spirtu ta' politika partiġjana u t-tagħlim jingħata sewwasew fil-perspettiva tal-Kurrikulu Nazzjonali li fuqu hemm qbil ġenerali;", "- minbarra li l-iskejjel irawmu lill-ġenerazzjonijiet li telgħin ta' Maltin u Għawdxin fil-ħiliet meħtieġa biex jipprovdulhom ħidma u għajxien tajba fis-seklu 21, ma jonqsux milli jipprovduhom ukoll bil- għodda meħtieġa biex jgħarblu l-iskop tal-ħidma u l-għajxien, ħalli dawn il-ġenerazzjonijiet jagħmlu għażliet ħielsa u meqjusa dwar il- valuri li għandhom ifittxu f'ħajjithom, fosthom ir-rispett tal-verita' u l-istmerrija għat-tgħawwiġ tal-fatti bi skop politiku partiġjan.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Nissekonda.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, aħna qed nipproponu din il-emenda għaliex m'hemmx dubju li ma nistgħux naqblu ma xi premessi li hemm fil- mozzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Aħna naqblu li l-futur tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna jiddependi kollu kemm hu mill-kwalita` ta' edukazzjoni li nipprovdulhom u naqblu li huwa fl-interess komuni li naħdmu flimkien biex intejbu l-edukazzjoni ta' wliedna.", "Huwa fatt li d-diskors dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea huwa suġġett ta' kontroversja pubblika u politika.", "Naqblu li fl-iskejjel m'għandux ikun hemm indottrinazzjoni u li l-iskejjel m'għandhomx isiru arena ta' partiġġjaniżmu.", "Irridu naħdmu biex l-iskop taċ- ċittadini jkun li jilħqu edukazzjoni u taħriġ li jwassalhom għal xogħol u biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li jeżistu fid-dinja tal-lum, pero` ma naqblux bl-iktar mod kategoriku li hawn xi kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni fl-iskejjel tagħna favur il-politika tal- partit Nazzjonalista li jrid sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, din hija l-premessa vera tal-mozzjoni tal-lum.", "Il-fatti kollha juru li din hija invenzjoni fl-istrateġija tal-partit Laburista maħsuba biex tkompli toħloq miżinformazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea u biex jipprova jara li l-informazzjoni, il-fatti u l-istorja dwar l-Unjoni Ewropa tiġi sopressa kemm jista' jkun.", "Jekk il-partit Laburista jirnexxi f'dan il-ħsieb allura l-kamp ikun liberu biex jibqa' għaddej bil-kampanja sistematika tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea li hija mibnija kollha fuq pożizzjoni partiġġjana.", "Il-fatti kollha juru li assolutament m'hemmx din il-kampanja sistematika.", "Jiddispjaċini nara li fiż-żmenijiet tal-lum għadna ngħidu li l-edukazzjoni qiegħda hemmhekk biss biex trawwem il-ġenerazzjonijiet li telgħin fil- ħiliet meħtieġa biex jipprovdulhom ħidma u għajxien tajba fis-seklu 21.", "Jekk nibqgħu b'din il-pożizzjoni inkunu qed nagħtu tifsira dejqa ta' x'inhu l-iskop u l-missjoni ta' l-edukazzjoni.", "Għamilna żmien f'Malta fejn konna nħarsu lejn l-edukazzjoni minn din il-lenti dejqa u utilitarja ta' x'għandha tkun l-edukazzjoni.", "Kien hawn żmenijiet meta kien hawn kontroversja kbira fuq dan il-konċett ta' edukazzjoni utilitarja u għalhekk rridu nintroduċu l-kunċett li l-edukazzjoni għandha tipprovdilna l-għodda meħtieġa ħalli nagħrblu l-iskop ta' ħidma u għajxien biex ikollna ċittadini li jistgħu jagħmlu għażliet ħielsa u meqjusa dwar il-valuri li għandna nfittxu f'ħajjitna.", "Fost dawn il-valuri hemm li nirrealizzaw x'inhi l- verita`, naraw x'inhuma l-fatti kollha u jkollna l-kapaċita` li niġġudikaw x'inhi din l-verita` u x'inhuwa t-tgħawwiġ tal-fatti għal skopijiet partiġġjani.", "Għalhekk, Mr Speaker, nibqa' sorpriż b'din il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni għaliex m'hijiex mozzjoni li tirrigwarda l-edukazzjoni.", "Din il-mozzjoni hija ħidma min-naħa ta' l-oppożizzjoni għaliex għandha l-kampanja tagħha kontra l-Unjoni Ewropea u b'mod espedjenti jaqblilha li tinfilsa b'din il- kontroversja fuq l-informazzjoni li qed tingħata fl-iskejjel biex din tiffittja bħala biċċa jigsaw puzzle fl-istrateġija ta' l-oppożizzjoni Laburista kontra l-politika tal-gvern favur l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li aħna ma tantx nistgħu nieħdu ħafna lezzjonijiet fuq indottrinazzjoni.", "L-Onor.", "D'Amato għadha kif qalet kif f'kotba ta' l-iskola mxerrda fl-iskejjel primarji u sekondarji kellna falsifikazzjoni ta' l- istorja ta' pajjiżna u b'liema mod sfaċċat kienet issir il-propaganda favur il-gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Li kieku l-partit Laburista huwa kontra l-indottrinazzjoni ma kienx jikkrea movimenti tat-tfal bħall-Brigata Laburista li għal għexiren ta' snin indottrinat lit-tfal f'dik il-linja kważi militarizzata tal-partit Laburista.", "Jien niskanta mhux bil- mistoqsija ta' f'liema pajjiż isiru programmi li jagħtu informazzjoni fl- iskejjel imma jiena nistaqsi f'liema pajjiż ssir mozzjoni bħal din.", "Jien ċert li m'hawn l-ebda forza politika ġo l-Ewropa li tasal biex tressaq mozzjoni ta' din il-kwalita`.", "Din il-mozzjoni hija biċċa oħra mill- istrateġija tal-partit Laburista biex ikompli jissossa l-MIC.", "Mr Speaker, qalulna li din il-polemika hija biss fuq l-indottrinazzjoni imma meta nisma' l-lista ta' l-affarijiet li saru minn gvernijiet Laburista anke fuq l-Unjoni Ewropea u naraw bil-provi li l-partit Laburista m'għandux allerġija fuq dan is-suġġett, inqis li hawnhekk wieħed m'hu qed jagħmel xejn iktar milli jgħid kif wieħed għandu jimxi fuq l-edukazzjoni f'dan il-qasam.", "Dan il-ktieb li għadu jintuża fis-suġġett ta' l-istudji soċjali – u li kien intuża kemm fi żmien il-ministri Laburisti u kemm fi żmien il-predeċessur tiegħi - jitkellem fuq dan is-suġġett u jitkellem fuq l-Istati Magħqudin ta' l-Ewropa.", "L-oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li nirtira dan il-ktieb u tajjeb li hawnhekk nikkwota biċċa minn dan il-ktieb li minnu qed jistudjaw uliedna li tgħid hekk:", "\"Min-naħa l-oħra jekk f'għaqda bħal din li qed insemmu l-Istati membri jitilfu l-karattru tagħhom ikun żball.", "Imma dan m'għandux ikun.", "Kull stat jibqa' li hu u hekk mela l-Ġermaniż jibqa' Ġermaniż, il-Franċiż jibqa' Franċiż u l-Malti jibqa' Malti.", "Dan għar-raġuni li mpossibbli li għal daqqa ta' pinna teqred u ġġib fix-xejn sekli sħaħ ta' storja li matulhom il-poplu jkun iġġieled u tħabat biex jikseb l-għaqda u jsaħħaħ l-indipendenza tiegħu.", "Fl-għaqda Ewropea kull poplu ta' l- Ewropa, għalkemm xorta jibqa' jħobb u jagħti ġieħ lill-art twelidu, iħoss ukoll ġieħ f'qiegħ qalbu li 'l fuq minn art twelidu hemm art twelid oħra li hi ikbar u li kulħadd iħobb.", "Din hi l-Ewropa.", "Fl- għaqda Ewropea l-popli kollha ta' l-Ewropa joħorġu 'l barra mill- fruntieri tagħhom, jiltaqgħu, isiru jafu lil xulxin, jifhmu lil xulxin u jħobbu u jgħinu lil xulxin u hekk minn din il-ħbiberija u għaqda tinħoloq kuxjenza Ewropea li ġġiegħel lil kull Ewropew iħoss li hu jagħmel parti mill-istess ċivilta` u li hu għandu l-istess problemi li jridu jinħallu fl-interess ta' kulħadd u bir-rieda tajba ta' kulħadd.", "Tgħid għad jisbaħ dak il-jum meta l-Ewropej kollha jgħaqdu l- forzi tagħhom u jħalltu u jaqsmu l-ġid ta' xulxin u jgħixu bħala poplu wieħed taħt liġi waħda.\".", "Dan huwa l-ktieb li qed jiġri f'idejn it-tfal tagħna u li huwa parti mis- sillabu ta' l-iskejjel tagħna.", "Kieku kelli napprova l-mozzjoni ta' l- oppożizzjoni dan il-ktieb ikolli nirtirah.", "Bl-istess mod meta nitkellmu dwar il-programmi edukattivi – 'il quddiem nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif li hemm dwarhom għaliex naħseb li l-affarijiet m'humiex qed jintqalu kif inhuma fil- verita` - irrid ngħid li lill-istudenti qed tingħatalhom ċerta informazzjoni, fosthom titqassam il-mappa ta' l-Ewropa; titqassam informazzjoni fuq il-programmi Socrates, Youth u Leonardo; jitqassam fuljett rigward l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea; u jitqassmu kotba bħal EU focus on green jobs, EU focus on clean air, EU focus on clean water, u EU focus on waste management.", "Xtaqt inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l- lista ta' dawk l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm Comenius biex il- membri tal-Kamra jkollhom din il-informazzjoni u anke l-informazzjoni u s- sillabu tal-European Studies, is-suġġett li qed isir mhux tant b'konnessjoni ma' l-Unjoni Ewropea iżda b'ħidma mal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Mr Speaker, jien nistieden lill-ġurnalisti u lill-membri parlamentari jissuġġeruli x'għandi nneħħi minn dan is-sillabu.", "Nixtieq nara liema huma dawk l-affarijiet li l-membri ta' din il-Kamra, kemm ta' naħa u kemm ta' oħra, jixtiequ li nneħħu mis-sillabu biex b'hekk forsi nifhem fejn hi din l- indottrinazzjoni.", "Nixtieq li jqum xi ħadd mill-Kamra biex jiċċitali każ ta' xi fatt jew informazzjoni li tista' tkun jew żbaljata jew misleading.", "Mr Speaker, meta wieħed janalizza dawn id-dokumenti jara li t-tagħrif li qed jingħata fl-iskejjel huwa mibni fuq din it-tip ta' dokumentazzjoni.", "Jiena ma naqbilx ma' individwu li juża l-pożizzjoni tiegħu fl-iskejjel biex javvanza xi punti li huma ta' politika partiġġjana u ma tistax teskludi li minn eluf ta' nies li hemm fl-iskejjel dan ma jiġrix.", "Jasluli rapporti dwar ħaddiema u għalliema fl-iskejjel li għandhom fehmiet li jikkonċidu mal- fehmiet tal-partit Laburista minħabba l-mod kif jitkellmu u kif jindirizzaw il-klassi iżda ma nistgħux immorru lura fl-istat li diġa`konna fejn inpoġġu l-ispiji fl-iskejjel ħalli nkunu nistgħu naraw kif dawn l-għalliema qed jgħallmu, kif qed ixaqilbu r-reliġjon lejn naħa jew oħra, kif qed ixaqilbu l-ġeografija lejn il-Unjoni Ewropea, kif qed ixaqilbu l-Istorja lejn in- naħa ta' l-Unjoni Ewropea u jekk humiex qegħdin jagħtu ċerti messaġġi.", "Allaħares naslu f'dan l-istat għaliex inkella verament nispiċċaw f'sitwazzjoni traġika.", "Mid-diskors li għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo rajt li huwa m'għandu xejn la kontra l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas li jkun hemm informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea kif għandu jkollna fuq reġjuni oħra, imma ma nistgħux inkunu hunting with the hound and running with the hare, min-naħa rridu navanzaw din l-informazzjoni u min-naħa l-oħra rridu naqblu.", "Ir-raġuni ma tistax tkun għaliex imorru ta' l-MIC għaliex allura bl-istess mod meta nitkellmu fuq id-droga ma nistax nibgħat lil tas-Sedqa għaliex dawk m'humiex għalliema.", "Allura bl-istess raġunament, meta nagħmlu xi programmi konnessi ma' civics ma nibgħatx lill-pulizija għaliex dawk m'humiex għalliema!", "U meta nitkellmu fuq healthy lifestyles ma nibagħtux nies mill- health promotion unit tad-dipartiment tas-saħħa għaliex dawk m'humiex għalliema!", "Issa ma narawx li din hija l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni Laburista sempliċement għaliex partito opreso kontra l-MIC.", "Din hija r- raġuni għaliex dan huwa punt importanti fid-dibattitu politiku attwali u għall-oppożizzjoni Laburista din hija planka li trid tipprova tkissirha sine qua non.", "Sur President, naħseb li l-mozzjoni kif ippreżentata mill-oppożizzjoni m'hijiex ġusitifikata u għalkemm intqalu diversi affarijiet, hemm argumenti oħra li wieħed jista' jsemmi.", "Naħseb li l-mozzjoni kif emendata min-naħa tagħna tagħmel iktar sens.", "Qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea imqassam fl-iskejjel; u", "Tagħrif dwar is-suġġett European Studies mgħallem fl-iskejjel sekondarji u Juniour Lyceums.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Onor.", "Bartolo sabiex jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mill-mod kif tkellmu kemm il-Ministru Galea kif ukoll il-kollegi tiegħu jidher biċ-ċar li l-gvern irid - u ngħidha b'dispjaċir din - jhedded il-consensus, il-kooperazzjoni u l-ħidma li hemm fil-qasam edukattiv, minħabba l-ossessjoni li għandu fis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' nappella lill-Ministru Galea u lill-gvern biex jaħsbu bis- serjeta` qabel jaqbdu din it-triq għaliex fid-diskorsi tal-gvern jidher biċ- ċar li huma deċiżi li jkomplu fuq din it-triq.", "Allura l-gvern għandu jirrifletti bis-serjeta` għaliex jekk ikomplu f'din it-triq dan se jkun kaġun ta' tħarbit fl-iskejjel tagħna.", "Diġa` hemm problemi serji fil-qasam edukattiv, problemi li biex insolvuhom hemm bżonn li naħdmu flimkien, iżda jekk indaħħlu l-kontroversja u l-firda li hemm bejn iż-żewġ naħat fuq l- Unjoni Ewropea, fil-qasam edukattiv se nkomplu nżidu dawn l-problemi.", "M'hemmx dubju li għaddejja kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni fl- iskejjel dwar l-aġenda partiġġjana tal-partit Nazzjonalista biex akkost ta' kollox u malajr kemm jista' jkun idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Għadna fl-istadju li nwaqqfu din il-kampanja u qed nagħmlu din l- oppożizzjoni bikrija għaliex jidher biċ-ċar li l-ħsieb huwa - mid-diskorsi tal-gvern u mill-epistola li bagħatilna l-appostlu Xmun Busuttil fuq l- Unjoni Ewropea - li jkompli x-xogħol fl-MIC.", "In-naħa tal-gvern tirriferi għal dan iċ-ċentru, bl-ittri li jinqraw MICK u dan huwa veru għaliex qisu ċentru tal-Mickey Mouse li ma jgawdix minn kredibbilta` f'pajjiżna.", "Dan iċ- ċentru m'għandux kredibbilta` lanqas fi Brussels għaliex il-Kummissjoni Ewropea taf li dan iċ-ċentru li suppost jagħti informazzjoni fuq ir- relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea qed joħloq problemi anke f'pajjiżna, liema problema issa se ndaħħluha fl-iskejjel.", "Il-Ministru diġa` ddikjara li kif jibgħat lin-nies tas-Sedqa fl-iskejjel se jibgħat ukoll lin-nies ta' l-MIC izda dawn it-tnejn ma' tistax tqabbilhom flimkien għaliex l-MIC huwa ċentru ta' propaganda tal-linja tal-partit Nazzjonalista dwar l-Unjoni Ewropea.", "Nirrepeti li n-nies ta' l-MIC ġew magħżula fuq bażi partiġġjana għaliex kienu ġurnalisti u attivisti tal- partit Nazzjonalista u li huma stess kienu responsabbli ta' miżinformazzjoni.", "Per eżempju, Karmenu Attard li kien jaħdem ma' ''Il- Ġens'', lejliet l-elezzjoni ta' l-1992 kien qal kemm se jidħlu miljuni u kemm tlifna miljuni għaliex waqqafna l-applikazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u issa dan issa qed jidher fuq NET Television jgħid li jekk insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea se jiġru ħafna affarijiet sbieħ.", "Kif jistgħu jkunu kreddibli dawn in-nies?", "Dawn in-nies ma jistgħux ikunu serji għaliex qed jagħmlu xogħol propagandistiku fil-linja tal-partit Nazzjonalista, kemm fl-RTK kif ukoll f'''Il-Ġens''.", "Kif nistgħu nieħdu bis-serjeta` lill-MIC, li suppost huwa ċ-ċentru ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea u Malta, meta dan qed jitmexxa minn persuna li mhux biss kien ġurnalist ta' Radio 101, imma li f'Settembru ta' l-1998 qal li l-alternattiva tal-partit Laburista ta' ftehim ta' kummerċ industrijali ħieles ma' l-Unjoni Ewropea m'huwiex vijabbli?", "Dan il-ftehim m'huwiex vijabbli meta l-partit Laburista kien diġa` ddikjara l-pożizzjoni tiegħu?!", "Kif nistgħu nagħtu kredibbilta` lil dan iċ-ċentru u nafdawh?", "Dalgħodu ġejt mgħajjar mill-Onor.", "D'Amato bħala diżonest u patetiku għaliex ressaqt mozzjoni bħal din li hija kontra l-interess tat-tfal.", "Jien ukoll għandi żewġt itfal u n-naħa Laburista m'humiex Frankensteins li jridu jerdgħu u jibilgħu lin-nies.", "Għan-naħa Nazzjonalista aħna m'għandniex ir- raġġiera tal-qdusija, tal-paternita` u tal-maternita` għaliex aħna kattivi, diżonesti u patetiċi.", "Jien ma rridx li t-tfal tiegħi jiġu ndottrinati, u la nindottrinahom fil-familja u lanqas ngħidilhom li jridu jkunu favur il- partit Laburista għaliex missierhom qiegħed fil-partit Laburista.", "L-Onor.", "D'Amato għandha dritt tagħmel hekk mat-tfal tagħha jekk trid imma imma tkun qed tpoġġi l-partit u l-politika tagħha qabel uliedha, pero` m'għandux jiġri hekk fl-iskejjel u aħna se niġġieldu din it-tip ta' politika.", "Fid- diskors tiegħu l-Ministru Galea qal li din hija tattika tagħna u li għamilnieha għall-kapriċċ.", "Aħna se nkomplu nwasslu dan it-tagħrif kemm f'pajjiżna u kemm barra minn pajjiżna lill-Kumissjoni Ewropea u lid- diplomatiċi u lill-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għax dawn huma affarijiet li jħammru wiċċ il-gvern.", "Għaliex il-gvern ma jippruvax isemmi pajjiż ieħor fejn qed jiġri dan l-att ta' mistħija u ma jipprovawx jgħawwġu l-mozzjoni li ressaqt.", "Il-mozzjoni ma tgħidx li l-iskejjel m'għandhomx jieħdu sehem fil-programm Comenius.", "Jien ma nafx b'liema wiċċ jistgħu jiġu l-Onor.", "Galea u l-kollegi tiegħu jagħtuna lezzjonijiet dwar jekk l-iskejjel għandhomx jieħdu sehem f'Comenius meta t-tħejjijiet kollha biex dan il-program jibda jaħdem f'pajjiżna għamilhom gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Ma kellniex problema biex fir-residenza ta' l-Universita` li hemm Ħal Lija nġibu uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u nġibu Ingliżi li ħadmu fuq il-programm Comenius biex jindirizzaw lill-heads u lill-assistant heads ta' l-iskejjel primarji, sekondarji, privati, tal-knisja, u tal-gvern.", "Ftit xhur ilu attendejt attivitajiet tal-Comenius fejn kien hemm il-heads ta' l-iskejjel u ħadt gost li attendejt din il-laqgħa għaliex kienet waħda informattiva għalkemm ma kien hemm ħadd ta' l-MIC, tal-Mickey Mouse.", "Hemm aġenzija oħra f'pajjiżna li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea imma aħna ma nikkritikawhomx għaliex huma serji u jagħtu informazzjoni korretta u serja.", "Aħna ma nistgħux naċċettaw lin-nies ta' l-MIC għaliex dawn huma propagandisti li qed jindottrinaw lit-tfal tagħna fl-iskejjel.", "L-gvern għandu responsabbilta` kbira biex din is-sitwazzjoni ma taħrabx mill- kontroll għaliex aktar ma jersqu l-għażliet kbar li għandu jagħmel pajjiżna aktar se tisħon il-klima.", "Jien nibqa' ngħid li l-gvern għad għandu ċ-ċans li jwaqqaf dan kollu.", "Aħna m'għandniex problema li l-istudenti jkunu nfurmati, imma n-nies ta' l- MIC m'humiex qed jindirizzaw il-problema serja li t-tfal tagħna m'humiex nfurmati.", "L-istudenti, kemm bl-istudji soċjali kif ukoll bl-ekonomija għandhom ikunu jafu per eżempju, kif jaħdmu l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma kif tista' tindirizza l-problema billi tibgħat żewġ appostli ta' l-MIC jitkellmu f'sala mimlija tfal ta' 10 snin jew inkella tressaq is- sillabu tal-European Studies fil-Kamra?", "Mela l-problema tindirizzaha billi titkellem fuq il-istudji soċjali u fuq l-ekonomija li huma suġġetti li għadhom jittieħdu u li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-European studies?", "Jiġifieri ma joqogħdux jiġu hawnhekk u jippruvaw jgħawwġulna l-kliem!", "Ma tistax tibgħat lin-nies ta' l-MIC bħal Edward Demicoli u Simon Busuttil fl- iskejjel, liema nies huma kollha propagandisti tal-partit Nazzjonalista u t- tnejn kienu ġurnalisti Nazzjonalisti biex ikomplu jmexxu 'l quddiem il- linja tal-partit Nazzjonalista fuq il-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad iridu li nieħdu lil dawn in-nies bis-serjeta`!", "F'dan ir-rispett nakkuża lill-gvern li b'dak li qed jagħmel qed jikser il- konvenzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal.", "Hemm diversi artikli, fosthom it- 13, 17, 19 u 20 li jitkellmu fuq id-drittijiet tat-tfal u fuq id-dritt li t-tfal ikollhom informazzjoni li ġejja minn sorsi differenti u mhux li tibgħat biss dawk in-nies li trid iwasslu l-informazzjoni kif jaqblilhom.", "Jekk trid li l-iskejjel primarji jieħdu sehem fil-programm Comenius m'hemmx bżonn li tiltaqa' mat-tfal għaliex lit-tfal trid iddaħħalhom fil-programmi biex jaraw il-benefiċċji tagħhom u mhux li toqgħod tkellimhom u tagħtihom il-karti biex permezz tagħhom tasal anke għand il-ġenituri.", "Ma nafux x'inhi din il-logħba!", "It-tfal qed jintużaw bl-aktar mod oxxen u mmorali bħala lixka.", "It-tfal se jivvutaw fir-referendum jew fl-elezzjoni?", "Il-qbid tal- voti m'għandux isir fost it-tfal imma fost il-ġenituri tagħhom u t-tfal qed jintużaw bħala lixka biex jieħdu l-materjal d-dar.", "Il-Ministru Galea ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra l-affarijiet kollha li jitqassmu fl-iskejjel għaliex jitqassmu ħafna iktar affarijiet, bħal per eżempju kalamita tal-bandiera ta' l-Ewropa biex titwaħħal mal-fridge ħalli meta jidħlu fil-kċina jaraw l-istilel ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa billi nara l-istilel!", "Dawn huma kollha ħmerijiet u turija tal-mod ta' kif qed issir din il-kampanja ta' indottrinazzjoni fuq it-tfal.", "Nirrepeti li artiklu 13 tal-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal jgħid ċar li t-tfal għandhom ikollhom id-dritt tal-liberta` ta' l-espressjoni, liema dritt jiġbor fih il- liberta` għal tiftix, ksieb u għoti ta' tagħrif u opinjonijiet ta' kull xorta mingħajr fruntieri bil-fomm, bil-kitba jew bl-istampa permezz ta' l- arti jew mezzi oħra magħżulin mit-tfal u mhux li tagħtihom sors wieħed biss, liema sors ġej minn min irid immexxi 'l quddiem l-aġenda tal-partit Nazzjonalista u l-aġenda personali tiegħu biex meta nidħlu l-Unjoni Ewropea jimmaġinaw u joħolmu li se jsibu post fi Brussels jew fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea saru jitkażaw meta jiġu Malta għaliex l- ewwel li ma jkellmuhom huwa fejn se jdaħħlu lit-tfal u l-qraba tagħhom fl- impjieg u fejn se jaraw li jsibulhom post. Din hija l-aġenda ta' pajjiżna biex niftħu moħħ it-tfal u biex nimxu 'l quddiem?", "L-aġenda personali ta' kif se jinfilsaw ruħhom?", "L-aġenda f'pajjiżna issa tħarbtet u l-aġenda personali qed tirkeb kompletament l-aġenda tal-pajjiż.", "Huwa fuq dawn l- affarijiet li qegħdin nitkellmu u li ma rridux li jiġru fl-iskejjel tagħna.", "Il-gvern għad għandu ċ-ċans li jinġibed lura jekk irid u ma jħallix li is- sitwazzjoni tiggrava u tisserja.", "U min irid jiġi joqgħod ikellimna fuq il-miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea?", "Naħseb li huwa l-partit Nazzjonalista li għandu record dwar il- miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, f'Awissu ta' l-1998 lejliet Santa Marija fil-Fgura qalulna li malli jerġa' jitla' l-partit Nazzjonalista fil-gvern u jerġa' jagħti ħajja lill-applikazzjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea nirċievu Lm100 miljun fis-sena u li wara s-sħubija dawn il-flus jiżdiedu iktar.", "Qatt smajna liċ-ċentru ta' informazzjoni suppost dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li din hija gidba, miżinformazzjoni, jew li hija ħażina?", "Mela x'tip ta' informazzjoni qed jagħtu?", "Kien hemm xi ħadd min-naħa ta' l-MIC li giddeb lil Carmelo Attard - li issa jaħdem hemmhekk - fuq dak li kien qal f'\"Il-Ġens'' ta' lejliet l-elezzjoni ta' l-1998?", "Qatt xi ħadd min-naħa taċ-ċentru suppost informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea ġibed l-attenzjoni ta' min imexxih, jiġifieri ta' Simon Busuttil, u qallu li ma kienx aċċettabbli li ċentru bħal dak jitmexxa minn persuna li f'Settembru 1998 iddikjara li t-triq l-oħra li qed tiġi ndikata liċ- ċittadini m'hijiex vijabbli, ma taħdimx u ma tagħmilx sens?", "Kif jista' wieħed jieħu l-MIC bis-serjeta` u nippermettu li jmorru dawn it- tip ta' nies fl-iskejjel f'attivitajiet li huma maħduma minn dawn it-tip ta' nies stess?", "Ma rridux nippruvaw nallarmaw lill-għalliema li hemm xi spjuni fl-iskejjel u lanqas irridu ngħidu din il-gidba li kienu l-iskejjel li talbu lill-MIC biex isiru dawn il-laqgħat.", "Ma rridux ngħaffġu u nħawwdu l-affarijiet għaliex l-ewwel issir telefonata u fejn ssir din it-telefonata jsiru l-laqgħat u mhux kif intqal li l-heads ta' l-iskejjel jitolbu lill- MIC biex isiru dawn il-laqgħat.", "Huwa l-partit Nazzjonalista li l-inqas li jista' jagħtina lezzjonijiet fuq dawn il-programmi għaliex għalkemm kien hemm min ipprova jitfa' d-dubju li aħna kontra dawn il-programmi edukattivi kien il-partit Laburista li ħa l- passi meħtieġa biex il-programmi jibdew isiru.", "Il-partit Nazzjonalista applika għal sħubija fl-Unjoni Ewropea fl-1990 u bejn l-1990 u l-1996 m'għamel xejn prattikament tanġibbli u serju biex pajjiżna jkun jista' jipparteċipa f'dawn il-programmi.", "Kien bejn l-1996 u l-1998 waqt amministrazzjoni Laburista li ttieħdu l-passi li kien hemm bżonn u allura ma jridux joqogħdu jitfgħu d-dubju fuq jekk aħna rridux dawn il-programmi jew le, dak li ma rridux huma dan it-tip ta' gideb u qerq u li dawn il- programmi jintużaw biex jitfgħu dawl sabiħ fuq il-politika tagħhom li jridu jdaħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Jekk wieħed janalizza dak li qal il-partit Nazzjonalista fuq il-Unjoni Ewropea mill-1980 'il hawn isib li dan dejjem pinġa lil sħubija fl-Unjoni Ewropea bħala prinċipessa sabiħa li se tiġi f'pajjiżna li huwa żrinġ ikrah, tbusu, imbagħad pajjiżna minn żrinġ ikrah isir prinċep sabiħ u ma jkun jonqsu xejn.", "Din il-sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux biss kellha ġġibilna Lm100 miljun, imma kellha tirranġa t-toroq ta' Malta u Għawdex.", "Kien fil- manifest elettorali ta' l-1998 tal-partit Nazzjonalista, li ntqal li t- toroq jiġu rranġati mill-Unjoni Ewropea u m'għandix dubju li mill-1998 'il hawn il-Maltin u l-Għawdxin kollha raw kemm dawn it-toroq ġew faċilment irranġati mill-Unjoni Ewropea!", "U kull problema li ssemmi f'kull taqsima ta' pajjiżna, bħat-tarznari, il-biedja, il-bdiewa, is-sajd, l-industrija u l-kumpanniji żgħar jgħidulek li m'hemmx problemi.", "Din hija indottrinazzjoni għaliex l-indottrinazzjoni hi li taqbad messaġġ li inti trid tgħaddih bħala wieħed pożittiv u ma tagħtix informazzjoni fuq il-fatti imma tpinġi dik ix-xi ħaġa bħala maġika u ta' barra minn hawn.", "L-Unjoni Ewropea ġiet impinġija bħala vaganza mħallsa b'xejn - qishom iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea tawna l-flus biex lill-Maltin u lill-Għawdxin nibagħtuhom Euro Disney b'xejn għal dejjem ta' dejjem u lanqas ikollhom bżonn jaħdmu u lanqas ikollhom bżonn jagħmlu xejn, imma jibqgħu hemm igawdu s-sbuħija ta' Euro Disney.", "Meta jien tkellimt ma' diplomatiku għoli fl- Unjoni Ewropea u għedtlu li din is-sitwazzjoni se ġġibilhom il-problemi, qalli li biex ikollok l-appoġġ tan-nies trid titkellem b'dan il-mod għal ċertu żmien, iżda mbagħad jiġi ż-żmien meta l-kontijiet ikunu jridu jitħallsu u tkun ċara li l-Unjoni Ewropea m'hijiex Euro Disney u m'hijiex xi dipartiment kbir tas-servizzi soċjali fejn in-nies imorru bil-karta r- roża biex iġibu l-mediċina għall-problema tagħhom.", "Li tpinġi l-affarijiet kif m'humiex hija miżinformazzjoni u l-MIC huwa kompliċi ta' din il-kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kemm fl-iskejjel u kemm barra mill-iskejjel.", "L-MIC kien ġie mitlub minn organizzazzjoni biex jagħmlu programm flimkien dwar per eżempju r- relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlandja u bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġa.", "Din l-organizzazzjoni ma saqsietx għal flus biex, per eżempju, Super 1 Television isir programm ta' propaganda favur il-linja tal-partit Laburista.", "It-talba kienet biex ikun hemm programm wieħed fejn ikun hemm kontroll editorjali, iżda l-MIC ma aċċettax din il-proposta għaliex ried jagħmel biss programm dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-MIC jaħdmu biss bħala parti mill-propaganda, mill-indottrinazzjoni u mill-miżinformazzjoni tal-partit Nazzjonalista biex jipprova jiġbor l-appoġġ għall-politika tiegħu ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa għalhekk li qed nappellaw lill-gvern biex ma jkomplix b'din il-kampanja fl-iskejjel għaliex il-ħsieb hu li mhux biss tibqa' għaddejja, imma li tiżdied, tissaħħaħ u tinxtered.", "Iva, din hija indottrinazzjoni u kampanja sistematika.", "Insemmi biss każ li ġara fil-Junior College meta fid-9 ta' Marzu ħadu lill- istudenti f'lukanda f'Ħ'Attard b'kollox imħallas biex jieħdu sehem f'laqgħa jisimha \"L-Ewropa, iva nemmen fiha\".", "Meta pprotestajna qalulna biex ma neseġerawx għaliex din il-laqgħa ma kienitx biss dwar l-Unjoni Ewropea imma kienet ukoll dwar il-valuri sbieħ ta' tolleranza u demokrazija ta' l-Ewropa u li tkellmu wkoll dwar il-kultura Ewropea u dwar il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Iżda dan ma kienx hekk, għaliex din il-laqgħa kienet maħsuba u organizzata bħala laqgħa ta' propaganda favur sħubija ta' Malta fl-Unjoni Erwopea.", "Is- soltu meta l-istudenti ma jattendux għal-lezzjonijiet fil-Junior College mhux biss jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom imma jinqatagħlhom ukoll l-istipendju, pero' din id-darba qalulhom li jekk ma jmorrux għal- lezzjonijiet se jippremjawhom u se jħallsulhom private biex jieħdu sehem f'din il-laqgħa dwar l-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Din hija t-tip ta' kampanja sistematika li diġa` bdiet u li huwa maħsub li tinxtered u tissaħħaħ.", "Aħna noġġezzjonaw għal din it-tip ta' preżenza fl- iskejjel għaliex m'għandna l-ebda problema li jingħata tagħrif serju f'dawk is-suġġetti li hemm diġa` fl-iskejjel tagħna.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Mugliett għaddilhom ċertifikat lill-għalliema għaliex qal li dawn m'humiex kapaċi jgħallmu, per eżempju, dwar l-Unjoni Ewropea u l-ambjent.", "Allura issa nsibu dawk is-suġġetti kollha fejn forsi l- għalliema m'humiex aġġornati kompletament u nibdew nibagħtu nies minn barra biex jgħallmuhom!", "Jekk din hija s-sitwazzjoni f'dan il-qasam nistgħu nibagħtu lill-għalliema d-dar u jekk il-gvern jaħseb li l-għalliema m'humiex kapaċi u kompetenti li jinformaw ruħhom biex ikunu f'pożizzjoni li jgħallmu jrid jgħidha.", "Dan huwa dak li qal l-Onor.", "Mugliett fid-diskors tiegħu u ma nafx jekk din hijiex ukoll il-pożizzjoni tal-Ministru Galea għaliex mhux dejjem hemm armonija sħiħa bejn l-Onor.", "Mugliett u l-Onor.", "Galea.", "Imma jekk hemm xi problema f'dan il-qasam il-gvern irid jagħmel seminars u laqgħat għall-għalliema biex ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jgħallmu lit-tfal u b'hekk ma tibgħatx lill-propagandisti Nazzjonalisti ta' l-MIC biex jitkellmu direttament mat-tfal u taqbeż lill-għalliema.", "Din m'hijiex aċċettabbli għaliex din hija indottrinazzjoni li tikser il- konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal għaliex qed tabbużahom, qed tiftaħhom għal propaganda u għal sors wieħed ta' informazzjoni li m'hi xejn ħlief propaganda u ndottrinazzjoni.", "Id-diskors ta' l-Onor.", "Mugliett ixxokkjani għaliex tkellem b'mod leġġer li lanqas huwa fl-ispirtu tal-kurrikulu u li fil-fehma tiegħi wera mentalita` servili u ta' mistħija meta qal li rridu ngħallmu dwar l-Ewropa għaliex dan il-pajjiż għamluh l-Ewropej u aħna hemmhekk irridu mmorru.", "Dan huwa tip ta' diskors li wieħed jistħi jgħid li semgħu f'parlament nazzjonali.", "Dan ifakkarni f'dak li kienu jagħmlu n-Nazzjonalisti fis-snin tletin meta kienu jiktbu poeżiji fejn jgħidu li jixtiequ li Malta ssir dgħajsa u jiġi riħ u jimbottaha 'l bogħod minn fejn qiegħda ħalli kemm jista' jkun ibegħeda mill-Afrika u mill-pajjiżi Għarab, iqarribha lejn l-Italja u hemmhekk issorġi għal dejjem ta' dejjem fi ħdan l-Ewropa ħalli jekk jista' jkun ma tkunx infettata mill-pajjiżi Għarab u tal-Mediterran.", "Dan huwa it- tip ta' ħsieb li wera l-Onor.", "Mugliett; ħsieb ta' l-imgħoddi u ta' mentalita` servili u kolonjali ta' nies li twieldu f'pajjiż li qiegħed f'reġjun interessanti li għandu diversita` kulturali ta' lingwi, kulturi u reliġjonijiet.", "Il-kurrikulu fl-iskejjel tagħna għandu jgħarraf lill-istudenti li pajjiżna qiegħed fir-reġjun tal-Mediterran fejn hemm diversita` ta' kulturi, ilsna, lingwi u reliġjonijiet u huwa fl-interess tat-tfal tagħna li jitgħallmu din id-diversita`.", "Dan għandu jkun l-ispirtu tal-kurrikulu li aħna naqblu miegħu iżda jekk il-gvern biddel l-opinjoni dwar il-kurrikulu għandu jgħidilna ħalli ma joqgħodx jgħid li hawn consensus, għaliex aħna ma naqblux li jinbidel.", "Għaliex daqskemm naqblu li għandek tagħti informazzjoni korretta u edukazzjoni serja dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il- kontinent Ewropew u dwar il-valuri taċ-ċivilta` Ewropea li fiha d- diversita` tagħha, naqblu u nesiġu wkoll li jkun hemm edukazzjoni u informazzjoni dwar ir-reġjun Mediterran li fih id-diversita` tiegħu wkoll.", "Hekk biss inkunu qed nippreparaw lit-tfal tagħna għal dik id-diversita` li aktar se jkollhom bżonn jitgħallmu u jgħixu fiha.", "U l-Onor.", "Galea m'għandux jitkaża u jbiddel l-aħħar sentenza tal-mozzjoni kif jaqbillu biex jgħid li aħna bilkemm ma nridux li t-tfal tagħna jkunu bħal nemel produttivi.", "L- Onor. Galea m'għandux jgħid dan id-diskors u jipprova jgħawweġ il- pożizzjoni tagħna meta jaf kemm ħdimna flimkien anke fuq il-kurrikulu nazzjonali.", "Aħna sħaqna flimkien fuq il-valuri tal-kreattivita`, tal-ħsieb, ta' kif għandna nrawmu lit-tfal tagħna biex ikunu ċittadini attivi li jaħsbu b'moħħhom, li kapaċi jesprimu ruħhom, li kapaċi jkunu kreattivi u li kapaċi jaħdmu flimkien ma' oħrajn.", "Iżda issa għal skop partiġġjan l-Onor.", "Galea dawwar il-mozzjoni tagħna biex qisu f'daqqa waħda rridu li t-tfal tagħna jkunu bħal nemel produttiv li ma jaħsibx u li jmur għax-xogħol u jiġi lura.", "L-Onor.", "Galea qisu nesa kemm ħdimna flimkien u kemm għamilna enfasi li t- tfal tagħna m'għandhomx jitilgħu f'sistema fejn jitgħallmu bla sens u bl- amment u fejn jitgħallmu l-affarijiet bla ma jaħsbu u jirriflettu dwarhom.", "Għaliex il-partit Laburista dejjem irid ikollu din il-karikatura li qisna n- nies li twelidna f'Għar Dalam u għadna ma ħriġniex minn hemm?", "Imbagħad kellna l-gidba l-oħra li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi li l- computers waslu f'Malta fl-1987.", "Imma kemm se ddum din ir-redikolaġni fil- politika Maltija li jekk tkun Laburista x-xemx telgħet meta tela' l-partit Laburista fil-gvern u jekk tkun Nazzjonalista ix-xemx telgħet meta l-partit Nazzjonalista jkun fil-gvern!", "Hemm bżonn li ma nkomplux ngħidu li l- iżvilupp f'pajjiżna beda biss meta tela' xi partit fil-gvern qisu li l- gvern ta' qabel ma jkunx ħadem u ma jkunx bena fuq ta' qablu.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi ma jiftakarx ix-xogħol li kien sar fl-1985 u l-1986 biex jidħlu l- computer labs f'ċerti skejjel u f'ċerti junior lyceums bħal per eżempju fil- Liċeo Mikiel Anton Vassalli?", "Jien minn hawnhekk insellem lil Ministru Philip Muscat u lin-nies ta' dak iż-żmien li kienu ħadmu biex jidħlu l- computers f'pajjiżna.", "Allura għalfejn għandna nkomplu nagħtu karikatura ta' l-avversarju bħala redikolu u li huwa bla sens, bla moħħ u kontra kull progress?", "Meta l-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea ltaqgħu f'Lisbona biex jiddiskutu fuq il-futur ta' l-edukazzjoni l-aktar li saħqu kien fuq kemm huma nkwetati li qed jaqgħu lura fil-qasam ta' l-internet, fil-qasam tat-teknoloġija ta' l- informatika u fil-qasam ta' l-istudju tal-computers.", "U llum, wara li nfaqna miljuni ta' liri, m'għandniex nkunu sodisfatti bis-sitwazzjoni f'pajjiżna u naraw bis-serjeta` x'użu qed issir mill-computers li hemm fl-iskejjel?", "Irridu naraw kemm hemm computers li jibqgħu mitfijjin u mgħottijin bil- plastic, kemm hemm minnhom li qed jintużaw mit-tfal tagħna u x'qed nagħmlu biex ikollna min jgħallem fl-iskejjel sekondarji.", "Mhux biżżejjed li jkollna l-computer labs fl-iskejjel u li meta l-ministru jiftħu, jieħu ritratt għall-propaganda qisu li b'daqshekk wasal l-istudju tal-computer fl- iskola.", "L-istudju tal-computer jasal fl-iskejjel meta jkun hemm għalliema mħarrġa u li jaħdmu mat-tfal u meta l-computer jintuża fis-suġġetti kollha bħala strument edukattiv.", "Hekk tkellmu dwar l-edukazzjoni l-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea meta ltaqgħu f'Lisbona u dan huwa l-mod kif qalu li jridu jagħtu l-ħiliet meħtieġa lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħhom biex jimxu 'l quddiem u ma jinqatgħux lura mill-Ġappun, minn Singapore, mill-Istati Uniti u anke minn xi stati fl-Indja fejn qed iġibu eluf kbar ta' inġiniera u nies tekniċi fil- qasam tal-computers.", "Huwa għalhekk li l-gvern qed jimposta l-edukazzjoni ħażin kemm jekk pajjiżna jagħżel sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk immorru għat-triq li jrid il-Partit Laburista ta' Svizzera fil- Mediterran b'arranġamenti miftiehma f'oqsma differenti.", "Fiż-żewġ każi rridu tfal u żgħażagħ li jkunu edukati u mħarrġa aħjar biex ikunu jistgħu jirnexxu.", "Bħalissa sitwazzjoni hija nkwetanti għaliex terz biss ta' l- adoloxxenti ta' 16-il sena qed jirnexxu, jekk nimxu bil-kriterju dejjaq ta' kemm minnhom jgħaddu mill-eżamijiet.", "Dawk li ma jgħaddux mill-eżamijiet ikollhom kapaċitajiet, imma fis-suq tax-xogħol u ta' l-istudju jissarrfu ċ- ċertifikati biss.", "Anke l-istudenti li għandhom ċertifikat ikollhom problema aħseb u ara dawk li ma jkollhomx.", "Dawn l-istudenti jkunu kkundannati biex jidħlu fl-istatistika tal-qgħad jew fl-istatistika ta' dawk li jkollhom ibiddlu x-xogħol il-ħin kollu.", "Għalhekk fil-mozzjoni tagħna għamilna appell biex inħarsu dak li qed isir fl-iskejjel u biex naħdmu flimkien għall-futur tat-tfal tagħna u biex il- kontroversja partiġġjana dwar x'irridu fuq l-Unjoni Ewropea nħalluha 'l barra mill-iskejjel.", "Irridu li tingħata informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea iżda din trid tkun parti minn informazzjoni kompleta dwar dak li għaddej fid-dinja għaliex lanqas l-Ewropej stess m'huma magħluqin bħat-tipi ta' diskorsi li smajna f'dan il-Parlament.", "Meta l-Unjoni Ewropea nnifisiha titkellem dwar l-edukazzjoni tgħid li trid titgħallem minn esperjenzi oħra bħal ta' l-Istati Uniti, Singapore u l-Iżrael għaliex jafu li ma jistgħux jingħalqu fihom infushom u jgħidu kemm huma bravi, avvanzati u perfetti.", "Dan jagħmlu biss dak li jemmen fil-propaganda u l-indottrinazzjoni biex ipinġi l-affarijiet b'mod mistiku.", "Hemm bżonn li nitgħallmu minn xulxin u hemm bżonn ukoll li meta l-gvern jitkellem dwar globalizzazzjoni ma jiċċentrax kollox madwar l-Unjoni Ewropea biss.", "Aħna ma nqajmux mistoqsijiet dwar kemm ipparteċipaw fil- programmi edukattivi għaliex dawn il-programmi m'humiex tajbin iżda għaliex huwa diżonest li tpinġi dawn il-programmi edukattivi bħala s-salvazzjoni tas-sistema edukattiva tagħna.", "M'hemm l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jħares lejn dawk il-programmi bħala s-salvazzjoni tas-sistema tagħhom.", "L- ewwelnett, tajjeb li wieħed jgħid li hemm persentaġġ żgħir li jieħu sehem f'dawn il-programmi imma dan il-persentaġġ jitla' għaliex fl-ewwel sena marru 200 u fis-sena ta' wara marru 200 oħra u allura fuq medda ta' sentejn ikunu għaddew minn din l-esperjenza 400 student.", "Per eżempju, fil-programm ta' l-Erasmus minn madwar 5,600 student forsi jmorru bejn 200 jew 250, iżda xorta se jkun hemm dawk li ma jmorrux pero` dan ma jfissirx li ma tibgħatx lill-oħrajn.", "Trid tibgħat lil dawn l-istudenti imma trid taħdem biex issaħħaħ is-sistema edukattiva tiegħek on the ground.", "Irridu niftakru li hemm problemi serji fis-sistema edukattiva tagħna.", "Per eżempju, kwart tat-tfal bejn is-seba' u t-tmien snin diġa` għandhom problemi serji biex jiktbu u jaqraw il-Malti u l-Ingliż u biex jirnexxu fis-somom.", "Jekk ma neħdux ħsieb dan il-kwart, kif se jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Hemm nofs it-tfal fl-iskejjel primarji li ma jkollhomx il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħaddu mill-eżami tal- junior lyceum u jintbagħtu fi skejjel oħra.", "X'se nagħmlu dwar dawn it-tfal għaliex dawn mhux qed jingħalqulhom il-bibien ta' l-Unjoni Ewropea biss iżda qed jingħalqulhom il-bibien f'pajjiżna stess.", "Aħna kontra t-tip ta' miżinformazzjoni li tpinġi xi ħaġa b'mod maġiku u ta' barra minn hawn, biex minflok issolvilek il-problemi tkompli tikkumplikahom.", "Irridu li l-istudenti u l-iskejjel tagħna jieħdu sehem f'dawn il-programmi u huwa tajjeb li jieħdu sehem fihom u konna ħdimna biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fihom, imma li tirkeb fuq dawn il-programmi biex timbotta l-linja partiġġjana tiegħek u l-propaganda tal-partit tiegħek minħabba l-għażliet li għandu quddiemu pajjiżna, dik ma naċċettawhiex u ma nemmnux li dawn iż-żewġ affarijiet għandhom ikunu marbuta flimkien.", "Kif tkellem, il-Ministru Galea qisu ta wieħed x'jifhem li biex nieħdu sehem f'dawn il-programmi jfisser li rridu naċċettaw dak li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista li nibagħtu ċ-ċentru tal-Mickey Mouse, tal-MIC, biex iwassal il-messaġġ, l-evanġelu ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Iżda mhux bilfors irridu nagħmlu hekk.", "Fi żmienna aħna konna laqqajna l-kapijiet ta' l-iskejjel u spjegajnilhom x'għandhom jagħmlu biex jieħdu sehem f'dawn il- programmi u wara kollox dawn il-programmi, liema programmi m'humiex differenti minn programmi oħra li jeżistu f'għaqdiet internazzjonali oħra, bħal per eżempju, l-ischool networks tal-UNESCO.", "Naf li hemm pajjiżi fl'Unjoni Ewropea li qed tinġibidilhom l-attenzjoni minn Brussells li f'dawn il-programmi huwa mportanti li ddaħħal id-dimensjoni Mediterranja u li fost is-sieħba li l-iskejjel iridu jibdew jagħżlu qed ikunu nkoraġġati biex jagħżlu anke pajjiżi Mediterranji oħra.", "Jekk irridu nagħtu kontribuzzjoni u dimensjoni Mediterranja anke fl-Unjoni Ewropea ma nistgħux inċaħħduha fl-iskejjel tagħna b'din it-tip ta' indottrinazzjoni.", "Trid tingħata informazzjoni iżda din il-informazzjoni ma jistgħux jagħtuha nies li m'għandhomx kredibilta` la f'pajjiżna u lanqas fi Brussell.", "Il-Kummissjoni Ewropea taf li għandna problema biċ-ċentru ta' informazzjoni f'Malta għaliex dan ma jgawdix kredibilta` u huwa kompletament għodda partiġġjana li qed toħloq kumplikazzjonijiet anke għall-Unjoni Ewropea.", "Minħabba dan in-nuqqas ta' kredibilita`, meta ikun hemm xi affarijiet li jkunu veri, xorta waħda ma jitwemmnux għaliex in-nies ikunu assoċċjaw dan iċ-ċentru bħala wieħed ta' propaganda.", "Għalhekk qed nagħmlu dan il-appell lill-gvern - u dan huwa l-ispirtu li bih ressaqna din il-mozzjoni imma finalment ir-responsabbilta` qiegħda fuqu, aħna diġa` offrejna u nibqgħu noffru li naħdmu id f'id biex inġibu 'l quddiem il-qasam edukattiv f'pajjiżna – sabiex flimkien naħdmu ħalli nagħtu futur aħjar lit-tfal tagħna u biex intejbu l-iskejjel - u hemm bżonn ta' titjib - ħalli l- problemi li għandna nsolvuhom.", "Jien ċert li anke l-gvern japprezza li hemm iktar ċans li nsolvu l-problemi jekk naħdmu flimkien.", "Iżda mbagħad ma jistax jippretendi li naħdmu flimkien meta qed jirkeb fuq il-qasam edukattiv u fuq dawn il-programmi biex imexxi 'l quddiem l-aġenda partiġġjana tiegħu dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, linja li dwarha m'hemmx qbil.", "Jekk ikompli b'din il-linja l-gvern se jħassar u jħarbat ix-xogħol kbir li hemm bżonn li jsir.", "Il-gvern qalilna li rridu nagħżlu u li jekk inkunu favur dawn il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni rridu nibagħtu nies mill-MIC biex jitkellmu dwarhom.", "Aħna rridu nieħdu sehem f'dawn il- programmi u nħeġġu lill-iskejjel biex jieħdu sehem fihom iżda huwa mportanti li jingħataw tagħrif serju u mhux jitwebblu b'affarijiet li ma jeżistux.", "Il-gvern qalilna li jekk aħna favur dawn il-programmi rridu naċċettaw li tkompli għaddejja din il-linja partiġġjana, iżda għalkemm aħna favur dawn il-programmi mhux se naċċettaw li tkompli din il-linja partiġġjana.", "Issa huwa l-gvern li rrid jagħżel jekk iridx li naħdmu flimkien bis-serjeta` għall-ġid tat-tfal tagħna u għall-ġid ta' pajjiżna fil-qasam edukattiv.", "Ma jistax jippretendi li nibqgħu kwieti u fl-istess ħin jakkużana li ressaqna mozzjoni bħal din għaliex qed inkunu pragmatisti, diżonesti, patetiċi u li qed nużaw tattika politika għaliex ma nixtiequx il- ġid tat-tfal tagħna.", "Il-gvern ma jistax jippretendi li minn naħa waħda jitlob il-kooperazzjoni u l-ħidma tagħna biex nimxu id f'id 'il quddiem fil- qasam edukattiv u fl-istess ħin jibqa' għaddej b'din il-kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni favur l-aġenda partiġġjana tiegħu ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, il-gvern irid jagħżel.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda mressqa u moqrija mill-Ministru Louis Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f'nofsinhar u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru Louis Galea.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "302 FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace Victor| |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen |Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 25", "L-Onor | | | |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Bartolo Evarist |Herrera Jose` | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu | |Farrugia Michael | |", "L-Emenda \"A\" għaddiet.", "MR SPEAKER: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża f'12:40 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "303", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA: 27", "L-Onor", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian| |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l- Att dwar id-Dwana għadda mill-istadju ta' Kumitat b'żewġ emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l- Erbgħa 28 ta' Marzu, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ta' l-Onor Angelo Farrugia dwar nuqqas ta' fiduċja fil-Prim Ministru u fil-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, kienu ħafna r-reazzjonijiet u r- riflessjonijiet fuq ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet aħħarija tal-kunsilli lokali.", "Ċertament li din in-naħa ħadet kunjizzjoni sewwa ta' dak li ġara fl- 10 ta' Marzu, u kif jgħidu bl-Ingliż kien hemm min qal that the writing is on the wall.", "F'dan il-każ jien aktar ngħid li the writing is on the ball fis-sens li issa dan il-gvern qiegħed f'nofs il-leġislatura tiegħu u jista' jħares b'mod pożittiv fuq ir-riżultat fis-sens li jagħtih iċ-ċans li jara eżattament ir-raġunijiet għalfejn il-pendulum politiku reġa' għal darb'oħra fi ftit snin ixxiftja kontra l-partit fil-gvern.", "Jiena naħseb li wieħed irid bis-serjeta` jħares lejn il-performance ta' dan il-gvern u jgħid fejn iħoss li jista' jtejjeb l-operat tiegħu.", "M'iniex se nidħol fid-dettall ta' jekk wieħed iridx jinterpreta r-riżultat fuq livell nazzjonali jew le pero' naħseb li jkun tajjeb li nħarsu lejn kif qed jaħdem dan il-gvern biex iwettaq il-wegħdi li għamielna fl-1998.", "Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li aħna l-membri ta' din in-naħa għalkemm għandna l-ideat tagħna, kapaċi nesprimuhom u kapaċi nibqgħu partit kumpatt minkejja dak kollu li pprovaw ipinġu tan-naħa l-oħra.", "Jiena nsostni li l-partit jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba pero` jrid iħares lejn l- operat dawk l-affarijiet li l-poplu qiegħed iħoss sabiex f'dawn ix-xhur u s- snin li fadal jirranġa dak li hemm biex jiġi rranġat.", "Mr Speaker, jiena nemmen, li dan se jsir u għalhekk proprju ħadt dan l-aġġornament.", "Ħafna nies ilhom jgħidulna b'ħafna affarijiet li hemm bżonn li niċċaqilqu fuqhom pero` l-linja prinċipali li miexi biha dan il-gvern hija waħda tajba, li ma tistax tbiddilha u li m'hijiex up for sale.", "Aħna għandna l-prinċipji tagħna li nsegwuhom fil-politika u mhux bil-maqlub.", "Ma npoġġux il- prammatiżmu tagħna l-ewwel u ngħidu li għaliex in-nies qed jgħidu \"hekk\" bilfors irridu nagħmlu \"hekk\".", "Id-deputati għandhom kull interess, jekk iridu jkomplu jgħixu fil-ħajja politika, li jagħtu kas u hawnhekk qed nirriferi għall-istrutturi tal-gvern, dipartimenti, korporazzjonijiet u entijiet li jagħtu kas ta' dak li jkunu qed jitolbu n-nies tagħna.", "Naħseb li wieħed irid jara wkoll li l-politika fiskali tkun dejjem qed tifrex ġustizzja b'ekwita` fejn il-piż jinġarr mill-poplu kollu.", "Mr Speaker, irridu nħarsu lejn modi iktar kreattivi ta' xogħol produttiv li jagħti sodisfazzjon lil min jagħmlu u jipprovdi livell ta' għajxien adekwat.", "Jien naħseb li anke ċerti miżuri li huma tajbin u li qbilna magħhom iż-żewġ naħat tal-Kamra jdejqu lin-nies.", "Diġa` kelli l-okkażjoni ngħid li x-xogħol tal-wardens għandu jkun xogħol iktar edukattiv.", "L- objettiv tal-wardens kien li ndaħħlu iktar dixxiplina fin-nies tagħna u mhux litteralment indejqu lin-nies tagħna l-ħin kollu.", "Xorta jibqa' l-fatt li għandna bżonn tal-wardens għaliex il-mod li bih qed jiżdied it-traffiku bilfors jitlob li ma nabdikawx minn din ir-responsabbilta` u ma jistax ikun li jkun hemm kunsilli lokali li ma jerfgħux dan il-piż.", "Mr Speaker, argument li fl-opinjoni tiegħi ġie abbużat huwa dak dwar il- kwestjoni tad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Saret sfida lin-naħa l-oħra dwar kemm- il liġi li għaddejna minn dan il-parlament ineħħu l-partit Laburista jekk ikun fil-gvern.", "Jien nista' ngħid li ma rajt l-ebda reazzjoni għal din il-mistoqsija tant pertinenti.", "Aħna ġejna kkritikati li qed ngħaddu l- liġijiet minħabba l-Unjoni Ewropea, pero` fil-fatt ħafna mil-liġijiet qed ngħadduhom għaliex id-dinja tal-lum u ċerti proċeduri kif għandhom isiru l- proċeduri fil-pajjiż, l-iżvilupp ekonomiku tax-xjenza, jitolbu ċerta dixxiplina u li aħna naġġornaw il-liġijiet tagħna.", "Lin-nies ma nagħtihomx tort li forsi ma jifhmux għaliex indaħħlu ċerti liġijiet u għalhekk naħseb li huwa wkoll impenn ta' dan il-gvern li jispjega lill-poplu x'inhu jagħmel.", "Wieħed mill-esponenti prinċipali - u bir-raġun għaliex huwa x-shadow spokesman fuq il-politika estera - huwa propju l-Onor.", "George Vella li ħafna drabi qiegħed jitkellem kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u jgħidilna li aħna ma naqrawx u ma nifhmu xejn xi tfisser l-Unjoni Ewropea.", "Jien inħoss li verament dan m'huwiex il-każ, anzi iktar ma wieħed jara kif inhi miexja d-dinja llum u iktar ma wieħed imur lura fl-istorja ta' pajjiżna u ta' l-Ewropa iktar wieħed jara xi jfisser li tkun tappartjeni b'mod dirett mingħajr ekwivoċi fi blokk li llum nafu li bil-provi qiegħed ikun ta' sors ta' paċi f'dinja ta' stabilita` u progress ekonomiku li aħna nixtiequ li l-poplu tagħna jgawdi minnu.", "Fuq kollox jiena nħoss li llum jekk iż-żewġ partiti politiċi jħarsu sewwa jaraw li għandhom iktar common platform milli fil-fatt għandna diverġenzi.", "Veru li mbagħad hemm diverġenzi kbar kif inħarsu lejn ċerti affarijiet, pero` rridu nirrealizzaw li l-interess tagħna hu li ntejbu l-livell ta' għajxien tagħna, li l-poplu tagħna jkollu ċerta stabilita` fuq il- fruntieri tiegħu u li bħala pajjiż żgħir jibqgħalna dik l-indipendenza li aħna tant u tant iġġelidna għaliha u li għal tant u tant sekli sħaħ konna mċaħħdin minnha.", "Aħna konna mċaħħdin mill-indipendenza għal sekli sħaħ għaliex the powers that be fid-dinja għoġobhom li lilna ma jagħtuniex dik l-indipendenza sew fi żmien il-kavallieri u sew fi żmien l-Ingliżi.", "Issa ġie ċ-ċans li b'mod demokratiku nieħdu sehem f'għaqda ta' pajjiżi u jekk ma nidħlux fiha se nagħżlu li niġu mhux newtrali imma newtralizzati.", "L-istorja tgħallimna li anke pajjiżi kbar bħall-Amerika u l-Ingilterra ppruvaw jgħixu in splendid isolation u sabu li ma setgħux jagħmlu dan.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi billi ngħid li aħna se nieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex nerġgħu nreġġgħu l-pendulum politiku ta' pajjiżna iktar lejn kif kien fl-1998.", "Veru li jista' jkun bħalma qalu xi wħud li the writing is on the wall imma iktar ngħid li the writing should be on the ball għaliex il-logħba għadha qed tintlagħab u din in-naħa se tagħmel il- ħames snin kolha li fihom se twettaq il-wegħdi li għamlet fl-1998.", "Ċertament li ma rridux nitilfu rasna bl-ebda mod u jien ma narax li l- kwestjoni ta' referendum għandha tkun miġġielda fuq linji partiġġjani.", "Għalhekk naħseb li rridu naħdmu biex naraw fejn hemm il-konverġenza fuq il- politika barranija ta' pajjiżna għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil-ħin li għandi xtaqt nitkellem dwar xi ħaġa rigward seminar li sar nhar is-Sibt li għadda bejn uffiċjali ta' l-awtorita` u l-case officers flimkien mal- kumitat tal-kamra tal-periti.", "Ippermettili qabel ma nitkellem fuq din il- laqgħa ngħid li ftit tal-ġranet ilu, l-Onor.", "Joe Mizzi kelliem ta' l- oppożizzjoni fuq il-qasam ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, irrisponda għal dak li kont għedt jien fis-seduta 511 tat-12 ta' Marzu filgħaxija u fost l- affarijiet oħra, għoġbu jerġa' jirrispondi għal dak li kont għedt jiena.", "Għalxejn noqgħod nirrepeti ċerti punti għaliex it-tweġibiet diġa` tajthom, pero` naħseb li l-Onor.", "Mizzi aħjar jara x'qiegħed isir mill-kollegi tan- naħa tiegħu u jaġixxi fuqu.", "Dakinhar l-istess għedtlu u hu kien qalli li jekk naf b'xi ħaġa ngħidha u qalli wkoll li jekk jien naf b'xi ħaġa u ma ngħidhiex allura jiena korrott.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Joe Mizzi li m'iniex korrott imma korrett; forsi ħa xi żball fil-vokali.", "Irrid ukoll inserraħlu moħħu billi ngħidlu li anke għall-każ li kont qiegħed nirriferi jien, naf li l-awtorita` ta' l-ippjanar diġa' kienet ħadet azzjoni u ma kellix għalfejn niġbed l-attenzjoni ta' l-awtorita` jien.", "Fuq dan il-punt m'għandix iktar xi nżid u għalhekk se ngħaddi biex nitkellem fuq dak li rriferejt għalih aktar kmieni, jiġifieri l-laqgħa li saret nhar is-Sibt li għadda.", "Jien ħadt gost li nhar is-Sibt li għadda għall-ewwel darba sar meeting bejn l-uffiċjali ta' l-awtorita`, inkluż dawk maġġuri, diretturi u assistenti diretturi, u l-case officers li jipproċessaw l- applikazzjonijiet, flimkien mal-membri tal-kamra tal-periti.", "Din il-laqgħa saret - jien inżomm diversi laqgħat mal-kamra tal-periti – għaliex jien kont għedt li jidhirli li iktar milli l-punti jiġu trasmessi lili u jien ngħaddihom lid-direttur jew liċ-chairman ta' l-awtorita`, isiru b'mod aktar dirett ħalli l-affairjiet jiġu ċċarati speċjalment f'soċjeta` żgħira bħal tagħna.", "Naħseb li dak li ġara s-Sibt li għadda juri kemm kelli raġun f'dan il-proċess għaliex meta n-nies jiltaqgħu u jitkellmu, joħorġu l-punti kollha bi frankezza l-aktar libera u fl-aħħar tad-diskussjoni tirrealizza li s-sitwazzjoni m'hijiex ta' aħna u huma imma ta' ilkoll flimkien speċjalment jekk wieħed jaħdem fuq programm li jkun maqbul.", "Jiena nemmen hekk għaliex is-soċjeta` tagħna, inkluż l-awtoritajiet f'pajjiżna u anke d-dipartimenti tal-gvern, għandhom iktar ikunu bbażati fuq ix-xewqat u l-esiġenzi tal-klijenti prinċipali tagħhom.", "Fil-każ ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar, il-klijent prinċipali huwa l-perit li jagħmel l- applikazzjoni f'isem l-applikant.", "Allura importanti ħafna li jkun hawn dan id-djalogu kontinwu mhux biss mas-saff ta' fuq imma mal-kumplament tal- ħaddiema li jkunu qegħdin effettivament jipproċessaw l-applikazzjonijiet.", "Irrid ngħid li ħadt gost ħafna f'dan is-seminar għaliex id-diskussjoni kienet waħda miftuħa u ħarġu ħafna punti tajbin li tista' taħdem fuqhom l- awtorita`.", "Il-kamra tal-periti ġew informati bit-tibdiliet fl-organizzazzjoni li qed isiru fl-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Irrid ngħid li waħda mit-tibdiliet prinċipali fl-organizzazzjoni dan l-aħħar kienet li fejn qabel kellek numru ta' area team managers li jieħdu kull tip ta' applikazzjoni, issa twaqqaf major projects team li xogħlu huwa biss li jara l-applikazzjonijiet maġġuri.", "B'hekk l-area team manager u t-team tiegħu mhux se jkollhom għalfejn jaraw dawn l-applikazzjonijiet huma u se jkunu jistgħu jiffukaw aktar fuq applikazzjonijiet oħrajn biex b'hekk ikun hemm aktar effiċjenza fl-ipproċessar tagħhom u jonqos id-dewmien u l-burokrazija.", "Il-proġetti maġġuri li dan it-team se jkun qiegħed jara huma dawk tal-gvern, tal- kunsilli lokali u anke dawk privati.", "Naħseb li dan il-punt ta' informazzjoni ġie trasmess b'mod tajjeb mill-uffiċjali ta' l-awtorita`.", "F'dan is-seminar saret diskussjoni dwar il-bżonn li wieħed jiddefinixxi x'inhu proġett maġġuri biex ikun ċar liema tip ta' proġetti se jmorru għand il-major projects team u liema proġetti se jmorru għand l-area team managers normali ħalli jonqos it-tgergir.", "Punt ieħor li ġie diskuss kien dwar x'għandu jsir meta jidħol file.", "Sal- lum is-sistema kienet li meta jidħol file, dan imur għand case officer mentri l-idea llum hija li l-files jarhom l-area team manager.", "Jiena nsostni li għandu jkun l-area team manager li jara l-applikazzjoni u jara lil min se jgħaddiha u jekk tkun xi ħaġa one off allura timxi, imma jekk l- affarijiet ikunu aktar sostanzjali jkun l-area team manager li jiddeċiedi u mhux sempliċement tmur għand il-case officer.", "Din hija sistema li diġa` qed tintuża tajjeb ukoll mill-area team ta' Għawdex u ħadmet tajjeb u l- idea hija li issa tiġi nkorporata fil-kumplament ta' l-organizzazzjoni.", "Mr Speaker, dan kollu irid iwassalna biex kemm jista' jkun l- applikazzjonijiet żgħar ikunu faċilitati u jekk is-sena li għaddiet naqqasna n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti b'25% jiena nemmen li din it-tibdila issa għandha twassal sabiex mhux biss inkomplu nnaqqsu l- applikazzjonijiet li qed jistennew imma anke n-numru ta' applikazzjonijiet li joħorġu fi żmien stipulat jiżdied kif żdied is-sena li għaddiet.", "Punt ieħor li ddiskutejna waqt din il-laqgħa kien il-ħtieġa li meta jkun irid isir xi bdil fil-policy, l-ewwel tinbidel il-policy imbagħad ikun hemm diskussjoni fuq dik l-applikazzjoni u mhux nieħdu l-applikazzjoni, niddeċiedu fuqha imbagħad tinbidel il-policy għaliex inkella jkun hemm min jaħseb li l-policy inbidlet għal xi każ speċifiku.", "Punt ieħor li ħareġ f'dan il-meeting kien il-bżonn ta' titjib fil-mod ta' kif il-periti privati jagħmlu applikazzjonijiet.", "Jien nieħu gost li f'dan il-meeting perit privat li qiegħed fuq il-kummissjoni għall-kontroll ta' l- iżvilupp qal - u qed ngħid perit privat għax ma jaħdimx ma' l-awtorita` imma għadu jipprattika - li mill-applikazzjonijiet li jiġu għand il- kummissjoni m'hemmx aktar minn 20 kumpannija ta' periti li jippreżentaw applikazzjoni suret in-nies.", "Meta perit jonqos milli jippreżenta applikazzjoni suret in-nies ikun ifisser dewmien għall-applikant.", "Hawnhekk ta' min jirrepeti li hemm bżonn ta' titjib.", "M'iniex qed ngħid li l- periti kollha ma jippreżentawx applikazzjoni tajba imma laqatni l-fatt ta' dan il-perit privat li qal li hemm bżonn ta' titjib kbir fil-mod ta' kif isiru l-applikazzjonijiet, inkluż l-applikazzjonijiet li jsiru anke mid- dipartimenti tal-gvern u anke mill-awtoritajiet u korpi parasatali kbar f'pajjiżna.", "Irrid minn hawnhekk nizzi ħajr lill-kap tal-fakulta` ta' l- arkitettura li qed jagħmel ħiltu kollha biex ikun hemm tibdil fil-kors ta' l-istudenti li jkunu qed jistudjaw għal periti għaliex ma jistax ikun li nibqgħu bis-sistema li għandna fejn dawk li qed jistudjaw il-liġi għandhom iktar ħin mogħti lilhom biex jistudjaw il-liġi dwar l-ippjanar milli għandhom l-istudenti li jkunu qed jistudjaw għal periti.", "Barra minn hekk m'huwiex qed jingħatalhom ħin biżżejjed ta' struzzjoni fuq l-etika professjonali u nieħu gost li l-fakulta` qed tbiddel il-kors għaliex hemm bżonn li l-istudenti jkunu iktar preparati fil-fakulta`.", "Appell ieħor li rrid nagħmel huwa lill-fakulta` ta' l-arkittettura sabiex il-lecturers fulltime ta' l-universita` jkunu aktar committed.", "Xbajt nisma' kummenti li ħafna mill-fulltime lecturers – m'iniex qed niġġeneralizza – m'humiex iddedikati fix-xogħol professjonali tagħhom u għax-xogħol li huma mħallsin għalih fil-fakulta`.", "Mr Speaker, jien nemmen li meta jkun hemm proċess fejn aħna u huma niltaqgħu flimkien, ir-riżultat ikun ħafna aħjar milli meta nkunu aħna għalina u huma għalihom.", "Jien kommess li dan il-proċess li beda s-Sibt li għadda nkomplih, mhux biss fl- interess tal-periti privati li jipprattikaw imma anke fl-interess ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar ħalli b'hekk f'pajjiżna jkollna sistema aktar effiċjenti għas-sistema ta' l-ippjanar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak, Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal- lejla, l-Erbgħa, 28 ta' Marzu 2001 fis-6.00 p.m bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-1:16p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EU", "24541.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal- Ministru cioe` li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinformana kemm hija l- kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott New Zealand lamb?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant żgur japprezza li dak mitlub minnu hi informazzjoni ġenerali li jista' jakkwistaha minn diversi sorsi fosthom it-TARIC.", "Kif bla dubju diġa' jaf, fuq materja ta' din ix-xorta Malta għad trid tinnegozzja.", "EU", "24542.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal- Ministru cioe` li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinformana kemm hija l- kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-butir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "EU", "24543.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal-Ministru cioe' li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinformana kemm hija l- kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-ġobon?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "EU", "24544.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal-Ministru cioe` li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinformana kemm hija l- kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-laħam aħmar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "ETC - IMPJEGATI", "24666.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi reclassification exercises min-naħa ta' l-ETC dwar shifts ta' ħaddiema gainfully occupied minn settur għal ieħor?", "Jekk iva, x'kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kull sena l-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ tagħmel eżerċizzju fejn tiġbor informazzjoni dwar l-intrapriżi kollha.", "Dan l-eżerċizzju jservi biex il-korporazzjoni tirrevedi kemm id-dettalji ta' l- impjegati kif ukoll l-informazzjoni dwar is-settur ekonomiku ta' l- intrapriża.", "B'riżultat ta' dan kumpanija tista' tiġi riklassifikata taħt settur differenti minn dak li tkun ġiet klassifikata oriġinarjament.", "Ninsab informat li f'dawn l-aħħar tliet xhur dawn l-azjendi ġew riklassifikati taħt settur differenti milli kienu qabel:", "Farrugia Textiles Co. Ltd.", "Time International Co. Ltd.", "Manufacturing and Industrial Services Ltd.", "Ellul Grezzju", "Borg Cold Stores Import and Dist.", "Ltd.", "J. & C. Pisani Ltd.", "Planner Construction Ltd.", "Capua Palace Ltd.", "NATIONAL STATISTICS OFFICE - UNEMPLOYMENT", "24667.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-labour force survey li ħareġ in-national statistics office, għalkemm jagħti definizzjoni ta' unemployment ma jagħmel ebda riferenza speċifika għal figuri tal-qgħad li joħorġu mill-istess survey?", "Meta mistennija li jiġu pubblikati dawn il- figuri?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika għadu ma ħariġx ir- rapport dwar il-labour force survey.", "Infatti r-rapport dwar is-surveys li saru s-sena li għaddiet mistenni jitlesta u jiġi ppublikat dalwaqt.", "Dan ir- rapport ser jinkludi ċ-ċifri kollha li joħorġu mir-riżultat ta' surveys bħal dawn, inklużi dawk dwar in-nies qiegħda u r-rati tal-qagħad.", "Tajjeb jingħad li n-news release li nħarġet mill-uffiċċju, filwaqt li tispjega li r-rapport finali tas-surveys għad irid ikun ippubblikat, tikkonċentra fuq aspett wieħed li joħroġ mis-surveys, dak tad-dħul mix- xogħol u l-kejl tal-Gini Coefficient, u ma tagħti ebda riżultati oħra.", "Fin- news release jingħataw ukoll xi definizzjonijiet li jintużaw fil- metodoloġija tal-labour force survey, inklużi dawk ta' l-employment u l- unemployment, sabiex tinġibed l-attenzjoni ta' dawk li jużaw l-istatistika ġdida għall-fatt li dawn huma differenti minn dawk li jintużaw fl- istatistika dwar il-qasam tax-xogħol kif tinġabar mill-korporazzjoni tax- xogħol u taħriġ.", "OVERALL EXPORTS", "24668.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-overall exports fis-sena 2000 żdidux jew naqsux jekk wieħed jeskludi r-re-exports taż-żejt u l-exports of machinery and transport equipment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk mill-esportazzjoni totali għas-sena 2000, li tammonta għal Lm1073.9 miljuni, jitnaqqsu l-figuri li semma l-Onor.", "Interpellant u jsir l-istess għas-sena 1999, fejn l-esportazzjoni totali kienet ta' Lm791 miljuni, jirriżulta li hemm żieda ta' Lm1.1 miljuni għas- sena 2000 fuq l-1999.", "Dan jidher ċar mill-informazzjoni segwenti.", "Tajjeb jingħad li s-settur tal-machinery and transport equipement jinkludi diversi kumpaniji.", "| |2000 |1991 | | |Lm |Lm | | |milju|milju| | |ni |ni | |Esportazzjoni totali |1073.|791 | | |9 | | |Re-exports - mineral | | | |fuels, lubricants and|(47.1|(23.1| |related material |) |) | |transport equipment | | | | |(736.|(475.| | |2) |3) | |Re-exports - | | | |machinery and |(23.3|(26.4| |transport equipment |) |) | |Esportazzjoni netta | | | | |267.3|266.2|", "IMPJIEGI", "24669.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga lmenti li hemm ditti u azjendi li qegħdin ikeċċu nies full-time minn magħhom filwaqt li jżommu ħaddiema part-time?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "24538 f'Seduta 521, nitolbu jgħaddili informazzjoni, anke b'mod kunfidenzjali, dwar id-ditti u ażjendi li rrifera għalihom.", "IMPJIEGI", "24670.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti l-figuri sa tmiem is-sena 2000 ta' kemm kien hemm wage and salary earners kif ukoll self-employed iħallsu l-bolla tan-national insurance, kategorija b'kategorija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk ma tistax tingħata.", "BANK ĊENTRALI - BUSINESS PERCEPTIONS SURVEY", "24671.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ditti u azjendi li jiġu sampled meta jitħejja l- business perceptions survey tal-Bank Ċentrali?", "B'kollox, kemm jirrappreżentaw ħaddiema?", "X'persentaġġ jirrappreżentaw tal-work force tas- settur privat Malti u Għawdxi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' azjendi li jieħdu sehem fil-business perceptions survey ivarja xi ftit f'kull survey minħabba li xi wħud jistgħu jagħżlu li ma jweġbux.", "Bejn wieħed u ieħor ikopri bejn 130 u 140 azjendi li jimpjegaw bejniethom aktar minn 16,000 impjegat, jew 20% ta' l-impiegi fis-settur privat Malti.", "Kemm jista' jkun jinżamm l-istess sample minn darba għal oħra fl-interess tal- konsistenza."]} {"filename": "20000315_265d_par.doc", "date": "2000-03-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 265 L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 265", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "265", "L-Erbgħa, 15 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 189", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 189", "TQEGĦID TA' KARTI 194", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIELET QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (THIRD READING) 195", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR (IT-TIENI QARI)", "BROADCASTING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 196", "AĠĠORNAMENT 215", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 220", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 264 li saret fil-15 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "PA - WIED IL-GĦAJN - RAMLA LODGE", "13841.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-estensjoni ta' bini f'\"Ramla Lodge\" Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jispjega kif ħareġ il-permess biex jinbena t-tielet sular meta f'ittra li ġġib id-data tas-16 ta' Ġunju, 1998, bin-numru GF/GC 55/667, id-director of planning kien qal li \"PA 2272/97 is being recommended for refusal as proposal will intensify the commercial/tourism characteristics in a predominantly residential area\"?", "Kif għadhom ma ttieħdu l-ebda passi biex struttura llegali li nbniet fil- front garden ta' \"Ramla Lodge\", li dwarha s-sid diġa' weħel multa u nħarġitlu ordni biex iwaqqa' din l-istruttura, jiġifieri il-bar, s'issa għadha hemm?", "Jekk dan hu minnu, x'inhu jżomm lill-awtorita' ta' l-ippjanar milli tipproċedi kif tipprovdi l-liġi?", "Kif bungalow fl-istess area u ta' l-istess sid, li qiegħda f'residential area, inħarġilha l-permess biex fiha jsir bar and restaurant li jesa' madwar 140 ruħ, meta l-parking capacity li ngħatat mill-planning authority hi biss ta' 24 karozza u li skond ir-regolamenti, policy TRA 4, din kellha tkun ta' bejn wieħed u ieħor 60 karozza?", "Kif tispjega l-awtorita' ta' l-ippjanar li l-istess sid għandu bini ta' sular taħt l-art - jew parti sostanzjali minnu - li suppost kien basement ta' disa' filati għoli u fil-fatt hu ta' sular sħiħ, u issa ngħata l- permess li jintuża bħala bedrooms meta skond il-liġi l-ebda basement ma jista' jintuża għall-irqad?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): B`riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija fis-seduta nru.", "242 tal-15 ta` Frar, 2000 ninsab informat li ma nħareġ l-ebda permess għal tliet sulari `l fuq mit-triq imma għal tliet livelli, tnejn 'il fuq u wieħed `l isfel mit-triq, kif permess mill-ischemes u l-policy DC 1/88.", "Dan il-permess inħareġ wara tibdil estensiv fil-pjanti sottomessi, li oriġinarjament ma kenux jaqblu mal-policies, u għaldaqstant kien se jkun rakkommandat biex jiġi rrifjutat.", "Wara t-tibdil il-proposta saret konformi mar-regoli.", "Ma jirriżultax li l-parti msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija llegali jew inħarġilha xi ordni biex titwaqqa`.", "Il-multa u l-ordni tat-twaqqigħ inħarġu kontra t-twaqqigħ ta` boundary wall, bini ġdid ieħor u t-twaħħil ta` tabella mingħajr il-permessi meħtieġa.", "Irid jingħad li l-imsemmija parti trid tiġi mneħħija mis-sid, skond il-permess maħruġ PA 2272/97.", "Għaldaqstant l-awtorita` ta' l-ippjanar qed tieħu ħsieb li l-bini isir skond il-permessi u l-pjanti approvati.", "Il-bungalow diġa` kienet liċenzjata bħala parti mill-kumpless tal-guest- house.", "Dan il-kumpless fil-fatt ma kellux post ta` parkeġġ u għaldaqstant kien gwadann li l-basement ġie riservat għal dan il-għan.", "Il-maġġur parti ta` dawk li ser jużaw dan ir-restaurant ser ikunu residenti ta` dan il- kumpless, b`40 kamra tas-sodda li jirrikjedu spazju ta` parkeġġ għal 20 karozza.", "Fil-fatt ġie pprovdut 24 spazju ta`parkeġġ.", "Skond ir-regoli tas-sanita`, livell taħt it-triq jista` jintuża għal skop ta` abitazzjoni sakemm ikun hemm dawl u ventilazzjoni adegwata.", "(Ch.10 - Code of Police Laws.", "Sections 97 & 106)", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' allura s-Segretarju Parlamentari jikkonferma li dawk l-allegazzjonijiet li saru mill-Onor.", "Mario Galea huma kollha bla bażi?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Saruli erba' mistoqsijiet u kollha ġew imwieġba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, imma mir-risposta uffiċjali għad-domanda ta' l- Onor. Galea jirriżulta li l-allegazzjonijiet li saru mhumiex ibbażati fuq l- iċken verita'.", "(Interruzzjonijiet) Saru anke kummenti simili mill-Onor.", "Membru waqt il-ħin ta' l-Aġġornament.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li m'għandix it-text quddiemi ta' x'intqal preċiżament, nippreferi li ma nikkummentax.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jaf is-Segretarju Parlamentari li diversi dipartimenti - fosthom id-dipartiment tal-mużew - naqsu li jagħtu r-reazzjoni tagħhom dwar xi applikazzjonijiet li kien hemm u li għad hemm pendenti quddiem il- planning authority.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Ġieli nġibditli l-attenzjoni li kien hemm każi fejn dipartimenti governattivi ma jirrispondux jew ma jagħtux l-opinjoni tagħhom pero' ma nistax ngħid li din hija xi ħaġa li ssir b'mod regolari.", "Fil-mument il-gvern qiegħed jaħseb biex jagħmel liġi ġdida dwar il-ħarsien tal-patrimonju u l-wirt kulturali, u dan ovvjament irid jorbot ukoll mal- proposti li se jitressqu f'dan il-parlament għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Lis-Segretarju Parlamentari nġibidlu l-attenzjoni li dan l-aħħar id-dipartiment tal-mużew m'għamel l-ebda rimarki dwar siti arkeoloġiċi li hemm fil-barriera ta' Ġebel Ciantar.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Proprju l-bieraħ għaddewli l-minuti ta' l-aħħar laqgħa tal-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, fejn hemm imniżżel li se tinġibed l-attenzjoni tal-ministeru dwar dan il-każ.", "Ma nafx jekk intbagħtitx xi ittra lill-ministru ta' l-intern pero' jien min-naħa tiegħi ma rċevejt l-ebda ittra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma nafx jekk il-minuti humiex qed jirriferu għal dan il- każ biss peress li l-kwestjoni kollha qamet wara li d-dipartiment tal-mużew kien ilu kważi sena, jekk mhux aktar, ma jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li hija irresponsabbilta' gravi min- naħa tad-dipartiment li ma jagħtix il-kummenti tiegħu dwar bini storiku?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bl-ebda mod ma jien qed niġġustifika nuqqas bħal dan imma wieħed irid jifhem iċ-ċirkostanzi.", "Meta ġbidt l-attenzjoni ta' l- uffiċjali tad-dipartiment tal-mużew qaluli li m'għandhomx manpower adegwat biex dan isir.", "Il-ministeru konċernat qiegħed jagħmel ħiltu biex l- ewwelnett jagħmel qafas ta' liġi ġdida biex il-manpower jiġi stabilit abbażi ta' dak li se jkun hemm f'dik il-liġi.", "Nista' ngħid li għaddejjin taħdidiet, kemm mal-ministeru ta' l-intern kif ukoll ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar, biex ikun hemm aktar kordinazzjoni fuq dawn l-oqsma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura s-Segretarju Parlamentari qed jgħidilna li sakemm ikun għadhom għaddejjin it-taħdidiet, dan in-nuqqas min-naħa tad- dipartiment tal-mużew huwa sanċit?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li nimmaġina li l-Onor.", "Mizzi huwa konxju li din il-problema ma twelditx issa imma ilha teżisti għal snin twal; u peress li l-Onor.", "Membru jaf ukoll li fil-perijodu meta hu kien parti mill- amministrazzjoni preċedenti, l-istess problema kienet teżisti; u peress li nimmaġina wkoll li l-Onor.", "Mizzi jifhem illi n-nies għal dak li jien sejjaħt manpower ma jaqgħux mis-siġar imma jridu jkunu nies speċjalizzati, nimmaġina li bħali jikkonkludi illi r-risposta għal dan in-nuqqas m'hijiex waħda li tista' tingħata malajr.", "Nemmen ukoll li l-Onor.", "Membru bħali jikkonkludi li fil-mument il-gvern qed jagħmel ħiltu kollha sabiex din is- sitwazzjoni tiġi rrimedjata.", "Sadanittant wieħed irid jifhem illi fil-qasam ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar hemm environment management unit illi jagħmel xogħlu f'dan ir- rigward.", "Żgur li l-Onor.", "Mizzi ma jistax jgħid li m'hu qed isir xejn f'dan is-sens.", "Wieħed irid jara illi jkun hemm titjib raġonevoli u aħjar għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħarsien ta' patrimonju sħiħ u dan il-gvern hekk qed jipprova jagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett lis-Segretarju Parlamentari ngħidlu li qed jassumi ħażin jekk imur bl-idea li jien kont naf li d-dipartiment tal-mużew kien qed jonqos b'dan il-mod.", "Ngħid is-sewwa sirt naf b'dan in-nuqqas gravi meta qamet din il-kwestjoni tal-barriera.", "Fil-fatt mill-ewwel ħadt passi u kont jiena li ppressajt lill-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex jieħu l-passi neċessarji.", "Imma ma jidhirlux is-Segretarju Parlamenti li m'hijiex ġustifikazzjoni li meta d-dipartiment tal-mużew jaqbeż it-30 ġurnata biex jagħti r-reazzjoni tiegħu, neħduha for granted li m'hemmx oġġezzjoni, filwaqt li jekk ikun hemm dipartimenti oħra li ma jirrispondux, niktbu lil min ikun issottometta l-applikazzjoni lill-awtorita' ta' l- ippjanar u ngħidulu li hemm bżonn li nġeddulu ż-żmien għax irridu nikkuntattjaw lil diversi dipartimenti?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li m'għandix quddiemi l-każi li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, ma nħossx li għandi nikkummenta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li s-Segretarju Parlamentari jarahom il-minuti tal-bord tal-planning authority, nistaqsih jekk qattx ta kas ta' kemm-il darba nġibdet l-attenzjoni għal każi bħal dawn?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jekk b'\"każi bħal dawn\" l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal każi fejn id-dipartiment tal-mużew ma rrispondiex fiż-żmien stipulat, nerġa' niġbidlu l-attenzjoni li din is-sitwazzjoni ilha tipprevali għal numru ta' snin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, apparti li l-każi fejn id-dipartiment tal-mużew jiġi kkonsultat huma ftit, jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li l-heritage advisory committee ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar jagħmel xogħol siewi ħafna f'dan ir-rigward?", "Jidhirlux ukoll li kien bis-saħħa ta' studju li sar mill-HAC li l-gvern Laburista kien ried jgħaqqad l-HAC mad- dipartiment tal-mużew u jagħmilhom ħaġa waħda.", "X'jikkummenta s-Segretarju Parlamentari dwan dan?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif diġa' għedt, għaddejjin taħdidiet bejn il- ministeru ta' l-intern u l-ministeru responsabbli mid-dipartiment tal-mużew sabiex ikun hemm linja koerenti bejn iż-żewġ liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien tal-patrimonju ma' l-iżvilupp ta' l-ippjanar.", "Irridu naslu għal sistema waħda fejn naraw illi l-patrimonju jiġi mħares mingħajr ma ndaħħlu burokrazija żejda għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet, u għalhekk ġie stabilit terminu ta' 30 ġurnata biex id- dipartimenti jirrispondu.", "Dik hi l-prassi u fil-każ ta' kwalunkwe dipartiment li jonqos li jagħti r-reazzjoni tiegħu, neħduha li m'hemmx kummenti xi jsiru u allura wieħed ikompli għaddej bl-ipproċessar ta' l- applikazzjonijiet.", "Jekk ma jiġrix hekk inkunu qed noħolqu bottleneck akbar għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Dwar dak li għadu kif semma' l-Onor.", "Michael Bonnici, jaf is-Segretarju Parlamentari li kien hemm każi fejn nonostante li l-HAC għamel il-kummenti tiegħu dwar ċerti applikazzjonijiet, xorta waħda l-board tal-planning authority mar kontra r-rakkmandazzjoni ta' l- istess HAC?", "Fil-fatt hemm każi li spiċċaw quddiem il-qorti ta' l-appell.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Kif jidher minn ismu stess, l-HAC huwa kumitat li jagħti advice lill-awtorita' ta' l-ippjanar u dak li jgħid ċertament m'huwiex binding.", "Jista' jkun hemm każi fejn l-environment management unit kif ukoll id-development control unit ikun jidhrilhom li l-opinjoni ta' dak il-kumitat tkun restrittiva żżejjed għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp li jkun qed jiġi propost.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Filwaqt li naqbel ma' dak li qed jgħid is- Segretarju Parlamentari, ma jaħsibx li meta jkun hemm deċiżjoni li tmur kontra l-istess advice ta' l-HAC għandha tingħad ir-raġuni għal dan fl- istess sentenza jew deċiżjoni kemm tad-DCC kif ukoll tal-bord ta' l-appell ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Safejn naf jien fid-DPA report ikun hemm imniżżlin ir-raġunijiet li jingħataw mill-HAC u jkun hemm ukoll il-kummenti għala ma jkunux qed jimxu fuq dawk ir-rakkmandazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri ċert li f'kull deċiżjoni li ttieħdet ingħatat spjegazzjoni għalfejn marru kontra l-istess pariri li ngħataw mill- HAC?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Peress li jiena xogħli m'huwiex li naqra kull DPA report jew kull deċiżjoni tad-DCC jew tal-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar, ma nistax inkun ċert mija fil-mija illi dejjem hekk sar.", "POLITIKA SOĊJALI - RIĊEVIMENTI", "13062.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "12320, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d- dettalji mitluba peress li hawn si tratta ta' nfiq pubbliku?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Billi l-Onor.", "Interpellant ma tanix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni, m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija nru 12320 f'seduta 224.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri ladarba l-Viċi Prim Ministru lanqas indenja ruħu jiġbor l-informazzjoni dwar kemm intnefqu flus f'riċevimenti, li hija informazzjoni ta' natura importanti u li l-pubbliku għandu dritt ikun jafha, lest li jagħtina din l-informazzjoni għallinqas?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb li fis-sustanza dak li kellu jingħad fuq dawn it-tip ta' mistoqsijiet intqal fis-seduta tal-bieraħ u m'għandi xejn xi nżid.", "Pero' nerġa' nirrepeti illi ma ngħatajtx spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex għandi noqgħod inqabbad lill-uffiċjali kollha tal-ministeru biex jagħmlu dan it-tip ta' eżerċizzju, minflok inħallihom jiddedikaw il-ħin tagħhom għal xogħol ieħor li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet ta' pensjoni u mal-bżonnijiet kbar l-oħra li fl-opinjoni tiegħi żgur li jieħdu prijorita' fuq dawn it-tip ta' mistoqsijiet banali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Infakkar lill-Onor.", "Gonzi li meta hu kien fuq il-bank ta' l-oppożizzjoni kienu jsiru mistoqsijiet dwar flus li ntnefqu f'hospitality.", "Infakkru wkoll li minkejja li dik l-informazzjoni ngħatat, kien hemm kollega min-naħa tiegħu li kien baqa' jinsisti li jingħata breakdown ta' l-affarijiet; u peress li breakdown konna bqajna ma tajnieħx kien qam rebus sħiħ u kien anke ngħajjat quorum, u b'kumbinazzjoni dakinhar ukoll id-division bell ma nstemgħetx iddoqq ma' kullimkien, minħabba li wara rriżulta li kien hemm xi cables maqtugħin fl-uffiċċju tal-kap ta' l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, Dr Fenech Adami.", "Allura ma jidhirlux il- Viċi Prim Ministru li hemm xi ħaġa ħażina min-naħa tal-gvern?", "Jew forsi min dakinhar kien fl-oppożizzjoni ried jieħu l-opportunita' biex jipprova jagħti gambetta, ladarba qegħdin tgħidu li aħna qed nagħtu gambetta issa.", "Jew forsi qed tagħmlu minn kollox issa biex il-pubbliku ma jkunx jaf bl- infiq li qed isir minħabba s-sitwazzjoni prekarja li hawn fil-pajjiż?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nerġa' nirrepeti li dawn it-tip ta' mistoqsijiet jirrikjedu ammont ta' xogħol.", "Per eżempju, il-ħabib tagħna tan-naħa l-oħra jixtieq ikun jaf ukoll lil min stedinna għar-riċevimenti.", "Jista' xi ħadd jgħidli x'interess għandu li jiena nikteb lill-aġenziji u lid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi - nibda mill-housing u nkompli bl- aġenziji Sedqa u l-SWDP - biex nitlobhom jagħmluli lista tan-nies kollha li huma stiednu għal dawn ir-riċeviment?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fid-domanda supplimentari tiegħi ma rriferejtx speċifikament għal dak li qed jitlob l-Onor.", "Cuschieri fl- interpellanza nru 13062.", "Lill-Viċi Prim Ministru nitolbu jirrispondi għad- domanda tiegħi proprja.", "(Interruzzjonijiet) Qed nimxi ma' l-istanding orders!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lill-Onor.", "Mizzi niġbidlu l-attenzjoni għal Standing Order 27(9) li tgħid ċar u tond li interpellanza li tkun imwieġba m'għandhiex terġa' ssir.", "(Interruzzjonijiet) Iva, weġibtha għal kollox u suppost li din il-mistoqsija ma ġietx aċċettata, imma ejja nagħlqu għajnejna għaliha din.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor. kollega qiegħed jikkwota xi każ taħt amministrazzjoni jew leġislatura preċedenti, nitolbu jgħidli għal liema każ qed jirriferi.", "Anke l-bieraħ il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel statement hawnhekk u jien dak il-ħin għedtlu biex jurini liema hi dik il-mistoqsija li saret bl-istess mod li qed jagħmel l- Onor. Cuschieri.", "Jiena nistieden li xi ħadd jgħidli jekk qattx saret mistoqsija biex xi ministru jagħti lista tan-nies li rċevew kartolini u jagħti lista tan-nies li ġew mistednin għar-riċevimenti tal-Milied.", "Illum għall-grazzja t'Alla kollox huwa recorded u computerised f'dan il- parlament.", "Qed nagħmel dan iċ-challenge biex jekk teżisti din il- mistoqsija jsibuhieli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar xogħol li qed jagħmlu persuni li għandhom 'il fuq minn 61 sena u qed jaħdmu maċ-ċivil bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14580.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 41 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-grad ta' M.BA u Exec.", "M.BA.", "Avviż Legali Nru 42 ta' l-2000 – regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-faculty of education, certificate in education (learning support facilitators); u", "Avviż Legali Nru 43 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw ir-regolamenti tal-kors għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 44 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (Emenda nru 2);", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Emendi għall-bye-laws ta' l-istock exchange ta' Malta maħruġa mill- kunsill ta' l-istock exchange ta' Malta skond artikolu 8 (2) ta' l-Att dwar il-Borża ta' Malta, Kap 345;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 40 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti biex jinżamm l-ordni pubbliku fil-grounds ta' l- isports; u", "Tagħrif dwar l-għadd u n-nazzjonalita' ta' persuni barranin li ma tħallewx jidħlu Malta wara li waslu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14649; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Statistika dwar l-għadd ta' passiġġieri u vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14584.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\" jinqara t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IX-XANDIR", "BROADCASTING (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-15 ta' Marzu 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, dalgħodu kont qed nitkellem fuq l- importanza u l-impatt ekonomiku ta' din il-liġi għax tagħtina l-possibbiltà li niżviluppaw setturi ekonomiċi ġodda għal pajjiżna.", "Wara li ħarisna lejn l-effetti fuq il-livell demokratiku kif ukoll fuq il-livell ekonomiku, tajjeb li issa nħarsu lejn dak li qed jiġi suġġerit f'dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Però qabel ma niġi għall-abbozz irrid nirreferi għall-punt li l-Onor.", "Adrian Vassallo qajjem fid-diskors tiegħu.", "Huwa qal li qed jidhru xi affarijiet li mhumiex tajbin għat-tfal, partikolarment fuq l-istazzjonijiet li jinqabdu bil-cable, f'ċerti ħinijiet meta t-tfal ikunu qed jaraw it- televsion.", "Naħseb li kulmin juża l-cable jaf li teżisti l-possibbiltà li tagħmel parental blockage ta' l-istazzjonijiet kollha, u kulmin għandu l- cable fil-fatt għandu l-possibbiltà li jagħmel dan.", "Qed insemmi dan sempliċement bħala punt ta' informazzjoni ħalli jekk l-Onor.", "Membru qed jinkwieta fuq din il-ħaġa jkun jaf li għandu din il-possibbiltà li jimblokka ċerti channels, u allura jevita dik il-problema.", "Issa niġi għal- liġi li għandna quddiemna li, apparti li tidħol f'ċerti aspetti ta' definizzjonijiet li wieħed jista' jidħol fihom aktar fid-dettall meta naslu fl-istadju tal-kumitat, titkellem ukoll fuq il-cable television.", "Fil-fatt klawsola 3 tgħid li għandu jiżdied artiklu ġdid 12A mal-liġi prinċipali, però hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru li jista' jkun hemm problema ta' traduzzjoni għaliex filwaqt li t-test bil- Malti jgħid li: \"... il-libertà li tirċievi u li tittrasmetti programmi tar-radju u tat-televiżjoni hija garantita:\",", "it-test Ingliż jgħid;", "\"The freedom of reception and retransmission of radio and television programmes is guaranteed:\"", "Ma jgħidx \"reception and transmission\" imma \"reception and retransmission\".", "Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni tal-Kamra għal dan għaliex it-tifsira hija kompletament differenti.", "Il-verżjoni bl-Ingliż tagħti indikazzjoni li din għandha x'taqsam mal-fatt li tirċievi u terġa' tittrasmetti dak li tirċievi, dak li ħafna drabi jagħmel cable operator kemm jekk ikun qed juża fixed line u kemm jekk ikun qed juża wireless għaliex, kif nafu, fid-dinja llum jeżistu mhux biss cable operators li jużaw il-linji fissi imma anke dawk li jużaw il-wireless.", "Għalhekk nitlob lill-ministru jispjega x'inhija eżattament it-tifsira li għandna hawnhekk.", "Anke n-nota marġinali tal- klawsola 12A bl-Ingliż tgħid \"Freedom of reception and retransmission\", filwaqt li bil-Malti tgħid \"Libertà li tirċievi u titrasmetti\".", "Naħseb li hemm differenza sostantiva bejniethom u għalhekk m'iniex se nikkummenta fuq dan l-artiklu għax wieħed irid ikollu l-informazzjoni ċara quddiemu.", "Bidla oħra li qed issir hija marbuta mal-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa interessanti li l-pożizzjoni ta' l-Unjoni hija favur it-tixrid tal- kultura tal-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Forsi jkun hemm min jikkritika l-liġi li kienet saret fl-1991, li f'paragraph (d) ta' subsection (2) ta' section 13 tgħid:", "\" ... proper proportions of the recorded and other matter included in the programmes are of Maltese origin and of Maltese performance, and that a reasonable part of such programmes is in the Maltese language;\"", "però ċertament qatt ma kellna l-iċken idea li nimponu xi kwota partikolari.", "Issa permezz ta' klawsola 4 ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu: \"li proporzjonijiet xierqa ta' materjal rekordjat u materjal ieħor imdaħħal fil-programmi jkunu magħmulin bil-lingwa Maltija u jirriflettu l-identità kulturali Maltija.\"", "Fil-fatt hija aktar preċiża però hija inqas tassattiva, għax qabel il-liġi kienet tgħid li għandhom ikunu programmi li joriġinaw minn Malta u li fihom jieħdu sehem nies Maltin, mentri f'dan l-abbozz qegħdin ngħidu li rridu nużaw il-lingwa Maltija u l-identità kulturali Maltija, bla ma norbtu ma' l- oriġini tagħhom.", "Jiena ma nsibx xi diffikultà partikolari f'din il- klawsola, però tajjeb li wieħed jifhem id-differenza li hemm mhux biss fil- kliem imma anke fis-sustanza.", "Huwa interessanti li issa se nżidu subartikolu (6) ma' artikolu 13 tal- liġi prinċipali li jgħid li:", "\"Il-Prim Ministru jista' jagħmel regolamenti:", "(a) biex jirreżerva għal xogħlijiet li joriġinaw minn dawk il- pajjiżi li l-Prim Ministru jista' b'ordni jippreskrivi proporzjon ta' ħin għat-trasmissjonijiet bil-mezzi tax-xandir;", "(b) biex jirreżerva dak il-persentaġġ li hu jista' jiddetermina ta' ħin tat-trasmissjonijiet u tal-budget tal-programmi ta' stazzjon għal xogħlijiet ta' produtturi indipendenti.\"", "Jekk wieħed jaqra klawsola 4 ta' l-abbozz ta' liġi jsib regolamenti oħra li jista' jagħmel il-prim ministru.", "Fil-fatt din il-klawsola qed tirrifletti l-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea ħadet fin-negozjati tal-GATT - anzi fl- aħħar negozjati ta' l-Uruguay Round tad-WTO - għax riedet tagħti protezzjoni lil xogħlijiet artistiċi ta' produzzjoni li joħorġu mill-Unjoni Ewropea.", "Meta jiena kelli r-responsabbiltà ta' dan is-settur din kienet qed tiġi attwata u konna wasalna biex niffirmaw ftehim mal-Kanada - ma nafx x'ġara wara però mingħalija li dan ġie ffirmat - li bih produzzjoni li ssir f'Malta minn kumpannija Kanadiża tiġi kkonsidrata bħala produzzjoni Kanadiża, u produzzjoni li ssir fil-Kanada minn ditta Maltija tiġi kkonsidrata bħala produzzjoni Maltija.", "Dan isir għaliex meta l-produzzjoni li tagħmel f'Malta tiġi kkonsidrata bħala produzzjoni Kanadiża, meta inti tmur fuq is-suq tat-television u tar-radju Kanadiż tkun qed tikkompeti fis- suq ta' dik il-kwota riżervata għal xogħlijiet Kanadiżi u allura jkollok vantaġġ enormi għax ma tkunx qed tikkompeti fis-suq fejn għandek produzzjonijiet Amerikani u ta' pajjiżi oħrajn ukoll.", "Għalhekk aktar ma jkollok agreements kulturali bħal dawn aktar tista' tiġbed investiment fix- xogħlijiet ta' produzzjoni f'pajjiżna peress li jkollok dan il-vantaġġ miżjud.", "Dan għaliex kumpannija li tagħmel produzzjoni f'Malta tkun tista' tużaha f'pajjiżha, peress li għandna l-ftehim li tiġi kkonsidrata bħala produzzjoni li saret f'dak il-pajjiż, u b'hekk tkun tista' tikkompeti fil- kwota li ħafna pajjiżi jkollhom għall-produzzjonijiet tagħhom infushom.", "Issa wieħed ma jafx kemm dan se jibqa' jsir bir-regolamenti tad-WTO però jidher li l-Unjoni Ewropea għamlet stand, anke għaliex għandha l-industrija tal-films, bħall-film industry Spanjola, uma ridux li jkun hemm xi possibbiltà li dik l-industrija jwaqqfuha.", "U fil-fehma tiegħi hawnhekk qed nirriflettu dak il-kriterju li żgur wieħed għandu jmexxih 'il quddiem.", "Section 40 ta' l-Att prinċipali hija importanti għaliex għalkemm meta saret jiena kelli ċerti preokkupazzjonijiet, peress li wieħed irid joqgħod attent meta jagħmel ċerti eżenzjonijiet, però kelli wkoll konvinzjoni li kienet xi ħaġa tajba li ssir għal pajjiżna.", "Din is-sezzjoni prattikament tgħid li xejn li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur jew l-Att dwar l-Istampa m'għandu jeffettwa r-retransmission fuq il-cable.", "Tgħid ukoll li retransmission li ssir skond kif definita f'subsection (2) ta' section 40 ma tikkostitwixxix xi ksur ta' wieħed mid-drittijiet mogħtija fil-liġi dwar il-copyright, sakemm dik ir-retransmission issir b'mod terrestri u mhux bis-satellita.", "Din il-komplikazzjoni ta' kliem bażikament qed tispjega sitwazzjoni sempliċi.", "Qabel ma ġie l-cable u anke llum, għax l-għażla hija tagħhom ukoll, il- Maltin kellhom u għad għandhom l-għażla li jkollhom l-aerial li bih taqbad b'mod terrestri dak li jasal hawn Malta mill-istazzjonijiet Taljani.", "Anzi ħafna minna li għalaqna l-40 sena nafu li r-RAI daħal Malta ħafna qabel l- MTV u, allavolja aħna ta' kultura Maltija, naturalment xi naqra influwenza kellna wkoll minn mamma RAI, kif isejħulha t-Taljani.", "Hawnhekk il-kunċett kien li dawk l-istazzjonijiet li llum wieħed diġà jirċevihom permezz ta' l-aerial, nagħmluha possibbli għall-cable operator li jkompli jagħtihom fuq transmission level, jiġifieri reception level.", "B'dan il-mod kulma tagħmel huwa li tneħħi l-aerial - u kien hemm ħafna nies li mmaġinaw li dik l-eyesore ta' l-aerials se titneħħa wkoll - u tkun tista' tirċievi bil-cable.", "U l-operatur tal-cable m'għandux għalfejn jiċċarġja żejjed għaliex m'għandux costs tal-copyright biex jagħmel ir- retransmission ta' xi ħaġa li diġà konna qegħdin nirċievu u għadna nirċievu b'mod terrestri.", "Kieku l-emenda kienet li l-operatur tal-cable jingħata l- possibbiltà li jniżżel bis-satellita u jittrasmetti mingħajr ma jħallas il- copyright, kieku kien jagħmilna pirate state internazzjonali għax inkunu qed nisirqu l-informazzjoni mis-satellite u nqassmuha b'xejn mingħajr ma nħallsu d-drittijiet tal-copyright lil min ikun qiegħed jipproduċi l- affarijiet fuq is-satellite.", "Allura din is-section hija diretta lejn trasmissjoni b'mod terrestri u mhux bis-satellite.", "Hija limitata u ġiet magħmula b'mod li nipproteġu s-sitwazzjoni eżistenti f'pajjiżna.", "Għalhekk section 40 tal-liġi prinċipali qed tiġi sostitwita kompletament.", "Mr Speaker, nifhem id-diffikultà li wieħed ikompli għaddej f'sitwazzjoni bħal din għaliex minnha nnifisha kellha wkoll natura transitorja, però tajjeb li wieħed jagħmel appell hawnhekk, partikolarment lill- istazzjonijiet Taljani biex jifhmu x'inhi s-sitwazzjoni ta' Malta u ma jesiġux li issa jitħallsu drittijiet tal-copyright sempliċement għax tneħħiet din il-protezzjoni.", "Naħseb l-inqas nies li għandhom jiċċarġjawna huma l-Canale 5, li qed jieħdu frekwenza internazzjonali li hi ta' Malta; jafu li hi ta' Malta u baqgħu jżommuha minkejja li saru protesti u li qalulhom kemm-il darba li hija frekwenza Maltija mogħtija lilna mill-ITU.", "Jiġifieri allavolja qed titneħħa din il-protezzjoni, hemm raġunijiet għaliex anke stazzjonijiet Taljani m'għandhomx jesiġu li jitħallsu drittijiet tal-copyright mingħand min sempliċement jaqbad dak li nirċievu b'mod terrestri u għadna nistgħu nirċevuh illum, u jittrasmettih biex nirċevuh aħjar permezz tal-cable.", "Naturalment l-argument ikompli li ladarba l-istazzjonijiet Taljani ma jkunux qed jiċċarġjaw lill-cable operator - u fil-fehma tiegħi wieħed għandu jagħmel anke rappreżentazzjonijiet mal-Gvern Taljan dwar dan - allura wieħed jippretendi li lanqas il-cable operator ma jiċċarġja aktar lill-konsumatur għal xi ħaġa li l-konsumatur jista' jirċievi b'mod terrestri.", "Klawsola 40, kif sostitwita bi klawsola 7, tgħid ukoll li kull persuna li tingħata liċenzja biex topera sistema ta' televiżjoni permezz tal-cable jew kull sistema oħra ta' retransmission ta' numru ta' stazzjonijiet tat- televiżjoni għall-pubbliku, għandha tqassam lill-istazzjonijiet kollha liċenzjati f'Malta, indirizzati lejn il-pubbliku Malti li jittrasmettu b'mod terrestri.", "Issa peress li qegħdin ngħidu li l-cable television system għandu l-obbligu li jqassam lil dawn l-istazzjonijiet, allura wieħed jistaqsi jekk dak l-obbligu jfissirx ukoll li wieħed għandu jħallas jew ma jħallasx id-drittijiet tal-copyright.", "Qed nistaqsi dan għaliex bidliet li forsi wieħed ma jkunx qiegħed jarahom fid-dettall ma jindunax li jista' jkollhom effetti sostantivi.", "Fil-fehma tiegħi xi ħaġa li hija sostantiva ħafna wkoll hija l-emenda għal artiklu 39 imsemmija fi klawsola 6 ta' din il-liġi.", "Subartiklu (4) ta' artiklu 39 tal-liġi prinċipali jgħid:", "\"Salvi d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dan l-Att, is-subartikli (1) u (4) ta' l-artiklu 10 ta' dan l-Att ma għandhomx jolqtu - (a) il-provvediment ta' xi servizz tax-xandir ta' smigħ jew televiżjoni mill-Gvern jew minn xi persuna, korp, jew awtorità b'liċenzja mill-Gvern jew skond arranġamenti mal-gvern; jew", "(b) il-ħdim ta' liċenzja biex jingħata servizz ta' xandir mogħti qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att.\"", "Jiġifieri qed jagħmel riferenza għal artikolu 10 li huwa l-artiklu dwar l- għoti tal-liċenzja.", "Dan qiegħed jgħid li jekk wieħed jingħata l-liċenzja mingħand il-gvern, allura naturalment ma jistax japplika l-artiklu li bih inti titlob li l-liċenzja toħroġ mill-awtorità tax-xandir għax inkella ma jagħmilx sens għax hemm ikollok konflitt bejn klawsola u oħra.", "Għalhekk permezz ta' klawsola 6 ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se nżidu subartiklu (5) li jgħid hekk:", "\"The provisions of section 10, of paragraph (d) of subsection (1) of section 13, of subsections (4) and (5) of section 13, of sections 17 and 18, and of subsection (2) of section 23 of this Act shall not apply to any licence for satellite broadcasting issued by the Government ..", "Imbagħad hemm proviso li jgħid li l-gvern jista' jagħmel kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa hu.", "Mela qegħdin ngħidu li min ikollu xandir bis-satellite u se jingħata din il-liċenzja mingħand il-gvern - mhux mingħand l-awtorità tax-xandir - mhux se japplikaw għalih id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 10 kollha, għax hawnhekk il-liġi ma ssemmix xi subartiklu ta' artiklu10 imma tgħid \"id-dispożizzjonijiet ta' artiklu 10.\"", "Ejja naraw x'jgħid artiklu 10.", "Nitlob lill-Kamra tieħu daqsxejn paċenzja bija li qed inkun daqsxejn legalistiku imma qed nagħmel hekk biex inkun sostantiv.", "L-ewwelnett artiklu 10 jgħid li ħadd m'għandu jxandar f'Malta mingħajr ma jkollu liċenzja mill-awtorità tax-xandir.", "Dik tagħmel sens għax il- liċenzja se toħroġ min-naħa tal-gvern, mhux min-naħa ta' l-awtorità tax- xandir.", "Subartikolu (5) ta' artikolu 10 huwa importanti ħafna wkoll għax jgħid li ebda organizzazzjoni, persuna jew kumpannija ma tista' tipposjedi jew tikkontrolla aktar minn servizz tax-xandir wieħed bir-radju u aktar minn stazzjon wieħed televiżiv.", "U jiena qiegħed nistaqsi - din il- kwestjoni wieħed jista' jaqbadha wkoll fl-istadju ta' kumitat imma għandha postha wkoll fis-Second Reading għax f'dan l-istadju nitkellmu fuq il- prinċipji ġenerali tal-liġi - jekk din tfissirx li inti jista' jkollok persuna li diġà għandha liċenzja tax-xandir, li jkollha liċenzja oħra għal satellite broadcasting jekk tkun maħruġa mill-gvern.", "Mhux qed ngħid li dan huwa ħażin, anzi l-loġika tgħidlek li meta inti tikkontrolla kemm jista' jkollok organizzazzjonijiet li jkollhom stazzjonijiet fil-pajjiż, din tagħmilha biex ma jkollokx gruppi ta' nies li jikkontrollaw l-imħuħ.", "Tagħmel hekk ukoll biex ma jkollokx interessi kummerċjali jew ekonomiċi li jingħaqdu bejniethom u jiddominaw is-suq u jikkontrollaw l-opinjoni pubblika.", "Inti tagħmilha din biex ikollok ukoll diversità ta' xandir.", "Meta niġu għal xandir bis-satellita - u mhux qed nitkellem dwar Malta biss imma dwar il-footprint kollha tas-satellita - mhuwiex daqshekk importanti li ma jkollokx gruppi jikkontrollaw il-qasam tax-xandir kollu f'pajjiżek għax is-satellita, minnha nfisha, hija xi ħaġa internazzjonali.", "Allura jekk qed nifhimha sewwa - u naħseb li qed nifhimha sewwa - jista' jkun li dan huwa l-argument wara t-tneħħija ta' dik ir-restrizzjoni, jiġifieri li ma jistax ikollok iktar minn stazzjon televiżiv wieħed jew stazzjon wieħed tar-radju għar-rigward tax-xandir bis-satellita.", "Huwa interessanti wkoll - u f'dan is-sens huwa tajjeb - li ladarba artiklu 10 kollu ma japplikax għal-liċenzja tax-xandir bis-satellita jekk dik is- satellita tkun maħruġa mill-gvern, allura qed tneħħi wkoll il- limitazzjonijiet li għandhom, per eżempju, kumpanniji bħall-Maltacom li 60% tax-shares tagħha għadhom f'idejn il-gvern.", "Kif qed nifhimha jien, dan ifisser li jekk se tiftaħ is-suq għal-liċenzja tax-xandir għal kulħadd, allura m'intix se tillimita li jinfetaħ ukoll għal xi kumpannija bħall- Maltacom.", "Veru li l-gvern għandu 60% tax-shares f'dik il-kumpannija imma huwa tajjeb li qed isir hekk għaliex dik il-kumpannija ma tistax tistenna li l-gvern jiġi f'minoranza qabel ma tiżviluppa l-attivitajiet tagħha.", "Anzi r-restructuring jitlob li kemm jista' jkun dik il-kumpannija tiżviluppa l-attivitajiet tagħha li jistgħu jinkludu wkoll satellite broadcasting, għall-grazzja ta' l-argument.", "M'hemm xejn ħażin u allura tkun tista' timpjega nies f'dak is-settur ukoll.", "Meta bdejna l-proċess kollu tal-liġi fl-1991, dak iż-żmien waħda mill- affarijiet li kelli nagħmel bħala segretarju parlamentari u iktar tard bħala ministru responsabbli mix-xandir, kienet il-hiving-off tal-qasam tax- xandir minn mat-Telemalta; u naħseb li kien sew li sar hekk.", "Illum, kif qed jiżviluppaw l-affarijiet, spiċċat id-distinzjoni bejn televiżjoni, internet, trasmissjoni tad-data, telefonija wireless jew fixed.", "L-Unjoni Ewropea bħalissa għandha green paper fuq the issue of convergence, dwar kif se nirregolaw dawn il-ħafna affarijiet li kellhom ħajt bejniethom li issa waqa', allura ġiet kamra waħda.", "Jiġifieri issa qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna nagħtu spazju lil kulħadd, b'mod mill-iktar trasparenti, ħalli jiżviluppa ruħu filwaqt li noqogħdu attenti li ma jkollniex oligopolju jew agħar minn hekk oligarkija.", "Oligopolju hu ħaġa tal-kummerċ u oligarkija hi ħaġa tal-poter, u dawn il-liġijiet u anke l-liġijiet tal-kompetizzjoni għal dan huma diretti.", "Meta qed nitkellem fuq trasmissjoni ta' opinjoni, permezz tax-xandir inti tista' tgħolli bniedem u tista' tanjentah - u kellna każi fejn ġew anjentati nies permezz tax-xandir - u tista' tmexxi idea u tista' tmaqdar u tirredikola idea oħra.", "Jiġifieri dawn huma mezzi b'saħħithom ħafna li żgur f'pajjiżna huma ta' importanza kbira.", "Għalhekk inħoss li klawsola 6 li qed iżżid subsection (5) ma' artiklu 39 tal-liġi prinċipali għandha tiġi kkonsidrata b'attenzjoni kemm issa kif ukoll fl-istadju ta' kumitat, u wieħed għandu jidħol f'dawn l- implikazzjonijiet li semmejt jien.", "Marbuta ma' din hemm l-emenda fejn hemm it-tħassir ta' paragraph 16 mis-second schedule għaliex dak jgħid li l-ebda kumpannija jew persuna ma tista' tipposjedi iżjed minn servizz wieħed tax- xandir.", "L-aħħar ħaġa li se nagħmlu hija li ndaħħlu dawk li jissejħu offiżi amministrattivi.", "M'huwiex konċett ġdid li jkollna reat amministrattiv, biex ngħidulu hekk.", "Huwa importanti li meta ndaħħlu konċetti bħal dawn, kif qed tagħmel din il-liġi wkoll - anke jekk ma tagħmilhiex, għaliex aħna għandna provdut fil-Kostituzzjoni – li min ikun qed jopera dawn il-poteri ġodda, li jiċċarġja l-flus lin-nies, jifhem li qed jagħmel funzjoni kważi ġudizzjarja, u allura dik il-funzjoni jrid jaqdiha b'attenzjoni u jrid jagħmel minn kollox biex jassigura li d-drittijiet tal-persuna jiġu salvagwardjati.", "M'għandix dubju li jekk ma jagħmilx hekk isib ruħu fil- qorti huwa wkoll u jsib li fil-fatt il-qrati tagħna jżommu ċerti prinċipji li huma fundamentali għalina, allura tajjeb li wieħed ikollu ċertu training- in għal dak li jkun qed jagħmel.", "Tajjeb li l-awtorità jkollha dawn il- poteri għaliex, kif nafu, kull dritt iġib obbligu u kull libertà tagħti lok għal abbuż.", "Allura l-awtorità, bħala r-regolatur tax-xandir illum, għalkemm għandna inputs oħrajn, għandha l-poter ukoll biex tagħmel dan.", "Mr Speaker, jiena l-ewwelnett nirringrazzja lill-Kamra talli kellha l- paċenzja li tismagħni u li tagħtini daqshekk ħin.", "U t-tieni nett nixtieq nawgura li d-dibattitu fuq din il-liġi jkun oġġettiv, għalkemm nammetti li f'xi mument jiena kont daqsxejn partiġjan, għax m'iniex anġlu nieżel mis- sema, jiġifieri xi daqsxejn digs wieħed jagħmel ukoll.", "Imma jien nemmen li f'dan il-parlament hawn nies miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra li l-aġenda tagħhom hija l-iżvilupp tal-pajjiż biss u ta' xejn iktar.", "Għalhekk għandna nkomplu nkabbru l-aspett demokratiku fis-settur tax-xandir u nkomplu nagħmlu minnu settur ekonomiku li jġib il-ġid lil pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nista' ngħid li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Michael Frendo jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għaliex għamel diskors preparat ħafna.", "Nistgħu ngħidu wkoll li l-Onor. membru kważi għandu d-dover li jiddefendi l-Att dwar ix-xandir peress li kien hu li ppilota l-liġi ta' l-1991.", "Allura naħseb li ġustament u korrettement għandu jagħti s-support tiegħu għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, anke jekk deep down mhux qed jaqbel daqshekk ma' l-emendi kif proposti.", "Mr Speaker, ix-xandir f'Malta għandu storja interessanti ħafna.", "Meta tmur lura fis-snin u tara kif żviluppa ssib li morna, biex ngħid hekk, fl- estremitajiet kollha għax rajna x-xandir jieħu żvolta li mhux kulħadd forsi kien jistenna li kellna naslu s'hemm.", "Sas-snin tmenin u fil-bidu tas-snin disgħin ix-xandir kien kważi monopolizzat għall-aħħar u kien kompletament taħt il-kontroll ta' Xandir Malta - illum il-PBS - u llum għandna xandir imħallat għax għandna wkoll xandir politiku.", "Malta huwa l-uniku pajjiż li naf jien li għandu xandir politiku, għax kull fejn immur dejjem nistaqsi din id-domanda biex inkun naf jekk pajjiżi oħra għandhomx televiżjoni jew radju ta' partiti politiċi.", "Jidher li Malta hija dejjem l-eċċezzjoni u hemm raġuni wara dan il-fatt.", "Imma min jistudja l-istorja tax-xandir irid jammetti li sar progress.", "U nkitbu anke kotba mill-membri tan-naħa l-oħra, għalkemm forsi minn aspett propagandistiku, għaliex l-Onor.", "Frendo nnifsu stqarr li hu m'huwiex anġlu nieżel mis-sema.", "Iżda issa rridu naraw jekk dan l-abbozz ta' liġi huwiex se jagħti lok li f'Malta jkollna nies li minħabba s-saħħa li jista' jkollhom fix-xandir, ikunu jistgħu jipperikolaw b'mod indirett l-istess demokrazija ta' pajjiżna.", "Jien hawn qed nitkellem bl-iktar mod ħieles għaliex kull żball li sar matul is-snin, sar minn liema partit sar, għandu jiġi kkundannat, kemm meta l-Partit Laburista ma kienx jitħalla jwassal il-messaġġ tiegħu taħt gvernijiet Nazzjonalista, u anke meta l-Partit Nazzjonalista ma kienx jitħalla jwassal il-messaġġ tiegħu taħt gvernijiet Laburista.", "Min-naħa l- oħra qatt m'għandna b'xi mod niġġustifikaw li f'Malta jasal xandir minn barra li jista' jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Dawn huma affarijiet kundannabbli, għamilhom min għamilhom.", "Illum irridu nħarsu 'l quddiem b'attenzjoni ħalli dak kollu li nagħmlu fil-qasam tax-xandir ikun fl-interess ta' pajjiżna.", "Qed ngħid dan għaliex meta inti qed tiftaħ ix-xandir bl-iktar mod wiesa' tkun qed tagħti lok li pajjiżna, tramite l-awtorità tax-xandir, jista' jidħol f'obbligi internazzjonali li forsi ma jkunx jiflaħ għalihom.", "Kif qal ukoll l-Onor.", "Adrian Vassallo, li huwa l-kelliem fuq ix-xandir għan-naħa tal-Partit Laburista, m'hemmx dubju li hawnhekk għandna pakkett ta' emendi li qegħdin verbatim jew viċin ħafna ta' dak li jitolbu d-direttivi tal-European Union.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru kien ġust ħafna meta qal li hemm il- protokol tal-Kunsill ta' l-Ewropa li aħna rridu nkunu in line miegħu.", "Però bil-politika tiegħu dan il-gvern - li jgħid li aħna ossessjonati li ma rridux nidħlu fl-Unjoni Ewropea, imma huwa żgur ossessjonat u marbut ma' l- Unjoni Ewropea – se jwassal lil pajjiżna f'sitwazzjoni fejn l-istess eżistenza tax-xandir f'Malta tiġi mhedda.", "Kif inhu llum ix-xandir ma ngħidx li hu tajjeb u lanqas ngħid li hu ħażin imma żgur li għandna sitwazzjoni kważi redikola.", "Anke l-barranin li jitkellmu fuq ix-xandir f'Malta llum isibuh kważi suġġett tad-daħk.", "Għaliex filwaqt li għandek ix- xandir ta' l-Istat, li kulħadd jistenna li għandu jkun ġust f'dak li jxandar, nafu x'inhi l-verità.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu x'ġara fi żmienna jew fi żmienkom.", "Illum qegħdin fis-sena 2000 u żgur m'għandux ikollna nies li b'xi mod jimmanipulaw l-istess xandir b'mod li jaġevolaw lil xi partit politiku.", "Dan m'għandux ikun.", "Insemmi, fost affarijiet oħra, il-preżentazzjoni ta' l-aħbarijiet.", "Kieku wieħed kellu jagħmel riċerka jsib li f'kull pajjiż għandhom il-prattika li l-awtorità tax-xandir stess tidħol u tagħmel korrezzjoni għax jidhrilha li għandha tidħol bla ma tistenna ebda complaint minn individwi, minn xi partit politiku jew inkella minn xi organu ieħor, u tgħid li l-aħbar kif ġiet ippreżentata fit-tali bulettin ma kenitx korretta.", "Imma mhux talli ma jsirx hekk hawn Malta, talli jkun hemm każi bl-aktar mod flagranti li jmorru kontra l-istess spirtu ta' kif għandha tiġi ppreżentata aħbar u l- awtorità dwar ix-xandir tibqa' ma tikkummentax.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għaliex l-ewwel irridu nirranġaw darna.", "L-ewwelnett l-awtorità tax-xandir trid tkun kredibbli ma' kulħadd.", "U huwa inutli li nitkellmu fuq l-emendi li wieħed qed jipproponi għal dan l-Att, meta mbagħad l-awtorità, mhux dejjem qed tkun kredibbli.", "Riċentement staqsejt domanda parlamentari lill-ministru dwar rifjut ta' għoti ta' liċenzja lil radju tal-komunità ġewwa Għawdex - applikaw għaliha l-parroċċa tal-Katidral ta' Għawdex.", "Ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn din ma kellhiex tiġi proċessata bħalma ġiet proċessata l-applikazzjoni.", "Dawn spiċċaw biex marru l-qorti ta' l-appell dwar deċiżjoni li fl-opinjoni tiegħi kienet żbaljata, għax what's good for the goose is good for the gander, jew ħażin għal kulħadd jew tajjeb għal kulħadd.", "Ma tistax tiddeċiedi b'mod differenti fuq l-istess prinċipju għal każi differenti, imbagħad terġa' tinbidel l-applikazzjoni għall-istess interess u tiġi aċċettata.", "Għaliex din l-inkejja, ħela ta' ħin u ħela ta' riżorsi umani?", "U mbagħad x'qed jiġri?", "Qegħdin indaħħku n-nies bina, għaliex dawn huma paprati mill-awtorità tax-xandir, waħda wara l-oħra, li bilfors ikollok tistaqsi għaliex saru.", "Jien kif nista' nitkellem fuq liġi dwar ix-xandir jekk f'pajjiżi m'għandix awtorità serja u organizzata li kull individwu li jgħix f'Malta għandu jkun kburi biha?", "Hawnhekk nixtieq insemmi dak li ġara fl-area tan-Naxxar, Birkirkara, Ħ'Attard, Ħal Balzan u postijiet oħra, anke l-Mosta, li minħabba deċiżjoni tal-qorti ntefa' r-repeater u r-residenti ta' dawn il-postijiet li semmejt m'humiex qegħdin jaqbdu l-istazzjonijiet tat-televiżjoni li kienu mdorrijin bihom.", "M'iniex ngħid li l-affarijiet legali m'għandniex nagħtu kashom, anzi għandna d-dover li nsolvuhom, imma għandna nagħmlu reazzjoni meta qed ibatu eluf ta' nies li issa ma jistgħux isegwu programmi tar-RAI, tal- Mediaset, tal-BBC u anke programmi lokali.", "L-emendi li għandna quddiemna jitkellmu fuq cable television, però hawn xi ħadd li jista' jiddikjara f'dan il-parlament li kulmin jgħix f'Malta jiflaħ iħallas għall-cable?", "Irridu nkunu realistiċi u naraw li dan il- parlament jirrispetta dak li jiflaħ għalih il-poplu Malti.", "Jekk nemmnu li kulħadd jiflaħ iħallas il-cable television, allura ngħidu li issa x-xandir għandu jkun permezz tal-cable u nneħħu l-aerials.", "Imma' l-verità x'inhi?", "Jien nisma' r-radjijiet taż-żewġ partiti - għalkemm mhux dejjem nieħu pjaċir nisma' tan-naħa l-oħra!", "U nisma' nies iċemplu biex juru d-dwejjaq tagħhom għaliex ma jistgħux jaraw dawk il-programmi li kienu mdorrijin jaraw.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal xi ħaġa fuq din il-problema imma jeħtieġ li ssir xi ħaġa.", "Ma jistax ikun li lill-Melita Cable inħalluha bħal monstru titfa' jdejha 'l hemm u 'l hawn u ssallab lil kulħadd, anke lil dawk li ma jridux jabbonaw fil-cable television għal raġunijiet finanzjarji.", "U llum naf li teżisti din il-problema.", "Jien inħoss li l-awtorità tax-xandir kellha l-obbligu li tipproteġi lil dawn in-nies ex officio.", "Għaliex biex tiċċaqlaq awtorità f'Malta, hi min hi, bilfors irid iniggiżha xi ħadd?", "Qisna qed intellqu ż-żwiemel fl- Imnarja, kulħadd iniggeż!", "La hemm awtorità responsabbli mix-xandir f'Malta, jekk hemm bżonn tbeżbiża trid tagħmilha hi ex officio.", "Dak hu xogħolha l-awtorità.", "Biex ma nsemmux il-mod karnivalesk kif kultant isiru l- affarijiet fix-xandir li m'huwiex tal-PBS.", "Ma nafx fejn wieħed irid jasal!", "Kulħadd jistenna lil xi ħadd iqum min-naħa għall-oħra.", "Kif kont qed ngħid, l-awtorità għandha tkun iktar kredibbli.", "Illum għandna problema li qed inħossuha ġejja, għax il-komunikazzjoni globali tant hija xi ħaġa qawwija u qed tespandi b'mod rapidu, li min-naħa l-oħra trid toqgħod attent li ma tidħolx f'obbligi internazzjonali li jistgħu jaħtfuk.", "Illum xi ġralha l-Ewropa fil-kamp tal-komunikazzjoni?", "Jien hawnhekk għandi rapport tal-Kummissarju tal-European Union li għandu x'jaqsam mat-telecommunications sector li jinkludi broadcasting, computer- based communications eċċ., fejn jikkritika l-politika ta' l-Amerka dwar il- broadcasting, dwar it-telecommunications, dwar l-internet eċċ., għax qiegħda żżomm lill-istess operaturi Ewropej milli jkollhom aċċess għas-suq Amerikan.", "Meta hemm din il-problema bejn l-Ewropa u l-Amerika, fejn qed nitkellmu fuq miljuni ta' liri kbar, għax qed insemmu drittijiet tat- telekomunikazzjoni u drittijiet ta' xandir, kemm hi iktar serja l-problema għal pajjiżna li dieħel lock, stock and barrel, bl-emendi kif inhuma proposti f'dan l-abbozz li qed jemenda l-Att ta' l-1991 dwar ix-xandir!", "Qed nagħmlu dan biex aħna ngħidu li qegħdin konformi ma' l-obbligi internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-European Union directives, mal- protokol tal-Kunsill ta' l-Ewropa?", "X'inhi din l-għaġġla li aħna nagħmlu dan qabel ma naraw l-impatt li jista' jkollu fuq ix-xandir f'pajjiżna, li jista' jwassal biex aħna nimbelgħu!", "Illum jekk tieħu wieħed biss mill-operaturi Taljani, il-Mediaset li kabbar Berlusconi, issib li l-budget tiegħu huwa kważi qrib il-budget ta' pajjiżna kollu.", "Huwa jopera billi jagħmel kuntratti ma' kanali oħra Ewropej u kulħadd jinbela' u jingħaqad 'l hemm u 'l hawn.", "Allura x'ċans se jkollhom l-istazzjonijiet televiżjoni privati li għandna f'Malta meta aħna nidħlu f'dan is-suq?", "Kemm ikun iktar għaqli kieku l-gvern jagħti kas ta' dak li qed iwissi l-Kummissarju Ewropew Bangemann, minħabba l-problema ma' l-Amerika!", "Fiċ-ċokon tagħna għalina jagħmel sens dan, allavolja ma naqblux miegħu.", "Kieku hemm bżonn li aħna nidħlu biex nikkompetu, dik tagħmel sens.", "Jiena nemmen li jekk kemm-il darba wieħed jibqa' kompetittiv anke meta jinfetaħ is-suq, allura multo magis għandu jidħol għaliha.", "Imma jien nistaqsi: Teżisti din il-possibbiltà remota li meta jkun hemm din il- liberalizzazzjoni assoluta aħna nkunu nistgħu nikkompetu?", "Ma ninsewx li anke l-European Union kienet ħarġet green paper fejn kienet tat għaxar snin żmien, mill-1987 sal-1997, biex issir complete liberalisation.", "Għalhekk meta wieħed iħares lejn l-emendi li għandna quddiemna bilfors jistaqsi lill gvern jekk għamilx dan l-istudju li qed insemmi jien biex jara l-impatt li jistgħu jħallu dawn l-emendi, dan l-iżvilupp drammatiku tal-liġi ta' l- 1991.", "Jiena ħadt pjaċir ħafna nisma' lill-Onor.", "Frendo jitkellem fuq din il- liġi għaliex it was his baby u taqbel jew ma taqbilx il-liġi dwar ix-xandir kienet żvilupp li pajjiżna kellu jgħaddi minnu.", "Jekk tistaqsini jekk naqbilx li pajjiżna għandu dawn it-television stations kollha u dawn ir- radio frequencies kollha, jiena għandi l-opinjoni tiegħi, però kulħadd jaf li bħala stat ta' fatt illum dawn qegħdin hemm to stay sakemm ma jfallux.", "Imma kien hemm bżonnu dan kollu?", "(Interruzzjonijiet) Jien nemmen li dejjem għandha tiġi salvagwardata d-demokrazija u allura trid tiġi assigurata l-libertà tal-kelma fix-xandir, kemm permezz tar-radju u kemm permezz tat-televiżjoni.", "Ladarba għandna problema fix-xandir ta' l-Istat, allura bilfors kellna nagħtu spazju għal television u radio stations oħra.", "Jekk dejjem kien hemm problema fil-PBS - kien hemm min kien hemm fil-gvern - allura bilfors ried ikun hemm xi ħaġa fejn wieħed jiżvoga.", "Però hija ideali din is- sitwazzjoni?", "Le, m'hijiex!", "Jien personalment ma narahiex ideali u tmur tiddiskuti din il-problema kull fejn tmur, kulħadd jaqbel li din m'hijiex is-soluzzjoni ideali.", "Imma pajjiżna kellu jgħaddi minn dan il-proċess.", "Kif semmejt, ma kienx ideali li fis-snin sittin il-Partit Laburista kellu jmur barra minn Malta biex ixandar il-kelma tiegħu, bħalma ma kienx ideali li l-Partit Nazzjonalista kellu jmur Sqallija u jwaqqaf l-istudio master hemmhekk.", "Din kienet xi ħaġa negattiva, allura l-iżvog kellu jinfetaħ x'imkien.", "Imma llum qegħdin fis-sena 2000 u għandna responsabbiltajiet kbar għall-ġenerazzjoni li ġejja.", "Illum tant hawn avvanzi fil- komunikazzjoni li saret impossibbli li tissepara dak li huwa telekomunikazzjoni permezz ta' computer-based communications, internet eċċ., minn broadcasting.", "Illum il-konverġenza li hemm bejn it- telecommunications, l-audiovisual u anke l-istess teknoloġija hija challenge għal kull servizz u industrija li hija relatata ma' dan.", "U kull policy-maker irid joqgħod attent li ma jarax biss il-futur immedjat imma jkollu foresight kbira.", "Dan tista' tagħmlu mhux billi tikkomplika s-sistema u tilliberalizza l-markets kollha.", "Kieku aħna kbar tant li nistgħu nikkompetu, allura ngħid li hawnhekk għandna niftħu.", "Imma llum nafu li f'pajjiżi żgħar bħall-Belġju u n-Netherlands - meta ngħid żgħar mhux fejn Malta imma fl-Ewropa – kumpanniji kbar iridu bilfors jingħaqdu biex jibqgħu jeżistu.", "Fil-fatt qed isiru mergers kbar li jkollhom jaċċettaw dawn il- kondizzjonijiet għax inkella jinbelgħu.", "Din hija problema li ħassejt li bilfors għandi nitkellem dwarha għaliex illum hawn industrija tax-xandir f'Malta li ma nafx kemm hija vijabbli għax nafu li għandna problemi kemm fix-xandir ta' l-Istat u anke fix-xandir tal- partiti politiċi.", "M'hawn ħadd f'Malta li jista' jgħid li tista' tagħmel profitt bit-televiżjoni, jew li għallinqas you make ends meet, li b'xi mod ma titlifx kemm għandek titlef.", "Kemm se ndumu niddependu mill-fondi li kultant il-partiti joqogħdu jmorru jiġbru u kemm se ndumu ngħidu f'dan il- parlament li għandna nibqgħu nissussidjaw it-telf regolari tal-PBS?", "Minn fuq imbagħad ikollok cowboys fil-kamra ta' l-aħbarijiet li joħorġu aħbar tainted biex jipprovaw iweġġgħu lil xi ħadd.", "Mhux se nsemmi ismijiet imma hemm nies li suppost gawdew ftit rispett iżda llum qed jiżgarraw.", "Dawn huma l-veritajiet kollha f'pajjiżna.", "Allura ma nistgħux naqblu ma' emendi ħalli nimxu aktar 'il quddiem f'dan is-settur meta aħna għadna ma poġġejniex l-affarijiet tagħna fl-ordni u meta lanqas ġie studjat l-impatt li jista' jkollu dan il-pass li rridu nieħdu.", "Jiena ċert li ma sar l-ebda studju f'dan ir-rigward.", "Mr Speaker, issa niġi għall-abbozz ta' liġi nnifsu u nibda minn klawsola 2 li titkellem fuq id-definizzjonijiet.", "Nixtieq nagħmel xi rimarki l- ewwelnett fuq id-definizzjoni ta' \"reklamar b'ingann\" li tgħid hekk:", "\"\"reklamar b'ingann\" tfisser rappreżentazzjoni fi kliem jew immaġini ta' prodotti, servizzi, l-isem, trade mark, jew attivitajiet ta' manifattura ta' prodotti jew ta' min jipprovdi servizzi, fi programmi fejn dik ir-rappreżentazzjoni hi intiża minn min qed ixandar li sservi ta' reklam u tista' tfixkel lill-pubbliku dwar in-natura tagħha.\"", "Wieħed kif jista' jasal għall-konklużjoni li l-intenzjoni ta' din ir- rappreżentazzjoni \"tista' tfixkel lill-pubbliku dwar in-natura tagħha\"?", "Xi tfisser eżatt?", "Id-deċiżjoni jekk huwiex reklam b'ingann se tkun kompletament f'idejn l-awtorità?", "Għax fil-liġi ma jidhirx li hawn indikat fejn u meta wieħed jista' jgħid li jkun reklam b'ingann.", "Issa niġi għad-definizzjoni ta' \"sponsorship\".", "Nafu li llum daħlet moda li l-programmi jkunu sponsored - fil-fatt waqt il-programm, fuq in-naħa t'isfel ta' l-iscreen, tara l-kliem għaddej li l-programm huwa sponsored mit-tali ditta - u allura bilfors trid turi jew issemmi l-isem tad-ditta regolarment waqt il-programm għax inkella ħadd m'hu se joqgħod jisponsorjak.", "Però dan ifisser li min se jagħmel sponsorship bilfors irid ikollu ċertu air time li fih jista' jissemma biss ismu jew inkella jidhru l- viżwali tar-reklam tiegħu, jew inkella jista' jinqasam?", "Jien qed inqajjem dan il-punt għaliex meta taqra d-definizzjoni ssib li hija miftuħa.", "Fi klawsola 3, li qed iddaħħal artikolu ġdid 12A fil-liġi prinċipali, qegħdin indaħħlu konċett li fl-opinjoni tiegħi huwa negattiv.", "Hawnhekk se nagħtu l-fakultà lill-prim ministru li jagħmel regolamenti li jirregolaw l- eżerċizzju tal-libertajiet ta' min jirċievi u jittrasmetti programmi tar- radju u tat-televiżjoni.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Fenech Adami, jekk lill-Prim Ministru, se nagħtuh il-fakultà li jirregola l-eżerċizzju tal- libertajiet fix-xandir, allura issa se nkunu suġġetti għall-kap tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern dwar x'inhu tajjeb għalina jew le?", "Jekk anke din hija parti mid-direttiva tal-European Union jien ngħid: Mela insewha kompletament għax issa se mmorru l-estrem ta' l-estrem!", "U kif bdejt id- diskors tiegħi, l-estremitajiet fil-ħajja dejjem ħżiena.", "M'hawnx isbaħ milli wieħed iżomm il-bilanċ u l-moderazzjoni.", "Mr Speaker, bilfors ikolli nikkummenta bl-iktar mod negattiv fuq din l-emenda għax ma nistax naċċettaha bħala bniedem elett b'mod demokratiku f'dan il-parlament, li għandi kull dritt għal-libertà tal-kelma, inkun fejn inkun.", "Jien semmejt dak li sar ħażin, kemm fi żmienhom u kemm fi żmienna, imma issa se ndaħħlu konċett negattiv permezz ta' artikolu 12A li jgħid:", "\"Bla ħsara għal dak li hu provdut f'dan l-Att jew f'xi liġi li tirregola t-telekomunikazzjonijiet, il-libertà li tirċievi u li titrasmetti programmi tar-radju u tat-televiżjoni hija garantita:", "Iżda l-Prim Ministru jista' jagħmel regolamenti li jirregolaw l- eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet imsemmija hawn fuq u huwa jkollu s-setgħa li jippreskrivi dawk il-formalitajiet, kundizzjonijiet u restrizzjonijiet li jidhirlu xierqa f'dan il- kuntest.\"", "Jien ma nafx kif anke huma ma jistħux jippreżentaw din l-emenda wara li tant ħambqu fis-snin tmenin dwar il-libertà u dwar id-demokrazija!", "L- istorja llum qed tgħallimna li din kienet kollha ipokrezija, dan kien kollu teatrin tal-Partit Nazzjonalista li bħas-soltu ried jinganna.", "Kieku wieħed ried jikkonsidra li jkun hemm xi tip ta' regolamentazzjoni ta' kif wieħed jippreżenta programm u jxandar b'mod serju ħalli ma jkunx hemm abbuż, wieħed seta' joħloq body parlamentari għal dan il-għan li jkun kompost minn membri taż-żewġ naħat b'maġġoranza min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "B'dak il- mod tkun qed tgħid li dak li ma tridx li jsir kontra tiegħek meta tkun fl- oppożizzjoni lanqas trid li jsir meta ma tkunx, għaliex temmen verament fil- libertà tal-kelma u verament temmen li għandu jkun hemm regolamentazzjoni bl-iktar mod serju.", "Iżda hekk għandna l-kunċett ta' station manager, kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Bartolo.", "Il-Prim Ministru għamilha ta' ħafna affarijiet fl-aħħar snin, issa se jispiċċa wkoll station manager!", "Ikollna prim ministru li meta jkun komdu jgħidlek x'regolament se jdaħħal u jibda jgħidlek fejn se tiżbalja inti!", "Jiena ma nistax nifhem kif in- Nazzjonalisti li għal snin twal ilhom jippriedkaw li huma protetturi tad- drittijiet tal-bniedem, issa spiċċaw jagħmlu dawn il-bassezzi!", "Għax dawn huma bassezzi li ma jagħmlux ġieh lill-istess gvern li qed jittratta ma' l- Ewropa.", "Meta nsiefer jien nitkellem 'l hemm u 'l hawn u naf li l-Ewropej għandhom ideat differenti fuq in-Nazzjonalisti.", "Proprju minħabba li l-kelma tiġri ħafna aktar minn qatt qabel u f'kemm ilni ngħidlek dak li qed ngħid illum jien jisimgħuh mad-dinja kollha - anke bis-servizz li bħalissa għandna ta' tas-Super 1 u tal-PBS - tajjeb li l-prinċipji li jħaddan il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dwar dawn l-affarijiet ikun jafhom kulħadd.", "Din hija r-realtà tal-Partit Nazzjonalista sena u ftit xhur wara li ħadu l- gvern.", "Issa m'għadhomx jistħu u jgħidu: Aħna rridu nippreservaw id- demokrazija u naraw li din issir bl-iktar mod intelliġenti!", "Allura kif qed jippretendi l-ministru li l-oppożizzjoni taqbel li jiżdied l-artiklu 12A ma' l-Att prinċipali li jitkellem fuq libertà li tirċievi u tittrasmetti programmi kondizzjonata minn regolamenti li jista' joħroġ il-prim ministru ta' Malta?", "Fi klawsola 4, li qed iżżid subartiklu (6) ma' artiklu 13 ta' l-Att prinċipali, qed nerġgħu ngħidu li l-prim ministru jista' jagħmel regolamenti għal diversi raġunijiet.", "Nerġa' ngħid li jkun min ikun il-prim ministru tal-ġurnata - aħna mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni nafu li elezzjoni oħra aħna se nkunu fil-gvern u allura se jkollna prim ministru tagħna! - aħna ma rridux li jkun hu li jagħmel dawn ir-regolamenti.", "Min jagħmel dawn ir-regolamenti jrid ikun xi ħadd ħieles kompletament minn kull indħil politiku partiġjan u ma jkollux interess li jgħaffeġ lill-partit l- ieħor li jkun fl-oppożizzjoni.", "Issa jekk hawn xi ħadd li żgur għandu interess li l-partit li jkun hemm fl-oppożizzjoni jibqa' dejjem fuq il- bankijiet ta' l-oppożizzjoni, dan huwa żgur il-kap tal-partit fil-gvern, li bis-sistema tagħna huwa l-prim ministru tal-ġurnata.", "Allura naħseb li nkun korrett jekk ngħid li qed nagħtu ħafna poter lil dak il-bniedem li hu fl- interess tiegħu li l-partit tiegħu jibqa' fil-gvern u l-partit l-ieħor jibqa' mwaħħal mal-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.", "Subartiklu (6) ta' artiklu 13 jgħid li:", "\"Il-prim ministru jista' jagħmel regolamenti:", "(a) biex jirreżerva għal xogħlijiet li joriġinaw minn dawk il- pajjiżi li l-Prim Ministru jista' b'ordni jippreskrivi proporzjon ta' ħin għat-trasmissjonijiet bil-mezzi tax-xandir;\"", "Issa aħna nafu li meta kienu fl-oppożizzjoni, in-Nazzjonalisti kienu jxandru kull tip ta' programm minn Sqallija permezz ta' l-istazzjon privat studio master u anke l-istess Nazzjonalisti kienu jgħidu li ma kenux jaqblu ma' dak kollu li kien jixxandar.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li b'din l-emenda qegħdin immorru kontra l-istess prinċipju li dak iż-żmien intom stess kontu taċċettaw.", "Għal din ir-raġuni li ma jagħmilx sens dan li qed tagħmlu hawn.", "Kollox sew, dak iż-żmien għadda u ġara li ġara u issa rridu nimxu 'l quddiem u naraw l-affarijiet isiru sew, iżda b'dawn l-emendi għandna balbuljata waħda u tajba.", "Mhux talli hekk, talli nħossni li qed niġi insulentat bħala persuna eletta bl-iktar mod ħieles f'dan il- parlament, meta mbagħad niġu hawnhekk ngħidu li l-prim ministru jista' jagħmel regolamenti fuq l-istess liberta' tax-xandir!", "Din hija xi ħaġa li tinsulenta lil kull persuna li qiegħda fil-parlament u ma tagħmilx ġid.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli titkellem.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi li l-Onor Anglu Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Mr Speaker, paragrafu (b) ta' subartiklu (6) ta' artiklu 13 jgħid li l-prim ministru jista' wkoll jagħmel regolamenti:", "\"... biex jirreserva dak il-persentaġġ li hu jista' jiddetermina ta' ħin tat-trasmissjonijiet u tal-budget tal-programmi ta' stazzjon għal xogħlijiet ta' produtturi indipendenti.\"", "Imma fejn se naslu, Mr Speaker?", "Il-prim ministru se jippromwovi wkoll id- distribuzzjoni u l-produzzjoni tax-xogħlijiet awdjo-viżivi u se jirregola wkoll it-trasmissjonijiet ta' avvenimenti prinċipali?", "Imma dan ma jagħmilx sens f'demokrazija sħiħa u ħielsa li kull wieħed minna għandu jkollu d- dritt u l-unur li jgħid li għandu jipproteġi.", "U għandu jkun il-Prim Ministru nnifsu li jgħid - nisperaw li Dr Fenech Adami jieħu sehem f'dan id- dibattitu - Jien ma naqbilx ma' dawn l-emendi kif inhuma għax tant nemmen fid-demokrazija, kif dejjem ħdimt għaliha, li ma rridx immur kontra l- istess twemmin li jien dejjem ħaddant.", "Allaħares Dr Fenech Adami jaqbel ma' dawn l-affarijiet għax jew kollox se jmur il-baħar jew ma nafx!", "Diġà tilef ħafna mill-kredibilità tiegħu, għal ħafna raġunijiet, imma issa anke fuq din se nirrokkaw?", "Dan is-subartiklu jibqa' sejjer b'din il-kantaliena kerha u paragrafu (e) jgħid li l-prim ministru jista' jagħmel regolamenti:", "\"biex jiddefinixxi min huma dawk ix-xandara u liema huma dawk ix- xandiriet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta' Malta.\".", "Imma dan ma jagħmilx sens, dan kollu rubbish!", "Iva, hemm partijiet fil-liġi li jagħmlu sens, anke jekk ma taqbilx magħhom, però żgur li din ma tagħmilx sens.", "Mr Speaker, għal dak li jirrigwarda konvenzjonijiet internazzjonali, jekk m'iniex sejjer żball, il-ministru semma l-protokol tal-Kunsill ta' l-Ewropa u semma wkoll id-direttiva tal-European Union jew direttivi oħra.", "Però kif spjegajt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan l-abbozz ta' liġi huwa xott ħafna dwar dan u jagħmel riferenza għall-konvenzjonijiet internazzjonali fil- proviso għal subartiklu (5), li qed jiżdied ma' artikolu 39 ta' l-Att prinċipali, fejn jgħid:", "\"għandu fil-każijiet kollha jinkludi l-obbligi li wieħed jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet ta' kull strument legali internazzjonali applikabbli għal dak ix-xandir.\"", "Ovvjament mhux kull ħaġa li għandha x'taqsam max-xandir taqa' taħt xi strument internazzjonali.", "Nifhem li huwa fl-interess ta' Malta li ssir ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet u huwa fl-interess ta' Malta jekk dak id-dokument isir parti mil-liġi ta' l-Istat ħalli wieħed jikkonforma ruħu miegħu.", "Again, inħeġġeġ lil din il-Kamra u lill-gvern biex joqogħdu attenti għaliex hemm ċerti strumenti internazzjonali li għalkemm fuq il- karta jidhru sbieħ u ngħidu li huwa sabiħ li jkun hemm aċċess għal kulħadd, imma l-verità hi li l-ewwel trid tara l-interess veru nazzjonali.", "Mr Speaker, xtaqt nikkummenta fuq klawsola 7, li titkellem fuq l-użu tas- sistema tal-cable u ta' l-użu tal-kapaċità tal-kanali.", "Ħalli nkunu ċari, j'Alla jiġi żmien li ma jkollniex dawk l-aerials kollha fuq il-bjut għaliex it's an eyesore għalkemm drajniehom issa, imma naħseb li jkun tajjeb kieku 'l quddiem issir xi ħaġa biex jiġu evitati dawk l-aerials kollha.", "Jien ngħid li jekk il-kumpannija tal-cable f'Malta tissaħħaħ, din għandha tagħti xi ħaġa in return, bħal ngħidu aħna li tipprovdi lir-residenti kollha b'dawk il-programmi fuq ix-xandir lokali u forsi xi stazzjon jew tnejn.", "Bħala rikonoxximent lejn il-poplu Malti u lejn il-gvern, din il-kumpannija tal-cable għandha tagħti kontribut billi jsir tip ta' retransmission permezz tas-sistema tal-cable u ta' l-użu tal-kapaċità tal-kanali biex għallinqas neħilsu minn dawn il-ħafna aerials fuq il-bjut.", "Klawsola 8, li qed iżżid artikolu 41 ma' l-Att prinċipali, titkellem dwar reati amministrattivi.", "Jekk dawn ir-reati se jiġu deċiżi b'mod amministrattiv irid ikun hemm tip ta' checks and balances fuq dawn in-nies, kif qal tajjeb l-Onor.", "Michael Frendo.", "Naqbel miegħu għax dawn in-nies iridu jkunu mhux biss kompetenti imma jrid ikollhom standing f'dawk li huma proċedura ta' ġurisprudenza u tas-smigħ tal-każi, ħalli jiġu kompletament imħarsa l-prinċipji saljenti biex issir il-ġustizzja f'pajjiżna.", "Fost dawn hemm il-prinċipji li trid tisma' lill-parti l-oħra u li l-parti l-oħra trid tingħata ċ-ċans tagħmel id-difiża tagħha, u min-naħa l-oħra li jkun hemm lok ta' appell.", "Fl-emendi li għandna quddiemna ma qed nara l-ebda lok ta' appell wara li l-awtorità ssib bniedem ħati.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq penalties sostanzjali u anke qed nitkellmu fuq sospensjoni ta' trasmissjoni.", "Allura m'għandux ikun hemm lok ta' appell?", "Jew jekk hemm lok ta' appell, dan l-appell se jkun fuq punt ta' liġi biss?", "Mill-emendi li qed nara ma joħroġ imkien li hemm lok ta' appell fuq il-każ kif inhu, kemm għal dawk li huma fatti u kemm dak li huwa legali.", "Hawnhekk qed niddepenalizzaw u qed ngħidu li issa l-awtorità b'mod amministrattiv tista' timponi penalties, għax il-gvern qed iġib l-argument li din diġà qed issir f'awtoritajiet oħra.", "Imma f'awtoritajiet oħra fejn saret dejjem tħalla s- safety valve tal-qrati tal-ġustizzja.", "Jekk ikun hemm deċiżjoni, per eżempju, mill-planning authority, anke fl-istadju ta' l-appell, fuq punti ta' importanza dwar proċedura jew fuq punti ta' liġi nista' mmur quddiem il- qorti ta' l-appell biex nara għandix raġun jew le fuq dawk ir-raġunijiet li jien nissottometti fir-rikors tiegħi.", "F'dan il-każ ma jidhirx li hawn din il-possibbiltà.", "U hawnhekk ma ninsewx li minbarra ħlas ta' multa, waħda mill-penalitajiet hija li jkun hemm penali sospiża jew inkella jkun hemm addirittura s-sospensjoni tat-trasmissjoni.", "Allura rridu naraw li din ma ssirx b'mod li nnaqqsu milli ssir ġustizzja bl-iktar mod indipendenti.", "Jien xtaqt li l-ministru jikkummenta dwar ir-raġunijiet vera għaliex fil-Ħames Skeda se jkollna żewġ tipi ta' penali; fit-tieni kolonna hemm il- penali proprja u fit-tielet kolonna hemm il-penali mnaqqsa.", "X'kienet il- klassifikazzjoni li wasslet għal dan?", "Meta persuna tikser xi waħda mid- dispożizzjonijiet ta' l-artikli li hemm fl-ewwel kolonna, l-awtorità kif se tasal għall-konklużjoni li każ għandu jaqa' taħt il-penali tat-tieni kolonna jew inkella taħt il-penali mnaqqsa tat-tielet kolonna?", "Jidher li t- test huwa kwestjoni ta' gravità, imma again se tkun l-awtorità tax-xandir biss li tiddeċiedi?", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid b'responsabbiltà kbira li dan l- abbozz ta' liġi, apparti li m'huwiex meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, fil-parti il- kbira tiegħu jikkonsisti fi prinċipji li jmorru kontra l-istess demokrazija.", "Matul dawn is-snin li għaddew kellna diversi battalji miż- żewġ partiti fuq ix-xandir u għalhekk nemmen li għandna naraw li x-xandir jibqa' ħieles.", "Imma fil-verita' qegħdin naraw li se jiġu introdotti emendi li jmorru kontra l-ispirtu tad-demokrazija u kontra l-istess liberta' tax- xandir.", "Qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi biex ngħidu li ddibattejnieh.", "Naħseb li hemm ħwejjeġ ħafna iktar importanti u serji x'niddiskutu f'dan il-parlament milli naħlu l-ħin ta' xulxin fuq affarijiet li jmorru kontra l- istess drittijiet li kulħadd għandu jgħożż, kontra d-dritt li at all costs tiġi ssalvagwardata d-demokrazija u kontra d-dritt li f'pajjiżna jibqa' xandir ħieles.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, segwejt b'attenzjoni d-diskorsi li saru s'issa mill-Onor.", "Louis Galea, mill-Onor.", "Michael Frendo u anke mill-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Kienu diskorsi interessanti ħafna, għalkemm wieħed irid jirrimarka li huwa diffiċili li b'xi mod nassoċjaw lill-prim ministru preżenti ma' xandir mhux ħieles.", "Dan speċjalment meta, kif qal l- Onor. Farrugia stess, jekk wieħed imur ftit lura jiftakar kif sal-bidu tas- snin tmenin fix-xandir pubbliku kellna monopolju tal-partit fil-gvern, dak iż-żmien il-Partit Soċjalista.", "Matul l-aħħar tas-snin tmenin u fil-bidu tas-snin disgħin rajna proprju l-pluraliżmu fix-xandir, kif spjega tant tajjeb il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Frendo, sew fil-qasam radjofoniku u eventawlment anke f'dak televiżiv.", "U wieħed ma jridx jinsa li dan ġara f'perijodu qasir ta' żmien, fi ftit snin.", "Mr Speaker, meta jien kont iżgħar ma kellix l-opportunità li għandhom ħafna żgħażagħ illum li jaħdmu ma' stazzjonijiet tar-radju jew tat- televiżjoni, u ħafna minna hawnhekk naħseb li huma ta' l-istess fehma.", "Illum iż-żgħażagħ għandhom mezz ieħor kif jistgħu jipparteċipaw fid- diskussjoni fil-pajjiż, mhux biss billi jkunu fil-politika imma anke billi jkunu fil-media.", "Wieħed isib ħafna żgħażagħ li jieħdu esperjenza billi jaħdmu ma' gazzetti wkoll.", "Imma hawnhekk iktar qed nitkellmu fuq il-media permezz tar-radju u tat-televiżjoni.", "U m'għandix dubju, kif anke ġie spjegat qabel, li l-pluraliżmu fix-xandir offra opportunitajiet ta' impjiegi full-time, għalkemm iktar forsi part-time, li bihom żgur li ħafna setgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.", "L-emendi li għandna quddiemna għal-liġi dwar ix-xandir li għaddiet minn dan il-parlament fl-1991 huma wkoll intiżi sabiex nikkonformaw ma' dak li jgħid ir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-adoption ta' l-acquis.", "Bħala short-term priorities għas-sena 2000 wieħed isib, li fejn jidħol l- audiovisual, dan ir-rapport jgħid li trid tiġi emendata \"the Broadcasting Act so as to bring it in line with the protocol to the European Convention on trans-frontier television directive\".", "Qed ngħid dan biex wieħed jispjega għaliex din il-liġi qiegħda titressaq f'dan il-parlament, jiġifieri mhux għall-kapriċċ imma anke għal din ir-raġuni.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-aħħar rapport tal-broadcasting authority li jirriferi għas-sena 1998, sena li fiha kien hemm l-aħħar elezzjoni ġenerali, wieħed isib diversi punti li tajjeb li nagħmel riferenza għalihom.", "Per eżempju, kif diġà semmejt, barra r-radju u t- televiżjoni, parti mill-media hija wkoll il-gazzetti.", "Skond ir-rapport li ħareġ fl-1998, instab li l-iktar sors li minnu l-poplu Malti jfittex l- aħbarijiet lokali huwa t-televiżjoni, u dan jirrifletti 71%.", "Imbagħad wieħed isib li 13.4% tal-poplu Malti jfittex l-aħbarijiet lokali fir- radjijiet, imbagħad għandek 10.8% kważi 11% li jippreferu jfittxu l- aħbarijiet lokali fil-gazzetti.", "Dan Il-fatt li għandek 71% tal-poplu li jippreferu jfittxu l-aħbarijiet lokali permezz tat-televiżjoni juri s-saħħa tal-medium televiżiv li tul dawn l-aħħar snin rajnieh jiżviluppa u jinbidel.", "Fi tfulitna, barra l-istazzjon nazzjonali lokali, kien hemm biss stazzjonijiet Taljani tar-RAI, tal-grupp tal-Mediaset u kien hemm ukoll stazzjonijiet oħra Sqallin.", "Bażikament konna ristretti għal dawk l- istazzjonijiet tat-televiżjoni.", "Illum permezz tal-cable l-affarijiet twessgħu iktar u l-PBS stess għandha stazzjonijiet oħrajn, iċ-channel 12 u l-education channel, jiġifieri l-affarijiet inbidlu ħafna.", "Ħaġa li żgur qed tiġri llum hija li t-tfal li telgħin m'għadhomx jisimgħu l-ilsien Taljan daqskemm konna nisimgħuh qabel.", "Jien ninnota li meta jkollok il- cable - u dan ninnotah anke fit-tfal tiegħi - it-tfal ftit li xejn ifittxu stazzjonijiet Taljani għaliex għandhom opportunitajiet oħrajn.", "U dan jista' jgħin sabiex dak li jkun ikun jista' jagħmel improvement anke f'ilsna oħra.", "Nerġa' nikkwota mill-annual report tal-broadcasting authority ta' l-1998, fejn wieħed jinnota li l-cable television, kif kien mistenni, kien iktar komuni fis-socio-economic groups li huma ta' dħul finanzjarju ogħla.", "Fl- 1998 filwaqt li fl-ogħla socio-economic groups il-cable kien preżenti f'63.4% mid-djar ta' dawn ir-respondents, fost socio-economic groups li għandhom l-inqas dħul finanzjarju dan il-persentaġġ jinżel għal 40%.", "U dan iġibni issa għal argument ieħor fuq il-cable.", "Proprju dan l-aħħar anke fil-gazzetti kien hemm il-kontroversja dwar il- kwestjoni tat-Tele+.", "Jien inħoss li meta subscriber ikun ingħata opportunità li jkun jista' jaqbad ċertu channel, huwa inġust li dak is- servizz jiġi miċħud lilu awtomatikament sakemm ma jħallasx ħafna iktar.", "(Interruzzjonijiet) Irid iħallas ħafna iktar għax filwaqt li r-rata biex wieħed ikollu ftit iktar mill-basic hija ta' madwar Lm9 fix-xahar, biex wieħed ikollu t-Tele+ irid iħallas Lm11 oħra fix-xahar.", "Dan fisser li inti trid tonfoq iktar milli kont qiegħed tħallas in the first place biex iżżomm ħaġa li diġà kellek.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ma jagħmilx ġustizzja ma' kulħadd, b'mod partikolari mal-lower income groups li kont qed nirriferi għalihom.", "Skond stqarrija tal-Melita Cable, intqal li kien hemm insistenza sabiex jogħlew ir-rati min-naħa tat-Tele+ stess.", "Imma l-Melita Cable għandha monopolju fil-pajjiż, u għalhekk wieħed kien jistenna li ma jkollniex żieda fil-prezz li ma tkunx ġustifikata.", "It-Tele+ kien marbut ħafna ma' l- isports u allura malli dak is-servizz partikolari għola b'dik ir-rata, il- Melita Cable bdiet aktar tirreklama l-isports channel tagħha li għalkemm m'huwiex għali daqs it-Tele+, xorta jiġik Lm5 oħra fix-xahar, spiża li ċertament setgħet tiġi evitata għal-lower income groups.", "Min isegwi l- isports u jħobb jara logħbiet diretti ta' diversi dixxiplini sportivi, isibha diffiċli li jgħaddi mingħajr it-Tele+ għax ikun dara ċertu stil ta' ħajja - għaliex wara kollox dan huwa l-mod kif ngħixu - u jkollu bilfors idaħħal l-isports channel li sa ftit ilu ftit li xejn kien popolari.", "Mr Speaker, il-kollegi tiegħi tkellmu dwar kif l-aerials iħassru l- ambjent, imma meta l-Melita Cable ma tagħtix servizz li jista' jlaħħaq miegħu l-konsumatur - u llum wieħed irid isemmi l-konsumatur għaliex huwa jum il-konsumatur - huwa jfittex l-iktar soluzzjoni rħisa, li ħafna drabi tkun is-satellite dish.", "Wieħed jista' jara kif minn sena għall-oħra, mill- 1997 għall-1998, in-numru ta' persuni li nstallaw satellite dish żdied b'rata pjuttost qawwija.", "Fil-fatt fl-1 ta' Jannar, 1998 kien hemm 649 household li kellhom satellite dish, filwaqt li fl-1 ta' Jannar, 1999 dan in-numru tela' għal 1,361, jiġifieri aktar mid-doppju.", "Jiena m'għandix dubju li din il-manuvra li saret mill-Melita Cable fuq il-kwestjoni tat- Tele+ se żżid b'mod iktar qawwi n-numru ta' households li jinstallaw dish, proprju għaliex jidhrilhom li n-nefqa rikorrenti tal-Melita Cable qed tiżdied sempliċement biex wieħed ikun jista' jkollu dak li diġà kellu kif spjegajt.", "Mr Speaker, min iħares lejn dak li ġara tul dawn l-aħħar snin meta ġie lliberalizzat ix-xandir isib li minkejja li ż-żewġ partiti politiċi għandhom l-istazzjon televiżiv tagħhom, fl-1995 il-persentaġġ ta' ħin mogħti fuq it-televiżjoni għal ministerial activities kien ta' 29.7%, għal party political activities kien 17% u għal trade union activities 11%.", "Imbagħad fl-1998, jiġifieri erba' snin wara, wieħed isib li l-ħin mogħti għal ministerial activities minn 29.7% naqas għal 26%, dak tal-party political activities minn 17% naqas għal 14% u dak tat-trade union activities minn 11% naqas għal 6%.", "Dan ifisser li żdiedu affarijiet oħra fuq it-televiżjoni.", "Imma l- argument li rrid nagħmel huwa li minkejja li ż-żewġ partiti politiċi għandhom l-istazzjon televiżiv tagħhom, xorta l-kontenut politiku naqas.", "Jiġifieri meta wieħed iħares lejn l-istazzjonijiet b'mod globali jsib li fl- aħħar mill-aħħar hemm ċertu ammont ta' awto-dixxiplina.", "Dan ifisser li anke min qed imexxi l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi jara xi jridu n- nies u jara li ma jkollhomx kontenut politiku esaġerat, tant li mill-1995 għall-1998 dan il-persentaġġ ta' ħin naqas minkejja li daħal in-Net Television flimkien mas-Super 1 Television.", "Meta wieħed jara kemm nies jaraw it-television u għal kemm sigħat kuljum, huwa importanti li wieħed jipprova jagħmel użu aħjar mit-television.", "Jekk wieħed iħares lejn diversi studji li saru - bħal, per eżempju \"Who watches television\" ta' l-1998 - isib li 98.3% jaraw it-television filwaqt li 81% biss jisimgħu r-radju.", "Imma iktar minn hekk, meta tara għal kemm sigħat kuljum wieħed jara t- television, issib li 25% jaraw it-televiżjoni għal aktar minn tliet sigħat kuljum.", "Dan huwa ħin sostanzjali li wieħed ikun quddiem it-televiżjoni u allura huwa importanti li wieħed jara x'inhu jiġri f'dawn is-sigħat kollha.", "Fl-opinjoni tiegħi kien tajjeb ħafna r-rapport \"Redefining the Role of Public Broadcasting in Malta\", li sar mis-centre for communications technology, liema rapport il-Ministru Louis Galea poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra fil-bidu ta' Dicembru.", "F'Dan ir-rapport, li jitkellem biss fuq is- settur pubbliku tax-xandir, wieħed isib diversi punti ta' ċerta importanza.", "Per eżempju, jingħad li l-età medja ta' l-impjegati tal-PBS hi ta' aktar minn 44 sena u jirriżulta wkoll li filwaqt li dawn in-nies għandhom ħafna esperjenza, diversi minnhom m'humiex imħarrġa biżżejjed, speċjalment fl- oqsma tat-teknoloġija l-ġdida.", "Jingħad ukoll li hemm 202 full-timer u skond l-accounts tal-PBS l-ikbar biċċa tan-nefqa tmur fuq administrative overheads iktar milli tmur fuq non-commercially viable local productions.", "Jiġifieri minħabba n-numru kbir ta' ħaddiema li hemm, in-nefqa tal-PBS hija primarjament nefqa rikorrenti fuq il-pagi tal-ħaddiema u allura m'hijiex biżżejjed indirizzata lejn li jkollok aktar produzzjonijiet lokali.", "L- importanza tal-produzzjonijiet lokali hija ħaġa magħrufa llum u hija anke riflessa fid-diversi polls li jsiru, li meta jkun hemm produzzjonijiet lokali tajbin il-poplu Malti jsegwihom u hemmhekk jippreferi l- istazzjonijiet lokali għall-istazzjonijiet barranin.", "Irrid nagħmel parentesi żgħira, Mr Speaker.", "Illum waqt li kont qed nisma' Radio 101, ċempel wieħed li qal li meta jara logħba football internazzjonali fuq il-PBS jagħlaq is-sound għaliex il-kummentaturi jdejquh.", "Imma min sema' lill-kummentaturi Maltin il-bieraħ waqt il-logħba Feyenoord kontra Chelsea seta' jinnota l-kapaċità tal- kummentatur Malti.", "Kien hemm Pippo Psaila jikkummenta fuq Channel 12 u dak il-ħin anke lit-tfal għedtilhom: Irriflettu sew fuq dak li qed jgħid Psaila għaliex dan bniedem kapaċi.", "Huwa importanti li jkun hemm persuni kapaċi f'dawk il-programmi li jkollhom ċertu segwitu, li fihom wara kollox trid tisma' lil min hu kapaċi jitkellem u jiddiskuti d-dixxiplina sportiva jew il-punt ta' kultura li jkun qed jitwassal.", "Jekk nistiednu persuni kompetenti m'għandix dubju li l-Maltin huma tajbin daqs il-barranin u anke aħjar.", "Mr Speaker, jingħad ukoll - u huwa fatt li jimpressjonak - li l-PBS ma tantx tuża r-riżors ta' l-arkivji li għandha ta' tant snin, li ma nafx f'liema stat jinsabu.", "M'għandix dubju li jekk il-PBS tuża dawn l-arkivji aħjar, żgur li iktar nies jisimgħu u jaraw il-programmi tal-PBS.", "Ħafna nies jieħdu pjaċir jaraw affarijiet li ġraw ftit żmien ilu, speċjalment persuni anzjani, persuni morda u persuni b'diżabilità li ma jistgħux joħorġu mid-dar u allura jaraw it-television għal ħinijiet twal.", "Per eżempju, ir-RAI 2 iġiblek filmati u programmi mużikali ta' għaxar snin ilu jew 20 sena ilu, li l-following tagħhom huwa tajjeb ħafna.", "Il-PBS tista' tagħmel użu ħafna aħjar mill-arkivji tagħha, kif jingħad anke fir-rapport li diġa' rriferejt għalih, anke billi l-ewwelnett tibża' għalihom u żżommhom fi stat tajjeb.", "Punt ieħor li joħroġ minn dan ir-rapport huwa dwar l-educational broadcasting.", "U hawn jgħid ċar u tond: \"Educational broadcasting remains an indistinct and neglected area of Maltese broadcasting.\"", "Jiena għadni ġej mil-laqgħa tal-kumitat għall-affarijiet soċjali, fejn kien hemm ir- rappreżentanti tad-WHO li qegħdin jiddiskutu flimkien mal-kumitat dwar kif wieħed jista' jgħin fil-promozzjoni tas-saħħa.", "U żgur li wieħed mill-iktar oqsma importanti kif wieħed jista' jgħin fil-promozzjoni tas-saħħa huwa permezz tax-xandir, billi wieħed juża l-iktar grafika attraenti u l-iktar teknoloġija possibbli li biha tista' tattira lin-nies u mhux wieħed ikompli juża l-iktar forom antikwati kif imdorrijin naraw.", "Forsi l-aħħar punt ta' importanza li nnotajt f'dan ir-rapport huwa li biex ix-xandir pubbliku jkun jista' jitjieb, jidher ċar li hemm bżonn li r- riżorsi finanzjarji tal-PBS, minflok ma jmorru fuq l-irjus f'pagi, jiġu investiti fi programmi lokali u anke fit-taħriġ tal-ħaddiema.", "Dan ir- rapport jgħid ċar u tond li minn 202 in-numru għandu jinżel għal madwar 85 impjegat full-time u fi kwalunkwe każ in-numru ta' mpjegati full-time m'għandux ikun ta' aktar minn 100.", "Jien fl-aħħar mill-aħħar ngħid li għalkemm il-gvern qiegħed iħares lejn din il-problema b'ċerta kawtela, ċertament li qiegħed jinnota s-sitwazzjoni u m'għandix dubju li l-gvern mhux se jħalli x-xandir pubbliku jkun is-Cinderella tax-xandir lokali.", "Wara kollox wieħed qed jara l-istazzjonijiet privati dejjem jitjiebu fil- kwalità tagħhom u m'għandix dubju li x-xandir pubbliku għandu wkoll jagħmel sforz sabiex jibqa' x-xandir li fl-aħħar mill-aħħar jiggarantixxi ċerti affarijiet, fost oħrajn l-edukazzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nirriferi għal artiklu li kont qiegħed naqra dwar broadcasting seminar li sar f'Mejju 1996 f'Dusseldorf.", "L-artikolist jgħid:", "\"Sponsorship of television programmes by undertakings whose activities include the manufacture or sale of medical treatment may promote the name or the image of the undertaking, but may not promote specific medical products or medical treatments only available on prescription.\"", "Dan huwa fil-fatt l-aħħar mod kif ġie emendat il-kodiċi dwar pharmaceutical companies għal dak li jirrigwarda x-xandir.", "Li ridt ngħid huwa li rridu noqogħdu attenti meta jkun hemm ċerti reklami dwar prodotti ta' mediċini.", "Ir-regola tgħid li jekk prodott jista' jinbiegħ over the counter, jiġifieri mingħajr riċetta tat-tabib, allura dan jista' jiġi reklamat fuq il-mezzi tax-xandir.", "Imma wieħed irid joqgħod attent għaliex, per eżempju, matul ix-xhur tax- xitwa kien hemm ħafna reklami dwar prodotti li wieħed jista' juża meta jkollu riħ jew influwenza.", "Iżda wieħed ma jistax juża dawn id- decongestants meta per eżempju jkollu pressjoni għolja f'għajnejh, glaucoma, jew meta raġel ikollu problema ta' prostatism jew urinary discomforts.", "Fl-opinjoni tiegħi l-mod kif dawn il-prodotti jiġu reklamati b'mod daqhekk frekwenti fuq it-television, li jarawh tant u tant nies mingħajr ma wieħed isemmi dawn il-kontra-indikazzjonijiet, huwa perikoluż u għandu jiġi ndirizzat.", "Dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati għaliex jistgħu jagħmlu ħafna deni.", "Dan qed insemmih bħala eżempju għaliex m'għandix dubju li anke f'oqsma oħra jeżistu sitwazzjonijiet fejn ir-reklamar jista' jkun inġust mal- konsumatur, li minn hawn f'jum il-konsumatur nerġa' nsellimlu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ftit aktar minn bħal-lum sena kienet saret konferenza maħsuba biex tiddiskuti l-futur tax-xandir pubbliku u mbagħad f'Novembru li għadda kien ħareġ ir-rapport mis-centre for communications technology fejn ġabar dak li kien sar f'dik il-konferenza, u ġabar ukoll opinjonijiet u proposti u abbozza anke suġġerimenti ta' kif għandu jkun il-futur tax-xandir pubbliku f'pajjiżna.", "Issa jiena naf li Novembru huwa x-xahar tal-mejtin u naf ukoll li l-qoxra ta' dan ir-rapport hija vjola li, jekk m'iniex sejjer żball, hija kulur il-vistu u kulur il- luttu.", "Però naħseb li huwa kulur tajjeb għax dan ir-rapport – u tajjeb li ħareġ f'Novembru – diġà miet.", "U ngħid li miet għax għaddew erba' xhur u ma smajna xejn iżjed dwaru, la jekk il-gvern hux se jaċċetta xi biċċiet minnu u lanqas jekk il-gvern m'hu se jaċċetta xejn minnu.", "Huwa importanti li ngħiduh dan għaliex il-konferenzi u s-seminars u r- rapporti, tajbin kemm huma tajbin, ma jsirux bħala għan fihom infushom.", "Hija dejjem esperjenza sabiħa li tiltaqa' ma' nies ta' opinjonijiet differenti u tqatta' sigħat tiddiskuti.", "Hija dejjem esperjenza tajba li jkollok rapport f'idejk, toqgħod taqra u tikkwota minnu biċċiet li jogħġbuk, imma fl-aħħar mill-aħħar is-seminars, il-konferenzi u r-rapporti jkollhom skop, m'humiex għan fihom infushom iżda huma mezz.", "L- informazzjoni li għandi jien hija li dan ir-rapport ġie ppubblikat u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, imma aktar minn hekk milli jidher tqiegħed simbolikament fuq l-ixkaffa biex jiġbor it-trab għaliex ma ttieħdu l-ebda passi u ma jidher li twaqqfet l-ebda struttura biex jibdew jittieħdu xi passi fuq xi rakkmandazzjonijiet li fih dan ir-rapport.", "Aktar milli se jitwettqu xi proposti jew suġġerimenti li fih dan ir-rapport, fil-PBS qed jitħejja rapport kontra dan ir-rapport biex jiġġustifika r-realtà eżistenti fil-PBS.", "Hu x'inhu d-destin ta' dan ir-rapport, jien naħseb li jqajjem punti stimulanti li ta' min jirrifletti fuqhom, anke b'rilevanza għal dawn l-emendi tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1991 li qed niddiskutu bħalissa.", "F'waħda mit-taqsimiet ta' dan ir-rapport li sar mis-centre for communications technology ta' l-università jissemmew żewġ punti interessanti.", "L-ewwelnett illum ma nistgħux niddiskutu l-qasam tax-xandir mingħajr ma niddiskutu l-iżvilupp teknoloġiku kbir li qiegħed iseħħ kontinwament f'dan il-qasam; u li aktar ma qed iseħħu żviluppi, inqas u inqas hemm il-possibbiltà li l-politiċi jew l-awtoritajiet jintervjenu fuqu.", "Nagħti eżempju żgħir.", "Bl-iżviluppi teknoloġiċi tat- telekomunikazzjoni li bdew iseħħu u li se jkomplu jseħħu bil-wasla ta' mezzi u ta' opportunitajiet bħall-internet, bil-websites li tista' tagħmel, bl-e-mail, biċ-chat lines li hemm available, kull ħaġa li qed niddiskutu f'dawn l-emendi biex l-Istat jintervjeni b'xi mod jew ieħor fil-mezz tax- xandir u tar-riċezzjoni televiżiva lanqas biss tagħmel sens.", "Għaliex kif se tagħmel biex tikkontrolla x'tibgħat fuq l-internet, x'tibgħat fuq il- websites, x'tgħid u x'tittrasmetti biċ-chat lines?", "Qed insemmi dan il-punt għaliex l-avvanzi teknoloġiċi li qed iseħħu fil-qasam tat- telekomunikazzjoni jidher li mexjin fid-direzzjoni li l-prezz tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni qiegħed jorħos u allura qed tiżdied il-flessibilità u qed jiżdiedu l-opportunitajiet għax-xandir.", "Aktar ma jseħħu dawn it- tibdiliet anqas se jkun possibbli għall-awtoritajiet ċivili u l- awtoritajiet reliġjużi li jikkontrollaw xi jkun għaddej.", "Dak huwa punt li naħseb irridu nitilqu minnu.", "Jista' jkun li dawn l-iżviluppi tekonoloġiċi għadhom fil-bidu, jista' jkun li s'issa għadhom qed imissu ftit nies, kemm f'pajjiżna kif ukoll fil-bqija tad-dinja, iżda ċertament li l-futur 'l hemmhekk qiegħed iħares.", "U rridu ngħiduha din għaliex jekk wieħed jipprova jsegwi ftit kif in-nies qegħdin jirċievu l-informazzjoni tagħhom, isib li f'ċerti setturi tas-soċjetà beda tiela' 'l fuq in-numru ta' nies li l-mezz li bih jirċievu l-informazzjoni huwa proprju l-internet, hija proprju l- web.", "U aktar ma jgħaddi żmien aktar għandna x'naħsbu li dak se jikber.", "Punt ieħor li jqajjem dan ir-rapport huwa li bit-tibdiliet kbar li qed iseħħu u mistennija jseħħu fil-qasam teknoloġiku tat-telekomunikazzjoni, pajjiżna għandu n-nies tekniċi, għandu n-nies bin-know-how meħtieġa biex jistgħu jippjanaw għal żvilupp f'dan il-qasam fit-tliet snin, fit-tmien snin li ġejjin?", "Mistoqsija oħra li jqajjem u li hija rilevanti ħafna għal dawn l-emendi li qed niddiskutu hija din: Malta għandha l-qafas neċessarju legali u regolatorju biex jiggwidaha mingħajr ma joħnoq dan l-iżvilupp li qed iseħħ fil-qasam tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni?", "U t-team li huwa responsabbli minn dan ir-rapport jikkonkludi li huwa xettiku ħafna dwar l- eżistenza tal-forward planning.", "U naħseb li aktar ma jgħaddi żmien aktar it-team li ħejja dan ir-rapport se jkun iħossu ġustifikat li għadda kumment pjuttost pessimistiku kif għadda, li t-team huwa xettiku ħafna fuq l- eżistenza ta' ippjanar daqshekk bil-quddiem.", "Sur President, l-emendi imressqa hawnhekk proprju jagħtuhom raġun f'dan il-kumment.", "Dan għaliex jidher ċar li l-emendi li qed inressqu għal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1991 mhux qed isiru bħala parti minn ħidma komprensiva u li qed nirrispondu għall-mod kif żviluppa dan il-qasam f'dawn l-aħħar disa' snin.", "Ċertament li l-liġi ta' l-1991 hija importanti ħafna għax fetħet paġna ġdida fil-qasam tax-xandir f'pajjiżna, imma żgur li wara disa' snin esperjenza wasal iż-żmien li nerġgħu nżuruha fid-dawl tad-disa' snin esperjenza li għaddew u fid-dawl ukoll ta' l-iżviluppi li qed iseħħu f'pajjiżna u fil-bqija tad-dinja u nħarsu lejn il-futur.", "Dawn l-emendi m'humiex jagħmlu hekk.", "Dawn l-emendi m'humiex qed joħorġu bħala risposti għall-problemi u għall-iżvilupp li seħħ f'pajjiżna.", "Dawn l-emendi qed isiru biss biex inġibu l-leġislazzjoni fil-qasam tax-xandir in line mad- direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena ngħid li m'għandniex inkunu fanatiċi u sempliċement għax dawn imorru fil-linja tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, allura la għandna ngħidu li huma tajbin għax sempliċement huma parti mid-direttivi ta' l- Unjoni, u lanqas li huma ħżiena għax sempliċement huma parti mid-direttivi ta' l-Unjoni.", "Jiena naħseb li l-metodu ġust ta' kif għandna naffrontaw din il-liġi - anzi kull liġi u kull aspett ta' realtà f'pajjżna - huwa billi nitilqu mill-aspetti differenti tar-realtà ta' pajjiżna, mill-problemi tar- realtà ta' pajjiżna u nipprovaw infittxu soluzzjonijiet għall-problemi ta' pajjiżna, bla ma jfisser li kull darba rridu noqogħdu nivvintaw ir-rota.", "Dik ma tagħmilx sens.", "Li jagħmel sens hu li tipprova tifhem ir-realtà ta' pajjiżek, tipprova tifhimha b'moħħok, tipprova taraha b'għajnejk u tipprova tħabbel rasek biex issib is-soluzzjonijiet għall-problemi li joħorġu mir- realtà ta' pajjiżek.", "Li huwa żgur huwa li r-realtà ta' pajjiżek hija bilfors differenti minn kull realtà oħra li teżisti fid-dinja.", "Il-fatt li hi differenti ma jfissirx li inti trid tfittex soluzzjonijiet tant uniċi u tant differenti li l-esperjenzi ta' pajjiżi oħra ma jgħoddux.", "Imma jien naħseb li minnu nnifsu l-metodu huwa żbaljat.", "Hemm bżonn li nanalizzaw il-qasam partikolari, naraw fejn morna tajjeb, fejn ma morniex tajjeb, naraw il- problemi ġodda li bilfors kellhom jinħolqu minn din l-esperjenza storika, imbagħad inbiddlu l-liġi dwar ix-xandir fil-parametri tar-realtà tagħna u skond fejn nixtiquha tiżviluppa din ir-realtà.", "Ma jkun hemm xejn ħażin li nitgħallmu mill-esperjenza ta' pajjiżi ta' l-Unjoni, ma jkun hemm xejn ħażin li anke fil-liġi jidħlu affarijiet li nsibuhom anke fid-direttivi ta' l-Unjoni, imma għax jagħmel sens għar-realtà tagħna u għax huwa parti mill- iżvilupp li qed naraw li hemm bżonn f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "Dawn l- emendi ma jagħmlux hekk.", "Sur President, dawn l-emendi ma jindirizzawx il-problemi li hemm fil- qasam tax-xandir, u minbarra li m'humiex soluzzjoni għal dawn il-problemi li għandna fil-qasam tax-xandir li rridu niffaċċjaw biex jimxi 'l quddiem, jien nitħasseb li dawn l-emendi aktar milli soluzzjonijiet huma problemi ġodda.", "U kważi se nispiċċaw hawnhekk qisna qed nagħmlu biċċa reċta fejn qed noħolqu problemi ġodda in riċerka ta' soluzzjoni, u mbagħad se jkollna nfittxu soluzzjonijiet għall-problemi li se noħolqu b'dawn l-emendi l-ġodda mingħajr ma nsolvu l-problemi eżistenti u l-problemi li jistgħu jinqalgħu.", "Dan irid jingħad għaliex jiena nħoss li b'dawn l-emendi qed nagħmlu pass lura.", "Bir-raġun min-naħa tal-gvern ikun hawn min jiftaħar li fl-1991 għamilna pass 'il quddiem f'dan il-qasam - u jeżisti qbil li f'pajjiżna l- pluraliżmu fix-xandir bir-radju u bit-televiżjoni għandu jiġi nkoraġġit - imma ċertament issa hemm bżonn li nirriflettu fuq l-esperjenza tad-disa' snin li għaddew u nindirizzaw il-problemi li bilfors kellhom jinqalgħu.", "Iżda m'aħniex nagħmlu hekk.", "Sur President, kulma qed nagħmlu huwa li qed inħallu s-sitwazzjoni kif inhi, imma biex nobdu dak il-homework li tawna ta' l-Unjoni Ewropea qed nagħmlu l-bidliet li suppost nagħmlu fl-ewwel sena, fit-tieni sena u fit- tielet sena ħalli malajr kemm jista' jkun, jgħodd jew ma jgħoddx għalina, nippreparaw ruħna biex nidħlu fl-Unjoni sa Diċembru tas-sena 2002 biex fl-1 ta' Jannar tas-sena 2003 nistenbħu membri ta' l-Unjoni.", "Din hija għaġġla u ossessjoni li anke min hu favur sħubija fl-Unjoni Ewropea jara l-ħsara li qed issir anke għall-kawża ta' min irid idaħħal lil Malta fl-Unjoni.", "Huwa metodu żbaljat minnu nnifsu li tagħmel l-affarijiet ta' malajr bla ma tqis sewwa l-effetti li qed tħalli fuq l-oqsma differenti tal-ħajja f'pajjiżna u li jagħmel ħsara wkoll lill-iżvilupp f'dan il-qasam.", "Għalhekk wieħed kien jistenna li minflok sempliċement nagħmlu emendi biex ikunu skond l-iskeda li tatna l-Kummissjoni Ewropea, sa meta rridu nlestu ċerti tibdiliet, messna ressaqna bidliet komprensivi għal-liġi tax-xandir, fosthom li nirriflettu fuq l-awtorità tax-xandir.", "Għaliex issa mhux disa' snin għandna, imma mill-inqas 36 sena ta' l-awtorità tax-xandir fuqhiex nirriflettu, dwar is-sehem tagħha u x'għandu jkun is-sehem tagħha fis- sitwazzjoni kif ġiet mibdula f'dawn l-aħħar disa' snin u kif narawha li se tinbidel fis-snin li ġejjin.", "Nerġa' ngħid liminn dan kollu m'hu qed isir xejn, qed inħallu s-sitwazzjoni kif inhi u qed inżidu fuq li hemm bla ma naraw jekk kienx il-każ li nwaqqgħu ċerti partijiet u li nibnu partijiet oħra.", "Jekk il-Kavallieri bnew il-Belt bi pjan, il-Maltin sfortunatament bnew l- Armier, in-naħa tat-Torri l-Abjad, u nafu b'liema toroq dritti u b'liema ppjanar serju nbnew il-caravanopoli tan-naħa tat-Torri l-Abjad.", "U bil-liġi tax-xandir hekk qed nagħmlu!", "Minflok ma naraw fl-istituzzjoni sħiħa tax- xandir pubbliku, xandir privat, l-awtorità tax-xandir, x'għandna nżommu u x'għandna nbiddlu fid-dawl ta' l-esperjenza qegħdin sempliċement naraw fejn mhix in line ma' l-Unjoni Ewropea u qed indaħħlu l-affarijiet biex tiġi in line ma' l-Unjoni.", "Dan mhux mod serju kif niżviluppaw lil pajjiżna, mhux mod serju kif inbiddlu l-liġijiet biex nimmodernizzawhom biex iwieġbu għall- bżonnijiet tal-lum u t'għada.", "U wieħed għandu għax jantiċipa li fix-xhur li ġejjin min jaf kemm-il tip ta' liġi se nkunu qed niddiskutu bla ma nirriflettu ftit fuq ir-rabta bejn dak li nilleġislaw hawn ġew u r-realtà t'hemm barra.", "Aktar se nżommu f'rasna l-liġijiet li jiġu hawn ġew fuq il- karta tad-direttivi ta' l-Unjoni bla ma norbtu l-impatt fuq ir-realtà u r- responsabbiltà li għandna li nwieġbu għall-isfidi li għandu pajjiżna.", "Nerġa' nirriferi għar-rapport tax-xahar tal-mejtin, għar-rapport ta' Novembru – u naqbel ma' din il-parti tar-rapport – fejn igħid li waħda mill- bidliet li żgur hemm bżonn fil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu max-xandir hija l-awtorità tax-xandir li żgur ma tistax tibqa' kif inhi.", "Jien ngħid li iktar u iktar ma tistax tibqa' kif inhi meta se nżidulha d-dmirijiet tagħha jew il-poteri tagħha mingħajr ma naħsbu bis-serjetà x'għandu jkun ir- role ta' l-awtorità tax-xandir illum u għada.", "Fid-dawl ta' l-esperjenza żgur li hemm bżonn tinbidel minn kif inhi.", "Illum f'pajjiżna għandna esperimenti istituzzjonali, li fil-fehma tiegħi rnexxew iżjed mill-awtorità tax-xandir u għandna każi fejn, bid-difetti kollha tal-qasam politiku Malti, ħloqna istituzzjonijiet li jgawdu rispett iktar mill-awtorità tax- xandir li kienet tatna l-ħakma kolonjali f'pajjiżna.", "L-istituzzjonijiet li ħloqna f'dan il-parlament bħall-uffiċċju ta' l- ombudsman u bħall-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, naħseb li bil-mod il- mod qed jibnu profil istituzzjonali li jgawdi rispett u kredibilità aktar minn istituzzjonijiet oħra f'pajjiżna stess u żgur li aktar mill-awtorità tax-xandir.", "Għaliex ħafna drabi l-awtorità tax-xandir li suppost għandha r- role ta' referee fix-xandir, bħalma jiġri fl-isports, ir-referee jiġi akkużat li hu mixtri u mhux l-ewwel darba li l-awtorità tax-xandir tiġi akkużata mhux biss li hi mixtrija imma li tinżel fil-ground u tilgħab hi wkoll biex tiskorja, ovvjament skond min ikun fil-gvern, għax ma tantx tagħmel auto-goals l-awtorità tax-xandir!", "Għalhekk huwa importanti li naħsbu bis-serjetà fuq x'bidliet hemm bżonn fl-istituzzjoni ta' l-awtorità tax-xandir biex jagħmel sens kemm għar-realtà ġdida ta' xandir pubbliku u ta' xandir privat, u kif ukoll għar-realtà ġdida bl-iżviluppi kbar teknoloġiċi fil-qasam tal-komunikazzjoni li qed iseħħu, li se jkomplu jseħħu, li jagħmel anakronistiku ħafna mill-poteri li awtoritajiet ċivili u reliġjużi kellhom - probabbli xtaqu li jżommu - imma li t-teknoloġija qiegħda tisplodilhom u qiegħda tifqgħalhom.", "U hekk il-poter fil- komunikazzjoni qiegħed jiġi ttrasferit ħafna drabi mingħand min jipprovdih, mingħand min jirregolah għal min jużah.", "Jidher li l-iżviluppi teknoloġiċi li se jkomplu jseħħu se jkomplu jżidu l-poter f'idejn min juża, f'idejn min jirċievi s-sinjal u jieħdu iktar u iktar mingħand min jipprovdih u mingħand min jirregolah.", "Għaldaqstant huwa importanti li fil-bidliet li qed nagħmlu għall-awtorità tax-xandir, aktar milli sempliċement nagħmlu a ticking-off exercise ta' fejn irridu nġibu l-liġi li għandna tax-xandir in line mad-direttivi differenti ta' l-Unjoni Ewropea, hemm il-bidliet l-oħra li rridu nagħmlu, imma b'daqshekk m'iniex qed ngħid li m'hemmx x'nitgħallmu mid-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Onor, ippermettili nwaqqfek imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 20 ta' Marzu 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf Awtorita' ta' l-Istatistika; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, hu u jaqra l- mozzjonijiet li nhar it-Tnejn li ġej se jitressqu għall-Ewwel Qari, il-Viċi Prim Ministru semma l-għemil ta' standards.", "X'kelma hi din?", "Aħna bil-Malti qed nitkellmu jew b'xi ħaġa li ma tfisser xejn!", "Jista' jgħidilna xi tfisser ħalli nkunu nafu x'se niffaċċjaw nhar it-Tnejn li ġej?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela le, bil-qalb kollha!", "Huwa t-titolu ta' abbozz ta' liġi li se jsir l-Ewwel Qari tiegħu nhar it-Tnejn li ġej.", "Dak huwa t- titolu, jista' jogħġbok u jista' ma jogħġbokx, pero' dik hi l-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Forsi wieħed jista' jara din il-ħaġa meta 'l quddiem naslu fl- istadju ta' kumitat fuq dan l-abbozz ta' liġi partikolari.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fadlilna x'naqdfu biex naslu għall-istadju ta' kumitat!", "Pero' nirriflettu ftit fuq il-punt li qajjem il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, imma l-mozzjoni għal nhar it-Tnejn hekk se tidher għax it- titolu dak hu.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, m'inix se nitkellem fuq l-għemil ta' standards - u nħossni grat ħafna li mhux se nitkellem fuq l-għemil ta' standards! - imma se nitkellem fuq xi ħaġa iktar importanti u serja.", "Matul l-aħħar xahrejn tas-sena li għaddiet qajjimt kemm-il darba f'dan il- parlament u anke bnadi oħra l-każ skandaluż tad-Daewoo.", "Qajjimtu fil- kuntest ta' self li kien qed jingħata mill-Bank of Valletta lid-Daewoo u qajjimtu fil-kuntest ta' kambjali li jammontaw għal Lm1.5 miljun li kienu għaddew lid-Daewoo min-numru sostanzjali ta' klijenti u li ma kenux għaddew għand il-Bank of Valletta.", "Din kienet ħaġa li ħalliet jew lill-Bank of Valletta espost għall-operazzjoni jew lill-klijenti esposti għall- operazzjoni u hija ħaġa li tfisser frodi fuq bażi massiċċa.", "Qajjimt ukoll l-argument li l-operazzjonijiet relatati mad-Daewoo vis-a- vis il-Bank of Valletta - u dan skond l-informazzjoni li kienet kurrenti anke fil-Bank of Valletta - kienu marbuta ma' inġerenzi ta' natura politika.", "Jiena qajjimt dan l-argument u stedint lill-Bank of Valletta jitkellmu dwaru.", "Staqsejt ukoll lill-bank ċentrali biex jirrispondi jew jinvestiga hu, dan il-każ u staqsejt anke lill-ministru tal-finanzi biex jinvestiga dwaru, pero' mbagħad irriżulta li fl-opinjoni tiegħi l-Onor.", "John Dalli kellu konflitt ta' interess professjonali bl-aktar mod massiċċ.", "Imbagħad dort ukoll fuq il-Prim Ministru u poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' nies li b'xi mod jew ieħor kienu ħallsu sa l-aħħar id- doveri tagħhom ta' hire purchase lid-Daewoo, li dawn minn naħa tagħhom m'għaddewhomx lill-Bank of Valletta.", "Minħabba dan l-aġir tad-Daewoo dawn in- nies huma esposti għal Lm1.5 miljun.", "Mr. Speaker, kont erġajt għedt ukoll li l-gvern għandu 25% ta' l-ishma tal-Bank of Valletta u għandu wkoll il-poter li jappunta liċ-chairman.", "Madankollu l-Bank of Valletta kien estenda self lid-Daewoo għal aktar minn Lm8 miljun, li effettivament ma kienu backed xejn ħlief għal xi garanziji li meta tagħsarhom huma ħafna u ħafna fil-kuntest ta' dak li kien qal Dr. Fenech Adami matul is-snin fir-rigward ta' x'ġara fil-Mid-Med Bank qabel l- 1987.", "Dak iż-żmien kienu saru ħafna allegazzjonijiet u saret inkjesta li damet snin.", "Jiena kont tlabt li ssir inkjesta simili min-naħa tal-Prim Ministru, anke rigward il-każ tad-Daewoo.", "Din it-talba għal investigazzjoni serja u trasparenti, li tassew tagħti rendikont ta' fejn huma r-responsabilitajiet, kont għamiltha f'nofs Diċembru tas-sena li għaddiet pero' minn dan kollu ma ġara xejn.", "Kellna skiet perfett min-naħa tal-Prim Ministru u l-unika ħaġa li smajna matul dawn l-aħħar xhur kienet ittra mibgħuta - u kienet miskina bħala ittra - mill-hekk imsejjaħ chairman tad-Daewoo lill-gazzetti biex taparsi jirribatti dak li kien qed jintqal bil-provi.", "Effettivament din l-ittra tikkonferma l-mod skandaluż kif qed jitmexxew l-affarijiet.", "Kien hemm anke saħansitra gazzetti li l-edituri tagħhom żgur ma jivvutawx Labour jew jaraw l-affarijiet kif narawhom aħna, imma fuq dan il-każ qablu u kitbu mal- ħtieġa li ssir investigazzjoni serja.", "Minn dan kollu mhux talli ma ġara xejn talli l-Prim Ministru u l-gvern tiegħu baqgħu jżommu skiet totali.", "U mhux talli baqgħu jżommu skiet totali talli pprovaw jikinsu minn quddiem l- attenzjoni pubblika din il-problema.", "Imbagħad fil-kuntest ta' l-iskandli li taparsi jittieħdu fuq dak li jintqal jew ma jintqalx dwar l-Unjoni Ewropea u affarijiet oħra, dan huwa suġġett ta' l-akbar importanza għax jattakka l-kredibilita' tal-gvern kemm mil-lat ta' trasparenza, kemm fil- lat ta' serjeta' kif ukoll mil-lat ta' responsabbilizzazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Jien informat li mill-aħħar li tkellimt effettivament mhux talli d- Daewoo baqgħet sejra lura fil-mod kif tittratta mal-bank, u mhux biss ma ħallsitx id-djun u l-imgħaxijiet tagħha, imma issa l-exposure li għandha mal-Bank of Valletta qabżet iċ-ċifra ta' Lm9 miljun.", "Waqt li qed nitkellem dik l-exposure qed tiżdied u se tibqa' tiżdied, u nafu bil-maniġġi li qed isiru biex ċerti nies minn taħt jitħallew jagħmlu ċerti affarijiet biex jiġu aġevolati u biex isolvu l-parti personali tal-problema tagħhom u l- bqija jibqa' jogħdos 'l isfel, vis-a-vis il-Bank of Valletta, vis-a-vis x- shareholders tal-Bank of Valletta u vis-a-vis il-gvern, li huwa parti mix- shareholders u li għandu l-akbar dover li ħaġa bħal din jipprova jissanaha jew għallinqas jinvestigaha.", "Nerġa' ngħid hawnhekk, bl-aktar mod responsabbli li l-mod kif qed tiġi ttrattata din il-kwestjoni jindika li hemm dudu jberren fil-qalba ta' dan il-gvern.", "U qed nuża l-kelma \"dudu\" għax bilfors li hemm xi ħaġa korrotta f'dak li jinsab għaddej.", "Kieku mhux hekk kieku Dr Fenech Adami kien jagħmel bħalma kien għamel - u aktar u aktar messu jagħmlu llum - rigward is-self li kien sar mill-Mid Med Bank qabel l-1987.", "Jiena nistaqsi lill-Prim Ministru bl-aktar mod ċar jekk personalment għandux xi involviment f'dan il-każ.", "Jekk għandu involviment personali jmissu jiddikjarah u jekk m'għandux għandu jiddikjara r-raġuni għaliex ma ħa l-ebda miżura personali dwar dan il-kas.", "Pubblikament ma kkummenta qatt fuq din il-ħaġa.", "Ma rrisponda bl-ebda mod għall-appelli li għamiltlu jien bl-aktar mod prudenti u issa inqas prudenti - għax hekk hemm bżonn isir fuq din il-kwestjoni - fejn qed nallega li ma tteħdux u mhux qed jittieħdu miżuri fuq din il-ħaġa għax hemm il-faħam miblul u għax hemm nies qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista u tal-kabinett tal-gvern Nazzjonalista li huma involuti f'din il-kwestjoni li baqgħet tinħeba, titgħatta, titwarrab u titgħattan sakemm forsi jsiru ċerti maniġġi, jingħataw ċerti kuntratti, isiru ċerti trasferimenti ta' proprjetajiet, ħalli mbagħad jibqa' jġorr iz- zokk il-Bank of Valletta.", "Dik hija l-istrateġija kollha u l-konklużjoni bilfors trid tkun li qed isiru dawn l-affarijiet għax min hemm wara dawn il-maniġġi kollha huwa qrib ħafna tal-kabinett ta' Dr Fenech Adami u huwa qrib ħafna ta' Dr Fenech Adami nnifsu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-ministru għall-agrikoltura u sajd għadu ma qalx għaliex din is-sena eżenta individwu partikolari mill-ħlas ta' aktar minn Lm10,000 levy fuq l-importazzjoni ta' 104 tunnellata patata ta' l-ikel mingħajr ma kkonsulta lill-bdiewa jew lill-għaqdiet tagħhom.", "Dan meta din l-importazzjoni hija protetta bil-levy biex tipproteġi l-interessi tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.", "Jiena nisfida lill-ministru jġib dikjarazzjoni mingħand il-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom li qablu li hu jeżenta l-levy fuq dan il-prodott.", "Mr. Speaker, kif qed nitkellem dwar il-patata rrid ngħid ukoll li l- ministru baqa' ma qal xejn dwar fejn spiċċaw il-flus ta' l-esportazzjoni tal-patata bikrija tas-sena l-oħra.", "Jirriżulta li filwaqt li l-bdiewa ħadu Lm14.20 il-qantar, il-prodott fil-perijodu ta' bejn il-5 u s-26 ta' Mejju tas-sena l-oħra nbiegħ fil-livelli ta' Lm38 il-qantar.", "Dan il-prezz joħroġ minn riċevuti ta' supermarkets Olandiżi li jien anke poġġejt kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn ir-riċevuti jikkonfermaw li l-prezz ta dan il- prodott Malti esportat fil-perijodu msemmi kien qed jinbiegħ bil-prezz ta' guilder 4.99 kull żewġ kilos.", "Jirriżulta wkoll li l-ewwel 3,000 tunellata ta' patata alpha tal-kuntratt li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienu marbuta ma' prezz minimu garantit ta' madwar Lm18 il-qantar jew guilder 30.60 kull xkora ta' 25 kilo.", "Mr. Speaker, il-Ministru Zammit issa nnegozja prezz finali ta' madwar Lm18 il-qantar għal varjeta' sante' bikrija.", "Dan meta kien jaf li għandu l-istess prezz bil-kondizzjoni ta' prezz minimu garantit fuq l-ewwel 3,000 tunellata tal-varjeta' alpha.", "Is-suspett ikompli jitqanqal minħabba l-fatt li l-ministru mhux qed jgħid kemm kien l-overprice fuq l-ewwel 471 tunellata alpha esportata biex il-bdiewa jkunu jafu l-verita' dwar liema varjeta' bikrija ġabet l-aħjar prezz fis-suq.", "Is-suspetti jkomplu jaggravaw meta qatt ma rriżulta li saru negozjati ta' prezz finali fuq l- esportazzjoni tal-patata bikrija miż-żewġ amministrazzjonijiet preċedenti kemm dik Laburista kif ukoll dik Nazzjonalista.", "Mr Speaker, fl-aħħar Aġġornament il-Ministru Ninu Zammit qalli - u nikkwota kliemu eżatt - li jien \"dardart 'l Alla li ħalaqni u lil kulħadd\".", "Lili ma jinkwetanix billi jgħid hekk għax li jinkwetani huwa l-fatt li l- ministru qed jaħbi l-verita' lill-bdiewa, lill-għaqdiet tagħhom, lill-poplu u lill-parlament.", "Veru li jiena interrompejtu waqt id-diskors tiegħu, imma li ġegħelni nagħmel hekk kien il-gideb sfaċċat li beda jgħid.", "Per eżempju, il-ministru qal li jiena nikkwota artikli ta' gazzetti, kotba jew organizzazzjonijiet li huma kontra l-Unjoni Ewropea.", "Dan meta jien irriferejtu għal artiklu ta' \" The Daily Mail\" ta' l-24 ta' Frar li għadda li jikkonferma li l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea qed tiswa lil kull familja fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni aktar minn Lm600 fis- sena.", "Dan il-ġurnal isostni li filwaqt li huma favur li l-Ingilterra tkun fl-Unjoni, ma jaqblux ma' ċerti kondizzjonijiet li timponi l-Unjoni fuq l- Ingilterra fosthom dik li l-Ingilterra, tkun tagħmel parti mill-EMU.", "L- istess ngħid dwar iċ-ċifra ta' Euro 127.5 biljun, li l-OECD tikkonferma li jħallsu l-familji kollha fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni għal transfers from consumers and transfers from taxpayers at farmgate level.", "U hawnhekk jiena nisfida lill-ministru jgħid fejn huma ħżiena l-kalkoli ta' l-OECD u jissustanzja l-mezz li bih wasal għall-konklużjoni li jien nuża kwotazzjonijiet minn pubblikazzjonijiet kontra l-Unjoni Ewropea.", "Mr. Speaker, ma jimportax jekk is-serjeta' tal-ministru twasslu biex ikun arroganti miegħi pero' jiena rrid ngħidlu li din l-arroganza m'hijiex se tagħlaqli ħalqi, tbeżżagħni jew trażżanni milli ngħid il-verita' lill- poplu.", "U jiena nfakkar lill-poplu li l-Ministru Ninu Zammit u l-gvern Nazzjonalista ammettew li jiena ma nkunx qed nigdeb meta ngħid li wara li nsiru membri ta' l-Unjoni, pajjiżna se jitlef il-benefiċċju ta' l-export refund fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru Zammit u l-gvern tiegħu kapaċi jgħidu min se jagħmel tajjeb għal dan it-telf?", "Min se jagħmel tajjeb għall-isplużjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel li jikkonsma l-poplu tagħna meta jiġri hekk?", "S'issa għadna ma nafux.", "Il-ministru u l-gvern jafu li hemm telf ta' madwar Lm17 miljun f'export rerfunds fuq importazzjoni annwali ta' ħames prodotti.", "Dawn il- ħames prodotti li qed insemmi huma l-laħam aħmar, il-ġwież, il-ġobon, il- butir u z-zokkor.", "Mr. Speaker, sar l-istess gideb sfaċċat dwar l-esportazzjoni tal-patata u l-ħxejjex taħt l-amministrazjzoni preċedenti.", "Jiena nitlob li ssir investigazzjoni biex naraw jekk hux veru li l-bdiewa li jesportaw il-patata bikrija, is-sena l-oħra kellhom kuntratt li sar mill-amministrsazzjoni preċedenti li kien jiggarantixxi l-prezz ta' madwar Lm18 il-qantar fuq l- ewwel 3,000 tunellata.", "Ma' dan għandu jinvestiga wkoll jekk hijiex verita' li l-ministru għall-biedja u sajd innegozja prezz finali tal patata bikrija meta kien jaf minn qabel li l-bdiewa għandhom diġa' l-istess prezz għall- patata bikrija, b'arranġament aktar vantaġġuż għalihom.", "Il-ministru għandu jara wkoll jekk huwiex veru li l-kuntratt li għamlet l-amministrazzjoni preċedenti Laburista kellux żieda ta' madwar Lm1.50 fil-qantar fuq is-6,000 tunellata kollha meta pparagunat mal-kuntratt li kien sar mil- amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista.", "Għandu jinvestiga wkoll jekk hijiex verita' li l-agriculture export marketing board dejjem issussidja prodotti esportati mill-bdiewa Maltin u jekk huwiex veru li l-agriculture export marketing board taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti applikax l- istess sistemi ta' għajnuna għall-istess prodotti li ġew esportati u fallew, bħall-frawli, l-patata u d-dulliegħ.", "Mr. Speaker, nixtieq insemmi wkoll il-każ ta' l-eżenzjoni tal-levy fuq it- tiġieġ u nisfida lill-ministru jġibli dikjarazzjoni ffirmata mill- produtturi u l-proċessuri lokali tat-tjur li tgħid li huma qablu miegħu li jeżenta b'kemm jiswew Lm4,000 tiġieġ importati minn barra.", "Jien bl-aktar mod responsabbli niddikjara li ma nkunx offiż bid-diskorsi u bl-artikli tal- Ministru Zammit jekk kemm-il darba jagħmel dan.", "Mill-banda l-oħra jekk ma jilqax l-isfida, il-ministru għandu jirtira d-diskors li qal b'rispett lejn il-Kamra.", "Jekk ma jagħmilx dan jiena niddikjara minn issa li huwa ministru tal-qassatat!", "Mr. Speaker, biex nagħlaq nixtieq nagħmel riferenza wkoll għas-sitwazzjoni li qed jesperjenzaw f'pajjiżna nies bi dħul baxx.", "Minkejja d-diversi diskussjonijiet u interventi li jsiru mill-oppożizzjoni Laburista u mill-unions biex ifissru l-impatt negattiv li qed iħallu l- miżuri tal-budget fuq il-familji Maltin u Għawdxin, l-aktar dawk ta' dħul żgħir, il-gvern qed jibqa' għaddej fi triqtu.", "Fil-ftit ħin li baqagħli jiena se ngħid kif huma milquta nies ta' dħul baxx.", "Per eżempju, xebba jew ġuvni li qed jieħdu paga ta' madwar Lm3,000 huma eżentati milli jħallsu t-taxxa ta' l-income.", "Issa nafu li bejn l-1996 u llum kien hemm żidiet għall-għoli tal-ħajja ta' madwar LM299 u allura dawn qed iħallsu t-taxxi fuq dan l-ammont li jaqbeż is-ceiling ta' Lm3,000.", "Barra minn hekk dawn qed ikollhom iħalsu l-VAT fuq il-kontijiet tat- telephone, il-VAT fuq il-petrol jew diesel u ammont ieħor għall-għoli fil- prezz tal-ħobż.", "Qegħdin iħallsu wkoll prezzijiet ħafna għoljin għas-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Issa din l-istess sitwazzjoni qegħdin jesperjenzawha l- pensjonanti u r-romol li wkoll qegħdin ikunu suġġett ta' taxxa fuq il- Lm3,000 minħabba li kellhom żidiet li huma konformi ma' l-għoli tal-ħajja.", "Dan kollu li semmejt ovvjament ma jinkludix il-prodotti ta' l-ikel u s- servizzi li għolew.", "Dawn huma affarijiet li jbaxxu u mhux jgħollu l-livell ta' l-għixien tal-familji Maltin u Għawdxin speċjalment ta' dawk bi dħul baxx u ta' dawk li jiddependu mill-benefiċċji soċjali u mill-pensjonijiet.", "Mr. Speaker, meta jara dan kollu wieħed bilfors ikollu jkompli jsostni f'dan il-parlament li l-gvern qed jiġrilu hekk għax jinteressah biss fl- ossessjoni li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bl-aktar mod irresponsabbli, il-gvern qed iwarrab lil min verament jiddiskuti b'mod l- aktar matur, b'mod l-aktar naturali u b'mod l-aktar li jkejjel il-problemi li qed jesperjenzaw il-persuni li jiddependu minn paga minima u mid-dħul tal-benefiċċji soċjali.", "Mr. Speaker, jiena m'għandix dubju li l-gvern qed jifhem dak li qed tgħid l-oppożizzjoni Lu fl-opinjoni tiegħi hija irresponsabilita' li l-gvern jieħu daqshekk fit-tul biex iwieġeb dak li qed jgħidu l-unions f'pajjiżna.", "Il-gvern qed jagħmel dan kollu għax il-ħofra li ma kienx jara mill-oppożizzjoni issa saret wisq kbira u mhux biss qed tordom fiha n-nies li l-inqas jifilħu jħallsu imma qed tordom ukoll lil dan il-gvern li min-naħa qed jinvolvi aktar spejjeż u taxxi fuq il-poplu tagħna u min-naħa l-oħra qiegħed jintilef biex jipprova jifhem kif jista' jagħmel il-pass li qed jgħid li hu fl-aħjar interess tal-poplu tagħna jiġifieri li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'aħniex ngħidu li għandna xi ħaġa kontra l-Unjoni Ewropea imma qed nispjegaw lill-poplu li hemm ħafna żvantaġġi li l-ewwel ma jolqtu huwa l-livell ta' l-għixien tagħna għax jgħollu l-ħajja.", "Aħna qed ngħidu li ma jagħmilx sens li jkollna sħubija sħiħa imma jagħmel sens ħafna li jkollna rabta speċjali mingħajr ma nkunu membri sħaħ.", "Dan għar-raġuni naturali u għal sitwazzjonijiet li m'hemmx dubju ġew spjegati kemm-il darba mill-kelliema kollha ta' din in- naħa tal-Kamra.", "L-importanti hu li l-poplu tagħna ma jkunx iżolat mill-bqija tal- globalizzazzjoni pero' hemm modi oħra kif ma tkunx iżolat, fosthom dik li Malta tiżviluppa l-politika Mediterranja tagħha u tiżviluppa bħala Svizzera fil-Mediterran, fejn mhux biss ikun hemm il-parteċipazzjoni sħiħa attiva u b'mod indipendenti tal-partijiet Ewropej u Afrikani tar-reġjun imma jkun hemm il-bqija ta' l-erbat irjiħat tad-dinja.", "Aħna nemmnu li permezz ta' din it-triq mhux biss inkunu qegħdin noħolqu iktar investiment li jrendi għall- ġid komuni tal-poplu tagħna, imma nkunu qed nagħmlu wkoll il-ġid għal dan ir-reġjun u għall-bqija tad-dinja tal-lum.", "Grazzi. .", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 20 ta' Marzu fis-6.00 p.m. bl- agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-INTERN - RIĊEVIMENTI", "13063.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12318, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Billi l-Onor.", "Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m`għandiex xi nżid mat- tweġiba li tajtu fis-Seduta 224.", "MINISTERU TAL-FINANZI - RIĊEVIMENTI", "13064.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12319, jista' l-Ministru jagħti d-dettalj mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tgħajt f`mistoqsija parlamentari numru 12319.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - RIĊEVIMENTI", "13065.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12321, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id- dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "JOE BORG: Billi l-Onorevoli Interpellant ma tagħnix spjegazzjoni soddisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandiex xi nżid mat- tweġiba li tajtu fis-seduta 224.", "OPM - RIĊEVIMENTI", "13066.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12322, jista' l-Prim Ministru jagħti d- dettalji mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Billi l-Onorevoli Nterpellant ma tagħnix spjegazzjoni sodisfaċenti għaliex qed jitlob l-informazzjoni m'għandix xi nżid mar-risposta li tajtu fis-seduta numru 224.", "TOROQ - ASFALTAR", "13318.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xogħol ta' asfaltar ta' toroq mill-ġdid wara li kienu fi stat ħażin, f'Malta u f'Għawdex sena b'sena u f'ammont totali mill-1987 sal-1996?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn it-toroq u kull waħda kemm intnefqu fondi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma teżistix statistika bid-dettal mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "14580.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni 'l fuq minn 61 sena li qed jaħdmu maċ- Ċivil illum u x'xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li għandhom 'l fuq minn 61 sena u li qed jaħdmu mal-Gvern illum huwa ta' 67.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji tax-xogħol li kull wieħed minnhom qiegħed jagħmel.", "SAĦĦA - TOBBA", "14581.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għal tobba fis-servizz primarju tas- saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru appruvat ta` tobba fis-servizz primarju tas-saħħa huwa 105.", "Fil-preżent hemm 73 tabib appuntati f'dan il-qasam u tnejn oħra jaħdmu fuq bażi ta` 'rotation' għal tlett xhur.", "SPTAR ĠDID - STAFF MEDIKU", "14582.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm jaħseb li sejjer ikollu bżonn staff mediku extra d- dipartiment meta jiftaħ l-isptar il-ġdid?", "Xi gradi se jkollhom dawk żejda fuq li hemm illum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qed tħejji Human Resources Plan għall-perjodu 2001-2004 li jinkludi l-ħtiġijiet ta` staff mediku għal meta jiftaħ l-Isptar il-Ġdid.", "Qabel ma` dan l-eżerċizzju jkun komplut ma nistax nagħti tweġiba.", "MANOEL ISLAND - DUCKS VILLAGE", "14583.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn se tiċċaqlaq id-ducks village ta' Manoel Island waqt il-bini tal-proġett u wara li jitlesta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10391 (Seduta 185).", "MALTA/GĦAWDEX - PASSIĠĠIERI", "14584.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm qasmu nies u vetturi bejn Malta u Għawdex is- sena l-oħra, u sena b'sena fil-ħames snin ta' qabel?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.", "IMPORTAZZJONI - MEDIĊINI", "14585.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-mediċini u affarijiet relatati importati Malta sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba, hi ppublikata fit-trade statistics.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "14626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li talbu l-għajnuna medika matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "X'mard kellhom u kemm minnhom ntbagħtu l-isptar għal kura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul Jannar u Frar tas-sena 2000, in-numru ta` priġunieri li talbu għajnuna medika kien ta` 1,189, li minnhom 147 intbagħtu l-isptar għal kura.", "Dwar x`tip ta` mard kellhom dawn il-priġunieri, din l-informazzjoni hija ta` natura kunfidenzjali u professjonali u ma nħossx li għandha tiġi ppubblikata.", "RABAT - VENDA", "14627.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli jitrattjeni sabiex jirritorna lura l-venda tat-trasport pubbliku fir-Rabat u fi Triq Santa Rita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sa fejn naf jien il-venda tat-trasport pubbliku qatt ma tneħħiet mir-Rabat kif qed jallega l-Onor.", "Interpellant.", "Minbarra hekk fid-data meta saret id-domanda kienet diġa` bdiet titħaddem is-sistema l-ġdida tal-venda fir-Rabat, liema sistema rritornat il-venda (in parti) fi Triq Santa Rita.", "PULIZIJA - AKKADEMIĊI ARAB/AFRIKANI", "14628.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi, akkademiċi Arab u Afrikani li jkunu qed jivjaġġjaw u jużaw l-ajruport internazzjonali ta' Malta għad-destinazzjoni tagħhom qed jingħataw permess ta' 24 siegħa u/jew tliet ijiem biss sabiex joqogħdu Malta?", "Minn meta bdiet topera din il-policy u x'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, barranin ta` diversi nazzjonalitajiet jużaw l-ajruport internazzjonali ta` Malta biex ikomplu il- vjaġġ tagħhom għal destinazzjonijiet oħra.", "Meta dawn il-barranin ikollhom bżonn ta` visa, dawn normalment jitolbu visa għall-perijodu li jkunu ser idumu Malta, qabel ma jkomplu l-vjaġġ tagħhom.", "Din il-visa tingħata għal dak il-perijodu, kemm-il darba dawn il-barranin jissodisfaw il- kondizzjonijiet kollha biex joqgħodu hawn u biex jidħlu fil-pajjiż fejn ikunu sejrin.", "Jekk ma jkollhomx bżonn ta` visa biex jidħlu Malta jingħataw permess joqgħodu hawn sal-jum meta jkunu ser ikomplu l-vjaġġ tagħhom, u dan jingħata fuq talba tagħhom u jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa fosthom dawk rikjesti mill-pajjiż fejn ikunu sejrin.", "Barrani jista` jitlob ukoll 'transit visa' li l-perijodu tagħha jiskadi wara erbgħa u għoxrin siegħa.", "Barrani jista` wkoll jasal Malta u jitlaq għal destinazzjoni oħra fl-istess jum mingħajr ma jħalli l-ajruport, u f`każ bħal dan ma jkollux bżonn ta` visa.", "Dawn l-arranġamenti ilhom jeżistu għal diversi snin.", "PULIZIJA - BARRANIN LI MA TĦALLEWX JIDĦLU MALTA", "14649.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' persuni barranin li matul Jannar u Frar ta' din is-sena ma tħallewx jidħlu Malta wara li waslu fl- ajruport internazzjonali lokali?", "X'kienu r-raġunijiet u ta' liema nazzjonalita' kienu dawn il-persuni barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ninsab infurmat ukoll li dawn il-291 persuna li waslu f`Malta bl-ajru ma tħallewx jidħlu f`Malta peress li kien jidher li m`humiex viżitaturi bona fede.", "KOMUNITA' ISLAMIKA - ĊIMITERJU", "14650.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għat-talba ta' ċimiterju għal komunita' Islamika f'Malta, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?", "Liema huma dawk is-siti li qed jiġu kkonsidrati għal dan il-bżonn tal- komunita' Islamika f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14650, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit li bħalissa qed jiġi kkunsidrat għal bżonn tal-komunita` Islamika bħala Ċimiterju, huwa dak fi Triq Kordin, Paola (Raħal Ġdid).", "L-applikazzjoni ġiet ikkunsidrata mill-'General Services Board', fejn ġie deċiż li ma` hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward ta` Saħħa Pubblika.", "PWD - TAQSIMA TA' DRENAĠĠ - INĊIDENTI FATALI", "14651.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-aħħar inċidenti fatali li seħħew fit-Taqsima tad-Drenaġġ tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jista' l-Ministru jgħid x'apparat u lbies ta' protezzjoni nxtara matul Jannar u Frar sbiex ikunu protetti aħjar ħajjet il-ħaddiema f'din is-sezzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid x'apparat u lbies protettiv inxtara matul l- istess perjodu sabiex jintuża minn ħaddiema ta' dipartimenti oħra fl-istess dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad- Drenaġġ bħalissa qiegħed jipprepara 'specifications' biex ikun jista' jixtri l-apparat kollu li hemm bżonn.", "Dan ix-xogħol issa qiegħed fil-fażi finali u d-Dipartiment dalwaqt ikun f'pożizzjoni li jagħmel l-ordni meħtieġa.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, id-Dipartimenti kollha diġa' xtraw jew qegħdin jixtru l-apparat neċessarju waqt li l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (B.I.C.C.) qed iniedi kampanja sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol permezz ta' 'Safety Bus'.", "Matul l-1999, il-Kunsill nieda kampanji bl-istess għan li kienu jikkonsistu f'billboards u video clips fuq it-televiżjoni.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "14745.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14386, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub lill-persuna nvoluta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jgħid lill-persuna konċernata biex tagħmel kuntatt dwar l-ilment li għandha mal- Customer Care Department ta` l-Isptar San Luqa.", "SKEJJEL - VALLETTA - SKOLA PRIMARJA", "14746.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14387, peress li l- facilitator se tkun assenti fit-tul, x'passi se jittieħdu biex it-tifel ma jibqax jiċċaħħad mill-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-aħħar lista ta' persuni li applikaw biex jagħmlu xogħol ma' tfal bi bżonnijiet speċjali hija eżawrita u għalhekk bħalissa huwa diffiċli biex tintbagħat facilitator oħra.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "14747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14110, jista' l-Ministru għallinqas jagħti t-tagħrif mitlub lill-persuna nnifisha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant jgħid lill- persuna konċernata biex tagħmel kuntatt dwar l-ilment li għandha mal- Customer Care Department ta` l-Isptar San Luqa.", "SKEJJEL - PIETA' - SKOLA PRIMARJA", "14748.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14384, b'liema mod il- Ministru qed isegwi l-każ?", "Sakemm il-Ministru qed isegwu l-każ, x'se jiġri mit-tfal li qed jiċċaħdu minn edukazzjoni bażika f'mument tant delikat għall-iżvilupp tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema qed tidħol għax-xogħol b'mod regolari, qed isir kull sforz biex dawn it-tfal ikunu mogħtija l-attenzjoni possibli."]} {"filename": "20020716_776d_par.doc", "date": "2002-07-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 776 It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 776", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "776", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 570", "KUNSENS 570", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 570", "TQEGĦID TA' KARTI 574", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI (IT-TIENI QARI)", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL (SECOND READING) 575", "AĠĠORNAMENT 595", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 600", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 775 li saret fis-16 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIII ta' l-2002 – Att ta' l-2002 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "FINANZI - SERQIET", "34405.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 32682 u jgħid kemm ġew irrapportati serqiet mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?", "X'valur u x'oġġetti ġew misruqa?", "X'passi ttieħdu?", "Jista' jinformana bin- numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001 u jgħid x'kienet is-sitwazzjoni wara l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fid-dekasteru tiegħi kien hemm każ wieħed ta' serq ta' water filter, li jiswa madwar Lm30, mid-dipartiment tal-VAT.", "Il-każ ġie rrapportat l-għassa tal-pulizija ta' B'Kara u qed issir ukoll investigazzjoni interna biex ikun stabilit x'wassal għan-nuqqas ta' dan l- oġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispjegali aktar fid-dettall ir- risposta li kien tani dwar is-sistema ta' l-exchange rate mechanism ta' l- Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid x'se jkunu l-fatturi li jikkontrollaw id- devjazzjoni tar-rata tal-kambju tal-lira Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Apparti li biex stajna niġbru l-informazzjoni mitluba fid-domanda oriġinali nfaqna ħafna aktar mit-Lm30 li nsterqu, jien kont għedt li meta Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea trid tagħżel x'se tkun il- policy monetarja tagħha.", "Din l-għażla hija tagħna l-Maltin u mhux se tkun waħda tassattiva.", "Jekk aħna nagħżlu li nidħlu fil-eurozone, irridu nagħmlu sentejn li fihom Malta tiffissa r-rata tagħha kontra l-euro.", "Matul dawn is-sentejn ta' testing irid ikun hemm l-aċċertazzjoni li l-munita tagħna ma tkunx varjat b'15% 'il fuq jew 'l isfel mir-rata li tkun ġiet stabilita.", "F'dak il-każ Malta tkun tista' tadotta l-euro bħala munita tagħha, dejjem sakemm il- kriterji l-oħra jkunu ġew milħuqa skond il-parametri li jiena spjegajt id- darba l-oħra, jiġifieri fejn jidħol il-livell ta' deficit, il-livell ta' dejn u l-livell ta' inflazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Victor Galea Pace, domanda supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jista' l-Ministru jagħtina r-reazzjoni tiegħu għall-istqarrija li għamlet il-MAM fir-rigward tal-bench-marking exercise?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal dak li qrajna u smajna dwar it-tassazzjoni.", "L-ewwelnett din l-istqarrija li saret tikkonferma t-tneħħija ta' l-obbligu ta' l-irċevuti fil-każ tat- tobba - dak li għedt jiena fil-parlament meta ġie rilevat il-punt – fejn allura kien hawn min kien qed jinterpreta din l-azzjoni bħala xi ħaġa biex it-tobba jkunu jistgħu ma jħallsux taxxa u affarijiet oħra bħal dawn.", "Dakinhar jien għedt li r-raġuni għala t-tobba ma baqgħux mitluba jagħtu l- irċevuti kienet għaliex inbidlilhom l-istatus tagħhom inkwantu għal-liġi tal-VAT, fis-sens li s-servizz li jagħtu t-tobba issa hu eżenti mill-VAT u allura lanqas jinqabdu mill-ħtieġa ta' l-irċevuta fiskali.", "Jien għedt ukoll li t-tax compliance unit kienet għamlet il-benchmarks għat-tobba bħalma għamlet il-benchmarks fuq setturi oħra u kont qed nassumi li kienet qed tkellem lit-tobba dwar il-pożizzjoni tagħhom - għax it-TCU nżommuha kemm jista' jkun at arm's length, biex taħdem bl-aħjar mod li taħseb li għanda taħdem u naturalment tirrapportalna b'mod ġenerali dwar xi tkun qed tagħmel – għax l-għodda tat-TCU, bl-eżerċizzju tal-benchmarking illum, hija tajba u effikaċi biex inkomplu nsaħħu l-kultura tal-ħlas tat-taxxa.", "Pero' hemm fattur ieħor għax fl-aħħar budget konna nidejna skema li fiha dawk kollha illi huma taxxabli, jaħdmu bħala self-employed u jaqilgħu anqas minn Lm50,000, setgħu jagħmlu arranġament mad-dipartiment biex jiffissaw id- dħul tagħhom għal tliet snin.", "Din konna qegħdin narawha bħala privileġġ – u hekk hi – u bħala xi ħaġa pożittiva għas-self-employed iż-żgħar għax tneħħilhom il-piż kollu tal-burokrazija u ħafna mill-piżijiet ta' dikjarazzjonijiet li huma marbuta magħhom meta jagħmlu d-dikjarazzjonijiet għat-taxxi differenti, kemm ta' l-income tax kif ukoll tal-VAT.", "Naturalment din l-iskema li aħna nidejna fil-budget hija volontarja, Sur President.", "Aħna mhux se noqogħdu nibagħtu għal dawk kollha li ddikjaraw li jaqilgħu inqas minn Lm50,000 u ngħidulhom li bilfors iridu jaqblu magħna.", "Min irid jagħmilha u min ma jridx jibqa' għaddej kif inhu.", "Fil-fatt jien ninsab informat illi t-TCU għażlet żewġ setturi, dak tal-mechanics u dak tat- tobba, u ċċirkolatilhom nota fejn qalulhom li taħt l-iskema mħabbra fil- budget, it-TCU kienet lesta li tara min minnhom huwa interessat biex jieħu vantaġġ minn din l-iskema.", "It-TCU bħalissa qegħda tirċievi r-risposti u qegħda wkoll titkellem man-nies li wrew ix-xewqa li jitkellmu magħha dwar is-sitwazzjoni tagħhom tat-taxxa.", "Issa l-MAM jew interpretat dan li qed jiġri b'mod ħażin jew manafx x'ħasbu, għax donnhom ċerti setturi kull meta ssemmilhom il-kelma \"taxxa\" qisek qed issemmilhom l-infern.", "Saħansitra rapport li deher f'\"The Times\" – nista' ngħid li dan lili dejjaqni ħafna – jgħid li jekk it-tobba se jkollhom iħallsu t-taxxa, din se jkollhom jiċċarġjawha lill-klijenti.", "Żgur li huma ftit dawk il-persuni li jaħsbuha b'dan il-mod għax dan li qegħdin nagħmlu aħna ma jfissirx li se jkollhom jgħidu li qed jaqilgħu daqskemm qed jgħid il-benchmark tal-gvern.", "Jiena kemm-il darba għedt f'dan il-parlament li l-eżerċizzju tal- benchmarking sar b'mod serju u b'mod professjonali.", "Dan huwa average u fih innifsu jfisser illi mhux neċessarjament se tgħid li kulmin jaqa' f'dak is- settur qed jaqla' dak li deher fil-benchmarking exercise.", "Għedt ukoll li dan il-gvern japprezza u jemmen illi t-taxxa hija relazzjoni personali bejn il-gvern u l-individwu.", "Aħna ma nemmnux fil-kunċett tal- merħla u lanqas nemmnu fl-uniformita' meta niġu għall-ħlas tat-taxxa.", "Għalhekk hija ħaġa tqila u tieħu ż-żmien meta niġu biex nenforzawha.", "Meta xi ħadd jistenna li jieħu riżultati mil-lum għal għada, la jkun qed ikun fair u lanqas ikun qiegħed jagħmel sewwa.", "Għax meta inti tkun kostrett li titkellem ma' wieħed wieħed mit-taxpayers, ma tistax tagħmel hekk mil-lum għal għada.", "Jiena nserraħ ras kulħadd u mhux tat-tobba biss, illi bl-ebda mod m'aħna qegħdin ngħidu li xi ħadd bilfors se japplikaw għalih il- benchmarks.", "Il-benchmarks qegħdin hemm, huma studju serju u huma bażi serja li fuqha min qed jinnegozja fuq in-naħa tat-TCU, qed itella' l- argumenti tiegħu.", "Pero' aħna nafu li l-ħlas tat-tobba huwa differenti għax jekk tabib ikun qed jopera f'ċerta naħa ta' Malta jiċċarġja mod u jekk ikun qed jopera f'naħa oħra ta' Malta jiċċarġja mod ieħor.", "Aħna nafuha din u allura m'aħniex se ngħidu lil kulħadd biex iħallas l-istess rata.", "Aħna nafu li hawn tobba li m'għandhomx il-klijentela li għandhom tobba oħra, pero' mbagħad b'mod ġenerali nafu wkoll bejn wieħed u ieħor il-klijentela tat- tobba u x'jiċċarġjaw it-tobba f'kull settur.", "Iżda ħadd ma jista' jgħid li d-dħul tiegħu hu ta' Lm1,000 biss fis-sena u għalhekk li qegħdin isiru dawn id-diskussjonijiet.", "Nerġa' nirrepeti li dan qed isir fil-kuntest tal-fatt li t-TCU hija mwaqqfa biex tara li kulħadd, irrispettivament minn min hu, jiġi f'sensih u li l-ammonti li jiddikjara fir-return ikunu raġonevoli.", "Sur President, nistgħu liberament ngħidu li dan il-gvern kellu suċċess kbir f'dik li hija compliance f'dikjarazzjonijiet li jsiru lid-dipartiment tat- taxxa.", "Wara ħafna snin ta' riformi li għamilna fis-settur tat-taxxi, illum nistgħu niftaħru li għandna madwar 92% ta' compliance.", "Din hija rata għolja ħafna u turi effiċjenza kbira għalkemm xorta waħda ssib min jgħajrek għax tkun effiċjenti.", "Daqqa jgħajruna li qed inħallu lil kulħadd jagħmel li jrid; daqqa jgħajruna li m'aħniex niġbru taxxa mingħand min għandna niġbruha; u mbagħad għax tkun effiċjenti u tiġbor it-taxxa, issib min jgħajrek għax tkun qed tiġbor it-taxxa.", "Iva, aħna effiċjenti fil-ġbir tat- taxxa u din mhux biss ma niddejjaqx ngħidha imma naħseb li it is a feather in our cap.", "Issa rridu nkomplu naħdmu biex naraw li jkollna compliance qawwija fil- kwalita` tar-returns, jiġifieri f'dak li jiddikjaraw in-nies, u anke hawnhekk l-istrateġija tal-gvern hi li nbiddlu l-kultura.", "Aħna ma rridux nużaw nerfijiet, ma rridux nużaw penalitajiet, ma rridux insawtu u lanqas irridu ngħakksu lil ħadd.", "Aħna rridu li n-nies jifhmu li huwa sew li kulħadd iħallas sehmu u li ma jaqblilhomx ikomplu jaħbu għax il-gvern huwa armat u qed ikompli jarma lilu nnifsu biex ikun f'pożizzjoni li jaqbad lil min jevadi t-taxxi u jġiegħlu jħallas penalitajiet kbar.", "Din hija s-sistema li teżisti f'pajjiżi żviluppati.", "Dan bħal meta l-gvern kien ħareġ bil-famuża skema ta' l-ispontaneous declaration, li sfortunatament ftit ħadu l-opportunita' tagħha.", "Naf li kien hemm accountants li taw parir lill-klijenti tagħhom biex ma jimxux magħha għax qalulhom li d-dipartiment tat-taxxi interni qatt m'hu se jorganizza ruħu b'tali mod li jaqbdek.", "Issa dawk l-accountants li taw dan il-parir iridu jaraw x'se jgħidulhom lill-klijenti tagħhom.", "Il-gvern qed jagħmel dawn l-iskemi biex kemm jista' jkun kulħadd jirranġa l-pożizzjoni tiegħu u jibda jiddikjara sew.", "Aħna m'għandna ebda interess li nsawtu lil ħadd jew li nużaw in-nerfijiet.", "L-interess tagħna hu li nbiddlu l-kulturi u l-ewwel ħaġa biex dan isir hi li ngħidu lin-nies biex jirranġaw il- pożizzjoni tagħhom mingħajr tbatija esaġerata, basta minn issa 'l quddiem jibdew jiddikjaraw kif għandhom jiddikjaraw.", "Dan japplika għat-tobba wkoll, Sur President.", "Nispera li dawk li qegħdin imexxu lit-tobba jifhmu dan il-punt, jidħlu f'mentalita` pożittiva u flok jippruvaw jiġġieldu s-sistema, jaħdmu magħha u jserrħu ras dawk li jirrappreżentaw li mhux biss ir-relazzjoni bejnhom u l-pajjiż hija tajba, imma wkoll il-pożizzjoni tagħhom personali mad- diparitment tat-taxxi interni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk fhimtu sew, il-Ministru qabel qal \"jekk aħna nagħżlu li nidħlu fil-eurozone\".", "Naħseb li llum l-opting-out spiċċat u jekk Malta tibqa' miexja fit-triq għal sħubija sħiħa, ma jkollhiex dritt ta' l-għażla imma tkun trid tidħol fil-eurozone fuq bażi compulsory.", "Issa fid-dawl tal-fatt li l-parlament ftit ilu approva d-Data Protection Act, jista' l-Ministru jserraħ ras kulħadd illi l-entitajiet li huma linked mat-TCU kollha qegħdin joperaw f'konformita' sħiħa ma' din il-liġi sabiex tinbena data warehousing?", "Apparti minn dawk l-entitajiet li diġa` qegħdin jagħtu informazzjoni lit-TCU, il-gvern qiegħed jikkonsidra li jżid inputs ta' entitajiet oħrajn li għadhom ma daħlux f'din id-data warehousing?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma?", "Meta beħsiebu jdaħħalhom il-gvern biex jiġu ngranati fil-makkinarju tat-TCU?", "Fl-aħħarnett, jekk il-Ministru jippermettili, xtaqt nagħmel domanda marbuta ma' l-euro.", "Diversi drabi, il-gvernatur tal-bank ċentrali indika illi jista' jkun hemm re-alignment tal-baskett tal-currencies għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-euro component.", "Hemm il-ħsieb li l-parti tal-euro component tikber fil-munita Maltija a skapitu ta' l-isterlina jew a skapitu tad-dollaru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna rridu naraw li nkunu compliant mal-kriterji kollha ta' Maastricht qabel ma jkollna l-possibbilta' li nidħlu fil- eurozone, ladarba nkunu għaddejna minn dawn is-sentejn ta' testing tal- currency tagħna mal-euro biex nassiguraw li r-rata tagħna ma tkunx varjat la 'l isfel u lanqas 'il fuq minn 15%.", "Dwar liema huma dawk l-entitajiet li għadhom m'humiex fid-data warehousing system nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija bil-miktub għax m'għandix id-dettalji quddiemi u ma nazzardax inwieġeb għax ma rrid inħalli xejn barra.", "Pero' inżid ngħid li meta konna qegħdin niżviluppaw din is- sistema fit-TCU, konna għamilniha ċara li d-data protection trid tiġi onorata.", "Għalkemm m'għamilt l-ebda audit, l-informazzjoni kollha li għandna fil-warehouse hija kollha public domain.", "Jiġifieri aħna m'aħniex qed nidħlu f'xi informazzjoni miżmuma konfidenzjali minn xi entita` biex nitfgħuha fid-data warehouse.", "Per eżempju, ir-reġistrar tal-karozzi huwa public domain; jekk għandek każ ta' proprjeta', dik hija public domain; jekk għandek kuntratti li ngħataw mit-teżor, dawk huma public domain.", "Dawk l-affarijiet li għandna fid-data warehouse huma fil-public domain, kienu available indipendentement fid-dipartimenti differenti tal-gvern u f'entitajiet oħra u llum qegħdin jiġu miġbura f'data warehouse waħda biex ikunu jistgħu jitqabblu waħda ma' l-oħra.", "Il-materja dwar l-euro component tal-lira Maltija hija materja delikata ħafna u ma naħsibx li għandna noqogħdu niddiskutu fil-pubbliku dwar x'se jiġri u mhux se jiġri fil-futur.", "Il-gvernatur tal-bank ċentrali wera kif jaħsibha b'mod ġenerali u qal li hu jemmen li għandu jkun hemm component akbar ta' l-euro fil-lira Maltija.", "Din hija xi ħaġa li meta tiġi biex isseħħ il-gvernatur irid jiddiskutiha magħna.", "Fil-passat kellna diskussjonijiet fuq din l-issue, pero' naturalment x'se jsir u meta se jsir hija xi ħaġa li m'għandniex noqogħdu nperrċu qabel fil-fatt issir.", "RABAT – BIEB RUA –PROVVISTA TA' ILMA", "34419.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrimedja l-ħsarat fid-distribuzzjoni ta' l-ilma ġewwa farmhouse f'Bieb Rua, fil-limiti tar-Rabat, peress li r-residenti ilhom minn Diċembru tas-sena l-oħra mingħajr ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li minn spezzjoni teknika fis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma li għamlet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma madwar l-inħawi fejn tinsab ir- residenza msemmija, jirriżulta li l-provvista ta' l-ilma hija sodisfaċenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet illi l- pjani għal park nazzjonali f'Ta' Qali ma sarux u mbagħad saru żviluppi oħra li mhumiex konformi u kompatibbli mal-permessi u ma' l-iżvilupp fiż-żona?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ix-xogħol li qed isir fuq il-park nazzjonali huwa maqsum f'żewġ partijiet - dak tal-crafts village li jien involut fih u fejn ix-xogħol qiegħed miexi b'ritmu mgħaġġel, u l-parti l-oħra li tikkonsisti f'estenzjoni tal-park, li allura taqa' taħt ir-responsabbilta` ta' ministeru ieħor u x-xogħol huwa pprogrammat li jsir ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li filwaqt li fil-crafts village f'Ta' Qali l-iżviluppaturi ma ngħatawx permess li jwettqu l-iżvilupp meħtieġ skond il-pjanti, ħaddieħor ġie permess lilu li jwettaq żviluppi li jmorru kontra l-istess pjan li qed jirriferi għalih il-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt ix-xogħol li sar ma kienx hemm permess għalih u twettaq kontra r-regolamenti.", "Għalhekk wieħed jistenna li jittieħdu l-passi neċessarji bħalma jittieħdu kull meta jsir dan it-tip ta' ksur.", "Fl-1983 kien inħareġ permess mill-pulizija biex isiru ċerti attivitajiet u dan baqa' jiġi mġedded.", "Pero' hemm ukoll eviction order li eventwalment trid tiġi osservata għax m'huwiex il-pjan tal-gvern li hemmhekk isir xi tibdil.", "At this stage m'hemmx issue ta' kontroversja f'din il-kwestjoni u jekk hemm xi ħadd li qed jokkupa parti oħra tal-park nazzjonali li jrid jiċċaqlaq, m'għandux jiġi wżat bħala kriterju biex xi ħaddieħor ma jiċċaqlaqx għax il-gvern jemmen li kulħadd għandu jiġi ttrattat l-istess.", "Il-pjan li jkollna crafts village se jkompli għaddej u l-pjan li jkollna park nazzjonali bl-implikazzjonijiet kollha, anke ta' fejn hemm bżonn li ssir eviction, se jkompli għaddej ukoll.", "Min għamel affarijiet bla permess għamel dan b'infrazzjoni tal-liġi u jridu jittieħdu l-azzjonijiet kontra tiegħu biex l-affarijiet jiġu lura għan-normal.", "Dik hija l-intenzjoni tal- gvern u ma narax li għandu jkun hemm aktar kontroversja fuq ħaġa li finalment ma tikkostitwix bidla fil-policy tal-gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 190 ta' l-2002 – civil aviation (joint aviation requirements) (amendment) order, 2002;", "Avviż Legali Nru 191 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 dwar il- liċenzi għas-sewqan ta' vetturi bil-mutur;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-audited accounts għas-sena finanzjarja tal-Malta racing club li għalqet fit-30 ta' Ġunju 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34712; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 194 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar użu kontenut ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament; u", "Kopja tal-ftehim datat 21 ta' Marzu 2001 bejn Silvio u Charmaine Zammit u l-Gvern ta' Malta dwar kiri ta' sit biex titqiegħed gabbana fi Triq it-Torri, Tas-Sliema, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34830.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 192 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar il-kontaminanti fl-ikel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 193 ta' l-2002 – regoli ta' l-2002 li jemendaw regoli dwar tribunal għal talbiet żgħar; u", "Avviż Legali Nru 195 ta' l-2002 – avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Att Nru XII ta' l- 2002).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDINIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-proċeduri fil-qrati u fit-tribunali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, għandi pjaċir inressaq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li biex jinftiehem sew irid jiġi nkwadrat fl-istrateġija li addotta mill-bidunett dan il-gvern biex jaffronta l-problema ta' dewmien u n-numru ta' kawżi pendenti fil-qrati f'Malta u f'Għawdex.", "Irrid ngħid li pajjiżna bħal ħafna pajjiżi oħra Ewropej u m'humiex, li għandhom tradizzjoni ta' sistema ġudizzjarja li tiddependi mill-eżekuttiv, jiffaċċja l-problema ta' dewmien fil-qrati.", "Din hi problema li ġejja mill- evoluzzjoni tas-soċjeta' fis-sens li r-relazzjonijiet soċjali dejjem isiru iktar problematiċi u allura r-rikors għall-qorti u għat-tribunali ġudizzjarji isir iktar frekwanti.", "Minħabba dan tiżdied ukoll il- kumplessita' tal-liġijiet u allura d-diffikulta' tar-riżoluzzjoni tal- problemi li jinqalgħu fis-soċjeta'.", "Meta sirt avukat jien iktar minn 25 sena ilu, ftit kienet tingħata attenzjoni lil-liġijiet finanzjarji u bankarji.", "Illum il-liġijiet finanzjarji u bankarji jikkostitwixxu l-branki ewlenin ta' fejn jaħdmu l- avukati.", "Dawn huma wkoll uħud mill-ikbar pilastri li fuqhom jiddependi x- xogħol fil-qrati tagħna.", "Bħalhom nista' nsemmi, per eżempju, l-qasam ta' l- assigurazzjoni u l-qasam tax-shipping fejn sa ftit snin ilu ftit li xejn kien hemm kawżi.", "Illum minħabba t-tibdil fid-dinja kummerċjali u soċjali in ġenerali l-problemi f'dan il-qasam iġġeneraw problemi ġudizzjarji u kumplessita' ġudizzjarja.", "Kontra 25 sena ilu, in-numru kbir ta' kawżi ġenerati f'pajjiżna u pajjiżi oħra huma kreati mill-konsumeriżmu li jeżistu fis-soċjeta'.", "Nażżarda ngħid li kważi nofs il-kawżi eżistenti fil-qrati tagħna, huma sempliċement kawżi biex min ikun biegħ xi ħaġa jipprova jiġbor lura parti mill-prezz tagħha għax ix-xerrej ma jkunx ħallasha kollha.", "Qabel il-kawżi kien ikollhom x'jaqsmu ma' propjeta, servitujiet, dritt ta' passaġġ, dritt ta' ilma, diviżjonijiet jew relazzjoni personali.", "Illum it-tip ta' ħajja nbidlet totalment u qed tiġġenera tip ta' kawżi differenti.", "Din hija r-realta' f'kull soċjeta' li tkun qiegħda tevolvi.", "Numru ta' kittieba fl-oqsma soċjali jsostnu li l-enerġija jew il-kapaċita' ta' soċjeta' li tinbidel tista' tiġi wkoll imkejla mit-tip ta' kawżi li jkun hemm fil-qrati ta' dak il-pajjiż.", "F'ekonomija stagħġnata li l-bażi tagħha dejjem tibqa' l-istess, it-tip ta' każi li jispiċċaw il-qorti ħafna drabi jkunu konnessi ma' l- iktar affarijiet essenzjali ta' l-ekonomija stess u tar-relazzjonijiet inter-personali.", "Mhux hekk f'ekonomija li tkun miftuħa u li tkun suġġetta għal influwenzi differenti.", "Meta aħna niddiskutu problemi li jeżistu llum fil-qrati tagħna tajjeb li nżommu f'moħħna li dak li qed nikkomparaw m'huwiex l-istess mal-qrati ta' 10 jew 15-il sena ilu.", "Dawn huma problemi ħafna iktar komplessi u ħafna drabi iktar diffiċli biex jissolvew.", "Huwa veru li nistgħu inqabblu ċ-ċifri li kellna din is-sena' ma' 15-il sena ilu, pero' r-realta' hi li l- kumplessita hi totalment differenti.", "Tajjeb li nżommu dan kollu f'moħħna qabel ma nqabblu għax irridu nifhmu wkoll li l-eżiġenzi tal-lum huma totalment differenti mill-esiġenzi tal- bieraħ.", "Jien irrid nikwadra din il-liġi li għandna quddiemna fl-istrateġija li għandu l-gvern biex jattakka l-problema ta' kawżi pendenti speċjalment fil-prim' awla tal-qorti ċivili.", "Din ukoll tinkwadra l-istrateġija sħiħa ta' kif jidhrilna li għandna norjentaw ruħna f'pajjiżna biex nattakkaw il-problema li kellna fil-backlog tal-qrati tagħna kif ukoll tal-effiċjenza tal-ġustizzja.", "Nenfasizza l- kelma strateġija għaliex dan il-gvern jemmen li din il-problema ma tistax tiġi attakkata b'inizjattivi iżolati u wisq inqas bil-quick fixes kif jgħidu l-Ingliżi.", "Din hija problema li ilha tikber għal dawn l-aħħar 20 sena taħt amministrazzjonijiet differenti, li min-natura tagħha stess m'hijiex solubbli billi jinżel xi ħadd u jxejjer xi bakketta maġika u f'daqqa waħda jgħid li solviha.", "Il-problemi ta' dan it-tip jissolvew biż-żmien u billi wieħed ikollu diversi partijiet jgħinu lil xulxin biex jaslu għal għan komuni.", "Problemi ta' dan it-tip jissolvew biss jekk wieħed ikollu strateġija fit-tul mibnija fuq numru ta' riżultati strateġiċi fi żmien qasir li jintlaħqu wieħed wieħed u li meta jingħaddu flimkien jidher ir- riżultat tagħhom.", "Irrid ngħid x'kienet l-istrateġija li bbaża fuqha l- gvern.", "Meta nirreferi għall-effiċjenza ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tajjeb li nagħmel premessa.", "Dan il-gvern, bħal kull gvern demokratiku, m'għandu ebda kontroll u m'għandu jkollu l-ebda kontroll fuq il-ġestjoni tal-kawżi.", "L-obbligu ta' kull gvern f'sistema demokratika hu li jipprovdi lill-ġudikatura support amministrattiv biex tkun tista' tagħmel xogħolha.", "Minn mindu tidħol kawża sakemm tiġi deċiża finalment l-unika persuna responsabbli għall- amministrazzjoni tal-kawża hi l-ġudikant li lilu tiġi assenjata l-kawża.", "Ir- regoli ta' kif tiġi assenjata, lil min tiġi assenjata, meta tiġi appuntata, kif tinstema', meta tinstema' u meta tiġi deċiża huma affarijiet li dan il- gvern la jippretendi li għandu jidħol fihom u wisq inqas għandu responsabbilta` għalihom.", "Ir-responsabbilta` ta' kull gvern hi li jipprovdi lill-ġudikatura bl-amministrazzjoni ġenerali li tista' lilhom tiffaċilita xogħolha u li tgħin fis-smigħ u fl-amministrazzjoni tal-kawżi.", "Dan qed ngħidu għaliex f'pajjiżna, bħal f'ħafna pajjiżi oħra, mhux kulħadd jifhem li din id-distinzjoni hija essenzjali għal kull demokrazija u li m'hawnx diviżjoni politika dwarha.", "Mr Speaker, ilkoll naqblu li hekk irridu nimxu pero` mhux forsi kull ċittadin Malti u Għawdxi jifhem din id-distinzjoni u allura kont qed ngħid li fi ħdan din id-diviżjoni tal-poteri f'kull demokrazija l-oġġettivi strateġiċi li aħna ppreferejna bħala gvern kienu erbgħa.", "L-ewwel ħaġa ridna kienet li fuq mhedda ta' snin innaqqsu n-numru ta' kawżi li hemm pendenti fil-qrati tagħna.", "It-tieni ridna li nsaħħu l-kundizzjonijiet li fihom taħdem il-ġuridkatura tagħna.", "It-tielet ridna li nibnu struttura maniġerjali biex tkun tista' tamministra l-qrati tagħna.", "Ir-raba' kien hemm ħtieġa li nirristrutturaw l-ispazju tal-qorti.", "Semmejt dawn l-erba' oġġettivi strateġiċi bħala għanijiet fit-tul li ridna nilħqu għaliex nemmen li l-liġi li għandna quddiemna llum hija mezz ieħor biex nilħqu dawn l-oġġettivi strateġiċi.", "Diġa' għedt li jien ma nemminx li bil-problema li kienet teżisti u li sa ċertu punt għadha teżisti, xi ministru seta' jiġi u jagħti soluzzjoni bil-bakketta ta' Harry Potter.", "Ma nemminx li din tista' ssir fuq mhedda ta' ħames snin, pero` nemmen li problema li ilha magħna 20 sena, f'dawn it-tliet snin u nofs li ilna f'din l-amministrazzjoni ġiet attakkata bi strateġija li ħalliet l-effetti tagħha u li uriet riżultati.", "Jeħtieġ pero` li biex dawn ir-riżultati fl-aħħar mill- aħħar jilħqu l-għanijiet strateġiċi tagħhom jgħaddi iktar żmien u matul dan iż-żmien irridu nibqgħu mexjin, hemm min hemm fil-gvern u hemm min hemm bħala ministru.", "Irridu nimxu fuq linji li naqblu fuqhom għaliex jekk inbiddlu l-linji ta' kif naħdmu faċilment nistgħu inbiddlu r-rotta u s- suċċessi li nħolqu s'issa jistgħu faċilment jintilfu.", "Mr Speaker, kif għedt hemm erba' oġġettivi strateġiċi li poġġejna quddiemna li kienu t-tnaqqis tan-numru tal-kawżi pendenti, it-tisħiħ tal- kundizzjonijiet tal-ġudikatura, il-bini ta' struttura maniġerjali u ristrutturazzjoni ta' l-ispazju tal-qrati tagħna.", "Irrid ngħid ukoll fejn qegħdin illum f'dawn l-erba' oġġettivi.", "L-ewwel wieħed, dak l-aktar ikkritikat kien dak li jaffettwa lin-nies minħabba d-dewmien.", "Se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ċ-ċifri relattivi biex nikkompara l-qrati kriminali u l-qrati ċivili tagħna ma' kif sibnihom meta daħlet din l- amministrazzjoni f'Diċembru ta' l-1998.", "Se nikkomparahom ma' Ġunju ta' din is-sena, proprju x-xahar li għadda.", "L-ewwelnett se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra l-istatistika relattiva għall-kawżi pendenti fil-qrati kriminali.", "Insibu li fl-appell kriminali superjuri ġie reġistrat fil-perijodu ta' bejn Diċembru 1998 u Ġunju ta' din is-sena tnaqqis ta' 22%.", "Fl-appelli kriminali inferjuri kien hemm tnaqqis ta' 63%.", "Fil-qroti kriminali - jiġifieri fil-ġurijiet - kellna 60 ġuri pendenti f'Diċembru 1998 u llum għandna 30 ġuri pendenti - tnaqqis ta' 50%.", "Quddiem il-qrati tal- maġistrati - li fil-qasam kriminali huma l-iktar li jinstemgħu kawżi - insibu li waqt li f'Diċembru 1998 kien hemm iktar minn 10,000 kawża pendenti, issa għandna 7,300 pendenti, tnaqqis ta' 28%.", "Żgur li n-naħa l- oħra ma tistax tattakkana u tgħid li dan it-tnaqqis sar għaliex żidna l- ispejjeż tal-qorti għaliex kif kulħadd jaf hawnhekk m'hawnx spejjeż tal- qorti involuti.", "Jekk wieħed jgħodd kollox, isib li minn 10,500 kawża pendenti fil-qrati kriminali kollha llum inżilna għal 7,500 kawża pendenti - tnaqqis ta' 29%.", "L-istess tnaqqis insibuh fil-qrati u t-tribunali ċivili.", "M'iniex se naqrahom wieħed wieħed għaliex hawn diversi, pero` se npoġġihom ukoll fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-1998, meta ġiet eletta din l-amministrazzjoni kien hemm 16,000 kawża pendenti u x-xahar li għadda kien hemm kważi 13,400.", "Fuq medda ta' sentejn u nofs kien hemm tnaqqis ta' 2,600 - ċirka 16% ta' dak li sibna meta dħalna fl- amministrazzjoni.", "Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - biex żgur ma niġix akkużat li qed inħalli xi statistika barra - l-analiżi ta' bejn Jannar u Ġunju ta' l-2002 kemm tal-qrati ċivili kif ukoll tal-qrati kriminali komparata ma' dak li kien hemm sas-sena l-oħra.", "Niftaħar li din hija l-ewwel darba mis- sena l-oħra 'l hawn li kull xahar qiegħda tiġi pubblikata l-istatistika ta' kull qorti u tribunal li jeżisti f'Malta.", "Qabel qatt ma kienu jiġu ppubblikati dawn l-istatistiċi.", "Hawnhekk mhux biss qed tiġi pubblikata statistika dettaljata tal-qrati, pero' qed tiġi subdiviża skond kull imħallef u kull maġistrat u komparata ma' dak li kien jiġri qabel.", "Qed tkun ukoll komparata fuq medda ta' snin.", "Irridu niftaħru li dan huwa avvanz li jista' jippermetti lil kulħadd li jara kif l-effiċjenza tal-ġustizzja qiegħda taħdem jew mhux qiegħda taħdem.", "Mr Speaker, nirrepeti li f'dawn it-tliet snin u nofs irreġistrajna tnaqqis ta' 29% tal-kawżi pendenti fil-qrati kriminali u 16% fil-qrati ċivili.", "Dan ma seħħx għaliex dan huwa xi gvern li jagħmel il-mirakli jew għaliex hemm jien ministru.", "Dan ma ġarax għaliex f'daqqa waħda telgħet ix-xemx f'Diċembru 1998.", "Nazzarda ngħid li dan seħħ għaliex il-gvern għaraf iħaddem strateġija li kienet issostni l-isforzi li saru mill-ġudikatura u mill- avukatura biex jinbidlu s-sistemi l-antiki.", "Jien ċert li l-attakk min-naħa l-oħra se jkun li s-16% tnaqqis ta' kawżi pendenti reġistrati fil-qasam ċivili huwa dovut għat-tibdil fl-ispejjeż tar-reġistru.", "Minħabba dan se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tqabbil bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2000 - jiġifieri qabel it-tibdil fl-ispejjeż tar-reġistru.", "Dan sar f'Ottubru tas- sena 2000.", "Hawn qed inqabbel Jannar sa Ġunju tas-sena 2000 - qabel ma sar tibdil fl-ispejjeż tal-qorti, ma' Jannar u Ġunju ta' din is-sena fil- libelli kollha tal-qrati, fil-qrati superjuri kollha, fil-qrati inferjuri kollha u fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Hawn jirriżulta li fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000, qabel ma sar tibdil f'ċerti spejjeż tar-reġistru kienu daħlu 3,100 kawża.", "Fis-sitt xhur li għaddew daħlu 2,750 kawża li huwa tibdil minimu u normalissimu jekk nikkomparawh storikament man-numru ta' kawżi li daħlu.", "Dan juri li llum qed naħdmu bl-istess numru ta' kawżi jekk wieħed jgħodd il-libelli kollha differenti ma' li kien hemm qabel ma sar xi tibdil fl-ispejjeż tar-reġistru.", "Qed ngħid dan għaliex sinċerament nemmen li waqt li ċertament it-tibdil li kien hemm fl-ispejjeż tar-reġistru kellu ċertu effett, nemmen ukoll li ma kienx l-effett li ssemmi n-naħa l-oħra li qed tgħid li qed inġiegħlu lin- nies ma tmurx il-qorti.", "Ir-realta' hi li t-tibdil fl-effiċjenza ta' l- amministrazzjoni u l-kapaċita' li wieħed imur il-qorti u jkollu kawża deċiża iktar malajr milli kien jiġri qabel, kellu l-effett tat-tnaqqis fil- kawżi pendenti wkoll.", "Dan huwa dovut għall-kundizzjonijiet differenti minn dan.", "Dan huwa dovut l-iktar għal tibdil fil-kundizzjonijiet li taħthom taħdem il-ġudikatura tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar nitkellmu kemm nitkellmu u nagħmlu x'nagħmlu bħala amministrazzjoni rridu nifhmu ħaġa waħda.", "It- tnaqqis fil-kawżi pendenti jew l-għaġġla jew inqas jew id-dewmien li tiġi deċiża kawża jiddependi biss minn maġistrat jew imħallef.", "Hu jagħti s- sentenza.", "Jien m'għandi ebda dubju li l-kundizzjonijiet li bihom jew taħthom taħdem il-ġudikatura tagħna, teffettwa r-rate of disposal tal-kawżi tagħna.", "It- tieni nemmen li llum hemm organizzazzjoni aħjar fl-istruttura maniġerjali tal-qrati tagħna.", "Ma wasalniex fl-ottimu u għadna 'l bogħod ħafna.", "It- tielet qed inbiddlu s-sistema proċedurali, u hawnhekk tidħol din il-liġi li biha jiġu amministrati l-kawżi.", "Ir-raba', nemmen li kien hemm l-ikbar effett bit-tibdil fil-kompetenza finanzjarja bejn prim awla, qorti tal- maġistrati u small claims.", "Għaliex it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar qed jilqa' iktar kawżi qed ikollna l-effett li l-kawżi jinqatgħu iktar malajr għaliex il-qorti tal-maġistrati llum tisma' kawżi ta' sa Lm5,000.", "Il-kawżi qed jinqatgħu iktar malajr milli kienu jinqatgħu fil-prim' awla tal-qorti ċivili quddiem l-imħallfin tagħna.", "Dan huwa l-effett prinċipali li kellna biex wasalna għal dawk ir-riżultati li huma pożittivi ħafna u li ftit amministrazzjonijiet preċedenti jistgħu jiftaħru bihom.", "Tnaqqis ta' 29% fil-qrati kriminali u tnaqqis ta' 16% fil- kawżi ċivili pendenti huwa tnaqqis sostanzjali li ċ-ċittadin Malti u Għawdxi jħoss immedjatament.", "Jekk inkunu għaqlin biżżejjed biex nibqgħu nibnu fuqu, dan se jkun tnaqqis li jwassal għall-wegħda li fil-livelli tal- qrati tagħna jkollna effiċjenza fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja li tissarraf f'inqas żmien bejn il-bidu ta' kawża u d-deċiżjoni tagħha.", "Irrid ngħid li llum iktar min-nofs il-kawżi tagħna - ċirka 55% - isiru quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Dan seħħ permezz tas-sistema li ntroduċa dan il-gvern.", "Jekk nieħdu l-ewwel sitt xhur insibu li 1,600 kawża minn 2,750 saru quddiem it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar.", "Hawnhekk qed ngħodd it-talbiet kollha li jsiru.", "Hawn qed nitkellem fuq iktar minn nofs il-kawżi - 55% jew 57%.", "Dawn qed jiġu deċiżi f'medja ta' tliet xhur.", "Aktar minn 60% tal-kawżi tagħna qed jiġu deċiżi fi żmien tliet xhur.", "Quddiem il- qrati tal-maġistrati saru 420 kawża minn 2,700.", "Il-medja hawnhekk hija ta' disa' xhur.", "Jekk ngħodd it-tnejn flimkien insib 2000 kawża fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena minn 2,700 kawża li ma jdumux iktar minn disa' xhur quddiem il-qrati tagħna.", "Il-problemi għadhom jeżistu fis-700 kawża l-oħra li jmorru quddiem il-ġudikanti u l-imħallfin tagħna fil-prim awla tal-qorti ċivili jew fl-appell fejn għedna li hemm il-problema tal-backlog.", "Hawn irridu nkomplu naħdmu u hawn hu l-punt li jeffettwa t-tibdil fil-kompetenza finanzjarja.", "Irridu ngħidu wkoll il-pożittiv.", "Il-pożittiv qed iseħħ grazzi għall-ġudikatura, għall-avukatura, għal min jamministra l-qorti u xi ftit għall-istrateġija adottata.", "Dan huwa riżultat li bih għandna biex niftaħru.", "Mr Speaker, meta ngħodd dan kollu flimkien naħseb li qegħdin fit-triq it-tajba biex l-ewwel oġġettiv strateġiku, it-tnaqqis tal-kawżi pendenti, jintlaħaq.", "Ma lħaqniehx u għad baqa' biex nilħquh.", "Irridu nkomplu xahar wara xahar nisħqu dwar il-bżonn li nilħquh.", "Ma nistax ma nikkritikax id-dewmien fil-qrati ta' l-appelli ċivili.", "Ma nistax ma nikkritikax id-dewmien fil-bord ta' l-arbitraġġ dwar l- artijiet jew fil-bord tal-qbiela.", "Ma nistax ma nikkritikax il-progress li qed isir bil-mod ħafna fil-qrati ċivili f'Għawdex għax dawn joħorġu xahar wara xahar miċ-ċifri li nippubblikaw.", "Irrid ninża' l-kappell lill-qorti tal-prim'awla, lill-qrati tal-maġistrati u lil dawk il-maġistrati li jaħdmu fil-kamp ċivili.", "Irrid ninża' l-kappell lill-aġġudikaturi li għandna fit-tribunal għat-talbiet iż-żgħar mhux għaliex m'għandhomx problemi imma għaliex ir-riżultati bdew jinkisbu.", "Jien nemmen li bi ftit sforz individwali minn numru ta' ġudikanti - u Allaħares nitfa' lill-ġudikanti kollha fl-istess ilma – nistgħu naslu.", "L-istatistika li nippubblika kull xahar hija maqsuma individwalment, maġistrat maġistrat, imħallef imħallef biex kulħadd ikun jista' jara li hemm differenza.", "L- appell tiegħi lill-ġudikanti u lill-ġudikatura huwa li hemm bżonn jagħmlu din id-distinzjoni u hemm bżonn jaraw min qed ifalli u min qed ikollu s- suċċessi għaliex jien mhux se nindaħal.", "M'għandi l-ebda dritt nindaħal, anzi ngħid li għandi obbligu li ma nindaħalx.", "L-obbligi kostituzzjonali tiegħi u ta' dan il-gvern iridu jiġu osservati, pero` għandhom ir- responsabbilta` jaraw u jisimgħu wkoll mill-avukati u minn min qiegħed jaħdem u jagħti r-riżultati.", "Iridu jaraw ukoll min qed jaħdem u mhux qed jagħti riżultati.", "Min jaqra ċ-ċifri pubblikati xahar wara xahar dan jafu u jista' jindikah.", "Hemm bżonn li l-ġudikatura u l-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal- ġudikatura tibda tieħu passi fuq min m'huwiex qed jagħti dawn ir-riżultati.", "Ma nistgħux nibqgħu nitkellmu fuq il-ġudikatura kollha għaliex mhux veru li l-ġudikatura kollha mhux qed tagħti riżultati.", "Illum ħadd m'għandu l-iskuża li ma jafx.", "Mill-kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja sal- membri parlamentari, sal-kamra ta' l-avukati, sal-membri tal-ġudikatura individwali qed jidhru ċ-ċifri kollha, xahar xahar, imħallef imħallef u maġistrat maġistrat.", "Il-gvern mhux se jieħu passi għaliex m'għandux din ir- responsabbilta` li jindividwa wieħed jew ieħor, pero` llum din l- informazzjoni kollha hija pubblika u min għandu r-responsabbilta`, bħal kummissjoni ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, li jibgħat għat-tali imħallef u għat-tali maġistrat irid jerfa' dik ir-responsabbilta` issa.", "Spiċċa ż-żmien li nibqgħu ninħbew għaliex m'għandniex numri jew għax ma nafuhomx.", "Wasal iż-żmien li l-maġġoranza l-kbira tal-ġudikatura tirrispondi għall-isfida li hemm u m'għandhomx ikunu l-individwi li jitħallew jagħmlu l- bsaten fir-roti u ma jiġbdux il-ħabel huma stess.", "Huwa evidenti għal min irid jaqra ċ-ċifri min qed jirrispondi għal din l-isfida u min qiegħed ċiċċi u ma jagħmel xejn u jħalli din l-isfida għaddejja.", "It-tieni oġġettiv strateġiku nemmen li lħaqnih kważi bis-sħiħ.", "Dan hu t- tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-ġudikatura.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li dan il-gvern iffaċċja bis-sħiħ id-diffikulta` tal-kundizzjonijiet finanzjarji li fihom kienet taħdem il-ġudikatura tagħna.", "Ħadna deċiżjoni fil-bidunett li ma jistax ikun li nibqgħu bis-sistema fejn il-ġudikatura tagħna trid tkun imwaħħla fil-parametri tas-servizz ċivili.", "Jew se nattiraw lejn din il- ġudikatura nies li ħadmu fil-qasam privat u li kienu suċċess bħala avukati b'mod personali u nagħtuhom pakkett finanzjarju li jixirqilhom jew inkella ma naslux.", "Mhux għaliex il-pakkett finanzjarju huwa kollox u mhux għaliex il-pakkett finanzjaru xi darba se jkun viċin dak li wieħed jista' jaqla' fil-privat.", "Ebda pajjiż m'hu hekk.", "Ma nistgħux nippretendu li persuna li tkun għamlet karriera ta' avukat u li kienet suċċess taqla' ċertu ammont u issa li saret imħallef ma jkollhiex pakkett diċenti.", "Minkejja li mħallef fl- Ingilterra jaqla' Lm150,000 xorta jaqla t-tripplu jekk ikun fil-privat.", "B'Lm150,000 fl-Ingilterra wieħed jgħix.", "F'Malta b'ebda mod dak li jaqla' imħallef illum m'hu viċin dak li jaqla' avukat fil-privat Malti, pero` l- ħlas irid ikun diċenti u ffaċċjajna din il-problema mill-bidu.", "Naħseb li llum il-pakkett finanzjarju kollu li qed noffru lill-ġudikatura tagħna huwa pakkett diċenti u naħseb li l-fatt li llum m'huwiex daqshekk diffiċli biex persuna ssir ġudikant huwa sinjal ta' suċċess.", "Mr Speaker, affrontajna wkoll numru ta' problemi li kienu jeżistu f'dan il- qasam u nsemmi waħda biss - il-problema perenni li kellna fuq il-kiri tal- karozzi.", "Minħabba li ħadd ma ried jiffaċċja din il-problema konna nispiċċaw b'karozzi li kienu jinkrew.", "Ħadd ma kien jindaħal lill-ġudikatura meta tikri, kif tikri u fi x'ħin tikri u konna nispiċċaw inħallsu eluf kbar ta' liri.", "Illum krejna karozza ġdida għal kull ġudikant, tajnihom petrol allowance ta' Lm750, xufier ma' kull wieħed u karozza li hija fully expensed.", "Dan ifisser li jekk wieħed jaħbat jirranġawielu u jagħtuh karozza oħra.", "Għal ġieħna hawnhekk qed niffrankaw Lm80,000 fis-sena għaliex qabel is-sistema tant kienet laxka u miftuħa għall-abbuż li mhux l-ewwel darba li spiċċajna b'karozzi mikrijin fit-3.00 a.m. Mhux l-ewwel darba li spiċċajna b'żewġ karozzi jew tlieta mikrijin lill-istess ġudikant u ħafna kummiedji minn dawn.", "Iffaċċjajna din il-problema u mhux kulħadd ħa gost biha fil- ġudikatura, imma ma nistgħux inħalluhom jagħmlu li jridu.", "Fejn hemm problemi irridu nattakkawhom u fejn għandhom raġun irridu nagħtuhulhom.", "Minħabba dan jien nibbilanċja t-tibdil fil-kundizzjonijiet finanzjarji tal- post tal-ġudikant mar-responsabbiltajiet li għandu.", "Kien hemm il-problema ma' ċerti ġudikanti fuq l-użu tal-mobile.", "Ċerti kontijiet huma inġustifikabbli u għalhekk iddaħħal il-limitu ta' kemm jistgħu jagħmlu telefonati kull xahar fuq medda ta' sena.", "Dan mhux biss għall-ġudikanti imma anke għas-servizz ċivili.", "Ma jistax ikun li nibqgħu niffaċċjaw kontijiet tal-mobile ta' ċerti ġudikanti ta' Lm300 jew Lm400 fix- xahar.", "Minħabba dan għamilna limitu ta' Lm350 fis-sena għaliex jekk m'humiex kapaċi li jikkontrollaw ruħhom ikollna nagħmlu limitu aħna.", "Dawn huma affarijiet tat-tfal.", "Ħadd m'hu se jitkellem jekk wieħed ikun diċenti u jaħdem bħan-nies.", "Hawnhekk hawn problema ta' awto-kontroll.", "Malli l-gvern jipprova jikkontrolla jqum xi bravu u jgħidlu li qed jindaħal lill-ġudikatura.", "Dawn l-affarijiet ma nagħmluhomx biex nindaħlu.", "Huma jridu jikkontrollaw lilhom infushom.", "Jekk mhux kapaċi jikkontrollaw allura nikkontrollaw wara.", "Dak li jabbuża jwaħħal f' dak li mhux qed jabbuża.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk anke t-telefon tad-dar ikolli nikkontrolla għaliex ma jistax ikun li jkolli kont tat-telefon tad-dar li jiġi Lm1,600 fis-sena.", "Irridu nilagħbu tat-tfal u nagħmlu l-kontrolli jew inkella nilagħbu tan-nies.", "Irrid ngħid lill- imħallfin u lill-maġistrati li llum għandhom paga u kundizzjonijiet diċenti ħafna u ħadd ma jindaħlilhom f'xogħolhom.", "Dawn għandhom ħafna fringe benefits pero` f'ġieh is-sewwa ma rridux noqogħdu nabbużaw.", "It-tisħiħ tal- kundizzjoni tal-ġudikatura jistgħu jiġu biss jekk kulħadd jagħmel kontroll.", "Irrid ngħid li mhux kulħadd għandu team għax il-problemi tar-recruitement qegħdin hemm ukoll.", "L-oġġettiv li għandna hu illi kull ġudikant, imħallef jew maġistrat ikollu team żgħir kif għandu kull ministru u jkun jista' jikkontrollah hu.", "Mhux ħa nindaħlulhom meta jiġu jaħdmu, meta jagħtuhom il- leave jew meta joħorġu.", "F'ġieh is-sewwa, madankollu jridu jikkontrollawh sew.", "Jiena jista' jkolli lil xi ħadd li qiegħed uffiċjalment bis-sick leave, u nibgħatlu d-dar ix-xogħol biex jittajpja t-transkrizzjonijiet tax- xhieda.", "Nistaqsi jekk dan jippretendix li nħallsu tat-transkrizzjonijiet tax-xhieda għax hu ħabib ta' maġistrat.", "Dawn huma l-abbużi li mhux talli jwaqqgħu l-isem ta' l-individwu tal- maġistrat jew ta' l-imħallef imma jwaqqgħu l-isem tal-ġudikatura u rridu naqtgħuhom għax huma dawn l-abbużi li jġibu fix-xejn ix-xbieha tal- ġudikatura.", "Jekk il-gvern u l-pajjiż qed jagħmel l-isforzi tiegħu ma jistax ikun li nibqgħu inħallsu Lm90,000 jew Lm80,000 fi traskrizzjonijiet tax- xhieda li jinqasmu bejn 10 minn nies li jaħdmu hemm ġew bil-Camorra bejniethom.", "Dawn huma kkontrollati minn tnejn jew tlieta minn nies.", "Ma jistax ikun li jkolli l-unions jaqbżu għal dawn l-affarijiet meta dan huwa suppost xogħol normali li jsir ta' kuljum.", "Ma nistax nippretendi li gvern ikun qiegħed jaħdem biex isaħħaħ il-kundizzjoni tal-ġudikatura waqt li l- ġudikatura tgħid li kienet tippretendi li tagħmel l-artikli għax ma kenitx imħallsa tajjeb jew għax ma kellhiex nies biex taħdem.", "Jiena ngħid li mexjin fit-triq it-tajba u ma rridx li wieħed, tnejn jew tlieta min-nies illi forsi mhux qed iħarsu fit-tul jattakkaw it-tajjeb ħafna li qed isir fil-maġġoranza kbira.", "L-appell tiegħi lill-ġudikatura hu li tibda taħdem bħala team u taħseb kolleġġjament.", "Wieħed waħdu jattakkalha r-reputazzjoni.", "L-istramberija ta' maġistrat wieħed jew imħallef wieħed taf titfa' dell fuq kulħadd.", "In-nies fit-triq ma tippuntax lejn maġistrat jew ieħor iżda lejn il-maġistrati u l-imħallfin kollha.", "Din hemm bżonn li jifhmuha.", "Jiena nisma' ħafna u jsemmuli ħafna avukati.", "Mhux lili jridu jgħidu iżda lill-ġudikatura stess għax hemm għad baqalna ħafna x'naħdmu fuq is-sens ta' awto-responsabbilta'.", "Ma jridux jifhmu li n-nies tal-ġudikatura iridu jiddixplinaw lilhom infushom bħala ħaġa waħda.", "Huma stess iridu jifhmu li kull wieħed minnhom għandu biċċa x'jerfa' u flimkien iridu jerfgħu lkoll.", "Din ma jistax jagħmilha l-gvern għalihom u ma jistax jagħmilha ħaddieħor.", "Mr Speaker, politiku kemm jien politiku, xorta jien parti mill-avukatura.", "Missieri kien president tal-Kamra ta' l-Avukati u kien iħobb il-liġi iktar milli nħobbha jiena.", "Jien għandi interess li jkolli bank tal-ġudikatura li jkun ammirat minn kulħadd, pero` din tiġri biss jekk il-bank tal- ġudikatura jkollu l-amor proprju li jiddixxiplina lilu nnifsu.", "L-oġġettiv strateġiku kien li nibnu struttura maniġerjali fil-qorti tagħna.", "Ir-realta' hi li meta jiena sirt segretarju parlamentari ma kienx hemm management fil-qorti.", "Kellna direttur ġenerali u assistent reġistratur wieħed.", "Din kienet l-istruttura maniġerjali kollha li sibt.", "Kellna nuqqas ta' deputati reġistraturi, nuqqas ta' messaġġiera tal-qorti, nuqqas ta' marixxalli u nuqqas ta' staff b'mod ġenerali.", "M'iniex se nidħol fid- dettalji ta' kif saret ir-riforma pero` ngħid x'kienu r-riżultati.", "Illum l- istaff fil-qorti jgħodd iktar minn 400 persuna u għandna direttur ġenerali.", "Ħa jkollna tliet reġistraturi separati u numru ta' assistenti diretturi.", "Għandna direttur finanzi u amministrazzjoni u struttura mqassma f'sezzjonijiet.", "Ippubblikajna l-istruttura kif inhi u għandna nies assenjati għal kull uffiċċju.", "Issa hemm l-istruttura.", "Hemm imniżżel kif irridu nimxu pero` jien l-aħħar wieħed li ngħid li għax nibnu l-istrutturi u għax nagħmlu l-kaxex fuq il-karti inkunu solvejna l-problema.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-problemi jsolvuhom biss in-nies u huwa biss bil-perseveranza illi wieħed jimla' l-organisation chart tiegħu u jħarreġ in-nies biex jasal għal soluzzjonijiet ta' veru.", "Jiena l-ewwel wieħed li ngħid bħala l- ministru responsabbli li għamel din ir-riforma, illi għadna 'l bogħod ħafna milli jkollna l-istruttura organizzattiva li għandha bżonn il-qorti u li taħdem b'effiċjenza.", "Hemm nuqqasijiet enormi.", "Jiena sodisfatt b'kif jaħdmu l-mandati, kif jaħdmu n-notifiki, kif jaħdmu s-subasti u kif taħdem is- sistema ta' recruitment.", "Mhux se noqgħod indur mal-lewża.", "Minħabba l-unions u ċ-ċivil irridu sitt xhur biex nappuntaw messaġġiera jew assistenti fil- qorti.", "Biex joħorġu applikazzjonijiet tar-reġistaturi u nipproċessaw il- calls irridu mmoru l-MPO, mbagħad il-finanzi, imbagħad naraw li jkunu ta' ċertu livell, imbagħad irid isir eżami, imbagħad l- interview.", "Wara dan, kollox irid imur il-PSC.", "Bħala medja, biex jimtela' post qed nieħdu mill- inqas erba' xhur.", "Ma jistax ikun li nibqgħu b'dawn il-proċeduri ta' recruitment.", "Ma jistax ikun li noħorġu applikazzjonijiet għal 15 –il assistent tal-qorti u japplikaw tnejn biss.", "Nistaqsi issa jkollniex nerġgħu noħorġu l-applikazzjonijiet u ngħaddu mill-proċeduri kollha li semmejt hawn fuq.", "B'hekk jinħlew xi ħames xhur oħra.", "Għad għandna l-problemi, Mr Speaker, pero' għamilna wkoll l-avvanzi fuq l- oġġettiv li jkollna struttura.", "Ħdimna biex ikollna struttura organizzattiva aħjar.", "Insemmi biss is-sistema li għamilna fejn is-sentenzi kollha llum huma online.", "Is-sistema tal-liġijiet illi għamilna qegħda fuq computer online.", "Veru li fil-livell ta' maġistratura għad m'għandniex tariffi ġudizzjarji pero` qegħdin jaħdmu fil-livell ta' l-imħallfin.", "Hemm ukoll is- support li għandna fl-uffiċċji amministrattivi.", "Bit-tibdil li ħa nagħmlu minn Ottubru li ġej, l-avukati u kull persuna li jinteressaha l-qorti, mid- dar jew mill-uffiċċju tagħha ħa tkun tista' tara d-dettalji kollha ta' kull kawża illi jkun hemm fil-qrati tagħna.", "Hemmhekk se jkun hemm il-verbali u d- diferimenti kollha li jsiru.", "Ikun hemm ukoll is-sentenzi kollha li jingħataw.", "Ċertament għadna 'l bogħod, Mr Speaker, pero` t-triq bdejnieha.", "F'dan il-kuntest ma nistax ma nsemmix il-pass li ħadna riċentament biex waqqafna akkademja għat-taħriġ ta' l-impjegati tal-qorti.", "Din hija l-iktar ħaġa li għandha potenzjal li tbiddel dak li qed jiġri hemm ġew.", "Nerġa' ngħid li m'humiex l-istrutturi jew it-tpinġijiet ta' l-organisation chart fuq il-karti li jagħmlu d-differenza.", "Li jagħmlu d-differenza huma n-nies u biex ma jkollniex l-iżbalji fil-qorti li huwa xogħol speċjalizzat irid ikollna t-taħriġ tan-nies li llum ma jingħatax.", "Kien ineżistenti totalment u allura nemmen li din l-akkademja li twaqqfet tista' potenzjalment tagħmel l-ikbar tibdil fuq tul ta' żmien.", "Ma naħsibx li s-soluzzjonijiet huma jew jistgħu ikunu immedjati jew li l-effetti li ħa jkollna ħa nħossuhom mil-lum għal għada.", "Irridu jinvestu fit-tul u dan kien il-ħsieb li nagħmlu l- istrateġija.", "Ir-raba' oġġettiv strateġiku kien li nirristrutturaw l-ispazju tal-qorti.", "L- ewwel ħaġa li rrid insemmi hu l-martirju tal-proġett tar-reġistru taċ- ċivil.", "Dan mhux proġett u Alla ħares dan jittieħed bħala x-xempju ta' kif isiru l-proġetti mid-dipartimenti tal-gvern.", "Dan huwa martirju.", "Dan hu proġett li beda meta kien għad hemm il-Ministru Refalo responsabbli għall- qasam ċivili fl-1995.", "Meta spiċċa l-gvern Laburista fl-1998 wara tliet snin li ġie approvat il-proġett, il-pulizija kienet għadha lanqas spiċċat l- għassa l-ġdida.", "Fl-1998 il-proġett kien li l-pulizija toħroġ mill-għassa tal-Belt ta' Strada Stretta, jitilgħu fejn qegħdin illum u flok l-għassa tal-pulizija jsir ir-reġistru ċivili ġdid.", "Bejn l-1995 u l-1998 lanqas kienu għadhom lestew l-għassa ta' ħdejn Kastilja.", "Wara ħafna problemi spiċċajna l-għassa fis-sena 2000 u beda x-xogħol fir-reġistru fi Strada Stretta fis-sena 2000.", "Illum nista' ngħid li hu kompletat u huwa ppjanat li it-taqlib u t-trasferiment tal-files mir-reġistru preżenti għar-reġistru l- ġdid isir fil-vaganzi tas-sajf biex f'Settembru nibdew naħdmu mir-reġistru l-ġdid.", "Huwa martirju meta wieħed jikkonsidra illi kien hemm involuti diversi dipartimenti tal-gvern, il-perit tal-gvern, il-public works u kuntratturi li twaqqfu ma nafx kemm-il darba mill-imħallfin.", "Ma nafx kemm- il darba lil dawn kienu se jarrestawhom għax jaħdmu waqt li l-imħallfin u l- maġistrati jisimgħu l-kawża.", "Dan hu xempju ta' kif m'għandux isir proġett.", "L-unika konsolazzjoni hi li issa wasalna u f'Settembru nibdew naħdmu mir- reġistru l-ġdid.", "Il-problema ta' l-ispazju għadha magħna pero` rrid ngħid li konna fortunati fis-sens illi ġiet lura f'idejn il-gvern id-dar ta' l-ex-imħallef Montanaro Gauci li għandha l-faċċata u l-bieb tagħha fuq Old Bakery Street u li tiġi warajha kerrejja li kienet ukoll tal-gvern u hija abbandunata.", "Wara ġie f'idejn il-gvern blokk sħiħ bejn Strait Street u Old Bakery Street fejn l- Onor. Gulia u l-Onor, Farrugia għandhom l-istess pjanatura ta' l-uffiċċji fejn kien seħibna l-Onor.", "Hyzler.", "Din ippermettiet illi l-gvern jespandi u jbiddel kif jista' jaħdem.", "Il-kabinett fil-fatt diġa` approva l-infieq ta' Lm2 miljun biex nirristrutturaw il-post preżenti fejn hemm il-qrati f'Republic Street, il-post preżenti fejn hemm ir-reġistru u li jinbena f'dan is-sit numru ta' ambjenti li jintużaw mill-ġudikatura.", "Is-segwenza li qegħdin nippjanaw hi li l-ewwel inbattlu fejn hemm ir- reġistru llum totalment biex hemmhekk isir il-family court u l-ambjenti kollha tal-family court.", "Hu ppjanat li hemmhekk jiġi mbattal sa l-aħħar ta' Settembru u jekk kollox imur sew - nispera li kollox imur sew - ir- restrutturazzjoni ta' dak il-blokk titlesta sa l-aħħar ta' Marzu.", "Wara li jitlesta hemmhekk nibdew naħdmu fil-livelli l-iktar baxxi tal-qorti f'Republic Street.", "Wara li nlestu l-family court annexe, nibdew naħdmu fil- lower ground levels biex insaħħu l-kolonni u l-istruttura sħiħa ta' Republic Street.", "Wara li nirranġaw fejn hemm il-plant illum fi Strait Street inkomplu mar-reġistru, imbagħad nirristrutturaw parti minn fuq il- bejt preżenti tal-qorti fejn inkunu nistgħu nagħmlu l-amministrazzjoni kollha.", "Fl-aħħar issir il-binja l-ġdida fejn ġejjin l-uffiċċji kollha tal- ġudikatura.", "Il-pjanti qegħdin jinħadmu u dan se jkun ifisser prattikament illi l-ġudikatura tinqasam u fl-aħħar ikollha uffiċini diċenti - ħaġa li għadha ma teżistix.", "L-amministrazzjoni kollha tinqasam bejn il-parti l- ġdida fuq il-bejt fejn illum hemm l-assistent ġudizzjarju u l-lower ground level, jiġifieri fuq Strait Street.", "Fil-lower ground m'hemm ħadd fir- realta` għax jiġi fuq Strait Street, u fin-nofs fejn hemm l-awli llum - fil- livell tal-qorti tal-maġistrati - jiżdiedu fil-fatt xi awla jew tnejn, u jiġu strutturati numru ta' kmamar fejn jistgħu jiltaqgħu il-periti legali u l-esperti tekniċi biex isiru s-seduti u ma jibqgħux fil-kurituri.", "Dan kollu għandu jieħu bejn erba' u ħames snin li huwa inqas mis-seba' snin li ħadna biex ċaqlaqna r-reġistru biss.", "Dan huwa l-pjan.", "Bejn dan u x'jiġri żgur li ma naħlifx.", "Jien inlesti l-pjanti u nispiċċa minn ministru s-sena d- dieħla meta jkollna l-elezzjoni u forsi nħalli f'idejn ħaddieħor.", "Nagħmel appell biex dan kollu jsir fuq footprint li diġa' jeżisti u kulħadd jaf li ħa jkun hemm ċerti inkonvenzjenzi.", "Fl-aħħar ta' Settembru rridu nċaqilqu is-sekond' awla, l-amministrazzjoni u numru ta' uffiċċji oħra mill- annexe biex nagħmlu l-family court.", "Dawn ħa jmorru fil-qorti fejn hemm Republic Street.", "Ħa jkun hemm inkonvenjent u nispera li ma nibdewx nisimgħu it-tgergir.", "Ħa jkun hemm inkonvenjent.", "Jew irridu nirranġaw l- affarijiet jew inkella nibqgħu ngorru u nibqgħu b'li għandna.", "Din hija l- verita` u l-appell tiegħi huwa biex kulħadd jieħu paċenzja.", "Ma naħsibx li jista' jkollna sitwazzjonijiet fejn maġistrat jibgħat għal tal-madum u jgħidlu li jekk ma jieqafx se jarrestah.", "Dawn l-affarijiet ġraw.", "Dawn huma flus żejda.", "Irridu nieħdu ftit paċenzja b'xulxin u lkoll irridu nirranġaw.", "Jew ħa nirranġaw biex kulħadd ikollu uffiċċju suret in-nies u jkollu spazju fejn jaħdem jew inkella ma nagħmlu xejn.", "Din hi l-verita` u l- appell tiegħi huwa biex naħdmu flimkien biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna ambjenti li jixirqu lill-qrati u l-ġudikatura tagħna.", "Għedt dan kollu għaliex kif bdejt fil-bidunett, nemmen li bilfors irridu ninkwadraw dan kollu fi strateġija.", "Jiena ma nemminx, per eżempju, li din il-liġi waħedha jista' jkollha effett.", "Din il-liġi jista' jkollha effett meta tingħadd flimkien ma' dak li għamilna qabel u flimkien ma' dak li għad irridu nagħmlu.", "L-għan hawnhekk huwa li kif individwajna ċerti proċeduri fil-qasam tal-kodiċi kriminali u biddilnihom bi qbil f'din il-Kamra, nindividwaw ċerti proċeduri fil-qasam ċivili u nippruvaw intejbuhom.", "Dan m'huwiex l-ewwel tentattiv li sar.", "Sar tentattiv qabli mill-ex-Ministru Joe Brincat li għamel titjib fundamentali li għadna nħossuh illum, u sar ukoll tentattiv mill-ex-Ministru Joe Fenech.", "Ċerti emendi li saru minn dawn iż- żewġ ministri kellhom effett benefiku, oħrajn ma kellhomx daqshekk u oħrajn saru formalita`.", "L-importanti hu li nifhmu li t-tentattivi li jsiru minn diversi ministri u diversi amministrazzjonijiet iridu jiġu infurzati.", "Jiena ma nippretendix li dawn se jkunu emendi li se jibqgħu hemmhekk 30 sena oħra.", "Il-proċedura qiegħda hemmhekk biex timxi maż-żmenijiet u Alla ħares indaħħlu l-mentalita` li l-proċedura m'għandhiex titbiddel.", "Il-proċedura qiegħda hemmhekk biex tiffaċilita x-xogħol mhux biex tikkumplika x-xogħol u avukati illi nafuhom ilkoll iħobbu jaqbdu mal-proċedura u huma l-iktar avukati li jiffrankaw il-ġustizzja.", "Dan hu mod kif wieħed jiffranka l-ġustizzja.", "Il-proċedura qiegħda hemmhekk biex tgħin l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u jekk nippruvaw nindividwaw dawk il-proċeduri li llum saru antikwati u qegħdin hemmhekk biex itellfu, x- xogħol isir iktar faċli.", "Importanti li ppruvajna u wasalna għal dan id- draft tal-liġi.", "Jiena naħseb li ħafna mill-proċeduri li saru dead letter, qegħdin fil-liġi pero` mhux ipprattikati, jew inkella pprattikati bħala formolita`.", "Dawn saru hekk għax ma kienx hemm kunsens dwarhom.", "Dak li għandna llum huwa dokument li hemm kunsens dwaru mill-ġudikatura, mill-kamra ta' l-avukati u mill-kamra tal-prokuraturi legali.", "Dan il- kunsens intlaħaq billi jien għaqqadt grupp li fih ipparteċipaw il-prim imħallef tal-lum - li meta sar prim imħallef ġie sostitwit mill-Prim Imħallef Filletti - mill-Maġistrat Antonio Mizzi, mill-President tal-kamra ta' l-avukati, mill- P.L. Edgar Montanaro u minn tliet persuni nominati minni.", "Dawn kienu l-Avukat Joe Zammit Maempel, l-Avukat Pawlu Lia u l- Avukat Joe Giglio li regolarment iltqajna għal sentejn biex infasslu dawn l- emendi.", "Għal dawn l-emendi hawn il-kunsens ta' kulħadd għaliex jiena emmint li tibdil hekk fundamentali għall-proċeduri tagħna bilfors irid il-kunsens ta' kulħadd.", "Jekk il-ġudikatura ma temminx fihom tispiċċa ma tapplikhomx, kif m'applikatx numru ta' emendi ta' l-1994.", "Hawn diversi emendi li saru fl- 1994 mill-ex-Ministru Joe Fenech li huma dead letters u li huma injorati mill-ġudikatura tant li llum il-kawżi jinstemgħu b'mod li huma kontra dak li hemm fil-liġi.", "Dan anke fid-dawl ta' proċeduri li għadhom ma jeżistux fil-liġi.", "L-avukati min-naħa l-oħra josservaw emendi li saru mill-ex- Ministru Joe Brincat fil-kelma pero` jinjoraw altament fl-ispirtu u fl- intenzjoni li kellu bżonn li jagħmel l-ex-Ministru Joe Brincat.", "L-ewwel premessa ta' dawn l-emendi kienet li jiena rrid il-kunsens tal-players iktar milli tajt kas dak li jaħseb il-gvern innifsu.", "L-emendi jitqassmu f'numru ta' setturi u mhux ħa nidħol fid-dettal tagħhom għax huma tekniċi ħafna.", "Nista' forsi naqsamhom f'erba' oqsma differenti.", "L- ewwel ħaġa hemm numru ta' emendi li jolqtu l-amministrazzjoni interna tal- qorti fejn qed nimxu fuq il-linja illi nħarsu lejn x'inhuma d-doveri ta' min imexxi l-qorti.", "Hawn qed nitkellmu fuq dak li huwa r-reġistratur u dak li huwa d-direttur ġenerali.", "Dawn ma jiġux definiti fil-liġi imma billi huma affarijiet ħajjin, qed inħallu f'idejn is- subsidiary legislation biex tiddefinihom.", "Mil-lat ta' tibdil essenzjali qegħdin ngħidu illi għandu jkun hemm firda bejn id-doveri tad-direttur ġenerali u bejn ir-reġistratur tal-qorti.", "Illum dan huwa joint post u jidhrilna li wasal iż-żmien li nisseparaw.", "Jidhrilna wkoll li għandna reġistraturi separati għall-qrati ċivili, għall-qrati kriminali u għall-qrati ta' Għawdex, u allura se jkollna tliet reġistraturi mentri llum għandna persuna waħda li huwa d-direttur ġenerali li jagħmilha kemm ta' direttur ġenerali u kemm ta' reġistratur tal-qrati kollha tagħna.", "Hawn għandna bżonn nisseparaw.", "Fundamentalment hawnhekk ħadna l-linja li dak li għandu x'jaqsam ma' amministrazzjoni jidħol inqas fil-liġi u nirregolaw iktar b'legal notices u b'subsidiary legislation illi tagħti iktar faċilita` u flessibbilta` li wieħed għandu bżonn.", "It-tieni sett ta' emendi jikkonċernaw l-organizzazzjoni tal-qrati tagħna.", "Aħna għandna organizzazzjoni li tmur lura għexieren ta' snin.", "Prattikament għandna l-qasma bejn il-qorti ċivili fil-prim'awla u l-qorti ċivili tas- sekonda'awla.", "Għalkemm il-kodiċi tal-proċeduri dejjem ipprovda għad- diviżjonijiet qatt ma kellna diviżjonijiet iżda kellna biss l-awli.", "Għalkemm f'xi żmien barra l-qorti ċivili kellna l-qorti kummerċjali għal raġunijiet li mhux ħa nidħol fihom, neħħejna l-qrati kummerċjali u spiċċajna b'kollox fiċ-ċivil.", "Il-proposta hawnhekk, wara ħafna diskussjonijiet, hija illi mmorru għall-ispeċjalizzazzjoni.", "Minħabba l-ispeċjalizzazzjoni ta' ħafna liġijiet illum m'għadniex bil-bażi tal-kodiċi ċivili.", "Fi żmieni konna nitgħallmu dan, iċ-ċivil, il-kriminal u l-kummerċ.", "Kellna tliet kodiċi prinċipali u konna nimxu fuqhom.", "Illum m'għadniex hekk.", "Illum hemm liġijiet finanzjarji, bankarji, ta' assigurazzjoni u ħafna oħrajn.", "Jidher li hemm bżonn il-ħtieġa ta' speċjalizzazzjoni u rrid ngħid li l-imħallfin qegħdin jaqblu li l-kawżi jsiru iktar speċjalizzati.", "Anke huma għandhom bżonn jispeċjalizzaw.", "B'hekk qed tiġi proposta tibdila radikali fil-formazzjoni tal-qrati tagħna.", "Qed ngħidu li l-qrati tagħna m'għandhomx jibqgħu prim'awla u sekonda awla, imma li jkollna biss qorti ċivili maqsuma f'numru ta' diviżjonijiet.", "Irid ikollna d-diviżjoni ċivili, diviżjoni kummerċjali u diviżjoni tal- ġurisdizzjoni volontarja - jiġifieri s-sekond'awla jew dak li ħa jibqa' minnha.", "Hemm id-diviżjoni ta' min ikun duty judge - jiġifieri min ikun għassa minħabba l-atti - u d-diviżjoni tal-familja.", "Hawn huwa importanti li ngħid li dan huwa l-att ta' statutorju li taħtu ħa nwaqqfu l-emendi kollha li għandna bżonn biex inwaqqfu l-liġi tal-familja.", "Ladarba jgħaddi dan l- att, għaliex numru ta' emendi li għandna qed isiru permezz ta' regolamenti nkunu nistgħu nħaddmu u nwaqqfu l-qorti tal-familja li bdejna niddiskutu diġa'.", "Hawnhekk għandna l-enabling acts.", "Għandna numru ta' emendi li jagħtu l- poteri li jsiru r-regolamentazzjonijiet għall-qorti tal-familja u ladarba nistrutturaw l-annexe preżenti biex ikollna l-post fiżiku fejn issir il- qorti tal-familja nkunu nistgħu verament inwaqqfuha.", "Qed ngħid pubblikament li l-għan tal-gvern huwa li sa l-aħħar ta' Marzu tas-sena d-dieħla ikollna l-qorti tal-familja funzjonanti.", "Jekk nistgħu, nagħmluha qabel iżda dan jiddependi mit-tenders.", "Għedt ukoll li l-organizzazzjoni sħiħa tal-qrati wkoll ħa tittieħed minn hawnhekk bil-kodiċi u se niddependu iktar fuq regolamentazzjoni permezz ta' legal notices.", "Din qiegħda ssir għaliex għandna affarijiet bħal meta jinfetaħ ir-reġistru u ma jidhrilniex li kull darba għandna bżonn niġu f'dan il-parlament.", "Affarijiet bħal dawn jistgħu jiġu regolati b'legal notice u allura fil-parlament irridu niġu bl-eċċezzjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li dawn l-emendi qegħdin fir-raba' draft tagħhom u ħafna minnhom huma simili.", "Flimkien mar-regolamenti kollha dawn huma maħsubin li jinħarġu u jiena għaddejthom lill-oppożizzjoni xhur ilu biex tkun tista' tarahom qabel.", "It-tielet grupp ta' emendi jaffettwaw il-proċedura tas-smiegħ tal-kawżi.", "Irrid ngħid li hawnhekk qgħadt attent ħafna illi jkolli l-qbil tal- ġudikatura u li dak li hawn hawnhekk hu kollu mfassal fuq suġġerimenti li saru mill-ġudikatura stess.", "Kważi kważi ma' rajtx id-drafts pero` l- proċeduri tas-smiegħ li ġew maqbula u li huma nseriti f'din il-liġi u b'mod addizzjonali fir-regolamenti ġew suġġeriti u approvati f'laqgħa li saret għall-ġudikatura.", "Prattikament hawn qed ngħidu illi kważi fil-kawżi kollha jrid ikun hemm ħin stabbilit għal kull kawża.", "Dan fil-maġġoranza tal-kawżi ċivili u se jkun hemm stadju ta' pre-trial quddiem il-masters.", "Se jiġu definiti l-poteri tal-masters u mbagħad il-poteri tal-ġudikant li jiġi nominat wara l-masters.", "Se jiġu definiti – ħaġa li m'għandna mkien – il- modi ta' kif jitqassmu l-kawżi bejn il-maġistrati u l-imħallfin.", "Dan kollu sar - nerġa' nsostni - b'indikazzjonijiet ċari ta' kif xtaqet il-ġudikatura stess.", "Jien nemmen li waħda mir-raġunijiet li l-emendi li saru fl-1994 ma ħadmux kienet li l-ġudikatura stess ma qablitx magħhom u allura rrid bħala premessa nibda billi nkun żgur li taqbel ma' dawn.", "Jiena nieħu gost li qed nippreżenta sistema li l-ġudikatura stess irrakkomandat u fasslet u allura issa nippretendi illi l-ġudikatura stess timplimentaha.", "Hemm numru ta' emendi oħra, Mr Speaker, illi jeffetwaw il-mod kif isir il- proċess.", "Se ndaħħlu regola illi evidenza permezz ta' video compressing tista' tiġi ammessa.", "Se nbiddlu wkoll is-sistema ta' kif isiru n-notifiki ta' l-atti prinċiparjament billi nestendu l-kunċett li diġa` jeżisti.", "In- notifika ssir permezz tal-posta reġistrata u se tiġi estiża wkoll biex barra s-servizz tal-posta nkunu nistgħu nilliċenzjaw persuni oħra privati biex iservu ta' pustiera.", "Ir-raba' sett ta' emendi jolqot problema li jien nemmen li hija waħda mill- problemi kbar li jeżistu fil-qorti u allura l-eżekuzzjoni tal-mandati u l- proċess tas-subasti.", "Jiena ninsab totalment insodisfatt bis-sistema ta' llum u naħseb li hija sistema li tħajjar il-korruzzjoni u li kulħadd jabbuża minnha.", "Ma rridx noqgħod nispeċifika imma naħseb li kull settur jabbuża minnha.", "Din hija sistema illi l-inqas li taqdi hu lil min jagħmel il-mandat.", "Għal diversi raġunijiet storiċi ta' kostum u ta' użanza, din hija sistema magħmula biex tisfrutta lil min jagħmel il-mandat.", "Hawnhekk qegħdin nipproponu sistema li qablu magħha kemm il-prokuraturi legali kif ukoll l-avukati bil-kmamar rispettivi tagħhom.", "Malli wieħed jagħmel mandat ta' qbid eżekuttiv awtomatikament iwassal għas-subasta b'mod awtomatiku mingħajr ma jkollu bżonn li jagħmel iktar rikorsi, u mingħajr il-bżonn ta' iktar notifiki.", "Dan isir mingħajr il-bżonn ta' ħlasijiet addizzjonali anke fejn ikun hemm il-konfiska ta' l-oġġetti mal-ħruġ tal-mandat ta' qbid eżekuttiv.", "Ma rridux nibqgħu bil-farsa li għandna llum fejn imur il- marixxal jikteb fuq biċċa karta u ma jsir xejn sakemm xi darba ssir is- subbasta.", "Qed indaħħlu l-mandat ta' qbid eżekuttiv fuq il-proprjeta`.", "Teknikament illum ma jeżistix.", "Dan jeżisti b'mod indirett pero` llum ma nistax naqbad proprjeta`.", "Nista' naqbad proprjeta` iżda ma jeżistix il-mandat biex naqbad il-proprjeta`.", "Hawnhekk qed indaħħlu l-kunċett tal-mandat ta' qbid tal- proprjeta` biex wieħed jiddeskrivi ipoteka.", "Illum wieħed jiddiskrivi l- ipoteka u ma jagħmilx il-mandat ta' qbid.", "Hawnhekk qegħdin norbtu l-mandat ta' qbid mas-subasta.", "Fil-każ ta' qbid kawtelatorju qegħdin intellgħu l-ammont għal-Lm1,500.", "Dan ifisser li minn Lm1,500 m'għandux jinħareġ il-mandat ta' qbid kawtelatorju.", "Qed naqblu wkoll fuq il-każ tal-mandat ta' sekwestru fil-preżunzjoni.", "Illum il-preżunzjoni hi li wieħed m'għandux flus u allura ta' min jiġi sekwestrat.", "Illum se naqilbu din il-preżunzjoni.", "Mil-lat amministrattiv se nneħħu l-ħtieġa ta' prologi ta' mandati.", "Ladarba wieħed jagħmel mandat, sakemm tinqata' l-kawża mhux se jeħtieġ prologi.", "Ċertament, Mr Speaker, hemm numru kbir ta' emendi oħra.", "Hemm numru kbir ta' emendi tekniċi li iktar jinteressaw lill-membri ta' dan il-parlament li huma avukati milli lill-pubbliku in ġenerali.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex liġi li se tirrivoluzzjonizza kollox.", "Din ħa tirrevoluzzjonizza parti mill- proċedura li għandna.", "Għad baqa' oqsma oħra li rridu nbiddlu pero` jiena nemmen ukoll li m'għandniex nagħmlu ħafna tibdil f'daqqa.", "Nemmen li aħjar nikkonċentraw fuq tliet oqsma kull darba u nimxu fuqhom.", "It-tliet oqsma li qed nikkonċentraw fuqhom hawnhekk huma l-organizzazzjoni tal-qorti u l- mandati u s-smiegħ tal-kawżi.", "Dawn huma t-tliet oqsma l-iktar effettwati minn dawn l-emendi.", "Ċertament - u dan qed ngħidu għall-benefiċċju ta' l- oppożizzjoni - m'hemm xejn imnaqqax fil-ġebel b'dawn l-emendi.", "M'hemmx affarijiet ta' prinċipji kbar u dawn huma affarijiet ta' prattiċita' li wasalna għalihom wara ħafna diskussjonijiet mal-ġudikatura, ma' l-avukati u mal-prokuratur legali.", "Jiena miftuħ beraħ għal kull proposta u emenda li tixtieq tressaq l-oppożizzjoni.", "Ngħid biss illi l-fatt li hemm il-qbil fuqhom mill-players hija l-iktar ħaġa importanti.", "L-emendi nfushom mhux l- aktar importanti.", "Li hu importanti huwa l-fatt li hemm il-qbil tagħhom mill- kamra ta' l-avukati, mill-kamra tal-prokuraturi legali u mill-ġudikatura.", "Li hemm qbil minn min iħaddimhom huwa l-ikbar awgurju ta' suċċess biex fl- aħħar mill-aħħar tidħol l-istrateġija in ġenerali.", "L-ewwel oġġettiv li kellna kien li nkomplu nnaqqsu l-ammont ta' kawżi pendenti minn meta l- kawża tiġi ntrodotta sakemm kawża tiġi deċiża.", "Sakemm kawża tiġi deċiża ż-żmien jonqos.", "Kif diġa għedt 60% tal-kawżi li qed jidħlu llum qed jinqatgħu f'inqas minn disa' xhur.", "L-oħrajn għadhom qed idumu u għandna numru ta' backlog li m'huwiex aċċettabbli.", "Barra minn hekk għandna l-problemi fil-qrati ta' l-appelli ċivili tagħna.", "Dan kollu jrid ikompli jgħin l-istrateġija li ma tagħtix ir-riżultati fi żmien sena.", "Hawn qed nirreferi għal dik li nafuha bħala prim'awla fil-qorti ta' l-appell li trid tkompli tibni biex tagħmel ħajja iktar faċli kemm lill-ġudikatura, kemm lill-avukatura u kemm lill-prokuraturi legali biex fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċittadini tagħna jkollhom rikors mill-qrati tagħna u ġustizzja iktar malajr.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nagħmel appell wieħed.", "Jeħtieġ li pajjiżna jifhem li m'hemmx biss il-qrati.", "Illum bis-saħħa taż-żewġ naħat tal-Kamra hemm ħafna mezzi ta' arbitraġġ.", "Jien irrid nappella lill-prattikanti u lill-professjonisti legali u nħeġġiġhom biex iħarsu lejn dan il-qasam bis- serjeta` u jarawh bħala mezz alternattiv ta' kif isolvu l-problemi.", "Ftit kellna każi fiċ-ċentru Malti għall-arbitraġġ, pero` l-ftit li kellna kienu suċċessi kbar.", "Kellna każ ta' Lm0.5 miljun li ġie riżolt fi żmien tliet xhur.", "Wieħed irid jimmaġina kemm kien idum il-qorti.", "Naħseb li fi tliet xhur lanqas in-notifika taċ-ċittazzjoni ma kienet issir.", "Sfortunatament la jien, la l-Onor.", "Farrugia u lanqas l-avukati l-oħra li saru sas-sena l-oħra ma kienu jingħataw ftuħ għall-arbitraġġ u allura din forsi m'hijiex second nature għalina.", "Għal ħafna, l-arbitraġġ huwa annimal ġdid u stramb.", "Jekk m'aħniex se nsaħħu r-rikors maċ-ċentru Malti għall- arbitraġġ m'aħniex se nsolvu l-problema tal-qrati tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin billi nibdlu l-qrati biss.", "L-ebda pajjiż m'għamel hekk.", "Fl- aħħar mill-aħħar l-istrateġiji ta' kull pajjiż kienu bħal ma qed napplikaw f'pajjiżna.", "Dawn riedu joħolqu l-mezzi alternattivi ta' kif insolvu l- problemi.", "Ma nistgħux nibnu dejjem fuq il-qorti u rridu nimxu lejn l- arbitraġġ u l-medjazzjoni sforzata.", "Fl-aħħar mill-aħħar m'humiex in-nies li jiddeċiedu jmorrux arbitraġġ jew il-qorti imma dawn joqgħodu fuq il-parir tal-professjonist legali.", "L-appell tiegħi huwa lill-professjonisti biex iħarsu bis-serjeta' lejn dan il-mezz ġdid li ġie offrut bil-kunsens ta' din l-Kamra.", "Jien nemmen li dan hu importanti daqskemm huma l-qrati tagħna.", "Dan huwa mezz iktar effettiv li huwa ħafna irħas mill-qrati tagħna u li jista' jaqdi lill-avukati wkoll.", "Nemmen ukoll, Mr Speaker, li jekk nibqgħu mexjin f'din it-triq tal-building blocks immirati lejn l-istrateġiji li rridu nilħqu nistgħu nirbħu anke l- problemi li għandna fil-prim'awla tal-qorti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Għalkemm hawnhekk għandna abbozz li qiegħed hemm biex jimplimenta diversi miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' proċedura ġudizzjarja u anke miżuri amministrattivi wieħed bilfors irid jara wkoll jekk dak li għadna kemm smajna huwiex ir-realta` li l-poplu Malti jistenna mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Kien proprju gvern Nazzjonalista li sentejn ilu ddeċieda li jgħolli t-tariffi tal-qorti u li issa kulħadd jaf kemm huma.", "Ċertament li din tirrifletti wkoll fl- istatistika li għalkemm ġiet impoġġija fuq il-mejda tal-Kamra għadni ma rajthiex għax għadha m'għaddietx għandi.", "Jien għandi xi statistika li għandha x'taqsam ma' kawżi fil-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Hawn qed nirreferi speċjalment għal dawk il-kawżi li huma intiżi biex wieħed jitlob sentenza biex ikun hemm specific performance jew deċiżjoni fuq dikjarazzjoni.", "Qed nirreferi għal kawżi oħra simili li l-poplu Malti kien ikollu l-liberta` kollha jagħmel qabel ma għolew it-tariffi.", "Qabel, wieħed kien imur quddiem din il-prim'awla u jippreżenta l-kawża bi ftit flus.", "Illum nafu li kawża li qabel kienet tiswa Lm30 biex tiġi ppreżentata u mmexxija saret iktar minn Lm300.", "Biex inkun eżatt din tiġi Lm306 biex tiġi ppreżentata.", "Nieħu gost li l-ministru jurini l-istatistika iżda kulħadd jaf li l-istatistika tiddependi ħafna minn kif tiġi preżentata.", "Wieħed jista' jippreżenta statistika u jara kemm kienu n-nies li kienu jieħdu l- passaġġ għall-prim'awla b'kapriċċ.", "Jekk wieħed jidhirlu li għandu dritt ta' użu ta' bejt jew parti mill-użu ta' bejt u xi ħadd qed ifixxklu milli juża dan il-bejt, mhux kapriċċ li jkollu jmur il-prim'awla għaliex ma jistax imur quddiem il-maġistrat u lanqas quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Dan bilfors irid imur il-prim'awla.", "Il-poplu Malti ġie kostrett li minħabba t-tariffi tal-qorti jaqta' qalbu biex jiftaħ kawża.", "Mr Speaker, il-ministru għamlilna preżentazzjoni fejn qal li fl-ewwel sitt xhur ta' qabel ma għolew it-tariffi ġew ippreżentati b'kollox - jiġifieri kawżi quddiem il-maġistrati, quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar u kawżi quddiem il-prim'awla - 3,100 meta nafu li dak iż-żmien – fis-sena 2000 – il-kompetenza tal-qorti tal-maġistrati u l-kompetenza tat-tribunal tat-tribunal iż-żgħar kienet kompetenza ħafna inqas mill-kompetenza tal- lum.", "Dan għaliex il-maġistrati setgħu jisimgħu kawżi ta' kompetenza sa valur ta' Lm1,500 mentri t-tribunal tat-talbiet iż-żgħar kellu kompetenza li jisma' sa valur ta' Lm250.", "Meta żdiedet il-kompetenza b'mod awtomatiku kellna ċaqliqa tal-kawżi u minn fuq niżlu isfel.", "Dawk li kienu quddiem il- qorti tal-maġistrati - sa Lm1,500 - niżlu quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Hija ħaġa loġika li la ġara dan il-kawżi se jiżdiedu.", "Mela t- tribunal tat-talbiet iż-żgħar, kif kien mistenni, żdiedlu ħafna l-load tal- kawżi li wieħed jistenna u għalhekk illum nafu li hemm iktar minn 1,600 kawża quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar li żdiditlu l-kompetenza minn 250 għal 1,500 wkoll kien żieda fit- tariffi għaliex filwaqt li kawża kienet tiġi Lm2 jew Lm3, illum nafu li notifika waħda tiġi mhux inqas Lm16.", "Irridu ngħidu li kien hemm ukoll l- awment fit-tariffa f'dak li għandu x'jaqsam mat-tribunal tat-talbiet żgħar u l-istess żidiet fit-tariffi li għandhom x'jaqsmu mal-qorti tal- maġistrati.", "Il-ministru ħadhom globalment u ma qadtx jipprova jara x'inhuma l-kawżi dikjaratorji, ta' separazzjonijiet, ta' danni u oħrajn.", "Irridu naraw kemm kien hemm kawżi ta' nies li weġġgħu fuq ix-xogħol u kemm tlestew kawżi minnhom.", "Irridu naraw ukoll kemm kien hemm kawżi fuq spunt.", "Il-ministru għamilhom kollha f'basket wieħed u qal li fis-sena 2000 kien hemm 3,100 u fl-ewwel sitt xhur sa Ġunju tas-sena 2002 kien hemm 2,700.", "Hu qal li ġejna kważi l-istess.", "Hu ddeċieda hekk iżda r-realta' m'hijiex hekk.", "Biex nibdew irridu ngħidu li kien hemm tnaqqis ta' 400 kawża u meta wieħed janalizzahom tajjeb isib li l-kawżi li daħlu fil-prim awla kienu ħafna inqas mill-kawżi li kienu jidħlu qabel ma għolew it-tariffi.", "Il-ministru qal li kien hemm qbil minn kulħadd dwar dawn l-emendi u għal din niġi iktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi.", "Jekk nieħdu kemm daħlu kawżi quddiem il-maġistrati insibu li dawn niżlu għaliex żdiedu l-kawżi quddiem it-tribunal.", "Jekk wieħed jara sew x'inhu jiġri fil-qorti jsib li dak li qed jissejjaħ ċaqliq kbir ta' kawżi li spiċċaw quddiem it-tribunal tat- talbiet iż-żgħar huwa litteralment pandemonju sħiħ.", "Dan irrid ngħidu mingħajr ma nnaqqas mill-mertu u l-kapaċita' tal-ġudikanti f'dawn it- tribunali li qed jagħmlu xogħol kbir.", "Jien insellmilhom minn hawn għax- xogħol kbir li qed jagħmlu u li ġieli jagħmluh f'kundizzjonijiet diffiċli.", "Ġie li lanqas ikollhom min jgħajjat il-kawża, speċjalment issa meta bdew in- nofs ta' nhari u dan nista' ngħidu bħala avukat bħal ma jistgħu jikkonfermawh avukati minn naħa l-oħra.", "Ġieli jkun hemm seduti mħassrin mill-ġudikanti f'dawn it-tribunali għaliex ma jkollhomx l-istaff kollu hemm.", "Hemm ukoll min jiddeċiedi li jimxi, imma l-verita' hi li issa fil- prim' awla fejn għandna numru kbir ta' mħallfin, naqas ix-xogħol għax hemm il-kawżi b'lura u ġodda ftit deħlin.", "Fil-qorti tal-maġistrati ta' kawżi ċivili, x-xogħol naqas għaliex mhux qed jidħlu kawżi daqskemm kienu jidħlu qabel ma għolew it-tariffi.", "Issa nafu li hemm kompetenza sa Lm1,500 li ħafna minnhom kienu jidħlu quddiem il-qrati tal-maġistrati u sa ftit snin ilu kienu wkoll jidħlu fil-prim awla.", "Dawn spiċċaw kollha quddiem part-time adjudicators li fil-maġġoranza tagħhom huma avukati.", "Il-maġġoranza tax- xogħol ċivili ġie fuqhom u dawn lanqas għandhom awla fejn jaħdmu matul il- ġurnata imma bilfors irid jaħdmu min-12:30 p.m. jew mis-1:00 p.m. 'l quddiem.", "Din la hi sistema' effiċjenti għall-poplu Malti u lanqas għalihom infushom.", "Ladarba għandna dawn it-tribunali u la tajnihom din il-kompetenza li u żidniha b'1,500 irridu nipprovdulhom ukoll spazju biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol tagħhom mid-9.00 a.m. 'l quddiem ukoll.", "Ikun hemm listi ta' dawn is-seduti u ġieli jkun hemm erba' u anke ħames ġudikanti fl-istess ġurnata.", "Din hija r-realta'.", "Illum kulħadd jaf li l-kritika tagħna dwar it-tariffi kienet ġustifikata.", "Anke l-Kamra ta' l-avukati taqbel.", "Fil-bidu konna nisimgħu ħafna kliem u kulħadd kien qisu fis-sakra, imma issa li daħlu fis- seħħ nafu x'isarrfu.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni għamilniha ċara anke pubblikament li rridu naraw li ma jibqax iżjed hardship fuq il-poplu Malti speċjalment għal dawk li ma jistgħux iħallsu dawn l-ispejjeż kbar fil-qrati tagħna biex imexxu l-kawżi tagħhom.", "Il-mexxej tagħna għamel dan il-punt b'mod ċar.", "Bħala partit fl-oppożizzjoni aħna kommessi li għada pitgħada se nkunu n-naħa l-oħra u li l-ewwel eżerċizzju kbir li jrid isir huwa li jiġu riveduti dawn it-tariffi biex il-poplu Malti ma jbatix.", "Id-diskors ma jridx ikun li l-kawżi baqgħu l-istess iżda jrid ikun fis-sens li nerfgħu ir- responsabbilta' u naraw li l-qorti tkun aċċessibbli kemm għal min hu kbir u kemm għal min hu żgħir.", "B'hekk kulħadd ikollu aċċess għall-ġustizzja.Dan nagħmluh biex inkunu qegħdin fil-proċess soċjali wkoll.", "Din hija r- responsabbilta' ta' gvern serju.", "Kien hemm diversi okkażżjonijiet fejn aħna u oħrajn appellajna lill-ministru biex jerġa' jirrevedi dawn it-tariffi.", "Waqt id-diskors tiegħu semma' l-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal- ġustizzja.", "Fir-rapport tas-sena l-oħra, l-president tal-kummissjoni għamel ir-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni fejn issuġġerixxa li almenu t- tariffi jiġu riveduti għal min ġie mdaħħal il-qorti anke jekk ma riedx.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna iżda l-kummissjoni.", "Il-ministru jidher li hu ferħan li qed iżomm sod fuq id-deċiżjoni li ħa speċjalment għad-detriment taż-żgħir.", "Dan mhux se ngħidu għal min hu b'saħħtu.", "60% jew 70% tal-kawżi huma tal-kumpanniji l-kbar bħal Vodafone u oħrajn li jiġbru kreditu minn nies li mhux qed iħallsu l-kontijiet.", "Bħalissa dawn il-kawżi qed jiżdiedu peress li m'hawnx ħafna flus fl-idejn u dak li jkun qed jipprova jeħles id-debitu.", "Tajjeb li nisimgħu diskors fuq kemm iridu li l-qorti tkun effiċjenti u li jkollha sistema ta' clearance u rinfurzar tajba.", "Tajjeb li nappellaw li l- qorti jkollha tqassim aħjar u li jkun hemm staff effiċjenti, li l- ġudikatura tkun tajba u li jkollha l-apparat biex taħdem.", "Dan hu kollu tajjeb imma mhux kollox miexi kif qed jgħid il-ministru.", "Jekk hemm xi ħaġa li bilfors trid issir speċjalment fiċ-ċivil, din hija li wieħed jgħarraf ix-xhieda biex tidher fl-awla meta tkun se tinstemgħa l- kawża quddiem l-imħallef.", "L-ewwel ħaġa n-notifika ta' xhud hija ta' Lm3.", "Jekk wieħed iħarrek tmien xhieda diġa jkun ħallas Lm24.", "Qed ngħid dan għax kemm il-darba qaluli li kien hemm xhieda li ma ġietx notifikata.", "Naf ċert li l-ministru għamel aċċenn għaliha u naħseb li wasal iż-żmien li jsir xi ħaġa biex fejn tidħol in-notifika tal-parti ikun hemm sistema ta' iktar effiċjenza.", "Kultant ikun hemm in-notifiki lesti u x-xhieda tkun qegħda hemm filwaqt li d-deputati u l-leġislaturi li suppost ikunu qegħdin ma' l-imħallef jew ma' maġistrat jissejħu għal xi kors filgħodu u l-maġistrat ikollu jgħid lin- nies li ma jistax jisma' l-kawża.", "Jien nistaqsi jekk hix effiċjenza li dawn jissejħu għall-kors waqt il-ħin tax-xogħol.", "Tajjeb li sar eżerċizzju biex naraw li jkun hemm aktar effiċjenza fil- proċedura ċivili u fil-proċedura ċivili li tapplika għall-proċedura kriminali.", "Nafu li hemm parti mill-kodiċi ċivili li tapplika għall-kodiċi kriminali.", "Smajt lill-ministru jgħid li l-players kollha qablu.", "Issa jien naf bħalma jaf hu li hemm diversi klawsoli li qegħdin jiġu emendati fil- proċedura ċivili.", "Se mmur mill-ewwel fuq waħda li ma semmiex.", "Jien qgħadt attent għax ftit li xejn daħal fihom dawn u ħa nibda nidħol fihom jien.", "Waħda milli ma semmiex u qegħda hemm hija dik fuq il-kwestjoni tal- ġudikatura.", "Naqbel mal-ministru li dawn għandhom jaħdmu bħala team, imma mhux kulħadd lest biex jaħdem bħala team.", "Mhux kulħadd għandu l-istess karattru li jaħdem f'teamwork, pero` ċertament l-ispirtu għandu jkun hemm.", "Waħda mill-affarijiet li hija ovvja, Sur President, hija meta imħallef jiġi maħtur.", "Dan jiġi maħtur skond l-istess klawsoli u skond l-istess direzzjoni tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna u jieħu l-flus talli jservi ta' mħallef apparti li huwa assigurat fil-fond konsolidat.", "Dan huwa protett bil- kostituzzjoni ta' pajjiżna u l-ministru jaf li parti ġejja mill-fond konsolidat u parti huwa allowance.", "Il-ministru semma' karozza, telefon u mobile.", "Dawn kollha huma parti mill- pakkett li jingħataw minħabba s-security of tenure u li l-ġudikant ikollu l- indipendenza biex ebda deċiżjoni fl-eżekuttiv ma tinfluwenzah.", "Jekk hemm xi ħaġa li qegħda ċara fir-referenza tal-ġudikanti huwa l-artiklu 107 tal- kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dan jgħid li l-imħallfin u l-membri tal- ġudikatura jkunu ġew mogħtija dak is-salarju u l-kundizzjonijiet ta' servizz li bihom ikun beda`.", "Jekk jinħatar imħallef illum jingħata l- kundizzjonijiet u s-salarji li jkun hemm illum.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid li ma hu veru xejn li dak li għandu x'jaqsam ma' dawn l-emendi l-ġodda kien hemm qbil fuqu minn kulħadd.", "Fl-appendix tar- rapport dwar il-law courts administrative reorganisation process jgħid li hemm dan il-court group fejn semma l-membri li huwa nnomina.", "Dan jgħid hekk:", "\"The group has also endorsed the relative amendments except that the juridical entered a reservation regarding the amendment to section 16 regarding other activities of the juridical.\".", "Jidher li mhux fuq kollox kien hemm qbil.", "Ċertament fuq artiklu 16 tal- proċedura ċivili ma kienx hemm qbil, u ma kienx hemm qbil għaliex hemm indikat li: \"l-imħallfin u l-maġistrati ma jistax ikollhom ebda professjoni, negozju jew kummerċ, jew li jkollhom kwalunkwe kariga oħra jew pożizzjoni temporanja jew volontarja minn barra kariga ġurisdizzjarja f'qorti internazzjonali jew fit-tribunal b'ħatra ta' eżaminatur fl- istabbilimenti pubbliċi ta' l-edukazzjoni, b'ħatra li hija ta' xorta onorarja u kwalunkwe ħatra oħra stabbilita` bil-liġi li tipprovdi espressament għall-possibilita` tan-nomina tagħha.", "Meta wieħed jaraha l- ewwel darba jaqbel magħha.", "Ċertament hemm etika li trid tiġi regolata fil- konfront tal-ġudikanti, u din l-etika` jirregolawha huma stess u l- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Din tirregola l-etika`, l- imġieba u l-komportament ta' l-imħallfin u l-maġistrati u tgħid kif għandhom iġibu ruħhom ma' xulxin mal-pubbliku, mas-soċjeta' u oħrajn.", "Din hija ta' importanza kbira tant li huma stess għandhom etika` li jimxu fuqha.", "Sa April tas-sena 2000 kien hemm qbil bejn l-imħallfin u l-maġistrati - u dan qablu miegħu il-partijiet - li jkollhom kodiċi ta' etika` għal fejn għandu x'jaqsam il-komportament ta' mħallef u maġistrat.", "Huwa importanti li l-popli Malti jkun jaf x'jirregola imħallef u maġistrat u li ċertament ħadd m'għandu jipprova jindaħal fl-indipendenza tiegħu biex iservi sew bħala membru tal-ġudikatura ta' pajjiżna u sew bħala parti mis-sistema` ġudizzjarja ta' pajjiżna.", "Dawn kellhom dan ir-regolament etiku li jgħid hekk:", "\"..il-ġudikanti ma jista' jkollhom ebda kariga oħra mal-gvern bi ħlas ħlief dawk li huma espressament permessi mil-liġi.\"", "Huma stess sa April tas-sena 2000 kienu qegħdin jaqblu li ma jkollhom ebda kariga oħra mal-gvern bi ħlas.", "Dan jirrifletti tajjeb, Sur President, anke ma dak li huwa stabbilit b'mod internazzjonali.", "Kien hemm pressjoni jekk mhux impożizzjoni biex din il-kodiċi ta' etika tal-ġudikatura terġa` tiġi mill-ġdid riveduta.", "Is-sena l-oħra dawn ġew mistiedna biex ikunu preżenti biex jiġi ppreżentat kodiċi ta' etika` għall-ġudikanti kif suppost ġie approvat mill-istess kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Jekk hemm xi ħaġa li l-players għandhom jaqblu fuqha hi li jagħmlu parti mid- deċiżjonijiet ta' dak li jindirizza lilhom.", "Kontrarjament għal dak li tana x'nifhmu hawnhekk il-ministru - li hawnhekk kulħadd qabel ma' dak li qed jipproponi - żgur li għal dan l-artiklu 16 li għadni kif qrajt kien hemm oppożizzjoni.", "Fuq dan l-artiklu ma kien hemm l-ebda qbil la minn court group u lanqas mill- membri tal-ġudikatura - kemm imħallfin u kemm maġistrati.", "Hawnhekk qed insemmi l-fatti.", "Hawnhekk għandi ittra li se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra ffirmata mill-membri tal-ġudikatura kollha.", "Hawnhekk qed nara diversi firem ta' imħallfin inkluż ukoll il-Prim Imħallef preżenti u ta' maġistrati fejn fl-10 ta' Mejju kitbu lill-Eċċellenza tiegħu l-President ta' Malta, li wara li bħalha kap ta' stat stedinhom biex ikunu preżenti.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Nirreferi għall-istedina tiegħek tas-7 ta' Mejju...\"", "Din kienet sabiex huma jattendu għas-seduta tat-12 ta' Mejju li fiha kellu jiġi ppreżentat kodiċi ta' etika għall-ġudikanti.", "L-istess imħallfin u maġistrati, kontrarjament għal dan li qegħdin nippruvaw nifhmu llum hawn - li qed naqblu ma' dan kollu - dehrilhom li ma kellhomx żmien biżżejjed biex ikunu jistgħu japprovaw u jaraw il-kontenut ta' dan il-kodiċi ta' etika u għalhekk kienu tal-fehma li s-seduta tiġi posposta u jkollhom l- opportunita` li jeżaminaw dak li qed jiġi ndikat lilhom bħala komportament etiku fil-konfront tagħhom.", "Dan li għandna hawnhekk fl-artikolu 16 illum huwa rifless ukoll fl-artikolu 16 anke jekk saret din l-ittra.", "Hawnhekk qed ngħidu kif għandu jiġi sostitut imħallef jew maġistrat.", "Dan ma' jistax ikun membru ta' għaqda volontarja, lanqas jekk tkun il-legion of Mary.", "Dan lanqas jista' jmur hemm biex jitlob qabel ma jagħti xi sentenza biex ikun żgur illi s-sentenza tkun ispirata u jkollha riflessjoni morali.", "Dan lanqas jista' jgħallem l-Universita' anke jekk jirrifjuta l-onorarja.", "Nafu li hemm minnhom illi ma jeħdux ċenteżmu mill-universita' imma jgħallmu hemmhekk.", "Nafu li l-membri tal-ġudikatura taw kontribut kbir fil-progress kulturali ta' pajjiżna.", "Issa dawn lanqas jistgħu jagħtu dan il-kontribut.", "Jekk hemm imħallef li jmexxi banda u mexxa 'l quddiem l-apprezzament mużikali u kulturali u anke żamm l-għaqda taż każin, taħt artikolu 16, ma jistax jagħmel hekk aktar.", "Mr Speaker, filwaqt li huma jifhmu li għandu jkun hemm komportament etiku korrett li għandu jkun parti mir-regolamentazzjoni li jagħmlu huma u li għandu jkun serju, dawn l-impożizzjonijiet ma jgħinux.", "Meta dawn iltaqgħu qalu illi jaffermaw illi r-regolamentazzjoni dettaljata għall-kondotta m'għandhiex tkun kwestjoni ta' leġislazzjoni bħalma qed tiġi imposta hawnhekk imma għandha tkun regolamentazzjoni illi jagħmlu bejniethom bħala kodiċi.", "Jekk ikun hemm bżonn tittieħed azzjoni wkoll u aħna bħala oppożizzjoni nemmnu li din tista' ssir.", "Waħda mill-affarijiet li tista' ssir hi li mill-istess ġudikatura jkun hemm sotto-kumitat biex jara kif ikun hemm l-aħjar kodiċi ta' etika bejniethom li jgħid kif għandhom iġibu ruħhom u kif għandhom imexxu l-funzjoni tagħhom mingħajr ma jkunu qegħdin jagħmlu affarijiet kontra l-istess spirtu bħala membri serji tal-ġudikatura f'pajjiżna.", "Jista' jkun hemm ukoll sotto-kumitat mill-istess kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Bħala oppożizzjoni nemmnu li jista' jsir hekk imma ma nemmnux li dan għandu jiġi impost b'liġi u dan mhux qed ngħiduh għax irridu ngħidu hekk, imma qed ngħiduh anke fid-dawl ta' xi jsir barra minn xtutna.", "Filwaqt li qed nitkellmu fuq karigi internazzjonali fil- qorti internazzjonali aħna naraw ukoll xi jsir fil-kamp internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-judiciary conduct.", "Bħalma naf ċertament li għandu l-ministru, hawnhekk għandi quddiemi l-Bangalore draft.", "Dan huwa judicial group li jiltaqa' b'mod regolari biex jara li tissaħħaħ l- integrita` ġudizzjarja b'mod internazzjonali u dan japplika wkoll għall- membri tal-ġudikatura fil-livell domestiku u allura japplika wkoll għal pajjiżna.", "Hawn qed nagħmel riferenza għal dak li sar riċentissimu.", "L-ewwel laqgħa li saret tal-code of judiciary conduct kienet fi Vjenna f'April tas- sena 2000 u minn hemmhekk baqa' jsir ix-xogħol sakemm ħareġ dan li ngħidulu Bangalore draft.", "Bangalore huwa post fl-Indja u allura ħa l-isem tal- pajjiż.", "Dan il-Bangalore draft fost l-affarijiet li ġew dikjarati li jista' jew ma jistax jagħmel imħallef jgħid hekk:", "\"A judge may speak publically on non-legal subjects and engage in historical, educational, cultural, sporting or like social and recreational activities, if such activities do not deduct from the dignity of the judicial office or otherwise interfere with the performance of judicial duties in according with this code.", "He may partecipate in civil and charitable activities that do not reflect adversity on the impartiality or interfere with the performance of judicial duties.\".", "Din id-dikjarazzjoni hi magħmula f'livell internazzjonali jiġifieri jkun hemm forum li jiltaqa' u jiddiskuti.", "Issa jekk wieħed jara artikolu 16, filwaqt li jgħid li l-ministru għandu raġun jgħid li m'għandux ikun hemm ġudikant li jmexxi kumpannija, jgħid ukoll li dan imur kontra l-ispirtu ta' dan il-forum.", "Etikament irid ikun hemm regolamenti u dan nifhmuh.", "L-imħallef qed jieħu s- salarju mill-fond konsolidat li ma jistax jintmiss u l-allowances, karozza u telefon li fuq kollox il-ministru jista' jneħħi u jwaqqaf.", "Anke hawn insibu r-rabta ta' l-eżekuttiv li b'xi mod indirett qed jikkontrolla l- istess metodu tal-ġudikatura.", "Huwa aktar tajjeb li waqt li l-imħallef jagħmel xogħlu b'mod effiċjenti ikollu fuqu l-prim imħallef li jara li kulħadd qed jaqdi dmiru kif għandu jkun.", "Jien ma nistax nifhem x'kunflitt ta' nteress jista' jkun hemm jekk imħallef ikun qed jgħallem l-universita' jew jieħu sehem f'xi għaqda voluntarja, banda jew xi attivita' sportiva bil-possibilita' li jdaħħal aktar dixxiplina.", "Semmejna l-Bangalore draft imbagħad għidna li l-imħallef Malti ma jistax jieħu sehem f'għaqda voluntarja.", "Dan kollu jikkontradixxi dak li qed jiġri f'pajjiżna f'livelli oħra.", "Hawnhekk insemmi min għandu salarji u pakketti kbar u ħoxnin ħafna.", "Dawn in-nies mhux talli m'hemmx kodiċi tal-etika għalihom, talli m'hemm ebda kontroll fuqhom.", "Dawn qegħdin litteralment jitħallew jagħmlu li jridu f'pajjiżna b'konflitt ta' interess bl-iktar mod sfaċċanti.", "Jiena għandi lista ta' nies hawnhekk imma qabel irrid nuri x'jiġri f'pajjiżi oħra.", "In-nazzjonalisti tinteressahom ħafna l-Unjoni Ewropea.", "Jekk hemm pajjiż li jiftaħar li huwa l-qalb tal-Unjoni dan huwa l- Belġju.", "Jekk nieħdu l-Belġju insibu l-corp of arbitration for sports.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-kawżi iżda mal-membri tal-ġudikatura li għandhom attivitajiet sportivi.", "Fil-Belġju wieħed mill-aħjar imħallfin li hemm - ċertu Guido De Creil - barra li huwa sitting judge huwa membru fil-corp of arbitration for sports.", "Għandi lista ta' mħallfin li jagħmlu l-istess fi New Zealand u l-Awstralja.", "B'dan l-artikolu qed indaħħlu sistema ta' diskriminazzjoni bejn membri u membri.", "Għandna lista ta' nies li jistgħu jagħmlu li jridu f'pajjiżna u għandna nies li riedu jagħmlu l-ġid u għax jifformaw parti mill-ġudikatura llum qed niġu imposti li ma jidħlux f'attivitajiet simili.", "Ċertament naqbel u hekk għandu jkun illi dawn m'għandhomx ikunu nvoluti fil-ħajja politika ta' pajjiżna imma kap ta' dipartiment jista' joħroġ għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali u għall- partit politiku.", "Mela din hi aċċettabbli u membru tal-ġudikatura lanqas jista' jkun membru temporanju ta' għaqda voluntarja minħabba din l-emenda.", "Jien nista' ngħid li din tmur kontra l-Kostituzzjoni għax il-liberta' ta' l- espressjoni ma tinkludix il-kliem biss.", "Jiena jista' jkolli liberta' ta' assoċjazzjoni u naqdi dmiri b'mod korrett fil-ġudikatura.", "Dan qed jiġi ristrett u m'hemmx qbil ma' kulħadd.", "Il-ministru seta' qalilna mill-bidu li ma qablux fuq parti mill-emendi u b'hekk kien ikun ċar anke jekk jixtieq idaħħal din l-emenda xorta.", "Kien hemm mill-membri tal-ġudikatura li ġie maħtur f'Mejju, min ġie maħtur għaxar snin ilu u min ġie maħtur sitt snin ilu bil-kundizzjonijiet kif kienu dakinhar.", "Fost il-kondizzjonijiet hemm li l-istat ikun aċċettaħ ladarba jkun tah il-kariga ta' imħallef jew ta' maġistrat kif inhu u b'li kien.", "Illum b'dan l-artikolu 16 il-ġdid qed ngħidu li b'mod indirett, fin u sottili ħafna, dawk il-kundizzjonijiet li telaq bihom se jinbidlu.", "Hawn l-eżekuttiv ikun qed jilgħab logħba perikoluża, Mr Speaker.", "Aħna bħala Partit Laburista qed nagħmluha ċara illi meta nkunu fil-gvern artikolu 16 mhux se nħalluh kif inhu.", "Dan qiegħed jiddiskrimina u japplika żewġ kejliet ma' min suppost għandu jitħalla indipendenti sakemm iġib ruħu sew u jipparteċipa fir-regolamenti ta' ġudikant.", "Ma nistgħux nibdlu xi ħaġa li hi aċċettata b'mod internazzjonali.", "Dan għandu jitħalla kif inhu.", "Jekk xejn għandu jsir ma' min se jilħaq imħallef issa.", "Fil-klawsola li hemm fuq in-negozju rrid nistaqsi jekk allura ġudikant jistax ikollu l-ishma fil-BOV.", "Wieħed irid jaraha x'irridu nfissru b'negozju jew kummerċ.", "Dan l-artikolu jfisser li jekk bħal ħafna nies, il- ġudikant ikollu l-ishma f'bank ma jkunx jista' jinnegozjahom.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq nazzjonalisti li jagħmlu li jridu iżda fuq il-ġudikanti.", "Is-Sur Marin Hili mill-freeport ta' Malta mar jixtri biċċa mill-freeport ta' Venezja u qal li dan ma jaffetwax lil pajjiżna għaliex hemmhekk jidħlu ċertu containers u hawn ma jidħlux.", "Kif qed jgħidli sieħbi Evarist Bartolo hemmhekk il-containers jidħlu bil-gondola u hawnhekk jidħlu bil-vapuri l- kbar u allura m'hemmx konflitt ta' interess.", "Hemm lista ta' nies illi għandhom kunflitt ta' interess u ħadd ma jsemmihom.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq ġudikant li jkun jagħmel parti minn banda biex ikompli jżomm il-kultura ta' pajjiżna u fl-istess ħin jagħmel xogħlu b'mod korrett fil-qrati tagħna.", "Hemm min qiegħed fl- awtorita` tat-turiżmu u juża l-faċilitajiet tal-VIP għal raġunijiet li jafhom hu.", "Hawnhekk m'għandniex kunflitt ta' interess.", "Għal dawn in-nies jidher li m'hemmx bżonn issir kodiċi tal-etika għax huma nazzjonalisti protetti.", "Aħna mhux fuq dan qed nitkellmu u għalhekk m'għandniex indaħħlu din il-maskla ta' l-eżekuttiv.", "La jien u lanqas ħadd li hawn fil-bank ta' l- oppożizzjoni ma jrid ikun parti minn dan.", "Din qed nagħmluha b'dikjarazzjoni.", "Il-partit Laburista li fi ftit xhur oħra se jkun fil-gvern se jneħħi dan l- artikolu.", "Irridu nemendawh biex jagħmel sens u jkun jirrifletti responsabbilta` u juri li l-ġudikatura u l-maġistrati huma korp indipendenti mill-eżekuttiv.", "Aħna mhux se nimponu affarijiet li b'xi mod jimpinġu fuq l-indipendenza tagħhom.", "Jien qed ngħid li jrid ikun hemm sotto- kumitat bejnietna.", "Wieħed jaħseb li mhux se niġu fi stadju ta' kumitat u nagħmlu l-emendi li għandna nagħmlu.", "Ħa nagħmluhom u rrid ngħid li hemm ħafna x'nagħmlu.", "Nixtieq nirreferi wkoll għal klawsola 57.", "Illum daħħalna fenomenu ġdid.", "Kulħadd kien jaf illi r-reġistru, l-uffiċjali u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-qorti kienu fir-responsabbilta` diretta tar-reġistratur.", "Fil- qorti ta' Malta qed ikun hemm proċessi mitlufin u ħadd ma jieħu r- responsabbilta`tagħhom.", "Nistaqsi jekk ir-responsabilita' hux se tmur fuq ir- reġistratur jew fuq il-kariga l-ġdida tad-direttur ġenerali.", "Illum hemm ħafna rjus ġol-qorti u l-affarijiet aktar tgerfxu.", "M'hemm xejn x'jiddefinixxi r-rwol ta' dawn in-nies u nafu li issa qed indaħħlu dawn l- emendi meta n-nies diġa daħlu.", "Artikolu 75 għandu emenda li tipprova tiddefinixxi r-responsabbiltajiet ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-qrati tagħna biex ikun hawn iktar flessibbilta` amministrattiva.", "Hawnhekk qed ngħidu ħafna kliem u meta niġu għall-fatti nsibu taħwid kbir.", "Hemm ħafna proċessi mitlufin.", "Hija tal-mistħija illi hemm dawn in-nies kollha fl-amministrazzjoni tal-qorti u hemm proċessi mitlufin.", "Hemm min irid jagħmel appell u ma jistax għax il- proċess hu mitluf.", "Din hi sitwazzjoni inimmaġinabbli.", "Issa daħħalna l- fenomenu illi d-direttur ġenerali jiġi appuntat mill-prim ministru u se jkun b'mod amministrattiv responsabbli mir-reġistri, mill-arkivji, mill- call services u affarijiet oħra.", "Dan se jibqa' hemm pero' ħa jkun hemm ieħor bħalu u ftit mir-responsabbiltajiet ħa jgħaddu għandu.", "Wieħed jistaqsi jekk hux qed isir dan biex nappuntaw ċerti nies li rridu nappuntaw hemmhekk.", "Wieħed jibda anke jistaqsi kif saru ċerti promozzjonijiet riċenti.", "Kien hemm min kien ħaqqu l-promozzjoni ta' deputat amministratur.", "Dawn huma nies kompetentissimi li għallmu oħrajn biex jibdew jiġru ġol- qorti.", "Mela dawn ta' l-aħħar ħadu l-promozzjonijiet kollha dan is-sajf taħt il-gvern Nazzjonalista u dawk li għallmu u għandhom esperjenza kbira fil- qorti bi kredenzjali kbar ma' kull ġudikant li ħadmu miegħu spiċċaw mingħajr promozzjoni.", "Nista' nimmaġina x'moral għandhom dawn in-nies.", "Hemm persuna li tant għandha moral baxx li lanqas saret tingħaraf minn kif kienet.Dan li qed ngħid japplika wkoll għal artiklu 65.", "Jien staqsejt fuq l-arkivji.", "Diġa' għamilt domanda parlamentari dwar kemm ikun aħjar li l-arkivji jkunu mmexxija u mmaniġjati aħjar.", "Jiena niftakar li sa ftit xhur ilu wieħed kien imur l-arkivji, jistaqsi liż-żewġ persuni li kien hemm għal sentenza u jimxi.", "Wieħed minnhom illum miet.", "Il-ministru jaf li llum biex wieħed isib sentenza jrid imur hu u jfittex fil-ħafna kaxxi u taħwid li hemm.", "Din hija s-sitwazzjoni tal-qrati f'erba' snin ta' gvern nazzjonalista.", "Jekk kawża tkun għalja trid tkun fuq.", "Dan anke minħabba l-istudenti li jmorru jagħmlu r-riċerka.", "Is-sitwazzjoni fl-arkivji hi mill-aktar diżastruża.", "Artikolu 66 jgħid illi l-istess ministru jista' jappunta dik il-persuna biex taġixxi bħala direttur ġenerali.", "Għalkemm għandha dawn il-kunflitti kollha jien se nsemmi l-pożittiv ta' dawn l-emendi wkoll.", "Madankollu rrid nara għaliex meta niġu biex nirranġaw l-affarijiet jinqalgħu il-kunflitti.", "Jekk hemm xi ħaġa li żgur ma kellniex nagħmlu hija li nżidu l-ispejjeż u għalkemm hawn m'hawnx żieda ta' spejjeż b'mod dirett, waħda mill- affarijiet li daħlet jew se jipprova jdaħħal il-ministru hija fl-artikolu l-ġdid 119 A. Din hi illi meta avukat jew il-persuna li tkun ma' l-avukat tippreżenta l-każ tagħha fiċ-ċivil din trid ukoll tippreżenta dawk il-kopji illi jkun hemm mal-kamra.", "Din tirreferi għal \"any judiciary act\".", "Issa l- ministru qed idawwar rasu u jgħid illi l-persuna għandha tippreżentahom.", "Il- proċedura kif kienet sal-lum hi li l-kopji jsiru mir-reġistratur.", "Wieħed kien jippreżenta dokument u jitlob notifika.", "Illum qed ngħidu li din qed issir biex nevitaw li jsiru kopji.", "Dan ifisser spejjeż.", "Il-kawża fiha nfisha diġa' hi għalja u issa se nżidu dawn.", "Jiena nippreżenta appell fil-qorti ċivili u issa ħa ndaħħlu regolament.", "Din hi waħda mill-affarijiet li ċertament trid aktar ħsieb u attenzjoni.", "Naħseb li hi xi waħda minn dawk li tkun għaddiet tard filgħaxija fost il- ġranet li ltaqgħu mal-ministru meta kienu għajjenin.", "Ma nistax nimmaġina kif wara li l-appell ikun ġie ippreżentat se tkun ir-responsabbilta` tal- partijiet anke fl-ewwel darba li jivverifikaw id-data tal-ewwel smiegħ ta' l-appell.", "Ma nafx kif jista' jkun li jiġri dan speċjalment għall-ewwel darba.", "Ma nafx kif dan jista' jseħħ meta nafu li l-prassi dejjem kienet li għall-ewwel smiegħ il-partijiet jiġu notifikati mir-reġistratur.", "Mela wieħed ikun ippreżenta l-appell fil-ħin sakemm ma jkollux il-proċess mitlub u jkun ħa ħafna xogħol biex ikun daħħlu.", "Barra dan issa se jkollu jivverifika meta għandu d-data ta' l-appell.", "Din hija xi ħaġa illi wieħed jikkritika b'mod oġġettiv għax dawn affarijiet m'għandhomx jiġru.", "L-istess ħaġa ngħid fuq il-kwestjoni tas-servizzi.", "Filwaqt li naqbel mal-ministru li verament trid issir xi ħaġa fuq il- kwestjoni ta' kif isir is-serving taċ-ċitazzjoni ta' kull att ġudizzjarju u kif isir l-istess mandat irrid nistaqsi x'irid ifisser b'\"the possibility of private process service.\"", "Jiena naħseb li wieħed għandu joqgħod attent illi ma jgħaġġilx biex idaħħal is-settur privat biex jagħmel dak li dejjem kien responsabbilta` ta' dawk li huma intrinsikament parti mis-sistema ġudizzjarja f'pajjiżna.", "Filwaqt li nifhem il-preokkuppazzjoni rigward l- effiċjenza tas-serje ta' dokumenti fil-qrati tagħna, wieħed irid jara x'irid ifisser il-ministru meta jitkellem fuq liċenzjar ta' servizzi privati.", "Meta wieħed jaqra sezzjoni 202 tal-kodiċi ċivili li qed inneħħu bħala emenda taqraha ikun ifisser li s-sistema tal-masters ħa tinqala minn dak li ftehmna u minn dak li wieħed kien jifhem li kien qiegħed inserit fil- kodiċi ta' proċedura.", "Donnu jrid jgħid li din se tkun inserita f'xi regolamenti oħra.", "Kif wieħed jista' jaħseb, jew se nneħħu għal kollox is- sistema' tal-masters għal kollox jew inkella hemm xi ħsibijiet għaliha li mhux qed jidhru hawn.", "Dan għaliex artikolu 202 qed jiġi mħassar b'mod komplet.", "Filwaqt li nifhem li waqt li l-avukati għandhom ikunu responsabbli għall-kawżi li għandhom ikollhom u li għandhom ikunu ppreparati għal dak illi jkun mistenni minnhom, bħal ma tagħmel il-bqija tal-ġudikatura, ma nistgħux nagħmlu l-affarijiet hekk.", "Nirreferi wkoll għal artikolu 195(4) u qed nara kif se jiġi emendat.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-kamra għal għal għada l-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. ------------------ Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, fil-ħin għad-dispozizzjoni tiegħi illum se nitkellem fuq erba' punti different u se nibda propjru mill- polemika li hawn dwar il-konflitt ta' interess li għandu s-Sur Marin Hili wara li xtara nofs l-ishma tal-port ta' Venezja.", "Is-Sur Hili rreaġixxa u qal li m'hemmx konflitt ta' interess fil-fatt li hu għandu ħatra pubblika bħala chairman tal-korporazzjoni tal-freeport u fl-istess ħin għandu nofs l-ishma tal-kumpannija li tmexxi l-port ta' Venezja, ishma li hu xtara permess tal-kumpannija privata tiegħu għall-valur ta' kważi Lm4.5 miljun.", "Mr Speaker, bir-rispett kollu lejn is-Sur Hili, jiena ma naħsibx li għandu jkun hu li jgħid jekk għandux jew le konflitt ta' interess f'dan il-każ.", "Apparti minn hekk, is-Sur Hili jrid jispjega għalfejn jaħseb li m'hemmx konflitt ta' interess.", "Min-naħa l-oħra jispikka l-iskiet tal-gvern - b'eċċezzjoni tal-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi - fuq din il-kwestjoni fejn għadu ma spjegax għalfejn m'hemmx konflitt ta' interess.", "Fil-fehma tiegħi hemm diversi raġunijiet għaliex f'dan il-każ hawn konflitt ta' interess imma llum se nsemmi wieħed biss mingħajr ma nidħol fil-mertu ta' kif se jiżviluppa l-port ta' Venezja għaliex diġa` qed jgħidu li bl- involviment tas-Sur Hili fil-port ta' Venezja, il-pjani huma li l-port ikabbar id-dimensjoni internazzjonali tiegħu.", "Veru li bħalissa l-port ta' Venezja kien qiegħed hemm biex jipprovdi s-servizzi tiegħu għal postijiet viċin jew fil-Veneto u għal pajjiżi qrib ta' dan ir-reġjun bħalma huma l- Kroazja u l-Islovenja pero` l-ħsieb hu li bl-involviment tas-Sur Hili, mis- sena d-dieħla, dan l-port beħsiebu jidħol fis-suq tal-containers - qasam li hu ġdid għalih – u beħsiebu wkoll jaħdem fuq rotot fil-Mediterran, fil- Lvant Nofsani u fil-Lvant Imbiegħed.", "Jiġifieri jekk sa issa, kif spjega s- Sur Hili l-bieraħ, l-port ta' Venezja ħadem biss f'ċerti oqsma, mis-sena d- dieħla beħsiebu jidħol fil-qasam tal-containers u beħsiebu li fl-ewwel sena tiegħu, jaħdem fuq mitt elf contrainer bejn wieħed u ieħor.", "Dan hu ppjanat li se jsir.", "Interessanti nistaqsu wkoll jekk f'xi mument il-korporazzjoni tal-freeport ikkunsidratx li tixtri hi nofs l-ishma tal-port ta' Venezja.", "Din hi mistoqsija importanti għaliex sentejn ilu, propju fl-24 ta' Mejju tas-sena 2000, il-freeport xtrat 40% tat-terminal tal-port ta' Brindisi u żviluppat relazzjoni ta' feeder service ma' dan il-port sabiex containers u merkanzija minn Brindisi jiġu hawn u ż-żewġ portijiet jikkoperaw flimkien fuq ir-rotot għall-Amerika ta' Fuq, għall-Ewropa ta' Fuq u għall-Asja.", "Fil- każ ta' Venezja, kien hemm xi kunsiderazzjoni f'xi mument jekk il-freeport għandux jikseb nofs l-ishma tal-port ta' Venezja?", "Importanti li jkollna tweġiba għal din il-mistoqsija.", "Sur President, nagħlaq fuq dan is-suġġett billi ngħid li s-Sur Hili qal li jekk il-gvern jiddeċiedi li għandu konflitt ta' interess, hu se jirreżenja mill-freeport.", "Dan juri biċ-ċar li l-ewwel lealta` tas-Sur Hili hi lejn l- ishma privati li għandu fil-port ta' Venezja.", "Għandu kull dritt jagħmel dik l-għażla imma ma jistax ikun li jkun chairman tal-freeport u jżomm l-ishma tal-port ta' Venezja fl-istess ħin.", "Dawn l-ishma setgħu faċilment - m'iniex se nidħol fil-mertu ta' jekk jikkompetux jew le, issa jew 'il quddiem, fuq l-istess rotot – inxtraw mill-Malta Freeport biex ukoll joffri feeder-service bħalma ġara fil-każ ta' Brindisi.", "Fil-każ ta' Brindisi, l- ishma nxtraw mill-Malta Freeport filwaqt li fil-każ tal-port ta' Venezja, dawn inxtraw mill-kumpannija privata tas-Sur Hili u għalhekk jiena naħseb li huwa importanti li din il-kwestjoni tiġi solvuta għax fil-fehma tiegħi s'issa għada ma ngħatax tweġiba xierqa rigward il-konflitt ta' interess in kwestjoni.", "Ngħaddi issa għat-tieni suġġett li xtaqt nitkellem fuqu li jirrigwarda d-deċiżjoni nġusta li ħa l-club tal-waterpolo tas-Sirens meta għalaq bil-ħadid biċċa mill-kosta f'parti popolari ħafna ta' San Pawl il- Baħar li għandha ġo fiha l-pixxina tagħhom.", "Sur President, b'konsegwenza ta' dan li għamel dan il-club, il-pubbliku li kien ilu snin twal jgħaddi minn issa ma jistax jgħaddi iżjed.", "Dan mhux aċċettabli, jiena wieħed minn dawk li meta kelli ċans tajt l-għajnuna tiegħi lis-Sirens u lest nerġa` nagħmel hekk imma fuq din il-kwestjoni jiena rrid nagħmilha ċara li ma naqbilx magħhom u għandhom raġun in-nies li jiffrekwentaw dawk l-inħawi li jduru lejna, ir-rappreżentanti tal-poplu, u jistaqsuna x'qegħdin nagħmlu u kif ma nitkellmux meta jiġru affarijiet bħal dawn.", "Jiena naħseb li għandhom raġun jistaqsu li we should stand up to be counted u jiena ngħid iva, li għamlu s-Sirens hu ħażin.", "Daqs kemm jiena hawn ġew ikkritikajt ftit seduti ilu lill-operatur privat li għalaq l- aċċess pubbliku ta' parti mill-kosta ta' Buġibba, daqshekk ieħor nikkritika u nirrepeti l-istess akkuża u appell sabiex l-parti li ġiet magħluqa ħdejn is-Sirens terġa` tinfetaħ għall-pubbliku.", "Sur President, it-tielet suġġett li xtaqt nitkellem dwaru jirrigwarda l- wied tal-Marfa fejn ftit ilu kelli esperjenza ta' swied il-qalb meta flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Noel Farrugia u s-sindku Laburista tal- Mellieħa, s-Sur Buttiġieġ, iltqajna mal-bdiewa li jaħdmu l-egħlieqi fil- Marfa.", "Dawn huma nies tax-xogħol fejn biżżejjed tħares lejn idejhom biex tinduna li dawn ilhom snin twal jaħdmu dawn l-egħlieqi – li wirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra - b'ħafna sagrifiċċju u tbatija.", "Dawn il-bdiewa ħaduna naraw l-ispejjer, meravilja ta' spejjer li tħaffru bil-baqqun – illum jekk tmur fuq it-tfal u tistaqsihom x'inhu baqqun lanqas ikunu jafu jweġbuk – u wħud minnhom jinżlu anke sa mitt pied u l-ġebel li tellgħu minn hemm intuża biex inbena l-ħajt tas-sejjiegħ u għalhekk ma kien hemm ħela ta' xejn.", "Kultant issib anke sistema ta' mini li tgħaqqad spiera ma' oħra.", "Kemm ilhom jeżistu dawn l-ispejjer – li wħud minnhom għandhom anke 90 sena - qatt ma naqas l-ilma imma għal xi raġuni, din is-sena nixef u l-bdiewa ta' dawn l-inħawi jinsabu ddisprati għax l-uċuħ tar-raba qed jinxfu kollha.", "Wieħed jista' jgħid li kellna nuqqas ta' xita għax veru li għamilna tliet snin bi ftit xita imma dan mhux biżżejjed biex tispjega għalfejn l-ilma kollu nxtorob minn hemmhekk.", "Forsi mhux dik l-unika raġuni?", "Jiena qajjimt dan il-punt f'diversi mistoqsijiet li għamilt u hawnhekk irrid niftaħ parentesi qasira u nikkritika din is-sitwazzjoni redikola.", "Jien għamilt mistoqsijiet parlamentari lil tliet ministri differenti u kollha qalu li mhux huma responsabbili u kollha qaluli biex nistaqsi lill-ministru konċernat.", "Fl-aħħar ġie stabbilit li l-ministru konċernat hu l-Ministru Zammit Dimech u rriżulta dak li smajna hemmhekk u cioe`, li waħda mill- aktar affarijiet li waslet għal dan in-nuqqas ta' ilma hu l-fatt li l- operatur tal-lukanda Riviera għamel boreholes illegali u xorob l-ilma mill- water table li hemm fil-wied tal-Marfa.", "Mela spiċċajna tajjeb!", "L-ewwel l- operatur tal-lukanda Riviera ħataf l-art u bena fuq art li mhux suppost bena fuqha u issa dan ħataf l-ilma ta' taħt l-art ukoll!", "Dan mhux biss huwa skandaluż u oxxen imma iridu jgħiduli kif se tissewwa din il-ħsara.", "Madanakollu jidher li ttieħdu passi għax jumejn wara li għamilt mistoqsija parlamentari fuq din il-kwestjoni, ħarġulu enforcement notice.", "Jiġifieri biex forsi tittieħed azzjoni jridu jitolbu l-bdiewa u trid toqgħod tagħmel il-mistoqsijiet parlamentari!", "Issa lili qaluli li l-ispetturi kienu diġa` żaru dan il-post u naħseb li minflok ilma sabu l-whiskey fit-tazza li offrilhom fil-bar!", "Imma dik hija kwestjoni oħra.", "Sur President, jien nappella għas-serjeta` għax ma jistax ikun li nitkellmu ħafna fuq l-ambjent imbagħad inħallu li l-egħlieqi tagħna jinqerdu billi ma nħallux il-bdiewa jaħdmu.", "U l-iżjed ħaġa li tinkwetani hi kif se nsewwu l- ħsara li saret fil-water table ta' Wied il-Marfa.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nitkellem fuq il- lokalita` li ngħix fiha jiena u allura ta' kuljum ngħaddi minna u sfortunatament ta' kuljum nara t-telqa u l-istingar li hemm ġewwa fiha.", "Qed nirriferi għas-Swieqi.", "F'dan il-lokal qed jiġu mgħotija l-wiċċ ċerti toroq ewlenin u dan qed iwassal għal ħafna trabijiet eċċ b'inkonvenjenza kbira għar-residenti u għan-negozji ta' din il-lokalita`.", "Dan ix-xogħol ilu li beda xhur sħaħ; qishom qed jibnu l-piramidi ta' l-Eġittu!", "Veru li mhux sempliċiment qed isiru xi toroq imma qed issir ukoll sistema ta' culverts ħalli ma jkollniex problemi ta' floods, imma ma jistax ikun li dan ix- xogħol jibqa' jieħu daqshekk fit-tul.", "Apparti dan, seba` snin ilu – kemm ili ngħix hemmhekk jiena - l-Iswieqi kien ħafna aktar nadif u sabiħ milli hu llum għaliex illum hemm idea ta' shabbiness, telqa u żdingar.", "Sur President, ma jistax ikun li għax xi ħadd għandu l-flus u jkun kunsillier tal-partit Nazzjonalista, allura jfisser li jista' jagħmel toroq pubbliċi tiegħu billi jagħlaq triq u jużaha biex jipparkja l-vetturi tiegħu u f'parti minn triq oħra jagħmel rampa tal-ħamrija biex itella` u jniżżel il-vetturi kummerċjali li għandu.", "Dan anke signs tan-no parking għamel hemmhekk u ovvjament il-kunsill ma naħsibx li se jieħu passi kontra wieħed mill-kollegi tiegħu.", "Jiena nittama li jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu biex it-telqa u l- iżdingar fl-Iswieqi, li sfortunatament tirrifletti t-telqa u l-iżdingar fil- pajjiż in ġenerali, tiġi b'xi mod imtaffija ħalli jerġa` jkollna lokal nadif u ordnat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Xi seduti ilu waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi staqsejna diversi mistoqsijiet supplimentari lill-Ministru tat-Turiżmu dwar kif numru ta' beach cleaners ma' l-istess dipartiment ingħataw transfer għal mad-dipartiment tas-saħħa.", "Il-ministru wieġeb li ma kienx hemm motivazzjoni politika wara dak li ġara u dawn tneħħew għaliex inħass li ma kienx hemm aktar bżonnhom.", "Jien ngħid li mhux biss il-ministru ma kienx qed jgħid il-verita', imma l-ħaddiema li ntbagħtu minn mal-beach cleaners għal mad-dipartiment tas-saħħa ġew minbgħuta hemmhekk b'vendikazzjoni għax huma ta' twemmin Laburista.", "Dawn intbagħatu minkejja li ma kenux l-aħħar ħaddiema kemm bħala casuals u kemm mhux bħala casuals li daħlu jaħdmu mad-dipartiment tal-beach cleaning.", "Mr. Speaker, kieku għas-saħħa ta' l-argument tal-ministru, dawn il-ħaddiema veru ntbagħatu għax ma kienx hemm bżonnhom, kieku l-ministru kien jibda minn ta' l-aħħar u mhux minn ta' l-ewwel.", "Dawn inzertaw kollha ta' tendenza laburista, u jien ngħid li din m'hijiex kumbinazzjoni imma ntbagħtu minħabba l-pressjoni li għamel wieħed mill-impjegati fil-ministeru stess fuq il-Ministru tat-Turiżmu u fuq min hu inkarigat fil-Ministeru tat- Turiżmu.", "Hawnhekk ta' min igħid li dan il-bniedem jaf ipappiha ħafna.", "Dan jaf kif jieħu ħsieb xi biċċa xogħol ta' l-air conditioners fil-ministeru l- ġdid, jaf ukoll kif fustuni tad-dawl, proprjeta' tal-ministeru, jagħmilhom tiegħu, jaf ukoll kif ħaddiema tad-dipartiment meta suppost ikunu fuq il- lant tax-xogħol jeħodhom jaħdmu d-dar tiegħu u li jaf ukoll kif il-karozza li hija mikrija għand il-ministeru tispiċċa tintuża mill-mara tiegħu.", "Dan huwa l-istess persuna li għamel pressjoni biex issir din il-vendikazzjoni minn madwar 30 ħaddiem Laburist li ngħataw trasferiment vendikattiv u mid- dipartiment tal-beach cleaning intbagħatu jaħdmu ġewwa l-isptar San Luqa.", "Il-ministru qal ukoll li dawn il-ħaddiema ingħataw l-option li min irid minnhom imur jaħdem mal-kunsilli lokali u li jekk ma jaċċettawx kienu jafu li se jieħdu transfer.", "Jien ngħidlu li ma kienx qiegħed jgħid il-verita' jew inkella kien miżinformat għaliex il-ħaddiema kulma ntalbu kien sempliċement jekk jixtiqux imorru mal-kunsill lokali.", "Fl-ebda ħin ntqalilhom li jekk ma jmorrux se jiġu trasferiti mad-dipartiment tas-saħħa jew x'imkien ieħor.", "Dawn ġew imġegħla jiffirmaw karta, biex dik il-karta mbagħad tintuża bħala dikjarazzjoni li qishom dawn speċi li rrifjutaw li jmorru mal-kunsilli lokali u dan meta l-option kienet li jagħżu liberalment jekk iridux imorru jew le.", "Fl-ebda ħin ma saritilhom kondizzjoni li jekk ma jaċċettawx li jmorru mal-kunsilli lokali se jispiċċaw fid-dipartiment tas-saħħa.", "Qed ngħid dan biex toħroġ il-verita' u biex il-poplu jkun jaf li min jilgħaba ta' qaddis, min jilbes il-libsa tal-qaddis finalment ikun liebes il-libsa tal-lupu li ma' l-ewwel okkażjoni jaħtfek, jigdmek u jivvendika ruħu minnek.", "Aktar minn hekk, Mr Speaker, fil-kolonna li jikteb kull nhar ta' Ħadd fil- ġurnal tal-Partit Nazzjonalista \"Il-Mument\" l-istess ministru l-Ħadd li għadda qal li jiena f'dan il-parlament ġejt imgiddeb bil-miktub u li ġejt imgiddeb pubblikament.", "Issa apparti li jien diġa` bgħatt it-tweġiba tiegħi – u nesiġi, kif għandi dritt bil-liġi nesiġi, li l-ġurnal \"Il-Mument\" jippubblika kelma b'kelma dak li bgħatt jien - u apparti li qed nirriżerva d-dritt li meta jkun il-waqt nieħu l-passi legali li għandi nieħu fuq dak li kiteb il-ministru, jien irrid li l-ewwelnett naraw min veru qiegħed jigdeb u min verament qiegħed jerda flus il-poplu.", "Il-Ministru Refalo irrifera wkoll għal affidavit li sar minn wieħed mill- ikbar canvassers tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista u li qiegħed fil- ministeru tiegħu mpjegat mod u jitħallas mod.", "Dan il-bniedem huwa nvolut ukoll fin-negozju.", "Mela din il-persuna, Silvio Zammit huwa viċin ħafna tal- Ministru Refalo u huwa bniedem li ġej minn familja li minn karretta tbigħ l- imqaret fuq il-promenade ta' Tas-Sliema għal snin twal, illum spiċċa bi kiosk b'art li fiha kważi daqs nofs il-pjazza tal-palazz ta' quddiem il- parlament.", "Dan huwa l-istess persuna li fit-tmeninijiet kien jorganizza, flimkien ma' Peppi Azzopardi u l-bella compagnia – u dawn kollha ġew ikkumpensati b'xi mod u dan mhux b'inqas - il-protesti ta' dak iż-żmien tal- grupp magħruf bħala tan-numri.", "Dan huwa l-istess persuna li huwa wieħed mill-uffiċjali fil-kumitat lokali tas-Swieqi.", "Dan huwa l-istess persuna li okkupa karigi fit-team ta' l-organizzazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, li għamel għal snin twal parti mill-kumitat lokali ta' Tas-Sliema u allura dan huwa persuna li għandu ċerta influwenza fuq il-votanti Nazzjonalisti Slimiżi.", "Il-Ministru Refalo lil dan iżommu miegħu għaliex b'xi mod jista' jgħinu ħafna fil-kampanja tiegħu għall-elezzjoni.", "Dan huwa l-istess persuna li ġie kkumpensat minn gvern Nazzjonalista ta' din il-leġislatura b'eluf ta' liri għax fi żmien gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 dan kien ifixkel fit-tmexxija maniġerjali tal-pixxina nazzjonali.", "Dan huwa l-istess persuna, Mr Speaker, li lili qed jgħajjarni li qed nigdeb pero' issa naraw min qed jigdeb.", "Huwa wkoll il-persuna li kienet ġiet ikkumpensata ukoll mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern b'tenders speċifiċi li jiffittjaw eżatt l-esiġenzi tan-negozju li ried jibni fejn qiegħed illum.", "Huwa wkoll dak li bela' parti minn taraġ pubbliku biex ikabbar in-negozju tiegħu.", "Mr. Speaker, dan huwa dak li jiġi jaqralu l-affidavit il-Ministru hawnhekk, li l-gvern Nazzjonalista matul din is-sena għamillu paviment ġdid ta' fejn għandu n-negozju tiegħu u minn fejn jopera.", "Dan huwa l-istess persuna li twikka bih il-Ministru Refalo għaliex ex-ministru Nazzjonalista u llum membru parlamentari keċċieh minn miegħu għaliex ma felaħx jissaporti t- taħwid tiegħu.", "Dan huwa l-istess persuna li mingħajr l-ebda kwalifikazzjoni meħtieġa, jew ta' l-inqas kwalifikazzjoni bażika, jispiċċa kull darba li jkun hemm Partit Nazzjonalista fil-gvern f'karigi għolja u b'pagi qawwijin.", "Dan huwa l-istess persuna li ftit tal-ġimgħat ilu ġiegħel lil wieħed negozjant ta' ċerta fama ....", "Onor. Cuschieri", "iċempel lili personali biex jien ma nibqax nitkellem fuq il-każ tal-gabbana għaliex Silvio Zammit ried jikri din il-gabbana lil din il-persuna, biex mingħalih dan b'xi mod lili jintimidani.", "Mr Speaker, dan huwa l-istess persuna li huwa impjegat mal-ministeru mingħajr ebda kwalifika meħtieġa bħala project coordinator, u fil-fatt jitħallas ta' communication coordinator.", "Issa jien nixtieq nistaqsi liema proġetti ħadem fuqhom dan il-bniedem fil-ħatra uffiċjali tiegħu ta' project coordinator.", "Nixtieq inkun naf ukoll il-mod kif qed jitħallas ta' communication coordinator u x'inhi d-differenza fil-paga bejn l-ewwel kariga u t-tieni u bl-awtorizzazzjoni ta' min bidel il-paga dan.", "Nixtieq inkun naf dawn l-affarijiet ħalli naraw min qed jigdeb.", "Mela fl-affidavit ta' Silvio Zammit li l-Ministru Refalo ġie jaqra hawnhekk fil-parlament u li ġie ffirmat minn Dr. N. Fenech Adami - kollox ta' l- istess qalba - fost l-oħrajn inqal li d-diskors tiegħi kien miżgħud bil- gideb.", "Qal ukoll li l-familja tiegħu ilha tokkupa s-sit fl-inħawi ta' Triq it-Torri sa mill-1999.", "Li ma qalx hu li għal għaxar snin minnhom - u r- raġuni jaf x'inhu li m'iniex se nsemmiha - dan il-permess ma tħallasx u meta fetaħ l-ewwel gabbana ftit tas-snin ilu nħariġlu permess fuq permess ta' għaxar snin li kien ilu ma jitħallas meta minn-art żgħira kien diġa' beda jkabbar.", "Qal ukoll li xi għaxar snin ilu ħarġet tender mid-dipartiment ta' l- artijiet biex ikabbar l-art.", "Jien ngħid li din ħarġet għaliex saret pressjoni.", "Qal ukoll li għandu fil-pusess tiegħu permess ta' l-1995 maħruġ f'isem - u jagħtih il-glorja tal-ġenna - missieru dak iż-żmien, u qal ukoll li hu jikri dan is-sit mingħand il-gvern.", "Issa dan fl-affidavit qiegħed jigdeb, Mr Speaker, u qiegħed jigdeb u ġie jaqrahulu l-Ministru hawnhekk fil-parlament.", "Qiegħed jigdeb għax f'mistoqsija parlamentari li ġiet preżentata l-bieraħ mill-Ministru Tonio Borg għall-mistoqsija ta' sieħbi l- Onor. Evarist Bartolo, jidher ċar li l-gabbana u l-liċenzja tal-gabbana m'hijiex f'ismu.", "Mela dan fl-affidavit kien qiegħed jigdeb.", "Jien xtaqt ngħid iktar fuq l-affidavit u meta jkolli ċans ngħid iktar 'il quddiem.", "Li xtaqt nagħmel illum hu li nisfida lill-Ministru Refalo biex jgħid x'interessi kellu jiġi f'din il-Kamra u jaqra dan l-affidavit oxxen bil-gideb li fih tas-Sur Silvio Zammit.", "Nisfida lill-Ministru Refalo biex jgħid jekk għandux interess personali fin-negozju tas-Sur Silvio Parnis.", "Nisfida lill-Ministru Refalo biex jgħid jekk huwiex sħab f'dan in-negozju jew jekk għandux xi private agreement fuq dan in-negozju jew negozju ieħor mas-Sur Silvio Zammit.", "Peress li l-Ministru Michael Refalo jiddelitta bl- affidavit, fejn kull darba jġiegħel lill-ħaddiema jagħmlu xi wieħed meta jinqala' xi każ, nitlob lill-Ministru biex jiddikjara dan f'din il-Kamra taħt affidavit.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif kommunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "34585.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32844 u jikkonferma li bis- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, prodotti ta' l-ikel bi prezzijiet orħos fis-swieq internazzjonali ma jitħallewx jiġu importati f'pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jistenna sakemm jiġu konklużi n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-kapitlu ta' l- agrikoltura.", "RABAT – SUSSIDJU FUQ IL-KERA", "34586.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li persuna minn Triq il-Mitħna fir-Rabat qed ikollha tħallas Lm75 fix-xahar kera - dettajli tagħha qed jintbagħtu separatament - jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 33086 u jara jekk din il-persuna hix intitolata għal xi għajnuna u tistax tapplika għall- iskemi tas-sussidju fuq il-kera sabiex tittaffa ftit il-problema finanzjarja li għandha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba għall-mistoqsija 33086 jien tajtha fit-2 ta' Lulju, 2002 iżda nieħu l-okkażjoni u lill-Onor.", "Interpellant nitolbu jagħti parir lill-persuna minnu indikata biex tavviċina lill-customer care unit ta' l-awtorita' tad-djar biex tivverifika jekk tissodisfax il- kondizzjonijiet meħtieġa taħt l-iskemi eżistenti ta' l-awtorita'.", "PITKALIJA – ĦINIJIET TAL-BIEGĦA", "34587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li qed jiġu diskussi proposti għal ħinijiet ġodda fil-pitkalija, u cioe' li l-bdiewa jibdew idaħħlu l-biegħa fit-3.00 a.m. flok fit-8.30a.m.?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini imma naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed joqgħod jisma' ħafna ħrejjef u jirrepetihom hawn ġew meta jistqarr li l- bdiewa ser idaħħlu l-biegħa fit-3:00 a.m.!", "Il-verita` hi li l-ministeru għall-agrikoltura u sajd ifforma steering committee for change management sabiex isiru r-riformi neċessarji fil-pitkalija.", "F'dan il-kumitat hemm rappreżentanti tal-bdiewa, tal-pitkala, tal-GRTU, tal-konsumaturi u uffiċjali mill-ministeru.", "Waħda min dawn it-tibdiliet hija fil-ħinijiet tad-dħul tal-bdiewa u x- xerrejja.", "Qatt waqt xi waħda min dawn il-laqgħat ma kien propost li l- bdiewa jibdew idaħħlu l-biegħa fit-3:00 a.m. Fil-fatt min-nhar it-Tnejn 15 ta' Lulju 2002 sa nhar il-Ħamis 26 ta' Settembru 2002, il-bdiewa kollha ser ikunu jistgħu jidħlu fil-pitkalija kull nhar ta Tnejn u nhar ta' Ħamis fis- 7:00 a.m, ħinijiet li ser ikunu bi prova.", "BDIEWA - KAXXI TAD-DUGĦ", "34588.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li wara l-10.00 a.m. il- bdiewa mhux isibu kaxxi tad-dugħ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bħama jaf sewwa l-Onor Interpellant, il-pitkali crates ltd hija kumpannija magħmula mill-pitkala, l-FCCS u l-għaqdiet tal-bdiewa.", "Id-dipartiment ta' l-agrikoltura ta l-post minn fejn topera l-kumpannija bla ħlas u anke jieħu ħsieb il-ġbir u l-ħasil tal-kaxxi u jgħaddihom lill- istess kumpannija.", "Id-dipartiment ma jindaħal xejn fl-amministrazzjoni ta' din il-kumpannija.", "Jekk il-bdiewa għandhom xi lment x'jagħmlu, dawn għandhom jagħmluhom lir- rappreżentanti tagħhom fil-pitkali crates ltd.", "SPORTS – GĦAJNUNA KONTRA D-DROGA", "34714.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija 32508, jista' l-Ministru jgħid kemm tissarraf fi flus din l-għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna li ġiet mgħoddija lill- kummissjoni regatta tammonta għal Lm300, filwaqt li dik li għaddiet lill- MFA hi ta' Lm4,000.", "Dawn il-flus jiġu mgħoddija lill-assoċjazzjonijiet wara li jiġu ppreżentati r-riċevuti u dan l-ammont se jitħallas fil-ġranet li ġejjin.", "KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-ISPORT - ĦADDIEMA", "34715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi eżerċizzju dwar kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn ta' ħaddiema fil-kunsill nazzjonali għall-isport?", "Jista' jagħti breakdown tal-lista ta' ħaddiema meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa għadu ma ġiex stabilit kemm hu maħsub li jkun hemm bżonn ħaddiema fil-kunsill nazzjonali għall-isport li ser jitwaqqaf bil-liġi l-ġdida.", "BANEK TAL-LOTTU - PRIVATIZZAZZJONI", "34716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-każini tal-baned dwar il-kummissjoni li jirċievu mill-bejgħ tal-banka tal-lottu fid-dawl tat-tibdil li sar riċentement fil-liġi u fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-lottu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm il-liġi għaddiet mill-parlament, din għadha ma bdietx taħdem u sakemm il- privatizzazzjoni tal-lottu tiġi ffinalizzata l-pożizzjoni dwar il- kummissjoni għadha li kienet.", "UE – TABAKK U ALKOĦOL – REKLAMAR", "34717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 19834, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi msemmija ġietx emendata jew le?", "Jekk iva, dan sar b'liema avviż legali?", "Jekk le, meta hu maħsub li dan isir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MARFA U ĊIRKEWWA - SPIERI", "34729.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jiġi studjat x'wassal biex l-ispieri fil-Wied tal-Marfa qed jispiċċaw bla ilma, bl-uċuh ta' l-għalieqi fl-inħawi jinxfu u jmutu u bil-bdiewa nkwetati ħafna dwar il- futur tagħhom?", "Jekk sar xi studju jista' dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed issir ħidma mid-dipartiment ta' l-agrikoltura sew ma' l-awtorita' dwar ir-riżorsi u sew b'survey fil-post, bil-għajnuna tal- bdiewa milquta, biex tkun stabilita l-kawża ta' dan in-nuqqas mhux tas- soltu ta' ilma fl-ispieri tal-Marfa.", "MARFA U ĊIRKEWWA – IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS", "34730.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34606 u jgħid x'indikazzjonijiet hemm li mpjanti tar-reverse osmosis pubbliċi u privati fiċ-Ċirkewwa u fil-Marfa qegħdin jolqtu ħażin l-ispieri tal-bdiewa ta' l- inħawi li qed jispiċċaw jew b'ilma mielaħ ħafna jew niexfa għal kollox?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li wara investigazzjoni li għamlet l-awtorita' dwar ir-riżorsi, jista' jiġi kkonfermat li l-impjant tar-reverse osmosis taċ-Ċirkewwa li tħaddem il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ma jħalli l-ebda effett fuq l-ispieri tal-bdiewa fl-inħawi.", "Ta' min jgħid illi fl-1989 il-water works department - dak iż-żmien responsabbli għall-istallar ta' l-impjant taċ-Ċirkewwa - ħa ħsieb li jalloka l-impjant barra mill-private extraction zone sabiex ma jaffettwax ħażin lill-bdiewa.", "Qatt ma ġew irrapportati problemi fuq xi spieri iżda minn investigazzjoni li għamlet l-awtorita' dan l-aħħar, jirriżulta li operatur ta' lukanda fil- Marfa qiegħed itella l-ilma mill-boreholes biex jippurifikaħ permess ta' impjant tar-reverse osmosis u l-awtorita` dwar ir-riżorsi ħarġet enforcement notice fil-11 ta' Lulju, fejn l-operatur ġie ordnat biex ma jużax il-boreholes biex itella' l-ilma iżda jieħdu dirett mill-baħar.", "L-awtorita' jidhrilha li n-nuqqas ta' l-ilma li qiegħed jiġi rrapportat huwa wkoll kawża tan-nixfa ta' dawn l-aħħar snin, barra minn l-irfiħ ta' ilma bla rażan minn xi operaturi irresponsabbli.", "L-awtorita' qiegħda tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha u timmonitorja s-sitwazzjoni.", "ĊENTRU GĦAR-RESTAWR U L-ICR TA' RUMA", "34731.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif żviluppaw s'issa r-relazzjonijiet bejn iċ- ċentru nazzjonali għar-restawr u l-istituto centrale del restauro ta' Ruma?", "X'inhuma r-relazzjonijiet attwali?", "Kif inhu mfassal li se jiżviluppaw fil- futur?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iċ-ċentru għar-restawr avviċina l-istituto centrale per il restauro ta' Ruma f'Mejju ta' l-1999, ftit jiem biss wara t-twaqqif taċ- ċentru, bi proposta għal ftehim ta' kollaborazzjoni.", "Dan il-ftehim ġie ffirmat nhar it-3 ta' Mejju 2000 u skond ix-xewqa ta' l-ICR kien validu għal tul il-ħajja tar-raba' protocol finanzjarju bejn Malta u l-Italja.", "Dan il-ftehim formali skada f'Diċembru 2000 flimkien mar-raba' protocol.", "In-naħa Maltija pproponiet tiġdid tal-ftehim formali, iżda dan ma seħħx peress li l-ICR dejjem esprima preferenza li kwalunkwe ftehim isir fil- kwadru tal-ħames protocol bejn Malta u l-Italja, liema protocol għadu mhux finalizzat.", "Fil-bidu ta' din is-sena, iċ-ċentru għar-restawr ikkonferma lill-Gvern Malti li jixtieq ikompli jikkollabora ma' l-ICR iżda f'ambitu ta' kollaborazzjoni aktar wiesgħa ma' entitajiet oħra Taljani.", "Fil-fatt fil- ġejjieni qarib mistenni jiġi mħabbar ftehim bejn iċ-ċentru Malti u mill- anqas żewġ istituzzjonijiet nazzjonali Taljani involuti fit-taħriġ u r- riċerka fil-kamp tar-restawr.", "PULIZIJA – KAŻ TA' AVVELENAMENT", "34732.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar tliet snin kienx hemm xi investigazzjoni mill-pulizija dwar każ ta' attentat ta' avvelenament fuq impjegata fil-kamra ta' l-aħbarijiet tal-PBS?", "Fiex waslu l- investigazzjonijiet?", "Kemm ġew miġbura u interrogati persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mir-records disponibbli, l-uniku każ li b`xi mod jista` jinkwadra ruħu skond din il-mistoqsija parlamentari huwa rapport li kien sar lill-pulizija nhar it-12 ta` Novembru 2001, fejn kien ġie irrapportat illi jumejn qabel impjegata kienet sabet xi velenu tal- ġrieden fil-kaxxa tat-tea bags tagħha.", "B`dan il-każ kien anke` ġie informat il-maġistrat ta' l-għassa u fl- investigazzjoni tagħha, il-pulizija kellmet diversi persuni.", "Din l- investigazzjoni għada mhix konkluża.", "SWIEQI – TRIQ L-GĦAMAD – DWAL", "34733.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jissewwa d- dawl pubbliku li ilu żmien twil maqtugħ fi Triq l-Għamad, kantuniera ma' Triq il-Molletta fis-Swieqi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "PIXXINA NAZZJONALI - CLAIM", "34734.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija 23379, jista' l-Ministru jgħid x'ġara u fiex jinsabu l-affarijiet fil-preżent fir-rigward ta' claim li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament qed tagħmel lill-pixxina nazzjonali?", "Jista' jgħid ukoll jekk l-istess persuna hix qed tagħmel xi claims oħra lill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan il-każ għadu subjudice u informat ukoll li ma saret l-ebda claim oħra mill-persuna konċernata.", "IL-QORTI FUQ PROSTITUZZJONI", "34748.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm nies tressqu l-qorti akkużati bi prostituzzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena?", "Kemm kien hemm irġiel u kemm nisa?", "Mil-liema nħawi nġabru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is- sena tressqu quddiem il-qorti 32 persuna, bosta minnhom għal aktar minn darba, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni - każi li seħħew fil-Gżira, l-Imsida u l-Marsa - li erbgħa minnhom huma rġiel.", "MALTAPOST - ĦADDIEMA", "34765.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Fid-dawl tal-korrispondenza li għaddiet bejn New Zealand Post u l-Gvern ta' New Zealand u fid-dawl tal-ftehim bejn Transend u l-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb biex jitnaqqsu ħaddiema minn mal- Maltapost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li bħalissa qed titħejja business plan li ser tkun tinkludi l-utiliżżar tal-ħaddiema tal-kumpannija bl-aħjar mod.", "It-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dan il-business plan bl-ebda mod ma' jippreġudika d-drittijiet tal-ħaddiiema.", "SLIEMA – KIRI TA' GABBANA", "34830.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid il-gabbana li isimha qed jintbagħat separatament jew l-art li din il-gabbana hija mibnija fuqha, li tinsab f'Tower Road Sliema, fuq isem min hija mikrija mid-dipartiment ta' l- artijiet?", "Jista' jgħid meta ġie iffirmat il-kuntratt jew ftehim ma' din il- persuna biex tkun tista' tuża dan is-sit?", "Jista' jagħti d-dettalji kollha tal-proċedura wżata?", "Jista' jgħid kemm hija l-kirja annwali għal dan is-sit?", "Jista' jgħid x'kondizzjonijiet hemm stipulati fil-kuntratt jew ftehim għall-kiri ta' dan is-sit?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim jew kuntratt imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-sit li fuqu hemm il-gabbana msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija mikrija lil Silvio u Charmaine Zammit.", "Is-sit ġie mikri lil Josephine Zammit (omm Silvio Zammit) fit-18 t'April, 1996.", "Il-kirja saret b'sejħa għal offerti li ġiet ippublikata fis-16 ta' Frar, 1996 - avviż numru 31.", "L-offerta tas-Sinjura Josephine Zammit kienet l-ogħla waħda u għalhekk il-kirja ġiet mogħtija lilha.", "Fil-21 ta' Marzu, 2001 il-kirja għaddiet skond il-policy għand binha Silvio Zammit u martu Charmaine Zammit, wara li ommu ċediet favur tiegħu meta għalqet il-61 sena.", "Il-kirja annwali għal dan is-sit hija ta' Lm5500.", "Il-kondizzjonijiet tal- ftehim tal-kirja huma dawk stipulati fil-ftehim tal-21 ta' Marzu 2001, li kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "34831.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm damet taħdem mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid x'impjieg kellha u x'kariga kienet tokkupa?", "Kemm damet impjegata u x'tip ta' kuntratt kellha?", "X'tip ta' xogħol kienet tagħmel?", "Kemm kien jammonta s-salarju u l-perkaċċi oħra li din il-persuna kienet tgawdi minnhom?", "Jista' jgħid xahar b'xahar kemm kienet il-paga, l-overtime u l-allowances l-oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm damet imjegata fil-post imsemmi?", "Jista' jgħid għaliex ġie tterminat l-impjieg ta' din il-persuna?", "Jista' jgħid jekk il-prim ministru kienx involut jew konsultat fid-deċiżjoni tat- terminar ta' l-impjieg ta' din il-persuna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb ngħid li l-persuna li qed issir riferenza għaliha għamlet xi żmien mislufa bis-segretarjat privat tiegħi minn entita' li tifforma parti mill-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, sakemm ġie ingaġġat numru ta' persuni biex jaqdu d-doveri tagħhom fis-segretarjat.", "Ix- xogħol li kienet tagħmel din il-persuna kien simili għal dak ta' secretariat officer.", "Din il-persuna ma kellha ebda kuntratt iżda kif għedt aktar qabel, kienet mislufa.", "Il-paga kienet relatata għall-grad li din il-persuna kellha fl-entita' fejn kienet taħdem qabel ġiet mislufa lis-segretarjat.", "Is-sahra mħallsa kienet relatata man-numru ta' sigħat maħduma mill-persuna barra s-sigħat normali.", "Għal raġunijiet personali li ma naħsibx li jkun etikament korrett li dawn jiġu ppubblikati, il-persuna għażlet li tirritorna lejn il-post tax-xogħol oriġinali tagħha.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "34832.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm damet taħdem mall-ministeru jew xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, il-persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid x'impjieg kellha u x'kariga kienet tokkupa?", "Kemm damet impjegata u x'tip ta' kuntratt kellha?", "X'tip ta' xogħol kienet tagħmel?", "Kemm kien jammonta s-salarju u l-perkaċċi l-oħra li din il-persuna kienet tgawdi minnhom?", "Jista' jgħid xahar b'xahar kemm kienet il-paga, l-overtime u l-allowances l-oħra li din il-persuna kienet tieħu kemm damet impjegata fil-post imsemmi?", "Jista' jgħid għaliex ġie tterminat l-impjieg ta' din il-persuna?", "Jista' jgħid jekk il-prim ministru kienx involut jew konsultat fid-deċiżjoni tat- terminar ta' l-impjieg ta' din il-persuna?", "Jista' jgħid jekk il-każ għat- terminar ta' l-impjieg tal-persuna msemmija wassalx biex jittieħdu passi legali u eventwalment hemmx xi kawża pendenti l-qorti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara t-8 ta' Settembru, 1998 il-persuna li qed issir riferenza għaliha qatt ma' kienet impjegata fil-ministeru jew f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi.", "SAN GWANN HEALTH CLINIC", "34837.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi ċans li l-health clinic li hemm San Gwann, annessa ma' l-għassa tal-pulizija, titkabbar minħabba li ma hemmx privatezza adegwata u lanqas waiting area xierqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proposta ta` l-Onor.", "Interpellant diġa` ġiet mistħarrġa mid-dipartiment tal-kura primarja u fil-preżent jidher li ma hux possibbli li l-berġa ta` San Ġwann titkabbar.", "SAN GWANN - TRIQ GJACINTI - TRASPORT", "34838.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk minħabba x-sharp bend li hemm fi Triq Gjacinti, San Gwann, jistax it-traffiku joħroġ flok jidħol mill- parti ta' fuq tat-triq?", "Jistgħu jittieħdu passi biex il-karozzi tal-linja ma jibqgħux jgħaddu minn din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- awtorita' dwar it-trasport biex tara x'jista' jsir.", "ETC – SAN ĠWANN", "34839.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet offruta xogħol xieraq mill-ETC minkejja li ilha żmien twil tirreġistra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM – BILLING SYSTEM", "34840.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-billing system il-ġdida tal- Maltacom għada mhix taħdem kif suppost?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, il-billing system il-ġdida fil-fatt qed taħdem u l- kontijiet qed joħorġu kif ippjanat.", "Kif kien ippjanat ukoll, qegħdin jiġu implimentati modules ġodda.", "Hu maħsub li s-sistema tintuża wkoll f'setturi oħra tal-Maltacom group."]} {"filename": "19991019_160d_par.doc", "date": "1999-10-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 160 It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 160", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "160", "It-Tlieta, 19 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ", "MINUTI 965", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 965", "TQEGĦID TA' KARTI 970", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI", "PERIKOLUŻI (IT-TIENI QARI)", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 971", "AĠĠORNAMENT 986", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 991", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 159 li saret fid-19 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA - SNATCH AND GRAB", "10289.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999?", "F'liema lokalita' sar kull każ u kemm tressqu persuni l-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li bejn l-1 ta' Settembru, 1998 u t-30 ta' Settembru, 1999 ġew rapportati lill-pulizija 261 każ ta' snatch and grab mil-lokalitajiet kollha, kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li 32 persuna tressqu l-qorti dwar każ wieħed jew iktar ta' snatch and grab.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, filwaqt li din id-domanda ġiet imwieġba, domandi kważi preċiżament l-istess magħmula minni imma fuq każi differenti - u ċioe', numri 9110, 9111, 9112, 9113, 9114, 9115 u oħrajn - ma ġewx imwieġba.", "Jista' l-Ministru jgħidli xi kriterju qed jintuża, jekk jiddependix forsi minn min jagħmel l-interpellanza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Żgurissimu li m'huwiex qed jintuża dak il-kriterju għax ma naħsibx li għandi xi skop li niddiskrimina bejn l-Onor.", "Cuschieri u l-Onor Agius!", "Fil-verita' r-raġuni li qed ifittex l-Onor.", "Membru hija sempliċi ħafna għax, filwaqt li ċerta informazzjoni malajr tinġabar permezz tas-sistema komputerizzata tal-pulizija, hemm parti sostanzjali oħra li tkun trid tinġabar manwalment.", "Per eżempju, id-domanda ta' wara din tirrigwarda reati komuni, bħal ksur ta' l-ordni pubbliku jew kontravenzjonijiet tat-traffiku fuq medda ta' snin.", "Issa minkejja li din l- informazzjoni m'hijiex komputerizzata xorta se tinġabar imma naturalment se nieħdu ċertu żmien sakemm niġbruha.", "Dan m'hemm xejn x'taħbi għax wara kollox kull domanda li saritli dwar kemm ġew rapportati reati dejjem weġibtha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-verita' hi li l-mistoqsijiet illi jiena għamilt jitolbu inqas informazzjoni minn dik li l-Ministru ta b'risposta għall-ewwel interpellanza li saret għax, filwaqt li d-domanda ta' l-Onor.", "Agius kienet titlob informazzjoni dwar f'liema lokalita' sar kull każ u kemm persuni tressqu l-qorti, jiena tlabt biss kemm persuni tressqu l- qorti.", "Fost il-każi li tlabt informazzjoni dwarhom kien hemm logħob ta' l- azzard, każi ta' vandaliżmu fuq siti storiċi u oħrajn ta' frodi.", "Nerġa' ngħid li ma nafx kif fuq ċerti każi ngħatat l-informazzjoni u fuq oħrajn ma ngħatatx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nerġa' ngħid li l-informazzjoni mitluba dwar il- lokalitajiet hija reġistrata elettronikament - għax malli jidħol rapport lill-pulizija, anke jekk ikun falz, awtomatikament l-informazzjoni tidħol fil-computer u faċli li tiġi retrieved - iżda sfortunatament is-sistema komputerizzata ma tinkludix kemm ġew rapportati u mressqa każi l-qorti, u allura dak ix-xogħol irid isir manwalment.", "Barra minn hekk, id-domanda ta' l-Onor.", "Agius kienet tirriferi għal sena waħda u dik l-informazzjoni qiegħda fil-computer u allura faċli għalija li nagħti tweġiba.", "Issa d-domandi l-oħra li jidhru fuq l-aġenda kważi huma kollha l-istess, għax waħda titkellem dwar disprezz lejn uffiċjali pubbliċi, oħra dwar disprezz lejn l-Istat u oħra dwar ksur ta' l-ordni pubbliku.", "Dwar din ta' l-aħħar ikun hemm mijiet għax, anke jekk wieħed jgħajjat u jikser il- paċi pubblika, ukoll ikun qed jikser l-ordni pubbliku u allura dawn iridu jiġu eżaminati waħda waħda.", "Minkejja li dan ix-xogħol huwa manwali - u allura tieħu bilfors ċertu żmien sakemm tiġbor l-informazzjoni - lill Onor. Membru m'iniex se nċaħħdu milli nagħtih id-dettalji, pero' lanqas m'għandu jippretendi li f'daqqa waħda se jieqaf kollox biex isir dan ix-xogħol biss.", "Aħna se ngħidu lill-pulizija biex jiġbru d-dettalji kif mitluba - pero' dan se jieħu ċertu żmien - u mbagħad meta dan ix-xogħol ikun lest ngħaddilu l-informazzjoni.", "Ċertament m'għandi l-ebda interess li naħbi kemm persuni tressqu l-qorti u fil-fatt diġa' tajt l-informazzjoni dwar kemm każi ġew rapportati lill- pulizija.", "PULIZIJA - FRODI", "9116.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li tressqu l-qorti mill- pulizija akkużati bi frodi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Kemm minn dawn inqatgħetilhom il-kawża?", "Kemm minnhom instabu ħatja?", "X'ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab m'hix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - DISPREZZ LEJN UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "9117.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li tressqu l-qorti mill- pulizija akkużati b'disprezz jew theddid lejn uffiċjali pubbliċi matul is- snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża?", "Kemm minnhom instabu ħatja?", "Kif ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab m'hix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hemm il-ħsieb li maż-żmien din it-tip ta' informazzjoni tiġi komputerizzata wkoll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, għedt lill-pulizija biex jikkonsidrawha, jgħiduli tistax issir - nimmaġina li tista' ssir - u tibda tiġi komputerizzata wkoll.", "PULIZIJA - DISPREZZ LEJN L-ISTAT", "9118.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'disprezz lejn l-Istat matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża, kemm minnhom instabu ħatja u kif ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab m'hix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - KSUR TA' L-ORDNI PUBBLIKU", "9119.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi ksur ta' l-ordni pubbliku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża, kemm minnhom instabu ħatja u kif ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab m'hix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - VANDALIŻMU FUQ PROPRJETA' PRIVATA", "9120.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulziija akkużati b'vandaliżmu fuq proprjeta' privata matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża, kemm minnhom instabu ħatja u kif ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - VANDALIŻMU FUQ PROPRJETA' PUBBLIKA", "9121.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'vandaliżmu fuq proprjeta' pubblika matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża, kemm minnhom instabu ħatja u kif ġew ikkundannati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f'forma ta' statistika komputerizzata, din tenħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊANGA FRISKA - IMPORTAZZJONI", "9339.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li kien il-gvern Nazzjonalista attwali li neħħa 90% tal-levy ta' protezzjoni fuq ċanga friska importata u mhux il-gvern preċedenti Laburista?", "Ma nafx jekk il-Ministru jafx igħid meta l-gvern preċedenti Laburista ressaq l- emendi għall-avviż legali konċernat u meta l-gvern Nazzjonalista warrab dan il-prinċipju tal-liġi li jipproteġi l-industrija lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fl-ewwel parti tal-mistoqsija, ma tneħħiet jew tnaqqset l-ebda levy ta' protezzjoni fuq ċanga friska.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nippresumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- beefburgers.", "Tajjeb jingħad li l-abbozz ta' liġi li għalih qed issir riferenza kien tressaq għall-Ewwel Qari fis-seduta parlamentari tal-25 ta' Mejju, 1998 iżda sar legalment invalidu max-xoljiment tal-parlament fil-31 ta' Awissu, 1999.", "BIĊĊERIJA - NFIQ", "9360.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa tal-gvern fil-biċċerija kull sena?", "Peress li bis- sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE il-gvern irid jibda jitħallas għal dan is- servizz, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn se jibda jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?", "Jista' l-Ministru jgħid meta saru laqgħat mal-koperattivi rispettivi u x'kienu l-proposti tal-Gvern Malti u x' kienet ir-reazzjoni tal- koperattivi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-ispiża jew aħjar l-għajnuna li jagħti l-gvern għar- rigward tal-qatla tal-bhejjem fil-biċċerija hija ta' madwar 6c kull kilo.", "Għall-kumplament tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d- diskussjonijiet jinsabu għaddejjin u wieħed ikun jista' jagħti risposta kompleta wara li jintemmu n-negozjati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid lil din il-Kamra kif jirrispondi għall-allegazzjoni li hemm fir-rapport li ħareġ riċentement mill-Unjoni Ewropea, fejn qed jingħad li ma sar assolutament xejn fil-kamp ta' l-agrikoltura biex jipprepara lil Malta tadotta r-regolamenti tal- common agricultural policy?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li nista' ngħid hu li wara l-friża li poġġiena fiha l- Gvern Laburista li tela' fl-1996 u spiċċa fl-1998, aħna tlifna perijodu ta' sentejn.", "(Interruzzjonijiet) Wara l-elezzjoni ta' l-1998 erġajna qbadna t- triq biex jekk Alla jrid inkunu msieħba fl-Unjoni u nista' ngħid li f'dawn l-aħħar 13-il xahar id-dipartiment ħa diversi miżuri biex jikkonsolida din it-triq, b'mod partikolari fil-qasam tal-biedja u s-sajd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jaħseb il-Ministru illi dan jagħmel sens meta hu u sħabu tal-Partit Nazzjonalista, kemm qabel l-1996 u anke wara li ħadu l-gvern, kienu jgħidu li kienu ppreparati għal sħubija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li għal sentejn pajjiżna kien fil-friża.", "F'din l-aħħar sena ħdimna u għamilna mill-aħjar li stajna biex pajjiżna jaqbad it-triq għal sħubija fl-Unjoni.", "Fil-fatt il-ġimgħa l- oħra erġajna ġejna aċċettati biex inkunu kkonsidrati bħala membri.", "(Interruzzjonijiet) Issa ħalli ngħid xi ħaġa rigward it-tadam.", "Il-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dejjem isemmi t-tadam juri li għandu l-akbar sfiduċja fil-bdiewa Maltin għax dejjem jgħid li l-bdiewa barranin għandhom il-kapaċita' jkabbru madwar 68 tunnellata tadam minn area fissa.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dejjem jgħid - u bħalu l-Onor.", "George Vella - illi mill-istess area fissa l-bdiewa Maltin kapaċi jkabbru biss mal-15-il tunnella tadam.", "Minn kliem l-esponenti ewlenin ta' l-oppożizzjoni dan ifisser illi l-bdiewa barranin huma erba' darbiet aktar effiċjenti mill- bdiewa Maltin.", "(Interruzzjonijiet) B'kalkolu sempliċi hekk jiġu.", "Dan juri kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux fiduċja fil-bdiewa Maltin.", "(Interruzzjonijiet) Imissek tistħi int!", "Għall-kuntrarju gvern Nazzjonalista għandu fiduċja fil-bdiewa u jemmen li dawn kapaċi jtellgħu l- effiċjenza għall-grad li għandhom il-bdiewa barranin.", "(Interruzzjonijiet) Dik hija l-kwestjoni kollha tat-tadam, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni) Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jgħidilna kif, taħt il-kondizzjonijiet ta' sħubija sħiħa, din il- fiduċja li qed isemmi se ddemmel l-art Maltija b'mod illi jkollha l-istess potenzjal?", "Issa mhux qed nirriferi għall-bdiewa Maltin imma għall-art, għall-kondizzjonijiet ġeografiċi, għall-kondizzjonijiet ta' l-ilma u l- meded.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' demel - demel hawn kemm trid! - imma kwestjoni ta' kif tagħmel il-proċess ta' tkabbir.", "Min jifhem jgħidlek li bis-sistema tad-drip irrigation, meta jkollok il- beżżula fuq ġenb u tagħmel xitla tat-tadam in-naħa l-oħra tirdoppja l- produzzjoni.", "Il-bdiewa Maltin kapaċi jżidu l-effiċjenza tagħhom, bħalma għamlu fi prodotti oħra.", "(Interruzzjonijiet) Ladarba jkollna produzzjoni ta' kwalita`, bin-niċeċ li nistgħu nsibu, bħal fil-każ tal-patata tat-tip Sante`, żgur li nġibu prezzijiet tajbin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nerġa` ninsisti u nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jispjega lill-poplu kif il-partit tiegħu qabel l-1996, permezz tal-Prim Ministru u l-kelliema l-oħra - ħallihom is-sentejn ta' friża li jħobbu jsemmu, l-aqwa li jwaħħlu fina f'kulma ġara qabel u wara! - kien jgħid li konna ppreparati li nidħlu fl-Unjoni ma' l-ewwel grupp u llum, 13-il xahar wara li l-Partit Nazzjonalista reġa` ħa l-gvern f'idejh, ir-rapport jgħid li fl-agrikoltura, li llum hija responsabbilta' ta' l- Onor. Ninu Zammit, ma sar xejn bi preparazzjoni biex jiġu adottati r- regoli tal-common agricultural policy.", "Qed nagħmel mistoqsija sempliċi, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, huwa fatt li fl-1996 l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni ġiet iffriżata għal sentejn sħaħ.", "(Interruzzjonijiet) Kieku ma bdiltux it-triq kieku mhux wasalna!", "Imma l- gvern ta' Alfred Sant għoġbu jiffriża l-applikazzjoni u kellna nistennew sa l-1998 biex nerġgħu niftħu n-negozjati.", "Nista' ngħid li mill-1998 'l hawn id-dipartiment tal-biedja u sajd ħadem ħafna u qed jipprepara oqsma differenti.", "Irridu nfakkru li l-biedja u s-sajd jidħlu f'madwar 40% ta' l- acquis u allura hemm ħafna xogħol x'isir.", "Hemm diversi liġijiet li jridu jitfasslu u jgħaddu minn dan il-parlament.", "Irridu ngħidu wkoll li kif kienu mexjin l-affarijiet, per eżempju, fil- common agricultural policy, fir-riforma li kienet nbdiet fl-1992, fil-mod kif ġew imwaqqfa l-producer associations bir-regolament 2200 ...", "(Interruzzjonijiet) Irrid infakkar ukoll li fid-29 ta' April tas-sena l- oħra, tant il-pajjiż kien żvija li l-Onor.", "Alfred Sant kien iddikjara illi bil-mod kif kien se jimxi hu, jiġifieri bit-twaqqif ta' żona ta' kummerċ ħieles, kienet se tispiċċa l-protezzjoni kollha għall-prodotti agrikoli Maltin.", "U dan huwa ddikjarat fil-gazzetta \"The Times\" tad-29 ta' April tas- sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Hemm iddaħħaqhom lin-nies!", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, poġġi bil-qiegħda jekk jogħġbok.", "(Għajjat) Aħna qegħdin fil-ħin tad-domandi hawnhekk.", "Jekk jogħġbok, poġġi bil- qiegħda, għax inkella jkolli nieħu passi.", "(Interruzzjonijiet) Se nkun kostrett inkeċċik 'il barra, Onor. Farrugia.", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jikkonfermax il-Ministru li sa l-1996 il-partit tiegħu kien jgħid bl-akbar pompa illi konna lesti u li konna wasalna biex nidħlu fl-Unjoni?", "Jiċħdu dan jew jikkonfermah?", "U jekk kemm- il darba jikkonfermah, jista' jgħidilna f'liema stat kien wasal is-settur agrikolu bi preparazzjoni għal sħubija fl-Unjoni, meta tliet snin wara hawn miktub abjad fuq l-iswed illi m'hemm xejn preparat biex nadottaw il- common agricultural policy?", "Din hija mistoqsija sempliċi.", "Jekk il- Ministru jrid jevitaha jevitaha imma jkun ferm aħjar għal kulħadd jekk jagħtina risposta ċara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fl-1996 Malta u Għawdex kienu mexjin fil- linja ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx aktar interruzzjonijiet.", "Onorevoli, indirizza lis-Sejda u kompli wieġeb.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fl-1996 pajjiżna kien miexi fit-triq tas-sħubija u kien jagħmel parti mill-ewwel grupp ta' dawk il-pajjiżi applikanti li kienu qegħdin jistennew biex jidħlu fl-Unjoni (Interruzzjonijiet) Ġara iżda illi fl-1996 kien hemm kambjament fil-gvern, telgħu huma u ffriżaw l- applikazzjoni u wara l-elezzjoni ta' l-1998 kellna nerġgħu naqbdu fejn konna ħallejna.", "Dik hi l-istorja!", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, b'mod konkret, sa Ottubru 1996 x'kien sar fil-qasam tal-ħalib, fil-qasam tal-qmuħ, fil-qasam tal-laħam tal- majjal, fil-qasam tat-tadam u fil-qasam tal-ħxejjex biex ikun hemm tqarrib lejn l-acquis communautaire, f'dak li għandu x'jaqsam mal-biedja?", "F'dawn l-oqsma kollha li semmejt, jiġifieri laħmijiet, tadam, ħxejjex u frott, x'sar bejn Settembru 1998 u llum biex noqorbu lejn is-sistema komunitarja?", "Ejja naċċettaw l-argument tal-friża, li huwa argument żobiku, imma x'kien sar sa Ottubru 1996 biex inqarrbu lejn is-sistema komunitarja dawn l-oqsma differenti u x'sar bejn Settembru 1998 u llum?", "Nispera li l-Ministru jirrispondi bla ma jerġa' kull darba jdawwar id-diska tas-CD li aħna ffriżajna l-applikazzjoni, kif jagħmel kull meta jiġi mistoqsi.", "Jista' b'dan il-mod konkret jgħidilna sa Ottubru 1996, u mbagħad bejn Settembru 1998 u llum, x'sar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena niskanta għax il-Kap ta' l- Oppożizzjoni suppost jaf iżjed minni fuq il-perijodu bejn l-1996 u l-1998 u għaldaqstant nieħu din il-mistoqsija li għamel biex nirrispondih bil- miktub.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif addizzjonali b'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall- mistoqsijiet parlamentari numri 9098, 9099 u 9107, mogħtija fis-seduti numri 157 u 158 ta' l-14 u l-15 ta' Ottubru 1999 rispettivament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "DANGEROUS DRUGS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL, 1999", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Ottubru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fis-seduta ta' dalgħodu jien għedt li fl-opinjoni ta' l-oppożizzjoni - u fl-opinjoni tiegħi personali - dawn l- emendi li qed iressaq gvern Nazzjonalista jimminaw bl-aktar mod ċar il- ġlieda li lkoll kemm aħna għandna nagħmlu kontra t-traffikanti tad-droga.", "Ħafna żgħażagħ qed jinqabdu f'din ix-xibka ta' min irid iħaxxen butu u jsir sinjur minn fuq dahar iż-żgħażagħ.", "Għandna ġuvintur u xebbiet li qed ikollhom jirrikorru għal atti kriminali, bħas-serq, biex ikunu jistgħu jixtru droga li sfortunatament ma jistgħux jgħaddu mingħajrha.", "Meta jiġru dawn l-atti kriminali, minbarra li jbatu ż-żgħażagħ stess għax il-fedina penale tagħhom tkun qed tiġi mċappsa, ibatu wkoll dawk li jiġu misruqa.", "Jien nemmen bi sħiħ li aħna l-politiċi - u anke dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-familja Maltija - għandna nieħdu ħsieb dawn iż-żgħażagħ għax meta tinvesti fiż-żgħażagħ tkun qed tinvesti f'pajjiżek.", "Dawn iż- żgħażagħ iridu jibnu Malta ġdida, pajjiż li jkun jista' joffri kondizzjonijiet ta' għajxien aħjar.", "Imma, kif diġa' għedt, dawn l-emendi li għandna quddiemna qed jibagħtu messaġġ ħażin fil-ġlieda li aħna l- politiċi għandna d-dover li nwettqu kontra t-traffikanti tad-droga.", "Aħna r- rappreżentanti tal-poplu u l-poplu in ġenerali rridu naħdmu flimkien biex nuru rieda qawwija ħalli l-ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga tkun bla limitu.", "Jien ngħid li qatt m'għandu jkun hemm ħniena ma' kulmin b'xi mod irid iħaxxen butu minn fuq iż-żgħażagħ, a skapitu ta' saħħithom u ta' ħajjithom.", "Il-problema tad-droga ġġib ukoll kriżijiet kbar fil-familji.", "Minkejja li l-oppożizzjoni talbet biex dan l-abbozz ta' liġi l-ewwel jiġi diskuss fil-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali imbagħad wara jiġi diskuss fil-parlament, il-gvern ma laqax din it-talba u qal illi dan l- abbozz ta' liġi jista' jiġi diskuss fil-kumitat wara li jkun għadda mill- istadju tat-Tieni Qari.", "Issa aħna nafu illi fl-istadju tat-Tieni Qari d- diskussjoni tieħu xejra intensiva u titwessa' aktar fl-istadju ta' kumitat għax huwa proprju f'dan l-istadju li l-emendi jiġu diskussi.", "Aħna għidna li mhux sew li dawn l-emendi jiġu diskussi fil-kumitat permanenti għall- affarijiet soċjali wara għax id-diskussjoni b'xi mod tkun diġa' ġiet ristretta u allura ma jkunx hemm spazju fejn wieħed ikun jista' jitkellem fid-dettall dwar dawn l-emendi.", "Ċertament li fil-kumitat permanenti għall- affarijiet soċjali kienet tingħata opportunita' mhux biss lil din in-naħa tal-Kamra, illi kważi tirrappreżenta nofs il-poplu ta' dan il-pajjiż, imma kienet ukoll tingħata opportunita' lill-għaqdiet li jaħdmu bla heda u minn qalbhom kontra l-misħut vizzju tad-droga, fosthom il-Caritas u s-Sedqa.", "F'dan il-kumitat kellu jingħata spazju wkoll lill-pulizija, fejn wieħed kien jisma' l-opinjoni tagħhom dwar dawn l-emendi li qed jipproponi l- gvern.", "Pero' bħalma jiġri ħafna drabi, il-gvern għalaq widnejh għall-appell ta' l-oppożizzjoni u tana l-ġenb.", "Jien inħoss illi dan huwa nuqqas ta' apprezzament kemm lejn dawn l-għaqdiet illi għal snin sħaħ taw kontribut kbir lis-soċjeta' kif ukoll lejn diversi gvernijiet.", "Ta' min igħid li bl-għajnuna ta' dawn l-għaqdiet il-gvern qiegħed jiffranka ħidma li suppost iwettaq hu biex jissalvagwardja l-interessi tas- soċjeta' u biex ikun jista' jibni futur aħjar għaż-żgħażagħ.", "Għalhekk inħoss li kien żball li l-appelli li saru minn ħafna deputati biex il- ministru jerġa' jikkonsidra li dawn l-emendi l-ewwel jiġu diskussi fil- kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali ġew injorati.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.47 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħamest minuti wara.", "MR SPEAKER: Id-diskussjoni tista' tkompli.", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nixtieq ngħid ukoll li fil-kabinett kien hemm min ma qabilx ma' dawn l-emendi pero' finalment ivvota favur tagħhom.", "Jien ma nafx fejn qegħdin il-prinċipji ta' ċerti nies!", "Kif diġa' għedt, dan il- gvern ma jridx jagħti opportunita' lill-oppożizzjoni Laburista, li tirrappreżenta kważi nofs l-elettorat, u lill-għaqdiet volontarji biex dawn l-emendi jiġu diskussi fil-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali.", "Pero' agħar minn hekk huwa l-fatt li anke fi ħdan l-istess grupp parlamentari Nazzjonalista kien hemm membri - ovvjament hawnhekk qiegħed nirriferi għall-backbenchers - illi ma ngħatawx ċans li jgħidu x'jaħsbu fuqhom.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva) (Interruzzjonijiet)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nixtieq nirringrazzja lill-Kamra għalkemm ma nistax nifhem għalfejn kien hawn min kien se joġġezzjona.", "Kulħadd tkellem kemm ried fuq dawn l-emendi u ma nafx għaliex kont se niġi miżmum milli nkompli bid-diskors tiegħi.", "Illum il-poplu qed jinduna li quddiem il-ġlieda kontra t-traffikanti tad- droga għandna gvern dgħajjef.", "Hawnhekk ta' min igħid li sa ftit żmien ilu f'Paceville, fejn issib konċentrazzjoni kbira ta' żgħażagħ, kull sitwazzjoni li kienet tinqala' kważi kienet tkun kontrollata mill-bouncers illi hemm impjegati ma' l-istabilimenti f'dak il-lokal u mhux mill- pulizija.", "Tant hu hekk li meta ftit taż-żmien ilu nqala' inċident lanqas biss kien hemm pulizija wieħed.", "F'postijiet bħal dawn għandu jkun hemm aktar minn pulizija wieħed biex jissorvelja dak li jkun għaddej.", "B'hekk wieħed ikun qed jirrestrinġi kemm jista' jkun lil dawk li jagħmlu minn kollox biex jinfiltraw f'dawn il-postijiet ħalli jwaqqgħu liż-żgħażagħ f'dan il-vizzju u jaqilgħu l-flus minn fuqhom.", "Ta' min igħid ukoll li f'dawn il-postijiet, żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena - tista' ssejħilhom tfal - liberament jixtru l-alkoħol sfaċċatament quddiem il-pulizija u l-membri tal-forzi ta' l-ordni jibqgħu ma jagħmlu xejn.", "Dan iwassal biex kulħadd jagħmel li jrid u jmur fejn irid mingħajr kontroll ta' xejn.", "Iżda minkejja dan kollu, meta tisma' l-esponenti ewlenin tal-gvern jitkellmu fuq il-problema tad-droga, tħossok li aktar qed tisma' xi tribunal ekklesjastiku milli xi partit politiku li f'idejh għandu t-tmexxija tal-pajjiż!", "Dawn jagħmlu ħafna priedki sbieħ biex jimpressjonaw u biex jieħdu vantaġġ politiku, għax f'diversi każi deher biċ-ċar li donnu ftit hemm rieda u ħeġġa biex jiġġieldu kontra l-abbuż tad-droga u kontra t- telf tal-valuri.", "Il-każ tat-traffikant tad-droga Azzabi illi ħarab mill- ħabs huwa prova ta' dan li qed ngħid.", "Minkejja li l-oppożizzjoni talbet lill-gvern biex jagħmel inkjesta parlamentari dwar dan il-każ, il-gvern baqa' jgħid le.", "Issa jekk il-gvern m'għandux x'jaħbi fuq dan il-każ, għalfejn żamm lill-oppożizzjoni Laburista milli tmexxi inkjesta parlamentari bis-sehem ta' membri tal-gvern biex toħroġ il-verità kollha?", "Meta toħroġ il-verità mhux il-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista jiggwadanjaw imma ż-żgħażagħ li jitgħallmu mill-iżbalji li jkunu saru.", "|ssa se ngħid xi ħaġa fuq il-ġuri ta' Ian Farrugia, li meta ħareġ il- verdett f'daqqa waħda stajna naraw li addio l-fiduċja fil-ġurati u addio l- fiduċja fil-qrati u bdejna nqajmu ħafna dubji għax il-ħbieb tal-Prim Ministru Nazzjonalista ma ġewx emmnuti!", "Fl-opinjoni tiegħi dan l-aġir aktar għamel deni milli ġid.", "Għax jekk għas-saħħa ta' l-argument l- affarijiet ma sarux sew, x'garanzija se jkollu ċ-ċittadin komuni li meta jitla' l-qorti l-affarijiet isiru sew fil-konfront tiegħu?", "Aħna rridu niżirgħu l-isfiduċja fil-qrati?", "Milli jidher għall-ħbieb tal-qalba kollox jgħaddi u l-gvern tal-ġurnata kważi kważi qed jiddefendihom u jagħtihom il- proklami lil dawn in-nies.", "Per eżempju, fil-konfront ta' Joseph Fenech, magħruf aħjar bħala Żeppi l-Ħafi, il-Prim Ministru qal li dan għandu kwalitajiet tajba u inqas tajba, u saħansitra wasal biex jiltaqa' miegħu bil-lejl.", "Meta esponenti min-naħa tal-gvern jibdew jiddefendu lil din il- persuna, meta kulħadd jaf x'fedina penale għandu, bilfors li wieħed jibda jitħasseb, jibdew jiġuh id-dubji u jibda jistaqsi jekk il-gvern preżenti hux qed jiġri rikattat minn xi ħadd.", "Wieħed jinnota wkoll il- koperazzjoni li hemm bejn dawn it-tip ta' nies, bħalma huwa Joseph Fenech, u l-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan kollu lill-poplu mhux b'fiduċja jimlieh, kif kien imwiegħed, imma bi sfiduċja.", "Ta' min igħid li Żeppi l-Ħafi ngħata l-maħfra anke fuq żewġ każijiet pendenti li kellu quddiem il-qorti fuq traffikar ta' droga u fuq serq.", "Issa jien nistaqsi: X'konnessjoni hemm bejn dawn iż-żewġ każijiet u l- attentat ta' qtil fuq l-assistent personali tal-Prim Ministru, li kien hu l-mandatarju tiegħu?", "Safejn naf jien dawn iż-żewġ każijiet m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-każ oriġinali ta' Joseph Fenech, li minħabba fih ingħata l-proklama biex igħid il-verità u xejn inqas mill-verità.", "Issa erħilha li wara x-xhieda fil-qorti, waqt konferenza stampa, Fenech qal li la jgħaddu ċerti ġurijiet jgħid il-verita' kollha.", "Mela l-verita' ma qalhiex kollha!", "Allura l-pulizija x'passi ħadet dwar dan u x'inhi tistenna biex tkun taf x'inhi l-verità?", "B'dikjarazzjoni bħal din, dan kien qiegħed b'xi mod jinkrimina ruħu jew le?", "Illum hemm konvinzjoni fost il-poplu li għandna gvern ħafi u li bl-attitudni tiegħu qiegħed isawwar valuri li xejn ma jagħmlu ġieħ lis-soċjeta' Maltija.", "Jien ngħid li min hu ta' l-affari tiegħu u għandu għal qalbu l-familja u s-soċjetà jinsab imbellaħ kif nies b'fedina penale mċappsa jitħalltu ma' nies tal-politika.", "Jien ngħid li llum għandna gvern li tilef kull kontroll fuq il-kriminali u kważi kważi dawn qed imexxuh bir-remote control!", "Jien nixtieq nistaqsi jekk hemmx membri tal-gvern, ministri u deputati li huma rikattati minn nies bħal Żeppi l-Ħafi.", "Dan qed ngħidu bl-akbar responsabbilta' għax milli jidher fil-konfront ta' din il-persuna ftit hemm rieda u ħeġġa li toħroġ il- verità.", "(Interruzzjonijiet) Kif tista' tiddeskrivi l-mozzjonijiet tal- Partit Laburista f'dan il-parlament bħala xi oxxenità tas-seklu?", "Jien ngħid li l-akbar oxxenitajiet tas-seklu huma l-maħfriet li ngħataw lil Queiroz u lil Żeppi l-Ħafi!", "Ta' min isemmi wkoll il-ħarba ta' Azzabi, waqt li kien qed jiġi eskortat għall-kura medika.", "Meta jien staqsejt dwar it-telefonati li kien jagħmel Azzabi, il-ministru ta' l-intern għoġbu ma jweġibx.", "Issa jien ma nafx għaliex il-ministru ma weġibx imma ċertament li huwa jrid jerfa' r- responsabbilta' u għandu jagħti rendikont lill-pubbliku in ġenerali ta' dak li jkun għaddej.", "Quddiemi għandi ktieb - nixtieq inpoġġih fuq il- Mejda tal-Kamra - li fih l-istorja ta' kif Queiroz ingħata l-liberta' u ntbagħat lura lejn il-Brażil minn flus il-poplu, b'ticket maqtugħ mill- Gvern Malti.", "Issa dan kien daħal f'pajjiżna bl-akbar konsenja ta' droga li qatt inqabdet biex jeqred liż-żgħażagħ tagħna, u bil-wiċċ tost kollu l- gvern Nazzjonalista tah il-maħfra u ħallaslu l-passaġġ biex imur lura l- Brażil, bl-iskuża li dan kien marid.", "Dan il-ktieb li jismu \"Queiroz: Il- Maħfra Presidenzjali\" nixtieq li jibqa' record fil-parlament biex din l- istorja tal-mistħija ma tintesa qatt.", "(Interruzzjonijiet) Il-Partit Nazzjonalista ddefenda lil Żeppi l-Ħafi għax hekk kien jaqbillu, anzi kważi għamlu qaddis bir-raġġiera!", "Xi ġimgħat ilu fuq il-public broadcasting services Żeppi l-Ħafi, li għandu fedina penale mill-aktar imċappsa, deher ħiereġ mill-qorti jħakkek mal-Prim Ministru.", "Jien ma nafx kif lil dan it-traffikant tad-droga, li nqabad mill-pulizija forsi wara ħafna sforzi - ta' min igħid li dan inqabad fil-fatt li huwa drug pusher - issibu mal-Prim Ministru.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar li l-Prim Ministru qal li Żeppi l-Ħafi ma kienx l-Imdina dakinhar li sar l-attentat ta' qtil fuq l-assistent personali tiegħu stess.", "Allura jien nistaqsi: Fejn jaf il-Prim Ministru fejn kien Żeppi l-Ħafi?", "Mela kien fil-kumpannija tiegħu waqt li sar l-attentat?", "Filwaqt li Żeppi l- Ħafi qal li dakinhar ta' l-attentat ta' qtil kien id-dar jiċċelebra l- birthday, il-Prim Ministru qal li dan ma kienx fil-post preċiż.", "Issa meta ngħidu \"mhux fil-post preċiż\" nifhem li dan kien fil-viċinanzi.", "Minn fejn nibtet il-fiduċja ta' Fenech Adami f'Żeppi l-Ħafi?", "Għaliex il-Prim Ministru jemmen lil Żeppi l-Ħafi u ma jemminx ix-xiehda ta' Nicholas Jensen?", "Għall-Prim Ministru min hu kredibbli, Żeppi l-Ħafi jew Nicholas Jensen?", "Fil-preżent dawn jemmnu lil Żeppi l-Ħafi u mhux lil Nicholas, Jensen għax hekk jaqbel għaċ-ċirkostanzi u għall-Partit Nazzjonalista biex forsi jiġbru ġieħhom mid-daqqa li ħadu mill-ġustizzja Maltija.", "Jekk il- Prim Ministru wasal biex emmen lil Żeppi l-Ħafi, il-poplu - u wisq aktar il- ġurati fil-ġuri ta' Ian Farrugia - lil Żeppi l-Ħafi ma emmnux.", "F'dan il- każ jidher ċar li bniedem b'fedina penale kriminali daħaq bil-Prim Ministru - biex ma nissograx ngħid li daħħlu minn but u ħarġu minn ieħor - u Alla jbierek qisu ma ġara xejn.", "Meta l-oppożizzjoni Laburista ressqet mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern l- esponenti tal-gvern qagħdu jiddefendu lil Żeppi l-Ħafi, li għandu passat kriminali, speċjalment fejn jirrigwarda d-droga.", "Din hija l-vera oxxenita' u mhux billi noqogħdu niġu hawnhekk nilagħbuha tal-qaddisin u jiġi l-Viċi Prim Ministru jgħid li jinkwieta għaliex għandu t-tfal.", "Jien ngħidlu li mhux hu biss għandu t-tfal imma l-familji Maltin kollha!", "Ejja nkunu realistiċi u nammettu li kulħadd jinkwieta fuq każi bħal dawn.", "Jekk verament irridu niġġieldulha d-droga, lil dawn in-nies ma nistgħux nagħtuhom spazju u ma nistgħux inħalluhom jitħalltu mal-politiċi.", "Dawn in- nies għandhom ikunu mwarrbin darba għal dejjem għax dawn la jagħmlu unur lill-Partit Nazzjonalista u lanqas lill-Partit Laburista.", "Ċertament nies bħal dawn mhux posthom fil-partit tagħna u l-Partit Nazzjonalista għandu jimxi bl-istess mod u mhux joħroġ għonqu biex jiddefendihom.", "Jien ma nafx għaliex minkejja li fil-qorti ċerti nies ma twemmnux mill-ġurati, dawn jibqgħu jsostnu li l-verità hija tagħhom.", "Jien ngħid li meta l-poplu Malti jara dawn l-affarijiet għandu għal xiex jinkwieta għax dawn il-mossi kollha juru li għandna gvern dgħajjef quddiem it-traffikanti tad-droga.", "Fl- opinjoni tiegħi, għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri, dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu.", "Hija sfortuna u ħaġa tal-biki li l-poplu Malti għandu gvern li kważi huwa hijacked minn nies bħal Żeppi l-Ħafi.", "Nerġa' ngħid li l-politiċi m'għandhomx joqogħdu ma' nies bħal dawn.", "Jien nixtieq nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li, bħal min fil- passat qal li min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott, min ma jiġġelidx il-kriminalita' bis-serjeta' jista' jkun kriminali huwa wkoll.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Cuschieri jpoġġi d-dokument li rrifera għalih aktar kmieni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, naħseb li huwa tajjeb li għandna parlament li jagħti opportunita' lil kulħadd jitkellem għax b'hekk il-poplu Malti jista' jagħraf x'intenzjonijiet ikun hemm wara dak li jingħad hawn ġew.", "Qed ngħid dan għax donnu li f'dan il- parlament l-oppożizzjoni ħadet id-drawwa li tagħmel kantaliena, amministrata u orkestrata tajjeb ħafna, biex twassal messaġġ wieħed.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri qal li jrid ikun jaf il-verità, Jien ma nazzardax ngħid li hawn ġew nistgħu nkunu nafu l-verita' imma j'Alla li iżjed ma dan il-parlament jiltaqa' spiss u iżjed ma jkollna sigħat twal ta' dibattiti, xi darba toħroġ il-verità.", "Drawwa oħra li daħlet dan l-aħħar fil-parlament hija li jekk, per eżempju, inkunu qegħdin ngħaddu liġi fuq il-kunsilli lokali, ikollna parlament kollu qisu \"Taxi Mary\", għax kulħadd jispiċċa jitkellem fuq il- bżonnijiet tal-lokalita' tiegħu, u jekk inkunu qed niddiskutu emendi ta' natura teknika għall-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, nagħmlu dibattiti sħaħ fuq l-abbuż mid-droga!", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li b'dan il- mod inkunu qed insaħħu d-demokrazija, kif hawn min qed jgħid, imma jien naħseb li fuq din il-liġi li għandna quddiemna għandna aktar niffokaw dwar fejn tista' twassalna din l-emenda li qed jippropponi l-gvern milli nitkellmu b'mod ġenerali.", "Il-problema tad-droga ma tippreokkupax biss lill- oppożizzjoni imma tippreokkupa lil kulħadd, u lkoll kemm aħna jiddispjaċina ninnotaw kemm din il-problema fil-fatt qed tikber.", "Per eżempju, mis-survey li għamlet il-Caritas u mill-ktieb li kien ħareġ Fr. Benjamin Tonna - \"A Search in Quality\" - wieħed jista' jara kemm kiber il- vizzju tad-droga.", "Ħadd f'din il-Kamra ma qal li b'xi mod aħna għandna xi ħtija għaliex minflok jirrikorru għas-sens komun, għar-rispett ta' wieħed lejn l-ieħor u għal divertiment san f'ambjent ħieles minn dan il- vizzju, iż-żgħażagħ qed jirrikorru għad-droga.", "Dalgħodu l-Onor.", "Noel Farrugia għamel diskors imqanqal ferm pero' ta' min igħid li kulħadd jiddispjaċih meta jisma' dawn l-affarijiet u kulħadd huwa konxju li meta jisma' l-aħbarijiet fuq il-mezzi tax-xandir jibda jistaqsi meta se tmiss lilu.", "Dawn l-emozzjonijiet kulħadd iħosshom, m'hemmx għalfejn tkun fl-oppożizzjoni!", "Meta tkun fl-oppożizzjoni tibda tara kif tista' tikkritika dak li jkun għaddej, pero' din hija liġi li għandha x'taqsam ma' kwalita' ta' ħajja, ma' vittmi u mal-familji.", "Fl-opinjoni tiegħi l-oppożizzjoni qed tikkritika biex tiftaħ ferita mhux biex tfajjaqha!", "Għax minkejja li għamilna sigħat sħaħ ta' dibattitu - fil- fatt dan id-dibattitu beda qabel is-sajf u ma nafx meta se jintemm - ma smajna bl-ebda suġġerimenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni għal din il-liġi.", "Wieħed mill-aħħar kelliema qalilna li l-gvern tal-ġurnata huwa ħafi quddiem din il-problema u m'huwiex kapaċi jiġġelidha, pero' ma qalx x'għamel il- Partit Laburista fis-sentejn li għamel fil-gvern.", "Minkejja li lkoll kemm aħna ngħidu li hemm bżonn niġġieldu l-problema tad-droga, minn dan id- dibattitu jidher li l-ideat u l-proposti taż-żewġ naħat tal-Kamra m'humiex daqstant differenti.", "Jien naħseb li minkejja li l-oppożizzjoni kważi qed tgħid li ma tridx taqbel ma' dawn l-emendi, fl-aħħar se tispiċċa biex taqbel magħhom.", "Hija ħasra li tagħmel sigħat sħaħ, ġranet u ġimgħat titkellem fuq il-problema tad-droga u ma tisma' l-ebda kritika fuq kif dawn l-emendi, li permezz tagħhom se narmaw aktar lill-pulizija u lil forzi oħrajn biex jiġġieldu din il-problema, nistgħu ntejbuhom.", "L-uniku argument li qed iġġib l-oppożizzjoni huwa li dawn l-emendi kellhom l-ewwel jiġu diskussi fil-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali, pero' xorta waħda nistenna li fuq abbozz ta' liġi li kulħadd igħid kemm huwa importanti jkun hawn qbil fil-Kamra.", "Mr Speaker, quddiemna għandna l-famuża emenda li fuqha ttieħdu sigħat twal ta' dibattitu u ma nafx kemm-il persuna ssemmiet hawn ġew.", "(Interruzzjonijiet) Dawn kienu ħbieb tagħkom qabel!", "Mela ma tantx għandna biex niftaħru ż-żewġ naħat li aħna!", "Pero' jien niftaħar li jien qiegħed fuq in-naħa tal-gvern li qed tressaq emendi għal din il-liġi bis- serjeta' u bil-fatti.", "Per eżempju fl-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz insibu miktub li:", "\"L-għan ta' l-Abbozz hu sabiex jemenda t-tifsira ta' traffikar u sabiex jipprovdi għal miżuri oħra biex jiġġieled kontra l-abbuż ta' mediċinali perikolużi u biex jagħmel emendi konsegwenzjali għall- Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha.\"", "Dan juri kemm din in-naħa hija konxja mil-problema tad-droga.", "Dawn l-emendi qed jitressqu biex inwessgħu t-tifsira ta' traffikar.", "Barra minn hekk qed jiġu introdotti miżuri oħra ma' dawk li diġa' hemm - u m'huwiex veru li aħna se nnaqqsu milli hemm - u se nnaqqsu l-anomaliji li jeżistu.", "Mr. Speaker, x'inhuma dawn l-anomaliji li jeżistu fil-liġi kif inhi fil- preżent?", "Jekk bniedem jinqabad f'Paceville b'ammont ta' droga li jkun għall-użu personali jista' ma jintbagħatx il-ħabs, imma jekk jinqabad bl- istess ammont fuq vapur jew fl-airport dan jista' jeħel sa sitt xhur ħabs.", "Illum fil-liġi teżisti din id-differenza u, kif jaf kulħadd, kellna anke turisti li nqabdu b'ammont żgħir ta' droga u weħlu sitt xhur ħabs.", "Kulhadd jiftakarha l-istorja tat-tfajla Svizzera u tal-koppja Ġermaniża li ġew għall-honeymoon f'Malta.", "Kieku dawn inqabdu f'Paceville ma kenux jeħlu sitt xhur ħabs imma dawn inqabdu fl-ajruport u l-qorti ma' kellhiex alternattiva ħlief li tibgħathom il-ħabs.", "Allura għax il-gvern irid ineħħi din l- anomalija qed jiftaħ il-bieb għall-importazzjoni tad-droga?", "Ħalli nikkwota x'kien qal l-Onor.", "Evarist Bartolo fis-Seduta Nru. 138 li saret qabel ma waqafna għal vaganzi tas-sajf.", "L-Onor.", "Membru kien qal hekk:", "\"Mr Speaker, fl-analisi li għamlu pulizija serji li huma mpenjati fil- ġlieda kontra d-droga ma jaqblux ma' emenda bħal din.", "Ma jaqblux ma' emenda bħal din għaliex mill-esperjenza tagħhom jafu b'żgħażagħ li jaslu Malta b'ammont ta' droga - m'hemmx għalfejn ikun ammont kbir, ammont biżżejjed li jippermettilek targumenta li huwa għall-konsum personali - liema sustanza mbagħad jużawha biex jieħdu vaganza b'xejn u mhux biss jieħdu vaganza b'xejn imma anke jispiċċaw biex jieħdu l- flus lura magħhom.\"", "Il-mentalita' ta' l-Onor.", "Bartolo hija l-istess mentalita' ta' l- oppożizzjoni.", "Dawn qed igħidu li jekk tgħaddi din il-liġi se nkunu qegħdin nibagħtu sinjali lil min ibigħ id-droga li dan jista' jibgħat konsenji regolari ta' mediċina perikoluża f'pajjiżna ma' nies differenti.", "Dan huwa argument kuntrarju għal dak li għadni kemm qajjimt jiena.", "Aħna qegħdin ngħidu li b'din l-emenda sempliċement se nkunu qed inneħħu anomalija imma l- oppożizzjoni qed tgħid li din il-ħaġa se tiftaħ beraħ l-importazzjoni tad- droga.", "Fl-opinjoni tiegħi dan m'huwiex raġunar korrett għax jekk dak li jkun irid jimporta, dan mhux se jimporta biex ibiegħ xi mitt pillola jew xi uqija eroina biss.", "Dik mhijiex importazzjoni u għalhekk jiena ngħid li d- diskorsi ta' l-oppożizzjoni huma intizi biex idaħħlu d-dubbji u s-suspetti fil-gvern tal-ġurnata.", "Per eżempju, fid-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo imkien ma sibt xi proposta dwar x'għandu jsir.", "Mr Speaker, dalgħodu tkellem ukoll l-Onor.", "Noel Farrugia u semma' kemm jonfoq il-gvern fuq kull priġunier.", "Qal ukoll li ma rnexxilniex intejbu s- sitwazzjoni tal-ħabs id-droga xorta għadha tidħol.", "Barra minn hekk, b'diskors imqanqal fuq il-kruha tad-droga, l-Onor.", "Membru kkritika lill- gvern għax qal li permezz ta' din l-emenda se jonfoq iżżejjed.", "Mela l-ewwel ngħajru ....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien m'għedtx hekk.", "Dak x'fehem hu qed jgħid!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiena smajt eżatt x'qal l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOE FARRUGIA: Mr Speaker, li qed jgħid l-Onor.", "Vassallo huwa dak li fehem hu u mhux dak li għedt jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr. Speaker jiena qed nipprova nkun korrett fl- argumenti tiegħi.", "(Interruzzjonijiet) Meta joħroġ it-transcript inkunu nafu eżatt x' qal l-Onor.", "Farrugia.", "Jekk iddispjaċih li qal hekk, għandu jirtira dak li qal.", "Mr. Speaker, kont qed ngħid li l-Onor.", "Noel Farrugia tkellem fis-sens li l-gvern se jonfoq iktar flus fl-infurzar kontra t-traffikar tad-droga.", "Jiena ngħid li l-oppożizzjoni għandha tiddeċiedi xi trid.", "Dawn iridu l- inforzar jew iriduna li ma nonfqux ħafna fl-infurzar?", "L-oppozizzjoni għaliex tridna noqogħdu nwaħħlu sitt xhur ħabs lil kulmin jidħol mill- airport jew mil-port b'ammont żgħir ta' droga fuqu, meta jekk bniedem jinqabad f'post ieħor dawn ma jeħilhomx?", "Mela dawn l-ewwel iġibu l- argument dwar kemm qed nonfqu flus fil-ħabs, imbagħad joħorġu kontra emenda li tgħid li min jinqabad b'ammont żgħir ta' droga fl-ajruport jew fil-port mhux bilfors jeħel sitt xhur ħabs!", "Mr. Speaker, l-oppożizzjoni qajmet dan il-kjass kollu fuq klawsola 2 li temenda artikolu 22 tal-liġi prinċipali.", "Din il-klawsola tgħid li:", "\"...minflok il-kliem \"l-koltivazzjoni, l-importazzjoni, il- manifattura,\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-koltivazzjoni, l- importazzjoni f'dawk iċ-ċirkostanzi li l-qorti tkun sodisfatta li dik l-importazzjoni ma kenitx għall-użu esklussiv tal-ħati...\"", "Aħna qegħdin ngħidu lill-qorti li bniedem li jinqabad b'ammont żgħir f'ajruport għandu jiġi ttrattat bl-istess mod li jiġu ttrattati dawk li jinqabdu b'ammont simili f'lokalitajiet oħra, pero' l-oppożizzjoni qed tgħid li b'din l-emenda qed niftħu beraħ l-importazzjoni tad-droga.", "Jiena ma nafx kif jistgħu jirraġunaw hekk.", "Il-ġlieda kontra d-droga rridu niġġelduha kontra x-sharks il-kbar u mhux kontra min idaħħal ammont żgħir għall-użu personali tiegħu.", "Dawn joqogħdu jagħmlu ħafna priedki kontra d- droga u dwar kemm hu ikrah il-vizzju tad-droga, pero' ma jgħidu xejn dwar l-emendi l-oħrajn li juru kemm il-gvern verament irid jagħmel ġlieda lix- sharks il-kbar.", "Per eżempju, fi klawsola 4 qegħdin ngħidu li:", "\"Meta persuna tiġi akkużata kif provdut fis-subartiklu (1) ta' l- artikolu 22A, u dik il-persuna tkun persuna bħalma hemm imsemmi fis- subartiklu (6) ta' l-artiklu 22 jew tkun persuna li jkollha liċenzja, permess jew awtorita' lilha maħruġ minn awtorita' kompetenti fl- eżerċizju jew f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżerċċizju ta' xi arti, sengħa, sejħa jew xogħol ieħor, u r-reat issir f'post li dwaru jkun hemm liċenzja maħruġa taħt din l-Ordinanza, taħt l-Ordinanza dwar il- Professjoni Medika u l-Professjoniiet li għandhom x'jaqsmu magħha, jew taħt xi liġi oħra, il-Qorti tista', mingħajr preġudizzju għal kull ordni oħra li tista' tagħmel taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l- artiklu, fuq talba tal-prosekuzzjoni tagħmel ordni, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa \"ordni ta' sospensjoni\", li biha tissospendi dik il- liċenzja, dak il-permess jew dik l-awtorita'.\"", "Din hi s-serjeta' u dan hu l-mod kif irridu niġġieldu d-droga f'dan il- pajjiż, u mela jiġi l-Onor.", "Cuschieri u joqgħod jgħid li Paceville huwa mmexxi mill-bouncers u mill-bodyguards!", "Din se tkun responsabilita' ġdida li qegħdin nitfgħu fuq kulmin għandu n-negozju tiegħu.", "Dan hu d- deterrent biex dak li jkun ma jabbużax meta jorganizza parties jew affarijiet oħra, imma sadanittant ħadd min-naħa l-oħra ma semma' din l- emenda.", "Ħadd minnhom ma semma l-fatt li kif se tiġi emendata l-liġi, min ikollu liċenzja ta' ħanut u jkun hemm indikazzoni li hu involut, se jkollu l- liċenzja sospiża.", "Din ma semmewhiex għax l-intenzjoni ta' l-oppożizzjoni hija li tqajjem suspetti fil-gvern u fis-sistema soċjali tal-pajjiż.", "M'hemmx intenzjoniiet tajbin min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dawn iridu biss jiskreditaw, jiżżuffjettaw u jnaqqsu mill-importanza ta' l-inizzjattivi li jieħu l-gvern.", "U dan id-dibattitu huwa prova oħra ta' dan għax minnu ħareġ li dawn mhux veru għandhom għal qalbhom il-ġlieda kontra d-droga.", "Meta qegħdin jgħidu li ma jaqblux ma' dawn l-emendi, indirettament qegħdin jgħidu li għandna nħallu kollox kif inhu u, jekk hemm ħanut f'Paceville li qed ibiegħ id-droga, għandna nħalluh jibqa' għaddej b'din l-attivita' illegali.", "Mr. Speaker, hawnhekk il-gvern qed jagħti s-setgħa lill-qorti li tissospendi liċenzja ta' negozju - u la qed insemmi l-liċenzji tan-negozji rrid ngħid li bħalissa qed isir eżerċizzju fi ħdan il-ministeru għas- servizzi ekonomiċi, flimkien mal-ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali, biex nirrevedu s-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju - jekk ikun hemm suspett li s-sid huwa involut fid-droga.", "Jiena ma nistax nifhem kif l- oppożizzjoni tista' ma taqbilx ma emenda bħal din.", "Wara kollox sospensjoni m'hijiex teħid ta' liċenzja.", "Is-sospensjoni hija spjegata f'subklawsola (3) ta' klawsola 4 li tgħid:", "\"Persuna li tagħmel xi att li dwaru jkunu meħtieġa liċenzja, permess jew awtorita' taħt xi liġi u dak l-att jintagħmel meta dik il- liċenzja, dak il-permess jew dik l-awtorita' kienu sospiżi bis-saħħa ta' l-ordni ta' sospensjoni, għandha titqies li tkun hekk għamlet l- att mingħajr dik il-liċenzja, dak il-permess jew dik l-awtorita' meħtieġa.\"", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili, Onor. Vassallo, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nipproponi li l-Onor.", "Vassallo jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Vassallo jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Ikun tajjeb li din l-emenda tinftiehem minn min forsi qed jabbuża mid-droga fil-professjoni jew fin-negozju tiegħu.", "Jekk, per eżempju, persuna tingħata liċenzja ta' spiżjar u din toffri servizz jew tbiegħ prodott li mhux suppost tbiegħu taħt dik il-liċenzja, din il-persuna tkun qed topera mingħajr liċenzja u allura ma jkollhiex iżjed dritt tgawdi dik il-liċenzja.", "Dan l-argument ireġi anke għal liċenzji ta' postijiet ta' divertiment.", "Dawn żgur li mhux se jkunu mogħtija liċenzja biex ibiegħu l- cannabis jew l-LSD u allura jekk jinqabad jittraffika jew jinnegozja d- droga, dak ikun qed ibiegħ kontra l-liċenzja u għalhekk din il-liċenzja tiġi sospiża, anke jekk is-sentenza ma tkunx għadha nqatgħet.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jgħid jekk jinqabad.", "Almenu jekk jinqabad se tiġi sospiża l-liċenzja għax jekk ma jinqabadx ma tista' tagħmillu xejn!", "Kif qegħda bħalissa, anke jekk jinqabad, dan xorta mhux se jkollu sospensjoni tal-liċenzja.", "Sur President, din hija l-ġlieda kontra d- droga li aħna rridu.", "Din hija d-differenza li teżisti bejn il-gvern u n- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Aħna nafu d-dimensjoni tal-problema tad-droga, nafu x'jiġifieri jkollok familja, nafu x'jiġifieri taħseb li għada jista' jmiss lilek, u biex nuru s- solidarjeta' mal-familji ta' dawk li uliedhom sfaw vittma ta' dan il- vizzju, aħna qed nieħdu azzjoni permezz ta' din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Tista tgħidilha żgħira jew minima imma hija azzjoni.", "Aħna qegħdin nieħdu azzjoni imma n-naħa ta' l-oppożizzjoni ma ssemmi xejn minn dan u titkellem biss dwar kemm hi kbira l-problema tad-droga.", "Jiena ngħid li rridu nkunu onesti u ngħidu l-verita'.", "Ta' l-oppożizzjoni m'għandhomx joqogħdu jipprovaw jiskreditaw lill-gvern fuq kull ħaġa.", "Jiena naħseb li t-terms of reference tal-kelliema tan-naħa l-oħra huma li f'kull dibattitu jridu jsemmu xi ftit l-Unjoni Ewropea u jridu jaraw kif jimminaw il-gvern u kif forsi jġibu fix-xejn ir-rispett li dan il-poplu għandu lejn il-gvern.", "Jiena ngħid li dan isir bl-iskop li jkollna diżordni soċjali u biex in-negozju jibda jmajna, għax jekk imajna n-negozju forsi l-gvern ifalli u allura jkollna bidla fl-amministrazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Kemm majnaw affarijiet, Onor. Cuschieri!", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni jekk ma tipprovax tħammeġ lil din in-naħa ma tkunx hi, qisu li l-onorarju tal-parlament sħabna tal-faċċata jeħduh biex jitkellmu b'dan il-mod!", "Dawn dejjem jgħidulna li għandna l-bodyguards u għandna nies b'fedina kriminali jiġru ma saqajna.", "Jiena qatt ma kelli klijenti b'record mhux tajjeb.", "Dawn imorru għand avukat għal xi parir u avukati hawn ħafna hawn ġew!", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk f'din il-Kamra għandna ħafna tobba li jmorru jaraw lill-morda, ifisser li l-gvern għandu l- morda jduru ma saqajh?", "Jiena ngħid li l-oppożizzjoni qed taqa' għall- banalita' u qed tagħmel hekk għax taf li jekk tipprova tħammeġ illum u tipprova tħammeġ għada, xi ħaġa jeħel u jibqa' mċappas.", "Din il-ħaġa ma' tagħmilx ġid u inutli noqogħdu nipprovaw nilagħbu l-ping-pong billi nħammġu lil xulxin.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nħossx li għandi naqa' għal din it-tentazzjoni għax b'hekk ma nkunx qed nagħmel ġieħ lill-poplu Malti.", "Dan il-parlament huwa għodda tajba, diċenti u nadifa u jiena jidhirli li m'għandhiex titkompla din it-tattika li nipprovaw inħammġu.", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri qal li l-gvern huwa maħmuġ għax...(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena m'għedtx hekk.", "Jien għedt li l-gvern għandu nies kriminali jiġru ma saqajh.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mela int qed tgħid li l-gvern huwa kriminali!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Lanqas hekk ma għedt.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jiena naf li inti għedt li l-gvern tal-ġurnata jiddefendi nies b'fedina kriminali.", "(Interruzzjonijiet) Imma min jagħmilha mal-kriminali isir kriminali.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena la għedt li l-gvern huwa maħmuġ u lanqas għajjart lid-deputati li huma maħmuġin.", "Kulma għedt huwa li għandna gvern li jaċċetta ma' saqajh nies b'fedina kriminali.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: L-Onor.", "Cuschieri qal ukoll li min ma jiġġelidx il- kriminalita' jsir kriminali.", "Jekk aħna se nieħdu din il-briga li noqogħdu nikkritikaw lil xulxin b'dan il-mod, il-parlament kollu se jidher maħmuġ u l-oppożizzjoni wkoll hija parti minn dan il-parlament.", "Jien ngħid li jekk verament irridu nagħmlu l-ġid u jekk verament irridu nkunu ta' servizz lejn il-poplu hemm bżonn li nifhmu li għandna niġġieldu din il-ġlieda flimkien.", "Nistgħu ma naqblux fuq xi ħaġa imma almenu ejja nkunu sinċiera magħna nfusna.", "Wara kollox dan id-disprezz ta' wieħed lejn l-ieħor mhu se jwassal imkien.", "Anzi jiena ngħid li dan l-aġir iservi ta' riħ in poppa għal min irid imexxi d-droga.", "M'għandux jittieħed dan l-atteġġjament għax imbagħad inutli noqogħdu niġu hawn u nuru solidarjeta' ma dik li-familja u l-oħra għal xi telfa traġika b'overdose.", "Jiena kapaċi nagħmel bħal ħaddieħor u noqgħod insemmi l-ismijiet u nħammeġ imma ma rridx nagħmel hekk għax inkella nkun qed niskredita l-parlament.", "Jiena ngħid li din il-logħba għandha tinqata u m'għandniex nipprovaw nirbħu vantaġġ politiku billi nżeffnu fin-nofs problema li qed tħalli ħafna biki u traġedji.", "Sur President, tan-naħa l-oħra qalu lill-poplu Malti li l-gvern mhux qed jaħdem biex jiġġieled il-problema tad-droga.", "Jiena ngħid li dawn ma ħarsux lejn l-istatistika.", "Kieku għamlu hekk ma kenux joqogħdu jgħidu ħafna kliem li mhux minnu.", "Hawnhekk irridu ngħidu li kull gvern, wieħed wara l-ieħor għamel ħiltu biex jiġġieled il-problema tad-droga.", "Jiena m'għandix interess li ngħid lill-oppożizzjoni li meta kienu fil-gvern ma għamlu xejn.", "Għaliex għandi ngħid hekk jekk meta kienu fil-gvern dawn ukoll ħadmu biex itaffu din il-problema, bħalma wara kollox ħdimna aħna qabel u qed naħdmu issa?", "Għaliex m'għandniex nitkellmu ta' irġiel u nisa hawn ġew?", "Għaliex m'għandniex inħarsu lejn l-istatistika biex naraw kemm verament imxejna 'l quddiem?", "Jekk wieħed jara l-istatistika jsib li fl-1996 tressqu l-qorti 226 persuna fuq pussess ta' droga, fl-1997 tressqu 237, fl-1998 tressqu 233 u sa Settembru ta' l-1999 tressqu 248.", "Allura għandi noqgħod ngħid: Ara jien kemm qbadt iktar!", "Wara kollox l-istatistika tirriżulta minn skond x'ikun hawn fis-suq.", "Jekk matul sena partikolari jidħol container wieħed u taqbdu, dan jgħollilek l-average m'għola s-smewwiet u jekk fis-sena ta' wara ma jidħol l-ebda container, l-average jaqa' ma' l-art.", "Sur President, biex inkompli fuq l-istatistika rrid ngħid li fl-1996 tressqu l-qorti 70 każ fuq traffikar, fl-1997 tressqu 72 każ, fl-1998 kien hemm 98 każ u sa Settembru ta' l-1999 tressqu 72 każ.", "Issa dawn ma ressaqthomx jiena jew l-Onor.", "Tonio Borg imma ressqithom il-pulizija, li qegħda tagħmel dmirha.", "Allura la ressquhom il-pulizija għalfejn noqogħdu nipprovaw insemmu 'l dak u 'l-ieħor?", "Ejja nibagħtu messaġġ wieħed lill- poplu minn dan il-parlament u ejja ngħidulu li qed niġġieldu d-droga flimkien.", "Ejja ngħidulu li dan il-pajjiż qed jittratta din il-kwestjoni bis- serjeta' u ejja nibagħtu messaġġ lill-poplu Malti li dawn l-emendi jikkostitwixxu pass wieħed f'mixja twila.", "Għalfejn noqogħdu nipprovaw niskreditaw lill-gvern f'din il-ħaġa?", "Lill-gvern m'għandniex għalfejn noqogħdu niskreditawh għax jekk nerġgħu nduru għall-istatistika nsibu li fl- 1996 saru 803 raids u searches, fl-1997 saru 642, fl-1998 saru 723 u sa Settembru li għadda saru 658 raid.", "Dan juri li qed isir ħafna xogħol f'dan il-qasam u meta l-oppożizzjoni titkellem bil-mod kif tkellmet s'issa, mhux lil xi ministru tkun qed toffendi imma tkun qed timmina l-fiduċja li suppost għandu jkollu l-poplu Malti fil-pulizija u fil-forzi tas-sigurta' li qegħdin imdaħħlin biex jiġġieldu d-droga.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li qabel waqafna għall-vaganzi tas-sajf kienu diġa' tkellmu l-Onor.", "Bartolo u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq din l- emenda u dawn ħadu l-opportunita' biex jipprovaw jiżirgħu l-inċertezzi.", "Dak iż-żmien kien hemm talba biex jinżamm rave party fil-Ġnejna u minkejja li l-Ministru Tonio Borg għamilha ċara li ma kien ħareġ ebda permess biex dan il-party jsir, l-Onor.", "Bartolo kien baqa' jinsisti li permess se joħroġ.", "Ħareġ il-permess?", "Le, ma ħariġx u l-party fil-Ġnejna ma sarx.", "Imma l- Onor. Bartolo ma kienx raġel biżżejjed li jiġi hawn u jgħid: Prosit, il- party fil-Ġnejna ma sarx!", "Fl-istess diskors l-Onor.", "Membru staqsa wkoll dwar meta ħerġin ir-regolamenti dwar il-ħinijiet tal-bars li hemm f'Paceville.", "Dan donnu kien qed jgħajtilhom għax fil-fatt inħarġu ftit ġranet wara.", "Minkejja dan, min-naħa ta' l-oppożizzjoni kellna silenzju manju dwar dawn ir-regolamenti.", "Dik serjeta', Sur President!", "Fejn hi s- serjeta' ta' min irid verament jiġġieled id-droga?", "Mela dawn jaħsbu li l- poplu Malti huwa fidil?", "Il-poplu Malti jaf x'inhi l-verita' u jirrikonoxxi li dan il-gvern qed jagħmel pass 'il quddiem f'mixja twila.", "Sur President, jiena nixtieq nagħlaq billi ngħid li din m'hijiex liġi li tintroduċi xi taxxa ġdida u allura nistgħu ma naqblux fuqha.", "Din hija liġi li tittratta problema soċjali li qed tħalli diversi vittmi u għalhekk nitlob lill-parlament biex f'din il-ħaġa nkunu flimkien.", "Ejjew ma nħammġux lil xulxin fuq issue ta' din il-portata.", "Wara kollox ma niggwadanjaw xejn jekk nipprovaw inħammġu 'l xulxin.", "Jekk veru hemm il-ħmieġ, ħalli dak li jkun jikxef x'hemm ħażin u jittieħdu l-passi bil-liġi, imma fuq issue bħal din għandna nkunu flimkien.", "M'għandniex nieħdu pjaċir bid-deni imma rridu naraw li dan il-parlament ikun magħqud biex jiġġieled favur il-ħajja u jirsisti biex ma jippermettix li jkompli jsir negozju ta' dan it-tip.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li aħna naħsbu li l-poplu Malti huwa fidil, pero' jiena naħseb li huwa l-Onor.", "Membru li qed jittratta lill-poplu Malti ta' fidil.", "Qal li l-avukati jkollhom klijenti kriminali, pero' again jiena naħseb li hemm differenza bejn li avukat ikollu klijent kriminali għal li jkun hemm persuna kriminali li tmur terfa' lill-prim ministru fuq daharha!", "L-Onor.", "Vassallo qal ukoll li għalkemm saru ħafna diskorsi, ħadd m'għamel xi proposta dwar kif nistgħu ntejbu l-affarijiet.", "Jiena ngħidlu li proposti għandna kemm irid.", "Per eżempju, waħda minnhom hi li jekk bniedem għandu d-droga fuqu għal użu personali dan għandu jiddikjaraha malli jasal fl-ajruport.", "Jekk dak li jkun jipprova jinganna u ma jiddikjarahiex u jinqabad, imbagħad dak irid ibati l-konsegwenzi.", "Din hija ħaġa sempliċi u ma nafx x'diffikulta' seta' sab il-gvern biex jattwa din il-proposta.", "X'hemm aħjar milli tobbliga lil dak li jkun li jiddikjara fl-ajruport li fuqu għandu d-droga for personal use u tikkonfiskahielu dak il-ħin stess?", "U mela jiġi hawnhekk u jgħidilna li ma għamilniex proposti!", "Din hija proposta kruċjali u l-Onor.", "Vassallo huwa żbaljat meta jgħid li m'għamilniex proposti.", "Dak huwa l-messaġġ li rridu nagħtuhom lin-nies, u mela jiġi l- Onor. Membru u jgħid li ilna nitkellmu żmien u ma għamilniex proposta waħda!", "L-Onor.", "Vassallo qal ukoll li aħna nħobbu nippriedkaw.", "Jiena ngħidlu: Kif tista' ma tinkwetax u ma titkellimx meta tara każi bħal dak tat-tfajla li nstabet marbuta minn idejha u saqajha fil-baħar?", "Kif tista' ma tinkwetax u ma titkellimx meta tara din il-problema tad-droga dejjem tikber u tara nies lesti jagħmlu anke' affarijiet makabri biex jipproteġu n-negozju tad- droga?", "Dawn in-nies - jekk nistgħu nsejħulhom nies - riedu jibagħtu messaġġ b'dak li għamlu lil Therese Agius.", "Riedu juru li min jazzarda jiftaħ ħalqu jispiċċa ħażin.", "Dan hu l-messaġġ li kienu qegħdin jibagħtulna u aħna nafu li dawn l-affarijiet jiġru, speċjalment liż-żgħażagħ li jiddeċiedu li jibdlu r-rotta li jkunu qabdu.", "Per eżempju, nafu b'każi fejn vittmi tad- droga kienu se jitilgħu jixhdu l-qorti u f'daqqa waħda nisimgħu li mietu b'overdose.", "M'ilux jiena kont qed ngħin persuna biex toħroġ minn dan il- vizzju u meta waslet biex titla' tixhed ċempluli u qaluli li sabuha mejta.", "Nisimgħu b'każi oħra fejn persuna tkun se tibda tagħmel programm ta' riabilitazzjoni u tinstab mejta b'overdose.", "Hija ħaġa iebsa biex tniżżilha imma l-verita' hi li hawn min lest li jagħmel att faħxi biex ma jinkixifx fil-manuvri kriminali li jkun qed jagħmel.", "Dawn huma t-tip ta' messaġġi li jwasslu dawn in-nies u, Alla jbierek, aħna l-bravi onorevolijiet ta' hawn ġew m'aħniex kapaċi nwasslu messaġġ bl-istess saħħa u bl-istess qawwa.", "Xi kultant ngħid li aħna qisna mitruħin u li l-iktar importanti għalina qisu li naraw kif niskorjaw goals politiċi.", "Jekk m'aħna se nagħmlu xejn in-nies se jaħsbuna kompliċi f'din il-logħba makabra u jkollhom raġun jaħsbu hekk.", "Minflok qegħdin hawnhekk biex naraw kif se nkissru dan iċ-ċirku li huwa nstigat mill-flus - għax wara kollox dik hija l-problema tad-droga, kilba għall-flus u aktar flus - illum qegħdin f'dan il-parlament niddiskutu kif se nemendaw liġi għal min jinqabad b'ammont ta' droga għall-użu personali tiegħu.", "Sur President, jiena diġa' semmejt x'inhi l-alternattiva tagħna għal din l-emenda.", "Din hija l-iktar soluzzjoni down to earth u straight forward.", "Inti taf, Sur President, li f'pajjiżi oħrajn fl-Ewropa stess jekk tinqabad fit-triq bid-droga for personal use teħel numru ta' snin ta' ħabs, aħseb u ara jekk timportaha!", "Nafu wkoll li hemm ċerti pajjiżi fejn min jinqabad bid- droga għall-użu personali jissentenzjawh għall-mewt.", "Issa jien ma nistax ngħid li naqbel ma' dan, għax ma naqbilx mal-piena tal-mewt, għalkemm fejn tidħol id-droga mwiet qed ikollna u flok is-sentenza jagħtiha l-imħallef jagħtuha t-traffikanti!", "Għalhekk hawn min jirraġuna li aħjar toqtol lil min qed jistagħna minn fuq il-business tad-droga.", "Imma ejjew naraw x'jaħseb fuq din l-emenda min jaħdem f'dawn iċ-ċirki.", "Fir-recess tas-sajf kellna ċans nistaqsu u nitkellmu ma' dawn in-nies u kellna ċans nagħmlu l-homework tagħna.", "Fil-fatt jiena tkellimt ma' ħafna membri tal-korp tal-pulizija li huma involuti fix-xogħol kontra t-traffikar tad-droga u nista' ngħid li ħafna minnhom ma jaqblux ma' din l-emenda u qed jgħidu li anzi se ttellifhom milli jagħmlu xogħolhom kif suppost.", "Qegħdin jirraġunaw li hemm nies, li nafu bihom aħna lkoll, speċjalment żgħażagħ, li xogħolhom huwa li jivvjaġġaw b'ċerti ammonti żgħar fuqhom biex iwasslu d-droga f'ċerta destinazzjoni - din mhux hawn Malta biss jagħmluha - u jekk jinqabdu jgħidu li hija for their own personal use.", "(Interruzzjonijiet) Smajtu l-battibekk bejn l-Onor.", "Silvio Parnis u l- Ministru.", "Tonio Borg.", "L-Onor.", "Parnis qal li mal-vittmi għandna nuru kompassjoni.", "Jiena m'iniex ngħid li m'għandniex nuru kompassjoni pero' jekk dawn ikunu qed jippretendu li d-droga tkun for personal use imma fil- fatt ma jkunx hekk, x'se jiġri?", "Ħalli nsemmi każ ta' ħabib tiegħi li kont qed niddiskuti dawn l-emendi miegħu dan is-sajf.", "Dan qalli: Jien liberali u nemmen li jekk bniedem irid jiddamdam bid- droga nħallih għaliex ikun hu li għażel li jagħmel hekk u m'għandix nindaħallu.", "Qalli wkoll li jekk dan jinqabad dieħel mill-ajruport b'ammont ta' droga fuqu għall-użu personali tiegħu ċertament m'għandux jintefa' l-ħabs.", "Pero' ejjew inkunu ftit saqajna ma' l-art.", "Kemm fil- ġurnali tal-kriminoloġija u f'ġurnali oħra naqraw li ħafna drabi l- personal use ma jkun personal use xejn?", "Għalhekk nerġa' ngħid li min verament ikollu fuqu droga for personal use m'għandux ikollu diffikulta` li jiddikjaraha hu u dieħel fl-ajruport.", "Il-problema tqum meta d-droga ma tkunx for personal use u għalhekk li aħna nistaqsu: Imma għaliex dan il- gvern ma jridx li min ikollu d-droga for personal use jiddikjaraha?", "X'qegħdin naħbu?", "Qed ngħattu xi ħaġa?", "Jekk verament ikollok fuqek droga for personal use ma jkollokx diffikulta` biex tiddikjaraha għaliex m'intix se tinnegozjaha u mhix kwestjoni li se titlef il-flus; kulma trid huwa li timxi mar-regolamenti tal-pajjiż li tkun dħalt fih.", "Mhux kull pajjiż għandu r-regolamenti tiegħu?", "U dawk ikunu r-regolamenti ta' pajjiżna.", "Sur President, għalkemm dalgħodu l-ministru semma li l-Caritas jaqblu ma' din l-emenda, jiena nista' ngħidlu li tkellimt ma' nies fil-Caritas u qaluli li ma jaqblux ma' din l-emenda.", "Qaluli wkoll li din se ttellifhom mix-xogħol tagħhom.", "Għalhekk ngħid: Allura possibbli li lanqas dawn li jorqdu u jqumu ma' nies b'din il-problema ma jafu x'inhuma jagħmlu?", "Nerġa' ngħid li dalgħodu l-ministru qal li l-Caritas jaqblu ma' din l-emenda, pero' jien għandi informazzjoni personali mingħand persuni li jaħdmu hemmhekk li assolutament ma jaqblux.", "U dawn in-nies jien għandi rispett kbir lejhom u lejn l-esperjenza tagħhom għaliex ta' kuljum jaħdmu ma' individwi b'dawn il-problemi.", "Għalhekk, bħalma staqsew sħabi, nistaqsi: Għaliex dawn l-emendi ma tressqux qabel quddiem il-kumitat għall-affarijiet soċjali ħalli kienu jitkellmu l-pulizija, kienu jitkellmu dawk li jaħdmu mad-drogati, kienu jitkellmu l-għalliema u kienu jitkellmu l-ġenituri u mbagħad konna naraw jekk l-emendi kif proposti f'dan l-abbozz ta' liġi humiex aċċettabbli?", "Dawn qabel kellhom jersqu mhux wara għax inkella x'nitolbuhielhom nagħmlu l-opinjoni tagħhom!", "Il-ministru qal li fil- liġi kif inhi hemm problema umana, u jien naqbel miegħu, imma l-problema ma ssolvihiex billi toħloq problema oħra akbar.", "U hemm mod uman kif nirranġaw din il-problema imma mhux li niftħu u nillaxkaw.", "Jien l-aktar li jinkwetani huwa l-messaġġ li se nkunu qegħdin nagħtu jekk l-emenda tal-gvern tgħaddi kif inhi.", "Meta nara u nisma bil-qtil makabru li kellna l-ġimgħa l-oħra u meta naf li hemm min qed ikompli jħaxxen butu, kif nista' nivvota favur emenda li aktar tagħti lok biex dawn l-affarijiet isiru?", "Kif nista' norqod meta nagħmel rasi fuq l-imħadda jekk ngħid \"iva\" għal din l-emenda?", "Kif nista' nispjega lill-elettorat li jien nirrappreżenta li minflok qegħdin naraw kif se nkunu aktar iebsa biex nittekiljaw din il-problema, fil-verita' qegħdin nillaxkaw l-affarijiet?", "U jekk ma nipprovawx inwaqqfu lill-gvern milli jkompli f'din it-triq allura n-nies ikollhom raġun jgħidulna li aħna kompliċi.", "Aħna rridu nkunu kompliċi mal-gvern imma fis-serjeta' u mhux biex nagħmlu l-ħajja iktar faċli għal min qed jistagħna minn fuq id-dgħjufija ta' wliedna u taż- żgħażagħ tagħna.", "M'għandhomx ċans li aħna se nkunu partners maghhom u niskanta kif din id-darba l-ministru responsabbli mill-politika soċjali ma ħariġx jgħidilna - bħalma għamel meta kellna d-dibattitu fuq il-maħfra presidenzjali - li għandu t-tfal.", "Mhux ilkoll għandna t-tfal, Sur President!", "Din id-darba mhux qed jinkwieta għat-tfal il-ministru?", "Mhux qed jinkwieta fuq il-messaġġ li qed inwasslu permezz ta' dawn l-emendi?", "Għax illum x'għandna f'din il-Kamra?", "F'din il-Kamra għandna qasma netta bejn min irid idaħħal dawn l-emendi u min ma jridx.", "Allura x'ma jitpaxxewx - ħalli ngħid kif qal l-Onor.", "Vassallo qabli - u x'ma jogħxewx n-negozjanti tad-droga meta jaraw dawn il- kummiedji!", "Għax din għalija charade u pulċinellata mill-kbar.", "Kif jistgħu jemmnuna n-nies meta fuq naħa nitkellmu fuq il-ġlieda kontra d-droga u min- naħa l-oħra minflok nissikkaw, nillaxkaw il-liġijiet?", "Dan hu l-punt u l- qofol ta' l-istorja kollha li ilna għaddejjin biha minn meta beda s-sajf.", "U proprju għaliex dawn l-affarijiet forsi hemm min qatt ma ħaseb fihom, għaliex qatt ma jkun tilef xi tifla jew tifel b'overdose, li aħna rridu niġbdu l-attenzjoni għalihom.", "Iżda meta nisma' l-argumenti ta' ċerti nies f'din il-Kamra ngħid li bilfors trid tkun imbiegħed minn dawn ir-realtajiet biex tipproponi dan li qed jipproponi l-gvern illum.", "L-Onor.", "Vassallo semma l-Unjoni Ewropea.", "Jiena wkoll insemmiha l-Unjoni u ngħid: Kellha għalfejn tiġi l-Kummissjoni Ewropea biex tgħidilna li għandna bżonn insaħħu l-istrutturi tagħna fil-ġlieda kontra d-droga?", "Għaliex hekk qaltilna fir-rapport li ħareġ il-ġimgħa l-oħra.", "M'għandniex biżżejjed traġedji!", "Imma f'din m'aħniex nobduha lill-Unjoni, mhux bħal fil-każ tat-tneħħija tal-levies!", "Hemmhekk mill-ewwel obdejniha imma fuq id- drogi se noqogħdu nduru mal-lewża.", "Kellna min qagħad jippreora - u naf li se nerġa' nismagħha fil-winding-up tal-ministru - fuq id-differenza fit- teorija bejn pussess u traffikar.", "Nerġa' ngħid li huwa veru li l-liġi kif inhi tqajjem ċerti problemi - u aħna għalhekk ipproponejna l-emendi meta konna fil-gvern - imma jidher li l-problemi li nqalgħu fl-interpretazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' din il-liġi issa qed noħorġuhom kompletament out of proportion.", "Jiena nistaqsi: Forsi l-mod kif insolvu dawn il-problemi huwa li noħolqu problemi ħafna ikbar permezz tal-messaġġ li se nwasslu b'din l-emenda?", "Allura l-gvernijiet għalfejn qegħdin?", "Il-gvernijiet iridu jkunu huma l-aġent tal-bidla u għandhom jużaw l-għodda ta' l- awtorita` li għandhom biex iġibu l-bidla direttament u anke jkunu l- katalisti u dawk li jikkonvinċu biex din il-bidla ssir.", "Bosta xjenzati politiċi jgħidu li f'dawn l-aħħar snin il-kultura saret iċ-ċentru ta' l-aġenda għar-riformi li jridu jġibu l-gvernijiet.", "Il- kultura hija l-aktar fattur determinanti u importanti fit-taħlita, biex insejħilha hekk, bejn suċċess ekonomiku u għaqda soċjali fit-tul.", "U l- iżball li sar, kemm mix-xellug estrem kif ukoll mil-lemin, huwa li dan il- fatt ġie injorat u dan meta wieħed mill-ikbar xogħlijiet ta' kull gvern huwa li jagħmilha possibbli għas-soċjeta` li torganizza lilha nnifisha.", "Iżda fil-mod tradizzjonali kif inħarsu lejn l-amministrazzjoni pubblika l- kultura dejjem kienet xi ħaġa marġinali, ratba, mhux konkreta u ftit kienu dawk li kienu jikkonsidraw li janalizzawha.", "Fil-fatt il- gvernijiet kellhom x'jaqsmu iktar ma' dawk li ngħidulhom hard facts, jiġifieri regolamenti ċari, dwar l-ekonomija u l-finanzi, u jekk konna nsemmu l-kelma kultura meta konna nitkellmu fuq policy tista' tgħid li konna nifhmu biss aspetti ta' arti, wirt storiku u affarijiet simili.", "Policy ta' gvern għall-kultura iktar wiesgħa konna qisna nibżgħu minnha għaliex il-gvern ma kellux il-kapaċita` li jinfluwenza l-kultura, sakemm naturalment ma kienx xi reġim totalitarju, kif kien hawn ukoll.", "Pero' issa dan kollu qed jinbidel u qed jinqaleb għaliex wara li l- gvernijiet raw l-influwenza tagħhom fuq ċerti policies - fuq il-qgħad, per eżempju - u raw li ma tantx marru tajjeb, bdew jindunaw li gvern jista' jkun aktar effettiv biex jinfluwenza l-kultura b'mod aktar wiesgħa.", "Għalhekk gvern li għandu parti sew mill-ekonomija tal-pajjiż f'idejh u huwa l-akbar employer, huwa bla dubju influwenti ħafna fil-kultura tal- pajjiż u nagħti eżempju.", "Nafu li fl-Amerika u fl-Ingilterra n-numru ta' żgħażagħ mingħajr dar qiegħed dejjem jiżdied u l-użu tad-drogi huwa sintomu ċar li l-family policy tagħhom ma kenitx suċċess.", "Dan ifisser li l-gvern ma jistax ma jaħsibx fil-liġijiet u fil-policies tiegħu f'termini kulturali.", "Dan qed ngħidu għaliex meta nagħtu kas il-kultura nkunu qegħdin nifhmu l-konsegwenzi intenzjonati jew mhux intenzjonati tal-public policy tagħna.", "Bla dubju għalhekk gvern li m'għandux viżjoni ta' l-impatt li jixtieq iġib fuq il-kultura, dwar lil min se jaffetwaw dawn il-policies jew liġijiet, se jkun gvern ineffettiv biex iġib l-ordni fil-pajjiż.", "U jien ngħid li hekk qed jiġrilna hawnhekk.", "Il-gvern mhux qed jagħti kas tal- kultura ta' laxkezza li rabbejna u mhux qed jagħti kas li se jkompli jirrinforza din il-kultura permezz tal-messaġġ li qed jagħti b'dawn l- emendi.", "U dan qed jgħiduh anke membri tal-korp tal-pulizija ta' l-affari tagħhom.", "Il-bieraħ smajt b'interess id-diskors tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Ċerti affarijiet kont nafhom imma b'ċerti affarijiet oħra li smajt ġibt għajnejja wara widnejja.", "Għedt: Imma jien qed nisma' sew jew qed naqra xi novella ta' Mario Puzo?", "Dawn huma affarijiet li qed jiġru issa waqt li qed nitkellmu hawnhekk, waqt li n-nies qegħdin id-dar jaraw it- television.", "L-affarijiet li beda jsemmi l-Onor.", "Mizzi qed jiġru l-ħin kollu f'pajjiżna.", "Imma mbagħad għedt f'qalbi: Imma biex qed niskanta?", "Biżżejjed inħarsu lejn il-mod li jwaħħxek kif spiċċat Therese Agius u ma tridx tkun xi Sherlock Holmes biex tinduna li din spiċċat hekk biex jagħlqulha ħalqha.", "U biex inkompli mal-punt li kont qed nagħmel l-ewwel, pajjiżi li fis-snin tmenin u fis-snin disgħin ma fehmux kif il-kultura tista' tiġi influwenzata kellhom problemi kbar.", "U ftit hemm ċans li ntejbu l-performance tat-tfal tagħna fl-edukazzjoni mingħajr ma nbiddlu l- mentalita` tal-ġenituri u tat-tfal stess u ndaħħlulhom f'moħħhom il-valur ta' l-edukazzjoni u kemm jiswa li ninvestu l-ħin, l-enerġija u l-flus fiha.", "Għalhekk intambru kuljum li jrid isir l-aqwa investiment fl-edukazzjoni jekk irridu li nnaqqsu l-problemi ta' dan il-pajjiż u ta' kwalunkwe pajjiż.", "Ngħid ukoll li in the long run tiġina orħos li ninvestu fil-prevenzjoni għaliex il-kura mbagħad tiswa ħafna iżjed u mhux biss il-kapital finanzjarju imma anke l-kapital uman.", "U l-istess fil-problema tad-droga.", "Sur President, fil-ġlieda kontra d-droga nistgħu nkunu effettivi jekk inkunu kapaċi nimmobilizzaw u nbiddlu l-kultura li għandna, li qisu f'dan il-pajjiż kollox jgħaddi għax lil wieħed nagħtuh il-maħfra, l-ieħor jaħrab u lil min idaħħal droga għall-użu personali se nħalluh għaddej mingħajr lanqas jiddikjaraha.", "Din hija l-kultura li qed indaħħlu f'dan il-pajjiż u għalhekk l-ewwel tkellimt fuq l-importanza tal-kultura u kif pajjiżi oħrajn jagħtu importanza lill-kultura, mhux fis-sens dejjaq tagħha, kif imdorrijin nifhmuha, imma kultura b'mod ġenerali u aktar miftuħa.", "Min-naħa l-oħra l-attitudni kif qed inħarsu lejn din il-problema u l-mod kif qed nipprovaw insolvuha ukoll huwa importanti.", "Għalhekk ngħid li mhux qed nagħtu messaġġ tajjeb b'dawn l-emendi u għalhekk in-nies qed jaqtgħu qalbhom li xi darba għad insibu tarf ta' din il-kobba mħabbla.", "U filwaqt li aħna qegħdin hawnhekk induru ċrieki sħaħ, hawn min qed iħokk idejh u jieħu pjaċir li butu qed ikompli jeħxien.", "Sur President, dan il-gvern jitkellem ħafna fuq il-fiduċja u saħansitra għamilha slogan tal-kampanja elettorali għaliex fi żmien li kien ilu fil- gvern qabel l-elezzjoni ta' l-1996 is-soċjeta` tagħna saret dik li ngħidulha a low trust soċiety.", "Għalhekk il-ħin kollu jtambru fuq il- fiduċja għaliex, kif qal l-Onor.", "Vassallo, tambar illum, tambar għada u tambar pitgħada xi darba tidħol u allura nibdew ngħidu li għandna l- fiduċja.", "Ċertament li din il-policy li qed nitkellmu fuqha llum għandha x'taqsam ħafna mal-fiduċja li għandu dan il-poplu f'min qed imexxih.", "Iżda jien nistaqsi: Min baqagħlu fiduċja?", "Staqsu lin-nies u jgħidulkom.", "Min ikun in touch man-nies jgħidlek li lanqas għadhom jagħtu kas ta' x'ngħidu hawn ġew.", "Lanqas jinteressahom għax iħossuhom ittraduti u jiena ma nagħtihomx tort meta jaraw dawn l-affarijiet, meta jisimgħu ħafna kliem sabiħ fuq il-valuri u fuq il-familja u mbagħad meta niġu għar-realta', meta niġu biex nagħmlu xi ħaġa fil-konkret, ma jsibu xejn.", "Allura kif nippretendu li nistgħu nikkonvinċuhom jinvestu fil-kapital soċjali u fil- fiduċja soċjali, anke meta jaraw il-mistoqsijiet li nagħmlu aħna min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq nies imdaħħlin fil-kriminalita` u fid-droga u dawn jibqgħu għaddejjin?", "Lill-aqwa traffikant tad-droga nagħtuh il-maħfra għaliex kien marid u issa jinsab qawwi u sħiħ f'pajjiżu, l-ieħor jorqod mal- prim ministru u ma nafx kemm-il kawża għandu miegħu - u jgħidilna biex nafdawh u nserrħu rasna għaliex dan għandu kwalitajiet tajbin u sar qisu xi eroj - u l-ieħor jaħrab!", "X'fiduċja jrid ikollhom in-nies fina?", "Sur President, biex joħloq kultura ta' fiduċja l-gvern irid jibda minnu stess għax billi jsemmi l-fiduċja ma' kull nifs li jieħu m'aħna se naslu mkien.", "Dak li rajna l-ġimgħa l-oħra, jiġifieri l-att makabru fuq il-persuna ta' Therese Agius, ixxokkja lill-poplu Malti kollu, imma minkejja dan niġu hawnhekk u minflok inħarrxu l-pieni nillaxkawhom.", "B'dan il-mod il-messaġġ li qed nagħtu huwa messaġġ ħażin ħafna u għalhekk inħeġġeġ lill-gvern biex din l-emenda jerġa' jikkonsidraha.", "Jekk tassew irridu ngħinu lil uliedna m'huwiex biżżejjed li noqgħodu nagħmlu t-teatrini hawn ġew, għax teatrini qed ikollna.", "L-affarijiet iridu jsiru bil-fatti u rridu nuru li aħna magħqudin fuq din il-problema u li mhu se nittolleraw lil ħadd li jinqabad jipprova jabbuża mis-saħħa ta' uliedna.", "Ikunx il-każ ta' droga għall-użu personali jew le, irridu nwasslu messaġġ ċar u b'saħħtu li għandna impenn u rieda li neqirdu dan il-kankru li għandna fis-soċjeta` tagħna.", "Sur President, il-messaġġ tagħna jrid jkun ċar u b'saħħtu daqskemm kien ċar u b'saħħtu l-messaġġ li wasslulna n-negozjanti tad-drogi l-ġimgħa l-oħra permezz ta' Therese Agius.", "Daqshekk irid ikun ċar u b'saħħtu u hekk biss il-poplu jista' jeħodna bis-serjeta`, u mhux fuq din il-liġi biss.", "Hemm bżonn li l-impenn kollu tal-gvern fuq din il-problema jkun tassew impenn bis-serjeta` u dak li rajna l-ġimgħa l-oħra għandna nżommuh quddiem għajnejna u mhux tgħaddi ġimgħa oħra u qisu qatt ma kien xejn.", "Hemm bżonn li jkollna l-umanita` fil-liġijiet tagħna - f'kull ħaġa li nagħmlu hemm bżonn li jkollna l-umanita` - imma l-umanita` għandha tidħol meta nħarsu lejn iż-żgħażagħ tagħna u narawhom jitkissru u jinqerdu mid-dinja biex dawk li jmexxu dan in-negozju li tant irendi jkomplu jistagħnew.", "M'iniex qed ngħid li mħux se jkollna diffikultajiet bħalma għandna llum b'dawn l- emendi, imma f'ħaġa daqstant kbira m'għandux ikollna sforzi li jistgħu jiġu interpretati ta' nofs kedda.", "Aħna mhux qed ngħidu li ma jinqalgħux problemi bil-liġi kif inhi sal-lum imma dawn irridu nkunu kapaċi nsostnuhom.", "L-aktar ħaġa li tkiddni pero' hija li ġo dan il-parlament inkunu maqsumin fuq biċċa xogħol bħal din, għax din tagħmel ħsara kbira ħafna minħabba li mill-firda ta' bejnietna l-kriminalita` organizzata tkompli tikber u tinfirex.", "Kif jgħidu t-Taljani, fra i due litiganti il terzo gode u allura jeħtieġ li nkunu aħna ż-żewġ naħat tal-Kamra li bis-support tan-nies - għaliex jekk inkunu flimkien fuq din naf żgur li jkollna s-support tan- nies, li jridu jgħixu ħajjithom fil-kwiet u fis-serħan tal-moħħ - naslu biex neqirdu din il-pjaga.", "Dan huwa s-serħan il-moħħ li rridu nagħtuhom lin-nies filwaqt li naċċertawhom li aħna kollha kemm aħna kontra l- kriminalita` u mhux il-gvern kontra l-oppożizzjoni jew l-oppożizzjoni kontra l-gvern u l-kriminali jitpaxxew bil-karnivalati li jkollna hawn ġew.", "Sur President, se nerġa' nsemmi l-każ tal-ġimgħa l-oħra għaliex ma nistax inneħħi minn quddiem għajnejja l-mod li jwaħħxek kif spiċċat dik it-tfajla.", "Quddiem dan kollu li qed jiġri aħna t-telliefa, telliefa għaliex mitlufin fil-ġlied.", "Kultant hekk nispiċċaw f'din il-Kamra, fil-pettegolezzi ta' bejnietna u moħħna fil-goals politiċi u mbaħad nispiċċaw missing the wood for the trees.", "Imissna nistħu lkoll kemm aħna li ġo din it-toqba ta' gżira ma nsibux lanqas l-iċken tarf ta' min għaddej xalata, jistagħna u jeqred bl- iktar mod brutali lil min jissuspettaw li jista' jikxifhom, kif rajna l- ġimgħa l-oħra.", "Nerġa' nagħmel appell lill-gvern biex inkunu maqugħdin f'din il-problema kbira u nagħtu messaġġ ċar li fejn tidħol id-droga m'aħniex se nieħdu miżuri nofs kedda.", "Jeħtieġ li bħala pajjiż nuru li aħna serji fil-ġlieda kontra l-kriminalita` u nuru wkoll li aħna maturi.", "Dan pero' ma rridux nuruh bil-kliem sabiħ imma bl-azzjoni konkreta biex meta nitkellmu fuq il-valuri ma nkunux qegħdin inpaċpċu fil-vojt, għax inkella in-nies ikollhom raġun ma jibqgħalhomx fiduċja fil-politiċi u fil-mod kif nagħmlu l-politika.", "Mhux bilfors!", "(Interruzzjonijiet) Mela l-klijenti ta' l-avukati bilfors kriminali?", "Mela aħna għall-klijenti ta' l-avukati qegħdin nitkellmu?", "Ejja nkunu serji.", "Sur President, in-nies qed iħossuha t-theddida li kulma jmur dejjem qed tikber meta jkollna abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna u fl- isfond tiegħu jkollna dak li ġara l-ġimgħa l-oħra lil Therese Agius.", "Mela ma jinkwetawx in-nies meta jaraw x'ġara l-ġimgħa l-oħra!", "U aħna qed ngħidulhom ċar u tond li għallinqas min ikollu fuqu drugs for personal use għandu jiddikjarhom fl-ajruport, imma l-gvern lanqas ma' dan ma jaqbel.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija opportunita` li għandna nieħdu lkoll biex nuru l-fatt sempliċissimu li l-iktar soċjetajiet li jirnexxu huma dawk li jafu jimmaniġġjaw lilhom infushom.", "Forsi hawn min jgħidli: Imma minn fejn ġibtha din?", "Din l-eħfef ħaġa!", "Huwa veru li hija xi ħaġa veru sempliċi imma jiddispjaċini ngħid li f'dan il-pajjiż m'aħniex kapaċi nimmaniġġjaw lilna nfusna.", "Kapaċi nilagħbu għall-gallerija, kapaċi nitkellmu fuq il- valuri, kapaċi nitkellmu bil-cliches u ngħidu bil-ġlieda kontra d-droga u l- ġlieda kontra l-kriminalita` imma meta mbagħad niġu għall-fatti, meta niġu għall-affarijiet konkreti, nieħdu half measures u nġebbdu minn hemm u nġebbdu minn hawn u l-messaġġ hekk qed joħroġ, messaġġ imġebbed minn hawn u mġebbed minn hemm.", "Mela ejja nżommu quddiem għajnejna li għandna kwestjoni serja ħafna quddiemna u ma nispiċċawx nilagħbu the political football, ħalli nirrispettaw lil dawk in-nies li poġġewna f'dan il-parlament.", "Ejjew naħdmu bis-serjeta`sabiex verament nagħmlu xi ħaġa fil-konkret fil-ġlieda kontra l- kriminalita`.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għal-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa 20 ta'Ottubru 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tielet Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, il-konklużjoni tar-rapport tal- Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea fost l-oħrajn tgħid li l-isfida ekonomika ewlenija fis- snin li ġejjin hi li Malta tnaqqas id-deficit u żżid id-dħul finanzjarju.", "Bħal tant u tant proposti oħra tal-kummissjoni, nidħlu jew ma nidħlux fl- Unjoni, dawn il-problemi xorta jridu jiġu indirizzati u l-pressjoni ta' l- Unjoni tista' biss tixprunana biex nieħdu l-affarijiet b'aktar serjeta'.", "Biex wieħed jifhem aktar il-portata ta' din l-isfida ekonomika ewlenija, nixtieq nidħol ftit iktar fil-fond fuq il-kwestjoni tad-deficit.", "Mr Speaker, minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt jirriżulta li n- numru ta' pensjonanti mill-1994 sa l-1998 żdied b'madwar 7,500 - fil-fatt fl-1994 in-numru kien ta' 50,216 filwaqt li fl-1998 tela' għal 57,725 - u ovvjament dan huwa rifless mill-fatt li l-iżviluppi fil-qasam tal-mediċina tul is-snin qegħdin iwasslu sabiex dak li jkun jgħix ħajja itwal.", "Fil-fatt mid-demographic developments in Malta during the past two decades - dokument li ħareġ is-central office of statistics erba' ġimgħat ilu - jirriżulta li waqt li l-life expectancy għall-irġiel fl-1978 kienet ta' 68 sena, llum din telgħet għal 74.4 sena; fil-każ tan-nisa l-l-life expectancy telgħet minn 72 sena fl-1978 għal 80 sena.", "Dan ovvjament jirrifletti ruħu fiż-żieda fin-numru ta' pensjonanti u nistgħu narawh ukoll mit-titjib fil- kwalita' tal-ħajja tal-pensjonanti, għaliex ovvjament meta titkellem dwar life expectancy ma tridx tieħu biss l-aħħar parti tal-ħajja imma trid tieħu s-snin ta' qabel ukoll.", "Għax jekk qed nestendu l-ħajja, ovvjament dan iffisser li anke l-kwalita' ta' ħajja tas-snin ta' qabel għandha tkun aħjar.", "Mr Speaker, tiskanta meta mbagħad tħares lejn ċifri oħra li huma konfliġġenti ma' dan.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Viċi Prim Ministru jirriżulta li filwaqt li l-każi ġodda ta' pensjoni ta' l-invalidita' fl- 1994 kienu jammontaw għal 425, għal sena wara sena dawn żdiedu u fil-fatt s- sena l-oħra n-numru ta' każi ġodda ta' pensjoni ta' l-invalidita' kien ta' 964.", "Dan juri li qed ikollna żieda fin-numru ta' persuni li qed ikollhom mard kroniku li jirrendihom inkapaċi b'mod permanenti li jaqilgħu l-għixien tagħhom qabel ma jagħlqu l-61 sena f'każ ta' raġel u 60 sena f'każ ta' mara.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jikkontrasta ħafna mal-fatt li l-eta' u l- kwalita' tal-ħajja tal-pensjonanti fil-fatt qegħda tiżdied, kif juru d- demographic lists infushom.", "Hawn tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dalgħodu stess aħna l-membri parlamentari ġejna ppreżentati bir-riżultati ta' studju dwar health care systems in transition.", "Dan huwa studju magħmul fost l-oħrajn mill-Kunsill ta' l-Ewropa u jekk inħarsu lejn l-aspett tal- finanzjamanet tas-saħħa f'pajjiżna, wieħed isib diversi kummenti li tajjeb li nsemmihom hawnhekk.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li l-iktar qed taffettwa n-nefqa għal dak li jirrigwarda s-saħħa huwa fil-qasam tal-mediċini.", "L-iktar ħaġa li hija relevanti hu l-fatt li llum il-mediċini, anke għall-istess kondizzjoni - u din tissemma' f'dan ir-rapport - qegħdin jiżviluppaw b'tali mod mgħaġġel li dawn jagħmlu perijodu ta' żmien li jkunu l-aħjar għal dik il- kondizzjoni, jgħaddi ftit żmien u jidħlu mediċini oħra.", "Ngħidu aħna jekk wieħed jitkellem fuq ħaġa sempliċi, bħal pressjoni għolja, naraw li fis- snin sittin kien hawn ċerti mediċini li imbagħad wara xi żmien daħlu mediċini ġodda u llum hawn mediċini oħra.", "Nista' ngħid li anke mediċini li huma effettivi ħafna - u anke dawk tas-snin sittin illum għadhom effettivi - bosta drabi ma jintużawx mit-tobba għar-raġuni sempliċi li jkunu daħlu mediċini ġodda, li naturalment ikunu aktar għoljin.", "Ovvjament din hija waħda mil-problemi.", "Fil-fatt jirriżulta li filwaqt li f'pajjiżna fl-1994 intnefqu Lm69.5 miljun fil-qasam tas-saħħa bħala spiża globali - li minnhom 60% biss huma nefqa tal-gvern għaliex l-40% l-oħra huma nefqa tal-privat - din l-ispiża żdiedet għal Lm91 miljun fl-1997, żieda ta' Lm21 miljun.", "Ovvjament meta dawn iżżid magħhom iż-żieda fin-nefqa ta' pensjonijiet - peress li l- pensjonanti żdiedu mill-1994 sal-1998 b'madwar 7,500 - in-nefqa skond it- tweġiba li tani l-Viċi Prim Ministru żdiedet bi Lm33 miljun.", "Meta wieħed jara dawn iż-żidiet kollha fin-nefqa bilfors jibda jippreokkupa ruħhu u għalhekk huwa importanti li l-gvern, anke permezz tal-kummissjoni li ħatar, jistudja iktar fid-dettal dawn l-iżviluppi għaliex hemm affarijiet li wieħed irid jara għaliex qegħdin jiġru.", "F'dan ir-rapport dwar is-saħħa jingħad ukoll li kien hemm żieda fil-qasam tas-saħħa minħabba l-iżviluppi li seħħew f'dan il-qasam, b'mod partikolari dak li jirrigwarda cardiac surgery u anke transplants.", "Illum nafu li saru żviluppi kbar fil-qasam tat-trapjanti f'dawn l-aħħar snin, anke f'pajjiżna, imma ovvjament dawn l-operazzjonijiet jiswew flejjes kbar.", "Huwa interessanti li f'dan ir-rapport il-persentaġġ tal-GDP għal dak li jirrigwarda n-nefqa tas-saħħa meta mqabbel ma' pajjiżi oħra huwa on the low side, jiġifieri n-nefqa għas-saħħa hija madwar 16% tal-GDP, li tista' titqabbel ma' dak li jiġri fir-Renju Unit.", "U importanti li wieħed jgħid li tista' titqabbel ukoll mar-Renju Unit anke għal fatt li fir-Renju Unit m'hemmx tradizzjoni ta' settur privat estensiv fil-qasam tas-saħħa għax, kif inhu magħruf, fir-Renju Unit hemm in-national health scheme, li ovvjament tnaqqas ħafna mill-parteċipazzjoni tas-settur privat.", "Jekk wieħed jara dan ir-rapport isib ukoll affarijiet oħra li huma relevanti għax, per eżempju, isib kif in-nefqa fil-qasam tas-saħħa ma żdieditx biss minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-mediċini li qed jintużaw.", "Fl-1994 il-persentaġġ tan-nefqa globali tas-saħħa għal dak li jirrigwarda l-mediċini kien ta' 13%, filwaqt li fl-1997 dan il-persentaġġ tela' għal 22%.", "Dan qed ngħidu biex inkompli nuri kemm il-prezzijiet u l-kwalita' ta' mediċini qegħdin jogħlew u dan ovvjament jirifletti ruħu fin-nefqa.", "Anke għal dak li jirrigwarda investiment kapitali fil-qasam tas-saħħa, wieħed isib li mill-bidu tas-snin '90 'l hawn kien hemm żieda qawwija minħabba l- iżvilupp ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq, u fejn allura sal-bidu tas-snin '90 sa l-1992 2% tan-nefqa globali fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna kienet fuq public investment, wieħed isib li fl-1997 din telgħet għal 12% u ovvjament mistennija li tkompli togħla anke fis-snin 1998 u 1999, minħabba l-fatt li l-isptar kompla jiżviluppa f'dawn l-aħħar snin.", "Fl-aħħarnett irrid ngħid li l-poplu Malti huwa konxju ta' l-isforz li qiegħed jagħmel dan il-gvern sabiex il-qasam soċjali ikun sostenibbli u wieħed liberament jista' jgħid - u se nikkwota min mistoqsija parlamentari li għamilt u li ġiet imwieġba dalgħodu stess - li fil-qasam tas-saħħa l- isptar San Luqa, qiegħed jagħti servizz tajjeb, li wara kollox min hu min taħt jista' faċilment jieħu l-aħjar kura fih.", "Għal dak li jirrigwarda surgical outpatients fl-isptar San Luqa wieħed isib li min dan ix-xahar stess tista' tinqeda sa ġimgħatejn wara.", "Għal dak li jirrigwarda medical outpatients jirriżulta hawnhekk li sa ġimgħatejn wara jsir appuntament ma' konsulent fil-medical outpatients f'San Luqa.", "Ovvjament wieħed ma jistax jgħid l-istess fuq kull qasam - għax hemm oqsma oħra li huma inqas urġenti bħal, per eżempju, l-ortopedija - imma jien m'għandix dubju li l-gvern huwa impenjat sabiex joffri opportunitajiet indaqs lil kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, xtaqt nieħu din l-opportunita` biex naqsam esperjenza li sa ċertu punt nista' ngħid li hija preokkupanti.", "Kemm ili fil-ħidma tiegħi bħala segretarju parlamentari fil-ministeru għas- servizzi ekonomiċi stajt naħdem viċin ħafna ta' dawk li għandhom negozju żgħir u ma niddejjaqx ngħid li dejjem inżomm quddiem għajnejja kif il- policies tal-gvern jistgħu jolqtu lil dan is-settur.", "Bla tlaqliq ngħid li lin-negozji ż-żgħar irridu naraw kif ngħinuhom ħalli b'hekk ikun jista' jiżdied in-negozju u jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol.", "Żgur li hemm bżonn nagħmluha eħfef biex in-negozju ikun jista' jsir u hemm bżonn li nnaqqsu kemm jista' jkun mid-dwejjaq ta' dawn in-nies", "Qed ngħid dwejjaq għax illum il-ġurnata jista' jkollok sitwazzjoni fejn li tagħmel negozju saret qisa kważi xi ħaġa ta' dwejjaq - għax tmur f'post u jibagħtuk post ieħor, timla' formola u jgħidulek li trid timla' formola oħra - u nista' ngħid li l-burokrazija qabżet il-limiti tar-raġuni.", "Kif diġa' esprimejt ruħi meta kont qed nitkellem f'dibattitu ieħor ftit ilu, is- sitwazzjoni tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju ma tistax tkun agħar milli hi llum u nixtieq nitkellem dwarha biex forsi niġbed l-attenzjoni mhux biss ta' dan il-parlament imma ta' dawk li jridu jisimgħu, ta' dawk li għandhom rieda tajba, ta' dawk li jinteressahom li jaraw li f'dan il-pajjiż l- affarijiet isiru aħjar milli qegħdin isiru, ta' dawk li jinteressahom li jtejbu ċ-ċirkostanzi, itejbu l-mod ta' kif il-burokrazija taħdem u jtejbu l- mod ta' kif iċ-ċittadin jinqeda.", "Għaldaqstant irrid niġbed l-attenzjoni rigward il-kultura tas-servizz vis-a-vis in-negozju u lejn min qiegħed fin-negozju.", "Mr Speaker, ma jistax ikun li aħna nagħmlu l-bidliet meħtieġa, li aħna nimxu pass ieħor 'l quddiem, li aħna nittrattaw bi priorita` l-kwestjoni ta' l-effiċjenza mingħajr ma nibdew naħsbu kif se nagħmlu biex ikollna verament a market economy, ekonomija tas-suq mhux fejn is-suq isuq u jġib lil kulħadd mhu xejn imma fejn min jaħdem fis-suq ikun stmat u jkollu l- identita' tiegħu.", "L-esperjenza tiegħi f'din is-sena u ftit ġranet qegħda twassalni biex nifhem li f'dan il-pajjiż il-kultura ta' servizz min-naħa ta' sezzjoni tal-poplu li taħdem f'uffiċini, taħdem f'entitajiet tal-gvern, taħdem f'entitajiet u korporazzjonijiet oħra m'hijiex kultura ta' koperazzjoni fejn jidħol in-negozjant iż-żgħir.", "Jien nemmen li jekk is- settur tan-negozju llum m'huwiex daqstant stmat, dan m'huwiex riżultat tal- lum imma huwa riżultat ta' kultura, riżultat ta' użanzi u riżultat ta' ħsieb.", "Jista' jkun hawn min jgħid: Edwin x'qiegħed jgħid illejla?", "Mr Speaker meta ngħidlek li huma ħafna dawk li qegħdin fin-negozju u jafu li għandi raġun għax meta niġu biex nittrattaw ma' jew noffru s- servizz tagħna lis-settur tan-negozju, għandna min hu mħallas tajjeb fis- servizz pubbliku, għandna min għandu r-rwol u d-dmir speċifikament mogħti lilu biex b'responsabbilta' jagħti servizz diċenti lis-settur tan-negozju u dan mhux jagħmlu.", "Dawn it-tip ta' nies issibhom fil-banek, f'korporazzjonijiet u f'pożizzjonijiet oħra ta' awtorita' u jiddispjaċini ngħid li ċerti talin iħarsu lejn is-settur tan-negozju qisu mhu xejn.", "Iva, Mr Speaker, dawn huma ċirkostanzi allarmanti għalija u xtaqt nieħu din l-okkażjoni biex nesprimi dan il-ħsieb u din il-preokkupazzjoni tiegħi.", "Ma jistax ikun li naslu biex niżviluppaw ekonomija tas-suq effiċjenti jekk ikun hawn min jaħseb li, min qiegħed fin-negozju, qiegħed fejn qiegħed għax ma jafx jagħmel ħaġ'oħra - darba kien hemm xi ħadd li kitiebli f'dan is-sens - u, nerġa' ngħid, li qed nirriferi għal min qiegħed f'pożizzjoni awtorevoli, imħallas l-eluf tal-liri, b'terms of reference speċifiċi, biex ikun ta' servizz għas-settur tan-negozju u dmiru mhuwiex jaqdih b'mod li verament qed joffri s-servizz mixtieq.", "Ma tistax taqdi dmirek sewwa jekk ma jkollox stima tajba ta min qiegħed fin-negozju u, jekk bħala pajjiż irridu mmorru 'l quddiem, ma nistgħux naraw li jkollna u nippermettu li jkollna sistemi li jkunu f'konflitt ma' xulxin.", "Is- sistemi jridu jkunu l-għodod li bihom ninqdew biex noffru s-servizz tagħna - u qed nitkellem rigward is-servizz mogħti lis-settur tan-negozju - u dawn iridu jkunu għodod li jikkumplimentaw lil xulxin.", "Pero' jkolli ngħid li f'dan il-pajjiż - mhux se nidħol fil-problematika ta' min hu t-tort - qed tikber kultura mhux ta' servizz imma kultura ta' disservizz.", "M'aħniex qed navvanzaw fis-servizz tagħna filwaqt li l-isforz qiegħed isir.", "Sur President, fl-uffiċini ssib lil min malli jkollu negozjant quddiemu donnu tiġih l-għira għall-flus li għandu.", "Ħafna minn dawk li ħerġin mill- universita` llum jistaqsu: Imma dan kif għandu flus iktar minni?", "Din il- kultura allarmanti, li dejjem qiegħda tikber, jiena nħossha għaliex jiena ġej min dan l-ambjent u m'huwiex sewwa li tiġi ffaċċjat b'nies li suppost qegħdin hemm biex jagħtuk is-servizz li jixraqlek u jispiċċaw bħal pulizija fuqek.", "Nerġa' ngħid, din hija kultura li kibret mas-snin, kultura fejn il- ħaddiema qed jipprovaw isibu niċċa u jiffittjaw f'din l-imbierka niċċa tant li mbagħad donnhom jiġu f'konflitt ma' xulxin.", "Jekk din il-kultura m'aħniex se niġġeldulha kemm jista' jkun malajr, allura l-kwalita` tal- ħajja tagħna - li titjieb jew tonqos anke skond kemm intejbu l-livell tal- ħidma fin-negozji tagħna - jista' jkun li flok 'il quddiem tmur għall- agħar.", "Fi kliem sempliċi, jekk fuq il-postijiet tax-xogħol m'aħniex se jkollna min verament jimpurtah minn min ikollu quddiemu - jista' jkun il- manager jew kaxxier ta' xi bank, uffiċjal ta' l-IPSE, uffiċjal ta' l-MDC, inġinier ta' l-Enemalta jew tal-water services corporation - allura m'aħniex se nagħmlu avvanz f'dik li hi kultura ta' servizz u mhux se jirnexxilna biex f'dan il-pajjiż norganizzaw aħjar l-ekonomija tas-suq.", "Għax l-ekonomija tas-suq tirnexxi minn kemm inti kapaċi taqdi, tifhem u tirrispondi għall-ħteġijiet li jaqla' l-istess suq.", "Għaldaqstant kulmin huwa responsabbli fiċ-ċivil, f'entitajiet pubbliċi u wkoll fin-negozju - almenu dawk li huma ta' rieda tajba u jipprovaw jifhmu din il-ħtieġa, għalkemm din il-kultura ta' servizz qed tonqos ukoll fin- negozju, għaliex jew iridu jagħmlu l-flus minn fuq il-paga li għandhom jew inkella jridu jagħmlu l-flus minn fuq il-qligħ tan-negozju tagħhom ......", "It-traġedja hija li f'dan il-pajjiż m'aħniex se navvanzaw kemm-il darba il- kultura tas-servizz m'hijiex se tkun il-priorita` ta' kull attivita`.", "U hawn qed nagħti xiehda ta' esperjenza personali u qed naqsam din il- preokkupazzjoni li forsi m'għandhiex news value pero' nixtieq li dan ikun dibattitu li nittekiljawh.", "Nerġa' nistaqsi: Min imur għax-xogħol filgħodu, kemm jimpurtah li dak li jagħmel ikun ta' servizz ġenwin?", "Kemm jimpurtah li jaqdi lil min ikollu quddiemu daqslikieku qiegħed jaqdi lilu nnifsu?", "Jeħtieġ li nistmaw lil ħaddieħor daqskemm irridu li ħaddieħor jistma lilna.", "Sur President, din l-esperjenza jien inħares lejha iżjed mil-lat negattiv milli mil-lat posittiv għax ma jistax ikun li jkun hawn min jaħseb li dawk li ġejjin mis-settur tan-negozju huma inferjuri u allura jġorru ċertu tip ta' tabella fuq daharhom.", "Pero' din hija realta` li teżisti f'diversi setturi, u kultant anke f'dan il-parlament, u għalhekk nikkonkludi billi nitlob lil min hu responsabbli li jagħti xi servizz, hu ta' liema grad hu u jaħdem f'liema professjoni jaħdem, biex jagħmel ħiltu kollha sabiex flimkien intejbu din is-sitwazzjoni u naraw li bħala ħaddiema nikkumplimentaw l-isforzi ta' xulxin u mhux nagħmlu l-bsaten fir-roti lil xulxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 20 ta' Ottubru fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GWIEŻ - LEVY", "9361.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-levy/taxxa ġdida li trid timponi Malta fuq il-gwież importat mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l- UE skond l-Integrated Tariffs of the European Communities (TARIC)?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-TARIC tal-UE jispeċifika kemm hu llum id-dazju fuq kull prodott importat fl-UE minn pajjiżi terzi.", "Dan ivarja minn prodott għall-ieħor u minn pajjiż ta' oriġini għall-ieħor.", "L-UE hija marbuta mad- WTO li tnaqqas dawn id-dazji skond il-GATT Uraguay Round Agreement.", "Round ieħor ta' diskussjonijiet mistenni jibda f'Novembru li ġej bil-ħsieb li dawn id-dazji jkomplu jitnaqqsu mill-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Barra minnhekk Malta tista' tinnegozja xi mizuri speċifiċi għal Malta sabiex il-kummerċ tradizzjonali ma jiġix imħarbat.", "Għaldaqstant wieħed ma jistagħx jirrispondi għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "GWIEŻ - SUSSIDJU", "9362.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-sussidju li l-pajjiż jieħu llum meta jixtri gwież mill-pajjiżi ta' l-UE u jingħata l-export refunds peress li m'huwiex membru sħiħ?", "Kemm fil-fatt huwa l-prezz tal-gwież (wheat, barley maize) fil-pajjiżi membri ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-export refunds tal-UE jvarjaw minn żmien għall-ieħor skond il-prodott u skond il-pajjiż ta' destinazzjoni skond is-suq, u skond it-tenders għall-esportazzjoni mill-intervention.", "Il-prezzijiet tal-qamħ, xgħir u qamħirrun ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor skond is-suq.", "Il-prezz taċ-ċereali għall-intervention fl-UE illum huwa ta' 119.19 Euro/tunnellata.", "QAMĦ - LEVY", "9363.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-levy/taxxa ġdida li trid timponi Malta fuq il-qamħ li jkun importat mill-pajjiżi li m'humiex membru fl-UE?", "Kemm fil-fatt huwa s-sussidju li Malta llum tgawdi fuq il-qamħ importat mill-pajjiżi ta' l-UE?", "Kemm fil-fatt, fil-preżent, huwa l-prezz tal-qamħ fil-pajjiżi ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-fazi tan-negozjati mal-UE, Malta tista' tinnegozja arranġamenti specjali għal Malta sabiex il-kummerċ tradizzjonali fil-qamħ bejn Malta u pajjiżi terzi jkun jista' jiġi rispettat.", "L-export refunds mill-UE fuq il-qamħ jvarja skond is-suq u skond it-tenders għall- esportazzjoni tal-qamħ mill-intervention.", "Skond l-Agenda 2000 huwa maħsub li export refunds fuq il-qamħ jonqos b'mod konsiderevoli u l-parti l-kbira tal-qamħ jiġi esportat bla refunds.", "L-intervention price l-ġdid għas-sena 1999/2000 huwa ta' Euro 119.19 kull tunnellata.", "MATERJA PRIMA - SUSSIDJU", "9364.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li Malta mhux membru ta' l-UE u għalhekk tista' timporta b'sussidju materja prima bħaz-zokkor, ross, dqiq, trab tal-ħalib, butir, eċċ, mill-pajjiżi membri ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm huwa s-sussidju li tirċievi Malta llum u kemm huma l-kwantitajiet importati ta' dawn il-prodotti u oħrajn essenzjali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-prezzijiet ta' din il-materja prima fil-pajjiżi membri ta' l-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jidher li-Onor.", "Interpellant għadu ma fehemx kif taħdem il-Common Agricultural Policy ta' l-UE.", "Malta ma tirċievi ebda sussidju direttament mill-UE fuq il-prodotti msemmija.", "Iżda l-esportaturi mill-UE jirċievu export refunds li jvarjaw skond il-prodott, is-suq internazjonali u s-suq intern fl-UE.", "Minn żmien għall-żmien il-kummissjoni tal-komunita' Ewropea toħroġ sejħa għall-offerti għall-esportazzjoni ta' prodotti li jkunu fl-intervention stocks tal-komunita'.", "L-importaturi Maltin jixtru ukoll minn għad dawk l-esportaturi tal-UE li jkunu ħadu it-tender.", "Din is-sistema tvarja minn prodott għall-ieħor.", "Għaldaqstant mhux possibbli li ngħati l-informazzjoni mitluba.", "Il-kwantitajiet li timporta Malta jiġu ppubblikati fit-Trade Statistics li toħroġ mid-Dipartiment ta' l-Istatistika.", "SPTARIJIET/ĊENTRI TAS-SAĦĦA - KURA LILL-BARRANIN", "9742.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il persuna ta' nazzjonalita' barranija ingħataw kura ġo l-isptarijiet u health centres is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw kura hawn Malta huma kif ġej:", "Ċentri tas-Saħħa 1998 1337 1999 1588 (sa Settembru)", "Sptar San Luqa 1998 In-patients 2659 Out-patients 2700", "1999 Inpatients 2101 (sa Settembru) Outpatients 2015 (sa Settembru)", "Il-figuri għall-1998 m'humiex kompluti għaliex f'xi Ċentri tas-Saħħa bħall-Gżira ma żammewx records sewwa għall-1998.", "Din is-sena r-records qed jinżammu b'aktar esatezza.", "Din hi r-raġuni għaliex jidher illi sa disa xhur ta' din is-sena aktar barranin ingħataw kura milli f'1998 kollha.", "UE - SĦUBIJA", "9743.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea residenti barranin jew turisti li jkunu Malta jkunux intitolati għal mediċini b'xejn f'każ ta' mard kroniku kif isir għal Maltin illum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-għoti tal-mediċini b'xejn jaqa' taħt l-Att tas- Sigurta' Soċjali.", "Għaldaqstant nitlob l-Onor.", "Membru biex jagħmel id- domanda lill-Ministru kkonċernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "10012.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intilfu ġranet ta' xogħol minħabba korriment fuq ix-xogħol is-sena l-oħra u kemm intilfu xahar b'xahar din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' ġranet ta' inkapaċita' għax-xogħol li ntilfu minħabba korriment fuq ix-xogħol fis-sena 1998, kien ta' 91,488.", "It-totali tal-ġranet ta' nkapaċita' mogħtija hawn taħt għax-xhur tas- sena 1999, ġew kkalkolati meta ngħalqet it-talba għall-benefiċċju għall- korriment.", "Jannar 9,395 Frar 7,186 Marzu 7,537 April 8,691 Mejju 10,231 Ġunju 7,784 Lulju 9,326 Awissu 8,769 Settembru 4,337", "ETC - REGISTRAR MINN BARRANIN", "10076.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jirreġistraw għax xogħol illum u ta' liema nazzjonalista' huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni barranin li qed jirreġistraw għax-xogħol huwa ta' 82.", "In-nazzjonalita' tagħhom hija kif ġej:", "Algeria 1 Australia 3 Belgium 1 Bulgaria 1 Canada 4 Egypt 8 France 1 Germany 2 Greece 2 Iraq 1 Italy 8 Libya 10 Morocco 3 Romania 1 Syrian Arab Rep.", "4 Tunisia 7 Turkey 1 United Kingdom 22 United States of America 1 Yugoslavia 1 TOTAL 82", "KAĊĊATURI/NASSABA", "10077.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaċċaturi/nassaba liċenzjati llum?", "Ta' liema għaqda huma membri?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li sas-7 ta' Ottubru, 1999, kien hawn 32,152 persuna li għandhom liċenzja tal-kaċċa u 10,718 persuna li għandhom liċenzja għall-insib.", "Infurmat ukoll li l-Pulizija ma żżommx statistika dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija.", "KAĊĊA/NSIB - LIĊENZJI", "10078.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet liċenzji/applikazzjonijiet ġodda għall- kaċċa u nsib il-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li, mill-1995, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej : -", "Sena Kaċċa Insib 1995 535 179 1996 567 113 1997 1,006 72 1998 516 51 1999 444 64", "* Sas-6 ta` Ottubru", "SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS", "10327.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kindergarten assistants u supply kindergarten assistants li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom u b'riżultat t'hekk it-tfal fdati lilhom għadhom ma jistgħux jibdew l-edukazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-bidu ta' din is-sena skolastika irreżenjaw żewġ Kindergarten Assistants u 17-il Supply Kindergarten Assistants.", "SAN ĠILJAN - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "10328.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jsiru d-double yellow line quddiem u ħdejn ir- residenzi privati kollha fi Triq il-Kbira f'San Ġiljan, qrib is-City of London peress li qed ikun hemm żewġ jew tliet ringieli ta' karozzi jagħlqu r-residenti priġunieri fi djarhom u allaħares ikollhom bżonn xi ambulanza għax ma jkunux jistgħu jipparkjaw hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TRAFFIC CONTROL BOARD - PARKEĠĠ", "10329.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-traffic control board jieħu passi biex karozzi ma jibqgħux jipparkjaw quddiem residenzi privati maġenb is-City of London fi Triq il-Kbira f'San Ġiljan għax b'ħafna karozzi ffullati fuq xulxin qed issir insapportabbli għal min jgħix fl-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qiegħed f'kuntatt mall-Pulizija u mall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan biex flimkien jaraw xi tkun l-aħjar soluzzjoni għall-problema li qajjem l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANT", "10330.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ittra li kitbet lid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni s-supply kindergarten assistant, li isimha qed jintbagħat separatament, biex tingħata xogħol ġdid ma' tifel/tifla oħra wara li sfat imsawta diversi drabi mill-persuna li kienet fdata f'idejha?", "X'qed isir biex jiġu reklutati rġiel biex jagħmlu xogħol ta' kindergarten assistants ma' tfal b'diżabilita' li jkunu aktar adattati li magħhom jintbagħtu rġiel aktar milli nisa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-talba tas-supply Kindergarten Assistant konċernata qed tiġi kkonsidrata fid-dawl tal-proċess ta' reklutaġġ ġdid.", "Meta jsiru s-sejħiet għall-applikazzjonijiet dawn ikunu miftuħa kemm għall-kandidati nisa u anke rġiel.", "REPORT ON THE WORKING OF THE GENERAL CONTRACT COMMITTEE 1998", "10331.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal dak li jingħad f'paġna 5 tar-Report on the Working of the General Contracts Committee during 1998, jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-klassifika tal-kuntratturi?", "X'qed isir biex kif jingħad fl-istess rapport ladarba ssir il-klassifika tal-kuntratturi biex tinstab il-koperazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern u korporazzjonijiet pubbliċi biex il-miri ta' din il-klassifika jintlaħqu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sal-lum għad m`hemmx consensus dwar il-bażi li fuqha tista` ssir il-klassifikazzjoni, jiġifieri, jekk hux fuq bażi tal-valur tal- kuntratti jew fuq kategoriji ta` kuntratturi per se`.", "Huwa maħsub illi biex offerent ikun jista` jingħata kuntratt (u hawn għalissa l-aktar li qed nitkellmu huwa fuq xogħol ta` kostruzzjoni, inġinerija ċivili u xogħol elettriku u mekkaniku) irid ikollu f`idejħ ċertifikat ta` reġistrazzjoni bħala approved contractor.", "Il-kollaborazzjoni li tissema fir-rapport indikat tirriferi għall-fatt li biex kwalunkwe` tip ta` kwalifikazzjoni taħdem bis-serjeta` trid tidħol fid-dipartimenti u fil-korporazzjonijiet sistema effiċjenti ta` reporting fuq l-esekuzjoni ta` kull kuntratt biex b`hekk kull kuntrattur ikun jista` jiġi monitored dwar il-kwalita` tax-xogħol tiegħu kif ukoll it-tkomplija fil-ħin tal-kuntratt tiegħu.", "Mingħajr rapportaġġ bla dewmien min-naħa tal- klijent ma jistax ikollok proċedura ta` klassifikazzjoni tajba għax din teħtieġ li min juri ħila fix-xogħol tieġu jiġi upgraded jew bil-maqlub.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - REKLUTAĠĠ GĦAS-SUPPORT SERVICES", "10332.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jivverifika jekk fir-reklutaġġ għall-persuni għas-support services tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ġewx segwiti l-proċeduri legali kollha inkluż avviżi pubbliċi u proċeduri trasparenti simili?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab informat li skond kopja tal-minuti li ghad iridu jiġu approvati fil-laqgha li jmiss, is-servizz tas-Support Service Clerk fil-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar u l-proċeduri legali rikjesti ġew segwiti.", "PSC - PULIZIJA MRESSQA", "10489.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9869 lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex qed jittieħed tant żmien mill-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi biex jiġu deċiżi każi ta' dixxiplina?", "Japprezza l-Prim Ministru li hemm każ ta' spettur tal-pulziija li ilu għaddej sentejn u ieħor aktar minn sena?", "Japprezza l-Prim Ministru li għalkemm huwa minnu li trid tinġabar l-evidenza kollha u evalwata sewwa xorta mhux fl-interess tal-persuna konċernata u lanqas fl-interess tal- Korp tal-Pulizija li l-każi jdumu żmien eżaġerat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif indika l-Ministru ta' l-Intern fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 9869, bħalissa hemm każi ta' spettur, żewġ surġenti tal-pulizija u kuntistabbli li nbdew iżjed minn sena ilu u għadhom pendenti quddiem il-Bord tad-dixxiplina.", "Ir-raġunijiet għal dan huma:", "l-ispettur għandu każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni liema każ huwa relatat mal-każ tad-dixxiplina tiegħu;", "fil-każ ta' wieħed mis-surġenti, ix-xhud prinċipali għaddej proċeduri kriminali li huma relatati mal-każ tad-dixxiplina;", "iż-żewġ uffiċjali l-oħra, jiġifieri s-Surġent u l-Kuntistabbli qed jiġu ttrattati flimkien għax huma nvoluti fl-istess każ.", "Il-każ tal- kuntistabbli wasal fl-istadju finali u tas-surġent huwa fi stadju avvanżat u jiddependi fuq il-konkluzjoni tal-każ tal-kuntistabbli.", "PULIZIJA - GĦASES - MANUTENZJONI", "10490.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9602.", "Jekk ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-għases, jista' l-Ministru jgħidilna kif jista' jsir kontroll fuq il-flus minfuqa fuq materjal li jintuża u jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi?", "Min hu responsabbli fil-Korp tal- Pulizija biex jara li l-infiq fuq manutenzjoni ta' għases ikun sar sewwa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm ma jinżammux dettalji separati dwar flus minfuqa speċifikament fuq manutenzjoni għall-għases, fl- Uffiċċju tal-Quartermaster jinżammu records ta' kull requisition u ħruġ ta` materjal u/jew provvisti oħra relatati ma' dan ix-xogħol.", "Billi dawn ir- records ma jinżammux taħt forma kompjuterizzata, biex tinġabar l- informazzjoni mitluba jrid isir eżami manwali tar-records li jenħtieġ ħafna żmien u riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir eżami msemmi hu ġustifikat.", "Ninsab informat ukoll li l-Korp tal-Pulizija għandu uffiċċjal inkarigat mit-Taqsima tas-Snajja' li huwa responsabbli biex jara li x-xogħol kollu ta' dan it-tip ikun sar sewwa.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "10491.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9599, jista' l-Ministru jelenka min kienu l-esperti barranin li saru laqgħat magħhom dwar dome jew xi forma ta' saqaf fil-pixxina nazzjonali?", "Meta saru dawn il-laqgħat?", "Min kien preżenti min-naħa Maltija f'kull laqgħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PSC - PULIZIJA MRESSQA", "10492.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jikkonferma l-Ministru li waħda mir-raġunijiet - jekk mhux dik prinċipali - li għadhom ma ġewx appuntati supritendenti ġodda fil-Korp tal-Pulizija huwa għaliex l-awtoritajiet qed jistennew l-eżitu ta' passi dixxiplinari kontra xi spetturi, kif elenkat fil-mistoqsija parlamentari numru 9869?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 9597 dwar dan is-suġġett.", "ĊIRKEWWA - MOLLIJIET", "10507.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-mollijiet ġodda ġewwa ċ-Ċirkewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - FOREMAN FIĊ-ĊIMITERJU", "10508.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' persuni li applikaw għal grad ta' foreman (Ċimiterju) fid-diviżjoni tas-saħħa u skond ċirkolari tal-MPO Nru.33/98 tas- 26 ta' Ottubru 1998?", "Xi kwalifiki u esperjenza għandhom dawn il-persuni?", "Fuq liema kriterji saret l-għażla finali u kif ġew ikklassifikati l- applikanti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku li kien hemm 22 applikant li minnhom:", "7 ma kienux eligibbli 4 ma attendewx għall-intervista 2 weħlu; u 9 għaddew", "Dawk li għaddew ġew f'din l-ordni tal-mertu kif jidher mir-riżultat ippubblikat fis-26 ta' April, 1999:", "Isem Nru ta l-ID Marka Ordni tal-Mertu John Tabone 520642M 86 1 Anthony Mifsud 851849M 85 2 Carmel Baldacchino 987645M 83 3 Arthur Vella 293464M 72 4 Carmelo Falzon 635554M 71 5 Simon Cioffi 99059M 66 6 Peter Sammut 298870M 56 7 Anthony Vella 144763M 52 8 Francis Cassar 44956M 50 9", "Il-kriterji li ntużaw waqt l-intervista kienu dawk approvati minn qabel mill-kummissjoni, jiġifieri:", "Relevant Experience/Previous Performance 35 Aptitude/Personality 25 Management/Leadership Skills 25 Qualifications 15 Total 100 Pass Mark 50", "Nifhem li mhux etika li tingħata l-informazzjoni l-oħra mitluba mill- Onor. Interpellant.", "WSC - BOREHOLES", "10509.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu boreholes li ġew imħaffra b'mod illegali f'dawn l-aħħar tnax-il xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma sabiex trażżan it-tħaffir tal-boreholes massiċ li qiegħed isir bħalissa fil- gżejjer Maltin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat 32 każ ta' boreholes illegali li ġew irrappurtati f'Malta u Għawdex.", "Minn dawn, sitta li kienu konfermati bħala każi ta' boreholes illegali, ittieħdu passi legali dwarhom.", "Sal-lum, kull rapport ta' borehole illegali jiġi nvestigat minnufih u jekk ikun hemm każi ta' abbuż, jittieħdu l-proċedimenti kriminali fil- Qorti.", "TOROQ - SURFACING", "10510.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' toroq/trejqiet privati li jiġu surfaced b'materjal tal-gvern bi spejjeż għal gvern dawn it-toroq/trejqiet isirux pubbliċi minkejja li ma ssirx expropriation tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kompitu tat-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern fi ħdan il-ministeru tiegħi mhux li tiddeċiedi jekk art hix pubblika jew le, iżda hix tal-Gvern jew le.", "Art privata ssir tal-Gvern wara li jiġi ffirmat it-trasferiment b'kuntratt pubbliku.", "REGIONAL ROAD - XOGĦLIJIET", "10511.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kalkolu ta' l-ispiża tax-xogħlijiet, inkluża l-konsulenza li saret fuq ir-roundabout ta' fejn it- tank tal-gass f'Regional Road?", "Lil min huma dovuti dawn il-flus?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħlijiet, inkluża l-konsulenza li saru fuq ir-roundabout ta' ħdejn it-tank tal-gas f'Regional Road huma stmati li jiswew Lm 120,700.", "Dawn huma dovuti hekk:", "Disinn tat-traffic junction - TRL Lm 5,420 Modifikar rat-roundabout - Roads Group Ltd Lm15,000 Asfaltar tat-triq u rounabout - Roads Group Lm90,000 Xogħol ta'armar tat-Traffic Light - MSD Lm 1,000 Xogħol ta' tabelli - MSD Lm 300 Lanterni u Controllers - SCAE Lm 2,780 Structure for overhead signs - Steel structures Lm 3,000 Commissioning Signals - TRL Lm 2,000 Commissioning controllers - SCAE Lm 1,200 TOTAL Lm120,700", "MTARFA - KUNSILL LOKALI", "10512.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l- Imtarfa tinqata minn mar-Rabat u jkollha l-kunsill lokali tagħha?", "Jekk fl- affermattiv meta hu ppjanat li jsir dan?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi għall-White Paper pubblikata f`Ġunju 1999."]} {"filename": "19930531_143d_par.doc", "date": "1993-05-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 143 It-Tnejn, 31 ta' Mejju, 1993 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 143", "It-Tnejn, 31 ta' Mejju, 1993", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "143", "It-Tnejn, 31 ta' Mejju, 1993", "WERREJ", "MINUTI ................................................", "157", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ........................", "157", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ........................", "161", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS BILL", "Kumitat ............................................", "162", "AĠĠORNAMENT ...........................................", "197", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ......................", "198", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 142 li saret fit-28 ta' Mejju 1993, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "POOLS TAL-FOOTBALL", "7024.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami)staqsa lill- Ministru tal- Finanzi: Fid-dawl ta' dak li diġa staqsejt, jista' l- Ministru jara u jistudja li l- Gvern jintroduċi l-pools bil- qligħ kollu għall-football clubs?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Qegħdin jiġu studjati l- implikazzjonijiet kollha ta' l-introduzzjoni tal- pools.", "TURF PITCHES", "7025.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Il- Ministru jara l-possibilita' li l- Gvern fil-futur qarib jipprovdi lil kull Premier League Club bi training ground b'turf pitch?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) (f'isem il- Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Hi x-xewqa ta' kull sportiv li jkollu l- faċilitajiet mixtieqa u waqt li l-Gvern qed dejjem iżid dawn l- impjanti sportivi mhux possibbli li kollox isir f'ħin qasir, speċjalment meta wieħed jiftakar li fl-aħħar snin il- Gvern ivvota eluf kbar ta' liri u somom rekord biex is- sitwazzjoni titjieb.", "Barra minn hekk, l-Onor.", "Interpellant jifhem li biex isir it- turf, l- ispejjeż huma kbar.", "Il-Kampjonat Premier bħal kull kampjonat ieħor jinkludi wkoll li teams jiġu relegati u oħrajn promossi u dan naturalment iżid it-talba għal turf pitches oħra.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li f'Malta hawn 54 football grounds u f'Għawdex hemm numru konsiderevoli ieħor ta' grounds barra l- kumpless ta' Ta Qali - u ma jistax ikun li dawn kollha isiru b'turf normali jew artifiċjali.", "Aparti l-ispejjeż kbar biex isiru hemm spejjeż oħra biex jinżammu fi stat tajjeb.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Sandro Schembri Adami, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Speaker, taħseb li nkun qiegħed nazzarda jekk għal darb'oħra nerġa' nissoleva l- kwestjoni li hemm fuq il-ground tal- Ħamrun li x-xogħol fuqu ilu wieqaf għal żmien twil?", "L- istess ħaġa fuq is- Salinos Ground fejn il-Ministru Frendo kien qalilna ripetutament li huwa kien beħsiebu jara x'se jagħmel, mentri issa jidher ċar li jew ma wettaqx dak li kien qal li sejjer jagħmel jew inkella ma ra xejn u allura lilna ħalliena fl-għama.", "Nittama li l-Ministru - jew min qiegħed jagħmilha ta' deputy - jgħidilna sewwa x'inhi s- sitwazzjoni.", "Rigward il-ground tal- Ħamrun bilfors ikollna infakkru fir-rimarka ta' l- Onor. Louis Cuschieri li x- xogħol kellu jitlesta sa Novembru.", "Fid-dawl ta' dan kollu nixtieq nkun naf fiex tinsab il-pożizzjoni rigward il-Ħamrun u s-Salinos grounds.", "Nitlobkom tinnotaw li din hija s-sitt darba li ssollevajat din il- mistoqsija fil-Parlament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Naħseb li l-Ministru Frendo jrid iħares lejn l-interessi ta' Malta u Għawdex fit-total tagħhom u ovvjament m'għandux quddiemu xi gound partikolari.", "Ma jħarisx lejn il-ground tal- Ħamrun biss jew inkella lejn il-ground tal-Belt biss, imma jħares ukoll lejn il-grounds l- oħrajn li għandna ġewwa Malta bħal ngħidu aħna dak li hemm fis-Siġġiewi jew inkella dak li hemm f'Bormla.", "Naħseb li l- Ministru Frendo qiegħed jaddotta politika tajba li f'Malta u Għawdex nxerrdu l- football u l- isports kollu kemm hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "Mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li ntqal li l-Gvern nefaq flus bil-miljuni biex il- faċilitajiet sportivi ta' Malta jkunu jistgħu jiġu mtejba u wara li smajt li l-Ministru li huwa responsabbli mill-isports qiegħed jieħu ħsieb kullimkien, allura meta se jsir iċ-ċint mad-dawra tal-ground tal- Fortini li l-Ministru Mifsud Bonnici wiegħed li kellu jirranġa?", "Meta se jsir xi ħaġa bħalma għandhom fi grounds oħrajn?", "X'ġara mill- ground il-ġdid li kellu jsir?", "Jaf li f'dawk in-naħiet għadu ma sar xejn biex ikollna faċilitajiet sportivi?", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'ġie vvotat għan-naħa tagħna minn dawk il-miljuni ta' flus li laħaq semma?", "Jista' l-Ministru jgħidli meta se jinbeda x- xogħol li hemm bżonn isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, bħalissa ninsab nirrappreżenta il-Gvern kollu kemm hu u nista' ngħid lill- Onor. Interpellant li la kien hemm wegħda u lanqas beħsiebni nagħmel ċint madwar il-Fortini ground.", "(Interruzzjonijiet).", "Il-wire netting se jissewwa dalwaqt.", "Iċ-ċint li qiegħed jipproponi l-Onor.", "Mizzi ikerrah il-post tal-Fortini bil-bosta mentri li se jsir hu li dan l-ground jinqala' għax l-art hija iebsa u jerġa' jsir mill-ġdid.", "Hawn irrid ngħid li meta ngħaddi minn ħdejn dan il- post nieħu pjaċir nara li hemmhekk qegħda titrabba mit- tfal tal-Birgu nursery ġdida (Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom tiddibattux bejnietkom.", "Nitlob il-Ministru jkompli bit-tweġiba tiegħu.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, ġewwa l-Fortini kemm-il darba nbeda x-xogħol u kellu jieqaf.", "Faċli għall- Onor. Interpellant mill- bankijiet ta' l-Oppożizzjoni li jaqbad u jitlob li f'Malta u f'Għawdex jkollna grounds bit- turf, iżda ovvjament il-finanzi tal-Gvern mhumiex bla limitu.", "Naħseb li l-Onor.", "Mizzi bħali jieħu pjaċir jara li fil-Marsa hemm track ġdida u naħseb li bħali jieħu pjaċir kif saret il-pixxina, allavolja dawn ma jinstabux ġewwa Bormla, l-Isla jew il-Birgu.", "Aħna rridu nifhmu li dak li hu ta' karattru nazzjonali huwa ta' vantaġġ għall-pajjiż kollu u ma rridux inkunu daqshekk boloh li ngħidu li l-interess tagħna jkun biss fid-distrett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il- mistoqsija oriġinali kienet tirreferi għall- ground li kellu jsir u li allegatament għadu ma sarx.", "Jien nixtieq nirreferi għall-ground eżistenti - qed nalludi għan-Nicholl ground - li aktarx se jintlaqat mill- proġett ta' Manoel Island.", "Nixtieq li jekk il- Ministru għallinqas mhuwiex f'pożizzjoni li jweġibni hu, jieħu nota tal- fatt illi dan il-ground aktarx li se jispiċċa minn hemmhekk u peress li l- Gżira ma tantx hemm open spaces, huwa diffiċli li jiġi kkonsidrat sit alternattiv.", "Ikun tajjeb forsi għall- benefiċċju tar-residenti ta' dan il- lokal li l-Gvern jgħid xi pjani alternattivi għandu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, il-gvernijiet dejjem jaħsbu għall-aħjar użu ta' l-art.", "Probabbilment anke fil-każ tan-Nicholl ground jista' jsir użu tajjeb ta' l- art jekk hemm bżonnha għall- proġett ta' Manoel Island.", "Naturalment ikollu jiġi ppjanat fejn jista' jkun hemm sports facilities alternattivi.", "Pajjiżna tant hu żgħir li f'ċerti postijiet ma jkunx jista' jsir ground.", "Nieħdu, per eżempju, l-Isla.", "Fl- Isla ma jistax isir ground, pero' b'daqshekk ma nistgħux ngħidu li l- ground li hemm Kordin, barra mill-konfini ta' l-Isla, ma jservix ukoll għall-Isla.", "L-istess ħaġa għan-Nicholl ground li hemm fil-Gżira.", "Jekk ikun hemm bżonn ta' l-użu ta' dik l-area għal xi ħaġa li tagħmel ġid lin- nazzjon kollu, wieħed jaħseb għall-mod alternattiv kif it-tfal tal- Gżira jistgħu jkomplu jilgħabu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, kif għadu kemm qal il- Ministru, kemm għal dik in- naħa u kemm għal din in-naħa, il-pożizzjoni għandha tkun li ngħidu l-verita' u fejn ma nafux ngħidu li ma nafux.", "Jien ngħidlu li jekk jara l-Budget ta' l-1987 isib li kien hemm allokazzjoni ta' flus għall- ground tal-Hamrun.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna - u din il-mistoqsija għamluhielu kemm- il darba l-Onor.", "Schembri Adami u l-Onor.", "Cuschieri - għaliex il-ground tal-Hamrun baqa' ma sarx minkejja l-wegħdiet kollha li saru u l-flus li ġew allokati fil-Budget ta' l-1987.", "Jista' l-Ministru jgħid definittivament meta l-ground tal-Hamrun se jsir?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, donnu l-Onor.", "Sant jinsa illi jien għamilt xi żmien responsabbli mill-isports u nista' ngħidlu li fil- Budget ta' l-1987 ma kien hemm xejn dwar dan.", "Dak il-ground kien beda jsir bit-tħabrik ta' ċertu ministru.", "(Interruzzjonijiet) Ix-xogħol li kien hemm bżonn isir fil-ground tal-Hamrun, inkluż dak iċ-ċint kbir li hemm madwaru u l-affarijiet l-oħrajn kollha, kien se jiġi jiswa somma esorbitanti.", "Dak li kien jiġi allokat kull sena għall- ground tal-Hamrun intnefaq, anzi ntnefaq iktar minn hekk.", "M'hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra l-ground tal-Hamrun.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Dan ilu iktar minn sitt snin li nbeda għax l-Onor.", "Debono Grech kien bdih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Speaker, lill-Ministru nixtieq nistaqsih meta se jsir football ground ġo Marsascala peress li dan ir-raħal qiegħed jikber u jekk wieħed ma jeħux ħsieb minn issa li jkun hemm post għal football ground, imbagħad ikun aktar diffiċli li jsir peress li hemmhekk l-art qed iġġib ħafna flus.", "Rigward il-football ground ta' Marsaxlokk diġa' għamilt mistoqsijiet parlamentari fejn ġbidt l-attenzjoni għall-fatt li peress li l-ground għadu ma ġiex irranġat iktar deħlin fih żwiemel milli nies.", "Jekk il- Ministru jkun għaddej minn hemm jista' jara li dan li qed ngħid hu minnu għax hemm min hu dilettant taż-żwiemel u jispiċċa jdaħħal iż-żiemel ġewwa l-ground.", "Mr Speaker, xi żewġt iĦdud ilu mort nara l-logħba tal- final tal-Labour League għat- Tielet Distrett fil-football ground ta' Ħaż-Żabbar, fejn ħlief trab m'hemmx.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'inhi l-policy dwar il- bexx ta' dawn il-grounds biex ma joqgħodx itir dak it-trab kollu.", "Peress li fil-football ground ta' Ħaż- Żabbar kemm-il darba saru atti ta' vandaliżmu - u dan mhux sew - nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministru li, jekk hu possibbli, jiġi studjat pjan għall-bini ta' block flats viċin sabiex dawn il-flats iservu bħala għassa ma' dan il-ground.", "Qabel kien ikun hemm watchman, imma dan issa tneħħa.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Sur President, ħalli nibda mill-aħħar parti tal-mistoq- sija.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li dan il-ground qiegħed ħdejn il-mina sabiħa ħdejn is-swar ta' Kottonera u li allaħares ikollok tibni block flats hemmhekk.", "Barra minn hekk billi jkun hemm block flats mhux bilfors ifisser li jkollok nies li jgħassu dawn il- postijiet.", "Naħseb li l- Onor. Membru ma rriflettiex biżżejjed qabel ma għamel din il-proposta għax dan il-post qiegħed f'lokalita' li għandha tiġi salvagwardata għall-ambjent storiku tagħha.", "Ma naħsibx li xi ħadd xi darba se jaħseb biex jagħmel block flats hemmhekk.", "Barra minn hekk, il-ground ta' Ħaż-Żabbar m'ilux wisq li ġie rranġat.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-grounds li f'dawn l- aħħar sitt xhur sar xogħol fuqu.", "Għar-rigward tal-ground ta' Marsaxlokk irrid ngħid li huwa veru li kultant jidħlu fih xi żwiemel, għax ġieli rajthom jiena stess.", "Pero' trid tiftakar li dawn huma attrezzaturi sportivi u ma tistax tagħmel għassa magħhom il-ħin kollu.", "Dawn il- postijiet iktar jistgħu jipproteġuhom in- nies tar-raħal stess, xi ħaġa li tkun tista' ssir mill-kunsilli lokali.", "(Interruzzjonijiet) Din mhix kwestjoni li tfarfar ir- responsabilita'.", "Mela l-Gvern ċentrali għandu joqgħod jibgħat lin-nies biex jaraw li ħadd ma jidħol biż-żiemel fil-ground tal-football ta' Marsaxlokk?!", "L-Onor.", "Alfred Portelli stess qal li m'għandux ikun hawn vandaliżmu.", "Il-vandaliżmu jrid jiġi mrażżan min-nies tal- lokalita' stess.Naħseb li f'ħafna postijiet diġa' trażżan għax kibret il-kultura, l- edukazzjoni u l-pajjiż miexi 'l quddiem.", "Jidhirli li dan hu l-aħjar mod kif jista' jinqata' l-vandaliżmu minn pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsjiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Listi li juru ħaddiema li jirreġistraw għax-xogħol skond l-eta', inkluż ukoll ħaddiema li huma b'diżabilita', (bi tweġiba għall-mistoqsija parla- mentari numru 10452).", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar UN Conventions on Narcotic Drugs u fuq Psychotropic Substances, (bi tweġiba għall-mistoqsija parla- mentari numru 10175).", "F'isem il-Ministru għat- Trasport u Kommunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviz Legali Nru 72 ta' l- 1993 - Ordni ta' l-1993 dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Eżenzjoni mil-Liċenza għal Servizz bl-Ajru);", "Avviż Legali Nru 73 ta' l- 1993 - The Air Navigation (Exemption) Order, 1993.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-28 ta' Mejju, 1993.", "Klawsola 5 - Għemil u pubblikazzjoni tar-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali.", "(Kont.)", "Clause 5 - Compilation and publication of Local Councils' Electoral Register.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Ħassar il-kliem kollu ta' Regolament 95 u daħħal minflok dan li ġej:", "\"(1) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li jwassal għand kull elettur stampat li juri r-ritratt ta' kull kandidat għall- elezzjoni tal-Kunsill tal- lokalita' fejn l-elettur għandu dritt jivvota, u jagħti tagħrif dettaljat dwar kull kandidat hekk muri, kif ukoll jirriproduċi appell qasir ta' dak il-kandidat.", "(2) Kull stampat imsemmi fis-sub- regolament (1) għandu jkun uniformi għal kull kandidat li jikkontesta elezzjoni għall-Kunsill Lokali.", "(3) Il-Ministru għandu jassigura li l-istampat imsemmi f'dan ir- regolament jitwassal għand kull elettur mill-anqas għaxart ijiem qabel id- data ta' l-elezzjonijiet għall-Kunsill Lokali, u fil-każi fejn persuna ma jkollhiex il-polza tal-vot għaxart ijiem qabel dawn l-elezzjonijiet, l- istampat imsemmi f'dan ir- Regolament għandu jitwassal għand l-elettur fl- istess żmien li l- elettur jingħata l-polza tal-vot.", "(4) Mhux permissibbli għal kandidat għall- elezzjoni ta' Kunsill Lokali li jagħmel stampat ta' propoganda għajr dak imsemmi f'dan ir- Regolament.", "(5) Lanqas ma huwa permissibbli għal kandidat għall-elezzjoni ta' Kunsill Lokali li jagħmel xi xorta oħra ta' propoganda għajr permezz ta' kuntatt personali ma' l-eletturi.\".", "\"N\" Delete all the words of Regulation 95 and substitute instead the following:", "\"(1) The Minister shall undertake to convey to every person entitled to vote a publication featuring a photo of every candidate for election to a Local Council of the locality in which the person is entitled to vote, and giving details regarding every candidate featured in the publica tion, and also containing a short message given by every candidate.", "(2) Every publication referred to in sub- regulation (1) above shall be uniform in respect of every candidate contesting the election to a Local Council.", "(3) The Minister shall ensure that the publication referred to in this Regulation is conveyed to every person entitled to vote at least ten days before the date of the elections to the Local Councils, and in case a person is not served with the voting document ten days before the elections, the publication deferred to in this Regulation is conveyed to the voter at the same time that the voter is served with the voting document.", "(4) It shall not be lawful for a candidate to an election to a Local Council to publish propaganda material except that referred to in this Regulation.", "(5) It shall likewise not be lawful to a candidate to an election to a Local Council to carry out any propaganda activity except by means of personal contact with the voters.\".", "Mr Chairman, jien li rrid ngħid huwa li l-iskop li ressaqna l-emendi huwa biex kemm jista' jkun nagħmlu ċertu uniformita' f'dik li hija propaganda mill-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet.", "L-iskop huwa li ma jkunx hemm min minħabba s-saħħa tal-flus jew inkella minħabba li għandu aċċess għal mezzi oħra ta' propaganda jkollu vantaġġ fuq sieħbu.", "Aħna tlaqna mill-bidu bl-idea li l-individwi jippreżentaw ruħhom fil- kapaċita' tagħhom personali.", "Jidhrilna li b'dawn l-emendi nkunu qegħdin kemm jista' jkun nġibu ftit uniformita' u ugwaljanza fil-mezzi ta' propaganda li dawn in-nies jistgħu jużaw biex jippromwovu lilhom infushom.", "Aħna qegħdin ngħidu li fil-kontest tal- lokal, in-nies jkunu kważi kollha magħrufa u barra milli jkun hemm mail shot kif hemm deskritt f'din l-emenda bir- ritratt ta' l-individwu, jkun hemm ukoll messaġġ qasir min- naħa tiegħu u forsi xi ftit dettalji fuqu.", "L-individwu ovvjament huwa liberu li jagħmel l-kuntatti personali kollha li għandu jagħmel.", "Jiġifieri dan jista' jmur iħabbat bieb bieb idur il- familji u jagħmel il-propaganda tiegħu imma dejjem fuq bażi personali, waħdu u mhux mgħejjun la finanzjarjament - li allura jiżbilanċja ċ-chances ta' dawk li jikkontestaw - u lanqas minn makkinarju li jaf ikun imsinn biżżejjed biex jagħmel effett fuq il-mod kif dak il-kandidat jiġi mibjugħ lill-elettorat u fl-istess ħin ikun qed jirbaħ ukoll vantaġġ fuq sħabu l-oħra.", "Jien se nieqaf hawnhekk.", "Dan hu l-iskop ta' l-emendi u jidhrilna li dawn flimkien ma' l-emendi l-oħra jgħinu biex iġibu iktar ġustizzja f'dawn l- elezzjonijiet, iktar uniformita' u jagħtu iktar u iktar ċans lill-individwu li qed jikkontesta bħala individwu biex ikollu ċans daqs ħaddieħor li jippromwovi lilu nnifsu biex jiġi elett f'dawn il-kunsilli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jien ma nifhimx għaliex l- Oppożizzjoni qed tipprova tmur għal dawn l- estremi fis-sens illi l-punt kollu li ħadet fuq din il-liġi huwa kontra l-parteċipazzjoni ta' partiti politiċi, pero' qed immorru għall-estremi li fl- opinjoni tiegħi juru kemm huma dgħajfa l-argumenti ta' l- Oppożizzjoni.", "Meta naslu biex nagħmlu proposta sabiex l-uniku kuntatt hu personali - nispera li ħadd ma jgħaddilu minn rasu li se nneħħu l-kuntatt personali - imbagħad l-uniku mod kif tkun tista' tikkomunika huwa permezz ta' ċirkolari li jibgħat il-Ministru responsabbli u b'hekk naħseb li nkunu qed nirriduċu kważi għall- assurd il- proċess kollu elettorali.", "Jien naħseb li minn hawn u ftit ieħor nistgħu nibdew nagħmlu l-poloz u ntellgħu l-ismijiet ta' dawk kollha li joħorġu u naraw min jitla'!", "Dawn x'affarijiet huma?", "Naħseb li dan hu proprju kontra l-prinċipju elettiv li hija kompetizzjoni popolari li fiha trid tassigura li ma jkunx hemm l-eseġerazzjonijiet li xi ħadd jieħu vantaġġi straordinarji.", "Imma lanqas għandna mmorru għall-assurd li ngħidu ma tista' tagħmel xejn, ma tista' tibgħat l-ebda dokument u ma tista' tagħmel l-ebda forma ta' propaganda ħlief dik tal-kuntatt personali jekk mhux b'din l-ittra li tintbagħat għaxart ijiem - jew ma nafx kemm - qabel id-data ta' l- elezzjoni.", "Jekk l-Oppożizzjoni tħares hekk lejn is- serjeta' ta' elezzjonijiet ta' gvernijiet lokali jien naħseb li għandha idea kompletament żbaljata ta' x'inhuma dawn il- kunsilli lokali u iktar ma nisma', iktar qed nara li l- Oppożizzjoni qed tipprova catching at straws, jiġifieri qed tipprova taqbad ma' xi ħaġa biex dan l-argument li ħarġet bih - li ma jagħmilx sens politiku - tipprova tiġġustifikah.", "Kif jista' jkun ngħidu li se jkollna elezzjonijiet, jiġifieri għażla tal-poplu, pero' lill- poplu se nġegħluh jillimita ruħu fuq biċċa karta li jirċievi jew inkella fuq min imur iħabbatlu l-bieb.", "Allura jekk xi ħadd imur jagħmel espożizzjoni jew lecture xi mkien u l-gazzetti jgħidu kemm hu bravu, ngħidulu li mhux billi mar l-Universita', għamel lecture u issa l- gazzetti kollha rrapportawh u qed jgħidu kemm hu bravu.", "Skond l-emenda ta' l- Oppożizzjoni dik tiġi corrupt practice u ma tistax tagħmilha, għax propaganda għalik innifsek tista' tagħmel biss bid- dokument li jibgħat il- Ministeru.", "Ma naħsibx li emenda bħal din turi serjeta' fil-konċett u fil- ħsieb.", "Dawn elezzjonijiet jew mhumiex?", "U dan hu l-punto di partenza.", "Dawn huma elezzjonijiet f'pajjiż demokratiku, elezzjonijiet li jsiru bil- mod kif isiru elezzjonijiet demokratiċi f'pajjiżi demokratiċi.", "Hija t- tellieqa li ttellaq fiha u li nagħmlu dawn il-mażżri biex wieħed ma jkunx jista' jiċċaqlaq u jibqa' ankrat f'pożizzjoni waħda.", "Jien naħseb li kif diġa' għidt kważi qegħdin nirriduċu l-konċetti kollha għall-assurd.", "Kif tista' tgħid lill-kandidat biex ma jmurx jitkellem f'meeting?", "Ma nafux li l- Kostituzzjoni tiggarantixxi ...", "(Interruzzjonijiet) Hekk qed tgħidu, kuntatt personali biss.", "Mingħalija li kuntatt personali ifisser li tmur fid-djar u tkellem lin-nies.", "Kif inhi worded l-emenda li qed tipproponu tfisser biss li tista' tmur tkellem lin- nies, mentri evidentement mhux hekk.", "Imbagħad nibdew bl-akkużi li jekk tiġi intervistat u tidher fuq it-television jgħidulek li dik unfair practice għax ħadt il-vantaġġ li l-kandidati l- oħra m'għandhomx.", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni made its point li m'għandux ikun hemm il- parteċipazzjoni ta' nies flimkien bħala grupp.", "Dak li jfisser \"partit politiku\", li jkun hemm nies li jikkontestaw bħala grupp, u mhux il-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista.", "L-Oppożizzjoni għamlet il-punt tagħha pero' li tressaq emenda bħal din naħseb li tkun qed tmur għall- estrem.", "Jekk seta' kien hemm xi possibilita' ta' konvinċiment dwar il- pożizzjoni ta' l- Oppożizzjoni, emenda bħal din turi li qed nitkellmu fuq konċetti li m'humiex attinenti għal sistema demokratika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, m'hemmx dubju li l- Prim Ministru huwa politiku u huwa avukat ukoll.", "Pero' jien inħoss li m'għandu l-ebda dritt li dak li ma jaqbilx miegħu isejjaħlu assurd.", "Huwa l-poplu li jiddeċiedi jekk oġġett hux assurd.", "Hawnhekk jidher li għandna aktar minn opinjoni waħda.", "Jekk il-Prim Ministru jidhirlu li l-opinjoni tagħna hija assurda, jien nista' ngħid ukoll li l-opinjoni tiegħu għalina hija assurda, u dan żgur li m'huwiex il-mod kif wieħed jikkritika proposta min- naħa jew minn oħra.", "Dan it- tip ta' paternaliżmu jirritana.", "Aħna għandna idea u l- Gvern għandu oħra.", "Aħna jidhrilna li dak li qed ngħidu huwa ħafna 'l bogħod mill-assurd.", "L-assurd huwa meta tiġi hawnhekk b'opinjoni fissa, ma tkun trid tbiddilha bl-ebda mod, toqgħod tisma' ....", "(Interruzzjonijiet) Il-poplu qal hekk.", "Mela int trux?", "X'ma qalx il-poplu?", "Int m'intix trux u allura taf x'qal il-poplu.", "Huwa assurd li tiġi hawnhekk, tagħmel taparsi djalogu ma' l-Oppożizzjoni, tieħu pożizzjoni riġida li bl- ebda mod ma tbiddel virgola u taħli ż-żmien tal-Kamra taparsi tisma' meta tkun konvint li m'inti se tbiddel xejn.", "Għalija din hi l-assurdita'.", "Il-Prim Ministru qed ifettaq fuq kompetizzjoni popolari u x'jista' jagħmel l-individwu.", "Jien ħadt gost nisimgħu jgħid kompetizzjoni popolari u mhux kompetizzjoni partiġġjana, kompetizzjoni ta' individwu ma' individwu fil-kontest tal- lokal.", "Li ma jagħmilx sens għalina ta' din in-naħa huwa li nħallu l-finanzjament ta' dawn il-kontestanti joħroġ out of proportion u out of hand kompletament għaliex m'hemm l- ebda mod kif tikkontrolla, bħalma jiġri fl-elezzjonijiet ġenerali.", "Dan aħna nafuh.", "Aħna anke fuq bażi ta' partiti nafu li huwa misteru kbir kif il-partit li hemm fil-gvern illum iffinanzja l-elezzjonijiet li kellu.", "Dan kien argument sa ftit tax- xhur ilu pero' dan miet fuq ommu għaliex ħadd ma jrid, speċjalment min-naħa l- oħra, jiġi madwar mejda u jikxef u jiddikjara minn fejn ġew il-flus.", "Imma dan huwa arġument ieħor.", "Pero' biex dan l-argument issa nniżluh fil- livell tal-lokal u naraw ħafna mbarazz ħiereġ u ħafna propaganda u ħafna buffonati ta' min għandu l-flus, jekk dan il-pajjiż irridu nibnuh fuq l- idea ta' min għandu l-flus iħawwel, ejja ngħidu hekk, imma mbagħad niddividu bil-goff għaliex aħna żgur li ma naqblux ma' dan il-prinċipju.", "Imma għan-naħa l-oħra apparentement l-idolu huwa s-saħħa tal-flus u min għandu l-flus jagħmel li jrid.", "Aħna hawnhekk ukoll irridu li jkun hemm ċertu kontroll, għaliex allura lanqas bejn kandidat u ieħor ...", "Aħna se ngħidulu: \"Min għandu ħila jibbekjak u kemm għandek ħila tagħmel wegħdiet u kemm għandek ħila tagħmel konġunturi ħalli għada pitgħada jkollok tħallashom talli jkunu mbuttawk, agħmel kemm tiflaħ?\"", "Din hi l-politika maħmuġa u ħafna drabi tan-naħa l-oħra jieħdu għalihom meta ngħidu għaliex tiċċappas u titħammeġ mal-politika.", "Din hi t-tip ta' politika li tistħi tiċċappas magħha.", "Aħna qegħdin nagħmlu minn kollox biex nipprovaw nagħtu ftit trasparenza lill- proċess politiku għaliex dan in-nies xebgħu jitolbuh u jridu jarawh.", "Imma x'qed igħidu min- naħa l-oħra meta qegħdin ngħidu hekk?", "Dawn qegħdin igħidulna li aħna assurdi, imma bħalma bdejt, nerġa' ngħid, assurd igħid il-poplu u l-poplu li talab u qal x'irid u x'ma jridx f'din il-kwestjoni ma naħsibx li huwa assurd.", "Huwa assurd min qed isodd widnejh u ma jridx jisma'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, jien irrid inżomm id-diskussjoni fil-livell kif kienet s'issa pero' meta jsiru ċerti rimarki jkolli bilfors nirrispondi.", "Qed igħidu li dak il-kliem li għidt jien huwa xi forma ta' paternaliżmu.", "Issa qbadna ftit cliches bħal paternaliżmu, arroganza, Gvern Demokratiku Kristjan Nazzjon- alista u kulħadd s'intendi jirrepeti.", "Hemm għasfur li jirrepeti l-affarijiet il-ħin kollu!", "Imma dan x'paternaliżmu hu?", "Jien qed ngħid bl-iktar mod oġġettiv li l-emenda li tressqet ma tagħmilx sens u twassal għar-redikolu.", "Din l- emenda għal subklawsola 95 (4) tgħid:", "\"Mhux permissibbli għal kandidat għall-elezzjoni ta' Kunsill Lokali li jagħmel stampat ta' propaganda għajr dak imsemmi f'dan ir- Regolament.\".", "Allura wieħed ma jistax jikteb ittra fil-gazzetta u tiġi stampata?", "Allura wieħed ma jistax jikteb artiklu li jfaħħar lill-kandidat \"X\"?", "L- Onor. Vella qed igħid \"Issa l- avukat...\".", "Imma aħna hawnhekk liġijiet qed nagħmlu.", "L-ispirtu tagħha hu li ma jistax ikun, mingħajr ma tirriduċi għall-assurd, li nagħmlu emenda bħal din.", "Żgur li ma jistax ikun u mhuwiex konċepibbli li xi ħadd jasal biex jagħmel proposta bħal din mingħajr ma jkun qed jikkontradiċi l-iktar elementi bażiċi ta' x'inhi d- demokarazija u s-sistema elettiv.", "L-Onor.", "Vella qalilna li l- Gvern irid jagħmel l-idolu s- saħħa tal-flus.", "Imma x'inhuma dawn il-cliches li issa ....", "Min qed jagħmel l-idolu s- saħħa tal-flus?", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk wieħed joħroġ għall- elezzjoni tal-kunsill lokali ta' l-Imdina, per eżempju, se jonfoq eluf kbar ta' liri biex jagħmel propaganda?", "Jien ma nistax nifhem x'inhu dan l- idolu jew saħħa tal-flus.", "Min qed jgħid illi biex toħroġ għall-kunsilli lokali trid tonfoq eluf kbar ta' liri?", "Veru li hawn kandidati li anke fl- elezzjonijiet ġenerali jonfqu ħafna flus, imma li nipprovaw ngħidu illi wieħed m'għandux joħroġ għal dawn l- elezzjonijiet f'isem partit politiku u nagħmlu dawn l- affarijiet biex nipprovaw nipperswadu, naħseb illi ma nkunux qed nagħmlu argumenti loġiċi.", "Il-Viċi Kap ta' l- Oppożizzjoni rega' staqsa għalfejn qed niġu f'dan il- Parlament, jekk l-Oppożizzjoni qisha titkellem għalxejn.", "Allura jekk issa illi l-Gvern ħaseb għal dan l-Abbozz wara li ppubblika l-White Paper u wara dawn id-diskussjonijiet, wasal għal din il-pożizzjoni li l- Oppożizzjoni ma taqbilx fuqha, il-Gvern irid bilfors jagħmel kif trid l-Oppożizzjoni?", "Il- Gvern mill-bidu nett qal ċar u tond illi li ma tħallix lin- nies joħorġu għal dawn l- elezzjonijiet bħala grupp, hija anti-kostituzzjonali u ma tistax issir.", "U fuq dan l- idolu tagħna mhuwiex is-saħħa tal-flus, iżda l-uniku idolu li għandna huwa the rule of law, id-demokrazija, il- garanziji kostituzzjonali li għandna għad-demokrazija f'pajjiżna, u għalhekk m'aħniex se naqblu ma' l-Oppożizzjoni.", "Inutli li l- Oppożizzjoni tagħmel emendi biex neskludu l-possibilita' li grupp ta' nies joħorġu taħt l- istess bandiera, hi x'inhi.", "Għalina dan mhux aċċettabbli.", "Allura għax l-Oppożizzjoni ma taqbilx magħna, tgħidilna li din mhix demokrazija u li dan mhux Parlament?", "Il-Parlament u d-demokrazija ma jfissrux li trid taċċetta kull idea li toħroġ mingħand xi ħadd.", "L-Onor.", "Vella qal li l-poplu ppronunzja ruħu dwar dan l- aspett.", "Jien diġa' rrispondejt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta għamel rimarka bħal din.", "Ma naħsibx li l-Kap u l-Viċi Kap ta' l-Oppożizzjoni għandhom il-monopolju ta' l-interpretazzjoni tal-volonta' tal-poplu tagħna.", "Kien hawn min verament ippronunzja ruħu b'vuċi qawwija fis-sens li l-politiċi għandhom jiġu esklużi għax ħaseb li kien kapaċi jmexxi mingħajrhom.", "Jiena naħseb li dan huwa argument żbaljat, u kull min jipprova jsostnih ikun qed jiżbalja.", "Imma mhux jiġi jgħidli li l-poplu ppronunzja ruħu!", "Jekk il-poplu ppronunzja ruħu, dan għamlu meta għal tliet darbiet, fi tliet programmi elettorali għidna li se nwaqqfu l-kunsilli lokali.", "Il-poplu ppronunzja ruħu meta qabel l-elezzjoni ppubblikajna l-White Paper, għidnielu li se nwaqqwfu dawn il-kunsilli, dan il-konċett daħħalnieh fil- programm elettorali tagħna u l- poplu ivvotalna.", "Hemmhekk il- poplu esprima ruħu favur il- kunsilli lokali.", "Huma dan ma jistgħux jgħiduh għax għaliex kienu newtri fuq dan il-punt.", "Fil-programm elettorali tagħhom ma kien hemm l-ebda referenza għall-kunsilli lokali, la qalu li se jitwaqqfu u lanqas li ma jitwaqqfux.", "Jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li żgur li hija definita u li nistgħu nitkellmu dwarha f'isem il-poplu hija li l-maġġoranza tal-poplu approvat programm li jgħid li se jitwaqqfu l-kunsilli lokali.", "Jien assolutament ma naqbilx ma' dak li qed tgħid l- Oppożizzjoni.", "Aħna għandna nuru sens ta' leadership.", "Aħna nafu li fil-pajjiżi kollha s- sistema hija li jekk il-partiti politiċi jew xi għaqdiet iridu, dawn jista' jkollhom persuni li jikkontestaw f'isimhom u naħseb li l-poplu tagħna jifhem biżżejjed għax jisma' l- aħbarijiet.", "Per eżempju, għall- elezzjonijiet amministrattivi f'Val d'Aosta hemm madwar 13-il lista differenti ta' partiti qodma, ġodda, ħodor, tad-demokrazija kristjana, tal- Val d'Aostani, tal-Lega u ta' kull kwalita' u ġens.", "Dawn huma l-affarijiet li nisimgħu kuljum pero' aħna rridu nkunu uniċi u rridu nkunu bħal Guernsey - fejn m'għandhomx partiti għax m'hemmx partiti - u ngħidu li dak il-pajjiż għandu jkun il- mudell għax hemmhekk l- elezzjonijiet lokali jsiru mingħajr partiti.", "Aħna diġa' esprimejna ruħna kontra u mhux se naqblu, inutli noqogħdu ngħidu ...", "Jien m'inix qed ngħid li l-Oppożizzjoni se taqbel magħna pero' nista' ngħid li fuq din il-ħaġa m'aħniex se naqblu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Din hija diskussjoni bejn pappagalli ħomor u pappagalli blu għax jekk min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni qed nirrepetu l- pożizzjoni tagħna, in-naħa tal-Gvern ukoll qed tirrepeti l-pożizzjoni tagħha.", "F'dan il-każ din tgħodd għaż- żewġ naħat.", "Kull darba li aħna ressaqna emenda sostanzjali fuq din il-ħaġa, ma ġietx aċċettata min-naħa tal-Gvern u dejjem ġiet rredikolata, u impenġija qisha out of touch mar- realta' u qisu aħna mhux talli għandna ħsebijiet anakronistiċi imma għandna ħsebijiet biżarri u eċċentriċi.", "Jien se naqra parti mill-fehmiet tal- Federazzjoni ta' l-Għaqdiet tar-Residenti li żgur ħadd ma jista' jakkużahom li huma xi front organisation tal-Partit Laburista għax fihom hemm nies ta' fehmiet differenti u għalhekk wieħed jista' jitkellem fiċ- ċirku personali ta' nies li niltaqgħu magħhom u li esprimew affarijiet differenti.", "Fil-ħarġa ta' \"Il- Qawmien\" ta' Ġunju, li se toħroġ għada, hemm imniżżel hekk:", "\"Il-kunsilli lokali m'għandhomx iservu ta' strumenti għall-politiċi u l-ebda kandidat m'għandu jirrappreżenta xi partit politiku jew jagħmel użu mill-makkinarju propagan- distiku ta' xi partit.", "Lanqas m'għandhom isiru manifestazzjonijiet poli- tiċi dwar xi kandidat.", "Il-liġi għandha tinkorpora provvediment biex tilħaq dan il-għan.\".", "Issa l-emenda li għadha kemm ressqet l-Oppożizzjoni proprju tmur f'din id- direzzjoni u tgħid li fil-liġi għandu jkun hemm provvediment biex il- kampanja elettorali ma tiġix okkupata kompletament mill- makni tal-partit jew mill-makni tal-flus.", "Anke f'ħaġa bħal din irridu noqogħdu attenti għax għalkemm niltaqgħu ma' klawsoli li jaħsbu għal trasparenza u accountability, hemm affarijiet li m'huma ċari xejn għax fejn tidħol il-familja jaħsbu għal dikjarazzjoni ta' interess pekunjarju imma jekk, per eżempju, jien inkun impjegat ma' kuntrattur u dak il- kuntrattur qed jitfa' bid għall-offerta li se joħroġ il- kunsill lokali li jien kunsillier fih, dak m'għandna xejn dwaru.", "Lanqas għanda kodiċi ta' etika ġenerali għall-kunsilliera li f'pajjiżi oħra, dawn ikunu rakkommandati li f'każ bħal dak, ikun hemm conflict of interest.", "Għalhekk jagħmel sens li naħsbu fuq dawn l-affarijiet.", "Fil- fehma tiegħi ma jagħmilx sens li kull emenda li ġejja min-naħa ta' l- Oppożizzjoni, sempliċement għax ġejja min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u għax ixxellef id-direzzjoni li l-Gvern irid jagħti lil din il-liġi, tiġi skreditata, banalizzata u redikolata.", "Il-Prim Ministru qal li l- Gvern għandu l-mandat biex jagħmel din il- liġi.", "Jien ma naħsibx li għandu l-mandat biex jagħmel din il-liġi għax mar għall-elezzjoni bil-White Paper li assolutament imkien ma ssemmi l- preżenza jew l- okkupazzjoni tal-partiti fil- kunsilli lokali.", "Anzi, nerġa' ngħid li l-persuna li ħadmet fuq dik il-White Paper kienet diżappuntata ħafna mill-forma li mbagħad ingħatat meta tressqet bħala Abbozz ta' Liġi.", "Din il-persuna esklamat kif xi ħaġa li għamilniha aħna biex isservi ta' strument għaċ- ċittadin ġiet f'idejn il- politiċi u għamluha kif riedu huma u kif jaqbel lilhom.", "Dik kienet il-White Paper.", "Il- White Paper kienet ċentrata dwar il-parteċipazzjoni taċ- ċittadin.", "Jiġifieri l-Prim Ministru ma jistax jiġi hawn u jgħid li l-aħħar riżultat elettorali jagħtih mandat biex jagħmel il-liġi kif inhi għax fil-White Paper, dawn l- affarijiet li huma l-akbar kontroversja bejn il-Gvern u l- Oppożizzjoni ma kenux hemm.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fuq dan il-punt diġa' rrispondejt.", "Dan m'hu veru xejn.", "Fil-White Paper m'hemm ebda esklużjoni tal- parteċipazzjoni tal- partiti politiċi.", "Nerġa' ngħid li anke l-liġi li għandna, apparti l- iskeda li qed nitkellmu fuqha llum, ma tagħmel ebda referenza għall-partiti politiċi għax m'hemmx bżonn li jkun hemm referenza fil-korp tal-liġi għall- partiti politiċi.", "Pero' jien nassigura lill-Onor.", "Bartolo, kif diġa' għidt f'seduta oħra, li qatt m'għadda minn moħħ il-Gvern li b'xi mod tiġi eskluża l-parteċipazzjoni ta' numru ta' nies li jikkontestaw taħt forma ta' xi ħaġa li tgħaqqadhom flimkien.", "Dik hija d-definizzjoni ta' partit politiku.", "Dan qatt ma kien il-ħsieb tal-Gvern.", "Il- persuna li semma l-Onor.", "Bartolo li ppreparat il-White Paper ma nafx min hi.", "Żgur li rresponsabbilta' kienet taqa' fuq il-Ministru Ugo Mifsud Bonnici iżda ma nafx kienx hu li kiteb kull kelma, punto u virgola li hemm fiha.", "Diġa' smajna ħafna fuq dan u pprovaw isibu d-differenzi bejn dak li hemm fil-White Paper u dak li qed nipproponu.", "Aħna diġa' rrispondejna għal dawn il-punti u ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħodu nidħlu f'dawn l- argumenti.", "Mr Chairman, ma nafx jekk hux il-każ imma fl-aħħar seduta fil-fatt introduċejt emenda waħda li fiha diversi punti.", "Jien diġa' spjegajt bejn wieħed u ieħor x'inhuwa l-element tad- differenzi bejn dak li qed jiġi propost fl-emendi u l-Abbozz kif ippubblikat.", "Kif għidt fl- aħħar seduta tal-Parlament, punt importanti kienet id- definizzjoni ta' \"partit politiku\" u hawnhekk nixtieq nerġa' ntenni għaliex saret din l-emenda.", "Nerġa' ngħid li fil- liġi dwar l-elezzjonijiet ġenerali konna qbilna li huwa tajjeb li l-partiti jkollhom aċċess kontinwu - jiġifieri mhux biss fi żmien l- elezzjonijiet - għall- Kummissjoni Elettorali u dak li tkun qed tagħmel.", "Il-liġi dwar l-elezzjonijiet ġenerali tikkontempla li l-partiti jinnominaw l-aġenti tagħhom li għandhom id-dritt ta' aċċess għall-Uffiċċju Elettorali li jidħlu jaraw eċċ., u peress li l-Kummissjoni Elettorali li se tieħu ħsieb l-elezzjoni tal- kunsilli lokali hija l-istess waħda, ridna nagħmluha ċara li l-partiti politiċi kif definiti fil-liġi li għandhom dan l- aċċess mhux se jkunu l- kandidati kollha li se jikkontestaw l- elezzjonijiet imma se jkunu l-partiti politiċi rappreżentati f'dan il- Parlament.", "Infatti dik il- liġi tgħid li d-delegati tal- partiti li jiġu nominati - jekk m'inix sejjer żball - jiġu nominati mingħajr terminu u jibqgħu jiffunzjonaw sakemm il- partiti ma javżawx lill- Kummissjoni li qegħdin jibdluhom u l-istess konċett qed nagħmluh hawnhekk ukoll.", "Jien meta tkellimt il-ġimgħa l-oħra għidt li hemm ukoll l- emenda li tgħid li l-forma ta' informazzjoni li l-partiti għandhom dritt għaliha permezz tad-delegati tagħhom skond il- klawsola 6, il-Kummissjoni tista' tagħtihulhom f'forma elettromanjetika, jiġifieri permezz tad-disc ta' computer.", "Irrid ngħid li minn nhar il- Ġimgħa 'l hawn erġajt ħadt il- briga li nara jekk dan il- prinċipju hux qed jiġi applikat interament għal kull min għandu dritt ta' informazzjoni mill- Kummissjoni Elettorali u għalkemm żidna klawsola li mhix fil-liġi dwar l-elezzjonijiet ġenerali li tgħid illi l- Kummissjoni Elettorali tista' tippubblika b'forma elettromanjetika r-reġistru elettorali, naħseb li jkun tajjeb li nżidu klawsola - aktar 'il quddiem se nipproponi klawsola ġdida fl- aħħar ta' l- Abbozz - li biha ngħidu li l-partiti - li għad- definizzjoni ta' din il- liġi jistgħu jkunu anke individwi singoli - ikollhom id-dritt għal xi informazzjoni mingħand il-Kummissjoni Elettorali u din tista' tiġi mogħtija lilhom jew huma jistgħu jitolbuha b'forma elettromanjetika biex kemm il- partiti politiċi li għandhom id-delegati, kemm il-partiti politiċi li se jkollhom il- kandidati tagħhom, kif ukoll l- individwi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' partit politiku, ikollhom aċċess għall-informazzjoni li tikkontempla l-liġi kemm f'forma miktuba kif ukoll f'forma elettromanjetika.", "Il- bqija jekk m'hawnx diffikultajiet min-naħa ta' l- Oppożizzjoni ma naħsibx li hemm bżonn noqgħod neżamina l-emendi kollha li qed jiġu proposti paragrafu paragrafu, pero' jekk hemm xi diffikulta' fuq xi waħda minnhom jien lest li nagħti l-ispjegazzjonijiet meħtieġa.", "Mr Chairman, ħaġa oħra li nixtieq li tiġi deċiża hija kif se ssir il- votazzjoni.", "Kif għidt u kif inhu solitu l- emendi kollha għall-iskeda li hemm ma' klawsola 5 li qed niddiskutu ppreżentajthom f'emenda waħda.", "Ma nafx jekk l-Oppożizzjoni l-emendi tagħha hix se tagħmilhom forma ta' emenda waħda jew emendi differenti, kemm dawk li ġew ippreżentati dak inhar u kif ukoll illum u anke għall-emendi li għamilt jien.", "Jien jidhirli li l- proċedura solita hija li dawn l-emendi jkunu emenda waħda.", "Jekk jgħiduli li m'hemmx diffikulta', jiġifieri ma jridux spjegazzjoni - għalkemm mhux qed ngħid li neċessarjament jaqblu ma' l- emendi li qiegħed nipproponi jien imma naħseb li hemm xi wħud li jaqblu magħhom u nifhem li oħrajn ma jaqblux ...", "Punt li rrid inżid hu li l- emendi li l-Oppożizzjoni ppreżentat fis- seduta l-oħra - li jien eżeminajthom bir-reqqa - bir-rispett kollu ma jistgħux jiġu applikati realment.", "Per eżempju, saret emenda għal artiklu 6 ta' l-Iskeda li jitkellem fuq delegati tal- partit, imma ma jistax ikun li nissostitwixxu l-kelma \"partit politiku\" mal-kelma \"kandidat\" għaliex jekk nagħmlu hekk dan ifisser li l-kandidati kollha li se jkun hemm għall- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jkollhom dritt jattendu għal-laqgħat tal- Kummissjoni.", "Jiġifieri din hija xi ħaġa li mhix prattikabbli.", "Hemm diversi drittijiet li jingħataw u jekk tissostiwixxi l-kelma \"partiti politiċi\" bil-kelma \"kandidati\", tkun qed tgħid xi ħaġa li mhijiex possibbli.", "Jiġifieri jekk hemm elezzjoni ta' kunsill lokali bi 13-il membru se nagħmlu 13-il assistant commissioner biex jirrappreżenta kull kandidat u dawn kollha, 26 wieħed, jidħlu fil-kamra?", "F'dan is-sens naħseb li l-emendi, tista' tgħid kollha, li ġew preżentati biex jiġu sostitwiti l- kliem \"partit politiku\" bil-kelma \"kandidat\" jew \"partiti politiċi\" bil- kelma\"kandidati\", effettivament mhumiex attinenti għall-kontenut tal- klawsoli li qegħdin jiġu emendati.", "Jiġifieri kieku l-Oppożizzjoni trid din l-eliminazzzjoni naħseb li bilfors li trid tirrevedi l-konċetti kollha tas- sorveljanza li hawn fil- liġi għaliex kif qegħdin jipproponuhom mhumiex pratti- kabbli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Prim Ministru jixtieq iżid xi ħaġa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq nerġa' nagħmel referenza għall-punt li għamilt qabel.", "Jien hawnhekk għandi diversi emendi x'inressaq, fil- fatt għandi xi 24 emenda.", "Dawn se ssir votazzjoni waħda fuqhom?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issir votazzjoni għal kull emenda preżentata.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Se nibdew bl-emendi ta' l- Oppożizzjoni jew b'tiegħi?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-vot jittieħed fuq l-emendi kif tressqu b'mod kronoloġiku, jiġifieri kif nagħmlu s-soltu l-ewwel jittieħed il-vot għall- emendi mressqa mill- Oppożizzjoni, imbagħad ngħaddu għall-emendi ppreżentati mill- Gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li normalment jsir hekk għax is- soltu nimxu bil- kontenut ta' l-emenda.", "Jekk ikun hemm emenda li tinnewtralizzza oħra u din tiġi approvata, l-oħra ma tibqax tagħmel sens u lanqas biss titressaq għax tkun kontraditorja.", "Naħseb li dan irid ikun l- ġudizzju u jien qed ngħid lis-Sedja tgħidli x'inhu l- ġudizzju tagħha.", "Lill-Onor.", "Vella nixtieq ngħidlu li din mhix kwestjoni ta' żmien għax jista' jkun li tiġi l-aħħar u trid tagħmilha qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, din mhix kwestjoni ta' ġudizzju tas- Sedja.", "Li qed igħid il-Prim Ministru japplika kieku hemm emenda min-naħa ta' l-Oppożizzjoni u l-Gvern jagħmel emenda għal dik l- emenda jew vice versa, allura l-ewwel tittieħed il-votazzjoni ta' min ikun għamel l-emenda għall-emenda.", "Li qed jipproponi l-Gvern mhumiex emendi għall-emendi mressqin minna.", "Aħna ressaqna emendi għall-Abbozz kif inhu.", "Il-Prim Ministru f'isem il-Gvern ressaq emendi oħra biex jirfina iżjed l-Abbozz li ressaq hu stess.", "Il-proċedura hi li jittieħdu l- voti fuq l-emendi tagħna u imbagħad fuq l-emendi tal- Gvern.", "Din mhix se tagħmel differenza, imma dik hi l- proċedura.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk nipproponi emenda għad- definizzjoni ta' \"partit politiku\" u l-Kumitat japprova l-emenda li qed nagħmel jien għal \"partit politiku\" jista' jkun li ma jkunx hemm bżonn li l-Kumitat jippronunzja ruħu fuq l-emendi ta' l-Oppożizzjoni.", "Jekk illum se neliminaw kull referenza għal \"partit politiku\" u jiġu approvati ...", "Hawnhekk wkoll irridu noqogħdu attenti għaliex diġa' kellna emenda li l- Kumitat ma aċċettax.", "Meta saret emenda ta' l-Oppożizzjoni biex effettivament flok id-definizzjoni ta' \"partit politiku' jkun hemm biss referenza għall-kandidati u fid-definitions kien hemm emenda għal clause 2 b'żieda tal-kelma \"kandidat\" li ġiet definita bħala \"persuna li tikkontesta f'isem personali\", dik l-emenda ma ġietx milqugħa minn dan il- Parlament.", "Jiġifieri l-emendi li huma konsegwenzjali naħseb li lanqas huma in order - m'inix se noqgħod infettaq - pero' nixtieq li nkunu ċari x'aħna nagħmlu biex ma noħolqux wkoll preċedenti.", "Il-Kamra diġa' kellha emenda għal klawsola 2 biex tiżdied definizzjoni ta' x'inhu kandidat li l-iskop tagħha kien li telimina l- parteċipazzjoni ta' kandidati f'isem partit politiku, pero' fuq dak il-Kamra ma qablitx.", "Issa hawn emendi oħrajn li qegħdin jgħidu li għandha titneħħa kull referenza għal \"partit politiku\".", "L-emenda qed tgħid li fil-ballot paper ma għandux ikun hemm referenza jew distintiv ta' partit politiku.", "Fuq dak il-Kamra diġa' ppronunzjat ruħha u qalet le.", "THE DEPUTY CHARIMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, din l-oġġezzjoni mhijiex loġikament aċċettabbli apparti l-fatt li skond il- proċedura lanqas hija eżatta.", "Iż- żieda ta' l-emenda li din il-Kamra ma aċċettatx aktar kmieni f'dan id- dibattitu kellha x'taqsam ma' definizzjoni miżjuda mal-lista ta' definizzjoni li qegħda marbuta mal-liġi.", "Jiġifieri bħalissa t-test li għandna quddiemna sempliċement ma għandux definizzjoni kif reditha l- Oppożizzjoni ta' kandidat jew kandidatura.", "Dik id-definizz- joni ma teżistix.", "Meta qed naslu għall-emendi li qed nagħmlu bħalissa, sempliċement qegħdin nittrasferixxu u nbiddlu l-konċett ta' partit politiku u minfloku qed ndaħħlu l-konċett ta' kandidat.", "M'hemm l-ebda definizzjoni ta' \"partit politiku\" lanqas fit-test tal- liġi kif inhu quddiemna bħalissa.", "U allura dak li qegħdin nagħmlu huwa kompletament in order u loġiku u skond il-proċedura għandna nibdew billi nieħdu l-voti fuq l-emenda ta' l-Oppożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li dan huwa korrett fl- argumentazzjoni u nistgħu ngħaddu għall-voti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nitlob is-sospensjoni għall- ħames minuti.", "Il-Kumitat ġie sospiż fis-7.20 p.m. u rriżuma fis-7.25p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se ngħaddu għall-votazzjoni fuq l- emendi kif preżentati kronoloġikament u nibdew mill- aħħar, jiġifieri se nibdew mill- emenda li ppreżenta l- Onor. George Vella fil-bidu tas-seduta ta' llejla imbagħad ngħaddu għas-sitt emendi l- oħra ta' l-Oppożizzjoni u wara ngħaddu għall-emenda li ressaq il-Prim Ministru.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"N\" imressqa mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni, il- Kumitat ġie sospiż fis-7.25 p.m. u rriżuma fis-7.45 p.m.", "Il-Vici President tal-Kumitati qiegħed il-mistoqsija mill-ġdid u reġgħet intalbet votazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ġejt informat li l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "George Gatt, l- Onor. Charles Mangion u l-Onor.", "Dom Mintoff huma paired ma' l- Onor. Michael Frendo, l-Onor.", "Louis Cuschieri, l-Onor.", "Louis Deguara u l- Onor. Carm Lino Spiteri.", "|VOTAZZJONI NRU. | |52 | | | | |FAVUR: 26 |KONTRA: 30 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Abela Wistin | Bonello Du | | |Puis George | |Attard Montalto | Bonnici Josef| |John | | |Bartolo Evarist |Bonnici | | |Michael | |Borg Carmel |Borg Tonio | |Brincat Leo |Cassar Joe | |Buħaġiar Charles| Dalli John | |Buħagiar Louis | Debono | | |Giovanna | |Calleja Reno | De Marco | | |Guido | |Cilia Joe |Falzon Michael| |Farrugia Michael| Fenech Adami | | |Eddie | |Farrugia Noel |Fenech Joe | |Grech Edwin S |Galea Censu | |Micallef Freddie| Galea Louis | |Mifsud Bonnici | Galea Mario | |Karmenu | | |Mizzi Joe |Gatt Lawrence | |Moran Vincent C.| Gauci Borda | | |Lino | |Muscat Philip |Hyzler George | |Nicholl Tony | Mifsud | | |Bonnici | | |Antoine | |Portelli Alfred |Mifsud Bonnici| | |Ugo | |Refalo Anton | Muscat Claude| |Sant Alfred |Muscat Richard| |Sant Salvu | Psaila Savona| | |Joseph | |Schembri Adami |Refalo Louis | |Sandro | | |Spiteri Lino | Refalo | | |Michael Angelo| |Vella George | Rizzo Naudi | | |John | |Vella Carmelo |Tabone Anton | | | Vella John | | | Zammit Ninu | | | Zammit | | |Stanley | | | Zammit Dimech| | |Francis |", "L-emenda \"N\" m'għaddietx", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"M\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"L\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"K\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"J\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"J\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra u kull votazzjoni oħra li tintalab konnessa ma' klawsola 5 tittieħed dak il-ħin stess.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Fis-7.50 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fis-7.55 p.m. meta il-Vici President tal- Kumitati qiegħed il-mistoqsija mill-ġdid u reġgħet intalbet division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ġejt informat li se jinżamm l-istess arranġament ta' pairing.", "VOTAZZJONI NRU.", "53 |FAVUR: 26 |KONTRA:30 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Abela Wistin | Bonello Du | | |Puis George | |Attard Montalto | Bonnici Josef | |John | | |Bartolo Evarist |Bonnici Michael| |Borg Carmel |Borg Tonio | |Brincat Leo |Cassar Joe | |Buhagiar Charles | Dalli John | |Buhagiar Louis | Debono | | |Giovanna | |Calleja Reno | De Marco Guido| |Cilia Joe |Falzon Michael | |Farrugia Michael | Fenech Adami | | |Eddie | |Farrugia Noel |Fenech Joe | |Grech Edwin S |Galea Ċensu | |Micallef Freddie | Galea Louis | |Mifsud Bonnici | Galea Mario | |Karmenu | | |Mizzi Joe |Gatt Lawrence | |Moran Vincent C |Gauci Borda | | |Lino | |Muscat Philip |Hyzler George | |Nicholl Tony | Mifsud Bonnici| | |Antoine | |Portelli Alfred |Mifsud Bonnici | | |Ugo | |Refalo Anton | Muscat Claude | |Sant Alfred |Muscat Richard | |Sant Salvu | Psaila Savona | | |Joseph | |Schembri Adami |Refalo Louis | |Sandro | | |Spiteri Lino | Refalo Michael| | |Angelo | |Vella George | Rizzo Naudi | | |John | |Vella Carmelo |Tabone Anton | | | Vella John | | | Zammit Ninu | | | Zammit Stanley| | | Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda \"I\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija emenda \"H\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"H\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija l-emenda \"G\" kif imressqa mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi fit-7.55 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-ftehim milħuq aktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Qed niġi nformat mill-Whips taż- żewġ naħat li se nżommu l- istess arranġament ta' pairing.", "|VOTAZZJONI NRU. | |54 | |FAVUR: 30 | KONTRA:26 | | | | |L-Onor. | L-Onor. | | | | |Bonello Du Puis |Abela Wistin | |George | | |Bonnici Josef | Attard Montalto| | |John | |Bonnici Michael | Bartolo Evarist| |Borg Tonio |Borg Carmel | |Cassar Joe |Brincat Leo | |Dalli John |Buhagiar Charles| |Debono Giovanna | Buhagiar Louis | |Demarco Guido | Calleja Reno | |Falzon Michael |Cilia Joe | |Fenech Adami |Farrugia Michael| |Eddie | | |Fenech Joe |Farrugia Noel | |Galea Censu | Grech Edwin S. | |Galea Louis | Micallef | | |Freddie | |Galea Mario | Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Gatt Lawrence | Mizzi Joe | |Gauci Borda Lino|Moran Vincent C.| |Hyzler George | Muscat Philip | |Mifsud Bonnici |Nicholl Tony | |Antoine | | |Mifsud Bonnici |Portelli Alfred | |Ugo | | |Muscat Claude | Refalo Anton | |Muscat Richard |Sant Alfred | |Psaila Savona | Sant Salvu | |Joe | | |Refalo Louis |Schembri Adami | | |Sandro | |Refalo Michael |Spiteri Lino | |Rizzo Naudi John|Vella George | |Tabone Anton |Vella Karmenu | |Vella John | | |Zammit Ninu | | |Zammit Stanley | | |Zammit Dimech | | |Francis | | | | |", "L-emenda \"G\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi fit-7.57 p.m. ntalbet votazzjoni, din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-ftehim milħuq aktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Whips qed jinformawni li l- arranġament tal- pairing għadu l-istess.", "|VOTAZZJONI NRU: | |54 | |FAVUR: 30 |KONTRA: 26 | | | | |L-Onor. |L-Onor. | | | | |Bonello Du Puis | Abela Wistin | |George | | |Bonnici Josef |Attard Montalto| | |John | |Bonnici Michael |Bartolo Evarist| |Borg Tonio | Borg Carmel | |Cassar Joe | Brincat Leo | |Dalli John | Buhagiar | | |Charles | |Debono Giovanna |Buhagiar Louis | |Demarco Guido |Calleja Reno | |Falzon Michael | Cilia Joe | |Fenech Adami | Farrugia | |Eddie |Michael | |Fenech Joe | Farrugia Noel | |Galea Ċensu |Grech Edwin S | |Galea Louis |Micallef | | |Freddie | |Galea Mario |Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Gatt Lawrence |Mizzi Joe | |Gauci Borda Lino | Moran Vincent | | |C. | |Hyzler George |Muscat Philip | |Mifsud Bonnici | Nicholl Tony | |Antoine | | |Mifsud Bonnici | Portelli | |Ugo |Alfred | |Muscat Claude |Refalo Anton | |Muscat Richard | Sant Alfred | |Psaila Savona Joe|Sant Salvu | |Refalo Louis | Schembri Adami| | |Sandro | |Refalo Michael | Spiteri Lino | |Rizzo Naudi John | Vella George | |Tabone Anton | Vella Carmelo | |Vella John | | |Zammit Ninu | | |Zammit Stanley | | |Zammit Dimech | | |Francis | | | | |", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Clause 6 - Persons entitled to be registered as voters.", "Klawsola 6 - Persuni li għandhom jedd ikunu reġistrati bħala votanti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola tgħid min għandu d-dritt li jkun reġistrat bħala votant.", "Kif għidna fit-Tieni Qari huma r- residenti fil-lokalita' li għandhom id-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet ġenerali u miżjudin magħhom hemm residenti fil-lokalita' li għandhom l- obbligu - fil-fatt ikollhom -tal-karta ta' l-identita', anke jekk m'humiex Maltin u jkunu ġejjin mill-pajjiżi tal- Kunsill ta' l-Ewropa.", "Din qed nagħmluha naturalment abbażi ta' reċiproċita'.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Clause 7 - Persons entitled to vote in a particular locality.", "Klawsola 7 - Persuni li għandhom jedd li jivvutaw f'lokalita' partikolari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-klawsola tgħid li dawn huma limitati għar-residenti tal- lokalita' fejn ikun hemm l- elezzjoni għall-kunsill lokali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Elezzjoni ta' Kunsillieri", "Clause 8 - Election of Councillors.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, klawsola 8 tistabbilixxi s- sistema elettorali li hija ta' rappreżentanza proporzjonali bl-użu ta' vot wieħed trasferibbli u tikkontempla l- co-option jekk ma joħorġux numru ta' kandikati biż-żejjed u affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l- elezzjonijiet.", "Mr Chairman, għal din il- klawsola se nipproponi din l- emenda:", "\"O\" Is-sub-klawżola (7) ta' klawżola 8 għandha titħassar.", "\"O\" Sub-clause (7) of clause 8 shall be deleted.", "Fil-fatt din tgħid li l- elezzjoni tal-kunsilliera ta' wara għandhom isiru ma' l-ewwel 15-il jum ta' l-aħħar xahar kalendarju taż-żmien tal-kariga tal- kunsilli.", "Fil-fatt fid- draft - kif kien qed jiġi preparat - kienet utili li tissemma pero' mbagħad meta għamilna subklawsola (6) u għidna li l- elezzjonijiet għandhom isiru fit-tieni Sibt ta' Marzu - ħlief għall-ewwel elezzjonijiet - is-subklawsola (7) baqgħet fl-Abbozz bi żball.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Chairman, clause 8 li titkellem fuq kif isiru l- elezzjonijiet - u iktar tard f'subclause (6) -tagħti d-dati kif suppost isiru dawn l-elezzjonijiet.", "Ovvjament aħna ma nistgħux naqblu ma' dan għax skond dik l-Iskeda f'kull sena se jkun hemm mill-inqas 20 lokalita' fejn se jkollok elezzjoni għaddejja.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li biex ma nħallux dan il-ferment politiku u din it- tellieqa politika għaddejja l- ħin kollu, nissuġġerixxu li l- elezzjonijiet isiru kollha fl- istess żmien kull tliet snin u għallinqas lill-poplu nagħtuh sentejn u nofs biex joqgħod kwiet mill-politika issa partiġġjana, la dawn se jkunu fuq bażi ta' partit.", "Għalhekk għall-klawsola 8 se nipproponi din l-emenda:", "\"P\" (a) F'sub-klawsola (6): -", "(i) Ħassar il-kliem \"L- elezzjonijiet għandhom isiru fit-tieni Sibt ta' Marzu,\" u daħħal minflok il-kliem \"L-elezzjonijiet għandhom isiru kull tlett snin fit-tieni Sibt ta' Marzu;\"", "(ii) Ħassar il-provisos, u daħħal minflok dawn il- kliem:", "\"iżda l-ewwel elezzjonijiet għandhom isiru fit- tieni Sibt ta' Marzu 1994; u iżda wkoll il-Ministru jista' b'ordni fil- Gazzetta jistabbilixxi li elezzjoni tista' ssir qabel jew issir wara d- data hawn fuq stabbilita sa ġimgħatejn.\"", "(b) Ħassar is-subklawsola 7.", "\"P\" (a) In sub-clause (6) :-", "(i) Delete the words \"Elections shall be held on the second Saturday of March\" and substitute instead the words \"Elections shall be held every three years on the second Saturday of March;\"", "(ii) Delete the provisos, and insert instead the following:", "\"provided that the first elections shall be held on the second Saturday of March 1994; and provided further that the Minister may by order in the Gazette stipulate that an election may be delayed or brought forward by two weeks from the date stipulated above.\"", "(b) Delete subclause (7).", "Ta' min jgħid li din l-emenda hija kważi self-explanatory.", "Nerġa' ngħid li aħna qegħdin ninsistu li kemm jista' jkun l- elezzjonijiet irisu kollha f'daqqa kull tliet snin, ħalli nneħħu dak l-istaggering kollu.", "Fi kliem ieħor dak kollu li hemm f'subclause (6), fejn hemm l-iskeda ta' kif jibdew l-ewwel elezzjonijiet ta' kull sitt kunsill - qisu kull sitt xhur, imbagħad iktar tard kull tielet kunsill - għandu jitneħħa u nagħmlu kollox f'elezzjoni waħda.", "Barra minn hekk, Mr Chairman, irridu nagħmlu xi kummenti fuq subklawsola (3), li tittratta dwar l-eventwalita' li ma jkunx hemm kandidati nominati għall- elezzjoni, u allura hemmhekk jidħol il-poter tal-Ministru biex jappunta kumitat ta' management li jagħmel id- duties kolha bħallikieku kien kunsill, sakemm jiġi elett kunsill ieħor.", "Is-subklawsola tkompli tgħid li dan it-tip ta' arranġament jistqa' jkaxkar għal 12-il xahar.", "Ovvjament din l-eventwalita' hija possibilita', u hemm ukoll il- possibilita' li jista' jkun hemm riżenja tal-kunsill kollu en bloc.", "Allura wieħed jifhem li l-Ministru għandu jkollu poteri li jappunta lil xi ħadd biex imexxi.", "Pero' aħna ma naqblux li l-Ministru għandu jkollu terminu daqshekk wiesa' ta' kunsill ta' management li fih jista' jappunta lil min jidhirlu hu.", "U jekk se ngħidu li dan il-prjodu jista' jkaxkar għal 12-il xahar, allura din tista' tkun xi ħaġa li tinkwetana, għax jista' jkun li f'din l-eventwalita' jkun hemm nies qrib il-Ministru li jiġu appuntati biex imexxu għal 12- il xahar.", "Għalkemm aħna mhux se nagħmlu emendi għal dan il-punt, se nissuġġerixxu li biex ikun hemm aktar trasparenza il- Ministru jkun jista' jappunta tliet uffiċjali pubbliċi ħalli f'dak il-perjodu jmexxu l- lokalita' huma.", "Jekk ikunu uffiċjali pubbliċi, dawn ikollhom ċertu commitment jew irbit u ovvjament ċerti normi li jridu jmexxu fuqhom.", "Barra minn hekk diġa' jkollhom ċertu training dwar kif jitmexxew l- affarijiet.", "Hawnhekk ma tagħmilx differenza jekk kemm- il darba ma jkollokx kandidati u ovvjament ma jkollokx segretarju.", "Hawn ħafna options x'wieħed jara.", "Jista' ma jkunx hemm kandidati imma jkollok is- segretarju carried over mill- kunsill ta' qabel, jew ma jkollokx mill-bidu nett, jew inkella jkollok kunsill li qed jiffunzjona u f'daqqa waħda jkollok riżenja ta' kulħadd u jibqagħlek is- segretarju li ovvjament ikun appuntat mill- Ministru.", "Għalhekk qed nitkellmu fuq l-appointment ta' uffiċjali pubbliċi biex jissostitwixxu din l-idea ta' kumitat ta' management għaliex jekk kemm-il darba ma jkunx hemm kandidati forthcoming, jiġifieri ma jkun hemm ħadd li jrid joħroġ biex jikkontesta dan il-kunsill, jew inkella jkun hemm xi kwestjoni fejn forsi l-kunsill ma jarax eye to eye mal-Ministru u jirriżenja bi protesta jew inkella jieħu deċiżjoni li ma jiffunzjonax iktar u jirriżenja, 12-il xahar ikun żmien twil wisq biex wieħed isib soluzzjoni għal din il-problema.", "Jiġifieri qegħdin nissuġerixxu li dan ikun mill- inqas, jekk mhux tlett xhur almenu sitt xhur u mhux iktar.", "Sitt xhur huwa żmien biżżejjed biex il- Ministru responsabbli jagħmel diskussjonijiet u jindaga sabiex jara għaliex ma kienx hemm min ikkontesta jew inkella għaliex irriżenja l- kunsill kollu u mbagħad ovvjament isib is-soluzzjoni jew inkella jippreżenta kondizzjonijiet u sitwazzjonijiet differenti.", "Jiena naħseb li dawn huma r- rimarki li ridt nagħmel b'mod ġenerali fuq dan l-att, jiġifieri l-kwestjoni ta' l- elezzjonijiet li jsiru lkoll f'daqqa, darba kull tlett snin, u r-raġunijiet għidnihom, illi section 6 kollu ovvjament jiġi deleted għax imbagħad ma jagħmilx sens.", "Fuq il-kwestjoni tal-Committee of management illi qegħdin ngħidu li nixtiequ li pjuttost ikunu uffiċjali pubbliċi, nifhmu s-sitwazzjoni, napprezzaw li tista' tinqala' u wieħed irid jagħmel provvediment għaliha.", "Nippreferu li minflok ikunu nies komuni jkunu nies li qegħdin fis-servizz pubbliku u l-perjodu li fih il- Ministru jista' jiddeċiedi biex jagħmel elezzjoni ġdida jew inkella biex jeliġġi kunsill ġdid, ma jkunx iktar minn sitt xhur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, nibda bil-kritika li saret mill- Onor. Vella, apparti l-emenda.", "Il-każ li ġie kontemplat fil-liġi huwa li ma joħroġ ħadd.", "L-Onor.", "Vella ta sitt xhur żmien.", "Jiena naħseb li jekk ikun hemm raġunijiet validi, fis-sens oġġettiv, naħseb li sitt xhur jista' jkun ftit wisq.", "Jekk aħna ngħidu \"sa żmien sitt xhur\" allura l-Kummissjoni trid terġa' ssejjaħ elezzjoni u hemmhekk jista' jkollok a repeat performance li ma ssib lil ħadd.", "L-Onor.", "Vella qieħed igħid li 12-il xahar huwa żmien twil.", "Din mhijiex xi kwestjoni ta' domma, imma jekk għal xi raġuni kandidati ma joħorġux, allura hemm l-obbligu li l- Kummissjoni terġa' ssejjaħ elezzjoni u qegħdin ngħidu li dan għandu jsir sa massimu ta' 12-il xahar wara.", "U naħseb li l-Ministru jkollu l-obbligu li jindaga ħalli jara x'inhuma r- raġunijiet għaliex hemmhekk ma kienx hemm kandidati u jkun hemm l-obbligu li l-elezzjoni issir fl-iqsar żmien.", "Fl-emenda ta' l-Onor.", "Vella qed jingħad li l-kumitat għandu jkun magħmul minn uffiċjali pubbliċi.", "Jien hanwhekk qed ngħid li aħjar ma nintrabtux sakemm għadna f'din il-fażi.", "Anzi jista' jkun li jkun jaqbel li la ma jkun ħareġ ħadd, wieħed jipprova jsib nies idonei minn dik il-lokalita' - li għal xi raġunijiet jistgħu jkunu dawk li qed issemmi l- Oppożizzjoni u li jkunu nies li ma jkunux iridu jikkontestaw l- elezzjoni minħabba kif tkun ġiet issestematizzata - li tkun tista' tagħżilhom għaliex ikunu identifikabbli.", "Allura dawn in-nies, għaliex mhumiex uffiċjali pubbliċi, għandna neskluduhom?", "Kulma qegħdin ngħidu aħna huwa li m'għandniex norbtu idejna bla bżonn.", "Huwa veru li jista' jkollok raħal żgħir fejn għal xi raġunijiet ma jikkontesta ħadd għall- elezzjoni, pero' xorta tista' tfittex nies li jidentifikaw ruħhom u li eventwalment jista' jkollhom l-appoġġ meħtieġ.", "Għalhekk jien naħseb li f'dan il-każ m'għandniex nintrabtu li dawn in-nies bilfors iridu jkunu uffiċjali pubbliċi.", "Issa ħalli niġi għall-emenda l-oħra li għamel il-Viċi Kap ta' l- Oppożizzjoni li tgħid li l-elezzjonijiet iridu jsiru kullimkien fl-istess ġurnata darba kull tliet snin.", "Jien naħseb li hawnhekk l- Oppożizzjoni mhijiex qegħda tkun konsistenti fl- atteġġjament tagħha.", "Jekk nagħmlu elezzjonijiet amministrattivi fl-istess ġurnata ma' Malta u Għawdex kollu, allura dawn verament ikunu test ta' l-opinjoni pubblika u l-ħsieb tal-Gvern eżattament kien li nevitaw li l-elezzjoni tal-kunsilli lokali jkunu test ta' l-opinjoni pubblika bejn il-partiti politiċi li jikkontestaw l- elezzjonijiet ġenerali.", "U wieħed mill-metodi li semmejna ta' kif għandna nevitaw dawn l- affarijiet huwa li nqassmu l- elezzjonijiet.", "Kif għidt fit- Tieni Qari, il-Gvern huwa tal- fehma li l-fatt li se jkollna elezzjonijiet f'data fissa - li se tkun fit-tieni Sibt ta' Marzu - f'terz mill-kunsilli lokali kollha għandu jnaqqas u mhux iżid il-polarizzazzjoni u naħsbu li din għandha ssir run of the mill mingħajr dik il- kompetizzjoni li aħna mdorrijin biha għall-elezzjonijiet nazzjonali.", "Jiġifieri b'elezzjonijietkull tieni Sibt ta' Marzu ta' kull sena f'one third tal- pajjiż, għandna nibdew inħarsu lejn din is- sitwazzjoni mhux bħala xi ħaġa straordinarja imma kważi bħala ħaġa ta' rutina.", "Din l- argumentazzjoni li qiegħed jagħmel il-Gvern, pero' fil- fehma tiegħi u tal-Gvern ninsabu żguri li jekk nagħmlu elezzjonijiet fl-istess ġurnata ma' Malta kollha, hemmhekk veru jkun qed isir a mini test ta' l-opinjoni pubblika fuq il- Gvern tal- ġurnata.", "Dan kemm jista' jkun irridu nevitawh.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, li qiegħed jidher ċar huwa li l-Prim Ministru irid jevita u huwa marbut li jevita kull suġġeriment li tagħmillu l-Oppożizzjoni minkejja li qegħdin isiru suġġerimenti bi ħsieb ċiviku u mhux bi ħsieb partiġġjan, bi ħsieb pożittiv u mhux bi ħsieb ta' kuntrast jew diviżiv.", "Meta aħna qegħdin ngħidu li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali fuq il- bażi li l-Gvern għadu kemm għadda bil-maġġoranza tiegħu f'dan il-Parlament u li tfakkarni fl-espressjoni \"t- tiranija tal- maġġornaza\" għaliex qed tinjora mhux biss lill-Oppożizzjoni imma anke lill- opinjoni pubblika kif espressa - imma d-demokrazija hekk taħdem u dak huwa l- mekkaniżmu tagħha bil-partiti politiċi tradizzjonali involuti fihom - din in-naħa tal-Kamra qegħda tgħid li la wasalna f'dan l-istadju għallinqas ejja ma ngħaddux lill-pajjiż mill- konfront politiku fil-livell tal-villaġġi u ta' l-ibliet kull sena, għaliex se jkollna 22 lokal li qegħdin jikkontestaw u f'sena minnhom se jkollna elezzjoni ġenerali u imbagħad 22 lokal oħra li jkunu qegħdin jikkontestaw fi żmien tliet xhur.", "Aħna qegħdin ngħidu lill-Prim Ministru u lin-naħa tal-Gvern biex filwaqt li jagħrfu li hemm il- possibilta' li qed jgħid l-Prim Ministru, jiġifieri li dawn l- affarijiet tant jindraw li l- poplu jeħodhom bħala run of the mill u jaqa' f'apatija - xi ħaġa li ħadd ma jridha - jagħraf ukoll li hemm il- possibilita' li jiġri dak li qed nibżgħu minnu aħna ta' l- Oppożizzjoni - u tant nies f'dan il-pajjiż li qegħdin jesprimu ruħhom mhux f'kontest politiku għaliex iżommu ma' l- Oppożizzjoni Laburista - li jidħol fil- lokali tagħna s-sens ta' konfrontazzjoni perennjali.", "Hawnhekk, fil-qosor se nerġa' nirreferi għall-ktieb li semma l-Prim Ministru fl-introduzzjoni tiegħu tas-Second Reading.", "Il-Prim Ministru għoġbu jirreferi - u jien nħoss li rrefera tajjeb - għall-ktieb \"Saints and Fireworks\".", "Huwa rrefera għalih fil-kontest tal- kumment li għamel Profs.", "Jeremy Boissevain li preżentement m'għadniex kunsilli lokali.", "\"Saints and Fireworks\" jfakkarna - dawk minna li ġejjin minn villaġġi jew bliet fejn hemm il-partiti tal-festi m'hemmx għalfejn ifakkarna ħafna, imma Jeremy Boissevain nieħdu gost li jfakkarna għax għamel studju erudit fuq dan is- suġġett - fil-qasma li hemm f'dawk il-lokalitajiet, villaġġi u bliet li huma maqsumin minħabba l-partiti fuq il-qaddisin.", "Aħna li għandna l-eta' - mhux daqstant kbira, imma hija ċerta eta' - niftakru l-qasma ta' bejn il- parroċċi li kienet ferm aktar ħarxa mil-lum f'postijiet bħal Ħal Qormi u r- Rabat u f'postijiet oħra fejn għandek knisja waħda b'żewġ qaddisin jew l- istess qaddis b'żewġ baned.", "Jeremy Boissevain f'\"Saints and Fireworks\" kien għamel studju tassew dettaljat ta' din il-firda li għal tant snin tertqet u ttormentat lill- poplu fil-livell lokali.", "Dik il-firda naqset u naqset għaliex l-politika qatgħet across it.", "Naqset primarjament minħabba l-ġlieda politiko- reliġjuża tas-snin sittin.", "Jien kont inkun aktar interessat kieku xi soċjologu bħal Jeremy Boissevain jew Edward Zammit - għax aħna wkoll għandna soċjoloġi li huma tajbin ħafna, bħal Mario Vella - jagħmlu xi studju dwar in- nuqqas ta' dik il-firda.", "Imma l-fatt hu li din naqset minħabba l-criss-crossing tal- politika li kien hemm minflok il-criss-crossing li kien hemm qabel tas- \"Saints and Fireworks\".", "Li ġara hu li l- politika niżlet fil-livell lokali u jekk se nibdew nagħmlu elezzjonijiet kull sena fil- livell lokali - u l- Prim Ministru, bħala bniedem li jirraġuna, għallinqas din irid jikkonċediha - hemm il- possibilita' - anzi jien ngħid li hemm il-probabilita' - illi jkollok il-konfrontazzjoni fil- livell lokali u mhux sempliċement darba kull ħames snin kif jiġri għall- elezzjonijiet ġenerali.", "Din aħna qed nipprovaw inwarrbuha billi ngħidu li għallinqas din għandha tkun darba ma' Malta kollha.", "Issa jekk tkunx test ta' l-opinjoni pubblika dwar il-Gvern tal-ġurnata jew le ma jimportax.", "Il-Prim Ministru kemm-il darba qal li hawn numru ta' pajjiżi li jagħmlu kollox fuq bażi ta' partit politiku, kontra l-eżempji li semmejna aħna, ta' pajjiżi fejn il- partiti politiċi ma jidħlux fil-livell lokali.", "Jien nistaqsi kemm hawn pajjiżi illi jagħmlu elezzjonijiet across the board fuq livell lokali, u nitlob lill-Prim Ministru biex jiċċita dak l-eżempju wkoll ħalli għallinqas jersaq lejn l- għarfien ta' dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni u ta' dak li qed jgħidu tant nies barra minn dan il-Parlament.", "Imma mhux tlaqna mill-punto di partenza - u l- Prim Ministru fil-bidu tas- seduta tal-lejla reġa' fissru b'ċerta sinċerita' - li din hi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista, resaq biha quddiem l-elettorat u mhumiex se jiċċaqilqu minnha kif fakkru l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo, mhux il-każ li resqu b'din il-proposta quddiem l- elettorat.", "Imma żgur li din mhijiex l-attitudni li għandna nieħdu.", "Meta issa wasalna f'dan l-istadju li għaddew l- affarijiet kontroversjali li ried il-Prim Ministru, anke fuq din hemm għalfejn jinsisti meta tant nies qegħdin jibżgħu minn dan l-istat ta' elettriċita' elettorali - biex ma ngħidx tensjoni jew allarm!", "Allura lanqas tgħid li almenu se tirriflettu fuqha u mbagħad nerġgħu niġu għaliha?", "Din hija emenda li intimajnieha nhar il- Gimgħa u ġiet dettaljata llum.", "Il-Prim Ministru lanqas fuq din ma jrid jirrifletti!", "Allura aħna mhux bilfors ikollna naqgħu għall-pożizzjoni tagħna tal-bidu, li qegħdin ngħaddu liġi li l-ħsieb - biex ma ngħidx il-persuna - u l-mottiv warajha huma li l-partiti politiċi jkollhom it-training ground tal-battalja għall-gvern dejjem armata?", "Wieħed jista' jkompli jippartiġġjanizza din il- kwestjoni u jgħid li l- Partit Nazzjonalista llum huwa organizzat ħafna u jrid ikun organizzat iżjed.", "Is- Segretarju Ġenerali tiegħu qal li wasal iż-żmien li l-Partit jerġa' jirrinova ruħu u dan huwa wieħed mill-metodi kif jagħmel dan.", "Il- Partit Laburista jista' juża dan il- metodu wkoll imma aħna għażilna li nċaħħdu lilna nfusna - fis- sens illi naħsbu li jkun aħjar jekk ma jkunx hemm partiti politiċi f'dawn il-kunsilli - minn din il-ġirja ma' terz minn Malta kull sena.", "Allura l-Prim Ministru lanqas din ma jrid jikkonsidra?", "It-tieni punt li rrid insemmi huwa dak li qiegħed jiġi osservat u propost bħala emenda mill-Onor.", "George Vella, li meta ma jkunx hemm nies li jikkontestaw kunsilli lokali l- Ministru responsabbli jaħtar management committee għal sena - xi ħaġa li mhix mixtieqa minħabba t-tul u għaliex jekk se taħtar management committee aħjar ma tagħmlux għal sena u tagħmlu kompost minn civil servants.", "Jekk tagħmlu kompost minn civil servants, qed tgħid li l-amministrazzjoni nazzjonali qegħda tinżel fil- livell lokali kif inhi bħalissa.", "Mela l-poplu tal- lokal ma resaqx u l-amministrazzjoni ċentrali li trid tmexxi u ma tistax tieqaf qegħda tinżel hi b'nies mhux mid- distrett.", "U għaliex b'nies mhux mid-distrett?", "Il-Prim Ministru qal li nsista li jżomm l-option - mhux bilfors - li jkunu mid-distrett.", "Għaliex qed igħid hekk?", "Dan għaliex tista' ssib nies idonei mid- distrett imma jekk kemm-il darba l-elettorat tad-distrett avviċinat biex jesprimi ruħu demokratikament iddeċieda li ma jinnominax kandidati - allura għandek sitwazzjoni fejn ma resqu l-ebda kandidati, la l- partiti politiċi jekk se jikkontestaw, la l-partit tas- sfafar, la l-partit ta' l- ornitoloġija, la l-partit tal- klieb b'denbhom maqtugħ u lanqas il-partit tal-klieb b'denbhom mhux maqtugħ - u fuq din l-ipoteżi, għal xi raġuni, l-ebda partit ma ħass li għandu jinnomina, xi trid tkun ir-raġuni?", "Ir-raġuni trid tkun forza lokali li tgħaqqadhom fil-ħsieb tagħhom - u dan lanqas irrid ngħidlu boycott - fil-qagħda tagħhom, fid-deċiżjoni matura tagħhom u fid-deċiżjoni widespread tagħhom li ma jinnominaw lil ħadd u allura b'hekk jimblukkaw li ssir elezzjoni lokali ħalli ħadd ma jiġi maħtur biex ikun hemm dan il-kunsill.", "Mela dawn qegħdin igħaddu messaġġ fid- demokrzija lill-poplu, lill- Gvern u lil kulħadd li ma jridux kunsill.", "Allura kif jista' l-Prim Ministru,konsonanti mal- commitment tiegħu - li jien żgur li għandu - lejn id- demokrazija jgħid li jekk dawn in-nies għażlu li ma jkunx hemm kunsill għal dak il-perjodu, il-Gvern għandu jkollu dritt - u jagħmel sewwa li jkollu dan id-dritt - li jinnomina management committee anke minn dak il-lokal li ma riedx rappreżentanti minn fostu biex imexxu għal dak il-perjodu?", "U jekk dan huwa konċett demokratiku - ħalli ma ngħidx li mhuwiex konċett demokratiku - ma hux żgur li mhuwiex konċett demokratiku tajjeb?", "Ma hux żgur li hawnhekk il-Prim Ministru f'isem il- Gvern tiegħu qiegħed juri a degree of paternalism li f'demokrazija matura - kif aħna llum il- ġurnata - m'għandux ikollna?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ħalli nibda milll-aħħar punt, Mr Chairman, li diġa' esprimejt ruħi fuqu imma nerġa' niżviluppa ftit il-ħsieb.", "L- Onor. Lino Spiteri qal li jista' jkollna l-każ li residenti ta' lokalita' jiddeċiedu demokratikament li ma jinnominaw lil ħadd - din waħda mill- ipoteżi.", "Ipoteżi kuntrarja tista' tkun li minn fost ir-residenti, jkun hemm minn jixtieq jikkontesta u dan ma jikkontestax għaliex ma jkunx irid jesponi ruħu għal dan il-proċess elettorali.", "U naħseb li l-esperjenza tagħna lkoll hi li hawn ħafna nies li huma kapaċi li jimlew postijiet ta' deputati bħala rappreżentanti tal-poplu imma jekk inti tissottomettihom għall-proċess elettiv igħidulek: Jien x'nieħu billi noħroġ għall-elezzjoni?", "Naħseb li dan jista' jiġri immedjatament - għax għadna fil-bidu - u jista' jiġri 'l quddiem ukoll.", "Għalhekk ma naħsibx li għandna nxekklu lilna nfusna u ngħidu li dawn iridu jkunu civil servants u public officers.", "L- Onor. Spiteri donnu qal li dawn m'għandhomx jiġu identifikati mal-lokalita'.", "Bir- rispett kollu, jien naħseb li għandna nżommu l-options kollha available.", "Jekk ħadd ma jkun ikkontesta l-elezzjoni, il- Ministru jrid jara għaliex u jrid ikun għaqli biżżejjed li n-nies li jagħmel fuq il- kumitati jkunu nies li effettivament jinkoraġġixxu biex meta ssir elezzjoni - u din issir kemm jista' jkun malajr, jiġifieri tista' ssir xahrejn jew tliet xhur wara u mhux bilfors issir sena wara - Il-Gvern qed igħid li m'għandniex norbtu jdejna ż- żejjed meta ma nafux kif se jiżvolġu l-affarijiet.", "L-Onor.", "Spiteri qal li ma jridx jagħmel riflessjoni fuq il-kwestjoni ta' jekk l- elezzjonijiet isirux f'sena waħda ma' Malta u Għawdex kollha.", "Bir- rispett kollu, l- Onor. Spiteri mhux ma jridx jagħmel riflessjoni imma għamel ħafna riflessjoni.", "Din ma ddeċedejnihiex haphazardly billi ġejna fil-Parlament u ppreżentajna l-Abbozz ta' Liġi, anzi din hija maturazzjoni tal- ħsieb u hija differenti mill- White Paper ippubblikata qabel l- elezzjoni.", "Bil-maqlub ta' dak li qal l-Onor.", "Spiteri - għax proprju ħsibna - għidna li jkun żball li nagħmlu elezzjoni ma' Malta u Għawdex kollha għall-kunsilli lokali f'ġurnata waħda għax dik żgur li tiġi interpretata bħala test ta' opinjoni politika.", "Issa ż-żewġ naħat tal-Kamra qed ngħidu li dan ma rriduhx.", "L-Oppożizzjoni ma tridux billi qed teskludi l- partiti politiċi u l-Gvern qed igħid li għalkemm ma jistax u m'għandux jeskludihom ma jridx li l-elezzjonijiet lokali jkunu t-test ta' l-opinjoni pubblika fuq il-politika nazzjonali.", "Jekk nagħmlu l-elezzjonijiet fl-istess ġurnata żgur li dawn jiġu interpretati b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Spiteri staqsa jekk isiru l-elezzjonijiet fl-istess ġurnata ifisser li jkun aktar probabbli li jkun hawn polarizzazzjoni.", "Hawnhekk il- pożizzjoni tagħna hija li aħna naħsbu li nistgħu nagħmlu assessment ġustifikat u razzjonali u jekk l-elezzjonijiet nagħmluhom ftit ftit, se jkun hemm inqas klima elettorali milli jkun hemm jekk nagħmluhom kollha f'daqqa.", "Jekk l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali se nagħmluhom kollha f'daqqa - jiġifieri 67 kunsill li jeleġġu ma nafx kemm mijiet - trid issir ħafna preparazzjoni.", "Jekk dan il- proċess taqsmu fuq tliet snin, il-loġika tgħidli li l- probabbilita' hija li se jkun hawn inqas polarizzazzjoni.", "Jekk nieħdu l-ktieb ta' Jeremy Boissevain - u nafu li f'ċerti irħula tagħna hemm ċerta diviżjoni li ħafna drabi mhijiex pożittiva pero' f'xi sens hija pożittiva wkoll għax iġġib ċertu akkaniment pożittiv ...", "Jien naħseb li hemm ħafna aktar ċans li ma jkunx hawn it-tensjoni, il- polarizzazzjoni u l- akkaniment fuq bażi politika jekk l- elezzjonijiet nifirxuhom kif qed jissuġġerixxi l-Gvern f'perjodi ta' tliet snin, jiġifieri 1/3 tal-kunsilli jiġu eletti kull sena.", "Dan huwa sinċerament il-ħsieb tal-Gvern u ma naħsibx li wieħed jista' jgħid b'mod dommatiku jew b'mod ċert x'se jkunu l-konsegwenzi.", "Pero' naħseb li dak li qed isostni l- Gvern huwa loġiku.", "Din mhijiex kwestjoni ta' pika jew għax ma rridux naċċettaw l-ideat ta' ħaddieħor, pero' aħna rriflettejna fuq il-pożizzjoni u qed nifhmu li oġġettivament dak li qed ngħidu jagħmel sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-Emenda \"P\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "George Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id- division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il- Kumitat ġie sospiż fit-8.35 p.m. u rriżuma fid-8.55 p.m. meta ntqegħdet il-mistoqsija mill-ġdid fuq l-Emenda \"P\" u reġgħet intalbet votazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li l- Onor. Louis Deguara, l- Onor. Michael Frendo, l-Onor.", "George Hyzler u l-Onor.", "Carm Lino Spiteri huma paired ma' l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "George Gatt, l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Dom Mintoff.", "|VOTAZZJONI NRU. | |56 | |FAVUR: 27 | KONTRA: 30 | | | | |L-Onor. | L-Onor. | | | | |Abela Wistin |Bonello Du Puis | | |George | |Attard Montalto |Bonnici Josef | |John | | |Bartolo Evarist | Bonnici Michael| |Borg Carmel | Borg Tonio | |Brincat Joseph |Cassar Joe | |Brincat Leo | Cuschieri Louis| |Buhagiar Charles |Dalli John | |Buhagiar Louis |Debono Giovanna | |Calleja Reno |De Marco Guido | |Cilia Joe | Falzon Michael | |Farrugia Michael |Fenech Adami | | |Eddie | |Farrugia Noel | Fenech Joe | |Grech Edwin S | Galea Ċensu | | Micallef Freddie|Galea Louis | |Mifsud Bonnici |Galea Mario | |Karmenu | | |Mizzi Joe | Gatt Lawrence | |Moran Vincent C | Gauci Borda | | |Lino | |Muscat Philip | Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Nicholl Tony |Mifsud Bonnici | | |Ugo | |Portelli Alfred | Muscat Claude | |Refalo Anton |Muscat Richard | |Sant Alfred | Psaila Savona | | |Joseph | |Sant Salvu |Refalo Louis | |Schembri Adami | Refalo Michael | |Sandro |Angelo | |Spiteri Lino |Rizzo Naudi John| |Vella George |Tabone Anton | |Vella Carmelo | Vella John | | |Zammit Ninu | | | Zammit Stanley | | |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda \"P\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hi l-emenda \"O\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"O\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onoe.", "Membri: No) Carried.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Vakanzi każwali.", "Clause 9 - Casual Vacancies.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 9 titkellem fuq meta jkun hemm vakanza fil-kunsill lokali u kif isiru elezzjonijiet każwali.", "Fil-fatt l- Iskeda Nru 3 li diġa' approvajna tipprovdi li dawn l-elezzjonijiet każwali jsiru bħalma jsiru l-elezzjonijiet ġenerali.", "Il-proviso li hawn ma' din il- klawżola tgħid li jekk ikun hemm din il-vakanza fi żmien tliet xhur qabel ma tkun waslet id-data ta' l-elezzjoni tal- kunsill allura m'hemmx għalfejn issir elezzjoni każwali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 9 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Vakanzi ma jannullawx proċeduri.", "Clause 10 - Vacancy not to invalidate proceedings.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 10 tgħid li jekk ikun hemm vakanzi fil-kunsill lokali l-proċeduri li jsiru jkunu validi xorta waħda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawosla 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 10 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Kwalifika għall- Elezzjoni bħala Kunsillieri.", "Clause 11 - Eligibility for Election of Councillors.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 11 titkellem dwar il- kwalifika għall- elezzjoni bħala kunsilliera u tgħid li fil-każ ta' uffiċjali pubbliċi l- Estacode jista' minn żmien għal żmien jirregola - u issa bl- emenda se ngħidu jirrestrinġi - liema uffiċjali pubbliċi jistgħu jikkontestaw.", "Dwar dan ukoll kien hawn evoluzzjoni tal-ħsieb b'mod aktar liberali, fis-sens li aħna jidhrilna li ir-restrizzjonijiet fuq uffiċjali pubbliċi biex ma jkunux jistgħu joħorġu għall- elezzjoni kemm jista' jkun jitnaqqsu.", "Irrid infakkar li kienet politika ta' dan il- Gvern li għall-elezzjonijiet ġenerali wessajna ħafna aktar minn qabel il-possibbilta' li ufffiċjali pubbliċi jkunu kandidati għall-elezzjoni u effettivament mhux biss wessajna min jista' jkun kandidat imma għamilna provision li min ikun kandidat għall- elezzjoni ġenerali bil- liġi jrid jirriżenja mill- uffiċċju pubbliku tiegħu pero' għandu dritt li jerġa' lura kemm jekk ma jitlax f'dik l- elezzjoni kif ukoll jekk wara li jkun tela' f'dan il- Parlament ma jibqax iktar Membru tal-Kamra.", "Dan qed ngħidu biex ngħid li l-ħsieb tal-Gvern hu li r- restrizzjonijiet ikunu kemm jista' jkun limitati.", "Għalhekk nipproponi din l-emenda għal klawsola 11:", "\"Q\" Fil-proviso tal-klawżola 11 minflok il-kliem \"jirregola liema klassi- jiet ta' uffiċjali pubbliċi jistgħu jikkon- testaw\", għandhu jidħol il- kliem \"jirrestrinġi xi klassi jew klassijiet ta' uffiċjali pubbliċi milli jikkontestaw.\".", "\"Q\" In the proviso to Clause 11 for the words \"regulate which classes of public officers can contest\", there shall be substituted the words \"restrict any class or classes of public officers from contesting.\".", "L-idea hija li nistgħu ngħidu li d-diretturi li huma l- heads tad- dipartimenti ma jistgħux jikkontestaw għall- elezzjoni u l-oħrajn kollha jistgħu.", "B'hekk inkunu aktar liberali fir-restrizzjonijiet jiġifieri r- restrizzjonijiet ikunu mill-inqas.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, jien se nitkellem fuq l-ewwel parti ta' din il- klawsola.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-twaqqif ta' kunsilli lokali għall-amministrazzjoni fil- livell lokali hija sabiħa pero' l-biża' tiegħi - esprimejtha diġa', jekk niftakar sew meta kont mistieden għal dibattitu għand l-AZAD - hija li waħda mill-mardiet tal-politika Maltija u tal- parrokkjaliżmu esaġerat forsi se naqilgħuha minn fuq il-membri parlamentari u npoġġuha fil-livell tal- kunsilli lokali.", "Wieħed ma jridx jaqra din il- klawsola waħedha imma jrid jabbinha wkoll ma' l-artiklu 12.", "Fl-artiklu 12 hemm l- iskwalifika ta' persuna, li hija membru tal- parlament, milli tikkontesta għall- kunsilli lokali.", "Wisq nibża' li għalkemm jista' ma jkun hemm ħadd li jikkontesta bħala partit, jista' jkun hemm xi ħadd li jkollu ċertu timbru, jkunu jafu mil-liema area ta' ħsieb ġej u sussegwentement ikunu jafu x'interessi politiċi jista' jirrappreżenta.", "Aħna nafu li jista' jkun hemm xi ħadd li jkollu interess wieħed biss u li fil-livell lokali jagħmel il-ħmira għalih innifsu ħalli fl- elezzjoni li jkun imiss - jiġifieri fl-elezzjoni ġenerali - filwaqt li jkun qiegħed fil-kostitwenza u jieħu ħsieb in-nies fil-livell tad-distrett - u hawn mhux qed nirreferi għas-sistema nazzjonali imma għal dawk l- affarijiet li min jaf kemm ilna ngergru fuqhom, bħal bozza, triq, tarmac, ħofra, bankina u dettalji oħrajn ...", "Fuq dawn id-dettalji nibbażaw jekk dak li jkun hux raġel u jekk ikunx qdiena u mhux fuq dak li jagħmel fil- Parlament!", "Darba kont qiegħed Għawdex u kont qed niddiskuti ma' persuna u għidtilha li hi żgur m'għandhiex għalfejn tgerger għax is-servizzi soċjali, iċ- children's allowance, eċċ., kollha ħadithom.", "Hi qaltli li bħalma ħadithom hi kien ħadhom ħaddieħor u qaltli wkoll li għaliha raġel kien dak il- wieħed liġabilha l-bozza fuq il-bieb.", "Jien mhux qed insemmi dan il- każ għax il- persuna hija Għawdxija, għax fil-fatt naf b'każ ta' persuna Maltija li kienet se tieħu l- mogħoż tagħha biex jitgħammru u marret għand ministru biex dan iċempel lill-ministru ta' l- agrikoltura ħalli mbagħad dan jassiguraha li t-tagħmir tal- mogħoż isir sew.", "Jekk għandna l-intenzjoni li b'dawn il-kunsilli lokali neqirdu l- parrokkjaliżmu u l- klijenteliżmu mill-politika Maltija, il-biża' tiegħi hija illi se jkun hemm nies illi jidħlu fil-livell lokali b'missjoni waħda, dik li jirrendu ruħhom popolari man- nies bħala kandidati prospettivi għall- elezzjoni ġenerali li jkun imiss.", "Jekk aħna rridu eżempju m'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod.", "Kull min f'xi distrett partikolari jiġi nominat għal president jew għal segretarju ta' kumitat ta' partit politiku, jagħmel dan bil-għan li jsiru jafuh in-nies biex meta tiġi l- elezzjoni dawn ikunu jistgħu jgħidu min ħadem u min ma ħadimx għal dik il- lokalita'.", "Meta joqorbu l- elezzjonijiet ġenerali kulħadd ikollu mitt sena biex jitlaq mill-Parlament ħalli jmur idur fid-distrett għax inkella jkun qed jitlef \"ħidma\" li mhijiex politika.", "Fil-fatt kulħadd jibda jgħid: Aħjar immur indur id-distrett għax qed jaħdmuni!", "Din hija l-espressjoni li tintuża u qed nuża l- espressjonijiet illi nstemgħu hawnhekk u li jirrepetu ruħhom diversi drabi.", "Jien nista' ngħid x'kont nemmen jien - għalkemm ma jfissirx li dan bilfors kien tajjeb u rnexxa.", "Fil-Partit Laburista kienet saret emenda fis-sens li min joħroġ għall-kumitat lokali tal-Partit meta toqrob l- elezzjoni jrid jirriżenja.", "Wara ħafna dibattitu jiena kont ipproponejt li min ikun impjegat tal-Partit ma jistax jikkontesta l- elezzjoni ħalli ma jkunx inqeda bil-mezzi tal- Partit, għamel il-bejta tiegħu u wara li jkun firex is-sodda tajjeb minn fuq dahar il- Partit, ikollu l-propaganda tiegħu lesta għax ikun għamilhielu l-Partit.", "Il-bieraħ Daphne Caruana Galizia f'wieħed mill-ġurnali kkummentat illi forsi l-membri tal-parlament se jħossuhom inutli għaliex mhumiex se jkunu msejħin iżjed mill-kostitwenti biex jaqdu ċerti doveri.", "Jien ngħid li la dawn il-kunsilliera u lanqas il-membri tal- parlament m'għandhom ikunu mfittxija għal ċerti bżonnijiet li għandhom isiru awtomatikament.", "Mhux sewwa li biex tieħu ċerti servizzi trid toqgħod tmur għand membru tal- parlament.", "Jekk ikollok bżonn xi servizz li għandu x'jaqsam ma' l-ilma - bħal per eżempju biex jiġi l-bowser ta' l-ilma - ma jkollokx għalfejn iċċempel lill-ministru inkarigat.", "Dawn huma affarijiet żbaljati u wieħed m'għandux jippretendi li flok din is-sistema se naddottaw dik tal-kunsilli lokali u mbagħad ikun hemm nies li jgħidu li aħjar jaħdmu l- għalqa tagħhom.", "Per eżempju, s-sistema tad- door-to-door kienet saret moda mal-membri parlamentari.", "Min kien jagħmilha kien imur iħabbat fuq il-bibien fejn jaħseb li se jivvotawlu, addio l-idea li jmur biex jikkanvasja bibien oħrajn jew jiddiskuti affarijiet bħal dawn ma' nies oħrajn.", "Kien ikun hemm areas fejn ikun hemm għaxar kandidati u la jkun mar wieħed iħabbat il- bibien, l-oħrajn jagħmlu bħalu.", "Imbagħad f'areas oħrajn li jkunu xi ftit 'il bogħod li ma jilħaqhom ħadd, fejn ma jkunx hemm ħafna voti jew fejn jaħsbu li mhumiex tal-partit, lil dawk jinsewhom għax jekk imorru għandhom ikunu qed jaħlu ż-żmien.", "Issa s-sistema li ġejja se tkun sistema fejn dak li jidħol fil-kunsill lokali jkun jaf li se joħroġ kandidat u mhux se jiddikajra minn qabel li l-intenzjonijiet tiegħu huma li jibqa' fil-livell tad- distrett ħalli jibqa jaqdi d- distrett.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Inti trid tasal għall- konklużjoni li m'għandhomx jikkontestaw nies li jkunu mil- lokal?", "Għax donnu l- argumentazzjoni li qed tibni fuqha hija biex twassal għal din il- konklużjoni loġika ma' l-argument tiegħek.", "ONOR.", "JOE BRINCAT: Jiena qiegħed nibni għal dan l-iskop.", "Il-Prim Ministru qala' kritika minħabba li l-partiti politiċi se jkunu hemmhekk.", "Trid jew ma tridx, b'mod jew ieħor, il- partiti politiċi se jkunu hemm u nagħti eżempju.", "F'kumitat tal-banda, suppost ma jkollokx naħa jew oħra politika, anzi jkollok tabella kbira fejn ikollok esklużjoni biex ħadd ma jitkellem fuq politika imma kulħadd ikun jaf illi erba' tal-kumitat huma ta' kulur mod u s-sitta l-oħra huma ta' kulur mod ieħor.", "Issa għalkemm dan huwa każin tal-banda, kull min jitfa' l-vot jivvota lil dawk li jaqblu miegħu, għax jiltaqa' magħhom fil-Każin tal-Labour jew fil-Każin tan- Nazzjonalisti.", "Din hija s-soċjeta' u inutli niġbdu l-għamad fuq għajnejna u ngħidu li din mhijiex ir-realta'.", "Jekk wieħed ma joħroġx bit-timbru jew jagħmel l-ewwel pass f'xi kumitat tal-football, jgħidu li qed jagħmel hekk għax se joħroġ għall-elezzjoni li ġejja.", "Din tiġri anke lil min ikun fil- politika.", "Jien niftakar li kont nieħu gost immur il-festa ta' San Ġużepp tar-Rabat pero' f'daqqa waħda beda jingħad li se noħroġ fuq id-distrett tar- Rabat.", "Issa x'inhu l-ħsieb tiegħi f'dan?", "Huwa ħażin li nagħmlu din il- biċċa xogħol għax jista' jiġi żmien meta l- partiti politiċi u l-membri parlamentari li jkunu fihom jibdew iħossu li għandhom jagħmlu fielding ta' nies għall-image veru tal-partit jew ta' l- ideat tagħhom illi mhux bilfors ikunu residenti f'dak il-lokal u biex ma jħallux li ċerti nies l-ewwel jagħmlu l- bejta u mbagħad meta tiġi l- elezzjoni jinqdew b'dak li jkunu għamlu għalihom personali.", "Għaliex?", "Għax din se ġġib ċertu konflitt bejn il- membri parlamentari li qegħdin hawn u l-oħrajn li qed \"jaħdmuhom\" fil-livell tal- kunsill għax parti minn dak li qalet Daphne kien verita'.", "In- nies imdorrijin li wieħed ikun tajjeb għax ikun għamlilhom il- bozza, it-tarmac jew għax ikun fetħilhom it-triq li l-ħmar ikun fetaħha qabilhom.", "Malta mimlija b'tabelli tal- mejtin li mietu bid-diżgrazzji u bl- ismijiet tal-ministri tad- distrett li fetħu xi ħaġa fid- distrett tagħhom, jiġifieri jekk aħna m'aħniex pajjiż tal- monumenti, dawn il-monumenti jeżistu żgur.", "Per eżempju, f'Malta ssib li dan il-ġnien fetħu l-ministru, dan il-bank fetħu l-ministru u kien hemm ħaddieħor li kien jiftħu qabel ma fetħu l-ministru għaliex waħda mir- redikolaġnijiet ...", "Jien immur għal affarijiet oħrajn u għal diversi kpiepel differenti.", "Per eżempju, l- kultura barranija kif tbejjed fil- postijiet fejn ikun il- ministru?", "Il-ministru, bil- mentalita' żbaljata li l- politika hija parti mill- ispettaklu, jagħmilha fid- distrett ħalli n- nies tad- distrett jgħidu: Ara ħaseb fina.", "U dawn l-affarijiet huma żbaljati għax jien nippretendi - qed ngħid għal diversi żmenijiet tal- kultura ...", "Per eżempju, meta konna naraw li ġejjin il-ballerini dawn kienu jmorru f'ċertu distrett fis- South u kull darba li jinbidel il- ministru, l-kultura Maltija kienet tinbidel minn post għal ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Inzerta li qatt ma kien hemm ministru tal-kultura mill- Qrendi.", "Dan hu eżempju żgħir.", "Issa x'se jiġri?Issa se jiġri bil-maqlub ta' dak li qalet Daphne għax meta qalet li \"they're going to shed from their shoulders the responsibilites for these small things\" dan m'hu veru xejn.", "Għaliex?", "Għax issa l-membru parlamentari mhux se jikkonċentra iżjed fuq l-affarijiet li jolqtu lin- nazzjon.", "U jekk mhux se jmur idurhom, se jdurhomlu ħaddieħor.", "Imbagħad jibdew igħidulu: Min jaf kemm-il membru parlamentari, anke ministri - ddedikaw ħinhom hawnhekk fil-Parlament jew inkella f'affarijiet governattivi għaliex ried jagħmlu l-affarijiet li jeqirdu l- kampaniliżmu, il- parrokjaliżmu u l-klijenteliżmu - jitilfu l-favur fis- sistema tagħna huma personalment ma' l-elettorat - u mhux il-partit - għaliex ma jagħmlux il-favuri partikolari!", "Mela issa billi klawsola 11 iktar u iktar se torbot il-persuna mal-lokalita' fejn toqgħod, il-biża' kbir tiegħi hija li n-nies se jintrabtu ma' individwu li jgħidilhom: Hawnhekk jien tagħkom għaliex lili tafu.", "U meta jiġru dawn l-affarijiet l- partiti li b'xi mod għadhom se jidħlu f'dan il-qasam ladarba se jsiru, minflok ikollhom il- poter li jgħidu: We are going to run f'dik il- lokalita' imma lin-nies se noħorġuhom aħna għax irridu li jkollna responsabilta' li se jkun hemm amministrazzjoni tajba ...", "Imma n-nies dan mhux se jkunu jafuh.", "In-nies għal xiex se jibdew jivvotaw, għat-tikketta tal-personaġġ li jkun ppropona l-partit jew inkella se niġu għas-sistema doppja f'dan il- qasam?", "Hawnhekk, Mr Chairman, waqt li nifhem li l-idea li l- amministrazzjoni tersaq lejn iċ-ċittadin hija ħaġa tajba, irridu nifhmu wkoll li għandna affarijiet li huma ingrained fil-karattru Malti f'dak li writna minn żmenijiet ta' qabilna, mill-kultura Mediterranja tagħna u mill- mentalita' u mill-formazzjoni tagħna bħala nies.", "U x'jiġri?", "Mhux l-ewwel dark horse li tela' fl-elezzjonijiet ġenerali għax ikun qagħad idur mal- każini kollha - jista' jkun li lanqas f'meeting pubbliku ma jkun qatt tkellem għax lanqas ikun jaf jitkellem jew għax jistħi min-nies u kulma jkun għamel huwa li jgħid lin-nies li qed jaqbeż għall-jeddijiet tagħhom.", "Naħseb li kull min xi darba kien ministru għandu esperjenza ta' dawn l- affarijiet.", "Xi nies jgħidulek: Kieku taf kemm nirċievi ittri mingħand dak!", "Ħafna drabi anke l-interpellanzi jkunu ad ominem, skond il- każ tal- persuna.", "Issa x'se jiġri?", "Jekk irridu d- devoluzzjoni tal-poter min-naħa tal-Gvern ċentrali għall- kunsilli lokali, fl-istess waqt irid irid ikun hemm garanzija li min qed jaħdem fil-kunsilli lokali mhux se jagħmel kompetizzjoni unfair fl- elezzjonijiet għall-Parlament.", "Mr Chairman, irrid nitkellem fuq il-punt li jirrigwarda l- ħtieġa li r- reġistrazzjoni tal- kandidati tkun marbuta mal- lokalita' fejn bniedem ikun joqgħod.", "Jista' jkun li wieħed ma jkunx għadu joqgħod f'dik il-lokalita' imma jkollu rabtiet magħha għax missieru jew qrabatu jkunu għadhom joqogħdu hemm; jista' jkun li wieħed jippreferi jagħti s- servizz tiegħu mhux fil- lokal fejn joqgħod ħalli n-nies ma jkunux jistgħu jmorru jħabbtulu l-bieb x'ħin ifettlilhom.", "Għax jekk, per eżempju, xi ħadd imurlu l-meter ta' l- ilma minflok li jmur fl- uffiċċju inkarigat, jista' jiddeċiedi li jmur għand il- kunsillier għax dan ikun jista' jagħti l-ordnijiet biex dak il- meter jissewwa.", "Hawn nista' nerġa' nsemmi l-eżempju ta' dak li mar jitlob lill-ministru tad-distrett biex iċempel lil ministru ieħor ħalli jgħidlu biex il-mogħża tiegħu jgħammarhielu tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Ma nistax insemi ismijiet, imma din veru ġrat.", "Dan mar biex ikollu garanzija ...", "Mhux qed isir hekk?!", "Forsi mhux qed isir hekk dwar il- mogħoż, imma affarijiet oħra qed isiru u jekk ma nammettux ifisser li m'aħniex qed ngħixu fir- realta'.", "Irridu nkunu realistiċi.", "F'pajjiżna ħafna drabi jkun hemm dak li ssemma l-bieraħ, it-theddid u r-rikatt bil- voti, u dan ma jgħoddx biss għall-partiti, imma anke għall- kandidati.", "Jekk irridu ngħaddu dawn il-poteri żgħar fil-livell lokali, ma rridux norbtu jdejn il-persuni li forsi 'l quddiem ikunu jridu joħorġu għall- elezzjonijiet ġenerali.", "Jista' jkun li għada pitgħada l- partiti - u mhux qed ngħid biss għaż-żewġ partiti rappreżentati hawnhekk, imma jista' jkun hawn partiti oħrajn li jiddeċiedu li jidħlu għal dan il-qasam ...", "Din il-problema rbattha ma' klawsola 12 u s-Sinjorija Tiegħek tista' tgħidli li qed nantiċipa għax din niddiskutuha aktar tard, imma meta qed niddiskutu din il-klawsola naħseb li hemm bżonn li niddiskutu klawsola 12.", "Jien nixtieq li f'dan il-qasam ta' tmexxija jidħlu nies li huma dedikati ċivikament u mhux biex kariga bħal din isservihom bħala spring-board biex minn klawsola 11 jaqbżu għal klawsola 12, jiġifieri they may become members of the House of Representatives.", "Jista' jkun hemm bżonn li ssir emenda kostituzzjonali, għax bħalma mingħalija min ikun fl- Employment Board f'ċertu perjodu ma jistax ikun kandidat għall-elezzjoni, ikun tajjeb jekk anke dawn l-affarijiet li se nagħmlu norbtuhom b'dan il- mod.", "B'hekk min se jikkontesta l-elezzjonijiet għal dawn il- kunsilli jkun jista' jgħid: Jien se naħdem at a local level; jekk jien m'inix se naħdem at this level għax irrid insir Membru tal-Parlament, naħdem għal numru ta' snin fuq il-kunsill, imbagħad ikolli moratorium, fis-sens li rrid naqbeż elezzjoni qabel ma nikkwalifika biex nikkontesta elezzjoni ġenerali tal- pajjiż.", "Għaliex?", "Hawnhekk jien qed nagħmel suġġeriment ħalli dawk in-nies li se jieħdu ħsieb at a local level ....", "Wieħed jista' jgħidlek li ma jridx imur il- Parlament għaliex ma jinteressahx jew għaliex jaħseb li ma jasalx għal- livel tal- Parlament pero' għal-livell tal-pajjiż fejn joqgħod jew fejn ma joqgħodx pero' fejn għandu rabtiet jieħu gost.", "Din ta' fejn għandek rabtiet u m'għandekx issa nispjegaha.", "Il-bieraħ kont mistieden żewġ passi 'l bogħod mid-dar tiegħi għall-ftuħ tal-każin tal-banda tal-Marsa u osservajt li s- siġġijiet tal-mistednin kienu veru mimlijin kollha.", "Nies fuq barra kien hemm ftit pero' dawn kienu dawk in-nies li huma minn hemmhekk imma m'għadhomx joqogħdu hemmhekk.Mela dawn ġew għaliex saru jafu bil-ftuħ minħabba r-rabta tar-roots, imma nies li joqogħdu fil-post stess rajt ftit u żgur li ma kienx hemm in-nies li tarahom kollha hemmhekk meta jkun hemm il-marċ tal-festa.", "U dan mhux fil-Marsa biss jiġri imma jiġri wkoll f'postijiet oħra.", "Din il-liberta' għandha titħalla, u t-tieni nett - u hawn nixtieq li l- Prim Ministru jagħti kasi - jekk hemm bżonn li ssir emenda kostituzzjonali, din għandha ssir.", "S'issa qegħdin tajjeb dwar min ikun membru biex jikkontesta bħala membru tal-parlament u dan is- suġġeriment qed nagħmlu ħalli ħadd ma jaħseb li qed tagħmluha ad ominem.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġrilek hija li tagħmel liġi li tgħid li biha se tolqot lil Miss Pauline Abela għaliex skond id-definizzjoni tal-liġi tidher hi fin-nofs li se tintlaqat minnha.", "U dak huwa ħażin.", "Illum li m'hemmx kunsillieri lokali, li l-liġi għadha qed tiġi fformata u li għadu kollox fil-furnace jaqbel li nikkonsidraw din l-emenda kostituzzjonali li wieħed li jkun kunsillier ma jkunx kandidat għall-elezzjoni ġenerali, ħalli min se jaħdem at a local level, ikun iktar ....", "Forsi tgħiduli li jekk ikun irrenda servizz, kapaċi jkollu futur fil- Parlament.", "Jien ngħid li jekk kunsillier li jkun għadu in office, jagħżel li jibda minn dik it-triq biex joħroġ għall-elezzjoni, irid jistenna li jkollu l-moratorium, bħalma hemm f'pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, l- President Mitterrand huwa sindku ta' pajjiżu, imma hemm differenza.", "Hemmhekk għandhom is-sistema li minn kull distrett tiġi eletta persuna waħda.", "Hawnhekk m'għandniex dik is-sistema imma għandna sistema mod ieħor.", "Is-sistemi jistgħu jkunu tajbin on paper imma meta mbagħad tiġi biex tapplikahom fil-prattika, dawk is-sistemi li taħseb li huma tajbin issib ċerta diffikulta' fihom.", "Nista' nassigura lill- Prim Ministru li m'inix nagħmel fillibustering u nixtieq nikkonvinċieh fuq dan.", "(Interruzzjonijiet)", "Dan il-punt jien kont qed niddiskutih anke ma' nies barra minn din il- Kamra u hawn anke xi wħud hawn ġew li jistgħu jgħidu kif oriġina l-argument li trid temenda l-Kostituzzjoni.", "Huwa tajjeb li temenda l- Kostituzzjoni għax ma rridx nara li at a local level - naħseb li l-Prim Ministru u l- membri parlamentari tan-naħa tiegħu dan jifhmuh u japprezzawh - ikun hemm membri parlamentari li jkunu validi, li għax ma jkunux qagħdu għas- sistema antikwata tal- kampaniliżmu jinqalgħu barra meta forsi setgħu jagħtu tant kontribut.", "Dawn jinqalgħu mhux għax ma jkunux iridu joħorġu iżjed għall- elezzjoni - għax dik hija liberta' tagħhom li ħadd ma jista' jċaħħadhielhom, għax hawnhekk ma ġejniex għall- perpetwalita', jistgħu ma jtellgħukx in-nies u tista' tiddeċiedi li ma titlobx lin- nies biex itellgħuk - imma jkun hawn nies li joħorġu biex jitilgħu għax ikunu taw servizz tajjeb lill-pajjiż, imma mbagħad meta jiġu għall-fatti jsibu li l- ġrieden ta' l- imramma tad-distrett ikunu gerrmulhom kollox.", "Jien għad nagħmel private members' bill fuq is-sistema tat-tpartit tal- vot għax waħda mill-affarijiet li ma nemminx fihom hija d-door to door visits li bihom il-kandidat jista' jġib ħafna affarijiet.", "Il-wegħdi diżonesti li kienu jsiru lin-nies u li bihom wieħed kien jaħdem lil sieħbu huma affarijiet li nafuhom.", "Din il-kwestjoni li norbtu mad- distrett fil- lokalita' se ġġib iktar kampaniliżmu u parrokkjaliżmu, se ġġib iktar is- sistema kif torbotha ma' klawsola 12, li se jkollna nies li l-iskop tagħhom hu biss kif jieħdu ħsieb il-bejta żgħira tagħhom u jassiguraw li jkollhom 2,500 vot personali.", "Bejn li jibdew bit-tajjeb u bejn dawk il-voti li jirtu ikollhom siġġu assigurat f'dan il-Parlament.", "Imbagħad veru jkollna bżonn nagħmlu devoluzzjoni tal-poteri kollha għaliex dan il-Parlament jibda jimtela bin-nies li jkollhom diġa' l-poter f'idejhom imbagħad jiġu hawnhekk bil- poter devolut.", "Tajjeb li jkun hemm dawn l-affarijiet, pero' rridu noqgħodu attenti għax il- liġijiet jistgħu jkunu sbieħ on paper, imma n- nies li jħaddmuhom jistgħu jkunu differenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Smajt b'attenzjoni dak li qal l-Onor.", "Brincat.", "Naturalment l-argument tal-parrokkjaliżmu kulħadd jissottoskrivih, pero' fil-ħajja trid tagħżel.", "Aħna qed ngħidu li jekk il-kunsilli lokali jridu jkunu magħmula minn nies li għandhom l- interess tal-lokalita' għal qalbhom u li jridu jaħdmu għal- lokalita', fl-opinjoni tiegħi, jagħmel ħafna sens li l- kandidati jkunu minn dik il- lokalita'.", "U naħseb li din hija loġika.", "Kif ipprovajt ngħid lill-Onor.", "Brincat meta għidtlu biex jiġbed il- konklużjoni loġika għall- argumentazzjoni tiegħu, kieku naslu biex ngħidu li wieħed ma jistax ikun kandidat għal- lokalita' tiegħu, ċertament tmur kontra l-ispirtu kollu li rridu li d-devoluzzjoni tal- poter ikun viċin kemm jista' jkun taċ-ċittadin li jkun influwenzat mid- deċiżjonijiet li jittieħdu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"Q\" għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- mistoqsija hija klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Persuni li ma jistgħux joħorġu għall-Kunsill", "Clause 12 - Persons not qualified to stand for Council ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 12 tgħid dettaljatament min huma l- persuni li ma jistgħux joħorġu għall-kunsill.", "Naħseb li wieħed jista' jikkummenta fuq l-esklużjoni tal-membri tal-Kamra tad- Deputati, li diġa' tkellimna fuqhom f'dan id-dibattitu.", "Aħna deherilna biex ma jkunx hemm il- polarizzazzjoni politika - kif nifhmu l-kelma fis-sens komuni - li aħjar li d-deputati ma jistgħux ikunu eletti għall-kunsilli lokali.", "L-oħrajn huma restrizzjonijiet li hemm in parti meħudin mill- Kostituzzjoni stess u oħrajn partikolari għall-każ tal- kunsilli lokali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Chairman, jien żgur li naqbel li m'għandux ikun hemm membri parlamentari għaliex inkella nkunu qed nittrasferixxu dan il- Parlament - niġi għall- argument ta' l-ewwel - għall- parrokkjaliżmu l- iktar sfrenat li konna qed insemmu.", "Pero' mbagħad rigward dak li qal il- Prim Ministru, jien nixtieq ngħid jekk membri parlamentari ma jkunx hemm, allura x'jiġri issa għall-iskop tiegħu li ma jkunx daqshekk partiġġjan li f'daqqa waħda issib id-defeated candidates ta' partit kontra d- defeated candidates ta' partit ieħor.", "Mela l-polarizzazzjoni se tibqa' hemmhekk.", "Jien persważ li f'ċerti areas fejn membri tal-parlament ġew defeated dawn se jagħmlu minn kollox biex jitilgħu għallinqas fil-kunsill lokali.", "Ir- raġuni hi li jekk dawn għandhom ċans jitilgħu f'xi kumitat ta' xi ħaġa, dawn bilfors se jipprovaw jidħlu għax inkella jintesew - anzi biex inkun eżatt jinqatgħu min-nies - bil-konsegwenza li se naraw id-defeated candidates ta' kull naħa kontra xulxin.", "Dik il-polarizzazzjoni li l- Prim Ministru qed jgħid li jrid jevita qed tiġi ripetuta bil- kandidati, bl- added disadvantage illi bil-kandidati tal- partit - wieħed ta' partit kontra l-ieħor li ma ġiex elett - se jkollhom ukoll jiffaċċjaw l- antagoniżmu li jkun ġej mill- membri tal-parlament li ġew eletti.", "Ir- realta' hija li l- membri li jitilgħu fil- Parlament huma l-ħżiena, it- tajbin huma dawk li jibqgħu barra.", "Il-kukkanji u l- alleanzi - unholy alliances - li jeżistu bejn il-kandidati li għax ma jkunux ġew eletti jipprovaw jaqilgħu 'l barra lil ta' qabilhom, huma parti mir- realta' politika ta' pajjiżna.", "Il-partiti politiċi huma bħal tal-fratellanza għax kulħadd jimxi bix-xemgħa, wieħed wara l-ieħor u jdaħħalha f'dahar ta' quddiemu.", "Dik hija l- fratellanza li tesiżti fil- partiti politiċi.", "(Interruzzjonijiet) Jien għalhekk qed ngħid tal-fratellanza minħabba l-mod kif iżommu x-xemgħa.", "Naħseb li fhimtuni.", "Dan huwa ħażin.", "Issa tiġix tgħidli li m'għandhomx ikollhom platform.", "Per eżempju, jekk jien se nilgħab il-football f'xi professional league, tiġix tgħidli li għandi d- dritt nilgħab ukoll fl-ameteur league, għax inkella se noħolqu ċerti konflitti.", "Hekk jista' jiġri f'pajjiżna u mhux talli ma nsolvux il- problemi talli naggravawhom.", "Nistħajjilkom tgħiduli li jien għandi xi ħaġa kontra dak li se joħroġ kandidat.", "Le, m'inix kontra, anzi nixtieq li kieku joħroġ fil-beraħ on a national level biex ikun jista' jibda jingħaraf mill-partit li kapaċi jirrendi għall-Parlament u mhux ikun qisu electrician isewwi l-bozzoz jew xi wieħed li jiftaħ d-drenaġġ jew xi wieħed li jsewwi xi kanna ta' l-ilma mifqugħa.", "Min jaf kemm l-Onor.", "Ninu Zammit - li kien qal li qabel kien isir mod u issa jsir mod ieħor - jara quddiem wiċċu minn dawn l- affarijiet fid-distrett tiegħu!", "Jien niftakar żmenijiet oħrajn meta - anke ta' żmieni niftakar ukoll għax jekk il-memorja tiegħi twassal 'il bogħod, aħseb u ara tal-viċin niftakarahomx - anke ġieli kont indejjaq lill-Onor.", "Membru biex inkellmu fuq in-nies tad- distrett tiegħu u hu kien jgħidli li ħadulu rasu.", "Għandu raġun.", "Jien nirringrazzja lill-Alla li xagħri waqagħli, imma għallinqas ma tliftux fix- xejn.", "Jien niftakar kollox.", "Għaliex?", "Għax jien għaddejt minn manglu li bħalissa ...", "(Interruzzjonijiet) Mela, la qed tagħmilli mistoqsija personali, ħalli ngħid din.", "Darba mort fuq il-Prim Ministru biex inkellmu fuq sieħbi li kien miegħi fil-kors - illum l- Onor. Joe Cassar, wieħed min- nies twajbin u ta' kuxjenza li hawn f'dan il- Parlament - u għidtlu biex lil dan il-bniedem ma jħallihx fit-tul għax kien se jitkisser.", "Taħseb li dan il-bniedem ma kellux pressjoni u ġenn fuqu?", "Kienu jiġu nies għandi biex jgħiduli fuqu u jien ridt noqgħod niddefendih magħhom.", "Għaliex?", "Għax hekk hija l-mentalita'.", "Aħna nafu li membru parlamentari ġieli jkollu jiftaħ constituency office fid-distrett u kien hemm każ fejn infetaħ anke ministeru.", "Wieħed kellu kull dritt jistaqsi kif dan il- ministeru spiċċa fi triq bejn wieħed li jbigħ il-madum u ieħor li jbigħ il-pompi.", "Dawn l-affarijiet ġraw.", "U dan kollu għalfejn?", "Dan sabiex il- politiku ikun available għan- nies li naturalment ikunu jridu jaraw lill-ministru.", "Jien mhux qed ngħid għall-Ministru ta' Għawdex illi tippretendi li jekk għamiltu Ministru għal Għawdex ikun Għawdex.", "Imma ma jistax ikun li jkollok il- Ministru tal-Kummerc li jkun bejn l-industrija u l-kummerc peress li naħa waħda jagħmlu l- madum - allura dik tkun industrija - u n-naħa l-oħra jbiegħu l-pompi - allura dak ikun kummerc.", "Dawn l- affarijiet kienu jsiru dak iż- żmien, kien ikun hemm il-bżonn li jsiru, mela ejja nieħdu ħsieb li nevitawhom.", "Jien qed ngħid li l-Prim Ministru jrid jevita l- polarizzazzjoni politika fis- sens ta' l-antagoniżmu politiku biex in-nies ma jobogħdux lil xulxin.", "Ngħidha ċara u tonda li fiż-żmien ta' l-elezzjoni n- nies tħoss li tista' tibdel l- ideat politiċi tagħha.", "In-nies kultant ibiddluhom l-ideat politiċi tagħhom peress li jkun hemm min ma qdihomx kif xtaqu u allura jduru għal tan-naħa l- oħra biex forsi jaqduhom aħjar.", "Jien mhux qed nirreferi għall- votanti biss.", "Hawnhekk kien hawn żmien fejn forsi anke stajna nagħmlu zebra crossing.", "Ġieli kandidat l-ewwel joħroġ ma' partit, imbagħad jara li ċ- chances tiegħu huma batuti u ftit qabel l-elezzjoni jara d- dawl u jibdel fehmtu u joħroġ mal-partit l-ieħor.", "Mr Chairman, naqbel li jkun hemm id-divjett għall-membri parlamentari.", "Alla ħares kellhom ikunu l-membri parlamentari li jagħmlu dan ix- xogħol għax ara kieku quddiem in-nies tar-raħal kemm jipprovaw jagħmlu show kontra xulxin biex jidhru li huma qed jiġġieldu u mhux tan-naħa l- oħra.", "U jekk ikunu ħamsa, tnejn min-naħa u tlieta min- naħa l-oħra, ara kemm ikun hemm breathing down the neck għal dawn il-kwestjonijiet.", "Clauses 11 and 12 huma fundamentali u wieħed irid jirrifletti fuqhom għax hemm ċerti dnubiet ta' l- imgħoddi li ilna nkaxkru bihom żmien twil.", "Taħt Gvern Nazzjonalista ta' l-antik niftakar li kien mod, taħt Gvern Laburista f'ċertu żmien kien mod u taħt Gvern Nazzjonalista ta' warajh kien mod ieħor, filwaqt li taħt il- Gvernijiet Laburisti kien l- istess u llum is- sitwazzjoni baqgħet xorta.", "U jekk wieħed jeżamina bis-sinċerita' r- riżultati elettorali, igħid: Kif dan seta' qatt qala' lil dan?", "Dan qala' lil dan għaliex dan kien qiegħed jikkonċentra hawnhekk jew fuq xi affarijiet oħrajn u l-ieħor kien qed jaħdimlu d-distrett.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il- ħin.", "Fid-9.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal- Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il- Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Aġġornament tal-lum a jitteħidx u li l- Aġġornament li jmiss jittieħed mill- Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Nitlob issa lill-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar it-Tlieta, l-1 ta' Ġunju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Kunsilli Lokali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income - it- Tieni Qari (Kont.)", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar iż- Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizzzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tal- Mewt u tad- Donazzjoni - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Emenda fil-Liġijiet dwar Bordijiet - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, l-1 ta' Ġunju bl-agenda kif kommunikata mill- Prim Ministru.", "Fl-9.45 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq aktar kmieni.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Valletta,Tindif sans,Valletta,Tindif falm,Valletta,Tindif VALLETTA - TINDIF PUBBLIKU", "7178.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Gvern jara li n-naħa tal-parapetti f'Marsamxett, il-Belt Valletta in-naħa ta' number 44 jiġi imnaddaf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien assigurat li l-area msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija mizmuma fi stat tajjeb ta' ndafa.", "Wiehed pero' jistenna aktar ko-operazzjoni mill- pubbliku minhabba li l-area hija milhuqa biss permezz ta' tarag u mhux possibli li mezzi mekkanici bhal scammels jidhlu fil-post.", "Valletta,Provvista ta' elettriku sans,Valletta,Provvista ta' elettriku falm,Valletta,Provvista ta' elettriku VALLETTA: TRIQ PAPA PIJU VI - DAWL", "7179.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Gvern jara li Pope Pius VI Street, Valletta, in-naħa tal-flats tal- Gvern jiddawwal aktar speċjalment għal bil-lejl?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant ghar-risposta li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 6516 (Seduta 137).", "MDC,Ħlas ta' kera sans,MDC,Ħlas ta' kera bong,MDC,Ħlas ta' kera MDC - ĦLAS TA' KERA", "7226.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm kienet jew fil-fatt hi l-kera li kienet tħallas l-MDC fil- House Of Catalunga il-Belt, Valletta?", "Issa fil-post il-ġdid li ħadet b'kera fl-Imrieħel, kemm se tkun il-kera li l-MDC se tħallas fis-sena?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-kera li l-MDC kienet tħallas għal House of Catalunya kien ta' Lm3,500 fis-sena.", "F'dan il-post kienu joperaw uħud mis- Sezzjonijiet ta' l-MDC.", "Dwar it-tieni parti tad- domanda nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba tad- domanda numru 7611.", "MSU,Nefqa ghal computers sans,MSU,Nefqa ghal computers fene,MSU,Nefqa ghal computers MSU - NEFQA GĦAL COMPUTERS", "7227.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' jiġi kkonfermat li l-MSU li hi responsabbli għall-għażla u l- implimentazzjoni tal-computer network għas-Servizz Civili, se ġġiegħel li jintnefqu Lm25 miljun (Lm25,000,000) fuq medda ta' ħames snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għal darb'oħra nirreferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li tajtu f'Ġunju li għadda għall- mistoqsija parlamentari numru 2074.", "Inżid illi l-Pjan Strateġiku mill-Gvern jaħseb għall- kompjuterizzazzjoni u għall- introduzzjoni tat-teknoloġija ta' l-Informatika fid- Dipartimenti tal-Gvern.", "Dan il-programm li qed jitwettaq taħt id-direzzjoni tal- Management Systems Unit Ltd se jieħu ħames snin sa l- implimentazzjoni u huwa stmat li se jiswa Lm25 miljun.", "Forsi l-Membru kien jieħu stampa ċara ta' kif dan il-pjan qed jitwettaq kieku aċċetta l- invit li sarlu għall-Konferenza fuq l-Informatika li saret fi Frar ta' din is-sena.", "Drogi bare,Drogi gall,Drogi DROGI", "10175.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferi l-Ministru għall- mistoqsija parlamentari numru 9503 li oriġinarjament għamilt lill-Viċi Prim Ministru dwar il-UN Convention on Narcotic Drugs u dik fuq psychotropic substances u informazzjoni dwarhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L- informazzjoni mitluba titpogga fuq il-Mejda tal- Kamra waqt il- ħin ta' Tqeghid ta' Karti.", "Toroq,Xoghlijiet bare,Toroq,Xoghlijiet gall,Toroq,Xoghlijiet XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "10176.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Fl- ewwel erba' xhur ta' din is- sena kemm-il permess intalab biex jingħalqu triqat minħabba xogħol ta' bini:-", "a. f'San Ġiljan; b. Tas-Sliema; c. Swieqi; u d. Paceville?", "Liema kienu t-triqat?", "Għal kemm il-jum kien kull permess?", "Fl-istess żmien il-Pulizija kemm ħadu passi talli kuntratturi:-", "a. għalqu triqat għat- traffiku mingħajr permess;", "b. żammew it-triqat magħluqa aktar milli stipulat fil- permess;", "c. ħallew l-iskart tal-bini wara li spiċċaw ix-xogħol?", "Meta r-regolamenti jgħidu li għandu jkun hemm Pulizija preżenti meta tingħalaq triq, dejjem kien hemm pulizija meta kien il-każ?", "F'liema triqat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-ewwel erba' xhur ta' din is- sena nghalqu dawn it-triqat bil-permess tal- Pulizija:", "San Giljan - Triq Spinola - (3) ijiem Swieqi - Triq il-Venew - (2) jumejn San Gwann - Triq Sant`Antnin - (1) gurnata Sliema - Triq Bisazza - (5) ijiem (differenti).", "Ma ttiehdu l-ebda passi kontra kuntratturi u fl- okkazjonijiet fuq imsemmija dejjem kien hemm il-Pulizija.", "Cittadinanza doppja bare,Cittadinanza doppja gall,Cittadinanza doppja ĊITTADINANZA DOPPJA", "10177.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Mara mwielda Malta u li issa għandha ċittadinanza doppja u qed tgħix permanentament Malta, hija ntitolata għal kura fl- isptarijiet ta' l- Istat?", "Ir-raġel tagħha li huwa ċittadin Ingliż u li jgħix magħha f'Malta huwa ntitolat għal istess benfiċċji fl- isptarijiet Maltin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It- twegiba ghaz-zewg mistoqsijiet hija fl- affermattiv.", "Universita',Fakulta' tat-Teologija bare,Universita',Fakulta' tat-Teologija mifu,Universita',Fakulta' tat-Teologija UNIVESITA' - FAKULTA' TAT- TEOLOĠIJA", "10178.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Bejn l-1988 u l-1992 - 1993 x'kienet ir-relazzjoni li teżisti bejn il-Fakulta' tat- Teoloġija fl-Universita' u l- Istitut għall- Istudji Reliġjużi fl-Istitut Kattoliku tal- Furjana?", "Kemm fondi tal-Fakulta' tat- Teoloġija marru għand l-Istitut għall- Istudji Reliġjużi?", "Dawk li jgħallmu f'dawn l- Istitut huma mħallsa mill- Universita'?", "Il-korsijiet ta' dan l- Istitut huma rikonoxxuti mill- Universita'?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- Istitut għall-Istudji Reliġjużi daħal fl- Universita' bħala parti mill-Fakulta' tat- Teoloġija.", "L-ebda fondi tal-Fakulta' tat-Teoloġija ma marru għand l- Istitut għall- Istudji Reliġjużi.", "Dawk li jgħallmu fil- korsijiet ta' dan l-Istitut huma mħallsa bħalma huma mħallsin dawk kollha li jgħallmu f'korsijiet Universitarji li jsiru fil- għaxija.", "Il-korsijiet ta' dan l- Istitut huma korsijiet Universitarji u l-gradi huma mogħtija mill-Universita'.", "Universita',Fakulta tat-Teoloġija bare,Universita',Fakulta tat-Teoloġija mifu,Universita',Fakulta tat-Teoloġija UNIVERSITA' - FAKULTA' TAT- TEOLOĠIJA", "10179.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Mindu l-Fakulta' tat-Teoloġija marret lura fl-Universita' tal- Qroqq sa din is-sena akkademika ta' bħalissa, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sena b'sena jattendu korsijiet u jindika liema korsijiet tagħha:-", "1.", "Novizzi ta' ordnijiet reliġjużi; u", "2.", "Seminaristi mid-djoċesi ta' Għawdex?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- għadd ta' studenti fil- korsijiet tal- Fakulta' tat- Teoloġija huwa kif ġej:-", "1988/89 1989/90 1990/91", "S.Th.", "D. - - - S.Th.", "L 12 12 10 Diploma in Pastoral Theology - 4 - S.Th.", "B 25 25 37 Dip/B.A. Religious Studies 94 66 75 B.A. Theology & Human Studies - - - 1988/89 1989/90 1990/91", "B.A. (Hons) Theology & Human Studies - - - M.A. Theology & Human Studies - - - Studenti Barranin 4 1 1 B.Ed.", "(Hons) Religion 2 1 5 --- ---- ---- 139 110 133 --- ---- ----", "1991/92 1992/93", "S.Th.", "D. 1 5 S.Th.", "L 10 11 Diploma in Pastoral Theology - - S.Th.", "B 34 28 Dip/B.A. Religious Studies 61 105 B.A. Theology & Human Studies - 10 B.A. (Hons) Theology & Human Studies - ) M.A. Theology & Human 30 Studies - ) Studenti Barranin 1 1 B.Ed.", "(Hons) Religion 16 21 --- --- 138 232 --- ---", "Għalkemm it-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.", "Evarist Bartolo ma jinżammx fir-records ta' l-Universita' minn tiftix li sar jirriżulta li ma kienx hemm seminaristi Għawdxin jattendu korsijiet fil-Fakulta' tat-Teoloġija, waqt li studenti reliġjużi kien hemm:-", "1988/89 1989/90 1990/91 1991/92 1992/93", "31 27 27 20 25", "Universita',Studji Teologici bare,Universita',Studji Teologici mifu,Universita',Studji Teologici UNIVERSITA' - STUDJI TEOLOĠIĊI", "10180.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Mill-1988 sal-lum jista' l- Ministru jgħid sena b'sena x'talbiet dettaljati għamlet l- amministrazzjoni ta' l- Universita' lill- Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi dwar in-nefqa tal-Fakulta' tat- Teoloġija skond kif hemm imniżżel li għandu jsir fil- ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Arċidjoċesi ta' Malta nhar is-26 ta' Settembru, 1988?", "Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1988 u llum kemm kien il- budget tal- Fakulta' tat- Teoloġija sena b'sena?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Bejn Ottubru 1988 u Diċembru 1992 l- amminitrazzjoni ta' l- Universita' ma għamlet l-ebda talba lill-Fundazzjoni għall- Istudji Teoloġiċi biex il- Fakulta' tat-Teoloġija tingħata d- differenza bejn l-ammont ta' l-ispejjeż previsti u l- allokazzjoni mogħtija mill- kunsill ta' l-Universita'.", "Pero' matul dan il-perjodu l- Fakulta' użat servizzi u għajnuniet oħra offruti mill- Fondazzjoni.", "L-ispiża fuq dawn is-servizzi u għajnuniet tidher fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10171.", "Għas-sena 1993 il-Fakulta' ressqet hija stess talba lill- Fondazzjoni għall-għajnuna finanzjarja li tammonta għal Lm34,000.", "Dawn il-fondi huma intenzjonati għall-postijiet ġodda fil-Fakulta' (bħala research assistants/officers u lecturers), żewġ scholarships (ta' bejn sena u tliet snin), travel allowance għall- parteċipazzjoni f'konferenzi barra minn Malta u sussidju għall-pubblikazzjoni tal- Fakulta'.", "Barra minn dawn il- fondi, hemm ukoll is-servizzi (ta' biblioteka, riċerka pastorali eċċ) tal- Fondazzjoni disponsibbli għall-Fakulta'.", "L-ispiża fuq dawn is-servizzi tidher fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 10171.", "Il-Budget tal-Fakulta' tat- Teoloġija kien:-", "1988 - Lm26,000 1989 - Lm31,400 1990 - Lm31,500 1991 - Lm33,600 1992 - Lm59,000 1993 - Lm62,994", "Bdiewa,Kumpens farn,Bdiewa,Kumpens gatl,Bdiewa,Kumpens KUMPENS LILL-BDIEWA", "10304.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra kif filwaqt li huwa jgħid lill- poplu li l-politika tal- Gvern hija li l-bdiewa u raħħala jsiru sidien tar- raba' tagħhom jirriżulta li ricentement bidwi ħallas is- somma ta' Lm10,000 u Lm1,200 fis-sena għar-raba' li jaħdem, cioe' medja ta' ħlas ta' Lm40 ta' tomna raba' fis-sena?", "Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna estenda lis-Sur Zahra ta' farmhouse, Mtarfa Rd, Mtarfa li barra dan il-piż li qed jerfa' għamel diversi talbiet ta' sussidju fosthom biex jitħammel għall-ispejjeż tad-dipartiment il-ħama tad- drainage li dejjem jisbroffa mill-main ta' Għeriexem u jispicca fl- għelieqi tiegħu?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm- il darba huwa jew ufficcjali tiegħu żaru dan ir-razzett u x'kienu l-iżviluppi li seħħew?", "X'għajnuna ġie mogħti dan il- bidwi matul dawn l-aħħar sentejn u fiex kienet tikkonsisti?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li s-Sur Zahra kellu r-raba b'cens fl-inhawi ta' Gheriexem, Rabat.", "Wara li ghalaq ic-cens il-kaz gie kontestat fil-Qorti li skond is-Sur Zahra ddecidiet favur is- sid.", "Ghaldaqstant, kull ftehim u kundizzjonijiet li setghu saru bejn is- sid u s- Sur Zahra rigward qbiela, cens jew arrangamenti ohra huma kwestjoni privata li z-zewg partijiet jaqblu fuqhom.", "Id- Dipartiment m'ghandu l-ebda setgha li jintervjeni f'negozjati privati bejn is-sid u l- bidwi, huwa sempliciment ftehim bejn zewg partijiet li jaccettaw il- kundizzjonijiet.", "Hekk is-Sur Zahra dahal fi ftehim mas-sid, dan ghamlu b'responsabilta' tieghu personali u dan ghamlu wara li hu stess mar diversi drabi jitlob pariri mill-Ufficjali tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura u Sajd.", "Rigward id-drenaġġ li jiżbroffa minn gheriexem, ufficjali ta' l- Agrikoltura zaru l-post diversi drabi u nformaw lis-Sur Zahra biex jiehu passi mad-Dipartiment tad-Drenaġġ.", "Fl-istes hin kitbu wkoll f'isem is-Sur Zahra sabiex jittiehdu passi biex jissewwew il-hsarat.", "F'dawn l-ahhar sentejn fis- Sezzjoni Self u Ghotjiet, ma kellna l-ebda applikazzjoni ghall-ghajnuna finanzjarja minghand is-Sur Zahra.", "Bugibba,Tiswija ta' toroq farnBugibba,Tiswija ta' toroq falm,Bugibba,Tiswija ta' toroq Bugibba,Provvista ta' l-ilma farn,Bugibba,Provvista ta' l-ilma falm,Bugibba,Provvista ta' l-ilma BUĠIBBA - TOROQ U ILMA", "10305.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi issa ilu jingħad is-snin li tal-Vecca Housing Estate f'Buġibba se jiġi mogħti t-tarmac u jsir playing ground għat-tfal tar- residenti, jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra meta se jiġu mwettqa dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid lill- Kamra għaliex f'dan il-qasam tad-djar il- provvista ta' l- ilma qed tkun sospiża regolarment?", "Meta se jkun possibbli li dawn ir-residenti jkollhom is-servizz ta' l-ilma fil-vit regolarment?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rigward it-tarmac fl-HOS Tal- Vecca, Bugibba nirreferi l- Onor. Interpellant ghar- risposta li tajt f'mistoqsija parlamentari numru 8269 (Seduta 113).", "Il-playing field giet inkluza fi programm ta' diversi xoghlijiet fil- Housing Estates.", "Rigward il-provvista ta' l- ilma jien infurmat li din hija tajba.", "Il- qtugh isir meta jkun hemm bzonn isir trasferiment tar-riservi bejn in-Nofs Inhar ta' Malta.", "Mtarfa,Gym farn,Mtarfa,Gym gall,Mtarfa,Gym MTARFA - GYM", "10306.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 9574, jista' l-Ministru jgħid hux interessat li dan il-Gym jiġi żviluppat għall- persuni b'diżabilita'?", "Billi l-urġenza għall- manutenzjoni hija importanti għar-raġunijiet li persuni neqsin mid-dawl u oħrajn b'diżabilita' ma' jistgħux jkomplu bil- programmi ta' taħriġ tagħhom, jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra xi progress sar minn meta saret l- ewwel talba tiegħi, cioe' nhar is-6 ta' April, 1993 'il hawn?", "Għaliex dawn il-persuni b'diżabilita' mhux jingħataw wisq attenzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nibda biex nghid li filwaqt li ghad baqa' hafna x'isir fil-qasam ta' persuni b'dizabilita`, tajjeb jinghad ukoll li jekk kien hemm Gvern li interessa ruhu bis-serjeta` u ta attenzjoni kemm seta' lil persuni b'dizabilita` kien dan il-Gvern permezz tal-Ministeru tieghi.", "Rigward il-materja tal-'Gym' imsemmi se nitlob il-parir tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita` li ghandha tikkonsulta ma' l-awtoritajiet koncernati sew dwar il- fattibilita` kif ukoll dwar il- priorita` misthoqqa f'dan il- kaz.", "Rabat,provvista ta' elettriku farn,Rabat,provvista ta' elettriku falm,Rabat,provvista ta' elettriku RABAT: TRIQ FIDLOQQOM - DAWL", "10310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Billi New Str in Fidloqqom Str, Rabat baqgħet ma ġietx imdawwla minkejja l-fatt li madwar sena ilu f'risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi il- Ministru qal li dalwaqt isiru x-xogħlijiet, jista' l-Ministru jara li jiġu stallati l-bozoz f'din it-triq biex ma' jkunx hemm aktar inkonvenjenzi lir- residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor.", "Membru biex jigu stallati lampi fi Triq Gdida fi Triq Fidloqqom limiti tar-Rabat qed tigi kkonsidrata flimkien ma' talbiet ohra.", "Dip tat-Taxxi Interni,Impieg tas-Sur Gejtu Pace cilj,Dip tat-Taxxi Interni,Impieg tas-Sur Gejtu Pace dalj,Dip tat-Taxxi Interni,Impieg tas-Sur Gejtu Pace DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - SUR GEJTU PACE", "10353.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk is-Sur Gejtu Pace, ex-Uffiċjal tal-Pulizija, għadux impjegat fl-Uffiċċju tat-Taxxi Interni?", "Jekk ir-risposta hi fin- negattiv, dan ġie ttrasferit jew seconded ma' xi Dipartiment jew Ministeru ieħor tal-Gvern jew telaq kompletament mis- Servizzi Ċivili?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, s-Sur Pace ħa xi leave in konnessjoni ma' safar?", "Dan kien leave bi ħlas jew bla ħlas?", "Is-safar kien in konnessjoni ma' xi xogħol tal- Gvern?", "X'xogħol hu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq ninforma l-Onor.", "Membru li s- Sur Gejtu Pace hu mpjegat ma' l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal- Pulizija iżda qiegħed misluf on loan ma' l-uffiċċju tat-Taxxi Interni.", "L-uffiċjal ikkonċernat jieħu l-leave normali tiegħu u ma sifirx in konnessjoni ma' xogħol tal-Gvern.", "Pixxina Nazzjonali cilj,Pixxina Nazzjonali frem,Pixxina Nazzjonali PIXXINA NAZZJONALI", "10405.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Issa li ġiet inawgurat l-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Kumitat Olimpiku Malti biex nbniet l-istess pixxina?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdwon dettaljata ta' l- istess nefqa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Kumitat ghal Monumenti u Plakki cilj,Kumitat ghal Monumenti u Plakki mifu,Kumitat ghal Monumenti u Plakki KUMITAT GĦAL MONUMENTI U PLAKKI", "10406.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm ilu mwaqqaf f'pajjiżna l-Kumitat għal Monumenti u Plakki?", "X'funzjonijiet għandu dan il- Kumitat?", "X'ħidma wettaq dan il-Kumitat mill-1987 'il hawn?", "Kemm inżammu laqgħat ta' dan il-Kumitat mill-1987 sal-lum sena b'sena?", "Dan il-Kumitat jagħmel xi rapporti annwali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r- rapporti għas-snin 1989 sa' l-1992?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-kumitat għal Monumenti u Plakki, maħtur kull sena mill- Ministru responsabbli fuq bażi konsultattiva, ilu mwaqqaf mill-1977.", "Dan il-kumitat jilqa' applik- azzjonijiet għall-erezzjoni ta' monumenti u lapidi kommemorattivi, jikkonsidra l-meritu artistiku/estetiku tagħhom u l- kollokazzjoni proposta għalihom.", "Il-kumitat għandu wkoll jiġi kkonsultat dwar l- ispustjar ta' monumenti u palidi kommemorattivi f'kollokazzjoni ġdida, kif ukoll dwar xi xogħol ta' restawr li jista' jkollhom bżonn.", "Il-kumitat ma jagħmilx rapporti annwali.", "Mill-1987 sal-lum iltaqa' 16-il darba.", "Knisja/Stat,Joint Committee cilj,Knisja/Stat,Joint Committee dalj,Knisja/Stat,Joint Committee KNISJA/STAT - JOINT COMMITTEE", "10407.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Mindu twaqqaf il-Joint Committee bejn il-Knisja/Stat għall-Amministrazzjoni ta' proprjeta' li għaddiet mill- Knisja għal għand il-Gvern ta' Malta, kemm saru applikazzjonijiet minn nies sabiex:-", "(1) jakkwistaw xi plots;", "(2) jifdu xi ċnus kemm temporanji kif ukoll perpetwi (separatmanet)?", "Meta hu maħsub li dawn jiġu pproċessati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Saret 57 applikazzjoni għal xiri ta' plots u 49 waħda għall-fidwa ta' ċens temporanju.", "Kien hemm ukoll żewġ (2) applikazzjonijiet għall-fidwa ta' ċens perpetwu.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy fir- rigward ta' l-art tal-Knisja qed tiġi fformulata.", "Pixxina Nazzjonali cilj,Pixxina Nazzjonali frem,Pixxina Nazzjonali PIXXINA NAZZJONALI", "10408.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żmien inqabeż iż- żmien stipulat għat- tlestija tal-Pixxina Olimpika fil- kuntratt li ngħata għall- istess?", "Kien hemm xi penalty clauses stipulati għal ittardjar tal- bini tal- kumpless?", "Kemm kienet din il-penalty clause?", "Din attwalment tħallset mill- kuntrattur li ħa l-offerta?", "Jekk le, għafejn?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar cilj,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "10409.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: X'inhi dik is-site li hija excavated fil-ġenb tal- kumpless tal-Pixxina Olimpika u baqgħat fl-istess stat minkejja li l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jibdew fi ftit jiem oħra?", "Jonqos xi xogħlijiet xi jsiru f'dan il-kumpless?", "Dawn x'inhuma u kemm huma stmati li jiswew separatament?", "Kien maħsub li dawn ma jkunux lesti meta ġiet inawgurata l-Pixxina Olimpika?", "Jekk le, x'kienu r- raġunijiet li ma tlestewx fiż- żmien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Registrazzjoni ghax-xoghol farn,Registrazzjoni ghax-xoghol mifu,Registrazzjoni ghax-xoghol REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "10452.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm huma dawk il-ħaddiema ta' bejn l-etajiet ta' 16 u 35 sena, ta' 36 u 45 sena u ta' 46 u 60 sena li jinsabu jirreġistraw għax- xogħol?", "Kemm huma dawk li jbatu minn xi diżabilita'?", "Liema huma l-aktar ħaddiema f'kull kategorija li ilhom jirreġistraw aktar minn sentejn u kemm ilhom aktar minn erba' snin jirreġistraw f'kull kategorija rispettivament?", "Kemm minn dawn f'kull kategorija huma nisa u rġiel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-klassifika bl-eta' ta' dawk il-ħaddiema li jirreġsitraw għax-xogħol ma tinżammx bl- etajiet kif ġie mitlub f'din il- mistoqsija.", "Għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba' tabelli li fihom wieħed isib l-etajiet kif normalment jinżammu mill-Korporazzjoni.", "Dawn it-tabelli juru wkoll il- persuni li huma registered disabled, u n- nisa u l-irġiel li jirreġistraw f'Malta u Għawdex.", "Rigward ħaddiema li lhom jirreġistraw aktar minn sentejn u aktar minn erba' snin il- Korporazzjoni qegħda tiġbor l-informazzjoni u tagħti risposta aktar 'il quddiem.", "Distrett Nru.12,Provvista ta' ilma u elettriku farn,Distrett Nru.12,Provvista ta' ilma u elettriku falm,Distrett Nru.12,Provvista ta' ilma u elettriku DISTRETT NRU.", "12 - PROVVISTA TA' ILMA U ELETTRIKU", "10453.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid lill-Kamra kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tad- dawl u ta' l-ilma fil- lokalitajiet ta' 12-il Distrett Elettorali?", "Kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti għall-istallazzjonijiet ta' bozoz ġodda f'dan id- distrett?", "Kemm minn dawn it-talbiet huma ġejjin minn anzjani u familji fejn hemm persuni b'diżabilita'?", "Jista' l-Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet jitħaffu ħalli r- residenti kkonċernati jkunu moqdija fl-aqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "Stabbilimenti ta' l-ikel,Haddiema barranin calr,Stabbilimenti ta' l-ikel,Haddiema barranin mifu,Stabbilimenti ta' l-ikel,Haddiema barranin STABBILIMENTI TA' L-IKEL - ĦADDIEMA BARRANIN", "10494.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li f'Paceville hemm ħafna u ħafna stabbilimenti ta' negozju li huma mimlija bil-barrranin?", "X'passi se jieħu biex iwaqqaf dawn l- abbużi?", "Meta l-qgħad reġa' qaleb il-5,000 ma jidhirlux li l-ewwel ħaġa li għandu jfittex id-Dipartiment tax-Xogħol hu li x-xogħol jeħduh il-Maltin?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ regolarment tagħmel investigazzjonijiet madwar Malta sabiex taqbad lil kull min jabbuża mil-Liġi tax- Xogħol.", "Numru ta' spetturi tal- Korporazzjoni iżuru stabbilimenti bħalma hemm f'Paceville u diġa' tressqu numru ta' persuni l-Qorti.", "Hu maħsub biex dawn l- investigazzjonijiet jitkomplu u jiżdiedu fil- ġranet tas-sajf, ma nemmnux pero' li jekk ninbħu iktar se nagħmlu iktar.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf b'xi każ ta' abbuż, napprezzaw jekk jgħaddilna din l-informazzjoni.", "Turizmu,Tours f'Birzebbugia calr,Turizmu,Tours f'Birzebbugia bong,Turizmu,Tours f'Birzebbugia TOURS F'BIRŻEBBUĠIA GĦAT- TURISTI", "10495.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jiftaħ negozjati mat- tour operators biex dawn jinkludu l-bajja ta' Birżebbuġia fit-tours peress li l-ħwienet qed ibatu?", "Jaf il-Ministru li l-gwidi jaslu biss sa Għar Dalam u mbagħad jaqbżu ta' Birżebbuġia?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant jaf li d-deċiżjoni dwar ir-rotot ta' tours jittieħdu unikament minn dawk li jorganizzawhom mingħajr l-indħil ta' l-awtoritajiet.", "Madanakollu peress li hi policy tal-Gvern li kemm jista' jkun il- benefiċċji tat-turiżmu jiġu mifruxa sieħbi s- Segretarju Parlamentari għat- Turiżmu ilu li ħeġġeġ lill- organizzaturi ta' tours li jwasslu lit-turisti sa Birżebbuġia u nħawi oħra f'Malta u f'Għawdex minn fejn saru lmenti bħal dak li qed iressaq l-Onor.", "Interpellant.", "Xejn ma jżomm l-operaturi ta' stabbilimenti turistiċi li huma stess jiftħu negozjati ma' tour operators.", "Enemalta,Serq ta' elettriku sans,Enemalta,Serq ta' elettriku falm,Enemalta,Serq ta' elettriku ENEMALTA - SERQ TA' ELETTRIKU", "10501.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Waqt l- aħħar estimi ta' Enemalta s-Segretarju Parlamentari għal Enemalta ċaħad li s-serq ta' elettriku kien telgħa għal figura ta' Lm6 miljun fis-sena, anzi qal dan jammonta għal bejn Lm2.5 miljun u Lm3 miljun biss anqas fid- dħul.", "Imbili dak li kwota issa ċ-Chairman fil-forum f'Tas- Sliema dwar is-serq jaqbel ma' dak li kont għedt jiena fid- diskussjoni ta' l-estimi, jista' għalhekk il-Ministru jiċċara l-pożizzjoni ta' kemm fil-fatt qed jiġi kkalkolat is- serq lil Enemalta kull sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ghalkemm il-figura tas-serq qatt ma tista' tkun ezatta, huwa kkalkulat li meta tnehhi 'technical losses' stmati, din tammonta bejn Lm2.5 u Lm3.0 miljun fis-sena.", "Sliema,Substation ta' Enemalta sans,Sliema,Substation ta' Enemalta falm,Sliema,Substation ta' Enemalta SLIEMA - SUBSTATION TA' ENEMALTA", "10502.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fil-forum ta' Tas- Sliema, ċ-Chairman qal li huwa impossibbli li tinsab kamra sabiex issir substation ta' Enemalta fl-inħawi ta' Tas- Sliema speċjalment lejn ix- xatt.", "X'inhu jżomm lil Enemalta li bħalma lesta titlob il-Gvern għal żieda fit- tariffi li:", "(a) jew tgħid lil Gvern sabiex jisproprja kamra f'isimha;", "(b) jew jagħti lil Enemalta xi parti tal-proprjeta' li ġiet f 'idejn il- Gvern mingħand il- Knisja;", "(ċ) jew jara l-possibilita' li tingħata xi art tal-Gvern bħan-naħa ta' Tigne'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li c-Chairman tal- Korporazzjoni Enemalta fil- forum li sar f'Tas-Sliema ma qalx li huwa mpossibli li tinsab kamra sabiex issir substation ta' l-Enemalta fl- inhawi ta' Tas-Sliema specjalment lejn ix-Xatt.", "Kif gie spjegat lil min kien prezenti, l-Korporazzjoni ghandha bzonn diversi postijiet ghal substations mxerrda matul ix-xatt fejn qed jinbena bini b'hafna sulari.", "F'Tigne' ghalkemm hemm l-art ma hemmx bzonn ta' substation.", "Il-Korporazzjoni Enemalta tippreferi li minflok ma tahli bicca art prezzjuża fix-xatt ta' Tas-Sliema, isir arrangament ma' min jizviluppa biex is-substations li hemm bzonn jigu ntegrati mal-bini.", "Enemalta,Taqsima Tifi tan-nar sans,Enemalta,Taqsima Tifi tan-nar falm,Enemalta,Taqsima Tifi tan-nar ENEMALTA - TAQSIAM TIFI TAN-NAR", "10503.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Imbilli fl- istess forum f'Tas-Sliema ċ-Chairman qal li Enemalta se twaqqaf taqsima oħra ġdida speċjalizzata fit-tifi tan-nar, b'dan ifisser li din se tkun attrezzata bħal dawk tal- Pulizija u l-ajruport?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li r-rikomandazzjoni li saret lill- Korporazzjoni Enemalta mill-konsulenti hija li din ghandu jkollha \"Occupation Fire Brigade\" attrezzata biex tkun tista' tilqa' kwalunkwe sitwazzjoni ta' emergenza li tista' tinqala' fid-divizjonijiet taghha.", "Il-Korporazzjoni qieghda tiehu passi biex jintlahaq dan il-ghan.", "Pulizija,Qtil ta' watchman sans,Pulizija,Qtil ta' watchman gall,Pulizija,Qtil ta' watchman PULIZIJA - QTIL TA' WATCHMAN", "10504.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Imbilli f'gazzetta lokali tas- 16 ta' Mejju deher artikolu fejn intqal li wieħed minn dawk li kienu indentifikati mal-qtil ta' watchman li kien sar fl-20 ta' Settembru, 1990 issa miet, jista' l-Ministru jgħid x'verita' hemm dwar dan ir- rapport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minn dak li jirrizulta lill-Pulizija l- allegazzjoni riportata fil- mistoqsija parlamentari hi ghal kollox infondata.", "Pulizija,Serqiet sans,Pulizija,Serqiet gall,Pulizija,Serqiet PULIZIJA - SERQIET", "10505.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' kull serqa li saret minn Mejju 1987 sal-lum?", "L-informazzjoni tkun tinkludi l-post, data, valur, ta' min kienet il- proprjeta' jew flus misruqa, każi solvuti bil-Qorti jew b'mod ieħor u każi oħra li sal-lum m'hemm ebda riżultat dwarhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Minn zmien ghal zmien tajt dettalji dwar dan is- suggett.", "Biex isir tali ezercizzju jiehu hafna zmien li jista` jigi utilizzat mill- Pulizija ghal xoghol aktar importanti.", "Pulizija,Vending machines sans,Pulizija,Vending machines gall,Pulizija,Vending machines PULIZIJA - VENDING MACHINES", "10506.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Issa donna ttieħdet l-użanza li \"despensing machines\" jitwaħħlu fuq il-bankini anke fejn il- wiesgħa ta' dawn hi ristretta, s'intendi perikoli għan-nies.", "X'għandu x'jgħid l-Ministru dwar din l-użanza li qed titħalla ssir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Avviz Legali 13 ta' l-1990 jipprovdi li dawn il- 'vending machines' jehtiegu licenzja mill-Pulizija kull sena.", "Bil-ghan li dawn il-'vending machines' ma jkunux ta' inkonvenjent, qabel tinghata licenzja jintalbu l- veduti ta' Dipartimenti ohra koncernati.", "Informat li l-Pulizija se tiehu hsieb tara li kemm il- ligi u kif ukoll il-prudenza jigu osservati.", "Telemalta,Operaturi fl-Exchange ta' Birkirkara mizj,Telemalta,Operaturi fl-Exchange ta' Birkirkara zamf,Telemalta,Operaturi fl-Exchange ta' Birkirkara BIRKIRKARA EXCHANGE - ĦADDIEMA", "10556.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-operators fl- Exchange ta' Birkirkara local/overseas qegħdin jilmetnaw miegħi li qed imorru għax-xogħol b'tensjoni meta l-Ministru Zammit Dimech pubblikament ftaħar li s- servizz li jagħtu l-operators huwa tajjeb ħafna?", "Għaliex minħabba s-sistema tal-position/computer mhux qed tiffunzjona sew fejn qed jitolbu t-telefonati għal barra minn Malta mqabbda bl-operator?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-operators ilmentaw ma' l-istess Onor. Membru, hu jista' jghid izjed minni x'inhi r-raguni tat-tensjoni.", "Madanakollu jekk veru hemm tensjoni dawn setghu gabuha b'idejhom.", "Li nista' nghid hu li bhala ufficjali pubblici l- operators huma mhallsa sabiex jaghtu servizz efficjenti lill- Poplu u l-Korporazzjoni mhix sejra tittollera li xi hadd jonqos mid-doveri tieghu ghall- esigenzi personali tieghu u bi skapitu tas-servizz pubbliku.", "Pulizija,Sejba ta' containers calr,Pulizija,Sejba ta' containers gall,Pulizija,Sejba ta' containers PULIZIJA - SEJBA TA' CONTAINERS", "10592.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: X'kien ir-riżultat ta' l- investigazzjoni li għamlet il- pulizija fuq containers li nstabu f'garaxxijiet fi triq tal-Wej il-Mosta għand persuna magħrufa fil-qasam tal-kummerċ?", "Għaliex sal-lum ħadd għadu ma tressaq il-Qorti?", "X'kien fihom il-containers imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant ghat- twegiba moghtija ghall- mistoqsija parlamentari numru 10328.", "Pulizija,Sejba ta' containers calr,Pulizija,Sejba ta' containers dalj,Pulizija,Sejba ta' containers PULIZIJA - SEJBA TA' CONTAINERS", "10593.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Ġew investigati u interrogati xi uffiċjali tad- dwana b'konnessjoni ma sejba ta' containers dan l-aħħar fi triq tal-Wej, il-Mosta, liema containers instabu għand persuna konnessa mal-kummerċ?", "X'kien ir-riżultat ta' l- investigazzjoni li saret mid- Dwana?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Azzjoni fil-Qorti dwar il-każ se tittieħed fil-jiem li ġejjin.", "Għalissa mhux prudenti li wieħed jagħti wisq dettalji.", "Pulizija,Ghejbien ta' containers calr,Pulizija,Ghejbien ta' containers gall,Pulizija,Ghejbien ta' containers PULIZIJA - GĦEJBIEN TA' CONTAINERS", "10594.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Tressqu xi nies in konnessjoni ma' l-għejbien jew serq ta' containers mid-Dwana xi żmien ilu, li anke l-istess Prim Ministru kien ikkumenta lill- istampa fuqu?", "Kemm tressqu nies u min kienu dawn?", "X'kien fihom il-containers imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika l-allegat każ.", "Luqa,Traffiku calr,Luqa,Traffiku falm,Luqa,Traffiku LUQA - TRAFFIKU", "10595.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Kien it- traffic control board jew il-pulizija li għamlet arranġamenti ġodda tat- traffiku fi triq il-Mitjar (illum Triq il-Kunsill ta' l- Ewropa) fis-sens li t-traffiku li ġej min Ħal Qormi għal din l-arterja prinċipali irid jagħti d-dritta lit-traffiku li jkun ġej min taħt il-mini ta' Ħal Kirkop?", "Jaf li l-give way sign saret tgħodd ukoll għal dak it- traffiku li jkun ġej min Raħal Ġdid għan-naħa taż-Żurrieq?", "Jidhirlu l-Ministru li meta tqis li din hija triq prinċipali għandu jsir give way sign proprju hemmhekk?", "Jaf li diġa' saru xi accidents b'riżultat ta' l- arranġamenti ġodda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-arrangamenti godda ghall- kontroll tat- traffiku fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa saru mid-Dipartiment tat-Toroq peress li t-traffiku li prezentement gej minn naha ta' l-Airport huwa tant kbir li qieghed jiggammja bl-istop signs li kien hemm qabel.", "Jekk kull sewwieq jobdi s- sinjali tat-traffiku ma jsirux incidenti.", "Isla,Twessigh tal-Moll mizj,Isla,Twessigh tal-Moll falm,Isla,Twessigh tal-Moll ISLA - TWESSIGĦ TAL-MOLL", "10650.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-madwar Lm55,000 li jonqos biex jitlesta x- xogħol tat- twessigħ tal-moll fl-Isla ġewx diġa' allokati għal dan ix- xogħol?", "X'inhi r-raġuni li l-inġenji li permezz tagħhom qed isir dan ix-xogħol, telqu minn fuq il- post llum l-Erbgħa, 19 ta' Mejju, 1993?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li dan ix- xogħol jitkompla mill-privat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-flus li jonqos ghax-xoghol imsemmi huma kommessi mill-vot relattiv.", "Fl-Isla bhalissa qieghed isir xoghol fuq il-wicc tal-moll biss sakemm titlesta prefabrikazzjoni ta' xi blokki li hemm bzonn ghall-moll.", "Ma hemmx hsieb li dan ix- xoghol jigi allokat lill- privat.", "Isla,Tqeghid ta' cable fix-xatt mizj,Isla,Tqeghid ta' cable fix-xatt falm,Isla,Tqeghid ta' cable fix-xatt ISLA - TQEGĦID TA' CABLE FIX- XATT", "10651.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Minsitru jgħid jekk fix-Xatt ta' l-Isla hux se jsir xi tħaffir biex jiġi mgħoddi xi cable ta' Enemalta?", "Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u għaliex se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li hemm proposta biex sid privat jiffinanzja x-xoghol ta' tqeghid ta' 'cable' fix- Xatt ta' l-Isla biex tinghata provvista ta' l-elettriku lill- blokk ta' flats privata.", "S'issa ma hemm ebda ftehim fuq din il-proposta.", "Santa Lucija,Provvista ta' elettriku buhc,Santa Lucija,Provvista ta' elettriku falm,Santa Lucija,Provvista ta' elettriku SANTA LUĊIJA: TRIQ IL-PENSJERI - ILMA", "10669.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-ilma fi Triq il- Pensjeri, Santa Lucija, darbtejn fil-ġimgħa tant ikollha pressa baxxa li l- ilma ma jitlax sat-tank tal-bejt?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- provvista ta' l-ilma fi Triq il-Pensjeri, Santa Lucija, tigi sospiza darba fil-gimgha bhala parti mill-programm ta' l- immaniggjar tar-riservi ta' l- ilma.", "Qormi,Provvista ta' ilma buhc,Qormi,Provvista ta' ilma falm,Qormi,Provvista ta' ilma QORMI: OLIVE SQUARE - ILMA", "10670.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-ilma f'Olive Square, Qormi qegħda tiġi sospiża b'mod regolari kull ġimgħa u l- kwalita' u t-togħma ta' l-ilma hija ħażina ħafna, b'riħa qawwija ta' kimika?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- provvista ta' l-ilma f'Olive Square, Qormi, tigi sospiza darba fil-gimgha, skond il- programm ta' l-immaniggjar tar- riservi ta' l-ilma.", "L-ilma li jitqassam f'din it- triq m'ghandu l-ebda tracci ta' kontaminazzjoni.", "Zebbug,Tindif buhc,Zebbug,Tindif falm,Zebbug,Tindif ŻEBBUĠ: TRIQ NERIK SANT - SKART", "10671.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li dak iż-żibel li qiegħed jinġabar fit-tarf ta' Triq Nerik Sant kantuniera ma' Triq ir-Raddiena, Ħaż Żebbuġ, jitneħħa peress li qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir lir- residenti ta' dawn l- inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ingħataw struzzjonijiet biex jitnaddaf il-post indikat mill- Onor.Membru.", "Pixxina Nazzjonali buhc,Pixxina Nazzjonali falm,Pixxina Nazzjonali PIXXINA NAZZJONALI", "10672.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għal dak li intqal f'dawn l-aħħar jiem, jista' l-Ministru jikkjarifika jekk il-bini tal-Pixxina Nazzjonali fl-Imsida humiex koperti bil-permessi tal-bini meħtieġa?", "Jekk fl-affermattiv, meta nħareġ dan il-permess?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Balzan,Bini ta' serra f'dar buhc,Balzan,Bini ta' serra f'dar falm,Balzan,Bini ta' serra f'dar BALZAN - BINI TA' SERRA F'DAR", "10673.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk dik l-ispeci ta' serra li nbniet fil-front garden tad- dar fit-tarf ta' Triq ir-Ragħaj it-Tajjeb kantuniera ma Triq Birbal, Ħal Balzan, hiex koperta bil- permessi tal-bini?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-istruttura ta' l- aluminium li nbniet fil-front garden fis-sit imsemmi mill- Onor. Membru mhix koperta bil- permess tal-bini.", "Fil-fatt diga' ttiehdu passi kontra l-persuna responsabbli ghal dan ix- xoghol.", "Valletta,Triq San Guzepp,Kanen ta' l-ilma buhc,Valletta,Triq San Guzepp,Kanen ta' l-ilma falm,Valletta,Triq San Guzepp,Kanen ta' l-ilma VALLETTA - KANEN TA' L-ILMA", "10674.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwew il- kanen ta' l-ilma li ġew miksura meta ngħata t-tarmac f'St. Joseph Str, Valletta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-hsara fuq il- kanen ta' l-ilma f'St Joseph Street, Valletta, issa ssewwiet.", "Telephones,Telefonati ghal barra mizj,Telephones,Telefonati ghal barra zamf,Telephones,Telefonati ghal barra TELEPHONE - OVERSEAS CALLS", "10743.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kif kienu mqassmin l-overseas calls li saru permezz ta' l-operator 194 minn Jannar, 1992 sa Mejju 1993, xahar b'xahar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-telefonati li sehhew ghal barra permezz tas-servizz ta' l-operator fuq il-194 ghall- perjodu msemmi kienu kif jidhru hawn taht:", "Jannar 1992 11372 sejha Frar 1992 11702 sejha Marzu 1992 12705 sejha April 1992 14326 sejha Mejju 1992 15591 sejha Gunju 1992 16595 sejha Lulju 1992 19723 sejha Awissu 1992 19759 sejha Settembru 1992 15692 sejha Ottubru 1992 15202 sejha Novembru 1992 13496 sejha Dicembru 1992 12788 sejha Jannar 1993 12525 sejha Frar 1993 11327 sejha Marzu 1993 13236 sejha April 1993 13805 sejħa Il-figura ghall-Mejju ghadha mhix migbura.", "Telephones,Direttorju mizj,Telephones,Direttorju zamf,Telephones,Direttorju TELEPHONES - DIRETTORJU GĦAL KULL LOKALITA'", "10744.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jistudja l-possibilita' li joħroġ direttorju tat- telephone għal kull lokalita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bis-sistema li ghandna illum ta' direttorju wiehed li jigbor fih l-abbonati kollha, jaghmilha facli ghall-pubbliku li jkun irid ifittex abbonat tat-telefon.", "Dan billi jmur ifittex l-abbonat li jrid skond il-kunjom.", "Is-suggerimenti ta' l-Onor.", "Interpellant jaghmilha aktar difficli li ssib l-abbonat li trid jekk inti ma tkunx taf ezatt fejn joqghod l-abbonat, dan ghaliex tkun trid tfittex il-kotba kollha.", "Dan barra li l-ispiza biex tippubblika direttorju ghal kull lokalita' hija ferm aktar.", "Esportazzjoni ta' ilma mizj,Esportazzjoni ta' ilma demg,Esportazzjoni ta' ilma ESPORTAZZJONI TA' ILMA", "10745.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie esportat ilma minn Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn u għal liema pajjiż ġie esportat?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ġejt informat li ma kienx hemm esportazzjoni ta' ilma minn Malta u Għawdex matul l-1991 u l-1992.", "Centri tas-Sahha,Ghoti ta' medicini gree,Centri tas-Sahha,Ghoti ta' medicini gall,Centri tas-Sahha,Ghoti ta' medicini ĊENTRI TAS-SAĦĦA - GĦOTI TA' MEDIĊINI", "10757.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega x'inhija l-proċedura fil- preżent biex pazjenti jieħdu mediċina miċ-Ċentri tas-Saħħa, jew mill-isptarijiet peress li qiegħed ikun hemm dewmien ta' 15 - 21 ġurnata bejn il- prescription tat- tabib u meta il-pazjenti jkunu jistgħu jiġbru l-mediċini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il- proceduri biex pazjenti jiehdu medicini mill- Ispizerija tal- Gvern ilhom ezistenti ghal aktar minn ghaxar snin.", "Biex tinghata l-medicina, il-pazjent irid imur bir-ricetta fl- ispizerija fejn jinqdew minnufih jew inkella juzaw il- 'postal system' billi jhallu r- ricetta man-'nurse' tal-berga.", "Min juza l-'postal system' irid ihalli r- ricetta ta' mill-inqas 15-il gurnata qabel ma jmisshom jiehdu l-medicini, minhabba d- diversi stadji biex jintghazlu, jinhadmu u jitqassmu dawn il- medicini.", "Univesita',Studenti li jiehdu stipendju gree,Univesita',Studenti li jiehdu stipendju mifu,Univesita',Studenti li jiehdu stipendju UNIVERSITA' - STUDENTI LI JIEĦDU STIPENDJI", "10758.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati l- Universita' u kemm minn dawn huma ntitolati għall- istipendju?", "Kemm kienet l- ispiża totali kull sena fl- aħħar ħames snin għall- istipendju?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Fl- Universita' hemm 4011 studenti reġistrati li minnhom 115 huma studenti barranin u 602 jattendu korsijiet ta' fil- għaxija jew part-time u għalhekk mhumiex intitolati li jirċievu stipendju.", "Stipendju ma jingħatax ukoll lil dawk l- istudenti li għandhom dħul ieħor.", "F'Mejju tħallas stipendju lil 3079 student.", "L-ispiża totali għall- istipendju kull sena fl-aħħar ħames snin kienet:", "1988 - Lm 503,817 1989 - Lm1,139,036 1990 - Lm1,750,148 1991 - Lm2,752,863 1992 - Lm2,873,462", "Universita',Stipendju ta' l-istudenti gree,Universita',Stipendju ta' l-istudenti mifu,Universita',Stipendju ta' l-istudenti UNIVERSITA' - STIPENDJU TA' L- ISTUDENTI", "10759.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jispjega kemm jilħaq l-istipendju għall- istudenti Universitarji ta':-", "L-ewwel sena; It-Tieni sena; It-Tielet sena; Ir-raba' sena; Il-ħames sena; u Is-sitt sena; u tal- postgraduates?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- istipendju għall-istudenti Universitarji hu kif se jingħad:", "Korsijiet Sena Stipendju li jitħallas li jwasslu għal Akkademika għal kull xahar kalendarju", "Foundation Studies Certificate Sena waħda Lm 71.83c3", "L-ewwel Grad jew Diploma l-Ewwel sena Lm 81.83c3", "It-Tieni sena Lm 88.50c0 It-Tielet sena Lm109.33c3 Ir-Raba' sena Lm130.16c7 Il-Ħames sena Lm155.50c0 Is-Sitt sena u oħrajn ta' wara Lm172.16c7", "Grad bl-Unuri (wara grad ġenerali) Sena waħda Lm130.16c7", "Kwalifika għall-bidu ta' Kors f'Livell ta' Masters Sena waħda Lm130.16c7", "Post-Graduate Certificate in Education Sena waħda Lm130.16c7", "Grad f'livell ta' Masters Sena waħda Lm155.50c0", "Birgu,Fortini football ground gree,Birgu,Fortini football ground falm,Birgu,Fortini football ground BIRGU: FORTINI FOOTBALL GROUND - IRRANĠAR", "10760.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- ground tal-football tal-Fortina (Birgu) jiġi rranġat?", "L-art tal-ground għandha bżonn tinqala'qabel ma jiġi mogħti r-ramel u hemm bżonn li jinbnew żewġt ikmamar għal użu tal- players u l-uffiċjali tal-klabb tal-football Vittoriosa Stars.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din id- domanda lill- Ministru nkarigat mill-Isports.", "Kummissjoni ghar-Revizjoni tas-Servizzi lill-anzjani gree,Kummissjoni ghar-Revizjoni tas-Servizzi lill-anzjani gall,Kummissjoni ghar-Revizjoni tas-Servizzi lill-anzjani KUMMISSJONI GĦAR-REVIŻJONI TAS- SERVIZZI LILL-ANZJANI", "10761.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri tal-Kummissjoni għar- Reviżjoni tas-Servizzi lill-Anzjani?", "X'inhuma it- terms of reference ta' din il- kummissjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-membri tal-Kumitat li gie mqabbad biex ihejji rapport dwar is-servizzi preżenti u ghall-futur ghall- Anzjani huma dawn:", "Il-Professur Alfred Cuschieri Is-Sur E. P. Delia Dr. Mario Garrett Dr. Joseph Troisi Is-Sur John Camilleri Is-Sur Vincent Tonna", "It-Terms of Reference li nghata dan il-Kumitat huma:", "li jsir studju komprensiv tas- servizzi ezistenti u l- implikazzjonijiet ta' dawn is- servizzi fid-dawl tar- realitajiet ekonomici u xejriet demografici.", "Ghandu jigi sottomess studju dwar dawn it- tlett aspetti li gejjin:", "A. SERVIZZI FIL-KOMMUNITA`", "(1) Servizzi ta' natura personalizzata bhalma huma l- Ghajnuna lill- Anzjani fid-Djar, it-'Telecare', il-'Meals-on- Wheels' u r-rwol tas-'Social Workers' sabiex jippromwovu il- 'Welfare' ta' l-Anzjani u dawk bi bzonnijiet specjali;", "(2) Servizzi ta' natura medika bha ma hi l-kura riabilitattiva li tinghata fl-Isptar Zammit Clapp u l-'Community Nursing' li huwa fdat f'idejn l- MMDNA;", "(3) Il-beneficcji finanzjarji bhalma huma il-'Female Social Assistance' u l-'Carers Pension' li t-tnejn gew mahsuba u introdotti bhala ghajnuna indiretta lill-Anzjani billi jipprovdu appogg finanzjarju lil dawk li jiehdu hsiebhom.", "B. FACILITAJIET RESIDENZJALI", "(1) Evalwazzjoni tal- facilitajiet residenzjali ezistenti ghall-anzjani (kemm ta' natura residenzjali kif ukoll ta' 'Nursing') flimkien ma' rakkomandazzjonijiet dwar forom ohra ta' kura residenzjali bhalma hi r- 'Respite Care';", "(2) Proposti dwar facilitajiet residenzjali u alternattivi ohra ghal dawk il-persuni bi bzonnijiet specjali.", "C. L-IFFINANZJAR TA' STRATEGIJI", "li jigi analizzat l-iffinanzjar tas-Servizzi b'referenza partikolari ghall- :", "(1) rata prezenti ta' hlas", "(2) proposti ghar-revizjoni ta' dawn ir-rati.", "L-Ghan principali ta' dan l- istudju huwa li jigu sottomessi rakkomandazzjonijiet dwar il- politika ghall-gejjieni.", "Anzjani,Pensjonijiet gree,Anzjani,Pensjonijiet hyzg,Anzjani,Pensjonijiet PENSJONIJIET TA' L-ANZJANI - RENDIKONT", "10762.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jagħti l-ammont ta' flus li nġabru fl-1992 mill-40% li jżomm il-Gvern mill- pensjonijiet ta' l-anzjani li huma rikoverati fl- istituzzjonijiet ta' l-Istat?", "Kemm kien in-numru ta' dawn l-anzjani fl-istess sena?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mill- 1979 'il quddiem il-Gvern Soċjalista kien inaqqas 60% sew mill-pensjoni kontributorja kif ukoll mill-bonus ta' dawk li jkunu rikoverati f'istituzzjonijiet tal-Gvern.", "B'effett mill-1987, dan il- Gvern kien żied il-persentaġġ ta' flus li l- pensjonanti jibqgħalhom f'idejhom minn 40 għal 60%.", "B'hekk l-ammont ta' flus li jibqgħalhom f'idejhom żdied bin-nofs.", "L-ammont ta' flus li nġabar fl-1992 mill-40% li jżomm il- Gvern mill- pensjonijiet ta' dawn l-anzjani kien ta' Lm476,588.", "Dawn il-flus igħaddu għand il-Kumitat tal-Welfare skond kif hemm provdut fil-liġi tas- Sigurta' Soċjali.", "Fl-aħħar tas-sena 1992, in- numru ta' dawn l-anzjani kien 930.", "Hal Far,Access manc,Hal Far,Access gall,Hal Far,Access AĊĊESS GĦALL-ĦAL FAR", "10788.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10529, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija investigatx x'ġara f'Ħal Far bejn il-15 u 16 ta' Mejju, 1993?", "X'kien ir-riżultat ta' l- investigazzjoni?", "X'passi ttieħdu jekk ittieħdu, kontra min kiser il- liġi u għalaq bla permess l- aċċess għal Ħal Far?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.", "Sptarijiet,Fattigi pora,Sptarijiet,Fattigi gall,Sptarijiet,Fattigi SPTARIJIET - FATTIGI", "10795.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Liema huma dawk iż-żiediet fil- pagi li ngħataw lill-Hospital Auxiliaries mill-1987 'il hawn sena b'sena u kienx hemm minnhom li kienu fuq xi ftehim ma' xi trade union?", "Jaf li dawn il-ħaddiema huma mħassba li jinsabu esposti għall-periklu ta' mard li jista' jintrikeb, speċjalment minn makni li jġorru għat- tiswija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:L- informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Telemalta,Apparat fil-Birgu galm,Telemalta,Apparat fil-Birgu zamf,Telemalta,Apparat fil-Birgu BIRGU: TRIQ IL-KUNVENT - APPARAT TA' TELEMALTA", "10832.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Tista' Telemalta ġentilment tinvestiga l-ilment li ħdejn ir-residenza Nru. 33 f'Convent Street, Vittoriosa hemm imwaħħal xi apparrat ta' Telemalta li bis-sħana tax-xemx qed iqattar żejt/qatran li qed iħammeġ il-faċċata ta' din ir- residenza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Telemalta qed tinvestiga l- ilment tar-residenza nru.", "33 f'Convent Street, Vittoriosa u se jittiehdu l-passi kollha mehtiega biex issir manutenzjoni fuq l- apparat li hemm imwahhal.", "Dan ix-xoghol ghandu jkun lest ghal bidu ta' Gunju.", "Marsaxlokk,Tindif galm,Marsaxlokk,Tindif falm,Marsaxlokk,Tindif MARSAXLOKK: TRIQ IX-XERRIEK - TINDIF PUBBLIKU", "10833.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Possibbli t- Taqsima ta' l-Ambjent tagħti titwila fi Triq ix-Xerriek, f'Marsaxlokk biex forsi titnaddaf ftit din it-triq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghol imsemmi diga qed isir mid- Dipartiment tad-Distretti tat-Taqsima tax- Xoghlijiet.", "Marsaxlokk,Dawl fit-toroq galm,Marsaxlokk,Dawl fit-toroq falm,Marsaxlokk,Dawl fit-toroq MARSAXLOKK - DAWL FIT-TOROQ", "10834.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Fi Triq ix- Xerriek, f'Marsaxlokk hemm ħafna dlam u hemm bżonn ta' street lightining (imqar żewġt bozoz).", "Kemm hu possibbli li dawn isiru u f'każ li jiġu approvati meta bejn wieħed u ieħor ikun possibbli li jsiru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Zejtun,Cimiterju ta' San Gorg galm,Zejtun,Cimiterju ta' San Gorg falm,Zejtun,Cimiterju ta' San Gorg ZEJTUN - ĊIMITERJU TA' SAN ĠORĠ - DAWL", "10835.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Minkejja diversi talbiet lil Enemalta biex jerġa' jinxtgħel iċ-Ċimiterju ta' San Ġirgor, fiż-Żejtun dan għadu mitfi u qed jintqal li r- raġuni hi li hemm ħsara fil- mains, tista' Enemalta tieħu dan l-ilment ftit bis-serjeta' bit- tama li x-xogħol li hemm bżonn issir jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Kummissjoni kontra l-Ingustizzji Qrati,Kummissjoni kontra l-Ingustizzji Qrati,Kummissjoni kontra l-Ingustizzji KUMMISSJONI KONTRA L- INĠUSTIZZJI", "10850.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: a) Jista' l- Ministru jgħidilna min huma l- membri kollha inkluż ċ-Chairman u s-Segretarju, bl-indirizzi b'kollox li jifformaw il- Kummissjoni ta' kontra l-Inġustizzji?", "b) Jista' fil-qosor l- Ministru jgħidilna x'inhuma s- setgħat ta' din il- Kummissjoni, u jinkludux li jinvestigaw lil xi ħadd, jagħmlu rapport dwaru, jressqu l-każ għand il-Pulizija u l-persuna konċernata lanqas biss tiġi avviċinata?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il- Kummissjonijiet, maħtura bis- saħħa ta' l-Att XV ta' l-1987, in office fis-26.5.93 huma:", "1.", "Onor.Micallef Dr Joseph Said Pullicino - Chairman Sur Paul Saliba Membru Sur Carmel Baluci Membru Sur Joseph R. Fiott Segretarju", "2.", "Avukat Dr Joseph Galea Debono Chairman Sur Loris Serge Membru Mrs Rosanna Caruana Membru Sur J. Tabone Adami Segretarju", "3.", "Avukat Dr Ramon Rossignaud Chairman Sur Maurice Bonello Membru Sur Anthony Bartolo Membru Sur Victor Vella Segretarju", "4.", "Avukat Dr Guido Saliba Chairman Avukat J. Caruana Scicluna Membru Sur Edwin Ebejer Membru Sur Dione Giorgio Segretarju", "L-indirizz sħiħ tal-Kummissjoni hu:", "\"Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji Qrati Superjuri, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta CMR 02\"", "Is-setgħat tal-kummissjoni huma dawk mogħtija lilha bis- saħħa ta' l- istess Att XV ta' l-1987.", "Siggiewi,Tiswija ta' toroq bonm,Siggiewi,Tiswija ta' toroq falm,Siggiewi,Tiswija ta' toroq SIĠĠIEWI: ĦAL XLUK - ASFALTAR", "10851.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li Triq Ħal Xluk, is- Siġġiewi tiġi asfaltata skond il- ħtieġa minħabba li din it- triq ilha hekk maqlugħa għal dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xoghol li jehtieg isir huwa xoghol ta' traqqigh (patching).", "Dan se jsir mid- Dipartiment koncernat dalwaqt.", "Siggiewi,Tindif bonm,Siggiewi,Tindif falm,Siggiewi,Tindif SIĠĠIEWI: TRIQ IR-REBBIEGGħA - RIMI TA' SKART", "10852.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex jitneħħa l- akkumulazzjoni ta' oġġetti li qegħdin jintefgħu quddiem wieħed mill-garaxxijiet (\"St. Anthony\") fi Triq ir-Rebbiegħa, fis-Siġġiewi?", "Jaf il-Ministru li l-materjal li qiegħed jintefa' f'dan il- lok jista' jingħata n-nar b'konsegwenzi koroħ għal dawk li joqogħdu fl-ewwel sular?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- ilment imressaq mill-Onor.", "Membru qed jigi nvestigat sabiex tittiehed l-azzjoni mehtiega mill-aktar fis possibli.", "Qormi,Provvista ta' elettriku manc,Qormi,Provvista ta' elettriku falm,Qormi,Provvista ta' elettriku QORMI: TA' FARSINA - QTUGĦ TA' ILMA", "10853.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega kif in-naħa tal- Housing Estate Ta' Farsina, Qormi diġa' qegħdin ibatu minn nuqqas u qtugħ ta' ilma?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-provvista ta' l- ilma fil- Housing Estate ta' Farsina, Qormi qed tinqata' darba fil-gimgha bhala parti mill-immaniggjar tar-riservi ta' l-ilma.", "Telephones,Tel No. 498293 manc,Telephones,Tel No. 498293 zamf,Telephones,Tel No. 498293 TELEPHONES - TEL.", "NO.498293", "10854.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jordna li s- servizz tat-telephone numru 498293, jiġi rranġat sew perwss li sikwit jinqata' u subscriber jispiċċa bla servizz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Telemalta hadet il-passi immedjati sabiex tissewwa l- hsara billi kienet mibdula l- istallazzjoni mid-\"Distribution Point\" aktar qrib.", "Is-set tat- telefon kien mibdul ukoll, ghas-sodisfazzjoni ta' l- abbonat.", "Djar tal-Gvern,Manutenzjoni pora,Djar tal-Gvern,Manutenzjoni falm,Djar tal-Gvern,Manutenzjoni DJAR TAL-GVERN - MANUTENZJONI", "10860.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi dwar tiswijiet ta' flats tal- Gvern, jista' l-Ministru jgħidli ħarġitx l-offerta (jekk le, meta ħierġa) biex permezz tagħha jiġi rranġat flat f'Ta' Xbiex Housing Estate li diġa' tlabt fuqu lid-dipartiment konċernat?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "Loghob tal-Pajjizi z-Zghar pora,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar frem,Loghob tal-Pajjizi z-Zghar LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR", "10861.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għaż- Żgħażagħ u Kultura: Għal- logħob li jsir fil-Pixxina l- ġdida, il-Gvern jew xi Kumitat ħatar xi nies mediċi jew tekniċi f'dan l-isports?", "F'każ affermattiv, min huma dawn in-nies?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ir- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "Zejtun,Vandalizmu psaj,Zejtun,Vandalizmu gall,Zejtun,Vandalizmu ŻEJTUN - VANDALIŻMU", "10868.", "L-ONOR.", "JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: In vista ta' ċerti atti ta' vandaliżmu li qegħdin isiru ż- Żejtun eżempju twaqqigħ ta' opra morta fil-ġnien f'Misraħ Mik.", "A. Vassalli u ksur ta' lampa taż-zebra crossing fi Triq A. Cachia Zammit u din ta' l- aħħar ukoll sfaċċatament fil- preżenza ta' ħafna nies, u b'rapport ta' bniedem innifsu lill-Pulizija, x'passi ttieħdu?", "Tista' l-Pulizija tagħmel patrols fl-inħawi biex forsi jidħol daqsxejn aktar dak is- sens ta' dixxiplina tant mixtieq u meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma sar l-ebda rapport lill-Pulizija dwar tliet gebliet li nqalghu mill- opramorta tal-gnien imsemmi, izda dan gie ikkonfermat mill- Pulizija wara li saret din l- Interpellanza.", "Jirrizulta wkoll li fit-23 ta' Mejju 1993 il-Pulizija waqt il-patrol innutat il-globi taz- 'zebra crossing' imkissra f'Cachia Zammit Street.", "Il-Pulizija ma rrizultalhiex min kien responsabbli ghal dawn l-atti vandali u hadd ma ta ghajnuna lill-Pulizija b'informazzjoni sabiex ixejjnu atti bhal dawn.", "Tajt struzzjonijiet sabiex il-Pulizija, minkejja s- sorveljanza li qed issir, izzid din il-hidma."]} {"filename": "20020116_679d_par.doc", "date": "2002-01-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 679 L-Erbgħa, 16 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 679", "L-Erbgħa, 16 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "679", "L-Erbgħa, 16 ta' Jannar, 2002", "WERREJ MINUTI 694", "KOMUNIKAZZJONI MINN MR SPEAKER 694", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 694", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 695", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 678 li saret fis-16 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI MINN MR SPEAKER", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għal mistoqsija parlamentari magħmula mill-Onor.", "Carmelo Abela lis-Sedja, dwar il-ħatra ta' Deputat Awditur Ġenerali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SKOLA MARIJA ASSUNTA – TRASPORT TA' STUDENTI", "30562.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li fil- karozza privata li tieħu lill-istudenti bniet mill-Belt għall-iskola Marija Assunta tal-Ħamrun qed jiġu offruti sigaretti mis-sewwieq, qed ikun hemm imġiba mhux xierqa minnu ma' l-istudenti u l-karozza tkun iffullata bi studenti żejda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fl-iskola Marija Assunta hemm 89 student mill-Belt u hemm żewġ karrozzi għad- dispożizzjoni ta' dawn l-istess studenti.", "Xi studenti għamlu rapport lill- amministrazzjoni ta' l-iskola li studenti oħra huma responsabbli għal din l- imġiba.", "L-amministrazzjoni ta' l-iskola widdbet lil dawn l-istudenti u esiġiet imġiba korretta.", "PEMBROKE - ĦWIENET", "30565.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' ħwienet f'Pembroke bejn l-1995 u l-2001?", "F'liema oqsma huma dawn il-ħwienet?", "Kemm minnhom ġew aċċettati?", "Kemm ġew rifjutati?", "Kemm hemm pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li għat-tip ta' żvilupp li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet erba' applikazzjonijiet.", "Dawn kienu għal butcher shop; sale of stationery; confectionery u retail hardware store for paint.", "Applikazzjoni waħda ġiet aċċettata u t-tlieta l-oħra ġew rifjutati.", "L- applikazzjonijiet huma kollha determinati iżda fuq applikazzjoni minnhom ġie sottomess appell li għadu pendenti.", "PLANNING AUTHORITY - POLICY", "30567.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Peress li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biddlet il- policy tagħha li jsir shopping centre f'Pembroke, se tippermetti li jiftħu ħwienet individwali f'din il-lokalita`?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): L-abbozz tal-pjan lokali għall-portijiet tat-tramuntana jidentifika neighbourhood centre għal dan il-lokal.", "Din tkun zona speċifika intenzjonata biex tipprovdi lok għall-ħwienet kemm ta' ħteġijiet kif ukoll ta' servizzi.", "L-Awtorita` ta' l-Ippjanar tikkonsidra ukoll applikazzjonijet għal local shops fiz-zoni residenzjali ta' Pembroke.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naf li sar tibdil biex din l-area ssir ċentru għall- kummerċ pero` naf ukoll li saru ħafna lmenti dwar dan.", "Xtaqt li kieku l- Ministru ta' l-Intern kien preżenti ħalli jagħtini aktar informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx preċiżament għal-liema biċċa art qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Forsi jkun aħjar jekk jagħmel domanda bil-miktub sakemm ma jridx iżid xi ħaġa s-segretarju parlamentari ma' dak li għedt jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Peress li għadni dieħel issa, jista' l-Onor.", "Mizzi jirrepeti d-domanda?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond l-istanding orders ma nistax nirrepeti.", "Mhux ta' min jgħaddi ż-żmien bl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u għal din ir-raġuni se nitlob quorum biex nuri l-protest tiegħi għal din l-imġiba.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum u s-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Il-Kamra ġiet sospiża fis-6.07 p.m. minħabba nuqqas ta' quorum u rriżumiet ħames minuti wara ġew magħduda l-Membri preżenti li kienu dawn:", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi Josef Bonnici Tonio Borg Helen D'Amato Louis Deguara Eddie Fenech Adami Censu Galea Louis Galea Austin Gatt Lawrence Gonzi Antoine Mifsud Bonnici Joe Mizzi George Pullicino Ninu Zammit", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx 15-il Membru preżenti, se naġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Jannar 2002 fis-6:00 p.m. bl-istess aġenda.", "Fis-6.13 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - STUDENTI", "30568.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-websites li għandhom aċċess għalihom l-iskejjel tagħna, liema ġurnali, stazzjonijiet lokali tat-tv u r-radju jistgħu jidħlu fihom l-istudenti tagħna mill-klassijiet tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-bidu ta' din is-sena l-istudenti fl- iskejjel ta' l-Istat għandhom aċċess għas-siti ta' l-Internet eżistenti tal- ġurnali, stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni lokali.", "MITTS - LOGGED CALLS", "30587.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30421 u cioe, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika 2000-2001 skola b'skola kemm kien hemm logged calls biex il-MITTS tagħti l-appoġġ tekniku meħtieġ għat-tħaddim tal-kompjuters fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'każ li hemm xi skola partikolari li dwarha l-Onor.", "Membru jixtieq it-tagħrif konċernat, nitlob li tiġi speċifikata l-iskola.", "Ma nifhimx ir-raġuni għaliex jeħtieġ tinġabar l-informazzjoni skola skola.", "MCAST - STUDENTI", "30589.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST li dan ix-xahar m'humiex se jieħdu l-għotja (maintenance grant)?", "X'inhuma r-raġunijiet?", "Meta se jingħataw is-somma dovuti lilhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm seba' studenti li ma rċevewx il- Maintenance Grant għaliex l-informazzjoni dwarhom ma kinetx kompluta.", "Informat ukoll li kien hemm seba' studenti tal-kors tal-Ġojjelerija u tlettax-il student tad-Disinn Industrijali li qegħdin fl-aħħar sena tal- kors li ma rċevewx il-manteniment.", "Dawn l-istudenti għandhom kundizzjonijiet differenti mill-oħrajn u għalhekk ried jiġi ċċarat għandhomx id-dritt għal dan il-Manteniment.", "Huwa mistenni li dawn l-istudenti kollha jirċievu l-manteniment dovut lilhom fix-xahar ta' Jannar 2002.", "FARM ESPERIMENTALI - VARJETAJIET TA' ĦXEJJEX", "30599.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30515 u cioe, jista' l-Ministru jinfurmani fuq liema varjetajiet ta' ħxejjex u frott saret riċerka fil-farm esperimentali matul is-sena li għaddiet u din is-sena?", "X'riżultati ħallew u x'rikomandazzjonijiet sar lill-bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali għas-sena 2000 tat-taqsima ta' tkabbir ta' l-uċuh fl-Għammieri (Crop Husbandry).", "Dan ir-rapport normalment isir f'Jannar ta' kull sena.", "Għaldaqstant, dik għas-sena 2001 jitlesta fi żmien qasir.", "Ir-rakkomandazzjonijiet dejjem ġew mgħoddija lill-bdiewa jew permezz ta' l- Extension Service, jew fi programmi tar-radju, jew fil-fuljett ''Biedja u Sajd''.", "DAWL - KONTIJIET GĦOLJIN", "30628.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament qed tirċievi daqstant kont tad-dawl għoli (kont jidher separatament), meta din il-familja tikkonsisti fi tlett membri li matul il-jum jkunu tnejn minnhom għax-xogħol u l-iskola?", "Jista' l-Ministru jara li jingħata lura l-ħlas dovut għall-kontijiet għoljin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat, li wara li saru l- investigazzjonijiet relattivi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, irriżulta li l-kont ta' dan il-konsumatur inħareġ fuq qari attwali u dawn ġew ikkonfermati bħala tajba bil-qari li ttieħed wara.", "Jidher li dan il-konsumatur ma għamel l-ebda kontestazzjoni mal- Korporazzjoni dwar il-kontijiet ta' qabel.", "Għaldaqstant il-konsumatur jista' jitlob li l-meter tad-dawl jiġi eżaminat billi, jew jagħmel talba bil-miktub, inkella jmur fil-fergħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma fil-Belt Valletta.", "TRASPORT PUBBLIKU - GĦAR BARKA", "30629.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru issa li bdiet sena ġdida cioe l-2002 u l- fatt li dawn l-aħħar 10 snin ma ġiex estiż t-transport pubbliku għal Għar Barka, r-Rabat, jista' l-Ministru jara li dan il-bżonn tar-residenti jiġi rimedjat mmedjatament jew almenu matul l-ewwel tlett xhur tas-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar dan is- suġġett m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.", "RABAT - DWAL", "30630.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawal aħjar iż-żona residenzjali ta' Għar Barka r-Rabat?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "RABAT – IRRANĠAR TA' TOROQ", "30631.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Mtaħleb limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x- xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).", "LANDRIJIET – IRRANĠAR TA' TOROQ", "30632.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Landrijiet limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta??", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530)."]} {"filename": "19990726_139d_par.doc", "date": "1999-07-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 139 It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 139", "It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "139", "It-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 900", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 900", "TQEGĦID TA' KARTI 908", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-ARBITRAĠĠ (L-EWWEL QARI) 908", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA'", "L-IŻVILUPP (L-EWWEL QARI) 909", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA 909", "AĠĠORNAMENT 936", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 941", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 138 li saret fil-21 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - SAFAR", "8215.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Dwar safar ministerjali nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ta l-ministru tal-finanzi għall- mistoqsija parlamentari numru 8004 li tkopri sat-18 ta' Ġunju, 1999.", "Fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra qed nagħti informazzjoni simili dwar id-dipartimenti, il-korporazzjonijiet u l- entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - SAFAR", "8216.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT - SAFAR", "8217.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): L- informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SAFAR", "8218.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tagħha kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Tista' tgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u tqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija mogħtija fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħidilna x'miżuri qed jieħu l- ministeru għal Għawdex minħabba n-nuqqas kbir ta' fiżjoterapisti li hemm ġewwa l-isptar ġenerali ta' Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li m'inix responsabbli minn dan il-ministeru, se ngħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex.", "AGRIKOLTURA U SAJD - SAFAR", "8219.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartiment, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fil-perijodu msemmi kien hemm 38 delegazzjoni ministerjali u dipartimentali li b'kollox swew Lm16,788.75.", "Il-biljetti tas-safar inxtraw kollha mill-Air Malta u l- lista tal-persuni li siefru uffiċjalment qed titqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "POLITIKA SOĊJALI - SAFAR", "8220.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-ministeru tiegħu kif ukoll mid- dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?", "Jista' jgħid ukoll f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, min kienu l-persuni li siefru, mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar u jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fiex waslet il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista li kull persuna b'diżabilita` jkollha dritt għal servizz ta' assistent personali?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minkejja li l-mistoqsija supplimentari m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali, din jien se nweġibha bil-qalb kollha għaliex żgur li tinteressa lil persuni b'diżabilita` u l-familjari tagħhom, Mr Speaker.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, matul l-amministrazzjoni preċedenti, il- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` kienet ħadet l-inizjattiva li tikkummissjona rapport li jindirizza l-inkwiet tal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita`, minħabba li ma jkunux jafu x'se jsir minn uliedhom ġaladarba huma jiġu neqsin.", "Fil-fatt dan ir-rapport tlesta ftit tal-ġimgħat ilu u saret ukoll konferenza stampa dwaru.", "Ta' min jgħid li dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn l-iżviluppi kollha li kellna f'dawk li huma servizzi għal persuni b'diżabilita` matul dawn l- aħħar 20 jew 30 sena, kif ukoll jagħmel analisi ta' l-inizjattivi li ttieħdu matul dawn l-aħħar 12 jew 13-il sena, fosthom it-twaqqif ta' djar żgħar fil-komunita`.", "Ir-rapport jagħmel ukoll ċerti rakkmandazzjonijiet u fosthom isemmi wieħed mill-impenji elettorali ta' dan il-gvern, ċioe` s-servizz ta' assistent personali lil persuni b'diżabilita`.", "Diġa` kelli l-okkażjoni ngħid illi ż-żerriegħa ta' dan is-servizz diġa` teżisti, liema servizz kien ġie introdott mill-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti - u hawn qed nirriferi għas-servizz tal-homehelp - pero` dan is-servizz kien ġie tfassal biex jaqdi l-bżonnijiet ta' dawk l-anzjani li jgħixu ġo djarhom.", "Bħalissa dan ir-rapport tekniku qed jiġi studjat fid-dettall mill- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita`, liema kummissjoni se tniedi kampanja ta' diskussjoni wiesgħa fost il-partijiet kollha interessati, inkluż l-għaqdiet volontarji, il-qasam governattiv u l-ġenituri biex flimkien jaraw x'inhuma l-prijoritajiet ta' dan il-qasam.", "Jien naħseb li f'dan l-istadju jkun xieraq jekk qabel ma nkomplu naħdmu fuq dan il-qasam naraw x'se joħroġ minn dawn id-diskussjonijiet, anke biex ikollna indikazzjonijiet iktar ċari dwar xi prijoritajiet għandu dan il-qasam u dwar kif għandu jitfassal is-servizz ta' assistent personali għal persuni b'diżabilita`, li fl-aħħar mill-aħħar jista' jiġi mmudellat fuq servizzi simili li jeżistu barra minn Malta, speċjalment fil-pajjiżi nordiċi.", "Madanakollu għandna noqogħdu attenti qabel ma nfasslu s-servizzi tagħna fuq is-servizzi li jingħataw f'pajjiżi oħra għaliex pajjiżna għandu ċerti ċirkostanzi partikolari li pajjiżi oħra m'għandhomx, fosthom l-extended families u għalhekk, kif għidt diġa`, ikun aħjar jekk qabel ma nibdew nimplimentaw ir-rakkmandazzjonijiet li saru, nistennew li jiġu konklużi d- diskussjonijiet kollha li qed isiru bħalissa fuq dan il-qasam.", "AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "8257.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Għarab mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Skond l- informazzjoni li għandu l-ministeru, mill-5 ta' Settembru 'l hawn kien hemm disa' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Għarab u f'pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u dawn kienu kif ġej:", "i) L-Emirati Għarab Maqgħuda - f'Novembru 1998 - fejn ġie ffirmat ftehim dwar koperazzjoni fl-oqsma tal-kultura u x-xjenza; waqt din iż- żjara ġie inawgurat l-uffiċċju rappreżentattiv ta' l-AirMalta;", "ii) Il-Ġordan - f'Jannar 1999 - fl-okkażjoni tal-funeral tar-Re Hussein;", "iii) Il-Libanu - fi Frar 1999 - fejn ġie ffirmat ftehim dwar il- ħelsien mit-taxxa doppja; saru wkoll diskussjonijiet ma' l-ogħla awtoritajiet Lebaniżi;", "iv) Is-Sirja - fi Frar 1999 - fejn saru diskussjonijiet ma' l-ogħla awtoritajiet Sirjani;", "v) L-Eġittu - fi Frar 1999 - fejn ġie ffirmat ftehim dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja, ftehim li jinkoraġġixxi u jipproteġi l-investiment u programm dwar kooperazzjoni kulturali, teknika u xjentifika għas-snin 1999-2001; saru wkoll diskussjonijiet ma' l-ogħla awtoritajiet Eġizzjani u ġiet organizzata anke missjoni kummerċjali mill-METCO fejn rappreżentanti ta' kumpanniji Maltin ħadu l-opportunita biex iġeddu r- rabtiet kummerċjali tagħhom fl-Eġittu;", "vi) It-Tuneżija - fi Frar 1999 - fl-okkażjoni ta' l-ewwel sessjoni tal- kummissjoni mħallta Malta/Tuneżija dwar turiżmu;", "vii) Il-Libja - f'April 1999 - fl-okkażjoni ta' l-estradizzjoni taż- żewġ Libjani in konnessjoni mat-titjira traġika tal-Pan-Am fuq Lockerbie;", "viii) Il-Libanu - f'April 1999 - fejn saru diskussjonijiet dwar ftehim li jirregola t-trasport bl-ajru bejn Malta u l-Libanu; u", "ix) Il-Libja - f'Mejju 1999 - fejn saru diskussjonijiet bilaterali.", "AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "8258.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8257.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk id- delegazzjonijiet li semma li marru l-Afrika ta' Fuq, fosthom il-Libja, qattx iddiskutew il-kwestjoni ta' l-introduzzjoni tal-visa għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi biex ikunu jistgħu jidħlu f'pajjiżna, dejjem jekk kemm- il darba l-gvern Nazzjonalista se jibqa` bil-fehma li jdaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-fatt meta jien mort il-Libja - fl-okkażjoni ta` l- estradizzjoni taż-żewġ Libjani in konnessjoni ma' l-isplużjoni tal-Pan-Am fuq Lockerbie - kienet saret riferenza għal din il-kwestjoni pero` dakinhar ma kienx hemm l-opportunita` li din tiġi diskussa fid-dettall.", "Irrid ngħid ukoll li peress li l-mistoqsija oriġinali kienet tirrigwarda delegazzjonijiet tal-gvern, jiġifieri mhux neċessarjament delegazzjonijiet immexxija minni, ma nistax ngħid jekk meta marret delegazzjoni l-Libja mmexxija minn, per eżempju, il-ministru għas-servizzi ekonomiċi, ġietx diskussa din il-kwestjoni jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura l-Ministru jista' jgħidilna jekk kemm-il darba kellux xi approach fuq din il-kwestjoni mill-Ambaxxatur Libjan f'Malta, jew għallinqas għandux il-ħsieb li jqajjem din il-kwestjoni mill- iktar fis possibbli ma' l-awtoritajiet konċernati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Nikkonferma li s'issa ma kelli l-ebda approach fuq din il-kwestjoni mill-Ambaxxatur Libjan f'Malta.", "Pero` ovvjament dan huwa suġġett li għad irridu nanalizzawh bis-serjeta` u fil-mument opportun niddiskutuh ma' kulmin hu konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri jien għandi nifhem li għadu ma beda jsir l- ebda studju jew kalkolu ta' l-impatt fuq in-negozju bejn Malta u l-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq f'dan il-qasam, fosthom bejn Malta u l-Libja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' studju jew kalkolu ta' impatt fuq in-negozju bejn Malta u l-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq imma hija kwestjoni li tirrigwarda l-moviment tan-nies bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Dan ma jfissirx li m'aħniex qed nieħdu din il-kwestjoni in konsiderazzjoni pero`, żgur li m'hijiex xi ħaġa li hija konnessa direttament ma' l-attirar ta' investiment jew negozju bejn iż-żewġ pajjiżi.", "AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "8259.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Asjatiċi mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Skond l-informazzjoni li għandu l-ministeru, mill-5 ta' Settembru 'l hawn id-delegazzjonijiet li marru f'pajjiżi Asjatiċi kienu tnejn, li t-tnejn li huma marru ċ-Ċina.", "Matul dawn iż-żjarat ġew diskussi mezzi ta' koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isports u saru wkoll diskussjonijiet dwar il-qasam ta' l-ambjent u kostruzzjoni.", "Ta' min jgħid li l-ewwel żjara saret f'Jannar ta' l-1999 filwaqt li t- tieni żjara saret f'April ta' l-1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jikkonferma li matul iż-żjara li għamel ministru tal-Gvern Malti ġewwa ċ-Ċina, ma ġie diskuss xejn ħlief il-possibbilta` li jinfetaħ ġnien Ċiniż ieħor f'pajjiżna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li ma kontx nagħmel parti minn dik id- delegazzjoni ma nistax nikkonferma jew niċħad dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant pero` jien informat li matul dik iż-żjara ġew diskussi diversi materji, fosthom il-possibbilta` li f'pajjiżna jinfetaħ ġnien Ċiniż ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-Ministru jaħseb li huwa ġustifikat li tmur delegazzjoni ġewwa ċ-Ċina, bix-xinxilli kollha, sempliċement biex titkellem fuq il-possibbilta` li f'pajjiżna jinfetaħ ġnien Ċiniż ieħor?", "Wara kollox meta kien se jinfetaħ il-ġnien Ċiniż li hemm ġewwa Santa Luċija, ma naf li marret l-ebda delegazzjoni ta' l-ebda gvern ġewwa ċ-Ċina.", "Possibbli li pajjiżna għandu fondi biżżejjed biex jisparpalja l-flus b'dan il-mod, li jkollok delegazzjoni tmur iċ-Ċina sempliċement biex tiddiskuti l- possibbilta` li f'pajjiżna jinfetaħ ġnien ieħor Ċiniż?", "Il-Ministru jaħseb li dan huwa parti mill-kontroll li suppost jagħmel fuq id-delegazzjonijiet li jmorru barra minn Malta u fuq l-ispejjeż li jintnefqu matul dawn iż- żjarat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Kif għidt diġa`, min-notamenti li għandi jidher li matul iż-żjara msemmija mill-Onor.", "Interpellant - liema żjara saret bejn it-18 u l-24 ta' Jannar, 1999 - id-delegazzjoni kellha diskussjonijiet fuq diversi kwestjonijiet, fosthom fuq il-possibbilta` li f'pajjiżna jinfetaħ ġnien ieħor Ċiniż.", "Madanakollu ta' min jirrimarka li ħafna drabi d- delegazzjonijiet iżuru pajjiżi oħra sabiex jiġu stabiliti ċerti kuntatti u sabiex jibdew diskussjonijiet fuq diversi materji, li mbagħad ikunu jistgħu jiġu żviluppati iktar fid-dettall billi jmorru hemmhekk delegazzjonijiet tekniċi jew kummerċjali.", "Fil-fatt jien naħseb li l-għan primarju taż-żjara li għamel il-Ministru Zammit Dimech ġewwa ċ-Ċina kien eżattament biex ir-relazzjonijiet bilaterali li għandna maċ-Ċina jiġu żviluppati aktar, speċjalment f'dawk l- oqsma li huma ta' interess għaż-żewġ naħat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, filwaqt li rrid ngħid illi jien naħseb li r-relazzjonijiet tagħna maċ-Ċina għandhom bażi soda ħafna u m'hemmx għalfejn imorru hemmhekk delegazzjonijiet biex ikomplu jiżviluppaw dawn ir- relazzjonijiet, ġaladarba l-Ministru għandu xi notamenti fuq din iż-żjara, jista' jgħidilna ma' min iltaqgħet id-delegazzjoni tal-Ministru Zammit Dimech meta kienet iċ-Ċina?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li n-notamenti li għandi m'humiex dettaljati daqshekk, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru għall-ambjent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, billi l-gvern Laburista preċedenti kien ħa diversi inizjattivi sabiex ikun hemm numru ta' żgħażagħ li jitħarrġu f'diversi snajja' partikolari, fosthom l-akwakultura - fejn permezz ta' arranġamenti milħuqa mill-istess gvern, kienet saħansitra ntbagħtet studenta f'pajjiż Asjatiku sabiex tistudja iktar dwar l-impatt ambjentali li jħallu l-fish farms fl-ibħra tagħna - jista' l-Ministru jgħidilna jekk matul dawn l-aħħar għaxar xhur tkompliex dan l-eżerċizzju u, jekk tkompla, f'liema oqsma tkompla?", "ONOR.", "JOE BORG: Inti qed tirriferi għal dawk l-istudenti li ntbagħtu ċ- Ċina?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: F'dan il-każ qed nirriferi għall-Ġappun fejn, kif kulħadd jaf, l-industrija ta' l-akwakultura hija waħda mill-iktar intensiva.", "Fil-fatt kien għalhekk illi l-ministru għall-affarijiet barranin taħt il-gvern preċedenti kien ħass illi ż-żgħażagħ għandhom imorru jitħarrġu fl-universitajiet ta' dan il-pajjiż.", "Il-Ġappuniżi għandhom esperjenza vasta f'dik li hija ekoloġija u fuq l-impatt li jikkawżaw il-fish farms f'qiegħ il-baħar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Safejn naf jien dan huwa an ongoing process, pero` jien naħseb li l-ministru għall-agrikoltura u sajd huwa informat iktar minni dwar dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub u mbagħad wara li nagħmel ir-riċerki neċessarji nirrispondih.", "MALTA - LIBJA - PROTOKOLL FINANZJARJU", "8260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u s-sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan, liema protokoll ġie ffirmat is-sena l- oħra, jista' l-Ministru jgħid xi proposti saru mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan sabiex apparti x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u bini ta' trawlers tas- sajd, jinfetħu fabbriki f'Malta li jipproduċu aċċessorji li huma meħtieġa għal dawn l-industriji hekk kbar f'Malta u l-Libja?", "Meta saru dawn il- proposti u f'liema stadju waslu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru għall-affarijiet barranin.", "EU - IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "8275.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti, bħal zokkor, trab tal- ħalib, eċċ. li jekk l-industrija lokali timportahom mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea tirċievi sussidju fuq kull tunnellata, peress li Malta m'hijiex membru sħiħ ta' din l-Unjoni?", "X'se jiġri jekk Malta tkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea u b'hekk l-industrija titlef dawn is-sussidji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "EU - IMPORTAZZJONI TA' TRAB TAL-ĦALIB", "8276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li ċerti prodotti, bħat-trab tal-ħalib li minnu jsir il-ġobon, il- ħelu, eċċ. huwa ssussidjat b'madwar £Stg795 fuq kull tunnellata meta importat mill-industrija lokali mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni l-industrija lokali se titlef dan l-inċentiv?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "AGRIKOLTURA - SERVIZZI", "8709.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- ministeru tiegħu - jew xi parti li taqa' taħtu - huwiex qed iħallas direttament jew indirettament għall-kera, l-elettriku l-ilma u l-linji tat- telephone jew fax 237249 u 221473 ta' The International Foundation (Malta), li bħala indirizz uffiċjali għandha 54, West Street, Valletta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru tiegħi la qatt ħallas u lanqas m'hu qed iħallas kontijiet għas-servizzi msemmija.", "AGRIKOLTURA - MOBILE PHONE", "8710.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- ministeru tiegħu - jew xi parti li taqa' taħtu - huwiex qed iħallas direttament jew indirettament għall-mobile phone numru 09492383 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma sar l-ebda pagament konness ma' dan is-servizz.", "PENSJONIJIET - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "8736.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' nies li jieħdu l-pensjoni ta' diżabilita`?", "Kemm minn dawn għandhom diżabilita` fiżika u kemm minnhom għandhom diżabilita` mentali?", "Kemm hu t-total ta' pensjoni li l-gvern iħallas għal-diżabilita` mentali u kemm għal-diżabilita` fiżika?", "Kif ivarjaw l-etajiet ta' dawk li jirċievu l- pensjoni tad-diżabilita`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher iktar 'l isfel.", "In-numru ta' persuni li jieħdu pensjoni ta' diżabilita` huwa ta' 1,813.", "Minn dawn 180 għandhom diżabilita` fiżika filwaqt li 1,633 għandhom diżabilita` mentali.", "It-total ta' pensjoni li l-gvern iħallas għal diżabilita` mentali hija ta' madwar Lm173,000 kull erba' ġimgħat.", "L-ammont imħallas għal diżabilita` fiżika huwa ta' madwar Lm18,000 kull erba' ġimgħat.", "L-etajiet ta' dawk li jirċievu l-pensjoni ta' diżabilita` huma hekk:", "bejn 16 u 60 sena - 1,781 'Il fuq minn 60 sena 32", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ma nafx jekk il-Viċi Prim Ministru kellux ċans jagħti ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu pero` f'wieħed mill- ġurnali hemm ittra li tirrigwarda r-rapport li sar mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` dwar is-servizzi residenzjali.", "Fil-fatt min kiteb din l-ittra qed jilmenta li minkejja li meta kien qed jitħejja dan ir-rapport saru intervisti intensivi ma' min imexxi Dar il-Wens u Dar Nazareth, dawn id-djar ma ngħatawx l-ispazju li wieħed kien jistenna f'dan ir-rapport.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-fatt jien naħseb li din l-ittra kienet qed tirriferi għar-rapport li jien semmejt iktar kmieni - meta kont qed inwieġeb mistoqsija supplimentari li għamilli l-Onor.", "Parnis - jiġifieri dak ir-rapport li, kif għidt diġa`, ġie kkummissjonat sabiex isir studju dwar is-servizzi li għandna għal persuni b'diżabilita` u sabiex nindirizzaw il-preokkupazzjonijiet li jkollhom il-ġenituri ta' dawn il-persuni.", "Hawnhekk ta' min jenfasizza li l-iskop ta' dan ir-rapport ma kienx li jagħmel analisi dettaljata dwar is-servizzi residenzjali pprovduti minn Dar il-Wens u Dar Nazareth - li fl-opinjoni tiegħi huma tajbin ħafna, tant li ġie reġistrat li s-servizzi li joffru dawn id-djar residenzjali kienu fost l-iktar żviluppi pożittivi li dan il-qasam kellu matul dawn l-aħħar 15-il sena - imma li tiġi identifikata d-direzzjoni li jrid ikollhom dawn it-tip ta' servizzi.", "M'għandix dubju li l-kontribut li qegħdin jagħtu Dun Anġ Seychell, li qed imexxi Dar Nazareth u min qed imexxi Dar il-Wens, min qed imexxi d-Dar tal- Provvidenza u min qed jieħu xi inizjattiva biex jiftaħ djar simili fil- komunita`, hija xi ħaġa pożittiva li wieħed għandu jinkoraġġieha.", "Pero` nerġa` nenfasizza li l-iskop tar-rapport imsemmi ma kienx li ssir analisi ta' dawn id-djar residenzjali imma li nimplimentaw f'forma ta' pilot project mudell ta' assistent personali għal persuni b'diżabilita`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Mejju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9246.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8752 f'seduta Nru. 137 tat-Tlieta, 20 ta' Lulju 1999; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar tfal fi skejjel speċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8737; u", "Tagħrif dwar użu ta' CNCs fis-CIM centre fl-istitut tekniku Mikelanġ Sapiano bejn Ottubru 1998 u Ġunju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8807.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Fuljett maħruġ mid-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta' expatriates li jagħti tagħrif dwar ħruġ ta' liċenzji għal impjieg lil barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8803.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Gatt.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-ARBITRAĠĠ", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att ta' l-1996 dwar l-Arbitraġġ\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1996 dwar l-Arbitraġġ\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IŻVILUPP", "MR SPEAKER: Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-1999 li jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 1999 li jemenda l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp\" jiġi moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nitlob is-sospensjoni ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata sabiex issir diskussjoni fuq ir-rapport dwar l-update ta' l- avis tal-Kummissjoni Ewropea, kif spjegajt fl-aġġornament tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa li għaddew u kif miftiehem fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "UPDATE TA' L-AVIS TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "MR SPEAKER: Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, nixtieq nintroduċi din id-diskussjoni billi nagħmel riferenza għal dik il-parti tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista li tirriferi għall-kwestjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri Kap 9, bit-titolu \"Fl-Ewropa Wara Referendum\", li jgħid hekk:", "\"Gvern ġdid Nazzjonalista jitlob lill-Unjoni Ewropea sabiex jibdew in- negozjati u jara li jakkwista l-aqwa kondizzjonijiet għas-setturi differenti, b'taħditiet ma' kull settur matul in-negozjati u anke permezz ta' rappreżentanza diretta minn dawn is-setturi fit-team li jkun qed imexxi n-negozjati relattivi.", "Wara li jlesti n-negozjati u jkunu magħrufa l-kondizzjonijiet ta' sħubija, il-gvern jagħmel referendum apposta biex ikun il-poplu Malti u Għawdxi li b'vot apposta jiddeċiedi jekk għandniex nidħlu jew le.\".", "Sur President, din il-wegħda li għamilna fil-programm elettorali timplika tliet affarijiet.", "Din timplika li immedjatament wara li l-Partit Nazzjonalista jitla' fil-gvern jagħmel talba sabiex l-applikazzjoni ta' Malta terġa` tiġi riattivata - u qed nuża l-kliem \"terġa` tiġi riattivata\" minħabba li, kif kulħadd jiftakar, il-gvern Laburista preċedenti kien issospenda din it-talba u ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea ħalli jimxi għal proċess ieħor ta' relazzjonijiet iżjed viċini ma' l-Unjoni, liema proċess kellu jwassal għal żona ta' kummerċ ħieles - u timplika wkoll li jkun hemm informazzjoni u konsultazzjoni sħiħa - jiġifieri li l-gvern Nazzjonalista jobbliga ruħu li jikkonsulta mas- setturi konċernati u jinformahom b'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan il- qasam - u t-tielet implikazzjoni ta' din il-wegħda hija li wara li jitlestew in-negozjati jsir referendum.", "Mr Speaker, ngħaddi biex nirriferi għar-riattivar ta' l-applikazzjoni ta' Malta.", "L-ewwelnett ta' min jgħid illi hekk kif tlajna fil-gvern, il-ministru għall-affarijiet barranin ta' dak iż-żmien - illum il-President Guido de Marco - kien bagħat ittra lill-presidenza tal-kunsill - li dak iż-żmien kienet il-presidenza Awstrijaka - fejn għamel talba sabiex terġa` tiġi riattivata l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Kif kulħadd jaf, dik l-ittra tat lok sabiex il-kunsill tal-ministri jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel rapport dwar is-sitwazzjoni f'Malta biex tkun taf x'sar eżattament minn meta l-applikazzjoni Maltija ġiet iffriżata sal-mument li saret it-talba għar-riattivar.", "Biex dan ir- rapport seta' jsir intbagħtu sensiela ta' mistoqsijiet lill-Gvern Malti, li min-naħa tiegħu ta d-dettalji kollha lill-kummissjoni; u fi Frar li għadda din il-kummissjoni lestiet ir-rapport tagħha, li llum jinsab quddiemna għad- diskussjoni.", "Wieħed irid isemmi li wara li l-kummissjoni lestiet ir- rapport tagħha, xahar wara, jiġifieri f'Marzu, il-general affairs council ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda li jadotta dan ir-rapport u, permezz ta' din id-deċiżjoni, il-kunsill ġenerali ta' l-Unjoni stess ikkonferma li llum Malta ġiet aċċettata lura fit-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid ukoll li ġie kkonfermat illi l-proċess ta' screening għandu jibda kemm jista' jkun malajr u fil-fatt wara li f'Ottubru li ġej il- Kummissjoni Ewropea tlesti r-rapport li ġiet awtorizzata li tagħmel, fis- summit ta' Helsinki l-Unjoni Ewropea se tkun f'pożizzjoni li tiddeċiedi jekk jistgħux jibdew in-negozjati ma' Malta f'dan ir-rigward sa l-aħħar tas- sena jew sal-bidu tas-sena d-dieħla.", "Fir-rapport li għamlet il-kummissjoni qalet li m'għandux ikun hemm diffikultajiet biex il-kunsill jawtorizza li jibdew dawn in-negozjati ma' Malta u kompliet tgħid illi mhux biss huwa maħsub li pajjiżna se jlaħħaq ma' pajjiżi oħrajn li diġa` bdew dawn in- negozjati imma talli pajjiżna se jkun ma' l-ewwel grupp ta' pajjiżi fit- tkabbir li jmiss.", "Issa ħalli ngħaddi biex nispjega għaliex il-Gvern Malti ddeċieda li jirriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl- Unjoni.", "Mr Speaker, diġa` semmejt li waħda mill-wegħdiet li kien hemm fil- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista kienet dik li jekk il-partit jitla' fil-gvern jirriattiva l-applikazzjoni ta' Malta u allura hawn wieħed jista' jgħid bla tlaqliq illi meta aħna, bħala Partit Nazzjonalista, irbaħna l-elezzjoni f'Settembru li għadda, kien il-poplu Malti u Għawdxi stess li tana l-mandat li nerġgħu nirriattivaw din l-applikazzjoni.", "Issa jekk wieħed jara x'relazzjonijiet jista' jkollha Malta ma' l-Unjoni Ewropea jsib li jeżistu diversi alternattivi.", "Per eżempju, li kieku riedna stajna nibqgħu għaddejjin bl-istatus quo, jiġifieri nħallu kollox kif inhu u nibqgħu nipprovaw nieħdu l-vantaġġi li joffri l-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Ta' min jgħid illi dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni kien wasal biex ineħħi kull xkiel f'dik li hija esportazzjoni ta' prodotti Maltin pero` sfortunatament il-Gvern Malti ma kienx għadu laħaq onora l-commitment tiegħu, bil-konsegwenza li nħolqu diversi ostakli biex jiġu importati prodotti mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt naħseb illi kulħadd jiftakar li sas- snin tmenin dawn l-ostakoli kienu ta' natura enormi - għax ħafna mill- oġġetti li kienu ġejjin mill-Unjoni Ewropea kienu pprojbiti li jiddaħħlu f'pajjiżna - pero` wara li sar xi tibdil fil-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ dan ix-xkiel tista' tgħid li tneħħa, ħlief għal dak li għandu x'jaqsam mal-levies.", "Madanakollu jien naħseb li din l-alternattiva nistgħu nwarrbuha mal-ewwel għax l-Unjoni Ewropea bl-ebda mod m'hi se taċċetta li nibqgħu nżommu l-levies b'mod indefinit, anke minħabba l-fatt li dan imur kontra r-regoli tal-kummerċ internazzjonali tal-world trade organisation, li tagħmilha ċara li ma jistax ikun hemm dan it-tip ta' xkiel.", "Mr Speaker, it-tieni alternattiva li għandna hija li mmorru għal żona ta' kummerċ ħieles, li twassal sabiex ma jkun hemm l-ebda xkiel fl- importazzjoni u fl-esportazzjoni ta' prodotti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, la xkiel ta' natura fiżika, la xkiel ta' natura teknika u lanqas xkiel ta' natura fiskali.", "Ta' min ifakkar li żona ta' kummerċ ħieles hija l-ewwel fażi miż-żewġ fażijiet li hemm provduti fil-ftehim ta' assoċjazzjoni ta' l-1970.", "Alternattiva oħra hija li bejn Malta u l-Unjoni Ewropa jkun hemm unjoni doganali.", "Fil-fatt anke din it-tip ta' relazzjoni kienet ġiet provduta fil-ftehim ta' assoċjazzjoni li sar bejn Malta u l- Unjoni Ewropea, għax dak il-ftehim jgħid li wara li pajjiżna jkun mar għal żona ta' kummerċ ħieles għandna mmorru għal unjoni doganali.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li jekk kemm-il darba nieħdu dawn iż-żewġ alternattivi nkunu qegħdin nonoraw il-commitment li kellna fl-1970, jiġifieri madwar 30 sena ilu, meta konna ffirmajna l-ftehim ta' assoċjazzjoni.", "Mr Speaker, alternattiva oħra li wieħed jista' jikkontempla hija l-hekk imsejħa European economic area, jiġifieri li bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jkun hemm reġim li jixbah jew li huwa identiku għal dak li jeżisti bejn l- Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' l-EFTA li għadhom m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea, jiġifieri n-Norveġja, l-Isvizzera, il-Liechtenstein u l- Iżlanda.", "B'hekk wieħed ikun jista' jgħid li jkun hemm suq intern wieħed bejn Malta u l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament imbagħad teżisti wkoll l-alternattiva li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, bil-vantaġġi u bl-obbligi kollha li din ir-relazzjoni ġġib magħha.", "Mr Speaker, nixtieq nenfasizza ftit ieħor fuq l-alternattiva li mmorru għal żona ta' kummerċ ħieles peress li l-Partit Laburista jidhirlu li din hija d-direzzjoni li għandna nieħdu lil pajjiżna fiha.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kwalunkwe żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u Malta - sew jekk din tkun żona ta' kummerċ ħieles, sew jekk din tkun żona doganali kif ukoll jekk tkun a European economic area - se jġib miegħu piżijiet ġodda fuq pajjiżna, għalkemm l-alternattivi li għandna mhux kollha jġibu l-istess piżijiet.", "Qed ngħid dan għaliex jekk immorru għal żona ta' kummerċ ħieles se jkollna nġorru piżijiet sa ċertu grad; jekk immorru għal unjoni doganali se jkollna nġorru piżijiet ikbar; filwaqt li jekk immorru għal European economic area se jkollna nġorru piżijiet wisq ikbar, għax imbagħad hawnhekk inkunu dħalna f'kampijiet oħrajn li m'humiex provduti fl- unjoni doganali.", "Għalhekk qabel xejn ikun tajjeb jekk nifhmu li kwalunkwe tip ta' relazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li ma tkunx tissarraf fi sħubija sħiħa, se ġġib magħha ħafna piżijiet mingħajr ma se nkunu nistgħu nibbenefikaw mill-vantaġġi kbar li toffri l-Unjoni Ewropea.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-ftehim li kien intlaħaq bejn iż-żewġ naħat, bis-saħħa tal-kunsill ta' assoċjazzjoni f'April tas-sena l-oħra, meta l-gvern Laburista kien qed jimxi fuq politika ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li skond il-ftehim ta' assoċjazzjoni pajjiżna kellu jiġi a free trade area mhux iktar tard minn tliet snin minn meta l-protokoll relattiv kellu jidħol fis-seħħ, jiġifieri wara dan il- ftehim ta' assoċjazzjoni kellhom isiru diversi diskussjonijiet tekniċi li permezz tagħhom kellu jiġi miftiehem protokoll ġdid li jipprovdi għal żona ta' kummerċ ħieles.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid illi hija proċedura ta' l- Unjoni Ewropea li meta jiġi ffirmat protokoll, dan jiġi fis-seħħ xahar wara.", "Il-kunsill ta' assoċjazzjoni għamilha ċara li - u hawn se nuża t- terminoloġija wżata mill-istess kunsill: -", "\"A free trade area between the EC and Malta should be fully WTO compatible and shall cover substantially all trade.\".", "Dan ifisser li ż-żona ta' kummerċ ħieles ma setgħetx tiġi ristretta biss għall-industrija tradizzjonali imma kellha tmur oltre minn hekk.", "Mr Speaker, hawnhekk ta' min isemmi l-intervent li għamel il-ministru ta' l-affarijiet barranin Ingliż Robin Cook, li kien qal eżattament dan il- kliem:", "\"Such a free trade area should cover substantially all trade without excluding any sector.", "Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade-flows.", "This process should take account of the respective agricultural policies, ...\"", "- hawnhekk hu kien qed jirriferi għall-common agricultural policy ta' l- Unjoni Ewropea u għall-qasam ta' l-agrikoltura f'Malta -", "\"... including the sensitivity of certain products.\".", "Madanakollu ta' min jenfasizza l-fatt li l-qasam ta' l-agrikoltura bl-ebda mod ma kien se jiġi eskluż mill-free trade area li ried il-gvern preċedenti.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel u li joħroġ minn dan il-ftehim huwa li l- Unjoni Ewropea ftehmet mal-Gvern Malti li kwalunkwe diskriminazzjoni li kienet teżisti bejn il-produzzjoni Maltija u l-produzzjoni li tkun ġejja mill-Unjoni Ewropea kellha titneħħa sad-data li fiha kellu jidħol fis-seħħ il-protokoll il-ġdid, jiġifieri mhux fi żmien tliet snin, bħal fil-każ tal- levies.", "Jien naħseb li kulħadd jaf illi f'dan il-każ l-Unjoni Ewropea kienet qed tirriferi għall-element diskriminatorju li kellha s-sistema ta' tassazzjoni tas-CET - li ġiet introdotta f'pajjiżna mill-gvern Laburista - fejn fuq prodott importat kont teħel 15% ETI filwaqt li fuq prodott Malti kont teħel biss 5% ETP.", "Ta' min jgħid ukoll li paragrafu 6 ta' dan il-ftehim jagħmilha ċara li:", "\"Once a free trade area is established, the association council will examine the means for further liberalisation ...\"", "- jiġifieri mhux se nieqfu hemm imma se nkomplu bil-proċess ta' liberalizzazzjoni u jekk ikun ġie liberalizzat il-qasam industrijali kollu, allura f'dan il-każ ir-riferenza żgur qed issir għal prodotti oħra, bħalma huma prodotti agrikoli, prodotti agro-industrijali u servizzi -", "\"... and for proceeding to the second stage of the association agreement.\".", "Dan ifisser li wara li pajjiżna jsir żona ta' kummerċ ħieles, kellna ngħaddu biex niddiskutu ħalli naslu għal unjoni doganali, liema unjoni l- membri ta' l-oppożizzjoni qalu kemm-il darba li ma jaqblux magħha.", "L-aħħar riferenza li xtaqt nagħmel dwar dan il-ftehim tirrigwarda paragrafu 7, li jgħid illi kellu jitkompla l-iżvilupp:", "\"... and various aspects of competition rules will need to be established.\"", "Jiġifieri aħna kellna nkomplu niżviluppaw il-leġislazzjoni tagħna dwar il- kompetizzjoni sakemm naslu f'sitwazzjoni fejn din il-leġislazzjoni tkun konformi kompletament ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li l-Att ta' l-1994 dwar il-Kompetizzjoni tagħna diġa` huwa konformi mal-leġislazzjoni dwar il-kompetizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u għalhekk hawn wieħed jistaqsi: Għal xiex kienet qed issir riferenza?", "Ir-riferenza kienet qed issir prinċipalment għall-eliminazzjoni tal-monopolji u għall- iState aids.", "Hawnhekk se nerġa` nikkwota silta mid-diskors ta' Robin Cook li kien qal hekk:", "\"As part of the process of completing the free trade area, new provisions in our relations should be included concerning competition rules compatible with the EC Treaty.", "These rules should cover the following points: antitrust, mergers, State aids, public undertakings and the State monopolies of a commercial character.\"", "Għalhekk jidher bl-iktar mod ċar li ż-żona ta' kummerċ ħieles li kien qiegħed jitħabat għaliha l-gvern preċedenti kienet se ġġib ħafna piżijiet fuq pajjiżna.", "Huwa veru li anke sħubija fl-Unjoni ġġib ħafna piżijiet pero` d-differenza hi li b'żona ta' kummerċ ħieles konna se nitgħabbew b'dawn il-piżijiet kbar mingħajr ma konna se ngawdu l-ebda vantaġġ minn numru kbir ta' vantaġġi li toffri l-Unjoni.", "Sur President, ħalli fil-ftit ħin li għad fadalli nagħmel riferenza għall-vantaġġi li toffri s-sħubija sħiħa fl-Unjoni, allavolja jien persważ li sħabi min-naħa tal-gvern se jkollhom l-okkażjoni li jsemmu l-vantaġġi li toffri din l-Unjoni f'kull qasam li huma responsabbli minnu.", "Per eżempju, l-Unjoni Ewropea toffri numru kbir ta' vantaġġi kemm fil- qasam soċjali, kemm fil-qasam tad-drittijiet tal-ħaddiem, kemm fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kemm fil-qasam ta' l-impjiegi kif ukoll f'dak kollu li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem.", "Iktar 'il quddiem matul dan id-dibattitu se jkollna ċans nidħlu fid-dettall ukoll fl- oqsma taż-żgħażagħ u ta' l-edukazzjoni.", "Naħseb li sal-lum kulħadd sema' xi darba jew oħra bil-programmi varji li toffri l-Unjoni sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitħalltu ma' żgħażagħ oħra Ewropej u filwaqt li jaqsmu l- esperjenzi tagħhom, dan il-proċess iservihom ta' tagħlim.", "Ġaladarba nidħlu fl-Unjoni, iż-żgħażagħ tagħna jingħataw anke l-opportunita` li jagħmlu perijodi barra minn Malta biex jagħmlu xi studji hemmhekk.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li permezz tal-ftehim li sar bis-saħħa tal-kunsill ta' assoċjazzjoni, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti qablu li jridu jipprovaw jiżviluppaw ir-relazzjonijiet ta' bejniethom f'diversi oqsma u fost dawn l-oqsma ssemma l-qasam ta' l-ambjent, li din l-Unjoni hija avvanzata ħafna fih.", "Mr Speaker, m'għandix dubju li sħubija fl-Unjoni Ewropea se toffri opportunitajiet enormi anke lill-bdiewa u lis-sajjieda Maltin jekk dawn jagħrfu jisfruttawhom tajjeb.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li llum il-bdiewa u s-sajjieda Maltin għandhom suq limitat ta' 400,000 ruħ, l-Unjoni Ewropea għandha suq li huwa elf darba ikbar minn dak li toffri Malta għax jammonta għal 400 miljun ruħ.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea diġa` fetħitilna tieqa żgħira għall-produzzjoni agrikola, għall-birer u għal prodotti oħrajn u aħna għarafna nisfruttaw din l-okkażjoni bis-sħiħ.", "Jiġifieri wieħed jista' jimmaġina kemm immorru 'l quddiem jekk minflok ma din l-Unjoni tiftħilna tieqa żgħira, tħallilna bibien miftuħin beraħ għal dawn is-setturi.", "Jien m'għandix dubju li jekk kemm-il darba l-bdiewa Maltin u Għawdxin jiġuhom okkażjonijiet bħal dawn, se jkunu kapaċi jisfruttaw il-produzzjoni agrikola bil-għaqal u bi strateġija kif ukoll billi jagħrfu joħolqu niche markets għalihom.", "Meta wieħed ikun qed jitkellem fuq il-vantaġġi li toffri l-Unjoni Ewropea ma jistax ma jsemmix ukoll il-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "Il- bieraħ ħadt gost ħafna meta qrajt li qed isiru diskussjonijiet sabiex il- leġislazzjoni tagħna - għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal- konsumatur - tiġi konformi ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea u li se jinbena set- up li permezz tiegħu nkunu nistgħu ninforzaw il-liġijiet li jirrigwardaw dan il-qasam.", "Fil-fatt sar anke rapport dwar dan il-pass li qed nagħmlu f'dan il-qasam u minn hawn nixtieq nifraħ lill-Onor.", "George Hyzler, il- persuna responsabbli minn dan kollu.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li l-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom jiġu inforzati kemm jista' jkun malajr.", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea toffri għajnuna finanzjarja lill-membri tagħha anke għall-qasam tar-riċerka, għall-qasam ta' l-iżvilupp, għall- qasam tal-kummerċ u għall-qasam ta' l-investiment.", "Meta pajjiż ikun għadu m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea jkun irid jitħabat ħafna biex forsi jirnexxielu jieħu xi loqma minn dak li toffri l-Unjoni - kif jafu sħabna ta' l-oppożizzjoni u kif nesperjenzaw aħna minn ġurnata għall-oħra - pero` meta pajjiż jidħol membru mhux talli ma jkollux għalfejn jitkarrab biex forsi jmissu xi ħaġa żgħira imma talli jkun jista' jieħu l-fondi enormi li toffri l-Unjoni Ewropea lill-membri tagħha bi dritt.", "Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal dan id-diskors iktar għax il-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi kważi għadda pero` rrid ngħid li kif wegħidna anke fil-programm elettorali, aħna se nimxu fit-triq li għandha twassalna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u dan billi fost l-oħrajn nagħmlu konsultazzjonijiet kontinwi bejn il-ministeri konċernati għal dan il-għan, speċjalment konsultazzjonijiet tekniċi li fihom jieħdu sehem id- direttorat ta' l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-ministeru ta' l-affarijiet barranin, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni ta' l-Industriji, ħalli b'hekk isir it-tibdil li hemm bżonn f'dan il-qasam sabiex niġu konformi mar- regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna beħsiebna nibdew in-negozjati kemm jista' jkun malajr u naħseb li m'hemm xejn ħażin illi nkunu kapaċi niġu konformi ma' l-Unjoni qabel id- data ta' sħubija, anke jekk ikollna nagħmlu xi tibdil sabiex il-qasam ta' l- ekonomija tagħna jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat, u iktar ma nagħmlu dan it- tibdil malajr iktar aħjar.", "Naturalment imbagħad fejn naraw illi jkun aħjar jekk ċertu tibdil isir iktar bil-mod m'aħniex se ngħaġġlu dan il-proċess, pero` jien persważ li l-poplu Malti u Għawdxi kollu se jkun sodisfatt bin- negozjati li nagħmlu ma' l-Unjoni Ewropea u meta nagħmlu r-referendum, kif wegħidna wkoll fil-programm elettorali, il-poplu se jivvota bi ħġaru favur sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Post Malta huwa biss fl-Unjoni Ewropea, liema Unjoni toffri vantaġġi enormi kemm fil-qasam politiku, kemm fil-qasam ekonomiku, kemm fil-qasam soċjali kif ukoll fl-oqsma l-oħra kollha, kif ipprovajt nispjega fil-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, bla ebda dubju l-Unjoni Ewropea hija forza għall-ġid u anke aħna li ngħixu f'dawn il-gżejjer inqisu li huwa ferm aħjar illi jkollok miljuni ta' Ewropej jaħdmu flimkien f'unjoni milli jbiċċru lil xulxin fi gwerer, jew inkella milli jkollok pajjiżi Ewropej li minħabba li jkunu mifruda minn xulxin jiddgħajfu fl-oqsma ekonomiċi, politiċi u soċjali tagħhom u jħallu pajjiżi kbar - bħall-Istati Uniti, il- Ġappun u ċ-Ċina - jiddominaw ix-xena dinjija weħidhom.", "Pero` ċertament anke fl-Unjoni Ewropea hemm ċerti xejriet negattivi.", "L-ewwelnett irrid ngħid li dan il-proġett jinħass 'il bogħod ħafna miċ- ċittadini Ewropej u biex wieħed ikun jista' jirrealizza kemm dan li qed ngħid huwa minnu, biżżejjed jinnota li inqas min-nofs iċ-ċittadini Ewropej ħarġu jivvotaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Fil-fatt hemm min jinsab inkwetat li din l-Unjoni qed tiżviluppa fi proġett ta' super Stat, fejn minflok ma hemm l-Ewropa federali hemm l-Istati Uniti ta' l- Ewropa, li trid tqiegħed lill-pajjiżi membri tagħha kollha għall-istess regoli, ikun xi jkun id-daqs tal-pajjiż u l-livell ta' żvilupp li jkollu.", "Naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi din iċ-ċentralizzazzjoni ta' super Stat Ewropew ixxejjen is-sovranita` u d-diversita` tal-pajjiżi u biha ċ-ċittadini jħossu li m'għandhomx influwenza fuq deċiżjonijiet li jolqtuhom mill-qrib iżda li jittieħdu barra mill-pajjiż.", "Madanakollu llum aħna m'aħniex qed niddiskutu l-merti u d-difetti ta' l-Unjoni Ewropea pero` qed niddiskutu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Malta, u għalhekk l- ewwel mistoqsija li għandna nagħmlu hija din: X'għandhom ikunu l-aħjar relazzjonijiet li għandu jkollna ma' l-Unjoni Ewropea?", "Mr Speaker, fil- fatt ma' l-Unjoni Ewropea jista' jkollok diversi relazzjonijiet differenti.", "Per eżempju, wieħed jista' jqis lill-Unjoni Ewropea bħala xi satana u ma jkun irid ikollu x'jaqsam magħha bl-ebda mod.", "Safejn naf jien l-ebda pajjiż fid-dinja ma jqis lill-Unjoni b'dan il-mod, anke jekk xi drabi jkun hemm min jipprova jagħti l-impressjoni li aħna tal-Partit Laburista nqisu lill-Unjoni hekk.", "Aħna li għamilna kien li minflok ma għażilna sħubija sħiħa fl-Unjoni, għażilna li nfasslu dawn ir-relazzjonijiet skond l- interessi komuni li għandna bejnietna għax peress li aħna nemmnu li sħubija sħiħa tagħmlilna l-ħsara, riedna nkunu qrib biżżejjed tagħha biex ingawdu minn din l-Unjoni imma mingħajr ma nitgħabbew bl-obbligi kollha tas- sħubija.", "Hawnhekk ta' min iżid jgħid li ħafna mill-obbligi li ġġib sħubija sħiħa fl-Unjoni qed jiġu moħbija mill-Partit Nazzjonalista.", "Fil-programm elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista wiegħed li - u hawn se nikkwota - dwar l-Unjoni se jagħti ''tagħrif sħiħ mingħajr partiġjaniżmu''.", "Bla ebda dubju, il-Partit Nazzjonalista żgur li m'għamilx hekk matul is-snin li għaddew, anzi rrid ngħid li huwa ta ħafna illużjonijiet dwar din l-Unjoni.", "Biżżejjed ngħid li l-Partit Nazzjonalista offra l-Unjoni Ewropea lill- Maltin u lill-Għawdxin bħala droga, qisha sħubija sħiħa fl-Unjoni hija dik il-karta r-roża jew il-karta s-safra li bis-saħħa tagħha mmorru fl- ispiżerija kbira Ewropea ta' Brussels u nġibu l-mediċini kollha għall-mard kollu tagħna mingħajr ebda ħlas!", "Id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea ġie ppreżentat bħala pass li ma joħloq l-ebda problema għal pajjiżna, bħallikieku ċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni ftehmu bejniethom li joħorġu l- flus minn buthom u jħallsu vaganza eterna lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha fil-villaġġ fantastiku u maġiku tad-Disneyland Europe, fejn ikollna kollox imħallas u ma jkollniex għalfejn naħdmu iktar f'ħajjitna!", "Huwa veru li dan l-aħħar id-diska bdiet tinbidel xi ftit pero` xorta għadna mingħajr ''tagħrif sħiħ''.", "Huwa fatt li, per eżempju, min imexxi ċ-ċentru ta' informazzjoni dwar l- Unjoni Ewropea hu stess kien ixerred ħafna miżinformazzjoni dwar l-Unjoni.", "Dan l-aħħar anke l-PBS wera programmi li għandhom l-istess teknika tar- reklami, li juru kollox ilellex u sabiħ mingħajr ma jagħtuk l-informazzjoni kollha.", "Hawn jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nistaqsi jekk hux veru li dak il-programm tal-BBC dwar l-Unjoni Ewropea nħadimx fl-istudios ta' NET Television jew kienx sponsorjat mill-uffiċċju legali ta' xi deputat tal- Partit Nazzjonalista.", "Id-diplomatiċi ta' l-Unjoni Ewropea li jkollna kuntatt magħhom jiġġustifikaw din l-attitudini ta' diżonesta` intellettwali u politika għaliex jgħidu li wieħed ipinġi biss is-sabiħ ta' l-Unjoni sabiex b'hekk jinkiseb l-appoġġ popolari.", "Fil-fatt dawn qed jagħtu parir lill-Partit Nazzjonalista sabiex ir-referendum isir malajr kemm jista' jkun, qabel ma l-Maltin u l-Għawdxin jibdew iweġġgħu bil-passi li jridu jittieħdu biex nagħmlu skond dak li jgħidu r-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u qabel ma iktar Maltin u Għawdin jindunaw xi tfisser sewwa sew sħubija fl- Unjoni, kif ukoll x'effett din se tħalli fuq il-ħajja ta' kuljum.", "Għal snin twal sħubija fl-Unjoni Ewropea ġiet impinġija bħala dulluvju kbir ta' miljuni ta' liri li se jinżlu fuq Malta u hawn ta' min ifakkar li qabel kienu jgħidulna li dawn il-miljuni ta' liri ma kellhomx jiġu biss malli nidħlu fl-Unjoni imma anke malli sempliċement napplikaw għal sħubija sħiħa.", "Sħubija sħiħa fl-Unjoni ġiet impinġija bħala one-way traffic, flus u vantaġġi kbar biss u nħeba għal kollox x'irridu nagħmlu biex niġu aċċettati f'din l-Unjoni.", "Ġieli kien hemm anke okkażjonijiet fejn il-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, u l-ex-ministru għall-affarijiet barranin - illum il-President Guido de Marco - ma qablux bejniethom fid- diskorsi tagħhom.", "Darba meta l-ex-ministru għall-affarijiet barranin kien barra minn Malta smajtu jgħid b'widnejja stess illi Malta tant se tiżviluppa li 'l quddiem mhux se tieħu mill-Unjoni Ewropea imma se tagħti biss lill-Unjoni.", "Pero` mbagħad dawn ibiddlu d-diska skond il-widnejn ta' min ikun qed jismagħhom.", "Ara hawn Malta dan l-istatement li għamel l-ex- ministru għall-affarijiet barrranin mhux talli ma jenfasizzawhx, talli lanqas biss isemmuh u jgħidu biss li ġejjin lejn pajjiżna ħafna flus minn dan l-istitut tal-karita` jew minn dan id-dipartiment ta' servizzi soċjali li jinsab ġewwa Brussels!", "Ir-regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni ġew impinġija wkoll bħala li nistgħu nbiddluhom skond kif jaqblilna - bħallikieku meta mmorru biex nagħmlu dawn in-negozjati se mmorru f'xi suq Għarbi biex niġġebbdu - u bil-makakkerija tagħna nġibuha żewġ.", "Mr Speaker, irridu nifhmu darba għal dejjem illi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tfisser ukoll illi jkollok taċċetta r-regoli u l-liġijiet kollha ta' l-Unjoni, bla ebda eċċezzjoni, u din issibha darba wara l-oħra mhux biss fid-diskorsi li għamlu l-mexxejja ta' l-Unjoni imma anke fid-dokumenti ta' din l-Unjoni nnifisha.", "Fil-fatt anke l-Ambaxxatur Kunz għamel dan l- istatement matul l-aħħar laqgħa li kellna tal-joint parliamentary committee bejn din il-Kamra u l-Parlament Ewropew u għamilhielna ċara li r-regoli qegħdin hemm biex jobdihom kulħadd.", "Hawn ta' min jgħid li meta l-pajjiżi applikanti l-oħra talbu xi derogi, dawn bagħtuhom lura għax qalulhom li iktar ma jgħidulhom li għandhom bżonn derogi u eċċezzjonijiet iktar ikunu qed juru kemm m'humiex lesti biex jidħlu fl-Unjoni.", "Issa nixtieq nagħmel vjaġġ qasir u nillimita ruħi biex naraw x'ingħad f'dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri mill-1994 'il hawn, dwar il-miljuni ta' liri li kellhom jiġu mill- Unjoni Ewropea kif ukoll dwar kemm l-Unjoni kienet se tagħmel eċċezzjonijiet magħna, fosthom fuq il-kaċċa u l-insib.", "Mr Speaker, fil-fatt dak li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-kaċċa u l-insib ma jaqbilx ma' dak li ngħad mill- Unjoni Ewropea fi Frar ta' l-1999 - meta din kienet qed titkellem dwar sħubija sħiħa - għax filwaqt li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jgħid li l-Unjoni m'hijiex se tbiddlilna r-regoli tal-kaċċa u l-insib jekk mhux biex ittejjibhom, f'paġna 29 tar-rapport aġġornat ta' l- Unjoni Ewropea naqraw li jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni jkollha tadotta l-bird directive sħiħa; u dan ifisser li l-liġijiet tagħna dwar il-kaċċa u l-insib ikollhom jinbidlu.", "Nista' nsemmi lista sħiħa ta' politiċi Nazzjonalisti u ta' ħbieb tagħhom li sa l-aħħar kampanja elettorali tas-sajf li għadda mhux biss ivvintaw dwar kemm ġejjin miljuni kbar ta' liri f'pajjiżna ġaladarba nsiru membri ta' l-Unjoni, imma talli anke vvintaw li r-relazzjonijiet li l-Partit Laburista jemmen li għandu jkollna ma' l-Unjoni se jagħmlulna ħafna ħsara.", "Il-Prof.", "Anthony Serracino Inglott saħansitra wasal biex qal li aħna qed intellfu lil Malta miljuni kbar ta' liri u li aħna qed intellfu lill- istudenti tal-mediċina l-għarfien ta' l-istudji tagħhom għax bil-politika tagħna dawn ma jistgħux ikomplu jistudjaw f'universitajiet Ewropej.", "Din kienet il-grazzi li ħadna mill-Prof.", "Anthony Serracino Inglott, li min-naħa tagħna konna għennieh bil-qalb biex jorganizza seminar ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-institute of health care hawn Malta.", "Ta' min jgħid ukoll li fl- aħħar Ħadd ta' Awissu li għadda, fil-paġna titolata \"The University\" u taħt il-firma \"Campusino\", dan l-istess professur ġennen lill-istudenti tal- mediċina għax qalilhom li l-politika Laburista dwar l-Unjoni Ewropea kienet se ttellef lill-istudenti universitarji ċ-ċans li dawn ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom barra, kif ukoll li dawn kienu se jitilfu r- rikonoxximent ta' l-istudji tagħhom hawn Malta.", "Huwa sa dan il-livell ta' diżonesta` u oxxenita` li lesti jinżlu l-avversarji tagħna.", "Per eżempju, quddiemi għandi kwotazzjoni mill-ex-ministru għall- affarijiet barranin, fejn fit-3 ta' Marzu ta' l-1994 qal illi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tissarraf f'għajnuna ta' mill-inqas Lm25 miljun fis-sena mill-fondi strutturali f'forom oħra.", "Fit-12 ta' Marzu l-istess ex-ministru għall-affarijiet barranin qal illi jekk wieħed joqgħod fuq dak li jgħid l- avis ta' l-1993, meta Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea pajjiżna jdaħħal mas- Lm16 miljun fis-sena minbarra ammonti sostanzjali oħra mill-cohesion fund.", "Jekk imbagħad immorru għall-20 ta' Lulju ta' l-1994 insibu li l-ex-ministru għall-affarijiet barranin qal illi jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma llum, meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni din se tibda tirċievi madwar Lm45 miljun fis-sena mill-fondi reġjonali - kif qed naraw, hawnhekk il- fondi qegħdin il-ħin kollu telgħin u neżlin! - u tibda tieħu ferm iktar milli tikkontribwixxi.", "Imbagħad meta konna qed nersqu iktar lejn l- elezzjoni ġenerali, l-Onor.", "Michael Asciak qal illi hemm probabbilta` kbira li hekk kif Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, din għandha tibbenefika b'madwar Lm100 miljun f'fondi strutturali.", "Jiġifieri issa, Alla jbierek, tlajna saħansitra għal Lm100 miljun!", "Ta' min isemmi wkoll li meta l-kampanja elettorali kienet riesqa fl-aħħar, f'paġna ta' \"in-nazzjon\" ingħad illi hekk kif Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni, din se tibbenefika minn madwar Lm80 miljun fis-sena; u hawnhekk l-Onor.", "Fenech Adami staqsa: ''Għaliex il-Partit Laburista huwa lest li jtellef dawn il- fondi lil Malta ġaladarba qed jgħid li hawn il-ħofor finanzjarji?''", "Wieħed irid anke jfakkar li waqt meeting li sar fil-Fgura, li sar eżattament l-għada tal-festa ta' Santa Marija, qalulna li hekk kif nerġgħu napplikaw biex insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-konvoj ta' Santa Marija kien se jidħol mill-ġdid għax l-Unjoni kienet se tibda tibgħatilna Lm100 miljun fis-sena!", "Skond l-ex-ministru għall-affarijiet barranin dawn il-flus kienu se jservu biex jiġu rranġati t-toroq kollha ta' Malta u Għawdex, biex inraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u għal mitt ħaġa oħra.", "Kumbinazzjoni dakinhar tal-meeting stess kemm \"The Malta Independent\" tal- Ħadd kif ukoll \"The Sunday Times\" ippubblikaw diversi stejjer fuq il-Lm100 miljun li se tingħata Malta; u proprju lejliet l-elezzjoni ġenerali fil- ġurnal \"Il-Ġens\" kiteb ''espert'' anonimu - bħalma kiteb ''espert legali'' anonimu ieħor - li qal illi malli nerġgħu nirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, minn Lm5 miljun fis-sena l-fondi kienu se jitilgħu għal Lm12 miljun fis-sena.", "Ara issa m'għadniex naqraw fuq dawn l-affarijiet f'\"Il-Ġens\"!", "M'hemmx għalfejn ngħidu li din it-tip ta' kampanja ta' diżonesta` u ta' miżinformazzjoni żgur li tagħmel ħafna ħsara, anke meta wieħed jiġi biex jibni l-image ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad, hekk kif għaddiet l-elezzjoni, it-ton inbidel u l-ewforja tal-miljuni ta' liri dlonk għebet - bħalma nsibu fil-ħrejjef antiki Maltin, li jirrakkontaw kif dawk in-nies li jkollhom il-muniti tad-deheb id-dar u jkunu xħaħ imur il-ħares għandhom u bħala tpattija jibdlilhom dawn il-muniti tad-deheb fi qxur tal-bebbux! - u biżżejjed illi wieħed jara b'liema mod bdew iwieġbu l- mistoqsijiet parlamentari l-ministri wara l-elezzjoni biex jirrealizza kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "Per eżempju, meta l-Onor.", "Charles Mangion staqsa lill-ex-ministru għall- affarijiet barranin kemm se nieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea, dan l-ex- ministru ma baqax isemmi l-Lm100 miljun, it-Lm80 miljun jew il-Lm45 miljun imma wieġeb dik il-mistoqsija billi qal li:", "\"Għalkemm huwa fatt illi l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja sostanzjali lill-membri tagħha f'diversi oqsma, f'kull settur din tingħata abbażi ta' proġetti li jiġu sottomessi mill- pajjiżi membri għal dan il-għan.\"", "Imma matul is-snin li għaddew u waqt li kienet qed issir il-kampanja elettorali dan il-kliem qatt ma ntqal!", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta l-Onor.", "Leo Brincat staqsa lill-ex- ministru għall-affarijiet barranin kemm se jingħatawlna pre-accession funds bħala għajnuna qabel ma nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt l-ex-ministru għall-affarijiet barranin, dejjem b'ton totalment differenti minn dak li uża matul il-kampanja elettorali, qal li:", "\"Minħabba li għadha qed tiġi diskussa t-talba ta' Malta għar-riattivar ta' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, is-somma għad trid tiġi diskussa wara li jibdew dawn it-taħdidiet.\"", "Issa kif jaf il-poplu Malti u Għawdxi kollu, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali din it-tip ta' prudenza qatt ma konna nisimgħu biha.", "Peress li f'\"Il-Ġens\" tat-3 ta' Settembru, 1998 kien hemm ''espert'' anonimu li qal illi jekk Malta tneħħi l-iffriżar ta' l-applikazzjoni tagħha għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, l-għajnuna li tirċievi tirdoppja u minflok il- Lm5 miljun għal ħames snin li qed nieħdu bħalissa nibdew nieħdu Lm12 miljun għall-istess perijodu ta' ħames snin, jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-ex-ministru għall-affarijiet barranin u staqsejtu kemm se nieħdu fondi ta' għajnuna matul dawn il-ħames snin, u l-ministru reġa' wieġeb li dawn huma affarijiet li għad iridu jinħadmu.", "Min-naħa l-oħra meta għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru għal Għawdex fejn staqsejtha x'għajnuna se jikseb Għawdex bid-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni, din għamlitli lista twila ta' għajnuniet u fosthom semmietli x-xiri ta' vapuri, ix-xiri ta' portijiet, ix-xiri ta' mollijiet, ix-xiri ta' helicopters, l-irranġar tat-toroq u mitt elf ħaġa oħra.", "Li kien jonqosha tgħidli l-ministru għal Għawdex kien illi l-Unjoni Ewropea se tibda tqassam il-perlini lit-tfal Għawdxin!", "Imma l-iktar ħaġa interessanti hija li f'paġna 25 tar-rapport aġġornat ta' Frar, 1999 insibu dan il-kliem:", "\"The commission does not dispose of precise statistics on GDP per capita in purchasing power parity.", "It is therefore too early to assess the eligibility of Malta for structural funds.\"", "Jiġifieri hawnhekk mhux talli mhux qed jingħad kemm pajjiżna se jingħata fondi strutturali ġaladarba jsir membru sħiħ imma talli lanqas għad hemm iċ- ċertezza jekk Malta hijiex se tkun eliġibbli għal dawn il-fondi strutturali jew le.", "Issa ta' min jgħid xi ħaġa wkoll dwar l-effetti li tħalli tali sħubija għal pajjiżna għax filwaqt li l-Unjoni Ewropea fetħitilna għajnejna diversi drabi dwar kif se tolqotna s-sħubija, il-Partit Nazzjonalista jridna nagħlqu għajnejna u naqbżu dritt għal ġos-sħubija, jiġri x'jiġri.", "Meta f'Diċembru ta' l-1998 lill-Prim Ministru Franċiż Lionel Jospin kienu staqsewh meta l-pajjiżi applikanti se jidħlu fl-Unjoni Ewropea, dan qal li dawn jidħlu biss meta jkunu ddeċidew li huma kapaċi jilqgħu għax-xokk ekonomiku li ġġib magħha għaqda sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jien għamilt mistoqsija parlamentari oħra lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi - fejn staqsejtu meta jaħseb li pajjiżna se jkun kapaċi jilqa' għax-xokk ekonomiku li l-Prim Ministru Jospin qal li ġġib magħha sħubija sħiħa fl- Unjoni - u min-naħa tiegħu l-ministru weġibni billi uża dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Nixtieq ninformak li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bidliet ekonomiċi neċessarji jsiru mingħajr skossi u b'mod sistematiku sabiex meta jasal iż-żmien li fih eventwalment Malta tibda tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, l- ekonomija ta' pajjiżna tkun preparata biex tilqa' l-isfidi ġodda li tali sħubija ġġib magħha.\".", "Issa hawnhekk ta' min ifakkar li kienet il-Kummissjoni Ewropea stess f'paġna 12 tar-rapport aġġornat ta' Frar li qalet li:", "\"The ability of the Maltese economy to cope with the competitive pressures within the Union remains a challenge.", "This is particularly true for small enterprises and sectors, such as agro-industry, services, handicraft and furniture.\".", "Il-kummissjoni reġgħet irriferiet ukoll għall-opinjoni li tat fl-1993 dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni u qalet li:", "\"This remains in general valid.\"", "Madanakollu l-Gvern Malti qed ikompli jaħbi dawn l-affarijiet.", "Anke fl-iscreening li għaddej bħalissa bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, l- uffiċjali ta' l-Unjoni qed jgħidu kontinwament lin-naħa Maltija: Ħallikom minn kif se tolqtu lilna intom għax dak nieħdu ħsiebu aħna!", "Intom araw kif aħna se nolqtu lilkom u kif se tiffaċċjaw il-bidliet kbar li tridu tagħmlu biex tkunu tistgħu tidħlu membri.", "M'hemmx dubju fl-iktar punt kruċjali huwa kif se tintlaqat l-ekonomija tagħna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni għax mal-qagħda ta' l-ekonomija hemm marbut il-futur tagħna, ta' wliedna, tal- familji tagħna u tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Biex ngħixu fuq dawn il- gżejjer għandna bżonn investiment, impjiegi ġodda u opportunitajiet ġodda.", "Sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea bl-ebda mod m'hi garanzija ta' dan kollu.", "Il-membri tal-Partit Nazzjonalista dejjem jgħidu li tali sħubija ġġib investiment barrani pero` din m'hijiex xi ħaġa awtomatika.", "Biżżejjed wieħed jara l-avis ta' l-1993 - li jwissi li jridu jkunu l-kondizzjonijiet lokali li jiġbdu jew igerrxu l-investiment - jew jara x'qed jiġri fl-Unjoni Ewropea nnifisha, fejn l-investiment qed jiċċaqlaq minn pajjiżi bħal Wales biex imur lejn l-Ungerija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka, minħabba li dawn il-pajjiżi għandhom ħaddiema mħarrġa b'pagi iżjed baxxi kif ukoll minħabba li jinsabu f'kontinent u allura għandhom inqas spejjeż ta' ġarr.", "Bil- bidliet li se nagħmlu bl-għaġġla u bla għaqal se nkissru dak li għandna għax m'għandna l-ebda garanzija li b'din is-sħubija se noħolqu ekonomija aħjar u iktar varjata.", "Għall-kuntrarju se noħolqu terrimot fis-setturi li jipproduċu għas-suq lokali u se nżidu l-ispejjeż għal dawk li jesportaw, bir-riskju li mhux talli ma nġibu l-ebda investiment ġdid imma talli nitilfu dak li għandna.", "Imbagħad hawn jien nistaqsi: Fejn se jaħdmu ż-żgħażagħ tagħna jekk kemm- il darba nkunu kissirna s-servizzi finanzjarji tagħna minħabba l-obbligi li timponi fuqna l-Unjoni Ewropea?", "Huwa veru li għandna bżonn nimmodernizzaw l-ekonomija tagħna pero` ma' l-iżvantaġġi kbar tagħna, minħabba r-realta` tal-gżejjer tagħna u tal-passat kolonjali, hemm bżonn li minflok nagħmlu dak li jaqblilna nagħmlu bilfors dak li jiddettaw ir-regoli ta' sħubija fl- Unjoni Ewropea?", "Il-Partit Nazzjonalista xerred ħafna gideb u miżinformazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, anke fost l-istudenti u ż-żgħażagħ.", "Kemm kienu jgħidu li eluf ta' żgħażagħ se jkunu jistgħu jmorru jistudjaw f'xi universita` fl-Unjoni Ewropea b'xejn għax kollox ikun imħallas.", "Kemm kienu jgħidulhom li jistgħu jmorru jaħdmu fi blokk ta' pajjiżi fejn ir-rata tal-qgħad hija d-doppju ta' dik li għandna f'pajjiżna u fejn l-iktar nies milquta minn dan il-qgħad huma proprjament iż-żgħażagħ u l-gradwati!", "Il- verita' hi li fil-qasam ta' l-edukazzjoni l-Partit Nazzjonalista għamel l- istess żball li għamel fl-oqsma l-oħra.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li kien fl-1990 meta ressaq l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, sa l-1996 il-gvern Nazzjonalista kien għadu ma ħa l-ebda azzjoni konkreta, bħal dak li qallu li l-affarijiet se jsiru weħidhom u li kollox kien se jmur f'postu permezz tal-maġija, bħalma jiġri fid-dinja tar- reklami, qisha Malta kienet qed issuq xi karozza faqgħa lejn il-ġenna ta' l- art, fejn imbagħad il-bajtar tad-deheb jibda jaqa' waħdu f'ħalq il-Maltin u l-Għawdxin li jibqgħu jgawdu f'din il-ġenna ta' l-art għal dejjem ta' dejjem!", "Matul dawk is-sitt snin il-gvern Nazzjonalista lanqas għamel xejn konkret biex jorganizza l-parteċipazzjoni ta' l-istudenti Maltin fil- programmi ta' l-Unjoni Ewropea meta fl-istess żmien li l-Unjoni kienet qed tgħin lil Ċipru jibni u jwaqqaf universita` ġdida.", "Fil-fatt anke issa, minn Novembru 'l hawn il-gvern Nazzjonalista għadu lanqas bagħat il-karti neċessarji lill-Unjoni Ewropea biex jipparteċipa f'dawn il-programmi u għalhekk jien nixtieq nieħu l-okkażjoni li nistaqsi lill-gvern x'se jiġri minn dan il-qasam.", "Ara l-gvern Laburista ħadem b'mod differenti.", "Biżżejjed ngħid li fi Frar ta' l-1997, bħala ministru ta' l-edukazzjoni, kont tlajt Brussels biex niltaqa' ma' l-ogħla uffiċjali li huma involuti direttament fil-programmi li jsiru għall-qasam taż-żgħażagħ u ta' l- edukazzjoni - fejn hemmhekk ġie maqbul li aħna nibdew nieħdu sehem bħala silent partner - u bla ma ħallasna l-ebda fondi għal parteċipazzjoni bdejna nieħdu sehem fi proġetti li rajna li kienu fl-interess tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li jien qrajt id-dokumenti tal-gvern preżenti dwar l- iscreening li sar fi żmien il-gvern Laburista u fil-fatt dawn id-dokumenti jammettu li l-gvern preċedenti wettaq xogħol tajjeb ħafna f'dan il-qasam, pero` ovvjament huma qatt m'hu se jgħidu ħaġa bħal din pubblikament.", "Dawn id-dokumenti, li jsemmu d-diversi inizjattivi li ħa l-gvern Laburista f'dan il-qasam, juru b'mod ċar li aħna ma qgħadniex inlaqqgħu ministri ma' ministri oħra jew burokratiċi ma' burokratiċi oħra biex joqogħdu jċekċku t- tazzi flimkien iżda laqqajna flimkien nies li huma involuti direttament fil- qasam ta' l-edukazzjoni u li ħadmu f'diversi proġetti, fosthom \"children and youth at risk\" u '\"success for all\", fil-qasam ta' l-illitteriżmu, fi pjan ta' żvilupp għall-iskejjel u fl-istudji tar-radjografija.", "Ta' min jgħid li aħna ġibna wkoll studenti mill-Finlandja, mill-Olanda u mill- Irlanda li pparteċipaw fil-programm Leonardo bħala parti mill-istudji tagħhom u dawn għamlu wkoll semester fl-IHC.", "Aħna rnexxielna wkoll nintroduċu l-proġett tal-Comenius u tajna l-opportunita` lil Sta Theresa junior lyceum kif ukoll lill-iskola sekondarja Lorenzo Gafa` tal-Birgu jipparteċipaw fil-proġett ta' l-Unjoni Ewropea \"quality in education\".", "Ta' min jgħid ukoll li bis-saħħa tal-gvern Laburista saret konferenza fuq il- multi-media f'pajjiżna.", "Bil-paroli kollu li jingħad fuq il-friża, aħna kburin ngħidu li bgħatna iktar studenti f'pajjiżi oħra li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea biex jistudjaw u jieħdu ċerta esperjenza fis-Socrates u fil-youth technical and assistance office, u huwa biss bis-saħħa ta' dawn l-istudenti li ħarriġna li issa nittama li nwaqqfu l-istrutturi li għandna bżonn.", "Madanakollu jekk ma noqogħdux attenti l-Italja timpjegahomlna hi biex twaqqaf dawk l- istrutturi ġewwa l-Italja stess.", "Konna aħna li mbottajna biex il-credit transfer scheme tgħaddi mis-senat ta' l-Universita` ħalli jkun hemm għarfien reċiproku għal dawk li jmorru jistudjaw barra u għal dawk li jiġu jistudjaw fostna.", "Konna aħna wkoll li għamilna l-isforzi neċessarji biex nibqgħu nieħdu sehem attiv fil-laqgħat li fihom jiġi deċiż l-għarfien akkademiku u professjonali bejn pajjiż u ieħor.", "Ħadd ma jista' jinnega l- fatt li l-inizjattivi tagħna kienu iktar ħajjin u hija gidba li matul l-20 xahar ta' gvern Laburista r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea waqfu jew tellifna xi opportunitajiet lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa naraw kif se jimxi l-Gvern Nazzjonalista mil-lum 'il quddiem!", "Il-membri tal-gvern Nazzjonalista żgur li jafu li fl-Unjoni Ewropea xejn m'hu b'xejn.", "Lill-istudenti meta se jgħidulhom li xejn m'hu b'xejn?", "Forsi issa l-kunsill studenti universitarji m'hu qed isib l-ebda problemi quddiem wiċċu!", "Minn kalkoli realistiċi li saru għal matul it-tliet snin li ġejjin se jieħdu sehem fil-programm Socrates madwar 200 student Malti u Għawdxi, li bejniethom se jiswew lill-fondi pubbliċi Maltin madwar Lm1 miljun.", "Biżżejjed ngħid li minbarra li l-Gvern Malti jrid jagħti lil kull wieħed u waħda minn dawn l-istudenti l-istipendju li jagħtihom is-soltu għal kull semester, irid jagħtihom ukoll Lm1,800 biex jgħinhom jistudjaw barra minn Malta.", "Ara dawn il-kalkoli ma sarux mill-kummissjoni riforma ta' l- istipendji!", "Għaliex ma sarux?", "Il-ministru tal-finanzi se jwarrab flus għal din il- parteċipazzjoni?", "Meta se nibdew nieħdu sehem, is-sena d-dieħla jew fis- sena 2001?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-oqsma tax-xjenza u tat- teknoloġija, li għamel riferenza għalihom anke l-ministru għall-affarijiet barranin.", "F'dan il-parlament kienu kkritikawna ħafna li ma ħadniex sehem fil- framework programme u li tellifna lil ST Microelectronics iċ-ċans illi tieħu fondi mill-Unjoni Ewropea għar-riċerka li kienet qed tagħmel.", "Issa se jieħdu sehem fil-fifth framework programme?", "Qalulhom li biex jieħdu sehem fil-fifth framework programme - din ħadd ma qalha fil-pubbliku, lanqas id-direttur taċ-ċentru ta' l-informazzjoni - iridu jħallsu Lm1.2 miljun bħala participation fee.", "Allura jaħsbu li għandna fondi biżżejjed biex nipparteċipaw f'dawn il-framework programmes?", "U jekk jaħsbu li iva, b'liema proġetti?", "U min se jaħdem fuqhom?", "F'paġna 31 tar-rapport li għandna quddiemna hemm miktub li sa Frar Malta kienet għadha ma ddeċidietx jekk teħux sehem f'dawn il-framework programmes u għalhekk issa li għaddew ħames xhur ta' min jistaqsi jekk waslux għal xi deċiżjoni.", "X'qed jagħmel il-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija biex nieħdu sehem f'dawn il- framework programmes?", "U jekk nieħdu sehem se jiġrilna bħal Ċipru, li wara li ħallas il-flus irriżulta li dan il-pajjiż ma ssottomettiex proġetti biżżejjed, biex spiċċa ħareġ iktar flus milli daħħal?", "Mr Speaker, il-gvern Laburista kien se juża parti sostanzjali mill-fondi tar-raba' protokoll għall-kulleġġ vokazzjonali ġdid li għandna bżonn - għaliex aħna nemmnu li jekk ma nimmodernizzawx il-qasam edukattiv ma nistgħux nimmodernizzaw il-qasam ekonomiku - madanakollu llum il-gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami ddeċieda mod ieħor għax qabad u warrab il-flus li kien hemm allokati għal dan il-kulleġġ u jidher ċar illi l-ministru tal-finanzi ħa deċiżjoni mingħajr lanqas biss indenja ruħu jikkonsulta lil sieħbu l- ministru ta' l-edukazzjoni dwar dan.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: Il- ministru tal-finanzi għandu ħsieb jagħti lill-ministru ta' l-edukazzjoni l- fondi neċessarji biex ikun jista' jinfetaħ dan il-kulleġġ vokazzjonali ġdid?", "U jekk se jagħtih il-fondi, dawn se jkun ħadhom mill-fondi li suppost huma allokati għall-kindergartens, għall-iskejjel primarji u għall- iskejjel sekondarji tal-gvern?", "Aħna rridu li jkollna l-aqwa relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea pero` huwa fl-interess tagħna li ma niċħdux ir-realta` Mediterranja tagħna u mhux nagħmlu bħal dawk li għalkemm kienu jsejħu lilhom infushom Nazzjonalisti, fil-fatt kienu irridentisti u riedu li Malta ssir biċċa mill-Italja, bħalma llum hemm min irid li Malta ssir biċċa mill-Unjoni Ewropea.", "Dan ifakkarni f'poeżija li nsibu f'antoloġija miġbura minn Enrico Mizzi, madwar 70 sena ilu, bl-isem \"Nuovi Scrittori e Poeti di Malta\", li fost affarijiet oħra dan jgħid hekk dwarhom:", "\"Tutti devono assaporare l''orgoglio di portare loro sassolino al magnifico edificio della nostra letteratura Italiana\".", "F'poeżija oħra, li ġġib l-isem ta' \"Malta\", il-poeta Giovanni Cremona qal illi jixtieq li jiġi r-riħ u Malta, bħal vapur, tiċċaqlaq bħal ħolma lejn is-sbejħa Sqallija u ssorġi hemm għal dejjem, imbasta tkun kemm jista' jkun 'il bogħod mill-Afrika ta' Fuq!", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid illi hemm bżonn li kulħadd jifhem li aħna u niżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, għandna niżviluppaw ukoll l-identita` nazzjonali tagħna f'sens modern biex ma nitilfux ruħna.", "B'daqshekk m'aħniex se ningħalqu fina nfusna.", "Wara kollox għalfejn għandna nitilfu l-indipendenza nazzjonali li ksibna wara sekli sħaħ li għamilna niġġieldu għaliha biex b'hekk ilkoll kemm aħna, Partit Laburista u Partit Nazzjonalista, bid- difetti kollha tagħna, stajna mmexxu lilna nfusna fl-interess tal-Maltin u ta' l-Għawdxin, liema tmexxija kienet aħjar mit-tmexxija li kellna minn kull barrani matul is-sekli u l-millennji li għaddew?", "Għaliex irridu li nerġgħu nsiru kolonja mill-ġdid, minkejja li din id-darba din il-kolonja se jkollha isem ieħor u se tkun imgeżwra bid-deheb?", "L-isfida tagħna għandha tkun biss dik li nibnu l-inter-dipendenza tagħna ma' l-Unjoni Ewropea u mal- bqija tad-dinja u huwa dak l-uniku interess li għandu jkollna, kemm illum kif ukoll fil-futur.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel diversi punti li naħseb li huma interessanti.", "L-ewwel punt li rrid nagħmel diġa' għamel riferenza għalih il-ministru għall-affarijiet barranin.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem li f'dan l-istadju l-iktar ħaġa importanti m'hijiex li niddeċiedu jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni jew le imma li niddeċiedu jekk għandniex ninnegozjaw għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Mr Speaker, fl-aħħar elezzjoni l-poplu Malti u Għawdxi ta mandat lill-Partit Nazzjonalista biex jinnegozja għal sħubija sħiħa fl-Unjoni u mbagħad wara li jsiru dawk in-negozjati jerġa` jkun l-istess poplu li jiddeċiedi jekk fil-fatt għandniex nidħlu.", "Aħna rridu nsiru membri ta' l- Unjoni jekk inkunu sodisfatti bin-negozjati li nkunu għamilna u fil-fatt il- ministru għall-affarijiet barranin qal bl-iktar mod ċar li aħna beħsiebna ninnegozjaw fuq dawk l-affarijiet li nħossu li huma ta' ħtieġa vitali għalina.", "Hawnhekk irrid nerġa` nenfasizza li finalment l-għażla jekk pajjiżna għandux isir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea jew le se titħalla f'idejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex fil- fehma tiegħi l-pożizzjoni li ħa l-Partit Laburista m'hijiex tenibbli u hija pjuttost intransiġenti, fundamentalista, barra minn lokha u prematura.", "Meta fl-1996 konna fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, kemm-il darba għidna lill-gvern Laburista biex ma jiffriżax l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni imma minflok jagħmel in-negozjati meħtieġa u mbagħad jiddeċiedi l-poplu Malti u Għawdxi jekk għandniex nissieħbu fl- Unjoni Ewropea jew le.", "Fil-fehma tiegħi huwa importanti ħafna li anke issa l-Partit Laburista jirrivedi l-politika tiegħu u jara x'se joħroġ min- negozjati minflok ma jibqa` mwaħħal mad-deċiżjoni li ħa meta kien kien fil- gvern.", "Fl-aħħar mill-aħħar almenu l-Partit Laburista għandu jirrispetta d- deċiżjoni tal-poplu wara li jsir ir-referendum għaliex, ejjew ngħiduha kif inhi, inkella kif ikun jista' jgħid li huwa qed jaġixxi fi ħdan demokrazija parlamentari u pluralista?", "Bla ebda dubju d-deċiżjoni tal-poplu hija xi ħaġa sagrosanta u għalhekk min huwa verament demokratiku għandu jaċċetta d- deċiżjonijiet li jieħu l-poplu mal-ewwel.", "Il-Partit Laburista m'għandux isibha diffiċli biex jiċċaqlaq xi ftit mill- pożizzjoni li ħa s'issa għax qabel l-aħħar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista wasal biex iċċaqlaq mill-pożizzjoni tiegħu - forsi wara li għamel riflessjoni għat-telfa elettorali ta' l-1996 - meta qal lill-poplu li jekk jivvota lilu se jkun qed jagħtih il-mandat biex jinnegozja, imma mbagħad wara li jkun għamel dawk in-negozjati se jerġa` jmur għand il-poplu biex jiddeċiedi jekk pajjiżna għandux isir membru sħiħ ta' l-Unjoni jew le.", "Qabel l-aħħar elezzjoni, għalkemm qatt ma kien eskluda l-possibbilta` li jsir referendum, madanakollu l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien għadu kkommetta ruħu li dan ir-referendum isir.", "Jien nemmen li bħalma fl-1996 il- poplu ta messaġġ ċar lill-Partit Nazzjonalista, hekk ukoll fl-aħħar elezzjoni ta' l-1998 il-poplu ta messaġġ ċar lill-Partit Laburista u l- messaġġ li tah huwa li m'għandux jorbot il-karru politiku tiegħu mal-fatt li huwa kontra sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel it-tieni punt billi nenfasizza l-importanza li jipparteċipaw fil-proċess ta' dawn in-negozjati s-setturi kollha tal- poplu għaliex jekk il-proċess jiġi amministrat ħażin, dan jista' jirrovina r-riżultat innifsu.", "Huwa veru li hemm bżonn li l-poplu jingħata iktar informazzjoni dwar kif qed jiżviluppa dan il-proċess ta' negozjati, imma min-naħa tiegħu l-poplu għandu jara li jipparteċipa f'dak kollu li jkun qed isir f'dan il-qasam.", "Huwa importanti wkoll li jiġu involuti f'dan il- proċess l-operaturi ta' kull settur għax wara kollox wieħed jista' jgħid bla tlaqliq li din hija l-ikbar bidla kostituzzjonali għal pajjiżna minn mindu ħadna l-indipendenza u sirna repubblika.", "It-tielet punt li nixtieq nagħmel huwa li hemm bżonn li kulħadd jifhem illi waqt li jkun qed isir dan il-proċess ta' negozjati, wieħed m'għandux joqgħod iqis jekk bih huwiex se jirbaħ jew jitlef il-voti u lanqas m'għandu jħares lejn l-interessi tal-kostitwenza tiegħu jew inkella saħansitra tiegħu nnifsu imma għandu jħares lejn l-interessi tal-pajjiż in ġenerali.", "Għalhekk minn hawn jien nappella lill-Partit Laburista biex waqt dan l- eżerċizzju ma jħarisx lejn l-interessi interni jew lejn l-esiġenzi elettorali tiegħu għax inkella jkun qed jagħmel ħsara kbira lil pajjiżna.", "Naturalment wieħed irid iħares lejn dan il-proċess ta' negozjati anke mil- lenti amministrattiva u teknika għax f'dawn l-oqsma hemm diversi bread and butter issues li jridu jiġu tackled, fosthom dawk l-issues li jirrigwardaw il-perijodi transitorji u ta' ristrutturazzjoni.", "Bla ebda dubju, f'dan l-eżerċizzju aħna għandna naraw ukoll x'inhi l- viżjoni tagħna għall-futur, speċjalment meta nkunu qed nittrattaw il-qasam ta' l-ekonomija u r-restructuring, u nagħmlu wkoll diversi mistoqsijiet lilna nfusna bħal, per eżempju, jekk irridux li minn hawn u għaxar snin jew 20 sena oħra pajjiżna jkollu xi say fl-Unjoni Ewropea jew le.", "Sa dak iż- żmien bla ebda dubju l-Unjoni Ewropea tkun kompliet tikber u għalhekk ta' min jistaqsi wkoll jekk irridux insibu ruħna barra minn dan il-proċess ta' stabilta`, ta' sigurta`, ta' kompetittivita` u ta' espansjoni ekonomika.", "Jien naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li pajjiżna ma jistax jibqa` bħal ġurdien li jiġri u jistaħba fit-toqob ta' djar internazzjonali jew bħal xi pirata li jsalpa bil-ġurisdizzjonijiet internazzjonali għax għalkemm huwa veru li pajjiżna huwa żgħir ħafna meta kkomparat ma' pajjiżi oħra li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, b'daqshekk m'għandniex naqtgħu qalbna u pajjiżna xorta għandu jipparteċipa b'mod sod u serju fid- deċiżjonijiet li jittieħdu hemmhekk.", "Lanqas għandna naqtgħu qalbna li nibdlu l-politika tagħna għax wara kollox kull pajjiż fid-dinja jibdel il-politika tiegħu minn żmien għal żmien.", "Ma rridux ninsew li, per eżempju, biex nissalvagwardaw il-bandiera marittima tagħna bilfors irridu nagħmlu dawn in-negozjati.", "Jekk Malta, Ċipru u l-Greċja jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, żgur li din l- Unjoni ssir l-ikbar forza marittima tad-dinja.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li kemm ilha membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, l-Olanda qed tagħmel żviluppi kbar fil-qasam marittimu.", "Huwa importanti li kulħadd jifhem illi n-negozjar fl-Unjoni Ewropea huwa proċess kreattiv li jinkorpora fih viżjoni għal Malta u, fil-fehma tiegħi, ikun gwaj għalina jekk dan jiġi ridott biss għal sempliċement eżerċizzju burokratiku u amministrattiv.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nikkonstata fatt. Kulħadd jaqbel illi fil-pajjiż hemm bżonn isir restructuring; kulħadd jaqbel li l-fruntieri tad-dazji għandhom jaqgħu - għalkemm hawn min jgħid li dawn għandhom jaqgħu billi nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u min jgħid li dawn għandhom jaqgħu billi nagħmlu minn pajjiżna a free trade zone - u kulħadd jaqbel li bħala pajjiż ta' kultura Ewropea u Mediterranja bilfors irridu naħdmu mill-qrib ma' l-Ewropa u ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri f'ċertu sens bejnietna hemm consensus ukoll pero` mbagħad hemm ukoll ċerti affarijiet li ma naqblux bejnietna dwarhom.", "Mr Speaker, minbarra dawn il-konsiderazzjonijiet jien kont beħsiebni nagħmel ukoll xi konsiderazzjonijiet soċjali u kulturali, pero` peress li m'għadx fadalli ħin se nipprova nsib mezz kif nippubblika l-punti li kien għad baqagħli nagħmel fuq il-gazzetti.", "Jien nemmen illi jekk kulħadd jifhem kemm huwa importanti li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, inkunu qed noħorġu minn mentalita` insulari, xi kultant anke soffokanti, ta' kultura li toħroġ minn taħt l-irdoss tas-swar għall-beraħ tal-pjazez Ewropej u dinjin.", "Bla ebda dubju, jekk kemm-il darba nimirħu fil-kontinent u mhux nieqfu sal-Port il-Kbir, il-poplu Malti u Għawdxi jasal biex ibiddel il-perspettiva tiegħu f'kollox, fosthom fil-qasam kummerċjali, fil-qasam politiku, fil-qasam ta' l-impjiegi u fil-qasam edukattiv.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nagħmel din il-mistoqsija: Għaliex l-Unjoni Ewropea qiegħda tiġbed lejha pajjiżi applikanti?", "Ir-risposta hija li l- Unjoni Ewropea qiegħda tiġbed lejha pajjiżi applikanti għal żewġ raġunijiet prinċipali; l-ewwelnett minħabba l-prosperita` li hemm fl-Unjoni u t-tieni nett minħabba li din m'hijiex sempliċement xi free trade area imma hija għaqda ta' pajjiżi fejn fiha jitħaddem il-prinċipju ta' solidarjeta` billi l-pajjiżi sinjuri jgħinu lil dawk il-pajjiżi li huma inqas żviluppati, kemm f'dak li huwa xogħol, kemm f'dak li huwa taħriġ, kemm f'dik li hija edukazzjoni, kemm f'dik li hija infrastruttura, kemm f'dik li hija riċerka kif ukoll f'dik li hija teknoloġija.", "Ovvjament dan isir biex jonqsu d- differenzi li hemm fl-iżvilupp bejn pajjiż u ieħor u b'hekk tissaħħaħ il- koeżjoni ekonomika u soċjali ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea tant tqis il-politika tagħha ta' koeżjoni ekonomika u soċjali importanti li talloka fondi strutturali għal dan il-għan.", "U hawnhekk nixtieq nispjega fil-qosor fiex jikkonsistu dawn il-fondi strutturali, ħalli iktar nifhmu kif pajjiżna jista' jgawdi minn dawn l-istrumenti finanzjarji li permezz tagħhom tingħata għajnuna lil min huwa żvantaġġjat u jinsab lura f'dak li huwa żvilupp.", "L-ewwel fond li nixtieq insemmi huwa dak reġjonali, li jgħin pajjiżi żvantaġġjati jiżviluppaw l-infrastruttura tagħhom fil-qasam tat-trasport, fil-qasam ta' l-enerġija, fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, fil-qasam ambjentali, fil-qasam edukattiv, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam produttiv, fil-qasam tan-negozji żgħar u fil-qasam ta' l-iżvilupp lokali.", "It-tieni fond strutturali li talloka l-Unjoni Ewropea huwa dak soċjali, li jippromwovi x-xogħol permezz ta' l-għajnuna li tagħti f'taħriġ u ingaġġ.", "Imbagħad hemm ukoll il-European agricultural guidance and guarantee fund, liema fond jgħin skemi nazzjonali ta' għajnuna għall-iżvilupp agrikolu u rurali.", "Ir-raba' fond strutturali huwa l-financial instrument for fisheries guidance, liema fond jgħin fl-immodernizzar tas-setturi tas-sajd.", "Għalkemm jien ma qgħadtx nidħol fid-dettall ta' kull fond, ir-riferenza li għamilt għalihom tindika bl-iktar mod ċar l-għajnuniet kbar li l-Unjoni Ewropea għandha x'toffri lil pajjiżi imsieħba.", "Sfortunatament hija l- oppożizzjoni biss li ma tistax jew ma tridx tirrealizza dan kollu, anzi qed tipprova tiżvija lill-Kamra b'informazzjoni li ma tirriflettix il-verita`, bħalma diġa` anke smajna dalgħodu hawn ġew stess.", "Irrid ngħid ukoll li mis-sena d-dieħla l-fondi jridu jilħqu tliet għanijiet ta' prijorita`; l-ewwelnett li jiżviluppaw u jaġġustaw strutturalment dawk ir-reġjuni li m'humiex żviluppati; it-tieni nett li jgħinu fit-tiġdid ta' dawk iż-żoni li għandhom diffikultajiet strutturali; u t-tielet nett li jgħinu fl-adattament u fl-immodernizzar tal-policies u tas-sistemi ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta' l-impjiegi.", "Ta' min ifakkar li fil-21 ta' Ġunju li għadda l-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea approva l-council regulation number 1260 ta' l-1999, fejn ġew allokati Euro 195 biljun - ekwivalenti għal madwar Lm83 biljun - biex jgħinu lill-fondi strutturali jilħqu l-għanijiet tagħhom mis-sena 2000 sas-sena 2006.", "Kif qed naraw, dawn huma fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "Ikun interessanti jekk ngħid kif pajjiżna jista' jgawdi minn dawn il-fondi.", "Per eżempju, ta' min jgħid li l-fond għall-iżvilupp reġjonali, li jikkonsisti f'madwar Lm8.5 biljun fis-sena, jikkontribwixxi għall- finanzjament ta' investiment infrastrutturali f'dawk ir-reġjuni li huma inqas żviluppati, jiġifieri f'dawk ir-reġjuni li l-GDP tagħhom huwa ta' inqas minn 75% tal-medja Ewropea, u dan jgħin sabiex jiżdied il-potenzjal ekonomiku, l-iżvilupp, l-aġġustament strutturali, il-ħolqien u ż-żamma ta' mpjiegi sostenibbli, kif ukoll dak l-investiment infrastrutturali li jikkontribwixxi għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u ta' l-enerġija, fejn għandha tingħata konsiderazzjoni li r-reġjuni taċ-ċentru ta' l-Ewropa jingħaqdu ma' dawk ir-reġjuni li jbatu minn handicap strutturali minħabba li huma gżejjer, minħabba li huma mdawrin b'muntanji jew inkella minħabba li jinsabu fit-tarf ta' l-Ewropa.", "Bħala Għawdxija ma nistax ma nirrimarkax ukoll li jekk pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea, Għawdex jibda jingħata għajnuna għall-bini u għat-tkabbir tal-mollijiet u tal-portijiet, għall-bini u għax-xiri tal- vapuri, għax-xiri tal-helicopters kif ukoll għall-bini tat-toroq, allavolja dalgħodu kien hemm kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni li pprova jitfa' d- dubji anke fuq dan il-fatt.", "Ta' min isemmi wkoll li jekk kemm-il darba nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, anke l-qasam tat-telekomunikazzjoni t'Għawdex jiġi megħjun jiżviluppa iktar u fosthom jibda jibbenefika minn sistema ta' video conferencing, li m'hemmx għalfejn ngħidu jkun utli ħafna għall-oqsma ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa.", "Kif jafu ħafna minna, il- gżira Għawdxija għandha problema kbira f'dak li huwa trattament ta' l- iskart u tad-drenaġġ u għalhekk ta' min isemmi li wara li jitlesta l- programm operazzjonali li qed isir fil-Portugal bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea - fil-fatt 75% ta' dan il-programm huwa ffinanzjat minn fondi strutturali Ewropej - mhux biss għandha tissaħħaħ il-bażi ekonomika u jogħla l-livell ta' l-għajxien ta' dan il-pajjiż, imma għandha tingħeleb ukoll il-problema tat-trattament tad-drenaġġ u ta' l-iskart domestiku.", "Anke ġewwa Kreta, il-Kummissjoni Ewropea approvat programm li hi qed tiffinanzja 72% minnu u li fost l-oħrajn jinkludi l-iżvilupp tal-wirt naturali u kulturali tal-gżira.", "Ta' min jgħid ukoll li fil-gżejjer ta' l- Ewropa ta' Fuq qed isir programm simili li fost l-oħrajn jinkludi l- iżvilupp tal-qasam turistiku billi jinkoraġġixxi attivitajiet turistiċi alternattivi, bħalma huma l-water sports u l-health resorts.", "Min-naħa l- oħra l-Unjoni Ewropea qed tgħin lill-gżira ta' Mallorca billi qed tiffinanzja programm li jkopri diversi skemi ta' għajnuniet lil intrapriżi ż-żgħar, liema skemi ta' għajnuniet jinkludu l-investiment produttiv, it- taħriġ tal-ħaddiema, ta' l-instructors u tal-managers, pariri dwar disinji u swieq għal prodotti lokali kif ukoll twaqqif u tagħmir ta' multi-purpose centre li jservi bħala inkubatur għall-impriżi kif ukoll bħala ċentru għat- teknoloġija.", "L-Unjoni Ewropea ħasbet ukoll biex tniedi programm għall-iżvilupp agrikolu tal-gżejjer Baltiċi, liema programm jinkludi fost l-oħrajn l- immodernizzar tal-proċess agrikolu, titjib fil-kondizzjonijiet ekonomiċi tal-produzzjoni agrikola, billi fost l-oħrajn titjieb l-aċċessibilita` għas- swieq ta' prodotti tal-biedja, il-bini ta' trejqiet tar-raba` - dawk li aħna nsejħulhom bħala farm access roads - l-introduzzjoni ta' prodotti ta' kwalita' għolja, għajnuna biex jitkattar il-bejgħ ta' prodotti lokali, għajnuna biex jerġgħu jinbnew il-ħitan tas-sejjieħ, it-twaqqif ta' networks ta' irrigazzjoni kif ukoll il-bini tal-ġibjuni ta' l-ilma.", "Mr Speaker, jien nixtieq insemmi diversi eżempji oħra biex inkompli nuri kemm l-Unjoni Ewropea sservi ta' għajnuna għall-pajjiżi membri tagħha, pero` billi m'għadx fadalli wisq ħin għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq ngħaddi xi rimarki fuq il-fatt li anke l-qasam tas-sajd jista' jibbenefika ħafna bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fosthom permezz ta' tiġdid u tibdil tad-dgħajjes, permezz ta' diversi faċilitajiet fil-portijiet, permezz ta' tfittxija u ta' promozzjoni ta' swieq ġodda kif ukoll permezz ta' twaqqif ta' proġetti ta' akwakultura, ta' impjanti għall-ipproċessar ta' qabdiet ta' ħut u tal-produzzjoni ta' riżorsi tal-baħar f'ibħra kostali.", "Mr Speaker, jien għedt dan kollu biex nissostanzja dak li għedt fil-bidu ta' dan id-diskors, jiġifieri li l-għan ta' l-Unjoni Ewropea m'huwiex biss li l-pajjiżi membri jifformaw żona ta' kummerċ ħieles imma wkoll li jkun hemm ċerta koeżjoni fost il-popli tal-pajjiżi membri.", "Fil-fatt l-Unjoni tagħmel l-almu kollu tagħha biex tilħaq dan il-għan.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, sejjer niddedika dan il-ftit ħin li n- naħa tal-gvern għoġobha tallokalna billi nsemmi xi aspetti li wieħed għandu jħares lejhom meta jiġi biex jara jekk ikunx ta' ġid għas-settur agrikolu li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel ħaġa li wieħed irid iqis hija kif se jintlaqtu l-bdiewa, ir-raħħala u l-konsumaturi minn sħubija sħiħa fl-Unjoni u dan nistgħu nkunu nafuh anke billi nieħdu xi ftit eżempji.", "Per eżempju, jekk pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, il- protezzjoni tas-settur agrikolu tintilef mill-ewwel u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal-levies fuq l-importazzjoni imma wkoll għal dawk il- miżuri, regoli u liġijiet li jħarsu d-dritt ta' l-għajxien tal-bdiewa, tar- raħħala u tas-sajjieda.", "Ta' min jgħid li llum il-qasam agrikolu Malti u Għawdxi jipprovdi għal pajjiżna madwar Lm70 miljun fis-sena, li Lm10 miljun minnhom tipprovdiehom l-industrija tal-produzzjoni tal-majjal, Lm10 miljun oħra tipprovdiehom l- industrija tat-tjur u tal-bajd frisk, Lm12 miljun tipprovdiehom l- industrija tal-ħalib frisk, Lm10 miljun jipprovduhom il-ħxejjex u l-frott frisk, Lm5 miljun tipprovdiehom l-industrija taċ-ċanga friska, Lm5 miljun oħra tipprovdiehom l-industrija tal-fniek, Lm3 miljun tipprovdiehom l- industrija ta' l-akwakultura u tas-sajd tradizzjonali, Lm3 miljun tipprovdiehom l-industrija ta' l-agrikoltura u dan kollu minbarra dak li tipprovdi l-agro-industrija u l-industrija tal-ġwież.", "Issa permezz ta' żona ta' kummerċ ħieles wieħed ikun jista' jipproteġi dawn l-oqsma varji tas-settur agrikolu sabiex irendu iktar għall-ġid komuni ta' pajjiżna mingħajr ma jiġu żmantellati l-levies ta' protezzjoni li ġġib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Mr Speaker, eżempju klassiku ta' dak li se jiġri bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni nistgħu neħduh minn dak li għaddejja minnu l-industrija tal-majjal.", "Illum f'Malta l-prezz tal-majjal għall-produttur huwa ta' madwar 80c il- kilo filwaqt li għall-konsumatur il-prezz huwa ta' madwar Lm1.20 il-kilo.", "Issa ta' min jgħid li fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni, filwaqt li l-prezz tal-majjal għall-konsumatur huwa ferm ogħla minn dak f'pajjiżna, għall- produttur il-prezz huwa ta' madwar 63c il-kilo.", "Dan ifisser li jekk kemm- il darba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni, awtomatikament l-industrija lokali tal-majjal ikollha tnaqqis ta' iktar minn Lm2 miljun fis-sena, minbarra li ovvjament ir-raħħal tispiċċalu l-levy ta' protezzjoni fuq dan il-prodott.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, f'ċirkostanzi bħal dawn l-ewwel ma tbati tkun il-produzzjoni lokali għax filwaqt li l-konsumatur ma jkun qed jibbenefika xejn minn din il-waqgħa fil-prezz, dan ta' l-aħħar ikollu jħallas prezz ogħla għall-majjal frisk li jikkonsma, naturalment b'detriment għall- ekonomija nazzjonali li f'dan il-każ tkun tilfet waħda mill-iktar industriji sodi tal-gżejjer tagħna.", "Joħroġ ċar li l-politika li ħaddem il- gvern Laburista preċedenti għall-industrija lokali tal-majjal kienet ħafna iktar vantaġġjuża.", "Hawnhekk biżżejjed li wieħed isemmi ż-żieda ta' iktar minn Lm3 miljun f'bejgħ ta' laħam tal-majjal frisk li kellhom il-produtturi matul is-snin 1997 u 1998.", "M'għandniex ninsew li apparti li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni l-vantaġġi li llum jeżistu għal din l-industrija jintilfu, bla dubju ta' xejn jinħolqu diversi taxxi ġodda għaċ-ċittadini tal-gżejjer tagħna, u dan sabiex jinġabru l-flus ħalli l-Unjoni tkun tista' tiffinanzja l-hekk imsejħa sussidji tal-politika komuni - li hija magħrufa bħala l-common agricultural policy - liema sussidji jinġabru mit-taxxi li jħallsu l-familji kollha tal- pajjiżi membri.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li dawn it-taxxi jiswew lil kull familja tal-pajjiżi membri madwar 20 Ecu fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, kull familja Maltija u Għawdxija tkun trid tibda tħallas madwar Lm9 jew Lm11 fil-ġimgħa taxxa, bħall-bqija tal-familji tal-pajjiżi membri.", "L-impatt negattiv li tħalli sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea ikun jinħass fl-oqsma kollha tal-biedja u s- sajd.", "Per eżempju, wieħed jista' jsemmi li bi sħubija sħiħa, is-sajjieda kollha li pajjiżhom huwa membru sħiħ ta' l-Unjoni, inkluż l-Isqallin, ikunu jistgħu jiġu jistadu fl-ibħra tagħna, ibigħu l-ħut lokalment u anke jirreġistraw l-opri tas-sajd tagħhom taħt il-bandiera Maltija.", "Kuntrarjament għal dan, il-politika Laburista ta' żona ta' kummerċ ħieles teskludi dan it-theddid kollu li ġġib magħha sħubija sħiħa fuq il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna filwaqt li tkompli tgħinhom jiżviluppaw f'ambjent ekonomiku sod sabiex ikunu konformi ma' l-istandards Ewropej.", "B'hekk biss jista' jiġi assigurat li Malta u l-Unjoni Ewropea iżommu rabtiet speċjali mill-qrib bl-inqas impatt negattiv.", "Sur President, konferma ta' din il-klima ta' żvilupp sostenibbli kienu d- diversi proġetti li nieda l-gvern Laburista preċedenti, fosthom l- investiment li sar mis-settur privat sabiex jogħla l-livell ta' produzzjoni u ta' proċessar tat-tjur; il-proġett ta' riabilitazzjoni li, filwaqt li kellu l-għan li jħares l-ekoloġija, l-idroloġija u l-ġeoloġija, kellu wkoll l-għan li jippreserva iktar ilma ġieri għall-bdiewa; u s-serer speċjalizzati f'Tal-Kmand, sabiex il-bdiewa jibdew jingħataw pjanti, ħxejjex u siġar tal-frott ħielsa minn mard u b'hekk l-uċuh tar-raba jkunu jistgħu jitkabbru f'ambjent agrikolu u organiku.", "Dan kollu u iktar kien qed isir bl-iskop li l-ambjent naturali u l-iżvilupp rurali tal-gżejjer tagħna jitħarsu skond l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Anke l-oqsma ta' l- esportazzjoni u tas-sussidju jgawdu iktar vantaġġi b'żona ta' kummerċ ħieles milli bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun biżżejjed jekk nieħdu bħala eżempju l-esportazzjoni tal-patata.", "Ta' min jgħid li wara l-31 ta' Mejju li ġej il-patata se tibda tiġi eżentata mid-dazju, bil-konsegwenza li l-prezz ta' dan il-prodott se jibda jaqa` fis-swieq kollha tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kuntrarjament għal dan, b'żona ta' kummerċ ħieles il-bdiewa tagħna jkollhom dritt għal prezzijiet aħjar minn dawk il-prezzijiet tal-pajjiżi membri.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-prezz tat-tadam għall-għasir, li dan l-aħħar intqal ħafna dwaru.", "Ta' min jgħid ukoll li b'żona ta' kummerċ ħieles il-prodott lokali jkun protett mill-levies, anke meta dan ikun qed jiġi esportat.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dawn il-kondizzjonijiet jgħinu ħafna lill-bdiewa biex jipproteġu l-għajxien tagħhom pero` bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jintilef kollox.", "Ta' min jirrimarka wkoll li l-konsumatur mhux dejjem igawdi minn liberalizzazzjoni tas-suq tal-ħxejjex, tal-frott u ta' prodotti oħra, bħalma hu l-laħam abjad u l-laħam aħmar, u dan għaliex bis-sistema politika ta' l-Unjoni Ewropea, minkejja t-tneħħija tal-levies, il-prezz ta' ċerti prodotti friski xorta jogħla.", "Jien m'iniex beħsiebni nidħol f'ħafna rettorika għax naħseb li huwa biżżejjed illi nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' prodotti li jogħlew fil-prezz, kif irrapportat f'fuljett riċenti ta' \"Outlook\".", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-fuljett \"Outlook\", fejn qed jagħmel paragun bejn il-prezzijiet ta' diversi oġġetti f'Malta u dawk fl- Italja u r-Renju Unit.", "Qed inqiegħed dan il-fuljett fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex kulħadd jirrealizza kemm jogħlew il-prezzijiet ta' dawk il-prodotti ta' l-ikel li huma essenzjali għall-familja Maltija jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, it-tneħħija tal-levies ukoll tista' toħloq żvantaġġ lill- konsumatur, u każ tipiku ta' dan huwa l-mod kif ftit ġimgħat ilu f'Malta ġew importati tiġieġ iffriżati li kienu eżentati mil-levy meta kellhom expiry date ta' ftit ġimgħat.", "Dan l-impatt negattiv ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea llum qed jesperjenzah kulħadd u, jipprova jaħbi kemm jipprova jaħbi dan l-impatt il-Gvern Nazzjonalista, dawn huma fatti li ma jista' jinnegahom ħadd.", "L-esportazzjoni tal-frott għas-swieq Ewropej ukoll ikollha l-problemi tagħha bi sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Huwa biżżejjed li wieħed jara x'ġara din is-sena fil-każ tad-dulliegħ.", "Suppost li din is-sena l-ispejjeż għall- bdiewa Maltin kellhom jinżlu b'iktar minn 37% meta pparagunat mas-sena l- oħra, kif inhu suppost ukoll li t-talba tal-gvern Nazzjonalista għas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kellha sserraħ moħħ il-bdiewa għax kellhom jinfetħu swieq ġodda għall-esportazzjoni ta' dan il-prodott, pero` fil-fatt ġara li minkejja li l-prezz tad-dulliegħ fis-suq lokali kien iktar kompetittiv peress li l-prezz tiegħu waqa', lanqas biss ġiet esportata dulliegħa waħda.", "F'dan il-każ żgur li ma jistax jinġieb l-argument li nġab għar-rigward ta' l-esportazzjoni tal-basal, fejn il-Ministru Ninu Zammit qal li m'esportajniex dan il-prodott minħabba li l-kwalita` ta' basal li jkabbru l-bdiewa Maltin ma togħġobx lil konsumaturi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bħal dak li qallu meta dawn il-konsumaturi jiġu għal btala hawn Malta mhux basal ta' Malta jieklu!", "Imma ħalli nieqaf hawnhekk fuq dan il-punt u nkompli bil-punti li kont qed nagħmel, ġaladarba l-gvern għoġbu jillimitalna l-ħin ta' din id-diskussjoni.", "Sur President, il-verita` wara dan kollu hija li l-kompetizzjoni fis-suq vast ta' l-Unjoni Ewropea tant hija kbira li jridu jgħaddu s-snin qabel ma nkunu nistgħu niksbu r-riżultati mixtieqa għaliex qabel inkunu rridu nakkwistaw ċerta esperjenza u din l-esperjenza tista' tinkiseb biss b'żona industrijali ta' kummerċ ħieles u mhux bi sħubija sħiħa.", "Din l-istrateġija hija importanti sabiex nevitaw diżastru f'dan is-settur, liema diżastru diġa` esperjenzawh il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda ta' pajjiżi li huma msieħba fl-Unjoni Ewropea, minkejja li l-gvernijiet tagħhom ukoll kienu jgħidulhom li bil-liberalizzazzjoni tas-suq u bl-iżmantellar tal-levies li ġġib magħha sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jmorru aħjar.", "Il-membri tal-gvern Nazzjonalista rrimarkaw kemm-il darba li jekk nidħlu fl-Unjoni, l-oqsma tal-biedja u s-sajd jibbenefikaw mis-sussidji tal-vot tal-less favoured areas.", "Issa hawnhekk irridu nagħmluha ċara li dan il-vot inħoloq sabiex dawk il-bdiewa li jfallu jieħdu kumpens sabiex itaffu l- kriżi finanzjarja kbira li jsofru minħabba l-impatt negattiv tal-common agricultural policy.", "Għalhekk il-fatt li l-gvern Nazzjonalista diġa` qed isemmi dan il-vot ifisser li huwa diġa` qed jipprevedi li l-bdiewa u r- raħħala Maltin u Għawdxin se jmorru ħażin ħafna bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u minkejja li l-gvern qed jipprova jaħbilhom dawn il- fatti, diġa` qed jara kif se jbenġel it-telf kbir li dawn se jsofru jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Sur President, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni anke l-prezz tal-ħobż huwa mistenni li jogħla u dan għaliex il-qamħ li jinxtara mill-Unjoni Ewropea huwa ogħla minn dak li Malta tixtri llum.", "Dan ifisser li l-ħobża ta' kuljum se togħla b'mill-inqas 10c ir-ratal għall-konsumatur.", "M'hemmx dubju li din is-sitwazzjoni se toħloq splużjoni fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali oħra, liema sitwazzjoni se tħalli impatt negattiv fuq diversi setturi, speċjalment fuq is-settur ta' l-ikel u fuq is-settur tat-turiżmu.", "Hawnhekk l-oppożizzjoni Laburista bilfors ikollha tinsisti li tingħata tweġiba dwar kemm ir-raħħal se jdaħħal iktar għal kull litru ħalib, għal kull kilo tiġieġ u għal kull tużżana bajd li jipproduċi bi sħubija sħiħa fl- Unjoni.", "L-oppożizzjoni Laburista tistaqsi wkoll kemm se jdaħħal iktar il- produttur tal-majjal għal kull kilo majjal li jipproduċi u kemm se jdaħħal iktar il-bidwi bi prezzijiet issussidjati iktar minn dawk tal-lum.", "Fl- aħħarnett ikun interessanti jekk il-gvern jgħidilna b'mod ċar kemm huwa maħsub li togħla l-ħajja għall-konsumaturi u għall-familji tal-bdiewa, tar- raħħala u tas-sajjieda.", "Sur President, il-politika li jemmen fiha l-Partit Laburista, liema politika għandha rabtiet soċjali mill-qrib ma' l-Unjoni Ewropea f'qafas ta' żona ta' kummerċ ħieles, tqarreb lil Malta biex issir Svizzera fir-reġjun tal-Mediterran.", "M'hemmx dubju li taħt gvern Laburista Malta kienet qed tħares in-newtralita` tagħha aħjar mil-lum sabiex tkompli taqdi l-missjoni tagħha bħala gżira tal-paċi fir-reġjun tal-Mediterran.", "Din id-direzzjoni, flimkien ma' ambjent ekonomiku sod, kienet qed toħloq opportunitajiet ġodda li jiggarantixxu għal pajjiżna futur aħjar.", "Pajjiżna kien qed jiżviluppa ħafna kuntatti ta' kummerċ, fosthom ma' pajjiżi Ewropej, ma' pajjiżi Għarab u ma' pajjiżi Afrikani, għax l-orizzonti li toffri l-politika Laburista jġibu magħhom ħafna iktar opportunitajiet ta' investiment ġdid għall- gżejjer tagħna, liema opportunitajiet żgur li jtejbu r-relazzjonijiet tagħna mar-reġjuni kollha tad-dinja, inkluż ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, ħafna iktar minn qatt qabel.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nislet kwotazzjoni, pero` m'iniex se nikkwota x'qalet in-naħa tal-gvern jew x'qalet in-naħa ta' l-Alternattiva Demokratika dwar ''il-ġid kbir'' li Malta se tibbenefika minnu bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma se nikkwota silta minn artiklu li ġie ppubblikat f'\"The Malta Independent'' tal-Ħadd u li nkiteb minn Dr. Leonard Mizzi, li huwa d-direttur tal-Malta Business Bureau ta' Brussels.", "Fil-fatt minkejja l-ħafna paroli li qed isir dwar is-sussidji li se jingħata l-qasam ta' l-agrikoltura, Dr Mizzi qal hekk:", "\"There are no indications about how much pre-accession funding we will get.", "No information is available about what Malta will benefit from prior to EU accession.", "Funds earmarked for pre-accession purposes amount to 1.32 billion Euro, of which agriculture is 0.52 billion Euro, just over Lm200 million.", "Malta is not included as a beneficiary country.\".", "Meta wieħed jisma' fatti bħal dawn bilfors ikollu jikkonkludi kemm din il- Kamra qed tiġi rredikolata mill-gvern Nazzjonalista u kemm din in-naħa għandha raġunijiet serji u kredibbli biex kemm ġewwa dan il-parlament kif ukoll fit-toroq ta' pajjiżna tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex tikkonvinċi lill-poplu Malti u Għawdxi jħares lejn id-direzzjoni politika Laburista u mhux lejn dik Nazzjonalista.", "Il-Partit Laburista m'huwiex kontra l-Ewropej imma jemmen illi huwa fl- interess ta' pajjiżna, fl-interess taċ-ċittadini tagħna, fl-interess tan- newtralita` tagħna u fl-interess tar-reġjun tal-Mediterran li Malta tibqa` ssostni politika ta' żona industrijali ta' kummerċ ħieles, liema politika kienet diġa` bdiet tipprattikaha fil-ftit xhur li l-Partit Laburista dam fil-gvern.", "Il-verita' hi li r-rapport dwar l-update ta' l-avis tal- Kummissjoni Ewropea jikkonferma għal darb'oħra kemm hi matura l-politika tall-Partit Laburista vis-a-vis ir-relazzjonijiet li Malta għandu jkollha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, żgur li kulħadd jibqa` impressjonat meta jara x'inhu jiġri fil-Kosovo fuq it-television, speċjalment meta jara dawk l-oqbra tal-massa li 50 sena ilu ħsibna li kienu xi ħaġa tal-passat.", "Fil-fatt l-unika differenza hija li filwaqt li 50 sena ilu dawk kienu oqbra tal-Lhud u ta' membri tal-forzi ta' l-alleati, dawk li qed naraw illum huma oqbra ta' nies li sfortunatament spiċċaw vittmi taċ-ċirkostanzi politiċi li qed iseħħu fl-Ewropa.", "Ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea twaqqfet proprjament wara l-gwerra li għaddiet bil-għan li jingħata spinta l-konċett ta' solidarjeta` Ewropea u b'hekk il-pajjiżi kollha jimxu 'l quddiem fil-paċi u fl-iżvilupp.", "Kif jafu ħafna minna, illum id-definizzjoni ġdida ta' \"paċi\" minn wara t-tieni konċilju 'l hawn hija l-kelma \"żvilupp\".", "Biex dak li jkun jifhem aħjar x'inhi l-Unjoni Ewropea, jien dejjem inħobb inġib l-eżempju taż-żwieġ.", "Min huwa pessimist jgħidlek biex ma tiżżewwiġx jekk jekk ma tridx li toqgħod tikkmandak il-mara, jew li toqgħod tieħu ħsieb it-tfal u tidħol id-dar kmieni, pero` min imbagħad huwa ottimist jgħidlek li s-solidarjeta` li toħroġ minn għaqda bejn koppja fiż-żwieġ hija verament xi ħaġa pożittiva, bħalma hija pożittiva s-solidarjeta` li toħroġ minn bejn il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni.", "Bla ebda dubju, ġaladarba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni, l-oqsma kollha jimxu 'l quddiem, partikolarment il-qasam tan-negozji ż-żgħar, il- qasam ta' l-edukazzjoni, il-qasam tat-taħriġ, il-qasam tal-kultura, il- qasam tal-biedja, il-qasam tas-sajd, il-qasam ta' l-ambjent kif ukoll il- qasam tal-konsumatur, għaliex għal dawn l-oqsma li semmejt fl-Unjoni Ewropea diġa` jeżisti qafas ta' programmi u fondi strutturali li permezz tagħhom il-pajjiżi msieħba f'din l-Unjoni ħadu spinta kbira 'l quddiem.", "Biżżejjed li wieħed iħares lejn il-GDP ta' dawk il-pajjiżi li daħlu fl- Unjoni, fosthom il-pajjiż żgħir tal-Lussemburgu, biex jara l-qabża enormi li teżisti.", "Għalhekk żgur li ħadd ma jista' jinnega l-fatt illi dawn il- pajjiżi, fosthom il-pajjiżi tal-Mediterran, bħall-Portugal, il-Greċja u Spanja, ġew megħjuna jtejbu l-GDP tagħhom permezz ta' dawk il-programmi u fondi strutturali li għadni kemm semmejt.", "Hija verament xi ħaġa pożittiva li, per eżempju, nistgħu nagħmlu użu wkoll mill-programmi Socrates u Leonardo, iktar u iktar meta nafu li matul l-amministrazzjoni Laburista kienet diġa` ngħatatilna indikazzjoni li dawn il-programmi kienu se jitwaqqfu.", "Ċertament li l-Unjoni Ewropea toffri sfidi u opportunitajiet ġodda lill- Maltin kollha, bħalma kien offra sfidi u opportunitajiet ġodda l-Kunsill ta' l-Ewropa meta fl-1965 sirna membri tiegħu.", "Hawn jien nistaqsi: Kieku dakinhar ma sirniex membri ta' dak il-kunsill min jaf kif konna nkunu llum?", "Naħseb li llum kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li d-dħul ta' Malta fil- Kunsill ta' l-Ewropa kien pass importanti ħafna li ħalla lil pajjiżna jimraħ fil-mergħat ta' diversi oqsma, liema oqsma llum qed jidħlu fihom il- pajjiżi kollha Ewropej.", "Bla ebda dubju, ħareġ ħafna ġid mill-pass li għamel pajjiżna meta sar membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa u hekk ukoll se joħroġ ħafna ġid meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, il-Partit Laburista jrid policy ta' pick and take u fil- fatt jekk inħaddmu l-politika li jrid hu, anke l-Unjoni Ewropea tħaddem il- policy ta' pick and take għaliex ma tħalliniex nipparteċipaw fil-programmi li torganizza hi jekk kemm-il darba ma nsirux membri ta' l-Unjoni.", "Il- politika li jrid iħaddem il-Partit Laburista għal pajjiżna hija waħda sterili għaliex ma tħalliniex nagħmlu użu mill-fondi strutturali ta' l- Unjoni Ewropea u twassal għal pożizzjoni simili għal dik li ħa l-Partit Laburista fuq il-kwestjoni tal-Kosovo, meta kkundanna lill-gvern Nazzjonalista minħabba li dan ordna embargo kontra s-Serbja, u dan għaliex skond hu dak li kien qed jagħmel il-gvern kien imur kontra n-newtralita` ta' pajjiżna minkejja li din il-mossa kienet purament umana.", "Aħna nafu x'ġara meta pajjiżna kien immexxi mill-Partit Laburista u għalhekk il-poplu Malti u Għawdxi ma jistax jgħid li ma nafux fejn tista' twassalna l- politika tiegħu.", "Meta l-gvern Laburista għamel sentejn jiggverna u ffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, il-poplu seta' jtiegħem fejn kienet se twasslu din il-politika għaliex kemm minħabba l-iffriżar ta' l- applikazzjoni kif ukoll minħabba kwestjonijiet relatati oħra, bħalma hija l- VAT, bażikament nistgħu ngħidu li l-pajjiż kien falla u spiċċa saħansitra f'sitwazzjoni fejn waqa' l-gvern tiegħu stess.", "Issa aħna nafu li fl-Unjoni hemm dawk li jissejħu \"four freedoms\", li huma l-liberta` tal-finanzi, il- liberta` tal-popli, il-liberta` tal-merkanzija u l-liberta` tas-servizzi, pero` kulma jrid il-Partit Laburista minn dawn l-erba' libertajiet fundamentali hija l-liberta` tal-merkanzija.", "Għall-kuntrarju, il-Partit Nazzjonalista jrid illi l-poplu Malti u Għawdxi jgawdi mill-erba` libertajiet, bħalma wara kollox igawduhom il-popli Ewropej kollha, billi aħna wkoll inkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nirrimarka li s- sentejn li ġejjin huma dawk li ngħidulhom zero hour għaliex matulhom il- poplu tagħna jrid jerġa` jiddeċiedi jekk iridx il-progress - qed ngħid \"jerġa`\" għaliex il-poplu diġa` ħa din id-deċiżjoni tliet darbiet - jekk iridx evoluzzjoni politika, jekk iridx il-Kunsill ta' l-Ewropa u jekk iridx l-association agreement ma' l-Ewropa.", "Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll ħafna membri mill-Partit Laburista jemmnu li m'għandniex nitilfu din l-opportunita` li ġiet quddiemna.", "Kif jgħid Shakespeare fil-play ''Julius Caesar'': \"There is a tide in the affairs of man\".", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument inti titla' fuq il-vapur fil-ħin li għandek titla', dan jista' jwasslek għall-ġid u għall-prosperita`, imma jekk min-naħa l-oħra toqgħod titnikker u ma titlax fuq il-vapur fil-ħin u meta tiddeċiedi li titla' fuqu dan ikun laħaq salpa, tkun tlift opportunitajiet kbar.", "Fil-fatt l-istess nistgħu ngħidu rigward id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għaliex jekk ma nissieħbux fl-Unjoni nkunu tlifna opportunitajiet kbar ta' żvilupp u ta' progress li llum qed igawduhom il-pajjiżi Ewropej Mediterranji kollha, inkluż dawk li llum għadhom qed jiġġieldu biex jidħlu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Sur President, jien inqis din id-diskussjoni li qed nagħmlu bħala waħda li tirrifletti l- viżjoni nazzjonali ta' pajjiżna u nemmen li aħna l-membri tal-parlament għandna l-obbligu li nirriflettu dwar din il-viżjoni nazzjonali.", "Il-poplu Malti u Għawdxi diġa` għamel l-għażla tiegħu bl-iktar mod ċar favur l- Unjoni Ewropea u din għamilha fl-1981, fl-1987, fl-1992 u fl-1998.", "Fil-fatt l-għażla tal-poplu tagħna li nkunu parti mill-proċess Ewropew torbot mal-viżjoni Ewropea li kellhom persuni bħal Schumann u Jean Monnet, li riedu li l-popli Ewropej jersqu dejjem iktar viċin xulxin u jkun hemm proċess ta' integrazzjoni mhux biss f'livell ekonomiku imma anke fl-oqsma politiċi, soċjali u oqsma oħra li jolqtu l-ħajja ta' kuljum.", "Din il- viżjoni ta' l-Unjoni llum qed issir dejjem iktar rilevanti, mhux biss bħala l-istrument tal-paċi fil-pajjiżi Ewropej minn wara l-aħħar gwerra dinjija 'l hawn imma wkoll bħala l-proċess fejn l-aspetti differenti tal-ħajja tagħna ta' kuljum igawdu minn titjib fil-kwalita', għaliex l-Unjoni tħares b'interess lejn dak kollu li jolqot il-ħajja ta' kuljum tal-popli li tirrappreżenta.", "Fil-fatt diversi awturi ddeskrivew il-viżjoni ta' l-Unjoni bħala viżjoni ta' għażla favur il-kwalita` tal-ħajja li poplu jistħoqqlu.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-update li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea fuq l-avis oriġinali - jiġifieri fuq l-opinjoni oriġinali li kienet tat il-kummissjoni fl-1993 dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni - isib li din il-kummissjoni jirriżultalha li pajjiżna għandu l-kredenzjali meħtieġa biex isir membru ta' l-Unjoni.", "Għalhekk jien niskanta li f'dan il-pajjiż għad hemm nies - għalkemm żgur li llum dawn huma f'minoranza - li għadhom jipprovaw jitfgħu d-dubji fuq kemm pajjiżna huwa lest għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, iktar u iktar meta lkoll nafu li qabel ma l-gvern Laburista ffriża l-applikazzjoni għal din is-sħubija, Malta kienet meqjusa bħala l-iktar pajjiż li kien preparat biex ikun membru ta' l-Unjoni.", "Nixtieq li kelli l-ħin nikkwota xi siltiet mill-update pero` nista' ngħid b'mod ġenerali li hawnhekk mhux biss għandna l-konferma li Malta għadha ppreparata biex tkun membru ta' l-Unjoni, imma għandna wkoll konferma li wara l-islow-down li kellna matul is-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista, mill-elezzjoni ta' l-1998 'l hawn pajjiżna reġa` qabad ir-ritmu meħtieġ.", "Ta' min ifakkar ukoll li wara li fl-1993 il- Kummissjoni Ewropea kienet indikat li għandhom isiru ċerti riformi fi żmien qasir, meta fl-1995 il-kummissjoni ppreżentat rapport lill-kunsill ta' l- Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' riformi, il-kunsill irrimarka li r-riformi kienu diġa` qed jitwettqu u li Malta kienet fit-triq li twettaq il-programm ta' riforma li qablet li twettaq mal-Kummissjoni Ewropea.", "Sur President, ċertament li l-għażla tagħna m'hijiex li noqogħdu gallerija, kif donnu li trid l-oppożizzjoni.", "Ta' min jgħid lill-oppożizzjoni li jekk noqogħdu gallerija xorta nkunu rridu nsegwu d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u dan għal diversi raġunijiet, fosthom għaliex bil-politika ta' free trade zone li qed jipproponi l-Onor.", "Alfred Sant inti trid taċċetta l-obbligi ta' l-Unjoni mingħajr ma tingħata d-drittijiet li l-Unjoni tagħti lill-membri tagħha u għaliex illum ħafna mill-obbligi ta' l-Unjoni huma obbligi internazzjonali f'livelli oħra.", "Per eżempju, illum l-organisation for economic cooperation and development tagħmel monitoring tal-pajjiżi kollha, irrispettivament minn jekk dawn humiex membri ta' l-Unjoni jew le, biex tassigura li f'kull pajjiż jittieħdu l-miżuri neċessarji ħalli ma jkunx hemm dik li tissejjaħ unfair competition.", "Min-naħa tagħha, il-world trade organisation ukoll timponi ċerti obbligi u anke fil-qasam ambjentali hemm proċessi internazzjonali li għandhom jiġu rispettati.", "Imma żgur li hemm raġuni oħra għaliex m'għandniex noqogħdu gallerija, Sur President.", "Il-mentalita' li għaliex aħna ngħixu fi gżira nistgħu nkunu iżolati mill-kumplament tad-dinja llum m'hijiex waħda realistika - normalment din l-għażla jagħmilha biss min irid jgħix fl-għerien u min irid jgħix maqtugħ minn kollox - għax il-konċett bażiku huwa li naġixxu globalment f'kollox.", "Illum f'pajjiżna hawn consensus li mhux biss għandna nkunu nagħmlu parti minn dan il-proċess imma għandna wkoll ninnegozjaw l- aħjar pakkett għal pajjiżna.", "Din hi t-triq li tixraq lil pajjiżna u jien ma nistax nimmaġina kif l-oppożizzjoni ma tridx tagħmel parti minn din il- mixja għaliex dan ifisser biss li hija qed tagħżel it-triq ta' l- irrilevanza u t-triq ta' l-emarġinazzjoni, kemm f'livell Ewropew internazzjonali - fejn il-Partit Laburista Malti jitkellem u jaġixxi b'mod kompletament differenti mill-partiti soċjali demokratiċi ta' l-Ewropa kollha - kif ukoll fil-kontest lokali.", "Ma nistax nimmaġina li l- oppożizzjoni qed taħseb b'dan il-mod u trid tkun maqtugħha mill-partners soċjali kollha li jemmnu li, f'dan l-istadju, il-minimu għal pajjiżna għandu jkun dak li ninnegozjaw l-aħjar pakkett għal pajjiżna.", "Forsi l-oppożizzjoni qed tagħżel triq oħra wkoll, dik li tilgħab il-parti tal-ħares, imma mhux il-ħares it-tajjeb li semma l-Onor.", "Evarist Bartolo - li skond il-leġġenda xi kultant iwissi lil min ikun xħiħ - imma l-ħares il- kattiv li l-uniku interess tiegħu huwa li jilgħab il-parti tal-babaw, jiġifieri li jħaddem il-politika tal-babaw, dik li tipprova tbeżża' u tiżra' d-dubji biex ma nagħmlux dak li jixraq għall-istrateġiji politiċi moderni, minkejja li ninsabu lejlet il-millennju u minkejja li l-partit ta' l-oppożizzjoni dejjem jiftaħar kemm huwa modern.", "Sur President, hawnhekk jien nixtieq infakkar li minħabba l-iżviluppi ġodda li kienu qed iseħħu fl-Ewropa, minħabba l-adozzjoni ta' agenda 2000, minħabba li dak iż-żmien kien intemm il-proċess tal-konferenza inter- governattiva, kif ukoll minħabba li minn fost il-Laburisti kien hemm min qed jgħidilna, inkluż l-ex-ministru Lino Spiteri, biex naraw xi tfisser sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, anke mil-lat psikoloġiku, jew biex almenu nibdew in-negozjati u mbagħad naraw fil-15 t'Ottubru, 1997 f'dan il- parlament, mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni konna għedna lin-naħa tal- gvern.", "Għażiż gvern, ġaladarba anke jekk tħares fil-grupp parlamentari tiegħek issib lil min m'huwiex qed jaqbel miegħek - għalkemm hemm min mhux qed jgħid pubblikament li m'huwiex qed jaqbel miegħek u għalkemm hemm min qed jurik li m'huwiex qed jaqbel miegħek billi qed jgħidlek li minkejja li fil-parlament huwa jivvota favur tiegħek imbagħad minn fuq il-gazzetti se jurik li sejjer żbaljat - waqqaf kummissjoni ħalli din tirrapporta lill- Kamra jekk fiċ-ċirkostanzi l-ġodda Malta għandhiex terġa` tinsisti fuq it- talba tagħha għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Issa dan li qed ngħid seħħ preċiżament f'dak il-mument storiku li kien se jkun hemm il-konferma ta' liema pajjiżi kienu on the fast track fid-diskussjonijiet għal sħubija sħiħa fl-Unjoni u liema pajjiżi kienu fuq track inqas mgħaġġel, għalkemm illum it-tendenza hija li wieħed jara l-merti ta' kull applikazzjoni.", "Imma biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid irrid nirrimarka li wara li aħna konna għamilna dik il-proposta lill-gvern ta' dak iż-żmien, dan iddeċieda li jagħmel dibattitu fis-2.00 p.m., li rrid ngħid illi kien l- ewwel dibattitu li sar fis-2.00 p.m. f'din il-Kamra.", "Pero` dan mhux kollox għax imbagħad, wara li saret dik is-seduta, dan id-dibattitu ma tkompla qatt, mhux bħal-lum fejn naqbdu u niftehmu li nagħmlu erba' seduti biex niddiskutu xi issue partikolari.", "Naturalment dan id-dibattitu ma tkompla qatt għax il-prim ministru ta' dak iż-żmien kien jaf li m'għandux il-grupp parlamentari kollu miegħu!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, dan m'huwa point of order xejn għax l-Onor.", "Membru se jipprova jmeri s-sewwa magħruf!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien qed nagħmel dan il-point of order biex nuri kemm il-ministru huwa żbaljat f'dak li qed jgħid.", "Fil-fatt li ġara dakinhar kien li fil-House Business Committee ma kienx hemm qbil li dak id-dibattitu jtul għal iktar minn seduta waħda u peress li l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien riedet tkompli tfixkel ...", "Għax mhux billi l- ministru għadu kemm qalilna li dak iż-żmien kienu jgħidulna: ''Għażiż gvern\".", "Il-verita` hi li dak iż-żmien sa kienu jgħajruna bil-qrun u riedu japprofittaw ruħhom billi jħallu d-dibattitu sejjer għal iktar minn seduta waħda mingħajr ma lanqas biss kien hemm qbil biex dan isir.", "Ara għal dan id-dibattitu hemm qbil li jtul erba' seduti.", "Din hi d-differenza bejn dak id-dibattitu u d-dibattitu li qed nagħmlu llum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-differenza toħroġ minn dan il-point of order stess, ċioe` li l-gvern ta' dak iż-żmien ma kellux il-kirjanza li jgħid lill-oppożizzjoni: Intom kemm tridu li nagħmlu seduti biex niddiskutu din l-issue, żewġ seduti, tlieta jew erbgħa?", "(Interruzzjonijiet) Kulma qalilna l-gvern ta' dak iż-żmien kien: Irridu naqblu fuq seduta waħda u, jekk stess ma naqblux, aħna xorta se nillimitaw id-dibattitu għal seduta waħda.", "Jien ngħid lill-oppożizzjoni: Jekk dak iż- żmien ma kellkomx l-appoġġ meħtieġ fil-grupp tagħkom, illum m'għandkomx tkomplu bl-intransiġenza tagħkom li twassalkom għal iktar emarġinazzjoni u għal iktar irrilevanza fil-proċess tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Għalija tridu xi tridu affari tagħkom pero` fil-futur min jaf kemm għad tmeruna fuq dak li qed tgħidu llum u min jaf kemm għad tridu tgħidulna li fehmnikom ħażin għaliex intom favur l-Unjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien persważ li fil-futur dawn għad iridu jibdlu d-diska kompletament u persuni bħall-Onor.", "George Vella għad iridu jiġu f'din il-Kamra u jipprovaw jgħidulna li aħna konna qed nifhmu dak li qed jgħidu llum ħażin u li huma dejjem tkellmu favur il-pass li qed jieħu l-poplu Malti u li qed jieħu dan il-gvern!", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti daqstant persważ li mhux se tagħmel hekk affari tiegħek, Onor. Vella, imma jien ngħidlek li hekk għad trid tagħmel!", "Dan huwa l-pass li jmiss u l-poplu Malti u Għawdxi diġa` wera li qed jaqbel ma' dan il-pass f'erba' elezzjonijiet ġenerali.", "Fl- aħħar mill-aħħar aħna nafu x'opportunitajiet ikollhom l-oqsma kollha ta' pajjiżna ġaladarba nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien nista' nagħti xi eżempji mil-lat ta' l-ambjent.", "Li f'pajjiżna jkollna sistema ta' monitoring biex il-kwalita` ta' l-arja tkun aħjar hija deċiżjoni ħażina?", "U għaliex m'għandniex nagħmluha fil-kontest Ewropew?", "Ma taħsbux li jixraq li Malta tieħu ċerti deċiżjonijiet favur l-istrateġija Ewropea dwar immanniġġjar aħjar ta' l-iskart?", "Sur President, jien ma rridx intawwal ħafna u nixtieq li nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "F'ħin minnhom l-Onor.", "Bartolo staqsa meta Malta se tkun preparata biżżejjed biex ma ssofrix is-suppost xokk ekonomiku meta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Lili dan il-kliem tafu fiex ifakkarni?", "Dan il-kliem ifakkarni f'meta Malta kienet waslet biex tieħu l-indipendenza tagħha.", "Fil- fatt dak iż-żmien kien hemm elementi politiċi żgħar li kienu jargumentaw li aħna ma konniex lesti u li kien hemm bżonn li nippreparaw irwieħna iżjed.", "Imma l-viżjoni tal-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien tafu x'kienet?", "Li nkunu ppreparati u li nagħmlu l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l- iżvilupp favur l-infrastruttura tal-pajjiż u mhux imbilli nipposponu l- indipendenza, għaliex sakemm ma nkunux indipendenti ħadd m'hu se jieħu ħsiebna.", "Aħna emminna li l-indipendenza kienet itppermettilna li nsegwu l- iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-iżvilupp kollu li seta' jiggarantixxi kwalita` ta' ħajja aħjar għall-poplu Malti.", "Lill-Onor.", "Bartolo ngħidlu wkoll li filwaqt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed imur Milan u jgħid lil sħabu s-soċjalisti li Malta għadha m'hijiex preparata biżżejjed biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni, laħaq ħareġ l- update tal-Kummissjoni Ewropea, liema update qal li Malta hija ppreparata biżżejjed.", "Qal ukoll li għalkemm huwa veru li wara l-avvanzi kbar li għamlet bejn l-1993 u l-1996 marret ftit lura bejn l-1996 u l-1998, imma issa reġgħet qabdet it-triq li twassal għall-pass li jrid il-poplu Malti u Għawdxi b'ritmu tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Jien nistenna b'sens ta' ottimiżmu kbir l-update li se jerġa` joħroġ f'Ottubru li ġej u li l- oppożizzjoni ma reditx tistenna.", "Jien nifhem li bħalissa l-oppożizzjoni għandha t-tattiċi u r-raġunijiet tagħha għalfejn qed tipprova tagħti l- gambetti lill-pajjiż, pero` jien ngħid li l-gambetti li qed tipprova tagħti se teħodhom hi stess għaliex il-pass li jmiss u li jrid il-poplu Malti huwa li nkunu parti mill-proċess u mill-viżjoni Ewropea.", "Jien nawgura lil min illum qed jitkellem kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni jasal biex jinduna kemm jista' jkun malajr li qed jiżbalja, għalkemm bla ebda dubju għada pitgħada m'humiex se jgħidilna li żbalja imma se jgħidilna li konna nifhmuh ħażin!", "Jien nemmen li xi darba l-Partit Laburista għad juri li kapaċi jimmatura iktar għaliex illum diġa` hemm fi ħdanu, kif kellu anke meta kien fil-gvern, lil min qed jgħidlu li qed jiżbalja.", "Fl-aħħarnett jien lill-Onor.", "Membri ta' l-oppożizzjoni nagħmlilhom dan l- appell: Tibqgħux intransiġenti u agħrfu li qed tiżbaljaw.", "Diġa` tliftu elezzjoni ġenerali fuq il-politika li tridu tħaddmu u għalhekk issa wasal il-mument li tifhmu l-appell li qed jagħmlilkom il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, mid-diskors li għamel l-Onor.", "Zammit Dimech stajt ninduna kemm l-Onor.", "Membru jara kbir!", "Fil-fatt jidher ċar li ma qarax l-update ta' l-avis kollu għaliex hemm diversi partijiet minnu li jgħidu li għad fadlilna biex inkunu lesti tassew għad-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu, apparti minn hekk, jien nixtieq li npoġġu l-affarijiet straight, anke for record purposes.", "Bilfors ikolli ngħid li wara li dan id-dibattitu kien ilu fuq l-ixkaffa għal xhur sħaħ, kien verament komdu għall-gvern Nazzjonalista li jressqu quddiem dan il- parlament biex jaljena ftit lill-poplu tagħna, proprju eżattament wara dak li ġara fil-ġuri li sar 15-il ġurnata ilu.", "Sur President, bla ebda dubju l-avis tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea jagħti diversi ċertifikati tal-ħidma għaqlija, serja u responsabbli li wettaq il-Partit Laburista matul it-22 xahar li dam fil-gvern, filwaqt li jagħti raġun bil-kbir lill-argumenti li l-Partit Laburista ilu jressaq għal dawn l-aħħar snin.", "Min-naħa l-oħra dan l-avis jikxef bl-iktar mod ċar kemm il-gvern Nazzjonalista qarraq b'kulħadd, kemm mexxa lil pajjiżna fuq arja falza ta' prosperita`, kemm għażel it-triq il-faċli għal snin sħaħ, kemm ħadem b'kalkolu politiku partiġjan, kemm għal dan il-gvern sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea hija sempliċement ossessjoni biex permezz tagħha jakkwista speċi ta' status symbol, kemm m'għandux ordni adatta ta' prijoritajiet fil- ħidma tiegħu, kemm huwa partit li qed jgħix maqtugħ min-nies u 'l bogħod mir-realta` Maltija u fl-aħħarnett kemm irid li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox, anke jekk ibigħ ruħ il-Maltin stess.", "It-tieni avis ta' l-Unjoni Ewropea jagħmel enfasi qawwija ħafna li hemm bżonn urġentement illi pajjiżna jagħti ħarsa tajba lejn il-bżonnijiet veri tal-poplu tagħna u tal-pajjiż fl-isfond tat-tibdil globali li qed iseħħ madwarna, liema tibdil m'hemmx dubju li qed jaffettwana u li se jkompli jaffetwana għaliex aħna m'aħniex differenti minn ħaddieħor.", "Huwa minn dan il-lat li rridu nħarsu lejn ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni jekk verament irridu nkunu responsabbli tal-poplu tagħna u ta' pajjiżna.", "L- ewwel għandna naraw x'jaqbel għal Malta qabel ma naraw x'jaqbel għal pajjiżi oħra għax wara kollox, kif jgħidu l-Ingliżi, charity begins at home.", "Il-gvern Nazzjonalista ma jistax ikompli jħares lejn ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni b'lenti li m'hijiex oġġettiva u wisq inqas b'lenti li m'hijiex reali għal pajjiżna, bħalma ma jistax li jibqa' jħares lejn ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni b'mod passjonat.", "Din m'hijiex xi logħba fejn xi ħadd irid jirbaħ u xi ħadd irid jitlef imma r- riskji u l-konsegwenzi ta' għażliet li m'humiex adatti huma kbar wisq għall- poplu tagħna.", "Qed ngħid dan għaliex il-Partit Nazzjonalista bena stampa ta' do or die dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni u qed jippreżenta din is-sħubija bħala l-unika triq li tista' twassal għall-prosperita` tal-poplu Malti u Għawdxi, anzi qed imur anke one step further minn hekk għax irid li din is-sħubija ssir illum qabel għada.", "Il-gvern Nazzjonalista ħoloq l-illużjoni fl-imħuħ ta' xi wħud li sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni hija bħat-tama li jkollu kull bniedem li meta jmut jmur il-ġenna!", "Hawn ta' min jgħid ukoll li ftit li xejn saret analisi oġġettiva dwar fiex se ssarraf is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni u x'se jkun l-impatt ta' dan il-pass fuq ir-realtajiet ekonomiċi, soċjali u politiċi ta' pajjiżna u, jekk stess saru, ħadd ma jaf il-verita` li ħarġet minnhom għax nisimgħu biss l-aqwa u l-aħjar ta' l-Unjoni fil- kontest Ewropew.", "Sfortunatament l-aqwa u l-aħjar ta' l-Unjoni fil-kontest Malti bilkemm jissemma u, jekk jissemma, jissemma biss fil-kontest li hekk kif insiru membri se tibda taqa' l-manna mis-sema.", "Biex inkun għedt kollox irrid infakkar ukoll li sa ftit xhur ilu l-membri tal-Partit Nazzjonalista kienu jgħidu lill-poplu li malli jirriattivaw l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni kienu se jiġu gliegel ta' miljuni ta' liri u li pajjiżna kien se jinfaqa' bl-investiment.", "Pero` dak kien żmien l-elezzjoni u aħna lkoll nafu li f'dawk iż-żmenijiet għall- Partit Nazzjonalista kollox huwa permess li jintqal, imbasta jirbħu l- elezzjoni huma.", "Il-verita' hi li s-sitwazzjoni tal-lum xejn m'hi differenti minn dik ta' qabel l-elezzjoni għax il-ħin kollu nisimgħu membri tal-gvern jgħidulna li l-gvern kiseb il-fiduċja u li l-istaġnar spiċċa, allavolja mbagħad fl-istess nifs nisimgħu lill-Ministru Josef Bonnici jgħid lill-uffiċjali tal-GRTU li mill-elezzjoni 'l hawn ma rnexxielu jġib l-ebda industrija b'investiment barrani għajr waħda li tħaddem biss erbgħa min- nies.", "Illum il-membri tal-gvern qed jgħidulna wkoll li issa fil-pajjiż hawn il-ġid, imma mbagħad kull fejn tmur tiltaqa' ma' nies tan-negozju li jgħidulek li qed jiftħu n-negozji tagħhom għalxejn jew li bilkemm qed ibigħu biżżejjed biex almenu jlaħħqu ma' l-ispejjeż.", "Imbagħad xi ngħidu għall-konsumatur?", "Kulħadd kelma waħda jilmenta kemm jinsab magħfus għax lanqas biss qed ilaħħaq mal-ħajja ta' kuljum.", "Din hija l-fiduċja kbira li ġabu fil-pajjiż il-membri tal-Partit Nazzjonalista malli rriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea!", "Tiltaqa' ma' żgħażagħ u ma' rġiel ta' familja li jgħidulek li xebgħu jitħabtu biex isibu mpjieg u tiltaqa' ma' student workers li jgħidulek illi lanqas summer work ma jistgħu jsibu.", "Imbasta l-membri tal-gvern Nazzjonalista jgħajtu ferħanin kemm hawn ġid, fiduċja u direzzjoni fil-pajjiż!", "Imma x'inhi din li l-gvern Nazzjonalista ma jridx jiffaċċja r-realta`?", "Fuq liema bażi se jitlob lill-poplu biex jagħżel l-aħjar triq għal Malta permezz ta' referendum, kif wiegħed li se jagħmel qabel l-aħħar elezzjoni?", "Fejn qiegħda l- informazzjoni mhix preġudikata li l-gvern suppost qed jgħaddi lill-poplu ħalli kulħadd ikun f'pożizzjoni li jevalwa l-verita`?", "Xi ġimgħat ilu l- gvern Nazzjonalista beda proċess ta' screening fi Brussels pero` minkejja li nisimgħu li kollox sejjer sew, meta tistaqsi lin-nies issib li ħadd ma jaf x'qed jiġri u kulħadd jinsab fil-għama.", "Jien nixtieq inkun naf x'tip ta' informazzjoni qed toħroġ f'dawn il-laqgħat ta' screening għaliex lanqas il-gvern m'hu qed jagħti tagħrif korrett dwar affarijiet li jolqtu lill- Maltin.", "Per eżempju, dan l-aħħar skantajt nisma' lill-Ministru Gonzi f'din il- Kamra jwieġeb mistoqsija ta' l-Onor.", "Leo Brincat dwar in-nies qegħda.", "Il- ministru dakinhar qal li mill-elezzjoni 'l hawn mhux veru li l-qgħad żdied - kif kien ġie rrapportat fuq il-bullettin ta' l-aħbarijiet tas-Super One - għax qal li ċ-ċifra tal-qgħad telgħet b'60 biss.", "Issa dan kien biss ġimgħatejn wara li l-kumpannija WET u l-kumpannija Dowty Forsheda lliċenzjaw bejniethom madwar 150 ruħ.", "Minn dawn l-affarijiet jidher ċar li l-gvern mhux qed ikun serju.", "Kieku kien serju kien ixandar il-minuti tal- laqgħat li qed isiru fi Brussels ħalli kulħadd ikollu aċċess għall- informazzjoni sħiħa ta' x'qed jiġri hemmhekk u kulħadd ikollu l- opportunita` li jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu bl-iktar mod apolitiku.", "Min- naħa tal-gvern Nazzjonalista qed issir ħsara kbira għaliex fuq naħa qed ipinġi l-isbaħ stampa fuq l-Unjoni Ewropea u fuq naħa oħra qed ipinġi stampa dwar il-Partit Laburista qisu dan għandu xi hitch ma' l-Unjoni.", "Sfortunatament anke fuq din il-kwestjoni ta' ħajja jew mewt tal-poplu tagħna, gvern Nazzjonalista mhux kapaċi jogħla 'l fuq mill-politika partiġġjana u jgħid lill-poplu li neħtieġu nevalwaw it-toroq kollha.", "Il- Partit Nazzjonalista qed ikompli jitħabbel f'logħba politika partiġġjana mingħajr ma jara x'inhu tajjeb għal Malta.", "Illum jidher ċar li għal raġunijiet partiġġjani l-Partit Nazzjonalista jrid jippreżenta lill-poplu stampa li m'hemmx x'nagħmlu għajr li nissieħbu b'mod sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dan qed jippreżenta lill-Unjoni bħala l- Hobson's choice tagħna.", "Naturalment il-gvern Nazzjonalista ma jaqbillux jgħid x'inhi verament it-triq li l-Partit Laburista qed jara li tista' twassalna fl-ambitu tar-realtajiet Maltin.", "Il-gvern Nazzjonalista ma jaqbillux jgħid li f'dan il-pajjiż ħadd m'hu qiegħed jikkontesta l-fatt li l-Unjoni hija istituzzjoni tajba għall-Ewropa, istituzzjoni li ġabet ħafna żviluppi pożittivi, għaqda u paċi f'dan il-kontinent, istituzzjoni li serviet biex issaħħaħ is-sigurta' ta' l-Ewropej, istituzzjoni li tgħaqqad l-ekonomiji Ewropej u tagħtihom ċerti vantaġġi, istituzzjoni li tagħti dimensjoni politika u ekonomika pożittiva għall-Ewropa.", "Minkejja li l- Partit Laburista ma jikkontestax dan kollu, fl-analisi tagħna dejjem żammejna quddiem għajnejna x'għandha tkun l-aħjar rabta li Malta għandu jkollha ma' l-Unjoni għall-ġid ta' Malta u l-Maltin.", "F'din id- diskussjoni dan għandu jkun il-punt ta' tluq tagħna u mhux l-illużjonijiet u l-istampi sbieħ ta' x'għandu ħaddieħor.", "X'jiswa għal Malta li nikkalkulaw fuq l-esperjenzi ta' ħaddieħor għaliex, per eżempju, ħaddieħor ikun ibbenefika jew qed jibbenefika bil-kbir mill- Unjoni billi kompla jkabbar is-swieq tiegħu meta dan kien diġa' mħejji u kellu s-saħħa produttiva li jagħmel dan?", "X'jiswa għal Malta jekk Malta mhijiex imħejjija?", "X'jiswa għalina li nkabbru l-possibbilta' tas-swieq u niftħu s-swieq tagħna għal ħaddieħor meta ħafna mill-industriji tagħna għadhom ma bdewx jirristrutturaw biex jegħlbu l-isfidi li qed iġibu magħhom il-globalizzazzjoni u l-forzi tas-suq?", "X'jiswa għalina jekk l- industriji tagħna għadhom ma rristrutturawx jew ma jifilħux jirristrutturaw biex jiġbdu s-saħħa produttiva bħal ħaddieħor, bħal dawk li huma diġa' stabiliti u b'saħħithom fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk ħafna mill-industriji tagħna mhumiex imħejjija għal dan kollu, dawn kif se jkunu f'qagħda ta' level playing-field, li nitkellmu ħafna fuqha, meta l-industriji Ewropej jippretendu, u bir-raġun, li dak li jagħtu lilna jridu jieħdu bħalu mingħandna?", "Bid-diskors qed jingħad ħafna iżda bil-fatti sar mill-inqas.", "Biex almenu nakkwistaw il-kriterju tas-saħħa produttiva rridu ngħaddu minn proċess sħiħ u mhux mill-lum għal għada, kif qed jiġi impost.", "Hemm bżonn ta' proċess sħiħ fl-investiment tar-riżorsi materjali u umani li jitwettqu fuq medda ta' snin.", "Ma nifilħux nirriskjaw li f'daqqa waħda nitilfu l-industriji u l-impjiegi tagħna u nwaddbu l-ħaddiem Malti fi tbatijiet ġodda bla bżonn biex nidhru Ewropej.", "Dak li jeħtieġ isir biex nimmodernizzaw irridu l-ewwelnett inħarsu lejh skond il-bżonn tagħna u mhux għax qed tinsisti għalih il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm bżonn nirristrutturaw, nimmodernizzaw, insiru aktar effiċjenti, kompetittivi u aktar flessibbli imma dan kollu jeħtieġ li nwettquh mhux għax iridna ħaddieħor imma għaliex dan hu l-bżonn reali tagħna biex nilqgħu għall- isfidi.", "Dan it-tibdil kollu jrid isir bit-temp tagħna u mhux bit-temp ta' ħaddieħor.", "B'hekk inkunu nistgħu naħdmu bil-għaqal u b'mod li nassorbu bil- mod l-uġigħ li jista' jiġi minħabba ċertu tibdil.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, se jkolli ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, t- Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – t- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - t- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – t-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - t- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt – it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, f'isem il-gvern u sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra nixtieq nesprimi l-kondoljanzi għat-telfa tar-Re Hassan II tal- Marokk lill-familjari tiegħu u lill-poplu Marokkin kollu.", "Kif jixraq, pajjiżna kien rappreżentat fil-funeral tar-Re bil-preżenza tal-President tar-Repubblika.", "Ir-Re Hassan għaraf imexxi lil pajjiżu għal aktar minn 38 sena b'għaqal u b'serjeta' kbira.", "Għalkemm kien għadu ta' eta' relattivament żgħira meta laħaq sultan, hu mexxa lil pajjiżu għall-ġid tal-poplu Marokkin u għall- ġid tal-poplu Għarbi kollu.", "Ir-Re Hassan ta kontribut siewi ħafna għall- ksib tal-paċi fil-Lvant Nofsani.", "F'isem il-gvern u sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra nixtieq nawgura lir-Re Muhammed VI, li jiġi t-tifel il-kbir tal-mibki Re Hassan, tmexxija fejjieda u għaqlija għall-ġid tal-poplu Marokkin kollu u għall-paċi fir-reġjun u l- Lvant Nofsani.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, f'isem din in-naħa tal-Kamra nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi mill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Borg.", "Filwaqt li kull bniedem irid jitlaq minn din id-dinja, jkun hemm ċertu tħassib meta jgħejbu ċerti nies mix-xena politika.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq il- mewt tar-Re Hassan tal-Marokk.", "Veru li kien hemm żmien meta fil-Marokk kien hemm nuqqas ta' drittijiet tal-bniedem pero' dan l-aħħar ir-Re Hassan kien għamel minn kollox biex jipprova, kemm jista' jkun, iġib lura d-demokrazija fil-pajjiż.", "Irrid ukoll nirrimarka li huwa diffiċli li nitkellmu fuq demokrazija fil-kontest u bl-interpretazzjoni eżatta kif nifhmuha fid-dinja tal-punent, pero' bin- normi tal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq kienet dieħla ċerta demokrazija li bla dubju ta' xejn kienet qed tgħin ħafna biex tissaħħaħ is-sitwazzjoni ekonomika, li fuq livell materjali diġa' kienet qed tissarraf f'aktar ħolqien ta' impjiegi u nuqqas ta' nies qiegħda.", "Wieħed irid jiftakar fir-rwol importanti li kellu l-Marokk u r-Re Hassan fil-medjazzjoni biex iqarreb flimkien pajjiżi Għarab ma' l-Iżrael u nawgura li dan ir-rwol jiġġedded mis-suċċessur tiegħu.", "Dan huwa importanti ħafna biex wieħed iżomm ċerta stabilita', kemm fl-interess tal-pajjiż bħala pajjiż, kemm fir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll fil-kontest tal-proċess Ewro-Mediterranju.", "Nemmen li l-poplu Marokkin ilu żmien iduq id- demokrazija, tant li kien wasal żmien li kien talab biex isir membru ta' l- Unjoni Ewropea, bid-diffikultajiet kollha li wieħed jista' jimmaġina b'talba bħal dik.", "M'hemmx dubju li llum il-ġurnata l-poplu Marokkin jaf li l-aħjar triq biex ikun jista' jimxi aktar 'il quddiem ekonomikament, soċjalment u kulturalment huwa billi tinżamm il-paċi u l-istabilita'.", "Jien nawgura lill-poplu Marokkin jingħaqad mar-Re l-ġdid tiegħu u jissapportjah, jekk il-Bambin irid, għal 38 sena oħra, bħal missieru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, illum nixtieq nitkellem dwar suġġett li verament huwa għal qalbi imma jidhirli li mhux qed jingħata attenzjoni biżżejjed, bil-konsegwenza li jista' jkollna riżultati negattivi fis- soċjeta' tagħna.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-media education, li fil- ħajja tal-lum hija bżonjuża ħafna biex il-moħħ tal-bniedem ma jkunx manipulat u abbużat minn forzi qawwijin ħafna.", "Dawn il-forzi tant huma qawwijin li aħna stess lanqas biss inkunu nafu kemm inkunu influwenzati fil-mod kif naħsbu u kif ngħixu.", "Naħseb li llum huwa diffiċli ħafna għal kulħadd biex jimmaġina ħajja mingħajr televiżjoni, radju, ċinema, videos, kotba u gazzetti.", "Għal ħafna minna, speċjalment għal ġenerazzjonijiet żgħażagħ tagħna, l-internet sar parti mir-rutina ta' kuljum u nistgħu ngħidu li sirna soċjeta' bbumbardjata minn kullimkien bil-mezzi tax-xandir.", "Tant hu hekk li meta nkunu qed nagħmlu xogħol primarju ħafna drabi nkunu qed nassorbu dak li tkun qed tgħidilna l-media.", "Per eżempju, persuna li tkun qed issuq karozza tkun qed tisma' l-aħbarijiet fuq ir-radju u persuna li tkun qed tagħmel xogħol fil- kċina tad-dar tkun qed tara programm tat-televiżjoni li għalkemm forsi ma tkunx qed tagħtih l-attenzjoni kollha, xorta waħda mingħajr ma tinduna tkun qed tixrob l-messaġġi li jkunu ħerġin minn dak il-medium.", "Barra minn hekk, fejn qabel familja kienet tkun miġbura f'kamra waħda tara l-istess programm fuq l-uniku sett tat-televiżjoni, llum qed tidħol id-drawwa li kull familja jkollha aktar minn sett tat-televiżjoni wieħed.", "Illum ħafna nies għandhom aktar minn sett tar-radju wieħed u jgawdu wkoll minn aċċess għal video sets u għal computers.", "Ħadd ma jista' jinnega l-fatt li d-dinja tat-tekonoloġija u tal-komunikazzjoni li daħlet f'darna hija xi ħaġa tal- meravilja pero' din tista' tkun ta' dannu, partikolarment għal dawk iż- żgħażagħ u għal uliedna li minn eta' bikrija jkunu esposti għal ħafna messaġġi konfliġġenti.", "Xi ftit tas-snin ilu attendejt għal konferenza li fiha psikologu tkellem dwar l-effetti tal-mass media fuq it-tfal u ż-żgħażagħ.", "Uħud mill- parteċipanti ħeġġew biex issir aktar ċensura fuq dak li jinkiteb u jintwera iżda dan il-psikologu, li naħseb kien ta' l-affari tiegħu wkoll, kien kontra l-istrateġija tal-protezzjoni għaliex, kif qal sew, kienet saret diffiċli ħafna li ma jkunx hemm barrieri għat-trans-frontier communications.", "Niftakar li dan kien ikkwota qawl antik Ċiniż li jgħid li min jgħix ħdejn il-baħar jeħtieġ li jitgħallem jgħum.", "Il-verita' hi li l- mass media fetħet orizzonti ġodda mhux biss għat-tfal u għaż-żgħażagħ imma wkoll għan-nies ta' kull eta' u ħolqot opportunitajiet ġodda għal min irid jinqeda biha.", "Illum dħalna f'era ta' media sofistikata u manipulattiva għall-aħħar u naħseb li għad irid jasal iż-żmien fejn verament napprezzaw il-forza tal-media u l-effetti tagħha fuq is-soċjeta' li ngħixu fiha.", "Illum mhumiex biss iż-żgħar li jassorbu u jixorbu l-messaġġi li jaslu kuljum u minn kullimkien.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn ix-xena politika internazzjonali nsibu li anke l-kampanji elettorali tbiddlu.", "Fil- fatt fl-Amerika kampanja elettorali ssir fuq il-mezzi tax-xandir u tkun ibbażata fuq personalitajiet, perceptions, image building u credibility destruction tal-kapijiet ta' partiti differenti u din inxterdet sew mad- dinja kollha.", "Dan il-proċess sar wieħed ta' marketing li kultant ibigħ il- prodott aktar mill-prinċipji u mill-programmi elettorali.", "Fil-verita' il- qawwa tar-reklamar narawha kuljum.", "Ir-reklamar igħidilna għaliex għandna nagħżlu persuna u mhux oħra u għaliex għandna nixtru prodott u mhux ieħor.", "Filwaqt li individwu adult u matur jasal biex jagħmel l-għażliet tiegħu wara analisi u kritika, il-persuna li għadha vulnerabbli u li għadha ma laħqitx ċertu livell ta' maturita' minħabba l-eta' ma tkunx taf tiddistingwi bejn dak li hu pożittiv u dak li hu negattiv u ma tagħrafx twarrab il-ħażin u tagħżel it-tajjeb.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li ngħaddu t-tagħlim lil uliedna.", "Illum nixtieq ningħaqad ma' dawk kollha li ilhom għal ħafna snin iħeġġu biex il-media education issir parti formali mill-kurrikulu ta' l-iskejjel kollha kemm jista' jkun malajr.", "Meta nitkellmu fuq media education inkunu qed nitkellmu fuq aspetti differenti tas-suġġett.", "Smajna u qrajna dwar bosta inċidenti koroh ta' tfal u żgħażagħ li ma għarfux jiddistingwu bejn ir-realta' u \"l-arti\" - jekk wieħed jista' jsejħilha arti - u dan wassalhom għal traġedji kbar.", "Per eżempju, kien hawn tfal u żgħażagħ li fil-ħajja reali wettqu atti ta' vjolenza mill-aktar koroħ għaliex hekk raw fuq l- iscreen tat-televiżjoni.", "Sfortunatament dejjem se nsibu min juża u jabbuża mill-mezzi tax-xandir.", "Żgur li saret ħaġa impossibbli li l-ġenituri jimmoniterjaw dak kollu li jkunu qed jaraw, jaqraw u jisimgħu uliedhom.", "Dan mhux għaliex, kif jgħidu xi wħud, li l-ġenituri ma jkollhomx interess jew ħin imma għaliex m'għandhomx il-mezzi.", "Illum minkejja li żdiedu l- mezzi tax-xandir, naqas il-kontroll fuq dak li jixxandar.", "Barra minn hekk illum iż-żgħażagħ sar għandhom skills aktar mill-ġenituri u għalhekk is- safety nets iridu jiġu minn x'imkien ieħor.", "Tisma' ħafna ġenituri nkwetati li jgħidulek li ma jirnexxilhomx iwasslu t-tagħlim tal-valuri tal- ħajja li jixtiequ huma u għalxejn jagħmlu l-isforzi tagħhom kollha kemm għax hawn għalliema ħafna aktar b'saħħithom u insidjużi, kif ukoll għax il- mezzi tax-xandir juru lifestyles ħafna aktar differenti u attraenti minn dawk li kulturalment trabbejna fihom.", "Għalhekk l-akbar safety net trid tkun waħda personali u edukattiva.", "Aħna ngħidu li min hu illitterat huwa żvantaġġjat ħafna fil-ħajja - u dan huwa veru - pero' bl-istess mod għandna ngħidu li min m'għandux l-iskills, min m'għandux il-kapaċita' u min m'għandux l-għodda biex janalizza, jikkritika u jagħmel għażla meqjusa hu żvantaġġjat ħafna wkoll.", "F'dawn l-aħħar snin inħoss li hawn Malta ntlifna, biex ngħid hekk, ngħinu lil uliedna jsiru technologically literate u jkunu jafu jużaw it- tagħmir imma ma għennihomx biżżejjed biex jużaw moħħhom fl-użu tal-media.", "Minkejja li għallimnihom jużaw il-computer u ftaħna l-linji kollha tal- komunikazzjoni mad-dinja kollha u ma' kulturi differenti, ma pprovdejniex l- għodda tant meħtieġa biex jisiltu biss dak li hu pożittiv.", "Għal ħafna nies il-media education baqgħet tfisser biss l-użu ta' tagħmir ta' mezzi ta' komunikazzjoni pero' fil-verita' tfisser ħafna aktar minn hekk.", "Hawn Malta kien biss fil-bidu tas-snin tmenin li f'erba' skejjel - tnejn tal-bniet u tnejn oħra tas-subien - bdew jgħallmu l-media education fuq bażi, biex insejħilha hekk, esperimentali.", "Ħames snin wara n-numru ta' dawn l- iskejjel li kienu daħħlu dan is-suġġett formalment fil-kurrikulu tagħhom tela' għal 27.", "Ta' min igħid li dawn kienu skejjel tal-knisja.", "Fil-fatt insibu li fis-snin sittin il-knisja kattolika kienet iddikjarat il-ħtieġa li fl-iskejjel tagħha hemm bżonn tidħol il-media education biex l-użu għaqli tal-mezzi tax-xandir ikun mgħallem f'kull livell tas-sistema edukattiva.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ix-xogħol siewi li sar mill-media centre f'dan il-qasam.", "Matul is-snin rajna dan iċ-ċentru mhux biss ifassal programmi u joħloq kotba dwar is-suġġett imma jħejji wkoll korsijiet għal għalliema u għal ġenituri u jagħmel studji u riċerka biex insiru nafu l- effetti tal-media fuq it-tfal.", "Wieħed minn dawn l-istudji wera li teżisti differenza kbira u notevoli bejn tfal li kellhom media education fis- syllabus tagħhom u oħrajn li ma kellhomx.", "Dawk li kienu jistudjaw dan is- suġġett kienu ferm aktar analitiċi u kritiċi ta' dak li jaraw u jisimgħu u kienu ferm aktar meqjusa fil-ġudizzji u fl-għażliet tagħhom.", "Per eżempju, dawn ħassewhom urtati bi programmi li juru stereotypes kemm fejn jidħlu razez u persuni bi bżonnijiet speċjali kif ukoll fejn jidħlu nisa u aspetti oħra.", "Dawn l-istudenti kienu konxji ħafna tat-teknika li ntużat mill- produtturi tal-programmi biex iwasslu l-messaġġi li xtaqu huma u rreżistew l-id ta' ħaddieħor li kienet timmanipula moħħhom.", "Dawn għarrfu wkoll il- konsegwenzi ta' dak kollu li seta' jseħħ fir-realta' bħala parti minn dak li kienu qed jaraw, jaqraw jew jisimgħu u ma kenux parteċipanti passivi imma kienu parteċipanti attivi ħafna.", "Għalhekk jeħtieġ li l-istudenti kollha jingħataw dawn l-iskills, partikolarment fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "Biex dan iseħħ, il-media education trid tidħol bħala suġġett formali fil- kurrikulu u mhux kif isir f'ċerti skejjel fejn dan is-suġġett huwa integrat ma' suġġetti oħra.", "Għalkemm dan dejjem huwa aħjar mix-xejn, din is-sistema fiha żvantaġġi kbar għax it-tendenza hija li t-tagħlim tas-suġġett ikun wieħed frammentat ħafna.", "Ovvjament hemm bżonn li jkollna għalliema speċjalizzati u kompetenti għaliex dan in-nuqqas qiegħed jinħass ħafna fil- preżent.", "Sfortunatament fil-kors tal-B.Educ., l-istudenti għandhom l-għażla li jagħmlu erba' credits fis-suġġett imma hemm ħafna minnhom li jiskartaw din l-għażla u għalhekk ma nafx kemm erba' credits huma biżżejjed.", "Hemm bżonn ukoll li dawk l-istudenti li qed jiggradwaw fil-communications course ikollhom il-faċilita' li jsegwu PGCE course, ukoll biex ikunu jistgħu jsiru parti mix-xena edukattiva u jeħtieġ li jiġu organizzati in-service training courses fit-teknoloġija u fil-komunikazzjoni għal dawk l-għalliema li huma diġa' parti mill-workforce.", "Informalment ukoll, bl-użu tal-mezzi tax- xandir stess, għandu jsir tagħlim għal ġenituri biex fid-dar dawn ikunu jistgħu jkomplu dak li jkun inbeda fl-iskola.", "Mr Speaker, jien nixtieq nagħlaq billi ngħid li d-dinja tat- telekomunikazzjoni hija verament xi ħaġa ta' l-għaġeb pero' jeħtieġ ngħarrfu nagħmlu l-aħjar użu minnha mingħajr ma nħalluha tiddettalna dak li naħsbu u l-mod kif ngħixu.", "Jidhirli li huwa d-dover ta' kulmin qiegħed fil- qasam ta' l-edukazzjoni li jsir dak kollu possibbli biex lil ġenerazzjonijiet żgħażagħ tagħna ngħinuhom ikunu kritiċi, analitiċi, mentalment indipendenti u intelliġenti għaliex b'hekk biss naħseb li nistgħu ngħinuhom jikkumbattu l-elementi negattivi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, f'dan iż-żmien tas-sena f'Malta jkun hawn, biex ngħid hekk, fażi ta' emigrazzjoni interna għax ħafna nies iħallu r- residenza ordinarja tagħhom u jmorru villeġġjatura.", "Fil-fatt dawk li joqogħdu fit-tramuntana ta' Malta jmorru lejn San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, il-Mellieħa u Little Armier u dawk li joqogħdu fin-nofsinhar ta' Malta jmorru lejn Birżebbuġa, il-bajja ta' San Tumas u Marsaskala.", "Illum hawn ħafna nies ukoll li minflok isiefru, jitilgħu Għawdex iqattgħu xahrejn tlieta u jifformaw parti mis-soċjeta' ta' dik il-gżira.", "Naturalment hija drawwa sabiħa matul ix-xhur tas-sajf li dak li jkun imur iserraħ il-menti u jirrilassa ftit imma almenu għandu jara li jżomm il- post nadif.", "Qed ngħid dan għax f'dawk il-lokalitajiet li huma, biex ngħid hekk, il-mecca tat-turisti, għadna qed insibu ammont ta' żibel u ħmieġ u dan m'huwiex tort ta' min jiġbor iż-żibel jew tort ta' min jieħu ħsieb l- indafa imma ġej minn nuqqas ta' kultura ta' dawk in-nies li jmorru joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet.", "Ċertament li dawn in-nies huma fid-dover li jżommu l-indafa.", "Jien lil dawn in-nies ngħidilhom biex igawdu s-sajf mingħajr ma jħallu rebus warajhom.", "Iva, qed nistiednu lin-nies biex igawdu l-vaganzi tas-sajf għax aħna ċerti li din is-sena mhux se jiġri kif ġara s-sena li għaddiet, meta minkejja li l-Onor.", "Alfred Sant kien awgura lill-poplu biex imur igawdi s-sajf u jkollu serħan il-moħħ, ftit jiem wara ħabbar id-data ta' l- elezzjoni.", "Aħna l-membri ta' din il-Kamra mhux talli ma gawdejnihx is- sajf talli għaddejna ġimgħat sħaħ ta' xogħol pero' mbagħad ovvjament gawdejna r-rebħa ta' l-elezzjoni wara l-5 ta' Settembru.", "La qed insemmi l-kontroversji jkun tajjeb li nagħtu interpretazzjoni tajba darba għal dejjem ta' xi tfisser din il-kelma u qed ngħid dan għax kull meta ma naqblux fuq xi ħaġa, joħroġ il-Partit Laburista u jgħid li hawn kontroversja.", "Skond il-Partit Laburista kien hawn kontroversja fuq il- bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Minkejja l-propaganda u minkejja kull illużjoni li ngħatat, irriżulta li meta saret il-laqgħa ġenerali ta' l- azzjonisti ta' l-istess bank u minkejja l-babaw li beżżugħhom bih, kienu biss 3% li ma qablux ma' dik id-deċiżjoni.", "Kienet tkun kontroversja kieku kien hemm 40% jew 50% li ma qablux ma' din id-deċiżjoni.", "Skond il-Partit Laburista kien hawn kontroversja wkoll fuq kif se jsir il- proġett tal-Kottonera.", "Dawn qalu li fil-prinċipju jaqblu imma ma jaqblux mal-mod kif se jsir.", "Ħafna drabi hawn ġew ma naqblux fuq l-argument mhux fuq il-fatti as such.", "Wara kollox iż-żewġ naħat tal-Kamra għandna l-iskop ewlieni li rridu l-aħjar ta' Malta pero' aħna nkunu rridu ngħaddu min-naħa u huma jkunu jridu jgħaddu min-naħa oħra u hemm tqum il-vera kontroversja.", "Kieku wieħed jgħid li hawn kontroversja għax ammont sostanzjali mill- poplu Malti ma jkunx jaqbel ma' xi ħaġa ngħid li għandu raġun, pero' meta jkollok ammont żgħir ta' nies li ma jaqblux ma' xi ħaġa u tgħid li fil- pajjiż hawn kontroversja nemmen li s-sinifikat tal-kelma \"kontroversja\" jintilef.", "Issa wasalna fi stadju fejn jekk l-oppożizzjoni ma tkunx taqbel ma' xi ħaġa, minflok tgħid li ma taqbilx u tissuġġerixxi soluzzjoni konkreta tgħid li hawn kontroversja u tieqaf hemm.", "Jien mhux se ngħid jekk fuq it-talba ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea hawnx kontroversja jew le - għax din għadha qed tiġi diskussa fil-parlament - pero' fl-opinjoni tiegħi jkun ħafna aħjar jekk l- affarijiet li naqblu fuqhom fil-prinċipju niddiskutuhom b'aktar sens nazzjonali u ninsew is-sens partiġġjan li xi kultant iġegħelna ninsew l- iskop veru ta' dak li nkunu qed nitkellmu dwaru.", "Sfortunatament hawn it- tendenza li din tiġri lil kull naħa.", "Jien m'iniex qiegħed hawn biex nirrappreżenta biss lin-Nazzjonalisti tad-distrett tiegħi imma qiegħed hawn għax il-poplu għażel li jien inkun wieħed mill-65 membru li nistgħu naħdmu biex lil Malta nħalluha aħjar milli sibniha.", "Jien qiegħed hawn biex nagħti l-kontribuzzjoni tiegħi li ma tridx tkun waħda li minnha nibbenefika jien personalment jew il-partit tiegħi imma għandha tkun waħda li tgħin lil pajjiż in ġenerali għall-ġid tal-Maltin kollha.", "Minn hawnhekk nixtieq nerġa' ntenni talba żgħira li għamilt fl-aħħar aġġornament madwar ġimgħatejn ilu dwar il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se torganizza Malta madwar tliet snin oħra.", "Jien nappella lill-ministru ta' l- intern - li huwa responsabbli mir-regolamenti li jagħmlu l-pulizija - u lill-ministru ta' l-edukazzjoni - li huwa responsabbli mill-isport - biex jaraw li Malta tirregola kull sport li se jiġi pprattikat waqt dak il- logħob.", "Jien ma nixtieqx li nerġgħu ngħaddu minn avveniment bħal dan fejn atleti Maltin ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'ċertu sport għax il- liġi tagħna ma tippermettilhomx, pero' mbagħad inħallu nies ta' nazzjonalita' barranija jieħdu sehem u jirbħulna t-tazzi f'darna.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tnejn, 26 ta' Lulju, 1999 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - SPEĊJALI - STUDENTI", "8737.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f'kull skola speċjali?", "X'inhuma l- etajiet tagħhom?", "Kemm minnhom huma bniet u kemm subien?", "X'diżabilitajiet għandhom?", "Kemm hemm minnhom b'diżabilita' mentali?", "Kemm hemm minnhom b'diżabilita' fiżika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - SPEĊJALI", "8738.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali ta' kull skola speċjali?", "Kemm hu r-ratio ta' studenti u teachers, kindergarten assistants u facilitators f'dawn l-iskejjel? kemm hi l-ispiża għat-trasport għal kull skola?", "Kemm hi l-ispiża għall-ikel għall-istudenti ta' kull skola speċjali?", "Kemm hi l-ispiża amministrattiva ta' kull skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perjodu tas-sena skolastika Settembru 1998 sa Awissu 1999, l-ispiża totali ta' kull skola speċjali:-", "San Miguel, St Andrews Lm218,514 Mater Dei, Msida Lm 45,317 Qrendi Visually Impaired Lm209,357 Guardian Angels, Ħamrun Lm277,685 Dun Manwel Attard, Wardija Lm129,252 St Marija Day School, Msida Lm128,384", "Informat ukoll li r-ratio ta' studenti u teachers, Kindergarten Assistants u facilitators hu ta' 287:125.", "|Post |Spiża |Spiża |Spiża | | |għat |għall-i|ammini| | |trasport|kel |stratt| | |LM |LM |LM | | | | | | |San |3,664 |3,290 |14,562| |Miguel, St| | | | |Andrews | | | | |Mater Dei,|5,366 |1,214 |1,246 | |Msida | | | | |Qrendi |10,879 |2,119 |10,783| |Visually | | | | |Impaired | | | | |Guardian |21.806 |7,110 |11,829| |Angels, | | | | |Ħamrun | | | | |Dun Manwel|15,804 |5,397 |2,960 | |Attard, | | | | |Wardija |14,300 |4,100 |4,509 | |Sta Marija| | | | |Day School| | | |", "SKEJJEL - STUDJU TAL-CHEMISTRY", "8741.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Għaliex l-istudenta, li isimha qed jintbagħat separatament, u li s-sena li ġejja se tattendi Form IV fl-iskola sekondarja Adelaide Cini qed tiġi mċaħħda li tistudja l-chemistry wara li f'laqgħa apposta li saret fl-iskola fit-term skolastiku li għadu kemm intemm qalulha li tista' tagħżel il- chemistry?", "Għaliex din id-diskriminazzjoni kontra l-istudenti bniet?", "Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemm ebda bażi għall-mistoqsija dwar diskriminazzjoni ma' studenti bniet.", "Informat li l-problema li jekk fi skola għandekx tiftaħ klassi ta' xi suġġett partikolari meta jkollok student jew studenta waħda biss kif inhu f'dan il-każ.", "B'danakollu ser niddiskutu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u nistħarreġ jekk hemmx rimedju.", "PULIZIJA - RAVE PARTIES", "8759.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave parties din is-sena u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal oħrajn?", "Fejn se jsiru dawk pendenti u minn x'ħin se jibdew u x'ħin se jispiċċaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7995.", "Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li hemm 4 applikazzjonijiet pendenti sabiex jinżammu parties barra minn post liċenzjat, mhux neċessarjament rave parties.", "PULIZIJA - SPARAR TA' L-AIRGUNS", "8801.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi Malta ħadet sehem fl-isparar ta' l-air guns ġewwa Lichtenstein din is-sena u issa għandek sitwazzjoni fejn Maltin qed jirrappreżentaw lill-pajjiżna fi sport li hawn Malta huwa llegali, jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jirranġa din l-anomalija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li nbeda l-proċess biex tiġi liċenzjata air-gun target shooting range.", "Dan hu l-ewwel pass meħtieġ biex il-posizzjoni f'dan ir-rigward tiġi regolarizzata.", "PULIZIJA - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "8803.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jintużaw sabiex persuni barranin jingħataw permess għal xogħol f'pajjiżna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-kriterji li minn dejjem intużaw fil-konsiderazzjoni ta' talbiet għall-ħruġ ta' liċenzji ta' impjieg lill- barranin huma jekk hawnx nies kwalifikati jew ħaddiema biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol konċernat.", "Fuljett maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' Expatriates dwar liċenzji ta' impjieg.tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTARIJIET - MAKKINARJU ELETTRONIKU/KOMPUTERIZZAT", "8804.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi tħejjija qed issir biex il-makkinarju elettroniku u komputerizzat ta' l-isptarijiet pubbliċi, inkluż makkinarju sensittiv li jintuża għall-monitoring u kura tal-pazjenti, ikun kollu Y2K compliant meta tibda s-sena 2000?", "X'arranġamenti qed isiru biex dan il-makkinarju ma jitħarbatx mal-bidu tas-sena ġdida b'dannu għall-pazjenti li jinzertaw ikunu hemm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa ilu sentejn jaħdem biex l-apparat u s-sistemi komputerizzati kollha jkunu `Y2K compliant'.", "Għal dan il-għan, sar inventarju s-sena l-oħra u abbażi ta' dan l-inventarju saru kuntratti mal-kumpanija MITTS Ltd biex il-kompjuters jiġu ttestjati u fejn ikun hemm nuqqas ta' Y2K complianc din tiġi rimedjata.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir skond programm sistematiku sabiex sal-aħħar ta' Novembru 1999 l-apparat u s-sistemi kollha li se jintużaw is- sena d-dieħla jkunu ċċertifikati li huma Y2K compliant.", "Ta' min igħid li l- maġġoranza tas-sistemi li kellhom bżonn upgrading diġa ġew upgraded u issa huma Y2K compliant.", "Fost is-sistemi li ġew upgraded riċentiment b'suċċess hemm il-Patient Administration System li topera fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha tal-Gvern.", "Għar-rigward ta' makkinarju li jintuża fl-isptar San Luqa kif ukoll fiċ- ċentri tas-Saħħa d-Dipartiment ilu għal aktar minn sena jagħmel xogħol biex jikkonferma li dan l-apparat huwa compliant.", "Dan il-proċess wasal f'fażi avvanzata ħafna.", "PULIZIJA - COACH LI TTRENJA LIL TIRATURI MALTIN", "8805.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-work permit tal-coach li ttrenja lil żewġ tiraturi Maltin ta' l-airguns li ħadu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru dan l-aħħar, u kopja tal-work permit li ħareġ id-dipartiment konċernat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates ma rċieva ebda talba għall-ħruġ ta' work permit li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - ISTITUT MA SAPIANO", "8807.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: L-apparat tas-CNCs li hemm fl-Istitut MA Sapiano kemm-il darba ntuża minn Ottubru, 1998 sa Ġunju, 1999?", "Minn min intuża f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SPORTS - VAT", "8820.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tiegħu u tas- segretarju parlamentari dwar il-VAT fuq l-isports?", "Sar xi studju sabiex jara l-impatt ta' din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru diskussjonijiet u laqgħat dwar l- implikazzjonijiet tal-VAT fuq l-iSport mal-Ministru tal-Finanzi.", "F'dawn il- laqgħat ġie iċċarat fuq liema mill-bosta attivitajiet li fihom huma nvoluti għaqdiet sportivi għandha tinġabar it-taxxa tal-VAT.", "Saret ukoll rakkomandazzjonijiet li xi talbiet dwar ħlasijiet dovuti li seta' kien hemm minn snin mgħoddija jkunu maħfura għar-raġuni li l-pożizzjoni kienet għadha ma ġietx iċċarata.", "Dik it-talba ġiet milqugħa.", "PULIZIJA - REATI KRIMINALI", "8882.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ta' tletin (30) sena li fis-snin 1994-98 (is-sentejn inklużi) ikkommettew reat kriminali u tressqu l-qorti?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kienet il-piena inflitta mill-qorti u kemm kien in-numru ta' persuni li wara l-ewwel każ quddiem il-qorti reġgħu ittellgħu fuq xi każ ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - TFAL TAĦT L-ETA'", "8892.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li qed ikun hemm diversi rapporti li tfal taħt l-eta' - kemm Maltin kif ukoll barranin - qed ikunu f'inħawi ta' divertiment speċjalment f'Paceville, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li m'għandhiex sittax (16)-il sena nqabdu f'xi wieħed minn dawn il-postijiet ta' divertiment matul Ġunju u l-ewwel ġimgħa ta' Lulju?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet inqabdu?", "X'passi ttieħdu kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet?", "Kemm minn dawn is-sidien inqabdu b'żgħażagħ fl-istabbiliment tagħhom li ma kellhomx l-eta' tal-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mill-01.06.99 fil-Mistoqsija, il- Pulizija għamlet 307 spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment madwar Malta u Għawdex li minnhom irriżulta każ wieħed fejn 6 żgħażagħ taħt is-16-il sena nqabdu preżenti waqt attivita` li nżammet f'Ta` Qali fis-6 ta' Ġunju, 1999.", "Il-persuna li f`isimha nħarġet il-liċenzja għal din l-attivita` ser tiġi mressqa l-Qorti.", "Fir-regolamenti l-ġodda, hemm previst multa ta' Lm100 għal kull persuna taħt 16-il sena li tinstab f'post ta' divertiment.", "PIXXINA NAZZJONALI - WIRJA RUSSIAN FANTASY", "8893.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru biex itellgħu l- wirja Russian Fantasy fil-Pixxina Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien is-sehem tas-Segretarjat ta' l-Isport u Kultura f'din il-wirja?", "Kemm daħħlet il-Pixxina Nazzjonali minn sponsorships f'din il-wirja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ispejjeż li saru biex ittellgħet il- wirja Russian Fantasy fil-Pixxina Nazzjonali kienu jammontaw għal Lm5,055.25, imqassmin hekk:", "Reklamar Lm 333.60 Titjiriet Internazzjonali inklużi t-Taxxi Lm 382.00 Kiri ta' Karozzi Lm 247.00 Hospitality, akkomodazzjoni, ikel Lm1207.55 Stampar Lm 405.00 Kiri ta' makkinarju Lm 185.00 Kiri ta' l-istage Lm 100.00 Comperes Lm 250.00 Sound and Lighting Effects Lm 750.00* Spejjeż żgħar oħra Lm 195.10 Troupe Russu Lm1000.00", "Is-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport għen billi ħallas għall-ispiża tas- Sound & Lighting Effects u wkoll biex, bil-patroċinju tiegħu, jiffaċilita r- relazzjonijiet ma' l-Uffiċċju tas-Citizenship and Expatriate Affairs.", "Is- Segretarjat ħass li kellu jgħin f'din l-ewwel attivita` ta' dan it-tip għaliex tressaq nies ġodda lejn il-kumpless.", "B'aktar pubbliċita` dawn l- attivitajiet jistgħu jibdew isiru bi qliegħ.", "Id-dħul minn sponsorships għal din il-wirja kien jammonta għal Lm2,900.00. liema somma tinkludi Lm750* mgħotija mis-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport.", "L-ammont tad-dħul mill-bejgħ ta' biljetti kien jammonta għal Lm2,626.80.", "SKEJJEL - TAL-KNISJA", "8894.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet is-somma totali li l-Gvern għadda lill- Knisja għall-iskejjel tagħha matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figuri għal kemm ingħata għas- salarji ta' l-għalliema, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-somma totali li l-gvern għadda lill- Knisja għall-iskejjel tagħha matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet kienet ta' Lm5,183,813.", "Informat ukoll li minn din is-somma, Lm4,665,432 tħallsu bħala salarji ta' l-għalliema u ħaddiema oħra fl-iskejjel tal-Knisja u Lm518,381 tħallsu bħala spejjeż ġenerali ta' 10 fil-mija kif provdut fil-ftehim tal-1991 bejn il-Vatikan u l-Gvern Malti.", "SKEJJEL PRIVATI - MIŻATI", "8895.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret minn awtoritajiet ta' skejjel privati biex jgħollu l-miżati għas-sena skolastika li jmiss?", "Liema skejjel kienu u b'kemm iridu jgħollu?", "Kien hemm approvazzjoni mid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa hemm erba' skejjel indipendenti li se żżidu l-miżata għas-sena skolastika li jmiss, u li nformawni kif tirrikjedi l-liġi.", "Dawn huma:", "Fees per Term Żieda ta' 1999/2000 kull term", "Little Angels SchoolKinder Lm105 LM27 Primary Lm140 Lm10", "Bambi/Anthony Lawrence Bartolo Kinder Lm 95 Lm 3 Year1 - 2 Lm119 Lm 4 Year3 - 4 Lm126 Lm 4 Year5 - 6 Lm132 Lm 4", "St Ceclia Kindergarten Kinder Lm 95 Lm10", "The Lakin School Kinder Level (Part-time) Lm 65 Lm 5 (full-time) Lm 75 Lm 5 Pre Primary Level Lm 84 Lm 2 Primary Level Lm 90 Lm 2", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-proċedura skond l-Avviżi Legal tal-1990 u tal-1994 hija li:", "a) Il-miżati ma jistgħux jogħlew qabel ma jingħata Avviż lill-Ministru tal- Edukazzjoni, ta' l-anqas xahar qabel ma jsir it-tibdil.", "b) Il-miżati ma jistgħux jogħlew matul is-sena skolastika.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI", "8970.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi l-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprjazzjoni?", "Kemm hemm kwestjonijiet pendenti ta' esproprjazzjoni sa l-aħħar ta' Ġunju 1999 li għadhom iridu jibdew il-proċeduri legali msemmija quddiem il-Qrati tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hemm 122 kawża quddiem il-Qorti in konnessjoni ma' ħlas ta' kumpens għall-esproprjazzjoni.", "Ninsab informat ukoll li sa l-aħħar ta' Ġunju 1999, kien hemm 52 kwestjoni oħra li għad iridu jibdew il-proċeduri legali dwarhom quddiem il- Qrati.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART U BINI", "8971.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall- esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1998?", "X'valur huwa kkalkolat li ttieħed?", "Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata?", "Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' proċeduri għall- esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l-1998 kien ta' 66.", "Ninsab infrmat ukoll li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba fil- kumplament tal-mistoqsija jrid isir eżami tal-files u records manwali li jenħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż- żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "8972.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għal esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1970?", "X'valur huwa kkalkolat li ttieħed?", "Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata u kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l- partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ċertu records tad-Dipartiment ta' l- Artijiet, fosthom dawk li dwarhom intalbet informazzjoni, bdew jinżammu mill-1972.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni part tat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8971 f'din l-istess seduta.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART U BINI", "8973.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1971?", "X'valur huwa kkalkolat li ttieħed?", "Kemm-il tomna ġiet hekk esproprjata?", "Kemm minn dawn il-proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l- partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8972 f'din l-istess seduta.", "ARTIJIET - ESPROPRJAZZJONI TA' ART U BINI", "8974.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini nbdew matul is-sena 1980?", "X'valur huwa kkalkolat li ttieħed?", "Kemm-il tomna ġiet hekk esproprijata?", "Kemm minn dawn il- proċeduri għadhom pendenti u kemm minnhom huma llum definittivament magħluqa billi l-partijiet jew aċċettaw il-kumpens offrut jew ingħataw art oħra in sostituzzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab informat li n- numru ta' proċeduri għall-esproprjazzjoni ta' art u bini li nbdew matul l- 1980 kien ta' 57.", "Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8971 f'din l-istess Seduta.", "DOI - IMPJEGATI", "8975.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l- impjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) jiżdiedu tul din is- sena u jekk iva, f'liema gradi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L- istaff fid-DOI jidher fl-appendici L pagni 369/370 ta' l-Estimi 1999.", "L- ispiza approvata taht Personal Emoluments ma tinkludix hlasijiet ghal zieda ta' impjegati godda.", "Ta min jinnota li l-Ufficcju tieghi hareg applikazzjonijiet ghal mili ta' postijiet ta' Direttur (Informazzjoni) OPM 3/99 u Assistent Direttur (Informazzjoni) MPO 16 & 32/99.", "PULIZIJA - XLENDI - TRAFFIKU", "9137.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għaliex sena wara l-oħra, speċjalment fil-weekends u x-xhur tas-sajf, sar prattikament impossibbli li tinżel jew titla' mill-bajja tax- Xlendi minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li jkun hemm ħdejn disco popolari?", "Għaliex minbarra diżorganizzazzjoni fil-queue li ġieli jibqa' ħiereġ sa nofs it-triq, il-pulizija tippermetti double parking u parking fuq iż-żewġ naħat tat-triq?", "Għaliex il-pulizija mal-bieb tad-disco fl-ebda ħin ma jintervjenu biex jikkontrollaw it-traffiku jew ma jħallux li jsir parking bl-addoċċ?", "Jaħseb il-Ministru li għandu jsir xi ħaġa biex dan l-inkonvenjent jinqata' darba għal dejjem?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Pulizija tieħu passi biex tikkontrolla s-sitwazzjoni tat-traffiku fil-post u ż-żmien imsemmi mill- Onor. Interpellant.", "Ninsab infurmat ukoll li hemm partijiet twal, in-naħa ta' fuq tat-triq, li huma wiesa biżżejjed li jippermettu parking fuq iż-żewġ naħat.", "Qed tiġi studjata l-possibilita` li f'partijiet oħra tat-triq tiġi ntrodotta Towing Zone.", "WSC - IT UNIT - HEAD", "9138.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8934, jista' l-Ministru jispjega kif il-kuntratt għall-pożizzjoni ta' Head tal-MIS Department fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġie ffirmat fl-4 ta' Mejju, 1999 u jkopri l-perijodu 6 ta' Marzu, 1996 - 31 ta' Mejju, 1999, jiġifieri effettivament madwar tlett ġimgħat biss sa wara d-data tal-firma tal-kuntratt?", "X'sens tagħmel klawsola 3 termination li tgħid li l-korporazzjoni tista' ttemm il-kuntratt mhux anqas minn xahar mill-firma tal-kuntratt meta lanqas kien fadal dan il-perijodu mid-data meta l-kuntratt ġie ffirmat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPURI TA' GĦAWDEX - NET", "9139.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li madwar ir-railing tal-vapuri ta' Għawdex isiru xi forma ta' net biex tfal ma jkunux jistgħu jaqgħu minn bejn ir-railing?", "Billi bejn il-bars tar-railings hemm spazju konsiderevoli li minnhom jistgħu faċilment jgħaddu tfal ta' eta' żgħira u billi fuq dawn il- vapuri jaqsmu eluf ta' tfal, ma taħsibx il-Ministru li dan is-suġġeriment għandu jiġi kkonsidrat?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- vapuri kollha tal-Kumpanija Gozo Channel għandhom ċertifikat mill- Awtoritajiet kompetenti biex iġorru l-passiġġieri u li l-Kumpanija tara li tissodisfa r-regolamenti kollha tas-sigurta'.", "Madankollu, jiena nfurmata li l-Kumpanija qiegħda tieħu l-passi neċessarji sabiex timplimenta din ir-rakkomandazzjoni biex b'hekk tiżdied aktar is- sigurta' fuq il-vapuri tagħha.", "TARZNA TA' MALTA - DOCK NO.", "1", "9140.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 8636, jista' jgħid, issa li l-bieb tat-Tarzna No. 1 ġie wweldjat, kif sejjer wieħed jilqa' għall-ilmijiet li jkun hemm fi Pjazza G. Gulia kull meta jkun hemm xi maltempata?", "Peress li dan il-bieb kien jinfetaħ kull meta jkun hemm maltempata, anke bil-lejl, jaħseb il-Ministru li l-flaps li saru taħt il-bieb m'humiex biżżejjed biex Pjazza G. Gulia u Triq ix-Xatt f'Bormla, ma jegħrqux wara kull maltempata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TARZNA TA' MALTA - DOCK NO.", "1", "9141.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf is-subway li hemm jagħti għal Dock 1 peress li hu mimli b'materjal bħal fliexken tal-plastic, kaxxi tat-take away, etc?", "Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex ma jibqax jinġabar materjal f'dan is-subway u b'hekk meta jkollna xi maltempata ir- residenti fi Triq ix-Xatt u d-dawra ta' Pjazza G. Gulia, Bormla ma jegħrqux?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lit-Tarzna sabiex tieħu l-passi meħtieġa.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID", "9142.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Veru li t-tfal li kienu jattendu Form 3, f'St. Joseph Junior Lyceum, Kordin, Raħal Ġdid tant tilfu lezzjonijiet tal-fiżika matul is-sena li se jkollhom jiddaħlu fis-sajf waqt il-vaganzi biex jagħmlu tajjeb għal dak li tilfu?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni li tħalliet tiżviluppa din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-lezzjonijiet imsemmija qed jingħataw fuq inizjattiva tal-Kunsill ta' l-Iskola li ħass li kellu jieħu dan il-pass minħabba li l-istudenti tilfu xi lezzjonijiet matul is-sena minħabba li l- għalliem kien marid.", "OQSMA TA' L-EKONOMIJA - ŻGĦAŻAGĦ", "9143.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ li jaħdmu fid-diversi oqsma ta' l-ekonomija?", "Tista' din l-informazzjoni tingħata fi breakdown skond: 1) l-eta'; 2) il-gender; u 3) il-marital status?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEZZJONI TAL-BEACH CLEANERS - ALLOWANCE", "9144.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Għal dak li għandu x'jaqsam mal-beach cleaning section, jista' l-Ministru jispjega għalfejn filwaqt li l-foremen jingħataw allowance tax-xogħol li jagħmlu fil- weekends, dawk li jaqgħu taħthom mill-acting supervisors 'l isfel jingħataw sempliċement time-off-in-lieu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li s-sistema ilha titħaddem għal dawn l-aħħar snin għaliex l-esiġenzi tas-servizz ma jippermettux li l- foreman (technical officers) jingħataw time-off-in-lieu għal xogħol fil- weekends, b'riżultat li minħabba żieda fil-ġranet ta' btala d-Dipartiment jispiċċa mingħajr numru suffiċjenti ta' 'foremen' għal xi żmien matul is- sena.", "Kien għalhekk li ntlaħaq ftehim ma' dawn l-uffiċjali biex jieħdu flus bħala kumpens għal xogħol li jsir fil-weekends.", "KAMBJU - LIBERALIZZAZZJONI", "9145.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il-Gvern qed jaħdem fuq xi pjan għall-implimentazzjoni tal-liberalizzazzjoni totali tal-kontroll tal-kambju fuq medda ta' ftit snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-politika ta` dan il-Gvern minn dejjem kienet li l- kontrolli fuq il-kambju jitneħħew b`mod prudenti u gradwali.", "Bħalissa, il- Gvern, flimkien mal-Bank Ċentrali ta` Malta, qed iħejji programm sabiex jitneħħew il-kontrolli fuq il-kambju fi ftit tas-snin.", "Dan il-programm sejjer jitħabbar lejn l-aħħar ta` din is-sena.", "Waqt li qed iħejji dan il- programm, il-Gvern se jiżgura li l-miżuri li se jittieħdu mhumiex sejrin iwasslu għal ebda instabilita` fis-sistema finanzjarja Maltija.", "RTGS", "9146.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jdaħħal l-RTGS (Real Time Gross Settlement) System?", "ONOR.", "JOHN DALLI: BReal Time Gross Settlement System qed nifhem s- sistema ta` clearing house fejn ħlas dovut mill-Gvern jista` jiġi paċut ma` ħlas ieħor dovut lill-Gvern.", "Din is-sistema diġa` bdiet fuq bażi limitata għal-pendenzi li l-Roads Department u l-Works Department kellhom sal-31 ta` Diċembru 1998.", "Taħt din is-sistema, ħlasijiet ta` stores u servizzi lill-Gvern qed ikunu paċuti inparti jew fl-intier ma` ħlasijiet dovuti lill-Gvern mill-istess kredituri għal-VAT, Income Tax u kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali.", "Hu maħsub li malli jinqatgħu dawk il-pendenzi s-sistema tinfirex fuq l- istess bażi ma` kredituri tad-Dipartiment tas-Saħħa u tal-Ministeru ta` Għawdex.", "INTRAPRIŻI PUBBLIĊI - TWAQQIF TA' AWTORITA'", "9147.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Il-Gvern meta beħsiebu jwaqqaf awtorita' sabiex timmaniġja l-għajnuna li tingħata lill-intrapriżi pubbliċi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega ruħu aħjar.", "GDP - SUSSIDJU TA' INTRAPRIŻI", "9148.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Is- sussidju ta' l-intrapriżi pubbliċi kemm jirrappreżenta bħala persentaġġ tal- GDP annwali tal-pajjiż?", "Jikkonferma l-Ministru li bħalissa il-WSC tirċievi 1% tal-GDP f'sussidji baġitarji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-sussidji mgħotija fl-1998 (l-aħħar sena li fiha nistgħu nuru nfieq attwali) lill-dawn l-intrapriżi pubbliċi kienu:", "Malta Freeport Corporation Lm 4.2 miljuni Malta Drydocks Lm 4.996 miljuni Malta Shipbuilding Lm 8.0 miljuni Water Services Corporation Lm18.533 miljuni", "Total Lm35.729 miljuni", "Dawn is-sussidji kienu jammontaw għal 2.64% tal-GDP f`termini nominali li għas-sena 1998 kien ta` Lm1353.72 miljuni.", "Bħalissa i.e. fl-1999, is-sussidju għall-Water Services Corporation hu ta` Lm11.883 miljuni filwaqt li l-GDP f`termini nominali għal din is-sena hu stmat li se jkun Lm1454.52 miljun.", "Għaldaqstant, bħalissa il-Korporazzjoni qed tirċievi 0.82% tal-GDP f`sussidji.", "CORPORATION TAX", "9149.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif jipparaguna l-corporation tax ta' pajjiżna ma' dik ta' pajjiżi applikanti oħrajn għall-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F`Malta ma teżistix sistema ta` corporation tax imma l- kumpanniji iħallsu l-income tax taħt id-dispożizzjonijet ta` l-Att dwar it- Taxxa fuq l-Income bir-rata ta` 35% fuq id-dħul taxxabbli tagħhom.", "Ir-rati normali ta` taxxa fuq il-kumpanniji fil-pajjiżi applikanti għall-UE huma kif ser jingħad hawn taħt:", "Bulgaria 27% Latvia 25% Cyprus 25% Lithuania 29% Czech Republic 35% Poland 34% Estonia 26% Romania 38% Hungary 18% Slovak Republic 40% Slovenia 25%", "L-Onorevoli Interpellant japprezza li kull pajjiż jista` ikollu partikolaritajiet fis-sistema tiegħu li jistgħu jvarjaw min-normal.", "MARSA - BOZOZ", "9150.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8790?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-preżent hemm 15-il talba għal bozoz ġodda f'dawn it-toroq tal-Marsa:", "Stiefnu Żerafa, Xemxija, Sqaq Bajada, Marsa, l-Iskola is-Sebħ Nerik Sacco, Patri Magri, San Bernard, Assunta, Kungress Marjan, San Franġisk, Ġnien 6 ta' Awwissu, Sqaq fi Triq Ħal-Qormi, Sqaq Lamacca fi Triq Diċembru 13 POWER STATION - MARSA", "9151.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8791 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jieħdu n-nies tal-Marsa minħabba l-ħmieġ li qegħda toħloq il-Power Station tal-Marsa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kull talba għal danni li l-Enemalta jkollha, tiġi mistħarrġa u jekk jirriżulta li hemm każ ta' kumpens, dan jingħata skond il- liġi li tirrigwarda l-ambjent.", "Pero' ta' min jinnota li l-Enemalta qed tagħmel ħilitha kollha biex in-nies tal-Marsa ma jbatux mill-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċmieni tal-Power Station.", "Fil-fatt, l-ewwelnett, diġa' saru pjanijiet biex il-kwalita' taż- żejt li jintuża jkollu kontenut ta' sulphur (kubrit) ferm inqas milli għandu llum, u t-tieni, it-tħaddim tal-combined cycle f'Delimara naqqset id- domanda għall-użu ta' l-impjant fil-Marsa.", "Ta' min josserva li d-diversi amministrazzjonijiet laburisti mhux biss ma offrewx kumpens lin-nies tal-Marsa, talli lanqas biss ħadu miżuri biex jonqos it-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa.", "MARSA - ASFALTAR TA' TOROQ", "9152.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8792 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l- gvern ċentali wasal biex jasfalta ġewwa l-lokalita' tal-Marsa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq li l-Gvern ċentrali ser jasfalta fil-Marsa qed jiġu ddentifikati mid-Dipartiment tat-Toroq u l- Kunsill Lokali.", "Naturalment, dawn ix-xogħolijiet isiru skond il- prijoritajiet tad-Dipartiment kif ukoll jekk is-servizzi kollha huma diġa fil-post.", "ĊENTRU DETOX - KAŻI TA' PERSUNI B'OVERDOSE", "9153.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8926 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu nies minn Raħal Ġdid b'overdose fid-Detox Centre fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuni li jkunu qed ibatu minn overdose ma jiddaħlux fid-Detox, iżda fis-sezzjoni tal- Emergenza ta' l-Isptar San Luqa.", "RAĦAL ĠDID - DAWL FIL-ĠNIEN", "9154.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8922?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li d-dawl fil-post imsemmi għandu jsir mill-Kunsill Lokali b'materjal ipprovdut mill-Korporazzjoni Enemalta.", "Meta l-Kunsill Lokali jlesti x-xogħolijiet meħtieġa, l-Enemalta tkun tista' tagħti l-provvista ta' l-elettriku.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' HOME HELP", "9155.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu l-home help?", "Kemm hemm anzjani li għandhom is-servizz tat-telecare fil-lokalita' tal-Marsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' Anzjani li bħalissa qed jirċievu l- home help huwa ta' 2,603.", "Fil-lokalita' tal-Marsa hemm 154 persuna li għandha s-servizz tat-telecare.", "ZABBAR - TRIQ IR-REDENTUR - TWESSIGĦ", "9158.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2518, jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol indikat se jibda, speċjalment minħabba li kif inhi t-triq bħalissa hija ta' periklu u spiss ikun hemm inċidenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-art inkwestjoni diġa ġiet esproprijata u se tidħol fil-pjanijiet, sintendi x-xogħol isir skond il- prijoritajiet tad-Dipartiment.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - KOTBA TA' AWTURI MALTIN", "9159.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'isimhom iż-żewġ pubblikazzjonijiet ġodda li rrifera għalihom il-Ministru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ż-żewġ publikazzjonijiet ġodda li rriferejt għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7659 huma:", "1.", "Noli Noli 1 Noli Noli 2", "2.", "Nagħdriet 1 Nagħdriet 2 MELLIEĦA - TORRI L-AĦMAR", "9160.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli Din l-Art Ħelwa tkun tista' tibda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-permess għar-restawr tat-Torri l- Aħmar ngħata lil Din l-Art Ħelwa fil-21 ta' Lulju 1999.", "VALLETTA - SUR TA' SAN ĠWANN - VEDETTE", "9161.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se terġa' tinbena l-vedette ta' fuq is-Sur ta' San Ġwann, il-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li hemm l-intenzjoni li din il-gardjola terġa' tinbena wara li kienet inħattet minħabba l-periklu li kien fiha.", "ATTARD - WIED IS-SEWDA - XATBIET", "9162.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid hux se jitkompla l-pjan għat-twaħħil ta' xatbiet li jagħtu aċċess għal Wied is-Sewda, f'Ħ'Attard biex b'hekk jiġi kontrollat l- abbuż ta' radam illegali?", "Jista' jgħid ukoll jekk għall-istess raġuni humiex se jibqgħu jintużaw wardens ħalli jħarsu dan il-wied?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol u l-użu tal-wardens imsemmi mill- Onorevoli Interpellant huma responsabbilta' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, u għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lil Ministru konċernat.", "ATTARD - WIED IS-SEWDA - PROĠETT", "9163.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' rehabilitation u embellishment ta' Wied is-Sewda (Tal-Ħlas) bejn Ħ'Attard u Ħal Qormi huwiex se jitkompla?", "Jista' jara li qabel l-istaġun tax-xita dan il-wied jitnaddaf mill-ħmieġ li twaddab fih minn xi persuni rresponsabbli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bejn April 1998 u April 1999 saru diversi xogħlijiet mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fl-area msemmija.", "Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu tindif, tiswija ta' diegi, bini ta' pontijiet u xogħlijiet oħra simili.", "It-Taqsima tax-Xogħlijiet ħejjiet il-pjanti u d-dokumenti tat-tenders għall- bini ta' żewġ pontijiet, wieħed ħdejn tal-Ħlas Pumping Station u l-ieħor faċċata ta' razzett in-naħa ta' Ħal Qormi.", "Il-pjanti u d-dokumenti ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-ħruġ tat- tenders, u dan skond il-ftehim milħuq fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti liema ftehim jipprovdi li l-fondi għal dan ix-xogħol jinħarġu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex isir it-tindif li jkun meħtieġ.", "LUQA - DAY CENTRE", "9164.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqaf id-Day Centre ta' l-anzjani ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kuntratt tad-day centre ta' Ħal-Luqa diġa ġie ffirmat mal-Kunsill Lokali.", "Ix-xogħol tar-refurbishment inbeda u nispera li jitlesta kemm jista' jkun malajr.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "9165.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex tkun ikkontrollata u solvuta l-problema tal-Miżbla tal-Magħtab li llum qed tikber bħal qarnita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-problema tal-Miżbla tal-Magħtab trid tiġi riżolta fil-qafas ta' strateġija għall-immaniġġjar sostenibbli ta' l- iskart f'pajjiżna.", "Għal dan il-għan qed jitfassal pjan komprensiv li mistenni li jiġi finalizzat sa l-aħħar ta' din is-sena.", "MINISTERU TAL-FINANZI - OFFERTI", "9166.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Hija prassi aċċettabbli għall-finanzi li meta t-termini ta' tender ta' servizzi jkun ġie eżawrit din l-istess tender tiġi estiża b'direct order minn perijodu għall-perijodu?", "Liema huma r-regolamenti li jirregolaw din il- prattika jekk hemm?", "ONOR.", "JOHN DALLI: La darba l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel il- Mistoqsija b`mod generiku jkolli nwieġeb fuq l-istess bażi.", "Jista` jkun hemm każi fejn kuntratt ta` servizz li jiskadi t-terminu tiegħu jiġi estiż għal perjodu qasir (bi ftit xhur) minħabba li jinqalgħu problemi fl-għoti tal-kuntratt il-ġdid u li jikkawżaw dewmien fl-aġudikazzjoni ta` l- offerti.", "Estensjoni bħal din m`għandiex tiġi meqjusa bħala Direct Order fil-veru sens tagħha.", "Hija l-prassi tad-Dipartiment tal-Kuntratti li estensjonijiet bħal dawn jiġu approvati għat-terminu definit.", "Ma nistax ngħid li hemm xi regolamenti speċifiċi li jirregolaw din il- prattika għalkemm ikun hemm każi fejn l-istess kundizzjonijiet tal-kuntratt jippermettu estensjonijiet tal-perjodu kuntrattwali jew bħala option tal- Gvern jew bi ftehim reċiproku bejn il-kuntrattur u l-Gvern.", "Fuq kollox, nirrepeti, kull każ irid jiġi eżaminat u deċiż fuq il-mertu tiegħu.", "VJOLENZA FIL-FAMILJA - KAŻIJIET", "9167.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il każ ta' vjolenza fil-familja kienu rrapportati mill-1990 sa l-1999 (sal-lum)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' każijiet ta' vjolenza fil-familja li ġew irrappurtati mill-1992 sa' Ġunju 1999 kien ta' 3,133.", "Ma hemmx records għas-snin 1990-1991.", "INVESTIMENT BARRANI - BREAKDOWN", "9168.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Meta wieħed jeskludi l-bejgħ tal-Mid-Med plc lill-HSBC, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-investment barrani f'pajjiżna bejn Diċembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-investiment gross barrani f'Malta mill-31 ta' Diċembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 kif pubblikat mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika fil-pubblikazzjoni ta' kull tlitt xhur huwa kif ġej:", "1999* 1998* CR1021 DR631 CR 1365 DR18482", "* figuri proviżorji", "LUQA - ĦAL FARRUG - TINDIF", "9169.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li kien għamel f'Diċembru 1998 li jsir xogħol ta' tindif u rranġar f'Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).", "WSC - CHAIRMAN", "9171.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 8935, jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju li qiegħed jingħata liċ- Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kif ukoll x'inhuma l- benefiċċji li jgawdi minnhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - INĠINIERA", "9172.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7002 fejn intqal li min 13-il inġinier, tmienja minnhom għandhom l-aċċess għall- internet, x'inhi r-raġuni li t-tmienja l-oħra ma jgawdux minn dan is- servizz?", "Dawn it-tmienja kollha talbu li jkollhom dan is-servizz?", "X'inhi r-raġuni li l-inġinier li ismu qed jintbagħat separatament ġie rifjutat dan is-servizz?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7002 kont tajt informazzjoni li hemm 16-il Inġinier u mhux 13 li għandhom l-aċċess għall-Internet.", "Mit-tmienja li m'għandhomx tnejn jinsabu msefrin għal żmien fit-tul filwaqt li erbgħa minnhom mhumiex imqabbdin fuq is-sistema tan-network tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u għalhekk la għandhom E- Mail u lanqas Internet, filwaqt illi t-tnejn l-oħra, inkluż l-Inġinier li l- Onorevoli Interpellant tani ismu separatament, applikaw biex ikollhom is- servizz ta' l-Internet u l-applikazzjoni tagħhom qed tiġi kkunsidrata.", "WSC - GEO MED SERVICES LTD", "9173.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-għoti tal- kuntratt mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lill-kumpannija Geo Med Services Ltd?", "Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa għall-offerti?", "X'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - MARSA - TANK AREA", "9174.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8770, jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fil- manutenzjoni u fil-linji tat-tankijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - RILAXX TA' KAROZZA", "9175.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-pulizija milli tirrilaxxja l- makna diesel Perkins (model Pharser) li ddaħħlet reglorament fuq il-vapur Lipa, nhar il-24 ta' Jannar, 1999 bil-bill of lading numru LON/MLA/005?", "Jista' l-Ministru jindaga għaliex hemm kollox regolari u xorta waħda l- pulizija qed tgħid li hemm \"sinjali ta' double punching\"?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "9176.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Minsitru jara li l-pazjent b'ID card Number li qed tintbagħat separatament jingħata l-mediċina preskritta mill-konsulent mill-aktar fis peress li dan il-pazjent ma jiflaħx jixtrihom u għandu l-karta r-roża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni li ngħatat f'din il-mistoqsija ma hijiex biżżejjed biex inkunu nistgħu nfittxu t-talba għall-mediċina li saret għall-pazjent ikkonċernat.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant għall-aktar dettalji dwar il- mediċina preskritta.", "ŻEPPI L-ĦAFI - MAĦFRA PRESIDENZJALI", "9177.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Meta l-kabinett kien qabel li jirrikmanda maħfra presidenzjali lil Żeppi l-Ħafi, il- Ministri kollha kienu preżenti?", "Jekk iva, min kien nieqes dak inhar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: La hu rakkomandabbli u prudenti u lanqas ma hi l-prattika li tinghata informazzjoni dwar kif ikunu ttiehdu decizjonijiet tal-Kabinett.", "B'danakollu biex nissodisfa l-kurzita' inspjegabbli ta' l- Onor Interpellant ninfurmah li fil-kaz imsemmi minnhu l-Ministru tal- Finanzi kien imsiefer u l-Ministru ghal Ghawdex ma kienx lahaq qasam minn Ghawdex fil-hin limitat li fih issejhet il-laqgha tal-Kabinett.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ADULT TRAINING", "9182.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokal ġejjin il- persuni b'diżabilita' li jmorru l-Adult Training taċ-Ċentru l-ġdid ta' Wied il-Għajn?", "Kemm hemm imorru f'dan iċ-ċentru f'dan il-perjodu tas-sajf?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuni b'diżabilita' li jattendu ċ-Ċentru ta' Taħriġ ta' Wied il-Għajn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "LOKAL JATTENDU", "Cospicua 9 Fgura 9 Kalkara 2 Lija 1 Luqa (SVPR) 4 Marsa 3 Marsascala 4 Paola 1 Qormi 2 Senglea 2 Siġġiewi 3 Siġġiewi (Dar tal-Providenza) 4 Sta.", "Lucia 1 Vittoriosa 3 Żabbar 14 Żebbuġ 2 Żejtun 1", "TOTAL 65", "Il-medja ta' l-attendenza fil-perjodu tas-Sajf huwa ta' 55.", "WIED IL-GĦAJN - BARRIER", "9183.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir barrier f'kurva ħdejn l- impjant ta' riċiklaġġ fil-Bypass ta' Wied il-Għajn, peress li f'dan il-post jidher li s-sewwieqa spiss jitilfu il-kontroll tal-karozza tant li fi żmien ġimgħat hemm tliet postijiet ta' ħabtiet differenti fi spazju żgħir fil- ħitan li hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment qed jieħu passi biex jitwaħħlu crash barriers fil-post imsemmi.", "Sfortunatament inċidenti bħal dawn indikati mill-Onor.", "Interpellant jiriżultaw minħabba ppjanar ħażin fil- mument tal-kostruzzjoni tat-toroq.", "Bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprova jidentifika partijiet simili għal dan indikat biex il-periklu jkun jista` jitneħħa.", "ATTARD - NOTABILE ROAD - SIĠAR", "9184.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9049 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal deċiżjoni li s-siġar li kien hemm fir-roundabout f'Notabile Road, Attard, \"quddiem il-pompa tal-petrol\" li tqaċċtu minflok ġew maqlugħa u miżruha f'post ieħor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta għal mistoqsija parlamentari 8103.", "DJAR - REQUISITION NO.", "19252", "9185.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li r- requisition order No. 19252 li ħareġ fis-17 ta' Diċembru, 1983, fuq il-fond 85, Mater Boni Consiglii Street, Raħal il-Ġdid jitneħħa sabiex is-sid tiegħu tkun tista' tieħu lura l-pussess tal-fond minħabba li r-raġel tagħha huwa marid serjament u jixtieq jerġa' lura mill-Awstralja u joqgħod fih?", "Jista' l-Ministru jinformani fejn kienet qed tiġi depożitata l-kera matul dan iż-żmien kollu, jekk qatt kienet imħallsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi t-talba ma tistax tiġi kkunsidrata peress li l-fond indikat hu abitat regolarment u l-inkwilin mhux rikonoxxut mis-sidien.", "L-inkwilin qiegħed iħallas il-kera regolarment fid-Dipartiment.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU", "9186.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' stupru kienu rrapportati lill- pulizija mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "F'liema lokaliajiet seħħew ir- reati?", "Ta' liema nazzjonalita' kienu l-vittmi u l-allegat aggressur (fejn dan hu indikat) f'kull każ irrapportat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher hawn taħt : Lokalita Nazzjonalita` tal-vittma Nazzjonalita` ta' l-allegat aggressur/i", "Attard Maltija Maltija Valletta Maltija Maltija St. Julians Maltija Libjana x3 B'Kara Maltija Maltija St. Julians Żvediża Żvediża St. Julians Norveġiża Amerikana Sliema Franċiża Torka", "Barra minn dawn il-każijiet kien hemm rapport ieħor f'Ġunju li rriżulta li kien rapport falz.", "Naturalment, mhux kull każ rapportat bħala stupru, fil- fatt kien jikkostitwixxi dan ir-reat.", "SIGURTA' SOĊJALI - ĦLASIJIET ŻEJDA", "9187.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu s-snin biex jinduna bi ħlasijiet żejda li jsiru minħabba żbalji ta' l-istess dipartiment, bil-konsegwenza li t-tbatija tintefa' fuq l-individwi li jkollhom iħallsu lura arretrati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jieħu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex kemm jista' jkun, r-rata ta' benefiċċju li titħallas tkun korretta.", "Meta wieħed iqis in-numru kbir ta' assessments dwar id-diversi benefiċċji soċjali li jitħallsu mid-Dipartiment, u li jlaħħqu mijiet ta' eluf kull sena, n-numru ta' żbalji minn naħa ta' l-uffiċċjali tad-Dipartiment, għalkemm dejjem mhux mixtieq, huwa wieħed relattivament żgħir.", "Irrid ngħid li ma jkunx dejjem tort tad-Dipartiment li jsiru dawn l- iżbalji.", "Barra dan, meta jirriżulta li l-iżball li jittieħed ikun minn- naħa tad-Dipartiment, id-Direttur jara li l-ħlas lura ma jkunx ta' piż finanzjarju qawwi fuq dawn il-persuni.", "QORMI - TRIQ IL-WIED - SLEEPING POLICEMAN", "9188.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru sleeping policemen jew xi tip ta' deterrent ieħor kontra s-sewqan eċċessiv fi Triq il-Wied, Ħal Qormi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ser ngħaddi din it-talba lit-Traffic Control Board biex jikkunsidra din it-talba.", "QORMI - HEALTH CENTRE", "9189.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Health Centre ta' Ħal Qormi meta d- dentist ikun bil-leave, in-nies ma jinqdewx?", "Jaf il-Ministru li dawk li marru fil-Health Centre ta' Ħal Qormi, l-Ħamis 15/7/99 għand id-dentist qalulhom li ma jistgħux jinqdew qabel it-Tnejn ta' wara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fid-Dipartiment tad-Dentistrija l-pazjenti jridu jagħmlu appuntament biex jattendu l-klinika ħlief f'każi akuti b'uġiegħ fejn is-soltu jarawhom mingħajr appuntament.", "Meta ma jkunx hemm dentist, l- emerġenzi jintbagħtu l-isptar San Luqa biex jinqdew fl-istess ġurnata.", "Id-dentist ta` Ħal Qormi kien bil-leave bejn il-Ħamis 8 ta` Lulju u s-Sibt 17 ta` Lulju.", "Bejn it-8 ta` Lulju u 14 ta` Lulju diġa` kien hemm listi ta` appuntamenti u għalhekk intbagħat dentist ieħor f'din il-klinika.", "Bejn il- 15 u 17 ta` Lulju ma kienx hemm listi ta` appuntamenti u l-emerġenzi ntbagħtu fil-klinika tad-dentistrija San Luqa bħal ma jsir is-soltu f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "QORMI - TRIQ IL-WIED - MANUTENZJONI", "9190.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tal- lampi li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi?", "Jaf li hemm żewġ lampi li ilhom bil-ħsara x-xhur, jiġifieri dik ta' quddiem Sqaq Nru.3 u dik li hemm qrib Triq l-Għargħar 1979?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-lampi fit-toroq imsemmija saret fit-22 ta' Lulju.", "IHC - NURSE FIL-LIBRERIJA", "9191.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qed taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care?", "Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha?", "X'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil- perijodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa?", "X'inhuma l-allowances li għandha għall-Ħdud u l-festi pubbliċi?", "Mil-liema vot qed jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ETC - SPEZZJONIJIET", "9192.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm- il spezzjoni għamlu l-membri ta' l-ispettorat ta' l-ETC minn Settembru 1999 sal-lum, ġimgħa, ġimgħa?", "Fejn saru dawn l-ispezzjonijiet?", "F'liema spezzjonijiet marru żewġ persuni u f'liema marret persuna waħda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-Numru ta' spezzjonijiet li saru bejn Settembru 1998 (u mhux kif indikat fil-Mistoqsija Parlamentari jiġifieri minn Settembru 1999) u Ġunju 1999 kien hekk:", "Settembru 1998 242 Ottubru 1998 978 Novembru 1998 852 Diċembru 1998 519 Jannar 1999 395 Frar 1999 362 Marzu 1999 592 April 1999 721 Mejju 1999 714 Ġunju 1999 558 ______________________________ TOTAL 5,933", "Mhix il-prattika tal-Korporazzjoni li tagħti l-ismijiet tal-postijiet fejn saru l-ispezzjonijiet.", "Min naħa l-oħra hija fil-prattika tal-Korporazzjoni li kull spezzjoni ssir mill-anqas minn żewġ spetturi.", "DJAR", "9221.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8881, il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jgħid lil min se jingħataw il-postijiet li qed jitwaqqgħu numri minn 16 sa 23 fi Srejdek Lane, Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent ma hemm xejn x'inżied mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8,255.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - DONAZZJONIJIET", "9223.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9050, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien is-servizz ta' għajnuna finanzjarja li kienet tingħata għall-computers qabel ma saru t- tibdiliet imsemmija fir-risposta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.", "FGURA - PJAZZA PATRI REDENT GAUCI", "9224.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għal meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fi Pjazza Patri Redent Gauci, fil-Fgura?", "X'inhi r-raġuni li dan ix-xogħol ilu li nbeda sentejn u sal-lum għadu ma tlestiex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110).", "RICHARD CACHIA CARUANA - INVESTIGAZZJONIJIET DWAR ATTENTAT TA' QTIL", "9225.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Il-Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jikkonferma li l-file dwar l-investigazzjonijiet dwar l-attentat ta' qtil fuq l-Assistent Personali Richard Cachia Caruana intalab mill-uffiċċju tal-Prim Ministru Alfred Sant mingħand il-pulizija fi żmien l-amministrazzjonni preċedenti?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għalfejn intalab, minn talbu u kemm dam kastilja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Ministru Joe Mizzi f'Marzu ta' l-1998 talab lill-Assistent Kummissarju John Rizzo biex jghaddilu l-file li jikkoncerna l-investigazzjoni dwar l-attentat fuq il- hajja ta' l-Assistent Personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana.", "Fil-fatt l-Assistent Kummissarju John Rizzo ghadda il-file lill-Ministru Joe Mizzi wara li gab il-file minghand id-Deputy Commissioner Joseph Cachia.", "Xi jiem wara l-Ministru Joe Mizzi baghat lura l-file lid-Deputy Commissioner Joseph Cachia.", "Ma jirrizultalix ghalfejn intalab dan il-file.", "PTA - LIBERALIZZAZZJONI", "9235.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Ġentilment nixtieq inkun naf il-pożizzjonni tal- Ministeru u ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku rigward il- liberalizzazzjoni li suppost tibda mis-sena elfejn?", "Nixtieq inkun informat ukoll jekk hux se tingħata ukoll xi tip ta' protezzjoni lill-coach operators diġa' eżistenti u li għamlu investiment qawwi billi xtraw coaches ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li skond ftehim li kien sar bejn l- Awtaorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Unscheduled Bus Service (UBS) fl-1994, is-settur tal-coaches kellu jkun liberaliżżat b`mod sħiħ b`seħħ mill-1 ta` Jannar 1998.", "F`Diċembru ta` l-1997 sar qbil bil-fomm bejn l- Awtorita` u l-operaturi tal-`coaches`, li x-xogħol li jsir minnhom ikun liberaliżżat b`seħħ immedjat, tant li lejlet il-Milied kien pubblikat Avviż Legali għal dan l-iskop, filwaqt li l-liberaliżżazzjoni sħiħa tas- settur tkun posposta sa l-1 ta` Jannar 2000.", "Il-Gvern jemmen li l-ftehim isiru biex jinżammu għalkemm dejjem jibqa` jkun hemm lok għal diskussjoni jekk jinqalgħu problemi.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "9245.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu bi qliegħ f'kull kommunita', kunsill lokali b'kunsill lokali f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru għada qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "9246.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' nies bla xogħol li qed jirreġistraw għax-xogħol għal kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant. tpo//iet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ŻABBAR - TRIQ REDEEMER - FTUĦ TA' TRIQ", "9247.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ parti minn Triq Redeemer, f'Ħaż-Żabbar liema parti hi ta' periklu għat-traffiku u iktar għal pedestrians barra li qed iċċaħħad l-użu ta' garaxx, proprju f'kantuniera ma' Triq it-Tut?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda Nru. 9158.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA' - TRASPORT", "9248.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jistgħu persuni b'diżabilita' bl-ID Card speċjali mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jingħataw servizz ta' trasport b'lifter mill-garage ta' l-isptar b'xejn meta jiġu bżonn minn żmien għal żmien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-servizz ta` transport ta` l-Isptar San Luqa diġa joffri transport b'lifter b'xejn lill-pazjenti b'disabilita` kull meta jkollhom bżonn jiġu l-isptar.", "TARZNA - SELF", "9253.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- Gvern Laburista kien sellef Lm24.6 miljun lit-Tarzna biex it-Tarzna tkun tista' tħallas dejn dovut lill-Income Tax, Sigurta' Nazzjonali u entitajiet oħra tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-flus għaddew mid- Dipartiment tat-Taxxi Interni u x'kienu l-ammonti għall-Income Tax u Kontribuzjonijiet għas-Sigurta' Nazzjonali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Bejn Ottubru u Novembru 1997 kienu saru dawn il- pagamenti:", "Lm7,826,474 biex ikopri ammonti dovuti bħala Income Tax.", "Lm6,123,123 biex ikopri ħlas ta` kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali.", "PORT ĦIELES - IMPJEGATI", "9260.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6285 li tirrigwardja n-numru ta' nies li ġew ingaġġati bħala crane operators u security mal-Freeport bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 u mill-5/9/98 sal- lum - lokalita b'lokalita'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, jiġifieri matul l-aħħar Amministrazzjoni Laburista, ġew impjegati 51 equipment operator mal-Malta Freeport.", "Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u d-29 ta' April 1999, ġew impjegati 11-il security controller u equipment operator wieħed.", "Dawn l-impjegati ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "Attard 2, Buġibba 1, B'Bugia 4, Dingli 1, Gżira 1, Ħamrun 1, Luqa 1, Marsascala 2, Mtarfa 1, Msida 1, Mqabba 1, Naxxar 2, Paola 2, Qormi 15, Qrendi 3, Rabat 1, Sliema 1, Siġġiewi 2, Tarxien 1, Valletta 6, Xgħajra 2, Żebbuġ 10, Żejtun 1, Żabbar 1.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - CONVERSION COURSE", "9263.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Billi naf li hemm mill-anqas enrolled nurse wieħed li jaħdem fi sptar privat u li hu interessat li jkun sponsored mill-istess sptar fejn jaħdem biex jagħmel il-Conversion Course għall-SRN u billi dan it-tip ta' kors isir biss mill-Institute of Health Care, għaliex persuni bħal dawn ma jitħallewx jattendu għal dan il-kors la darba l-institute se jitħallas għal dan il-Conversion Course mill-isptar privat in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ FOSSA TAL-QAMĦ - MANUTENZJONI", "265.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi saret parti biss min Triq Fossa tal-Qamħ fiż-Żejtun u ma saritx kollha, u fil-każ meta se ssir il-kumplament ta' din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mhux qed isir mid- Dipartiment tat-Toroq.", "PULIZIJA - EŻAMIJIET - REVIŻJONI TA' KARTI", "9268.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Fl-isfond li l-kuntistabbli, li ismu qiegħed jintbagħat separatament, li kien weħel fl-eżami għal surġent u li ġie promoss għal grad ta' surġent wara li ntalbet revision of paper, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw kuntistabbli għal revision of paper u kemm għaddew mill-eżami wara li saret revision of paper?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kien hemm 4 kuntistabbli li applikaw għar-revision of paper wara r-riżultat ta' l-eżami għal grad ta' surġent.", "Ninsab infurmat ukoll li saret ir-revision of paper ta' żewġ applikanti u f'każ minnhom il-persuna konċernata ġiet promossa filwaqt li l-persuna l- oħra xorta ma għaddietx.", "Il-każijet taż-żewġ applikanti l-oħra għadhom pendenti.", "PULIZIJA - QAWRA - GĦASSA", "9269.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid minn fejn ġiet akkwistata l-għamara l-ġdida li daħlet fl- għassa tal-pulizija tal-Qawra?", "Jekk saru xi donazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid minn min saru u kif dawn ta' l-aħħar kienu akkwistawhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-Għaqda Qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija għamlet donazzjoni ta' skrivanija, u ta' airconditioners u ceiling fans biex jintużaw fl-Għassa li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant."]} {"filename": "20020723_781d_par.doc", "date": "2002-07-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 781 It-Tlieta, 23 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 781", "It-Tlieta, 23 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "781", "It-Tlieta, 23 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 1", "KUNSENS 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-KOSTITUZZJONI (KUMITAT)", "CONSTITUTION (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) 7", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI (KUMITAT U TIELET QARI))", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL(COMMITTEE STAGE AND THIRD READING) 10", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (KUMITAT)", "SPORTS BILL (COMMITTEE STAGE) 19", "AĠĠORNAMENT 35", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 40", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 780 li saret fit-23 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIV ta' l-2002 - Att ta' l-2002 dwar is-Sigurta' fl-Ikel.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MEPA - ATKINS REPORT", "34775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għall-Atkins report, jista' il-Ministru jinformani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rrimedjat l-periklu fuq iċ- ċittadini u t-turisti, biċ-ċaqliq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal- proġett inkwestjoni?", "Min se jerfa' ir-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix irrimedjat il-periklu msemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi l-pjanti u r-rapporti sottomessi mill-applikant fl-applikazzjoni għal Tigne` sports phase u Tigne` link road - jikkonċernaw il-fire safety, il- ventilazzjoni u d-disinn tat-triq - ġew mibgħuta mid-direttorat ta` l- ippjanar lis-civil protection department u lit-transport authority għall- kummenti tagħhom.", "Dawn iż-żewġ dipartimenti aċċettaw dawn id-dokumenti iżda l-fireproofing, il-ventilazzjoni u l-illuminazzjoni tat-tunnel, fil- ħruġ tal-permess ta` żvilupp ġew ritenuti bħala materji li jridu jiġu approvati qabel ma jiġi kkummissjonat ix-xogħol tat-tunnel u allura suġġetti għall-approvazzjoni tat-transport authority.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol sarx diġa' u allura jeżistix il-periklu li qed jissemma' fid-domanda?", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Ix-xogħol għadu ma sarx u allura m'hemmx periklu.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar applikazzjoni li saret mill-MIDI consortium għal dak li għandu x'jaqsam mal-proġett ta' Tigne`.", "Fil-fatt l-Atkins report huwa rapport li għamel konsulent privat – dan ma tqabbadx min-naħa tal-gvern jew minn xi awtorita` imma tqabbad minn xi ħadd li qed joġġezzjona għall-mod kif inhu mfassal ix-xogħol - u effettivament sakemm ittieħdet id-deċiżjoni mill-bord, dan ir-rapport ma kienx għadu ngħata lill-awtorita' imma saret biss sottomissjoni verbali minħabba li meta l-konsulent ta' l-objector mar biex jagħmel l- oġġezzjonijiet tiegħu, kien diġa` skada l-perjodu stipulat fil-liġi meta dan seta' jagħmlu.", "Għaldaqstant meta l-każ tela` quddiem il-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar u l-ambjent, iċ-chairman ta' l-awtorita` ħalla lill-konsulent jagħmel il-preżentazzjoni tiegħu verbali ġaladarba legalment ma setax jippreżenta dokument bil-miktub.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Huwa minnu li għalkemm l-iżviluppaturi tal-MIDI consortium iridu jagħmlu l-iżvilupp tat-tunnel u tat-toroq, it-toroq se jibqgħu għat-titlu tal-gvern?", "Kemm huwa importanti li x-xogħlijiet jiġu vetted sabiex il-gvern ikun assigurat li d-drittijiet li għandu f'dak li jirrigwarda safety requirements, kemm fit-tunnels kif ukoll fit-toroq, ikunu eżerċitati, prattikati u segwiti?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħlief f'każi eċċezzjonali, it-toroq kollha, anke fil- maġġoranza ta' dawk privati, huma miftuħin għall-pubbliku.", "Anzi bl-emendi li għamilna riċentement assigurajna aktar it-titlu tal-pubbliku li jeċċedi għat-toroq, ħlief f'xi estate privat fejn il-każi huma ftit.", "Fil-fatt waħda mill-kondizzjonijiet biex tibni hi li jkollok sa nofs it-triq u allura fil-każ tal-maġġoranza tat-toroq fejn sar żvilupp riċenti, dawk huma proprjament tal-privat.", "Ħafna minnhom huma tas-sidien li jgħixu f'dawk it-toroq jew inkella ta' dawk li jkunu ħallsu għall-expropriation li jkun għamel il-gvern for the benefit of third parties.", "Pero` ġaladarba mbagħad il-gvern iwittihom u jagħmel xogħlijiet fihom, isiru pubbliċi u jista' jużahom kulħadd.", "M'għandi xejn fil-file li jindika li mhux se jsir hekk ukoll f'dan il-każ, Sur President.", "L-ewwelnett Atkins huwa l-isem tal-kumpannija u mhux tal-persuna li għamlet ir-rapport.", "Dan ir-rapport sar minn ditta ta' konsulenza privata ta' lukanda li qed toġġezzjona għall-proġett ta' Tigne` u tal-MIDI u ma ġiex ikkummissjonat mill-gvern jew mill-Malta environment and planning authority.", "Fuq il-mina m'hu se jinbeda l-ebda xogħol qabel ma jiġu kkonsidrati l-oġġezzjonijiet, jingħata l-permess mis-civil protection department, mit-transport authority u mbagħad mill-MEPA.", "MEPA - ATKINS REPORT", "34776.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-Atkins report, jista' il-Ministru jinformani x'investigazzjoni saret sabiex jitħares u jiġi rrimedjat il-periklu għaċ- ċittadini u t-turisti, biċ-ċaqliq tal-mini mill-pjanta oriġinali tal- proġett inkwistjoni?", "Min se jerfa' r-responsabbilta' kemm-il darba ma jiġix irrimedjat il-periklu msemmi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill- awtorita' ta' l-ippjanar u l-ambjent.", "FTEHIM MAL-FAO", "34777.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 31375 għas-sena 1998?", "Meta kien Malta d-direttur ġenerali tal-FAO?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Id-direttur ġenerali tal-FAO kien żar Malta bejn it-12 u l-14 ta' April, 1997 meta l- istess Onor. Interpellant kien ministru tal-biedja u sajd.", "Nerġa' ntenni li ma jirriżulta xejn minn imkien li seta' kien sar xi ftehim bejn il-ministeru tal-biedja u sajd u l-FAO u jekk bħala l-ministru responsabbli ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Membru għandu xi kopja tal-ftehim li qed jgħid li sar, napprezza ħafna jekk jgħaddili kopja!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mingħajr ma nidħol f'polemika, nixtieq inkun naf kif il-Ministru qed jgħid li ma jafx b'dan ir-rapport meta kien hu stess li ġeddu meta żar il-kwartieri ġenerali tal-FAO!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, lanqas jien ma rrid nidħol f'polemika pero' irrid ngħid li fiż-żmien indikat fil-mistoqsija oriġinali l-Onor.", "Farrugia kien ministru, apparti li jaf kemm jinħela ħin biex in-nies taċ- ċivil joqogħdu jfittxu biex jippreparaw ir-risposti.", "Infakkru li dawn jitħallsu mit-taxxi tal-poplu wkoll.", "Ir-risposta li għandi quddiemi ġiet ippreparata minn tekniku li meta l- Onor. Farrugia kien ministru, kien ir-right-hand man tiegħu u dan qed jgħid lill-Onor.", "Interpellant li jekk hu bħala ministru responsabbli dak iż-żmien għandu kopja tal-ftehim li qed jgħid li sar, japprezza ħafna jekk jgħaddihielu.", "Għax safejn jaf hu u safejn naf jiena, dan il-ftehim qatt ma sar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena m'iniex insemmi t-tekniċi u xi stoffa għandhom imma qed nagħmel mistoqsija speċifika.", "Il-Ministru kien hu li ġedded dan il-ftehim li l-Gvern Malti kien għamel mal-FAO fl-1997 u allura għandi nifhem li għamel il-verifiki u l-analisi kollha biex ikun f'pożizzjoni li jara x'irid iġedded.", "Allura kif issa qed jgħid li ma jafx bih ladarba ġeddu!", "Jien anke ġejt informat mill-FAO li kienu żiedu xi $ US 8,000 biex jakkomodaw it-talba li kien ressaq il-Ministru abbażi ta' dan il-ftehim.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'follow-up sar f'dan ir-rigward biex inkun nista' nagħmel il-verifiki tiegħi, mingħajr bl-ebda mod ma rrid naħli l-ħin tan-nies taċ-ċivil, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Farrugia għandu dritt jgħid dak li jogħġbu u dak li jrid, pero' nerġa' ntenni li r-risposti għad-domandi parlamentari jiġu ppreparati mit-tekniċi tagħna u wara li aħna niċċekkjawhom, nirrepetu dak li huma jkunu lestew.", "Issa skond ir-risposta li lestieli s-Sur George Carbone - dak iż-żmien kien ir-right-hand man ta' l-Onor.", "Noel Farrugia u llum qiegħed wieħed mid-diretturi ġenerali fil-ministeru - ma jirriżulta minn imkien li kien sar xi ftehim bejn il-ministeru tal-biedja u sajd u l- FAO, aħseb u ara kemm stajt inġeddu!", "Barra minn hekk, ma jidhirlix li l-Onor.", "Farrugia għandu jistaqsi meta kien ġie Malta d-direttur ġenerali tal-FAO għax dak iż-żmien kien sar pranzu għand il-President tar-Repubblika u l-Onor.", "Membru kien mistieden!", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nerġa` ngħid li m'iniex qed nagħmel mistoqsija lid-direttur ġenerali imma lill-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "Taħt gvern preċedenti Laburista kien intlaħaq ftehim bejn il-Gvern Malti u l-FAO matul iż-żmien li Jacques Diouff kien Malta u l-Ministru Ninu Zammit dan il-ftehim irriaffermah.", "Sussegwentement għal dan il-ftehim, kienu ġew numru ta' esperti biex jagħmlu rapporti fuq Malta u allura l- Ministru ma jistax jgħid li ma jafx bih dan il-ftehim.", "Issa jien qed nagħmel din id-domanda biex fir-recess tas-sajf inkun nista' nanalizza dak li ħareġ minn dawn ir-rapporti ta' l-esperti u nagħmel l-istudji tiegħi fuqhom.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nidħlu kif u x'fatta għax dawn huma fatti u jekk stess is-Sur George Carbone żbalja, ma jfissirx li l-Ministru għandu jibni fuq premessa żbaljata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, dan il-ftehim jeżisti biss fil- fantasija ta' moħħ l-Onor.", "Farrugia għax ħadd mid-diretturi jew mid- diriġenti tal-ministeru ma jaf bih.", "Jekk l-Onor.", "Membru jaf li dan il- ftehim jeżisti, nitolbu jagħtini kopja.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jiċħad li hu għamel arranġamenti addizjonali għall-ftehim li kien intlaħaq fi żmien gvern preċedenti mal-FAO, bil-għan li jkun hemm somma vvotata ta' aktar minn $US 300,000 ħalli abbażi ta' dan il-ftehim jiġu kkummissjonati diversi rapporti dwar il-futur tal-biedja f'Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn dan il-ftehim li ma jeżistix tista' tagħmel miljun rapport, iżda jiena la se niċħad u lanqas se nikkonferma li jien għamilt xi tiġdid fuq ftehim li ma jeżistix.", "EDUKAZZJONI – SAFAR UFFIĊJALI", "34778.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34030, jista' il-Ministru jgħid kemm mill-flus tan-nefqa tas-safar intefqet sabiex intbagħtu żgħażagħ u studenti mill-kulleġġ tal-biedja sabiex jitħarrġu fuq produzzjoni agrikola organika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li peress li l- mistoqsija parlamentari kienet tittratta nefqa fuq safar ministerjali u dipartimentali, din ma kenitx tinkludi l-programmi varji segwiti mill- istudenti.", "Informat ukoll li bejn Jannar u Mejju, l-istudenti tal-kulleġġ agrikolu kellhom opportunita` ta' tliet skambji-korsijiet barra minn Malta.", "Wieħed minnhom kien kors dwar id-dwieli fil-collegio di agricoltura Rosalini.", "Dan il-kors kien jinkludi l-produzzjoni agrikola tad-dwieli.", "Programm ieħor kien fi Brietel college of agriculture, li kien jinkludi prattika flimkien ma' studenti Franċiżi f'ażjendi differenti, fosthom xi wħud li jipprattikaw l-agrikoltura organika.", "La l-ministeru u lanqas id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma ġew involuti fi spejjeż biex sar dan it-taħriġ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Hemm il-ħsieb li korsijiet simili jiġu estiżi għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp rurali?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fejn si tratta ta' taħriġ u studji li għandhom x'jaqsmu ma' xjenza agrikola u vokazzjonijiet u snajja' f'dan il-kamp, il- ħsieb huwa li fejn ikun possibbli jsiru skambji ta' studenti b'esperjenza diretta u anke taħriġ għal għalliema Maltin u għalliema barranin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' il-Ministru jispjega kif jitmexxa' il-kulleġġ agrikolu?", "Kif jitqassmu l-kompetenzi bejn il- ministeru ta' l-edukazzjoni u l-ministeru tal-biedja u kif jiġu rranġati l- kurrikulu u l-istrateġija tal-kulleġġ?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kulleġġ tal-biedja huwa skola oħra tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u għandu l-istess status bħalma għandhom l-iskejjel l- oħra kollha tad-diviżjoni.", "Filwaqt li f'din l-iskola isir xogħol ta' ċerta utilita', li tiġbed lejha numru ta' żgħażagħ li altrimenti jistgħu jsibu diffikulta' kif ikomplu ċerta esperjenza edukattiva, din it-tifsila ftit speċjalizzata mhijiex it- tip ta' taħriġ li l-pajjiż verament għandu bżonn.", "Huwa għalhekk li bħalissa għandna working group - magħmul minn nies tal-ministeru għall-agrikoltura u mill-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija – li b'konsultazzjoni ma' nies barra minn Malta, qegħdin ifasslu t-tifsila ta' l-istitut ta' l-agri- kummerċ.", "Nittamaw li l-proposti jkunu konklużi tul din is-sena biex kemm jista' jkun kmieni s-sena d-dieħla, l-institute of agri-business studies ikun jista' jitwaqqaf u joffri firxa ta' korsijiet fid-diversi dixxiplini li għandna bżonn biex ikollna nies imħarrġa f'livelli differenti ħalli jsostnu l- katina ta' produzzjoni ta' l-ikel kif ukoll jissorveljaw il-kwalita` meħtieġa fid-diversita` tal-prodotti kkonsmati f'Malta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inkun korrett meta ngħid li kif inhu organizzat bħalissa, il-kulleġġ tal-biedja m'għandux entita` ġuridika?", "Kemm huwa veru li dan il-kulleġġ m'għandux bord li jmexxih?", "Kemm huwa veru li l-istrutturi ta' kontroll fuqu ġejjin mill-ministeru ta' l-edukazzjoni, b'mod ftit jew wisq superfiċjali, tant li l-akkuża hi illi dan il-kulleġġ huwa aktar dedikat lejn l-allevament tal-qtates milli lejn affarijiet oħra bħala skola!?", "Ma jidhirlux il-Ministru li qed inkunu ftit mgħaġġla biex nittimbraw il- kulleġġ tal-biedja bħala agri-business?", "Ma jkunx aktar importanti li l- ewwelnett nikkonċentraw fuq it-teknoloġija tal-biedja, kif adatta għal Malta, aktar milli nippruvaw ngħaddu minnufih għall-kunċett ta' business?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' ngħid li l-iskola hija skola bħall-iskejjel l- oħra għalkemm l-istatus ta' l-iskejjel kollha huwa ftit ambigwu.", "(Interruzzjonijiet) Imma għax l-institute for tourism studies huwa mwaqqaf apposta għal dak l-iskop, mentri din hija skola tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni li teknikament ġiet imsejħa kulleġġ tal-biedja.", "Din għandha kap li jintgħażel bil-proċeduri normali, kif normalment jintgħażlu kapijiet ta' skejjel oħra, b'sejħa tal-public service commission u hemm ukoll il-kunsill skolastiku li bħala tali sal-lum mhuwiex upfront.", "Pero' nemmen li dan il-kulleġġ għandu jissejjaħ agri-business għax meta qed nitkellmu fuq istitut li se jitwaqqaf fi ħdan il-kulleġġ vokazzjonali, qegħdin nitkellmu fuq tagħlim u taħriġ li jibda mill-iċken livell u jibqa' tiela sa level 5.", "M'aħniex qed nimmiraw li nitilgħu f'level 5 f'sena, tnejn jew tlieta.", "Fl-universita' diġa' jagħmlu xogħol ta' level 4 u level 5, għalkemm għad irid jiġi eżaminat mill-working group li semmejt kemm ix- xogħol huwa eżattament minsuġ mal-bżonnijiet li għandu l-pajjiż.", "Il-ħsieb hu li nikkonsidraw li nirrazzjonalizzaw sew ir-riżorsi umani li għandna kif ukoll il-faċilitajiet tad-diversita' ta' korsijiet li jista' jkun hawn, inkluż dak li qed isir fl-universita'.", "Irridu naraw kif se norbtu dak li qed isir fl-universita' - li teknikament huwa ta' livell 4 u livell 5 - ma' dak li żgur jista' jsir mill-kulleġġ li jkun ta' livell 1, 2 u jista' jitla' sa 3.", "Issa mbagħad irridu naraw kif se noħolqu l-agganċ bejn it-tnejn.", "Irridu naraw jekk l-istituti jibqgħux biċċa fil-kulleġġ u biċċa fl-universita', jew inkella jkunx aħjar li l-istitut ta' l-agri- business ikun istitut li jista' jassumi r-responsabbilta' għar-range kollha tal-kompetenzi meħtieġa.", "Din hija xi ħaġa li għad irridu nitgħallmuha u naraw ukoll il-feasibility tagħha, Sur President.", "Qed ngħid li dan għandu jissejjaħ agri-business għax fil-fatt fil-pajjiż diġa' hawn ċerti elementi ta' produzzjoni li huma ta' ċerta raffinatura relattivament differenti minn dik li aħna mdorrijin biha.", "M'humiex se jiġu ttraskurati l-iżviluppi tal-ħiliet l-aktar bażiċi għax dawk isiru fl-ewwel livell minn studenti illi jkollhom dik ix-xeħta partikolari u jkollhom il- kwalifiki ta' edukazzjoni bażika li tinduċihom li jistgħu jilħqu l-livelli ta' dak il-kors mingħajr ma wieħed jagħlqilhom l-opportunitajiet li jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-ewwel livell - li huma prattikament dak li nagħmlu llum fl-iskola tal-biedja - ikunu jistgħu jipproċedu għat-tieni livell, fejn jidħlu għal affarijiet fejn ikollhom skills ta' ċertu mmaniġġjar tat-tieni livell u anke jistgħu jimxu aktar 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Sur President, f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-ministeru ta' l-intern u l-ambjent, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 34995.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Proprju fir-rappurtaġġ tal-PBS tas-seduta ta' dalgħodu, dan l-istazzjon irrapporta lill-kelliema li tkellmu dwar l-atti li għandna quddiemna dwar l-elezzjonijiet ġenerali u l-Kostituzzjoni, u jien ma ġejtx covered mill-PBS għal dak kollu li għedt fid-dibattitu ta' dalgħodu, qiegħed inqajjem ksur ta' privileġġ f'dan is-sens.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-KOSTITUZZJONI", "CONSTITUTION (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 – Emenda ta' l-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni.", "Clause 2 - Amendment of article 57 of the Constitution.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan l-abbozz ta' liġi jikkonsisti fi klawsola waħda li se temenda l-artiklu 57 tal-Kostituzzjoni, u speċifikament dik il-parti li tipprovdi l-kwalifiki tar-residenza.", "L-artiklu preżenti 57 tal-liġi, prattikament jitratta dwar il-kwalifiki u l-iskwalifiki ta' persuna li tiġi reġistrata fir-reġistru elettorali ta' pajjiżna għal skopijiet ta' votazzjoni u jgħid li biex persuna tagħmel dan, trid tkun ċittadin Malti, trid tkun għalqet l-eta` ta' 18-il sena, trid tkun residenti f'Malta u li fit-18-il xahar preċedenti għar-reġistrazzjoni tagħha tkun għaddiet f'Malta mill-inqas sitt xhur.", "L-uniċi żewġ eċċezzjonijiet, bil-proviso ta' dak l-artiklu, li hemm għal dan il-perijodu ta' sitt xhur fl-aħħar 18-il xahar huma għal min hu fis- servizz pubbliku u jintbagħat biex iservi barra minn Malta, bħall- ambaxxaturi, u għal min hu parti minn forza dixxiplinata.", "Din it-tieni parti kienet daħlet fl-1964, minħabba li r-reġimenti Maltin kienu għadhom jiffurmaw parti mill-forza armata Ingliża u kienu anke jservu barra minn Malta.", "L-emenda li qiegħda tiġi proposta hawnhekk hija fis-sens li nkabbru, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kategoriji ta' nies li jkunu eċċezzjoni għar- regola ta' residenza ta' sitt xhur fl-aħħar 18-il xahar mir-reġistrazzjoni.", "Qegħdin ngħidu li l-kategoriji preżenti, u ċioe` ta' min jaħdem fis- servizz pubbliku u ta' min ikun parti f'forza dixxiplinata, għandhom jiġu estiżi għall-kategoriji li se nsemmi:", "1) min ikun qiegħed jaħdem \"barra minn Malta, fl-interess ta' xi Awtorita`, Korporazzjoni jew Aġenzija jew bħala impjegat tagħha\", u liema awtorita`, korporazzjoni jew aġenzija \"tkun imwaqqfa skond il-liġi jew ta' xi kumpannija jew soċjeta` li fiha l-Gvern ta' Malta ikun l-azzjonist parteċipattiv maġġoritarju\".", "L-ewwel kategorija ta' nies li qegħdin nipproponu li jiġu eżentati huma dawk li qegħdin jaħdmu barra minn Malta fl-interess ta' jew huma impjegati ta' xi awtorita`, korporazzjoni jew aġenzija mwaqqfa b'liġi, bħal per eżempju l-Enemalta u l-Malta Drydocks, jew inkella huma impjegati ta' xi soċjeta` Ii minnha l-gvern Malti għandu mill-inqas 51%, bħal per eżempju l- Air Malta.", "Qegħdin ngħidu li dawn, għalkemm m'humiex fis-servizz pubbliku, pero' huma fis-servizz pubbliku estiż, u għalhekk għandhom igawdu mill- istess protezzjoni li teżisti llum għall-impjegati tas-servizz pubbliku.", "It-tieni kategorija hija din:", "2) dawk li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom barra minn Malta jew huma impjegati \"f'xi korp internazzjonali li Malta tkun membru fih\", jew inkella huma nomini tal-gvern Malti u qegħdin iservu barra minn Malta.", "Il-każijiet hawnhekk jistgħu jkun varji, minn imħallef fil-Qorti Internazzjonali f'The Hague għal imħallef fi Strasbourg, rappreżentant ta' Malta fl-ILO jew fl-FAO u impjegat fil-Council of Europe.", "Again, dawn huma estensjonijiet ġodda ta' kif jaħdem il-gvern u allura qegħdin nikkunsidraw dawn il-karigi bħala servizz pubbliku ukoll.", "It-tielet kategorija ta' nies li qegħdin nipproponu li jiġu eżentati huma: 3) dawk li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom barra minn Malta, fl-interess ta' jew impjegati ta' persuni, soċjetajiet jew kumpanniji li jkunu reġistrati taħt xi liġi f'Malta.", "Qegħdin ngħidu li bħalma qegħdin nipproponu li neżentaw prattikament lil kull min jagħti sehmu fis-servizz pubbliku jew fis-servizz pubbliku estiż, din l-istess estensjoni għandha tapplika għal min jintbagħat barra minn Malta mill-employer tiegħu.", "Ma naraw l-ebda raġuni għaliex għandna niddistingwu bejn is-servizz pubbliku u s-servizz privat f'kumpannija reġistrata f'pajjiżna.", "Fir-raba' kategorija, u ngħid mill-ewwel li hawnhekk jidher li hemm oġġezzjonijiet kbar min-naħa ta' l-oppożizzjoni, li lanqas biss ġew spjegati fl-istadju tat-Tieni Qari, qegħdin nipproponu li neżentaw lil:", "4) dawk li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom barra minn Malta f'xi \"organizzazzjoni volontarja, reliġjuża jew ta' karita` mwaqqfa f'Malta\".", "Hawnhekk irridu nkopru lil dawk li b'sens ta' solidarjeta` u ta' karita`, imorru jgħinu lil min hu inqas vantaġġjat minna jagħtu s-servizz tagħhom fost persuni li qegħdin ibatu, fost komunitajiet li għandhom bżonn mhux biss ta' għajnuna finanzjarja imma anke ta' għajnuna reliġjuża u umanitarja.", "Jidhrilna li min jagħmel dan il-ġest nobbli m'għandux jitlef id-dritt tal-vot.", "Qegħdin nipproponu wkoll li l-istess eżenzjoni tiġi estiża għal:", "5) dawk li qegħdin barra minn Malta għal kura medika; u", "6) dawk li qegħdin barra minn Malta fuq kors ta' studji.", "tiġi estiża għal min qiegħed barra minn Malta minħabba kura medika jew inkella minħabba li qed isegwi xi kors ta' studju.", "L-għan prinċipali ta' klawsola 2 huwa li l-eżenzjoni li teżisti llum fil-liġi tagħna, liema eżenzjoni hija limitata ħafna, tiġi estiża għal kulmin huwa residenti f'Malta, pero` għar-raġunijiet li għadni kif semmejt.", "Qed ngħidu wkoll li din l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-konjuġi kif ukoll għat-tfal minuri tagħhom għax sal-lum għadha teżisti l-anomalija li filwaqt li, per eżempju, ambaxxatur jew first secretary f'ambaxxata huwa kopert bl-eżenzjoni tal- liġi, il-konjuġi tiegħu jew tagħha m'humiex koperti b'din l-eżenzjoni bil- konsegwenza li jinqatagħlhom id-dritt tal-vot.", "Sur President, aħna qed nagħmlu wkoll ċerti kawteli għal dawn l- eżenzjonijiet.", "Per eżempju, dawn l-eżenzjonijiet japplikaw biss jekk wieħed ikun diġa' reġistrat, jiġifieri persuna li llum ma tidhirx fir- reġistru elettorali u li bis-saħħa ta' wieħed minn dawn l-artikli jista' jkun li tikkwalifika għall-eżenzjoni m'hijiex se taqa' taħt l-ambitu` tal- liġi għax biex tiskatta l-eżenzjoni, il-persuna trid tkun diġa' kienet reġistrata, ħlief fil-każ ta' wild li jagħlaq it-18-il sena waqt li jkun qiegħed barra minn Malta.", "Jekk persuna li tkun reġistrata u li għandha d- dritt tal-vot tiġi nominata fuq xi korp internazzjonali tal-gvern barra minn Malta, malli din il-persuna tmur tgħix barra minn Malta, tibda tgawdi minn din l-eżenzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li bis-saħħa ta' din il- klawsola, il-mara u t-tfal ta' min jikkwalifika għal din l-eżenzjoni se jibdew igawdu minn din l-eżenzjoni huma wkoll, anke f'każ li, kif għedt diġa', xi wild minnhom jagħlaq 18-il sena waqt li jkun qed jgħix barra minn Malta.", "Sur President, klawsola 2 qed tagħmilha ċara li l-Parlament jista' jirregola l-metodu ta' kif issir ir-reġistrazzjoni tan-nies li japplikaw għal din l-eżenzjoni b'liġi.", "Il-ħsieb huwa li jkun hemm reġistru amministrat mill-Kummissjoni Elettorali fejn kulmin japplika għal din l- eżenzjoni jiġi reġistrat fih.", "Din il-klawsola tkompli tgħid illi l- Kummissjoni Elettorali tista' tipproponi kriterji sabiex wieħed ikun jiddefinixxi aħjar x'inhi, per eżempju, kura medika, korsijiet ta' studju, x'dokumenti wieħed għandu jissottometti u x'verifikazzjonijiet għandhom isiru, u għalkemm dawn ir-regolamenti għandhom isiru mill-Kummissjoni Elettorali, qabel ma jiġu in vigore jridu jiġu approvati mill-Parlament.", "Aħna ħassejna l-bżonn li nirrivedu l-pożizzjoni li ħa dan il-Parlament fl- 1964, u fil-fatt dawn li qed insemmi m'huma xejn ħlief estensjoni tad- drittijiet eżistenti, liema estensjoni jidhrilna li hija ġustifikata.", "Biex inkun poġġejt il-fatti kollha quddiem dan il-Parlament, irrid ngħid li matul id-diskussjonijiet li saru fuq dan l-abbozz ta' liġi ż-żewġ partiti politiċi qablu f'kollox ħlief fuq paragrafu (f) ta' subartiklu (2) t'artiklu 57 kif propost fi klawsola 2, għax il-partit Laburista ma qabilx li dawk li jkunu barra minn Malta minħabba li jkunu qed jagħmlu xi xogħol volontarju għandhom igawdu minn din l-eżenzjoni wkoll, u għalhekk id- dokument li ġie ffirmat miż-żewġ partiti politiċi jinkludi biss dak li kien hemm qbil dwaru, jiġifieri l-eżenzjoni għall-organizzazzjonijiet volontarji, reliġjużi jew ta' karita` mwaqqfa f'Malta m'hijiex inkluża f'dan id-dokument.", "Madanakollu aħna jidhrilna li m'għandniex niddiskriminaw kontra min ikun qiegħed barra minn Malta minħabba li jkun qed jagħmel xi xogħol volontarju u nħossu li hekk kif għandu jikkwalifika għal din l-eżenzjoni min jagħti s-servizz tiegħu bi ħlas barra minn Malta, hekk ukoll, anzi iktar u iktar, għandu jikkwalifika għal din l-eżenzjoni min jagħti s-servizz tiegħu bla ħlas barra minn Malta.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ġaladarba m'hawnx iktar rimarki, nerġa' ntenni dak li qal il-Prim Ministru qabel.", "Bi spirtu li nipprovaw naslu u li kemm jista' jkun nimxu 'l quddiem flimkien, lanqas jekk mhux bil- passi kollha li tixtieq din in-naħa imma bil-passi li niftehmu fuqhom, se nerġa' ntenni l-offerta li għamel il-Prim Ministru dalgħodu, ċioe` li jekk paragrafu (f) huwa daqstant oġġezzjonabbli għall-membri tan-naħa l-oħra u jekk dawn isibuha tant diffiċli biex iniżżluha li min imur jagħti s- solidarjeta` tiegħu barra minn Malta għandu jibqgħalu d-dritt tal-vot imma jidhrilhom li lil dawn in-nies għandna naqtgħulhom id-dritt tal-vot, il- gvern huwa lest li jirtira dan il-paragrafu, allavolja aħna jidhrilna li huwa diskriminatorju li l-gvern jagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, il-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni hi li jekk stess neliminaw paragrafu (f), hija xorta waħda m'hijiex disposta li tivvota favur l-emendi l-oħra li qbilna fuqhom.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nirrapporta l-abbozz ta' liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 2 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of article 2 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Biex nevitaw l-ekwivoċi, se nagħmel tifsira qasira ħafna ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-klawsoli kollha ta' dan l-abbozz ta' liġi, ħlief għal klawsola 5, li għandha numru ta' subklawsoli li jirriferu għall-Abbozz ta' liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - liema abbozz ta' liġi ovvjament m'huwiex se jgħaddi u allura klawsola 5 se jkollha tiġi rtirata - u għal paragrafu (b) t'artiklu 112 kif propost fi klawsola 30, huma kkopjati mid-draft bill li ssottomettiet l-oppożizzjoni, u qed ngħid dan biex inkunu ċari.", "Ħlief għal klawsola 5 u għal paragrafu (b) ta' klawsola 30, il-klawsoli kollha ta' dan l-abbozz ta' liġi huma kollha kkopjati mid-draft bill li għamlet l- oppożizzjoni, liema draft bill jirrifletti l-qbil li kien hemm bejn iż-żewġ partiti politiċi.", "Dan qed ngħidu biex inkunu ċari dwar min ippropona dawn il-klawsoli ħalli, per eżempju, ma jkunx hawn min jaħseb li klawsola 2 hija vvintata mill-gvern.", "Klawsola 2 hija kopja - m'iniex se ngħid li hija kkopjata verbatim għax ikun hemm stili differenti ta' drafting - ta' dak li ġie maqbul bejn il-partiti politiċi.", "Fil-fatt il-bażi tal-ħidma ta' dan l- abbozz ta' liġi kien id-draft bill li ffirmat u ssottomettiet l- oppożizzjoni", "Klawsola 2 qed tbiddel uħud mid-definizzjonijiet, bħal per eżempju, id- definizzjoni ta' \"ballot box\", ta' \"official mark\" u ta' \"polling place\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 3 - Emenda ta' l-artikolu 7 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 3 - Amendment of article 7 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 3 hija klawsola oħra li hija kopja eżatta ta' dak li ġie propost mill-oppożizzjoni permezz tad-draft bill li ressqet, liema draft bill ġie ffirmat mill-Membri kollha ta' l- oppożizzjoni, u din il-klawsola qiegħda tiddefinixxi xi ftit aħjar x'inhuma d-doveri tal-Kummissjoni Elettorali.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 3.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 3 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-artikolu 10 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 4 - Amendment of article 10 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, għal darb'oħra klawsola 4 hija kkopjata kelma b'kelma mill-proposta li saret fid-draft bill li kif għedt diġa', ġie iffirmat mill-Membri kollha ta' l-oppożizzjoni u ppreżentat minnhom stess.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 10 ta' l-Att prinċipali u tittratta dwar id-delegati tal-partiti politiċi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 4 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 5 - Emenda ta' l-artikolu 21 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 5 - Amendment of article 20 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 5 hija konsegwenzjali għall- emendi li hemm proposti għall-Kostituzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 5 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 - Emenda ta' l-artikolu 26 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 6 - Amendment of article 20 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 6 hija kopja eżatta ta' dak li ġie propost mill-grupp parlamentari Laburista fid-draft bill li ffirma u ssottometta f'dan il-Parlament.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 26 ta' l-Att prinċipali, liema artiklu jistabilixxi l-informazzjoni li għandha tagħti l-Kummissjoni Elettorali.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 6 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 7 - Emenda ta' l-artikolu 38 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 7 - Amendment of article 38 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 7 hija proposta mill-partit Laburista permezz tad-draft bill li huwa ffirma u ppreżenta.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 38 ta' l-Att prinċipali u tikkonċerna l- appelli fil-każ ta' kanċellazzjoni mir-reġistru.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 7 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 8 - Emenda ta' l-artikolu 49 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 8 - Amendment of article 49 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, klawsola 8 hija riproduzzjoni oħra mill-proposta li saret mill-grupp parlamentari Laburista u li ġiet iffirmata mill-Membri kollha ta' dan il-grupp parlamentari.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 49 u tirrigwarda l-format tal-ballot paper.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 8 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 9 - Emenda ta' l-artikolu 51 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 9 - Amendment of article 51 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 9 hija wkoll riproduzzjoni mid-draft bill li ġie maqbul u ffirmat mill-grupp parlamentari kollu Laburista.", "Din il-klawsola tikkonċerna n-nomini tal-kandidati.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 9 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 10 - Emenda ta' l-artiklu 57 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 10 - Amendment of article 57 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 10 hija wkoll meħuda kelma b'kelma mid-draft bill li ġie sottomess mill-partit Laburista u qed temenda l-artiklu 57, li jittratta dwar in-nomina ta' l-assistant commissioners.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 10 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 11 - Emenda ta' l-artikolu 58 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 11 - Amendment of article 58 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 11 hija kopja oħra mid-draft bill iffirmat u sottomess mill-partit Laburista, qed temenda artiklu 58 u tirrigwarda l- pubblikazzjonijiet ta' l-ismijiet ta' l-assistant commissioners.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 11 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 12 - Emenda ta' l-artikolu 59 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 12 - Amendment of article 59 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 12 hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista f'dan il-Parlament, u għalhekk suppost li l- membri ta' l-oppożizzjoni jaqblu magħha.", "Din il-klawsola qed temenda artiklu 59 ta' l-Att prinċipali, li jirrigwarda l-objections għall-assistant commissioners.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 13 - Emenda ta' l-artikolu 61 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 13 - Amendment of article 61 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 13, li hija wkoll meħuda mid-draft bill li ġie sottomess f'dan il-Parlament b'mozzjoni ffirmata mill-Membri kollha ta' l-oppożizzjoni, tittratta dwar il-ħatra ta' aġenti tal-partiti politiċi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 13 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 14 - Emenda ta' l-artikolu 61A ta' l-Att prinċipali.", "Clause 14 - Amendment of article 61A of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 14, li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista, qed temenda artiklu 61A ta' l-Att prinċipali u tittratta dwar l-aġenti distrettwali.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 14 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 15 - Emenda ta' l-artikolu 62 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 15 - Amendment of article 62 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 15, li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista, qed temenda artiklu 62 ta' l-Att prinċipali u titkellem dwar il-persuni li jiġu misjuba ħatja ta' corrupt practices.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 15 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 16 - Emenda ta' l-artikolu 63 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 16 - Amendment of article 63 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 16, li hija wkoll meħuda mid-draft bill imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mill-partit Laburista, qed temenda artiklu 63 u titkellem dwar l-identifikazzjoni ta' l-aġenti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 16 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 17 - Emenda ta' l-artikolu 64 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 17 - Amendment of article 64 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 17 hija wkoll meħuda mid-draft bill maqbul u sottomess mill-partit Laburista f'dan il-Parlament u qed temenda artiklu 64, li jittratta dwar il-polling places u l-polling dates.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 17għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 18 - Emenda ta' l-artikolu 68 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 18 - Amendment of article 68 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 18, li hija wkoll meħuda mid-draft bill li ġie ffirmat u sottomess mill-partit Laburista, qed temenda artiklu 68 f'dak li għandu x'jaqsam mal-polling booths u l-voting compartments.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 18.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 18 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 – Emenda ta' l-artikolu 78 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 19 - Amendment of article 78 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola li hija meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista f'dan il-Parlament temenda l-artiklu 78 li jirregola meta għandha tingħalaq il-votazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 19.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 19 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 20 – Emenda ta' l-artikolu 86 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 20 – Amendment of article 86 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola wkoll hija meħuda mid-draft bill sottomess f'dan il-Parlament mill-partit Laburista u temenda l-artiklu 86 tal-liġi prinċipali li titkellem dwar tbagħbis mal-kaxxi tal-voti.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 20.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 20 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 21 – Emenda ta' l-artikolu 87 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 21 - Amendment of article 87 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 21 hija meħuda mid-draft bill sottomess mill- partit Laburista u temenda artiklu 87 li jitkellem dwar min igħodd il-voti.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 21 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 22 – Emenda ta' l-artikolu 89 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 22 - Amendment of article 89 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista temenda l-artiklu 89 li jitkellem dwar il- kandidati u l-aġenti tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 22.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 22 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 23 – Emenda ta' l-artikolu 90 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 23 - Amendment of article 90 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 23 li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista temenda l-artiklu 90 li jitkellem dwar il- post fejn isir l-għadd tal-voti.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 23 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 – Emenda ta' l-artikolu 93 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 24 - Amendment of article 93 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista qed temenda artiklu 93 li jitkellem dwar rappreżentazzjonijiet lill-kummissarji.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 24 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 – Emenda ta' l-artikolu 95 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 25 - Amendment of article 95 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola wkoll hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista u qed temenda artiklu 95 li jitkellem dwar rikonċiljazzjoni tal-karti tal-vot.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 25 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 26 – Tħassir ta' l-artikolu 103 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 24 - Repeal of article 103 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 26 hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista u qed temenda artiklu 103 li jitkellem dwar ballot papers ta' distretti oħrajn.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 26 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 – Emenda ta' l-artikolu 107 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 27 - Amendment of article 107 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola li wkoll hija meħuda mid-draft bill tal-partit Laburista temenda l-artiklu 107 li jitkellem dwar preżervazzjoni tad-dokumenti.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 27 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 – Emenda ta' l-artikolu 110 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 28 - Amendment of article 110 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola li wkoll hija meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista temenda l-artiklu 110 li tistabbilixxi l- penali għal informazzjoni falza.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 28 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 – Emenda ta' l-artikolu 111 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 29 - Amendment of article 111 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 29 li hija meħuda wkoll mid-draft bill tal- partit Laburista temenda artiklu 111 li jistabbilixxi l-penali għal misconduct in polling places.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 29 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 – Emenda ta' l-artikolu 112 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 30 - Amendment of article 112 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 30 qed tiġi rtirata peress li din mhijiex meħuda mid-draft bill li ssottometta l-partit Laburista.", "Għalhekk se nipproponi din l-emenda verbali: Klawsola 30 għandha titħassar.", "Clause 30 shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda verbali kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda verbali għaddiet u klawsola 30 ġiet imħassra.", "Klawsola 31 – Emenda ta' l-artikolu 113 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 31 - Amendment of article 113 of the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Klawsola 31 li hija wkoll meħuda mid-draft bill sottomess mill-partit Laburista temenda artiklu 113 li jitkellem dwar il- piena għal ksur ta' segretezza.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 31 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 32 – Żieda tas-Sittax-il Skeda ġdida ma' l-Att prinċipali.", "Clause 32 - Addition of New Sixteenth Schedule to the principal Act.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Din il-klawsola qed tiġi rtirata peress li hija l- iskeda marbuta mal-Kostituzzjoni u għalhekk se nipproponi din l-emenda:", "Klawsola 32 għandha titħassar.", "Clause 32 shall be deleted.", "Sur President ̧ bil-permess tal-Kamra mingħajr ma noqogħdu nagħmlu recommittal se nirtira wkoll klawsola 5 li vvotajna għaliha għax din kienet il-formola li stabbilixxiet il-kriterji taħt il-Kostituzzjoni.", "Għalhekk la l-Kostituzzjoni mhux se tgħaddi ma jagħmilx sens li din il-klawsola tibqa' hawnhekk.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fis-7.12 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-Kamra, se ngħaddi għat- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ̧ jekk jogħġbu ̧ iressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President ̧ nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'dan l-istadju nissuġġerixxi li minflok ngħaddu mill-ewwel biex is-Sedja tagħmel il-mistoqsija fuq dan li għadu kif ippropona l-Ministru, jitressaq it-Tielet Qari fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali biex f'każ li jkun hemm iktar minn talba waħda għal votazzjoni, l-ewwel waħda tittieħed wara 20 minuta u l-oħra tittieħed immedjatament warajha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naqbel li jsir hekk basta jinfetħu l-bibien bejn votazzjoni u oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Mela nimxu hekk.", "Issa, jekk jogħġbu, il-Ministru jipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l- Elezzjonijiet Ġenerali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President ̧ nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l- Kostituzzjoni ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "F'dan l-istadju ma nistax niddikjara li l-Abbozz ta' Liġi għadda għaliex hemm bżonn il-vot favur ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħna qed nitolbu division, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, issa se ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354\", ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-ewwel division li ssejħet tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fis-7:13 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Peress li jrid jiġi aċċertat li l-membri favur jammontaw għal aktar minn żewġ terzi tal-Kamra, nitlob li jissejħu l-ismijiet tal-Membri.", "FAVUR: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "THE DEPUTY SPEAKER: Huwa evidenti li m'hawnx il-vot favur ta' żewġ terzi tal-Kamra kif rikjest mill-Kostituzzjoni u għalhekk niddikjara li l- Abbozz ta' Liġi m'għaddiex mit-Tielet Qari.", "Skond il-ftehim milħuq se npoġġi issa l-mistoqsija fuq it-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "Il- mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l- Elezzjonijiet Ġenerali, Kap 354\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "THE DEPUTY SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "363 FAVUR : 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Asciak Michael |Galea Louis | |Azzopardi |Galea Mario | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 19", "L-Onor.", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Chircop Karl |Law Rita | |Cilia Joe |Mangion Charles | |Coleiro Marie |Parnis Silvio | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Debono Grech Joe |Vassallo Adrian | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex, bħalma nagħmlu kull sena, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-National Programme for the Adoption of the Acquis.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, qabel ma nagħtu l-permess jista', jekk jogħġbu, jiġġustifika kif dokument bħal dan jitpoġġa fl-aħħar mumenti qabel ma l-Kamra taġġorna għall-vaganzi tas-sajf mingħajr ebda ċans li l- Kamra, b'xi mod jew ieħor, tqajjem mistoqsijiet jew kummenti dwaru?", "Noqogħdu nippanpalunjaw quddiem kulħadd fl-Ewropa li l-affarijiet għaddejjin imbagħad meta jkun hemm xi ħaġa bħal din ntellquha fl-aħħar minuta eżatt, qisu qabel kulħadd imur jorqod.", "Dan ma jagħmilx sens, anzi tagħmel ikrah għalikom u għall-Parlament kollu kemm hu.", "Jista` l-Ministru jgħidilna għaliex ħaġa bħal din qed iħalliha għall-aħħar minuta, jew jikkonsidrax li forsi jsejjaħ l-Parlament il-ġimgħa d-dieħla, sezzjoni speċjali, biex dan niddiskutuh dan id-dokument?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, bħas-snin li għaddew in-national programme for the adoption of the acquis juri l-pożizzjoni kif tkun fil-bidu tas- sena.", "Pero` sakemm jitlesta jieħu ċertu żmien u jkun irid ikollu l- approvazzjoni tal-kabinett kollu.", "Fil-fatt is-sena l-oħra jidhirli li dan kif tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru.", "Ovvjament wara li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jista` jkun hemm talba, kif kien hemm sentejn ilu, biex isir dibattitu fuqu.", "Imbagħad wara li jingħata ż-żmien biex dak li jkun jiflih sewwa jsir dan id-dibattitu.", "Jidhirli li sentjen ilu konna għamilna xi sittax-il siegħa niddibattu fuqu.", "Dan ir-rapport se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra sempliċiment biex il-membri kollha tal-Kamra jkollhom iċ-ċans jifluh.", "Jiena xtaqt li npoġġih qabel ir-recess tas-sajf apposta biex dak li jkun ikollu ċ-ċans kollu li jiflih.", "Imbagħad, se mai, jekk ikun hemm talba biex isir dibattitu fuqu, dan isir wara r-recess tas- sajf.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta` l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiena nifhem il-komplikazzjonijiet burokratiċi li semma l-Ministru, imma dawn huma prevedibbli kollha kemm huma.", "Jiġifieri ma naħsibx li kienet xi ħaġa ta` barra minn din id-dinja li jippjana kollox b'mod li sa l-aħħar ta` Ġunju jkollu r-rapport lest ħalli minflok neħduh magħna biex noqogħdu naqrawh fil-vaganzi kien ikollna x-xahar ta` Lulju li fih konna nistgħu nqajmu l-punti tagħna.", "Minn din in-naħa m'hemm l-ebda oġġezzjoni li dan jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, imma nerġa` ngħid li kien ikun aktar approprju li dan ix-xogħol jiġi magħmul daqs tliet ġimgħat jew erba` ġimgħat ilu ħalli kien ikollna ċ- ċans li nqajmu l-punti tagħna waqt li jkunu għaddejjin is-sezzjonijiet kurrenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex il-Ministru jpoġġi kopja tan- national programme for the adoption of the acquis, f'Jannar 2002 fuq iI- Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mis-17 ta' Lulju 2002)", "Klawsola 2 - Tifsir", "Clause 2 - Interpretation", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-aħħar darba kont qed nagħmel il- kumment – ma kellix risposta min-naħa tas-Segretarju Parlamentari għax kien skada l-ħin - li d-definizzjoni tal-kelma \"Assoċjazzjoni\" hija vaga kif definita fil-liġi.", "Hawnhekk għandna l-prassi li meta hemm xi ħaġa li m'hijiex ċara biżżejjed, jew dak li jkun forsi jrid jifhem aktar mhux biss il-kelma imma l-ispirtu tal-liġi li ġiet mgħoddija mill-Parlament, il- leġislatur jagħmel riferenza għad-dibattiti li jkun hemm fil-Parlament.", "Frankament fuq dak li ġara fis-seduta meta ddiskutejna din il-biċċa naħseb li l-ġudikant kien se jkun aktar konfuż kieku sema` d-definizzjonijiet li ngħataw hawn ġew.", "Allura jiena nissuġġerixxi li jkun hemm definizzjoni ċara ta` x'qed nifhmu bil-kelma \"Assoċjazzjoni\".", "Jekk qed ngħidu li b'dak li ngħidu hawn ġew se niggwidaw lill-ġudikant, fil-fehma tiegħi, m'għandniex nużaw id-diskussjoni ta` hawn ġew biex naħarbu milli nkunu rigorużi fid-definizzjonijiet li nagħmlu fil-liġi għax din m'hijiex kwestjoni pedantika li qed infettqu fuq l-etimoloġija ta` kelma, imma hija xi ħaġa li tista` ddaħħal għaqdiet, clubs u assoċjazzjonijiet f'diffikulta` minħabba d-definizzjoni ta` din il-kelma.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jesmod Mugliett.", "ONOR.", "JESMOD MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Sur President, jiena ma nistax nifhem għalfejn qed ngħidu li hija vaga.", "Il-kelma \"Assoċjazzjoni\" fil-kuntest ta` sport nafu xi tfisser.", "Jekk l-Onor.", "Bartolo għandu xi suġġeriment kif id-definizzjoni ta` \"Assoċjazzjoni\" tista` tkun imtejba jiena lest li nismagħha.", "Pero` \"Assoċjazzjoni\" għall-fini ta` sport hija għaqda ta` clubs.", "Per eżempju, l-assoċjazzjoni tal-basketball hija magħmula min-numru ta` clubs li ssieħbu f'għaqda biex jippromwovu dak l-isport partikolari jew biex jorganizzaw logħob kompetittiv.", "Jiena ma nistax nara x'fiha nieqes din id-definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Hawnhekk qegħdin ngħidu li \"Assoċjazzjoni\" tfisser assoċjazzjoni ta` clubs jew klabbs fuq livell nazzjonali u meta mbagħad niġu għad-definizzjoni ta` \"Klabb\" – u dan huwa punt li diġa` qajjimtu l-aħħar darba – lil dan niddefinuh bħala assoċjazzjoni ta` persuni.", "L-aħħar darba jiena kont għamilt dan il-punt: Huwa tassattiv li l- għaqdiet li se jkunu reġistrati għall-iskop ta` din il-liġi, b'xi mod jew ieħor, ikun hemm il-kelma \"Assoċjazzjoni\" fit-titlu tagħhom?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Onor. Bartolo, ara jekk hux qed nifhmek sew.", "L- aħħar darba inti kont għedt li d-definizzjoni ta` \"persuna\" tista` tirreferi kemm għal individwi u kemm għal korpi.", "Allura jekk għandek klabb li huwa assoċjazzjoni ta` korpi, id-definizzjoni ta` \"Assoċjazzjoni\" tiġi assoċjazzjoni ta` assoċjazzjoni.", "Qed nifhmek tajjeb?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Allura jiena naħseb li rridu nbiddlu d- definizzjoni ta` \"Klabb\" u flok ngħidu li tfisser assoċjazzjoni ta` persuni, ngħidu li tfisser assoċjazzjoni ta` individwi.", "Naħseb li jekk nagħmlu hekk naslu għal dak li għandna f'moħħna.", "Irrid ngħid li d- definizzjonijiet ta` \"Assoċjazzjoni\", \"Federazzjoni\" u \"Klabb\" qegħdin hemmhekk għax se jkollna reġistru b'kategoriji differenti u allura jkollna dik id-definizzjoni għat-titlu ta` dik il-kategorija.", "M'hemm xejn tassattiv biex l-assoċjazzjonijiet ibiddlu isimhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Hux ta` l-idea, is-Segretarju Parlamentari, li għandu jkun hemm aktar regoli li l-klabb għandu jadotta biex jidħol f'din l- assoċjazzjoni?", "Per eżempju, ejja nieħdu sport li jkun għadu fil-bidu tiegħu bħal ngħidu aħna l-aerobics li għadu mhux daqshekk popolari hawn Malta, x'irid ikollu dan il-klabb ġdid li mbagħad se jaqa` taħt it-titolu ta` assoċjazzjoni?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiena naħseb li din m'għandniex nidħlu fiha f'dan l-istadju.", "Din id-diskussjoni naħseb li tkun iktar relevanti meta nkunu qed nitkellmu fuq il-parti tar-reġistru.", "Pero` rrid ngħid li hawnhekk qegħdin nagħmlu l-qafas ta` fejn assoċjazzjonijiet jistgħu jkunu reġistrati.", "Hemm għaqda partikolari li hija l-KOM li hija rikonoxxuta mingħajr ebda formalita`.", "Hemm ukoll assoċjazzjonijiet nazzjonali ewlenin li għandhom ċertu profil u mseħbin mal-federazzjonijiet internazzjonali tagħhom u jiġġestixxu b'mod nazzjonali l-isport tagħhom li eventwalment se nirrikonoxxuhom b'avviż legali.", "Assoċjazzjonijiet jew clubs li jfaqqsu matul iż-żmien, meta jistabbilixxu ruħhom kulma jridu jagħmlu huwa sottomissjoni ta` ċerta informazzjoni li hawn stipulata, ikollok bord li jaraha u wara jiddeċiedi, u dik id-deċiżjoni hija appellabbli.", "Għamilniha appellabbli għax kultant li tkun rikonoxxut jew ma tkunx rikonoxxut hija xi ħaġa importanti għall-fini ta` l-isport.", "Allura ma ridniex li jkun hemm xi assoċjazzjoni li tħoss li kien hemm xi deċiżjoni mhux tajba fil-konfront tagħha u ma jkollhiex dritt għall-appell.", "Pero` nerġa` ngħid li din id- diskussjoni li aħjar naqbduha meta nkunu qed niddiskutu l-parti tar- reġistrazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nixtieq nenfasizza l-punt li rridu noqogħdu attenti x'ħin niġu għad-definizzjonijiet li jistgħu jservu biex jeskludu jew jinkludu lil xi ħadd.", "Jiġifieri l-importanti hu li meta niġu biex niddefinixxu kliem bħal \"Assoċjazzjoni\",\"Klabb\" u oqsma oħra li huma aktar ikkumplikati bħal, per eżempju, il-kelma \"sport\" ma nħaddmux kunċetti li jistgħu jintużaw biex jeskludu lil xi ħadd.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nista` ngħid li m'hemmx din l-intenzjoni.", "Fil- fatt l-obbligu tar-reġistru m'għamilniehx tassattiv għal kull min hu involut f'xi attivita` sportiva.", "Għamilnieh tassattiv għal min se jkun qed japplika għal għajnuna finanazjarja mingħand il-gvern jew għal dak li għandu xi relazzjoni kutrattwali mal-gvern.", "Jiġifieri dak li għandu proprjeta` mgħoddija lilu u allura hemm xi forma ta` kuntratt.", "Jiġifieri jekk xi ħadd irid jorganizza league tal-five-a-side, anke b'ċerta regolarita`, u dan la għandu faċilita` mgħoddija lilu mill-gvern u lanqas se jitlob għal għajnuna finanzjarja mingħand il-gvern, b'din il-liġi dan mhux se jkun eskluż milli jorganizza din l-attivita`.", "Jiġifieri d- definizzjonijiet b'mod partikolari ta` \"Assoċjazzjoni\", \"Federazzjoni\" u \"Klabb\" qegħdin hemm biex meta nagħmlu l-kategoriji ikollna definizzjoni ta` kull kategorija.", "Sur President, jidher li fuq id-definizzjoni ta` \"Assoċjazzjoni\" hawn ċertu qbil.", "Ma nafx jekk iridux nibdew niddiskutu d-definizzjoni ta` \"Klabb\".", "L- Onor. Carmelo Mifsud Bonnici qiegħed jgħid li aktar 'il quddiem se niltaqgħu mad-definizzjoni ta` \"persuna\".", "Din il-kelma hija definita b'dan il-mod:-", "\"\"persuna\" tinkludi korp ta` persuni u kull korp magħqud imwaqqaf skond il-liġi;\".", "Jiena naħseb li l-kelma \"Klabb\" nistgħu ngħidu li tfisser assoċjazzjoni ta` individwi.", "B'hekk ma jkollna l-ebda konflitt mad-definizzjoni tal-kelma \"persuna\".", "THE CHAIRMAN: Forsi wieħed jista` jara kif inhi definita fit-test Ingliż tal-kelma \"Association\".", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Id-definizzjoni ta` \"Association\" fit-test Ingliż qiegħda tajba.", "Fir-rigward tad-definizzjoni ta` \"Klabb\" qiegħed jingħad li \"\"Klabb\" tfisser assoċjazzjoni ta` persuni,\" u iktar 'l isfel jingħad \"f'liema sħubija l-individwi jingħaqdu\".", "Jiġifieri hija ċara li meta ngħidu persuni qed niddeskrivu persuni umani.", "Meta mbagħad iktar tard insibu d-definizzjoni ta` \"persuna\", hemmhekk qed nitkellmu fuq persuna ġuridika.", "Meta tkellimna fuq il-clubs għedna li hemm l-Interpretation Act li tgħid li kull darba li jkun hemm korp morali jew ġuridiku, dak ikollu l- personalita` guridika tiegħu separata u distinta minn dawk tal-membri tiegħu.", "Jiġifieri dik hija diġa` regolata bil-liġi, m'hemmx għalfejn nirregolawha aħna.", "Hawnhekk il-kelma \"Klabb\" tfisser assoċjazzjoni ta` persuni.", "Jiġifieri persuni umani.", "Mhux qed ngħidu assoċjazzjoni ta` organizzazzjonijiet.", "Fir-rigward ta` clubs li jingħaqdu flimkien għandek \"Assoċjazzjoni\" jew \"Assoċjazzjoni Nazzjonali\".", "Dik diġa` ħadna ħsiebha fl- ewwel parti u fid-definizzjoni ta` \"Assoċjazzjoni\" hija ċara għax l-għaqda trid tkun għal skop.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar id- definizzjoni tal-kelma \"Direttorat\" irrid ngħid li kif inhi hawnhekk ma tfissirx biss id-direttorat li hawn riferenza għalih iżda kull direttorat imwaqqaf skond l-artiklu 20 ta` dan l-Att.", "Huwa intenzjonat li din tkun open-ended daqshekk?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Artiklu 20 ta` dan l-Att jgħid li l-Ministru jista` jistabbilixxi direttorati separati fi ħdan il-kunsill.", "Jiġifieri \"direttorat\" għall-fini ta` din il-liġi jfisser li huwa sezzjoni mill- funzjoni esekuttiva tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għamilt dan il-punt għax meta mbagħad immorru għall-klawsola 22 – qiegħed naqbeż ħafna biex nispjega dan il-punt – inisbu li hemm il-punt jew sa ċertu punt l-appell li dan il-kunsill għandu jkun vijabbli u li finanzjarjament mhux isir xi ħaġa li jkompli jikber u jikber mingħajr ma jkollu l-flus li jagħmlu tajjeb biex jitmexxa.", "Jiġifieri waqt li fi klawsola 22 hemm għallinqas l-awgurju li \"skond kemm ikun prattiku, titħallas mid-dħul tiegħu\" li jinkwetani daqsxejn huwa li qed nagħtu l- fakulta' li speċi min qiegħed jaħtar id-direttorati jista` jwaqqaf kemm irid minnhom.", "Niftakar li meta ddiskutejna l-liġijiet sew tal-wirt storiku kif ukoll tal-kultura qgħadna attenti biex fl-istess ikun hemm ikun hemm rabta ma` li dawn l-istrutturi jridu jkunu kemm jista` jkun vijabbli biex mhux sempliċiment noħolqu struttura li tkompli tibker u tikber.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Jiena qed nieħu in konsiderazzjoni dak kollu li qed jingħad u naħseb li nerġgħu nqajmu din id-diskussjoni meta naslu għall- artiklu 20.", "Pero` naħseb li d-definizzjoni tal-kelma \"Direttorat\" hija tajba.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, punt ieħor li rrid nqajjem huwa dwar id-definizzjoni ta` \"faċilitajiet sportivi\".", "Din id-definizzjoni ma tridx taraha waħedha għax hija marbuta ma` x'se niddefinixxu bħala sport.", "Fil-konsultazzjonijiet li aħna għamilna ma` diversi għaqdiet sibna li kien hemm problema, bħalma teżisti barra minn Malta, dwar jekk ċerti attivatjiet, rikreazzjoni jew il-mod kif wieħed iqatta` l-ħin ħieles tiegħu għandhomx ikunu definiti bħala sport jew le.", "Dan huwa suġġett ta` kontroversja kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra.", "Ovvjament la qegħdin faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw għall-faċilitajiet ta` l-isport, dik issa se tkun ċirkoskritta mid-definizzjoni li se nagħtu għall-kelma \"sport\", għax jekk hemm attivatijiet li skond din il-liġi m'hemmx qbil fuqhom jekk humiex sport jew le, allura hija awtomatika li d-definizzjoni ta` \"faċilitajiet sportivi\" ma tgħoddx għalihom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ma naħsibx li dak li qed tgħid huwa korrett għal kollox.", "Id-definizzjoni hija marbuta ħafna ma' l-artikli 14, 15 u 16 li jitkellmu ma jitkellmux fuq faċilitajiet sportivi b'mod vag.", "Għandek dawk il-faċilitajiet sportivi li kellu d-dipartiment taż-żgħażagħ u sport u li issa se jgħaddu għand il-Kunsill Malti għall-Isport u għandek il- faċilitajiet l-oħrajn li jistgħu jkunu trasferiti.", "Veru li l-kalwsola 14 titkellem dwar l-isport b'mod wiesa`, imma din hija iktar dikjarazzjoni ta` prinċipju milli xi klawsola tassattiva per se.", "Pero` nista` ngħid li d- definizzjoni tal-kelma \"sport\" kienet waħda mill-iktar definizzjonijiet diffiċli biex taħdem fuqha u naħseb li diskussjoni fuq din id-definizzjoni hija relevanti ħafna għall-fini ta` din il-liġi.", "Imma naħseb li d- definizzjoni ta` \"faċilitajiet sportivi\" kif qiegħda fil-liġi ma naħsibx li se tpoġġina f'xi konflitti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, l-iskop ta` din id- definizzjoni huwa li tinkludi t-tipi ta` oġġetti li jikkostitwixxu faċilitajiet sportivi.", "Fil-fatt fid-definizzjoni għandek proprjeta` mobbli jew immobbli, inkluża proprjeta` assenjata kif provdut fl-artikoli 14, 15 u 16.", "Imbagħad għandek proprjeta` koporali jew mhux korporali, jiġifieri li jistgħu jinqabdu u affarijiet bħal ishma li wieħed ikollu interess fihom imma ma jidhrux bħala affarijiet korporali.", "Jiġifieri l-iskop ta` din id- definizzjoni hiwa li tiddefinixxi x'inhuma faċilitajiet sportivi biss.", "Ma tidħolx fi kwestjonijiet ta` sport għalkemm qed tgħid \"għall-finijiet ta` l-isport\".", "Imbagħad dwar l-isport inti trid terġa` tħares lejn id- definizzjoni ta` \"sport\".", "Jiġifieri jekk inti tiftaħ din id-definizzjoni iktar milli hija miftuħa xorta waħda mhux se taffettwa għax inti kulma qed tagħmel huwa a general clause, kif isir f'kull liġi, biex iddaħħal kwalunkwe tip ta` proprjeta`.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-Onor.", "Mifsud Bonnici qiegħed jgħid kwalunkwe tip ta` proprjeta`.", "Veru, imma kwalunkwe proprjeta` jekk skond id-definizzjoni ta` \"sport\" l-attivita` hija sport.", "Nagħti eżempju fejn aħna kellna problema u nassumi li anke n-naħa tal-gvern kellu din il- problema.", "Qed ngħid għal dawk li jrabbu u jtellqu l-ħamiem li jgħidu li dik hija attivita` sportiva u jeħduha bis-serjeta` ħafna u ma tistax titbissem magħhom jekk tgħidilhom: Imma ċerti li dan huwa sport.", "Jekk aħna din l-attivita` ma niddefinixxuhiex bħala sport ifisser li l-faċilitajiet li jużaw huma ma jiġux meqjusa bħala faċilitajiet sportivi.", "Dan ifisser ukoll li għaqdiet oħra li għandhom il-beni mobbli u immobbli tagħhom u li għandhom ix-xorti li huma deskritti bħala sport allura il-kliem \"faċilitajiet sportivi\" tgħodd għalihom.", "Allura jekk dawn japplikaw biex il- gvern jagħtihom xi ħaġa, il-gvern ikun jista` jagħtihom.", "Jekk s'issa kienet vaga, issa bil-liġi l-policy se tkun aktar definita.", "Jiġifieri dawk qed jaqtgħu iżjed qalbhom li mhux se jsibu għajnuna, filwaqt li attiviatjiet oħra hemm għajnuna għalihom.", "Jiġifieri dan huwa punt li naħseb ta` min jarah daqsxejn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, il-punt ta` l-Onor.", "Bartolo huwa relevanti ħafna.", "Jiena naqbel miegħek li t-tlielaq tal-ħamiem huwa sport.", "Din hija attivita` li togħġob lil ħafna nies u għandi ħafna ħbieb tiegħi li huma affiljati f'din l-għaqda.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta ltqajna ma` dawn li jrabbu u jtellqu l-ħamiem qalulna li bid-definizzjoni li tajna lill-kelma \"sport\" din l-attivita` tagħhom ma ġietx meqjusa bħala sport.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Issa la niġu għad-definizzjoni ta` \"sport\" narawha daqsxejn, niddiskutuha u naraw x'irid jinkludi l-ministeru taħt il- kappa ta` l-isport.", "Pero` in ġenerali qegħdin naqblu u qegħdin ngħidu proprjeta` mobbli u immobbli.", "Issa x'se jkun meqjus bħala sport imbagħad naraw għax jista` jkun li hemm xi affarijiet li xi nies jarawh bħala sport u oħrajn le.", "Per eżempju, il-ġlied tal-klieb aħna ma narawhx bħala sport, imma hawn min li b'mod żbaljat jaħseb li huwa sport.", "Jiġifieri meta naslu għad-definizzjoni ta` \"sport\" imbagħad niddiskutu x'għandu jaqa` taħt il- kappa ta` l-isport jiġifieri meta niġu f'dik il-kappa, imbagħad niddiskutuha.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, wisq nibża' li d-definizzjoni ta' \"faċilitajiet sportivi\" m'hijiex qed tkopri l-isports equipment ukoll, u l- kelma \"proprjeta`\" f'din id-definizzjoni qed tagħti lil dak li jkun x'jifhem li hawnhekk qed issir riferenza biss għall-premises li fihom jiġi pprattikat l-isports u mhux għall-isports equipment ukoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-fatt din id-definizzjoni m'hijiex qed tkopri l-premises li fihom jiġi pprattikat l-isports biss imma qed tkopri anke l-isports equipment, u tant hu hekk li din tgħid illi \"faċilitajiet sportivi\" tfisser proprjeta` mobbli jew immobbli u kull proprjeta` oħra korporali jew mhux korporali.", "ONOR.", "RITA LAW: Madanakollu jien naħseb li din id-definizzjoni għandha tispjega b'mod iktar ċar li fil-liġi l-\"faċilitajiet sportivi\" jinkorporaw ukoll l-isports equipment.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Din id-definizzjoni tgħid ċar u tond li \"faċilitajiet sportivi\" tinkludi wkoll \"kull proprjeta` oħra, korporali jew mhux korporali li tista' tintuża għall-finijiet ta' l-isport\".", "ONOR.", "RITA LAW: Imma dan il-punt li qed nagħmel jien xorta m'huwiex qiegħed spjegat b'mod ċar fid-definizzjoni ta' \"faċilitajiet sportivi\", u għalhekk inħoss li din id-definizzjoni għandha tingħata xi ftit iktar kjarezza.", "Napprezza li kieku l-Ministru jdaħħal f'din id-definizzjoni xi ħaġa li tagħmilha ċara li \"faċilitajiet sportivi\" jinkludu wkoll l-isports equipment.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma d-definizzjoni ta' \"faċilitajiet sportivi\" diġa' tkopri l-isports equipment, u naħseb li din id-definizzjoni ta' \"faċilitajiet sportivi\" mhux biss hija tajba u wiesgħa imma qed tkopri dak li għandha tkopri.", "ONOR.", "RITA LAW: Skużawni, imma jiena personalment m'iniex sodisfatta b'din id-definizzjoni għax m'iniex qed nara li din qed tkopri wkoll l- isports equipment, u naħseb li wieħed għandu jirfina ftit l-aħħar parti ta' din id-definizzjoni fejn hemm miktub \"kull proprjeta` oħra, korporali jew mhux korporali li tista' tintuża għall-finijiet ta' l-isport\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li l-Onor.", "Law qed issib diffikulta` biex tifhem li d-definizzjoni ta' \"faċilitajiet sportivi\" qed tkopri wkoll l- isports equipment minħabba li m'aħniex daqstant familjari mal-kliem \"korporali\" u \"mhux korporali\", li huma proprju ż-żewġ kelmiet li qed ikopru dak li l-Onor.", "Law trid illi nkopru.", "ONOR.", "RITA LAW: Pero` għal-lingwa ta' min hu sportiv ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Imma fil-liġi l-lingwa legali tiġi wżata u mhux il-lingwa popolari.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-Onor.", "Law tista' sserraħ moħħha li dak li tixtieq hi diġa' qiegħed f'din id-definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Mela ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"\"Federazzjoni\" jew \"Federazzjoni Nazzjonali\"\".", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien niftakar li kien hemm min kien inkwetat anke fuq din id-definizzjoni, u fil-fatt l-għaqdiet differenti li tkellimna magħhom kienu nkwetati iktar fuq din id-definizzjoni milli fuq id- definizzjoni ta' \"\"Assoċjazzjoni\" jew \"Assoċjazzjoni Nazzjonali\"\" għax filwaqt li hemm għaqdiet li jsejħu lilhom infushom bħala \"federazzjoni\" meta m'humiex, hemm għaqdiet li għalkemm huma federazzjonijiet, ma jsejħux lilhom infushom bħala federazzjonijiet.", "Jien naħseb li meta s-Segretarju Parlamentari mexxa laqgħat ta' konsultazzjoni ma' dawn l-għaqdiet, huwa sema' x'kienu r-reazzjonijiet tagħhom u nduna wkoll li hemm ċerti għaqdiet li qed iħossu li definizzjoni bħal din qed teskludihom.", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT:.", "Kif nafu, jista' jkun hemm federazzjonijiet, bħal ngħidu aħna, federazzjoni tal-motor sport, li jkollha fiha diversi assoċjazzjonijiet, bħal per eżempju, assoċjazzjoni tal-muturi, tad-drag racing u tal-go-carting.", "Dawn kollha jistgħu jkunu assoċjazzjonijiet nazzjonali in their own rights, pero` mbagħad ikunu jaqgħu taħt il-kappa tal-federazzjoni, u fil-fatt dan kien il-ħsieb tagħna.", "Issa jista' jkun hemm għaqdiet li għalkemm xi kultant isejħu lilhom infushom bħala \"federazzjoni\", fil-verita` dawn ma jkunux federazzjoni ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali li jkunu relatati ma' l-istess sport imma jkunu federazzjoni ta' assoċjazzjonijiet sportivi differenti.", "Forsi I'm thinking aloud, pero` naħseb li ta' min iwessa' xi ftit id-definizzjoni ta' \"\"Federazzjoni\" jew \"Federazzjoni Nazzjonali\"\" biex dawn il- federazzjonijiet ikun jista' jkollhom taħthom assoċjazzjonijiet ta' sports differenti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, l-iskop tagħna huwa li niddefinixxu x'inhi \"federazzjoni\" għal-liġi tagħna.", "Jista' jkun hemm club sportiv li jsejjaħ lilu nnifsu bħala \"federazzjoni\", pero` b'daqshekk dan ma jfissirx li huwa meqjus bħala federazzjoni mil-liġi.", "Klawsola 2 tgħid li:", "\"Federazzjoni\" jew \"Federazzjoni Nazzjonali\" tfisser assoċjazzjoni li primarjament tkun assoċjazzjoni li tiġbor fiha għadd ta' Assoċjazzjonijiet Nazzjonali ...\",", "jiġifieri li tgħaqqad fiha numru ta' assoċjazzjonijiet fuq livell nazzjonali, u tgħid li dawn l-assoċjazzjonijiet nazzjonali jridu jkunu jew \"ta' l-istess attivita` sportiva\" jiġifieri jridu jkunu kollha tal- volleyball jew tal-football, jew inkella \"ta' attivitajiet sportivi relatati\".", "Issa hawnhekk m'hijiex qed issir distinzjoni bejn \"federazzjoni\" u \"federazzjoni nazzjonali\" jew bejn \"assoċjazzjoni\" u \"assoċjazzjoni nazzjonali\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Għaliex inħass il-bżonn li jingħad \"ta' l-istess attivita` sportiva jew ta' attivitajiet sportivi relatati\"?", "Hemm iċ-ċans li meta qegħdin nagħmlu definizzjoni bħal din, qegħdin naqtgħu barra \"li tiġbor fiha għadd ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' attivitajiet sportivi differenti\"?", "THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hawnhekk għandna f'moħħna lil dawk il- federazzjonijiet li semmejt, bħall-federazzjoni Maltija tal-motorsport u l- federazzjoni Maltija ta' l-isport taż-żfin, li forsi xi darba għad ikollna.", "Ma kellniex f'moħħna per eżempju l-federazzjoni tal-clubs ta' Pembroke jew il-federazzjoni tal-clubs ta' Kordin.", "Din il-frażi m'hijiex qiegħda hemm biex nippruvaw inġiegħu lil xi għaqda tirridefinixxi lilha nnifisha jew tbiddel isimha, hija qiegħda hemm biss għall-fini tal-kategoriji li se jkollna fir-reġistru.", "Ma jidhirlix li dan għandu jpoġġihom f'kunflitt, jiġifieri jekk xi darba jkun hemm per eżempju l-federazzjoni ta' għaqdiet ta' l-isportivi, ikun hemm għaqdiet oħrajn fil-kategoriji.", "Fid-definizzjoni ta' \"federazzjoni nazzjonali\" pero' qegħdin inkunu speċifiċi, fejn qegħdin nalludu għal dawk il-federazzjonijiet li jkunu ta' l-istess sport jew attivitajiet sportivi relatati, bħalma għedt, per eżempju motorsport jew dance sport.", "Lil dawn għandna bżonnhom, jiġifieri aħna nixtiequ li r-reġistru ma jkunx biss depożitarju ta' informazzjoni imma jkun għodda biex ċerti splinters li hawn inġibuhom flimkien.", "Per eżempju hawn ħafna – u naħseb li l-Onor.", "Bartolo esperjenza xi ftit minnhom - talbiet biex ikun hawn faċilita` ta' l-isport tal-karozzi.", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet li għandi hija li jekk xi darba tasal din il- faċilita` f'pajjiżna, minħabba l-land use ma jistax ikollu tlieta minnhom, imma waħda biss.", "Allura jiena wisq nibża' li se jkun hemm xi ħadd eskluż.", "Jien nixtieq li xi darba, lil dawn niffederawhom u bil-liġi se jkollhom ċerta imbottatura biex jingħaqdu f'federazzjoni nazzjonali ta' dak it-tip ta' sport li tkun tista' titkellem għal din l-organizzazzjoni.", "Din, l-istess bħal fir-rigward ta' \"assoċjazzjoni\", qiegħda hemm għall-fini tal-kategoriji fir-reġistru, mhux biex xi ħadd ibiddel ismu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nifhem l-ispirtu ta' dak li qiegħed jgħid l- Onor. Segretarju Parlamentari, u naqbel miegħu.", "Aħna għandna t-tendenza li jekk ikun hawn ħames persuni, iwaqqfu sitt federazzjonijiet differenti u ma tantx jaħdmu flimkien.", "Iktar tard fil-liġi jien kont se nissuġġerixxi li x'ħin naslu biex nagħtu l-flus, norbtu dawn l-għotjiet ma' inċentivi biex l- għaqdiet jaħdmu flimkien.", "Hemm sistemi, fil-fehma tiegħi, serji, li daħlu anke f'pajjiżi oħra, fejn l-għaqdiet huma mitluba żewġ affarijiet, li jissottomettu business plan ta' x'se jagħmlu fit-tliet snin li ġejjin u jiġu preferuti – li it's a positive discrimination – u li fis-suġġerimenti u fil-proposti tagħhom għat-tliet snin li ġejjin jgħidu ma' liema għaqda se jaħdmu.", "Nixtieq inqajjem punt ieħor pero' ma rridx ninftiehem li qiegħed sempliċiment infettaq.", "Kif se niddefinixxu federazzjoni Għawdxija?", "Naħseb li huwa mportanti li nagħtu ftit kas tar-realta` Għawdxija, għax ma jkunx fair għal federazzjoni sportiva Għawdxija li biex ikollha l-istatus ta' federazzjoni nazzjonali, trid bilfors tingħaqad jew tissieħeb ma' federazzjoni Maltija.", "Sinċerament inħoss li bħalma f'liġijiet oħra, anke ta' l-istess Ministeru, tajna kas tar-realta` Għawdxija, għandna nagħtu kasha wkoll, anke meta qegħdin niddiskutu l-qasam sportiv, għax hija realta` partikolari u minbarra l-problemi li l-għaqdiet Għawdxin diġa' għandhom biex joperaw, ma naħsibx li għandna nżidulhom il-problema li biex ikunu jistgħu joperaw kif tixtieq din il-liġi, ikollhom jissieħbu ma' assoċjazzjonijiet jew ma' federazzjonijiet Maltin.", "Forsi se jkun xi ftit diffiċli li ninfilsaw xi definizzjoni li tagħti kas tar-realta` Għawdxija, pero' żgur li fil-qalba tal-liġi għandna nagħmlu riferenza speċifika u partikolari għar-realta` Għawdxija, għax nerġa' ngħid, m'għandniex nagħtu lil xi ħadd x'jifhem li qiegħda tinħoloq struttura li tista' - u nemmen li dan verament jista' jiġri - temarġina għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi Għawdxin għax ma jkunux jikkwalifikaw għad-definizzjoni ta' \"federazzjoni nazzjonali\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Allura jekk ngħidu li l-clubs ta' Bormla jew tal-Kottonera jingħaqdu fuq livell nazzjonali, mhux reġjonali, u jipparteċipaw, għax il-parteċipazzjoni tagħhom hija mportanti....", "Aħna ma rridux inħarsu lejn minn fejn ġejjin il-clubs, għax inkella jkun faċli li naqgħu fin-nassa li naħsbu li hija l-attivita` li huma jagħmlu li għandha tkun fuq livell nazzjonali.", "Jekk nagħmlu dan ikunu qegħdin ngħabbu lill- clubs iktar milli hemm bżonn, li m'huwiex l-iskop.", "Jekk hemm clubs Għawdxin li jingħaqdu u jaħdmu fuq livell nazzjonali, allura jikkwalifikaw.", "Jien iktar inkwetat minħabab l-kelma \"relatati\", għax fit-test Malti ma tesprimix dak li hemm fit-test Ingliż permezz tal-kelma \"associated\".", "Il- kelma \"associated\" m'hijiex tradotta tajjeb bħala \"relatati\", u meta niġu biex niddefinixxu x'inhuma \"relatati\", se jkollna problema.", "X'inhi l-linja ta' demarkazzjoni bejn dawk li huma relatati u dawk li m'humiex?", "Skond il- konsulenza legali li ingħatajt, jidher li jkun aħjar jekk din il-parti nipposponuha biex insibu kelma aħjar minn \"relatati\", għax inkella se nkunu qegħdin niddiskriminaw bejn liema huma dawk li huma relatati, u dawk li m'humiex.", "Jekk m'hemmx xi ħaġa oħra li trid tingħad, nissuġġerixxi li ngħaddu għad- definizzjonijiet l-oħrajn sakemm insibu kelma aħjar minn \"relatati\" peress li fit-test Ingliż, il-kelma \"associated\" hija iktar preċiża.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-punt li kont qiegħed nagħmel iktar kmieni dwar Għawdex kien li biex niddefinixxu f'liema livell qegħdin jieħdu sehem l- Għawdxin u li dik l-attivita` trid isseħħ fuq it-territorju.....", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: It-territorju huwa kollu nazzjonali, jiġifieri jekk għall-argument....", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk nirrikonoxxu li attivita` li qegħdin jagħmlu għaqdiet sportivi Għawdxin f'Għawdex hija nazzjonali, jien ma nsibx problema b'dik id-definizzjoni.", "Imma hekk qegħdin nifhmu?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Anke Kemmuna hija parti mit-territorju Malti.", "Fl-importanza territorjali, m'hemm differenza bejn Malta u Għawdex, jiġifieri l-attivita`, issir fejn issir, hija nazzjonali, ladarba jkun hemm federazzjoni li tingħaqad u tipparteċipa f'attivita` ta' natura nazzjonali.", "L-importanti hu li dik il-federazzjoni tkun qiegħda tgħaqqad xi ħaġa fuq il- clubs, u għalhekk tkun qiegħda tagħmel xi ħaġa nazzjonali, indipendentement minn jekk hijiex qiegħda f'Għawdex, f'Kemmuna, f'Filfla jew f'Malta.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Pero' din id-definizzjoni hija marbuta ma' l- artiklu tar-reġistru.", "Fil-fatt, anke jekk inħarsu lejn subklawsola (6) ta' klawsola 35 naraw li minflok il-kelma \"relatati\" hemm \"dixxiplini sportivi assoċjati\".", "Naħseb li b'hekk inkunu aktar konsistenti.", "Sur President, aħna nixtiequ li lill-assoċjazzjoni nazzjonali u lill- federazzjoni nazzjonali nagħtuhom aktar rikonoxximent u dan nistgħu nagħmluh b'avviż legali.", "Per eżempju ̧ nistgħu ngħidu li l-MFA u l- assoċjazzjonijiet tal-basketball ̧ tal-volleyball u tal-handball stabbilxxew fil-kamp sportiv tagħhom u diġà huma rikonoxxuti mill-European Federation.", "Dawn qed jagħmlu xogħol eċċezzjonali u aħna qed nirrikonoxxuhom.", "Sur President ̧ jista' jkollna wkoll konflitt għax ̧ per eżempju, fil-futbol jistgħu jgħidulek: Min hija l-assoċjazzjoni nazzjonali li għandek tirrikonoxxi; l-MFA jew il-MAFA?", "Hawnhekk ippreċiżajna li trid tkun rikonoxxuta l-organizzazzjoni internazzjonali li tirrappreżenta t-tali dixxiplina.", "Issa min hija l-organizzazzjoni internazzjonali magħrufa?", "Darba kelli f'moħħi dik l-organizzazzjoni internazzjonali rikonoxxuta mill- IOC.", "Dan ifisser li lil dik l-assoċjazzjoni Maltija affiljata ma' body internazzjonali rikonoxxut irridu ngħidulha li hija l-assoċjazzjoni nazzjonali li qed nagħrfu.", "Għalhekk aħna qed nagħrfu l-istatus tagħha u kważi qed nirrikonoxxuh mingħajr formalità.", "Din kienet l-intenzjoni.", "Sur President, naħseb li l-assoċjazzjoni ta' clubs Għawdxin trid tidħol f'xi kategorija ta' għaqdiet oħra.", "Per eżempju ̧ għalija l-assoċjazzjoni ta' clubs Għawdxin u l-assoċjazzjoni ta' clubs minn Pembroke huma assoċjazzjonijiet reġjonali jiġifieri għandhom jidħlu ma' clubs oħrajn.", "Għalhekk dawn ma joqgħodux taħt din id-definizzjoni għal skop ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għall-grazzja ta' l-argument ejja ngħidu li hemm sport li huwa pprattikat Għawdex biss.", "Dan il-fatt ma jipprekludix ...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Ejja nieħdu d-dixxiplina tal-boċċi, per eżempju ̧ li kulturalment evolviet Għawdex.", "Aħna rridu li dawk il-clubs Maltin li forsi bdew jissieħbu ma' l-assoċjazzjoni Għawdxija jkunu klassifikati bħala federazzjoni nazzjonali u jekk ikun hemm body internazzjonali ...", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-importanti huwa li dawn ikunu rikoxxuti minn body internazzjonali.", "Jekk dawn iġibu rikonoxximent internazzjonali tagħhom ikun ifisser li dawn qed jagħmlu attività nazzjonali u m'għandhiex x'taqsam il-kwestjoni reġjonali u mhux reġjonali.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Qed naqblu.", "Mela l-kelma \"relatati\" għandha tiġi \"assoċjati\" biex inkunu konsistenti ma' fejn hemm id-definizzjoni aktar tard.", "Għalhekk id-definizzjoni tiġi \"attivitajiet sportivi assoċjati\".", "Issa se nipproponi din l-emenda verbali:", "\"Fid-definizzjoni \"Federazzjoni\" jew \"Federazzjoni Nazzjonali\" l- kelma \"relatati\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"assoċjati\".", "THE CHAIRMAN: It-test Ingliż se nemendawh?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fit-test Ingliż qiegħda tajba jiġifieri qed nemendaw it-test Malti biss.", "THE CHAIRMAN: Issa ngħaddu biex niddiskutu d-definizzjoni \"Fond għall- Isport\".", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-punt li nixtieq nagħmel mhuwiex fuq id- definizzjoni as such għax dan niddiskutuh meta niġu għal klawsola 19.", "Pero' għandna nieħdu l-okkażjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi biex fondi li jeżistu taħt ministeri differenti ...", "Per eżempju ̧ il-Ministeru tal-Finanzi għandu line items li jista' juża biex iqassam hu fondi lill-għaqdiet sportivi, kif għamilna fil-każ tal-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku.", "Jien nemmen li dawk il-fondi għandhom jidħlu fil-Fond għall-Isport.", "Naf li kull ministru tal-finanzi ħafna drabi jkun magħruf li jieħu u allura jekk iċċaħħadlu xi opportunità biex jidher li qed jagħti ̧ ma jeħux gost.", "Pero' naħseb li waħda mill-problemi li għandna f'Malta hija li għandna multiplikazzjoni ta' sorsi ta' tqassim u jista' jiġri li l-iskop li għalih tkun għaddiet din il-liġi u għalxiex se taħdem tista' titħarbat b'inizjattivi oħrajn li jkunu qed jittieħdu mill-istess gvern jew minn ministeri differenti.", "Fil-każ tal-wirt storiku aħna konna daħħalna emenda biex fondi oħrajn li jeżistu taħt ministeri differenti jsiru parti minn dan il-fond.", "Pero' mhuwiex il-każ li din indaħħluha hawnhekk.", "Jien sempliċement qed nitkellem fuq l-ispirtu li diġà qed nagħtu sinjal u meta se niġu biex niddiskutu klawsola 19 se nkunu qed inressqu emenda biex line items u fondi oħrajn li jeżistu jkunu parti mill-Fond għall-Isport.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Dan huwa suġġeriment pożittiv pero' nitkellmu dwaru aktar tard.", "Id-definizzjoni \"Fond għall-Isport\" mhijiex xi ħaġa li vvintaha dan il- gvern imma daħlet għall-ewwel darba wara li għaddiet ir-riżoluzzjoni dwar il-proprjetajiet li kienet għaddiet taħt il-leġislatura ta' qabel meta l- Onor. Bartolo kien il-ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "F'dik ir- riżoluzzjoni iċ-ċnus u l-kirjiet li kienu ġejjin minn proprjetà li kienet qed tkun mgħoddija kienu marru għall-Fond għall-Isport li kien taħt ir- responsabbiltà tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Pero' issa x'ġara?", "Issa l- Kunsill Malti għall-Isport qed jinbidel minn korp appuntat għal korp li għandu aktar funzjonijiet eżekuttivi u allura ħassejna li dik ir- responsabbiltà li kellu fil-format preżenti tkun ukoll mgħoddija lill- Kunsill Malti għall-Isport fil-format eżekuttiv kif qed inkluż f'din il- liġi.", "Allura ħassejna li għandna nippreċiżawha.", "Fil-fatt tajna indikazzjoni ta' kif jistgħu jkunu minfuqa l-fondi fil-Fond għall-Isport għax dawk il-flus huma ġejjin miċ-ċnus kollha u mill-kera pagabbli lill- gvern għall-proprjetà mgħoddija lill-assoċjazzjonijiet.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Bartolo nistgħu niddiskutuh meta nkunu qed nitkellmu fuq dispożizzjonijiet finanzjarji.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-uniku punt li nixtieq nagħmel fuq dawn iż-żewġ definizzjonijiet li għadna kemm għaddejna huwa aktar appell milli kumment fuq id-definizzjoni.", "Naf li forsi għadu kmieni wisq biex il-gvern jitkellem ma' l-impjegati milquta, imma jien nappella biex isiru xi laqgħat magħhom qabel ma nerġgħu nibdew niddiskutu din il-liġi.", "Għax meta ddiskutejna l-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u tal-kunsill tal- kultura, il-Ministru Galea kellu jitkellem ma' l-impjegati nvoluti u s'issa għadhom fid-dlam dwar dak li se jiġri eżatt.", "Jien naħseb li għandhom dritt ikunu jafu.", "Fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' liġi qed jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali fejn qed insemmu l-obbligu ta' kumpanniji privati li jżommu lill-impjegati tagħhom informati bl-iżviluppi li jkunu qed jiġru, allura l-gvern irid ikun ta' eżempju tajjeb għal min iħaddem.", "Għalhekk ikun tajjeb li l-impjegati milquta jinżammu informati x'qed jiġi propost u x'hemm il-ħsieb li jsir ħalli l-bidliet li jkunu qed isiru b'intenzjoni tajba ma jiġux interpretati li qed isiru manuvri fid-dlam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: M'għandi xejn kontra li niltaqgħu ma' l- impjegati u fil-fatt jien tkellimt ma' xi ftit mill-impjegati individwalment.", "Ħassejt li kien ftit prematur li nitkellmu ma' l-impjegati għax ma ridtx nibda diskussjonijiet qabel ma nkun naf meta verament se jibda t-tibdil.", "Meta ġiet launched il-white paper ta' din il-liġi jien ħsibt li dan l-abbozz ta' liġi kien se jitressaq fil-bidu ta' din is-sena u fil-fatt qegħdin sitt xhur tard.", "Għalhekk issa wieħed jista' jkun iktar konkret għax nassumi li f'Settembru jew f'Ottubru nistgħu nikkonkludu d- diskussjoni.", "Jien tkellimt ma' xi individwi u anke tfajt feelers u għalhekk fil-winding up ikkritikajt ċerti prattiċi fid-dipartiment, partikolarment mill- operatives.", "Meta għedt li nixtieq li dawk li qed jagħmlu x-xogħol tal- landscaping jifformaw kooperattiva u nibdew nixtru s-servizz mingħandhom - ħalli ma nitfgħux lill-ħaddiema x'imkien ma jagħmlu xejn u nitilfu ċertu expertise li għandhom - kont qed nitkellem wara li ħadt ċertu feedback.", "Konna tfajna dak il-feeler u naf li hemm interess mingħajr ma tkellimt ma' l-impjegati direttament.", "Jiġifieri diġà bdejna nitfgħu feelers ta' x'se jiġri mill-ħaddiema u kien hemm ċerti ħaddiema li kellmuna individwalment.", "Però naċċerta lill-Onor.", "Bartolo li sakemm naslu biex nikkonkludu din il-liġi żgur inkunu kellimna lill-ħaddiema biex jaraw jekk iridux imorru mal-Kunsill Malti għall-Isport kif se jkun kostitwit, jew imorrux ma' xi dipartimenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fit-test Malti għandna li:", "\"Klabb\" tfisser assoċjazzjoni ta' persuni, kemm f'sura ta' sħubija ċivili, kemm sħubija kummerċjali jew xort'oħra, f'liema sħubija l- individwi jingħaqdu jew jissieħbu f'xi assoċjazzjoni primarjament bil- għan li jieħdu sehem jew jorganizzaw attivitajiet sportivi.\"", "Naħseb il-kliem \"jew jissieħbu f'xi assoċjazzjoni\" m'humiex ċari.", "Għalhekk fit-test Malti nistgħu nbiddlu l-kelma \"assoċjazzjoni\" u nagħmluha \"soċjetà\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li tkun ħaġa tajba li nbiddlu dak il- kliem.", "U ladarba qed inbiddlu dik il-parti forsi tkun iktar eleganti u jitneħħew il-kontradizzjonijiet li jistgħu jinqalgħu, kieku nbiddlu anke l- ewwel parti tad-definizzjoni, fejn tgħid: \"\"Klabb\" tfisser assoċjazzjoni ta' persuni\".", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-każ nagħmluha \"\"Klabb\" tfisser sħubija ta' persuni\".", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: U jekk flok il-kelma \"assoċjazzjoni\" nużaw il- kelma \"soċjetà\", din jista' jkollha xi konnotazzjonijiet kummerċjali?", "Forsi l-Onor.", "Mifsud Bonnici jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-fatt il-kelma \"soċjetà\" hija iktar indikata fit-test Malti.", "It-test Ingliż huwa spjegat aħjar.", "Aħna ngħidu soċjetà kummerċjali u soċjetà ċivili għax hemmhekk qed tirriferi għaż-żewġ branki partikolari tal-liġi.", "L-ewwel waħda hija dik li qiegħda fil-Kodiċi Ċivili fejn għandek l-hekk imsejħin \"civil partnerships\" li huma individwi li jingħaqdu flimkien mingħajr skop ta' kummerċ, li jagħmlu attività oħra ċivili li m'għandha ebda skop ta' kummerċ.", "Imbagħad hemm soċjetajiet kummerċjali li jaqgħu mhux biss taħt il-Companies Act, imma hemm varjetà ta' kumpanniji oħrajn li joħorġu mill-Kodiċi Kummerċjali.", "It-test Malti ma jirrispekkjax dan, allura meta tgħid soċjetà ċivili jew soċjetà kummerċjali mhux fis-sens ta' soċjetà ta' umani in ġenerali, imma soċjetà civili għall-iskop tal-Kodiċi Ċivili u għall-iskop tal-Kodiċi Kummerċjali.", "Naħseb li din id-definizzjoni trid tiġi emendata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li jekk tinbidel b'dan il-mod id- definizzjoni ta' \"assoċjazzjoni\" li għandna iktar qabel tiġi liberata minn ċerti ambigwitajiet.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Chairman, nipproponi li din id-definizzjoni tiġi posposta anke għaliex għadna ma sibniex il-kliem preċiż għat-test Ingliż.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"Kumitat Konsultattiv\".", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li hawnhekk qed nitkellmu fis-singular fi klawsola 21 qed immorru għall-possibbiltà ta' kumitati konsultattivi.", "Qed ngħidu li jista' jkun hemm aktar minn kumitat konsultattiv wieħed.", "Qed nifhem tajjeb?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Iva.", "Meta tkun qed tagħmel liġi tipprova tipprevedi l-eventwalitajiet kollha.", "Fil-passat kien hemm kumitati konsultattivi ad hoc fil-qasam ta' l-isport.", "Per eżempju, jien niftakar li meta kien ministru, Dr Michael Falzon kien waqqaf kumitat konsultattiv fuq l-isport fl-iskejjel, u xi kultant jinħass il-bżonn li jitwaqqaf anke kumitat konsultattiv dwar id-doping.", "Naturalment kumitat konsultattiv ma jitwaqqafx biex jibqa' hemm għal dejjem imma jkollu a specific timeframe, u meta darb'oħra jinħatar kumitat konsultattiv ieħor fuq materja differenti, x'aktarx li l-kostituzzjoni tiegħu tkun differenti wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta niġu biex niddiskutu xi kumitat konsultattiv, aħna l-Membri ta' l-Oppożizzjoni beħsiebna nressqu emenda biex naraw jekk il-Kamra taqbilx li nagħmlu xi ħaġa iktar sostanzjali minn dawn it-tip ta' kumitati konsultattivi li qed isemmi s-Segretarju Parlamentari, li għandhom rwol importanti ħafna, u dan għaliex inħossu li f'dan l-abbozz ta' liġi hawn xi ħaġa nieqsa.", "Fil-fatt minħabba f'hekk meta naslu għal klawsola 21 se nipproponu li jitwaqqaf xi forum nazzjonali għall- isport - u mbagħad ikun irid jiġi definit anke meta se jiltaqa' dan il-bord - biex jagħti feedback u jkun hemm iktar accountability għal dak li jkun qed isir.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-fatt dan is-suġġeriment lili daħħalli f'moħħi waqt li kont qed nipprepara d-diskors tal-winding up għax dak il- ħin irrealizzajt li n-nuqqas ta' qbil li hemm bejn il-gvern u l- oppożizzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi jista' jkun ġej minħabba li hawn min jemmen li l-kunsill Malti għall-isport għandu jingħata forma ta' forum nazzjonali.", "Fil-fatt il-kunsill Malti għall-isport kif inhu llum m'huwiex forma ta' forum nazzjonali imma huwa korp eżekuttiv li fih ċerti stakeholders biex iwettqu l-policy tal-gvern.", "Nitlob lill-Membri ta' l-oppożizzjoni biex jekk għandhom suġġerimenti oħra ta' dan it-tip, jgħadduhomlna ħalli nkunu nistgħu nistudjawhom waqt ir- recess u jkollna ċans nifformaw viżjoni dwarhom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Ma nafx jekk tkun idea tajba li dan il-kumitat konsultattiv ikun wieħed edukattiv ukoll għax inħoss li l-edukazzjoni f'dan il-qasam hija importanti ferm.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk wieħed jiftakar, meta konna qed niddiskutu l- abbozz ta' liġi dwar il-patrimonju Malti u ddiskutejna fit-tul it-twaqqif ta' forum nazzjonali, iż-żewġ naħat kienu qablu fuq ir-rwol u fuq l-obbligi ta' dan il-forum u fuq meta dan għandu jiltaqa', u għalhekk jien naħseb li m'għandux ikun hemm problemi biex jitħaddem l-istess konċett fil-każ tal- forum nazzjonali għall-isport.", "Sur President, jien nemmen li dan il-forum għandu jingħata struttura differenti mill-kunsill Malti għall-isport għaliex dawn għandhom funzjonijiet differenti.", "Ikun tajjeb ukoll li xi kultant il-membri tal- kunsill Malti għall-isport u l-membri ta' dan il-forum jagħmlu laqgħat bejniethom biex matulhom huma jkunu jistgħu jagħmlu ċerta kritika kif ukoll ċerti mistoqsijiet, suġġerimenti u proposti.", "Naħseb li dan jgħin anke fit- tfassil u fit-twettiq ta' politika sportiva nazzjonali li tagħmel sens, u għalhekk nirrakkmanda lis-Segretarju Parlamentari biex jara x'għamilna fil- qasam tal-patrimonju Malti għax kif għedt diġa', dan huwa mudell tajjeb għal dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Biex nirrispondi għall-punt li għamlet l-Onor.", "Law, irrid ngħid li l-kunsill Malti għall-isport għandu wkoll l-għan li jeduka, pero` meta nitkellmu fuq edukazzjoni rridu noqogħdu attenti għax ir- responsabbilta` ta' edukazzjoni fl-iskejjel m'hijiex ta' dan il-kunsill imma tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Madanakollu anke dan l-abbozz ta' liġi jagħmel aċċenn għall-edukazzjoni, fosthom paragrafu (d) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6, li jgħid illi waħda mill-funzjonijiet tal- kunsill Malti għall-isport hija li:", "\"... jippromwovi u jiżgura l-edukazzjoni u t-tħejjija ta' coaches, amministraturi u uffiċjali bil-kompetenzi vokazzjonali u professjonali meħtieġa, ...\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Mela ħalli ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"Kumitat Olimpiku Malti\".", "Is- Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President, wieħed jista' jgħid li l-kumitat olimpiku għandu rwol nazzjonali għoli f'kull pajjiż.", "Fil-fatt f'ċerti pajjiżi l-kumitat olimpiku jinkorpora anke l-eżekuttiv tal-gvern, u hemm pajjiżi oħra li jkollhom kemm l-eżekuttiv tal-gvern kif ukoll il-kumitat olimpiku, jiġifieri teżisti a dual system.", "Fil-fatt aħna għażilna din id- dual system, u għandna kopja ta' l-istatut fit-Tieni Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Sur President, ta' min jgħid li dan l-istatut tal-kumitat olimpiku kien jeżisti biss fit-test Ingliż u konna aħna li ttraduċejna dan l-istatut għat- test Malti.", "Naturalment aħna bagħtna din it-traduzzjoni lill-kumitat olimpiku Malti għall-approvazzjoni tiegħu għax suppost li dan l-istatut ġie tradott minnu.", "Fil-fatt jien għaddejt it-traduzzjoni ta' dan l-istatut lill-kumitat olimpiku Malti b'mod formali, u din it-traduzzjoni ġiet lura għandi emendata b'mod formali wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri qegħdin ngħidu li din se tkun parti mill- iskeda mal-liġi?", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: It-test Ingliż huwa l-istatut eżattament kif inhu, jiġifieri schedule 2 bl-Ingliż hija l-istatut tal-Kumitat Olimpiku Malti.", "Skeda 2 bil-Malti hija t-traduzzjoni li għamilna aħna, li ġiet approvata mill-KOM, għax kieku ma sarx hekk, ma kienx ikun jagħmel sens li tiddaħħal fil-liġi, għax l-istatut huwa proprjeta` ta' l-għaqda li hu jirregola.", "X'aktarx li meta naslu għal skeda 2, se jkollna ċerti emendi li nistgħu naraw jekk naqblux fuqhom en bloc, pero' skeda 2 bil-Malti m'hijiex l-iskeda ta' l-istatut tradott bil-Malti approvat mill-MOC.", "Dak se jiġi sottomess meta naslu għal dik l-iskeda.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'hawnx iktar rimarki nistgħu ngħaddu għad- definizzjoni ta' \"Kumitat ta' Tmexxija\".", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'iniex se nikkummenta dwar id-definizzjoni as such imma dwar xi ħaġa li se nitkellmu dwar x'ħin naslu biex niddiskutu klawsola 18, li qiegħda tagħti ħafna poteri lill-ministru konċernat.", "Dan iddiskutejnih anke fil-każ tal-kultura u tal-patrimonju, fejn sibna - imbagħad, wara diskussjoni bejnietna, qbilna - li ħafna drabi, fejn hemm il- kelma laxka \"jista'\", bdejna ndaħħlu l-kelma \"għandu\", biex ikun hemm obbligu, għax il-fatt li \"jista'\" jista' jfisser ukoll li \"ma jistax\".", "Allura eventwalment, meta se naslu għall-qalba tal-liġi nnifisha, se nkunu qegħdin niġbru dan it-tip ta' osservazzjonijiet biex indaħħlu aktar accountability.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu issa għad-definizzjoni tal-kelma \"Kunsill\".", "Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għad-definizzjoni tal-kelma \"Maltin\".", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Forsi wieħed jara stramba d-definizzjoni tal- kelma \"Maltin\" bħala \"xi kategorija ta' xi persuni oħra skond kif jiġi ordnat mill-Ministru minn żmien għal żmien\", u għalhekk ta' min nippreċiżawha.", "Kultant ċertu tip ta' sport għandu regolamenti differenti dwar min jista' jipparteċipa fih bħala Malti.", "Dawn ir-regolamenti jistgħu jibbażaw fuq ċittadinanza jew fuq ir-residenza.", "Għall-finijiet tal-liġi, huma l-Maltin għax xi kultant, ċerti assoċjazzjonijiet jagħmlu xi restrizzjonijiet, per eżempju fil-football ġieli tkun tapplika r-regola li tliet players barranin biss jistgħu jilagħbu mal-clubs li jipparteċipaw fil- premier league, filwaqt li f'diviżjonijiet oħrajn jkun hemm regolamenti oħra.", "F'dixxiplini oħrajn, bħall-basketball, huma bissa dawk li jkollhom passaport Malti li jistgħu jilagħbu fil-league, allura, biex ma jkollniex kunflitt, la mal-football u lanqas ma' sport ieħor, fejn minn wieħed għall- ieħor, id-definizzjoni ta' \"Malti\" tista' tvarja, ħallejniha b'dan il-mod.", "Dan kien il-ħsieb tagħna.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħsibna ftit dwar x'implikazzjonijiet jista' jkollu dan f'oqsma oħra, mhux neċessarjament sportivi.", "Ħalli nagħti eżempju, għax żgur li talbiet bħal dawn isiru.", "Il-Ministru jista' jiddeċiedi li persuna partikolari ta' nazzjonalita` differenti, hija Maltija.", "Nafu li meta jsir dan, dawn il-persuni jibdew jitolbu affarijiet li jitolbu l-Maltin, bħal per eżempju li uliedhom jattendu fi skola tal- gvern mingħajr ħlas.", "Jien m'iniex qed nidħol fil-mertu ta' l-argument ta' xi drittijiet għandhom it-tfal tal-footballers li jiġu joqogħdu f'Malta.", "S'issa, jekk dawn ma jkunux saru Maltin, ma jkunux definiti bħala tali għal skop ta' servizzi li huma jew il-familja tagħhom jieħdu.", "Nerġa' ngħid li m'hijiex l-ewwel darba li jkun il-ministru stess li lil dawn in-nies jgħidilhom Ii huma Maltin.", "Imbagħad, kif qiegħed ngħid, dawn jirrikorru għandhom biex jingħataw l-istess drittijiet tal-Maltin, u din m'hijiex ipotesi imma ġrat u tibqa' tiġri f'kull qasam, inkluż fl-isptar u f'servizzi pubbliċi oħrajn.", "Jien nifhem l-iskop għaliex sar dan, u fil- qasam sportiv jagħmel ħafna sens, pero', la imkien ieħor fil-liġi jien nifhem li mhux se jkun hemm delinjazzjoni ta' xi tfisser il-kelma \"Maltin\", jiena ngħid li għandna nkunu kawti, għax qegħdin niftħu wisq lilna nfusna, bil-konsegwenza li lil min se nagħtuh it-titlu ta' Malti, imbagħad se jippretendi li jiġi ttrattat ta' Malti...", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-fatt qiegħed inħares lejn xi notamenti li għandi quddiemi u lejn ċerti riferenzi li iktar tard jistgħu jpoġġuna fuq problemi ta' dan it-tip, u li x'aktarx se jiġu rranġati.", "Naħseb li kważi kważi, id-definizzjoni tal-kelma \"Maltin\", għall-fini ta' din il-liġi, nistgħu ngħaddu mingħajrha.", "Allura qiegħed nitlob li din id-definizzjoni titneħħa għax x'aktarx, fi klawsoli oħrajn se nneħħuha wkoll billi iktar tard inressqu emenda formali.", "THE CHAIRMAN: Ngħaddu għad-definizzjoni tal-kelma \"Ministru\".", "Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Ngħaddu mela għad-definizzjoni tal-kelma \"Ordinanza\".", "Qiegħed nifhem li m'hawnx rimarki.", "Ngħaddu issa għad- definizzjoni tal-kelma \"Ordnata\".", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Biex inkun onest, din id-definizzjoni qiegħed naraha kemmxejn stramba.", "Għaliex inħass il-bżonn li niddefinixxu li \"ordnata\"....?", "Nistqarr li ma niftakarx kuntestwalment kemm-il darba intużat u kif intużat.", "Hemm xi raġuni partikolari għaliex min fassal dan l-abbozz ta' liġi ħass il-bżonn li jħalli d-definizzjoni ta' \"ordnata\"?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Għax fit-test Ingliż hemm il-kelma \"prescribed\", li mhux neċessarjament tfisser \"ordnata\".", "\"\"Prescribed\" means prescribed by regulations made by the Minister under this Act\", li naħseb li hija differenti mid-definizzjoni fit-test Malti.", "Għalhekk nistgħu nipposponu din id-definizzjoni ħalli nirranġaw il-kelma....", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Probabbli hemm ċans li nsibu kelma aħjar minn \"ordnata\".", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed nitolbu li d-diskussjoni fuq id- definizzjoni tal-kelma \"ordnata\" nipposponuha biex nagħmlu emenda għaliha.", "THE CHAIRMAN: Mela issa ngħaddu għad-definizzjoni tal-kelma \"persuna\".", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: F'din id-definizzjoni għandek x'hemm fl- Interpretation Act.", "F'dan l-Att li kien għadda fl-1975 għandek xi tfisser persuna ġuridika u allura din qed terġa' tirrispekkja dak li hemm f'dak l- Att.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien aktar familjari mal-kritika letterarja milli mal-ġurisprudenza imma nixtieq nistaqsi jekk il-kliem \"persuna tinkludi korp ta' persuni\" tinkludix bilfors korp ta' persuni.", "Per eżempju, din tista' tirriferi għal persuna?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva għax meta tgħid \"persuna\" qed tfisser persuna ġuridika li tista' tkun magħmula minn korp ta' persuni jew kull korp magħqud imwaqqaf skond il-liġi.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Tista' tkun persuna waħda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-Companies Act għandek pożizzjonijiet fejn tista' tagħmel kumpannija u tkun waħdek.", "Pero' l-bqija le u jrid ikun hemm ġabra ta' tnejn jew aktar persuni.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nagħmel din il-mistoqsija għax huwa żgur li fil-qasam sportiv għandna dixxiplini li fihom jieħdu sehem grupp ta' persuni flimkien imma mbagħad hemm dixxiplini fejn l-isport ikun jikkonsisti f'persuni individwali.", "X'inhu l-effett fuq ħaġa bħal din?", "Per eżempju, hawnhekk nista' nsemmi wieħed li jilgħab l-isnooker.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk f'Malta jkun hawn wieħed li jipprattika dak l-isport huwa mod imma hawnhekk qed nitkellmu fuq għaqdiet ta' nies.", "Għalhekk persuna waħda li tipprattika l-isport waħedha ma tistax issir awtomatikament club sportiv.", "Inti qed tgħid li n-nies li jifformaw dan il-club ma jibqgħux responsabbli legalment huma personali imma dik ir-responsabbiltà tal-club tkun ta' entità ġuridika separata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: U jekk m'hemmx dik l-entità?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Huwa għalhekk li hawnhekk qed niddefinixxu persuna ġuridika x'inhi.", "Individwu dejjem jibqa' individwu bil-liġi imma persuna ġuridika hija persuna li tista' tagħmel kawża ̧ tista' tiffirma kuntratt ̧ tista' tiffirma l-kambjali, tista' tidħol għal ċerti commitments u jistgħu jagħmlu kawża kontra tagħha.", "Għalhekk persuna individwali ma taqax taħt għaqda sportiva għax tkun waħedha.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Fil-fatt din id-definizzjoni hija marbuta ma' l- issue tar-reġistru.", "Per eżempju ̧ jekk inħarsu lejn klawsola 39 insibu hekk:", "\"Il-Ministru jista', wara konsultazzjoni mal-Kunsill, jagħmel regolamenti bil-għan li tidħol fis-seħħ din it-Taqsima ta' dan l-Att ̧ u jista' ̧mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak hawn aktar qabel imsemmi b'dawn ir-regolamenti jipprovdu dwar:", "dawk il-kategoriji ta' persuni ...\".", "Meta għamilna \"persuni\" għall-fini ta' dawn il-paragrafi ma kellniex f'moħħna persuni individwali.", "Pero' jista' jkollok għaqda ta' mseħbin li forsi ma tkunx tissejjaħ \"soċjetà\" jew \"entità oħra\" imma tkun persuna ġuridika.", "Għalhekk se jkun hemm regolamenti dwar liema persuni jistgħu jidħlu fir-reġistru li jistabbilixxu l-kriterji.", "THE CHAIRMAN: Issa ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"Persuna Reġistrata\".", "Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Mela ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"Proprjetà Assenjata\".", "Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Issa ngħaddu għad-definizzjoni \"Reġistru\".", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Ma nafx jekk jagħmilx differenza jew le.", "Però fid- definizzjoni ta' \"Reġistru\" jingħad: \"\"Reġistru\" tfisser Reġistru ta' Persuni ...\"", "Hemmhekk \"tfisser\" jew \"ifisser\" trid tiġi?", "Għax hemmhekk il- kelma hija fil-maskil.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hemmhekk nużaw il-kelma \"tfisser\" għax aħna kull darba qegħdin ngħidu xi tfisser il-kelma għall-iskop tal-liġi.", "ONOR.", "RITA LAW: Jiġifieri ma tagħmilx differenza jekk il-kelma tkunx fil- maskil jew fil-femminil?", "Għax \"Reġistru\" huwa fil-maskil.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Onorevoli, din trid taqraha hekk: \"F'dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xorta'oħra, \"Reġistru\" tfisser ...\"", "Jiġifieri dik hija parti mis-sentenza li tibda fil-bidu ta' klawsola 2.", "Il-kelma \"tfisser\" qed tikkwalifika l-kelma \"rabta\".", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-liġi kull kelma tista' tingħata sinifikat differenti, allura biex inkunu ċerti fl-interpretazzjoni ngħidu li l-kelma \"bord\" f'din il-liġi tfisser hekk, hekk u hekk.", "F'liġi oħra l- kelma \"bord\" tfisser xi ħaġa kompletament differenti.", "F'din il-liġi, meta qegħdin ngħidu \"Reġistru\" tfisser, qegħdin ngħidu li għall-iskop ta' dan l- Att partikolari din il-kelma tfisser hekk.", "Il-kwesjoni ta' maskil jew femminil m'għandha x'taqsam xejn.", "THE CHAIRMAN: Issa ngħaddu għad-definizzjoni ta' \"sena finanzjarja\".", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk huwa tajjeb li qed jiġi speċifikat mil-liema ġurnata tibda s-sena finanzjarja.", "Fil-fatt il-liġi qiegħda tgħid: \"perjodu ta' tnax-il xahar li jibda għaddej mill-ewwel ġurnata ta' Ottubru ta' xi sena partikolari u jagħlaq fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara.\"", "Jiġifieri qegħdin nipprovaw inġibu in line is-sena finanzjarja tad-diversi attivitajiet li huma marbutin magħha biex nipprovaw inġibu ċerta konformità fil-liġi u fl-attivitajiet in ġenerali.", "Jiġifieri l-iskop tal-liġi huwa li tipprova tallinea l-affarijiet b'mod li jkunu uniformi.", "Mr Chairman, ninforma lill-Kamra li l-emendi għad-definizzjonijiet kollha li ddiskutejna se nippreżentawhom fl-aħħar tad-diskussjoni ta' din il- klawsola.", "Jekk hemm bżonn terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq xi definizzjoni partikolari li tiġi emendata.", "Id-diskussjoni fuq klawsola 2 baqgħet aġġornata.", "Fid-9:20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 16 ta' Settembru, 2002, fid-9:00 a.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, f'dan il-ħin li għandi xtaqt nitkellem ftit dwar fatti li saru magħrufa matul dawn l-aħħar ġimgħat b'mod partikolari ma' dak li għandu x'jaqsam ma' rapporti li ġew ikkumissjonati mill-GWU dwar l-impatt ta' sħubija ta' pajjiżna fl-UE.", "Il-GWU, li tipprofessa ruħha bħala l-akbar union f'pajjiżna – dan l-aħħar kien hemm artiklu li poġġa f'dubju serju kemm fil-fatt in-numru ta' membri li hi tgħid li għandha huwa veritier - ħadet pożizzjoni uffiċjali li hi kontra s-sħubija ta' pajjiżna fl-UE għaliex mir-rapport li għamlu - dan kien it-22 rapport li għamlet u ma ppublikatx il-21 rapport ieħor li saru fuq l-EU ukoll u li huma ħasbu li se jirnexxilhom jaħbu - irriżulta li s- sħubija ta' Malta fl-UE tkun ta' żvantaġġ kbir għall-ħaddiema Maltin għaliex qalet li ma tistax tkun favur ta' xi ħaġa li se tkun ta' dettriment għall-ħaddiema.", "Dik kienet il-pożizzjoni uffiċjali tal-GWU.", "Il-gvern Malti jagħti lill-GWU, lill-UĦM u lil xi organizazzjonijiet oħra s- somma ta' Lm50,000 fis-sena sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-istudji u r-rapporti sabiex isiru aktar knowledgeable dwar l-implikazzjonijiet ta' sħubija ta' pajjiżna fl-UE pero` sfortunatament l-istand li ħadu ż-żewġ unions kienu ferm differenti minn xulxin.", "Filwaqt li l-UĦM ippubblikat ir- rapporti kollha li ikkummissjonat, il-GWU m'għamlitx hekk u ma ppubblikatx il-21 rapport li hi stess ikkummissjonat.", "Fortunatament għall-poplu, ftit tal-ġranet ilu sirna nafu x'kien fihom dawn il-21 rapport.", "Jien illum se nsemmi tnejn biss minnhom – dak fuq l-SMEs u dak fuq il-politika soċjali ta' l-UE - għax il-ħin ma jippermettilix li nsemmihom kollha.", "Dawn huma rapporti li jieħdu stand favorevoli fuq l-UE u ġew moħbija lill-membri ta' din l-union sabiex l-istess membri jiġi mogħtija rapport negattiv sabiex jieħdu stand negattiv fuq is-sħubija ta' Malta fl-UE.", "Sur President, ħalli mmur lura għal April 1967, era kompletament differenti miż-żmien tal-lum fejn kien hawn il-gwerra bierda u fejn Malta kienet għadha kemm titwieled bħala pajjiż indipendenti.", "Dak iż-żmien, il-GWU għamlet rapport imsejjaħ \"Memorandum on Malta's possible participation in the European Economic Community or the European Free Trade Area\".", "Jien m'iniex se nidħol fid-dettall ta' x'hemm f'dan ir-rapport għaliex ħafna minnu jikkonċentra fuq xi tfisser l-EEC u xi tfisser l-EFTA pero` se nikkwota paragrafu interessanti fejn il-GWU qed tagħmilha ċara x'kienet il- pożizzjoni tagħha fuq dak l-argument dak iż-żmien:", "\"The union is of the view that if Malta is associated with any other country or a group of countries with better standards and conditions of work than ours, it becomes easier to improve the standards in Malta.\".", "Aktar 'il quddiem imbagħad insibu hekk:", "\"The GWU firmly believes that it is absolutely essential for Malta to join a bigger market.", "By joining any one of the two large European market blocs, our industries, at least the efficient ones, will have a better chance to increase their exports and expand their activity to meet the demand of a much larger market.", "Furthermore, such an association can also serve as a market attraction for more capital investments, both local and foreign, which will increase the level of economic activity in Malta.\".", "Mela jekk dan il-kliem kien rilevanti fl-1967, kemm hu aktar rilevanti għar- realta` tal-lum!", "Jekk fl-1967, il-GWU kellha l-opinjoni li jekk Malta tissieħeb ma' dawn il-blokki ta' pajjiżi - fosthom l-EEC li llum hija l-UE – li għandhom standards u kundizzjonijiet ta' xogħol ferm aħjar minn ta' Malta, dan se jkun ifisser li l-istandards u l-kundizzjonijiet ta' xogħol tagħna se jitjiebu, kemm aktar għandu japplika dan għal-lum!", "Dan ir- rapport, li hu quite relevant anke għal-lum, qal hekk:", "\"An immediate advantage which Malta may find useful is the abolition of obstacles to the free movement of workers.\".", "Jiġifieri fl-1967, il-GWU kienet rat il-liberta` tal-moviment tal-ħaddiema bħala vantaġġ għall-ħaddiem Malti.", "U r-rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Another important advantage which our workers will welcome is that as the Treaty of Rome makes provisions for the harmonisation of working conditions and social security, as soon as Malta reaches an agreement with the six, the Maltese workers will know that the future prospects of improving their working conditions are bright.", "Another important advantage may be that with the foreknowledge that in some future date our industries will have to meet harder competition, our industrialists will have a stronger incentive to ensure that they have an efficient industry.\".", "Illum il-GWU qed tuża dan il-punt bil-maqlub u qed tgħid li dan hu ta' żvantaġġ!", "Fil-konklużjoni ta' dan ir-rapport ingħad li:", "\"The worst possible thing that could happen to Malta is to be isolated.\".", "Mela dan kien rapport li tkellem kontra l-iżolament ta' pajjiżna.", "Dan ir- rapport se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra aktar tard u se ngħaddi biex nitkellem fuq rapport differenti li tħejja f'Novembru ta' l-1999 mill- Professur Godfrey Baldacchino dwar il-politika soċjali ta' l-UE.", "Dan ir- rapport jibda hekk:", "'It-tkattir tax-xogħol produttiv, titjib fil-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, oppurtunitajiet indaqs għall-ħaddiema kollha u djalogu rispettat bejn min jaħdem u min iħaddem - dawn huma l-erba' prinċipji li jiffurmaw il-pern tal- politika soċjali attwali ta' l-Unjoni Ewropea.\".", "U jien nistaqsi: Liema union qatt tista' qatt tkun kontra dawn l-erba' prinċipji?", "Sur President, l-ebda union serja ma tista' qatt tkun kontra dawn il-prinċipji imma minkejja dan, dan ir-rapport inżamm mistur.", "Għandna f'idejna dawn il-21 rapport li l-GWU ippruvat taħbi u hija tal-mistħija li l-akbar union f'pajjiżna li tant tiftaħar li hi l-paladin ta' l-interessi tal-ħaddiema - u jekk veru huwa hekk sewwa tagħmel li taqbeż għall- interessi tal-ħaddiema imma m'għandhiex tħalli li tintuża minn xi ħadd fi ħdan il-MLP għall-skopijiet purament partiġġjani – taħbi rapporti bħal dawn.", "Jiena m'għandi xejn kontra l-GWU anzi naf li ħafna mill-uffiċjali tagħha – li sirt nafhom f'dawn l-aħħar snin – huma nies serji u nemmen li għandhom għal qalbhom il-ġid tal-ħaddiem Malti.", "Imma sfortunatament mhux kollha huma hekk; hemm uħud minnhom – nispeta li mhux il-maġġoranza – li ħafna drabi jinqdew bil-union għal skopijiet partiġġjani.", "Huwa ħażin ħafna li union tgħid li qed tmexxi l-ħaddiema u suppost iżżommhom informati fuq l-affarijiet li jikkonċernaw lilhom ħalli jieħdu deċiżjoni ġusta imma minflok, din taħbi din l-informazzjoni.", "Il-GWU hija accountable lejn il-membri tagħha u anke lejn it-taxpayers.", "Kemm jistona l- kliem tal-union fejn qalet li m'hijiex kontra r-referendum sakemm il-poplu jkun informat!", "Min ġej jgħallem lilna fuq kif ninformaw lill-poplu?", "L- istess union li ħbiet 21 rapport li kellhom iwasslu għal deċiżjoni ta' iva lejn sħubija?", "Ir-rapport fuq il-politika soċjali ta' l-UE jidħol f'dettall kbir u m'għandu xejn ħlief kliem ta' tifħir għal din il-politika.", "Hemm imsemmijin il-fond soċjali Ewropej, il-politika favur l-impjiegi, is-sigurta` soċjali għall-ħaddiema immigranti, is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, id-djalogu soċjali, li jkun hemm informazzjoni u konsultazzjoni mal- ħaddiema, id-drittijiet indaqs għal nisa u rġiel u anke jitkellem fuq l- anzjani, dawk b'diżabilita` u persuni esklużi.", "Ir-rapport isemmi l-European Social Fund u jgħid x'inhuma l-għanijiet ta' dan il-fond u cioe` sabiex ikun hawn aktar għaqda bejn iċ-ċittadini u aktar opportunita` ta' xogħol.", "Dan ir-rapport qed jgħid li l-fond soċjali Ewropew hu favur it-tkattir tax-xogħol u hemm flus kbar available sabiex pajjiż membru ta' l-UE jkun jista' jagħmel użu minnhom sabiex jitkattar ix-xogħol.", "Dan ir-rapport isemmi ħafna direttivi li fost oħrajn jolqtu t-trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, is-saħħa u s-sigurta`, il-liġijiet tax- xogħol, il-council directives fuq kif ikun hemm ħaddiem informat u kkonsultat, il-collective redundancies u l-mod kif l-EU tipproteġi l- ħaddiema meta jkun hemm dawn ir-redundancies.", "Ovvjament hawnhekk ma nistax nidħol fid-dettall ta' dan ir-rapport għax m'għandix ħin biżżejjed pero` se naqra l-konklużjoni li hi interessanti ħafna:", "\"Minn dak li joħroġ mill-iscreening ta' dan il-kapitlu ta' l-acquis communautaire, jidher li union bħall-GWU għandha", "1.", "Tassigura li l-provvedimenti kollha favur il-politika soċjali ta' l- Unjoni Ewropeja jidħlu tassew fis-seħħ u jiġu mplimentati f'pajjiżna għall-benefiċċju tal-ħadiema kollha.", "2.", "Tħeġġeġ għat-tħaddim tal-Fond Soċjali Ewropew fl-immodernizzar u żvilupp ta' oqsma ndustrijali batuti, bħalma hi l-Kottonera, u għat- tagħlim u taħriġ lil żgħażagħ u persuni li ilhom jirreġistraw għax- xogħol\"", "Dawn huma l-konvinzjonijiet ta' rapport - li 'l quddiem nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra – li bażikament qal lill-GWU li m'hemm xejn x'titlef u hemm ħafna x'tirbaħ bi sħubija.", "Il-ħaddiem Malti se jagħmel a quantum leap ahead f'dak li hu t-tħaris tad-dinjita` tiegħu.", "Ħalli ngħaddi issa biex nikkwota minn rapport ieħor li sar f'Jannar 2000 minn Gordon Cordina dwar l- effett tas-sħubija fl-UE fir-rigward ta' l-SMEs.", "Dan ir-rapport li huwa ferm interessanti u dettaljat jgħid hekk:", "\"The main platform for EU action in this area is the multi-annual programme on SMEs which seeks to promote a policy which is SME- friendly.", "The third programme terminates at the end of 2000 and has a financial budget of Euro127 million.\".", "Dan jgħid x'inhuma l-għanijiet ta' dan il-multi-annual programme ta' l- Unjoni Ewropea fejn fost oħrajn hemm:", "\"1.", "To simplify and improve the administrative and regulatory business environment.", "2.", "To improve the financial environment for enterprises.\".", "Mela l-GWU ma tistax tgħid li ma kenitx taf.", "Kieku ma kenitx taf, setgħet tiġi b'xi mod skużata, pero` meta din taf u tipprova taħbi dak li taf, dik tissejjaħ diżonesta` intellettwali u politika.", "Il-GWU taf x'inhi l-politika ta' l-UE dwar l-SMEs u ma ninsewx li 99% tal-kummerċ f'pajjiżna huwa kompost mill-SMEs – li tirriferi għal industriji li jħaddmu anqas minn 50 ruħ – u tliet kwarti minnhom iħaddmu anqas minn 10 persuni.", "Mela l-GWU taf li l-UE tirrikonoxxi li 99% ta' l-intrapriżi Maltin huma SMEs u għalhekk hemm l-għajnuna għalihom available jekk nidħlu fl-UE, liema għajnuna tissemma f'dan ir-rapport u jingħad hekk:", "\"The EU has launched a number of programmes and business support measures with two objectives -", "1) Providing information and contacts to help SMEs reach out beyond the domestic markets;", "2) Improve the access to finance of SMEs.\".", "Ir-rapport jgħid ċar u tond lill-GWU li l-UE hi favur li jkun hemm aktar aċċess għall-finanzjament ta' l-SMEs u li hija favur li jkun hemm aktar titjib u faċilitazzjoni fil-kuntatti ta' l-SMEs sabiex dawn ikunu jistgħu jikkompetu fi swieq ġodda u fil-fatt ir-rapport ikompli jgħid li:", "\"SMEs are being assisted financially through the structural funds, the research and technological development programmes, the vocational training programmes, the European Investment Bank, the European Investment Fund and the programmes for international co-operation.\".", "Hawnhekk insibu ħemel inizjattivi u għajnuna f'termini ta' flus.", "Dawn huma affarijiet konkreti; huma flus li l-SMEs jistgħu jibbenefikaw minnhom bi dritt ladarba pajjiżhom ikun membru ta' l-UE.", "Imbagħad ir-rapport ikompli jgħid:", "\"Community appropriation from the structural funds in respect of SMEs doubled between the periods 1989-1993 and 1994-1999.\".", "Dan qed jgħid li l-fondi strutturali allokati għall-SMEs irduppjaw matul dawn l-aħħar ftit snin imma minn dan kollu li semmejt, il-membri tal-GWU li jaħdmu fl-SMEs – bħal mastrudaxxi, mechanics u panel beaters – baqgħu fid- dlam u ma jafu xejn għax l-GWU għażlet li taħbi dawn ir-rapporti.", "L-istess rapport ikompli jgħid hekk:", "\"Most Maltese firms qualify as SMEs under the single definition adopted by the commission.", "A significant number would even qualify as micro-enterprises.", "SMEs in Malta generally face the same problems as those of their European counterparts.\".", "Mela kemm l-SMEs Maltin kif wkoll dawk Ewropej għandhom problemi in komuni imma jekk nidħlu fl-UE, l-SMEs Maltin ikollhom l-istess għajnuna bħal dik li għandhom l-Ewropej u jkunu jistgħu jikkompetu aħjar.", "Ir-rapport imbagħad ikompli jgħid li:", "\"Most Maltese SMEs focus on the domestic market.", "They have a limited access to financial resources.\".", "- jiġifieri bi sħubija din il-limitazzjoni tkun imnaqsa -", "\"It is debatable whether Maltese SMEs will be able to face these challenges on their own.\".", "Għalhekk, dawn l-SMEs iridu l-għajnuna.", "Forsi hawnhekk ikun hawn min jgħidli li biex tagħtihom l-għajnuna m'hemmx għalfejn nissieħbu.", "Veru li m'hemmx għalfejn nissieħbu imma jekk ma nissieħbux, il-flus joħroġhom il- gvern mit-taxxi tal-poplu.", "Sur President, imbagħad ir-rapport jispiċċa jgħid hekk:", "\"With entry into the EU, Malta will gain access to the financial part of the SMEs related acquis.", "Maltese firms will be able to tap EU financial markets and in particular apply for assistance under regional and social funds.\".", "Pero` l-GWU ma riditx tgħarraf b'dan lill-eluf ta' ħaddiema membri tagħha li jaħdmu fl-SMEs.", "Biex nagħlaq, Sur President, insemmi ftit il-kwestjoni ta' l-Isvizzera fil- Mediterran u xtaqt li nfakkar ftit lin-nies li f'Marzu tas-sena l-oħra, il- partit Soċjalista Svizzeru ħareġ rapport bl-isem Political Programme of the Swiss Socialists fejn intqal li hija r-rieda tagħhom li jinvolvu lilhom nnfushom fil-ħidma lejn l-Ewropa kif qed tiżviluppa u li l-Isvizzera għandha tissieħeb fiha mill-aktar fis possibbli.", "Dan ir-rapport ikompli jgħid li l-ewwel proġett li għandhom hu li jaħdmu bis-sħiħ biex jiksbu sħubija fil-qalba ta' l-istituzzjonijiet Ewropej mill-aktar fis possibbli.", "Għalaqt b'din in-nota, Sur President, biex nuri kemm huwa żbaljat min jaħseb li huwa tajjeb għal Malta li tgħix in splendid isolation.", "Dawk li jgħidu hekk huma l-prophets of doom għaliex il-fatti juru li aktar ma nersqu viċin l-għeluq tal-kapitli li aħna qegħdin ninnegozjaw, aktar qed jirriżultaw profeti foloz.", "U profeti foloz m'humiex kredibbli u ma tistax toqgħod fuqhom.", "Il-politika ta' ħabi ta' rapporti importanti bħal din li semmejt hija politika li tmur kontra d-diċenza, l-onesta` u s-serjeta`.", "Jiena m'għandi xejn kontra l-GWU - kif diġa` għedt għandi ħafna ħbieb tiegħi li huma membri u uffiċjali tagħha - pero` nħoss li huwa d-dmir tiegħi li dak li hu ħażin, ngħid li hu ħażin.", "Il-Maltin kollha għandhom ikunu jafu x'fihom dawn ir-rapporti li l-GWU ħbiet u wara l-vaganzi tas- sajf se nkomplu niżvelaw x'fihom dawn ir-rapporti u nqegħeduhom ukoll fuq il-mejda tal-Kamra sabiex il-poplu kollu jkollu aċċess għalihom.", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' discussion paper għall-GWU datat Jannar 2000 intitolata \"The Effects of EU Membership on the Maltese Worker arising out of the EU Small and Medium-Sized Enterprises Policy\";", "Kopja ta' rapport imħejji fuq talba tal-GWU datat Novembru 1999 dwar il-Politika Soċjali ta' l-UE; u", "Kopja ta' memorandum tal-GWU dwar il-possibbilta` li Malta tieħu sehem fl-European Economic Community (EEC) jew l-European Free Trade Ares (EFTA) imħejji f'April 1967.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it- Tnejn, 16 ta' Settembru, 2002 fid-9:00 a.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Fl-9:50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĦRIJA - TRIQ PRINĊIPALI – XOGĦLIJIET", "34779.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac it-triq prinċipali tal-Baħrija?", "Din is-sena jew d-dieħla?", "Kemm hija ċ-ċifra ta' flus ivvutata għall-għoti tat-tarmac tat-triq prinċipali tal-Baħrija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qabel it-triq prinċipali tal-Baħrija tiġi reconstructed hemm programm estensiv ta' toroq bi prijoritajiet akbar li jrid isir xogħol fuqhom fis-snin li ġejjin.", "Madanakollu minħabba l-ħsara li fiha din it-triq, id-direttorat għat-toroq se jkollu jagħmel xogħol biex din il-ħsara titranġa.", "Id-direttorat stabbilixxa li biex il-patching tal-potholes f'din it-triq isir, l-ispiża kienet taqbeż Lm80,000 u peress li nstab li jkun irħas li jingħata carpet ta' tarmac fit-triq minflok, ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dan il-carpet ikun jista' jsir.", "UE – KWOTI U TARIFFI", "34780.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani bid-dettall li jiena tlabt f'mistoqsija 32740 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' 87 prodott ta' l-ikel li se jkunu suġġett ta' kwota u tariffa wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġiba tiegħu fis-seduta 720?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-TARIC ta' l-Unjoni Ewropea, fejn isib l-informazzjoni kollha.", "FINANZI PUBBLIĊI - PARAGUN", "34906.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif jipparagunaw il-figuri tal-finanzi pubbliċi għall-ewwel ħames xhur tas-sena mal-projected figures tal-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor> Interpellant li dan il-paragun diġa` sar b'mod dettaljat ħafna, proprju bil-figuri Jannar/Mejju 2002 paragunati ma' l-istimi għas-sena kollha, kemm fil-gazzetta tal-gvern tat- 28 ta' Ġunju 2002 kif ukoll bil-kummentarju maħruġ mill-uffiċċju ta' l- istatistika, immedjatament wara.", "Nerġa' insostni li dawn il-paraguni jistgħu jagħtu stampa ħażina billi d- dħul u l-ħruġ tal-gvern m'huwiex konsistenti xahar b'xahar u billi l-gvern għadu jikkontja fuq bażi ta' cash flow.", "COLLECTIVE AGREEMENT", "34907.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li billi ma kien hemm l-ebda żidiet fil-pagi ikkontemplati fil-kontro-proposti li ntbagħtu lill-unions għall-ftehim kollettiv ta' tliet snin minn Jannar 2002, ifissirx li l-gvern qed jirrikorri għall-wage freeze li tant ikkritika fl-imgħoddi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-pożizzjoni tal- gvern dwar il-ftehim hu pubbliku u jafu kullħadd.", "Wara ż-żidiet li ngħataw dan l-aħħar u li tant ġew kritikati mill-oppożizjoni, il-gvern isostni li m'hemmx lok għal żidiet f'dan il-collective agreement.", "L-oppożizzjoni trid tiddeċiedi l-pożizjonji tagħha u ma tibqgħax tgħix fil- konfużjoni tal-popolariżmu, li tikkritika lill-gvern meta jagħti ż-żidiet u tikritika lill-gvern meta jgħid li mhux se jagħti żidiet.", "SKEJJEL PRIMARJI TAL-GVERN - STUDENTI", "34915.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna tfal Maltin u Għawdxin jattendu l-aħħar sena tal-primarja fl-iskejjel tal-gvern fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infurmat li n-numru ta' tfal Maltin u Għawdxin li kienu jattendu l-aħħar sena fl-iskejjel primarji ta' l-istat kien ta' 2238 tifel u 1930 tifla, għal total ta 4168 tifel u tifla.", "SERVIZZ FARMAĊEWTIKU TAL-GVERN", "34916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga kif qed joħorġu boroż ta' mediċini mis-servizz farmaċewtiku tal-gvern u jitqassmu b'xejn?", "X'inhi n-nefqa tal-gvern fuq mediċini pprovduti minn dan is-servizz kull xahar jekk tieħu l-medja tas- sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern iqassmu mediċini u tagħmir mediku lill-isptarijiet tal-gvern, health centres kif ukoll lil pazjenti speċifiċi.", "Jista' l-Onor. jindika għal liema boroż ta' mediċini qiegħed jirriferi?", "MIA", "34921.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati nies ma' l-MIA mindu tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal-consortium li se jissieħeb mal-kumpannija?", "Jekk iva, kemm ġew ingaġġati nies, f'liema gradi u kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mis-27 ta' April 2002, data li fiha tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal- consortium li se jissieħeb mal-kumpannija MIA ġew impjegati fuq bażi fulltime żewġ technicians, żewġ customer service assistants, skrivan u ħames apprentisti.", "SLIEMA – EXILES - TINDIF", "34923.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isir it- tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar riċentament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "USS ROOSEVELT – SIĠURTA`", "34924.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-riċeviment li sar nhar l-4 ta' Lulju 2002 fuq il-bastiment tal-gwerra Amerikan kien hemm siġurta` fil-port magħmula minn tliet patrol boats u 2 rubber dingies u għall-inċidenti li kellhom dan l-aħħar numru ta' sajjieda ma kienx hemm servizz bħal dan ta' sigurta`?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li fid-data msemmija kien hemm rapporti diversi fl-istampa internazzjonali dwar il-possibilità ta' attakki terroristici kontra interessi ta' l-Istati Uniti madwar id-dinja.", "Minħabba f'hekk, minbarra l-prekawzjonijiet li jieħdu s-soltu l-forzi rmati matul zjarat f'Malta minn bastimenti tal-gwerra, s-sigurta` ma' l-USS Roosevelt żdiedet matul il-ħin tar-riċeviment li sar abbord.", "Fic-cirkostanzi dan kien neċessarju għall-ġid ta' kulħadd.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-forzi armati wettqu sorveljanza regolari mill-ajru matul l-istaġun tat-tonn u li kull meta kien rrappurtat lilhom li kienu seħħew xi inċidenti, mill-ewwel bagħtu ajruplan fuq il-post biex jinvestiga u jirraporta.", "TWAQQIF TA' XOGĦOL", "34925.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kif fil-kuntest tal-policy nforzata mid-dipartiment tat- turiżmu li mill-1 ta' Lulju ma' jsirx xogħol jew jieqaf xogħol ta' kostruzzjoni f'inħawi u zoni turistiċi, għadu kif inbeda xogħol ta' kostruzzjoni (twaqqiegħ) fi Qui-Si-Sana fuq l-ex-stabbiliment Pipers?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-policy tal- gvern ma tkoprix bini tal-privat.", "SAN ĠWANN – HOUSING ESTATE", "34926.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 34836 li originarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover għadha ma ġietx mitluba tgħid jekk tridx taqleb iċ- ċens tad-dar tagħha fil-housing estate ta' San Ġwann għal wieħed perpetwu kif ġew mistoqsija residenti oħrajn fl-istess parti ta' l-estate?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-taqsima proprjeta` tal-gvern, filwaqt li tikkunsidra kull talba li tirċievi biex ċens temporanju jinqaleb għal wieħed perpetwu, ma tibgħatx għan-nies minn jeddha.", "Fil-fatt il- każijiet li kien hemm fil-housing estate f'San Ġwann fejn iċ-ċens inqaleb għal wieħed perpetwu kienu saru wara talba bil-miktub miċ-ċenswalisti rispettivi.", "Fil-każ tar-resident li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant jidher li dan qatt ma għamel talba fir-rigward u għalhekk, jekk dan ir-resident huwa interessat li jagħmel hekk, huwa għandu jikteb lit-taqsima proprjeta` tal-gvern.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - FUNTANA", "34938.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta' Buġibba mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-funtana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant kienet inxtrat mill-ministeru għax- xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "In-nefqa totali fuq ix-xiri u stallazzjoni tal-funtana kien jammonta għal madwar Lm56,776.", "Din il-funtana sas-sajf l-ieħor kienet qed tintrama fix-xhur tas-sajf f'Buġibba b'arranġament ta' armar u manutenzjoni mal-kumpannija MDS (parti mill-WSC).", "Dan l-arranġament kien qed jiswa lit-taqsima tax-xogħlijiet is- somma ta' Lm7,000 fis-sena.", "Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li għalissa din il-funtana ma tintramax aktar u bħalissa tinsab maħżuna f'imħażen tat- taqsima tax-xogħlijiet.", "MARFA – SPIERI", "34943.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34729, meta huwa maħsub li tkun lesta l-ħidma biex tkun stabbilita l-kawża tan-nuqqas ta' ilma mhux tas-soltu fl-ispieri tal-Marfa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħidma għadha għaddejja sabiex tinstab il-kawża kif ukoll is-soluzzjoni għal din il-problema.", "Pero` nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-dipartiment iżda huwa marbut ma' kemm tagħmel xita u ma' kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.", "WIED TAL-MARFA – BOREHOLES", "34944.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34730 x'passi ttieħdu kontra l-boreholes bla permess f'qiegħ il-Wied tal- Marfa mill-operatur ta' lukanda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34730, fejn ġie kkonfermat li ħarġet enforcement notice lill-operatur fil-11 ta' Lulju.", "PULIZIJA – INVESTIGAZZJONI", "34945.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34732, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew interrogati nies mill-pulizija dwar il-każ tal-velenu tal-ġrieden mat-tea bags?", "X'jonqos biex tiġi konkluża l- investigazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li tul il-kors ta' din l- investigazzjoni il-pulizija tkellmet ma` mhux anqas minn 11-il persuna.", "Dawn kollha taw ukoll ix-xhieda tagħhom fl-inkjesta maġisterjali, li l- proċess verbal dwarha għadu ma ġiex redatt.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "34961.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma kategorikament li m'hemm ebda ksur tad-data protection act fil-mod li bih l-entitajiet li qed jiġbru t-tagħrif dwar it-taxpayers għat-tax compliance nit qed jagħmlu xogħolhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern għandu d- dmir u l-obbligu li jiġbor informazzjoni mingħand entitajiet skond il- liġijiet eżistenti tal-pajjiż u dan isir fl-interess pubbliku, u l-infurzar kontra l-evażjoni tat-taxxa hu fl-interess pubbliku.", "Nista' nikkonferma kategorikament li l-gvern se jagħmel ħiltu kollha biex din il-liġi ma tinkisirx.", "TAX COMPLIANCE UNIT - ĠBIR TA' INFORMAZZJONI", "34962.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid liema huwa dawk l-entitajiet li bħalissa qed jipprovdu lit- tax compliance unit b'tagħrif sabiex jgħinuha tibni sistema ta' data warehousing fuq it-taxpayers Maltin u Għawdxin?", "Hemm xi ħsieb li jiżdiedu inputs minn entitajiet oħrajn fil-ġejjieni qarib?", "Jekk iva, liema huma dawn l-entitajiet u meta mistenni jsir?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tax compliance unit bħalissa qed tiġbor informazzjoni fuq taxpayers għas-sistema ta' data warehousing tagħha minn dawn l-entitajiet -", "1) is-sistema tal-VAT,", "2) is-sistema tad-dwana,", "3) is-sistema VERA (reġistrazzjoni tal-vetturi),", "4) ir-reġistru tal-kumpanniji ta' l-MFSC,", "5) il-common database (reġistrazzjoni ċivili).", "Għadu kif sar ftehim biex is-sistema tal-capital transfer duty (kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta`) u s-sistema tal-liċenzji tal-kummerċ (trading licences) ikunu ukoll parti mid-data warehouse li qed tiżviluppa it-TCU.", "Dawn iż-żewġ sistemi se jkunu attivi fil-ġimgħat li ġejjin.", "Huwa maħsub li fil-ġejjieni qarib informazzjoni minn entitjaiet oħra tkun inkluża ukoll fid-data warehouse.", "Fost oħrajn dawn huma :", "Is-sistema tad-DAS (informazzjoni fuq kuntratti tal-gvern) tad-dipartiment tat-teżor", "Ir-reġistru tal-yachts u pleasure boats Is-sistema Eureka tar-reġistru pubbliku (reġistrazzjoni ta' bejgħ ta' proprjeta' u ipoteki)", "Informazzjoni mill-awtorita' ta' l-ippjanar fuq applikazzjonijiet tal-bini.", "BORDIJIET", "34995.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il bord hemm maħtur fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PRIĠUNIERI JISTENNEW APPELL", "35025.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fis-CCF li qed jistennew għall- appell fil-qrati?", "Kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jkollux din it-tip ta` informazzjoni peress li ħafna drabi l- priġunier ma javżax lid-dipartiment li l-avukat tiegħu jkun għamel l- appell.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN – BINI TA' FENCE", "35026.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-aħħar proġett ta' twaqqif ta' fence ġdid fis-CCF?", "Jista' l-Ministru jipprovdi irċevuti tal-ħlas li għadda lill- kuntrattur.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proġett ta' twaqqif ta' fence ġdid fis-CCF sewa Lm88,141.82.", "Dan ingħata b'kuntratt CT2030-2001 maħruġ mid-dipartiment tal- kuntratti.", "Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika kull sena.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - COMMON ROOM", "35027.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' common room għall-priġunieri fis-CCF?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li diġa` tlestiet u qiegħda tintuża l- common room ta' diviżjoni nru 1.", "Minħabba impenji oħra li kienu jirrikjedu prijorita`, għalissa, ix-xogħol fuq il-common rooms l-oħra twaqqaf.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN – SECURITY CAMERA", "35028.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett ta' istallazzjoni ta' security camera fis-CCF?", "Min ingħata t-tender?", "Jistgħu jiġu provduti l-irċevuti li jikkorrespondu ma' din l-ispiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proġett ta' istallazzjoni ta' security cameras fis- CCF sewa Lm47,020.94.", "Din it-tender ingħata lil Dedicated Micros Ltd. (numru tal-kuntratt CT 356-94 li inħareġ mid-dipartiment tal-kuntratti).", "Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika kull sena.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN – BDIL TA' KATNAZZI", "35029.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa t-tbiddil tal-padlocks taċ-ċelel fis-CCF?", "Min ingħata t-tender ?", "Jistgħu jiġi provduti l-irċevuti li jikkorrispondu ma' din l-ispiża?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif dwar ix- xiri tal-katnazzi ingħata fit-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 28900.", "Sakemm ma ningħatax raġuni għalfejn qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.", "Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-gvern jingħata fir-rapport finanzjarju li t-teżor jippubblika kull sena.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - UFFIĊJALI", "35030.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali assenjati mal-main gate tas-CCF bħalissa?", "Min huma?", "Kemm tellgħu sigħat overtime f'din l-aħħar sena, wieħed wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ta' kuljum ikun hemm żewġ uffiċjali assenjati mal-main gate.", "Wieħed ikun xogħol b'overtime bejn is-sebgħa ta' filgħodu u s-sagħtejn ta' wara nofs in-nhar filwaqt li mis-sagħtejn ta' wara nofsinhar sad-disgħa ta' filgħaxija tiġi manned minn membru ta' l-ispecial response team li jkun xogħol tal-ġurnata.", "Din is-sistema bdiet tintuża mit-28 ta' Frar 2002, u l-overtime neċessarju sar minn diversi uffiċjali li huma kompetenti u kapaċi għal dan ix-xogħol.", "Infurmat li bejn it-28 ta' Frar 2002 u t-18 ta' Lulju 2002 in-numru ta' sigħat li ħadmu dawn l-uffiċjali individwalment kienu 184,130, 80, 74, 107, 89, 10, 20, 10, 49, 42, 80, 14, 63, 49, 21, 7 u 7.", "Ma nħossx li l-ismijiet ta' dawn il-persuni għandom ikunu ppubblikati.", "AFM - PROMOZZJONI", "35045.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax il-promozzjoni u dan wara li l-każ ġie deċiż mill-Ombudsman favur il-persuna konċernata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-mistoqsija hija bbażata fuq premessa mhux korretta fid-dettall.", "Fil-fatt l-individwu msemmi mhux eliġibbli għall-promozzjoni anke skond l-istess parametri rakkmandati mill- Ombudsman.", "Dan minbarra l-fatt li l-individwu konċernat kellu twissija uffiċjali b'riżultat li ma kienx eliġibbli għall-promozzjoni b'effett mill- 1 ta' Jannar 2001.", "VILLAĠĠ TAS-SNAJJA'", "35046.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex il-villaġġ tas-snajja' f'Ta' Qali jingħata dehra isbaħ u anke jinbena mill-ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex il- pjanti relattivi jintbagħtu għand l-awtorita' Maltija ta' l-ambjent u l- ippjanar għall-approvazzjoni.", "PULIZIJA – LIĊENZJI TA' VETTURI", "35047.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm vetturi li ma ħallsux il-liċenzji tal-vetturi tagħhom?", "Kontra kemm-il sid ittieħdet l-azzjoni mill-pulizija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is- sena kien hemm 6908 sid li ma ħallasx il-liċenzja tal-vettura tiegħu.", "Ma ttieħdet ebda azzjoni mid-dipartiment kontra dawn is-sidien.", "PULIZIJA – KORS GĦAL UFFIĊJALI KADETTI", "35048.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftaħ kors ieħor għall-uffiċjali kadetti fil-korp tal-pulizija?", "Meta hu maħsub li ssir sejħa għall- applikazzjonijiet?", "F'korsijiet bħal dawn ikun hemm numru stabbilit dwar kemm ikunu membri tal-korp u kemm le?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bħalissa qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-postijiet ta` spetturi fil-korp tal-pulizija ta` Malta.", "Dan qed isir skond sejħa għal applikazzjonijiet li kienet ġiet pubblikata fil-gazzetta tal-gvern tal-25 ta' Ġunju 2002, u li fiha hemm il- kundizzjonijiet meħtieġa għal tali ingaġġ.", "ĦLAS TA' OVERTIME", "35049.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm tħallas overtime fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid minn meta bdew in-nofs ta' nhari fil-15 ta' Ġunju liema huma d- dipartimenti li qed jaħdmu bis-sahra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u t- 30 ta' Ġunju 2002, l-ammont imħallas f'overtime fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien ilaħħaq għal Lm322,223.", "Skond l-approvazzjoni għal overtime li għandu l-uffiċċju tas-salarji, huma d-dipartimenti msemmija hawn taħt li xi wħud mill-ħaddiema tagħhom se jkunu qed jaħdmu bis-sahra b'effett minn meta bdew in-nofs ta' nhari:", "Il-ministeru", "Id-dipartiment tal-finanzi u amministrazzjoni", "Id-dipartiment tas-servizzi ta' tisbieħ", "Id-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni", "Id-dipartiment tal-manifattura u servizzi", "Id-dipartiment tal-bini u inġinerija", "Id-dipartiment tad-drenaġġ", "Id-dipartiment tal-bini, kostruzzjoni u industrija", "Id-dipartiment tal-kunsill konsultattiv tal-bini u industrija", "Peress li d-dipartiment għall-immaniġjar ta' l-iskart u implimentazzjoni ta' l-istrateġija m'għandux nofs ta' nhari u l-ħaddiema jaħdmu sitt ijiem fil-ġimgħa, l-overtime baqa' jsir skond l-esiġenza.", "TOROQ PRINĊIPALI - XOGĦLIJIET", "35050.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx pjan biex meta jinqalgħu toroq importanti jsir xogħol anke matul il-lejl?", "Japprezza l- Ministru li l-konfużjoni u d-dewmien li qed ikun hemm kuljum fit-triq prinċipali li minn Burmarrad tieħu għall-Mosta u t-triq li tagħti mis- Salina għan-Naxxar, qed ikunu ta' inkonvenjent kbir?", "Meta suppost li tlestew dawn it-triqat u meta fil-fatt se jitlestew?", "Kemm se tqum kull waħda minnhom?", "Hemm xi differenza mill-istima oriġinali u kemm fil-fatt se tiswa kull waħda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma maħsuba li jitlestew sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Ix-xogħol kellu jieħu 52 ġimgħa biex jitlesta u kien inbeda bejn Mejju u Ġunju tas-sena l-oħra.", "It-triq mis-Salina għan-Naxxar hi stmata li tiġi tiswa Lm1.69 miljun filwaqt li dik minn Burmarrad għall-Mosta hi stmata li tiġi tiswa Lm1.64 miljun.", "Iż-żieda prevista fuq l-istima oriġinali ta' l- ewwel triq hija ta' Lm280,000, filwaqt li dik tat-tieni triq hija ta' Lm300,000.", "Fiż-żewġ każijiet iż-żidiet qed jirriżultaw minħabba l-ħtieġa li jiġi nkorporat service duct fiż-żewġ toroq, biex 'il quddiem is- servizzi jkunu jistgħu jgħaddu mill-ġenb tat-triq.", "Il-ministeru u d-direttorat għat-toroq huma ta' l-istess fehma ta' l-Onor.", "Interpellant, li meta jinqalgħu toroq importanti, ix-xogħol ikompli għaddej ukoll matul il-lejl.", "Sfortunatament peress li n-numru ta' ħaddiema li lesti li jaħdmu fis-settur huwa limitat il-kuntratturi ma jsibux biżżejjed impjegati biex iħaddmu s-sistema ta' shifts li jirrikjedi dan it-tip ta' pjan."]} {"filename": "20001017_397d_par.doc", "date": "2000-10-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 397 It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 397", "It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "397", "It-Tlieta, 17 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 586", "KUNSENS GĦAL ATTI 586", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 586", "TQEGĦID TA' KARTI 592", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI", "TAS-SAJD (IT-TIENI QARI)", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL (SECOND READING) 593", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 606", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 396 li saret fis-17 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXVI ta' l-2000 - Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar l- Affarijiet tal-Konsumatur.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA PUBBLIKA - TRANSFERS", "19273.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill- 5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tas- sanita'?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad-dipartiment tas-saħħa pubblika, jien informat li mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 ingħataw 27 trasferiment, li tmienja minnhom intalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Ministru jirriżultalu li saru xi complaints minħabba li l-ispetturi tas-sanita' ntalbu jagħmlu xi spezzjoni u dawn ma ħadux passi?", "X'tibdil qed iħejji d-dipartiment biex is-sistema titħaddem aħjar?", "Hemm il-ħsieb li dan id-dipartiment jiġi msaħħaħ b'riżorsi umani addizzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ċertament dan id-dipartiment qiegħed jiġi msaħħaħ.", "Fil-fatt b'risposta għal mistoqsija parlamentari li saritli l-ġimgħa li għaddiet, semmejt it-tisħiħ ta' ħaddiema speċjalizzati fid-dipartiment tas- saħħa pubblika u dan biex proprju nkunu nistgħu naqdu l-funzjonijiet aħjar.", "Mr Speaker, il-complaints li jkollu dan id-dipartiment ġejjin mill-fatt li n-nies jaħsbu li l-ispetturi sanitarji għandhom xi poter eżekuttiv.", "Għalkemm ħafna drabi dawn imorru jinvestigaw u jagħmlu t-testijiet meħtieġa - ngħidu aħna f'każ li xi ħadd iħammeġ barra u jitfa' l-ilma quddiem ħaddieħor, jew ikun hemm leakage fid-drenaġġ u jkun hemm suspett li qed imur fil-bir ta' xi ħadd - in-nies jistennewhom jeħdu passi dixxiplinarji wkoll.", "Meta l-ispettur sanitarju jkun wissa lil min ikun għamel il- kontravenzjoni biex jirranġa s-sitwazzjoni u dan jibqa' ma jeħux il-passi meħtieġa, l-ispettur għandu r-responsabbilta' li jinforma lill-pulizija biex jieħdu l-passi huma.", "L-ispettur daqshekk għandu ġurisdizzjoni.", "Imbagħad, peress li l-proċeduri jistgħu jieħdu ċertu tul ta' żmien u kultant trid tistenna sakemm jidhru quddiem il-qorti, jista' dak li jkun jaħseb li l-ispettur ma jkunx ta kas ta' dak il-complaint.", "KARTA TA' L-IDENTITA' - ĦADDIEMA ĠODDA", "19274.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cucshieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment tal-karta ta' l-identita' mill-5 ta' Jannar sal- 10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi fil- perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant ma kienx hemm impjiegi ġodda fl- uffiċċju tal-karta ta` l-identita` fid-depot tal-pulizija.", "AMBULANZI - TRANSFERS", "19275.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cushieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill- 5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- ambulanzi?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru, 2000 ma ngħatawx trasferimenti lill-ħaddiema tad-dipartiment ta` l-ambulanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jista' jkun li hemm overlapping f'dak li għandu x'jaqsam ma' responsabbiltajiet bejn uffiċjali sanitarji fid- dipartiment u uffiċjali ta' l-awtorita' tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "X'qed isir biex wieħed jinkwadra aħjar is-sitwazzjoni vis-a- vis dawn iż-żewġ istituzzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'dak li għandu x'jaqsam ma' regolamenti li jħarsu lill-ħaddiema minn xi periklu fuq il-post tax-xogħol - hawn mhux qed nitkellmu fuq periklu ta' mard imma perikli pjuttost fiżiċi - id-diviżjoni tas-saħħa għandha rappreżentant fuq l-awtorita', pero' m'hijiex direttament involuta f'dak li għandu x'jaqsam ma' periklu fiżiku.", "Fir-rigward ta' mard jew xi ħaġa oħra, id-diviżjoni tas-saħħa xorta għandha l-obbligu tal- ħarsien tas-saħħa tal-poplu kollu.", "INDAFA PUBBLIKA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dipartiment ta' l-indafa pubblika mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li fil-perijodu imsemmi ma kien hemm l-ebda mpjieg ta' ħaddiema ġodda fid- dipartiment ta' l-indafa pubblika.", "KULTURA - TRANSFERS", "19277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad- dipartiment tal-kultura?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MUŻEWIJIET - TRANSFERS", "19278.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad- dipartiment tal-mużewijiet?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA : Informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000 ingħata trasferiment wieħed fuq talba ta' l-istess persuna ttrasferita.", "Ma hemm l-ebda ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qrib?", "KAĊĊATURI - EZAMIJIET", "19856.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' eżamijiet li saru għall-kaċċaturi u nassaba matul din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet li gew ipproċessati din is-sena sas-6 ta' Ottubru, 2000 huwa ta' 579.", "Dan in-numru ma jirrifflettix in-numru ta' eżamijiet għaliex kull applikant jista' jerġa' jersaq għall-eżami jekk ma jkunx għadda.", "KAĊĊATURI - ĦLASIJIET", "19860.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Kemm fil-fatt huma n-numru ta' kaċċaturi u nassaba li matul dawn l-aħħar snin għamlu l-eżami u x'kienu l-ħlasijiet li saru għal dawn l-eżamijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-numru ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-kaċċa u nsib ipproċessati mid- dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent mill-1996 l'hawn kien kif gej:", "|SENA |NUMRU TA' | | |APPLIKANTI | |1996 | 592 | |1997 | 1176 | |1998 | 625 | |1999 | 607 |", "Ma kien hemm l-ebda ħlas li sar lid-dipartiment biex isiru dawn l- eżamijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, allura minn dak li għadu kif wieġeb il- Ministru għandi nifhem li għal dawn l-applikazzjonijiet ma jkunx hemm ħlas, jew forsi l-ħlas isir lil xi dipartiment ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Safejn jien informat dawn ma jħallsu lil ebda dipartiment, imma jħallsu t-tariffa tal-liċenzja lill-pulizija.", "UE - PRODUZZJONI TAL-ĦALIB - DEROGA", "19862.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19576, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- deroga li l-UE tat jew għamlet mal-Fillandja għar-rigward ta' l-industrija tal-ħalib, xi ħaġa li l-Ministru għamel riferenza għaliha fit-tweġiba tiegħu f'seduta nru.", "369?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Id-dettalji kollha ta' fejn din id-deroga ġiet pubblikata tajthom fir-risposta għad- domanda parlamentari nru.", "19576.", "Għaldaqstant ma narax il-bżonn li npoġġi materja diġa' ppubblikata fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TUNA FARMING - ESPORTAZJONI", "19863.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Meta mistenni li jiġi esportat aktar tonn permezz ta' commissioning ta' tuna farms?", "Kemm gie esportat tonn sa issa u kemm mistennija li tkun il-produzzjoni fis-snin li gejjien?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sa issa ġiet commissioned tuna farm waħda privata li bdiet topera din is-sena.", "Din il-farm għadha fl-istadju li tħaxxen il-ħut li nqabad żgħir u qed jitrabba fil-gaġeġ.", "Dan mistenni jinqatel għall- esportazzjoni aktar tard din is-sena.", "Peress li ċ-ċifri totali ta' pajjiżna juru ċ-ċifri ta' farm waħda biss, liema ċifri huma ta' natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun għaqli li nippubblikahom f'dan l-istadju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid lejn fejn se jiġi esportat dan it-tonn li qed jirriferi għalih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, peress li dan huwa kummerċ privat m'iniex f'pożizzjoni li ngħid għal liema pajjiż se jiġi esportat, pero' naħseb li lejn il-Ġappun jew is-South Korea.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ TA' ZANDU - RESERVED PARKING", "19912.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ilha x-xhur tistenna li tingħata reserved parking space f'Triq Ta' Zandu, Qawra, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jikkordina x-xogħol meħtieġ?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Ser nitlob lill-bord għall-kontroll tat-traffiku biex jara x'jista' jsir.", "DJAR - SUSSIDJU", "19921.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni għomja applikaw għal sussidju taħt skeda 5 ta' l-awtorita' tad-djar matul din is-sena?", "Fuq liema kriterji jiġi mogħti dan is-sussidju?", "Kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-1 ta' Jannar, 1998 sal- lum?", "Kemm ġew approvati u rifjutati applikazzjonijiet?", "Jekk applikazzjoni tiġi rifjutata l-applikant għandu dritt għall-appell?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-iskeda 5 li tifforma parti mill-avviż nru.", "62 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Jannar 1998 u avviż nru.", "63 li deher fil-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Marzu 1999, fejn inħarġu applikazzjonijiet għal postijiet ġodda, ma jirriżultax li kien hemm applikanti għomja.", "SKEJJEL - INSTITUTE OF HEALTH CARE", "20061.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li ilha x-xhur tistenna risposta dwar il- każ tagħha, jista' l-institute of health care iwieġeb lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament dwar il-futur tagħha fil-kors li qed issegwi?", "ONOR LOUIS GALEA: Peress li qed nivverifika t-tagħrif li ġejt mogħti, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra mill-aktar fis.", "SKEJJEL - ISTITUTI POST-SEKONDARJI", "20064.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti li applikaw biex jattendu xi instituzzjoni post-sekondarja matul is-sena 2000- 2001 f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm kellna minn dawn l-istudenti li kienu eliġibbli jattendu?", "Kemm ġew aċċettati u kif intgħażlu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li l-istatistika definittiva għad tird tinġabar, preliminarjamet ġejt informat li n-numru ta' studenti li applikaw u li huma eliġibbli biex jattendu xi istituzzjoni post-sekondarja, li taqa' taħt ir-responsabbilta` tad-dipartiment ta' l-istudji għola u edukazzjoni adulta, f'Ottubru 2000-2001 kien 2944.", "Setgħu jiġu aċċettati 2473 u dawn intgħażlu skond il-kriterji ippubblikati f'paġna 13 u 14 fil- prospectus li ntbagħat lill-istudenti kollha li f'Lulju spiċċaw l-iskola sekondarja.", "Minħabba li s-sitwazzjoni f'dawn l-ewwel ġimħat tkun għadha fluwida, għadha ma nġabritx l-istatistika ta' studenti li qegħdin jattendu l-junior college jew xi sixth form privat jew immexxi minn skola tal-knisja.", "SKEJJEL - TARGA GAP - SALVATORE DIMECH", "20066.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi studenti li qed jattendu l-Iskola Salvatore Dimech ta' Tarġa Gap li ġew mgħarrfa li mhux se jkomplu l-kors għax m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa?", "Kemm studenti?", "Liema kwalifiki ntalbu?", "Hemm xi studenti barranin li qed jattendu f'din l-iskola?", "Kemm qed iħalsu?", "B'liema kwalifiki daħlu dawn l-istudenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda student li jattendi l- iskola Salvatore Dimech ta' Targa Gap li ma setax ikompli l-kors minħabba nuqqas ta' kwalifiki stabiliti.", "L-istudenti kollha komplew jew setgħu jkomplu t-technology education foundation course, ekwivalenti ta' forms 4 u 5.", "Il-problema m'hijiex minħabba kwalifiki iżda minħabba n-numru ta' sponsorships li tista' tipprovdi l-ETC fi ħdan l-iskema ta' l-apprendistat ESTS.", "L-Onor.", "Membru jaf li f'dan l-istadju l-iskemi ta' l-apprendistat huma affetwati mid-domanda għas-sengħa partikolari fis-suq tax-xogħol.", "Minħabba nuqqas ta' sponsorships fuq postijiet tax-xogħol il-bord ta' apprendistat ta' l-ETC seta' jaċċetta numru limitat bl-aħjar kwalifiki.", "F'din iċ- ċirkostanza kien hemm 44 student li ma nstabilhomx sponsorship biex setgħu jidħlu fl-iskema ta' l-apprendistat ta' l-ESTS.", "Il-kwalifiki minimi għad- dħul f'din l-iskema huma ċertifikat b'suċċess tal-foundation course jew \"O\" level fit-technical design u/jew arti.", "Informat ukoll li studenti barranin li qed jattendu f'din l-iskola hemm wieħed fil-foundation first year, tlieta fl-ESTS first year u tnejn fl-ESTS second year.", "Studenti barranin jiġu aċċettati jekk ikun hemm post fil- klassi u jissodisfaw il-kwalifiki meħtieġa u naturalment wara li jħallsu l- miżata stabilita ta' Lm240 fis-sena.", "Kif diġa' tħabbar, qed tiġi implimentata riforma fl-edukazzjoni u t- taħriġ vokazzjonali f'dan is-settur li bilfors ser iġġib magħha tifsila ġdida sew ta' dawn il-korsijiet - b'mod li safejn jagħmel sens ma jkunx hemm limitazzjonijiet għal numru ta' studenti - kif ukoll ta' l-iskemi ta' l-apprendistat.", "Dan kollu ser isir fil-qafas tal-kulleġġ Malti għax- xjenza, arti u teknoloġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, peress li l-aktar ħaġa diffiċli hija li jinstabu sponsors għal dawn l-istudenti, jista' jgħid x'ħidma qed issir f'dan ir-rigward biex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu bl-istudju tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien m'għandix dubju li l-ETC hija pro- attiva ħafna f'dan is-settur.", "L-iskema ta' l-apprendistat u t-taħriġ vokazzjonali minnha nniffisha tippressupponi skema ta' taħriġ fuq il- postijiet tax-xogħol fil-qasam ta' dik is-sengħa jew skill partikolari.", "Għandna diversi skemi li jgħinu lill-employers biex ikunu jistgħu joffru taħriġ u skemi ta' apprendistat.", "Hemm l-għajnuna li toħroġ taħt l-iskemi tal-korporazzjoni għal xogħol u taħriġ innifisha u hemm l-għotjiet u s- sussidji li jingħataw permezz tal-liġi dwar l-iżvilupp industrijali fejn jingħataw somom ta' flus lill-impriżi meta dawn jipproponu skemi ta' taħriġ sew għall-ħaddiema li hemm magħhom kif ukoll għall-ħaddiema li jkunu jridu jingaġġaw.", "B'danakollu xorta għadna qed insibu diffikulta' biex sidien ta' impriżi u ta' postijiet tax-xogħol ikunu ppreparati li joffru postijiet tax- xogħol fi skemi ta' apprendistat.", "L-ewwel sena ta' apprendistat issir kollha kemm hi fl-iskola, it-tieni u t-tielet sena jsiru parti fl-iskola u parti fuq il-post tax-xogħol u huwa fl-aħħar sena li jiżdied il-proporzjon fejn l-istudent jagħmel aktar esperjenza fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk il-piż, anke dak finanzjarju, jinqasam.", "Fl-ewwel sena jitħallas kollu mill-gvern taħt l-iskemi ta' l- ESTS u tal-liġijiet attwali li jeżistu; fit-tieni u fit-tielet sena jiġi shared, u fir-raba' sena x-share ta' l-employer jiżdied aktar.", "Fl-opinjoni tiegħi jifdal imbagħad il-kwestjoni tad-domanda partikolari u huwa hawn fejn irridu nibdew insibu r-rimedji.", "Nisperaw li meta l-kulleġġ tax-xjenza u t-teknoloġija jkun f'postu u jkollu l-istituti tiegħu kollha mwaqqfa u qegħdin jaħdmu, ikollna opportunitajiet fejn l-istudenti li jkunu jridu linja ta' xi żvilupp partikolari, anke jekk fis-suq tax-xogħol jista' m'hemmx dik id-domanda, insibu manjiera kif ikun possibbli li tħarriġhom.", "Ħalli nagħti eżempju u nieħdu skola li tgħin lil żgħażagħ jitħarrġu fit-terapija tas-sbuħija u fis- setting tax-xagħar.", "F'dan il-każ id-domanda ta' l-istudenti hija kbira u allura ma stajniex naċċettaw 'il fuq minn 100 student.", "Issa l-iskola ma tesgħax dan l-ammont kollu u m'hemmx postijiet tax-xogħol biżżejjed fejn jieħdu l-prattika.", "Imma minkejja li l-istudenti jafu b'dan kollu, xorta japplikaw ħafna għal dawn il-korsijiet.", "Jien naħseb li bejn il-korporazzjoni għal xogħol u taħriġ, bejn il-kulleġġ 'il ġdid u bejn istituzzjonijiet oħra li se jitwaqqfu, inkunu nistgħu nirregolaw is-sitwazzjoni ħafna aħjar milli qed nirregolawha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 211 tas-sena 2000 - regolamenti tas-sena 2000 dwar ħteġijiet minimi tas-saħħa u sigurta' f'xogħol b'apparat ta' wiri fuq screen.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- amra:", "Avviż Legali Nru. 208 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar proċedura ta' tħassir ta' ismijiet u l-professjoni ta' inġinerija u", "Avviż Legali Nru. 210 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar il- warrant ta' arkitetti u l-inġinieri ċivili u periti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 207 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar is-sinjali tat-traffiku u l-marki tal-karreġjata u", "għan-nom tal-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 209 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att dwar Servizzi ta' Ivvjaġar u tat-Turiżmu għal Malta, u", "għan-nom tal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 212 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar id-drittijiet, telegrafija mingħajr fili.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mis-17 t'Ottubru.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anglu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li jittratta dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tas- sajd, qed iġegħilna niftakru fit-tbatijiet li jkollhom jgħaddu minnhom is- sajjieda Maltin u Għawdxin, għalkemm dan mhux dejjem ikun apprezzat mill- poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa biżżejjed li wieħed jitkellem ma' dawn is- sajjieda biex jinduna mil-liema tbatijiet iridu jgħaddu biex jaqilgħu l- ħobżna ta' kuljum.", "Mr Speaker, matul is-sajf li għadda nqalgħet kwestjoni dwar fejn is- sajjieda għandhom jitfgħu l-konzijiet fuq in-naħa ta' Xlendi u Marsalforn, u fl-opinjoni tiegħi, il-ministru għamel sew li wasal f'out of court settlement f'dan ir-rigward.", "Jien napprezza li min-naħa tiegħu, il- ministru għamel dak kollu li seta' biex jintlaħaq ftehim.", "Hawnhekk toħroġ il-mistoqsija: Liema kriterji riedu jintgħażlu biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn sajjied u ieħor?", "Jekk bastiment li joħroġ għas-sajda jkollux erba' jew ħames fl-ekwipaġġ, jew inkella jekk bastiment li ħareġ għas-sajda fis-snin ta' qabel kienx jaqbad iktar ħut mill-ieħor, jew inkella jekk fl-income tax return sajjied jiddikjarax li jaqla' iktar minn ħaddieħor?", "Dawn huma kriterji li wieħed seta' jikkonsidrahom, pero` għall- grazzja t'Alla ntlaħaq ftehim.", "Jien naf ħafna nies li ħarġu minn familji ta' sajjieda u li llum qed jagħtu servizz tajjeb ħafna lil pajjiżna.", "Mr Speaker, meta wieħed jagħmel regolamentazzjoni jrid joqgħod attent li x-xafra tagħha tkun ugwali għal kulħadd għaliex jekk persuna, hi min hi, tħoss li t-tali liġi tista' tkun ta' żvantaġġ għaliha u ma tkunx ta' żvantaġġ għal ħaddieħor li għandu l-istess professjoni tiegħu, allura se jkollna ċ-ċajt.", "Intom, bħala gvern Nazzjonalista, li qegħdin tħarsu lejn l- Unjoni Ewropea, u li tafu x'inhuma r-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sajd, tafu wkoll li l-Unjoni Ewropea ma tittrattax lis- sajjieda Spanjoli b'mod differenti mis-sajjieda Taljani, biex inġib eżempju.", "Anzi fl-aħħar intlaħaq ftehim fuq id-diesel, wara li din il- kwestjoni kienet ilha sejra żmien.", "Fil-fatt jien naħseb li kulħadd jiftakar meta kif konna ħerġin minn dan il-parlament, sibna lis-sajjieda kollha quddiem il-palazz biex jgħaddu l- petizzjoni tagħhom lil dan il-parlament, u dakinhar huma għamlu sew li ġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Jien wieħed minn dawk li għalkemm ma nkunx nifforma parti mill-gvern, meta n-naħa tal-gvern tagħmel xi ħaġa tajba ma niddejjaqx ngħidha, pero` rrid ngħid li din il-problema ma kellhiex għalfejn iddum tkarkar daqshekk.", "Mhux l-ewwel darba li kont qed nitkellem ma' xi familjari tas-sajjieda, u dawn qaluli li meta jkunu 'l barra f'xi sajda u f'daqqa waħda jinqaleb it-temp u tqum xi grigalata - l- iktar f'dan iż-żmien fejn it-temp daqqa jkun sabiħ u daqqa jikrieh f'daqqa waħda - dawn jgħaddu minn problemi psikoloġiċi kbar.", "Fil-fatt hemm ħafna rakkonti Taljani fuq l-esperjenzi li jgħaddu minnhom is-sajjieda u t-talb li jgħidu minħabba t-tbatija kbira li jkunu qed jgħaddu minnha.", "Hawn wieħed jista' jgħidli: Imma kollox fih it-tbatija tiegħu!", "Dan huwa kollu minnu, pero` ovvjament meta wieħed ikollu xogħol li jkunu jridu jġorru l-piż tiegħu anke l-mara u t-tfal il-piż ikun ikbar.", "Minn hawn nixtieq insellem lis-sajjieda u lill-familjari tagħhom kollha, speċjalment lil dawk li għadhom kemm tilfu lil xi membru tal-familja, bħalma ġara dan l-aħħar, u hawn qed nirriferi għall-każ ta' Pawlu Muscat.", "Jien inzertajt naf kemm lil Pawlu Muscat kif ukoll lil missieru, u minn każi bħal dawn wieħed ikun jista' jifhem iktar li l-baħar daqskemm huwa sabiħ huwa kattiv.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li f'pajjiżna jkollna xi forma ta' regolamentazzjoni dwar is-sajd.", "Per eżempju, jien inħoss li min hu Malti serju m'għandux jaċċetta li s-sajjieda Maltin u Għawdxin ma jiġux protetti meta jkunu fil-fisheries zone ta' Malta u jkollhom interferenza minn sajjieda oħra.", "Kulħadd jaf li dawn il-każi qed iseħħu b'mod regolari.", "Aħna bħala pajjiż għandna naraw li l-qafas legali ma jkunx biss miktub fuq il-karta u nieqfu hemm imma għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex is- sajjieda tagħna jiġu protetti, iktar u iktar meta nafu li wħud mis-sajjieda Maltin u Għawdxin kienu involuti saħansitra ma' forzi ta' pajjiż ieħor.", "Hawnhekk jien qed insemmi każi li ġew rapportati.", "Fuq il-gazzetti ma naqrawx b'dawn it-tip ta' każi, pero` biss biss jien naf b'mhux inqas minn erba' każi ta' sajjieda Maltin u Għawdxin li ġew arrestati bl-istess reat li jwettqu dawk l-iskuni li jiġu minn Sqallija u jidħlu ġewwa gżiritna.", "Issa ħalli niġi biex nagħmel ċerta kritika oġġettiva, Sur President.", "L-ewwelnett jien nistaqsi: Meta nitkellmu fuq l-ibħra tas-sajd, li hu indikat li għandhom jinkludu l-ibħra interni u l-ibħra territorjali kif iddikjarati fl-Att dwar l-Ibħra territorjali u ż-żona kontigwa, x'se tkun il-pożizzjoni ta' pajjiżna jekk kemm-il darba Malta tidħol membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "Aħna nafu kemm hija fluwida l-politika ta' l-agrikoltura u tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li m'għandniex nidħlu fl- Unjoni Ewropea, pero` ejjew ngħidu li l-poplu Malti u Għawdxi jiġġennen u jaqbel li nidħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk kemm-il darba d- direttivi jinbidlu b'tali mod li jiġi deċiż li kulħadd għandu dritt jidħol fiż-żona dikjarata bħala fisheries zone min-naħa tal-pajjiż li jkun membru, aħna ma nkunux nistgħu nkeċċu lis-sajjieda barranin u allura hawnhekk qed ngħidu li s-sajjieda Maltin u Għawdxin ftit għad fadlilhom żmien biex jeżerċitaw xogħolhom fil-kwiet.", "Aħna bħala poplu Malti għandna nkunu kburin li f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd mhux talli għallimna lilna nfusna imma talli għallimna lid-dinja.", "Huwa biżżejjed li wieħed isemmi li kienet Malta li ħarġet bil-United Nations Law of the Sea Convention u daħħlet il-kunċett ta' l-exclusive economic zone.", "Ta' min jgħid li f'din il-konvenzjoni kien hemm prinċipju moħbi, dak illi pajjiż jista' jiddikjara kemm għandu jkun l-exclusive economic zone tiegħu, u kieku riedna aħna stajna morna anke għal 150 mil fuq in-naħa tal- Mediterran li jħares lejn il-Greċja u fuq in-naħa tal-Mediterran li jħares lejn Ġibilta`, jiġifieri t-25 mile fishing zone principle stajna nwessgħuh ferm iktar minn hekk taħt il-UNLSC.", "Aħna nafu li llum din il-konvenzjoni ġiet ratifikata minn mhux inqas minn 85 pajjiż u hija aċċettabbli kważi bħala a customary international law li trid timxi magħha.", "Allura issa se nagħmlu r-reverse sempliċement għax Brussels qed tgħidilna li if we want to become a member we have to swallow all the acquis?", "Dan m'hu xejn għajr lock, stock and barrel u lili toqgħodux issemmuli prinċipji oħra.", "Mr Speaker, xi xahar jew xahrejn ilu, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-ministru għall-affarijiet barranin qal li l-fishing zone se tibqa' protetta anke meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħidlu: Dak l-istatement li għamilt jirriferi għal kif inhi s- sitwazzjoni sal-lum, imma kif qed tiżviluppa l-pożizzjoni, speċjalment fi Spanja, fejn l-industrija tas-sajd qed tkun qawwija ħafna ...", "Biżżejjed li wieħed isemmi meta nqalgħet il-gwerra tal-bakkaljaw.", "Dik il-gwerra ma baqgħetx restritta għal bejn l-Ingilterra u Iceland, imma daħlu kwestjonijiet u aspetti diplomatiċi oħra li fihom kienu mdaħħlin Spanja u l- Kanada.", "Ipprovaw immaġinaw xi sajjieda jaqsmu l-Atlantiku, bid-dgħajjes tas-sajd tagħhom, jidħlu fil-fishing zones dikjarati tal-Kanada u jeħdulhom il-ħut!", "(Interruzzjonijiet) Ara l-Ingilterra, il-pożizzjoni tagħha ma tkunx ma' Ġibilta`; allovalja Ġibilta` hija għal qalb l-Ingilterra ħafna.", "Dawn huma legal tangles li qegħdin narawhom.", "Pero` lili l-iktar ħaġa li tikkonfondini hija meta niġu għall-monitoring.", "Aħna nafu li l-Unjoni Ewropea hija ffissata fuq il-monitoring u fuq il- quotas għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istocks tal-ħut, kemm jista' jinqabad ħut, meta jista' jinqabad, ta' liema daqs għandu jinqabad, eċċ., eċċ. Imma jien nistaqsi: Pajjiżna jiflaħ għal dan kollu?", "U dan huwa fl- interess ta' pajjiżna?", "Għax preżentement aħna nistgħu mmexxu lilna nfusna għax aħna sovrani u qed ngħixu f'pajjiż indipendenti u ħieles, imma ġaladarba nidħlu fil-club ta' l-Unjoni Ewropea se jkollna noqogħdu għal ċerti restrizzjonijiet.", "Fil-fatt uħud mill-prinċipji li għandha l-Unjoni Ewropea diġa' bdew ixekklu l-element ta' difiża u ta' federaliżmu.", "Ma rridux ninsew ukoll li aħna nkunu nistgħu noħorġu l-liċenzji tas-sajd sakemm inkunu għadna ħielsa u indipendenti, għax jekk toħroġ direttiva minn Brussels ...", "U jkun interessanti jekk lill-poplu Malti u Għawdxi ngħidulu kif joħorġu d-direttivi minn Brussels.", "Dawn id-direttivi joħorġu billi jkun hemm committee of experts ...!", "M'iniex qed ngħid li ma jkunx hemm min hu espert, imma meta nstab li kien hemm il-korruzzjoni rriżulta li ħafna minn dawk li kienu qed jiddikjaraw ruħhom bħala experts fil-fatt ma kienu experts xejn.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li dawn l-experts kienu jingħataw xi euro 50,000, u dan minbarra l-benefiċċji.", "Meta madwar 20 sena ilu ħarġet il-bird directive, din tant kienet difettuża li wara li sar studju tajjeb Franċiż - li jien għandi kopja tiegħu - irriżulta li l-Gvern Franċiż għandu jara x'jagħmel biex b'xi mod jipperswadi lill-pajjiżi l-oħra Ewropej biex jemendawha għax din id-direttiva ma tistax tibqa' daqshekk Draconian.", "Issa ejjew inkunu sinċieri; jekk wara li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea toħroġ xi fisheries directive li lilna tpoġġina f'pożizzjoni żvantaġġuża, pajjiżna kif se jkollu s-saħħa jikkompeti ma' dawk il-ġganti kollha?", "Aħna kull m'aħna xi 400,000 ruħ, daqs kemm joqogħdu nies ġo belt żgħira ġewwa l- Italja, u għalhekk jekk fl-Unjoni Ewropea ssir xi ħaġa li lilna tpoġġina fi żvantaġġ, din żgur li se tolqotna, se tpoġġina għarkubbtejna u se tkissirna.", "Aħna x'lobbying nistgħu nagħmlu biex b'xi mod nipperswadu lill- membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea jifhmuha bħalna?", "Mr Speaker, kemm dan il-gvern kif ukoll il-gvern preċedenti ħadmu ħafna biex ikabbru l-industrija ta' l-akwakultura.", "Aħna, li aħna mdawrin bil- baħar, huwa tajjeb li niżviluppaw l-akwakultura fl-ibħra li għandna, pero` xejn m'għandu jżommna milli naraw jekk nistgħux niżviluppaw akwakultura anke fuq l-art.", "Per eżempju, ta' min jgħid li ħafna mill-akwakultura li hemm fiċ-Ċina hija an inland aquaculture.", "Naturalment biex ħaġa bħal din issir hawn Malta tkun trid il-permess ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, u ġaladarba qed insemmi l-awtorita` ta' l-ippjanar ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li r-rapporti m'għandhomx isiru b'tali mod li min ikun qed jaqrahom ma jibdiex jemmen dak li jkun qed jaqra, imma issa dik ħalliha biex ma noqogħdux nidħlu f'affarijiet oħra.", "Huwa veru li aħna mdawrin bil-baħar, pero` huwa veru wkoll li jekk l-akwakultura nagħmluha biss fil-baħar inkunu qed nifgaw ċerti areas li suppost ikunu mifruxin għat-turiżmu.", "Għalhekk tkun idea tajba li kieku nsibu xi area fl-art li tista' tintuża għall- akwakultura.", "Fil-fatt minn ċerti studji li jsiru f'dan ir-rigward jirriżulta li ċertu ħut ikun jista' jitrabba aħjar meta ma jitpoġġiex fl- ambjent tal-baħar.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid illi nixtieq li l-pajjiż, bil-politika tiegħu, ma jiddistruġġix dak li diġa' ppriżerva imma jara li jiżviluppa l-industrija tas-sajd fl-interess tas-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien u nipprepara dan id-diskors l- Onor. Noel Farrugia qagħad jgħinni kif għandi noħroġ ċerti ideat dwar dan l- abbozz ta' liġi.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li abbozz ta' liġi simili għal dan li għandna quddiemna kien diġa' tressaq għall-ewwel qari f'Novembru ta' l-1991, pero` l-gvern Nazzjonalista qagħad attent li ma jressqux għad-diskussjoni għax kienet ġejja l-elezzjoni.", "Ngħiduha kif inhi, abbozz ta' liġi ta' din is-sura żgur li m'hux se jieħu pjaċir bih is- sajjied.", "Riċentement inżilt Marsaxlokk u waqt li kont qed nitkellem mas- sajjieda, indunajt li għalkemm huma ftit jistgħu jifhmu x'hemm f'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, jafu li ma tantx se jaffettwahom tajjeb.", "Bla ebda dubju, dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq quddiem dan il- parlament issa minħabba li l-Unjoni Ewropea qed tordnalu jagħmel dan, xejn iżjed u xejn inqas.", "Meta nazzjonalisti fanatiċi jitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea, tistħajjilhom qed jitkellmu fuq is-salvazzjoni ta' pajjiżna.", "Imma issa ejjew inkunu sinċieri: Aħna s'issa x'ħadna mill-Unjoni?", "Ftit tal- ġranet ilu ħadt pjaċir insegwi d-diskussjoni dwar liġi li qbilna fuqha lkoll u għaddejnieha minn dan il-parlament - qed nirriferi għal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol - iżda llum għandna quddiemna abbozz ta' liġi li se jitfa' iktar piż fuq is-sajjied.", "Fid-distrett li noħroġ fih jien ma tantx hemm sajjieda - forsi hemm xi ftit dilettanti - imma ftit 'il bogħod minna, f'Marsaxlokk, hemm ħafna sajjieda li l-għajxien tagħhom jiddependi mis-sajd.", "Matul dan id-dibattitu diġa' ssemma mil-liema tbatijiet ikollhom jgħaddu s-sajjieda biex jaqilgħu l-ħobża tagħhom ta' kuljum.", "Issa fost affarijiet oħra, dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi li l- bastimenti tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra Maltin mingħajr ma jkun hemm għalfejn jiġu reġistrati f'pajjiżna, u huwa tajjeb li lis-sajjieda ngħidulhom dan.", "Klawsola 3 tispjega x'jinkludu l- ibħra tas-sajd ta' Malta, u jien nistaqsi.", "Jekk huwa veru li l-gvern iridlu l-ġid lis-sajjied tagħna, għaliex ma nkabbrux l-ibħra tas-sajd tagħna sa fuq il-blata kontinentali kollha sabiex is-sajjieda Maltin ikunu jistgħu jistadu mingħajr xkiel u l-ħut ma jiġix meqrud minn sajjieda barranin?", "Meta wieħed jaqra klawsola 4, il-mistoqsija li tqum awtomatikament hija: Se jkun hemm liċenzji u permessi differenti għal ħut differenti?", "U l-ħlas kemm se jkun?", "Għalkemm dawn il-mistoqsijiet qed nagħmilhom jien, qed inwassal leħen is-sajjieda li jitkellmu miegħi.", "Jien dejjem ngħid li l- ikbar biċċa xogħol li jista' jagħmel deputat hija li jisma', u llum ġejt biex nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi ħalli nwassal leħen ix-Xlukkajri f'dan il-parlament.", "Issa jien ma nixtieqx li jkun hawn min jaħseb li aħna, bħala artit Laburista, għandna għajnejna magħluqin għall-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt matul is-sentejn li l-Partit Laburista għamel fil-gvern bena diversi trattati ma' l-Unjoni Ewropea, pero` jemmen li m'għandniex inġorru ċerti piżijiet.", "Mr Speaker, paragrafu (b) ta' klawsola 6 jgħid hekk:", "\".... jikkonsidra u jagħmel proposti għall-introduzzjoni ta' miżuri li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-qbid ta' speċi ta' ħut jew miżuri oħra li jfissru konservazzjoni ta' l-istokkijiet ta' ħut\".", "Dan ma jfisser xejn ħlief li l-bastimenti tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ftehim reċiproku li jitħallew jistadu f'ibħra Maltin.", "Dan ikompli jikkonferma dak li għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, jiġifieri li s- sajjieda tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni jkunu jistgħu jidħlu fl-ibħra tagħna biex jistadu.", "Klawsola 7 qed issir għaliex il-gvern, biex jobdi lill-Unjoni Ewropea, se jdaħħal il-logbooks għal kull bastiment tas-sajd ta' 'l fuq minn għaxar metri, u f'dawn il-logbooks se jibdew jitniżżlu dettalji dwar il-qabda tal- ħut, kemm ikun inqabad, minn fejn ikun inqabad, il-qies tal-ħut u dettalji oħra li jridu jitniżżlu skond l-ordnijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta rajt din il-klawsola bdejt niftakar f'meta l-gvern Nazzjonalista daħħal il-VAT bil-konsegwenza li n-negozjant, speċjalment in-negozjant iż-żgħir, kellu jqabbad lin-nies biex jeħdulu ħsieb il-karti.", "Aħna lis-sajjieda semmejnihomlhom dawn il-logbooks għax inħossu li huwa d-dmir tal-Partit Laburista li jfiehem lin-nies dwar dak li jkun għaddej.", "Jien dejjem qgħadt attent li ma ningannax lill-poplu u ma naħsibx li llum il-poplu għadu daqshekk injorant li jemmen kulma jgħidulu.", "Meta s-sajjieda semgħu b'dawn il-logbooks, qaluli: X'se nivvintaw issa!", "X'teatrini beħsiebna nagħmlu!", "Jien ippretendejt li kien se jsir xi forma ta' djalogu mas-sajjieda u li kienu se jgħidulhom x'inhu ġej għalihom, mhux biex inbeżżgħuhom imma biex almenu dawn in-nies ikunu jafu l-verita`.", "Il-vili hija li dan kollu qed isir biex il-gvern jobdi l-ordni ta' l-Unjoni Ewropea ħalli dawk il- bastimenti tas-sajd ta' iktar minn 20 metru jwaħħlu apparat li jittrasmetti l-pożizzjoni tagħhom u b'hekk l-Unjoni Ewropea tkun taf fejn qegħdin kull ħin u kull mument.", "Dan l-apparat ifisser eluf ta' liri, liema eluf ta' liri se jkollhom joħorġuhom is-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Klawsola 8 qed tgħid li s-sajjieda Maltin se jkollhom bżonn ta' liċenzja jew permess kemm biex jistadu fl-ibħra Maltin kif ukoll biex jistadu fl- ibħra internazzjonali, jekk kemm-il darba l-Unjoni Ewropea tkun ordnat li tkun meħtieġa liċenzja biex wieħed jistad f'dawn l-areas.", "Jafu jew ma jafux is-sajjieda li l-multi għal min jistad bla liċenzja u mingħajr permess huma ta' bejn l-Lm1,000 u l-Lm25,000?", "Jien ma neħodhiex bi kbira li issa l-membri tan-naħa l-oħra joqogħdu jduru mal-lewża u jgħidu li dak li għedt jien m'hu minnu xejn.", "Huwa biżżejjed li nfakkar f'meta l-membri tan-naħa l-oħra wegħdu lill-poplu li hekk kif nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea, se nirċievu Lm100 miljun.", "Dawn donnhom iridu jirbħu l-poter bl-ingann.", "Imma issa ħalli niġu għal klawsola 9.", "Mr Speaker, klawsola 9 mhux biss qed tikkonferma li se jkun hemm bżonn ta' liċenzji u permessi biex is-sajjieda Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jistadu fl-ibħra Maltin u fl-ibħra internazzjonali, imma wkoll li l-ibħra se jkun maqsumin f'areas li s-sajjieda Maltin se jingħataw permess li jistadu f'waħda jew f'uħud minnhom, u għal min jikser dawn ir-regolamenti hemm multi ta' bejn il-Lm500 u l-Lm5,000.", "Hemm min jaħseb li meta ddaħħal il-multi, it-taxxi u r-regolamenti tkun qed iddaħħal is-serjeta`, meta fil- verita` kull darba li daħħalna xi ħaġa ta' malajr dejjem farrakna lil kulħadd.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn l-introduzzjoni tal-VAT.", "Illum in- negozjanti, anke dawk li ma jaqblux magħna politikament, qed jappellawlna biex noħolqu politika ġdida ħalli jinħoloq ix-xogħol.", "Jien nitħassarhom lil dawk iż-żgħażagħ u l-missirijiet tal-familja li jiġu jkellmuni biex nipprova nsibilhom ix-xogħol għax fiż-żmenijiet tal-lum wieħed ma jistax ma jaħdimx.", "Ma' kull min titkellem tisma' lil min jgħidlek li l-istaġnar f'pajjiżna ġie minn meta ddaħħlet il-VAT, u issa dawn il-ħafna permessi, liċenzji u regolamenti qed ikomplu jikkawżaw lill-pajjiż inċertezza kbira.", "Mr Speaker, klawsola 10 qed tikkonferma li l-gvern Nazzjonalista se jagħti liċenzji sabiex is-sajjieda barranin, kemm dawk ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll oħrajn, jistadu fl-ibħra tas-sajd Maltin.", "Hemm uħud li jgħidulek li l-baħar kbir u fih ħafna ħut, pero` s-sajjieda ma jirraġunawx l-istess.", "Il-membri tan-naħa l-oħra qed jgħidu lis-sajjieda li din hija t-triq tal- progress u li hija opportunita` tajba li issa dawn is-sajjieda se jkunu jistgħu jistadu saħansitra barra minn Malta, pero` kif għedt diġa', is- sajjieda ma jirraġunawx b'dan il-mod.", "Klawsola 15 qed tagħti poteri kbar lid-direttur tas-sajd u fost affarijiet oħrajn qed tgħidlu li qabel ma joħroġ il-liċenzji tas-sajd, huwa jista' jitlob lis-sid, lill-kaptan, lill-kerrej jew lill-bastiment it- tagħrif kollu li jordnalu.", "Id-direttur tas-sajd se jkollu wkoll is-setgħa li jordna lil kull sajjied, pitkal, bejjiegħ bl-imnut u lil stabilimenti li jipprovdu l-ikel biex jimlew formola dwar il-ħut kollu li jkun inqabad, tniżżel l-art, inxtara u trasportat.", "Dawn huma kollha dettalji li se jfissru xogħol kbir ta' mili ta' formoli biex jiġu obduti r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea u b'dawn ir-regolamenti l-ħaddiem se jkomplu jiżdiedulu iktar piżijiet fil-ħajja tiegħu.", "Ftit ilu meta kont qed naqra d-debates ta' meta tneħħiet il-VAT, lanqas nafu kemm kienu qalu affarijiet il-membri tan-naħa l-oħra.", "Jien naħseb li anke aħna għandna dritt nikkritikaw dak li nħossu li m'hux tajjeb.", "Klawsola 21 qed issir biex is-sajjieda ta' l-Unjoni Ewropea jingħataw is- setgħa li jitilgħu fuq bastimenti tas-sajd Maltin kemm fl-ibħra tas-sajd Maltin kif ukoll f'dawk internazzjonali ħalli b'hekk ikunu jistgħu jaraw li r-regolamenti kollha ta' l-Unjoni jkunu qed jiġu obduti.", "L-istess poter huwa mogħti lill-uffiċjali tas-sajd Maltin dwar bastimenti hekk imsejħa tal- konvenzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u bastimenti oħra.", "Ta' min jgħid ukoll li min ma jobdix jew ifixkel il-ħidma ta' dawk il-persuni jeħel multa ta' bejn il-Lm500 u l-Lm2,500.", "Imma għall-gvern Nazzjonalista dak kollu li tgħidilna l-Unjoni Ewropea huwa tajjeb, bħal dak li qallu li t-triq ta' l- Unjoni hija t-triq tas-salvazzjoni!", "Il-fiduċja tiegħi qatt ma kienet fl- Unjoni imma dejjem kienet fil-ħaddiema, u jien naħseb li hawn ħafna Maltin u Għawdxin li bħali jaħsbu li l-progress f'dan il-pajjiż sar bis-saħħa tal- ħaddiem.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li ħadd mhux se jagħtik xejn ta' xejn u li għad jasal żmien fejn il-kelma \"Ewropa\" ma tibqax tintuża għax id- dinja ssir qisha pajjiż wieħed.", "Mr Speaker, irridu nammettu li f'dan il-pajjiż għandna biċċa uġigħ ta' ras b'dak id-dejn kollu li għandna.", "Kieku tajjeb li mmexxu mingħajr dejn, pero` ġaladarba qiegħed hemm irridu niffaċċawh.", "Illum il-ġurnata jien taf x'ngħid?", "Ngħid: Kemm hu sewwa li għallinqas illum qed naqblu li pajjiżna għandu d-dejn, meta sa ftit ilu, skond in-Nazzjonalisti, il-ħofra kienet għadha biss ħrafa!", "Ovvjament filwaqt li llum hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, għada jista' jkun li nkunu aħna fil-gvern u għalhekk jien lill- poplu nista' ngħidlu minn issa li se nirtu sitwazzjoni agħar milli kienu ħallewlna sentejn ilu.", "Madanakollu jien xorta waħda nemmen li għad hemm sinjal ta' tama għal pajjiżna u għalhekk ejjew naħdmu flimkien u nużaw l- enerġija tagħna biex inġibu investiment barrani.", "Kemm ilna sejrin bil- proġett tal-Kottonera u bil-proġett ta' Manoel Island!", "Proġetti fuq proġetti u karti fuq karti!", "Imma dan il-pajjiż tagħna jista' jibqa' sejjer hekk!", "Madanakollu hemm bżonn li lill-poplu nibqgħu nuruh toroq ta' fiduċja u ta' tama.", "Veru li t-triq hija iebsa, pero` wara kollox meta kellna r-rieda li naħdmu mix-xejn għamilna l-mirakli - biżżejjed li wieħed isemmi l- benefiċċji soċjali - u nerġa' ngħid li l-mirakli għamilniehom bis-saħħa ta' kull ħaddiem Malti u Għawdxi, mill-kbir saż-żgħir.", "Aħna bħala Partit Laburista nemmnu li biex nimxu 'l quddiem kulħadd jista' jagħti s-sehem tiegħu.", "Jien nitkellem kemm ma' min jiknes it-toroq kif ukoll ma' min hu professur.", "Forsi l-unika differenza li nagħmel huwa li meta nkellem professur nilbes l-ingravata u meta nkellem lill-kennies nipprova ninżel għal-livell tiegħu.", "Jien nittama li kulmin imexxi lill-pajjiż ikollu r- responsabbilta` li jamministra l-flus tajjeb għax wara kollox il-flus huma tagħna lkoll, u jien jiddispjaċini meta nara jgħaddu liġijiet bħal dawn, b'liema liġijiet lill-ħaddiem m'aħniex qed nagħtuh iċ-ċikkulata.", "Mr Speaker, klawsola 33 tgħid li jekk persuna tinstab ħatja ta' reat għat- tieni darba jew iżjed din titlef kull liċenzja u kull permess, jiġifieri fi kliem ieħor din il-persuna tiġi mċaħħda milli tistad, bil-konsegwenza li titlef il-ħobża tal-familja tagħha għal tliet snin.", "Hawnhekk donnu li qed ngħidu lil ta' l-Unjoni Ewropea: Intom agħtuna r-regolamenti u aħna lesti li nobduhom għax jekk ma nobduhomx inbatu!", "Dik l-istorja kollha!", "Issa żgur li l-membri tan-naħa l-oħra se jgħidu li dan l-abbozz ta' liġi fih kollox pożittiv, imma aħna nħossu li huwa d-dmir tagħna li niġbdu l- attenzjoni lill-poplu dwar dak li hu negattiv.", "Meta l-membri tal-Partit Nazzjonalista kienu fl-oppożizzjoni u konna nkunu qed niddiskutu l-budget, jien kont ngħid bejni u bejn ruħi: Kemm għandna difensuri tal-ħaddiema!", "Pero` l-folji jinqalbu u ż-żmien iġiegħlna nbiddlu l-opinjonijiet tagħna.", "Mr Speaker, klawsola 36 tgħid hekk:", "\"Il-Ministru jkollu s-setgħa li jistabbilixxi sistema ta' sorveljanza bażata fuq satellita biex jissorvelja fuq il-pożizzjoni ta' bastimenti tas-sajd, kif ukoll ċentri ta' sorveljanza fuq is-sajd.\".", "Issa jien nistaqsi: Din il-klawsola xi trid tgħid bil-kelma \"ċentri\"?", "Jiġifieri se jkun hemm iktar minn ċentru wieħed?", "U f'liema post se jkunu dawn iċ-ċentri?", "Anke din il-klawsola, qed issir minħabba r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, u dan ifisser li l-Unjoni se jkollha dettalji kull ħin u kull mument dwar fejn se jkunu s-sajjieda Maltin u Għawdxin u dwar fejn hemm l-iżjed ħut.", "Jien m'għandix dubju li s-sajjieda Maltin u Għawdxin m'humiex qed jieħdu pjaċir b'dan l-abbozz ta' liġi, pero` ovvjament dan l- abbozz ta' liġi xorta waħda se jgħaddi minħabba li l-membri tan-naħa l-oħra għandhom iktar siġġijiet minna.", "Madanakollu bħala oppożizzjoni, aħna bilfors irridu nitkellmu u nwasslu l-verżjoni tagħna, imbagħad ħalli jiddeċiedi l-poplu dwar min qed jimxi tajjeb u min qed jimxi ħażin.", "Forsi għal ħafna nies aħna nidhru li m'aħniex mexjin tajjeb, oħrajn forsi jħarsu lejna b'mod dubjuż, pero` hemm oħrajn li qed jifhmu li dak li qed nagħmlu aħna, qed nagħmluh għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Id-dmir tal- Partit Laburista llum huwa li jfiehem lill-poplu Malti u Għawdxi dwar l- abbozzi ta' liġijiet li qed jgħaddu bħalissa u li se jkomplu jgħaddu iktar 'il quddiem, u nkunu qed nonqsu jekk ma nagħmlux hekk.", "Aħna ma rridux inbeżżgħu lin-nies bl-Unjoni Ewropea għax illum naħseb li spiċċa dak iż-żmien fejn in-nies kienu jibżgħu.", "Aħna kulma qed nagħmlu huwa li niftħu għajnejn il-poplu li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jkollu diversi żvantaġġi.", "Il-membri tan-naħa l-oħra jgħidulna: Aħna għalfejn m'għandniex inkunu bħall-pajjiżi l-kbar?", "Jien ma rridx inkun negattiv, pero` meta nsiefer jew nitkellem ma' barranin li jiġu jżuruna u l-kliem jaqa' fuq l-Unjoni Ewropea, jgħidulna dawn li l-Unjoni hija ħażina għalina.", "Madanakollu hawn diversi persuni li minkejja li jafu li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni aħna se nbatu, xorta jibqgħu jinsistu li dik hi l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Jien li jiddispjaċini huwa għal dawk in- nies li jkollhom ibatu ma' min jieħu pjaċir ibati.", "Il-parti l-kbira tan- nies li joqogħdu Marsaxlokk huma sajjieda, u aħna għandna ngħallmuhom xi tfisser l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li anke bil-ftit informazzjoni li għandhom dwar l-Unjoni Ewropea, is-sajjieda Maltin u Għawdxin jafu li jekk nidħlu membri f'din l-unjoni se jkunu jridu jġorru piżijiet ġodda.", "Mr Speaker, l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz huwa li minflok l-Att dwar l-Industrija tal- Ħut isiru disposizzjonijiet ġodda biex jirregolaw, jikkonservaw u jamministraw is-sajd f'Malta minħabba r-ratifikazzjoni minn Malta tal- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar.\".", "Issa jien nistaqsi: Għaliex l-ewwel qed indaħħlu r-regolamenti ta' l- Unjoni Ewropea u mbagħad se nivvotaw fuq jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni jew le?", "Donnu li f'dan il-pajjiż kollox rasu 'l isfel nagħmlu.", "Mela l- ewwel indaħħlu r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea kollha u mbagħad nivvotaw fuq jekk irridux nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew le!", "X'qiegħed jistenna l- gvern biex jagħmel referendum?", "Wara kollox hekk wiegħed li se jagħmel fil- programm elettorali tiegħu.", "L-ewwel għandna nagħmlu r-referendum u mbagħad għandna ndaħħlu dawn il-ħafna taxxi, teatrini u kummiedji.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiżdiedu n-nies li qed jgħidu \"le\" għall-Unjoni Ewropea, u l-Partit Laburista għandu d-dmir li jiddefendi lil dawn in-nies.", "Illum il-Partit Laburista qed jiċċelebra t-80 anniversarju mit-twelid tiegħu u l-imgħoddi tal-Partit Laburista jagħmlilna unur.", "Hawn min jgħid li l-imgħoddi m'għandniex insemmuh, pero` aħna nsemmuh għax mix-xejn inħolqu ħafna affarijiet.", "Min jgħid li fis-snin l-imgħoddija l-Partit Laburista m'għamel xejn, jew ma kienx qed jgħix hawn Malta jew inkella deherlu li għandu jgħid hekk.", "Jien nemmen li mhux se tkun xi ħaġa faċli li r-referendum jgħaddi u għalhekk ikun jaqbel jekk il-gvern Nazzjonalista joqgħod attent qabel ma jkompli jbiddel il-liġijiet Maltin biex ikunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Onor. Parnis, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA Nipproponi li l-Onor.", "Parnis ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Parnis ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, minħabba li l-membri tal-gvern m'humiex qed jagħtu extension lill-membri ta' l-oppożizzjoni, ikolli bilfors niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fit-7.40 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, għalkemm il-qasam tas-sajd m'huwiex xi qasam kbir għal dak li għandu x'jaqsam mal-GDP, ċertament bħall-biedja dan il-qasam għandu l-importanza tiegħu u dan għal diversi raġunijiet, anke għax minħabba ċ-ċokon tagħna aħna niddependu minn dawn l-oqsma għall- għajxien tagħna.", "Aħna nimportaw ħut ukoll, pero` ħafna mill-ħut li ssib fis-swieq Maltin u Għawdxin ikun inqabad mis-sajjieda tagħna.", "Ta' min jgħid li filwaqt li bejn wieħed u ieħor f'pajjiżna għandna 370 persuna li jaħdmu full-time u huma reġistrati bħala professional fishermen, dawn bejniethom għandhom 300 biċċa tal-baħar.", "Ta' min jgħid ukoll li fil- maġġoranza l-kbira tagħhom l-opri tal-baħar li jużaw is-sajjieda tagħna huma żgħar u l-eta` tagħhom hija pjuttost kbira meta wieħed iqis li dawn għandhom madwar 20 sena.", "B'hekk ġieli s-sajjieda jkollhom jagħmlu ċerti spejjeż fuq l-opri tagħhom, u dan għall-ġid tagħhom stess għax wieħed ma jistax jgħid ma' xiex jista' jiltaqa' meta jkun qiegħed fuq il-baħar.", "Ġaladarba qed insemmi l-figuri, irrid inżid ngħid li min-naħa tagħhom il- part-time fishermen għandhom madwar 1,500 dgħajsa, tagħrif li ġibtu min- national plan for the adoption of the acquis.", "Għal min ma jafx, l-NPAA huwa l-pjan tal-gvern ta' kif se jadotta r- regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea kemm fi żmien immedjat kif ukoll long-term.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-pjan tal-gvern huwa pjuttost pjan massiċċ.", "Jien ma rridx ninftiehem li qed ngħid li qed nitkellmu kontra ċertu tibdil u kontra ċerta serjeta`, imma wieħed irid jagħti kas ta' kemm dan it-tibdil li qed jiġi propost huwa ta' benefiċċju għas- sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Ikun żball li wieħed jaqbad u jaddotta r- regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni b'għajnejh magħluqa mingħajr ma jqis kif se jiġu effettwati s-sajjieda tagħna.", "Ovvjament aħna, bħala Partit Laburista, ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-Unjoni hija ħażina mill-bidu sa l-aħħar, għax hemm ċerti regolamenti li jgħoddu għalina u tajjeb li nadottawhom, pero` dan m'għandniex nagħmluh għal wiċċ ħaddieħor.", "Din il-ġimgħa għadna kemm spiċċajna nitkellmu fuq it-twaqqif ta' l- awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Bħala oppożizzjoni aħna konna qed nikkritikaw il-fatt li qed jitwaqqfu ħafna awtoritajiet, pero` aħna qbilna ma' din l-awtorita` għax għalkemm nafu li dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi quddiemna primarjament biex jiġi in line ma' l-acquis, madanakollu aħna t-tajjeb ngħidulu tajjeb.", "Madanakollu fl- opinjoni tagħna, bħala Partit Laburista, f'dan l-abbozz ta' liġi qed isir ċertu tibdil li iktar se jservi ta' ħsara milli ta' ġid għas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Jekk wieħed iħares lejn l-NPAA isib li jridu jittieħdu ammont kbir ta' miżuri kemm fuq bażi short-term, kemm fuq bażi medium term kif ukoll fuq bażi long-term, dejjem jekk il-gvern jimxi ma' dawn il- miżuri, għax mhux l-ewwel darba li minkejja li ngħaddu l-liġijiet, dawn ma jiġux implimentati bis-serjeta`.", "Li kieku dan il-gvern kellu jimxi mar- regolamenti kollha ta' l-Unjoni Ewropea, ċertament li jasal żmien fejn ma nkunux nistgħu nibqgħu nitkellmu fuq is-sajd f'pajjiżna għax in-numru ta' sajjieda jkun naqas drastikament.", "Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni li għal ċerti mistoqsijiet parlamentari li saru f'din il-Kamra l-ministru wieġeb li fil-preżent qed isiru ċerti studji dwar kif se jiġu effettwati l-oqsma tal-biedja u s-sajd bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Issa fl-opinjoni tiegħi, dawn it-tip ta' studji messhom saru qabel ma l-gvern iddeċieda li japplika għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, jiġifieri qabel l-1990.", "Madanakollu l-gvern ried isir membru sħiħ ta' l-Unjoni akkost ta' kollox.", "Mill-mistoqsijiet parlamentari li nagħmlu aħna d-deputati jirriżulta li minkejja li l-gvern Nazzjonalista ilu li applika mill-1990 biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, huwa llum li qed isiru ċerti rapporti dwar l-effett li se jkollhom ir- regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni fuq pajjiżna.", "Bħal ħafna abbozzi oħra ta' liġi li qed jitressqu quddiemna, Mr Speaker, qed naraw li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hux qed jitressaq biex il-qasam tas-sajd imur 'il quddiem, lanqas biex ikollna iktar kontroll fuq is-sajjieda tagħna jew inkella biex nassiguraw li s-sajjieda jaqilgħu l- ħobża ta' kuljum u lanqas m'hu qed jitressaq quddiemna biex nassiguraw li qed jittieħdu dawk il-prekawzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- opri tal-baħar imma dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jitressaq purament minħabba li l-NPAA jgħidilna li hemm bżonn jgħaddi dan l- abbozz ta' liġi biex inkunu konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-administration, mal-management u mal-full control tal-qasam tas-sajd, jiġifieri l-ewwel u qabel kollox l-intenzjoni hi li niġu in line ma' l-acquis.", "Fi kliem ieħor, aħna qed nagħmlu dan kollu għal wiċċ ħaddieħor, u bir-rispett kollu, din l-attitudni tal-Gvern Malti li minflok jagħmel l-ewwel u qabel kollox fl-interess tas-sajjieda, jagħmlu fl-interess ta' ħaddieħor ma nsejħilha xejn ħlief ġenn.", "Sfortunatament dan juri wkoll li l-mentalita` kolonjali għadha teżisti f'pajjiżna.", "Mr Speaker, meta din in-naħa tal-Kamra tistaqsi kemm il-Partit Nazzjonalista għandu l-mandat elettorali li jwettaq il-bidliet u jadotta l- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, il-membri tan-naħa l-oħra jgħidulna li huma telgħu fuq dik l-għajta f'erba' elezzjonijiet, pero` jien ma naħsibx li hu l-każ.", "Jista' jkun li fuq tliet elezzjonijiet minnhom għandhom raġun, pero` ċertament rigward l-aħħar elezzjoni, li saret fl-1998, żgur li m'għandhomx raġun.", "Biex nipprova kemm dan li qed ngħid huwa minnu huwa biżżejjed li naqra punt 228 , li jinsab f'paġna 31 tal-manifest elettorali tal-partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt dan jgħid hekk:", "\"Wara li jlesti n-negozjati u jkunu magħrufa l-kondizzjonijiet ta' sħubija, gvern ġdid Nazzjonalista jagħmel referendum apposta biex ikun il-poplu Malti u Għawdxi li b'vot apposta jiddeċiedi jekk għandniex nidħlu jew le.\".", "Mela l-mandat li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern m'huwiex biex jibdel il-liġijiet u r-regolamenti ħalli dawn jiġu in line ma' l-acquis imma huwa biex iġib l-aħjar pakkett għal Malta ħalli kulħadd ikun jaf x'ħareġ min-negozjati, u mbagħad jekk il-poplu jaċċetta l-pakkett li l- gvern ikun ippreżenta quddiemu, ikun jista' jagħmel it-tibdil neċessarju.", "Madanakollu quddiem dan il-parlament ilhom xhur sħaħ jiġu abbozzi ta' liġijiet quddiemna bl-unika intenzjoni li niġu in line mar-regolamenti u mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament l-oppożizzjoni Laburista tkellmet favur dawk l-abbozzi ta' liġijiet li se jkunu ta' benefiċċju għall- poplu Malti u Għawdxi, pero` kif għedt diġa', jien narah ġenn li ndaħħlu ċerti regolamenti u liġijiet sempliċement biex nogħġbu lil ħaddieħor.", "Per eżempju, jien persważ li l-qasam li qed nitkellmu dwaru llum, jiġifieri l- qasam tas-sajd, se jintlaqat b'mod negattiv b'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Jien naħseb li l-aħħar manifest elettorali li ħareġ il- Partit Nazzjonalista aħjar semmieh ktieb il-gideb għax minkejja l-ħafna wegħdi li hemm f'dan il-manifest elettorali, ħafna drabi ġara proprjament bil-maqlub.", "Sur President, jien skantajt mhux ftit meta sirt naf li ma saret l-ebda diskussjoni mas-sajjieda qabel ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tressaq quddiem dan il-parlament.", "Għallinqas dawk is-sajjieda li tkellimt magħhom jien lanqas biss kienu jafu b'dan l-abbozz ta' liġi, pero` li kieku saret diskussjoni mas-sajjieda jien naħseb li dawk is-sajjieda li tkellimt magħhom jien kienu jisimgħu minn sajjieda oħra sħabhom b'dan l-abbozz ta' liġi.", "Dan ifisser li l-gvern, minkejja li jiftaħar tant bid-djalogu u li huwa gvern miftuħ għad-diskussjonijiet ma' dawk kollha li huma konċernati, iddeċieda li ma jikkonsultax mas-sajjieda qabel ma jressaq abbozz ta' liġi bħal dan quddiem il-parlament.", "Ovvjament dan huwa ħażin, iktar u iktar meta nafu li l-ministru u d-direttur għandhom il-poter li jagħmlu ċertu tibdil sempliċement b'avviż legali, liema tibdil bla ebda dubju ta' xejn se jeffettwa l-ħobża ta' kuljum tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Ħaġ'oħra li rrid ngħid hija li naħseb illi l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi huma misleading.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ħalli naqra dawn l-għanijiet u raġunijiet:", "\"L-għan ta' dan l-abbozz huwa li minflok l-Att dwar l-Industrija tal- Ħut isiru disposizzjonijiet ġodda biex jirregolaw, jikkonservaw u jamministraw is-sajd f'Malta minħabba r-ratifikazzjoni minn Malta tal- Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar.\".", "Kif qed naraw, f'dawn l-għanijiet u raġunijiet imkien ma tissemma l-Unjoni Ewropea, u dan meta fl-NPAA hemm miktub iswed fuq l-abjad li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jitressaq proprju biex niġu in line mar- regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-qasam tas-sajd.", "Sur President, jekk kemm-il darba dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi - u jien m'għandi l-ebda dubju li se jgħaddi minħabba li l-gvern għandu ħames membri iktar mill-oppożizzjoni - ir-regolamenti li jgħidu li s-sajjieda ma jistgħux jidħlu jistadu inqas minn 25 mil 'il barra mill-ibħra territorjali Maltin se jispiċċaw għax l-Unjoni Ewropea tesiġi li ma jkun hemm l-ebda barriera għas-sajjieda tagħha.", "Naturalment wieħed jista' jargumenta li jekk kemm-il darba jispiċċaw dawn ir-regolamenti, il-Maltin jistgħu jistadu fl-ibħra territorjali tal-pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea, pero` kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, is-sajjieda professjonali Maltin u Għawdxin huma biss 370, jiġifieri ċertament dan in-numru żgħir ta' sajjieda żgur li mhux se jieħu ħobż is-sajjieda barranin, u dan biex ma ngħidx ukoll li n-numru t'opri tal-baħar tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li jistgħu jmorru daqshekk 'il bogħod huwa limitat.", "Għalhekk hija ħaġa ċara li hemm iktar riskju li s-sajjieda barranin jiġu fl-ibħra territorjali tagħna u jieħdu minn dak li sal-lum huwa tal-Maltin u ta' l-Għawdxin milli bil- maqlub.", "Il-ministru jkollu diversi lmenti mis-sajjieda li meta jkunu fl-ibħra territorjali Maltin, ta' spiss jaraw sajjieda barranin jistadu b'mod illegali.", "Naturalment wieħed ma jippretendix li dawn jinqabdu dejjem għaliex ir-riżorsi tagħna huma limitati fejn jidħol il-ħarsien ta' l-ibħra territorjali tagħna, imma naturalment is-sajjieda Maltin u Għawdxin qed jintlaqtu b'mod ħażin.", "Dan l-aħħar smajt lill-ministru jgħid li biex sajjied Franċiż jew Taljan jiġi jistad fl-ibħra territorjali tagħna jrid ikun miġnun, pero` l-ministru jaf iktar minni li dawn l-affarijiet qed jiġru.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li sajjieda barranin ittellgħu l-qorti jew inkella l-kwestjoni ġiet solvuta mod ieħor.", "Issa naturalment jekk se nagħmluha legali li sajjieda barranin jiġu jistadu hawn Malta, iċ-ċans hu li dan in-numru se jiżdied u mhux jonqos.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nagħmel xi riferenzi għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u se nibda bi klawsola 4.", "Permezz ta' din il- klawsola se jiġi maħtur direttur mill-prim ministru u se jinħatru wkoll uffiċjali oħra.", "Nixtieq nistaqsi jekk hux se jkun hemm xi konflitt bejn dan id-direttorat u l-awtorita` marittima, u hawn nixtieq nirriferi għal paragrafu (e) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 4, li jgħid hekk:", "\"iż-żamma ta' reġistru ta' bastimenti tas-sajd u tas-sidien u nies li jaħdmu fl-industrija tas-sajd;\".", "Jien jidhirli li sal-lum l-opri tal-baħar tas-sajjieda qed ikunu reġistrati taħt l-awtorita` marittima.", "Allura issa lill-awtorita` marittima se titteħdilha din ir-reġistrazzjoni jew inkella se tibqa' fuq il-kotba ta' l- awtorita` marittima u mbagħad jibdew il-konflitti bejn din l-awtorita` u d- direttorat li se jitwaqqaf b'dan l-abbozz ta' liġi?", "Qed nagħmel din il- mistoqsija biex ġaladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, ma jinqalgħux konflitti bla bżonn u jkun interessanti jekk il-ministru jgħidilna ftit kif se jiġu ttekiljati dawn l-affarijiet.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' klawsola 6, li titkellem fuq il- funzjonijiet tal-bord, irrid ngħid li mhux biss huwa xieraq li l-bord jissottometti lill-ministru rapport annwali fuq l-attivitajiet tagħhom imma li dan l-istess rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien ma naħsibx li għandu jkun hemm xi diffikultajiet partikolari biex dan isir.", "Sur President, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, aħna, bħala oppożizzjoni, m'aħniex nitkellmu kontra li jkun hemm is-serjeta` u li jittieħdu ċerti miżuri biex il-ħajja tas-sajjieda tagħna ssir iktar faċli, imma nittama li l-gvern joqgħod attent li ma jgħabbix piżijiet żejda fuq is- sajjieda, li wħud minnhom diġa' għandhom diffikultajiet serji mhux ħażin.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Aħna, bħala poplu, għandna vizzju li l-ewwel inħallu kollox għaddej u mbagħad f'daqqa waħda, għax xi ħadd ikun ġie jgħidilna xi ħaġa, inkunu rridu nagħmlu kollox mil-lum għal għada.", "Fi kliem ieħor, filli jsir ftit jew xejn kontroll u filli, biex nogħġbu lil ħaddieħor, nispiċċaw indaħħlu r-regolamenti kollha f'daqqa mingħajr ma naraw x'impatt finanzjarju negattiv dan jista' jħalli.", "Issa hawnhekk qed nirriferi partikolarment għas-sajjieda full-time, li ħobżhom jiddependi purament mis- sajd, pero` lanqas irrid nittraskura u ninsa lil dawk li jaħdmu f'dan il- qasam fuq bażi part-time.", "Fi klawsola 12 insibu li id-direttur se jkollu diskrezzjoni fuq ħafna affarijiet.", "Jien la naf min hu d-direttur u lanqas irrid inkun naf, pero` daqskemm id-diskrezzjoni tista' tintuża b'mod tajjeb, daqstant ieħor tista' tintuża ħażin, u għalhekk naħseb li huwa importanti li jkun hemm xi linji gwida ta' kif għandu jimxi d-direttur.", "Dan il-punt kien anke tqajjem dwar id-direttur tal-qasam soċjali.", "Xi kultant id-diskrezzjoni tad-direttur hija importanti biex f'dawk il-każi purament ġenwini wieħed idur daqsxejn mal-liġi mingħajr ma jikser il-liġi, pero` f'dawk il-każijiet fejn id- diskrezzjoni tad-direttur hija wiesgħa ħafna, wisq nibża' li wieħed jimxi skond kif iħoss dak il-ħin, biex ma noqgħodx insemmi wkoll lil min iħares b'wiċċ politiku.", "Din id-diskrezzjoni tad-direttur insibuha anke fi klawsola 34 f'dak li għandu x'jaqsmu ma' penalitajiet amministrattivi.", "Wieħed għandu jkun jaf x'inhuma l-linji gwida li d-direttur se jimxi fuqhom, u jekk dawn il-linji gwidi ma jkunux jeżistu jkun tajjeb jekk isiru ħalli kemm jista' jkun id-diskrezzjoni wiesgħa li għandu d-direttur titnaqqas, biex ma ngħidx titneħħa għal kollox.", "Jekk qed nifhem sew, klawsola 15 qed tgħid li s-sajjieda għandu jkollhom kwota dwar kemm jistgħu jaqbdu ħut u ta' liema kwalita` għandu jaqbdu.", "Jien personalment nammetti li ma nifhimx fil-kwalitajiet differenti ta' ħut, pero` jekk wieħed jara r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea jsib li l- kwoti huma msemmija, u dawn il-kwoti jingħataw lill-pajjiżi skond id-daqs tagħhom.", "Hawn ta' min jgħid li għall-Unjoni Ewropea d-Danimarka hija meqjusa bħala żgħira, u dan meta għandha popolazzjoni ta' 5.3 miljun.", "Mela aħseb u ara kemm se tarana żgħar lilna, li l-popolazzjoni tagħna hija ta' 0.3 miljun!", "Għalhekk bla dubju ta' xejn, il-kwoti li se jkun hemm għas- sajjieda Maltin u Għawdxin se jkunu żgħar ħafna.", "Nittama li jien skorrett f'dak li qed ngħid, pero` r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea stess jgħidu dan u naħseb li ġaladarba dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq biex aħna niġu in line mal-liġijiet u mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea hekk se jiġri.", "Sur President, klawsola 16 titkellem fuq it-trasbord u l-esportazzjoni tal-ħut.", "Fil-fatt illum stess kellna mistoqsija parlamentari fejn il- Ministru Ninu Zammit wieġeb fuq l-esportazzjoni tat-tonn.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nagħmel mistoqsija: L-esportazzjoni lejn dawk il-pajjiżi li m'humiex membri fl-Unjoni Ewropea se tkun effettwata jew le?", "Skond l-NPAA stess, aħna nesportaw madwar 30% tat-tonn li naqbdu lejn il-Ġappun.", "Allura din l-esportazzjoni se tkun effettwata b'xi mod jew ieħor?", "Hawnhekk m'iniex qed nagħmel statements imma qiegħed sempliċement nistaqsi filwaqt li naf li ċertu mit-tibdil li se jkollna se jeffettwa ħażin lis-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Paragrafu (e) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 38, li titkellem fuq is- setgħa li l-ministru għandu li jagħmel ir-regolamenti, jgħid hekk:", "\"ir-regolazzjoni ta' sajd mid-dilettanti jew għall-mogħdija taż- żmien;\".", "Anke hawn, il-mistoqsija hija: Huwa neċessarju li dak li jmur jgħaddi siegħa żmien ħdejn il-baħar għada pitgħada għax jieħu gost jaqbad żewġ ħutiet noqogħdu nagħmlulu r-regolamenti?", "Hawnhekk se nsemmi punt li forsi m'għandux x'jaqsam imma se nsemmih bħala eżempju.", "Naħseb li kulħadd jiftakar kemm kien qam storbju fi żmien il-gvern Laburista fuq il-proġett tal-Kottonera għax in-nies mhux se jkunu jistgħu jinżlu jgħumu iktar hemmhekk jew inkella għax ma jkunux jistgħu jbigħu l- bigilla jew il-ġelati.", "Issa allura għax l-Unjoni Ewropea se tinsisti li għandu jkun hemm regolamentazzjoni f'dan il-qasam, il-gvern Malti se jgħaddiha din ukoll?", "Jien nistaqsi wkoll: X'konsultazzjonijiet saru ma' l- għaqdiet, mal-koperativa tas-sajd u ma' dawk il-persuni li jħobbu jgħaddu siegħa żmien jistadu ħdejn il-baħar?", "Imma nsomma, jekk l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li għandhom isiru dawn ir-regolamenti, il-Gvern Malti, biex jogħġob lil Brussels, huwa dispost li jagħmilhom, anke jekk jaf li b'hekk se jolqot ħażin lis-sajjieda dilettanti.", "Fl-introduzzjoni tiegħu, l-NPAA jsemmi karatteristika oħra marbuta mas- sajd, li huwa l-aspett kulturali, li wieħed malajr jorbtu mal-villaġġi turistiċi ta' pajjiżna, li ħafna minnhom huma villaġġi tas-sajd.", "Biżżejjed li wieħed isemmi Marsaxlokk, u nsemmi Marsaxlokk b'mod partikolari.", "ONOR.", "MEMBRU: Għax tad-distrett!", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, m'huwiex tad-distrett imma qed insemmih għaliex noqgħod fil-qrib.", "Meta wieħed isemmi Marsaxlokk, moħħu jmur fuq dik l- imbierka power station li saret.", "Kif jaf kulħadd, oriġinarjament l- intenzjoni li tinbena power station f'Delimara kienet biex dik tal-Marsa tagħlaq.", "Dak kien il-ħsieb fil-bidu, minkejja li llum qed jgħidu li m'huwiex hekk, u wieħed jista' jfittex id-diskorsi li kienu saru biex jara kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "Madanakollu, apparti dan il-fatt, f'dan il-villaġġ tas-sajjieda wieħed isib li hemm ċerti problemi li ta' min jittekkiljahom b'iktar serjeta`, b'iktar għaġġla u b'iktar ħeffa.", "Jien naf li l-kunsill lokali ta' Marsaxlokk ilmenta diversi drabi fuq il- fatt li s-sajjieda ma jkunux jistgħu jaħdmu minħabba s-suq.", "Fil-fatt anke s-sajjieda lmentaw fuq dan il-fatt, u bla ebda dubju din il-problema trid tiġi ttekiljata b'iktar serjeta` għax is-sajjieda qed jiġu milquta minn nuqqas ta' kumdita` u ta' faċilitajiet.", "Anke s-sajjieda ta' Wied il-Għajn għaddejjin minn ċerti problemi, fosthom għaliex m'għandhomx fejn jorbtu d-dgħajjes tagħhom.", "L-awtorita` marittima kienet qed taħdem fuq pjan biex f'Wied il-Għajn l-irbit tad-dgħajjes jiġi organizzat aħjar.", "Nittama li dan ix-xogħol għadu għaddej, pero` wisq nibża' li waqa' xi ftit lura.", "Fil-fatt dan ix-xogħol anke fi żmien il- gvern Laburista kien waqa' lura, biex ma jmurx ikun hawn min jaħseb li fi żmien il-gvern Laburista kollox kien miexi perfett.", "Sur President, issa nixtieq nagħmel riferenza għall-underwater fishing.", "F'pajjiżi barranin isiru diversi kompetizzjonijiet tas-sajd, pero` aħna, minkejja li l-Bambin għoġbu jpoġġina f'nofs il-Mediterran, jiġifieri mdawrin bil-baħar, għadna m'aħniex nisfruttaw il-baħar u t-temp sabiħ li għandna biżżejjed.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li l-kelma \"nisfruttawh\" qed insemmiha f'sens pożittiv u mhux f'sens negattiv.", "B'hekk inkunu qed ngħinu wkoll lis-settur turistiku, li nafu li bħalissa m'huwiex fl-aqwa tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Abela, skadielek il-ħin u biex tkompli bl- intervent tiegħek għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nipproponi li l-Onor.", "Abela jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Carmelo Abela jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, peress li l-kollega tiegħi ma ngħatax ċans ikompli jitkellem, inħossni kostrett li niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li hawn nuqqas ta' quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.27 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Nerġa' niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li għadna mingħajr quorum.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jgħodd in-numru ta' Membri preżenti.", "Nikkonferma li m'hawnx quorum kif mitlub mir-regolamenti - fil-fatt qegħdin wieħed inqas - u għaldaqstant naġġorna l-Kamra għal għada l-Erbgħa, 18 t'Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-istess aġenda tal-lejla.", "Fit-8.32 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM AGUIS DE SOLDARNIS", "20068.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jintbagħat għalliem tal-Malti fil-junior lyceum Aguis de Soldanis ta' Victoria għax hemm studenti bla għalliema tal- Malti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-għalliem konċernat qiegħed fuq leave minħabba mard.", "Tabt li jittieħdu l-proċeduri meħtieġa biex jiġi eżaminat minn bord mediku.", "Sadanittant nikkonferma l-pożizzjoni kif imfissra mill-Ministru għal Għawdex fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija parlamentari nru.", "19811.", "SKEJJEL - MARIA REGINA - BLATA L-BAJDA", "20070.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex l-istudenti tal-Form 1 fil-junior lyceum Marina Regina tal-Bjata l-Bajda jkollhom għalliema tal- matematika li ilu nieqes minn ġimgħa wara li tilfu l-għalliema li kellhom għax ttieħdu għall-junior college?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-lezzjonijiet qed jingħataw b'mod regolari b'effett mill-bieraħ 16 ta' Ottubru, 2000.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM AGUIS DE SOLDANIS", "20071.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tieħu passi biex jintbagħat għalliem tal-Malti fil-junior lyceum Aguis de Soldanis ta' Victoria għax hemm studenti bla għalliema tal-Malti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi l-Onor Interpellant għat­tweġiba mogħtija għal ­mistoqsija parlamentari nru.", "20068 fuq l-istess suġġett.", "PULIZIJA - KAĊĊA - LIĊENZJI", "20085.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li applikaw għal- liċenzja tal-kaċċa din is-sena u minn liema belt jew raħal kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:", "|Attard|2 |Żebb|14|Nadur|8 |StVe|2 | | | |uġ | | | |nera| | |B`Kara|9 |Ikli|1 |Naxxa|12|Siġġ|11| | | |n | |r | |iewi| | |Birgu |2 |Kalk|1 |Paola|2 |Slie|1 | | | |ara | | | |ma | | |Bormla|6 |Kerċ|2 |Pembr|1 |Swie|2 | | | |em | |oke | |qi | | |Dingli|1 |Kirk|2 |Pieta|2 |Tarx|6 | | | |op | |` | |ien | | |Fgura |4 |Luqa|9 |Qala |5 |Vall|1 | | | | | | | |etta| | |Floria|1 |M`Sc|3 |Qormi|9 |Vict|7 | |na | |ala | | | |oria| | |Fontan|2 |M`Xl|3 |Qrend|3 |Xagħ|10| |a | |okk | |i | |ra | | |Għajns|3 |Mars|1 |Rabat|16|Xewk|7 | |ielem | |a | | | |ija | | |Għargħ|3 |Mell|5 |Safi |6 |Xgħa|1 | |ur | |ieħa| | | |jra | | |Għasri|1 |Mġar|11|SĠilj|1 |Żabb|8 | | | |r | |an | |ar | | |Għaxaq|7 |Most|14|San |4 |Żebb|1 | | | |a | |Pawl | |uġ | | |Gudja |1 |Mqab|1 |Sanna|1 |Żejt|6 | | | |ba | |t | |un | | |Ħamrun|2 |Msid|5 |SLuċi|1 |Żurr|4 | | | |a | |ja | |ieq | |", "MINISTERI - SAFAR", "20086.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intneqfu flus min kull ministeru fuq safar din is-sena u x'kien l-iskop ta' kull safra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża minn kull ministeru fuq safar din is-sena dalwaqt tkun pubblikata fl-estimi tal- budget li ġej.", "Għal bqija tal-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsijiet preċedenti li saru fuq l-istess suġġett.", "PULIZIJA - KAĊĊA - ARMA", "20087.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw biex iżommu arma tal-kaċċa (to keep) din is-sena u minn liema belt jew raħal huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|Attar|10|Gżir|23|Msid|14 |SLuċij|13| |d | |a | |a | |a | | |B`Buġ|48|Ħamr|20|Munx|20 |SVener|25| |ia | |un | |ar | |a | | |B`Kar|61|Żebb|71|Nadu|47 |Siġġie|30| |a | |uġ | |r | |wi | | |Balza|2 |Ikli|6 |Naxx|46 |Sliema|64| |n | |n | |ar | | | | |Birgu|6 |Isla|6 |Paol|15 |Swieqi|8 | | | | | |a | | | | |Borml|19|Kalk|5 |P'br|6 |Ta` |3 | |a | |ara | |oke | |Xbiex | | |Dingl|9 |Kerċ|21|Piet|12 |Tarxie|21| |i | |em | |a` | |n | | |Fgura|30|Kirk|10|Qala|14 |Vallet|12| | | |op | | | |ta | | |Flori|3 |Lija|2 |Qorm|49 |Victor|46| |ana | | | |i | |ia | | |Fonta|10|Luqa|15|Qren|18 |Xagħra|43| |na | | | |di | | | | |G`Man|1 |M`Sc|13|Raba|55 |Xewkij|8 | |gia | |ala | |t | |a | | |Għsie|34|M`Xl|15|Safi|11 |Xgħajr|5 | |lem | |okk | | | |a | | |Għarb|17|Mars|15|SĠil|14 |Żabbar|43| | | |a | |jan | | | | |Għarg|20|Mell|24|San |35 |Żebbuġ|11| |ħur | |ieħa| |Ġwan| | | | | | | | |n | | | | |Għasr|10|Mġar|25|SLwr|9 |Żejtun|67| |i | |r | |enz | | | | |Għaxa|19|Most|65|San |41 |Żurrie|35| |q | |a | |Pawl| |q | | |Gudja|15|Mqab|25|Sann|12 | | | | | |ba | |at | | | |", "PULIZIJA - LITTER ACT", "20088.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni s-sena l-oħra u din is-sena li kisru l-litter act u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "1999 2000", "|Per|Sentenza |Per|Sentenza | |sun| |sun| | |i | |i | | |4 |Multa |9 |Multa | |1 |Ordnat li|1 |Ordnat li | | |jneħħi | |jneħħi | | |l-inkonve| |l-inkonvenjent | | |njent fi | |fi żmien 15-il | | |żmien | |ġurnata taħt | | |15-il | |penali ta` Lm20| | |ġurnata | |kull ġurnata | | |taħt | | | | |penali | | | | |ta` Lm20 | | | | |kull | | | | |ġurnata | | | |2 |Ċanfira u|1 |Ċanfira u | | |twiddiba | |twiddiba | | | |2 |Sec 9 Act | | | | |XII/57 |", "* sat-30.09.2000", "ENEMALTA / WSC - KONTIJIET", "20089.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households illi rċevew il-kont ta' l-ilma u d-dawl dan l-aħħar liema ammont kien ta Lm 100, Lm 200, Lm 300, Lm 400 u Lm 500 f'kul każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li din it-tip ta' breakdown għall- aħħar kontijiet tad-dawl u ilma għadha mhijiex għad-dispożizzjoni.", "ENEMALTA / WSC - KONTIJIET", "20090.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għadhom ma ħalsux il-kont ta' l-ilma u d-dawl u għandhom xi arretrati xi jħalsu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DCC - RECONSIDERATION", "20114.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti għar-reconsideration fuq l-agenda tad-DCC bħalissa?", "Kemm ilu l-aktar każ jistenna li tiġi appuntata d-data tas-smiegħ?", "B' liema kriterji jiġu stabiliti liema minn dawn għandha tiġi appuntata għas-smiegħ qabel l-oħra?", "Kemm jingħata żmien ta' preparazzjoni lill-partijiet konċernati għal dan is-smiegħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat kif ġej:", "Hemm 392 każ pendenti għar-rikonsiderazzjoni quddiem id-DCC.", "L-aktar każ li ilu jistenna d-data għas-smiegħ imur lura għall-24 ta` Marzu 2000.", "Il-kriterju li jintuża biex applikazzjoni tiġi appuntata data għas-smiegħ hija skond id-data ta` meta r-rapport tar-rikonsiderazzjoni jitlesta mill- case officer u jiġi riferut lill-board għal deċiżjoni.", "Dan il-kriterju ma jiġix applikat f`dawk il-każi biss fejn tingħata ordni mill-kummissjoni innifisha jew mic-chairman ta` l-awtorita`.", "Normalment id-data tas-smiegħ tal-każ tiġi appuntata 15-il ġurnata qabel, iżda mhux eskluż eċċezzjonijiet f`każ li l-kummissjoni tintalab tikkunsidra l-każ fl-iqsar żmien possibbli minħabba raġunijiet umanitarji.", "VAT - MALTACOM", "20115.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħallset VAT s'issa l-Maltacom, cioe' bħala d- differenza bejn kemm suppost jitħallas mill-konsumatur u kemm attwalment jirċievi l-gvern bħala VAT wara l-miżura li kien introduċa l-gvern li jdaħħal il-VAT fuq it-telefon?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma tistax tingħata informazzjoni fuq tax payers individwali.", "IT-TELGĦA TA' ALLA U OMMU - TOROQ", "20116.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ingħatax tender għal kisi bit-tarmac tat-triq magħrufa bħala t-Telgħa ta' Alla u Ommu?", "Jista' jagħti ftit dettalji fejn waslet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-proċess ta' l-għażla wara s-sejħa għall-offerti li kienet saret mid-dipartiment tal-kuntratti u d-dipartiment tat-toroq għadu għaddej, u x'aktarx ma jdumx ma jiġi konkluż.", "TAXXI - ARRETRATI", "20117.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet/arretrati għas-sena 1999 u matul din is-sena s'issa?", "Jista' jgħid kemm minn dawn tħallsu in konnessjoni ma' residenzi privati u kemm in konnessjoni mal-kummerċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema, jew x'tip ta' ħlasijiet qiegħed jirriferi.", "ORTHODENTIST", "20118.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi appuntat orthodentist?", "Bdew proċeduri biex jiġi appuntat orthodentist ieħor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li d-diviżjoni tas-saħħa ser tibda l-proċeduri mal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku sabiex jiġi appuntat orthodontist.", "Sadanittant id-diviżjoni qed timpjega speċjalista fuq bażi part-time li ser jaħdem sa żewġ sezzjonijiet fil-ġimgħa.", "Minbarra dan, speċjalista Ingliż ser jagħmel xi xogħol f'dan il-qasam fuq bażi sezzjonali.", "SKEJJEL - ASSITENT KAP TA' SKOLA", "20120.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta nħolqu (ġurnata, xahar, sena) l-vacancies ta' assistent kap ta' skola li rispettivament imtlew mill-assistent kap ta' l- Iskola li d-dettalji tagħhom qed jintbagħatu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-vacancies ta' assistenti kapijiet ta' skola inħolqu kif se nsemmi:", "Zammit Temi, 03.02.97, asst. kap li laħaq kap ta' skola", "Grech Joseph, 03.03.97, asst. kap li laħaq kap ta' skola", "Said Grace, 12.06.97, asst. kap li laħqet kap ta' skola", "Miceli Pauline, 03.02.97, asst. kap li laħqet kap ta' skola", "Attard Joe, 26.05.97, asst. kap li rtira", "Saliba Carmel, 11.12.97, asst. kap li rtira", "D'Amato Carmel, 18.09.97, asst. kap li ġie trasferit", "Axiaq Philip, 05.11.97, asst. kap li ġie seconded junior college", "Bonello Philip, 05.05.98, asst. kap li rtira.", "PA - GUEST-HOUSE", "20121.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta l-ippjanar għandhiex quddiemha xi talba sabiex villa partikolari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ tinħarġilha permess bħala guest-house billi spiss qed jkun hemm għexieren ta' studenti barranin jgħixu fiha?", "Hija policy ta' l-awtorita' li tagħti permessi simili f'areas riżervati għall-semi detached villas residenzjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-awtorita` ta` l-ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni PA 1427/00, liema applikazzjoni tipproponi l-bdil ta` użu minn villa għal \"international boarding school\".", "Din l- applikazzjoni ġiet appuntata għal deċiżjoni quddiem id-DCC fit-30 ta` Ottubru 2000.", "Mhux kompitu tal-ministru li jikkummenta fuq kif għandhom jinqatgħu applikazzjonijiet pendenti quddiem l-awtorita` ta` l-ippjanar.", "IBRAĠĠ - GUEST HOUSE", "20122.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ħariġx jew qiegħedx jipproċessa xi talba ta' permess ta' guest-house għal villa partikolari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ, li spiss qed tkun mimlija studenti barranin?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li ma hemm ebda talba għal permess ta' guest house fi Triq il-Kafflis, Ta' l-Ibraġġ.", "PULIZIJA - IKLIN - TRUCKS KUMMERĊJALI", "20123.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizjia dwar il-fatt li ta' spiss qed jkun hemm trucks kbar kummerċjali pparkjati fl-inħawi ta' Triq May Butcher u Triq C. Busuttil, l-Iklin, bil-konsegwenza li residenti fl- inħawi qed ikollhom problemi serji ta' parking?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.", "TAXXI - DĦUL MINN KUMPANIJI", "20124.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid dwar il-Lm48 miljun miġbura f'taxxa ta' dħul mill-kumpanniji sa Settembru 2000, kemm minn dan l-ammont kien jirrappreżenta: taxxa; interessi; u multi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li s-somma ta' Lm48 miljun miġbura mill-kumpaniji minn Jannar sa Settembru 2000 hija taxxa kollha u ma tinkludix interessi jew multi.", "Matul l-istess perijodu inġabru mill-kumpaniji dawn l-interessi u multi:", "Interessi: Lm148,373 Multi: Lm22,974", "TAXXI - TAX RETURNS", "20125.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jistax jiġi stabilit kemm kien hemm kumpanniji full-time self-employed, part-time self-employed u mpjegati li ddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.", "TAXXI - RETURNS", "20126.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jistax jiġi stabbilit kemm inġabru returns ta' nies li jaħdmu full-time fis-settur tal-biedja?", "Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000, ta' bejn l-Lm10,000 - Lm15,000 u ta' 'l fuq minn dan l-ammont?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rapport qed jiġi kompulat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.", "BENEFIĊĊJU FISKALI", "20149.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fir-risposti għal mistoqsijiet parlamentari numri 18924 u 19866, il- Ministru tenna li \"l-kwestjoni jekk pagament mogħti fuq rakkmandazzjoni tal- kummissjoni ta' l-inġustizzji 1987 hux taxxabbli jew le hija skond il- meriti ta' kull każ partikolari\", jista' l-Ministru jgħid: jekk kienx hemm każi li kienu jimmeritaw xi forma ta' benefiċċju fiskali jew eżenzjoni mill- ħlas ta' taxxa fuq l-income; u jekk fl-affermattiv: min kienu?", "X'kienet ir- rakkmandazzjoni?", "X'tip ta' benefiċċju jew eżenzjoni ngħata?", "Fuq liema bażi kienet din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab infurmat mid-dipartiment li kull każ ikun deċiż fuq il-meritu tiegħu skond il-liġi u jkun ttrattat fil-file rispettiv tat- taxpayer konċernat.", "Ma jinżamm l-ebda reġistru ta' x'każi kien hemm u kif kienu deċiżi u għalhekk id-dipartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti r- risposta mitluba.", "SWDP - SOCIAL WORK", "20169.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex u x'għanijiet kien hemm li għalih twaqqaf is-servizz ta' social work u counselling ta' l-SWDP f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz li qed jingħata f'Għawdex mill-SWDP hu wieħed li jiffoka biss fuq sitwazzjonijiet konnessi ma' abbuż tat-tfal u vjolenza domestika.", "Dan wara li kien sar qbil mad-dipartiment tal-welfare f'Għawdex biex il-ħidma soċjali ta' natura ġenerika ngħata miċ-ċentru ħidma soċjali.", "B'hekk assigurajna li ma jkunx hemm duplikar tax-xogħol.", "L-esperjenza wrietna li minħabba li każi ta' vjolenza domestika u protezzjoni tat-tfal huma sensittivi ħafna u jirrikjedu superviżjoni mill- qrib ġie deċiż li jkun aħjar li s-social worker li jaħdem fuq dawn il-każi ikun jaħdem mill-uffiċċju minn Malta.", "Għalhekk is-servizzi speċjaliżżati fuq il-protezzjoni tat-tfal u vjolenza domestika, li huma bbażati fl- uffiċċju ta' l-SWDP l-Blata l-Bajda qed iservu lil Għawdex ukoll bħal kull parti oħra ta' Malta.", "SWDP - ĊENTRU TAR-RIŻORSI", "20170.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l- għanijiet taċ-ċentru tar-riżorsi għall-għaqdiet mwaqqfa mill-SWDP?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-SWDP kienet katalista biex l-għaqdiet f'Għawdex jaħdmu qrib xulxin u flimkien.", "Għal dan l-iskop kienet ippubblikat materjal ta' informazzjoni dwar dan u anke għamlet diversi laqgħat biex il- ħidma soċjali bejn l-għaqdiet volontarji tikber.", "Wara żmien dan taha l- frott bit-twaqqif ta' ċentru ta' riżorsa għal dawn l-għaqdiet f'Għawdex.", "B'dan l-iżvilupp wieħed mill-għanijiet ta' l-SWDP f'Għawdex kien intlaħaq.", "GĦAWDEX - SWDP", "20171.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il individwu bbenifika mis-servizzi ta' l-SWDP f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-istatistika li nġabret kien hemm 118 il- persuna li għamlu użu mis-servizzi ta' social work ta' l-SWDP minn mindu kien beda fl-1997.", "SWDP - SERVIZZI", "20172.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ġie mwaqqaf is-servizz ta' l-SWDP f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz ta' l-SWDP ma ġiex imwaqqaf f'Għawdex.", "Minħabba n-numru żgħir ta' każi rapportati lill-SWDP in konnessjoni mal- protezzjoni tat-tfal u vjolenza domestika, mhux meħtieġ li jinżamm uffiċċju separat miċ-ċentru ħidma soċjali.", "Għalhekk, kif u meta l-SWDP jkollha bżonn uffiċċju, dawn jużaw iċ-ċentru ħidma soċjali jew f'post, li għal raġunijiet ta' kunfidenzjalita' mhux ser insemmi, fejn jiġu trattati ħafna mill-każi ta' vjolenza domestika.", "SWDP - STAFF", "20173.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm staff ta' l-SWDP f'Għawdex u xi kwalifiki kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sa l-aħħar ta' Lulju l-SWDP kellħa żewġ part-time social workers u t-tnejn kellhom il-kwalifiki neċessarji biex jipprattikaw ta' social workers.", "MALTCOM - SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "20178.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone, jekk jista' mill-aktar fis, lill-kopja li l-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, peress li wieħed mil-kopja għandu mard serju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor, Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-konsiderazzjoni tagħha.", "ŻABBAR - TRIQ PAPA ALESSANDRO", "20184.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "209 (written answer - Seduta 363), jista' l-Ministru jara li jekk m'hemmx il- ħsieb li din it-triq issir fil-futur immedjat, possibbli ta' l-anqas jintefa' ftit żrar u jiġi mgħoddi bir-romblu biex ta' l-anqas il-familji bi tfal żgħar ikunu jistgħu joħorġu bil-prams u l-pushchairs?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tat-toroq biex wieħed jara x'jista' jsir.", "AIR MALTA - AJRUPLANI", "20185.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ajruplani l-Air Malta?", "X'tip huma?", "Meta nxtara kull wieħed?", "Kemm swew?", "Kemm kellu flying time kull wieħed meta nxtara u kemm għandu issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - KONTIJIET", "20188.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministri jgħid kemm kien l-ammont totali tal- kontijiet tad-dawl u l-ilma li nħarġu għal kull quarter mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-lum?", "X'inhu l-valur tal-kontijiet (minn kull total ta' kull quarter) li tħallas s'issa?", "Jista' jagħti l-breakdown ta' dawn it-totali għal dawk residenzjali, kummerċjali, industrijali, eċċ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - CHIEF EXECUTIVE", "20190.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ċ-chief executive tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma siefer fuq xogħol mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum?", "X'kienu r-raġunijiet għal dan is-safar?", "Kemm kienet tiswa kull safra u minn min kien akkumpanjat iċ-chief executive matul kull safra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TITQIB - INFLUENZA", "20191.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min hu ntitolat li jieħu t-titqiba kontra l-influwenza?", "Huwa veru li persuni ta' 59 sena qed tiġi rifjutata li tingħata lilhom din it- titqiba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Persuni li huma ntitolati sabiex jieħdu l-vaċċin ta' kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-ċentru tas-saħħa huma:", "Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet; persuni li għandhom aktar minn 65 sena; persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa; persuni ta' kull eta' li jbatu minn: mard kroniku tal-pulmun; mard kroniku tal-qalb; mard kroniku tal-fwied; mard kroniku tal-kliewi; ażma kronika; dijabete; u immunodeficenza", "SKEJJEL - BORMLA - PRIMARY SCHOOL", "20192.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala għad m'hemmx għalliem tal-Klassi Year 1 f'iskola primarja Bormla?", "Meta se jkun ipprovdut dan l-għalliem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-għalliema oriġinarjament magħżula kienet indisposta gravement u b'effett mit-12 ta' Ottubru, 2000 intbagħtet għalliema oħra.", "ATTARD - TRIQ IL-PITKALI - XOGĦLIJIET", "20193.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir fi Triq il-Pitkali c/w Triq il-Gradilja, Ħ'Attard hux kopert bil-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti x-xogħol propost?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "20193, jirriżulta li x-xogħol li qed isir fil-post imsemmi huwa kopert bil-permess maħruġ fil-25 ta` April 2000, b`referenza PA 6988/97 għall-\"Proposed orchard and height increase of boundary wall together with an underground reservoir\"."]} {"filename": "19981202_019d_par.doc", "date": "1998-12-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 19 L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 19", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "19", "L-Erbgħa, 2 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 1068", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1068", "TQEGĦID TA' KARTI 1074", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999 1075", "AĠĠORNAMENT 1097", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1098", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Korrezzjonijiet għall-minuti m'għandix pero', kif għidt il-bieraħ, irrid nerġa' nirripeti li ġaladarba s-seduta suppost għandha tibda fis-6.00 p.m., m'għandniex nibdewha iktar tard.", "Aħna obbligati li nibdew fil-ħin stipulat.", "MR SPEAKER: Fil-fatt il-bieraħ is-Sedja għamlet appell biex kemm jista' jkun nibdew fil-ħin.", "Il-minuti jistgħu jiġu kkonfermati?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 18 li saret fl-1 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "AIR MALTA - FLOTTA", "374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ajruplani li fil- mument jifformaw il-flotta nazzjonali ta' l-Air Malta?", "Kemm minn dawn huma mikrija temporanjament u għal liema destinazzjoni joperaw?", "X'inhuwa l-fuel u l-maintenance cost comparison ta' dawn l-ajruplani li l- Air Malta qed tikri meta mqabbla ma' l-ajruplani l-oħra tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Bħalissa l- flotta ta' l-Air Malta hija magħmula minn dawn l-ajruplani:", "Airbus A320 - 2 Boeing B737/200 - 2 Boeing B737/300 - 3 Boeing 737/300 - 3", "Minn dawn l-aħħar tliet ajruplani, tnejn huma mikrija mingħand l-Ansett ta' l-Awstralja u wieħed mingħand l-MAS tal-Malasja.", "Dawn l-ajruplani jintużaw fuq in-network tal-kumpannija skond kif meħtieġ minn żmien għal żmien.", "Peress li l-informazzjoni mitluba dwar fuel u maintenance costs huma dettalji ta' natura kummerċjali, jinħass li m'huwiex fl-interess tal- kumpannija li din l-informazzjoni tixxandar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-linja ta' l-ajru ma baqgħetx tiffunzjona bl-RJ70s?", "Huwa veru li dawn l-ajruplani kellhom impatt ħażin u kienu ta' detriment għall-attivita' ekonomika tal-linja nazzjonali ta' l- ajru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt l-ajruplani RJ70s - u anke l-RJ85s - bħalissa qed jintużaw mill-Azzurra Air, li waħda mill-funzjonijiet tagħha hija li toffri ċerti servizzi fl-Ewropa li ma tistax tagħmel hawnhekk.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li bħalissa l-Azzurra Air qed topera minn belt għall-oħra fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea - xi ħaġa li l-Air Malta ma tistax tagħmel - u qed tinżel saħansitra fl-ajruport ta' Londra u ta' Stansted minħabba li dawn l-ajruplani għandhom il-faċilita li jitilgħu u jinżlu f'short runways.", "Minħabba dawn ir-raġunijiet inħass li bħala replacement għandhom jinkrew ajruplani oħra u fil-fatt bħalissa qed jintuża l-Boeing 737/300 għax, apparti li l-Air Malta diġa' għandha esperjenza twila ta' dan it-tip ta' ajruplan, il-Boeing għandu load factor iktar għoli.", "Naturalment fis-servizzi li toffri l-Air Malta dejjem jibqa' jkun hemm ċertu trade-off bejn dawk il-flights li jkunu frekwenti - u jkollhom numru inqas ta' passiġġieri milli jkun jesa' l-ajruplan - u bejn dawk il-flights li ma jkunux daqstant frekwenti u jkollhom numru ikbar ta' passiġġieri.", "Ċertament imbagħad hawn wieħed irid dejjem jeżamina jekk ikunx għaqli li wieħed juża ajruplani iżgħar u jżid il-frekwenza tal-flights; jew jekk ikunx aħjar li wieħed ikollu seat factor iktar għoli ħalli jkun jista' jikkompeti iktar meta jkollu ċertu volum ta' xogħol.", "Bħalissa l-Air Malta qed tipprova tiżviluppa l-hubbing ukoll u naturalment dan jirrikjedi element ta' frekwenza ta' servizzi b'ajruplani żgħar.", "Pero' f'dan l- istadju, peress li hemm domanda mill-Azzurra Air biex tespandi - u fil-fatt s'issa għandha b'kollox seba' ajruplani - inħass li jkun iktar għaqli li dawk l-ajruplani li għandhom il-faċilita' li jitilgħu u jinżlu f'short runways jintużaw mill-Azzurra Air, anke b'ċertu benefiċċju għall-Air Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' l-Ministru jgħidli xi żvantaġġi qed tiffaċċja bħalissa l-Air Malta peress li pajjiżna għadu m'huwiex membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dan il-punt huwa importanti ħafna u jirrikjedi ċerta strateġija f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-Azzurra Air.", "Fil- fatt bħalissa l-ikbar żvantaġġ li għandha l-Air Malta huwa li din m'għandhiex il-permess li, per eżempju, tgħabbi passiġġieri minn Ruma għal Brussels, u dan għas-sempliċi raġuni li pajjiżna m'huwiex membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Fil-linji ta' l-Unjoni Ewropea hemm deregulation qawwija tant li llum dawn joperaw b'sistema, li huma jsejħulha \"third package\", fejn ikunu jistgħu jagħmlu ċertu hopping minn belt għall-oħra u naturalment b'hekk ikunu iktar kompetittivi.", "Madanakollu għall-Air Malta jkun ta' vantaġġ kbir li ġaladarba nidħlu fl-Unjoni Ewropea, peress li l-kumpannija tagħna hija bbażata fin-naħa t'isfel ta' l-Ewropa - u allura hemm distanza itwal biex tmur minn Malta għal Londra milli, per eżempju, minn Pariġi jew minn Brussels għal Londra - tkun tista' tikkombina ċerti flights mhux biss għal destinazzjoni waħda, bħal ngħidu aħna minn Malta għal Londra, imma wkoll tkun tista' tinżel Brussels ħalli tniżżel u ttella' l-passiġġieri minn hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu ħabta jgħid li jien ngħid il-ħmerijiet pero' jiddispjaċini għalih jekk ma jirrealizzax li dan li qed ngħid huma fatti.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom no cross debate.", "Onor. Bonnici, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, sfortunatament ninsabu f'sitwazzjoni fejn, anke meta nitkellmu fuq daqstant affarijiet ovvji, l-Oppożizzjoni tgħaddas rasha fir-ramel u ma tagħtix każ tas-sitwazzjoni reali.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu ħabta, donnu ffissat, li kulma tgħid din in-naħa fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea huwa bilfors ħmerija - fil-fatt bħalissa hekk qed jgħidli - imma l-fatti stess juru li l-iżvantaġġi li hemm minħabba li pajjiżna m'huwiex membru ta' l- Unjoni Ewropea ...", "(Interruzzjonijiet) Jien niskanta kif il-Kap ta' l- Oppożizzjoni lanqas biss għandu d-diċenza li jħallini nispiċċa dak li qed ngħid!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nappella lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex iżomm il- kalma, anke għall-benefiċċju tad-diskors li għad irid jagħmel iktar tard!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Bħalissa l- Ministru qed iwieġeb għad-domanda supplimentari li saritlu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta fl-1996 kien ġie hawn Malta Neil Kinnock, l-ex- Labour Party leader ta' l-Ingilterra, u ddiskutejna l-problemi li tiltaqa' magħhom l-Air Malta, dan qalli li sakemm nibqgħu fuq it-triq ta' accession, it-third package ikun jista' jiġi mogħti lilna.", "Imma minkejja li minn dakinhar għaddew sentejn bqajna fejn konna u dan kollu minħabba l- irresponsabbilta' tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li għandu din il-fissazzjoni li kulma hu fl-Ewropa bilfors li huwa ħażin.", "Jien ma nistax nifhem għaliex hawn dan it-tip ta' atteġġjament meta jkun għaqli ħafna għal-linja nazzjonali tagħna li tibbenefika minn din is-sistema hi wkoll.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li l-kompetituri ta' l-Air Malta, bħalma per eżempju huma l-Alitalia u l-British Airways, jippermettu li wieħed jaqbad ajruplan minn hawnhekk għal Ruma, imbagħad jaqbad British Airways li jkun sejjer lejn l-Ingilterra, dan iniżżel u jerġa' jgħabbi passiġġieri minn Brussels u mbagħad jibqa' sejjer Londra.", "Fil-fatt jien stess għamilt dan it-tip ta' flight imma sfortunatament l-Air Malta ma tistax tuża din is- sistema.", "Biex jipprova jnaqqas dan l-iżvantaġġ, il-gvern preċedenti kompla jikkonċentra fuq l-Azzurra Air - fil-fatt dik hi l-funzjoni ta' l-Azzurra Air, li tipprova tnaqqas dak l-iżvantaġġ - imma xorta jibqa' l-fatt li l- Air Malta hija ristretta li topera from point to point, jiġifieri minn Malta għal belt waħda, u m'hijiex qiegħda f'pożizzjoni li tapprofitta ruħha minn dak li jistgħu jagħmlu l-kompetituri tagħha.", "Jien nispera li ma ndumux ma nkunu nistgħu nagħmlu tajjeb għal dan l- iżvantaġġ ġaladarba llum erġajna qegħdin fit-triq tas-sħubija.", "Sfortunatament bil-friża ta' l-applikazzjoni ta' Malta, aħna ffriżajna wkoll ċertu żvilupp li setgħet għamlet l-Air Malta.", "Dan biex ma nerġax insemmi wkoll - għax din diġa' tkellimt fuqha l-bieraħ - li s-Sea Malta u dak kollu li għandu x'jaqsam mat-trailers jinsabu fl-istess sitwazzjoni, u dan kollu għaliex, kif qalet l-Unjoni Ewropea fir-rapport li ppreżentat lill-Gvern preċedenti, aħna meqjusin bħala third country.", "Iva, aħna hekk meqjusin mill-Unjoni Ewropea, bħala third country, u għalhekk m'għandniex dritt għall-benefiċċji li toffri l-Unjoni għax, kif jgħidu, ta' ġewwa ġewwa u ta' barra barra u min jibqa' barra m'għandux dawn id-drittijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, peress li l-Ministru qed isemmi l- benefiċċji kbar li l-linja ta' l-ajru lokali jkollha jekk kemm-il darba nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-anno mai, jista' forsi jikkonferma li mbagħad it-traffiku u n-negozju tal-linja nazzjonali ta' l-ajru jkunu jistgħu jużufruwixxu minnu linji ta' l-ajru internazzjonali oħra, bħalma huma l-Alitalia, il-Lufthansa u l-British Airways, bil-konsegwenza li mbagħad l-Air Malta tkun trid tikkompeti ma' dawn il-linji kbar u ma jkollha l-ebda monopolju fuq ix-xogħol li għandha?", "Il-Ministru ma jaħsibx li mbagħad linja ta' l-ajru żgħira bħal dik ta' l-Air Malta tinbela' minn xi linja oħra - bħalma qegħdin jagħmlu mergers bejn is-Sabena Airlines u l- iSwiss Air bħalissa - għax ma tkunx kapaċi tikkompeti ma' dawn il-linji kbar fit-traffiku li jidħol u joħroġ minn Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, din hija mistoqsija interessanti wkoll.", "Irridu nifhmu li l-Air Malta għandha ajruport wieħed ...", "ONOR.", "MEMBRU: Issa jew tgħid \"iva\" jew tgħid \"le\" u mhux tagħmel xi nofs siegħa titkellem!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien li qiegħed nipprova nagħmel huwa li nirrispondi pero' hawn kategorija ta' nies li r-risposti jriduhom \"iva\" jew \"le\", tip ta' risposta ta' ftit ħsieb.", "Kif kont qed ngħid li aħna għandna ajruport wieħed f'Malta u għalhekk bis- sistema li qed nużaw illum għandna l-iżvantaġġ li l-pajjiżi l-oħra jgħidulna: Aħna ma nistgħux nirsistu biex intom tkunu tistgħu tmorru f'iktar minn belt waħda fi vjaġġ wieħed għax aħna f'belt waħda biss nistgħu niġu għandkom.", "Madanakollu jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru ta' l- Unjoni Ewropea aħna ningħataw id-dritt li noperaw għal iktar minn belt waħda.", "Mr Speaker, jien ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Vella qal li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, it-traffiku u n-negozju tal-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna jkunu jistgħu jużufruwixxu minnhom linji ta' l-ajru internazzjonali oħra li huma ikbar minnha meta diġa' hawn diversi linji internazzjonali ta' l-ajru li joperaw lejn Malta, fosthom il-Lufthansa, is- Swiss Air u l-Alitalia.", "Jiġifieri ma nafx għaliex qed ikun hemm din l- ispeċi ta' biża' mill-babaw li jekk aħna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea din b'xi mod jew ieħor se tpoġġi lil pajjiżna f'xi żvantaġġ jew f'kompetizzjoni iktar qalila milli qegħdin fiha bħalissa.", "Il-kompetizzjoni diġa' qiegħda hemm u jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea nkunu f'pożizzjoni aħjar li nisfruttaw is-sitwazzjoni tal-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna.", "It-tieni mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Interpellant huwa jekk naħsibx li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-Air Malta tkun tista' tinħataf jew tinbela' minn xi kumpannija oħra.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Interpellant staqsa jekk l-Air Malta jkollhiex xi periklu li tinbela' minn xi linja internazzjonali oħra.", "L-ewwelnett irrid ngħid li aħna nippreferu li jkun hemm strategic alliances.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jidħak, u għandu għaliex jidħak għax fil-każ tal-Maltacom hu, li kien wieħed mill- prime movers, minflok fittex li jagħmel strategic alliance biegħ ix-shares lil institutional investors li kien moħħhom biss kif se jagħmlu l-profitt mil-lum għal għada.", "(Interruzzjonijiet) Sfortunatament dawn it-tip ta' investituri m'humiex f'pożizzjoni li jagħtu kontribut dirett through a strategic alliance u l-gvern preċedenti bilfors kien short-sighted la ra l- affarijiet b'dak il-mod.", "Jien naħseb li l-Air Malta għandha bżonn tifforma strategic alliances u tajjeb ngħid ukoll li jien naf li matul l-amministrazzjoni preċedenti, meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim ministru, kienu qed isiru diskussjonijiet ma' diversi linji internazzjonali ta' l-ajru biex ikun hemm dawn it-tip ta' strategic alliances.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "Kompli, Onor. Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa evidenti li dan sar għax il-prim ministru ta' dak iż-żmien induna bl-iżball li għamel u ta struzzjonijiet biex ikunu jistgħu jiġu fformati dawn l-istrategic alliances minflok ma ssir dik it- tip ta' privatizzazzjoni parzjali li seħħet fil-Maltacom li esponiet lil pajjiżna għal element ta' ċerta instabilita' li fl-opinjoni tiegħi ma kellniex bżonnha.", "Jien naħseb li anke fil-każ tal-Maltacom kien ikun aħjar li kieku nstab strategic investor li kien jikkontribwixxi direttament mhux biss billi jkabbar in-network anke internazzjonalment imma wkoll billi jpoġġi xi membru jew tnejn minn tiegħu fuq il-bord tad-diretturi ħalli aħna nkunu nistgħu nitgħallmu minn esperjenza barranija.", "Pero' mhux hekk ġara u fil-fatt illum il-bord tal-Maltacom huwa kompost minn Maltin biss.", "Assolutament ma nara l-ebda periklu li ġaladarba nsiru membri ta' l- Unjoni, l-Air Malta se tinbela' minn linji internazzjonali ta' l-ajru oħra.", "Anzi fil-fehma tiegħi l-pożizzjoni tal-kumpannija tkun tista' tissaħħaħ iktar għax ikollha dritt tagħmel ċerti operazzjonijiet li s'issa - jew aħjar sakemm nibqgħu barra mill-Unjoni - m'għandhiex dritt li tagħmel.", "Kif għidt diġa', tlifna opportunita' tad-deheb - u niftakar lil Neil Kinnock, EU Commissioner for Transport, jgħidilna li m'hemm l-ebda problema li jingħatalna t-third package ġaladarba nibqgħu fit-triq ta' sħubija -għax ovvjament imbagħad mal-friża ta' l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, ffriżajna wkoll dak il-progress kollu li kien antiċipat li jsir.", "Sfortunatament din hi s-sitwazzjoni llum, pero' jien naħseb li jekk inħarsu 'l quddiem inkunu kapaċi nsaħħu l-pożizzjoni tal-linja nazzjonali ta' l-ajru tagħna kummerċjalment biex tirrendi iktar u fl-istess ħin intejbu iktar lis-settur tat-turiżmu.", "Għalhekk għandna nisfruttaw kull opportunita' li tiġina, mhux bħalma għamilna fil-passat, fejn ġejna mċaħħda minn diversi vantaġġi minħabba li ffriżajna l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidilna x'wassal għat-titjib tal-performance ta' l-Air Malta din is-sena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din hija mistoqsija interessanti wkoll.", "Jien ma niddejjaqx ngħid dak li huwa rilevanti.", "Fil-fatt huwa rilevanti li matul is-sena preċedenti l-Azzurra Air kienet għadha fl-ewwel sena ta' start-up tagħha u, minħabba li sabet ċerti diffikultajiet sakemm tistabilixxi r- rotot u anke l-passiġġieri li kellha bżonn, din ikkawżat ukoll xi ftit telf.", "Madanakollu - u hawnhekk qed nitkellem fuq l-istrategic alliances li kont qed insemmi ftit ilu - l-Air Malta irnexxielha tinnegozja alleanza ma' l-Alitalia u b'effett immedjat l-Azzurra Air bdiet tuża d-distribution network ta' l-Alitalia wkoll.", "Dan jien qed ngħidu biex nuri kemm huwa importanti li jkollok dawn it-tip ta' links.", "Ir-raġuni prinċipali li għaliha l-Air Malta marret tajjeb din is-sena meta mqabbel mas-sena ta' qabel huwa bla dubju ta' xejn li l-performance ta' l-Azzurra Air hija ferm aħjar milli kienet is-sena ta' qabel.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li meta wieħed jibda linja ta' l-ajru ġdida, bħalma għamilna bl-Azzurra Air, mhux l-ewwel darba li matul is-snin tal-bidu - naturalment meta jkollok ċertu tip ta' espansjoni dik tkun pjuttost riskjuża - tinħoloqlok din it-tip ta' diffikulta'.", "Bi pjaċir ngħid li mir-rapporti li nirċievi mill-Air Malta kull ġimgħa ninnota li issa l-Azzurra Air qed topera viċin ħafna tal-full capacity tagħha, bis- seba' ajruplani li għandha, u fejn qabel l-Air Malta kienet tgħaddilha l- flus hi, illum l-Air Malta qed tieħu anke ċertu revenue minnha.", "Ħaġa oħra li jkun tajjeb li ngħidha wkoll hija li matul din is-sena kien hemm anke a marginal increase fil-passiġġieri li ġarret l-Air Malta, u dan huwa tajjeb ukoll, pero' jibqa' l-fatt li sa llum l-Air Malta għadha qed tkun esposta biss għat-turiżmu ta' Malta minħabba r-restrizzjonijiet biex tidħol fis-suq Ewropew.", "Jien naħseb li biex innaqqsu ċerti riskji jkun ferm aħjar li l-Air Malta, matul ix-xhur tax-xitwa meta l-ajruplani tagħna jkunu relattivament under-utilised - dan bil-kontra ta' dak li jiġri fis- sajf meta tant ikollna domanda kbira li jkollna nikru iktar ajruplani - ikunu jistgħu joperaw fl-isfera Ewropea jġorru l-passiġġieri minn belt għall-oħra.", "Imma kif għidt diġa' sfortunatament sa llum dan għadu ma jistax isseħħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, xtaqt nikkoreġi ftit lill-Ministru, fis- sens li l-profitt jew it-telf tal-core business ta' l-Air Malta bl-ebda mod m'huwa marbut ma' l-operazzjonijiet ta' l-Azzurra Air - jiġifieri meta xi snin ilu l-Air Malta kienet qed tagħmel it-telf, dan ma kienx ġej minħabba li l-Azzurra Air kienet qed tagħmel it-telf - u jekk illum l-Air Malta qed tagħmel il-profitti, dan mhux qed jiġri minħabba li naqas it-telf ta' l- Azzurra Air.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien qed nitkellem fuq l-operazzjonijiet kollha ta' l-Air Malta.", "Issa l-Air Malta ma tikkonsistix biss f'numru ta' ajruplani li jġibu passiġġieri hawnhekk u jeħduhom postijiet oħra.", "Huwa fatt li l- Air Malta għandha shareholding qawwi fl-Azzurra Air u għalhekk huwa ovvju li jekk l-Azzurra Air ma tkunx sejra tajjeb, din taffettwa wkoll lill-Air Malta.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħidli: X'għandu x'jaqsam!", "Allura jien bilfors ikolli nikkonkludi li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma fehem xejn dwar kif linji kummerċjali joperaw.", "Hawn aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq il-Metalfond imma qed nitkellmu fuq il- kumpannija nazzjonali ta' l-ajru u fuq sussidjarja tagħha u għalhekk huwa ovvju li jekk il-kumpannija ppompjat miljuni ta' liri fiha, din bilfors affettwat ir-return tagħha.", "(Interruzzjonijiet) Iċ-chairman ta' l-Air Malta, li tani dawn ir-rapporti, huwa l-istess chairman li jagħti rapporti lill-Onor.", "Karmenu Vella - Issa jekk l-Onor.", "Vella ngħata rapporti differenti għandu jiġbidli l-attenzjoni b'dan! - u mir-rapporti li ngħatajt dan l-aħħar jirriżulta li l-Air Malta kellha problema minħabba l- Azzurra Air.", "Jien ma naħsibx li huwa fair lanqas li issa, għaliex qegħdin fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, donnu nqaleb kollox ta' taħt fuq!", "Ikun aħjar jekk nanalizzaw l-affarijiet b'mod kawt u b'mod li naraw l-iskala ta' l-operazzjoni kollha.", "(Interruzzjonijiet) Iva, l-Air Malta kienet bdiet tiffaċċja diversi diffikultajiet minħabba li l-Azzurra Air kellha l-istart- up problems tagħha.", "Sakemm l-Air Malta rnexxielha tinnegozja alleanza ma' l-Alitalia dawk il-problemi affettwaw ir-riżorsi ta' l-Air Malta, li finalment wasslu għal telf.", "MR SPEAKER: Onor. Bonnici, jekk jogħġbok ikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li jien kelli l-impressjoni li meta mar il-Libja, l-ex-Ministru Karmenu Vella kien għamel arranġamenti sabiex l-Air Malta tieħu l-flus li kellha tieħu; u kont verament sorpriż meta, hekk kif ilħaqt ministru, sibt li sa llum l- Air Malta mhux talli għad trid tieħu t-Lm12 miljun li kellha tieħu fl-1996 imma talli għad trid tieħu Lm13 miljun oħra biex tiġi square.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Bonnici, jekk jogħġbok ikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kuntrarjament għal dak li kien jgħid il-gvern preċedenti, l-Air Malta sa llum għad ma rnexxilhiex teħles minn din il- problema.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Point of order, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella, on a point of order.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, il-Ministru qed jiżgwida lil din il- Kamra għax hu jaf li jekk irid jista' jmur il-Libja llum stess u jġib il- flus dovuti lill-Air Malta.", "Sa ġimgħa, ġimgħatejn, tlieta oħra dawn jerġgħu jibdew telgħin.", "Jien ngħid li l-Ministru għallinqas qiegħed f'pożizzjoni li jista' jikkonferma li aħna ġibna xi ħaġa mil-Libja, għax huma xebgħu telgħin u neżlin u qatt ma ġabu xejn!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skema maħruġa mill-Awtorita' tad-Djar dwar għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta' titjib fir-residenzi okkupati minn persuni b'diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1669;", "Tabella li turi l-għadd ta' telefonati, flimkien man-natura tagħhom, li saru fuq is-supportline 179, bejn Ottubru 1997 u Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1699; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' operaturi, skond it-tip ta' negozju, reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa fit-13 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1186.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-presidenti tal-kunsilli skolastiċi ta' l-iskejjel ta' l-Istat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 175 mogħtija f'seduta numru 6 li saret fit-3 ta' Novembru 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, bil-pjaċir kollu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffi li ġejt mistoqsi npoġġi dwar ir-reviżjoni li saret biex insewwu nġustizzja kbira li kienet saret, ċioe':", "Tagħrif dwar tariffi tad-dawl, ilma u drenaġġ, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 1856; u", "Tagħrif dwar id-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall- perjodu bejn l-20 ta' Jannar 1992 u t-30 ta' Settembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1865;", "Tabella li turi d-dħul qabel it-taxxa tal- Korporazzjoni Enemalta minn pitrolju, elettriku u gass bejn l-1990 u l-1997, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 1866.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu d-diskors tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni dirett fuq it-televiżjoni.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-Mozzjoni biex tmur f'Kumitat ta' Provvista għal Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-Sena 1999.", "Skond il-ftehim milħuq, is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. u d-diskors ikun eżenti mil-limiti ta' ħin għad-diskorsi.", "Għalhekk issa nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant, biex jibda d- diskors tiegħu.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, diġa' għidtha darbtejn - u nerġa' ngħidha għat-tielet darba llejla - li d-diskors li smajna bħal-lum ġimgħa mill-Onor.", "John Dalli dwar il-budget għall-1999 faqa' l-bżieżaq li l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien nefaħ qabel, waqt il- kampanja elettorali ta' din is-sena.", "Fl-aħħar trid toħroġ il-verita'.", "L- Onor Fenech Adami u sħabu, per eżempju, kienu jgħidulna li mhux veru teżisti problema ta' deficit strutturali fil-finanzi tal-gvern u li dik kienet ħrafa tal-Partit Laburista.", "L-Onor.", "Fenech Adami u anke l-Onor.", "John Dalli kienu jgħidulna illi kien il-Gvern Laburista li ħaffer il-ħofra finanzjarja u żied id-djun bil-kbir.", "Kien hemm anke sforz sħiħ biex din in- naħa tal-Kamra jpinġuha bħala n-naħa tax-xjaten, bla kuxjenza soċjali u li għalhekk żidna 33 taxxa minbarra t-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Imbagħad qalu wkoll, Sur President, illi fejn Gvern Laburista xerred dlam u biża', Gvern Nazzjonalista kien se jerġa' iġib il-fiduċja fil-pajjiż u kien se joħloq ix-xogħol u proġetti ġodda.", "Qalulna illi Gvern Nazzjonalista kien se jagħti benefiċċji soċjali ġodda lill-poplu, kien se jnaqqas it-taxxi u kien se jimpjega lill-impressed kollha mal-gvern.", "Ħaġa oħra li kienu qalulna kienet li Gvern Nazzjonalista kien se jerġa' jitlaq bl-applikazzjoni għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea u b'hekk kien se jibda jirċievi l-miljuni u l-miljuni minn Brussels.", "Dawn kienu l-bżieżaq li damu jintefħu.", "Konna nisimgħuhom f'dan il- parlament, konna nisimgħuhom fuq il-media, konna nisimgħuhom fil-meetings u kullimkien.", "Tajjeb illi anke nikkwota xi siltiet speċifiċi minn dak li kien jingħad.", "Per eżempju, fl-20 ta' Jannar, 1997 l-Onor.", "Fenech Adami kien qal hekk:", "\"Din tal-ħofra fil-finanzi tal-gvern hi ħrafa.''", "U kompla jgħid li:", "'Il-Gvern Laburista mhux veru li wiret pajjiż mimli ħofor iżda pajjiż li kien miexi 'l quddiem b'ritmu mgħaġġel u mgħaġġel ħafna.\".", "Nistgħu nikkwotaw x'qal, per eżempju, il-Ministru Dalli, fl-14 ta' Ottubru 1997, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni.", "Qal hekk:", "\"Il-ħofra li l-Gvern Laburista qed jgħid illi hemm fil-finanzi tal- pajjiż ħaffirha hu stess apposta biex jipprova jagħti vantaġġ politiku lilu nnifsu.\"", "Dawn kienu t-tip ta' diskorsi li kienu għaddejjin bir-radam.", "Imma issa jidher ċar li d-diska nbidlet bil-kbir għax, ngħid għalija, bqajt impressjonat b'siltiet minn dak li smajna bħal-lum ġimgħa, u jekk tippermettili, Sur President, se nikkwotahom.", "Il-Ministru Dalli, per eżempju, qal:", "\"Il-qagħda tal-finanzi pubbliċi hija waħda mwiegħra.\".", "Issa din mhux l-Onor.", "Leo Brincat jew jiena għidniha imma qalha l-Ministru Dalli bħal-lum ġimgħa.", "Il-Ministru kompla hekk:", "\"Biex tersaq qrib li ssib soluzzjoni trid tagħraf li l-qagħda finanzjarja preżenti hija riżultat ta' difetti kbar strutturali li nbnew fuq xulxin tul ħafna snin.\".", "Meta smajt il-kliem \"ħafna snin\" jiena għidt li ċertament dan ma jfissirx is-sentejn li għaddew minn Ottubru ta' l-1996 imma ħafna qabel, jiġifieri meta ministru tal-finanzi dak iż-żmien kien l-Onor.", "John Dalli, l-istess bniedem li l-ġimgħa li għaddiet, bil-prosopopea kollha, uriena kemm ippontifika li huwa kompetenti f'dawn l-affarijiet.", "Il-Prim Ministru dakinhar kien l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, li qalilna li l-ħofra kienet ħrafa.", "Ħalli naraw x'qal aktar l-Onor.", "Dalli bħal-lum ġimgħa.", "Qalilna:", "\"Dan l-iżbilanċ rikorrenti huwa problema kbira għax ifisser li qed nisselfu biex nieklu.", "Biex ikollna sitwazzjoni finanzjarja vijabbli, dan l-iżbilanċ rikorrenti jrid jinqaleb kemm jista' jkun malajr f'bilanċ pożittiv.\".", "Imbagħad kompla jgħid:", "\"Nistgħu nagħmlu ta' bir-ruħna li m'hawnx problema u nibqgħu nippretendu l-manna ta' kuljum.\".", "Imma skużi!", "L-Onor.", "John Dalli fl-14 ta' Ottubru, 1997 ma kienx qal li l- ħofra li hemm ħaffirha Gvern Laburista stess?", "Kif issa marret is-snin lura u saret strutturali?", "Hawn għandna konferma li dak li qal l-Onor.", "John Dalli sena u nofs ilu m'għadux jgħodd.", "Issa rebħu l-elezzjoni, irnexxielhom jaraw kif jimmaniġjaw mal-Perit Mintoff biex joħolqu l-problemi u qegħdin fil-gvern, u dak li kienu jgħidu sena ilu m'għadux jgħodd.", "Mela dak li qalu qabel spiċċa u issa qed nibdew nifqgħu l-bżieżaq u ż-żejt tiela' f'wiċċ l- ilma.", "Effettivament meta tagħsar kollox u tistaqsi x'ħareġ minn dan il- budget, issib li huma kkonfermaw bil-kbir il-verita' li konna ngħidu aħna.", "Apparti minn hekk, wara li akkużawna bi 33 taxxa u li ma kellna l-ebda qalb u kuxjenza soċjali, issa qed jgħidulna li se jintaxxaw ix-xogħol, qed jgħidulna li se jżidu t-taxxa fuq il-konsum ta' eluf u eluf ta' prodotti u servizzi, permezz tal-VAT, u żiedu t-taxxa fuq il-petrol u fuq is- sigaretti, li ċertament m'hijiex taxxa fuq is-sinjuri.", "Allura l-affarijiet qed jiċċaraw ruħhom.", "Veru li naqqsu t-tariffi tad-dawl u l-ilma li konna ssettjajna fl-aħħar budget u li wara emendajna, imma anke hawn il-wegħda li kien għamel l-Onor.", "Eddie Fenech Adami ġiet miksura.", "Fit-28 ta' Ġunju ta' din is-sena, l-Onor.", "Fenech Adami kien wiegħed li jekk il-Partit Nazzjonalista jitla' fil-gvern se jreġġa' t-tariffi tad-dawl u l-ilma lura għal dak li kienu qabel Settembru ta' din is-sena.", "Issa tal- Partit Nazzjonalista qed jipprovaw jgħidu li m'huwiex veru li saret din il- wegħda.", "Sa ħarġu anke tape, u min jaf kemm damu jilagħbu b'dak it-tape, Sur President!", "(Interruzzjonijiet).", "Sur President, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja ta' \"The Times\" tat-Tnejn, 29 ta' Ġunju, 1998\"", "F'din il-ħarġa tal-gazzetta mhux biss fit-title ta' l-artiklu imma wkoll ir- rapport innifsu jagħmilha ċara u tonda li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien se jreġġa' t-tariffi tad-dawl u l-ilma għal kif kienu f'Settembru tas- sena li għaddiet.", "U jekk iqum xi punt li dan intqal minn gazzetta, jiena ngħidilhom li kellhom iż-żmien kollu biex jgħidu li mhux veru, għax b'kumbinazzjoni, fl-istess paġna 5 tal-gazzetta \"The Times\" tad-29 ta' Ġunju ta' din is-sena, hemm rapport sħiħ fejn il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiċħad rapport li kien deher f'gazzetta oħra.", "Mela dak ir-rapport li kien deher f'gazzetta oħra ċaħduh dakinhar stess u dan ir-rapport baqgħu ma ċaħduhx sa wara l-elezzjoni!", "U din nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra biex nikkonferma li anke hawnhekk għandna wegħda miksura.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad hemm ukoll l-istrateġija tal-budget fiha nnifisha, Sur President.", "Jekk wieħed iħares lejha, issa m'għadhomx ix-xjaten Laburisti li qed imexxuh lill-pajjiż imma l-anġli Nazzjonalisti!", "Il-kuxjenza soċjali qiegħda kollha nkarnata hemmhekk u allura wieħed jistenna li l-budget ikollu kuxjenza soċjali qawwija u li se jkun qed jiddefendi bil-kbir lill- ħaddiema, lin-nies tax-xogħol, lill-impjegati, lill-pensjonanti u lill- anzjani.", "Meta tifli t-tifsira soċjali ta' dan il-budget issib li dak li ta - jew taparsi ta - il-Gvern Nazzjonalista b'id waħda, bħat-tariffi tad-dawl u l-ilma, reġa' ħadu bil-kbir bl-id l-oħra, u hawn ħa ħafna u ħafna aktar milli ta.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll, Sur President, illi waħda mill-problemi li niffaċċjaw meta nħarsu lejn dan il-budget hija l-problema tal-kredibbilta'.", "Jekk qed nitkellmu fuq deficit strutturali - u issa qed jgħiduha tan-naħa l- oħra - qegħdin ngħidu li din il-ħofra ħoloqha xi ħadd, u ċertament ma ħoloqhiex - u kellna ammissjoni ta' l-Onor.John Dalli nnifsu - il-Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 imma ħoloqha l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel, għax mill-1987 'il quddiem hu kien in charge, u kienu l-istess nies fl-istess karigi li ħolqu din il-ħofra.", "U allura l-kredibbilta' tiġi minn kif se jsolvuha din.", "Imma mbagħad iqum punt ieħor, Sur President.", "Għal min jifli d-diskorsi tal-budget - u jien inzertajt wieħed minnhom - jinduna li l-kliem li smajna ta' kif se jsolvu l-problema diġa' smajnihom f'budget speeches oħra ta' qabel l-1996.", "L-istrateġija, jekk hemm waħda, li qal li se jsegwi l-Onor.", "John Dalli, kien diġa' qalha darb'oħra.", "Meta kien qed jippreżenta l-budget ta' l-1993, il-ministru tal-finanzi ta' dak iż- żmien - li nzerta John Dalli taħt il-prim ministru ta' dak iż-żmien, li nzerta Eddie Fenech Adami - kien qal hekk:", "\"L-oġġettivi li se npoġġu quddiemna għall-ħames snin li ġejjin huma li d-deficit tal-gvern jinżamm inqas minn 3% tal-prodott gross domestiku.\".", "Fl-1992 qalilna li:", "\"L-oġġettivi li se npoġġu quddiem dawn il-ħames snin li ġejjin huma li d-deficit tal-gvern jinżamm inqas minn 3% tal-prodott gross domestiku.\".", "Għaddew sitt snin u mhux biss ittrippla d-deficit, imma l-poplu Malti jgħid li għaxxaqha dan il-bniedem.", "U jista' jmur f'\"Xarabank\" u joqgħod jieħu char-a-bancs ta' supporters minn Ħal Qormi biex iċapċpulu imma l-poplu Malti u Għawdxi mbagħad m'huwiex kollu char-a-bancs ta' Ħal Qormi!", "Il-poplu se jħares lejn ir-riżultati u jifhem li jekk sitt snin ilu ppjana b'dan il- mod, issa wassalna fejn wassalna.", "Ma jistax jaħbi aktar issa.", "Din ammisjoni tiegħu stess.", "Għalhekk infaqgħu l-bżieżaq, Sur President, u għalhekk tajjeb illi nifhmu dak li ġara tassew fl-aħħar snin.", "Waqt li l-budget tal-gvern taħt Dr. Fenech Adami baqa' jintefaħ, beda dieħel staġnar sħiħ fl-ekonomija.", "U dak li ġara fl-ekonomija bejn l-1992 u l-1996 kellna niffaċċjawh aħna fl-1996.", "Ġara li l-investiment minn barra ma daħalx u ma kibirx.", "Ma kellniex investiment veru u produttiv minn barra.", "Ġara wkoll illi l-industrija bdiet taqta' nifisha.", "Ġara wkoll illi t- turiżmu l-ewwel laħaq il-quċċata sa l-1994 u mbagħad qata' nifsu bis- sitwazzjoni li beda joħloq il-Gvern Nazzjonalista.", "Biex tkompli tgħaxxaqha daħlet it-taxxa tal-VAT u t-turiżmu qalagħha fuq rasu.", "L-industrija għas- suq lokali wkoll qalgħatha fuq rasha u l-kummerċ intern beda jiddependi dejjem aktar u aktar min-nefqa tal-gvern.", "Issa għaliex il-Gvern Nazzjonalista daħħal it-taxxa tal-VAT dak iż-żmien?", "Għax kellu bżonnha?", "Le, mhux għax kellu bżonnha imma għax ried jingħoġob ma' l-Ewropej ta' Brussels, dawk li tant jogħġbu lill-Prof.", "Josef Bonnici, li fil-question time jeħdilna nofs siegħa jitkellem fuqhom.", "Sur President, dak iż-żmien ma kienx hemm bżonnha t-taxxa tal-VAT.", "Din għenet biex min-naħa tħarbat it-turiżmu u min-naħa l-oħra tkisser l- industrija lokali.", "Imbagħad il-kummerċ intern sar jiddependi aktar u aktar min-nefqa tal-gvern li baqgħet tiżdied.", "Effettivament id-daqqa kbira li qalgħet l-industrija lokali bejn l-1994 u l-1996 kienet qed twassal biex ikun hemm anke pressjoni fuq l-impjiegi.", "Fl-istess żmien inzerta li konna resqin lejn sitwazzjoni fejn l-industrija għall-esportazzjoni kienet qed tiffaċċja diffikultajiet.", "Aħna konna ilna nwissuhom sa milll-1993 u l-1994.", "Konna ngħidulhom li l-ekonomija bħalissa qisha Boeing, miexi biss fuq mutur wieħed meta suppost għandu tlieta għaddejjin, li qed jaqsam l- Atlantiku.", "U niftakar li l-Prof.", "Josef Bonnici kien jiddieħaq bina dak iż- żmien.", "Spiċċajna illi l-uniku mutur li konna għaddejjin fuqu, li kien it- turiżmu, anke hu beda jogħtor u l-unika ħaġa li żammet il-vapur għaddej kienet sempliċement in-nefqa tal-gvern li ma baqgħetx sostenibbli aktar.", "Il- gvern beda jgħatti minn hemm u minn hawn, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif se jdaħħal id-dħul u kif se jonfoq, imma kien wasal fi żmien li ma setax jibqa' aktar isoff il-flus mill-korporazzjonijiet falluti, bħall-Enemalta u l-Airmalta.", "Kullimkien kien beda jiġġamja.", "U din hija ħaġa li wasslet biex f'Ottubru ta' l-1996 tissejjaħ elezzjoni bikrija.", "Kienu f'pożizzjoni fejn kieku sejħu l-elezzjoni meta kellhom isejħuha kien ikollhom jagħmlu budget u kien ikollhom jammettu l-falliment ta' dak li John Dalli kien ipproklama fl-1992.", "Aħna nibqgħu ninsistu li n-nies li huma responsabbli llum għall- finanzi u għat-tmexxija tal-gvern kienu l-istess nies li kienu responsabbli għall-iġġammjar finanzjarju fis-sistema ta' pajjiżna.", "X'għamilna meta ffaċċjajna din is-sitwazzjoni f'Ottubru ta' l-1996?", "Jien nammetti li dak li għamilna ma kienx popolari, kien iebes.", "Nammetti wkoll li min-naħa ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien hemm opportuniżmu totali biex jipprova jimmanipula s-sitwazzjoni li żviluppat.", "Imma ħalli nipprovaw nifhmu issa l-istrateġija finanzjarja u ekonomika.", "L-ewwelnett fhimna li kien hemm ħtieġa kbira li għallinqas wieħed mill-muturi jerġa' jibda jaħdem tajjeb.", "U għalhekk għamilna minn kollox biex nagħtu spinta 'l quddiem lit- turiżmu ħalli dan iżomm il-vapur għaddej sakemm jibdew jirpiljaw is-setturi l-oħra.", "Marbuta ma' din is-soluzzjoni kien hemm ċertament il-ħtieġa li nneħħu - u neħħejna - it-taxxa tal-VAT li kienet qed timponi piżijiet kbar u mhux sostenibbli fuq it-turiżmu.", "Hemmhekk iffaċċjajna l-problema li kienet dehret ċara ħafna, id-deficit tal-gvern.", "Matul is-snin, il-gvern kien tħalla f'sitwazzjoni fejn kollox inħariġlu 'l barra u kien qiegħed jiżdied id-dejn u d-deficit fil-pajjiż.", "Allura tlaqna fuq it-triq li nrażżnu l- ispiża tal-gvern u naqtgħu l-ħela biex inżidu d-dħul tal-gvern.", "Hawnhekk inqala' t-tgħajjir kollu li kellna nilqgħu għalih għal xhur sħaħ.", "Kienu jgħidulna li aħna m'għandniex kuxjenza soċjali, li qegħdin niġġammjaw il- pajjiż u li qegħdin noħolqu sfiduċja fil-pajjiż.", "Kien hemm is-soltu konfoffi li nafu bihom u t-tradimenti li ġraw, imma l-punt kollu kien li ma kienx hemm triq oħra ħlief dik li jekk tabilħaqq ridna nimxu b'serjeta` - u dan huwa punt li nibqgħu nisħqu fuqu - kien hemm bżonn li l-finanzi tal- gvern jerġgħu jitreġġgħu fuq bażi li tkun soda.", "Kienet triq serja u iebsa u ddeċidejna li nimxuha, u mxejna fuqha.", "Imbagħad min-naħa l-oħra kien hemm bżonn li fiż-żmien li konna qegħdin niksbu lill-industrija nagħtuha ċ-ċans li tirpilja, kemm dik li tipproduċi għas-suq lokali u kemm dik orjentata għall-esportazzjoni.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija ta' l-esportazzjoni, kienet aktar faċli li tagħtiha n-nifs ħalli tirranka.", "L-industrija li taħdem għas-suq lokali kien hemm bżonn li nagħtuha n-nifs ħalli tibdel l-istrutturi tagħha, ħalli timmodernizza ruħha ħalli tkun tista' mbagħad tikkompeti anke fuq is-suq lokali ma' prodotti importati minn barra.", "Dak li aħna sejjaħnilu ristrutturar ta' l-industrija lokali kien maħsub biex jieħu ż-żmien.", "Kien marbut mal-fatt li neħħejna l-VAT u erġajna daħħalna ċerta protezzjoni ġdida li kienet ġiet żmantellata bil-VAT.", "Dan sar biex l-industrija lokali jkollha n-nifs li tista' tibdel l-istrutturi tagħha u ssir kompetittiva.", "Imbagħad parti mill-istess strateġija kienet li aħna nistimolaw u noħolqu proġetti ġodda li minnhom infushom ikollhom sens ta' inizjattiva, li jkollhom l-investiment u li bl-għajnuna tal-gvern joħolqu l-ġid aktar 'il quddiem.", "Allura konna qed niżviluppaw il-proġetti li qanqlu interess u kontroversja wkoll.", "Dawn kienu proġetti marbuta mat-turiżmu imma proġetti li joħolqu assi ġodda, assi produttivi fil-pajjiż, li jistgħu jżommu u jsostnu attivita` ġdida u meħtieġa.", "Din kienet il-bażi li minnha ridna nitilqu għax aħna nemmnu li fuq bażi bħal din ridna ntejbu, insaħħu u nkabbru l-qafas soċjali.", "Ma tistax tibbaża l-qafas soċjali u tkun serju jekk il-qafas ta' assistenza u ta' solidarjeta' soċjali jkun ibbażat fuq pedamenti ekonomiċi u finanzjarji mherrija u msewsa.", "Aħna ridna li nkunu qegħdin insaħħu l-qagħda finanzjarja u ekonomika tal-pajjiż imma fl-istess waqt inkunu qed inlestu biex nibnu qafas ta' appoġġ soċjali ġdid, ta' solidarjeta' soċjali ġdida, li tkun tassew moderna u li tassew tasal.", "Jiena ngħid b'wiċċi minn quddiem illi din l-istrateġija kienet bdiet tagħti riżultati, Sur President.", "Apparti milli t-turiżmu mexa 'l quddiem bil-kbir u apparti milli l-industrija ta' l-esportazzjoni imxiet 'il quddiem ukoll, kien hemm anke aspetti oħra li wrew illi l-iebes kien għadda.", "Per eżempju, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, it-turiżmu żied b'5.5%.", "Issa veru hemm l-argument illi daħlu flus anqas, imma jekk wieħed imbagħad jiċċekkja l-lags ta' kif jidħlu l-pagamenti fit-turiżmu ma kif jaħdem il-Bank Ċentrali se jsib illi effettivament mhux veru naqsu, imma l-flus żdiedu.", "L-industrija ta' l-esportazzjoni wkoll żdiedet fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, u din żdiedet b'£m66 miljun.", "Dan wara li fl- aħħar sena ta' tmexxija Nazzjonalista, l-industrija ta' l-esportazzjoni kienet qiegħda tiżloq u taqa' lura.", "Fis-servizzi, Sur President, il-valur miżjud f'pajjiżna żdied b'9.7%.", "In- numru ta' kumpaniji reġistrati fil-pajjiż matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena żdied b'279.", "Fl-istess ħin kien hemm ħidma konsiderevoli fil- Freeport u żieda f'din il-ħidma waqt illi rreġistrajna titjib fl-ekonomija - illi kien għadu marġinali imma kien jinħass fil-kummerċ intern - li kibret b'termini reali b'7.6%.", "Issa naf illi fl-Economic Survey, taħt l- ispirazzjoni tal-Prof.", "Bonnici kien hemm ċerti logħob bil-kliem biex is- 7.6% żieda reali ppruvaw iniżżluha għal-2.6%.", "Kieku naħdmu bl-istess irtokki għal dak illi ġara fl-1995 u 1996, b'mod reali l-ekonomija kienet tinżel bejn -2% u -3%.", "Imma dawk ma jaħdimhomx il-Prof.", "Bonnici.", "Ir- realta' hi li f'termini reali, l-ekonomija fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena żdiedet b'7.6%.", "Imbagħad kien hemm ukoll żieda ta' £m16.2 miljun fid- dħul mill-impiegi.", "Dawn huma kollha riżultati li mhux qed ngħiduhom aħna imma joħorġu mill-economic survey illi ġie ppublikat mill-gvern innifsu.", "Xi ħaġa kruċjali għall-pajjiż kien il-fatt li rnexxielna li l-isbilanċ fil-kont tal-pagamenti - jiġifieri kemm inbiegħu barra mqabbel ma dak illi nixtru minn barra - naqqasnieh bin-nofs.", "U din kienet xi ħaġa importanti għax anke hawn fl-1996 konna qegħdin niżolqu 'l isfel lejn il-ħondoq.", "Kien hemm żbilanċ dejjem jikber bejn dak illi nixtru minn barra - li nħallsu għalih - u dak illi nistgħu nbiegħu lil barra - u allura jidħlu l-flus biex inħallsu dak illi nixtru minn barra.", "Min-naħa l-oħra wkoll, konna resqin - u hawnhekk daħal il-fattur politiku - lejn it-twettiq tal-proġetti l-kbar illi kienu se jkomplu joħolqu momentum ġdid fil-pajjiż.", "Dan jorbot mat- titjib fit-turiżmu, mat-titjib fl-industrija ta' l-esportazzjoni u mat- titjib fl-industrija lokali ħalli l-iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna ma jkunx jiddependi aktar min-nefqa tal-gvern.", "Aktar ma gvern jonfoq, anqas ikollu flus biex iħallas u allura jikber id-deficit u tikber il-ħofra li issa ammettew li teżisti.", "Imma mbagħad issir kruċjali l-mistoqsija: X'sar mill-budgeting tal-gvern u x'sar f'termini ekonomiċi finanzjarji?", "X'kien ir- riżultat ta' dak illi ħadem fuqu l-Gvern Laburista biex iżomm lura din il- mewġa dejjem tikber ta' nefqa tal-gvern li m'hijiex qed tkun imqabbla bid- dħul tal-gvern?", "Hawnhekk kellna l-propaganda Nazzjonalista għaddejja f'dawn l-aħħar ġimgħat illi ma rnexxejniex f'dan il-qasam, u illi għalkemm għamilna budgeting għal deficit ta' Lm80 miljun, effettivament - skond Dr. Fenech Adami u skond il-Ministru John Dalli - spiċċajna b'deficit ta' kważi Lm170 miljun.", "Din kienet id-diska tal-propaganda Nazzjonalista.", "Imbagħad arahom jgħidu kemm telgħu d-djun fi żmien il-Gvern Laburista!", "Għax bħal dak li qallu tagħmel id-djun biex tagħmel id-djun?", "Jien għidt: Imma possibbli li kien hawn din id-diverġenza kollha bejn Lm80 miljun u Lm170 miljun?", "Imbagħad effettivament irriżultat ftit inqas.", "Issa naf li hawn ħafna metodi ta' dak li bl-Ingliż jissejjaħ creative accounting.", "Dan hu mod kif tagħmel l-accounts b'mod illi tagħti impressjoni mod u tkun impressjoni oħra.", "F'dan il-każ jiena nifraħ lill-Ministru John Dalli għall-eżerċizzju ta' creative accountancy bellezza li għamel fuq il-budget tal-gvern.", "Jiena ngħid li mhijiex responsabbilta' illi timxi b'dan il-mod.", "Mhijiex responsabbilta' illi tagħmel dawn it-tip ta' maniġġji u manipulazzjoni tan- numri biex toħloq xi ħaġa li politikament forsi hija effettiva imma fir- realta' mhijiex serja.", "U l-akbar kritika li tista' tagħmel għal dan il- budget hi li dan m'huwiex budget serju.", "Jiena ħarist lejn in-numri kollha li ġew preżentati u bdejna naħdmu ftit fuqhom.", "Jirriżulta, Sur President, illi l-Ministru John Dalli - forsi spirat mill-appoġġ li kellu fuq \"Xarabank\" mix-char-a-bancs li tella' minn Ħal Qormi - bidel b'mod sostanzjali l-mod kif jippreżenta l-finanzi u n- numri tal-gvern.", "Bidel il-kejl illi għamel ta' x'inhu d-deficit tal-gvern din is-sena ma' kif kellu jinħadem.", "U allura aħna pprovajna naraw jekk in- numri li ġew preżentati humiex ta' l-istess livell meta npoġġuhom fuq l- iskala li fuqha ġew preżentati s-sena li għaddiet.", "Il-gvern qiegħed jgħid li s-sena d-dieħla se jkollna deficit ta' Lm130 miljun u li din is-sena l- Gvern Laburista kellu deficit ta' Lm170 miljun.", "Dawn m'huma xejn ħlief ħrejjef.", "Ħdimna n-numri, Sur President, u għidna li hemm bżonn illi l- ispiża kif qegħda tintwera għal din is-sena tiġi aġġustata skond kif preżentajniha aħna s-sena li għaddiet.", "Jekk aħna s-sena li għaddiet għidna li se jkun Lm80 miljun minn taħt, il-kejl qiegħed isir fuq dak illi għidna aħna jew inbidel?", "U jirriżulta li bidlu l-kejl.", "Allura għidna: It's only fair illi l-kejl illi wżawjna s-sena li għaddiet nużawh biex naraw kif ħareġ l-out-turn ta' din is-sena u nużawh ukoll biex naraw kif se jkun l- out-turn tas-sena li għaddiet.", "Ħdimna l-eżerċizzju u l-ewwelnett irriżultalna, Sur President, illi fl-ispiża ta' din is-sena - qegħdin jgħidu li ħarġet din is-sena; veru li ħarġet din is-sena imma m'hijiex parti mill-ispiża vera ta' din is-sena - hemm spiża - u issa ngħid x'inhi - li huma kollha arretrati ta' qabel din is-sena.", "Lott kbir minnhom huwa attribwibbli għal qabel l-1996.", "Ħalli ngħidhomlok, Sur President.", "Per eżempju, hemm stmati Lm300,000 arretrati tal-korp tal-pulizija.", "Hemm arretrati fuq Għawdex li jammontaw għal Lm573,000 li tħallsu din is-sena imma mhux għax-xogħol li sar din is-sena.", "Hemm arretrati ta' Lm3.5 miljun f'pagi taċ-ċivil li mhumiex attribwibbli għal din is-sena.", "Hemm arretrati tal-VAT - refunds tal-VAT li żgur m'humiex attribwibbli għal din is-sena għax ma kienx hemm VAT - li jammontaw għal Lm6 miljun.", "Hemm arretrati ta' Lm1.2 miljun tal-public works li mhumiex attribwibbli għal din is-sena.", "Hemm arretrati tal-land and construction li jammontaw għal Lm138,000.", "Hemm arretrati ta' l-ilma - mhux ta' din is-sena imma tas-snin ta' qabel - stmati Lm7 miljun.", "Hemm arretrati tas-saħħa stmati Lm1.2 miljun u hemm arretrati fuq biedja u sajd ta' Lm81,000.", "B'kollox dawn l-arretrati jammontaw għal kważi Lm20 miljun.", "Dawk m'humiex ta' din is-sena imma huma spejjeż li 95% tagħhom huma attribwibbli għall-Gvern Nazzjonalista qabel l- 1996.", "(Interruzzjonijiet) Dawn il-figuri lest inpoġġihom fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Imbagħad, Sur President, inħarsu ftit lejn l-ispiża kapitali u naraw li anke hawn għamlu aġġustament ta' l-ispiża kapitali.", "Dawn iddeċidew li dak li aħna konna se nagħmlu budgeting tiegħu s-sena d- dieħla jonfqu din is-sena.", "Fuq l-IPSE u fuq il-Gozo ferries daħlu fl- accounts Lm12.5 miljun extra.", "Dawk ma kenux se jiġu budgeted għal din is- sena.", "L-Onor.", "John Dalli jiddeċiedi hu x'għandu jagħmel - affari tiegħu! - imma mhux iwaddabhom fuq il-budget ta' llum u jgħid li dawk huma parti mill- budget!", "(Interruzzjonijiet) Dan hu creative accounting u dan qatt m'hu aċċettabbli, imkien.", "Imbagħad id-deċiżjonijiet li ħadu wara Settembru ta' l-1998 - huma ħaduhom dawn u affari tagħhom, imma ejjew inkunu ċari x'qed ngħidu issa - jammontaw bejniethom għal Lm4.5 miljun.", "Mela b'kollox fuq l- ispiża kapitali għandek aktar minn Lm17-il miljun li m'humiex attribwibbli għall-budget kif ippjantah il-Gvern Laburista.", "Meta mbagħad innaqqsu l-Lm20 miljun ta' l-ispiża rikorrenti li m'għandhomx x'jaqsmu mal-budget ta' din is-sena, u meta nnaqqsu s-Lm17-il miljun oħra ta' spiża kapitali li m'huwiex attribwibbli lanqas għal din is-sena b'dan il-mod, hemmhekk l- affarijiet jibdew jinbidlu.", "Dan ifisser illi fuq il-bażi ta' kif inħadmet is-sena li għaddiet, il-Gvern Laburista ma laħaqx it-Lm80 miljun li kien qed jaħseb bħala deficit, imma laħaq Lm93 miljun.", "Jiġifieri hemmhekk waqajna lura.", "Imma mbagħad trid tagħmel kejl ieħor, Sur President, għax biex tkun taf eżattament kif qed jgħaddu dawn iż-żewġ gvernijiet, minn dawn id-deficits irridu nneħħu l-fondi li qed jidħlu minn bejgħ ta' government assets.", "Jekk aħna daħħalna somma mill-bejgħ tax-shares tal-Maltacom, dik l-operazzjoni neħħiha min-nofs għax dik se tagħmilha darba u mhux se jkollok l-istess operazzjoni s-sena d-dieħla.", "Bl-istess mod, mill-budget tal-Gvern Nazzjonalista tas-sena d-dieħla ejjew inneħħu l-fondi tal-privatizzazzjoni.", "Veru li ma nafux x'se jipprivatizzaw - għaliex dawn in-nies tant jippjanaw tajjeb għat-tul li għas-sena d-dieħla lanqas qalulna x'se jipprivatizzaw! - imma biex inkunu nafu fejn qegħdin bħala budgeting irridu nneħħu kemm mill- ispiża ta' din is-sena u kemm mill-ispiża tas-sena d-dieħla l-fondi li l- gvern se jdaħħal mill-privatizzazzjoni.", "Allura jekk naħdmu b'dan il-mod, mat-Lm93 miljun tal-Gvern Laburista rridu nżidu l-fondi li daħħal il-Gvern Laburista mill-operazzjoni ta' privatizzazzjoni tal-Maltacom; u mad- deficit li qed jgħid l-Onor.", "John Dalli li s-sena d-dieħla se jkollhom irridu nżidu s-Lm60 miljun li l-Ministru qed jgħid li se jdaħħal mill- privatizzazzjoni.", "Meta naħdmu fuq dik il-bażi, allura l-budgetary gap tal- Gvern Nazzjonalista jidher iżgħar qabel ma tagħmel il-privatizzazzjoni mill- Gvern Laburista - għaliex aħna ġibna Lm93 miljun u huma ġabu Lm78 miljun - u allura jidher aħjar, imma meta ddaħħal il-fondi tal-privatizzazzjoni u tagħmel Lm35 miljun min-naħa u s-Lm60 miljun min-naħa l-oħra x'issib, Sur President?", "Issib li d-deficit reali li qed jagħmel budgeting għalih John Dalli s-sena d-dieħla huwa ogħla mid-deficit li aħna ġibna din is-sena.", "Id- deficit reali tas-sena d-dieħla se jkun Lm138 miljun meta d-deficit reali ta' din is-sena kien Lm128 miljun, żieda ta' aktar minn 8%.", "Allura, meta tara din il-figura bilfors ikollok tinkwieta u tgħid x'inhu għaddej.", "Sur President, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "comparison of outflows and projections 1998-1999 government revenue and expenditure.", "Issa jiena nemmen li dawn l-istimi li saru huma konservattivi, fis-sens li aktar jagħfsu fuq il-performance tal-Gvern Laburista u qegħdin jieħdu dak li qed jgħid l-Onor.", "John Dalli at face value.", "Imma li l-Ministru tal- Finanzi jiġi hawnhekk u fis-sitwazzjoni ta' deficit li jinsab fiha l-pajjiż jibbaġġitja għas-sena d-dieħla għal żieda fid-deficit reali, allura mbagħad bilfors li wieħed ikollu jitħasseb u jqajjem il-mistoqsijiet, aktar u aktar għaliex waħda mill-affarijiet li tibqa' tistaqsi hija: Is-Lm60 miljun li qed jistma' l-gvern, kif se jġibhom?", "Il-privatizzazzjoni ta' l-assi li qed jitkellem dwarhom għaliex ma qalx x'inhuma?", "Nerġgħu mmorru fuq il-punt li tlaqna minnu, li l-istess John Dalli u l-istess Eddie Fenech Adami kienu responsabbli bejn l-1992 u l-1996 għad-deficit li għandna fil-pajjiż.", "Illum għandna ħafna propaganda għaddejja li mexjin tajjeb u li l-affarijiet qegħdin under control u meta tanalizza l-figuri u ċ-ċifri ssib bil-maqlub.", "Dawn qegħdin jippjantaw biex ikomplu jżidu l-ħofra u jakkużaw lilna li qed nagħmlu hekk.", "Issa l-problema kollha hija problema ta' serjeta'.", "Veru li hawn min jgħid li aħna dejjaqna lill-Maltin u l-Għawdxin, għaliex ngħidulhom li rridu nkunu serji, imma meta qed nitkellmu dwar problema kbira bħal din nistennew li għallinqas ikun hawn serjeta' f'dak li qed isir.", "U fil-budget li ġejna ppreżentati bih m'hawnx serjeta' għaliex il- figuri li qegħdin jiġu ppreżentanti ma jitwemmnux.", "M'humiex kredibbli.", "Ħa nagħtik eżempju, Sur President.", "Nieħdu l-ħlasijiet li l-gvern qiegħed jgħid li se jagħmel lill-knisja għall-iskejjel tagħha s-sena d-dieħla.", "Qed iżomm l-istess figura għas-sena d-dieħla li għamel din is-sena, jiġifieri kważi Lm6.6 miljun.", "Allura jiena nistaqsi: Imma kif se jagħmilha din il-ħaġa?", "Ma jafx li l-pagi se jiżdiedu?", "Ma jafx li n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-knisja x'aktarx żdiedu?", "Jiġifieri se jħallasha inqas lill-knisja?", "Jew inkella se jagħmel kif kien għamel fl-1996, meta dħalna aħna fil-gvern u sibna li kien hemm mal-¥1.5 miljun li għadhom ma tħallsux lill-iskejjel tal-knisja?", "Fil-fatt l- ewwel ħaġa li qalli l-Arċisqof meta ltqajt miegħu kienet: Ħallsuhomlna lura dawk il-flus għax l-oħrajn ilhom iżommuna mdendlin ma nafx kemm!", "Allura din serjeta' li jibbaġittja fuq xi ħaġa li jaf li ma tistax issir?", "Se nibqgħu għaddejjin bl-istess storja li naħbu l-ispejjeż u mbagħad dawn jammontaw minn sena għal sena u l-arretrati jitilgħu?", "L-istess nistgħu ngħidu għall-argument dwar l-income tax.", "Ippjanaw dħul mill-income tax ta' ¥15-il miljun aktar minn din is-sena.", "Il-bieraħ kellna laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u staqsejna dwar kif isiru u kif saru l-istimi ta' l-income tax u kif saru l-istimi tal-VAT fl-1996.", "L-informazzjoni li ħarġet iġġiblek għajnejk wara widnejk.", "Id- dipartiment jgħid ħaġa u l-Ministru jgħid xi ħaġa oħra, u trid tgħaddi tal- Ministru.", "Veru li \"Xarabank\" huwa mod u l-ministeru tal-finanzi huwa mod ieħor imma per carita, se nibqgħu nqisu l-budget tal-gvern qisu kien \"Xarabank\"?", "Dan juri li m'hemmx serjeta', aktar u aktar meta nħarsu lejn il-projezzjonijiet.", "Waħda mill-affarijiet li ftaħru biha hija li qed jagħmlu projezzjoni ta' x'se jiġri tliet snin, erbgħa, ħamsa, sitt snin oħra.", "Jiena dawn it-trends eżaminajthom u nista' ngħid li kulma għamlu huwa li raw it-trends taż-żmien li għadda u baqgħu jtellgħuhom 'il fuq b'ċerti growth rates kemm se tibdel l-ekonomija ħalli jżommu n-numri wieħed fuq l-ieħor.", "Din m'hijiex serjeta'.", "Ma tistax taħdem b'dan il-mod.", "Aħna konna għamilna studju ta' dan it-tip u jiena l-ewwel wieħed għidtilhom li dawn m'għandniex noħorġuhom, għaliex ma jikkonvinċux.", "Lili żgur li ma kkonvinċunix, u anqas u anqas jikkonvinċini x-xogħol li ħareġ bih l-Onor.", "John Dalli li jippreżenta ruħu kullimkien fil- pajjiż!", "Dawn assolutament huma figuri sempliċement telgħin 'il fuq u m'hemm l-ebda feeling jew sentiment ta' kif tassew jiżviluppaw u qegħdin jiżviluppaw id-dipartimenti u ministeri differenti fix-xogħol tagħhom, fil- ħidma tagħhom u fl-ispiża tagħhom.", "Dan apparti mill-fatt li waħda mill-problemi li għandi b'dawn il-figuri hija li anke meta tħares lura issib li l-figuri m'humiex korretti.", "M'humiex korretti għar-raġuni li meta tara x'kienet l-ispiża tal-gvern qabel l-1996, fejn juruna l-flus li ħarġu, l-arretrati ma jidhru mkien u m'huma allokati mkien.", "Hemm l-arretrati tal-public works department u l-arretrati tad- dipartiment tas-saħħa matul is-snin li fihom l-Onor.", "John Dalli kien ministru tal-finanzi u l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien prim ministru.", "Dawn ma jidhrux.", "Aħna kkalkolajna kemm kienu u hemm estimate li l-arretrati li nġemgħu f'dawn il-ministeri fuq erba' snin jitilgħu għal Lm30 miljun.", "Dawn baqgħu fil-kexxun.", "In-nefqa saret bejn l-1993 u l-1996, imma għaliex qatt ma tħallset ma dehritx fit-trends li ppreżentaw fil-budget.", "Imma din x'serjeta' hi!", "L-istess nistgħu ngħidu għad-dħul tal-gvern.", "Fid-dħul tal-gvern hemm imdaħħla il-flus li qabel l-1996 il-gvern ta' l- Onor. Fenech Adami kien idaħħal mill-korporazzjonijiet pubbliċi.", "Issa waħda mill-affarijiet li kienet qiegħda tiġri hemmhekk hija li l- korporazzjonijiet diġa' jkunu mgħobbija bl-ispejjeż u bil-problemi tagħhom u l-gvern, biex jaħbi l-problema tiegħu, jeħdilhom il-flus tagħhom, huma jkollhom imorru jiddejnu għand il-banek u l-gvern ma jidhirx li qed jiddejjen.", "Issa l-aktar illi ħarġet ċara din il-ħaġa kienet fil-każ ta' l- Enemalta.", "Fl-1996 il-gvern qal li se jdaħħal Lm3 miljun mill-Enemalta u ma daħħal xejn.", "U l-bieraħ, meta konna fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, staqsejna lit-technicians tal-finanzi dwar kif ġrat din il-ħaġa.", "Huma qalulna li hemmhekk il-gvern kien diġa' qed jieħu 15% tad-dħul ta' l-Enemalta bil-VAT, il-prezz taż-żejt inzerta tela' dak iż-żmien u l-Enemalta kienet dahra mal- ħajt.", "Ftit qabel kienu qalulna illi waħda mir-raġunijiet l-għaliex l- istima ta' l-income tax kienet marret żmerċ kienet għax l-Enemalta ma kenitx ħallset il-PAYE ta' l-impjegati tagħha fl-1996 għax ma kellhiex flus.", "U meta tħares imbagħad lejn l-1995, l-1994 u l-1993 issib illi l-flus li l-gvern qed jgħid li daħħal fil-fatt kienu flus misruqa, miġbuda u msoffija minn dawn il-korporazzjonijiet.", "Allura kif tista' tħares lejn dak ir-revenue bħala revenue attwali u veru tal-gvern?", "Jiena ngħid illi m'hemmx serjeta' fil-mod kif ġew preżentati u proġettati, u hemm bżonn li l- Ministru tal-Finanzi jinsa ftit il-creative accounting li tgħallem u jmur aktar għall-bażiku.", "Fuq il-bażi ta' creative accounting li jaħdem bih hu, qed jaħbi l-fatt li qed jippunta li għas-sena d-dieħla jkollna deficit reali akbar mid-deficit ta' din is-sena.", "Fil-budget ma ħarġet assolutament l-ebda proposta serja dwar kif se jrażżan in-nefqa u ċ-ċavetta tal-problema hija kif se trażżan in-nefqa tal-gvern.", "U wara l-propaganda li għamlu f'din l-aħħar sena n- Nazzjonalisti, politikament għandhom problema biex jagħmluha din il-ħaġa.", "Aħna konna għamilna tliet kumitati tal-kabinett biex jaħdmu fuq din il-ħaġa u nista' ngħid li għalkemm ovvjament kien għad baqa' ħafna x'isir, kienu bdew jagħtu r-riżultat.", "Il-Ministru John Dalli, fis-sapjenza tiegħu, m'għoġbitux din is-sistema u issa qed jgħid illi se jaħdem b'mod illi jkun hemm rappreżentanti tad-dipartiment tal-finanzi jduru d-dipartimenti u jaraw kif jistgħu jsolvu u jnaqqsu l-ispiża.", "Kull min jaf kif jaħdem il- gvern jista' jgħid minn qabel li din m'hi xejn ħlief farsa mill-bidu sa l- aħħar.", "Imma mbagħad ara għal xiex dar il-Ministru Dalli, għallinqas verbalment, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif se jikkontrolla n-nefqa tal-gvern u dan wara r-rettorika politika ta' l-aħħar snin li aħna bla kuxjenza soċjali, li aħna nsejna lill-ħaddiema u li huma t-tarka tal-ħaddiema, li huma l-qalba tagħhom u jifjorixxu għall-ħaddiema.", "Ara kif tkellem il-Ministru Dalli kemm dwar il- ħaddiema tal-gvern u kemm dwar il-ħaddiema tat-tarzna.", "Lill-ħaddiema tal- gvern qalilhom li ma jagħmlux xogħolhom u għall-ħaddiema tat-tarzna qal li huma antikwati.", "Imma ejja nikkwotaw ftit.", "L-Onor.", "John Dalli qal hekk bħal-lum ġimgħa:", "''Se nitkellmu mal-unions biex nindirizzaw il-problema ta' nies żejda mal-gvern f'ċerti gradi.", "Hekk naraw kif se jinqata' l-iskandlu ta' ħaddiema fis-settur pubbliku mal-gvern u mal-parastatali li jkunu d- dar jew fuq xogħol sa kmieni filgħodu waqt li l-paga tkun għaddejja fuq ix-xogħol li suppost jagħmlu mal-gvern.''.", "Araw kemm inbidel id-diskors mll-elezzjoni 'l hawn Sur President!", "Fix- xhur ta' qabel l-elezzjoni, meta konna għaddejjin bi programmi veru diffiċli biex nikkontrollaw dawn l-abbużi, dik in-naħa kienu jxewxu u jakkużawna li qegħdin nagħmlu affarijiet kontra l-qalb tajba u li konna kefrin!", "Issa nbidel id-diskors!", "Imbagħad kemm qalulna li ttradejna lill-ħaddiema tat-tarzna, li stradikajnilhom l-overtime u li neħħejnilhom il-kunsill!", "Se nerġa' nikkwota x'qal il-Ministru John Dalli bħal-lum ġimgħa fuq il-ħaddiema tat- Tarzna.", "Ftaħar li:", "\"Għal snin sħaħ għamilna ħilitna biex inwieżnu t-tarznari lejn vijabbilta`.", "Jiddispjaċina ngħidu li kienet nieqsa l-koperazzjoni min- naħa tat-tarznari biex jagħmlu dak li huwa meħtieġ biex isiru r- riformi li hemm bżonn.", "Investejna ħafna flus biex inwaqqfu fabbriki li jipproduċu x-xogħol alternattiv għal dawn il-ħaddiema iżda r- reżistenza li jiċċaqilqu u l-insistenza li jġorru etika ta' xogħol li falliet kull fejn kienet ipprattikata farrket dawn il- possibbiltajiet.\"", "Kemm inbidel id-diskors mill-elezzjoni 'l hawn, Sur President!", "Issa r- realta` x'inhi?", "Ir-realta` hi li veru hemm bżonn li jiġi mmodernizzat ix- xogħol li jsir fit-tarznari.", "U aħna għamilna ħidma kbira, li kienet diffiċli, biex insolvu din il-problema b'koperazzjoni mal-ħaddiema tat- tarzna.", "U n-Nazzjonalisti akkużawna fuq din il-ħaġa.", "Imma skużi!", "Li l- Ministru John Dalli jiftaħar bil-proġetti li taparsi ġab għall-ħaddiema tat- tarzna m'hu xejn ħlief daħk fil-wiċċ.", "Għax jekk kellhom raġun fuq ħaġa waħda l-ħaddiema tat-tarznari, kellhom raġun preċiżament fuq it-taparsi proġetti li ġab il-Ministru John Dalli li huma l-Malta Win Containers Ltd u l-Malta Gantry Mfg.", "Ltd.", "Il-Malta Win kellha tkun taparsi fabbrika hawn Malta li tipproduċi l-containers, u l-Ministru Dalli, kien nefaq $US9 miljun biex jixtri l-equipment - ma nafx minn fejn inxtara dan - u ssettja l-fabbrika.", "Irriżulta li biex tixtri l-materja prima għall-containers ħalli taħdem hawn Malta, ix-xirja tal-materja prima biss tiġi ogħla mill- prezz ta' container lest ġej miċ-Ċina.", "Assolutament ma kien hemm l-ebda vijabilita` f'dak il-proġett.", "(Interruzzjonijiet) Eżatt, qed jgħid bħal tat-tessuti.", "Prosit!", "Dak li ried jagħmel.", "Ried jagħmel l-istess ħaġa mal- ħaddiema tax-Shipbuilding.", "Mela tinsisti $US9 miljun f'makkinarju tal- containers u biex tixtri l-materja prima tiġik ogħla minn container mixtri miċ-Ċina!", "Hemm riedhom imorru lill-ħaddiema tat-tarznari.", "Hemmhekk riedhom jitgħallmu l-prattika differenti.", "U effettivament x'ġara?", "Ġara li l- ħaddiema li riedu jmorru hemm indunaw x'inhu għaddej.", "Issa l-equipment kollu qiegħed maqbud u magħluq.", "(Interruzzjonijiet) Inbidlet issa d-diska.", "Il-Ministru Dalli qed jgħid illi l-ħaddiema ma ridux imorru jaħdmu.", "Iwaħħlu fil-ħaddiema fuq xi ħaġa fejn veru kellhom raġun il-ħaddiema f'dan il-każ!", "Min hu daqshekk miġnun li jmur jaħdem f'fabbrika fejn jaf li l- materja prima diġa` hija ogħla mill-prodott lest!", "L-ebda accountant ma jmur jagħmilha din il-ħaġa, u l-ebda ħaddiem tat-tarzna ma jmur jagħmilha din, u għandu raġun ma jagħmilhiex!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Effettivament l- equipment tal-Malta Win qiegħed magħluq f'maħżen u issa ġie valutat b'xi $US1miljun.", "Fl-1995, 1996 ipprovaw iġibu ħaddiema Ċiniżi biex jaħdmu fuqhom u mbagħad wara skandalizzaw ruħhom bija għax għidtilhom biex inġibu ftit ħaddiema barranin jaħdmu mat-tarzna biex ngħaġġlu t-trawlers.", "Imbagħad kien hemm il-proġett l-ieħor tal-Malta Gantry Mfg.", "Ltd, tal- krenijiet.", "Mill-ġdid dan kien investiment kbir illi mbagħad irriżulta li x-xogħol u l-kuntratti huma ffinanzjati minn Malta u x-xogħol jingħata kollu b'subcontract lil kumpannija sussidjarja tal-Malta Gantry u jinħadem l-Italja.", "Is-sogri kollha għal Malta, ix-xogħol kollu għall-Italja u t- telf kollu għal Malta.", "U din hija l-verita', xejn aktar xejn inqas.", "Issa effettivament jiena ngħid illi meta tittratta lill-ħaddiema b'dan il-mod bilfors illi se jkollok reazzjoni kerha.", "B'kollox, minn dawn iż-żewġ proġetti li semma' l-Ministru Dalli fl-aħħar budget il-pajjiż tilef mas-£m6 miljun, Sur President.", "U l-Onor.", "Dalli għandu l-wiċċ jiġi hawn jattakka lill-ħaddiema fuq din il-ħaġa u wkoll jgħid xi proġetti ġodda u xi proġetti kbar konna qed inġibu!", "U dan huwa l-punt kollu, Sur President.", "Mhux kredibbli dan il-budget, mhux kredibbli l-Ministru tal-Finanzi u mhux kredibbli l-Prim Ministru.", "M'hemmx serjeta'.", "Apparti mill-fatt illi m'hemm l-ebda ideat veri dwar kif se jikkontrolla l-ispiża l-gvern, ma ħariġx b'ideat ġodda ħlief taxxi ġodda.", "Kienu jgħidu għalina li dejjem inżidu t- taxxi u min-naħa tagħhom ma ħarġux ideat ġodda għal kif se jiftħu l- imjiegi.", "Strateġija ekonomika hija nieqsa għal kollox.", "Imbagħad wieħed jitkellem ftit dwar iż-żieda fit-taxxi.", "Ejjew ninsew il- petrol u s-sigaretti għal ftit u nħarsu lejn żewġ taxxi li ta' min isemmi.", "Waħda minnhom it-taxxa tal-bolla balla.", "Kien hemm żmien meta n- Nazzjonalisti kienu jgħidu li t-taxxa tas-sigurta' soċjali hija bolla balla.", "U kienu jgħidu li din hija taxxa li daħħal Gvern Laburista għax qalbu mhux mal-ħaddiema, u li huma qalbhom mal-ħaddiema u jżommuhom fuq il- pavru.", "Issa dawn żiedu l-bolla balla.", "Iridu wkoll idaħħlu t-taxxa tal- VAT.", "Issa mill-ġdid, mhux biss hemm element ta' ipokrezija f'din il-ħaġa imma hemm ukoll element ta' nuqqas ta' kuxjenza soċjali.", "Ejja nibdew bit- tifsira taż-żieda fil-bolla.", "Sa ftit taż-żmien ilu jiena kont naħseb illi hawn consensus f'dan il-pajjiż kontra żieda fl-income tax.", "Kont naħseb illi l-partiti politiċi - għax anke l-Partit Laburista ma jaqbilx ma żieda fl- income tax - it-trade unions, l-għaqda tal-kummerċ u ħadd ma jaqbel ma żieda fl-income tax.", "Anke l-knisja ma taqbilx maż-żieda fl-income tax.", "Għandna consensus totali fil-pajjiż.", "Hawnhekk għal Malta biex ikollna free lunch kulħadd consensus kieku!", "Issa mbagħad toqgħod tgħid: Imma l-income tax xi tfisser?", "L-income tax mhux taxxa fuq id-dħul?", "Dażgur!", "L-income tax hija taxxa fuq id-dħul.", "U effettivament, il-bolla balla x'inhi?", "Hija wkoll taxxa fuq id-dħul, għax joħroġlok biċċa mid-dħul tiegħek.", "Minflok joħroġulek minn fuq, joħroġulek minn isfel.", "Imma mbagħad x'inhi d- differenza bejn il-bolla balla u l-income tax?", "It-tnejn huma taxxa fuq l- income.", "It-tnejn huma ċċarġjati fuq min jiddikjara l-income imma l-bolla balla tiġi ċċarġjata biss fuq id-dħul mix-xogħol, mill-impjieg.", "Allura f'daqqa waħda dan il-gvern illi għandu kuxjenza soċjali kbira - u aħna li ma nistgħux nikkompetu miegħu fil-kuxjenza soċjali - għażel il-bolla balla li tapplika biss għall-ħaddiema bil-paga.", "Hekk ninterpretha jien.", "Il-bolla balla hija income tax fuq il-ħaddiema bil-paga.", "Ara lil min għandu qligħ, mhux se jżidlu l-income tax b'din.", "Min għandu dħul ta' tip differenti m'għandux l-bolla balla fuqu.", "Jistgħu jispjegawlna ftit fejn hi l-kuxjenza soċjali f'din il-ħaġa?", "Jiena nemmen li ħaġa bħal din qegħda xokkanti fil- fatt. Għandna lil min jiftaħar b'dan il-mod b'kuxjenza soċjali, iġib in- nies f'\"Xarabank\" biex iċapċpulu fuq il-kuxjenza soċjali imma mbagħad, meta jiġi biex jiddeċiedi, jagħmel l-income tax għall-ħaddiema bil-paga biss.", "Tajjeb li ngħidu li aħna, Sur President, nafu minn fejn ġie dan is- suġġeriment.", "Meta konna fil-gvern issuġġerewulna wkoll, kemm għal budget ta' l-1997 u kemm għal budget ta' l-1998.", "Għaliex aħna m'għandniex kuxjenza soċjali u għaliex aħna nqtajna minn mal-ħaddiema, aħna għidna: Le, żieda bolla balla se tkun taxxa fuq l-income għall-ħaddiema li għandhom paga biss u allura ma nagħmluhiex.", "Imma għandu jkun irid ikollok kuxjenza soċjali biex tagħmel bolla balla fuq il-ħaddiema!", "Dik hi l-konklużjoni tiegħi din id-darba.", "Issa wkoll, Sur President, din se jagħmluha biex iżidu d-dħul tal-gvern.", "Hawnhekk jerġa' jqum l-argument dwar kemm huwa serju l-gvern f'dak li qed jgħid u jagħmel.", "Dħul mit-taxxi ġodda, dħul mit-tnaqqis fin-nefqa tal-gvern u l-punt l-ieħor hu l-kontroll ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Hawnhekk kellna ħafna materjal mingħand il-Ministru għaliex il-budget jitkellem dwar kif se jikkontrolla l-evażjoni tat-taxxa.", "Skond dak li qalilna l-Ministru John Dalli, mill-income tax qed jipprevedi li se jdaħħal Lm124 miljun is-sena d- dieħla.", "Din is-sena qed jgħidu li se ndaħħlu Lm114 miljun mill-income tax.", "Issa li hemm stramb fl-istima hija li sa Lulju ta' din is-sena l-uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi kienu qed jgħidu li l-gvern se jdaħħal - jew seta' jdaħħal - Lm115-il miljun mill-income tax is-sena d-dieħla.", "Mela sa Lulju kienu qed jgħidu li se jdaħħlu Lm115-il miljun u f'Novembru qed jgħidu li se jdaħħlu Lm124 miljun.", "Issa din m'hijiex kwestjoni tal- politika imma hija kwestjoni ta' kemm inti serju biex tagħmel l-istimi tiegħek.", "L-argument hu li minn Lulju sa Novembru l-istima żdiedet b'Lm9 miljun.", "Kif żdiedet b'Lm9 miljun?", "Jien ma nistax ma niftakarx dak li ntqal il-bieraħ fil-Kumitat dwar il- Kontijiet Pubbliċi, fejn id-dipartiment jagħmel stima u l-Ministru jżidlu l- istima biex jipprova jirranġa l-affarijiet.", "U serja din il-ħaġa, għax jekk id-dħul se jidħol minn iktar kontroll fuq l-income tax, allura bilfors trid tħares lejn ir-riżorsi tad-dipartiment tat-taxxi interni u tistaqsi: X'se jagħmlu dawn biex iżidu r-riżorsi ta' l-inland revenue ħalli dawn ir- riżorsi jkunu jistgħu jlaħħqu ma' din iż-żieda fl-istima li qed jagħmlu?", "Jew forsi l-Ministru John Dalli għaddej bit-tricks li kien jagħmel sa l- 1996, fejn jgħolli, jgħolli u jgħolli l-figuri ħalli mbagħad naraw x'jiġri wara?", "Issa jirriżulta, Sur President, illi effettivament kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-personnel ta' l-inland revenue u kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi li qegħdin fl-inland revenue il-figura li l-gvern qed jgħid li se jonfoq is-sena d-dieħla hija pressappoco l-istess bħal dik illi kien hemm din is-sena.", "Mela r-riżorsi se jibqgħu l-istess.", "Issa hemm ħafna kliem li se jħarrġu lin-nies aħjar u li se jkollhom inċentivi aħjar u meta tifli din il-ħaġa ...", "Anke l-argument, per eżempju, li l-FSS se tħaffef ix- xogħol m'hu veru xejn.", "F'ħafna każi l-FSS qed iddewwem ix-xogħol għax in- nies li jirċievu l-FSS tant tħawdu fuqha, inkluż jien, illi lanqas qed jimlewha tajjeb il-formola.", "Imma ħalliha dik.", "Mela l-istess riżorsi se jkunu qegħdin jaħdmu biex suppost iġibu Lm9 miljun iktar.", "Allura hawnhekk imbagħad bilfors tgħid li hawn logħba għaddejja.", "U tajjeb illi nirriferi għal dak li konna qed nagħmlu aħna bħala gvern.", "L-Onor.", "Leo Brincat, li dak iż-żmien kien ministru tal-finanzi, kien ġab espert Ingliż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-income tax.", "Kien jismu Keith Deacon, illi kien ta ħarsa sħiħa lejn ix-xogħol li għaddej fid-dipartiment Dan kien espert Ingliż li għamel żmien twil jaħdem b'sistemi Ingliżi ta' inland revenue u kien ukoll konsulent tal-pajjiżi differenti dwar kif tista' titejjeb l-inland revenue b'mod li ddaħħal dejjem iktar flus.", "Dan ħares tajjeb lejn ix-xogħol li għaddej Malta u wasal għall-konklużjoni li iva, veru, hemm lok sħiħ biex tikkontrolla aħjar l-evażjoni u biex ittejjeb it-throughput tax-xogħol li jkun għaddej, bil-mod illi tkun tista' ġġib iktar flus mill-income tax, għax l-assessments joħorġu iktar u jkollok nies li jistgħu jaħdmu iktar, li jkunu jgħaġġlu u jdaħħlu l-flus.", "Ħares lejn ix- xogħol li għaddej u ta pariri sħaħ dwar kif jista' jitjieb ix-xogħol, u konna beħsiebna nimxu fuq il-pariri tiegħu.", "Waħda mill-affarijiet li kien issuġġerixxa kienet illi biex intejbu x-xogħol tagħna kien hemm bżonn ta' żieda fl-investigaturi illi hemm fid-dipartiment u kien qal li kien hemm lok anke għal żieda ta' 40 investigatur.", "Issa hija ħaġa ċara li m'hijiex faċli li ddaħħal 40 investigatur f'daqqa waħda, u ma naħsibx li konna se nagħmluha, imma kien qed isir kien pjan biex bil-mod il-mod inżidu n-numru ta' investigaturi fl-inland revenue.", "U anke kien beda xogħol biex nies li jaħdmu f'oqsma oħra tad-dipartiment u l-ministeru tal-finanzi jintbagħtu l- inland revenue department u s-CET department ħalli jkunu jistgħu jikkonċentraw u jżidu l-ħidma f'dan il-qasam.", "Jiena flejt l-estimi tal- ministru tal-finanzi f'din il-ħaġa imma jidher li m'hemm xejn.", "Biex inkun għidt kollox, is-Sur Deacon kien għamel ħafna rakkmandazzjonijiet dwar kif għandhom jimxu l-affarijiet imma minn dan ma ħareġ xejn f'dak li qal il- Ministru.", "Ma nafx jekk qrahx ir-rapport tiegħu.", "U tajjeb li ngħid li mhux imbilli titkellem fuq l-evażjoni tat-taxxa imma jrid ikollok ir-riżorsi u l- materjal, trid tkun lest tpoġġi n-nies ħalli tmexxi l-affarijiet.", "Imma minn dan kollu ma ġara xejn.", "M'hemmx serjeta'.", "Imma l-agħar żball tal-budget, Sur President, huwa li qed idaħħal mill- ġdid it-taxxa tal-VAT.", "Aħna nafu bl-ossessjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq l-Ewropa imma ejja nfakkru li dan il-pajjiż diġa' kellu esperjenza tal- VAT.", "Bejn l-1994 u l-1996 dan il-pajjiż kellu esperjenza tal-VAT u jiena se nfakkar x'kienu r-riżultati tagħha.", "L-ewwelnett kellna staġnar ekonomiku sħiħ, qisu a creeping paralysis.", "Diġa' kien hemm il-makni tal- Boeing li kienu qegħdin jikkrollaw - dak iż-żmien il-Prof Josef Bonnici kien jgħidilna li dan mhux veru - imma wara l-1994/1995 mhux talli l-muturi bdew jaqtgħu talli anke l-mutur il-kbir tat-turiżmu beda jinqaras.", "Ix- xogħol tal-manifattura wkoll qala' daqqa 'l isfel u kellna żieda sostanzjali fl-ispejjeż tan-negozju.", "Fil-fatt, ħaġa li qatt ma tintqal hawn ġew min-naħa tan-Nazzjonalisti hija li l-amministrazzjoni tal-VAT minnha nfisha żżid l-ispiża tan-negozju bejn 1% u 3%.", "Aktar ma tkun kbir inqas għandek spejjeż; aktar ma tkun żgħir il-persentaġġ ta' l-ispiża aktar jitlagħlek.", "Mela 3% ta' l-ispiża għal negozju żgħir ġejja biss mill-amministrazzjoni tal-VAT.", "Għalhekk in-knock- on effect tal-VAT qiegħed preċiżament fiż-żieda tal-prezzijiet.", "Infakkar ukoll fis-self-employed iż-żgħir, fid-daqqa li qalgħu bil-VAT bejn l- 1995/1996 u li għadhom qegħdin iħossuha sal-lum.", "Fl-aħħarnett mbagħad hemm iż-żieda fl-evażjoni tat-taxxa.", "Fis-sitwazzjoni Maltija, minnha nnfisha l- VAT iddaħħal evażjoni tat-taxxa estensiva.", "Din niftakruha u żgur li ħafna Maltin jiftakruha.", "Jekk tidħol f'ħanut jistaqsuk jekk il-prezz tridux bil- VAT jew bla VAT - biz-zokkor jew bla zokkor!", "Hawhekk ikolli nerġa' nirriferi għal-laqgħa tal-Public Accounts Committee tal-bieraħ fejn konna qegħdin nitkellmu mat-tekniċi.", "Magħna kien hemm min-naħa l-Onor.", "Austin Gatt, l-Onor.", "George Hyzler u l-Onor.", "Claude Muscat; u fuq in-naħa tagħna konna l-Onor.", "Leo Brincat, l- Onor. Charles Mangion, l-Onor.", "Joe Cilia u jiena.", "Dak il-ħin ma konniex qed nitkellmu fuq bażi politika imma fuq bażi teknika u it came out in the wash, kif jgħidu bl-Ingliż, l-evażjoni li kienet qiegħda tiġi reġistrata fi żmien it-taxxa tal-VAT.", "Ħarġet b'mod ċar li effettivament, skond it- tekniċi tad-dipartiment biss - għax jiena ngħid li qed jagħmlu under estimation - kien hemm mill-inqas 10% ta' evazjoni għaddejja.", "Imma din kienet l-10% li qabdu huma, jiġifieri la qabduha huma trid tgħid li hemm xi erba' darbiet fuqha din il-biċċa xogħol.", "Allura tajjeb niftakru illi l-VAT kienet daħlet għax Dr. Fenech Adami ried akkost ta' kollox jidħol fl-Ewropa.", "Kienu qed iżommu fuq iz-zuntier dak iż-żmien.", "Kien għadu ma ffriżax l-applikazzjoni l-gvern - kienu qed jiffriżawha l-Ewropej dak iż- żmien - u effettivament, biex jurihom li hu aktar Ewropew mill-Ewropej, jew aktar kattoliku mill-Papa, ried ''jirraxxja'' l-VAT 'il quddiem.", "Jiena ngħid li dik daħlet fuq id-diktat ta' l-Ewropej ta' Brussels u llum se terġa' tidħol għall-istess raġuni.", "Se jdaħħluha biex jingħoġbu ma' l- Ewropej ta' Brussels.", "U nerġa' ngħid hawn li d-dħul ta' din it-taxxa se jerġa' jkollu l-istess effett fuq l-ekonomija.", "Kien daħaq bija l-Prof.", "Josef Bonnici meta għidtlu bil-makni li kienu qegħdin iduru ħażin u issa se jerġa' jiġri l-istess ħaġa.", "Konna wasalna biex nitilqu u issa reġgħu se jdaħħlu l-VAT u mill-ġdid l-ajruplan se jerġgħu jagħtuh skoss lura.", "Jiena ngħid: Dan il-ġenn għalfejn?", "Jgħid x'jgħid il-Ministru Dalli, is-CET qed taħdem.", "Il-problema li kienet qed tinqala' f'nofs din is-sena kienet problema politika u mhux problema ekonomika.", "Il-problema politika kienet il- konfoffa li qalgħu mal-Perit Mintoff.", "Kollox kien tiela' għall-fiduċja 'l quddiem u issa waqaf kollox.", "Dik hi l-verita'.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U issa għaddejjin bl-istorja tal-VAT u naraw x'se jiġri.", "Qed inwissuh hawn.", "Aħna lesti nagħtuhom l-għajnuna kollha tagħna biex nagħmlu s-CET taħdem aħjar imma d-dħul tal-VAT se toħloq problemi kbar mill-ġdid.", "Id-dħul tas-sisa kellha effett pożittiv fuq l-ekonomija.", "U lill-Ministru nirriferih għall-istudju li sar mill-economic planning division tal- ministeru tal-finanzi u l-kummerċ.", "Sur President, dan hu rapport dwar x'inhuwa l-impatt tas-sisa fuq l- ekonomija komparata mal-VAT.", "Dawn huma l-istess nies li għandu llum.", "Dan kien rapport finalizzat f'Lulju ta' l-1998 li tkellem ċar.", "Wera illi bid- dħul tas-sisa l-familji li l-anqas jaqilgħu, jiġifieri dawk li jaqilgħu bejn Lm70 u Lm90 fil-ġimgħa, kien se jkollhom titjib fid-dħul tagħhom ta' Lm2.26c.", "Din hija xi ħaġa li nħadmet.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prof.", "Bonnici qed jgħid li għadu ma raħx ir-rapport.", "Iċċekkja!", "(Interruzzjonijiet) F'Lulju ta' l-1997.", "Issa jekk is-sisa se jkollha dan l-effett, id-dħul tal- VAT se jaħdem bil-maqlub.", "L-għoli tal-ħajja li se jidħol bil-VAT se jkollu l-aktar impatt fuq il-familji li għandhom dħul medju jew baxx.", "U m'hemmx dubju li ħafna mill-prodotti li se jintlaqtu se jiżdiedu bejn 5% u 15% u bl- istess mod se tiżdied range sħiħa ta' servizzi li se jintlaqtu b'dan il- mod.", "Issa mhux se jkun hemm biss dan l-impatt fuq l-għoli tal-ħajja - u dan huwa budget inflazzjonista f'dan is-sens - imma se jkun hemm ukoll daqqa kbira fuq l-industrija li taħdem għas-suq lokali.", "X'se jiġri, Sur President?", "Se jerġa' jiġri l-istess effett li kellna fl-1995.", "Fejn hemm marġinu ta' kompetittivita' illi għandha l-industrija lokali fuq is-suq lokali, komparata ma' l-importazzjoni minn barra, dan issa f'daqqa waħda, lampa u stampa, se jtir.", "Il-kalkoli huma kemm se tonqos il- kompetittivita' ta' l-industrija lokali fuq is-suq lokali bid-dħul tal-VAT, settur b'settur.", "Fil-kimika se jkun hemm tnaqqis ta' 9.7% imqabbel ma' l- Ewropej.", "Bit-tneħħija tas-sisa u dħul tal-VAT se jkun hemm tnaqqis ta' 11.6% fil-kompetittivita' ta' l-industrija tal-metalli.", "Fil-qasam tal- makkinarju għas-suq lokali, bit-tneħħija tas-sisa u d-dħul tal-VAT se jkun hemm tnaqqis ta' kompetittivita' ta' 13% meta mqabbel mal-makkinarju mportat minn barra.", "Fil-qasam tal-ġild, se jkun hemm tnaqqis fil- kompetittivita' ta' l-industrija lokali għas-suq lokali mqabbel ma' l- industrija tal-ġild minn barra ta' 13%.", "Fil-qasam ta' l-istampar, l- industrija lokali għas-suq lokali se tnaqqas il-kompetittivita' tagħha bi 13% mill-1 ta' Jannar minħabba t-tneħħija tas-sisa u d-dħul tal-VAT.", "Fil- qasam ta' l-għamara, hawnhekk 2% biss imqabbel ma' l-oħra.", "It-tessili Maltin fuq is-suq lokali se jitilfu l-kompetittivita' tagħhom bit-tneħħija tas-sisa u d-dħul tal-VAT b'14% imqabbel ma' tessili ġejjin mill-Ewropa.", "Fil-qasam tax-xorb, f'dak li għandu x'jaqsam ma' beverages, se jkun hemm tnaqqis ukoll.", "Il-produzzjoni lokali se titlef 6% mill-kompetittivita' mqabbel ma' l-importazzjoni li ġejja mill-Ewropa.", "Fil-qasam tal-ħwejjeġ, il- produzzjoni Maltija se titlef 11% mill-kompetittivita' tagħha mqabbla mal- ħwejjeġ ġejjin mill-Ewropa.", "Fil-qasam tal-lastiku...", "(Interruzzjonijiet) Ma qed nivvinta xejn.", "L-Onor.", "Dalli qed jgħid li qed nivvintahom.", "Nirriferih għall-istudju li kien sar f'Lulju ta' l-1997 u jkun jaf li l- industrija tal-lastiku fis-suq lokali se titlef il-kompetittivita' tagħha b'9% komparata ma' prodotti tal-lastiku ġejjin mill-Ewropa.", "U fost industriji mixxellani, inkluż l-artiġġjanat - Għawdex se jintlaqgħat bil- kbir fuqha din - se jkun hemm telf ta' kompetittivita' ta' 10% mqabbel ma' l-importazzjoni ġejja mill-Ewropa.", "F'dawn il-fabbriki li semmejt jaħdmu bejn 3,000 u 5,000 ruħ u b'daqqa ta' pinna se nkunu qegħdin nagħtu blank cheque lill-industrija Ewropea biex tesporta bl-addoċċ lejna għaliex qegħdin nimminaw il-kompetittivita' ta' l-industrija lokali.", "U għaliex din l-istraġi?", "Biex nagħtu vantaġġ għall-esportaturi Ewropej?", "Veru li rridu nilliberalizzaw b'ċertu sens, imma dan sens li f'daqqa waħda ttajjar kollox min-nofs?", "Aħna konna qegħdin nippjanaw biex nilliberalizzaw fuq bażi ta' ħames snin għal seba' snin, Sur President.", "U konna se nilliberalizzaw billi fuq bażi ta' ħames, seba' snin, sena wara l-oħra - u konna se nibdew fl-1 ta' Lulju tas-sena d-dieħla - is-sisa tibda tiela' pass wara l-ieħor biex ikun hemm l- istess taxxi.", "Iva, pass wara pass, u mela f'daqqa waħda!", "(Interruzzjonijiet) Mela f'daqqa waħda nbiegħu ċ-ċans li lanqas noħolqu atmosfera u ambjent f'ejn tassew inkunu nistgħu nirristrutturaw l- industrija!", "L-Onor.", "Dalli għandu lanqas qara r-rapport li qed nitkellem dwaru u ma jistax jitkellem fuqha l-biċċa xogħol.", "U x'ġara, Sur President?", "Wara kollox, x'inhu dan kollu?", "Dr Fenech Adami u sħabu kienu jgħajruna li min-naħa tagħna aħna konna qegħdin inneħħu l-protezzjoni mingħajr ma nibbenefikaw mill-fondi ta' sħubija sħiħa.", "Dak kien il-vantaġġ.", "Imma skużi, huma x'qed jagħmlu?", "L- ewwelnett il-fondi ta' l-Ewropa ma rajthom imkien jien - żgur li mhux ġejjin miljuni - u f'daqqa waħda mbagħad se jkunu qegħdin f'pożizzjoni li mil-lum għal għada l-protezzjoni serja kollha li kien hemm se jneħħuha.", "U dan fl-interess ta' min?", "Jien ngħid li dan m'hu xejn ħlief ġenn.", "U mmur aktar 'il bogħod minn hekk.", "Jien ngħid li dan il-gvern qed ibigħ l- interessi tal-fabbriki Maltin, qiegħed ibigħ l-interess ta' Malta u qiegħed jittradixxi l-interess ta' Malta bl-aktar mod ċar.", "Minflok jaħdem b'serjeta` ħalli tassew ikun hawn ambjent li fih jista' jkun hemm ristrutturar ħalli nilliberalizzaw bis-sens u bil-għaqal, f'daqqa waħda l- affarijiet qed isiru pum paqq, mingħajr ebda ċans li jadattaw l-industriji tagħna.", "Jien nistaqsi wkoll x'se jiġri dwar il-levies.", "Fl-1996 konna sibna commitment, impenn tal-Gvern Nazzjonalista, fejn kellhom itiru bejn 300 u 400 levy.", "X'se jiġri minnhom?", "Il-periklu qiegħed ċar.", "Illi bl-istess mod li qed jagħmlu minn kollox biex mingħalihom jindiegħsu ma' l-Ewropej, u allura jdaħħlu l-VAT ħalli jidhru sbieħ magħhom, se jagħmlu l-istess ħaġa bil-levies.", "Għax l-Ewropej se jerġgħu jagħmlu pressjoni fuqna biex intajru dawk il-levies.", "U jiena nista' nimmaġina illi hekk se jagħmlu, għax huma l- impenn għamluh.", "L-impenn għamluh u għalhekk tradiment.", "Min naħa se jkunu qed ineħħu l-protezzjoni li għandha l-industrija lokali u min-naħa l-oħra se jmorru aktar 'il quddiem minn hawn u ftit ieħor biex anke l-levies ineħħu.", "Issa, Sur President, jiena ma noqgħodx niftaħar u niddandan li niltaqa' ma' D'Alema, imma nifhem xi ħaġa dwar kif taħdem il-loġika Ewropea.", "Waħda mill-affarijiet illi taħdem hija li iktar ma jidhru kattoliċi aktar mill-Papa, aktar se jibqgħu jistennew fuq iz-zuntier tal- knisja!", "(Interruzzjonijiet) Hekk se jiġri.", "Aktar ma jipprovaw jindiegħsu u jitħabbu ma' l-Ewropej aktar se jibqgħu fuq iz-zuntier!", "Tajjeb ngħidu xi ħaġa wkoll, Sur President, fuq il-mod kif il-VAT se tolqot lit-turiżmu, għax waħda mill-affarijiet li qed issemmu hija li l-VAT m'hijiex se tolqot lit-turiżmu.", "Issa tajjeb li nifhmu ftit kif se tolqot lit-turiżmu għax l-argument hu li peress li l-akkomodazzjoni se tkun 5%, allura t-turiżmu se jkun qiegħed eżentat mill-problema tal-VAT.", "Jiena naħseb li jkun tajjeb jekk il-gvern jagħmel stqarrija issa stess li dak li qed jintqal...", "Effettivament din is- sena se jkun hekk, għax imbagħad sentejn, tliet snin oħra l-VAT se tidħol bi 15% fuq it-turiżmu wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Qed jemmnuha din il- ħaġa.", "Imma mbagħad wieħed ikun jista' jitkellem aktar 'il quddiem u jgħid: Għaliex l-all-inclusive qed tidħol VAT ta' 15% fiha?", "Din hija xi ħaġa li ma titwemminx.", "Veru li kien hemm pressjoni minn ċerti restoranti fuqha, imma hawn hi l- problema tal-VAT, li toħloq struttura fejn in-negozji jikkompetu ma' xulxin, min se jkollu l-istess taxxi fuq xulxin, għax mingħalihom li mhux huma se jħallsuha imma jħallasha l-konsumatur.", "Mhux xorta se taqlagħha x'imkien jew ieħor?", "U l-all-inclusive m'hemmx dubju li hija waħda mill- cutting edges tat-turiżmu Malti.", "Hija waħda mill-areas fejn hemm ċans li nimxu 'l quddiem.", "Allura din tintaxxaha at 15%?", "Fejn huwa s-sens loġiku ta' strateġija turistika li tagħmel sens?", "(Interruzzjonijiet) Mhux xorta!", "Il-Ministru qed jgħidli: Biċċa mill-all-inclusive.", "Issa biċċa u kollha, mhux xorta la qed tgħabbiha b'taxxa ta' 15%!", "Mela t-turist l-Ingilterra se joqgħod jgħid: Ara, iva, irridu nżommu ruħna fair mar-restoranti f'Malta!", "Dak iħares lejn il-prezz u jħares lejn il-pakkett, xejn aktar.", "Hawn irridu nifhmu li qed ngħixu f'dinja globalizzata, jiġifieri mhux kif taħseb int, li għax sempliċement ta' Ħal Qormi jiġu bix-char-a-banc allura kollox jgħaddi!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hemm ukoll l-argument tal-VAT fuq is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mat- turiżmu.", "Lil min se jaffetwaw l-iktar il-15% tas-servizzi fuq servizzi ta' turisti li ma jiġux hawn għal accommodation?", "Ejjew inħarsu lejha din, Sur President.", "Mela min qiegħed f'accommodation f'lukanda m'għandux 15% imma għandu 5%, imma min jiġi Malta u m'għandux accommodation jeħilha.", "U min huma dawn it-tip ta' turisti?", "Il-passiġġieri tal-cruise liners.", "Dawn se jiġu hawn Malta u s-servizzi fuqhom se jkunu ta' 15%.", "U dan ukoll, suppost cutting edge ieħor ta' kif aħna rridu niżviluppaw it-turiżmu.", "Mela l-15% minnufih se jkollha impatt fuq il-prezz illi bih tiġi evalwata vaganza ta' cruise hawn Malta.", "Imma dawn l-affarijiet possibbli li ma naħsbuhomx?", "Possibbli li ma jinteressawniex?", "Għax allura se nerġgħu nispiċċaw bħal qabel illi nħarsu lejn l-industrija produttiva u nħarsu lejn it-turiżmu produttiv bħala l-baqra li minnha taħleb.", "U tajjeb illi nsemmu kif jikkomparaw ċerti rati ma' pajjiżi oħra ladarba tiġi ntrodotta l-VAT ta' 15%.", "Per eżempju, ir-rata fuq ikel fir-restoranti qed issir ogħla hawn Malta mir-rata fuq ikel f'Orlando l-Amerka u ogħla mir-rata fil-Canary Islands, f'Ċipru, fil-Greċja, fl-Italja u fi Spanja.", "Aħna se jkollna rata ta' VAT fuq l-ikel ogħla minn tagħhom.", "Inħarsu fuq il-kiri tal-karozzi.", "Il- gżejjer Canary u Ċipru se jkollhom rata irħas minn tagħna.", "Jekk imbagħad inħarsu fuq il-ġiti lokali, hawnhekk jorbot minnufih mal-cruise liners, araw!", "Ir-rata tal-VAT ta' 15% tagħna se tkun ogħla mill-gżejjer Canary, minn Ċipru, mill-Greċja, mill-Italja u minn Spanja.", "Issa ma nifhmux li eluf u eluf ta' nies jgħixu mill-qasam tat-turiżmu hawn Malta?", "Ma nifhmux li rridu, akkost ta' kollox, inżommu l-kompetittivita' f'dan il-qasam?", "Ma nifhmux illi kieku f'Ottubru ta' l-1996 ma tajniex mill-ewwel is-sinjal illi l-VAT ta' 10% fuq it-turiżmu se taqa', kieku ma konniex nirpiljaw?", "Veru li kellna ministru, l-Onor Karmenu Vella, li ħadem ħafna u ħadem tajjeb f'dan il-qasam, imma kieku kellha ma tagħtihx il-backing id- deċiżjoni ekonomika u finanzjarja li ntajru t-taxxa fuq it-turiżmu, kieku", "kien ikollu problemi kbar.", "Allura kif issa meta l-mutur forsi reġa' beda jitlaq, qed indaħħlu fih dan iż-żrar mill-ġdid?", "Sempliċement biex nogħġbu lill-Ewropej ta' Brussels.", "Sur President, irridu nibqgħu attenti fuq din il-ħaġa għax fejn jidħol it-turiżmu Malta trid iżżomm ruħha kompetittiva fil-prezz.", "Jekk toqgħod tgħabbi t-taxxi u l-ispejjeż fuq it-turiżmu m'hijiex se taħdem bħala strateġija, aktar u aktar għax ma jreġix l- argument li bid-dħul tal-VAT se jkun hemm dħul aktar milli hemm bis-sisa.", "Dan huwa argument li ilu jiżviluppah ad nauseam il-Ministru John Dalli, u l-bieraħ fhimna kemm jiswew dawn l-argumenti meta f'daqqa waħda qalulna fil- Public Accounts Committee li l-istima ta' Lm110 miljun li kellu fl-1996 kienet stima li sempliċement għolla hu fuq dak li kien tah id-dipartiment.", "Imbagħad minfuq jibdew jgħidu li l-flus ma ġabuhomx fl-1996 għax il-Partit Laburista kellu propaganda qawwija għaddejja kontra l-VAT!", "(Interruzzjonijiet) M'hu veru xejn.", "M'hu veru xejn.", "Kienet stima esaġerata magħmula għal ta' l-apposta biex taparsi jiġu bbilanċjati l- kotba.", "Il-VAT u s-sisa qegħdin fl-istess ilma bħala dħul.", "Tant hu hekk li daqs erba' ġimgħat ilu kont qed nisma' lill-Ministru Dalli jitkellem hawn f'din il-Kamra u kien qal illi kieku ħallejna l-VAT għaddejja bir-rata li kienet qabel, fuq il-bażi ta' l-ekonomija kif inhi llum, kien ikun qed idaħħal bejn Lm30 miljun u Lm40 miljun aktar milli daħħal bis-CET.", "Kieku qed iddaħħal Lm30 miljun u Lm40 miljun aktar mill-ekonomija kif inhi llum, ma kontx tkun qiegħed tgħakkes aktar il-puchasing power fil-pajjiż?", "Ma kenitx tkun aktar qawwija d-daqqa li kienu jaqilgħu n-negozji f'Malta illi qed jgħidu li m'għandhomx bejgħ?", "Imma apparti minn hekk, ejja nassumu li kellu raġun, jiġifieri Lm30 jew Lm40 miljun, allura għaliex m'għamilx Lm30 miljun u Lm40 miljun aktar fuq l- estimi ta' din id-darba?", "Għax l-istima li qed jagħmel fuq il-VAT qiegħda fl-ilma ta' Lm80 miljun, l-istess ilma tas-CET.", "(Interruzzjonijiet) Il- Prof. Bonnici qed jgħid għax l-ekonomija ġġamjata.", "Jiena qed niskanta li ġġamjata għax suppost li minn Settembru 'l hawn telqet 'il fuq!", "Il-Prim Ministru ilu tant jgħid li daħlet fiduċja ġdida fil-pajjiż, allura kif iġġamjata l-ekonomija?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed jgħidilna li għadha ġġamjata l-ekonomija.", "Suppost illi malli daħlu huma daħlet arja ta' fiduċja fil-pajjiż, kollox miexi 'l quddiem!", "Issa qed jagħmlu ammissjoni oħra li l-ekonomija hija ġġamjata.", "Prosit, Prof. Bonnici!", "Prosit!", "Iġġamjata l-ekonomija.", "Ma ninsewx, Sur President, illi komplikazzjoni oħra hija li l-istess ministru tal-finanzi li kellna fl-1995/1996 reġa' qiegħed hemm illum.", "Issa anke hawn Lm80 miljun qed jgħid, jiġifieri żammha fuq l-istess livell tas- CET ta' qabel.", "Allura joħroġ l-istess argument illi effettivament dan il- budget m'huwiex preparat b'mod serju teknikament u allura bilfors joħloq dubji dwar kemm se jimxi 'l quddiem.", "Se jerġa' jkollok l-istess problemi li kellek fl-1996 meta ttargitjajt hemm u waqaft b'sabta hemm.", "Issa l-Ministru tal-Finanzi diġa' qiegħed jaċċetta li se jkollu deficit is-sena d-dieħla li hu ogħli mid-deficit ta' din is-sena, allura given that, bilfors se jkollna l-problemi.", "Nagħtih twissija jien illi jgħid x'jgħid hu, ir-realta' hemm qiegħda, u ma jistax jaħrabha.", "Qabbel like with like, l-istess ma' l- istess, jiġifieri l-VAT kif qed jippjantaha hu u kif ippjantaha qabel, u s- CET kif ippjantata u mexxiha l-Gvern Laburista biex fl-istess ilma tagħtih dħul.", "U li joqgħod jibbaża fuqha biex mingħalih jilqa' għad-deficit strutturali li bena hu stess, qiegħed juri nuqqas ta' serjeta'.", "Effettivament, hawnhekk għandi nota fuq l-evażjoni tat-taxxa, għaliex l- ewwel kien hemm ċertu xettiċiżmu meta għidt li l-VAT toħloq l-evażjoni tat- taxxa.", "Meta nisma' dan il-kliem niftakar f'dak li qalilna Lamberto Dini, il- Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Taljan, li kien gvernatur tal-bank ċentrali ta' l-Italja.", "Dan fetħilha fuq il-VAT, u qalilna bil-problemi u l- evażjoni li toħloq.", "Qalilna bil-problemi kbar li ħolqot u qed toħloq fl- Italja u jħares lejha ta' tekniku, f'sens ta' evażjoni ta' taxxa u f'sens tal-komplikazzjonijiet li toħloq biex tmexxiha.", "Għamilha ċara wkoll li l- uniku raġuni li jara għaliex il-VAT għandha tibqa' fl-Italja kienet preċiżament għaliex huma membri ta' l-Unjoni Ewropea, xejn aktar u xejn anqas.", "Sur President, aħna ngħidu li ma nistgħux nibqgħu b'din il-loġika tal-vavi li ngħidu li biex ningħoġbu ma' l-Ewropej għandna ndaħħlu l-VAT.", "Imbagħad hemm xi lat ieħor li rridu nitkellmu dwaru, li hu l-impatt soċjali li se jkollha l-VAT.", "Tkellimna fuq il-bolla balla, tkellimna fuq il-VAT u se nsemmu issa l- għoli tal-ħajja li se jirriżulta mill-VAT, magħquda mal-petrol, għax il- petrol se jkollu multiplier effect fil-pajjiż.", "Ma jidhirx li kien hemm jew hemm ħsieb dwar kif se nilqgħu għal din il-ħaġa minn issa.", "Jiena naħseb li l-problema li dan il-gvern għandu jiffaċċja hija l-impatt inflazzjonista ta' dan il-budget.", "Fl-1994/1995 il-VAT kellha impatt ta' 4% sa 5% fuq l- għoli tal-ħajja, u jidher ċar li se jkun hemm l-istess tip ta' effett, jekk mhux aktar.", "(Interruzzjonijiet) Is-CET kellha 2% delayed action.", "Allura waħda mill-affarijiet li rridu nħarsu lejha hija preċiżament kif il-gvern se jilqa' għall-kwestjoni ta' l-għoli tal-ħajja.", "Ħalli nħarsu issa lejn il- proġetti li konna tkellimna dwarhom bħala Gvern Laburista.", "Anke hawn, il- politika li miexi biha l-gvern ta' Fenech Adami fuq il-proġetti mhi ċara xejn.", "Ħalli nibdew bil-yacht marina tal-Kottonera.", "Kif taf, Sur President, kien hemm arranġament lest, kien hemm investiment Amerikan on line, u li kien se jwassal biex ikun hemm investiment ta' mill- inqas ¥6 miljun ħalli l-mollijiet tal-Birgu jiġu żviluppati bħala marina.", "Kien se jkun hemm żvilupp indipendenti marbut tal-baċir nru.", "1 u kien se jkun hemm eventwalment l-iżvilupp ta' Sant'Anglu, imma dan kollu waqa' lura.", "Aħna konna qegħdin ninsistu li jkun hemm tliet proġetti differenti u kull proġett jitlaq bir-rata tiegħu, mhux noqogħdu nistennew il-proġetti jitilqu kollha f'salt, għaliex inkella nispiċċaw li kollox jimxi bl-ispeed baxx bħall-aktar vagun li jimxi bil-mod.", "Dak il-proġett ma rnexxilniex ngħadduh mill-parlament u nqalgħu l-komplikazzjonijiet li nqalgħu.", "Kellna l-bravi tal-Partit Nazzjonalista li kellhom proġetti differenti u issa qed nistennew dawn il-proġetti jimmaterjalizzaw.", "Għaddew sitt xhur minn fuq il- proġett tal-yacht marina tal-Kottonera u meta mmorru hemm fil-għaxija ma nsibu xejn, kollox fid-dlam.", "Issa qed jgħidulna li se jgħaqqdu kollox f'salt, jiġifieri l-baċir nru.", "1, il-marina tal-Birgu u l-affarijiet l-oħra se jkunu proġett wieħed.", "U anke hawn allura, hemm bżonn li jsir xi ħaġa, hemm bżonn li niċċaqilqu.", "Imma li jinkwetani hu dak li qal il-Ministru Dalli fil-budget speech tiegħu.", "Dan qal, jekk fhimtu tajjeb, li mhux se jitħaddem l-ispirtu ta' gwadann kummerċjali.", "X'jiġifieri?", "Jiġifieri mhux se jkun hemm yacht marina kummerċjali għaddejja?", "Mhux se jkun hemm proġett illi minnu tabilħaqq nipprovaw noħolqu l-impjiegi?", "Għax l-idea kollha tal-yacht marina kienet preċiżament dik, li mhux biss ikun hemm użu tal-mollijiet imma jkun hemm użu li joħloq impjiegi għan-nies tal-Kottonera.", "U tajjeb li nagħmluha ċara issa li dawk il-qaddisin li jridu jipproteġu lill-Birgu u lill-Kottonera għax iridu jmorru jgħumu fil-port, issa m'huma qed jgħidu xejn u ħallew kollox għaddej.", "Diġa' tlifna sitt xhur fuq proġett importanti, Sur President.", "L-istess fuq il-proġett ta' Manoel Island.", "Kieku ma kienx hemm problemi għaddejjin, il-proġett ta' Manoel Island kien lest biex sas-sajf li għadda jkun għadha mill-parlament.", "Kellna kollox issettjat.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru qed jgħid li m'hu veru xejn.", "Ovvjament lanqas biss qara d-dokumenti!", "Aħna kellna d-draft agreement lest u konna mexjin biex fis-sajf jgħaddi mill-parlament.", "Anke hawn issa qed jgħidulna li se jiġi s-sena d-dieħla.", "U din hija problema.", "Aktar ma jiddewmu l-proġetti, aktar se jkun hemm telqa fil-pajjiż għax il- proġetti kienu parti mill-mod kif inżommu u nkabbru l-economic growth ħalli d-dħul tal-gvern jiżviluppa skond dak it-tkabbir.", "Jidher ukoll li l-gvern abbanduna l-ħsieb li tinbena yacht marina f'Għawdex (Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli: Ereżija.", "Mela abbandunawha żgur, Sur President!", "(Interruzzjonijiet) Mela qed nikkonfermaw li abbandunaw il-proġett tal-yacht marina f'Għawdex; u l-Għawdxin kollha jirrimarkaw fuqha din.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad hemm il-proġett dwar il-cruise liners.", "Fil-ġenn tiegħu dwar l-Ewropa, dak kollu li qed jingħad dwar id-duty free qed jaffettwa ħażin jew se jaffettwa ħażin il-proġett tal-cruise liners.", "Hemmhekk kien maħsub illi jkun hemm sezzjoni sħiħa ta' duty free, imma jidher ċar li m'hemmx futur għad-duty free hemmhekk, u allura anke hemm, l- informazzjoni li qed tinstema' hija li minflok se jkollna investiment barrani ġej se jkun kollu investiment tal-kostrutturi lokali.", "(Interruzzjonijiet) Issa jkun tajjeb li ninnotaw ukoll, Sur President, illi l-Unjoni Ewropea diġa' qed tgħid li fejn jitneħħew id-duty free hemm bżonn li l-ajruporti jżidu n-nollijiet tagħhom.", "Mela araw kemm qegħdin tajjeb aħna!", "Qegħdin diġa' nagħtu sinjal li se nneħħu d-duty free u allura l-barranin li kienu se jinvestu fil-proġetti qed jinġibdu lura, u mhux imbilli jgħid il-Ministru Zammit Dimech.", "Min-naħa l-oħra mbagħad is-sinjal li ħiereġ mill-Unjoni Ewropea - u li naħseb se nibdew nagħmluha aħna wkoll - huwa li ngħollu n-nollijiet fl-ajruport ħalli nikkompensaw għat-telf tad- duty free.", "Imbagħad tara kemm inkunu qegħdin nagħtu iktar għajnuna lit- turiżmu!", "(Interruzzjonijiet)", "Jiġifieri semmejt il-proġetti għal din ir-raġuni, Sur President, li minn dak kollu li qed nara m'hemmx stimolu ċar għall-iżvilupp ekonomiku f'dan il- budget.", "Dan il-budget jitkellem dwar kif se jipprova jibbilanċja l-kotba b'mod li m'huwiex preżentat serju u professjonali.", "Dan il-budget qiegħed jitkellem biex iżid it-taxxi fuq il-ħaddiema - u qed iżid it-taxxi - iktar milli jżidhom fuq min jiflaħ l-iktar.", "Apparti minn hekk imbagħad dan il- budget mhux qiegħed jippreżenta jew jikkonferma l-ideat ġodda li kellna aħna u li konna qed immexxu 'l quddiem aħna biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku.", "Imma nixtieq nagħlaq, Sur President, fuq l-aspett soċjali ta' dan il- budget.", "Lilna attakkawna li aħna xjaten u li m'għandniex kuxjenza soċjali.", "Issa induru fuq dan il-gvern u nistaqsuh dwar fejn qegħda l-kuxjenza soċjali tiegħu.", "Il-kuxjenza soċjali tiegħu kienet sempliċement tikkonsisti filli ddur fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tara kif tirranġahom 'l hemm u 'l hawn?", "Dik hi l-kuxjenza soċjali?", "Issa naraw il-kontijiet il-ġodda kif se jintlaqgħu, għax there's a slip bejn it-tazza u x-xoffa.", "Jiġifieri ma neħodhiex bi kbira x'se jiġri meta jaslu l-kontijiet u naraw x'se jintqal.", "Imma apparti minn dan l-argument kollu, imbagħad hemm l-aspett u d- dimensjoni soċjali.", "L-ewwelnett il-gvern qed jgħolli l-petrol fi żmien meta l-prezz taż-żejt internazzjonalment huwa l-aktar baxx.", "Mela fi żmien fejn iż-żejt veru niżel rock bottom internazzjonalment, il-gvern għolla l-petrol m'għola s-smewwiet.", "Dan apparti mill-fatt illi l-petrol li ma jagħmilx daqshekk ħsara għall-ambjent, qed jiġi charged relattivament aktar mill- petrol li m'huwiex tajjeb għall-ambjent.", "Imbagħad il-bżar fl-għajnejn.", "Per eżempju taparsi ngħatat għajnuna lil familji b'ġenitur wieħed.", "Jekk fhimt tajjeb kif se taħdem, se jtellgħu l-eżenzjoni tat-taxxa għal familja b'ġenitur wieħed sa Lm4,000 b'ċerti kondizzjonijiet.", "Fost il- kondizzjonijiet hemm li dawn l-Lm4,000 ma jinkludux ħlas ta' manteniment mill-ġenitur l-ieħor.", "Jien ma nifhmux argument bħal dan.", "Jekk familja b'ġenitur wieħed qed tirċievi Lm4,000 - ġej minn fejn ġej dan is-sors - għaliex qed tiddistingwi bejn min għandu Lm3,900 bla manteniment u Lm3,900 li jinkludu l-manteniment?", "Assolutament ma tagħmilx sens u turi li lanqas biss jifhmu l-konċett ta' familja b'ġenitur wieħed u lanqas qed iqisu li familja b'ġenitur wieħed hi familja u trid tiġi kkonsidrata bħala unit ta' familja.", "M'għandekx toqgħod tiddistingwi minn fejn ġej l-income ta' dik il- familja.", "Imbagħad il-każ tal-familji b'iktar minn ħamest itfal.", "Hawnhekk għandna miżura brillanti għax qed jiġi propost li familji b'aktar minn ħamest itfal - mhux b'ħamest itfal għax kien hemm min ħaseb li familji b'ħamest itfal, imma familji b'aktar minn ħamest itfal, jiġifieri jrid ikollok sitt itfal u aktar - jibbenefikaw minn children allowance wara li jiġi aġġustat is-ceiling fuq il-bażi ta' Lm13,000 minflok Lm10,000.", "U jien staqsejt lili nnifsi: Imma kemm għandna familji li għandhom aktar minn ħamest itfal?", "Iċ-ċensiment ta' l-1995 ma jagħtikx statistika fuq kemm hemm familji b'aktar minn ħamest itfal imma jagħtik breakdown ta' households u kemm hemm nies fil-households.", "U jirriżulta li żgur li familji li għandhom aktar minn ħamest itfal ma jistgħux ikunu aktar minn 455.", "Jiġifieri din il- miżura se tiġi tapplika għal massimu ta' 455!", "Dan x'ċajt hu?", "B'min qegħdin niddieħku?", "Imbagħad għandna l-proposta l-oħra li nnaqqsu t-taxxi fuq il-barranin li jixtru l-proprjeta` f'Malta.", "Kollox sew, inaqqsuhom jekk iridu jnaqqsuhom, imma għaliex u x'insensittivita` hi din li fl-istess ħin li qed tnaqqas taxxi fuq il-barranin li jixtru dar ġdida jew jikru dar ġdida f'Malta, qed iżżidha fuq min qiegħed jibni jew jixtri hawn Malta permezz tal-VAT?", "X'inhu l-ħsieb warajha din?", "M'hemmx għalfejn ngħidu, hemm ukoll dak is-sussidju l-ieħor - jekk tista' tqisha bħala parti mill-kuxjenza soċjali - għall-Maltin li jmorru Għawdex wara t-8.00 p.m. bejn Ottubru u Marzu.", "Din bellezza, veru inċentiv għall- industrija tar-rave parties f'Għawdex!", "Ċerti miżuri veru jimlew il-ħin li jrid jitkellem il-Ministru Dalli, biex ikollu xi jgħid.", "Li ndaħħluhom f'budget veru nkunu qegħdin inġebbdu ċ-chewing gum 'il bogħod wisq.", "Bżar fl- għajnejn!", "Kif inhu bżar fl-għajnejn l-argument l-ieħor li żied il-flus lill- kunsilli lokali.", "M'hu veru xejn, Onor. Gatt.", "Żdiedet l-allokazzjoni lill- kunsilli lokali imma trid tnaqqas minnha l-15% tal-VAT u l-inċidenza fuqha u tara kif hemm tnaqqis fil-vot tal-kunsilli lokali.", "Dan iwassal għall- konklużjoni illi fir-realta' l-problema ta' dan il-budget hi li ma hemm l- ebda indirizz soċjali serju.", "X'inhu t-trigger tagħha din?", "X'inhu l-punt li jenfasizzaha?", "L-argument ta' kif ġiet ittrattata l-edukazzjoni.", "Kemm jgħidulna li konna bla kuxjenza soċjali aħna.", "Jekk kien hemm xi ħaġa li tajniha prijorita' - naħseb din kulħadd ikollu jistqarraha - kienet preċiżament l-edukazzjoni, fejn bqajna nżidu b'impenn il-voti, speċjalment il-voti kapitali.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma ejja naraw, l- ewwelnett, l-istipendji.", "Kemm kellna attakki fuq l-istipendji u l-istipendji sħaħ!", "Issa ġie kkonfermat li din hija wegħda minsija għall-istudenti ta' l-Universita' - forget it li l-istipendji se jiġu kif kienu qabel Ottubru ta' l-1990 - imma aktar minn hekk imbagħad jiena skantajt meta rajt il-vot fuq l-istipendji li għandu x'jaqsam ma' l-istudenti tas-sixth form u tal-junior college, li minn Lm1.5 miljun tnaqqas għal Lm1.3 miljun.", "Issa safejn naf jien żdiedu l- istudenti fil-junior college u s-sixth form.", "U x'se jiġri mbagħad minn dawk iż-żgħażagħ l-oħra illi m'humiex qegħdin l-universita', m'humiex qegħdin l- junior college, m'humiex qegħdin fis-sixth form, għandhom edukazzjoni post sekondarja importanti u jistħoqqilhom illi jkollhom stipendji?", "Dawn għadhom għaddejjin b'Lm5 fix-xahar.", "Dan hu l-bilanċ li qed inżommu bejn l-studenti?", "Mela jgħidu li issa se jagħtuhom stipendji sħaħ u ma jagħtuhomx sħaħ; u lil dawn tnaqqsilhom il-vot li hemm.", "Imma mbagħad anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-voti kapitali fil-qasam ta' l-edukazzjoni, il-budget qed inaqqas in-nefqa fuq estensjoni u titjib ta' l-iskejjel, speċjalment l-iskejjel tas-snajja, b'Lm400,000 din is-sena, kważi nofs miljun lira.", "Hemm tnaqqis ukoll fit-taħriġ fl-informatika u fil- computers għall-istudenti fl-iskejjel tal-gvern.", "Daqshekk tasal il-kuxjenza soċjali!", "Dan il-budget qed inaqqas in-nefqa fuq computers fl-iskejjel tal- gvern minn Lm800,000 għal Lm570,000, kważi Lm300,000 ta' tnaqqis.", "Allura minn hawn joħorġu l-prijoritajiet imbagħad.", "Il-prijoritajiet ta' dan il- gvern fejn qegħdin?", "Qegħdin fit-tnaqqis fil-voti ta' l-edukazzjoni għall- poplu?", "U allura aktar u aktar dawn l-affarijiet iridu jiġu enfasizzati.", "Dawn attakkawna għal żmien twil illi m'għandniex kuxjenza soċjali u li m'għandniex qalb soċjali u min-naħa tagħhom issa qegħdin juru fejn qatgħu qalbhom.", "Hemm ukoll il-qasam ta' l-anzjani u l-pensjonanti.", "Jiena għadni ma smajtx stqarrija ċara u tonda li tgħid illi l-pensjonijiet tas-servizzi ingliżi, pass wara l-ieħor fiż-żmien li ġej, se jibqgħu jiġu rranġati biex il-pensjonanti tas-servizzi ingliżi jgawdu mill-pensjoni taż-żewġ terzi.", "Din konna qed nagħmluha aħna.", "Aħna konna wegħdniha u konna qed inwettquha.", "Imbagħad l-argument ta' kif se jolqot lill-anzjani u lill-pensjonanti, speċjalment lill-pensjonanti, il-ftehim kollettiv li għadu kemm ġie ffirmat maċ-ċivil u li daħal fil-budget.", "Għall-1996, 1997 u 1998 hemm il-ftehim li ż-żidiet jittieħdu bħala lump payments, jiġifieri f'dak li għandu x'jaqsam mal-pensjonijiet ma jorbotx.", "Allura l-pensjonanti mhux se jkollhom back payments fuq il-pensjoni tagħhom.", "Imma mhux hekk biss.", "Din il-ħaġa se taffetwa ħażin ukoll lil dawk il-pensjonanti li jaħdmu mal-privat u li l- pensjoni tagħhom hija marbuta ma' gradi fiċ-ċivil.", "Dawn il-pensjonanti li d-definizzjoni tal-pensjoni tagħhom tintrabat ma' x'ikun qiegħed jingħata l- grad fiċ-ċivil, peress li dawn il-gradi qegħdin jiġu allaċċjati biss ma' lump payments, huma wkoll għal dawn it-tliet snin li għaddew m'humiex se jkollhom aġġustament tal-pensjoni tagħhom.", "Huwa veru li meta aħna konna fil-gvern konna qegħdin nitkellmu mal-unions fuq dawn il-linji, u din kienet waħda mill-problemi li konna qegħdin inħarsu lejn l-implikazzjoni tagħha, imma skond tan-naħa l-oħra aħna m'għandniex qalb soċjali jew kuxjenza soċjali!", "Aħna konna qegħdin inqisu l- komplikazzjoni ta' din il-ħaġa u għalkemm ma tkellimnihiex mal-kap taċ- ċivil, għal raġunijiet li m'hemmx għalfejn noqgħod nispjegahom hawnhekk, kienet waħda mill-konsiderazzjonijiet li konna qegħdin inżommu f'moħħna biex naslu għal ftehim fuq iċ-ċivil.", "Mela min-naħa jgħidu li għandhom kuxjenza soċjali u jaqblu u jiddefendu l-anzjani u l-pensjoni u min-naħa l- oħra jagħmlu ftehim li qed jiftaħ triq ġdida biex id-drittijiet tal- pensjonanti, speċjalment dawk li huma marbuta mal-gradi fiċ-ċivil, ikunu mminati bil-kbir.", "Fl-aħħarnett hemm l-argument kollu kif il-VAT se tolqot lill-anzjani u lill-pensjonanti.", "Bħalma ġara fl-1995/1996, il-VAT se jkollha impatt l- aktar dirett fuq il-ħajja ta' l-anzjani, dawk l-aktar li jiddependu minn ċerti servizzi.", "Ħafna nies ibajdu huma d-dar tagħhom imma jekk ikollok 70, 75 jew 80 sena m'intix se tbajjad inti.", "Lanqas m'inti se tirranġa l-fridge jew it-television set inti u trid lil xi ħadd li jagħmillek dak is- servizz.", "Għalhekk minnufih dawn se jerġgħu jintlaqtu bit-taxxa ta' 15%.", "Bejn l-1994 u l-1996 kienu l-anzjani li ntlaqtu l-aktar bit-taxxa tal-VAT għax is-servizzi l-aktar li jmissu f'din il-ħaġa.", "Allura hawnhekk aktar u aktar se jintlaqtu bil-kbir.", "Irrid nagħmilna ċara hawnhekk li l-gvern jidher li għandu l-intenzjoni li jdaħħal it-taxxa tal-VAT bi proklama.", "Din aħna se nirreżistuha bil-kbir.", "Din hija miżura li tmur kontra l-Kostituzzjoni, hija miżura li teqred il- mod kif dan il-parlament jikkontrolla l-affarijiet u assolutament hija mod dittatorjali kif immexxu l-affarijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta qed nitkellmu fuq bidla fil-petrol, fuq bidla fis-social security jew fuq tibdil f'xi rati tista' tintuża l-proklama imma meta qed iddaħħal konċett ġdid u struttura sħiħa ta' taxxa mingħajr ma jkun hawn il-monitoring u d- diskussjoni fil-parlament, allura effettivament qegħdin ngħidu li dan il- parlament qed jitpoġġa fil-ġenb u qed jiġi mminat.", "U l-oppożizzjoni se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tassigura li jkun hemm reżistenza sħiħa fuq din.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Xtaqt nagħmel riferenza wkoll għal ċerti kategoriji soċjali importanti li kienu qegħdin fil-qalba ta' kif aħna, min-naħa tagħna, konna qegħdin naraw il-budget.", "Bil-bidla fiċ- ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali li jkun hemm fil-pajjiż, jiġri li jkun hemm kategoriji soċjali oħra li jieħdu aktar rilevanza soċjali.", "Fil-fatt aħna konna wegħidna li 20% tal-fondi tal-privatizzazzjoni għall-1999 jiġu allokati għal proġetti li jkunu proġetti soċjali indirizzati lejn kategoriji speċjali tal-pajjiż - konna ndikajna l-familji li għandhom persuni bi bżonnijiet u l-biża' li jkollhom dawn dwar x'se jiġri meta jmutu l-ġenituri - u konna għidna li parti minn dawn il-fondi għandhom imorru biex jiġi mniedi proġett li jieħu ħsieb dan il-biża'.", "Dan kien bidu imma konna se nibdewh dan il-proġett.", "Konna tkellimna dwar il-familji li għandhom ġenitur wieħed u t-tfal tagħhom; u ċertament li ma konniex qed naħsbu b'din it-taparsi miżura li ddaħħlet f'dan il-budget.", "Konna tkellimna wkoll dwar il-familji li għandhom problemi ta' housing l-aktar akuti u konna għidna li hemm bżonn li nagħmlu proġetti speċjali fuqhom.", "Konna wegħidna wkoll li nwettqu proġetti speċifiċi għall-ħaddiema li jinsabu qegħda u jew għandhom iktar minn 40 sena u qed isibu problema biex jerġgħu jinserixxu ruħhom fid-dinja tax-xogħol jew inkella għadhom kemm ħarġu mill-iskola u ma jistgħux ikunu ppostjati fid-dinja tax-xogħol.", "Għal dawn il-kategoriji konna mpenjati li noħolqu 20% tal-fondi tal- privatizzazzjoni u ngħadduhom lilhom.", "Jien iċċekkjajt biex nara jekk jingħatawx importanza dawn in-nies u effettivament huma emarġinati fis- soċjeta' tagħna.", "Huma emarġinati wkoll f'dan il-budget, għax jew ma jissemmewx jew jissemmew b'mod li huwa sempliċement window-dressing.", "U tajjeb li nkomplu nisħqu li l-Partit Laburista jibqa' impenjat fiż-żmien li ġej li jagħti kull appoġġ u kull għajnuna lil dawn il-kategoriji soċjali li jeħtieġu u għandhom bżonn din l-għajnuna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Ma nistax nersaq lejn it-tmiem ta' dak li għandi xi ngħid, Sur President, mingħajr ma nsemmi l-kwestjoni tal-politika Ewropea.", "Tajjeb li nagħmilha ċara mill-ġdid li l-konvinzjoni tagħna tibqa' ferma.", "It-triq li qed isegwi Eddie Fenech Adami fil-qasam Ewropew hija diżastruża għall-pajjiż.", "Qed iżżomm u żammet lill-pajjiż imdendel għal snin twal.", "Qed isservi sempliċement biex il-prijoritajiet nazzjonali f'pajjiżna jibqgħu moħbija u distorted u mgħawġa u qiegħda sservi wkoll biex tagħti impressjoni kompletament falza ta' x'inhija l-isfida Ewropea.", "L-isfida Ewropea ta' dan il-pajjiż m'hijiex l-isfida li taparsi nidħlu jew ma nidħlux imma hija li tabilħaqq nimmodernizzaw l-istrutturi, ta' kif naħdmu, ta' kif inġibu ruħna u ta' kif ngħixu.", "Irridu ninserixxu ruħna tabilħaqq fil-ħajja Ewropea b'mod li nibqgħu Maltin u b'mod li f'pajjiżna napplikaw politika li tkun tassew adattata għaċ-ċirkostanzi tagħna u li tkun tassew tirrifletti dak li nistgħu nikkontribwixxu lill-Ewropa u lill-Mediterran.", "M'huwiex minnu li sħubija sħiħa fiċ-ċirkostanzi ta' llum u fiċ-ċirkostanzi previdibbli tagħtina l-opportunita' li nilħqu dawn l-għanijiet.", "Bil-maqlub, hemm sens ta' inferjorita' bażika fil-ħsieb illi Malta, jekk ma tkunx membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, ma tistax tgħix jew tiżviluppa.", "Huwa ħsieb kompletament aljen għal kif għandna nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż.", "Għandna nimxu 'l quddiem fuq il-bażi tar-riżorsi tagħna fi ħbiberija mill-qrib ma' kull min għandu x'jaqsam magħna u b'mod li dak li nagħmlu u ngħidu jkun jirrifletti r-realta' tagħna.", "Meta jitkellmu dwar sħubija sħiħa fl-Ewropa, in- Nazzjonalisti qegħdin juru mhux biss nuqqas ta' viżjoni dwar x'għandu jkun ir-rwol Ewropew ta' Malta imma wkoll nuqqas ta' realiżmu dwar kif għandna naħdmu biex tabilħaqq nimmodernizzaw lil pajjiżna.", "U l-modernizzazzjoni li hemm bżonn trid tinħadem mill-Maltin għall-Maltin waqt li tifrex u tkompli tkabbar ir-relazzjonijiet tagħna fuq qafas wiesa', kemm ma' l-Ewropej u kemm mal-bqija tal-pajjiżi tal-Mediterran.", "L-istrateġija li miexi biha dan il-gvern hija strateġija falza u żbaljata li ma tistax trendi.", "Se ddaħħalna fi sqaq li nibdew nimplimentaw politika li taparsi tkun il- politika ta' l-Ewropej fl-Ewropa, li ma tgħoddx għalina u li m'hijiex se tpoġġina f'pożizzjoni li tassew inkunu qegħdin inrendu b'mod modern.", "Hija politika li tkompli temarġinana.", "Mhux veru tiftaħ chances li aħna nikkontribwixxu b'mod tajjeb u b'mod serju għall-iżvilupp ta' l-Ewropa.", "Li hemm bżonn fil-qasam Ewropew hija politika li konna qed nippruvaw insegwu aħna, u konna bdejna b'dik it-triq.", "Kienet triq li trid iż-żmien, trid in- nifs u kienet triq li trid tinħadem ukoll bil-galbu.", "X'galbu hu?", "Huwa l- galbu illi meta nkunu qegħdin naraw kif l-ekonomija tagħna trid tinbidel mhux nibdew ngħidu li nistgħu ninsew il-biedja u lill-ħaddiema li jaħdmu fl- industrija lokali u nqisuhom bħala expendable għax se jkun hemm affarijiet oħra x'imkien xi darba.", "Lil dawn in-nies irridu nagħtuhom rabta sħiħa ma' l- iżviluppi li jkunu għaddejjin biex ikunu empowered, illi r-realta' tagħhom ibiddluha magħna u jbiddluha bħala parti minn sforz nazzjonali.", "U dik kienet preċiżament l-istrateġija li fuqha ridna nirristrutturaw l- industrija, illi l-industrija lokali mhux neqirduha imma nagħtuha ċ-ċans illi tiftaħ l-operazzjonijiet tagħha, illi tibdel l-operazzjonijiet tagħha u jkollha l-għan li tkun tista' tikkompeti tabilħaqq f'qafas u fi spazju Ewropew.", "Dawn huma affarijiet li huma importanti li ngħiduhom u nibqgħu nenfasizzawhom.", "Jiena nagħmilha ċara illi l-mod li telaq bih dan il-gvern, li jerġa' mill- ġdid taparsi jneħħi mill-freezer l-applikazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u jpoġġiha fil-micro-wave, u mingħalih li b'dan il-mod se jkun qiegħed jimxi 'l quddiem, dan m'hu veru xejn.", "L-għanijiet stess ta' ristrutturar li konna qed nipproponu aħna huma għanijiet li bħalissa, bil-politika mibdula, qed jerġgħu jitpoġġew lura.", "Il-politika taparsi ġdida ta' l-Unjoni Ewropea li għandu l-partit fil-gvern minflok qiegħda tgħin biex l-ekonomija tagħna tqarreb lejn l-Ewropa, qed tagħmel bil-maqlub.", "B'dan il-mod qed jiġu fudged - oġġett fudged, jiġifieri mħawwad u mżelleġ - oġġettivi ċari li konna qed inpoġġu quddiem il-ħaddiema Maltin, quddiem in-negozjanti Maltin u quddiem l-investituri Maltin.", "Konna qed ngħidulhom: Ara, f'temp ta' ħames, seba' snin irridu nilħqu dawn l-oġġettivi u nistgħu nilħquhom flimkien għax huma oġġettivi settorali li m'għandkomx għalfejn tinkwetaw minn affarijiet oħra wiesa' illi jistgħu jaffettwawlkom il-pożizzjoni tagħkom.", "Kien qafas illi n- naħat kollha jkunu qed jaqblu u jipparteċipaw fih.", "Imma issa bil-maqlub.", "Issa hemm taparsi l-għan illi Malta trid tidħol politikament fl-Unjoni Ewropea, u ma jafux meta tista' tiġri din il-ħaġa.", "L-Ungerija, il-Polonja u pajjiżi l-oħra bħalissa qegħdin jippruvaw jgħafsu fuq l-Ewropej biex jagħtuhom data meta jistgħu jidħlu.", "Dawn daqqa jgħidulhom fl-2002, daqqa jgħidulhom fl-2003, daqqa jgħidulhom fl-2005 u daqqa jgħidulhom fl-2007 u sadanittant dawn jibqgħu mdendla.", "Aħna l-għaqal jgħidilna: Ejja nagħmlu oġġettivi li huma maqbula ma' l-Ewropej, li nistgħu nilħquhom u, meta nilħquhom imbagħad, jekk il-poplu jibqa' jinsisti jew irid illi jidħol jew ma jidħolx ikollu options aktar qawwija f'idu.", "Meta fl-istess ħin u bl-istess mod imbagħad ikun hemm is-sentiment sħiħ li nistgħu nikkoltivaw ħafna aktar milli nagħmlu mod ieħor ir-rabtiet tagħna ma', per eżempju, il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u ma' l-Istati Uniti.", "Jiena nemmen li strateġikament il-politika tagħna trid tkun marbuta fuq tliet saqajn, fuq tliet pedestalli; min-naħa ma' l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra mal-pajjiżi Għarab ta' l-Afrika ta' Fuq u min-naħa l-oħra ma' l- Istati Uniti.", "U fil-ftit ta' żmien li konna fil-gvern tajna prova li dawn l- affarijiet jistgħu jiġru.", "Aħna tajna prova mhux billi għidna lil kull cruiser Amerikan u kull destroyer Amerikan u kull aircraft carrier Amerikana jiġi l-Belt, anzi kien hemm ħafna fejn għidnilhom le.", "Imma min-naħa l-oħra rabbejna rispett ġdid ma' l-Amerikani u rabbejna wkoll rabtiet ġodda ma' l-Amerikani.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U jiena nemmen li din hija t-triq li rridu nimxu fuqha, rabta sħiħa u tajba ma' l-Unjoni Ewropea f'qafas maqbul u dirett tajjeb, rabta sħiħa u dejjem aħjar mal-pajjiż Għarab, speċjalment il-Libja, u rabta ma' l-Istati Uniti.", "U b'dan il-mod imbagħad l-options quddiem il- Maltin fil-kontest Ewropew jiġu aktar ċari għax inkunu qed naħdmu b'mod ippjanat, li huwa ffokat u li tabilħaqq ikun jista' jiġi kkontrollat u maħdum mill-Maltin għall-Maltin.", "Jiena nagħmilha ċara li kif qed jiġri llum, kif miexja l-politika tagħna llum, se jkollha effetti anke ħżiena fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Waqt li żżelleġ l-oġġettivi, u waqt li tħarbat it-timeframes tkun qiegħed bl-istess mod twaqqa' lura l-impatt u l-importanza tal-modernizzazzjoni li pajjiżna għandu bżonn bħall-ħobż.", "Ta' faċċata kienu jidħku bina meta konna ngħidulhom l-importanza tal-kelma \"modern\" u kemm irridu nibnu pajjiż modern, imma aktar ma nisma' u aktar ma naqra u aktar ma nifli d-dokumenti u l-politika li jippreżentawlna...", "U dan jinkludi dan il-budget, li fl- opinjoni tiegħi huwa teknikament diżastruż u maħdum ħażin.", "Dan il-budget se jħallina lampa stampa quddierm il-problema tad-deficit u mhux veru li għandu kuxjenza soċjali għax huwa budget imminat bl-affarijiet li jidhru sbieħ, imma minn taħt mhux veru jipproteġi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Quddiem eżerċizzju bħal dan inkompli nikkonferma kemm kienet tajba t-triq tal-Partit Laburista fil-politika ekonomika tiegħu, iebsa kemm kienet iebsa, u kemm għad baqgħalna kontribut x'nagħtu biex tabilħaqq dan ikun pajjiż modern li jkun miexi fl-interess tal-Maltin u l- Għawdxin kollha.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għad-diskors tiegħu u nirringrazzja lit-television crew tal-PBS u nitlobhom biex jirtiraw.", "Fit-8.30 p.m. il-crew tat-televiżjoni tal-PBS irtira mill-Kamra.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Politika Soċjali jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, il-Ħamis, 3 ta' Diċembru, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita';", "Mozzjoni ta' Proċedura dwar is-seduti konnessi mad-diskussjoni ta' l-Estimi Ġenerali għas-sena 1999 u l-Estimi Supplimentari għas-sena 1998.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, il- Ħamis, 3 ta' Diċembru, 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill- Ministru.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AIR MALTA - AJRUPLANI", "374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ajruplani li fil- mument jifformaw il-flotta nazzjonali ta' l-Air Malta?", "Kemm minn dawn huma mikrija temporanjament u f'liema destinazzjonijiet joperaw?", "X'inhuma l-fuel u l-maintenance cost comparison ta' dawn l-ajruplani li l- Air Malta qed tikri meta mqabbla ma' l-ajruplani l-oħra tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa l-flotta ta' l-Air Malta hija magħmula minn dawn l-ajruplani:", "Airbus A320 - 2 Boeing B737/200 - 2 Boeing B737/300 - 3 Boeing 737/300 - 3", "Minn dawn l-aħħar tlett ajruplani, tnejn huma mikrija mingħand l-Ansett ta' l-Awstralja u wieħed mingħand l-M.A.S. tal-Malasja.", "Dawn l-ajruplani jintużaw fuq in-network tal-Kumpannija skond kif meħtieġ minn żmien għal żmien.", "Peress li l-informazzjoni mitluba dwar fuel u maintenance cost huma dettalji ta' natura kummerċjali, mhux fl-interess tal-kumpannija li din tixxandar.", "BAĦRIJA - ĠNIEN AMARGA", "393.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22 (Seduta Nru. 4) dwar l- estensjoniiet tad-drenaġġ fil-Baħrija, jista' l-Ministru jinformani meta se jibda l-istudju li rrifera għalih u meta huma maħsuba li jsiru x-xogħlijiet fil-futur qarib, ċioe' f'liema xahar u sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-Dipartiment tad- Drenaġġ beħsiebu jissottometti studju preliminari għall-approvazzjoni lill- Komunita' Ewropea sabiex din tiffinanzja l-imsemmi proġett taħt waħda mill- iskemi provduti fi ħdana għat-titjib ta' l-ambjent.", "B'hekk l-istudju finali jkun jista' jinbeda meta t-talba mressqa mid-Dipartiment tad-Drenaġġ tiġi milqugħa.", "Naturalment ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew biss, wara li l-istudju jiġi konkluż u d-disinn tas-sistema finalizzat.", "DISTRETT NRU.", "12 - ESTENSJONIJIET TAD-DRENAĠĠ", "394.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23 (Seduta Nru. 4) ċioe' dwar xogħlijiet fuq estensjonijiet li hemm bżonn isiru fit-12-il distrett, jista' l-Ministru ġentilment jinformani, triq triq, meta huwa pprogrammat li l-kuntratturi jibdew ix-xogħlijiet?", "Min huma l-uffiċjal responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet u ma' min jistgħu jikkomunikaw ir-residenti kemm-il darba jkollhom bżonn iressqu x'ilmenti dwar dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi dawn il-kuntratti huma maħsubin għall-bidu tas-sena li ġejja.", "Il-persuni nkarigati huma l-periti u l-uffiċjali tekniċi tad-Dipartiment tad-Drenaġġ.", "PULIZIJA - ARMI REĠISTRATI", "395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' armi, snieter, eċċ reġistrati bil- permess jew liċenzjati mill-pulizija?", "Kemm minn dawn l-armi huma permessi li jintużaw għall-kaċċa u għall- avvenimenti sportivi ta' l-isparar?", "X'kienu l-istess numru ta' armi f'pajjiżna matul dawn l-aħħar 12-il sena, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 246 f'Seduta 9.", "Minn numru totali ta' armi reġistrati mill-Pulizija fil-31 ta' Ottubru, 1998, ninsab informat li 41,633 jintużaw għal kaċċa jew avvenimenti sportivi ta' l-isparar.", "Ninsab informat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika mitluba fl- aħħar parti tal-mistoqsija.", "DISTRETT NRU.", "12 - BOZOZ", "396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 21 (Seduta Nru. 4)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidhirli li l-mistoqsija li għaliha qed jirriferi l- Onor. Interpellant diġa' weġibtha.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-istallazzjoni ta' bozoz ġodda, il- proċedura tinsab fi stadju ta' evalwazzjoni.", "WIED QLEJGĦA - RIABILITAZZJONI", "505.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19, għaliex qed jingħad li l-proġett kien beda taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista meta l-Istitut ta' Bari li ddisinjaw il-proġett kien involut biss matul l-Amministrazzjoni Laburista fuq dan il-proġett?", "Jikkonsidra l-Ministru li huwa aħjar li jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet fuq dan il-proġett għal matul is-sitt xhur li ġejjien skond il-programm imħejji mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-imsemmi Istitut Aggronomiku ta' Bari u l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nikkonferma li l-proġett kien beda fl-1996, jiġifieri fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, billi kien tħammel Wied il- Fiddien mill-Forzi Armati ta' Malta bil-koperazzjoni tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta.", "F'dawn is-sitt xhur li ġejjin, skond kemm jippermetti t-temp se jitkompla t- taħmil tal-wied bejn il-pont ta' l-Għemmieri u l-pont tas-Salib.", "Se jitkompla wkoll ix-xogħol fuq is-slieħ tal-ħitan permezz tal-gabjuni u t- terramesh fl-istess medda tal-wied.", "PERSUNA B'DIŻABILITA' - RESERVED PARKING", "856.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni għal reserved parking tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna li għandha problemi ta' mobility toqgħod fi triq li minnha tidħol għal qalba ta' Paceville u minħabba nuqqas ta' parking u kontestazzjonijiet oħra b'konnessjoni tat-traffic tagħmilha diffiċli li toħroġ minn ġewwa darha anke f'każijiet urġenti ta' mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: 1.", "L-applikazzjoni li saret riferenza għalija f'din il-mistoqsija parlamentari ġiet miċħuda mill-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Bord Keep Clear tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' wara li anke saret żjara fid-dar ta' l- applikanta.", "2.", "L-ittra li tinforma lil din l-applikanta b'din id-deċiżjoni ġġib id- data tas-17 ta' Ottubru, 1997.", "EX-DEPUTAT DOM MINTOFF - LAQGĦAT", "1028.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux laqgħat jew kuntatti ma' l-ex Deputat Dom MIntoff mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Il-laqgħat jew kuntatti imsemmija li kellu, jekk kellu: (1) fuq liema livel saru; (2) meta saru u fejn; (3) x'suġġetti politiċi nazzjonali u internazzjonali ġew diskussi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hija fin-negattiv.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "1029.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-ħaddiema impressed mal-Gvern isiru tal-post mal-gvern?", "Jekk huwa l-ħsieb, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir din il-miżura?", "Jekk m'huwiex il-ħsieb tal-gvern x'inhi r-raġuni?", "Fil-preżent kemm jammontaw il- ħaddiema impressed u minn liema lokalitajiet ġejjien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1115.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "OQSMA RESIDENZJALI - GARAXXIJIET", "1030.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-garages tal-gvern fl- oqsma residenzjali li huma mikrija jiġu mixtrija mill-inkwilini?", "Jekk huwa l-ħsieb, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' skema se tinħoloq u liema huma l- ewwel oqsma residenzjali li se jgawdu minn din l-iskema?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Gvern qed jikkonsidra diversi skemi, inkluż dik fejn garaxxijiet li l-kera tagħhom tinġabar mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ikunu jistgħu jinxtraw mill-kerrejja.", "Peress li dan il-proċess għadu fi stadju preliminari għad mhux il-waqt li jingħataw aktar dettalji.", "EX DEPUTAT DOM MINTOFF - LAQGĦAT", "1031.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'tip ta' laqgħat u kuntatti saru mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum ma' l-ex Deputat Dom Mintoff?", "Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema livell saru; (2) meta saru; u (3) x'suġġetti politiċi nazzjonali u internazzjonli ġew diskussa?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Irrid nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant kif ukoll ta' l-iskrivani tal-kamra li din l-interpellanza mhix konformi ma' l-ordni 26 ta' l-ordnijiet Permanenti tal-kamra.", "EX DEPUTAT DOM MINTOFF - LAQGĦAT", "1032.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim MInistru jgħid jekk sarux laqgħat jew kuntatti ma' l-ex Deputat Dom Mintoff mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jekk saru dawn it-tip ta' laqgħat jew kuntatti, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema livell saru? (2) meta saru? (3) x'suġġetti politiċi li huma ta' interess nazzjonali ġew diskussa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nippresumi li d-domanda ta' l-Onor Interpellant hija dwar kuntatti jew laqgħat li jiena seta kelli mal-Perit Dom Mintoff mill-5 ta' Settembru 'l hawn.", "Ir-risposta hija fin-negattiv.", "TAXXI INTERNI - CAPITAL GAINS TAX", "1181.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inġabret provisional capital gains tax, sena b'sena, minn meta ġiet introdotta din il-forma ta' tassazzjoni minn Gvern Nazzjonalista 'il hawn?", "Kemm minn dawn it-totali nġabru in konnessjoni ma' trasferimenti: a) ta' proprjeta' immobbli inter vivos; b) ta' proprjeta' immobbli causa mortis; u c) ta' ishma/stocks jew assi simili?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Minn meta ġiet introdotta t-taxxa fuq qligħ kapitali fil-25 ta` Novembru 1992, taxxa proviżorja miġbura minn din il-forma ta` tassazzjoni kienet din:", "Sena Bazi Ammont Lm", "1992 7,029 (25\\12\\92 - 31\\12\\92 1993 2,716,687 1994 5,616,568 1995 8,061,020 1996 6,033,446 1997 5,729,045 1998 4,449,271 (1\\1\\98 - 31\\10\\98)", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija mhuz possibbli li tingħata għaliex il-pagamenti dwar ħlas proviżorju tat-taxxa kapitali ma jiġux rekordjati skond it-tip ta` trasferimenti iżda taħt taxxa minn qligħ kapitali (CGT).", "KOPERATTIVI", "1182.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kooperattivi bħalissa f'pajjiżna?", "Kemm twaqqfu koperattivi, sena b'sena, mill-1990 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.", "TAXXI INTERNI - ĦLAS TA' TAXXI", "1183.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex kif ukoll quddiem tribunali dwar kwestjonijiet marbutin mal- ħlas/ġbir/refunds ta' taxxi?", "X'tip ta' taxxa hija nvoluta f'kull każ, per eżempju, suċċessjoni/income tax/CET/levies, eċċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Qrati u Tribunali huwa kif ġej:", "Qrati Tribunali", "Dwar Taxxa fuq id-Dhul 97 56 Dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti 3 45 Dwar Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni 1 11 Dwar Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) 1 189 Dwar Taxxa fuq Valur mizjud (VAT) 23 1,100 Dwar Expenditure Levy 6 5 Dwar evazjoni\\pagament ta` dazju dovut 263 --", "SIGURTA' SOĊJALI - KONTRIBUZZJONIJIET TAN-N.I.", "1184.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta/Tribunali relattivi għal ġbir ta' arretrati fil-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 64 li fiha ngħatat l-informazzjoni mitluba.", "TAXXI INTERNI - RIFUŻJONI TA' TAXXA", "1185.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm individwi u ditti separatmaent li għandhom jirċievu refunds ta' taxxa mħallsa żejda, sena b'sena, mill-1990 'il hawn?", "Kemm huma l-ammonti dovuti għal kull sena msemmija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabelli A u B.", "Tabella A", "Refunds dovuti fuqħlas żejjed ta` taxxa fuq id-dħul mill-1990 `l hawn: Sena ta` Individwi Kumpanniji Total Stima Numru Ammont Numru Ammont Numru Ammont", "90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071", "Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672", "Dan juri refunds dovuti dwar kontijiet li ġew assessjati sas-16 ta` Novembru, 1998.", "Tabella B", "Talbiet ta` ħlas lura ta` taxxa (refunds) fuq dokumenti u trasferimenti mill-1990 `l hawn.", "Sena Numru ta` Talbiet L-Ammonti Dovuti", "1993 12 7,400 1994 10 6,000 1995 22 13,400 1996 25 17,500 1997 13 10,400 1998 37 24,100", "Dawn it-talbiet kollha jikkonċernaw individwi ħlief talba waħda biss li tikkonċerna kumpannija li għamlet it-talba fl-1997.", "CET - PERSUNI REĠISTRATI", "1186.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni, individwi u kumpanniji/ditti li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-CET?", "Kif inhuma mqassmin dawn il- persuni/entitajiet, per eżempju, tobba, avukati, electricians, panel beaters, eċċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fit-13 ta` Novembru, 1998 kien hemm b`kollox 44,897 operaturi tan-negozju rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "Dawn l-operaturi huma mqassmin kif jidher fil-listi li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ETC - PERSUNI JIRREĠISTRAW", "1446.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni 'l fuq min 40 sena jirreġistraw għax-xogħol illum?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jirreġistraw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Ottubru 1998 in-numru ta' persuni 'l fuq minn 40 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ kien ta' 2,729.", "It-tabella ta' hawn taħt turi l-perjodu taż-żmien li ilhom jirreġistraw għax-xogħol.", "PERJODU OTTUBRU 1998", "0 - 1 sena 1,092 1 - 2 snin 548 2 - 3 snin 376 3 - 4 snin 185 4 - 5 snin 146 5 snin u 'l fuq 382", "TOTAL 2,729", "L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "1447.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Ottubru 1998?", "Kemm min dawn kienu persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel darba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħrig fl-aħħar ta' Ottubru, 1998 kien ta' 7,288.", "Minn dawn kien hemm 510 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol għall- ewwel darba.", "L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.", "SAĦĦA - KAŻI TA' LEGIONELLA", "1540.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi każi ta' legionella li saritilhom din id-djanjosi dan l-aħħar?", "Kemm kien hemm każi?", "F'liema hotel kienu alloġġjati u ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-bidu ta' Mejju ta' din is-sena sa llum kien hemm hames kazijiet ikkonfermati ta' legionnaires disease.", "Erbgha minnhom kienu barranin: tnejn Inglizi, wiehed Skoċċiż u wahda Awstrijaka.", "Kaz iehor kien f'cittadin Malti li x'aktarx is-sors huwa minn barra minn Malta.", "Informazzjoni fuq il-lukandi hija konfidenzjali izda nista' nghid illi l-barranin involuti kienu alloggjati f'erbgħa lukandi differenti.", "WIED IL-GĦAJN - DAY CENTRE", "1581.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jispeċifika taħt min suppost jaqgħu r-responsabilitajiet tad-dining room tad-Day Centre ta' Wied il- Għajn - tad-diriġenti tad-day centre jew tal-caterers?", "Rigward l-istess ċentru, jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tintuża s- swimming pool diġa' fornuta?", "X'ammonti ta' care workers u residenti hemm f'dan iċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta nfetaħ iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Wied il- Għajn, saru arrangamenti biex id-dining room taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Catering Manager li tieħu ħsieb il-kċina, waqt li d-day centre jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-Acting Head tad-day centre.", "Hemm ftehim ukoll li kull meta l-persuni b'diżabilita' jkollhom bżonn jagħmlu użu mid- dining room, dawn jitħallew jużawha liberament.", "Qabel ma s-swimming pool tibda tintuża, din għandha bżonn li ssirilha tiswija minħabba xi konsenturi li għandha fil-qiegħ.", "M'hemmx dubbju li meta jkun il-waqt, is-swimming pool tiġi rranġata biex isservi l-bzonnijiet tal-persuni b'diżabilita' mhux biss taċ-Ċentru ta' Wied il-Għajn imma taċ- ċentri l-oħrajn.", "In-numru ta' persuni b'diżabilita li qed jattendu ċ-ċentru huwa 57 u dawn qed jieħdu ħsiebhom 12-il impjegat li l-gradi tagħhom huma dawn:", "1 Acting Head taċ-Ċentru 1 Assistant Head 1 Care Worker 4 Assistant Care Worker 4 Casual Care Worker 1 Casual Social Assistant", "F'dan iċ-Ċentru hemm ukoll servizz ta' nurse.", "SKEJJEL - KALKARA", "1608.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jiftaħ mill-ġdid il- canteen fl-Iskola Lorenzo Gafa', fil-Kalkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba n-numru limitat ta' studenti ma rriżultax vijabbli canteen fl-iskola.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "1663.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalliem partikolari, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed jgħallem fil-Primarja ta' Raħal Ġdid qed jitlaq kmieni mill-klassi ripetutament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux minnu li l-għalliem imsemmi jitlaq kmieni mill-iskola riputatament.", "L-unika darba li ħareġ kmieni kien meta ġie msejjaħ fuq xogħol mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "ABBUŻ MID-DROGA U L-QGĦAD", "1666.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk sarx xi studju dwar jekk hemmx xi korelazzjoni bejn l-abbuż mid-droga u l-qgħad?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Agenżija sedqa qatt ma għamlet studju dwar jekk hemmx korrelazzjoni bejn l-abbuż mid-droga u l-qagħad.", "Iżda, mill-istatistika li tinġabar miċ-Ċentru ta' ditossifikazzjoni ta' l- Aġenzija sedqa, wieħed jista' jasal għal stampa ċara ta' żviluppi f'dan ir- rigward.", "Fil-fatt, skond din l-istatistika, 48% (jew 362 individwi li użaw dan is-servizz fl-1997 (jiġifieri 741 persuna), kienu qiegħda.", "DROGA - STUDJU", "1667.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar jekk hemmx xi korelazzjoni bejn l-abbuż mid-droga u t-tip ta' xogħol li jagħmlu dawk li jabbużaw mid-droga?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Aġenzija sedqa qatt ma għamlet studju dwar jekk hemmx xi korrelazzjoni bejn l-abbuż u t-tip ta' xogħol li jagħmlu dawk li jabbużaw mid-droga.", "Iżda, fl-1996 ġie kkummissjonat studju mit-taqsima Riċerka w Evalwazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Sedqa, fuq l-attitudnijiet ta' impjegati fi gradi maniġerjali lejn l-użu tad-droga u l-alkoħol fuq il-post tax-xogħol.", "Madwar 200 impjegat fi grad maniġeriali minn 666 kumpanija pparteċipaw f'dan l-istudju.", "Skond ir-rapport dwar dan l-istudju, 5% tal-parteċipanti qalu li kienu jafu b'ħaddiema li jużaw id-droga fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li 13.6% qalu li kienu jafu b'ħaddiema li jużaw id-droga barra mill-post tax-xogħol.", "DROGA - STUDJU", "1668.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk sarx xi studju u jekk hemmx xi korelazzjoni bejn l-abbuż mid-droga u l- lokalitajiet differenti f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Aġenzija sedqa qatt ma għamlet studju dwar jekk hemmx korrelazzjoni bejn l-abbuż mid-droga u l-lokalitajiet differenti f'Malta u f'Għawdex.", "Iżda, ta' min jinnota li tinġabar statistika b'mod regolari miċ-Ċentru ta' ditossifikazzjoni ta' l-Aġenzija sedqa, li fost l- oħrajn, tikkunsidra l-lokalita' tar-residenza ta' l-individwi li qed isegwu kura.", "Filwaqt li f'din l-istatistika hemm xi lokalitajiet li huma aċċentwati, jidher li l-lokalitajiet tar-residenza ta' l-individwi li qed isegwu kura f'dan iċ-Ċentru huma mifruxa prinċipalment fuq iż-żoni l-aktar urbanizzati ta' pajjiżna.", "Wieħed, iżda, irid iżomm f'moħħu li f'dan il-każ qed nitkellmu biss fuq individwi bi problema ta' dipendenza li qed jirċievu kura partikolari.", "M'hemmx dubju li hemm numru sinifikanti ta' dipendenti u nies li jużaw id- droga b'mod esperimentali li mhumiex f'kuntatt ma' l-ebda servizz terapewtiku.", "Għaldaqstant, wieħed ma jistax jikkunsidra din l- informazzjoni bħala rappreżentattiva tas-sitwazzjoni totali.", "L-validita' ta' din l-informazzjoni hija fl-użu tagħha bħala indikatur ta' l-aspetti demografiċi tal-popolazzjoni ta' individwi li jabbużaw mid-droga.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - SUSSIDJU", "1669.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kif taħdem l-iskema li tgħin persuni b'diżabilita' li jkunu jixtiequ jingħataw sussidju biex jinstallaw lift f'darhom?", "X'inhuma r-rikjesti biex jingħata dan is-sussidju?", "Min iżur id-dar ta' l-applikkant meta ssir talba bħal din?", "Kemm bejn wieħed u ieħor idum l-applikant minn meta japplikaw sa meta jieħu s-sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar għanda Skema - Skema Wieħed - biex persuni b'diżabilita' jistgħu japplikaw biex jaddattaw ir-residenza tagħhom għad-diżabilita' partikolari tagħhom Kopja ta' l-iskema tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Minn hu nteressat li jibbenefika taħt din l-iskema għandu jiġbor formola mill-uffiċju ta' l-Awtorita' tad-Djar, il-Furjana jew mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilita', Sta Venera u jirritornaha lill-Awtorita' tad- Djar flimkien mad-dokumenti rikjesti.", "Din l-applikazzjoni tiġi proċessata minn Kumitat magħruf bħala 'Kumitat tal- Housing Authority għall-Persuni b'Diżabilita'' li jagħmel ir- rakomandazzjoni tiegħu liċ-Chairman ta' l-Awtorita' tad-Djar fuq il-każ.", "Normalment, iċ-Chairman jaġixxi fuq din ir-rakomandazzjoni.", "Fost dan il-proċess, żewġ social workers u l-manager tal-Physiotherapy jagħmlu assessment dwar il-persuna b'diżabilita' u l-ambjent fejn tgħix din il-persuna.", "Kif l-Awtorita' tad-Djar tirċievi din ir-rakomandazzjoni tibgħat perit fuq il-post biex jagħti il-parir tekniku u anke jagħmel stima tax-xogħlijiet.", "Peress li dan il-Kumitat jiltaqa' darba fix-xahar fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali, Sta Venera, l-applikazzjoni tieħu madwar xahrejn biex tiġi finalizzata.", "Il- ħlas tas-sussidju isir hekk kif l-applikanti jipproduċu l-kontijiet tax- xogħlijiet li saru.", "GOZO CHANNEL - PASS", "1670.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li persuni li jgħixu Malta li jkollhom xi qraba jgħixu f'Għawdex jingħataw pass biex jaqsmu?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, dan il-pass se jingħata lil persuna li tgħix f'Malta li jkollha l-għarus/għarusa Għawdxija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għad-Diskors tal-Budget 1999 fejn ġew spjegati l-miżuri sostanzjali li se jidħlu fis- seħħ fl-1 ta' Jannar, 1999 għar-rigward ta' tnaqqis fin-nollijiet u ħruġ ta' passes għat-trasport tal-baħar bejn Għawdex u Malta.", "EDUKAZZJONI - SKRIVANI", "1671.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur jagħti xi żieda lill-part-time clerks fl-iskejjel, imqar lil dawk li jkunu ilhom numru ta' snin impjegati f'dan il-grad?", "Jaħseb il-Ministru li l-paga li jieħdu ma tirriflettiex biżżejjed ix-xogħol li jagħmlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjaċini li f'dan l-istadju ma nistax inwieġeb b'mod definit peress li l-materja ma tiddependix direttament minni.", "B'danakollu beħsiebni nżomm il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Membru f'moħħi f'kull diskussjoni li tista' ssir f'dan ir-rigward.", "DAWL/ILMA - RATI", "1690.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet partikolari li ħa l-Gvern fir-rigward tar-romol, pensjonanti, familji b'ġenituri wieħed u ommijiet xebbiet fl-introduzzjoni tar-rati l-ġodda tad- dawl u l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta l-Amministrazzjoni preżenti ntroduċiet ir-rati l-ġodda tad-dawl u ta' l-ilma, din ħadet ħsieb id-diversi kategoriji tas- soċjeta'.", "Dan joħroġ ċar mill-fatt li kull kategorija gawdiet minn roħs sostanzjali meta mqabbel mal-kontijiet bla kuxjenza li Gvern Laburista għabba bihom lis-soċjeta' Maltija inklużi r-romol, pensjonanti, familji b'ġenitur wieħed u ommijiet xebbiet.", "PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "1691.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jassigura li kull bini pubbliku u tal-privat ikun aċċessibli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-gvern u s-Soċjeta' Maltija jridu jaħdmu fuq ħames livelli biex jassiguraw li postijiet miftuħa għall-pubbliku, kemm dawk li huma tal-Gvern kif ukoll dawk li huma tal-privat, ikunu aċċessibli għal kulħadd, inkluż persuni li għandhom diżabilita'.", "Dawn ħames livelli huma:", "a) EDUKAZZJONI lill-periti u dawk li jaħdmu fl-industrija tal-bini.", "F'dan il-qasam għalkemm saru kuntatti, għad hemm ħafna aktar x'isir l-aktar mal- Fakulta' tal-Arkitettura.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' se terġa timpenja ruħha fil-futur qarib f'dan ir-rigward.", "b) INFURZAR tal-policies tal-Pjan ta' Struttura mill-Awtorita' tal- Ippjanar.", "c) REGOLAMENTI TAL-BINI li jassiguraw dan.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti kien twaqqaf kumitat biex jaħdem fuq dawn ir- regolamenti u l-abbozz tagħhom kien tlesta.", "Sfortunatament, dan il-proċess ma tkompliex u l-kummissjoni se taħdem biex dawn ir-regolamenti mportanti jingħataw is-saħħa legali u jibdew jiġu nforzati.", "d) Fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista preċedenti twaqqfet Accessibility Unit fi ħdan il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex bini tal-gvern miftuħ għall-pubbliku jsir aċċessibli għal kulħadd.", "Fl-opinjoni tal- kummissjoni din il-unit għadha mhijiex tiffunzjona sew u l-istess kummissjoni se taħdem biex dan ix-xogħol tal-unit jibda jsir b'mod aktar effettiv.", "e) Fl-aħħar nett hi l-opinjoni tal-Kummissjoni li LIĠI OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B'DIŻABILITA') li mistennija li tgħaddi s-sena d-dieħla se tagħti aktar saħħa lill-persuni b'diżabilita', l-għaqdiet tagħhom u lill- kummissjoni stess biex, safejn hu raġjonevoli skond l-istess liġi, bini miftuħ għall-pubbliku ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "MIŻURI TA' HEALTH AND SAFETY", "1692.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel id-dipartiment biex f'bini pubbliku bħal skejjel, dipartimenti kif ukoll fi stabbilimenti privati jiġi assigurat li jkun hemm faċilitajiet li jipprovdu l-health and safety ta' dawk li jagħmlu użu mill-bini u stabilimenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-lum l-ispetturi ta' l-Occupational Health & Safety Unit ma jagħmlux bħala regola żjarat f'postijiet tax-xogħol li jiffurmaw parti minn Dipartimenti tal-Gvern, għalkemm, kemm il-darba saru zjarat f'postijiet bħal dawn minħabba f'xi xogħol partikolari li jkun qiegħed isir fihom.", "Ninsab informat li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għandu education officer inkarigat mis-saħħa u sigurta' fl-iskejjel.", "Diversi dipartimenti tal-gvern għandhom ukoll uffiċjali inkarigati minn Health & Safety.", "L-ispetturi ta' l-OHSU għandhom l-inkarigu bil-liġi li jispezzjonaw postijiet tax-xogħol.", "Postijiet residenzjali li m'humiex postijiet ta' xogħol ma jaqgħux taħt il-kontroll tagħhom.", "SAĦĦA - PERSUNI LI GĦANDHOM ID-DIJABETE", "1693.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' policy nazzjonali ta' screening regolari għandu d-dipartiment għal dawk iċ-ċittadini li jbatu mill-kondizzjoni tad- dijabete u għal dawk li jistgħu jitqiesu bħala at high risk?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1693 qed tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BORD MEDIKU", "1694.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Għaliex din il-persuna għaddewha bord minkejja li qatt ma talbet biex tagħmel dan u minkejja li t- tabib qal li tista' terġa' tibda taħdem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna konċernata kienet ilha għal xi żmien ma tirrapporta għax-xogħol minħabba f'mard.", "Skond ir-regolamenti ta' l-Estacode (4.3.2.2.) tressqt quddiem Bord Mediku tad-Dipartiment tas-Saħħa li sabha mhijiex tajba għax-xogħol.", "Hija oġġezzjonat u ppreżentat ċertifikat mediku biex turi li għadha tiflaħ taħdem.", "Għalhekk qed jittieħdu l-miżuri neċessarji biex din il- persuna tiġi eżaminata mill-ġdid, kif inhu mitlub mill-Estacode.", "(6.1.3.2.)", "AMBJENT - AIR POLLUTION", "1695.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex tiġi kkalkolata l- air pollution fl-irħula u l-ibliet, b'mod partikolari f'dawk li jinsabu ħdejn jew f'zoni industrijali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent lesta studju preliminari fuq il-kwalita' ta' l-arja f'żoni urbani.", "Dan l-istudju ser jiġi mifrux biex ikopri aktar zoni, kif ukoll biex ikopri aktar parametri.", "Għal dan il-għan għadu kemm ingħata tender għax-xiri ta' makkinarju ta' monitoraġġ, kif ukoll kienet ippubblikata sejħa għar-reklutaġġ ta' Uffiċjal Ambjentali biex jaħdem fuq il-monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja.", "SKEJJEL - SAN ĠILJAN", "1697.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jistgħu l-awtoritajiet edukattivi jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi meħtieġa biex tiżdied is-sigurta' għat-tfal ta' San Ġiljan li jmorru l-iskola primarja tal-post u ssir zebra crossing, isiru t-traffic lights u miżuri oħra ta' traffic calming għal dawk it-tfal li jaslu l- iskola min-naħa tat-Tiguglio?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-każ tat-tfal li jaslu l-iskola min- naħa tat-Tiguglio dawn ġeneralment jiġu bil-privates li jieqfu mal-ħajt ta' l-iskola u t-tfal jibqgħu telgħin it-taraġ mingħajr ma jkollhom għalfejn jaqsmu t-triq.", "Fil-każijiet ta' dawk it-tfal li jaslu l-iskola bil-mixi, fi triqthom lejn l-iskola hemm traffic lights u zebra crossing biżżejjed biex jistgħu jiġu wzati ħalli jaqsmu t-triq mingħajr periklu.", "SKEJJEL - SAN PAWL IL-BAĦAR", "1698.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex ħin qed tiġbor it-tfal ta' Burmarrad il- karozza pprovduta mid-Diviżjoni biex teħodhom l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?", "Mil-liema postijiet differenti tgħaddi l-karozza u mnejn tiġbor it-tfal u f'kull każ, fi x'ħin tiġbor it-tfal filgħodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tfal ta' Burmarrad li jmorru l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar jibdew jinġabru fis-7.00 a.m. meta l-iskola tibda fis-7.45.", "Filgħodu meta l-karozza titlaq minn Burmarrad lejn l- iskola tieqaf f'dawn il-postijiet imsemmija: (Għajn Rihana/Panorama Bar/Banka tal-Lottu/Premier Car Sales/Petrol Station/Price Club).", "Informat ukoll li dawn l-arranġamenti ġew fis-seħħ wara qbil bejn l-uffiċċjal inkarigat mit-trasport tat-tfal u l-ġenituri tat-tfal tal-lokal.", "SWDP - TELEFONATI FUQ IL-HELPLINE", "1699.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati jitolbu l-għajnuna fuq il-helpline ta' l-SWDP minn Ottubru, 1997 sa Ottubru, 1998, xahar b'xahar?", "X'tip ta' għajnuna ntalbet f'dawn it- telefonati?", "L-għajnuna mitluba tiġi kklassifikata f'kategoriji differenti?", "X'inhi kull kategorija u kemm kien hemm każi f'kull kategorija?", "X'tip ta' għajnuna ngħatat bħala follow up għal dawn it-telefonati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Bħalma jista' jinnota l-Onor.", "Membru, din l-informazzjoni hija kklassifikata skond in-natura tat-telefonata.", "Irrid niċċara, iżda, li n- numru ta' telefonati mhux neċessarjament jindikaw numru ta' każi ġodda, imma jirriferu għall-kontijiet tat-telefonata ġenwina li tkun daħlet fis- supportline 179.", "Ikun hemm persuni li jċemplu ripetutament.", "It-tip ta' għajnuna li ntalbet kienet tiddependi fuq il-każ li dwaru jċemplu l-klijenti fuq il-179.", "Il-voluntiera huma mħarġa biex ma jagħtux pariri jew isolvu l-problemi tal-klijenti, pero' dmirhom huwa li jisimgħu u jifhmu lil min iċempel, u joffru support psikoloġiku f'forma ta' \"empathy\".", "Il-voluntiera huma f'pożizzjoni li joffru informazzjoni li tkun tista' tgħin lill-klijent isib soluzzjoni għal problema tiegħu.", "Il-voluntiera jistgħu joffru informazzjoni dwar servizz ta' support offrut minn kważi kull għaqda volontarja li hawn f'pajjiżna, dwar aġenziji tas-social work, dwar servizzi mill-isptar, dwar servizz ta' terapija għall-familja, dwar servizz legali bla ħlas fost oħrajn.", "Il-voluntiera fis-support line 179 mhumiex f'pożizzjoni li jistgħu jagħtu għajnuna fit-tul (long term) u, f'każ ta' persuni li jkollhom bżonn attenzjoni professjonali fit-tul, kif diġa' għidt, dawn jiġu riferuti (jekk huma jaċċettaw) lill-aġenziji partikolari skond il-każ, jew inkella jiġu mfiehma kif jistgħu jirriferu lilhom infushom fl-aġenziji partikolari.", "SANTA VENERA - ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI", "1700.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mastrudaxxi, electricians u ħaddieda biex jipprovdu servizz ta' xogħol fiċ- Ċentru Ħidma Soċjali, f'Santa Venera?", "Liema ħinijiet jaħdmu?", "X'xogħol għamlu fl-aħħar xahar?", "Min hu responsabbli biex jara li dawn il-persuni fil-fatt jidħlu għax-xogħol jaħdmu s-sigħat dovuti u jagħmlu x-xogħol mistenni minnhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħaddiema fit-Taqsima tal-Manutenzjoni fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali huma:", "Assistant Technical Officer - wiehed (1) Senior Tradesman - erbgha (4) Tradesman - tnejn (2) General Hand - tlieta (3) TOTAL - ghaxra (10)", "Dawn il-ħaddiema jidħlu għax-xogħol fis-07.00 a.m. u jispiċċaw fil-16.45 p.m..", "Fl-aħħar xahar, dawn il-ħaddiema għamlu xogħol għad-Dipartiment Ħarsien tal-Familja a bażi ta' requisition orders, u xogħol ieħor għall-Adult Training Centres, għall-Ministeru tal-Politika Soċjali u għas-servizz tat- telecare.", "Dawn il-ħaddiema huma fuq il-kotba tad- Dipartiment Ħarsien tal-Familja u jinżamm kontrol fuq l-attendenza għax-xogħol skond ir-regolamenti.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - ĦADDIEM", "1701.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jittieħdu passi biex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jitħalla jagħmel ix-xogħol tant meħtieġ li kien qed jagħmel fl-iskola sekondarja Lily of the Valley, fil-Mosta fejn ġie ttrasferit mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet fix-xhur li għaddew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar din il-persuna partikolari.", "PA - LUKANDI", "1702.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi li ngħataw permess jitilgħu 'il barra miż-zona tal-bini?", "Fejn jinsabu?", "Meta ngħataw il-permessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dawn il-lukandi ġodda ngħataw permess għall-iżvilupp barra miż-żona ta' l-iżvilupp: -", "Solemar Mellieha 1993 San Lawrenz San Lawrenz, Mellieha 1996", "Fir-rigward tal-lukanda San Lawrenz, ġie mġedded il-permess ta' żvilupp li ngħata qabel ma ġiet fis-seħħ l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ingħataw ukoll permessi ta' estensjonijiet lil dawn il-lukandi: -", "Coastline Salina, Naxxar 1993 Seabank Mellieha 1995 Cornucopia Xaghra, Gozo 1996", "RAĦAL ĠDID - ĦAJT PERIKOLUŻ", "1706.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qiegħed jieħu biex ħajt perikoluż maġenb iċ-Ċentru Laburista f'Raħal Ġdid fuq il-ħanut tal-Gala ma jibqax fl- istat li qiegħed minħabba l-periklu li jista' jaqa'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija fl-għassa ta' Raħal Ġdid ma kellha l-ebda rapport dwar il-ħajt perikoluż li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu, il-Pulizija se tieħu l-passi neċessarji biex jekk jirriżulta li l-ħajt hu fi stat perikoluż, dan il-periklu jitneħħa.", "TRASPORT PUBBLIKU - ROTTA NR.", "8", "1707.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jinżamm il- ħin tar-rotta Nru. 8 (tal-Gudja) peress li qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti mir-residenti?", "Jekk le, x'pożizzjoni se tieħu l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan l-aħħar is-servizz ta-Rotta Nru. 8 beda jaħdem fuq bażi ċirkolari bir-riżultati li naqsu l-ilmenti msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "RAĦAL ĠDID - DAWL", "1729.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 664 biex isir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid, fejn kien sar il-proġett ta' Sare', fejn kien inqala' double arm pole mis-central strip biex jitwaħħlu single pole fuq kull naħa tat-triq, li bi ftehim mal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kienu saru l-pipes?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jitlob biex jiġi nstallat dawl ġdid, it-talba se tiġi mgħoddija lill-korporazzjoni.", "GUDJA:TA' XLEJLI - PROJECT AREA", "1785.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l- project area ta' Xlejli, fil-Gudja, fejn kien se jsir ġnien u bandli?", "Il- kuntrattur intgħażel?", "Jekk iva, għaliex il-proġett għadu ma bediex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li t-tender ingħatat u x-xogħol jinsab fl-idejn taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.", "ENEMALTA/WSC - OPERAT", "1856.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1382, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal- handout li juru s-simulation exercise li ġew mgħoddija lill-ġurnalisti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SALINA - DAWL", "1857.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dwal fit-Triq tas- Salina biex jitnaqqas il-periklu li hemm speċjalment fil-liwja kerha li hemm u li ta' kull ġimgħa jsir inċident?", "Jekk l-Ministru jqies li l-ispiża hija kbira wisq, jista' l-Ministru jara hemmx possibbilta' li jsiru dwal bis-solar system?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ENEMALTA - DAWL FIL-MINI TA' REGIONAL ROAD", "1858.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkordina ma' l-Enemalta sabiex jiżdiedu id-dwal speċjalment taħt il-Mini ta' Regional Road u dik ta' taħt ir-runway ta' l- ajruport internazzjonali ta' Malta, sabiex jiġu evitati diżgrazzji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-każ taż-żewġ mini msemmija, il- korporazzjoni diġa' ipprogrammat il-manutenzjoni meħtieġa u hemm il-ħsieb illi tali xogħol jibda fl-iqsar żmien possibbli.", "PEMBROKE - IMPJANT TAR-REVERSE OSMOSIS", "1862.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi fl-impjant tar-reverse osmosis f'Pembroke kien hemm problema ta' ħsejjes li kienu ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal- lokal, jista l-Ministru jgħid jekk din il-problema issa hijiex solvuta jew le?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat illi l-problema li għaliha qed jalludi l-Onor.", "Interpellant jidher li m'għadhiex tinħass peress li l- Korporazzjoni ta' l-Ilma ma kelliex ilmenti f'dan ir-rigward.", "POLYMETRIC CO.", "LTD. - RO's", "1863.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: L-Amministrazzjoni Laburista preċedenti kienet implimentat proġett fejn l-immaniġġjar tas-sistema tar-reverse osmosis fil-pajjiż għaddiet mingħand il-Polymetric Co Ltd għal għand management Malti, jista' l-Ministru jgħid din il-miżura kemm iffrankat flus lill-korporazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - GĦAWDEX", "1864.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li hemm maħsuba mill-Water Services Corporation f'Għawdex għal din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għal dak li jirrigwarda lil Għawdex, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul is-sena finanzjarja 1998/1999, qed tippjana li twettaq proġett ta' tqegħid ta' kanen għal tul ta' tmien kilometri.", "Dan il-proġett se jikkonsisti f'estensjonijiet u tibdil ta' kanen qodma u jinkludi wkoll xogħlijiet f'toroq kif propost mill-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali.", "WSC - DĦUL", "1865.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mit-twaqqif tagħha, kif kien ir-revenue mis-sorsi differenti tal-Water Services Corporation?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ENEMALTA - REVENUE", "1866.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena tul l-aħħar seba' snin kif kien ir-revenue tal-Korporazzjoni Enemalta mis-sorsi differenti li għandha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li meta l-Onor.", "Interpellant qed jitlob ir- revenue, irid ifisser iċ-ċifri dwar qligħ jew telf ta' kull diviżjoni.", "Dan qed ngħidu għax b'revenue wieħed jista' jifhem id-dħul biss mingħajr ma jitnaqqsu l-ispejjeż.", "L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "WSC - SORSI TA' L-ILMA", "1867.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed joriġina l-perċentaġġ ta' ilma li qiegħed jinġabar skond is-sorsi differenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija diġa' tajtha meta saret il-mistoqsija parlamentari numru 744.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "1884.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-każ fuq housing li dwaru qed nibgħat informazzjoni u ritratti separatament li juru l-gravita' tal-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nformat illi l-applikazzjoni ndikata qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan- numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali."]} {"filename": "20020717_777d_par.doc", "date": "2002-07-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 777 L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 777", "L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "777", "L-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 607", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 607", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI (IT-TIENI QARI)", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL (SECOND READING) 615", "AĠĠORNAMENT 635", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 640", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 776 li saret fis-16 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PITKALIJA - KAXXI TAD-DUGĦ", "34589.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma sar xejn sabiex jiġu sostitwiti l-eluf ta' kaxxi tad-dugħ sabiex il-bdiewa jkollhom aċċess aktar f'dawn il-jiem tas-sajf?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda parlamentari 34588.", "PITKALIJA – KAXXI TAD-DUGĦ", "34590.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li hemm bdiewa li qegħdin jitħallew idaħħlu ħaxix u frott loose meta dawn qegħdin effettivament jiksru l-kondizzjonijiet stabiliti skond iċ-ċirkolari li nħarġet is-sena l-oħra mid-direttur tal-pitkalija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-uniku frott loose li kien qed jidħol fil-Pitkalija kien id-dulliegħ.", "Minn nhar it-Tnejn, 15 ta' Lulju, 2002 m'huwiex aktar permess li jidħol dulliegħ jekk mhux fil-kaxxi tad- dugħ.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu d-dettalji tal-bdiewa li qed jallega li huma preferuti li jdaħħlu ħaxix loose, nitolbu jgħaddili dawn id-dettalji biex inkun nista' ninvestiga.", "UE - TARIFFI FUQ PRODOTTI TA' L-IKEL", "34591.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33083, il- Ministru qed jikkonferma l-le għall-VAT fuq l-ikel wara s-sħubija iżda iva għad-dazji u t-tariffi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 33083.", "ACRYLAMIDE FI PRODOTTI TA' L-IKEL", "34638.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern dwar l-aħħar skoperta ta' livelli għolja ta' acrylamide li nstabu fuq prodotti ta' l-ikel, inkluż ċereali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li l-kummissjoni dwar is-sigurta` fl- ikel ilha tissorvelja l-kwestjoni dwar l-acrylamide minn mindu din inqalet f'Mejju ta` din is-sena.", "Minħabba n-nuqqas ta` informazzjoni dettaljata dwar diversi aspetti li jikkonċernaw is-sigurta` ta` l-ikel u l-acrylamide, ninsab informat li korpi internazzjonali bħad-WHO u l-FAO għadhom sa issa taw biss rakkomandazzjonjiet ġenerali f'dan ir-rigward.", "Ninsab informat li l-kummissjoni qiegħda tanalizza informazzjoni li għadha kemm irċeviet mingħand dawn il-korpi internazzjonali u hemm il-ħsieb li permezz tad-diviżjoni tas-saħħa toħroġ stqarrija ta` gwida ġenerali għall- pubbliku.", "Il-kummissjoni se tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni u tinforma lill-pubbliku bl-iżviluppi hekk kif tħoss li huwa neċessarju.", "MTARFA HOME – AIR CONDITIONING", "34639.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mill-kmamar ta' l-anzjani fl-Imtarfa home huma bla arja kkondizzjonata?", "Jista' jara li jekk jirriżulta li hemm il-ħsara, din tiġi timedjata ħalli f'dawn iż-żmenijiet ta' sħana l-anzjani ma jbatux?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-problema li kien hemm fis- sistema ta' l-arja kondizzjonata ġiet indirizzata u fil-fatt illum fi tnejn biss minn 60 kamra fid-dar tal-anzjani ta' l-Imtarfa għadu ma ġiex restawrat is-servizz.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi djar oħrajn ta' l- anzjani li għandu l-gvern, bħal fil-każ ta' St. Vincent de Paule, hemmx arja kondizzjonata fil-kmamar kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li f'idejja m'għandix din l-informazzjoni, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub lill-Viċi Prim Ministru.", "RABAT – HOSPITAL STREET - DWAL", "34640.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi tneħħiet il-lampa li kien hemm f'St. Augustine Street fir-Rabat, faċċata ta' Hospital Street, bir- riżultat li nħoloq dlam u inkonvenjent f'din il-parti tat-triq, jista' l- Ministru jara li l-lampa terġa' titwaħħal immedjatament fil-post fejn kienet ilha għal dawn l-aħħar 50 sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- Enemalta.", "Din min-naħa tagħha se tagħmel is-soliti verifiki u jekk ikun il- każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm f'dawn l-aħħar xhur biex il-gvern jippromwovi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija, b'mod partikolari dik solari?", "Jiena kont ħeġġiġt lill-Enemalta biex l-eżerċizzju jsir jointly ma' Ċipru – fi żmien gvern Laburista kienu saru xi kuntatti dwar dan, pero' manafx ngħid bl-eżatt x'azzjoni kienet ittieħdet – kif ukoll ma' Iżrael, żewġ nazzjonijiet li tul dawn l-aħħar snin sfruttaw b'mod pożittiv ħafna l-potenzjal tagħhom għall-enerġija solari.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għalkemm hawnhekk m'għandix l-informazzjoni kollha dwar dan is-suġġett, li nista' ngħid hu li qed tiġi mħejjija energy policy li taqa' taħt il-council for science and technology u fl-istess ħin twaqqfet l-awtorita' tar-riżorsi li wkoll qiegħda tħares lejn l- applikazzjonijiet għall-interess li hemm biex tintuża enerġija alternattiva.", "F'dawn l-aħħar snin, l-aktar użu ta' enerġija li kien hemm talba għaliha biex tiġi kkonsidrata hija dik kif tiġġenera l-elettriku mir- riħ.", "Il-problema hi li s'issa kull preżentazzjoni li saret kienet twassal għal spiża akbar, kultant mhux bi ftit, minn dik li tiġġenera l-elettriku permezz ta' sorsi tradizzjonali.", "Allura l-kwestjoni hi kif wieħed jista' jagħmel tajjeb għall-capital expenditure li tkun trid issir meta mbagħad il- generation ta' l-elettriku se tkun aktar għolja.", "Ċerti pajjiżi, speċjalment dawk membri ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ħafna assistenza minn fondi ċentrali ta' l-Unjoni biex jinbnew dawn it-tip ta' strutturi li jwasslu biex jagħmlu l-proġett ħafna aktar feasible.", "Dan iwassal għal ċerti proġetti li għandhom element ta' suċċess li pero' għandhom il- limitazzjonijiet tagħhom ukoll.", "F'pajjiżna għandna wkoll il-problema ta' l-ispazju għax filwaqt li f'pajjiżi oħra tista' tpoġġi dawn it-tip ta' strutturi daqsxejn inbeda mhux ħażin minn fejn joqogħdu n-nies, f'pajjiżna sfortunatament strutturi ta' dan it-tip hemm il-probabbilta' li jidhru mill-pajjiż kollu u allura jinqalgħu diffikultajiet oħra ta' natura ambjentali.", "Għalhekk wieħed irid iżomm saqajh ma' l-art meta jikkonsidra dawn it-tip ta' żviluppi.", "Hemm aktar possibbilta` li l-enerġija solari tiġi wżata minn individual households biex jiġġeneraw l-ilma sħun u b'hekk innaqqsu d-domanda għall- elettriku.", "Fil-fatt ħafna djar diġa' qegħdin jintroduċu dan l-element.", "L-ispiża kapitali m'hijiex daqshekk żgħira biex dan l-element jiġi introdott.", "Ftit ta' żmien ilu fil-budget tħabbret ukoll miżura dwar ċertu tnaqqis fil-VAT, eċċ., fuq dan it-tip ta' xiri pero' huwa fatt ukoll li f'Malta hawn inqas użu ta' dan it-tip ta' sors minn dak li hemm f'pajjiżi oħra bħal Ċipru.", "Tajjeb li jingħad ukoll li Ċipru imponiet sistema tassattiva u n-nies ma kellhomx choice ħlief li joqogħdu għal dak li ġie ordnat.", "L-iżviluppi tat- teknoloġija kulma jmur qegħdin jagħmluha aktar possibbli biex nibdew nużaw is-sors ta' l-enerġija solari b'mod aktar effiċjenti.", "Ċertament din hija xi ħaġa li l-gvern jissapportja, pero' irridu nifhmu wkoll li trid issir ċerta spiża kapitali u allura wieħed irid iħares lejn il-kwadru kollu kif wieħed jista' jkun f'pożizzjoni li jutilizza dan ir-riżors aħjar.", "Illum l-Enemalta hija propensa li taċċetta applikazzjonijiet għal min ikun irid b'xi mod jagħmel feeding tal-grid u naturalment ikunu jridu jsiru xi negozjati dwar ir-rata ta' din it-tip ta' enerġija.", "Fil-passat kien hemm reżistenza biex dan iseħħ – għax kien jingħad li din tista' tagħmel ħsara jew tista' tkun diffiċli - pero` illum l-Enemalta qed tħares b'mod pożittiv lejn dawn l-iżviluppi għax finalment ikun ifisser li jkollha bżonn tagħmel spiża kapitali inqas jekk ikun hemm sorsi oħra ta' enerġija li jiġu minn sorsi renewable.", "S'issa pero' ftit li xejn kien hemm applikazzjonijiet bħal dawn u naturalment wieħed iżomm dejjem il-pożizzjoni miftuħa biex jekk ikun hemm dawn it-tip ta' żviluppi, ikun jista' jutilizzahom b'mod effettiv.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "34749.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm żweġijiet ġew reġistrati fir-reġistru pubbliku fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm kienu żweġijiet ċivili?", "Kemm kienu żweġijiet bejn Maltin, Malti u barranija, Maltija u barrani u barranin?", "Jista' jagħti wkoll l-istatistika għal Għawdex separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar żweġijiet reġistrati mar-reġistru pubbliku f`Malta u f`Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena hu kif ġej:-", "|Żweġijiet |Malta|Għawdex| |Total |949 |77 | |Dawk minnhom |255 |24 | |ċivili | | | |Maltin ma` Maltin|703 |54 | |Irġiel Maltin ma`|65 |6 | |nisa barranin | | | |Nisa Maltin ma` |97 |7 | |irġiel barranin | | | |Barranin ma` |84 |10 | |barranin | | |", "GWARDJANI LOKALI - SETGĦAT", "34750.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fejn għandhom setgħa li jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom bil-liġi l- gwardjani lokali?", "Dawn jistgħu jkunu preżenti b'mod fiss fi triq arterjali li ma taqax fil-konfini tal-kunsill lokali partikolari?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gwardjani lokali għandhomx kollha l-liċenzja mġedda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din id-domanda lill-ministru ta' l-intern u l-ambjent.", "POPOLAZZJONI", "34758.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- popolazzjoni attwali ta' Malta?", "Kemm huma n-nisa u kemm huma l-irġiel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, kif ippubblikata dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern, tammonta għal 414,634.", "TWELID TA' TRABI", "34759.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta fl- ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "X'inhuma ċ-ċifri għal Għawdex separatament?", "F'kull każ kemm kienu l-bniet u kemm kienu s-subien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li d- dipartiment ta` l-informazzjoni fuq is-saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta` trabi fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena.", "Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għan-national obstetric information system (NOIS-WHO-OBSQID Project).", "Kienu reġistrati total ta` 1555 twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Mejju ta` din is-sena.", "Minn dawn 813 kienu subien u 742 kienu bniet.", "Minn 1555 twelid, 1424 kienu rreġistrati f'Malta - 745 tifel u 679 tifla.", "F'Għawdex kienu rreġistrati 131 twelid ta` trabi - 68 tifel u 63 tifla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tnaqqis jew żieda fir-rata ta' trabi tat-twelid meta kkomparata mas-sena preċedenti u ma' dik ta' qabilha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' l-aħħar 20 sena – mhux biss tas-sena preċedenti u ta' qabilha – isib rata tat-twelid dejjem nieżla.", "Dan huwa kkaġunat mill-istil ta' ħajja li qegħdin ngħixu u mill-bdil fil-kultura, peress li filwaqt li qabel il-familji kienu jkunu aktar numerużi, illum l-average tan-numru ta' tfal fil-familja Maltija huwa ta' tnejn.", "Fil-fatt fl-aħħar 50 sena r-rata tat-twelid naqset b'aktar minn 50% u fl- aħħar snin kompliet naqset aktar meta sa ħames snin ilu r-rata ta' twelid f'Malta kienet waħda mill-aktar għoljin ġewwa l-Ewropa. llum din ir-rata saret taqbel perfettament ma' l-average ta' pajjiżi oħrajn, speċjalment ma' dawk il-pajjiżi fejn ir-rata hija pjuttost baxxa.", "Dan huwa fenomenu li huwa mistenni li jibqa' magħna u għalkemm għadna ma lħaqniex in-negative growth, kif laħqu pajjiżi oħra ta' madwarna bħall-Italja, nistgħu ngħidu li 'l hemm mexjin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' tnaqqis ta' twelid hijiex paragunabbli ma' dik ta' pajjiżi oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nerġa' ngħid li r-rata ta' tnaqqis ta' twelid trid tħares lejha fuq medda ta' snin.", "Jekk tibda mill-punt li 50 sena ilu ħafna familji kien ikollhom 11 jew 12–il wild, bilfors tasal biex tikkonkludi li r-rata ta' twelid qed tonqos b'mod mgħaġġel.", "Issa f'dawn l-aħħar għaxar snin rajna tnaqqis li nistgħu ngħidulu konsiderevoli.", "Dan jirrifletti trend li jkollok familji aktar żgħar, speċjalment fejn in-nisa joħorġu jaħdmu, li allura juri wkoll li qegħdin nadottaw sistemi li jeżistu f'pajjiżi ta' madwarna, fejn l-average huwa ta' żewġt itfal.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "34760.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n- numru totali ta' ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Jista' jagħti ċ-ċifri għal Għawdex separatament?", "Jista' jgħid kemm saru ċitazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ipparkjar ħażin, ma' speed eċċessiv jew ma' kontravenzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal- Litter Act?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm minn dawn iċ- ċitazzjonijiet ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiddispjaċini imma m'għandix din l-istatistika hawnhekk.", "GWARDJANI LOKALI - IMPJEGATI", "34761.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n- numru ta' nies impjegati bħala wardens f'Malta u f'Għawdex separatament?", "Kemm huma rġiel u kemm nisa?", "Liema huma dawk l-irħula jew bliet li ma jagħmlux użu mill-wardens?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-gwardjani lokali huma mpjegati ma' kumpanniji privati u konsegwentement dan il-ministeru m`għandux aċċess għal din l- informazzjoni.", "Fil-lokalitajiet ta` Birżebbuġa, Furjana, Marsa u Xgħajra m`hemmx gwardjani lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-Ministru ma jħossux preokkupat li filwaqt li hemm aċċenn qawwi f'dak li jirrigwarda pparkjar ħażin u speed aċċessiv, in-numru ta' persuni li kissru l-liġi dwar il-litter kien biss ta' 111?", "Ma jħossx li għandu jkun hemm aktar bilanċ, anke biex tingħata importanza akbar lill- ambjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ċertament l-Onor.", "Interpellant għandu punt, imma jrid iqis wkoll li filwaqt li l-gwardjani lokali jistgħu jiċċitaw mal-100 kontravenzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-traffiku, m'hemmx aktar minn sitta li jaqgħu taħt il-Litter Act.", "Jiġifieri filwaqt li jenforzaw 94 kontravenzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-traffiku, fil-Litter Act jaqgħu biss sitt kontravenzjonijiet u allura dejjem se jkollok din ir-relazzjoni.", "Issa filwaqt li f'każi fejn ngħidu aħna jekk persuna tkun ipparkjat ħażin m'għandekx bżonn taqbad il-persuna fl-att, f'każi fejn persuna tkun kissret il-Litter Act trid taqbad fiżikament il-persuna li qed tarmi pakkett vojt tas-sigaretti jew li tkun ħarġet il-kelb mingħajr ma kellu l- borża.", "Allura l-inforzar tal-Litter Act huwa ċertament aktar diffikultuż milli hu n-no-parking.", "Fir-realta`, jekk wieħed jara r-relazzjoni bejn ipparkjar ħażin u speed eċċessiv isib li wkoll hemm diskrepanza qawwija għax din hija ovvjament kwestjoni ta' liema kontravenzjoni l-aktar li ssir u l-aktar waħda faċli li taqbad.", "B'danakollu xorta nibqa' ngħid – dan ili nenfasizzah mal-kunsilliera – li hemm bżonn ta' aktar attenzjoni għal- littering, anke jekk dan jista' jirriżulta f'infiq żejjed.", "Il-kunsilli lokali għandu jkollhom il-kuxjenza li mhux biss imexxu din is- sistema b'mod pożittiv finanzjarjament imma li jkollhom ukoll kuxjenza ambjentali.", "U għall-kuxjenza ambjentali jenħtieġ li jinvestu aktar kontra l-littering u jibdew jinvestu wkoll fil-ħarsien tal-kampanja.", "Ħafna kunsilli ma jagħtux kas l-areas tal-kampanja u oħrajn ma jaħdmux id f'id ma' l-awtorita` ta' l-environment biex il-kampanja tiġi ssalvagwardata ħafna aktar milli hija llum.", "Hemm bżonn li dawn il-kunsilli jkabbru l- kuxjenza tagħhom f'dan l-aspett.", "Jiena ma naqbilx ma' min jgħid li l- gwardjani lokali għandhom ikunu xi edukaturi f'dan is-sens.", "F'Malta ilna s- snin nagħmlu kampanji edukattivi kontra l-littering, kontra l-ħmieġ barra u kontra t-tfiegħ ta' l-affarijiet fil-kampanja.", "Kulħadd huwa konxju tal- ħsara u tal-kruha li ssir b'dan il-mod u aktar naħseb li qegħdin fil-fażi ta' rinfurzar milli fil-fażi ta' edukazzjoni.", "Aħna qegħdin nippruvaw naħdmu flimkien mal-ministeru għall-ambjent biex noħorġu skemi kif l-awtorita' għall-ambjent u l-ippjanar flimkien mal- kunsilli lokali jistgħu jaħdmu aktar viċin biex bil-koperazzjoni tal- pulizija, ikollna sorveljanza ħafna aktar stretta speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kampanja.", "Ir-raġuni għaliex irridu nagħmluha flimkien hija min-naħa li ma naħsibx li rridu nirduppjaw dak li diġa' jeżisti bħala forza tal-gwardjani lokali, pero` min-naħa l-oħra hemm distinzjoni bejn littering ta' oġġetti żgħar u dak li għandu x'jaqsam ma' tfigħ ta' oġġetti kbar bħal fridges, liema reati ma jaqgħux taħt il-Litter Act imma jaqgħu taħt ir-regolamenti ta' l-ambjent u jridu jiġu inforzati minn ħaddieħor.", "Jien nemmen li hemm skop qawwi ta' kollaborazzjoni bejn l-awtorita' relattiva u l-kunsill lokali u flimkien mas-segretarju Parlamentari l-Onor.", "George Pullicino qegħdin naħdmu relattivament biex noħorġu bi skema fejn l- awtorita` tikkontribwixxi għax-xogħol li qiegħed jagħmel il-kumitat tal- kunsilli lokali biex mingħjar ma nagħmlu xi forza oħra ta' wardens, noħolqu l-green wardens li tant għandna bżonn biex jinforzaw il-ksur ta' dawn il- liġijiet u regolamenti.", "MEPA – APPLIKAZZJONI 06528/ 01", "34766.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 34608, jista' l-Ministru jgħid għal liema r- raġunijiet ġiet miċħuda l-applikazzjoni PA 06528/01?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ir-raġunijiet huma inklużi fid-deċiżjoni li ntbagħtet lill-applikant, liema deċiżjoni hija pubblika.", "SKEJJEL SEKONDARJI - EŻAMIJIET", "34767.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu dwar dawk l-istudenti li minn form 1 tas-sekondarji għamlu l-eżami għad- dħul fil-form II tal-junior lyceum, u studenti simili li mis-sekondarja għamlu l-eżami għad-dħul fi klassi superjuri tal-junior lyceum?", "Kif se jiġu assessjati dawn l-istudenti dwar l-eżamijiet li għamlu?", "X'se jsir minnhom għas-sena li ġejja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-eżamijiet għad-dħul mit-tieni sal-ħames sena tal-junior lyceum saru f'Ġunju li għadda u l-istudenti li qagħdu għalihom se jiġu assessjati fuq ir-riżultati ta' dawn l-istess eżamijiet.", "Bħalissa dawn ir-riżultati qed jiġu pproċessati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm se jdum dan il- proċess biex joħorġu r-riżultati peress li kulħadd jinsab anzjuż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm m'għandix l-informazzjoni li qed jitlobni l-Onor.", "Interpellant, jidher li l-eżamijiet mit-tieni sal-ħames sena tal- junior lyceum saru x-xahar li għadda u peress li hawnhekk qegħdin nirriferu għal ammont mhux ħażin ta' tfal, huwa fl-interess ta' kulħadd li dawn jiġu pproċessati u maħruġa kemm jista' jkun malajr.", "SWIEQI – TRIQ IL-ĠIŻIMIN – CABLE TA' L-ELETTRIKU", "34792.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Enemalta biex tneħħi l-cable tad-dawl li hemm fuq l-opramorta tad-dar Val Vista, Triq il-Ġiżimin, Swieqi li jipprovdi d-dawl għat-triq ta' taħthom?", "Jaf li l-cable in kwestjoni huwa ta' periklu għal min jgħix fid-dar u qed joħloq ħsarat strutturali fuq il-bini tad-dar?", "Kif inhu mgħoddi l-cable huwa l-mod kif isiru l-affarijiet serji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant fil-fatt ġie mgħoddi lill-Enemalta.", "Din min-naħa tagħha se tagħmel l-ispezzjoni li s- soltu ssir f'każi bħal dawn u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "ADULT TRAINING CENTRES", "34793.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reklutati bħala support workers għall-adult training centres din is-sena?", "Kemm applikaw għal dawn il-postijiet?", "Xi kwalifiki għandhom dawk li applikaw?", "Jista' jqiegħed it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali): Ninsab informat li matul din is-sena ġew impjegati sitt full-time u żewġ part-time support workers fiċ-ċentri għat-taħriġ għall-adulti.", "In-numru totali ta' dawk li applikaw kien ta' 72.", "Il-kandidati ried ikollhom ċertifikat f'livell ordinarju fil-lingwa Ngliża u Maltija jew mill-anqas sentejn esperjenza full-time jew l-ekwivalenti tagħhom f'xogħol fil-qasam tad-diżabilita'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROĊEDURI FIL-QRATI U FIT-TRIBUNALI", "COURTS AND TRIBUNALS PROCEDURES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Lulju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, jien se nkompli fuq dak li għedt il- bieraħ u nixtieq nagħmel riferenza għaż-żieda fuq it-tariffi.", "Mill- istatistika li ġiet ippreżentata fil-Kamra l-bieraħ mill-ministru jirriżulta li qabel ma ġew introdotti t-tariffi l-ġodda, bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2000 quddiem il-Prim'Awla Superjuri kien hemm 1,357 kawża u din is-sena ̧ fl-istess perijodu, kien hemm 745 kawża jiġifieri n-numru ta' kawżi kważi tnaqqas bin-nofs.", "Il-kawżi li żdiedu kienu fis-Small Claims Tribunal għax żdiedet il-kompetenza pero' dawn ma kenux kawżi li mill-Prim'Awla għaddew għas-Small Claims Tribunal.", "Fil-fatt mill- istatistika jirriżulta li bejn Jannar u Ġunju tas-sena 2000 in-numru ta' kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kien ta' 844 u din is-sena ̧ fl-istess perijodu ̧ in-numru kien ta' 422.", "Dan ifisser tnaqqis ta' 50% quddiem il- Qorti tal-Maġistrati.", "Kieku ż-żieda fl-ammont ta' kawżi quddiem is-Small Claims Tribunal irdoppjat wieħed jifhem x'qed jiġri imma ż-żieda ta' kawżi quddiem is-Small Claims Tribunal bejn il-perijodu ta' Jannar u Ġunju tas- sena 2000 u Jannar u Ġunju tas-sena 2002 kienet minn 914 għal 1,575.", "Dan ifisser li ż-żieda ma laħqitx id-doppju.", "Għalhekk it-tariffi fil-qrati tagħna skossaw sew l-aċċess għall-qrati mill-pubbliku in ġenerali.", "Issa ħalli nkompli fuq dak li kont qed nispjega l-bieraħ dwar dawn l-emendi li għandna quddiemna.", "Jien nixtieq nagħmel riferenza għal subartiklu (4) ta' artiklu 195 kif propost fi klawsola 72 fejn qed jingħad li jekk kawża jkollha data determinati biex tkun tista' tinstema' pero' ma jkunx hemm il- ftehim bejn l-avukati u l-partijiet għal dik il-ġurnata, il-qorti tista' tagħti hearing fi spazju ta' mhux inqas minn xahrejn.", "Dan ifisser li minn xahrejn 'il quddiem trid tagħti d-data.", "Jien naqbel ma' din l-emenda għax jekk il-kawża tkun trid tinstema' qabel b'urġenza ̧ ir-rikors jista' jiġi aċċettat.", "Pero' min-naħa l-oħra jista' jkun hemm raġunijiet ukoll fejn ma jkunx hemm għalfejn li l-kawża tinstema' f'dawk ix-xahrejn għax ikun hemm raġunijiet oħra li minħabba fihom il-partijiet ma jkunux jistgħu jiltaqgħu.", "Per eżempju ̧ avukat li jkun ipprepara l-każ tiegħu u jkollu d- data għall-quddiem l-imħallef jista' jkun li jinqalagħlu xi ħaġa fil- ġurnata li jkun se jidher il-qorti.", "Għalhekk għandu jkun hemm aktar saħħa fl-emenda biex il-kawża tiġi differita għal ġurnata oħra.", "Qed ngħid dan għax kif inhi miktuba donnu li qed tagħti indikazzjoni li din il-kawża ma tistax tiġi differita.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq artiklu 199.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija kawża qawwija ħafna u naħseb li fl-istadju ta' Kumitat il-ministru għandu jara li wieħed jikkonsidra li ma nibdewx nikkanċellaw il-kawżi.", "Il-membri tal-ġudikatura ma tantx iħobbu jikkanċellaw kif ġieb u laħaq pero' jkun hemm min ikollu raġuni li ma tkunx daqshekk ġustifikata li biex inaqqas in- numri li jkun qed jippubblikalu l-ministru kull xahar, jibda jikkanċella.", "Dawn l-affarijiet diġà bdejna nesperimentawhom.", "Allura jien ngħid li jekk kemm-il darba mill-ħin tal-kawża jgħaddu ħames minuti u issa m'hemmx għalfejn li l-marixxall joħroġ igħajjat l-ismijiet tal-partijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk igħaddu ħames minuti jista' jikkanċella.", "Il- ministru huwa midħla fil-qorti u jaf x'jiġifieri.", "Jekk tinzerta fl-awla ta' l-imħallef Depasquale li hemm fl-annexe u tkun trid tmur fl-awla tal- maġistrat Abigail Lofaro għandek aktar minn ħames minuti u issa hemm il- lift ukoll!", "Mr Speaker, jien naqbel li għandu jkun hemm ċerta dixxiplina u naqbel mal- mod kif dawn l-emendi qed jiġu proposti imma li qed ngħid huwa li fil- prattiċità mhux bilfors ikunu qed jirriflettu dak li wieħed ikun jixtieq.", "Għalhekk naħseb li wieħed għandu jindirizza din il-problema.", "Per eżempju ̧ jien ma nistax nifhem", "Jien ma nistax nifhem għalfejn qed jiġi ntrodott artiklu 209 li għandu x'jaqsam ma' meta wieħed jappella.", "S'issa l-appell kont tippreżentah fil- perijodu li kellek tippreżentah u mbagħad meta jiġi biex jinstema' l- appell ̧ xi ftit ġranet qabel ̧ tirċievi s-security of costs għall-ispejjeż li trid tagħmel tajjeb għalihom f'każ li titlef l-appell.", "Dan l-appell kont trid tippreżentah b'ċedola fis-subbasta qabel l-istess ġurnata li fiha jkun irid jinstema'.", "S'issa dejjem hekk kienet il-proċedura u din dejjem ħadmet.", "Pero' kien hemm raġuni wara dan.", "Meta tkellimt fuq din l- emenda ma' membri tal-ġudikatura u ma' avukati prattikanti bħali li qed jaħdmu ħafna fiċ-Ċivil, qaluli li huwa mportanti li din tibqa' kif inhi għar-raġuni li jekk wara li tagħmel l-appell ma jkunx hemm għalfejn tibqa' tikkontestah ̧ tista' ċċedih jew tirtirah.", "Pero' kif inhi ġejja ̧ meta wieħed jippreżenta r-rikors ta' l-appell irid iħallas is-security for the costs of the appeal.", "Għalhekk fejn qabel wieħed kien irid iħallas xi ġurnata jew tnejn qabel jinstema' l-appell issa jrid iħallas dakinhar li jippreżentah u hawnhekk qed nitkellmu fuq mijiet ta' liri.", "Din hija xi ħaġa iebsa ħafna.", "Aħna diġà tkellimna fuq tbatijiet kbar li qed ikollna min-nies li biex imorru l-qorti jridu joħorġu mijiet ta' liri aħseb u ara issa x'se jkun hawn.", "Per eżempju, jekk mara anzjana titlef kawża quddiem il-bord tal-kera fuq xi ħaġa żgħira – jien dejjem insemmi dawn il-każijiet li jinvolvu n-nies - u din tkun trid tappella, minbarra li din trid tħallas is-Lm70 ta' l-appell kif ġie issa ̧ trid ukoll tħallas is-security of costs għal meta xi darba jinstema' l-appell tagħha.", "Jekk qabel din kienet iġġemma l-flus ftit ftit biex jekk tiġi ħażina tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ̧ illum din ma tistax tagħmel dan.", "Għalhekk ma nafx għalfejn hemm il-ħtieġa li ssir din l-emenda.", "Donnu li wieħed qed igħid li l-proċedura preżenti qed twassal biex ikun hemm unjustified delays u allura dak li jkun irid iħallas is-security of costs.", "Jien naf li wieħed irid iħallas is-security biex jinstema' l-appell imma għandu jkun hemm perijodu li fih dak li jkun jiddeċiedi jekk jibqax sejjer bih jew le u jara li jkollu fondi biżżejjed biex jagħmel tajjeb għal dan kollu.", "Dan huwa argument validissimu li għandu jiġi kkonsidrat u jien ħadt pjaċir li fid- diskors tiegħu l-ministru qal li huma open to discussion.", "Hemm ħafna emendi importanti fosthom l-emendi li saru għal meta l-court martial imur biex jesegwixxi mandat għax ċerti affarijiet qatt ma jiġu esegwiti u kulħadd ikollu xi skuża lesta.", "Il-fatt li qed nagħtu l- possibbiltà li l-kreditur imur mal-marixxall biex jesegwixxi hija xi ħaġa pożittiva u ta' min jinkoraġġiha u huwa mportanti li kemm jista' jkun malajr indaħħlu l-emendi f'dan is-sens.", "Xi ħaġa oħra li rrid insemmi hija li qabel ma rranġajna l-kompetenza tal- maġistrati kellna każijiet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati li għalkemm kienu ta' valur żgħir, - hawnhekk qed nitkellmu fuq Lm200 jew Lm300 – inbdew quddiem maġistrat.", "Hawnhekk ta' min isemmi li meta beda jitħaddem is-Small Claims Tribunal il-kawżi kienu jinvolvu Lm100 imma mbagħad dan l- ammont tela' għal Lm250 u wara tela' għal Lm1,500.", "Ta' min isemmi li kien hemm kawżi quddiem il-maġistrati li kienu jammontaw madwar Lm200 jew Lm300 imma bl-emendi li se ndaħħlu issa taħt klawsola 228 qed inneħħu d- dritt ta' appell għal dawk il-kawżi quddiem il-maġistrati ta' Malta u Għawdex fejn l-ammont ta' claim ma jkunx jaqbeż il-Lm200.", "Huwa veru li ħafna drabi nitkellmu fuq kawżi ta' danni imma mbagħad ikun hemm il- kwestjoni tal-prinċipju.", "Persuna tkun trid id-dritt ta' appell biex teżawrixxi dak kollu possibbli biex verament tgħid jekk għandhiex raġun jew le.", "Għalkemm mhuwiex sew li wieħed ikun daqshekk litiguż, dak li kien hemm qabel m'għandux jitneħħa.", "Per eżempju, hemm ftit kawżi li ma tantx fadal minnhom – qed nitkellmu fuq xi 200 kawża b'kollox – li nzertaw għadhom quddiem il-Qorti tal-Maġistrati li dejjem kellhom id-dritt li jgawdu l-appell.", "Pero' issa qed ngħidu li minħabba li żdiedet il-kompetenza dan il-prinċipju ma japplikax.", "Skużi, dan il-prinċipju kien japplika u tneħħa.", "Minn issa 'l quddiem min se jagħmel kawża għal Lm200 jaf li jrid imur quddiem is-Small Claims Tribunal biex jieħu l-flus mingħand xi ħadd u allura jaf li l-appell tiegħu huwa ristrett.", "Illum id-diskussjoni li qed tqum fil-Kamra ta' l-Avukati u fost ħafna avukati prattikanti fiċ-Ċivil hija li l-massa tal-kawżi taċ- Ċivil qegħdin quddiem is-Small Claims Tribunal.", "Allura rridu naraw raġunijiet aktar serji ta' appell.", "Illum qed isiru eċċezzjonijiet fis- Small Claims Tribunal kif isir fil-Prim' Awla.", "Qed ikun hemm studji, noti ta' osservazzjoni u trattazzjonijiet serji fuq ħafna punti u allura naħseb li wasal iż-żmien – dan mhux se jkun 'il bogħod – li l-liġi dwar is-Small Claims Tribunal għandha tiġi riveduta biex tagħti lok għal appell.", "Jien naħseb li hawnhekk qed ngħaġġlu ftit għax dawk li kienu diġà qegħdin hemmhekk għandek tħallihom għad-dritt ta' l-appell.", "Per eżempju ̧ jien naqbel ma' klawsola 265 kif propost fi klawsola 88 li għandu x'jaqsam ma' l- enforcement tas-sentenzi għax f'każ li wieħed jappella minn kawża u dan jitlifha jew jirbaħha dejjem għandu jkun hemm l-enforcement min-naħa tal- qorti li tkun iddeċidiet fil-prima stanza.", "Din kienet bużżullotta kważi aktar minn ħaġa oħra.", "Mela jkollok kawża quddiem Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex ̧ per eżempju, imbagħad tiġi Malta għall-appell, din tkun tvarja ftit u allura mbagħad trid tara fejn se tesegwixxi l-mandati fil-Qorti ta' l-Appell f'Malta meta l-kawża tkun qiegħda f'Għawdex.", "Din hija konfużjoni.", "Għalhekk jinqata' kif jinqata' l-appell ̧ l-inforzar għandu dejjem jibqa'a karigu tal-qorti li tkun iddeċidiet l-ewwel.", "Jien nixtieq nagħmel osservazzjoni wkoll fuq artiklu 273 kif propost fi klawsola 90.", "Kulħadd jaf li mandat għall-impediment tal-partenza m'għadux jeżisti ̧ għalkemm tista' tagħmel mandat ta' inibizzjoni biex ma tħallix li xi ħadd mill-ġenituri jaħrab b'tifel jew b'tifla żgħira.", "Pero' minħabba debiti u raġunijiet oħra ma tistax iżżomm persuna milli titlaq minn Malta ħlief fil-proċedura kriminali fejn ikun hemm l-impediment mill-qorti.", "Minkejja li tneħħa l-impediment ta' partenza - dan kien qed jiġi abbużat u għamilna sew f'dan il-Parlament li neħħejnih – jien ngħid li hemm raġunijiet fejn tista' żżommu.", "Għalhekk naħseb li wieħed irid jistabbilixxi ċerti affarijiet.", "Fl-introduzzjoni ta' titoli eżekuttivi hemm ukoll il-warrant of impediment of departure.", "Issa fil-kodiċi kif kien qabel dan il-warrant of impediment od departure ma kienx qiegħed hemm u ma kien jidher imkien.", "Allura jien nappella lill-ministru biex jindirizza dawn l-affarijiet bl-aktar mod aċċettabbli għax jagħmel sens li f'ċerti ċirkostanzi speċjali persuna għandha tiġi impeduta milli ssiefer.", "Ħafna nies jgħidulek li m'huwiex ġust li filwaqt li hemm min ikollu jagħti xi Lm1 miljun u jitħalla jitlaq barra mill-pajjiż, ħaddieħor li forsi jkollu jagħti xi ħaġa żgħira jsib impediment mill-qorti biex isiefer, u għalhekk ikun tajjeb jekk naraw li nirranġaw ċerti anomaliji li jeżistu.", "Mr Speaker, artiklu 304 kif propost fi klawsola 114 jitkellem dwar il- proprjeta` tal-komunjoni ta' l-akkwisti, u dan jagħmel punti interessanti ħafna f'dan ir-rigward.", "Aħna nafu mil-liema tbatijiet ikollhom jgħaddu dawk in-nisa miżżewġa li jkunu tħallew fil-għama għal ħafna żmien dwar il-fatt li żwieġhom ikunu mtlew bid-dejn biex imexxu l-business tagħhom.", "Fil-fatt ħafna drabi dawn jispiċċaw bla sold, u għalhekk fl-opinjoni tiegħi, dik il- proprjeta` li tkun tagħmel parti mill-komunjoni ta' l-akkwisti m'għandhiex tiġi maqbuda għax inkella l-mara - jew jista' jkun anke r-raġel, skond kif ikun il-każ - tiġi mneżża' totalment, iktar u iktar jekk il-mara turi l- provi tagħha fil-qorti li hija qatt ma kienet taf bid-djun li kien daħal għalihom ir-raġel.", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar artiklu 187 kif propost fi klawsola 65, li fost affarijiet oħra jgħid li kopja ta' l-iskrittura għandha tiġi ppubblikata fil-gazzetta tal-gvern u f'żewġ gazzetti lokali.", "Madanakollu llum pubblikazzjoni malajr tiswiek mas-Lm70 jew mat-Lm80, u għalhekk naħseb li jkun biżżejjed jekk din il-kopja ta' l-iskrittura tkun ippubblikata fil- gazzetta tal-gvern u f'gazzetta lokali waħda biss.", "Min-naħa l-oħra, artiklu 296 kif propost fi klawsola 107 jitkellem dwar l-attendenza tal- kunsinnatarju fil-qorti għall-eżekuzzjoni tal-mandat.", "Fil-fatt dan l- artiklu qed jgħid li:", "\"Il-kunsinnatarju maħtur mill-kreditur, jekk ikun hemm, ikollu d-dritt li jattendi ma' l-uffiċjal eżekuttiv tal-qorti għall-esekuzzjoni tal- mandat iżda l-uffiċjal eżekuttiv tal-qorti ma jkunx dovut jagħti lill- kreditur avviż ta' l-esekuzzjoni.\".", "Jien naħseb li dan jagħmel sens għax ħafna drabi l-mandati ma jiġux inforzati proprju minħabba li jirriżultaw ċerti technical difficulties.", "Nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li ħafna mill-emendi ta' dan l- abbozz ta' liġi huma pożittivi, u fil-fatt nista' niddikjara li l- oppożizzjoni se tivvota favur dawn l-emendi, pero` mbagħad hemm emendi oħra li l-oppożizzjoni m'hijiex qed taqbel magħhom, liema emendi jien għamilt riferenza għalihom matul id-diskors tiegħi.", "Per eżempju, żgur li aħna, bħala oppożizzjoni, ma naqblux m'artiklu 16 kif propost fi klawsola 10, u mbagħad hemm emendi oħra li rridu niddiskutuhom flimkien fi stadju ta' kumitat.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, meta tħares lejn l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi ssib li dawn huma importanti ħafna għat-tħaddim tal-qrati u għas-sistema tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Fil-fatt l- għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħidu hekk:", "\"L-għanijiet ta' dan l-Abbozz huma li jipprovdi għal diversi emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kif ukoll għal leġislazzjoni oħra, bil-għan li jipprovdi distribuzzjoni aħjar tad- dmirijiet u r-responsabbiltajiet fil-qrati tal-ġustizzja, kif ukoll sistema iktar effiċjenti biex jinqatgħu l-kawżi\".", "Ċertament dawn huma affarijiet li ilna s-snin naspiraw għalihom.", "Jekk wieħed jagħmel analisi dwar is-sistema tal-qrati u tal-ġustizzja f'pajjiżna tul is-snin isib li għal seklu wara l-ieħor kien hawn ħafna lmenti u tgergir dwar kif taħdem is-sistema tal-qrati u tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Anke jekk wieħed ma jmurx 'il bogħod ħafna, isib li l-konklużjonijiet li ħarġu bihom id-diversi kummissjonijiet irjali li żaru lil Malta meta analizzaw il-mod kif taħdem is-sistema tal-qrati f'pajjiżna huma l-istess konklużjonijiet li qed naslu għalihom illum tant li wieħed jaħseb li llum qed nerġgħu ngħixu f'dawk iż-żmenijiet, jiġifieri fis-sena 1902, fis-sena 1911 jew fis-sena 1921.", "Ilu snin twal isir tgergir dwar dewmien biex jinqatgħu l-kawżi u dwar sistemi ta' ineffiċjenzi fit-tmexxija tal-qrati, u mhux l-ewwel darba li saru sforzi biex is-sistemi jitħaddmu aħjar.", "Kemm-il darba saru dikjarazzjonijiet famużi minn ministri differenti li f'xahar wieħed il-problemi li jeżistu fis-sistema tal-qrati se jiġu solvuti kollha u li l-qrati se jibdew jaħdmu b'mod effiċjenti, pero` għalkemm kellna xi riżultati, is-sitwazzjoni ftit li xejn marret għall-aħjar.", "Jien m'iniex xi bniedem legali u għalhekk m'iniex se nitkellem mill-punto di vista legali imma se nitkellem dwar kif in-nies jiġu f'kuntatt mal-qrati u dwar l-effett li jħallu l-qrati fuqhom.", "Bla ebda dubju, in-nies jistennew tliet affarijiet importanti ħafna meta jmissu ma' l-istituzzjoni tal-qorti; li l-qorti tkun effiċjenti - u fil- fatt aħna nużaw ħafna sayings meta nitkellmu dwar il-qrati, bħal per eżempju, li meta tidħol il-qorti taf u meta toħroġ ma tafx - li fil-qorti jkun hemm distribuzzjoni tajba tax-xogħol biex il-kawżi li jinstemgħu fil- qrati jinqatgħu b'mod ġust u li jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż tal- qorti.", "Għalhekk meta nkunu se nbiddlu xi dettalji amministrattivi li jistgħu jtejbu lill-qrati tagħna, m'għandna qatt inħallu dawn it-tliet prinċipji fundamentali jaħarbu minn taħt għajnejna, lanqas meta dawn id-dettalji amministrattivi jkunu importanti ħafna minħabba li jkunu jistgħu jservu ta' għajnuna biex ikun hemm sistema iktar effiċjenti fil-qrati tagħna.", "Huwa importanti li s-sistemi tal-qrati tagħna jaħdmu b'mod ġust, imparzjali u b'rule of law, u għandhom jidhru li jkunu qed jaħdmu b'dan il-mod.", "Naturalment il-kwestjoni taż-żmien hija importanti wkoll għax iktar ma wieħed idum ma jieħu dak li ħaqqu iktar ikun qed jiġi mċaħħad mill- ġustizzja, bħalma huwa importanti li l-ispejjeż tal-qrati jkun jista' jilħaqhom kulħadd.", "Ikun kollu għalxejn li jkun hemm l-effiċjenza u li jkun hemm amministrazzjoni tajba fil-qorti jekk imbagħad ċerti nies isibuha diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jieħdu ġustizzja mill-qrati.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar snin mhux biss l-oppożizzjoni Laburista esprimiet it- tħassib tagħha f'dan ir-rigward imma kien hemm anke prim'imħallef li semma li jekk nippermettu li s-sistemi tal-qrati tagħna jkunu jiddependu mid-dħul tal-persuni, dik tkun l-iktar sistema inġusta li nistgħu noħolqu.", "Issa nixtieq ngħaddi biex nagħmel riflessjoni oħra.", "Filwaqt li hawnhekk il- gvern qed iressaq diversi emendi biex jagħmel lill-qrati jaħdmu aħjar u b'mod iktar effiċjenti, fl-aħħar snin rajna, anke b'ċerti abbozzi ta' liġi li ddiskutejna f'dan il-Parlament, li l-gvern miexi fid-direzzjoni li ċertu xogħol, ċerti funzjonijiet u ċerti dmirijiet li sal-lum dejjem għamluhom il- qrati, issa se jibdew jagħmluhom bordijiet jew strutturi pubbliċi oħra li ħoloq il-gvern stess.", "L-aħħar każ ta' dan it-tip li kellna f'dan il- Parlament kien meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l- immigrazzjoni fejn deċiżjonijiet li qabel kienu jittieħdu mill-maġistrati fil-qorti, issa se jibdew jittieħdu minn bord amministrattiv maħtur mill- ministru.", "Bl-abbozz ta' liġi li ressaq quddiemna l-gvern illum qed jittieħdu passi, jew aħjar qegħdin \"taparsi\" jittieħdu passi, biex il- ġudikatura tidher iktar imparzjali u indipendenti u maqtugħa minn xi interessi li l-membri tal-ġudikatura jista' jkollhom fis-soċjeta` tagħna, u dan billi meta jiġu biex jieħdu deċiżjoni, jieħdu d-deċiżjoni tagħhom skond il-merti tal-każ u mhux skond l-interessi tagħhom.", "Imma l-fatt innifsu li matul dawn l-aħħar snin rajna lill-gvern jieħu passi biex xogħol li qabel kienu jagħmluh il-maġistrati u l-qrati jgħaddi għal għand il-bordijiet diġa' joħloq ċerti problemi għax hemm ir-riskju li l-bordijiet li jaħtar il- ministru jkunu leali lejn min ħatarhom, jiġifieri mhux se jkunu b'dik id- dehra ta' indipendenza u ta' imparzjalita` li tradizzjonalment nassoċjawha mal-qrati.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li mhux dejjem ikollna raġun nassoċjaw lill-qrati b'dan il-mod, imma tradizzjonalment dejjem hekk għamilna.", "Jien wisq nibża' li d-direzzjoni li qed jieħu l-gvern biex jgħaddi ċerti funzjonijiet u dmirijiet li għandhom il-maġistrati lill-bordijiet, jiġifieri lil persuni maħtura politikament minnu, iddgħajjef anke r-rule of law ta' pajjiżna għax imbagħad ħafna drabi n-nies li jinħatru fuq dawn il-bordijiet ikunu jridu jobdu lill-political masters tagħhom u jkollhom ukoll konflitti ta' interess.", "Mr Speaker, meta niġu għal artiklu 16 kif propost fi klawsola 10 nsibu li dan jgħid hekk:", "\"L-imħallfin u l-maġistrati ma jistgħux ikollhom ebda professjoni, negozju jew kummerċ jew li jkollhom kwalunkwe kariga oħra jew pożizzjoni, lanqas temporanja jew volontarja, ...\",", "Imbagħad hemm spjegat fejn dan ma jgħoddx.", "Jien naħseb li dan l-artiklu jirrikjedi ċerta riflessjoni serja u qed jistabilixxi prinċipju importanti ħafna.", "Ċertament il-prinċipji ta' trasparenza, t'akkontabbilta` u ta' dak kollu li jsir biex ikun jidher ċar li l-imħallfin u l-maġistrati huma imparzjali u li fil-qadi ta' dmirijiethom m'huma qed idaħħlu l-ebda interessi oħra li jistgħu jġibuhom f'konflitt meta jiġu biex jiddeċiedu huma importanti ħafna, pero` hawn wieħed irid jistaqsi jekk dak li qed jaħseb għalih dan l-abbozz ta' liġi jwassalx għal dan il-għan.", "Mr Speaker, wieħed irid jirrikonoxxi - għalkemm forsi mhux kulħadd jieħu gost jammetti dan - li f'soċjeta` żgħira bħal tagħna, il-kuntatti personali, familjari u ta' ħbiberija bilfors ikunu ikbar minn dawk ta' soċjetajiet ta' pajjiżi oħra ikbar minna.", "Fil-fatt jien mhux l-ewwel darba li semmejt il-punt f'dan il-Parlament li hawn soċjologi u antropologi li jgħidu li f'pajjiżi żgħar l-iktar rabtiet qawwija m'humiex ir-rabtiet istituzzjonali jew inkella r-rabtiet li joħorġu mill-qafas tal-liġi imma huma r-rabtiet personali u familjari, u dan jagħmilha diffiċli ħafna għall- inforzar tal-liġi, anke għal meta wieħed jiġi biex jaqta' s-sentenzi.", "F'soċjetajiet żgħar, filwaqt li huwa faċli ħafna li ssib dawk li jissejħu \"relazzjonijiet inċestużi\" - u hawnhekk qed nirriferi biss għall-inċest li ssib fil-qasam tal-kummerċ, fil-qasam politiku u f'oqsma oħra fejn ikun hemm nies li jiġu minn xulxin - huwa iktar diffiċli li l-liġijiet ikunu japplikaw u jiġu inforzati għal kulħadd l-istess u li jkun jidher li l- qrati jkunu qed jaqtgħu s-sentenzi tagħhom b'imparzjalita` u b'ġustizzja.", "Ħafna drabi f'soċjeta` żgħira ssib ukoll persuni li jilbsu ħafna kpiepel differenti.", "Per eżempju, issib imħallfin u maġistrati li minbarra li jkunu fil-kariga ta' chairman f'xi organizzazzjoni partikolari, li tista' tkun sportiva jew ta' natura oħra, ikollhom ukoll interessi kummerċjali f'xi kumpannija jew negozju.", "Madanakollu rridu nammettu li f'soċjetajiet żgħar mhux biss il-membri tal- ġudikatura jilbsu ħafna kpiepel differenti għax issib diversi individwi oħra li jkollhom multiple roles fis-soċjeta`, u hija sfida kbira għal soċjeta` żgħira biex tirregola dawn l-affarijiet.", "Ċertament li dak li qiegħed jissuġġerixxi l-gvern m'huwiex serju, u nispjega għaliex, anke fuq il-bażi biss ta' dak li qiegħed jiġi suġġerit f'din l-emenda.", "Hawnhekk il-gvern qiegħed jgħid li \"l-imħallfin u l-maġistrati ma jista' jkollhom ebda professjoni, negozju jew kummerċ\".", "Imma allura n-nisa tagħhom jista' jkollhom professjoni, negozju jew kummerċ?", "Qiegħed ngħid dan għax f'pajjiżi oħra - u rrid nagħmilha ċara li meta nikkwota eżempji minn pajjiżi oħra, nagħmel dan bl-ebda sens ta' inferjorita` jew ta' illużjoni li pajjiżi barranin irnexxielhom jirregolaw dawn l-affarijiet bis-serjeta` u rnexxielhom isolvu l-problemi ta' kunflitt ta' interess, ta' taħwid u ta' kompliċita` li anke nsibu hawn Malta - ferm ikbar minna, bħall-Istati Uniti, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Italja, minkejja li hemm kodiċi ta' etika li tirregola lil dawn l-affarijiet, minkejja li hemm liġijiet dwar kunflitti ta' interess, minkejja li hemm anke ombudsmen li jħarsu l- kunflitti ta' interess, jiġifieri minkejja li hemm qafas istituzzjonali sħiħ biex iħares lil dawn l-affarijiet, u mhux sempliċiment klawsola kif għandna f'din il-liġi, xorta jkun hemm min jipprova jgħawweġ u jħawwad.", "Per eżempju dan l-aħħar qam il-każ serju ta' Christie Whitman, li tmexxi l- aġenzija tal-ħarsien ambjentali fl-Istati Uniti, fejn l-ombudsman qatagħha li din għandha kunflitt ta' interess peress li r-raġel tagħha, li jaħdem fil-qasam tal-petrokimika, ibbenefika minn deċiżjoni li ħadet hi meta qalet li l-polluter pay principle, għall-kumpannija ta' żewġha ma tapplikax, biex b'hekk iffrankatlu miljuni ta' liri.", "L-ombudsman qatagħha li Christie Whitman għamlet ħażin, imma avolja lil dan ma qatgħulux rasu f'xi pjazza, dgħajfulu l-istruttura tiegħu u intbagħat jaħdem f'uffiċju ieħor fejn l- iktar li jista' jagħmel huwa xi rapport, jiġifieri ma jistax jigdem iktar bi snienu.", "Qiegħed ngħid dan biex nuri li anke f'pajjiżi oħra li ħasbu biex jagħmlu liġijiet u istituzzjonijiet biex iħarsu l-kunflitt ta' interess, ukoll hemm min jipprova jgħaddi mix-xibka istituzzjonali li hemm.", "Imma dak li qiegħed jagħmel il-gvern Malti, jien ngħid li huwa taparsi, huwa tad-daħk, għax li jgħid li l-imħallfin u l-maġistrati ma jistax ikollhom negozju jew kummerċ, imbagħad ma jgħid xejn dwar x'jista' jkollhom u ma jkollhom in-nisa jew l- irġiel tagħhom, ma jagħmilx sens.", "Jew se nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta` jew inkella naċċettaw il-fatt li qegħdin nilagħbu.", "Hawn min jiżbogħ biċċa injama tri-ply bil-verniċ biex tidher qisha kawba.", "U dan hu dak li qiegħed jagħmel il-Ministru Gatt b'din il-klawsola, qiegħed jiżbogħ bil-verniċ biċċa injama tri-ply u lilna jgħidilna kemm għandu kawba sabiħa.", "Din m'hijiex injama tal-kawba, imma hija tri-ply li nafu li wara ftit riħ u ftit xemx, tinfaqa' u wieħed jista' jinfidha anke b'subgħajh.", "Dan hu dak li se jiġri.", "Mr Speaker, fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-kunflitt ta'interess f'pajjiżna, jien ngħid li jew nagħmlu l-affarijiet b'mod serju jew inkella ma nagħmlu xejn.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u minħabba l-fatt li hawn ħafna interessi fuq xulxin, huwa diffiċli ħafna li dan il-fattur jiġi regolamentat.", "Hawn min jgħidl li jekk f'pajjiżna titħaddem sistema serja ta' kunflitt ta' interess, nispiċċaw mingħajr politiċi, maġistrati, imħallfin u persuni f'karigi pubbliċi.", "Imma jekk se nagħmlu xi ħaġa , jien ngħid ejjew nagħmluha bis-serjeta` u mhux taparsi.", "Jiena nisħaq li dak li qiegħed jagħmel il-gvern hawnhekk huwa taparsi.", "Irrid nagħmilha ċara li naqbel ħafna mal-prinċipju tar-regolamentazzjoni tal-kunflitti ta' interess.", "Nagħmilha ċara wkoll li jekk se nirregolaw il- kunflitti ta' interess, m'għandiex nillimitaw ruħna biss għal kodiċi ta' etika - kif qegħdin nagħmlu s'issa - li f'ħafna każijiet ilhom li ntesew.", "Suppost li fis-settur pubbliku, kulħadd għandu kodiċi ta' etika, imma l- istess, dawn huma tri-ply bil-verniċ, u din l-istorja tat-tri-ply bil- verniċ qegħdin inkompluha fir-rigward tal-ġudikatura, l-imħallfin u l- maġistrati.", "Fil-fehma tiegħi, dan l-artiklu fl-emendi li qiegħed iressaq il-gvern m'hu se jirranġa xejn.", "In-nies tal-ġudikatura li bħalissa għandhom negozju u kummerċ, kulma jridu jagħmlu hu li jgħadduh fuq il-mara tagħhom.", "Hemm minnhom li diġa' għamlu hekk, m'hemmx għalfejn nagħtihom parir jien minn hawn ġew, anzi pjuttost naħseb li jistgħu jagħtu parir lili.", "Allura b'daqshekk x'se nkunu rranġajna?", "Kollox sew, taparsi se nkunu qegħdin nadegwaw irwieħna ma' din il-klawsola, imma fir-realta` ma nkunu qegħdin nirranġaw assolutament xejn.", "Nerġa' ngħid li għandna bżonn nitgħallmu minn pajjiżi oħra mhux għax għandu jkollna xi illużjoni li dawn solvew din il-kwestjoni, imma għaliex huma iktar esiġenti minna u ħafna drabi, fil-kwestjoni ta' kunflitti ta' interess isemmu l-interessi familjari, l-interess tat-tfal ta' ċerta eta` u l-interessi tan-nisa u ta' l-irġiel rispettivi tan-nies in kwestjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li jien ma naħsibx li huwa fl-interess tal-gvern Nazzjonalista li jirregola b'serjeta` il-kunflitt ta' interess, għax il- kunflitt ta' interess li għandna f'pajjiżna huwa rampanti.", "Minn dak li naf jien, probabbli huwa iktar rampanti f'oqsma oħra tas-soċjeta` milli fil- ġudikatura.", "Huwa tajjeb li wieħed jagħti eżempju bil-ġudikatura u jibda minnha, imma f'pajjiżna, jekk irridu nkunu serji, dawn is-sistemi u istituzzjonijiet iridu jidħlu f'ħafna oqsma differenti, għax nerġa' ngħid, il-każi ta' kunflitti ta' interess li hawn huma qawwija ħafna.", "Sinċerament naħseb li m'huwiex fl-interess tal-partit Nazzjonalista fil-gvern li jaqta' u jdgħajjef lil dawn il-kunflitti ta' interess.", "Per eżempju żgur li l-gvern Nazzjonalista m'għandux interess li jdgħajjef lill-ħafna kunflitti ta' interess ta' l-edituri li nsibu fil-media, fir- radjijiet, fl-istazzjonijiet tat-televiżjoni u fil-ġurnali.", "Dawn suppost li huma referees ta' l-opinjoni pubblika, imma nsibu li jaqilgħu Lm5,000, Lm6,000 fis-sena bħala konsulenti tal-gvern.", "Hemm imbagħad opinion writers oħrajn li għandhom diversi kuntratti mill-gvern, fejn min jaqla' Lm30 fis- siegħa u min jaqla' Lm40 fis-siegħa.", "Dawn ukoll, meta jiktbu l- opinjonijiet tagħhom, jagħmluha ta' – għax kultant meta nuża ċerti kliem malajr ikun hawn min jonfoħhom, għalkemm xorta jkunu xierqa – ta' abbatini bl-inċensier, fejn jinċensaw dejjem lin-naħa tal-gvern u jippruvaw iwaddbu l-faħam jaħraq fuq il-partit Laburista.", "L-istess bħall-edituri, fl-artikli li jiktbu ma jiddikjaraw kemm qegħdin jitħallsu mill-gvern.", "L-istess fit-televiżjoni, insibu każi ċelebri ta' persuni li jieħdu eluf kbar ta' liri, jew minn sponsorships jew minn kuntratti diretti, u din ix- xibka tpoġġihom f'kunflitt ta' interess ma' l-opinjoni li jippruvaw jiffurmaw fil-pubbliku.", "Fil-media nistudjaw li hemm dawk li jissejħu advertorials, jiġifieri kumpannija barranija tal-karozzi tħallas lil ġurnalist biex imur taparsi jagħmel test tal-karozza ġdida li tkun ħarġet fis-suq, biex dan min-naħa tiegħu jagħti pubbliċita` lil dik il-karozza.", "Kieku fl-artikli li jikteb, dak il-ġurnalist ikollu d-diċenzja li jgħid li l-kumpannija li timmanifattura l-karozza li jkun qed jitkellem dwarha, ħallsitlu l-ispejjeż kollha biex imur jittestjaha, għallinqas il-qarrejja ta' l-artiklu tiegħu jindunaw li jkun advertorial.", "Ħafna mill-opinion writers Maltin, anke dawk li jiktbu fil-ġurnali li jsejħu ruħhom indipendenti u dawk fil-PBS, huma advertorials, jiġifieri mħallsin biex jgħidulna li l-gvern huwa tajjeb u li l-oppożizzjoni Laburista hija ħażina.", "Pero' dan qatt ma jiddikjarawh, u għalhekk jien ngħid li żgur m'huwiex fl-interess tal-gvern Nazzjonalista li jirregola bis- serjeta` lill-kunflitti ta' interess, aħseb u ara kemm se jirregola bis- serjeta` lill-imħallfin u lill-maġistrati.", "Jeżistu bosta tipi oħra ta' kunflitti ta' interess.", "Per eżempju l-avukat li jmexxi lill-MIC, iċ-ċentru ta' informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea, bħala avukat jagħmel xogħol ta' konsulenza għall-istess MIC.", "Hemm imbagħad persuni li jmexxu istituzzjonijiet pubbliċi u jkunu involuti f'kumpanniji oħra, bħal per eżempju s-Sur Zammit li jkun imexxi l-ajruport internazzjonali ta' Malta, imexxi wkoll lill-MDC u huwa shareholder f'kumpannija bħall-MISCO, li konsekuttivament tieħu xogħol mill-ajruport u mill-MDC, minbarra li tagħmel l-opinion polls għall-partit Nazzjonalista.", "U dan miskin min jaf kemm qiegħed jintalab iħallas eluf ta' liri al dawn l- opinion polls!", "L-istess jista' jingħad fil-konfront ta' Joe Zahra, li jmexxi lill-Bank of Valletta u għandu x'jaqsam mal-MISCO, li tgħidx kemm tagħmel xogħol għall-Bank of Valletta.", "Is-Sur John Grech, li jmexxi lill- Awtorita` Maltija tat-Turiżmu, ukoll għandu kumpannija li tagħmel xogħol ta' konsulenza, anke għal istituzzjonijiet pubbliċi.", "Il-każ ta' kunflitt ta' interess li tkellimt dwaru fl-aġġornament tal- bieraħ huwa dak ta' Marin Hili, iċ-chairman tal-Malta Freeport, li għandu kull dritt ikollu interess personali li jmexxi port ieħor, f'Malta jew barra minn Malta.", "Imma dak li qiegħed jipprova jirregola l-gvern fir- rigward tal-maġistrati u l-imħallfin, biex ma jkunx hemm kunflitt ta' interess bejn l-interessi privati kummerċjali tagħhom u l-uffiċju pubbliku li jokkupaw, m'għandux jgħodd għalihom biss.", "Nerġa' ngħid li l-mod ta' kif qiegħed jaġixxi dan il-gvern huma mod taparsi.", "Qegħdin ngħid u li min jokkupa ċerti karigi m'għandux ikollu interess, imma persuni oħra jistgħu jkollhom li jridu.", "Jien naqbel li nidħlu għall-isfida diffiċli li nirregolaw il-kunflitti ta' interess, kemm fil-ġudikatura kif ukoll fil-bqija tas-settur pubbliku ta' pajjiżna.", "Irridu nkunu realistiċi, irridu ngħidu b'sinċerita` li aħna konxji tal-problemi kbar li hemm, mhux nidħku b'xulxin u ngħidu li qegħdin nieħdu passi biex nirregolaw l-affarijiet, billi taparsi noħorġu kodiċi ta' etika, taparsi nagħmlu bidla fil-liġi biex nagħtu l-impressjoni li qegħdin nieħdu ħsieb biex nirregolaw il-kunflitt ta' interess, u fis-sustanza ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn.", "Anzi jien ngħid li nkunu qegħdin nagħmlu agħar, għax ikun aħjar kieku ma nirregolaw xejn u ngħidu li m'aħna qegħdin nagħmlu xejn, milli nagħtu l-impressjoni li qegħdin nagħmlu xi ħaġa, għax dak ikun ingann doppju.", "Biex inserrħu ras in-nies, ma nistgħux ngħidulhom li deħlin għas-serjeta`, se nagħmlu l-affarijiet bix-xieraq u kif suppost, meta fir-realta` ma nkunu qegħdin nagħmlu xejn minn dan.", "Jekk irridu nirregolaw il-kunflitt ta' interess fir-rigward ta' l-imħallfin u l-maġistrati u fir-rigward ta' oqsma oħra, irridu nieħdu passi ħafna iktar serji minn dak li qiegħed jiġi propost hawnhekk.", "Nerġa' ngħid li minkejja l-problemi, id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet kollha li jeżistu, hemm x'wieħed jista' jagħmel.", "U aktar ma ndumu ma nagħmlu xi ħaġa bis-serjeta`, fil-fehma tiegħi aktar inkun qegħdin inmarrdu lil din is- soċjeta`, aktar inkunu qegħdin nagħtu lok biex jinħolqu problemi ta' korruzzjoni, biex tinħoloq xibka ta' nies li fil-kariga li jkunu qegħdin jokkupaw, iktar milli jaraw li l-affarijiet isiru kif suppost, jaraw li jsiru skond il-konvenjenza, aktar noħolqu mentalita` li r-regoli qegħdin hemm biex induru magħhom u noħolqu ħafna strutturi, istituzzjonijiet u paraventi biex warajhom naħbu aktar taħwid u korruzzjoni.", "Fil-fehma tiegħi, iktar ma ndumu ma nieħdu l-passi serji, aktar se nmarrdu lill-istituzzjonijiet pubbliċi f'din is-soċjeta` u lis-soċjeta` innifisha, għax il-costs tal-kunflitti ta' interess, tat-taħwid u tal-korruzzjoni m'humiex biss kwestjoni ta' moralita` pubblika, imma fil-fehma tiegħi huma wkoll kwestjoni ta' demokrazija, ta' ekonomija u ta' żvilupp ekonomiku, għax xi ħadd irid iġorrhom.", "Ħafna drabi jispiċċaw iġorruhom it-taxpayers, li diġa' jkunu magħfusin bl-ispejjeż għax bit-taxxi tagħhom ikunu qegħdin iħallsu għall-istituzzjonijiet pubbliċi tal-pajjiż, imbagħad jispiċċaw iħallsu wkoll għat-taħwid li jiġi minn kunflitti ċari ta' interess li jeżistu fis-soċjeta` u li ma jħallux lill-istituzzjonijiet jaħdmu bis- serjeta` u kif suppost, kemm jekk fil-qrati kif ukoll jekk f'oqsma oħra.", "M'hijiex l-ewwel darba li l-oppożizzjoni tat ideat dwar kif il-kunflitti ta' interess jistgħu jiġu mħarsa, anke fil-każ ta' l-imħallfin u l- maġistrati, billi jkun hemm sistemi ta' kif dawn jirreġistraw u jirregolaw l-interessi tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Fil-fatt aħna ssuġġerejna li jkun hemm register of interest, li għalih ikun hemm aċċess pubbliku, jiġifieri aħna m'għandna assolutament xejn kontra l-ħolqien ta' sistemi ta' trasparenza u ta' akkontabilita`, pero' l-importanti hu li dawn ikunu serji u ma jsirux sempliċiment biex tingħata l-impressjoni li qiegħda ssir ħidma biex taparsi tiddaħħal is-serjeta` f'dan il-kamp.", "Artiklu 16 kif propost fi klawsola 10 ma jitkellimx biss dwar kwestjoni ta' negozju u kummerċ, imma tgħid ukoll \"jew li jkollhom kwalunkwe kariga oħra jew pożizzjoni, lanqas temporanja jew volontarja\".", "Jien naħseb li dan għandu jiġi diskuss ukoll.", "Nifhem li wieħed irid jittratta bis-serjetà l- argument min-naħa tal-leġislatur ta' meta persuna, li xogħolha hu li tisma' l-kawżi u fl-istess nifs trid tara li l-proċeduri jimxu b'effiċjenza, li n- nies ma jdumux ħafna jistennew biex tinqata' l-kawża tagħhom, ikollha tagħmel żmien barra minn Malta fuq impenji sportivi jew ta' natura oħra.", "Wieħed irid jagħti kas dan l-argument għax ma tistax minn naħa waħda tgħid li trid hekk u min-naħa l-oħra trid xi ħaġa bil-maqlub.", "Wieħed irid jikkonsidra l-pożizzjoni ta' dawk li diġà jokkupaw dawn il-karigi.", "Mil-lum 'il quddiem min se jinħatar ġudikant irid ikun mgħarraf minn qabel li mhux se jkun jista' jokkupa karigi bħal dawk.", "Jiġifieri min se jidħol għall-kariga jaf li għandu dik il-constraint u qed jagħmilha b'għajnejh miftuħa, waqt li wieħed jara kif jirregola dawk li diġà jokkupaw dawn il- karigi għax naħseb li hemm argument li wieħed irid jagħti kasu.", "Staqsu lil min imur fil-kuridur jistenna u jgħidulu li l-ġudikant ma marx jew kellhom jitħassru l-kawżi għal xi raġuni jew oħra.", "Wieħed irid jagħti kas dawn l- affarijiet bis-serjetà.", "Nistqarr li ma kontx hawnhekk u ma smajtx l-ispjega tal-ministru dwar jekk din il-klawsola tfissirx ukoll li l-imħallfin u l-maġistrati ma jistgħux jaħdmu fl-università.", "Ma nafx jekk sarx dan il-punt.", "Wieħed jista' jargumenta naħa jew oħra fuq dan ukoll.", "Hemm pajjiżi fejn jitħallew jgħallmu fl-università, hemm pajjiżi oħra fejn ma jitħallewx u hemm min jargumenta li l-fatt li jgħallmu fl-università u juru li għandhom ċerta linja ta' ħsieb u ta' filosofija tista' twasslek biex tikkonkludi x'inhi s- sentencing policy jew il-mod kif jirraġunaw u jaħsbu.", "U għalhekk, jekk wieħed isir avukat u jidher quddiemhom ikollu ċertu vantaġġ għax jista' jressaq il-każi b'mod li jkun jaf kif jaħsibha l-ġudikant ta' quddiemu.", "Jien naħseb li jekk avukat jagħmel xogħlu sew m'hemmx għalfejn li l- ġudikant ikun jgħallem l-università biex jinduna kif jaħsibha u x'sentencing policy għandu.", "Biżżejjed jara r-records u kif ikun qata' s- sentenzi fil-kawżi li sema' qabel biex jiġbed dik il-linja.", "Naħseb li wieħed mill-metodi li jista' jintuża huwa li fil-kunsill għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja jkun hemm xi sotto-kumitat li joħroġ bi proposti serji kif se nirregolaw dawn l-affarijiet li jissemmew f'din il- klawsola, kemm il-konflitt ta' interess kummerċjali, ta' professjoni jew kwalunkwe kariga oħra.", "Sur President, qed ngħid dan mhux bħala skuża biex intawlu.", "Jien wieħed minn dawk li jien allerġiku li tagħmel kumitat biex taparsi għamilt xi ħaġa, anzi ħafna drabi bħala skuża biex ma tagħmel xejn.", "Imma tajjeb li nużaw struttura li diġà teżisti biex nibdew nagħmlu xi ħaġa bis-serjetà.", "Sinċerament jien nippreferi li nkunu mxejna 'l quddiem millimetru imma jkun millimetru ta' veru u mhux nagħtu l-impressjoni li tlaqna niġru kilometru u fil-fatt il-kilometru nkunu ġrejnieh biss bil-kliem fuq il-karta, f'abbozz ta' liġi li ma jkun ifisser xejn.", "Nippreferi li nkunu għamilna millimetru ta' veru biex nipprovaw niffaċċjaw dawn l-isfidi kbar kif nirregolaw dawn l- affarijiet li ssemmi din il-klawsola.", "Nerġa' ngħid ejja nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà u mhux taparsi kemm fil- qasam tal-ġudikatura kif ukoll fl-oqsma l-oħra tal-pajjiż.", "Jekk nagħmluhom b'mod taparsi jkun aħjar li ma nagħmlu xejn mill-ewwel għax inkunu qed nagħtu l-illużjoni perikoluża li taparsi qegħdin nirregolaw dawn l- affarijiet, mentri fil-fatt inkunu ħloqna paraventu ieħor u ma nkunux dħalna bis-serjetà biex nirregolaw dawk l-affarijiet.", "Fl-istess ħin nawgura li l-affarijiet li hawn maħsuba f'dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin hemm biex jagħmlu l-qorti aktar effiċjenti u taħdem aħjar, veru jwasslu għal dawk ir-riżultati.", "S'intendi għandna nkejlu bir- riżultati u mhux bl-intenzjonijiet.", "Fl-istess ħin irridu nħarsu t-tliet prinċipji li semmejt fil-bidu.", "L-ewwelnett li l-ġustizzja tkun affordable, li n-nies jifilħu jħallsu u ma jiddependux fuq l-income tagħhom jekk imorrux il-qorti jew le, li kemm jista' jkun is-sistema tal-ġustizzja tidher li hija imparzjali, serja u li taqta' l-każi fuq il-bażi tal- liġijiet u tal-kawżi li jkun hemm u mhux għax ikun hemm xi ġudikant li jkollu xi interessi oħra, u allura dik trid tiġi regolata.", "U t-tielet prinċipju li rridu nħarsu huwa li l-qrati kemm jista' jkun jaħdmu bl- effiċjenza meħtieġa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Dan l-abbozz ta' liġi li huwa ntiż sabiex jipprova jiffaċilita kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal- proċedura ġewwa l-qrati jagħtina l-opportunità sabiex nitkellmu dwar problemi li llum saru speċi ta' fossil fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Dan l-abbozz jagħtina wkoll l-opportunità niftħu tieqa fuq l-istat attwali tat-tmexxija ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, b'mod partikolari b'riferenza għall-qrati.", "Naturalment meta wieħed jitkellem dwar il-liġi irid jagħmel distinzjoni għaliex il-liġi fiha dik il-parti li nsejħulha l- parti sostantiva u hemm il-parti proċedurali.", "Dawn huma affarijiet li wieħed jitgħallimhom meta jkun student tal-liġi fl-università u mbagħad jibda jmisshom b'idejh meta jkun qed jipprattika l-qorti.", "Meta nitkellmu dwar is-sustanza tal-liġi nitkellmu dwar il-liġijiet fihom infushom li jirregolaw il-ħajja ċivili u l-ħajja privata tagħna, jiġifieri l-Kodiċi Ċivili, għandna l-Kodiċi Kriminali li huwa ħolqa oħra fil-liġi sostantiva, u għandna l-Kostituzzjoni.", "Però mbagħad hemm il-parti proċedurali li huwa l-vejikolu li fuqu titħaddem il-liġi sostantiva.", "Jekk inti għandek il-vejikolu tajjeb, il-proċedura effiċjenti allura l-liġi sostantiva timxi smoothly u mingħajr problema ta' xejn.", "Min-naħa l-oħra jekk il-proċedura mhix tajba jew teħtieġ li tiġi aġġornata allura l- vejikolu li fuqu jimxi d-dritt sostantiv isib il-problemi, qisha karozza li miexja fi triq mimlija ħofor, u taqa' daqqa 'l hawn u daqqa 'l hemm, jew il- vejikolu nnifsu ma jkunx b'saħħtu biżżejjed u jkollok drive ftit diffiċli.", "Il-bieraħ kont qed nisma' lill-Ministru Austin Gatt jgħid li għalkemm huwa ministru tal-ġustizzja u għandu r-responsabbiltajiet tiegħu però mbagħad f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħaddim ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja jrid jerfa' r-responsabbiltajiet ħaddieħor.", "Il-ministru għandu raġun jgħid hekk.", "Ngħiduha kif inhi, meta l-ministru għamel dak il-kumment ma kienx qed jenunzja xi prinċipju ġdid jew xi ħaġa li qed iwettaqha hu.", "Qed ngħid dan mhux b'sens ta' kritika għax wara kollox qed naqbeż għalih mill-punto di vista ta' responsabbiltà, imma dejjem hekk kienet is-sitwazzjoni.", "Minħabba li mis-separazzjoni tal-poteri toħroġ l-indipendenza tal- ġudikatura bħala mezz ta' kontroll u ta' superviżjoni fuq l-operat ta' dan il-parlament, tal-leġislatura, u l-operat ta' l-eżekuttiv, tal-gvern, allura nistgħu ngħidu li l-ministru tal-ġustizzja huwa ministru xi ftit jew wisq anomalu.", "Ministru tax-xogħlijiet pubbliċi jista' jiddeffes bil-libertà għax huwa responsabbli għat-tħaddim tal-ministeru tiegħu.", "Qed insemmi l-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi għax kumbinazzjoni maġenbi kien hawn il-perit Charles Buhagiar.", "Però ministeri oħrajn, bħalma huwa l-ministeru ta' l- intern ukoll għandu mano libera li jindaħal, jiġiferi jgħid li, per eżempju, id-direzzjoni tal-korp tal-pulizija jridha tali mod.", "Il-ministeri kollha qegħdin hekk ħlief il-ministeru tal-ġustizzja għax dan għandu limitu safejn jista' jasal.", "Għandu mano libera f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- amministrazzjoni tal-qorti, mhux fis-sens ta' ġestjoni tal-kawżi as such, imma l-istaff tal-qorti, it-tagħmir tal-qorti, promozzjonijiet, transfers, re-deployment eċċ. Però f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet ta' qrati jiddeċiedu l-imħallfin.", "Il-mod kif il-qorti taqta' kawża partikolari m'huwiex xogħol il-ministru tal-ġustizzja, imma huwa xogħol l-imħallfin, kif inhu wkoll il-mod kif jiġġestixxu l-kawżi.", "U hemmhekk il-ministri tal-ġustizzja kollha, inkluż jien li kont ministru, tread with caution ħalli ma jmorrux jiġu akkużati minn min ikun interessat li qed jindaħlu fl-indipendenza tal-ġudikatura.", "Il-kwestjoni ta' l-indipendenza tal-ġudikatura forsi ġiet imġebbda b'mod esaġerat tul iż-żmien minħabba kontesti storiċi jew minħabba ħaġa jew oħra, però din kienet saret qisha Madonna fil-bozza li ma tistax tmissha għax taħraq u tiġi akkużat li qed tmiss l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Allura l- gvernijiet u diversi ministri Nazzjonalisti u Laburisti tant saru sensittivi għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal- ġudikatura - forsi by mistake aktar inkunu moħħna li ma nurtawx lill- ġudikatura milli nurtaw il-prinċipju ta' l-indipendenza tal-ġudikatura, ħalli nagħmel distinzjoni - li spiċċaw jikkonfondu ż-żewġ nozzjonijiet u tefgħuhom f'keffa waħda.", "Allura meta tiġi biex tirregola jew tappella jew tmiss il-ġudikatura tkun qisek qed tmiss il-prinċipju ta' l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Għalhekk, apparti li l-operat tal-ministru tal-ġustizzja huwa ristrett f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġudikatura mil-liġi nnifisha u mill- Kostituzzjoni, huwa ristrett ukoll mill-mod kif żvolġiet il-prattika jew kif ħallejnieha tiżvolġi matul is-snin.", "Allura hemm dawn it-tensjonijiet bejn l-apparat ministerjali u l-apparat ġuridiku.", "Where does the buck stop?", "Kif kont ngħid jien f'dan il-parlament bħala ministru tal-ġustizzja, fl- amministrazzjoni tal-ġustizzja hemm ħafna stakeholders, fosthom il- ministru, l-imħallfin u l-maġistrati.", "Jien ma ngħidx il-ġudikatura, imma ngħid il-maġistrati u l-imħallfin, għax l-interessi ta' l-imħallfin mhux neċessarjament dejjem ikunu l-istess bħal tal-maġistrati.", "Il-maġistrati għandhom alla għalihom - biex nuża din l-espressjoni - l-imħallfin għandhom alla għalihom, il-ministru tal-ġustizzja għandu alla għalih, id-direttur ġenerali tal-qorti għandu alla għalih, l-istaff tal-qorti għandhom alla għalihom ukoll.", "Kulħadd għandu t-territorju tiegħu, però dawn it- territorji ma tistax tħallihom distakkati, trid tarahom bħala shareholders fl-infrastruttura tal-ġustizzja.", "Sur President, jien inħobb inġib l-eżempju taż-żwieġ.", "Jekk fiż-żwieġ għandek żewġ partners leali lejn xulxin se jkollok żwieġ b'saħħtu.", "Jekk wieħed mill-partners se joqgħod jilgħab ta' l-ors iż-żwieġ se jitkisser.", "L- istess jiġri f'kumpannija kummerċjali fejn għandek diversi shareholders jew tnejn.", "Jekk wieħed se joqgħod jaħdem lill-ieħor u ma jiddikjarax id- dividends kif suppost u joqgħod jieħu l-flus minn hawn u minn hemm, allura dik il-kumpannija destinata li tkun moribonda.", "L-istess fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja; jekk ikollok imqar komponent wieħed li m'huwiex ikun leali lejn l-istakeholders l-oħrajn kollha, allura se jkollok amministrazzjoni tal-ġustizzja li hija dgħajfa.", "Sur President, matul dawn l-aħħar erba' snin jien segwejt l-operat tal- Ministru Austin Gatt u jkolli ngħid li Allaħares aħna għamilna l-affarijiet li għamel hu jew li għandu pjan li jagħmel.", "Jien m'iniex qed ngħid li dak li qed jagħmel hu huwa ħażin u lanqas qed ngħid li huwa tajjeb.", "Tkellimna fuq tariffi u affarijiet oħrajn li huma soġġetti għall-kritika.", "Imma Allaħares aħna ħadna ċerta attitudni robusta lejn il-ġudikatura kif ħa l- Ministru Austin Gatt.", "Tifhmunix ħażin, m'iniex qed ngħid li kienet ħażina.", "Qed insemmi lill-Ministru Austin Gatt għax kieku kien hemm xi kollega tiegħu bħala ministru min-naħa tal-gvern forsi ma kienx jagħmel l-istess affarijiet.", "Jien niftakar li fit-tmin xhur li kont ministru tal-ġustizzja jien u meta kien hemm l-Onor.", "Charles Mangion qabli konna qisna taħt assedju mill- ġurnali suppost indipendenti li għadu kemm semma l-abbli kollega tiegħi, l- Onor. Evarist Bartolo.", "Niftakar li kienu jagħmlu editorjali bħal \"You've got to master the master?\", kienu jgħidu li l-qorti jinsab fi stat diżastruż u konna nieħdu l-impressjoni li qegħdin taħt assedju.", "Ħalliha li malli morna lura fl-oppożizzjoni fl-indirizz tiegħu fl-ewwel sena forensika l-ex-Prim Imħallef Joe Said Pullicino faħħar il-konsultazzjoni wiesgħa li kien hemm bejn il-gvern ta' dak iż-żmien u l-ġudikatura.", "Però jien ngħid li Allaħares aħna għamilna dak li qed jagħmel il-Ministru Austin Gatt għax kieku l-qorti kienet tkun on permanent strike.", "Il-Kamra ta' l-Avukat hija the mother of all battles, u minħabba l- kwestjoni tat-tariffi, il-qorti tinsab magħluqa.", "Kieku kulħadd ħareġ jiġri 'l barra minn hemmhekk u saru protesti, ittri, talbiet għar-riżenji u ġenn sħiħ.", "Imma taħt dan il-gvern ma jsir xejn.", "Il-qorti qisha t-tarzna tal- partit Nazzjonalista, imma xorta jgorru, u jien nista' ngħid li jgħaddi ħafna diskors minn għala widnejja, pero' imbagħad, let's make a damage limitation exercise, kemm jista' jkun ma nimbarazzawhx lill-gvern, speċjalment fuq il-ġurnali.", "Mr Speaker, huwa fatt magħruf li t-tariffi għolew.", "Il-Ministru jħobb jgħid li għal xi nies naqsu, imma għalkemm dan huwa minnu, għal oħrajn għolew.", "L- iktar li tippreokkupani hija l-Prim'Awla, jiġifieri l-kompetenza skond il- valur minn Lm5,000 'il fuq, fejn it-tariffi għolew b'mod selvaġġ meta pparagunati ma' kif kienu taħt gvern Laburista.", "Hawnhekk m'iniex qiegħed nitkellem għall-gallarija, biex nitfa` t-tajn lill-gvern.", "Naħseb li anke l- Ministru jammetti l-fatt li l-kawżi fil-Prim'Awla għolew sostanzjalment minħabba l-ispejjeż tal-preżentata u minħabba r-reġistru fih innifsu.", "Minbarra l-kawżi ad valorem, l-ikbar preokkupazzjoni li għandi hija fir- rigward tal-kawżi dikjaratorji.", "Kawża dikjaratorja m'hijiex intaxxata fuq il-valur, hija kawża bħal per eżempju meta xi ħadd jidħol f'għalqa tiegħi u jiddikjara li hija tiegħu, u jien nagħmel kawża biex niddikjara li dik l- għalqa hija tiegħi u nkeċċih 'il barra minn hemm.", "Għal din it-tip ta' kawża, fejn qabel, id-dritt tal-preżentata kien ta' madwar Lm5, illum tela' għal Lm56 b'żewġ notifiki.", "Hawnhekk m'iniex se nidħol fil-figuri, għax f'dan il-parlament tkellimna ad nauseam dwar figuri, pero' irrid ngħid li b'kollox, l-ispiża għal din it-tip ta' kawża telgħet minn Lm50 għal madwar Lm306.", "Dan minbarra l-ispejjeż ta' l-avukat, li ovvjament irid jitħallas.", "Allura b'kollox, kawża bħal din tiġi tiswa madwar Lm400, li għall-ħaddiem ordinarji, hija l-paga ta' xahar sħiħ.", "Hemm imbagħad kawżi li huma ftit iktar serji minn oħrajn.", "Jien naqbel mal- prinċipju li l-kawżi għandhom jogħlew, speċjalment fejn jista' jkun hemm abbuż, bħal per eżempju f'kawżi ta' ritrattazzjoni, jiġifieri kawża li ġiet deċiża mingħajr ma l-persuna li ġiet ikkundannata kienet qatt ġiet notifikata.", "Dik il-persuna li tkun sofriet dan il-preġudizzju għandha d- dritt li tagħmel ritrattazzjoni, jiġifieri tiftaħ kawża biex il-kawża terġa' tinstema' mill-ġdid, mhux tibqa' bis-sentenza li tkun ingħatat meta ma kellhiex l-opportunita` li tiddefendi ruħha.", "Biex persuna tiftaħ kawża ta' dan it-tip, trid tagħmel ċitazzjoni ta' ritrattazzjoni, jiġifieri ċitazzjoni biex twaqqaf l-eżekuzzjoni tas-sentenza, filwaqt li tagħmel ukoll rikors biex twaqqaf l-eżekuzzjoni tas-sentenza.", "Dan irid isir għax sakemm il-kawża ta' ritrattazzjoni tinqata`, min ikun rebaħ il-kawża l- ħażina jista' jkompli għaddej bl-eżekuzzjoni tas-sentenza li jkun rebaħ.", "Allura jagħmel sens li dik is-sentenza tieqaf sakemm tiġi deċiża l-kawża ta' ritrattazzjoni, li hija l-kawża prinċipali.", "Minħabba ż-żieda fit-tariffi, fil-Prim'Awla, wieħed irid iħallas Lm306 biex jagħmel kawża ta' ritrattazzjoni, flimkien ma' Lm306 oħra biex iwaqqaf l- eżekuzzjoni tas-sentenza, u madwar Lm10 biex jippreżenta rikors, li jsir peress li jiċċaqlaq iktar malajr minn kawża, biex jiġbed l-attenzjoni tal- qorti u jilqa' proviżorjalment sakemm tiġi deċiża l-kawża li definittivament twaqqaf l-eżekuzzjoni tas-sentenza.", "Allura t-taxpayer, iċ- ċittadin li jirrikorri għal din il-forma ta' rimedju, jispiċċa jħallas mhux inqas minn Lm700 għal kawża li wara kollox forsi jkun ġie kkundannat li jħallas Lm1,000, jiġifieri kważi kważi, iz-zalza ssir iktar għolja mill- ħuta.", "Jien nemmen li dawn huma affarijiet li meta l-Ministru kien qiegħed jirrevedi t-tariffi, forsi ma kienx qiegħed jarahom.", "Jibqa' l-fatt li l- abbużi jeżistu wkoll, u allura jien nemmen li fejn jista' jkun hemm abbużi, ikun aħjar li jogħlew ftit it-tariffi, pero' f'dawn iċ-ċirkostanzi partikolari ta' ritrattazzjoni, almenu l-kawża li twaqqaf l-eżekuzzjoni tas- sentenza għandha tispiċċa, għax hija żejda, qiegħda hemm għalxejn, u jibqa' r-rikors biss.", "Allura, minflok il-kawża tiġi tiswa Lm700, almenu tiġi tiswa Lm306, li sa ċertu punt tkun manageable, avolja mhux għal kulħadd, imma almenu ma tkunx inaċċessibbli.", "Rigward is-small claims tribunal, jien nemmen li sar żball meta kien hemm iż-żieda fit-tariffi u t-tibdil fil-kompetenzi tal-qorti.", "Ir-raġuni hija li meta l-Ministru għamel ir-riforma fit-tariffi, din kien wettaqha għall- ħabta ta' Ottubru 2000, jew ftit qabel.", "Din kellha tkun, sa fejn naf jien, parti minn riforma ġenerali li tolqot ukoll il-kompetenzi tal-qrati.", "Li ġara kien li meta l-Ministru żied it-tariffi, ma bidilx il-kompetenzi fl- istess żmien.", "Fil-fatt, l-ewwel kien hemm iż-żieda fit-tariffi, imbagħad madwar seba' xhur wara, inbidlu l-kompetenzi tal-qrati, jekk is-small claims tribunal għadu qiegħed jisma' kawżi li l-valur tagħhom ma jeċċedix il-Lm250, il-kompetenza tagħhom żdiedet għal Lm1,500 madwar seba' xhur wara li kienu għolew it-tariffi.", "Ġara li għal seba' xhur sħaħ, il-kawżi li l- valur tagħhom ma kienx jeċċedi l-Lm1,500, jiġifieri dawk li llum waqgħu taħt it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar, kellhom bilfors jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, għax il-kompetenza kienet għadha ma nbidlitx, u għal seba' xhur sħaħ kellha titħallas reġistrazzjoni biz-zalza għal kawżi li ftit xhur wara bdew jinstemgħu quddiem it-tribunal għat- talbiet iż-żgħar u ma bdewx jiġu jiswew iktar minn Lm20.", "Kieku ż-żieda fit-tariffi u l-bidla fil-kompetenzi tal-qrati saru fl-istess ġurnata jew fl-istess xahar, kollox kien jidħol kexxun u dawk il-kawżi li l- valur tagħhom ma kienx jeċċedi l-Lm1,500, kienu jiġu jiswew Lm16 tar- reġistru tas-small claims tribunal.", "Pero' jibqa' l-fatt li l-faxx ta' kawżi ta' bejn Lm250 u Lm1,500, għal seba' xhur sħaħ baqgħu jħallsu t- tariffa tal-Qorti tal-Maġistrati biż-żieda.", "Jien naħseb li dan kien inġust meta llum dawn ġew jiswew Lm20 biss.", "Għalhekk nissuġġerixxi li peress li ż-żieda fit-tariffi u l-bdil fil- kompetenza tal-qrati, suppost li kienu intiżi taħt riforma waħda, dawk il- persuni li kellhom jippreżentaw il-kawżi tagħhom quddiem il-Qorti tal- Maġistrati, għax ma laħqux il-bdil fil-kompetenza, jiġu refunded.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar numru kbir ta' kawżi, imma dwar dawk il- kawżi ta' bejn Lm250 u Lm1,000, li kellhom bilfors jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, għax il-Ministru ma kienx għadu laħaq bidel il- kompetenza tal-qrati, u għalhekk għalihom kellhom jitħallsu t-tariffi tal- Qrati tal-Maġistrati, u biż-żieda.", "Għalhekk jien ngħid li għandu jingħata refund lil dawk iċ-ċittadini li ppreżentaw il-kawżi tagħhom bejn iż-żieda fit-tariffi u l-bdil fil-kompetenza tal-qrati.", "Sur President, smajt li fil-Qorti ta' l-Appell hemm bottleneck serju, il- kawżi jidher li staġnaw, ma jistgħux jiċċaqilqu, fis-sens li issa hemm ħafna iktar kawżi pendenti milli qatt kien hemm qabel.", "Ngħiduha kif inhi, fir-rigward tal-Qorti ta' l-Appell, being the highest court, il-Ministru jista' jgħid li l-kawżi naqsu, imma aħna ngħidu li naqsu minħabba t-tariffi mhux minħabba l-effiċjenza.", "Pero', jekk iktar kawżi li jinqatgħu fil- Prim'Awla se jiġu appellati, se jkun hemm ħafna kawżi pendenti quddiem il- Qorti ta' l-Appell, u allura nkunu qegħdin infallu xorta waħda, għax se jibqgħu pendenti ad nauseam u l-problema tkun qiegħda tiġi spustjata mill- Prim'Awla għall-Qorti ta' l-Appell.", "Jien naf ukoll li parti mill-problema setgħet ġiet ikkawżata wkoll mill- bdil li sar riċentement fil-ġerarkija ta' l-imħallfin, fejn il- Prim'Imħallef Said Pullicino irtira u minfloku laħaq il-Prim'Imħallef Noel Arrigo.", "Sakemm il-Prim'Imħallef il-ġdid jieħu over tas-sitwazzjoni, jista' jinqala' każ fejn ikollu jiddiferixxi eċċ. Pero' jien naħseb li għandna nbiddlu l-mod...", "(Interruzzjonijiet) Jiena se nagħmel suġġeriment, issa jew hemm bżonn liġi biex isir jew inkella jaraw l-imħallfin kif se jipprattikawha.", "Jien naħseb Ii jekk wieħed iħares lejn l-istorja jara li l- Prim'Imħallfin li ġew nominati matul dawn l-aħħar 20 sena, kollha ġew magħżula mill-Prim'Awla.", "Fi żmien missieri kien hemm il-Prim'Imħallef Cremona, warajh kien hemm Carmelo Schembri, imbagħad kien hemm Harding, Mifsud Bonnici, Said Pullicino u issa Noel Arrigo.", "Dawn kollha ħarġu mill- qrati ċivili.", "Għal xi raġuni jew oħra, il-ministri tal-ġustizzja dejjem għamlu din il-preferenza.", "Il-kwestjoni hi li dawn lanqas biss intagħżlu minn fost iż-żewġ imħallfin tal-Qorti ta' l-Appell li kienu on the wings, ħlief forsi għal Carmelo Schembri.", "Allura li qed jiġri hu li minħabba li l-ministri tal-ġustizzja kollha jagħżlu lill-imħallfin mill-Prim'Awla, qiegħda tinħoloq problema li qiegħda tiġi ripetuta kontinwament.", "Il-vantaġġ li wieħed jagħżel imħallef from the wings mill-Qorti ta' l-Appell - u dan ngħidu bl-ebda nuqqas ta' rispett lejn ħadd - huwa li jkun hemm ċerta kontinwita` għax dak l-imħallef ikun diġa' qiegħed fil-Qorti ta' l-Appell.", "Ma jfissirx li l-imħallef li jintagħżel ikun l-aqwa alternattiva għal dak li jkun se jirtira, pero' jiggarantixxi ċerta kontinwita` għax il-kawżi jkun diġa' qiegħed jismagħhom.", "Kif għedt, ġaladarba tul dawn l-aħħar 20 sena, il-Prim'Imħallfin dejjem intagħġlu minn barra l-Qorti ta' l-Appell, qegħdin jinqalgħu ċerti problemi fejn l-imħallef li jiġi nominat madwar tliet xhur qabel jirtira l- Prim'Imħallef, irid jagħmel arranġamenti biex jeħles mill-kawżi li jkun qiegħed jisma' fil-Prim'Awla u jara lil min se jgħaddihom – imma għal dan jaħsiblu l-ministru li jaħtar imħallef ieħor – imbagħad irid il-ħin, li ma jkollux, biex jieħu over, bħala President tal-Qorti, tal-kawżi Ii hemm pendenti fil-Qorti ta' l-Appell.", "Kawża ta' dan, jintilef ħafna żmien għax xi sentenzi li l-imħallef li jkun intagħżel mill-Prim'Awla jkun diġa' ta, jiġu appellati, imorru quddiem il-Qorti ta' l-Appell, u jerġgħu jispiċċaw quddiemu.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li aħna mmissu b'idejna ta' kuljum, fejn imbagħad ikollha issir surroga għax il-Prim'Imħallef ma jistax jisma' kawża li jkun diġa' esprima ruħu fuqha, bil-konsegwenza li tintilef madwar sena.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li jekk se nkomplu naħtru Prim'Imħallfin mill- Prim'Awla u mhux minn fost l-imħallfin li jkunu on the wings fil-Qorti ta' l-Appell - aħna nkunu nafu minn snin qabel meta l-Prim'Imħallef ikun se jirtira – ta' l-inqas il-Prim'Imħallef il-ġdid għandu jiġi nominat minn sena qabel, jitlaq il-Prim'Awla u ovvjament jinħatar imħallef ieħor biex jeħodlu xogħlu, anke għaliex jekk matul dik is-sena jibqa' jaqta' s- sentenzi, jekk dawn jiġu appellati, se jerġgħu jispiċċaw quddiemu, fil- Qorti ta' l-Appell, u xorta jkollhom isiru surrogi u ħafna ħmerijiet oħra, u ż-żmien ta' proċedura xorta jintilef.", "Iva, jien nissuġġerixxi li dak l-imħallef li l-ministru jkollu fiduċja fih, għandu jiġi nominat bħala President tal-Qorti minn sena qabel ma jkun se jirtira l-Prim'Imħallef, jieqaf mix-xogħol tiegħu fil-Prim'Awla, jibda jieħu l-hand over u aħna l-avukat nibdew naħsbu għas-surrogi minn qabel.", "Jekk ma jsirx dan, kull ministru tal-ġustizza se jibda jkollu din il- problema fil-Qorti ta' l-Appell.", "Jekk immorru lura naraw li kull darba li nħatar Prim'Imħallef ġdid, dejjem hhekk ġara.", "Din hija waħda mill-problemi li teżisti, li l-pendenzi quddiem il-Qorti ta' l-Appell dejjem sejrin lura, speċjalment f'perjodi ta' bdil tal-Prim'Imħallef.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa li dan l-abbozz ta' liġi jgħid li dawk il- kawżi li jiġu deċiżi mill-ismall claims tribunal u li ma jkunux jeċċedu l- valur ta' Lm200 ma jistgħux jiġu appellati, jiġifieri fi kliem ieħor hawnhekk qed nipprovaw inneħħu parti mill-piż li għandha l-Qorti ta' l- Appell, u prattikament jien nara dan kollu bħala sens ta' falliment.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Gatt, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-fatt il-projbizzjoni li wieħed ma jistax jappella kawżi li għandhom valur ta' inqas minn Lm200 diġa' teżisti fir-rigward tal- Qorti tal-Maġistrati, jiġifieri dan il-prinċipju ilu żmien jeżisti, pero` issa qed nestendu din il-projbizzjoni għall-ismall claims tribunal ukoll.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Pero` jien ma naqbilx ma' dan kollu, u r-raġuni hija din li se ngħid.", "Filwaqt li jekk il-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti ta' l- Appell jiddeċiedu b'mod differenti fuq kawżi li l-valur tagħhom huwa ta' iktar minn Lm200, tiġi segwita d-deċiżjoni li tkun ħadet il-Qorti ta' l- Appell, ġaladarba dawk il-kawżi li jinstemgħu quddiem l-ismall claims tribunal ma għandhomx dritt t'appell, trid bilfors tiġi segwita d-deċiżjoni li jkun ħa dan it-tribunal bil-konsegwenza li d-deċiżjonijiet li jieħu l- ismall claims tribunal jistgħu jikkontradixxu mad-deċiżjonijiet li tieħu l- Qorti ta' l-Appell, u dan minkejja li lkoll nafu li finalment hija l-qorti li għandha sservi ta' gwida.", "Sur President, fil-parti konklużiva tad-diskors tiegħi nixtieq insemmi ċerti kwestjonijiet li għalkemm diġa' kienu jeżistu meta jien kont ministru responsabbli mill-ġustizzja, illum wara erba' snin sħaħ immexxija minn gvern Nazzjonalista għadhom hemmhekk.", "Ħalli nibda biex insemmi s-sistema tal-master.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Ministru Gatt għadu ma messx is- sistema tal-master bil-konsegwenza li llum qegħdin naħdmu fi stat ta' illegalita` għax kif din is-sistema qed titħaddem bħalissa m'hijiex tirrifletti l-emendi li kien għamel l-ex-Ministru Joe Fenech fl-1994, li fost affarijiet oħra jgħidu li kull imħallef għandu jkun il-master tiegħu.", "Jien m'iniex qed ngħid li naqbel ma' dawk l-emendi, pero` issa ilna sitt snin sħaħ inħaddmu sistema li hija illegali fil-qrati tagħna stess - araw x'paradoss! - u allura llum faċilment jista' jiġi avukat u jqajjem eċċezzjoni legali ta' nullita`.", "Jien persważ li l-Ministru jaf b'din il- problema, u fil-fatt anke jekk immorru lura sa l-1998, insibu li dak iż- żmien kienu diġa' qed jinkitbu editorjali dwar din l-anomalija.", "Per eżempju, f'\"The Times\" kien hemm editorjal intitolat \"Time to master the master\", pero` llum m'aħna qed nisimgħu xejn f'dan ir-rigward, u huwa għalhekk li fil-bidu tad-diskors tiegħi jien ħriġt bl-argument li l-qorti donnha hija t-tarzna tal-partit Nazzjonalista; għax jekk niġu biex nagħmlu xi ħaġa aħna jqumu l-irwiefen kollha filwaqt li jagħmlu x'jagħmlu tal- partit Nazzjonalista, donnu ma ġara proprju xejn.", "Minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni li nsellem lill-Imħallef G.R. Micallef għall-mod espedjenti li bih qed jaqta' ċerti eċċezzjonijiet preliminari u legali, pero` fl-aħħar mill-aħħar meta mbagħad niġu għall-mertu, dan xorta waħda jkun irid jassenja ċerti affarijiet lil ħaddieħor, u għalhekk iktar u iktar tikber l-importanza li l-anomalija li għadni kif semmejt tiġi rranġata, u nerġa' ngħid li jiddispjaċini li għadu ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Jien ma nafx x'beħsiebu jagħmel il-Ministru ...", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ issa nipprovaw niddiskutu din il-problema fi stadju ta' kumitat, u I hope for the best għax ma jistax ikun li tibqa' teżisti din is-sitwazzjoni anomala.", "Lanqas rigward il-qorti tal-familja, matul erba' snin sħaħ immexxija minn gvern Nazzjonalista għadu ma sar xejn, u dan meta aħna konna ġejna kkritikati li fit-22 xahar li għamilna fil-gvern, ma għamilna xejn f'dan ir- rigward.", "Fil-fatt biex ngħid kollox, kulma smajna huwa li saret white paper oħra li xi ftit jew wisq biddlet ...", "(Interruzzjonijiet) Imma rrid ngħid, anke għall-punt u for the record, li wara li kien hemm min qajjem riefnu sħiħ għall-fatt li matul it-22 xahar li għamilna fil-gvern ma rnexxielniex inwaqqfu l-qorti tal-familja, jien kont nippretendi li l- partit Nazzjonalista kien iwaqqafha hekk kif jitla' fil-gvern, pero` minkejja li llum il-partit Nazzjonalista ilu fil-gvern it-tripplu tat-22 xahar li għamilna aħna u minkejja li dalwaqt tagħlaq leġislatura oħra, sal- lum il-qorti tal-familja għadha ma twaqqfitx.", "Jien nittama li fl-aħħar il- qorti tal-familja titwaqqaf, u nittama li titwaqqaf anke l-infrastruttura fiżika tal-qorti tal-familja.", "Minn kif tkellem il-Ministru l-bieraħ jidher li l-qorti tal-familja se titwaqqaf fil-bini li kont issuġġerejt jien, jiġifieri fejn hemm ir-reġistru u l-annexe tal-qorti bħalissa.", "Nittama biss - u dan m'iniex qed ngħidu bħala kritika - li l-Ministru ma jsibx xi skoll kif kont qed insib jien meta konna nkunu qed naħdmu fuq il-kuntratti, liema skoll iwaqqaf il-proċess kollu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gulia, nixtieq ninformak li skadielek il-ħin.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, l-aħħar punt li rrid insemmi huwa li aħna, bħala gvern Laburista, konna qed naħdmu ħafna fuq l-emendi li hemm bżonn isiru għall-Kodiċi Ċivili, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam m'assoċjazzjonijiet, m'affiljazzjoni u ma' leġittimazzjoni.", "Aħna konna komplejna fuq ix-xogħol li konna writna mill-gvern preċedenti fl-1996 bl- għajnuna tal-law revision commission - fil-fatt fost l-oħrajn f'din il- kummissjoni kien hemm l-Imħallef Riccardo Farrugia u l-professur Ian Refalo - pero` issa l-gvern preżenti ilu erba' snin li tefa' dan ix-xogħol kollu fuq l-ixkaffa.", "Nixtieq li almenu l-Ministru, matul il-winding up, jinformani dwar jekk huwiex qed isir xi progress f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-emendi għall-Kodiċi Ċivili, anke għax nemmen li it's about time li dawn jgħaddu mill-Parlament.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa pass ieħor fil-mixja li l-gvern Nazzjonalista qed jieħu biex jittekilja d- diversi problemi li jeżistu fit-tmexxija, fl-organizzazzjoni u fl- implimentazzjoni tax-xogħlijiet li jsiru mid-diversi qrati u tribunali ta' pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi huwa wkoll pass ieħor li se jkun jista' jwassal biex dawk il-persuni li jirrikorru quddiem il-qorti jinqdew aħjar, bi spejjeż inqas u fl-iqsar żmien.", "Qed nieħu pjaċir ninnota li m'hawn l-ebda kontenzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi per se u li qed isiru diversi suġġerimenti kostruttivi miż-żewġ naħat tal-Kamra, u dan għaliex naħseb illum kulħadd rrealizza li l-Ministru preżenti kien kapaċi jaqbad il-barri minn qrunu u jittekilja d-diversi problemi li kienu jeżistu fil-qorti, għalkemm huwa diffiċli li ministru, jew inkella gvern, jirnexxielu jsolvi kull problema li teżisti fil-qorti fi żmien tliet snin jew erbgħa.", "Sur President, fil-professjoni tiegħi bħala nutar jien niltaqa' ma' ħafna nies li jilmentaw fuq id-dewmien li jkun hemm min-naħa tal-qorti.", "Ħafna drabi l-avukati jkunu ppreparati sew, pero` minħabba ċerti ċirkostanzi fil- qorti stess, fosthom minħabba li l-imħallfin u l-maġistrati spiss imorru minn sede għal sede oħra, jiġi kkaġunat ċertu dewmien għax kif qal il- kelliem ta' qabli, l-Onor.", "Gavin Gulia, meta kawża tkun qed tinstema' quddiem sede partikolari u mbagħad tkompli tinstema quddiem sede differenti, dik is-sede tkun trid bilfors terġa' tidħol fil-merti tal- kawża, u din hija xi ħaġa li tifhimha għax l-imħallef jew il-maġistrat konċernat bilfors ikollu jitlob li, per eżempju, jerġgħu jitressqu l-provi ħalli hu jkun jaf eżattament x'ikun ġara.", "Wieħed irid jagħmel ukoll il- punt li minħabba li jkun għadda ċertu żmien minn meta jkun seħħ il-każ, jista' jkun li ċerti xhieda ma jkunux jiftakru eżattament id-dettalji tal- każ.", "Dan bħal meta jmutlek xi ħadd tal-familja; għall-ewwel sena jew sentejn ikollok ċerta tensjoni, imma mbagħad kif jgħidu, iż-żmien inessi.", "Għalhekk meta bniedem jintalab biex jixhed wara ċertu żmien, minkejja li huwa jkun qed jaġixxi totalment in good faith u minkejja li jkun konxju tal- fatt li jkun qiegħed taħt ġurament u għalhekk ikun irid jgħid il-verita` u xejn iktar ħlief il-verita`, ċerti dettalji li jista' jkollhom ċerta importanza u rilevanza jista' jinsiehom.", "Fil-fatt, Sur President, dan huwa wieħed mill-fatturi li ġiegħel lill-gvern preżenti jara x'jista' jagħmel biex iħaffef il-proċeduri tal-qorti.", "Matul id-diskors tiegħu, l-Onor.", "Gulia faħħar lil diversi persuni li jifformaw il- maġistratura u l-ġudikatura tal-qorti tagħna, u hawnhekk irrid ngħid li anke aħna, bħala gvern Nazzjonalista, nirrispettaw lil kull bniedem li jitpoġġa fuq is-sedja tal-qorti biex jiddeċiedi l-kawżi.", "Ta' min jagħmel ukoll il-punt li jekk il-proċess tal-kawżi jitħaffef iktar - u bis-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi u tad-diversi abbozzi ta' liġijiet li għaddejna, jidher li hekk se jsir - inqas ikun hemm probabbilta` li kawża toqgħod titressaq minn quddiem sede għal oħra.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm għall- bidu li għolew it-tariffi tal-qorti, sar ħafna tgergir u kważi akkużi min- naħa l-oħra tal-Kamra fuq kif saru l-affarijiet, l-esperjenza ta' sena u nofs xogħol minn mindu għolew dawn it-tariffi wriet li din iż-żieda li kien hemm fit-tariffi tat ċerti riżultati.", "Sur President, din hija Kamra ħajja li trid timxi skond l-esiġenzi tal- pajjiż u li trid tindirizza l-problemi ta' dan il-pajjiż kif jixraq lis- soċjeta`.", "Maż-żmien l-esiġenzi tal-pajjiż jinbidlu u llum fis-soċjeta` jeżistu problemi li sa għaxar snin u 20 sena ilu ma kenux jeżistu.", "Anke l- kawżi li kienu jitressqu qudddiem il-qorti kienu ta' portata differenti, u għalhekk aħna qed nipprovaw nindirizzaw ċerti problemi sabiex it-tibdil li qed isir fil-mentalita` u fil-kultura tas-soċjeta` tagħna - issa jekk dan it-tibdil huwiex qed isir għall-aħjar jew għall-agħar hija kwestjoni oħra - ma jħallix effetti negattivi.", "Illum anke dawk il-kawżi li jkollhom valur finanzjarju żgħir jinvolvu ħafna spejjeż għax wieħed ma jridx iqis biss l- ispejjeż tal-qorti imma wkoll l-ispejjeż ta' l-avukat, li m'hemmx għalfejn ngħidu li jkun irid jitħallas tax-xogħol li jkun ħa u tal-ħin li jkun qatta' mal-klijenti tiegħu għax dan ukoll għandu familja lil min jgħajjex.", "Jien nittama li ġaladarba l-kawżi tal-qorti jibdew jinqatgħu fi żmien iktar qasir, anke dawn it-tip ta' spejjeż jonqsu.", "Sur President, matul dawn l-aħħar snin, speċjalment matul dawn l-aħħar 15- il sena, in-numru ta' kawżi mressqa l-qorti żdiedu wkoll minħabba li żdiedu dawk il-kawżi li jikkonċernaw separazzjonijiet, negozji fuq proprjeta` kummerċjali u inġustizzji fuq il-postijiet tax-xogħol, anke għax dan l- aħħar ġew emendati diversi liġijiet li jikkonċernaw ix-xogħol.", "Illum il- poplu Malti u Għawdxi sar ukoll iktar aware ta' l-ambjent li jgħix madwaru, u għalhekk kien hemm żieda anke fin-numru ta' kawżi li jikkonċernaw l- ambjent, fosthom minħabba t-toroq u t-tniġġiż ta' l-arja.", "Għalkemm illum il-life expectancy twalet ħafna, il-poplu xorta waħda huwa aware ta' dawk l- affarijiet li jagħmlu ħsara lil saħħtu u għalhekk il-firxa wiesa' ta' raġunijiet li għalihom wieħed jasal biex jiftaħ kawża quddiem il-qorti kompliet tikber.", "Mill-1987 sal-lum il-gvern ħoloq sistemi oħrajn sabiex jindirizza l- esiġenzi tal-lum f'ħafna każijiet b'mod iżjed sempliċi milli kienu.", "Qabel bniedem li kien jaqla' ċitazzjoni tat-traffiku kien iqatta' nofs ta' nhar il-qorti jistenna biex jidher quddiem maġistrat.", "Illum dawk il-kawżi jinstemgħu minn kummissarju tal-ġustizzja f'diversi lokalitajiet ġol- kunsilli lokali.", "Illum għandna l-wardens u l-kawżi dwar it-traffic jinstemgħu fl-istess lokalitajiet fejn jingħataw iċ-ċitazzjoni.", "Fl-1986 xi ħadd kien jippretendi li kien se jkollna dan l-ammont ta' karozzi li għandna llum u b'riżultat ta' dan kien se jkollna l-ammont ta' ċitazzjonijiet, l-ammont ta' regolamenti dwar it-traffic li għandna llum?", "Ħadd ma kien jippretendi dan kollu.", "Wara l-1987 gvern Nazzjonalista waqqaf kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzji peress li kien hemm każijiet ta' inġustizzji fuq il-post tax-xogħol.", "Imbagħad fi żmien il-gvern Laburista twaqqaf it-tribunal għall- investigazzjoni ta' inġustizzji.", "Però ż-żewġ gvernijiet raw li kien hemm bżonn li l-ilmenti ta' inġustizzji kellhom jiġu ndirizzati permezz ta' proċeduri sommarji u mhux permezz ta' kawża fil-qorti li tieħu żmien twil u bniedem kien jilħaq jasal għall-pensjoni qabel ma jiddeċiedu fuq il-każ tiegħu.", "Mr Speaker, ħloqna kummissjonijiet kontra korruzzjoni, kummissjonijiet oħrajn ta' arbitration bejn il-partijiet meta jiftiehmu li jkollhom arbitration barra mill-qorti.", "Dan il-gvern ħoloq il-proċeduri meħtieġa sabiex il-kawżi fil-qorti jiġu iżjed speċjalizzati u jieħdu żmien iqsar biex jiġu deċiżi.", "Veru li l-ispejjeż jikbru bħalma jikbru għal affarijiet oħrajn.", "Ovvjament jiżdiedu l-ispejjeż ta' l-impjegati tal-qorti u spejjeż oħrajn.", "Ħafna jgergru fuq ir-rati tal-qorti u l-Onor.", "Gulia ppretenda li ċerti nies kellhom jiġu refunded.", "Però kieku bniedem joqgħod janalizza tassew l- ispiża li tiġiha l-qorti sabiex tipprovdi s-servizzi li tipprovdi għall- għoti tal-ġustizzja f'dan il-pajjiż u bniedem janalizzaha fil-konfront ta' l-ispejjeż li jħallsu n-nies meta jippreżentaw il-kawżi tagħhom, jien naħseb li minkejja ż-żidiet li tħabbru xorta jibqa' l-fatt li l-qorti tmur minn taħt finanzjarjament.", "Infatti l-budget tagħha joħroġ dejjem fin- negattiv minħabba l-ispejjeż involuti sabiex jiġu nkarigati l-esperti li jagħtu pariri lill-qorti fl-inkjesti u l-ammont ta' nies li jaħdmu fil- qorti.", "Effettivament il-qorti hija 'l bogħod milli tkopri dan l-ammont ta' spejjeż.", "Mr Speaker, jien nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi mhux biss nawgura lill-ministru talli kien kapaċi jwassal din il-liġi, imma talli kien kapaċi jaffronta problemi oħrajn.", "Baqa' ħafna affarijiet oħrajn x'niddiskutu u jista' jkun li jgħaddu sentejn, tlieta u din il-liġi jkollna bżonn nerġgħu nemendawha.", "Però huwa fatt li dan huwa pass 'il quddiem fil-mod kif taġixxi l-ġudikatura in konfront tan-nies fit-triq li se jagħmlu użu mill- qorti.", "Jien nispera li l-vot ikun wieħed favorevoli u ma jkunx hemm opinjonijiet diversi.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "José Herrera.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Grazzi, Sur President.", "Il-partit Laburista fl- oppożizzjoni diġà ddikjara li se nivvotaw favur din il-liġi.", "Fil-fatt din is-sena kellna żewġ liġijiet monumentali, fis-sens li skossaw bil-kbir l- ordinament ġuridiku ta' dan il-pajjiż.", "Ftit tax-xhur ilu kien hawn liġi oħra bħal din li kienet tikkonċerna l-kodiċi penali.", "Sar ħafna xogħol fil- kumitat dwar dik il-liġi u l-gvern u l-oppożizzjoni qbilna kważi fuq kollox, jiġifieri kienet liġi pożittiva wkoll.", "Illum għandna liġi oħra li din id-darba qed tiskossa bil-kbir il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Il-Ministru qal li dawn l-emendi saru wara konsultazzjonijiet bejn il-partijiet kollha interessati, fosthom il- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja u anke membri tal- ġudikatura.", "Qal ukoll li jidher li hemm qbil bejn kulħadd fuq dawn l- emendi.", "Jien kelli okkażjoni nkellem xi wħud mill-membri tal-ġudikatura u, to be fair, il-konklużjonijiet ta' ħafna minn dawn il-ġudikanti kienu favorevoli, però għandhom riżervi dwar ċerti klawsoli li nsibu proposti.", "F'dawn l-emendi hemm ċerti aspetti li, fuq livell personali, inħosss li l- gvern Nazzjonalista qed jikkontradixxi lilu nnifsu fihom.", "Ħalli nispjega fuqxiex qed nitkellem.", "Xi żmien ilu, wara t-tmeninijiet, kienu saru emendi fejn l-assenjazzjoni tax-xogħol ta' l-imħallfin ma baqgħetx aktar il- prerogattiva tal-ministru tal-ġustizzja jew ta' l-istat.", "Kellu poteri residwali, però bħala prinċipju l-idea tal-gvern Nazzjonalista kienet li l- assenjazzjoni tax-xogħol u d-doveri kellha tibqa' f'idejn il-bank tal- ġudikatura.", "L-imħallfin jiltaqgħu, jiddiskutu u jiddeċiedu min se jieħu l- kawżi ċivili, min se jieħu l-kawżi kriminali u min se jieħu l-appelli ċivili.", "Naturalment jekk ma jkunx hemm ftehim kellu jimmedja l-Prim'Imħallef jew jimponi ruħu fuqhom.", "U jekk le, naturalment kien hemm il-poter residwali tal-ministru li jgħid li tali imħallef jiġi assenjat tali xogħol.", "Il-gvern tant kien rigoruż f'dan li niftakru l-kwestjoni li nqalgħet fil-każ ta' l- Imħallef Anton Depasquale.", "Il-problema kienet li l-Prim Imħallef kien deherlu li ma jridx jassenjalu xogħol u meta kellna l-mozzjoni ta' l- impeachment hawnhekk il-gvern kien qal li l-president irid jassenja x- xogħol.", "Kienet tajba l-idea li x-xogħol ta' l-imħallfin jiġi assenjat bejniethom u mhux impost mill-gvern għax veru kien hemm żmien meta setgħu jsiru ċerti abbużi.", "Seta' kien hemm xenarju fejn ikun hemm imħallef li jippresjedi l- Prim'Awla u allura jkollu kompetenza fil-kawżi kostituzzjonali, u dan l- imħallef forsi jkun żbukkat iż-żejjed u l-gvern ma tantx jieħu pjaċir li l- kawżi kostituzzjonali jiddeċidihom dak l-imħallef partikolari.", "Jew inkella jista' jkun hemm imħallef jippresjedi l-qorti kriminali u jieħu linja ta' ħsieb li l-gvern ma tantx ikun jaqbel magħha.", "U fil-passat - inutli ninħbew minnha - kien hemm istanzi fejn saru abbużi u, per eżempju, biex ma tinstemax kawża quddiem imħallef partikolari u għax il-gvern ikollu xi interessi inerenti f'dik il-kawża, jaqbad u jassenja lil dak l-imħallef fuq xogħol ieħor u jappunta imħallef ieħor biex jieħu dawk il-kawżi.", "Indubjament kellna sistema ta' musical chairs.", "Il-liġi kienet li hi u kellna dawn it-tip ta' problemi.", "Naturalment, biex ma jkunx hawn dawn it-tip ta' problemi, l-idea kienet li d-deċiżjonijiet dwar min jaħdem fit-tali awla u min ikollu tali kompetenza, jiddeċiduha l-imħallfin bejniethom.", "Din kienet issaħħaħ l-awtonomija u l- indipendenza tal-ġudikatura.", "Jien personalment naqbel perfettament ma' dan il-pass li kien ħa l-gvern Nazzjonalista.", "Naħseb li din kienet idea tajba.", "Però llum - u għalhekk qed ngħid li jidher li l-gvern qed jikkontradixxi l-linja ta' ħsieb oriġinali tiegħu - jekk naraw klawsola 7 li qed temenda artikolu 11 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili naraw li issa minflok se jkollna Prim'Awla, Second'Awla, se jkun hemm qorti ċivili u se jkun hemm sessjonijiet differenti.", "Għalhekk qed ngħid li din il-liġi qiegħda tiskossa l-ordinament ġuridiku.", "Per eżempju, nimmaġina li se jkun hemm qorti ċivili - sessjoni familja, qorti ċivili - sessjoni ġurisdizzjoni volontarja, qorti ċivili - sessjoni kummerċ jew sessjoni amministrattiv.", "Jistgħu jfaqqsu ħafna sessjonijiet.", "Jiġifieri se jkun hemm dan l- ordinament.", "Però l-assenjazzjonijiet - u għalhekk qed ngħid li l-gvern qed jerġa' lura mil-linja tal-ħsieb oriġinali tiegħu - se jsiru mill-President tar-Repubblika.", "Issa jekk wieħed jara l-Interpretation Act li tinterpreta l-liġijiet tagħna b'mod ġenerali tara li meta l-President tar-Repubblika jaġixxi, dan jaġixxi skond il-parir tal-ministru jew tal-gvern.", "Allura erġajna ġejna f'pożizzjoni fejn il-gvern se jkollu d-dritt li jassenja.", "Mhux hekk biss.", "Jekk naraw subklawsola 7(4) insibu li din l-assenjazzjoni ssir faċilment, lanqas biss issir pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Jitwaħħal avviż fir-reġistri li jiġu magħżula mill-istess gvern fejn jingħad li, per eżempju, l-Imħallef Ray Pace jew l-Imħallef J.R. Micallef se jibda jieħu tali xogħol.", "Imbagħad b'mod awtomatiku dak l-imħallef jiġi assenjat dak ix- xogħol.", "Din ma nifhimhiex għax tikkuntrastja bil-kbir mal-linja ta' ħsieb li kellu dan il-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili llum diġà hemm il-poter li jsiru d-diviżjonijiet tal-kawżi tal-qorti.", "M'hemm xejn differenti.", "Hija kkopjata mill-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Bl-ebda mod ma l-gvern se jerġa' jarroga lilu nnifsu l- poter li jassenja lill-ġudikanti.", "Assolutament m'hijiex din l-intenzjoni ta' l-emenda u lanqas tista' tkun hekk għax illum din hija proċedura kostituzzjonali llum u mhux proċedura bil-liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "José Herrera.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Jien napprezza dak li qed jgħid il-kollega tiegħi l- Onor. Austin Gatt u persważ li l-intenzjoni tiegħu m'hijiex hekk għax huwa kien wieħed mill-iktar li kien tkellem fuq din il-kwestjoni.", "Però jekk wieħed jaqra l-liġi - u għalhekk isir id-dibattitu - jsib li l- assenjazzjonijiet se jsiru mill-President tar-Repubblika.", "Mhux hekk biss.", "Jekk tara subklawsola 7(4) ...", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Hekk hi llum.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Iva, hekk hi llum.", "Però llum il-liġi ma tgħidx li meta inti tassenja x-xogħol il-gvern jagħżel reġistru u fih jippubblika x- xogħol li jiġi assenjat lil tali imħallef, u awtomatikament dak l-imħallef ikollu dak ix-xogħol.", "Għalhekk wieħed jippretendi li għandha tiġi kkjarifikata.", "Kif għedt fil-bidu, illum il-gvern xorta għad għandu poter residwali li jassenja x-xogħol hu.", "Jekk l-imħallfin ma jaqblux bejniethom mhux bilfors li l-gvern irid ikollu l-poter li jassenja!", "Hekk qiegħda llum.", "Qed inqajjem dan il-punt ħalli l-kollega tiegħi jkollu l-opportunità li jikkjarifikah.", "Jien kont nippretendi li ladarba qed niskossaw il-Kodiċi, għandna niċċaraw din il-klawsola għax jekk taqraha ssib li hekk tgħid.", "Kważi qed issir enfasi fil-liġi biex tiffaċilita - jien hekk ninterpretaha, nista' nkun skorrett u j'Alla li jien skorrett - il-poteri tal-gvern li jassenja x-xogħol.", "U l-liġi hekk tgħid.", "Dak li hu ċar ma tistax tmerih.", "Dan hu l-ewwel punt tiegħi.", "It-tieni punt tiegħi hu dwar klawsola 10.", "Bħala prinċipju naqbel ma' l- Onor. Gatt li l-imħallfin m'għandhomx ikollhom karigi oħra - u l-imħallfin tradizzjonali hekk kienu.", "Per eżempju, jien għandi d-dubji tiegħi kemm - l- imħallfin se jieħdu għalihom b'dan li se ngħid - hi kompatibbli l-kariga ta' professur jew ta' lecturer mal-kariga ta' imħallef għax imħallef mhux suppost jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar kif għandhom jiġu interpretati l-liġijiet, ħlief fis-sentenzi.", "Lanqas ma naqbel, per eżempju, li imħallef għandu jikteb artikli biex jispjega kif jara l-liġi.", "Jiġifieri jien personalment qed nara li tbiddlet il-prassi għax hemm ħafna imħallfin li laħqu professuri u lecturers.", "Per eżempju, l-Imħallef DeGaetano u l-Imħallef Caruana Demajo huma lecturers tajbin ħafna, jiġifieri m'iniex qed nikkritikahom.", "Però jien, fuq livell personali nħoss li x-xogħol ta' lecturer u x-xogħol ta' professur huwa inkompatibbli mal-kariga ta' imħallef.", "Il-fatt li imħallef jeżamina m'huwiex inkompatibbli max-xogħol tiegħu għax tradizzjonalment ħafna mill-imħallfin tagħna kienu eżaminaturi.", "Hemmhekk mhix problema għax f'dak il-każ il-ġudikant mhuwiex qiegħed jesprimi opinjonijiet, imma qiegħed jeżamina.", "Issa ħalli norbot l-argument tiegħi ma' dak li għedt fil-bidu.", "Il-ministru qal li kien hemm consensus ġenerali bejn il-membri tal-ġudikatura u l- kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja biex sar dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien informat li fuq klawsola 10 li qed temenda artikolu 16 tal- Kodiċi m'hemm consensus xejn, anzi l-membri tal-ġudikatura tagħna huma rrabjati fuqha għax illum l-imħallin mhux biss ma jistgħux jokkupaw aktar ċerti karigi, imma lanqas ma jistgħu jokkupaw karigi li huma mingħajr onorarja.", "Hemm imħallfin li huma presidenti ta' kumitati ta' l-isport u hemm imħallfin li huma presidenti ta' baned.", "Per eżempju, l-Imħallef Farrugia Sacco huwa president tal-Banda ta' San Ġużepp il-Ħamrun u l-imħallef J.R. Micallef li huwa l-president tal-banda L'Isle Adam fir-Rabat.", "L-Imħallef il-ġdid Tonio Mallia jippresjedi bord ta' appelli ta' xi istituzzjoni.", "Hemm min huwa involut fl-Eden Foundation.", "Jiġifieri l-Imħallfin kollha huma involuti f'xi ħaġa jew filantropika, kulturali, jew sportiva.", "(Interruzzjonijiet) Imma l-liġi qed tgħidlek le!", "L-Onor.", "Austin Gatt qalilna li l-imħallfin qablu ma' kollox, imma jien mhux hekk qed nifhem.", "Jien għandi idea li l-assoċjazzjoni tal-membri tal- ġudikatura kienu qed jaħdmu fuq kodiċi ta' etika, imbagħad ħarġet kodiċi ta' etika oħra mill-kummissjoni, u ma naħsibx li hemm xi consensus daqshekk ġenerali fost il-membri tal-ġudikatura fuq din il-kodiċi ta' etika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Bil-permess ta' l-Onor.", "Herrera, il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkoreġi dak li qal l-Onor.", "Herrera.", "Il-kodiċi ta' etika tal-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja huwa ffirmat mill-imħallfin kollha, minbarra l-Imħallef Anton Depasquale, u mill- maġistrati kollha u se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Però naħseb li l-ministru jaf - u jekk jien nasserixxi dan il-punt naħseb li se jaqbel miegħi - li fuq artikolu 16, kif emendat bi klawsola 10, m'hemmx qbil.", "Per eżempju, inneħħilu l-kappell u naqbel miegħu li l-imħallfin ma jkunux fin-negozju għax huwa inkonċepibbli li jkun hemm imħallef midjun u mbagħad irid jiġġudika lin-nies, għax jista' jinxtara.", "Ejja nitkellmu ċar.", "Huwa inkonċepibbli li jkollok imħallef jew maġistrat bil-businesses u l-proprjetajiet, ibigħ u jixtri, jikri l-flats u jkollu loans kbar mal-banek.", "M'iniex qed ngħid li huwa illegali, imma mhux tajjeb.", "Però wieħed irid jara minn meta jkunu ħadu l-ġurament, għax wieħed irid joqgħod attent jekk il-membri tal-ġudikatura kellhomx interessi fin- negozju.", "Dawn x'se jagħmlu, ibigħuhom?", "Din hija klawsola waħda, però tiftaħ beraħ.", "Jekk jien ġejt appuntat imħallef 10 snin ilu u kelli interessi kummerċjali li ma kenux imorru kontra l-kodiċi ta' etika, għaliex illum hawn din l- emenda u sibt ruħi f'din il-pożizzjoni, x'se nagħmel bl-investimenti tiegħi?", "Kien ma rridx insemmi ismijiet imma l-Ministru jaf li hemm membri tal-ġudikatura li għandhom interessi kbar diretti jew indiretti f'negozji.", "Allura dawn x'se jagħmlu?", "Kif se jirregolarizzaw ruħhom?", "Għalhekk għedt li wieħed irid joqgħod attent.", "Jien naħseb li kien ikun aħjar kieku wieħed ra li mil-lum 'il quddiem jitbiddel il-ġurament u l-imħallfin ikunu jafu għalxiex deħlin.", "Jien hawnhekk irrid inkun fair mal-ministru u ngħid li llum l-istat Malti qed joffri pakkett ta' inċentivi tajbin għall-imħallfin u l-għażliet li saru dan l-aħħar għan-nomini ta' mħallfin kienu għażliet tajbin ħafna u ntagħżlu mħallfin li kienu l-krema ta' l-avukatura u qed jagħtu servizz tajjeb lill- qrati.", "Anke fil-każ tal-persuna li hija msemmija li se tieħu ġurament bħala mħallef ukoll ħaqqu prosit il-ministru li ddeċieda li jappunta lilu għaliex huwa bniedem li jġorr ħafna rispett u huwa kapaċissimu.", "B'dan kollu qed jiġi kkreat qafas fejn tħajjar lil dak li jkun, pero` xorta waħda trid toqgħod attent meta qed tgħid li dawn ma jistgħux imorru fin-negozju.", "U jekk dawn diġa` qegħdin fin-negozju, x'se jagħmlu?", "Jien nifhem u napprezza li f'ċerti karigi fejn forsi jkun hemm onorarja, dan m'għandux isir, bħalma kien isir fl-antik fejn ċerti maġistrati jew mħallfin kienu jiġu appuntati li jirrivedu l-atti notarili u kienu jitħallsu għal kull att notarili li jeżaminaw.", "Allura kellek maġistrati u mħallfin li jaqilgħu \"Lm X\" u oħrajn li jaqilgħu d-doppju jew it-tripplu tagħhom.", "L-istess jista' jingħad għas-safar.", "Jien naħseb li jrid ikun hemm aktar trasparenza dwar min jiġi appuntat f'kunsilli jew f'kumitati barra minn Malta għaliex din ukoll tista' sservi ta' karotta billi dak li jkun twiegħdu li tipproponih f'ċertu kumitat.", "Jien qed nitkellem ċar u jieħu għalih min irid; il-fatti hekk huma.", "Imbagħad mill-banda l-oħra ma nara xejn ħażin li maġistrat jew imħallef li forsi tradizzjonalment kellu u għandu konnessjonijiet ma' banda, ikun president tagħha.", "Tal-baned jieħdu gost li għall-preġju tagħhom il- president ikollu kariga għolja.", "Per eżempju, jien niftakar li l-banda La Vallette kellhom bħala presidenti lill-Maġistrat Borg Olivier De Puget, lil Dr. George Borg Olivier u anke lin-nannu tiegħi, Ġuże` Galea, filwaqt li missieri, li wkoll kien imħallef, kien president tal-banda Kings Own.", "Jien ma nara xejn ħażin li wieħed ikun involut f'dawn l-attivitajiet jew inkella, per eżempju, fl-Eden Foundation jew f'xi għaqda sportiva għalkemm xorta waħda għandu jkun hemm limitu.", "Għalhekk jien naħseb li klawsola 10 għandu jkun hemm rethinking sħiħ dwarha għaliex se toħloq polemiċi u problemi kbar ħafna.", "Xtaqt li naqbeż għal punt ieħor li għalija wkoll huwa importanti, u qed nirriferi għall-kwestjoni tal-konsenjatarju.", "Dwar dan hawn klawsola waħda li m'hijiex twila pero` fiha ħafna x'togħmod.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia tkellem fuq l-appell u jien m'iniex se noqgħod nirrepeti għalkemm ngħid li iva, hemmhekk hemm bottleneck kbir, imma se nitkellem dwarha minn aspett ieħor, l-aspett ta' l-enforcements tat-titli eżekuttivi.", "Għal min forsi mhux qed jifhem ngħid li dan jiġri meta bniedem ikun rebaħ kawża u l-persuna kontra min ikun rebaħ dik il-kawża ma jkunx irid iħallas.", "Hemm il-mandati li dejjem qed jonqsu għaliex, per eżempju, fejn qabel kellek l-impediment ta' partenza u d-dritt ta' personal arrest, illum kulma baqagħlek huma l-mandati ta' sekwestru, ta' qbid, eċċ.", "Kif jaf kulmin huwa midħla ta' dan ix-xogħol, ħafna drabi, meta jsir mandat, imorru l-marixalli jagħmlu l-listi imbagħad il-persuna in kwestjoni stess iġġib lil xi ħadd - jista' jkun min ikun, anke taż-żibel għaliex ħadd ma jgħid xejn - jew tiffirma hi stess u tibqa' konsenjatarju, u tinqata' l-kawża.", "Meta mbagħad tmur biex tesegwixxi, aktar iva milli le, ma ssib xejn.", "Tipprova mbagħad tivvinta xi kawża għad-disprezz, taqa' fil- bieb tas-skieken, tipprova tfittex forsi l-konsenjatarju għad-danni li kif kont qed ngħid jkun xi wieħed li m'għandux assets, u tibqa' bla rimedju.", "U l-garr prinċipali li jsir fil-qrati huwa appuntu dwar il-kwestjoni ta' enforcement tas-sentenzi.", "Quddiemi hawn l-Onor.", "Gonzi li fil-bidu tal- prattika tiegħi kont naħdem miegħu, it-tnejn konna avukati ta' kumpannija kbira fejn konna nagħmlu mijiet u mijiet ta' kawżi ta' debt collecting.", "U niftakar il-headache u n-nightmare tagħna kien meta tmur biex tesegwixxi għaliex qatt ma kont issib xejn.", "U din hija l-iktar ħaġa frustrating li hemm, speċjalment meta dak li jkun ikun ħallas dawk il-flejjes kollha biex mar il-qorti u biex ħallas l-avukati, ikun ħela dak iż-żmien kollu jiddibatti 'l hawn u 'l hemm, biex imbagħad meta tmur biex tesegwixxi ma ssib xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi hawnhekk hawn żewġ emendi li huma tajbin; l-ewwel waħda hija dik li tgħid li marixalli ma jistgħux jagħmluha ta' debt collectors.", "Jien niftakar marixxal - kulħadd jafu pero` m'iniex se nsemmih b'ismu għaliex illum m'għadux magħna - li kien imsemmi li jiġbor biċċiet ta' flejjes mid-debituri kollha, ma jeħdilhomx affarijiet jew jeħdilhom ftit, imbagħad kien jiftaħ accounts, jaqla' l-investimenti fuqhom u lill-avukati jħallashom fix-xahar u jgħidlhom \"tajtek so much and so much\".", "Insomma kien hemm racket sħiħ u naħseb li l-Onor.", "Ministru Austin Gatt jiftakru dan.", "Huwa veru li llum dawn l-affarijiet ma jsirux b'dak il-mod daqstant organizzat, pero` ikollok marixalli li jmorru jġibulek parti mill-flus u jgħidulek biex tagħtih ftit ċans sakemm iħallas.", "B'din l-emenda dan se jinqata` u huwa tajjeb li se jinqata', pero` iktar importanti minn hekk hija li meta jiġi l-waqt li tesegwixxi u ma ssibx l-affarijiet hemm, il- konsenjatarju mhux talli se jkun responsabbli ċivilment imma se jkun ukoll responsabbli kriminalment u jista' jeħel sa' tliet xhur ħabs.", "Jien naħseb li naf minn fejn ġie dan il-parir u naħseb li l-Ministru ngħata parir tajjeb fuq din, pero` xorta waħda ma naħsibx li tliet xhur huma biżżejjed, speċjalment jekk l-ammont ikun sostanzjali u jekk il-preġudizzju li jkun se jsofri dak li jkun, ikun wieħed kbir.", "Jiġifieri din hija tajba għaliex dak li jkun issa jaħsibha darbtejn qabel ma jkun konsenjatarju u ma jabqadx jippresta kunjomu fuq dokument biex jagħmel pjaċir lill-ħabib tiegħu għaliex jaf li jekk jagħmel imbagħad meta jasal iż-żmien li wieħed jesegwixxi ma jsib xejn, dan jista' jintbagħat il-ħabs.", "U din hija tajba għaliex tagħti aktar serjeta' mil-lat ta' esekuzzjoni tal-mandati.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il- ħin għall-aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Iva, nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Refalo sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra:", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Ħatra ta' l-Awditur Ġenerali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, ma ġejtx hawn biex inwieġeb għad-diskors li għamel il-bieraħ l-Onor.", "Cuschieri.", "Diġa` iddeċedejt u għedtha fil-pubbliku li se ninjora kull ħaġa li tingħad mill-Onor.", "Membru għall-mod kif jitkellem u għal dak li jikteb fil- gazzetti.", "Jiena nistenna biss dik il-ġurnata meta l-Onor.", "Membru jkollu d- den li jwieġeb pubblikament barra minn din l-awla għall-akkużi pubbliċi li sarulu li kien huwa li gideb f'din il-Kamra.", "Nerġa' ngħid li se nkompli ninjorah kif injorajtu għal kull ħaġa li qal.", "Sur President, illum irrid nitkellem dwar kontroversja li qamet f'korrispondenza bejni u bejn l-Onor.", "Leo Brincat dwar it-tour operator support scheme, li dwarha kkummenta wkoll is-segretarju ġenerali tal-GRTU, is-Sur Vince Farrugia.", "Irridu ngħidu li t-TOSS ma kenitx kif kienet il- forward buying rate scheme preċedenti, li kienet tikkonsisti f'rata ta' kambju preferenzjali u li ngħatat biss lill-operaturi Ingliżi u Irlandiżi.", "Lanqas hu minu li t-TOSS tfisser ħlasijiet lill-lukandiera Maltin imma fil- fatt tkompli b'dik is-sistema li jitħallsu l-operaturi Ingliżi.", "Wieħed irid jispeċifika hawnhekk u jippreċiża li t-TOSS għandha fil-fatt ħafna forom ta' skemi ta' support, fejn waħda minnhom veru kienet sussidju fuq ir-rata tal-kambju pero` mbagħad hemm oħrajn bħal payment by results, joint promotional initiatives u technical support u dawn l-iskemi taħt it- TOSS għadhom joperaw u anke nfirxu għal swieq oħra, kif konna wegħidna fil- programm elettorali.", "Li ġiet itterminata hi dik il-parti ta' l-iskema tas- sussidju fuq ir-rata tal-kambju u għalkemm teknikament l-iskema ntemmet f'Ottubru ta' l-2001, effettivament kienet spiċċat minn ħafna u ħafna xhur qabel għaliex ir-rata preferenzjali li konna stabbilejna kienet rata preferenzjali qrib ħafna tar-rata tal-kambju attwali u b'divarju li jlaħħaq biss 0.05%, cioe` 1.47% ma' rata medja ta' 1.52%.", "Kieku qatt kellna nerġgħu ndaħħlu din is-sistema għall-kompetittivita` mil- lat ta' prezz biex tiġi stabbilita rata kompetittiva, kif donnu qed jissuġġerixxi s-Sur Vince Farrugia, din tiġi tiswa madwar Lm6 jew Lm8 miljun, jew l-ammont kollu li l-gvern jagħti biex titmexxa l-awtorita` tat- turiżmu u dan jinkludi l-ispiża għar-reklamar.", "Fil-fatt l-għaqdiet ewlenin fit-turiżmu jaqblu li din l-iskema tas-sussidju tintemm u li jibqgħu l- iskemi l-oħra.", "Irrid ngħid ukoll li anke fi żmien il-gvern Laburista, kien hemm il-grupp ta' sebgħa li waħda mill-proposti tagħhom kienet li tiġi tterminata l-iskema ta' sussidju lill-operaturi Ingliżi u Irlandiżi u nistgħu ngħidu li dawn kienu ta' l-istess fehma.", "Fil-fatt is-Sur Farrugia ġie kkwotat li qal li:", "\"Malta is experiencing a slowdown while neighbouring Mediterranean countries are attracting the sort of tourists that generate much needed income.\".", "U aktar 'il quddiem qed jgħid li:", "\"Malta has lost its competitive edge against Spain, Tunisia, Cyprus and Italy.\".", "Issa l-ewwel ħaġa li se nagħmel hu li nagħti ftit rendikont tas-sitwazzjoni fl-akbar żewġt iswieq tagħna, dak Ingliż kif ukoll dak Ġermaniż, u nibda bl- Ingilterra, Sur President.", "Skond l-aħħar ħarġa tad-destination summary ta' ACNielsen travel track, is- suq dinji tal-vaganzi li jieħdu l-Ingliżi paragunat mas-sena li għaddiet qiegħed minus 11% u dak lejn l-Ewropa qiegħed minus 10%.", "Issa l-performance ta' Malta qiegħda minus 11%, dik ta' Ċipru hija minus 23%, ta' Spanja minus 16%, il-Balearic Isles minus 17%, tal-Canary Islands minus 18%, tat- Tuneżija minus 14%, il-Portugal minus 9%, l-Italja minus 6% u l-Greċja qiegħda minus 2%.", "Anke t-Turkija qiegħda minus 14% minkejja li l-btajjel huma kważi b'xejn.", "Jekk immorru aktar 'il bogħod - għaliex jgħidu li Florida tikkompeti magħna wkoll - hemmhekk insibu li l-perċentwali hija ta' minus 31% u għall- Amerika kollha hija minus 33%.", "L-uniċi pajjiżi Mediterranji li qegħdin minn fuq huma l-Bulgarija, li minn 20,000 vaganza li kellhom is-sena li għaddiet biegħu 45 pakkett ta' l-ivvjaġġar, li huwa fil-fatt għaxra inqas minn dak li Malta biegħet s'issa; u l-Kroazja li din is-sena biegħu 10,000 vaganza kontra d-9,000 ta' l-2001.", "Nista' ngħid li għadni kemm iċċekkjajt mal- Malta tourism authority u qaluli li l-forecast hu li sa l-aħħar tas-sena, iċ-ċifra ta' turisti mis-suq Ingliż se tkun ftit taħt dik li kellna fl-2001", "Issa ngħaddi ftit għall-Ġermanja - u hawnhekk l-informazzjoni ġejja mid- direttur ta' l-MTA li kellimtu bit-telefon nhar it-Tnejn – fejn is-suq tal- bejgħ għas-sajf bħalissa qiegħed minus 26%.", "Fil-fatt min qara l- Frankfurter Allgemeine Zeitung u anke x'qalu t-TUI u Thomas Cook, jaf li l- operaturi qatgħu qalbhom għal dan is-sajf u qed jgħidu li din se tkun l- ewwel sena fejn l-outgoing market mill-Ġermanja se jkun naqas minflok tela'.", "Dan l-aħħar f'Malta kellna lis-Sur George Eisenreich, il-managing director tal-FTI li kkonferma din is-sitwazzjoni.", "Biex inkunu iżjed preċiżi, id-destinazzjonijiet li ssemmew mis-Sur Farrugia, bħal fil-każ ta' Ċipru li qiegħda minus 30% u l-Balearic Isles u l-Canary Islands li qegħdin bejn minus 20% u minus 25%, qegħdin agħar minna għax Malta fil-fatt qiegħda minn taħt b'anqas minn 20%.", "Dan ifisser li fiż-żewġ swieq prinċipali, veru li Malta qiegħda taħt, pero` our performance is better than average.", "Destinazzjonijiet li sejrin tajjeb huma l-Kroazja, il-Bulgarija u t- Turkija, fejn nerġa' ngħid kien hemm roħs kbir u btajjel kważi b'xejn.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi oħra nistgħu ngħidu li qegħdin minn fuq ma' l-Italja u Franza, filwaqt li ma' l-Iskandinavja qegħdin minn taħt għal raġunijiet li kont spjegajt u qegħdin bejn wieħed u ieħor fl-istess livell mal-pajjiżi tal-Benelux.", "Jien ngħid li kieku ma tneħħietx l-iskema tas-sussidju tat-TOSS, l-MTA ma kienx ikollha biex tirreklama u tagħti l- għajnuna lill-operaturi taħt skemi oħra tat-TOSS.", "Is-Sur Farrugia qal wkoll \"All these attempts at limiting the amount of visiting tourists is nonsensical as Malta is not a 5-star destination.\".", "Jien għalija kumment bħal dan ma jsegwix, m'għandux loġika u ma jagħmilx sens.", "Tillimita meta għandek bżonn għax tista' tikkaġuna ħsara għall- ambjent jew tista' tagħmel pressjoni żejda fuq l-infrastruttura wkoll u trid tara x'jirrendi l-investiment jekk inżidu din l-infrastuttura.", "Jien nixtieq infakkar li l-ministeru tat-turismu taħt l-Onor.", "Karmenu Vella kien beda - u spiċċajnih aħna – il-carrying capacity assessment u l-policy ħarġet minn hemm għax billi żżid mis-sajf għax-xitwa ma tkunx qed tillimita.", "Is-Sur Farrugia jerġa' jagħmel żball meta jsemmi l-limitu bħala n-numru ta' turisti.", "Apparti mill-fatt li Malta mhux qed tospita 1.5 miljun turist fis-sena imma ftit anqas minn 1.25 miljun, il-limitu huwa bbażat fuq in-numru ta' l-iljieli, kif fil-fatt isir fil-carrying capacity assessment, u għalhekk dawn ġew capped għal 1.6 miljun lejl fix-xahar, li effettivament b'9.5 ljieli jissarfu f'aktar minn 2 miljun mqassmin tajjeb matul is-sena kollha.", "Sur President, irrid nerġa' nagħmel enfasi li l-kompetittivita` m'għandhiex tkun fuq il-prezz imma fuq is-servizz li wieħed joffri lit-turist.", "Importanti wkoll li wieħed jara u jiżgura li jkun hawn it-titjib, id- diversifikazzjoni u aktar investiment fil-prodott u għalhekk jien dejjem insostni u nisħaq fuq l-importanza li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea għaliex dan nistgħu neħduh minn hemm.", "Tajjeb li forsi nsemmi xi ħaġa fuq il- qagħda bħalissa wara li f'Marzu, kif jiftakar kulħadd, ħabat l-Għid u konna lħaqna t-total ta' Marzu 2001, pero`fil-fatt qatt ma stennejna li f'April konna se nilħqu l-ammont li lħaqna f'April 2001 meta l-Għid kien ġie proprju f'nofs dak ix-xahar.", "Għandna xi riżultati mill-Air Malta u mill-MIA li juru li l-istima tagħna għal April li għadda pparagunat ma' tas-sena 2001 - ibbażata fuq indikazzjonijiet ta' l-Air Malta u l-MIA – se jkun anqas b'madwar 16%.", "Pero` dan suppost li għandu jittieħed dejjem fuq il-perijodu Marzu-April, kif jittieħed kull sena, u meta pparagunat ma' l-istess perijodu ta' l-2001 niġu bejn wieħed u ieħor xi 9% minn taħt.", "Ovvjament din m'hijiex xi konsolazzjoni pero` qegħdin fuq it-trend tal-kompetituri tagħna.", "Irrid ngħid li qed ikompli t-telf mill-Ġermanja u l-Iskandinavja, waqt li s-suq Ingliż hu fuq il-medja ta' l-2001 fuq l-ewwel erba' xhur.", "Il-Benelux qiegħda minn fuq, l-Italja qiegħda bejn wieħed u ieħor l-istess u Franza qiegħda ftit taħt.", "Għax-xahar ta' Mejju, l-istima ta' l-MTA ibbażata fuq l-indikazzjonijiet ta' l-Air Malta u ta' l-MIA hi kif ġejja: l-Ingilterra fuq l-istess livell tas-sena 2001, il-Ġermanja wkoll, Franza u l-Italja ftit fuq, il-Benelux l- istess livell.", "Mill-bqija fuq l-istess xejra tas-sena 2001, pero` ovvjament hemm it-telf mill-Iskandinavja u minn diversi swieq oħra.", "Għax-xahar ta' Ġunju qed nirreġistraw xi nuqqas minimu mill-Ingilterra u l-Ġermanja, filwaqt li mill-Italja se jkun bejn wieħed u ieħor l-istess, Franza ftit taħt, Benelux pari u l-bqija taħt.", "Infakkar pero` li f'Mejju u f'Ġunju kien hemm erba' elezzjonijiet ġewwa Franza, li setgħu għamlu effett mhux biss f'Malta imma kullimkien, u anke kellna t-tazza tad-dinja f'Ġunju u jekk hawn xi ħadd li għandu xi dubju, biżżejjed jiċċekkja mat-trade press Ingliża u dawn jirriflettu wkoll dwar x'ġara fid-destinazzjonijiet l-oħra u per eżempju fil-ħarġa ta' Lulju tat-travel weekly insibu: \"Summer in safe hands as England crash out of World Cup.\"", "Dan ifisser li n-nuqqas li kien hemm kien minħabba l-World Cup, mhux lejn Malta biss imma lejn kull destinazzjoni oħra.", "L-istess ħaġa tgħid it-travel trade gazette ta' l-istess data: \"Seaman saves a sluggish summer\" u hawn ritratt tal-goal tal-Brazil, b'Seaman jinqabad barra mil-lasta u skond l-Ingliżi, allavolja għamel qassata meta nqabad barra minn postu, dak il-goal salva s-sajf għall-Ingilterra.", "Dan ifisser li din il-kwestjoni tal-World Cup tiġri kull erba' snin.", "Tant hu hekk li din is-sena jien ipprovajt nitkellem mal-Melita Cable biex naraw jekk nistgħux inġibu l-kummentarju tal-logħob ta' Franza u tal-Ġermanja u naraw x'kienet tqumilna biex inġibuhom - nafu kemm huwa importanti li bniedem li jżomm ma' ċertu team isegwi l-partita b'kummentarju fil-lingwa tiegħu - imma sfortunatament kien hemm ċerti agreements li ma kenux jippermettu li jsir dan.", "Sur President, meta allura tqis li l-performance tas-suq Ingliż hi aktar mill-medja, żgur li ma tistax tikkonkludi li dan ġara għaliex tneħħiet l- iskema tas-sussidji taħt it-TOSS.", "L-aħħar news li għandna jgħidu li xi operaturi Ingliżi li kienu qatgħu l-programmi għal dan is-sajf, reġgħu poġġew charter għal Awissu u Settembru.", "Informat wkoll li l-bookings għal Settembru u Ottubru huma tajbin u l-istess għall-bidu tas-sena d-dieħla.", "Kif konna ppronostikajna, Malta se tirpilja qabel il-bqija ta' l-Ewropa wara l-attakk terroristiku tal-11 ta' Settembru 2001.", "M'iniex qed nitkellem għaliex in-nies jibżgħu jsiefru imma għaliex l-operaturi naqsu l-programmi minħabba dik ir-raġuni u nerġa' nfakkar li jien kont għedt x'kienet bassret l-MTA, li fis-sena 2002 se jkollna almenu 1.1 miljun turist.", "Meta erġajt staqsejt jekk kienx hemm lok li tinbidel din il-previżjoni, qaluli li dik il-previżjoni kienet korretta.", "Anzi qegħdin jgħidu li l-1.1 miljun huwa l- minimu u ċ-ċifra tista' tkun aħjar.", "Sur President, qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex tajjeb li minflok noqgħod inwieġeb fuq il-gazzetti lil kulmin jgħid xi ħaġa li jien ma naqbilx magħha, nitkellem fil-parlament ħalli niġi rrapportat fuq il- gazzetti u l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Jekk il-gazzetti jkollhom bżonn aktar informazzjoni mingħandi jistgħu jċempluli wara dan l-aġġornament.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, ma jistax ikun li fil-konfront tas- sitwazzjoni politika ta' bħalissa, wieħed ma jħarisx xi ftit lejn dak li qed jiġri fid-diversi lokalitajiet u dak li qed jiġri fi ħdan il-partit Laburista bħalissa.", "Għan-nom tal-maġġoranza tan-nies tal-lokalita` tar- Rabat, nixtieq ngħid li lqajna b'mod pożittiv ħafna l-aħbar mingħand il- ministru responsabbli mit-trasport li se ssir it-triq prinċipali bejn il- Baħrija u r-Rabat, triq li tinteressa madwar 600 familja li jgħixu fil- Baħrija.", "Il-bdiewa ta' l-inħawi kif ukoll in-nies tal-Baħrija ilhom għal żmien twil jitolbu biex issir din it-triq.", "Hawnhekk irrid ngħid li kontra dak li tħabbar fuq l-istazzjon Super 1, saru diversi laqgħat bejn il- Ministru Ċensu Galea u l-kunsill lokali tar-Rabat fejn ġew diskussi l- problemi tat-trasport u l-problemi tat-toroq.", "Saru anke laqgħat oħrajn f'fora differenti ma' l-istess ministru sabiex niddiskutu mhux biss il-one- ways fir-Rabat imma anke xogħlijiet oħra fuq toroq arterjali fl-istess lokalita`", "Aħna nirringrazzjaw lill-ministru talli ra kif għamel u sab il-fondi sabiex din it-triq tingħata l-attenzjoni u nisperaw li x-xogħol mhux biss ma jdumx ma jsir, imma li jekk jista' jkun jispiċċa matul din is-sena.", "Din hija triq li llum tikkonċerna ħafna żgħażagħ li bnew fl-unika area fir-Rabat li hija miftuħa, fejn għad baqa' plots li qed jinbnew u li qed jiġu akkwistati minn familji żgħar, li ovvjament ikollhom djun mal-banek fuq id-dar li jixtru u familji li ddejqu jħallsu spejjeż tal-karozzi minħabba l-istat fqir li tinsab fih din it-triq.", "Issa dawn l-ispejjeż tal-wear and tear tal-karozzi bilfors jonqsu hekk kif it-triq tiġi fi stat li minnha tista' tgħaddi karozza.", "Kienet ħasra li s-Super 1, f'intervista li għamel ipprova jikkwota li l- kunsill lokali tar-Rabat ma kien la ġie kkonsultat u lanqas mgħarraf fuq din it-triq.", "Jien ninsab ċert li f'fora fejn kien hemm diversi nies qrib tiegħi u f'fora li kont preżenti jien fihom, il-kwestjoni ta' din it-triq tqajmet.", "Il-Ministru ħa nota, spjega għal darba, tnejn, tlieta x'kienet il- pożizzjoni fuq din it-triq, u cioe` li kienet qiegħda fil-pjan tad- dipartiment tat-trasport, u allura ma nistax nifhem kif isiru ċerti kummenti f'dan ir-rigward meta effettivament dan huwa pass li se jibbenefikaw ħafna minnu l-poplu Rabti u l-poplu tal-Baħrija.", "Sur President, nafu li fit-12-il xahar li ġejjin se jkollna niffaċċjaw referendum u elezzjoni.", "Nafu wkoll li l-aħħar survey li sar mill- oppozizzjoni juri biċ-ċar li 57% ta' dawk li ħadu sehem fis-survey iddikjaraw li huma sodisfatti bl-informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea li ngħatat mill-MIC.", "Naturalment l-MIC m'hijiex qed titlob lin-nies biex jivvutaw favur l-unjoni imma qiegħda sempliċement tagħti l-informazzjoni fuq l-unjoni lil kulmin huwa interessat.", "Kulmin jixtieq ikun jaf xi ħaġa jista' jċempel lill-MIC u jew jingħata l-informazzjoni dak il-ħin jew inkella jirċievi risposta bil-posta.", "L-MIC għandha wkoll il-website tagħha, fejn hemm available ħafna informazzjoni dwar l-unjoni, pero` l- għażla finali ta' jekk nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea qiegħda f'idejn il- poplu.", "Sfortunatament għall-oppożizzjoni, mis-survey li għamlu huma stess - ma naħsibx li sar fuq kampjun ta' nies li l-maġġoranza tagħhom huma ta' tendenza Nazzjonalista - jirriżulta li l-maġġoranza tan-nies qegħdin jgħidu li ta' l-MIC huma oġġettivi f'dak li jagħmlu u dejjem jgħidu l-verita'.", "Sur President, qegħdin naraw problema oħra, dik li tirrigwarda lil Alfred Mifsud, bniedem li nafuh bħala wieħed mill-front runners fi ħdan il-partit Laburista.", "Sa ftit żmien ilu, lil Alfred Mifsud konna narawh bħala parti mit-tmexxija tal-partit Laburista, jaħdem id f'id mal-mexxej Laburista, flimkien mal-mexxejja l-oħra tal-partit.", "Iżda Alfred Mifsud jidher li ġralu bħalma ġara f'każi oħra, fejn nies li kienu jaħdmu fil-media Laburista ġew eliminati minn hemm għaliex esprimew opinjonijiet differenti.", "Mifsud ġie qisu blacklisted mill-istess partit u allura l-proġettazzjoni tiegħu li jikkontesta l-elezzjoni fi ħdan il-partit Laburista u forsi jispiċċa ministru ta' l-ekonomija jew tal-finanzi - jekk kemm-il darba jirbaħ l- elezzjoni l-MLP - jidher li dan kollu qed jisfuma fix-xejn.", "Jidher li mill- eżekuttiv nazzjonali nhar it-Tnejn tawh a very sound warning li jekk ma jiġbidx il-linja ta' l-istess partit u ma jippriedkax on the same lines ta' dak kollu li joħlom bih u jħarbex fuqu l-kap ta' l-oppożizzjoni - probabbilment wara konsultazzjonijiet, ma nafx – Alfred Mifsud se jiġi totalment sidelined mill-istess partit.", "Hawn ħafna verżjonijiet dwar x'inhu għaddej eżatt f'din is-sitwazzjoni, Sur President.", "Hawn min jgħid li dan Mifsud issa f'daqqa waħda qed jirrealizza li se jkollu jikkompeti ma' kandidati oħra fl-istess partit li se joħorġu fuq id-distrett tiegħu għax fl-istess ħin il-partit kompla jfittex kandidati oħrajn fl-istess distrett u allura dan qiegħed jara l-image tiegħu titnaqqas issa li nqata' wkoll mill-media Laburista.", "Jgħidulek li ċ- chances tiegħu li jiġi elett qegħdin dejjem jonqsu u allura dan qed jiġi f'sitwazzjoni fejn jekk ma jkollux is-support totali tal-partit, dan jirriskja li ma jitlax fil-parlament.", "Min-naħa l-oħra, il-maġġoranza tal- Laburisti jgħidulek li Alfred Mifsud huwa l-persuna li huma jaraw bħala alternattiva għal Alfred Sant għax jarawh bħala l-bniedem li jista' jwassal biex il-partit Laburista jagħmel U-turn kemm fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea, kemm fuq il-kwestjoni tal-VAT, kif ukoll fuq aspetti oħrajn li jistgħu jsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Għal dawn in-nies, Mifsud bil- viżjoni tiegħu kapaċi jkompli jibni fuq it-tajjeb li hemm fil-partit Laburista u jsewwi dak li fl-opinjoni tagħhom mhux daqstant tajjeb.", "Sfortunatament, Sur President, il-makna tal-partit Laburista hija simili ħafna għall-makna li gvernijiet oħra għandhom f'ċerti pajjiżi fejn nies b'opinjoni diversa minn dik tat-tmexxija, jiġu eleminati outright.", "Din hi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi qiegħda tinkwieta ħafna lil dawk li jirraġunaw indipendentement mill-fehma politika tagħhom.", "Dawn illum qegħdin jirrealizzaw li l-partit Laburista huwa l-istess partit li kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, bid-differenza li tilef dak l-għajta ta' new Labour, new ideas, new government u qed imur lura għat-tip ta' amministrazzjoni li kien jimxi biha bejn l-1971 u l-1987.", "Veru li l-mexxejja ta' dak iż-żmien twarrbu, pero` jidher li l-kap ta' l-oppożizzjoni tgħallem ħafna mis- sistema ta' kif kien imexxi Mintoff fi żmienu u wara dak kollu li ġara fil- 1998, illum forsi jidher li Alfred Sant qed iħares lejn Mintoff bħala x- xempju, bħala l-bniedem li huwa jrid jimxi fuqu bit-tip ta' politika fejn ma jaċċettax opinjonijiet jew deċiżjonijiet diversi minn tiegħu.", "Dan qiegħed jitlob lill-poplu biex jagħtih freehand, kaxxa magħluqa, fejn x'ħin jiftaħ il-kaxxa jagħmel skond ma jfettillu u jibda jagħġen il-ħajja tal- poplu Malti in ġenerali.", "Sur President, minkejja li dan il-parlament dalwaqt jaġġorna għall-btajjel tas-sajf, jien naħseb li fix-xhur li ġejjin se nisimgħu ħafna iżjed fuq dak li qed jiġri fil-kamp Laburista u speċjalment fuq dak li qed jiġri fil- konfront tal-personalitajiet fit-tmun tal-partit Laburista.", "Min jaf, forsi b'riżultat ta' dan, naraw U-turn fil-politika Laburista u anke U-turn fit- tmexxija tal-partit!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 17 ta' Lulju, 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN ĠILJAN – RADJAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA", "34794.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' tal- komunikazzjoni tilqa' t-talba tar-residenti fi Triq il-Fraxxnu, San Ġiljan u tevalwa x'radjazzjoni elettro-manjetika ħierġa mit-tagħmir tal- komunikazzjoni fuq il-bejt tar-residenza Stella Maris fl-istess triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni hija bħalissa mpenjata b'survey xjentifiku ta' 50 antenna tal-mobile phone base stations f'diversi bliet u rħula Maltin kif ġie avżat xi jiem ilu.", "Dan il-proġett għandu jitlesta' sa l-aħħar ta' Settembru meta jiġu ppubblikati r-riżultati.", "Għalhekk it-talba tar-residenti msemmija tista' tiġi kkonsidrata wara li tintemm il-fażi tas-survey ta' din is-sena.", "L-awtorita' ser tkompli b'dan il-proġett fis-sentejn li ġejjin, fejn ser ikomplu jitkejlu madwar 50 antenna kull sena.", "PROTEZZJONI ĊIVILI - PROMOZZJONIJIET", "34795.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi promozzjonijiet ingħataw fid- dipartiment tal-protezzjoni ċivili din is-sena?", "Kif intgħażlu dawk li ġew promossi?", "Kif kienu marru fl-eżami bil-miktub li għamlu wara kors fl-1999?", "Kif imbagħad qabżu 'l quddiem ċerti persuni fl-interviews?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s'issa matul din is-sena għadhom ma ngħatat l-ebda promozzjoni fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "----------"]} {"filename": "19990505_090d_par.doc", "date": "1999-05-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 90 L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 90", "L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.13 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "90", "L-Erbgħa, 5 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 424", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 424", "TQEGĦID TA' KARTI 428", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU", "GĦAL MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES(AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 429", "AĠĠORNAMENT 451", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 456", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 89 li saret fl-4 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "DJAR - POSTIJIET BATTALA", "4989.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post - l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament - huwiex battal?", "Jekk iva, jista' jgħid jekk huwiex tal-housing department?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Jien informat li l-post indikat mill-Onor.", "Interpellant mhux f'idejn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet battala bħalissa f'idejn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, m'għandix l-informazzjoni hawn pero' naħseb li ma jaqbżux l-għaxra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: La qed nitkellmu fuq il-housing, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna fiex waslu n-negozjati biex f'ċerti appartamenti jsiru l- lifts?", "Jista' jgħidilna liema huma l-ewwel lokalitajiet li se jibbenefikaw minn din l-iskema?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex fil-ħsieb tiegħu li l-flats ta' Paola Hill f'Raħal Ġdid jiġu mbajda u mnaddfa, peress li dawn jinsabu fi stat ta' abbandun?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-bieraħ tajt indikazzjoni li fil- ġranet li ġejjin se nħabbar skema ġdida dwar l-istallazzjoni ta' lifts, li l-ewwel fażi tagħha se tiffoka fuq l-iktar partijiet ta' Malta fejn jidher li għandna bżonnijiet urġenti.", "Dawn ġew identifikati bħala l-Belt, il- Furjana u l-Kottonera, imbagħad inkunu nistgħu nestendu għal postijiet oħra.", "Nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin se nħabbar id-dettalji kollha ta' din l-iskema.", "Il-flats ta' Paola Hill huma parti mill-pjan kollu tad-department of construction and maintenance (housing) u nassigura lill-Onor.", "Membru li l- maintenance kollu tal-housing estates huwa skedat pero', kif spjegajt il- bieraħ ukoll, qed tingħata prijorita' lil ċerti housing estates minħabba l- bżonnijiet partikolari tagħhom meta wieħed jikkonsidra l-aħħar darba li saritilhom il-maintenance.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidli x'inhu jagħmel biex ikun hemm aktar trasparenza meta jiġu allokati postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Dan għaliex qed ikun hemm diversi akkużi - u mhux għal issa biss qed ngħid imma minn dejjem - li wieħed ikun ħa post li ma ħaqqux u dak li ħaqqu baqa' b'xejn.", "Teżisti xi sistema fejn ikun jidher ċar li min ikun ħa l-post ikun ħadu għaliex ħaqqu iktar minn ħaddieħor?", "M'iniex qed ngħid li bilfors qed jiġri hekk imma naħseb li hemm bżonn naqtgħu darba għal dejjem dak il-ħafna għajdut, ikun min ikun fil-gvern, ħalli ħadd ma jkollu għalfejn joqgħod jispekula.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Forsi huwa ftit diffiċli li tinqata' darba għal dejjem għax naturalment kulħadd il-bżonn tiegħu l-ewwel li jara.", "Jien nifhimha li kulħadd jara l-bżonn tiegħu bħala l-ikbar bżonn li jeżisti fiċ- ċirkostanzi partikolari.", "Il-bieraħ weġibt mistoqsija parlamentari - jekk m'iniex sejjer żball ta' l-Onor.", "Mizzi stess - fejn tajt fid-dettall kemm stajt il-proċedura u l-kriterji li fuqhom isiru l-allokazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq li nsibu metodu kemm jista' jkun trasparenti għaliex f'dawn il-każijiet l-esperjenza turina li hemm bżonnijiet kbar.", "Meta inti jkollok ftit postijiet x'talloka ssibha verament diffiċli biex tallokahom, biex tara min għandu l-iktar bżonn u biex tispjega lin-nies li hemm ħaddieħor li għandu bżonn iktar minnhom.", "Id-diffikultà ewlenija hija l-kwestjoni tal-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni li fuqha tkun ibbażajt id-deċiżjoni.", "Ħalli nagħti ftit eżempji.", "Is-sistema li wieħed ikejjel biha l-iżjed hija s-sistema tal-punti.", "M'huwiex vanġelu u ma jista' qatt ikun il-vanġelu esklussiv, għaliex ġieli jkollok sitwazzjonijiet partikolari li jirrikjedu li filwaqt li tikkonsidra l-punti pero' l-każ u ċ-ċirkostanzi partikolari jkunu jitolbu intervent ta' prijorita'.", "Jien kelli każ ta' familja, fejn kelli rapporti konfermati mis- social workers ta' abbuż ta' tfal, li awtomatikament każ bħal dan jikkostrinġik li tagħtih preferenza minħabba li hemm l-interess ta' tarbija, ta' tifel jew ta' tifla li għadha żgħira.", "Qed insemmi każijiet li għaddejt minnhom f'dawn il-ġranet.", "Issa kif jista' d-dipartiment b'xi mod jew ieħor jiġġustifika d-deċiżjoni li jalloka post lil xi ħadd għaliex huwa każ ta' abbuż ta' tfal u jikxef pubblikament sitwazzjonijiet personali u delikati ħafna?", "Pero' jien waqqaft grupp ta' ħamsa min-nies, li jinkludu rappreżentanti mill-awtorità tad-djar u rappreżentanti mid- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, biex jirrivedu s-sistema tal- punti.", "Qed jirriżultalna - issa m'iniex qed ngħid li se nagħmlu xi terremoti fis- sistema tal-punti - li s-sistema tal-punti fiha ċerti difetti li wasal iż- żmien li nirrikonoxxuhom.", "Anke hawn nagħti eżempju.", "Għandna kwantità kbira ta' każijiet ta' ommijiet mhux miżżewġin jew inkella ommijiet separati li jkunu ġew imsawta mir-raġel, ikunu nqalgħu problemi u telqu mid- dar u f'ċirkostanzi kultant iddisprati jkunu krew postijiet furnished f'ambjenti turistiċi bi Lm80, Lm90, Lm100 jew Lm120 fix-xahar.", "Issa peress li s-sistema tal-punti taħdem billi ssir inspection tal-post fejn tkun qed tgħix, awtomatikament peress li dawn ikunu krew post b'Lm120 fix-xahar, naturalment każijiet bħal dawn jispiċċaw qatt ma jibbenefikaw.", "Każijiet bħal dawn itellgħu forsi 20 punt, 30 punt meta trid tkun tlajt għal 65, 70 jew 75 punt biex veru tidħol biċ-ċans għal post bis-sistema tal-punti.", "Allura jien tlabt lil dan il-grupp ta' nies biex jeżaminaw is-sistema tal- punti mill-ġdid u jagħmluli rakkmandazzjonijiet dwar emendi li jkunu qed jipproponu.", "Jien inwiegħed li nagħti informazzjoni dettaljata dwar xi reviżjonijiet li nkun qiegħed nikkonsidra fis-sistema kollha kemm hi jew fil-Kamra jew inkella anke fis-social affairs committee.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Konxju mill-problema soċjali li għandna f'pajjiżna dwar il-housing, il-gvern preċedenti kien beda joħroġ il-permessi u tefa' anke applikazzjonijiet quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar biex numru ta' flats b'żewġ sulari, tliet sulari jsiru l-erbgħa jew ħamsa.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna liema huma dawk il-lokalitajiet fejn ħarġu l- permessi u meta se jibda x-xogħol?", "Jista' jikkonfermali wkoll jekk hux veru waqfet, temporanjament nifhem jiena, l-iskema fejn min ikollu post tal-gvern ikun jista' jieħu sussidju biex jirranġa kamra tal-banju, eċċ.?", "Dan l-aħħar jiena bgħatt nies id- dipartiment u qaluli li bħalissa l-iskema hija wieqfa.", "Qiegħed nistaqsi għaliex mhux sewwa ikun hemm min qiegħed jagħti informazzjoni żbaljata min- naħa tad-dipartiment .", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Safejn naf jien, l-iskema li semma l-Onor.", "Parnis għadha għaddejja.", "M'għandi ebda informazzjoni li waqfet u nivverifika malli nispiċċaw ħalli nkun ċert minn din l-informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien l-iskema għada għaddejja u ma nistax nifhem kif xi każ partikolari ġie rrifjutat jew qalulek li din l-iskema waqfet.", "Għar-rigward tal-lista ta' permessi li ħarġu mill-awtorità ta' l-ippjanar għall-bini ta' sulari fuq housing estates li talabni l-Onor.", "Membru m'għandix l-informazzjoni hawnhekk, għalkemm jidhirli li hemm xi wieħed jew tnejn, m'hemmx xi affarijiet kbar.", "Però rrid ngħid li din id-deċiżjoni qiegħda tiġi riveduta mill-għeruq tagħha għaliex irriżulta bl-iktar mod ċar, anke mill-pariri tekniċi li għandi mingħand il-periti, inkluż tad- department of construction and maintenance (housing), li kważi fil-każijiet kollha - bil-Malti ngħidu z-zalza tiġi ogħla mill-ħuta - il- komplikazzjonijiet li se jinqalgħu huma tremendi.", "Il-bini ta' sulari extra f'ċerti housing estates ifisser li inti trid taqla' l-infrastruttura tal- blokk kollu, inkluż tad-drenaġġ, ta' l-ilma u ta' l-elettriku.", "F'ħafna mill-housing estates hemm diffikultajiet ukoll biex taħseb għall- istallazzjoni tal-lift, apparti li hemm ukoll housing estates li meta ħarisna lejn kif se jsir l-iżvilupp - f'każ partikolari minnhom ħareġ anke l-permess tal-planning authority - irriżulta li kien se jkun hemm konġestjoni tant kbira li m'hemmx dubju li d-deċiżjoni trid tiġi riveduta mill-għeruq tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Konxju mill-problemi soċjali li semmejt li jinħolqu minħabba l-broken families eċċ., id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għandu postijiet għal każi ta' emerġenza - ikollok tnejn jew tlieta - f'każ li per eżempju, ir-raġel jitfa' l-mara 'l barra, jew il-mara titfa' lir-raġel 'il barra?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Le, sinċerament ir-risposta għal dawk it-tip ta' sitwazzjonijiet hija le.", "In-numru ta' postijiet li d-dipartiment għandu f'idejh hu limitat u għalkemm nipprovaw nżommu riżerva ta' ftit postijiet - pero' biex niftiehem sewwa, ir-riżerva hija ta' ħames postijiet, mhux ta' ħamsin - dawn jintużaw biss f'każijiet ta' urġenza, fis-sens li tagħmel ħalba xita u jċemplulek fil-11.00 p.m. jew f'nofs il-lelj li waqa' s-saqaf u allura jkollok paniku sħiħ biex inti takkomada familja ta' omm bi tlett itfal x'imkien.", "L-aħħar każ li kellna kien xi xahar u nofs ilu, fejn familja kellha tiġi allokata temporanjament f'hotel, imbagħad allokajnilha temporanjament post sakemm isiru xogħlijiet ta' tiswijiet fil-post fejn kienet qed toqgħod.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni f'dan is-sens hi gravi.", "Jien nittama li b'dawn il-miżuri kollha li ħadna, inkluż l-iskema ta' xiri ta' proprjetà mis-settur privat li se tagħlaq fis-7 ta' Mejju, proprju ftit ġranet oħra, l-awtorità tad-djar tkun f'pożizzjoni li tixtri postijiet vojta mill-privat biex imbagħad jiġu allokati mid-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali, naturalment għal każijiet differenti u anke għall- bżonnijiet ta' dan it-tip.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Viċi Prim Ministru qal li kien tani d-dettalji tal- proċedura u l-kriterji li bihom jingħataw l-allokazzjonijiet imma mill- informazzjoni li tani nħoss li xorta m'hemmx trasparenza biex wieħed ikun jaf jekk kienx hemm xi abbuż jew le.", "Veru li ċerta informazzjoni hija konfidenzjali - u inti għedt li lest tagħtihieli konfidenzjalment - imma dik hija xi ħaġa oħra.", "Imma f'każ ta' inċident fejn jaqa' xi bini, kif semma l-Viċi Prim Ministru, fil-fatt jekk il-post ikun ta' dak li jkun joqgħod fih, dan ikollu problema biex jiġi allokat post temporanju sakemm wieħed jista' jirranġa.", "(Interuzzjonijiet) Hemm problema żgur għaliex il- post ikun tiegħu; jiġifieri wieħed irid jipprovdi għal dik l-eventwalità.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jikkonsidra wkoll li l-iskema ta' għajnuna biex wieħed jagħmel xi tiswijiet fid-dar tal-gvern issir b'mod iktar trasparenti, għaliex hemmhekk ukoll jidher li qed issir - mhux illum nerġa' ngħid imma minn dejjem - diskriminazzjoni kif wieħed jintgħażel biex issirlu l-manutenzjoni fid-dar.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb iktar trasparenti milli konna ma nistgħux inkunu dwar l-iskemi!", "F'liema sens?", "Issa għandna varjetà ta' skemi; tista' tapplika għal skemi biex tirranġa postijiet tal-gvern, biex tirranġa postijiet privati, hemm skemi applikabbli għall-inkwilini ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed nirriferi għal skema fejn wieħed jitlob, per eżempju, biex jirranġawlu bieb tal-bejt għax imkisser u mhux safe - fuq dawn qed nitkellem u mhux fuq skemi bħala skemi - u lil wieħed jagħmluhulu u lill-ieħor ma jagħmluhulux.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm skema apposta li tgħid dettaljatament x'inhuma l-kriterji biex tikkwalifika għaliha.", "Hemm każijiet oħrajn fejn id-department of construction and maintenance stess - u naħseb għal dan qed jgħid l-Onor.", "Mizzi - jieħu l-inizjattiva li jagħmel il-maintenance.", "Per eżempju, hemm housing estate fil-Kalkara li ġibduli l-attenzjoni li fuq il- faċċata ta' barra nqala' l-fil kollu minħabba l-maltemp u allura issa jibda jidħol l-ilma tax-xita.", "F'dak il-każ id-department of construction and maintenance iqabbad team ta' nies biex jagħmlu l-maintenance.", "Fejn ikun hemm każijiet ta' bieb ta' barra jew bieb tal-bejt ta' blokk ta' flats, dawk jagħmilhom id-department of construction and maintenance.", "Imma rigward skemi oħrajn hemm il-kriterji stabiliti mqiegħda fuq il-Mejda tal- Kamra u sinċerament naħseb li iktar trasparenti minn hekk ma nistgħux inkunu.", "L-Onor.", "Mizzi qal li mhux sodisfatt - forsi m'huwiex sodisfatt sa barra - bit-tweġiba li tajt il-bieraħ, pero' jien miftuħ għal kwalunkwe suġġeriment biex kemm jista' jkun inkunu trasparenti pero' mingħajr ma niġi f'pożizzjoni li nikser il-konfidenzjalità assoluta tal-każijiet li jkolli.", "Jien bħala ministru nħoss li għandi dmir li kull applikazzjoni li ssir, issir bis-serħan tal-moħħ ta' l-individwu li ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu jkunu konfidenzjali.", "Dan ikun hemm ċertifikati ta' mard, sitwazzjonijiet komplikati fil-familja, unmarried mothers, saħansitra każijiet ta' abbuż ta' tfal u dawn l-affarijiet kollha.", "Allura sinċerament ma nħossx li għandi xi dritt li nikxef dik l-informazzjoni fil-Kamra.", "Issa jekk nistgħu nsibu xi triq kif nistgħu nagħtu iktar sodisfazzjon, pero' bis- salvagwardi kollha għall-konfidenzjalita' ta' dawn il-każijiet, allura jien miftuħ għal kull suġġeriment li jista' jsir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta' assistent direttur fis-servizz ċivili, maħruġa fid-29 ta' Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5502;", "Tagħrif dwar performance bonus għas-sena 1997 lil diretturi u diretturi ġenerali fi gradi 5, 4 u 3 fis-servizz ċivili, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503; u", "Tagħrif dwar każi ġodda fid-dipartimenti tal-gvern li dwarhom bdew proċeduri ta' dixxiplina bejn l-1997 u t-28 ta' Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5506.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet li saru taħt it-titolu \"benefiċċji oħrajn\" tal- liġi tas-sigurta' soċjali bejn l-1995 u l-1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5065;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' anzjani li bbenefikaw mis-servizz ta' handyman bejn l-1993 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5162;", "Tagħrif dwar overtime li nħadem mill-ħaddiema fid-dipartimenti ta' l- anzjani u fir-Residenza San Vincenz de Paule bejn Settembru 1998 u Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5163;", "Tagħrif dwar karozzi mixtrija mid-dipartimenti ta' l-anzjani, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5164.", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għalliema impjegati ma' l-Istat f'Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5999; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti li ngħataw b'direct order mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6435.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' fax machines fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5059; u", "Lista ta' pilloli li jidhru bħala \"special items\", mogħtija mill- ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5232.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TA' L-IVVJAĠĠAR U TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA", "MALTA TRAVEL AND TOURISM SERVICES(AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Mejju, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella huwa in possession.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "Il-bieraħ bdejna biex tkellimna fuq il-kronoloġija ta' din il-liġi, l-għanijiet prinċipali tagħha, il-prospetti tat-turiżmu fejn jidħlu prodott, swieq u akkomodazzjoni; u x'ħin waqafna konna qegħdin nitkellmu in ġenerali fuq it- turiżmu f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Konna qegħdin ngħidu li kważi kważi ma tistax tagħmel ġeneralizzazzjoni sħiħa bejn Malta u Għawdex peress li hawn Malta għandna problemi li ma tantx jeżistu fil-gżira t'Għawdex u f'Għawdex hemm problemi li ma jeżistux fil-gżira ta' Malta - ngħid għalija ta' min jipprova jirkeb fuq din id-differenza - pero' rridu nkunu sinċieri magħna nfusna u nammettu li ċerti affarijiet irridu nindirizzawhom.", "Mhux qed ngħid hekk b'sens ta' kritika imma għall-ġid l- iktar tal-gżira t'Għawdex.", "Ġibt l- eżempju li Għawdex għadu jbati iktar minn Malta fejn jidħol is-seasonality u fejn tidħol l-occupancy tal-hotels għax filwaqt li f'Malta, peress li t-turisti li jiġu joqogħdu f'lukandi, ikollok ħafna kummerċ fil-lukandi u mbagħad il-kummerċ sekondarju jkun fil- ħwienet, ġewwa Għawdex is-sistemazzjoni pjuttost hija bil-kontra għax il- kummerċ prinċipali iktar ikun fil-ħwienet milli jkun fil-lukandi minħabba l- ħafna day trippers .", "Mr Speaker, għidna wkoll li hemm bżonn li nkomplu naħdmu fuq il-proġetti li kellna f'rasna għal Għawdex, bħall-casino, il-golf course, l-ispinta li għandha tingħata lid-diving, l-interpretation fuq monumenti storiċi, il- promozzjoni f'dik li hija agro-tourism, li naħseb li hemm potenzjal kbir għalih f'Għawdex u rridu nagħmlu promozzjoni tal-kampanja, ta' l-ambjent Għawdxi, ta' l-eco-tourism, affarijiet bħal biking, ħarġiet u walks fil- kampanja.", "Konna qed ngħidu wkoll li l-karattru li iktar hu tradizzjonali Għawdxi jista' jispikka fejn jidħlu crafts u ikel.", "Semmejna wkoll il-lat kulturali bħall-festivals, exhibitions, kunċerti, folklore u anke l-opri li jittellgħu ġewwa Għawdex.", "Fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni wieħed irid jiġbed l-attenzjoni wkoll li ġeneralment l-accommodation standards f'Għawdex huma tajbin ħafna u żgur li ma jkollniex dawk il-complaints li jkollok f'ċerti areas hawn Malta.", "Pero' xi ħaġa li hija karatteristika ta' l-akkomodazzjoni f'Għawdex hija illi hemmhekk iktar issib flats milli ssib hotel beds, u d-dnub huwa li ħafna minn dawn il-flats huma unlicensed.", "F'Għawdex hemm bejn 2,500 u 3,000 sodda, jiġifieri 5% tal-beds totali ta' Malta u Għawdex, qisu daqskemm għandna sodod ġewwa Marsascala.", "Peress li ħafna minn dawn is- sodod qegħdin fi flats, l-akkomodazzjoni f'Għawdex hija jew self-catering jew serviced accommodation.", "Ħaġa ġdida li qed taqbad sew huma l- farmhouses.", "Kulħadd jaf bl-għatx kbir li hemm għalihom u kulħadd jaf bit- turist tajjeb illi dawn jirċievu.", "Jiena naħseb li dan il-qasam jista' jikber mhux ħażin ġewwa l-gżira ta' Għawdex.", "Mr Speaker, il-capacity study li sar jista' jitfa' ftit iktar dawl fuq il- livell ta' capacity li rridu nilħqu għax, wara kollox, x'inhu l-capacity study?", "Irridu naraw l-ammont ta' turisti li nistgħu naċċettaw qabel ma tibda nieżla l-visitor satisfaction.", "Għax jekk pajjiż jibda jieħu turisti iktar milli jkun jiflaħ, l-ewwel li se jibda jiddejjaq huwa t-turist stess.", "Jekk taqbeż il-capacity level jibda jkollna ħafna problemi għall-komunità Maltija u jkollna impatt negattiv fuq ir-riżorsi kulturali u naturali tagħna.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn l-leave of House.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirringrazzja lill-Kamra għall-darb'oħra talli estendietli l-ħin.", "Il-capacity tal-pajjiż jinbidel ukoll u ma nistgħux ngħidu li qiegħed l-istess is-sena kollha jew qiegħed l-istess mal- lokalitajiet kollha.", "Naturalment fix-xitwa nifilħu ħafna iktar turisti milli nifilħu fis-sajf u allura ma nistgħux ngħidu li l-capacity level tagħna huwa tant għas-sena kollha imma rridu naqsmu dan il-capacity level anke fuq staġuni.", "U rridu naqsmu l-capacity level sew fuq lokalitajiet ġewwa Malta u anke l-capacity level bejn Malta u Għawdex għaliex jekk tieħu lokalitajiet differenti ġewwa Malta ssib li għandek ċerti postijiet li żgur ma jifilħux iktar turisti u għandek ċerti lokalitajiet li m'huma qed jieħdu xejn vantaġġ mit-turist.", "Mr Speaker, meta nħarsu lejn il-pattern ta' fejn imorru jorqdu, fejn imorru jiddevertu u x'excursions jieħdu t-turisti, insibu li kważi 40% jew 45% ta' l-akkomodazzjoni qiegħda kollha ġewwa Buġibba, mentri n-naħa tas- south m'għandek akkomodazzjoni xejn.", "Fejn jidħol id-divertiment insibu li San Ġiljan, Sliema u dawk in-naħat huma l-areas fejn it-turist qed iħalli iktar minn flusu milli qed iħalli f'ċerti lokalitajiet oħrajn ta' Malta.", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem li l-capacity study m'huwiex xi vanġelu li jgħodd għas-sena kollha u jgħodd għal-lokalitajiet kollha.", "Minn dan il- capacity study ma tistax tiġbed konklużjonijiet fuq l-istess linja għal Malta u għal Għawdex għaliex, kif kont qed ngħid, huma żewġ lokalitajiet totalment differenti.", "Mr Speaker, wieħed irid jara wkoll xi tkun l-attitudni tal-komunità meta n-numru ta' turisti tant jibda jikber illi t-turist jibda jirfes fuq saqajn il-Maltin.", "Diġà forsi qed naraw dan l-effett żgħir fuq ċerti beaches; ħafna mill-Maltin igergru għaliex fis-sajf isibu ċerti beaches meħudin bid-deck-chairs u bl-umbrelel lesti għat-turisti u huma ma jkollhomx fejn joqogħdu.", "Jien ma rridx nesaġera imma f'pajjiżi oħra ġraw dawn l-affarijiet; l-ewwel kellhom effett negattiv fuq il-komunità ta' dak il-pajjiż u mbagħad dak l-effett negattiv ġie rifless fuq it-turist li kien qed imur hemmhekk.", "Mr Speaker, minn studju li għamel il-Prof Lino Briguglio jirriżulta li t- total expenditure tat-turisti li jmorru Għawdex l-iktar bħala day trippers jiżboq it-Lm30 miljun jew il-Lm35 miljun fis-sena.", "Jien naħseb li dan huwa ammont sostanzjali meta tiftakar li f'Għawdex għandek numru żgħir ta' sodod, jiġifieri b'5% tas-sodod Għawdex qed jieħu 12% mir-revenue tat- turiżmu.", "Kien sar survey dwar ir-raġunijiet għalfejn it-turist imur f'Għawdex u minnu ħareġ ċar li kważi 70% mit-turisti li jmorru Għawdex ma jmorrux fuq turiżmu organizzat minn tour operators eċċ. imma jmorru b'arranġamenti li jkunu għamlu huma stess.", "Minn dawn it-turisti għandek 43% li jmorru f'appartamenti, 8% joqogħdu ma' ħbieb u relatives - ħafna minnhom huma Għawdxin li jkunu ġejjin mill-Kanada, l-Amerika, l-Awstralja, eċċ. - kważi 9.5% joqogħdu f'farmhouses, kważi 8% tat-turisti għandhom proprjeta' tagħhom stess ġewwa Għawdex u għandek 24.6% li qed imorru ġewwa l-hotels.", "Minn dan is-survey ħareġ ukoll li l-ewwelnett f'Għawdex hemm bżonn ta' iktar entertainment u bħala main feature it-turisti kollha jogħġobhom il-karattru li baqgħet iżżomm il-gżira ta' Għawdex.", "Ħafna minnhom jiġu Għawdex mhux għax ikunu raw promotional material dwaru imma għax il-post kien rakkmandat lilhom minn ħbieb u turisti oħrajn.", "Din hija xi ħaġa tajba għax sinjal li l-kelma by word of mouth fuq Għawdex timxi sew.", "Jirriżulta wkoll li 72% tad-day trippers ikunu hemmhekk fuq tours u 28% jieħdu day trips għal Għawdex weħidhom ukoll.", "Il-main sites li t- turist iżur ġewwa Għawdex huma l-Ġgantija, Ta' Pinu, il-crafts village u l- Gozo heritage.", "Mr Speaker, kien sar survey ukoll - din id-darba mhux mat-turisti imma mar-residenti Għawdxin - biex wieħed jara x'jaħsbu l-Għawdxin fuq l- industrija tat-turiżmu.", "Kważi kollha jaħsbu li t-turiżmu huwa importanti ħafna għal Għawdex, l-iktar minħabba l-impatt pożittiv ekonomikament li jħalli ġewwa l-gżira.", "Mas-77% ta' l-Għawdxin jgħidu li jieħdu gost jiltaqgħu mat-turisti u kollha jaħsbu li t-turiżmu għandu jiżdied.", "Dwar in-nefqa hemm min jaħseb li t-turist qed jonfoq biżżejjed u hemm min jgħid li ftit li xejn jonfqu hemmhekk.", "Dan naturalment jiddependi minn min ikun qiegħed jitkellem jew jimla s-survey.", "Dwar l-effetti u l-impatt tat- turiżmu ħafna jaħsbu li għandu effett tajjeb imma again hemm xi ftit li diġà huma aware illi wieħed irid joqgħod attent u ma jaqbiżx il-limiti fin- numru ta' turisti li nifilħu ġewwa pajjżna.", "Bħalma jiġri hawn Malta, ħafna mill-Għawdxin jaħsbu li l-iżvilupp turistiku qed jiġi kkonċentrat fi ftit areas.", "Din hija ħaġa li rridu nindirizzawha mhux biss f'Għawdex imma anke f'Malta.", "Jien kont qed ngħid li t-turist imur joqgħod f'ċerta area, imur jiddeverti f'ċerta area u allura l-effett ekonomiku pożittiv tat-turiżmu jkunu qegħdin jeħduh ċerti areas imma naturalment l-effett negattiv tat-turiżmu jkun qed jieħdu kulħadd.", "Anzi bilkemm ma ngħidx li jista' jkollok sites li jkunu qegħdin jieħdu l-effett negattiv biss tat-turiżmu filwaqt li ħaddieħor ikun qed jieħu l-effett tajjeb biss!", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq diversification ġeneralment nifhmu li jekk qabel konna nġibu turisti mill-Ingilterra, illum qegħdin inġibuhom minn ħafna pajjiżi oħrajn.", "Għalija diversification ma tfissirx dak biss imma tista' tfisser ħafna affarijiet oħra.", "L-ewwelnett li tiddiversifika ż- żmien meta ġġib it-turiżmu - u għandna bżonn nagħmlu diversifikazzjoni iktar miż-żmenijiet tas-sajf lejn iż-żmenijiet tax-xitwa - tista' tiddiversifika t-tip ta' turist li jiġi, tista' tiddiversifika anke lokalment biex il-ġid tat-turiżmu tifirxu mal-gżira ta' Malta kollha u mal- gżira ta' Għawdex kollha.", "Per eżempju, f'Għawdex ħafna mis-sidien tal- ħwienet igergru li mhux talli lokalità waħda tkun qiegħda tieħu s-sugu tat- turiżmu imma f'lokalità jista' jkollok għaxar ħwienet iżda minħabba manuvrar min-naħa tal-gwidi, eċċ., it-turisti dejjem jispiċċaw fit-tali ħanut u mhux fl-ieħor, fit-tali restaurant u mhux fl-ieħor.", "Ma jien qed ngħid xejn ġdid, m'hijiex xi ħaġa li tiġri f'Għawdex biss imma tiġri hawn Malta wkoll.", "Tiġri anke barra minn pajjiżna u naħseb li kulmin kien fuq xi tour organizzat jaf li l-istess ħaġa tiġri għax filli tkun fuq coach, iniżżluk biex tara ċerti affarijiet, u mbagħad il-gwida ddaħħlek ġo ħanut fejn iżżommok siegħa u ġo ħanut ieħor iżżommok ħames minuti biss.", "Dawn huma affarijiet li naturalment joqorsu lil min ma jkunx qed igawdi minnhom.", "Irridu nitkellmu fuq management aħjar ta' day trippers għax x'inhu jiġri f'Għawdex?", "Jekk jitilgħu 25 jew 30 coach kuljum, il-problema qed tkun illi dawn kollha jitilgħu Għawdex fl-istess ħin, ma' l-istess vapur, iridu jmorru l-istess excursions u naturalment ikollok ċerti peak hours fejn ikun hemm ħafna attività u kulħadd jirfes fuq xulxin u kulħadd jgħaffeġ lil xulxin, imbagħad ikollok ċerti ħinijiet kwieti.", "Wieħed mis-suġġerimenti li konna għamilna kien li forsi jkun hemm management aħjar ta' kif jitqassmu d-day trippers.", "Per eżempju, jekk aħna rridu ngħinu lill-lukandiera Għawdxin, għalfejn dejjem intellgħu day trippers minn filgħodu biex jirritornaw lejn Malta filgħaxija?", "Ma jistax isir arranġament li turisti jittellgħu lejn Għawdex għall-ħabta ta' nofsinhar, jagħmlu filgħaxija hemmhekk, jorqdu l-lejl ġewwa Għawdex, joqogħdu n-nofs ta' nhar ta' l-għada filgħodu u mbagħad jinżlu lejn Malta f'nofsinhar?", "B'hekk dawk id-day trippers ikunu qed jagħmlu l-ġurnata minn filgħodu sa filgħaxija Għawdex u turisti li jkunu qed jagħmlu night stop ġewwa Għawdex, jitilgħu f'nofsinhar ta' ġurnata u jirritornaw f'nofsinhar fil-ġurnata ta' wara.", "Dawn huma kollha suġġerimenti li ta' min wieħed iħares lejhom.", "Hemm bżonn ukoll li Għawdex jibda jindirizza l-problema tal-handling agents.", "Huwa fatt magħruf li filwaqt li hawn Malta għandek ħafna aġenti li jipprovaw jattiraw lit-turist huma direttament, Għawdex kważi dejjem iridu jieħdu mingħand l-operaturi u l-handling agents Maltin.", "Naf li hemm min qed jagħmel sforz, naf li hemm min qed jirnexxielu, pero' minn hawnhekk wieħed iħajjar biex dan is-settur jikber sabiex Għawdex ikun jista' jgawdi iktar mit-turisti li naturalment irid ikun hemm iktar kordinazzjoni ta' policies, speċjalment fejn jidħlu seasonality closures, fis-sens li min hu bil-ħwienet f'Għawdex jgħidlek li mhux vale la pena jibqa' miftuħ fix-xitwa għax ma jmorrux turisti u min-naħa l-oħra mbagħad it-turist jgħidlek li mhux vale la pena jmur Għawdex fix-xitwa għax ma jsib xejn.", "Allura qisek tidħol f'ċirku vizzjuż u x'imkien trid taqta'.", "Naħseb li Għawdex irid jindirizza b'iktar serjetà t-training ta' personnel u dak li huwa trasport.", "F'dawk li huma fieri, jiena naf li l- NTOM tagħmel mill-aħjar biex kull fejn iddaħħal lil Malta ddaħħal lil Għawdex ukoll - per eżempju, fejn ikun hemm stands tal-Maltin jistgħu jużaw l-istands l-Għawdxin - pero' ta' min jgħid li hawnhekk wieħed jixtieq li l- operaturi tas-settur Għawdxi juru iktar ħeġġa.", "Aħna naqblu li għandu jkollhom rappreżentanza fuq il-boards tal-Malta tourism authority.", "Fil- fatt, kif qal il-ministru stess, din il-proposta kienet ġiet aċċettata meta konna qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar it-tourism authority is- sena l-oħra.", "Dak iż-żmien jien ma kontx naqbel ħafna ma' din l-opinjoni għaliex aħna konna qed inpoġġu rappreżentanti ta' l-għaqdiet fuq id- direttorati tat-tourism authority, u jiena ma jidhirlix li jekk se jkollna rappreżentant mill-MHRA fuq direttorat għandek tpoġġi ieħor Għawdxi, għax l- MHRA m'hijiex qiegħda tħares l-interessi tal-hoteliers Maltin biss imma anke tal-hotels Għawdxin.", "Pero' jista' jkun pass pożittiv il-fatt li se jkun hemm iktar rappreżentanti Għawdxin fuq it-tourism authority, kif konna qbilna qabel u erġajna qed naqblu issa.", "Issa li se jkun hemm dawn ir- rappreżentanti Għawdxin fuq id-direttorati, ma nafx jekk il-kumitat għat- turiżmu li għandna llum f'Għawdex huwiex se jibqa' xorta waħda.", "Naturalment ma rridux nieħdu l-impressjoni li se nsolvu l-problemi kollha għax poġġejna nies fuq dawn id-direttorati imma wieħed irid jaħdem u jkompli jaħdem biex jirċievi riżultati iktar pożittivi.", "Mela daqshekk fuq it-turiżmu f'Għawdex.", "Mr Speaker, issa ngħid xi ħaġa żgħira fuq il-bidliet li hemm f'din il- liġi minn kif kienet il-liġi li tressqet kważi sena ilu hawnhekk.", "Kif qal il-ministru, kważi iktar huma bidliet radikali fil-forma u mhux fis- sustanza u ma jidhirlix li hemm xi nkwiet partikolari fuq l-ebda waħda minnhom.", "Per eżempju, fil-klawsola tat-tifsir daħlet it-tifsira ta' \"pakkett ta' l-ivvjaġġar\", \"vjaġġatur\" u \"id-direttorati\".", "M'hemm l-ebda diffikultà dwar dawn, anzi kif ġibidli l-attenzjoni l-Onor.", "Evarist Bartolo l-bieraħ, ta' min idaħħal ukoll it-tifsira ta' \"host families\".", "Fil-budget li għadda slitna l-all-inclusive tourism u trattajnieh b'mod differenti.", "Jiena naf li ħafna pajjiżi għandhom liġijiet u liċenzji apposta fuq l-all- inclusive tourism, li xi darba rridu nħarsu lejh aħna wkoll, allura mat- tifsiriet li diġà daħħalna wieħed jista' jikkonsidra anke tifsiriet għal dawn.", "Skond l-abbozz li tressaq is-sena l-oħra, kien se jkun hemm disa' membri fl-awtorità tat-turiżmu u l-ministru diġà spjega li din id-darba se jkun hemm 11-il membru minħabba dak ta' Għawdex, u biex jbbilanċja lil dak ta' Għawdex, il-ministru daħħal ieħor għan-naħa tiegħu.", "Ma naħsibx li hemm problema fuq dan.", "Pero' ma stajtx nifhem tibdila żgħira, fis-sens li qabel kien hemm li l-ministru jaħtar membru fuq id-direttorati fuq rakkmandazzjoni tas-settur tal-hoteliers; u hawnhekk jidħol id-dubju kif se nirrikonoxxu liema hi dik l-għaqda tal-hoteliers għax qabel kienet imniżżla bħala l-ikbar għaqda fis-settur kollu ta' l-akkomodazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Din hija problema li tqum dejjem għax naturalment għandek organizzazzjoniiet differenti u kulħadd ikun jixtieq li jkun rappreżentat fuq dawn id-direttorati, xejn iktar ħlief biex jagħti kontribut.", "Wara kollox li tkun qiegħed hemm ifisser sagrifiċċju kbir imma jkollok is-sodisfazzjon li tkun qed tagħti l-kontribut għas-settur turistiku.", "Dan ikun il-ħsieb wara din ix-xewqa li dawn ikollhom rappreżentanza hemmhekk.", "Aħna konna għidna wkoll li biex persuna tkun membru fuq id-direttorat ma tridx tkun la membru tal-parlament u lanqas membru ta' kunsill lokali.", "Forsi tal-kunsilli tista' taqta' miż-żewġ naħat.", "Il-problema kienet tinqala' għax bħalma jista' jkollu a conflict of interest min ikun fil- parlament, jista' jkollu - jew iktar ikollu - conflict of interest min ikun fuq il-kunsill fil-lokalità tiegħu.", "Per eżempju, din rajnieha meta konna qed nirranġaw Buġibba, għax wieħed li għandu ħanut hemm jipprova jirranġa dik il-parti tiegħu.", "Mhux qed ngħid li ġara hekk u ma rrid nitfa' dell fuq ħadd imma dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru.", "Normalment min ikun involut fit-turiżmu u min ikun involut fil-kunsilli lokali, ġeneralment l- operazzjoni tiegħu tkun fl-area fejn ikun dak il-kunsill.", "Mhijiex xi ħaġa of particular contention imma ta' min wieħed jaħseb iktar fuqha.", "Klawsola 6 illi ddaħħlet biex tassigura l-pensjonijiet naqblu magħha mija fil-mija.", "Li ma stajtx nifhem kienet subclause (6) ta' clause 6, tgħid li jekk ikollok persuna li kienet taħdem mal-gvern imbagħad kompliet ix-xogħol tagħha ma' l-awtorità, l-awtorità tkun mitluba tirrifondi lill-gvern il- parti tal-pensjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri dik il-persuna tispiċċa tieħu parti mill-pensjoni mill-gvern u parti mill-awtorità, jew jikkombina kollox il-gvern u l-awtorità tirrifondi lill-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Dwar din nista' nagħti spjega iktar fil-fond meta nwieġeb fl-aħħar, pero' jekk jara sew il- klawsola jsib li fil-liġi hemm ukoll benchmark ta' scale three.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Kif diġà għidt, fuq din żgur m'għandniex problemi, anzi hija xi ħaġa tajba li daħlet biex naturalment min ikun mal-gvern u jmur jaħdem ma' l-awtorità jkollu moħħu mistrieħ li mhux se jitlef xejn fejn tidħol pensjoni.", "Aħna konna daħħalna klawsola 10 li tirrigwarda l- kuntratti ta' provvista jew xogħlijiet u għamel sew il-ministru li daħħalha wkoll.", "Ħaġa li ma tantx nifhem għalfejn qed issir hija subclause (2) ta' clause 12, fejn qed ngħidu li l-ministru jista' jneħħi jew iżid dawn id- direttorati.", "Veru trid tagħti flessibbiltà imma ladarba din il-liġi qed toħroġ minn hawnhekk, diġà qegħdin niftehmu liema se jkunu d-direttorati.", "Din il-klawsola tgħid ukoll li l-ministru jista' jaħtar il-membri kollha hu.", "Naturalment m'hemmx imniżżel fuq rakkmandazzjoni ta' min jaħtarhom.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment din torbot mat-twaqqif tad-direttorati.", "Hemm diffikultà fuq il-liċenzji li niddiskutuha iktar 'il quddiem, peress li jrid ikun hemm liċenzja jekk post se jkun jinkera lill-barranin.", "Hawnhekk tista' tqum problema għax jista' jkollok barrani li għandu impjieg hawn Malta, ikollu work permit eċċ u dan jagħmel long let jew short let.", "Naturalment ma tistax tgħid lil min se jikrilu li jrid ikollu liċenzja biex ikun jista' jikri dak il-post għal skopijiet ta' turiżmu eċċ.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li d-destination management companies tħallew kif għamilniehom aħna, anke għax nemmen li dawn għandhom kontribut qawwi x'jagħtu.", "Klawsola 31 titkellem dwar l-insurance, u fil-fatt aħna diġà konna għamilnieha tassattiva li l-aġenti jkunu insured.", "F'din il-liġi qegħdin insemmu ċerti affarijiet pero' ħallejniehom miftuħin għall-istess awtorità biex tiddeċiedi jekk iddaħħalhomx hi jew le, imma xi ħaġa li rridu narawha sew hija t-twaqqif ta' fond għal meta jinqala' xi ħaġa.", "Naturalment dan irid jiddiskutih sew ma' min se jipparteċipa f'dan il-fond għax jekk inti għandek fond li qed jikkontribwixxu għalih 10 jew 20 mill- aġenziji, jekk ikun hemm aġenzija waħda minnhom traskurata li se tibqa' tixrob ħafna mill-fondi, se jispiċċaw li d-disgħa jkunu qed joħorġu biex jerfgħu lil waħda ħażina.", "Allura hawnhekk naħseb li jista' jkollna xi atteġġjament negattiv minn min irid jipparteċipa f'dan il-fond.", "Rigward klawsola 40 ma stajtx nifhem għaliex hemm ir-\"the right to inspect any tourism operation other than a tourist guide\", għaliex jien naħseb li ta' min jidħol fihom l-operazzjonijiet ta' tourist guide.", "Irridu nagħmlu l-wording b'mod li ma neskludux li l-awtorità tidħol fl- operazzjoni tal-gwidi wkoll.", "Ħaġa oħra tajba hija li jekk ikunu se jittieħdu passi kontra xi hotel minħabba xi nuqqas, min jieħu dawk il-passi m'għandux għalfejn iżomm lit- turist hawn Malta biex jitla' jixhed eċċ. Jekk m'iniex sejjer żball hemm xi ħaġa bħalha anke fil-każ ta' kiri ta' karozza lil turist.", "Naħseb li din hija tajba għax turist li jiġi hawn Malta għal holiday ma jridx jispiċċa joqgħod tiela' u nieżel il-qorti biex jagħti x-xiehda tiegħu u minflok divertita u holiday, jispiċċa jagħmel xi kruċjata sħiħa.", "Subklawsola (b) ta' klawsola 47 titkellem dwar il-liċenzji għal min jaħdem fis-settur tat-turiżmu.", "Għalkemm naqbel magħha, forsi għadu daqsxejn kmieni, għaliex għad m'għandniex il-kwalifiki meħtieġa, fosthom il- journeyman's certificate li semmejna.", "Wieħed irid idaħħalha bil-mod għax aħna nafu li m'għandniex dik il-kwantità kbira ta' nies li jaħdmu fis- settur li jkunu jistgħu jipprovdu dan iċ-ċertifikat li semma l-ministru, pero' tajjeb li wieħed jaħseb fuqha u jibda jtella' dan il-bżonn bil-mod il- mod.", "Jekk illum hotelier qed jimpjega xi 30 waiter, huwa impossibbli li tgħidlu li jrid ikollu 30 waiter bil-journeyman's certificate għax jispiċċa jkollu jkeċċi tliet kwarti minnhom.", "Pero' tibda billi minn 30 ikollok ħamsa li jkollhom il-journeyman's certificate, ħalli għallinqas ikollok skeleton staff li miegħu ttkun tista' tibni.", "Irridu naraw ukoll il-qasam tat-time-sharing resorts.", "Ma nafx x'inhi l- attitudni tal-gvern fuq din il-ħaġa pero' min-naħa tagħna dejjem ħarisna lejh bħala qasam tajjeb.", "Għandu affarijiet tajbin u affarijiet ħżiena, bħalma għandhom oqsma oħrajn fis-settur tat-turiżmu, bħat-trasport, l- akkomodazzjoni u l-aġenti ta' l-ivjaġġar.", "Kulħadd għandu t-tajjeb u ftit ħażin ukoll, u hekk għandu t-time-share.", "F'Malta għandna prodott tat-time- share tajjeb, biex ma ngħidx tajjeb ħafna, tal-livell ta' 4-Star u 5-Star.", "Sfortunatament kultant jiġi marketed b'metodi ħżiena u allura jkollna l- veru każ ta' an excellent product being marketed in a mediocre way.", "Kif semma l-ministru stess, tliet pajjiżi fl-Ewropa għandhom liġijiet fuq it- time-share.", "Kulħadd jaf li l-Unjoni Ewropea għandha d-direttivi tagħha fuq it-time-share imma ftit huma dawk il-pajjiżi fl-Unjoni li bdew jadottaw jew joqogħdu għal dawn il-kondizzjonijiet.", "Fost l-affarijiet tajbin li għandu s-settur tat-time-share hemm li jiggarantilek repeat visitors, li sfortunatament qed jonqsu minn Malta.", "Qed ngħid sfortunatament għax meta jkollok repeat visitor l-ewwelnett ifisser li għandek prodott tajjeb u t-tieni nett biex iġġib repeat visitor trid tonfoq inqas fil-promozzjoni milli trid tonfoq biex iġġib turist ġdid.", "U jekk hemm settur li jiggarantixxi dawn ir-repeat visitors dan huwa s- settur tat-time-share għax għandek a guaranteed presence, peress li min ikun xtara ġimgħa f'pajjiżna jekk ma jiġix hu jibgħat lill-ħbieb jew il- qraba tiegħu.", "Mela dak il-post kważi kważi huwa garantit li se jimtela.", "Xi ħaġa oħra li ħarġet minn surveys li konna għamilna hija li min jixtri t- time-share ġeneralment huwa turist li jista' jaffordja li jibqa' jħallas dawk l-affarijiet minn sena għal sena għax ikun ċertu turist ta' income tajjeb.", "Jidhirli li dawk kienu t-tibdiliet mil-liġi kif konna ppreżentajnieha aħna sena ilu, li żgur m'hemmx diffikultà fuqhom, anke għax mhumiex bidliet kbar imma rtokkjar tal-liġi kif konna ressaqnieha aħna.", "Din l-awtorità tat- turiżmu se tkun qed tilqa' l-isfidi imma tkun qed tieħu wkoll l- opportunitajiet li toffri Malta fis-settur tat-turiżmu.", "Wieħed irid jifhem li s-suċċess ta' din l-awtorità mhux se jiddependi mil-liġi li se tgħaddi minn hawnhekk imma se jiddependi ħafna fuq in-nies li jridu jinterpretawha u jħaddmuha.", "Jiena naħseb li iktar milli noqogħdu attenti hawn ġew kif u taħt liema kondizzjonijiet se tgħaddi l-liġi, iktar u iktar irridu noqogħdu attenti x'nies inpoġġu biex imexxu din il-liġi.", "Mill-esperjenza nafu li ma jistax ikun li min jaħdem f'dan is-settur u jkun f'awtorità bħal din ma jkollux conflict of interest.", "Inti sejjer hemmhekk biex tgħin lis-settur tiegħek imma kultant tilbes il-kappell tas-settur u kultant, mingħajr ma trid, tilbes jew lanqas tkun taf li qed tilbes il-kappell tan-negozju tiegħek personali.", "Jiena nemmen li din l-awtorità trid tibqa' ħajja u allura ma rridux nistennew xi 20 sena jew 25 sena oħra biex nerġgħu niġu f'dan il-parlament nemendaw fejn ikun hemm il-bżonn.", "Il-ministru u kulħadd jaf li jekk hawn xi ħaġa li tinbidel mhux minn xahar għal xahar imma tinbidel minn ġimgħa għal ġimgħa, huma t-trends fit-turiżmu u l-esiġenzi tat-turist.", "Ma jistax ikun li aħna noħorġu b'xi ħaġa u ngħidu li din hija dogma, din mhijiex se tinbidel.", "Naħseb li aħna stess irridu ngħinu fit-tiġdid ta' din l- awtorità.", "Ladarba għandek settur li jiddependi fuq it-trends fis-swieq, fuq l-esiġenzi tat-turist, din l-awtorità trid tibqa' dejjem tirrifletti dawn it-trends u tiġi mtejba, mhux tistaġna fl-ideat tal-passat.", "Meta ngħidu li trid tibqa' tiġi mtejba, tittejjeb bis-sens u mhux tittejjeb bil- pika.", "Naħseb li jekk hawn settur f'Malta li mhux miexi bil-pika huwa s- settur tat-turiżmu.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Għaliex s'issa qatt ma ġejna hawnhekk nibdlu l-affarijiet biex nimpikaw imma għax is-sens komun jitlob hekk.", "Bħalma jinbidlu nies f'ħafna affarijiet, jinbidlu n-nies fit-turiżmu imma nispera li min jiġi warajna u ta' wara ta' warajna jibqgħu għaddejjin bl-istess oġġettiv, li jekk se nibdlu, se nibdlu għax is-sens jitlob hekk u mhux għall-pika.", "Din l-awtorità se jkollha ħafna vantaġġi, wieħed minnhom il-fatt li se jkollha nies ġejjin min-naħa tal-privat u se jinbidlu aktar spiss.", "X'inhi d-differenza?", "Jekk tħalli t-turiżmu jitmexxa dejjem miċ-ċivil - mhux b'diżrispett qed ngħid hekk - ladarba daħal wieħed ta' 20 sena mal-gvern u qed imexxi t-turiżmu hu, dan se jibqa' hemmhekk sakemm ikollu 60 sena.", "Mela għandek l-istess persuna qed tmexxi l-istess settur u ġeneralment tispiċċa tmexxih dejjem bl-istess ideat.", "B'din il-liġi l-awtorità se jkollha l-vantaġġ li l-ideat jinbidlu iktar spiss għax se jkun involut il- privat li se jinbidel kull sena, kull tliet snin, kull ħames snin, filwaqt li meta l-gvern ikun qed imexxi xi ħaġa l-ideat jibqgħu hemmhekk permanenti.", "L-awtorità se jkollha l-vantaġġ li tkun tista' tagħti direzzjoni waħda lill-firxa ta' oqsma li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu.", "Jiena ngħid li hemm iċ-ċans li tibda taħdem anke fuq linji iktar moderni milli konna qegħdin nimxu fuqhom illum.", "Biex nagħti eżempju żgħir, f'intrapriża privata għandek dak il-monitoring għaddej dejjem minn sena għall-oħra; fil-bidu tas- sena tagħmel it-targets u l-objectives, kull xahar ikollok il-management accounts, management information biex regolarment tara kemm qed iżżomm mal- budget, ma' l-objectives, ma' l-istrateġija u jekk ikun hemm xi variation jew xi deviation tkun tista' tikkorreġiha malajr.", "Wara li jkollok dawn il- management accounts u l-management information minn xahar għal xahar, fl- aħħar tas-sena tara l-istampa kollha.", "Ħafna drabi fil-gvern x'jiġri?", "Tpoġġi l-budget fl-ewwel tas-sena, tagħlaq l-aħħar tas-sena u dak iż-żmien biss toqgħod tara kif varjajt.", "Jekk l-awtorità timxi fuq linji kummerċjali, kif jimxu intrapriżi oħrajn, se jkollha l-possibbiltà li timxi ħafna aħjar milli qed jimxu l-affarijiet illum.", "Importanti li l-awtorità mhux biss tiġġedded hi skond il-bżonnijiet tat-turiżmu imma ġġedded ukoll il-prodott, l-approach kif issir il-promozzjoni u l-marketing, u ġġedded ukoll il-livel ta' standards li niffissaw.", "M'hemm l-ebda dubju fuq kemm hi tajba u kemm se tkun utli għas-settur tat-turiżmu.", "Jiena ngħid li biex tirnexxi din il-liġi trid tiġi implimentata kemm jista' jkun 'il bogħod mill-politika.", "Naturalment il-politika f'Malta ma tistax taħrabha għax jekk hawn għaxra min-nies li la għandhom minn naħa u lanqas minn naħa oħra, għandna ħafna.", "Jiġifieri Jekk se tpoġġi nies li jkunu ta' kulur aħmar jew ta' kulur blu jridu jifhmu mal-ewwel li mhumiex qegħdin hemmhekk biex iħarsu l-interessi tal-kulur aħmar jew l-interessi tal-kulur blu imma qegħdin hemmhekk biex iħarsu l-interessi tas-settur kollu.", "Il-bieraħ tkellimna fuq l-ikbar challenge li se jkollha l-awtorità, li tippreżenta lil Malta bħala xi ħaġa sħiħa, tbigħ lil Malta, u mhux tbigħ din il-parti tas-settur jew l-oħra.", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu naraw hi li noħorġu b'corporate image fejn Malta nibdew narawha sinonima ma' prodott tajjeb.", "Jekk Malta se tkun sinonima ma' prodott tajjeb inkunu mxejna biċċa sew minn dak li nkunu qegħdin naħsbu.", "Nagħlaq billi ngħid, kif qal il-ministru l-bieraħ, li ż-żewġ naħat naqblu fuq l-objectives tat-turiżmu.", "Fuq din żgur li lanqas biss jgħaddilna minn moħħna li jkun hemm firda bejnietna.", "Forsi we diverge xi ftit fuq l- istrateġija ta' kif se nilħqu dawk l-objectives u fuq il-pjan kif jistgħu jintlaħqu dawk l-objectives imma finalment kulħadd jaf li l-objectives għandhom ikunu l-istess.", "Nifhmu li hi x'inhi l-istrateġija taż-żewġ naħat, u huma x'inhuma l-pjanijiet taż-żewġ naħat żgur li l-Malta tourism authority se tkun l-ikbar biċċa għodda li se jkollna f'idejna u sta għalina li minn hawn 'il quddiem nagħmlu użu tajjeb minnha.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, huwa ta' pjaċir għalija li nitkellem fuq settur li huwa tassew importanti għal pajjiżna, iktar u iktar meta f'din il-Kamra, jekk m'hemmx qbil fuq diversi affarijiet, hemm qbil unanimu fuq l-importanza li wieħed għandu jagħti lit-turiżmu.", "Ovvjament wieħed m'għandux għalfejn jgħid li t-turiżmu huwa ta' importanza kbira għal dan il-pajjiż, sia mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn kwalunkwe aspett ieħor.", "Din l-awtorità li se titwaqqaf permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi trid tipprova ġġib ftit ordni f'dan is-settur.", "Naħseb li l-eżerċizzju kbir li sar fuq din il-liġi fil-futur għad jagħtina frott tajjeb u tajjeb ħafna.", "Qed ngħid hekk għax ir-regoli f'din l-awtorità huma bbażati fuq ċertu sens komun u oġġettività.", "Qabel kellna struttura maqsuma f'sezzjonijiet differenti, regolati b'liġijiet differenti, illi kollha kemm huma kellhom il-poteri u l-funzjonijiet tagħhom pero' kienu kollha separati u indipendenti minn xulxin.", "Mentri b'din l-awtorita' aħna qegħdin indaħħluhom u ngħaqqduhom bħala ħaġa waħda.", "Allura hija ċara mill-bidu l-premessa ta' din l-awtorità għax qiegħda tipprova torganizza dan is-settur.", "Ovvjament f'dan il-pajjiż kellna diversi awtoritajiet u wieħed jammira l- mod bilanċjat ta' kif inhuma distribwiti l-poteri bejn dak li għandu x'jaqsam ma' l-awtorità u għal dak li għandu x'jaqsam mal-ministeru.", "Meta nsemmi l-ministeru qed nirriferi għall-poteri li huma mogħtija bil-liġi lill-ministru għar-regolamentazzjoni ta' kif għandha tiffunzjona din l- awtorità.", "Qabel nidħol fil-fond fuq din il-liġi, Sur President, ippermettili ngħid ukoll li wieħed irid jirrealizza li dan huwa settur ta' importanza vitali għax fuqu jiddependi l-futur ta' l-ekonomija u l-futur ta' diversi impjiegi fil-pajjiż.", "Jekk kemm-il darba llum inħaddmu tajjeb dak li aħna għandna f'idejna għada pitgħada għad insibu li x-xogħol tagħna jagħti frott tajjeb.", "Sur President, sfortunatament m'għandniex yardstick tajba ta' kif nagħmlu rendikont ta' min ġie hawn Malta bħala turist, għax għandna xibka kbira u qisu l-indiċi ta' suċċess tal-ministeru jiddependi minn kemm jiġi recorded li jkunu ġew nies barranin hawn Malta mingħajr ma wieħed ikollu klassifika vera ta' għalfejn ġew.", "Din l-istatistika hemm bżonn li wieħed jagħmilha malajr biex wieħed jifhem aħjar minn fejn qegħdin jiġu, għalxiex qegħdin jiġu u fejn qegħdin joqogħdu t-turisti.", "Din hija ċ-ċavetta ta' marketing u proġettazzjoni serja fit-turiżmu.", "Allura wieħed bilfors irid jaqbel ma' dak li qal il-ministru fil-bidu ta' din id-diskussjoni, li l-istatistika trid tiġi rranġata biex naraw kif qed jintlaqa' barra minn pajjiżna dak li qegħdin noffru bħala pajjiż, u fl-istess ħin naraw x'effetti qed ikollna f'dan il-pajjiż.", "Permezz tal-ġbir ta' l-istatistika wieħed jara jekk kemm- il darba għandniex iktar turisti li jiġu ġo hotels, ġo flats, fit-time- sharing jew f'xi settur ieħor.", "Abbażi ta' l-istatistika wieħed ikollu marketing ferm aħjar.", "Dan il-pajjiż jirrikonoxxi li għandu l-aspett kulturali pero' ftit jagħtih importanza, għax sfortunatament aħna inqiegħdu s-suq turistiku fuq aspetti kompletament differenti minn dawk kulturali.", "Hija verament ħasra għax, kif qal tajjeb il-ministru, hija l-kultura illi hija r-riżors prinċipali ta' dan il-pajjiż.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-postijiet kulturali li għandna m'humiex limitati għal xi reġjun wieħed f'dawn il- gżejjer imma kull rokna f'dan il-pajjiż għandha l-aspett kulturali x'toffri.", "Allura d-diskussjoni fuq it-turiżmu bilfors trid tabbina ruħha ma' diskors serju fuq użu aħjar tal-monumenti storiċi u ma' l-aspett kulturali li aħna għandna.", "Din is-sena aħna nikkommemoraw il-mewt ta' Mattia Preti u għalkemm fil- bidu tas-sena din il-ġrajja ngħatat ħafna importanza, pero' mill-aspett tat- turiżmu jidher li ma ġbidniex iktar nies biex jiġu hawn Malta ħalli jaraw dawn l-opri ta' l-arti li għandna ta' Preti.", "Din hija verament ħasra għax f'postijiet oħrajn issib li jekk ikollhom opra waħda ta' l-arti imorru ħafna nies biex jarawha, aħseb u ara aħna li għandna diversi opri tajbin ħafna ta' Preti.", "Għalhekk l-aspett kulturali jrid bilfors jintrabat mat- turiżmu għax bih wieħed ikun jista' jġib iktar turisti biex japprezzaw it- tajjeb ta' pajjiżna u jħallu wkoll effetti soċjali tajbin fil-pajjiż għax jikkonvinċu lilna l-Maltin li r-riżors prinċipali tagħna għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu għandu jkun dak kulturali.", "Il-verità hija li aħna stess ma napprezzawx dak li għandna u qisna qed nagħmlu politika li ma tagħtix biżżejjed imbuttatura lil dan l-aspett.", "B'dan l-abbozz ta' liġi l-awtorità se tingħata diversi poteri, fosthom li tippromwovi u tiżviluppa Malta bħala destinazzjoni turistika u allura se jkollha funzjoni pjuttost importanti għall-iżvilupp komplet ta' pajjiżna għaliex biex iġġib iktar turisti lejn Malta trid bilfors tagħti kas tal- kultura.", "Għal dan il-għan ikun tajjeb li l-awtorità taqsam lil pajjiżna f'diversi reġjuni biex tagħti lil kull wieħed minnhom l-importanza li ħaqqu.", "Per eżempju, ir-reġjun tal-Kottonera u r-reġjun tal-Belt u tal- Furjana jimmeritaw iktar attenzjoni u iktar investiment mill-pajjiż għax il- frott li jista' jħalli huwa importanti ħafna għal pajjiżna.", "Jekk wieħed jistudja dawn ir-reġjuni wieħed wieħed ikun jista' jara x'joffru u x'inhuma l-affarijiet li turist qed jistenna li jsib hemmhekk.", "Ngħidu aħna jeħtieġ li jkun hemm hotel tajba, restaurant tajjeb u affarijiet oħra li jwasslu għall-iżvilupp ta' dak ir-reġjun.", "Apparti li tippromwovi u tiżviluppa Malta bħala destinazzjoni turistika, klawsola 5 ta' dan l-abbozz ta' liġi ssemmi poteri oħrajn li se jkollha l- awtorità, kif jgħidu s-subklawsoli li se naqra:", "(b) li tagħti pariri lill-gvern dwar attivitajiet turistiċi u li toħroġ liċenzi taħt dan l-Att;", "(c) li tissorvelja, tikklassifika u tikkontrolla l-liċenzjar ta' u l- istandards li għandhom jiġu provduti fi, jew minn, attivitajiet turistiċi;", "(d) li tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-livell tar-riżorsi umani fl- industrija tat-turiżmu;", "(e) li tagħti pariri lill-gvern dwar l-ippjanar u l-iżvilupp ta' l- industrija tat- turiżmu kif ukoll dwar l-infrastruttura li ssostni l- industrija tat-turiżmu; u", "(f) ġeneralment li tassisti u tagħti pariri lill-gvern dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam ma', jew li tolqot, it-turiżmu, u li tidħol għal, u torganizza, dawk l-attivitajiet u proġetti li tista' tqis li jkunu idonei mat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.", "Jiġifieri wieħed mill-ewwel jifhem li l-awtorità se jkollha mano libera u f'dak kollu li għandu x'jaqsam mat-turiżmu għandha l-obbligu illi tagħti pariri lill-gvern fuq kif għandu jikkomporta ruħu jew kif għandu jirregolarizza s-sitwazzjoni.", "Jiena ngħid li hemm bżonn li niffaċċjaw ir-realtà u naraw x'qegħdin noffru lit-turist.", "Irid ikun hemm serjetà fil-klassifikazzjoni tal-hotels u ta' l-istabilimenti ta' l-ikel, fis-sens li niggarantixxu li jkollhom standards ta' l-istess livell li hemm fl-Ewropa u mhux livell insulari ta' Malta.", "Wieħed jinnota li hemm diversi katini ta' hotels li għażlu hotel hawn Malta bħala parti mill-katina tagħhom u wieħed irid jgħid li dan l- investiment li sar minn barranin għadu ma bediex verament jagħti l-frott tiegħu.", "Illum għandna hotels f'Malta li huma isem fihom infushom barra minn Malta, allura wieħed jistenna li din l-awtorità tkun tista' tagħtihom id-dimensjoni li ħaqqhom biex turist ikollu moħħu mistrieħ li l-lukanda fejn se jorqod u jiekol se tkun ta' l-istess standard li huwa jsib f'pajjiżi oħra.", "Jekk aħna ma nagħmlux din il-qabża u niggarantixxu li dak li aħna qegħdin niktbu fil-brochures tagħna verament noffruh, allura aħna għadna ma fhimna xejn fuq dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "Sur President, wieħed irid jifhem li l-pajjiż kollu huwa responsabbli f'dan il- kamp għax it-turist jieħu togħma ħażina jew togħma tajba tal-pajjiż mill- affarijiet kollha li jmiss magħhom.", "Aħna li niftaħru li aħna pajjiż Ewropew, li għandna kultura, li għandna ċiviltà, ma jistax ikun li mmorru lura minn din l-immaġni quddiem persuna li ġiet l-ewwel darba f'pajjiżna.", "Din hija ċ-ċavetta biex turist li jiġi hawn jieħu impressjoni tajba.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll li kull settur huwa importanti.", "Per eżempju, jiġuni f'moħħi d-diversi turisti li jiġu bi cruise hawn Malta, li wieħed irid jikkurahom aktar għax dawn jiġu għal ġurnata biss.", "Jien naħseb li m'għandniex assessment biżżejjed ta' l-impatt li pajjiżna qiegħed iħalli fuq dawn in-nies, jekk hux togħma ħażina jew togħma tajba.", "Irridu noqogħdu aktar attenti li meta dawn it-turisti jiġu għal dak il-perijodu żgħir, jieħdu l-aħjar li għandna biex inħajruhom li għada pitgħada jerġgħu jiġu jqattgħu btala f'Malta.", "Ċerti drabi wieħed iħares b'viżjoni qasira u ma jħarisx fit-tul għall-affarijiet li jkollu f'idejh.", "Din l-awtorità għandha d-dmir li dawn l-affarijiet tagħti kashom.", "Barra minn Malta nsibu mudelli li aħna nistgħu nsegwu, fosthom l-Ingilterra, fejn hemm il-British tourist authority li tiggarantixxi lil dak li jkun li jekk kemm-il darba hotel hi klassifikata 3-Star u li għandha ħaġa u li għandha oħra, jekk tmur hemmhekk se ssibha.", "Dan li rridu nagħmlu aħna, li niggarantixxu li t-turist li jiġi Malta se jieħu dak li huwa ġie għalih.", "Irridu nifhmu li mhux aħna qed nagħmlu pjaċir lilu għax qed nilqgħuh f'pajjiżna imma f'ċertu sens qiegħed jagħmel pjaċir lilna wkoll li għażel lil Malta minn destinazzjonijiet oħrajn.", "Wara kollox wieħed irid jiftakar li fil-Mediterran hemm ħafna iktar destinazzjonijiet li wieħed jista' jagħżel, u l-problema hija li aħna ma nurux biżżejjed x'għandna u x'nistgħu noffru.", "L-esperjenza li wieħed jiġbor tul is-snin turi li turist li jiġi kkurat, japprezza ferm iktar x'għandna u x'm'għandniex.", "Meta turist jingħata spjegazzjoni tajba ta' l-affarijiet li għandna u fuq l-istorja ta' Malta tul iż-żmien tal-Kavallieri, tul iż-żmien tal-Franċiżi, tul iż-żmien ta' l- Ingliżi, jibda japprezza iktar lil pajjiżna u jispiċċa biex iħobb ukoll lil pajjiżna.", "U mhux biss ikun hu l-aħjar bniedem li jġib iktar turisti lejn Malta imma hu stess jerġa' jiġi diversi drabi għax japprezza li għandna minjiera ta' affarijiet x'noffru u jinduna li ma jistax jara dak kollu li joffri pajjiżna f'ġimgħa.", "There again joħroġ il-punt dwar kemm aħna qegħdin nagħtu importanza lill-aspett kulturali ta' pajjiżna u nifhmu li ma jistax ikun li l-knejjes tagħna u l-ġojjelli l-oħra li għandna ma jkunux fi stat tajjeb.", "It-turist irid iħossu qisu daħal ġo daru u speċjalment it- turist Ewropew iħoss li qiegħed f'parti oħra mill-Ewropa.", "Pajjiżna għandu jiġbed turist ta' intelliġenza, turist ta' kultura li jġegħelna nieħdu ħsieb aħjar il-wirt nazzjonali li għandna u l-identità kulturali tagħna.", "Għalhekk m'għandix dubju li l-awtorità se jkollha sehem importanti x'tagħti fuq dan il-binarju kulturali.", "Sur President, wieħed irid jammira l-mod kif ġiet komposta l-awtorità u wieħed ma jistax ma jaqbilx mal-linja meħuda mill-ministru għal dak li jirrigwarda t-Tieni Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Huwa aspett innovattiv li tagħmel id-direttorati eżekuttivi fi skeda biex dawn ikunu jistgħu jinbidlu b'avviż legali, u b'hekk tneħħi l-proċedura laborjuża li tiġi fil-parlament biex tkun tista' tagħmel emendi fil-liġi.", "Hemm tliet direttorati eżekuttivi taħt it-Tieni Skeda: id-direttorat tal-marketing u oromozzjoni, id-direttorat ta' servizzi ta' appoġġ u l-utilizzazzjoni u taħriġ ta' riżorsi umani u d-direttorat ta' product planning u żvilupp, li huma magħmula b'sens ta' għaqal.", "Wieħed jippretendi li dawn se jorganizzaw tajjeb l-intern ta' din l-awtorità u se jkunu l-ixprun ta' diversi affarijiet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Karmenu Vella, din l-awtorità hija magħmula mill-bnedmin u wieħed ma jistax jippretendi li bniedem se jinbidel awtomatikament fl-approach tiegħu għax issa se jkun taħt awtorità.", "Pero' din l-awtorità qed tagħmel targets ċari u wieħed jistenna li tagħmel ħafna xogħol tajjeb u ma jkollniex kobob u għoqiedi bla sens li joħorġu minn diversi konflitti umani li wieħed inevitabbilment jistenna li jkun hemm.", "Jiġifieri b'dawn ir-regoli din l-awtorità se ġġib ordni u oġġettività fil-mod kif isiru l-affarijiet.", "Wieħed irid jgħid ukoll li saret klassifikazzjoni tajba tas-setturi tat- turiżmu nnifsu.", "Klawsola 53 ta' dan l-abbozz ta' liġi qed tħassar diversi liġijiet, cioe' l-Att dwar is-Servizzi ta' Gwidi tat-Turisti, l- Att dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel, l-Att dwar Guest Houses u Postijiet Furnished għall-Btala, l-Att dwar l-Aġenziji ta' l- Ivvjaġġar u Servizzi tal-Lukandi u l-Att dwar l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.", "Dawn issa se jkunu regolamentati b'mod iktar ċar u b'iktar likwidità.", "Per eżempju, taħt Taqsima III ta' dan l-abbozz ta' liġi se jkunu regolamentati flimkien l-alloġġ u stabbilimenti li jipprovdu ikel, jiġifieri l-hotels u r-restaurants.", "Taħt Taqsima IV huma regolamentati l- aġenziji tat-turiżmu li jkunu ġejjin minn barra, l-aġenziji ta' l- ivvjaġġar u destination management companies, taħt Taqsima V huma regolamentati l-ġiti organizzati u l-gwidi tat-turisti jaqgħu taħt Taqsima VI.", "Allura dawn l-erba' klassifikazzjonijiet huma l-qafas li fuqhom trid taħdem l-awtorità.", "Ovvjament fejn jidħlu deċiżjonijiet fuq l-għoti ta' liċenzji l-awtorità se jkollha poteri ta' ċerta saħħa u importanza.", "Huwa tajjeb li twaqqaf bord ta' appelli dwar it-turiżmu u kienet deċiżjoni għaqlija li l-avukat li jippresjedi dan il-bord ta' l-appell ikun ilu jipprattika għal mhux anqas minn seba' snin.", "Tagħmel ħafna sens ukoll subklawsola (2) ta' klawsola 14 li tgħid:", "\"Id-deċiżjonijiet tal-bord ikunu konklużivi ħlief dwar punti ta' dritt deċiżi mill-bord li minnhom ikun hemm appell quddiem il-Qorti ta' l- Appell.\"", "Hija linja ta' uniformità li fil-liġijiet tagħna għandna diversi bordijiet li jieħdu deċiżjonijiet fuq fatt u fuq liġi u fuq dawk ta' fatt wieħed ma jistax jappella minnhom, mentri fuq dawk li huma punti ta' liġi wieħed jagħmel appell direttament quddiem il-Qorti ta' l-Appell nnifisha.", "Hemm ukoll stipulat iż-żmien li fih l-appell irid jiġi ppreżentat, kif ukoll iż- żmien li fih l-appell irid jinstema'.", "Din tagħmel ferm iktar sens biex l- affarijiet jimxu malajr f'dan il-kamp.", "Irrid ngħid ukoll li hija tassew innovattiva u tajba klawsola 43 li qed tiffaċilita l-prova li trid iġġib il-prosekuzzjoni għar-rigward ta' każijiet fejn persuna tkun akkużata li mexxiet lukanda, guesthouse, hotel jew postijiet għall-btala mingħajr liċenzja, jew li tiġi akkużata li provdiet alloġġ lit-turisti li ma jkunux ħbieb jew qraba ta' bona fide kif hemm provdut fil-liġi.", "Ikun biżżejjed għall-prosekuzzjoni li tagħmel prova li l-akkużat kellu kontroll tal-fond li dwaru qed issir l-akkuża, li meta saret spezzjoni kienu nstabu fih persuni li ma kenux ċittadini ta' Malta, li f'dak il-fond kien hemm faċilitajiet ta' l-irqad u f'dak il-fond instabu oġġetti personali ta' dawk il-persuni u li fuq il-fond ma kellux liċenzja kif dovuta.", "Hawnhekk mhux qed ninvertu l-grad tal-prova.", "M'aħniex qegħdin ngħidu li l-prosekuzzjoni ma tridx tipprova ċerti affarijiet u hija d- difiża li tipprovahom u allura wieħed jidħol fil-problema kostituzzjonali ta' jekk kemm-il darba inti tistax tagħmel l-inversjoni tal-prova u l- inversjoni tal-prinċipju fundamentali tagħna li l-akkużat huwa dejjem preżunt innoċenti.", "Hawnhekk qegħdin nistabilixxu x'inhu dak li nsejħulu fil-liġi l-actus reus, jiġifieri x'inhuma l-affarijiet li l-prosekuzzjoni trid turi li sabet f'post biex hija tipprova l-każ tagħha.", "Permezz ta' hekk se jkollna inforzar aħjar tal-liġi, għalkemm nittama li jirnexxilna nikkonvinċu permezz tal-persważjoni u permezz tas-sens komun, li dan il- pajjiż jaqbillu jikkonforma ruħu ma' ċerti standards li wieħed jippretendi fit-turiżmu, jekk kemm-il darba aħna rridu nkunu serji magħna nfusna u serji barra minn Malta.", "Punt ieħor ta' interess li hu magħmul b'ħafna għaqal jirrigwarda l-bilanċ tal-poter li hemm bejn l-awtorità u dak li hawnhekk huwa definit bħala \"l- ministru\", ovvjament bil-poteri mogħtija minn dan il-parlament taħt klawsola 47 li tgħid: \"Il-Ministru jista', bir-rakkomandazzjoni ta' l-Awtorità, jagħmel ir- regolamenti biex jirregola jew xort'oħra jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet turistiċi sabiex jagħti effett aktar sħiħ għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u, b'mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak hawn aktar qabel imsemmi, jista' b'dawk ir-regolamenti:\"", "U mbagħad hemm imsemmi x'jista' jagħmel il-ministru.", "Jiġifieri l-ministru għandu l-option li bir-rakkmandazzjoni ta' l-awtorità jagħmel ċerti regolamenti li hu jidhirlu li għandu jagħmel, imbagħad bil-liġi għandu wkoll id-dritt li jagħmel regolamenti fuq diversi affarijiet oħrajn.", "Kif jgħid subartiklu (i) il-ministru jista' anke jistabilixxi kodiċijiet ta' etika u ta' kondotta, li 'l quddiem wieħed irid jitkellem ftit iktar fuqha.", "Dan huwa verament bilanċ tajjeb għax finalment l-elettorat iħares lejn min għandu s-setgħa politika u mhux lejn l-awtorità.", "L-iżbalji ta' l- awtorità, bħalma għandna esperjenzi f'setturi oħra, jiġu attribwiti lill- aspetti politiċi meta dan ma jkun xejn il-każ.", "Fuq dan il-binarju wieħed ifaħħar l-għaqal tal-Ministru Michael Refalo li qed jippilota din il-liġi għax qiegħed jipprova jagħmel bilanċ tassew interessanti.", "Dan narawh minn subklawsola (i) ta' klawsola 47 li tgħid li l-ministru :", "\"jistabbilixxi kodiċijiet ta' etika u ta' kondotta għal attivitajiet turistiċi: iżda, meta tkun qiegħda tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Ministru, l-Awtorità għandha tikkonsulta u, sakemm ikun jaqbel u possibbli, taddotta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li tirċievi mingħand l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti mill-Ministru bħala li jirrappreżentaw is-setturi diversi b'interess fit-turiżmu.\"", "F'din il-liġi jeżisti bilanċ għaliex għalkemm hemm devoluzzjoni tal-poter hemm ukoll kontroll f'dawk il-poteri mogħtija u fl-istess ħin hemm il-link mas-setturi kollha tat-turiżmu meta qed ngħidu li se nagħmlu kodiċi ta' etika.", "Permezz ta' dawn il-kodiċijiet ta' etika operatur jirrispetta operatur ieħor billi joqgħod għar-regoli stabiliti.", "Ovvjament iktar 'il quddiem f'dawn il-kodiċijiet jkun hemm ukoll x'jiġri meta jinkisru dawn ir- regoli ta' kif wieħed għandu jikkomporta ruħu kemm ma' operaturi oħra u kemm mal-persuni li jirċievu s-servizzi turistiċi.", "Meta wieħed jidħol fid-dettall ta' din il-liġi jinduna li fiha sens kbir ta' loġika kif tmexxi dan is-settur turistiku.", "Kieku m'għamilniex din l- istruttura li qegħdin noħolqu f'din l-awtorità, ma nistgħux ngħidu li qed inħarsu lejn it-turiżmu b'ċerta serjetà u b'viżjoni għall-futur bil-ħsieb li jitjieb dan is-settur.", "Sur President, naħseb li l-aspett ta' l-istatistika tat-turisti se jaqa' f'idejn din l-awtorita' għaliex din is-sena tneħħa l-bżonn li wieħed jimla l-embarkation card huwa u ġej minn barra.", "Dan kien mertu tal-Ministru Tonio Borg.", "Dik kienet miżura tajba biex tagħmel lil pajjiżna iktar user- friendly għat-turist li jkun ġej minn barra għax meta mmur f'pajjiżi oħrajn fejn trid timla l-embarkation card, inħossni li qed niġi vetted qabel immur f'dak il-pajjiż.", "Wieħed irid jgħid ukoll li din l-embarkation card lanqas servietna bħala statistika, għaliex xorta kien hemm ċerti riżervi biex wieħed ikun jaf l-iskop taż-żjara ta' dawk li jiġu Malta.", "Issa l-awtorità tat-turiżmu trid toħloq metodi oħra biex tkun tista' tagħmel l-istatistika b'mod aħjar, ħalli tkun iċ-ċavetta tagħna għall-futur.", "Dan apparti li għandu jsir marketing aħjar.", "Fejn jidħol il-marketing jien xtaqt inkompli nenfasizza l-importanza li għandna nagħtu lill-kultura f'dan il-pajjiż.", "Jien li ġej mill-Kottonera ntenni li hemm bżonn li wieħed jixħet iktar għajnejh fuq dan ir-reġjun mill-aspett ta' turiżmu u ta' kultura biex jara kif jista' jagħmel użu aħjar minn dak li għandna hemmhekk u kif wieħed jista' jġib iktar turisti fil-Kottonera.", "Mhux għall-glorja tan-nies tal-Kottonera, mhux biex niftaħru li fil-Kottonera jiġu aktar turisti milli jmorru f'postijiet oħrajn, imma għax b'dan il-mod wieħed jiġġenera iktar flus u impjiegi ħalli jagħti dinjità ferm ikbar lin-nies ta' l-inħawi.", "Sur President, jeħtieġ li tkompli dik il-prattika li kienet inbdiet, li wieħed jagħmel dawn il-famużi re-enactments ta' xeni storiċi.", "L-awtorità tat-turiżmu bilfors trid tagħmel dawn l-affarijiet jekk kemm-il darba trid tiġbed iktar turisti ta' kwalità, li jerġgħu jiġu u jixtru l-kotba u jixtru elf ħaġa hawnhekk.", "Għaliex għalkemm wieħed jista' jkollu l-aqwa immaġinazzjoni pero' meta jara nies li huma lebsin kostumi ta' l-epoka, u jara d-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu fi żmien l-Ordni, bilfors jibqa' jiftakar f'dik ix-xena u awtomatikament meta jmur lura f'pajjiżu se jirrakkonta lill-ħbieb tiegħu dan l-avveniment.", "Kienet ħasra li s-sena l- oħra, meta fakkarna l-preżenza Franċiża f'Malta, ma ġibniex aktar turisti għal dan l-avveniment li kien verament sabiħ.", "Per eżempju, kien interessanti meta fil-mużew marittimu ġewwa l-Birgu saret dik l-esebizzjoni magħrufa bħala blockade, fejn ħarġu diversi dokumenti ta' interess kbir li juru li aħna mhux pajjiż fejn ħalla l-karkura x-xitan imma aħna pajjiż li għandna rabtiet kbar ma' pajjiżi oħrajn.", "Ta' interess kbir hija r-rabta li aħna kellna ma' l-Imperu Russu u r-relazzjonijiet tajba u d-diplomazija kollha li kienet issir f'dan il-pajjiż, li aħna qisna ninjoraw kompletament.", "Sur President, aħna ma nagħtux importanza u ma nisfruttawx biżżejjed l- aspett tat-tieni gwerra mondjali.", "Kemm hemm nies li jiġu minn barra minn Malta minħabba f'hekk!", "Per eżempju, jien fi triqti ngħaddi minn ħdejn war grave li qiegħed barra mill-Kalkara fejn hemm mitfunin militari tal- Commonwealth u nara kwantita' kbira ta' turisti li jiġu hemmhekk biex jaraw fejn indifen in-nannu jew il-missier.", "Għandna naħsbu biex nagħmlu post fejn ikun hemm l-istorja ta' kull min miet hemmhekk u kif miet.", "Kulma rridu huma tnejn min-nies li jiġbru din l-informazzjoni ħalli persuna li tiġi minn barra minn Malta ssib fejn u kif miet in-nannu tagħha; per eżempju, miet waqt li kien qed jippilota Spitfire jew xi Hurricane.", "Fi żmenijiet oħrajn pajjiżna kien ġabra ta' razez tal-Mediterran kollha kemm huma li hawnhekk dabu u saru wkoll parti mir-razza Maltija.", "Jiġifieri l-kwantità kbira ta' kunjomijiet li għandna f'Malta li żgur mhumiex ta' oriġini tagħna imma ta' pajjiżi oħrajn huma indikazzjoni li tul is-sekli dan il-pajjiż kien dak li jissejjaħ melting pot ta' dawn ir- razez kollha tal-baċin tal-Mediterran.", "Id-Daniżi wkoll kellhom l- esperjenza tal-Mediterran.", "Dawn huma kollha aspetti li aħna ma nagħtux kashom u ma nistaqsux xi jġiegħel persuna tiġi hawn Malta meta tista' tmur l-Italja, fejn ukoll hemm daqshekk kultura.", "Per eżempju, għaliex turist mill-Ġappun jiġi Malta u ma jmurx Ruma?", "Jeħtieġ ukoll li l-awtorità nnifisha tieħu ħsieb li jkollna gwidi fil-lingwi tal-pajjiżi minn fejn qed inġibu t-turisti.", "Barra minn hekk l-awtorità trid tara li turist hawn Malta jsib x'jaqra meta jidħol ġo mużew u jsib l-audio visuals.", "Dan huwa settur li fih nistgħu noħolqu ħafna iktar impjiegi u hija ħasra li aħna ma nużawx dan l-aspett tas-settur turistiku biex inżidu l-impjiegi.", "Dan l-aħħar l-istitut kulturali Taljan tawni informazzjoni dwar xi frott finanzjarju ħalla l-esperiment li sar l-Italja li ċerti mużewijiet tħallew miftuħa sal-11.00 p.m. Ir-riżultat kien li meta tneħħi l-ispejjeż kollha, sar id-doppju tal-qligħ li kien isir qabel.", "U dan fuq skala ta' 70 mużew biss fl-Italja.", "Anke l-Ingilterra, meta għamlu espożizzjoni ta' Monet, fetħuha mal-lejl biex kulmin ried jaraha seta' jaraha.", "X'kien ir- riżultat?", "Iktar dħul ta' flus u iktar nies li kellhom l-esperjenza li jaraw dawn l-opri ta' l-arti kollha esposti.", "U x'ġab iktar?", "Ġab iktar impjiegi, ġab iktar bejgħ ta' kotba, bejgħ ta' kartolini, bejgħ ta' elf ħaġa oħra u mpjieg ta' nies għax riedu iktar nies biex jaħdmu għal mal- lejl.", "Dan ħalla lill-pajjiż iktar qligħ għax marru iktar nies l-Ingilterra biex jaraw din l-exhibition.", "Imbagħad aħna għandna tant opri tajbin ta' Mattia Preti u ma jirnexxilniex nagħmlu l-istess ħaġa!", "Aħna ma naħsbux fuq dawn id-dimensjonijiet, li nġibu nies minn barra minn Malta, għax din qed issir din is-sena biss u se tingħata din l-importanza kollha!", "Dan il- pajjiż irid iqum.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nistennew il-manna jew nibqgħu naħsbu fl-istess termini li konna naħsbu qabel biex inżidu l-qligħ tagħna.", "Aħna rridu nħarsu 'l quddiem u napprezzaw li jekk kemm-il darba m'aħniex se nagħtu l-importanza lil dak li għandna, dak se jmutilna, se jispiċċa, se jdub.", "Il-bieraħ rajt programm fejn ġabu r-restawr tal-palazzi bl-użu tal- laser.", "L-Italja qed jagħmlu użu mil-laser beam għar-restawr tal-faċċati u qed isir iktar malajr, b'mod iktar professjonali u jħalli riżultati aħjar.", "Dan kollu jista' jsir f'pajjiżna wkoll.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l- Unjoni Ewropea wkoll tagħti flus għal dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt Ruma sejra lejn il-Ġublew u ħafna flus qegħdin jiġu ppumpjati mill-Unjoni Ewroprea biex Ruma terġa' tmur lura għall-isplendur ta' qabel.", "U allura aħna b'qatra ma nistgħux nagħmlu l-ġid lill-pajjiż!", "Hija ħasra li għandna monumenti li qegħdin jibku biex aħna nirrestawrawhom u nirranġawhom imma aħna sfortunatament ninvestu l-flus tagħna fuq affarijiet oħrajn u mhux fuq il-kultura.", "Dan huwa aspett ta' edukazzjoni għax l-edukazzjoni biss tista' tmexxi lill-pajjiż 'il quddiem.", "Jekk ma ninvestux f'dan l-aspett u ma ngħinux lill-poplu japprezza l-kultura tiegħu u ngħinuh jagħraf l-identità tiegħu, aħna se nitilfu ħafna.", "Ovvjament, Sur President, inti se tgħidli: Imma inti qed tippretendi li l-awtorità tat-turiżmu se tagħmel dan kollu?", "Le, m'iniex qed nippretendi dan, imma nippretendi biss li tkun l-ixprun li tgħid x'inhu l-iktar mportanti li jsir, mhux għall-gost imma għax huwa fundamentali għall- ekonomija tagħna.", "U rridu ndaħħluha ġo rasna li dan is-settur huwa fundamentali għall-ekonomija tagħna.", "Is-settur privat għadu ma fehemx ir- role tiegħu fil-qasam tat-turiżmu.", "Per eżempju, il-hotelier għadu ma fehemx li hu jrid jipparteċipa u jinvesti wkoll f'dawn l-affarijiet.", "Sfortunatament il-mentalità għadha - mhux qed niġġeneralizza, hemm l- eċċezzjonijiet ovvjament - li dak kollu li m'għandux x'jaqsam mal-hotel irid jieħu ħsiebu l-gvern.", "Huwa tajjeb li l-gvern jieħu ħsieb li jagħti edukazzjoni aħjar lill-persuni li se jibdew jaħdmu f'din l-industrija, pero' l-operaturi ta' dawn l-attivitajiet u postijiet turistiċi jridu jirrealizzaw li huma wkoll iridu jagħtu l-kontribut ekonomiku tagħhom f'dan l-aspett.", "Ma jistax ikun li kollox jaqa' f'idejn il-gvern imbagħad nikkritikaw lill-gvern għax qed iżomm kollox f'idejh.", "Il-poplu jrid jersaq 'il quddiem u jagħti sehmu.", "Nixtieq ngħid li r-reġjun tal-Kottonera, li ċerti drabi tant kien immaqdar minn ċerti setturi, huwa wieħed mill-iktar reġjuni that rose to the occasion.", "Wieħed ma jistax ma jfaħħarx ir-restawr li sar fid-djar privati ġewwa l-Kottonera.", "Dawn in-nies minn rajhom ipprovaw jerġgħu jġibu d-djar tagħhom għal kif kienu fl-antik bil-metodi li jafu huma.", "Pero' they rose to the occassion, iċċaqalqu u pprovaw jirranġaw l-ambjent tagħhom.", "Wieħed ma jistax ma jagħtihomx kredtu għal din il-ħaġa.", "Jeħtieġ li nagħmlu l-istess ħaġa fir-reġjuni kollha ta' Malta.", "Nieħdu bħala eżempju Haġar Qim.", "Meta mort nara Stonehenge ħallast iktar flus milli tħallas hawn Malta biex tidħol Haġar Qim u tieħu xokk.", "Għaliex tieħu xokk?", "Għaliex m'hemmx x'wieħed joffri bħalma għandna x'noffru hawn Malta.", "Veru, kif jgħidu l- Ingliżi, il-comparisons huma odious pero' aħna tant għandna x'noffru u huma m'għandhomx imma huma jivvalorizzawhom ferm aħjar minna.", "Inti tidħol tara audio visual biex tara kif kien, toħroġ u ssib ruħek f'post illi ma jispirakx, li kieku ma tkunx rajt l-audio visual.", "Mentri f'pajjiżna l- monument waħdu jispirak, anke jekk għandek l-inqas immaġinazzjoni xorta waħda l-post kollu kemm hu jispirak.", "Hemm bżonn li dawn ir-riżorsi li għandna nagħtuhom importanza.", "Anke inti u sejjer lejn Haġar Qim minn ġol- Qrendi, hemm diversi knejjes sbieħ fil-Qrendi li wieħed irid ukoll jagħtihom importanza.", "Wieħed jippretendi li l-awtorità tat-turiżmu se tagħti l-attenzjoni tagħha lil dawn l-affarijiet.", "Sur President, ma rridx ninsa nsemmi x-xogħol ta' l-NTOM f'dak li għandu x'jaqsam ma' fortifikazzjonijiet.", "Hemm bżonn li l-gvern jiċċaqlaq għax sfortunatament ċerti fortifikazzjonijiet ġew mogħtija għal raġunijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-kultura imma għandhom x'jaqsmu ma' farming.", "Illum il-ġurnata dawn iridu jispiċċaw darba għal dejjem u jingħataw lura lill-wirt nazzjonali Malti.", "Jien nieħu pjaċir li f'Wied il-Għajn, fit- torri ta' San Tumas, faċċata tal-Jerma, din il-fortizza ngħatat lura lill- gvern u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech beda x-xogħol biex kulħadd jibda jgawdi dak il-post.", "Ix-xogħol tagħna hawnhekk huwa li niftħu l-imħuħ biex dan il-pajjiż jinduna li issa li deħlin fis-seklu l-ġdid, nirrealizzaw kemm huwa importanti li dawn l-affarijiet neħduhom bis- serjetà.", "Ma jistax ikun li niżviluppaw u ntejbu s-settur tat-turiżmu jekk ma ninvestux biżżejjed fl-aspett tal-kultura.", "Wieħed irid isemmi wkoll ix-xogħol tajjeb li qed jagħmel l-Onor.", "Louis Galea f'Ta' Bighi - li skond il-pjan strutturali kienet ġiet dikjarata bħala area li għandha tintuża għal skopijiet ta' importanza nazzjonali - billi jsir post ta' restawr.", "Jekk aħna ma nużuwx tajjeb il-wirt nazzjonali tagħna, ma nistgħux nippretendu li t-turist se joqgħod jiġi biex jiltaqa' magħna biss.", "Aħna rridu nagħmlu l-marka tagħna.", "Kif qal tajjeb ħafna l- ministru fil-bidu tad-diskors tiegħu, hemm bżonn li aħna nagħmlu corporate image ta' Malta.", "Mhux diffiċli li tagħmilha għax il-kultura hija l- corporate image ta' Malta u bħala pajjiż irridu nifhmuh dan.", "Jekk aħna ma neħdux din il-pożizzjoni, allura bir-rispett kollu we are going to miss the bus.", "Aħna nieħdu t-turisti biex jaraw diversi affarijiet pero' dejjem ikun hemm l-iskop tal-lukru immedjat u dak li jiġi konkretament f'idejna mill-ewwel u ma nħarsux b'viżjoni fit-tul.", "Għalhekk nippretendi li l-awtorità tat-turiżmu taħdem biex ikollna image ferm u ferm aħjar minn dak li għandna preżentement u image li jixirqilna fuq kollox.", "Pajjiżna huwa mżejjen bil-barka - għaliex dawn il-monumenti li qegħdin wieħed ħdejn l-ieħor huma barka - ta' Sant'Anġlu, il-mużew marittimu, il-palazz ta' l-inkwiżitur, il-knisja ta' San Lawrenz, l- armerija u għandek elf ħaġa oħra.", "Dawn qed ngħidu ġo tikka toqba tal- Birgu, aħseb u ara fil-bqija l-oħra ta' Malta, ġo Bormla, ġo l-Isla, ġol- Belt, ġol-Furjana u f'diversi postijiet oħrajn.", "Għal darba ejja nagħmlu xi ħaġa tajba għal pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta nitkellmu fuq it-turiżmu nkunu qed immissu ħafna aspetti differenti tal-ħajja għaliex it-turiżmu jolqot ħafna aspetti differenti tal-ħajja.", "Allura m'hemmx dubju wkoll li meta tiġi biex tiddiskuti s-settur turistiku, ir-responsabbiltà biex dan is- settur jimxi tajjeb żgur li m'hijiex biss tan-nies li jmexxu s-settur turistiku.", "Huwa settur li għandu bżonn il-kollaborazzjoni u l-ħidma id f'id ma' ministeri oħra u ma' oqsma oħra tal-ħajja, għaliex pajjiż li l- ekonomija tiegħu tiddependi ħafna mit-turiżmu ma jistax ikollu mentalità li l-esperjenza tat-turist fil-pajjiż tiddependi biss mill-għatba 'l ġewwa ta' fejn ikun qed joqgħod jew mit-tours li jkunu qed jorganizzawlu.", "Inħoss li din hija waħda mill-problemi li għad għandna f'pajjiżna.", "Waħda mill-akbar illużjonijiet perikolużi li jista' jkollna f'pajjiżna hija li s-suċċess fit-turiżmu huwa garantit.", "Importanti li nifhmu li m'hu garantit xejn.", "Is-suċċess fit-turiżmu mhuwiex garantit u mhuwiex awtomatiku.", "It-turisti jiġu f'pajjiżna mhux biex jagħmlu pjaċir lilna, mhux għas-sabiħ wiċċna, iżda jekk aħna nkunu kapaċi noffru servizz tajjeb, nagħtuhom esperjenza tajba meta jiġu f'pajjiżna u jkun hemm ukoll prezz tajjeb.", "Għaliex illum, aktar minn qatt qabel, il-pajjiżi differenti fid- dinja qed jagħtu ħafna importanza lit-turiżmu u allura meta turist jidħol f'post biex jagħżel f'liema pajjiż se jmur żgur li se jsib ħafna għażliet differenti mhux biss fil-Mediterran innifsu imma anke f'reġjuni oħra tad- dinja.", "Għalhekk importanti li nifhmu li biex jirnexxi t-turiżmu f'pajjiżna jrid ikun hemm ħafna sforz, kemm minn min ikun qiegħed imexxi f'dan il- qasam u minn kulħadd fl-oqsma differenti tal-ħajja.", "Jien hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-isforzi kbar li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Karmenu Vella sakemm dam ministru, għax għadni sal-lum niltaqa' ma' nies li japprezzaw ħafna l-isforzi kbar li għamel biex ġab dan is-settur 'il quddiem, u kemm żgur mexxieh mingħajr ma qagħad jagħti kas tal-kulur politiku.", "Kulur wieħed biss kellu f'għajnejn, il-kulur ta' kif se jġib 'il quddiem u kif se jagħmel minn kollox biex jiżviluppa dan is-settur.", "Għalkemm illum qed niddiskutu l-awtorità tat-turiżmu biss, importanti li wieħed jgħid minn issa li fil-kompożizzjoni tagħha, meta jiġu biex jinħatru n-nies, se jkun żball kbir jekk se jinħatru biss nies mill-qasam turistiku.", "Waqt li m'hemmx dubju li huma n-nies li huma fis-settur li jafu l-qasam turistiku, jien naħseb li x'ħin il-ministru jiġi biex jaħtar in-nies fuq l- awtorità tat-turiżmu hemm bżonn kbir, ngħid jien, li jkun hemm rappreżentati setturi oħra li mingħajrhom is-suċċess fit-turiżmu ma jistax ikun iggarantit.", "U għalhekk importanti ħafna li jkun hemm preżenti fl- awtorità tat-turiżmu oqsma bħall-wirt storiku, importanti li jkun hemm xi ħadd li jkollu s-saħħa li mbagħad dak li jiġi deċiż x'isir fis-siti storitiċi, x'isir fil-mużewijiet ikun jista' jieħu passi dwarhom.", "Għaliex jekk nibqgħu nqisu t-turiżmu bħala qasam maqtugħ mill-bqija tal-pajjiż, ċertament ma jistax jimxi 'l quddiem.", "Jekk l-awtorità tat-turiżmu nnifisha, mhux f'li tgħid u f'li tagħmel imma fil-kompożizzjoni tagħha, mhux se tkun multi-settorjali u mhux se jkollha rappreżentanti mill- infrastruttura tal-pajjiż, mill-qasam kulturali u mill-qasam edukattiv, hemm ċans kbir li nibqgħu nqisu t-turiżmu, kbir kemm hu kbir f'pajjiżna u importanti kemm hu mportanti għall-iżvilupp tagħna, bħala xi ħaġa apparti.", "It-turiżmu f'pajjiżna - u fl-ebda pajjiż ieħor fid-dinja - żgur li ma nistgħux inqisuh bħala xi ħaġa apparti.", "U għalhekk importanti li l- kompożizzjoni tan-nies fl-awtorita' tat-turiżmu tirrifletti l- konnessjonijeit kollha li s-settur għandu ma' setturi oħra fil-pajjiż.", "Jiena nawgura li n-nies li jiġu magħżula jkunu jirrappreżentaw lis-setturi differenti tal-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u amministrattiva ta' pajjiżna ħalli l-ewwel kontribut kbir li tagħti fil-pajjiż l-awtorità tat- turiżmu jkun li turi li s-suċċess tat-turiżmu jiddependi ħafna mill-imġiba tagħna lkoll kemm aħna, naħdmu fejn naħdmu, hu x'inhu x-xogħol tagħna, hi x'inhi l-ħajja tagħna.", "Ċertament li jkun qed jara mhux biss sal-ponta ta' mnieħru imma sa xfar għajnejh min jaħseb li t-turist jiġġudika l-pajjiż bil-kuntatt dirett li jkollu biss fil-qasam turistiku, bis-servizz li jingħata fil-lukanda, bis- servizz li jingħata fir-ristoranti, bis-servizz li jingħata fil-ġiti organizzati jew fil-karozza li jkun riekeb.", "It-turist jiġġudika lill- pajjiż bl-esperjenza totali tiegħu.", "Jekk jimxi fit-triq u jaqa' minħabba l- kwalità tat-triq li jsib, jekk imur jippassiġġa x'imkien u jara l-ħmieġ, jekk ikun hemm kompetizzjoni biex jipprovaw jisolħuh minn hawn u minn hemm, it-turist se jitlaq b'togħma morra, b'togħma qarsa fil-pajjiż u aktarx ma jkunx jiddependi minn min ikun responsabbli direttament biex jipprova jagħtih żjara tajba f'pajjiżna.", "Għalhekk biex jirnexxi u tassew ikun tajjeb it-turiżmu, irridu aħna lkoll kemm aħna nħossuna responsabbli li niżguraw li jkollna kwalità ta' ħajja tajba.", "Għax meta nkunu qed intejbu l- kwalità tal-ħajja f'pajjiżna, meta nkunu qed inżommu pajjiżna nadif, meta nkunu qegħdin nippreżentaw aħjar il-wirt storiku li għandna, meta nkunu kordjali ma' xulxin u nkunu korretti ma' xulxin fin-negozju, naħseb jien jekk kapaċi nkunu hekk mal-barranin, se nkunu hekk ukoll ma' pajjiżna.", "U meta aħna nitkellmu fuq il-bżonn ta' l-apprezzament tal-wirt storiku f'pajjiżna, ta' titjib fil-livell kulturali ta' pajjiżna, ta' titjib fil- livell ta' l-indafa f'pajjiżna, ta' titjib fil-livell ta' kwalità ta' arja f'pajjiżna, dawn huma kollha affarijiet li jheddu mhux biss lil min jiġi hawn għal ftit jiem jew għal ftit ġimgħat imma għal min jgħix ħajtu fuq din il-gżira.", "U jekk inkunu qed intejbu l-affarijiet għalina nfusna jien ma nara l-ebda kontradizzjoni bejn li tgħid li l-affarijiet qed tagħmilhom għalik innifsek u qed tagħmilhom ukoll għal min jiġi f'pajjiżna.", "Jekk se nkunu qegħdin intejbu l-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna se nkunu qed nagħmluha kemm għal min jiġi hawn għal ftit żmien u kemm għalina li ngħixu ħajjitna fuq dawn il-gżejjer.", "Għalhekk nerġa' ngħid li huwa importanti ħafna li naħdmu lkoll flimkien f'dan il-qasam għaliex waħda mill-akbar problemi li qiegħed jaffronta t-turiżmu f'pajjiżna hija li minħabba li t-territorju tagħna huwa żgħir, hemm ħafna pressjonijiet biex dan it-territorju jinqasam l-ewwelnett biex jintuża anke minn dawk l-eluf li jgħixu hawn - u d-densità ta' pajjiżna hija waħda mill-ogħla fid-dinja u allura għandna pressjoni anke kif nużaw dan it-territorju aħna l-Maltin u l-Għawdxin - u miegħu mbagħad irridu nżidu l-pressjoni li se jġib it-turiżmu minn barra.", "Waħda mill-akbar sfidi li għandna f'pajjiżna, bħalma għandhom gżejjer żgħar id-daqs tagħna - u jekk nqabblu lilna nfusna mal-gżejjer żgħar tal- Paċifiku jew tal-Karibew, waħda mill-akbar problemi li għandna aħna u li m'għandhomx huma hija d-densità tal-popolazzjoni - hija mhux biss iċ-ċokon ġeografiku imma l-kobor tal-popolazzjoni.", "Hemm ċerti nħawi f'pajjiżna fejn id-densità tal-popolazzjoni hija fost minn ta' quddiem nett fid-dinja.", "Meta jkun hemm sproporzjon kbir bejn id-daqs tal-popolazzjoni u d-daqs territorjali ta' pajjiż, waħda mill-akbar problemi li jkollu dak il-pajjiż hi li għall-istess biċċa art hemm ħafna kompetizzjoni għall-użu tagħha, għar-residenzi, għal-leisure, u għall-industrija.", "Allura waħda mill-iktar affarijiet li rridu noqogħdu attenti għalihom hi kif se nsibu l-bilanċ diffiċli biex dan il-pajjiż jibqa' joffri xi ħaġa lil min jgħix hawn għax irridu noqogħdu attenti li tant ma niġux barkun iffullat u mibni bl-addoċċ, miżmum bi traskuraġni, li lanqas jagħtik li tgħix hawn, aħseb u ara kemm se jirnexxilek iġġib l-eluf u l-miljuni biex jiġu jqattgħu l-vaganzi tagħhom f'pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li nimmaniġġjaw bis-serjetà t- territorju tagħna bil-problemi kbar li għandna.", "Din li l-kampanja li fadlilna u l-kwalità ta' arja li għandna f'pajjiżna rridu nieħdu ħsiebhom bis-serjetà għaliex il-livell ta' tniġġiż inaċċettabbli li fiha jolqot lilna u lil min jiġi jżurna.", "Jeħtieġ li jsir ir-restawr mhux biss ta' siti storiċi u preistoriċi u s-siti l-kbar li nafu li għandna f'pajjiżna imma anke tat-tessut ta' l-irħula u bliet li għandna f'pajjiżna.", "Għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien it-turisti qed ifittxu mhux biss dawk li huma meqjusa bħala s-siti storiċi prominenti ta' pajjiż, bħal Ħaġar Qim, il-Birgu, l-Imdina, it-tempji u l-mużew arkeoloġiku tal-Belt, imma n-nies aktar qegħdin ikunu nteressati li jżuru pajjiż ieħor biex jaraw xi ħaġa differenti, biex isibu l-karatteristika ta' dak il-post, li fil- fehma tiegħi hija xi ħaġa li aħna għadna nieqsa minnha.", "U fuq dan niġi aktar tard.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel u li nħoss li hemm bżonn li jiġi enfasizzat ħafna iżjed huwa l-assenza kerha li hemm - konna bdejna nindirizzawha imma nħoss li għandha tiġi trattata b'aktar urġenza - tar- rabta bejn l-edukazzjoni u t-turiżmu.", "Jekk wieħed janalizza s-sistema edukattiva tagħna jsib li f'ħafna każi din ma mxietx pass pass ma' l- iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Allura f'dak li jiġi mgħallem fl-iskejjel tagħna kemm jingħata importanza settur li tant huwa dominanti fl-ekonomija tagħna?", "Żgur m'hemmx paragun meta tara l-importanza li għandu t-turiżmu fl- ekonomija tagħna u mbagħad tara l-importanza li jingħata t-turiżmu fis- sistema edukattiva tagħna.", "Għadna nagħtu importanza lil setturi ta' l- ekonomija f'pajjiżna li kważi sparixxew mill-ħajja tagħna.", "Jiena kultant nitwaħħax nara tfal ta' tmien snin jew għaxar snin li jkunu għadhom qed jaqraw fuq il-kaħħal u fuq l-ibbatmar tal-bjut, u huma għandhom kważi l- impressjoni li iktar milli qed jistudjaw xi ħaġa dwar Malta u bil-Malti qed jistudjaw dwar xi ħaġa barranija.", "Sur President, qed ngħid dan għax ċertament dak li jiġi mgħallem fl- iskejjel tagħna jrid jiġi mġedded u aġġornat minn età anke żgħira għaliex jekk aħna noqogħdu ngħidu li l-popolazzjoni għadha m'hijiex edukata biżżejjed biex iżżomm l-ambjent nadif, biex tapprezza aktar il-wirt storiku u kulturali li għandna f'pajjiżna, biex tkun aktar korretta fl-imġiba tagħha ma' nies oħrajn, dik meta se nagħmluha, meta jkollhom 20 jew 30 sena jew irridu nibdew minn kmieni?", "Għalhekk huwa importanti ngħid jien li l- preżenza tat-turiżmu tinħass minn età żgħira u hemm bżonn li suġġetti li għandhom relazzjoni diretta mat-turiżmu jidħlu aktar fl-iskejjel tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li konna għamilna jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Karmenu Vella kienet li anke meta ġie biex jitfassal il-curriculum ġdid fl- età ta' bejn 3 snin u 16-il sena, laqqajna apposta lill-edukaturi u anke lil min kien qiegħed ifassal dan il-curriculum ma' nies mill-qasam tat- turiżmu.", "Għaliex trid tattakka fl-età ta' bejn 3 snin u 16-il sena għax wara 16-il sena jkun diġà tard wisq.", "Għal din ir-raġuni nerġa' ngħid li ma nara l-ebda kontradizzjoni li nitkellmu b'dan il-mod għat-turiżmu u għat-turisti għax jekk se nkunu qed intejbu l-affarijiet fil-livell ta' kif inġibu ruħna mal-barranin, jien ngħid li dik ikollha l-effett tajjeb li nkunu qed nagħmlu l-affarijiet tajbin għalina wkoll, anke jekk l-ordni tkun bil-maqlub, li rridu nagħmlu l- affarijiet tajbin għalina.", "Jekk inkunu qed nagħmluhom tajbin għalina mbagħad se jgawdu magħna dawk li jiġu jżuruna hawnhekk.", "Għalhekk ma nara assolutament l-ebda kontradizzjoni.", "Meta niġu biex nitkellmu fuq l-edukazzjoni f'livell post-sekondarju - hawnhekk irridu nitkellmu fuq l-istitut ta' l-istudji turistiċi, l-ITS u anke fuq l-università - jien inħoss li hemmhekk għad fadlilna ħafna u ħafna xogħol x'isir.", "L-ewwelnett f'pajjiżna għad għandna l-preġudizzju kontra l- edukazzjoni vokazzjonali.", "Jgħidu x'jgħidu ħafna nies x'ħin jiġu għaċ- ċerimonji u x'ħin jagħmlu d-diskorsi uffiċjali, li jaċċettaw l-edukazzjoni vokazzjonali, jiġifieri li r-rotta fejn inti qed tistudja mhux bilfors tkun biss mill-kotba imma anke b'esperjenza diretta max-xogħol, xorta nħoss li għadu m'huwiex rispettat biżżejjed.", "Waħda mill-mistoqsijiet li nixtieq nistaqsi hi: Fl-istitut il-ġdid tax-xjenza applikata u ta' l-arti li qed jiġi pprospettat, fil-kulleġġ vokazzjonali post-sekondarju - għax m'hijiex ċara jekk huwiex post-sekondarju jew huwiex kważi università oħra, għalkemm naf li għadhom qed jitfasslu l-affarijiet u forsi m'huwiex ġust li jien inqajjem din il-mistoqsija u nistenna tweġiba issa fuq hekk - it-turiżmu se jingħata xi forma ta' importanza jew l-istitut ta' l-istudji turistiċi se jibqa' jitqies bħala differenti u maqtugħ mill-bqija tas- sistema main stream ta' l-edukazzjoni?", "Qed ngħid hekk għax imbagħad din għandha implikazzjonijiet ukoll għall-università.", "Għax kif tista' timmaġina pajjiż li ħafna mill-għajxien tan-nies huwa t-turiżmu u mbagħad il-preżenza tat-turiżmu fl-università ma tikkorrispondix għal dan il-bżonn?", "Ma jagħmilx sens li għandna żgħażagħ li jridu jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jieħdu degree proprja fit-turiżmu, mhux biċċa degree fit-turiżmu, bir- rispett kollu lejn min għandu x'jaqsam mal-parti ta' l-istudji turistiċi fid-degree tal-management fl-università.", "Jien ma rrid niddisprezza lil ħadd imma ċertament li pajjiż li għandu t- turiżmu bħala parti importanti mill-ħajja ekonomika tiegħu u mill-ħajja soċjali tiegħu, l-istudji turistiċi fl-università żgur m'għandhomx ikunu fil-livell li qegħdin bħalissa imma jridu jkunu f'livell aħjar u m'għandhomx ikunu biss fil-parti tal-management.", "Għax jekk irridu mmaniġġjar ta' siti storiċi aħjar, jekk irridu kwalità ta' gwidi aħjar, jekk irridu li l-pajjiż kollu jkun aktar konxju mit-turiżmu u kif jittratta dan is-settur, ċertament li tourism studies m'għandux ikun ghetto żgħir fid- degree tal-management imma jrid ikun ukoll f'ta' l-arkeoloġija.", "Kif nistgħu naħsbu li jkollna management modern tas-siti storiċi tagħna u tal- mużewijiet tagħna, jekk ma jkollniex il-gradwati tagħna li ħerġin minn dak is-settur?", "Dawn mhux biss ikunu studjaw l-arkeoloġija, mhux biss ikunu kapaċi japprezzaw il-wirt storiku tagħna imma jkunu kapaċi wkoll jimmaniġġjaw dawn is-siti u jagħtuhom ħajja għax ċertament li f'dan il- qasam għad fadlilna ħafna u ħafna x'nagħmlu.", "U fuq dan niġi aktar tard.", "Imma nerġa' ngħid li l-preżenza u l-importanza tat-turiżmu fis-sistema edukattiva tagħna trid tkun aktar f'sens kwantitattiv u kwalitattivament trid tkun aħjar milli diġa' hi wkoll.", "Nerġa' ngħid li ma jagħmilx sens li fil-gżejjer tagħna għad għandna żgħażagħ li l-ġenituri tagħhom iridu jagħmlu sagrifiċċji kbar għaliex iridu jmorru barra minn Malta biex iġibu first degree proprju fit-turiżmu, bħala degree li tkun tathom il-laqta kollha tax-xogħol li mbagħad iridu jagħmlu fit-turiżmu, li jkun hands-on ukoll għax naħseb li huwa importanti li narawha minn dak il-lat.", "Jiġifieri mhux biss ikunu studjaw dwar it-turiżmu imma jkunu jafu l-industrija u jkunu kapaċi jagħmlu dak ix-xogħol f'livell li jħabbatha tajjeb mal- kompetituri tagħna mill-inħawi kollha tad-dinja.", "Irrid nitkellem ftit ukoll fuq l-ITS.", "Jiena għadni ma nafx eżatt x'inhi r-reazzjoni ta' l-ITS għat-tibdil fl- istipendji li ġie rrikkmandat mill-kummissjoni li ħatar il-gvern is-sena li għaddiet.", "S'issa l-istudenti fl-istudji turistiċi kienu jingħataw total ta' Lm1,836 bħala għajnuna mill-gvern, u issa dan it-total se jinżel għal Lm1,506.", "Jiġifieri kull student li jsegwi l-kors fl-ITS se jara l-kontribut finanzjarju tiegħu mill-gvern jitnaqqaslu bi Lm330.", "Għadni ma nafx x'inhi r-reazzjoni ta' l-ITS nnifsu u anke tal-ministru għat-turiżmu għal din il- proposta li qed jitnaqqas l-istipendju ta' l-istudenti.", "U għadni ma nafx ukoll - din hija waħda mill-affarijiet li jiena kont sibt dgħajfa ħafna fir- rakkmandazzjonijiet ta' din il-kummissjoni - kif dik il-kummissjoni ħarġet ir-rakkmandawzzjonijiet mingħajr ma ltaqgħet ma' xi ħadd mis-settur turistiku privat.", "Imkien f'dan ir-rapport tal-kummissjoni ta' l-istipendji m'hemm li din iltaqgħet ma' xi assoċjazzjoni tal-lukandiera jew ma' l- assoċjazzjoni tan-nies tar-restaurants jew li dawn bagħtulha l-veduti tagħhom.", "U t-tnaqqis fl-istipendju ta' l-istudenti huwa mibni fuq il- premessa li s-settur privat se joħroġ il-flus biex jagħmel tajjeb għal dan it-tnaqqis.", "F'paġna 11 tar-rapport qed jgħidu hekk:", "\"The institute of tourism studies is invited to reform its own stipend scheme to match the apprenticeship scheme falling under the ministry of education.", "This implies that employers will be expected to share in the financial burden of supporting ITS students\".", "Jiġifieri s-settur privat se jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fl-istipendju?", "Ma jidhirx li għandna xi qbil li se jagħmel hekk.", "Din kienet fost l-iktar affarijiet fundamentalment dgħajfa, għax kif tista' inti tirrikkmanda xi ħaġa li għadek lanqas biss ipprovajt iġġib qbil dwarha?", "Qisek qed titfagħha hekk, jekk tiġi tajba tiġi tajba, jekk ma tiġix imbagħad ...", "Allura x'se jiġri?", "Dawn se jitnaqqsilhom l-istipendju jew le?", "Jew qabel jitnaqqsilhom wieħed se jġib l-approvazzjoni tas-settur privat biex jagħmel tajjeb għat-Lm330 li se jonqsulhom mill-istipendju?", "Dan ir-rapport huwa dgħajjef għaliex mexa hekk mhux biss fil-qasam ta' l-istudji turistiċi imma anke x'ħin ġie biex jissuġġerixxi l-istipendji l-oħra.", "Din qed insemmiha mhux biex niddevja mis-suġġett imma għaliex kollox huwa mibni flimkien.", "Il- brief ta' din il-kummissjoni kienet: Oħorġu bi stipendji sostenibbli, bi stipendji li l-pajjiż jista' jiflaħ għas-snin li ġejjin.", "U Alla jbierek dawn kulma għamlu kien li qassmu s-somma fost aktar studenti u għalkemm qalu li jaħsbu li se jiżdiedu l-għadd ta' studenti, fl-istess ħin ħadmu l- projections tagħhom fuq in-numru ta' l-istudenti bħalissa.", "Dawn huma affarijiet li sinċerament ma narax li jagħmlu wisq sens.", "Nerġa' ngħid li rridu naraw kif se jintlaqtu l-istudenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' stipendji, u x'jiġri jekk is-settur privat m'huwiex lest joħroġ il-flus li se jnaqqas il-gvern, imma mbagħad hemm affarijiet oħra li rridu niddiskutu dwar l-istitut ta' l-istudji turistiċi.", "Kif se jintegra aħjar fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna, kif il-primarju u s-sekondarju se jkun qed jgħin lill-istudenti għal meta jmorru fl-ITS u mbagħad kif mill-ITS imorru lejn l- università?", "Jekk dawn l-affarijiet ma jkunux integrati flimkien se jkollna l-problemi.", "Jien naf li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Karmenu Vella kien ipprova jittekilja din il-problema u kien sab problemi mhux ħażin u sabha aktar faċli jġib kollaborazzjoni ma' università barranija milli ma' l-università lokali.", "Qed ngħid għal ta' Oxford Brookes.", "Irridu narawhom dawn l- affarijiet għaliex meta ma jirnexxilniex inbiddlu l-affarijiet f'pajjiżna, ħafna drabi mbagħad infittxu s-soluzzjoni billi nagħmlu relazzjoni ma' istituzzjoni barra minn Malta.", "Tajjeb li jkollna kuntatt ma' istituzzjonijiet barra minn Malta għaliex jgħinuna anke fil-benchmarks internazzjonali u anke minħabba l-istandards, però ma rridux inkunu sodisfatti biss li sempliċement inġibu ċertifikat minn barra għaliex sfortunatament istituzzjonijiet f'pajjiżi oħra mhux bilfors li l-istandards li jesiġu f'pajjiżi oħra jkunu bħall-istandards li jesiġu internament.", "Jiġifieri li wieħed iġib ċertifikat minn barra ma tfissirx awtomatikament xi ħaġa glamoruża jew glorjuża.", "Imma ċertament li f'pajjiżna trid tinbena ħafna aħjar il-konnessjoni bejn il-primarju u s-sekondarju, l-ITS u t- terzjarju għaliex għad hemm, speċjalment min-naħa ta' ċerti setturi mill- università, preġudizzju kontra min ikun ġej mir-rotta vokazzjonali ta' l- istudju u r-rate of exchange sfortunatament bejn studji akkademiċi u studji vokazzjonali hija one is to two sfortunatament.", "Tnejn li tagħmel fis- settur vokazzjonali isarraflek daqs wieħed fis-settur akkademiku.", "U jien ngħid li pajjiżna hemm bżonn li jibdilha din il-mentalità.", "Pajjiżi oħra bħall-Ġermanja, il-Ġappun u Singapore imxew 'il quddiem għaliex inti għandek modi differenti kif titgħallem; hawn min jitgħallem billi joqgħod bil-qiegħda, irid jaqra ktieb u jrid jikteb, u hawn min jitgħallem billi ħaġa jagħmilha.", "Sfortunatament is-sistema edukattiva ta' pajjiżna għadha tipprivileġġa lil min joqgħod bil-qiegħda jikteb u jaqra, tkejjel is-suċċess bil-kitba u bil-qari u m'għandhiex kriterji biex tkejjel x'kapaċi tagħmel.", "U jekk pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem, il-mod ta' kif inkejlu s-suċċess edukattiv irid jinfetaħ iżjed u ma narawx biss x'kapaċi taħseb u x'kapaċi tgħid u x'kapaċi tikteb.", "Ħafna drabi mhux min kapaċi jikteb u jaqra huwa neċessarjament kapaċi jaħseb u kapaċi mbagħad isolvi l- problemi prattiċi li se tiltaqa' magħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "U għalhekk huwa importanti ħafna li l-edukazzjoni vokazzjonali tingħata l-importanza li jixirqilha fil-kontenut u fit-tisrif tal-kwalifiki.", "Hawnhekk irrid insemmi każ li huwa sintomatiku ta' kif il-kwalifiki vokazzjonali jiġu mkejla f'pajjiżna u m'għandhomx l-istima li jixirqilhom.", "Naf każ ta' persuna li marret tagħmel studji f'istitut ta' studji turistiċi tal-world tourism organisation f'Ruma u dan qed ikollu problema kbira ta' kif se jitkejlu l-kwalifiki tagħha f'pajjiżna.", "Mhux se noqgħod insemmih b'ismu imma l-equivalence office ta' l-università, li xogħlu hu li jkejjel x'valur se jagħti lil min iġib kwalifika minn barra, qal li ma jistax jagħtih status ta' post graduate - issa dan huwa masters in tourism studies - għax f'Malta m'għandniex.", "Grazzi!", "(Interruzzjonijiet) Id- dokumenti li rajt jien jgħidu li dan id-degree m'għandniex ekwivalenti tiegħu f'Malta u allura ma nistgħux nagħtu l-masters.", "Anke l-idea ta' tul, jekk hux sitt xhur jew disa' xhur aktar m'għandux x'jaqsam, għandu x'jaqsam l-intensità tal-course għaliex illum l-università innifisha anke f'pajjiżna qed tinduna fl-aħħar - aħbar li proprju ħarġet il-bieraħ jew il-bieraħt lura - li tista' ġġib BA fi tliet snin.", "Aħna hekk konna nġibuha, fi tliet snin, imma mbagħad bdew jgħidu li għandek bżonn erba' snin biex tagħmilha.", "Issa f'daqqa waħda ttieħdet id-deċiżjoni li jitnaqqas b'xi 25% il-ħin li tagħmel biex iġġib degree u allura ma nistgħux inkejlu l-valur ta' degree neċessarjament bit-tul jew bil-qosor tal-kors imma bl-intensità tal-kors u x'course skills ikunu ħarġu.", "Għalhekk jiena nappella biex anke l-ministru għat-turiżmu, li meta jiġi biex jagħmel il-formazzjoni ta' din l-awtorità tat-turiżmu jara li jkun hemm nies li jirrappreżentaw il-qasam edukattiv biex dawn jiġu anke edukati dwar il-qasam turistiku u jagħtuh l-importanza li jistħoqqlu.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk, id-direttorat tal-human resources għandu jkollu ġo fih nies li ġejjin mill-qasam turistiku żgur għaliex inkella l- importanza kbira li għandu t-turiżmu f'pajjiżna tibqa' ma tiġix riflessa u tibqa' fil-periferija tas-sistema edukattiva ta' pajiżna, li ċertament ma tagħmilx sens.", "Il-ministeru tat-turiżmu għandu jkun aktar fuq tiegħu biex jara li l-qasam ta' l-istudji turistiċi u anke l-kwalifiki vokazzjonali li jinġiebu f'dan is-settur jingħataw l-istima li jixirqilhom mis-sistema edukattiva.", "Jien staqsejt jekk isirx tracer studies ta' l-istudenti li jmorru l-ITS.", "Ovvjament għad m'għandix risposta għax għad trid tiġi.", "L-ITS ilu hemm biżżejjed biex naraw kemm għaddew studenti minnu kemm ilu jeżisti u jekk dawn marrux jaħdmu fis-settur turistiku u jekk baqgħux jaħdmu fis-settur turistiku.", "Dan huwa importanti ħafna - għalhekk nerġa' ngħid li hemm bżonn li jkun hemm rabta anke ma' x'jiġri fil-primarja u fis-sekondarja - għax jista' jkollok studenti li marru l-ITS mhux bħala first option tagħhom, imma jew għax ma jafux sewwa s-settur u x'ifisser xogħol f'dak is-settur jew għaliex ma rnexxilhomx imorru x'imkien ieħor.", "U din hija sfortunatament marbuta ma' l-istima inferjuri, ma' l-istima baxxa b'mod żbaljat li għadu jingħata s-settur vokazzjonali f'pajjiżna, mhux biss fil- qasam turistiku imma anke fil-qasam teknoloġiku, fil-qasam tas-snajja' u fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Jiġifieri li l-istudenti li jagħmlu suċċess l- ewwel jagħżlu r-rotta akkademika u jekk ma jirnexxilhomx fir-rotta akkademika dak li jkun imbagħad jara x'baqa'.", "Ċertament li dan m'huwiex tajjeb għal pajjiżna u rridu nagħmlu minn kollox biex inbiddlu l-mentalità, biex inbiddlu l-kultura u dawk l-istrutturi edukattivi li hemm bżonn jinbidlu, speċjalment fil-livell ta' xi stima tagħti lill-kwalifiki u lill- kriterji, għaliex jekk ma nbiddlux dawk l-affarijiet il-vocational education f'pajjiżna tibqa' tingħata l-ġenb, anke jekk bil-kliem illum m'għadux moda li titkellem kontra l-edukazzjoni vokazzjonali, imma aħna mhux x'jingħad bil-kliem imma x'jiġri bil-fatti.", "Meta qed nitkellem fuq ir-rabta bejn it-turiżmu u l-qasam edukattiv ma nistax ma nsemmix is-settur ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż f'pajjiżna, li huwa żgħir meta tara n-numri, imma naħseb li għandu importanza strateġika wkoll.", "Huwa importanti li fil-kompożizzjoni ta' l-awtorità tat- turiżmu jkun hemm persuna minn dan il-qasam ħalli jkollna integrazzjoni u l- konnessjonijiet li tkellimt dwarhom.", "Huwa importanti li aħna nifhmu li f'dan is-settur is-suċċess m'huwiex garantit, jiddependi minn kemm inkunu serji, jiddependi minn kemm inkunu kapaċi nagħtu servizz tajjeb fit-tagħlim ta' l-Ingliż u anke fil-kwalità ta' servizz li jingħata meta jdumu fil- pajjiż u meta jkunu fil-familji.", "Il-kompetizzjoni f'dan is-settur qiegħda tikber, aktar ma jgħaddi ż-żmien l-Ingliż iktar qiegħed isir lingwa globali li m'hijiex ta' l-Ingliżi.", "Studji li ħarġu dan l-aħħar juru li dawk il- pajjiżi li għandhom fil-popolazzjoni tagħha ħakma tajba ta' l-Ingliż, imorru aħjar fil-kummerċ, fl-investiment, fl-esportazzjoni u fit-turiżmu.", "U dik tagħmel sens għax jekk qed titkellem fuq lingwa globali jfisser li aktar ma inti fil-pajjiż għandek nies li huma kapaċi jħaddmu tajjeb din il- lingwa globali, għandek aktar ċans li tagħmel kuntatti, li jirnexxielek tikkummerċja u tiġbed investiment.", "Din hija xi ħaġa li ma nistgħux nenfasizzaw biżżejjed.", "Jien inħoss li rridu naħdmu iżjed fuq il-livell ta' l-Ingliż f'pajjiżna.", "Jiena minn hawn irrid nawgura lil dawk l-istudenti li bħalissa wara ħafna sagrifiċċji bdew l-eżamijiet tagħhom.", "Mingħajr ma naqtgħalhom qalbhom, irrid ngħid li meta wieħed jara r-rapport ta' l-eżaminaturi tas-Sec u tal- Matsec tas-sena li għaddiet jerġa' jsib f'ħafna suġġetti differenti r- rimarka tal-problemi ta' l-istudenti tagħna biex jesprimu ruħhom tajjeb bl- Ingliż.", "Jiġifieri dawn huma żgħażagħ li fosthom ikun hemm min ilu 13-il sena jew 14-il sena fis-sistema edukattiva, hemm min ikun ilu 16 jew 17-il sena fis-sistema edukattiva u xorta jkun hemm il-problema ta' ħakma tajba ta' kompetenza fl-Ingliż.", "Jien ċertament inkwetat li l-ministeru ta' l- edukazzjoni m'huwiex jittratta din il-problema bis-serjetà u bl-urġenza meħtieġa.", "F'kull livell, mill-kindergarten, il-primarja u fis-sekondarja rridu nimbuttaw l-importanza ta' l-Ingliż mhux bil-kliem biss imma rridu naraw x'metodu hemm bżonn biex it-tfal tagħna minn età żgħira jkollhom ħakma tajba ta' l-Ingliż.", "Iż-żgħażagħ tagħna li m'għandhomx ħakma tajba ta' l-Ingliż qed iżommu lura mhux biss lill-pajjiż - għax nerġa' ngħid li pajjiż li għandu popolazzjoni tajba fl-Ingliż jiġbed aktar investiment, jbigħ u jiġbed aktar nies lejh - imma jkunu qed iżommu lilhom infushom lura għaliex isibu bibien aktar magħluqin x'ħin jiġu biex japplikaw għal impjiegi differenti meta jiġu biex javvanzaw fil-karrieri tagħhom.", "Jiġifieri l-istess, ir-rabta ta' l-importanza ta' l-Ingliż hi marbuta kemm mas-suċċess personali tagħhom kif ukoll mas-suċċess ekonomiku tal-pajjiż.", "Nerġa' nappella biex tingħata l-attenzjoni u l-urġenza mistħoqqa l- importanza ta' l-Ingliż f'pajjiżna.", "Meta nkunu qed nagħmlu hekk bl-ebda mod ma jfisser li qed inċekknu l-Malti.", "L-ewwelnett illum żgur għadda ż-żmien li l-Ingliż inqisuh il-lingwa tal- kolonizzatur, dik hija xi ħaġa li issa għadda biżżejjed żmien u m'għandux ikollna hang-ups aktar ta' dak it-tip; u t-tieni nett qed issir lingwa tad- dinja kollha.", "U ladarba aħna qegħdin fid-dinja huwa importanti li jkollna lingwa li biha nistgħu nikkomunikaw tajjeb.", "B'daqshekk bl-ebda mod ma nkun qiegħed inbaxxi l-importanza tal-Malti, anzi fost studji li għamilna s-sena li għaddiet fuq it-tfal tagħna li għandhom kompetenza bl-Ingliż, dawk li għandhom problemi bl-Ingliż issib li għandhom ukoll problemi fil-Malti.", "Naħseb li l-problema f'pajjiżna aktar milli hija kwestjoni biss ta' kompetenza fl-Ingliż hija problema ta' kompetenza lingwistika, ta' kompetenza fil-komunikazzjoni.", "U din hija xi ħaġa li hemm bżonn nagħtuha l- importanza kollha li għandha bżonn għaliex la l-qasam tat-turiżmu huwa tant importanti f'pajjiżna, jekk irridu nagħtu servizz tajjeb, jekk irridu jkollna relazzjoni tajba ma' min jiġi jżurna, huwa importanti li nkunu nħaddmu lingwa li biha nistgħu niftehmu kemm jista' jkun ma' ħafna nies differenti.", "Pajjiżi oħra qed jagħtu importanza kbira lill-Ingliż, pajjiżi li lanqas konna noħolmu li se jagħtu dik l-importanza lill-Ingliż qed jagħmlu hekk.", "Biżżejjed insemmu Franza u anke l-Ġermanja, fejn il-language of instruction, anke fil-livell universitarju, qed tidħol bl-Ingliż.", "Kollha qed jaħsbu li għas-seklu 21 se jkun importanti ħafna li jagħmlu hekk, mingħajr ma nsemmi pajjiżi Għarab, pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq, fejn l-Ingliż iriduh jiġi t-tieni lingwa u jieħu over mill-Franċiż.", "Jiġifieri aħna importanti ħafna li ma nitilfux wieħed mill-ftit vantaġġi strateġiċi li kienet tatna r-relazzjoni tagħna ma' l-Imperu Brittaniku.", "MR SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Bartolo jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Mr Speaker, anke meta nitkellmu fuq is-settur tat-tagħlim ta' l-Ingliż lill-barranin, illum irridu niftakru li l-kompetizzjoni tagħna fl- Ewropa m'hijiex ġejja biss mill-Irlanda jew mill-Ingilterra nnifisha imma anke mill-kontinent.", "Biżżejjed nieħdu l-Belgju, biżżejjed nieħdu l-Olanda, fejn jitkellmu u jħaddmu Ingliż tajjeb ħafna, dawn qed jarmaw ukoll f'dan is-settur tat-teaching of English as a foreign language.", "U għalhekk huwa importanti ħafna li jkollna settur organizzat fil-mumenti differenti tiegħu, kemm x'ħin jiġu biex jitgħallmu, biex isibu skejjel immexxijin tajjeb u għalliema kwalifikati, li jkunu mmexxijin tajjeb fil-livell tal- vaganza li jqattgħu hawn, ħalli jsibu safety.", "Dik hija importanti f'dan is-settur li għandu x'jaqsam ma' l-addoloxxenti u ż-żgħażagħ.", "Hija importanti ħafna l-kollaborazzjoni tal-forzi ta' l-ordni, tal-pulizija u tal-ġirien biex nieħdu ħsieb li dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu fostna jkunu mħarsin u ma jsirux abbużi fuqhom, anke abbużi sesswali.", "Imbagħad anke l-preżenza tagħhom fil-familji.", "Hemmhekk terġa' torbot ma' l- importanza ta' l-Ingliż għaliex dawn ħafna minnhom iridu jmorru f'familja li kapaċi tħaddem l-Ingliż tajjeb.", "U meta nkunu - hawnhekk l-istess m'hawn l-ebda kontradizzjoni - qegħdin intejbu l-Ingliż biex nikkomunikaw aħjar ma' dawn il-barranin li jiġu fostna, se nkunu qed intejbuh għalina nfusna stess u fil-familji stess it-tfal fl-edukazzjoni tagħhom se jkollhom ċans jimxu aktar 'il quddiem għaliex għalihom l-Ingliż ikun aktar lingwa ħajja.", "MR SPEAKER: Onorevoli, sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, Mr Speaker, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali biex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Ebrgħa, 5 ta' Mejju 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "Mr Speaker, nixtieq ninforma lill-Kamra li bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra, waqt is-seduta ta' l-Erbgħa fil-għaxija, immedjatament wara l-ħin tal-mistoqsijiet, qabel l-Ordnijiet tal-Ġurnata, il-Kamra se tikkommemora l- 50 Anniversarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Id-diskussjoni fuq dan is- suġġett tieħu bejn wieħed u ieħor nofs siegħa, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-Oppożizzjoni.", "Se jagħmlu l-interventi tagħhom il-ministru ta' l-affarijiet barranin għan-naħa tal-gvern u l-Onor.", "George Vella għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, bil-possibbiltà li fil-kwarta li kull wieħed għandu, jidħol anke intervent ta' xi ħadd ieħor min-naħa tal- gvern.", "Jista' jkun hemm intervent mill-Onor.", "John Vella fil-kwarta allokata lill-gvern u min-naħa ta' l-oppożizzjoni għandhom il-fakultà li naturalment jinkludu wkoll kelliem ieħor huma min-naħa tagħhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Grazzi, Mr Speaker.", "Din il-ġimgħa saru żewġ aġġornamenti, wieħed mill-Onor.", "Francis Agius minn din in-naħa tal-Kamra u l-ieħor mill-ex-ministru tas-saħħa, li t-tnejn ittekiljaw problemi li jirrigwardaw is-settur tas-saħħa.", "Naħseb li ż-żewġ interventi li saru juru biċ-ċar x'differenza hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif il-gvern u l- oppożizzjoni jħarsu lejn dan is-settur daqshekk importanti għall-poplu Malti.", "Nixtieq ngħid li kien pożittiv għall-aħħar l-Onor.", "Agius meta tkellem il-bieraħ dwar il-bżonn u l-importanza ta' riforma fil-kura primarja.", "Attwalment hemm qbil bejn iż-żewġ partiti li dan huwa settur importantissimu, settur li qiegħed jieħu rwol kompletament differenti minn dak li kien qabel.", "Irridu niżviluppaw dan is-settur biex jagħti iktar importanza lill-prevenzjoni.", "U ovvjament biex nagħmlu dan, irid ikollok nies li huma trained tajjeb u kkwalifikati.", "Fil-fatt l-Onor.", "Agius għamel suġġeriment illi t-tobba li jaħdmu fil-privat, jiġifieri dawk li huwa ġustament sejjaħ bħala gatekeepers, għandhom ikunu trained speċifikament biex ikunu jistgħu jaqdu dan ir-rwol.", "U ta l-eżempju ta' kif is-sistema li għandna llum sfortunatament għadha m'hijiex geared biex taqdi dan il-bżonn.", "Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li fil-pajjiżi kollha Ewropej il-general practitioner m'għadux jitqies bħala tabib tal-familja imma bħala tabib speċjalizzat biex jittratta problemi li jiltaqa' magħhom fil-komunità.", "Allura jrid ikun tabib li jkollu background ta' training iżjed qawwi f'dik li hija prevenzjoni, ikollu spettru ta' training mhux biss fix-xjenza medika imma ovvjament tabib li ħafna nies jirrikorru lejh bi problemi familjari, bi problemi soċjali u bi problemi psikoloġiċi.", "Allura ovvjament jeħtieġ li dan it-tabib, li huwa l-gatekeeper f'kull sistema tas-saħħa, jingħata training għal tapposta.", "Fil-pajjiżi kollha llum it-tabib tal- familja qiegħed jitqies bħala speċjalista.", "Is-sistemi moderni ta' training tat-tobba li juru l-ħajra li jaħdmu bħala general practitioners huma mmirati biex jagħtu dan it-tip ta' training u fil-fatt it-tobba li jiddeċiedu li jsegwu karriera fil-general practice jingħataw prevocational training għal tapposta.", "Is-sistema tagħna llum sfortunatament mhix geared għal dan it-tip ta' training li huwa tant bżonnjuż.", "Fil-fatt is-sistema tagħna tistipula li wara li tiggradwa, biex inti tingħata l-warrant trid taħdem almenu sitt xhur fil-kirurġija u sitt xhur fid-dixxiplina tal-mediċina.", "Meta tara xi training jieħu fil-kirurġija u x'għandu bżonn minn dak it-training tabib li jaħdem fil-general practice, issib li f'dawk is-sitt xhur ta' xogħol fid- dipartiment tal-kirurġija it-tabib huwa okkupat mhux biss kif jagħmel dianjosi imma ġeneralment ikollu jassisti għal ħinijiet twal fl-out-patient clinics u għall-operazzjonijiet.", "Jiġifieri ħafna minn dak it-training li hu jikseb diffiċli li jużah meta jkun qiegħed jaħdem fil-privat.", "Mela ovvjament wieħed irid jara xi training irid ikollu tabib li jagħżel karriera fil-privat.", "Sal-lum is-sistema tagħna titlob li wieħed jagħmel sitt xhur kirurġija u sitt xhur mediċina biex jingħata l-warrant.", "Pero' jekk wieħed jara x'jinvolvi verament ix-xogħol ta' tabib fil-privat isib li primarjament jinvolvi xogħol ta' pedjatrija, ta' ENT, ta' ortopedija, trawmatoloġija u oftalmija.", "F'dan il-pajjiż għandna sitwazzjoni fejn tabib li jiggradwa jingħata l-warrant biex jaħdem fil-privat mingħajr ma jkollu t- training f'dawk id-dixxiplini li l-iktar se juża.", "Ovvjament nerġa' nsostni l-importanza tal-gatekeeping role, għax jekk tabib ma jkollux training apposta f'dawn id-dixxiplini, se jsibha ferm aktar diffiċli biex ikun jista' jaqdi din il-funzjoni u jagħti l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu.", "L-Onor.", "Agius ma kienx informat biżżejjed meta għamel appell lill-gvern permezz tal-kulleġġ tal-general practitioners biex jibda jsir training apposta għall-general practitioners tagħna qabel ma jingħataw il-warrant li jaħdmu fil-privat.", "Għalhekk jien deherli li għandi nieħu dan l-aġġornament biex ngħid li fil-fatt dan il-proċess diġà beda.", "Il-fakultà tal-mediċina ilha għal żmien twil taħseb biex tintroduċi kors għall-general practitioner li jkun jinvolvi training speċifiku u vocational training qabel ma t-tabib jingħata l-permess li jista' jaħdem fil-komunità.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess kellha ssir laqgħa bejn id-director general tal-health, ir-rettur ta' l-università u l-fakultà tal-mediċina, biex jimxu fuq dan il-pjan u kemm jista' jkun malajr jattwawh fil-prattika.", "Mr Speaker, jekk aħna se nibqgħu sejrin bil-pass mgħaġġel biex inkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, irridu nżommu quddiem għajnejna li anke l- Unjoni tesiġi li qabel ma tabib jingħata liċenzja li jaħdem fil-privat ikollu dan it-tip ta' training.", "L-unika eċċezzjoni li tagħmel hija għal dawk it-tobba li jkunu diġà jaħdmu fil-privat meta l-pajjiż isir membru ta' l-Unjoni, peress li bl-esperjenza li jkunu akkumulaw jiġu magħduda li jkunu għamlu l-vocational training diġà.", "Pero' ladarba nsiru membri ta' l- Unjoni, jiġifieri sas-sena 2003, dan is-set up irid ikun in place diġà.", "U jiena qed nagħmel dan l-intervent l-ewwelnett biex inserraħ moħħ Dr. Agius, u t-tieni nett moħħ il-poplu Malti, li f'dak li għandu x'jaqsam ma' riformi fil-kors tal-mediċina, dawn ovvjament qegħdin jiġu kkonsidrati u se jiġu attwati.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq aġġornament ieħor li juri l-attitudni tipika ta' l-oppożizzjoni u nirriferi għall-aġġornament li ħa l-ex-ministru tas- saħħa, l-Onor.", "Michael Farrugia, fejn qal li hemm bżonn nagħmlu riforma fil- kura tas-saħħa mentali.", "Pero' minn dak li qal l-ex-ministru, donnu li hemm żewġ problemi li għadu ma jistax jifhem u jieħu deċiżjoni fuqhom.", "Qiegħed insemmih bħala ex-ministru għaliex huwa l-ispokesman ta' l-oppożizzjoni f'affarijiet tas-saħħa u naħseb li dak li jgħid hu jirrifletti wkoll xi jkun qiegħed jiġri fil-partit tiegħu.", "Naħseb li minkejja li ħa żewġ aġġornamenti fuq il-materja ta' l-Isptar Monte Carmeli, l-ispokesman ta' l- oppożizzjoni għadu ma ddeċidiex fuq żewġ problemi li għadhom iberrnu f'moħħu.", "L-ewwelnett irid jispjega jekk iridx li din ir-riforma tas-saħħa sseħħ verament f'pajjiżna u qiegħed nistaqsi dan għaliex jekk wieħed jara l- introduzzjoni ta' l-ispeech, isib li kien qal hekk:", "\"Kienu saru l-preparamenti kollha neċessarji ħalli mhux biss tingħalaq is-sala 10 imma ssir riforma kompleta ta' tqassim kemm ta' l-impjegati kif ukoll ta' l-impjegati kollha ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Din ir- riforma kellha twassal biex tingħata kura aħjar u attenzjoni iktar partikolari, skond il-każ ta' gravià' li jkun hemm.\".", "Naħseb li din is-sentenza li għadni kemm ikkwotajt turi li għall-ispokesman ta' l-oppożizzjoni dwar is-saħħa, donnha r-riforma fis-saħħa tikkonċentra biss fuq l-Isptar Monte Carmeli.", "Infatti l-Onor.", "Farrugia ddedika d- diskors tiegħu kollu fuq in-nuqqasijiet li hemm ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, b'riferenza partikolari għal dak li qiegħed jiġri fis-sala 10 ta' l-irġiel.", "Attwalment naħseb li kieku interessa ruħu jsegwi dak li għidna f'din il-Kamra u dak li għidna fil-gazzetti meta ngħalqet is-sala 10, kien ikun jaf li aħna qatt m'għidna li s-sala 10 m'hijiex se tibqa' tintuża.", "Anzi konna qbilna mill-ewwel mar-rapport ta' l-Ombudsman li s-sala 10 m'hijiex diċenti biżżejjed biex tilqa' l-pazjenti, però ovvjament konna ppreokkupati wkoll bil-fatt li ma stajniex inħallu priġunieri, li ħafna drabi kien ikollhom stejjer vjolenti u stejjer tad-drogi, jitħalltu ma' pazjenti oħrajn.", "Allura d-dipartiment kien iddeċieda li filwaqt li l- pazjenti jkollhom bżonn seclusion ġewwa l-Isptar Monte Carmeli jiġu mpoġġija ġewwa ward 2, fejn ġie ppreparat seclusion unit apposta, kien iktar għaqli li pazjenti li ġejjin mill-faċilità korrettiva ta' Kordin jinżammu taħt sikurezza akbar li ħafna drabi titlob il-preżenza mhux biss ta' nurse imma wkoll tal-pulizija.", "L-Onor.", "Farrugia kkritika sala 2 u fost affarijiet oħra qal li hemm każi fejn qegħdin jorqdu żewġ pazjenti f'sodda waħda.", "Jiena naħseb li lanqas biss jixraq li nikkummenta fuq din.", "Minkejja li kemm-il darba jgħid li hemm bżonn nagħmlu din ir-riforma, sal-lum minħabba skuża jew oħra għadha ma ntlaqgħetx il-proposta tal-gvern biex l-oppożizzjoni tipparteċipa ħalli din ir-riforma fil-kura tas-saħħa mentali titwettaq.", "Qed nirriferi għall- istedina li l-gvern għamel lill-oppożizzjoni biex ikollha rappreżentant fuq il-kunsill nazzjonali għar-riforma tas-saħħa mentali.", "Għall-ispokesman ta' l-oppożizzjoni, ir-riforma dwar is-saħħa tikkonsisti biss f'riforma ta' bini, riforma ta' staffing u ta' tqassim ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "Aħna b'riforma fis-saħħa mentali qatt ma fhimna dawn l-oġġetti.", "Aħna dejjem enfasizzajna li r-riforma nkunu nistgħu nwettquha l-ewwelnett meta nibdew innaqqsu n-numru ta' pazjenti li qegħdin ġewwa l-Isptar Monte Carmeli għalxejn.", "U din ngħidha b'responsabbiltà kbira għax illum hemm persentaġġ kbir ta' pazjenti ġewwa dan l-isptar li m'għandhomx għalfejn jinżammu hemmhekk imma għadhom hemmhekk jew għax il-familjari tagħhom ma jriduhomx lura jew inkella għax ma rnexxilniex nipprovdu faċilitajiet biżżejjed biex dawn inkunu nistgħu nintegrawhom fil-komunità.", "Ir-riforma vera tikkonsisti mhux biss f'li tikkura lill-pazjenti li hemm ġewwa l- Isptar Monte Carmeli pero' iktar importanti li fil-livell tal-kura primarja jkollna set-up tajjeb biżżejjed - hawnhekk nerġa' nallaċċja ma' l-argument pożittiv li għamel Dr. Francis Agius dwar it-training tal-general practitioners - biex il-general practitioners ikunu jistgħu jindividwaw mill-ewwel it-tip ta' mard li jista' jwassal biex pazjent, jekk ma jiġix ikkurat, jispiċċa ġewwa l-Isptar Monte Carmeli.", "Ma nistgħux innaqqsu l- importanza tat-tobba fil-privat meta wieħed jikkonsidra li f'pajjiżna 80% tax-xogħol li jsir fil-livell primarju jsir mit-tobba li jaħdmu għal rashom.", "Allura wieħed jifhem kemm hu importanti li jsir training tajjeb.", "Jien qed nieħu din l-okkażjoni biex nerġa' nappella lill-oppożizzjoni li minflok ma jibqgħu jparlaw fuq il-bżonn li naħdmu flimkien biex nagħmlu riforma, ikunu ftit iżjed proattivi - din hija t-tielet darba li qed nagħmel appell ġewwa l-parlament pubblikament - billi jinnominaw persuna minn naħa ta' l-oppożizzjoni biex tpoġġi fuq il-kummissjoni nazzjonali għar- riforma tas-saħħa mentali.", "B'hekk ikun hemm verament sinjal pożittiv li ż- żewġ naħat tal-Kamra, mhux biss fuq il-programm elettorali imma bil-fatti, huma mpenjati li din ir-riforma jwettquha għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, ħabat tajjeb illi qed nagħmel dan id- diskors fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill ta' l-Ewropa peress li jiena nagħmel parti mid-delegazzjoni Maltija fuq dan il-kunsill.", "Qiegħed ngħid hekk għaliex il-ġimgħa l-oħra fil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-affarijiet soċjali żewġ membri prominenti ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Karl Chircop u l-Onor.", "Michael Farrugia, għamlu stqarrija fejn qalu li ma jikkonsidrawx illi l-foetus uman għandu personalità mill-mument tat- tnissil.", "Jiġifieri huma qalu b'mod ċar li l-personalità tal-foetus tissawwar wara li jkun imnissel, jiġifieri f'perijodu iktar tard mill- mument tal-konċepiment, u għalhekk għalihom il-foetus ma jistax jiġi kkonsidrat bħala persuna umana mill-mument tat-tnissil.", "Issa li qegħdin fit-tarf ta' dan is-seklu u se nibdew seklu ġdid jien inħoss li waħda mill-ikbar challenges għad-drittijiet tal-bniedem fis-seklu li ġej huma proprju d-drittijiet umani tal-bniedem, f'dak li għandu x'jaqsam mal-bioteknoloġija u l-biomediċina.", "It-tendenza li ħafna persuni fid-dinja mhux qed jikkonsidraw aktar il-foetus uman bħala persuna mit- tnissil, hija waħda mill-ikbar challenges li għandhom id-drittijiet tal- bniedem fis-seklu li ġej.", "Bħala membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa tal-human rights committee, jiena konxju ħafna minn din l-istigma li se nġorru magħna fis-seklu li ġej.", "M'għandix wisq ħin li nidħol f'ħafna dettalji imma fl- għaxar minuti li fadalli nixtieq nenfasizza kemm hu importanti li l-foetus uman jiġi kkonsidrat persuna umana mill-mument ta' tnissil.", "Hemm ħafna raġunijiet għaliex dan għandu jiġi kkonsidrat hekk.", "M'iniex qed ngħid hekk minħabba problemi ta' abort biss - ħafna min-nies li jġibu din l-iskuża jkunu qegħdin isibu biss tieqa biex jagħmlu l-abort - pero' mhijiex l-unika problema li qed niffaċċjaw diġà f'pajjiżna u se niffaċċjaw bħall-kumplament tad-dinja.", "Fil-proċeduri xjentifiċi li jintużaw biex isir in vitro fertilization, fejn jiġu fertilizzati ħafna bajd min-naħa tal-mara, hemm il- problema x'isir b'dan il-bajd.", "Għaliex ovvjament jekk jiġu fertilizzati għaxar bajdiet, inti m'intix se tiżragħhom kollha fil-mara imma se tiżra' tnejn jew tliet bajdiet.", "Allura hemm din il-problema kbira x'se jsir mill- bajd li qed jibqa' żejda, se nżommuhom fil-freezer jew se nħalluhom imutu?", "Il-problema kbira l-oħra hija fuq proċeduri bioteknoloġiċi li qegħdin isiru mad-dinja kollha, bażikament esperimenti fuq embryo uman, fuq il- foetus uman.", "Ovvajment jekk dawn l-esperimenti jsiru għall-ġid tal-foetus nnifsu m'hijiex problema però' ħafna drabi dan il-foetus jinqatel fil- proċess u allura qegħdin inħarsu lejn problemi kbar.", "Għaliex il-foetus uman għandu jiġi kkonsidrat bħala persuna?", "Mhuwiex faċli li fi ftit minuti nidħol fid-dettall fuq is-suġġett però fl-opinjoni tiegħi hemm tliet raġunijiet bażikament.", "Jiena li ilni nistudja l-bioloġija żmien twil - u ngħallem ukoll l-anatomija ġewwa l-università - kemm fir-riċerka li għamilt u kemm mill-istudji tiegħi ma nista' nsib l-ebda raġuni għaliex l-iżvilupp tal-foetus m'għandux jiġi kkonsidrat ta' natura umana.", "Il-proċess ta' żvilupp mill-mument ta' tnissil huwa wieħed kontinwu.", "Tajjeb li ngħid illi fil-mument ta' tnissil il-foetus uman jieħu fi ħdanu informazzjoni ġenetika kompletament ġdida, li hija separata kemm mill- missier u kemm mill-omm, u hija informazzjoni ġenetika unika li ma kienet teżisti qatt fid-dinja u mhi se teżisti qatt 'il quddiem.", "Hija din il- kompiżizzjoni ġenetika tal-foetus li tibda tikkontrolla kemm il-proċess tal- foetus nnifsu kif ukoll ċerti tibdiliet illi jsiru fl-omm.", "Tant hu hekk illi anke jekk il-konċepiment ikun barra l-omm nafu li l-foetus jibqa' jiżviluppa.", "Meta nitkellmu fuq test-tube babies nafu li għalkemm il- fertilizzazzjoni ssir f'test-tube, nafu li l-fertilizzazzjoni u t-tkabbir ta' dak l-embryo uman jibqa' jsir anke fit-test-tube qabel ma jiġi mpjantat fl-omm.", "Jiġiferi din hija prova, jekk hemm bżonn ta' waħda, li l-iżvilupp mhuwiex xi ħaġa li ġejja mill-omm imma hija xi ħaġa intrinsika fil-foetus.", "U allura dan l-iżvilupp komplet isir dejjem fil-foetus anke jekk ikun barra.", "Mr Speaker, nafu bioloġikament u anke f'dawk li huma proċeduri biokimiċi li jsiru li fir-realtà ma teżisti l-ebda zona ta' żvilupp li hija separata mill-oħra għax hawn min jgħidlek li qabel ma jkollu moħħ, il-foetus ma jistax jiġi kkonsidrat uman.", "U allura dan l-iżvilupp huwa kontinwu taħt il-kontroll assolut tal-foetus nnifsu b'ċerti sustanzi li jipproduċi.", "Allura bilfors, bioloġikament m'hemm l-ebda stadju differenti mill-ieħor imma l-proċess huwa kontinwu mill-mument ta' tnissil.", "Jiġifieri kif isir it-tnissil, il-proċess huwa kontinwu sakemm dik it-tarbija titwieled u jkompli wara t-twelid sal-mewt tal-persuna.", "Il-parlament Ingliż kien waqqaf il-Warlock Committee biex jirrapporta fuq dan il-każ u fil- konklużjonijiet tagħha din il-kummissjoni kienet qalet hekk:", "\"The explicit conclusion reached on the subject by the Warlock Commission is very clear.", "While as we have seen the timing of the different stages of development is criticial, once the process has begun there is no particular part of the developmental process that is more important than another.", "All are part of a continuous process and unless each stage takes place normally at the correct time and in the correct sequence, further development will cease.", "Thus biologically there is no single identifiable stage in the development of the embryo beyond which the in vitro embryo should not be kept alive.", "However we are agreed that this is an area in which some precise decision must be taken in order to allay public anxiety. \"", "Sfortunatament id-deċiżjoni tal-parlament Ingliż kienet totalment bil- kontra, li l-ewwel 14-il ġurnata tat-tnissil tal-foetus ma jistgħux jiġu kkonsidrati bħala foetus; jiġifieri l-parlament Ingliż mar kontra r-rapport tal-kumitat tiegħu stess.", "Anke l-kummissjoni stess fil-konklużjoni tagħha ġibdet konklużjoni differenti minn dik li kellha quddiem għajnejha.", "Mr Speaker, aħna li nemmnu li l-bniedem hu magħmul ukoll mill-ispirtu, li hemm relazzjoni li hi oltre mill-fiżika, obbligati wkoll li naċċettaw ili l- ispirtu tal-bniedem jitwieled mal-ġisem tiegħu.", "Il-knisja kattolika hija l- iktar knisja li hija ċara fuq dan il-punt.", "Hawnhekk għandi kwotazzjoni mill-maġisteru tal-knisja li hija l-Konkregazzjoni tad-Dutrina tal-Fidi, \"Instructions on the Respect for Human Life in its Origin and on the Dignity of Procreation\" magħrufa \"donum Vitae\" mill-Kardinal Ratzinger u anke l-enċiklika \"Evangelium vitae\", li nkitbet mill-Papa Ġwanni Pawlu II, jiddikjaraw b'mod ċar illi rridu nikkkonsidraw il-persuna umana mit- tnissil.", "Se nikkwota:", "\"Thus the fruit of human generation from the moment of its existence, that is to say from the moment the zygote is formed, demands the unconditional respect that is normally due to a human being in his bodily and spiritual totality.", "The human being is to be respected and treated as a person from the moment of conception.", "And therefore from the same moment his rights as a person must be recognized, among which in the first place is the inviolable right of every innocent human being to life .\".", "Mr Speaker, din hija caveat imma importanti li nagħmilha għaliex il- konċett li l-personalità tiżviluppa differenti mill-ġisem huwa konċett ħażin.", "Huwa biss fil-każ ta' Kristu li l-personalità eżistiet qabel żviluppa l-ġisem.", "Jiġifieri nafu li Kristu twieled f'ċertu data u f'ċertu ħin, il-fiżika tiegħu saret sostanzjarja f'ċertu ġurnata u f'ċertu ħin fid- dinja - il-mument eżatt mhux daqshekk importanti - pero' nafu li l- personalità tiegħu eżistiet qabel ma eżista l-ġisem tiegħu.", "Jiġifieri dan huwa punt kardinali li ma nistgħux naħarbu minnu.", "U nagħlaq bl-aħħar punt, il-punt politiku.", "Din hija a sore issue fid-dinja kollha, partikolarment fl-Ewropa.", "Bażikament partiti jieħdu linji differenti fuq dan il-punt, però hemm il- grupp tal-Partit Popolari Ewropew, li huwa l-grupp demokristjan, li għamel bħala bażi tat-twemmin tiegħu u bħala bażi ta' membership tal-grupp tiegħu l-fatt li l-istatut legali ta' l-embryo uman għandu jiġi kkonsidrat mill- mument ta' tnissil.", "Qed nitkellem fuq position paper mill-presidenza ta' l- EPP Group, presedut minn Wilfred Martaens, li qed tgħid li fuq dak li ġie deċiż mill-European People's Party fil-kungressi tiegħu tal-Lussemburgu u Ateni, jiġbed ċerti konklużjonijiet.", "M'għandix il-ħin nidħol fil- konklużjonijiet kollha però l-iktar konklużjoni importanti f'dan il-każ hi din li se nikkwota:", "\"No national regulation of artificial procreation is possible without first defining the status of the embryo.", "The group of the European People's Party, in accordance with the European Parliament's Resolution of 1989, recognizes the embryo as the human being from the moment of conception and entitled as such to the right to life, a family and a biological and psychological identity.\".", "Jiġifieri hawnhekk l-EPP, il-Partit Popolari Ewropew, il-grupp demokristjan, qed jagħmilha ċara li bħala bażi ta' twemmin tal-filosofija tiegħu hemm dan il-konċett.", "U jiena naħseb li din in-naħa tal-Kamra li tagħmel parti minn dan il-grupp politiku m'għandha l-ebda problema b'dan il- konċett.", "Pero' jien inħoss li għall-kjarifika tal-każ kelli nagħmel dan l- aġġornament għaliex għalija huwa perikoluż immens - bl-Ingliż jgħidu it sets alarm bells ringing - illi żewġ membri prominenti tan-naħa l-oħra tal- Kamra għamlu dik it-tip ta' dikjarazzjoni.", "Allura jien ridt niċċara li fuq din il-kwestjoni l-Kamra tad-Deputati u l-partiti politiċi f'Malta għandhom jagħmlu l-pożizzjoni tagħhom ċara issa.", "Irridu nkunu pro-attivi, mhux retro-attivi f'din il-biċċa xogħol, għaliex ladarba jibdew jinqalgħu l- problemi diffiċli ħafna li wieħed jieħu pożizzjoni.", "U l-pożizzjoni trid tittieħed issa qabel jibdew jinqalgħu l-problemi f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 5 ta' Mejju 1999, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fin-12.30 p.m .il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VAT - CATERING TA' TIĠIJIET", "4990.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk fuq catering ta' tiġijiet hemmx VAT?", "Jekk le, għaliex f'kull stabbiliment ta' catering jgħidulek li trid tħallas il-VAT?", "Għaliex meta ċċempel il-VAT Office jgħidulek li lanqas huma ma jafu?", "Jista' l- Ministru jagħti bil-miktub x'inhi l-pożizzjoni tal-VAT fuq catering ta' tiġijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif kien ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget 1999 f`paġna 74, fil-jiem li ġejjin ser jitniedu skemi ta` refużjonijiet tal-VAT fuq spejjeż konnessi ma` tiġijiet u funerali bħal dik li diġa` teżisti fuq il-bini ta` l-ewwel dar.", "Skond dawn l-iskemi, persuni kkonċernati ser ikunu jistgħu jitolbu lura l-VAT li jkunu ħallsu fuq spejjeż li jkunu għamlu fuq tiġijiet u funerali.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - FAX MACHINES", "5059.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3574 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima?", "B'riferenza għar-risposta li tani diġa' għal din il-mistoqsija, jista' l- Ministru jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba tal-validita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi skond il-lista li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is- seduta.", "LIĠI TAS-SIGURTA' SOĊJALI - \"BENEFIĊĊJI OĦRAJN\"", "5065.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal- ħlasijiet li qed isiru taħt il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali, 1987 u li jidhru bħala \"Benefiċċji Oħrajn\" fir-rendikont finanzjarju li jiġi ppubblikat kull sena ma' l-estimi ġenerali u jagħti informazzjoni għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dettalji tal-ħlasijiet li saru taħt it-titolu 'Benefiċċji Oħrajn' li jidhru fir-rendikonti finanzjarji tas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 taħt il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali 1987 tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward is-sena 1998, il-figuri huma proviżorji.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - FAX MACHINES", "5160.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3580 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima?", "B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru, jista' jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba tal-validita'?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġa' tajt fis-Seduta 88 għall-Mistoqsija Numru 4966.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - SAFETY EQUIPMENT", "5161.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għan-nuqqas ta' safety gloves u safety shoes fid-Dipartiment ta' l-Ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ma jeżisti l-ebda nuqqas ta' safety gloves u safety shoes fid-Dipartiment ta' l-Ambjent.", "SERVIZZI SOĊJALI - SERVIZZ TA' HANDYMAN", "5162.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani nqdew mis-servizz ta' handyman sena b'sena u lokal lokal minn meta ġie ntrodott is-servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skeda tan-numru ta' anzjani li nqdew mis-servizz tal-Handyman sena b'sena u lokal b'lokal, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI", "5163.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, mill-5 ta' Settembru 1998 sas-26 ta' Frar 1999, kemm inħadmu sigħat ta' overtime mill- ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani?", "Jista' jgħid min huma li ngħataw dan l-overtime?", "Jista' jgħid kemm sigħat u kemm ħlas ingħataw f'overtime xahar b'xahar?", "F'liema sezzjonijiet tad-dipartiment jaħdmu l-ħaddiema msemmija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Żewġ tabelli li jipprovdu rispettivament tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "(i) in-numru ta' siegħat ta' overtime li nħadmu, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Frar 1999, fit-Taqsima ta' l-Amministrazzjoni u fid-Djar għall-Anzjani tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani kif ukoll l-ispiża ta' din is-sahra (Tabella A);", "(ii) in-numru ta' siegħat ta' overtime li nħadmu, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Frar 1999, fit-Taqsimiet differenti tar-Residenza San Vinċenz de Paule (Tabella B).", "L-ammonti attwalment imħallsa lill-impjegati ta' din ir-Residenza f'dan il-perjodu diġa' ngħataw fit-tweġiba għall- mistoqsija nru.", "6010.", "Ma naħsibx li jkun prudenti li nipprovdi nformazzjoni dwar l-ismijiet ta' dawk l-impjegati li rċevew dawn il-ħlasijiet.", "DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - KAROZZI", "5164.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi fid-Dipartiment ta' l-Anzjani?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew?", "Kemm intnefqu flus f'manutenzjoni minn meta nxtraw karozza b'karozza?", "Minn min qed jintużaw?", "Liema karozzi qed jintużaw wara l-ħin normali tax-xogħol u minn min u għal liema raġuni?", "Kemm intnefqu flus f'petrol/diesel xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Frar, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - KARTUNA ROŻA", "5230.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-kartuna roża lokal b'lokal u meta nħarġitilhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-karta r-roża għall-mediċini b'xejn tingħata wara li ssir dikjarazzjoni finanzjarja.", "Jekk persuna tissodisfa t-test tal- mezzi tingħata l-karta roża li tkun valida għal sitt xhur, u f'każ ta' pensjonanti u familji fuq l-Għajnuna Soċjali tkun valida għal sena.", "Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi kemm hu n- numru ta'dikjarazzjonijiet validi f'xi żmien partikolari.", "B'danakollu tinżamm statistika dwar in-numru ta' talbiet li jkunu saru ġodda mill- Uffiċċju Distrettwali, kif jidher hawn taħt:", "ĦRUĠ TAL-KARTA R-ROŻA MATUL IS-SENA 1998", "Balzan 140 Birkirkara 317 Cospicua 223 Ħamrun 198 Luqa 53 Marsa 173 Mosta 189 Msida 155 Naxxar 182 Paola 254 Qormi 220 Rabat 307 Sliema 120 San Gwann 98 San Pawl il-Bahar 150 Valletta 252 Zabbar 220 Zebbug 331 Zejtun 267 Zurrieq 88 Victoria 628 Nadur 257 ------- TOTAL 4,822 ======= SAĦĦA - PILLOLI", "5231.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli special jibdew jingħataw mill-Polikliniċi u l-Bereġ tal-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern flimkien mad-Drugs and Therapeutics Committee bħalissa għaddej proċess fejn qiegħed jiġi re-formulated u updated il-Formularju.", "Numru ta' pilloli li bħalissa huma special sejrin isiru 'Formularju' u għalhekk jibdew jingħataw mill-Polikliniċi u l-Bereġ tal-Gvern.", "SAĦĦA - PILLOLI", "5232.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-pilloli special items li jingħataw mill- ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-lista ta pilloli special items li jingħataw mill-Ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - ASSISTENT DIRETTUR", "5502.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jkunu l-kondizzjonijiet u l-benefiċċji li se jgawdu dawk li se jikkwalifikaw għal ħatra ta' Assistent Direttur fis- Servizz Ċivili b'Performance Agreement għal ħames snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi dawk l-Uffiċjali Pubbliċi li jintagħżlu biex jimlew pożizzjonijiet ta' Assistent Direttur u li jkunu fi grad ta' skala ta' salarju anqas minn Skala 5 jiġu, fl-istess waqt, appuntati bħala Uffiċjal fi Skala 5.", "Barra minn hekk, Assistenti Diretturi jingħataw Performance Agreement ta' ħames snin u jkunu ntitolati għal Performance Bonus fuq l-istess kriterji u arranġamenti, b'xi modifikazzjonijiet, li jeżistu għal Diretturi iżda ma jkunux intitolati għal perkwiżiti oħra applikabbli għal pożizzjonijiet ta' Direttur.", "Meta jagħlaq iż-żmien tal-kuntratt, Assistenti Diretturi, jekk ikunu qdew dmirhom tajjeb, jistgħu jingħataw estensjoni tal-kuntratt.", "Fil-każ li ma jerġgħux jingħataw kuntratt ieħor, dawn l-uffiċjali pubbliċi jmorru għall- grad sostantiv tagħhom bħala Uffiċjali fi Grad 5 u jingħataw xogħol konformi ma dak il-grad.", "Kopja tas-sejħa għall-applikazzjoni relattiva, tpoġġiet fuq il-mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTURI", "5503.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi fi skala 5, 4 u 3 li ma ħadu ebda bonus skond l-aħħar award li ngħatalhom mis-Segretarju Permanenti rispettiv tagħhom?", "Kemm kien hemm li ħadu 15%, 10% u 5% skond kull kategorija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fuq tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - PROĠETTI", "5504.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-proġetti mibdija f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, li m'humiwx qegħdin jitkomplew taħt din il- leġislatura?", "Tista' l-Ministru tgħid jekk deċiżjoni bħal din itteħditx f'management meeting tal-ministeru inkella kenitx waħda meħuda b'xi mod ieħor?", "F'kull każ, x'kienu r-raġunijiet li għalihom ittieħdet deċiżjoni bħal din?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ma ttieħdet ebda deċiżjoni li ma jitkomplewx proġetti minn dawk mibdija f'Għawdex bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998.", "SERVIZZ ĊIVILI - DIRETTURI", "5505.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, f'każ li direttur imexxi proċeduri ta' dixxiplina kontra impjegat tal-gvern li magħhom ma jaqbilx is-Segretarju Permanenti x'għandu jsir:- (a) jekk is-Segretarju għandux id-dritt li arbitrarjament jagħti struzzjonijiet biex jimblokka dawn il-proċeduri; (b) inkella għandux is-Segretarju Permanenti li jkun jagħmel ir-rimarki tiegħu bil-miktub hu jitla' jixhed fil-każ; u (ċ) inkella x'suppost jagħmel is-Segretarju Permanenti biex ikun qiegħed jimxi bil-ħaqq u bil-ġustizzja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li hija l-prerogattiva tal-Kap tad-Dipartiment li jieħu passi ta' dixxiplina kontra l-impjegati tiegħu, u għalhekk is-Segretarju Permanenti m'għandux dritt jimblokka l-proċeduri.", "Iżda jekk is-Segretarju Permanenti jkun irid jagħmel xi sottomissjonijiet lill-Bord tad-Dixxiplina kemm bil-miktub kif ukoll jixhed waqt is-smiegħ tal-każ, ir-regolamenti ma jipprekludux li jingħata din il-faċilita.", "DIPARTIMENTI/DIRETTORATI - PROĊEDURI TA' DIXXIPLINA", "5506.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-Dipartimenti/Direttorati li jaqgħu taħt id-diversi Ministeri, li jsegwu l-proċeduri ta' dixxiplina huma stess?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, f'kull każ, kemm inbdew proċeduri ta' dixxiplina fis-snin 1997, 1998 u 1999 sa l-aħħar ta' Frar?", "Liema huma dawk id-dipartimenti/direttorati li ma jsegwux id-dixxiplina huma stess u f'dawn il-każi min jieħu ħsieb il-proċeduri tad-dixxiplina?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Għar-rigward ta' l-ewwel u t-tielet parti tal- mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi d- Dipartimenti kollha tal-Gvern isegwu l-istess proċedura ta' dixxiplina li hija dik stipulata fir-Regolamenti ta' l-1977 tal-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina).", "Dawn ir-Regolamenti jagħmlu distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta' każijiet ta' dixxiplina li huma:", "każijiet dwar offiżi minuri li jiġu nvestigati mill-Kap tad-Dipartiment u;", "każijiet dwar offiżi meqjusa serji li jiġu nvestigati mill-Bord ta' Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant rigward it-tieni parti tal- mistoqsija qiegħed jingħata fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra, aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "5507.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li l-gvern jikkonsidra l-għoti ta' għajnuna soċjali lil dawk il- persuni li jkunu qed jgħinu fit-trobbija u l-kura tal-familja minħabba l- mewt ta' l-omm?", "Teżisti informazzjoni jew statistika fid-dipartiment ta' l- għajnuna soċjali dwar dawn il-każi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Għajnuna Soċjali hi ntiża biex tgħin persuni jew familji li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli u li jkunu jeħtieġu għajnuna finanzjarja.", "Kap ta' familja li jkun qiegħed jirċievi l- Għajnuna Soċjali, u qiegħed jieħu ħsieb it-trobbija u l-kura ta' tfal żgħar minħabba l-mewt ta' l-omm, jiġi eżentat milli jirreġistra għax-xogħol.", "Dan jagħmilha aktar faċli biex hu jkun jista' jiddedika l-ħin tiegħu għal uliedu.", "Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar dawn il-każijiet peress li kull każ jiġi trattat fuq il-merti tiegħu.", "PORTIJIET MALTIN - VAPURI", "5996.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vapuri fil-portijiet Maltin li: (a) huma maqbuda b'xi impediment tal-qorti; (b) ġew abbandunati mis-sidien tagħhom?", "F'kull każ liema huma dawn il-vapuri, ta' liema tunnellaġġ huma, taħt liema bandiera jsalpaw u kemm ilhom f'Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li bħalissa f`Malta hawn vapur wieħed biss li hu impedut u li ġie abbandunat mis-sidien tiegħu.", "Dan hu l-vapur M.V. Ideal li għandu 6,129 tunnellaġġ gross u li jsalpa bil-bandiera tal- Panama.", "Dan il-vapur wasal f`Malta fit-23 ta` Diċembru 1998.", "SAĦĦA - SIRINGI", "5997.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid matul Jannar u Frar separatament, kemm ingħataw siringi b'xejn mill-kliniċi f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm ingħataw minn kull klinika tas-saħħa?", "Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel xi studju dwar l-idea li tibda skema ta' tibdil ta' siringi?", "Ma' min saret din il-konsultazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onerevoli Interepellant li t-total ta` siringi li ngħataw b'xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta sew lid-drogati u sew lid-dijabetiċi f'Jannar u Frar 1999 hu kif ġej:-", "Jannar Frar Dijabetiċi Drogati Dijabetiċi Drogati", "Floriana 1300 900 1100 900", "Qormi 4200 2035 4100 1579", "Gżira 2675 2600 3275 1300", "Paola 9000 4300 7200 3100", "Cospicua - 1124 - 1230", "Mosta 2250 2249 2250 1492", "Rabat - 413 - 448", "Postal 100 - 100 -", "Il-figuri t'Għawdex iridu jintalbu lill-Ministru konċernat.", "Xi żmien ilu kien hemm kuntatti ma` l-Awtoritajiet tas-Saħħa kompetenti kemm fl-Olanda kif ukoll fi Franza u sar studju lokalment li fih ipparteċipaw is-Sedqa, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa dwar is-Sistemi li jistgħu jiġu adottati fit- tqassim ta` siringi b'xejn lil dawk l-individwi maħkuma mill-vizzju tad- droga.", "S'issa għadha ma ntlaħqet l-ebda konklużjoni finali dwar liema sistema jaqbel tiġi adottata.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "5999.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema impjegati ma' l-Istat?", "Kif inhuma mqassma f'għalliema tal-primarja, sekondarja, eċċ.?", "Kemm kien hemm għalliema li matul din is-sena skolastika spiċċaw għaliex: (a) laħqu l- eta' tal-pensjoni; (b) irtiraw minħabba raġunijiet mediċi; (c) irriżenjaw; (d) mietu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra (Dokumenti A, B u C), aktar kmieni f'din is-seduta.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, informat li mhux possibbli li jingħataw il-figuri mitluba għaliex dawn inkunu nafuhom fl-aħħar tas-sena.", "Iżda qed nagħti l-figuri rilevanti għas-sena 1998.", "TOROQ - TISWIJA", "6000.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Issa li l-gvern għandu pariri kif għandhom isiru sewwa t- toroq meta hemm bżonn li jiġu asfaltati, jista' l-Ministru jgħid jekk għaddewx dawn il-pariri lill-kunsilli lokali għal meta jkun hemm bżonn li jasfaltaw bit-tarmac toroq sekondarji li jiddefendu minnhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed isiru kuntatti kontinwi bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali, u kwalunkwe titjieb li jkun qed jiġi propost qed ikun mgħoddi s`issa b`mod informali lil kull min juri interess fiħ.", "PULIZIJA - RAIDS", "6001.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li f'raids tal-pulizija f'postijiet ta' divertiment instabu tfal taħt is-16-il sena bi ksur tal- liġi, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra s-sidien tal-ħwienet?", "X'passi oħra ttieħdu biex jiġi żgurat li tfal taħt l-eta' ma jkomplux jiġu sfruttati?", "Meta jsiru dawn it-tip ta' raids jiġu nklużi pulizija nisa biex jieħdu ħsieb it-tfajliet taħt l-eta' li jinstabu f'dawn il-postijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi b'riżultat ta' spezzjonijiet mill- Pulizija f'postijiet ta' divertiment, qed jittieħdu proċeduri bil-Qorti kontra diversi sidien ta' stabbilimenti li, b'ksur tal-liġi, ħallew tfal taħt is-16 il-sena jidħlu fl-istabbilimenti tagħhom.", "Qed ikomplu jsiru spezzjonijiet mill-Pulizija sabiex dan l-abbuż jieqaf.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi mhux dejjem ikun hemm pulizija nisa preżenti waqt dawn l-ispezzjonijiet, pero' jekk ikun meħtieġ dejjem tkun tista' tiġi msejjħa pulizija mara fuq il-post.", "PULIZIJA - RAIDS", "6002.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ jingħata lill-pulizija li jkunu nvoluti f'raids f'postijiet ta' divertiment biex jiġi żgurat li m'hemmx tfal taħt l- eta'?", "Peress li hemm bżonn ċerta attenzjoni fejn jidħlu dawn it-tfal, jifhem li bżonn ta' ċertu taħriġ speċjalizzat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment ma jsirux biss mit-Taqsimiet speċjalizzati tal-Korp tal- Pulizija, imma minn dawk tad-distretti wkoll u għalhekk jinvolvu il-membri kollha tal-Korp.", "Ma jirriżultalix illi hemm bżonn ta' xi taħriġ speċċjalizat sabiex ikunu spezzjonati dawn il-postijiet biex tkun inforzata l-liġi li tipprojbixxi d-dħul ta' żgħażagħ taħt is-16-il sena f'dawn il- postijiet.", "MAKKINARJU AGRIKOLU", "6139.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5723 u ċioe' jista' jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal- makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' Liċenzjar ta' Vetturi.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "6140.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani għaliex huwa favur is-sistema ta' 5 kilo bags u mhux jumbo bags għar-rigward ta' l-esportazzjoni tal-patata?", "X'inhuma fil-fatt il-vantaġġi li l-patata tiġi esportata f'5 kilo bags u mhux fil-jumbo bags?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numbru 6116 u ngħidlu wkoll l'idealment il-value added kollu jsir f'Malta iżda wieħed irid jikkonsidra dak li jirrikjedi l- klijent.", "RABAT - TRIQ G BORG OLIVIER", "6235.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-ilmenti tar-residenti ta' Triq G. Borg Olivier, Rabat, Malta, jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' laqgħat li saru sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "X'ġara mill-petizzjoni tar-residenti u x'inhija l-pożizzjoni llum?", "Jekk din tintlaqa' fl-affermattiv, x'mistenni jsir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: S`issa għadhom għaddejjin diversi laqgħat dwar din it-talba.", "KRIŻANTEMI - WHITE RUST", "6236.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'effett kellha l-White Rust fuq l-industrija tal-kriżantemi lokali matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?", "Kemm saru spezzjonijiet sabiex ikun stabilit aħjar il-mezzi ta' kontroll ta' din il-marda qerrieda tal-fjuri?", "Jirriżultalu l-Ministru li din il-marda tkompliet tinxtered f'dawn l-aħħar xhur minħabba nuqqas ta' kontroll li hawn fil-pajjiż f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul ix-xhur imsemmija ma kien hemm l-ebda rapporti mill-extension officers li jirriżulta li kien hemm każi ta' white rust.", "L- istess fil-laboratorju ewlieni fil-qasam ta' l-Għammieri ma saru l-ebda rapporti ta' din il-marda.", "Spezzjoni li saret il-ġimgħa li għaddiet, fil- mixtla li fiha għall-ewwel darba kienet instabet din il-marda, irriżulta li kien hemm kontroll assolut ta' din il-marda.", "Rapport li daħal dan l-aħħar qed jiġi investigat.", "RAĦĦALA - PREZZ TAT-TIĠIEĠ", "6237.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'kien il-prezz kull kilo laħam tat- tiġieġ għar-raħħala, f'Malta matul l-1996, l-1997 u l-1998 u fil-pajjiżi ta' l-EU matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz kull kilo laħam tat-tiġieġ għar-raħħala f'Malta matul l-1996 u l-1998 kien ta' bejn 48 ċenteżmu u 50 ċenteżmu kull kilo ħaj.", "Id-dipartiment involut m'għandux statistika tal-prezzijiet fill- pajjiżi ta' E.U.", "RAĦĦALA/PRODUTTURI - PREZZ TAL-MAJJAL", "6238.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'kien il-prezz kull kilo għar- raħħala produtturi tal-majjal f'Malta matul l-1996, 1997 u 1998 u fil- pajjiżi ta' l-EU matul l-istess perjodu?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fil-produzzjoni fiż-żewġ każijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata flimkien ma dik għall-mistoqsija parlamentari numru 6126.", "VALLETTA - PROĠETT", "6433.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara li fi ftit żmien ilu ġie mniedi l-proġett tal-millennju dwar l-entratura tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti hemm għas-suq li jarma kull nħar ta' Ħadd, barra l-Belt Valletta, ħdejn it-terminus?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk is-suq hux se jkun parti mill-proġett?", "Jekk fin- negattiv, fejn se jintrama s-suq ta' kull nhar ta' Ħadd?", "X'se tkun l- alternattiva għal dawn is-self-employed?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bil-proġett ta' l-entratura tal-Belt ħadd m'hu se jitlef l-impjieg tiegħu u għalhekk il-mistoqsija ta' x'se tkun l- alternattiva għal dawn is-self-employed ma tqumx.", "Ma jirriżultalix illi bil-proġett kif inhu propost illum, il-Monti ta' nhar ta' Ħadd se jkun f'pożizzjoni agħar milli kien se jkun bil-proposti għall- bus terminus li kienu saru taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - REKLAMAR", "6434.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 1252 dwar aġenziji ta' reklamar fil-Ministeru speċjalment rigward id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Aġenzija tar-reklamar li kienet użata bejn il-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 kienet il-JP Advertising.", "Kampanja fdata lilhom Kemm Intnefaq --------------------- ------------ Clean Up the World Lm 812 Xummiemu Klabb Magazine Lm 800 --------- TOTAL Lm1612 ---------", "Ir-reklami li saru fuq il-mezzi tal-media li hawn Malta (PBS, NET TV, SUPER ONE) kienu ta' Xummiemu u dawn saru b'xejn.", "L-istamperija użata fil-perjodu ta' bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 kienet il-POULTON'S PRINT.", "Attivita' Raġuni Ammont Kemm Intefaq --------------------------------------------------------------- Klabb Xummiemu Magazines 30,000 Lm1780 Clean Up the World * Posters 2,000 Lm 330 Clean Up the World * Stickers 10,000 Tree Awareness Campaign Seminar Posters 6,000 Lm 295 Tree Awareness Campaign Seminar Brochures 5,000 Lm 100 -------- TOTAL Lm2505 --------", "* F'dan il-każ id-dipartiment ħallas l-ammont ta' Lm330. li kien jinkludi l- istampar tal-posters u stickers.", "F'kull każ l-iscanning kien inkluż fil-prezz.", "Il-kumpannija wżata għal printing ta' T-Shirts ta' Clean Up the World Campaign fil-perijodu ta' bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 kienet il-PERFECT SCREENS.", "L-ammont ta' T-Shirts kien ta' 5,000 u l-ispiża kienet ta' Lm4,000.", "Il-Gvern preżenti ma waqqaf lill-ebda aġenzija ta' reklamar li kienet tintuża mill-gvern preċedenti milli tagħti s-servizzi tagħha waqt din l- amministrazzjoni.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KUNTRATTI", "6435.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1267 dwar kuntratti li ngħataw fil-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT - KUNTRATTI", "6436.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1266 dwar kuntratti li ngħataw fil-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari numri 535, 2951 u 2958.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT - REKLAMAR", "6437.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1253 dwar aġenziji tar-reklamar fil-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-unika stituzzjoni li għamlet użu minn aġenziji ta` reklamar fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant, kienet l-Awtorita` Marittima kif indikat hawn taħt:", "Perjodu 5 ta` Settembru, 1998 sa l-10 ta` Novembru, 1998;", "a) l-Awtorita` Marittima ta` Malta użat is-servizzi ta żewġ aġenziji tar-reklamar;", "1.", "BPC International Limited, 2.", "JP Advertising Limited;", "b) Il-kampanja fdata lill-JP Advertising Limited kienet is-Safety at Seas Campaign.", "Ix-xogħol li ngħata lill-BPC International Limited kien aktar mill-aspett ta` reklamar;", "c) il-valur tax-xogħol li sar bejn il-5 ta` Settembru, 1998 sa l-10 ta` Novembru, 1998 mill-BPC International Limited kien ta` Lm1,552.70c;", "Il-valur tax-xogħol li sar fl-istess perjodu mill-JP Advertising Limited kien ta` Lm6,716.67c;", "d) l-ammont f`kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn f`Malta: Ammont f`Liri Maltin The Times 210.00 In-Nazzjon 210.00 Kullħadd 129.00 The Malta Independent 234.00 L-Orizzont 266.25 TVM 2,250.00 Net TV 999.54 Super One TV 800.00 Radio Malta 2 72.00 RadioCalypso 180.00 Radio 101 301.00 Super 1 Radio 299.25 Smash Radio 180.00 Life FM 180.00 Bay Radio 181.42 RTK 299.00 Island Sound Radio 181.26", "TOTAL 6,972.72", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - REKLAMAR", "6438.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1254 dwar aġenziji tar-reklamar fil-Ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba kważi nġabret kollha u għalhekk it-tweġiba relattiva tingħata fi żmien qasir.", "SPAZJU TA' L-AJRU MALTI - NEAR AIR MISSES", "6605.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm near air misses fl-ispazju ta' l-ajru Malti mill-1 ta' Marzu sal-lum?", "F'liema dati ġraw dawn l-inċidenti?", "Kemm minnhom ġew irrapportati lid-DCA bħala regolatur?", "X'investigazzjonijiet għamlet l-MIA?", "X'kienu r-riżultati ta' dawn l- investigazzjonijiet inkluż l-investigazzjoni li saret dwar l-air miss fl-24 ta' Diċembru, 1998?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma kienx hemm air misses irrapportati fl-ispazju ta` l-ajru ta` Malta mill-1 ta` Marzu sa llum.", "L- investigazzjoni ta` l-air miss ta` l-24 ta` Diċembru, 1998 għadha ma ġietx konkluża.", "SPAZJU TA' L-AJRU MALTI - INĊIDENTI", "6606.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti ta' ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess kemm ilhom li bdew l-attakki minn NATO fuq il-Jugoslavja?", "Kien hemm permess għal xi ajruplani militari tan-NATO li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti tul il- perijodu msemmi?", "Kien hemm kuntatt bir-radju bejn kontrolluri Maltin u l- ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess?", "Jekk fl- affermattiv, ingħata servizz ta' kontroll lil dawn l-ajruplani mill- kontrolluri Maltin, jew ġewx challenged biex jidentifikaw ruħhom?", "X'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra."]} {"filename": "20021125_818d_par.doc", "date": "2002-11-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 818 It-Tnejn, 25 ta' Novembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 818", "It-Tnejn, 25 ta' Novembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "818", "It-Tnejn, 25 ta' Novembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 740", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 740", "TQEGĦID TA' KARTI 745", "MOZZJONIJIET MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2003.", "746", "PERMESS TAL-KAMRA 782", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA 782", "AĠĠORNAMENT 782", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 783 MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 817 li saret fl-20 ta' Novembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KAĊĊATURI - LIĊENZJATI", "35964.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni bejn it-18 u l-21 sena li għandhom liċenzja għall-kaċċa u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fil-preżent hawn 565 persuna taħt il-21 sena li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għall-kaċċa, filwaqt li 132 persuna oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom għadha qed tiġi pproċessata.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid għala dawk li applikaw aktar minn sena ilu sabiex jirreġistraw ir-raba' tagħhom mad-dipartiment ta' l-artijet, għadhom mingħajr risposta?", "Hemm xi timeframe meta dawn l- applikazzjonijet se jiġu ffinalizzati?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, f'Settembru tas-sena 2000 kienet ħarġet skema sabiex nippruvaw nirregolarizzaw il-pożizzjoni ta' ħafna nies li kienu qed jokkupaw art tal-gvern għal skopijiet agrikoli iżda li ma kellhomx titolu għaliha - din l-iskema ma kenitx tapplika għal min jaqbad u jidħol fuq dik l-art imma għal min kien għamel perjodu ta' sentejn jaħdimha - u fil-fatt kien hemm 10,000 każ simili.", "Naturalment aħna mhux l- iskop tagħna li ngħinu lil min irid juża dawn l-artijiet għal skopijiet ta' divertiment u skopijiet oħrajn imma ridna ngħinu lil dawk li l-parlament kien awtorizzana li noħorġu l-iskema għalihom.", "Għal din l-iskema kienu intitolati biss dawk il-persuni li jużaw l-art għal skop agrikolu u kien ikun illegali kieku l-lands kellu jagħti art għal skop agrikolu mingħajr il-ħruġ ta' tender.", "Dawn l-applikazzjonijiet bdew jiġu screened waħda waħda mid-dipartiment ta' l-artijiet u nstab li kien hemm min hu ġenwin u kien hemm min m'huwiex daqshekk ġenwin.", "Naturalment dan il-proċess ħa ċertu żmien, pero' jien informat li diġa' bdew joħorġu l-kirjiet ta' dawk l-artijiet li qegħdin f'postijiet li ma tantx kien hemm applikazzjonijiet għalihom.", "L-akbar numru ta' applikazzjonijiet daħlu għal artijiet fir-Rabat, Mellieħa u Għawdex.", "Aħna dehrilna li aħjar nimxu bil-mod u ma nagħtux lok għal xi abbuż u forsi jkun hemm min jibda jinnegozja l-irziezet.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza li għall-ewwel darba se nsibu soluzzjoni għal 10,000 biċċa art u se nagħmlu minn kollox biex inħaffu l- proċess ta' dawk li huma ġenwini.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, ladarba l-Ministru qiegħed fil-vena li jwieġeb mistoqsijiet li m'għandhomx rabta mal-mistoqsija oriġinali, jista' jieħu ftit paċenzja bija wkoll u jgħid x'inhi r-raġuni li hemm min ilu aktar minn 15 jew 20 sena li ħa plot tal-gvern u għad m'għandux titolu fuqha, anke jekk ilu mwiegħed li se tinstablu soluzzjoni?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, naħseb li fl-aħħar wasalna fl-art imwiegħda għax f'dan il-parlament kien ilhom isiru diskussjonijiet imma altru titkellem dwar soluzzjonijiet u altru tipproduċihom!", "Fil-fatt dan il- gvern għamel emenda fl-ordinanza dwar land requisition biex malli toħroġ l- ordni ta' esproprjazzjoni, il-gvern jakkwista dik il-proprjeta` mill-ewwel mingħajr il-ħtieġa ta' kuntratt, basta jpoġġi somma ta' flus f'kont bankarju - li trendi interessi u imgħax – li hu jidhirlu li għandu jħallas.", "Naturalment is-somma depożitata tkun favur is-sidien u dawn se jkollhom id- dritt jirtirawha u anke jikkontestawha.", "Dan huwa ta' vantaġġ kemm għal dawn in-nies kif ukoll għall-gvern għax se jakkwista l-proprjeta' mill-ewwel, anke dik li diġa' kienet ħarġet esproprjazzjoni fuqha.", "Din se tkun tinkludi wkoll dawk l-artijiet li nbnew home-ownership schemes fuqhom.", "Jiġifieri l-gvern se joħroġ expropriation order ġdida, jakkwista t-titolu ta' dik il-proprjeta' u jgħaddiha lil dawk il-persuni li ħadu l-plot u ssellfu biex setgħu jibnuha.", "Fl-istess ħin lil dawn se nagħtuhom somma flus, iżda m'aħniex ngħidulhom li jridu jaċċettawha bilfors għax filwaqt li jistgħu jirtiraw dik is-somma mill-banek, jekk huma ma jkunux jaqblu ma' l-ammont li jingħatalhom, ikunu jistgħu jikkontestawha quddiem il-qorti.", "Din il-liġi għaddiet ftit qabel is-sajf u għadha ma daħlitx fis-seħħ għax għad iridu jidħlu xi dettalji dwar il-banek li fihom se jitpoġġew dawn il- flus.", "Dawn it-taħdidiet issa waslu fil-fażi finali tagħhom u mhux se ndumu wisq biex inpoġġu l-liġi fis-seħħ.", "Fil-fatt diġa' saru kuntatti ma' l- awtorita' tad-djar sabiex jiġu identifikati dawn il-postijiet, nibdew bil- proċess li npoġġu l-flus ġo kontijiet bankarji, nakkwistaw it-titolu ta' dik l-art u ngħadduh lil dawk il-persuni li ħallsu għaliha, bnewha u ilhom is-snin jistennew dan it-titolu.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, peress li n-numru ta' klandestini f'pajjiżna qiegħed dejjem jikber, x'inhi r-raġuni li l-gvern għadu ma talabx l-għajnuna tal-volontarjat – mhux qed nirriferi għall-knisja biss – iżda qed jibgħat lit-tfal ta' dawn il-klandestini fl-iskejjel tal-gvern?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Galea m'huwiex korrett għall-aħħar għax m'huwiex minnu li l-gvern ma talabx l-għajnuna.", "Anzi din l-għajnuna in parti ntalbet u in parti ġiet offruta mill-istess għaqdiet.", "Mill-bidu tas-sena s'issa sar 16-il vjaġġ permezz ta' dgħajjes li kienu qed iġorru b'kollox madwar 1,500 persuna b'mod illegali lejn pajjiżna.", "Li kieku 500 minn dawn ma ġewx ripatrijati, f'sena kien ikollna 1,500 persuna li qegħdin f'detenzjoni bħala immigranti illegali.", "Minn dawn 930 ruħ għadhom qegħdin f'detenzjoni u 100 oħra ngħataw protezzjoni mill- kummissjoni dwar ir-refuġjati.", "Minn 280 applikazzjoni, kien hemm 20 ruħ li ngħataw status ta' refuġjat filwaqt li 80 oħra ngħataw status umanitarju.", "Dan qiegħed ngħidu biex nuri l-entita' ta' din il-problema għax faċli li wieħed jgħid li l-gvern imissu jżomm lil dawn in-nies kollha jew li m'għandux jibgħathom lura kontra r-rieda tagħhom, pero' meta mbagħad tiġi biex tieħu deċiżjoni m'huwiex daqshekk faċli.", "Daqshekk ieħor m'huwiex faċli biex tintegra lil dawn it-tfal fid-diversi skejjel għax minbarra li wħud minnhom qatt ma marru skola, hemm ukoll il-problema tal-lingwa.", "Jien nieħu pjaċir ngħid li wara li ġew screened mill-awtoritajiet tas- sanita', 30 tifel u tifla bdew jattendu l-iskejjel tal-gvern.", "Nittama – għandi għalxiex nittama u mhux qed ngħidha fil-vojt – li anke skejjel oħrajn joffru dan is-servizz partikolarment skejjel privati.", "Fil-fatt jien informat li m'ilux saret offerta minn skola privata partikolari tal-knisja biex dawn it-tfal jibdew jintbagħtu hemm u nisperaw li dan jibda jseħħ, għalkemm xorta waħda b'daqshekk ma nkunux għadna solvejna l-problemi kollha.", "Minn dawn it-tfal hemm 130 li huma taħt it-18-il sena u għadhom f'detention u 16 minnhom li huma unaccompanied minors, jiġifieri wieħed irid japprezza l-entita` tal-problema.", "Pero` man man li nirċievu aktar għajnuna u man man li jsir il-programm ta' edukazzjoni, nittama li numru akbar ta' tfal, jekk mhux kollha, ikunu jistgħu jingħataw xi tip ta' edukazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża ta' kull ġurnata biex dawn il-klandestini jinżammu Malta?", "Kemm huwa minnu li hemm il-ħsieb li wħud minn dawn il-persuni jintbagħtu Għawdex?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm Malta qatt ma rrifjutat qamħ, irridu napprezzaw li jrid ikun hemm aspetti ta' sigurta' u rridu nimxu wkoll mal- liġi dwar l-immigranti, li tgħidlek li dawn għandhom jibqgħu in detention.", "Fil-fatt tlieta miċ-ċentri fejn qegħdin jinżammu dawn il-persuni huma taħt il-kmand tal-pulizija, filwaqt li tnejn oħra li jospitaw madwar 530 ruħ qegħdin taħt l-armata.", "Naturalment dawn jinvolvu ċerti spejjeż ta' ikel, trasport u għassa speċjali.", "S'issa għadu ma nħassx il-bżonn li Għawdex jintuża bħala post ta' detenzjoni għal dawn in-nies għalkemm kien hemm xi pulizija Għawdxin li nġiebu Malta ħalli jsaħħu l-għassa magħhom.", "L-akbar spiża tinħoloq meta dawn il-persuni jiġu ripatrijati lejn il-post li minnu jkunu ġew jew fil- post ta' nazzjonalita' tagħhom.", "Fil-fatt sa ftit ġranet ilu l-ispiża biex bgħatna 500 ruħ lura lejn pajjiżhom kienet tlaħħaq madwar Lm87,000.", "PULIZIJA - OPRI TAL-BAĦAR", "35965.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li sal-lum in-numru ta' dgħajjes reġistrati fir-reġistru tal- bastimenti ż-żgħar ta' l-awtorita' marittima huwa ta' 12,292.", "Minn dawn hemm 5,781 li għandhom makna taħt in-9.9 h.p. u r-reġistrazzjoni tagħhom titħallas kull ħames snin u 6,511 li għandhom makna ta' 'il fuq minn 9.9 h.p. u r-reġistrazzjoni tagħhom titħallas kull sena.", "Dan in-numru ma jinkludix dgħajjes oħra reġistrati mar-reġistru tal-bandiera Maltija ta' l- istess awtorita' u mad-dipartiment tas-sajd.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Ħalli nitkellem ftit fuq opri tal-baħar li huma xi ftit iżgħar.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-lista ta' applikanti għal mażżri hija twila ħafna u li wħud mill-applikanti ilhom jistennew madwar disa' snin?", "Jekk inhu veru li din il-lista hija daqshekk twila, x'jista' jsir biex din tonqos?", "Fuq liema kriterju jingħataw dawn il- mażżri?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, irrid ngħid li fir-rigward ta' berthing places għall-yachts għandna daqsxejn ta' diffikulta'.", "Kieku wieħed kellu jagħmel użu tal-berthing facilities li għandna fil-yacht marinas, bejn il-portijiet ta' l-Imġarr, ta' Ta' Xbiex u ta' l-Imsida – għall-mument mhux qed nirriferi għal dawk li hemm provduti mill-privat - għandna madwar 1,100 berth li huma wżati kompletament is-sena kollha.", "Minbarra dawn hemm madwar 350 applikazzjoni ta' persuni li jixtiequ li jkollhom berthing facility għall-iskuna jew il-lanċa tagħhom, pero' fil- preżent m'għandniex post fejn dawn jistgħu jingħataw.", "Minbarra dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom mill-privat, bħal tal-Hilton u dik li mistennija tinbena fl-inħawi tal-Kottonera, hemm possibbiltajiet li jinbnew siti oħra li kienu diġa' ssemmew fil-passat.", "Fil-fatt diġa' sar studju preliminari - kemm mill-Malta maritime authority kif ukoll mill-MEPA - biex dawn il- faċilitajiet ikunu jistgħu jiżdiedu.", "Naturalment kull sit li possibbilment jista' jiġi diskuss iġib miegħu kontroversja dwar x'tip ta' faċilita' għandha tingħata, dwar l-użu li għandu jsir mill-baħar u argumenti oħra favur jew kontra f'kull każ.", "Huwa veru li hemm madwar 350 persuna li qegħdin jistennew li jkollhom berthing facility għax sal-lum għadna ma nistgħux naqduhom.", "Dawn il-berths jingħataw skond kemm dak li jkun, ikun ilu li applika.", "Peress li ftit huma dawk li jkollhom berthing facility u jneħħu d-dgħajsa jew il-yacht tagħhom, għandna diffikulta' biex naqdu lil dawk kollha li qegħdin japplikaw.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid x'kordinament qed isir biex jiġu analizzati l-ilmenti li tressqu riċentement mill-federazzjoni tad- delettanti tas-sajd?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ma nafx għal liema lmenti qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "Madwar erba' xhur ilu kelli laqgħa mal-federazzjoni tas-sajd u li naf hu li iżjed minn ilmenti, saruli suġġerimenti dwar il-mod kif jiġu amministrati d-dgħajjes li m'humiex tas-sajjieda.", "Dawn id- diskussjonijiet kienu kordjali ħafna u bl-ebda mod ma kien hemm atmosfera ta' konfrontazzjoni.", "Aktar kien hemm atmosfera ta' kordinament biex l- affarijiet intejbuhom għall-benefiċċju ta' dawk li huma membri ta' dawn il- federazzjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġett taċ- Ċirkewwa huwiex miexi skond kif kien ipprogrammat u kemm hi l-ispiża totali ta' l-istess proġett?", "Jista' il-Ministru jinformana għala ftit tal- ġimgħat ilu, is-servizz tal-Gozo Channel bejn Malta u Għawdex ġie sospiż għal numru ta' sigħat minħabba xi problema konnessa max-xogħol fuq dan il- proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, riċentement kelli l-opportunita' li nwieġeb xi domandi dwar xogħlijiet li qegħdin isiru fuq il-breakwater taċ- Ċirkewwa.", "Sa mill-bidunett, ix-xogħol fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr, kien intenzjonat li jkun maqsum f'diversi fażijiet.", "L-ewwel fażi kienet tikkonsisti f'reklamazzjoni ta' area mill-baħar ta' 11,000 tomna biex fuqha jsir il-parking għall-karozzi li jkunu qegħdin jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur u anke biex isiru l-faċilitajiet neċessarji għall- karozzi tal-linja li jkunu qed jistennew biex jgħabbu l-passiġġieri.", "Din kienet l-ewwel fażi tax-xogħol u tlestiet.", "Kien hemm ukoll il-ħtieġa li tinbena faċilita' ta' berthing ġdida, li tissejjaħ il-phase IB, li sservi biex meta l-vapur jagħmel il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex meta t-temp ikun normali, ikun jista' jorbot magħha.", "Fil- fatt din saret u tlestiet għall-ħabta ta' Awissu ta' din is-sena.", "Preżentement qed isir ukoll xogħol fuq l-estensjoni ta' madwar 300 pied 'il barra mill-breakwater il-qadim li fil-passat il-vapur t'Għawdex kien jorbot miegħu.", "Dan ix-xogħol għandu żewġ elementi separati u differenti minn xulxin.", "Wieħed minn dawn l-elementi hu li wara l-breakwater eżistenti tinbena forma ta' cushion permezz ta' numru sostanzjali ta' blokki tal- concrete bħal dawk li hemm bħalissa fuq il-moll taċ-Ċirkewwa.", "Dawn jintużaw biex jitkisser il-mewġ magħhom meta jkun il-maltemp.", "Nista' ngħid li ħafna minn dan ix-xogħol huwa lest.", "L-element l-ieħor hu l-estensjoni 'l barra mill-breakwater u hawn wkoll qegħdin fil-fażi li jinbeda x-xogħol.", "Imbagħad hemm il-bini ta' passenger terminal li x-xogħol fuqu hu mistenni li jew jibda aktar tard din is-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Fir- rigward t'Għawdex, sar xi xogħol fuq il-mollijiet u bħalissa qegħdin fl- istadju li x-xogħol fuq it-terminal jitkompla.", "Infatti diġa' nbdew xi pedamenti u nistennew li fil-ġimgħat li ġejjin ix-xogħol jibda jidher sewwa.", "Kif għedt diversi drabi, dan il-proġett se jiġi jiswa' madwar Lm13 miljun u diġa' tħallsu madwar Lm5 miljun fuq ix-xogħol li tlesta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li d-dues tal-cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir qed jitħallsu lill-konsorzju Viset u mhux aktar lil Malta maritime authority li minħabba f'hekk din l-awtorita' qed titlef source qawwi ta' dħul?", "Jekk inhu minnu dan li qed ngħid, jista' jispjega l- mekkaniżmu li bih qed isseħħ din il-proċedura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, quddiemi m'għandix id-dettalji tal- kondizzjonijiet li semma' il-Kap ta' l-Oppożizizjoni biex permezz tagħhom id-dues ta' dawn il-cruiseliners jingħata lill-konsorzju Viset u mhux aktar lil Malta maritime authority, pero' nikkonferma li dawn il-kondizzjonijiet kienu ġew diskussi f'dan il-parlament u d-dues kienu parti mill-arranġament li sar ma' l-istess konsorzju.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, forsi l-mistoqsija tiegħi setgħet kienet aktar preċiża minn hekk.", "Il-Ministru jikkonferma li filwaqt li Viset qed jirċievu d-dues tal-cruiseliners li jidħlu Malta, li s'issa jammontaw għal Lm600,000, u li spiċċaw out of the pocket tal-Malta maritime authority, in the meantime l-cruiseliner terminal innifsu għadu lanqas beda jinbena?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, għalkemm ma niftakarx id-dettalji tal- kuntratt kollu kemm hu, żgur li min se jmexxi l-cruiseliner activity fil- port tagħna għandu numru ta' responsabbiltajiet.", "Fil-Port il-Kbir, per eżempju, li wkoll jaqa' taħt dan ix-xogħol, hemm bini ġdid li tela' bħala parti mill-pjan u mill-obbligazzjonijiet li għandu dan l-istess konsorzju.", "Dwar kif jgħaddu u ma jgħaddux ħlasijiet lill-gvern, nerġa' nirrepeti li dak kien parti mill-arranġament li sar bejn il-gvern u l-konsorzju li qed imexxi dan ix-xogħol – anke permezz ta' dan il-parlament - u naturalment il- kondizzjonijiet huma proprju dawk li hemm fil-kuntratt eżistenti.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Allura l-Ministru qed jikkonferma li l-Viset qed idaħħal is-somma ta' Lm600,000 bħala dues fuq il-cruiseliners li jiġu Malta qabel ma t-terminal innifsu mhux biss għadu lanqas beda jopera imma għadu lanqas biss inbena?", "MR SPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor ħafna jekk jogħġbu.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sur President, infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-kondizzjonijiet li fuqhom għadda s-sit li fuqu se jkun hemm l- attivita' tal-cruise lining fil-Port il-Kbir ġew diskussi u approvati mill- parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' inkwilini ta' djar tal-gvern li rritornaw iċ- ċwievet lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali bejn l-1999 u l- 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37045.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 337 ta' l-2002 - Bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2002 biex jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru), Kap. 218; u", "Avviż Legali Nru 338 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- regolamenti dwar Drittijiet għal ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Statistika dwar każijiet ta' suwiċidju matul l-2000 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37089.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar translators ingaġġati għat-traduzzjoni ta' l-acquis communautaire u r-rata li biha jitħallsu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37108.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2003.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Bis-saħħa tal-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services biex jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Budget.", "Nistieden ukoll lill-fotografi tal-media u tad-DOI sabiex jiġbdu ritratti għall-ewwel ħames minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru 301 tat-12 ta' Novembru 2002 id- diskors kollu tal-Budget huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (O.P. 49) u mill-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol (O.P. 9).", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "GUIDO DE MARCO", "PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn ħames mija u tlieta u sittin miljun, sitt mija u wieħed u tmenin elf, ħames mija u sitta u tmenin liri Maltin (Lm 563,681,586) kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali għas-sena 2003.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "25 ta' Novembru 2002", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2002.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, saħħaħna pajjiżna.", "Għalkemm pajjiżna għandu ekonomija żgħira u esposta ħafna għal dak li jiġri fid-dinja, aħna żammejna l-kolp.", "L-aħħar sena kienet diffiċli ħafna għal kull pajjiż taħt il-kappa tax-xemx.", "Pajjiżi kbar u żgħar, setgħana u dgħajfa, sinjuri u fqar, ħassew l-għafsa fl-ekonomiji tagħhom li ġiet kemm mill-korrezzjoni li kellha ssir wara t- tibdil mgħaġġel tas-snin ta' qabel u kemm mill-inċertezzi kbar ta' futur imċajpar mill-biża' tal-vjolenza u t-terrur.", "Ma twerwirniex quddiem il- kuntrarju.", "Għarafna nbattu l-effetti ħżiena li rajna ġejjin fuqna.", "Ħadna dawk il-miżuri, anke b'riskji mhux żgħar, biex irbaħna l-għawġ u biex il- poplu tagħna jkompli jgħix aħjar.", "Fl-istess ħin, komplejna nibnu l-istrutturi ta' pajjiżna biex, bħala pajjiż organizzat u modern, inkunu nistgħu nissieħbu madwar il-mejda Ewropea fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet importanti li jkollhom impatt fuq ħajjitna llum u fuq ħajjet uliedna llum u għada.", "Fid-dinja qed iseħħ tibdil kbir, tibdil li fil-ġejjieni se jżid fir-ritmu tiegħu.", "Pajjiżna jrid jiffaċċja dan it-tibdil bid-diffikultajiet u l- opportunitajiet li jġib miegħu.", "Mhux se jkun possibbli li nibqgħu bħallikieku ankrati fejn aħna.", "Hemm bżonn nagħmlu l-passi meħtieġa b'determinazzjoni, b'kuraġġ u b'għaqal biex nimxu 'l quddiem.", "Hemm bżonn nagħżlu t-triq li twassal għall-opportunijatijet reali u li qed naraw miftuħa quddiemna, bit-tlugħ u l-inżul kollu tagħha.", "Jekk pajjiżna jaqa' għat-tentazzjoni li jiftaħ il-bieb għall-mogħdija ta' fantasija, inkunu qed nikkundannaw lil pajjiżna biex dan jinqata' lura.", "Is-saħħar ta' Oz ma jeżistix.", "L-2002 – Żammejna l-kolp f'sena diffiċli", "Minkejja kollox bqajna nirrankaw anke wara l-ħerba tal-11 ta' Settembru tas- sena l-oħra u d-dehxa li dan ta lill-biċċa l-kbira tal-popli tad-dinja li naqqsu l-konsum tagħhom.", "Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, illum għadna għaddejjin minn inċertezzi kbar fid-dinja bil-qagħda dejjem taggrava fil-Lvant Nofsani u issa bit-theddida ta' attakk fuq l-Iraq.", "Rajna, per eżempju, l-prezz taż- żejt jitla' minn USD13 dollaru kull barmil, kif kien meta dan il-Gvern daħal fl-amministrazzjoni erba' snin ilu, u jilħaq il-prezz ta' USD30 dollaru kull barmil.", "Dan żied l-inflazzjoni f'ħafna pajjiżi u kompla dgħajjef il-konsum.", "L-Ekonomija fis-Sena 2002", "Għaliex aħna konna bil-għaqal u ħadna l-miżuri korrettivi mill-ewwel, l- effetti negattivi fuq id-domanda għall-prodotti u servizzi Maltin li jinbiegħu barra pajjiżna m'għafsux fuqna daqskemm għafsu fuq pajjiżi qrib tagħna u fuq dawk tad-daqs tagħna.", "Prodott Gross Domestiku", "Din is-sena, il-prodott gross domestiku hu mistenni jiżdied bi 2.7% f'termini reali l-aktar b'riżultat fiż-żieda tal-konsum tal-gvern u tal- privat hekk kif l-esportazzjoni netta se tieħu aktar sakemm tirkupra.", "Din wara li s-sena l-oħra kellna tnaqqis ta' 0.8%.", "(Ara Anness \"A\" - Tabella Nru 1)", "Dan ir-riżultat tajjeb u pożittiv għandu jintlaħaq biż-żieda li se tkun reġistrata fl-attività f'kull settur.", "Il-konsum privat mistenni jiżdied b'1.8%, il-konsum pubbliku b'3.1%, l-investiment b'1.4%, l-esportazzjoni b'1.9% u l-importazzjoni qed nistennewha tiżdied bi 2.3%.", "F'termini nominali, il-prodott gross domestiku mistenni jiżdied b'5% minn Lm1.632 biljun fl-2001 għal Lm1.714 biljun din is-sena.", "(Ara Anness \"B\" - Tabella Nru 2)", "Xogħol", "Fl-impjiegi, irnexxielna nżommu l-kolp, anke f'dan iż-żmien diffiċli.", "Fl- ewwel disa' xhur tas-sena, fis-settur privat żidna 'l fuq minn 300 impjieg ġdid biex illum għandna 88,268 ħaddiem permanenti f'dan is-settur.", "Fl- istess perijodu naqsu kważi 800 impjieg permanenti mis-settur pubbliku biex illum għandna f'dan is-settur total ta' 47,651 ħaddiem.", "Dan it-tnaqqis hu dovut għall-iskema ta' rtirar kmieni mwettqa b'suċċess fit-tarznari u għall- politika li miexi biha l-gvern li jimpjega biss fejn hemm bżonn.", "Illum, il- ħaddiema fis-settur pubbliku niżlu għal 34.8% ta' dawk kollha li jaħdmu bi qligħ.", "Dan hu madwar 2.4 punti perċentwali anqas minn meta beda dan il- gvern erba' snin ilu.", "(Ara Anness \"C\" - Tabella Nru 3)", "Id-dħul mill-impjiegi kompla żdied u l-paga ras għal ras żdiedet, mill-bidu ta' dan il-gvern erba' snin ilu, minn Lm90.57 għal Lm109.43 fil-ġimgħa.", "Dan ifisser żieda ta' kważi Lm19 fil-ġimgħa jew 21%.", "Fl-ewwel disa' xhur tas-sena, id-dħul tal-ħaddiema tagħna kien madwar Lm558 miljun, jiġifieri Lm108 miljun jew 24% aktar minn kemm kien erba' snin ilu meta beda dan il- gvern.", "Dan hu dovut mhux biss għal żidiet fil-pagi imma wkoll għat-tibdil kontinwu fl-attività ekonomika tagħna li qed joħloq ħlas aktar minn dak li kellna qabel.", "Dan hu l-frott ta' gvern kuraġġuż li ma beżax jiffaċċja l- isfidi tal-bidla.", "Attività Ekonomika", "Il-qligħ min-negozju privat żdied ukoll.", "Mill-bidu ta' dan il-gvern, erba' snin ilu, il-qligħ żdied bi Lm48 miljun, meta mqabbel ma' l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "Min hu għaqli qed jagħraf li l-bidla li trid isseħħ se toffri opportunitajiet li aħna kapaċi nisfruttaw.", "Dawk li m'għandhomx viżjoni jibżgħu minn kull tibdil u jinfexxu fit-tixrid tal-biżà.", "Is-settur tal-manifattura żamm il-livell ta' mpjiegi li kellu: iżda, waqt li l-bejgħ fis-suq lokali żdied b'madwar Lm9 miljun matul din is-sena, l- esportazzjoni naqset b'Lm29.5 miljun.", "Iċ-ċifri juru tnaqqis ta' Lm33.3 miljun fil-qasam elettroniku u żieda ta' Lm3.8 miljun fl-oqsma l-oħra.", "Iċ- ċifri ta' dawn l-aħħar xhur juru li l-qasam elettroniku qed jirkupra tajjeb u dan se jkollu effett pożittiv fuq iċ-ċifri totali ta' l-istatistika kummerċjali tagħna.", "Turiżmu", "Il-gvern wera l-għaqal b'mod partikolari fis-settur tat-turiżmu u dan billi dan is-settur kien l-aktar wieħed li ntlaqat b'mod negattiv mir-riċessjoni dinjija u mill-ġrajjiet tal-11 ta' Settembru 2001.", "Hawnhekk, il-gvern kabbar l-investiment tiegħu biex l-awtorità tat-turiżmu tkun tista' timbotta l-prodott Malti fis-swieq internazzjonali.", "Dan serva biex, waqt ix-xhur ta' kriżi, Malta ma tilfitx daqs destinazzjonijiet oħra, u issa tinsab minn ta' l-ewwel bir-riżultati pożittivi li qed ikollha.", "Il-Port Ħieles", "Grazzi għall-ħidma li saret mill-management tal-Port Ħieles, irriżulta li din is-sena se nispiċċawha aħjar milli bdejnieha – b'kuntratti li jissarrfu qrib il-miljun u nofs TEUs fis-sena.", "Dan minkejja li l-Port Ħieles ukoll għadda minn xi diffikultajiet matul din is-sena meta tlifna klijent importanti.", "Il-Privatizzazzjoni", "Komplejna bix-xogħol tal-privatiżżazzjoni u rnexxielna niffinaliżżaw l- għażla ta' sieħeb strateġiku fil-kumpannija Malta International Airport plc. u l-bejgħ ta' 40% tal-ishma.", "Ninsabu kuntenti bil-mod kif intemmu dawn in-negozjati, l-aktar meta nqabblu dak li għamilna aħna ma' dak li kienu qed jagħmlu ta' qabilna.", "Il-Malta International Airport plc.", "Infakkru li ta' qabilna kienu se jbigħu 40% tal-Malta International Airport plc., bl-assi kollha li kien hemm fih, jiġifieri, bl-air traffic control services u bl-airport security services, kif ukoll bil-proprjetà assoluta tat-terminal.", "Ta' dan kienu qed jistennew Lm12 miljun biss.", "Aħna ħadna lura l-proprjetà kollha u rġajna tajnieha lura b'ċens jagħlaq lill-kumpanija, fridna l-air traffic control services u s-sezzjoni tas- sigurtà mill-kumpannija, u għamilna transazzjonijiet li, bejn xiri ta' ishma, ħlas ta' taxxi, u ħlas ta' dividend iġġeneraw dħul globali ta' Lm40 miljun.", "Nidejna wkoll it-tieni pass permezz ta' IPO ta' 20% oħra ta' l-ishma tal- Malta International Airport plc.", "Dawn l-ishma kienu offruti lill-pubbliku u meħuda kollha.", "Malta Freeport Terminals Ltd.", "Fil-każ tal-privatiżżazzjoni tal-Malta Freeport Terminal Ltd., komplejna ninnegozjaw ma' wieħed minn dawk li tefgħu offerta.", "Irridu nassiguraw l- aħjar qbil li jassigura x-xogħol u tmexxija tajba f'din l-ażjenda.", "Dan fl- interess ta' kulħadd.", "Il-Lottu Pubbliku", "In-negozjati dwar il-privatiżżazzjoni tal-lottu pubbliku waslu fl-aħħar u bħalissa għaddejjin taħditiet mar-riċevituri tal-lottu.", "Il-konsorzju li qegħdin niddiskutu miegħu hu wieħed b'saħħtu, parti minn kumpanija kkwotata fil-Borża' ta' kapitali Ewropea u b'operazzjonijiet fid-dinja kollha, inkluż fis-settur tad-difiża ta' l-Istati Uniti.", "F'dan il-mument qegħdin ngħarblu l-informazzjoni kollha li għandna għad-dispożizzjoni tagħna biex, ma'l-esperti li jgħinuna, nieħdu d-deċiżjonijiet fuq il-fatti.", "Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd.", "Issa bdejna l-proċess tal-privatiżżazzjoni tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited u ftit ilu nħareġ avviż għal kull min hu interessat.", "Economic Survey", "Rapport dettaljat ta' kif sejra l-ekonomija tal-pajjiż jinsab fl-Economic Survey li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Ħarsa lejn l- andament ta' l-ekonomija din is-sena u kif wieħed ibassarha għas-sena d- dieħla qed jingħata f'appendiċi A ma' dan id-diskors.", "(Ara Anness \"M\" - Appendici A)", "Politika Monetarja", "Għamilna l-aħħar pass biex il-Bank Ċentrali jingħata awtonomija sħiħa fit- tmexxija tal-politika monetarja.", "Funzjoni oħra, din id-darba fit-tfassil ekonomiku ta' pajjiżna, għaddiet mingħand il-politiku għal għand esperti tekniċi.", "B'hekk, l-istabilità ekonomika tal-pajjiż ikollha assikurazzjoni akbar ta' tmexxija oġġettiva.", "Ilna għexieren ta' snin nikkalkulaw il-valur tal-lira Maltija permezz ta' baskett ta' muniti li jirrifletti d-direzzjoni tal-kummerċ barrani tagħna.", "Din is-sena, dan il-baskert irrivedejnieh biex parti mill-piż li kellu d- dollaru Amerikan għadda fuq l-Euro.", "Issa, l-Euro tirrapreżenta 70% tal- lira Maltija, l-isterlina tirrapreżenta 20% u d-dollaru Amerikan jirrapreżenta l-10% l-oħra.", "Settur Monetarju", "Il-flus depożitati f'banek żdiedu b'mod sostanzjali u llum jilħqu Lm2.3 biljun.", "Dan ifisser żieda ta' Lm289 miljun din is-sena u żieda ta' Lm702 miljuni mill-bidu ta' dan il-gvern erba' snin ilu.", "(Ara Anness \"D\" - Tabella Nru 4)", "Waqt li s-sena l-oħra ż-żieda kienet xprunata minn żieda fis-self fis-suq lokali, din is-sena, l-imbuttatura ewlenija taż-żieda kienet it-tkabbir tar- riservi barranin.", "Ir-riservi barranin splodew u llum ilaħħqu l-Lm1,304 miljun: żieda ta' madwar Lm220 miljun fuq is-sena l-oħra u Lm440 miljun mill-bidu ta' dan il- gvern erba' snin ilu.", "Iż-żieda kienet reġistrata kemm fir-riservi li jżomm il-Bank Ċentrali u kemm fir-riservi miżmuma mill-banek kummerċjali.", "(Ara Anness \"E\" - Tabella Nru 5)", "Dan ir-riżultat ewlieni ntlaħaq kemm għaliex l-imgħaxijiet f'Malta huma kemmxejn għolja meta mqabbla ma' l-imgħaxijiet imħallsa barra minn Malta u kemm minħabba li l-inċertezza internazzjonali ġġiegħel lil dak li jkun iżomm flusu f'pajjiżu.", "Fattur ieħor li kellu effett kien l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' investimenti li l-Maltin kellhom barra u li kont ħabbart fid-diskors tal-budget f'Novembru li għadda u li kienet suċċess.", "Dawk li għadhom ma ħadux vantaġġ minn din l-iskema jistgħu jagħmlu dan sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Li nista' ngħid hu li, mis-sena l-oħra 'l hawn, żdiedet u mhux naqset il- pressjoni fuq il-pajjiżi kollha biex dawn iħaddmu sistema ta' bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fuq persuni minn barra l-pajjiż li jkollhom flus depożitati magħhom.", "Bilanċ tal-Pagamenti", "Fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, il-kont kurrenti, jew dak li fil- bilanċ tal-pagamenti juri d-differenza bejn kemm daħħalna u ħriġna flus barranin, qed juri tnaqqis ta' madwar Lm14-il miljun meta mqabbel ma' l- istess perijodu s-sena l-oħra.", "Dan hu riżultat ta' tnaqqis fid-dħul mis- servizzi u mit-trasferimenti kurrenti li ttaffa parzjalment minn żieda fil- bilanċ kummerċjali u mid-dħul fuq l-investiment.", "(Ara Anness \"F\" - Tabella Nru 6)", "Inflazzjoni", "L-inflazzjoni wkoll tinsab taħt kontroll u tikkompara tajjeb mal-livelli reġistrati fil-pajjiżi żviluppati u fl-Unjoni Ewropea.", "L-inflazzjoni bdiet tgħolli rasha fl-aħħar tas-sena l-oħra imma issa qed turi xejra ta' tnaqqis.", "Għat-12-il xahar sa Settembru 2002, il-medja tal-inflazzjoni kienet ta' 2.9%.", "Skond il-metodu tal-kalkoli mħaddma mill-1990 sal-lum, din ir-rata ta' inflazzjoni turi żieda għall-għoli tal-ħajja ta' Lm1.75 fil- ġimgħa.", "Ir-rata tal-inflazzjoni għal din is-sena mistennija tkun ta' 2.6%, waqt li għas-sena d-dieħla mistennija tibqa' fuq l-istess livell ta' 2.5%.", "Żviluppi fis-Settur Finanzjarju", "Settur Finanzjarju", "Is-settur finanzjarju qed jespandi b'ritmu qawwi u, illum, dan is-settur jikkontribwixxi 12% tal-prodott gross domestiku waqt li jipprovdi xogħol għal madwar 4,900 ħaddiem barrra 250 oħra part-time.", "Dawn ma jinkludux ditti ta' awdituri li jaħdmu f'dan is-settur.", "Irnexxielna nirbħu r-rispett ta' kulħadd bħala Ċentru dinamiku u serju li joffri ambjent b'saħħtu u effiċjenti għal ħidma kummerċjali u għall- investiment internazzjonali.", "Dan hu l-mod għaqli kif tiftaħ għejun ġodda ta' qligħ tajjeb għal poplu u ta' taxxi li ma jiġux biss mingħand il-poplu.", "Fil-fatt, sal-lum minn mindu beda, dan is-settur ġabar Lm7 miljun lira taxxi.", "Miljuni oħra ta' dħul li mhux ġejjin minn taxxi fuq il-poplu Malti.", "Waqt li l-bank centrali se jikkonċentra fuq il-politika monetarja u s- sistema ta' pagamenti, il-Malta financial services authority se tikkonċentra fuq is-superviżjoni ta' dawk kollha li joperaw fis-settur finanzjarju, jiġifieri l-banek, il-Borża ta' Malta, l-intermedjarji finanzjarji u dawk li joperaw f'dan is-settur u li għandhom bżonn liċenzja.", "Matul is-sena waqqafna l-financial intelligence analysis unit (FIAU) bil- għan li janaliżża rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li jistgħu jinvolvu xi ħasil ta' flus.", "Dan ikompli jsaħħaħ ir-rispett li għandha Malta fis-settur finanzjarju internazzjonali.", "Żvilupp ieħor importanti li seħħ matul din is-sena kien il-pubblikazzjoni mill-Borża ta' Malta tal-prinċipji ta' corporate governance.", "Jien ninkoraġġixxi lil kulħadd biex dawn il-prinċipji jħares lejhom u jaddottahom.", "It-tendenza tad-dinja finanzjarja hi li maż-żmien dawn il- prinċipji jsiru obbligatorji.", "Il-Borża", "Matul din is-sena nħarġu bonds mis-settur privat li lkoll inħatfu kif tfaċċaw fis-suq.", "Dan jikkonferma l-likwidità kbira li hawn fis-suq.", "In-negozju fl-ishma fuq il-listi tal-Borża baqa' kajman.", "Komplejna ninnutaw li ħafna jixtru l-ishma biex iżommuhom u ftit biex jinnegozjawhom.", "Din in-nuqqas ta' attività twassal biex il-prezzijiet ikkwotati fil-Borża la juru s-saħħa tal-kumpannija li fiha jkunu jinbiegħu l-ishma u lanqas l- andament ta' l-ekonomija.", "Meta nqabblu l-indiċi tal-Borża tagħna f'dawn l-aħħar ħames snin ma' l- indiċi ta' Boroż oħrajn madwar id-dinja naraw li, waqt li l-indiċi tagħna ma ħax id-daqqiet li ħadu l-oħrajn, ma jimxix, iżda, mat-tendenzi internazzjonali.", "Il-Qagħda Finanzjarja fis-Sena 2002", "Jekk nitfgħu ħarsitna lejn il-qagħda finanzjarja naraw li anke fi żminijiet diffiċli, ma ħallejniex id-defiċit jirkibna u żammejnieh fuq il-livell li konna mmirajna għalih.", "(Ara Anness \"G\" - Tabella Nru 7)", "Hekk hu mistenni li din is-sena d-defiċit fil-fond konsolidat ikun ta' Lm78 miljun, jiġifieri qrib il-budget tas-sena l-oħra.", "Dan id-deficit jirrapreżenta 4.6% tal-prodott gross domestiku.", "Ifisser ukoll li d-defiċit inkunu naqqasnieh b'aktar minn Lm7 miljun mis-sena ta' qabel.", "Ta' min isemmi li, fil-pjan finanzjarju li konna għamilna fl-1998 għas-sitt snin ta' wara, id-defiċit din is-sena kellu jkun Lm125 miljun.", "Dan ifisser titjib ta' Lm47 miljun fuq dak li konna pproġettajna.", "Dan kollu juri kemm huma żbaljati dawk li l-ħin kollu jibku u jnewħu, bit- tir li jagħmlulna qalbna ġulġliena u jdgħajfu l-almu tal-poplu tagħna.", "Kontinwament u bi preżunzjoni kbira, jagħmlu dikjarazzjonijiet meta ma jkollhomx it-tagħrif kollu – basta jagħmlu l-ħsara.", "Dawn ma jirrealiżżawx li l-mod kif isiru l-affarijiet illum tbiddel bil-bosta.", "Biex nagħti eżempju wieħed imma importanti, nofs id-dħul kollu tat-taxxa proviżorja jidħol mid-dikjarazzjonijiet ta' l-aħħar tas-sena.", "Din il-bidla għamilnieha biex nagħfsu mill-anqas fuq il-cash flow ta' l-ażjendi tagħna.", "Id-Dħul tal-Gvern fl-2002", "Id-dħul matul din is-sena, se jkun żdied b'Lm78 miljun fuq is-sena l-oħra, allavolja fl-2001 naqqasna t-taxxa.", "Id-dħul finali previst din is-sena se jkun ukoll Lm11-il miljun aktar minn dak proġettat f'Novembru li għadda.", "(Ara Anness \"H\" - Tabella Nru 8)", "Minn fejn ġejja din iż-żieda?", "Ġejja mill-ħila tal-gvern li jamministra tajjeb u jinnegozja tajjeb.", "Ġejja wkoll mill-fatt li, għalkemm bħall- pajjiżi l-oħra, id-dgħjufija tat-tkabbir ekonomiku kellha effett kbir fuq id-dħul tal-gvern, irnexxielna nżommu l-kolp, għax dan gvern li ma jitwerwirx u jaħrab mill-problemi.", "Dan hu gvern ta' kuraġġ li jiffaċċja b'determinazzjoni l-problemi li jinqalgħu.", "Hekk tirbħilhom.", "Hekk turi lealtà lejn dawk li jkunu fdawlek l- amministrazzjoni tal-pajjiż f'idejk.", "Ħarsa ħafifa lejn id-dettalji tad-dħul turi li, f'kull każ, id-dħul kien akbar mis-sena l-oħra, anke jekk tneħħi dħul ta' darba biss.", "Mit-taxxa fuq id-dħul daħlu madwar Lm28 miljun lira aktar mis-sena l-oħra, jew Lm8 miljun aktar milli bassarna f'Novembru li għadda.", "Dan għaliex qed naraw żieda fid-dħul mill-pagi u min-negozji, waqt li d-dikjarazzjonijiet ta' qligħ qed jitjiebu.", "Qed naraw ukoll li sorsi ta' dħul, bħat-taxxa li niġbru mill-kumpanniji li jaħdmu fil-qasam finanzjarju, qegħdin jiżdiedu ftit ftit.", "Ta' min jgħid li din is-sena kellna dħul ta' Lm5.4 miljun mill- proċess ta' privatiżżazzjoni tal-Malta International Airport plc.", "Mill-VAT mistenni dħul ta' Lm123 miljun, jiġifieri madwar Lm8 miljun aktar mis-sena l-oħra, iżda madwar Lm3 miljun anqas milli konna pproġettajna.", "Dan irriżulta primarjament minn importazzjoni anqas milli stennejna u mit- tnaqqis fit-turiżmu mill-aħħar tliet xhur fl-2001 sa Settembru ta' din is- sena.", "Id-dħul mid-dwana, li għandu jilħaq madwar Lm12-il miljun, se jkun ftit anqas mis-sena l-oħra, u se jkun madwar Lm5 miljun anqas milli pproġettajna oriġinarjament.", "Mill-kontribuzzjoni għas-sigurtà soċjali se nirreġistraw dħul ta' madwar Lm189 miljun, jew Lm10 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "Dan ukoll hu madwar Lm4 miljun anqas milli proġettajna.", "Dan juri li waqt li d-dħul mill-pagi kompla jiżdied, inħass l-effett tat-tnaqqis li, kif għedt qabel kienu kkawżati ukoll minn riformi strutturali li saru f'ażjendi tal-gvern, bħat- tarzna u l-Maltacom u f'ażjendi privati li, għax riedu jużaw ċerta kawtela, ma daħħlux impjegati magħhom flok dawk li spiċċaw.", "Id-dħul minn liċenzji u miżati kien madwar Lm7 miljuni aktar minn dak proġettat.", "Minn dawn, Lm5.5 miljun ġew mill-ħlas tal-boll fuq it- trasferiment ta' proprjetà li minnhom Lm4 miljun mit-transazzjonijiet tal- Malta International Airport.", "Mill-levies fuq l-importazzjoni se nkunu daħħalna madwar Lm3 miljun aktar milli stennejna billi t-tnaqqis mir-rata tal-levies ġiet impattija b'żieda qawwija ta' prodotti li qabel kienu ntaxxati bil-levies.", "Minn dħul ieħor għandna ndaħħlu Lm85 miljun sal-aħħar tas-sena.", "Dan hu madwar Lm17-il miljun aktar mis-sena l-oħra u madwar Lm10 miljun aktar milli konna bassarna fil-budget tas-sena l-oħra.", "Din iż-żieda hi dovuta l- aktar għal dividend speċjali ta' ftit aktar minn Lm11-il miljun li ħallset il-Malta International Airport plc.", "Minn dan wieħed jara li konna effiċjenti ħafna f'dak li jirrigwarda d-dħul tal-gvern.", "Wieħed jara wkoll kemm kien kliem fieragħ dak li ngħad fuq it- transazzjoni mal-Malta International Airport plc.", "Il-mod kif dawn it- transazzjonijiet daħlu fil-kotba tal-gvern hu kompletament skond ir- regolamenti finanzjarji tagħna.", "Għal min ħaseb li dan id-dħul qed nużawh biex nimlew xi toqba fl-erarju tal-gvern, ħejjejna tabella numru 9, li nitlob lill-Kamra li tieħu b'moqrija, li turi li anke mingħajr dan id-dħul, il-gvern kien se jisboq iċ-ċifri kemm tas-sena l-oħra u kemm dawk li kienu proġettati għas-sena li qegħdin fiha.", "(Ara Anness \"I\" - Tabella Nru 9)", "In-Nefqa tal-Gvern fl-2002", "In-nefqa tal-gvern hi wkoll taħt kontroll.", "B'kollox, in-nefqa rikurrenti telgħet għal Lm721 miljun, li minnhom Lm64 miljun huma mgħaxijiet fuq id- dejn pubbliku, Lm197 miljun huma pagi, Lm343 miljun huma programmi soċjali, Lm70 miljun huma għotjiet lill-ażjendi u istituzzjonijiet pubbliċi fosthom it-tarzna, il-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma, l-università, l-Malta college for arts, science and technology, l-awtoritajiet regolatorji kollha, l-Isptar Zammit Clapp, eċċ. L-ispejjeż biex jitmexxa l-gvern din is-sena mistennija jkunu ta' Lm47 miljun.", "(Ara Anness \"J\" - Tabella Nru 10)", "In-nefqa totali tal-Gvern fl-2002 mistennija titla' għal madwar Lm825 miljun, jiġifieri madwar Lm12-il miljun aktar minn kemm ipproġettajna u madwar Lm71 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "Meta ngħoddu l-ispejjeż tal-pagi u dawk meħtieġa biex jitmexxa l-gvern insibu li dawn kienu madwar tliet kwarti ta' miljun aktar minn kemm bassarna u Lm3 miljun biss aktar mis-sena l-oħra.", "Iż-żieda fuq is-sena l- oħra hi dovuta għal żidiet inkrimentali fil-pagi tal-gvern li ma jistgħux ma jitħallsux.", "Fil-qasam soċjali se nkunu nfaqna Lm343 miljun sa l-aħħar tas-sena.", "Dan hu Lm2 miljuni aktar milli pproġettajna wara li ħallasna mas-Lm6 miljuni aktar f'pensjonijiet tat-Teżor hekk kif fost l-oħrajn, in-numru ta' mpjegati li rtiraw minn mal-gvern din is-sena kien ħafna aktar mis-snin ta' qabel.", "Hekk infaqna madwar Lm22 miljun aktar mis-sena l-oħra fil-qasam soċjali.", "F'għotjiet lill-entijiet pubbliċi din is-sena se nkunu ħallasna Lm70 miljun.", "Dan hu madwar Lm3 miljun anqas milli pproġettajna dovuti l-aktar għal infiq anqas fuq it-technology venture fund.", "Matul l-2002 in-nefqa kapitali mistennija titla' għal Lm104 miljun.", "Dan hu Lm23 miljun aktar mis-sena l-oħra u madwar Lm8 miljun aktar milli pprovdejna fil-budget għal din is-sena.", "Meta nqabblu n-nefqa kapitali fl-2002 ma' dik tal-2001, insibu li se nkunu nfaqna Lm2.5 miljun aktar fuq it-toroq, u Lm1 miljun f'sussidji għax- xiri u l-attrezzar ta' karozzi ġodda tal-linja.", "Ħallasna Lm6.6 miljuni f'terminal benefits għal dawk li rtiraw mit-tarznari taħt l-iskema ta' rtirar kmieni u nfaqna Lm13-il miljun aktar mis-sena l-oħra fuq l-isptar il- ġdid Mater Dei.", "Fil-fatt din is-sena, in-nefqa kapitali fuq dan l-isptar se tkun ta' madwar Lm29 miljun.", "Dan hu l-mod kif jintefqu l-flus li niġbru mit-taxxi: f'servizzi għall- poplu u f'investiment fil-futur.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "(Ara Anness \"K\" - Tabella Nru 11)", "Qed nippubblika hawn taħt tabella numru 12, li nitlob lill-Kamra li tieħu b'moqrija, li turi r-riżultati finanzjarji ta' l-2002 imqabbla ma' dak oriġinarjament proġettat f'Novembru li għadda u ma' l-2001.", "Din it-tabella turi l-ammonti f'kull sors ta' dħul u f'kull allokazzjoni ta' nfiq kif ukoll id-differenza f'termini ta' ammonti u ta' persentaġġi", "(Ara Anness \"L\" - Tabella Nru 12)", "Rapport dettaljat tal-qagħda finanzjarja jinsab fl-Estimi Ġenerali li qed ukoll inpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra u fl-appendiċi dettaljata mehmuża ma' dan id-diskors.", "(Ara Annessi \"M\", \"N\", \"O\" u \"P\")", "Gvern għaqli u effiċjenti", "Kellna suċċess fil-mira tagħna li nnaqqsu d-defiċit.", "Dan seħħ għaliex erba' snin ilu dan il-gvern ta direzzjoni ċara lill- amministrazzjoni fil-pajjiż.", "Ġejna quddiem il-poplu bi pjan ta' sitt snin imsejjes fuq erba' prinċipji li kienu:", "1.", "It-tkabbir fl-ekonomija tagħna hekk kif nidejna programm ta' ristrutturar li jagħmilha aktar effiċjenti;", "2.", "Effiċjenza fiskali li hi bażi fundamentali tat-twettiq tal-ġustizzja soċjali;", "3.", "Nefqa pubblika meqjusa;", "4.", "Impenn sħiħ u qawwi li f'pajjiżna ħadd ma jibqa' lura.", "Għalkemm matul dawn l-erba' snin seħħew ħafna ġrajjiet li ħadd ma seta' jbassar u li biddlu l-iżvolġiment tal-programm li konna fassalna, irnexxielna nikkontrollaw is-sitwazzjoni u spiċċajna b'titjib fir-riżultati tagħna.", "Id-defiċit ma tnaqqasx b'dannu għall-oqsma l-oħra.", "M'għalaqniex għajnejna għall-ħtieġa ta' żviluppi u bżonnijiet oħra f'pajjiżna u għall-kwalità ta' ħajja tal-poplu tagħna li riedet tibqa' togħla.", "M'għamilniex bħalma kienu għamlu gvernijiet tal-qedem li meta ffaċċjaw problemi għafsu fuq il-ħtiġijiet l-aktar bażiċi tal-poplu.", "Bil-għaqal sibna bilanċ bejn il-qies u l-iżvilupp.", "L-għaqal ma jfissirx xeħħa, lanqas ma jfisser għakkarija.", "L-għaqal ifisser bilanċ.", "Ħidma sfiqa u ta' fejda", "Ilna fil-gvern erba' snin, u matulhom wettaqna ħidma sfiqa u ta' fejda.", "F'kull qasam għamilna differenza.", "F'kull qasam ikkonċentrajna biex kull wieħed u waħda mill-poplu tagħna javvanza fil-kwalità tal-ħajja tiegħu.", "B'wiċċna minn quddiem stajna niġu quddiem il-poplu u ngħidulu: \"Saħħaħna pajjiżna, biex inti tgħix aħjar!\"", "Ħsibna fil-ħtiġijiet kollha taċ-ċittadini tagħna: fix-xogħol, fil-wens, fit-tagħlim u fit-taħriġ, fl-isports, fil-kultura, fis-saħħa, fil-ħarsien taċ-ċittadin u fl-ambjent.", "L-uccelli di mal augurio - jew, kif jgħidulhom illum id-downers - ilhom snin igemgmu li dan kien Gvern li ħaseb biss biex nippreparaw it-triq tal- Ewropa.", "Dan kieku hu għan tajjeb li ta' min jiddedika sforzi qawwija għalih.", "Pero dan il-gvern effiċjenti kien kapaċi jmexxi lil pajjiżna fit- triq ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea waqt li fl-istess ħin ikompli bil-ħidma qawwija tiegħu biex isaħħaħ l-istrutturi kollha li jseddqu l-kwalità ta' ħajja tal-poplu tagħna.", "Ippruvaw kemm ippruvaw, dawn id-downers, iċajpru s-suċċessi ta' dan il- gvern, li beda x-xogħol tiegħu wara l-immaniġġjar dilettantesk u bl-addoċċ tagħhom, il-fatti jibqgħu jagħtuhom tort.", "Ħbieb tiegħi, għamilt elenku tal-attività ta' din l-amminstrazjoni tul dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern.", "Ir-rekord hu impressjonanti.", "Il-lista ta' proġetti u inizjattivi li twettqet hi twila wisq biex naqraha f'dan id- diskors, għalkemm xtaqt nagħmel dan.", "Qiegħed ninkludi reżokont tax-xogħol ta' dan il-gvern fl-erba' snin minn mindu l-poplu taħ ir-riedni tat- tmexxija wara li warrab f'qasir żmien lil dawk li kienu fil-gvern erba' snin ilu, bħala appendiċi D mehmuż ma' dan id-diskors.", "Pero nixtieq hawn nagħti ħarsa telegrafika ta' din ir-realtà.", "(Ara Anness \"P\" - Appendici D)", "Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, saħħaħna d-djalogu mas-sieħba soċjali kollha biex l-iżvilupp ta' pajjiżna jsir kemm jista' jkun wara konsultazzjoni wiesgħa.", "Riformi fil-ġbir tat-taxxa", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, żidna l-effiċjenza fil-ġbir tat- taxxi mingħajr ma għafasna fuq min ma jiflaħx.", "Neħħejna l-prattiċi ħżiena li kienu qed jirkbu l-amministrazzjoni tat-taxxa u daħħalna d-dixxiplina.", "Il-Lm240 miljun miġbura f'taxxi", "L-oppożizzjoni qiegħda tgħajjat li f'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern għafasna lill-poplu bi ġbir ta' Lm240 miljun aktar f'taxxi.", "Minn fejn ġejja din il-ħrafa?", "Jekk wieħed iqabbel id-dħul kollu tal-gvern fl-erba' snin minn meta beda mad-dħul kollu fis-sena 1998 meta fil-gvern kien hemm huma, isib li hemm differenza ta' madwar Lm240 miljun.", "Fil-fatt, kif nispiċċa dan id-diskors, din iċ-ċifra se tkun telgħet għal Lm260 miljun.", "(Ara Anness \"Q\")", "Dak li qed tgħid l-oppożizzjoni m'għandu ebda tixbiha mar-realtà, imma hu biss prodott tal-fantasija.", "L-ewwelnett id-dħul tal-gvern mhux ġej kollu mit-taxxi.", "It-tieni, biċċa sewwa tad-dħul tal-gvern fil-fatt ġej mit-tkabbir fl- ekonomija li żżid id-dħul mingħajr ma jkunu mposti taxxi ġodda.", "It-tielet, biċċa oħra mdaqqsa mid-dħul tal-gvern ġejja minn effiċjenza akbar fil-ġbir tat-taxxa u minn tnaqqis tal-abbużi.", "Ma nistax nifhem kif l- oppożizzjoni tista' titkaża b'dan.", "Nistgħu nistmaw x'kienet iż-żieda fid-dħul tal-gvern minn ċaqlieq fit-taxxi li se nkunu għamilna minn mindu ħadna r-riedni minn idejhom erba' snin ilu.", "Ir-riżultat hu li mid-dħul ta' Lm260 miljun li jkun żied il-gvern f'dawn il-ħames snin, anqas minn Lm70 miljun huma riżultat ta' bdil li għamilna fit-taxxi.", "Imma aktar minn hekk.", "Ghax huma ma jitkellmu xejn fuq it-taxxi li mponew huma fiż-żewġ budgets li laħqu għamlu qabel ma dabu u tneħħew.", "F'sentejn biss li ggvernaw erba' snin ilu, id-dħul aktar tal-gvern minn taxxi mposti ġodda minnhom hu stmat li jlaħħaq is-Lm60 miljun.", "Flus il-Poplu minfuqa aħjar", "Ħdimna wkoll bla heda biex nikkontrollaw in-nefqa pubblika.", "Fil-fehma tagħna tikkontrolla ma tfissirx tnaqqas.", "Tikkontrolla tfisser tara li l- infiq li jsir ikun meħtieġ u li qed isir bil-qies.", "Għamilna eżerċizzji f'oqsma differenti tal-gvern biex naċċertaw il-ħtieġa u l-qies.", "Rajna li l-benefiċċji tal-gvern qed jeħodhom min hu tassew intitolat għalihom.", "Żammejna n-nefqa fil-pagi tas-settur pubbliku taħt kontroll b'attenzjoni fuq ingaġġ ġdid, b'negozjar tajjeb ta' ftehim kollettiv u, bi skrutinju qawwi fuq il-ħtieġa għas-sahra u l-ħlas ta' allowances.", "Għaddejjin bl-efficiency reviews li s-sena l-oħra konna għedna li se nagħmlu biex nistabilixxu benchmarks ta' effiċjenza fis-settur pubbliku.", "Qed jiġi studjat l-operat ta' disa' setturi.", "Investiment", "Fl-erba' snin li ilna niggvernaw, kellna investiment qawwi f'pajjiżna.", "Dan kien rikonoxxut fil-World Investment Report maħruġ dan l-aħħar mill-UNCTAD.", "F'dan ir-rapport, l-UNCTAD analizzaw 140 pajjiż biex jaraw kemm dawn kellhom investiment barrani mqabbel mal-prodott gross domestiku tagħhom.", "F'dan l-eżerċizzju, Malta tpoġġiet fil-ħames post fost il-140 pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U dan m'hawnx investiment!", "Għalkemm għandna inċertezza kbira moħmija mill-oppożizzjoni, dan il-gvern ħabbrieki rnexxielu jbattiha u jiġġenera investiment kemm minn kumpanniji li diġa' qegħdin f'Malta kif ukoll minn investituri ġodda.", "Dan sar ukoll għax, min qed iħares lejna, qed jara s-serjetà u l-impenn tal-gvern għas- sħubija fl-Ewropa u, meta din isseħħ, il-faċilità aħjar li se jkollu biex minn pajjiżna jaħdem fi swieq akbar.", "Irrevedejna wkoll l-istrateġija tagħna biex inħajru investiment jiġi u joktor f'Malta.", "Biedja u Sajd", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, bnejna l-istrutturi, saħħaħna r- riżorsi fil-ministeru għall-agrikoltura u s-sajd u ħejjejna l-qafas legali sabiex inkunu f'qagħda aħjar li ndaħħlu skemi ta' għajnuna u sussidji biex il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna jkomplu jaħdmu u jagħmlu l-qligħ tagħhom anke fl-ambjent kompetittiv li jridu jiffaċċjaw bilfors fil-futur.", "Għas-sajjieda qegħdin inniedu skema ta' għajnuna biex dawn ikunu jistgħu jġeddu l-flotta tagħhomu li se titla` għal madwar Lm2.4 miljun.", "L-Industrija tal-Films", "F'dawn l-erba' snin minn mindu bdejna fil-Gvern għamilna passi kbar f'dan is-settur u wasalna biex din is-sena, għall-ewwel darba, kellna mill-anqas produzzjoni waħda għaddejja kull jum tas-sena.", "Turiżmu", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern investejna Lm34 miljun direttament f'dan is-settur importanti, u biddilna l-mod kif inħajru t- turisti jiġu Malta biex ksibna diversifikazzjoni akbar tas-suq u saħħaħna t- tagħlim u t-taħriġ.", "Bil-ħidma ta' kulħadd l-impatt tal-ġrajjiet tal-11 ta' Settembru irkibniehom qabel ħaddieħor.", "Ir-riżultati għax-xahar ta' Ottubru juru li l- industrija reġgħet ġiet għal li kienet.", "Settur Finanzjarju", "Hawnhekk għamilna passi ta' ġgant, u dan is-settur qiegħed jiffjorixxi għall-benefiċċju tal-pajjiż.", "Ħafna barranin qegħdin jinvestu Malta f'international trading companies, f'holding companies u f'funds.", "Aġġornajna l-liġijiet din is-sena biex nipprovdu prodotti ġodda li nafu li huma mfittxija fis-suq internazzjonali.", "(Ara Anness \"R\" - Tabella Nru 13)", "F'dan is-settur illum għandna 'l fuq minn 3000 kumpanija reġistrata, kollha b'attività reali f'pajjiżna, u li qegħdin jipprovdu xogħol għall-Maltin u jħallsu taxxi li sal-lum ammontaw għal Lm7 miljuni.", "Innovazzjoni", "Il-futur ta' pajjiż żgħir bħal tagħna fid-dinja globali li żviluppat hu li bil-ħeffa niżviluppaw bħala a knowledge society – pajjiż mibni fuq l-għerf.", "L-użu tal-internet irdoppja bejn is-snin 2000 u 2001, u r-ritmu li bih qed jiżdied hu tant qawwi li qegħdin nilħqu bil-ħeffa l-medja Ewropea.", "(Ara Anness \"S\" - Tabella Nru 14)", "Ir-research, technology, development and innovations (RTDI) audit li għamilna – lanqas jafu fuqhiex qed nitkellmu! - juri li mxejna ħafna f'dawn l-aħħar erba' snin minn meta bdejna dan il-gvern u li għandna bażi tajba fuqiex inkomplu nibnu għall-ġejjieni.", "Dawn bl-iStrowger jafu!", "Qed inħaddmu programm ta' technology foresight li jħares lejn x'se jkunu t- teknoloġiji ġodda fis-snin li ġejjin.", "Ipparteċipajna fil-ħames qafas ta' programm għar-riċerka u żvilupp (5th framework programme for research and development) ta' l-Unjoni Ewropea li bis-saħħa tiegħu riċerkaturi u industrijalisti Maltin issieħbu f'47 proġett li bejniethom ħadu mill-Unjoni aktar minn €3miljun f' dak li hu finanzjament.", "Intraprenditorija", "L-ażjendi tagħna se jkunu żiedu l-qligħ tagħhom b'Lm70 miljun meta tqabbel din is-sena maż l-1998, qabel ma bdejna f'dan il-gvern.", "Fil-fatt, meta tqabbel il-profitti tagħhom matul l-erba' snin sħaħ ta' dan il-gern ma' dawk fl-1998, id-dħul għall-intrapriżi tagħna, żgħar u kbar, ikun żdiedu b'aktar minn Lm200 miljun.", "Dawk li Jaħdmu għal Rashom", "Il-ħidma tagħna, matul l-erba' snin li ilna fil-gvern, ikkonċentrat fuq l- iżvilupp tal-kulturi biex inħaddmu politika intraprenditorjali.", "Irridu nġibu fis-seħħ iċ-charter Ewropew għan-ngozji ż- żgħar li jagħti prijorità lill-individwu fin-negozju.", "Din il-kultura qed isservi biex is-servizzi mogħtija minn negozjant ikunu simplifikati u mtejba biex tikber l- effiċjenza u l-kompetittivita`.", "Tajna, u qegħdin nagħtu, attenzjoni speċjali lis-settur tal-artiġġjanat.", "Issa wasalna għal bini mill-ġdid kemm tal-Villaġġ f'Ta' Qali kif ukoll ta' numru ta' żoni industrijali ġodda għal negozji żgħar, kif ukoll għat- tmexxija aħjar ta' dawk iż-żoni ndustrijali li għandna.", "Il-Liberaliżżazzjoni", "Illiberaliżżajna l-oqsma li huma importanti, kemm għax huma kbar u aktar u aktar għax għandhom effett qawwi fuq l-ekonomija kollha.", "Wasalna fl-aħħar fil-proċess ta' liberaliżżazzjoni tal-kummerċ.", "Illiberaliżżajna s-settur tal-kommunikazzjoni.", "Kulħadd jiftakar lid- downers, jikkritikaw bl-aħrax dan il-pass.", "Illum kulħadd jaf kemm dawn id- downers kienu żbaljati.", "Illiberaliżżajna r-rati tal-imgħax.", "Dan ifisser self irħas għall- imprendituri tagħna u għaż-żgħażagħ u oħrajn li jridu jixtru darhom.", "Soċjeta` Ordinata", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gern addottajna sistema moderna ta' kontroll li taħdem fil-qafas ta' libertà fl-ekonomija.", "Din tassigura kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nfushom biex ħadd ma jibla' 'l ħadd waqt li jiġi ndukrat il-konsumatur biex jiġi assigurat li dan ikollu l-aħjar servizz, l-iprem kwalità u l-irħas prezz.", "Tagħlim u Taħriġ", "Matul l-erba' snin li ilna fil-gvern bnejna sistema edukattiva għall-futur.", "Nidejna bidliet radikali fil-krrikulu mnimu nazzjonali biex uliedna jitgħallmu dak li hu aktar relevanti għaż-żmien tal-lum u biex nikkonċentraw aktar fuq formazzjoni aħjar.", "B'hekk niżguraw li jkollna ċittadini sodi fis-snin li ġejjin.", "Erġajna waqqafna l-kulleġġ Malti għall-arti, xjenza u teknoloġija li kien tfarrak mill-gvernijiet tal-qedem.", "Hekk qegħdin nagħfsu biex iż-żgħażagħ tagħna jitħarrġu f'dixxiplini li llum hemm ħtieġa għalihom fid-dinja tax- xogħol.", "Il-kompjuters, li kienu kkundannati fiż-żmien il-gvern tal-qedem, xerridniehom fost it-tfal kollha fl-iskejjel tagħna, anke fl-iskejjel primarji.", "It-taħriġ fl-użu tal-kompjuters u fl-informatika żdied fl- iskejjel u nieħdu gost naraw kemm qiegħed jiġi mfittex min-nies ta' kull eta`.", "Waqqafna l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada biex fi żmien iqsar mis- soltu, bi spejjeż anqas u b'effiċjenza akbar, nipprovdu ambjent sabiħ u li jilqa' lil uliedna fid-djar tat-tagħlim.", "Fl-universita` tagħna komplew jiżdiedu l-istudenti li qed isegwu dixxiplini tradizzjonali u oħrajn ġodda li nħolqu biex iservu l-ħtiġijiet tal-lum.", "Il- gvernijiet tal-qedem kienu għalqu l-bibien tal-universita` u bexxquhom biss bis-sistema tal-punti u l-parrini.", "Illum għandna 'l fuq minn 8,000 student fl-università tagħna: żieda ta' kważi 1,400 fl-erba' snin minn meta beda dan il-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "(Ara Anness \"T\" - Tabella Nru 15)", "Xogħol", "Fil-qasam ekonomiku ħloqna x-xogħol u x-xogħol ħloqnieh fis-setturi li jirrendu aktar.", "Reġġajna lura t-tkaxkira ta' telf ta' impjiegi li għaddejna minnha fl-1997 u l-1998.", "Illum, wara erba' snin fil-gvern, mhux biss għandna żieda ta' 3,600 ħaddiem oħra jaħdmu bi qligħ, imma d-dħul tal- ħaddiema tagħna se jkun żdied b'aktar minn Lm120 miljun fis-sena.", "Fi żmien il-gvernijiet tal-qedem l-għajta għall-investiment f'pajjiżna kienet li għandna ħaddiem irħis.", "Aħna biddilna din l-għajta.", "L-għajta tagħna llum hi li għandna ħaddiem imħarreġ u kapaċi.", "Ix-xogħol mhux biss ħloqnieh imma, f'dawn l-erba' snin minn mindu bdejna fil-gvern, tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna u ġibniehom bħal dawk li għandhom il-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea.", "Qawwejna l-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għall- ħaddiema tagħna.", "Fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali saħħaħna l- mekkaniżmu nazzjonali li jista' jevita t-tilwim industrijali, filwaqt li poġġejna l-garanzija li dehrilna xierqa għall-poplu tagħna billi servizzi essenzjali għall-pajjiż jibqgħu jkunu pprovduti anke meta jkun hemm tilwim industrijali.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, irduppjajna l-flus li nagħtu lill- korporazzjoni għall-impjiegi u taħriġ biex kotor it-tagħlim u t-taħriġ.", "E-government", "L-informatika mhux qed ngħallmuha biss: qegħdin nużawha u qegħedna l-biċċa l-kbira tas-sisien meħtieġa biex Malta tkun tista' tabilħaqq titqies minn ta' quddiem nett fil-qasam tal-informatika.", "F'dawn l-erba' snin minn mindu beda dan il-gvern, organiżżajna d-dipartimenti tal-gvern biex dawn ikunu kapaċi joffru s-servizz tagħhom lill-pubbliku fuq sistema elettronika.", "Barra mill-iskejjel, qed nagħmlu din it-teknoloġija aċċessibbli għal kulħadd b'tagħmir u tagħlim.", "Trasport", "Ir-reġistru merkantili Malti hu l-ħames l-akbar reġistru tal-vapuri fid- dinja.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, ħdimna biex insaħħu l- ispettorat tagħna ħalli nassiguraw is-siwi tal-vapuri li jirreġistraw magħna.", "Sar progress kbir fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr, Għawdex, fuq l- irmiġġ nru 2 fiċ-Ċirkewwa, fuq it-tkabbir tal-breakwater u fuq il-bini tat- terminal tal-passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex.", "Issa lesti biex nibdew ix- xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa.", "Fil-qasam tat-trasport pubbliku, bdew ġejjin il-karozzi low-floor u qed jitwaħħlu ticketing machines.", "Qed jinbnew bus shelters ġodda u aħjar, bi skeda tal-ħinijiet tat-trasport li qed titwaħħal mill-kunsilli lokali.", "Toroq", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern bnejna toroq b'mod ġdid biex l- investiment li qed isir ikun wieħed dejjiemi.", "Tlesta x-xogħol fuq 20 triq arterjali, u fuq 400 triq lokali.", "Lesti biex matul is-sena li ġejja jsir xogħol fuq madwar 100 triq lokali oħra.", "Ambjent", "F'dawn l-aħħar erba' snin sar xogħol fuq l-ippjanar tas-sistemi ta' mmaniġġjar u proċessar tal-iskart u fuq il-proġett biex id-drenaġġ kollu f'pajjiżna jissaffa qabel jintefa' fil-baħar.", "Bl-għajnuna ta' fondi mill- Unjoni Ewropea, se jinbena impjant ta' tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex.", "Wettaqna proġetti ta' tisbiħ ta' promenades bħal dawk ta' Marsascala, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Gżira, Sliema u San Ġiljan b'livell ta' kwalità mill-aqwa biex nagħtu lill-poplu tagħna l-ambjent xieraq biex jgħix aħjar.", "Ħarrikna l-pass fil-programm ta' restawr u rijabilitazzjoni u għaddej xogħol fuq lista twila ta' proġetti mal-pajjiż kollu, l-aktar fl-ibliet imdawra bis-swar.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern seħħ l-ikbar programm li qatt ra l- pajjiż ta' twaqqigħ ta' bini llegali.", "Tneħħew medja ta' 100 struttura fis- sena u tnaddfu mal-24 postijiet ta' skart f'Malta u Għawdex.", "Tneħħew ukoll eluf ta' tunnellati ta' materjal tal-bini mill-kampanja.", "Poġġejna ħafna informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dwar l- iżviluppi kollha li jkunu qed isiru.", "Bdejna nimmoniterjaw il-kwalità tal-arja u tal-baħar, biex naċċertaw li ma jkunx hemm tniġġis li jista' jkun ta' periklu.", "Dan kollu għall-poplu.", "Biex indakkru lit-tfal tagħna b'kultura favur l-ambjent, għaddej programm magħruf bħala ecoschools li bih numru ta' skejjel se jimplimentaw sistema ta' mmaniġġjar ambjentali.", "Dan l-aħħar ilħaqna ftehim mal-partijiet interessati kollha, ażjendi privati u unions, biex mijiet ta' ħaddiema fid-dipartiment ta' l- agrikoltura jkunu organiżżati aħjar fuq xogħolhom fi proġett għat-tisbiħ ta' pajjiżna.", "U l-frott diġa' qegħdin narawh.", "Ħarsien taċ-Ċittadin", "Fil-qasam tal-ħarsien taċ-ċittadin, tajna aktar importanza lill-vittmi tar- reati u għamilna riforma radikali fil-Kodiċi Kriminali.", "(Interruzzjonijiet) Dawn qed jgħidu li m'għamilna xejn f'dawn l-erba' snin.", "Żidna d-dħul tal-pulizija f'salarji, overtime u allowances b'mod li, f'erba snin, kuntistabbli qed jieħu d-dar, ras'imb'ras, 26% aktar minn kemm kien jieħu fl-1998 meta l-gvern ta' qabilna, li wegħedhom li se jżidilhom id- dħul, fil-fatt naqqasulhom.", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern frixna l-possibbilta' biex aktar Maltin ikollhom dritt għaċ-ċittadinanza doppja.", "F'dawn l-aħħar tlett snin 5,000 persuna gawdew minn din il-miżura.", "Fil-qasam ta' l-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-gvern, fl-erba' snin li għaddew, irduppjajna, ikkomparat mas-snin ta' qabel, il-kumpens għall- proprjetà meħuda u nidejna skemi għall-fidi ta' ċens u għal xiri ta' djar mikrija sabiex aktar nies isiru sidien ta' djarhom.", "Matul dawn l-erba' snin minn mindu bdejna dan il-gvern, għamilna riformi li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva li jagħmilha possibbli li kawżi jinqatgħu aktar malajr.", "Ftaħna r-registru ġdid tal-qrati ċivili, u żviluppajna organiżżazzjoni ġdida għall-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Saħħaħna l-istrutturi kollha biex insaħħu l-protezzjoni tal-konsumatur.", "Neħħejna d-duplikazzjoni u attrezzajna l-istrutturi b'nies professjonali.", "Sport u Kultura", "L-isport għandu effett pożittiv fuq l-edukazzjoni, it-turiżmu u l-ekonomija u, ċertament mhux l-anqas, fuq is-saħħa.", "F'dawn l-erba' snin minn meta beda dan il-gvern, investejna Lm3.5 miljun fuq bini ta' faċilitajiet nazzjonali u reġjonali bħall-multipurpose hall ġewwa l-università, il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa, u l-bini tal-kumpless reġjonali sportiv fil- Kottonera.", "Ħloqna opportunitajiet oħra għall-manifestazzjonijiet kulturali, bi żvilupp tal-Kavallier ta' San Ġakbu fejn ħafna artisti f'dixxiplini differenti juru l-ħila tagħhom u jaqsmu mal-poplu s-sentimenti u l-emozzjonijiet tagħhom.", "Kunsilli Lokali", "Matul l-erba' snin li ilna fil-gvern, b'kuntrast mal-politika tal-gvern ta' qabilna, komplejna nsaħħu l-kunsilli lokali mhux biss billi żidna l-fondi iżda billi tajniehom aktar poteri.", "Din is-sena, l-fondi mogħtija lill- kunsilli lokali telgħu għal Lm10.5 miljun, dan barra l-fondi li setgħu iġġeneraw bis-saħħa tar-regolamenti dwar attivitajiet li jenħtieġu permess mill-kunsilli lokali.", "Għawdex", "Għawdex mexa mal-bqija tal-pajjiż fl-iżvilupp tiegħu u fil-qabża fil- kwalità tal-ħajja.", "F'dawn l-erba' snin, in-nefqa fuq il-programm kapitali tal-Ministeru għal Għawdex qabżet is-Lm7 miljun - l-akbar nefqa kapitali li qatt saret f'erba' snin mill-ministeru.", "Dan minbarra l-miljuni kbar li nfaqna fuq tliet vapuri ġodda u fuq it-titjib kbir li qed isir fil- portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.", "Tellajna 'l kulħadd 'il quddiem", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, irsistejna biex ħadd ma jibqa' lura, u dan billi mbuttajna 'l quddiem kemm flaħna lil setturi differenti li b'xi mod jew ieħor ikunu żvantaġġati.", "Issilitna ma' kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Nisa", "Lin-nisa tajniehom drittijiet daqs l-irġiel, mhux biss fil-familja u fis- soċjetà imma wkoll fuq ix-xogħol.", "Anzjani", "Fl-erba' snin minn mindu bdejna dan il-gvern, ħdimna bis-sħiħ biex l- anzjani jibqgħu jgħixu kemm jista' jkun fi ħdan il-familji tagħhom u fil- komunità li trabbew fiha.", "Saħħaħna s-servizzi ta' home help, telecare, handyman, għajnuna għall-inkontinenza u l-meals on wheels, waħħalna lifts f'bini residenzjali tal-gvern u ftaħna sitt day centres ġodda – fl-Imtarfa, f'Birkirkara, f'Bormla, Ħal Luqa, f'San Pawl il-Baħar u f'Birżebbuġa.", "(Onor. Membri: Hear , hear)", "Matul dawn l-erba' snin ftaħna d-dar għall-anzjani f'Bormla, qed inkabbru d- dar għall-anzjani fiż-Żejtun, qed inkabbru djar tal-anzjani fl-Imtarfa, fil- Furjana u fl-Msida u nidejna servizz fejn nallokaw anzjani f'residenzi privati dedikati għalihom.", "Dan qed iżid mal-270 post fejn jistgħu jiġu akkomodati l-anzjani madwar Malta kollha.", "Dan mhux ta' fejda għall-poplu tagħna.", "F'San Vinċenz de Paule inbnew mill-ġdid is-serenity wards u għaddej ix- xogħol f'żewġ blokki ta' swali 1, 2, 3 u 4, nisa u rġiel.", "Sar ukoll titjib fil-kwalità u l-varjetà ta' servizzi li r-residenti qegħdin igawdu.", "Persuni b'diżabilità", "Neħħejna kull diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità.", "Mhux biss, imma f'dawn l-erba' snin minn meta bdejna fil-gvern, bi proġetti f'Wied il- Għajn, fil-Fgura u f'Ħal Kirkop bdejna nipprovdu servizzi fil-komunita' biex il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ fuq uliedhom jekk huma jiġu nieqsa.", "Awtorità tad-Djar", "Irrevedejna l-iskemi kollha ta' l-awtorità tad-djar u bnejna 'l fuq minn 900 post ġdid fi proġetti madwar Malta u Għawdex li jinkludu wkoll proġetti kbar ta' slum clearance.", "Familja", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern, permezz tal-kummissjoni nazzjonali għall-familja li waqqafna, ħadna ħafna inizzjattivi biex il- familji tagħna jissaħħu.", "Waqqafna l-aġenzija Appoġġ li llum tħaddem erba' darbiet aktar social workers minn dak li kellha erba' snin ilu u li nallokawlha d-doppju tal-flus li kienet tirċevi erba' snin ilu.", "Hemm hi l- qalb soċjali.", "Aġenzija Sedqa", "Saħħaħna lill-Aġenzija Sedqa u ħdimna ma' l-organiżżazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-abbuż mid-drogi biex inkomplu ngħinu lil dawn il- vittmi joħorġu minn dan il-vizzju qerriedi.", "Tfal", "Żgur li fost l-aktar dgħajfa hemm it-tfal vittmi nnoċenti ta' abbuż, ta' vjolenza domestika jew ta' abbandun.", "F'dawn l-erba' snin ħloqna servizz ġdid ta' fostering u qed nagħtu benefiċċju finanzjarju lil dawk li qed jerfgħu din ir-responsabbiltà biex intaffulhom biċċa mill-ispejjeż li jkun hemm.", "Ħadd ma jibqa' lura.", "Żidna wkoll l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu fil- qasam soċjali u llum din l-għajnuna tilħaq madwar Lm1 miljun.", "Fil-firxa sħiħa ta' inizzjattivi li ħadna matul dawn l-erba' snin minn meta bdejna fil-gvern ridna dejjem li ntellgħu lill-poplu Malti fl-istess livelli tal-popli Ewropej.", "Hu tajjeb għal kulħadd li l-mudell soċjali ta' l-Unjoni Ewropea jidħol ukoll f'pajjiżna.", "Il-poplu tagħna jixraqlu l-aħjar u aħna rridu nagħtuh l-aħjar.", "Saħħa", "L-għaqda dinjija tas-saħħa poġġiet is-sistema tas-saħħa f'Malta fil-ħames post fid-dinja.", "Però aħna konxji li għad baqa' ħafna xi ntejbu.", "F'dawn l-erba' snin tajna spinta qawwija lill-bini ta' l-isptar Mater Dei, avolja meta dħalna fil-gvern erba' snin ilu sibna li l-gvern ta' qabilna, b'deċiżjonijiet mgħaġġla u bl-addoċċ, spiċċa biex irdoppja d-daqs ta' l- isptar minn kif kien ippjanat oriġinarjament bil-konsegwenza li l-ispiża fuq il-proġett telgħet b'madwar Lm100 miljun.", "U kienu se jħottuh dan l- isptar!", "Lanqas jafu x'qed jagħmlu.", "L-isptar se jiftaħ l-ewwel fażi f'Ġunju li ġej bid-dipartiment ta' l- outpatients u t-trasferiment ikun sar kważi kollu sa l-2005.", "Hekk inkunu bdejna nsolvu l-problemi llum marbuta ma' l-isptar San Luqa – l-iffullar, każijiet soċjali, sodod fil-kuritur, nuqqas ta' privatezza, listi twal ta' stennija għal ċerti operazzjonijiet primarjament dovuti għan-numru żgħir ta' teatri għall-operazzjonijiet f'San Luqa.", "Dan it-trasferiment mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid se jġib taqliba sħiħa fil-mod kif jitħaddem l-isptar.", "Se nagħtu awtonomija fit- tmexxija ta' l-isptar biex anke hawn nifirdu r-rwol regolatorju minn dak ta' operatur.", "Il-pazjent u dawk kollha li jagħmlu mis-servizz ta' l-isptar se jkunu tabilħaqq fiċ-ċentru tas-sistema.", "Komplejna bl-immodernizzar tas-swali sew f'San Luqa kif ukoll f'Monte Carmeli u fl-Isptar Boffa.", "L-operazzjonijiet li qabel kienu jsiru f'pajjiżi barranin issa qed isiru f'Malta minn kirurgi Maltin.", "Neħħejna għal kollox l-istennija għall-kura tal-kanċer u l-operazzjonijiet tal-qalb, naqqasna għal erbat ijiem biss l- istennija biex pazjenti jagħmlu mammogram, qed innaqqsu l-istennija għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet tal-katarretti.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern għafasna kemm flaħna fuq it-tagħlim u t-taħriġ.", "Minkejja t-tinwiħ li nisimgħu mid-downers, sew in-numru kemm il- livell ta' infermiera qegħdin jiżdiedu u dalwaqt inkunu f'pożizzjoni li jkollna kemm nenħtieġu.", "Relazzjonijiet ma' Popli Oħra", "Id-deċiżjoni tal-gvern ta' qabilna li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, tellfittna ż-żmien u tellfittna l-flus.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern ħdimna kemm flaħna u rnexxielna nilħqu l-pajjiżi l-oħra applikanti li kienu bdew jinnegozjaw sentejn qabilna.", "Ħadna ħsieb niżguraw li kull pożizzjoni li kellna nieħdu fin- negozjati tkun diskussa minn qabel ma' kull għaqda, korp kostitwit, jew union li seta' kellu xi interess f'xi qasam partikolari.", "Hekk, żgurajna li l-pożizzjoni aħħarija tkun verament l-aħjar pożizzjoni għal Malta għax tkun għaddiet mill-għarbiel ta' kulmin għandu interess.", "Xtaqna li l-oppożizjoni tkun parti wkoll f'dan il-proċess ta' konsultazzjoni iżda, sfortunatament, għal raġunijiet li jafuhom huma biss ma ridux jagħtu l-kontribut tagħhom f'dan l-eżerċizzju siewi għal pajjiżna.", "In-negozjati huma ibsin, iżda, tajna prova li Malta kapaċi tipperswadi lil pajjiżi oħra li għandha taddotta mezzi u politika li, għalkemm forsi mhux skond ir-regoli tal-acquis, huma l-aħjar biex jintlaħaq l-għan aħħari ta' żvilupp qawwi ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali li, fl-iqsar żmien possibbli, għandhom itellgħuna għal-livelli għolja li jgawdu l-Ewropej.", "Dawk li stennew, u forsi xtaqu wkoll, li min kien qed jinnegozjaw magħna kienu se jġorruna, kellhom jibilgħu kliemhom hekk kif għamilna kisbiet importanti li bihom żgurajna li fl-Ewropa nkunu f'pożizzjoni li nisfruttaw l-opportunitajiet kollha li toffri sħubija, waqt li sibna rimedji għall- biżgħat li kien hemm f'xi setturi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Per eżempju, żgurajna li l-poplu tagħna jibqa' jilħaq mal-prezzijiet tal- proprjetà f'pajjiżna.", "Żgurajna li, waqt li niesna jistgħu jimirħu fejn iridu fl-Ewropa biex jitgħallmu, jitħarrġu u jaħdmu, f'Malta ma jkollna ebda periklu għall-postijiet tax-xogħol għan-nies tagħna.", "Żgurajna li s- sajd fl-ibħra ta' madwarna jibqa' sostenibbili fis-snin li ġejjin.", "Ipperswadejniehom li l-Malti jkun lingwa uffiċjali mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Altru milli aħna rrilevanti bħala pajjiż fl-Ewropa!", "Issa, wasalna fl-aħħar tan-negozjati u se nkomplu nagħmlu l-almu kollu tagħna biex sa tmiem din is-sena dawn in-negozjati jingħalqu.", "Ix-xogħol li għamilna f'dawn l-erba' snin li ilna fil-gvern kien xogħol tajjeb ħafna u, għalhekk, b'wiċċna minn quddiem se mmorru quddiem il-poplu b'pakkett tajjeb biex, min-naħa tiegħu, il-poplu Malti – li aħna nistmaw l-opinjoni tiegħu - jagħtina l-kunsens biex inkomplu mexjin bil-proċess tas-sħubija.", "Fil-referendum li se jsir is-sena d-dieħla fuq is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea l-poplu Malti se jagħti l-verdett tiegħu: verdett li jorbot lil kull politiku li jippretendi li jirrispetta d-demokrazija.", "Din hi responsabbiltà ndividwali u personali ta' kull politiku, u ebda skuża ma tħassar it-tebgħa ta' dawk li, b'xi mod, jieħdu xi azzjoni li tmur kontra d- deċiżjoni tal-poplu.", "Il-ħidma fil-qasam ta' l-affarijiet barranin ma kinitx biss indirizzata lejn l-Ewropa.", "Fir-reġjun tal-Mediterran ħadna inizjattivi biex insaħħu d- djalogu.", "Fl-erba' snin li ilna fil-gvern, iffirmajna 'l fuq minn 85 ftehim bilaterali.", "Fil-qasam multilaterali ġew iffirmati 'l fuq minn 60 ftehim fid-diversi oqsma ta' kooperazzjoni internazzjonali.", "Dawn jgħidu li aħna moħħna fl-Ewropa biss.", "Għandu jkun ma jgħixux f'Malta!", "Ħidma qawwija", "Dan kollu juri kemm hu 'l bogħod mill-verità it-tqasqis ta' dawk li jgħidu li dan il-gvern kien ħsiebu biss fl-Ewropa u ma ħax ħsieb in-nies.", "Il- fatti jgiddbuhom.", "Grazzi lill-Poplu Malti u Għawdxi", "F'dawn l-erba' snin għamilna ħafna.", "Dan hu gvern għaqli, bieżel, kuraġġuż u effettiv li wettaq programm siewi u ta' fejda għaċ-ċittadini tal-lum u ta' għada.", "Prosit u grazzi jmur lill-poplu Malti li fehem iż-żminijiet diffiċli li għaddejna minnhom, li fehem il-bżonn li nsibu s-soluzzjonijiet li jaħdmu għall-pajjiżna u li ta l-kooperazzjoni tiegħu kollha biex dawn ir-riżultati setgħu jintlaħqu.", "Viżjoni tbaqbaq b'ideat ġodda", "Il-viżjoni tagħna għall-futur għadha tbaqbaq b'ideat ġodda ta' kif dan il- pajjiż nistgħu nagħmluh dejjem aħjar.", "Nafu li aħna kapaċi nieħdu sehem sħiħ fl-attività kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu wkoll li s-sħubija mà dawn il-popli li jaħsbu bħalna, li għandhom l-istess valuri tagħna u li f'ħafna każi, huma aktar sinjuri minna, se tagħtina ċ-ċans li nħaffu l-pass fl-iżvilupp tagħna fl-oqsma ekonomiċi, soċjali, ambjentali u kulturali.", "L-2003 – is-sena tad-destin", "Is-sena d-dieħla hi s-sena tad-destin.", "Hi s-sena li fiha se nagħżlu jekk inkomplux b'dan il-progress għal ħames snin oħra inkella mmorrux għall-kaos u l-istaġnar li doqna għal 20 xahar ta' gvern li jaħdem bl-addoċċ u li kellna erba' snin ilu.", "Iżda mhux biss se niddeċiedu wkoll f'liema ambjent se ngħixu, aħna u wliedna, mhux biss fil-ħames snin iżda fil-50 sena li ġejjin.", "F'kull deċizjoni li kellu jieħu pajjiżna dejjem kellna lid-downers li, forsi għax huma nieqsa mill-fiduċja fihom infushom, ma jifhmux il-ħila u l- almu tal-poplu tagħna.", "Dejjem kellna min ibeżża'.", "Però, f'dawn l- okkażjonijiet, il-poplu dejjem wera kuraġġ u ħa d-deċiżjonijiet li fetħulu bibien ġodda li tawh l-opportunità li jikber.", "Tbassir ekonomiku għall-2003", "It-tbassir ekonomiku tagħna għas-sena d-dieħla hu realistiku fiċ- ċirkustanzi globali u jirrifletti l-ħafna nċertezzi li għad hawn madwarna billi fix-xena internazzjonali għadhom jidhru mċajpra l-prospetti biex is- sliem jirrenja u nerġgħu għar-ritmu ekonomiku qawwi ta' xi snin ilu.", "Malli l-poplu Malti jieħu d-deċiżjoni li Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea u li fis-snin li ġejjin se jkollna gvern li jirrispetta din id- deċiżjoni, għandhom jissaħħu l-fiduċja u ċ-ċertezza li joħolqu l- investiment, ix-xogħol u l-ġid.", "Prodott Gross Domestiku", "Qegħdin naraw il-prodott gross domestiku tagħna jiżdied bi 2.8% f'termini reali.", "Qed nistennew li, waqt li ż-żieda fil-konsum pubbliku tkun ta' 1.4% iż-żieda fil-konsum mis-settur privat tikber bi 2.1%.", "Qed naraw li l- investiment għandu jiżdied b'4.6% waqt li l-importazzjoni tiżdied b'5.3% L- esportazzjoni wkoll mistennija togħla b'5.4%.", "Il-prodott gross domestiku f'termini nominali mistenni jilħaq Lm1.808 biljun jew 5.5% aktar mis-sena ta' qabel.", "Innovazzjoni", "Inkabbru l-ekonomija tagħna jekk inħabirku għal aktar effiċjenza fis- setturi kollha, u dan billi nkomplu nimmoderniżżaw il-proċessi tagħna.", "Nemmnu li, b'hekk biss, nistgħu nżommu l-kompetittività tagħna.", "U għal min għadu ma fehemx in-knowledge society fuq hekk qed nitkellmu.", "Hu żbaljat min jaħseb li ż-żieda waħedha fl-ispejjeż tolqot il- kompetittività.", "Il-kontribut l-aktar importanti għall-kompetittività hu l- innovazzjoni.", "B'hekk biss wieħed jiżgura li qed imur fis-suq bi prodotti li s-suq irid.", "L-innovazzjoni tnaqqas ukoll l-ispejjeż.", "Dan, naturalment, sakemm ma jkunx hemm xkiel żejjed biex iżżid l-effiċjenzi kull fejn tista'.", "Xogħol", "Il-ħolqien ta' xogħol produttiv jibqa' għan ewlieni tal-politika ta' dan il- gvern.", "Aħna nemmnu li r-riżorsi umani li għandna huma skarsi u li, għalhekk għandna:", "• Nużawhom kollha; • Niżviluppawhom tajjeb; u • Nużawhom fejn jirrendu l-aktar.", "Hemm bżonn li nkomplu ngħollu l-livell ta' l-attività ekonomika biex il- ħaddiema tagħna jkunu jistgħu jieħdu l-kumpens meħtieġ biex iżommu l- kwalità tal-ħajja tagħhom fil-livelli xierqa.", "Ix-xogħol jitkattar billi dawk li joħolqu x-xogħol, is-self-employed u l- intraprendituri f'kumpaniji medji u kbar, ikollhom l-ambjent tajjeb li jħajjarhom jinvestu aktar u jaħdmu aktar.", "Dan isir billi, l-ewwel u qabel kollox, jinfetħu s-swieq għall-prodotti tagħna, jikbru l-faċilitajiet li jgħinuhom jiġġeddu mal-ħtieġa taż-żmien, ikun hawn aċċess tajjeb għal kulħadd biex isib finanzjament għall-proġetti serji u vijabbli.", "Jenħtieġ ukoll li jitneħħa kemm jista' jkun ix-xkiel burokratiku li jtaqqal il-pass lejn il-ħolqien tal-ġid, u li l-infrastruttura tal-pajjiż tkun żviluppata sewwa u b'mod effiċjenti.", "Għamilna ħafna biex noħolqu dan l-ambjent.", "Ma nistgħux nistrieħu fuq dak li sar iżda rridu nkomplu nirsistu biex intejbu dak li għandna.", "Ħadd ma jibqa' lura", "Il-ġid jinħoloq biex jitgawda minn kulħadd.", "Hu importanti li min joħloq il- ġid iħoss li l-isforz u l-ħidma tiegħu qed isservi sabiex hu u l-familja tiegħu jgħixu aħjar.", "Hu importanti wkoll li, fi spirtu ta' solidarjeta', naċċertaw li l-poplu kollu jgawdi mill-ġid li jkun qed jinħoloq: ħadd m'għandu jibqa' lura.", "Dan ma jfissirx li għandna nċapċpu lill-ħajjen li jisfrutta lill-oħrajn u, jew għall-għażż jew għall-kilba, ma jagħtix sehmu biex jinħoloq il-ġid anzi jipprova jieħu dak li ma jistħoqqlux.", "Kulħadd għandu jkollu l-opportunità biex jiżviluppa lilu nnifsu u jaħdem fl-ogħla livell possibbli.", "Dan ma jgħoddx biss għas-settur ekonomiku iżda wkoll għas-setturi soċjali u kulturali.", "Proġettar finanzjarju għas-sena 2003", "Iddisinjajna dan il-budget f'dan il-kuntest u fil-kuntest tal-pjani li konna għamilna erba' snin ilu meta bdejna f'dan il-gvern.", "Skond it-tbassir li konna għamilna, id-defiċit li kellna nilħqu s-sena d- dieħla kellu jkun Lm100 miljun jew 5.38% tal-prodott gross domestiku.", "Minflok, kieku kellna nibqgħu bl-istess livell ta' dħul u ħruġ mingħajr ma nieħdu l-ebda miżura ta' fejda għall-poplu tagħna, konna nispiċċaw l-2003 b'defiċit ta' Lm64 miljun jew 3.5% tal-prodott gross domestiku.", "Jidhrilna li, billi qegħdin sewwa mal-programm finanzjarju tagħna u billi kif għedt is-sena l-oħra, irridu nwieżnu lil min ħaqqu u lil min għafasna fuqu fis-snin li għaddew, se nieħdu miżuri li għandhom ikunu ta' fejda għal ħafna u li għandhom jistimulaw aktar l-ekonomija tagħna.", "Meta nikkontjaw għal dawn il-miżuri, hu mistenni li d-defiċit fl-aħħar tal-2003 għandu jkun Lm75 miljun jew 4.1% tal-prodott gross domestiku.", "(Ara Anness \"U\" - Tabella Nru 16)", "Protokoll mal-Gvern Taljan", "Wara negozjati mal-gvern Taljan li ħadu fit-tul, ġie inizzjalat ftehim li bih Malta tingħata €75 miljun jew madwar Lm30 miljun fit-tliet snin li ġejjin li minnhom €35 miljun ikunu għall-użu tal-gvern Malti sa mill-2003, li se tkun l-ewwel sena tal-ftehim.", "(Onor. Membri: hear, hear)", "Il-gvern Malti għandu programm ta' xogħlijiet u inizzjattivi li għalihom se japplika dawn il-flus.", "Fost dawn insibu programmi ta' toroq arterjali, tagħmir għal sistema ta' l-informatika għall-isptar Mater Dei, kostruzzjoni ta' faċilitajiet aħjar għall-bdiewa u għal dawk li jipproċessaw il-laħam, proġetti ta' titjib fl-infrastruttura meħtieġ għal ambjent aħjar, tagħmir għall-ħarsien tas-sigurtà ta' pajjiżna, u programmi ta' konservazzjoni tal- wirt storiku tagħna.", "Protokoll mal-Unjoni Ewropea", "Fl-2003, għandna nirċievu wkoll €18.5 miljun, jew madwar Lm7.5 miljun mill- Unjoni Ewropea bħala parti mill-għajnuna qabel is-sħubija.", "Dawn se jintnefqu biex insaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħna f'ħafna oqsma biex is-servizz mogħti lill-poplu tagħna jkun fl-istess livell tas-servizzi li jingħataw lill-popli f'pajjiżi oħra membri fl-Unjoni.", "Dħul tal-Gvern fl-2003", "L-2003 għandha tingħalaq bi dħul totali ta' Lm771 miljun jew Lm24 miljun aktar minn din is-sena.", "Din iż-żieda se sseħħ wara li neħħejna barra dawk l-elementi kollha ta' darba biss mid-dħul ta' din is-sena u li allura, ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.", "Kif l-ekonomija żżid fir-ritmu tagħha, id-dħul mid-dwana u s-sisa, u mill- VAT għandu jiżdied u minn hawn qed nistennew li d-dħul jikber b'Lm5 miljuni u bi Lm8 miljuni rispettivament.", "Iż-żieda fl-impjiegi u ż-żidiet fil-pagi u l-profitti li qegħdin nistennew is-sena d-dieħla għandhom iħallu effett pożittiv fuq id-dħul mill-kontribuzzjoni għas-sigurtà soċjali: din, għalhekk mistennija tiżdied b'Lm10 miljun.", "Barra dan, anke wara l-miżuri li se nieħdu, id-dħul mit-taxxa fuq il-qligħ, għandu jiżdied b'Lm5 miljun.", "Qegħdin nistennew tnaqqis ta' Lm5 miljun mid-dħul mil-levies hekk kif dawn se jitneħħew minn fuq il-prodotti industrijali kollha mill-bidu tas-sena d- dieħla.", "Din il-miżura għandha jkollha mpatt tajjeb fuq il-prezzijiet.", "Dħul ieħor li mhux se jirrepeti ruħu s-sena d-dieħla hu dak mill-iskema tar- reġistrazzjoni ta' assi mhux dikjarati miżmuma mill-Maltin barra minn Malta.", "Din is-sena daħħalna Lm7 miljun minn din l-iskema.", "(Ara Anness \"V\" - Tabella Nru 17)", "In-Nefqa tal-Gvern għall-2003", "In-nefqa rikurrenti tal-gvern se tiżdied b'Lm16-il miljun u, fl-aħħar tas- sena mistennija tkun Lm737 miljun.", "Ftehim Kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku", "Kif tħabbar ftit tal-ġranet ilu, issa kkonkludejna wkoll ftehim kollettiv għall-impjegati tas-servizz pubbliku.", "Dan il-ftehim, li dwaru qablu l- unions kollha kkonċernati, ikopri il-perjodu 2002-2004.", "Huwa ftehim prudenti li jirrispetta s-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna, iżda li, fl-istess ħin, iwettaq ġustizzja ma' l-impjegati kollha fis-servizz pubbliku mill-kbir saż-żgħir.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li l-unions aċċettaw il-prinċipju li żidiet li jingħataw kull sena għall-għoli tal-ħajja għandhom ikunu inkorporati fiż- żidiet miftiehma fil-ftehim kollettiv.", "Dan huwa tibdil importanti ħafna li nħoss li għandu jiġi inkorporat fil-mod kif jiġu aġġustati l-pagi f'pajjiżna biex niżguraw li ż-żidiet kollha jkunu riflessi fil- produttivita' u hekk, insaħħu il-kompetittività f'pajjiżna.", "F'dan, is- servizz pubbliku beda juri t-triq.", "Bis-saħħa ta' dan il-ftehim, l-iskali tas-salarji fis-servizz pubbliku se jiżdiedu fuq bażi ta' żieda ta' Lm104 fis-sena b'mod li kull sena jirrestawra parzjalment il-konċertina stabbilita għall-istruttura tas- salarji fis-servizz pubbliku.", "Dan għandu jiżgura li s-salarji għal gradi maniġerjali, professjonali, u tekniċi fis-servizz pubbliku jibqgħu kompetittivi.", "Fl-istess ħin, il-ftehim jaħseb ukoll sabiex dawk l- impjegati li, b'dan l-aġġustament fis-salarji jkunu ħadu żieda anqas minn Lm130 fis-sena, fil-fatt jieħdu żieda ta' Lm130 fis-sena fuq bażi personali.", "Dan huwa gvern bil-għaqal li anke f'din is-sitwazzjoni sab il-qjies bejn il- ħtiġijiet tal-pajjiż, l-interessi tal-ħaddiema u l-ġustizzja soċjali.", "Il-ftehim jipprovdi wkoll għal titjib ieħor fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati fis-servizz pubbliku.", "Fost ħwejjeġ oħra, li l-ħaddiema każwali u part-time fis-servizz pubbliku jkunu intitolati għal increments fis-salarji b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2003, u li ċertu allowances, bħal m'huma x-shift allowance u l-on-call allowance jiżdiedu.", "Nefqa Kurrenti", "Minkejja dan il-ftehim kollettiv, m'aħniex nistennew żidiet fl-ammont ta' pagi mħallsa mill-gvern, billi l-ispiża taż-żidiet fil-pagi għandna npaċuwha bi tnaqqis mistenni fin-numru ta' impjegati.", "Se nagħmlu ħilitna biex innaqqsu b'Lm2 miljun l-ispejjeż li l-gvern jeħtieġ biex imexxi l- attivitajiet tiegħu.", "Dan, m'aħniex se nagħmluh billi naqtgħu persentaġġ fuq l-allokazzjonijiet fil-voti iżda se nagħmluh billi nkomplu niflu b'mod kritiku l-ispiża rikurrenti.", "Dan l-eżerċizzju erġajna għamilnieh waqt il- proċess tal-budget u se nesiġu, biex kulħadd jifhem, li l-ammonti li qed nitlob il-parlament japproprija, m'għandhomx jinqabżu, jekk ma tinqalax xi kontinġenza li tiġġustifika żieda fl-infiq.", "(Ara Anness \"W\" - Tabella Nru 18)", "In-nefqa soċjali mistennija tiżdied bi Lm15-il miljun: ammont anqas mis- sena l-oħra.", "Se jiżdiedu wkoll l-għotjiet li nagħtu lill-entijiet pubbliċi.", "L-MCAST se jingħata Lm1 miljun aktar minn dak li kellu din is-sena biex iżid il- korsijiet li qed joffri, waqt li 'l fuq minn Lm5 miljun qed ikunu allokati għall-isptar Monte Carmeli li se jingħata l-awtonomija.", "In-nefqa kapitali se tiżdied b'Lm4 miljun.", "Il-biċċa l-kbira minn din in- nefqa se tmur fuq il-programm tat-toroq maqbul taħt il-Protokoll Finanzjarju li ffirmajna mal-gvern Taljan u li diġà semmejt.", "Naturalment, l-infiq kollu marbut mal-protokoll jinħareġ mill-gvern Malti u jkun rimburżat għalih mill-gvern Taljan.", "Qegħdin nipprovdu wkoll allokazzjoni ta' Lm700,000 mifruxa fuq erba' snin biex bihom isir xogħol ta' restawr u rijabilitazzjoni tat-teatru Manoel u l- bini li jappartjeni lilu.", "Din hija xhieda oħra ta' l-impenn tal-gvern biex isaħħaħ il-kultura f'pajjiżna billi jagħmel it-teatru prestiġjuż li għandna f'pajjiżna aktar gawdut mill-pubbliku kif ukoll mill-barranin li jżuruna.", "(Ara Anness \"X\" - Tabella Nru 19)", "It-tabella Nru 19, li qed nitlob lill-Kamra tieħu b'moqrija, turi paragun tad-dħul u l-ħruġ fl-2003 ma' kif mistennija tispiċċa l-2002.", "Din turi l- ammonti tas-sentejn kif ukoll id-differenza bejn sena u oħra, kemm rigward l-ammonti kif ukoll rigward persentaġġ.", "L-estimi finanzjarji, li tagħhom qed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra, juru d-dettalji kollha tal-pjan finanzjarju għas-sena d-dieħla.", "Is-sentejn ta' wara", "Qed tiddaħħal il-prattika li l-programm finanzjarju jsir għal perijodu ta' tliet snin u mhux ta' sena waħda.", "Wieħed jifhem li l-aktar fl-ambjent inċert li għandna llum hu diffiċli tbassar anke għal tliet xhur iżda tbassir fuq perijodu twil iservi biex jiġu stabbiliti programmi li jiġu implementati fuq medda itwal ta' snin.", "Aħna ilna nippreparaw għal dan peress li konna daħħalna l-prattika li kull sena d-dipartimenti jipproduċu pjanijiet għal tliet snin.", "Ngħidu li għad baqa' xi jsir biex il-kultura ta' implimentazzjoni ta' dan it-tip ta' pjan li jimxi minn perijodu għall-ieħor isseħħ kif għandu jkun, iżda mxejna ħafna.", "Issa, nistgħu nibdew nażżardaw li nipproġettaw fuq tul ta' tliet snin.", "Kif qegħdin naraw l-affarijiet illum, id-defiċit fil-Fond Konsolidat fl- 2005 għandu jkun ta' Lm57 miljun jew 2.8% tal-prodott gross domestiku.", "Dan, wara li d-dħul mistenni jiżdied għal Lm807 miljun u l-ħruġ f'nefqa rikurrenti u mgħaxijiet għal Lm769 miljun.", "In-nefqa kapitali mistennija tkun ta' Lm94 miljun.", "(Ara Anness \"Y\" - Tabella Nru 20)", "Dan jiddependi ħafna mill-ftehim aħħari li mistenni jsir mal-Unjoni Ewropea għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni kif ukoll għall-għajnuna li nieħdu darba nsiru membri.", "Għalissa ma qed indaħħlu xejn fil-kontijiet tagħna sakemm ikollna qbil finali.", "It-tabella Nru 21 hawn taħt, li nitlob lill-Kamra li tieħu b'moqrija turi kif qed nipproġettaw il-qagħda finanzjarja sal-2005.", "(Ara Anness \"Z\" - Tabella 21)", "Il-Fond Konsolidat u l-Metodoloġija ta' l-ESA'95.", "Il-Fond Konsolidat jiġbor fih il-flus kollha tal-gvern centrali.", "Dan il- fond jipprovdi għal sistema ta' ikkuntjar u kontroll fuq il-ġbir ta' dħul u l-amministrazzjoni tan-nefqa approvata kull sena mill-parlament.", "Aktar ma' gvernijiet qed jiddelegaw ċerti funzjonijiet lil entijiet awtonomi, aktar qed tinħass il-ħtieġa li l-attivitajiet ta' dawn ta' l- aħħar, u l-bilanċi finanzjarji tagħhom jiġu konsolidati ma' dawk tal-gvern.", "Għalhekk, il-gvernijiet qed jiġu mħeġġa biex jaddottaw il-mod ta' klassifikazzjoni skond il-European system of accounts (ESA'95) u jikkonsolidaw dawn l-entijiet mal-gvern centrali.", "Illum ħafna qegħdin jitkellmu fuq ir-riżultati tal-gvern estiż jew, kif hu magħruf aħjar, il- gvern generali.", "Fil-fatt l-istatistika finanzjarja tal-gvern generali biss qed tittieħed minn organiżżazzjonijiet internazzjonali għal skopijiet ta' paraguni.", "It-transazzjonijiet tal-gvern generali jinkludu wkoll id-dħul u l-ħruġ, kif ukoll l-iżbilanċ u d-dejn, ta' numru ta' entijiet pubbliċi li jkollhom aktar minn 50% tad-dħul tagħhom ġej minn fondi pubbliċi.", "Dawn l-entijiet pubbliċi jinkludu l-kunsilli lokali kif ukoll numru kbir ta' entijiet oħra sew dawk li għandhom funzjoni amministrattiva jew regolatorja, kemm ukoll oħrajn li għandhom natura kummerċjali jew kważi kummerċjali.", "Lista ta' dawn l-entijiet qed nuruha f'appendiċi Ċ li nitlob lill-Kamra li tieħu b'moqrija.", "(Ara Anness \"O\" - Appendici C)", "Id-dħul u l-ħruġ ta' dawn l-entijiet pubbliċi ġie pproġettat fuq bażi annwali għas-snin 2003-2005 u r-riżultat żdied ma' dak tal-fond konsolidat.", "B'hekk, irriżulta il-bilanċ tal-gvern generali li jagħti stampa aktar sħiħa tad-defiċit u tad-dejn tiegħu.", "Finanzjament ta' Defiċit fil-Fond Konsolidat", "Il-mod kif jiġi finanzjat id-defiċit tal-gvern hu ta' importanza għat- tħaddim tal-politika fiskali għax kull metodu ta' finanzjament għandu l- effetti u l-ispejjeż partikulari makro-ekonomiċi.", "F'Malta, il-gvern jiffinanzja d-defiċit tiegħu bil-ħruġ ta' stocks fis-suq lokali: ftit jew xejn isir self minn barra biex ikun iffinanzjat id- defiċit.", "Kif għedt aktar qabel, is-self lokali jagħti ċans lill-gvern biex jibbilanċja d-defiċit tiegħu mingħajr ma jespandi l-bażi monetarja jew inaqqas mir-riżervi nazzjonali.", "L-impatt fuq l-inflazzjoni jkun ftit li xejn.", "L-iżbilanċi fil-fond konsolidat fis-snin li ġejjin mistennija wkoll ikunu finanzjati minn dħul minn bejgħ ta' assi u wkoll minn bilanċi mhux utiliżżati fis-sinking funds ta' stock li jkunu se jiġu konvertiti.", "Dan inaqqas il-ħtieġa ta' self mill-gvern.", "Il-bilanċi tad-dejn fil-fond konsolidat għas-sena 2002 mistenni jkun ta' 61.6% tal-prodott gross domestiku.", "Fl-2005, id-dejn fil-fond konsolidat għandu jinżel għal 60.1% ta' dak li hu mistenni jkun il-prodott gross domestiku fl-2005.", "Tabella Numru 22 li qed nipproduċi f'dan id-diskors, u li nitlob lill-Kamra tieħu b'moqrija, turi l-bilanċ tad-dejn tal-gvern fis-sena li qegħdin fiha kif ukoll kif proġettat għat-tliet snin li ġejjin", "(Ara Anness \"AA\" - Tabella Nru 22)", "Il-Ministeru tal-Finanzi qiegħed bħalissa jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu għall-immaniġġjar b'mod aktar professjonali u effettiv tad-dejn pubbliku biex dan ikun ukoll integrat ma' l-istrateġija sħiħa makro-ekonomika.", "It- Teżor, għalhekk, għadu kif ta bidu għal proġett li se jwassal għal twaqqif ta' public debt management office.", "Dan qed isir bl-għajnuna teknika mit- Teżor Ingliż.", "Pensjonijiet u Saħħa", "Qabel ngħaddi għall-miżuri li se nieħdu, tajjeb ngħid xi ħaġa fuq l-akbar żewġ nefqiet li għandna f'pajjiżna li rridu nħarsu bir-reqqa fil-futur: il- pensjonijiet u s-saħħa.", "Fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ġiet diskussa l- proposta magħmula fl-aħħar budget dwar il-ħtieġa li nibdew inħarsu lejn iż- żewġ nefqiet kbar soċjali, il-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, mil-lat ta' riżorsi finanzjarji li jkunu dedikati għal dan il-għan.", "Il-korpi sieħba fl-MCESD kollha japprezzaw li jkun sewwa li tiddaħħal dixxiplina fuq kulħadd, kemm l-amministraturi u l-managers li jinfluwenzaw il-livell ta' spiża mill-mod kif imexxu, kemm mill-politiku li wkoll jinfluwenza l-livell ta' spiża mid-deċiżjonijiet li jieħu f'kuntesti politiċi u elettorali f'dawn l-oqsma kif ukoll mill-poplu li jitgħallem jittempra d-domanda tiegħu għal dan is-servizz.", "Qegħdin naqblu li l-MCESD, permezz tas-social policy affairs sub-committee jibda jistudja ċ-ċifri tal-gvern fuq l-ispiża tas-settur tas-saħħa, kif ukoll l-istudji li jeżistu, u li wħud minnhom kienu kummissjonati mill- kunsill innifsu dwar l-iżvilupp fis-sitwazzjoni dwar il-pensjonijiet, biex jistabilixxi l-possibiltà tal-qasma tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li qed titħallas illum, bejn dik il-parti li għandha tmur għall- pensjonijiet u dik li għandha tmur għall-kura tas-saħħa.", "Il-kunsill jagħraf l-importanza li l-ewwel nassiguraw il-pensjonijiet, pero jagħraf li l-kura tas-saħħa hi daqstant importanti u allura għandha tiġi salvagwardjata mil-lati kollha.", "Il-konklużjonijiet tal-kumitat tekniku għandu, wara li jiġi diskuss u aċċettat mill-kunsill by consensus, jgħaddi lill-kummissjoni nazzjonali tal- welfare biex teħodhom in konsiderazzjoni fid-deliberazzjonijiet tagħha.", "Miżuri", "Qegħdin inniedu miżuri biex naġġustaw xi sorsi ta' dħul għall-gvern u biex nilħqu l-miri li poġġejna quddiemna għas-snin li ġejjin.", "L-istrateġija hi mibnija fuq li:", "• Inħajru użu aħjar tar-riżorsi tagħna biex jonqos l-impatt negattiv fuq l- ambjent; • Inkomplu nħajru l-operaturi ekonomici biex jinvestu fejn jenħtieġlu l- pajjiż biex hekk noħolqu x-xogħol u l-ġid; • Ninċentivaw l-innovazzjoni biex nibqgħu niġġeneraw attività ekonomika ġdida ħalli nassiguraw il-ħolqien tax-xogħol u tal-ġid fil-ġejjieni; • Innaqqsu l-burokrazija u ma ntellfux lil min irid jaħdem u jħaddem; • Insaħħu u nifirxu l-edukazzjoni u l-kultura; • Inżidu l-konsum b'żieda akbar ta' flus fl-idejn biex hekk inżidu r-ritmu fl-ekonomija b'effett pożittiv fuq il-ħolqien tax-xogħol; • Inkomplu nassiguraw li ħadd ma jibqa' lura.", "Miżuri ta' dħul għall-Gvern", "Sigaretti", "Aktar kmieni s-sena li għaddiet kienet saret f'Malta l-World bank regional consultation on the economics of tobacco control.", "It-tema ta' dik il- konferenza kienet kif stajna nġibu flimkien kollaborazzjoni effettiva bejn l-oqsma tas-saħħa u dawk ekonomiċi sabiex ikun hemm aktar kontroll fuq il- konsum tat-tabakk u jnaqqas il-ħsara devastanti tat-tipjip.", "Illum kulħadd sar konxju ta' din il-ħsara u l-awtoritajiet kollha, kemm f'pajjiżna kif ukoll dawk f'pajjiżi oħra, qed jagħmlu l-almu tagħhom biex postijiet pubbliċi jżommuhom nodfa mit-tniġġis tat-tipjip.", "Minkejja dan, wieħed jitkexkex jaqra li f'Malta aktar minn 16% tat-tfajliet tagħna taħt l- 14-il sena, jiġifieri għadhom imorru l-iskola, u aktar minn 15% tas-subien fl-istess età diġà jpejpu.", "Tajjeb, għalhekk, li ngħollu t-tassazzjoni fuq it-tabakk bħala strument bil- ponta li jżid l-ispejjeż għal dawk li jpejpu ħafna biex iħajjruhom inaqqsu.", "• Se nżidu s-sisa fuq is-sigaretti biex, b'hekk, pakkett ta' l-20 king size jibda jinbiegħ Lm1.25c għall-konsumatur filwaqt li pakkett tal-20 standard size jibda jinbiegħ Lm1.10c.", "• Is-sisa fuq it-tabakk tal-brim titla' għal Lm22.25 kull kilogram.", "• Is-sisa fuq is-sigarri ssir Lm5 kull 1,000 sigarru.", "Taxxa ta' reġistrazzjoni u liċenzja għall-vetturi bil-mutur", "Se jkunu aġġustati ċerti rati ta' taxxa ta' reġistrazzjoni ta' vetturi kif ukoll xi kategoriji ta' liċenzji tat-triq għall-vetturi kif se ngħid:", "Karozzi tat-tlielaq", "L-isport tal-tlielaq tal-karozzi qed kulma jmur isir popolari bi tlielaq isiru kull nhar ta' Ħadd.", "Biex nirregolariżżaw il-qagħda ta' ħafna dilettanti u biex ngħinu f'dan l- isport qed innaqqsu r-rata tar-reġistrazzjoni tal-karozzi armati apposta għal 6.5% flok ir-rati ta' bejn 50.5% u 75% li hemm illum.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Naturalment, billi dawn il-karozzi, li jkunu armati apposta ma jinħarġux f'toroq pubbliċi ma titħallasx fuqhom il-liċenzja tat-triq.", "Karozzi antiki", "F'Malta qed jikber ukoll id-delizzju tal-kollezzjoni ta' vetturi antiki.", "Dawn ikunu preservati, restawrati u, f'ħafna każi jkunu misjuqa fit-toroq f'ċirkostanzi ta' esibizzjonijiet.", "Fl-1996, ir-rata tat-taxxa ta' reġistrazzjoni għal dawn il-vetturi konna niżżilnieha bejn 11% u 16.5% għal dawk b'aktar minn 50 sena fuqhom, iżda dawn l-istess vetturi, minkejja dak li gawdew minn dan ir-roħs ma' setgħux jintużaw fit-toroq.", "Il-vetturi kollha u muturi ċertifikati bħala klassiċi, vintage jew veterani awtentiċi, mill-1 ta' Jannar 2003 se jibdew jitħallsu għalihom dawn ir-rati ġodda:", "• vetturi manifatturati qabel 1 ta' Jannar 1951 iħallsu bejn il-11% u 16.5%: • vetturi manifatturati bejn l-1 ta' Jannar 1951 u l-31 ta' Diċembru 1970 iħallsu 50% tar-rata ta' reġistrazzjoni; • il-liċenzji tat-triq tal-istess vetturi titnaqqas bin-nofs.", "Dawn hawn madwar 400 minnhom.", "Dazji", "Fil-budgets li għamilna matul dawn l-erba' snin tal-gvern għamilna aġġustamenti fir-rati tad-dazju fuq oġġetti impurtati minn barra l-Ewropa.", "Dan kien meħtieġ wara li l-gvern ta' qabilna kellu jżid dawn id-dazji, għax hekk qaltlu l-Unjoni Ewropea, wara l-bidla bl-addoċċ li ġab fis-sistema ta' taxxi indiretti f'pajjiżna.", "Dan l-eżerċizzju se jġib miegħu xi tnaqqis ta' dazju fuq xi prodotti waqt li jogħla xi ftit fuq oħrajn.", "Levies", "Kif konna ħabbarna fl-1999 qegħdin inkomplu bit-tneħħija tal-levies.", "Mill-1 ta' Jannar tal-2003 se jitneħħew il-levies fuq il-prodotti kollha industrijali elenkati f'avviż legali 123 tal-1999.", "Fil-każ tal-għamara, dawn il-levies tneħħew f'Ottubru ta' din is-sena wara talba li saret mill- operaturi nfushom lill-gvern.", "Il-levies fil-qasam agrikolu u agro-industrijali se jiġu aġġustati bi ftit matul is-sena d-dieħla.", "Dan, iżda, m'għandu jkollu l-ebda impatt fuq il- prodotti Maltin.", "Income Tax tal-barranin", "F'Jannar 1988 kienet tħabbret skema li biha barranin jagħżlu residenza permanenti f'Malta taħt ċertu kundizzjonijiet.", "Dawn, kien impost fuqhom minimu ta' flus li riedu jġibu Malta u li kien ta' Lm6,000 fis-sena għalihom u Lm1,000 fis-sena għal kull persuna oħra dipendenti minnhom.", "Dawk, taħt din l-iskema, iħallsu taxxa ta' 15% fuq il-flus li jġibu f'Malta sakemm din ma tkunx anqas minn Lm1,000 fis-sena.", "Din ir-rata qatt ma ntmesset u jidhrilna li wasal iż-żmien li nirrevedu l- iskema biex, waqt li nkomplu nuru li dawn il-barranin għadhom milqugħa ħafna fostna, fl-istess ħin naġġornaw is-sistema skond l-esperjenzi li tatna f'dawn l-aħħar 14-il sena u naġġornaw l-ammonti skond iż-żminijiet.", "Il-minimu ta' flus li dawn jenħtieġu jġibu Malta se jibqa' l-istess.", "It- taxxa se tibqa' titħallas b'rata ta' 15% ta' dak li jġibu Malta.", "Għal finijiet ta' dan il-kalkolu ta' taxxa, il-minimu se jitla' għal Lm12,000 mingħajr ebda tnaqqis u jkun ikopri l-membri tal-familja kollha.", "VAT", "Negozjati mal-kummissjoni Ewropea għadhom għaddejjin ukoll dwar l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-ikel, mediċinali u pubblikazzjonijiet.", "Se nagħmlu xi tibdil biex inqarbu l-liġi tal-VAT tagħna ma' l-acquis communautaire tal-Unjoni Ewropea.", "Ħlas tal-VAT fid-Dwana", "Malli Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea bħala membru sħiħ, il-VAT fuq prodotti taxxabbli impurtati f'Malta minn pajjiżi membri fl-Unjoni mhux se tibqa' tinġabar mid-dwana kif qed isir illum.", "F'każ ta' oġġetti impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri, il-proċedura tibqa' kif inhi llum.", "Fil-każ ta' prodotti taxxabbli għall-bejgħ, il-VAT tinġabar u tgħaddi lid- dipartiment meta n-negozjant ikun għamel il-bejgħ f'dak il-perijodu ta' taxxa.", "Dan kollu se jkun ta' benefiċċju dirett għal kulmin jimporta mill-Unjoni Ewropea għax se jitħaffulu l-proċeduri ta' mili ta' formoli u l-ħtieġa li d- dwana teżamina l-prodotti impurtati.", "Barra dan, l-impurtatur se jkollu l- likwidità tiegħu aġevolata u l-ispejjeż amministrattivi mnaqqsa.", "VAT fis-Settur Turistiku", "Il-VAT fis-settur turistiku se tibqa' bir-rata ta' 5% fuq l-akkomodazzjoni kif inhi llum.", "VAT fuq l-Elettriku", "Mill-ewwel ta' Jannar 2003, il-konsum tad-dawl li llum jinsab exempt without credit se jkun suġġett għall-VAT b'rata ta' 5%.", "Iżda, bħalma għamilna f'każijiet oħra, il-kontijiet tad-dawl m'humiex se jiżdiedu għall- konsumatur b'din it-taxxa għaliex il-piż tagħha se terfgħu kollu l- Enemalta.", "VAT fuq il-gass mibjugħ f'ċilindri", "Il-gass mibjugħ f'ċilindri se jkun suġġett għall-VAT ta' 15% li wkoll se tiġi assorbita kollha mill-Enemalta u mhux se jkollha effett fuq il-prezz għall-konsumatur.", "Din il-miżura għandha sservi wkoll biex issolvi l-problema li llum għandhom id-distributuri ta' dan il-prodott.", "Billi dawn iż-żewġ miżuri mhux se jżidu l-prezzijiet, allura l-VAT relattiva mhux se tkun tista' tintalab min-negozji fis-sistema ta' rifużjoni.", "VAT fuq tagħlim kulturali", "Bil-għan li jkompli jippromwovi t-tixrid kulturali fost il-poplu, il-gvern issa qiegħed jeżenta mill-ħlas tat-VAT it-tagħlim tal-ballet u tal-mużika.", "Għalhekk, mill-1 ta' Jannar 2003, dawn l-attivitajiet se jkunu eżenti mingħajr kreditu bħal fil-każ ta' attivitajiet edukattivi.", "Reviżjoni tal-penali imposta mid-Dipartimenti tal-VAT u tat-Taxxi Nterni", "Hu ta' sodisfazzjoni kbir naraw li f'pajjiżna lħaqna livelli għolja ta' compliance f'dak li hu s-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-VAT u tat- taxxa fuq id-dħul kif ukoll il-ħlas dovut fuqhom fil-ħin.", "Anke din is-sena lħaqna l-livell ta' 93% ta' compliance għall-VAT u 92% ta' compliance fil- każ tat-taxxa fuq id-dħul.", "Dan hu prova li l-Maltin ma jiddarrsux mid-dixxipplina meta tkun applikata b'mod ġust.", "Wara diskussjoni fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, qbilna li wasal iż-żmien li nirrivedu s-sistema ta' penalijiet u interessi li qed nużaw illum waqt li nisperaw li dan ma jnaqqas xejn mid-dixxiplina li għandna.", "Penalijiet", "Il-liġijiet tat-taxxa li għandna llum jipprovdu għal sistema awtomatika ta' penalijiet amministrattivi fid-dipartimenti tal-VAT u tat-taxxi interni li tiskatta ma' l-ewwel nuqqas li jsir.", "Din is-sistema se tiġi mibdula sabiex dawk li normalment iħarsu l-liġi iżda li, f'ċirkostanzi mhux normali, jonqsu li jwettqu l-obligazzjonijiet tagħhom skond il-liġi, f'ċerti każi ma jiġux penalizzati mill-ewwel imma jingħataw twiddiba.", "Meta n-nuqqas jirrepeti ruħu, allura jiskattaw il-penali skond il-liġi.", "Penali fuq it-Taxxa tal-Boll", "Se nbiddlu l-proċeduri dwar il-penalijiet marbuta ma' diskrepanzi bejn il- valur tal-propjeta' kif dikjarat fil-kuntratt u dak determinat mill- kummissarju tat-taxxi interni.", "Din il-penali li llum hi għaxar darbiet aktar tal-boll affetwat se titnaqqas għad-doppju tal-istess boll affetwat.", "Din il-penali terġa' tonqos gradwalment kemm il-darba titħallas fi żmien qasir.", "Bilanċi tal-VAT 1995 u tas-CET", "Fl-istess waqt, se jittieħdu miżuri oħra, din id-darba amministrattivi, li bihom taxpayers ikunu f'qagħda aħjar li jħallsu l-bilanċi tagħhom taħt il- VAT 1995 u taħt is-CET.", "Dawn il-miżuri, li se jolqtu madwar 15,000 kont u li bejniethom itellgħu ammont globali ta' Lm4.6 miljun f'penalijiet, jaħsbu biex proprju jnaqqsu dawn il-penalijiet għal ammonti aktar raġonevoli fil- qafas tal-liġi.", "Dan it-tnaqqis se jsir fuq skala ta' perċentwali marbuta mat-tul ta' żmien li fih jintrabat li jħallas min għandu jagħti.", "Dawn il- miżuri ma jkunux japplikaw għall-imgħaxijiet dovuti fuq ħlas ta' taxxa.", "Taxxa Proviżorja", "Fil-każ tat-taxxa proviżorja fuq dħul taxxabbli, s'issa, jekk ażjenda tagħmel profitt li ma kenitx tistenna fl-aħħar tas-sena u għalhekk ma tkunx iddikjaratu għall-fini tat-taxxa proviżorja ta' April u ta' Awissu, teħel penali u l-interessi li jinħadmu fuq is-sena sħiħa.", "Se jsir tibdil f'din il-proċedura biex b'hekk f'każ li l-profitti jkunu tabilħaqq saru fl-aħħar erba' xhur tas-sena, u ma jkunux profitti staġjonali li soltu jsiru, il- penali u l-imgħaxijiet jinħadmu fuq erba' xhur u mhux fuq 12-il xahar.", "Rifużjoni tal-VAT", "Qegħdin nilqgħu suġġeriment ieħor li sar fl-MCESD biex, fil-każ tal-VAT, ir- rifużjoni ta' taxxa li jkollha titħallas lill-kumpaniji li jipprovdu prodotti u servizzi li ma jiġbdux VAT, se tiħallas f'erba' xhur flok f'ħames xhur fl-2003 u fi tliet xhur minflok f'erba' xhur fis-sena 2004.", "Dan jgħin il-likwidità tal-ażjendi konċernati.", "Miżuri favur l-Ambjent", "Karozzi li jaħdmu bl-elettriku", "Fil-budget ta' sentejn ilu konna niżżilna t-taxxa ta' reġistrazzjoni għall- karozzi li jaħdmu b'enerġija alternattiva u għall-muturi li jaħdmu bil- batterija.", "Matul dawn is-sentejn, filwaqt li r-rata għal karozzi b'sistemi hybrid, jiġifieri, li jaħdmu kemm bil-petrol u kemm bil-batterija, tibqa' tkun ta' 16.5%, karozzi li jaħdmu biss b'sistema elettrika mhux ser titħallas ebda taxxa ta' reġistrazzjoni fuqhom.", "Għall-ħames snin li ġejjin, għall-karozzi li jaħdmu biss b'sistema elettrika, qegħdin inneħħu wkoll il-ħlas biex dawn jidħlu l-Belt Valletta.", "Prodotti li huma favur l-ambjent", "Ikun tajjeb li nħajru l-użu ta' prodotti li jagħfsu l-anqas fuq l-ambjent jew minħabba l-effiċjenza tagħhom jew għax huma degradeable jew għax huma prodotti ta' sistema ta' riċiklaġġ.", "Għalhekk, id-dazju fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti se jonqos kif se ngħid:", "• Karta riċiklata u karta li hi bleach free se jinżlu għal 0%; • Degradeable refuse bags minn 8.4% għal 6.5%; • Boroż tax-xiri li huma magħmula mill-karta u kartun riċiklat minn 6.0% għal 3.7%; u • Bozoz li jnaqqsu l-konsum minn 4.9% għal 2.7%.", "Liċenzja ta' triq għal battery-operated mopeds", "Biex inkomplu nuru l-impenn tal-gvern li jħajjar aktar nies jużaw meżżi ta' trasport li jniġġsu anqas l-ambjent, qed inneħħu l-ħlas tal-liċenzja ta' triq kif ukoll it-taxxa ta' reġistrazzjoni għal mopeds li jaħdmu bil- batteriji.", "Inċentivi biex jiġi rranġat bini li kien reġistrat taħt l-Iskema ta' Reġistrazzjoni Volontarja għall-Belt, Floriana u Kottonera", "Waqt li l-medja nazzjonali ta' djar vojta u fi stat imħarbat hi ta' 6% tal- postijiet abitabbli, il-persentaġġ tagħhom fl-Isla u f'Bormla jitla' għal 11%, dak fil-Belt Valletta u l-Birgu jitla' għal 26%, filwaqt li dak fil- Furjana jitla' għal 15%.", "Aktar kmieni din is-sena il-gvern kien nieda skema ta' reġistrazzjoni volontarja li taħtha applikant beda jgawdi minn ħlas anqas ta' reġistrazzjoni.", "Is-sidien ta' dawn il-postijiet fil-Belt, Floriana, u l-Kottonera ġew mitluba jirreġistraw din il-proprjetà u r-reġistru ta' l-artijiet irċieva 2,248 applikazzjoni.", "Biex inħajru lil dawn jirrinovaw il-bini tagħhom, se nniedu skema li taħtha, jingħata lura l-ammont li jitħallas ekwivalenti għall-VAT.", "Din l-iskema tapplika biss għal xogħol li jirrekjedi permess għall-iżvilupp (full development permit) mill-awtorità dwar l-ambjent u l- ippjanar.", "Aktar dettalji jitħabbru 'l quddiem.", "Miżuri favur l-intraprenditorija", "Intrapriżi Żgħar", "Fl-aħħar budget nidejna miżuri biex inħaffu l-amministrazzjoni għas-self- employed u kumpaniji żgħar.", "Dawn kienu:", "• in-nefqa li negozji żgħar jagħmlu fuq l-informatika tkun imnaqqsa mill- qligħ fl-istess sena;", "• eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul fuq qligħ li jsir fis-snin 2002 sa 2004 f'każijiet fejn dan il-qligħ ikun investit fi proġetti ġodda, f'xiri ta' makkinarju, eċċ. li jgħin biex ikabbar u jiżviluppa n-negozju ;", "• negozji żgħar jibdew jieħdu l-ħlas lura tal-VAT fi żmien 30 jum mid-data tad-dikjarazzjoni tagħhom sakemm din tintbagħat fil-ħin.", "Dawn il-miżuri saru għal negozji żgħar u self-employed li jħaddmu medja ta' ħamsa minn nies u li t-turnover tagħhom ma jkunx aktar minn Lm100,000.", "Qegħdin nilqgħu s-suġġeriment diskuss fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali biex din l-iskema tinfetaħ aktar.", "Ma naħsbux li għalissa nistgħu nagħmlu dan għall-ażjendi kollha, iżda, mill- 1 ta' Jannar li jmiss, dawn il-miżuri li se jkunu japplikaw wkoll għal ażjendi li jħaddmu medja ta' ħamsa minn nies u li t-turnover tagħhom ma jkunx aktar minn Lm250,000.", "Aċċess għal sistemi ta' informatika", "Se nagħmlu skemi ta' għajnuna biex dawk li jaħdmu għal rashom ikollhom aċċess sħiħ għas-sistemi ta' informatika li jagħmilielhom aktar faċli jikkomunikaw ma' dipartimenti u entijiet oħra tal-gvern.", "Permezz ta' eżenzjoni ta' drittijiet li jistgħu jkunu dovuti, u ta' taħrig b'xejn fl- użu ta' dawn is-sistemi, se nħajru lis-self-employed jagħmlu użu akbar minn dawn il-faċilitajiet li għandhom jaqduhom aħjar u mingħajr telf ta' żmien għalihom.", "Biex inħeġġu lil min jinvesti fir-riċerka", "Se nżidu d-dritt li kull intrapriża għandha għall-iskopijiet tat-taxxa fuq id-dħul li żżid l-ispejjeż li tagħmel fuq xogħol ta' riċerka u żvilupp bl- iskop li jinħolqu jew jitjiebu l-prodotti, il-proċessi, il-materjal u kull tagħmir ieħor.", "Il-lum, l-imprenditur huwa intitolat li jżid it-tnaqqis ta' dawn l-ispejjeż b'20%.", "Din iż-żieda se tiżdied għal 50% u, għalhekk, għal kull spiża ta' Lm100 huwa se jkun jista' jnaqqas Lm150 mid-dħul taxxabbli tiegħu.", "Proċeduri biex jitnaqqsu kawżi quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar", "Id-dipartiment tat-taxxi interni ilu jeżiġi li, fost oħrajn, biex kumpanija ddawwar kreditu f'bad debt iridu jkunu ttieħdu proċeduri legali u jkun hemm sentenza ta' qorti.", "Dan qed iwassal għal ħafna kawżi quddiem it-tribunal għal talbiet zgħar li, l-iskop primarju tagħhom, mhuwiex biss biex jinġabru l-krediti favur dawk li għandhom jieħdu iżda biex jakkwistaw mingħand il- qorti digriet ta' bad debt.", "Minn analisi tal-kawżi li telgħu quddiem it-tribunal bejn Jannar 2001 u Ġunju ta' din is-sena rriżulta li:", "• 77% tal-kawżi saru minn kumpaniji, u li • 66% tat-talbiet kienu taħt il-Lm500, u • 13% oħra kienu bejn Lm501 u Lm750.", "Għaldaqstant, se nipproponu riforma biex jeħfiefu l-proċeduri dwar kif kumpaniji jistgħu idawru krediti għal bad debts mingħajr il-ħtieġa li jitilgħu quddiem it-tribunal.", "Din ir-riforma, li d-dettalji tagħha jitħabbru aktar 'il quddiem, se tkun marbuta b'ċerti kundizzjonijiet li, waqt li jonqsu l-ispejjeż għal min hu fin-negozju, jiżguraw li ma jsir l- ebda abbuż minnha.", "Miżuri biex inneħħu x-xkiel tal-Kontroll tal-Kambju", "Il-programm ta' liberaliżżazzjoni tal-kontroll tal-kambju se jkompli matul is-sena d-dieħla.", "Wara li fis-snin li għaddew neħħejna l-kontroll fuq it- transazzjonijiet medium u long-term, matul is-sena d-dieħla se nneħħu, b'mod gradwali, il-biċċa l-kbira tal-kontrolli li baqa'.", "Il-kontrolli li se jibqa', u li jirrigwardaw xi transazzjonijiet kapitali short-term, jitneħħew hekk kif Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea fl-2004.", "Hekk, niżguraw li ma nkunux esposti għal xi movimenti kapitali volatili li jistgħu jiddistabbilliżżawna.", "Fl-1 ta' Diċembru li ġej, il-Bank Ċentrali għandu jħabbar il-miżuri li se jittieħdu mill-1 ta' Jannar 2003.", "Matul is-sena jitħabbru miżuri oħra.", "Il- Bank Ċentrali jħabbar dawn il-miżuri xahar qabel ma jidħlu fis-seħħ.", "Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jżidu l-ammonti li ċittadini Maltin jistgħu jibagħtu jew jinvestu f'munita barranija, u li jagħti iżjed flessibilita' lin-negozju f'Malta li jaħdem f'munita barranija.", "Issa li wasalna f'dan l-istadju fil-proċess ta' liberaliżżazzjoni tal- kontroll tal-kambju, se nneħħu l-liġi li teżisti llum, jiġifieri, l-att dwar il-kontroll tal-kambju, u minflokha nagħmlu liġi oħra.", "Dan se jkun att dwar it-transazzjonijiet tal-kambju li għandu jipprovdi l- infrastruttura meħtieġa biex ikun hemm liberaliżżazzjoni sħiħa waqt li tagħti lill-ministru tal-finanzi l-awtorità li jintroduċi miżuri u kontrolli f'każ ta' kriżi fil-bilanċ ta' pagamenti.", "Miżuri biex ħadd ma jibqa' lura", "Fil-limitu tal-mezzi li għandna, irridu nkomplu ntejbu l-ħajja ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn.", "Qegħdin nieħdu miżuri li għandhom ikunu ta' fejda u li għandhom ineħħu xi anomaliji li jeżistu fis-sistemi li nħaddmu.", "Test tal-Mezzi Kapitali", "Is-sena l-oħra, għamilna miżura li biha dawk li kienu intitolati għal pensjoni ta' l-età taħt l-iskema mhux kontributorja, kellhom it-test tal- mezzi kapitali miżjud minn Lm4,000 għal Lm6,000 f'każ ta' persuna waħedha, u minn Lm7,000 għal Lm10,000 f'każ ta' koppja miżżewwġa.", "Issa se nagħmlu din l-istess miżura applikabbli wkoll fil-każ tat-test tal-mezzi kapitali għal dawk li jirċievu l-għajnuna soċjali, l-għajnuna medika, u l-pensjoni għall-wens.", "Titjib tal-Għajnuna Supplimentari", "Biex nagħtu palata lil dawk li għandhom l-anqas dħul, qed nirrivedu l- iskema ta' l-għajnuna supplimentari biex mhux biss ikun hemm aktar nies li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna iżda wkoll jiżdied l-ammont li jirċievi kulmin hu ntitolat.", "Għaldaqstant, b'effett mill-1 ta' Jannar li ġej, id-dħul eliġibbli għall- għajnuna supplimentari fil-każ ta' koppja miżżewġa se jitla' minn Lm3770, kif inhu llum, għal Lm4200.", "Għal dawk li jgħixu weħidhom, il-livell ta' eliġibilità se jibqa' Lm3270.", "Hekk koppji miżżewġa li jaqilgħu bejn it- Lm3770 u l-Lm4200 se jkunu ntitolati li jibdew jirċievu dan il-benefiċċju.", "Qed nikkalkolaw li madwar 1,900 ruħ se jkunu eliġibbli ġodda f'din l-iskema ta' benefiċċju li japplika l-iktar għall-pensjonanti u dawk bi dħul aktar baxx.", "Il-livelli li fuqhom jinħadem il-benefiċċju, jiġifieri Lm10270 għal każ ta' koppja miżżewġa u Lm8270 fil-każ ta' dawk li jgħixu weħidhom ukoll se jibqgħu l-istess.", "Se jinbidlu r-rati perċentwali li huma applikati fuq id- differenza bejn dawn il-livelli u d-dħul ta' l-individwu.", "Ir-rati li se jintużaw fil-kalkoli se jiżdiedu.", "Fil-każ ta' koppja miżżewġa dawn se jitilgħu minn 1.5% għal 1.75% u fil-każ ta' persuna weħidha, ir-rata se titla' minn 1% għal 1.25%.", "Il-livell minimu ta' dħul applikat fil-kalkolu se jibqa' Lm2220 għal kulħadd.", "Din għandha tibbenefika lil madwar 27,000 ruħ.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Din hija xhieda oħra ta' solidarjetà soċjali li l-Gvern tal-lum mhux biss jippriedka iżda wkoll jipprattika l-aktar ma' dawk fil-bżonn u li allura jistgħu jibqgħu lura.", "Ħlas għall-manteniment ta' l-ulied f'każijiet ta' separazzjoni", "Is-sena l-oħra konna daħħalna miżura li kienet tikkonċerna l-ħlas ta' manteniment f'każ ta' koppji separati bi ftehim bonarju bejn il-partijiet.", "Dan ma kienx jolqot il-mod kif ikun intaxxat il-ħlas li jsir għall- manteniment ta' l-ulied.", "Skond il-liġi tat-taxxa fuq id-dħul, dan il-ħlas ma jistax jitnaqqas mid-dħul ta' min ikun qed iħallas filwaqt li l-istess ammont huwa taxxabbli f'idejn il-parti l-oħra li tirċevi l-pagament.", "Għalhekk, mis-sena d-dieħla, se ndaħħlu miżura oħra biex dik il-parti li tirċievi l-pagament għall-manteniment rigward it-tfal, ma tibqax tkun aktar intaxxata fuq dan id-dħul.", "Żieda fiċ-Children's Allowance għal dawk bi tlett itfal jew aktar", "Lil dawk li għandhom tlett itfal jew aktar u li jibbenefikaw miċ-children's allowance, se nżidu r-rati li bihom jinħadem dan il-benefiċċju.", "Hekk ir- rata ta' dawk bi tlett itfal se tiżdied minn 11.5% għal 12%, dawk li għandhom erbat itfal ir-rata se tiżdidilhom minn 13% għal 14% u għal min għandu tfal aktar minn erbgħa, ir-rata tibqa' tiżdied bi 2% minflok b'1.5%.", "Din il-miżura se jibbenefikaw minnha aktar minn 4,400 familja li se jiżdidilhom il-benefiċċju b'medja ta' Lm1 fil-ġimgħa.", "Proċeduri ġodda fil-ħdim tat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta' arretrati f'pensjonijiet", "Wara l-laqgħa li kellna ma' l-alleanza ta' l-għaqdiet tal-pensjonanti, qbilna fuq il-mod li bih għandna nagħmlu l-bidla fil-liġi tat-taxxa fuq id- dħul biex arretrati ta' taxxa dovuta fuq reviżjoni ta' pensjoni jiġu mifruxa fuq is-snin rispettivi tad-dħul li fihom kienu dovuti.", "Għaldaqstant, dan se japplika:", "• għall-arretrati kollha mħallsa wara l-ewwel ta' Jannar 2003, sakemm dawn ma jmorrux lura qabel l-1999.", "F'dan il-każ l-arretrati dovuti qabel dik is-sena jingħaddu mad-dħul ta' l-1999 għal fini tat-taxxa.", "• għall-arretrati mħallsa bejn l-1999 u l-2002, sakemm dawn ikunu dovuti b'riżultat ta' żbalji fil-kalkoli tal-pensjoni li jkun għamel xi dipartiment governattiv.", "Żieda lill-pensjonanti għall-għoli tal-ħajja", "Fil-programm elettorali tal-gvern erba' snin ilu konna wegħedna li nfasslu indiċi ġdid għall-għoli tal-ħajja apposta għall-pensjonanti li jkun jirrifletti x-xejra tal-infiq li jagħmlu l-pensjonanti.", "Mill-istudji li saru ġie stabbilit li x-xejriet fl-infiq ta' pensjonant huma differenti minn dawk ta' wieħed li għadu jaħdem u li forsi għadu jtella' familja.", "Hekk ħareġ li, familji ta' pensjonanti jonfqu aktar jew 64% tad-dħul tagħhom fl-ikel, f'kura personali, u fil-ħarsien ta' saħħithom.", "Fl-istess ħin jonfqu anqas jew 46% tad-dħul tagħhom fuq ħwejjeġ tad-dar, trasport, edukazzjoni, divertiment, u rikreazzjoni.", "Għal dan il-għan, sar kalkolu bbażat fuq ir-rata ta' inflazzjoni tul l- aħħar 12-il xahar kif din laqtet familji ta' pensjonanti li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-Lm55 fil-ġimgħa.", "Dan id-dħul jirrappreżenta l-medja tad-dħul ta' familji ta' pensjonanti.", "Meta tapplika l-indiċi tal-prezzijiet maħdum fuq ix-xejriet ta' nfiq ta' familji ta' pensjonanti kif għadni kif semmejt, iż-żieda fin-nefqa kull ġimgħa tammonta għal Lm1.27.", "Għalhekk, mill-ewwel Sibt ta' Jannar 2003, il-pensjonanti se jibdew jingħataw l-ammont kollu taż-żieda li tirriżulta mill-indiċi tal-prezzijiet maħduma għalihom.", "Dan minflok iż-żewġ terzi taż-żieda għall-għoli tal- ħajja li tirriżulta mill-indiċi ġenerali.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hekk, iż-żieda li jibdew jieħdu l-pensjonanti tkun tirrifletti aħjar l- għoli tal-ħajja kif jolqot lilhom.", "B'riżultat ta' dan, fl-2003, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti se tkun ta' Lm66.04 minflok ta' Lm60.67 kif kienu jieħdu bil-kalkoli ta' qabel.", "Dan ifisser żieda ta' 9%.", "Se nammendaw l-iskedi tal-liġi tas-sigurtà soċjali, biex iż-żieda li tirriżulta mill-indiċi tal-prezzijiet maħdum għalihom, li għadni kif semmejt, tkun riflessa fir-rata tal-pensjoni taż-żewġ terzi, u tas- superstiti, tal-pensjoni għal min jirtira, tal-pensjoni għall-invalidita', tal-pensjoni għar-romol, kif ukoll fir-rata li titħallas lil persuna weħidha fil-pensjoni minima nazzjonali, fir-rata li tiħallas lil persuna weħidha fil-pensjoni ta' l-età.", "Dan hu żvilupp ieħor importanti fil-qasam tal-benefiċċji soċjali f'pajjiżna.", "Ġustizzja mal-Assistenti Soċjali Każwali", "Il-gern diġa' ħa l-miżuri li kien hemm bżonn biex isewwi l-inġustizzji li kienu jeżistu għal kategoriji ta' ħaddiema fosthom il-ħaddiema impressed u dawk li jaħdmu taħt l-iskema tal-awżiljarji.", "L-asistenti sċjali kżwali huma kategorija oħra ta' ħaddiema li qed jagħtu servizz lill-anzjani ta' pajjiżna u li sal-um huma kunsidrati ma' dawk li jaħdmu għal rashom.", "Dan ifisser li dawk li jaħdmu għal aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa ma jgawdux mill-benefiċċji ta' btali, sick leave, u bonus, fost oħrajn.", "Għaldaqstant, wasal iż-żmien biex is-635 asistent sċjali kżwali jsir part- time bid-drittijiet kollha li ttihom il-liġi tax-xogħol.", "Fl-istess ħin, se tittieħed din l-opportunita' biex jidħlu sistemi ta' xogħol li jtejbu s- servizz lill-anzjani u b'hekk din il-miżura tħalli l-impatt mixtieq ukoll fuq dawk l-eluf ta' anzjani li jirċievu dan is-servizz.", "Mis-sena d-dieħla, qed nipprovdu ammont addizzjonali fl-estimi taħt l- iskema tal-home help sabiex tkun tista' titwettaq din il-miżura.", "Għajnuna finanzjarja lill-ġenituri bi tfal taħt l-età ta' sentejn li jattendu Child Day Care Centres", "Waħda mill-miri ewlenin ta' dan il-gvern tibqa' dik li jżid ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-mara Maltija fil-ħolqien tal-ġid għaliha u għall- pajjiż.", "Dan inwettquh permezz ta' miżuri li jagħtu appoġġ lill-familja.", "Se nniedu skema ġdida ta' sussidju fuq ħlas li l-ġenituri jagħmlu għas- servizz ta' ħarsien ta' wliedhom żgħar matul il-jum.", "Din l-iskema hi maħsuba għal dawk in-nisa bi tfal taħt it-tliet snin, li jaħdmu u jħallu lil uliedhom fil-ħarsien matul il-jum f'care centre liċenzjat.", "Din l- għajnuna tingħata skond il-mezzi tal-familja.", "Flimkien ma' din l-iskema, il-gvern se joħloq qafas regolatorju bil-għan li jiżgura li s-servizz mogħti f'dawn il-child day care centres jilħaq l- livell xieraq.", "Biex jagħti bidu għal din l-iskema, il-gvern qed jalloka s-somma ta' Lm100,000 għas-sena li ġejja.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Miżuri favur dawk li jħallsu t-taxxi", "Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti", "Biex inħaffu aktar il-piż fuq dawk li jixtru darhom, se nżidu l-valur suġġett għar-ratà ta' 3.5% għal Lm30,000 flok Lm20,000 kif inhu llum.", "Hekk, persuna li tkun tixtri proprjeta' bħala residenza tagħha se tkompli tiffranka Lm150 oħra f'boll.", "Se nibdlu ukoll it-trattament ta' propjetà li tkun trasferita bejn membri ta' l-istess familja.", "Dan il-valur issa se jkun il-valur tal-proprjetà wara li minnha tneħħi l- element ta' profitt skond is-suq.", "Waqt li s'issa, skond il-liġi, id-dipartiment dejjem insista li f'kull każ il-valur ta' proprjetà trasferita li fuqha jitħallas il-boll għandu jkun il- prezz tas-suq se jkun imnaqqas bl-element ta' profitt fuq proprjetà simili viċendi fis-suq.", "Tassazzjoni tal-bdiewa li jkabbru ħaxix u frott.", "Il-bdiewa se jibdew igawdu minn skemi ta' għajnuna biex nassigurawlhom livell ta' għixien tajjeb.", "Se nieħdu wkoll miżuri biex is-sistema tat- taxxa fuq id-dħul għall-bdiewa li jkabbru ħaxix u frott nissimplifikawha u nnaqsuha.", "Skond l-istatistika li pprovdew il-bdiewa stess fl-aħħar ċensiment jirriżulta li l-ispejjeż li dawn għandhom fix-xogħol tagħhom jammontaw għal medja ta' 20% tal-valur tal-prodott li jbigħu.", "Dawn l-ispejjeż jinkludu pagi, żrieragħ, pestiċidi, fuels, diprezzament ta' makkinarju, u spejjeż oħra anċillari.", "Bħala l-ewwel pass f'riforma tat-taxxa fuq id-dħul għall-biedja, mill-1 ta' Jannar 2003, id-dipartiment tat-taxxa se jibda' jqis, b'mod awtomatiku, li l-ispejjeż tal-bidwi jkun ta' 40% tal-valur tal-prodott, jew id-doppju ta' kemm jirriżulta miċ-ċensiment.", "Dan ifisser li minn kull Lm100 li jbigħ qed jiġi stmat li d-dħul għall-bidwi jkun ta' Lm60.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawk li l-ispejjeż tagħhom huma anqas minn hekk m'hemmx għalfejn juru kotba u karti lid-dipartiment, ħlief tal-bejgħ li jagħmlu.", "Dawk li l-ispejjeż tagħhom ikun aktar minn hekk, jistgħu jaħdmu l-qligħ tagħhom fuq l-ispejjeż attwali basta dawn ikunu kkolaborati minn irċevuti jew dokumenti oħra.", "Taxxa fuq id-Dħul", "Fil-budget tas-sena l-oħra konna għedna li issa, li qegħdin nilħqu l-miri tagħna, se nibdew innaqqsu xi ftit mill-piż li għafas fuq dawk li l-aktar serraħħna fuqhom f'dawn is-sentejn.", "Dakinhar konna aġġustajna r-rati tat- taxxa fuq id-dħul biex dawk il-koppji li jagħmlu dikjarazzjoni flimkien setgħu jiffrankaw sa Lm145 taxxa.", "Din is-sena se nagħmlu pass ieħor akbar minn tas-sena l-oħra.", "Wara diskussjoni fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, qbilna li, l-faxxi tat-taxxa fuq id-dħul għandhom jerġgħu jinfetħu minn tlieta għal ħamsa.", "Għall-miżżewgin li jagħmlu dikjarazzjoni flimkien, qed inżidu l-ammont li fuqu ma titħallasx taxxa minn Lm4,100 għall-Lm4,300.", "Qegħdin indaħħlu skema ġdida ta' faxxi fuq ħames livelli, u hekk, fuq dħul minn Lm4,301 sa Lm6,000 jitħallas 15%, fuq dħul minn Lm6,001 sa Lm7,250 jitħallas 20%, fuq dħul minn Lm7,251 sa Lm 8,500 jitħallas 25%, fuq dħul minn Lm8,501 sa Lm10,000 jitħallas 30% u fuq dħul fuq l-Lm10,000 jitħallas 35%.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Għal dawk li jagħmlu dikjarazzjoni separata, kif ukoll għal dawk weħidhom qed inżidu l-ammont li fuqu ma titħallasx taxxa minn Lm3,000 għall-Lm3,100.", "Anke hawn il-faxxi ta' rati ta' taxxa se jkunu ħamsa.", "Fuq dħul minn Lm3,101 sa Lm4,100 jitħallas 15%, fuq dħul minn Lm4,101 sa Lm5000 jitħallas 20%, fuq dħul minn Lm5,001 sa Lm6,000 jitħallas 25%, fuq dħul minn Lm6,001 sa Lm6,750 jitħallas 30%, u fuq dħul fuq Lm6,750 jithallas 35%.", "Dan kollu jfisser li l-miżżewġin li jagħmlu dikjarazzjoni flimkien jistgħu jiffrankaw sa Lm187 taxxa fis-sena waqt li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni separata jistgħu jiffrankaw sa Lm108 fis-sena.", "It-tabella nru 23 li nitlob llil-Kamra tieħu b'moqrija, turi kemm tiġi ffrankata taxxa f'livelli differenti ta' dħul.", "(Ara Anness \"AB\" - Tabella Nru 23)", "Hu kkalkulat li din il-miżura se tnaqqas id-dħul tal-gvern b'Lm7 miljun.", "Għeluq", "Mr Speaker, lil kull ċittadin Malti u Għawdxi ngħidulu li lil pajjiżna saħħaħnieh.", "Saħħaħnieh biex inti tgħix aħjar.", "Saħħaħnieh biex nitħeġġu mill-viżjoni ġdida li hi tant qrib li ssir realtà, biex il-poplu tagħna, ta' llum u l-ġenerazzjonijiet li jmiss, ikomplu jgħollu l-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Saħħaħnih biex ikollna l-forza niffaċċjaw l-isfidi u nisfruttaw l- opportunitatjiet li qed jinbtu l-ħin kollu madwarna.", "Erba' snin ilu ħadna pajjiż, li kien tilef il-fiduċja fih innifsu.", "It- tmexxija, wirt ta' dawk tal-qedem, kienet dgħajfa u dâbet u ħalliet lill- poplu mifxul, iffriżat u mingħajr direzzjoni.", "F'dawn l-erba' snin erġajna tajna l-ħajja lil pajjiżna.", "Il-poplu Malti reġa' beda jaħdem għax għandu quddiemu triq imfassla tajjeb.", "Il-poplu Malti mhux ġifa li ma jaffrontax sidru għall-isfidi li jiffaċċjawh.", "Il- poplu Malti għandu almu kbir li jaf jisfrutta l-opportunitajiet kollha li jiġu quddiemu.", "Saħħaħna pajjiżna biex, mhux biss ħadd ma jibqa' lura, imma biex Pajjiżna ma jibqax lura.", "Għax jekk pajjiżna jibqa' lura, kulħadd se jibqa' lura..", "Pajjiżna ma jibqax lura bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax fl-Ewropa niggarantixxu aċċess akbar għas- swieq li għandna llum u għal oħrajn li se jinfetħu f'daqqa malli nidħlu.", "Dan hu l-bażi ta' aktar investiment u garanzija ta' futur sod b'impjiegi u pagi aħjar għalina u għal uliedna.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax fl-Ewropa niggarantixxu l-aqwa livelli f'kollox: fl-ambjent, fit-toroq, fl-isptarijiet, fl-iskejjel, fis-servizzi pubbliċi u privati, fl-għajnuna soċjali, fis-sigurtà fuq il-post tax- xogħol.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax fl-Ewropa niggarantixxu l-aqwa u l-itjeb prodotti bl-aħjar prezzijiet.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax fl-Ewropa niggarantixxu ħajja fil-paċi u fis- sigurtà.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax fl-Ewropa niggarantixxu li pajjiżna jikseb is- saħħa li jkollu sehem sħiħ fid-deċiżjonijiet li jolqtuna.", "Pajjiżna ma jibqax lura għax kull Malti u Għawdxi se jikseb is-saħħa li f'pajjiżu ħadd ma jikkalpestah.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aħna lesti biex lil pajjiżna ndaħħluh mill-bieb li nfetaħ beraħ għalina u jieħu l-post li jixraqlu, impar ma' wħud mill-aqwa pajjiżi tad-dinja.", "F'idejna ċ-ċavetta għall-futur ta' uliedna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Budget 2003;", "Estimi Finanzjarji 2003;", "Economic Survey (January-September 2002);", "Proklama Nru VIII ta' l-2002 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra; u", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru tal-Finanzi għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-impjegati tat-televiżjoni u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TA' L-ESTIMI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\" ikun moqri l-Ewwel Darba?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 26 ta' Novembru, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2002-2003.", "Infakkar lill-Kamra li dan id-dibattitu jinfirex fuq żewġ seduti bil-vot jittieħed fit-tieni seduta u l-ħin jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 2002 – 2003 – Kontinwazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 26 ta' Novembru, 2002 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fit-8.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 301 tat-12 ta' Novembru 2002.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - ATTI OXXENI FIL-PUBBLIKU", "35966.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Billi fi Ġnien il-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Gzira ta' kuljum bil- lejl qegħdin isiru atti oxxeni fil-pubbliku, jista` l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija din is-sena f'dan il-post?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel disa` xhur ta` din is- sena tressqu quddiem il-qorti 23 persuna fuq akkużi ta` tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni fl-inħawi tal-Gżira.", "Barra dan kien hemm każ ta` persuna li tressqet il-qorti fuq akkuża kontra l-pudur fil-ġnien imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Infurmat ukoll li l-pulizija qed tagħmel ronda fl- inħawi sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi.", "PULIZIJA – TAPPING TA' TELEFONS", "35967.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba huwa awtorizza ttappjar ta' telefons mis-servizz sigriet din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari 8273.", "HOUSING UNITS", "35968.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm illum hawn housing units okkupati u kemm huwa maħsub li huma vojta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ebda dipartiment jew entita` li taqa' taħt id- dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "NURSES", "35969.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn nurses illum?", "Kemm qed jaħdmu mal-gvern u kemm mal-privat?", "Kemm minn dawn huma barranin u mil-liema pajjiż ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li n-numru ta' nurses irreġistrati man-nursing and midwifery board huwa ta' 4941.", "Mad-diviżjoni tas-saħħa hemm jaħdmu 1371 infermier.", "In-numru ta' infermiera barranin li qegħdin jaħdmu ma' din id-diviżjoni huwa 41 u dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi:", "Albania; Australia; Bosnia; Bulgaria; Finland; Germany; Ghana; India; Macedonia; Nigeria; Pakistan; Philippines; Poland; Russia; Slovakia; Jugoslavia and United Kingdom.", "Din id-diviżjoni m'hiex f'qagħda li tagħti nformazzjoni dwar infermiera li qiegħdin jaħdmu ġewwa sptarijiet jew kliniċi privati.", "GĦALLIEM - STUDENTA BARRANIJA", "36462.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ta' l-iskola li isimha qed jidher separatament għamlux rapport dwar attakk mingħajr provokazzjoni li sar fuq għalliem minn studenta barranija nhar it-Tlieta 22 ta' Ottubru?", "Jistgħu uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni jitolbu rapport dwar dak li ġara u jekk ma tteħdux passi għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li t-tagħrif mitlub jinġabar biex nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - GĦALLIEMA", "36463.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid sarux xi spezzjonijiet fl-iskejjel li jgħallmu l- Ingliż bejn Ġunju u Settembru biex jiġi żgurat li l-għalliema kollha għandhom il-kwalifiki meħtieġa?", "F'liema skejjel saru u meta?", "L-uffiċjali edukattivi ngħataw iċ-ċans li jaraw id-dokumenti kollha li talbu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Mejju 2002 sat-30 ta' Settembru 2002, iċ-chairman tat-TEFL Monitoring Board żar l-iskejjel liċenzjati kollha li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Matul dawn iż-żjajjar iċ-chairman kien ikun akkumpanjat minn xi membru tal- bord, u fejn instabu xi nuqqasijiet inġibdet l-attenzjoni tal-kap ta' l- iskola kkonċernata, sabiex dawn jirranġaw.", "Ir-rapport li sar fuq kull skola separatament wara kull żjara ntbgħat lill-iskejjel konċernati.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "36464.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid isirx xi screening speċjali meta jidħlu immigranti llegali biex jiġi żgurat li fosthom m'hemmx terroristi jew kriminali magħrufa?", "Jekk fl-affermattiv kif isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hekk kif tkun stabbilita l- identita` tal-persuna li tkun daħlet Malta illegalment, il-pulizija tagħmel il-verifiki meħtieġa.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "36465.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Minbarra affarijiet bażiċi li jingħataw lill-immigranti llegali, jista' il-Ministru jgħid jekk dawk li jdumu hawn jingħatawx xi tagħlim basiku per eżempju ta' l-Ingliż biex ikun jista' jgħinhom jekk it-talba tagħhom tintlaqa'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma jingħatax tagħlim kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Pero` fil-futur qarib it-tfal se jingħataw opportunita` jattendu l-iskola.", "Dan il-pjan qed jinħadem mill-illegal immigrants steering committee li twaqqaf fi ħdan il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent fit-12 ta` Awissu li għadda.", "Dal-kumitat hu magħmul minn rappreżentanti ta` NGOs u dipartimenti tal-gvern.", "IMMIGRANTI LLEGALI", "36466.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa huma kkunsidrati ukoll bħala immigranti llegali?", "X'inhi l-ikbar u l-iżgħar eta` tagħhom?", "X'qed isir biex dawn it-tfal jkunu jistgħu jitgħallmu x'ħaġa u jingħataw xi ħaġa biex ikunu jistgħu jilagħbu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fost il-persuni li qed jinżammu mill-awtoritajiet tas-sigurta` minħabba li daħlu Malta llegalment, hemm 110 li huma tfal.", "L-iżgħar fosthom hija tarbija li twieldet Malta ftit tal- jiem ilu u l-akbar hija ta` 16-il sena.", "Infurmat ukoll li għalkemm fil- preżent dawn għadhom mhux qed jingħataw tagħlim, qed isiru arranġamenti sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola.", "Dawn it-tfal ġew mogħtija diversi ġugarelli kemm minn għaqdiet kif ukoll mill-pubbliku.", "SKEJJEL SEKONDARJI", "36467.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi tħejjijiet qed isiru fl-iskejjel sekondarji biex minn qabel ma jaslu studenti b'diżabilita` jibda jinħoloq ambjent inklussiv u l-għalliema jiġu preparati biex jiżviluppaw mentalita` u mġiba inklussiva?", "X'xogħol qed isir biex jiġri l-istess fost l-istudenti u x'qed isir biex l-istudenti b'diżabilita` jkunu ltaqgħu mal-facilitator tagħhom minn qabel tibda s-sena skolastika biex isiru jafu lil xulxin biex jiġu evitati trawmi bla bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni waqfet proċeduri għat-transizzjoni ta' studenti mill-iskejjel primarji għal dawk sekondarji skond id-dokument \"inclusive education - policy regarding students with a disability\".", "Isiru \"mapping an action plan sessions\" (MAPS) għall-istudenti kollha fuq bażi individwali fis-sitt sena ta' l-iskejjel primarji li jkunu se jibdew jattendu skola sekondarja fis-sena segwenti.", "F'dawn il-MAPS jieħdu sehem l- għalliema, facilitators, nies professjonali u l-amministrazzjoni ta' l- iskola.", "Dawn ifasslu rapport li jingħata lill-istatementing moderating panel, li min-naħa tiegħu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet lid-dipartiment ta' l-operat li għandu d-dritt jieħu d-deċiżjoni finali.", "L-għalliema ta' l-iskejjel sekondarji jieħdu taħriġ billi jattendu korsijiet INSET li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni torganizza f'Lulju u Settembru ta' kull sena.", "Minbarra dan, l-iskejjel, b'inizjattiva individwali jaħgmlu użu mill-istaff development meetings li jsiru kull tliet xhur, b'dan il-għan.", "L-istudenti fi skejjel sekondarji llum draw is-sistema inklussiva billi ilhom is-snin jitgħallmu ma' tfal b'diżabilita` fl-iskejjel primarji.", "Meta jkun possibbli, l-istudenti b'diżabilita` jiltaqgħu mal-facilitators tagħhom qabel tibda s-sena skolastika.", "COMMON AGRICULTURAL POLICY - SPECIAL SAFEGUARDS", "36805.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza mistoqsija parlamentari numru 36535 jista' il-Ministru għallinqas jinfurmani liema huma dawk l-ispecial safeguards li Malta qed toġġezzjona li taċċetta li tkun konformi magħhom wara s-sħubija ta' pajjiżna fl-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nifhimx għaliex l-Onor.", "Interpellant qed jitlob din l-informazzjoni meta ilu tant żmien jipprova jagħti l-impressjoni li jaf b'dak kollu li qed ikun negozjat ma' l-UE.", "M'Għandi xejn xi nzid ma dak kollu li għidt diversi drabi f'risposti simili.", "VERDALA - ĦLASIJIET PENDENTI", "36846.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-pagi pendenti li għandhom jieħdu l-ħaddiema ta' l-ex lukanda Verdala, li dwarhom ressaqt diversi mistoqsijiet, jista' il- Ministru jinfurmani bl-iżviluppi u cioe' meta se jsiru l-ħlasijiet dovuti mill-MDC skond l-arranġamenti li kienu saru u li jmorru lura għall-1983?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 30755.", "MOSTA – TRIQ IL-KBIRA – CULVERTS TA' L-ILMA", "36847.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-ilmenti tiegħi f'isem ir-residenti ta' Triq il-Kbira l-Mosta fil-parti tan-naħa ta' Ta' Qali , jista' il-Ministru jinfurmani x' kienu r-raġunijiet li l-culverts ta' l-ilma tax-xita f'din it- Triq ma sarux matul dawn l-aħħar erba' snin?", "Inħarġet tender tax- xogħlijiet u jekk le, jista' jara li toħroġ immedjatament ħalli dawn ir- residenti ma jkomplux joħorġu kull meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-proġett biex tiġi eliminata l- problema ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira hu pjanat li jitwettaq mill- kunsill.", "Min-naħa tiegħu d-direttorat għat-toroq ħa ħsieb li jara li l- easements li jridu jsiru biex il-culvert tkun tista' tinbeda fil-fatt isiru.", "Minbarra hekk naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li Triq il- Kbira l-Mosta ilha mibnija ferm iktar minn erba' snin.", "WIED IL-FIDDIEN - ĦOFRA FIT-TRIQ", "36849.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinvestiga l-ħofra li żviluppat f'nofs it-triq fejn Wied Tal-Fiddien limiti tar-Rabat peress li tindika li hemm xi mina żgħira għall-aċċess ta' l-ilma li xpakkat?", "Jista' il-Ministru jinfurmani fid-dettall u forsi anke jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti li jindikaw minn fejn jinsab għaddej il-kanal li nkixef minħabba din it-toqba fit-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għalkemm il-ħofra li żviluppat fit-triq imsemmija hija fil-konfini tal-kunsilli lokali, saret spezzjoni fuq il-post u tqiegħdu road barriers bil-flushers biex ma jkunx hemm periklu.", "Sadanittant, ħaddiema mit-taqsima tax-xogħlijiet marru fuq is-sit imsemmi u għamlu x-xogħol neċessarju.", "ACRYLAMIDE - LIVELLI FL-IKEL", "36850.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34638 jista' l-Ministru jaġġornani dwar il- kwestjoni tal-livelli aċċettabbli ta' acrylamide?", "It-tfal huma safe jew hemm xi etajiet li jridu jiġu osservati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-kummissjoni dwar is-sigurta` fl-ikel qed tkompli ssegwi l-iżviluppi f'dan il-każ, b'mod partikolari l- istudji li qed isiru fi ħdan l-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa (WHO) u l- awtorita` Ewropea dwar is-sigurta` fl-ikel (EFSA).", "Bl-informazzjoni li teżisti bħalissa, wieħed ma jistax jasal għal konklużjoni dwar livelli aċċettabbli ta` acrylamide.", "MELLIEĦA - DAWL FIT-TOROQ", "36901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li fil-fatt tinxtegħel triq il-Birwina l-Mellieħa peress li twaħħlu l-bozoz u għadha ma nxtegħlitx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li x-xogħol li kien meħtieġ tlesta u fil-fatt it-triq imsemmija tinsab mixgħula.", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - BDIL TA' UNIFORMI", "36950.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36672?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għal misotqsija palramentari 36854 ta' l-istess Onor. Membru.", "XOGĦOL FUQ PROĠETTI - ĦLAS MIŻMUM", "36951.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36675?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-verifiki għadhom għaddejjin u r- risposta tingħata f'seduta oħra.", "MALTA RACING CLUB - PROĠETT", "36952.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36678?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-breakdown ta' l-ispejjeż involuti fil- proġett ta' l-entratura tal-Marsa hija kif se nsemmi:", "|Xogħol |Ammont | | |Lm | |Concrete Works |1,660.50 | |Concretor |917.49 | |Breaking and |2,926.58 | |excavation works| | |Construction |14,172.14 | |works | | |Manholes |626.91 | |Floor an wall |1,455.75 | |tiles | | |Mild steel |450.00 | |railing | | |Electical and |2,908.50 | |Plumbing | | |Aluminium |509.00 | |apertures | | |External works |47,249.19 | |Variations |3,269.55 | |VAT |421.83 |", "MALTA RACING CLUB - ARRETRATI LID-DIPARTIMENT TAL-VAT", "36953.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36679?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-arretrati li kienu dovuti lid- dipartiment tal-VAT kienu jammontaw għal Lm1861.63.", "Dawn kienu mqassmin hekk:", "Mill-1 ta' Marzu 2000 sal-31 ta' Mejju 2000 - Lm 919.58", "Mill-1 ta' Ġunju 2000 sal-31 ta' Awissu 2000 - Lm1012.33", "Return sa' l-aħħar ta' Settembru 2000 - Lm (70.28)", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TQASSIM TA' SIRINGI", "36954.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm inħarġu siringi b'xejn minn kull ċentru tas-saħħa separatament din is-sena s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu miċ- ċentri tas-saħħa din is-sena:", "|FLORIANA |53,806 | |QORMI |34,162 | |GŻIRA |62,690 | |PAOLA |114,380 | |MOSTA |51,105 | |RABAT |7,317 | |COSPICUA |12,500 | |LUQA |20,200 | |B'KARA |21,200 |", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TQASSIM TA' SIRINGI", "36955.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid meta jingħataw siring b'xejn isirux xi kalkoli kemm minn dawn jingħataw lil min jabbuża mid-droga?", "Kemm huwa kkalkulat li jingħataw lil min isofri mid-diabete jew xi marda oħra li għaliha jridu jużaw siringi?", "Jista' jagħti l-figuri għal din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jinżamm rekord ta` kemm jitqassmu siringi fiċ- ċentri tas-saħħa u fl-ispiżeriji.", "Dawn huma in-numru ta` siringi li tqassmu lil dawk li jabbużaw mid-droga din is-sena:", "|XAH|FLO|QOR|GŻI|PAO|COS|MOS|RABA| |AR |R |MI |RA |LA |P |TA |T | |Jan|190|714|302|380|800|131|581 | |nar|0 | |5 |0 | |9 | | |Fra|159|781|311|338|700|131|265 | |r |0 | |5 |0 | |5 | | |Mar|200|724|331|420|700|184|589 | |zu |0 | |0 |0 | |3 | | |Apr|190|995|321|420|130|206|778 | |il |0 | |5 |0 |0 |3 | | |Mej|150|164|330|500|170|202|921 | |ju |0 |8 |0 |0 |0 |5 | | |Ġun|390|136|331|530|900|172|811 | |ju |0 |5 |0 |0 | |6 | | |Lul|430|166|333|560|190|137|944 | |ju |0 |9 |0 |0 |0 |3 | | |Awi|480|132|332|640|140|222|841 | |ssu|0 |8 |5 |0 |0 |8 | | |Set|323|131|333|560|150|129|759 | |t |2 |3 |5 |0 |0 |1 | | |Ott|348|138|322|490|160|127|828 | | |4 |5 |5 |0 |0 |2 | |", "Is-siringi li tqassmu fl-ispiżeriji tal-gvern għan-nies li jbatu mid- dijabete mill-1 ta` Jannar sal-lum huma:", "|SPIŻERIJA |Ammont | | |Lm | |GŻIRA |30,200 | |QORMI |22,240 | |FLORIANA |25,200 | |LUQA |20,200 | |MOSTA |34,650 | |B'KARA |21,200 | |PAOLA |66,000 |", "HOUSING- XOGĦOL FUQ BLOKK FLATS", "37024.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-lift ta' block A4, Ta' Xbiex HE, minħabba l-problema ta' l-ilmijiet li feġġet fix-shaft tal-lift?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-lift shaft fil-post indikat qed jitkompla minkejja l-problema msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab infurmat ukoll li, wara li ġie kkonfermat li l-ilma mhux ġej minn katusi fil-blokk, il-problema se tiġi ndirizzata billi tiġi stallata pompa fix-shaft biex l-ilma li jinġabar jitneħħa.", "HOUSING- AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "37025.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid tistax tingħata attenzjoni lill-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li l-applikazzjoni tagħha ġiet acknowledged nhar il- 1 ta' Novembru ta' din is-sena mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u li nħarġitilha riċevuta proviżjora sakemm jinħarġilha ir-reference number?", "Jista' dan il-każ jingħata prijorita` minħabba raġunijiet mediċi u umanitarji on file?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li l-każ qed jiġi nvestigat u kkunsidrat.", "TARXIEN - TRIQ JOSEPH BURLO` - SLEEPING POLICEMAN", "37026.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jixtarr il-possibbilita` li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo`, Tarxien minħabba l-ispeed eċċessiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- awtorita' dwar it-trasport biex tikkunsidra x' l-aħjar li jsir.", "PAOLA – TRIQ NINU CREMONA - TINDIF TA' PLOT", "37027.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Paola (quddiem iċ- ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li wara spezzjoni li saret fil-post indikat, għalkemm ma rriżultax li hemm akkumulu ta` materjal organiku iżda akkumulu ta` xi materjal tal-bini, xorta saru tentattivi sabiex jinstab is- sid ta` din il-biċċa art.", "S'issa minn investigazzjonijiet, anke mal- ġirien, għadu ma ġiex identifikat min hu s-sid.", "Dan id-dipartiment se jibqa` jinvestiga l-każ.Rigward il-ġrieden, ħaddiema mis-sezzjoni tal-pest control, fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa pubblika, għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lok indikat fil-21 ta` Novembru 2002.", "Il-problema se tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.", "ENEMALTA – TARXIEN – DWAL", "37028.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fit-tarf ta' Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f'Ħal Tarxien, eżatt fejn hemm entratura ta' għexieren ta' garages u fejn allura hemm dlam ċappa.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill- ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fil-post imsemmi hemm dawl adekwat.", "LOCAL PLANS", "37029.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkunu lesti l-local plans għan- naħa t'isfel ta' Malta partikolarment fl-inħawi ta' Ħaż-Żabbar?", "Jikkonferma l-Ministru li m'għadhiex reali id-data ta' l-aħħar ta' din is- sena kif kien imħabbar aktar qabel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hu maħsub li l-pjan lokali għan-nofsinhar ta` Malta joħroġ għal konsultazzjoni pubblika għal ħabta ta` Marzu 2003.", "ENEMALTA – WIED IL-GĦAJN – DWAL", "37030.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara li ssir imqar bozza oħra fi Triq l-Arżell, Wied il-Għajn għax din it-triq minkejja li hi kollha abitata għadha mudlama ħafna?", "Jista' l-Ministru jinformani x'inhi r-raġuni li s'issa minkejja diversi talbiet l-Enemalta baqgħet qatt ma għamlet imqar bozza oħra f'din it-triq.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.", "MALTA UNIVERSITY SERVICES - KONSULENTI", "37031.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il- Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali mis-settur pubbliku li jaħdmu bħala konsulenti mal-Malta university services fil-qasam ta' studju ambjentali u environmental impact assessments rispettivament.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Malta university services toffri konsulenza f'diversi oqsma, u sabiex twettaq din il-ħidma tirrikorri għal esperti sabiex tkun tista' tagħti l-aħjar servizz possibli.", "F'din l-aħħar sena l-MUS talbet is-servizzi ta' konsulenza minn tliet persuni li huma uffiċjali fis-settur pubbliku.", "Din il-konsulenza ingħatat fl-oqsma ta' (i) l-agrokoltura, (ii) saħħa ambjentali u (iii) maniġġjar ta' l-iskart.", "MEPA – I.T. SECTION", "37032.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid min awtorizza lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fi ħdan il-MEPA, biex jagħti struzzjonijiet lill-IT Section biex jittappjaw ċerti ndividwi u ħaddiema tal-MEPA u jiċċekkjawlhom l-e-mails tagħhom.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fuq rapport anonimu minn persuna li ddikjara li hu missier ta` persuna impjegata fi ħdan il-MEPA u li semma li ċerti persuni speċifiċi kienu qed jibagħtu e-mails b`kontenut li joffendi l- morali pubblika, il-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant personalment iċċekkja e-mails ta` dawn in-nies u irriżulta li kien hemm min kien bagħat materjal li seta` jiġi ikkunsidrat offensiv.", "In-nies involuti ġew mogħtija warning skond il-provvedimenti dixxiplinarji ta' l-awtorita`.", "Dan bl-ebda mod ma jista` jiġi kkunsidrat bħala tapping kif allegat mill- Onor. Interpellant.", "SHIPYARD PRIVATA - DISPERSANT GĦAL KONTRA Ż-ŻEJT", "37033.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk hux veru li shipyard privata kienet ingħatat kuntratt dirett ta' eluf ta' liri mingħajr ma nħareġ tender biex jiġi maħżun id- dispersant għal kontra ż-żejt u dan baqa' fis-seħħ sal-lum?", "X'passi dixxiplinarji ttieħdu u x'passi oħra tttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward?", "Kemm ilu li skada dan id-dispersant?", "Veru li l-poplu kien qed iħallas għall-ħażna ta' dispersant skadut?", "X'ġara minn dan id- dispersant u jekk intrema fejn ġie mitfugħ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.", "DJAR TAL-GVERN", "37045.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' djar tal- gvern li issa s-sidien tagħhom irritormaw iċ-ċwievet lura lid-dipartiment mill-1999 sal-lum sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "DJAR - SKEMI TA' L-AWTORITA` TAD-DJAR - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "37049.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-aktar ammont ta' finanzi li ngħataw il-familji li ħadu dar bl-iskema ta' l-awtorita' tad- djar b'kull skema?", "X'kien l-inqas ammont?", "Jista' jagħti din l- informazzjoni mill-1999 sal-lum sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull familja li tibbenefika minn dar/appartament/maisonette mingħand l-awtorita` tad- djar ma tingħatax għotja finanzjarja iżda tingħata sussidju li jammonta għal 33% tal-prezz kummerċjali tal-fond akkwistat.", "Dawn il-familji jingħataw ukoll sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax skond id-dħul tagħhom.", "Min ma jeħux self issussidjat jingħata 10% discount fuq il-prezz sussidjat.", "Mis-sena 1999 sal-lum, l-awtorita' tad-djar tat is-segwenti sussidji fuq il-prezz kummerċjali ta' fondi:", "1999.", "Lm 1,233,064", "2000.", "Lm 649,509", "2001 Lm 623,526", "2002 Lm 1,545,901", "Barra mill-appartamenti li tibni l-awtorita' tad-djar sabiex jinbiegħu bi press sussidjat, mis-sena 1999 l-awtorita' bniet appartamenti sabiex dawn jiġu trasferiti lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex jingħataw b'titolu ta' kera lill-persuni fuq il-lista tad-dipartiment li m'għandhomx il-meżżi neċessarji biex jixtru appartament/maisonette bi prezz sussidjat.", "S'issa l-awtorita' tad-djar għaddiet lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali 150 appartament biex jingħataw b'titolu ta' kera.", "SERVIZZI ĊIVILI - FRIŻA FUQ L-ARRETRATI", "37050.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk hux minnu li ffriża l-arretrati ta' tlett snin tal- ħaddiema tal-gvern?", "X'inhi r-raġuni ta' dan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellanti li l-gvern ma ffriża ebda arretrati tal-ħaddiema tal-gvern.", "FGURA - ŻABBAR ROAD – TISWIJA TA' BANKINA", "37051.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li tissewwa bankina quddiem familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li ħafna mill- pedestrians qed ikunu f'riskju li jweġġgħu, u qed iżomm ħafna ilma fiha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-bankina indikata mill-Onor.", "Interpellanti hija responsabbilta' tal-kunsill lokali u għalhekk l-awtorita' dwar it-trasport għaddiet l-informazzjoni lill-kunsill.", "REĠISTRU TA' L-ARTJIET – ĦADDIEMA", "37052.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk impjegati tar-reġistru ta' l- artijiet humiex jaħdmu xogħol overtime ma' l-uffiċċju tal-Valletta Rehabilitation Project?", "Kif saret id-deċiżjoni sabiex isir dan l-overtime meta dawn iż-żewġ dipartimenti huma fir-responsabbilita` ta' ministri differenti?", "B'liema mod ġew magħżula l-persuni għal dan l-overtime meta ma nħarġet l- ebda ċirkolari għal dan ix-xogħol bħalma nħarġet ċirkolari fil-każ ta' l- identity cards?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li nies tekniċi mir-reġistru ta` l- artijiet qed iħejju l-pjanti ta` proprjeta` in konnessjoni ma` skema ta` reġistrazzjoni volontarja ta` proprjeta` fil-Belt, Floriana, Birgu, Bormla u Isla.", "Din l-iskema kienet imnedija bħala proġett, bi sħab, bejn ir- reġistru ta` l-artijiet u l-Valletta Rehabilition Project.", "SISTEMA G.I.S.", "37053.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għall-istallazjoni tas-sistema GIS fid- diviżjoni tax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti qegħdin japplikaw din is-sistema?", "Min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fuq din is-sistema?", "Sar overtime fuq dan ix-xogħol u jekk fl-affermattiv kemm sar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li s-sistema tal-G.I.S. qed titħaddem fil-unit tar-restawr fi ħdan id-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni u fil-preżent hemm żewġ persuni li qegħdin jaħdmu fuq din is- sistema.", "B'kollox saru 120 siegħa overtime f'perijodu ta' tliet xhur u nofs, matul is-sajf li għadda.", "PRIVATIZZAZZJONI - LAND REGISTRY CERTIFICATION SYSTEM", "37054.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex is-sistema tal- land registry certification system tiġi privatizzata?", "Jekk fl-affermattiv din is-sistema se titħaddem mill-kumpanija Eureka?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma hemm ebda pjan li l-land registry certification system tiġi privatizzata.", "ALE - NASSABA", "37055.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni liċenzjati bħala nassaba qegħdin jiġu konfrontati mill-ALE għas-sempliċi raġuni li jkollhom persuni ħbieb tagħhom fil-kumpanija tagħhom waqt li jkunu qegħdin jonsbu fid-dura tagħhom?", "Għaliex meta persuna liċenzjata tħalli l-post ta' l-insib tagħha għal ftit minuti, qiegħda tiġi konfrontata mill-ALE, il-persuna li tħalli għassa minflokha u f'każi ġew ikkonfiskati x-xbieki kif ukoll l-għasafar?", "Kemm kien hemm każijiet bħal dawn f'din l-aħħar sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li skond ir-regolamenti ta` l-1993 dwar il-ħarsien ta` l-għasafar u tal-fenek selvaġġ, hija meħtieġa liċenzja sabiex wieħed jonsob.", "Parti mid-dmir u dover tat-taqsima ta' l- administrative law enforcement tal-korp tal-pulizija huwa li tara li dawn ir-regolamenti jiġu osservati.", "Huwa għalhekk li membri ta` din it-taqsima jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun qed isir l-insib u fejn ikun il-każ tieħu l- passi skond il-liġi.", "Infurmat ukoll li matul din is-sena kien hemm 14-il persuna li tressqu l-qorti akkużati li kienu qed jonsbu mingħajr liċenzja.", "SELF - XIRI TA' MAISONETTES", "37056.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-każ ta' persuna li tkun ħadet self mingħajr sussidju għal xiri ta' maisonette tal- gvern minħabba li ma tkunx tibbenefika għax ikollha paga li taqbeż il- limitu, f'każ li ċ-ċirkostanzi tal-persuna jinbidlu u l-paga tonqsilha b'mod li tiġi tibbenefika, tista' din il-persuna tapplika għal sussidju fuq is-self tal-loan wara li jkun sar il-kuntratt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- benefiċċjarji li jixtru maisonette jew appartament li d-dħul annwali tagħhom jaqbeż Lm6,000 fis-sena ma jingħatawx sussidju fuq self.", "Il- benefiċċjarji jerġgħu jiġu assessjati wara l-ewwel ħames snin imbagħad wara kull tliet snin.", "Jekk id-dħul tagħhom ikun inqas minn Lm6,000 huma jkunu ntitolati għal sussidju fuq is-self skond it-tabella ndikata fl-avviż legali relattiv.", "BARRANIN JAĦDMU F'MALTA", "37057.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni barranin li nstabu jaħdmu Malta u tkeċċew minn pajjiżna fl-aħħar erba' snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|1998 |1999 |2000 |2001 |2002*| |40 |47 |53 |29 |14 |", "*sal-31.10.02", "INFIQ TA' FLUS - EMBELLISHMENT PROJECTS", "37058.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq embellishment projects f'areas turistiċi mill-1999 sal-lum, kull sena u kull lokalita' separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 34084 (Seduta 755), inżid mgħid li n-nefqa għas-sena 2002 (sa l-aħħar ta' Ottubru) hija kif ġej:", "| |Lm | |Sliema |239,952| |San Ġiljan |351,736| |Buġibba/Qawr|2,034 | |a | | |Marsascala |9,663 | |Birżebbuġia |17,001 | |Marsaxlokk |16,506 | |Xgħajra |500 |", "BARRANIN JAĦDMU MALTA LLEGALMENT", "37059.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'organizzazzjoni teżisti bħala administrative law enforcement sabiex iffittxu ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu llegalment f'Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lill-Kamra x'kooperazzjoni hemm bejn id-dipartiment ta' l-immigrazzjoni, il-pulizija u l-ETC sabiex dawk li m'għandhomx dritt jaħdmu Malta u qegħdin jieħdu ħobż il-Maltin jiġu mfittxija bl-akbar mod intensiv u jitkeċċew mill-pajjiż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minbarra r-raids li l-pulizija tagħmel minn żmien għal żmien, membri mit-taqsima ta` l-immigrazzjoni, regolarment jassistu lil enforcement officers ta` l-ETC fi spezzjonijiet fuq lantijiet tax-xogħol għal persuni ta` nazzjonalita` barranija li jistgħu jkunu qed jaħdmu llegalment.", "MEPA - TRANSFER TA' ĦADDIEMA", "37060.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm il-MPO milli tagħti l-approvazzjoni tagħha sabiex persuni li kienu fis-servizz ċivili li ġew trasferiti għal MEPA u f'din l-azjenda jista' jkunu żejda, ma jiġux trasferiti mill-ġdid f'dipartiment li hemm verament bżonnhom minħabba l-ispeċjalita` tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Talbiet li jsiru minn ħaddiema li huma detailed ma' awtoritajiet jew korporazzjonijiet għal trasfiment lura fis- servizz pubbliku jigu kkunsidrati fuq il-meriti tagħhom u skond il- ħtigijiet tas-servizz.", "CULVERTS - INFIQ TA' FLUS", "37061.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għal bini ta' culverts mill-1999 sal-lum kull sena separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mill-1999 sa l-2002 (21 ta' Novembru 2002) intefqu dawn il-flus għal bini ta' culverts:", "|SENA |NEFQA | | |Lm | | 1999 | 41,204 | | 2000 |102,591 | | 2001 | 57,938 | | 2002 | 4,825 |", "FGURA - TRIQ IL-KARMELITANI - TISWIJA", "37067.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li triq il-Karmelitani Fgura il-parti ta' fuq ta' ħdejn il-knisja tingħata t-tarmac wara li dan l- aħħar saru xi xogħlijiet u tħaffir fiha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma taf l-Onor.", "Interpellanti, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru tirriferi l-mistoqsija tagħha lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirriferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "DIPLOMA NURSING - TRASPORT", "37069.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36904 u cioe` jara li jiġi pprovdut trasport għall-istudenti li l-eta` tagħhom tibda minn 17-il sena u li qed jieħdu d-diploma nursing first year, u li parti mit-tagħlim se jkun prattika fl-isptar bħala nursing practice (jibda 2 ta' Diċembru) u jispiċċaw f'ħinijiet diffiċli ġieli tard f'nofs il-lejl, u oħrajn jibdew fis-6:00a.m. fejn dak il-ħin it-trasport ma jkunx provdut?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn din is-sena l-amministrazzjoni ta' l- IHC dehrilha li għandu jiżdied shift ieħor meta jkun qed isir il-prattiku fil-wards sabiex l-istudenti jinqasmu fi gruppi żgħar, u dan għall-ġid ta' l-istudenti nfushom, tal-pazjenti u tal-lecturers.", "Qatt ma kienet il- prattika fl-universita` in ġenerali, jew fl-IHC b'mod partikolari, li tipprovdi trasport lill-istudenti.", "Meta nħasset il-ħtieġa li jkun organizzat it-trasport minħabba diffikulta` ta' ħinijiet, dan sar fuq inizjattiva ta' l-istudenti nfushom.", "DISCOS – STORBJU", "37077.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'rIferenza għal mistoqisja parlamentari 37000, jista' il-Ministru jikkonsidra li fil-ħruġ ta' permessi għal-discos ikun hemm il-kundizzjoni dwar kemm għandu jkun għoli l-volum tal-mużika biex ma tagħmilx ħsara awdita lil dawk preżenti u ma tkunx ta' l-istess ħsara u ta' inkonvenjenza għal min ikun fil-viċinanza?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li l-kriterji stabbiliti mill- awtorita' tat-turiżmu jitfasslu wara konsultazzjoni ma' l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar u jieħdu in kunsiderazzjoni l-volum tal- mużika biex ma tagħmilx ħsara jew tikkaġuna nkonvenjent għall-ġirien.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KIRI TA' SITI", "37078.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36913 id-dipartiment ta' l-artijiet jaċċetta l-fatt li prorjreta` pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta' kirja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta' l-artijiet ma jaċċettax il-fatt li proprjeta` pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta` kirja.", "Minn investigazzjoni li għamel id-dipartiment ta' l-artijiet jirriżulta li fi Sqaq Manoel u fi Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ, il-kunsill lokali għamel xogħol ta` embellishment u qiegħed jieħu ħsiebu.", "Fi Triq il-Poeta Nazzjonali, is-sid tal-Paradott Wedding Hall għamel xogħol ta` embellishment fit-traffic island ta` quddiemu u qiegħed jieħu ħsiebha.", "Dan ta` l-aħħar ġie mitlub jagħmel it-talba tiegħu sabiex jingħata permess.", "Ma naħsibx li dan ifisser li b`daqshekk xi ħadd minn dawn qiegħed jamministra proprjeta` pubblika mingħajr ebda titolu.", "VALLETTA – GĦELUQ TA' BIEB FORTI SANT'IERMU", "37079.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jingħalaq il-bieb tal-Forti Sant'Iermu, il-Belt sabiex jonqsu l-abbużi li allegatament qegħdin isiru hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-bieb li jagħti għal parti t`isfel tal-Forti Sant`Iermu jinżamm miftuħ, peress li jintuża kontinwament minn nies li għandhom permess mid-dipartiment tal-kultura biex jokkupaw il-forti biex jibnu l-floats tal-karnival.", "Infurmat ukoll li d-dħul għal dik il-parti tal-forti li qiegħda f`idejn il- pulizija jkun ikkontrollat minn membru tal-korp.", "FURJANA - LATRINA PUBBLIKA", "37080.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-latrina pubblika fix- xagħra tal-Furjana terġa' tinfetaħ?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat peress li l-xagħra tal-Furjana li fiha tinsab il-latrina pubblika ma taqax fil-kompetenza tal-kunsill lokali.", "GŻIRA - TRIQ MANCHE` - DWAL", "37081.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Tista' l-korporazzjoni enemalta tieħu passi biex quddiem 50 C, Manche` Str, Gżira titwaħħal bozza li ddawwal aktar minn dik li hemm bħalissa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lampa msemmija hija fir-responsabbilta' tal-kunsill lokali tal-Gżira u għaldaqstant it-talba għandha ssir lilu.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "37082.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għall-housing case no. 13879 dwar il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ li ilu pendenti madwar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li l-każ tagħhom qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn bħalu.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI LI JITTIEĦDU GĦALL-VISTI", "37083.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi ġejt informat li pazjenti li jittieħdu l-isptar għall-visti minn speċjalisti b'ambulanza ma jitħallewx jiġu akkumpanjati mill-qraba, jaf il-Ministru li ħafna drabi min m'għandux karozza privata qed ikollu jikri taxi biex ikun jista' jiġi akkumpanjat mill-familjari tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-pazjenti li jittieħdu l-isptar għall- visti b'ambulanza jistgħu jiġu akkumpanjati minn persuna waħda biss.", "GŻIRA - TRASPORT PUBBLIKU", "37084.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti li residenti tal- Gżira jsibuha ferm diffiċli biex jirkbu l-karozza tal-linja, speċjalment bejn id-9:30 a.m. u l-11:00 a.m. għax invarjabbilment ikunu mimlija bil- passiġġieri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-awtorita' dwar it-trasport ta' Malta għandha pjan li jsir survey sabiex jiġu nvestigati dawn l-ilmenti.", "ENEMALTA - ASSISTANT HEAD CHIEF SECURITY GUARD", "37086.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kellu jitħallas overtime fl-Enemalta mindu spiċċa fl-24 ta' Diċembru 2001 il-ħaddiem li ismu qed jintbagħat separatament?", "X'passi ttieħdu biex timtela l-vakanza bħala assistant head chief security guard fl-istess Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-ħaddiem li qed issir riferenza għalih spiċċa mill-impjieg fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena u l-aħħar ġurnata li ħadem kien fil-31 ta' Diċembru 2001.", "F'Jannar ta' din is-sena tħallas l-arretrati u l-bonus dovut kollu.", "Fi Frar li għadda tħallas tal- festa pubblika ta' l-ewwel tas-sena peress li kien off duty u tħallas ukoll ta' xi differenzi li kien hemm.", "Fir-rekords tal-korporazzjoni Enemalta ma jidhirx li dan l-impjegat fadallu jieħu xi flus.", "Madanakollu jekk hemm xi dubju wieħed dejjem jista' jikkjarifika mat-taqsima tal-pagi tal- korporazzjoni.", "Jiena nfurmat ukoll li l-korporazzjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex timtela l-vakanza fil-kariga ta' assistant chief security guard.", "Bħalissa din is-sejħa qed tiġi pproċessata.", "BIRGU - MUŻEW MARITTIMU - RESTAWR", "37087.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-faċċata tal- mużew marittimu fil-Birgu, jiġifieri x'passi ttieħdu dwar restawr u f'kemm żmien dan se jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li riċentement inbidlu l- balavostri tal-mużew marittimu, li kienu fi stat perikoluż.", "Sar ukoll xogħol ta' pavimentar biċ-ċangatura fil-portiku ta' l-istess mużew.", "ŻONA TA' KONSERVAZZJONI TAS-SAJD", "37088.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar iż-żona ta' sajd ta' 25 mil madwar Malta vis-à-vis il-pożizzjoni li ħadu, il-Libja, l-Italja u t- Tuneżija?", "ONOR.", "JOE BORG: F'Ġunju ta' din is-sena, Malta laħqet ftehim ma' l- Unjoni Ewropea dwar is-sajd.", "Skond dan il-ftehim, wara s-sħubija, Malta se tkompli tmexxi għal żmien indefinit, żona għas-sajd ta' 25 mil madwar Malta bil-għan li tibqa' sseħħ il-konservazzjoni tal-kwantita' ta' ħut fl-ibħra Maltin.", "Fiż-żona ta' konservazzjoni, se jkunu jistgħu jistadu biss dgħajjes ta' mhux iktar minn 12 il-metru tul billi dawn jipprattikaw tip ta' sajd limitat u li huwa l-anqas li jagħmel ħsara lill-ambjent ekoloġiku.", "B'eċċezzjoni, ser ikunu permessi xi tipi oħra ta' sajd fiż-żona ta' bejn 12 u 25 mil 'il barra mill-kosta ta' Malta minn dgħajjes li huma akbar minn 12 il-metru, u fil-każ ta' trawlers, iżgħar minn 24 metru.", "Dawn l- attivitajiet huma:", "1. tkarkir f'żoni limitati u identifikati apposta għat-tkarkir minn Malta;", "2. sajd għal-lampuki f'130 lokazzjoni differenti li minnhom 110 lokazzjoni huma normalment meħuda minn sajjieda Maltin;", "3. is-sajd bil-lampara; u", "4. s-sajd għat-tonn u ħut migratorju ieħor.", "Il-vapuri kollha ta' iktar minn 12 il-metru tul u li għandhom permess jistadu fiż-żona ta' 25 mil madwar Malta jridu jkunu reġistrati filwaqt li l-qbid tal-ħut m'għandux jaċċedi dak li hu meqjus li jista' jagħmel ħsara għal-konservazzjoni tal-kwantitajiet tal-ħut.", "L-ewwel 12-il mil mill-kosta Maltija jkunu riservati esklussivament għas- sajjieda Maltin.", "Għaldaqstant, l-uniċi dgħajjes Maltin li jistgħu jintlaqtu minn dawn l- arranġamenti speċjali huma dawk ta' 'l fuq minn 24 metru tul.", "Għal dawn is- sajjieda Maltin, il-gvern ħaseb biex jippprovdi pakkett ta' għajnuna finanzjarja li ser jgħinhom biex itejjbu l-effiċċjenza tagħhom ħalli jkunu jistgħu jistadu aħjar barra miż-żona ta' 25 mil.", "Minbarra dan, wara s-sħubija, is-sajjied Malti ser ikollu aċċess għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea.", "Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Maltin ħejjew programm biex tkun tista' tintalab din l-għajnuna finanzjarja li ser tintuża għall-immoderniżżar tal-flotta tas-sajd Maltija u għal titjib fl-istrutturi tas-swieq tal-ħut u għall-ipporċessar.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-ftehim ma jippermettiex lil sajjieda Libjani jew Tuneżini jew minn kwalunkwe pajjiż mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea li jistad fiż-żona ta' 25 mil, u għalhemm il-pożizzjoni tagħhom baqgħet l-istess bħalma kienet qabel ma ġie nnegozjat dan il-ftehim ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fir-rigward ta' l-Italja bħala membru hija stess ta' l-Unjoni Ewropea, din aċċettat dan il-ftehim li ġie negozjat bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, dwar iż-żona ta' konservazzjoni tas-sajd ta' 25 mil madwar Malta, liema ftehim jorbot lis-sajjieda Taljani fid-dettalji kollha tiegħu kif għadni kemm spjegajt.", "KAŻI TA' SUWIĊIDJI", "37089.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jagħti l-istatistika uffiċjali skond il-kawża, sess, eta' u x-xogħol tal-persuna dwar suwiċidji li seħħew f'Malta matul l- 2000 u l-2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul is-snin 2000 u 2001, in-numru ta` persuni li wettqu suwiċidju kien ta` 21 u 26 rispettivament.", "Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub dwar dawn il-każi ħlief għat-tip ta` xogħol li mhux disponibbli.", "RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE - CARE WORKERS", "37090.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk dawk li applikaw għal care workers fir-residenza San Vincenz de Paule u li qagħdu għall-interview aktar minn sentejn ilu, għadhomx fuq il-waiting list?", "Billi kien hemm dawk li għaddew u li baqgħu ma ġewx impjegati , hemm ħsieb li jiġu mpjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninfoma lill-Onor.", "Interpellant li r-recruitment tal-care workers tal-grupp imsemmi, issa ġie magħluq.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - SISTEMA TA' L-INTERCOM", "37091.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Min ħa l-kuntratt tas-sistema ta' l-intercom fil-wings il-ġodda fil- faċilita` korrettiva ta' Kordin?", "Kemm jiswew dawn is-sistemi?", "Saret sejħa għall-offerti jew ingħataw b'direct order?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għandi nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għar-remand block il-ġdid, peress li fil-faċilita` korrettiva ta` Kordin ma żdidux wings ġodda.", "Jekk dan hu l-każ ninsab infurmat li dan l-apparat kien jifforma parti mill- kuntratt globali għall-bini tar-remand u l-administration block.", "SUBSTANCE ABUSE THERAPEUTIC UNIT", "37092.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li għandi li hemm diversi abbużi għaddejjin fis-SATU fl-Imtaħleb?", "Il-Ministru jikkonferma li kien hemm saħansitra rapporti sesswali bejn membri ta' l-istaff u l-inmates infushom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li meta l-uffiċċju tad-direttur isir jaf b`xi abbuż jew għajdut ta` xi abbuż, dan mill-ewwel jagħmel l-istħarriġ neċessarju meħtieġ.", "Fir-rigward tar-rapport li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, naċċertah li dan kien ġie investigat bir-reqqa iżda irriżulta fin-negattiv.", "SĦUBIJA FL-UNJONI EWROPEA - TWAQQIF TA' BORDIJIET FIL-QASAM TAL-BIEDJA", "37093.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti l-lista' ta' l-organizzazzjonijiet, bordijiet, kumitati u organi oħra li jkollhom jitwaqqfu fil-qasam tal- biedja, governattivi u oħrajn, biex jassiguraw it-tmexxija tal-politika agrikola komuni ta' l-Unjoni Ewropea f'Malta fil-każ li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fin-National Position Paper on Agriculture li kopja tagħha tinsab fil-website tal-MIC.", "PIPELINE TAL-GASS", "37097.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: X'inhi l-pożizzjoni tad-diskussjonijiet li għaddejjin bejn il- gvern Malti u l-kumpanniji barranin dwar il-pipeline tal-gass li huwa proġettat li jgħaddi bejn il-kosta ta' l-Afrika ta' fuq u Sqallija?", "Dan se jgħaddi minn Malta u nkunu nistgħu nieħdu fergħa minnha jew ikollha tgħaddi fergħa oħra minn Sqallija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fid-diskussjonijiet li qed issir riferenza għalihom hemm involut id-dipartiment tat-tiftix għaż-żejt.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-ministru konċernat.", "FAĊILITA` KORRETTIVA TA' KORDIN - ĦARBA TA' EL ZABI", "37105.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fil-każ tal-ħarba tal-ħabsi El Zabi li ħarab mill-faċilita` korrettiva ta' Kordin?", "Peress li hemm suspett li dan ħarab minn pajjiżna, jikkonferma l-Ministru li nħareġ international warrant of arrest kontra tiegħu?", "Intalbet l-għajnuna ta' l- Interpol biex dan jinqabad?", "ONOR.", "TONIO BORG: Billi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadha mhix konkluża, ma nħossx li hu opportun li wieħed jippublika d-dettalji dwar l-andament ta` din l-investigazzjoni ħlief li għall-aħħar żewġ domandi, ir-risposta hi fl-affermattiv.", "MIA - ŻIEDA FIL-ĦLAS TA' RATI GĦALL-AIR MALTA", "37106.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-MIA wara li ġiet parzjalment privatizzata talbet lill-Air Malta żieda sostanzjali fir-rati ta' ħlas ta' ċerti servizzi provduti fl-ajruport, liema żieda tammonta għal madwar Lm5 miljun kull sena, jista' il-Ministru jgħid jekk hu ġiex konsultat dwar din it-talba?", "Jekk iva x'kien il-parir tal-gvern?", "Jekk le x'kien il-parir tad-diretturi appuntati mill-gvern meta ttieħdet din id-deċiżjoni?", "Jaqbel il-Ministru li talba bħal din tagħmel ħsara lill-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru speċjalment meta l-qasam turistiku għandu kompetizzjoni qawwija minn pajjiżi madwar Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-MIA ma talbet l-ebda żieda fir-rati ta' servizz lill-Air Malta f'dawn l-aħħar xhur, u bla ebda dubju mhux wara l-privatizzazzjoni li saret fis-26 ta' Lulju 2002.", "SETTUR PUBBLIKU - INGAĠĠ TA' ĦADDIEMA", "37107.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji tal-persuni kollha li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku, ċioe` mal-gvern u ma' entitajiet u korporazzjonijiet li fihom il- gvern għandu interess u dan għall-perijodu bejn Novembru ta' l-1998 u Ottubru 2002, sena b'sena, u kategorija b'kategorija ta'ħaddiema/personnel ingaġġati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata twegiba f'xi seduta oħra.", "TRANSLATORS", "37108.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li l-Ministru waqqaf fi ħdan il-ministeru tiegħu unit li tagħmel traduzzjoni ta' l-acquis, jista' il-Ministru jagħti din l- informazzjoni u cioe` jgħid kemm ġew ingaġġati translators, lista tal- persuni ngaġġati bħala translators (ismijiet), kemm jitħallsu fis-siegħa jew kull faċċata li tkun ġiet tradotta għall-Malti (cioe` rata ta' ħlas fis- siegħa jew rata ta' ħlas kull faċċata)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "PULIZIJA - PROMOZZJONIJIET", "37109.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36836, jista' l- Ministru jagħti d-data meta l-PSC tat direttiva biex ħatriet għall-futur ma jsirux aktar fuq rakkomandazzjoni diretta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li kien fit-18 ta` Settembru 2002, li l-kummissarju tal-pulizija kien ġie infurmat bid-deċiżjoni tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku li fil-futur ħatriet għal assistenti kummissarji kellhom isiru bi proċess ta` għażla, wara sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Sabiex ma jkun hemm ebda ekwivoku, ninforma lill-Onor.", "Interpellant ukoll, li bħalma naħseb diġa` jaf, l-aħħar ħatriet ta` assistenti kummissarji kif imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 36836, kienu ġew rakkmandati mill- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku fid-29 ta` Awissu 2002 u approvati mill-Prim Ministru fit-3 ta` Settembru 2002.", "PULIZIJA - OVERTIME", "37110.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36835, billi l- overtime għall-1997 jinkludi l-ammont ta' l-overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l-elezzjoni ġenerali, jista' l-Ministru jgħid kemm overtime fil-fatt inħadem f'dik l-elezzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux possibbli li wieħed jiddetermina l-ammont ta` overtime li jitħallas lill-membri tal-korp in konnessjoni ma' l-elezzjoni ġenerali ta` l-1996 dan għaliex l-impenji li jkollhom il-pulizija f`dawn l- okkażżjonijiet huma diversi.", "L-uniku ammont li hu determinat f`dan is-sens hu l-ammont ta` Lm154,117 li tħallsu mill-kummissjoni elettorali għax- xogħol li wettqu l-pulizija fit-tqassim tal-voti u l-għassa mal-postijiet tal-voti.", "Ma` dan għandu jiżdied ħlas għal overtime ieħor konness mal- attivitajiet kollha li jkun hemm f`okkażżjonijiet bħal dawn.", "PULIZIJA - OVERTIME", "37111.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36835, jista' l- Ministru jgħid kemm membri tal-korp tal-pulizija bbenefikaw mill-overtime mill-1992 sa Ottubru 2002, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.", "PULIZIJA - MEMBRI ĠODDA", "37112.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati membri ġodda tal-korp tal- pulizija fl-1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|1999 |2000 |2001 |2002 | |7 |76 |115 |74 |", "PULIZIJA - MEMBRI", "37113.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-korp tal-pulizija fis- snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|199|199|199|199|199|200|200|200| |5 |6 |7 |8 |9 |0 |1 |2 | |1,8|1,8|1,8|1,7|1,7|1,7|1,7|1,8| |03 |58 |00 |56 |34 |18 |68 |03 |", "FAĊILITA KORRETTIVA TA' KORDIN", "37114.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 28601, jista' l- Ministru jgħid jekk għas-sistema ta' katnazzi fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Messrs.", "Grima & Co. Ltd?", "Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat?", "Jekk le x'inhuma r- raġunijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-offerti għax-xiri tal-katnazzi kienu ħarġu f`Jannar ta` l-1998.", "Dik is-sena kienu inġibu katnazzi għal żewġ diviżjonijiet biss filwaqt li fl-2001 kienu nġabu l-kumplament tal- katnazzi għad-diviżjonijiet l-oħra fuq l-istess offerta u ċioe` dik oriġinali.", "AIR MALTA - INĊIDENT WAQT TITJIRA", "37119.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36918?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-inkjesta li saret mill-Air Malta dwar l-inċident tat-13 ta' Ottubru 2002 meta ajruplan AMC455 tal-kumpannija lokali niżel madwar 300 pied f'daqqa, stabbiliet li dan l-inċident seħħ meta ajruplan Boeing 747 tal-kumpannija Egypt Air ingħata l-clearance mill- awtoritajiet Taljani biex jitla' mal-livell ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta mingħajr is-separazzjoni laterali meħtieġa.", "L-Air Malta infurmat b'dan l- inċident lill-awtoritajiet ta' l-avjazzjoni, kemm lokali kif ukoll dawk Taljani.", "Ebda membru tal-crew ma' ġie grounded b'riżultat ta' l-inċident.", "Fil-fatt korrew sitt persuni, erba' passiġġieri, li tnejn minnhom irrifjutaw li jiġu mdewwija, u tnejn mill-cabin crew.", "Peress li r-rapport ta' l-investigazzjoni fih informazzjoni teknika, kif ukoll ta' natura kummercjali sensittiva, ma nħossx li jkun prudenti li npoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ", "37120.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36334 dejjem jekk l-informazzjoni hija miġbura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandix xi nżid mat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 36334.", "FORTIZZA TA' DELIMARA - TINFETAĦ GħALL-PUBLIKU", "37121.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru b'riferenza għad-domandi parlamentari 22740 u 30464 jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi sabiex il-pożizzjoni tal- Fortizza ta' Delimara tiġi solvuta sabiex tkun tista' tinfetaħ għall- pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li għalkemm saru xi diskussjonijiet mal-inkwilin tal-fortizza, ma jista` jkun hemm l-ebda żvilupp qabel ma jinstab post alternattiv biex jingħata lill-inkwilin.", "SMOKING SHED", "37122.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru, filwaqt li jirriferi għal domandi parlamentari 11601, 30323, u 33432, jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħol jistax jinbeda billi din is-smoking shed marret aktar lura?", "Jista' ukoll jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu fiċ-ċentru tar-restawr u kemm spejjeż inħarġu tul dawn l-aħħar snin għar-restawr u manteniment tal-post?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIRGU - RESTAWR - MONUMENT TAL-VITTORJA", "37123.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq il-monument tal-Vittorja ġewwa l-pjazza tal-Birgu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-parti dokumentattiva tlestiet u bħalissa qed isiru testijiet dwar l-intervent li jrid isir.", "ĦAŻ-ŻABBAR - BIEB IS-SULTAN", "37124.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kif inhu sejjer ix-xogħol ta' restawr fuq Bieb is-Sultan, li hemm bejn Ħaż-Żabbar u l-Kottonera u jista' jinforma wkoll lill-Kamra x'ħidma qed issir mid-dipartiment tax-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ntemm xogħol ta' pavimentar biċ-ċangatura fit-terazzin ta' Bieb is-Sultan u bdil ta' xi soqfa li kienu perikolużi, li tħallas mill-proġett għar-riabilitazzjoni tal- Kottonera.", "It-taqsima tar-restawr għandha talba għal kostruzzjoni ta' intermediate floor fl-istess bieb u bħalissa qed jiġu ppreparati d-disinji għal dan ix-xogħol.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KAROZZI ĠODDA", "37125.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba li minbarra d-dipartimenti tinvolvi numru konsiderevoli ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.", "BIEDJA U SAJD - XIRI TA' KAROZZI", "37126.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li matul l-aħħar sena u nofs inxtraw mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu sitt vetturi ġodda kif ġej:", "|Marka |Data |Ammont |Min juża | | |tar-Re|imħallas|l-karrozza| | |ġistra|għall-ka| | | |zz-jon|rrozza | | | |i | | | |Citroe|06-Jun|Lm 5,070|Direttur, | |n |-01 | |Office of | |'Picas| | |Review | |so' | | | | |Opel |13-Sep|Lm 4,920|Direttur, | |'Astra|-01 | |Policy & | |' | | |Planning | |Citroe|28-Sep|Lm 5,070|Direttur, | |n |-01 | |Plant | |'Picas| | |Health | |so' | | | | |Honda |07-Dec|Lm 7,270|Segretarju| |'Accor|-01 | |Permanenti| |d' | | | | |Tata |11-Jul|Lm 6,094|Uffiċjali | |'Safar|-02 | |tad-Dipart| |i' | | |iment | | | | |tal-Kura | | | | |tal-Pjanti| |Renaul|28-Oct|Lm 5,370|Direttur | |t |-02 | |tas-Serviz| |'Megan| | |zi | |e | | |Korporatti| |Classi| | |vi | |c' | | | | |(Diese| | | | |l) | | | |", "TURIŻMU - KAROZZI ĠODDA", "37127.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sena u nofs ma nxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - KAROZZI ĠODDA", "37128.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill- ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l- aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw dawn il-karozzi:", "Awtorita` Marittima ta' Malta", "Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm7,341.", "Inxtrat f'Mejju u tintuża mit- technical manager.", "Ford Focus li kienet tiswa Lm5,675.", "Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mill- harbour master.", "Renault Megane li kienet tiswa Lm5,410.", "Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mil-IS manager.", "Nissan Pickup li kienet tiswa Lm9,292.", "Din inxtrat f'Novembru 2001 u tintuża għal użu ġenerali għall-maintenance department, Ports.", "Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni", "Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm11,200.", "Din il-karozza inxtrat f'Lulju 2001 u tintuża mic-chairman ta' l-awtorita`.", "Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni", "Matul dawn l-aħħar sena u nofs l-unika karozza mixtrija kienet Skoda IBG072 li kienet tiswa Lm5485.", "Din il-karozza tiġi wżata mid-director office of review.", "GĦAWDEX - KAROZZI ĠODDA", "37129.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Tista' tgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Tista' tgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li matul dawn l-aħħar sena u nofs il-Ministeru għal Għawdex xtara żewġ karozzi.", "Waħda minn dawn il-karozzi hija Peugot Saloon Diesel li nxtrat għas-somma ta' Lm7520 u hija l-karozza uffiċjali tiegħi.", "Il-karozza l-oħra hija Kia Rio li nxtrat għas-somma ta' Lm3815 u hija għall- użu tas-segretarjat privat.", "INTERN U AMBJENT - KAROZZI ĠODDA", "37130.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs?", "Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi?", "Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher hawn taħt:", "|Diparti|Jintuża|Marka |Nru|Kemm | |ment |w minn | | |swew | | | | | |kull | | | | | |waħda | | | | | |Lm | |Ministe|Ministr|Hyundai |1 |4,242 | |ru |u |Accent | | | |Segreta|Segreta|VW Bora |1 |6,150 | |rjat |rju | | | | |Permane|Permane| | | | |nti |nti | | | | |Protezz|Direttu|Skoda |1 |5,010 | |joni |r |Octavia | | | |Ċivili | | | | | |Taqsima|Direttu|Renault |1 |5,000 | |Proprje|r |Megane | | | |ta` |Uffiċċj|Classic | | | |tal-Gve|u | | | | |rn |Konġunt| | | | |Reġistr|Direttu|Ford |1 |4,860 | |u ta` |r |Focus | | | |l-Artij| | | | | |iet | | | | | |Pulizij|Diversi|Kia Rio |5 |2,350 | |a |taqsimi| | | | | |et | | | | | |fil-Kor| | | | | |p | | | | | | |Skoda |11 |2,806 | | | |Felicia | | | | | |Hyundai |4 |2,735 | | | |Accent | | | | | |Ford |1 |4,840 | | | |Focus | | | | | |Citroen |1 |7,000 | | | |C5 | | | | | |Kia |6 |6,290 | | | |Sedona | | | | | |Citroen |4 |3,800 | | | |Berlingo | | | | | |VW Pickup|2 |6,849 | | | |Bedford |1 |11,270| | | |(Lowloade| | | | | |r) | | | | | |2nd hand | | |", "SKEJJEL - M'XLOKK - SKOLA PRIMARJA", "37139.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu issa li l-ħajt ta' l-iskola primarja ta' M'Xlokk waqa'?", "Meta nbena dan il-ħajt?", "Min kien responsabbli meta nbena il-ħajt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħajt in kwestjoni nbena matul l-1998, taħt id-direzzjoni tal-project manager imqabbad mill-kunsill lokali.", "Il-ħajt qed jerġa jiġi ddisinjat b'mod aktar attraenti.", "Għaldaqstant, se titwaqqa' parti oħra perikoluża u ser jinbena b'mod aktar b'saħħtu.", "BELT - MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA", "37140.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies daħlu fil- mużew ta' l-arkeoloġija l-Belt mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002, sena b'sena u kemm flus irċieva l-istess mużew sena b'sena wkoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-mużew ta' l-arkeoloġija daħlu nies u rċieva flus kif se nsemmi:", "|Sena |Visitat|Flus | | |uri | | |1999 |74,603 |Lm29,300| |2000 |89,765 |Lm34,642| |2001 |81,338 |Lm33,800| |2002 |67,013 |Lm34,894| |(31/10/02)| | |", "MALTAPOST - ĦADDIEMA BIL-KUNTRATT", "37145.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat?", "Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minnhom jinsabu fil-managment level?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTAPOST - REINSTATEMENT FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "37146.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il- ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku?", "B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma' salarji għandu jsir dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat", "MALTAPOST - ĦADDIEMA", "37147.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-workforce tal- Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l- pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTAPOST - ĦOLQIEN TA' DELIVERY HUB", "37148.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid in konnessjoni mal-Maltapost, xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs?", "Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-workforce f'dawn id-delivery hubs?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTAPOST - INVESTIMENT", "37149.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun?", "Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill- kumpannija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MALTAPOST - KONSULENTI", "37150.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost?", "X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BORMLA - LEAKAGE TA' ILMA", "37156.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jinbidlu l-mains ta' l-ilma li qed jillijkjaw tal-flats 2,4,6 Blk 4B San Ġwann t' Għuxa, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-konsiderazzjoni tagħha.", "PENSJONI – PERSUNA LI KIENET IMPJEGATA MAD-DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "37157.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid meta se tibda tirċievi l- pensjoni l-persuna ndikata li isimha qed jintbagħat separatament li kienet impjegata mad-dipartiment ta' l-artijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.", "BRIGATA LABURISTA – PROPJETA` TAL-GVERN", "37158.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 37007, jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' kera għaż-żewġ proprjetajiet mikrija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-kera ta` l-istore fi Triq it- Torri ta` San Ġwann fil-Birgu hija ta` Lm70 fis-sena u l-kera ta` l-istore fil-Pjazza tal-Fosos il-Furjana hija ta` Lm190 fis-sena.", "ŻURRIEQ - TRIQ IL-BARRIERI - ART", "37170.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li faxxa art li tinsab taħt Triq il-Barrieri, Żurrieq (jew aħjar taħt il-Kontrada magħrufa bħala ta' Taħt iċ- Ċint), parti minnha ġiet allokata u parti żgħira ma ġietx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-informazzjoni li għandi t-taqsima proprjeta` tal- gvern ma allokat l-ebda art f`dan l-indirizz.", "Peress li l-art fil-viċin kienet ingħatat lill-awtorita` tad-djar, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi t-talba tiegħu lill-ministru konċernat.", "AWTORITA` TAD-DAJR - PROMOZZJONIJIET", "37171.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li fl- awtorita` tad-djar se jingħataw diversi promozzjonijiet?", "Jekk fl- affermattiv, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min se jibbenefika minn dawn il-promozzjoniiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn żmien għal żmien, skond l-esiġenzi ta' l-awtorita' tad-djar, joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti jew postijiet ġodda.", "Kull uffiċjal li japplika jpoġġi għall-intervista quddiem bord maħtur mill-bord ta' l-awtorita' tad-djar.", "AWTORITA` TAD-DJAR - ŻIEDA FIL-PAGI", "37172.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li fl- awtorita' tad-djar se tingħata żieda fil-pagi lil diversi managers u uffiċjali oħra?", "Jekk fl-affermattiv, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika min se jibbenefika minn dawn iż-żidiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-salarji ta' l-awtorita' tad-djar huma regolati bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal- union ħaddiema magħqudin u li iskadi f'31 ta' Diċembru 2003.", "Dan iffisser li ma hi kkontemplata l-ebda żieda barra minn dik stipulata fil-ftehim kollettiv.", "AWTORITA`' TAD-DJAR - KONSULENT", "37176.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġranet konsulent ma' l-awtorita' tad-djar tilfet l-impjeg tagħha minn ma' l-istess awtorita', stante diżgwid li nqala' maċ-chairman ta' l- istess awtorita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar ma tterminat l-impieg ta' ebda uffiċjal tagħha.", "GĦAXAQ - TWESSIGĦ TA' TRIQ", "37179.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal żewġ ittri li qed nippreżenta separatament dwar twessigħ ta' triq li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Ġużepp, f'Tal- Garda l/o Għaxaq, Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'dan il-każ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt l-ittri ta' l-Onor.", "Interpellanti lill- awtorita' dwar it-trasport biex ikun jista' jiġi kkunsidrat x'l-aħjar li jsir.", "Anness \"A\"", "[pic]", "Anness \"B\"", "Anness \"C\"", "[pic] Anness \"D\"", "[pic]", "Anness \"E\"", "[pic] Anness \"F\"", "[pic]", "Anness \"G\"", "[pic] Anness \"H\"", "[pic]", "Anness \"I\"", "|Tabella Nru | |Lm | |9 | |miljuni | | |2002 |2001 | | |Dħul Rivedut |Dħul |Dħul | | | |Proġettat |Attwali | | | |Oriġinarja| | | | |ment | | | |Total|MIA |Net |Total|Diff |Total|Diff | |Taxxa fuq |194 |5.4 |188.6|186.1|2.5 |166.3|22.3 | |id-Dħul | | | | | | | | |Boll |27.0 |4.0 |23.0 |21.5 |1.5 |19.4 |3.6 | |ta'trasferim| | | | | | | | |ent | | | | | | | | |Drittijiet u|13.8 |0.3 |13.5 |13.7 |-0.2 |6.1 |7.4 | |Miżati | | | | | | | | |Dividends |14.2 |11.3 |2.9 |2.2 |0.7 |5.3 |-2.4 | | |249 |21.0 |228 |223.5|4.5 |197.1|30.9 |", "Anness \"J\"", "[pic]", "Anness \"K\"", "[pic] Anness \"L\"", "[pic] Anness \"M\" Appendiċi A", "L-Istrateġija Ekonomika", "Stabilità makro-ekonomika", "L-għan ewlieni ta' l-istrateġija ekonomika tal-Gvern hu li jilħaq rata ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli, livell għoli ta' impjiegi li jirrispekkjaw dak it-tkabbir, rata ta' nflazzjoni baxxa u stabbli, u titjib fil-livell ta' l-għajxien.", "F' dan l-ambjent, it-tisħiħ tal-kompetittivita` ta' Malta fis-swieq internazzjonali hu vitali.", "Malta trid tiżgura ambjent stabbli u b' inflazzjoni baxxa flimkien ma' bilanċ ta' pagamenti f'saħħtu li jkun jista' jsostni valur stabbli tal-lira Maltija fis-swieq barranin.", "Dan jista' jintlaħaq mingħajr il-ħtieġa ta' rati għolja ta' imgħax u mingħajr kontrolli żejda li joħonqu n-negozju u ċ- ċaqliq tal-kapital.", "Stabilita` makro-ekonomika bħal din hi vitali għall- progress f'ekonomija żgħira u miftuħa.", "Hi ta' prijorita` kbira biex dan jintlaħaq li nħottu l-iżbilanċ fiskali li ilu jinbena fl-istruttura ekonomika tagħna.", "Dawn l-aħħar snin diġa` akkwistajna riżultati importanti fil-konsolidament fiskali.", "L-akkwist ta' qafas makro-ekonomiku stabbli jġib miegħu l-fiduċja u s- sigurta` li huma pre-rekwiżiti indispensabbli biex iħajru in-negozjant u l- poplu jħares 'il quddiem.", "Dan għandu jiżgura li deċiżjonijiet dwar konsum, investiment, u tifdil jittieħdu f'ambjent li jinkoraġġixxi u jħares l- iżvilupp tal-ekonomija tagħna u l-akkwist ta' livell t'għajxien sostenibbli.", "Tkabbir Ekonomiku", "L-ekonomija Maltija kibret bi 3.5% f'termini nominali matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena.", "B'riżultat ta' dan, il-Prodott Gross Domestiku nominali laħaq Lm1,255 miljun.", "F'termini reali, il-Prodott Gross Domestiku fl-istess perjodu kiber bi 2.5%.", "Dan it-tkabbir ekonomiku ġie b'riżultat tad-domanda fis-suq lokali.", "Partikolarment, kienet reġistrata żieda fin- nefqa fil-konsum privat.", "Tajjeb wieħed jinnota li, għalkemm l- esportazzjoni ta' oġġetti u servizzi niżlet, dan kien anqas minn dak reġistrat fis-sena ta' qabel.", "Hu mistenni li t-tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku reali jkun madwar 5% bejn 2002 u 2003.", "Agrikultura u Sajd", "Minkejja s-sehem kemxejn żgħir fl-ekonomija tagħna, is-settur tal- agrikultura u sajd jipprovdi kontribuzzjoni sinjifikanti għall-iżvilupp ta' Malta.", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2002, il-valur bl-imnut tal-frott u l- ħxejjex żdied b'5.7% għal Lm6.2 miljun.", "Minn naħa l-oħra, il-qbid tal-ħut naqas bi 2.4% waqt li l-valur tal-ħut esportat żdied bi 17.3%.", "Hekk kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget f'Novembru 2001, il-Gvern beda jimplimenta riforma kbira f'dan is-settur.", "Ir-riforma tinkludi t-tneħħija gradwali ta' dazji, li sa issa kienu jipproteġu l-prodotti agrikoli, waqt li jibqa' żgurat li l-prezz ta' ċerti prodotti sensittivi ma jintlaqatx b'mod ħażin.", "Fl-istess ħin, il-pjan ta' riforma jipprovdi għall-għajnuna mmirata biex tippromwovi l-investiment u r-ristrutturar meħtieġ fis-settur.", "Il-Manifattura", "It-titjib fl-ekonomija internazzjonali, li sar bil-mod aktar milli maħsub, ġie rifless fis-settur lokali tal-manifattura.", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2002, il-produzzjoni fil-manifattura kienet ta' Lm726.5 miljun, jiġifieri tnaqqis ta' Lm20.6 miljun fuq l-istess disa' xhur fis-sena ta' qabel.", "L-esportazzjoni naqset b' Lm29.5 miljun waqt li l-bejgħ lokali żdied b'Lm8.9 miljun matul l-istess perjodu.", "It-tnaqqis fl-esportazzjoni u fil-bejgħ kollu tal-manifattura kien dovut għall-mod negattiv li fih opera s-settur elettroniku hekk kif is-suq internazzjonali għall-prodotti elettroniċi baqa' dgħajjef matul Jannar-Settembru.", "B'kuntrast ma' dan, l- oqsma l-oħra tal-manifattura żiedu l-bejgħ tagħhom, fosthom is-settur tal- ikel u x-xorb, is-settur tal-ħwejjeġ ta' l-ilbies, is-settur tal-istampar, is-settur tal-metall, u s-settur ta' tagħmir mediku u ta' preċiżjoni.", "Tajjeb wieħed jinnota li l-qligħ medju fil-ġimgħa fil-manifattura kien ta' Lm103.28 li jirrappreżenta żieda ta' Lm4.64 fuq il-qligħ fl-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "Il-manifattura tibqa' settur importanti fl-istrateġija ekonomika tal-Gvern.", "Matul din is-sena, ittieħdu numru ta' inizzjattivi bil-għan li jiżguraw li l-industrija tal-manifattura tkun kapaċi ssaħħaħ il-kontribut tagħha għat- tkabbir ekonomiku ta' Malta.", "Tabilħaqq, matul l-2002 kien hemm imbuttatura oħra biex titwaqqaf il-Malta Enterprise.", "Barra li tiġbor flimkien l- attivitajiet li llum qegħdin jitħaddmu mill-MDC, il-METCO, u mill-IPSE, il- Malta Enterprise tkun tista' tgħin intrapriżi biex jisfruttaw il-vantaġġ komparattiv ta' Malta u jikkompetu tajjeb fis-swieq internazzjonali.", "Il-proċess ta' żmantellar tal-levies kompla kif maħsub.", "Fil-bidu tal-2002, il-levy fuq firxa ta' prodotti impurtati naqset bi 30% oħra, waqt li il-50% l-oħra se jitneħħa kompletament fl-1 ta' Jannar 2003.", "Iżda, fil-każ tas- settur tal-għamara, it-tneħħija tal-aħħar fażi tal-levies tressaq 'il quddiem għal Ottubru li għadda wara li l-manifatturi lokali fis-settur għamlu talbiet għal dan il-għan.", "Matul is-sena, il-levies fuq numru ta' prodotti agro-industrijali naqsu wkoll.", "Fl-ambjent dinji globalizzat ta' llum, l-industrija tal-manifattura ma tistax tistrieħ fuq il-protezzjoni biex tkampa.", "Hu ta' inkoraġġament li t-tneħħija tal-protezzjoni qed iġġiegħel numru ta' operaturi fis-suq lokali biex jieħdu inizzjattivi pro- attivi u dawk il-miżuri meħtieġa u l-kompetittivita` tagħhom.", "Turiżmu", "L-industrija tat-turiżmu hija l-attivita` ewlenija fis-settur tas-servizzi f'Malta b'kontribut sinjifikanti għat-tkabbir, il-ħolqien ta' impjiegi u d- dħul ta' munita barranija.", "Il-progress tal-industrija matul l-ewwel disa' xhur tas-sena kien influwenzat bil-bosta mill-ġrajjiet li kkarateriżżaw lid- dinja fl-aħħar xhur tal-2001.", "Sens ġenerali ta' biża` minn dawk li jivjaġġaw bl-ajru kif ukoll sens ta' biża` u klima ekonomika internazzjonali dgħajfa dlonk żammew l-industrija globali tat-turiżmu milli terġa' tieħu r-ruħ kif kienet qed tagħmel qabel il-11 ta' Settembru.", "Tabilħaqq, id-dħul mit-turiżmu internazzjonali sofra l-aktar meta tqabblu mar-riżultati pożittivi fis-sena 2000.", "Wara dawk il-ġrajjiet, il-Gvern irreaġixxa b'numru ta' miżuri maħsuba biex jilqgħu l-impatt negattiv fuq l- ekonomija kollha.", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2002, total ta' 897,682 turist żaru Malta: dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 6.8% mis-sena ta' qabel.", "Matul is-snin li għaddew is-suq tal-cruise liners beda jsir attur dejjem aktar importanti fl- industrija Maltija tat-turiżmu.", "Tabilħaqq, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena il-passiġġieri li waslu fuq cruise liners żdiedu b'73,586 jew 39.2% għal 261,475.", "Tarznari", "Matul l-2002, il-Gvern beda jimplimenta r-rakomandazzjonijiet li saru fi pjan ta' ristrutturar li sar minn task force għar-ristrutturar tat- tarznari.", "L-għan ewlieni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet hu li jwassal it- tarznari għall-vijabilita` kummerċjali.", "Dan se jintlahaq billi nisfruttaw għal kollox il-vantaġġ komparattiv tat-tarznari l-aktar tal-ħaddiema tagħha li għandhom ħiliet għolja.", "Il-pass ewlieni biex jintlaħaq dan il-għan hu t-tnaqqis tan-numru tal- ħaddiema fit-tarznari li l-pjan jissuġġerixxi li jinżel għal 1,600.", "Ittieħdu miżuri immedjati u tnediet l-ewwel skema ta' rtirar kmieni fuq bażi volontarja.", "It-teħid ta' din l-iskema laħaq il-miri meta ġew aċċettati aktar min 600 ħaddiem li laħqu l-kriterji ta' eliġibilita`.", "Biex niżguraw il-vijabilita` tat-tarznari, il-pjan ta' ristrutturar jagħmel enfasi ukoll fuq il-ħtieġa ta' investiment f'tagħmir kapitali ġdid u fi proċessi li jniġġsu anqas l-ambjent.", "Ix-xogħol fit-tarzna ta' Bormla naqas b'50% hekk kif iċ-ċifri fl-2001 kienu telgħu b'xogħol fuq żewġ prodotti kbar.", "Ix-xogħol fit-tarzna tal-Marsa kien ukoll taħt iċ-ċifri milħuqa fl-ewwel disa' xhur tal-2001.", "Il-Port Ħieles", "Matul l-ewwel disa' xhur tal-2002, it-trasbord li għadda minn ġol-Port Ħieles laħaq 862,797 Twenty Equivalent Units (TEUs), minn 796,825 TEUs fl- istess perjodu fl-2001.", "Kien hemm żieda ta' 7.1% fl-ammont ta' żejt immaniġġjat mis-servizzi għall-ħażna taż-żejt fil-Port Ħieles, waqt li l- livell ta' attivita` fis-servizzi ta' ħażna industrijali baqa' wkoll għoli.", "Il-Port Ħieles ta' Malta qed iħabbat wiċċu ma' kompetizzjoni sinifikanti minn portijiet oħra fil-Mediterran u, għalhekk, hu ta' ħtieġa kbira li jkompli jirsisti biex iżid l-effiċjenza tiegħu.", "Il-privatiżżazzjoni tiegħu, li mistennija sseħħ fil-ġejjieni qrib, għandha tgħin l-akkwist ta' kompetittivita` itjeb.", "L-Inflazzjoni", "L-inflazzjoni uffiċjali f'Malta hi kkalkulata fuq il-medja tal-Indiċi tal- Prezzijiet bl-Imnut tul l-aħħar 12-il xahar.", "Ir-rata t'inflazzjoni matul it-12-il xahar li ntemmu f'Settembru li għadda kienet ta' 2.89% f'Settembru, minn 2.42% sena qabel.", "Din tfisser żieda ta' Lm1.75 fil- ġimgħa għall-għoli tal-ħajja.", "Tajjeb wieħed jinnota li r-rata ta' inflazzjoni wriet żieda kontinwa fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2002, iżda wara bdiet nieżla b'mod konsistenti.", "Hu maħsub li r-rata t'inflazzjoni, kemm għall-2002 kemm għall-2003, tkun 2.5%.", "Rata ta' inflazzjoni baxxa u stabbli hi ta' prijorita` kbira għall-aġenda ekonomika tal-Gvern.", "Il-liberaliżżazzjoni tal-ekonomija u, l-aktar, l- iżmantellar tas-sistema` tal-levies fuq l-importazzjoni għandhom jagħtu sehemhom biex dan iseħħ.", "Ix-Xogħol", "Matul it-tnax-il xahar sa Settembru li għadda, in-numru ta' nies ifittxu x- xogħol naqas b'948 u wasal għal 144,484.", "Dawk jaħdmu bi qligħ niżlu fin- numru għal 136,964 f'Settembru ta' din is-sena minn 138,448 fl-istess xahar fl-2001.", "Is-suq tax-xogħol f'Malta ntlaqat minn tnaqqis fl-ekonomija internazzjonali u l-effett tagħha fuq l-ekonomija lokali.", "Il-proċessar ta' ristrutturar li minnu għaddejja l-ekonomija tagħna qed ukoll ikollu impatt fuq is-suq tax-xogħol.", "Partikolarment, matul is-sena, seħħew numru ta' skemi ta'rtirar kmieni fuq bażi volontarja.", "Fl-aħħar ta' Settembru 2002, ir-rata tal-qgħad (li tinkludi l-ewwel parti tar-reġistru tal-qgħad) kienet 4.7%.", "Mira importanti fl-istrateġija ekonomika tal-Gvern hi l-ħolqien ta' klima addattata li ġġib magħha opportunitajiet aħjar ta' xogħol – sew fin-numru kif ukoll fil-kwalita`.", "Il-Gvern qed kontinwament jippromwovi diversi inizzjattivi bil-għan li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' impjiegi produttivi fi ħdan is-settur privat.", "Qed isir aktar investiment fl-infrastruttura tal- edukazzjoni l-aktar biex inħejju ż-żgħażagħ fi snajja' mitluba mill- industrija.", "Barra dan, risorsi oħra qed ikunu impjegati biex inħarrġu u ntejbu s-snajja' ta' nies li deħlin fis-suq tax-xogħol kif ukoll ta' dawk li huma qiegħda.", "Qed jittieħdu wkoll miżuri biex intejbu l-livell tas- saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol li hu aspett ieħor importanti fil- kwalita` ta' xogħol.", "Dħul Disponibbli", "Id-dħul kollu mill-impjiegi żdied b'1.8% għal Lm557.6 miljun.", "Id-dħul medju ras'imb'ras għal kull ħaddiem kien ta' Lm109.43 fil-ġimgħa matul l- ewwel disa' xhur tal-2002, żieda ta' Lm3.15 jew 3.0%.", "Il-qligħ mill- profitti żdied ukoll, u laħaq 2.0% bejn Jannar u Settembru.", "Kummerċ Barrani u Pagamenti", "L-iżviluppi fl-attivita` kummerċjali ta' Malta ma' barra u l-effetti tagħhom fuq il-Bilanċ tal-Pagamenti matul l-ewwel disa' xhur ta' din is- sena kienu influwenzati, aktar minn kollox, mill-qagħda ekonomika internazzjonali.", "Minkejja t-titjib li wrew il-pajjiżi li magħhom ninnegozjaw l-aktar, dan kien kajman aktar milli maħsub oriġinarjament.", "Barra dan, meta tarahom globalment, it-titjib f'dawn l-ekonomiji jista' jkun qed jaħbi żviluppi dgħajfa f'xi swieq li huma importanti għall- industrija tagħna.", "Hekk, per eżempju, is-settur elettroniku, li jikkostitwixxi attivita` ewlenija fil-manifattura, kien għadu jiffaċċja prospetti internazzjonali dgħajfa matul l-ewwel disa' xhur tal-2002.", "Tabilħaqq, l-iżvilupp f'dan is-settur kellu jħalli impatt fuq l-attivita` kummerċjali ta' Malta.", "It-tnaqqis fl-esportazzjoni fil-qasam elettroniku laqat negattivament l-esportazzjoni totali, anke jekk din laħqet ċifra ta' Lm672 miljun, filwaqt li rreġistra titjib żgħir fl-ewwel disa' xhur tal- 2002.", "Wara li tħalli barra t-tnaqqis fl-esportazzjoni tal-elettronika, l- oqsma l-oħra wrew żieda fl-esportazzjoni ta' Lm25 miljun.", "L-importazzjoni globali ta' oġġetti, li naqset bi Lm17 il-miljun matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, ħasset l-effett ta' tnaqqis fl-importazzjoni ta' materja prima għall-manifattura elettronika.", "Fil-fatt, l-importazzjoni ta' oġġetti għall-konsum fl-ewwel disa' xhur tal-2002 kienet madwar Lm13 il-miljun ogħla minn dik fl-istess perjodu s-sena ta' qabel.", "Tajjeb wieħed jinnota li, minkejja dawn ir-riżultati, it-tnaqqis fl- esportazzjoni u fl-importazzjoni fis-settur elettroniku kien aktar baxx minn dak reġistrat is-sena ta' qabel.", "Dan jawgura tajjeb għall-ġejjieni fl- elettronika u għall-akkwist mill-ġdid tar-riżultati pożittivi f'dan is- settur li kellna fis-snin l-imgħoddija.", "B'riżultat tal-iżviluppi fl-importazzjoni u fl-esportazzjoni, l-iżbilanċ kummerċjali kien ta' Lm229.8 miljun, minn Lm250.5 miljun matul l-ewwel disa' xhur tal-2001.", "Id-defiċit fil-current account fil-Bilanċ tal- Pagamenti tela' għal Lm35.9 miljun, minn Lm22.2 miljun matul Jannar u Settembru fl-2001.", "Dan kien imsaħħaħ bit-tibdil li seħħ fil-qasam tal- merkanzija kif ukoll minn dħul anqas tat-turiżmu li jirrifletti dak li qed tħabbat wiċċha miegħu dik l-industrija internazzjonalment.", "Anness \"N\" Appendiċi B", "Politika Monetarja", "Il-Gvern ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex il-politika monetarja titħaddem b'mod assolut mill-Bank Ċentrali.", "Wara t-tibdil li sar fl-Att tal-Bank Ċentrali, il-Bank issa hu rikonoxxut b'mod l-aktar ċar bħala istituzzjoni indipendenti u awtonoma.", "Dan it-tibdil fl-Att, li ġie fis-seħħ f'Ottubru li għadda, saħħaħ il-qafas tal-politika makro-ekonomika li tinsab indirizzata lejn stabilità kif titlob l-aqwa prattika internazzjonali.", "It- tibdil, jipprovdi ukoll għall-stabilità fil-prezzijiet bħala l-għan ewlieni tal-Bank Ċentrali; isaħħaħ l-indipendenza tal-Bank, u jżid il-kontabilità u l-flessibilità fil-ħidma tiegħu.", "Il-Bank hu wkoll projbit b'mod assolut li jiffinanzja id-defiċits tal-Gvern biex, b'hekk, ikun iwettaq formalment prattika li issa ilha titħaddem dawn l-aħħar snin.", "Il-Bank Ċentrali dejjem fittex li jilħaq stabilità fil-prezzijiet billi jorbot il-lira Maltija ma' basket ta' rati tal-kambju b'saħħithom, jiġifieri, l-Ewro, id-dollaru Amerikan u l-isterlina.", "B'dan il-mod, il- Bank inaqqas l-inflazzjoni li tiġi minn barra, li mhix problema żgħira għal ekonomija miftuħa bħal tagħna, u jimponi dixxiplina fis-suq lokali u fuq l- istruttura tal-pagi fil-pajjiż.", "F'Awwissu ta' din is-sena, l-awtoritajiet monetarji irrevedew il-piż ta' kull wieħed mir-rati tal-kambju fil-basket li qed insemmu biex dan jirrifletti l-iżviluppi kurrenti u dawk maħsuba għall-kummerċ tagħna ma' barra.", "Hekk żdied il-piż tal-Ewro, naqqas dak tad- dollaru u naqas ukoll dak ta' l-isterlina.", "Iż-żieda fil-piż tal-Ewro fil- basket ta' muniti għandha tnaqqas iċ-ċaqliq fir-rata tal-kambju tal-lira ma' dik il-munita biex jikbru l-benefiċċji fil-kummerċ bejn Malta u s- sieħba fl-Unjoni Ewropea u tal-livell tal-prezzijiet fis-suq lokali.", "Dan għandu jwassal ukoll għal pass ieħor fid-direzzjoni ta' parteċipazzjoni sħiħa fl-Unjoni Monetarja Ewropea u fl-użu ta' l-Ewro bħala l-munita tagħna meta nkunu dħalna fl-Unjoni.", "Il-Bank qed ikompli jsegwi politika monetarja dejjem aktar attiva u, fl- aħħar tal-2001 kif ukoll fil-bidu ta' din is-sena, naqqas ir-rati ta' imgħaxijiet b'total ta' 0.5%.", "Il-Bank innota l-effett pożittiv favur ir- rati ta' l-imgħaxijiet imħallsin fuq investimenti lokali u ż-żieda qawwija fir-riservi esterni.", "Id-deċiżjoni tal-Bank li jnaqqas ir-rati kienet ukoll kompatibbli ma'l-iżviluppi lokali, hekk kif l-inflazzjoni baqgħet taħt kontroll.", "Sadattant, matul is-sena r-riservi esterni tal-Bank komplew jiżdiedu.", "Żviluppi Monetarji", "L-iżviluppi matul it-tnax-il xahar sa Settembru ta' din is-sena fis-setturi monetarji u finanzjarji jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi li seħħew kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Il-broad money żdiedet bi 12.2% matul it-tnax-il xahar sa Settembru li għadda kif imqabbla ma' żieda ta' 7.5% fuq l-istess perjodu is-sena ta' qabel.", "Id-depożiti bankarji ħadu aktar minn żewġ terzi ta' din iż-żieda hekk kif il-pubbliku kompla jiddepożita flusu fis-sistema bankarja għalkemm żdied ukoll b'mod qawwi l-investiment f'bonds privati.", "Hekk kif iż-żieda ta' self lokali li sar is-sena l-oħra xprunat it-tkabbir monetarju, din is-sena l-assi barranin netti fis-sistema bankarja kienu l- kaġun tal-espansjoni monetarja.", "L-assi barranin żdiedu b'mod mgħaġġel u kkontribwew Lm308 miljun, jew aktar minn 30% matul is-sena u kkontribwew b'mod ugwali lejn il-Bank Ċentrali u lejn il-kumplament tas-sistema bankarja.", "Numru ta' fatturi flimkien ipproduċew żieda qawwija fl-assi barranin.", "Lejn it-tmiem tas-sena 2001, ir-rata lokali ta' mgħaxijiet kienet relattivament ogħla meta mqabbla ma' dawk f'dawn l-aħħar snin, waqt li r-rati ta' mgħaxijiet barra minn Malta naqsu b'riżultat tat-tnaqqis fl-ekonomija internazzjonali u bil-għan li tkun ikkontrollota l-inflazzjoni.", "Għalkemm il-Bank Ċentrali segwa dak li għamlu banek ċentrali oħra billi naqqas ir- rati lokali tal-imgħax, ir-rata tal-imgħax kompliet taħdem favur l- investimenti lokali f'lira Maltija.", "Dan, flimkien ma' l-inċertezzi fis- swieq globali finanzjarji, żiedu l-attrazzjoni għal investimenti finanzjarji f'pajjiżna.", "Barra dan, is-suċċess tal-iSkema ta' Reġistrazzjoni ta' Investiment, li tħabbret fid-Diskors tal-Budget is-sena l-oħra kellha wkoll impatt pożittiv fid-dħul lura ta' kapital lejn pajjiżna.", "B'kuntrast ma' dan, is-self lokali żdied b'pass anqas mgħaġġel waqt li r- rata ta' tkabbir ekonomiku niżlet għal 2.3% fl-aħħar ta' Settembru.", "Waqt li s-sena li għaddiet is-self lokali kien aktar qawwi, parti sostanzjali miż-żieda kienet dovuta għaż-żieda minn talbiet li s-settur bankarju għamel fuq il-Gvern: din ma rrepetiex ruħu din is-sena.", "Għalkemm is-sistema bankarja għandha likwidità sostanzjali u r-rati ta' imgħax fuq is-self niżlu, il-banek qed iħaddmu politika aktar strinġenti biex jipprovdu kapital u b'hekk qed ukoll itejbu l-portfolio tagħhom.", "Fil- waqt li, għal żmien qasir, dan naqqas l-aċċess għall-kapital, f'medda itwal l-għoti b'mod serju ta' kreditu jgħin aktar biex it-tkabbir tal-ekonomija jkun fuq bażi finanzjarja aktar soda.", "Fl-istess waqt, it-tkabbir kajman ekonomiku, kif ukoll l-użu ta' sorsi mhux bankarji li bihom jitħallas żvilupp kapitali, setgħu ukoll naqqsu l-ħtieġa għal self.", "Żviluppi fis-Settur Finanzjarju", "L-iżvilupp ta' sistema finanzjarja stabbli u effettiva hu element meħtieġ għal strateġija ta' tkabbir.", "Il-flus għandhom ikunu trasferiti b'mod effiċjenti mingħand min jislef lil min jissellef sabiex it-tifdil ikun allokat bl-aktar mod produttiv.", "Il-liberaliżżazzjoni tal-kapital jagħmilha aktar ħafifa għal ċaqliq ta' kapital minn pajjiż għall-ieħor u jagħti l- fakultà lill-intrapriżi Maltin li jfittxu finanzjament fis-swieq globali finanzjarji.", "Iżda, kif jiġri meta jiżdied il-ħelsien, il-liberaliżżazzjoni tal-kapital iġib magħha riskji dejjem akbar.", "Dan nafuh, u, għalhekk, din is-sena komplew l-isforzi biex jissaħħaħ is-settur finanzjarju.", "Il-pakkett tal-leġislazzjoni finanzjarja li għadda mill-Parlament f'Settembru daħħal leġislazzjoni ġdida li tirregola retirement funds u taġġorna, ma' l-aqwa prattiċi internazzjonali diversi liġijiet li jirregolaw il-banek, kumpaniji tal-assigurazzjoni u ażjendi ta' servizzi ta' investiment.", "Il-leġislazzjoni ġdida tqiegħed ukoll enfasi akbar fuq il- protezzjoni tal-konsumatur ta' servizzi finanzjarji.", "Barra dan, din is-sena il-Gvern ittrasferixxa r-responsabilità għas- superviżjoni u regulazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu mingħand il-Bank Ċentrali għal għand l-Awtorità għall-Servizzi Finanzjarji (MFSA).", "Fl-istess waqt, ir-responsabilità globali ta' ċerti aspetti tas- suq kapitali ġiet ukoll trasferita mill-Borża ta' Malta għal għand l-MFSA.", "Dawn it-trasferimenti saru bl-anqas tfixkil.", "Il-ħtieġa ta' regolatur dedikat għal korporazzjonijiet finanzjarji saret aktar meħtieġa hekk kif dawn qabżu l-limiti li qabel kienu jifirdu istituzzjonijiet ta' kreditu minn dawk mhux bankarji.", "Dan, minkejja li l-Bank Ċentrali hu mistenni li jkompli bi rwol importanti li jimmoniterja l-istabilità globali fis-sistema finanzjarja.", "Dan intqal bl-aktar mod ċar fl-amendi tal-Att tal-Bank Ċentrali.", "Ir-reputazzjoni ta' Malta bħala ċentru għal servizzi finanzjarji żdiedet aktar hekk kif ittieħdu miżuri oħra biex nikkumbatu l-ħasil tal-flus.", "Wara li l-Parlament approva l-Prevention of Money Laundering Amendment Act 2001, twaqqfet formalment f'Marzu li għadda, il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU).", "Din il-Unit se tilqa' u tanaliżża rapporti ta' transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu l-ħasil tal-flus u hekk tgħin biex tiżgura li s-sistema finanzjarja Maltija tkun tilqa' biss parteċipanti serji.", "Din is-sena, il-Gvern kompla jieħu parti attiva fis-swieq finanzjarji lokali.", "Fit-tnax-il xahar sa Settembru li għadda, il-Gvern għal darba oħra ħareġ stocks biex jirripaga oħrajn li kienu qed jagħlqu kif ukoll Bills tat- Teżor biex ikollu l-likwidità meħtieġa għall-operat tiegħu: għalkemm, ma ħarġux stocks ġodda wara Ottubru 2001.", "B'kuntrast mas-sena ta' qabel, id- dejn b'maturità twila reġistrat mis-settur mhux bankarju żdied aktar minn dak tal-banek, li allura pparteċipaw aktar fix-xiri tal-Bills tat-Teżor.", "Meta wieħed iħares 'il quddiem, darba l-impenn li għandna għall- konsolidament fiskali u l-programm ta' privatiżżazzjoni li għaddej, il- ħtieġa li l-Gvern jissellef se tkompli tonqos.", "Il-qafas regolatorju sod li stabilejna għandu jssaħħaħ il-fiduċja tal- investitur fis-swieq finanzjarji lokali.", "F'dan il-kuntest, il-kodiċi ta' prinċipji ippubblikat mill-Borża ta' Malta fuq corporate governance kien wieħed f'waqtu, u wieħed jawgura li kumpaniji u ażjendi illistjati mal- Borża jħarsu dawn il-prinċipji.", "Matul l-aħħar tnax-il xahar, is-suq tal-kapital f'Malta kompla jiżviluppa.", "Ażjendi privati ħarġu bonds u ishma fis-suq primarju.", "L-aktar li kienu popolari kienu l-bonds li qed jirriflettu l-ambjent attwali ta' rati baxxi ta' mgħax u prezzijiet ta' ishma dejjem nieżla.", "Il-ħruġ ta' bonds intlaqa' tajjeb mill-publiku u f'kull każ, kien sovra-skritt.", "Dan kien mistenni fid- dawl tal-likwidita' persistenti li kkaratteriżżat l-ekonomija matul is- sena.", "Fis-suq sekondarju, in-negozju sew fl-ishma kif ukoll fil-bonds tal- kumpaniji kien anqas mis-sena l-oħra filwaqt li n-negozju fl-istocks tal- Gvern niżel b'mod sostanzjali.", "Matul l-aħħar tnax-il xahar fis-settur bankarju ma baqgħux joperaw tliet banek internazzjonali filwaqt li ieħor kellu l-liċenzja mneħħija mill-Bank Ċentrali ta' Malta wara żviluppi li seħħew barra.", "Bank internazzjonali ieħor tella' l-grad tal-liċenzja tiegħu f'Ottubru li għadda biex ikun jista' jidħol aktar fis-suq bankarju lokali.", "Dan għandu jżid il-livell kompetittiv fis-sistema finanzjarja tagħna.", "Il-banek qed jiffaċċjaw ukoll aktar kompetizzjoni minn intermedjarji finanzjarji mhux bankarji.", "Fil-fatt, wara tnaqqis is-sena li għaddiet investimenti f'Collective Investment Schemes lokali telgħu, bl-assi totali jiżdiedu minn Lm221 miljun f'Diċembru 2001 għal Lm246 miljun fl-aħħar ta' Lulju din is-sena.", "Il-Liberalizzazzjoni tal-Kontroll fuq il-Kapital", "Kif wiegħed il-Gvern xi snin ilu, biħsiebna nkomplu bil-programm tal- liberalizzazzjoni tal-kapital.", "S'issa ġew implimentati numru ta' miżuri li kienu mmirati primarjament lejn it-tneħħija ta' kontrolli fuq numru ta' transazzjonijiet.", "L-ewwel pakkett ta' miżuri li daħal fis-sena 2000 iffoka fuq it-tnaqqis ta' restrizzjonijiet fuq dħul u ħruġ ta' investimenti fit- tul partikolarment investimenti diretti.", "Fl-istess ħin, iżda, daħal fis- seħħ ukoll numru limitat ta' miżuri ta' liberaliżżazzjoni li jinvolvu transazzjonijiet ta' natura fil-qosor.", "It-tieni sett ta' miżuri fis-sena ta' wara kien jinkludi partikolarment, it- tneħħija ta' kontrolli fuq investiment fi propjetà barra minn Malta, u l- liberaliżżazzjoni tat-transazzjonijiet ta' self bejn residenti u dawk mhumiex fejn il-maturità tkun aktar minn sena.", "Il-pakkett ta' miżuri tal- 2002 kompla jestendi r-reġim ta' liberaliżżazzjoni l-aktar billi żied l- allowances fir-rigward ta' tipi varji ta' transazzjonijiet partikolarment portfolio investment.", "Waqt li għadha l-intenzjoni li nneħħu r-restrizzjonijiet li fadal sa l- aħħar tas-sena li ġejja, il-Gvern bi ħsiebu li jżomm il-kontrolli fuq xi wħud mill-kategoriji ta' transazzjonijiet kapitali ta' żmien qasir sakemm Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Dan għandu jiżgura li l-ekonomija, u partikolarment is-settur finanzjarju, ma jkunux espost għal ċaqliq kapitali volatili u distabiliżżanti.", "Il-kontrolli li fadal, jitneħħew biċċa biċċa matul it-tnax-il xahar li ġejjin b'miżuri li jitħabbru xahar qabel ma jiġu fis-seħħ.", "Hu l-ħsieb li l- ewwel pakkett ta' miżuri jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar li ġej waqt li sett ieħor ta' miżuri fl-1 ta' Ġunju ta' wara.", "L-aħħar miżuri ta' liberaliżżazzjoni iseħħu mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Kif intqal aktar qabel, irridu nagħmlu enfasi li t-transazzjonijiet f'terminu qasir li jinvolvu portfolio investment u self ikunu liberaliżżati biss fi tmiem is-sena d-dieħla.", "Transazzjonijiet f'termini qosra huma dawk b'maturità ta' anqas minn sitt xhur.", "Iżda, transazzjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji li huma relatati ma' transazzjonijiet normali fis-suq monetarju, mhux se jintlaqtu minn din il-miżura.", "L-ewwel pakkett ta' miżuri li se jidħlu fis-seħħ f'Jannar 2003, qed jitħabbar f'dan id- diskors waqt li dettalji u proċeduri relatati magħhom se jiġu ppublikati mill-Bank Ċentrali fl-1 ta' Diċembru li ġej.", "Hekk kif il-liberaliżżazzjoni tal-kontroll fuq il-kapital issa laħaq stadju avvanzat, inħossu li jkun f'waqtu li nneħħu l-Att li jikkontrolla l-Kambju.", "Fil-fatt, minn kmieni is-sena d-dieħla dan l-Att se jitneħħa u floku se tidħol leġislazzjoni ġdida bl-isem ta' Exchange Transactions Act.", "Dan l- Att se jipprovdi l-infrastruttura għal-liberaliżżazzjoni totali tal- kontrolli fuq il-kapital iżda se tagħti ukoll l-awtorità lill-Ministru tal- Finanzi li jimponi kontrolli f'każ ta' kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti.", "Dettalji ta ́ Miżuri għal-Liberalizzazzjoni tal-Kontroll tal-Kambju b ́effett mill-1 ta ́ Jannar 2003", "Skop tal-miżuri", "L-iskop aħħari tal-miżuri hu li jitkompla l-proċess tal-liberaliżżazzjoni u li hu mistenni li jintemm meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-limiti kwantitattivi li għad baqa ́ fuq pagamenti kurrenti u kapitali jew se jitneħħew għal kollox jew se jiġu rilaxxati aktar.", "1.", "Allowance għas-safar", "Ix-xiri ta ́ flus barranin għal skopijiet ta ́ vjaġġar qed jiġi liberaliżżat kompletament.", "2.", "Allowance f ́rigali ta ́ flus", "Il-limitu għal rigali ta ́ flus jew taħt forma ta ́ allowance għall- manteniment ta ́ membri tal-familja se jitla ́ minn Lm10,00 fis-sena għal kull persuna adulta għal Lm20,000.", "3.", "Importazzjoni magħmula permezz ta ́ tranżazzjoni ta ́ darba li ssir barra minn Malta", "Ix-xiri ta ́ flus barranin biex jinħarġu minn residenti li bi ħsiebhom isiefru sabiex jagħmlu pagament għax-xiri ta ́ merkanzija huwa liberaliżżat kompletament.", "4.", "Importazzjoni ġo Malta ta ́flus Maltin", "L-importazzjoni ġo Malta minn resident jew non-resident ta ́ karti tal- flus u muniti li huma, jew li kienu, valuta legali f ́Malta hija liberaliżżata kompletament.", "5.", "Esportazzjoni minn Malta ta ́ flus Maltin", "L-esportazzjoni minn Malta minn resident jew non-resident ta ́ karti tal-flus jew muniti li huma, jew li kienu, valuta legali f ́Malta hija liberalizzata kompletamnet.", "6.", "L-ammont li jista ́ jiġi investit barra minn Mata", "Il-foreign portfolio investment allowance għal kull persuna adulta residenti se titla ́ minn Lm50,000 għal Lm100,000 fis-sena.", "7.", "Ammont ta ́ munita barranija fi flus jew f ́kont kurrenti ta ́ individwi", "i) L-ammont f ́munita barranija li resident huwa eżentat li jgħaddi lil bejjiegħ awtoriżżat se jiżdied minn Lm15,000 għal Lm20,000. ii) Dan l-ammont jista ́ jinżamm ġo kont kurrenti f ́munita barranija ma bank lokali.", "8.", "Ammont ta ́ munita barranija fi flus jew f ́kontijiet bankarji ta ́ kumpaniji u ħwienet", "i) Kumpaniji u ħwienet lokali li jirċievu munita barranija taħt forma ta ́ flus fil-qadi tan-negozju tagħhom jistgħu jżommu sa Lm20,000 fi flus għall-użu tan-negozju. ii) Dan l-ammont jista ́ jinżamm f ́kont bankarju f ́munita barranija ma ́ bank lokali.", "Il-bilanċ li jista ́ jinżamm f ́kontijiet bħal dawn se jiżdied minn Lm15,000 għal Lm20,000. iii) Dawn il-kontijiet jistgħu jintużaw biex isiru minnhom pagamenti f ́munita barranija relatati ma ́ transazzjonijiet ta ́ natura kurrenti. iv) Kumpaniji li jagħmlu xogħol ta commission agents f ́isem kumpaniji barranin jistgħu jirċievu u jiddepożitaw f ́dawn il- kontijiet pagamenti f ́munita barranija li jsiru lilhom mill- klijenti lokali tagħom sakemm dawn l-istess flus imbagħad jintbagħatu lill-kumpanija barranija konċernata fi żmien xahar minn meta jkunu daħlu.", "9.", "Faċilitajiet ta ́ kreditu f ́liri Maltin lil non-residenti f ́Malta", "Il-banek jistgħu jagħtu self f ́liri Maltin għal perjodu ta ́ sitt xhur u iżjed lil non-residenti li jkunu qed jagħmlu xi attivita ́ ekonomika f ́Malta.", "Bħalissa l-perjodu minimu li għalih jista ́ jsir self bħal dan huwa ta ́ sena.", "10.", "Self minn residenti lil non-residenti", "Residenti jistgħu jagħmlu self lil non-residenti għal perjodu ta ́ sitt xhur jew iktar.", "Bħalissa l-perjodu minimu għal self bħal dan huwa ta ́ sena.", "11.", "Residenti li jissellfu f ́munita barranija", "Residenti jistgħu jissellfu flus f ́munita barranija mingħand entijiet residenti u non-residenti għal perjodu ta ́ sitt xhur jew iktar.", "Bħal issa l-perjodu minimu għal self bħal dan huwa ta ́ sena.", "12.", "Investiment minn skemi ta ́ fund investment", "Skemi ta ́ fund investment (SICAVs) li jiġbru fondi f ́liri Maltin mingħand residenti bl-iskop li jinvestu dawn il-flus f ́assi determinati f ́liri Maltin fis-suq lokali issa jistgħu jinvestu f ́assi barranin sa mhux iktar minn 15% tal-flus li jkunu ġabru f ́dan il-mod minflok 10% bħal issa.", "13.", "Kontijiet ta ́ klijenti ta ́ kumpaniji li jagħtu servizzi finanzjarji", "Kumpaniji li jagħtu servizzi finanzjarji u li jipprovdu servizzi ta ́ investimenti lil klijenti lokali jistgħu jiftħu kontijiet f ́isem il- klijenti tagħhom ma' banek barra minn Malta.", "14.", "Obbligu li jiġu ddikjarati l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta ́ flus", "L-obligu li kien tħabbar fil-Budget tas-sena l-oħra li jsir rapport u li kien intiż sabiex jissaħħu l-mizuri eżistenti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u attivitajiet kriminali oħra bħalma huwa l-użu ta ́ flus għal attivitajiet terroristiċi, se jiġi fis-seħħ kmieni fl-2003 wara li jkun ħareġ avviż legali.", "Il-formola li fuqha jsir ir-rapport trid timtela minn vjaġġaturi, kemm residenti kif ukoll non-residenti, li jkunu ħerġin jew deħlin u li jġorru flus fuqhom f ́ammont li jaqbeż il-Lm5,000.", "Bi flus wieħed jifhem flus ta ́ kull pajjiż (kemm karti tal-flus u muniti), ingotti tad-deheb u fidda u titoli ta ́ flus.", "Anness \"O\" Appendiċi Ċ", "Il-Politika Fiskali", "Darba li t-tisħiħ u l-konsolidament fiskali jista' jwassal għal titjib ekonomiku sew għas-snin li ġejjin kemm fit-tul, il-politika fiskali qed tingħata għarfien dejjem akbar mill-Gvern bħala strument ewlieni għall- politika makro-ekonomika.", "Barra milli tagħti sehem għal tqassim aħjar ta' rizorsi u tal-ġid komuni, il-politika fiskali tfittex ukoll l-għan li tistabiliżża l-attività ekonomika.", "Il-politika ekonomika tal-Gvern għandha r-restawr tal-finanzi pubbliċi tal- pajjiż bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha, l-aktar għaliex l-impatt tad-defiċit fiskali jista' jassumi dimensjonijiet akbar fuq ekonomija miftuħa bħal tagħna.", "Għalhekk, mela, sabiex tintlaħaq vijabilità fiskali, l-għanijiet tal-politika tal-budget għandhom jibqgħu dawk li jwieżnu l- isforzi biex ikompli jintlaħaq aktar tkabbir ekonomiku.", "Il-Qafas Fiskali għas-Snin li Ġejjin", "L-iżbilanċ fiskali din is-sena se jkun qrib dak li bassarna u mistenni jkun Lm78.5 miljun, jew 4.58% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Il-bilanċ tal- budget għas-snin 2003-2005, iżda, hu mistenni li jkompli bil-binarju ta' tnaqqis strutturat li l-Gvern kien ippjana biex jistabiliżża id-defiċit fiskali.", "Fil-fatt, hu mistenni li l-bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ fil-Fond Konsolidat jitnaqqas bil-mod għal Lm74.8 miljun, jew 4.14% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2003 u għal Lm56.6 miljun jew 2.8% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2005.", "Id-Dejn Pubbliku, għalhekk mistenni jinżel minn 61.24% tal-Prodott Gross Domestiku din is-sena għal 60.1% tal-Prodott Gross Domestiku mbassar għall-2005.", "L-issikkar fiskali meħtieġ biex ikun ikkontrollat id-defiċit fil-Budget Nazzjonali mistenni jintlaħaq b'żieda fid-dħul globali tal-Gvern li tisboq iż-żieda fin-nefqa pubblika.", "Fil-fatt, id-dħul globali bejn l-2002 u l- 2005 mistenni jitla' b'Lm60.4 miljun jew b'8.1% waqt li n-nefqa globali mingħajr l-imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku mistennija titla' bi Lm34.8 miljun jew b'4.6% fuq l-istess perjodu minkejja ż-żieda medja fl- inflazzjoni ta' kull sena ta' 2.5%.", "Id-dħul tal-Gvern fl-2002 u t-tbassir għas-snin li ġejjin", "2002", "Id-dħul ordinarju fis-sena 2002 mistenni jitla' minn Lm735.2 miljun, kif imbassar oriġinarjament, għal Lm746.3 miljun.", "Din iż-żieda se sseħħ minkejja dħul anqas minn taxxi li se jagħmel tajjeb għalih dħul ieħor ta' Lm5 miljun aktar minn liċenzji, taxxi u multi, fosthom ħlas aktar ta' boll fuq trasferiment ta' propjetà u ħlas ta' liċenzji għat-tħaffir taż-żejt, kif ukoll dħul ta' Lm21 miljun li rriżulta minn transazzjonijiet bejn il- Malta International Airport plc. u l-Gvern rigward propjetà li kienet għand il-kumpanija b'titlu assolut.", "Tbassir ta' dħul għas-snin li ġejjin", "Fil-qafas għas-snin li ġejjin id-dħul globali tal-Gvern bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku mistenni jkun madwar 40%.", "F'termini assoluti, id-dħul globali, kien mistenni jkompli jiżdied kif għamel f'dawn l-aħħar snin.", "Id-dħul tal-Gvern minn taxxi mistenni li jkompli tiela' fis-snin li ġejjin wara żieda ta' 11% li mistennija din is-sena fuq is-sena l-oħra.", "Fil-fatt, id-dħul minn taxxi mistenni jiżdied b'Lm87.3 miljun sa l-2005 l-aktar b'riżultat tal-ħidma kontinwa tal-Gvern li, flok iżid it-taxxi, qed dejjem aktar itejjeb l-effiċjenza u l-infurzar fil-ġbir tagħhom biex irażżan l- evażjoni.", "F'dan ir-rigward, barra ż-żieda fl-effiċjenza fl- amministrazzjoni tat-taxxa mwettqa fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, wieħed jinnota il-progress li seħħ mit-Tax Compliance Unit.", "It-taqsima ewlenija f'din il-Unit hi dik ta' l-investigazzjonijiet: din bħalissa tħaddem fiha 22 accountants u awdituri professjonali.", "Din it-taqsima hi responsabbli biex tagħmel investigazzjonijiet intensivi fl-evażjoni tat- taxxa.", "Dawn l-investigazzjonijiet ikopru t-taxxa fuq il-konsum, it-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-qliegħ kapitali, il-ħlas ta' dazju, u il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.", "Dawn l-investigazzjonijiet huma msejsa fuq tagħrif li jinkludi r-rendikonti mibgħuta lid-Dipartiment tal-VAT, dettalji dwar attivitajiet ta' negozju, trasferiment ta' propjetà, liċenzji ta' negozji, ħlasijiet ta' min poloz ta' assigurazzjoni u reġistrazzjoni t'assi oħra fosthom inġenji tas-sewqan u jottijiet.", "Sar ukoll benchmarking li qed jiġi applikat fir-rigward ta' ħlasijiet għal diversi servizzi f'oqsma bħal dawk tal-professjonisti, tal-kostruzzjoni, tiswijiet tal-karozzi minn mechanics, tiswijiet ta' appliances tad-djar minn technicians, u xogħol ta' hairdressers.", "Żieda oħra mistennija fid-dħul minn ħlas ta' royalties, u gaming taxes li l- Gvern qed jipproġetta li jdaħħal mill-privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku.", "Tajjeb wieħed jisħaq li, f'dan it-tbassir qed jitħalla barra dħul li seħħ darba biss din is-sena u għalhekk mhux se jirrikorri s-sena d-dieħla u f'dawk ta' wara.", "Fost dawn insibu d-dħul fiskali kollu u d-dividends imħallsa mill-Malta International Airport plc. li diġà semmejt aktar 'il fuq, kif ukoll id-dħul taħt l-Investment Registration Scheme li qed tkun implimentata din is-sena.", "Din qed tipprovdi opportunità lill-Maltin kollha biex jirregolariżżaw il-qagħda ta' l-investimenti tagħhom taħt l-Exchange Control Act, l-Income Tax Act, u liġijiet oħra fiskali.", "Tajjeb ukoll wieħed isemmi li, filwaqt li dħul minn sorsi mhux taxxabbli għas-sena 2003 jinkludi wkoll l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea taħt il- programmi tal-Pre-Accession Funds, li mistenni jkunu ta' madwar €21 miljun jew Lm8.7 miljun.", "Iżda, għas-snin 2004-2005 l-aspetti finanzjarji t'għajnuna bħala membri fl-Unjoni Ewropea mhumiex jidħlu f'dawn il-kunteġġi hekk kif in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropeja għadhom għaddejjin.", "Aktar 'il quddiem se nagħmel kumment ġenerali dwar il-proposti tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward li jkopru l-perjodu transitorju 2004-2006.", "In-Nefqa Pubblika fis-sena 2002 u t-tbassir għas-snin li ġejjin", "2002", "In-nefqa rikurrenti fis-sena 2002, wara li tħalli barra l-ħlas ta' imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku, mistennija tkun madwar Lm657.4miljun, jiġifieri, kważi kemm kien imbassar fil-bidu tas-sena.", "Tajjeb wieħed jinnota li din is-sena kien hemm żieda relattivament kbira li tirrifletti ir-riklassifikazzjoni ta' ċerti sussidji li qabel kienu jidhru taħt in- nefqa kapitali.", "Il-politika tal-Gvern tibqa' dik dikjarata li jrażżan in-nefqa pubblika: għalhekk l-ispiża rikurrenti bħala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku mistennija tinżel fis-snin li ġejjin.", "In-nefqa rikurrenti fit-tliet snin li ġejjin tinkludi l-ispiża ta' l-Iskema t'Għajnuna għas-Settur Agrikolu li tħabbret għall-budget ta' din is-sena u li tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam agro-industrijali wara li l-levies fuq prodotti agrikoli u agro-industrijali bdew jitneħħew minn Ġunju li għadda.", "Fost oħrajn jidher li se jkun hemm ħlas akbar din is-sena f'pensjonijiet tat-Teżor u fi gratuities hekk kif it-tbassir oriġinali jidher li kien baxx.", "Iżda din iż-żieda se tittaffa minn ħruġ anqas fis-sussidji mħallsa lil Malta Drydocks wara t-tħaddim tal-iskema ta' rtirar kmieni li taħtha mhux anqas minn 700 ħaddiem tat-Tarznari għażlu li jieħdu l-benefiċċji ta' l-irtirar.", "Naturalment, il-ħlas ta' dawn il-benefiċċji qed jidher f'żieda fl-ispiża kapitali.", "Ħlas ta' Imgħaxijiet fuq id-Dejn Pubbliku fl-2002", "Il-ħlas ta' imgħaxijiet fuq id-Dejn Pubbliku fl-2002 mistenni jitla' għal Lm63.7 miljun mit-tbassir oriġinali ta' Lm59.8 miljun.", "Dan hu spjegat minn ħlas akbar ta' imgħaxijiet wara s-self ta' Lm100 miljun li il-Gvern għamel fl-2001 biex jibbilanċja parti mid-defiċit ta' dik is-sena u dak ta' snin oħra qabilha, kif ukoll mill-fatt li l-proċess ta' privatizzazzjoni fis- sena 2002 ma żammx il-pass mal-pjanijiet mixtieqa u d-dħul mistenni minnu ma seħħx kif kien maħsub.", "Il-ħtiġijiet tal-Gvern għal self, għalhekk, intlaħqu bi ħruġ akbar ta' Bills tat-Teżor li ma setax ma jħallix impatt fuq ħlas akbar ta' imgħaxijiet.", "Dan l-impatt, iżda, ittaffa kemxejn b'rati ta' imgħaxijiet aktar baxxi offruti mill-Gvern fuq ħruġ mill-ġdid ta' stocks li mmaturaw.", "Filwaqt li aktar 'il quddiem, meta nkun qed nitkellem dwar il-qagħda kurrenti u dik proġettata għad-dejn pubbliku nerġa' nħares lejn il- kwistjoni tal-ħlas ta' l-imgħaxijiet nista' nsemmi li fit-tliet snin li ġejjin l-imgħax fuq id-dejn pubbliku mistenni jitla' minn Lm59.8 miljun is- sena d-dieħla għal Lm67.4 miljun fis-sena 2005 jew 3.3% tal-Prodott Gross Domestiku kif imbassar għal dik is-sena.", "L-Ispiża rikurrenti fis-snin li ġejjin", "L-ispiża rikurrenti, mingħajr il-ħlas ta' imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku, matul il-perjodu 2003-2005 mistennija titla' minn Lm657.4miljun din is-sena għal Lm701.5 miljun fis-sena 2005: żieda netta ta' Lm44.1 miljuni jew 6.7% taż-żieda fil-Prodott Gross Domestiku fuq l-istess perjodu.", "Madwar Lm13.7 miljun, jew 31% ta' din iż-żieda, hi magħmula minn żidiet inkrimentali fil- pagi u salarji jew għall-għoli tal-ħajja li jagħti l-Gvern lill-impjegati tiegħu.", "Il-kumplament, jew Lm30.4 miljun, huma żidiet fil-ħlas tal- benefiċċji tas-sigurtà soċjali u fil-kontribuzzjoni ta' l-istat lejn is- sigurtà soċjali.", "Kif jidher, il-politika tal-Gvern tibqa ffukata fuq ir-razzjonaliżżar tan- nefqa pubblika l-aktar bit-tqassim aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi.", "Fil-fatt, wara li s-sena l-oħra n-nefqa rikurrenti telgħet għal 37.7% tal- Prodott Gross Domestiku, din mistennija tinżel għal madwar 34.9% fl-2005.", "Tajjeb wieħed jinnota li minkejja it-twessigħ imrażżan fin-nefqa globali matul is-snin li ġejjin, il-livelli sostenibbli fit-tkabbir ekonomiku xorta mistennija li jintlaħqu.", "Nefqa Kapitali", "2002", "In-nefqa kapitali fis-sena 2002 telgħet b'Lm8.2 miljun għal Lm103.6 miljun mit-tbassir oriġinali ta' Lm95.4 miljun.", "Din in-nefqa tinkludi fiha l- Iskema ta' Irtirar Kmieni li daħħalna fit-Tarznari u li għal din is-sena se tiswa' Lm6.6 miljun jew 0.4% tal-Prodott Gross Domestiku.", "Iżda, spejjeż addizzjonali oħra saru wara l-ftehim bonarju għall-ħlas fuq Tal-Qroqq Junction meta nħarġu Lm1,161,000 oħra aktar ma' l-allokazzjoni oriġinali fl- estimi ta' din is-sena, tħallsu Lm200,000 oħra f'sussidji lis-settur privat għal xiri ta' karozzi ġodda tal-linja bħala parti ta' l-istrutturar tat- trasport pubbliku.", "Lm400,000 oħra nħarġu biex jitħallas kumpens għall- espropjazzjoni ta' propjetà mill-privat, u Lm300,000 oħra nħarġu biex jinxtara post għall-Awtorità tal-Ħarsien tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-xogħol.", "Tbassir għas-Snin li ġejjin", "Dawn l-ispejjeż addizzjonali mhumiex mistennija jerġgħu jseħħu fis-snin li ġejjin.", "L-allokazzjoni għan-nefqa kapital, għalhekk bejn l-2003 u l-2005 se terġa' tkun fuq il-livell ta' madwar Lm100 miljun.", "Tabella Numru 24, turi l-qagħda tal-Fond Konsolidat bi tbassir għas-snin li ġejjin.", "|Tabella Nru 24 | |Qagħda tal-Fond Konsolidat | |Lm 000's | | |2002(R) |2003(P) |2004(P) |2005(P) | |Dħul | |Entijiet Pubbliċi li jidħlu taħt il-Metodoloġija tal-ESA'95 | |Academy of Criminal Justice |Malta Council for Economic | | |Development | |Centre for Creativity (Arts Centre) |Malta Counter Trade Co. Ltd | |Arts Council |Malta Shipbuilding Co. Ltd | |Aviation Security Committee |Malta Stock Exchange Tribunal | |Clean Air Board |Malta Tourism Authority | |Cleaner Technology Centre |Malta / EU Information Centre | |Commission for the Administration of |Maltese Heritage Foundation | |Justice | | |Commission for Advancement of Women |Mediterranean Academy of | | |Diplomatic Studies | |Committee of 'Ta' Braxia' Cemetry |MIMCOL | |Consumer Claims Tribunal |National Commission for Disabled| | |Persons | |Bord tal-Koperattivi |National Commission for | | |Information Technology | |Cultural Council for Gozo |National Commission for Mental | | |Health Reform | |Program Fejda |National Commission for UNESCO | |Financial Services Tribunal |National Commission on Welfare | | |Reform | |Foundation for Human Resources |National Consumer Affairs | |Development |Council | |Foundation for Social Welfare Services|National Employment Authority | |Gozo Ferries Co. Ltd |National Festivies Committee | |Institute of Public Administration & |National Pool Complex | |Management | | |Inter-Departmental Planning Committee |National Youth Council | |International Maritime Law Institute |Occupational Health & Safety | | |Authority | |Malta Arbitration Centre |Office of the Ombudsman | |Malta Centre for Restoration |Office of the University | | |Ombudsman | |Telecommunications Regulator |Permanent Commission Against | | |Corruption | |Traffic Control Board |Sports Council | |Malta Communications Authority |St John's Co - Cathedral | | |Foundation | |Suret il-Bniedem |Malta Statistics Authority | |Art Centre (included in EB02) |Malta Transport Authority | |REMPEC |Medicinal Products Regulatory | | |Authority | |Building Industry Consultative Council|National Family Commission | |Broadcasting Authority |Roads Directorate | |Commission for Fair Trading |Malta Resources Authority | |Electoral Commission |National Audit Office | |Employment and Training Centre |National Orchestra | |Employment Commission |Planning Authority | |Foundation for International Studies |Public Transport Authority | |Foundation for Medical Sciences and |Sedqa - Agency against Drug & | |Services |Alcohol Abuse | |IPSE Ltd. |Social Welfare Development | | |Programme | |Institute of Tourism Studies |Society of Arts, Manufacture and| | |Commerce | |International Institute on Ageing |University of Malta | |MCAST |Tax Compliance Unit | |Malta Council for Science and |Voice of the Mediterranean | |Technology | | |Malta Development Corporation |Zammit Clapp Hospital | |Malta External Trade Corporation |Manoel Theatre Management | | |Committee | |Malta Government Investments Ltd. |Mediterranean Conference Centre | |(included with MIMCOL) | | |Malta Standards Authority |Foundation for Tomorrow's | | |Schools | |e-Malta Commission |Malta Export House Co. Ltd. | |Foundation for Educational Services | |", "Id-dħul u l-ħruġ ta' dawn l-entijiet pubbliċi kollha ġie pproġettat fuq bażi annwali għas-snin 2003-2005 u r-riżultat żdied ma' dak tal-Fond Konsolidat.", "B'hekk inħareġ il-bilanċ tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali li jagħti stampa aktar sħiħa tad-defiċit u tad-dejn tiegħu.", "F'termini assoluti, id-defiċit tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali din is- sena mistenni jkun Lm89.0 miljun u mistenni jinżel għal Lm68.5 miljun fl- 2005.", "Dan id-defiċit bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, mistenni jinżel sena wara l-oħra minn 5.2% din is-sena għal madwar 3.4% fl- 2005.", "Dan iseħħ sew b'riżultat tat-tkabbir mistenni fl-ekonomija ta' pajjiżna kif ukoll tat-trażżin tan-nefqa tal-Gvern u żieda fid-dħul tiegħu.", "Kif diġà għedt, ix-xejra 'il fuq ta' mgħaxijiet se tkompli matul is-snin li ġejjin.", "Din se jkollha mpatt aktar għoli fuq id-dejn tal-Gvern.", "Tabella Nru. 26, turi l-passaġġ mid-defiċit tal-Fond Konsolidat għad- defiċit tal-Gvern estiż jew Gvern Ġenerali.", "Tabella Nru. 26 Lm 000's |Sena |2002 |2003 |2004 |2005 | |Defiċit Strutturali tal-Fond | | | | | |Konsolidat |(78,479) |(74,830) |(68,727) |(56,596) | |Aġġustamenti fil-Fond Konsolidat| | | | | |Self Mgħoti (A) |21,195 |21,800 |18,300 |15,800 | |Self imħallas lura (B) |0 |0 |0 |0 | |Xiri ta' Ishma (C) |20 |0 |0 |0 | |Transazzjonijiet oħra |(769) |(769) |(769) |(769) | |finanzjarji (D) | | | | | |Dħul ieħor |727 |0 |0 |0 | |Diff. bejn imgħaxijiet | | | | | |akkumulati u dawk imħallsa (E) |1,447 |1,447 |1,447 |1,447 | |Self nett ta' entijiet pubbliċi |(28,137) |(23,937) |(24,478) |(25,018) | |(F) | | | | | |Aġġustamenti oħra (G) (i) |(4,000) |(3,500) |(3,000) |(2,500) | |(ii) |(2,000) |(2,000) |(2,000) |(2,000) | |(iii) |0 |0 |0 |0 | |Żbilanċ Gross tal-Gvern Ġenerali| | | | | |Kunsilli Lokali |(89,996) |(86,789) |(79,227) |(69,636) | |Żbilanċ nett tal-Gvern Ġenerali |1,004 |1,050 |1,100 |1,150 | | |(88,992) |(80,739) |(78,127) |(68,486) | |PGD fuq prezzjiet kurrenti |1,713.50 |1,807.74 |1,907.16 |2,012.06 | |PGD/Żbilanċ |5.19% |4.47% |4.10% |3.40% |", "Noti Spjegattivi:", "(A) Self mill-Fond Konsolidat lil-Malta Drydocks, lil-Malta Shipbuilding, u lil-Gozo Ferries Company Ltd. (kollha 100% tal-Gvern).", "(B) Ħlas lura mill-Malta Government Investments/Malta Development Corporation (Lm1.4 miljun), Malpro Ltd. għall-garanziji pprovduti lilhom għall-faċilitajiet ta' kreditu (Lm1 miljun) u Water Services Corporation (Lm0.5 miljun).", "(C) Xiri ta' ishma fil-Multilateral Investment Guarantee Agency (subscription shares), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (Subscription Shares) u l-Malta Government Privatisation plc.", "(Żieda fl- ishma).", "(D) Profitti mhux ġejjin mill-attivitajiet tal-Bank li kienu fost flus mgħoddija mill-Bank Ċentrali lill-Gvern.", "(E) Differenza bejn imgħaxijiet akkumulati u imgħaxijiet imħallsa mill- Gvern fuq Stocks u Treasury Bills.", "(F) Ibbażata fuq linear trend approach.", "(G) (i) Depożiti fit-Treasury Clearance Fund ii) Ħruġ mit-Treasury Clearance Fund iii) Kanċellazzjoni ta' self favur il-Kalaxlokk Co. Ltd.", "Finanzjament ta' Defiċit fil-Fond Konsolidat", "Il-mod kif jiġi finanzjat id-defiċit tal-Gvern hu ta' importanza għat- tħaddim tal-politika fiskali għax kull metodu ta' finanzjament għandu l- effetti u l-ispejjeż partikulari makro-ekonomiċi.", "F'Malta, il-Gvern jiffinanzja d-defiċit tiegħu bil-ħruġ ta' stocks fis-suq lokali: ftit jew xejn isir self minn barra biex ikun iffinanzjat id- defiċit.", "Tabilħaqq, filwaqt li s-self lokali jilħaq madwar 96% tad-dejn pubbliku, is-self minn barra jilħaq madwar l-4% l-oħra.", "Dan l-iżbilanċ bejn self lokali u self barrani mistenni jiċċaqlaq ftit fis-snin li ġejjin hekk kif il-Gvern għaddej b'taħdidiet mal-Bank għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-estensjoni tal-faċilità ta' self għall-iffinanzjar tan- nefqa fuq l-isptar il-ġdid Mater Dei.", "Din il-faċilità mistennija titla' għal 50% ta' l-ispiża kollha fuq il-proġett.", "Fil-fatt b'riżultat ta' dan fis-snin li ġejjin iż-żieda tad-dejn barrani mistennija titla' għal 8.9% tad-dejn pubbliku.", "Kif għedt aktar qabel is-self lokali jagħti ċans lill-Gvern biex jibbilanċja d-defiċit tiegħu mingħajr ma jżid il-bażi monetarja jew inaqqas mir-riżervi nazzjonali.", "Dan ma jżidx l-inflazzjoni u l-anqas l-impatt fuq ir-riservi esterni.", "L-iżbilanċi fil-Fond Konsolidat fis-snin li ġejjin mistennija wkoll jkunu finanzjati l-ewwelnett minn dħul minn bejgħ ta' assi li fis-sena 2003, mistennija jilħqu madwar Lm50 miljun.", "M'hemmx pjanijiet oħra mħabbra għal issa mill-Gvern għal aktar privatizzazzjoni fis-snin ta' wara.", "Dħul ieħor għall-Gvern li bih jiffinanzja d-defiċit jieħdu minn bilanċi mhux utiliżżati fis-Sinking Funds ta' Stock li jkunu u se jkunu konvertiti: dan is-sors mistenni jipprovdi Lm14.2 miljun din is-sena iżda mistenni jipprovdi dħul medju annwali ta' Lm4 miljun matul it-tliet snin li ġejjin.", "Dan id-dħul globali jnaqqas il-ħtieġa ta' self mill-Gvern.", "Diġà tkellimt dwar il-bilanċi tad-dejn li se jirriżultaw mid-defiċit fil-Fond Konsolidat.", "Id-dejn pubbliku mistenni jinżel minn 61.24% tal-Prodott Gross Domestiku din is-sena għal 60.48% ta' dak li hu mistenni jkun il-Prodott Gross Domestiku fl-2005.", "Dan jirriżulta minn Tabella Nru. 27, li tidher hawn taħt:", "|Tabella Nru. 27 | |Il-Bilanċ tad-Dejn tal-Gvern | |Lm 000's | | |2000 |2001 |2002 |2003 |2004 |2005 | |Bills tat-Teżor |169,008|156,125|164,584|83,466 |143,028|194,466| |Stocks tal-Gvern |712,728|812,854|812,854|912,854|912,854|912,854| |Self minn barra |39,353 |40,494 |71,994 |84,497 |96,994 |109,494| |Dejn tal-Gvern |921,089|1,009,4|1,049,4|1,080,8|1,152,8|1,216,8| | | |72 |32 |17 |76 |14 | |% ta' GDP |59.11% |62.85% |61.24% |59.79% |60.44% |60.48% | |Bidla fid-Dejn | |(85,799|(39,958|(31,385|(72,059|(63,938| |Globali | |) |) |) |) |) | |PGD bi prezzijiet |1,558.3|1,638.0|1,713.5|1,807.7|1,907.1|2,012.0| |kurrenti |77 |00 |0 |4 |6 |6 |", "Dejn Garantit mill-Gvern", "Id-dejn garantit mill-Gvern mistenni jinżel sostanzjalment minn Lm416.8 miljun fil-31 ta' Diċembru tas-sena l-oħra għal Lm375 miljun fl-aħħar ta' din is-sena.", "Minn dan l-ammont, Lm212 miljun ġej minn kreditu jew self meħud minn istituzzjonijiet barranin ta' finanzjament.", "Tabella Nru. 28 tagħti rendikont tad-dejn garantit mill-Gvern.", "|Tabella Nru. 28 | |Dejn Garantit mill-Gvern | |(Lm 000's) | | |2001 |2002(A)|2003 |2004 |2005 | |Garanziji |360,642|353,598|350,530|350,530 |350,530 | |Letters of Comfort |29,662 |29,724 |29,459 |29,459 |29,459 | |Letters of |26,518 |- |16,943 |16,943 |16,943 | |Undertaking | | | | | | |TOTAL |416,822|383,322|396,932|396,932 |396,932 |", "(A) fit-30 ta' Settembru 2002", "Il-Ministeru tal-Finanzi qiegħed bħalissa jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu għall-immaniġġjar tad-dejn pubbliku b'mod professjonali u effettiv u integrat ma' l-istrateġija sħiħa makro-ekonomika.", "It-Teżor, għalhekk, għadu kif ta bidu għall-proġett li se jwassal għal twaqqif ta' Public Debt Management Office.", "Dan qed isir bl-għajnuna teknika mit-Teżor Ingliż.", "Riskji Fiskali", "Ir-riskju tal-Gvern minħabba il-kobor tad-dejn pubbliku ma joħloqx problemi mhux maniġġabbli.", "Tabilħaqq, il-parametri ta' riskju tad-dejn pubbliku f'pajjiżna huma forsi aħjar minn dawk ta' pajjiżi oħra.", "Kif diġà għedt, is- self barrani jammonta għal madwar 4% tad-dejn pubbliku u allura ma joħloqx riskju fuq ir-rata tal-kambju.", "Barra dan, darba li 80% tas-self tal-Gvern għandu maturità medja ta' aktar minn tnax-il xahar il-ħtieġa ta' ħlas lura fi żmien qasir ma teżistix u għalhekk telimina r-riskju għar-rati ta' l- imgħax.", "Barra dan, ir-rati ta' l-imgħax isegwu xejriet relattivament stabbli biex b'hekk kull riskju fiskali li jista' jseħħ mil-volatilità fir- rati ta' l-imgħaxijiet jonqos.", "L-uniku riskju fiskali jista' jseħħ mill-garanziji tal-Gvern.", "Din hi frott tal-policy tal-Gvern li ma jipprovdix aktar sigurtà jew kwalunkwe forma oħra ta' garanzija għal self jew kreditu li jidħlu għalih entijiet pubbliċi.", "Anness \"P\" Appendiċi D", "Gvern għaqli u effiċjenti", "Kellna suċċess fil-mira tagħna li nnaqqsu d-defiċit.", "Dan seħħ għaliex erba' snin ilu dan il-Gvern ta direzzjoni ċara lill- amministrazzjoni fil-pajjiż.", "Ġejna quddiem il-poplu bi pjan ta' sitt snin imsejjes fuq erba' principji li kienu:", "5.", "It-tkabbir fl-ekonomija tagħna hekk kif nidejna programm ta' ristrutturar li jagħmilha aktar effiċjenti;", "6.", "Effiċjenza fiskali li hu l-pern tat-twettiq tal-ġustizzja soċjali;", "7.", "Nefqa pubblika meqjusa;", "8.", "Impenn sħiħ u qawwi li f'pajjiżna ħadd ma jibqa' lura.", "Għalkemm matul dawn l-erba' snin seħħew ħafna ġrajjiet li ħadd ma seta' jbassar u li biddlu l-iżvolġiment tal-programm li konna fassalna, irnexxielna nikkontrollaw is-sitwazzjoni u spiċċajna b'titjib fir-riżultati tagħna.", "Id-defiċit ma tnaqqasx b'dannu għall-oqsma l-oħra.", "M'għalaqniex għajnejna għall-ħtieġa ta' żviluppi oħra f'pajjiżna u għall-kwalità ta' ħajja tal- poplu tagħna li riedet tibqa' togħla.", "M'għamilniex bħal ma kienu għamlu gvernijiet tal-qedem li meta ffaċċjaw problemi għafsu fuq il-ħtiġijiet l-aktar bażiċi tal-poplu.", "Bil-għaqal sibna bilanċ bejn il-qjies u l-iżvilupp.", "L-għaqal ma jfissirx xeħħa, lanqas ma jfisser għakkarija.", "L-għaqal ifisser bilanċ.", "Ħidma sfiqa u ta' fejda", "Ilna fil-Gvern erba' snin, u matulhom wettaqna ħidma sfiqa u ta' fejda.", "F'kull qasam għamilna differenza.", "F'kull qasam ikkonċentrajna biex kull wieħed u waħda mill-poplu tagħna javvanza fil-kwalità tal-ħajja tiegħu.", "B'wiċċna minn quddiem stajna niġu quddiem il-poplu u ngħidulu: \"Saħħaħna pajjiżna, biex inti tgħix aħjar!\"", "Ħsibna fil-ħtiġijiet kollha taċ-ċittadini tagħna: fix-xogħol, fil-wens, fit-tagħlim u fit-taħriġ, fl-isports, fil-kultura, fis-saħħa, fil-ħarsien taċ-ċittadin u fl-ambjent.", "L-uccelli di mal augurio - jew, kif jgħidulhom illum id-downers ilhom snin igemgmu li dan kien Gvern li ħaseb biss biex nippreparaw it-triq tal- Ewropa.", "Dan kieku hu għan tajjeb li ta' min jiddedika sforzi qawwija għalih.", "Pero dan il-Gvern effiċjenti kien kapaċi jmexxi lil-pajjiżna fit- triq ta' sħubija mal-Unjoni Ewropea waqt li fl-istess ħin ikompli bil-ħidma qawwija tiegħu biex isaħħaħ l-istrutturi kollha li jseddqu l-kwalità ta' ħajja tal-Poplu tagħna.", "Ippruvaw kemm ippruvaw, dawn id-downers, iċajpru s-suċċessi ta' dan il- Gvern, li beda x-xogħol tiegħu wara l-immaniġġjar dillantesk u bl-addoċċ tagħhom, il-fatti jibqgħu jagħtuhom tort.", "Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, saħħaħna d-djalogu mas-sieħba soċjali kollha biex l-iżvilupp ta' pajjiżna jsir kemm jista' jkun wara konsultazzjoni wiesgħa.", "Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku li kien jeżisti trasformajnieh fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali b'liġi għal dan il-għan li tatu qafas legali, funzjoni preċiża, u riżorsi biex ikun jista' jaqdi rwol importanti.", "Dan il-Kunsill jiġbor fih lill-Gvern, għaqdiet tal-ħaddiema u għaqdiet ta' min iħaddem, kif ukoll għandhom aċċess għalih organiżżazzjonijiet ċivili li jaħdmu fil-ħafna oqsma soċjali.", "Nixtiequ li dan il-Kunsill jiżviluppa f'forum ta' diskussjoni oġġettiva ta' dak kollu li jkun għaddej fil-pajjiż, bil-għan li l-problemi jkunu jistgħu jiġu mperrċa tajjeb u eżaminati minn kull lat, waqt li l-ħiliet tagħna bħala poplu jiġu utiliżżati bl-aħjar mod.", "Dan jiġri meta tikber il-kultura f'kulħadd li l-interess nazzjonali jisboq dak settorali.", "Riformi fil-ġbir tat-taxxa", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, żidna l-effiċjenza fil-ġbir tat- taxxi.", "Qgħadna attenti biex ma nagħfsux fuq min ma jiflaħx, però neħħejna l-prattiċi ħżiena li, ftit ftit, kienu qed jirkbu l-amministrazzjoni tat- taxxa, daħħalna d-dixxiplina u qed naraw li kulħadd iħallas dak li jmissu.", "Dawk bil-paga dejjem kienu mriegħxa mill-evażjoni l-aktar għax huma, billi għandhom dħul kontrollat, iħallsu d-deċmi kollha.", "Illum qegħdin naraw li d- dikjarazzjonijiet ta' dħul min-negozju jkunu aktar realistiċi.", "Hawn ma nistax ma nsemmix ix-xogħol siewi li qed tagħmel it-Tax Compliance Unit.", "Din l-organizzazzjoni li hi responsabbli biex tagħmel stħarriġ intensiv fl-evażjoni mit-taxxa li tkopri r-reġim fiskali kollu, jiġifieri, it-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-konsum, il-kontribuzzjoni għas- Sigurta' Soċjali, it-taxxa fuq il-qligħ kapitali, u l-ħlas ta' dazju fuq l- importazzjoni.", "Dan ix-xogħol qed iħalli riżultati produttivi u utli, mhux biss kwantu għall-ammont ta' taxxa li qed tinġabar b'riħithom, iżda wkoll għax jgħinu biex jitjiebu l-livelli ta' dikjarazzjoni fuq id-dħul f'numru kbir t'attivitajiet ekonomiċi fosthom dawk fil-kostruzzjoni, u servizzi professjonali, ta' mekkaniks ta' karozzi, ta' technicians t' apparat domestiku u ta' hairdressers.", "Din l-effiċjenza fissret li ma kellniex għalfejn inżidu taxxi biex inlaħħqu mal-ispejjeż soċjali u edukattivi li dejjem jikbru.", "Lid-downers, jew aħjar lill-'uċċelli di malawgurju', dan donnu ma jogħġobhomx, u erħilhom irewħu biex idendlu l-gdiedem.", "Il-Lm240 miljun miġbura f'taxxi", "L-Oppożizzjoni qegħda tgħajjat li f'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern għafasna lill-Poplu bi ġbir ta' Lm240 miljun aktar f'taxxi.", "Minn fejn ġejja din il-ħrafa?", "Jekk wieħed iqabbel id-dħul kollu tal-Gvern fl-erba' snin minn meta beda mad-dħul kollu fis-sena 1998 meta fil-Gvern kien hemm huma, isib li hemm differenza ta' madwar Lm240 miljun.", "Fil-fatt, kif nispiċċa dan id-diskors, din iċ-ċifra se titla' għal Lm260 miljun", "|Sena |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 |2003 | |Dhul Totali |504 |551 |612 |669 |746 |771 | |Differenza bejn sena u | |47 |61 |57 |78 |24 | |ohra | | | | | | | |Differenza kumulattiva | |47 |108 |165 |242 |266 |", "Dan li qed tgħid l-oppożizzjoni m'għandu ebda tixbiha mar-realta', imma hu biss prodott tal-fantasija.", "L-ewwelnett id-dħul tal-Gvern mhux ġej kollu mit-taxxi.", "It-tieni, biċċa sewwa tad-dħul tal-Gvern fil-fatt ġej mit-tkabbir fl- ekonomija li żżid id-dħul mingħajr ma jkunu mposti taxxi ġodda.", "It-tielet, biċċa oħra mdaqqsa mid-dħul tal-Gvern ġejja minn effiċjenza akbar fil-ġbir tat-taxxa u minn tnaqqis tal-abbużi.", "Ma nistgħax nifhem kif l-Oppożizzjoni tista' titkaża b'dan.", "Nistgħu nistmaw x'kienet iż-żieda fid-dħul tal-Gvern minn ċaqlieq fit-taxxi li se nkunu għamilna minn mindu ħadna r-riedni minn idejhom erba' snin ilu.", "Ir-riżultat hu li mid-dħul ta' Lm260 miljun li jkun żied il-Gvern f'dawn il-ħames snin, anqas minn Lm70 miljun huma riżultat ta' bdil li għamilna fit-taxxi.", "Qed nuru din l-istima f'Tabella numru 29", "Imma aktar minn hekk.", "Ghax huma ma jitkellmu xejn fuq it-taxxi li mponew huma fiż-żewġ budgets li laħqu għamlu qabel ma dabu u tneħħew.", "F'sentejn biss l-ggvernaw erba' snin ilu, id-dħul aktar tal-Gvern minn taxxi mposti ġodda hu stmat li jlaħħaq is-Lm60 miljun.", "Din l-istima qegħda tintwera f'Tabella numur 30.", "[pic]", "[pic]", "Flus il-Poplu minfuqa aħjar", "Ħdimna wkoll bla heda biex nikkontrollaw in-nefqa pubblika.", "Fil-fehma tagħna tikkontrolla ma tfissirx tnaqqas.", "Tikkontrolla tfisser tara li l- infiq li jsir ikun meħtieġ u li qed isir bil-qjies.", "Għamilna eżerċizzi f'oqsma differenti tal-Gvern biex naċċertaw il-ħtieġa u l-qjies.", "Rajna li l-benefiċċji tal-Gvern qed jeħodhom min hu tassew intitolat għalihom.", "Żammejna n-nefqa f'pagi tas-settur pubbliku taħt kontroll b'attenzjoni fuq ingaġġ ġdid, b'negozjar tajjeb ta' ftehim kollettiv u, bi skrutinju qawwi fuq il-ħtieġa għas-sahra u l-ħlas ta' allowances.", "Għaddejjin bl-efficiency reviews li s-sena l-oħra konna għedna li se nagħmlu biex nistabilixxu benchmarks ta' effiċjenza fis-settur pubbliku.", "Qed jiġi studjat l-operat:", "• fl-Istamperija tal-Gvern, • fis-servizz tal-Handyman mogħti mid-Dipartiment għall-Anzjani, • il-ħtieġa tas-safar fuq xogħol tal-Gvern, • il-livelli ta' saħħa u sigurta` fid-Dipartiment tad-Drenaġġ, • fil-Libreriji Pubbliċi, • fl-Institute of Tourism Studies, • fl-okkupazzjoni ta' sodod fl-isptar San Luqa, • fir-Reġistru Pubbliku, u • fil-ħruġ ta' stocks tal-Gvern.", "Issa naraw ukoll fejn u kif intefqu l-flus fl-erba' snin li ilna fil-Gvern.", "Investiment", "L-investiment hu l-mutur għall-ħolqien tal-ġid.", "L-investiment hu vitali biex tinħoloq attività ġdida li tkabbar dik li diġà għandna, issaħħaħ oħrajn u tieħu post dik li ma tibqax tirrendi.", "Fl-erba' snin li ilna niggvernaw, kellna investiment qawwi f'pajjiżna.", "Dan kien rikonoxxut fil-World Investment Report maħruġ dan l-aħħar mill-UNCTAD.", "F'dan ir-rapport, l-UNCTAD analiżżaw 140 pajjiż biex jaraw kemm dawn kellhom investiment barrani mqabbel mal-Prodott Gross Domestiku tagħhom.", "F'dan l-eżerċizzju, Malta tpoġġiet fil-5 post fost il-140 pajjiż.", "Hekk, għalkemm għandna inċertezza kbira moħmija mill-Oppożizzjoni, dan il- Gvern ħabrieki rnexxielu jbattiha u jiġġenera investiment kemm minn kumpaniji li diġa' qegħdin f'Malta kif ukoll minn investituri ġodda.", "Dan sar ukoll għax, min qed iħares lejna, qed jara s-serjetà u l-impenn tal- Gvern għas-sħubija fl-Ewropa u, meta din isseħħ, il-faċilità aħjar li se jkollu biex minn pajjiżna jaħdem fi swieq akbar.", "Irrevedejna l-istrateġija tagħna biex inħajru nvestiment jiġi u joktor f'Malta.", "Nafu li, bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta se tkun f'post ħafna aktar attraenti għall-investituri u, għalhekk, irrevedejna l- inċentivi li kienu daħlu erbatax-il sena ilu.", "Dawn il-bidliet jagħmluha possibbli għal dawk l-ażjendi li, fil-passat diġà gawdew minn inċentivi, jkomplu jgawdu minn oħrajn, filwaqt li jiftħu inċentivi wkoll għal dawk l- ażjendi li jipproduċu biss għas-suq lokali.", "Dan il-pakkett ġdid ta' inċentivi kien parti mill-implimentazzjoni tal- politika industrijali li ġiet ippubblikata u li tidentifika l-oqsma ta' aġġornament li jeħtieġ isir biex nibqgħu naħdmu.", "Matul is-snin li ġejjin irridu nkomplu naċċertaw irwieħna li b'inċentivi li jinnewtraliżżaw l- iżvantaġġi li Malta għandha bħala gżira, intejbu l-attrazzjoni tagħna bħala post fejn isir l-investiment.", "Issa, kif ħabbart fl-aħħar budget, hekk kif tgħaddi l-Malta Enterprise Act, naslu biex inwaqqfu il-Malta Enterprise Board li se jiġbor fih l-attività li kienet issir mill-MDC, mill-METCO u mill-IPSE.", "Hekk, il-politika industrijali tkun tista' tiġi implimentata b'mod aktar iffukat u koordinat.", "Biedja u Sajd", "Nafu li r-reġim ta' protezzjoni li, bħall-bdiewa u s-sajjieda tista' tgħid kullimkien, il-bdiewa u s-sajjieda tagħna kienu jgawdu fis-snin l- imgħoddija, qed jasal fit-tmiem tiegħu.", "L-Organizzazzjoni Dinjija tal- Kummerċ (il-WTO) qiegħda kontinwament tagħfas biex fid-dinja jkun hawn kummerċ ħieles anke fis-settur tal-biedja u s-sajd.", "Waqt li ħaddieħor kien qed jipprova jgħaddi ż-żmien bil-bdiewa u jwebbilhom li jistgħu jibqgħu bi protezzjoni sħiħa għal dejjem, meta jaf li dan mhux minnu, aħna stinkajna biex lill-bdiewa tagħna nsaħħuhom.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, bnejna l-istrutturi, saħħaħna r-riżorsi fil- Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd u ħejjejna l-qafas legali sabiex inkunu f'qagħda aħjar li ndaħħlu skemi ta' għajnuna u sussidji biex il-bdiewa, ir- raħħala u s-sajjieda tagħna jkomplu jaħdmu u jagħmlu l-qligħ tagħhom anke f'ambjent kompetittiv.", "Lestejna l-iskemi kollha u bdejna nimplimentaw riformi li għandhom ikunu ta' fejda għall-produtturi u għall-konsumatur.", "Dawn l-iskemi huma garanzija ta' dħul xieraq għall-bdiewa u għar-raħħala u se jgħinu wkoll fir- ristrutturar meħtieg f'dan is-settur.", "Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea se tfisser impenn u riżorsi finanzjarji akbar għal dan is-settur hekk kif Malta se tibbenefika minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għas-sajjieda wkoll, wara li assigurajna li mhux se jkollhom kompetizzjoni inġusta fl-ibħra tagħna, qegħdin inniedu skema ta' għajnuna biex dawn ikunu jistgħu jġeddu l-flotta tagħhom.", "Din l-għajnuna se titla` għal madwar Lm2.4 miljun.", "F'dawn l-erba' snin minn mindu bdejna fil-Gvern, għamilna ħafna bidliet strutturali.", "Qed jissaħħaħ il-ħarsien fil-kwalita` u l-preparament ta' ikel għall-konsumatur u qed jissaħħu, permezz ta' proġetti ffinanzjati wkoll mill-Unjoni Ewropea, is-servizzi li jipprovdu lill-bdiewa.", "Fost dawn insemmu l-analiżi tal-ħamrija, dwieli u reġistrazzjoni ta' bċejjeċ ta' art, kif ukoll il EUREPGAP Certification li, permezz tiegħu, niżguraw li fl- esportazzjoni tal-patata l-bdiewa tagħna jkollhom l-aqwa prezzijiet possibbli fis-swieq internazzjonali.", "L-Industrija tal-Films", "F'dawn l-erba' snin minn mindu bdejna fil-Gvern għamilna passi kbar f'dan is-settur li jista' jinbena bħala wieħed mis-setturi ekonomiċi ewlenin f'pajjiżna u li diġa` qed jiġġenera flejjes kbar fl-ekonomija u xogħol għal eluf ta' ħaddiema.", "Ħloqna struttura għal din l-industrija bit-twaqqif tal-Malta Film Commission u wara li, matul dawn l-erba' snin, bnejna l-istrutturi l-oħra meħtieġa, wasalna biex din is-sena, għall-ewwel darba, kellna mill-anqas produzzjoni waħda għaddejja kull jum tas-sena.", "Mhux biss f'pajjiżna nġibdu numru ta' films importanti, iżda wkoll għandna numru ta' talbiet u proġetti għas-sena d-dieħla.", "Dan hu settur ieħor ġdid li diġa` qed jirrendi.", "Irridu nkomplu nsostnuh għaliex huwa qasam fejn Malta tista' tikkompeti b'suċċess kbir ma' ħafna pajjiżi oħra.", "Turiżmu", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern it-turiżmu laħaq quċċati ġodda sew fl-għadd ta' turisti li żaru 'l gżiritna, kif ukoll fil-qligħ u fin- numru ta' ħaddiema li jaħdmu fil-lukandi u ristoranti.", "Is-settur privat wieġeb għal dawn ir-riżultati b'fiduċja u nvestiment akbar.", "Iggarantejna finanzjament bil-quddiem, investejna Lm34 miljun direttament fl-Awtorita' tat-Turiżmu u biddilna l-mod kif inħajru t-turisti jiġu Malta biex ksibna diversifikazzjoni akbar tas-suq.", "Ninnota bi pjaċir li, sforz il-ħidma tal-Gvern, tal-Awtorita' tat-Turiżmu, tal-Air Malta u tas-settur privat, l-industrija rnexxielha tassorbi l- impatt tal-ġrajjiet tal-11 ta' Settembru u tirkeb il-qagħda diffiċli qabel ħaddieħor.", "Ir-riżultati għax-xahar ta' Ottubru fejn l-erba' swieq ewlenin tagħna wrew żidiet eċċellenti, xahar imbassar l-aqwa Ottubru fl-istorja tat- turiżmu, kif ukoll il-qagħda sodisfaċenti mbassra għal Novembru u Diċembru, juru li l-industrija reġgħet ġiet għal li kienet.", "Anke f'dan is-settur tajna mportanza kbira lit-tagħlim u t-taħriġ.", "Bħalissa hemm madwar 1,000 student jattendu korsijiet fl-Istitut ta' Tagħlim fit-Turiżmu (ITS).", "Matul dawn l-erba' snin l-ITS offra taħriġ u tagħlim lil eluf ta' ħaddiema oħra li qatt qabel ma ngħataw kors formali ta' taħrig.", "Il-Gvern li kien hawn erba' snin ilu, b'politika żbaljata, kien waqqa' l-għarfien tad-diplomi maħruġa mill-Istitut ta' Tagħlim fit-Turiżmu.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern ksibna lura l-għarfien tad-diplomi u introduċejna b'suċċess aktar minn mistenni, kors fl-Universita` li jwassal għal grad ta' B.A. (Hons.) fit-Turiżmu.", "Innovazzjoni", "Saħħaħna mill-ġdid il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) biex dan jaqdi aħjar ir-rwol importanti tiegħu li jixpruna r-riċerka u l- innovazzjoni li huma tant vitali fit-tkabbir ekonomiku u fil-ħolqien ta' impjiegi, partikolarment dawk fl-oqsma ta' l-ekonomija l-ġdida.", "Il-futur ta' pajjiż żgħir bħal tagħna fid-dinja globali li żviluppat hu li bil-ħeffa niżviluppaw bħala a knowledge society – pajjiż mibni fuq l-għerf.", "Qegħdin infasslu politika nazzjonali biex inħaffu nilħqu din il-mira.", "Sar ħafna xogħol fuq Research, Technology, Development and Innovations (RTDI) audit li hu l-ġbir ta' tagħlim u statistika dwar l-oqsma kollha involuti fix-xjenza, teknoloġija u innovazzjoni.", "Dan juri li llum Malta ma tikkomparax ħażin ma' pajjiżi oħra għalkemm irridu naħdmu u ninvestu aktar biex neċċellaw.", "Meta mbagħad inqabblu l-qagħda tagħna ma' pajjiżi fl- Ewropa fuq numru ta' kriterji kif jitkejjel l-avvanz fl-innovazzjoni, insibu li f'ħafna kriterji nikkomparaw tajjeb.", "Dan juri li mxejna ħafna f'dawn l-aħħar erba' snin minn meta bdejna dan il- Gvern u li għandna bażi tajba fuqiex inkomplu nibnu għall-ġejjieni.", "Qed nipproduċi hawn taħt Tabella Numru 31, li nitlob lill-Kamra li tieħu b'moqrija, u li turi d-diversi kriterji li rreferejt għalihom u kif aħna nipparagunaw mal-medja fl-Unjoni Ewropea.", "|Tabella Nru 31 | | | | | | |Indikatur | |Malta |Medja|Malta |L-Inqas| | | | |EU |Delta |EU | | | | | |* | | |Gradwati ġodda fix-xjenza u |% |6.10 |10.20|-42.20|1.80 | |l-inġinerija |tal-popolazjon| | | | | | |i bejn 20 u 29| | | | | | |sena | | | | | |Popolazjoni b'edukazjoni |% |7.00 |21.22|-67.00|10.17 | |terzjarja |tal-popolazjon| | | | | | |i bejn 25 u 29| | | | | | |sena | | | | | |Kemm jieħdu s-sehem |% |9.70 |8.50 |14.10 |1.10 | |f'life-long learning |tal-popolazjon| | | | | | |i bejn 25 u 29| | | | | | |sena | | | | | |Impiegi f'azjendi ta' |% tan-nies |6.96 |7.65 |-9.00 |2.03 | |manifattura ta' teknoloġija |jaħdmu | | | | | |għolja jew medja | | | | | | |Impiegi f'azjendi ta' |% tan-nies |2.98 |3.39 |-12.10|1.20 | |servizzi b'teknoloġija għolja|jaħdmu | | | | | |SME's li jagħmlu innovazjoni |% tal-SME's |16.60 |44.00|-62.20|20.1 | |huma |fil-manifattur| | | | | | |a | | | | | |SME's li jikkoperaw ma oħrajn|% tal-SME's |5.10 |112.0|-54.50|4.50 | |fl-innovazjoni |fil-manifattur| |0 | | | | |a | | | | | |Nefqa fuq l-innovazjoni |% tal-bejgħ |7.80 |3.70 |110.80|1.60 | | |fil-manifattur| | | | | | |a | | | | | |Kapital miksub mis-suq minn |% tal-PGD |7.16 |2.54 |181.90|0.36 | |kumpaniji ġodda | | | | | | |% tal-prodotti \"ġodda\" |% tal-bengħ |37.70 |6.50 |480.00|2.20 | |mibjugħa |totali | | | | | |Numru ta' nies li jużaw |Kull 100 ruħ |25.40 |32.70|-22.30|12.1 | |l-Intenet |tal-popolazjon| | | | | | |i | | | | | |Nefqa fuq l-Informatika u |% tal-GDP |4.10 |6.85 |-40.10|4.46 | |t-Teknoloġija | | | | | | |Sedhem tal-valur miżjud ta' |Valur miżjud |22.40 |8.20 |173.20|5.00 | |setturi f'teknoloġija għolja |totali | | | | | | |fil-manifattur| | | | | | |a | | | | | |* Malta Delta tfisser id-differenza perċentwali ta' Malta mal-Medja EU | |Kuluri: 20% anqas mill-Medja EU, 20% għola mill-Medja EU, bejn +20% u | |–20% tal-Medja EU |", "L-użu tal-internet irdoppja f'sena waħda biss, u r-ritmu li bih qed jiżdied hu tant qawwi li qegħdin nilħqu bil-ħeffa l-medja Ewropea.", "Dan poġġa f'idejn il-poplu tagħna tant informazzjoni li qabel ma kellux aċċess għaliha u li għandha żżidlu r-ritmu li bih jikseb it-taħriġ fil-futur.", "[pic]", "Biex inkomplu nissaħħu fil-futur għandna programm ta' Technology Foresight li għandu l-għan li, b'mod sistematiku, iħares lejn x'se jkunu t- teknoloġiji ġodda fis-snin li ġejjin.", "Ipparteċipajna fil-Ħames Qafas ta' Programm għar-Riċerka u Żvilupp (5th Framework Programme for Research and Development) ta' l-Unjoni Ewropea.", "Matul l-ewwel sena ta' parteċipazzjoni f'dan il-programm fis-sena 2000, riċerkaturi u industrijalisti Maltin issieħbu f'47 proġett li bejniethom ħadu mill-Unjoni aktar minn €3 miljun f'finanzjament.", "Billi għadna m'aħniex membri tal-Unjoni Ewropea, ħallasna madwar €2 miljuni biex inkunu nistgħu nieħdu sehem f'dan il-programm ta' fejda.", "Meta nkunu membri fl- Unjoni Ewropea, nkunu nistgħu nipparteċipaw f'dawn il-programmi mingħajr ma nħallsu.", "Intraprenditorija", "L-ażjendi tagħna se jkunu żiedu l-qligħ tagħhom b' Lm70 miljun meta tqabbel din is-sena mal-1998 qabel ma bdejna f'dan il-Gvern.", "Fil-fatt, meta tqabbel il-profitti tagħhom matul l-erba' snin sħaħ ta' dan il-Gvern ma' dawk fl-1998, id-dħul għall-intrapriżi tagħna, żgħar u kbar, ikun żdied b'aktar minn Lm200 miljun.", "Dan, nerġa' ngħid, intlaħaq minkejja t-tibdil li qed iseħħ fil-pajjiż u li qed jipprepara lill-ażjendi tiegħu biex jikkompetu f'dinja li dejjem tinbidel.", "Dawk li Jaħdmu għal Rashom", "Ħadna dan il-qasam tas-self employed b'serjeta` u b'responsabbilta` kbira.", "Ma qgħadniex nistennewhom jiċċaqalqu, għax nafu li din tkun il-qerda tagħhom.", "Għamilna programmi prattiċi li qed nimplimentaw biex ngħinu lin- negozjant iż-żgħir jibda' attivita` ġdida u jegħleb il-problemi li seta' ffaċċja.", "Il-ħidma tagħna, matul l-erba' snin li ilna fil-Gvern, ikkonċentrat fuq l- iżvilupp tal-kulturi biex inħaddmu politika intraprenditorjali.", "Irridu nġibu fis-seħħ iċ-Charter Ewropew għan-Negozji ż-Żgħar li jagħti prijorita` lill-individwu fin-negozju.", "Din il-kultura qed isservi biex is-servizzi mogħtija minn negozjant ikunu simplifikati u mtejba biex tikber l- effiċjenza u l-kompetittivita`.", "Tajna, u qegħdin nagħtu, attenzjoni speċjali lis-settur tal-artiġġjanat.", "Issa wasalna għal bini mill-ġdid kemm tal-Villaġġ f'Ta' Qali kif ukoll ta' numru ta' żoni ndustrijali ġodda għal negozji żgħar, kif ukoll għat- tmexxija aħjar ta' dawk iż-żoni industrijali li għandna.", "Il-Liberaliżżazzjoni", "Illiberaliżżajna l-oqsma li huma importanti, kemm għax huma kbar u aktar u aktar għax għandhom effett qawwi fuq l-ekonomija kollha.", "Wasalna fl-aħħar fil-proċess ta' liberaliżżazzjoni tal-kummerċ li, mhux biss għandu jġib aktar effiċjenza fil-mod kif naħdmu imma wkoll jibbenefika lill-poplu kollu bi prodotti aħjar u irħas.", "Illiberaliżżajna s-settur tal-kommunikazzjoni.", "Kulħadd jiftakar lid-downers, jikkritikaw bl-aħrax dan il-pass.", "Illum kulħadd jaf kemm dawn id-downers kienu żbaljati.", "Illum qed naraw servizz ta' kommunikazzjoni ħafna aħjar, kemm għall-konsumatur kif ukoll għall- ażjendi tagħna.", "Illum qed naraw servizz ta' kommunikazzjoni ħafna irħas.", "Illum qed naraw jiżdied l-investiment f'setturi tal-ekonomija li jiddependu mill-kommunikazzjoni.", "Illiberaliżżajna r-rati tal-imgħax.", "Qed naraw li l-ażjendi tagħna jistgħu jissellfu b'rati t'imgħax irħas biex jiffinanzjaw proġetti vijabbli.", "Barra minn hekk, għal ħafna żgħażagħ u kbar li jissellfu biex, fost oħrajn, jixtru darhom naqsulhom b'mod sostanzjali l-ispejjeż tal-imgħaxijiet.", "Soċjeta` Ordinata", "Ftaħna aktar l-umbrella ta' superviżjoni biex niżguraw li, f'kull qasam fejn qed inħallu aktar w'aktar f'idejn iċ-ċittadin biex jaħdem f'liberta` sħiħa, tkun assigurata kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nfushom biex ħadd ma jibla' 'l ħadd.", "Hi funzjoni prinċipali ta' dawn l-entijiet ta' superviżjoni li jindukraw lill-konsumatur u jiżġuraw li jkollu l-aħjar servizz, l-iprem kwalità u l- irħas prezz.", "Hekk jaħdem Gvern modern biex il-poplu jgħix aħjar.", "Tagħlim u Taħriġ", "Matul l-erba' snin li ilna fil-Gvern bnejna sistema edukattiva għall-futur.", "Kurrikulu Minimu Nazzjonali", "Nidejna bidliet radikali fil-Kurrikulu Minimu Nazzjonali biex uliedna jitgħallmu dak li hu aktar relevanti għaż-żmien tal-lum u biex nikkonċentraw aktar fuq formazzjoni aħjar.", "B'hekk niżguraw li jkollna ċittadini sodi fis-snin li ġejjin.", "Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija", "Erġajna waqqafna l-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija li kien tfarrak mill-Gvernijiet tal-qedem.", "Hekk qegħdin nagħfsu biex iż-żgħażagħ tagħna jitħarrġu f'dixxiplini li llum hemm ħtieġa għalihom fid-dinja tax- xogħol.", "Qegħdin ukoll niffurmaw ħaddiema li jistgħu jaħdmu b'effiċjenza fil-middle management li hu qasam fejn qed inħossu nuqqas.", "Kompjuters fl-iskejjel", "Il-kompjuters li, kienu kkundannati fiż-żmien il-Gvern tal-qedem, dan il- Gvern xerridhom fost it-tfal kollha fl-iskejjel tagħna, anke fl-iskejjel primarji.", "It-taħriġ fl-użu tal-kompjuters u fl-informatika żdied fl- iskejjel u nieħdu gost naraw kemm qiegħed jiġi mfittex min-nies ta' kull eta`.", "Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada", "Rajna kif żviluppajna proġett ta' bini ta' skejjel ġodda u ta' rranġar t' oħrajn li għandna biex, b'mod konċentrat, fi żmien iqsar mis-soltu, bi spejjeż anqas u b'effiċjenza akbar, nipprovdu ambjent sabiħ u li jilqa' lil uliedna fid-djar tat-tagħlim.", "Waqqafna l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada biex tħaddem dan il-proġett bi standards ta' effiċjenza u qjies li wieħed imdorri jsib fis-settur privat u pprovdejna skema ta' finanzjament għalih.", "Universita`", "Fl-Universita` tagħna komplew jiżdiedu l-istudenti li qed isegwu dixxiplini tradizzjonali u oħrajn ġodda li nħolqu biex iservu l-ħtiġijiet tal-lum.", "Il-gvernijiet tal-qedem kienu għalqu l-bibien tal-Universita` u bexxquhom biss bis-sistema tal-punti u l-parrini.", "Illum għandna 'l fuq minn 8,000 student fl-Università tagħna: żieda ta' kważi 1,400 fl-erba' snin minn meta beda dan il-Gvern.", "[pic]", "Xogħol", "Fil-qasam ekonomiku ħloqna x-xogħol u x-xogħol ħloqnieh fis-setturi li jirrendu aktar.", "Reġġajna lura t-tkaxkira ta' telf ta' impjiegi li għaddejna minnha fl-1997 u l-1998.", "Illum, mhux biss għandna żieda minn erba` snin ilu ta' 3,600 ħaddiem oħra jaħdmu bi qligħ, imma d-dħul tal- ħaddiema tagħna se jkun żdied b'aktar minn Lm120 miljun fis-sena.", "Dan ifisser li, matul l-erba' snin minn meta beda dan il-Gvern, il-ħaddiema tagħna jkunu daħħlu aktar minn Lm340 miljun bejniethom meta mqabbel mal- livell ta' dħul fl-1998.", "Fi żmien il-gvernijiet tal-qedem l-għajta għall-investiment f'pajjiżna kienet li għandna ħaddiem irħis.", "Aħna biddilna din l-għajta.", "L-għajta tagħna llum hi li għandna ħaddiem imħarreġ u kapaċi.", "Tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema", "Ix-xogħol mhux biss ħloqnieh imma, f'dawn l-erba' snin minn mindu bdejna fil-Gvern, tejjibna l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna u ġibniehom bħal dawk li għandhom il-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea.", "Daħħalna miżuri ġodda favur il-familja bħall-parental leave fis-settur privat u s-sigħat imnaqqsa ta' xogħol fis-servizz pubbliku, tajna protezzjoni akbar lill-part-timers, u wettaqna miżuri kontra d- diskriminazzjoni, kontra l-fastidju sesswali u kontra l-vittimiżżazzjoni.", "Wara ħafna diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali daħħalna protezzjoni akbar għal dawk il-ħaddiema li jispiċċaw issensjati minħabba l-falliment ta' min ikun qed iħaddimhom.", "Il- Fond ta' Garanzija issa jiggarantixxi li l-ħaddiema jirċievu dak li hu dovut lilhom f'każ ta' falliment.", "Żidna wkoll il-paga privileġġjata bi tliet darbiet aktar minn dak li kien jeżisti sal-lum u daħħalna protezzjoni ġdida għal dawk il-ħaddiema ta' impriżi li jkunu ser jingħaqdu flimkien.", "Fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali saħħaħna l-mekkaniżmu nazzjonali li jista' jevita t-tilwim industrijali, filwaqt li poġġejna l-garanzija li dehrilna xierqa għall-poplu tagħna billi servizzi essenzjali għall-pajjiż jibqgħu jkunu pprovduti anke meta jkun hemm tilwim industrijali.", "Nafu li r-riżorsi umani tagħna huma t-teżor ewlieni għall-ħolqien tal-ġid f'pajjiżna.", "Għalhekk, f'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, irduppjajna l- flus li nagħtu lill-Korporazzjoni Għall-Impjiegi u Taħriġ biex kotor it- tagħlim u t-taħriġ.", "Qawwejna l-qasam tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol għall- ħaddiema tagħna u, llum, għandna Awtorità mwaqqfa apposta li, bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea, qiegħda ġġib il-bidla fil-mentalità li tant għandna bżonn biex f'dan il-qasam ukoll nimxu 'l quddiem u l-ħaddiem tagħna ma jiħux riskji żejda.", "E-government", "L-informatika mhux qed ngħallmuha biss: qegħdin nużawha.", "Hi għodda li dan il-Gvern għażel biex inħaffu l-pass ta' bidla fil-burokrazija ħalli l-poplu jinqeda aħjar.", "F'dawn l-erba' snin minn mindu beda dan il-Gvern, tellajna l-livell ta' pajjiżna fl-użu tal-informatika u, b'politika iffukata u b'implementazzjoni enerġetika, organiżżajna d-dipartimenti tal-Gvern biex dawn ikunu kapaċi jaqilbu s-servizzi li jagħtu lill-pubbliku fuq sistema elettronika.", "Barra mill-iskejjel, qed nagħmlu din it-teknoloġija aċċessibbli għal kulħadd b'tagħmir u tagħlim.", "Qegħedna l-biċċa l-kbira tas-sisien meħtieġa biex Malta tkun tista' tabilħaqq titqies minn ta' quddiem nett fil-qasam tal-informatika.", "Trasport", "Trasport Marittmu", "Ir-Reġistru Merkantili Malti hu l-ħames l-akbar reġistru tal-vapuri fid- dinja.", "Dan jgħabbina bir-responsabbilta` li naraw li, bħalma nagħmlu fl- oqsma l-oħra, Malta jkollha isem tajjeb f'dan il-qasam ukoll.", "F'dawn l- erba' snin li ilna fil-Gvern, ħdimna biex insaħħu l-ispettorat tagħna ħalli nassiguraw is-siwi tal-vapuri li jirreġistraw magħna.", "L-Awtorita` Marittima għamlet progress kbir fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr, Għawdex.", "F'Awwissu ta' din is-sena, beda jsir użu mill-irmiġġ nru 2 fiċ-Ċirkewwa, u nbeda ukoll ix-xogħol fuq it-tkabbir tal-breakwater u l-bini tat-terminal tal-passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex.", "Aktar tard din s- sena hu mistenni jinbeda x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri fiċ- Ċirkewwa.", "Trasport Pubbliku", "Fil-qasam tat-trasport pubbliku, wara ħafna diskussjonijiet li kellna mas- sidien tal-karozzi tal-linja, bdew ġejjin il-karozzi low-floor.", "Qed titwaħħal ticketing machine f'kull karozza biex ikun żgurat servizz aħjar b'anqas dewmien fuq il-bus stops.", "Dan kollu għandu jissarraf f'effiċjenza akbar u f'kumdita` għal kull min juża t-trasport pubbliku.", "Għandu wkoll iħajjar ħafna oħrajn biex jibdew jużaw it-trasport pubbliku.", "Dan għandu jħalli effett pożittiv fuq l-ambjent u jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku mit-toroq.", "Dan l-iżvilupp jinvolvi wkoll bini ta' bus shelters ġodda u aħjar, bi skeda tal-ħinijiet tat-trasport li qed titwaħħal mill-kunsilli lokali.", "Toroq", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern fassalna l-pjan marbut max-xogħol meħtieġ għall-bini tat-toroq arterjali ta' pajjiżna.", "Bnejna toroq b'mod ġdid li bih neqirdu darba għal dejjem il-problemi ta' qabel meta ftit wara li tkun saret triq ġdida terġa' tinqala' biex jgħaddu minnha s-servizzi minn korporazzjoni jew oħra.", "Daħħalna standards ġodda ta' kif triq titqiegħed fuq pedamenti tajba biex l-investiment li qed isir ikun wieħed dejjiemi.", "Tlesta x-xogħol fuq it-Triq l-Imdina f'Ħal Qormi, it-Triq tas- Salina, it-Triq Psaila f'Birkirkara, it-Triq l-Imdina f'Ħ'Attard, id-daħla tal-Mellieħa, il-Junction ta' Wied il-Għajn/Ħaż-Żabbar, it-Triq tal-Balal it-Triq Hompesch fil-Fgura, u t-Triq ta' Ħal Far.", "Minbarra dawn ix-xogħlijiet tkompla wkoll ix-xogħol fuq it-triq li minn Burmarrad twassal għall-Mosta, dik li mis-Salina twassal għan-Naxxar, kif ukoll avvanza sew ix-xogħol tan-North Bound Ring Road fil-Mosta, u tkompla wkoll ix-xogħol biex il-bypass ta' l-Imtarfa tinbena mill-ġdid.", "Ma' dan ix-xogħol, wieħed irid iżid ukoll il-ħidma bla waqfien li għaddejja fit-toroq lokali.", "Matul l-erba' snin li ilna fil-Gvern, minbarra x-xogħol fuq għoxrin triq arterjali, sar ukoll xogħol fuq madwar 400 triq lokali.", "Madwar Malta fadal numru ta' toroq li qatt ma kienu mibnija.", "Qegħdin nieħdu ħsieb dawn it-toroq u, matul is-sena li ġejja, hu mistenni li madwar 100 triq lokali oħra jkunu lesti.", "Ambjent", "Imħeġġin mil-livelli għolja ambjentali li rridu nilħqu bħala membri tal- Unjoni Ewropea, f'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern għamilna ħafna xogħol biex inħejju rwieħna sabiex, anke bl-għajnuna tal-Ewropa li tagħti lill- ambjent prijorita` kbira, nħaffu l-pass ta' twettiq ta' pjan estensiv biex nibdlu sistemi li wżajna s'issa u li setgħu kienu ta' ħsara għall-ambjent.", "Għaldaqstant, jeħtieġ li nibnu s-sistemi ta' mmaniġġjar u proċessar li jassiguraw li, r-rifjut maħluq minna lkoll fi kwantitajiet dejjem akbar, ma jkomplix iħassar l-ambjent.", "Għalkemm dan ix-xogħol kollu ma jidhirx, dan hu nvestiment biex inkunu nistgħu nħaffu fis-snin li ġejjin.", "F'dawn l-aħħar erba' snin sar xogħol fuq il-proġett biex id-drenaġġ kollu f'pajjiżna jissaffa qabel jintefa' fil-baħar.", "Bħalissa, qed tinbena l- infrastruttura meħtieġa u s-sena d-dieħla, bl-għajnuna ta' fondi mill- Unjoni Ewropea, se jinbena impjant ta' tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex.", "Wettaqna proġetti ta' tisbiħ ta' promenades bħal dawk ta' Marsaskala, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Gżira, Sliema u San Ġiljan b'livell ta' kwalita` mill-aqwa biex nagħtu lill-poplu tagħna l-ambjent xieraq biex jgħix aħjar.", "Ħarrikna l-pass fil-programm ta' restawr u rijabilitazzjoni u għaddej xogħol fuq lista twila ta' proġetti mal-pajjiż kollu, l-aktar fl-ibliet imdawra bis-swar.", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern seħħ l-ikbar programm li qatt ra l- pajjiż ta' twaqqigħ ta' bini illegali.", "F'dawn l-erba' snin tneħħew medja ta' 100 struttura fis-sena u tnaddfu mal-24 postijiet ta' skart f'Malta u Għawdex.", "Tneħħew ukoll eluf ta' tunnellati ta' materjal tal-bini mill- kampanja u issa qed jitwaħħlu closed-circuit TV cameras f'xi postijiet biex ikunu identifikati dawk l-irresponsabbli u egoisti li jħammġu l-kampanja.", "Dan seta' jsir għax, kontra dak li kien isir taħt Gvern ta' qabel, l- Awtorità għall-Ambjent u Ippjanar m'għadx qed issib problemi biex tingħata l-inġenji tad-dipartiment tax-xogħlijiet biex dan it-twaqqigħ u t-tindif ikun jista' jsir.", "Poġġejna ħafna informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dwar l- iżviluppi kollha li jkunu qed isiru u, fejn il-Gvern ta' qabel kien qed inaqqas l-informazzjoni li tingħata, f'dawn l-erba' snin għamilnieha possibbli għal kulħadd li permezz tal-kompjuter, mill-kumdità ta' daru, jara t-tagħrif kollu li jixtieq dwar applikazzjonijiet għal żvilupp, pjani, policies u informazzjoni ambjentali.", "Bdejna nimmoniterjaw il-kwalita` tal-arja u tal-baħar, biex naċċertaw li ma jkunx hemm tniġġis li jista' jkun ta' periklu.", "L-Unjoni Ewropea se tgħin lill-Awtorita` biex jiġu mħarrġa impjegati u jkunu żviluppati sistemi li bihom jitħares l-ambjent speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tniġġis ta' l-arja, l-art u l-baħar.", "Biex indakkru lit-tfal tagħna b'kultura favur l-ambjent, għaddej programm magħruf bħala ecoschools li bih numru ta' skejjel se jimplimentaw sistema ta' mmaniġġjar ambjentali.", "Proġett \"Insebbħu Pajjiżna\"", "Saru ħafna proġetti ta' tisbiħ ta' pajjiżna u ġew żviluppati lokalitajiet fejn il-Poplu jista' jirrikrea ruħu.", "Dan l-aħħar ilħaqna ftehim mal-partijiet interessati kollha, ażjendi privati u unions, biex mijiet ta' ħaddiema fid-Dipartiment tal-Agrikoltura jkunu organiżżati aħjar fuq xogħolhom biex il-flus li qed iħallas il-Poplu jagħtu aktar riżultat.", "Għaqqadna r-riżorsi tas-settur pubbliku u s-settur privat biex jikkumplimentaw lil xulxin.", "Qed inħarsu lejn dan il-proġett bħala prova li minnha se jitgħallem kulħadd.", "Nisperaw li din is-sistema, mirquma kif se tgħallem l-esperjenza, tkun ix-xempju li fuqu jitwettqu proġetti oħra.", "Il-proġett \"Insebbħu Pajjiżna\", li għadu kemm beda, se jiffoka biex jagħti dehra isbaħ u mżewqa tal-art, u l-pajsaġġi fin-natural li għandna f'pajjiżna.", "Dan kemm mil-lat ta' disinn kif ukoll mil-lat ta' manutenzjoni.", "Ħidma favur iċ-ċittadin", "Fil-qasam tal-ħarsien taċ-ċittadin, wettaqna l-wegħda li għamilna erba' snin ilu meta dħalna fil-Gvern, jiġifieri, dik li nagħtu aktar importanza lill-vittmi tar-reati u tajnhom id-dritt li kien miċħud lilhom li jkunu preżenti l-ħin kollu matul il-proċeduri kriminali.", "Dan hu biss eżempju żgħir ta' x'għamilna biex saħħaħna d-drittijiet tas-soċjetà fil-ġlieda kontra il-kriminalità.", "Għamilna riforma radikali fil-Kodiċi Kriminali, fejn il-konġura saret reat, u ġew introdotti reati ġodda bħall-użura, il-mibegħda razzjali, l- assoċjazzjoni kriminali, it-traffikar ta' l-immigranti illegali u sfruttament ta' nisa u tfal.", "Fl-istess ħin, tajna inċentivi ta' tnaqqis fil-piena għal min isewwi l-ħsara li jkun ikkaġuna lill-vittmi tar-reati.", "Żidna d-dħul tal-Pulizija f'salarji, overtime u allowances b'mod li, f'erba snin, kuntistabbli qed jieħu d-dar, ras'imb'ras, 26% aktar minn kemm kien jieħu fl-1998 meta l-Gvern ta' qabilna li wiegħed li se jżidilhom id-dħul fil-fatt naqqashulhom.", "Ċittadinanza doppja", "Matul dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern frixna l-possibilità biex aktar Maltin ikollhom dritt għal ċittadinanza doppja filwaqt li daħħalnieha għal dawk li twieldu Maltin iżda tilfu ċ-ċittadinanza Maltija.", "B'hekk erġajna wrejna li Gvern Nazzjonalista dejjem qies il-Maltin li jgħixu barra minn pajjiżna bħala parti mill-familja kbira Maltija.", "F'dawn l-aħħar tliet snin 5,000 persuna gawdew minn din il-miżura.", "Propjetà tal-Gvern", "Fil-qasam tal-Amministrazzjoni tal-proprjetà tal-Gvern, għalkemm għadna 'l bogħod milli nħallsu lis-sidien kollha li, matul is-snin kellhom propjetà meħuda lilhom skond il-liġi, minn diversi amministrazzjonijiet, irduppjajna, komparat mas-snin ta' qabel, fl-erba' snin li għaddew, l- ammont ta' kumpens għall-propjeta' meħuda.", "Barra min dan, nidejna skemi għall-fidi ta' ċens u għal xiri ta' djar mikrija sabiex aktar nies isiru sidien ta' djarhom.", "Ġustizzja", "Matul dawn l-erba' snin minn mindu bdejna dan il-Gvern, komplejna bir- riformi fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja: riformi maħsuba biex ikomplu jsaħħu l-kapaċità amministrattiva li jrid ikun hemm biex jagħmilha possibbli li kawżi jinqatgħu aktar malajr.", "Matul din is-sena, ftaħna wkoll ir-Registru ġdid tal-Qrati Ċivili, proġett li jservi ta' eżempju ieħor ta' kif għandhom jiġu restawrati abitazzjonijiet qodma.", "Dan hu biss l-ewwel fazi ta' investiment li dan il- Gvern sejjer jagħmel fil-Qrati.", "Fil-fatt, il-Gvern approva spiża ta' Lm2 miljun, mifruxa fuq l-erba' snin li ġejjin, biex jiġi rijabilitat l-Annex tal-Qorti (li se jintuża bħala Family Court), is-sulari t'isfel u l- uffiċċji fis-sular ta' fuq tal-Qorti u l-bini ta' uffiċċji għall-Ġudikatura fi propjetà fi Triq id-Dejqa.", "Dan l-investiment juri bis-sħiħ kemm dan il-Gvern hu kommess li jappoġġja finanzjarjament ir-riforma amministrattiva li beda erba' snin ilu.", "Tajjeb li nirrealiżżaw li, mqabbel mal-aħħar Budget tal-Gvern ta' qabilna, illum il-vot rikurrenti għall-Qrati żdied b'madwar miljun lira l-aktar prinċiparjament għaliex illum hemm mal-100 persuna aktar taħdem fil-Qorti biex hekk is-servizz li qed jingħata jkun ħafna aħjar.", "F'dawn l-erba' snin, ħdimna wkoll biex żviluppajna organiżżazzjoni ġdida għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Hekk, dan l-uffiċċju jkun jista' jaqdi aħjar il-ħtiġijiet ta' pajjiż modern.", "Protezzjoni tal-Konsumatur", "Il-politika tal-Gvern li wasslet għall-liberaliżżazzjoni tal-kummerċ ġiet kumplimentata b'politika ta' protezzjoni tal-konsumatur u tisħiħ fil-liġi tal-kompetizzjoni.", "Saħħaħna l-istrutturi kollha biex inneħħu d-duplikazzjoni, u naċċertaw regolatur b'saħħtu u ffukat tajjeb.", "Attrezzajna dawn l-istrutturi b'nies professjonali biex il-kompetenza teknika f'dan il-qasam tiżdied.", "Dan qed iwassal biex is-servizz li jingħata jkun tabilħaqq ta' livell għoli kif jixraqlu l-poplu tagħna.", "Qegħdin niżguraw li l-konsumatur f'Malta jkun protett bis-sħiħ minn prodotti perikolużi, rekalmar qarrieq, u kundizzjonijiet mhux ġusti fil- kuntratti.", "Qegħdin niffukaw fuq il-periklu mit-tniġġi fl-ikel, ir-responsabbilta' fil- każ ta' danni kawżati minn prodotti difettużi, il-bejgħ bieb bieb, il- package holidays, it-timeshare, il-garanziji kummerċjali, fuq il-bejgħ li jsir permezz ta' katalgi, l-internet, u t-televiżjoni, il-kejl u l-imwieżen tal-ħwienet, pyramid schemes u fuq reklamar komparattiv.", "Neħħejna l-eżenzjoni mir-regoli tal-kompetizzjoni lil aktar minn 60 kumpanija jew korporazzjoni pubblika.", "Sal-aħħar tas-sena, mistennija jkunu identifikati u eżentati biss dawk il-ftit servizzi pprovduti minn xi wħud minn l-entijiet li għadhom igawdu mill-eżenzjoni bħal, per eżempju, l-Air Malta, il-Maltacom u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li huma meqjusa ta' interess ekonomiku ġenerali u li għalihom l-eżenzjoni mir- regoli tal-kompetizzjoni hi essenzjali.", "B'hekk, in-negozji dejjem jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell u l- konsumatur Malti qed jingħata l-istess protezzjoni bħal dak Ewropew.", "Sport", "Ma narawx l-isport biss bħala opportunità ta' prestiġju biex jintrebħu l- midalji, imma bħala kolonna mportanti mill-edifiċju kulturali.", "L-isport għandu effett pożittiv fuq l-edukazzjoni, it-turiżmu u l-ekonomija u, ċertament mhux l-anqas, fuq is-saħħa.", "Fost l-akbar ħidmiet li saru fl-erba' snin ta' dan il-Gvern kienu l-programmi ta' għajnuna lill-assoċjazzjonijiet sportivi u l-investiment fil-faċilitajiet sportivi.", "F'dawn l-erba' snin minn meta beda dan il-Gvern, investejna Lm3.5 miljun fuq bini ta' faċilitajiet nazzjonali u reġjonali.", "F'Ġunju ta' din is-sena, tlesta' l-Multipurpose Hall ġewwa l-Università u dan il-kumpless, li jinkludi wkoll il-Pixxina Nazzjonali, sar mekka ta' attivitajiet u edukazzjoni sportivi.", "Qed isir xogħol ta' titjib fuq il-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa, fejn issa din se tkun imdawla sabiex fiha jkunu jistgħu jitkomplew l-attivitajiet wara nżul ix-xemx ukoll.", "Se jibda x-xogħol ta' titjib fuq il-korsa ta' l- atletika u l-bini ta' faċilitajiet oħra.", "Għaddej b'ritmu mgħaġġel ix-xogħol fuq il-bini tal-Kumpless Reġjonali Sportiv fil-Kottonera li hu mistenni li jkun lest sa' l-aħħar ta' Frar li ġej.", "Sadanittant, qed nistennew li l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l- Arti li waqqafna dan l-aħħar tibda tagħti l-frott tagħha.", "B'dawn l-investimenti, il-pajjiż ikun jista' jiftaħar li għandu faċilitajiet ta' livell li jixirqu lil pajjiż modern.", "Kultura", "Ħloqna opportunitajiet oħra għall-manifestazzjonijiet kulturali, bi żvilupp tal-Kavallier ta' San Ġakbu li, mhux biss hu arti fih innifsu bil-mod kif għaqqad flimkien l-antik u l-ġdid, imma li qed jilqa' fih ħafna artisti f'dixxiplini differenti biex dawn juru l-ħila tagħhom u jaqsmu mal-poplu s- sentimenti u l-emozzjonijiet tagħhom.", "Sadanittant, qed nistennew li l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l- Arti li waqqafna dan l-aħħar tibda tagħti l-frott tagħha.", "Kunsilli Lokali", "Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien dejjem Gvern li esprima fiduċja sħiħa fil-Kunsilli Lokali.", "Din is-sena reġa' nżamm ir-rekord li kull sena jiżdiedu l-fondi biex titjieb il-kwalità tal-ħajja għall- benefiċċju tar-residenti.", "Din is-sena, l-fondi telgħu għal Lm10.5 miljun.", "Barra minn dan il-Kunsilli Lokali setgħu jiġġeneraw fondi oħra kemm bid- delega ta' l-infurzar tal-liġijiet kif ukoll minn din is-sena, bis-saħħa tar-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali.", "Matul dawn l-erba' snin, il-Gvern Nazzjonalista, b'kuntrast mal-politika tal-Gvern ta' qabilna, kompla saħħaħ il-Kunsilli Lokali mhux biss billi żied il-fondi iżda billi tahom aktar poteri.", "Illum, il-Kunsilli Lokali jistgħu jitqiesu bħala awtoritajiet li tassew qed jaħdmu biex l- amministrazzjoni fil-lokalità tkun waħda effettiva u taqdi aktar il- ħtiġijiet immedjati tal-poplu.", "F'dan iż-żmien, il-frott ta' ħidmet il-Kunsilli Lokali jidher f'bus shelters ġodda u fil-bini mill-ġdid ta' kilometri ta' toroq u bankini lokali.", "Barra mix-xogħol li jidher, il-Kunsilli Lokali għamlu xogħol li ma jidhirx iżda ta' fejda għall-persuni żvantaġġjati fis-soċjetà.", "Il-Kunsilli Lokali qed jedukaw u jintegraw lil dawk li ma jintlaqtux mill-istrutturi konvenzjonali tal-Gvern Ċentrali.", "Għawdex", "Għawdex mexa mal-bqija tal-pajjiż fl-iżvilupp tiegħu u fil-qabża fil- kwalità tal-ħajja.", "Matul l-erba' snin li ilna fil-Gvern, f'Għawdex saru proġetti u xogħlijiet mifruxa fuq l-oqsma kollha tal-ħajja Għawdxija.", "F'dawn l-erba' snin, in-nefqa fuq il-programm kapitali tal-Ministeru għal Għawdex qabżet is-Lm7.3 miljun - l-akbar nefqa kapitali li qatt saret f'erba' snin mill-Ministeru.", "Intefqu Lm775,000 fl-edukazzjoni, Lm446,000 fis-saħħa, nofs miljun biex inbidel mill-qiegħ it-Taqsima ta' l-Anzjani Nisa fl-Isptar Ġenerali, Lm643,000 fl-informatika, Lm2.5 miljun fit-toroq, madwar Lm1.5 miljun fis- sistema tad-drenaġġ, Lm440,000 fl-industrija u Lm300,000 fl-agrikultura.", "Sar ukoll cable ġdid ta' l-elettriku taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex biex issa żgurajna provvista stabbli u ċerta ta' l-elettriku f'Għawdex.", "Dan kollu minbarra l-miljuni kbar li nfaqna fuq tliet vapuri ġodda u fuq it- titjib kbir li qed isir fil-portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr li minnhom diġà qed igawdu ħafna personalment l-Għawdxin kif ukoll Għawdex billi din l- infrastruttura toħloq aktar attività turistika u kummerċjali fil-gżira Għawdxija.", "Ħafna xogħol li kien isir f'dipartimenti tal-Gvern f'Malta ġie ttrasferit Għawdex biex hekk jinħoloq xogħol produttiv għall-Għawdxin ġo Għawdex stess.", "Hekk, jaħdmu mingħajr il-bżonn ta' skariġġ.", "Hekk, saħħaħna qatigħ l-infrastruttura fiżika, soċjali u ekonomika f'Għawdex biex nassiguraw ġejjieni aħjar għall-Ghawdxin.", "Tellajna 'l kulħadd 'il quddiem", "In-nisa", "F'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, irsistejna biex ħadd ma jibqa' lura, u dan, billi mbuttajna 'l quddiem kemm flaħna lil setturi differenti li b'xi mod jew ieħor ikunu żvantaġġati.", "Issilitna ma' kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Lin-nisa tajniehom drittijiet daqs l-irġiel, mhux biss fil-familja u fis-soċjetà imma wkoll fuq ix-xogħol.", "Hekk, m'hemm ebda xkiel li nkomplu nżidu r-rata tal- parteċipazzjoni tan-nisa Maltin fil-ħajja tax-xogħol barra mid-dar biex huma wkoll jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-ġid ekonomiku, b'rizq għal pajjiżna u għalihom infushom.", "L-anzjani", "Fl-erba' snin minn mindu bdejna dan il-Gvern, ħdimna bis-sħiħ biex l- anzjani jibqgħu jgħixu kemm jista' jkun fi ħdan il-familji tagħhom u fil- komunità li trabbew fiha.", "Għalhekk, mhux biss issaħħu s-servizzi ta' Home Help, Telecare, Handyman, għajnuna għall-inkontinenza u l-meals on wheels, imma wkoll bdejna nwaħħlu lifts f'bini residenzjali tal-Gvern biex l- anzjani jibqgħalhom aċċess għal djarhom.", "Ftaħna sitt Day Centres ġodda – fl-Imtarfa, f'Birkirkara, f'Bormla, Ħal Luqa, f'San Pawl il-Baħar u f'Birżebbuġa.", "Matul dawn l-erba' snin ftaħna d-dar għall-anzjani f'Bormla li tilqa' fiha 107 anzjan waqt li nidejna servizz ta' Public Private Partnership li taħtu 80 anzjan ġew allokati f'residenzi privati għall-anzjani.", "Qed inkabbru d- dar għall-anzjani fiż-Żejtun fejn in-numru ta' sodod se jiżdied bi 80, waqt li qed isir xogħol ta' estensjoni u tiġdid fid-djar tal-anzjani fl-Imtarfa, fil-Florjana u fl-Imsida.", "Sar ħafna xogħol fir-residenza San Vinċenz de Paule b'risq dawk kollu li joqogħdu fiha.", "Is-Serenity Wards inbnew mill-ġdid u ġew mgħammra bl-aktar apparat modern, waqt li għaddej ix-xogħol biex isir l-istess f'żewġ blokki ta' swali 1, 2, 3 u 4, nisa u rġiel.", "Fl-istess ħin, sar xogħol estensiv ta' moderniżżar u ta' titjib f'diversi swali.", "Iżda, d-differenza fir-residenza San Vinċenz de Paule ma saritx biss fil- bini u t-tagħmir: saret ukoll fil-kwalità u l-varjetà ta' servizzi li r- residenti qegħdin igawdu minnu.", "Dan sar billi żdiedu nurses u care-workers biex jitjieb is-servizz ta' kura għall-anzjani, beda servizz ta' social workers u nfetħu l-kliniċi tal-podology u l-ispeech therapy", "Persuni b'diżabilità", "Aħna nagħrfu d-dinjità sħiħa ta' kulħadd u, għalhekk, ħsibna wkoll fis- setturi l-aktar dgħajfa tas-soċjetà tagħna u neħħejna kull diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità.", "Mhux biss, imma f'dawn l-erba' snin minn meta bdejna fil-Gvern, bdejna nipprovdu servizzi fil-komunità biex il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ fuq uliedhom jekk huma jiġu nieqsa.", "Il-proġetti f'Wied il-Għajn, fil-Fgura u f'Ħal Kirkop jipprovdu servizz uniku li jbiddel il-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-persuni.", "Djar", "Irrevedejna l-iskemi kollha tal-Awtorità tad-Djar u bnejna 'l fuq minn 900 post ġdid fi proġetti madwar Malta u Għawdex li jinkludu wkoll proġetti kbar ta' slum clearance.", "Il-familja", "Il-familja baqgħet iċ-ċentru tal-attenzjoni tagħna u, matul dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern, permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja li waqqafna, ħadna ħafna inizzjattivi biex il-familji tagħna jissaħħu.", "Tajna attenzjoni speċjali lil dawk is-servizzi fil-komunità li jgħinu lill- familji bi problemi.", "Twaqqfet l-aġenzija Appoġġ li llum tħaddem numru ta' social workers erba' darbiet aktar minn dak li kellha erba' snin ilu u li nallokawlha flus id-doppju li kienet tirċievi erba' snin ilu.", "Saħħaħna lill-Aġenzija Sedqa u ħdimna mal-organiżżazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-abbuż mid-drogi biex inkomplu ngħinu joħorġu minnu, lil dawk li jaqgħu fil-vizzju u, aktar importanti, biex nedukaw liż- żgħażagħ tagħna jagħmlu għażliet ta' fejda għalihom.", "It-tfal", "Żgur li fost l-aktar dgħajfa hemm it-tfal vittmi innoċenti ta' abbuż, ta' vjolenza domestika jew t'abbandun.", "Anke hawn ma qgħadniex lura.", "Ħloqna servizz ġdid ta' fostering u qed nagħtu benefiċċju finanzjarju lil dawk li qed jerfgħu din ir-responsabbiltà biex intaffulhom biċċa mill-ispejjeż li jkun hemm.", "Żidna wkoll l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu fil- qasam soċjali u llum din l-għajnuna tilħaq madwar Lm1 miljun.", "Fil-firxa sħiħa ta' inizzjattivi li ħadna matul dawn l-erba' snin minn meta bdejna fil-Gvern ridna dejjem li ntellgħu lill-poplu Malti fl-istess livelli tal-Popli Ewropej.", "Hu tajjeb għal kulħadd li l-mudell soċjali tal- Unjoni Ewropea jidħol ukoll f'pajjiżna.", "Il-poplu tagħna jixraqlu l-aħjar u aħna rridu ntuh l-aħjar.", "Saħħa", "F'dawn l-erba' snin ngħatat spinta qawwija lill-bini ta' l-Isptar Mater Dei, proġett b'miri għoljin kif jixraq lill-poplu Malti.", "Il-bini u l- istallazzjoni ta' tagħmir elettroniku u mekkaniku jinsabu fi stadju avvanzat ħafna.", "Tlesta l-pjan ta' trasferiment mill-isptar San Luqa.", "L- isptar se jiftaħ l-ewwel fażi f'Ġunju li ġej bid-dipartiment ta' l- outpatients u hekk il-poplu Malti se jibda jgawdi l-frott tal-investiment qawwi li sar.", "Meta t-trasferiment ikun sar kważi kollu sal-2005, inkunu bdejna nsolvu l-problemi llum marbuta mal-Isptar San Luqa – l-iffullar, każijiet soċjali, sodod fil-kuritur, nuqqas ta' privatezza, listi twal ta' stennija għal ċerti operazzjonijiet primarjament dovuti għan-numru żgħir ta' teatri għall-operazzjonijiet f'San Luqa.", "Meta dħalna fil-Gvern erba' snin ilu sibna li l-Gvern ta' qabilna, b'deċiżjonijiet mgħaġġla u bl-addoċċ, spiċċa biex irdoppja d-daqs tal- isptar minn kif kien ippjanat oriġinarjament bil-konsegwenza li l-ispiża fuq il-proġett telgħet b'madwar Lm40 miljun lira.", "Minkejja li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa poġġiet is-sistema tas-Saħħa f'Malta fil-ħames post fid-dinja, aħna konxji li għad baqa' ħafna xi ntejbu.", "It-trasferiment mill-isptar San Luqa għall-isptar il-ġdid se jġib taqliba sħiħa fil-mod kif jitħaddem l-isptar.", "Se nagħtu awtonomija fit-tmexxija tal-isptar biex anke hawn nifirdu r-rwol regolatorju minn dak ta' operatur.", "Hekk il-pazjenti u dawk kollha li jagħmlu mis-servizz tal-isptar ikunu tabilħaqq fiċ-ċentru tas-sistema.", "Il-pazjent se jingħata leħen qawwi kemm fil-bordijiet li jirregolaw il-professjonijiet fil-kura tas-saħħa kif ukoll fil-bordijiet li se jitwaqqfu fit-tmexxija awtonoma tal-isptarijiet kollha.", "Ir-riformi ilhom jinħmew.", "Matul dawn l-erba' snin minn meta bdejna dan il- Gvern għamilna bidliet sostanzjali fl-isptarijiet tagħna bit-taħriġ ta' mijiet ta' impjegati.", "Kull fejn daħħalna sistemi ġodda ta' kontabilità u responsabbiliżżazzjoni dawn raddew iżjed effiċjenza u aktar sodisfazzjon lill-pazjent.", "Waqt li qed isir dan kollu, komplejna bl-immodernizzar tas-swali sew f'San Luqa kif ukoll f'Monte Carmeli u fl-Isptar Boffa.", "Daħħalna servizzi ġodda li kienu vitali għal-ħajjiet diversi nies u tejjibna l-kwalità tal-ħajja ta' eluf oħra.", "Ħafna mill-operazzjonijiet li għalihom qabel konna nibagħtu l-pazjenti barra minn Malta bid-diffikultajiet u l-qtigħ il-qalb tal-pazjenti u qrabathom, qed isiru f'Malta minn kirurgi Maltin.", "Dawn qed jagħmlu f'pajjiżna operazzjonijiet li ma jsirux f'ħafna pajjiżi bil-wisq aktar avvanzati u sinjuri minna.", "Neħħejna għal kollox l-istennija għall-kura tal-kanċer, naqqasna għal erbat ijiem biss l-istennija biex pazjenti jagħmlu mammogram, jiġifieri parti mill-eżami tas-sider.", "Qed innaqqsu l-istennija għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet tal-katarretti u nevroloġija billi sessjonijiet qed isiru wkoll saħansitra l-Ħadd u fil-festi pubbliċi.", "Anke f'dan is-settur, għafasna kemm flaħna fuq it-tagħlim u t-taħriġ.", "Din il-ħidma sfiqa f'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern qiegħda tagħti l- frott.", "Minkejja t-tinwiħ li nisimgħu mid-downers, sew in-numru kemm il- livell ta' infermiera qegħdin jiżdiedu u dalwaqt inkunu f'pożizzjoni li jkollna kemm neħtieġu.", "Wara dan nibdew nikkonċentraw aktar fuq l- ispeċjaliżżazzjoni.", "Fil-każ tat-tobba wasalna biex nibdew ingawdu mill- ftuħ tal-kors mediku kull sena fl-Università.", "Qed ikollna mhux biss il- livell li, kif kulħadd jagħraf, hu għoli ħafna imma se nkunu f'pożizzjoni li nneħħu r-restrizzjonijiet li kellna nimponu, għall-ġid tal-pazjent innifsu, fil-ħinijiet tal-għoti tas-servizz mediku f'numru ta' ċentri tas- saħħa.", "Il-proċess għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea serva ta' katalist biex ħaffifna l-pass biex inġibu 'l quddiem il-liġijiet kollha fil-qasam tas- saħħa u għamilna oħrajn li bihom il-konsumatur Malti jkun jista' jgawdi l- istess livell ta' ħarsien fil-preparazzjoni tal-ikel u fil-mediċini li jgawdi l-konsumatur Ewropew.", "Ħdimna għall-Ewropa u żammejna qrib tal-pajjiżi ġirien u dawk imbiegħda", "Id-deċiżjoni tal-Gvern ta' qabilna li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, tefgħatna fi żvantaġġ kbir mall-pajjiżi applikanti l-oħra li sadanittant infetħu magħhom in-negozjati.", "Dawn bdew jingħataw għajnuna finanzjarja sostanzjali biex ikunu jistgħu jibnu l- istrutturi tagħhom għal-livell meħtieġ biex jassumu l-obligi tas-sħubija.", "Din id-deċizjoni bla għaqal tal-Gvern ta' qabilna tellfitna r-rakantura għat-tħejjija għas-sħubija u tellfitna l-flus.", "Ħdimna kemm flaħna f'dawn l- erba' snin li ilna fil-Gvern biex, l-ewwel nipperswadu lill-Ewropa terġa' taċċetta lil Malta bħala pajjiż li miegħu jistgħu jibdew in-negozjati għal sħubija, u mbagħad biex inġibu lura ż-żmien li tellifna l-Gvern li spiċċa erba' snin ilu.", "Fil-proċess ta' negozjati rnexxielna nilħqu l-pajjiżi l-oħra applikanti li kienu bdew jinnegozjaw sentejn qabilna.", "Ħadna ħsieb niżguraw li kull pożizzjoni li kellna nieħdu fin-negozjati tkun diskussa minn qabel ma' kull għaqda, korp kostitwit, jew union li setaċ kellu xi interess f'xi qasam partikolari.", "Hekk, żgurajna li l-pożizzjoni aħħarija tkun verament l-aħjar pożizzjoni għal Malta għax tkun għaddiet mill-għarbiel ta' kull min għandu interess.", "Xtaqna li l-Oppożizjoni tkun parti wkoll f'dan il-proċess ta' konsultazzjoni iżda, sfortunatament, għal raġunijiet li jafuhom huma biss riedu jibqgħu barra.", "In-negozjati huma ibsin, iżda, tajna prova li Malta kapaċi tipperswadi lil pajjiżi oħra li għandha taddotta mezzi u politika li, għalkemm forsi mhux skond ir-regoli tal-acquis, imma huma l-aħjar biex jintlaħaq l-għan aħħari ta' żvilupp qawwi ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali li, fl-iqsar żmien possibbli, tellgħuna għal-livelli għolja li jgawdu l-Ewropej.", "Dawk li stennew, u forsi xtaqu wkoll, li dawk li kienu qed jinnegozjaw magħna kienu se jġorruna, kellhom jibilgħu kliemhom hekk kif għamilna kisbiet importanti li bihom żgurajna li fl-Ewropa nkunu f'pożizzjoni li nisfruttaw l-opportunitajiet kollha li toffri sħubija, waqt li sibna rimedji għall-biżgħat li kien hemm f'xi setturi.", "Per eżempju, żgurajna li l-poplu tagħna jibqa' jilħaq mal-prezzijiet tal- propjeta' f'pajjiżna.", "Żgurajna li, waqt li niesna jistgħu jimirħu fejn iridu fl-Ewropa biex jitgħallmu, jitħarrġu u jaħdmu, f'Malta ma jkollna ebda periklu għall-postijiet tax-xogħol għan-nies tagħna.", "Żgurajna li s- sajd fl-ibħra ta' madwarna jibqa' sostenibbili fis-snin li ġejjin.", "Ipperswadejniihom li l-Malti jkun lingwa uffiċjali mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Issa, wasalna fl-aħħar tan-negozjati u ser inkomplu nagħmlu l-almu kollu tagħna biex sa tmiem din is-sena dawn in-negozjati jingħalqu.", "Ix-xogħol li għamilna f'dawn l-erba' snin li ilna fil-Gvern kien xogħol tajjeb ħafna u, għalhekk, b'wiċċna minn quddiem se mmorru quddiem il-poplu b'pakkett tajjeb biex, min-naħa tiegħu, il-Poplu Malti jagħtina l-kunsens biex inkomplu mixjin bil-proċess tas-sħubija.", "Fil-referendum li se jsir is-sena d-dieħla fuq is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, il-Poplu Malti se jagħti l-verdett tiegħu: verdett li jorbot lil kull politiku li jippretendi li jirrispetta d-demokrazija.", "Din hi responsabbiltà individwali u personali ta' kull politiku, u ebda skuża ma tħassar it-tebgħa ta' dawk li, b'xi mod, jieħdu xi azzjoni li tmur kontra d-deċiżjoni tal-Poplu.", "Il-ħidma fil-qasam tal-affarijiet barranin ma kinitx biss indirizzata lejn l-Ewropa.", "Fir-reġjun tal-Mediterran mhux biss tajna sehemna ħalli dan ir-reġjun isir wieħed ta' paċi u stabbilità, iżda ħadna inizjattivi biex insaħħu d- djalogu.", "Ipproponejna li għandha tinħoloq Assemblea Parlamentari ta' l- Istati tal-Mediterran.", "Din il-proposta sabet qbil fil-prinċipju.", "Fl-erba' snin li ilna fil-Gvern, iffirmajna 'l fuq minn 85 ftehim bilaterali.", "Dawn ikomplu jibnu u jsaħħu l-qafas legali tar-relazzjonijiet li Malta għandha ma' diversi pajjiżi.", "Dawn il-ftehim huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadin Malti billi jitrattaw materji bħal m'huma t-tassazzjoni doppja, il-ġlieda kontra l-kriminalità organiżżata u t-traffikar tad-droga, is-saħħa u oqsma oħra.", "Fil-qasam multilaterali wkoll, Malta kompliet tagħti sehemha.", "Ġew iffirmati 'l fuq minn 60 ftehim fid-diversi oqsma ta' kooperazzjoni internazzjonali, il-konvenzjonijiet kollha kontra t-terroriżmu.", "Grazzi lill-Poplu Malti u Għawdxi", "F'dawn l-erba' snin għamilna ħafna.", "Dan hu Gvern għaqli, bieżel, kuraġġuż u effettiv.", "Prosit u grazzi jmur lill-Poplu Malti li fehem iż-żminijiet diffiċli li għaddejna minnhom, li fehem il-bżonn li nsibu s-soluzzjonijiet li jaħdmu għall-pajjiżna u li ta l-kooperazzjoni tiegħu kollha biex dawn ir-riżultati setgħu jintlaħqu.", "Viżjoni tbaqbaq b'ideat ġodda", "Il-viżjoni tagħna għall-futur għadha tbaqbaq b'ideat ġodda ta' kif dan il- pajjiż nistgħu nagħmluh dejjem aħjar.", "Nafu li aħna kapaċi nieħdu sehem sħiħ fl-attività kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Nafu wkoll li s-sħubija ma dawn il-Popli li jaħsbu bħalna, li għandhom l-istess valuri tagħna u li f'ħafna każi, huma aktar sinjuri minna, se tagħtina ċ-ċans li nħaffu l-pass fl-iżvilupp tagħna fl-oqsma ekonomiċi, soċjali u kulturali.", "Anness \"Q\"", "|Lm miljuni | |Sena |1998 |1999 |2000 |2001 |2002 |2003 | |Dħul Totali |504 |551 |612 |669 |746 |771 | |Differenza bejn sena u | |47 |61 |57 |78 |24 | |oħra | | | | | | | |Differenza kumulattiva | |47 |108 |165 |242 |266 |", "Anness \"R\"", "[pic]", "Anness \"S\"", "[pic] Anness \"T\"", "[pic]", "Anness \"U\"", "[pic] Anness \"V\"", "[pic]", "Anness \"W\"", "[pic] Anness \"X\"", "Anness \"Y\"", "[pic]", "Anness \"Z\"", "|Tabella Nru 21 | |Qagħda tal-Fond Konsolidat sal-2005 | |Lm 000's | | |2002(R) |2003(P) |2004(P) |2005(P) | |Dħul | |Bilanċ tad-Dejn tal-Gvern | | |2000 |2001 |2002 |2003 |2004 |2005 | |Bills |169,008 |156,125 |164,584 |75,501 |135,510 |186,948 | |tat-Teżor | | | | | | | |Stocks |712,728 |812,854 |812,854 |912,854 |912,854 |912,854 | |tal-Gvern | | | | | | | |Self minn |39,353 |40,494 |71,994 |84,494 |96,994 |109,494 | |barra | | | | | | | |Dejn |921,089 |1,009,473|1,049,432|1,072,849|1,145,358|1,209,296| |tal-Gvern | | | | | | | |% ta'PGD |59.11% |62.04% |61.24% |59.35% |60.06% |60.10% | |PGD bi | | | | | | | |prezzijiet |1,558.377 |1,627.000|1,713.500|1,807.740|1,907.160|2,012.060| |kurrenti | | | | | | |", "Anness \"AB\"", "[pic] Anness \"AC\"", "STATEMENT A", "DHUL 2002 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |DĦUL MIT-TAXXI | | | | | | |Diretti - Taxxa |186,100,0|194,000,0|7,900,000|- |Dħul aktar milli kien | |tad-Dħul |00 |00 | | |previst mill-FSS u | | | | | | |mit-taxxa fuq | | | | | | |il-kapital; fil-każ ta'| | | | | | |din ta' l-aħħar | | | | | | |parzjaliment minħabba | | | | | | |l-bejgħ ta' ishma ta' | | | | | | |l-MIA. | | |193,400,0|189,000,0|- |4,400,000|L-estimu oriġinali ma | |Sigurta' Soċjali |00 |00 | | |ntlaħaqx; terz | | | | | | |mill-ammont | | | | | | |jirrapreżenta | | | | | | |kontribuzzjoni | | | | | | |mill-iStat. | | | | | | | | |Indiretti - Dwana u |67,800,00|61,630,00|- |6,170,000|Hu mistenni li jkun | |Sisa |0 |0 | | |hemm anqas dħul milli | | | | | | |kien previst | | | | | | |prinċipalment mid-dazji| | | | | | |ta' importazzjoni. | | |86,127,00|93,570,00|7,443,000|- |Dħul aktar milli kien | |Liċenzji, Taxxi u Multi|0 |0 | | |previst mit-taxxa fuq | | | | | | |id-dokumenti | | | | | | |parzjalment dovut | | | | | | |għall-bejgħ ta' ishma | | | | | | |tal-MIA u mil-levy fuq | | | | | | |oġġetti mpurtati. | | Taxxa|126,500,0|123,000,0|- |3,500,000|Dħul anqas mid-Dwana | |fuq il-Konsum |00 |00 | | |peress li ż-żieda | | | | | | |mistennija | | | | | | |fl-importazzjoni matul | | | | | | |l-2002 kienet anqas | | | | | | |minn dik prevista. | | | | | | | | |TOTAL TA' DĦUL |659,927,0|661,200,0|15,343,00|14,070,00| | |MIT-TAXXI |00 |00 |0 |0 | |", "STATEMENT A", "DHUL 2002 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm | |Lm | | | | | |Lm | | | | | | | | | | |Drittijiet ta' Uffiċċju|13,701,00|13,812,00|111,000 |- | | | |0 |0 | | | | |Ħlas lura |7,297,000|7,599,000|302,000 |- | | |lid-Dipartimenti | | | | | | |Korporazzjonijiet |2,733,000|2,733,000|- |- | | |Pubbliċi | | | | | | |Bank Ċentrali ta' Malta|26,300,00|25,700,00|- |600,000 |Il-profitti attwali | | |0 |0 | | |għas-sena 2001 li ġew | | | | | | |mgħoddija lill-Gvern. | |Kera |9,200,000|9,200,000|- |- | | |Profitti minn |2,150,000|14,200,00|12,050,00|- |Żieda prinċipalment | |Investimenti | |0 |0 | |minħabba ħlas ta' | | | | | | |dividend specċjali | | | | | | |mħallas mill-MIA. | |Ħlas lura u nteressi |416,000 |428,000 |12,000 |- | | |fuq self mogħti | | | | | | |mill-Gvern | | | | | | |Għotjiet Barranin |8,543,000|4,251,000|- |4,292,000|Il-programm ta' qabel | | | | | | |id-dħul fl-UE għas-snin| | | | | | |2000/2002 se jkompli | | | | | | |jiġi mplimentat | | | | | | |fl-2003. | |Dħul Mixxellanju |4,893,000|7,155,000|2,262,000|- |Żieda fid-dħul minn | | | | | | |dħul mixxelanju. | | | | | | | | |DĦUL TOTALI MINN DĦUL |75,233,00|85,078,00|14,737,00|4,892,000| | |IEHOR |0 |0 |0 | | | | | | | | | | |TOTALI TA' DĦUL |735,160,0|746,278,0|30,080,00|18,962,00| | |RIKORRENTI |00 |00 |0 |0 | | | | | | | | |", "STATEMENT A", "DHUL 2002 : ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT", "|SORS |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm | |Lm | | | | | |Lm | | | | | | | | | | |DĦUL MHUX ORDINARJU | | | | | | |Dħul minn bejgħ ta' |85,000,00|37,500,00|- |47,500,00|Il-programm ta' | |isħma |0 |0 | |0 |privatiżżazzjoni | | | | | | |tal-Gvern għall-2002. | |Sinking Funds ta' self |14,200,00|13,250,00|- |950,000 | | |lokali kkonvertit |0 |0 | | | | |Self Lokali |0 |0 |- |- | | | |1,000,000|31,500,00|30,500,00|- |Finanzjament | |Self Barrani | |0 |0 | |tal-proġett ta' | | | | | | |l-Isptar il-Ġdid li | | | | | | |issa laħaq stadju | | | | | | |avvanzat. | | | | | | | | |DĦUL TOTALI MINN DĦUL |100,200,0|82,250,00|30,500,00|48,450,00| | |MHUX ORDINARJU |00 |0 |0 |0 | | | | | | | | | |DĦUL GLOBALI |835,360,0|828,528,0|60,580,00|67,412,00| | | |00 |00 |0 |0 | |", "Anness \"AD\"", "|STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Uffiċċju tal-President|671,000 |698,000 |27,000 |- | | |Kamra tad-Deputati |1,003,00|1,003,000|- |- | | | |0 | | | | | |Uffiċċju tal-Ombudsman|166,000 |150,000 |- |16,000 | | |Uffiċċju Nazzjonali |750,000 |700,000 |- |50,000 | | |tal-Verifika | | | | | | |Uffiċċju tal-Prim |5,283,00|5,087,000|- |196,000 |Nefqa anqas minn dik | |Ministru |0 | | | |prevista fil-kategoriji | | | | | | |tal-Pagi u Salarji, ta | | | | | | |l-Operati u Manutenzjoni, | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi u | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | |lill-Entitajiet tal-Gvern.| |Kummissjoni Dwar |156,000 |140,000 |- |16,000 | | |is-Servizz Pubbliku | | | | | | |Forzi Armati ta' Malta|12,285,0|12,057,00|- |228,000 |Nefqa anqas mill-provvista| | |00 |0 | | |approvata fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |Informazzjoni |1,234,00|1,201,000|- |33,000 | | | |0 | | | | | |Uffiċċju Elettorali |1,196,00|1,449,000|253,000 |- |Hu maħsub li n-nefqa fuq | | |0 | | | |l-eżerċizzju tat-tiġdid | | | | | | |tal-karta ta' l-identita' | | | | | | |tkun akbar. | |Ministeru |7,352,00|7,046,000|- |306,00 |Nefqa anqas mill estimu | |għall-Politika Soċjali|0 | | | |oriġinali primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Sigurta' Soċjali |66,836,0|65,491,00|- |1,345,00|Nefqa anqas minn dik | | |00 |0 | |0 |prevista | | | | | | |għall-Kontribuzzjoni ta' | | | | | | |l-Istat tas-Sigurta' | | | | | | |Soċjali. |", "| | | | | | | | |STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Benefiċċji ta-Sigurta'|189,600,|190,900,0|1,300,00|- |L-ispiża globali | |Soċjali |000 |00 |0 | |fil-benefiċċji soċjali | | | | | | |mistennija tkun akbar minn| | | | | | |dik prevista | | | | | | |oriġinarjament. | |Dipartiment ta' |643,000 |642,000 |- |1,000 | | |l-Assistenza Soċjali u| | | | | | |tal-Familja | | | | | | |Kura ta' l-Anzjani |12,717,0|12,598,00|- |119,000 |Nefqa anqas minn dik | | |00 |0 | | |prevista fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |Djar |714,000 |729,000 |15,000 |- | | |Dipartiment |741,000 |627,000 |- |114,000 |It-tnaqqis fl-ispiża huwa | |tar-Relazzjonijiet | | | | |mistenni l-aktar | |Industrijali u ta' | | | | |fil-kategorija | |l-Impjiegi | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Ministeru ta' |33,879,0|32,749,00|- |1,130,00|Nefqa akbar minn dik | |l-Edukazzjoni |00 |0 | |0 |prevista fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi, l-aktar | | | | | | |minħabba li l-ammont | | | | | | |ipprovdut fil-programm | | | | | | |Students Maintenance | | | | | | |Grants mhux mistennija | | | | | | |tintuża kollha. | |Edukazzjoni |49,266,0|48,030,00|- |1,236,00|Nefqa anqas minn dik | | |00 |0 | |0 |prevista fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji u | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Libreriji u Arkivji |687,000 |671,000 |- |16,000 | | |Mużewijiet |1,320,00|1,385,000|65,000 |- |Iż-żieda fin-nefqa hija | | |0 | | | |dovuta primarjament | | | | | | |minħabba t-twaqqif ta' | | | | | | |l-entita' Heritage Malta. | |Żgħażagh u Sport |1,067,00|1,067,000|- |- | | | |0 | | | | |", "| | | | | | | | |STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Kultura u Arti |1,386,00|1,294,000|- |92,000 |Mhux maħsub li l-ammont | | |0 | | | |ipprovdut taħt | | | | | | |il-kategorija tal-Pagi u | | | | | | |Salarji tkun meħtieġa | | | | | | |kollha. | |Ministeru tal-Finanzi |2,698,00|2,304,000|- |394,000 |Nefqa anqas mill-provista | | |0 | | | |oriġinali tirrifletti | | | | | | |l-ħtiġijiet ta' | | | | | | |l-Awtorita' dwar | | | | | | |il-Lotteriji u l-Logħob. | |Teżor |1,111,00|1,262,000|151,000 |- |Nefqa akbar minn dik | | |0 | | | |prevista in konnesjoni ma'| | | | | | |Stocks tal-Gvern ta' | | | | | | |Malta. | |Pensjonijiet |20,800,0|27,221,00|6,421,00|- |In-numru ta' ħaddiema li | | |00 |0 |0 | |jaħdmu mal-Gvern li rtiraw| | | | | | |matul din is-sena kien | | | | | | |akbar milli oriġinarjament| | | | | | |maħsub. | |Taxxi Nterni |6,180,00|5,919,000|- |261,000 |Nefqa anqas minn dik | | |0 | | | |prevista oriġinarjament | | | | | | |l-aktar fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |Dwana |6,071,00|6,367,000|296,000 |- |In-nefqa fil-programm | | |0 | | | |'National Programme for | | | | | | |the Adoption of the | | | | | | |Acquis' kienet akbar | | | | | | |mill-provista oriġinali. | |V.A.T. |3,798,00|3,685,000|- |113,000 |Nefqa anqas minn dik | | |0 | | | |prevista primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | |lill-Entitajiet tal-Gvern.| |Kuntratti |394,000 |355,000 |- |39,000 | | |Ministeru |21,578,0|23,230,00|1,652,00|- |Il-ftehim dwar il-proġett | |għall-Ambjent |00 |0 |0 | |tal-'Private Public | | | | | | |Partnership' kien | | | | | | |iffinaliżżat lejn l-aħħar | | | | | | |tas-sena. |", "| | | | | | | | |STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Protezzjoni ta' |1,058,00|1,058,00|- |- | | |l-Ambjent |0 |0 | | | | |Ministeru tat-Turiżmu |2,694,00|2,647,00|- |47,000 | | | |0 |0 | | | | |Ministeru tat-Trasport|5,520,00|4,906,00|- |614,000 |Nefqa anqas milli previst | |u Komunikazzjoni |0 |0 | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Avjazzjoni Ċivili |733,000 |774,000 |41,000 |- | | |Ministeru |44,958,0|42,674,0|- |2,284,000|Nefqa anqas fil-kategorija| |għas-Servizzi |00 |00 | | |tal-Kontribuzzjonijiet | |Ekonomiċi | | | | |lill-Entitajiet Pubbliċi. | |Politika Ekonomika |1,296,00|1,054,00|- |242,000 |Mhux maħsub li l-fondi | | |0 |0 | | |vvutati fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi jintużaw | | | | | | |kollha. | |Kummerċ |1,308,00|2,083,00|775,000 |- |Peress li ġiet | | |0 |0 | | |irreġistrata żieda | | | | | | |fil-prezzijiet tal-qmugħ | | | | | | |fis-swieq internazzjonali,| | | | | | |kien hemm bżonn ta' | | | | | | |sussidju akbar mill-Gvern | | | | | | |fuq l-importazzjoni | | | | | | |tal-qmugħ. | |Konsumatur u |458,000 |422,000 |- |36,000 | | |Kompetizzjoni | | | | | | |Ministeru ta' l-Intern|3,898,00|3,514,00|- |384,000 |Nefqa anqas mill-fondi | | |0 |0 | | |vvutati primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Pulizija |15,099,0|15,168,0|69,000 |- |Iż-żieda fin-nefqa kienet | | |00 |00 | | |irreġistrata (a) | | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | |Salarji u (b) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi, fil-programm | | | | | | |dwar l-Immigranti | | | | | | |Illegali. |", "| | | | | | | | | | |STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Servizzi Korrettivi |2,442,00|2,420,00|- |22,000 | | | |0 |0 | | | | |Protezzjoni Ċivili |1,406,00|1,264,00|- |142,000 |Nefqa anqas minn dik | | |0 |0 | | |prevista oriġinarjament | | | | | | |fil-Programm Nazzjonali | | | | | | |għall-Adozzjoni ta' | | | | | | |l-Acquis.", "Il-fondi ta' | | | | | | |dan il-Programm ġew | | | | | | |trasferiti taħt il-Vot | | | | | | |tal-Pulizija. | |Taqsima Proprjeta' |937,000 |883,000 |- |54,000 |Nefqa anqas mill-Estimu | |tal-Gvern | | | | |oriġinali fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |Uffiċċju Konġunt |3,002,00|2,894,00|- |108,000 |Hu maħsub li n-nefqa (a) | | |0 |0 | | |fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | |Salarji, (b) | | | | | | |fil-kategorija Operati u | | | | | | |Manutenzjoni, u (ċ) | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi tkun anqas | | | | | | |mill-provista vvutata. | |Reġistrazzjoni |795,000 |746,000 |- |49,000 | | |Ministeru tal-Biedja u|11,177,0|9,040,00|- |2,137,000|Il-fondi vvutati | |Sajd |00 |0 | | |għall-'Agricultural | | | | | | |Support Scheme' u | | | | | | |l-'National Programme for | | | | | | |the Adoption of the | | | | | | |Acquis' mhux se jintużaw | | | | | | |kollha sa l-aħħar | | | | | | |tas-sena. | |Ministeru għal Għawdex|19,573,0|19,297,0|- |276,000 |Il-provista vvutata | | |00 |00 | | |fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | |Salarji mhux se tintuża | | | | | | |kollha. | |Ministeru tas-Saħħa |64,597,0|65,337,0|740,000 |- |Huwa maħsub li jkun hemm | | |00 |00 | | |nefqa akbar (a) | | | | | | |fil-kategorija tal-Pagi u | | | | | | |Salarji u (b) | | | | | | |fil-kategorija Operati u | | | | | | |Manutenzjoni, l-aktar | | | | | | |minħabba pagamenti ghal | | | | | | |xiri ta' mediċini u | | | | | | |prodotti anċillari. |", "| | | | | | | | | | |STATEMENT B | |NEFQA RIKORRENTI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT|RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Ministeru |2,131,00|2,388,00|257,000 |- |Nefqa akbar minn dik | |tal-Ġustizzja u Gvern |0 |0 | | |prevista oriġinarjament, | |Lokali | | | | |primarjament | | | | | | |fil-kategorija | | | | | | |tal-Programmi u | | | | | | |Inizjattivi. | |Kunsilli Lokali |10,962,0|10,957,0|- |5,000 | | | |00 |00 | | | | |Servizz Ġudizzjarju |3,597,00|3,762,00|165,000 |- |Nefqa akbar minn dik | | |0 |0 | | |prevista oriġinarjament, | | | | | | |l-aktar fil-kategorija | | | | | | |tal-Pagi u Salarji. | |Ministeru |8,428,00|8,081,00|- |347,000 |Nefqa anqas minn dik | |għall-Affarijiet |0 |0 | | |prevista, primarjament | |Barranin | | | | |fil-kategoriji tal-Pagi u | | | | | | |Salarji u | | | | | | |tal-Kontribuzzjonijiet | | | | | | |lill-Entitajiet tal-Gvern.| |NEFQA RIKORRENTI |657,651,|657,426,|12,227,0|12,452,00| | |TOTALI |000 |000 |00 |0 | | |Ħlasijiet fuq Self |72,850,0|75,958,0|3,108,00|- |In-nefqa akbar hija | | |00 |00 |0 | |riżultat tal-ħruġ ta' | | | | | | |Treasury Bills matul | | | | | | |is-sena. | |NEFQA RIKORRENTI |730,501,|733,384,|15,335,0|12,452,00| | |TOTALI U ĦLASIJIET FUQ|000 |000 |00 |0, | | |SELF | | | | | |", "Anness \"AE\"", "|STATEMENT C | |NEFQA KAPITALI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Uffiċċju tal-Prim |1,254,000|1,146,000|- |108,000 |Nefqa anqas fuq il-proġett | |Ministru | | | | |ta' l-estensjoni tal-moll | | | | | | |ta' Haywharf, tal-Forzi | | | | | | |Armati ta' Malta u tagħmir | | | | | | |għall-Uffiċċju Elettorali. | |Ministeru |3,442,000|3,859,000|417,000 |- |Nefqa akbar minħabba x-xiri| |għall-Politika | | | | |u rranġar tal-bini ta' | |Soċjali | | | | |l-awtorita' tas-Saħħa u | | | | | | |s-Sigurta' fuq il-Post | | | | | | |tax-Xogħol, u żieda oħra | | | | | | |minħabba x-xiri ta' | | | | | | |uffiċċju tas-Sigurta' | | | | | | |Soċjali fiż-Żejtun. | |Ministeru ta' |7.775.000|8,091,000|316,000 |- |Minkejja li l-infiq fuq | |l-Edukazzjoni | | | | |xogħolijiet fl-MCAST u | | | | | | |fil-Libreriji, u | | | | | | |l-installazzjoni ta' | | | | | | |l-Automated Ticketing | | | | | | |System għall-Mużewijiet se | | | | | | |jkun anqas, l-infiq taħt | | | | | | |dan il-Vot mistenni jkun | | | | | | |akbar minħabba li sar aktar| | | | | | |xogħol u xiri ta' tagħmir | | | | | | |għaċ-Centru ta' Restawr | | | | | | |f'Bighi u fuq il-proġett | | | | | | |tal-Kumpless Sportiv | | | | | | |fil-Kottonera u titjib | | | | | | |fl-infrastruttura tal-Korsa| | | | | | |tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel | | | | | | |fil-Marsa. | |Ministeru tal-Finanzi|1,510,000|1,677,000|167,000 |- |Aktar infiq fuq proġetti | | | | | | |kapitali tad-Dwana, kif | | | | | | |ukoll fuq l-Informatika. | |Ministeru |8,525,000|6,672,000|- |1,853,00|Se jkun hemm nefqa anqas | |għall-Ambjent | | | |0 |l-aktar minħabba li ċertu | | | | | | |xogħolijiet fuq il-Master | | | | | | |Plan tad-Drenaġġ ser isiru | | | | | | |s-sena d-dieħla. | |Ministeru tat-Turiżmu|9,248,000|9,231,000|- |17,000 | | | |", "| | | | | | | | |STATEMENT C | |NEFQA KAPITALI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Ministeru |8,248,000|8,689,000|441,000 |- |Minkejja li l-infiq fuq | |tat-Trasport u | | | | |il-magni tal-biljetti | |Komunikazzjoni | | | | |tal-karozzi tal-linja se | | | | | | |jkun anqas minħabba li se | | | | | | |jintbagħtu tard, l-infiq | | | | | | |taħt dan il-Vot mistenni | | | | | | |jkun akbar l-aktar minħabba| | | | | | |li sar l-aħħar pagament fuq| | | | | | |il-proġett Tal-Qroqq | | | | | | |Junction u talbiet | | | | | | |għas-sussidju għax-xiri | | | | | | |tal-karozzi tal-linja | | | | | | |l-ġodda. | |Ministeru |18,281,00|25,552,00|7,271,00|- |Sar infiq akbar | |għas-Servizzi |0 |0 |0 | |prinċipalment minħabba | |Ekonomiċi | | | | |l-iskema ta' irtirar kmieni| | | | | | |għat-Tarznari; kif ukoll | | | | | | |biex jitħallas l-imgħax | | | | | | |tal-Bullet Loan tal-Port | | | | | | |Ħieles; jitħallsu l-pagi | | | | | | |tat-Tarzna tal-Marsa; | | | | | | |għax-xiri ta' art | | | | | | |mill-Korporazzjoni ta' | | | | | | |l-Iżvilupp u | | | | | | |għall-investiment.", "Min | | | | | | |naħa l-oħra, se jkun hemm | | | | | | |nefqa anqas fl-Informatika | | | | | | |mill-Korporazzjoni ta' | | | | | | |l-Iżvilupp u | | | | | | |mil-Laboratorju Malti. | |Ministeru ta' |2,925,000|3,425,000|500,000 |- |L-infiq se jkun akbar | |l-Intern | | | | |minħabba l-proġett tal-ħabs| | | | | | |u fuq ħlasijiet fuq | | | | | | |kuntratti għall-artijiet li| | | | | | |ġew akkwistati mill-Gvern. | |Ministeru tal-Biedja |1,810,000|1,410,000|- |400,000 |Nefqa anqas fil-Programm | |u Sajd | | | | |Nazzjonali għall-adozzjoni | | | | | | |ta' l-Acquis. | |Ministeru għal |2,320,000|1,848,000|- |472,000 |Nefqa anqas minħabba li | |Għawdex | | | | |l-impjant fuq it-tisfija | | | | | | |tad-drenaġġ se jsir is-sena| | | | | | |d-dieħla. | | | | | | | |", "| | | | | | | | |STATEMENT C | |NEFQA KAPITALI 2002: ESTIMU RIVEDUT IMQABBEL MA' L-ESTIMU APPROVAT | |VOT |ESTIMU |ESTIMU |BIDLA |RIMARKI | | |APPROVAT |RIVEDUT |+ |- | | | |Lm |Lm |Lm |Lm | | | | | | | | | |Ministeru tas-Saħħa |28,624,00|30,604,00|1,980,00|- |Ammont ta' flus ġew | | |0 |0 |0 | |trasferiti mill-Vot | | | | | | |Rikurrenti tas-Saħħa biex | | | | | | |ikun jista' jiġi rranġat | | | | | | |il-Laboratorju | | | | | | |fid-Dipartiment tas-Saħħa | | | | | | |Pubblika.", "Żieda oħra | | | | | | |fin-nefqa b'konnessjoni | | | | | | |mal-bini ta' l-Isptar | | | | | | |il-Ġdid. | |Ministeru |1,000,000|1,064,000|64,000 |- |Nefqa akbar minħabba li sar| |tal-Ġustizzja u Gvern| | | | |aktar xogħol milli kien | |Lokali | | | | |mistenni fuq il-proġetti | | | | | | |tar-Reġistri tal-Qrati u | | | | | | |tal-Qorti tal-Familja. | |Ministeru |462,000 |335,000 |- |127,000 |Nefqa anqas fuq | |għall-Affarijiet | | | | |it-Teknoloġija ta' | |Barranin | | | | |l-Informatika u Ambaxxati. | |NEFQA KAPITALI TOTALI|95,424,00|103,603,0|11,156,0|2,977,00| | | |0 |00 |00 |0 | | | | | | | | |", "----------------------- reali", "nominali", "2003", "2002", "2001", "2000", "1999", "1998", "1997", "8.0", "7.0", "6.0", "5.0", "4.0", "3.0", "2.0", "1.0", "-", "-1.0", "-2.0", "Tabella Nru 2", "tibdil % fil-Prodott Gross Domestiku"]} {"filename": "20001024_406d_par.doc", "date": "2000-10-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 406 It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 406", "It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "406", "It-Tlieta, 24 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 186", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 186", "TQEGĦID TA' KARTI 189", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA' TAL-PRODOTTI", "(IT-TIENI QARI)", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL (SECOND READING) 189", "AĠĠORNAMENT 205", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 210", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 405 li saret fl-24 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL SPEĊJALI - ŻGĦAŻAGĦ B'DIŻABILITA'", "19599.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna żgħażagħ b'diżabilita' li għalqu s-16- il sena fl-iskejjel speċjali?", "F'liema skejjel qegħdin?", "Kemm hemm minnhom li suppost diġa' marru fl-adult training centres?", "Sakemm imorru f'dawk iċ- ċentri, x'se jkunu qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fl-iskejjel speċjali?", "B'liema mod qed jitħejjew għaċ-ċaqliqa li trid issir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li żgħażagħ b'diżabilita` fl-iskejjel speċjali li għalqu s-16-il sena hemm:", "|Lokalit|Skola |Subie|Bnie|Tota| |a` | |n |t |l | |Ħamrun |Guardian | 33| 26| 59| | |Angel | | | | |Msida |Mater Dei| ---| ---| | | | | | |--- | |Msida |Sta | 16 | 7| 23| | |Marija | | | | |Qrendi |Helen | 3 | 2| 5| | |Keller | | | | |St |San | 16 | 4| 20| |Andrews|Miguel | | | | |Wardija|Dun M. | 26 | 10 | 36| | |Attard | | | | |Sannat |Special | 3 | 2| 5| | |Unit | | | | |Totali | |97 | 51|148 |", "Minn dawn 34 student diġa' għaddew mill-ewwel sena tal-kors transitorju u qed isiru l-arranġamenti biex dawn jibdew jattendu l-adult training centres, hekk kif id-dipartiment fi ħdan il-ministeru tal-politika soċjali jibgħat għalihom.", "Sakemm imorru fl-adult training centres, dawn l- istudenti ser ikomplu jitħarrġu aktar fil-kors transitorju taħt id- direzzjoni ta' transition co-ordinator impjegata mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u li hi mħarrġa apposta għal dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jonqos in-numru ta' studenti żgħar li jidħlu f'dawn l-iskejjel, hemm xi pjan min-naħa tal-ministeru biex il-faċilitajiet li jeżistu jintużaw bl- aħjar mod, anke fl-interess ta' dawn iż-żgħażagħ stess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fuq dan is-suġġett sar rapport pjuttost dettaljat - anke ġie diskuss fil-kumitat ministerjali għal edukazzjoni inklussiva - u mexjin lejn id-direzzjoni li ftit minn dawn l-iskejjel isiru ċentri ta' riżorsa mill-aktar mgħammra u ċentri ta' taħriġ li jkollhom il-kapaċita' li jilqgħu fihom każi li jkunu verament speċjali.", "Naturalment dejjem hemm il-prinċipju li jekk tapplika l-edukazzjoni inklussiva fis-sens assolut tagħha, m'għandekx għalfejn tagħmel dawn l- affarijiet għax kollox ikun provdut fl-iskejjel normali.", "Din hija strateġija li għall-ewwel tista' tidher li hi favur u fl-interess ta' dawn l-istudenti, imma jista' jkun li tispiċċa taħdem kontra tagħhom.", "Qed ngħid hekk għax sakemm naslu fl-istat li l-iskejjel normali jkollhom dak kollu li hu meħtieġ, it-triq hija itwal milli wieħed jaħseb minħabba r- riżorsi li hemm bżonn.", "Issa kif qal tajjeb l-Onor.", "Bartolo, dawn l-iskejjel ftit li xejn għadhom jieħdu studenti ġodda u allura wasal iż-żmien li dan l-ispazju jibda jintuża b'mod aħjar.", "Peress li dawn huma kwalifikati bħala skejjel, qegħdin jaħdmu bil-kondizzjonijiet u bit-timetable li jaħdmu bihom l-iskejjel, pero' fihom hemm tagħmir u riżorsi li għandhom ikunu għad-dispożizzjoni ta' min għandu bżonnhom mhux biss fil-ħin partikolari ta' l-iskola imma anke f'ħinijiet oħrajn.", "Per eżempju l-iskola San Miguel hija waħda minn dawk l-iskejjel li toffri ċerta faċilita'.", "Fil-fatt il-kap ta' din l-iskola lest li jgħin biex dawn il-faċilitajiet ikunu jistgħu jiġu utilizzati ħafna aħjar mhux biss mit- tfal li jattendu regolarment imma anke minn tfal li jmorru skejjel normali imma li jista' jkun ta' ġid għalihom jekk f'xi ħin jużaw dawk il- faċilitajiet.", "L-idea hi li dawn l-iskejjel nagħmluhom ċentri ta' dan it- tip.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nieħu gost li l-Ministru semma l-kap ta' l- iskola San Miguel, bniedem ta' viżjoni u dedikazzjoni kbira f'dan il-qasam.", "Fil-fatt fl-1998 is-Sur George Borg kien issuġġerixxa li wħud minn dawn l- iskejjel - dak iż-żmien kellu f'moħħu l-iskola Santa Marija ta' l-Imsida, peress li kienet qed titlef ir-rwol tagħha u kienet għadha ma sabitx rwol ġdid - jibdew iservu ta' istituzzjonijiet ta' transizzjoni, biex dawn iż- żgħażagħ jiġu ppreparati għall-ħajja tax-xogħol u għall-ħajja soċjali u mhux sempliċement nassorbuhom f'ċentri ta' taħriġ għall-adulti.", "Il- Ministru jikkonsidra li jerġa' jirxoxta dawn il-proposti - naturalment jaġġornahom, ibiddel xi ħaġa minnhom u jżid magħhom - u jimxi magħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nispera li jasal iż-żmien li anke ċ- ċentri ta' taħriġ għall-adulti jinbidlu minn kif inhuma llum u jakkwistaw aktar rwol li jqanqal il-potenzjal residwali ta' dawn iż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' kwalita' aħjar.", "Jiena m'għandi l-ebda diffikulta' li nimxi mal-proposti tas-Sur George Borg, anzi naqbel magħhom, beħsiebna naħdmu fuqhom u nittama li nkunu nistgħu nniedu l-pjan li nutilizzaw dawn il-postijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Kemm kien hemm talbiet għal facilitators ma' tfal b'diżabilita' li qegħdin fi skejjel normali li ma ġewx milqugħa?", "X'inhu l-pjan tal-ministeru kemm f'dan il-qasam kif ukoll fir-rigward ta' l- iskejjel tal-knisja u skejjel privati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-numru ta' tfal li ġew iċċertifikati li għandhom bżonn l-appoġġ ta' facilitator u dan m'huwiex available huwa żgħir ħafna.", "Bħalissa qegħdin nistennew li jiġi kkompletat l-istatementing process ta' dawk li applikaw biex jiġu ċċertifikati x'inhu l-appoġġ speċjali li għandhom bżonn.", "Għaddej ukoll il-kors ta' casual facilitators li jridu jiġu ttrejnjati biex jakkwistaw il-kwalifiki meħtieġa biex ikunu jistgħu jieħdu l-pożizzjoni sħiħa kif jipprovdi l-ftehim għal din il-kategorija ta' mpjegati.", "Irridu naraw li jkun hemm sistema maqbula ta' kif in-nies li jaħdmu fil-kamp ta' l-edukazzjoni inklussiva għandhom jiġu mħarrġa.", "Fil- fatt għaddejjin diskussjonijiet ma' l-universita', intervenew diversi nies dwar din il-materja u nisperaw li tiġi deċiża ma ddumx.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għandu jkollha sors tajjeb fejn in-nies jiġu mħarrġa.", "Dawn mhux neċessarjament kollha għandhom jiġu mħarrġa f'ċertu livell għoli għax fir-rigward ta' l-edukazzjoni inklussiva, il- pożizzjoni ma tridx tiġi aċċettata bħallikieku kulmin għandu bżonn speċjali għandu bilfors ikollu facilitator għalih waħdu.", "Il-bżonnijiet jistgħu jvarjaw.", "Hemm bżonn li jidħlu kunċetti ġodda u allura l-proċess ta' taħriġ irid jibda minn wieħed bażiku għall-appoġġ speċjali, ta' natura bażika u jitla' għal livelli differenti sakemm tasal għal taħriġ ta' ċertu livell sew akkademiku kif ukoll ta' natura prattika.", "Irridu nbiddlu wkoll il-mentalita' li meta facilitator jidħol fil-klassi m'għandux jintrabat ma' dak l-istudent jew studenta partikolari bl- esklużjoni ta' l-ambjent kollu tal-klassi u tat-tfal l-oħra kollha.", "Kultant dan jiġri jew tort tal-facilitaor, jew ta' l-atteġġjament tat- teachers jew anke tal-ġenituri stess.", "Irridu nifhmu li meta għandek xi ħadd bi bżonnijiet speċjali u dan ġie allokat facilitator biex jiffoka fuqu, ma jfissirx li dan l-għalliem m'hu se jagħmel xejn ħlief joqgħod ma' dak l-istudent imma jrid jassisti lit-teacher u jipparteċipa fl-iżvilupp edukattiv ta' dik il-klassi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq naqbad ma' dan il-punt li qajjem il- Ministru.", "F'pajjiżna daħlet il-mentalita' insostenibbli u żbaljata li kulmin għandu xi diffikulta' biex jitgħallem, jippretendi persuna adulta li toqgħod miegħu fil-klassi u din mhux bilfors tħalli riżultati mixtieqa.", "Kultant aktar jinqalgħu diffikultajiet għax issib għalliema li jistrieħu fuq il-facilitators.", "Barra minn hekk il-facilitator jista' jservi ta' ostakolu fil-komunikazzjoni u fis-soċjabilita' bejn it-tfal u l-bqija tal- klassi.", "Hemm xi pjan biex min-naħa waħda nħarrġu u nbiddlu s-sistemi ta' appoġġ li hemm bżonn, u min-naħa l-oħra nħarrġu lill-għalliema biex l- inklużjoni tkun ukoll responsabbilta' tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, dan il-pjan jeżisti, ġie diskuss mill-kumitat ministerjali għall-edukazzjoni inklussiva u approvat.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan il-pjan huwa ambizzjuż u fih innifsu jgħid li ma jistax jitwettaq kollu f'daqqa.", "Irridu nibdew minn sempliċement proċess ta' statementing u nkomplu għal proċess ta' individualised educational programme, li jkun ftit aktar kumpless imma jsir b'ħafna aktar għaqal, b'aktar parteċipazzjoni tal- familja, tal-kap ta' l-iskola, ta' l-għalliema, tal-professjonisti bejniethom u ħafna drabi ta' l-istudent innifsu biex naraw x'inhu l-bżonn partikolari ta' dan l-istudent u ninserixxuh mill-ewwel.", "Jekk dawn il- persuni kollha jaqblu m'għandniex għalfejn immorru għal statementing board; tmur biss jew meta ma jkunx hemm qbil jew fejn ikun hemm ir-raġunijiet li wieħed jappella.", "Dan il-proċess nisperaw li navvjawh din is-sena stess, pjan li jaħseb biex filwaqt li nibdew b'din il-manjiera mal-każi ġodda, nagħmlu review tal-każi kollha kemm huma.", "Naturalment min dara b'facilitator one to one, mhux se jkun faċli għalih jekk oġġettivament jirriżulta li m'hemmx il-ħtieġa li jkollu facilitator miegħu.", "Hawnhekk irridu nimxu b'ħafna kawtela, b'ħafna umanita' u b'ħafna djalogu ma' kull min hu involut, imma f'din id-direzzjoni rridu nimxu.", "Jekk dan kollu li qed ngħidu nibdew resqin lejh, jiġifieri naqbdu dawn l- iskejjel speċjali u nbidluhom fi skejjel ta' riżorsa, naqbdu l-punt li semma' l-Onor.", "Bartolo li nużaw wieħed jew tnejn minnhom biex il-fażi transitorja għal dawk li jibdew jilħqu ċerta eta' ssir ħafna aħjar u b'ħafna iktar mod li tista' ssalva mill-iskills tagħhom, nibdew dan l- individualised educational programme tat-tfal, li kemm jista' jkun isir b'mod konsenswali u bi ftehim, nibdew noqorbu biex nibqgħu fil-linja ta' l- ideali u tal-valuri li aħna ħaddanna bl-edukazzjoni inklussiva, nibdew inħollu xi ftit mill-kobba mħabbla li dħalna fiha u nispera li npoġġu l- bażi.", "Waħda mill-affarijiet li lili tinkwetani u ddejjaqni hu l-fatt li qatt ma nistgħu ngħidu li għandna punt ta' riferenza komdu ta' fejn isir it-taħriġ, fejn min qiegħed iħarreġ qiegħed b'qalb waħda u bi stil partikolari wieħed.", "Dan kollu hu ta' tfixkil f'dan il-kamp.", "Dan l-aħħar ġie xi ħadd minn barra biex joħloq ċerta diskussjoni - kien hemm ċerta utilita' - u nispera li nkunu nistgħu niddiskutu r-rapport li bagħtilna u nittama li din il- problema nsolvuha ma ndumux.", "Naturalment m'iniex beħsiebni nibqa' miġbud minn hawn u minn hemm bħala ministeru.", "Jiġifieri f'xi mument irridu nirrikonoxxu lil xi ħadd u għal finijiet ta' training inħallu f'idejh u nimxu skond kif jidderieġi hu, għax wara kollox din il-persuna jkollha l- kompetenzi kollha meħtieġa biex tiddeċiedi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsija issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tracer Study 1999, rapport maħruġ mill-guidance and counselling services tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20425.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 214 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-ħarsien ta' mammiferi tal-baħar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq tliet kapitoli li dwarhom saret rakkmandazzjoni fl-24 ta' Ottubru 2000 għall-għeluq provviżorju tan-negozjati, li huma kap.", "12 – statistika; kap.", "20 - politika dwar il-kultura u l-awdjoviżiv; u kap.", "23 – konsumatur u protezzjoni tas-saħħa, u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 213 ta' l-2000 – ordni ta' l-2000 dwar it-twaqqif ta' direttorati fl-awtorita' Maltija dwar l-istandards.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA' TAL-PRODOTTI", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-24 ta' Ottubru, 2000 Il-mistoqsija regġħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, huwa importanti ħafna li jkollna abbozz ta' liġi li jindirizza l-kontroll u l-kwalita' tal-prodotti, kemm jekk il-prodott jiġi kkonsmat lokalment kif ukoll jekk ikun se jiġi esportat.", "Veru li dan it-tip ta' abbozz ta' liġi qed jitfassal għall- ewwel darba, imma ta' min jgħid li s'issa kellna diversi liġijiet li jiffokaw fuq il-prodott, fuq il-konsumatur, fuq il-kompetizzjoni ġusta eċċ. Dawn kollha huma relatati ma' xulxin f'dak li huwa dritt u obbligazzjoni, għax ma jistax ikollok dritt jekk ma jkollokx obbligazzjoni.", "Jien nixtieq nissottolinea l-fatt li abbozz ta' liġi bħal dan, minkejja d-difetti kollha tiegħu, jitlob preparazzjoni bil-quddiem, fejn inti tipprepara lil kulmin se jkun involut b'mod dirett u b'mod indirett.", "Issa jien se ngħid x'inhuma d-difetti li fih dan l-abbozz ta' liġi ħalli meta niġu għall-istadju ta' kumitat dawn jiġu mmaturati.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li xtaqt ngħid hija fuq il-mentalita' u l- kultura ta' pajjiżna.", "Kulħadd jaf li bid-difetti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha tagħna, aħna għandna l-kultura u l-mentalita' tagħna.", "Matul iż-żmenijiet pajjiż ċkejken bħal tagħna bilfors kellu jaffronta ċerti sitwazzjonijiet biex aħna nsibu modus vivendi u ntellgħu l-istandards skond il-bżonnijiet tagħna, biex ngħid hekk.", "Pero' min-naħa l-oħra, wieħed irid jenfasizza l-punt li dan l-abbozz ta' liġi qed jitlob li jkun hemm preparazzjoni minn kulħadd, kemm minn dawk li huma involuti direttament mill-produzzjoni u kemm mill- konsumatur.", "Dan huwa importanti, speċjalment meta qed nitkellmu fuq ċerti industrijalisti u ċerti negozjanti.", "Issa kulħadd jaf li f'pajjiżna b'mod in ġenerali ħafna businesses huma family companies u biex tbiddel il- mentalita' tagħhom trid tieħu ħafna żmien.", "Ovvjament hija ħaġa naturali li meta persuna tkun lesta biex tbiddel xi sistema, tbiddel ir-ritmu jew tbiddel il-ħsebijiet tagħha din tkun konvinta li b'dak li se tagħmel se tmur aħjar.", "Jien ngħid li hija ħaġa tajba li wieħed ibiddel xi liġijiet moderni biex intejbu l-kwalita' u jkollna aktar kontroll imma l- preparazzjoni li twassal lil dak li jkun sa hawn, saret?", "Jien xtaqt li kieku kien hawn l-Onor.", "Josef Bonnici preżenti għax riċentement saritlu mistoqsija parlamentari dwar dan il-qasam.", "Per eżempju, meta konna fil-kumitat tal-Kamra wieħed bilfors kellu jistaqsi jekk wara din il-preparazzjoni kollha f'dak li għandu x'jaqsam mad- direttorat u mal-kompetizzjoni ġusta, l-organizzazzjoni fi ħdan id- dipartiment hijiex b'saħħitha biżżejjed biex tilqa' għal dawn l-isfidi kollha.", "Inutli toqgħod tagħmel ħafna liġijiet imbagħad lanqas ikollok biex taħdem jew lanqas ikollok sistema li twassal biex tagħtik ir-riżultati.", "Per eżempju, Norway bi tmienja min-nies professjonali jaħdmu, pero' dawn imbagħad jagħmlu l-farming-out u barra minn hekk għandhom budget biżżejjed.", "Issa jien mhux qed ngħid li aħna għandna naħdmu bi tlieta min- nies imma qed ngħid li dawn in-nies iridu jkunu jistgħu jilqgħu l-isfida.", "Issa nixtieq nirriferi għal mistoqsija parlamentari nru.", "19996 li saret lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi.", "Din kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ta' l- operations review li sar għad-dipartiment tal-konsumatur u għall- uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta?\"", "Ir-risposta kienet tgħid hekk:", "\"Ir-rapporti kollha li tħejjew sa issa kienu intenzjonati għall- management.", "Fil-preżent qed jitħejja summary ta' dawn ir-rapporti.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif hemm il-ħsieb li tkun organigramma tal-ministeru.\".", "F'dik it-tabella l-ewwel għandna l-ministru, warajh hemm is-segretarju parlamentari, imbagħad hemm is-segretarju permanenti u warajhom hemm l- economic policy division, il-business promotion division, il-commerce division, il-consumer and competition division eċċ. Pero' jien nistaqsi: Aħna kif se nkunu nafu kif se taħdem l-operations review għad-dipartiment tal-konsumatur u għall-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta?", "Kif tista' tkun kredibbli li int ippreparat meta m'għandek xejn ippreparat?", "Dan ma jagħtix fiduċja lill-gvern Nazzjonalista għax meta l-gvern jagħmel ċerti affarijiet minħabba l-Unjoni Ewropea jkun qisu bħal dak li jiġri u ma jkollux training u fl-aħħar jaqta' nifsu u jikkollassa.", "Jien jiddispjaċini li niġu f'dan il-parlament u ma neħdux dawn l-affarijiet bis-serjeta'.", "Mr Speaker, jien nixtieq li l-ministru - issa għandna lil Brussels jilluminana f'kollox - jagħtina ftit dettalji dwar x'sar mid-dipartiment tal-kummerċ u x'inhuma l-essential qualities.", "Pero' jkun tajjeb li wieħed igħid li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "19998 dan qal hekk:", "\"Tajjeb li ngħid li ma teżistix lista fissa ta' oġġetti essenzjali.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, fid-dawl ta' kompetizzjoni u għażla li teżisti fis-suq, u fid-dawl ta' kemm il-konsumatur jista' jagħmel użu minn din l-għażla, mhux faċli li titfassal lista bħal din\".", "Imma x'inhu jsir f'pajjiżi barranin?", "Per eżempju, fl-Unjoni Ewropea fejn il-partit tal-Greens huwa b'saħħtu ħafna - anke fil-Ġermanja nafu li hemm għaqda bejn il-partit soċjalista u dak tal-ħodor - hemm lobbying qawwi biex iżommu milli l-genetically modified foods ikunu fis-suq.", "Imbagħad jiġi xi ħadd hawnhekk fil-parlament - ikun minn liema naħa jkun, pero' dan inzerta kien min-naħa l-oħra - u jgħid li jekk torganizza xi ħaġa b'mod ġenetiku, għalqa li s-soltu tipproduċi tunnellata minn prodott partikolari tkun tista' tipproduċi għaxar darbiet aktar.", "Kemm aħna bravi!", "Dan imissu jaf li meta jsiru dawn l-affarijiet ikollok problemi biokimiċi u jekk ma jkollokx political control fuq dan it-tip ta' genetic engineering, jista' jkollok prodotti li jkunu ta' riskju għas-saħħa u għall-ambjent.", "Huwa veru li wieħed jista' jdaħħal profitti kbar, pero' jkun hemm dawn ir-riskji.", "Per eżempju, ġieli smajt lil min jgħid li biex iħaxxnu l-majjal jagħtuh affarijiet li jkunu ġejjin mill-bniedem.", "Dawn l-affarijiet isiru fl-Ewropa u għalhekk jien nappella biex aħna nilleġislaw b'mod li nindirizzaw dawn il- problemi.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li l-konsumaturi m'għandhomx edukazzjoni u informazzjoni biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm preparazzjoni kbira u kampanja ta' tagħrif u edukazzjoni fuq l-affarijiet essenzjali.", "Ikun inutli li niġu f'dan il- parlament u ngħaddu liġi jekk il-poplu ma jagħrafx x'għodda għandu biex itejjeb il-kwalita' tal-ħajja tiegħu.", "Kulħadd irid jaħdem flimkien f'dan il-qasam u allura kulħadd għandu jkun jaf l-affarijiet tiegħu sew.", "Dan bħal meta għaddejna l-liġi dwar l-awtorita' tas-saħħa u s-sigurta' fuq il- post tax-xogħol li kienet liġi importantissima u kulħadd xtaqha għax kienet bżonjuża ħafna.", "Pero' l-gvern ma jistax ma jħarisx lejn l-affarijiet b'mod ħollistiku.", "Per eżempju, bniedem tkun taf jekk huwiex tajjeb jew le meta tħares lejh b'mod sħiħ.", "Mr Speaker, f'dan il-parlament semmew l-IPSE u ħafna affarijiet importanti oħra li konna bdejnihom aħna u komplihom dan il-gvern.", "Pero' apparti mill-fatt li dawn il-liġijiet u r-regolamenti qed ngħadduhom biex nirranġaw l-affarijiet ħalli nkunu konformi ma' dak li trid l-Ewropa, xi skema ta' għajnuna se jkun hemm biex ikun hemm upgrading immirat għan- negozji ż-żgħar ħalli dawn ikunu jistgħu jiġu in line ma' din il-liġi?", "F'każi bħal dawn inkunu qegħdin bejn two evils għax għandek il-gvern li jrid jidħol għal ċerti responsabilitajiet ...", "(Interruzzjonijiet) Issa rridu u ma rridux, ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal meta, per eżempju, - u jien nixtieq nenfasizza l-kliem ''ma nistgħux'' - industrijalist jew negozjant ma jkunx ħaseb għal miżuri ta' safety.", "Qed ngħid dan għax fl- aħħar mill-aħħar iċ-ċans hu li finalment il-konsumatur u l-ħaddiem se jbati biha din.", "Mela allura rridu naraw li dan kollu jrid isir bi preparazzjoni u naraw li jkun hemm skemi ta' għajnuna biex wieħed ikun jista' jikkonforma ruħu mar-regolamenti.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna nies responsabbli, nies ta' l-affari tagħhom u nies li jtellgħu l-moral ta' min irid jagħmel l-upgrading biex jiġi in line ma' din il-liġi u hemm bżonn ukoll li jkun hemm surveillance regolari.", "Mr Speaker, illum fl-Unjoni Ewropea - għalkemm din naqra ħafna fuqha ma tantx inħobb insemmiha għax illum jeżistu affarijiet li huma kontroversjali - jeżistu żewġ teoriji kbar.", "L-ewwelnett għandek il- consumer policy action li tgħid hekk:", "\"The aim is to promote objective, coherent decision-making in the difficult task of reconciling the consumer's interests with those of other stakeholders.\".", "Dan ifisser li anke l-politika ta' l-Ewropa qed tgħid li ladarba tagħmel ċerti regolamenti tista' toħloq diffikulta' kbira għal min ikun qed jipproduċi u jikkonsma.", "Għalhekk wieħed irid jara li n-nies ma jbatux il- konsegwenzi ta' dan kollu.", "U jien nistaqsi: X'qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista?", "Ir-risposta hija xejn.", "Bħalissa l-prim ministru kulma qed jagħmel hu li jibgħat l-ittri!", "Per eżempju, x'inhu jsir bejn id-diviżjoni tal-konsumatur u d-diviżjoni tal-board of standards bħala body?", "Qed nistaqsi dan għax fir-risposta kulma tana l-ministru kienet tabella biex jurina fejn qiegħed hu, fejn qiegħed ta' taħtu u tana wkoll kaxxi b'mod organiku.", "Mr Speaker, ir-riċerka hija importanti ħafna.", "Meta ma tagħmilx riċerka, studju u evalwazzjoni ma tasal imkien.", "Kieku l-gvern Nazzjonalista jagħmel ir-riċerki, kif isir f'pajjiżi oħra, jagħmel il-kontra ta' dak li qed jagħmel illum.", "Lill-gvern ħadd mhu qed jagħtih xi policy document u jekk dan jara xi ħaġa li mhijiex tajba dan igħid li mhijiex tajba.", "U 'l quddiem jien ngħid x'għandna hawn.", "Il-problemi qegħdin għal kulħadd mhux għall- Partit Nazzjonalista meta jkun fil-gvern biss.", "Din bħal tad-deficit.", "Il- gvern qalilna li dak li qed jagħmel - jien l-ittra għadni ma rċevejthiex, pero' naħseb li nirċeviha għax jien wieħed minn dawk li ffirmajt il- petizzjoni - qed jagħmlu minħabba l-problema tad-deficit u biex ikun jista' jħallas il-pensjonijiet u benefiċċji soċjali oħra.", "Dan ifisser li l-gvern se jkun qiegħed jagħmel id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea u jieqaf hemm, jiġifieri dan kollu huwa rubber stamping.", "Allura meta konna fil- gvern aħna ma kienx hawn problema u issa għandna problema!", "X'serjeta'!", "Mr Speaker, filwaqt li qed ngħidu kemm huwa importanti li wieħed iħares 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' standardisation, safety u kwalita' biex inkunu nistgħu nikkompetu - tkun ħaġa tajba li nħeġġu l- importazzjoni - min-naħa l-oħra jrid ikun hemm ċertu restructuring.", "Pero' kif se tagħmlu dan?", "Għalija dawn il-liġijiet huma parti minn ristrutturazzjoni li mhijiex preparata għax hawnhekk qed nitkellmu fuq ristrutturazzjoni soċjali u ekonomika li jeħtieġ li ssir biex l-industrija u n-negozju Malti verament ikun jiflaħ jikkompeti ma' dawk barranin.", "Per eżempju, meta dan l-aħħar kont qed insegwi programm fuq stazzjon lokali, lin-negozjanti ż-żgħar tħassarthom meta smajthom jgħidu, kważi bid-dmugħ f'għajnejhom, minn xiex inhuma għaddejjin bħalissa u meta smajthom igħidu li qatgħu qalbhom kompletament li jħarsu 'l quddiem.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-produtturi li jipproduċu l-għamara.", "Meta aħna konna fil- gvern dejjem indirizzajna l-problemi ta' dawn in-nies pero' llum qed jibgħatulhom lil ta' l-IPSE biex taparsi jkellmuhom u f'kelma waħda jgħidlulhom li jekk ma jistgħu jagħmlu xejn, jagħlqu.", "Din hi s-serjeta'!", "Meta tagħmel ristrutturazzjoni mhux kulħadd jiġi milqut l-istess u għalhekk inti trid tara li tkun ħanin ma' dak li jista' jinlaqat ħażin billi tgħinu.", "Jien għalhekk l-ewwel għedt li qabel tmur tiġri trid tagħmel it-training.", "Min imexxi pajjiż irid iwassal lil kulħadd u mhux iwassal għaxra u ż-żgħar jibqgħu mitlufin.", "Ma jistax ikun li mmexxu pajjiż b'dan il-mod.", "Għandna naraw li kulħadd isalva, hi x'inhi l-problema li pajjiżna jkun qed jiffaċċja u jkun min ikun fil-gvern.", "Mr Speaker, dalgħodu smajt kumment fuq il-low income earners.", "Huwa importanti li f'pajjiżna ssir riċerka u nibnu statistika li tirrifletti x'qed jiġri verament minn dawn in-nies.", "Per eżempju, taħt gvern Nazzjonalista l-impjegati part-timers splodew 'il fuq, pero' dwar dan ħadd ma jgħid xejn għax illum l-aktar ħaġa importanti saret li wieħed ikollu biex jixtri x'jiekol.", "Per eżempju, hawnhekk għandi dokument dwar il-fair trading fl-Ingilterra u qed jgħid li l-low income earners ibatu aktar meta ttejjeb il-kwalita' u tgħolli l-livell ta' prodott għax dan awtomatikament iġib miegħu żieda fil-prezz u allura min jaqla' ftit se jkollu inqas purchasing power.", "Allura hawnhekk nistaqsi: Sar studju dwar il-low income earners Maltin?", "Fost dawn in-nies insibu, per eżempju, il-pensjonanti, li naħseb għada se jirċievu l-ittra tal-prim ministru fejn se jgħidilhom biex jieħdu paċenzja għax il-politika li miexi biha hija politika tajba.", "Per eżempju, dawk li ma jaħdmux u dawk li jgħixu bir- relief qegħdin f'dan il-bracket ukoll.", "Għandna oħrajn li l-familja tagħhom hija numeruża, li jgħixu minn dak li jdaħħal il-missier jew xi ħaddieħor ukoll, pero' dawn xorta qed jgħixu minn ġurnata għall-oħra sakemm ma jirċevux xi kont kbir.", "Per eżempju, minn riċerka li saret mil-London School of Economics sabu li meta jsir restructuring ta' dan it- tip, min hu b'saħħtu jitlef 1% mill-income tiegħu imma l-welfare weighting ta' individwu jiżdied approssimament minn 8% sa 9%.", "Dan ifisser li min hu żgħir ikompli jsir żgħir u għal min hu kbir qisu ma jkun ġara xejn.", "Din hija l-verita'.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li barra minn Malta kull persuna li tkun xtrat prodott jew servizz ikollha ċerti drittijiet.", "Per eżempju, il- liġi titkellem fuq kif għandu jkun il-packaging ta' prodott u fuq kif wieħed għandu jikkompara l-prodotti u l-prezzijiet.", "Ta' min igħid li hawnhekk in-Nazzjonalisti joqgħodu lura ħafna għax jgħidulek li l- kompetizzjoni twassal x'għandu jkun il-prezz, bħal dak li qallu li jekk il- prezz isib is-suq waħdu mhux xorta jrid ikollok tip ta' kontroll.", "Jien ngħid li l-kontroll għandu jibqa' biex wieħed jagħmel a fair price notwithstanding the competition forces li jkun hemm jew le.", "Pero' dan wieħed qed jipprova jiskartah għax dawn huma gvernijiet lemini.", "Jiddispjaċini ngħid li min-naħa tal-gvern tant m'hawnx interess li ħadd m'hawn hawnhekk.", "(Interruzzjonijiet) Kif se ngħaddu liġi bħal din u qed niddiskutu biss ir-regolamenti li se jkunu imposti min-naħa tal-ministru?", "Il-konsumatur m'għandux ikun jaf xi dritt għandu meta jkun hemm abbuż mill- prezzijiet?", "Issa ħalli ngħaddi għal klawsola 16 li tgħid hekk:", "''Sakemm ma jiġix provdut xort'oħra, l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew ta' xi regolamenti magħmula taħtu jkun vestit fid- direttur, iżda d-direttur jista' jiddelega bil-miktub xi waħda mis- setgħat vestiti fih bis-saħħa ta' dan l-Att lil kull uffiċjal pubbliku li jaħdem fid-dipartiment tiegħu jew, bil-kunsens tal-ministru, lil xi persuna oħra.''.", "Dan ifisser li l-political body se jkollu influwenza fuq l-enforcement?", "Dan ma jagħmilx sens u naħseb li fl-istadju ta' Kumitat din għandna niddiskutuha biex ma tiġix b'dan il-mod.", "Mr Speaker, ir-regolamenti li se jkollna se jkunu jirrigwardaw dak li trid l-Ewropa jew se jkunu bbażati fuq l-esperjenzi li għaddew minnhom pajjiżi żgħar bħal tagħna?", "Aħna nistgħu ngħidu li r-regolamenti li huma applikabbli għall-Ġermanja jew għall-Ingilterra għandhom japplikaw għalina wkoll?", "Fl-opinjoni tiegħi din hija daħka.", "Ejja ngħidu li din il-ġennata li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea sseħħ - jien ma ngħidx li sseħħ - l- Ewropej kif se jħarsu lejna meta jiġu biex jaraw f'liema standards jew sistema se jpoġġuna?", "Qed nistaqsi dan għax ma rridux ninsew li aħna qegħdin at the very southern tip of Europe.", "Ladarba ningħaqdu f'suq wieħed kbir irridu noqgħodu għad-direttivi arroganti li ħerġin fejn jekk ikollok kwantita' kbira minn prodott partikolari, bħal, per eżempju, t- tadam, dak trid tarmih għax ikun waqa' l-prezz u lill-poplu ma tkunx tista' tagħtih minnu?", "Allura aħna mhux se jkollna s-saħħa li nikkontrollaw dak li hu tagħna?", "Per eżempju, l-Ispanjoli għalfejn ħarġu fit-toroq bit- tractors ikissru 'l hawn u 'l hinn?", "U l-Franċiżi għalfejn baqgħu deħlin saċ-ċentru ta' Pariġi?", "Pero' għan-Nazzjonalisti qisu ma ġara xejn!", "Dawn għadhom ma jafux li jekk tagħlaq għajnejk għal kollox dawn l-affarijiet jistgħu jiġru f'pajjiżna wkoll, l-aqwa li noqogħdu nibgħatu l-ittri lin- nies!", "Jien diġa' semmejt li l-prim ministru qed jibgħat l-ittri lin-nies biex jirringrazzjahom ta' l-interess u biex jgħidilhom li dak li qed jagħmel qed jagħmlu għax għandu problema finanzjarja.", "Allura meta aħna ilna ngħidulu xi problema se jkollu aktar 'il quddiem għalfejn ma jibżax għall-pożizzjoni tiegħu?", "Matul is-snin kull gvern ra kif ikabbar l-identita' ta' pajjiżna, anke f'dan l-aspett.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-point of order hu li minkejja li l-Onor.", "Farrugia għandu aktar xi jgħid, dan ġie mwaqqaf min-naħa tal-gvern u allura qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.14 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien nixtieq ngħaddi ftit kummenti fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ħafna drabi nispiċċaw nitkellmu fuq diversi liġijiet li l-implimentazzjoni tagħhom tkun tidher xi ftit jew wisq impossibbli.", "Barra minn hekk jeżistu diversi liġijiet oħrajn li aktar ma jgħaddi żmien aktar naraw kemm dawn m'għandhom saħħa ta' xejn.", "Dan ifisser li mhux kemm ikollok liġijiet jgħodd imma kif se ssir l- implimentazzjoni tagħhom.", "Mr Speaker, bħalissa qed niddiskutu affarijiet li huma marbutin mal- konsumatur.", "Naturalment il-konsumatur għandu interess partikolari li ladarba jkun qed iħallas flus tajba l-prodott li jixtri jkun ta' livell tajjeb.", "Pero' huwa importanti wkoll li naraw x'qed jiġri fid-dinja tal- kummerċ u x'diffikultajiet qed jiltaqgħu magħhom l-industrijalisti, l- kummerċjanti lokali, dawk li jimportaw u dawk li għandhom l-interess li jbigħu l-prodotti lokalment.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-gvern jitkellem ma' l-għaqdiet ta' l-importaturi dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.", "Per eżempju, kultant l-iskart jew dak li ma jinbiegħx f'pajjiżi oħrajn jispiċċa fis-suq tagħna.", "Dan jiġri għax kummerċjanti Maltin jew dawk li jimportaw ċerti affarijiet lejn pajjiżna jkunu attirati mill-prezz tajjeb li jkunu ġabu għall-prodott li ma jkunx daqshekk tajjeb.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm infurzar tajjeb biex dawn l- affarijet ma jibqgħux jiġru.", "Naturalment it-tentazzjoni tista' tegħleb lil kulħadd, anke lil dawk l-importaturi li l-kuxjenza tagħhom hija xi ftit jew wisq dgħajfa jew nieqsa.", "Għalhekk irridu nagħmlu minn kollox biex din il-problema negħlbuha.", "Pero' ħaġa oħra li nixtieq insemmi hi li f'daqqa waħda għandna ħafna abbozzi ta' liġijiet xi nressqu quddiem dan il-parlament.", "Biżżejjed wieħed jara l-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis li ftit tal-ġimgħat ilu tkellimna fuqu f'dan il-parlament biex wieħed jinduna bl-ammont ta' liġijiet li dan il-parlament irid jgħaddi fi żmien relattivament qasir.", "Issa se nagħmel parentesi żgħira imma naħseb li hija importanti ħafna.", "Hemm liġijiet li pajjiżna għandu bżonn ibiddel jew idaħħal imma mhux il- liġijiet kollha huma ta' l-istess importanza u mhux il-liġijiet kollha huma tajbin li jidħlu f'pajjiżna b'mod immedjat.", "Naħseb li rridu nkunu għaqlin liema liġijiet indaħħlu u aktar u aktar għaqlin kif dawn nimplimentawhom.", "Ċertament li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu mal-prinċipju ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Aħna mhux qed ngħidu li ladarba dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq biex niġu konformi mal-leġislazzjoni Ewropea allura huwa ħażin.", "Trid tkun iblah li tgħid dawn l-affarijiet meta jkollok leġislazzjoni li tkun tajba għall-pajjiż u għall-konsumatur.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi huma li jsiru dispożizzjonijiet ġodda għall-protezzjoni aħjar tal-konsumaturi minn prodotti perikolużi u biex prodotti perikolużi jiġi projbiti u mneħħija mis-suq.", "Dan ifisser li diġa' għandna dispożizzjonijiet fil-liġijiet, pero' hawnhekk wieħed bilfors jistaqsi kemm dawn il-liġijiet li diġa' għandna qed nimxu magħhom.", "Jien persważ illi kieku aħna nimxu ma' dawn il-liġijiet il-mod ta' kif isir il-kummerċ f'pajjiżna jsir aħjar u l-konsumatur Malti u Għawdxi jieħu servizz u prodott aħjar.", "Issa dan l-abbozz ta' liġi huwa limitat għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel.", "Fil-fatt fi klawsola 2 għandna t-tifsira ta' ''affarijiet ta' l-ikel'' li tgħid hekk:", "''affarijiet ta' ikel'' tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk ikunu proċessati parzjalment jew mhux proċessati maħsuba biex jittieklu mill-bniedem.''.", "Pero' mbagħad, kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, hemm ċerti affarijiet li huma maqtugħin barra minħabba li hemm liġijiet oħrajn li jieħdu ħsieb li joħolqu qafas legali għal dawn il-prodotti, fosthom prodotti mediċinali, prodotti tat-tabakk u ilma.", "Allura hawnhekk tqum il-mistoqsija: Minkejja li diġa' għandna leġislazzjoni fuq dawn il-prodotti li huma esklużi minn dan l-abbozz ta' liġi, kemm qed ikollna garanzija li dawn huma prodotti ta' kwalita' tajba u li l-liġi qed tkun osservata?", "Per eżempju, fil-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea nsibu provvedimenti sabiex ikun hemm kontroll tal-prezzijiet fuq il-mediċini.", "Sfortunatament f'pajjiżna dan il-kontroll huwa nieqes ħafna.", "F'pajjiżna dejjem ikollna lmenti - mhux illum biss imma tul medda ta' żmien - mingħand ċittadini Maltin u Għawdxin, l-aktar anzjani li jkollhom jixtru bilfors il-mediċini, li hemm nuqqas serju fil-kontroll tal-prezzijiet ta' dawn il-mediċini.", "Apparti minn hekk hawn tqum il-mistoqsija l-oħra kemm dawn il-mediċini huma ta' kwalita' tajba biżżejjed biex jinbiegħu fis-suq.", "Pero' jien ċertament m'iniex il-bniedem tekniku u idoneu biex nitkellem fuq dan is- suġġett.", "Il-konsumatur Malti jħares lejn il-kwalita' tal-prodott pero' kultant iħares aktar lejn il-prezz tal-prodott.", "Dan iwassalni għal argument ieħor li naħseb li għandna neħduh b'aktar serjeta' meta qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi bħal dan għax hemm prodotti li jissejħu basic needs u hemm prodotti oħrajn li wieħed jista' jgħaddi mingħajrhom.", "Per eżempju, dan l-abbozz ta' liġi b'mod partikolari qed jitkellem fuq affarijiet ta' l-ikel u kulħadd jaqbel li parti l-kbira mill-prodotti ta' l-affarijiet ta' l-ikel huma bażiċi għall-bniedem.", "Għalhekk huwa importanti li dawk l-affarijiet ta' l-ikel li huma bażiċi u essenzjali mhux biss ikunu ta' kwalita' tajba imma jkollhom prezz tajjeb li jkun jista' jilħqu kulħadd.", "Dan jista' jintrabat b'mod dirett ma' kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Ħafna drabi nisimgħu diskors, li ngħiduh b'mod politiku, fuq kwalita' ta' ħajja aħjar u fuq qabża fil-kwalita' pero' huwa importanti li dan nattwawh fil-prattika.", "Qed ngħid dan għax jekk ma jiġix imħares il- prezz tal-prodott, dawk li għandhom income baxx jispiċċaw jagħmlu bargaining, biex ngħid hekk, ma' prodotti inferjuri u l-importanti jkun li jieħdu dak il-prodott bi prezz irħis għax dak ikunu jistgħu jaffordjaw.", "Mr Speaker, jien nixtieq insemmi wkoll il-qasam tal-housing.", "Issa jista' jkun hawn min igħid li dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna pero' huwa mportanti li nsemmu d-diffikultajiet serji li qed jiltaqgħu magħhom ħafna żgħażagħ minħabba l-prezzijiet esaġerati tal- postijiet.", "Jien mhux qed ngħid li din il-problema nħolqot f'dawn l-aħħar sentejn imma qed ngħid li din hija problema li ilha għaddejja numru ta' snin mhux ħażin.", "Pero' ċertament il-housing hija xi ħaġa bażika u essenzjali għax wieħed irid ikollu fejn igħix.", "Naturalment il-qasam tal- housing huwa marbut mal-problemi li jkollhom iż-żgħażagħ meta jiġu biex jieħdu l-istat tagħhom u jitilqgħu mid-dar tagħhom, għalkemm illum għandna sitwazzjonijiet fejn issib żgħażagħ li jitilqgħu mid-dar tagħhom anke jekk ma jeħdux l-istat taż-żwieġ u din ukoll hija problema oħra għaċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Pero' l-prezzijiet li jiddetta s-suq kultant, biex ma ngħidx ħafna drabi, jkunu esaġerati ma jistgħux jintlaħqu.", "Għalhekk meta ngħidu li s-suq jiddetta l-prezzijiet tinstema' bħala xi ħaġa filosofika u ekonomika u tidher li hija ġustifikata pero' fil-prattika ma taħdimx.", "Jien ngħid li fejn jidħlu affarijiet bażiċi m'għandniex inħallu lis-suq jiddetta l-prezzijiet tiegħu, għalkemm jekk din taħdem tajjeb hekk għandu jsir għax ikun hemm kompetizzjoni vera.", "F'dan il-parlament kellna okkażjonijiet fejn għidna li l-kompetizzjoni għandha tkun ġusta verament u m'għandux ikun hawn cartels bil-moħbi fejn ikun hawn min jiftiehem biex jissettja prezz u minn dak il-prezz ma jinżlux minkejja li jkunu kompetituri ta' xulxin.", "Per eżempju, meta tkellimt fuq l-abbozz ta' liġi dwar il-kompetizzjoni ġusta għidt kemm huwa diffiċli li wieħed jieħu passi meta jkunu qed isiru ċerti affarijiet li ma jkunux ċari.", "Għalhekk min huwa inkarigat, anke b'mod mhux uffiċjali, għandu jara li dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Il-liġijiet li qed ngħaddu minn dan il-parlament għandhom jiġu inforzati u mhux biss ngħadduhom biex ikollna moħħna mistrieħ li ta' l- Unjoni Ewropea se jieħdu gost li aħna obdejnihom u b'hekk inkunu qtajna liġi oħra mil-lista twila li għandu l-gvern.", "Ix-xogħol proprju jrid isir wara li dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi minn dan il-parlament.", "Mr Speaker, irridu naraw kif se jkollna nies imħarrġa u strutturi tajbin biex dak li għandna propost f'dan l-abbozz ta' liġi jkun attwat bis- serjeta'.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi li jkun hemm direttur li jkollu set-up madwaru li jara li fis-suq ikollna prodotti ta' kwalita' u mhux prodotti second-class jew prodotti ħżiena għall-konsum.", "Pero' l- infurzar dejjem jibqa' problema.", "Issa anke f'pajjiżi oħrajn ikun hemm problemi oħrajn apparti l-infurzar u kif se tlaħħaq ma' kull outlet li jkollok pero' apparti dan, iċ-ċokon tagħna ukoll joħloq problema.", "Jista' jagħti l-każ - nittama li dan ma jkunx il-każ f'dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan l-abbozz ta' liġi - li xi kultant nibdew nagħlqu għajn waħda qisna ma nafux b'ċerti affarijiet imbagħad nispiċċaw nagħlquhom it- tnejn.", "Huwa importanti wkoll li l-infurzar isir ma' kulħadd xorta, mhux ma' wieħed qisna ma rajna xejn u lil ieħor nipprovaw insallbuh u kważi kważi naqtgħulu qalbu milli jkompli bl-attivita' ekonomika tiegħu.", "Apparti l-mod kif għandu jsir l-infurzar huwa importanti li jkollok nies imħarrġa.", "Fil-fatt dan qed jiġi enfasizzat fil-pjan għall-addozzjoni ta' l- acquis għax mhux billi taqbad u tgħaddi liġi mill-parlament.", "Ħafna drabi nisimgħu ilmenti li f'pajjiżna ma tantx għandek għażla ta' human resources pero' dan in-nuqqas ikompli jikber meta qed inwaqqfu diversi awtoritajiet li wħud minnhom jirrikjedu ħafna teknika.", "Għalhekk it-taħriġ huwa importanti ħafna u kemm jista' jkun għandna nħeġġu biex l-istudenti tagħna jagħżlu ċerti toroq.", "Jien mhux qed ngħid li għandu jkun hemm xi tip ta' impożizzjoni fuq l-istudenti universitarji għax kulħadd huwa liberu li jistudja dak li jrid pero' huwa importanti li nibdew naħsbu fuq id-diversi nuqqasijiet li għandna speċjalment fejn tidħol it-teknoloġija ta' l- informatika u affarijiet li għandhom x'jaqsmu max-xjenza.", "Peress li anke pajjiżi barranin għandhom dawn id-diffikulatjiet mhux biss inkunu nistgħu nibbenefikaw minn dan imma jista' jkun hemm min jitħajjar imur jaħdem f'dawn il-pajjiżi wkoll.", "Issa dan mhuwiex marbut mal-fatt jekk inkunux membri ta' l-Unjoni Ewropea jew le.", "Qed ngħid dan għax fil-preżent għandna Maltin li huma kapaċi li marru jaħdmu f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li m'hemmx barrieri għal min huwa kapaċi jaħdem.", "Għalhekk ta' min jisma' ftit x'hemm imħejji sabiex inħarrġu nies li bis- serjeta' jkunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu li għandu jkun hemm l-infurzar u r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet fuq il-produttur u fuq l-importatur imma jrid ikun hemm xi ħadd li jiċċertifika li l-affarijiet li jkun hemm fis-suq ikunu tajba għall-bejgħ.", "Qasam ieħor li għad irridu naħdmu ħafna aktar fuqu huwa li l-liġijiet ikunu friendly għall-pubbliku in ġenerali.", "Per eżempju, jien li m'inix avukat kultant jinħolquli diffikultajiet biex nifhem ċerti liġijiet pero' bil-ftit esperjenza li ħadt kemm ili fil-parlament u billi nipprova nfittex fuq xiex ikunu jittrattaw ċerti abbozzi ta' liġi nasal biex nifhem xi ħaġa.", "Pero' huwa importanti li l-liġijiet nagħmluhom friendly għall-pubbliku.", "Inutli nagħmlu ħafna liġijiet li fuqhom jaqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra, inutli nagħmlu liġijiet moderni u liġijiet li jaqblu mal-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea jekk il-poplu ma jifhem xejn aktar u aktar meta nkunu qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi bħal dan li jrid jitħaddem mill-poplu u li jrid ikun hemm kollaborazzjoni anke mal-konsumatur.", "Per eżempju, f'okkażjonijiet oħrajn rajna r-rwol li għandu l-konsumatur biex dawn il- liġijiet jitħaddmu għax fl-aħħar mill-aħħar il-konsumatur se jkollu kuntatt dirett ma' dawn il-prodotti.", "Huwa importanti wkoll li l-konsumatur jirriferi lill-awtoritajiet konċernati għax inkella jekk dawn ma jaħdmux mill-qrib il-liġijiet li jkunu għaddew jibqgħu biss fuq il-karta.", "Pero' biex il-konsumaturi jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-awtoritajiet konċernati huwa importanti li dawn jifhmu l-liġijiet.", "Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni tajba u li tinftiehem pero' din l-informazzjoni trid tingħata fil-ħin.", "Illum il- prodotti, anke l-prodotti ta' l-ikel, dejjem qed jinbidlu.", "Per eżempju, llum joħroġ prodott u ftit wara ssib li ħareġ ieħor jixbħu imma ma jkunx bħalu.", "Smajna b'każi, mhux biss hawn Malta imma anke barra minn Malta, fejn wara li jkun ħareġ prodott isibu li dan ikollu xi difett imbagħad wara li jindunaw bl-iżball li jkun sar jpprovaw jiġbru lura dawk il-prodotti li jkunu diġa' ħarġu.", "Pero' naturalment dawn ma jirnexxilhomx jiġbru l- prodotti kollha bil-konsegwenza li tkun saret ħafna ħsara lill-konsumaturi imbagħad ikollhom jidħlu l-qrati u affarijiet minn dawn.", "Għalhekk huwa importanti li l-prodotti li jkollna fis-suq ikunu ħielsa mill-periklu.", "F'dan l-abbozz ta' liġi nsibu li hija r-responsabbilta' tad-direttur li jgħarraf lill-konsumaturi bi prodotti perikolużi.", "Ħaġa oħra li nsibu fil-pjan għall-addozzjoni ta' l-acquis hija li d- direttivi li għandhom x'jaqsmu ma' dangerous imitations and general products safety se jidħlu fis-seħħ lejn l-aħħar tas-sena 2002.", "Għalhekk aktar u aktar tikber l-importanza li jkollna taħriġ u personell kwalifikat.", "Kultant anke nsibu li ċerti produtturi jew importaturi jimportaw prodott li jkunu jafu li huwa second-class u jipprovaw jirreklamawh u jbigħuh bi prezz ta' prodott ta' prima kwalita' ħalli jkollhom ħafna qligħ.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li f'abbozz ta' liġi partikolari konna tkellimna fuq reklamar li jsir bil-qerq.", "Min jagħmel dan it-tip ta' reklamar ikun qed jisraq u fl-opinjoni tiegħi, dawk il-kumpanniji li jagħmlu dawn it-tip ta' affarijiet għandhom jissemmew b'isimhom.", "Jien niftakar il-kritika kbira li kienet saret mill-Onor.", "Alfred Sant meta kien prim ministru meta kien għażel li jsemmi ċerti kumpaniji li kienu qed jabbużaw mill-prezzijiet u naħseb li fiha nnifisha din toħloq ċertu bilanċ.", "Ladarba dawn il- kumpaniji, produtturi jew importaturi ma jkunu ddejqu xejn li jġibu prodotti inferjuri u jbigħuhom bi prezzijiet tajba naħseb li l-ebda gvern jew awtorita' m'għandha tiddejjaq li ssemmihom għax fl-aħħar mill-aħħar jew se niddefendu lill-konsumatur mill-bidu sa l-aħħar jew inkella se noqogħdu nilagħbu bil-liġijiet u mmorru fil-qrati.", "Naħseb li l-aktar ħaġa li ddejjaq lil dawn it-tip ta' nies huwa r-reklam ħażin li jsirilhom.", "Jien nixtieq insemmi punt ieħor li huwa marbut ma' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-isports.", "Filwaqt li aħna ngħidu kemm huwa importanti li jkollna affarijiet u prodotti tajba li ma jagħmlux ħsara lill-konsumatur Malti u Għawdxi jkun tajjeb li naraw li dak il-prodott li jkun qed jiġi manifatturat f'pajjiż ieħor ma jkunx qed isir b'dannu għal min ikun qed jagħmlu.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam ma' xogħol illegali li jsir mit-tfal f'postijiet bħall- Indja.", "Naħseb li aħna li niftaħru kemm aħna poplu li għandna diversi valuri għandna nżommu dawn l-affarijiet quddiem għajnejna.", "Ħafna drabi dawn il-prodotti jinbiegħu bi ftit flus għax ikunu qed isiru b'cheap labour u dan juri li fl-aħħar mill-aħħar dak li jfittxu ċerti kumpanniji huwa qliegħ massimu ta' dak li jkunu qed ibigħu.", "Per eżempju jien informat li fi stabbiliment li jbigħ affarijiet li wieħed normalment juża f'gym kien hemm min ipprova jbigħ l-ogħla treadmill billi qal lill-konsumaturi li jekk jixtru l-irħas waħda ssirilhom ħsara f'daharhom.", "Dan il-bniedem ipprova jbigħ l-ogħla prodott li kellu ħalli jkollu profit margin akbar billi skredita oġġett li suppost jagħmilllek tajjeb għal saħħtek.", "Issa dawn mhumiex affarijiet ta' l-ikel imma huma affarijiet oħrajn li ma nafx jekk humiex koperti b'liġijiet oħrajn għax f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma jissemmewx bħala affarijiet esklużi bħalma huma l-mediċinali u t-tabakk.", "Pero' suppost hemm regolamenti oħrajn li forsi tħallew barra għal tapposta minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm min jagħti każ li dawk il-prodotti li jkunu tajbin mhux veru jkunu qed jagħmlu ħsara lis-saħħa.", "Mr Speaker, huwa importanti li biex din il-liġi tiġi implimentata hemm bżonn ikun hemm staff imħarreġ u hemm bżonn li jkun hemm ukoll amministrazzjoni.", "Fil-fatt l-Onor.", "Anġlu Farrugia fid-diskors tiegħu għamel riferenza għall-mistoqsija parlamentari li kienet saret fuq l- importanza ta' set-up fil-ministeru li se jkollu taħtu dan id-dipartiment.", "F'paġna 182 tal-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis insibu li:", "\"An extensive operations review within the ministry for economic services has been carried out in order to establish the necessary elements for the effective implementation and enforcement of the acquis.", "As a result a market surveillance directorate is being established within the ministry which will have the overall responsibility for the cordination of market surveillance activities across government, the development of an annual programme and a year- end review of all the surveillance activities.\".", "Qed jissemma dan id-direttorat li se jieħu ħsieb jagħmel din is-sorveljanza fis-suq pero' f'dan id-dibattitu jien xtaqt nisma' xi ħaġa dwar l-għodda li biha dan se jaħdem.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Dan id-direttorat se nwaqqfuh għall-gost biex jidher li se jkun hemm set-up fil-ministeru li jkun jidher li huwa effiċjenti pero' mbagħad fil-verita' l-amministrazzjoni tagħha tkun nieqsa?", "Għalhekk huwa importanti li dawn l-affarijiet narawhom b'aktar serjeta' u mhux sempliċement inressqu l-abbozzi ta' liġi quddiem dan il-parlament għax hekk hemm bżonn li wieħed jagħmel.", "Fl- opinjoni tiegħi meta nkunu qed nitkellmu fuq abbozzi ta' liġi li jipproteġu lill-konsumatur Malti u Għawdxi huwa essenzjali li l-affarijiet jittieħdu bis-serjeta'.", "Jien nikkonkludi billi nawgura lid-direttur li se jinħatar, li għandu diversi funzjonijiet, biex dan ikun armat bi staff imħarreġ u biex ikun hemm is-set-up neċessarju, anke b'mod amministrattiv, ħalli nħarsu bis- serjeta' l-interessi tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jobbliga, biex ngħid hekk, lill-produttur u lill-importatur biex il- prodotti li jimpurtaw għas-suq ikunu safe u tajbin għall-konsumatur.", "Dan huwa abbozz ta' liġi importanti ħafna u neċessarju għax ikompli jkabbar il- kunċett tal-protezzjoni tal-konsumatur li f'pajjiżi oħra barranin ilu li żviluppa s-snin, għalkemm hemm pajjiżi oħrajn li qegħdin ħafna u ħafna warajna.", "Dawn il-prinċipji ssibhom kemm fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u anke f'pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni.", "Għalhekk ikun għaqli ħafna li pajjiżna ma joqgħodx lura milli jaddotta l-kriterji tajbin li jkunu adottaw pajjiżi barranin, ovvjament wara li jkun tgħallem mill-esperjenzi tagħhom, għax b'hekk inġibu 'l quddiem id-drittijiet tal-konsumatur.", "Waħda mill-aktar klawsoli importanti li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi hija klawsola 3 li titkellem fuq il-prinċipju li l-konsumatur għandu jiġi l- ewwel, prinċipju li jien dejjem emmint fih.", "Dan qed insejjaħlu prinċipju għax ma tistax tinfurzah fil-qorti jew f'xi tribunal taħt din il-liġi.", "Issa jien se nikkwota minn klawsola 3 ħalli min qed jismagħna jifhem li aħna qed ngħaddu liġijiet li jipproteġu lill-konsumatur.", "Din il-klawsola tgħid hekk:", "\"Konsumatur għandu d-dritt -", "(a) li jitqiegħdu prodotti għall-konsum fis-suq li jkunu mingħajr periklu.", "(b) li jirċievi informazzjoni xierqa rigward l-aspetti ta' sigurta' u ta' l-użu ta' dawk il-prodotti kif suppost; u", "(c) li jkun informat b'mod xieraq bi prodotti li joħolqu riskji għas- saħħa u s-sigurta' tal-konsumaturi, u li jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ lilu.\".", "Dawn huma l-aktar tliet prinċipji fundamentali li jirrigwardaw il- protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur għax jekk fis-suq ikun hemm xi prodott li jagħmel ħsara lill-individwu se jkun responsabbli l-produttur, l- importatur jew id-distributur.", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 3 għandna li dawn id-dispożizzjonijiet mhux se jkunu inforzabbli direttament f'xi qorti jew f'xi tribunal u fuq din għandi riżerva żgħira li nispjegaha aktar 'il quddiem.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Għalkemm taħt il-consumer protection act il-konsumatur jista' jfittex ċivilment lill-produttur, lill-importatur u lil min ikun qed jipprovdilu s-servizz għall-ħsarat, dan ma jistax ifittixhom f'xi qorti jew tribunal fl-ambitu ta' din il-liġi biss.", "Jien mhux qed ngħid li b'din is-subklawsola - kultant wieħed irid joqgħod attent kif tiġi interpretata fil-qrati - l-konsumatur jista' jkollu xi limitazzjoni għal dan id-dritt li jfittex ċivilment.", "Fil-fatt il- wording qiegħed hekk:", "\"The provisions of subarticle (1) shall not be directly enforceable in any court or tribunal ...\".", "Jien naħseb li l-leġislatur kellu f'moħħu li l-kliem ''any court or tribunal'' ikun definit fl-ambitu ta' din il-liġi.", "Għalhekk jekk forsi hawnhekk din il-limitazzjoni tagħmel sens għax dan id-dritt huwa inforzabbli taħt liġi oħra jkun tajjeb li l-kliem ''any court or tribunal'' nillimitawha.", "Mela l-interpretazzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi trid tkun iffokata fuq il-fatt li l-konsumatur dejjem għandu dritt li l-prodott li jkollu fis-suq ma jkun fih l-ebda periklu għal saħħtu.", "Fi klawsola 4 insibu li:", "\"Producers shall be obliged to only place safe products on the market.\".", "Naħseb li hemmhekk l-iskop tal-leġislatur kien li jinkludi kemm il- produttur kif ukoll l-importatur.", "Qed ngħid dan għax f'subklawsola (2) ta' klawsola 4 mhux biss hawn riferenza għal prodotti immanifatturati imma hawn riferenza wkoll għal prodotti importati u ma nixtieqx li tinħoloq xi dikotomija.", "Riċentement, mingħalija fil-Competition Act, qanqalt il-punt li jekk id-direttur effettivament, b'mandat bil-qorti, ikun irid jieħu azzjoni taħt dik il-liġi, isirlu mandat fil-qorti pero' sakemm tinqata' dik il-kawża s-sitwazzjoni ta' kompetizzjoni inġusta tibqa' tipprevali.", "Għalhekk meta wieħed jiġi biex jinforza l-liġi jrid iħares lejn dawn id- diffikultajiet għax l-iskop ta' kull liġi huwa li toħloq ambjent soċjali regolarizzat fejn kulħadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħu pero' mbagħad għandek is-sanzjoni li hija importanti ħafna wkoll.", "Huwa importanti li l-penali li hemm għal min jikser il-liġi jiġi inforzat mhux billi jkolllok ħafna liġijiet fuq il-karta li ma jkunu qed iħallu l- ebda effett biex itejbu l-livell ta' għajxien ta' kull wieħed minna.", "Wara kollox id-drittijiet tal-konsumatur huma intiżi biex itejbu l-livell ta' l- għajxien ta' kull wieħed minna.", "Għaldaqstant huwa importanti li f'pajjiż bħal Malta - nixtieq nissuġġerixxi emenda f'dan ir-rigward fi stadju ta' kumitat - kemm il-produttur kif ukoll l-importatur ikollhom l-obbligu sanċit fuqhom b'din il-liġi li l-prodotti li jpoġġu fis-suq ikunu mingħajr periklu.", "Issa hawnhekk jista' jkun hemm min jargumenta li dan l-obbligu huwa implikat fi klawsoli oħra ta' din il-liġi.", "Jien inħoss li fid-dawl tal-prinċipji stabiliti fi klawsola 3 dawn l-obbligi għandhom ikunu ċari daqs il-kristall.", "Kieku aħna ngħixu f'pajjiż bħall-Amerika, pajjiż li huwa kważi self-contained għax huwa kapaċi jipproduċu kważi kollox, din forsi tista' ma tenfasizzahiex ħafna pero' f'pajjiż bħal Malta fejn l- importazzjoni tal-consumables u ta' ħafna affarijiet oħra hija ħafna akbar minn dak li nipproduċu, huwa importanti li l-importatur ikun jaf li kwalunkwe prodott li jpoġġi fis-suq li jkun ta' periklu se jkun responsabbli għalih hu.", "Jekk dan ikun konxju ta' dan kollu joqgħod attent li ma jidħolx għal ċerti riskji biex ikollu ħafna qligħ.", "Qed ngħid dan għax huwa faċli li l-importatur jixtri affarijiet seconds li jkunu available fis-suq barra l-pajjiż li jkun fihom xi difett u min ikun qed ibigħlu dawn il-prodtti jneħħi r-responsabbilta' minn fuqu.", "Mela huwa ċar li l-importatur irid ikun inkluż taħt din il-klawsola wkoll.", "Għalhekk jien nissuġġerixxi li l-affarijiet nagħmluhom ċari ħalli ma jkollniex ekwivoċi meta niġu għall-infurzar tal-liġi aktar u aktar meta wieħed jidħol il-qorti tal-maġistrati li jrid jiddeċiedi jekk ġietx ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Fid-definizzjoni ta' ''producer'' hemm riferenza wkoll għal importer.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Paragrafu (c) tat-tifsira ''producer'' jgħid hekk:", "''the manufacturer's representative, when the manufacturer is not established in Malta or, if there is no representative established in Malta, the importer of the product; or''.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nixtieq nirrimarka li s-suġġeriment li semmejt inti l-ewwel huwa tajjeb u ttieħed.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mela allura jaqblilna nagħmlu sub-definition fejn ngħidu li \"\"producer'' means also the importer\" ħalli ma jkollniex kwestjonijiet fejn wieħed jgħidlek li jkun qed jaġixxi ta' aġent u mhux ta' importatur jew li jkollu agency agreement mal-produttur ta' barra.", "(Interruzzjonijiet) Jien mill-bidu għidt li dan kien il-ħsieb tal- leġislatur.", "L-iskop huwa sempliċement li nagħlqu aktar u nirringrazzja lis-segretarju parlamentari li aċċetta s-suġġeriment.", "Fost affarijiet oħra li jirriżultaw minn din il-liġi hemm li d-direttur, li skond din il-liġi huwa l-istess direttur tal-consumer affairs, għandu rwol importantissimu.", "F'pajjiż bħal Malta - din diġa' għedtha meta konna qed niddiskutu l-Competition Act - l-indipendenza tad-direttur mill- ministru tiegħu - hawnhekk ma rridx nitfa' xi dell fuq il-ministru, ikun min ikun - hija importanti u tidher f'għajnejn il-poplu daqskemm tidher l- indipendenza ta' l-ombudsman.", "Dan huwa element importanti ħafna.", "Id- direttur mhux biss irid jifhem sew il-poteri li tagħtih il-liġi imma jrid jeżerċitahom.", "Dan irid jibda jiddeċiedi, per eżempju, li l-prodott tat-tali jirtirahulu mis-suq.", "Dawn id-deċiżjonijiet importanti ma jridux ikunu influwenzati minn xi ħbiberija jew mill-politika jekk verament irridu li din il-liġi titħaddem bis-serjeta'.", "Huwa importanti wkoll li d-direttur ikollu miegħu support staff u l-għodda meħtieġa biex jaħdem.", "Allura għandu jkun hemm affjatament sħiħ bejn id-direttur, in-national standards authority li hija awtorita' indipendenti li waqqafniha b'din il-liġi u l- istandards laboratory u għandu jkun hemm ukoll link sħiħ mad-dipartimenti kollha tal-gvern ħalli d-direttur ikun jista' jagħmel użu minnhom biex jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "F'pajjiżna l-protezzjoni tal-konsumatur ilha tiżviluppa mill-bidu tas-snin tmenin, għalkemm forsi dan ma sarx b'mod daqshekk sofistikat, imma man mano dejjem ħdimna biex dawn it-tip ta' liġijiet intejbuhom.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-ambitu amministrattiv.", "Ħafna drabi d- direttur ikun irid ċerta informazzjoni malajr, per eżempju, mill-customs department, mid-dipartiment ta' l-agrikoltura, min-national standards authority u mill-laboratorju nazzjonali biex ikun jista' jagħmel evalwazzjoni ta' ċerti prodotti.", "Issa jekk dan jiġi mxekkel u jkollu joqgħod jikteb xi ittra bil-konsegwenza li l-ittra tiegħu trid tgħaddi minn taħt idejn il-kap tad-dipartiment jew minn taħt idejn il-ministru u jkollu joqgħod jistenna għall-informazzjoni ċertament lil-għanijiet tiegħu, speċjalment dawk l-għanijiet stabbiliti fi klawsola 10 ta' dan l-abbozz ta' liġi, ma jintlaħqux.", "Klawsola 10 tagħmilha ċara li minkejja li prodott li jkun fis-suq ikun qed jilħaq in-national standards, l-istandards Ewropej jew inkella xi standard directive oħra, hi liema hi, jekk fl-opinjoni tad-direttur dan il- prodott jikkostitwixxi periklu għas-saħħa tal-konsumatur, dan għandu d- dritt li dan il-prodott jirtirah.", "Mela hawnhekk qed naraw li l-poteri tad- direttur huma vasti u d-deċiżjonijiet li jieħu jridu jkunu fid-diskrezzjoni tiegħu.", "Għalhekk jekk id-direttur ikun irid xi informazzjoni minn xi dipartiment tal-gvern dan għandu jċempel hemmhekk biex jagħtuh l- informazzjoni li jkollu bżonn malajr u mhux joqgħod jikteb l-ittri kif sfortunatament jiġri fiċ-servizz pubbliku biex kollox ikun recorded.", "Irridu naħsbu biex dan ikollu s-saħħa amministrattiva li wara li jċempel lil min ikun in charge dan jingħata dak li jkollu bżonn u jekk l- informazzjoni jkun iridha within the hour, l-informazzjoni għandha tingħatalu within the hour.", "L-għodda tad-direttur ma jridux jiġu mxekkla u jien ilni nenfasizza dan id-dettall mill-bidu.", "Hawnhekk jidħol l-element ta' kordinazzjoni.", "Huwa veru li għandna diversi liġijiet f'dan il-qasam li jaqgħu taħt ministeru wieħed pero' huwa mportanti ħafna li biex id-direttur ikun jista' jeżerċita l-poteri tiegħu, dan għandu bżonn l-għajnuna ta' dipartimenti oħra.", "Għalhekk meta nkunu qed ngħaddu l-liġijiet minn dan il-parlament m'għandniex naraw biss li l- liġijiet ikunu mirquma tajjeb, li l-loopholes kemm jista' jkun jingħalqu u li nidħlu f'ċerti affarijiet fid-dettall imma huwa importanti wkoll li wara li dawn il-liġijiet jgħaddu minn din il-Kamra jiġu implimentati b'mod effiċjenti għall-benefiċċju tal-konsumatur.", "Inutli ngħidu kemm għandna liġi tajba jekk ir-riżultati mixtieqa ma jkunux qed jintlaħqu.", "Jekk, per eżempju, jkunu qed jiġu importati xi prodotti ta' mediċina li ma jkunux daqstant ta' standard - nafu li anke pajjiżi Ewropej għandhom prodotti ta' mediċina li m'humiex daqstant ta' standard - id-direttur ikun irid jieħu deċiżjoni malajr.", "Mela huwa importanti li l-istandards authority jkollha affjatament sħiħ mad-direttur.", "Huwa importanti wkoll li l- laboratorju nazzjonali jkun attrezzat tajjeb, ikollna nies imħarrġa tajjeb fih u fejn ma jkollniex equipment u manpower nagħmlu kuntatti neċessarji ma' istituzzjonijiet simili barra l-pajjiż ħalli fi żmien qasir ikunu jistgħu jagħtuna l-informazzjoni neċessarja.", "Din hija xi ħaġa li amministrattivament issir f'diversi oqsma.", "Per eżempju, meta l-pulizija jkollhom ċerta evidenza pero' fil- laboratorju tagħhom ma jkollhomx it-teknika biex janalizzawha sew u biex jaslu għall-konklużjonijiet, din jibgħatuha l-Ingilterra, l-Ġermanja u postijiet oħra għax hemm dan it-tip ta' arranġamenti.", "Dawn l-arranġamenti amministrattivi ma nistgħux insemmuhom jew nistipulawhom f'din il-liġi pero' parti mill-funzjoni tal-gvern u tal-ministru bħala l-eżekuttiv huwa li din it-tip ta' struttura tibda tinbena.", "Hemm bżonn li fejn ikun hemm id- diffikultajiet amministrattivi biex wieħed jieħu l-informazzjoni neċessarja malajr kemm jista' jkun, dawn jiġu solvuti.", "Inutli jkollok dipartiment li għandu database vasta jekk din ma tkunx shared bejn dipartimenti oħra aktar u aktar meta jkollok dipartimenti li għandhom bżonn ċerta informazzjoni li tkun stored f'dik id-database.", "Din qed nagħmilha bħala kritika pożittiva għax ħadd ma jixtieq li jkollu sistema li ma tkunx qed topera tajjeb.", "Jekk kemm-il darba dawn l-istrutturi ma nirristrutturawhomx l-effiċjenza ta' dawn il-liġijiet tonqos drastikament.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna li dan l-għan jintlaħaq.", "Biex id-direttur jeżerċita s- saħħa li tagħtih il-liġi dan irid jagħmel ġudizzju pero' dan il-ġudizzju jkun jista' jagħmlu biss jekk ikollu l-informazzjoni neċessarja.", "Huwa importanti ħafna li tingħata l-informazzjoni neċessarja wkoll għax min jikser il-liġi jkun qed jikkommetti offiża kriminali.", "Dan ifisser li l- informazzjoni m'għandhiex tinġabar biss biex wieħed jagħmel ġudizzju imma għandha tinġabar ukoll biex f'każ li d-direttur jieħu passi kriminali kontra l-produttur, l-importatur jew ikun min ikun, il-proċeduri fil- qorti ma jitwaqqgħux minħabba xi nuqqas ta' informazzjoni sħiħa.", "J'Alla d-direttur ma tantx ikollu għalfejn jeżerċita dan id-dritt pero' dan huwa element importantissimu.", "Sur President, biex nagħtu ħajja lill-prinċipji dwar id-drittijiet tal- konsumatur li hemm fi klawsola 3 huwa importanti li nikkonsidraw dawn l- elementi.", "Il-gvern għandu jara li jkollna nies imħarrġa u li l-equipment neċessarju jinxtara biex ikollna l-laboratorju attrezzat tajjeb.", "Jekk m'għandniex nies imħarrġa biżżejjed hemm bżonn naraw kif dawn inġibuhom minn x'imkien, anke forsi għal żmien qasir sakemm inħarrġu lill-Maltin fuq din il-linja ta' xogħol.", "Huwa importanti wkoll li nutilizzaw kemm nistgħu ir-riżorsi li għandna u naħseb li dan għandna nagħmluh aktar minn pajjiżi oħra.", "Per eżempju, jekk l-universita' għandha xi laboratorju li jista' jintuża għal dan il-għan - wieħed irid jidentifikah u jagħmel l- arranġament ma' l-universita' kif dan jista' jintuża - ma jkollniex għalfejn nagħmlu laboratorju ieħor għax ikun aħjar li nagħmlu xi ħaġa oħra mill-fondi li jkollna available jew bir-riżorsi umani limitati li għandna.", "Għalhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh dawn il- konsiderazzjonijiet kollha.", "Sur President, filwaqt li dan l-abbozz ta' liġi jħares lejn il-criminal liability tal-produttur, ta' l-importatur jew inkella tad-distributur m'għandna xejn dwar civil liabilty.", "Dan ifisser li jekk xi ħadd ikun sofra xi danni minħabba xi prodott perikoluż li jkun xtara dan m'għandux dritt ifittex lill-produttur jew lill-importatur taħt din il-liġi.", "Li jista' jagħmel hu li jfittixhom taħt liġijiet oħra; jekk m'inix sejjer żball jew taħt il-liġi dwar il-konsumatur jew taħt il-kodiċi ċivili li timponi ċerti liabilities fuq min jagħti servizz u fuq il-produttur.", "Fl- opinjoni tiegħi, ladarba qed nagħmlu liġi biex inħarsu d-drittijiet u l- protezzjoni tal-konsumatur naħseb li jkun tajjeb li f'din il-liġi nistabbilixxu li r-riżultat tal-qorti tal-maġistrati - ovvjament wara li xi distributur, importatur jew produttur ikun instab ħati li poġġa prodotti fis-suq li kienu ta' periklu - ikun prova biżżejjed għall-konsumatur biex dan ikun jista' jfittixhom.", "Ladarba l-qorti tkun diġa' stabbiliet dan il- konsumatur ma jkollux għalfejn jerġa' joqgħod iġib il-provi mill-ġdid biex ifittex lil dak li jkun ċivilment.", "Se mai imbagħad il-qorti tkun trid tistabbilixxi l-quantum tad-danni li jkun sofra dak il-konsumatur minħabba l-prodott li jkun uża li jkun ikkaġunali l-ħsara għal saħħtu jew minħabba xi mediċina li jkun ħa.", "Sur President, jien nixtieq nissuġġerixxi - wieħed jista' forsi jieħu parir mingħand l-avukat ġenerali - li l-maġistrat, il-qorti jew it- tribunal li jistabilixxi liability kriminali forsi jista' jikkwantifika d- danni għal dak il-konsumatur li jkollu l-interess li jfittex lill-produttur jew lill-importatur.", "Qed nagħmel din il-kritika pożittiva biex insaħħu aktar din il-liġi.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li norbtu din il- kwestjoni tas-civil liability ta' l-importatur, tad-distributur jew tal- produttur mal-consumer protection act.", "Naħseb li bejn dawn iż-żewġ liġijiet għandu jkun hemm rabta diretta.", "Jien dawn il-liġijiet narahom bħall-blocks, fejn dejjem tibni l-ħajt ta' protezzjoni, biex ngħid hekk.", "Kif għedt fil-bidu, dan huwa abbozz ta' liġi tajjeb għax il-konsumatur għandu jiġi protett.", "F'pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u barra mill-Unjoni Ewropea liġi bħal din ilha tiġi eżerċitata żmien twil u jien mhux se noqgħod ngħid jekk din hijiex liġi li qed tiġi imposta fuqna jew le għax fl- aħħar mill-aħħar hija liġi neċessarja.", "Aħna l-membri parlamentari għandna nipproteġu d-drittijiet tal-konsumatur billi ngħaddu liġijiet adegwati pero' l-gvern għandu jieħu ħsieb li dawn l-istess liġijiet ikunu qed jiġu amministrati sew u d-dipartimenti kollha jkunu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom.", "Nerġa' ntenni li bejn id-dipartimenti tal-gvern għandu jkun hemm inter- relationship ħalli l-informazzjoni tasal tajba u kemm jista' jkun malajr għax jekk ikun hemm id-dewmien id-direttur jew ikollu jipposponi d- deċiżjoni li jkun se jieħu, fejn ikun se jirtira prodott mis-suq, jew inkella jista' jieħu deċiżjoni żbaljata.", "Dawn iż-żewġ każijiet huma ħżiena għax jekk id-direttur idum biex jirtira prodott mis-suq ikun qed jolqot ħażin lill-konsumatur u jekk jieħu deċiżjoni ħażina minħabba informazzjoni li ma tkunx tajba mija fil-mija jkun qed jolqot inġustament lill-produttur u lill-importatur.", "Ikun tajjeb li wieħed jifhem li meta aħna nkunu qed inħarsu l-interess tal-konsumatur aħna ma nkunu bl-ebda mod qed nagħmlu xi restrizzjoni fuq in-negozjant, fuq min jipproduċi u fuq min jinvesti.", "Kulma nkunu qed nagħmlu huwa li nkunu qed nibbilanċjaw l- interessi u d-drittijiet tagħhom.", "Dak il-produttur li jifhem x'inhuma d- drittijiet tal-konsumatur u fl-investiment tiegħu jieħu ħsieb li jissalvagwardjahom, żgur li jirnexxi.", "Ħafna drabi jingħad li biex tirnexxi trid tagħraf is-suq pero' din ma tfisser xejn ħlief li inti tagħraf x'irid il-konsumatur illum u fil-futur.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-osservanza ta' dawn it-tip ta' liġijiet tissarraf ukoll f'ġid għall-produttur kif ukoll għall-importatur għax meta dawn ma jħarsux biss biex idawru lira malajr imma jaraw li l-prodott li jipproduċu jew jimportaw ikun prodott tajjeb li jibqa' fis-suq u jgawdu huma wkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex jagħmel il- winding-up.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, qabel nibda nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw kontribut f'dan id-dibattitu għax fuq livell ġenerali il-kontribut kien wieħed tajjeb.", "Jien, flimkien ma' sħabi tal- Malta standards authority li kienu qed ifasslu dan l-eżerċizzju, konna qed nieħdu nota ta' dak li ntqal.", "Aħna għaddejna l-kummenti tagħna mingħajr ma rriduċejna dan id-dibattitu għal stadju ta' kumitat, għalkemm jiddispjaċini li kien hemm kummenti li setgħu dehru li m'humiex qegħdin f'posthom.", "Pero' b'mod ġenerali naħseb li kellna kontribut siewi u l- messaġġ kien li din hija liġi meħtieġa jekk kemm-il darba rridu naraw l- organizzazzjoni tas-suq f'dan il-pajjiż tkun kapaċi tirrispetta l-ħteġijiet li jinqalgħu maż-żmien.", "Fl-opinjoni tiegħi, llum il-ġurnata jagħmel aktar sens li jkollna standards volontarji għaliex jekk ngħaddu liġi li tiddetta kollox bl- eżatt naħseb li tkun liġi estinta.", "Għalhekk jekk kemm-il darba naraw li s-suq tagħna jkun armat verament b'regoli li jkunu kapaċi jirregolaw l- abbuż allura jkollna regoli flessibbli, u dan l-abbozz ta' liġi huwa mfassal proprju b'dak il-prinċipju.", "Din hija liġi moderna, flessibbli u user-friendly.", "Fil-fatt fejn qabel kollox kien isir bil-pulizija u bil- qrati, b'din il-liġi l-leġislatur qed jara li jkun user-friendly u dan minkejja l-gravita' ta' dak li jista' jiġri.", "Per eżempju, fejn jinstab li l-iżball ma jkunx daqshekk maħsub allura hemm il-proċedura ta' l-użu ta' l- avviż.", "Kif għedt fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu, din hija liġi li qegħda titfa' responsabbilta' fuq l-istat u fuq is-settur kummerċjali, kemm jekk ikun l-importatur kif ukoll jekk ikun il-manifattur.", "L-oġġettiv prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa l-konsumatur.", "Dan ifisser li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti direzzjoni lill-importatur u lill-manifattur biex iħares il- konsumatur u biex jara li l-prodotti li jintużaw bl-iżjed mod normali - din irridu noqgħodu attenti għaliha - ma jkunux ta' ħsara.", "Hawnhekk nixtieq nagħti eżempju.", "Jekk tazza tal-ħġieġ tintuża bħala arma tista' tkun perikoluża għall-bniedem għax jekk tkissirha tista' tagħmel sfreġju f'wiċċ xi ħadd jekk mhux ukoll toqtlu.", "Pero' ma nistgħux nimmaġinaw li kulmin se jibda jbigħ tazza tal-ħġieġ jrid jibda jagħmel tikketta li tgħid li jekk dik it-tazza tintuża b'mod responsabbli ma tweġġgħekx u jekk tintuża fil-ġlied toqtlok.", "Aħna mhux hekk qed ngħidu.", "Din l-istess bħall-mediċina.", "Kulħadd jixtri l-mediċina bit-tama li jfiq mill-mard pero' jekk il-mediċina ma teħodhiex kif suppost tista' tkun perikoluża.", "Hawnhekk mhux qed inwaqqfu l-bejgħ tal-mediċina għaliex qed ngħidu li din hija perikoluża anzi bil-kuntrarju.", "Aħna qegħdin inqisu li kull oġġett li jintuża b'mod normali ma jkunx perikoluż pero' kull prodott li hawn fuq kull xkaffa ta' kull ħanut jista' jkun perikoluż jekk ma jkunx użat tajjeb.", "Dan huwa l-ewwel punt.", "Sur President, il-konsumatur għandu d-dritt li jirrapporta u d-direttur se jkun responsabbli li jagħti l-ispjegazzjoni ta' l-investigazzjoni li tkun saret.", "Issa biex ikun jista' jsir dan, id-direttur ikun irid ikun jaf min irrapporta ħalli sakemm il-każ ikun issolva, bejn il-konsumatur u d- dipartiment tal-konsumatur tinħoloq dik ir-relazzjoni.", "Imma artiklu fil- ġurnal ''l-orizzont'' mill-korrispondent Sandro Mangion kien jgħid hekk:", "\"Saret ħaġa li wieħed jistenniha li kull meta titressaq liġi ġdida għad-diskussjoni fil-parlament iqumu battibekki bejn iż-żewġ naħat dwar jekk l-intenzjoni ewlenija tal-gvern tkunx li jimplimenta kemm jista' jkun malajr ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Is-seduta tal- bieraħ filgħodu ma kenitx eċċezzjoni.\".", "Dan it-tip ta' kumment ġie espress ukoll minn xi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra pero' din hija xi ħaġa li naħseb li anke l-poplu jħossha.", "Kif qal tajjeb l-aħħar kelliemi min-naħa ta' l-oppożizzjoni, l-Onor.", "Mangion, din hija liġi bżonjuża pero' xorta jibqa' l-fatt li naħa waħda tgħid li dawn huma liġijiet meħtieġa u n-naħa l-oħra tgħid li dawn il-liġijiet qegħdin isiru għaliex dan il-gvern irid iseħibna fl-Unjoni Ewropea.", "Issa jien nixtieq nieħu l-ħin li fadal biex proprju nikkummenta fuq dan.", "X'fiha ħażin li l-gvern Nazzjonalista jgħid li jrid idaħħalna fl-Unjoni Ewropea u b'hekk inkunu nistgħu niffaċċjaw aħjar iċ-ċirkostanzi u l-isfidi ta' madwarna?", "Per eżempju, hawnhekk kien hawn diversi kelliema li qalu kemm huma tajbin l-istandards u l-proċeduri Amerikani.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, bħalissa m'hawnx deputati biżżejjed biex jissapportjaw dak li qed jgħid l-Onor.", "Vassallo u għalhekk insejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.50 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Is-Segretarju Parlamentari qiegħed in possession bil-winding-up.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien kont qed nitkellem rigward l-għażla ta' gvern ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Jien kont qed ngħid li meta l-gvern iħares lejn iċ- ċirkostanzi ta' madwaru u jipprova jipprevedi ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nerġa' niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.56 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.01 p.m.", "MR SPEAKER: Skada l-ħin għall-interruzzjoni tax-xogħol u waqt li nifhem li s-Segretarju Parlamentari se jibqa' in possession, nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra, għal għada, l-Erbgħa, 25 ta' Ottubru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Illum ser niddedika ftit minuti ta' l-aġġornament rigward id-dokument il-ġdid tal-Malta Labour Party \"Flimkien għal Opportunitajiet Ġodda\", biex nirribatti ċerti kummenti li dehru fil-media pro-Nazzjonalista li qed tgħid li f'dan id-dokument mhux qed ikun suġġerit xejn tanġibbli fil-qasam tal-politika futura tagħna fil-qasam soċjali.", "Sur President, f'dan id-dokument ma poġġejniex xi erba' deputati minn ta' din in-naħa u ħarbixna erba' kelmiet.", "Anzi dan dokument li fih innifsu involva ħafna xogħol għaliex qabel ma għaddejna biex inpoġġu ħsibijietna flimkien, kellna ħafna laqgħat kemm ma' nies tekniċi fl-oqsma soċjali kollha kif ukoll ma' nies komuni li jgħixu lil hinn mill-poltika u mad- delegati tal-Partit Laburista.", "Aħna użajna l-bażi ta' l-informazzjoni li konna ksibna permezz tal-laqgħat li kien ikollna jien u sħabi ma' l-anzjani kull nhar ta' Ġimgħa.", "Dawn il-laqgħat domna sentejn sħaħ għaddejjin bihom.", "Fis-sajf tal-1999 organizzajna serje ta' technical workshops fejn stedinna diversi kelliema li huma speċjalisti fl-oqsma soċjali.", "L-ewwel drafting ġie mgħarbul mill-grupp parlamentari, wara għadda għand l-eżekuttiv tal- Partit Laburista u fl-aħħar iddiskutejnih mad-delegati distrettwali u tal- fergħat tal-Parti Laburista.", "Dan id-dokument ġie mgħarbul għal diversi drabi u fih hemm diversi stqarrijiet u anki opinjonijiet ta' x'jemmen il-Partit Laburista f'dawk li huma temi soċjali.", "Il-kontenut tad-dokument juri li l-Partit Laburista irid u huwa kommess li joffri tama ġdida lill-Maltin u lill-Għawdxin f'dawn iż- żmenijiet diffiċli u ta' qtiegħ il-qalb li għaddej minnhom pajjiżna bħalissa.", "Waħda mit-temi ewlenin li toħroġ ripetutament fid-dokument hi li l-Partit Laburista jemmen fis-sovranita' nazzjonali, jiġifieri li jemmen li l-iżvilupp ekonomiku, il-kuxjenza soċjali, il-ħarsien ambjentali u t- tmexxija ta' politika nadifa u miftuħa għandhom kollha jiżviluppaw bħala katina waħda ma' l-oħra, id f'id u li għandna niddireġuhom biex inħarsu aktar minn kollox l-interess ta' pajjiżna minflok ta' l- Unjoni Ewropea kif qiegħed jagħmel il-gvern bħalissa.", "Fl-istess dokument il-Partit Laburista jistqarr li hemm il-bżonn li pajjiżna jiġġedded.", "Meta titkellem maċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, kulħadd hu ta' fehma waħda li bħalissa hawn ġammjatura ekonomika enormi fil- pajjiż.", "Sfortunatament biex pajjiżna jimxi 'l quddiem u jiġġedded jinħass bżonn ċar li jridu jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli, mhux biss ekonomiċi imma anki soċjali, sabiex nattiraw lejn pajjiżna investituri barranin ħalli verament inkunu nistgħu nġibu dik l-injezzjoni tant meħtieġa ta' flus barranin ġewwa pajjiżna.", "F'waħda mill-paġni tal-bidu, id-dokument fih ukoll stqarrija fih innifsu, jiġifieri li l-Partit Laburista jemmen fil- valur tal-verita'.", "Aħna bħala partit nemmnu, li jkun min ikun, għandu jkun partit onest, li jimxi fuq linja ta' policies, kemm jekk huma soċjali u kemm jekk huma ekonomiċi, u li lill-poplu jgħidlu l-verita'.", "Dan mhux dejjem rajnieh isseħħ ġewwa pajjiżna.", "Min għex il-ħajja politika f'din il-Kamra matul dawn l-aħħar ftit snin jaf li dan mhux minnu b'mod speċjali min-naħa tal-Partit Nazzjonalista li kien igħid li l-ħofra hi ħrafa.", "Wara li għaddiet l-elezzjoni, wegħdu li wegħdu u mill-għada stess qalu li n-nies iridu jippreparaw ruħhom għas-sagrifiċċji u li jridu jxammru l-kmiem ħalli issa jibdew jaħdmu.", "Dan huwa l-modus operandi tal- Partit Nazzjonalista, u dan ħadd ma jista' jiċħdu.", "Fl-introduzzjoni ta' dan il-dokument ridna naċċennaw li aħna nemmnu fil-prinċipju tal-verita', jiġifieri li lill-poplu trid tgħidlu mill-bidu nett fiex jinstab ħalli flimkien u bl-akbar responsabbilta' infasslu linja ta' politika li verament tkun tixraq lil pajjiżna.", "Id-dokument jaċċenna fuq id-dmirijiet li kwalunkwe ċittadin Malti u Għawdxi għandu jkollu lejn pajjiżu, li kull cittadin għandu josserva r- regoli u l-liġijiet u li jħallas it-taxxi kif suppost, ħalli fl-aħħar mill- aħħar l-istat ikun jista' jopera bl-aktar mod flessibbli u raġunat biex verament ikun jista' jaħdem fejn għandu jaħdem u jgħin fejn verament għandu jgħin.", "Id-dokument jagħmel aċċenn ukoll dwar il-kwistjoni tad-drittijiet, fejn nemmnu li mhux biss kull ċittadin f'pajjiżna għandu jkollu l-aċċess biex jakkwista d-drittijiet tiegħu imma fl-istess ħin ukoll għandu jkun hemm network ta' informazzjoni tajba sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jakkwistaw id-drittijiet tagħhom.", "Dan m'għandux isir b'abbuż għax dan ma naqblux miegħu, pero' d-drittijiet għandhom ikunu hemm u bl-aktar mod raġunat.", "Il-Partit Laburista mhux kontra li l-gvern Nazzjonalista qiegħed jivvetja bl-akbar reqqa l-abbuż fil-benefiċċji soċjali.", "Il-Ministru Gonzi, b'mod speċjali, isemmi diversi figuri ta kemm inqabdu nies jabbużaw mill- benefiċċji soċjali, u jekk mhux qed niżbalja dan l-aħħar issemmiet il- figura ta' ħmistax-il elf.", "Aħna naqblu li l-abbuż qatt m'għandu jkun ġustifikat u qatt ma jista' jiġi ġustifikat, iżda min-naħa l-oħra l-Malta Labour Party ma jaqbilx mal-fatt li dan il-gvern jidher li qed jimxi b'żewġ kefef.", "X'irrid infisser?", "Għandna l-Ministru Gonzi jgħid li nqabdu madwar 15,000 każ ta' abbuż mill-benefiċċji soċjali u min-naħa l-oħra għandna lill-Onor.", "John Dalli, il-ministru tal-finanzi, jiġi jħabbar kemm inqabdu konsulenti, professjonisti, nies tal-business u industrijalisti u kemm dawn verament ġew investigati.", "Kemm hawn nies li huma ġejjin mill-istrati għolja tas-soċjeta' li jiddikjaraw dak li jaqilgħu?", "Insemmi per eżempju li għandek 83% tal-kumpanniji lokali jiddikjaraw qligħ annwu ta' anqas minn Lm5,000; għandek mat-73% ta' dawk li huma reġistrati full-time self- employed qed jiddikjaraw qligħ ta' anqas minn Lm5,000; u dawk li huma part- time self-employed, fejn għandek 53% minnhom li qegħdin jiddikjaraw li jaqilgħu anqas minn Lm5,000 fis-sena.", "Dawn in-numri verament jindikaw li hawn l-abbuż f'dak li għandu x'jaqsam ma' dikjarazzjoni ta' income.", "Min-naħa l-oħra qed naraw lill-gvern li litteralment qed jassedja lil dawk li huma dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali.", "Għandi diversi każi ġenwini li nqabdu f'dan l-eżerċizzju tal-gvern Nazzjonalista fejn qegħdin jiċċekkjawlhom jekk ħaqqhomx jirreġistraw għax-xogħol.", "Ser nitkellem aktar il-quddiem dwar kemm inqatgħu nies minn Jannar l'hawn mir-reġistru tax- xogħol, fejn xi wħud inqabdu inġustament għax imbagħad issib li appellaw u li kellhom raġun.", "Min-naħa l-oħra, l-keffa d-dejqa l-oħra x'tirriżulta?", "Jirriżulta li hemm ħafna abbuż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-evażjoni tat- taxxa, ħaġa li jidher li l-gvern m'huwiex kommess li jissikka.", "Għaliex ilna mill-budget li għadda nisimgħu dwar it-tax compliance unit?", "Issa wasalna għal ftit ġimgħat oħra u se naraw lill-Ministru Dalli jippreżenta budget ġdid u t-tax compliance unit għadha lanqas bdiet taħdem, aħseb u ara kemm bdew jinvestigaw lil dawk kollha li huma professjonisti, businessmen u dawk kollha li huma ġejjin mill-istrati għoljin tas-soċjeta'.", "Il-figuri ta' kif inqatgħu nies mir-reġistrar tax-xogħol huma fenominali.", "Nafu li l-figuri tal-qagħad huma xi ħaġa mobile, m'humiex statiċi.", "Ikollok min jidħol jirreġistra u min fil-fatt ma jibqax jirreġistra imma l-figura fiha nnifisha tagħtik xokk għax 12,000 każ ġew maqtugħa mir-reġistru tar- reġistrar għax-xogħol fl-ETC.", "Il-verita' hi li lil xi uħud minnhom instabilhom xogħol, pero' il-figura ta' tnax il-elf hija xokk.", "Wieħed mill-ewwel oqsma speċifiċi tad-dokument jitkellem fuq il-qasam tax- xogħol, li aħna tant nagħtuh importanza, għax għalina x-xogħol m'huwiex biss figuri ta' kemm għandna nies qegħda u nies li qegħdin jaħdmu, imma huwa aktar minn hekk.", "Hu l-kwalita' tax-xogħol li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin qegħdin isibu bħala opportunita'.", "Il-fenomenu ta' l- underemployment qed jisplodi 'l fuq bħalissa.", "Għandek ħafna nies li qed jaħdmu bħala casual workers, bħala part-timers u b'kuntratt definit fejn dawn għandhom kondizzjoniijet tax-xogħol mill-agħar.", "Sfortunatament l- ammont ta' dawn il-ħaddiema jidher li qiegħed aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jisplodi 'l fuq.", "MR.", "SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Membru qed jgħid li nqatgħu 12,000.", "Irrid nagħmilha ċara li 12,000 jinkludu lil dawk kollha li sabu x-xogħol.", "Inkella tkun qed tagħti l-impressjoni li qisu għamilna xi kapriċċ!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Fil-fatt jien għedt li l-figura tal-qagħad hi xi ħaġa mobile, mhix xi ħaġa statika, ikun hemm min jidħol u min joħroġ minnu, pero' meta jiġi l-Ministru Gonzi u jiftaħar kemm irnexxilu jnaqqas il- qagħad insibu per eżempju li minn mindu tela' gvern Nazzjonalista, sentejn ilu, iddaħħlu jaħdmu mal-gvern kważi elfejn ruħ.", "Dawn huma kollha fatturi li jikkontribwixxu biex l-ammont tal-qagħad jonqos.", "Għall-Partit Laburista il-figuri tal-qagħad m'humiex biżżejjed biex nispjegaw x'inhi is-sitwazzjoni.", "Sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien, l- underemployment aktar qiegħed jisplodi 'l fuq u qed naraw li issa aktar minn dsatax il-elf ħaddiem li huma wage earners, li fil-fatt l-uniku xogħol tagħhom tista' tgħid li huwa dan il-part-time jew inkella l-casual work jew inkella jkunu qed jaħdmu fuq kuntratt definit, dawn ma għandhomx xogħol ieħor li jagħmel tajjeb għall-earnings tagħhom.", "Il-qagħda tax-xogħol taħt dan il-gvern marret lura bħal granċ b'mod speċjali fil-qasam tal- manifattura lokali fejn bit-tneħħija tal-levies mgħaġġla u bl-addoċċ qed jintilfu f'pajjiżna medja ta' sitt impjiegi kuljum.", "Dawn huma fatti, huma numri li qegħdin jevidenzjaw bl-aktar mod ċar u tond li sfortunatament il- qasam tax-xogħol taħt gvern Nazzjonalista qatt ma kien daqshekk mhedded.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, Xtaqt nitkellem fuq il-breastcare support group li din il-ġimgħa qiegħed jorganizza il-breastcare awareness week, li tiġi organizzata kull sena.", "Jien kelli l-opportunita' li niltaqa' ma' dan il-grupp diversi drabi kemm meta konna fil-gvern u anki issa fl- oppożizzjoni u nista' ngħid b'liema ħeġġa jaħdmu.", "Irrid nieħu din l- okkażjoni sabiex nagħti ħajr lil din l-NGO li tagħmel ħafna xogħol siewi ma' nisa li taħkimhom il-marda tal-kanċer tas-sider.", "Insemmi lil Ms. Muscat u lil Ms. Vassallo li fost oħrajn jaħdmu ħafna sabiex jgħallmu u juru l- importanza lin-nisa sabiex jagħmlu dak li hu meħtieġ biex jaraw jekk għandhomx din il-marda, filwaqt li jgħinu lil dawk li tkun ħakmithom din il- marda.", "Hemm ħafna oħrajn li jaħdmu ma' dan il-grupp u nirringrazzjahom tax- xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Irrid insemmi ukoll lil Ms. Massa tal-health promotion unit li Itqajt magħha wkoll f'diversi fora fuq dan is-suġġett u naf kemm tirsisti f'dan il-qasam għax għandi ukoll ċerti esperjenzi magħha anki meta konna fil-gvern.", "Dawn in-nies jagħmlu ħafna xogħol u xi minn daqqiet tgħid li Alla ħares ma jkunux għaqdiet bħal breastcare support group għax kieku n-nies li jimirdu bil-kanċer tas-sider ftit isibu għajnuna u appoġġ f'mumenti meta jkollhom bżonn ta' ħafna support, kemm huma u kemm il-familji tagħhom.", "Il- kanċer tas-sider, li jaqbad il-biċċa l-kbira lin-nisa, mhux biss ikun problema fiżika u psikoloġika għall-mara li taqbadha din il-marda imma ukoll, bħal mard serju ieħor, ikun ta' piż kbir għall-kumplament tal- familja kollha.", "L-inċidenza tal-kanċer tas-sider li għandna f'Malta hija fost l-ogħla fl-Ewropa.", "Infatti r-rapport ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa tal-1998 ippropona li sabiex tikkumbatti l-kanċer tas-sider hemm bżonn il- breast screening għal nisa fuq il-ħamsin sena f'dawk il-pajjiżi fejn hemm inċidenza għolja ta' din il-marda, kif għandna f'pajjiżna.", "Il-gvern Laburista kien marbut li fis-sena 2000 jibda programm limitat ta' screening għal dawk in-nisa li huma high-risk u li n-national breast screening programme għal nisa li għandhom 'il fuq minn ħamsin sena jibda jiffunzjona fi żmien ħames snin.", "Iżda bil-bidla fil-gvern inqalgħu ħafna rwiefen fejn għall-ewwel kienu qed igħidu li m'għandniex inkomplu f'din it- triq.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-gvern kien iddeċieda li jwaqqaf kumitat, li jien kont membru tiegħu, u li dam għaddej għal ħafna żmien, fejn kultant lanqas biss kien jiltaqa'.", "Imbagħad saret pressjoni mill-media u ċertu artikli fil-gazzetti.", "Aħna kellna d-dover li nagħmlu din il-pressjoni għaliex in-nies kien mingħalihom li qed isir ix-xogħol u fl-aħħar spiċċa.", "Wara li l-kumitat kien għadda r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li skond it- terms of reference suppost li ta r-rapport finali lill-ministru f'Ġunju 1999, il-kumitat kien tħalla ma jafx x'inhu jiġri biex imbagħad ir-rapport ġie ppreżentat f'Marzu tas-sena 2000 minflok f'Ġunju tal-1999 kif suppost sar.", "Imma minn hawn u minn hemm il-ministru ħa dan ir-rapport.", "Dan ir- rapport ikkonferma kemm il-gvern Laburista kien fit-triq it-tajba għaliex ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li għamel il-kumitat kienu tista' tgħid dak li kien qed jgħid il-Partit Laburista.", "B'hekk inħlew kważi sentejn biex wara kollox spiċċajna ngħidu l-istess affarijiet.", "Il-proposti jinkludu t-twaqqif immedjat ta' breast unit fl-isptar San Luqa fejn il-pazjenti kollha bil-kanċer tas-sider ikunu riferuti direttament f'dan il-unit, u dan fih innifsu jkun il-bidu tas-servizz.", "Proposta oħra hi li ssir kampanja edukattiva massiva fuq is-self- examination, jiġifieri kif tista' teżamina lilek innifsek u fuq l- informazzjoni kollha rigward prevenzjoni u kura.", "Jekk m'għandna xejn għalissa m'hemm xejn xi jżommna milli nibdew kampanja ġenerali fuq self- palpation u li nagħtu informazzjoni li kull mara għandha bżonn li tkun taf.", "M'hemm l-ebda raġuni li ma jkunx hemm programm ta' informazzjoni massiva li jgħallem lin-nies dawn l-affarijiet.", "Veru li jsiru ċertu programmi imma għad m'hemmx dik id-drive u dawk il-programmi ta' informazzjoni massiva li ġġegħlna naraw il-gravita' tal-problema.", "Dawn il-kampanji huma bżonjużi għax jista' jkollok il-unit u l-iscreening imma xorta n-nisa ma jiġux.", "Dr. Karl Chircop li qiegħed ħdejja jista' jikkonferma hu kemm nisa per eżempju jmorru jagħmlu s-cervical smear test minkejja li dan hu servizz li huwa available mill-gvern.", "Naraw li m'hemmx numru kbir ta' nisa li jmorru jagħmlu dan l-eżami, min għax jibża', min għal ħaġa u min għal oħra.", "Dan minħabba li m'għandniex kampanja ta' edukazzjoni fuq il-ħtieġa li n-nisa jagħmlu ukoll dan it-test, minkejja li huwa available.", "Imbagħad hemm nisa li jmutu għaliex dawn ikollhom massa u jħalluha hemmhekk, u nafu li f'ħafna każi l-kanċer irridu naqbduh meta jkun below the so called one cm.", "Il- health information set-up diġa jeżisti u għalhekk għandu jagħmel din il- kampanja massiva għal dawn l-eżamijiet.", "Dan għandu jwassal għal servizz organizzat u estensiv fejn ser ikollok il-unit, is-servizz tal-mammography u dan kollu.", "Pero' għandna bżonn nagħmlu dawn il-kampanji massivi ta' edukazzjoni.", "L-edukazzjoni hi importanti biex ma jsirx flaġell mill-mara.", "Meta l-kanċer tas-sider jinqabad kmieni biżżejjed ma jkunx hemm għalfejn li jinqata' s-sider, għax irridu naraw li mhux biss insalvaw il-ħajjiet ta' dawn in-nisa imma wkoll li fejn nistgħu nieħdu ħsieb anki l-kwalita' ta' ħajja li se jkomplu jgħixu wara li tkun saritilhom il-kura.", "B'hekk aktar ma jkollna informazzjoni, aktar nistgħu nindunaw minn kmieni biex b'hekk issir l-inqas ħsara.", "It-tielet proposta hi t-twaqqif ta' programm għan-nisa li huma high-risk, jiġifieri li għandhom lil ommhom jew li kellhom lil ommhom jew lil oħthom li kellhom il-kanċer tas-sider u li għandhom fuq il-ħamsin sena, biex imbagħad ikollna n-national breast screening programme għan-nisa kollha ta' 'l fuq minn ħamsin sena.", "Fl-isfond ta' dan kollu rrid insemmi li xahrejn wara li ppreżentajna r-rapport, li suppost kien ġie ppreżentat f'Ġunju tal- 1999, il-ministru għażel li jerġa' jwaqqaf kumitat ieħor.", "Fit-terms of reference ta' dan il-kumitat jissemma li persuna li tkun fuq dan il-kumitat ma setgħetx twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha jekk ma jkollhiex ċertu leeway li taħdem per eżempju fid-dipartiment.", "Wieħed minn dawn it-terms of reference kien li niżguraw li jintlaħqu d-deadlines li għamilna fir- rapport.", "Imma x'poter għandi jien biex nara li dan jista' jsir jekk ma tistax tgħid lin-nies x'għandhom jagħmlu għax int ma taħdimx fid-dipartiment u ma tistax tmexxihom sabiex tilħaq id-deadlines?", "Jekk ma jintlaħqux id- deadlines x'jiġri?", "Meta l-ministru kien kitibli biex inkun fuq dan il- kumitat, jien ktibtlu dik il-ġimgħa stess u għidtlu li parti mit-terms of reference ma jaqgħux taħt il-kompetenza tiegħi imma fil-kompetenza tad- dipartiment għaliex biex timplimentahom irid ikollok in-nies.", "Jien għidtlu wkoll li fuq żewġ terms of reference naqbel li nagħmlu monitoring fuq il- progress ta' l-azzjoni li tkun qed tittieħed u li nipprovdu feedback regolari lill-ministru u lill-parlament u li fuq dan kollu nkun nista' nagħti s-sehem tiegħi.", "Dan kollu kien f'Mejju li għadda u l-ministru lanqas weġibni, lanqas aknowledgment ta' l-ittra li bgħattlu ma bagħatli.", "Dan hu nuqqas ta' serjeta' għaliex lanqas biss irrisponda lili li jien kollega tiegħu f'dan il-parlament u li qiegħda hawnhekk mhux għalija nnifsi imma biex nirrapreżenta parti mill-poplu Malti.", "Aħseb u ara kemm jieħu bis-serjeta' l-affarijiet ta' ħaddieħor!", "Jien nitlob biss li l-affarijiet isiru daqxejn aktar bis-serjeta' speċjalment meta qegħdin nitkellmu fuq kwistjonijiet ta' ħajja u mewt u meta naraw li l-akbar sforz f'dan il-qasam qed isir mill- NGOs bħal ma hi l-breastcare support group li din il-ġimgħa qed jagħmel il- breast awareness week.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 25 ta' Ottubru 2000 fid- 9.00am bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - BORMLA", "19627.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-istudenti li qed jattendu l- J.L. ta' Verdala, Bormla ma jkomplux jerfgħu l-piż finanzjarju għall-ħlas ta' ħafna photo copies, fejn f'numru ta' każi ntalbu jħallsu (s'issa) aktar minn Lm5?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li peress li s-sena skolastika għadha kemm bdiet, l-istudenti ġew mitluba jagħmlu numru ta' fotokopji minn diversi għalliema.", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex, bi ftehim fost l-għalliema, il- fotokopji li jintalbu jagħmlu l-istudenti jkunu mqassmin fuq perijodu ta' żmien.", "MOTOR VEHICLES - KORS", "19804.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed jingħad li jista' ma jitkomplix il-kors filgħaxija f'Kordin fil-motor vehicles, li issa se jkun wasal fil-ħames sena tiegħu, u suppost li jersqu għall-eżami finali biex ikunu jistgħu jieħdu l-Full Tech.?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Informat li l-kors tal-motor vehicle engineering hu ta' erba' snin u jwassal għal Diploma tas-City & Guilds u l'Journeymen's Certificate.", "Għandna talba biex jinbeda kors filgħaxija li jwassal għall-Advanced Diploma.", "Biex isir dan il-kors, neħtieġu għalliema kwalifikati apposta fil- liġi, fl-accounts, fil-management, u fil-heavy vehicles.", "Jekk jinstabu dawn l-għalliema, il-kors isir.", "Qed naħdem mad-dipartiment konċernat biex niffaċilitaw soluzzjoni.", "PROGRAMM SOCRATES - STUDENTI", "19807.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid l-istudenti li se jintbagħtu għall-programm Socrates f'universitajiet barranin: (1) kemm se jingħataw flus minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea; (2) hux se jkollhom dritt għall-istipendju lokali; (3) kemm hu kkalkolat li se jkollu bżonn student biex jagħmel semestier f'universita' barrinija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Informat li peress li l-fondi jiġu mqassma skond il- pajjiż li l-istudenti sejrin jistudjaw fih, il-mobility grant tista' tvarja.", "Il-grant mill-Unjoni Ewropea ma tistax taqbeż il-500 euro fix- xahar.", "Kull student ser jieħu l-maintenance grant tiegħu/tagħha.", "Dan l-ammont jiddependi fuq il-post u l-universita` li kull student ser imur bħala ERASMUS student.", "Dan ivarja minn pajjiż għal pajjiż.", "Il-grants jingħataw wara l-ewwel ta' Jannar 2001.", "SKEJJEL - RABAT - SKOLA PRIMARJA", "19812.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif se tissolva l-problema serja ta' nuqqas ta' spazju fil-klassi 5A fl-iskola primarja tar-Rabat (Malta) biex jidħlu l- computers u l-għamara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għamara li saret għall-klassijiet kollha tal-ħames sena saret bil-ħsieb li tieħu in konsiderazzjoni l- limitazzjonijiet ta' l-ispazju ta' dawn il-klassijiet.", "Il-klassi mssemmija hija ta' daqs normali u din is-sezzjoni f'ebda waqt ma ġiet infurmata b'diffikultajiet ta' din in-natura.", "P.E. - GĦALLIEMA BARRANIN", "19970.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għalliema barranin tal-P.E. li għandhom warrant (a) permanenti u (b) temporanju biex jgħallmu fl-iskejjel f'Malta?", "Fl-liema skejjel jgħallmu?", "Fuq liema bażi ħareġ warrant temporanju u meta ħareġ?", "Ta' liema nazzjonalita' huma dawn l-għalliema?", "Peress li hawn gradwati Maltin tal-PE li m'għandhomx xogħol, jew li qed jgħallmu suġġett ieħor u mhux il-PE li huwa s-suġġett li ggradwaw fih, l- għoti ta' warrant temporanju mhux qed itellef lil dawn il-gradwati Maltin mix-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel ta' l-Istat m'hemm ebda għalliem barrani tal-PE", "Hemm tliet għalliema barranin tal-PE li jgħallmu fi skejjel indipendenti kif se nsemmi:", "Skola Nazzjonalita` Warrant Meta nħareġ", "Verdala Ingliża Temporanju 15.11.88", "International Awstraljana (applikat għaċ-ċittadinanza Maltija) xogħol volontarju", "St Edwards - Bulgara - Temporanju - 23.10.98 (workpermit jispiċċa f'Novembru 2000)", "Għalliem irid japplika għall-warrant biex jeżerċita l-professjoni tiegħu.", "Meta dawn l-għalliema ġew offruti dan l-impieg, saret ukoll l-applikazzjoni għall-warrant.", "SKEJJEL - INSTITUTE OF HEALTH CARE", "20061.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li ilha x-xhur tistenna risposta dwar il-każ tagħha, jista' l- institute of health care iwieġeb lil persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, dwar il-futur tagħha fil-kors li qed issegwi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li riżultat definittiv, ħlief għad-dritt ta' l-istudenta li titlob revision of paper skond ir-regolamenti kien ippubblikat, iżda l-istudenta ma aċċettatx dak ir-riżultat.", "Hi talbet reviżjoni tar-riżultat ta' l-ispecial project fit-3 ta' Awissu u d- deċiżjoni finali ġiet mgħoddija lilha fis-17 ta' Ottubru.", "Informat li ż- żmien li għadda biex tingħata risposta tar-reviżjoni mhux aktar minn mistenni meta wieħed iqis li meta tintalab reviżjoni jrid ikun identifikat u appuntat eżaminatur addizzjonali, il-fatt li f'Awissu ħafna mill- akkademiċi jkunu bil-vaganzi u l-fatt li r-reviżjoni kienet tinvolvi proġett.", "BIBLJOTEKA - TRANSFERS", "19327.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Bibljoteka?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perijodu bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000 żewġ ħaddiema tal-Bibljoteka Nazzjonali ngħataw trasferiment għal dipartimenti oħra.", "L-ewwel trasferiment ingħata fl-24 ta' Jannar 2000 lill-impjegata li kienet imsejħa biex twettaq dmirijietha fil-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali.", "It-tieni trasferiment ingħata fl-4 ta' Mejju 2000 lill-impjegata li kienet on loan mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni mid-dipartiment tal- libreriji u arkivji.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE - TRANSFERS", "19328.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perijodu ndikat ma ngħataw ebda trasferimenti lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre.", "ISTITUT TEKNIKU/JUNIOR LYCEUM", "19329.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex beħsiebu jżarma l-istitut tekniku u l-junior lyceum ta' ħdejh issa li l-kulleġġ vokazzjonali baqa' ma ġiex imwaqqaf kif ppjanat?", "Jista' jgħid x'beħsiebu jagħmel bl-iskejjel tas-snajja' ladarba l- kulleġġ vokazzjonali ma nfetaħx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda ħsieb li jiżżarma l- junior lyceum ta' Kordin qabel ma jinstab jew jinbena post adegwat għalih.", "L-istitut tekniku ser jiġi assorbit mill-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija hekk kif l-arranġamenti jkunu finalizzati.", "L-istudenti li qegħdin jattendu t-trade schools u li għandhom anqas minn 16-il sena ser jiġu assorbiti fi skejjel sekondarji u ser isegwu l-kors fit- teknoloġija.", "L-ewwel fażi ta' dan il-proċess bdiet din is-sena.", "L-istudenti 'l fuq minn 16-il sena u li qegħdin fl-Iskema ta' taħriġ estiż fis-snajja', eventwalment jiġu assorbiti mill-kulleġġ.", "DJAR TA' L-ANZJANI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19330.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-djar ta' laAnzjani mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għall-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li skond ir-rekords tad- dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-djar ta' l-anzjani fil-perijodu ndikat.", "CSA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19385.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas bisxs kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru, 2000 daħlu jaħdmu bħala CSAs, 43 persuna.", "Fl-aħħar ftit snin ma' ħarġet ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għal CSAs.", "Pero' xorta waħda nies interessati li jaħdmu bħala CSAs marru fid- dipartiment ta' l-anzjani jew ċemplu biex jirreġistraw l-interess tagħhom li jagħmlu xogħol ma' l-anzjani.", "In-nies impjegati bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000, kienu ssottomettew it-talba tagħhom biex jaħdmu ma' l-anzjani bħala CSAs bejn l-1997 u l-2000.", "ENEMALTA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19386.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000?", "Jekk fl- affermattiv jista', jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas bis kienu applikaw għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat, li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, ġew impjegati 40 ħaddiem ġdid mal-Korporazzjoni Enemalta.", "39 minn dawn il-ħaddiema ġew impjegati wara li nkiseb il-permess relattiv mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "Minn dawn 34 huma ex-xufiera impressed li ġew impjegati wara deċiżjoni tal-gvern preżenti.", "F'każ wieħed, dak ta' segretarju tal-bord tad-diretturi fuq bażi part-time, il- ħatra saret mill-imsemmi bord.", "Matul il-perijodu msemmi ġie ngaġġat ukoll apprentist taħt l-iskema ta' apprentist tekniku sabiex ikompli t-tieni sena tal-kors.", "TJUR", "20166.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' spezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament?", "X'riżultati nkisbu u x'tagħrif ġie mogħti dwar ir- regoli ta' l-Unjoni Ewropea lill-produtturi Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTEMPATI", "20167.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal dak li qal li f'Malta jsiru 5 year storm, 10 year storm, 15 u anke 20 year storm, jista' l-Ministru jinformani x'tagħrif qed jingħata lill-bdiewa u lill-koperattivi tagħhom dwar dawn il-maltempati li jsiru fil-perijodi tas-snin li spjega l-Ministru sabiex issir ħsara mill- anqas fuq l-uċuħ tar-raba'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naħseb li l-Onor Interpellant jaf daqsi li l-bdiewa huma fost l-aktar nies li jifhmu fit-temp, u fil-fatt jibbażaw ħafna mix- xogħol tagħhom fuq l-esperjenza li wirtu biex iwettqu s-sengħa tagħhom.", "Fil-5 year, 10 year u 20 year storm huwa fenomenu tat-temp li jindika frekwenza ta' inċidenza ta' maltempati li jvarjaw fil-qawwa tagħhom.", "Iżjed kemm tkun kbira l-frekwenza (ez.", "20 sena), iżjed normalment tkun l- intensita tal-maltempata.", "AGRIKOLTURA U SAJD -KIRI TA' VETTURI", "20168.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u d-dpartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienet tinvolvi l-ispiża totali tal-kirja ta' dawn l-inġenji mikrija u għall-fuel tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' vetturi mikrija mal-ministeru ta' l- agrikoltura u sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu, bejn Jannar u Settembru 2000, huwa 41.", "L-ispiża totali tal-kiri ta' dawn il-vetturi kienet ta' Lm34,794.73, filwaqt li l-ispiża għall-fuel kienet ta' Lm8,849.48.", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "20203.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinvestiga l-ilmenti li qed jintbagħtu separatament ta' persuna li għandha ċittadinanza dopja Maltija u Awstraljana?", "Jista' jinfurmana x'qed jikkawża dawn in-nuqqasijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-awtorita` responsabbli miċ-ċittadinanza huwa d-dipartiment taċ-ċittadinanza.", "Huwa dan id-dipartiment li jista` joħroġ konferma uffiċjali li persuna tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja.", "Fil-każ ta` dawk il-Maltin li jgħixu barra minn Malta, li qed jiġri hu li wara li jipproduċu d-dokumenti meħtieġa fl-Ambaxxata jew Konsolat ta` Malta u jiġi vverifikat li l-persuna konċernata tikkwalifika biex ikollha ċittadinanza doppja, jinħareġ passaport Malti.", "Jekk iżda, din il-persuna tiġi tgħix hawn Malta, allura trid tasal wasla sad-dipartiment taċ-ċittadinanza u tipproduċi ċ-ċertifikati u dokumenti oħra meħtieġa sabiex jiġi kkonfermat lilha bil-miktub li tista` żżomm żewġ ċittadinanzi.", "L-ittra ta` konferma li tingħata mid-dipartiment taċ-ċittadinanza tkun tista` tużaha f`kull dipartiment ieħor hawn Malta bħala evidenza li dik il- persuna hija ċittadin ta` Malta.", "TA' QALI - TRIQ IL-ĦEMSIJA - MANUTENZJONI", "20206.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-bdiewa li jużaw it-Triq tal-Ħemsija limiti ta' Ta' Qali qed jilmentaw mill-istat ħażin tat-triq, jista' d-dipartiment jirrimedja b'xogħlijiet ta' manutenzjoni?", "Peress li l-bdiewa qed jagħmlu ħsarat kontinwi fl-inġenji tagħhom minħabba l-ħofor kbar li hemm, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru b'urġenza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 seduta 392.", "SAJD - LIĠIJIET ĠODDA", "20207.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal-liġi l-ġdida tas-sajd li se titressaq għat-Tieni Qari fil-Parlament dalwaqt, jista' l-Ministru jinfurmana kemm saru laqgħat mal-koperattivi tas-sajjieda sabiex jiġu nformati bid-dettall ta' din il- liġi?", "Meta saru u x'punti u osservazzjonijiet tqanqlu mir-rappreżentanti tas-sajjieda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiż-żmien appropjat dan l-abbozz kien ġie mgħoddi lill-membri kollha tal-board tas- sajd li jinkludi rappreżentanti tas-sajjieda u ġie diskuss fl-laqgħat mal- board tas-sajd iktar tard.", "INTERN - IMPJEGATI ĠODDA", "20377.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 17-il impjegat ġdid u ieħor part-time ma` laAwtorita`.", "Tlieta minn dawn l-impjegati full-timers għandhom kuntratt definit ma` l-awtorita` ta` l-ippjanar.15 minn dawn l-impjegati ġodda full-timers qed jimlew postijiet li ġew vakanti.", "AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI ĠODDA", "20378.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilitajiet tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ministeru ta' l-agrikolutra u sajd m'għandux korpi parastatali, awtoritajiet jew kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI ĠODDA", "20379.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma ġiet impjegata ­ebda persuna ġdida mill-organizazzjonijiet li għalihom għamel riferenza.", "SAĦĦA - IMPJEGATI ĠODDA", "20380.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li kien hemm 91 ħaddiem li ġew impjegati mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilita' tal-ministeru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum.", "Minn dawn kien hemm 37 li jaħdmu part-time.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - IMPJEGATI ĠODDA", "20381.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn gew impjegati erba' minn nies fic-ċentru Malti ta' l-arbitragg.", "SKEJJEL - SKOLA NINU CREMONA", "20418.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid meta se tintbagħat għalliema ta' l-arti għall-istudenti kollha tal-Form 3 ta' l-Iskola Ninu Cremona?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Qed isiru arranġamenti interni sabiex il-ftit lezzjonijiet ta' l-arti fl-Iskola Ninu Cremona, Victoria jingħataw lill- għalliema oħra ta' l-istess skola.", "SKEJJEL - SKOLA NINU CREMONA", "20419.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat għalliema ta' l-arti għall- istudenti kollha tal-Form 3 ta' l-Iskola Ninu Cremona?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isiru arranġamenti interni sabiex il- ftit lezzjonijiet ta' l-arti fl-iskola Ninu Cremona, Victoria jingħataw minn għalliema oħra ta' l-istess skola.", "SKEJJEL - KULLEĠĠ AGRIKOLU ĠUZE MICALLEF", "20420.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-kulleġġ agrikolu Ġuże Micallef din is-sena skolastika?", "Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?", "F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati?", "Għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-kulleġġ ta' l-agrikoltura Ġuże` Micallef ġew aċċettati 21 student li minnhom:", "|Kors |Irġie|Nisa |Total| | |l | | | |assistent | 6 | 8 | 14 | |veterinarju | | | | |ortikultura | 1 | 6 | 7 | |kummerċjali | | | |", "Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata.", "Ma applika ħadd għall-kors animal husbandry.", "SKEJJEL - LIĊEO SUPERJURI PAOLINO VASSALLO", "20423.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fil-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo din is-sena skolastika?", "Kemm ġew aċċettati fl-ewwel sena ta' kull kors offrut?", "F'kull kors kemm applikaw u ġew rifjutati?", "Għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Paolino Vassallo Upper Lyceum ġew aċċettati 391 student li minnhom:", "|Kors |Irġie|Nisa |Total| | |l | | | | | | | | |matriculation |86 |112 |198 | |certificate | | | | |certificate in |11 |14 |25 | |banking | | | | |accounting |12 |13 |25 | |technicians | | | | |BTEC national |14 |29 |43 | |certificate in | | | | |business | | | | |secretarial |3 |72 |75 | |course | | | | |insurance & |9 |16 |25 | |commercial | | | | |studies | | | | | | | | | |TOTAL |135 |256 |391 |", "Ebda student ma ġie rrifjutat.", "SKEJJEL - SKOLA GIOVANNI CURMI", "20424.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ġew aċċettati fl-ewwel sena fl-iskola sekondarja ogħla Giovanni Curmi tan-Naxxar din is-sena skolastika?", "Kemm hemm fl-ewwel sena ta' l-O level revision course?", "Kemm hemm fladvanced/ordinary level course?", "Kemm hemm għall-kors tal-matrikola?", "F'kull każ kemm applikaw u ġew rifjutati?", "Għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Giovanni Curmi Higher Secondary School Naxxar, ġew aċċettati 1,305 studenti li minnhom:", "|Kors |Irġie|Nisa |Total | | |l | | | |ordinary level|162 |157 |319 | |revision | | | | |course | | | | |advanced/ordin|243 |339 |582 | |ary level | | | | |matrikola |181 |223 |404 |", "Ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata.", "GUIDANCE AND COUNSELLING", "20425.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tracar study li għadu kemm ġie diskuss ma' l-għalliema tal-guidance and counselling?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-sedutsa.", "BORMLA - MULTI-STOREY CAR PARK", "20438.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-pjan li jsir multi-storey car park taħt il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla għadux għaddej?", "Jekk fl-affermattiv, meta jaħseb li ser jibdew ix-xogħlijiet?", "Kemm se jieħdu żmien biex jitlestew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' stqarrejt diversi drabi f'din il- Kamra, il-gvern huwa mpenjat jagħmel multi-storey car park taħt il-ground ta' l-Iskola primarja ta' Bormla.", "L-istudji neċċessarji, pjanti u disinji, diġa' saru mit-taqsima tax-xogħlijiet izda qabel ma dawn jiġu konfermati jrid jiġi konkluż traffic impact statement li qed isir bħalissa.", "BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI", "20439.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19098 fejn il-Viċi Prim Ministru qal li hu infurmat li hemm biss ftit ħoss li jista' jikkawża inkonvenjent lir-residenti fi Triq San Ġużepp u Triq il- Konservatorju f'Bormla, ġej minn pompa ta' l-ilma fid-dar ta' l-anzjani li ttella' l-ilma fuq il-bejt u li ngħataw struzzjonijiet lill-kuntrattur biex din il-pompa tiġi mgħottija b'sound insulating material, jista' jara li verament issir xi ħaġa għax l-ilmenti tal-ġirien dwar dan l-inkonvenjent ma naqsux?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għal xi ħsejjes li ġejjin mill-pompa li ttella' l-ilma fuq il-bejt tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla, nikkonferma li l-kuntrattur konċernat ingħata struzzjonijiet biex jieħu miżuri sabiex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat.", "Ninsab infurmat illi l-miżuri neċessarji ser jittieħdu fi żmien ftit ġranet.", "DJAR - SUSSIDJU", "20440.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi skema ta' sussidju sabiex jiġu rranġati u mtejba postijiet tal-joint office?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li skema 5 dwar sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar fi djar privati okkupati minn inkwilini jew [enswalisti, tapplika għall-postijiet residenzjali mikrija mill-joint office.", "JOINT OFFICE - FIDI TA' ĊENS", "20441.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk teżistix xi skema għal fidi ta' ċens għall-postijiet tal-joint office?", "Kif jista' jinfeda ċ-ċens?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bħalissa l-uffiċċju konġunt ma għandu ebda skema għal fidi ta` ċens peress li l-iskema li kien hemm għalqet.", "Ċens jista` jinfeda jekk hemm stipulat fil-kuntratt li jista` jinfeda jew skond il-liġi.", "Mhux eskluża l-possibbilta` li d-dirett dominju jinbiegħ bit-tender jew skond il-policy attwali approvata mill-Kamra tar- Rappreżentanti f`Novembru 1998 għar-rigward residenzi.", "VRT - TESTIJIET", "20442.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li ma għaddewx mit-test tal-VRT tul din is-sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew skrappjati karozzi f'din l-istess sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li n-numru ta' vetturi li m'għaddewx mill-VRT mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 ta' Settembru 2000, fl-ewwel test kien 7,751.", "Fl-istess perijodu ġew skrappjati 3,239 vettura.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "20452.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta mhux jagħti injections ta' l-influwenza lil nies taħt is-65 sena?", "Din hija policy għaċ-ċentri tas- saħħa kollha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi għar-risposta li tajt għad-domanda nru.", "20191 f'seduta 397.", "TARXIEN - ĠNIEN JOANNE", "20453.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-gvern il-proġett ta' riabilitazzjoni tal- ġnien Joanne f'Ħal Tarxien?", "X'xogħlijiet twettqu u kemm ġew jiswew individwalment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq ir- riabilitazzjoni tal-ġnien Joanne f'Ħal-Tarxien gie jiswa Lm42,966.", "Parti mill-ispiża tħallset mill-ministeru għall-ambjent u parti mill-kunsill lokali, Tarxien.", "Ix-xogħlijiet li saru kienu:", "A. Xogħol imħallas mill-Ministeru għall-Ambjent: Xogħol ta' paviment b'kuntratt Lm16,591 Xiri ta' materjal mis-C.D.O. għal xogħol ta' kurduna, nvellar ħadid u żebgħa.", "(Il-pagi tal-ħaddiema tas-C.D.O. m'humiex inklużi) 5,075 xogħol t'elettriku (M.S.D.) 1,900", "B. Xogħol imħallas mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien: materjal għall-bankijiet u arbli tad-dawl, play equipment, safety material, u fencing ta' mad-dawra tal-ġnien 19,400", "PARKING BAYS - NIES B'DIŻABILITA'", "20455.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm parking bays riżervati għal persuni b'diżabilita' bil-blue sticker f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-suġġett tal-mistoqsija jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-bord għall-kontroll tat-traffiku u għalhekk nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "SPTAR SAN LUQA - DIPARTIMENT TA' L-EMERĠENZA", "20456.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha s-sistema li biha jiġu pre-assessed il-pażjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza biex jintgħażlu l-aktar każi urġenti?", "Każi mhux serji x'jiġri minnhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema ta' allokazzjoni triage ta' pazjenti li jippreżentaw fid-dipartiment ta' l-emerġenza f'dawk li huma każi urġenti (priorita' ta' livell 1 jew 2 ) u dawk inqas urġenti (priorita' ta' livell 3), ilha tiżviluppa mis-sena 1994.", "Il-każ inqas urġenti (priorita' ta' livell 3) jiġu trattati minn tabib fi klinika allokata viċin il-waiting area.", "Dawn il-pazjenti jiġu eżaminati u fejn hemm bżonn jittieħdu X-rays fl-X-ray Room ta' l-emerġenza u jirċievu t- trattament skond il-ħtieġa.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA", "20457.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux is-self referrals mindu kellhom jitnaqqsu l- ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DOCKYARD CREEK - IRMIĠĠI", "20461.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għal dak li ġie rrapportat li qal l-Ministru fir-rigward ta' l- irmiġġi li se jiġu provduti għal dawk li għandhom il-frejgatini f'Dockyard Creek, jista' l-Ministru jgħid kif se jsir l-arranġament mal-Cottonera waterfront group sabiex dawn jipprovdu aktar irmiġġi mill-ammont li għandhom speċifikat fil-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern ta l-impenn fil-kwestjoni fil- preżenza tal-Cottonera waterfront group.", "Rigward l-arranġamenti rilattivi dawn għadhom suġġett ta' diskussjoni.", "VALLETTA - OLD WELLS STREET - TISWIJA", "20463.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Old Wells Street, Valletta?", "Jaf il- Ministru li din it-triq hija bla bankina, kollha ħofor u bid-drenaġġ miftuħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ għadhom kemm iċċekkjaw is-sewer main fi Old Wells Street, Valletta u ma nstab li hemm xejn ħażin li jirrigwardja id-drenaġġ.", "Li nstab kien illi kien hemm manhole tat-telephone maqlugħa u mhux tad- drenaġġ.", "Rigward l-ilmenti l-oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsil lokali konċernat.", "DINGLI - RADJAZZJONI", "20464.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk qatt sarx xi studju fuq ir-radjazzjoni li toħroġ mis- sistema tar-radar (early warning system) f'Ħad-Dingli u l-effett li jista' jkollha fuq is-saħħa tar-residenti ta' dan ir-raħal?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li dan ir-radar huwa tad-dipartiment ta' l- avjazzjoni ċivili, l-Onor.", "Interpellant jista' jirriferi din id-domanda lill-ministru konċernat għal aktar informazzjoni.", "Id-dipartiment jista' jagħmel dan l-istudju jekk u meta jintalab mill-ministru konċernat.", "LIĠI TAL-KAĊĊA - KAĊĊATURI", "20465.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li skond emendi riċenti fil-liġi tal-kaċċa, meta kaċċatur ikun fi triq sekondarja, m'hemmx għalfejn iżomm distanza minima ta' 50 metru, jista' l- Ministru jiddefinixxi x'jifhem eżatt bi triq sekondarja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-interpretazzjoni tal- pulizija hi kif ġej: Triq sekondarja hi triq li rarament hi wżata mit- traffiku.", "PULIZIJA", "20468.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li jitneħħew l-vetturi li hemm mitluqa fil-Buskett b'mod partikolari fit-triq li tagħti għall-palazz ta' Verdala?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vettura li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, tneħħiet.", "EMPLOYER'S LIABILITY COMPULSORY INSURANCE", "20469.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jippubblika fil-gazzetta tal-Gvern, data ta' meta għandha tidħol in vigore l-Employer's Liability (Compulsory Insurance) Act chapter 24 ta' l-1974\"?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond pariri tekniċi l-liġi indikata trid tiġi emendata biex tkun aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Għalhekk qabel ma tinġieb fis-seħħ hemm il-ħsieb li jsiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal- partijiet interessati.", "PULIZIJA - VETTURA FIAT 850", "20471.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-vettura Fiat 850 li hemm mitluqa fi Triq Dun Ġwann Bosco, Ħad-Dingli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vettura li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant tneħħiet.", "QRATI ĊIVILI SUPERJURI - AVUKATI/PERITI LEGALI", "20472.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati li ġew nominati bħala periti legali quddiem il-qrati ċivili superjuri għas-snin 1998 u 1999?", "Jista' jgħid kemm fil-fatt kien hemm perizji pendenti quddiem dawn il-qrati għas-snin 1998 u 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: In-nomina ta' avukati bħala periti legali quddiem il- qrati ċivili superjuri hija fid-diskrezzjoni tal-ġudikanti.", "Ma tezistix statistika dwar dawn in-nomini.", "Fl-1998 kien hemm 2,290 perizji pendenti fil-qrati superjuri u 155 fil-qrati inferjuri.", "Fl-1999 kien hemm 2,342 perizji pendenti fil-qrati superjuri u 148 fil-qrati inferjuri.", "Ta' min jgħid pero' li l-istat ta' numru sostanzjali minn dawn il-kawżi sal-lum inbidel billi wħud minnhom gew deċiżi, ċeduti, deżerti u/jew qegħdin fi stadju ta' kontinwazzjoni u/jew għas-sentenza.", "DRENAĠĠ - ESTENSJONI", "20473.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "19926?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' estensjonijiet tad-drenaġġ li saru mill-1 ta' Jannar 2000 huwa ta' 34.", "Dawn huma:", "| Olive street, St. |100 m, | |Julian's | | | St. Aristarkus |40 m, | |street, Rabat | | | N/S in Triq |100 m, | |is-Sisla | | | Sewer works at |130 m, | |Xalun Farm, Sta. | | |Venera | | | Repair works at |100 m, | |Bwieraq Street, | | |B'Kara | | | Repair works at |30 m, | |il-Qammieħ, Mellieħa | | | Sewer works at Triq|100 m, | |l-Isqajjaq and | | |others, Tarxien | | | Sewer works at Triq|20 m, | |San Alwiġi, Msida | | | Guze Ellul Mercer |30 m, | |street, Dingli | | | Triq il-Gardjola, |100 m, | |Fgura | | | Triq il-Grigal, |20 m, | |M'Skala | | | Rising main repair |20 m, | |works (St. Paul's | | |Bay) | | | Triq it-Tamar, |80 m, | |Qawra | | | Misraħ il-Barrieri,|80 m, | |near Polytechnic | | | Triq Kalcidon Gatt,|60 m, | |B'kara | | | N/S in Żurrieq |120 m, | |Road, Safi | | | St. Paul's street, |80 m, | |Naxxar (Birguma) | | | Sewer works at |60 m, | |Mqabba Bye-pass | | | Triq is-Subbien, |70 m, | |M'skala | | | B'kara Hill, St. |200 m, | |Julian's | | | Triq Patri Guże |50 m, | |Delia, Mosta | | | Triq Mons. Depiro, |110 m, | |B'kara | | | St. George's Bay |50 m, | | Repair works at |60 m, | |Wilga street, | | |Paceville | | | Salini |130 m, | | Wied Għomor, Swieqi|400 m, | | Sewer works at |70 m, | |Lorenzo Gafa School, | | |Vittoriosa | | | Sewer works at Triq|40 m, | |il-25 ta' Novembru, | | |Żejtun | | | Triq il-Fdalijiet |100 m, | |Preistoriċi, Mosta | | | St. Paul street, |70 m, | |Mosta | | | N/S in Cliff |60 m, | |street, Dingli | | | Baħrija |130 m, | | Triq Dun Luiġi |100 m, | |Rigord, Pembroke | | | Triq San Anard, |100 m. | |Xagħjra | |", "HOUSING - RABAT", "20474.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsiru x- xogħlijiet tal-manutenzjoni fl-areas pubbliċi u mal-faċċati ta' Block A, Għajn Qajjied, housing estate, ir-Rabat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "Madankollu nfakkar li manutenzjoni ta' areas pubbliċi barra l-blokk hija r- responsabbilita' tal-kunsilli lokali.", "QRATI - KAWŻI", "20475.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati kawżi lill-avukat) kuraturi deputati li hemm fuq il-lista fil-kuraturi għas-snin 1998 u 1999?", "Jista' jagħti dettalji tal-kawżi assenjati?", "Jista' jgħid min huma l- avukati appuntati bħala kuraturi fuq il-lista llum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QRATI - ESPERTI", "20477.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas globalment għax-xogħol ta' l- esperti fl-inkjesti tal-qrati; u għax-xogħol ta' interpreters għas-snin 1998 u 1999?", "Jista' jgħid kemm hemm avukati li jiġu nominati f'dan ix- xogħol, ossia fis-sena 1998 u 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - HONG KONG", "20487.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20284?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-possibbilta' ta' titjiriet diretti bejn Malta u Hong Kong għadha qed tiġi evalwata u għalhekk f'dan l-istadju ma jkunx prudenti li jingħataw dettalji.", "KUMPANIJA ĊINIZA TAS-SHIPPING - JOINT VENTURE", "20490.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20281?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-diskussjonijiet bejn kumpanija Ċiniża u t-tarzna ta' Malta biex jinbnew krejnijiet f'Malta għadhom ma tawx riżultat pożittiv.", "METCO - HONG KONG TRADE DEVELOPMENT BOARD", "20491.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20285?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Diġa' kien hemm diversi inizjattivi bejn il-METCO u l-Hong Kong Trade Development Council (HKTDC).", "F'Ġunju li għadda l-METCO organizzat seminar intitolat Doing Business with Hong Kong.", "Sussegwentement il-HKTDC offra l-faċilitajiet tiegħi biex isir seminar dwar l-opportunitajiet li toffri Malta għal negozjanti minn Hong Kong interessati fi swieq Ewropej u ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Saru wkoll diskussjonijiet ma' l-uffiċjali ta' l-HKTDC f'Milan fejn ġew esplorati l- prospetti ta' koperazzjoni aktar viċina bejn dan il-kunsill u l-METCO.", "Kien hemm ukoll bdil ta' personnel bejn il-HKTDC u l-METCO fejn rappreżentant ta' l-azjenda Maltija ngħata taħriġ intensiv fuq il- faċilitajiet ta' l-HKTDC u tal-Hong Kong Convention and Exhibition Centre.", "Barra minn dan bħalissa hemm għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi finalizzat ftehim ta' koperazzjoni bilaterali bejn il-METCO u l-HKTDC.", "Fost affarijiet oħra dan il-ftehim ser ikopri l-użu ta' xi servizzi tal- METCO mill-HKTDC għal xi inizjattivi tagħhom fil-Mediterran."]} {"filename": "20021218_843d_par.doc", "date": "2002-12-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 843 L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 843", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "843", "L-Erbgħa, 18 ta' Diċembru 2002", "WERREJ", "MINUTI 1", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU 82) 7", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (2003) (STADJI KOLLHA)", "APPROPRIATION (2003) BILL (ALL STAGES) 38", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 2002", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 2002 40", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ", "L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 2002 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 41", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (2002) (STADJI KOLLHA)", "SECOND (2002) APPROPRIATION BILL (ALL STAGES) 42", "AĠĠORNAMENT 43", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 44", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 842 li saret fit-18 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – DĦUL GĦALL-BDIEWA", "37660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37390 u jgħid jekk il-bdiewa hux se jkollhom 80% dħul mill- prodott tagħhom jew 60%?", "Fuq liema kriterji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 37598.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – BDIEWA PARTEĊIPANTI", "37661.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37393 u jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ- ċensiment imsemmi fil-budget?", "Kemm minnhom huma part-time u kemm minnhom huma full-time u kemm Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lil-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 37598.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – ŻRIEGĦ TAL-ĦXEJJEX", "37662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 37379 u b'riferenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fid- diskors tal-budget, jgħid kemm hi l-evalwazzjoni kkalkulata għaż-żriegħ tal-ħxejjex lokali, inkluż il-patata, għal kull tomna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 37598.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – DĦUL GĦALL-BDIEWA", "37663.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37394, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kalkolu ta' produzzjoni agrikola, staġun staġun, li ttieħdet fiċ-ċensiment tal-dħul tal-bdiewa, sabiex irriżulta għall-gvern li l-bdiewa jaqilgħu 80% mill-produzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 37598.", "ENEMALTA - SERVIZZ TA' DAWL – REF.", "A 3745/02", "37666.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tintlaqa' immedjatament talba għas-servizz tad-dawl – ref A3745/02 (Enemalta) - minħabba l-urġenza tal-każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tingħata l-attenzjoni relattiva.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li parti sostanzjali mit-triq ta' ħdejn l-MCAST, f'Raħal Ġdid, kif ukoll it- triq ta' ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet f'Bormla, it-tnejn qegħdin fid-dlam.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li sfortunatament fil-każ ta' Bormla kien hemm xi kaċċaturi li sparaw fuq il-lampi.", "Nafu bil-każ u nista' ngħid li dalwaqt jiġi kollox lura għan-normal.", "Ħadt nota tat-triq l-oħra f'Raħal Ġdid sabiex inkun nista' ninvestiga, Sur President.", "XOGĦLIJIET FIL-BIĊĊERIJA - SPIŻA", "37693.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37401, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' xogħlijiet fil-biċċerija u meta bdew u meta għandhom jispiċċaw?", "Kemm fil-fatt swew s'issa x-xogħlijiet u xi tħallas s'issa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Tweġiba tingħata f'seduta oħra minħabba li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jgħid jekk ħarġetx tender biex jinxtara inċineratur?", "Jista' jgħid ukoll jekk għadx hemm il-ħsieb li jintuża inċineratur wieħed għall-pajjiż kollu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, kien hemm diversi ħsebijiet dwar kif għandu jinbena dan l-inċineratur.", "Kien hemm il-kunċett li wara li l-iskart tal-bhejjem jiġi maħruq, tista' tieħu minnu ċertu ammont ta' enerġija jew misħun.", "Il-ħsieb kien li jkollok inċineratur li jkollu miegħu heat- recovery boiler, imbagħad ikun hemm speċi ta' turbina li jkollha condenser u minnha tieħu l-enerġija.", "Dan kien se jkun speċi ta' combined cycle, bħal dak li għandna fil-power station.", "Pero' meta wieħed jara l-ammont ta' materjal meħtieġ biex tagħmel din is-sistema, isib li f'pajjiżna m'għandniex primary material biżżejjed biex dan il-proġett nagħmluh cost- effective.", "Fi kliem ieħor, tant l-ammont ta' fdalijiet ta' bhejjem huwa minimu, li ma jagħtikx il-faċilita' li taħarqu u tieħu minnu l-enerġija.", "U biex inkunu ċerti dwar dan, telgħet delegazzjoni Maltija barra minn Malta biex tara x'jagħmlu pajjiżi oħra.", "Sibna li fl-Ingilterra, per eżempju, jużaw it-tip ta' inċineratur li għadni kif semmejt, li jkollu miegħu heat-recovery boiler.", "Jekk ikun hemm bżonn ta' extra fuel fil-heat-recovery boiler, jiġi mgħolli l-isteam, isir super- heated, dan jidħol ġo turbina u minn hemm tieħu l-enerġija.", "Wieħed minn dawn l-inċineraturi li jaħdem bis-sistema ta' combined cycle irid madwar 2,000 tunnellata ta' meat and bonemeal, jiġifieri dak li kien jissemma' ħafna meta kien hawn il-kriżi tal-mad cow disease.", "Fl-Ingilterra kien hemm l-użanza li l-fdalijiet tal-bhejjem jgħalluhom, jagħmluhom trab u jerġgħu jużawh bħala ikel għall-bhejjem.", "Fil-fatt hemm diversi fabbriki li kienu jagħmlu l-meat and bonemeal u peress li minħabba l-kriżi tal-mad cow disease dan ma jistax jiġi esportat, qed jintuża bħala primary fuel fl- inċineraturi biex minnu jieħdu l-enerġija elettrika.", "F'impjant bħal dan, li jenħtieġ biss madwar 7 MW, trid materja prima ta' madwar 2,000 tunnellata fil-ġimgħa.", "F'pajjiżna tant hu żgħir l-ammont ta' materja prima, li fil-ġimgħa lanqas jaqbeż il-15% ta' l-ammont li semmejt.", "Aħna rajna inċineraturi ta' tipi oħra li minnhom tagħmel użu ta' garbage billi tieħu l-karti jew kartun u dawn jinħarqu flimkien mal-partijiet ta' l- annimali li ma jintużawx għall-konsum.", "Dan il-combined cycle plus incinerator ma jeħux iżjed minn 10 MW, imma mbagħad trid tqis ukoll li dan it-tip ta' impjant, fejn għandek incinerator, heat-recovery boiler plus it- turbina, jiġi jiswa madwar Lm20 miljun.", "Dan ifisser li se tonfoq Lm20 miljun biex tagħmel dan it-tip ta' incinerator biex imbagħad tieħu minnu massimu ta' 10 MW meta nafu li b'Lm5 miljun nistgħu nixtru gas turbine u dan tieħu minnu madwar 37.5 MW.", "Dan kollu jwassalni għall-konklużjoni li l- ewwelnett m'għandniex biżżejjed materja prima u t-tieni, li ma jaqbilx li tagħmel dan it-tip ta' inċineratur minħabba l-aspett tal-cost- effectiveness.", "Allura l-ħsieb dar li l-uniku mod li jaqbel għal pajjiżna skond il-materjal li għandna aħna, huwa li jsir incinerator li minnu nieħdu l-misħun u l-istess misħun jintuża fil-biċċerija fil-proċess tal-qatla.", "Għandi l-pjaċir ngħid li mill-financial protocol li ġie ffirmat dan l-aħħar ma' l-Unjoni Ewropea, li ovvjament huwa marbut mas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, hemm allokat ammont ta' flus li bih jista' jinbena incinerator li juża l-primary product, jiġifieri l-intern tal-bhejjem, dak li s-soltu jintrema', kif ukoll il-bhejjem li jmutu, ħalli meta jinħarqu, nieħdu l-enerġija u mbagħad insaħħnu l-ilma u nużawh fl-istess biċċerija.", "Iżda peress li nbidel il-kunċett, it-tender għadha ma ħarġietx ...", "Għalkemm tisma' min jgħidlek li tajjeb li tieħu dak il-materjal biex minnu tieħu l-enerġija, skond l-evalwazzjoni li għamilna sibna li aħjar immorru għal inċineratur tat-tip konvenzjonali.", "Għax anke l-boiler ma jaqbillekx toqgħod tixegħlu u titfih mhux bħall-gass.", "Meta jkollok dan il-proċess jaqbillek kemm jista' jkun iżżommu miexi - jekk ikollok biżżejjed materja prima - sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Allura l-ħsieb huwa li naraw ċertu tip ta' incinerators li jieħdu l-kapaċita' li hija kważi ekwivalenti għall-ammont ta' materja prima, jiġifieri ta' laħmijiet u ta' skart ta' laħmijiet li għandna fil-pajjiż, ħalli b'hekk jinbena inċineratur ta' tip konvenzjonali u jkun jista' jitħaddem b'mod effiċjenti biex jipprovdi l-misħun għall- biċċerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed issir biex jiġi żgurat li l-iskart ta' l-annimali ma jibqax joħloq tinġis ambjentali, b'mod partikolari fl-ilma ta' taħt l-art?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, peress li llum l-inċineratur li għandna m'huwiex qiegħed jaħdem, ir-ras kif ukoll is-sistema tan-nervituri tal- bhima qed jiġu mħallta ma' ċerta kimika - ħalli ma jkunx hemm min jerġa' jagħmel użu minnhom – u dumped fil-miżbla.", "Naturalment aħna qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm contamination fil-water-table imma apparti minn hekk, il-miżbla m'hijiex qiegħda f'area fejn tista' faċilment tagħmel contamination tal-water-table.", "Il-water-table tibda minn mal-baħar u l-parti tan-naħa ta' Burmarrad, fejn għandek a low-lying area.", "Dik m'hijiex area li tista' taffetwa l-water- table bħal fejn kienet il-miżbla qabel f'Ħal Luqa.", "(Interruzzjonijiet) Bil-miżbla kif kienet fiċ-ċentru tal-pajjiż u meta taf il-water-table kif inhi, issib li l-lens tagħha qiegħda iżjed ħoxna.", "Fl-areas li qegħdin mat- tarf tal-kosta, teknikament għandek inqas ċans ta' contamination tal-water table.", "Barra minn hekk, kif diġa' għedt, dan it-tip ta' materjal qed jiġi mħallat bil-kimika biex jiġi assigurat li l-ebda parti minnu ma tkun tista' terġa' tintuża bħala għalf għall-annimali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura dak li kien jgħid il-Ministru li kien ġie deċiż li se jsir inċineratur ...", "Ovvjament il-Ministru ma kellux għalfejn jagħmel storja biex jgħidilna li m'huwiex vijabbli li jkollna inċineratur li jitħaddem bl-iskart.", "(Interruzzjonijiet) Dik policy li kien aċċetta dan il-gvern u li kienet se tkun ġennata.", "Minn fejn ġabha li r-rimi ta' skart bħal dan m'hemmx ċans li jikkontamina!", "Għax skart bħal dan żgur jista' jikkontamina l-aquifer minħabba li meta tagħmel ix-xita, l-ilma jinżel 'l isfel u jikkontamina ruħu.", "Mhux imbilli l-Ministru qed jgħid li dan qed jintrema' f'area li ma tikkontaminax ruħha.", "F'dak il-każ ikun aħjar jekk il-Ministru jitkellem ma' l-esperti u flok ma noqogħdu nonfqu l-miljuni biex nagħmlu miżbla oħra, nagħmlu kif qed jgħid hu.", "Pero' il-punt prinċipali huwa dan, Sur President.", "Il-Ministru qed jgħid li l-fdalijiet tal-bhejjem għadhom qed jintremew fil- Magħtab u barra minn hekk jidher li dwar l-inċineratur fir-realta' għad m'hemm xejn għax lanqas għadha ħarġet it-tender biex nagħmlu inċineratur ta' tip differenti.", "Jista' il-Ministru jikkonferma dan kollu?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi inċineratur nazzjonali minflok incinerator wieħed fil-biċċerija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qabel xejn irrid ngħid li bħalma l- bhejjem u l-iskart tagħhom kienu jintremew fil-Magħtab bejn l-1996 u l- 1998, daqshekk ieħor illum għadhom jintremew hemmhekk.", "Issa jekk inti trid toqgħod tiġbor l-iskart kollu tal-pajjiż, tagħmel il-kartun għalih u miegħu żżid dan l-ammont żgħir ta' materja prima li jiġi mill-iskart tal-bhejjem, dan trid bilfors tagħmlu at a cost.", "Bil-flus tista' tagħmel kollox fid- dinja, anke jekk trid tagħmel power station taħt l-Imdina!", "Mill-kalkoli li saru u milli rajna b'għajnejna, ma jaqbilx illi bl-ammont ta' materja prima li għandna tagħmel inċineratur ta' dan it-tip fejn tuża l-ħruq tal-materjal biex tiġġenera l-enerġija.", "Jiena rajt tal-Greater London area per eżempju, Sur President.", "Dawn għandhom kumpless fejn jiġbru l-iskart kollu u jaħarquh.", "L-istess, dan m'huwiex cost-effective biex taħarqu kollu.", "L-ewwelnett trid set-up kbir u barra minn hekk m'intix se tieħu ħafna enerġija minnu.", "Ladarba nafu li b'Lm5 miljun tista' tixtri gas turbine u tieħu minnha 37.5 MW, ma jaqbillekx toqgħod tonfoq Lm20 miljun biex tieħu 10 MW.", "Ladarba rajna b'għajnejna li dan it-tip ta' inċineratur m'huwiex cost-effective – u kien hemm l-esperti tagħna – tkun ġennata jekk tibqa' twebbes rasek u tibqa' miexi għal dak l-iskop meta ma jaqbilx.", "Bil-materja prima u bis-size tagħna jaqbillek tagħmel conventional incinerator.", "Issa biex tagħmel dan għandek standard incinerators u kulma jonqos hu li l-esperti jmorru jarawhom u jagħżlu s-size li jgħodd għalina.", "Dan bħal meta jkollok turbina ta' 8 MW u oħra ta' 90 MW.", "It-tnejn huma turbini pero' huwa inutli li inti tagħmel turbini ta' 90 MW meta taf li m'għandekx dan il-bżonn u skond is-size tad-domanda ma jaqbilllekx titla' għal 90 MW għax din teħodlok 25% tal-pajjiż.", "Allura l-ħsieb hu li l-esperti jduru ħalli jaraw l-incinerators konvenzjonali li minnhom nieħdu l-misħun, biex imbagħad isibu wieħed tat-tip conventional li huwa skond l-ammont ta' laħam li jirriżulta mill-biċċerija u li jaqdi d-domanda tagħna.", "Nerġa' ngħid li jekk inti tiddepożita dan il-materjal fil-qalba tal-pajjiż u dan se titfgħu f'Wied is-Sewda, per eżempju, fejn hemmhekk għandek il- boreholes u għandek il-qalba ta' l-aquifer - jew tieħdu lejn ta' Kandja, fejn għandek il-qalba - hemmhekk qed tieħu chance li tagħmel xi contamination.", "Mhux billi l-Onor.", "Mizzi qed ixengel rasu!", "Jekk inti tieħdu f'tarf fejn l-aquifer ma jaffetwahulekx hemm differenza kbira.", "Jekk ikollok tagħmel dan it-tip ta' xogħol f'Ta' Kandja jew f'Wied is-Sewda għandek ċans ta' contamination.", "Għalhekk Wied is-Sewda huwa problema għax qiegħed lejn il-qalba ta' l-aquifer.", "Meta inti tmur lejn it-tarf tal- pajjiż iċ-ċans ta' kontaminazzjoni huwa minimu.", "Naturalment kollox tista' tagħmel għax jekk jien imbagħad immur hemmhekk u nagħmel injection bl-aċtu, per eżempju, huwa ovvju li se jkollok kontaminazzjoni.", "Imma jekk dan se jkun fit-tarf tal-pajjiż, fejn teknikament iċ-ċans li tagħmel contamination ta' l-aquifer huwa remot u fejn dan il-materjal jitħallat ukoll mal- materjal tal-bini, għandek ċans minimu.", "Tant hu hekk li anke bejn l-1996 u l-1998, ma kienx jgħaddilkom minn moħħkom li hemmhekk ma twaddbux il- materjal li jirriżulta mill-biċċerija.", "Ovvjament l-esperti jgħidulek li hemmhekk kien l-uniku post fejn tista' twaddab dan il-materjal għax it-tekniċi jafu li hemmhekk għandek ċans remot ta' contamination ta' l-aquifer, speċjalment meta dan il-materjal m'intix titfgħu taħt il-blat, at sea level, imma tħalltu ma' materjal ieħor u ċ- ċans huwa remot ħafna li dak jagħmel contamination ta' l-aquifer.", "Din kienet is-sistema li kellna fil-pajjiż, anke fi żmien l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri bejn l-1996 u l-1998, għax is-sewwa ħadd ma jista' jmerih, u sakemm jiġi biex jinbena l-inċineratur hekk se tibqa'.", "Pero' irrid ngħid li fuq l-inċineratur konna sejrin fuq kunċett li taħraq il-materjal u l-enerġija li tieħu mill-ħruq tiegħu, tużaha biex iddawwar t- turbina u tieħu l-enerġija, pero' meta rajna l-affarijiet u rajna l-ammont minimu li għandna ta' materja prima u tara l-capital cost biex tagħmel kważi combined cycle, sibna li m'huwiex cost-effective li tagħmel dak it- tip ta' incinerator li huwa parti mill-combined cycle.", "Allura s-sens komun jgħidlek li fil-pajjiż jaqbel li jsir conventional incinerator li jkun iddisinjat skond l-ammont ta' materja prima li għandna u skond l-użu li aħna nistgħu nieħdu mill-ħruq ta' dik l-enerġija.", "U l-idea hi li mill- ħruq ta' dik l-enerġija jsir ammont ta' misħun biżżejjed li jkun jissodisfa l-ħteġijiet ta' l-istess biċċerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naċċerta lill-Ministru illi l-lecture li tani hu ma jaqbel xejn mal-lecture li tawni l-professuri li ppruvaw ifehmuni fuq l- aquifer u fuq il-miżbliet!", "Pero' apparti minn hekk, il-Ministru jikkonferma allura illi kienu żbaljati d-deċiżjonijiet li ttieħdu qabel, ladarba qed jgħid li d-deċiżjoni nbidlet issa?", "Għax jidher ċar li kien ċert li se jsir inċineratur, id-deċiżjoni kienet ittieħdet – dan kien anke ntqal f'risposta għal mistoqsijiet li kont għamilt jien – u issa għaddew erba' snin ...", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri għaddew erba' snin, ma sar xejn fil-biċċerija, qgħadna narmu l-iskart fil-Magħtab, minkejja li l- ministru responsabbli mbagħad kien qal li hemmhekk ma kienx qed isir rimi ta' dawn l-affarijiet – mhux qed nirriferi għall-Ministru Ninu Zammit – u allura nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni llum.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas ma qed nirriferi għall-ministru tas-saħħa għax ma naħsibx li huwa responsabbli mill-Magħtab.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nixtieq niċċara l-pożizzjoni x'inhi.", "Meta saret riferenza għal x'qiegħed jintrema' fil-Magħtab, kienet saret l-akkuża li kienu qed jintremew fdalijiet umani.", "Ma naħsibx li l- Onor. Mizzi qed jirriferi għal dan, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, mhux qed nirriferi għal dak il-każ.", "Dak kien każ speċifiku u kienet għaddejja nkjesta dwaru.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li qed ngħid jien.", "Il-Ministru Zammit Dimech, li dak iż-żmien kien responsabbli mill-ambjent, kien qed jispjega x'testijiet kienu se jsiru fil- Magħtab, imbagħad kien ħareġ li hemmhekk ma jintremewx affarijiet bħal dawn.", "U kien hemm l-NGOs li qalulu li dan m'huwiex minnu għax hemmhekk jintrema' taħlit ta' dan.", "Imma apparti minn dan, ħalli mmur għall- mistoqsija diretta, Sur President.", "Jista' il-Ministru jgħid illum x'inhi l-pożizzjoni dwar x'se jiġri mill- materjal u mill-fdalijiet tal-bhejjem fil-biċċerija u jekk hux se jkun hemm inċineratur jew xi affarijiet oħra?", "Jekk fil-każ se jkun hemm inċineratur, jista' jgħid meta se toħroġ it-tender għalih?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, aħna tellajna magħna esperti li jifhmu, dawn m'humiex boloh, biex nivverifikaw dak li kien ġie magħmul meta ġiet magħmula d-draft tender.", "Mid-draft tender irriżulta li morna naraw tliet tipi ta' incinerators u dawn ma jidħlux fil-parametri li għandna aħna.", "L- iżjed waħda importanti hi l-ftit ammont ta' materja prima li għandna fil- pajjiż, jiġifieri l-ftit ammont ta' laħam li jirriżulta mill-biċċerija.", "Wieħed irid jikkonsidra li l-ammont ta' dan it-tip ta' laħam irid ikun ammont kbir biex tutilizzah u tagħmel impjant li kważi jkun combined cycle u li minnu tieħu l-enerġija elettrika.", "U mhux billi l-Onor.", "Mizzi jiġi jgħid li dik it-tender kienet ħażina, Sur President.", "L-Onor.", "Interpellant qal li allura dik it-tender kienet ħażina.", "Nerġa' nirrepeti li dik kienet draft tender u meta ġiet miflija minn nies li jifhmu u anke morna naraw b'għajnejna għalxiex kienet qed tirriferi din id- draft tender, irriżulta li kif kienet magħmula fuq proġetti eżistenti, dawk il-proġetti eżistenti ma jaqblux għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Allura dak ma kienx ħażin.", "Dan huwa tajjeb għal min irid jagħmel dak it-tip ta' kważi combined cycle.", "Jiġifieri għal min għandu 2,000 tunnellata meat and bonemeal u jrid jiddisponi minnhom, għax ma jistax jesportahom u lanqas jista' jitfagħhom f'dumping site, jiġifieri bilfors irid jaħraqhom, jista' jutilizzahom b'dak il-mod.", "Jien m'iniex qed ngħid li min għamel hekk fl- Ingilterra għamel xi ħaġa ħażina għax bil-materja prima li għandu hekk jaqbillu jagħmel.", "Issa l-Onor.", "Membru staqsieni x'se jiġri b'dan il-materjal.", "L-inċineratur bilfors se jsir, dażgur li se jsir.", "Nerġa' ngħid li l-inċineratur se jsir tat-tip konvenzjonali u jiġi mfassal u ddisinjat - ħalli forsi kulħadd jifhem u m'hemmx għalfejn jiġu l-esperti biex ifehmuna – skond l-ammont ta' materjal prima li jirriżulta mill-biċċerija.", "Inutli tipprova tagħmel incinerator li jaħdem fuq 2,000 tunnellata fil-ġimgħa meta aħna bilkemm għandna 200 tunnellata.", "Inutli toqgħod toħlom u tgħajjat x'qallek l-espert għax trid tara x'għandek f'idejk!", "Jekk tista' tagħmel boiler u turbina ta' 900 MW, għalfejn tagħmel boiler u turbina ta' 900 MW meta l-maximum demand hija ta' 180 MW.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Buhagiar qed jgħidli bħalma għamilna fl-ilma, Sur President.", "Onor. Buhagiar, issa li għaddew minn fuqna sentejn ta' nixfa, nistgħu ngħidu li kellna spare capacity biżżejjed biex stajna nissodisfaw id- domanda tan-nies mingħajr ma waqajna, bħalma kien ġara qabel l-1987, biex nagħmlu programm ta' qtugħ ta' l-ilma f'kull raħal ta' Malta.", "U l-Onor.", "Buhagiar jiftakar, għax huwa miż-Żurrieq ukoll, li meta kienet tkun ġejja l- festa ta' Santa Katerina, l-ilma konna niftħulu, tgħaddi Santa Katerina u nerġgħu nagħlqulu.", "Tkun ġejja l-festa tal-Karmnu, niftħu l-ilma, tgħaddi tal-Karmnu u nagħlqulu.", "Hekk konna nimxu, Onor. Buhagiar!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi tad-dħul u l-ħruġ ta' l-awtorita' ta' Malta dwar il- komunikazzjoni għas-sena 2003;", "Rapport annwali u financial statements ta' l-awtorita' ta' Malta għas- sena 2002;", "Avviż Legali 381 ta' l-2002 – avviż ta' bidu fis-seħħ tar-regolamenti ta' l-2001 dwar l-assenjar ta' slots fl-ajruport;", "Avviż Legali 383 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 li jħassru r- regolamenti dwar Malta Internet Exchange; u", "Avviż Legali 384 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- regolamenti dwar provdituri ta' servizzi għal internet u data networks oħra;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 385 ta' l-2002 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-kunsill Malti għall- Kultura u l-Arti (Att Nru. V ta' l-2002); u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali 382 ta' l-2002 – avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-att ta' ċerti artikli ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Att Nru XXVI ta' l-2001).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU 82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi:", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi:", "\"Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ħames mija u tlieta u sittin miljun, sitt mija u wieħed u tmenin elf, ħames mija u sitta u tmenin liri Maltin (Lm 563,681,586) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill-Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l- Estimi Ġenerali 2003 taħt il-Voti 1, 2, 5 sa 11, 13 sa 48, u I sa XIV tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni (2003).\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fl-għeluq tad-diskors tal-budget, il-Ministru Dalli uża żewġ frażijiet li ta' min wieħed jirrifletti daqsxejn fuqhom.", "Dawn il- frażijiet huma ''pajjiżna saħħaħniħ'' u ''pajjiżna ma jibqax lura''.", "Jien meta nirrifletti ftit fuq din id-dikjarazzjoni li \"pajjiżna saħħaħniħ\", bla ma rrid nirrifletti fuq il-fatturi kollha li ġraw f'dan il-pajjiż matul dawn il-15-il sena li ilu dan il-gvern - bl-eċċezzjoni ta' 22 xahar li kien hemm il-gvern Laburista ħalli ma jmurx l-Prim Ministru jaħtafna u jgħid li rridu ninsew dawk it-22 xahar, altru minn hekk - u ngħid li kemm ilhom imexxu dan il-pajjiż li qegħdin jgħidu li saħħewħ, wieħed issib li d-dejn tal-pajjiż kiber minn sena għall-oħra.", "Issa, jiena ma nistax nimmaġina pajjiż jissaħħaħ meta d-dejn qed jikber sakemm ma jkunx qed jiġi nvestit x'imkien li jirrendi pero`, fil-każ tagħna, d-dejn qiegħed jikber u m'hemm xejn x'juri u x'jagħmel tajjeb għal dak id-dejn.", "Saħħaħna pajjiżna meta qegħdin inbiegħu l-assets tagħna kollha?", "Min ikun komdu u jrid jissaħħaħ, ma jbiegħx l-affarijiet tiegħu.", "Min qed ibiegħ l- affarijiet tiegħu jkun qed jiftaqar mhux jissaħħaħ.", "Issa, dawn qegħdin jagħmlu minn kollox biex ineħħu s-sovranita` minn idejna biex b'hekk ineħħulna anke s-saħħa politika u jtuha f'idejn ħaddieħor.", "Saħħaħna pajjiżna meta l-korruzzjoni marbuta mad-droga waslet anke biex kellna allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-għola postijiet tal-ġudikatura?", "Jekk dan huwa tisħiħ tal-pajjiż, allura jiena Napuljun!", "Meta tara dan kollu, u tara t-turiżmu qed jonqos, l-investiment li kellu jiġi ma ġiex u dawn l- affarijiet kollha, jien ngħid li l-pajjiż mhux jissaħħaħ imma jiftaqar qiegħed.", "Imma mbagħad l-Onor.", "Dalli qalilna ''biex pajjiżna ma jibqax lura''.", "Biex ma tibqax lura, trid timxi 'l quddiem, jekk waħdek jew inkella xi ħadd irid ikaxkrek.", "Jekk ikaxkruk, inti se tinstelaħ, tingiref u titbenġel.", "Jien inħoss li la l-poplu Malti ma jiflaħx jimxi 'l quddiem waħdu għax dan il- Gvern ġabu f'pożizzjoni ekonomika u finanzjarja li hija tal-biki u minħabba f'hekk, dan il-Gvern issa irid li l-poplu Malti jinġibed minn xi ħadd.", "Min irid ikun jaf x'qed jiġri veru fil-pajjiż, mhux joqgħod jara l-istatistika tal-gvern imma jmur jitkellem man-nies tat-triq.", "Kuljum nistaqsu lin-nies tat-triq u dawn jgħidulek kemm huma mbenġlin, mweġġgħin u finanzjarjament dgħajfin minħabba s-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżna.", "Mela jekk kemm-il darba qed niġu mkaxkra biex immorru wara xi ħadd u ma nifilħux immorru warajh, jien ngħid li dan hu ġenn pero` tan-naħa l-oħra kellhom risposta anke għal dan, dawn bdew jgħidulna li l-UE se tgħina biex inkunu b'saħħitna biżżejjed sabiex nimxu 'l quddiem bħal popli l-oħra tal-UE.", "Il-poplu kollu ttama li din l-għajnuna tiġi ħalli dan il-gvern li kien kissirlu pajjiżu, jkollu s-saħħa finanzjarja biex ikun kapaċi jerġa' jaqbad it-triq it-tajba u jimxi wara l-oħrajn ħalli jlaħħaq magħhom imma ma jweġġax.", "Imma x'ġara?", "Ġara li f'dawn il-ġranet kien hemm il-famuż għeluq tan-negozjati u jiena ma nistax nifhem kif il-Prim Ministru qal – nemmen li in his heart, ma emminx dak li qal – li l-pakkett huwa:", "\"adequate for Malta in today's circumstances and a fair deal for the people of Malta.\".", "U hawn ikkwotajt minn fuq il-website ta' l-MIC.", "Qal ukoll li l-fondi huma sostanzjali u jien naf li l-Prim Ministru qal dan għax hu politiku.", "Dan qisu ġeneral tilef il-battalja u ried ipoġġi daħka fuq wiċċu u jagħmel il- kuraġġ lin-nies tiegħu għax inkella jwaqqgħalhom il-moral kollu.", "Il-Prim Ministru flok qal x'waħda waqagħu għaċ-ċajt, dan bilfors ried jgħid li dan kien deal tajjeb.", "Jien mhux se naħli żmien mil-ftit li għandi biex noqogħod nerġa' nagħmel l-analiżi li tkellimt fuqha l-bieraħ pero` hu ċar li l- ammont ta' flus li ġejjin f'idejna sabiex nużawhom kif għandna bżonn u nnaqsu x'se nagħtuhom lura, se nispiċċaw bi Lm8 miljun biss f'idejna.", "Meta mbagħad nikkonsidraw li bi sħubija sħiħa, aħna rridu nħallsu anke l- prezzijiet interni tas-suq Ewropew għall-prodotti li nixtru mingħandhom - bħalma huma l-ġobon, ċ-ċereali, r-ross, il-laħam u iz-zokkor - dan ifisser li aħna se nħallsu - dan mhux jien qed ngħidu, dan minn rapport taċ-CIAM ta' Bari li qiegħed f'idejn il-gvern - Lm6.5 miljun fis-sena biex inġibu l- istess ammont ta' affarijiet u dan ifisser li dawn iridu jonqsu minn dawk it-Lm8 miljun.", "Aħna lanqas qegħdin inqisu li deħlin ukoll għal obbligazzjonijiet li nagħtu Lm70 miljun lill-bdiewa f'għaxar snin u Lm2.4 miljun lis-sajjieda, dawn saru biex jintrebħu l-voti għaliex aħna nafu li dawn mhumiex ġejjin mill-UE imma ġejjin mill-bwiet tal-poplu.", "Jiena għalhekk qed ngħid li l-poplu li kien imkisser diġa` bil-mod kif tmexxiet l-ekonomija f'dan il-pajjiż matul dawn is-snin, qed nerġgħu nkomplu nkissruh billi inġegħluh jgħaġġel fil-vjaġġ tiegħu u billi jitgħabba bil-piżijiet ħalli jlaħħaq ma' dawk li ilhom li telqu żmien kbir qabilna.", "Dan qed ngħidu mhux biex noqgħod nidħol fid-dettalji għax d- dettalji tkellimnihom diġa` imma dawn qegħdin jagħmlu bħalma ġara fi żmien El Sid, dan kien miet imma ċerti nies riedu jiġġieldu l-battalja u kienu jafu li jekk jgħidu li miet El Sid, jitilfu kollox.", "Allura dan poġġew lil ġisem mejjet ta' El Sid fuq żiemel, għamlulu lasta ma' dahru u bdew ħerġin biż-żiemel bih ħalli l-oħrajn jaħsbu li għadu ħaj.", "L-istess qed jagħmel dan il-Gvern bil-biedja u s-sajd għax jafu li bi sħubija sħiħa, dawn se jaqilgħu d-daqqa tal-mewt u ma jistgħux jibqgħu jikkompetu.", "Bla kliem u bla sliem, illum stess tneħħa l-levy minn fuq il-larinġ meta suppost kellu jitneħħa ħmistax oħra u diġa` daħal ta' barra b'xi 8c irħas. (interuzzjonijiet).", "Il-każ hu ċar, il-bidwi se jitkisser u l-gvern se jżid it-taxxi minn fuq dahar il-poplu biex inżomm il-bidwi ħaj u għalhekk semmejt lil El Sid, dan hu mod kif taparsi żżomm il-biedja Maltija ħajja.", "Dan il-punt li qed nipprova noħroġ, min hu batut diġa` u min diġa` qiegħed mgħattan bil-piżijiet, - nerġa' ngħid tħarsux lejn l-istatistika imma tkellmu man-nies – se jkompli jbati.", "Meta illum tordna xi mediċina lil xi ħadd, dan jistaqsik kemm hi.", "Qatt ma kienu jgħiduhielna qabel din, illum qed jistaqsu hekk għax in-nies qed iħossuha l-għafsa.", "Din mhux propaganda, dan huwa fatt, dan huwa l-aspett soċjali tal-ħajja Maltija.", "Min jinqata' mill-bqija tal-poplu ma jistax iħosshom dawn l-affarijiet, min jiltaqa' man- nies kuljum iħoss u jara x'qed jiġri,tinduna li dawn m'għadhomx jieklu laħam jew jagħmlu kapriċċi daqs qabel.", "Tiġux tgħidu bħalma ġieli qaluli li nhar ta' Sibt, ir-restaurants jkunu kollha mimlija.", "Dak veru pero` hemm kategoriji differenti ta' nies.", "Dan l-aħħar tkellmu fuq il-faqar moħbi f'Malta, mhux qed ngħid li hawn it-tallaba imma l-fqir tal-lum, minkejja li hu s-sinjur ta' l-antik, xorta fqir hu!", "Min illum huwa mċaħħad u qed isib ruħu li jrid jirristrinġi minn dak li kien imdorri jagħmel għaliex iċ- ċirkostanzi qegħdin jissikkaw, għaliex irid jaħseb għall-edukazzjoni u s- saħħa tat-tfal, ma naħsibx li qiegħed komdu.", "Min hu onest jaf x'qegħdin ngħidu.", "Veru li hawn min hu sinjurun u qiegħed jarmi u jaħli l-flus u din hi l-problema tad-dinja, it-tqassim mhux ugwali tal-ġid fid-dinja.", "Sfortunament, anke f'din in-naqra ħolqa li għandna aħna, hawn inugwaljanzi enormi.", "Issa nigu għall-mistoqsija l-oħra, il-poplu jiflaħ aktar piżijiet?", "Jiena nifhimha li gvern jipprova jattira l-investiment, jipprova jġib l-ekonomija fuq saqajjha, jipprova ġġib il-kummerċ ħalli jdawwar ir-rota u jdaħħal il- flus fil-kaxxa ta' Malta permezz tat-taxxi imma x'qed jiġri?", "F'dan l-aħħar erba' snin, dan il-gvern beda jgħabbi bit-taxxi lill-poplu, sena wara l- oħra u se nsemmi ftit fatti.", "F'Novembru 1999, il-petrol u d-diesel għamlulu l-VAT fuqu għaliex dan huwa regolament ta' l-UE.", "Fuq it-telephone wkoll, issa dan bżonn illum u tiġux tgħiduli li qabel konna ngħaddu mingħajru.", "Jien sakemm ilħaqt tabib lanqas kelli telephone d-dar, konna ngħaddu veru imma dawk kienu żminijiet differenti.", "Illum ma tgħaddix mingħajr telephone u diġa` qed nisimgħu li se nnaqqsu l-internazzjonali - dik hija miżura tajba - imma mbagħad se ngħollu l-oħrajn.", "Imbagħad meta?", "Wara l- elezzjoni?", "Mhux kulħadd jaf li dan għandu rapporti quddiemu biex it- telefonati lokali jogħlew sostanzjalment.", "X'se jiġri jekk jogħlew dawn?", "Min jiflaħ iżommu, iżommu u minn le, se jkollu jneħħih.", "Is-saħħa, l-welfare u l-edukazzjoni neħħejnihom mill-exempt without credit.", "Veru li l-konsumatur sa ċertu punt ma ħassx effett dirett imma l-fatt huwa li diġa` bdejna nneħħu aktar mill-benefiċċji li kien hemm fuqhom.", "L- ikel fil-canteens tal-fabbriki u ta' l-iskejjel qabel ma kienx hemm VAT fuqhom.", "Ladarba qed jiġru dawn l-affarjiet kollha, ovvja li l-ħajja qed togħla.", "Il-gvern qed ikaxkar in-nies u jgħidilhom biex jimxu ħalli jlaħħqu ma' l-oħrajn li qegħdin ferm 'il quddiem.", "Il-gvern qed ikompli jissikka u jagħti bil-frosta lill-poplu biex jipprova ilaħħaq ma' l-oħrajn.", "Is-supply services ta' l-MMA ma jidħlux għand il-konsumatur imma wkoll qed jiġu ntaxxati.", "Issa riċentement smajna dwar it-taxxi l-ġodda fuq l-gas, 5% u fuq l-elettriku, 15% imma dawn moħbijin għalissa għaliex skond ma qalilna l-Ministru, dawn se tassorbihom l-kumpanija.", "Issa l-kumpanija diġa` in the red, diġa` mhix qed tiffunzjona kif suppost, kemm se ddum tissaportihom dawn sakemm ikollha tgħaddihom fuq il-konsumatur?", "Forsi meta tgħaddi l- elezzjoni?", "Sur President, magħhom trid tqis ukoll, li seba' snin oħra, se jkun hemm il- VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "F'dan ir-rigward, hemm xi ħaġa li staqsejniha lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ma rrispondiniex, fittixt fuq is- site ta' l-MIC u ma sibtx risposta u hawn se nistaqsi; X'sar rigward il- printed matter li kien jissemma fir-rapporti tal-gvern li kellu jkun bil- VAT ukoll?", "Se jkun hemm VAT fuqu jew mhux se jkun hemm?", "Rigward id-djar ġodda li kienu jissemmew fir-rapporti tal-gvern lill-UE, dawn se jkun hemm VAT fuqhom jew le?", "Fuq il-bejgħ u x-xiri ta' l-art għall-bini kienu jissemmew fir-rapport ta' Malta lill-UE, sar qbil fuqhom dan?", "Jien nixtieq li nkunu nafuhom dawn l-affarijiet!", "Rigward il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u t-trasport tal-materjal tal- prodott agrikolu minn Għawdex għal Malta, se jkun hemm VAT fuqu jew le?", "Ftehmu li ma jidħolx jew ftehmu li jidħol wara?", "Hemm xi ħaġa moħbija?", "Ikun tajjeb li nkunu nafu dawn l-affarijiet għax jekk imbagħad, one fine day, ifaqqgħu ma' wiċċna, il-poplu se jerġa' għal darba oħra jgħid kemm kont kredulun u vvutajtilhom.", "Dawn se jerġgħu jidħku bil-poplu biex imbagħad, meta jkun tard wisq, nindunaw li kien kemm karti tal-logħob moħbija fil-komma ?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, kull sena iżjed minn 2,000 ġuvni u tfajla qed itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mingħajr ma jiksbu l- ħiliet meħtieġa biex jgħixu u jaħdmu fis-seklu 21.", "Kulħadd jaf li bħalissa l-uniku mod kif l-iskejjel qed ikejlu l-ħiliet ta' l-istudenti u l-uniku kejl li jaċċettaw l-istituzzjonijiet edukattivi u dawk li jħaddmu, hu li l-istudenti jridu jgħaddu mill-eżamijiet tas-SEC fil- grad minn 1 sa 5 filwaqt li l-gradi 6 u 7 ma jiġux aċċettati la biex ikomplu jistudjaw u lanqas bħala kwalifiki biex jidħlu jaħdmu.", "Issa l- mistoqsija li għandna nistaqsu hi; wara li jkunu attendew 13-il sena skola, kindergarten, skola primarja u sekondarja, kemm qed ikollna studenti li jgħaddu mill-eżamijiet tas-SEC?", "Hawnhekk, jien se nieħu tlett suġġetti ewlenin biss, il-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.", "Jekk naraw x'ġara fis- sena skolastika li għadha kif għaddiet, naraw eżempju ċar ta' x'qed jiġri kull sena.", "Fl-iskejjel primarji tal-gvern kien hemm 4,168 student li kienu qed jattendu l-aħħar sena ta' l-edukazzjoni primarja tagħhom.", "536 minnhom lanqas biss ressqu għall-eżami ta' dħul fil-Junior Lyceum u meta tgħoddhom dawn il-536 ma' dawk li ressqu u m'għaddewx, issib 2,342, jiġifieri 56% tat- total, li m'għaddewx fit-tmiem l-edukazzjoni primarja tagħhom minn dawn it- tlett suġġetti ewlenin.", "L-iżjed li qed jaqgħu lura huma s-subien Għawdxin fejn insibu li terz minnhom għaddew biss filwaqt li jekk inħarsu lejn il- kategoriji l-oħrajn, insibu li għaddew, 40% tas-subien Maltin, 48% tal- bniet Maltin u 56% tal-bniet Għawdxin.", "Nerġa' ngħid minn 4,168 li temmew il- primarja s-sena li għaddiet, kien hemm 2,342, 56% tat-total, li m'għaddewx fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika.", "Dawn l-2,342 jeżistu anke jekk il- Ministru Louis Galea ma jridx jarhom", "Naraw daqsxejn x'ġara s-sena li għaddiet fl-iskejjel sekondarji.", "Kien hemm 5,092 ġuvni u tfajla li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom u 1,101 minnhom, jiġifieri 22%, lanqas biss ressqu għal xi eżami tas-SEC, 1,338 oħra, jiġifieri 26%, m'għaddewx fl-eżami SEC tal-Malti, Ingliż u Matematika.", "Mela dan ifisser li minn 5,092, 2,439 ġuvni u tfajla temmew l- edukazzjoni sekondarja tagħhom mingħajr ma għaddew minn xi eżami SEC tal- Malti, Ingliż u Matematika.", "Nerġa' ngħid li dawn il-2,439 jeżistu u mhux qed nivvintahom jien.", "L-iktar li jeħlu jew li lanqas biss joqogħdu għal dawn l-eżamijiet, anke f'dan il-każ, huma l-ġuvintur.", "54% ta' dawk il- ġuvintur li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, jew m'għaddewx jew lanqas biss ressqu għall-eżami SEC tal-Malti, Ingliż u Matematika.", "42% tat- tfajliet li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, jew m'għaddewx jew lanqas biss ressqu għall-eżami SEC tal-Malti, Ingliż u Matematika.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni mhux talli mhux inkwetat li nofs iż-żgħażagħ tagħna qed itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mingħajr ma jgħaddu f'dawn it-tlett suġġetti ewlenin imma talli ddikjara li din hija problema li ma teżistix u qal li din il-problema ħloqtha jien għax skond hu, f'Malta u Għawdex għandha fost l-aqwa sistemi edukattivi fid-dinja.", "Interessanti li jumejn wara li l-Ministru Galea hawn ġew kien qed jiftaħar li għandna fost l-aqwa sistemi edukattivi fid-dinja, il-gvernatur tal-Bank Ċentrali, Michael Bonello ndirizza seminar jismu ''The Strengths and Weaknesses in Malta's Competitive Position''.", "Proprju bħal-lum ġimgħa, dan qal dan il- kliem - se naqrah bl-Ingliż biex żgur ma niġix akkużat li għawwiġt xi kliem - :", "''The last dimension of government efficiency in relation to competitiveness considered here is the adequacy of the education sector.", "Malta scores a relatively low 61% of the EU average compared to 80% in other candidate countries.", "Although Malta has relatively high pupil-teacher and school enrolment ratios, it scores less well in terms of literacy and of the availability of engineering and business skills.", "There is also a gap in the knowledge transfer between educational institutions and industry and this is hampering productive innovation.\".", "Jiġifieri l-gvernatur tal-Bank Ċentrali nnifsu qed jgħid li għandna sistema edukattiva difettuża ħafna, għandna nuqqasijiet serji fil-qasam kemm tal- ħila li jafu jiktbu u jaqraw u tal-ħila fil-qasam ta' business u inġinerija u dik qed toħloqilna problema għall-ħolqien tal-ġid f'pajjiżna.", "Mela altru milli għandna fost l-aqwa sistemi edukattivi fid-dinja!", "Is-suċċess tas- sistema ma titkejjilx biss bin-numru ta' dawk li jirnexxu iżda wkoll bin- numru ta' dawk li jaqgħu lura.", "Għandna nofs iż-żgħażagħ tagħna li qed jaqgħu lura fil-primarja u fis-sekondarja iżda l-Ministru Louis Galea ma jridx jarahom biex ma jmorrux iħassru l-istampa sabiħa li jrid jagħti.", "L-aktar ħaġa nkwetanti f'dan kollu huwa li jekk lanqas jaċċetta li għandna problema, aħseb u ara kemm se jaħdem biex issib soluzzjoni għal din il- problema.", "Jien personalment kont nistenna xi ħaġa aħjar minn persuna li għamlet żmien fil-kariga ta' ministru tal-politika soċjali.", "F'dawn l-erba' snin, stennejt li dan se juża l-flus biex iħarreġ il-psikologi edukattivi u għalliema speċjalizzati biex jgħinu lit-tfal li qed jaqgħu lura iżda f'dan il-qasam morna lura flok 'l quddiem u m'għandniex persuni biex jgħinu lit- tfal fil-problemi u l-isfidi li qed dejjem jiżdiedu.", "Għalhekk minn ġewwa stess qalulu li l-paroli kollu li għandu fid-dokumenti - li l-edukazzjoni trid tilħaq lil kulħadd biex ħadd ma jibqa' lura - se jibqgħu paroli biss sakemm iħarreġ psikologi edukattivi u għalliema speċjalizzati biex jgħinu studenti diżabbli u dawk li għandhom diffikultajiet biex jitgħallmu.", "Għandna bżonn dawn in-nies mħarrġa iżda għandna bżonn ukoll ngħollu l- istandards fis-sistemi edukattivi tagħna ħalli niġbru iżjed żgħażagħ għax hekk biss, nistgħu nagħtuhom l-opportunita` jirnexxu fis-seklu 21.", "Ilkoll kemm aħna responsabbli li ngħollu dawn l-istandards u l-kwalita` ta' l- edukazzjoni li qed tingħata u l-mira ewlenija hija li nilħqu l-akbar numru ta' tfal u żgħażagħ.", "Hekk biss nagħtuhom futur f'pajjiżna u fid-dinja.", "Hija krudelta` li wara li nħallu nofs it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jaqgħu lura, jkun hawn min jgħidilhom li s-soluzzjoni hi fl-istilel ta' sħubija sħiħa fl-UE.", "Il-ħajja għal dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li qed jaqgħu lura se ssir iżjed diffiċli bir-regoli ta' sħubija sħiħa fl-UE billi l-gvern - għax s'issa ma smajniex mod ieħor u norbot anke ma' dak li kien qed jgħid l- Onor. George Vella - donnu aċċetta li jdaħħal il-VAT fuq il-kotba.", "Dan il- gvern qagħad jiftaħar li neħħa l-VAT minn fuq il-ballet u l-pjanu u hawn ġew ma kellux il-kuraġġ jgħidilna jekk aċċettax li jdaħħal il-VAT fuq il- kotba u l-materjal stampat kif jiġri fil-pajjiżi ta' l-UE ħlief l-Irlanda u r-Renju Unit.", "Din it-taxxa fuq il-kotba u l-materjal stampat hija meqjusa li tagħmel l-iżjed ħsara lil dawk li proprju qed jaqgħu lura fil-kitba u fil-qari għax tgħolli l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni u tagħmilha iżjed diffiċli għal dawk bi dħul baxx u medju, biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż edukattivi.", "Il-gvern ma qalilna xejn dwar il-VAT fuq il-ħafna tagħmir li jużaw il- persuni b'diżabilita`, tagħmir bħal hearing aids u l-bastun abjad għal dawk neqsin mid-dawl.", "X'se jagħmel il-gvern dwar id-direttiva 2002/38/EC ta' l- UE li se tidħol fis-seħħ sa mill-ewwel ta' Lulju tas-sena 2003 fil-pajjiżi membri ta' l-UE?", "Din id-direttiva se ddaħħal il-VAT fuq is-servizzi ta' l- informazzjoni u attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u rikreattivi.", "Tipika tal-gvern li jieħu pass biex issa taparsi neħħa l-VAT fuq il-ballet u l-pjanu imbagħad ikollu jerġgħu jdaħħalhom jekk Malta tidħol membru sħiħ fl-UE għax ikollu joqgħod skond din id-direttiva!", "Hemm triq oħra għal dan kollu, is-soluzzjoni nafu x'inhi u lesti li naħdmu għaliha bl-enerġija u bl-entużjażmu kollu tagħna.", "Gvern Laburista lest jimxi b'partnership ma' l-għalliema, mal-ġenituri, ma' l-istudenti u mal- imsieħba soċjali biex niżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jirnexxu fl- edukazzjoni, jiksbu l-ħiliet fil-Malti, fl-Ingliż, fil-matematika, fil- computer u fix-xjenza biex ikunu kapaċi jgħixu u jaħdmu fid-dinja tas-Seklu 21.", "Inmexxu partnership id f'id l-ħin kollu mhux bħall-farsa ta' dan il- gvern li għal erba' snin sħaħ nesa u warrab il-kunsilli skolastiċi imbagħad ftakar fihom għal nofs ta' nhar biss, meta sar seminar għax ħabat Jum Ewropew tas-sehem tal-ġenituri fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna nagħtu ħajja ġdida lil dawn il-kunsilli skolastiċi kif ukoll insaħħu r-rabtiet ta' l-iskejjel mal-komunità.", "Jinħolqu opportunitajiet ġodda għal dawk li jagħlqu s-16-il sena.", "L-MCAST u l-istitut ta' l-istudji turistiċi jkollhom programm iżjed rilevanti u jsiru l-bidliet meħtieġa fl-apprendistat.", "Il-Junior College jingħata ħajja ġdida, l-istrutturi universitarji jitmexxew b'iżjed serjetà u nsaħħu l-kuntatt ma' dak li qed jiġri fil-bqija tad-dinja.", "Aħna nieħdu wkoll inizjattivi ta' partnership ma' pajjiżi oħra għal titjib edukattiv f'pajjiżna.", "Kemm b'koperazzjoni ma' istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropea u anke bit-triq tagħna ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea s-sehem taż-żgħażagħ u l-istudenti tagħna fil-programmi edukattivi jkun assigurat.", "Indaħħlu wkoll partnership edukattiv mal-programmi u l-inizjattivi tal- kunsill ta' l-Ewropa, tal-UNESCO, tal-Commonwealth kif ukoll ma' istituzzjonijiet fl-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada.", "Jingħata appoġġ qawwi għall-international students exchange programme, dak li huwa magħruf bħala ISEP.", "Dawn l-inizjattivi jittieħdu fuq kull livell edukattiv.", "Hemm ħafna x'isir f'dan il-qasam u mhux qed isir u jista' jsir.", "Dan nagħmluh biss b'partnership serju bejn l-oqsma edukattivi u ekonomiċi f'pajjiżna u anke b'sehem fi programmi internazzjonali.", "Is-suċċess ta' eluf ta' żgħażagħ li bħalissa qed jaqgħu lura jiddependi mis-suċċess tagħhom fil-qasam edukattiv.", "Jekk is-sistema edukattiva tagħna se tkompli tarmi nofs it-tfal u ż- żgħażagħ tagħna, it-traġedja ma tkunx biss għal dawk it-tfal u ż-żgħażagħ, imma t-traġedja hija wkoll għal pajjiżna għax ikunu qed jiffaċċjaw futur tas-seklu 21 mingħajr il-ħiliet meħtieġa biex jilqgħu għall-isfidi li dan is-seklu jġib miegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, għalkemm il-gvern qed jipprova jċekken il-problema tad-dejn nazzjonali fil-fatt ir-record tiegħu attwali f'dan il- qasam juri li qed imur kontra l-ispirtu u s-sustanza tal-manifest elettorali tal-partit Nazzjonalista.", "Dan għaliex fil-manifest tiegħu l- partit Nazzjonalista mhux biss kien wiegħed kontroll tad-dejn nazzjonali, iżda kien wiegħed ukoll li d-dejn kellu jinżel għal taħt is-60% tal-ġid nazzjonali, filwaqt li l-iżbilanċ kull sena ma kellux ikun aktar minn 3% tal-ġid nazzjonali.", "Filwaqt li l-gvern qed isostni fil-pubbliku li d-dejn jirrappreżenta 62% tal-ġid nazzjonali skond il-kalkoli ta' l-Unjoni Ewropea dan tela' għal 65.3% tal-ġid nazzjonali.", "Din id-differenza fil-metodu kif jiġi kkalkolat id-dejn nazzjonali tammonta għal diskrepanza ta' aktar minn Lm55 miljun.", "Biex wieħed ikun jaf kemm dan il-gvern mar żmerċ fil-kalkoli tiegħu kulma jrid jagħmel hu li jaqbad il-budget għas-sena 2002 u jqabblu mal-budget għas-sena 2003.", "F'paġna 21 tal-budget għas-sena 2002 jingħad li d-dejn kellu jinżel għal Lm908 miljun sas-sena 2004, mentri f'paġna 110 tal-budget ta' din is-sena nsibu li sas-sena 2004 id-dejn għandu jikber għal Lm1,153 miljun.", "Mela minn Lm908 miljun d-dejn se jisplodi għal Lm1,153 miljun.", "Filli qal li se jnaqqsu u issa qed jgħid li sejjer saħansitra jżidu.", "Ftit jiem ilu, waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza ekonomika, il- viċi president ta' l-aġenzija internazzjonali tal-kredituri Standard and Poor's qal f'Malta li tnejn mill-akbar nuqqasijiet ta' pajjiżna huma proprju l-iżbilanċi fiskali tal-pajjiż, kif ukoll il-piż dejjem jikber tad- dejn nazzjonali.", "Ftit ilu għaddejna riżoluzzjoni hawnhekk biex il-gvern ikun jista' jissellef Lm100 miljun oħra treasury bills.", "Diġà ssellef kwart minnhom għax fil-fatt it-treasury bills li ma setgħux jaqbżu l-Lm200 miljun sa ftit ilu diġà laħqu l-Lm222 miljun.", "Ikun tajjeb li nkunu nafu x'inhuma l- figuri tal-finanzi pubbliċi għax-xahar ta' Novembru.", "Mis-supplementary estimates li joħroġ ċar huwa li l-gvern qed jipprovdi għal Lm4 miljun oħra għal dak li huwa short term borrowing biex isostni t-treasury bills li jiddependi fuqhom.", "U għalkemm il-gvern sa ftit ilu kien qiegħed iwiegħed li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jkollna d-dritt li npoġġu l-ħin kollu madwar il-mejda waqt it-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-bank ċentrali Ewropew, dak li jissejjaħ ECB, issa jidher ċar li minħabba l-għadd ta' pajjiżi li se jkun hemm fl-Unjoni Ewropea se jkollha tiddaħħal sistema ta' rotation fost dawk li jistgħu jattendu l-laqgħat tal-kunsill tal-bank b'mod li jivvantaġġja lill-pajjiżi l-kbar a skapitu tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Nixtieq nistaqsi wkoll fiex wasal il-pjan nazzjonali soċjo-ekonomiku ta' żvilupp li l-gvern suppost kien qiegħed jaħdem fuqu għax, safejn naf jien, fil-budget ma saret ebda riferenza speċifika għalih.", "Fir-rigward tal- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali l-gvern qed jagħtih saħansitra inqas riżorsi minn meta kien għadu magħruf bħala l-MCED.", "Min-naħa l-oħra għalkemm kellhom jitqabdu analisti ekonomiċi ma' dan il- kunsill importanti, għalkemm intgħażlu dawn għadhom ma ġewx rilaxxati biex jibdew xogħolhom ma' dan il-kunsill.", "Bil-konsegwenza li l-kunsill lanqas għandu r-riżorsi umani biex jaqdi dmirijietu.", "Filwaqt li mbagħad insibu diversi organizzazzjonijiet u diversi fondazzjonijiet anqas mportanti għall- ekonomija tal-pajjiż li jinsabu miżgħuda b'ħafna nies minħabba fil-jobs for the boys and the girls li nħolqu f'dawn l-aħħar xhur.", "Ta' min iħares fil-qosor lejn il-mod kif il-ministru tal-finanzi din is- sena biddel xi ftit id-diska tiegħu dwar il-qasam soċjali milli fil-budgets preċedenti għal raġuni ovvja, minħabba li ninsabu resqin lejn is-sena ta' l- elezzjoni.", "Filwaqt li din id-darba l-ministru ma wżax kliem iebes mal- pensjonanti, tajjeb li nfakkru ftit x'intqal fil-budgets ta' qabel dan.", "Fil-budget għas-sena 1999 l-Ministru Dalli kien qal li titjib fil-pagi tal- gvern iġib miegħu nefqa kbira anzi, uża l-kelma ''terrimot'' f'reviżjoni ta' pensjonijiet tas-sigurtà soċjali lil kulħadd, anke lil dawk li qatt ma ħadmu mal-gvern.", "Dawn benefiċċji li kważi ħadd ma jkun jistenna għax mhumiex tabilħaqq ibbażati fuq il-ħtieġa.", "Dakinhar kompla jgħid li n-nefqa tal-gvern hi priordinata u r-riżorsi tagħna ma jistgħux jiġu dejjem allokati skond il-prijorità li titlob il-ġustizzja soċjali.", "Għalhekk - kien kompla jgħid il-ministru - jekk irridu nibdew l-ewwel pass biex nirranġaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna rridu nneħħu dawn it- triggers.", "Għalhekk huwa importanti li nieħdu lura l-kontroll taż-żieda fin- nefqa tal-pensjonijiet.", "Hekk kien qal il-Ministru Dalli dakinhar.", "U fl- istess budget kienet tħabbret żieda ta' 20% fir-rata perċentwali tal- kontribuzzjonijiet tal-bolla tal-ħaddiema.", "Fil-budget tas-sena 2000 id-dritt li wieħed għandu taħt l-att tas-sigurta' soċjali li qed iħallas u jikkontribwixxi għalih qed ikun serjament imnaqqar għax l-individwu jkun għażel jieħu wkoll polza ta' assikurazzjoni privata biex ikollu protezzjoni aktar wiesgħa.", "Fil-budget speech tas-sena 2001 l- Ministru Dalli kien qal li saru studji fuq l-effett li żidiet tal-pagi l- ġodda li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar se jkollhom fuq is-sistema tal-pensjonijiet kontributorji tas-sigurtà soċjali.", "Dawn l-istudji, kien kompla jgħid il-Ministru, urew li fiċ-ċirkostanzi tal- lum din ir-reviżjoni qed toħloq anomaliji kbar fis-sistema kollha.", "Dan għaliex dawn iż-żidiet se jammontaw għal Lm5.5 miljun u minn dan Lm3.3 miljun jew 60% se jitqassmu fuq 6,000 pensjonant.", "Hekk tkellem fuq il- pensjonanti l-Ministru Dalli f'dak il-budget.", "Fl-istess diskors tal-budget il-Ministru kien kompla żied id-doża billi tkellem ukoll dwar il-ħruġ tal-mediċini bil-kartuna r-roża.", "Min-naħa l- oħra meta tkellem dwar il-pensjonijiet fil-budget għas-sena 2002 l-istess Ministru Dalli kien qal li fl-1979, meta saret riforma qawwija fis-sistema soċjali, fil-benefiċċji li jingħataw u fil-kontribuzzjonijiet li jitħallsu ngħata bidu għall-pensjoni hekk msejħa taż-żewġ terzi li llum kulħadd jaqbel, qal il-Ministru, ħlief dak li jrid jidfen rasu fir-ramel, li m'għandha ebda bażi attwarja.", "Jiġifieri m'għandha ebda rabta xjentifika studjata bejn id-dħul u l-ħruġ.", "Dan huwa l-kliem tal-Ministru.", "Kien f'dan il-kontest li l-Ministru Dalli qal li bħala punt ta' tluq kien qed jissuġġerixxi li l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għandha tiġi applikata biss għas-saħħa u l-pensjoni, filwaqt li l-benefiċċji l-oħra li kienu msemmija fl-1979, bħaċ-children's allowances u l-benefiċċju tal-mard, diżimpjieg u korriment kif ukoll pensjonijiet tar-romol u invalidità jagħmel tajjeb għalihom il-fond konsolidat direttament.", "Fil-kontest ta' dan kollu jidher ċar li l-pensjonijiet u s-servizzi soċjali qegħdin fil-mira ta' dan il-gvern u jistgħu jiġu effettwati negattivament kemm-il darba jerġa' jingħata l-poter li jmexxi l-pajjiż wara l-elezzjoni li ġejja.", "Dan qed ngħidu għax gvern li jbiddel id-diska skond il-mument mhuwiex gvern ta' min jafdah.", "Fil-ħin limitat li għandi xtaqt nittratta żewġ suġġetti oħra.", "Dan is-sajf, qabel ir-recess il-parlament approva leġislazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, li fil-biċċa l-kbira tagħha qbilna magħha, li suppost kienet kompatibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Interessanti li ftit jiem ilu sar seminar ta' jum mill-Kamra ta' l-Avukati dwar dawn it-tibdiliet leġislattivi.", "Skond l-informazzjoni li għandi minn diversi avukati, li wħud minnhom mhumiex ta' tendenza Laburista, meta qamet il-kwestjoni ta' l- international trading companies, għalkemm Dr David Fabri - li għandi kull stima għalih u li kien involut fid-drafting tal-liġi - ta x'jifhem li l- liġi kienet ġiet cleared ma' Brussels, Dr Simon Busuttil ta' l-MIC ma eskludiex il-possibbiltà li leġislazzjoni simili jista' jkollha terġa' tinbidel biex tiġi verament konformi ma' l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-kumment ħoloq inċertezza kbira fost il-ħafna avukati li jaħdmu fis- servizzi finanzjarji li kienu preżenti, speċajlment fejn jidħlu tax benefits li jgawdu non-residents li jkunu shareholders f'dawn l- international trading companies.", "Skond l-informazzjoni li għandi Dr Simon Busuttil ma setax jagħti garanzija li dawn il-provvedimenti ma jkollhomx bżonn jerġgħu jinbidlu fil-ġejjieni minħabba l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea.", "U għalkemm id-diskussjoni tidher li ntemmet ħesrem, infirxet inċertezza kbira fost dawk preżenti.", "Għalhekk jien inħoss li jew illum jew f'post pubbliku l-Ministru tal- Finanzi għandu jiċċara darba għal dejjem din il-pożizzjoni b'mod kategoriku minħabba d-dubji li ħolqu l-kummenti tar-rappreżentant ta' l-MIC Dr. Simon Busuttil, b'kuntrast ma' dak li ftit qabel qal Dr. David Fabri, bħala rappreżentant tal-Malta Financial Services Authority.", "Ftit kummenti ta' l-aħħar dwar il-ftehim innifsu milħuq ma' l-Unjoni Ewropea.", "Biex niżnu sew is-suċċess jew falliment ta' dan il-pakkett mhux biss jeħtieġ li nqabblu dak li ksibna mad-dikjarazzjonijiet pre-elettorali tal-mexxejja tal-partit Nazzjonalista fl-1998, iżda issa hemm bżonn urġenti li l-gvern juri iswed fuq l-abjad x'kien effettivament qed jitlob fin- negozjati f'għajnuna diretta mingħand l-Unjoni Ewropea.", "U llum m'għandu l- ebda skuża għax in-negozjati ġew konklużi u naħseb li huwa fl-interess nazzjonali li nkunu nafu mhux biss xi ksibna imma x'kien qed jitlob il- gvern innifsu fin-negozjati meta kien qed jittratta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Illum li t-taħdidiet ġew konklużi nerġa' ngħid li m'hemm l-ebda skuża biex il-gvern jevita milli jagħmel din il-commitment pubblika.", "Li jidher ċar biss huwa li din id-diska nbidlet għax, filwaqt li sa ftit ilu l-fondi mill- Unjoni Ewropea kienu qed jiġu mpinġija bħala l-qofol ta' kollox, iċ-ċavetta għal treasure island, issa qed tindaqq id-diska li l-Prim Ministru beda jdoqq sa minn ġimgħat qabel is-summit, li l-għajnuna finanzjarja mill- Unjoni Ewropea m'hijiex kollox.", "Din hija kantaliena li diġà sabet l-eku tagħha f'diversi postijiet.", "Sabet l-eku tagħha anke llum fl-editorjal ta' ''The Times'' li ħareġ jgħid li ''aid is only part of the equation''.", "Importanti wkoll li mingħajr dewmien insiru nafu l-piżijiet moħbija ta' dan l-imbierek pakkett.", "Jeħtieġ li nikkwantifikaw il-cost of compliance, biex niġu konformi mal-liġijiet u l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea, ta' l-acquis.", "Anke fil-voti supplimentari li għandna llum għandna mill-inqas żewġ ministeri jew tlieta li qed jagħmlu provvedimenti addizzjonali għal dak li kellhom ivvotat oriġinarjament fis-sena li għaddiet proprju biex jiġu in line ma' l-esiġenzi ta' l-acquis.", "Apparti mill-cost of compliance imbagħad għandek it-taxxi li l-Maltin se jkollhom iħallsu għas-sussidju fuq il-biedja għaliex l-ewwel ħarġet ''In- Nazzjon'' tgħid li l-miljuni kollha li ġejjin għall-bdiewa se jiġu mill- Unjoni Ewropea, u issa rriżulta li dawn, fil-maġġoranza assoluta tagħhom, se jinħarġu mit-taxpayers Maltin.", "Mit-table li qiegħed fuq il-mejda tal- Kamra l-Prim Ministru jumejn ilu jidher ċar li kulma se tivvota l-Unjoni Ewropea għal dik li hija biedja huma biss Lm12 miljun fuq medja ta' tliet snin.", "Jiġifieri medja ta' Lm4 miljun fis-sena.", "Sur President, lanqas m'huwa ċar għal kollox dak li se jkollna noħorġu mill- but tagħna.", "Min sema' lill-Prim Ministru fil-programm ''Bondi +'' il- bieraħ semgħu jgħid li filwaqt li d-dħul li se nirċievu huwa capped, jiġifieri hemm limitu u mhux se jinbidel, dak li se noħorġu mill-kaxxa ta' Malta huwa biss kalkolu, bħal kull budgetary figure oħra.", "Għaldaqstant, meta nżommu f'moħħna r-record ta' dan il-gvern, li tant mar żmerċ f'diversi kisbiet tal-miri tiegħu, m'għandna l-ebda garanzija li l- ammonti dovuti lill-Unjoni Ewropea ma jistgħux effettivament jkunu saħansitra aktar minn dak imsemmi bejn is-sena 2004 u s-sena 2006.", "Sur President, tajjeb li jkollna d-dettalji tal-falliment tat-taħdidiet tal- Ministru Dalli mal-ministri tal-finanzi ta' Franza u l-Ġermanja dwar il-VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "Fil-fatt huwa ironiku li filwaqt li l-Prim Ministru radd ħajr lil diversi gvernijiet għall-appoġġ li tawh, bħall- Irlanda u l-Lussemburgu, safejn naf jien, ma lissen ebda kelma ta' radd il- ħajr liż-żewġ gvernijiet ewlenin ta' l-Unjoni Ewropea, il-Ġermanja u Franza.", "U dan għax qed jimbuttaw lejn armonizzazzjoni sħiħa fit-taxxi anke fil-livell tal-Konvenzjoni Ewropea, li tfisser ħaġa waħda biss, li minn hawn u seba' snin oħra jkollna ndaħħlu l-VAT fuq l-ikel u l-mediċini.", "Sur President, nagħlaq hawnhekk.", "F'dan il-mument tal-verità, meta l- elezzjoni ġenerali tista' tkun biss ftit ġranet jew ftit ġimgħat 'il bogħod, importanti li l-poplu jkollu l-fatti kollha f'idejh ħalli jagħrbel u jiddeċiedi flimkien mal-konsiderazzjonijiet l-oħra kollha neċessarji.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, xtaqt nieħu din l-opportunità biex nitkellem dwar suġġett li xtaqt nitkellem fuqu meta kellna d-dibattitu dwar il-ministeru ta' l-infrastruttura, imma minħabba li kien hemm tant xi tgħid fuq il-ħmerijiet u l-ħneżrijiet li qed isiru f'dak il-ministeru bħalissa ma sibtx il-ħin biex nagħmel dan.", "Nixtieq nitkellem dwar l-industrija tal- kostruzzjoni.", "L-industrija tal-kostruzzjoni bħalissa għaddejja minn problemi kbar u milli jidher il-problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom mhux se jonqsu imma se jikbru aktar 'il quddiem.", "Hemm tliet issues partikolari li fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi llum xtaqt nitkellem fuqhom.", "L-ewwel issue tirrigwarda dak li ntqal fl-istate of the environment report li għadu kemm inħareġ.", "F'dan ir-rapport qed jiġi ssuġġerit li l-ammont ta' bini fil-pajjiż għandu jitnaqqas.", "It-tieni issue tirrigwarda żewġ problemi attwali kbar ħafna li hemm f'din l-industrija, cioe` dik ta' cashflow kif ukoll ta' nuqqas ta' ħaddiema skilled għas-setturi diversi.", "It-tielet issue li xtaqt nitkellem dwarha hija l-impatt li jista' jkollhom il-leġislazzjoni u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fuq din l-industrija.", "Nibda biex nitkellem dwar dak li ntqal fl-istate of the environment report li għadu kemm ħareġ.", "Fil-parti li tirrigwarda l-industrija tal-bini, liema parti ġiet miktuba minn Dr. Adrian Mallia, dan qiegħed jgħid ċar ħafna li fl-opinjoni tiegħu l-industrija tal-bini f'pajjiżna qed tikkawża ħafna ħsara ambjentali u allura s-soluzzjoni faċli għalih hija li din l- industrija ma tkomplix tikber, anzi nipprovaw inċekknuha.", "Apparti li qed jgħid li l-industrija trid tiċċekken, fl-state of the environment report qiegħed jissuġerixxi li dan isir billi ngħollu l-prezz tal-ġebla.", "Jgħid ukoll li l-building industry needs a big rethink.", "Filwaqt li jien naqbel ma' min jargumenta li għandu jiġi kkontrollat bis- serjetà l-iżvilupp li jsir fuq virgin sites, fuq green areas, ma naqbilx li din l-industrija għandha tkun magħluqa b'tali mod u manjiera li ma titħalliex tkompli tikber.", "U ngħid għaliex?", "L-ewwelnett din l-industrija, li hija t-tielet l-akbar industrija f'pajjiżna wara t-turiżmu u l- manifattura, tħaddem madwar 7,000 ruħ direttament magħha u, jekk tqis il- ħaddiema li jaħdmu magħha b'mod indirett, tħaddem b'kollox madwar 24,000 impjegat.", "GĦaldaqstant, meta għandek industrija li hija t-tielet l-aktar importanti f'pajjiżna ma tistax taqbad u tneħħiha għax għandek problema.", "Qisu bħal meta għax għandek subgħajk juġgħek taqbad u taqta' jdejk barra.", "Hekk qed jissuġġerixxi l-istate of the enivornment report.", "Fl-opinjoni tiegħi jeħtieġ li niftħu swieq ġodda fejn tista' taħdem din l- industrija.", "Kien appuntu għalhekk li fil-leġislatura Laburista li għaddiet bejn l-1996 u l-1998, permezz ta' Att ta' dan il-parlament, kien inħoloq il- kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini, il-BICC.", "Dan kien inħoloq appuntu biex iġib flimkien lill-operaturi kollha ta' l-industrija ħalli jitkellmu dwar il-problemi li għandha l-industrija u joħorġu bi proposti li mbagħad iwassluhom lill-gvern u l-gvern tal-ġurnata mbagħad irid jara kif jattwahom.", "Effettivament il-BICC qiegħed jaħdem, imma x'qiegħed jiġri?", "Qed itella' ħafna proposti quddiem il-gvern tramite l-Ministru Zammit Dimech u jieqfu hemm, ma jkomplux.", "Issa ħalli nitkellem ftit dwar problemi oħrajn li qed tħabbat wiċċha magħhom bħalissa din l-industrija.", "Teżisti problema kbira ta' cashflow u nuqqas ta' likwidità – din hija xi ħaġa magħrufa minn kulħadd u sa ftit tax-xhur ilu anke s-Sur Vince Farrugia, segretarju tal- GRTU tkellem dwar din il-problema - tant li issa għal snin sħaħ din l- industrija kompliet timxi 'l quddiem permezz tal-barter.", "Dan ifisser li meta kuntrattur jagħmel biċċa xogħol lill-iżviluppatur dan minflok iħallsu bil-flus, iħallsu billi jagħtih proprjetà.", "Issa meta jiġri hekk tinħoloq sitwazzjoni fejn il-proprjetà tinbena mhux għax verament ikun hemm bżonnha imma biex dak li jkun jissodisfa l-ħlasijiet tal-proprjetà li tkun qed tinbena.", "Għalhekk qegħdin f'ċirku fejn is-sistema stess qed tkabbar b'mod artifiċjali l-bżonn tal-proprjetà.", "Dan imbagħad iwassalna għall-problema l-oħra li ma smajna xejn dwarha ta' l-ammont ta' proprjetà li mhux qed isir użu tajjeb tagħha f'pajjiżna għax hija magħluqa.", "Imbagħad għandek il-problema tan-nuqqas ta' skilled persons fl-industrija.", "Hawnhekk ukoll għandna diffikultajiet kbar għax m'għandniex organizzazzjoni serja biżżejjed li twassal sabiex ħaddiema f'din l-industrija jiġu ttrejnjati u tingħatalhom il-kapaċità li għandhom bżonn sabiex ikunu jistgħu jaħdmu kif titlob is-sengħa tal-lum.", "Per eżempju ̧ illum anke l- iskola tal-bennejja sfaxxat.", "Fil-fatt l-iskola teżisti imma m'hemmx studenti fiha.", "Ma nafx x'se jiġri fi ftit għexieren ta' snin oħra meta jkollna bżonn nirrestawraw ħafna monumenti storiċi li hawn madwar pajjiżna li huma magħmulin mill-ġebla jekk ma jkollniex, per eżempju, nies li kapaċi jaħdmu l-lavur bl-idejn.", "Illum hawn problemi enormi f'dan il-qasam li mhux qed jiġu ndirizzati.", "Din hija inizjattiva oħra li kellha tieħu l- BICC li milli jidher mhu qed isir xejn dwarha.", "Imbagħad xi ngħidu għall-bżonn li din l-industrija tiġi regolata b'mod differenti minn kif qed isir illum?", "Kieku ilna niġu mwegħdin għal ħafna snin, anke minn din l-amministrazzjoni, li se nagħmlu regolamenti ġodda u liġi ġdida li tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Per eżempju, f'Settembru tas-sena 2000 il-Ministru Zammit Dimech kien semma:", "''Government plans to move a bill dealing with building control and registration of contractors.\".", "Dan kien f'Settembru tas-sena 2000.", "Issa li għaddew sentejn u erba' xhur għadu ma sar xejn.", "L-ebda liġi ma ġiet quddiemna f'dan il-Parlament sabiex aħna, b'xi mod, nistgħu naġġornaw ir-regolamenti tal-bini f'pajjiżna u nġibuhom konformi ma' dak li qed titlob it-teknoloġija llum.", "Anke meta f'Marzu ta' 2001 kien qed jindirizza konferenza internazzjonali, il-Ministru Zammit Dimech reġa' rrepeta, din id-darba kien qed jitkellem fuq safety, u qal:", "''Safety on site as much as safety in the use of various buildings and structures to be put up, are two areas for which the relevant regulations and legislation are currently being completely reviewed.''.", "Jista' jkun li din il-leġislazzjoni tiġi reviewed imma minn Marzu ta' l- 2001 sal-lum din għadha ma tressqitx quddiem dan il-Parlament.", "Imbagħad f'Mejju ta' l-2001 kien ingħad li: \"Environment Minister Zammit Dimech said that registration of contractors and building control Act has been drafted and is currently being vetted by the Attorney General.\".", "Mela sena u nofs ilu lill-Attorney General tawh liġi biex jivvettjaha u Alla jbierek ̧ wara sena u nofs, għadu jivvettjaha!", "Ma nafx x'liġi hi din biex teħodlu sena u nofs biex jivvettjaha!", "Imbagħad f'Ġunju ta' l- 2001 kien ingħad li: \"A set of new building regulations for the construction industry are in the pipeline.''.", "Sal-lum dawn għadhom in the pipeline.", "Mid-dehra dan huwa pipeline twil ħafna għax dawn ir-regolamenti għadhom ma waslux!", "Dan ifisser li m'hemmx impenn min-naħa tal-gvern tal-ġurnata sabiex din l-industrija jimmodernizzaha.", "Imbagħad jiġi l-Ministru Zammit Dimech u jgħidilna li l- industrija tal-bini se tgawdi ħafna bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "U jien ngħidlu: Fejn se tgawdi l-industrija tal-bini bi sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Dawn ikkalkolaw l-impatt li se jkollha sħubija fl-Unjoni Ewropea fuq l-industrija tal-kostruzzjoni?", "F'sentejn u nofs lanqas il-liġijiet ġodda li jkunu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea kif jitlob l-acquis m'għamlu!", "Il-ministru qalilna wkoll li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea se jibgħatulna ħafna flus ̧ se jsiru ħafna proġetti u l-kuntratturi se jkollhom ħafna fejn jaħdmu u allura jiżdied ix-xogħol.", "Pero' rajnihom il-flus li se tibgħat l- Unjoni Ewropea fuq il-proġetti!", "Fil-fatt se jibgħatulna ftit li xejn.", "Din hija r-realtà.", "Pero' minkejja li huwa veru li mhumiex ġejjin flus mill- Unjoni Ewropea - din nafuha wara l-ftehim li ġie ffirmat mill-Prim Ministru – huwa veru wkoll - din tkellem tajjeb ħafna fuqha, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat - li l-compliance li hemm bżonn biex din l- industrija tal-kostruzzjoni tagħmel ħalli tirregola ruħha ma' dak li titlob ir-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa li m'aħniex nitkellmu fuqha.", "Din irridu nħarsu lejha sewwa għax ħafna mill-operaturi tagħna f'din l-industrija mhumiex konformi ma' din ir-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nafu li l-gvern intrabat li sa l-1 ta' Jannar ta' l-2004, jiġifieri sa sena oħra, irridu nkunu konformi mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li l-barrieri tal-qawwi u tal-franka rridu nġibuhom konformi mar-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa taf x'qed ngħidu meta qed ngħidu hekk?", "Nafu x'investiment hemm bżonn isir biex dawn jiġu compliant mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "Lill-operaturi qed ngħidulhom li biex dawn jiġu compliant mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea dawn iridu jinvestu Lm0.5 miljun jew Lm1 miljun?", "Lil dawk li għandhom l-impjanti tar- ready mix concrete ̧ lil dawk li għandhom l-impjanti tat-tarmac ̧ lil dawk in-nies li għandhom l-impjanti tal-bricks u lil dawk li jipproduċu l- planki qed ngħidulhom li fi żmien sena jridu jiġu compliant mar- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?", "Quddiemna għandna l-budget għas-sena d-dieħla u meta rajtu ftit sibt li l- gvern għandu dipartiment dwar il-building industry u l-construction li huwa parti mill-ministeru responsabbli mill-infrastrattura li xogħlu suppost huwa li jagħmel monitoring u jirregola l-industrija tal-bini.", "Jien kont qed naħseb li peress li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla rridu nkunu compliant f'dawn is-setturi kollha, lil dan id-dipartiment se nagħtuh xi budget fenomenali biex inkunu nistgħu nwettqu l-bidliet meħtieġa.", "Effettivament ma sar xejn minn dan.", "Fil-fatt jekk inti tara l-estimi li hemm ivvotati għal dan id-dipartiment partikolari issib li dan huwa l-istess bħal tas- sena li għaddiet.", "Mela dan id-dipartiment kif ukoll il-BICC li huwa l- kunsill kunsultattiv dwar l-industrija tal-bini flimkien ma' l-operaturi privati, m'hu qed jingħataw l-ebda fondi sabiex dawn iwettqu din il-biċċa xogħol li hija tant mportanti jekk bħalma qed jgħid il-gvern irid li Malta tidħol membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk lill-operaturi f'din l-industrija ngħidilhom biex jibdew jistaqsu l-mistoqsijiet lill-kelliema tal-gvern.", "Ngħidilhom biex dawn jistaqsuh x'inhu l-cost biex din l-industrija tiġi compliant sa Jannar ta' l-2004 kif il-gvern iffirma li jrid jagħmel.", "L-appell tiegħi lill-gvern huwa li m'għandniex noqgħodu nidħku bin-nies u noqogħdu nimlewlhom rashom bħalma qal l-Onor.", "Francis Zammit Dimech meta qal li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jiġu ħafna flus u l-industrija tal-kostruzzjoni tikber.", "Dan mhuwiex veru.", "Li huwa veru żgur huwa li biex inkunu compliant iridu jintnefqu ħafna flus.", "Nafu l-problemi ta' cashflow li għandha llum din l-industrija u jekk se nkomplu nsallbuha biex fi żmien sena jsir it-tibdil li hemm bżonn isir ̧ ħafna operaturi li jaħdmu fiha jisfaxxaw.", "Għaldaqstant lil dan il-gvern ngħidlu li hemm bżonn li jkun onest man-nies u hemm bżonn igħidilna l-affarijiet kif inhuma.", "Billi l-gvern ma jgħidilniex kif inhuma l-affarijiet ma jfissirx li t-tibdil ma jridx isir.", "Għalhekk ladarba l-gvern ma jridx jagħti informazzjoni ̧ l-operaturi u r- rappreżentanti tagħhom għandhom jibdew jistaqsu huma xi jfisser dak li nnegozja l-gvern f'isimhom ma' l-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru Ninu Zammit u l-Onor.", "Tony Abela fl-interventi tagħhom qalu li qablu maċ-ċifri li fuqhom il-gvern ibbaża d-dħul tal-bdiewa.", "Fil-fatt l-ewwel il-gvern qal li fuq kull Lm100 l-bdiewa għandhom Lm20 spejjeż u mbagħad l-ispejjeż irdoppjawha għal Lm40.", "Għalhekk il-gvern qed jikkalkula li l-bidwi jdaħħal Lm60 fuq kull Lm40 li jonfoq jew inkella Lm1.50 minn kull Lm1 li jonfoq li jiġu 150%.", "Dawn huma affarijiet tad-daħk u għaldaqstant m'hemmx dubju li gvern Laburista ġdid ikun impenjat li jirranġa din l-anomalija li se tintefa' ma' wiċċ il-bdiewa u l-familji tagħhom.", "Nixtieq inkun naf xi profezija hi li nikkalkolaw li minn kull Lm40 spejjeż li jkollhom l-bdiewa, dawn ikollhom dħul ta' Lm60.", "Kieku verament hemm dak il-qligħ il-bdiewa mhux jonqsu imma jiżdiedu.", "Sur President ̧ aħna kkalkolajna li fuq tomna raba' patata, il-bdiewa għandhom ̧ minn ta' l-inqas, spiża ta' 80% u fuq il-produzzjoni mis-serer, dawn għandhom, minn ta' l-inqas ̧ spiża ta' 60%.", "Naturalment dawn il- kalkoli poġġejthom fuq il-mejda tal-Kamra u l-unika spiża li trid tkun riferuta ma' l-ispejjeż hija fil-każ tas-serer fejn jintuża l-gass li permezz tiegħu l-produzzjoni tkun aktar effettiva u kwantitattiva.", "Dwar il-kalkoli li għamel il-gvern tkellimt mas-Sur Clement Azzopardi, mas- Sur Naudi ta' l-agricultural lobbying u mas-Sur Joe Farrugia ta' l-għaqda bdiewa progressivi li kollha ddikjaraw li ma qablux ma' dawn il-forom ta' dħul li qed jiddikjara l-gvern.", "Naturalment irrid niġi għall-punt ieħor, li għamel riferenza għalih il- kollega tagħna l-Onor.", "George Vella ̧ dwar it-tneħħija tal-levy fuq il- larinġ.", "Nhar it-Tnejn il-ministru ltaqa' mal-bdiewa u qalilhom li bl- arranġamenti li għamlu ̧ jekk il-prezz ikun għoli jew ikun baxx ̧ dawn se jkollhom special safeguards.", "Pero' hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar li t-tneħħija tal-levy minn fuq il-larinġ hija waħda temporanja u mhux fissa.", "Jidhirli li din tkopri biss mill-15 ta' Novembru sa l-1 ta' Jannar.", "Għalhekk din il-protezzjoni hija limitata biss għal sitt ġimgħat biss.", "Is-sabiħa hi li l-ministru għadu la ċaħad u lanqas ikkonferma l-levies li se timponi fuqna s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Smajna li l-gvern qed jinnegozja supply measure jiġifieri kondizzjoni speċjali fuq l- importazzjoni attwali.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u ngħid li jekk jogħġobhom tal-media għandhom jirrapportawna fedelment u mhux jabbinaw ċertu diskors ma' diskors tekniku jew inkella ma jirrapportaw xejn.", "Malta, kemm bi sħubija sħiħa kif ukoll b'politika ta' partnership ma' l- Unjoni Ewropea ̧ xorta trid tibqa net importer jiġifieri xorta trid timporta l-materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li ma tistax tipproduċi minħabba d-daqs żgħir tagħna.", "B'hekk issostni l-provvista ta' l-ikel tal-poplu tagħna ̧ issostni l-industrija tat-tjur u l-bhejjem u ssostni wkoll il-provvista ta' l-ikel tal-miljun turist li jiġu jużuruna.", "Meta nitkellmu fuq il-biedja nkunu qed nitkellmu fuq 60% tal-kummerċ dinji għaliex il-biedja hija l-ikel, hija x-xorb u hija t-tabakk.", "Per eżempju ̧ in-nies ma jirrealizzawx li l-bdiewa jipproduċu z-zokkor biex ikollna l- ħelu, ma jirrealizzawx li l-bdiewa jipproduċu l-qmuħ u ċ-ċereali biex ikollna l-għaġin u l-ħobż, ma jirrealizzawx li l-bdiewa jipproduċu l-frott biex ikollna l-liquors u ħafna affarijiet oħrajn.", "Ġeneralment in-nies jassoċjaw il-bdiewa mal-ħxejjex imma dawn m'huma xejn ħlief il-fertilità tal-ħajja ta' kull pajjiż u ta' kull ċiviltà.", "Sur President ̧ l-Unjoni Ewropea se timponi fuqna tariffi u levies li aħna m'għandniex.", "Per eżempju, din se timponi fuqna levy ta' 251.4% fuq l- importazzjoni taz-zokkor kemm-il darba dan ikun ġej minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Fuq iċ-ċanga l-Unjoni Ewropea se timponi fuqna levy ta' 88.9% meta llum ir-rata hija ta' 10%.", "Il-gvern qed igħid li se jneħħi l- levies imma fil-verita' dan qed jagħmel dikjarazzjoni falza.", "Tant hu hekk li l-Unjoni Ewropea għadha lanqas iffinalizzat negozjati għal dawn l- ispecial supply measures imma għamlet arranġamenti mal-gvern Malti biex jagħmel dawk li qed isejħulhom \"special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products\".", "Sur President, l-Unjoni Ewropea tikkompeti qisha tal-ħanut; jekk tixtri flixkun birra u tixorbu fil-ħanut tħallas prezz u jekk tixorbu d-dar tħallas prezz ieħor.", "Għalhekk peress li Malta mhijiex membru ta' l- Unjoni Ewropea m'għandhiex x'taqsam mal-prezzijiet interni u allura tixtri mill-prezzijiet ta' barra li huma irħas.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif il-ministru qed igħid li se jissusidja l-importazzjoni taċ-ċanga bi Euro840,000 meta llum is-sussidju bejn il-prezz intern u l-prezz estern huwa ta' mhux inqas minn Euro1.7 fuq kull kilo.", "Dan ifisser li jekk nieħdu ċ-ċifra li qed tiġi kkwotata f'din it-tabella ta' 7,900,000 kilo ċanga mqassma fuq numru ta' cuts li tagħhom illum inħallsu 10%, kemm jekk ikunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk ma jkunux, se nispiċċaw b'bilanċ ta' madwar Euro13 miljun.", "Issa d-dokument li tqassam nhar it-Tnejn li jismu \"Special market policy programme for Maltese agriculture\" igħid li mid-differenza ta' madwar Euro10 miljun se jingħata biss sussidju ta' Euro840,000 biex jibbilanċja l-prezz.", "Allura d-differenza min se joħroġha?", "Qed ngħidu dawn l-affarijiet fil-kontest ta' dak li qed jiġri fl-hekk imsejjaħ tibdil tal-globalizzazzjoni.", "Din is-sena l-Istati Uniti ta' l- Amerka żiedet il-budget tagħha ta' l-agrikoltura b'żewġ terzi.", "Dan ifisser li jekk kienet tonfoq Lm10 miljun għall-agrikoltura llum se tonfoq Lm17 miljun.", "B'hekk il-prezzijiet fis-suq internazzjonali li minnhom tiddependi Malta se jkunu aktar kompetittivi.", "Mela x'se jiġri?", "L-Unjoni Ewropea ̧ biex tipparteċipa f'dawn is-swieq internazzjonali, trid tkun kompetittiva hija wkoll.", "Pero' għaliex il-gvern irid ikun supperv u ma jispjegax dawn l-affarijiet lill-poplu ̧ bis-support tal-media - din ma niddejjaqx ngħidha - mhux qed igħidilna li l-Unjoni Ewropea mhux se tagħtina supply measures u allura mill-għada li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea se nkunu soġġetti għal numru kbir ta' tariffi.", "Fil-fatt biex l- Unjoni Ewropea tipproteġi s-swieq tagħha u ma tħallix prodotti jidħlu minn dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tagħha ddikjarat li l-levies li kellha fl- 1997 se tħallihom sa wara s-sena 2010.", "Issa jien irrid nagħlaq b'dan il-punt li naħseb li lill-ġurnal \"The Times of Malta\" ħarbilha.", "Il-bieraħ waqt li kont sejjer Ruma u rritornajt illum, osservajt li f'paġna 15 kien hemm parti li tgħid \"European Union back farm support cuts\" u isfel nett kien hemm li:", "\"... but translated as a cost per capita the citizens have USD338 a year for the United States and only USD276 a year in the European Union.\".", "Din hija riferenza għas-somma ta' USD90 biljun li hija kkalkolata bħala spiża ta' taxxa indiretta fuq il-konsumaturi tal-pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk il-gazzetta \"The Times of Malta\" qed tgħid li fin-negozjati li kellha l-Unjoni Ewropea mad-WTO irriżulta li l-ispiża tat- taxxa indiretta fuq dik li tissejjaħ il-farm support jiġifieri t-taxxi li jinġabru mill-popli ta' l-Unjoni Ewropea biex isostnu n-nefqa ta' l- agrikoltura tal-popli kollha ta' l-Unjoni Ewropea, titla' għal USD276 għal kull persuna fis-sena li jiġu ekwivalenti għal Lm116 fis-sena.", "Issa jekk timmultipplika Lm116 għal 390,000 persuna, iċ-ċifra titla' għal Lm45 miljun.", "Allura jien nistaqsi: Huwa veru li dawn it-taxxi li qed niddikjaraw li se jerfa' l-poplu Malti u Għawdxi per capita bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huma f'dan il-livell?", "Jien ikkwotajt minn dokumenti uffiċjali għax bla dubju, il-gazzetta \"The Times of Malta\" mhux se tikkwota minn dokumenti li ma jkunux uffiċjali.", "Għaldaqstant il-punt tiegħi huwa li aħna se nkunu soġġetti għal dawn il-piżijiet meta ma nibbenefikawx għal 90% tas-sussidji għax m'għandniex art li fiha nipproduċu dawk il-prodotti li tissussidja l-Unjoni Ewropea minn fuq dawn il-piżijiet ta' taxxi taċ-ċittadini tagħha.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi rrid nagħmel ftit mistoqsijiet u riflessjonijiet.", "Huwa possibbli li dan il- gvern jemmen li l-politika tiegħu ̧ b'mod speċjali f'dan il-budget, qiegħda tindirizza l-aspett soċjali tal-pajjiż kif verament jixraqlu?", "Possibbli dan il-gvern jemmen li qed ikun ta' sostenn għall- familji tal-ħaddiema, għal dawk kollha li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali u għal dawk kollha li qegħdin fuq il-minimum wage u li jridu jiffaċċjaw l-għoli tal-ħajja record li lħaqna din is-sena?", "Il-gvern Nazzjonalista jemmen li bil-11ċ żieda li ta lill-anzjani qiegħed verament jgħinhom biex jiffaċċjaw iż- żieda fl-għoli tal-ħajja skond l-indiċi li qalu li għamlu li assolutament mhuwiex kredibbli?", "Jien ngħid li dan l-indiċi tal-prezzijiet falla b'mod assolut milli jispjegalna x'kien proprju dan l-indiċi u kif inħadem.", "Jien fid-dibattitu tal-politika soċjali lill-Viċi Prim Ministru tlabtu biex jispjegahulna imma dan naqas milli jagħmel dan.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li qed jagħmilhom il-poplu Malti u Għawdxi fit-toroq tagħna.", "Possibbli dan il-gvern jemmen li fil-qasam ta' persuni b'diżabilità verament qiegħed - anke wara l-liġi li għaddejna minn dan il- parlament - igħin lil dawn in-nies f'termini ta' aċċessibiltà?", "Per eżempju ̧ mistoqsija li qed jagħmlu l-ġenituri ta' tfal b'diżabilità hija x'se jsir minn uliedhom meta jiġu neqsin huma.", "Possibbli dan il-gvern se jmur għall-elezzjoni li jmiss b'dawn il-mistoqsijiet u jippretendi li jiġi emnut mill-poplu Malti u Għawdxi?", "Possibbli dan il-gvern ma jistax jaffettwa l-qasam soċjali b'mod aktar pożittiv?", "Possibbli l-partit Nazzjonalista jrid jiffaċċja l-elettorat b'kuxjenza safja meta jaf li f'din il-leġislatura lħaqna l-ogħla rata record ta' qgħad, l-ogħla rata record f'dak li għandu x'jaqsam ma' għoli tal-ħajja u affarijiet oħra negattivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tax-xogħol li se nitkellem fuqhom aktar tard?", "Id-deputati tan-naħa l-oħra jaħsbu li meta jmorru jħabbtu l-bibien mhux se jsirulhom mistoqsijiet f'dan ir-rigward?", "Jien, bħala tabib, jitkellmu miegħi ħafna nies dwar il-problemi li qed isibu fil-ħajja ta' kuljum, u rrid ngħid li hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal-Laburisti biss imma anke għan-Nazzjonalisti.", "Jien ma nistax nifhem kif wara li dan il-gvern irnexxielu jiddistakka daqstant ruħu mill- kumplament tas-soċjeta`, issa qed jippretendi li l-elettorat jivvotalu fl- elezzjoni li jmiss.", "Sur President, bla ebda dubju, waħda mill-mistoqsijiet li se jqumu llejla se tkun tikkonċerna dak il-ktejjeb tas-supplementary estimates li tqiegħed il-bieraħ fuq il-Mejda tal-Kamra fejn fih insibu li matul is-sena 2002 il- gvern se jkun mar żmerċ fin-nefqa tiegħu bi kważi Lm38 miljun, u din iż- żieda fin-nefqa rridu nagħmlu tajjeb għaliha s-sena d-dieħla.", "Ikun interessanti jekk ngħid ukoll li 6.8% tan-nefqa ta' Lm38 miljun se tkun marret proprju għall-qasam soċjali.", "Dan meta fid-diskors tal-budget li għamel il-Ministru Dalli madwar ħmistax ilu - għax dan id-diskors ilu ħmistax biss li għamlu; m'ilux li għamlu xi xahar jew xahrejn - huwa qal li s-sena d-dieħla n-nefqa soċjali m'hijiex se tiżdied daqskemm tiżdied is- soltu għax se jkun hemm biss żieda ta' Lm15-il miljun mentri s-soltu din iż- żieda tkun tammonta għal madwar Lm19 miljun jew Lm20 miljun.", "Għalkemm diġa` għamilt dan il-punt fis-seduta li kellna dwar il-qasam soċjali proprju fl-10 ta' Diċembru, nixtieq nerġa` nistaqsi: Xi jfisser il-fatt li qed ngħidu li s-sena d-dieħla ż-żieda tan-nefqa soċjali se tkun ta' Lm4 miljun inqas, jiġifieri se titnaqqas b'madwar 5%, meta fl-istess ħin qed nammettu li s-sena l-oħra n-nefqa soċjali kienet ta' 6.5% iktar minn dik stmata?", "Dan ifisser li s-sena d-dieħla x-shortfall fis-social spending se tkun ħafna ikbar minn dik li ipproġetta l-Ministru Dalli.", "Irrid nagħmel ukoll il-punt li filwaqt li s-sena l-oħra n-nefqa fiċ- children's allowance kienet ta' Lm1.8 miljun iktar, il-gvern qed jgħid li s- sena d-dieħla din in-nefqa se tonqos minn Lm15.8 miljun għal Lm14.1 miljun, jiġifieri minkejja l-impressjoni li qed jagħtu li se jtejbu ċ-children's allowance minħabba li se jżidu ċ-children's allowance ta' dawk il-familji li għandhom tlett itfal jew iktar bi ħmerija - b'xi Lm1 fil-ġimgħa - qed jammettu li n-nefqa globali fiċ-children's allowance se tkompli tonqos.", "Hawnhekk jien nistaqsi lill-Ministru Gonzi: Kif tista' qatt tiġġustifika l- fatt li filwaqt li skond ir-rapport ta' ħidma tiegħek stess kienu ffrodati biss Lm0.5 miljun min-nefqa taċ-children's allowance, in-nefqa fiċ- children's allowance qiegħda titnaqqas?", "Dan kollu se jsir għad-dannu tal- familji tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, li jirrappreżentaw il-maġġoranza tas-soċjeta` tagħna.", "Probabbilment ħafna minna li qegħdin f'din il-Kamra lanqas biss nikkwalifikaw għaċ-children's allowance, imma l-maġġoranza tal- familji Maltin u Għawdxin jikkwalifikaw għal din it-tip ta' għajnuna u jkunu qed jistennew iċ-ċekk taċ-children's allowance bil-ħerqa.", "Mur staqsi lil dawk l-eluf ta' familji li qed titnaqqsilhom iċ-children's allowance, Onor. Gonzi, ħalli tara kemm dan it-tnaqqis qed jikkaġuna tbatija fost il- familji Maltin u Għawdxin!", "Jien jiddispjaċini ngħid dan il-kliem, pero` rrid ngħid li meta l-Ministru Gonzi, fil-winding up tiegħu għas-social policy debate li kellna, ipprova jiġġustifika t-tnaqqis fin-nefqa taċ-children's allowance li hemm għas-sena d-dieħla, huwa ma kkonvinċa lil ħadd.", "Per eżempju, x'jiġifieri li l- Ministru Gonzi jiġi jgħid li se jnaqqas in-nefqa taċ-children's allowance bi kważi 40% minħabba li llum il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom inqas tfal?", "Huwa fatt li r-rata tat-tfal li jitwieldu f'pajjiżna qiegħda tonqos, pero` ħadd ma jikkonvinċini li din ir-rata tant qiegħda tonqos li l-gvern ħass il-bżonn li jnaqqas in-nefqa taċ-children allowance bi kważi 40%.", "Imbagħad jiġu jipprovaw jagħtu l-impressjoni li ċ-children' s allowance se jtejbuha!", "Fil-fatt dan huwa l-ingann tal-gvern Nazzjonalista; li filwaqt li jippużaw li jkunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa għall-ġid, effettivament ikunu qed jagħmlu proprju bil-maqlub.", "Sur President, ikolli ngħid ukoll li d-diskors li għamel il-Ministru Gonzi ma kien fih l-ebda sustanza f'dak li jikkonċerna l-qasam tax-xogħol.", "Huwa veru li dan il-gvern, anke bil-għajnuna ta' l-oppożizzjoni, għadda liġijiet siewja fil-qasam tax-xogħol, pero` l-qasam tax-xogħol ma jikkonsistix biss fil-health and safety, fir-rinovazzjoni jew inkella fl-updating tal- liġijiet ta' l-IRA u taċ-CERA.", "Il-Ministru Gonzi jagħmel tajjeb jekk jara x'qed iħossu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin meta ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-ħajja bil-pagi li għandhom, meta jitilfu l-impjieg tagħhom jew inkella meta jiġu ssensjati u ma jsibux opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Kulħadd jaf li matul din l-amministrazzjoni diġa` għalqu madwar 58 fabbrika.", "F'ġieh is-sewwa, il-gvern Nazzjonalista kif qatt jista' jerġa` jirriġenera t-tip ta' investiment li hu stess qed itellef lil dan il-pajjiż?", "Bil-pompi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, qegħdin inħottu dak li bnejna flimkien mill- ħamsinijiet 'l hawn, inkluż fi żmien l-amministrazzjoni ta' Dr George Borg Olivier.", "Ma jistax ikun li l-gvern Nazzjonalista jibqa' jagħti bis-sieq dak kollu li rnexxielna niksbu tul is-snin, u dan qed ngħidu minn qalbi.", "Per eżempju, kif jaf kulħadd l-ST Microelectonics Ltd., li kienet ġiet f'pajjiżna fi żmienna, hija waħda mill-pilastri ta' l-ekonomija Maltija, u għalhekk ma jistax ikun li lil din il-kumpannija, li tikkontribwixxi għal madwar 60% ta' l-exports tagħna, nibqgħu nagħtuha bis-sieq.", "Il-gvern jaqbillu joqgħod attent u ma jżidx il-production costs tagħha għax din tista' taqbad u titlaq biex topera minn pajjiż ieħor, bħal per eżempju, mill-Marokk.", "Jiddispjaċini ngħidha, pero` l-gvern li għandna llum huwa fis- sakra u ma jafx x'qed jagħmel.", "Dan huwa ġenn sfrenat, u kif għedt diġa`, huma l-familji Maltin u Għawdxin li se jbatu l-konsegwenzi tat-tmexxija ħażina ta' dan il-gvern.", "Jekk Allaħares qatt Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, anke s-self-employed se jbatu għax kif nafu, ma nkisbet l-ebda deroga u ma nkiseb l-ebda perijodu tranżitorju f'dan il-qasam bil- konsegwenza li s-self-employed barranin se jkunu jistgħu jaħdmu f'pajjiżna mill-għada li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Matul il-winding up tiegħu għad-dibattitu li kellna dwar il-qasam soċjali, il-Ministru Gonzi pprova jirribatti l-argument tiegħi billi qal: Mhux bilfors li l-labour force survey qed juri figura ta' qgħad iktar għolja minn dik ta' l-ETC jekk l-ETC tagħmel headcount?", "Imma skużi, il-verita` hi li filwaqt li għand l-ETC imorru nies li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol b'mod proattiv, min-naħa l-oħra l-labour force survey jidentifikalek niċeċ ta' nies li mhux talli m'humiex qed jaħdmu imma talli lanqas biss imorru jirreġistraw għax-xogħol, bħalma huma n-nisa tad-dar u dawk iż-żgħażagħ li jkunu għadhom kif telqu minn fuq il-bank ta' l-iskola.", "Lili jinkwetani l- fatt li filwaqt li mil-labour force survey jirriżulta li hemm 12,000 ruħ qegħda, l-ETC qed tgħid li l-figura ta' nies qegħda hija ta' 7,500, għax naturalment minħabba din il-varjazzjoni lanqas nistgħu noqogħdu fuq dawn il- figuri.", "Per eżempju, waħda mill-ikbar differenzi li teżisti bejn dak li nsibu fil- labour force survey u dak li qed tgħid l-ETC - u hawn irrid ngħid li ma smajt lil ħadd isemmi dan il-punt jew jipprova jirribattih - hija li filwaqt li l-ETC qiegħda tiftaħar li n-numru ta' mpjiegi żdied u li l- public sector employment naqas b'900 ruħ, il-labour force survey qiegħed proprju jindika bil-maqlub għax minnu jirriżulta li l-public sector employment żdied b'2,500.", "Għalhekk Onor. Sinjuri tal-gvern, jekk jogħġobkom ikkjarifikaw dawn il-figuri.", "Nikkonkludi billi ngħid li m'hu veru xejn li dan il-budget qed jindirizza l- interessi soċjali tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa se jibda l-ħin allokat għall-kelliema tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, wasalna fl-aħħar ġurnata tad-dibattitu twil li kellna fuq il-budget, dibattitu li matulu smajna lill-kelliema tal- gvern isemmu x'wettaq il-gvern Nazzjonalista matul din il-leġislatura, jiġifieri matul dawn l-aħħar erba' snin, u x'hemm ippjanat għall-futur, partikolarment għas-sena li ġejja, filwaqt li smajna lill-kelliema ta' l- oppożizzjoni jagħmlu s-soltu kritika fqira, ħafna drabi inġusta kif ukoll distruttiva tagħhom.", "Id-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla juri biċ-ċar kemm matul l-erba' snin li għaddew il-gvern Nazzjonalista saħħaħ lil pajjiżna biex kulħadd ikun aħjar.", "Wieħed jista' jgħid li dan il-budget intlaqa' b'mod tajjeb minn kulħadd, apparti mill-GWU u mill-partit Laburista, pero` din issa drajnieha.", "Ibda mill-man in the street u spiċċa minn min imexxi t-trade unions tal-ħaddiema u minn min imexxi l-għaqdiet ta' min iħaddem, dawn kollha kellhom kliem ta' tifħir għall-budget u kollha qallu li dan il- budget kien wieħed pożittiv.", "Fil-fatt dan il-budget tant intlaqa' tajjeb li bdejna nisimgħu min-naħa ta' l-oppożizzjoni li dan kien budget kien ta' lejliet l-elezzjoni, jiġifieri kien intiż biex jiġbed il-voti lejn il- partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja.", "Jista' jkun li dan kien budget ta' lejliet l-elezzjoni, pero` jekk irid il-gvern Nazzjonalista għandu ċans jagħmel budget ieħor qabel ma jsejjaħ elezzjoni.", "Issa lill-oppożizzjoni drajnieha daqqa tgħid ħaġa u daqqa tgħid oħra, u anke f'dan il-każ, l- oppożizzjoni filli qed tgħid li dan il-budget huwa ta' lejliet elezzjoni u li ġie maħdum b'mod li jiġbed il-voti lejna u filli ġġib lil kull min jemminha qalbu ġunġliena, imma nsomma, min se jemmen il-gideb ta' l- oppożizzjoni?!", "Per eżempju, Mr Speaker, kritika li smajnieha ta' kuljum matul dawn l-aħħar jiem u fil-fatt għadna kif smajnieha proprju ftit minuti ilu tikkonċerna l- pensjonanti għax il-Membri tan-naħa l-oħra qed jgħidu li kulma se jieħdu żieda għall-għoli tal-ħajja l-pensjonanti huma biss 11-il ċenteżmu.", "Ħalli nagħmluha ċara; iż-żieda li se jieħdu l-pensjonanti hija ta' Lm1.27 kull ġimgħa.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni semmew ukoll il-wegħda li għamilna lill-pensjonanti fil-programm elettorali tagħna li se nagħtuhom iż-żieda kollha ta' l-għoli tal-ħajja u mhux biss iż-żewġ terzi, u fil-fatt aħna hekk qed nagħmlu, pero` aħna nagħtu din iż-żieda biss wara li naraw fiex tkun tikkonsisti x-xirja tal-pensjonanti.", "Per eżempju, m'għandix dubju li x-xirja tal-pensjonant hija differenti mix-xirja tal-ħaddiema, li x'aktarx ikunu miżżewġin bit-tfal.", "Huwa veru li l-pensjonant jonfoq iktar f'dik li hija dieta, f'dawk li huma mediċini u f'dawk li huma servizzi mediċi - u hawnhekk ma rridux ninsew li l-mediċini l-gvern jipprovdihom b'xejn lill- maġġoranza l-kbira tal-pensjonanti - pero` x'aktarx li x-xirja tal-ħaddiema tkun ikbar.", "Biss biss jekk il-ġenituri jkunu jaħdmu, huma jkunu jridu jonfqu l-flus fit-trasport u fi ħwejjeġ filwaqt li mbagħad ikollhom ukoll l- ispejjeż tat-tfal, allavolja forsi dawn ikunu jattendu skola tal-gvern.", "Għalhekk inħass il-bżonn li jsir survey speċifikament għall-anzjani.", "Kieku ma sarx dan is-survey li aħna konna wegħedna fil-programm elettorali tagħna, kieku llum il-pensjonant se jieħu biss żewġ terzi taż-żieda ta' l- għoli tal-ħajja, jiġifieri Lm1.17, imma bis-saħħa ta' dan is-survey il- pensjonant se jibda jieħu Lm1.27ċ kull ġimgħa.", "Lill-oppożizzjoni smajnieha wkoll tagħmel il-kritika - u fil-fatt din il- kritika għadna kemm smajnieha ftit ilu - li filwaqt li qed ngħidu li se nżidu ċ-children's allowance lil dawk li għandhom iktar minn żewġt itfal, il-vot allokat għal din l-allowance naqas u allura pprovaw iġibu l-argument li mhux veru li l-gvern se jżid iċ-children's allowance lil dawk li għandhom iktar minn żewġt itfal.", "Issa dan m'hu veru xejn għaliex il-vot taċ-children's allowance żdied.", "Huwa veru li dan żdied bi ftit, imma l- fatt huwa li żdied, u r-raġuni għaliex il-vot allokat għaċ-children's allowance żdied hija li llum in-numru tal-familji li jkollhom iktar minn żewġt itfal qiegħed dejjem jonqos, u qiegħed jonqos sew.", "Fil-fatt ta' min jgħid li se jkun hemm ma' l-4,400 familja li l-benefiċċju taċ-children's allowance tagħhom se jiżdiedilhom b'medja ta' Lm1 fil-ġimgħa proprju b'din il-miżura.", "F'din il-Kamra smajna wkoll li n-numru ta' nies li huma intitolati għal mediċini b'xejn permezz ta' l-hekk imsejħa \"karta roża\" qiegħed jonqos, pero` dan xi jfisser?", "Dan ifisser li kien hemm numru ta' nies li kellhom pensjoni baxxa jew dħul baxx u llum id-dħul tagħhom żdied b'mod li m'humiex qed jibqgħu jiġu intitolati għall-karta r-roża.", "Dan il-fattur ifisser ukoll li kien hemm persuni li kienu qed jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz u d- dipartiment għas-sigurta` soċjali nduna b'dan, u fil-fatt ġew diversi nies irrabjati għandi biex nirranġalhom minħabba li dawn ma baqgħux intitolati għall-karta r-roża, imma ovvjament lil dawn in-nies ma naqdihomx għax ejjew ngħiduha kif inhi; x'jiġifieri tħalli nies jibqgħu jisirqu u jisolħu l-flus minn fuq dahar il-poplu?", "Imma oħroġ il-għaġeb, hawnhekk smajna membri ta' l-oppożizzjoni jaqbżu għal dawn in-nies, jiġifieri dawn in-nies sabu forċina f'uħud mill-membri ta' l-oppożizzjoni, u dan huwa abbuż sfaċċat.", "Naħseb kull deputat li hawn f'din il-Kamra ltaqa' ma' nies li qalulu: Mela sewwa; bniedem li għandu dħul konsiderevoli - u dan ikun jidher mill- karozza li jkollu, minn kif jilbes u minn kemm isiefer fis-sena - igawdi mill-benefiċċji soċjali filwaqt li jien, għax jien onest, ma ngawdi mill- ebda benefiċċju!", "Il-miżuri li ħa d-dipartiment għas-sigurta` soċjali f'dan ir-rigward ġew ikkritikati ħafna drabi hawn ġew mill-membri ta' l- oppożizzjoni wkoll, pero` kienu proprju dawn il-miżuri li naqqsu n-numru ta' dawn is-sangisugi.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li waħda mir-raġunijiet għaliex in-numru ta' nies li jgawdu mill-karta r-roża naqas hija l- effiċjenza tad-dipartiment għas-sigurta` soċjali.", "Mr Speaker, ħaġa oħra li l-oppożizzjoni Laburista xxewwex lill-poplu biha - u din hija diska li ilha ddoqq żmien twil - hija li matul dawn l-aħħar erba' snin il-gvern daħħal mal-Lm240 miljun taxxa iktar minn żmienhom.", "Huwa veru li sa l-aħħar tas-sena d-dħul tal-gvern se jkun ta' Lm240 miljun iktar, u fil-fatt il-Prim Ministru qal li dan id-dħul jista' jiżdied saħansitra għal Lm265 iktar.", "L-oppożizzjoni qed iġġib l-argument li dawn il-miljuni kollha l-gvern ħadhom mingħand il-poplu matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Issa hawnhekk ta' min jispjega li d-dħul tal-gvern m'hux ġej kollu mit-taxxi, u fil-fatt matul dawn l-aħħar erba' snin id-dħul mit-taxxi kien biss ta' Lm70 miljun iktar filwaqt li l-kumplament tal-Lm190 miljun l-oħra l-gvern daħħalhom mill-qasam ta' l-ekonomija Maltija.", "Bi pjaċir ngħid li minkejja d-diffikultajiet li kien hawn fl-ekonomija madwar id-dinja kollha, l-ekonomija Maltija tjiebet matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Huwa veru li forsi ma tjibietx daqskemm xtaqna, imma huwa fatt li l-ekonomija tjiebet.", "Matul dawn l-aħħar snin naqas ukoll il-qgħad u kien hemm 3,600 ruħ li filwaqt li qabel kienu jieħdu benefiċċju soċjali, dawn illum sabu mpjieg ġdid jew daħlu fis-suq tax-xogħol għall-ewwel darba.", "Dan ifisser li dawn it-3,600 ruħ mhux talli ma baqgħux piż fuq is-soċjeta` imma talli bdew iħallsu l-bolla kull ġimgħa u f'ċerti każijiet anke t-taxxa għax uħud minn dawn il-ħaddiema sabu mpjieg li jrendi tajjeb.", "Fil-fatt fid-diskors tal- budget ingħad li d-dħul tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jiżdied b'iktar minn Lm120 miljun fis-sena.", "Dan id-dħul, apparti milli jrendi iktar lill-gvern, partikolarment bl- income tax, jiġġenera wkoll iktar kummerċ.", "Naturalment jekk jiġġenera iktar kummerċ, allura jkun hemm iktar impjegati u sidien ta' intrapriżi li jmorru tajjeb, u allura dan ikun ifisser iktar dħul għall-gvern, imma ċertament iż-żieda li qed ikun hemm fid-dħul tal-gvern ma tfissirx li l- gvern qed jiġbor iktar taxxi mingħand il-poplu.", "Huwa minnu li kien hemm żmien meta l-gvern żied it-taxxi, partikolarment fis-snin 2000 u 2001, imma meta l-gvern Nazzjonalista jżid it-taxxi dejjem joqgħod attent li ma jmissx lill-batut u lil min ma jiflaħx.", "Fil-fatt il-batut qatt ma żdidulu t-taxxi taħt gvern Nazzjonalista.", "Jien ma niċħadx li meta l-gvern Nazzjonalista żied xi taxxi, smajna t-tgergir mingħand in-nies tal-klassi medja jew għolja, pero` din hija ħaġa naturali u kif jgħid il-Malti, lill-bniedem meta toqroslu l-but, dan joqmos.", "Il-verita` hi li għalkemm dawn in-nies kellhom jissikkaw xi ftit iċ-ċinturin, il-way of living tagħhom baqa' l- istess u ma kien hemm l-ebda bidla fir-ritmu li kienu jgħixu fih qabel.", "Mela, Mr Speaker, x'għandna ngħidu għall-gvern Laburista, li matul l-1997 u l-1998 tant daħħal taxxi li f'sentejn irnexxielu jiġbor iktar minn Lm60 miljun mit-taxxi, xi ħaġa li ġabet lill-pajjiż fi kriżi?!", "Sewwa konna ngħidulu li dak il-gvern kien gvern \"tal-calculator\" għax huwa kien idaħħal it-taxxi mingħajr ma jagħti kas lil min se jolqot bil-konsegwenza li l- Maltin u l-Għawdxin kellhom iħallsu t-taxxi kollha li daħħal il-gvern Laburista, irrispettivament minn jekk kenux jifilħu jħallsuha jew le.", "Apparti miż-żidiet fit-taxxi li l-gvern Laburista mpona fuq is-sigaretti u fuq ix-xorb alkoħoliku, li hija xi ħaġa aċċettata, il-gvern Laburista kien impona żidiet kbar fuq il-prezz tal-petrol u fuq il-prezz tal-pitrolju, li mhux biss jintuża mill-industrija imma wkoll minn nies li għandhom mezzi limitati ħafna.", "Fil-fatt it-taxxa fuq il-pitrolju tant kienet żdiedet fi żmien il-gvern Laburista li fl-1998 irrendiet lill-gvern mal-Lm1 f'sisa biss.", "Kemm rajniehom jiġu introdotti taxxi ġodda fis-sentejn li l-partit Laburista dam fil-gvern!", "Per eżempju, rajna tiżdied it-taxxa fuq in-noll ta' min isiefer bl-ajru jew bil-baħar, rajna r-reġistrazzjoni tal-karozzi u l-prezz tal-liċenzji jisplodu 'l fuq u rajna l-premiums ta' l-insurance jogħlew b'mod esaġerat ukoll, pero` naħseb li waħda mill-iktar miżuri oxxeni li ħa l-gvern Laburista dak iż-żmien f'dik li hija taxxa kienet li introduċa fee ta' Lm1 għal kull ċertifikat li kien jinħareġ minn tabib tal- polyclinic, jiġifieri min ma kienx jaffordja jmur għand it-tabib privat tiegħu, xorta kellu jibda jħallas biex jinqeda.", "Anke lil dawk in-nies li kienu intitolati għall-karta r-roża, li għadna kemm semmejna xi ftit ilu u li ma jaffordjawx jixtru l-mediċini, kien imponielhom taxxa ta' 50c fil- ġimgħa.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux biss biex nuri kemm il-gvern Laburista kien introduċa taxxi imma wkoll biex nuri li l-gvern Laburista kien jintroduċi t-taxxi mingħajr ma jagħti kas jekk dawn it-taxxi humiex se jeffettwaw anke lill-fqir jew lill-batut.", "Huwa kien jimponi t-taxxi u ż- żidiet bl-addoċċ, kif għamel, per eżempju, fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew meta introduċa t-taxxa ta' Lm48 fis-sena fuq kull servizz tad-drenaġġ.", "Nerġa` ngħid li f'erba' snin il-gvern Nazzjonalista daħħal inqas minn Lm70 miljun fi dħul ta' taxxi filwaqt li f'sentejn il-gvern Laburista daħħal iktar minn Lm60 miljun.", "Kif għedt diġa`, il-kumplament tad-dħul li daħħal il-gvern Nazzjonalista kien riżultat tat-tibdil fl-ekonomija u iktar minn hekk, kien riżultat ta' l-effiċjenza kbira li kien qed ikun hemm fil-ġbir tat-taxxi.", "L-istil maniġerjali ġdid - u hawnhekk qed insemmi kelma li tan- naħa l-oħra jħobbu jużawha ħafna - li daħħal il-Ministru Dalli fid- dipartiment ta' l-income tax ġab lill-maġġoranza assoluta tat-taxpayers konxji tad-doveri tagħhom.", "Dawk li kienu jiskartaw u jevadu t-taxxa kellhom jiġu f'sensihom, pero` tiskanta, meta t-taxxi bdew jinġabru fil-ħin minn min suppost iħallashom, l-oppożizzjoni minflok ma faħħret lil dan id- dipartiment jew ikkumplimentat lill-gvern għal dan, bdiet tgħid li aħna qed inkissru lill-pajjiż għaliex qed innaqqsu l-cash flow.", "Sur President, il-budget għas-sena 2003 - li l-Ministru Dalli sejħilha \"is- sena tad-destin\", kif fil-fatt hi - jimmira biex il-ġid li nħoloq tul dawn l-erba' snin, ovvjament b'ċerti sagrifiċċji, jitgawda minn kulħadd u ħadd ma jibqa' lura.", "Riżultat ta' dan huwa l-progress kbir li għamel il-poplu Malti u Għawdxi kollu f'dak li huwa livell ta' għajxien.", "Dan iwassal mhux biss lill-poplu imma anke lil pajjiżna biex ma jibqax lura, u issa pajjiżna u l-poplu tagħna se jimxu ħafna u ħafna iktar 'il quddiem għax id- direzzjoni ċara tal-gvern Nazzjonalista wasslet biex Malta daħlet fil-port ta' l-Ewropa, b'sodisfazzjon kbir għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Fil-fatt fi ftit ġimgħat oħra se nniżżlu l-ankri tagħna fil-port ta' l-Ewropa, norbtu mal-moll u ngawdu mill-art imwiegħda.", "Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra Malta wriet li żgħira kemm hi żgħira, għandha nies kapaċi daqs ħaddieħor, u forsi iktar ukoll.", "In-negozjaturi Maltin - u lil dawn ta' min jirringrazzjahom u jfaħħarhom għax-xogħol tant tajjeb li għamlu - waslu fejn ħaddieħor ma wasalx.", "Il-kapaċita` tagħhom wasslet biex Malta rnexxielha tagħmel pakkett xieraq u dinjituż.", "Minħabba l-famuża friża li għamel il-gvern Laburista fl-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, in-negozjati damu biex bdew, pero` xorta waħda rnexxielna naslu.", "Naturalment dan ma kienx faċli, imma l-kisbiet kbar li għamilna xejnu t-tbassir bażwi ta' l-Onor.", "Alfred Sant u sħabu għal kollox.", "Kemm qalu, Mr Speaker, li l-lingwa Maltija konna qed narmuha u konna qed inbigħuha!", "Fil-fatt illum il-lingwa Maltija saret lingwa uffiċjali fl- Unjoni Ewropea, u din hija xi ħaġa li lilna tagħmlilna unur, l-iktar meta nafu li hemm pajjiżi li għalkemm huma diġa` membri fl-Unjoni Ewropea, il- lingwa tagħhom għadha m'hijiex uffiċjali f'din l-unjoni.", "Kemm qalu li mhux se jkollna kummissarju!", "Imma llum nafu li kummissarju se jkollna wkoll.", "Kemm qalu li mhux se jkollna iktar minn żewġ membri parlamentari fil- parlament Ewropew!", "Imma fil-fatt se jkollna ħames membri parlamentari fil- parlament Ewropew, u meta nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea u niġu għall- inter-governmental committee se ninsistu biex ikollna s-sitt membru parlamentari wkoll, allavolja Malta hija l-iżgħar waħda minn 25 pajjiż.", "Kemm qalu li se nitilfu n-newtralita`!", "Fil-fatt in-newtralita` qatt ma kienet problema, iżda se nagħmluha ċara u bil-miktub permezz ta' trattat li la se jkollna bażi u lanqas se nieħdu parti attiva f'xi gwerer.", "Kif qal il- ħabib tiegħi l-Onor.", "Michael Frendo, meta jiġi ffirmat l-accession treaty f'Ateni mhux biss il-15-il membru li hemm bħalissa fl-Unjoni Ewropea imma anke d-disa' pajjiżi l-oħra li qed jistennew li jsiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea se jiffirmaw dan il-kuntratt, li jiggarantixxi li Malta tibqa' newtrali.", "U kemm qalu fuq l-abort il-membri ta' l-oppożizzjoni!", "Għalkemm din m'hijiex xi ħaġa li tirrigwarda lill-Unjoni Ewropea, aħna se nniżżluha fit-trattat ukoll li ma rridux li l-abort f'pajjiżna jiġi legalizzat.", "Kemm xewxet l-oppożizzjoni li hekk kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea, l-Isqallin ġejjin f'pajjiżna biex jieħdu x-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Fil-fatt anke hawnhekk, aħna wasalna biex nilħqu ftehim li permezz tiegħu, filwaqt li l-gvern se jkun jista' jikkontrolla d-dħul tal-ħaddiema barranin f'pajjiżna, kif wara kollox qed jagħmel issa, il-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jkunu jistgħu jmorru jaħdmu fi kwalunkwe pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea minn dakinhar stess li nsiru membri sħaħ ta' din l-unjoni.", "Ara ċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra, l-iktar tal-pajjiżi ex-komunisti, mhux se jkunu jistgħu jmorru jaħdmu f'pajjiżi oħra; lanqas f'Malta.", "Kemm qalu li hekk kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea, se jiġu l-barranin jixtru proprjeta` f'Malta!", "Fil-fatt anke hawnhekk, aħna żammejna iebes u ħloqna policy li biha dawk il-barranin li jkunu jridu jixtri proprjeta` f'pajjiżna jkunu jridu jkunu ilhom jgħixu f'Malta għal mill-inqas ħames snin.", "Issa ejjew nammettu li kemm gvernijiet Laburisti kif ukoll gvernijiet Nazzjonalisti għamlu minn kollox biex iħajru lill-barranin jiġu jixtru proprjeta` f'Malta għax din kienet xi ħaġa li trendi.", "Fil-fatt anke l-gvern Laburista ta' ftit snin ilu mmexxi mill- Onor. Alfred Sant kien qed jipprepara skema biex iħajjar lill-barranin jixtru proprjeta` hawn Malta.", "Għalhekk jien nistaqsi: Allura issa, għax se nidħlu fl-Unjoni Ewropea, qed jaraw li l-proprjeta` se togħla?", "Il- Membri ta' l-oppożizzjoni qalu wkoll li bis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea se nitilfu ż-żona ta' 25 mil għas-sajjieda tagħna imma aħna rnexxielna nilħqu ftehim anke f'dan ir-rigward, b'liema ftehim din ir- riżerva se tkun esklussivament għas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Il-gvern se jipprovdi wkoll il-mezzi biex il-flotta Maltija tas-sajd tiġi ristrutturata għal aktar effiċjenza u sigurta`, u dan se jsir bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kemm qalu u għadhom qed jgħidu l-Membri ta' l- oppożizzjoni li hekk kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea, il-bidwi se jispiċċa bla xogħol!", "Pero` bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, il-bidwi mhux talli mhux se jispiċċa bil-ġuħ imma talli se jieħu kumpens xieraq biex jirristruttura ruħu tajjeb.", "Fil-fatt bil-ftehim fuq il-qasam ta' l-agrikoltura m'huwiex se jgawdi biss il-bidwi imma anke l-konsumatur Malti, u dan bi prodotti aħjar, b'varjeta` ikbar u bi prezzijiet tajbin.", "Smajna kemm-il darba wkoll li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea l-gvern Malti m'hux se jkun jista' jkompli jissussidja lit-tarznari u għalhekk dawn se jkollhom jingħalqu, imma anke f'dan il-każ, l-Unjoni Ewropea aċċettat li Malta tkun tista' tissussidja lit-tarznari għal numru ta' snin sakemm dawn jiġu fuq saqajhom.", "Kemm kesksu fuq il-VAT.", "Illejla stess smajna li din se ssir ukoll fuq il-mediċini u l-ikel.", "Anke hawn in-negozjaturi Maltin irnexxielhom jassiguraw li sas-sena 2010 nibqgħu kif aħna u mbagħad na\\mluha wara s-sena 2010, barra jekk l-Ingilterra u l-Irlanda jibqgħu ma jagħmlux il-VAT fuq il-mediċini u l-ikel.", "Kemm xewxu lill-kaċċaturi u lin- nassaba li jitilfu d-delizzju tagħhom.", "Il-kaċċaturi u n-nassaba ta' l- affari tagħhom issa kuntenti u sodisfatti li n-negozjati li saru se jkunu ta' ġid għalihom.", "Sur President, dan kollu flimkien mal-pakkett finanzjarju li ntalab f'Copenhagen fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra ġab fix-xejn l-argumenti ta' l- oppożizzjoni.", "Minkejja dan, jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni hawnhekk jibqa' imeri s-sewwa magħruf.", "Irid mingħalih jiżvijja l-vot fir-referendum.", "Minflok jipprova jipperswadi jew għallinqas ifiehem lill-poplu Malti x'fih dan il-famuż pakkett ta' partnership il-kap ta' l-oppożizzjoni jmaqdar u jgiddeb l-akkwist li għamlet Malta għal meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tas-sena 2004.", "Jista' jgħidilna l-Onor.", "Alfred Sant, sa issa x'garanziji għandu jekk Allaħares qatt u Alla jnixxifli lsieni jsib ruħu fil-gvern?", "Jista' jgħidilna x'garanziji għandu li l-Unjoni Ewropea tibda tiddiskuti miegħu mill-ewwel?", "Jista' jgħidilna x'se jitlob u x'se jieħu?", "Jista' Dr. Alfred Sant jgħidilna kemm se jdum biex jasal għal ftehim?", "Għandu xi timeframe biex jassigurana meta se jibdew dawn id- diskussjonijiet?", "Għandu ftehim ma' l-Unjoni Ewropea fuq dan it-timeframe?", "Jaf Dr. Alfred Sant li meta jmur biex Allaħares qatt, jekk imur hemmhekk, irid jitkellem ma' nies bħal Verheugen u oħrajn li qalulu li l-pakkett ta' partnership ma jreġix?", "Meta kienu fil-gvern ħlief għal xi draft ta' ftehim li kien ukoll jinkludi t-tneħħija tal-levies m'għamlu xejn.", "Jistgħu jgħidulna jekk wegħduhx xi flus l-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħidilna minn fejn se jġib il-flus li sakemm isir dan il-ftehim li bilfors irid jieħu numru ta' snin?", "Dawn se jġibhom mit-taxxi tal-poplu?", "Dan il-pakkett tal-fantażma ta' l-hekk imsejħa partnership tal-Malta Labour Party huwa vojt.", "Issa l-poplu Malti għandu quddiemu pjan li fost affarijiet oħra hemm iktar minn Lm80 miljun li deħlin għas-snin 2004-2006.", "Għandu wkoll ikun iffirmat nhar il-Ġimgħa l-protokoll ma' l-Italja għal Lm30 miljun oħra u dan sabiex Malta tipprepara ruħha aħjar biex tissieħeb.", "Jista' Dr. Alfred Sant jew xi ħaddieħor jispjegali minfejn se nġibu dawn il-flus 'il fuq minn Lm110 miljun jekk aħna ma nsirux membri?", "Sur President, il-poplu Malti għandu quddiemu pjan ċar, bid-dettalji kollha tal-kisbiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-oppożizzjoni qed tippresta pakkett fantażma.", "Aħna konvinti li l-poplu Malti, kif dejjem għamel fl-iktar okkażjonijiet importanti fil-ġrajja ta' pajjiżna sew f'dik li hija integration, sew fil-każ ta' l-indipendenza anke issa jasal biex jagħmel deċiżjoni tajba ħafna, deċiżjoni li tiggarantixxi li jkollna livell ta' għajxien aħjar milli għandna.", "Jekk nidħlu fl-Ewropa jkun hemm iktar impjiegi, jinfetħu swieq enormi għall- prodotti Maltin, il-ħaddiem Malti niggarantulu u nassigurawlu l-aqwa drittijiet fid-dinja tax-xogħol.", "Iż-żgħażagħ Maltin ikollhom opportunitajiet fl-aqwa istituti u universitajiet fejn ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw u jekk iridu anke jaħdmu.", "Id-dħul fl-Unjoni Ewropea jfisser ukoll - u din għalija hija importantissima - garanzija għad- demokrazija.", "Mr Speaker, kien proprju l-biża' tat-telf tad-demokrazija li l-eżekuttiv tal-partit Nazzjonalista fl-1979 ivvota biex malli jkun fil-gvern japplika għad-dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Forsi mhux kulħadd jiftakar, imma dawk kienu żmenijiet fejn gvern Laburista kien meqjus bħala reġim li ma jittollera qatt id-demokrazija.", "Kien gvern li kien jiekol il-kirxa ma' pajjiżi bħall- Bulgarija u r-Rumanija, dak iż-żmien pajjiżi komunisti mill-iktar estremi.", "Kien gvern li għamel trattat minn wara l-poplu mal-Korea ta' Fuq.", "Kien gvern li neħħa hawn Malta l-qorti Kostituzzjonali u ssosspendiha għal tliet snin sħaħ.", "Ara llum kulħadd itella' lill-gvern quddiem il-qorti Kostituzzjonali imma dak iż-żmien beża li ma jkunx hemm xi ħadd f'dawk it- tliet snin li jtella' lill-gvern biex ifittxu għall-ħneżrijiet li kien jagħmel.", "Il-ħaddiema dak iż-żmien jekk jistrajkjaw kienu jiġu msawwta u sospiżi u anke jitilfu xogħlhom.", "Rajna studenti msawwta, rajna ħaddiema msawwta u rajna nies jidħlu fid-depot tal-pulizija b'saħħithom u joħorġu minn hemm imbiċċrin.", "Kien hemm ukoll min ħarġuh mejjet.", "Mr Speaker, dawn u ħafna affarijiet oħra bħal dawn qatt ma jistgħu jiġru f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min jaf jekk il-partit Laburista jaqbilx ma' din il-kwalita` ta' demokrazija fl-Unjoni Ewropea?", "Wara kollox Dr. Alfred Sant, il-kap ta' l-oppożizzjoni, il-mexxej tal-partit Laburista, kien jifforma parti importanti ħafna mill-istruttura ta' l-MLP ta' dak iż- żmien.", "Forsi Dr. Alfred Sant ma jaqbilx ma' din it-tip ta' demokrazija?", "Forsi għalhekk ma jridx li aħna nidħlu?", "Konna ngħidu riesaq l-aħħar xarabank, riesaq l-aħħar train u jekk ma nitilgħux ma kienx ikollna ċ-ċans li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Tlajna u issa wasalna.", "Il-vapur lest u qiegħed fil-port.", "Issa wasalna fil-point of no return.", "L-ajruplan għadda iktar minn nofs ir-runway u allura issa ma jistax jieqaf.", "Dan ifisser li t-titjira se twassalna fid-destin finali tagħna, l-Ewropa magħquda, l-Ewropa waħda, Ewropa għall-paċi u għas-sliem.", "Jien ċert, Mr Speaker, li din se tkun l-għażla tal-poplu Malti fir- referendum li jmiss.", "Peress li din hija l-aħħar ġurnata li qegħdin hawnhekk nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilek u l-familja kif ukoll lill-membri taż-żewġ naħat - allavolja mhumiex hawn - s-sena t-tajba u l-Milied it- tajjeb.", "Nawgura l-festi t-tajba wkoll lill-impjegati kollha li jaħdmu f'dan il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Grazzi, Mr Speaker.", "Qabel xejn ningħaqad mal- kollega tiegħi l-Onor.", "John Vella biex ukoll insellem lilek f'din is-sena ta' ħidma li għaddejna flimkien f'dan il-parlament.", "Kienet sena ta' xogħol estensiv ħafna u naħseb li ftit kienu s-snin li għaddejna daqshekk ġranet naħdmu u niddibattu l-liġijiet li fl-aħħar mill-aħħar se jwassluna għad- destin li minnu jiddependi pajjiżna fil-futur.", "Nixtieq ukoll nirringrazzja u nifraħ lill-istaff kollu ta' din il-Kamra, kemm lill-iskrivan tal-Kamra u l-iskrivani tiegħu, kemm dawk in-nies li qegħdin jagħmlu xogħol ta' stampar u anke ta' recordings, kif ukoll lill- messaġġiera, lill-pulizija u anke lis-suldati li wkoll jaħdmu u jagħtu s- sehem tagħhom.", "Kieku ma jkunx hawn huma ma nafx kif irid jimxi dan il- parlament.", "Mr Speaker, meta wieħed imur lura d-dar filgħaxija, ikun għajjien kemm ikun għajjien jgħid \"what a day\" jew inkella fl-aħħar tal-ġimgħa \"what a week it was\" imma din is-sena nistgħu ngħidu \"what a year it was\".", "Kienet sena verament ta' ħidma, u ta' tmexxija bil-għaqal minn gvern Nazzjonalista li wassal lil Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Jiena għadni niftakar il-kunsill ġenerali tal-partit Nazzjonalista ta'l- 1981, fejn Dr. Eddie Fenech Adami kien qal: Ejja nitfgħu salvauomo lill- partit Laburista u ngħidulu japplika biex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qatt ma nista' ninsih dan id-diskors.", "Il-Prim Ministru kien għamel dan is- suġġeriment lill-partit Laburista l-iktar minħabba d-diżastru li kien hawn ġewwa pajjiżna dak iż-żmien, meta kellna theddida għad-demokrazija, qgħad dejjem jiżdied u qabda nkwiet.", "Dan l-appell li għamel kien appell ġenwin, appell ħiereġ mill-qalb ta' bniedem li ried verament il-ġid lill-pajjiżna.", "Illum il-ġurnata proprju kellha tkun din l-istess persuna, li wettqet dak is-suġġeriment bħala prim ministru ta' gvern Nazzjonalista.", "U jiena kburi li ninsab f'din in-naħa tal-Kamra nifforma parti minn partit li rnexxielu jġib dak il-pakkett ta' negozjati tajbin ħafna li kellu t-tifħir ta' kull settur tal-poplu Malti.", "Mr Speaker, din is-sena kienet waħda memorabbli għal pajjiżna.", "Jiena nixtieq ngħid kemm ġew iżuruna nies din is-sena u kemm faħħru l-progress li Malta li qed tagħmel rigward sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Nibda biex insemmi, Mr Speaker, id-diversi viżiti statali li kellna.", "Per eżempju, kellna l-viżta tal-President ta' l-Albanija, il-viżta tal-Ministru ta' l- Affarijiet Barranin Ċiprijott, il-viżita tal-Prim Ministru Spanjol, tal- President Vaclav Havel, tal-viċi president tal-Bundestag, il-viżta tas- segretarju ta' l-istat tat-Tuneżija, viżta mill-assistent ministru għall- affarijiet barranin Eġizzjan, il-viżta uffiċjali mill-president tal- parlament ewropew Pat Cox, li kien indirizza wkoll il-parlament, bħalma kien indirizzah wkoll is-segretarju tal-Lega Għarbija Amre Moussa li wkoll indirizza l-parlament.", "Kien hemm persuna oħra distinta mill-Kunsill ta' l- Ewropa li wkoll indirizzat lil dan il-parlament.", "Kellna wkoll viżta mill- ministru għall-affarijiet barranin ta' Andorra u kellna wkoll viżta mill- president tal-parlament Taljan.", "Din kienet esperjenza sabiħa għaliex kemm inti kif ukoll jiena tgħallimna ħafna mid-diskursati li kellna miegħu.", "Kellna wkoll viżita mill-ministru ta' l-affarijiet barranin Awstrijak.", "Din is-sena kellna l-ambaxxatur il-ġdid Taljan Alvise Memmo.", "Barra dawn kellna ħafna okkażjonijiet oħra fejn persuni distinti ġew hawn Malta u kien unur għalihom li jkunu preżenti hawn Malta.", "Il-gvern Malti tahom ospitalita' mill-aqwa u huma faħħru wkoll l-inizjattivi li ħa pajjiżna.", "Ma nistax ma nsemmix, Mr Speaker, fost ħafna u ħafna oħrajn lin-negozjatur ewlieni Ewropew Gunther Verheugen li mhux talli ġie hawn Malta, imma talli ħa sehem f'diskussjionijiet mal-gvern kif ukoll ħa sehem ukoll għall-ewwel darba bħala bniedem barrani politiku, fil-programm tant popolari ''Xarabank''.", "Kellna diversi okkażjonijiet oħra fejn aħna rreċiprokajna dawn iż-żjarat.", "Fost l-oħrajn kellna dik li għamel il-President Guido de Marco, bħala President tar-Repubblika ta' Malta, kif ukoll viżti uffiċjali li għamel il- Prim Ministru li tajjeb wieħed isemmihom.", "Per eżempju, iż-żjara f'Ruma meta ltaqa' ma' Silvio Berlusconi, iż-żjara fl-Awstrija fejn ipparteċipa fil- commonwealth heads of government u ż-żjara f'Barcellona fejn ħa sehem fis- summit ta' l-Unjoni Ewropea li għaliha kienu mistiedna l-kapijiet tal-gvern tal-pajjiżi membri u anke dawk kandidati ta' l-Unjoni Ewropea.", "GĦamel ukoll żewġ żjarat fi Brussels, waħda fl-14 ta' Mejju u l-oħra bejn it-22 u t-23 ta' April fejn hemmhekk spjega l-proċess tan-negozjati f'laqgħa tal- ministri tad-difiża.", "GĦamel ukoll żjarat f'Copenhagen u f'Ruma.", "Attenda wkoll il-world food summit ta' Sivilja u għamel viżti uffiċjali fl- Awstralja, fi New Zealand u anke fiċ-Ċina.", "Dawn kollha kienu prova ta' kemm barranin ġew hawn Malta jonorawna bil-preżenza tagħhom u li aħna, min-naħa tal-gvern – u dan kollu juri kemm hu gvern dinamiku, gvern li verament ħadem biex iġib il-pajjiżna fuq saqajh u f'dik il-mira li Malta dejjem kienet taspira li tkun l-identita' tagħha ma' l-Unjoni Ewropea – irreċiprokajna.", "Mr Speaker, nixtieq f'din l-aħħar seduta tal-parlament, bħalma għamilt f'dawn l-aħħar tliet snin, nagħti rendikont ta dak li għadda minnu pajjiżna f'dawk li huma avvenimenti.", "Nixtieq insemmi, per eżempju, dawk in-nies li ġew nieqsa matul din is-sena u li kellhom b'xi mod jew ieħor x'jaqsmu ma' din il-Kamra.", "L-ewwel ma nsemmi fil-lista hija l-mewt ta' Spiru Sant, li kien jifforma partit politiku fil-persuna tiegħu biss.", "Kellna wkoll il- mewt tal-President Sir Anthony Mamo, il-mewt tal-President Agatha Barbara, il-mewt tas-Sur Anthony Miceli Farrugia ta' Simonds Farsons Cisk, il-mewt tal-mibki Joe Attard Kingswell li għamel żmien segretarju ġenerali tal- GWU, il-mewt ta' Franco Serracino Inglott li tant u tant ħadem u tant ħa inizjattivi għas-settur agrikolu tagħna.", "Barra dawn in-nies kellna wkoll, għal min hu daqshekk imperjalista, il-mewt tar-Reġina Omm fl-eta' ta' 101 sena u kellna wkoll il-mewt ta' Tony Coleiro, is-segretarju tat-taqsima tal- metall tal-GWU.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll mewta oħra mhux ta' uman, imma l- mewt taċ-ċinji li ġew maqtula min-nies egoisti fil-bajja ta' Birżebbugia.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix ukoll ġrajjiet fejn kienet involuta waħda mill-istituzzjonijiet pilastri ta' pajjiżna, il-qorti.", "Hemm kellna avvenimenti li forsi qatt ma esperimentajnihom qabel.", "Każ minnhom kien ixxokkja lill-Malta u lill-Għawdex u kieku ma kenitx l-inizjattiva tal- gvern biex jekk jista' jkun jerġa' jagħmel restoration tal-fama li kellu l- qorti, kieku ma nafx x'kien jiġri f'din l-istituzzjoni tant importanti.", "Hawn qed nirreferi għall-każ ta' l-imħallfin.", "Nafu wkoll li l-partit Laburista rebaħ il-każ quddiem il-qorti biex hu jkun jista' jxandar l- ispots politiċi fuq il-PBS wara li ġie miċħud mill-Awtorita' tax-Xandir.", "Bl- istess mod il-partit Nazzjonalista għamel kawża wkoll għal dawn l-ispots u wkoll ħa l-mertu tagħhom u beda jxandar dawn l-ispots politiċi.", "Kellha ssir kawża fil-qorti biex jieħdu dan id-dritt.", "Irrid ngħid ukoll li din kienet sena fejn il-qorti tat l-akbar ammont ta' danni li jammontaw għal aktar minn Lm0.25 miljun għal diversi inċidenti fatali kawżati minn vetturi nvoluti f'ħabtiet.", "Il-qorti wkoll ordnat il- ħlas ta' aktar minn Lm10,000 minħabba inċidenti fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Kellna wkoll il-pulizija li ressqet il-qorti persuni Għawdxin akkużati li qatlu warden f'Awissu 2001.", "Dan il-każ għall-pulizija kien kważi mitluf pero' dan ġie solvut u qiegħed fil-proċess tal-qorti.", "Kellna wkoll il-ħatra tal-Prim Imħallef il-ġdid Vincent DeGaetano li ħa post il-prim imħallef Arrigo.", "Din is-sena kellna lil Said Pullicino li sar chairman ta' l-awtorita' tax-xandir, kellna wkoll lill-prim imħallef Arrigo, imbagħad aktar tard minħabba l-inċidenti li nqalgħu wkoll inħatar il-prim imħallef De Gaetano.", "Mr Speaker, waħda mill-kawżi l-aktar importanti din is-sena kienet meta l- imħallef Patrick Vella, li llum irriżenja, kien ordna l-ħlas ta' Lm20,000 mill-wireless telegraphy lill-partit Nazzjonalista u lill-aġenzija tal- partit Nazzjonalista bħala rimedju Kostituzzjonali minħabba r-riżultat ta' diskriminazzjoni politika kontra l-partit Nazzjonalista f'dawk is-sentejn li l-partit Laburista għamel fil-gvern, meta ma riedx iħalli lill-partit Nazzjonalista jwaħħal l-antenna tiegħu ma' l-arblu li hemm ġewwa n-Naxxar.", "L-imħallef Patrick Vella żied jgħid li dan l-ammont mhux bħala danni jew telf finanzjarju imma bħala rimedju kostituzzjonali.", "Jiġifieri anke f'dawk is-sentejn li għamel il-partit Laburista fil-gvern ukoll għamel diskriminazzjoni qawwija kontra l-partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, anke l-pulizija għamlet breakthrough fil-każi kriminali li twettqu matul din is-sena.", "F'każ minnhom per eżempju, raġel Svediż nżamm taħt house-arrest u taħt garanzija ta' Lm20,000 talli ġie akkużat talli mmiżapproprja Lm50,000 u talli ma ħallasx l-impjegati tiegħu ta' kumpannija b'interessi Svediżi.", "Nafu wkoll li raġel ta' nazzjonalita' Taljana ġie akkużat b'serqa ta' ġojjelli li jiswew madwar Lm160,000.", "Nafu li l-pulizija qabdet ukoll ħames gangs involuti fit-traffikar tad-droga u 18-il persuna ġew akkużati l-qorti b'dan id-delitt ta' traffikar ta' droga.", "F'każ ieħor il-qorti kkundannat persuni għal għomorhom il-ħabs, ħaġa li ilha ma ssir żmien twil, minħabba li kkaġunaw splużjoni fir-Raħal Ġdid fl-1992.", "Insemmi wkoll meta l-qorti ordnat lill-ġurnal \"KullĦadd\" jagħti Lm3,000, f'danni lil \"Where's everybody\".", "Il-qorti ordnat ukoll il-ħlas ta' Lm2,400 lil-Onor.", "Alfred Sant li rebaħ każ ta' libel kontra l-gazzetta \"Il- Mument\" pero' ma tantx damu wisq għandu għaliex kellu jħallashom ukoll f'danni hu lill-Ministru Louis Galea.", "Se ngħid żewġ ċajtiet li naħseb jien jimmerita li wieħed isemmihom f'din l- aħħar seduta ta' dan il-parlament għas-sena 2002.", "Dawn huma sitwazzjonijiet żewġ li ġraw hawnhekk ġewwa din il-Kamra.", "Waħda minnhom hija meta membru parlament akkuża lill-gvern li ma ħax prekawzjonijiet biżżejjed sabiex Malta u Għawdex ma jimtlewx bi trab fin li wasal mill-iżbroff tal-Muntanja Etna.", "Din kienet waħda miċ-ċajtiet u anke fir-riċevimenti li kellna u f'okkażjonijiet soċjali ħafna bdew isemmuha għax ovvjament kienet ħaġa tad- daħk.", "Nixtieq insemmi wkoll il-każ ta' membru parlamentari staqsa lill-ministru tal-politika soċjali sabiex jindaga jekk persuna li isimha kien qed jintbagħat b'mod separat hijiex qed tieħu l-pensjoni, u l-Ministru Lawrence Gonzi kien wieġeb li din il-persuna kienet ilha mejta erba' xhur.", "Dawn huma ċajtiet li joħorġu mill-parliamentary questions jew inkella minn xi kummenti li setgħu ħarġu hawnhekk.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-investiment li sar ġewwa pajjiżna matul is-sena.", "L-oppożizzjoni tgħid li l-investiment ma ġiex.", "Iva, l- investiment jiġi u jiġi bil-kwiet, jiġi bil-kalma, jiġi meta jkun hawn atmosfera kalma fil-pajjiż, meta jaraw li hawn gvern serju fil-pajjiż u l- klima attadata għal dan l-investiment.", "Rajna, per eżempju, il-kumpannija Enni, kumpannija Taljana ngħatat il-liċenzja biex tfittex għaż-żejt fit- territorji Maltin.", "Il-bieraħ fil-gazzetta 'The Times\" rajna li hemm prospetti tajbin ħafna għal din il-kumpannija li l-gvern taha l-liċenza biex tħaffer għaż-żejt u anke għall-gass fl-ibħra Maltin.", "Irrid insemmi l-kwestjoni tan-New Zealand Post li xtrat 35% tal-Maltapost.", "Fetħet ukoll il-lukanda San Antonio.", "Il-gvern ta konċessjoni lill-ħwienet turistiċi sabiex ikomplu joqogħdu miftuħin sa tard filgħaxija tliet ijiem fil-ġimgħa.", "Rajna wkoll jitħabbar investiment ta' Lm2.5 miljun sabiex tinbidel is-sistema tan-network tat-telefon fil-Belt.", "Kellna wkoll task force li tagħha l-Onor.", "Gonzi huwa ċ-chairman li ħajret nies joħorġu mid- dockyard biex huma jagħmlu early retirement, biex id-dockyard tiġi fuq saqajja.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kuntratti li rebħet il-Malta drydocks.", "Nafu wkoll li l-Air Malta u l-kumpannija ta' l-ajru Lufthansa waqqfu kumpannija għat-tiswija u manteniment ta' l-ajruplani.", "Fl-interess tal-Maltin partikolarment dawk li jmorru f'Paceville, irrid ngħid li se jinbena multi-storey carpark li se jkun jesa bejn 800 u 1,000 karozza għal dawk l-inħawi.", "Naturalment dan il-parking huwa bżonnjuż ħafna u ħafna f'dawk in-naħat.", "Nafu wkoll, Mr Speaker, li l-gvern biegħ 40% ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta lil Vienna International Airport.", "Dawn kollha huma investimenti li 'l quddiem se jħallu progress ġewwa pajjiżna.", "Nafu wkoll li l-Malta Freeport bdiet tifforma parti minn wieħed mill-portijiet internazzjonali għat-trasport ta' containers li dan se jżid fl-ammont ta' containers, iżid ukoll id-dħul ta' foreign currency għal Malta u wkoll se jinfetaħ suq ġdid ta' xogħol għall-Maltin.", "L-aħħar ħaġa li rrid insemmi huwa li l-gvern Malti waqqaf il-financial intelligence analysis unit, ċentru għas-servizzi finanzjarji u bħala wkoll għal kull eventwalita' kontra l-money laundering.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li l-gvern ħadem ħafna u ta prova ta' gvern dinamiku, ta' gvern li ma qatax qalbu, ta' gvern li minkejja ż-żmien qasir ħafna biex jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea, ħadem kemm felaħ u bla serħan biex ġab lura dak li tilef f'dawk is-sentejn ta' gvern Laburista.", "Illum il-ġurnata pajjiżna tista' tgħid qiegħed fl-Unjoni Ewropea, u issa sta għall-poplu li jifhem il-verita' dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kif qal il-Prim Ministru, l-iktar importanti m'humiex il-flus imma l- identita' tagħna li Malta tkun parti fl-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, nixtieq fl-aħħar nerġa' nsemmi lill-Onor.", "Agatha Barbara.", "Irrid ngħids li din il-bniedma kien ħaqqha dak il-funeral statali li kellha.", "Grazzi ħafna Mr Speaker, u nawgura lil kulħadd, lill-Onor.", "Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra u lill-istaff kollu li hawn f'din il-Kamra, il- Milied it-tajjeb u s-sena t-tajba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHON Y ABELA: Sur President, ngħidlek il-verita' llejla kont ħsibt li nagħmel diskors b'ton xi ftit umoristiku, pero' wara d-diskors li smajt min-naħa tal-kelliema ta' l-oppożizzjoni żgur wieħed ma jistax ma jagħtix eżempju tal-ħajja kif ngħixuha f'dan il-parlament.", "Minn naħa ta' l- oppożizzjoni bqajna bil-kaxxa tal-Pandora magħluqa, jew il-kaxxa ta' l- Onor. Alfred Sant magħluqa, kaxxa li hu biss fl-għerf tiegħu, jaf x'fiha.", "Din hija kaxxa li hu ma jridx li jgħidilna x'fiha, kaxxa li qed jgħidilna li s-sena d-dieħla għandna nivvutaw għaliha b'moħħna mistrieħ, li dan jaf kollox u li ħadd ma jaf xejn.", "Sur President, hija xi ħaġa ovvja li aħna f'dan il-parlament naraw il-ħajja u dak li jiġri madwarna f'lentijiet differenti.", "Jekk wieħed iħares lejn l- aħħar sitta jew seba' snin insibu l-lenti differenti ta' kif rajniha.", "Rajna l-1996 għan-nazzjonalisti kienet is-sena tat-telfa u għall-laburisti kienet is-sena tar-rebħa.", "Kienet is-sena tal-friża, is-sena li kellu jkollna gvern ta' new Labour għal kulħadd.", "Fl-1997, Sur President, għan-nazzjonalisti kienet is-sena li fiha l-gvern laburista għamel rekord ta' deficit fl-iżbilanċ tal-kontijiet u wera li dak kollu li alluda għalih il-kap ta' l-oppożizzjoni ma twettaqx.", "In-nies kienu għadhom bl-idea li jifhem u jaf kollox, pero' effettivament ma kien jifhem xejn għax meta ġie għall-prattika, dak li qal bil-kliem ma kienx kapaċi jbiddlu fil-prattika biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "GĦall-laburisti kienet is-sena ta' trażżin, skond huma, fin-nefqa, fejn intalab li nonfqu 5% inqas milli ntefqu s-sena ta' qabel.", "Madankollu xorta kien hemm ir- rekord tad-deficit daparti tal-gvern, u dan għax ma kienx hemm ideat.", "Fis-sena 1998, Sur President, għall-partitarji Nazzjonalisti kienet is-sena tar-rebħa, is-sena meta l-poplu Malti issa beda jħares lejn Eddie Fenech Adami mhux iżjed biss bħala kap ta' pajjiż, mhux iżjed biss bħala kap ta' partit imma bħala kap ta' nazzjon.", "Din l-elezzjoni kienet tfisser l-ikbar rebħa li kellu l-partit Nazzjonalista fuq il-partit Laburista mis- sittinijiet 'l hawn.", "Sur President, għall-laburisti dik is-sena tibqa mfakkra s-sena ta' meta Alfred Sant, fl-għerf tiegħu għajjar lill-Mintoff traditur fil-pubbliku.", "Kienet sena fejn bl-għerf tagħhom imponew taxxa fuq il-loki u fuq id-drenaġġ.", "B'dan il-mod bniedem ma setax jibqa' jagħmel il- kumditajiet u l-bżonnijiet tiegħu fil-liberta' għax issa kien irid iħallas tagħhom.", "Kienet sena, Sur President, li kontra kull aspettativa ta' kull supporter laburist, l-istess partit ċaħduh il-leaders tagħhom.", "Iva, fl-għerf tiegħu Alfred Sant dehrlu li jiċħad l-aspettativi tal-partitari tiegħu u flok ma jipprova joqgħod bilqegħda jieħu l-id li offrilu l-kap ta' l-oppożizzjoni, dak iż-żmien Eddie Fenech Adami, u jipprova jtejjeb l- l-uniku ħaġa ġdida li rnexxielu jagħmel kienet li l-isptar Mater Dei jrid jagħmlu b'elf sodda.", "Tant kien ċert li se jmarrad nies allura dehrlu li jrid ikollu iżjed sodod fl-isptar ġdid sabiex imbagħad jipprovaw jikkuraw lin-nies.", "Forsi dan jista' jfisser ukoll li kien qata qalbu mill-ministru tas-saħħa li kellu dakinhar.", "Sur President, issa ejja naraw is-sena 1999 x'tatna.", "GĦal kulmin jifhem u tinteressah l-informatika tatna l-famuża Y2K.", "Kulħadd beda jiċċekkja jekk il-kompjuter tiegħu kienx se jaħdem.", "Issa dan iġiegħelni nirrifletti fuq dak li kien jiġri qabel l-1987.", "Dak iż-żmien ma kienx ikollok il- possibilita' li jkollok kompjuter kif trid inti jekk ma tiffirmax karta li inti mhux se tkeċċi lil xi ħadd mix-xogħol.", "Kienet is-sena, Sur President, fejn il-ministru tal-finanzi ppreżentalna programm ta' sitt snin waħda wara l-oħra ta' kif kien se jikkombatti u jrażżan id-deficit f'Malta.", "Kienet is- sena meta d-deficit f'Malta beda jinżel l-isfel u meta erġajna attivajna l- applikazzjoni tagħna għall-Ewropa, u kienet sena fejn ingħata nifs ġdid bl- ideat, nifs ġdid bil-kuraġġ u bix-xogħol intensiv li beda jsir.", "GĦall- laburisti kienet, Sur President, is-sena li fiha komplew jgħidu li kollox huwa le, li fiha bdew jgħidu li kulma jagħmel il-gvern huwa ħażin.", "Kienet is-sena li fiha l-labour qalu li dak li jsir minn din in-naħa mhux tajjeb.", "Is-sena 2000, Sur President, għalija tkun is-sena li tibqa mfakkra għall- fatt li l-ewwel liġi li għaddejna f'dan il-pajjiż kienet il-liġi dwar drittijiet ugwali lin-nies b'diżabilta'.", "Hawnhekk niftaħ parenteżi fejn ngħid li xtaqt illejla nitkellem f'wieħed mill-aħħar diskorsi ta' din is- sena fejn infakkar lin-nies dwar l-importanza li ta dan il-gvern lin-nies b'diżabilta'.", "Irrid ngħid li s-sena d-dieħla iktar u iktar irridu nintensifikaw dan l-orjentament billi hija s-sena tan-nies b'diżabilta' u hija s-sena fejn forsi rridu nuru iżjed sens ta' solidarjeta' ma' dawn in- nies, iktar sens ta' għajnuna lejn dawn in-nies, iktar sens ta' ħbieberija ma' dawn in-nies li fil-fatt huma daqsna imma sfortunatament minħabba ċirkustanzi 'l fuq mill-possibilitajiet tagħhom ibatu minn ċerti żvantaġġi.", "Sur President, is-sena 2000 kienet is-sena meta ftaħna l-MCAST u bdejna norjentaw iżjed u iżjed ħin u enerġija biex dan il-pajjiż nagħtu edukazzjoni iżjed lill-uliedna.", "GĦall-partit Laburista kienet is-sena ta' meta l-Alpi bdew jiġu Malta bl-idea ta' l-Isvizzera fil-Meditteran u s-sena wkoll Sur President, li fiha l-partit Laburista baqa jgħid le u ma jaqbel ma xejn.", "Is-sena 2001, Sur President, kienet is-sena li fiha dan il-gvern reġa vvota miljuni kbar ta' liri għall-fondazzjoni ta' l-iskejjel f'Malta.", "Sena fejn fiha b'enerġija kbira l-ministeru ta' l-edukazzjoni fetaħ orizzonti ġodda għall-istudenti tagħna mhux billi kompla jdaħħal il-computers fl- iskejjel u jagħmel upgrading ta' dawk li kien hemm diġa' pero' anke billi ħareġ b'curriculum li beda s-sena ta' qabel li beda jaffettwa dik is-sena.", "Din is-sena l-gvern kompla jkabbar ukoll it-toroq fejn bniedem jista' jorjenta ruħu għat-tagħlim fi stadju ta' 'l fuq minn sekondarja.", "Kienet ukoll is-sena Sur President, fejn il-budget kien ipprometta li d-deficit se jonqos, u fil-fatt kompla naqas mingħajr ma' weġġajna n-nies.", "Kienet is- sena fejn il-grupp ta' negozjanti Maltin bdew jiġġieldu għal Malta fl- Ewropa, pero' taħt kundizzjonijiet li jaqbel lilna l-Maltin.", "Aħna bdejna nissieltu sabiex inġibu kondizzjonijiet xierqa għal dan il- poplu għax nafu li dan huwa poplu bil-għaqal u kapaċi jasal.", "Għall-partit Laburista s-sena 2001 kienet is-sena meta l-Onor.", "Alfred Sant ħa pjaċir jgħajjar lill-poplu Malti makku u fissirlu li kien poplu inkapaċi, poplu mazzun u poplu li mhux kapaċi jiddeċiedi dwar li jrid hu.", "Qalilna li hu għandu s-soluzzjonijiet kollha f'moħħu, pero` sal-lum dawn is- soluzzjonijiet għadu ma qalhomniex.", "Is-sena 2001 kienet is-sena li fiha ftaħar li rridu ftehim bħalma għandhom il-Marokk, l-Alġerija u t-Tuneżija, postijiet li anke ġeografikament huwa impossibbli li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Qisu ried li ġeografikament jaqtagħna mill-Ewropa u milli nsiru veru membri ta' familja Ewropea fejn inkunu fuq l-imwejjed biex niddeċiedu.", "Is-sena 2002 li waslet biex tispiċċa hija s-sena li fiha dħalna fl-Ewropa.", "Is-sena fejn nhar l-Erbgħa li għaddew f'Copenhagen Malta ftehmet li dieħla fl-Unjoni Ewropea.", "Malta minkejja l-paroli żejjed u l-għeġubijiet li wiegħed Alfred Sant il-Prim Ministru kien kapaċi jtemm in-negozjati b'suċċess u jġib kondizzjonijiet tajba u finanzi għall-poplu tagħna.", "Kien kapaċi wkoll li jpoġġi isem pajjiżna fuq il-mappa.", "Din kienet ukoll is- sena meta l-Onor.", "Alfred Sant, il-Kap tal-Partit Laburista, mar l-Amerika, l-Awstralja u r-Russja.", "Tant ġab liri miegħu li mhux l-Ewropa m'għandniex bżonn, anzi 99% fil-Pandora's box tiegħu tant għandu enerġiji ġejjin li kif jitla' fil-gvern huwa jneħħi l-income tax u l-kontijiet tad-dawl u l- ilma kollha!", "Pero` mhux billi jpaċpaċ għaliex sal-lum għadu ma qalilniex ma' min ftiehem u ma' min iltaqa'.", "Nafu biss li mar ġo bank l-Amerika, li mar jieħu xi ħaġa mill-Mc Donalds fir-Russja u li mar għall-coffee morning l-Awstralja.", "Din hija l-verita` tal-fatti.", "Issa x'qed nistennew fis-sena 2003?", "Aħna, il-gvern tal-lum qegħdin inħarsu lejn is-sena d-dieħla b'ottimiżmu u se nitolbu lill-poplu Malti jivvota għall-għażla ta` wliedna.", "Jien nemmen li meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkun id-dar waħdu, anke hu jaħseb fuq l-orizzonti li toffri l-Ewropa għall- futur ta` bintu u naħseb li b'tingiża ta' qalb jgħid f'ġieħ il-mument li bżaqtha li ma rridx nidħol fl-Ewropa.", "Jien nemmen li daħal fi sqaq u jista' ikun ukoll – għax ma tistax tgħid x'se jiġri – li x'ħin ikun qed jivvota b'mod sigriet jitfa` il-vot fuq l-\"iva\" u mhux fuq il-\"le\".", "Pero` dak inħalluh għalih għax kif se jqum għada filgħodu jiddependi ħafna mill- irwiegel u mir-riħ.", "Sur President, is-sena d-dieħla Malta se tivvota favur l-Ewropa.", "Se tivvota li aħna nkunu fuq il-mejda niddeċiedu, ninfluwenzaw, nagħtu l-verżjoni tagħna, nagħtu l-pariri tagħna u nuru l-moħħ li għandna.", "Imbagħad s-sena ta' wara aħna jkollna ministru fl-Ewropa.", "Din ma jsemmuhiex tan-naħa l- oħra.", "Ma jsemmux li parti mill-pajjiżi se jneħħu ministru milli għandhom u biex ikun hemm ministru mill-pajjiżi kollha ġodda li daħlu.", "Din ma jsemmuhiex għaliex inkella jkunu neħħew xi penz minn tagħhom.", "Jien ngħid li s-sena d-dieħla l-Kap ta` l-Oppożizzjoni se jkompli jċafċaf billi jgħid li l-kaxxa tiegħu magħluqa fiha s-soluzzjonijiet ta' kollox.", "Pero` jista' jkun li l-kaxxa tinfetah wara l-elezzjoni u nsibu fiha leader ġdid fi ħdan il- partit Laburista.", "Imbagħad forsi dan il-leader jieħu l-pariri li ta` Alfred Mifsud li qal li wara elezzjoni oħra, jekk jitilfuha, il-Labour irid bilfors jibdel il-politika tiegħu dwar l-Ewropa.", "Se jkollna repeat performance ta` dak li ġara fir-Renju Unit.", "Kulħadd jaf li l-partit Laburista fir-Renju Unit kien kontra l-Ewropa, imma llum huwa wieħed mill- iktar partiti li qed jawguralna, inkluż il-Prim Ministru, li Malta tkun membru fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma s-snin li għaddew.", "Din hija l-ħajja li għamilna hawn.", "Sur President, għall-partit Laburista kellna s-sena ta' l-Isvizzera, is- sena tal-partnership, is-sena tal-baħħ, is-sena tal-boycott u s-sena ta' l- illużjonijiet.", "Pero` sustanza l-oppożizzjoni Laburista ma kellha xejn f'dawn il-ħames snin.", "Ma kellha xejn u mid-dehra s'issa għad m'għandha xejn.", "Min-naħa tagħna kellna sena ta' entużjażmu, sena ta' xogħol, sena ta' proġetti li bdejnihom, sena ta' kisbiet u sena oħra jkollna sena ta` twettiq.", "Din hi d-differenza bejnna u bejnhom.", "X'ħin tiżen x'għamlu huma u x'għamilna aħna, il-keffa tan-naħa tagħna tinżel bis-saħħa tax- xogħilijiet li għamilna u l-keffa tan-naħa tagħhom tibqa` tittewweb u tinduna li m'hemm xejn.", "Għaddiet sena oħra u jekk toħroġ fit-toroq u tħares madwarek issib li saru ħafna xogħlijiet.", "Saru ħafna xogħlijiet u rrid nagħti l-prosit lid-diversi ministri tagħna.", "Kemm għamel u rranġa toroq il- Ċensu Galea?", "Tixba ssemmi.", "Imma dawn dawk li għadhom ma sarux isemmu.", "Dawn f'sena u għaxar xhur għamlu xogħol f'Buġibba u ma nafx kemm-il darba kellna nirranġawh wara.", "Pero` sar xogħol ukoll, u prosit ta' dak li għamlu.", "Pero` dakinhar ma qagħdux jgħidulna, bħalma qed jipprovaw jgħidu issa li l-kont ġie ħafna ogħla milli ppretendew.", "Taf x'kellhom tajjeb - forsi l-Onor.", "George Pullicino ma jaqbilx miegħi - li fejn jiddeċiedu li hemm proġett tal- gvern li għandu jimxi ma jħallux ir-red tape ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar twaqqafulhom, bħalma aħna b'edukazzjoni nħalluhom jagħmlu.", "Jien nemmen li ċerti proġetti hemm bżonn li jittieħdu passi oħrajn.", "Sur President, it-turiżmu minkejja d-daqqiet ta' ħarta li sofra fid-dinja kollha, jidher li l-mewġa avversiva kontra tagħna ma kenitx daqshekk kiefra bix-xogħol li sar.", "Jidispjaċini ngħid li ili erba` snin noqgħod bil-qiegħda ħdejn il-ministru tal-finanzi nisma` l-kelliem ta' l-oppożizzjoni jaqra speech sena wara l-oħra u mbagħad jekk tinterrompih naqra jitfixkel totalment u ma jkunx jaf fejn se jkompli.", "Jien nawguralu li xi darba jerġa` jkun ministru tal-finanzi, pero` ma naħsibx li se jkun fi ftit xhur oħra.", "Jien nemmen li dan il-parlament għamel ħafna xogħol f'dawn l-erba` snin.", "Kellna 'l fuq minn 3,000 siegħa ta' dibattitu, kellna 180 laqgħa tal- kumitat dwar l-abbozzi ta` liġi, li tiegħu ċ-chairman huwa jien.", "Kellna kważi 100 laqgħa fil-kumitat tas-social affairs u fil-kumitat tal-foreign affairs.", "Kellna laqgħat kważi kull ġimgħatejn tal-kumitat li jara l- kontijiet pubbliċi.", "Kien hemm laqgħat kontinwament kważi kull ġimgħa jew kull ġimgħatejn tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra.", "Jekk tgħodd dawn is- sigħat kollha ta` xogħol bilfors trid tgħid kelma ta` tifħir - ma ngħidhiex għalija - għall-64 membru l-oħra li pparteċipaw fid-diversi liġijiet bil- ħin tagħhom.", "Huwa importanti li n-nies ikunu jafu wkoll l-ammont ta' ħin li jkun ġie sagrifikat minn dawn in-nies xi kultant a skapitu kbir tal-familja tagħna, tal-familja ta' kull wieħed milli hawn hawn ġew.", "Mr Speaker, kien hawn każijiet ta' mard, ta' mewt fejn mingħajr ma trid tħoss id-dieqa għall-persuni qrib ta' nies li jkunu jaħdmu hawn ġew.", "Din il-ġimgħa kellna l-isfortuna ta' tliet każijiet.", "Kien hawn il-każ ta' missier Dr George Vella, kien hemm il-każ ta' missier il-barman ta' hawn ġew, kien hemm il-każ tal-mama ta' Rosette li taħdem hawnhekk.", "Jien għal darba oħra nwassal s-solidarjetà tiegħi f'dawn iż-żmenijiet diffiċli.", "Mr Speaker, aħna niġġieldu fuq l-ideat, però finalment huma l-ideat u l- enerġiji tagħna li jridu jwasslu biex ikollna politika u futur għal dan il- pajjiż.", "Jien nemmen li huwa l-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista li għandu l-ideali għal għada, li għandu l-kapaċità li l-kisbiet li rbaħna din is-sena npoġġuhom għat-twettiq is-sena d-dieħla, għas-snin ta' wara mhux għall-benefiċċju tagħna hawn ġew, però għall-benefiċċju ta' Malta kollha u ta' wliedna.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, imiss lili biex nagħlaq dan id-dibattitu tal-budget ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, fil- fatt l-ewwel darba li qed nagħlaq dan id-dibattitu ta' dan il-budget.", "Mr Speaker, inħoss li għandi ngħaddi ċerti kummenti, l-iktar fuq xi kummenti li smajt illum waqt dan id-dibattitu fuq l-abbozz ta' liġi dwar l- approprjazzjoni.", "Nibda biex inwieġeb għal ftit kummenti li għamel l-Onor.", "George Vella, fejn bażikament beda bil-konklużjoni li jien għamilt fid- diskors tal-budget fil-25 tax-xahar li għadda.", "L-Onor.", "Vella tkellem fuq żewġ punti partikolari, fuq il-punt fejn jien għedt li saħħaħna pajjiżna u fuq il-fatt li bqajt insemmi li pajjiżna ma jibqax lura.", "L-Onor.", "Vella donnu ried jagħti x'wieħed jifhem li hemm xi kontradizzjoni bejn dawn iż- żewġ statements għax qal: Kif tgħid li ssaħħaħt pajjiżek u mbagħad tgħid li pajjiżek ma jibqax lura?", "Jien dejjem ngħodd - u dan verament mhux qed ngħidu b'ebda spirtu ta' kritika jew ironija - lill-Onor.", "Vella bħala bniedem intelliġenti ħafna.", "Naħseb li wieħed għandu jifhem id-differenza bejn illum u l-futur.", "Wieħed għandu jifhem id-differenza li jekk inti b'saħħtek illum ma jfissirx li tista' tibqa' b'saħħtek fil-futur.", "Għax jekk se tibqa' fejn inti, anke jekk inti b'saħħtek fejn int illum, jekk dawk kollha li qed idawruk mexjin 'il quddiem u qed jitjiebu, inti se tibqa' lura.", "Allura r-realtà hija li b'saħħtek kemm tkun b'saħħtek f'ħafna ċirkostanzi, jekk inti ma jirnexxilekx ikollok il-viżjoni li tirkeb il-mewġa u timxi bl-istess ritmu jew b'iktar minn dawk kollha ta' madwarek, kompetituri u klijenti tiegħek, qegħdin jimxu fil-futur, allura inti se tibqa' lura.", "L-argument tagħna huwa li f'dawn l-aħħar erba' snin dan il-gvern saħħaħ lil pajjiżna fil-qasam finanzjarju, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam politiku, fil-qasam istituzzjonali.", "Saħħaħna pajjiżna biex ħloqna pajjiż organizzat aħjar, biex ħloqna pajjiż li jaf fejn sejjer, biex ħloqna pajjiż b'sistemi u b'setturi ekonomiċi li jaħdmu, ħloqna pajjiż fejn kull ċittadin f'pajjiżna mhux biss iħossu ħieles u sid pajjiżu, però jħossu li huwa protett f'dak kollu li jsir madwarna.", "Aħna ħloqna ħafna istituzzjonijiet u ħafna regolaturi f'pajjiżna li minħabba fihom kellna ħafna kritika min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Iżda aħna għedna u nibqgħu ngħidu li dan huwa l-mod modern u serju kif f'ambjent ta' suq ħieles, kif qegħdin inħaddnu f'pajjiżna, ikun hemm il-kontroll u l- protezzjoni l-aktar tal-konsumatur.", "Organizzajna pajjiżna u għax organizzajna pajjiżna saħħaħnieh.", "Saħħaħnieh bl-edukazzjoni, saħħaħnieh billi ħloqna istituzzjonijiet ġodda edukattivi, bħalma ħloqna l-MCAST biex ikollna l-possibbiltà li noħolqu nies li jkunu jistgħu jaħdmu fl-oqsma tekniċi u fl-oqsma ta' middle management f'pajjiżna.", "Saħħaħna l-qasam tas-saħħa f'pajjiżna, mhux biss bil-bini ta' l-isptar il- ġdid Mater Dei, però iktar u iktar b'organizzazzjoni aħjar fl-isptarijiet li għandna llum u wkoll b'tagħlim u b'taħriġ ta' individwi Maltin biex ikunu jistgħu joperaw fil-qasam ta' nursing u oqsma oħra fil-qasam tas- saħħa.", "Iżda, saħħaħna kemm saħħaħna lil pajjiżna, hemm bżonn li pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem b'ritmu qawwi biex ma jibqax lura.", "U t-tema tagħna u t- tema li għamilna fil-budget ukoll - it-tema li qed nitkellmu fuqha llum u se nkomplu nitkellmu fuqha għada - hija li l-pajjiżna ma jibqax lura jekk bħala parti mill-Ewropa magħquda li issa hija realtà, bħala wieħed mill- pajjiżi Ewropej f'daru fl-Ewropa, aħna nkunu nistgħu nimxu ma' l-Ewropa kollha 'l quddiem.", "U nimxu ma' l-Ewropa kollha 'l quddiem għax inkunu nistgħu nirkbu fuq ir-ritmu tat-tkabbir fl-Ewropa.", "Meta nitkellmu fuq it-tkabbir fl-Ewropa aħna ma nitkellmux biss fuq flus, aħna ma nitkellmux biss fuq l-ekonomija, aħna ma noqogħdux ngħidu biss li issa, minflok se nkunu suq ta' 400,000 se nkunu suq ta' 400 miljun.", "Dan kollu veru u kollu huwa pożittiv.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi.", "Dan il-weekend kont qiegħed l-Emirati Magħquda fuq viżta f'Dubai u Abu Dhabi.", "Dawn huma nies li jafu x'qegħdin jagħmlu għax huma nies li f'erbgħin sena bnew pajjiż mid- deżert, mix-xejn.", "Jekk tara r-ritratti ta' x'kien Abu Dhabi u x'kien id- Dubai 40 sena ilu, tara li kienu ramel, kienu deżert.", "Jekk tmur illum tara s-sbuħija, l-organizzazzjoni, il-vibrazzjoni ekonomika li hemm f'dawn il-pajjiżi.", "Jafu x'inhuma jagħmlu!", "Hawn nixtieq nesprimi dak li ħassejt f'dan il-weekend meta kont qed inkellem lil dawn in-nies u stajt ngħidilhom li nhar il-Ġimgħa Malta kienet aċċettata biex tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dak il-mument mhux biss tkun qed tkellimhom minn pożizzjoni ta' iktar saħħa għax tkun qed tkellimhom bħala parti mill-Unjoni Ewropea, però l-mod kif iħarsu lejk huwa totalment differenti milli kif kienu jħarsu lejk sa ftit ġranet qabel.", "Issa jħarsu lejk mhux iktar bħala Malta li tagħmel il-politika tagħha bħala pajjiż skond kif taħseb li għandha tmur, imma jħarsu lejk bħala Malta li se tkun fuq il-Mejda tad-deċiżjonijiet kollha politiċi u ekonomiċi li se jittiedħu fl-Ewropa.", "U allavolja aħna pajjiż żgħir, aħna nafu mill-esperjenza li l-pajjiżi żgħar dejjem ingħataw l-importanza kollha li jixirqilhom madwar il-medja tad- deċiżjoni ta' l-Ewropa.", "Ftit ilu ġie jżurna l-Prim Ministru tal- Lussemburgu.", "U jekk tana messaġġ il-prim ministru ta' Lussemburgu - li jien nitkellem ħafna miegħu f'ħafna fora li jkollna għax dan huwa ministru tal-finanzi wkoll, u kważi f'kull laqgħa li jkollna, ninzerta bilqiegħda ħdejh - dan kien kemm il-Lussemburgu huwa importanti fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Ewropa għalkemm dan huwa pajjiż żgħir.", "U r-realta` x'inhi?", "Ir-realta` hija li b'dan it-tkabbir li se jsir fl-Ewropa, liema tkabbir se jkun jikkonsisti minn ħafna pajjiżi li huma relattivament żgħar, il-pajjiżi ż-żgħar mhux talli mhux se jiddgħajfu imma talli se jsiru iktar b'saħħithom.", "Il-fatt li Malta se tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex ma tibqax lura huwa xi ħaġa ta' importanza enormi, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għat-teħid tad-deċiżjonijiet fi kwestjonijiet ta' ekonomija jew ta' finanzi imma anke f'dawk li huma standards, żvilupp soċjali u protezzjoni taċ-ċittadin.", "Fil-fatt bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadin Malti se jingħata ċerta saħħa politika f'pajjiżu stess u kif kelli l-okkażjoni ngħid ħafna drabi, jien nara li l-ikbar l-vantaġġ ta' l-Unjoni Ewropea huwa li permezz ta' din is-sħubija, aħna bħala ċittadini - u hawnhekk qed nitkellem bħala ċittadin u mhux bħala politiku - se jkollna s-supremazija f'pajjiżna u l-ebda politiku f'pajjiżna m'hu se jkun jista' jikkalpesta liċ-ċittadin.", "Kif nafu lkoll, fil-passat pajjiżna għadda minn żminijiet infeliċi u koroh, u ara ma naħsbux li dawn iż- żminijiet ma jistgħux jerġgħu jiġu fuqna.", "Infatti jekk insegwu mill-qrib il-psikoloġija ta' xi wħud li jaspiraw li jkunu jmexxu f'dan il-pajjiż insibu li hemm possibilta` kbira li dawn iż-żminijiet jerġgħu jiġu fuqna, u għalhekk huwa importanti li kull wieħed u waħda minna jkollu l- assigurazzjoni li ma jista' jkun hawn l-ebda Malti f'pajjiżna li jikkalpesta liċ-ċittadini Maltin.", "Hawnhekk qed nuża l-kelma \"Malti\" u mhux \"barrani\" għax kienu Maltin stess dawk li kkalpestawna f'pajjiżna fil- passat.", "Kienu l-Maltin li sparaw fuqna, kienu l-Maltin li sawtuna u kienu l-Maltin li għakksuna, imma bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropa se jkollna sitwazzjoni fejn dawn l-affarijiet ma jiġru qatt, qatt u qatt aktar.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, aħna m'aħniex qed nitkellmu biss fuq l-Unjoni Ewropea fit- terminu ta' flus u ta' ekonomija, imma anke meta nitkellmu fuq it-termini ta' flus qed naraw ċertu taħwid.", "Per eżempju, illum smajna lill-Onor.", "George Vella u l-Onor.", "Karmenu Vella jitkellmu fuq il-pakkett finanzjarju li ġie nnegozjat ma' l-Unjoni Ewropea, u l-Onor.", "Karmenu Vella qal - nispera li ma fhimtux ħażin jien - li se nieħdu Lm8 miljuni fis-sena.", "Imma minn fejn ġabha din li se nieħdu biss Lm8 miljuni fis-sena?!", "Għax ir- realta` hi li aħna se nieħdu net ta' Lm80 miljun u mhux Lm8 miljuni fis- sena.", "Realta` oħra li s'issa ħadd m'hu qed isemmiha hija li minkejja li tan-naħa l-oħra qed jipprovaw iwebblu lill-poplu Malti u Għawdxi bil- partnership, s'issa ħadd għadu ma jaf fiex jikkonsisti dan il-partnership.", "Aħna li nistgħu ngħidulhom biss huwa li jekk b'dan it-tip ta' partnership huma jridu li jkollhom aċċess għas-suq Ewropew xorta waħda, bħalma għandhom per eżempju l-Islanda, se jkollhom jagħmlu bħall-Islanda, ċioe` se jkollhom jixtru l-aċċess għas-suq Ewropew billi jħallsu lill-Unjoni Ewropea USD30 miljun fis-sena.", "Għalhekk filwaqt li bil-pakkett li ġie nnegozjat minn dan il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea aħna għandna garanzija li l-Unjoni Ewropea se tipprovdielna Lm80 miljun netti, jekk il-partit Laburista jattwa l-ħolma tiegħu ta' \"partnership\"- u qed insejħilha \"ħolma\" għax ma nemminx li huma se jattwaw dak li qegħdin jgħidu għax il-partnership m'hijiex realizzabbli - mhux talli m'hu se jieħu xejn mingħand l-Unjoni Ewropea imma talli jien nassumi li se jkollu jħallas USD30 miljun fis-sena, bħall-Islanda, biex ikollu aċċess għas-suq ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa nixtieq nirribatti ftit il-kummenti li għamel l-Onor.", "Farrugia meta kien qed jitkellem fuq il-qasam ta' l-agrikoltura.", "Huwa beda jsemmi t- taxxa ta' l-agrikoltura u jħawwad ħafna ċifri u persentaġġi, qisna qegħdin l-iskola, fosthom li 60 over 40 = 150.", "Jien nistaqsi: Imma l-affarijiet b'dan il-mod tikkalkolahom?", "U min jagħti servizz mhux bilfors li b'mod perċentwali għandu added value ħafna iktar għoli minn dak li l-added value tiegħu jiġi magħdud fuq il-cost ta' l-ispejjeż tiegħu?", "U l-biċċa l-kbira tal-bdiewa mhux servizz qed jagħtu?", "Dan bħal meta bajjad ikun qed ibajjad xi dar.", "Kemm ikun il-persentaġġ ta' added value f'dan il-każ?", "L-iktar jekk sid id-dar iġiegħel lill-bajjad jixtri ż-żebgħa hu!", "Allura dan kemm ikollu persentaġġ ta' added value fuq il-cost tiegħu? 2,000%?", "Jekk trid titkellem bis-sens, Onor. Farrugia, m'għandekx tagħmel dawn it-tip ta' argumenti.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek meta tkun qed titkellem bis- sens.", "(Interruzzjonijiet) Qed tħawwad, Onor. Farrugia, bħas-soltu, u issa ngħidlek għaliex!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni!", "Ministru Dalli, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, minn ċensiment li sar fost il-bdiewa stess jirriżulta li ...", "(Interruzzjonijiet) Hawnhekk qed ngħid x'qalu huma stess u mhux x'għedna aħna, Mr Speaker!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Farrugia jien ħallejtu jgħaffeġ u jbażwar u ma nterrompejtux, u għalhekk issa hu għandu jieħu paċenzja u jisma' lili.", "(Interruzzjonijiet) Il-Membri tan- naħa l-oħra diġa` tkellmu, u allura issa, fil-kwarta li fadal, għandhom jieħdu paċenzja u jisimgħuna.", "Intom diġa` xrobtu u kiltu.", "Aħna dan se nagħmluh wara, u se nistiednu lilkom ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Ma titħalltux?", "Dażgur li ma titħalltux!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni!", "Konna sejrin tajjeb.", "Kulma għad fadal huma l-aħħar żewġ minuti.", "Kompli, Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, kont qed ngħid li minn ċensiment li sar fost il-bdiewa stess, huma qalu li l-ispejjeż tagħhom huma ta' 20%, pero` aħna m'aħniex se nieħdu l-20% li qalu huma u minflok se nieħdu 40%.", "Imbagħad x'qalilna l-Onor.", "Farrugia?", "Qalilna li dawk il-bdiewa li għandhom is-serer u jiżirgħu l-patata għandhom iktar spejjeż.", "(Interruzzjonijiet) Kieku qrajt il-budget u ppreparajt ruħek qabel ma ġejt tparla hawnhekk kont tifhem li aħna għedna ...", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Kulma għad fadal huma żewġ minuti.", "Onor. Dalli, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aħna qed ngħidu li dawk il-bdiewa kollha li l-ispejjeż tagħhom ikunu jammontaw għal iktar minn 40%, jekk juru l-irċevuti jkunu jistgħu jagħmlu claim u jiġu rifonduti.", "Għalhekk l-Onor.", "Farrugia kien qed iħawwad u kien qiegħed jitkellem sempliċement bħalma jitkellem meta jmur fl- għelieqi jitkellem mal-bdiewa biex jimpressjonahom.", "Imma l-isbaħ waħda, Mr Speaker, hija meta l-Onor.", "Farrugia mar jgħid lill-bdiewa li l-partit Laburista se jerġa` jikkonsidra din is-sitwazzjoni!", "Għax jekk il-partit Laburista se jdum jikkonsidra din is-sitwazzjoni daqskemm ilu jikkonsidra s- sitwazzjoni tal-VAT, il-bdiewa għandhom x'jistennew!", "Biss biss dawn tan-naħa l-oħra, li huma mimlijin enerġija, ilhom erba' snin biex jieħdu deċiżjoni dwar il-VAT!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Ministru, jekk jogħġbok ikkonkludi!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għarukaża!", "Wara erba' snin sħaħ, ma kenux kapaċi jieħdu deċiżjoni waħda!", "Mr Speaker, il-mod għaqli li qed imexxi bih il-gvern Nazzjonalista wassal għal sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tal-Maltin u Għawdxin illum qed iħallsu inqas income tax milli kienu jħallsu erba' snin ilu taħt gvern Laburista.", "Din hija r-realta`.", "Aħna rnexxielna nsaħħu lil pajjiżna, u għalhekk huwa importanti ħafna li dan il-pajjiż jibqa' miexi bl-istess ritmu tal-lum fl- idejn għaqlin li pprovdejna aħna.", "Nikkonkludi billi nagħti xewqat sbieħ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu u anke lil ħbiebna tan-naħa l-oħra.", "Nixtiqilhom Milied ħieni u sena aħjar minn tas-sena l-oħra bl-aħjar deċiżjonijiet li se nieħdu s-sena d-dieħla.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Skada ħin tad-diskussjoni skond il-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru 2002.", "Nirringrazzja lill-kelliema kollha.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni skond l- Ordni Permanenti Nru. 82 kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.30 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill- Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni skond l-Ordni Permanenti Nru. 82, kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "383", "FAVUR: 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino | | |George | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Debono Grech Joe| |Attard Montalto |Farrugia Angelo | |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Borg Karmenu |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas- sena 2003, tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is- seduta Nru 842 tat-18 ta' Diċembru 2002.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002, il- Kamra tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 2003.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (2003)", "APPROPRIATION (2003) BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002 jistgħu jittieħdu l- istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi jista' jressaq it- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2003.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn ħames mija u tlieta u sittin miljun, sitt mija u wieħed u tmenin elf, ħames mija u sitta u tmenin lira Maltija għas-servizz tas-sena finanzjarja 2003\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9.39 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002.", "VOTAZZJONI NRU.", "384", "FAVUR: 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Debono Grech Joe| |Attard Montalto |Farrugia Angelo | |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Borg Karmenu |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn ħames mija u tlieta u sittin miljun, sitt mija u wieħed u tmenin elf, ħames mija u sitta u tmenin lira Maltija għas-servizz tas-sena finanzjarja 2003\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2003 jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 2002", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 2002", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002, il- Kamra issa tgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari 2002 fl- istadji kollha.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President.", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn tmintax-il miljun, ħames mija u tlieta u erbgħin elf u waħda liri Maltin (Lm18,543,001) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2002 kif dettaljati fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "18 ta' Diċembru 2002", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 2002, kif dettaljati fl-Iskedi annessi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT ( Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopja ta' l-Iskedi msemmijin fil-Mozzjoni kienet diġa' tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru 842 tat-18 ta' Diċembru 2002.", "Il-kumplament tal-proċedura fuq dawn l-Estimi Supplimentari ttieħdet mingħajr diskussjoni skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn tmintax-il miljun, ħames mija u tlieta u erbgħin elf u waħda liri Maltin (Lm18,543,001) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2002 addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 2002.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9:44 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002.", "VOTAZZJONI NRU.", "385", "FAVUR: 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici Antoine| |Borg Joe |Mifsud Bonnici Carmelo| |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Debono Grech Joe| |Attard Montalto |Farrugia Angelo | |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Borg Karmenu |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 2002 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn tmintax-il miljun, ħames mija u tlieta u erbgħin elf u waħda liri Maltin (Lm18,543,001) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl-Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (2002)", "SECOND (2002) APPROPRIATION BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha tiegħu fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tmintax-il miljun, ħames mija u tlieta u erbgħin elf u waħda liri Maltin\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2002) ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9.46 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002.", "VOTAZZJONI NRU.", "386", "FAVUR: 33", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Dalli Helena | |Agius Chris |Debono Grech Joe| |Attard Montalto |Farrugia Angelo | |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Michael| |Borg Karmenu |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, klawsola 3 u t-Tieni Skeda, klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Fid-9.49 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tmintax-il miljun, ħames mija u tlieta u erbgħin elf u waħda liri Maltin\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Jannar 2003 fis-6:00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar tard.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex f'isem in-naħa tal-gvern nawgura lill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra li l-festi tal-Milied u tas- sena l-ġdida jġibu r-risq lil kulħadd u lill-pajjiż kollu.", "Nawgura wkoll lilek, Mr Speaker, lill-istaff kollu tal-parlament filwaqt li nirringrazzjakom tal-paċenzja li tieħdu bina u tal-mod kif sar ix-xogħol.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Napprezza li din kienet sena iebsa oħra għal dak li għandu x'jaqsam ma' numru ta' seduti u ma' xogħol, u minħabba f'hekk m'għandix dubju li kien hemm ċerta pressjoni fuq l-istaff ta' dan il-Parlament.", "Għalhekk nixtieq nuri l-apprezzament lil kulmin jaħdem f'dan il-Parlament, li permezz tax- xogħol tagħhom jippermettu lilna biex inkunu nistgħu niffunzjonaw f'din l- istituzzjoni.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ġurnalisti li jsegwu dawn id-dibattiti għall-mod kif iwasslu r-rapporti, u għalkemm naħseb li bħalissa m'humiex preżenti f'din il-Kamra, qed isegwuna minn fuq ir-radju, għax naturalment it-trasmissjoni tar-radju minn dan il-Parlament ġabet ċerta kumdita` għal kulħadd!", "Ma rridx ninsa nirringrazzja lis-security u lill-messaġġiera ta' dan il-Parlament, li anke dawn jagħtu s-servizz tagħhom għall-ġid ta' dan il-Parlament.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, f'isem l-oppożizzjoni jien nieħu dan il- mument fejn qed nieqfu għall-vaganzi tal-Milied biex ninsa li kien hemm min għajjarna \"fliexken vojta\" u nieħu l-okkażjoni biex nawgura l-festi t-tajba lill-membri tan-naħa tal-gvern u ta' l-oppożizzjoni, lilek, Mr Speaker, u lill-istaff ta' dan il-Parlament.", "Se nipprova ma nħallix lill-ex-speaker ta' dan il-parlament jipprova jnessini lil min għandi nirringrazzja!", "Lil min semma iktar il-Viċi Prim Ministru?!", "Semma lill-istaff tal-Parlament, lill-pulizija u lill-ġurnalisti li jkunu on duty f'dan il-Parlament ...", "Il- Viċi Prim Ministru nesa lis-suldati.", "Ara jien ma nsejthomx!", "Nixtieq nirringrazzja lil dawn il-ħaddiema kollha għax-xogħol li għamlu matul din is-sena.", "M'għandix dubju li s-sena li ġejja se tkun waħda impenjattiva, imma f'dan il-break li se nieħdu se jkollna iktar ċans li nistrieħu u ngħaddu iktar ħin mal-familja.", "Wara kollox l-għeruq ta' dan il-pajjiż huma bbażati fuq il-ħajja tal-familja, u naħseb li jkun tajjeb li minkejja l- kontroversji, il-ġlied, it-tgħajjir bil-mod kif kien jitkellem l-Eċċellenza Tiegħu Dr Ċensu Tabone - hawnhekk m'iniex se nikkwota biex ma noqogħdux nippolarizzaw id-dibattitu - u l-mod kif nindirizzaw lil xulxin, ikun tajjeb li f'dan il-mument nesprimu bl-iktar mod sinċier is-sentimenti ta' ħajja tajba għas-sena li ġejja lil xulxin u nawguraw Milied ħieni u s-sena tajba lilek, Mr Speaker, u lil kulmin huwa involut fil-ħidma ta' dan il- Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Naturalment is-Sedja tesprimi wkoll is- sentimenti li ġew espressi min-naħa tal-gvern u min-naħa ta' l-oppożizzjoni u tagħmel id-dover tagħha billi tirringrazzja lill-Membri kollha ta' dan il- Parlament tal-kontribut li taw u lill-istaff ta' dan il-Parlament, fosthom lill-Iskrivan tal-Kamra u lill-assistenti tiegħu, lill-ġurnalisti u lil dawk kollha li ssemmew mill-Viċi Prim Ministru u mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Lil dawn in-nies jien nirringrazzjahom u nixtieq Milied hieni u sena tajba mimlija b'dak kollu li jixtiequ lilhom u lill-familji tagħhom għax hekk jixirqilhom.", "Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Jannar, 2002 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni Nru 307 ta' l-20 ta' Novembru 2002.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL: PEMBROKE – LIĊEO TAL-BNIET", "37729.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm swiet ix-shell structure ta' l-awditorju li nbena fil- Liċeo tal-Bniet f'Pembroke permezz ta' sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jidher li d- Dipartiment tal-Kuntratti qatt ma ħareġ xi offerta jew ta' xi kuntratt speċifikament għax-shell structure ta' l-auditorium tal-Liceo tal-Bniet f'Pembroke u għaldaqstant mhux f'qagħda li jagħti l-informazzjoni mitluba.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ENTITAJIET GOVERNATTIVI - XOGĦLIJIET", "37730.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux jagħmel kondizzjoni lill- Ministeri u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħthom, klawsola biex xogħlijiet li jkunu jistgħu jsiru minn entitajiet governattivi ma jiġux mogħtija b'sub- contracting?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hi fin- negattiv.", "DIVIZJONI TA' L-EDUKAZZJONI", "37731.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni skola, skola, sena b'sena hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha skola skola, sena b'sena għal dawk li jaħdmu ġo klassi u wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA", "37732.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' inventarju miżmum mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada għal dawk l-oġġetti u materjali li xtrat għaliha jew inkella biex jintużaw fuq xi lant partikolari tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "37733.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat xi tħallsu l-membri tal-board tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada xahar b'xahar mill-10 ta' Mejju 2001 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jingħatali t-tagħrif mitlub, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.", "MELLIEĦA – SKOLA PRIMARJA", "37734.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jassigura li ħġieġ li twaħħal fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa b'riżultat ta' sejħa ppubblikata mill-istess Dipartiment u li qiegħed jirriżulta li mhux skond kif speċifikat fl-istess sejħa għall-offerti jinbidel għal dak stipulat peress li hu ta' periklu għat-tfal filwaqt li jgħid, jekk ma ttieħdu ebda passi, meta hemm il-ħsieb li tali sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal- Kuntratti qatt ma ġie nformat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jew mill-FTS li fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa twaħħal xi ħġieġ li mhux kif speċifikat fil-kuntratt.", "Nippreżumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'Awissu 1998 għal valur ta' Lm15,600 kontra stima ta' Lm25,981 fuq rakkommandazzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - XUFIERA", "37801.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas-Segretarji Parlamentari ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kemm jiena kif ukoll iż-żewġ Segretarji Parlamentari nagħmlu użu mis-servizzi ta' żewġ xufiera kull wieħed.", "MINISTRU TA' L-INTERN U L-AMBJENT – XUFIERA", "37802.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm drivers personali miegħu u mas- Segretarju Parlamentari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-preżent hemm żewġ drivers personali miegħi u tnejn mas-Segretarju Parlamentari.", "MINISTRU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - XUFIERA", "37803.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tnejn.", "MINISTRU GĦAL GĦAWDEX - XUFIERA", "37804.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm għandha drivers personali magħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ninforma lill­Onor. Interpellant li hemm żewġ personal drivers/security officers ingaġġati fis­Segretarjat Privat tiegħi.", "MINISTRU TAS-SAĦĦA - XUFIERA", "37805.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tnejn.", "MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA – XUFIERA", "37806.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi ghal Memorandum '' Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats'' li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta' Gunju 1999 u nassigurah li qed nosservah rigorożament."]} {"filename": "19941109_336d_par.doc", "date": "1994-11-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 336 L-Erbgħa, 9 ta' Novembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 336", "L-Erbgħa, 9 ta' Novembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 336", "L-Erbgħa, 9 ta' Novembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 805", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 805", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 812", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "Kumitat 812", "AĠĠORNAMENT 837", "MISTOQSIJIET IMIEĠBA BIL-MITKUB 842", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 335 li saret fit-8 ta' Novembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KONTROLL FUQ PREZZIJIET", "22181.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' affarijiet li għad hemm kontroll fuq il-prezz tagħhom u jgħid b'liema mod qed jiġu kkontrollati?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li nirreferi għar-risposta għad-domanda numru 22,182, dwar kontrolli li jsiru fuq prezzijiet ta' oġġetti, nirreferi lill-Interpellant ukoll għar-risposta li tajt għal domanda Nru. 15,479 fejn għidt li minħabba n-numru kbir ta' każi fejn jiġu stabbiliti prezzijiet ġodda mhux possibbli li titpoġġa fuq il-Mejda l-lista sħiħa mitluba.", "Jekk l-informazzjoni mixtieqa tkun aktar diretta jkunu jistgħu jingħataw dettalji tagħha.", "KONTROLL FUQ PREZZIJIET", "22182.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu kkontrollati l- prezzijiet ta' l-oġġetti?", "Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu kkontrollati l-prezzijiet tas-servizzi?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-prezzijiet ta' l-oġġetti huma kkontrollati b'mod ġenerali bl-Ordni ta' Prezzijiet ta' Frar 1993 maħruġin skond ir- Regolamenti dwar Bejgħ ta' Oġġetti.", "Din l-Ordni tistabbilixxi l-marġini ta' profitt li jista' jagħmel importatur/distributur u tal-ħanut.", "Min jinqabad jeċċedi dawn il-limiti jiġi mħarrek.", "Barra minn hekk isir kontroll ukoll direttament bil-pubblikazzjoni ta' Ordnijiet ta' Prezzijiet speċifiċi dwar kważi l-oġġetti kollha ta' l-ikel u affarijiet oħra essenzjali.", "Sistema oħra hija użata għall-iffissar tal-prezzijiet ta' oġġetti mediċinali.", "Dan isir permezz ta' ċertifikat maħruġ lill-importatur li jistabilixxi l-ogħla prezz li għandu jinbiegħ l-oġġett.", "Jinħarġu wkoll ordnijiet ta' prezzijiet ta' oġġetti essenzjali magħmulin Malta.", "Pulizija tal-kontroll u spetturi agrikoli jagħmlu żjarat kuljum fil- ħwienet biex jaraw li l-liġi hija osservata u jittellgħu mijiet ta' persuni l-Qorti meta jinstab li dan ma jsirx.", "Investigazzjonijiet isiru wkoll meta jidħlu rapporti ta' abbużi fuq it-telefon jew personalment fid-Dipartiment.", "Rigward servizzi m'hemmx liġi li tikkontrollahom.", "Naturalment il- konsumatur dejjem jista' jiftiehem minn qabel ma' dak li jkun se jagħtih is- servizz dwar il-prezz tax-xogħol u b' hekk iħares l-interess tiegħu.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Ministru għadu kemm semma l-prezzijiet tal- mediċini.", "Jista' jispjega ftit lill-Kamra kif jinħadmu l-prezzijiet u jagħti spjegazzjoni għaliex minn ġimgħa għall-oħra qed jogħlew l-istess prodotti, anke jekk ħafna drabi dawn ikollhom l-istess batch number?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ma naf xejn fuq il-prezzijiet tal- mediċini għax fortunatament ma għandix bżonnhom.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq li l-Onor.", "Vella jifhem li jien ma nistax nirrispondih għad-domanda li għamel għax il-Ministeru tiegħi m'huwiex responsabbli mill-prezzijiet u l-Ministru li jista' jagħtih din it-tweġiba qiegħed imsiefer.", "Sfortunatament, veru li jista' jkun hawn min jabbuża f'dan il-pajjiż.", "Li kieku kulħadd ibigħ il-prodotti tiegħu b'mod ġust, żgur li jagħmel qliegħ tajjeb mingħajr ma jweġġa' u jnaffar lil ħadd.", "Lanqas ma nista' nagħtih raġuni għaliex ċerti prodotti li jkunu ta' l-istess batch ma jinbiegħux bl- istess prezz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Onor. Bonello Du Puis, se nistaqsik mistoqsija oħra forsi tkun tista' tirrispondihieli.", "Il-Ministru jaf jekk kemm-il darba jsirux spot-checks fuq l-ispiżeriji, bħalma - kif semmejt inti qabel - isiru kontrolli fuq il-prezzijiet?", "Il-Ministru jaf isirux kontrolli simili fuq il-prodotti li jinbiegħu mill-ispiżeriji?", "Hemm xi każijiet fejn persuni tressqu l-Qorti minħabba li xi spiżeriji ma biegħux il-prodotti tagħhom bil-prezz li suppost ibigħuhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Mr Speaker, jien nassumi li ġaladarba hemm impjegati fid-Dipartiment tat-Trade biex jikkontrollaw il-prezzijiet, dawn l-ispot-checks isiru.", "Ma nistax ngħidlek li jien ċert minn dan li qed ngħid, imma hekk nassumi.", "Imma jien naħseb li għal dawn id-domandi li għamilli, ikun aħjar li kieku l-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda speċifika għax anke kieku l-Ministru responsabbli qiegħed preżenti llum, żgur li ma jkunx jaf ir-risposti bl- amment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Safejn naf jien, il-mistoqsijiet supplimentari jsiru wara li tkun ingħatat ir-risposta bil-miktub.", "Jekk kull darba li nagħmel mistoqsija supplimentari jkolli nagħmel mistoqsija bil-miktub fuqha, ikun aħjar jekk ma nibqgħux nagħmlu iktar mistoqsijiet supplimentari.", "Jien nifhem li inti ma tistax tweġibni minħabba li d-domandi li għamiltlek ma jikkonċernawx lilek, imma lill-Ministru Dalli.", "GĦalhekk jien nippretendi li l-Ministru konċernat ikun preżenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Ministru m'hux preżenti għax qiegħed imsiefer, pero' jien xorta waħda ma nippretendix li ministru - hu min hu - wara li jagħtik it-tweġiba għad-domanda li tkun għamiltlu inti, ikun jaf kemm-il darba sar kontroll fuq il-prezzijiet, kemm hemm nies li qed jagħmlu dawn it-tip ta' kontrolli, kemm-il darba n-nies li nqabdu jabbużaw ittellgħu l-qorti...", "Jien ma nippretendix li ministru se jkun jaf dawn id- dettalji kollha bl-amment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirtira r-rimarka li għamilt għax ma kontx naf li l- Ministru qiegħed imsiefer.", "Imma jien nippretendi li inti ma għandekx tgħid affarijiet li jien ma għidthomx.", "Jien ma staqsejtekx biex tgħidli kemm-il darba saru l-kontrolli tal-prezzijiet; kulma staqsejtek kien jekk tafx hux qed isiru kontrolli u jekk tressqux nies fil-qorti.", "Kieku llum il-Ministru kien preżenti, jien kont nippretendi li jkun jaf iweġibni għal dawn il- mistoqsijiet.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jista' jkun, imma jien min-naħa l-oħra ma kontx nippretendi li l-Ministru jaqbad u jirrispondi \"hekk\".", "ĊITTADINANZA DOPPJA", "21630.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-1991 'l hawn kienx hemm persuni ta' nazzjonalita' Russa li ngħataw ċittadinanza Maltija?", "Kemm kien hemm minn dawn il-persuni?", "Kif jistgħu ċittadini Russi jsiru ċittadini Maltin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Persuni barranin (inklużi ċittadini Russi) jistgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija jekk ikunu miżżewġin ċittadin Malti u l-Ministru responsabbli għaċ-ċittadinanza jkun sodisfatt li l-għoti taċ-ċittadinanza lill-persuna konċernata ma jmurx kontra l-interess pubbliku.", "Fil-fatt, mill-1991 sal-lum, kien hemm sitt nisa Russi li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija għax miżżewġin Maltin.", "Dawn ovvjament kellhom jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza Russa għax skond il- liġi tagħna ma jistgħux iżommuha.", "Minbarra dan, persuni barranin (inklużi ċittadini Russi) jistgħu jkunu eliġibbli biex japplikaw ħalli jiġu naturalizzati bħala ċittadini Maltin jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' artiklu 3 (1) ta' l-Att dwar iċ- Ċittadinanza Maltija (Kap 188), fosthom li jkunu ilhom jgħixu Malta għal mhux inqas minn ħames snin.", "Applikazzjonijiet għal dan l-iskop jiġu kkonsidrati skond il-mertu tal-każ u fid-dawl tal-guidelines dwar l-għoti taċ-ċittadinanza Maltija li kienu tħabbru f'Lulju 1987.", "Ninsab informat li s'issa ma kien hemm ebda ċittadin Russu li ġie naturalizzat bħala ċittadin ta' Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nixtieq nagħmel mistoqsija li m'għandha x'taqsam xejn ma' dan, imma għandha x'taqsam man-nazzjonalita'.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx xi policy speċifika rigward każi ta' bdil ta' sess ta' nies li jgħixu f'pajjiżi barranin - ħalli ma nindikawx il-post - imma għandhom passaport Malti?", "Hemm xi diffikultajiet li qed isibu ma' wiċċhom dawn in-nies?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn maċ- ċittadinanza.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien qed nistaqsi dwar problemi fuq bdil tal- passaport.", "Ħalli nagħmilha aktar ċara.", "Jekk persuna b'passaport Malti li qed tgħix barra minn Malta - jiġifieri baqgħet iġġedded iċ-ċittadinanza Maltija - tgħaddi minn esperjenza bħal din, x'inhuma l-proċeduri li jiġu segwiti hawn Malta?", "GĦandna provvedimenti fil-liġi għaliha?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien se nirrispondi off the cuff mingħajr ma kkonsultajt jew ħadt pariri, imma safejn naf jien, il-liġi tagħna s'issa ma tipprevedix il-possibilita' ta' bdil ta' sess fiċ-ċertifikat tat-twelid.", "Safejn naf jien, din hi l-pożizzjoni, pero' jekk tagħmilli domanda preċiża nkun nista' nwieġbek eżatt.", "Qed insemmi ċ-ċertifikat tat-twelid għax il- passaport imbagħad jirrifletti dan.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Prim Ministru jifhem li dawn huma każi delikati ħafna u ma nistax nagħti dettalji għax nista' nindika l-persuna li għandi f'moħħi.", "Nixtieq risposta dwar jekk il-Liġi Maltija tipprevedix tibdil tas- sess.", "Nassumu li hu kif qal il-Prim Ministru, ma jaħsibx li wasal iż-żmien li wieħed jitkellem dwar tibdil f'dan is-sens?", "Privatament nista' nagħtik dettalji ta' każ li kien fih hardship għall-persuna involuta.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'iniex f'pożizzjoni li nesprimi opinjoni definittiva.", "L-unika ħaġa li nista' ngħid hi li għandi l-impressjoni li skond il-liġijiet kif inhuma dan ma jistax isir.", "Rigward jekk huwiex il- każ li jinbidlu l-liġijiet, m'għandix opinjoni ferma għalissa u fil-każ naħseb li din hija materja li timmerita li tiġi studjata iktar profondament.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Ma nafx jekk fhimtux tajjeb lill-Prim Ministru.", "Jekk barrani jkun ilu jgħix f'Malta ħames snin jista' japplika biex isir ċittadin Malti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Biex japplika jrid ikun ilu resident f'Malta għal ħames snin, imma ma jfissirx li b'daqshekk ikollu dritt għaċ- ċittadinanza Maltija, anzi skond il-policy tal-Gvern kif kienet annunċjata snin ilu - ftit wara l-1987, jiġifieri fil-bidu ta' din l-Amministrazzjoni - ġew stabbiliti kategoriji ta' nies li jistgħu japplikaw għaċ- ċittadinanza.", "Hemm ir-rekwiżiti tal-liġi u barra minn hekk, ħafna drabi hemm id-diskrezzjoni tal-Ministru responsabbli, li f'dan il-każ hu l-Prim Ministru.", "Jien neżerċita d-diskrezzjoni tiegħi skond kategoriji li ġew definiti b'mod preċiż kemm jista' jkun, jiġifieri l-fatt li wieħed ikun ilu ħames snin hawn Malta ma jagħtihx id-dritt li jieħu ċ-ċittadinanza, anzi bħala regola ma nagħtux iċ-ċittadinanza.", "Biex nagħtu ċ-ċittadinanza jrid ikun hemm raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra, inkella ma nagħtuhiex.", "ONOR.", "GEORGE GATT: Nixtieq nagħmel suġġeriment u ma rridx inkun personali.", "Jien għandi binti Maltija, ġibtha Malta ta' seba' ġimgħat u sfortunatament għandha passaport Kanadiż.", "Jien sinċerament ma nħossx li din għandha tiġi trattata bħal xi Russu jew Ġermaniż, bir-rispett kollu lejhom.", "Jien ma ngħidx li huma bil-gzuz il-Maltin Kanadiżi jew il-Maltin Amerikani li jiġu joqogħdu hawn, anzi tkun xi eċċezzjoni.", "Jien ngħid li f'dawn il-każijiet il-liġi għandha tinbidel.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-każijiet li qed isemmi l-Onor.", "Gatt u każijiet oħra simili, il-policy tal-Gvern hi li nagħtu ċ-ċittadinanza Maltija bla diffikulta'.", "Pero' d-diffikulta' aktarx tkun li min ikun irid iċ-ċittadinanza Maltija jkun irid iżomm ukoll iċ-ċittadinanza barranija u f'dak il-każ il-liġi tiddefinixxi min jista' jkollu ċittadinanza doppja.", "Fil-każ ta' xi ħadd li jkun twieled barra minn Malta u li għalhekk ikun akkwista ċittadinanza barranija imma jkollu l-ġenituri Maltin, ir-regola hi li meta jiġi hawn Malta u japplika għaċ-ċittadinanza nagħtuhielu mingħajr diffikulta'.", "ĊITTADINI RUSSI - VISA BIEX JIDĦLU MALTA", "21631.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitneħħa l-bżonn ta' visa biex ċittadini ta' nazzjonalita' Russa jżuru Malta?", "Meta se sseħħ din il- miżura?", "Qed jiġi kkonsidrat bis-serjeta' li t-tneħħija ta' visa mir-Russja tagħmel lil Malta aktar vulnerabbli biex tiġi penetrata minn Russi li aħjar ma jkollniex minnhom f'Malta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin): Il-Gvern Malti qiegħed jistudja rikjesta mill- awtoritajiet Russi biex tiġi kkonsidrata l-abolizzjoni reċiproka tal-visa għaċ-ċittadini rispettivi.", "Kif isir f'każijiet simili l-istudju jieħu in konsiderazzjoni primarjament l-interessi kollha ta' Malta kemm fi sfond nazzjonali kif ukoll internazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, xi żmien ilu, jien kont għamilt mistoqsija supplimentari dwar dawn il-każi u l-Ministru konċernat kien qalli li se jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Din il-mistoqsija kienet tirrigwarda xi turisti Russi li kienu qed iħallsu għall-visa biex jiġu hawn Malta.", "Il-każ kien ġie investigat?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini li m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi.", "Jekk l-Onor.", "Sant jagħmel domanda bil-miktub lill-Ministru, tingħatalu risposta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Id-domanda kienet saret u għalhekk l-informazzjoni kellha tingħata.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk hemm domanda pendenti bil-miktub fuq dan il-każ, nitlob lis-Sedja biex tieħu ħsieb li l-Clerk of the House iġib ir- risposta.", "Jekk il-mistoqsija kienet supplimentari u l-Ministru qal li se jinvestiga l-każ, ma jfissirx li l-Ministru għandu jagħmel dikjarazzjoni.", "GĦalhekk, jekk il-mistoqsija kienet supplimentari, nistieden lill-Onor.", "Membru biex jagħmel domanda bil-miktub skond id-domanda supplimentari li saret ħalli l-Ministru jkun jista' jagħtih ir-risposta.", "KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ - RUSSI JAĦDMU MALTA", "21632.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Tista' l-Korporazzjoni ta' l- Impiegi u Taħriġ tagħti lista sħiħa ta' ċittadini ta' nazzjonalita' Russa li għandhom permess jaħdmu Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn jaħdmu?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): L-informazzjoni mitluba ma tinżammx mill-Korporazzjoni ta' l-Impiegi u Taħriġ.", "Il-permessi biex ċittadini ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu f'Malta jinħarġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "AĠENZIJA KONTRA L-ABBUŻ TA' DROGA U ALKOĦOL - STAFF", "21633.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Interpellanza Nru. 21,273, jista' l-Ministru jgħid x'xogħol tagħmel Ms. Vicky Gerada fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Aġenzija għall-Ħarsien mill- Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol f'Ħal Qormi billi isimha ma jidhirx fil-lista li tajt fir-risposta tiegħek?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ninsab informat li s-Sinjura Vicky Gerada m'hijiex impjegata ma' l-aġenzija konċernata.", "B'mod volontarju u bla ħlas, hi tgħin fis-servizzi u fix- xogħol ġenerali ta' l-aġenzija.", "Tajjeb li dan ikun ta' eżempju għal dawk li jistgħu jagħtu xi ftit mill-ħin tagħhom lil dawk li jeħtieġu l-għajnuna fis-soċjeta' tagħna.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA GĦAWDXIN LI KIENU JAĦDMU MALTA", "21634.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mill-1991 'l hawn kemm kien hawn għalliema, għalliema każwali u kindergarten instructors/instructrtresses li kienu joqogħdu Għawdex u kien jgħallmu f'Malta?", "B'liema kriterju ntgħażlu dawk li ntbagħtu jgħallmu Għawdex?", "Kien hemm min intbagħat lura Għawdex u suppost li minfloku ntbagħat ħaddieħor?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li mill-1991 'l hawn, kien hemm 14--il kindergarten assistant imqassma hekk:", "1991 - 9 1992 - 2 1993 - 1 1994 - 2", "Erbgħa minn dawn intbagħtu Għawdex mill-ewwel għal raġunijiet ta' anzjanita'.", "Sitta oħra ntbagħtu Għawdex meta nħolqot vakanza.", "Fadal erba' kindergarten assistants oħra, tlieta part-time u waħda każwali.", "Fid-9 ta' Ġunju ta' din is-sena, waħda mit-tliet part-timers, li hija parti mill-istaff ta' l-iskola ta' San Pawl, intbagħtet Għawdex biex tevita l-vjaġġi bil-baħar minħabba li kienet tqila.", "Fis-settur primarju, bħalissa hemm disa' għalliema Għawdxin li m'humiex interessati li jmorru jgħallmu Għawdex.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- għalliema każwali Għawdxin li kienu jgħallmu Malta, iċ-ċifri għas-snin li għaddew kienu dawn: 1991/92 - 2 1992/93 - 0 1993/94 - 10 1994/95 - 14 uħud minnhom part-timers.", "Fil-livell sekondarju, iċ-ċifri kienu dawn:", "1991/92 - 10 għalliema u 3 għalliema każwali:", "1992/93 - 5 għalliema u 5 għalliema każwali;", "1993/94 - 3 għalliema u 7 għalliema każwali;", "1994/95 - 3 għalliema u 6 għalliema każwali.", "Fis-settur post-sekondarju kien hemm għalliema Għawdxin jaħdmu Malta kif se jingħad:", "1991/92 - 3 għalliema; 1992/93 - għalliem wieħed; 1993/94 - żewġ għalliema u għalliem każwali.", "MELLIEĦA - TWESSIGĦ TA' TRIQ ETNA", "21635.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-permessi meħtieġa biex saret il-kontinwazzjoni u t-twessigħ ta' Triq Etna, fil- Mellieħa li waslet sa xifer l-irdum?", "Jekk ħarġu permessi, għal liema tip ta' xogħol ingħataw il-permessi?", "Fi Triq Etna, il-bini kollu hu bil-permess meħtieġ?", "Il-bini ta' boundary walls li hemm madwar il-vilel kollha bil-permess?", "Jekk iva, kif hemm min ingħata l-permess u kien hemm min ma ngħatax il-permess?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Skond il-liġi, mhux meħtieġ permess biex issir estenzjoni jew modifika ta' triq sakemm dan ikun skond l-iskemi approvati u riċentement emendati.", "Triq Etna, fil- Mellieħa hija inkluża fl-iskema u x-xogħol qed isir skond kif ippjanat.", "Dwar permessi rigward bini fl-istess triq, qed isiru l- investigazzjonijiet neċessarji biex jiġu stabbiliti l-fatti.", "MALTA/GĦAWDEX - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "21933.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija: X'sar minnu l- pjan li jitwaħħlu aktar traffic lights madwar Malta u Għawdex?", "Billi safejn naf jien twaħħlu żewġ traffic lights biss, x'sar min-numru ta' traffic lights ġodda li kienu nxtraw mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u li fuqhom kienet tant saret propaganda?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 21,914.", "ŻURRIEQ - ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ FI TRIQ KARMNU ZAMMIT", "21959.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Il-Ministru jaf li fi Triq Karmnu Zammit, iż- Żurrieq hemm żbroff tad-drenaġġ li ilu ħiereġ xhur sħaħ?", "X'se jsir biex dan jiġi rimedjat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn spezzjoni li saret fi Triq Karmnu Zammit jidher li l-ħsarat irrapportati m'humiex kawża ta' ħsarat fis- sistema tad-drenaġġ imma huma kawża ta' katusa, li m'għandhiex x'taqsam mas- sistema tad-drenaġġ li nstabet tnixxi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker,, onestament, fejn jidħlu t-toroq dejjem nitħawwad u ma nafx min hu l-Ministru inkarigat.", "Pero' se nistaqsi l- mistoqsija xorta waħda.", "Meta - bħalma ġara f'każ partikolari - isir resurfacing ta' triq u dan iwassal biex jinħoloq żbilanċ fil-flow ta' l- ilma, tant li jibda jgħarraq ċerti abitazzjonijiet fil-qrib, min ikun responsabbli għax-xogħol u għand min irid jirrikorri dak li jkun biex jieħu redress u jara x'se jagħmlu?", "Qed nistaqsi din il-mistoqsija għax naf b'każ - issa nsemmih iżjed tard - ta' persuna li xebgħu iġerruha minn post għall- ieħor ...", "Il-problema ta' din il-persuna hi li minn mindu sar dan ir- resurfacing, fi tliet okkażjonijiet kellhom imorru l-ġirien tagħha bil- bramel biex jiżvojtaw l-ilma mid-dar tagħha għax l-ilma tat-triq kollu qed jidħol f'din id-dar u fid-djar ta' maġenbha.", "Min hu responsabbli u lil min għandha tavviċina din il-persuna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Din, diġa' spjegajnieha drabi oħra.", "Meta jsir resurfacing li ma jkunx jinvolvi xogħol ta' maintenance biss, imma tkun trid tinqala' t-triq mill-ġdid biex jinbidel il-wiċċ, ir- responsabilita' hija tad-Dipartiment tat-Toroq.", "(Interruzzjonijiet) Jekk m'huwiex hekk, ir-responsabilita' hija tad-Dipartiment tad-Distretti.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker- jien naħseb li hawn Malta ma tantx aħna kapriċċjużi li nagħmlu r-resurfacing tat-toroq għall-gost, għax lanqas fejn hemm bżonn m'aħna nagħmlu.", "Pero', jien naħseb li jekk se tagħmel resurfacing mhux se tagħmlu għall-gost.", "Forsi inti qed tgħid għal meta tkun triq ġdida?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien m'iniex qed nidħol fil-mertu ta' jekk issirx għall-gost jew għall-bżonn.", "Qed ngħid li meta jkollok proċess fejn trid tagħti l-wiċċ kollu tat-triq bit-tarmac, dik normalment hija responsabilita' tad-Dipartiment tat-Toroq li jappartjeni lill-Ministru għat- Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Lil din il-persuna bħalissa qed jibagħtuha minn dipartiment għall-ieħor.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, mingħajr ma nkun polemikuż naħseb li f'din il-Kamra kemm-il darba spjegajna eżattament kif inhuma mqassmin ir- reponsabilitajiet għar-rigward ta' toroq.", "It-tqassim huwa magħmul b'mod mill-aktar ċar; il-manutenzjoni normali tat-toroq taqa' taħt id-Dipartiment tad-Distretti u kwalunkwe ħaġa li fiha involviment straordinarju taqa' taħt id-Dipartiment tat-Toroq.", "Dan l-stadju fih innifsu huwa tranżitorju għaliex il-Gvern qed jagħmel distinzjoni, li se topera dalwaqt anke fattwalment, bejn toroq urbani u toroq arterji jew distributorji.", "Kif diġa' tħabbar, qed ngħidu li t-toroq urbani, jiġifieri fl-istruttura tar-raħal jew belt, mis-sena d-dieħla se jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-kunsilli lokali.", "Nafu wkoll li r-responsabilita' għat-toroq arterji u distributorji se jibqgħu taħt id-Dipartiment tat-Toroq.", "Sadanittant, il-bżonnijiet ta' manutenzjoni normali qed jibqa' jieħu ħsiebhom - kif dejjem kien jiġri - id- Dipartiment tad-Distretti u kollox baqa' kif kien.", "L-affarijiet li huma ta' natura straordinarja, kif dejjem kien il-każ, jieħu ħsiebhom id- Dipartiment tat-Toroq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali): Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' barranin li jaħdmu fid-diviżjoni tas-saħħa, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 22285.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi f'isem il- Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: F'isem il-Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Emendi għall-Bye-Laws tal-Borża ta' Malta maħruġa mill-Kunsill ta' l- Istock Exchange ta' Malta skond l-artikolu 8 (2) ta' l-Att dwar il- Borża ta' Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għas-sena finanzjarja 1994/95; u", "Kopja ta' l-Annual Report and Accounts ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għall-perjodu li jagħlaq fit-30 ta' Settembru 1994;", "Kopja ta' dawn ir-rapporti tqassmet lill-Onor.", "Membri", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati jippresjedi.", "Ikompli mit-8 ta' Novembru, 1994.", "Klawsola 5 - Funzjonijiet tal-Kunsill (Kont.)", "Clause 5 - Functions of the Council.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq klawsola 5?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Tmexxija tax-xogħol tal-Kunsill.", "Clause 6 - Conduct of business of Council.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Għal din il- klawsola 6 nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Fit-test Malti tas-subklawżola (6) tal-klawżola 6, minflok il-kelma \"interessti\" għandha tidħol il-kelma \"interessi\".", "\"D\" In the Maltese text of subclause (6) of clause 6, for the word \"interessti\" there shall be substituted the word \"interessi\".", "Din il-klawsola tittratta l-mod kif għandu jitmexxa l-Kunsill.", "Naħseb li f'dan l-istadju m'hemmx affarijiet li jistgħu jkunu kontroversjali dwar it- tmexxija tal-laqgħat tal-Kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, jien nifhem li meta kunsill ikun ilu stabbilit u jkun ilu jaħdem għal perjodu mhux ħażin, laqgħa kull xahrejn, mill-inqas, għandha tkun biżżejjed.", "Pero' f'dan il-każ, fejn il-Kunsill se jkollu baħar ta' xogħol x'jagħmel, naħseb li jkun aħjar jekk fil-Liġi ngħidu li jrid ikun hemm laqgħa mill-inqas darba kull xahar kalendarju.", "Kumment ieħor li rrid nagħmel huwa dwar subklawsola 6 (5) li tgħid hekk:", "\"Il-Kunsill xorta jista' jiffunzjona minkejja kull vakanza fost il- membri tiegħu.\".", "Jien ma nafx x'isir f'liġijiet oħra, pero' naħseb li jkun aħjar li din niċċarawha.", "Jekk ikun hemm iżjed minn żewġ membri, li m'humiex iċ-Chairman u l-Viċi Chairman, li rriżenjaw jew tneħħew, il-Kunsill ma jkunx jista' jiffunzjona għax il-quorum huwa fformat miċ-Chairman jew il-Viċi Chairman u tliet membri oħra.", "Jiġifieri meta jkun hemm tliet membri minn ħamsa li jirriżenjaw, il-Kunsill ma jistax jiffunzjona.", "Ma nafx jekk id-drafter jistax jgħidilna jekk din hijiex implied.", "Pero' jkun aħjar jekk wieħed jiċċekkja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt dak li qed jiġi propost f'subklawsola 6 (2) huwa l-istess proċedura li tintuża f'kondizzjonijiet ta' kunsilli oħrajn u ta' regolamenti oħrajn.", "Dwar kull meta għandhom isiru l-laqgħat tal-Kunsill, ma nara li hemm l-ebda diffikulta' biex flok minimu ta' laqgħa kull xahrejn, nagħmluh ta' laqgħa kull xahar.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda għal klawsola 6:", "\"E\" Fis-subklawżola (2) tagħha minflok il-kliem \"darba kull xahrejn kalendarji\" għandhom jidħlu l-kliem \"darba kull xahar kalendarju\".", "\"E\" In subclause (2) thereof instead of the words \"once in every two calendar months\" there shall be inserted the words \"once every calendar month\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: F'subclause 6 (2) wara l-kelma \"Chairman\" trid tiġi comma u subclause 6 (6) naħseb li trid tiġi reworded.", "Din taqra hekk:", "\"Membru tal-Kunsill li f'kull kwistjoni li tinsab quddiem il-Kunsill ikollu interessi konfliġġenti ...\".", "Allaħares ikollu interessi konfliġġenti f'kull kwestjoni!", "Għalhekk naħseb li trid tiġi taqra: \"Membru tal-Kunsill li f'xi kwistjoni li tinsab quddiem il-Kunsill ...\".", "Jiġifieri flok il-kelma \"kull\" trid tidħol il- kelma \"xi\".", "Barra minn hekk nissuġġerixxi li minflok il-kelma \"tinsab\" jidħol il-kliem \"tkun quddiem il-Kunsill\".", "Punt ieħor li nixtieq niġbed l- attenzjoni għalih huwa li minflok il-kliem \"filwaqt li jirtira\" naħseb li għandu jidħol il-kliem \" u jirtira minn kull laqgħa tal-Kunsill\", għax inkella tiġi li filwaqt li jirtira jrid jirrivela l-interessi tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, fid-dawl ta' dak li għadu kemm qal l- Onor. Spiteri, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Minflok is-subklawżola (6) tagħha għandu jidħol dan li ġej:", "\"(6) Membru tal-Kunsill li f'xi kwestjoni li tkun quddiem il-Kunsill ikollu xi nteress konfliġġenti mal-kariga tiegħu ta' membru tal-Kunsill għandu jiddikjara x-xorta ta' interess li jkollu u jirtira minn kull laqgħa tal-Kunsill li matulha tkun qed tiġi diskussa dik il-kwestjoni.", "Kull dikjarazzjoni għandha tiġi reġistrata fil-minuti tal-laqgħa.", "\"F\" Subclause (6) thereof shall be substituted as follows:", "\"(6) Any member of the Council who in any matter before the Council has any interest in conflict with his office as member of the Council shall disclose the nature of his interest and withdraw from any meeting of the Council during which the matter is discussed.", "Any such disclosures shall be recorded in the minutes.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Il- mistoqsija hi emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistqosija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Kodiċijiet u livelli.", "Clause 7 - Codes and Standards.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar kif il- Ministru, wara li jikkonsulta ruħu mal-Kunsill għandu jistabbilixxi r- regolamenti jew direttivi li attwalment jolqtu lill-konsumatur f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni li għandu jkollu fl-għoti ta' servizzi, bejgħ jew kiri ta' oġġetti.", "Hemm ukoll il-possibilita' li jiġu stabbiliti l-inqas livelli ta' standards ta' servizzi li wieħed jista' jkollu u hemm ukoll il-possibilita' li jinħarġu regoli dwar kif għaqdiet tal-konsumaturi jkunu reġistrati permezzs ta' dan il-Kunsill.", "Imbagħad għandna wkoll provvedimenti għal meta dawn l-istess regolamenti jiġu miksura.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jekk il-Ministru jagħmel regolamenti li ma jkunux ġew minn pariri li tah il-Kunsill, x'jiġri?", "Il-Kunsill jista' almenu jippubblika l-fatt li hu ta t-tali pariri u l-Ministru ma laqagħhomx jew inkella jgħid li dak li qed jagħmel il-Ministru m'hux fuq il-pariri tiegħu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: X'jiġri f'każ li l-Ministru ma jeħux il-pariri tal- Kunsill, jiġifieri jinjorahom kompletament, u lanqas biss jirreferi għalihom?", "F'dak il-każ ir-regolamenti jkunu nulli għaliex ikun hemm difett fil-proċedura.", "Jiġifieri taħt id-dritt amministrattiv, dak li jkun ikollu dritt jgħid illi l-Liġi tipprovdi li l-Ministru kellu jikkonsulta lill- Kunsill u dan ma ġiex konsultat.", "GĦar-rigward tat-tieni domanda, jiġifieri dwar x'jiġri f'każ li l- Ministru jikkonsulta lill-Kunsill pero' ma joqgħodx fuq dawk il-pariri, irrid ngħid li r-regolamenti jkunu validi xorta waħda.", "Pero' mbagħad japplikaw il-provvedimenti ta' l-Interpretation Act ta' l-1975, li permezz tagħhom kwalunkwe membru parlamentari jista' jwaqqaf dawk ir-regolamenti fi żmien 28 ġurnata billi jressaq negative resolution.", "Imma jekk il-Kunsill ma jiġix konsultat, allura r-regolamenti jkunu nulli; jekk jiġi kkonsultat u ma joqgħodx fuq il-pariri tiegħu, ir-regolamenti xorta waħda jkunu validi għaliex il-Liġi sempliċement tgħid li jrid jikkonsulta.", "Meta wieħed jikkonsulta, jista' mbagħad ma jeħux il-pariri li jagħtuh.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob il-permess tal-Kumitat biex klawsola 7 tiġi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 8 - Dikjarazzjonijiet ta' avviż pubbliku.", "Clause 8 - Public warning statements.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"Ġ\" Klawżola 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok is-subklawżola (2) tagħha għandu jidħol dan li ġej: \"(2) Meta jintgħamel jew jinħareġ avviż skond kif hemm fis- subartikolu (1), id-Direttur għandu jsegwi l-prinċipji tas-sewwa u ta' l-oġġettivita'.\"; u", "(b) fis-subklawżola (4) tagħha minnufih wara l-kliem \"kif imsemmi qabel.\" għandhom jidħlu l-kliem \"Din l-eżenzjoni tapplika għall-persuni kollha li jippubblikaw, jistampaw, jirreġistraw, ixandru jew jikkommunikaw dik l-informazzjoni b'kull mod li jkun.\".", "\"Ġ\" Clause 8 shall be amended as follows:", "(a) for subclause (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"(2) When making a statement as is referred to in subsection (1), the Director shall adhere to the principles of fairness and objectivity.\"; and", "(b) in subclause (4) thereof immediately after the words \"any public officer as aforesaid.\" there shall be added the words \"such exemption shall extend to all persons publishing, printing, recording, broadcasting or communicating such information by any means whatsoever.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Subklawsola 8 (1) tgħid li d-Direttur, bi qbil mal- Kunsill, jista' jippubblika avviż.", "Imma tisa' tiġi l-idea li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar xi oġġetti min-naħa tal-Kunsill?", "(Interruzzjonijiet) iddispjaċini ħadt żball.", "Id-Direttur, jien ħsibtha \"il-Ministru\".", "Imma anke d-Direttur huwa membru tal-Kunsill, jiġifieri minn hemm ġejja.", "All right, naqbel.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-iktar parti importanti ta' l-emenda li ressaqna huwa l-fatt li qed nagħtu protezzjoni - fil-fatt f'dan il-każ partikolari din kienet diġa' stabbilita bil-Liġi ta' l-1981 - mhux biss lid-Direttur jew lill-uffiċjal pubbliku li joħorġu stqarrija f'dan is-sens, imma lil kull gazzetta, kull stazzjon tar-radju u kull min b'xi mod jippubblika t- tali stqarrija.", "Fi kliem ieħor, hawnhekk qed ngħidu li sakemm id- dikjarazzjonijiet ikunu bona fide għall-ġid tal-konsumatur, aħna nagħtu l- protezzjoni kollha lil kull min b'xi mod jippubblika stqarrija li fiha jindentifika, iwissi jew jgħarraf dwar xi ħaġa minn dawk elenkati f'paragrafi (a), (b), (ċ) u (d) ta' subklawsola 8 (1).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, dak li qed jgħidlu l-Onor.", "Grech hija ħaġa oħra.", "Is-suġġeriment hu li subklawsola (1) tiġi taqra hekk:", "\"Id-Direttur jista', bi qbil mal-Kunsill, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq proposta tal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ ...\".", "L-Onor.", "Grech qed jgħid li huwa tajjeb li Direttur jista' jagħmel dan kollu bi qbil mal-Kunsill, imma jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn id-Direttur ma jiħux l-inizjattiva li jagħmel hekk u l-Kunsill jiddeċiedi li għandha ssir dikjarazzjoni bħal dik maħsuba fi klawsola 8.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fid-drafting din il-possibilita' m'hijiex eskluża.", "ONOR.", "LINO SPITERI: GĦalkemm din il-possibilita' m'hijiex eskluża, jekk xi ħaġa tissemma u ħaġa oħra ma tissemmiex, effettivament tkun qisek qed teskludiha.", "GĦalhekk l-Onor.", "Grech qed jissuġġerixxi li din is-subklawsola tiġi kif qed jipproponiha hu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Il-klawsola tgħid li: \"Id-Direttur jista', bi qbil mal-Kunsill ...\".", "Jien jidhirli li din m'għandhiex tkun li d-Direttur \"jista'\" jagħmel avviż pubbliku, imma għandu jkollu d-dmir li jagħmel hekk.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Imma kif inhi din il-klawsola preżentament, id- Direttur waħdu ma jista' jagħmel xejn.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Hekk hu; irid bilfors jaqbel il-Kunsill.", "Imma l- intenzjoni m'għandhiex tkun li d-Direttur waħdu ma jkun jista' jagħmel xejn.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-Direttur għandu l-veto.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Iva, imma jista' jkun li ma tiġihx l-idea li joħroġ xi dikjarazzjoni hu, u l-idea toħroġ minn xi membru ieħor tal- Kunsill.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-bniedem li fiżikament se joħroġ l-avviż pubbliku huwa d-Direttur.", "Il-bniedem li legalment huwa responsabbli mill-ħruġ ta' dak l-avviż huwa d-Direttur.", "Pero' d-Direttur ma jistax jaqbad u joħroġ dikjarazzjoni kontra xi ħadd minn jeddu u mingħajr kordinazzjoni mal- kumplament tal-Kunsill.", "Biex id-Direttur jagħmel dikjarazzjoni, irid ikun hemm bilfors qbil mal-Kunsill.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jekk inhu hekk, il-Kunsill jew il-membri tal- Kunsill għandu jkollhom ukoll id-dritt li jagħmlu suġġerimenti lid-Direttur ...", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din is-subklawsola tagħtihom dan id-dritt.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Imma din m'hix ċara.", "Kieku din id-dikjarazzjoni toħroġ minn xi ħaġa li ġiet diskussa f'xi meeting tal-Kunsill, nifhimha għax hemmhekk il-membri kollha jkunu preżenti.", "Issa jekk din ikunx issuġġerieha d-Direttur jew xi membru ieħor tal-Kunsill is another matter.", "Jekk id-Direttur jaqbad u jiddeċiedi li joħroġ avviż, jista' sempliċement jgħid lill-membri tal-Kunsill li se joħroġ avviż.", "Imma din l-inizjattiva tista' tiġi min-naħa l-oħra wkoll, billi xi membru jew membri tal-Kunsill jidhrilhom li għandu joħroġ avviż.", "Allura naħseb li għandu jkollhom id- dritt li jressqu l-proposta tagħhom quddiem id-Direttur biex dan jippubblika l-avviż.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif inhi proposta, il-Kunsill għandu kull dritt li jressaq proposti simili, jiġifieri dan mhux qed jiġi eskluż.", "Li qegħdin ngħidu hu li huwa d-Direttur li fiżikament jista' joħroġ u jiffirma din id- dikjarazzjoni.", "Mhux qed ngħidu li l-persuna li tressaq il-każ quddiem il- Kunsill ...", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Forsi nistgħu nbiddlu l-kelma \"jista'\" u nagħmluha iktar pożittiva, billi ngħidu li d-Direttur \"għandu dmir\" jew \"huwa obbligat\"?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Se nerġa' ntenni s-suġġeriment tiegħi u tajjeb li l- Ministru jaħseb ftit fuqu.", "Kif inhi drafted, id-Direttur jista' jinizja avviż pubbliku u l-Kunsill juża l-veto, imma m'hijiex qiegħda tassattivament li l-Kunsill jista' jinizja dan l-avviż jew id- dikjarazzjoni.", "Dak hu l-punt tal-kollegi tiegħi.", "Allura qed nissuġġerixxi lill-Ministru li jagħmilha b'mod li tiġi taqra hekk:", "\"Id-Direttur jista', bi qbil mal-Kunsill, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq proposta tal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ ...\"", "B'hekk tkun qed tagħti l-inizjativa liż-żewġ naħat.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-drafting qed isir b'dan il-mod proprju biex id- Direttur mhux jordna lill-Kunsill, imma jaslu għal qbil bejniethom, ikun hemm speċi ta' approvazzjoni min-naħa tal-Kunsill.", "B'hekk ma jiġrix li d- Direttur jiġġieled ma' xi kummerċjant, ngħidu aħna, u jheddu li l-għada se jippubblika stqarrija kontra tiegħu, għax qabel bilfors ikollu jikseb il- qbil tal-Kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Chairman, se nirrepeti għall-aħħar darba għax qisna m'aħniex nitkellmu bl-istess lingwa.", "Li qed jgħid il-Ministru huwa korrett, so far as it goes.", "Li qed jissuġġerixxu sħabi fuq din in-naħa tal- Kamra hu li minbarra d-Direttur, il-Kunsill ukoll ikun jista' jieħu l- inizjattiva maħsuba fi klawsola 8.", "GĦalhekk jien għidt li aħjar ngħidu \"jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew tal-Kunsill\".", "Dan ikun meħtieġ iżjed u iżjed meta f'subklawsola 8 (3) effettivament lid-Direttur qed terġa' torbotlu jdejh - għalkemm qed tagħtih il-veto ukoll - għax qed jingħad li:", "\"Id-Direttur ma għandux jagħmel jew joħroġ stqarrija bis-saħħa ta' dan l-artikolu kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li jkun fl-interess tal- konsumatur li hekk jagħmel.\".", "Issa dwar dan il-provvediment donnu hawn qbil anke minn din in-naħa, għalkemm b'addenda li se tiġi proposta minn ħaddieħor.", "Jien personalment ma nħossx li għandna nagħmluha.", "Għax hawnhekk qed tappunta Direttur u Kunsill, qed tagħtihom poteri biex flimkien joħorġu stqarrijiet skond dawn it-tliet klawsoli - issa jekk l-inizjattiva tħallihiex biss f'idejn id- Direttur jew inkella iżżidx ukoll il-possibilita' li l-inizjattiva tittieħed mill-Kunsill, m'hux relevanti għall-argument tiegħi - imma mbagħad qed tpoġġi fuq il-kuxjenza u l-moħħ tad-Direttur subklawsola oħra speċifika, li ma jistax joħroġ stqarrija bħal din kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li jkun fl-interess tal-konsumatur li jagħmel hekk.", "Dawn l- affarijiet għalfejn jidħlu fil-liġi, mhux biex ixekklu lid-Direttur?", "Hawn għandna Liġi, Kunsill u Direttur li huma kollha responsabbli, imbagħad għandna kawtela li qed tgħidilhom li ma jistgħux jieħdu inizjattiva waħedhom għax irid ikun hemm il-qbil tal-maġġoranza tal- Kunsill.", "Jien qed nippreżumi li l-Kunsill irid ikollu vot maġġoritarju u mhux unanimu.", "Mela b'kollox se jkun hemm erba' opinjonijiet, imma ladarba dawn jaqblu li toħroġ l-istqarrija, qed nerġgħu ndaħħlu l-kawtela li jrid ikun sodisfatt fl-interess tal-konsumatur.", "Allura għalfejn se joħroġ dirtettiva, għall-gost?", "GĦax ma jkollux x'jagħmel u jiddeċiedi li joħroġ direttiva?", "Mhux għax iħoss li a priori hu fl-interess tal-konsumatur?", "Jien daparti tiegħi - issa sħabi jgħidu l-opinjoni tagħhom - f'subklawsola 8 (3) mhux talli ma nagħmilx addenda, talli nneħħiha kollha.", "La d-Direttur u l-Kunsill ħassew hekk, għalfejn għandna noqogħdu norbtu jdejn id- Direttur?", "Min-naħa tagħna qed jiġi suġġerit li f'subklawsola 8 (3) jingħad li jekk ma joħroġx stqarrija, id-Direttur irid jagħti spjegazzjoni lill- Kunsill u lill-Ministru responsabbli.", "GĦalfejn se ngħabbuh b'dan kollu?", "Jew se ndaħħlu mekkaniżmu li nemmnu li se jaħdem b'responsabilita' u biex inkunu ċerti li se jaħdem b'responsabilita', se jkun hemm dan il-Kunsill li jrid ikun hemm qbil miegħu u allura mhux se jkun hemm individwu li se jieħu inizjattiva li tista' remotament tiġi minn xi ħjiel konxju jew mhux ta' antipatija lejn xi kummerċjant ...", "Imma jekk aħna konvinti minn dan, m'għandniex inxekkluh iżżejjed.", "GĦax jekk kemm-il darba din inħalluha - forsi l-Onor.", "Tonio Borg jista' jgħidli jekk jaqbilx miegħi jew le dwar dan għax jien m'iniex bniedem legali - kull direttiva li toħroġ tista' tiġi challenged għax billi wieħed jitlob lid-Direttur li fil-qorti jgħid x'kienu r-raġunijiet ġiegħluh iħossu sodisfatt li dak li qed jagħmel huwa fl- interess tal-konsumatur.", "GĦalfejn dan?", "Suppost li d-Direttur ikun inħatar biex iħares l-interess tal-konsumatur.", "Mela għandna nippreżumu li dak kollu li se jagħmel hekk se jkun.", "U għax ma nippreżumux li bniedem waħdu hu xi alla - anke alla fi tliet persuni - lid-Direttur tal-Kunsill qed nagħtuh il-ħtieġa ta' maġġoranza ta' tliet persuni oħra miegħu.", "Naħseb li din hija kawtela biżżejjed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jien se nitkellem fil-qosor ħafna għax żgur ma nistax nagħti spjegazzjoni aħjar - u ma nafx min jista' jagħti spjegazzjoni aħjar - milli ta l-Onor.", "Lino Spiteri.", "Imma huwa fatt li dak li hemm f'subklawsola 8 (1), kważi qed nara li qiegħed għalxejn.", "Bħal sħabi, jien inħoss li l-kelma \"jista'\" hija fjakka wisq.", "Naħseb li din tiġi aħjar jekk għallinqas nagħmluha:", "\"Id-Direttur għandu, bi qbil mal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ avviż pubbliku ...\"", "Jekk mhux \"għandu\" forsi nistgħu ndaħħlu \"għandu jkollu d-dmir\".", "Allura jekk hemm qbil mal-Kunsill, għaliex f'daqqa waħda b'subklawsola 8 (3) qed inneħħu s-saħħa kollha u qed ngħidu li", "\"Id-Direttur ma għandux jagħmel jew joħroġ stqarrija bis-saħħa ta' dan l-artiklu jekk kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li jkun fl-interess tal-konsumatur li hekk jagħmel?\"", "Jien naħseb li ladarba hemm is-saħħa tal-Kunsill u jkun hemm id-Direttur għandu jkun hemm ċerta urġenza biex isiru l-affarijiet.", "L-affarijiet jidhru ftit fjakki għax l-ewwel hemm dik is-saħħa kollha ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm iktar saħħa f'subklawsola 8 (1) billi l-kelma \"jista'\" titneħħa u minflok ħa jitpoġġa l- kliem \"għandu d-dmir\", \"huwa fid-dover\" jew xi kliem ieħor li jkun jixraq iktar.", "GĦax waqt li qed ngħidu li d-Direttur:-", "\"... jista' bi qbil mal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ avviż pubbliku li fih jidentifika u jwissi jew jgħarraf dwar xi ħaġa minn dawn li ġejjin:\",", "- u hemm lista ta' affarijiet li aħna naqblu magħhom.", "F'daqqa waħda, iktar 'l isfel, qed nerġgħu nneħħulu dik is-saħħa li jkun ħa mill-Kunsill u ngħidu li:", "\"Id-Direttur ma għandux jagħmel jew joħroġ stqarrija bis-saħħa ta' dan l-artikolu kemm-il darba ma jkunx sodisfatt li jkun fl-interess tal- konsumatur li hekk jagħmel.\".", "Mela xi qbil se jkun sar mal-Kunsill?", "Jien naħseb li jkunu ħlew iż-żmien jekk imbagħad b'subklawsola 8 (3) se terġa' tneħħilu l-fakulta' li tkun tajtu qabel.", "L-ewwel hemm ċerta urġenza u d-Direttur hu fid-dmir li joħroġ xi avviż pubbliku - dan hu konsistenti ma' dak li għidna fit-Tieni Qari, jiġifieri hemm urġenza f'dak li jirrigwarda l-periklu għas-saħħa u xi affarijiet oħra li jissemmew f'paragrafu (d) ta' subklawsola (8) (1):", "Imbagħad qed nerġgħu ndaħħlulu x-xkiel ta' subklawsola 8 (3)?", "Din donnha ma treġix.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Onor. Spiteri, jien ma fhimtx eżattament dak li kont qed tgħid inti, fis-sens li min-naħa int għidt li se jkun hemm żieda addenda għal dak li hemm propost, u min-naħa l-oħra s'issa, l-addenda donnha ma saritx.", "Jista' jkun li kien hemm xi rethinking.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li r-rethinking sar minn kulħadd mhux minn ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Lill-Ministru nikkompatih għax naf kemm qam kmieni dalgħodu, pero' jien jidhirli li kont ċar biżżejjed.", "Ħalli nerġa' nirrepeti fil-qosor dak li għidt.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nissuġġerixxi biss u mhux qiegħed nipproponi.", "GĦar-rigward ta' subklawsola 8 (1), jien inħoss li l-kelma \"jista'\" għandha tibqa' għax f'affarijiet bħal dawn aħjar tintuża l-kelma \"may\" u ma tagħmilhiex mandatorja.", "Il-fatt li hemm il-kelma \"may\" huwa deterrent għal min jaqra l-liġi.", "GĦalhekk filwaqt li nifhem dak li qal l-Onor.", "Freddie Micallef, jien inħoss li l- kelma \"jista'\" hija biżżejjed.", "GĦalhekk subklawsola 8 (1) għandha tiġi taqra kif se ngħid:", "\"Id-Direttur jista', bi qbil mal-Kunsill, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq proposta tal-Kunsill, jagħmel jew joħroġ avviż pubbliku li fih jidentifika u jwissi jew jgħarraf dwar xi ħaġa minn dawn li ġejjin:\".", "Dak kien l-ewwel suġġeriment tiegħi.", "It-tieni suġġeriment imbagħad kien li subklawsola (3), għar-raġunijiet kollha li ssemmew f'din il-Kamra - u ma għandniex għalfejn nerġgħu nirrepetuhom - titneħħa u naturalment subklawsola (4) tiġi renumbered bħala subklawsola (3).", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan ifisser li sakemm ikun hemm il-kliem \"id-Direttur jista'\", bħalma d-Direttur jista' jwaqqaf proposta tal-Kunsill billi ma jippubblikahiex, meta l-Kunsill jipproponi xi ħaġa, id-Direttur xorta waħda għandu l-veto.", "Mr Chairman, jien jidhirli li subklawsola (3) hija superfluwa għax l- erba' każijiet li jillimitaw id-diskrezzjoni li jista' juża d-Direttur bi qbil mal-Kunsill, fihom infushom diġa' huma sitwazzjonijiet ta' interess għall-konsumatur u, kif qed jgħid ukoll l-Onor.", "Micallef, ta' urġenza.", "Dan tant hu veru li tnejn minn dawn il-każijiet speċifikament jagħmlu referenza għall-interess tal-konsumatur.", "GĦalhekk hija superfluwa subklawsola (3) li terġa' ssemmi l-interess tal-konsumatur, iktar u iktar jekk id-Direttur, fi kwalunkwe ċirkostanza - kemm jekk fuq proposta tiegħu kif ukoll fuq proposta tal-Kunsill - għandu d-diskrezzjoni li jista' juża l-veto għal kollox.", "GĦalhekk tkun kontradizzjoni jekk id-Direttur jiddeċiedi li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu fl-istess ħin li jiddeċiedi jekk dan huwiex fl-interess tal-konsumatur.", "Biex wieħed jeżerċita din id-diskrezzjoni, bilfors irid ikun hemm waħda minn dawk l-erba' kontinġenzi, li fihom infushom huma fl-interess tal-konsumatur.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Sur President, jien naqbel li subclause (3) titneħħa, pero' jidhirli li għandu jkun hemm subclause oħra li f'każ ta' urġenza tagħti d-dritt lid-Direttur li toħroġ stqarrija mingħajr in- neċessita' li jkun hemm il-qbil tal-Kunsill.", "Per eżempju, jekk id-Direttur jinduna li jkun hemm xi prodott għall-bejgħ li huwa ħażin għas-saħħa tan- nies, ikun irid jaġixxi b'ċerta urġenza u ma jkollux iċ-ċans li jiltaqa' mal-Kunsill, id-Direttur għandu jingħata dan id-dritt li jaġixxi.", "GĦalhekk jien naħseb li jrid ikun hemm klawsola li tagħti dan il-poter lid-Direttur f'sitwazzjoni bħal din.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, irridu nifhmu li kemm jista' jkun hawnhekk ma rridux noħolqu wkoll ...", "Veru li jista' jkun hemm affarijiet li jkunu urġenti, pero' m'huwiex normali li jkollok dik it-tip ta' emerġenza.", "Jien ma naħsibx li se jkun hemm xi ħaġa f'dan ir-rigward li se tinħoloq f'siegħa u ma jkunx ġustifikat lid-Direttur nagħtuh il-poter li bl- iskuża ta' xi emerġenza joħroġ stqarrijiet simili.", "Fil-fatt, l-emenda proposta mill-Onor.", "Spiteri - li qed naqblu li naċċettaw, jiġifieri li titneħħa subklawsola (3) u tiġi emenda ta' subklawsola (1) - naħseb li hi biżżejjed biex tkopri l-pożizzjonijiet kollha li qegħdin nitkellmu dwarhom.", "Mr Chairman, hawnhekk nixtieq nipproponi din l-emenda:", "\"Ħ\" Fil-paragrafu (d) tas-subklawżola (1) tagħha, fit-test Malti biss, ħassar il-kelma \"kuntrarju\".", "\"Ħ\" In paragraph (d) of subclause (1) thereof, in the Maltese text only, delete the word \"kuntrarju\".", "Naħseb li jkun aħjar jekk għalissa nipposponu din il-klawsola sakemm niddraftjaw l-emenda suġġerita mill-Oppożizzjoni.", "Mr Chairman, nitlob il- permess tal-Kumitat biex nipposponu din il-klawsola sakemm jiddraftjaw l- emenda.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola ġiet posposta.", "Klawsola 7 - Kodiċijiet u livelli.", "Clause 7 - Codes and standards.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman nipproponi din l-emenda għal klawsola 7: \"I\" Klawżola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fit-test Malti tal-paragrafu (b) tas-subklawżola (1) tagħha minflok il- kliem \"l-inqas livelli ta' servizzi\" għandu jidħol il-kliem \"il-livell minimu ta' servizz\".", "\"I\" Clause 7 shall be amended as follows:", "In the Maltese text of paragraph (b) of subclause (1) thereof for the words \"l-inqas livelli tas-servizzi\" there shall be susbtituted the words \"il-livell minimu ta' servizz\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Isem il-Kunsill jew Dipartiment ma għandux jintuża f'xi reklam.", "Clause 9 - Name of Council or Department not to be used in advertisement.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt f'din il-klawsola qegħdin nillimitaw l-użu ta' l-isem tal-Kunsill jew tad-dipartiment li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur, b'mod partikolari f'xi rekam.", "Qed nagħmlu dan għaliex jista' jkollok kummerċjanti jew inkella nies li jagħtu servizz, li jipprovaw jinqdew bl-isem tad-dipartiment jew tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur, biex jagħtu l-impressjoni li huma għandhom l-approval ta' dan id-dipartiment għal skopijiet ta' reklamar għalihom infushom.", "Hawnhekk qed ngħidu li dan l-isem ma jistax jintuża jekk kemm-il darba ma jkollux il- kunsens bil-miktub tad-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Qed nistabbilixxu wkoll il-pieni neċessarji, jekk kemm-il darba dak li jkun jibqa' jippersisti li juża l-isem tad-Direttur jew tal-Kunsill u qed ngħidu li f'dan il-każ il-piena massima hija ta' sitt xhur priġunerija.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Responsabbilta' ta' kummerċjant għal dak li jagħmlu l- impjegati tiegħu, eċċ.", "Clause 10 - Liability of trader for acts of his employees, etc.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 10:", "\"J\" Fit-test Malti tal-klawżola 10, minflok il-kliem \"kemm-il-darba\" għandhom jidħlu l-kliem \"kemm-il darba\".", "\"J\" In the Maltese text of clause 10 for the words \"kemm-il-darba\" għandhom jidħlu l-kliem \"kemm-il darba\".", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li kummerċjant jew bniedem li jipprovdi servizz ma jistax iġib l-iskuża li ma kienx hu l-persuna li kisret dawn ir- regolamenti.", "Allura jekk min qed jagħti s-servizz ikollu impjegat li jikser ir-regolamenti, hu se jkun responsabbli għalih.", "Qed ngħidu dan biex nevitaw li min jagħti s-servizz jinqeda b'xi impjegat u jipprova jaħrab mir- responsabilitajiet legali tiegħu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\"għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Kunfidenzjalita'.", "Clause 11 - Confidentiality.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 11:", "\"K\" Fit-test Malti tal-klawżola 11 minflok il-kliem \"lil konsumatur,\" għandhom jidħlu l-kliem \"lill-konsumatur,\".", "\"K\" In the Maltese text of clause 11 for the words \"lil konsumatur,\" there shall be substituted the words \"lill-konsumatur,\".", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li għandha tinżamm il-konfidenzjalita' f'kull ħaġa li tiġi diskussa mill-Kunsill, sakemm ma jkunx hemm xi deċiżjoni li xi ħaġa bilfors tkun trid tiġi ppubblikata.", "Dan qed isir biex ma jkunx hemm il-possibilita' li xi ħadd joqgħod iparla fuq dak li jkun qed jiġri fil-Kunsill.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nixtieq nirrimarka dwar il-fatt li fi klawsola preċedenti hemm li l-Kunsill minn żmien għal żmien jista' jaħtar lil min jagħti pariri u ma nafx jekk f'din il-klawsola hux qed nirreferu għal hekk ukoll.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dażgur, ħadd ma jista' jmur jgħid lill-barranin.", "Il- kummissjoni maħtura u l-Kunsill bejniethom jistgħu jitkellmu, imma jekk jien kont membru f'kummisssjoni maħtura minn dan il-Kunsill, inkun marbut ukoll li ma nitkellimx.", "Fil-fatt klawsola 11 tgħid li kull min ikun, u kull min f'xi żmien kien membru tal-Kunsill jew ta' xi kummissjoni konsultattiva mwaqqfa mill-istess Kunsill, għandu wkoll id-dover tal- konfidenzjalita' ta' dak li jkun intqal.", "GĦax inkella nispiċċaw ngħidu li ma konniex membri diretti tal-Kunsill imma ta' kummissjoni konsultattiva u xorta waħda jkun hemm leakage ta' dak li jkun qed jiġi deċiż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"k\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Garanziji", "Clause 12 - Undertakings", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 12:", "\"L\" Fis-subklawżola (1) tal-klawżola 12 minflok il-kliem \"bi ksur tar- regolamenti magħmula taħt l-artikolu 7 ta' dan l-Att,\" għandhom jidħlu l-kliem \"bi ksur tar-regolamenti taħt l-artikolu 7 jew taħt id- dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 9 ta' dan l-Att,\".", "\"L\" In subclause (1) of clause 12 for the words \"failure to comply with any regulations made under section 7 of this Act,\" there shall be substituted the words \"failure to comply with any regulations made under section 7 or under the provisions of section 9 of this Act,\".", "F'din il-Liġi l-iskop tal-funzjoni kollha tad-Direttur m'huwiex li noqogħdu naħlu l-ħin fi proċessi li ma jwasslu għall-ebda rimedju definittiv, imma qed ngħidu li hemm bżonn li jekk kemm-il darba d-Direttur iħoss li kummerċjant wara li nġibdet l-attenzjoni tiegħu ikun wasal għal ftehim ma' dak li jkun u jkun intlaħaq ftehim ma jkunx hemm bżonn ta' iktar proċessar ta' l-istess każ, imbasta dak il-każ jieqaf hemm.", "Hemm ukoll ir-rabta li ma joqgħodx jagħmel din l-istorja kull erbat ijiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, jien naħseb li sub-klawsola 12 (1) hija fakultattiva fis-sens li d-Direttur se jingħata l-possibilita' li għandu jara hu kif jaġixxi.", "Din qed tagħti aktar responsabilita' lid- Direttur.", "Aħna naħsbu li l-iktar ħaġa importanti - waħda mill-affarijiet li konna nsistejna dwarha - mal-protezzjoni hija li jrid ikun hemm ukoll l- edukazzjoni.", "B'din il-klawsola qed nimxu f'dik id-direzzjoni għaliex qed ngħidu li:", "\".... id-Direttur jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, minflok ma jibda proċedimenti kontra l-kummerċjant taħt ir-regolament relattiv, jammonixxi...\"", "Jiġifieri aħna naqblu li d-Direttur ikollu l-poter li jammoxxi.", "Pero' jien nixtieq nirrimarka - anke għal skop li nkunu għidiniha - li jkun tajjeb li din id-diskrezzjoni li hemm f'idejn id-Direttur issir b'mod li ma tippreġudikax l-operat tal-kummerċ in ġenerali.", "Jiġifieri b'mod li, at the end of the day, min ikun sofra jiġi kompensat.", "Forsi l-mod kif tkompli din il-klawsola jiġifieri li d-Direttur irid jagħti garanzija fi żmien tliet snin - ma naħsibx li għandna nikkritikawha - tista' tgħin, biss naħseb li jkun utli li wieħed jistaqsi jekk taħt din il-klawsola għandniex nagħmlu xi forma ta' penali f'każ li l-kummerċjant li jkun ġie ammonit mid-Direttur jerġa' jagħmel l-istess.", "F'dak il-każ il-leġislatur x'għandu jagħmel?", "Mr Chairman, sub-klawsola 12 (2) tgħid:", "\"Id-Direttur ma jibdiex proċedimenti kontra kummerċjant meta l- kummerċjant ikun temm iġib ruħu b'dak il-mod u jkun ta l-garanzija imsemmija.\"", "Veru li legalment tidher sabiħa, imma din il-garanzija se jagħtiha l- kummerċjant li jkun \"temm iġib ruħu\".", "Veru li forsi hija oġġettiva ħafna, imma tista' tkun soġġettiva wkoll għaliex ma tistax tiddetermina fiż-żgur li l-kummerċjant fil-fatt ikun temm jagħmel ħsara lill-konsumatur.", "GĦalhekk forsi jista' jkollha d-diffikultajiet tagħha wkoll.", "Jien naħseb li kien ikun aħjar kieku wieħed jgħid li d-Direttur ma jibdiex il- proċediminenti kontra l-kummerċjant meta dan ikun temm iġib ruħu b'dak il- mod, pero' jkun ta kumpens xieraq lill-konsumatur li jkun sofra danni.", "Iż- żewġ naħat tal-Kamra qablu dwar id-danni, allura għaliex m'għandniex, flimkien ma' dak li diġa' għandna, indaħħlu dan il-konċett li huwa healthy ħafna u li l-Abbozz diġa' qed jaħseb fuqu?", "Mela minbarra li d-Direttur ma jibdiex proċedimenti kontra kummerċjant li jkun temm iġib ruħu b'dak il- mod, irridu ngħidu li pero' dan ikun ta kumpens xieraq lill-konsumatur li jkun sofra xi danni.", "F'subklawsola 12 (1) qed ngħidu li m'aħniex se nibdew proċedimenti kontra l-kummerċjant u se nammonuh, imbagħad f'subklawsola 12 (2) qed ngħidu li m'aħniex se nibdew proċedimenti kontra l-kummerċjant, basta jkun temm iġib ruħu b'dak il-mod.", "Pero' mbagħad jien naħseb li s-safety valve ikun jekk aħna ndaħħlu l-konċett - jidher li diġa' hawn arja ta' qbil bejnietna fuq il-kumpens - u nagħmluha tassattiva li meta jiġri hekk il-kummerċjant ikun ta kumpens xieraq lill-konsumatur li jkun sofra xi danni.", "Jekk imbagħad id-Direttur jagħżel li ma jibdiex il- proċedimenti kontra l-kummerċjant ikun fid-dmir li jgħid li dan huwa każ li m'humiex se jittieħdu passi fuqu.", "Peress li huwa l-interess pubbliku li rridu nipproteġu - wara kollox huwa l-pubbliku in ġenerali li huwa l- konsumatur - naħseb li jkun utli li d-Direttur jippubblika d-deċiżjoni tiegħu.", "Biex tkun pubblika fil-veru sens tal-kelma jrid isir hekk permezz tal-Gazzetta tal-Gvern, bħal meta ngħaddu xi liġi minn dan il-Parlament.", "Liġi li tgħaddi mill-Parlament u li jkollha l-kunsens tal-President ma tkunx liġi qabel ma tkun pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "GĦalhekk id- deċiżjoni tkun fil-Gazzetta tal-Gvern u għandha tidentifika l-oġġett, is- servizz, il-prattika ta' kummerċ jew ta' negozju, il-persuni partikolari u l-garanzija msemmija.", "Lil-leġislatur qed ngħidulu li rridu nagħmlu din iż- żieda għax m'hux se noqgħodu nammonixxu lil dak li jkun imbagħad at the end of the day se nħallu dawn l-affarijiet jibqgħu jirrepetu ruħhom.", "Jien naħseb li jkun importanti li l-pubbliku jkun jaf bid-deċiżjonijiet li jittieħdu .", "Jekk aħna qed nitkellmu fuq trasparenza, jien naħseb li din hija importanti ħafna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fil-fatt għar-rigward ta' trasparenza se nressaq din l-emenda li tgħid hekk::", "\"M\" Klawżola 12 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) is-subklawżola (3) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala (4); u", "(b) minnufih wara s-subklawżola (2) tagħha għandha tidħol is- subklawżola ġdida (3) kif ġej:", "\"(3) Id-Direttur għandu jżomm reġistru għall-garanziji magħmula taħt dan l-artikolu, liema reġistru għandu jinżamm fl-uffiċċju prinċipali tad-Dipartiment u kull persuna tkun tista' tara r-reġistru matul dawk il-ħinijiet li jkunu stabbiliti mid-Direttur.\".", "\"M\" Clause 12 shall be amended as follows:", "(a) subclause (3) shall be renumbered as (4); and", "(b) immediately after subclause (2) thereof there shall be added the following new subclause (3):", "\"(3) The Director shall maintain a register of undertakings made under this section, which register shall be kept at the principal office of the Department and the register may be seen by any person at such times as may be established by the Director.\".", "Illum għandna esperjenza ta' sentejn jew ftit iktar fejn għandna diversi każijiet - ma nafx jekk hux mijiet - fejn konsumaturi li jkunu xtraw xi oġġett jew ħadu servizz marru jagħmlu claim.", "Kif jaħdem normalment id- Direttur?", "Għalkemm illum id-Direttur għandu l-poter li jiftaħ kawża l- qorti, jipprova li kemm jista' jkun jimxi bi proċeduri oħra.", "Wara li tidħol fis-seħħ din il-Liġi minflok immorru quddiem l-arbitru, id-Direttur ikollu l-possibilta' li jasal u għalkemm m'hemmx kumpens ta' flus jew inkella ta' affarijiet oħra d-Direttur ma jistax jibqa' jsostni li ma jressaqx il-każ jekk min qed iressaq l-ilment ma jkunx sodisfatt.", "F'dan is- sens il-konsumatur ikun diġa' ħa r-rimedju u l-iskop tagħna huwa li kemm jista' jkun ma jkollniex konflitti fil-vojt u fejn jinqala' konflitt tieħu rimedju tiegħu mingħajr ma ttawwal iżżejjed.", "F'dan is-sens naħseb li aħna covered biżżejjed.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, naħseb li l-aktar ħaġa vitali hija li nkunu ċerti li se jkun hemm il-kumpens xieraq lill-konsumatur għad-danni li jkun sofra.", "Jiena ċert li biex id-Direttur jasal li ma jeħux proċedimenti kontra l-kummerċjant irid ikun sodisfatt li l-complaints li saru mill-konsumatur ikunu ġew resolved u li l-konsumatur ikun kuntent.", "Dan nifhmu u għalhekk il-Ministru għadu kif qal li f'dawn l-aħħar sentejn id-Direttur ra mijiet ta' każi bħal dawn quddiemu.", "L-iktar ħaġa li xtaqt nagħmel enfasi dwarha huwa l-fatt li l-emenda li għaddieli l-Ministru - kont se nqum nitkellem dwarha qabel ma qam l-Onor.", "Schembri Adami - qiegħda twassal sabiex tilħaq dak li proprju xtaqna aħna minn din in-naħa.", "Naħseb il-fatt li jkun hemm reġistru li jinżamm fl-uffiċċju prinċipali tad- Dipartiment forsi diġa' huwa aħjar mill-Gazzetta tal-Gvern għax mhux kulħadd jaqraha.", "Ħafna drabi affarijiet bħal dawn jiġu riprodotti fil- ġurnali kollha kif ukoll fuq il-media.", "Illum fuq ir-radju qed isiru ħafna tipi ta' programmi li jitrattaw problemi differenti u min ikun qed isuq karozza jista' jsegwihom.", "Nies li jkunu nvoluti viċin ħafna tal-konsumatur donnhom lanqas qed jagħtu interpretazzjoni tajba ta' dak li hu għaddej minn hawn u jien niskanta b'ċerti kummenti li jsiru.", "Bħalma aħna qed nagħmlu minn kollox sabiex il-konsumatur ikun protett jista' jagħti l-każ li b'dak li jkun diġa' ġie ppubblikat tkun saret ħsara kbira lill-kummerċjant għax ħadd m'hu se jżomm lil dak li jkun milli jċempel u permezz tar-radju jirrapporta u jsemmi lil ċerta ditta.", "Ma nafx jekk b'dan ir-reġistru pubbliku aħniex se nilħqu l-iskop li nżommu bilanċ bejn ...", "Ħalli nkunu fair, hawn min għandu ċertu mod kif iressaq complaint u jaf fejn għandu jmur u hawn min m'għandux is-sabar jistenna u allura jxandar bnadi oħra u b'hekk issir ħafna ħsara.", "Kultant m'huwiex sewwa li ssir ħsara fuq oġġett li dak li jkun ikun ingannat fuqu.", "Taħseb li b'dan ir-reġistru pubbliku se nilħqu l-iskop?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment bniedem jista' jċempel fuq radju u jibda jgħid dak li jfettillu - dan ġieli ġara waqt xi programmi diretti fuq ir- radju - u tiskanta kif jibda ħiereġ ċertu kliem minn fomm ċerti nies anke fi programmi fejn wieħed normalment jistenna li min ikun qed imexxihom se jipprova jaqtagħlhom.", "Nafu li mhux dejjem ikun tort ta' min ikun qed imexxi l-programm għax dan ma jkunx jaf x'se jgħidulu meta jċemplu.", "Normalment dawn jibdew bil-famuża frażi \"prosit tal-programm\" u mbagħad wara jibdew ħerġin affarijiet li Alla biss jaf x'ikunu u f'kemm ili ngħidlek, il-prosit taqa' kollha kemm hi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiena qed naqbel li l-emenda li qed jipproni l- Ministru - l-Onor.", "Schembri Adami kien għadu ma jafx biha - tavviċina ħafna għal dak li konna qegħdin ngħidu minn din in-naħa, pero' ma nafx nistgħux nagħmlu aktar minn hekk billi anke min ikun responsabbli ta' dawn l-affarijiet ikun jista' jwassal din l-informazzjoni ħalli ma tkomplix issir din in-nuqqas ta' edukazzjoni u għalhekk tiġi negattiva.", "Irridu naraw x'irridu nagħmlu biex inkunu iktar pożittivi u biex jinstab mezz sabiex min ikun responsabbli ta' dawn l-affarijiet almenu jitlob li jkollu dawn id-deċiżjonijiet bil-quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, huwa importanti ħafna li l-pubbliku jkun informat bid-deċiżjonijiet u bir-raġunijiet li jkunu wasslu lid- Direttur biex ma jeħux passi kontra l-kummerċjant.", "Nixtieq nistaqsi lill- Ministru jekk meta fil-Liġi qed ngħidu \"kummerċjant\", hux qed nifhmu wkoll dak li jista' jiġri bejn tal-ħanut u bejn il-manifattur?", "Ħalli nagħti eżempju biex nispjega ruħi aħjar.", "Tal-ħanut ukoll jista' jkun qisu konsumatur.", "Jista' jagħti l-każ li jmur ġo fabbrika biex jixtri ż-żraben u dawn ikollhom qigħan magħmulin minn ċertu materjal li wara erba' jew sitt snin jinqasmu.", "Jekk kemm-il darba dawn jiġrilhom il-ħsara qabel - min jimmanifatturhom jaf li dik il-kwalita' ta' materjal tispiċċa wara ċertu żmien - u tal-ħanut ikollu complaints mingħand il-konsumaturi, il-għala meta l-każ ikun kiber u jkunu ngiddmu ħafna konsumaturi, il-pubbliku m'għandux ikun informat li dak l-oġġett ikun qed jagħmel il-ħsara, anke jekk kemm-il darba l-kummerċjant ikun waqaf bil-manifattura għax ikun inqabad u jkun ta garanzija li dawk l-affarijiet ma jagħmilhomx aktar?", "Qed nitkellem fuq affarijiet li jiġru fir-realta'.", "Għaliex il-pubbliku m'għandux ikun informat?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jiena m'għandix problema li ż-żarbun idumli erba' snin għax fil-każ tiegħi jkun diġa' spiċċa wara ftit xhur!", "Madanakollu fil-bidunett ta' din il-Liġi diġa' semmejna li bniedem li għandu ħanut u jmur jixtri minn fabbrika m'huwiex protett għax dak huwa parti min-negozju, imma jekk per eżempju, għandi ħanut taż-żraben u mmur nixtri ġlekk mingħand xi ħadd ieħor, hemmhekk għandi d-drittijiet normali ta' konsumatur.", "Pero' bejn dak li jbiegħ iż-żraben u dak li jikkonsenjahomlu hemm liġijiet oħrajn - mhux parti minn din il-Liġi - u f'każ ta' complaint jista' jfittex lil dak li jkun tak iż-żraben.", "Fil-kors tan-negozju m'hemmx din il-protezzjoni.", "Jekk imbagħad bħala bniedem normali qed tixtri xi ħaġa oħra għandek il-protezzjoni kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Bażikament il-punt li qajjem l-Onor.", "Alfred Portelli jeħodna ftit għad-definizzjoni u l-Minsitru diġa' rrefera għaliha.", "Tista' tkun kummerċjant taħt il-libsa tiegħek skond kif tilbisha u tista' tkun konsumatur skond kif tilbes il-libsa tiegħek.", "Id-definizzjoni, bl-emenda li konna pproponejna aħna, hija korretta.", "Jiġifieri jista' jkun li l-konsumatur ikun ukoll kummerċjant fil-professjoni normali tiegħu imma li f'ċirkostanza partikolari, f'negozju ġuridiku, jista' hu jispiċċa konsumatur għax hemm kummerċjant ieħor, fis-sens li qed jiġġestixxi negozju.", "Dak huwa l-ewwel punt.", "Issa dwar l-element ta' pubbliċita' li għandu jkun hemm għad-deċiżjoni li tingħata, jien b'mod analogu nara li meta, per eżempju, ikun hemm deċiżjoni ta' qorti, ħafna drabi tiġi ppubblikata fl-aħbarijiet, eċċ. Jiġifieri l- element ta' pubbliċita' qiegħed hemm għax huwa essenzjali li r-reat kriminali jiġi ppubblikat.", "Mela la nkisret il-liġi, hemm id-deterrent u la ġie offendut xi ħadd mill-pubbliku jew ġiet offenduta s-soċjeta', allura jkun sewwa li jissemma l-att tal-ħati.", "Pero' l-punt tiegħi huwa jekk aħna aħniex nagħmlu dan verament pubbliku.", "Jidher li se naqblu li tingħata pubbliċita' għax donnu hawn arja ta' qbil.", "Issa rridu naraw jekk għandhiex tibqa' l-Gazzetta tal-Gvern li tagħmel dan - s'issa dejjem din il-gazzetta kienet il-metodu fen nagħmlu l-affarijiet pubbliċi.", "Naf li f'ċerti liġijiet bħal tal-kummerċ, hemm reġistru li jagħmel l-affarijiet pubbliċi u dawn huma l-commercial registers.", "Pero' għadni m'inix konvint jekk nużawx il-Gazzetta tal-Gvern jew inkella r-reġistru, imma jekk nikkonvinċu ruħna li r-reġistru jkun l-aħjar metodu biex min kiser il-liġi nippubblikawh, allura nużaw lilu.", "Issa hawn tqum il-mistoqsija ta' min se jmur jaqra l- Gazzetta tal-Gvern jew ir-reġistru.", "Jiġifieri min se jaqra dawn, forsi min għandu interess?", "At the end of the day, aħna rridu li kulħadd ikun jaf.", "Għalhekk tajjeb li naraw liema miżura rridu nilħqu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien ma naħsibx li għandna nġibu dawn l-affarijiet fuq il-Gazzetta tal-Gvern għaliex fl-aħħar mill-aħħar hemm ir-rikors tal-Qorti.", "L-ewwelnett irrid ngħid li r-reġistru huwa mezz effettiv għal min hu verament interessat allavolja huwa miftuħ għall-pubbliku in ġenerali.", "Kieku d-Direttur jibda jgħid li trid il-permess tal-Ministru biex tmur tara r-reġistru, allura nifhimha.", "Imma r-reġistru se jkun magħmul li l-pubbliku kollu jkun jista' jarah.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Portelli.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Mr Chairman, jien nixtieq nagħmilha ċara li meta qed insemmu dawn l-affarijiet, ma nkunux irridu nagħmlu xi ħsara lil xi ħadd personali.", "Illum il-ġurnata ħafna fabbriki jagħmlu anke s-sale.", "Per eżempju, dalgħodu stess jien kont ġewwa fabbrika biex nara x'hemm u kien hemm waħda li qaltli li t-Tnejn se jkollhom is-sale ta' coats, eċċ. Issa jekk wieħed, bħala konsumatur, imur għal dan is-sale għand din il-fabbrika - l-owner stess tal-fabbrika qed jagħmel is-sale - u wara li jixtri coat isib li wara xahar ittaqqablu bil-kamla, x'se jagħmel?", "Fil-fatt dawn huma affariijet li ġraw.", "Allura jien naħseb li min xtara dan il-coat xorta jista' jieħu passi kontra dak li qed jagħmel is-sale.", "Jidher li d- definizzjoni ma tħallix barra li dan it-tip ta' kummerċjant.", "Illum il- ġurnata hawn fabbriki wkoll li jagħmlu ż-żraben tagħhom bil-pressa.", "Issa jekk forsi fuq żarbun għamel pressa ta' erba' minuti minflok ħamsa, iż- żarbun se jispiċċa jinfetaħ malajr u dan jista' jiġri anke jekk dak li jkun ikun xtara direttament mill-fabbrika meta kien hemm is-sale.", "Allura wieħed ikun jista' jieħu passi kontra dak il-kummerċjant?", "Jien nippretendi li l-liġi tkopri wkoll dan il-każ.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'każ bħal dak, fejn fabbrika qed tbiegħli żarbun, allura hemmhekk jien ikolli d-dritt li lil dak is-sid tal-fabbrika ntellgħu quddiem id-Direttur biex jieħu passi kontrih.", "Imma dak il-mument ma tibqax ikbtar fabbrika li qed tagħmel is-sale lil xi ħadd, imma bħallikieku jkun sar retail outlet normali fejn min qed jixtri, ikun qed jixtri biss xi par żarbun jew tnejn għall-konsum personali u mhux meta jmur xi wieħed li għandu ħanut biex jixtri lot sħiħ ta' żraben.", "Allura hemmhekk ma jkollux il-protezzjoni.", "ONOR.", "FREDDIE PORTELLI: Issa jekk per eżempju l-fabbrika tagħlaq wara xahar, dan il-każ ma jaqax taħt il-liġi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Issa jekk kumbinazzjoni wara ġurnata li nkun tajt is- servizz immut, allura ma jkunx hemm x'tagħmel iktar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien naħseb li bl-emenda li saret koprejna aktar minn 75% ta' dak li xtaqna.", "Huwa importanti li l-pubbliku jkun informat bid-deċiżjoni u r-raġunijiet li jwassal lid-Direttur biex ma jitteħdux passi kontra kummerċjant għax iservi ta' ġid kbir.", "Ma nafx kif jista' jinstab mezz għal meta d-Direttur ikun iddeċiedi li ma jittieħdux passi għax ikun sodisfatt li l-konsumatur tkun ingħatatlu l-garanzija u ingħatalu l-kumpens xieraq.", "Jien naħseb li jkun fair li l-pubbliku jkun informat b'mod xieraq.", "Ħafna drabi tkun tista' ġejja anke minn kummerċjant ieħor li jagħmel il-ħsara.", "Għalhekk jien inħoss li l-pubbliku għandu jkun mgħarraf malajr meta jkun hemm deċiżjoni, speċjalment fuq affarijiet li jkunu ta' ħajja jew mewt għall-kummerċjant.", "Tgħidx kemm inħossa din.", "Ma nafx ukoll jekk bir-reġistru li se nagħmlu nkunux qegħdin naslu għal dan l-iskop ukoll.", "Jiġifieri issa m'iniex ngħid mil-lat tal-konsumatur.", "Tajjeb li l- konsumatur ikun mgħarraf mill-ġdid fuq dak li jkun għaddej u dan ikun qed iservi wkoll ta' edukazzjoni u jkun qed jgħolli l-istatura tad-Direttur u tal-Kunsill in ġenerali.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jien qed nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Micallef.", "Pero' l-fatt li għandek reġistru - dan se jkun available dejjem - ma jfissirx li wieħed, għax għandu xi kurżita', ikun jista' jiċċekkja liema kummerċjant sentejn ilu ...", "Illum għadna fil-bidu, pero' meta jgħaddi ż-żmien, dawn l-affarijiet jindraw min-nies u jkollhom il- possibilita' li jmorru għand id-Direttur fejn wieħed ikun jista' jgħidlu li l-kumpannija taż-żraben - la l-eżempju kien fuq iż-żraben - ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Le, mhux fuq iż-żraben kont qed ngħid.", "Jien f'moħħi għandi - u għalhekk qed ninsisti - oġġett li huwa perishable.", "Jiġifieri jekk tilħaq toħroġ il-kelma fuq oġġett u mbagħad jinstab li d- Direttur kien sodisfatt bil-miżuri li jkun ħa, il-kummerċjant u allura d- Direttur ma jeħux paxxi, allura jien naħseb li m'għandux ikun hemm lack of time biex javża.", "Dan li għandi f'moħħi, affarijiet li jibqgħu fuq żaqq dak li jkun mingħajr ma jkun immeritah.", "Nispera li l-Ministru qed jifhimni issa.", "Jien qed nitkellem mhux fuq oġġett li la ma jinbiegħx illum, jinbiegħ l-għada, imma fuq affarijiet perishable fejn wara li jkun intqal xi ħaġa ħażina fuqhom u wara li ssir l-investigazzjoni, imbagħad id- Direttur isib u jissodisfa ruħu li dan m'huwiex minnu.", "Allura tan-naqra ħsara li tkun ġrat, se jkun hemm kumpens għar-raġuni li min kien iservi t- tali prodott ma żammux sewwa u fejn ma kienx proprju tort tal-kummerċjant imma ta' l-aġent jew tar-retailer.", "Allura jien naħseb li għandu jkun hemm aktar ħeffa f'dak li nippubblikaw ħalli dak li jkun ma jsofrix danni kbar għaliex jista' jkun li l-abbuż ikun ġej minn kummerċjant ieħor.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Dak li għidt qabel iwassal proprju għal dan u meta jiġri hekk tal-ħanut jieħu isem ħażin u ma jkun tort tiegħu xejn għaliex ix-xogħol ikun ħareġ ħażin mill-fabbrika, u aħna nafu li hawn konsumaturi li japprofittaw ruħhom.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Anke waqt li nkunu konsumaturi nibqgħu bnedmin bid- difetti u t-tajjeb tagħna, jiġifieri ssib minn kollox.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: GĦalhekk wieħed għandu joqgħod attent biex ma jkunx hemm nies li jsofru għal xejn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, mhux biex ma nkomplix ma' l- argument ta' l-Onor, Portelli, imma fit-Tieni Qari kont qed nitkellem fuq ċertu affarijiet u kważi kont instigat mill-Ministru biex insemmi xi wieħed minnhom.", "Kieku dak inhar jien qabżitli l-molla u għamilt l-iżball li nsemmi l-affarijiet li naf, kieku dawn l-għada fil-għodu kienu jiġu mxandra u ppubblikati.", "Hawnhekk issemma l-każ ta' dik il-Ministru Ingliża li żelqitilha kelma dwar is-salmonella u kellha tirriżenja.", "GĦalhekk dak inhar għidtlek li qed inżomm il-kalma għaliex inti taf x'qed jiġri u dalgħodu kellek każ ieħor dwar il-kondizzjonijiet fl-MDP.", "Issa jekk ħaddieħor l- affarijiet jitlaqhom mingħajr ħsieb u l-affarijiet perishable jibqgħu fuq żaqq dak li jkun u ma' wieħed jew tnejn jeħel kulħadd, b'dan li qegħdin ngħidu hawnhekk, jiġifieri li rridu nippubblikawhom f'reġistru, m'hux se naslu u jekk kemm-il darba l-prodott jilħaq joħroġ ikun hemm konsegwenzi kbar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, se nibqa' fuq l-istess suġġett.", "Hawn każijiet ta' impriżi tal-laħam li jġibu laħam iffriżat in bulk, iħalluh jiddifrostja ma' l-art, iqattgħuh fi steaks, jerġgħu jiffriżjawh u mbagħad joħorġuh għall-konsum.", "Din m'għandhiex x'taqsam aktar mal-biċċerija imma tikkonċerna l-privat.", "Issa b'din it-tip ta' proċedura li għandna quddiema x'tip ta' protezzjoni se toffri lill-konsumatur b'mod li huwa nvestigattiv u serju, aktar u aktar meta ċertu ditti lanqas biss jistgħu jagħmlu ċertu xogħol imma qed jagħmluh, għandhom il-brands għaddejjin, isiru reklami normali bla problemi ta' xejn u kultant joħorġu l-laħam bħala laħam frisk?", "Pero' anke jekk joħorġuh bi friża, dan jiġi ffriżat in bulk, jiddifrostjawh ma' l-art fuq areas sħaħ, iqattgħuh biċċa biċċa, jippakkjawh fil-plastic u jerġgħu jiffriżawh.", "Dawn l-affarijiet għandna kontroll fuqhom?", "Dawn il-proċeduri li qed nitkellmu dwarhom jistgħu jagħtuna xi salvagwardja fuqhom?", "Jien ngħid li m'humiex jagħtuna salvagwardja u naħseb li l-problema ta' din il-liġi hija li tant hi timida quddiem dawn il- problemi li assolutament se sservi bħala paraventu, taparsi hemm l- affarijiet għaddejjin.", "Imma meta fil-prattika tagħsar l-affarijiet bħal dawk li qed isemmi l-Onor.", "Freddie Micallef li għalija at this stage huma kruċjali għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq is-saħħa tal-poplu, qed nitkellmu fuq affarijiet ta' l-ikel basiċi li jingħataw fl-isptarijiet, fl- iskejjel, fil-canteens, fil-fast-food chains, li jinxtraw mill-mara tad-dar u li qed jiġu kkonsmati mill-poplu, issib li protezzjoni effettiva assolutament ma teżistix.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu lejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bejn l-argument tiegħu u l-argument ta' l-Onor.", "Micallef hemm dawra akbar minn 360 degrees!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-Onor.", "Micallef qed jitkellem fuq is-settur pubbliku tal-Biċċerija u jien qed nitkellem fuq settur relatat miegħu ta' l-ikel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onorevoli, jekk titkellmu hekk ħadd ma jifhem xejn.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Micallef kien qed jitkellem fuq il- protezzjoni tal-persuna li qed tipprovdi s-servizz.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dan x'għandu x'jaqsam!", "Mela ma fhimtx x'qed jgħid.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' jkun li ma fhimtx x'qed jgħid, imma jien kont preżenti il-ħin kollu u inti dħalt f'nofs id-diskussjoni.", "Aħna konna qed nitkellmu fuq argument totalment differenti.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inti qed tiżgwida l-affarijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, l-ewwel kont qiegħed ngħid x'enfasi kbira għamilt fit-Tieni Qari dwar il-protezzjoni li għandu jkollu l- konsumatur u mbagħad għidt li wara li dawn l-affarijiet jiġu rimedjati, biex lill-pubbliku nedukawh verament, irridu naraw li jiġi nformat, u jrid jiġi nformat fuq iż-żewġ naħat.", "Irid jiġi nformat fuq il-protezzjoni li qed nagħtuh u fuq dak li għamilna - dak li qed jitkellem fuqu l-Leader - u jrid jiġi nformat ....", "L-Onor.", "Alfred Sant semma xi ħaġa li jien ma semmejthiex, il-laħam li nimportaw ffriżat minn barra, u l-Ministru jaf x'abbużi kbar qed isiru.", "Jien ġbidtlu l-attenzjoni għal dak li għidt fit- Tieni Qari, imma jekk nirrepeti forsi jidħol l-Onor. de Marco u bħalma qal il-bieraħ jgħidilna li forsi m'aħniex ngħaddu klawsoli biżżejjed.", "Jien qed inkun prudenti u qed nara li ma nirrepetix dak li għidt fit-Tieni Qari, pero' jien kont għamilt enfasi kbira fuq il-protezzjoni li għandu jkollu l- konsumatur u fuq il-fatt li meta l-affarijiet jiġu rimedjati għandna nsibu mezz kif lill-poplu ninformawh li t-tali prodott issa ġie up to standard ħalli ma ssirx aktar ħsara.", "Imma din miż-żewġ naħat trid tgħidha għax inkella l-konsumatur jibqa' ħajtu kollha ma jikolx laħam!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, l-Onor.", "Micallef issa reġa' għamel l-istess argument li għamel qabel l-intervent tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni imma anke wara t-tieni intervent tiegħu, jidher ċar li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni kien qed jitkellem fuq argument totalment differenti.", "L-Onor.", "Micallef kien qed jitkellem fuq il-pożizzjoni ta' bniedem li tellajnih quddiem id-Direttur u fl-aħħar mill-aħħar instab li l-claim tal-konsumatur ma kenitx daqshekk kbira.", "Imbagħad staqsa x'se jagħmel dak li għandu prodotti li huma perishable.", "Dawn se jibqgħu ma' wiċċu?", "Niftakarha din il- frażi.", "Hawnhekk konna qegħdin nitkellmu fil-konfront tal-kummerċjanti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Meta konna qegħdin nitkellmu nofs siegħa ilu u d-diskors inqaleb fuq iż-żraben, il-Ministru kien qed jirrispondi għal dawn l-argumenti.", "Pero' jien xtaqt inkompli l-argument li konna bdejna bih fil- bidu.", "Din hi d-differenza.", "GĦalhekk nixtieq li dan l-argument jiġi eżawrit ħalli anke min jaqra d-debate jara li hemm konsistenza, u għalhekk jien wieħed minn dawk li x'ħin il-Ministru jqum jitkellem inpoġġi bil- qegħda ħalli jkun hemm konsistenza u kontinwita' f'dak li qegħdin ngħidu.", "GĦalhekk ukoll lill-kollega tiegħi dak il-ħin għidtlu li mhux għal dawk kont qed nirreferi.", "U inti taf, Mr Chairman, għaliex kont hawn x'enfasi għamilt, mhux biss waqt it-Tieni Qari imma l-ħin kollu, fuq il-fatt li l- konsumatur għandu jiġi protett.", "Issa konna qegħdin ngħidu li wara li l- affarijiet jiġu sistemati kif għandhom ikunu, għandna nkunu fid-dmir li nedukaw lill-pubbliku u ngħidulu li l-affarijiet issa qegħdin up to standard u m'għandux għalfejn jibża' minnhom aktar.", "U hawnhekk ma kontx qed ngħid għall-pett taż-żarbun!", "Il-Ministru jaf x'qed ngħid.", "GĦaliex ir- raħħal għandu jkompli jitma' l-bhejjem ta' xejn meta dawn ikunu waslu għall- qatla għaliex ikun qabeż iż-żmien?", "Għaliex għandu jżommhom aktar?", "Mela jien għandi nitkellem aktar ċar minn hekk?", "Hawnhekk fejn għandna niċċaraw l- affarijiet.", "Il-Ministru responsabbli għal dan il-qasam u jien dan is- settur inħobbu u l-poplu għandu jkun informat meta l-affarijiet jerġgħu lura għarn-normal.", "Jien għidt li m'inix sodisfatt b'dak li qegħdin ngħidu dwar ir-reġistru, pero' l-Ministru kien qed jirreferi għall-affarijiet li kienu qed jitkellmu fuqhom sħabi bħall-karozzi u żraben u jien qed ngħid li għandu jkun hemm il-ħeffa li l-pubbliku jiġi nformat ħalli ma jibqax bil- biża' li ċerti prodotti għadhom fl-istess stat.", "Jien naħseb li qed inkun ċar, inkella se tiġi sopra corne bastonate.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hemm bżonn li f'diskussjoni bħal din inżommu viżjoni globali fuq l-affarijiet.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-affarijiet ta' l- ikel, speċjalment fejn jidħlu prodotti tal-laħam, għandek is-settur pubbliku u s-settur privat.", "L-Onor.", "Freddie Micallef ilu ħafna jagħmel argumenti tajba fuq dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' l-ikel għas-settur pubbliku, li mbagħad jorbot mal-mod kif il-produtturi jwasslu l- laħam tagħhom għand il-konsumatur.", "GĦandu raġun.", "Minn naħa jrid jiddefendi - u sewwa jagħmel - l-interessi tal-konsumatur - qajjimhom bil- kbir dawk l-interessi - min-naħa l-oħra qed jgħid illi din id-difiża wieħed ma jridx jużaha biex jimmina l-interessi leġittimi ta' l-industrija tagħna.", "GĦandu raġun jagħmel hekk u qed jaħdem b'mod tajjeb ħafna fl-opinjoni tiegħi.", "Il-Ministru għandu jieħu dak li qed jgħid bis-serjeta'.", "Trid tittieħed bis-serjeta' fuq il-livell ta' kif titħaddem il-biċċerija fl- interess tal-konsumatur u fuq il-livell ukoll ta' kif jiġi protett il- produttur tal-laħam hawn Malta li mhux qed ikun protett biżżejjed fl- opinjoni tiegħi.", "Issa se naqbeż għal dak li semmejt jien, is-settur privat, fejn la qed jiġu protetti l-interessi tal-produttur u lanqas qed jiġi protett l- interess tal-konsumatur.", "Dan għaliex qiegħed jidħol laħam iffriżat minn barra in bulk taħt ismijiet kompletament artifiċjali u qed jimmina s- sitwazzjoni tal-produttur lokali.", "Dan il-laħam iffriżat importat in bulk minn barra, fost il-proċessi li jsirulu - din semmejtha u se nerġa' nsemmiha - jiġi defrosted taparsi fuq bażi kummerċjali, effettivament f'sheds bla ebda kura għall-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-iġjene, jiġi mqatta' għall-konsum lokali, jerġa' jiġi packed u frozen, imbagħad qed imur fuq is-suq lokali.", "Mela hawnhekk żgur li m'għandekx protezzjoni tal- konsumatur għax it-tip ta' żibel li qed jiġi mogħti lill-konsumatur b'dan il-mod huwa xi ħaġa li twaħħax, imma mbagħad joħroġ bi prezz sabiħ, allura bl-istess mod jiġi undermined doppjament il-produttur lokali.", "Hemmhekk għandek ukoll il-problema tal-produttur lokali.", "Ħaġa torbot ma' oħra - il- konsum ta' l-affarijiet ta' l-ikel u prodotti tal-laħam; it-tmexxija tal- biċċerija, il-politika ta' protezzjoni jew le għall-produtturi lokali, imbagħad ukoll kif qed jitħaddem il-laħam iffriżat miġjub minn barra.", "Qiegħed jinġieb minn kumpanniji li wħud minnhom lanqas huma liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol, qed jiġi proċessat b'mod li mhux aċċettabbli taħt l- ebda standard ta' iġjene u qed jiġi marketed bla problema ta' xejn.", "Din hija ħaġa li tingħaqad ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Freddie Micallef.", "Ma nistax nifhem fejn żvijjajna.", "Qgħadna eżatt on target f'dawn l- affarijiet.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nerġa' ngħid jien, noqogħdu attenti fuq dawn l- affarijiet.", "L-aħħar darba jien kont kważi mgħajjar giddieb għax meta wieħed jgħidlek li qed tivvinta ...", "GĦafast idi u żammejt kalm.", "It-tliet postijiet li semmejt diġa' hemm kambjament.", "Pero' anke dak li ġara dalgħodu, kieku l-ħalib jinżamm kif suppost, kieku llum ma kienx ikun hemm il-ħsara li kien hemm ġol-Malta Dairy Products.", "Ma nafx kemm intrema ħalib, imma naħseb li kien hemm eluf ta' liri ħsara.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Le, għall-grazzja t'Alla ma kellniex daqshekk ħsara.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien tkellimt ma' xi żewġ raħħala illejla.", "Hemmhekk nafu f'liema stat qegħdin.", "Qaluli li ntremew bi Lm8,000 jew b' Lm10,000 ħalib.", "Mhux kulħadd armat b'coolers; wieħed forsi żammu frisk, l- ieħor ma żammux, allura mill-4.00a.m. sas-6.00 a.m. l-ħalib mar.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Daħlu għax-xogħol wara s-6.00 a.m.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Appuntu, jien għidtlek sagħtejn biss.", "Jien ħassejtni nirtriegħed meta sirt naf x'qed jiġri u xtaqt li niġi jien għax naf x'jiġifieri ħsara.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-azzjoni industrijali ta' dalgħodu ma nafx min hu responsabbli għaliha għaliex il-Union li tirrappreżenta lil dawk in-nies qalet li mhux hi ordnatu dak l-istrajk.", "Issa ma nafx min ta l-ordni għall- istrajk.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq dawn l-affarijiet issa.", "Jekk irridu nitkellmu dwar l-agrikoltura u fuq is-suġġetti kollha li ssemmew nistgħu nagħmlu dibattitu.", "Imma fl-opinjoni tiegħi issa żvijjajna għal kollox mill- argument li għandna hawnhekk.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien qed nagħmel l-enfasi fuq dan għax dak inhar għidtli tliet darbiet li kont qed nivvinta.", "Illum qed ngħidlek li l- affarijiet li ġraw dan l-aħħar ħmistax-il ġurnata jikkonfermaw dak kollu li għidt jien.", "Jien ma nafx min ordna l-istrajk.", "Żgur li mhux il-Union għaliex kieku ma kienx imur is-Segretarju Ġenerali u jagħmel dak li għamel.", "Jien naħseb li hemm dik it-telqa li l-affarijiet ikunu ilhom ġejjin u jistennew, ma titteħidx deċiżjoni, imbagħad jaslu f'dawn l-affarijiet.", "Żgur ma mortx ninstigah jien jew il-Ministru stess.", "Jien naħseb li hu l- aktar wieħed li messu jkun jaf għax jien staqsejt jekk hux uffiċjali jew le.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Union ma refgħetx ir-responsabbilta' ta' l- istrajk, jiġifieri ma nafx min għamlu.", "Naf il-konsegwenzi ta' l-istrajk.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien qed ngħid li meta jkun hemm ċertu tul ta' żmien biex naslu għal deċiżjoni jiġru dawn l-affarijiet u jeħel kulħadd.", "Jeħel min qed jirrappreżenta lill-ħaddiem u l-aktar li jeħel għalija l- Gvern li ma jkunx jaf x'qiegħed jiġri eżatt.", "Bilfors li tkun ilha tiġġebbed ħafna l-istorja biex naslu għal dawn l-affarijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Qed noħorġu barra mis-suġġett.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nixtieqx nitkellem dwar l-istrajk għax hemm numru ta' affarijiet illi ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien dak inhar għidtlek li ltqajt ma' 13-il produttur li jagħmlu l-kumitat u lili wkoll qaluli li ma jafux meta se jaslu biex jibdew jirranġaw l-affarijiet hemmhekk.", "Illum l-Kamra tista' tikkonferma illi dak kollu li għidt jien kont qed ngħidu mhux fuq pedamenti tal-ġebel imma ta' l-azzar.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, naħseb li mhux parti minn din il- klawsola.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien dal-lejl żgur ma kontx involut għax kelli affarijiet oħra ta' mard illi lanqas ħallewni norqod kwarta.", "Irqadt biss mill-5.00 a.m. sas-7.00a.m. u fl-10.00a.m. sirt naf bl-istrajk.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien ilni mqajjem mill-4.30a.m. minħabba l-istrajk.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nerġa' ngħid, dan li qegħdin ngħaddu hawn u noqogħdu ngħidu reġistru u mhux reġistru...", "Jien tkellimt fuq il-lat preventiv dak inhar, u din għandha tkun Mela taparsi nagħmlu liġi u nibqgħu b'dawn l-affarijiet?!", "Prevention is better than cure.", "M'hawn l- ebda liġi li tikkura xi ħaġa.", "Kieku nosservaw il-liġijiet, ma jsirx dak il- qtil kollu f'inċidenti tat-traffiku.", "Dak hu li rridu nagħmlu.", "Kieku l- affarijiet inżommuhom up to standard, kieku lanqas biċċa liġi m'għandna bżonn, għax il-liġijiet neċessarji biex kollox jinżamm up to standar, kollha jeżistu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija emenda \"L\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda \"M\" għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex isssir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Proċedimenti.", "Clause 13 - Proceedings.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-proċedimenti dwar reati quddiem l-arbitru għandhom jibdew mid-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u dan bl-iskop preċiż li mhux kulħadd jibda jispara 'l hawn u 'l hemm, imma jgħaddi minn channel qabel biex ma nispiċċawx b'numru esaġerat ta' każijiet quddiem l-arbitru.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Kif qed jgħid il-Ministru, huwa d-Direttur li jibda l-proċedimenti dwar ir-reati kontemplati fl-Att u skond subklawsola 13 (2), id-direttur jista' jmexxi l-prosekuzzjoni fil-Qorti tal- Maġistrati.", "Jiġifieri d-Direttur bażikament huwa l-prosekutur.", "Nixtieq inkun naf jekk il-Gvern jikkontemplax il-possibilita' li d-Direttur jiġi challenged.", "Jekk, ngħidu aħna, id-Direttur għal xi raġuni jew oħra - tkun xi tkun - jiddeċiedi li ma jiħux dawn il-passi kontemplati fil-Liġi, il- konsumatur m'għandux ikollu l-possibilita' li jiċċallinġja lid-Direttur bħalma hemm fil-kamp kriminali, fejn wieħed għandu d-dritt li jiċċallinġja lill-Kummissarju tal-Pulizija?", "Nistgħu b'xi mod naddottaw din il-proċedura għal dan il-każ?", "Il-punt tiegħi hu li hawnhekk id-Direttur għandu l- fakulta' li jipproċedi, imma m'hix mandatorja.", "Allura jekk id-Direttur ma jaġixxix, x'għamla ta' difiża għandu l-konsumatur?", "Irid jistenna li jara għandux protezzjoni li toħroġ minn liġijiet oħra, li tista' ma teżistix?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għal liema raġuni ma jaġixxix id-Direttur?", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Hawnhekk hawn li:", "\"... id-Direttur jista', minkejja kull dispożizzjoni ta' kull liġi oħra, imexxi l-prosekuzzjoni fil-Qorti tal-Maġistrati.\".", "Dan meta nafu li skond subklawsola 13 (1) il-proċess ma jistax jinbeda jekk mhux fuq l-istanza tad-Direttur.", "X'jiġri jekk id-Direttur ma jmexxix?", "Għax jista' ma jmexxix.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Wieħed jista' jmur quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.", "Waħda ma teskludix lill-oħra.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBI ADAMI: F'din il-Liġi fejn qed nagħtu dan il-poter lid-Direttur, għandu jkun hemm din il-feather in his nest, li jista' ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Aħna qegħdin nitkellmu fuq min ikun qed jokkupa l- kariga ta' direttur u mhux fuq min hemm fil-preżent jew jista' jkun hemm fil-futur.", "Id-Direttur m'għandux għalfejn ikollu interess li ma jibdiex proċedura, imma jekk jiġri hekk, il-konsumatur xorta għandu d-dritt li jmur quddiem il-Qorti Ċivili u jipproċedi minn hemmhekk.", "Ma naħsibx li f'dan il- mument għandna għalfejn niddiskutu dan il-punt.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Mr Chairman, peress li qed nitkellmu fuq reati eċċ, nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar xi ħaġa li kont tkellimt fuqha fis- Second Reading.", "Jekk konsumatur jagħmel ilment u jistenna li jiġi kumpensat għax ikun sofra telf ta' flus u danni morali b'riżultat tar-reat jew b'konsegwenza tiegħu, il-konsumtaur - jikorreġini l-Ministru jekk jien żbaljat - fl-opinjoni tiegħi jista' jibqa' mingħajr kumpens jekk id- Direttur jiddeċiedi li jammonixxi, minflok li jibda proċedimeni kontra l- kummerċjant.", "Għax il-kumpens jingħata mill-Qorti meta l-akkużat jinstab ħati ta' reat.", "Jiġifieri jekk ma jinbdewx proċeduri, in-negozjant qatt ma jista' jinstab ħati.", "Fis-Second Reading jien kont tlabt li dan il-punt jiġi kkonsidrat mill-ġdid.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk ħejjiex xi emenda f'dan is-sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Portelli naħseb li qed titkellem fuq klawsola 14 u s'issa għadna qed niddiskutu klawsola 13.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Dikjarazzjonijiet ta' avviż pubbliku.", "Clause 8 - Public warning statements.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Klawżola 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fis-subklawżola (1) tagħha, minnufih wara l-kliem \"bi qbil mal- Kunsill,\" għandu jidħol il-kliem \"fuq inizjattiva tiegħu jew fuq proposta tal-Kunsill,\";", "(b) is-subklawżola (3) tagħha għandha titħassar; u", "(ċ) is-subklawżola (4) tagħha għandha tiġi rinumerata (3).", "\"N\" Clause 8 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1) thereof, immediately after the words \"with the concurrence of the Council,\" there shall be added the words \"on his initiative or upon a proposal of the Council,\";", "(b) subclause (3) thereof shall be deleted; and", "(c) subclause (4) thereof shall be renumbered (3).", "Fil-fatt din l-emenda qed inressquha fid-dawl tas-suġġerimentili saru iktar kmieni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija emenda \"Ġ\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ġ\" għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija emenda \"Ħ\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ħ\" għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija emenda \"N\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Ordnijiet ta' kumpens.", "Clause 14 - Compensation orders.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi din l-emenda:", "\"O\" It-test Malti tal-klawżola 14 għandu jiġi emendata kif ġej:-", "(a) fis-subklawżola (3), minflok il-kliem \"aggravat jkun\"għandhom jidħlu l-kliem \"aggravat ikun\"; u", "(b) fis-subklawżoli (4) u (6), minflok il-kelma \"kompens\" kull fejn tinsab għandha tidħol il-kelma \"kumpens\".", "\"O\" The Maltese text of clause 14 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (3), for the words \"aggravat jkun\" there shall be substituted the words \"aggravat ikun\"; and", "(b) in subclauses (4) and (6), for the word \"kompens\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"kumpens\".", "Hawnhekk qegħdin nispeċifikaw l-ammont ta' kumpens li jista' jingħata f'każ li jiġi deċiż minn dan il-Kunsill u l-iktar ħaġa mportanti forsi m'hijiex il-fatt li qegħdin nagħtu massimu ta' flus li jwassal sa Lm250, imma l-fatt li qed jidħol il-konċett tad-danni morali - naturalment wieħed jista' jargumenta li l-valur ta' Lm250 m'huwiex kbir daqs kemm jixtieq.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: F'subklawsola 14 (1) qed ngħidu li:", "\"Fuq talba wkoll verbali ...\"", "- nimmaġina li għandu a dispożizzjoni tiegħu li jagħmel talba verbali jew bil-mitkub -", "\"... ta' konsumatur aggravat jew ta' l-uffiċjal prosekutur f'ismu, il- Qorti għandha meta l-akkużat jinstab ħati ta' reat kontra xi regolament magħmul taħt l-artikolu 7 ta' dan l-Att, toħroġ ordni ta' kumpens ...\"", "- li hija proprju l-idea ġdida li qed idaħħal il-Gvern -", "\"... li bih il-misjub ħati għandu jkun ordnat iħallas lill-konsumatur aggravat bħala kumpens sħiħ jew parzjali:", "(a) ammont li ma jkunx iktar minn mitejn u ħamsin lira Maltija għal kull telf ta' flus.\".", "Il-punt li xtaqt nagħmel hu li jista' jkun li l-ammont għal telf ta' flus irid ikun iktar minn Lm250, għaliex il-każ li dwaru qed issir it-talba - verbali jew xort'oħra - tal-konsumatur tirrigwarda ammont li jeċċedi din iċ- ċifra.", "Allura jien naħseb li l-ammont għandu jkopri l-kumpens kollu.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-Onor.", "Tonio Borg qed isemmi l-idea taċ-Ċivil u jien nemmen li għandna nipprovaw narmonizzaw ma' leġislazzjonijiet li għandna fiċ-Ċivil.", "Huwa veru li hawnhekk dan il-konċett qed jidħol għall- ewwel darba, pero' jien naħseb li l-kumpens li l-konsumatur għandu jingħata għandu jkun wieħed komplet.", "Jiena nemmen li dan il-kumpens morali għandu jiżdied biex verament ikun aktar reali u allura l-Liġi mhux biss ixxaqleb lejn il-valur tal-ġustizzja imma tkun waħda razzjonali u anke effettiva.", "Jiena qed nipproponi li f'paragrafu (a) ta' subklawsola 14 (1) għandna nissostitwixxu l-ammont li jkopri l-kumpens għax b'hekk in-negozjant li m'għandux skrupli jinduna li l-abbuż tiegħu jista' jġib konsegwenzi kbar kemm għall-konsumatur kif ukoll għalih innifsu jekk ikun għamel dan ir- reat.", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola 14 (1) il-Gvern qed jipproponi li:", "\"ammont ...\"", "- dejjem qed nitkellmu fuq kumpens -", "\"... li ma jkunx inqas minn ħmistax il-lira Maltija u mhux iktar minn mitt lira Maltija bħala danni morali għal kull uġiegħ, għali, anzjeta' u inkonvenjenza, ...\"", "Jiġifieri l-idea issa m'hijiex biss it-telf ta' flus imma anke t-turmoil of mind.", "Jiena nemmen li tkun ixxaqleb aktar lejn il-kompletezza kieku dan il- paragrafu nagħmluh hekk:", "\"... ammont li ma jkunx inqas minn Lm100 u mhux iktar minn Lm500 bħala danni morali għal kull uġiegħ, għali, anzjeta' u inkonvenjenza,", "għal danni mġarrba mill-konsumatur aggravat b'riżultat tar-reat jew b'konsegwenza tiegħu.\",", "li allura proprju tagħmel id-differenza u tipprova tikkwalifika dan li qed ngħid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Alfred Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Biex ma noqgħodx nirrepeti dak li għidt fis- Second Reading, jibqa' l-fatt li l-kummerċjant jista' jiskapula milli jħallas.", "Nixtieq nagħmel l-aħħar rimarka dwar kumpens ta' bilanċ li għandu jkun hemm bejn il-qliegħ b'qerq li jista' jagħmel il-kummerċjant meta jinstab ħati ta' xi reat kif ukoll kull konsiderazzjoni ta' tbatija li għandha tingħata lill-konsumatur li jkun sofra speċjalment meta dan ikun tħalla hekk għal tul ta' żmien.", "Minbarra li l-konsumatur ikun sofra għax ingħata oġġett li ma kienx ta' standard kif suppost huwa bata wkoll psikoloġikament għax kellu qalbu tferfer sakemm sar jaf jekk il-kawża kienx se jirbaħha jew le.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, kif għidt ukoll fit-Tieni Qari din il- klawsola hija mill-iktar importanti f'dan l-Abbozz ta' Liġi għax qed toħloq eċċezzjoni li teżisti f'oqsma oħra tal-liġi imma xorta waħda tibqa' eċċezzjoni għar-regola, cioe' il-fużjoni bejn il-proċeduri kriminali u l- proċeduri ċivili.", "Is-soltu dawn huma indipendenti minn xulxin.", "Il- konsumatur kien jagħmel ir-rapport, id-Direttur kien jibda l-proċeduri kriminali u l-kummerċjant jeħel multa, imbagħad jekk il-konsumatur jidhirlu li jrid ifittxu għad-danni jrid iqabbad avukat u jagħmel kawża oħra quddiem imħallef, mhux quddiem maġistrat, skond kemm ikun l-ammont u tibda l- kawża.", "Din iddum ferm iktar minn kawża kriminali għax is-soltu f'dawn it- tip ta' każijiet il-kawżi kriminali jinqatgħu f'seduta waħda.", "Il-Gvern qiegħed jipproponi - limitatament għad-danni materjali sa Lm250 u għad- danni morali bejn Lm15 u Lm100 - li l-konsumatur jagħmel ir-rapport u jibdew il-proċeduri kriminali.", "Il-kummerċjant jista' jeħel il-piena kriminali u jista' jeħel ukoll id-danni materjali li jħallas direttament il- konsumatur - waqt li l-multa tmur għand il-Gvern, id-danni materjali ma jmorrux għand il-Gvern - plus li jista' jkun hemm ukoll il-kundanna ta' danni morali fid-diskrezzjoni tal-qorti - bejn Lm15 u Lm100 - li jmorru wkoll direttament għand il-konsumatur.", "Mela l-konsumatur qed inħaffulu l- proċeduri sal-punt li ż-żewġ proċeduri jiġu magħġuna flimkien u ma jkollux għalfejn imur fi qrati differenti.", "Pero' ġaladarba din se tkun eċċezzjoni għar-regola ġenerali li l-proċeduri għandhom ikunu separati, m'għandniex nesaġeraw u allura anke jekk il-ġurisdizzjoni tat-tribunal ċivili ta' l- arbitru f'materji ċivili se jiġi estiż.", "Is-somma ta' Lm250 għandha tibqa' hekk għax hawnhekk qed tieħu l-benefiċċju ta' żewġ proċeduri magħquda f'waħda.", "Allura għandu jkun hemm ċertu limitu u dan il-limitu huwa ta' Lm250 li huwa ammont sodisfaċenti.", "Imbagħad jekk il-claim tkun għal iktar minn Lm250, allura trid tagħmel il-kawża ċivili b'forum ġdid quddiem arbitru u mhux quddiem il-qorti, imbagħad is-somma ta' Lm250 titnaqqas mill- ammont li għandek dritt għalih.", "Fil-fatt subklawsola 14 (2) ta' dan l- Abbozz tipprovdi li kull kumpens li jiġi ordnat - hawn nista' nagħti eżempju ta' kummerċjant li jiġi kundannat iħallas Lm250 - għandu jitnaqqas minn kull ammont li jista' jingħata b'sentenza ta' qorti jew tribunal ta' ġurisdizzjoni ċivili dwar l-istess kwestjoni.", "Mela, jekk il-kwestjoni hija ta' Lm500, il-qorti tal-maġistrati għandha d-dritt tagħtik Lm250 direttament mingħajr ma jkun hemm proċeduri oħrajn imbagħad hemm Lm250 oħra li teħodhom mingħand it-tribunal ċivili.", "Jien naħseb li din hija ġusta għaliex din hija eċċezzjoni għar-regola u allura għandu jkun hemm il-limitu u l-limitu għandu jkun dak ta' Lm250 li jien naħseb li huwa raġonevoli.", "Dwar jekk id-danni morali bejn Lm15 u Lm100 humiex raġonevoli jew le, jien jidhirli li tant dan huwa konċett ġdid fil-liġi Maltija li għall-bidu tajjeb li jkun hekk.", "Naturalment m'hemm xejn li jeskludi li meta mbagħad il-Parlament jara kif marret din l-esperjenza tad-danni morali, jekk ġietx imposta bir-raġuni jew le f'każijiet li fihom jingħataw id-danni, allura wieħed jkun jista' jemenda din.", "Imma dan tant huwa konċett ġdid li tajjeb li ma niġrux fil-bidu, imma nimxu pass pass.", "Jiġifieri l-aħjar hu li għalissa ndaħħlu l-prinċipju billi nagħmlu l-limiti għall-ammont, imbagħad iktar 'il quddiem naraw.", "Anzi fit-Tieni Qari jien għidt li wasal iż-żmien li l-konċett tad-danni morali ma jibqax limitat biss għall-ksur tad- drittijiet fundamentali tal-bniedem u għall-ksur f'relazzjoni mal-Liġi ta' l-Istampa, kif inhu llum, imma b'permezz ta' din il-liġi qed inbexxqu l- bieb biex nintroduċu iktar il-kwestjoni tad-danni morali biex imbagħad nestenduha anke fil-każ ta' danni veri li jsiru f'kolliżjonijiet tat- traffiku u fejn iweġġgħu u anke jmutu n-nies li għandhom biss dritt għad- danni li effettivament huma jitilfu.", "Imma wieħed għandu jilqa' bil-ferħ dan is-suġġeriment jew din il-proposta.", "Fil-fatt anke l-Membri ta' l- Oppożizzjoni qalu li għandha tiġi ntrodotta l-idea tad-danni morali u biex ma niġrux billi nillimitaw l-ammont imbagħad wieħed, skond l-esperjenza, jista' dejjem jimxi 'l quddiem u jagħmel l-emendi neċessarji.", "Imma jien qed nitkellem biex niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għall-importanza ta' dan l- artiklu, li jien jidhirli li dan huwa wieħed mill-ikbar innovazzjonijiet ta' l-Abbozz innifsu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Mr Chairman, jien naħseb li f'subklawsola 14 (a) m'għandhiex tissemma ċifra.", "Jekk xi ħadd ikun sofra xi dannu jkun jrid il- kumpens kollu u mhux biċċa minnu.", "Nagħtu każ wieħed ikollu kwestjoni fuq fridge li tiswa Lm400, għaliex għandu jieħu kumpens ta' Lm250?", "GĦaliex għandna nżidu l-proċedura li biex jieħu n-nofs l-ieħor irid jidħol il- qorti?", "Aħjar inħalluha miftuħa u ngħidu li għandu jieħu kumpens komplet, imbagħad jekk l-oġġett ma jkunx ħażin kollu jieħu kumpens parzjali, imma fl- opinjoni tiegħi m'għandniex insemmu ċifra.", "Rigward subklawsola 14 (b) jien naqbel li għandu jidħol il-kumpens morali, imma ma nafx għaliex qegħdin nagħmlu ċ-ċifra ta' Lm15.", "Din iċ- ċifra jien naraha redikola.", "Kellha bżonn tidħol il-qorti wkoll din fil- każijiet ta' appell, fejn iddum sejjer bl-appell is-snin imbagħad issib xi maġistrat jew imħallef li jagħtik kumpens ta' xi Lm50.", "Imissna nagħmlu somma sostanzjali, għallinqas bejn Lm50 u Lm100, imma mhux nibdew minn Lm15.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Ligi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi kommunikata aktar tard.", "Mr Speaker, fis-6 ta' Ottubru l-Parlament iddibatta mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru tal-Ġustizzja, li tressqet mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Effettivament f'paragrafu minnhom il-mozzjoni kienet tgħid li \"kibru s- suspetti ġustifikati fost iċ-ċittadini li saru arranġamenti finanzjarji moħbija biex tkun tista' tingħata l-maħfra Presidenzjali\".", "Fil-bidu nett tas-seduta, minn din in-naħa kien tqajjem il-punt li bil-kliem \"suspetti ġustifikati li saru arranġamenti finanzjarji moħbija\", kienu qed isiru imputazzjonijiet li setgħu ma kenux in regola mar-regolamenti tal-Kamra u li jekk dan il-kliem kien se jibqa' fil-mozzjoni, kien mistenni li fil-kors tad-dibattitu, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fuq il-mozzjoni, kien aktar espliċitu, u se nikkwota l-kliem preċiż li uża.", "F'paġna 9 tar-Rapport Uffiċjali u Rivedut ta' dik is-seduta, jiġifieri Seduta Nru. 321 tas-6 ta' Ottubru, insibu li qal hekk:", "\"X'inhi r-raġuni li ttieħdet dik id-deċiżjoni?", "Minn hawnhekk għalhekk tasal għall-konklużjoni - jien fil-kuxjenza tiegħi nikkondividiha - li r-raġuni m'hijiex dik li ssemmiet, imma li għaddew il-flus.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemm bżonn li l-affarijiet ngħiduhom kif ikunu.\".", "Mr Speaker, dan juri li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bl-aktar mod ċar u b'dikjarazzjoni kategorika, assuma r-responsabilita' li jiddikjara li r- raġuni li għaliha ngħatat il-maħfra m'hijiex dik li ssemmiet, imma li għaddew il-flus.", "U biex jikkarga d-dikjarazzjoni tiegħu żied jgħid: \"Hemm bżonn li l-affarijiet ngħiduhom kif ikunu.\".", "Jiġifieri, nerġa' ngħid, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel dikjarazzjoni ċara li hu kien qed jallega li l-fatti kif jafhom hu kienu li għaddew il-flus u għalhekk ingħatat il- maħfra.", "Meta jien tkellimt f'dak id-dibattitu - kif jidher f'paġna 20 tar-Rapport li diġa' semmejt - kont għidt hekk:", "\"Jiena nagħti avviż ta' mozzjoni ta' ċensura fil-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex tiġi dibattuta f'din il-Kamra jekk fil-winding up huwa ma jgħidilniex x'inhuma l-provi li għandu dwar li għaddew il- flus.\".", "Għidt ukoll li se nitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħmel l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "Mr Speaker - kif rapportat f'paġna 21 tar- Rapport tad-dibattitu - jien kont żidt ukoll li:", "\"Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jġibli almenu inizju ta' prova li kien hawn xi flus li għaddew b'mod moħbi, kif qed jgħid, u li xi ħadd influwenza lill-Ministru tal-Ġustizzja minħabba dan, jien lill- Ministru mhux biss inneħħiħ minn Ministru imma nipproċessah ukoll.\".", "Mr Speaker, kif għidt dak inhar fil-Kamra, l-għada stess tad-dibattitu jien bgħatt għall-Kummissarju tal-Pulizija u tlabtu jinvestiga l- allegazzjonijiet magħmula f'din il-Kamra mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il- Kummissarju tal-Pulizija għamel l-investigazzjonijiet tiegħu u fost in-nies li kellem, kien hemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan ta lill-Kummissarju tal-Pulizija, li kien akkumpanjat minn spettur, dikjarazzjoni bil-miktub li, jekk m'iniex sejjer żball, sejħilha aide-memoire intitolat:", "\"Uħud miċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-konvinzjoni morali li fir- rigward tal-maħfra Presidenzjali mogħtija lill-Brażiljan Assis Queiroz, għaddew il-flus.\".", "Mr Speaker, wieħed malajr jinnota li filwaqt li fid-dibattitu parlamentari, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel dikjarazzjoni espliċita li r-raġuni m'hijiex dik li ssemmiet, imma li għaddew il-flus, u żied li \"hemm bżonn li l-affarijiet ngħiduhom kif ikunu\", hawnhekk issa qed jgħid li hemm \"konvinzjoni morali\" li fir-rigward tal-maħfra Presidenzjali, għaddew il- flus u jagħti għaxar raġunijiet għaliex qed jgħid li hemm \"il-konvinzjoni morali\" li għaddew il-flus.", "Jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja fotostatika tad-dikjarazzjoni, l-aide-memoire, magħmul mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Mr Speaker, mill-punti msemmija m'hawn l-ebda inizju, indikazzjoni jew sostenn ta' prova li b'xi mod l-allegazzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hi sostnuta.", "Dawn huma biss argumentazzjonijiet li m'humiex fondati fuq fatti; huma biss allegazzjonijiet u ħsebijiet.", "Jien jidhirli li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni naqas serjament, kemm meta ppropona l-mozzjoni b'dak il- kliem li semmejt - u qed nillimita l-kritika għal dik il-mozzjoni fuq dak il-kliem - kif ukoll fid-dibattitu li sar.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu d-dmir li jikkorreġi dak li qal fil-Kamra u għandu jkun raġel biżżejjed li jgħid li hu assolutament m'għandu l-ebda prova li tiġġustifika d-dikjarazzjoni li għamel, jiġifieri li għaddew il-flus biex ingħatat dik il-maħfra.", "Jien naħseb li dan hu obbligu tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, għax kull wieħed minna, filwaqt li għandu l-liberta' li jagħmel ir-rimarki kollha li jidhirlu, ma għandux jagħmel rimarki li jkunu irresponsabbli.", "Li wieħed jagħmel akkuża bħal din, jiġifieri li Ministru ta parir fuq maħfra għax għaddew il-flus, hija dikjarazzjoni gravi ħafna u wieħed għandu jerfa' r-responsabilita' għaliha meta jagħmilha.", "Jiddispjaċini li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma ta l-ebda prova jew għallinqas inizju ta' prova dwar dan.", "Irrid ngħid ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija kellem lill-persuni kollha li deherlu li setgħu jagħtu xi dawl fuq dawn l- allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u r-riżultat li kellu l-Kummissarju tal-Pulizija kien negattiv għal kollox.", "Għalhekk jien jidhirli li jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jkunx raġel biżżejjed u jikkonferma li m'għandux provi fuq dak li qal, jien ikolli nerġa' nagħmel id-dikjarazzjoni li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mexa bl-iktar mod irresponsabbli li ma jixraqx lilu bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni u ma jixraq lil ebda Deputat ta' dan il-Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, tkellimt diversi drabi f'dan il-Parlament fuq il-Liġi dwar l-Espropjazzjoni ta' Art u l-inġustizzji li toħloq.", "Din il-Liġi tmur lura snin twal u l-inġustizzji li hemm m'humiex daqstant fil- kriterji ta' kif jiġi determinat kumpens meta tittieħed art fl-interess pubbliku, iżda fid-dewmien li jkun hemm fil-ħlas ta' dan il-kumpens.", "Mir- rapport li joħroġ fuq il-ħidma tad-dipartimenti tal-Gvern, jirriżulta li l- arretrati ta' kumpens għal esproprjazzjoni ta' art, jaqbżu s-somma ta' Lm12 miljun.", "Naturalment dawn m'humiex dovuti għal artijiet li ġew esproprjati issa, għax uħud minnhom huma dovuti għal esproprjazzjonijiet li saru 25 sena ilu u 30 sena ilu; inbidlu l-gvernijiet u l-kont b'lura baqa' dejjem jikber.", "F'kull budget, dan il-Gvern dejjem iżid l-ammont allokat għall- kumpens li jitqassam kull sena, imma jżid kemm iżid dan l-ammont, l- arretrati tant huma kbar, li l-problema qed tibqa' hemmhekk.", "U dan b'inġustizzja għal diversi nies li tteħditilhom il-proprjeta' għal skop pubbliku, per eżempju biex tinfetaħ xi triq, jew isir xi bini mill-Gvern jew anke xi housing estate.", "Dawn ikollhom jibqgħu għal snin twal jitolbu l- kumpens għax ma jkunx hemm biżżejjed flus biex dan il-kumpens jitħallas.", "Jidhirli li fl-aħħar Budget, l-ammont li ġie vvotat għal dan il-għan kien ta' Lm0.5 miljun, żieda sostanzjali fuq l-ammonti vvotati fis-snin ta' qabel.", "Imma x'inhuma Lm0.5 miljun ħdejn arretrati ta' Lm12 miljun?", "Dan ovvjament jekk wieħed jassumi li l-Gvern ma jiħux iktar proprjeta', mentri aħna nafu li l-Gvern bilfors irid jieħu proprjeta' għal skop pubbliku jekk irid iwettaq il-programm tiegħu.", "Iżda xi soluzzjoni għal din il-problema trid tinstab.", "Naturalment Lm12 miljun huwa l-ammont li l-Gvern jidhirlu li għandu jħallas għal art li hu esproprja, għax probabbilment il-vertita' hi li meta l-każijiet involuti jmorru quddiem it-tribunal li jiffissa l- kumpens, din is-somma tikber għax ovvjament il-Gvern dejjem jiġbed ftit lejh u l-figura li jiffissa hu tkun iktar konservattiva minn dik li jkun irid is-sid.", "Ħafna drabi l-verita' tkun x'imkien fin-nofs.", "Jiġifieri s- somma ta' Lm12 miljun hija biss a conservitive estimate ta' kemm għandu jagħti l-Gvern bħala kumpens għall-esproprjazzjoni.", "Forsi wasal iż-żmien ukoll li wieħed joħroġ bonds, fejn b'xi ċedoli l-Gvern jirrikonoxxi l- ammont li għandu jagħti u jgħaddu interessi kummerċjali fuq dan l-ammont biex għallinqas dawn in-nies ikunu jistgħu jinnegozjaw il-bonds u almenu jkollhom xi ħaġa f'idejhom.", "Ħafna klijenti jiġu għandi b'expropriations li saru 12-il sena ilu u għadhom ma tħallsux.", "Forsi fil-Budget li jmiss il- Gvern jibda jaħseb biex iżid iktar il-vot ta' l-esproprjazzjonijiet; għax għalkemm hawn min ma tantx ibati għax l-art li titteħidlu tkun biss waħda fost ħafna, hawn ukoll min titteħidlu l-unika biċċa art li jkollu.", "Din hija xi ħaġa li tolqot lil kulħadd u mhux lil xi klassi soċjali partikolari.", "Li jkollok biċċa art ma jfissirx li inti xi sinjur, għax ħafna drabi jiġri li din tkun urittha, tkun l-unika biċċa art li għandek, tiġi esproprjata u jdum ħafna biex jitħallas il-kumpens.", "F'diversi okkażjonijiet tkellimt ukoll fuq il-kontradizzjonijiet li għadhom jeżistu fil-Liġi antikwata tal-kera li għandna llum, liġi li kważi dejjem ġiet interpretata mill-Qrati favur l-inkwilin.", "Id-difetti ta' din il-Liġi huma bażikament fir-restrizzjonijiet żejda - u nagħmel enfasi fuq il-kelma \"żejda\" - fuq l-ammont ta' kera li wieħed jista' jitlob għal postijiet li jinkrew.", "Ma jistax ikun li, per eżempju, rigward il-ħwienet il-Liġi tagħna tgħid li l-kera ta' fond kummerċjali tista' tiżdied, basta ż- żieda fil-kera ma teċċedix 40% minn kemm kien iġib dak il-fond f'Awissu ta' l-1914, xahrejn wara li l-Arċduka Ferdinandu kien inqatel f'Sarajevo u b'hekk faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinija!", "Ma jistax ikun li nibqgħu b'dawn il- liġijiet anakronistiċi li ma jagħmlux sens.", "Għax xi protezzjoni għandu jkun hemm kontra l-inflazzjoni favur il-kummerċjant?", "Li wieħed jipproteġi kontra l-inflazzjoni lill-persuna li qed tgħix f'residenza b'kera, wieħed jifhimha.", "Imma li b'dawn il-liġijiet antikwati wieħed jipproteġi lil kummerċjant meta qed jagħmel użu minn fond u qed jagħmel qliegħ minnu a skapitu ta' sid li m'huwiex kummerċjant, żgur li ma tiftiehemx.", "Jien naħseb li l-kuxjenza soċjali tagħna għandha tirribella kontra dan l-istat ta' fatt. Tisma' ħafna diskorsi fuq il-liġijiet tal-kera u naturalment kulħadd jiġbed lejn in-naħa tiegħu.", "Per eżempju, is-sidien jidhrilhom li għandu jkun hemm bidliet radikali fil-liġijiet tal-kera b'mod li jkun jistgħu jkeċċu lil dak li jkun meta jridu, mentri l-inkwilini jixtiequ li kollox jibqa' kif inhu.", "Jiena nemmen li l-liġijiet tal-kera m'għandhomx jinbidlu b'mod li s- security of tenure ta' l-inkwilin titnaqqas b'xi mod drastiku, għax inkella noħolqu diżastru fil-pajjiż.", "Ma jistax ikun li nagħmlu xi ħaġa li biha nies li llum igawdu l-protezzjoni tal-liġi, f'daqqa waħda jitilfuha.", "Kulħadd għandu jħallas b'mod raġjonevoli għall-protezzjoni li jieħu, anke f'każijiet ta' residenza.", "Kif jista' jkun li fil-każ ta' bini li nbena qabel l-1939, il-kera tiġi ffriżata bil-prezzijiet ta' qabel il-gwerra?", "U s-sabiħa hi li l-kera hija ffriżata għall-prezzijiet ta' qabel il-gwerra, iżda jekk is-sid jiġi kundannat mill-qorti biex isewwi xi saqaf jew inkella biex ibiddel xi travu, naturalment ma jħallasx bi prezzijiet ta' l-1939, imma jħallas bil-prezzijiet tal-lum.", "Min jaf kemm iltqajt ma' każijiet, ngħidu aħna, ta' pensjonant li jkollu fabbrika jew xi post ieħor mikri lil xi ħadd b'Lm60 fis-sena, u l-inkwilin jagħmillu kawża għax is-saqaf ikun qed iqattar.", "Imbagħad dan il-pensjonant jiġi kkundannat mill-qorti li jaħallas għax-xogħol meħtieġ u jispiċċa jħallas xi Lm1,500, meta hu jirċeivi biss Lm60 fis-sena u skond il-Liġi ma jistax jgħolli l-kera.", "Dawn il-kontradizzjonijiet u anakroniżmi jridu jispiċċaw.", "Ħalli nipproteġu lill-inkwilin fis-sens li ma jkunx jista' jitkeċċa għalxejn b'xejn - dik il- protezzjoni għandha tibqa' għax il-Liġi tal-Kera għandha jkollha dimensjoni soċjali u mhux kollox jiddependi fuq ir-regoli tas-suq - imma għandu jkun hemm bdil fil-liġijiet tal-kera ħalli l-inkwilin iħallas kera xierqa għal dik il-protezzjoni li qed igawdi; mhux kera esaġerata imma lanqas għandha tkun kera ridikola.", "Mr Speaker, xtaqt nitkellem ukoll fuq suġġett kompletament differenti u niddefendi ftit liċ-Chairman tal-Korporazzjoni Telemalta Dr Richard Galea Debono li dan l-aħħar il-kanuni kollha tal-gazzetti ta' l-Oppożizzjoni huma mmirati lejh, fl-opinjoni tiegħi inġustament u b'mod xejn dinjituż u etiku fil-konfront tiegħu.", "Saħansitra kien hemm anke tgħajjir ta' natura personali fil-konfront tiegħu - għax għandu l-black belt - u kritika għall- mod kif imexxi l-Korporazzjoni.", "Naħseb li meta wieħed iħares lejn dak li sar fil-Korporazzjoni Telemalta f'dawn l-aħħar sentejn u nofs, kemm ilu Chairman Dr Richard Galea Debono, malajr jinduna li l-grinta u l-enerġija li wera meta kien involut fl-industrija privata, ittrasferieha u qed jużaha f'korporazzjoni pubblika importanti għall-ġid tal-komunita' kollha.", "Il- collective agreement li sar f'Diċembru ta' l-1993 tejjeb sostanzjalment il- kondizzjonijiet tal-ħaddiema ta' Telemalta.", "Din jidher ukoll fl-ammont ferm żgħir - komparat mat-total - ta' nies li ħarġu bl-istrajk dak inhar ta' l-istrajk ġenerali.", "Din hi turija ta' kemm il-ħaddiema ta' Telemalta, bis-saħħa tal-collective agreement li stinka għalih il-Ministru Zammit Dimech kif ukoll iċ-Chairman attwali, Dr Galea Debono, qed igawdu mill- progress li sar f'Telemalta, progress li nistgħu narawh b'għajnejna u mmissuh b'idejna.", "Per eżempju, fl-1992 f'Malta kien hawn 41.8% ta' exchange lines għal kull 100 ruħ.", "Din il-figura taqbeż dik ta' żewġ pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri ta' Spanja u ta' l-Italja, kif ukoll iċ-ċifra għal Ċipru, li bħalna applika biex jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Il-waiting-lists għat-telefon naqsu drastikament ukoll.", "Mr Speaker, aħna lkoll niftakru ż-żmien meta biex tieħu telefon, kont tkun trid tmur għand xi deputat jew kandidat, u jekk ikollok l-isfortuna li tmur għand il-Fratell - qed nirreferi għall-ex-deputat GĦawdxi Karmenu Buttigieg - ...", "Skond dokument li kien anke ġie pubblikat, jirriżulta li l- Fratell lill-Ministru kien jindikalu dawk li għandhom jieħdu t-telefon, dawk li assolutament ma għandhomx jieħdu t-telefon għax huma Nazzjonalisti, u mbagħad kien ikun hemm oħrajn fit-tielet kategorija li jikkwalifikaw għat- telefon jekk jifdal, bħal-loqom ta' Lazzru.", "Pero' dejjem kien hemm kategorija ta' nies li assolutament ma kinux jieħdu t-telefon għax kellhom id-dnub kbir li kienu Nazzjonalisti!", "Illum ħadd m'għadu jmur għand xi deputat jew kandidat biex jieħu t- telefon; dik saret xi ħaġa tal-passat.", "Illum li tmur tittallab għat- telefon tidher bħala xi ħaġa li kienet teżisti ħafna snin ilu.", "GĦaliex?", "GĦax prattikament f'diversi postijiet ta' Malta hemm service on demand, jiġifieri meta tagħmel talba għas-servizz tat-telefon, dan jingħatalek mill- ewwel.", "Fil-fatt fis-sena 1993/1994, the total number of line connections li saru kien ta' 11,875.", "U jekk se tqassam 11,875 linja tat-telefon f'sena, żgur li n-nies ma jkollhomx għalfejn imorru iktar għand id-deputati u l-kandidati jitolbu s-servizz.", "F'Għawdex, li skond ir-rapport ta' Telemalta, ġie konsidrat bħala mudell għal Malta fil-qasam tat- telekommunikazzjonijiet - il-waiting-list hija ta' 183 u tqassmu 1,000 linja.", "F'Malta l-waiting-list ġiet ridotta drastikament għal 2,000 ruħ.", "Jiġifieri minn popolazzjoni ta' 356,000 ruħ, hawn biss 2,000 ruħ li qegħdin jistennew biex jieħdu s-servizz tat-telephone.", "Barra minn hekk nafu li llum hawn il-fax machines, il-point-to-point lines, u servizzi oħrajn li minħabba fihom id-domanda dejjem tiżdied għaliex in-nies dejjem jipprovaw jgħixu f'livell ta' ħajja aħjar.", "Matul is-sena li għaddiet 12,000 telephone bir-rotary dial ġew sostitwiti bis-settijiet tal-push button li għandna llum.", "Dan kollu huwa frott tal-ħidma ta' Dr Galea Debono, imma l-akbar innovazzjoni fil-ħidma ta' Dr Galea Debono fil-Korporazzjoni Telemalta kien is-servizz ġdid personalizzat għal nies li għandhom xi diżabilita'.", "Il- Gvern kien diġa' introduċa s-sistema Telecare, fejn l-abbonat iħallas Lm1 fix-xahar u jkollu servizz 24 siegħa kuljum.", "Min għandu dan is-servizz, jekk jiġrilu xi ħaġa fi kwalunkwe ħin, sempliċement jagħfas buttuna, jirrisponduh miċ-ċentru tat-Telecare u jaraw xi ġralu.", "Niftakar li waqt home visits, kien hemm min qalilna li anke jekk tolqot din il-buttuna aċċidentalment, mill-ewwel iċemplulek biex jaraw jekk inqalagħlekx xi ħaġa.", "U meta jiġri hekk ikunu jridu jkellmu lill-anzjan innifisu mhux lil kwalunkwe persuna, għax jista' jkun li xi ħadd ikun daħal illegalment fid- dar ta' l-anzjan u dan ipprova jagħmel kuntatt għall-għajnuna.", "Issa bis-saħħa ta' inizjattiva li ħa Dr Galea Debono, ġiet introdotta skema - li l-Ministru qed jinformani li tant hi popolari li s-settijiet li ġew intordotti għaliha ġew maħtufa kompletamtnt - bl-isem ta' TAFDA, fejn persuni b'diżabilita' qed jingħataw settijiet tat-telephone adattati għalihom.", "Per eżempju, jekk xi ħadd ikun nieqes mis-smiegħ ikun jista' jżid il-volum tal-vuċi li jkun qed jirċievi.", "Imma l-aktar ħaġa importanti hija l-introduzzjoni tat-text telephones għal min huwa kompletament nieqes mis-smiegħ, fejn dak li jkun jista' jaqra l-messaġġ li qed jirċievi.", "Dawn is-settijiet mhux biss jistgħu jirċievu messaġġi, imma anke jittrażmettu messaġġi.", "Tidher xi ħaġa anomala u kontradittorja, imma l-fatt hu li proprju tajna s-servizz tat-telephone anke lil min ma jismax.", "Kif diġa' għidt, dawn is-settijiet inħatfu f'kemm ili ngħidlek u dan juri kemm mingħajr spejjeż esaġerati - għalkemm dawn iqumu l-flus - tista' tintroduċi xi ħaġa nnovattiva li biha tkun qiegħed tagħmel servizz soċjali lil dak li jkun.", "Is-servizzi soċjali ma jikkonsistux biss f'ċekkijiet u flus li tagħti, għalkemm dawk huma importanti, imma anke f'servizzi bħat-Telecare u TAFDA li ġie introdott riċentement.", "Minn mindu Dr Galea Debono ħa f'idejh il-Korporazzjoni Telemalta - mhux qed ngħid li qabel Telemalta m'għamlitx suċċessi, anzi s-suċċessi tal-lum huma dovuti għall-pedamenti li ħejja ħaddieħor - din għamlet iktar profitti li jiġġeneraw aktar ħidma f'Telemalta innifisha.", "Matul is-sena li għaddiet il-profitt fit-Telecommunications Division, bejn wieħed u ieħor, kien ta' Lm7 miljun, żieda ta' Lm1.5 miljun fuq is-sena ta' qabe..", "Jekk inħarsu lejn il-profitt - dejjem qabel ma titnaqqas it-taxxa - tat-Telephones Department naraw li dan kien ta' ftit aktar minn Lm7 miljun, meta s-sena ta' qabel kien ta' Lm5.5 miljun.", "Dan ukoll huwa frott tal-ħidma ta' Dr Richard Galea Debono.", "Nagħlaq billi ngħid illi Dr Richard Galea Debono verament huwa black belt għax-xogħol, għall-enerġija, għall-innovazzjonijiet u ideat ġodda li qed idaħħal f'Telemalta, u jdaħħalhom mhux biss billi jordna imma billi jipparteċipa hu fid-deċiżjonijiet.", "Jien m'ilux mort il-fiera tal-computers u fl-istand ta' Telemalta ma rajtx biss lill-impjegati, imma anke liċ- Chairman stess li kien qed jiltaqa' u jitkellem man-nies.", "Dan hu l-konċett ta' customer care, l-iskop ta' dipartiment ieħor ġdid illi ġie introdott f'Telemalta, l-idea li din il-Korporazzjoni ma tkunx xi ħaġa impersonali, 'il bogħod min-nies.", "U bis-saħħa tal-ħidma taċ-Chairman l-għan ta' Telemalta hu li din tkun tassew korporazzjoni li tieħu ħsieb in-nies fil- bżonnijiet tagħhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 14 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMIEĠBA BIL-MITKUB", "SPTAR SAN RAFFAELE - SISTEMA TAS-SOQFA", "21964.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li għall-iSptar San Raffaele is- soqfa bilfors iridu jkunu bis-sistema tal-Predalles?", "Billi l-uniku kumpannija li tagħmel dawn is-soqfa huma mdaħħla fiha l-Elbros u l-Inġinier Emanuel Farrugia li għamel ħafna mid-disinji ta'l-isptar, ma jidhirlux l- Ministru li hemm konflitt ta' interess f'dan kollu u mhux sewwa li l- Inġinier li kien imqabbad mill-Gvern jagħmel disinji b'mod li jridu jintużaw soqfa maħduma minn kumpannija li għandu sehem fiha hu?", "Sodisfatt il-Ministru li f'dan kollu m'hemmx irregolaritajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fl-Instruction to Tenderers għall-bini ta' l-Isptar San Raffaele, pubblikati f'Mejju, 1994, hemm provvediment speċifiku li jippermetti Alternative Methods of Design, Construction and Installation.", "Għalhekk mhux veru li s-soqfa bilfors iridu jinbnew b'xi sistema partikolari.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - FEVER UNIT", "22018.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Fever Unit li jinsab fl- Isptar Sir Paul Boffa hemm il-ħsieb li jiġi ttrasferit f'xi post ieħor?", "Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan, u fejn se jiġi ttrasferit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-Pjan ta' Riorganizzazzjoni ta' l-Isptarijiet, il-Fever Unit hu maħsub li jiġi trasferit għall-Isptar San Luqa, f'Sezzjoni ppreparata speċifikament għalih.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - REFURBISHING", "22019.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-partijiet ta' l- Isptar Sir Paul Boffa li qed jiġu refurbished?", "Kemm hija stmata li se tkun in-nefqa kollha?", "Liema partijiet diġa' ġew refurbished u kemm kienet in- nefqa s'issa?", "Min qed jagħmel ix-xogħol?", "Ix-xogħol ġie mogħti b'tender?", "Min huwa l-perit li hu nkarigat minn dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TABELLI KOMMORATTIVI TA' EX-MINISTRI LABURISTI", "22020.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jivverifika li żewġ tabelli ta' l-irħam, waħda ta' l-ex Ministru Daniel Piscopo u l-oħra ta' l-ex Ministru Bertu Hyzler, it-tnejn Ministri f'Amministrazzjonijiet Laburisti, inqalgħu minn posthom waqt ir-refurbishing u tkissru minn xi ħadd?", "Hemm xi ħsieb li dawn jerġgħu jsiru u jitwaħħlu fejn kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-verifika li saret ma jirriżultax li waqt ir- Refurbishment ta' l-Isptar San Luqa tkissret xi rħama kommemorattiva.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - PAZJENTI JSOFRU MINN FOOD POISONING", "22021.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-bidu ta' Settembru bosta pazjenti u mpjegati fl-Isptar Sir Paul Boffa kienu qed isofru minn food poisoning, tant hu hekk li xi persuni kellhom jiddaħħlu fil-Fever Unit?", "Veru li l-investigazzjonijiet li saru wasslu għar-riżultat li dan il-food poisoning kien ikkaġunat minn infezzjoni tas-Salmonella?", "X'miżuri ttieħdu biex jinstab l-oriġini ta' din l-infezzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba għall-ewwel u t-tieni parti tal- mistoqsija hi fl-affermativ.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika mill-ewwel ħa miżuri neċessarji kollha biex tinstab l-oriġini ta' din l-infezzjoni.", "Filwaqt li ittieħdu l-miżuri kollha normali f'każi bħal dawn, inżid ngħid li fil-fatt saru eżamijiet estensivi fuq l-ikel, l-ilma u l-ħalib ikkonsmat, sew mill-pazjenti kemm ukoll mill-istaff, iżda l-oriġini ta' din l-infezzjoni ma nstabitx.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - FATTIGA LI KIENET CARRIER GĦAS-SALMONELLA", "22022.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jiċċekkja għaliex fattiga li taħdem fil-kċina ta' l-Isptar Sir Paul Boffa li kienet instabet li kienet carrier għas- Salmonella tħalliet tibqa' taħdem hemmhekk jew f'xi post ieħor fejn ikollha tiħħendilja l-ikel tal-pazjenti jew l-impjegati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab assigurat li l-fattiga li taħdem fil-kċina u li ġiet identifikata bħala carrier tas-Salmonella, ġiet immedjatament imneħħija mill-kċina u assenjata xogħol ieħor li bl-ebda mod ma kien jirrikjedi xi forma ta' food handling.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - NUQQAS TA' IĠJENE FIL-KĊINA", "22023.", "L-ONOR.", "EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru dwar in-nuqqas serju ta' iġjene prattikat fil-preżent fil-kċina u d-dining room ta' l-Isptar Sir Paul Boffa.", "Peress li minn informazzjoni li għandi jidher li l-fattigi f'dawn il-postijiet jaħslu l-art u t-toilets billi jimlew il-bramel mill- istess sink fejn jinħaslu l-platti u affarijiet oħra li jintużaw għall- ikel, jista' l-Ministru jinvestiga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-fattigi f'dawn il-postijiet jaħslu l-art u t-toilets billi jimlew il-bramel, mhux mis-sink fejn jaħslu l-platti eċċ., kif hu allegat, iżda minn vit li qiegħed f'livell taħt is- sink u kompletament indipendenti mis-sink.", "FABBRIKI - ĦADDIEMA LI TILFU L-IMPIEG TAGĦHOM", "22041.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu f'numru dawk il-fabbriki, azjendi u kumpanniji li għalqu għal xi raġuni jew oħra matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena u din is-sena?", "Kemm kien it-telf ta' mpiegi globali f'kull sena minn dawn il-fabbriki, azjendi, eċċ?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi ghat-twegiba tad-domanda numru 20910.", "GĦAQDIET NAZZJONALI SPORTIVI U KULTURALI/ŻGĦAŻAGĦ - TALB GĦAL FONDI", "22042.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma f'numru dawk l-għaqdiet nazzjonali sportivi u kulturali u taż-żgħażagħ li qed jitolbu l-fondi sabiex jiġu mgħejjuna jilqgħu l-għanijiet tagħhom?", "Kemm hija s-somma globali li dawn qed jitolbu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-informazzjoni mitluba hija din:", "Għaqdiet kulturali - 2 Għaqdiet sportivi - 23 Għaqdiet taż-żgħażagħ - 27", "Billi l-maġġoranza kbira ta` dawn l-għaqdiet jitolbu għajnuna finazjarja mingħajr ma jispeċifikaw somma, ma nistax ngħid kemm hu l-ammont globali ta` dawn it-talbiet.", "AGRIKOLTURA - ĦSARAT KAWŻATI MILL-MALTEMP", "22043.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu f'numru l-bdiewa, raħħala u sajjieda li rrapportaw ħsarat li ġarrbu kawża tal-maltemp li ħakem il- gżejjer Maltin riċentement?", "Xi spezzjonijiet saru mill-uffiċjali tad-dipartiment biex jinvestigaw dawn il-ħsarat u oħrajn li żviluppaw kawża ta' dan il-maltemp?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li d-Dipartiment ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd flimkien mad-Dipartiment għall-Ambjent jniedu ħidma sabiex issir il- manutenzjoni meħtieġa u jingħata kumpens lil dawk il-bdiewa u raħħala?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru.", "22300.", "AGRIKOLTURA - SUSSIDJU", "22044.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sajjieda u raħħala li fil-preżent qed jitolbu għal għajnuna lid-dipartimenti konċernati taħt il-Ministeru sabiex jingħataw sussidju biex jimmodernizzaw is-sistema tal-produzzjoni bħal serer bil-makkinarji, eċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi għat- tweġiba li ngħatat għad-domanda numru.", "21810.", "QRATI - KAWŻI", "22045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kawżi li fil-preżent qed jiġu trattati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja?", "Kemm minn dawn il-każijiet huma dwar:-", "a) Abbużi ta' traffikar tad-droga;", "b) Abbużi sesswali, swat eċċ fuq it-tfal; u", "c) Separazzjonijiet?", "Liema hija l-aktar kawża li ilha pendenti f'kull każ?", "ONOR.", "JOE FENECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - PASSI KONTRA SIDIEN TAL-ĦWIENET", "22046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu f'numru dawk is-sidien tal- ħwienet li ttellgħu il-Qorti mill-pulizija dwar irregolaritajiet u ksur tal- liġi partikolarment fuq prezzijiet għoljin u nuqqasijiet sanitarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul din is-sena 111-il sid ta' ħwienet jew bejjiegħa fit-toroq ġew mressqa l-Qorti talli biegħu bi prezz aktar għoli milli suppost.", "Informat ukoll li matul l-istess perjodu 62 persuna oħra tressqu l-Qorti talli esebew affarijiet li kellhom għal bejgħ mingħajr ma kellhom prezzijiet fuqhom.", "HILI MARIN - XIRI TA' BIĊĊA ART LIL BIRKIRKARA LUXOL F.C.", "22072.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi ġie rapportat li Marin Hili huwa nvolut mill-qrib mat-Team tal-Football tal- Luxol Birkirkara liema team għandu biċċa art kbira f'St. Andrews mogħtija lilhom mill-poplu Malti b'kondizzjoni speċjali għax huma team tal-football, u jidher li din l-art se taqa' f'idejn Hili għax se jħallas id-dejn li għandhom il-Luxol u dawn jittrasferawlu 60% ta' l-art, ma jidhirlux il- Ministru li m'għandux iħalli li jsir negozju minn spekulaturi minn art tal- poplu?", "Jista' jinvestiga biex ma jħallix isir dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ilment li qajjem l-Onor.", "Interpellant qed jiġi investigat.", "TRAFFIKU - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "22073.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21477, jista' l- Ministru jgħid meta se jinħatar it-Transport Coordinating Committee?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob l-Onor.", "Membru jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "VAPURI REĠISTRATI MALTA", "22074.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' vapuri li jġibu l-bandiera Maltija li ġew fl-inkwiet f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Jista' jinkludi u jagħtini l-isem tal-vapuri bil- bandiera Maltija li għerqu sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħtini lista dettaljata tal-vapuri li kienu jġibu l-bandiera Maltija li kienu nvoluti f'inkwiet ma' l-awtoritajiet, jew minħabba ġarr ta' armi, jew għax inqabdu jiksru s-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda, jew għax għax kienu se jkunu nvoluti f'ġarr ta' passiġġieri minn Cuba jew f'kull inċident ieħor?", "Jista' jagħtini dettalji meta nqalgħu dawn l-inċidenti?", "X'inhuma l-passi li jieħu l-Ministeru tat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija meta jinqalgħu dawn l-inċidenti li jagħtu isem ħażin ħafna lil Malta?", "Kemm qiegħed jagħmel xogħlu sewwa l-ispettorat imwaqqaf mill-Awtorita' Marittima biex ma jħallix vapuri difettużi jtajru l-bandiera Maltija?", "Kif jispjega l-fatt li f'dawn l-aħħar ġranet reġa' kien hemm vapur Amazon, reġistrat Malta li kellu l-inkwiet fil-Greċja?", "Veru li ebda vapur reġistrat Malta m'hu qed jitħalla jidħol fl-ibħra Amerikani minħabba l-fama ħażina li għandha Malta li hija pajjiż laxk fejn tidħol l-għoti tal-bandiera tagħha biex dawn il-vapuri jkunu jistgħu jbaħħru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li l-informazzjoni u l-istatistika mitluba mill-Onor.", "Membru hija komprensiva u qed tiġi miġbura u kompilata.", "Nagħti risposta f'xi seduta oħra.", "BIRŻEBBUĠIA: QAJJENZA - SAN LUCIAN OIL CO.", "LTD", "22284.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 21803 u ċioe' x'forma ta' prekawzjoni għandhom it-tankijiet ta' St. Lucian Oil Co. Ltd fil-Qajjenza, Birżebbugia f'każ ta' xi ħruġ ta' żejt minn din l-installazzjoni?", "Issa mbilli f'mistoqsija parlamentari numru 21949 l-istess Ministru reġa' rreferini sabiex nagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru tiegħek, tista' issa tingħata risposta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-Segretarjat Ambjent ħaseb biex ħoloq Oil Pollution Control Co-ordinating Unit biex tgħin fil-kordinament ta' l- intervent meħtieġ f'każ ta' tniġġiż tal-baħar miż-żejt.", "Parti mportanti mil-kapaċita' ta' intervent f'dan il-qasam, marbuta ma' tagħmir li għandu jew li qiegħed fil-proċess li jixtri l-gvern ċentrali.", "Iżda l-istrateġija li ġiet adottata titlob ukoll il-parteċipazzjoni ta' l- operaturi fis-settur, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati.", "Għalhekk ta' min isemmi bħala eżempju li anke s-San Luciano Oil Co Ltd fil-Qajjenza għandu xi booms u tagħmir ieħor biex tkun tista' tintervjeni hi stess direttament fil-każ ta' xi ħruġ ta' żejt mill-istallazzjoni tagħhom.", "QASAM TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "22285.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu fil-Qasam tas- Saħħa, sptarijiet, polikliniċi, etc?", "F'liema kariga u x'inhu l-grad jew il-professjoni tagħhom u kemm ilhom hekk impjegati u kemm baqgħalhom ikomplu jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 82 u l-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'xi seduta.", "VAT FUQ SERVIZZ TA' PROFESSJONISTI", "22286.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega kif se taħdem is-sistema tal-VAT fil-każ ta' professjonisti partikolarment Avukati, Consultants ta' kull ġeneru, Letter Writers, Advisors?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema tal-VAT taħdem l-istess hi x'inhi l-attivita' ekonomika li tagħmel il-persuna taxxabbli, ħlief fejn hemm regolamenti speċifiċi li jipprovdu metodi differenti bħal ngħidu aħna kif jinħarġu rċevuti fiskali u \" invoices\" jew dwar kif jingħata rendikont tal-VAT.", "VAT", "22287.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi l- VAT se tiddaħħal minħabba li l-politika tal-Gvern hija li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jassigura li l-Gvern tiegħu jneħħi l- VAT jekk Malta ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li s-sistema tal-VAT se tiddaħħal għax hi meħtieġa għall-pajjiż irrespettivament mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "RAĦAL ĠDID - \"HEAVY PLANT VEHICLES\"", "22288.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Tista' l-Pulizija tieħu passi sabiex \"heavy plant vehicles\" inklużi trailers ma jkomplux jgħaddu mill-pjazza ta' Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Taqsima tat-Traffiku se tagħmel iktar sorveljanza biex jitnaqqas kull abbuż li qed isir f'din il-Pjazza.", "PRIM MINISTRU - ŻJARAT BARRA MINN MALTA", "22289.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi, li kemm ilu fil-kariga żar uffiċjalment?", "F'liema data u kemm dam fil-pajjiż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22363.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22130, jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave u mhux fuq strajk nhar l-24 ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirreferi għar-risposta li ta l-Prim Ministru nhar it-Tnejn 7 ta' Novembru, 1994, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 22224.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22364.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 22129, u ċioe' jista' jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave nhar it-Tnejn 24, ta' Ottubru, 1994 fl-Uffiċċju w dipartimenti tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22224.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22365.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22128, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave u mhux bi strajk nhar l-24 ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jara t-taghrif u l- figuri li ta l-Prim Ministru lil din il-Kamra nhar it-Tnejn 7 ta` Novembru, 1994 meta kien qed iwiegeb ghall-mistoqsija parlamentari numru 22224.", "MINISTERU TA' L-INTERN U ŻVILUPP SOĊJALI - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22366.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22127, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave u mhux bi strajk nhar l-24 ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru.", "22224, mogħtija mill-Onor.", "Prim Ministru f'Seduta 334 tas-7 ta' Novembru, 1994.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U RIŻORSI UMANI - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22367.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22126, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave u mhux fuq strajk nhar l-24 ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru dwar is-suġġett fis-Seduta 334 (Mistoqsija 22224).", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - PERSUNI ASSENTI FL-ISTRAJK ĠENERALI", "22368.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 22125, jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bil-leave u sick leave u mhux fuq strajk nhar l-24 ta' Ottubru, 1994?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li ta' l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru.", "22224 (Seduta 334)", "UFFIĊJALI U MINISTRI TAL-GVERN - INFIQ TA' TRASPORT", "22388.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq it-trasport ta' uffiċjali u Ministri tal-Gvern f'dawn l-aħħar seba' snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jispeċifika għal liema trapsort qiegħed jirreferi.", "HONG KONG - IMMIGRANTI F'MALTA", "22389.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Il- Gvern għandu l-intenzjoni biex jagħti jew nazzjonalita' Maltija jew forma ta' residential status lil ċerti kategoriji ta' nies minn Hong Kong li huma nkwetati u li jistgħu jiġu Malta wara t-takeover ta' Hong Kong mill-Gvern Ċiniż f'1997?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tajjeb li l-Onor Membru jkun jaf li persuna tkun eliġibbli biex tapplika ħa tiġi naturalizzata bħala ċittadin ta' Malta wara li tkun ilha tgħix hawn Malta għal mhux inqas minn ħames snin.", "Barranin li jixtiequ jiġu jgħixu Malta jistgħu japplikaw taħt l-Iskema tar-Residenza Permanenti jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' din l- iskema.", "Fil-fatt diġa' kien hemm xi talbiet minn persuni li jgħixu Hong Kong għall-permess taħt din l-iskema u nħarġu wkoll xi permessi.", "Jista' jagħti l-każ ukoll li residenti minn Hong Kong jinvestu f'Malta.", "F'dan il-każ jista' jinħareġ permess tax-xogħol (work permit) u l-persuna konċernata tkun tista' tgħix Malta bis-saħħa ta' dan il-permess.", "SKEJJEL - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "22390.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' għajnuna jagħti l-Gvern lil skejjel Privati mhux tal-Knisja?", "Hemm pjanijiet biex din l-għajnuna titnaqqas jew tiżdied?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-Gvern ma jagħti ebda għajnuna diretta lill- iskejjel privati li mhumiex tal-Knisja, u lanqas ma hemm pjani biex tibda tingħata dan it-tip ta' għajnuna.", "SKEJJEL TEKNIĊI - GĦALLIEMA BARRANIN", "22391.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin fl-iskejjel tekniċi Maltin?", "Hemm jew hemm maħsub li jkun hemm skambji ta' għalliema tekniċi ma' pajjiżi barranin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li hemm żewġ għalliema b'passaport barrani jgħallmu fl-iskejjel tekniċi.", "Dwar il-bdil ta' għalliema, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn huma regolati mill-ftehim kulturali li jiġu negozjati minn żmien għal żmien ma' diversi pajjiżi.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - DIRECTORATE TA' L-EWROPA", "22392.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħaddem nies id-Directorate ta' l-Ewropa fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "X'ħidma tweqqet fl-aħħar snin minn din it-taqsima u jekk hijiex besiebha tagħmel kampanja biex tinforma lill-poplu fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sħubija fis-Suq Komuni?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-European Union Directorate fi ħdan il-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin iħaddem 22 ruh li huma maqsuma fil-mod segwenti - il-Kap tad-Direttorat, ħdax il-ufficjali Professjonali, seba` ufficcjali klerikali u tlieta fil-grad industrijali.", "Id-Direttorat matul dawn l-aħħar snin", "* Ta u se jkompli jaghti il-kontribut tieghu fil-formular u fl-ipproġettar tal-politika barranija tal-Gvern Malti f`dak li jirrigwarda d-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.", "* Żamm ruħu aġġornat u aġġorna lid-Dipartimenti kollha Governattivi dwar l- `acquis communautaire` u b`mod partikolari f`dak li għandu x`jaqsam mal- kamp politiku, soċjali, monetarju, fiskali u kif wkoll ekonomiku.", "Dan il- proċess huwa wieħed kontinwu u id-Direttorat fi ħsiebu jkompli jaghmlu fiż- żmien li ġej. * Kontinwament jevalwa, jissorvelja u jgħin fit-tibdil meħtieg, fil-kamp leġislattiv, dak amministrattiv u tibdil ieħor li jkun hemm bżonn sabiex Malta tadatta ruħha għall-`acquis communautaire`.", "* Għamel u se jkompli jagħmel dak kollu li hu neċessarju biex isegwi l- applikazzjoni ta` Malta għall-isħubija fl-Unjoni Ewropea fid-dawl ta' l- `Avis` li gie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-1993 u fid-dawl ta' l- iżviluppi aktar reċenti in partikolari d-dikjarazzjoni ta` Corfu` sabiex iħejji t-triq għall-bidu tan-negozjati bejn Malta u l-Unjoni u għall- eventwali sħubija.", "Id-Direttorat minn żmien għal żmien jipprovdi lill-Membri Parlamentari kif ukoll lid-dipartimenti tal-Gvern, korpi kostitwiti u oħrajn b`informazzjoni dwar l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea fis-setturi varji.", "Id- Direttorat huwa konvint li l-poplu qiegħed jingħata tagħrif minn żmien għal żmien dwar is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, liema tagħrif jiġi ntensifikat skond l-iżviluppi li qegħdin isiru.", "MOSTA - TECHNOPARK - FABBRIKI", "22393.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fabbriki qed joperaw fit- Technopark tal-Mosta?", "Kemm qed iħaddmu nies bħalissa?", "Kemm għandhom jimpjegaw nies fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 21736 u 21957.", "KALKARA - TISWIJA TA' TRIQ", "22402.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli liema hi dik it-triq fil-Kalkara li ġiet tiswa Lm4,700 li saret din is-sena skond kif intqal fil-gazzetta \"Il-Mument\" ta' l-14 ta' Awissu ta' din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata lill-Onor.", "Interpellant mill-Ministru responsabbli f'din is- seduta.", "KALKARA - TISWIJA TA' TRIQ", "22403.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli liema hi dik it- triq fil-Kalkara li ġiet tiswa Lm4,700 li saret din is-sena skond kif intqal fil-gazzetta \"il-Mument\" ta' l-14 ta' Awissu ta' din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li t-triq li saret il-Kalkara hija l-Access għal Fortizza tar-Rinella u din ġiet tiswa Lm9,700 u mhux Lm4,700.", "BORMLA - TRIQ SAN GWANN - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "22404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħidli meta ġiet approvata li Triq San Gwann, Bormla ssir one way?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien informat li Triq San Gwann, Bormla ġiet approvata biex issir one way fis-7 ta' April 1992.", "Dak inhar kien ġie approvat li jsir one way fi Triq San Gwann bejn Triq San Franġisk u bejn is- Sur ta' San Gwann t'Għuxa, bin-\"No Entry\" jeħel kantuniera ma Triq San Franġisk.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI - KAŻIJIET", "22405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għad- domanda tiegħi numru 21978, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il- każi ġew għal attenzjoni tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni qabel it-8 ta' Awissu, 1994?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni hija tal-fehma li, dwar dan is-suġġett, f'dan l-istadju m'għandhiex tagħti informazzjoni aktar minn dik li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21978.", "MONUMENT TAL-31 TA' MARZU - BANDIERA ĠDID", "22406.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb biex tingħata bandiera ġdid lil min jieħu ħsieb il-Monument tal-31 ta' Marzu, peress li l-bandiera eżistenti tenħtieġ li tinbidel?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: It-tibdil tal-bandiera fuq il-Monument tal-31 ta` Marzu, il-Birgu, m`huwiex kompitu tal-Ministeru tiegħi.", "Madanakollu, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Estate Management Division fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, Ministeru għall-Ambjent, qegħda tieħu passi biex il-bandiera rilevanti tinbidel.", "DISTRETT NRU.", "2 - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "22407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jinżebgħu t-traffic lines ġol-lokalitajiet ta-Tieni Distrett b'mod speċjali Bormla, Fgura u l-Kalkara peress li m'għadhomx jidhru?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Tajt struzzjonijiet biex dawk it-traffic lines li għandhom bżonn, jiġu rrinovati."]} {"filename": "19950517_422d_par.doc", "date": "1995-05-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 422 L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 422", "L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 422", "L-Erbgħa, 17 ta' Mejju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 46", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 46", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 52", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PRODOTTI LOKALI", "THE LOCAL MANUFACTURERS (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 52", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG U TAĦRIĠ", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 72", "It-Tielet Qari 74", "AĠĠORNAMENT 74", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 80", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 421 li saret fis-16 ta' Mejju, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - STUDENTI F'KORSIJIET UNIVERSITARJI", "25320.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew korsijiet fl-1987, fl-1988 u fl-1989 separatament f'kull kors u kemm minn dawn l- istess studenti attwalment iggradwaw fil-kors li oriġinarjament daħlu għalih?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-għadd ta' studenti li bdew korsijiet universitarji fl-1987, fl-1988 u fl-1989 u l-għadd ta' studenti li attwalment iggradwaw huma hekk:", "1987", "(1) (2) BA (Hons) Accountancy 53 48 BA (Hons) Business Management 22 19 Diploma in Labour Studies 23 18 B.Ed (Hons) 167 137 Diploma Guidance & Counselling 19 17 Diploma Educ Administration & Management 48 40 Diploma in Education 56 37 BA Socio Legal/Legal Procurator 18 14 LL.D. 86 73* B.E. & A. (Hons) 24 19 B. Mech Engineering (Hons) 19 18 B. Elec Engineering (Hons) 25 21 M.D. 69 51 B. Pharm (Hons) 38 33 B.Sc 28 22 B.Sc (Evening) 278 55 BA 62 58 Diploma in Applied Social Studies 10 5 *Erbgħa oħra qegħdin fl-aħħar sena ta' l-istudji tagħhom.", "1988", "(1) (2) B.E. & A. 40 27 BA 84 71 Diploma in Applied Social Studies (Day) 14 5 Diploma in Applied Social Studies (Evening) 29 11 B.Ch.D. 11 11 M.D. 59 48 B.Pharm (Hons) 91 80 B.Com 83 78 B.Ed (Hons) 96 85 B.Eng (Hons) 66 54 B.Sc 33 23 BA (Religious Studies/Dip.", "Religious Studies) 61 36 Dip.", "Pastoral Theology 2 2 S.Th.B. 2 2 B.Sc Nursing (Hons) 29 24", "1989", "(1) (2) B.Ed (Hons) 113 87 M.Ed 17 13 Diploma in Education of Children with Special Needs 13 10 Diploma in Educ Administration & Management 16 13 Diploma in Guidance & Counselling 17 14 B.Eng (Hons) 79 52 BA Socio Legal/Legal Procurator 18 12 LL.D. 105 78* B.Com 79 69 B.Sc 56 40 B.Sc Nursing (Hons) 12 11 MA 21 6 BA (Hons) 20 14 BA 104 87 Diploma in Applied Social Studies 23 9 S.Th.L. 6 5 S.Th.B. 2 2 Diploma in Pastoral Theology 3 3", "*Ingħataw id-Diploma ta' Nutar Pubbliku.", "Il-kors jispiċċa din is-sena.", "(1) daħlu; (2) iggradwaw.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker ħafna miċ-ċifri li għadu kemm ta l-Ministru huma ta' sorpriża għalija.", "Per eżempju naraw li filwaqt li fl-1987 kien hemm 278 studenti li bdew B.Sc. evening course, iggradwaw biss 55 u fl- istess sena, filwaqt li 167 bdew il-kors tal-B.", "Ed.", "(Hons.), iggradwaw biss 137, jiġifieri kien hemm 30 li ma ggradwawx.", "L-istess ġara fl-1989 fejn filwaqt li kien hemm 105 studenti li bdew il-kors tal-liġi, 78 biss iggradwaw.", "Veru li xi ftit minn dawn l-istudenti jieħdu d-diploma ta' Nutar Pubbliku, pero' ċ-ċifri juru li kostantament, tista' tgħid fil- korsijiet kollha, hemm numru sostanzjali ta' studenti li ma jiggradwawx fil- korsijiet li jkunu daħlu għalihom.", "Jien nifhem li jkun hemm studenti li jeħlu fl-eżamijiet, iżda nifhem ukoll li l-istudent li jkun kapaċi jidħol fi kwalunkwe kors ta' l-Universita', jkun laħaq ċertu livell.", "GĦalhekk hija diżillużjoni għall-istess żgħażagħ li jidħlu f'qasam partikolari u jispiċċaw ma jiggradwawx f'dak l-istess qasam.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kummenti għandu dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-kummenti tiegħi huma li t-tabella li hawn ma' din it-tweġiba turi bil-maqlub ta' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Interpellant, ħlief għal dawk it-tliet każijiet li semma hu.", "Fil-fatt għal dawn it-tliet każijiet hemm spjegazzjoni wkoll għax dawn huma kontra t- trend ġenerali li tidher mit-tabella.", "Fil-fatt li għamel l-Onor.", "Interpellant huwa li qabad tliet każijiet li evidentament huma kontra t- trend li turi t-tabella u kkwotahom bħala eżempji.", "Dan hu l-kumment tiegħi.", "Iva, huwa minnu li għar-rigward tal-B.Sc. evening course kien hemm numru kbir li daħlu għal dan il-kors, u li fil-fatt ma ggradwawx.", "Pero' dan jista' jkun li l-istudenti bdew il-kors u rrealizzaw li l-B.Sc. kors huwa ta' ċertu livell, allavolja evening course, and they dropped out.", "Il-kors ta' LL.D. għadu ma spiċċax u hawnhekk tajjeb li ngħid li 78 minnhom - jiġifieri 80% - diġa' ħadu diploma ta' Nutar Pubbliku.", "Madankollu ma jfissirx li l-istudenti l-oħra - id-differenza bejn il-105 u t-78 student - m'għadhomx fil-kors.", "Fil-fatt dan il-kors għadu ma spiċċax u qegħdin jagħmlu l-kors ta' LL.D. GĦalhekk it-tabella tipprova eżattament il-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Ma jistax ikun li aħna nintroduċu xi sistema fejn kull min daħal l-Universita' u beda kors jiggradwa awtomatikament!", "Allaħares ikollna din is-sistema.", "Hemm ħafna oħrajn, bħal, per eżempju, fil-B.Ed.", "(Hons.), li jkunu bdew l-ewwel sena u mbagħad jiddeċiedu li ma jkomplux.", "Ħafna minnhom jiddeċiedu li jbiddlu l-kors, pero' jekk tneħħi dawk l-eżempji li semma l-Onor.", "Cilia ssib li fil-fatt m'huwiex hekk.", "Fil- kors tal-B.A (Hons.)", "Accountancy minn 53 iggradwaw 48, fil-kors tal-B.A. (Hons) Business Management minn 22 iggradwaw 19, fil-kors tad-Diploma in Labour Studies minn 23 iggradwaw 18, fil-kors tal-B.", "Elec.", "Engineering (Hons) minn 25 iggradwaw 21, fil-kors tal-B.E & A. (Hons) minn 24 iggradwaw 19, u fil-kors tal-B.A. minn 62 iggradwaw 58.", "Jiġifieri żgur m'huwiex kif qed jgħid l-Onor.", "Cilia u jekk hemm xi differenzi kbar, ħafna drabi dawn ikunu f'korsijiet part-time fil-għaxija li jidħlu għalihom ħafna nies li għall-ewwel ikollhom ħerqa kbira biex jibdew il-kors, mbagħad forsi jiskopru li ma jistgħux jiddedikaw ħin għal dak il-kors.", "Kif għidt il- bieraħ jew il-bieraħt lura, meta wieħed jipparaguna dawn iċ-ċifri ma' x'jiġri f'universitajiet barra minn Malta, jara li dawn jipparagunaw tajjeb ħafna u m'hemm xejn x'jallarmana li hemm numru kbir ta' studenti li jibdew il-korsijiet u ma jiggradwawx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jiena nista' nkompli nagħti l-eżempji.", "Fid-Diploma in Applied Social Studies, per eżempju, mill-għaxra li daħlu għall-kors fl- 1987, iggradwaw ħamsa, in-nofs ta' dawk li daħlu.", "Jiġifieri ħafna miċ- ċifri li qegħdin jissemmew huma baxxi, imma kkomparati man-numru li daħlu m'humiex daqshekk baxxi.", "GĦall-kors tal-B.E. & A fl-1988 daħlu 40 u ggradwaw 27 filwaqt li għall-kors tal-B.", "Ed (Hons), li żgur m'hux part- time, mill-113 li daħlu fl-1989 iggradwaw 87.", "Jekk irridu nistgħu nibqgħu sejrin b'dawn l-eżempji għalkemm aħna eżentajna lill-Ministru milli joqgħod jaqra dawn iċ-ċifri.", "Ir-realta' hija li f' diversi suġġetti hemm żgħażagħ li għalkemm ikunu laħqu l-livell akkademiku universitarju - u allura normalment student ikun diġa' approvat li hu kapaċi għall-istudju u kapaċi jidħol f'istituzzjoni terzjarja, ovvjament sa ċertu punt, dan jispiċċa biex jiggradwa - qed jispiċċaw jagħmlu ċertu perijodu ta' ħajjithom jistudjaw u joħorġu mill-Universita' mingħajr ma jiggradwaw.", "Ħafna drabi dan ikun ta' diżilluzjoni - u l-Ministru ma kkummenta xejn fuq dan - għall- istess żgħażagħ u juri wkoll li meta dawn jiġu biex jidħlu għad-dinja tax- xogħol, it-taħriġ li qed jidħlu għalih m'hux qed ikun applikat fuq l-istess linji ta' tagħlim li jkunu ħadu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li nistgħu noqogħdu nipperoraw kemm irridu, pero' fil-verita' dawn m'hux neċessarjament ikunu għamlu l-kors kollu u weħlu.", "Dawn ikunu rreġistraw fil-bidu tal-kors.", "Jiġifieri wara ftit xhur uħud minnhom jiddeċiedu li ma jkomplux l-Universita' għax ikunu qatgħu qalbhom.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem hemm mistoqsija oħra ta' l-Onor.", "Interpellant dwar id-drop-outs u hemm spjegazzjoni għal dan ukoll.", "Jekk ikollna ħin naslu għaliha wkoll.", "Id-Diploma in Applied Social Studies huwa part-time evening course li jidħlu għalih nies li jkunu qegħdin jaħdmu.", "Ħafna drabi dawn jidħlu għalih b'sagrifiċċju għax min ikun qed jaħdem - biex inkun fair - u jagħmel part- time course fil-għaxija jkun qed jagħmel sagrifiċċju kbir u f'dak il-każ, minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed jistenna li jkun hemm iktar li ma jkomplux il-kors milli f'korsijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jirreferi wkoll għall-foundation course u jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni li dan tneħħa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwelnett il-foundation course m'huwiex kors universitarju, imma huwa kors pre-universitarju u allura l-figuri li tajt għal din il-mistoqsija ma jinkludux dam il-kors.", "Wieħed ma jiggradwax bil- foundation course, iżda dan il-kors huwa utli għal dawk li għalkemm ikunu ġabu l-\"A\" levels u jkunu jistgħu jidħlu l-Universita', ma jkunux jistgħu jibdew il-kors li jixtiequ huma għax dak il-kors ma jkunx se jibda f'dik is- sena partikolari.", "Issa aħna tajna l-opportunita' li biex f'dik is-sena standing - kif konna ngħidulha meta konna l-Universita' - dawn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu foundation course, liema kors li huwa ta' bażi wiesgħa, jservihom ħafna.", "Fil-fatt fl-Universita' jgħidu li dawk l- istudenti li jkunu għamlu l-foundation course ġeneralment imorru aħjar minn dawk li ma jkunux għamluh.", "S'issa l-foundation course għadu ma tneħħiex, pero' jekk l-Universita' se tasal fi stat fejn kull sena jibda kull kors, u 'l hemm mexjin, evidentement il-foundation course ma jistax jibqa' jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-foundation course meta tinbidel is-sistema ta' x'suġġetti għandhom bżonn l-istudenti biex jidħlu l-Universita'?", "Qed nirreferi għall- entry requirements.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: GĦal dawk li se jidħlu fis-sixth form jew fil- junior college f'Ottubru 1995, jiġifieri għad-dħul fl-Universita' mill-1997 'il quddiem, dawn l-entry requirements se jinbidlu.", "M'hemmx rabta bejn il- bidla fl-entry requirements u d-deċiżjoni jekk jitneħħiex jew le l- foundation course.", "Ftit qabel m'għamilli l-mistoqsija l-Onor.", "Edwin Grech weġibt lill-Onor.", "Portelli u spjegajt x'inhi r-raġuni għaliex x'aktarx ma jkunx hemm aktar lok għall-foundation course, pero' m'hemm l-ebda rabta bejn il-bidla fl-entry requirements li se sseħħ fis-sena akkademika li tibda f'Ottubru 1997 u l-iskop jekk għandux jibqa' jew le l-foundation course.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-Ministru huwa ċert li l-foundation course ma spiċċax għax illum stess kien hemm student li qalli li spiċċa?", "Nixtieq inkun naf eżatt jekk hux qed jgħid tajjeb il-Ministru jew inkella dan l- istudent.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ma nafx minn fejn ġab l-informazzjoni dak l- istudent li qallek li spiċċa dan il-kors, pero' l-informazzjoni li għandi hija dik li diġa' tajt.", "Jista' jkun li peress li kien hemm rapport fuq it- twaqqif tal-junior college, liema rapport jien kont tajt kopja tiegħu lill- istudenti tas-sixth form ta' Ġian Franġisk Abela, fejn hemm referenza għall-fatt li eventwalment se jispiċċa l-foundation course bil-mod u għar- raġunijiet li qed insemmi jien, dan l-istudent interpreta dan ir-rapport bħala deċiżjoni li spiċċa l-foundation course.", "Ovvjament qed nispekola, pero' jista' jkun li ġara hekk.", "UNIVERSITA' - STUDENTI LI WEĦLU FL-EŻAMIJIET ANNWALI", "25322.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li weħlu fl- eżamijiet annwali f'kull kors u f'kull sena tal-kors sena b'sena mill-1987 'l hawn meta kkomparat man-numru ta' studenti li oriġinarjament daħlu għall- istess korsijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-istruttura ta' kważi l-korsijiet kollha fl- Universita' hi bbażata fuq sistema ta' krediti u mhux fuq eżamijiet annwali.", "Għalhekk m'hux possibbli li tingħata tweġiba għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant.", "B'danakollu, jekk dak li jinteressa lill-Onor.", "Membru hu kemm studenti li bdew kors irnexxielhom jispiċċawh b'suċċess, nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 25320.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Kif qed jgħid il-Ministru hemm diversi korsijiet li l- parti kbira minnhom huma fuq sistema ta' krediti.", "L-għan tal-mistoqsija tiegħi ma kienx tant marbut ma' xi forma ta' eżami, imma biex nara eżattament in-numru ta' studenti li jgħaddu mill-korsijiet li jkunu daħlu għalihom.", "Fil-fatt, bħalma qal il-Ministru, għandi mistoqsija oħra li tista' tkopri wkoll in-numru ta' drop outs għax dawn mhux neċessarjament ikunu studenti li daħlu u weħlu, imma jistgħu jkunu studenti li ddeċiedew li jaqilbu għal kors ieħor jew xi ħaġa simili.", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jagħmel distinzjoni bejn kemm huma dawk l-istudenti li ma komplewx għar-raġunijiet tagħhom u kemm huma dawk li attwalment weħlu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li dan huwa s-suġġett tal-mistoqsija li jmiss.", "Jekk ma jimportax, Mr Speaker, jew jekk m'hawnx xi mistoqsija supplimentari oħra, aħjar ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss għaliex din titratta proprju fuq l-istess suġġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Peress li jidher li dawk l-istudenti li jkunu studjaw suġġetti ta' xjenza fis-sixth form, iżda ma jkunux għaddew mill-\"A\" levels, qed isibuha diffiċli biex isibu xogħol, l-ETC qiegħda tieħu xi miżura f'din il-linja biex tgħin lil dawn l-istudenti jsibu xogħol sakemm ikunu qed jistennew biex jidħlu l-Universita', peress li sakemm jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet jilħaq jgħaddi ċertu żmien u sadanittant ikunu mingħajr xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li hemm diffikultajiet biex jinstab xogħol fl-age bracket ta' nies bil-kwalifiki li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - STUDENTI LI MA KOMPLEWX BL-ISTUDJI TAGĦHOM", "25323.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' drop outs ta' studenti fl-Universita' sena b'sena mill-1992 'l hawn?", "Mil-liema korsijiet ġejjin dawn id-drop outs?", "X'inhuma r-raġunijiet mogħtija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nassumi li bil-kelma \"drop outs\" l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal dawk l-istudenti li waqfu milli jsegwu kors u ma komplewx bl-istudji tagħhom fl-Universita', jiġifieri mingħajr ma wieħed jinkludi dawk l-istudenti li jkunu waqfu minn kors u f'sena sussegwenti jkunu bdew u qed ikomplu kors ieħor.", "Ta' min jgħid ukoll li peress li għall-iskop ta' konsolidament ta' records, student li jibda kors wara li jkun irriżenja minn ieħor jidher bħala student li waqaf f'sena u bħala student ġdid fis-sena ta' wara, hu aktarx diffiċli li wieħed jasal għall-għadd preċiż ta' drop outs.", "Li qed ngħid hawnhekk huwa li ġieli jkun hemm overlap għax l-istess student jidher darbtejn, jiġifieri filwaqt li jidher li beda kors f'sena, jidher ukoll li waqaf minn kors fis-sena ta' qabel.", "B'danakollu, l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għalkemm tista' ma tkunx preċiża għal kollox, tista' titqies bħala qrib ħafna tas-sitwazzjoni reali.", "Ftit huma l-istudenti li jagħtu raġuni meta jitilqu minn kors.", "Hemm min jieqaf għax isib xogħol; hemm min jieqaf għax isib il-kors universitarju diffiċli u jkun weħel minn għadd ta' suġġetti u hemm ukoll min jieqaf għaliex ikun qed isegwi kors ta' fil-għaxija u jirrealizza li għalih ma jkunx possibbli li jlaħħaq mal-kors u max-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mingħajr ma nidħol fid-definizzjoni ta' drop outs, nixtieq ngħid li ħafna drabi xi universitajiet jagħmluha diffiċli biex student jaqleb minn kors għal ieħor.", "Dan jagħmluh għal żewġ raġunijiet.", "L- ewwelnett minħabba li fil-bidu normalment issir gwida u l-istudent ikun mgħarraf bis-sitwazzjoni li se jħabbat wiċċu magħha ħames snin wara, jiġifieri meta jiggradwa; u t-tieni, biex ma jkunx hemm ħela ta' ħin għall- istess student.", "Jien m'iniex kontra li student jagħżel li jbiddel il-kors tiegħu, imma ħafna drabi dan jiġri għaliex l-istudent ma jkunx mgħarraf minn qabel x'inhi s-sitwazzjoni reali fil-qasam li jkun għażel.", "Aħna ma kellniex ċans naraw iċ-ċifri li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma r-reazzjonijiet tiegħu għal dawn iċ-ċifri?", "Jekk minn dawn iċ-ċifri jirriżulta li hemm numru ta' studenti li ma waqfux mill-istudju tagħhom, iżda għażlu li jibdew kors ieħor, ifisser li għandna problema oħra.", "Jien qed ngħid dan għax jekk hemm numru ta' studenti li biddlu l-kors tagħhom, huwa sinjal li dawn sfortunatament daħlu għal kors mingħajr ma kienu jafu x'se jsibu ma' wiċċhom meta jiggradwaw u għaldaqstant jispiċċaw jiġru minn kors għal ieħor.", "Aħna ma rridux li jiġri bħal ma jiġri ħafna drabi fl-ETC fejn ikun hemm żgħażagħ li jidħlu għal kors partikolari u wara li jispiċċawh, jibqgħu ma jsibux impjieg f'dak il- qasam bil-konsegwenza li jkollhom jibdew kors ieħor f'qasam kompletament differenti minn dak li jkunu għażlu oriġinarjament.", "Meta jiġru dawn il- każijiet ikun hemm ħafna ħela ta' żmien u sfortunatament fl-aħħar mill- aħħar l-istudent jispiċċa f'post tax-xogħol kompletament differenti minn dak li jkun tħarreġ għalih.", "Nixtieq li l-Ministru jikkummenta dwar dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament id-dinja hi magħmula minn nies li m'humiex neqsin mill-possibilita' li jieħdu żball.", "GĦalhekk jekk student jibda kors u jirrealizza li għal xi raġuni jew oħra - jew għax isib il-kors diffiċli jew għax iħoss xi ġibda ftit differenti minn dik li kellu meta ħa d-deċiżjoni fil-bidu - jkun aħjar għalih jekk jagħżel kors ieħor, wieħed m'għandux ma' jagħtix allowance għal dak l-istudent li jabbanduna kors u jagħżel kors ieħor.", "Għandna numru ta' nies li fil-fatt jiggradwaw - hawnhekk m'iniex qed nirreferi għal dawn iż-żmenijiet biss imma wkoll għaż- żmien meta jien kont student - f'suġġett differenti minn dak li jkunu oriġinarjament daħlu għalih.", "Naturalment il-problema ta' l-istatistika dwar id-drop outs teżisti għax jekk xi ħadd ma jkomplix il-kors li għażel u s-sena ta' wara jibda kors ieħor, dan jidher bħala student ġdid u mir-records ma jirriżultax li dan jista' jkun l-istess student.", "GĦalhekk in-numru ta' drop outs li jidher jista' jinkludi nies li għalkemm ma komplewx kors ikunu qabdu kors ieħor u ggradwaw fih.", "Ma naħsibx li huwa tajjeb li wieħed jevita li jiġru dawn l- affarijiet.", "Meta studenti jirrepetu sena, ma jingħatawx stipendju u għalhekk dan huwa diżinċentiv.", "Imma meta wieħed ibiddel il-kors, sakemm dan ikun tħallas l-istipendju fl-ewwel sena ta' l-ewwel kors li jkun għażel, fl- ewwel sena tal-kors l-ieħor dan ma jerġax jieħu l-istipendju, imma jerġa' jibda jieħu l-istipendju wara li jkun qabeż dak il-perjodu ta' żmien li fih ikun diġa' ħa l-istipendju.", "Issa l-Universita' daħħlet kondizzjoni oħra - hawnhekk se nitkellem mil-lat akkademiku u mhux mil-lat ekonomiku tal-Gvern - li meta wieħed jerġa' japplika biex jibda kors ieħor, dan ma jiddaħħalx fil-kors li jkun għażel awtomatikament, iżda jrid jidher quddiem bord tas- Senat biex dan jiġġustifika għaliex l-istudent ikun ħass li għandu jerġa' jiġi aċċettat meta jkun waqaf li jkompli l-kors l-ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Billi għalija dik is-sessjoni ta' studenti li jkunu għaddew minn edukazzjoni sekondarja, dik avvanzata, imbagħad daħlu l- Univerista', imma ma jkomplux il-kors u jissejħu drop outs, hi interessanti ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx b'xi studju li jindika x'jiġri minn dawn l-istudenti?", "L-istudenti li jispiċċaw bħala drop outs u jidħlu f'xi kors ieħor, il-Ministru jinkludihom bħala studenti ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma naħsibx li jeżisti xi tracer study ta' dawk li jkunu bdew kors u ma komplewhx, pero' jkun interessanti li wieħed jipprova jara x'ikun ġara minn dawk li jkunu bdew kors fl-Universita' u ma jispiċċawhx.", "Probabbli dawn ikunu saru negozjanti kbar u jkunu qed jaqilgħu iktar flus, imma dik hi l-ħajja!", "Rigward it-tieni domanda ta' l-Onor.", "Buhagiar, kif diġa' għidt, jista' jkun li aħna nkunu qed naraw il-figuri ta' dawk li bdew ċertu kors u ta' dawk li ma komplewx - allura lil dawn inkunu qed ngħodduhom bħala drop outs - filwaqt li minn dawn jista' jkun hemm studenti li jkunu reġgħu bdew kors ieħor u ggradwaw.", "Allura fil-fatt lil dawn ma tistax tgħoddhom bħala drop outs.", "Jista' jkun li f'ċerti każijiet ikun hemm dan l-overlap, imma mir- records tagħna dan ma jistax joħroġ b'mod ċar jekk wieħed ma joqgħodx jara isem kull min ma kompliex kors jidhirx f'xi kors sussegwenti u jara jekk iggradwax.", "Jiġifieri dawn trid toqgħod tfittixhom wieħed wieħed.", "Pero' jekk isir tracer study, kif issuġġerixxa l-Onor.", "Buhaġiar, trid taqbad sena partikolari u tara kemm minn dawk li daħlu f'dik is-sena ma ggradwawx.", "Dan nagħmluh f'setturi oħra ta' l-edukazzjoni.", "Bħalissa jien, per eżempju, qed nipprova nagħmel tracer study ta' dawk li għalqu s-16-il sena fl-1994 biex nara kemm minnhom qed jaħdmu, kemm minnhom huma qiegħda, kemm minnhom qegħdin is-sixth form eċċ. Sakemm tiġbor l-informazzjoni trid iddur diversi sources, pero' jekk isir tracer study b'dan il-mod - u naħseb ta' min jagħmlu - wieħed ikollu informazzjoni aktar preċiza.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' Press Release dwar il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni mis-settur privat mal-kunsilliera maħruġa fl-10 ta' Marzu 1994, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 25903.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 63 ta' l-1995 - Regolamenti ta' l-1995 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Servizz tat-Telefon (Emenda Nru. 3)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra::", "Avviż Legali Nru 61 ta' l-1995 - Revoka ta' l-Ordni ta' l-1988 dwar il-Pitazzi għall-Iskejjel (Ordni Nru. M21 ta' l-1988); u", "Avviż Legali Nru 62 ta' l-1995 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' Standard Order Nru. 31 ta' l-1995.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PRODOTTI LOKALI", "THE LOCAL MANUFACTURERS (PROMOTION) (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Mejju, 1995.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici huwa in possession of the House.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-bieraħ waqafna fil-mument meta l- Ministru Dalli kien qiegħed jispjega l-kriterji wżati mill-Gvern biex ivarja l-istat tal-levies f'pajjiżna.", "Konna qegħdin ngħidu li hemm levies li tneħħew, hemm levies li ġew introdotti, hemm levies li żdiedu u hemm levies li naqsu.", "Biex inkunu aktar eżatti, irridu ngħidu li ġew introdotti, tneħħew, żdiedu u naqsu levies fuq ċerti prodotti.", "Il-bieraħ ipprovajna niskopru x'inhuma l-kriterji li ġew użati biex saru dawn it- tibdiliet u għalkemm fil-fatt irriżulta li biex saru dawn it-tibdiliet kien hemm negozjati estensivi u fit-tul u għalkemm ġejna nformati li jekk tneħħew levies fuq prodotti, dan sar għaliex inħass li m'għandux għalfen ikun hemm aktar protezzjoni mogħtija lill-prodotti maħduma lokalment jew inkella għaliex il-prodotti m'għandhomx jinħadmu lokalment u allura m'hemmx skop li tagħti protezzjoni, intqal li jekk ġew introdotti levies ġodda, dan sar biex tingħata protezzjoni lill-produzzjoni tal-prodotti maħduma lokalment.", "It-tibdil fil-levies imbagħad jiddependi jekk għandhiex tiżdied jew tonqos il-protezzjoni, jew inkella - ħaġa importanti ħafna - għandux jinżamm l-istess livell ta' protezzjoni li kienet tingħata qabel meta kienet tingħata b'mod differenti minħabba r-rati ta' dazju differenti li kien hemm, it-tneħħija tad-dazju llum, l-impożizzjoni ta' 15% fil-forma ta' taxxa fuq il-valur miżjud u t-tibdil fid-dazji għar-rigward ta' prodotti mportati minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jidhirli li din hi l-ispjegazzjoni li ta l-Gvern, pero' xorta waħda jibqa' l-fatt li ċerti tibdiliet m'humiex spjegati biżżejjed.", "Jien se nispeċifika dawk it-tibdiliet fir-rati tal-levies fejn jidhirli li din il-Kamra għandha tingħata tagħrif għaliex qiegħda tiġi mitluba tapprova l-levies jew ir-rati tal-levies li hemm speċifikati fl-Abbozz li qegħdin niddiskutu.", "Jien se nibda b'dawk l-oġġetti fejn il-levies żdiedu u se nispeċifikahom, u nistenna li l-Gvern fil-winding up jew f'diskorsi li jsiru aktar 'il quddiem f'dan id-dibattitu jinforma lil din il-Kamra għar-rigward ta' dawn il-prodotti u jekk hux il-każ li l-levies żdiedu ħalli jagħmlu tajjeb għat- tnaqqis li kien hemm fid-dazju fuqhom.", "Issa meta qed ngħid dan nixtieq li l-Kamra żżomm quddiem għajnejha li jekk hemm prodott li jiġi mportat kemm minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u jekk dan il-prodott kellu rata differenti ta' dazju fuqu qabel li kienu inferjuri fil-każ tal-prodotti li ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u superjuri fil-każ ta' l-istess prodotti li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, illum dan il-prodott li ġej mill-pajjiż ta' l- Unjoni Ewropea tneħħielu d-dazju filwaqt li d-dazju fuq l-istess prodott jew prodott analogu li ġej minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea jew baqa' l- istess jew tnaqqas imma żgur ma tneħħiex bħal fil-każ tal-prodott li ġej mill-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela għar-rigward tal-prodott li ġej mill-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, jekk il-levy żdiedet biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis ta' dak id-dazju - u allura għadha tingħata l-istess ammont ta' protezzjoni f'forma ta' levy minflok id-dazju - fil-każ ta' l-istess prodott jew prodott analogu li ġej minn pajjiż m'hux ta' l-Unjoni Eworpea, ladarba hemm l-istess levy, ma jistax ikun li qed jingħata l-istess ammont ta' protezzjoni, ħlief jekk l-ammont ta' dazju li tnaqqas fuq dak il- prodott li ġej minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea huwa eżatt bħall-ammont ta' dazju li kellu l-istess prodott li ġej minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea u li issa tneħħa għal kollox.", "Jekk tneħħa l-istess ammont ta' dazju, fi- każ tal-prodott li ġej minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea billi tneħħa kollu u fil-każ tal-prodott li ġej minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropa billi tnaqqas ammont ekwivalenti ta' dazju mill-ammont ta' dazju mpost fuq dak il- prodott, allura wieħed jista' jgħid li l-istess ammont ta' protezzjoni għadu jingħata permezz tal-levy għaliex il-levy ma jiddistingwix l-oriġini tal-prodott, jiġifieri ma jiddistingwix jekk dak il-prodott li jattira l- levy hux ġej minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew jekk hux ġej minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea.", "Jiena naħseb li m'hux f'kull każ ġara hekk, fis- sens li jekk l-istess ammont ta' protezzjoni għar-rigward ta' prodott li ġej minn pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea nżamm permezz tal-levy, dan ma nżammx fil-każ ta' l-istess prodott, jew prodott analogu, li ġej minn pajjiż li m'hux imsieħeb ma' l-Unjoni Ewropea.", "Imma jien se nħalli lill-ispokesman tal-Gvern jispeċifika jekk dan li qed ngħid jien hux minnu jew le.", "Hawnhekk jien mill-ewwel se nagħmel mistoqsija għar-rigward ta' l-item li jirriżulta - se ngħid x'inhu l-item u se niġbed ukoll l-attenzjoni tan-naħa tal-Gvern - f'paġna minn studju komparattiv li għandna kopja tiegħu quddiemna.", "Fil-fatt f'paġna 11 tniżżlu l-ewwel items, ċioe' dawk l-items li jinsabu taħt l-H.S. Code 0403.10.02.90, li jikkonsistu f'buttermilk, cream u ħafna affarijiet oħra bħal dawn.", "Fil-fatt mir-rimarki li hemm fl- istess paġna jirriżulta li dawn il-prodotti kellhom \"increase in levy from 40c to 45c per litre to maintain previous level of protection\".", "Ħalli nsemmi l-items kollha li fihom kien hemm an increase in levy u naraw jekk dawn l-increases humiex ġustifikati minħabba li tneħħew id-dazji u allura kellu jsir il-levy \"to maintain the same level of protection\", għax dak huwa l-iskop iddikjarat tal-Gvern f'dan id-dokument.", "F'paġna 19 għal food preparations li qiegħed taħt l-H.S. Code 1901.90.90.10 hemm ir-rimarki \"increase in levy from 40c to 45c per litre\" u għal uncooked pasta hemm miktub \"increase in levy from 40c to 45c per kg\", dejjem to maintain previous level of protection.", "It-tielet item qiegħed f'paġna 25, taħt l- H.S. Code 2009.11.91.91 li jikkonsisti fi fruit juices fejn hawnhekk hawn dikjarat \"level of protection increased from 15c to 30c and addressed to smaller packs which enjoy major consumption.\"", "Hawnhekk għandna spjegazzjoni ftit differenti minn dak li ngħatat fil-maġġoranza tal-każi l- oħra għax hawnhekk mhux qed jingħad \"to maintain the same level of protection\" imma \"to increase level of protection\".", "Jien naħseb li hawnhekk wieħed jimmerita spjegazzjoni li f'dan il-każ speċifiku nħasset il- ħtieġa li ma tinżammx l-istess protezzjoni imma tiżdied b'mod li wieħed jinċentiva jew iħares iktar il-produzzjoni lokali ta' l-oġġetti u nżommu f'moħħna li m'hux dik il-produzzjoni li tiġi prodotta Malta għall- esportazzjoni imma biss għall-konsum lokali għax l-iskop tal-levies m'hux li jagħti protezzjoni għall-produzzjoni li ssir f'pajjiżna għall- esportazzjoni imma dik il-produzzjoni li ssir f'pajjiżna għas-suq lokali.", "Jekk immorru għal paġna 28 insibu żewġ każi, wieħed ta' tomato juice u l- ieħor tomato ketchup fejn għandna increase in levy fil-każ ta' tomato juice from 15c to 40c u fil-każ ta' tomato ketchup from 40c to 42c, u f'dan il- każ jingħad to maintain same level of protection.", "Fil-paġna ta' wara, li hi page 29, għandna l-mineral waters li kienu 3c u saru 4c per litre u s- soft drinks li minn 10c per litre saru 45c per litre.", "Din hija new page li tissostitwixxi l-paġna ta' qabel u nsibu li hemm tliet increases, fuq il- food preparations, il-mineral waters u s-soft drinks.", "Iż-żieda fuq is-soft drinks hija kbira ħafna u fi tliet każi dejjem jingħad \"to maintain same level of protection\".", "F'din il-paġna mbagħad għandna każ ieħor, dak ta' HS Code 2103.90.90.10 li jitratta dwar sauces u hawn ukoll insibu \"increase in levy to maintain same level of protection\".", "Niġu issa għal paġna 30 fejn għandna l-birra.", "L-istess, il-birra minn 18c per litre saret 25c per litre u l-increase fil-levy hija spjegata \"to maintain same level of protection\".", "F'page 32 nsibu s-sigarri fejn l- increase fil-levy saret minn 500c għal 2,100c għall-istess raġuni \"to maintain same level of protection\".", "Niġu għal page 42 fejn għandna tights u stockings tan-nisa li minn 15c saru 25c u r-raġuni hija l-istess, jiġifieri \"to maintain same level of protection\".", "F'paġna 43 imbagħad insibu socks u stockings ta' l-irġiel li minn 15c telgħu għal 25c, dejjem \"to maintain same level of protection\".", "F'paġna 49 insibu seats of cane, bamboo or similar materials li minn 160c telgħu għal 200c u f'dan il-każ jingħad biss, bla ebda spjegazzjoni ta' xejn, \"increase of levy as per Bill 117\", li huwa l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu.", "Din l-increase ma nħassitx il-ħtieġa li tiġi spjegata bħala biex tagħti protezzjoni ġdida, naħseb li l-ġustifikazzjoni hi li ma kenitx teżisti.", "L-H.S. Code Number tagħha huwa 9401.50.10, seats of cane, li hija l-ewwel item li nsibu f'paġna 49.", "F'paġna 50 imbagħad insibu furniture of cane fejn l-increase of levy hija minn 160c to 200c, din hija sub-item ta' l-item li għadna kemm tkellimna fuqu.", "Insibu wkoll furniture parts of cane, li għandha l-istess increase of levy.", "Imbagħad f'paġna 52 insibu l- aħħar increase.", "Din hija l-istess item, furniture of cane li fiha l-istess żieda ta' levy, dik minn 160c għal 200c.", "Naħseb li issa l-Kamra timmerita spjegazzjoni dwar kull item jekk iż- żieda saritx biex tingħata protezzjoni ġdida li ma kenitx tingħata u nħasset il-ħtieġa li għandha tingħata, jew inkella għax żdiedet il-levy minħabba li naqset ir-rata tad-dazju u l-levy qed tagħmel tajjeb biss għat- tnaqqis fir-rata tad-dazju.", "Jekk qed jingħad hekk il-Kamra timmerita spjegazzjoni għaliex fil-każ ta' dawk il-prodotti li ġejjin mill-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea d-dazju tneħħa kollu u fil-każ ta' l-istess prodott jew prodott analogu li ġej minn pajjiż li m'huwiex fl-Unjoni Ewropea, id-dazju varja imma mhux bl-istess ammont li għadni kemm semmejt fejn id-dazju tneħħa kollu.", "F'dan il-każ ma jistax ikun li baqgħet tingħata l-istess livell ta' protezzjoni, jiġifieri l-oġġett li ġej minn pajjiż li m'hux fl- Unjoni Ewropea, jew żdied il-prezz tiegħu jew inkella naqas wara li wieħed jgħodd ir-rata mibdula tad-dazju - il-15% l-ewwel element ta' taxxa fuq il- valur miżjud - u l-levy li ġiet imposta permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dawn kienu każi fejn il-levies żdiedu, issa għandna numru ta' każi fejn il- levies ġew introdotti u naħseb li anke f'dawn il-każi wieħed jimmerita li jingħata spjegazzjoni.", "L-ewwel introduzzjoni diġa' ssemmiet il-bieraħ u nsibuha f'paġna 16 fejn għandna s-Soya bean oil, is-Sunflower seed oil u l-Maize oil fejn qed jingħad li huma \"introduction of protection\".", "GĦandi nifhem li la d- diċitura ta' l-ispjegazzjoni m'hijiex \"to maintain same level of protection\" din hija miżura ġdida li m'hijiex qed tissostitwixxi parti minn dazju, sisa jew xi forma oħra ta' protezzjoni, imma fl-erba' każi li hawn insibu \"introduction of protection\".", "Fil-każ ta' Semolina għalkemm hawn \"introduction of protection\" naħseb li hawn żball għaliex fil-levy kif kienet taħt il-Legal Notice ta' l-1993 kienet 10c u issa għadha 10c għalkemm hawn rimarka li hawn \"introduction of protection\".", "Naħseb li hawn xi typing error.", "Jien qed naqra H.S. Code Number 1103.11.10 fejn insibu s- Semolina.", "Jista' jkun li hi ħażina?", "GĦax il-levy l-ġdida fl-Abbozz li qed nagħmlu huwa l-istess ammont ta' 10c u ħdejha mbagħad hawn \"introduction of protection following Bill No. 117\".", "Din ma tistax tispjegaha.", "Ħalli naraw it-tliet items ta' wara li huma s-Soya bean oil, is-Sunflower seed oil u l-Maize oil, hemmhekk ma kienx hemm spjegat levy qabel u hawn \"introduction of protection\".", "Hawn għandi nota li it does not appear on Bill 117.", "Prosit, jien qed naħdem fuq il-working paper li għandi u milli jidher fil-Bill qiegħed differenti.", "Dawn li qed nikkummenta fuqhom, it- tnejn huma dokumenti tal-Gvern.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux għalhekk qegħdin hawn għax kieku naħseb li kif illum ġiet sostitwita paġna 29 kienet tiġi sostitwita din ukoll.", "Mela se nieqaf fuq din ir-rimarka li qed nagħmel u ngħaddi għal każi oħra.", "F'paġna 19 taħt l-H.S. Code 1901.20.00.00 dwar \"Mixes and doughs for the preparation of bakers' wares\" għandna l-ewwel każ ta' introduction of levy ta' 90c.", "Jiena naħseb li din wieħed għandu jispjegaha.", "Ħalli nerġa' ngħid għaliex qed nagħmel dawn ir-rimarki.", "Kieku hawn \"to maintain same level of protection\" una volta l-ispjegazzjoni li ngħatat hija biex tissostitwixxi d-dazju li tneħħa, wieħed jifhimha.", "Imma meta għandek \"introduction of levy\", jiġifieri m'hu qed nissostitwixxu xejn imma qed indaħħlu element ta' protezzjoni għall-ewwel darba jew almenu li ma kienx jeżisti qabel ....", "Hawnhekk lanqas qed ngħidu għaliex f'dan il-każ se jkun hawn il-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni, u din irrid nagħmilha ċara.", "Jiena qbiżt dawk il-kwantita' ta' items ta' prodotti fejn hemm introdotta levy imma fejn din l-introduzzjoni hija wkoll spjegata bħala \"importation being liberalised in line with government policy\" u allura din il-levy tidħol biex l-ammont ta' influwenza fuq l-ammont li jidħol tiġi eżerċitata m'hux billi jkun hemm projbizzjoni ta' l-entry jew limitazzjoni ta' l-entry fil-kwantita' imma permezz tal-levy li tinċidi fuq il-prezz ta' l-oġġett.", "Dawn l-items jiena kollha qbiżthom u hemm kwantita' minnhom fejn il-levy qed tidħol għall-ewwel darba għax qed tissostitwixxi jew il- projbizzjoni jew il-limitazzjoni ta' l-importazzjoni permezz tal-liċenzja, permess tal-kwantita' jew b'xi kriterju ieħor.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onorevoli.", "Skadielek il-ħin.", "GĦandek bżonn extension biex tkompli titkellem.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.TONY NICHOLL: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekonda u lill-Kamra ta' din l-estensjoni fil-ħin.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li t- tieni każ ta' introduzzjoni tal-levy huwa f'paġna 19 u it-tielet każ huwa f'paġna 29 fejn għandna \"Fruit flavoured squashes\" u \"Edible ice\".", "Din isbaħ!", "Silġ li jittiekel!", "GĦandna bżonnu għal min hu fukuż ħafna!", "Fil- każ tal-\"Fruit flavoured squashes\" l-levy hija ta' 30c.", "Fil-paġna 30 imbagħad ġiet introdotta levy taħt \"Wine of fresh grapes\" imma fir-remarks m'hawnx \"to maintain same level of protection\".", "Imbagħad hemm levy ġdida taħt \"Non-alcoholic beverages with basis of milk,\" taħt \"Fruit nectars - other\" u taħt \"Fruit nectars packed in containers not exceeding 600 mg net\".", "Fil-paġna ta' wara mbagħad jissemmew il-\"vermouth and other wine of fresh grapes\".", "Imbagħad f'paġna 32 għas-sigarri ta' l-1500c per kg - hawnhekk mhux qed nirreferi għas-sigarri li tkellimna fuqhom l-ewwel fejn kien hemm \"increase in levy to maintain protection\" - hemm ir-rimarka \"introduction of levy\".", "F'paġna 33 hemm indikat li hemm \"introduction of levy\" f'sigaretti, f'tabakk tal-pipa u f'tabakk ieħor.", "Imbagħad f'paġna 35 hemm diċitura ġdida għax taħt ir-rimarki hemm miktub \"re-introduction of levy\".", "GĦalkemm jien naf xi tfisser introduction, increase, revocation u reduction of levy ma nafx x'inhi re-introduction of levy.", "Almenu b're- introduction jien għandi nifhem li xi darba kien hemm il-levy, din tneħħiet u issa qed terġa' tiġi ri-introdotta.", "Imma jien jidhirli li wieħed għandu jagħti ġustifikazzjoni jew raġuni għaliex qed ikun hawn ir-ri-introduzzjoni tal-levies fil-każ ta' l-items taħt it-340005.40.00.10.", "L-items l-oħra qegħdin f'paġni 45 u 46.", "F'paġna 45 hemm il-\"granite, worked\" fejn huwa indikat li hemm \"introduction of levy\" filwaqt li fil-każ ta' marble għandna \"reduction of levy\".", "Imma din se niġu għaliha iktar tard.", "F'paġna 46 għall-madum taċ-ċeramika hemm ir-rimarki \"introduction of levy\".", "Dawk li semmejt kienu levies ġodda li għalihom m'hemmx irrimarkat \"to maintain the same level of protection\".", "Almenu din hi l-ispjegazzjoni li qed tingħata hawnhekk.", "Issa nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra wkoll għal dawk il-każijiet fejn jew hemm it-tneħħija tal-levies kollha jew inkella t-tnaqqis tal- levies eżistenti.", "Fil-każ tat-tneħħija tal-levies, f'paġna 16, hemm il- cooking fat u l-liquid margarine, it-tnejn ta' \"25c per kg\", u hemm irrimarkat li dawn għandhom \"revocation of levy\".", "F'paġna 23 tneħħiet il- levy fuq l-almonds u l-ground nuts.", "Imbagħad f'paġna 28 hemm il-baking powder u l-kumment huwa \"revocation of levy as per Bill No. 117\".", "Imbagħad f'paġna 35 insibu li għal furniture polishes, upholstery polishes, glass polishes u powder il-kumment huwa \"revocation of levy as per Bill No. 117\".", "Dan il-kumment insibuh ukoll għas-sulfarini li jinsab f'paġna 36, għat-tumblers of rigid plastic, għat-tumblers oħrajn u għall- cutlery - dawn kollha jinsabu f'paġna 38.", "MR SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici..", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien napprezza ħafna li l-Onor.", "Mifsud Bonnici daħal fit-dettal ta' dawn kollha, pero' l-punt huwa - kif semma l-Onor.", "Dalli l-bieraħ - li sar eżerċizzju sewwa fejn kienu kkonsultati l- partijiet kollha u kien hemm każi fejn il-protezzjoni li kien hemm ġiet trasformata f'levy, kien hemm każi li ma kienx hemm bżonn u kien hemm każi li peress li morna fl-H.S. Code aktar dettaljat milli kien hemm fl-1993, allura qed jgħidlek \"introduction of levy as per Bill No. 117\".", "Din kienet ir-raġuni għalfejn morna għal H.S. Code aktar wiesa' u aktar dettaljat għax qabel dawn kienu jinqabdu taħt H.S. Code wieħed.", "Dawn nistgħu niddiskutuhom issa, pero' jien naħseb li fi Stadju ta' Kumitat inkunu nistgħu nidħlu f'dan id-dettall, imma l-prinċipji ġew spjegati diġa'.", "Jien napprezza ħafna l-kummenti li qed tagħmel u fl-iStadju ta' Kumitat, jekk ikun hemm bżonn inkunu nistgħu nikkonsidraw każ, każ.", "Imma din hija schedule, l-prinċipji ġew stabbiliti u d-diskussjoni saret mal- partijiet kollha u kienet diskussjoni twila u iebsa.", "Kien hemm każi fejn il-levy neħħejniha għaliex dehrilna li ma kienx hemm bżonnha aktar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dik hija l-ispjegazzjoni li dejjem ingħatat.", "Issa jien qiegħed nuri li din l-ispjegazzjoni m'hijiex sodisfaċenti u ngħid għaliex.", "Għax jekk inti tneħħi l-protezzjoni mhux limitazzjoni jew projbizzjoni ta' l-ammont imma billi tneħħi levy, allura qed tnaqqas il-protezzjoni.", "Meta qed tnaqqas il-protezzjoni tfisser li inti tantiċipa li l-prodott lokali jew huwa fi stat li jikkompeti minkejja li l-prezz tal-prodott kompetittiv minbarra naqas u xorta l-prodott maħdum lokali se jibqa' jbigħ l-istess kwantita' jew inkella m'hemmx aktar ġustifikazzjoni għaliex tkompli tagħti protezzjoni lill-manifattur lokali minkejja l-fatt li taf li meta se jitbaxxa l-prezz tal-prodott importat, l- ammont mibjugħ mill-produttur lokali se jonqos.", "Jew waħda jew l-oħra.", "Jekk inti tgħidli li meta qed tirriduċi l-levy tantiċipa li xorta waħda l- prodott lokali se jibqa' jinbiegħ lokalment fl-istess kwantitajiet u allura l-levy m'hijiex aktar bżonnjuża, ngħidlek għamilt kalkolu li jista' jkun tajjeb u jista' jkun żbaljat imma jiena ngħidlek li kieku żammejt l-levy ma għandux wieħed jippretendi li l-ammont tal-prodott maħdum lokali li jinbiegħ lokalment kien ikun akbar la hemm protezzjoni aktar.", "Jien għalhekk jidhirli li dawn huma deċiżjonijiet arbitrarji.", "Spjegali mela fil-każ tal-birra, biex nieħdu każ tipiku, x'inhi r-raġuni li l-ammont ta' levy żdied?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-każ tal-birra huwa wieħed minn dawk l-eżempji fejn il-protezzjoni baqgħet l-istess.", "Għaliex?", "Għax qabel kien hemm id- dazju ...", "(Interruzzjonijiet) Il-birra kellha levy ta' 15c - jekk m'iniex sejjer żball - u kellha d-dazju.", "Issa tneħħa d-dazju u żdiedet il-levy u l- kumment li hemm huwa li biex inżommu l-istess livell ta' protezzjoni.", "X'kumment aktar tista' tagħmel minn hekk, meta tgħid qed iżżomm l-istess livell ta' protezzjoni billi inti ttrasferejt d-dazju li kien li issa spiċċa fuq il-prodotti mill-Ewropa?", "Ħafna mill-birra tiġi mill-Ewropa wkoll u aħna as a minimum lejn dik qed inħarsu għax dawk ġew b'dazju ta' zero rate.", "Dawk li jiġu barra mill-Ewropa l-probabilita' hi li hemm dazji aktar u allura l-protezzjoni tiżdied aktar.", "Il-levy tal-birra issa żdiedet minn 15% għal 25%.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura wieħed jasal għall-konklużjoni li l- ammont ta' levy li żdied huwa ekwivalenti għall-ammont ta' dazju li naqas.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dan il-każ iva.", "Ikun hemm każi oħra fejn inħass li għal xi raġuni jew oħra, bħal per eżempju għaliex il-prodott ma għadux jiġi manifatturat hawnhekk, ikun hemm revocation of levy; m'hemmx għalfejn tħalli levy jekk inti l-prodotti ma għadux jiġi manifatturat hawn għaliex dan kulma jagħmel huwa li jgħolli l-cost of living.", "Hemm każi hekk u hemm każi oħra wkoll.", "Irridu nifhmu s-sitwazzjoni għax aħna qegħdin nipprovaw ninċentivaw l-industrija li tesporta.", "Hawnhekk inti trid tipproteġi u fl- istess ħin tnigges naqra wkoll, jiġifieri jista' jkun hemm każi fejn il- levy ġiet ridotta biex dak li jkun għandu 60% esportazzjoni - u kien hemm każi hekk - u 40% konsum lokali.", "Dan jibda jirrealizza li l-intenzjoni hija li eventwalment il-protezzjoni m'hijiex se tibqagħlu għal dejjem u allura għandu jagħmel aktar enfasi biex dik is-60% tal-produzzjoni li jesporta iżidha u b'hekk aħna nkunu nistgħu nagħtu prodott lill-konsumatur Malti li mhux talli huwa tajjeb imma talli jkun irħas.", "Jien ġieli ġew nies għandi u jgħiduli kif għandhom levy ta' 70c per kilo tal-prodott tagħhom meta dan jinbiegħ bil-35c.", "Imma l-levy ta' 70c fil-kilo nkunu għamilnih biex proprju nagħtuh nifs fejn ikun jista' jespandi.", "Imma dan ma jridx jiġġustifika l-prezz fuq il-fatt li hemm levy għolja.", "Jiġifieri f'dan il-każ il-levy tkun għolja biex tipproteġi lill-produttur u imbagħad issib lil min ikun irid li jiżdied il-prezz sabiex dan ikun prattikament fl- istess livell ma' dik il-levy.", "Naturalemnt dawn l-affarijiet ġew ikkonsultati flimkien mad-Dipartiment ta' l-Industrija u mad-Dipartiment għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd u fejn kien hemm bżonn ta' push li trid taġġusta, aħna għamilniha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Onor. Bonnici inti taf li dawn tant huma deċiżjonijiet arbitrarji li waslu bħala konsegwenza li xi produtturi lokali fosthom ta' tights ħassew l-effett tant ħażin li kellhom jagħlqu u jwaqqfu l-produzzjoni.", "Jien semmejtlek oġġett, bħalhom hemm affarijiet oħra fejn l-effett globali ta' dawn il-miżuri kien li l-industrija li qed tipproduċi għas-suq lokali, la irnexxielha tibda tipproduċi għas-suq esteru u lanqas tkompli tipproduċi għas-suq lokali.", "Inti tista' tgħidli li ma tridx tgħalaqha, imma meta għandna Gvern fejn qed jagħmel dan l-eżerċizzju kollu biex jagħti protezzjoni lil xi wħud, jien nistaqsi lil dawk l-oħrajn - li għax ried il-Gvern jew għax ma riedx - se jintlaqtu b'dawn il-miżuri u b'dawn il-manjieri kif wieħed ma jagħtix kashom qishom ma kenux jeżistu.", "Jien li qed nipprova ngħid huwa li dan huwa eżerċizzju arbitrarju.", "Kieku l- prinċipju hu li kull min qiegħed jaħdem għas-suq lokali u l-kwalita' hija tajba hu x'inhu l-ammont ta' protezzjoni anke f'forma ta' levy trid tingħata biex ma jmutx, kieku nifhem, imma il-kriterju tagħhom ma ġiex osservat mill-Gvern għax għandna numru ta' każi fejn bħala konsegwenza ta' din il-miżura, tajba kemm hi tajba, u intenzjonata kemm hi intenzjonata, għandha side effects tajbin u ta' benefiċċju għall-ekonomija Maltija.", "Pero' għal mument, dik hija irrelevanti.", "La aħna qed nitkellmu ma' Gvern li jemmen u qed jipprattika li għandha tingħata miżura ta' protezzjoni għall-industrija li taħdem u tipproduċi għas-suq lokali ...", "Jien ngħid li din il-miżura trid tkun effettiva u trid tagħti riżultat tagħha lil kulħadd, mhux lil xi wħud tibbenefikahom billi żżidilhom il-protezzjoni u lil xi wħud - mhux għax wieħed ikun irid imma għax hekk jiġri fil-prattika - toqtolhom.", "Dan hu dak li qed nipprova ngħid.", "Hawnhekk jien m'iniex qed nirreferi għall-miżura fiha nnifisha imma għall-applikazzjoni tal-miżura b'mod differenti għal oġġetti differenti.", "Jekk ma jkunx hemm kriterju u prinċipju osservat għal kulħadd ikolli ngħid li hemm lok għal din il- kritika li qed nagħmillek.", "Fil-fatt din il-kritika m'hijiex teoretika għax fil-prattika kien hemm min intlaqat ħażin.", "B'din il-miżura, il-protezzjoni li ngħatat lil xi wħud ma kenitx effettiva u biżżejjed.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien naf li m'aħniex fil-Committee Stage u fil-fatt kont se nagħti tweġiba għal dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici fil-winding up.", "Pero' l-verita' hija li wieħed ma jistax jittratta lil kulħadd l- istess għar-raġuni li finalment hemm żewġ naħat tal-miżien.", "Hemm naħa tal- miżien li għandha l-impjiegi u hemm naħa li għandha l-prezzijiet.", "Il- prezzijiet kollha jbatihom il-konsumatur.", "Jekk ikun hemm ditta li timpjega għaxra min-nies u biex wieħed iħalli dawn l-għaxar impiegi jagħmel protezzjoni billi jżid il-prezz tal-prodott li jkun qed jiġi manifatturat f'din id-ditta b'20%, xi ħadd irid jiddeċiedi jekk dawn l-għaxra min-nies jirnexxielhomx isibu xogħol ieħor ħalli b'hekk minflok ma jkollna ngħollu dak il-prodott b'10% nraħħsuh għall-konsumatur.", "GĦalkemm din id-deċiżjoni m'hix faċli, xi ħadd irid jeħodha u jerfa' r-responsabbilita' tagħha.", "Li nista' ngħid huwa li fir-realta' d-diffikulta' li qed iħabbat wiċċu magħha l-qasam tal-manifattura huwa biex isib in-nies.", "Tmur fejn tmur issib ditti li qed ifittxu nies biex jaħdmu magħhom.", "Ta' min jgħid li s-sena li għaddiet - din hi xi ħaġa li kont se ngħidha iktar 'il quddiem - l-impiegi fil-manifattura żdiedu bi 300.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ikun aħjar jekk dan l-argument inħalluh għal iktar 'il quddiem ħalli naraw kemm dan huwa loġiku jew żbaljat.", "Qed ngħid li dan l-argument huwa żbaljat mhux għax l-impiegi ma żdidux bħala konsegwenza ta' ċerta politika, imma żgur li ż-żieda m'hijiex dovuta għall- politika tal-liberalizzazzjoni fl-importazzjoni.", "Dan huwa l-iżball li qed niġbidlek l-attenzjoni għalih.", "L-ispjegazzjoni li qed jagħti l-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri li ż-żieda fl-ammont ta' l-impiegi fil-qasam tal- manifattura - hawnhekk qed nirreferi għas-suq lokali - hija konsegwenza tal- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni is nonsense.", "X'għandha x'taqsam il- liberalizzazzjoni biex tiġġustifika li jinqatlu l-units ta' manifattura għal-lokal?", "Din x'għandha x'taqsam?", "Ħalli nipprova nispjega ruħi jekk għadni ma spjegajtx ruħi biżżejjed.", "Qabel ma niġu għall-kwestjoni tal- liberalizzazzjoni, ikun tajjeb jekk ngħid li l-importanti huwa li ma nitilfux il-feel tal-kritika li kienet qed issir.", "Jien m'iniex se nitkellem kontra l-liberalizzazzjoni, imma se nitkellem kontra l- ġustifikazzjonijiet, ir-raġunijiet u l-ispjegazzjonijiet li jissemmew sal- konsegwenzi tal-liberalizzazzjoni fl-importazzjoni u mhux fil-kummerċ, fil- qasam finanzjarju, fil-qasam fiskali jew fil-qasam ta' l-interessi.", "L-ewwel semmejt il-kwestjoni tat-tights.", "Issa ħalli nieħdu l-kwestjoni tal-qomos importati.", "Fejn qabel kien hemm restrizzjonijiet fl-ammonti u fil-liċenzji, issa l-levy fuq qmis hija ta' Lm1.", "Hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li dawn il-miżuri għandhom jibqgħu japplikaw, imma jekk iż-Lm2 levy li kien hemm ma kenitx biżżejjed biex il-produtturi tal-qomos għas-suq lokali jmantnu l-istess produzzjoni, issa li l-levy tnaqqset għal Lm1 din kif tista' tgħin lil dawn il-produtturi biex imantnu l-istess livell ta' bejgħ ta' qomos?", "Imma l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u deliberata li l-levy fuq il-qomos ta' barra tonqos b'Lm1.", "Imma jien naħseb li d-deċiżjoni se jkollha xi ftit effett fuq l-ammont tal-qomos li huma prodotti lokalment u li jinbiegħu lokalment.", "Allura l-Gvern kif jista' jiġġustifika din il-ħaġa fil-każ tal-qomos meta fil-prezz ta' oġġetti oħra l-Gvern ħass li biex jipproteġi produttur dan għandu jżid il-piż fuq il-konsumatur permezz ta' l- introduzzjoni tal-levy?", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Gvern għamel ħażin li pproteġa lill-produttur imma qed ngħid li għamel ħażin li dan naqqas il- protezzjoni lill-manifattura tal-qomos għax wara kollox it-tnaqqis tal-levy u tal-protezzjoni se jnaqqas l-ammont ta' bejgħ tal-qomos maħduma f'Malta.", "Jien inħoss li hawnhekk irid ikun hawn xi kriterju.", "Jekk dawn il-ħwejjeġ jibqgħu jiġu deċiżi bla ma jkun hemm kriterju, dawn wieħed ma jkunx jista' jagħmilhom fuq bażi ad hoc.", "Hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li dawn wieħed mhux se japplikahom fuq bażi ad hoc, il-prinċipju se jiġi applikat f'kull każ, imma l-ewwel wieħed irid jifformola l-prinċipju biex ikun ekwu.", "Jekk ma jsirx hekk jista' jiġri li għax jien għajnejja ħomor, il-Ministru miegħi juża kriterju differenti minn ma' dak li għandu għajnejh blu.", "Jien dan li qed nipprova ngħid.", "Kif tistgħu tippretendu li din il-Kamra, mingħajr ġustifikazzjoni ta' xejn dwar l-ammonti, tagħti l-barka tagħha għaż-żieda, għat-tnaqqis u għat-tibdil ta' levies?", "Kif jista' jkun?", "Jien m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm raġunar u negozjati jew ma jistax ikun hemm regola, imma aħna nippretendu spjegazzjoni ħalli għallinqas naraw jekk din ir- regola hiex ġusta u jekk hijiex applikata ġustament f'kull każ.", "Issa jien qed insemmi każijiet li m'hemmx spjegazzjoni għalihom ħlief li l-Gvern ħa deċiżjoni konxjuża u delibarata li fil-każ tal-birra rridu nżommu l-istess ammont ta' protezzjoni.", "Allura filwaqt li naqqasna d-dazju u għamilna ammont ekwivalenti ta' levy biex inżommu l-istess ammont ta' protezzjoni, kif ma mpurtaniex li l-manifattur tal-qomos se jitlef il-bejgħ u ħassejna li għall-konsumatur il-qomos ta' barra għandhom jonqsu fil-prezz?", "Allura l- birra ta' barra u s-soft drinks għaliex ma jonqsux fil-prezz ukoll?", "B'liema kriterju ħadna din id-deċiżjoni?", "Allura l-Gvern mhux bilfors qed jesponi ruħu għall-kritika li qed jiddiskrimina?", "Jien nixtieq li jekk hemm xi kriterju nkunu nafu liema hu ħalli napprovawh.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ma nixtieqx nidħol f'dibattitu, pero' jiddispjaċini ngħid li l-punti li qed iqajjem l-Onor.", "Bonnici ....", "L- argument ta' min għandu għajnejh ħomor u għajnejh blu assolutament ma għandu x'jaqsam xejn.", "Jekk nieħdu eżempju tal-beverages sector, minbarra n- nies li hemm jaħdmu f'dak il-qasam, wieħed irid iqis ukoll li fuq affarijiet ta' l-ikel, speċjalment il-birra, l-aċċess tagħna għas-swieq Ewropej huwa limitat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'għandhom x'jaqsmu s-swieq Ewropej?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dażgur li għandhom x'jaqsmu!", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, ma għandhomx x'jaqsmu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-swieq Ewropej għandhom x'jaqsmu għax wieħed irid iħares dejjem lejn l-alternattiva.", "Jekk l-alternattiva hija li produttur jista' jespandi s-suq tiegħu barra minn Malta ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura naqqas il-protezzjoni u mhux tibqa' maintained!", "L-argument li qed tgħid inti ma jreġix.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt hemm raġunijiet validi għal dan l-argument għaliex aħna għandna bżonn ikollna aċċess aħjar għas-suq Ewropej.", "Jekk wieħed iħares lejn diversi prodotti, bħall-gallettini, prodotti tal-laħam u birra, isib li llum jekk dawn jiġu esportati, għalihom mhux biss ikun hemm tarriff barriers imma anke non-tarriff barriers.", "GĦalhekk wieħed ma jistax jaqbad japplika regola ġenerali u jgħid lil kulħadd biex jimxi magħha.", "Veru li huwa possibli li fil-każ tal-qomos aħna ma għadniex kompettitivi, imma jekk fil-każ tal-qomos, wieħed ma jistax jesporta u jikkompeti ma' barra minn Malta, wieħed bilfors irid jistaqsi x'se jiġri fil-futur, ċioe' jekk aħniex se nibqgħu bil-qmis tagħna protetta b'valur ta' levy għoli ta' Lm2 jew inkella jekk irridux li jkollna sitwazzjoni fejn il-produzzjoni tagħna tkun immirata l-iktar għall-esportazzjoni.", "Dik hija dik l-earth policy, li aħna kemm jista' jkun nippromwovu l-esportazzjoni għax inkella se jkollna diffikultajiet fid-dinja ta' għada u pitgħada.", "Il-protezzjoni is on its way out.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Onor. Bonnici, issa erġajt daħħalt kwestjoni oħra - bħall-kwestjoni tal-liberalizzazzjoni - li hija irrelevanti għall-argument li qed niddiskutu għax mhux veru li l- alternattiva hija manifattura għall-konsum lokali jew manifattura għall- esportazzjoni.", "Dan m'hu veru xejn.", "L-40 ditta Ġermaniża li twaqqfu f'Malta kollha għall-esportazzjoni twaqqfu minkejja li dak iż-żmien - il- Gvern jgħid li dan kien ħażin - kien hemm il-politika ta' protezzjoni għall-manifattura tas-suq lokali.", "Waħda ma teskludix lill-oħra imma teskludi biss jekk is-suq lokali jkun diżinċentiv għall-ħeġġa tal- manifattur biex jesporta jew jekk minħabba s-suq lokali ma jkollokx kapaċita' biżżejjed biex tbigħ barra mill-pajjiż.", "Pero' meta għandek potenzjal ta' espansjoni fil-qasam tal-manifattura li it caters kemm għas- suq lokali kif ukoll għas-suq tad-dinja kollha, wieħed ma jeskludix lill- ieħor.", "Għalhekk qed ngħid li tan-naħa l-oħra qed iħalltu ħafna konċetti f'daqqa, donnu li qed jagħmlu hekk għal tapposta.", "L-esportazzjoni x'għandha x'taqsam!", "Mela l-produzzjoni għas-suq lokali hija inibizzjoni għall-esportazzjoni?!", "Din x'għandha x'taqsam jekk għad għandna labour, kapital u faċilitajiet ta' protezzjoni underutilised?", "Kif qed ngħidu li waħda teskudi lill-oħra?", "Per eżempju, ħalli nieħdu l-każ tal-birra.", "Ir-restrizzjonijiet ta' barra qed iżommu milli din tespandi.", "Issa l-argument ta' l-Onor.", "Bonnici huwa li fil-fatt aħna orjentati għall-Unjoni Ewropea biex ikollna aċċess.", "X'jiġifieri?", "Tneħħiet il-protezzjoni kollha jew ir-restrizzjonijiet fuq l- importazzjoni mill-pajjiżi ...", "(Interruzzjonijiet) Ma nistgħux inħalltu l-konċetti.", "Il-levy m'hijiex ostakalu għall-importazzjoni imma hija biss protezzjoni għas-suq lokali għax kieku hija ostakolu għall-importazzjoni ma nużawx id-dazju fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi barra mill- Unjoni Ewropea.", "Il-fatt li tneħħa d-dazju minn fuq prodott analogu mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huwa diżinċentiv għall-importazzjoni minn dak il-pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea għax hemm element ġdid ta' dazju.", "Jien qed ngħid li la l-Gvern neħħa d-dazju minn fuq l-oġġetti li joriġinaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, issa dawn il-pajjiżi m'għandhomx x'jitilfu jew x'jirbħu iktar minn pajjiżna.", "Il-bargaining power li kien hawn biex iġġib l-aċċess għall-produtturi tal-birra qatgħuh minn qabel għax neħħew id-dazju.", "Il-levy trid iżżommha għax inkella titlef is-suq lokali.", "Il-levy ma tagħmilhiex biex tikkontrolla l- importazzjoni imma biex iżżomm il-produzzjoni lokali.", "Jien qed nipprova nispjega li l-konċett ta' l-esportazzjoni m'għandux x'jaqsam ma' protezzjoni għal suq lokali.", "Kieku min jipproduċi għas-suq lokali jkun impedut milli jespandi jew ibigħ barra minn Malta jew inkella jkun skoraġġit milli jagħmel hekk, ngħid li għandu raġun imma mhux hekk huwa l-każ.", "Kull produttur li jkollu l-opportunita' li jbigħ barra minn Malta jaf li dik l-opportunita' hija ħafna aqwa mis-suq lokali minħabba l- possibilita' ta' profitti kbar, minħabba s-swieq u minħabba l-kwantitajiet ta' affarijiet li jbigħ.", "Kulħadd jeħodha din l-opportunita'.", "Jekk lil produttur li jaħdem għas-suq lokali tagħfsu u ma tħallihx jistrieħ fuq is- suq lokali bilfors se jkollu - u jirnexxilu - jbigħ barra.", "Pero' kulħadd jaf li l-konsegwenzi mhux hekk huma għax ħafna drabi l-produttur għas-suq lokali jkollu jagħlaq.", "Wieħed jista' jgħid li l-konsumatur xorta qed jinqeda minn barra bi kwalita' aħjar u bi prezz orħos imma dak il- prinċipju għandu jiġi applikat għal kollox.", "M'għandniex napplikaw dak il- prinċipju għal qasam u għal qasam ieħor ma napplikawhx.", "Dan li qed nipprova ngħid.", "Din hija politika diskriminatorja, erratika u li ma tagħmilx sens.", "Kieku din hija politika uniformi ma' kulħadd tagħmel sens imma la m'hijiex politika uniformi tagħti lok għal abbużi.", "Jien semmejt l- eżempju stupidu - għax mhux hekk huwa l-każ - ta' min għandu għajnejh ħomor u min għandu għajnejh blu.", "Jista' jkun hemm raġunijiet oħra ta' simpatija, ta' partiġġjaniżmu u ta' interessi.", "Pajjiżi oħra interessi finanzjarji jiddettaw dwar kif jiġu trattati l-importaturi, n-negozjanti u l- manifatturi u m'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod.", "Kulħadd huwa tad- demm u l-laħam u kull Malti huwa suxxettibbli għall-istess dnubiet u vizzji li huma suxxettibbli għalihom il-politiċi ta' pajjiżi oħra.", "Għalhekk aħna qed noħolqu l-okkażjonijiet biex jekk ma jkunx hekk nagħtu lok għal suspetti u okkażjoni ta' kritika.", "Dan kollu għax aħna ma rridux nistabbilixxu l-prinċipji li huma aċċettati u li nafu li meta napplikawhom se jagħtuna ċerti riżultati, ikun xi jkun il-każ.", "Imbagħad meta napplikaw prinċipju f'każ u ma jingħatax ir-riżultat mistenni, irid ikun hemm spjegazzjoni.", "Imma x'jiġifieri tiġi tgħidli: \"Għax innegozjajna ma' kulħadd u wasalna għal dawn il-figuri\", imbagħad f'każ ieħor naqqast il- levy u mhux żidtha?", "Forsi tgħidli: Għax hekk hemm bżonn għall- protezzjoni; ħassejna li l-poplu għandu jħallas inqas għal qmis, waqt li f'oġġetti oħra se jħallas iktar għax il-levy żdiedet.", "B'liema sens tagħmel hekk?", "Huwa semma l-birra - irrid ngħid li din m'aċċettajthiex - imma hemm ukoll is-soft drinks u l-mineral water li l-levy fuqhom ukoll żdiedet.", "Il- Ministru qal illi l-ammont ta' dazju li naqqasna għamilnieh levy.", "(Interruzzjonijiet) Le, ir-restrizzjoni li hemm fil-pajjiżi ...", "Dik hija ġlieda li ilna niġġieldu minn żmienna u qatt ma rnexxielna nisfrondawha biżżejjed.", "Issa jidhirli li dan il-Gvern inqas se jisfrondaha, jekk ma jbigħx ruħu; irid jingħaqad bilfors kollu kemm hu, mentri ebda pajjiż fl- Unjoni Ewropea ma kellu għalfejn ibigħ lilu nnifsu biex ġab il- konċessjonijiet li hemm bżonn.", "L-ammont ta' negozju li aħna nagħmlu mal- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jagħtina saħħa biżżejjed biex ninnegozjaw trattament ekwivalenti.", "Din hija kwestjoni oħra, imma hawnhekk kull darba nħalltu dawn l-argumenti kollha.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn il- leave of House biex tkompli.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-Kamra.", "Issa naħseb li tajt biżżejjed eżempji speċifiċi biex nuri x'inhuma l-ħwejjeġ li dwarhom nistennew spjegazzjoni iktar raġunata u dettaljata minn dik li ngħatat.", "Issa ħalli niġi għall-argumentazzjoni kollha.", "Jien qgħadt attent għad- diskors introduttiv tal-Ministru li kien ibbażat fuq il-vantaġġi u r- riżultati li l-pajjiż akkwista mill-politika tal-liberalizzazzjoni.", "Hu ħass illi dan id-diskors għandu jagħmlu biex jiġġustifika - din l-isbaħ - miżuri li jmorru kontra l-liberalizzazzjoni, għax l-impożizzjoni tal-levy fiha nnifisha hija miżura kontra l-liberalizzazzjoni.", "Allura jekk kien hemm mument meta wieħed m'għandux jitkellem favur il-politika tal- liberalizzazzjoni, kien proprju meta hu qiegħed jitlob lill-Kamra tapprovalu, introduzzjoni, żidiet jew tneħħija ta' levies fuq ċerti prodotti importati.", "Iż-żidiet fil-levy jmorru kontra u mhux isostnu l- prinċipju tal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Issa jien mhux se nidħol fl-argument jekk il-politika tal-liberalizzazzjoni ta' l- importazzjoni hijiex ħażina.", "Jien qed ngħid li dawn il-miżuri, speċjalment l-introduzzjoni u ż-żieda ta' ċerti levies, imorru kontra l-politika tal- liberalizzazzjoni.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandhomx isiru jew jiġu imposti dawn il-levies għax imorru kontra l-politika tal-liberalizzazzjoni, imma meta l-Ministru introduċa dan l-Abbozz id-diskors tiegħu dwar il- liberalizzazzjoni ma kienx adattat.", "L-ikbar kritika m'hijiex minħabba dan, imma minħabba l-effetti li qal li ġabet il-politika tal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Huwa ċċitalna ż-żieda fl-impiegi, fil-qliegħ u fl- esportazzjoni.", "Ħalli nibda mill-esportazzjoni.", "Jista' xi ħadd jispjegalna kif liberalizzazzjoni fl-importazzjoni twassal għal żieda fl-esportazzjoni?", "Din ma ssegwix għax iż-żieda fl-esportazzjoni kienet kaġunata minn fatturi oħra.", "Mhux qed ngħid li ma kienx hemm żieda, imma wieħed irid jifli u janalizza l-fatturi kollha.", "Ma tistax tattribwixxi ż-żieda li kien hawn fl-esportazzjoni għal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni jekk ma tgħidx li bħala effett tan-nuqqas ta' liberalizzazzjoni kienet ristretta l-introduzzjoni tal-materja prima f'pajjiżna, u allura kienet tinċidi fuq l-ammont ta' esportazzjoni.", "Imma dawn m'għandhomx x'jaqsmu.", "Iż-żidiet li semmejt - tajbin kemm huma tajbin - ma kenux konsegwenza tal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni, imma prinċipalment kienu konsegwenza tal-politika ġdida tal-Gvern Nazzjonalista li kull sena jippompja fl-ekonomija ammont ta' flus iktar milli kien jiġi ppompjat qabel.", "Dan mhux l-esportazzjoni jaffettwa imma ż-żidiet fil- qliegħ u fl-impiegi.", "Ħalli nerġa' nispjega għalfejn qed nagħmel din il- kritika.", "Jien m'iniex qed nikkritika li ma kienx hemm żieda fl- importazzjoni, fl-esportazzjoni, fin-numru ta' nies jaħdmu jew fil-qliegħ ta' dawk li jaħdmu, imma qed ngħid li dan ma kienx attribwibbli għal- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Hawn qed inkun speċifiku u mhux qed nirreferi għal-liberalizzazzjoni f'oqsma oħra; qed ngħid għal- liberalizzazzjoni fl-importazzjoni biss.", "Mhux il-liberalizzazzjoni fl- importazzjoni ġabet dawn iż-żidiet fl-impiegi u fil-qliegħ; dawn huma konsegwenza diretta ta' ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern kull sena.", "Issa jekk il-Gvern hux qed jagħmel tajjeb jew le, hija ħaġa oħra.", "L-element ta' kritika fuq din il-politika huwa fuq jekk hux ġustifikat l-ammont ta' nfiq bis-sistema ta' deficit funding ta' kull sena.", "Imma din hija ħaġa oħra.", "Mela l-ammont ta' impiegi, l-ammont ta' qliegħ, l-ammont ta' xiri u l- ammont ta' importazzjoni huma konsegwenzi ta' l-ammont ta' nfiq tal-Gvern.", "Jistgħu jkunu wkoll konsegwenzi ta' politika oħra, forsi ta' politika fiskali jew industrijali jew inkella ta' klima politika, sejħilhom li trid.", "Imma żgur li mhumiex konsegwenzi tal-liberazzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Dan hu li qed nipprova ngħid.", "Jiġifieri tipprovax tattribwixxi dawn iż- żidiet għal-liberalizzazzjoni fl-importazzjoni.", "Il-liberalizzazzjoni fl- importazzjoni tista' tiġi ġustifikata b'raġunijiet oħra, imma mhux bir- raġunijiet li semmejt, jiġifieri ż-żieda fl-impiegi, fil-qliegħ tal-ħaddiem u fin-numru tal-gainfully occupied.", "Nerġa' ngħid li dawn iż-żiediet huma dovuti prinċipalment għan-nefqa li jagħmel il-Gvern kull sena u għall- politika f'oqsma oħra, imma mhux għal-liberalizzazzjoni ta' l- importazzjoni.", "Intqal li bil-liberalizzazzjoni żdiedu wkoll l-impiegi fil-qasam tal- manifattura.", "Ma rridx infisser li l-impiegi fil-qasam tal-manifattura ma żdidux, imma huwa żbaljat li tattribwixxi ż-żieda għal-liberalizzazzjoni fl- importazzjoni, għax jekk tagħmel dan allura tkun qed tippremetti ħaġa li għadek qed tipprova, jiġifieri li bil-liberalizzazzjoni tinċentiva l- esportazzjoni meta fil-fatt m'huwiex veru li nċentivajt l-esportazzjoni bil- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "L-esportazzjoni ġiet inċentivata, fost affarijiet oħra, bl-inċentivi li ngħataw - permezz ta' miżuri fiskali jew oħrajn - lil min jesporta jew lil min jiddedika l-parti l-kbira tal- produzzjoni tiegħu għall-esportazzjoni.", "Mela l-esportazzjoni m'hijiex konsegwenzjali għal-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Din it-tip ta' liberalizzazzjoni stands on its own merit.", "L-argument prinċipali tal- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni huwa t-twessigħ ta' l-għażla tal- prodott li għandu l-poplu - f'ċerti każijiet dan jista' japplika anke għall- prezzijiet tal-prodott - u allura bħala konsegwenza diretta jista' jkun hemm żieda fil-konsum imma mhux fl-esportazzjoni jew fl-impiegi.", "Issa kieku minkejja ż-żieda fl-esportazzjoni - bl-inċentivi kollha li ngħataw lill-industriji li jesportaw - ma ġewx milquta ħażin uħud mill-units tal- manifattura, tant li kellhom jagħlqu jew inaqqsu l-ħaddiema, kieku ż-żieda fin-numru ta' mpiegi ma kenitx tkun iżjed milli kienet?", "Bilfors kien ikun iżjed.", "Jista' jkun li forsi l-prezz u l-kwalita' ta' l-oġġett ma kenux ikunu tajbin daqskemm huma llum, imma għallinqas trid tikkonċedili li n- numru ta' mpiegi li ntilfu - mhux iż-żieda netta, imma n-numru ta' mpiegi li ntilfu, jiġifieri madwar 3,000 impieg - ma kienx ikun daqstant kbir.", "Nagħtu każ li kienu jintilfu 1,000 impieg inqas; allura ż-żieda netta fin- numru ta' ħaddiema ma kenitx tkun ta' 1,000 aktar milli fil-fatt kienet?", "Matematikament bilfors hekk kien jiġri.", "Allura mhux veru li l- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni żiedet in-numru ta' mpiegi, għalkemm din il-liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni hija ġustifikata minn raġunijet oħra.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jagħmel ukoll xi rimarki dwar il-politika tal- liberalizzazzjoni, mhux tal-kummerċ imma ta' l-importazzjoni li hija parti mill-kummerċ.", "Il-Gvern qiegħed isegwi politika biex jingħaqad ma' Unjoni li taddotta s-sistema tal-liberalizzazzjoni fis-suq intern, filwaqt li taddotta sistema ta' protezzjoniżmu għar-rigward tal-prodotti mportati minn pajjiżi barra minn dik l-Unjoni.", "Allura, skond il-Gvern, aħna mexjin lejn għaqda - nittama li l-Bambin jilliberana minn dan - li fost id-difetti kbar li għandha, għandha d-difett li timxi b'politika differenti minn dik tal- Gvern fil-qasam ta' l-importazzjoni, għax l-Unjoni Ewropea tuża sistema ta' protezzjoni f'dik li hi importazzjoni.", "Il-Ministru jaf biżżejjed li fi tliet kwarti ta' l-affarijiet li nipproduċu ma nbatu xejn għax nipproduċu inqas milli nistgħu nesportaw għall-pajjiżi ta' l-Ewropa u lanqas nutilizzaw il-potenzjalita' kollha.", "Imbagħad hemm setturi oħra, fosthom dak tal-birra u tal-prodotti agrikoli, fejn hemm restrizzjonijiet fuq prodotti importati.", "Allura biex ma jibqgħux dawk ir-restrizzjonijiet inċedu vantaġġi oħra li għandna!", "Imma apparti minn dan; ma rridx nitkellem fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' rridu noqogħdu attenti xi nbellgħulu lill-poplu, għax inkella se nistorduh.", "Mhux veru li l-Unjoni Ewropea timxi bil-politika ta' liberalizzazzjoni fl-importazzjoni; fis-suq intern iva, imma fis-suq estern timxi bil-maqlub.", "Minkejja l-isforzi kollha li qed isiru, kull reġjun u kull pajjiż illum jew għada jerġa' jaqa' għall-protezzjoni ta' l-industrija lokali.", "L-Istati Uniti ta' l-Amerika qed tipproponi li fuq l-importazzjoni tal-karozzi Ġappuniżi tagħmel dazju ta' 100%.", "Mela mhux veru li l-politika ta' protezzjoni lill-industrija lokali fiha nnifisha hija ħażina.", "Veru li tista' tiġi abbużata jew użata ħażin, imma f'ċerti ċirkostanzi hija ġustifikata u jirrikorri għaliha kulħadd, anke l-iktar pajjiż li jippretendi li huwa liberali fil-kummerċ, l- Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Pero' hemm aspett ieħor tal-kwestjoni.", "X'jiswa li pajjiż jiftaħ il- bibien tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiż ieħor f'ġieħ il-prinċipju tas- suq ħieles u r-regoli tas-suq, meta l-pajjiż l-ieħor li minnu qed jimporta l-prodotti, jagħti għajnuniet u sussidju fil-produzzjoni ta' dawk il- prodotti?", "Allura aħna ma nippretendux li għandna nirrestrinġu l- importazzjoni minn dak il-pajjiż permezz ta' restrizzjoni fuq il-kwantita', permezz ta' projbizzjoni ta' importazzjoni, jew inkella permezz ta' ammont għoli ta' dazju, u mhux inħallu japplikaw ir-regoli tas-suq ħalli l-prodott li jiġi minn dak il-pajjiż jikkompeti liberament ma' prodott analogu li jkun ġie prodott f'pajjiżna, meta dak il-prodott ikun qiegħed igawdi ammont ta' protezzjoni, sussidju u għajnuna f'dak il-pajjiż?", "Dażgur li għandna nirrestrinġu l-importazzjoni ta' dak il-prodott.", "Ma jistax ikun li aħna in omaggio tas-suq ħieles inħottu l-miżuri ta' protezzjoni għax nippretendu li se jkun hemm kompetizzjoni libera bejn il-produttur tagħna u l-importatur li jirrappreżenta lill-esportatur tal-pajjiż minn fejn jiġi dak il-prodott, meta dak il-pajjiż ikun qed joffri għajnuna governattiva kbira lil dak il-prodott jew f'forma ta' riduzzjoni fil-government cost jew inkella f'xi forma oħra ta' għajnuna, tkun xi tkun.", "Jekk inti verament trid li jkun hemm suq ħieles u kompetizzjoni normali u regolari bla inibizzjoni u restrizzjonijiet, trid tassigura li dan ikun all along the line, mhux il-pajjiż minn fejn jiġi l-prodott li qed timporta joffrilu għajnuna kbira, imbagħad tippretendi li lill-manifattur lokali li qed jikkompeti miegħu ma tagħtihx l-istess ammont ta' protezzjoni.", "Jista' jkun hemm każijiet - kif semmejt fil-każ ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika - fejn mhux talli l-politika ta' protezzjoni tkun ġustifikata, talli tkun meħtieġa u tkun qed tonqos jekk ma tagħmilhiex, meta inti taf li fil-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott li se jiġi mportat qed tingħata protezzjoni u għajnuna li permezz tagħha l-prezz ta' dak il-prodott ma jkunx ir-riżultat tar-regoli tas-suq imma r-riżultat ta' dik l-għajnuna li jkun qed igawdi min qed jimmanifattura dak il-prodott.", "Allura jekk inti taf dan kollu, kif tista' tinjorah u tgħid: \"Jien ma rridx nagħti aktar protezzjoni lis-suq lokali u jidhirli li fuq il-qomos barranin il-poplu tagħna għandu jħallas biss Lm1 levy mingħajr ma nagħti kas ta' l-effett li jista' jkun hemm fuq il-manifattura lokali, għax tajjeb li l-poplu jkun jista' jagħżel jekk jilbisx qmis ta' Malta jew inkella qmis ta' barra.\"?", "Int taf jekk produttur ta' qmis barra minn Malta huwiex igawdi minn xi għajnuna fil- pajjiż tiegħu?", "U jekk qed igawdi minn xi għajnuna, għaliex inti m'għandekx tagħti dak l-ammont ta' għajnuna lill-produttur lokali ħalli dan ikun f'qagħda li verament jista' jikkompeti mal-produttur barrani li qed jirċievi għajnuna diretta jew indiretta f'pajjiżu?", "Int ma tafx li f'ħafna pajjiżi....", "Ma nafux li minkejja l-insistenza li għamel il-Ġappun fuq is- suq ħieles, hemm diversi forom ta' għajnuniet li jingħataw lill-industrija tal-manifattura Ġappuniża?", "Dawn l-affarijiet mhux kulħadd jafhom?", "Ma nafux li l-esportaturi Ġappuniżi jgawdu minn forom differenti ta' għajnuna?", "Allura kif m'intix ġustifikat li teskoġita miżuri ta' protezzjoni lill- manifattur lokali ħalli jagħmlu tajjeb għal dik l-għajnuna li l-manifattur Ġappuniż qed jirċievi fil-pajjiż tiegħu?", "Anke minn dan il-lat jista' jkun hemm ġustifikazzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Dalli qed jgħid li l-poplu jħallas, bħallikieku l-poplu mhux xorta jkollu jħallas forma ta' għajnuna soċjali lil min ma jaħdimx.", "Flok dik l-għajnuna jista' jħallas forma oħra ta' għajnuna lil min jesporta ....", "Mhux kollha l-poplu jħallashom?!", "(Interruzzjonijiet) Xbajna nisimgħu dawn l-affarijiet, pero' meta wieħed jifli dawn id-dikjarazzjonijiet - mhux nisparawhom bl-addoċċ - isib li huma infondati u mhux korretti.", "Inti taf li m'humiex korretti.", "Ara n-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Part I tar-Reġistru u fit-taqsimiet l-oħra, għoddhom u tara jekk jammontawx għal ftit iktar mill-ammont ta' nies li kienu qed jirreġistraw f'Mejju ta' l-1987 (Interruzzjonijiet) Issa ġejjin il-persentaġġi!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONICI: Inti taf biżżejjed li ma tistax tikkalkola bin- numru.", "Jien qiegħed bil-paċjenza nisma' ċerti teoriji ekonomiċi li għalija huma ġodda, pero' li tiġi tgħidli li qed tħares lejn il-figura ta' 5,000 ...", "Lejn kemm żdiedet il-labour supply f'dawn l-aħħar tmien snin trid tħares.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, bil-maqlub, trid tħares lejn in-numru.", "(Interruzzjonijiet) Dan m'għandux x'jaqsam ma' l-argument li qed niddiskutu.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: X'ma għandux x'jaqsam!", "Il-labour supply żdiedet.", "Issa qed nifhem għaliex fallejtu!", "Jiddispjaċini nisimgħek tgħidli li m'għandux x'jaqsam, għax jekk inti timxi bin-numru biss u mhux bil- persentaġġi, allura jkolli ngħid li qed tgħix f'dinja għalik.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa spjega u għid li trid - ilek tgħid - imma ħu paċenzja u ara tikkombattix argument wieħed wieħed in isolation u mhux toqgħod tħawwad ħaġa ma' oħra.", "Diġa' għidtlek li ż-żieda fl-impiegi u fl-esportazzjoni m'hijiex konsegwenza tal-liberalizzazzjoni fl- importazzjoni, imma hija konsegwenza ta' politika oħra f'oqsma oħra.", "Mhux qed ngħid li ma kellux ikun hemm liberalizzazzjoni fl-importazzjoni jew li m'hemmx każ għal iktar liberalizzazzjoni fl-importazzjoni, imma mhux biex ikun hemm żieda fl-impiegi.", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn u jien għidtlek għal xiex kienet dovuta ż-żieda fl-impiegi.", "Issa qed ngħidlek ukoll li filwaqt li aħna nippriedkaw u nsostnu l-politika ta' liberalizzazzjoni fl- importazzjoni, pajjiżi oħra li huma akbar minna u aktar vociferous minna fuq il-liberalizzazzjoni - il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika stess - jirrikorru għall-protezzjoni u allura għan-negazzjoni tal-liberalizzazzjoni fl-importazzjoni meta l-interessi tal-popli ta' dawn il-pajjiżi jirrikjedu li jagħmlu hekk.", "Ħadd ma jgħid li l-poplu Taljan iħallas iktar għal oġġett Ġappuniż milli jista' jħallas kieku m'hemmx dik ir-rata ta' dazju imposta mill-common external tariff.", "Ħadd ma jgħid li m'huwiex ġustifikat li l-poplu Taljan jiġi mitlub iħallas iktar għax għandu dazju għoli.", "Il-Ministru Dalli biss invoka dan l-argument fil-każ ta' Malta!", "Ħadd ma jlum lill-Gvern Amerikan li jipproponi li jimponi 100% dazju fuq il-karozzi importati mill-Ġappun ħalli jipproteġi l-impiegi fil- qasam tal-karozzi ġewwa l-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "L-Onor.", "Dalli biss jgħid li jekk isir hekk, il-poplu Amerikan se jkollu jħallas dazju li huwa d-doppju tal-valur tal-karozza!", "Allura ċerti ċirkostanzi jiġġustifikaw li dawn il-miżuri jittieħdu u għalhekk il-Gvern jagħmel ħażin li filwaqt li jippriedka l-liberalizzazzjoni, ma jaċċettax li għandu jkun hemm ukoll ammonti ta' protezzjoni.", "Wara kollox jekk ma rridux li l-poplu jħallas iktar milli għandu jħallas, għalfejn qed nagħmlu l-levies?", "Il-levies ma jgħollux il-prezz tal-prodott?", "Bl-argument ta' l-Onor.", "Dalli, aħna mhux qegħdin nippretendu li l-poplu jħallas iktar biex nipproteġu lil xi ħadd jew il-qliegħ li jagħmel xi ħadd!", "Għalhekk għidtlu li xbajna nisimgħu dikjarazzjonijiet ta' din ix-xorta li m'huwiex sewwa li biex aħna nipproteġu l-qliegħ ta' min jipproduċi f'pajjiżna nippretendu li l-poplu jħallas.", "Lil min qed jipproduċi l-birra mhux qed nipproteġuh jew nipproteġulu l-qliegħ tiegħu?", "Mhux il-poplu Malti qed iħallas iktar tal- birra importata?", "Jekk dan huwa ġustifikat f'dan il-każ, allura fil- każijiet l-oħra li semmejt, fejn kien hemm units ta' manifattura li kellhom jagħlqu, ma kienx ikun ġustifikat ukoll li l-poplu jħallas iktar?", "Irridu noqogħdu attenti, għax aħna nafu nużaw l-argumenti popolari li jintużaw minnkom biex tiġġustifikaw miżuri.", "Imma issa kunu ftit onesti u għidu illi din il-miżura ta' liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni hija ġustifikata minħabba għax tridu twessgħu r-range ta' l-għażla u f'ċerti każi tridu wkoll tinċidu fuq il-prezz ta' l-oġġett biex ikun irħas, u mhux għar- raġunijiet li qed tagħtu.", "Dawn huma ż-żewġ raġunijiet u xejn iktar!", "Nappellalkom biex tkunu onesti u ma tipprovawx tbellgħu dan l-argument lill- poplu u tippretendu li anke aħna nibilgħu dawn ir-raġunijiet għax nafu li m'humiex veri.", "Issa jekk wara li għidna dan kollu xorta waħda tippretendu li minn din in-naħa jkun hemm approvazzjoni għall-ammonti ta' levies li qed tipproponu, tridu tiġġustifikaw dawk l-ammonti jew almenu tagħtu spjegazzjoni ta' kif il-prinċipju ġie formulat ħalli mbagħad nittestjaw l- applikazzjoni tal-prinċipju għal uħud mill-każi - m'hemmx għalfejn nieħdu l- każijiet kollha - u naraw jekk ir-riżultat ikunx jappoġġja l-applikazzjoni tal-prinċipju tagħkom.", "B'hekk biss tistgħu tistennew li jkun hawn is- simpatija ta' din il-Kamra.", "Imma tistennewx li nagħtu blank cheque lill- Ministru jew lill-Gvern li jiffissa l-levies f'ċerti ammonti mingħajr ma jgħid lil min qed jipproteġi u lil ma jridx jipproteġi ...", "Tippretendux li min hu raġjonevoli se jagħtikom l-appoġġ mingħajr ma jkun hemm għallinqas tentattiv ta' spjegazzjoni onesta min-naħa tagħkom għal dawn il-miżuri li qed tipproponu.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hemmx aktar rimarki nistieden lill-Ministru Josef Bonnici jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu Abbozz li jemenda ċerti livelli ta' protezzjoni u li l-għan prinċipali tiegħu huwa li npoġġu ċerti dazji li tneħħew f'taxxi, bħala levies, miżura li toffri ċertu element ta' protezzjoni.", "Forsi aħjar nibda mill-aħħar kelliem u nimxi lura għall-kelliema ta' qablu.", "Jien onorat li l-Onor.", "Membru baqa' hawnhekk għax fil-fatt mhux l-ewwel darba li l-Ministru joqgħod jisma' bil-paċenzja kollha u meta mbagħad ikun imissu jitkellem hu, dak li jkun ikkritikah u qal ħafna affarijiet, jisparixxi.", "Se nieħu din l-opportunta' biex inkun nista' nwieġeb għal xi punti li tqajmu.", "L-ewwelnett wieħed irid jara x'inhi d-differenza bejn levy u dazju.", "Fiex jissarrfu levy u dazju fuq il- prodott?", "Din m'hijiex l-istess ħaġa?", "L-effett ta' dazju jew ta' levy huwa li jgħolli l-prezz tal-prodott importat.", "Fil-fehma tiegħi, min jgħid li d- dazju huwa protezzjoni u l-levy m'huwiex, huwa skorrett.", "Is-sistema tal- levy toffri protezzjoni wkoll u l-eżerċizzju li sar f'ħafna mill-każijiet huwa li ċerti dazji li tneħħew ġew trasformati f'levy, proprju għaliex dehrilna li dawk il-każi jimmeritaw protezzjoni għal ċertu żmien.", "Jiena nammetti li ħafna mir-raġunijiet li smajt mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici komplew jikkonvinċuni li huwa tassew tajjeb li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qalilna li kull reġjun jispiċċa jaqa' għall-protezzjoni.", "Tajba din!", "Mela smajna lill-main spokesman ta' l- Oppożizzjoni jitkellem fuq il-periklu li hemm li kull reġjun jingħaqad u jipproteġi l-industrija tiegħu.", "U aħna fejn qegħdin?", "Qegħdin fil- Mediterran u għandna 75% ta' l-esportazzjoni tagħna - tista' tagħmel rough ratio u tgħid 75% tat-30,000 ruħ li għandna mpjegati fis-settur tal- manifattura - tiddependi fuq ir-reġjun ta' ħdejna li, skond il-kelliem ta' l-Oppożizzjoni, fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa biex jirrikorri għall- protezzjoni.", "Tajba din!", "Allura jiena ngħid li żgur jaqblilna li nkunu ma' dan ir-reġjun għax ma rridx li nkunu f'pożizzjoni fejn 75% ta' 30,000 ruħ jiddependi fuq reġjun li - skond din l-istqarrija - jista' jkun qed jagħmel protezzjoni u allura ma jkollniex aċċess liberu għal dak is-suq.", "Din hija l-loġika li qed nara jiena skond id-diskors li smajt.", "Smajna li mhux kulħadd jemmen fil-liberalizzazzjoni u li l-Unjoni Ewropea stess għadha tagħmel protezzjoni.", "Veru li għadha tagħmel protezzjoni u aħna nsofru minnha.", "GĦaliex?", "GĦax il-ftehim ta' assoċjazzjoni li għamilna fl-1970 ikopri prinċipalment il-prodotti industrijali.", "U rrid ngħid li din hija l-iktar ħaġa li tikkonvinċini kemm il-pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni fuq l-Ewropa hija żbaljata, għaliex huma jgħidu li jridu an industrial free trade zone, illi prattikament diġa' għandna.", "Pero' s-setturi fejn m'għandniex aċċess liberu, fil-parti l-kbira tagħhom huma proprju s- setturi li fil-fatt qed ikollna nipproteġu għax ma jistgħux jespandu bl- istess mod kif tespandi industrija oħra minħabba li l-aċċess fl-Ewropa huwa limitat.", "Kif kulħadd jaf, l-Ewropa għandha l-Common Agricultural Policy u jħarsu lejn il-prodotti agrikoli jew ta' food processing bħala prodotti sensittivi.", "Allura aħna qegħdin fis-sitwazzjoni redikola fejn multi- national company li tipproduċi prodotti ta' l-ikel - tista' tkun kumpannija Ewropea li tiġi biex tesporta lejn l-Ewropa - issib diffikultajiet minħabba tariffi jew non-tariff barriers li kultant jagħlqulek il-bieb iktar mit- tariffi, għax bit-tariffi taf fejn qiegħed u taf li se tħallas 15%, 20% jew 25% imma bin-non-tariff barriers ma tkunx taf fejn qiegħed.", "Ġieli jiġu produtturi għandi li jgħiduli li bagħtu container u sabu li minħabba xi teknikalitajiet u minħabba li għadda wisq żmien sakemm setgħu jdaħħlu l- prodott fil-pajjiż, il-kuntratt ma rnexxielhomx jonorawh fiż-żmien stipulat bil-konsegwenza li min kien ordna l-prodott qalilhom li issa mhux lest li jaċċettah.", "Inkella ġieli jkun hemm prodott li jkun perishable li ma tistax tħallih fix-xemx jew toqgħod tħaddem il-muturi biex tkessħu sakemm xi burokratiku jiddeċiedi li dawn in-non-tariff barriers jgħawwiġhom jew idur magħhom jew inkella b'xi mod jagħti eżenzjoni.", "Dawn huma fatti li l- industrija tagħna qed tiffaċċja llum fejn jidħol food processing, agrikoltura u anke akwakultura għax biex nesportaw il-ħut illum trid tħallas taxxa ta' 15%.", "Dawn is-setturi m'aħniex se nkunu kapaċi nwessgħulhom is-suq bl-industrial free trade zone għax din hija s-sistema li prattikament għandna bħalissa, fejn għandna aċċess pjuttost liberu għall- prodotti industrijali imma li m'għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel jew ma' l- agrikoltura.", "Dan id-diskors li smajt illum iġegħelni nirrealizza kemm il- pożizzjoni tal-Gvern tagħmel sens u kemm tassew ma nistax nifhem kif in- naħa ta' l-Oppożizzjoni ma toħroġx bi pjan alternattiv li verament joffri futur għal dan is-settur.", "Niġu għal argument ieħor li qajjem l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Hu qalilna li ż-żieda fl-esportazzjoni, fil-pagi u fl-impiegi m'għandha x'taqsam xejn mal- liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni.", "Dan huwa korrett biss sa ċertu punt għax hawn Malta għandna riżors, ir-riżors uman, li huwa limitat.", "Illum il- qgħad qiegħed f'livell ta' madwar 3.7% u 3.8%; livell li fil-memorja riċenti tiegħi huwa l-inqas livell fl-aħħar 15 jew 20 sena.", "Naħseb li biex issib livell inqas trid tmur lura għall-1978 u l-1979, meta kienu fetħu ħafna fabbriki Ġermaniżi u l-qgħad kien niżel għal madwar 3%.", "Wara dik id- data l-qgħad mhux talli ma niżilx, talli sploda u hemmhekk bdejna ndaħħlu l- politika ta' import substitution.", "Pero' fil-fatt fis-snin sebgħin il- politika ta' import substitution ma kenixt qed tiġi segwita mill-Gvern ta' dak iż-żmien bil-mod li bdiet tiġi segwita fis-snin tmenin.", "U fis-snin tmenin bdiet tiġi segwita għax kien hawn problema persistenti tal-qgħad.", "Nafu li matul dawk is-snin kien hawn 10,000 persuna qiegħda u l-qgħad kien persistenti, allavolja kien hawn eluf kbar ta' nies jaħdmu f'impiegi temporanji taħt dixxiplina militari fejn lanqas biss setgħu jkunu f'union.", "Il-Labour Party, li jiftaħar bl-għaqda bejn l-Union u l-Labour Party, waqqaf korpi temporanji għax ma kienx kapaċi jsib xogħol biżżejjed u, kif nafu, il-korpi temporanji lanqas biss ikollhom dritt ikunu f'union.", "Din kienet is-soluzzjoni, dan kien ir-riżultat u l-pjan ta' żvilupp ekonomiku li ħareġ bih il-Partit Laburista; kulħadd fuq il-minimum wage.", "Kemm konna nisimgħu li mank kulħadd kien jaħdem, imqar fuq il-minimum wage!", "Ħalli naraw x'ġara f'dawn l-aħħar snin, Mr Speaker, u naraw kif meta kellna politika differenti li tagħti fiduċja lil dan il-pajjiż, mexxiet lil dan il- pajjiż 'il quddiem biex fi tmien snin ġew ikkreati madwar 15,000 impieg.", "Ħalli naraw meta kellna politika ta' liberalizzazzjoni - mhux qed ngħid minħabba fiha imma qed ngħid paripassu mal-politika ta' liberalizzazzjoni - x'ġara fis-settur tal-manifattura f'dak li għandu x'jaqsam ma' dħul medju.", "Insibu li fl-1987 id-dħul medju kien ta' madwar Lm45 fil-ġimgħa.", "Insibu wkoll li sa l-aħħar tas-sena li għaddiet id-dħul medju kien ta' Lm75 fil- ġimgħa u dan meta mxejna fuq politika ta' liberalizzazzjoni li, skond kif semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici, setgħet tat lok li xi fabbriki jew ditti ma baqgħux kompetittivi u kellhom jagħlqu.", "Jien tajt iċ-ċifri u għidt li kien hemm telf ta' 3,000 impieg fil-manifattura, imma dawn mhux kollha kienu frott tal-liberalizzazzjoni, għax fil-fatt jekk tara minn fejn intilfu dawn l-impiegi ssib li parti kbira minnhom intilfu fis-settur tat-tessuti li kien geared għal sistema bbażata fuq pagi baxxi jew fuq friża tal-pagi; wieħed mis-setturi li jiddependu fuq iċ-cheap labour.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li l-politika tagħna ma kenitx taċ-cheap labour; ma kenitx li nżommu lil kulħadd staġnat ma' the lowest common denominator; ma kenitx li ngħidu li jekk tagħlaq fabbrika u allura jintilfu 10 impiegi, 100 impieg jew 500 impieg allura kulħadd irid ikollu l-friża fil-pagi, anzi aħna għidna li jrid ikun hemm ristrutturazzjoni.", "Din ir-ristrutturazzjoni saret, qed issir u tibqa' ssir.", "GĦalhekk jekk inħarsu lejn iċ-ċifri nsibu li filwaqt li f'dawn l-aħħar tmien snin fil-manifattura kien hemm telf ta' madwar 3,000 impieg, kien hemm żieda ta' 4,700 impieg.", "Veru li hawn min jgħid li nett kien hemm biss żieda ta' 1,700 impieg.", "Kollox sew, imma ejjew naraw ftit x'ġara fid-dħul globali tal-ħaddiema li jaħdmu fil- manifattura.", "Wara kollox, l-aktar ħaġa importanti - naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu fuqha - hi li dawn it-30,000 ħaddiema li hemm fil- manifattura jkollhom dħul tajjeb biżżejjed biex imorru aħjar u b'hekk ikunu kapaċi jgħixu ħajja aħjar.", "Filwaqt li fl-1987 id-dħul globali ta' dawn il- ħaddiema fis-settur tal-manifattura kien ta' Lm63 miljun, sa l-aħħar ta' l- 1993 dan id-dħul globali tela' għal Lm90 miljun, jiġifieri żieda ta' 43%.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li kien hemm biss żieda netta ta' 1,700 impieg u d-dħul globali tal-ħaddiema f'dan is-settur - madwar 30,000 ħaddiem - tela' b'mod li kellhom żieda ta' 43% fid-dħul tagħhom.", "X'differenza mis-seba' jew tmien snin ta' qabel meta kien hemm staġnar fl- impiegi u fil-pagi!", "GĦalhekk żgur li jidher li filwaqt li konna qed immexxu b'politika ta' liberalizzazzjoni kellna wkoll titjib sostanzjali, tant li mhux talli kien hemm żieda netta fin-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fil-manifattura, talli kellhom ukoll żieda ta' 43% fid-dħul globali, u nerġa' ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq 30,000 ħaddiem.", "Sadanittant, jekk inħarsu lejn dak li ġara fl-investiment, insibu li bil- liberalizzazzjoni kollha li bdejna fl-1988/89 ....", "Wieħed forsi jaħseb li jekk inneħħu jew innaqqsu xi ftit il-protezzjoni, dan jista' jwassal biex dak li jkun jiddeċiedi li ma jinvestiex f'dan il-pajjiż għax ma jaqbillux; għax il-protezzjoni qed tonqos u l-flus li kien qed jagħmel ma jistax jibqa' jagħmilhom.", "Imma fil-fatt x'insibu?", "Insibu li filwaqt li fil- manifattura fl-1987 kien hemm investiment ta' Lm5 miljun, fid-disa' xhur tas-sena li għaddiet kien hemm Lm15-il miljun f'investiment.", "Mela hawnhekk għandna fenomenu fejn għalkemm qed nilliberalizzaw u allura qed nagħmluha iktar diffiċli għal dawk il-kumpanniji li joperaw biss fis-suq lokali, l-investiment fil-manifattura rtrippla f'disa' xhur - hawnhekk qed inqabbel disa' xhur tas-sena li għaddiet mas-sena sħiħa ta' l- 1987.", "Jekk tħares lejn dawn iċ-ċifri, sena wara sena, issib li l- investiment baqa' għaddej, l-impiegi baqgħu jiżdiedu, l-industrija baqgħet iżżid il-produttivita' tagħha, baqgħu jiżdiedu l-pagi u baqgħu jiżdiedu l- profitti wkoll.", "Aħna dawn l-affarijiet irridu naraw, jiġifieri li l-pagi, id-dħul kif ukoll il-profitti jiżdiedu.", "Kemm hu aħjar li jkollok din is- sitwazzjoni milli ngħidu li rridu nagħmlu ħajt madwarna għaliex jekk, allaħares qatt, nitilfu xi fabbrika li tħaddem xi 50 ruħ se jkollna diffikultajiet kbar għax ma nkunux kapaċi nsibulhom xogħol ieħor, ikollna ndaħħluhom f'impieg temporanju taħt liġi militari u jkollna nħallsuhom il- minimum wage biex joqogħdu jaqtgħu l-ħurrieq mit-triq!", "Mr Speaker, din il-ħaġa twassalni għall-punt fundamentali li huwa dwar ir- riżorsi tal-pajjiż.", "Kulħadd jaf li r-riżorsi tal-pajjiż huma limitati għax m'għandniex riżorsi naturali bħalma huma faħam, żjut u dawn l-affarijiet; għandna riżorsi limitati għaliex l-uniku riżors li għandna li bih kapaċi ngħollu l-livell ta' l-għajxien tagħna huwa r-riżors uman u l-kapaċita' tiegħu; il-kapaċita' li jipproduċi prodott ta' kwalita' aħjar, ta' livel aħjar u li jikkompeti fis-swieq internazzjonali.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, qalilna illi kieku ma għamilniex il- liberalizzazzjoni, flok 3,000 impieg forsi konna nitilfu 2,000.", "Dan il- punt hu veru u validu għax jien nikkalkola li madwar żewġ terzi mill- impiegi li ntilfu kienu impiegi f'setturi indirizzati għall-esportazzjzoni, u dan għax ma baqgħux kompetittivi u għax il-metodu ta' produzzjoni tagħhom kienet tali li ma baqax tajjeb għal pajjiżna.", "Każ klassiku ta' dan li qed ngħid hi l-industrija tat-tabakk, fejn isiru is-sigarri, li hija industrija very labour intensive.", "Din finalment ixxiftjat l-operat tagħha għal pajjiż fejn il-paga ta' ġurnata ta' ħaddiem hija inqas minn paga ta' siegħa tagħna.", "Naturalment għal dak it-tip ta' xogħol, jiġifieri biex tirrombla sigarru, li huwa labour intensive, ma tridx xi abilita' kbira u malajr titgħallmu, ma tridx xi edukazzjoni kbira u allura trid l-inqas livell ta' pagi possibbli.", "GĦalhekk dawn il-fabbriki ċċaqalqu minn hawn u marru f'postijiet fejn il-paga ta' ġurnata hi ferm inqas minn ta' siegħa f'pajjiżna.", "U jeżistu ċerti pajjiżi li l-paga ta' ġimgħa tagħhom hi inqas mill-paga ta' siegħa tagħna.", "Nerġa' nirrepeti, aħna ma rridux dan it-tip ta' xogħol għax ma jistax ikun li noqogħdu niġġammjaw l-iżvilupp ekonomiku biex żgur ma jkunx hawn xi telf ta' mpiegi.", "Wieħed irid jirrealizza li kultant veru jkollok taċċetta l-fatt li ċerti mpiegi se jintilfu.", "Ladarba r- riżors uman huwa riżors limitat, irridu noqogħdu attenti kif nużawh u jekk jista' jkun irridu nużawh fl-oqsma li jirrendu l-aktar lil pajjiżna, lill- ħaddiema u lil min iħaddem.", "Dan kollu huwa importanti; li jirrendu aktar lil pajjiżna huwa importanti għaliex b'hekk inkunu nistgħu ntejbu s- servizzi li joffri l-Gvern, bħas-servizzi soċjali, servizzi fl-edukazzjoni eċċ.; li jirrendu aktar lill-ħaddiema huwa importanti wkoll għax b'hekk intejbu l-istandard of living, u min-naħa l-oħra huwa daqstant importanti li jkunu oqsma li jirrendu aktar lil min iħaddem għax b'hekk dawn jinvestu aktar u jtejbu l-produzzjoni tagħhom li finalment se terġa' ġġib żvilupp ieħor u se terġa' ġġib progress ieħor li jwassal għal titjib fil-livell ta' l-għajxien.", "Jiena ma nħarisx lejn il-problema kif donnu ħares lejha l- Onor. Mifsud Bonnici, b'mod micro, jiġifieri nħares lejn intrapriża individwali.", "Jiena rrid inħares b'mod macro, lejn is-sitwazzjoni globali.", "Irrid ngħid li pajjiżna huwa pajjiż li għandu riżors limitat u allura kemm jista' jkun irridu nindirizzaw dan ir-riżors fl-aktar oqsma li jirrendu lil pajjiżna, lill-ħaddiema u lil min iħaddem.", "U dan hu li qed isir.", "GĦalhekk jiena xettiku ħafna minn dik il-pożizzjoni, jiġifieri li tgħid li jekk se nnaqqsu l-protezzjoni fuq it-tights tan-nisa, il-fabbrika li tipproduċi t- tights tista' tagħlaq u jistgħu jintilfu għaxar impiegi.", "Jien ngħid: \"So what?!\"", "Sakemm qed jiġu ġenerati mpiegi oħra li huma mħallsin aħjar, dan ikun ħafna aħjar għaliex lil dawn il-ħaddiema nkunu qed niftħulhom orizzonti ġodda fejn jistgħu jaqilgħu pagi aħjar, in-nisa jkunu kuntenti għax ikollhom tights irħas u l-progress jibqa' miexi u r-rota ddur.", "Din hija l-istrateġija ekonomika tagħna, u din hija strateġija li ħadmet.", "Ma nistax ngħid li din l-istrateġija ma ħadmitx meta nħares lejn iċ-ċifri.", "L-Onor.", "Mifsud Bonniċi qalilna li fl-1987 in-numru ta' persuni bla xogħol kien ta' 5,000 li huwa l-istess numru ta' nies qiegħda li għandna llum.", "Dan x'raġunar hu?", "Possibbli li l-Onor.", "Mifsud Bonniċi ma jarax li l-labour supply, jiġifieri n-nies li qegħdin ifittxu x-xogħol, żdied b'16,000 f'dawn l-aħħar tmien snin?", "Possibbli ma jirrealizzax li dawn is-16,000 kollha sabu mpieg?", "Possibbli ma jirrealizzax li madwar 15,000 minnhom sabu mpieg fis-settur privat u ma kenux piż fuq il-poplu?", "Possibbli ma jirrealizzax li meta huwa żied l-impiegi mal-Gvern bi 8,000, sempliċement b'daqqa ta' pinna, huwa għabba lill-Gvern b'madwar Lm30 miljun spejjeż li ma kienx hemm bżonnhom, u dan għaliex ma kienx kapaċi jagħti fiduċja biżżejjed fil-pajjiż u jikkrea impiegi ġodda, allavolja kemm-il darba smajna li kienu kapaċi jġibu flus minn barra u jżidu r-riżervi?", "Dan huwa veru, imma l-poplu Malti fejn baqa'?", "Il-poplu Malti baqa' jaqta' l-ħurrieq fit-toroq!", "Iż-żgħażagħ tagħna kienu kundannati li ma jistgħux imorru l-Universita', ma jistgħux isibu mpieg, kundannati li jew jemigraw għax il-bibien kienu magħluqa, jew jispiċċaw taħt liġi militari mingħajr id-dritt li jidħlu f'union, jew inkella jaqtgħu l-ħurrieq it-toroq!", "Dan kien il-futur li kellna dak iż- żmien.", "Din kienet il-politika ta' import substitution.", "Din kienet l- isfiduċja li l-Partit Soċjalista fil-gvern ġab fuq pajjiżna.", "Pero' m'hux dejjem kien hekk.", "Xi ħadd qal li għalija d-dinja bdiet fl-1987.", "Dan m'hu veru xejn; il-Partit Soċjalista fil-gvern mexa b'politika differenti fis- snin sebgħin, imma għal xi raġuni jew oħra, kif jidher miċ-ċifri, mill-1980 it-triq bdiet nieżla, iġġammjat ma' l-art u qatt ma reġgħet telgħet 'il fuq sakemm il-Partit Soċjalista kien fil-gvern.", "Jiena naf x'inhi r-raġuni prinċipali għal dan u naħseb li sħabi tan-naħa l-oħra jafu wkoll.", "Ir- raġuni kienet li kienu qed jimxu b'politika żbaljata dwar ir-rata tal- kambju u bażikament ġabu l-prezzijiet tal-pagi tagħna mqabblin internazzjonalment b'mod li ma kenux kompetittivi, bil-konsegwenza li l- iżvilupp iġġammja.", "Mhux talli l-iżvilupp iġġammja, talli kellha tiġi introdotta wage freeze, kellna niġġammjaw anke l-iżvilupp fil-pagi!", "Jien onestament ma nistax nifhem kif - ħlief f'pajjiżi komunisti - union tista' taċċetta li jkun hemm wage freeze għal aktar minn sitt xhur.", "Jiena ma naf b'ebda pajjiż fid-dinja tal-Punent fejn ġara dan.", "Meta inti timponi wage freeze fuq union mhux biss tkun qiegħed ixxekkilha, imma tkun qiegħed tneħħilha kull possibilita' li tinnegozja pagi aħjar għall-ħaddiema tagħha.", "GĦalija meta union, li saħanistra tkun parti mill-Kabinett, taċċetta li tagħmel ħames snin bil-friża fuq il-pagi, ma tibqax union imma ssir parti mill-gvern u tkun miexja fuq filosofija u politika ekonomika żbaljata.", "Dan mhux qed ngħidu fl-1988; mhux qed ngħid: Il-Gvern ta' qabel kellu politika żbaljata, issa taraw x'se nagħmlu aħna.", "Jien qed ngħid x'ġara tmien snin ilu, li huwa żmien biżżejjed biex wieħed jipparaguna.", "Waqt li f'dawn l-aħħar tmien snin l-impiegi totali żdiedu b'16,000, fis-seba' snin ta' qabel l-impiegi mhux talli ma żdidux, talli fis-settur privat naqsu bi 11,000!", "Jiġifieri wieħed minn kull seba' persuni li kienu jaħdmu fis-settur privat, spiċċa jirreġistra, spiċċa jieħu l-benefiċċji soċjali jew spiċċa jaqta' l-ħurrieq fit-triq!", "Din kienet is-sitwazzjoni dak iż-żmien.", "Tmien snin wara li biddilna l-politika ekonomika, tmien snin wara li daħħalna l- liberalizzazzjoni - mhux qed ngħid li dan kollu sar minħabba l- liberalizzazzjoni fil-kummerċ - ...", "Il-Gvern ta' qabel kien jimxi bil- politika ta' import substitution, fejn jekk jista' jkun anke t-toothpaste konna nġibuh f'containers kbar, indaħħluh fi stoċċijiet aħna u allura jkollna kwalita' waħda ta' toothpaste - kien toothpaste li saħansitra kien idardar lil ċerti nies - bil-konsegwenza li kull min kien imur Sqallija kien iġib it-toothpaste miegħu.", "Jiġifieri spiċċajna f'sitwazzjoni fejn tant konna ffissati biex nagħtu protezzjoni lill-impiegi ħalli niġġeneraw impiegi oħrajn, li konna qegħdin naqgħu għar-redikolu.", "Il-verita' hi li s- suq lokali tagħna huwa ċkejken u huwa importanti li nirrealizzaw li għandna l-limitazzjonijiet tagħna.", "Mhux qed ngħid li għandna l-limitazzjonijiet tagħna bħala poplu għax jiena konvint li aħna poplu kapaċissimu.", "Kull fejn mar il-poplu Malti - għalkemm naturalment issib xi eċċezzjonijiet - irnexxielu jmur tajjeb u jħalli impressjoni tajba.", "Pero' l-verita' hija li s-suq tagħna huwa ċkejken u f'ċerti oqsma ma jippermettix li jkollna produzzjoni ekonomika.", "L-Onor.", "Leo Brincat il-bieraħ għamel kumment interessanti u qal li l- manifattura issa ma tistax tibqa' manifattura biss imma trid issir manifattura u importazzjoni.", "Jiena dak il-ħin għidt: \"Tajba din!\".", "Nixtieq inkun naf liema kumpannija tal-manifattura ma timportax ukoll!", "Mhux bilfors irridu nimportaw?", "Mhux bilfors irridu nġibu r-riżorsi tagħna minn barra?", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem bilfors irridu niftħu s-swieq tagħna.", "Aħna ma rridux li jkollna sitwazzjoni fejn kulħadd jiddependi mill- fatt li l-Gvern għamel tariffa jew levy għolja, imma rridu nagħtu inċentiv biex dak li jkun jipprova mill-aħjar li jista' - u hemm kumpanniji li qed jagħmlu dan - biex jesporta wkoll.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li issa minflok settur tal-manifattura biss se jkollna settur tal-manifattura u importazzjoni.", "Jien ngħid li sa ċertu punt huwa veru li biex industrija tispeċjalizza, ngħidu aħna, l-SGS-Thomson u kull kumpannija oħra, ...", "Liema kumpannija tipproduċi kollox hi hawn Malta?", "M'huwiex possibbli li aħna jkollna din is-sitwazzjoni.", "Ħalli nkompli nħares lejn kummenti oħra li saru.", "Dwar id-diskors ta' siegħa u nofs ta' l-Onor.", "Tony Nicholl, ngħid il-verita', kont daqsxejn perpless.", "L-ewwelnett qal li għalija d-dinja bdiet fl-1987.", "Dan m'hu veru xejn.", "L-eżempju li kont qed inġib huwa li qabel l-1987 kien hemm policy ta' import substitution u wara l-1987 din il-policy neħħejnieha.", "Jien għalhekk kont qed inħares lejn dik is-sena.", "L-Onor.", "Tony Nicholl imbagħad qalli: \"Inti għaliex ma tmurx lura għall-1971?", "Inti probabbli lanqas biss kont Malta!\"", "Dan m'hu veru xejn.", "Dak iż-żmien kont għadni lanqas dħalt fl-Universita' ta' Malta għax kelli xi 19-il sena, imma naf kif kienet il-ħajja f'Malta.", "Ma kinitx xi ħajja ħażina, imma naf kif kienet l-industrija.", "L-Onor.", "Nicholl imbagħad qalli li fl-1971 meta l- Gvern Soċjalista ħa r-riedni f'idejh, lanqas biss kellna manifattura.", "Jiena naturalment qbadt iċ-ċifri - li nifhem xi ftit fihom u naf fejn għandi infittex- u sibt li fil-fatt dak iż-żmien kien hemm madwar 21,000 persuna jaħdmu fis-settur tal-manifattura.", "Jekk immorru aktar lura għall-1964, insibu li dak iż-żmien kien hemm madwar 15,000 jaħdmu fis-settur tal- manifattura.", "Allura wieħed assolutament ma jistax jaċċetta li xi ħadd jgħid li fl-1971 ma kellniex settur tal-manifattura.", "Li nista' ngħid huwa li meta s-Soċjalisti ma baqgħux fil-gvern, meta l-Partit Laburista ma baqax fil-gvern, fis-settur tal-manifattura kien hemm, bejn wieħed u ieħor, 28,000 ħaddiem.", "Mill-1971sa l-1987 - f'16-il sena sħaħ - l-impiegi fis- settur tal-manifattura żdiedu minn 21,000 għal 28,000, jiġifieri żieda ta' 7,000 impieg, filwaqt li bejn l-1964 u l-1971 l-impiegi f'dak is-settur minn 15,000 żdiedu għal 21,000.", "Għalhekk ma nistax nifhem dan l- atteġġjament, li wieħed jgħid li jien kissirt kulma kien sar qabel l-1987.", "Jiddispjaċini, Onorevoli, inti kissirt kulma kien hemm qabel l-1971 meta għidt li qabel ma kienx jeżisti settur tal-manifattura.", "Qalilna li fl-1971 mhux talli ma kienx hawn settur tal-manifattura, talli kien hawn 30,000 ruħ jaħdmu ma' l-Ingliżi.", "Jien qbadt l-Economic Survey pubblikat fl-1977 - għad għandu x-xemx u d-dgħajsa fuqu - u sibt illi fl-1971 mhux 30,000 kien hemm jaħdmu ma' l-Ingliżi imma 6,000 ruħ.", "Hawnhekk ukoll, jiddispjaċini ngħid, is-sitwazzjoni ċertament m'hijiex dik li ġiet murija l-bieraħ.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn il- leave of House biex tkompli jitkellem.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirringrazzja lill-Kamra talli estendietli l-ħin.", "Mr Speaker, nixtieq nikkummenta dwar dak li ntqal, illi l-manifattura tinsab iġġammjata.", "Jekk inħarsu lejn dak li ġara s-sena li għaddiet, insibu illi l-impiegi fil-manifattura żdiedu bi 300, il-produttivita' reali żdiedet bi 3.9% u l-valur tal-produzzjoni żdied b'14%.", "Fejn hi ġġammjata l- manifattura?", "Kultant nibda naħseb li min qed jitkellem b'dan il-mod sfortunatament għadu qed jitkellem fil-passat, jaħseb li l-problema hija problema tal-qgħad.", "Illum fl-industrija l-problema hija biex issib il- ħaddiema u biex dawn tħeġġiġhom jibqgħu jaħdmu hemm, mhux jaqbdu u jibdlu l- job kif ġieb u laħaq.", "Lanqas dan m'hu tajjeb, għaliex dan ukoll għandu cost.", "Pero' l-aħjar ħaġa għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin hija li inti tipprovdilhom l-opportunitajiet għax b'hekk ikollhom l-opportunita' jibdlu x-xogħol u allura l-kondizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu wkoll għaliex kull min iħaddem ikollu jipprova joffri kondizzjonijiet attraenti, inkella jsib ruħu f'pożizzjoni illi l-ħaddiema jitilqulu.", "Għalhekk huwa tajjeb li s-suq tax-xogħol ikun dinamiku u jkollok opportunitajiet differenti biex min irid ifittex ix-xogħol isibu u mhux biss ifittex il-korpi militari u x-xogħol temporanju li kien isib qabel.", "Mr Speaker, saru kummenti oħra forsi at a tangent ma' dan l-Abbozz ta' Liġi fejn intqal illi l-MDC qed iġġibilna fabbriki li jħaddmu 40 ruħ.", "Hawnhekk l-ewwelnett nixtieq ngħid illi aħna m'għandniex bżonn fabbriki ta' l-eluf, anzi l-istrateġija hija illi jekk ikollok fabbrika żgħira ta' 40 jew 50 ruħ, għax il-probabilita' hija illi din tkun speċjalizzata biżżejjed, qed tipproduċi prodott limitat, m'għandhiex ir-riskju ta' fabbrika kbira u jkollna l-għażla li jkun hemm fabbriki differenti li jikkumplimentaw lil xulxin.", "Din għandha tkun l-istrateġija, mhux li jkollna fabbriki jħaddmu 2,000 jew 3,000 ruħ.", "L-ewwelnett ma naħsibx li għandna r-riżorsi umani biex jaħdmu dawn in-nies kollha u ma naħsibx li jkun ta' ġid li jkollna ħafna fabbriki daqshekk kbar għaliex dan iktar ipoġġi lill-pajjiż f'diffikultajiet.", "Mr Speaker, li nixtieq ngħid huwa li l-introduzzjoni tal-levies li qed nagħmlu hawnhekk u s-sostituzzjoni tad-dazju bil-levies huwa intiż biex fejn hemm potenzjal ...", "U xi ħadd irid jiddeċiedi x'inhu dan il- potenzjal, ma nistgħux nagħmlu kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, napplikaw l- istess regola għal kullimkien.", "Kellha bżonn id-dinja kienet daqshekk sempliċi!", "Kemm kienet tissimplifikali l-ħajja lili kieku nista' napplika l- istess regola għall-industrija kollha.", "Imma kif jista' jkun li lil industrija li tħaddem 500 ruħ jew 600 ruħ bħall-industrija tal-beverages u tal-birra tittrattaha l-istess bħal industrija li tipproduċi t-tights tan- nisa u tħaddem għaxra min-nies?", "Kif jista' jkun li wieħed jagħmel regola intiża li ma tiddistingwix bejn dawn it-tnejn?", "Min jagħamel hekk, jiddispjaċini ngħid, ma jkunx qed jagħmel analiżi tajba u profonda biżżejjed.", "Kieku aħna għandna industrija tat-tights li tħaddem 500 ruħ, forsi nifhimha, imma ma nistgħux nagħmlu din ir-regola hekk dritta li tapplika għal kulħadd.", "Bilfors irid ikun hemm sistema fejn tagħmel ċertu judgement u tara x'inhu l-likelihood li dik il-kumpannija timxi 'l quddiem.", "Nista' ngħid li hawn kumpanniji li sebgħa jew tmien snin ilu kienu jipproduċu prattikament mija fil-mija għal-lokal, mentri llum qegħdin jipproduċu 60%, 70% jew anke 80% għall-esportazzjoni.", "Dan huwa importanti.", "Il-liberalizzazzjoni fil-kummerċ tniggeż is-sistema biex wieħed jibda jindirizza l-operat tiegħu lejn l-esportazzjoni, għaliex meta wieħed jara li għandu l-protezzjoni u qed jaħdem wara dan il-ħajt jista' jibqa' jaħdem komdu hemmhekk, bil-konsegwenza li l-konsumatur tagħna jbati għax ikollu jħallas prezz iktar għoli.", "Allura huwa importanti li inti tniggeż, timbotta 'l quddiem u tagħti motivazzjoni lill-industrija li hija iktar indirizzata għal-lokal biex tħares madwarha.", "Is-sistema ta' levies li għandna aħna hija intiża biex fejn naraw potenzjal jew inkella fejn baqa' setturi li nistgħu niftħulhom swieq ġodda fl-Ewropa, allura nagħtu l- protezzjoni meħtieġa li nbidlet minn sistema ta' dazju għal levies.", "Pero' fejn hemm bżonn li l-levies inaqqsuhom u fejn hemm bżonn li nagħtu imbottatura biex dak li jkun jibda jħokk rasu u jaħseb x'se jagħmel ladarba ma jibqagħlux protezzjoni bħal qabel; għad hemm protezzjoni imma ma jfissirx li l-protezzjoni bilfors se tibqa' ta' l-istess livell għal dejjem.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid li diversi punti li qajjem l-Onor.", "Mifsud Bonnici nistgħu nħarsu lejhom iktar fi stadju ta' Kumitat, pero' huwa żgur li ma jistax ikun li wieħed jaħseb li tista' tittratta kull każ l-istess.", "L-iskop ta' dan l-Abbozz huwa li l-ewwelnett inkomplu bil-pass tal- liberalizzazzjoni u allura nneħħu l-problemi ta' restrizzjonijiet li kellna f'setturi bħal dak ta' l-agrikoltura, u fl-istess ħin indaħħlu levies ġodda li joffru protezzjoni.", "Fl-istess ħin, fejn kien hemm dazji u issa tneħħew, dehrilna li kien neċessarju li nagħmlu protezzjoni.", "L-Oppożizzjoni semmiet ħafna l-cost of living, pero' rrid ngħid li aħna wkoll konxji mill-cost of living u fejn hemm lok li l-levy innaqqsuha, allura beħsiebna nnaqqsuha biex b'hekk inkunu nistgħu nnaqqsu wkoll il-cost of living.", "Mr Speaker, jien naħseb li dan l-Abbozz m'huwiex daqstant kontroversjali għax fil-parti l-kbira tiegħu qed inżidu l-protezzjoni, billi qed naqilbu minn sistema ta' dazji għal sistema ta' levies.", "Din hija t-triq li se naqbdu.", "Għalhekk naħseb li għalkemm dan l-Abbozz fih ċertu element ta' dettall u fih skeda twila li wieħed jista' janalizza u forsi jsib raġunijiet iktar dettaljati għaliex ma jaqbilx, fil-verita' ma jidhirlix li għandu jkun Abbozz daqstant kontroversjali.", "L-intenzjoni hija li nkomplu mexjin fuq il-pass li ħadna fil-passat li wera bl-iktar mod ċar illi rnexxielna mhux talli nimxu 'l quddiem billi nikkreaw l-impiegi u nżidu l- esportazzjoni, imma wkoll inżidu l-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali, Kap. 336\" ikun moqri t-Tieni Darba?", "Dawn favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' IMPIEG U TAĦRIĠ", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-artikolu 13 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment of section 13 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hekk rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Chairman, naħseb li m'hawnx x'wieħed jikkummenta dwar din il-klawsola, li hija l-unika klawsola ta' dan l-Abbozz u tipproponi li fit-test Malti jidħlu ż-żewġ kelmiet li diġa' jidhru fit- test Ingliż.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq nieħu l-opportunita' biex nirrimarka li filwaqt li fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz, din il- Kamra ġiet assigurata li ladarba t-test Malti tal-liġi kien differenti mit- test Ingliż, sakemm jinbidel it-test Malti r-regola li min jirrifjuta l- offerta tal-Korporazzjoni biex jattendi għat-taħriġ ibati l-konsegwenzi ma tapplikax, proprju l-għada li ngħatajna dik l-assgurazzjoni, fil-gazzetta tal-Partit fil-gvern ġie mħabbar li nqatgħu numru ta' nies mir- reġistrazzjoni proprju għaliex ma aċċettawx li jissottomettu ruħhom għat- taħriġ.", "Allura jien naħseb li l-pożizzjoni hija bil-maqlub ta' dak li ġiet informata dwaru l-Kamra.", "M'iniex qed ngħid li ma kienx hemm ġustifikazzjoni jew raġuni għaliex dawn in-nies inqatgħu, imma qed ngħid li f'dan il-każ it-test Ingliż ipprevala fuq it-test Malti, ħaġa li skond il- liġi ma tistax issir.", "Jekk kienx ġustifikat li jinqatgħu, hija kwestjoni oħra.", "Pero' jkun tajjeb li l-Ministru, ladarba għamel dik id-dikjarazzjoni kategorika li ġiet miċħuda proprju l-għada fil-gazzetta tal-Partit fil- gvern, jagħti spjegazzjoni dwar x'kienet eżatt il-pożizzjoni u għaliex il- Kamra ġiet informata bil-maqlub.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kien hemm żmien meta kienu qed jinqatgħu ċerti nies li kienu qed jirrifjutaw it-taħriġ - fil-fatt din għidtha fil-winding up għas-Second Reading - u meta appellaw kontra d-deċiżjoni ta' l-ETC, in- National Employment Authority qalet - u hekk hu - li huwa t-test Malti tal- liġi li jgħodd u jorbot.", "Safejn naf jien, wara li n-National Employment Authority ħadet dik id-deċiżjoni, l-ETC ma baqgħetx tapplika din il-liġi kif inhi fit-test Ingliż, u ġibdet l-attenzjoni tal-predeċessur tiegħi għal din id-diverġenza.", "Ir-riżultat ta' dan kollu kien dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jiġifieri, safejn naf jien, wara li nqala' dan il-każ quddiem in-National Employment Authority dawk li jirrifjutaw it-taħriġ ma baqgħux jinqatgħu mir- reġistrazzjoni.", "L-istorja li dehret fil-gazzetta \"In-Nazzjon Tagħna\" tal- bieraħ u forsi tidher illum ukoll kienet tirreferi għan-nies li nqatgħu mir- Reġistru għaliex inqabdu jaħdmu waqt li kienu jirreġistraw u mhux għax irrifjutaw it-taħriġ.", "Pero' I stand to be corrected għaliex m'għandix il- gazzetta quddiemi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Memrbi: No) Il- mistoqsija hija klawsola 2.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għal klawsola 1 għandi din l-emenda:", "\"A\" Fil-klawżola 1, minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1994 li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ\".", "\"A\" In clause 1, for the words \"the Employment and Training Services (Amendment) Act, 1994\" there shall be substituted the words \"the Employment and Training Services (Amendment) Act, 1995\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fid-8.55 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emenda.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap 343\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343\", ikun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 22 ta' Mejju, 1995,fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Speaker, illejla xtaqt nibda nitkellem dwar risposta li tani l-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru. 26,176 li tikkonċerna l-Isptar San Raffaele.", "Fil- fehma tiegħi din ir-risposta għandha tkompli tħasseb lill-pajjiż dwar kif sejrin l-affarijiet dwar il-bini ta' dan l-isptar.", "Illejla jien staqsejt lill-Ministru Galea jekk jistax jikkonferma jekk s'issa d-ditta Taljana Ortesa tħallsitx iktar minn Lm1 miljun biex tħejji l-pjanti u d-disinji għall-Isptar San Raffaele.", "Staqsejtu wkoll - se nikkwota -:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk ħariġx xi offerta pubblika biex jitħejjew dawn il-pjanti?", "Jista' jgħid meta tħallsu dawn il-flus, lil min u mil-liema vot?", "Jista' jgħid jekk hux veru li din id-ditta qed titlob iktar flus għax il-pjanti oriġinali tbiddlu?", "Jista' jgħid kemm se tiġi l-ispiża għall-poplu Malti din id-ditta Taljana?", "Kemm se tħallas iktar fil-futur qarib?\".", "Ir-risposta li tani l-Ministru għandha tinkwieta lill-poplu Malti għax l- ewwelnett il-Ministru kkonferma li din id-ditta Taljana, li hu sejħilha l- Fondazzjoni Monte Tabor, tħallset iktar minn Lm1 miljun - eżattament tħallset Lm1,187,000 - u t-tieni nett ikkonferma li dan il-ħlas sar mingħajr offerta.", "Issa l-iskuża li ġab il-Ministru kienet li dan kien parti mill-ftehim li ġie negozjat.", "Dan ifisser li dawn qed jitħallsu tad- disinji li qed iħejju.", "Pero' jien lill-Ministru Galea ngħidlu li kieku ma kienx għall-ġurnal tal-Partit Laburista li kixef dak li jidher li huwa skandlu kieku hu ma kienx jgħidhielna din għax meta tħabbar il-ftehim bejn il-Gvern u s-San Raffaele ħadd ma qal lill-poplu Malti li dan il-ftehim jinkludi li dawn jagħmlu l-pjanti u jitħallsu dawn il-belli liri.", "Mela ikkonferma l-ħlas ta' iktar minn Lm1 miljun s'issa, ikkonferma li dan sar mingħajr offerta - mur ġib kieku kien hawn il-Laburisti fil-gvern u jagħmlu bużullotta bħal din ma' xi barrani bħal dan - u kompla jikkonferma dak li għidtlu jiena fil-mistoqsija, li dan m'huwiex l-uniku ħlas anzi biex jipprepara lill-poplu Malti li dawn it-Taljani se jkomplu jerdgħu minn fuqu qal hekk: \"Il-pagamenti għax-xogħol fuq id-disinji jsiru skond il- bżonnijiet li jinqalgħu\".", "Jiġifieri lil dawn diġa' qiegħed jaħsbilhom għax kulħadd jaf li l-Lm1 miljun u fuqhom se jsiru ħafna iktar miljuni.", "Mr Speaker, meta wieħed iqis il-kontroversja li hemm marbuta ma' dan l- isptar u kemm għaddejjin intriċċi, tajjeb li l-Ministru jispjegalna kif spiċċa s-Sur Philip Rizzo minn dan il-proġett u tajjeb li l-Ministru jkompli jgħarrafna jekk hux veru li ż-żewġ Taljani konnessi ma' din il- Fondazzjoni Taljana li qed isemmi hu qed jiġu nvestigati mill-Maġistratura Taljana dwar konnessjonijiet irregolari li għandhom fl-Italja.", "Tajjeb li l- Ministru jgħidilna dwar l-intriċċi u t-tbagħbis li jidher madwar dan l- isptar u jgħidilna jekk hux sewwa li minn flus il-poplu Malti - fejn ix- xogħol sar mingħajr offerta - jagħti Lm1.1 miljun lil dawn it-Taljani u qed jilqa' minn issa għall-fatt li 'l quddiem dawn se jingħataw aktar flus.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li dawn huma affarijiet li għandhom jinkwetaw lill- poplu Malti.", "Ill-Ministru m'għandux jiddejjaq jgħidilna kif qed jiġru dawn l-affarijiet, għandu jgħid x'inhu għaddej fuq dan l-isptar, għandu jgħid it- taħwid li hemm u għandu jkompli jikkonferma dak li ilha tgħid l- Oppożizzjoni li hemm ħafna affarijiet jintnu dwar dan l-isptar.", "Issa qed nisimgħu wkoll - tajjeb li dan nosservawh - li anke l-istess Union tat- Tobba - din żgur m'hijiex imxaqilba lejn il-Partit Laburista - qed turi d- dubji tagħha dwar il-bżonn ta' dan l-isptar, dwar il-fatt li t-tobba mhux qed jiġu kkonsultati u dwar kemm dan l-isptar se jsolvi l-problemi attwali li hemm fl-isptar San Luqa.", "Anzi fi stqarrijiet li ħarġet qed jingħad li b'dan l-isptar il-problemi fl-isptar San Luqa se jiġu aċċentwati u se jikbru.", "Mr Speaker, lili dawn l-affarijiet ma jiskantawnix għax taħt dan il-Gvern kontinwament naraw affarijiet bħal dawn isiru speċjalment fejn ikunu konnessi t-Taljani.", "Irrid infakkar lill-Kamra li anke fejn daħlet id-ditta Federici li kellha x'taqsam mal-kuntratt tal-power station ġara l-istess u l-ħlasijiet li kienu miftehma żdiedu.", "Imbagħad sibna li dawn l-aħwa Federici wkoll kienu ġew investigati mill-Maġistratura Taljana u wieħed minnhom ġie arrestat għax dan ixaħħam biex jieħu l-kuntratti.", "Fil-każ ta' Malta xaħħam?", "Alla biss jaf!", "Dan apparti l-balbuljata li għadha kif inkixfet dwar Memmo u Ta' Ċenċ.", "Hawnhekk nixtieq nifraħ lill-ġurnalisti li jiktbu f'\"KullĦadd\".", "Issa, Alla jbierek, il-biċċa art ta' Ta' Ċenċ li kienet ingħatat bil-Lm100 t-tomna - din kienet proprjeta' ta' l-aħwa Degiorgio u ta' Memmo - spiċċat f'idejn erbgħa tal-klikka, jiġifieri f'idejn J. N. Tabone ta' l-AirMalta, Paul Abela u Charles Demicoli li Alla jbierek, kemm ilu li tela' dan il-Gvern, qed imexxi kollox hu.", "Jien ma nieħux pjaċir insemmi persuni individwali imma jiddispjaċini ngħid li dawn in-nies huma konnessi ma' diversi affarijiet li qanqlu suspetti u għalhekk ikun tajjeb jekk dawn jiġu spjegati.", "Dan il-Gvern għandu jispjegalna l- konnessjonijiet li hemm bejn dawn il-ħafna nies Taljani, li ħafna minnhom jiġu nvestigati mill-Maġistratura, u jsemmilna ftit it-taħwid li hemm in konnessjoni ma' dawn l-affarijiet.", "Jien nittama li meta l-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet jispjegalna kif lil dawn it-Taljani qed nagħtuhom dawk il-flus kollha mingħajr ma kien hemm l-ebda offerta.", "Il-Prim Ministru għandu responsabbilta' personali għal dan kollu għax kull darba li aħna tkellimna fuq dawn il-każijiet, hu dejjem qam u qalilna li f'dawn il- każijiet la hemm xejn ikrah, la hemm xejn ħażin, la hemm xejn maħmuġ, la hemm xejn imbagħbas, dejjem iddefenda lill-Ministru tiegħu kontinwament u dejjem qal li l-affarijiet huma sewwa.", "GĦalhekk jiddispjaċini ngħid li r- responsabbilita' qiegħda fuq spallejh jekk, kif jien mgħarraf, ma nnegozjax dan il-ftehim hu stess.", "Jien ma nafx kemm dan hu veru imma jekk il-Prim Ministru verament innegozja l-ftehim hu stess, dan daħħal lill-poplu Malti f'din l-ispiża kollha mingħajr ma kien avżat minn qabel.", "Meta tħabbar dan il-ftehim ħadd ma qal li dawn se jippreżentaw id-disinji.", "Fil-fatt id- disinji għadhom m'humiex lesti u ta' min josserva li fil-ftehim m'hemmx klawsola li tgħid li jekk dawn it-Taljani jonqsu mid-dmirijiet tagħhom, il- flus li tajnihom jagħtuhomlna lura.", "Allura lil dawn it-Taljani aħna tajnihom il-flus mingħajr lanqas biss ma hemm klawsola li tissalvagwardja l- interessi tal-poplu Malti, jiġifieri li jekk dawn jonqsu mid-dmirijiet tagħhom ma jitħallsux!", "Liema gvern fid-dinja jħallas qabel ma jitlesta x- xogħol?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Allura l-poplu Malti mhux bilfors ikollu jaħseb li hemm xi ħaġa mhux tas-soltu, biex ma ngħidx li hemm xi ħaġa tinten?", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nenfasizza li dawn it-Taljani diġa' tħallsu ta' disinji li għadhom m'humiex lesti u minħabba f'hekk intefa' lura b'xhur.", "Dan għaliex qed jiġri?", "Dawn jaħsbu li l-poplu Malti hu ħmar u ma jindunax li f'dawn l-affarijiet hemm xi ħaġa li m'hix f'lokha?", "Mr Speaker, nispera li kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru Louis Galea jagħtuni risposta għal dawn l-affarijiet.", "Illum jien ma xtaqtx nitkellem biss fuq dan ir-rigward imma xtaqt infakkar ukoll li din is-sena taħbat il-100 sena mill-mewt ta' l-għaref Professur Saydon.", "Fil-fatt jien irċevejt l-aħħar minuti tal-laqgħa tal-Kunsill lokali taz-Zurrieq u jkolli ngħid li xi ħaġa li qrajt f'dawk il-Minuti lili ma għoġbitniex.", "Dawn se jagħmlu tifkira, ċerimonja u diversi affarijiet biex ifakkru t-twelid ta' dan il-bniedem kbir, l-Professur Saydon pero' qed jgħidu li se jagħmlu bust u jien ma nafx kif dawn ma mbarkawx biex lil dan il-bniedm jagħmlulu monument.", "Hawn min jgħid x'differenza tgħaddi bejn bust u monument.", "Jien għalija l-akbar Żurrieqi li għamel ġieħ liż-Żurrieq - hemm ħafna Żrieraq li għamlu ġieħ lir-raħal taż-Żurrieq - huwa l-Professur Saydon.", "Jien nistenna li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq jagħmel sforz u jagħmel ġabra sewwa mingħand in-nies, jitlob l-għajnuna tal-Gvern u ta' kulħadd u jagħmel minn kollox biex lil dan il-personaġġ hekk importanti fl-istorja ta' Malta minflok bust jagħmlulu monument.", "Dan il-bniedem ta kontribut letterarju u rrid infakkar li għall-40 sena sħaħ minn ħajtu qattagħhom jittraduċi l- Bibbja għal Malti.", "Dan huwa xogħol monumentali, apparti x-xogħol letterarju ieħor.", "Irrid ngħid li kellu resistenza anke minn xi nies tal- Knisja biex jagħmlu dan ix-xogħol u b'danakollu għamlu u qabel għalaq għajnejh kellu x-xorti jara li x-xogħol tiegħu kien lest.", "Dan huwa personaġġ li mhux biss għamel ġieħ liż-Żurrieq imma għamel ġieħ lil Malta, għamel ġieħ lill-istoriċi tal-Bibbja u għamel ġieħ lill-kittieba kollha Maltin.", "Dan ħaqqu monument u mhux bust.", "Jien nappella lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex jagħmel sforz ħalli jiġbor biżżejjed flus u fil- ftit xhur li baqa' jsir monument.", "Jien diġa' tkellimt individwalment ma' xi nies minn tal-Kunsill u jidhru li huma disposti li jaqblu ma' din il- proposta u ma' din il-ħerqa li hemm fost iż-Żrieraq li lill-Professur Saydon isirlu monument.", "Jien nispera wkoll li l-festi li se jiġu organizzati fiż-Żurrieq biex ifakkru lil dan il-personaġġ kbir, ikunu denji tax-xogħol kbir li għamel lejn pajjiżu dan il-bniedem.", "Irrid ukoll nitkellem fuq dikjarazzjoni li għamel il-Ministru Tonio Borg eżatt kif sar Ministru - qisna skoprejna l-Amerika.", "Jien nawguralu li laħaq Ministru u persważ li biż-żgħożija tiegħu u bl-ideat tiegħu se jinjetta affarijiet ġodda fil-Ministeru.", "Jien se nagħmel din il-kritika aktar għaliex dan jkompli jikkonferma kemm dan il-Gvern moħħu biss bil- fanfarunati u fil-pubbliċita' u tant huma fis-sakra fuq il-pubbliċita' li jinsew x'qalu l-bieraħ.", "L-Onor.", "Borg fl-ewwel diskors li għamel ftaħar li se jintroduċi s-safety belts u l-breathalyser.", "Apparti l-fatt li sena ilu l-Ministru Galea għamel l-istess dikjarazzjoni fl-istess okkażjoni, jien xbajt nagħmel interpellanzi u speeches lil din il-Kamra biex dawn iż-żewġ affarijiet jiġu ntrodotti.", "Xbajt nieħu sehem f'dibattiti fuq ir-radju u fuq il-mezzi tax-xandir u fil-ġurnali nimbotta lill-Gvern biex jara li jieħu din il-miżura tant utli li ssalva ħafna ħajjiet.", "Nerġa' nfakkar li iben persunaġġ għoli fil-pulizija ħabtet miegħu Ingliża - xurbana għall- mewt - u meta staqsewha jekk tridx tagħmel il-breathalyser qaltilhom \"le\" għaliex il-liġi kif inhi llum tagħti d-dritt lilha, lilna u lil kull min ikun xurban li ma jissottomettix ruħu għall-breathalyser biex jaraw jekk ikunx xurban jew le.", "GĦalhekk jien naħseb li din il-liġi l-Gvern imissu jfittex jagħmilha.", "Illum stess għamilt mistoqsija parlamentari oħra lill- Ministru - din m'hijiex l-ewwel waħda - biex il-pulizija, partikolarment tal-Belt, u f'postijiet fejn hemm heavy traffic u fejn hemm problemi tal- parking jingħatalhom id-dritt li l-karozzi jiġu ġġakkjati bħalma jsir barra minn Malta.", "Qed jiġri li għal Lm5 jimblokkaw triq - f'Malta m'għandniex il-point system, jiġifieri li wara l-ewwel ċitazzjoni taqla' għaxar punti, wara t-tieni waħda taqla' 20 u mat-tielet ċitazzjoni jeħodlok il- liċenzja - fil-Belt, int tagħmel siegħa mwaħħal fix-xemx u Alla jbierek dan jiġi jgħidlek mhux Lm5 se jeħel - x'jiġi jaqa' u jqum!", "Jekk jeħel Lm5 forsi ma jimportax imma jekk tiġġakkjalu l-karozza u titfagħhielu f'Ta' Qali ma naħsibx li jibqa' jirraġuna hekk.", "Barra minn Malta jitfgħuhielek 300 mil 'il bogħod u aqta' kemm tnewwah!", "Jien naħseb li din is-sistema trid tiġi ntrodotta fil-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, waħda mill-isbaħ talbiet li nsibu fl- Evanġelu hi l-Missierna fejn tissemma' l-ħobżna ta' kuljum.", "Fuq il-ħobż inkitbet ħafna letteratura u poeżiji sbieħ.", "Ta' min jgħid li llum il- ġurnata qed tiżdied il-kuxjenza ta' kemm irridu nieklu affarijiet tajbin għal saħħitna.", "GĦal xi żmien kien hawn l-impressjoni żbaljata - fil-fatt għad hawn - li l-ħobż huwa ħażin għal saħħitna, pero' fil-fatt dan m'huwiex hekk għax il-ħobż huwa tajjeb, speċjalment il-ħobż Malti li hu tajjeb u hu xi ħaġa li ħafna huma kburin biha.", "Dan l-aħħar id-Dipartiment tat-Turiżmu qal li se jieħu l-inizjattiva li jibda' jieħu turisti jżuru l- furnara u se jorganizza l-ewwel żjara \"fil-kapitali tal-ħobż\", jiġifieri Ħal Qormi.", "Jien ngħid li dan jagħmel sens għax wara kollox jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn kemm hawn furnara f'Malta u f'GĦawdex insibu li f'Malta għandna 167 forn - terz minnhom xi 58 jinsabu f'Ħal Qormi - u f'GĦawdex għandna 32 forn.", "Lil hinn mill-kliem sabiħ dwar il-ħobż u kemm hu tajjeb u kemm hu poetiku x-xogħol tal-furnara, naħseb li rridu nidħlu ftit iktar fil- konkret u ngħidu x'xogħol iebes għandhom il-furnara.", "Ħafna drabi meta nitkellmu fuq xogħol li jsir bil-lejl u xogħol li jsir fi ġranet li mhux soltu li jsir xogħol fihom, bir-raġun insemmu setturi ta' ħaddiema bħalma huma l-pulizija, in-nurses u dawk li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' għassa ma' postijiet sensittivi, pero' ta' spiss ninsew lill-furnara.", "Ma rridux ninsew li f'Malta t-tradizzjoni hi li l-furnara jaħdmu kważi ġimgħa sħiħa, jaħdmu sigħat ferm itwal mill-40 siegħa li għandhom uffiċjalment impjegati oħrajn, jaħdmu kuljum, bil-lejl u f'kondizzjonijiet iebsa mhux ħażin.", "Kif diġa' għidt, ftit nisimgħu dwar il-furnara fuq il-mezzi tax-xandir u fil-ġurnali għax ftit hawn min isemma' leħinhom.", "Bħalissa l- furnara huma nkwetati ħafna bl-iżviluppi li qed iseħħu dan l-aħħar jiġifieri bid-deċiżjoni tal-Gvern li l-ħobż ma jibqax protett, ma jibqax fost dawk il-prodotti li ma jistgħux jiġu mportati minn barra.", "S'issa l- ħobż kien protett u ma setax jiġi mportat minn barra, pero' issa l-Gvern iddeċieda li se jibda jħalli l-ħobż jiġi minn barra.", "Bħall-ħobż kien hawn il-bizzilla u l-filugranu.", "Veru li l-Gvern għamel levy żgħira biex jipproteġi l-ħobż lokali, pero' meta wieħed iqis li din hija 4 milleżmi għal panina ta' 50 gramma isib li żgur li l-ħobż Malti mhux se jiġi protett.", "Waqt li huwa tajjeb li l-Ministeru tat-Turiżmu jorganizza żjajjar tat-turisti biex iżuru l-ifran irid joqgħod attent li ma jħallix jiġru ċerti ċirkostanzi fejn l-ifran ikunu vojta.", "Jekk it-turisti jieħdu gost jaraw il-ħobż Malti jinħadem iridu jaraw il-furnara Maltin u l- furnara Għawdxin fl-ifran tagħna.", "Jekk il-Gvern mhux se joqgħod attent u mhux se jieħu passi biex is-settur tal-furnara jissaħħaħ hemm ċans kbir li se noqtlu dan is-settur.", "Hawn min jgħid li jekk wieħed joqgħod jgħid kemm għandna nipproteġu lill-furnara jkun sentimentali, tradizzjonalista jew folkloristiku pero' naħseb li tkun ħasra għal dan il-pajjiż jekk naslu fi stat li nitilfu dan is-settur u l-ħobż tagħna jiġi mportat minn barra.", "Veru li wieħed ma jridx ikun esaġerat f'dak li jgħid għax jekk il-ħobż minn barra se jiġi mportat biss għal ċerti ħwienet ta' ikel li se jiftħu dalwaqt f'Malta xorta se jibqa' spazju għall-furnara Maltin, pero' naf li l-furnara Maltin u Għawdxin huma inkwetati għax jista' jkun li l-panini l-ewwel jibdew jiġu mportati għal dawn il-ħwienet ta' l-ikel iżda l-fatt li l-levy fuq il-ħobż importat hija baxxa ħafna jista' joħolqilhom xi inkwiet għas- settur tagħhom.", "Jekk aħna rridu nsalvaw dan is-settur - naturalment dan huwa aspett importanti tal-ħajja ta' pajjiżna - naħseb li għandhom jittieħdu xi passi biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol li fihom jaħdmu l-furnara.", "Kif diġa' għidt, il-furnara jaħdmu f'ħafna diffikultajiet, isibu ħafna problemi ma' wiċċhom u spiss jeħlu bil-kwalita' tal-ħobż meta t-tort ma jkunx tagħhom iżda tort tal-kwalita' tad-dqiq li jkunu qed jaħdmu biha.", "Ma ninsewx li wasalna f'sitwazzjoni fejn għandna makna tad-dqiq waħda fil-pajjiż, u jekk jiġri xi ħaġa lil dik il-makna jista' jkollna problemi u ladarba għandna makna tad-dqiq waħda, il-furnara huma dipendenti fuq dik il-makna u fuq il-kwalita' ta' dqiq li taħdem dik il-makna, u allura ma jistgħux jaħdmu bi kwalitjaiet ta' dqiq differenti u b'taħlit li huma jkollhom bżonn.", "Huwa mportanti li jekk irridu li dan is- settur jibqa' ħaj irridu ngħinu lill-furnara biex jitjieb il-livell ta' l- iġene fil-fran tagħna.", "Jiena naf, mingħajr ma noqgħod nallarma, li dan l- aħħar saru xi żjajjar anke minn esperti barranin fi fran industrijali li ma tantx kienu sodisfatti bil-livell ta' iġene li raw f'forn - u m'iniex qed nitkellem dwar xi forn żgħir f'xi belt jew raħal imma qed nitkellem dwar forn industrijali - partikolari minnhom.", "GĦalhekk huwa mportanti li ndaħħlu aktar kuxjenza fost il-furnara li jaraw li jżommu livell tajjeb ta' iġene fil-fran.", "Min ilu jaħdem fil-qasam tal-ħobż jgħidlek li qabel kienet drawwa li kull tant żmien l-ispetturi tas-sanita' kienu jżuru l-fran ħalli jiżguraw - u kienu jieħdu kampjun tad-dqiq ukoll - li l-post huwa nadif, iżda llum dik id-drawwa tidher li nqatgħet.", "Waqt li naraw kif nistgħu intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-furnara - għax tant qed issir diffiċli u iebsa, li anke wlied il-furnar qed isibuha diffiċli biex ikomplu fit-tradizzjoni tal-ġenitrui tagħhom u tal-qraba tagħhom - irridu nieħdu ħsieb ukoll li nibdew inħejju korsijiet għal furnara.", "Jekk wieħed jara x'ġara fil-qasam tal-bizzilla jsib li din kienet sengħa li bdiet tmut, imma issa - jekk jien informat tajjeb - kull tliet snin qed joħorġu 80 persuna ġdida mill-Iskola ta' l-Arti ta' GĦawdex li kapaċi jaħdmu l-bizzilla.", "Din hija xi ħaġa mportanti u hemm pjan biex jitwaqqaf istitut tal-bizzilla ħalli jagħti ħajja ġdida u jkompli jsaħħaħ din is- sengħa f'Malta u f'GĦawdex.", "Jekk irridu li ma nitilfux it-tradizzjoni tal-ħobża Maltija irridu naraw kif nistgħu nagħmlu skola anke għal furnara; jew permezz tal-Korporazzjoni ta' l-Impieg u Taħriġ jew permezz ta' l-iskejjel tas-snajja'.", "Biex dik it- tradizzjoni ma tintelifx irridu naraw kif insalvaw il-ħobża Maltija u rridu nsalvawha billi nsalvaw u ntejbu l-kondizzjoijiet tal-furnara.", "Kif diġa' għidt dawn jaħdmu f'kondizzjonijiet diffiċli u waqt li setturi oħra rnexxilhom isaħħu l-pożizzjoni tagħhom, il-furnara baqgħu f'pożizzjoni diffiċli.", "Ħafna drabi l-uniku kumpens li jkollhom biex ipattu għan-nuqqas ta' qliegħ u għad-diffikultajiet li jkollhom huwa li jilagħbu bil-piż tal- ħobża jew li jaħdmu prodotti oħrajn fl-istess forn.", "Jekk wieħed jara l- prezz ta' 11c tal-ħobża tagħhom u jara l-prezzijiet tal-ħobż fancy, isib li l-prezzijiet tal-ħobż fancy huma għoljin ħafna u allura l-ironija hija li filwaqt li l-ħobż fancy isir bil-makni u jinvolvi ftit tbatija, l-ħobż Malti jinvolvi aktar tbatija, iktar xogħol u sadanittant jingħata prezz iktar baxx.", "Jiena naf li qed isiru taħdidiet bejn il-furnara u l-Ministeru tal-Finanzi biex jitkellmu fuq il-problemi li għandhom, pero' jiena nittama li l-Gvern ma jibqax għaddej li biex jogħġob akkost ta' kollox lil min hu diġa' b'saħħtu u lil min irid iġib il-ħobż ta' barra bħala prodotti għal ħwienet tiegħu, jispiċċa jkisser dan is-settur tal-furnara f'pajjiżna.", "Jekk verament irridu li dan l-aspett tal-ħajja tagħna ma jintilifx - u din ngħidha mingħajr ebda sentimentaliżmu - irridu nieħdu l-passi biex dan is- settur nieħdu ħsiebu.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid xi ħaġa dwar l-inkwiet li bħalissa għandhom ir-residenti tal-Mellieħa dwar wieħed mill-postijiet li baqa' fil- Mellieħa li minnu wieħed jista' jgawdi dehra ġenerali tar-raħal u parti mill-GĦadira li se jingħata għal bini.", "Hawnhekk nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi petizzjoni rigward dan fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni biex firxa art taħt Triq Snajjin, Mellieħa flok tinbena ssir belveder.", "Mr Speaker, hemm il-biża' li dan il-post jista' jintilef minflok jiġi żviluppat f'bel vedere u fi spazju rikreattiv kif joħroġ ukoll mill-pjan lokali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Hemm inkwiet ukoll fuq parti oħra tal-Mellieħa, il-parti tal-ponta ta' l-GĦolja ta' San Pawl li minnha tista' tara veduti tassew sbieħ tal-parti qadima tar-raħal, ta' l-GĦadira, ta' l- Aħrax, ta' l-GĦammieħ, ta' Kemmuna, tal-Fligi u ta' GĦawdex, u meta jkun hemm viżjoni tajba tista' tara anke d-dwal ta' Sqallija.", "Qed jingħad li hemm xi ħadd li tefa' għajnejh fuq dan il-post biex jibni xi kumpless turistiku.", "Min jaf dan il-post li qed nirreferi għalih, jaf x'veduti sbieħ hemm minn dik in-naħa u hemm nies inkwetati li jekk tinbena dik il- ponta ta' l-GĦolja ta' San Pawl, tispiċċa li ma jkun baqa' ebda spazju li minnu wieħed jista' jgawdi veduti tant sbieħ.", "Naf li saret moda li wieħed jikkritika lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u m'għandix dubju li hemm aspetti fiha li tista' tiġi - u għandha tiġi - ikkritikata dwarhom.", "Hawnhekk irrid ngħid prosit lil dawk li qed jaħdmu fuq il-pjani lokali ta' diversi nħawi ta' Malta.", "Minn dak li naf jien, huma nies sensittivi, dedikati u intelliġenti, li qed jaraw x'jistgħu jagħmlu - u qed isibu ħafna pressjoni minn diversi naħat - biex jagħtu ftit sens ta' direzzjoni għall-iżvilupp tal-komunita' f'pajjiżna.", "Jiena nawgura li dawn in-nies ikunu kapaċi jirreżistu ħafna mill-pressjoni li issir kontra tagħhom, u li jagħmlu xogħol tajjeb biex il-pjani lokali li qed ifasslu, ifassluhom bis-serjeta' ħalli nibqgħu ngawdu dan il-pajjiż, jekk ma rriduhx isir sempliċement blata mimlija bini.", "Nagħlaq billi ngħid li aħna l-politiċi rridu noqgħodu attenti, għax ħafna drabi nieħdu għalina meta jakkużawna li aħna korrotti jew li aħna mixtrija, imma kultant nkunu aħna stess li nitfgħu l-ġebla fuq saqajna, għax min għandu s-saħħa tal-flus, jrid jibqa' għaddej u jiżviluppa u ma' jagħtix kas u jara biss li din l-art ħelwa hija ħelwa biss, sakemm jista' jagħmel il- flus minnha, u li spiss javviċinaw politiċi taż-żewġ naħat jew biex jgħinuh jew biex ma jikkritikawhx.", "Jiena ngħid li kull darba li nkunu kompliċi ma' dawn l-hekk imsejjħa spekulaturi, inkunu kompliċi fid-delitti ambjentali li jsiru u għalhekk ikun jistħoqqilna l-istmerrija tal-pubbliku.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 22 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CASINO - MR BRIAN SPEIGHT", "25727.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' konsulenza ta' Brian Speight mal-Casino?", "Kemm jitħallas ta' xogħlu?", "Xi kwalifiki għandu?", "Kemm se jdum il-kuntratt tiegħu?", "Kif ġie reklutat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din l- mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "FISH FARMING", "25900.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tfassal guidelines għal-lokazzjoni ta' fish farms fuq l-art fuq il-baħar u li dawn il-guidelines ikun konformi ma' linji mfassla minn aġenziji ambjentali internazzjonali?", "Meta se jitfasslu dawn il-guidelines biex kemm jista' jkun jiġi kkontrollat l-impatt negattiv ta' dawn il-fish farms?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ippubblikat guidelines fuq fish farming f'Mejju 1994.", "Dawn il-guidelines jittrattaw kull aspett ta' fishfarming kemm fil-baħar kif ukoll fuq l-art, inklużi hatcheries.", "Ġew allokati sitt arei madwar il-kosta ta' Malta u Għawdex (search areas) fejn jistgħu jiġu mqiegħda fish farms fil-baħar.", "Dawn ġew magħżula b'tali mod li l-gaġeġ ikollhom l-inqas impatt negattiv possibbli fuq l-ambjent naturali tal-baħar.", "Il-guidelines jinkludu ukoll punti fuq il- lokazzjoni ta' fish farms u hatcheries fuq l-art.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI TEKNOLOĠIKA", "25901.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex titħassar laqgħa għall-ġenituri li kellha ssir fit-23 ta' Marzu, 1995 fir-Robert Sammut Hall?", "Meta ġew mgħarrfa dawn il-ġenituri li l-laqgħa tħassret?", "Fil-qosor x'ġie spjegat lill-ġenituri fil-laqgħa li ġiet posposta għat-3 ta' April fid-9.15 a.m.?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Is-Sezzjoni tal-Guidance and Counselling Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni organizzat programm ta' laqgħat ta' informazzjoni għall-ġenituri kollha dwar l-Edukazzjoni Teknoloġika fil- kontest tar-Riforma ta' l-Iskejjel tas-Snajja' li se tiġi fis-seħħ f'Settembru ta' din is-sena.", "Il-programm kien jinkludi l-ġenituri ta' kull skola fejn hemm studenti ta' Form III.", "L-iskejjel kollha ġew allokati data speċifika biex javżaw lill-ġenituri bil-laqgħa, il-ħin u l-post għalihom.", "Il-laqgħa tat-23 ta' Marzu, 1995 ħabtet mal-ftuħ tal-Konvenzjoni dwar il- Karrieri f'Għawdex li kienet organizzata wkoll mill-Guidance and Counselling Services.", "Għal din ir-raġuni, din il-laqgħa kellha titħassar.", "L-iskejjel konċernati kienu mgħarrfa biex javżaw lill-ġenituri li din il- laqgħa kienet se ssir aktar tard, imma sfortunatament, skola waħda naqset li tavża lill-ġenituri.", "Il-laqgħa li kellha ssir fit-23 ta' Marzu, 1995 saret fit-3 ta' April, 1995, u fiha ngħatat l-informazzjoni relevanti.", "MĠARR: TRIQ SIR TEMI ZAMMIT - MIŻBLA", "25902.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jistgħu jittieħdu passi biex titneħħa l-miżbla li qed titħalla tifforma fil- post magħruf bħala x-Xagħra tal-Bambulin bejn Mrejnu u l-Iskorba fis-sqaq ġewwa Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr ta' Malta?", "Japprezza l-Ministru li din il-miżbla bdiet tifforma mindu tqiegħed skip fil-post u qed jiġbed 'l hemm rimi ta' skart li qed jinġabar u joħloq inkonvenjent għall-bdiewa u għat-turisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant, minn dejjem kien jintefa' skart goff u żibel ieħor.", "Għalhekk bħala esperiment, fuq talba tal-Kunsill ta' l-Imġarr, tpoġġiet skip kbira u miftuħa.", "Ġara iżda li din l-iskip bdiet timtela malajr u l-iskart baqa' jintefa' madwarha.", "Għalhekk issa, dejjem fuq deċiżjoni tal-kunsill, din l-iskip tneħħiet u bħalissa hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinbena ħajt ħalli jingħalaq il-post fejn qed jintefa' l-iskart.", "Sa dak inhar li jibda dan ix-xogħol, il-post qiegħed jiġi mnaddaf, minn żmien għal żmien permezz ta' gaffa.", "EUROPEAN CHARTER OF LOCAL SELF GOVERNMENT", "25903.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Il-Gvern Malti rratifika d-dokument Nru. 122 tal-European Charter of Local Self Government maħruġ fi Strasbourg.", "B'liema mod konkret il-Gvern qed jimplimenta artiklu 7 Paragrafi 1 u 2?", "X'faċilitajiet qed jingħataw il-kunsilliera u s-sindki li jaħdmu mal- Gvern biex jingħataw ħin adegwat ħalli jaqdu d-doveri tagħhom meta l- preżenza tagħhom għall-impenji tal-kunsill tkun meħtieġa waqt il-ħin tax- xogħol tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Artiklu 7 ta' l-European Charter of Local Self Government jaqra hekk:", "\"1.", "The conditions of office of local elected representatives shall provide for free exercise of their functions.", "2.", "They shall allow for appropriate financial compensation for expenses incurred in the exercise of the office in question as well as, where appropriate, compensation for loss of earnings or remuneration for work done and corresponding social welfare protection'.", "3.", "Any functions and activities which are deemed incompatible with the holding of local elective office shall be determined by statute or fundamental legal principles.\".", "Meta l-Gvern irratifika c-charter għamel dan billi fost l-oħrajn aċċetta li jintrabat bil-paragrafi 1 u 3 ta' artiklu 7 u m'aċċettax il-paragrafu 2 kif fil-fatt għamlu diversi pajjiżi oħra.", "Il-provvedimenti ta' artiklu 7, paragrafu 1 ta' l-European Charter of Local Self Government huma fil-fatt riflessi f'artiklu 32 (2) ta' l-Att Nru XV ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali fejn hu stipulat li:", "\"Il-Kunsillieri kollha jservu fuq bażi onorarja iżda jingħataw dik l- għajnuna kollha mill-prinċipal tagħhom li tkun xierqa biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.\"", "Naturalment dan l-artikolu japplika wkoll għall-kunsillieri u sindki li jaħdmu mal-Gvern.", "Hija fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-dipartiment ikkonċernat jekk l-applikant jingħatax ħin adegwat meta l-impenji tal- kunsilli jkunu meħtieġa waqt il-ħin tax-xogħol u li dan il-permess ma jkunx għad-detriment tas-servizz pubbliku.", "Il-Press Release li ħareġ il-Gvern bid-data 10 ta' Marzu, 1994 li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, tagħti wkoll ċertu linji ta' gwida dwar l-assenzi minn fuq il-post tax-xogħol.", "Ta' min jgħid ukoll li ghalkemm il-Gvern ma ntrabatx bil-paragrafu 2 ta' l-artikolu 7, it-talbiet għal ħlas lura ta' spejjeż magħmula mill- kunsillieri huma rregolati bir-Regolament Nru 27 tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Avviż Legali Nru. 155 ta' l-1993.", "FISH FARMS", "25904.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji fuq l-impatt li qed iħallu l-fish farms fil-bajjiet lokali u jekk hux qed jaffettwa l-ħajja tal-baħar ta' l-inħawi?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru dawn l-istudji mill-gvern u jekk hemmx obbligu li l-fish farms stess jagħmlu dawn l-istudji għax hemm rapporti minn għaddasa li l-ilma fl-inħawi qed ikun imdardar u naqqas il- ħut u l-pjanti qrib il-fish farms?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sidien tal-fish farms stabbiliti fil-baħar madwar il-gżejjer Maltin huma marbuta b'kondizzjoni fil-permess ta' żvilupp, maħruġa mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, li jikkommissjonaw testijiet regolari (monitoring) ta' l-ambjent tal-baħar fl-inħawi tal-fish farm.", "Dawn it-testijiet jiġu magħmula minn organizzazzjoni approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jinkludu testijiet fuq l-ilma, r-ramel u l-flora u l-fawna.", "Ir-riżultati ta' dawn it- testijiet jiġu mgħoddija lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u meta jindikaw xi effett negattiv fuq l-ambjent tal-baħar, il-permess jista' jiġi revokat.", "L- ilma bil-ħmieġ tal-ħut, li jiġi mormi fil-baħar minn fish farms fuq l-art irid jiġi purifikat qabel ma jintrema'.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SAHRA LILL-INFERMIERA", "25998.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi l-Ministru kien qal li m'hemm l-ebda limitu ta' sigħat sahra li l-infermiera jistgħu jaħdmu biex b'hekk ikunu jistgħu iżidu d-dħul tagħhom, jista' jispjega għaliex dan l-aħħar ħarġet ordni li ma jistax ikun hemm aktar minn infermier/a wieħed/waħda f'kull sala bis-sahra, bil- konsegwenza li mhux dejjem l-infermiera ikunu jistgħu jieħdu l-leave għax ma jkunux jistgħu jidħlulhom sħabhom u b'hekk l-leave jinġemgħa għas-sena ta' wara u jekk ma jittieħedx dan jintilef?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-sahra tingħata skond il-ħtieġa li jkun hemm fis-swali biex jiġi assigurat li l-livell ta' kura meħtieġa jinżamm kontinwament.", "SPTAR SAN LUQA - NURSING DEVELOPMENT UNIT", "25999.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Billi l-prinċipju li qed jitħaddem fis-sala M5, magħrufa bħala Nursing Development Unit fl-Isptar San Luqa hija waħda li tiżviluppa il- kunċett ta' teamwork u li tiżgura kura kontinwa għal pazjent mill-istess infermiera, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Principal Nursing Officer qed jitħalla jikser dan il-prinċipju billi jaqla' l-infermiera minn posthom biex jaħdmu fi swali oħra meta jkun hemm nuqqas ta' infermiera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-Principal Nursing Officer ma qed jikser l-ebda prinċipji mħaddmin fin-Nursing Development Unit ta' l- Isptar San Luqa.", "L-ewwelnett huwa verament rari li jinqala' nurse mill- Ward M5 u t-tieni, jekk dan ikun meħtieġ il-kunċett innifsu ta' team work, jiżgura kura kontinwa għal pazjenti mill-istess grupp ta' infermiera minħabba li s-sistema hija flessibbli.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - APPLIKAZZJONI GĦAL ŻEWĠ SCHOLARSHIPS", "26000.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22989 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1990, ma jidhirlux il-Ministru li l- informazzjoni mogħtija kienet ħażina, billi fit-22 ta' Marzu, 1995 ħarġet għajta interna għall-applikazzjoni għal żewġ scholarships għal kors ta' M.Sc fl-Environmental Health fl-Universita' ta' Edinburgh?", "Ma jidhirlux il- Ministru li dan se jkun ta' detriment għall dawk il-Health Inspectors li preżentament l-istess dipartiment qed jisponsorja biex jagħmlu l-B.Sc fl- istess suġġett fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux minnu li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22989 kellha l-informazzjoni ħażina.", "Nerġa' ntenni li l- Inter Office Memo li rrefera għaliha f'din il-mistoqsija kienet ħarġet biss bl-intenzjoni li wieħed ikollu idea ta' kemm hemm interess mill-ispettorat għal dan it-tip ta' kors.", "Ma naqbel xejn ma' l-interpretazzjoni u l-konklużjonijiet ta' l-Onor.", "Interpellant fl-aħħar paragrafu tal-mistoqsija u nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25957.", "SPTAR SAN LUQA - POSTIJIET VAKANTI", "26001.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 24885 magħmula fl-20 ta' Frar, 1995?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24885.", "SPTAR SAN LUQA - SALA TA' L-ORTOPEDIJA", "26002.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 25023 magħmula fis-27 ta' Frar, 1995?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija parlamentari numru 25023 ġiet mwieġba fl-4 ta' April, 1995 fis-Seduta Nru. 411.", "SPTAR ĠENERALI - ANZJANI", "26090.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani nisa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tħallew fejn kienu f'post magħruf il-kantina u ma ġewx trasferiti fl-isptar il-ġdid bħalma ġara fil-każ ta' l-anzjani rġiel?", "Kemm hemm anzjani nisa rikoverati fl-isptar?", "Hemm ħsieb 'il quddiem li dawn il- pazjenti jiġu offruti akkomodazzjoni aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-anzjani nisa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tħallew fejn kienu għaliex qegħdin f'post komdu bl- arja kondizzjonata.", "Dan il-post m'huwiex magħruf il-kantina ħlief minn min għandu raġunijiet ulterjuri biex imaqdar.", "Hemm bħalissa 62 anzjani nisa rikoverati fl-Isptar u jinsabu kuntenti bl-ambjent u bil-kura li tinagħtalhom.", "SAFETY BELTS U BREATHALYSER", "26173.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l- Ministru ta' qablek kien ilu jwegħdni snin li se jintroduċi l-liġi li tagħmel is-safety belts u l-breathaylser obbligatorji, tista' tgħidli meta se jsiru dawn iż-żewġ liġijiet jew meta se jiġu emendati r-regolamenti biex jseħħu dawn iż-żewġ affarijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tfassil tal-liġijiet dwar l-użu tas-safety belts u l-breathalyser jinsab fi stadju avvanzat.", "Qed insegwi din il-materja mill- viċin bil-għan li din il-leġislazzjoni tiġi fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "PULIZIJA - REGOLAMENTI DWAR IPPARKJAR TA' KAROZZI", "26174.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru ta' l-Intern: Billi l- Ministru ta' qablek kien għarrafni wara mistoqsijiet parlamentari li għamilt, li kien qed jikkonsidra li jintroduċi regolamenti biex jagħtu saħħa lill-pulizija biex iċaqlaq karozzi li jkunu pparkjati (kif isir barra) meta dawn jiġu ġġakkjati, mgħobbija fuq trakk u meħuda 'l bogħod biex is-sid jieħu lezzjoni, jista' l-Ministru jgħidli meta se jagħmel dawn ir-regolamenti biex jagħti din is-saħħa lill-pulizija, speċjalment fil-Belt u f'Tas-Sliema fejn hemm rebus sħiħ fis-sitwazzjoni tal-parking?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-regolamenti li jagħtu l-poter lill-Pulizija li jneħħu l-vetturi pparkjati ħażin jew abbandunati b'mod aktar espedjenti, jinsabu fi stadju avvanzat.", "Bħalissa qed isir studju dwar fejn u liema lokalitajiet għandhom japplikaw dawn ir-regolamenti.", "SLIEMA - IPPARKJAR TA' KAROZZI FUQ IL-BANKINI", "26175.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jaf il- Ministru li fuq il-bankini kważi kolla fit-toroq dojoq ta' Tas-Sliema qed ikun hemm karozzi pparkjati bir-riżultat li l-pedestrian ma jistax juża l- bankini?", "Billi sidien irresponsabbli ta' karozzi qed jipparkjaw fuq iż- żewġ naħat tat-toroq dojoq u billi biex ma jingumbrawx it-triq itellgħu il- karozzi fuq il-bankini, jista' f'kordinazzjoni mad-Dipartiment tax- Xogħlijiet Pubbliċi jara li l-bankini ta' dawn it-toroq isiru għolja ħafna ħalli s-sidien ma jkunux jistgħu jtellgħu l-vetturi fuq il-bankini?", "Jaf li anke ommijiet bil-pushchairs ma jistgħux jgħaddu minn fuq il-bankini għax ikunu ngumbrati?", "Jaf li ġieli sidien imblukkaw bibien ta' djar u nies ma setgħux joħorġu għax il-bankini jkunu ngumbrati?", "Għaliex il-pulizija ta' Tas-Sliema tidher li qed tagħti kas il-ksur tar-regolamenti tat-traffiku f'toroq prinċipali u f'dawn it-toroq sekondarji tidher li ma tagħtix kas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn Jannar u April ta' din is-sena l-Pulizija distrettwali ta' Tas-Sliema ħarġu 2091 ticket tat-traffiku u 12- il taħrika oħra lill-persuni li kellhom il-vetturi jikkawżaw ingombru għall- pubbliku f'Tas-Sliema.", "Dawn ma jinkludux ċitazzjonijiet maħruġa mit- Taqsima tat-Traffiku, peress li l-istatistika ta' din it-taqsima ma tinżammx separata għal kull belt u raħal.", "Rigward xi rakkommandazzjonijiet dwar il-bankini nitlob lill-Onor.", "Membru biex jirreferihom lill-Ministru konċernat.", "SPTAR SAN RAFFAELE: KUMPANNIJA ORTESA", "26176.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Ditta Taljana Ortesa tħallset aktar minn Lm1 miljun s'issa biex tħejji l-pjanti u d-disinji għall-Isptar San Raffaele?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi offerta pubblika biex jitħejjew dawn il-pjanti?", "Jista' jgħid meta tħallsu dawn il-flus, lil min u mil-liema vot?", "Jista' jgħid jekk hux veru li din id-ditta qed titlob aktar flus għax il-pjanti oriġinali tbiddlu?", "Jista' jgħid kemm se tiġi l- ispiża għall-poplu Malti din id-ditta Taljana?", "Kemm se tħallas aktar fil- futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għat-tħejjija tad-disinn u l-pjanti ta' l-Isptar San Raffaele, l-Fondazzjoni Monte Tabor tħallset is-somma ta' Lm1,187,000 fil-perjodu ta' bejn Lulju 1993 u Diċembru, 1994.", "Dan il-ħlas sar mill-vot kapitali tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-bini ta' l-isptar il-ġdid.", "Ma kienx hemm sejħa pubblika għall-offerti biex jitħejjew dawn il-pjanti minħabba li dan ix-xogħol kien kontemplat li jsir mill-Fondazzjoni Monte Tabor skond il-kuntratt li sar bejn il-Fondazzjoni Monte Tabor u l- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi.", "Dan il-kuntratt jinkludi provvediment għal ħlas extra meta jkun hemm il-ħtieġa ta' xogħlijiet li ma kenux inklużi fl-ewwel disinji.", "Il-pagamenti għal xogħol fuq id-disinji jsiru skond il-bżonnijiet li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor sakemm jintemm il-bini ta' l-isptar l-ġdid u għalhekk wieħed ma jistax jgħid eżatt kemm sa tkun l-ispiża totali għat- tħejjija tal-pjanti.", "POWER STATION: DELIMARA - MOLLIJIET", "26177.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta Taljana li kienet imdaħħla fil- proġett tal-bini tal-mollijiet għal Power Station?", "Meta sar il-ħlas, lil min u mil-liema vot?", "Jista' jgħid jekk il-ftehim oriġinali tal-ħlas tbiddilx, fis-sens li din id-ditta talbet flus aktar?", "Jekk iva, kemm varjat l-ispiża?", "Il-Gvern Malti aċċetta dawn l-ispejjeż żejda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-mollijiet tal-Power Station ta' Delimara ma ġewx mibnija minn ditta Taljana, iżda minn Kalaxlokk.", "Għalhekk il-mistoqsijiet li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Interpellant ma jreġux.", "AIR MALTA - AJRUPLANI RJ 70'S", "26219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-punti mqajma minni fl-aħħar aġġornament tiegħi dwar l-ajruplani RJ 70's li xtrat il-linja ta' l-ajru Air Malta?", "Billi skond rapporti li deheru fil-ġurnali lokali jirriżulta li hemm problemi serjissimi, jista' l-Ministru jwieġeb fi stadju mmedjat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob l-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "MTAĦLEB - WIED IL-BUŻBIEŻ - DAWL", "26220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Billi t-talba E/E 130/52/4/64 sabiex tiġi stallata bozza f'farmhouse Wied il- Bużbież, Mtaħleb hija meħtieġa urġenti, tista' l-Korporazzjoni Enemalta tirrimedja bix-xogħlijiet urġentement?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu l-passi meħtieġa.", "BAĦRIJA: TRIQ DUN SAVERIN BIANCO - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "26221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-familji residenti fi Triq Dun Saverin Bianco, il-Baħrija m'għandhomx aċċess għas-sistema tad-drenaġġ li tinsab għaddejja ftit metri 'l isfel fi Triq is-Sajf ta' San Martin, jista' d-dipartiment jawtorizza l-proċess għall-estensjoni tad-drenaġġ f'din il-parti tat-triq sabiex jiġu rimedjati l-problemi u l-inkonvenjent tal-familjari residenti f'dawn l-inħawi tal- Baħrija?", "Billi dawn il-familji ilhom is-snin li ħallsu l-kontribuzzjonjiet finanzjarji meħtieġa, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru fil- ġimgħat li ġejjin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-estensjoni msemmija diġa' ġiet imdaħħla f'tender li mistennija tiġi ppubblikata dalwaqt.", "BAĦRIJA: TRIQ IL-QASTAN - ESTENSJONI TAD-DRENAĠĠ", "26222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsalill-Ministru għall-Ambjent: Billi x-xogħlijiet ta' l-estensjoni tad-drenaġġ li saru fi Triq il-Qastan, il- Baħrija ma sarux skond il-livell uffiċjali li huma ta' 1.30 metru u naturalment dan qed joħloq problemi kbar lir-residenti biex iqabbdu mas- sistema, jista' d-dipartiment jara li jsiru xogħlijiet mill-ġdid mill- kuntrattur skond il-kejl uffiċjali ta' din it-triq?", "Billi dawn ir-residenti ilhom aktar minn għaxar snin li ħallsu l- kontribuzzjonijiet għal dan is-servizz, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex x-xogħlijiet isiru fl-affermattiv ħalli jiġu solvuti l-problemi u l- inkonvenjenzi kkawżati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-estensjoni msemmija qiegħda tkun mistħarrġa.", "Jekk fil-fatt ix-xogħol ma sarx kif suppost, ix-xogħol jerġa' jsir mill-ġdid mill-kuntrattur.", "RABAT: POLIKLINIKA TAL-GVERN - AMBULANZA", "26223.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jibgħat ambulanza permanenti mal- poliklinika tar-Rabat sabiex tkun tista' tilħaq aħjar il-ħteġijiet tar- residenti partikolarment dawk ta' l-irħula?", "Billi riċentement wara l-inċident tat-traffiku li seħħ f'Wied il-Fiddien, ir-Rabat sakemm saru l-kuntatti għas-sejħa ta' l-ambulanza għadda żmien ġmielu u l-vittma kellha tistenna għal żmien twil b'feriti gravi, jista' d- dipartiment jwettaq din it-talba fl-affermattiv?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se ngħaddi l-proposta ta' l-Onor. interpellant lid- Dipartiment tal-Kura Primarja sabiex tiġi studjata.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jista' jagħti aktar dettalji dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nkun nista' ninvestiga l-każ imsemmi.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - KONTIJIET TA' L-ILMA", "26224.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għall-kont ta' l-ilma Nru. 995688530, billi parti mill-ammont li trid tħallas din il-persuna huwa dovut għall-perjodu ta' meta r-rati ta' l-ilma kienu għadhom m'għolewx, jista' d-dipartiment jikkopera fiċ- ċirkostanzi u jitlob ħlas skond ir-rati kif kienu qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li l-kont Nru 995/688530 li nħareġ għall-perjodu mill-11 ta' Frar 1994 sas-17 ta' Ġunju 1994 kien ta' Lm1,553, filwaqt li dak għall- perjodu mis-17 ta'Ġunju 1994 sal-11 ta' Novembru 1994 kien ta' Lm1,860.", "Għaldaqstant ma jidher li hemm ebda lok għal reviżjoni tal-kontijiet.", "FURJANA - CAR PARK", "26304 L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 26099, ġaladarba ċ-ċertifikat għad-dawl u ilma maħruġ lil M.C.P. kien wieħed temporanju u meta nħareġ ma kienx għadu ġie osservat l-ebda ksur tal- permess, issa li ġew osservati ksur tal-permess, is-servizzi tad-dawl u l- ilma se jiġu sospiżi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26099 irid jingħad li minħabba l-fatt li l-Enforcement Notice tkopri biss parti mill-proġett, iċ-ċertifikat għad-dawl u ilma ma jistax jiġi rtirat sakemm ma jiġix osservat ksur fil-parti koperta mill-Ordni biex Tieqaf u Ta' Twettieq.", "GĦAWDEX - TWAQQIEGĦ TA' BINI LLEGALI", "26305.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 26210, jista' l- Ministru jgħid x-xogħlijiet twettqu lill-kumpannija privata f'Għawdex ta' twaqqigħ ta' bini llegali u x'kien il-valur tax-xogħlijiet li twettqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26210 dwar xogħlijiet ta' twaqqiegħ ta' bini llegali f'Għawdex, il-valur tax-xogħlijiet għadu ma nħadimx minħabba l-fatt li għadna ma rċevejniex il-kontijiet mid-diversi partijiet li għenu fl- operazzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - KUNTRATT GĦALL-ĠBIR TA' SKART", "26306.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kunsilli lokali li diġa' ffirmaw kuntratt għall-ġbir ta' skart?", "Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-kunsilli?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li sa nhar it-Tlieta 16 ta' Mejju 1995 il-Kunsilli Lokali msemmija hawn taħt, iffirmaw il-kuntratt għall-ġbir ta' skart.", "Malta - Fgura, Siġġiewi", "Għawdex - Għarb, Għasri, Kerċem, San Lawrenz, Sannat, Xewkija, Żebbuġ", "Madwar għoxrin (20) Kunsilli oħra għandhom kuntratti li jidhru li huma aċċettabbli u li jistgħu jiġu ffirmati fil-jiem li ġejjin.", "Sadanittant qed isiru diversi laqgħat sabiex jintlaħaq ftehim mal-Kunsilli kollha.", "AWTORITA' TAX-XANDIR - RAPPORTI ANNWALI", "26314.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ir-Rapport Annwali ta' l-Awtorita' tax-Xandir jiġi stampat bl-Ingliż?", "Jekk dan ir-rapport isir bl-Ingliż minħabba li jkun irid jintbagħat barra minn Malta, ma jistax isir biż-żewġ lingwi, jiġifieri bil-Malti u bl-Ingliż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat mill-Awtorita' tax-Xandir li r- rapporti annwali tagħha jsiru bl-Ingliż għaliex dawn jiġu skambjati ma rapporti oħra ta' organizzazzjonijiet tax-xandir barranin.", "Barra minn hekk, ir-rapporti jkunu ta' użu għall-esperti u lecturers barranin li, minn żmien għal żmien, jintalbu jagħtu pariri jew jiġu Malta biex jieħdu sehem f'korsijiet ta' taħriġ.", "Għal dawn ir-raġunijiet ta' prattiċita', l-Awtorita' hi tal-fehma li dawn ir-rapporti jkomplu jsiru bl-Ingliż.", "Barra minn hekk, ta' min jgħid ukoll li l-pubblikazzjoni ta' rapporti b'żewġ lingwi jdaħħlu lill-Awtorita' tax- Xandir fi spejjeż oħra.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-BAJJA - ASFALTAR", "26320.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' d-dipartiment konċernat jagħti t- tarmac lil Triq il-Bajja u t-toroq ta' madwarha f'Wied il-Għajn speċjalment meta din it-triq hi alternattiva meta t-triq tax-Xatt tkun magħluqa?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Kif diġa' kelli okkażjonijiet oħra ngħid, f'Wied il-Għajn sar ħafna xogħol ta' toroq f'dawn l-aħħar sentejn.", "Jien issa ġejt informat li din it-triq hi diġa' asfaltata u kif jaf l- Onor. Interpellant mill-1 ta' April ta' din is-sena l-manutenzjoni tat- toroq hi f'idejn il-Kunsilli Lokali.", "ŻABBAR: QASAM TAD-DJAR IL-KBIR - DAWL", "26321.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tixgħel bozza fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern (il-Kbir), f'Ħaż Żabbar, wara l-btieħi ta' Blokk A?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta.", "WIED IL-GĦAJN - DAWL FIT-TOROQ", "26322.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb tagħmel il-bozoz ma' l-arbli fi Triq il-Ħortan u Triq Salvu Buhagiar, f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI", "26341.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-grant li suppost ingħatat lis-sinjura Debono għax-xiri tal-post tar-residenza tagħha f'Ħal Balzan (HA 419/91) skond skema ta' l-Awtorita' tad-Djar, sal-lum għadha ma ngħatatx?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Fl-14 ta' Diċembru, 1991 is-Sinjura Maria Debono ġiet informata li l-applikazzjoni tagħha biex tixtri r-residenza privata tagħha taħt skema F ġiet approvata u ġiet mitluba biex tmur għand in-nutar privat tagħha mill-aktar fis possibbli sabiex tibda l-proċeduri ħalli jiġi ppubblikat l-att finali tat-trasferiment.", "Il-kuntratt tat-trasferiment ġie ppubblikat fl-4 ta' Awissu 1993 mingħajr ma' l-Awtorita' tad-Djar ġiet informata.", "Klawsola 7 ta' l-Avviż legali numru 140 ta' l-1990 -Skema F - tgħid li l- għotja ta' għajnuna għax-xiri tad-dar titħallas mill-Awtorita' tad-Djar fuq il-pubblikazzjoni ta' l-att ta' bejgħ u titħallas f'isem ix-xerrej lill- bejjiegħ akkont tal-prezz.", "Bħala riżultat ta' dan, is-sinjura Debono tilfet id-dritt ta' l-għotja.", "Is-sinjura Debono ġiet informata b'dan.", "RABAT: TRIQ G. BORG OLIVIER - PPARKJAR TA' KAROZZI", "26342.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tikkontrolla b'mod adegwat il-parking tal- karozzi u l-vetturi kbar li qegħdin jitħallew jgħaddu minn Triq G. Borg Oliver, Rabat kantuniera ma' Triq il-Kulleġġ biex b'hekk jiġi evitat il- konfużjoni tat-traffiku li hemm f'din l-area?", "ONOR.", "TONIO BORG: Din il-lokalita' hija spiss issorveljata mill- Pulizija.", "Matul din is-sena 118-il persuna ġew imħarrka dwar kontravenzjonijiet osservati f'din it-triq.", "ATTARD - BINI TA' SKOLA SEKONDARJA", "26343.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu dak li ntqal mill- Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard fl-organu uffiċjali ta' l-istess kunsilli li l- fabbriki li hemm fl-Industrial Estate ta' Ħ'Attard se jitneħħew u minflokhom se tinbena skola sekondarja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Gvern għandu quddiemu proposta biex minflok l- Industrial Estate ta` H` Attard tinbena skola sekondarja tal-Gvern.", "Din il- proposta qegħda tigi studjata mill-awtoritajiet koncernati."]} {"filename": "20011030_629d_par.doc", "date": "2001-10-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 629 It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 629", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "629", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 331", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 331", "TQEGĦID TA' KARTI 336", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR (KUMITAT)", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL(COMMITTEE STAGE) 337", "AĠĠORNAMENT 375", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 380", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 628 li saret fit-30 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "LIĊENZJI – KAĊĊA U NSIB", "28943.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il talba għal-liċenzja tan-nassaba u kaċċaturi ġiet approvata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm kienu t-talbiet approvati għall-istess perjodu għas-snin 1999 u 2000 separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi t-taghrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar il-ħrug ta' licenzji għal kaċċa u nsib għall-perjodu Jannar – Settembru hu kif jidher hawn taħt:", "| |1999 |2000 |201 | |KAĊĊA | 288 | 308 |371 | |INSIB | 44| 89 |270 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Lill-Ministru ġieli waslulu talbiet, speċjalment mix- shooting federation, biex parti mid-dħul tal-gvern mil-liċenzji tmur lura għall-iżvilupp ta' dan it-tip ta' sport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Su due piedi ma niftakarx li saru talbiet simili pero' jista' jkun li dawn saru lid-dipartiment tal- finanzi.", "Nafu li saru wkoll diskussjonijiet mal-ministeru għall-ambjent sabiex jiġu ċċarati ċerti affarijiet u jsir improvement fir-regolamenti tal- kaċċa.", "Fil-fatt ċerti affarijiet ġew solvuti u oħrajn għadhom fil-proċess li jiġu solvuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi dwar numru ta' talbiet li saru mill-għaqdiet tal-kaċċaturi biex jiġu żviluppati ranges tal-plattini, kif semma' l-Onor.", "Abela?", "In vista li hemm diversi talbiet pendenti, fosthom dik tal-Mellieħa - u l-Ministru kemm-il darba ġie rrapportat li qal li hemm diskussjonijiet għaddejjin - jista' jillustra l-aħħar żviluppi li saru f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-gvern kien qal li se joħroġ white paper dwar liġi ġdida li se tkun qed tissostitwixxi l-Ordinanza dwar l-Armamenti.", "Din il-liġi tlestiet, ingħatat kopja lill-għaqdiet li jifformaw 'il hekk imsejjaħ gun lobby u hemm il-ħsieb li toħroġ din is-sena stess.", "L-iskop prinċipali tagħha huwa li jilliberalizza każi ġenwini, bħal target shooting u sport ieħor – dejjem fuq inizjattiva li kienet ittieħdet mill-Ministru Refalo, dak iż-żmien responsabbli mill-qasam ta' l-isports – permezz ta' kumitat imwaqqaf biex ċerti affarijiet li qabel kienu pprojbiti jibdew jiġu permessi u biex affarijiet oħra li forsi llum qed jiġu abbużati jiġu kkontrollati aħjar.", "L-iskop tagħna hu li min huwa ġenwin fl-eżerċizzju ta' l-isports inneħħulu ċerti kontrolli li ilhom hemmhekk żmien twil.", "Per eżempju, kien hemm żmien meta l-air guns kienu pprojbiti milli jidħlu Malta - u niftakar li kien hemm min anke kien imur ġurnata ħabs għax jinqabad b'air gun mingħajr ma jkollu permess – meta f'ħafna pajjiżi oħrajn lanqas għandek bżonn ta' liċenzja biex ikollok air gun.", "Pero' aħna ma rridux immorru minn estrem għal ieħor u allura l-idea tagħna hi - għax s'issa din għadha idea biss – li dawn it-tipi ta' armamenti, li l- importazzjoni tagħhom diġa' bdiet tiġi permessa, ikunu jistgħu jintużaw biss f'shooting ranges liċenzjati.", "Fil-fatt diġa' qegħdin insegwu din il- proċedura.", "Issa l-għaqdiet involuti jixtiequ li jwessgħu l-użu ta' l-armi għal skop ta' sports - mhux biss għall-air guns imma anke għal armamenti oħrajn - basta dawn jintużaw f'dixxiplini sportivi.", "Mill-banda l-oħra rridu noqogħdu attenti li ma niftħux fejn m'hemmx bżonn li niftħu u nilliberalizzaw.", "F'pajjiżi oħrajn it-tendenza hi li wieħed jikkontrolla aktar, u dan minħabba inċidenti li ġraw fejn kien hemm min abbuża minn armi għal skop terroristiku, jew spara bl-addoċċ bħal wieħed miġnun jew inkella fis-saħna tal-mument uża arma għal skop illeċitu.", "F'din il-liġi l-ġdida se niddiskutu x-shooting ranges u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom.", "Il-permess li jingħata mill-planning authority biex tkun tista' ssir shooting range, mhux se jiġi affetwat b'din il-liġi.", "Naturalment biex wieħed jiftaħ shooting range iridu jittieħdu l- prekawzjonijiet kollha u, minkejja li hemm diversi talbiet pendenti, mhux bilfors kollha se jiġu aċċettati.", "Per eżempju, ix-shootinge range li hemm fil-Bidnija, li hija waħda fost l-aqwa li għandna Malta, minkejja li kienet tintuża għal ċertu żmien, ma kellhiex liċenzja tal-pulizija.", "Issa s- sitwazzjoni ġiet regolarizzata u wieħed jista' jagħmel użu minnha mingħajr il-biża' li jistgħu jittieħdu proċeduri kriminali kontra tiegħu.", "L-iskop tal-gvern, anke kif espress fil-programm elettorali, huwa li jinkoraġġixxi l-użu ta' dawn ir-ranges għax aħjar wieħed jispara lejn oġġett li m'għandux ħajja milli jispara lejn oġġett li għandu l-ħajja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fl-isfond ta' l-interpellanza li għamel l-Onor.", "Abela, jikkonsidra l-Ministru li jagħti ammont mill-flus li jinġabru permezz ta' liċenzji lill-għaqdiet biex ikunu jistgħu jużawhom ħalli x-shooting ranges jsiru aktar attrezzati?", "Il-kaċċa hija tradizzjoni, fiha ħafna delizzju u allura nemmen li għandna ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ biex jeżerċitaw aktar dan l-isport.", "Jien nemmen li aktar milli ninforzaw il-liġi, għandna nedukaw lill-poplu li m'għandux jispara fuq għasafar protetti. .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naqbel ma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Interpellant li tagħmel kemm tagħmel liġijiet u regolamenti, fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm ċerta edukazzjoni biex dak li jkun ma jesaġerax.", "Jiena xi kultant nirċievi lmenti li l-kaċċaturi jaqbdu wisq magħhom il-pulizija.", "Nirċievi wkoll ilmenti li l-pulizija ma jagħmlux xogħolhom fil-kontront tal- kaċċaturi, u probabbilment il-verita' qiegħda x'imkien fin-nofs.", "Pero' wieħed irid japprezza li minkejja li hawn min jabbuża, il-maġġoranza kbira tan-nies li jsegwu l-prattika tal-kaċċa josservaw ir-regolamenti.", "Dwar jekk parti mill-flus li jidħlu mil-liċenzji għandhomx imorru għand dawn l-għaqdiet, dik kwestjoni tal-ministeru tal-finanzi u ma nistax nirrispondiha jiena.", "L-idea ġenerali tal-ministeru tal-finanzi hija li minflok 10% ta' dawn il-flus imorru għall-federazzjonijiet, fosthom ix- shooting federation, ikun aħjar jekk lil dawn nissussidjawhom taħt skemi oħrajn li japplikaw taħt l-għaqdiet kollha ta' l-isports.", "Pero' naturalment mhux se nitkellem għan-nom tal-ministru tal-finanzi, għalkemm nemmen li huwa tajjeb li wieħed jgħin lil dawn l-għaqdiet.", "Kien hemm żmien meta persuni kienu jmorru jsegwu ċertu sport barra minn Malta u, kieku kellu wieħed japplika l-liġi bil-punto e virgola, dawn kienu qed jagħmlu xi ħaġa illegali jekk jittrenjaw f'Malta.", "Issa b'ċertu sforz minn naħa u minn oħra, dawk li qed jipprattikaw f'ranges liċenzjati issa ġew regolarizzati u ħadd ma jista' jaqbad magħhom u jakkużahom li qed jipprattikaw sport b'mod illegali.", "Imma naturalment l-appetito vien mangiando u allura wieħed ikun irid aktar konċessjonijiet.", "Għalhekk f'dan il-qasam wieħed irid joqgħod attent x'konċessjonijiet jagħti u mill-banda l- oħra joqgħod attent li filwaqt li jinkoraġixxi dan it-tip ta' sport, ma jistax ma jerħix ċerti kontrolli żejda li forsi għamlu żmienhom, limitament għad-dixxiplini sportivi.", "Fil-konfront ta' affarijiet oħrajn, per eżempju dwar l-importazzjoni ta' armi li jissejħu antiques, irridu noqogħdu attenti.", "Għandna l-idea li għax xi ħaġa għandha 50 sena tkun antika, meta dan m'hu veru xejn.", "Veru li biex tkun antika jrid ikollha 50 sena, imma m'huwiex veru li kull ħaġa li għandha 50 sena hija antika!", "Fil-fatt gvern preċedenti u anke gvern Nazzjonalista ta' qabel kienu għamlu ċerti regoli dwar dan u issa qed naraw nistgħux inbiddluhom.", "Per eżempju, biex wieħed jissejjaħ kollettur irid ikollu liċenzja, u allura għal numru ristrett ta' nies li jkunu kolletturi jista' jkun hemm ċerti konċessjonijiet.", "Pero' irridu noqogħdu attenti għax ħafna drabi reat jista' jsir minn arma li tista' tkun perfettament legali fil-pussess ta' xi ħadd, pero' jużaha għal skop li ma jkunx kopert mil-liċenzja nnifisha.", "Irridu napprezzaw li għalkemm ma wasalniex fejn xtaqna f'dan il-qasam, sar ċertu progress man man li dan l-isport qed jiġi rregolarizzat.", "Għax għalkemm dan kien diġa' jeżisti, min kien qed jeżerċitah kien qed jaġixxi fi sfera ta' illegalita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nirrispetta l-pożizzjoni li qed jieħ l-Ministru, pero' wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li numru ta' għaqdiet ilhom b'tobba pendenti għal aktar minn għaxar snin, bħal fil-każ ta' l-għaqda tal- Mellieħa.", "Jistgħu almenu jsiru xi arranġamenti biex dawn l-għaqdiet ikollhom aċċess għal permessi temporanju biex forsi darba, darbtejn jew tliet darbiet fis-sena jżommu attivitajiet bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jiena kkonsultajt ruħi mal-ministru għall- ambjent u ġejt mgħarraf li l-għaqdiet tal-kaċċaturi llum diġa' jingħataw ċerta għajnuna finanzjarja li toħroġ mill-budget.", "Dwar il-kwestjoni li qajjem l-Onor.", "Farrugia fir-rigward tal-Mellieħa, għalkemm dan japplika għal kullimkien, wieħed irid japprezza li taħt il- liġi ma jistax joħroġ permess jekk ma jkunx hemm permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jiġifieri meta jiena rriferejt għall-white paper u għal- liġi dwar l-armi, din m'għandha x'taqsam xejn mal-kwestjoni l-oħra tal- permess tal-planning authority.", "Li se jsir hu li fil-white paper il- proposti se jkunu aktar liberali favur dawn ix-shooting ranges, imma jekk il-planning authority tiddeċiedi li f'ċerti postijiet ma jsirux shooting ranges, xorta waħda dawn ma jistgħux isiru.", "Illum diġa' teżisti il-possibbilta' li l-pulizija jagħtu permess – dak li jgħidulu l-one-off - għal kompetizzjoni partikolari.", "Jeżistu wkoll direttivi interni dwar meta għandhom jinħarġu dawn il-permessi u għalkemm dawn il-kondizzjonijiet ma nafhomx bl-amment, waħda minnhom hi li jrid ikun hemm ċerta distanza minn toroq pubbliċi.", "F'dak il-każ għalkemm il-post ma jkunx liċenzjat permanentement bħala shooting range, jista' jingħata permess speċifiku għal avveniment partikolari.", "LIĊENZJI – KAĊĊA U NSIB", "28944.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal liċenzji tal-kaċċaturi u nassaba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt illi nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "29042, ninsab informat illi bħalissa hemm 694 applikazzjoni pendenti għal liċenzji tal- kaċċa u 253 għal liċenzji tan-nassaba.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'jista' jsir biex jitħaffef il-proċess ta' dawn il- ħafna talbiet pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Veru li nzerta li hemm ħafna applikazzjonijiet, pero' ma jiddependix mid-dipartiment tiegħi jekk dawn jitħaffux jew le.", "Skond ir- regolamenti, biex tinħareġ liċenzja għall-kaċċa hemm bżonn illi jsir eżami.", "F'dan l-eżami wieħed irid jara jekk il-persuna li applikat tagħrafx l- għasafar li jkunu protetti u tkunx taf ir-regolamenti.", "L-eżami ma jsirx mill-pulizija iżda mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li għal min jgħaddi minn dan l-eżami, ma jkunx hemm oġġezzjoni min-naħa tal-pulizija biex tinħareġ il-liċenzja sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-liġi.", "LIĊENZJI - KAĊĊA U NSIB", "28945.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat sabiex il- kaċċaturi u nassaba jingħataw il-liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mstoqsija parlamentari nru.", "29042.", "MALTA U L-LIBJA – TRAFFIKAR TA' DROGA", "28948.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm laqgħat saru bejn l-awtoritajiet Maltin u dawk Libjani sabiex tkun kontrollata aħjar il-problema tat-traffikar tad-droga?", "Xi żviluppi saru?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru diġa` ngħatatlu mill-Ministru ta` l-Intern.", "LIĊENZJI – KAĊĊA U NSIB", "28973.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jitħaffef il-proċess ta' l-applikazzjonijiet il-ġodda tal- kaċċaturi u nassaba minħabba li jeżistu każi fejn kaċċaturi u nassaba qed jispiċċaw jistennew madwar sena sabiex tinħarġilhom il-liċenzja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "29042.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li jirriżulta li qed ikun hemm dewmien li m'huwiex tas-soltu, jista' l-Ministru jgħidli jekk sarx xi intervent f'dan is-sens biex il-proċeduri jitħaffu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Apparti li għadu ma sarx l-eżami mid-dipartiment ta' l- ambjent, nistgħu naraw li n-numru ta' applikazzjonijiet żdied konsiderevolment, speċjalment fil-każ ta' l-insib.", "Fil-fatt fl-1999 kien hemm 44 applikant u fl-2001 kien hemm 270 applikant, jiġifieri applikaw kważi seba' darbiet aktar.", "Fil-kaċċa ukoll hemm żieda għax jekk inqabblu l- ewwel disa' xhur ta' l-1999 ma' l-ewwel disa' xhur ta' l-2001, insibu li n- numru ta' applikazzjonijiet tela' minn 288 għal 371 u allura dan ifisser li d-dipartiment ta' l-ambjent irid jipproċessa dawn l-applikazzjonijiet kollha.", "Jiena nwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li se nindaga mad-dipartiment ta' l- ambjent biex nara li dan il-proċess jitħaffef u nassigurah li malli dawn il- persuni jgħaddu minn dan l-eżami u l-pulizija tara li hemm ir-rekwiżiti meħtieġa, toħroġ il-liċenzja.", "VODAFONE – PHONECARDS", "28974.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega kif il-kumpannija Vodafone żiedet il-profitti iżda naqqset il-kummissjoni tal-bejgħ tal-phonecards minn 10% għal 7% mill-ewwel ta' Ottubru ta' din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): L- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura purament kummerċjali u għalhekk l-MCA ma tidħolx f'din il-kwestjoni.", "FINANZI – INSPECTIONS", "29071.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq l-impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix- xogħol u kemm hemm impjegati jservu ta' inspectors?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fid-direttorat ta' l-operations tad-dwana saru ħames spezzjonijiet għal għarrieda fuq 15-il sit differenti.", "Dawn twettqu mid- director operations, mill-head of investigations, mill-head of passenger services, mis-senior inspector in charge of airport section u mill- inspector baggage room f'okkażjonijiet differenti.", "Fid-direttorat amministrattiv, id-director administration, is-senior principal in charge of EPU, l-asst. director finance and personnel u l-asst director excise and systems wettqu seba' spezzjonijiet fuq impjegati fis- sezzjonijiet li huma responsabbli minnhom.", "Barra minn hekk isiru verifiki kuljum fuq is-sick leave ta' l-impjegati mad- dipartimenti kollha tal-ministeru u verifika fuq l-attendenza ta' l- impjegati meta tinħass il-htiega.", "AMBJENT – INSPECTIONS", "29072.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fuq l-impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix- xogħol u kemm hemm impjegati jservu ta' inspectors?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena sal-lum saru 134 spezzjoni fuq impjegati tat- taqsima tax-xogħlijiet.", "Id-dipartiment tal-finanzi u amministrazzjoni huwa nkarigat minn dan ix- xogħol u s-sezzjoni tas-security officers, fi ħdan l-istess dipartiment, qed tintuża bħala inspectorate.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jiġifieri fiċ-ċivil ma jeżistix inspectorate unit li jkopri l-ministeri kollha?", "Dan ifisser li l-inspections qed isiru minn ħaddiema stess li jaqgħu taħt il-ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Safejn jien informat m'hemmx spettorat għaċ- ċivil kollu, imma hemm sistemi ta' spettorati fid-dipartimenti u fil- ministeri differenti, anke fid-dawl tal-fatt li l-emendi li saru riċentement fir-regoli tad-dixxiplina jagħtu poteri akbar minn qabel lill- kapijiet tad-dipartiment biex jeżerċitaw aktar dixxiplina huma stess.", "Hemm sezzjoni ta' security officers li jitqabbdu biex ukoll jagħmlu inspections fejn ikollna rapporti jew fejn jinħass il-bżonn li għandhom isiru spezzjonijiet fuq ħaddiema fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet.", "TURIŻMU – INSPECTIONS", "29073.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret matul din is-sena fuq l-impjegati li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix- xogħol u kemm hemm impjegati jservu ta' inspectors?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Naħseb li l-Onor.", "Membru jirrealizza li l-ispezzjonijiet isiru mhux fuq il-ħaddiema imma fuq il- ħwienet tax-xogħol, fuq il-lukandi, eċċ. M'hemmx xi tip ta' inspectorate fuq il-ħaddiema ħlief li kull gang ikollu ċ-charge-hand jew l-foreman tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cilia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Ma jaħsibx il-Ministru li jkun tajjeb kieku numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu jkollhom xi forma ta' checking f'dak li għandu x'jaqsam ma' attendenza ta' xogħol?", "Jien mhux qed nagħmel din id-domanda fir-rigward tal-ministeru tiegħu biss imma fir-rigward ta- ministeri kollha.", "L-għan tiegħi huwa wieħed.", "Meta nafu li hemm diċeriji kbar li fiċ-ċivil għandek diversi każi fejn l-ammont ta' xogħol li għandu jsir mill-ħaddiema ma jsirx kif suppost, ma jaħsibx il-Ministru li jkun għaqli li jkollok nies apposta li jduru u jagħmlu spot checks fuq il- ħaddiema biex nassiguraw ruħna li dak li jkun ikun qed jagħti x-xogħol tiegħu kif suppost?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, nimmaġina li dawn it-tip ta' spezzjonijiet jew checking fuq ħaddiema għandhom isiru bħala parti mix- xogħol ta' l-istess dipartimenti.", "Jekk inti għandek direttur, assistent direttur jew prinċipal, dawn għandhom bħala parti mix-xogħol tagħhom jaraw li n-nies jagħmlu x-xogħol li għalih huma mħallsin.", "Għal dak li semma qabel l-Onor.", "Interpellant, jien personalment wieħed minn dawk li naħseb li jenħtieġ li jinbena spettorat li jkopri l-gvern kollu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, għan-nom tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vetturi mikrija jew leased mill-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Viċi Prim Ministru, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29248.", "U f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq li sar mill-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29249.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vetturi mikrija jew leased mill-ministeru u mid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29247; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar l-eta` ta' membri fuq bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-ministeru tal- ġustizzja u gvern lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29221.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-30 ta' Ottubru, 2001)", "Klawsola 2 – Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "(Posposta mid-29 ta' Ottubru, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 2 konna ħallejniha biex sħabna ta' l- oppożizzjoni jiċċekkjaw l-emenda li għaddejnilhom.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nikkonferma li kollox sew min-naħa tagħna.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, formalment nipproponi din l-emenda.", "\"W\" Subklawsola (1) ta' klawsola 2 għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) fit-tifsira ta' \"laqgħa approvata\", minflok il-kliem \"artikolu 45\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 46\";", "(b) fit-tifsira ta' \"korsa approvata għat-tiġrijiet\" minflok il-kliem \"artikolu 43\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 44\";", "(c) fit-tifsira ta' \"klabb approvat tat-tiġrijiet\" minflok il- kliem \"artikolu 44\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 45\";", "(d) fi tmiem it-tifsira ta' \"apparat għal-logħob\", għandhom jiżdiedu l-kliem \"VLT, computer centrali VLT, kartella tat- tombla u ġog tat-tombla,\";", "(e) minflok it-tifsira ta' \"mezzi ta' komunikazzjoni fil- bogħod\" għandha tidhol din li ġejja:-", "\"\"mezzi ta' komunikazzjoni fil-bogħod\" tinkludi kull mezz li tista' tintuża għall-komunikazzjoni, trasmissjoni, trasport u twassil ta' informazzjoni (inkluza informazzjoni fl-għamla ta' data, test, xbihat, ħoss jew diskors) jew għall-għemil ta' kuntratt bejn żewġ persuni jew aktar, mingħajr il-preżenza fiżika simultanja ta' dawk il-persuni; dawk il-mezzi jistgħu jkunu materjal stampat mingħajr indirizz jew b'indirizz, ittra normali, reklamar ta' l-istampa b'formola fejn tista' ssir ordni, katalogu, telefon b'intervent uman (inklużi telefonati li jsiru mill-pubbliku matul programmi tar-radju u t-televiżjoni) jew bla ebda intervent uman (bħalma huma makna għal komunikazzjoni awtomatika, audiotext), radju, videophone (telefon bl-iskrin), videotext (microcomputer u skrin tat- televiżjoni) b'keyboard jew skrin interattiv, posta elettronika, makna facsimile (fax), u televiżjoni (teleshopping), u kull mezz ieħor ta' komunikazzjoni, trasmissjoni, trasport u twassil ta' informazzjoni bil-fil, radju, mezzi ottiċi, mezzi elettromanjetici jew b'xi mezz elettroniku li jkun;\";", "(f) fit-tifsira ta' \"logħbiet oħra\", minnufih wara l-kliem \"minn detenturi ta' liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir\" għandhom jidħlu l-kliem \", logħbiet VLT operati minn detenturi ta' liċenza ta' VLT,\";", "(g) fit-test Ingliż tat-tifsira ta' \"qualifying shareholding\" minflok il-kliem \"holding in a company\" għandhom jidħlu l-kliem \"shareholding in a company\";", "(h) fit-tifsira ta' \"liċenza biex isiru mħatri f'korsa għat- tiġrijiet\" minflok il-kliem \"artikolu 42\" għandhom jidħlu l- kliem \"artikolu 43\";", "(i) fit-tifsira ta' \"bord għall-kontroll ta' korsa għat- tiġrijiet\" minflok il-kliem \"l-artikolu 45\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-artikolu 46\";", "(j) fi tmiem it-tifsira ta' \"apparat rilevanti għal-logħob\" għandhom jiġu inklużi l-kliem \"VLT u computer ċentrali VLT,\";", "(k) fit-tifsira ta' \"liċenza annwali ta' sala għal-logħob tat- tombla\", minflok il-kliem \"tibqa\" sseħħ għal perjodu ta' sena mid-data ta' meta tinħareġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"tinħareġ għal perjodu effettiv ta' sena\";", "(l) fit-tifsira ta' \"liċenza staġjonali ta' sala għal-logħob tat-tombla\", minflok il-kliem \"tibqa' sseħħ għal dak il-perjodu kontinwu mid-data meta tinħareġ\" għandhom jidħlu l-kliem \"tinħareġ għal dak il-perjodu effettiv\";", "(m) fit-tifsira ta' \"logħba żgħira\", minflok il-kliem \"logħba żgħira kif speċifikat b'regolamenti rilevanti li jsiru taħt l- artikolu 78(2)(g)\" għandhom jidħlu l-kliem \"logħbiet żgħar jew logħba żgħira speċifikata jew logħbiet żgħar speċifikati b'regolamenti rilevanti li jsiru taht l-artikolu 78(2)(g)\";", "(n) fit-tifsira ta' \"sweepstake\" minflok il-kliem \"tal-Ħames Skeda\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-Sitt Skeda\";", "(o) minnufih wara t-tifsira \"uffiċjal pubbliku\" għandhom jidħlu dawn it-tifsiriet ġodda li ġejjin:", "\"\"Video lottery terminal\" jew \"VLT\" tfisser makna għal-logħob ta' l-azzard li fuqha tintlagħab logħba jew għadd ta' logħbiet fejn l-opportunitajiet ta' rebħ ikunu principalment jiddependu fuq ix-xorti u fejn il-kombinazzjoni ta' rebh tiġi stabbilita permezz ta' numru li jitla' kif jiġi ġie jew ġeneratur ta' simboli installat fil-makna nnifisha, li tagħti r-rebħ biss fil-għamla ta' vouchers ta' ħlas VLT, li tkun imqabbda ma' computer centrali VLT u li mill-inqas ikun fiha dawn il- komponenti li ġejjin, jiġifieri qafas protettiv maqsum f'oqsma diversi (bhall-VLT CPU, printer unit, u l-kaxxa tal-flus) b'apparat uniku li jillokkja ma' l-oqsma diversi msemmija, unita` ta' wiri bil-video, CPU li jipprocessa l-logħba jew logħbiet differenti li jistgħu jintlagħbu permezz tal-VLT, slot fejn jintefgħu l-muniti u, jew karti tal-flus jew kull mezz ieħor kif isir il-ħlas tal-ġugata inkwistjoni, kaxxa tal- flus, printer jew kull mezz ieħor kif tiġi prodotta informazzjoni leġibbli f'format dokumentarja u konnessjoni elettronika għal mal-computer ċentrali VLT;", "\"VLT CPU\" tfisser circuit card waħda jew iktar minn waħda stampati fil-VLT li jistgħu jiġu pprogrammati jew li huma mgħammra bi programmi jew memorji skambjabbli;", "\"voucher għall-ħlas VLT\" tfisser biljett jew dokument ieħor, li jkun fih dik l-informazzjoni u dawk il-karatteristici li jistgħu jiġu preskritti b'regolamenti jew fil-liċenza VLT rilevanti, li ma jkunx flus u li jkun prodott mill-VLT innifsu lil rebbieħ ta' logħba VLT u li jkun skambjabbli jew mifdi għall-premju jew premjijiet attwali ta' dik il-logħba meta dak il-biljett jew dokument jiġi ppreżentat billi jgħaddi minn dawk il-mezzi li jkunu separati minn u mhux inkorporati fil- VLT innifsu wara li jsir kull validament applikabbli u, jew verifiki ta' l-awtentiċita` tiegħu (sew permezz ta' apparati installati fil-VLT innifsu sew xort'oħra);", "(p) minnufih wara t-tifsira \"chief executive\" għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:", "\"\"computer ċentrali VLT\" tfisser sistema ta' computer operata mid-detentur ta' liċenza VLT li magħha għandhom jitqabbdu l-VLTs kollha attivati fis-sistema, u li jista' jirreġistra l-logħob kollu li jsir permezz ta' dawk il-VLTs u li jissorvelja l-operazzjonijiet kollha li jsiru fi jew permezz ta' dawk il-VLTs u li jahzen u jipprovdi rapporti u tagħrif fuq dawn l-affarijiet hawn qabel imsemmija u fuq dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti b'regolamenti magħmulin taħt dan l-Att;\"; u", "(q) minnufih wara t-tifsira \"logħba tat-tombla kummerċjali\" għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:", "\"\"logħba VLT\" tfisser logħba li tintlagħab permezz ta' VLT; u \"liċenza VLT\" tfisser liċenza biex topera logħbiet u logħob VLT permezz ta' VLT jew VLTs maħruġa mill-Awtorita` taħt l-artikolu 42 ta' dan l-Att lil kumpannija reġistrata f'Malta, u \"detentur ta' liċenza VLT\" għandha tiftiehem skond hekk;\"; u", "(r) minnufih wara s-subartikolu (2) għandu jidħol dan is- subartikolu (3) ġdid li ġej:", "\"(3) F'dan l-Att u fir-regolamenti magħmulin taħtu, jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u dak Malti, għandu jipprevali t-test Ingliż.\".", "\"W\" Subclause (1) of clause 2 shall be amended as follows:", "(a) in the definition of \"approved meeting\", for the words \"article 45\" there shall be substituted the words \"article 46\";", "(b) in the definition of \"approved racecourse\" for the words \"article 43\" there shall be substituted the words \"article 44\";", "(c) in the definition of \"approved racing club\", for the words \"article 44\" there shall be substituted the words \"article 45\";", "(d) at the end of the definition of \"gaming device\", there shall be included the words \"a VLT, a VLT central computer, a tombola scorecard and a tombola scoresheet,\";", "(e) the definition of \"means of distance communication\" shall be substituted by the following:", "\"\"means of distance communication\" includes any means which may be used for the communication, transmission, conveyance and receipt of information (including information in the form of data, text, images, sound or speech) or for the conclusion of a contract between two or more persons, without the simultaneous physical presence of those persons; such means may be unaddressed or addressed printed matter, a standard letter, press advertising with an order form, a catalogue, telephone with human intervention (including phone-ins during radio and television programmes) or without human intervention (such as automatic calling machine, audiotext), radio, videophone (telephone with screen), videotext (microcomputer and television screen) with keyboard or touch screen, electronic mail, facsimile machine (fax), and television (teleshopping), and any other means of communication, transmission, conveyance and receipt of information by wire, radio, optical means, electromagnetic means or by any electronic means;\";", "(f) in the definition of \"other games\", immediately after the words \"by broadcasting media game licensees\" there shall be included the words \", VLT games operated by VLT licensees,\";", "(g) in the definition of \"qualifying shareholding\" the words \"holding in a company\" shall be substituted by the words \"shareholding in a company\";", "(h) in the definition of \"racecourse betting licence\" for the words \"article 42\" there shall be substituted the words \"article 43\";", "(i) in the definition of \"racecourse control board\" for the words \"article 45\" there shall be substituted the words \"article 46\";", "(j) at the end of the definition of \"relevant gaming device\" there shall be included the words \"a VLT and a VLT central computer,\";", "(k) in the definition of \"seasonal tombola (bingo) hall licence\", for the words \"remains in force for such continuous period after the date of issue\" there shall be substituted the words \"is issued for such effective term\";", "(l) in the definition of \"small game\", for the words \"prescribed in respect of a specified small game by the relevant regulations made under article 78(2)(g)\", there shall be substituted the words \"prescribed in respect of small games or a specified small game or games by the relevant regulations made under article 78(2)(g);\";", "(m) in the definition of \"sweepstake\" for the words \"Fifth Schedule\" there shall be substituted the words \"Sixth Schedule\";", "(n) immediately after the definition of \"totalisator\" there shall be included the following new definitions:", "\"\"Video lottery terminal\" or \"VLT\" means a gambling machine for the playing of a game or a number of games where the winning chances mainly depend on chance and where the winning combination is determined through a random number or symbol generator installed in the machine itself, which delivers winnings only in the form of VLT payout vouchers, which is connected to a VLT central computer and which contains at least the following components, namely a protective cabinet divided into separate parts (such as the VLT CPU, printer unit, and the cashbox) with unique locking devices to the said different parts, a video display unit, a CPU which processes the game or different games which can be played by means of the VLT, a slot for coins and, or banknotes or other means of receiving payment of the relevant stake, a cashbox, a printer or other means of producing legible data on documentary format and an electronic link to the VLT central computer;", "\"VLT central computer\" means a computer system operated by the VLT licensee to which all activated VLTs in the system must be connected, and which is able to register all gaming taking place through such VLTs and to supervise all operations carried out in or through such VLTs and to store and provide reports and information on the aforesaid matters and any other functions as may be prescribed by regulations made under this Act;", "\"VLT CPU\" means one or several printed circuit cards in the VLT which can be programmed or are equipped with exchangeable programmes or memories;", "\"VLT game\" means a game played by means of a VLT; and \"VLT licence\" means a licence to operate VLT games and gaming through a VLT or VLTs granted by the authority under article 42 of this Act to a company registered in Malta, and \"VLT licensee\" shall be construed accordingly;", "\"VLT payout voucher\" means a ticket or other document, containing such information and characteristics as may be prescribed by regulations or in the relevant VLT licence, which is not money and which is produced by the VLT itself to a winner of a VLT game and which is exchanged or redeemed for the actual prize or prizes of such game against presentation of such ticket or document through means which are separate from and not incorporated in the VLT itself after any applicable validation and, or authenticity tests (whether by means of devices installed in the VLT itself or otherwise) are carried out;\";", "(o) in the definition of \"yearly tombola (bingo) hall licence\", for the words \"remains in force for a period of one year after the date of its issue\" there shall be substituted the words \"is issued for such effective term of one year\"; and", "(p) in clause 2 there shall be included a new subclause (3) as follows:", "\"(3) In this Act and in any regulations made thereunder, if there is any conflict between the English and Maltese texts, the English text shall prevail.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru fis-seduta tal-bieraħ.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"W\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta ta' llejla.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 – Ħtieġa ta' liċenza għal logħba bla skop ta' profitt.", "Clause 37 - Requirement of a non-profit game licence.", "(Posposta mit-30 ta' Ottubru, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi din l-emenda:", "\"X\" L-Ewwel Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fil-partita 2(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikun persuna idonea u adatta biex jassigura\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikun persuna idonea u adatta bil-għan li jassigura\" u minflok il-kliem \"x'aktarx li junu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikunu adatti\";", "(b) fl-ewwel proviso għall-partita 4(1), minflok il-kliem \"l- awtorita' għandha, b'avviż bil-miktub, tinforma lid-detntur ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-awtorita` għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta' liċenza nnifsu, tinforma lid-detentur ta' liċenza b'avviż bil-mitkub\";", "(c) fil-partita 5(1)(b), minflok il-kliem \"għandha tħassar tali liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijet tal-partita 8 ta' din l- Iskeda\";", "(d) fil-partita 6(2), minflok il-kliem \"il-perjodu ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"iz-żmien ta' liċenza\"; u", "(e) fil-partita 7(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'dettall partikolari;\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa\".", "\"X\" The First Schedule shall be amended as follows:-", "(a) in item 2(a), for the words \"is likely to be a fit and proper person to ensure\" there shall be substituted the words \"is a fit and proper person so as to ensure\" and for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\";", "(b) in the first proviso to item 4(1), for the words \"the authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\";", "(c) in item 5(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 8 of this Schedule\";", "(d) in item 6(2), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\"; and", "(e) in item 7(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular;\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"U\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta ta' dalgħodu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"X\" kif imessqa u moqrija mill- Ministru fis-seduta ta' llejla.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"X\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 37, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 – Ħtieġa ta' liċenza ta' sala għal-logħob tat-tombla. – (kont.)", "Clause 38 - Requirement of a tombola (bingo) hall licence. – (Cont.)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l- emenda:", "\"Y\" It-Tieni Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:", "Partita 1 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fil-partita 1(1), minflok il-kliem \"tibqa' fis-seħħ għal sena mid-data meta tinħareġ.\" għandhom jidħlu l-kliem \"tinħareġ għal żmien effettiv ta' sena.\";", "fil-partita 1(2), minflok il-kliem \"tibqa' fis-seħħ għal perjodu kontinwu ta' sitt xhur mid-data meta tinħareg.\" għandhom jidħlu l- kliem \"tinħareg għal żmien effettiv ta' sitt xhur.\";", "fil-partita 1(4), minflok il-kliem \"matul il-perjodu ta' operazzjoni tal-liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"matul iz-zmien tal-liċenza\" u minflok il-kliem \"tal-perjodu tal-liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"taz-zmien tal-liċenza\".", "Fil-partita 3(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"jkunu adatti\" u fil-partita 3(b) minflok il-kliem \"x'aktarx li jkunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"jkunu adatti\".", "Fl-ewwel proviso għal partita 5(1), minflok il-kliem \"l-awtorita` għandha, b'avviz bil-miktub, tgħarraf lid-detentur\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-awtorita` għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew dik l- impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma tkunx ġiet mitluba mid-detentur tal-liċenza nnifsu, tgħarraf lid-detentur tal-liċenza b'avviż bil- miktub\".", "Partita 7 għandha tiġi emendata kif ġej: fil-partita 7(1)(a), fit-test Ingliż tagħha, minflok il-kliem \"as soon as they becomes aware\" għandhom jidħlu l-kliem \"as soon as they become aware\";", "fil-partita 7(1)(b), minflok il-kliem \"għandha tħassar tali liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijiet tal-partita 10 ta' din l-Iskeda:\";", "fil-partita 7(2), minflok il-kliem \"sub-partita (1) ta' din il- partita\" għandhom jidħlu l-kliem \"sub-partita (1)(a) ta' din il- partita\".", "Partita 8 għandha tiġi emendata kif ġej:", "fil-partita 8(2)(b), minflok il-kliem \"tal-kummerċ tiegħu jew ta' parti sinifikanti minnu;\" għandhom jidħlu l-kliem \"tal-kummerċ tiegħu kollu kemm hu jew f'parti minnu\";", "fil-partita 8(2)(f), minflok il-kliem \"licence period\" għandhom jidħlu l-kliem \"licence term\";", "minflok il-partiti 8(3) u (4) għandhom jidħlu dawn il-partiti li ġejjin:", "\"(3) Ikun id-dmir ta' kull min iżomm jew ikollu interess ta' kontroll f'detentur ta' liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li jikseb l- approvazzjoni bil-miktub bil-quddiem ta' l-awtorita` qabel ma jittrasferixxi dak l-interess ta' kontroll lil xi persuna oħra, jew xi parti minnu li kieku jġegħluh itemm milli jibqa' jżomm jew ikollu interess ta' kontroll fid-detentur ta' liċenza jew li kieku jġiegħlu lir-riċevent li jakkwista interess ta' kontroll fid-detentur ta' liċenza, u jekk tingħata dik l-approvazzjoni, dik il-persuna tista' mbagħad tittrasferixxi dak l-interess ta' kontroll jew parti minnu kif hawn qabel imsemmi biss kif suġġett għal dawk il-pattijiet u l- kondizzjonijiet li jistgħu jiġu speċifikati mill-awtorita` fl- approvazzjoni tagħha.", "Persuna li taġixxi bi ksur tad- dispożizzjonijiet ta' din is-sub-partita (3) tkun ħatja ta' reat kontra dan l-Att.", "Ikun id-dmir tad-detentur ta' liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla u tad-diretturi kollha tiegħu li jgħarrfu lill- awtorita` minnufih hekk kif isiru jafu li xi persuna li żżomm jew li jkollha interess ta' kontroll fid-detentur ta' liċenza tkun bi ħsiebha tittrasferixxi dak l-interess ta' kontroll jew parti minnu kif hawn qabel imsemmi lil xi persuna oħra, u fin-nuqqas ikunu ħatja ta' reat kontra dan l-Att.", "Għall-fini ta' din is-sub-partita (3) u ta' kull dispożizzjoni oħra ta' din l-Iskeda li tagħmel referenza għal din is-sub-partita (3), \"interess ta' kontroll f'detentur ta' liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla\" tfisser parteċipazzjoni diretta f'detentur ta' liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla li tkun tirrappreżenta mill-inqas għoxrin fil-mija tal-kapital ta' ishma votanti maħruġ minn dak id- detentur ta' liċenza.", "(4) Jekk detentur ta' liċenza għal sala għal-logħob tat-tombla jieħu xi waħda mill-azzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi (a) sa (e) tas-sub-partita (2) ta' din il-partita 8, jew jekk persuna msemmija fis-sub-partita (3) ta' din il-partita 8 jaghmel trasferiment ta' interess ta' kontroll fid- detentur ta' liċenza jew parti minnu kif imsemmi fl-imsemmija sub-partita (3) lil xi persuna oħra, mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub u bil-quddiem ta' l-awtorita`, jew bi ksur ta' xi pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorita` f'tali approvazzjoni, l-awtorita` tista', mingħajr preġudizzju għas-setghat li għandha taht il-partiti 9 u 10 ta' din l- Iskeda:", "(a) toħroġ direttiva fejn tiddikjara tali azzjoni jew trasferiment bħala wieħed null u bla ebda effett, liema direttiva għandha tkun effettiva kontra kull min ikun involut f'dik l-azzjoni jew trasferiment minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull liġi oħra; u, jew", "(b) toħroġ direttiva lil dak id-detentur ta' liċenza jew, skond il- każ, lil dik il-persuna biex jaghmlu jew jiddeżistu milli jagħmlu xi att li l-Awtorita` tista' tqis li jkun adatt fiċ-ċirkostanzi,", "u dak id-detentur ta' liċenza jew, skond il-każ, dik il-persuna għandhom jikkonformaw ruhhom ma' kull direttiva bhal dik lilhom maħruġa mill-awtorita` skond il-paragrafu (b) ta' din is-sub-partita (4), u fin-nuqqas ikunu ħatja ta' reat kontra dan l-Att.\".", "Fil-partita 9(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'xi dettall partikolari;\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa;\".", "Il-kelma \"jew\" fi tmiem il-partita 9(f) għandha titħassar u l-partita 9(g) għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala partita 9(h) u minnufih wara l-partita 9(f) għandha tiżdied il-partita 9(g) ġdida kif ġej:", "\"(g) persuna bħal dik imsemmija fil-partita 8(3) ta' din l-Iskeda jittrasferixxi interess ta' kontroll fid-detentur ta' liċenza jew tali parti minnu bħalma hemm imsemmi f'dik il-partita 8(3) lil xi persuna oħra, mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub u bil-quddiem ta' l- awtorita` kif inhu meħtieġ b'dik il-partita 8(3), jew bi ksur ta' xi pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorita` f'xi approvazzjoni bħal dik; jew\".", "\"Y\" The Second Schedule shall be amended as follows:-", "Item 1 shall be amended as follows:", "in item 1(1), for the words \"remains in force for one year after the date of its issue.\" there shall be substituted the words \"shall be issued for an effective term of one year.\";", "in item 1(2), for the words \"remains in force for a continuous period of six months after the date of its issue.\" there shall be substituted the words \"shall be issued for an effective term of six months.\";", "in item 1(4), for the words \"original or renewed period of operation of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\" and for the words \"original or renewed period of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\".", "In item 3(a), for the words \"are likely to be fit and proper\" there shall be substituted the words \"are fit and proper\" and in item 3(b) for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\".", "In the first proviso to item 5(1), for the words \"the authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\".", "Item 7 shall be amended as follows:", "in item 7(1)(a) for the words \"as soon as they becomes aware\" there shall be substituted the words \"as soon as they become aware\";", "in item 7(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 10 of this Schedule\";", "in item 7(2), for the words \"sub-item (1) hereof\" there shall be substituted the words \"sub-item (1)(a) hereof\".", "Item 8 shall be amended as follows:", "in item 8(2)(b), for the words \"of its business or a significant part thereof;\" there shall be substituted the words \"of its business, whether in whole or in part;\";", "in item 8(2)(f), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\";", "items 8(3) and (4) shall be substituted by the following:", "\"(3) It shall be the duty of any person who holds or owns a controlling interest in a tombola (bingo) hall licensee to obtain the prior approval in writing of the authority before transferring such controlling interest to any other person, or such part thereof as would cause him to cease to hold or own a controlling interest in the licensee or as would cause the transferee to acquire a controlling interest in the licensee, and if such approval is given, the said person may then transfer such controlling interest or part thereof as aforesaid only subject to such terms and conditions as may be specified by the Authority in its approval.", "A person who acts in breach of the provisions of this sub-item (3) shall be guilty of an offence against this Act.", "It shall be the duty of the tombola (bingo) hall licensee and of all the directors thereof to inform the Authority forthwith upon becoming aware that any person who holds or owns a controlling interest in the licensee intends to transfer such controlling interest or part thereof as aforesaid to any other person, and in default they shall be guilty of an offence against this Act.", "For the purposes of this sub-item (3) and of any other provision of this Schedule which makes reference to this sub-item (3), \"controlling interest in a tombola (bingo) hall licensee\" means a direct shareholding in a tombola (bingo) hall licensee which represents at least twenty per centum of the voting share capital issued by such licensee.", "If a tombola (bingo) hall licensee takes any of the actions set out in paragraphs (a) to (e) of sub-item (2) of this item 8, or if a person referred to in sub-item (3) of this item 8 effects a transfer of a controlling interest in the licensee or part thereof as referred to in the said sub-item (3) to any other person, without the prior approval in writing of the authority, or in breach of any terms and conditions specified by the authority in any such approval, the authority may, without prejudice to its powers under items 9 and 10 of this Schedule:", "issue a directive declaring such action or transfer to be void and of no effect, which directive shall be effective against all persons involved in such action or transfer notwithstanding the provisions of any other law; and, or", "issue a directive to such licensee or, as the case may be, to such person to do or restrain from doing any act which the authority may deem appropriate in the circumstances,", "and such licensee or, as the case may be, such person shall comply with any such directive issued to it by the authority in terms of paragraph (b) of this sub-item (4), failing which it shall be guilty of an offence against this Act.\"", "In item 9(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular;\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "The word \"or\" at the end of item 9(f) shall be deleted and item 9(g) shall be re-numbered as item 9(h) and immediately after item 9(f) there shall be included a new item 9(g) as follows:", "\"(g) any person as is referred to in item 8(3) of this Schedule transfers a controlling interest in the licensee or such part thereof as referred to in the said item 8(3) to any other person, without the prior approval in writing of the authority as required by the said item 8(3), or in breach of any terms and conditions specified by the authority in any such approval; or\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, dalgħodu kelli xi kummenti jew osservazzjonijiet x'nagħmel fuq it-tieni skeda li minħabba li kien sar il- ħin ma lħaqtx għamilthom.", "Għalhekk se nkompli fejn ħallejt.", "L-ewwelnett għal dak li għandu x'jaqsam mal-parti dwar assenjament jew ċessjoni ta' liċenza u trasferiment ta' interessi ta' kontroll, ladarba l- awtorita` hija koperta b'garanzija, għalfejn se tidħol fil-kapital tal- kumpannija?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment il-garanzija m'hijiex qiegħda hemmhekk bħala the ultimate thing.", "L-istess kif jaħdem bank, il-collateral m'għandux ikun the be all and end all. Wieħed irid jieħu all preventive measures biex ma jkollux għalfejn jagħfas fuq il-garanzija.", "Billi jkollu l- garanzija m'għandux iserraħ rasu u jħalli kollox għaddej.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri qegħdin nimxu bl-istess kriterji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Rigward paragrafu (3) ta' partita 8, x'jiġri jekk ikollok każ ta' sentenza mill-qorti biex isir il-bejgħ ta' l-ishma f'ċirkostanzi bħal dawn?", "Xi jkun l-eżitu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk ikun hemm sentenza mill-qorti biex isir bejgħ ta' ishma, dan xorta jrid l-approvazzjoni vis-à-vis min se jieħu l-ishma.", "Voldieri l-kunċett li kulmin se jkun involut irid ikun \"fit and proper\" jibqa' għaddej anke jekk hi deċiżjoni fil-qorti li Mr \"X\" jixtri l-ishma.", "Jekk imbagħad Mr \"X\" huwiex idoneu jew le, finalment tiddeċiedi l- awtorita`.", "Jekk dan jixtri l-ishma u jibqa' jinsisti li ma jridx jerġa' jbigħhom, allura l-awtorita` tista' tneħħi l-liċenzja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fir-rigward ta' sub-paragrafu (a) ta' paragrafu (4) ta' partita 8, jien nifhem u naqbel li l-awtorita` tista' tħassar il- liċenzja.", "Li mhux daqstant ċar huwa għaliex għandu jkollha s-setgħa li effettivament tannulla wkoll il-bejgħ ta' l-ishma.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għaliex dan huwa mezz kif taċċerta li qed iżżomm il- kontroll ta' min hu ntitolat.", "Dan bħall-bank ċentrali.", "Jekk xi ħadd jixtri ishma u m'huwiex idoneu biex imexxi bank, ma tħallix li dak it-transfer tax- shares isir.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'paragrafu (d) ta' partita 9 qed jintqal li l- awtorita` tista' tordna s-sospensjoni jew it-tħassir ta' liċenzja meta d- detentur ta' liċenzja jonqos milli jwettaq l-obbligi finanzjarji li jkollu meta dawn isiru dovuti u jkollhom jitħallsu.", "Li xtaqt nistaqsi huwa meta qed ngħidu \"obbligi finanzjarji\", qed nirriferu għad-detentur ta' liċenzja versu l-awtorita` biss, jew anke f'każ ta' terzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, anke f'każ ta' terzi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Imbagħad hemm il-paragrafu (g) ta' l-istess partita, fejn qed jingħad li l-awtorita` tista' tħassar jew tissospendi liċenzja jekk raġonevolment tqis li jkun meħtieġ fl-interess nazzjonali.", "Issa l- interess nazzjonali xi kultant huwa very difficult to determine għaliex xi ħaġa soġġettiva.", "Jiġifieri hawnhekk qed nirriferi għal xi force majeure jew circumstances, jew mhux bilfors?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, l-interess nazzjonali jista' jkun li jkunu qegħdin isiru xi attivitajiet hemmhekk li m'għandhomx isiru.", "Bil-kunċetti tagħna, per eżempju, biex tħajjar lin-nies jiġu jilagħbu t-tombla ma tistax tagħmel striptease on the side jew fil-gaġeġ.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Innotajt il-kummenti tiegħek.", "Fuq paragrafu (2) ta' partita 10, li titkellem fuq proċeduri għat-tħassir jew sospensjoni ta' liċenzja, li xtaqt nistaqsi huwa jekk meta individwu jħoss li ġie ttrattat ħażin fil-proċedimenti min-naħa ta' l-awtorita`, hux se jkollu dritt għall- appell jew forsi at a certain stage jitlob xi forma ta' injunction.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, kull detentur ta' liċenzja li jħossu aggravat mill-awtorita` jista' jew jerġa' jmur għand l-awtorita` u jgħidilha biex tikkonsidra l-każ, jekk imbagħad jibqa' mhux sodisfatt jista' jmur il-qorti u jitlob injunction u dak kollu li jħoss li għandu dritt jitlob bil-liġi.", "Jiġifieri l-awtorita` m'hijiex qiegħda fuq il-qrati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"V\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru fis-seduta ta' dalgħodu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"Y\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru llejla.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Y\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 38, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 38, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 39 – Limitu ta' l-eta` f'sala għal-logħob tat-tombla.", "Clause 39 - Age limit in a tombola (bingo) hall.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk fejn qed ngħidu li fejn sala tat-tombla tagħmel parti minn kumpless ta' casino, allura l-eta` biex wieħed jista' jidħol jilgħab it-tombla se tkun fuq l-istess kriterji tad-dħul tal-casino, u dan biex ma nagħtux aċċess għall-casino mill-back door bażikament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Ablea.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Kumment żgħir.", "Naturalment l-istess regolamenti li jgħoddu għal sala tal-logħob tat-tombla li semmejna qabel, jgħoddu għal dan ukoll?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 39.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 39 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 40 - Ħtieġa għal liċenza ta' logħba ta' kommunikazzjoni kummerċjali.", "Clause 40 - Requirement of a commercial communication game licence.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi żewġ emendi li jgħidu hekk:", "\"Z\" Fi tmiem is-subklawsola (2) ta' klawsola 40 għandu jidħol dan li ġej:", "\"Kull min jaġixxi bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan is- subartikolu (2) ikun ħati ta' reat kontra dan l-Att.\".", "\"Z\" At the end of subclause (2) of clause 40, there shall be inserted the following:", "\"Any person who acts in breach of the provisions of this subarticle (2) shall be guilty of an offence against this Act.\".", "\"AA\" It-Tielet Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fil-partita 2(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikun persuna idonea u adatta biex jassigura\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikun persuna idonea u adatta bil-għan li jassigura\" u minflok il-kliem \"x'aktarx li jkunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikunu adatti\";", "(b) fl-ewwel proviso għall-partita 4(1), minflok il-kliem \"l- Awtorita` għandha, b'avviz bil-miktub, tinforma lid-detentur ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-awtorita` għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta' liċenza nnifsu, tinforma lid-detentur ta' liċenza b'avviż bil-miktub\";", "(c) fil-partita 5(1)(b), minflok il-kliem \"għandha thassar tali liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijet tal-partita 8 ta' din l-Iskeda\";", "(d) fil-partita 6(2), minflok il-kliem \"il-perjodu ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"iz-zmien ta' liċenza\"; u", "(e) fil-partita 7(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'dettall partikolari;\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa\".", "\"AA\" The Third Schedule shall be amended as follows:-", "(a) in item 2(a), for the words \"is likely to be a fit and proper person to ensure\" there shall be substituted the words \"is a fit and proper person so as to ensure\" and for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\";", "(b) in the first proviso to item 4(1), for the words \"the Authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the Authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\";", "(c) in item 5(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 8 of this Schedule\";", "(d) in item 6(2), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\"; and", "e) in item 7(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular;\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta ngħidu logħob ta' komunikazzjoni kummerċjali, inkunu qed nirriferu għal-logħob li jsir fuq it-televiżjoni jew ir-radju?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta nitkellmu fuq komunikazzjoni kummerċjali nkunu qed nirriferu għal, per eżempju, il-lotteriji ta' taħt it-tap tas-soft drinks.", "Il-logħob tat-televiżjoni jaqa' taħt il-broadcasting media games.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri hawnhekk li qed ngħidu hu li min ikun intenzjonat li jagħmel xi tip ta' marketing u abbinat miegħu jkun hemm premijiet b'lotterija, dik il-kumpannija trid titlob il-permess.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, fil-fatt din hija l-istess kif għandna llum, fejn kull darba li jagħmlu dawn it-tip ta' lotteriji jew inkella għoti ta' premijiet b'xejn, dejjem irid ikollhom il-permess tal-lottu pubbliku.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt meta wieħed jaqra d-definizzjoni ta' \"logħbiet ta' komunikazzjoni kummerċjali\" ma tifhimx mal-ewwel għalxiex qed tirriferi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalhekk ħadt il-parir anke ta' l-esperti tagħna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fit-tielet skeda jingħad li l-premijiet ma jridux jeċċedu l-Lm25,000.", "B'dan qed infissru li biex xi ħadd jippromwovi prodott partikolari ġdid ma jridx jeċċedi l-Lm25,000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, hekk hu.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"Z\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-emenda \"Z\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"AA\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AA\" għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 40, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Ħtieġa ta' liċenza għal logħba tal-mezzi tax-xandir.", "Clause 41 - Requirement of a broadcasting media game licence.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi din l- emenda:", "\"AB\"Fit-tarf tas-subklawsola (2) ta' klawsola 41 għandu jidħol dan li ġej:-", "\"Kull min jaġixxi bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan is-subartikolu (2) ikun ħati ta' reat kontra dan l-Att.\".", "\"AB\"At the end of subclause (2) of clause 41, there shall be inserted the following:", "\"Any person who acts in breach of the provisions of this subarticle (2) shall be guilty of an offence against this Act.\".", "\"AC\"Ir-Raba' Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) fil-partita 2(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikun persuna idonea u adatta biex jassigura\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikun persuna idonea u adatta bil-ghan li jassigura\" u minflok il-kliem \"x'aktarx li jkunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikunu adatti\";", "(b) fl-ewwel proviso għall-partita 4(1), minflok il-kliem \"l- awtorita` għandha, b'avviż bil-miktub, tinforma lid-detentur ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-awtorita` għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta' liċenza nnifsu, tinforma lid-detentur ta' liċenza b'avviż bil-miktub\";", "(c) fil-partita 5(1)(b), minflok il-kliem \"għandha tħassar tali liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tħassar tali liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijet tal-partita 8 ta' din l-Iskeda\";", "(d) fil-partita 6(2), minflok il-kliem \"il-perjodu ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"iż-żmien ta' liċenza\"; u", "(e) fil-partita 7(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'dettall partikolari;\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa\".", "\"AC\"The Fourth Schedule shall be amended as follows:-", "(a) in item 2(a), for the words \"is likely to be a fit and proper person to ensure\" there shall be substituted the words \"is a fit and proper person so as to ensure\" and for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\";", "(b) in the first proviso to item 4(1), for the words \"the authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\";", "(c) in item 5(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 8 of this Schedule\";", "(d) in item 6(2), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\"; and", "(e) in item 7(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular;\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri l-liċenzja hija meħtieġa għal kull logħba?", "Għaliex hawn qed jingħad \"għal logħba tal-mezzi tax-xandir\" mhux \"għal logħob tal-mezzi tax-xandir\".", "Jiġifieri jekk ikollok logħba li tkun mifruxa fuq diversi programmi u ssir logħba f'kull programm, kemm-il liċenzja jkun hemm bżonn?", "Jew ikun hemm blanket cover?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ikun hemm bżonn ta' liċenzja waħda għal kull serie ġdid – naturalment għaliex il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu differenti – u mhux liċenzja għal kull programm li tagħmel fl-istess serie.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"AB\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AB\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"AC\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-emenda \"AC\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 41, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 - Ħtieġa ta' liċenza biex isiru mħatri f'korsa għat- tiġrijiet.", "Clause 42 - Requirement of a rececourse betting licence.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi żewġ emendi li jgħidu hekk:", "\"AD\" F'subklawsola (1) ta' klawsola 42, minflok il-kliem \"tal-Ħames Skeda\" għandhom jidħlu l-kliem \"tas-Sitt Skeda\".", "\"AD\" In subclause (1) of clause 42, for the words \"Fifth Schedule\" there shall be substituted the words \"Sixth Schedule\".", "\"AE\"Il-Ħames Skeda għandha tiġi emendata u ssir is-Sitt Skeda u għandha iktar minn hekk tiġi emendata kif ġej: (a) fil-partita 2(1) tagħha, minflok il-kliem \"tibqa' sseħħ għal sena mid-data minn meta tinħareġ.\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tinħareġ għal żmien effettiv ta' sena.\";", "(b)fil-partita 2(3), minflok il-kliem \"matul il-perjodu ta' operazzjoni tal-liċenza\" għandhom jidħlu il-kliem \"matul iż-żmien tal- liċenza\" u minflok il-kliem \"tal-perjodu ta' operazzjoni tal-liċenza\" għandhom jidħlu il-kliem \"taż-żmien tal-liċenza\"", "(c)fil-partita 4(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikun persuna idonea u adatta biex jassigura\" għandhom jidħlu il-kliem \"ikun persuna idonea u adatta bil-ghan li jassigura\" u minflok il-kliem \"x'aktarx li jkunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikunu adatti\";", "(d)fl-ewwel proviso għall-partita 6(1), minflok il-kliem \"l-awtorita` għandha, b'avviż bil-miktub, tgharraf lid-detentur ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-awtorita` għandha, kemm-il darba dak it- tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid- detentur ta' liċenza nnifsu, tgħarraf lid-detentur ta' liċenza b'avviż bil-miktub\";", "(e)fil-partita 7(1)(b), minflok il-kliem \"għandha tħassar dik il- liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha thassar dik il-liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijiet tal-partita 10 ta' din l- Iskeda\";", "(f)fil-partita 8(2), minflok il-kliem \"il-perjodu ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"iż-żmien tal-liċenza\"; u", "(g)fil-partita 9(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'xi dettall partikolari\" għandhom jidħlu l-kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa\".", "\"AE\"The Fifth Schedule shall be amended to read as the Sixth Schedule and shall be further amended as follows:", "(a)in item 2(1) thereof, for the words \"remains in force for one year after the date of its issue\" there shall be substituted the words \"shall be issued for an effective term of one year.\";", "(b)in item 2(3), for the words \"original or renewed period of operation of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\" and for the words \"original or renewed period of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\";", "(c)in item 4(a), for the words \"is likely to be a fit and proper person to ensure\" there shall be substituted the words \"is a fit and proper person so as to ensure\" and for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\";", "(d)in the first proviso to item 6(1), for the words \"the authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the Authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\";", "(e)in item 7(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 10 of this Schedule\";", "(f)in item 8(2), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\"; and", "(g)in item 9(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "Din il-klawsola qed tirregola l-għoti ta' liċenzji kil-każ ta' logħob fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din hija xi ħaġa li se tilliberalizza aktar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, din qegħdin nagħmluha biex it-tiġrijiet taż-żwiemel indaħħluhom fil-qafas regolamentari tal-gaming.", "Illum ħadd ma jaf fir- realta` x'inhu jiġri u ħadd m'għandu kontroll fuq dak li qiegħed jiġri.", "Dan qegħdin nagħmluh biex indaħħlu l-betting fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel fis-settur regolamentari u naħseb li hekk għandu jkun.", "Xorta pero` vis-à- vis l-operazzjoni tat-tlielaq mhux se jeħodha over il-ministru tal-finanzi imma se tibqa' l-prerogattiva tal-ministru ta' l-isports li jgħid li f'\"dak\" is-site jista' jkun hemm tlielaq taż-żwiemel jew tlielaq tal-klieb.", "Fejn mbagħad jidħol il-betting, se jkun hemm il-kontroll ta' l-awtorita`.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Min-naħa ta' l-oppożizzjoni aħna naqblu li jkun hemm regolamentazzjoni u li wieħed jara x'inhu jiġri.", "Żgur li s-sitwazzjoni preżenti m'hijiex waħda feliċi u ċertament li din hija ħafna aħjar milli hemm bħalissa, dejjem ovvjament jekk taħdem sew.", "Bħalissa l-betting qed isir minn min qed jorganizza t-tiġrijiet.", "Din issa se tinfired?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li qed isir huwa li l-ministru ta' l-isports, li bażikament huwa responsabbli mill-betting, qed jagħti lill-kumitat li jorganizzaw it-tlielaq taż-żwiemel id-dritt li jorganizzaw, mhux jikkontrolla, is-sweepstakes.", "Dawn imbagħad qegħdin jagħmlu subcontracting lil nies privati.", "Din hija s-sitwazzjoni llum, pero` bħala regola fil-fatt ma tantx jeżisti kontroll u qegħdin nipprovaw indaħħluh.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma l-mistoqsija tiegħi hija jekk fil-preparazzjoni ta' dan il-abbozz ta' liġi sarux konsultazzjonijiet ma' l-owners taż- żwiemel.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Saru konsultazzjonijiet fit-tul mal-kumitat responsabbli mit-tiġrijiet taż-żwiemel, mhux ma' l-owners taż-żwiemel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, meta l-Ministru qed jgħid \"tibqa' fis- seħħ għal sena\" – b'riferenza għall-emenda li saret - qed nirreferu għal staġun jew għal sena kalendarja?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed nirriferu għal sena ta' 12-il xahar għaliex min ikun irid liċenzja tagħtih liċenzja ta' sena biex ikollu żmien ta' preparazzjoni.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-fatt dan huwa l-argument tiegħi għaliex jista' jagħti l-każ li liċenzja tkun se tispiċċa mal-bidu ta' l-istaġun.", "Naturalment jekk ma jkunx hemm problemi din se tiġġeddidlu u se jkun mgħarraf minn qabel.", "Xtaqt ni niċċarawha ħalli ma jkunx hemm problemi wara.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, nifhem x'qed tgħid u huwa veru li tista' tkun problema prattika.", "Fil-fatt il-parir li qed jingħatali huwa li ndaħħlu emenda fejn ngħidu \"għal perijodu li tiddeċiedi l-awtorita` basta mhux iktar minn sena\" biex ma jkunx hemm l-overlapping ta' l-istaġuni kif qed jgħid l-Onor.", "Abela.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'każ li jkun hemm club li għal xi raġuni jew oħra jiġi biex jgħaddi l-liċenzja lil ħaddieħor, naturalment dejjem bl- approvazzjoni ta' l-awtorita`, xi kriterji se jintużaw mill-awtorita` biex isir il-bdil?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-istess kriterji li jintużaw biex l-awtorita' taċċetta l-ewwel detentur tal-liċenzja.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: U jista' jsir anke waqt li l-liċenzja hija valida?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, jista' jsir trasferiment.", "Per eżempju, bniedem jista' jiddeċiedi li jirtira u jkun irid jgħaddi l-liċenzja lil ħaddieħor biex ikompli jopera.", "Dik il-persuna li tkun se tieħu l-liċenzja jrid ikollha l-permess ta' l-awtorita` biex tieħu l-liċenzja.", "Mr Chairman, nitlob il-permess biex nipposponu din il-klawsla sakemm issir l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 42 ġiet posposta.", "Klawsola 43 – Approvazzjoni ta' korsi għat-tiġrijiet.", "Clause 43 - Approval of racecourses.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi din l- emenda:", "\"AF\"Klawsola 43 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-kliem \"Artikolu 78(5) kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 78(6)\";", "(b) fil-paragrafu (b) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 43 minflok il- kliem \"Artikolu 43\" għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 44\"; u", "(c) fil-proviso għal subklawsola (4) ta' klawsola 43 minflok il- kliem \"il-ministru għandu, b'avviż bil-miktub, jinforma lid-detentur ta' ċertifikat\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-ministru għandu, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunux intalbu mid-detentur taċ-ċertifikat innifsu jinforma lil dak id- detentur.\".", "\"AF\"Clause 43 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"Article 78(5)\" wherever they appear there shall be substituted the words \"Article 78(6)\";", "(b) in paragraph (b) of subclause (1) of clause 43 for the words \"Article 43\" there shall be substituted the words \"Article 44\"; and", "(c) in the proviso to subclause (4) of clause 43 for the words \"the said minister shall, by notice in writing, inform the holder of the certificate\" there shall be substituted the words \"the said minister shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the holder of the certificate himself, by notice in writing inform such holder\".", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-ministru responsabbli mill-isports jista' jagħti ċertifikat biex ikun hemm art li fuqha jistgħu jsiru t-tiġrijiet u l- kondizzjonijiet relatati magħhom.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Li jippreokkupani huwa dak li hemm f'subklawsola (4) fejn qed jingħad li l-ministru responsabbli mill-isports iqis li jkun adatt li jibdel xi kondizzjoni jew li jimponi xi kondizzjoni ġdida f'xi tali ċertifikat ta' approvazzjoni eċċ. Il-kunċett li l-kondizzjonijiet jistgħu jinbidlu ħesrem ħin bla waqt, lili jinkwetani.", "Nerġa' ngħid li l- liġi tista' tiġi mġebbda minn kwalunkwe amministrazzjoni u kultant issib differenza fl-interpretazzjoni anke bejn ministru u ministru ieħor jew adviser ta' ministru u adviser ta' ministru ieħor.", "Jien ma nafx jekk il-ministru jħossx li għandha tingħata l-liċenzja għal żmien li jidhirlu hu - jekk hux għal sena jew ammont ta' snin ma nidħolx fiha - imbagħad jekk irid ibiddel ir-regoli tal-logħba joħroġ applikazzjonijiet ġodda bil-kondizzjonijiet riveduti kif irid il-gvern.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-gvern m'għandux id-dritt li jbiddel ir- regolamenti, imma li dawn jinbidlu halfway through, frankament lili tippreokkupani daqsxejn għaliex naħseb li tagħti ftit poteri eċċessivi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien nifhem sew il-preokkupazzjoni ta' l-Onor.", "Brincat, pero` nerġa ngħid li f'dawn it-tip ta' ċirkostanzi huwa importanti li bniedem ikun jista' jaġixxi malajr biex kull abbuż jiġi mneħħi immedjatament.", "Hemm bżonn li nagħtu l-benefiċċju tad-dubju lill-ministru, ikun min ikun, li dan se jaġixxi fl-interess tal-poplu, fis-sens li jekk se jbiddel xi kondizzjoni, dan jagħmlu għaliex ikun fl-interess taċ-ċittadini in generali u mhux biex ipattiha lil \"dak\" jew lill-\"ieħor\".", "Allaħares nibdew naħsbu li l-gvern isir fuq din il-bażi; il-ministru għandu r- responsabbilita` li jipproteġi liċ-ċittadin u jekk ikun hemm xi ħaġa li qed issir ħażin, anke jekk tkun qed issir fil-qafas ta' liċenzja li ngħatat, il- ministru m'għandux joqgħod jistenna li tingħalaq il-liċenzja, jagħmel staġun sħiħ bil-problema, imbagħad jirranġa l-liċenzja meta tagħlaq, imma għandu jkollu d-dritt li jaġixxi immedjatament.", "Jien ngħid li fiċ- ċirkostanzi ta' dan l-ambjent li qed nitkellmu fuqu, jiġifieri tal-logħob, dan huwa importanti.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri lanqas taħseb Ii għandu jkun hemm xi forma ta' notice period qasir – m'iniex se nissuġġerixxi kemm, inħalliha fid- diskrezzjoni tal-Ministru – li fih ikunu jistgħu jiġu ċċarati l-affarijiet mal-partijiet ikkonċernati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lest li nikkonsulta, pero` jien ngħid li jekk qed issir xi ħaġa ħażina trid tirranġaha mill-ewwel għaliex inkella jinħolqu l- problemi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq flejjes kbar.", "Jekk tkun qed issir xi ħaġa, vale la pena li tagħmilha anke jekk tagħmel ġimgħa biex tagħmilha.", "Jien minn dak il-lat qed narahom l-affarijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Rigward l-approvazzjoni ta' korsa għat-tiġrijiet, aħna bħalissa għandna korsa waħda, dik tal-Marsa.", "Qed nifhmu li jekk ikun hemm oħrajn iridu jkunu it-tip ta' dik li hemm il-Marsa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tista' tkun anke korsa għat-tiġrijiet tal-klieb.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma, per eżempju, it-tiġrijiet li jsiru fit-toroq li jkollhom il-permess, jistgħu jitqiesu li qed isiru fuq korsa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk tippermettili xtaqt nirrispondi għall-kumment li għamel ftit aktar kmieni l-Onor Brincat dwar it-tibdil fil-kondizzjonijiet.", "Fil-fatt qed jgħiduli li fl-iskeda hemm diġa` previst li meta l-awtorita` jkollha intenzjoni li tbiddel xi kondizzjonijiet għandha tinforma lid- detentur tal-liċenzja u tagħtih ċans biex jirreaġixxi għalihom.", "Rigward dak li staqsa l-Onor.", "Abela, nista' ngħid li fil-liġi qegħdin ngħidu li t-tiġrijiet jistgħu jiġu organizzati biss fil-korsa taż-żwiemel.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri meta nitkellmu fuq korsa tat-tiġrijiet, inkunu qed nifhmu korsa simili bħal tal-Marsa li naturalment ikollha bżonn il-permessi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar biex tinbena eċċ.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, trid tkun korsa kkontrollata.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AF\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 43, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 44 – Approvazzjoni ta' clubs tat-tiġrijiet", "Clause 44 - Approval of racing clubs.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi din l- emenda:", "\"AG\"Klawsola 44 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok il-kliem \"Artikolu 78(5)\" kull fejn jinstabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 78(6); u", "(b) fil-proviso għal subklawsola (4) ta' klawsola 44, minflok il-kliem \"il-ministru għandu, b'avviż bil-miktub, jinforma lid-detentur taċ- ċertifikat\" għandom jidħlu l-kliem \"il-ministru għandu, kemm-il darba dak it-tibdil jew dik l-impożizzjoni ta' kundizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid- detentur taċ-ċertifikat innifsu, b'avviż bil-miktub jinforma lil dak id- detentur.\".", "\"AG\"Clause 44 shall be amended as follows:", "(a) for the words \"Article 78(5)\" wherever they appear there shall be substituted the words \"Article 78(6)\"; and", "(b) in the proviso to subclause (4) of clause 44, for the words \"the said minister shall, by notice in writing, inform the holder of the certificate\" there shall be substituted the words \"the said minister shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the holder of the certificate himself, by notice in writing inform such holder.\".", "Dan ukoll huma kondizzjonijiet li taħthom il-ministru responsabbli mill- isport jista' japprova clubs tat-tiġrijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri f'din il-klawsola qed ngħidu li jista' jkun hemm aktar minn club wieħed li fl-istess żmien jorganizza t-tiġrijiet, naturalment f'korsa approvata, u li dan għandu jingħata l-permess mill- ministru responsabbli mill-isports.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'hekk wieħed ikun jista' jaċċerta ruħu li dawn ikunu clubs organizzati.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għar-rigward ta' organizzazzjoni ta' logħob li jagħmel kull club, imbagħad japplikaw il-klawsoli li tkellimna fuqhom qabel u l-awtorita` imbagħad f'dan il-każ tiegħu over hi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, u tikkontrolla bl-inspectors tagħha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AG\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 44, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 42 – Ħtieġa ta' liċenza biex isiru mħatri f'korsa għat-tiġrijiet.", "Clause 42 - Requirement of a racecourse betting licence.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nitlob il-permess biex nirtira emenda \"AE\" li ressaqt aktar kmieni fil-Kumitat.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda ġiet irtirata.", "THE CHAIRMAN: Mr Chairman, se nipproponi l-emenda li ġejja:", "\"AH\" Il-Ħames Skeda għandha tiġi emendata u ssir is-Sitt Skeda u għandha iktar minn hekk tiġi emendata kif ġej:", "(a) minflok il-partiti 2(1) u (2) għandhom jidħlu dawn il-partiti li ġejjin:-", "\"2 (1) Liċenza biex isiru mħatri f'korsa għat-tiġrijiet għandha tinħareġ għal dak iż-żmien, li ma jkunx ta' aktar minn sena, li l- awtorita' tista' tispeċifika fil-liċenza.", "(2) Kemm-il darba ma tkunx ġiet imħassra qabel, liċenza biex isiru mħatri f'korsa għat-tiġrijiet tista' tiġġedded mill-awtorita' għal perjodu jew perjodi oħra, li kull wieħed minnhom ma jkunx jeċċedi sena, skond kif l-awtorita' tista' tistabbilixxi.\".", "(b) fil-partita 2(3), minflok il-kliem \"matul il-perjodu ta' operazzjoni tal-liċenza\" għandhom jidħlu il-kliem \"matul iż-żmien tal-liċenza\" u minflok il-kliem \"tal-perjodu ta' operazzjoni tal- liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"taż-żmien tal-liċenza\";", "(c) fil-partita 4(a), minflok il-kliem \"x'aktarx ikun persuna idonea u adatta biex jassigura\" għandhom jidħlu il-kliem \"ikun persuna idonea u adatta bil-għan li jassigura\" u minflok il-kliem \"x'aktarx li jkunu adatti\" għandhom jidħlu l-kliem \"ikunu adatti\";", "(d) fl-ewwel proviso għall-partita 6(1), minflok il-kliem \"l- awtorita` għandha, b'avviż bil-miktub, tgħarraf lid-detentur ta' liċenza\" għandhom jidħlu il-kliem \"l-Awtorita` għandha, kemm-il darba dak it-tibdil jew impożizzjoni ta' kondizzjoni ġdida ma jkunx intalab mid-detentur ta' liċenza nnifsu, tgħarraf lid- detentur ta' liċenza b'avviż bil-miktub\";", "(e) fil-partita 7(1)(b), minflok il-kliem \"għandha tħassar dik il-liċenza:\" għandhom jidħlu l-kliem \"għandha tħassar dik il- liċenza mingħajr ma timxi skond id-dispożizzjonijiet tal-partita 10 ta' din l-Iskeda\";", "(f) fil-partita 8(2), minflok il-kliem \"il-perjodu ta' liċenza\" għandhom jidħlu l-kliem \"iż-żmien tal-liċenza\"; u", "(g) fil-partita 9(c), minflok il-kliem \"informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa f'xi dettall partikolari\" għandhom jidħlu il- kliem \"informazzjoni materjali li tkun falza jew qarrieqa\".", "\"AH\"The Fifth Schedule shall be amended to read as the Sixth Schedule and shall be further amended as follows:", "(a) items 2(1) and (2) shall be substituted by the following:-", "\"2(1) A racecourse betting licence shall be issued for such term, not exceeding one year as the authority may specify in the licence.", "(2) Unless it is previously cancelled, a racecourse betting licence may be reviewed by the authority for a further period or further periods, each of which shall not exceed one year, as the authority may determine.\".", "(b) in item 2(3), for the words \"original or renewed period of operation of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\" and for the words \"original or renewed period of the licence\" there shall be substituted the words \"original or renewed term of the licence\";", "(c) in item 4(a), for the words \"is likely to be a fit and proper person to ensure\" there shall be substituted the words \"is a fit and proper person so as to ensure\" and for the words \"are likely to be fit\" there shall be substituted the words \"are fit\";", "(d) in the first proviso to item 6(1), for the words \"the authority shall, by notice in writing, inform the licensee\" there shall be substituted the words \"the authority shall, unless such variation or imposition of a new condition has been requested by the licensee himself, inform the licensee by notice in writing\";", "(e) in item 7(1)(b), for the words \"shall cancel such licence:\" there shall be substituted the words \"shall cancel such licence without complying with the provisions of item 10 of this Schedule\";", "(f) in item 8(2), for the words \"licence period\" there shall be substituted the words \"licence term\"; and", "(g) in item 9(c), for the words \"information that is false or misleading in a material particular\" there shall be substituted the words \"material information that is false or misleading\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"AD\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AD\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"AH\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AH\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 42, kif emendata?", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 42, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 45 - Ħatra ta' Bord għall-Kontroll ta' Korsi għat-Tiġrijiet.", "Clause 45 - Appointment of Racecourse Control Boards.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AI\"Klawsola 45 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok il-kliem \"Artikolu 78(5)\" kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 78(6)\"; u", "(b) fis-subklawsola (1) ta' klawsola 45, minflok il-kliem \"tat- Tmien Skeda\" għandhom jidħlu l-kliem \"tad-Disa' Skeda.\".", "\"AI\"Clause 45 shall be amended as follows:-", "(a) for the words \"Article 78(5)\" wherever they appear, there shall be substituted the words \"Article 78(6)\"; and", "(b) in subclause (1) of clause 45, for the words \"Eight Schedule\" there shall be substituted the words \"Ninth Schedule\".", "\"AJ\" It-Tmien Skeda għandha tiġi emendata billi tibda tinqara bħala d- Disa' Skeda u għandha tiġi emendata ulterjorment billi fil-paragrafi 9 u 10 minflok il-kliem \"l-artikolu 78(5)\" kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 78(6)\".", "\"AJ\" The Eighth Schedule shall be amended to read as the Ninth Schedule and shall be further amended as follows: in paragraphs 9 and 10 for the words \"article 78(5)\" wherever these occur there shall be substituted the words \"article 78(6)\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'din il-klawsola qed jingħad li l-ministru responsabbli mill-isport se jkollu l-poter li jaħtar il-bord tal-kontroll għal kull korsa ta' tiġrija li jkun hemm.", "Bħalissa, minbarra l-korsa tal- Marsa jeżistu wkoll interessi oħrajn bħal, per eżempju, tal-ponies u tal- polo.", "Filwaqt li jien naqbel ma' din il-klawsola rrid ngħid li jkun tajjeb li l-ministru responsabbli mill-isport, meta jiġi biex jaħtar dan it-tip ta' bord għall-kontroll tal-korsa tat-tiġrijiet, iżomm quddiem għajnejh l- interessi l-oħrajn li qed jagħmlu użu mill-korsa tal-Marsa biex ma jkunx hemm komplikazzjonijiet wara.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb li huwa suġġeriment raġonevoli li għandu jinstema`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"AI\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AI\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda \"AJ\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AJ\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 45 kif emendata.", "Dawk favur\" (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 – Restrizzjoni fuq il-kreditu.", "Clause 46 - Restriction on credit.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din hija klawsola importanti ħafna fejn qed tgħid li hu projbit li min qed jopera xi logħob jew huwa detentur ta' liċenzja jagħti self jew kreditu biex isir il-logħob.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel ma' din il-klawsola, pero` naħseb li f'dan il-każ aktar hija kwestjoni ta' pulizija milli ta' awtorita`.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ta' l-awtorita` ukoll għaliex tista' tneħħi l- liċenzja.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk, apparti milli l-awtorita` tneħħi l- liċenzja f'każ li detentur ta' liċenzja jew operatur ikun instab li sellef xi flus għal skop ta' logħob tidħol ukoll il-pulizija bil-proċeduri?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, hawnhekk m'aħniex nagħmlu emendi għall-kodiċi kriminali imma qed nagħmlu liġi dwar il-gaming.", "Ovvjament se jkun hemm penalitajiet pero` l-iktar ħaġa importanti hawhekk hija li min jagħmel xi ħaġa llegali titteħidlu l-liċenzja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 46.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46 għaddiet nem. con.", "Klawsola 47 – Kif japplika l-Kodiċi Ċivili.", "Clause 47 - Applicability of the Civil Code.", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qiegħda tgħid li artiklu 1716 tal-kodiċi ċivili ma jkunx japplika bħala logħob awtorizzat u dan huwa fir-rigward ta' xiri u bejgħ ta' futures fuq l-istock exchange.", "Jiġifieri għalkemm dan huwa tip ta' logħob m'aħniex qed indaħħluh taħt din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 47.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 47 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 48 - Ħlas ta' ġugati u premjijiet.", "Clause 48 - Payment of stakes and prizes.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola tirregola kif għandhom jitħallsu l-premijiet u l-obbliġi ta' min għandu liċenzja biex iħallashom u naturalment il-protezzjoni li hemm versu l-ġukatur.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena napprezza li l-gvern qed jimxi fuq il- provisions rilevanti tal-gaming act jiġifieri m'iniex qed nipprova nissuġġerixxi li għandna nerġgħu nivvintaw ir-rota, pero` qed insemmi xi ħaġa li forsi tista' tqum anke fi stadju ulterjuri meta nitkellmu dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ħasil ta' flus.", "Jiena nifhem il-konsiderazzjoni li wasslet lill-gvern biex l-ewwel kien qed itella' u jniżżel jekk jipprojbixxix l-aċċettazzjoni tal-credit cards f'dan it-tip ta' logħob imbagħad iddeċieda li jekk jagħmel hekk ikun qiegħed jirrestrinġi anke dak li huwa offshore betting hawnhekk.", "Jien naħseb li l-użu tal-credit cards għandha tiġi kkonsidrata anke mill-aspett ta' ħasil ta' flus.", "M'iniex qed ngħid li qed isir hekk, imma jekk wieħed jara anke dan l-aħħar fil-Parlament Ewropew id-definizzjoni li ngħatat għal \"ħasil ta' flus\" - forsi qed noħroġ barra s-suġġett għaliex money laundering jiġi ttrattat iktar tard imma qed nagħġen kollox flimkien – isib li d-definizzjoni twessgħet ħafna anke minħabba ċ-ċirkostanzi kif evolvew f'dawn l-aħħar xhur jew ġimgħat.", "Filwaqt li qabel il-money laundering kien iktar marbut ma' lack of compliance min-naħa ta' financial institutions, illum dan twessa' b'tali mod li qed jinkludi ċerti professjonisti bħal nutara, accountants, avukati u anke l-casinos.", "Instab ukoll – u dan huwa punt li jisħqu fuqu l- iktar l-IRS Amerikana - li l-iktar li jista' jagħti lok għall-abbuż huwa meta jkun hemm riferenza għall-użu tal-credit cards f'dak li huwa casino games.", "Nerġa' ngħid, li naf li ma kienx hemm din it-tip ta' projbizzjoni fil-Gaming Act ta' l-1998, jiġifieri m'iniex qed ngħid dan bi kritika għal- liġi għaliex naħseb li qed jiġri biss huwa li qed tiġi rolled over, imma fid-dawl taċ-ċirkostanzi kif evolvew f'dawn l-aħħar xhur jew ġimgħat, kien hemm xi rethinking min-naħa ta' l-amministrazzjoni fuq l-implikazzjonijiet tal-kwestjoni ta' payments li jsiru bil-credit cards?", "THE CHAIRMAN: l-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, rethinking bħala tali ma kienx hemm.", "Naturalment wieħed irid iżomm ċertu skrutinju fuq dawn it-transazzjonijiet, isiru kif isiru.", "Per eżempju, aħna diġa` għandna ċertu skrutinju fuq il-casinos f'dak li jirrigwarda cash transactions; xi ħadd jiġi b'xi Lm50,000 cash u jixtrihom chips u prattikament ikun ikkonvertihom.", "U allura diġa` qegħdin b'għajnejna miftuħin.", "L-inspectors li jkunu fil-casinos - u aħna l-aktar li qed nirriferu huwa għal hemmhekk mhux għal min imur jilagħab il-lottu bil-credit card - huma instructed sabiex jagħmlu scanning mhux biss ta' transazzjoni pure cash imma anke ta' trasazzjonijiet bi credit cards.", "Aħna nħossu li minflok ngħidu li m'għandhomx jintużaw credit cards, ikun aħjar jekk neleboraw sistemi ta' kontroll fuq kif dawn qegħdin jintużaw.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: L-importanti hu li skond ma qal il-ministru l- awtoritajiet huma sodisfatti bil-level of compliance li qed ikun hemm anke minn casinos li ġew illiberalizzati.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-importanti f'dan kollu hu li jkollna spettorat professjonali u jaf x'inhu jagħmel.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawosla 48.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 48 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 – Awtorita` biex l-infiq isir mid-dħul u t-twaqqif tal-Fond tal- Lotterija Nazzjonali għal Kawżi Ġusti.", "Clause 49 - Authority to meet expenditure out of revenue and condition of National Lottery Good Causes Fund.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AK\" F'paragrafu (b) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 49 minflok il- kliem \"artikolu 58(2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 59(2)\".", "\"AK\" In paragraph (b) of subclause (6) of clause 49 for the words \"article 58(2)\" there shall be substituted the words \"article 59(2)\".", "Mr Chairman, b'din il-klawsola qed inwaqqfu l-fond għall-kawżi ġusti li se jaħdem billi parti mill-introjtu li jkollu l-gvern mil-liċenzjar ta' dan il- logħob, ikun xi jkun, ma tmurx fil-fond konsolidat imma tmur ġo dan il-fond speċjali li mbagħad il-ministri konċernati, jiġifieri dak tal-finanzi, l- isport, il-kultura u s-servizzi soċjali, ikunu jistgħu jiddedikawh għal ċerti kawżi l-iktar l-iktar dawk li huma volontarjat li nħossu li għandhom jiġu mgħejjuna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, dan il-punt li se nqajjem diġa` qajjimtu fil-kuntest ta' awtoritajiet oħrajn, imma naħseb li jkun tajjeb li nerġa' nagħmlu issa la min-naħa tagħna nħossu daqshekk fuqu.", "Jien ma nħossx li s-surplus ta' l-awtorita` - jekk ikun hemm surplus – għandu jibqa' f'idejn l-organizzazzjoni imma għandu jmur fil-fond konsolidat, iżjed u iżjed meta l-pajjiż għandu ċerti problemi fiskali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista' nassigurak li se jmur fil-fond konsolidat.", "Fil-fatt li se jiġri huwa li r-revenue item fil-budget \"lotteries\" se jiġi sostitwit b'żewġ affarijiet; income tax li allura se jmur direttament fil- fond konsolidat tal-kumpannija li tkun qed tmexxi l-logħob u l-liċenzja li tkun sostanzjali fil-miljuni kull sena għaliex hija persentaġġ mit-total turnover.", "Dak se jibda jidher taħt \"licences and fees\" tal-fond konsolidat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Li ridt ngħid huwa li f'subklawsola (7) li titkellem fuq il-kawżi ġusti, l-għaqdiet sportivi m'humiex imsemmija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għaliex dawk jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, skond il-bżonn.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, jien m'iniex qed nirriferi għall-ismijiet ta' l-għaqdiet imma qed nissuġġerixxi li fejn hemm \"li jkollhom skopijiet ta' xorta reliġjuża, filantropika, kulturali, edukattiva, soċjali jew ċivika\" tidħol ukoll il-kelma \"sportiva\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, naħseb li nistgħu ndaħħluha u għalhekk se nipprponi emenda verbali li tgħid hekk:", "F'subklawsola (7) ta' klawsola 49 wara l-kliem \"reliġjuża, filantropika, kulturali,\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"sportiva,\".", "In subclause (7) of clause 49 immediately after the words \"reliġious, philanthropic, cultural,\" there shall be inserted the word \"sports,\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Dwar il-mod ta' kif se jitqassam dan il-fond, se jkun hemm speċi ta' kumitat imwaqqaf bejn il-ministru tal-finanzi u l- ministru responsabbli mill-isport?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, m'hemmx kumitat formali per se.", "Sal-lum il- ministru tal-finanzi għandu l-prerogattiva li jqassam hu flus minn dan il- fond lil ħafna soċjetajiet bħall-orfanatrofiji u għaqdiet sportivi u fil- fatt kemm-il darba nwieġeb domandi parlamentari fejn ngħid għand min marru l-flus.", "Pero` imbagħad ikun hemm ammonti sostanzjali li bi qbil mal- ministri konċernati, nagħtu skond l-okkażjoni.", "Per eżempju, meta jkun hawn l-olympic games ngħaddu madwar Lm50,000 minn dan il-fond lill-kumitat olimpiku Malti.", "Nagħu wkoll, dejjem bi qbil, sussidju ta' Lm4,000 fis-sena lill-assoċjazzjoni tal-basketball biex inħeġġuhom ikomplu b'dan l-isport.", "Min-naħa soċjali imbagħad għandna għaqdiet bħall-Caritas u l-Eden Foundation li xi kultant nagħtuhom mijiet ta' eluf minn dan il-fond, naturalment bi qbil u b'budget ippreparat mal-ministru tal-politika soċjali.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma jkun hemm bord ta' konsulenza?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, se nagħmlu hemm bord ta' konsulenza biex wieħed ikun jista' jidħol f'ċertu dettall.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naqbel ma' dan li qed jgħid il-ministru għaliex ħafna drabi jkun meħtieġ li jinstabu fondi addizjonali biex wieħed jaqdi l- ħtieġijiet, kemm ta' għaqdiet kbar kif ukoll ta' għaqdiet żgħar li forsi b'Lm100 jagħmlu festa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: U ma tistax tkun tassattiv f'dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, kelli każ ta' istituzzjoni li tieħu ħsieb ix-xjuħ li riedu jagħmlu estensjoni u kellhom iħallsu xi Lm70,000 għall-permess tal-planning authority u ġew għandi għall-eżenzjoni.", "Jien kontra li nagħti eżenzjonijiet kemm jista' jkun u allura f'dak il-każ – din l-istituzzjoni kienet immexxija minn NGO – rajt li aħjar naqbad Lm70,000 minn dan il-fond u nagħtihomlhom biex huma jkunu jistgħu jħallsu għall-permess.", "Dan huwa l-mod kif jiġi amminstrat dan il-fond.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'dak li għandu x'jaqsam mas-Super 5 li se tiġi assorbita f'dan kollu, kien hemm klawsola fiha li tgħid li 35% minnhom imorru għall-isport.", "Din issa se tkun inkorporata f'dan il-fond?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, se tkun inkorporata f'dan il-fond.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għad hemm kwestjoni għaddejja dwar l-argument li l- 35% għandhom imorru għand il-kunsill għall-isport u mhux għand il-ministru tal-finanzi li jiddeċiedi hu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qatt ma sar hekk.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: U huwa proprju għalhekk li l-kwestjoni baqgħet għaddejja.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero` issa qed tiġi ċċarata li tkun f'dan il-fond imbagħad jitqassmu b'konsultazzjoni mal-ministru responsabbli mill-isport.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija jekk jikkonsidrax il- ministru li d-dikjarazzjoni ta' kull ammont riċevut u minfuq jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mingħajr ma wieħed jagħmel domanda għalih.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero` mhux neċessarjament għandu jkun hemm id- dettalji kollha ta' kif ingħataw, għax l'apetito vien mangiando.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Iktar milli kif ingħataw, l-ammonti li ngħataw.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-problema hi li mbagħad kulħadd jibda jitħajjar.", "Fil-fatt waħda mill-problemi kbar li kelli meta sirt ministru tal-finanzi kien li kont nirċievi madwar 15-il talba fix-xahar għall-għajnuna; kulħadd jivvinta x'jagħmel imbagħad il-premjijiet irid iħallashom il-ministru tal- finanzi minn dan il-fond.", "Jien dik qtajtha u ħadt deċiżjoni li matul is- sena m'iniex se nagħti aktar dawn il-pezzi bukkuni lil kulħadd u nagħmlu eżerċizzju darba f'sena fejn naraw liema huma dawk l-istituzzjonijiet li għandhom jibbenefikaw b'xi mod.", "Jien naħseb li b'hekk wieħed ipoġġi ċerta dixxiplina fis-sistema għaliex tassattivament jekk ma tkunx xi ħaġa vera straordinarja, dejjem ngħidu \"le\" għal kulmin jivvinta xi ħaġa matul is- sena.", "Pero` rridu noqogħdu attenti għaliex jekk l-accounts se jkunu pubbliċi allura se jkollna min jgħid li għaliex \"dak\" ħa \"daqstant\" hu għandu jieħu wkoll.", "Jien m'għandi ebda problema biex ngħid li dan ir-rapport għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u fil-fatt qed ngħidilhom biex ilestu emenda fuq il- linji ta' dak li ssuġġerixxa l-Onor.", "Abela.", "Mr Chairman, nitlob għalhekk il-permess sabiex nipposponu din il-klawsola sakemm issir l-emenda.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u Klawsola 49 ġiet posposta.", "Klawsola 50 - Poter li tissellef jew toħloq kapital.", "Clause 50 - Power to borrow or raise capital.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola hija waħda normali fuq bażi kummerċjali, mhux għaliex l-awtorita` se jkollha bżonn tissellef.", "Fil- fatt din se jkollha l-flus ħerġin minn widnejha, pero` għal li jista' jkun qed ngħidu li hija awtorizzata tissellef jekk ikollha bżonn tagħmel hekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 50.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 50 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 51 - Avvanzi mill-gvern.", "Clause 51 - Advances from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, hawnhekk qed nagħmlu l-istess ħaġa.", "Żgur li mhux se jkun hemm il-bżonn li wieħed javvanza xi flus lil din l- awtorita`, pero` naħseb li xorta għandna nħallu din il-possibilita` għall- formalita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed nifhem sew, li mhux se jkun hemm recourse għall- estimi supplimentari f'ċirkostanzi bħal dawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, se jkun hemm, naturalment dejjem made by the minister out of the consolidated fund.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri; No) Il-mistoqsija hija Klawsola 51.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 51 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 52 - Tislif mingħand il-gvern.", "Clause 52 - Borrowing from Government.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li jekk l-awtorita` għandha bżonn flus biex tagħmel nefqa kapitali l-gvern jislef lill-awtorita` fuq kondizzjonijiet li jkunu appropriate.", "Jekk isir dan, naturalment ikun irid jidher fil-kontijiet tal-gvern.", "Jiġifieri jekk, per eżempju, l-awtorita` trid tinvesti f'sistema elettronika ta' kontroll ġenerali li jiswa ħafna flus, din tista' tmur għand il-gvern u titolbu jislifha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aktar kmieni l-Ministru tana l-assigurazjoni li fejn ikun hemm surplus fund ta' l-awtorita` dawn jiġu mgħoddija lill-fond konsolidat.", "F'każ bħal dan naħseb li jkun iktar ta' konfort li jekk se jintuża t-treasury clearance fund l-aġġustament neċessarju mal-fond konsolidat isir sa tmiem is-sena finanzjarja.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero` mhux neċessarjament, fil-fatt is-sistema ta' accrual accounts għalhekk tiddaħħal biex tagħti levelling of expenditure ħalli l-istatistika tkun aktar ekwiparabbli.", "Jekk inti se tixtri asset li se jservik għal għaxar snin ma tiċċarġjahx to expense dik is-sena li tħallsu imma jekk jista' jkun tiċċarġjah to expense matul l-għaxar snin li qed tużah u li qed jagħtik il-frott.", "Dak huwa wieħed mill-kunċetti bażiċi ta' accrual accounting li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li għandna nimxu għalih.", "Issa f'dan il-każ qegħdin ngħidu li jekk hi kwestjoni li qed tixtri a capital asset li se tużah għal numru ta' snin l-awtorita` mhux neċessarjament tiċċarġjah l-ewwel sena fil-fond konsolidat; tista' tiċċarġjah fit-treausury clearance fund għaliex dak għalhekk qiegħed imbagħad jiġi ċċarġjat mill-konsolidat fil-perijodu ta' meta jiġi wżat dak l-asset partikolari.", "Issa hawnhekk se nagħmel daqsxejn parentesi għaliex saru xi kummenti – m'iniex qed ngħid għall-Onor.", "Brincat – fis-sens li t-treasury clearance fund huwa xi fund moħbi.", "Dan m'hu moħbi xejn.", "It-treasury clearance fund fil-fatt qiegħed biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' l-accrual accounting li għandna.", "Veru li xi kultant inpoġġu fih djun li mhux se jitħallsu lura, imbagħad finalment we have to clear them off the books kif qed nagħmlu issa, pero` it-treasury clearance fund huma flus li qegħdin joħorġu u jistgħu jerġgħu jidħlu.", "Għalhekk ma naqbilx ma' l-Onor.", "Brincat fejn qal li fl-aħħar tas-sena irridu nġibu għax-xejn it-treasury clearance account għaliex allura tista' ma tuża xejn it-treasury clearance fund.", "It-treasury clearance fund tużah meta l-ispiża tkun se ġġorrha minn sena għal sena mingħajr ma tiċċarġja l-consolidated account.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 52.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 52 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 53 – Estimi ta' l-Awtorita`.", "Clause 53 – Estimates of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem dwar l-estimi ta' l-awtorita` u qed ngħidu li dawn għandhom jiġu sottomessi lill-ministru għall-approvazzjoni tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairmam, kif konna rrimarkajna anke meta konna qed niddiskutu l-communications authority li jidher ċar li hija t-template li ġiet użata għal diversi awtoritajiet oħrajn u anke f'dan il-każ partikolari, konna nsibu iktar konfort li kieku apparti mill-approvazzjoni tal-ministru, estimi bħal dawn jitressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra kollha nnifisha.", "Veru li jista' jinġieb l-argument li wieħed jista' jirrikorri għall-PAC imma jien naħseb li meta qed nitkellmu fuq awtorita` ta' ċerta portata jkun hemm iktar weight jekk ikun hemm l-iskrutinju tal- Kamra kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq dawn l-estimi li qegħdin ngħidu, se naraw fil- klawsola ta' wara li dawn se jiġu ppreżentati fuq il-mejda tal-Kamra, pero` llum għandna l-PAC li jista' jaqbadhom u jiflihom f'ħafna aktar milli nifluhom hawnhekk fil-kumitat of the full House.", "Jiġifieri jien naħseb li dan il-parlament għandu l-mekkaniżmu li jiċċekkja mingħajr ma noqogħdu niddedikaw seduti partikolari għalihom fil-parlament as a full House.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan huwa punt dibattibbli jiġifieri ma tistax taqbad u taqta' linja dritta imma jien naħseb li meta jkollna awtoritajiet iservi ta' sorvelja iktar jekk dawn jiġu diskussi fil-Kamra kollha.", "B'daqshekk ma rridx ngħid li l-PAC huwa mpotenti, pero` naħseb li jekk ikunu għall- iskrutinju tal-Kamra kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw rappreżentanza iktar wiesgħa milli sempliċiment l-erba' jew it-tliet rappreżentanti ta' naħa u ta' oħra.", "Din m'hijiex xi kwestjoni li se noqogħdu nfettqu fuqha imma dan il-punt konna sħaqna dwaru meta kellna l-communications authority, qajjimnieh ukoll fil-kuntest ta' l-awtoritajiet l-oħrajn kollha u nħossu li m'għandniex nagħmlu eċċezzjoni fir-rigward ta' l-awtorita` li għandna quddiemna llum.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 53.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 53 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 54 – L-infieq għandu jkun skond l-estimi approvati.", "Clause 54 – Expenditure to be accorking to approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l- emenda:", "\"AL\" F'subklawsola (1) ta' klawsola 54 minflok il-kliem \"artikolu 53\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 54\".", "\"AL\" In subclause (1) of clause 54 for the words \"article 53\" there shall be substituted the words \"article 54\".", "Hawnhekk qed ngħid liladarba jsiru l-estimi allura l-awtorita` tkun obbligata li tara li l-infiq tagħha jkun konformi ma' l-istess l-estimi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AL\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 54, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 54, kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 55 – Pubblikazzjoni ta' estimi approvati.", "Clause 55 – Publication of approved estimates.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qed tgħid li l-ministru irid, fi żmien tmien ġimgħat minn mindu jiġu ppreżentati l-estimi ta' l- awtorita`, ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 55.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 55 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 56 – Kontijiet u verifika.", "Clause 56 – Accounts and audit.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"AM\" F'subklawsola (3) ta' klawsola 56 minflok il-kliem \"artikolu 53\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 54\".", "\"AM\" In subclause (3) of clause 56 for the words \"article 53\" there shall be substituted the words \"article 54\".", "Din hija klawsola li tipprovdi għall-auditing ta' l-awtorita` mill-awditur ġenerali li naturalment għandu kull fakulta` li jagħmel l-audit ta' din l- awtorita` u anke hemm li l-ministru jista' jordna audit hu wkoll.", "THE CHAIRMAN: Onor. Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiena xtaqt inkun naf jekk hemmx xi ħsieb li l- kontijiet jibdew jinżammu on an accrual basis minflok ma jkunu on a cash basis.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb nistgħu nordnaw bħalma ordnajna f'każi oħra li l-kontijiet jibdew isiru on an accrual basis.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AM\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 56, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 56, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordanta biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 57 - Depożitu ta' kull dħul u ħlas mill-Awtorita`.", "Clause 57 - Deposit of revenues and payments by the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-mod kif l-awtorita` għandha tirregola l-flus li tirċievi; trid tagħmel bank accounts u żżomm l-accounts tagħhom bil-mod kif inhu regolat hawnhekk fid- dettall.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 57.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 57 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 58 - Riserva għal premjijiet mhux mitlubin", "Clause 58 - Unclaimed prizes reserve", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AN\" F'subklawsola (2) ta' klawsola 58, minflok il-kliem \"fl-artikolu 49(6).\" għandhom jidħlu l-kliem \"fl-artikolu 50(6):\" u minnufih wara għandhom jiżdiedu l-kliem \"iżda fil-każ ta' terminazzjoni jew ta' tħassir tal-liċenza għal-Lotterija Nazzjonali, il-fondi kollha li jkunu akkreditati lir-riserva għall-premjijiet mhux mitlubin fit-tmien jum wara d-data ta' dik it-terminazzjoni jew ta' dak it-tħassir għandhom jitħallsu mid-detentur tal-liċenza tal-lotterija nazzjonali lill-awtorita' sa mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn dik id-data ta' terminazzjoni jew ta' tħassir.\".", "\"AN\" In subclause (2) of clause 58, for the words \"Article 49(6).\" there shall be substituted the words \"article 50(6):\" and immediately thereafter there shall be added the words:", "\"provided that in the case of termination or cancellation of the national lottery licence, all funds standing to the credit of the unclaimed prizes reserve on the eighth day after the date of such termination or cancellation shall be paid by the national lottery licensee to the authority by not later than two weeks from such date of termination or cancellation.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, subklawsola 4 qed jingħad li \"il- ministru jista' b'regolamenti japplika d-dispożizzjonijiet ta' dan l- artikolu lil detenturi oħrajn ta' liċenza għal logħbiet jew lil dawk il- kategoriji ta' detenturi oħrajn ta' liċenza għal logħbiet li jistgħu jiġu speċfikati fl-istess regolamenti.\"", "Jekk il-premjijiet ikunu in kind kif ġieli jsir f'każi ta' logħob fuq it-television, il-gvern se jitlob li jkun jaf x'inhu l-oġġett jew anke l-valur ta' dak l-oġġett(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li meta wieħed ikun qed japplika għal liċenzja għandu jagħti d-dettalji kollha ta' dak li se jtellgħu f'dak l- istadju, jiġifieri mhux biss jgħidu x'se jtellgħu imma anke l-valur ta' dak li se jtellgħu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-perijodu li wieħed jista' jieħu l-premju tal- logħba, tkun xi tkun, se jkun stipulat fil-liċenzja mogħtija(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dak il-perijodu dejjem ikun miftuħ.", "Fil-fatt dan il-fond qiegħed proprju sabiex il-premjijiet li ma jkunux ġew mirbuħa jiġu akkumulati fih.", "Dan il-fond jispiċċa biss u jitħallas lill-awtorita` darba l-liċenzja tagħlaq.", "Hemmhekk qed ngħidu li li tmient ijiem l-għeluq ta' liċenzja, kull rigal li ma jkunx ġie mitlub, jintilef.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri jintilef minn min rebħu u l-flus imorru għand l-awtorita`?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Forsi huwa l-każ li fil-liċenzja jitniżżel perijodu ta' żmien(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qed jinformawni li f'kull liċenzja se jkun hemm stipulat iż-żmien sa meta jista' jintalab il-premju.", "Hawnhekk dejjem qed nitkellmu għal-Lotterija Nazzjonali mhux għal lotteriji kwalunkwe li jiġu organizzati.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jikkonsidrax il-Ministru li dawk il-premjijiet li ma jiġux claimed imorru fil-fond tal-kawżi ġusti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitolbok ma torbotlix idejja, wara kollox dan il-fond huwa fl-interess ta' kulħadd li jkun hemm.", "Naħseb li din l-unika ċirkostanza fejn il-ministru tal-finanzi jqassam għaliex mill-bqija dejjem jieħu, u allura huwa l-uniku mument fejn jista' jidher xi ftit sabiħ!", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jekk il-kumpannija - hawnhekk qed nitkellmu dwar l- emenda li ġiet ippreżentata li tgħid \"provided that in the case of termination or cancellation of the lottery licence\" - tkun falluta tista' tittrasferixxi fondi a detriment tal-kredituri sakemm ma tkunx koperta minn xi forma ta' garanzija bankarja revokabbli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li l-garanziji bankarji qed jiġu stipulati, pero` barra minn hekk hemm liġijiet oħra fil-pajjiż, bħal- liġijiet tal-kumpanniji li jgħidu li jekk wieħed jagħmel kummerċ in a bankrupt situation ikun ħati personalment u jkun liable għall-obbligi kollha tal-kumpannija.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AN\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 58, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 58, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 59 – Kuntratti ta' Appalt.", "Clause 59 – Contract of supply of works.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk bażikament qed ngħidu li x- xiri sa Lm3,000 li tagħmel l-awtorita` jista' jsir bl-awtorita` ta' l- awtorita` nnifisha, pero` xiri li jammonta għal aktar minn Lm3,000 irid isir skond il-proċeduri normali tal-financial regulations.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, hawnhekk tqum il-preokkupazzjoni li konna wrejna waqt id-diskussjoi tal-Malta Communications Authority Act.", "Fil-fatt taħt ċirkostanzi normali l-procurement procedures kienu jkunu dawk applikabbli in terms of the public service procurement regulations ta' l- 1996, imma fil-fatt jidher li s-suġġeriment tal-lotto privatisation team kien li jimxu fuq il-mudell tal-Malta Communications Authority Act.", "Dan ifisser li biex ma jkunx hemm ċertu dewmien u ċerti formalitajiet qed jiġu bypassed ċerti proċeduri stabiliti b'mod partikolari d-dipartiment tal- kuntratti.", "Għalkemm jien wieħed li nemmen fl-expediency u li ma jkunx hemm burokrazija żejda, ma neħux gost b'ċirkostanzi fejn jiġu bypassed ċerti regolamenti tal-gvern, b'mod partikolari d-dipartiment tal-kuntratti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero` hawnhekk qed ngħidu li kull xiri ta' aktar minn Lm3,000 irid isir permezz ta' tenders.", "Fil-fatt il-klawsola tgħid \"by the authority to exceed three thousand liri in value, or such other ammount as the minister may by regulations prescribe, except after notice of the intention of the authority to enter into the contract has been published and competitive tenders have been issued\".", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Apparti minn hekk, qed jintqal ukoll li għandu jiġi ppublikat l-avviż ta' l-intenzjoni ta' l-awtorita` li tagħmel il-kuntratt.", "Jien qed nifhimha sew li dan se joħroġ fil-gazzetta tal-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment għaliex huwa reklam bħal tas-soltu; bażikament it is an issue of a tender.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 59.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 59 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 – Money Laundering", "Clause 60 – Money Laundering", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk billi l-money laundering anke kif semma l-Onor.", "Brincat qabel huwa konsiderazzjoni li wieħed irid jagħtiha importanza kbira, qed ngħidu li minn żmien għal żmien il-ministru, flimkien mal-ministru responsabbli mill-ġustizzja jista' joħroġ guidelines dwar il-kondotta jiġifieri ta' sistemi li għandhom jiġu operati biex niġġieldu l-money laundering u dawn il-guidelines jsiru mil-licensees, lill-uffiċjali ta' l-awtorita', lid-diretturi ta' l-awtorita' u lil kulmin għandu x'jaqsam ma' l-operat ta' gaming fil-pajjiż.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jindika it-tibdiliet li hemm mal- gaming act?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tlabt lill-advisers jikkonfrontaw iż-żewġ liġijiet u aktar tard inkun nista' nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Brincat.", "Nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex sakemm ikollna risposta nipposponu din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-klawsola 60 ġiet posposta.", "Klawsola 61 – Rapport Annwali", "Clause 61 – Annual Report", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, f'din il-klawsola qegħdin nispeċifikaw il-ħtieġa li jsir rapport anwali ta' l-awtorita` u li naturalment dan jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 61.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 61 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 62 - Trasferiment ta' proprjeta` lill-awtorita`", "Clause 62 - Transfer of assets to the authority", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed ngħidu li l-proprjeta` li illum hija proprjeta` tal- gvern - għaliex din l-operazzjoni hija governattiva - li se jkollha bżonn l- awtorita` biex tmexxi, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorita`.", "M'aħniex qed nitkellmu pero` fuq proprjeta` immobbli.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naħseb li l-klawsola qed titkellem fuq proprjeta` immobbli wkoll.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, imma proprjeta` immobbli tista' tiġi trasferita by Presidential order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta` mobbli naħseb li jkun tajjeb kieku kellha ssir lista mill-ministru fejn jingħata rendikont ta' x'għadda mid-dipartiment għal għand l-awtorita`.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt dan l-inventarju jsir biex kulħadd ikun jaf xi tneħħa mir-responsabbilta` tad-dipartiment u x'għadda taħt ir- responsabbilta` ta' l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 62.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 62 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 49 – Awtorita` biex l-infiq isir mid-dħul u twaqqif tal-Fond tal- Lotterija Nazzjonali għal Kawżi Ġusti.", "Clause 49 - Authority to meet expenditure out of revenue and constitution of National Lottery Good Causes Fund.", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AO\" Fis-subklawsola (8) tal-klawsola 49, minnufih wara l-ewwel sentenza, għandha tidħol sentenza ġdida kif ġej:", "\"Il-ministru għandu, kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li l-istess dikjarazzjoni tkun ġiet ċertifikata mill-awditur ġenerali kif jipprovdi dan is-subartikolu, jew jekk f'kull waqt matul dak il-perijodu l-Kamra ma tkunx qiegħda f'sessjoni, fi żmien erba' ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi minnufih wara, jara li kopja ta' tali dikjarazzjoni titqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.\".", "\"AO\" In subclause (8) of clause 49, immediately after the first sentence, there shall be included the following new sentence:", "\"The minister shall, at the earliest opportunity and not later than four weeks after such statement has been certified by the auditor general as provided in this subarticle, or if at any time during that period the House is not in session, within four weeks from the beginning of the next following session, cause a copy of such statement to be laid on the Table of the House.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"AK\" għal klawsola 49 kif imressqa u moqrija mill-Ministru aktar kmieni fil- Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AK\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda verbali tal-Ministru aktar kmieni fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"AO\" għal klawsola 49 li għadu kemm ressaq il-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AO\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 49 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 49, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 60 - Money Laundering", "Clause 60 - Money Laundering", "(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'risposta għad-domanda li għamel aktar kmieni l- Onor. Brincat irrid ngħid li din il-klawsola hija kważi dentika għall- klawsola tal-Gaming Act, l-unika differenza li hemm hija li f'subklawsola (2) tal-Gaming Act in-nies li jistgħu jkunu involuti huma biss il-casino employees.", "Hawnhekk qed niftħuha għal nies oħrajn biex b'hekk ninkludu ħafna iktar nies li se jkunu responsabbilizzati mill-casino employees, naturalment għaliex il-gaming act kien relatat mal-casinos bażikament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Xtaqt nistaqsi kif din se taħdem fil-prattika.", "Jekk ikun hemm xi suspetti, l-awtorita` se tqabbad l-ispetturi tagħha jew inkella se ddaħħal lill-pulizija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-guidelines se jkunu jispeċifikaw il-proċeduri li jridu jintużaw f'każ ta' suspett.", "Jekk impjegat ikollu suspett ta' money laundering se jkun obbligat li jagħmel rapport.", "Li se jiġri huwa li aħna dalwaqt se nressqu liġi quddiem din il-Kamra - wara li niddiskutiha ma' l- oppożizzjoni – liema liġi se twaqqaf il-finance intelligence unit (FIU) li se jkun iffokat biss fuq il-kontroll tal-money laundering.", "L-ewwel persuna li jkollha suspett ta' money laundering hija obbligata tagħmel ir- rapport tagħha lil dan il-unit.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din hija simili għal tal-banek.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, japplikaw l-istess proċeduri.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma r-rapport lil min irid isir?", "Lill-awtorita' jew lill-pulizija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, lill-FIU direttament.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma s'issa dan l-organu għadu ma jeżistix.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, bħalissa r-rapport isir lill-pulizija.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 60.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 60 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 63 – Kif jiftehmu l-liġijiet eċċ. Clause 63 – Construction of laws etc.", "ONOR JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AP\" Fi klawsola 63 minflok il-kliem \"Artikolu 62(1)(a)\" għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 63(1)(a)\" u minflok il-kliem \"Artikolu 62(1)(b)\" kull fejn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 63(1)(b)\".", "\"AP\" In clause 63 for the words \"Article 62(1)(a) there shall be substituted the words \"Article 63(1)(a)\" and for the words \"Article 62(1)(b)\" wherever they appear there shall be substituted the words \"Article 63(1)(b)\".", "Din il-klawsola hija pjuttost legalistika u qiegħda tispjega kif għandhom jiġu interpretati liġijiet oħra li jiġu affettwati.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"AP\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 63, kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 63, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 64 – Dispożizzjonijiet transitorji li jirrigwardaw it-trasferiment ta' kull attiv.", "Clause 64 - Transitory provisions relating to the transfer of assets.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AQ\" Fi klawsola 64, minflok il-kliem \"Artikolu 62(1)(a)\" kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 63(1)(a)\" u minflok il- kliem \"Artikolu 62(1)(b)\" kull fejn dawn jinsabu għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 63(1)(b)\".", "\"AQ\" In clause 64, for the words \"Article 62(1)(a)\" wherever they appear, there shall be substituted the words \"Article 63(1)(a)\" and for the words \"Article 62(1)(b)\" wherever they appear there shall be substituted the words \"Article 63(1)(b)\".", "Mr Chairman, din il-klawsola qiegħda tikkontempla l-proviżjonijiet ta' transizzjoni li jrid ikun hemm meta l-lotterija nazzjonali tibda titħaddem mil-privat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"AQ\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 64, kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 64, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 65 - Il-Ministru jista' jagħmel dispożizzjonijiet biex jistabbilixxi l-proprjeta` trasferita lill-Awtorita`.", "Clause 65 – Minister may make provisions to determine assets transferred to the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola qed tagħti lill-ministru il-poter li jagħmel dawk ir-regolamenti u provisions meħtieġa biex jistabilixxi x'se jiġi ttrasferit lill-awtorita` u kif għandu jiġi ttrasferit.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 65.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 65 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi", "Klawsola 66 – Piena għal reati kontra dan l-Att.", "Clause 66 - Penalty for offences against this Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"AR\" Fit-tielet proviso tas-subklawsola (1) ta' klawsola 66, minflok il-kliem \"Artikolu 73(2)\" għandhom jidħlu l-kliem \"Artikolu 74(2)\".", "\"AR\" In the third proviso to subclause (1) of clause 66, for the words \"Article 73(2)\" there shall be substituted the words \"Article 74(2)\".", "Din il-klawsola qed tistabilixxi l-penalitajiet ta' din il-liġi u tgħid li kull persuna li tinstab ħatja ta' reat kontra din il-liġi tista' tiġi mwaħħla multa ta' mhux inqas minn Lm3,000 u mhux iktar minn Lm100,000 jew sentejn ħabs jew il-multa u l-ħabs flimkien u jekk tkun reċidiva l-multi jogħlew għall-minimu ta' Lm5,000 u massimu ta' Lm150,000 u piena ta' mhux inqas minn sitt xhur u mhux iktar minn tliet snin.", "Dawn huma pieni ftit ħorox u għamilnihom hekk għaliex il-frott ta' l-atti kontra din il-liġi jistgħu jirrendu ammonti sostanzjali u allura jrid ikollna d-deterrent meħtieġ biex nimmilitaw kontra l-abbużi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, min-naħa ta' l-oppożizzjoni ċertament li naqblu li jkun hemm dawn it-tip ta' pieni għaliex fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jifhem il-gravita` tagħhom u tajjeb li jasal il-messaġġ li min jabbuża jrid iħallas.", "Naħseb li l-fatt li jkun hemm pieni sostanzjali jservu ta' deterrent u jien nittama li jkun hekk ħalli ħadd ma jabbuża minn dwn it-tip ta' affarijiet.", "Issa xtaqt nistaqsi xi jfisser dak li hemm f'subklawsola (2) fejn qed jingħad li l-multa tinġabar mill-ministru responsabbli mill-isport bħala dejn ċivili.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qegħdin ngħidu li fejn hi l-prerogattiva tal- ministru ta' l-isport, il-multi jrid jiġborhom hu.", "Jiġifieri hu se jkun responsabbli mill-enforcement tagħhom.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma tinstab ħati mill-qorti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment, imma l-azzjoni tittieħed mill-ministru responsabbli mill-isports għaliex hu qed jagħti l-awtorizzazzjoni mhux l- awtorita`.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta wieħed jinstab ħati mill-qorti u din tordna l- ħlas ta' tant ammont ta' flus, dawk il-flus għandhom imorru għand il- ministru responsabbli mill-isports?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn finalment se jgħaddu għand il-gvern, pero` billi l-ministru responsabbli mill-isport huwa dak li se jirrappreżenta l-gvern f'din l-azzjoni għaliex hu responsabbli li jagħti l-permess għal-liċenzji, jekk ikun hemm atti kontra dawk il-klawsoli li għandhom x'jaqsmu mal- ministeru tiegħu, allura n-nomine fil-kawża jkun hu u allura jiġbor il- multa hu.", "Pero` hu jagħmel dan bħala aġent tal-gvern u għalhekk il-flus finalment jgħaddu għand il-gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AR\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 66, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 66, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-gvern jidher li ddeċieda li jgħolli l-ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC.", "Fejn qabel il- ħlas tar-reġistrazzjoni għal dawn l-eżamijiet kien ta' Lm3, issa se jsir Lm5.", "Eżami tal-matrikola tal-livell avvanzat li qabel kien Lm8 issa se jsir Lm9 kull eżami.", "Eżami prattiku li qabel kien Lm2 issa se jsir Lm3 għal kull suġġett.", "Se jogħla wkoll l-eżami fil-livell intermedjarju għax fejn qabel kien Lm7 issa se jsir Lm8 għal kull suġġett.", "Se jogħlew ukoll l-eżamijiet għaċ-ċertifikati ta' l-edukazzjoni sekondarja - dak li nsibuh bħala s-SEC - fejn fil-livell ordinarju, li jagħmluh dawk l-eluf ta' adoloxxenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, fejn qabel l-eżami kien Lm5 issa se jsir Lm6 kull wieħed.", "Dawn iż-żidiet fil- ħlasijiet ikomplu jitfgħu aktar piżijiet fuq eluf ta' familji Maltin - kemm jekk issejħilhom miżati kif ukoll jekk issejħilhom tariffi jew taxxi – li diġa' qegħdin iġorru piż finanzjarju kbir x'ħin jiġu biex jedukaw lil uliedhom.", "Issa se jkomplu jiżdiedu dawn il-piżijiet għaliex, kif qed naraw, iż-żieda fil-ħlasijiet għall-eżamijiet hija kbira.", "Jekk wieħed jieħu anke l-persentaġġi fil-ħlas tar-reġistrazzjoni se jkun hemm żieda qawwija ta' 66% għax fejn qabel kienet Lm3 se ssir Lm5.", "Imbagħad hemm żieda qawwija wkoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżamijiet tas-SEC, qabża ta' 20%, għaliex jekk qabel kont tħallas Lm5 għal kull suġġett, issa eżami għal ċertifikat ta' edukazzjoni sekondarja se jsir Lm6.", "Fil-każ tal-matrikola fil-livell avvanzat għandek qabża ta' 12%.", "Fl- eżami prattiku għandek qabża ta' 50% għaliex minn Lm2 se jsir Lm3.", "Għandek qabża wkoll ta' 14% fil-livell intermedjarju.", "Jiġifieri qed naraw li f'dawn iż-żidiet li se jħabbar il-gvern fuq l-eżamijiet SEC intermedjarju u MATSEC, se jkun hemm żieda li tvarja minn 12% għal 66%.", "Jien nikkalkola li dawk l-eluf ta' studenti li qabel kienu jħallsu Lm53 biex jagħmlu għaxar eżamijiet tas-SEC, issa se jkollhom iħallsu mill-inqas Lm65, qabża ta' aktar minn 20%.", "L-istess dawk li jagħmlu l-eżamijiet f'livell post- sekondarju biex ikomplu jistudjaw, li jridu jagħmlu żewġ eżamijiet fil- livell avvanzat u erbgħa fil-livell intermedjarju.", "Dawn qabel kienu jħallsu Lm44 u issa se jkollhom iħallsu Lm50, jiġifieri qabża ta' 13%.", "Kif diġa' għedt, dawn se jkomplu jżidu l-piżijiet fuq il-familji.", "Fl-aħħar tliet snin il-familji raw il-ħlasijiet ta' l-edukazzjoni jogħlew, Mr Speaker.", "Biżżejjed wieħed jgħid li jekk tieħu anke l-indiċi tal-prezzijiet f'dik il- parti li tirrigwarda l-ispiża ta' l-edukazzjoni, għandek issib li fl-aħħar tliet snin din qabżet b'iktar minn 6%.", "Jekk fl-1997 kienet 107%, is-sena li għaddiet telgħet għal 113%, bil-parti l-kbira minn din iż-żieda ġejja minn ħlasijiet ġodda u qawwijja li jridu jagħmlu eluf ta' familji fl- edukazzjoni ta' uliedhom.", "Żdiedu l-prezzijiet tal-kotba, żdiedu l- prezzijiet tal-karti ta' l-istationery, il-prezzijiet tal-basktijiet, il- prezzijiet taż-żraben, il-prezzijiet ta' l-uniformijiet.", "Żdiedu wkoll il- ħlasijiet tal-privatijiet u żdiedu wkoll il-ħlasijiet tal-miżati ta' l- iskejjel privati.", "Issa l-piż finanzjarju li jkollhom iġorru eluf ta' familji se jkompli jiżdied b'din iż-żieda li se jħabbar il-gvern fuq il- miżati ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC.", "Fl-aħħar tliet snin il-piż tal-ħlasijiet fl-edukazzjoni żdied ukoll minħabba li l-gvern daħħal it-taxxa tal-VAT fuq l-edukazzjoni.", "Biżżejjed ngħidu li fuq il-bini ta' skejjel u fuq ix-xiri ta' tagħmir għall-iskejjel issa jridu jħallsu l-VAT ta' 15%, xi ħaġa li dan il-gvern qed ikollu jagħmel biex jiġi in line mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ir-regoli ta' sħubija fl-Unjoni jgħidu li jkun hemm VAT ta' 15% fuq il-bini, fuq it- tagħmir u fuq is-servizzi għall-edukazzjoni, u l-gvern kellu jdaħħal din it-taxxa tal-VAT fuq l-edukazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li ma tissemmiex fil- propaganda tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Unjoni.", "Isemmu l-programmi edukattivi u jagħtu l-impressjoni giddieba li l-programmi edukattivi fl- Unjoni huma b'xejn għal min huwa membru ta' l-Unjoni, meta ta' min jgħid li l-ħlasijiet għal dawk il-programmi joħorġu mit-taxxi li l-Kummissjoni Ewropea tiġbor mill-pajjiżi membri.", "Fost it-taxxi li tiġbor il-Kummissjoni Ewropea hemm it-taxxa tal-VAT u hemm ukoll il-ħlasijiet li jagħmlu diversi pajjiżi li jieħdu sehem f'dawn il- programmi edukattivi.", "Jiġifieri anke din l-istqarrija li sħubija fl-Unjoni tintitolana għal xi sehem b'xejn fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni, hija qarrieqa.", "Il-propagandisti tal-Partit Nazzjonalista favur sħubija fl- Unjoni ma jgħidux li qabel ma għadna dħalna, diġa' qed ikollna t-taxxa tal- VAT fuq l-edukazzjoni.", "Kif diġa' għedt, qed jiżdiedu l-ħlasijiet fuq l- eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC, u se jkomplu jiżdiedu l-piżijiet finanzjarji u l-problemi finanzjarji għal eluf ta' familji, li se jkomplu jżidu mat-taxxi, ħlasijiet, tariffi u l-miżati kollha ġodda li daħlu f'dawn l-aħħar tliet snin.", "U dan meta fil-kampanja elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista b'fuq quddiem nett Dr. Fenech Adami, kien wiegħed darba wara l-oħra li se jnaqqas it-taxxi.", "Infatti f'Awissu 1998, f'San Ġiljan, kien qal li se jnaqqas il-piż tat-taxxi u kien anke għamel wegħda solenni li ma jżidx it-taxxi.", "Issa f'dawn l-aħħar jiem qiegħed jgħid li hu qatt ma qal li mhux se jżid it-taxxi.", "Fil-fatt dan qalu fil-kampanja elettorali, imma mhux talli ma naqqasx dawk it-taxxi talli żiedhom.", "Biżżejjed wieħed jgħid li fl-aħħar tliet snin iż-żieda fit-taxxi telgħet għal Lm170 miljun, u waħda mir-raġunijiet għaliex il-familji qegħdin ibatu hija li gidma kbira minn dak li qed idaħħlu qiegħed imur fil-ħlas tat- taxxi, fil-ħlas tal-kontijiet u fil-ħlas li jitlob il-gvern minnhom għal xi ħaġa jew oħra.", "Mela mhux talli ma nżammitx il-wegħda li jnaqqas it-taxxi, mhux talli nkisret il-wegħda li ma jagħmilx taxxi, talli l-gvern ta' Fenech Adami għamel taxxi f'ħafna oqsma delikati, bħal taxxi fl-edukazzjoni u taxxi oħra fil-qasam tal-ġustizzja fejn qiegħda ssir aktar diffiċli biex tagħmel kawża l-qorti, liema taxxi sħabi diġa' kellhom iċ-ċans jitkellmu dwarhom.", "Dawn qed jikkaġunaw tbatijiet umani għaliex pajjiżna qiegħed jerġa' jsir irkant fejn tirbaħ mhux skond kemm għandek bżonn jew kemm għandek ħila, iżda skond kemm għandek flus.", "U biż-żieda li qiegħed jipproponi l-gvern, anke fil-ħlasijiet ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC, se jkompli jżid il-problemi għall-familji.", "Biex tkompli tagħqad, minkejja li fl-ewwel tliet snin il-piż tat-taxxi żdied b'Lm170 miljun, sadanittant id-dejn baqa' jiżdied u tela' b'Lm277 miljun oħra.", "Ħafna minn dan id-dejn se jkollhom iħallsuh meta jibdew jaħdmu dawk li bħalissa għadhom l-iskola u li diġa' qegħdin jintlaqtu ħażin b'dawn il-ħlasijiet il-ġodda li qed jagħmel il-gvern.", "Tajjeb li jingħad li dan huwa d-dejn ta' dawk li kienu jgħidu li l-flus mhumiex problema - onfoq, onfoq, onfoq ħalli jħallsu ta' warajna! - u t-tfal se jkunu qegħdin iġorru dan il-piż.", "Il-mod irresponsabbli kif tmexxew il-finanzi tal-gvern bejn l-1992 u l-1996 wassalna għas-sitwazzjoni fejn pajjiżna qiegħed jonfoq iżjed fi ħlas ta' imgħaxijiet tad-dejn milli jonfoq fuq l- edukazzjoni jew fuq is-saħħa.", "Bħalma pajjiżna qiegħed jitfa' aktar flus biex jipprova jsewwi l-problemi tal-passat milli jinvesti fil-futur, issa qiegħed ikompli jżid il-problemi b'dawn il-ħlasijiet li beħsiebu jħabbar ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC biex fil-fehma tiegħi jkompli jweġġa' l-eluf ta' familji li uliedhom qed jieħdu edukazzjoni.", "Kif għedt, dawn diġa' għandhom spejjeż kbar biex ilibbsu lil uliedhom, biex jixtrulhom il-kotba, biex jixtrulhom dak li għandhom bżonn għas-servizz edukattiv, il-miżati, il- privatijiet.", "Biex tagħqad, issa qed jiżdiedu wkoll il-ħlasijiet ta' l- eżamijiet SEC u MATSEC.", "Biex aktar iweġġgħu l-familji, din iż-żieda fil-ħlasijiet tal-MATSEC m'hijiex akkumpanjata b'xi bidliet fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC jew b'xi titjib fis-sistema.", "Dan qed ngħidu għax is-sistema fiha nuqqasijiet li jridu jiġu rranġati u indirizzati, imma waqt li l-gvern se jħabbar żidiet fil-ħlasijiet ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC - s'issa għadu ma ħabbarhomx - sadanittant mhux qed iħabbar titjib.", "Kieku fl-istess nifs qiegħed iħabbar titjib u tibdil, kieku tgħid jista' jiġġustifika ż-żieda fil-ħlasijiet imma mhux qed jagħmel hekk.", "U fost it-tibdil u t-titjib li l-ġenituri u l- eluf ta' studenti qegħdin jistennew, hemm ir-reviżjoni tal-karti.", "Bħalissa jekk tkun ersaqt għall-eżami – naturalment wara li tkun ħallast Lm15 - u titlob li jkun hemm reviżjoni tal-karta, is-sistema hi li l-bord tal-MATSEC jagħti l-karta tiegħek lil xi eżaminatur ieħor, jara hu, jibgħatlek xi kummenti fuq fuq imma ma jagħmilx l-aktar ħaġa importanti, li jħallik tara l-karta ta' l-eżami.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li dan isir.", "Jiena naf li hemm reżistenza qawwija kontra din l-idea, pero' dawk li jagħmlu l-eżami tas-SEC u l-MATSEC u jħallsu l-flus għandu jkollhom din il-faċilita'.", "Hawnhekk ta' min jgħid li għal kull karta ta' l-eżami jitħallsu Lm15 u din mhux ċajta.", "Hemm minn Lm15 jaqlagħhom f'ġurnata, jiġifieri m'hijiex ċajta għal min huwa bi dħul baxx u bi dħul medju li jħallas dawn il-ħlasijiet kollha.", "U għallinqas għandu jkollok is- sodisfazzjon li r-reviżjoni tal-karta ssir bis-serjeta' u li inti tara l- karta li tkun ktibt u li fuqha jkun hemm il-kummenti ta' kif mort.", "Naf li hemm min ma jaqbilx u qiegħed jirreżistiha din, pero' jiena naħseb li għandha ssir u jiena nimpenja ruħi li gvern Laburista jimbotta biex min jagħmel dawn l-eżamijiet, ikollu d-dritt li jara l-karta ta' l-eżami.", "Din hija xi ħaġa li wara kollox diġa' qed taħdem f'pajjiżna - fil-każ ta' l- eżamijiet għad-dħul fil-junior lyceum – u jkun hemm mijiet li jmorru jaraw il-karta, sistema li daħlet b'serjeta' fl-eżamijiet tal-junior lyceum.", "In- nies għandhom aktar sodisfazzjon li m'hemmx logħob u li l-marka li jkunu ngħataw tkun il-marka li tassew ikun ħaqqhom.", "U jiena naħseb li wasal iż- żmien li anke fl-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC, li minnhom jiddependi l- futur ta' eluf ta' żgħażagħ, tidħol din is-sistema.", "F'pajjiżi oħra fejn għandhom eluf ta' żgħażagħ jagħmlu dawn l-eżamijiet, din is-sistema teżisti.", "Jiena nħoss li dan sar wieħed mid-drittijiet moderni ta' meta jkollok aċċess għall-informazzjoni ta' affarijiet li jolqtuk.", "The right to know, id-dritt li tkun taf, għandu jidħol ukoll fil-każ ta' l-eżamijiet, u għalhekk jiena assolutament nikkundanna d-deċiżjoni anti-soċjali tal-gvern li jżid il-ħlasijiet ta' l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC mingħajr għallinqas, biex jitfa' ftit balzmu fuq il-ferita, iħabbar titjib u tibdil għall-aħjar fis-sistema ta' dawn l-istess eżamijiet.", "U hemm x'jirranġa f'dawn l-eżamijiet!", "Madwar erba' xhur ilu jien kont bgħatt ittra li fiha kien hemm 12-il rakkomandazzjoni dwar kif għandhom jitjiebu l-eżamijiet tas-SEC u tal- MATSEC.", "U ta' min jenfasizzaha din għaliex mhux l-ewwel darba li niġu kkritikati min-naħa tal-gvern li aħna xi oppożizzjoni negattiva, li aħna xi oppożizzjoni li qatt ma nipproponu xejn u li sempliċement ngħidu le għal dak kollu li jagħmel il-gvern.", "Dan mhux veru u l-eżempju ta' kemm aħna lesti nikkoperaw, ta' kemm aħna lesti nagħtu l-ideat tagħna, ta' kemm aħna lesti naħdmu għall-ġid tal-pajjiż u għall-ġid taż-żgħażagħ tagħna, joħroġ anke minn dawn il-proposti li jiena ressaqt biex titjieb is-sistema tas-SEC u tal-MATSEC.", "Fuq quddiemnett ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet kont għedt li hemm bżonn li tissaħħaħ is-sistema tas-sigurta' fl-istampar u t-tqassim tal-karti ta' l-eżami, biex jiġi żgurat li l-karti ta' l-eżami ma jiġux fl- idejn qabel ma jitqassmu lill-istudenti qabel il-ħin ta' l-eżami.", "Meta ktibt dan kont naf x'qed ngħid.", "Dan għedtu għal raġunijiet serji u min imexxi dawn l-eżamijiet jaf għaliex għamilt din ir-rakkomandazzjoni, pero' fuq din nieqaf hawn.", "Għedt ukoll li kull persuna li tmexxi ċentru fejn isiru l-eżamijiet għandha tkun persuna serja u m'għandhomx aktar jiġu ttolerati każi fejn ikollok lil xi ħadd li jmexxi ċentru, jaqbad jiġbor il-karti ta' l-eżamijiet u jaqbad u jħalli dawn il-karti ta' l-eżamijiet f'idejn il-purtinar biex ikun jista' jitlaq minn hemm qabel ma jiġu tal-MATSEC jiġbru l-karti ta' l-istudenti.", "Ir-responsabbilta' li jiġbor il-karti ta' l-eżami u jagħtihom lil min jiġi jiġbor il-karti ta' l-eżami hija ta' min imexxi ċ-ċentru.", "Min imexxi l- eżamijiet jaf li dak li għedt huwa minnu u r-rakkomandazzjoni li għamilt kienet għall-ġid, u jaf ukoll li ma kontx qed nitkellem jew nagħmel xi akkużi fil-vojt.", "Għedt ukoll li dawk li jissorveljaw l-istudenti għandhom ikunu persuni serji u m'għandux ikun hemm każi fejn l-istudenti jitħallew jagħmlu li jridu.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kont bgħatthom erba' xhur ilu u kont qiegħed nirriferi għall-eżamijiet li saru f'Mejju ta' din is- sena, pero' jiddispjaċini ngħid li nuqqasijiet li jiena kont tkellimt dwarhom reġgħu seħħew fir-resits f'Settembru li għadda.", "Kien hemm ċentru ta' l-eżami fejn inġabru l-istudenti biex jagħmlu l-eżami u mbagħad sabu li jew bagħtulhom il-karta ta' suġġett ieħor u qagħdu jistennew il-karti jiġu, jew li ma bagħtulhomx karti biżżejjed u qagħdu jagħmlu photocopy.", "Din m'hijiex serjeta', u fl-istess ħin li hemm dan in- nuqqas ta' serjeta', il-gvern qed jgħolli l-ħlasijiet għal dawn l-eżamijiet u dan m'huwiex sew.", "Jista' jkun hemm ukoll organizzazzjoni aħjar tal-post fejn l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet, biex kemm jista' jkun ma jiġġerrewx min-naħa għall-oħra tal-pajjiż.", "Hemm bżonn li nirranġaw biex dawn jagħmluhom f'ċentri li huma aktar komdi minn dawk li hemm bħalissa.", "Fir- rakkomandazzjoni tiegħi kont għedt ukoll li dawk li jagħmlu l-eżami ta' l- oral lill-istudenti għandhom jingħataw kriterji komuni għal kulħadd fuq xiex jimxu, u l-bord tal-MATSEC għandu jispjega sewwa x'inhuma dawn il- kriterji.", "Dan għedtu biex mhux ikollna min jimxi mod u min jimxi mod ieħor.", "Il-marki ta' l-orali huma parti importanti mill-marki għall-eżami intier, u allura huwa aktar importanti li l-marki li jkun qiegħed jagħti min jagħmel l-oral, ikun qiegħed jagħtihom skond kriterji li huma ċari għal kulħadd.", "Naħseb ukoll li l-bord tal-MATSEC għandu jistampa iżjed malajr il-past papers.", "Bħalissa l-istudenti u l-għalliema qed isibuha diffiċli jsibu karti ta' l-eżamijiet tas-snin li għaddew għaliex hawn qegħdin idumu ma jiġu stampati.", "Huwa importanti li jkun hawn dawn il-karti ta' l-eżamijiet fl-idejn biex l-istudenti jkollhom fuq xiex jaħdmu.", "U la qegħdin nitkellmu fuq l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, irrid nirriferi anke għal dak li jidher li qiegħed jiġri fil-kamp tal-Malti, fejn min imexxi l-qasam tal- Malti fil-livell sekondarju fassal sillabu li jaġevola l-kotba tiegħu stess fil-każ tat-tagħlim tal-Malti.", "Dik m'hijiex ħaġa tajba.", "Dan m'għandux jiġri, u importanti li kemm fit-tfassil tas-sillabu tal-Malti kif ukoll tal- kotba li jużaw għall-Malti, għandna ngħaddu l-aħjar għall-mod kif jitgħallem il-Malti u mhux jiġu magħżula l-kotba tal-persuna li tkun qed tmexxi dan il-qasam.", "Ma naħsibx li dawn huma affarijiet li huma ta' ġid.", "Naħseb ukoll li huwa importanti li l-eżaminaturi jevalwaw it-tweġibiet u joħorġu rapporti b'aktar serjeta' u b'aktar regolarita'.", "Per eżempju, ta' min jistaqsi fejn hu r-rapport ta' l-eżaminaturi dwar l-eżamijiet li saru f'Mejju tas-sena 2000, fejn evalwaw kif marru l-istudenti.", "Illum ninsabu kważi f'Novembru tas-sena 2001.", "Ir-rapport ta' l-eżaminaturi tas-sena 2000 ħareġ jew ma ħareġx?", "Għaliex għal min jidħol fil-klassi, għal min jgħallem lill-istudenti, dak ir-rapport, jekk isir b'mod serju, mhux biss jevalwa kif imorru l-istudenti fit-tweġibiet tagħhom imma jirrifletti fuq is- sistema, biex is-sistema titjieb u biex it-tagħlim jitjieb.", "Dan qed ngħidu għaliex irridu niftakru li m'għandniex nużaw l-eżamijiet biex neżaminaw lill-istudenti biss.", "Għandna nużaw l-eżamijiet biex inkejlu wkoll jekk l- għalliema humiex jgħallmu effettivament u jekk l-iskejjel humiex ikunu effettivi.", "U tajjeb li jittieħdu passi biex fir-rapport tagħhom l- eżaminaturi jagħmlu din it-tip ta' analisi.", "Kif sejrin l-istudenti?", "Kif jirrifletti fuq l-iskejjel li ġejjin minnhom?", "Kif jirrifletti fuq it- tagħlim?", "Għaliex huwa importanti li aħna ma neżaminawx biss lill-istudenti imma neżaminaw ukoll is-sistema, neżaminaw ukoll l-iskejjel u naraw jekk it- tagħlim huwiex qiegħed ikun effettiv.", "Jien naħseb ukoll li meta nħarsu lejn il-MATSEC irridu nħarsu lejn aspett ieħor.", "Jiena naħseb li l-istrutturi tal-MATSEC u dawk li jmexxu l-eżamijiet tal-MATSEC għandhom ikunu iżjed sensittivi għal persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Per eżempju, min għamel l-eżami ta' l-Universita' ta' Londra fix- xhur li għaddew sab li din l-universita' hija sensittiva iżjed mill-bord tal-MATSEC.", "Dan kellu problema f'idejh - u għaliex ma setax jikteb, talab li juża l-laptop għaliex bil-laptop setgħa jaħdem - u l-Universita' ta' Londra qaltlu iva meta l-Universita' ta' Malta, permezz tal-MATSEC, qaltlu le.", "Żgur li dan m'huwiex aċċettabbli, u jiena naħseb li rridu naraw kif ngħinu aktar lil dawk li jkollhom xi bżonnijiet speċjali, dawk li jkollhom xi diżabilita' u dawk li jkollhom xi problema.", "Noqogħdu nitkellmu ħafna fuq aċċessibilita' u fuq rampi u fuq lifts, imma inutli toqgħod tmur l-iskola u mbagħad issib li l-eżamijiet m'humiex iddisinjati b'mod li jgħinu tassew lil min ikollu xi problema speċjali.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex aċċettabbli li l-Universita' ta' Londra tkun iktar sensittiva mill-board tal-MATSEC f'Malta stess.", "B'riferenza għal dak li kont qed ngħid dwar il-Malti, naħseb ukoll li rridu niżguraw li min ifassal il-kurrikulu u min jissuġġerixxi l-kotba li jintużaw fil-kurrikulu m'għandux ikun persuna waħda għax sfortunatament din il-persuna qed tispiċċa ddaħħal il-kotba tagħha fil-kurrikulu – u jiena naf li ilha teżisti din il-ħaġa – u dan mhux aċċettabbli u naħseb li hemm bżonn ta' aktar serjeta'.", "Pero' nerġa' ngħid - u dan kien il-punt ewlieni tad-diskors tiegħi illejla – li jiena nikkundanna d-deċiżjoni tal-gvern li jgħolli l-eżamijiet tal-MATSEC għax b'dan il-pass qiegħed iżid mat-taxxi u mal-piżijiet ġodda li daħħal fuq tant familji.", "Dawn il-ħlasijiet se jweġġgħu doppjament għaliex m'humiex akkumpanjati b'tibdil u tisħiħ fl- eżamijiet tal-MATSEC.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2001 fid-9.00 bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRASPORT - INSPECTORS", "29074.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid- dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is- sena?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma saret l-ebda spezzjoni kemm fil- Ministeru kif ukoll fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fuq l-impjegati matul din is-sena.", "Ta` min jgħid ukoll li ma jeżistux inspectors fil-Ministeru u fid-Dipartimenti għal dan it-tip ta` xogħol.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - INSPECTORS", "29075.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli ma hemmx impjegati li qed jaħdmu jew iservu bħala inspectors fuq impjegati oħra.", "Huwa d-dmir ta' kull kap tad-dipartiment li jara li l-impjegati li tagħhom huwa responsabbli jaqdu d-doveri tagħhom bl-abbilta' kollha f'kull ħin.", "INTERN - INSPECTORS", "29076.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena?", "Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm ninsab infurmat illi fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jsirux spezzjonijiet formali, irid jinghad illi huwa d-dover tal-kapijiet tad-dipartimenti li jagħmlu dak kollu possibli biex ma jsirux abbuzi u biex ix-xogħol ta' l-impjegati tagħhom isir dejjem iżjed effiċjenti u effettiv.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - WORKING GROUP", "29117.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għamel il-working group li twaqqaf bejn l- awtoritajiet edukattivi u rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-Knisja dwar il- każ imqajjem minni f' mistoqsija parlamentari nru 21701 u 20515?", "X' Kienu l- konklużjonijiet milħuqa?", "Xi ftehim intlaħaq?", "Jista' jpoġġi koppja tal- ftehim fuq il-Mejda?", "Meta se jidħlu fis-seħħ ir-rakkomandazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Working Group li kien twaqqaf iltaqa' diversi drabi.", "Fil-ħidma tiegħu huwa wettaq diversi konsultazzjonijiet, ġie ppreparat l-ewwel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet, u inġabru r- reazzjonijiet għalih.", "Jonqos li l-Working Group jasal għall- konklużjonijiet tiegħu.", "Hu ttamat li dan il-Grupp ma jdumx ma jissottometti r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu.", "MINOR STAFF – IMĠIEBA SESSWALI MHUX XIERAQA", "29118.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x' passi qed jittieħdu biex jiġu mneħħija mill- iskejjel u mill-kuntatt mat-tfal minor staff b' imġieba sesswali żgur mhux xieraq għall-ambjent skolastiku?", "Kemm kellna nċidenti ta' din ix-xorta fis-snin skolastiċi 2000, 20001 u din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perjodu msemmi, kien hemm żewġ każi ta' membri tal-minor staff fl-iskejjel li kienu rrapputati dwar imġieba sesswali fuq il-post tax-xogħol.", "Qed tittieħed azzjoni skond kif provdut fir-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Fl- ewwel każ ħarġet l-akkuża u l-individwu diġa` ġie trasferit f'dipartiment ieħor.", "Fit-tieni każ qed isiru l-investigazzjonijiet preliminarji bi preparazzjoni għall-akkuża formali.", "JUNIOR LYCEUM/MCAST – STUDENTI FL-ISTESS GROUNDS", "29119.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika lmenti li qed jaslu mingħand ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom fil-Junior Lyceum St Joseph li fil-grounds tal- iskola qed ikun hemm studenti żgħażagħ tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija li ċerta mġieba tagħhom mhix dejjem tkun adattata għal studenti sekondarja ta' dik l-eta'?", "X' passi se jittieħdu biex ma jkunx hemm dan it-taħlit bejn l-istudenti sekondarji u post-sekondarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt diġa' qed jiġu kkunsidrati proposti li saru mill-Kap ta' l-iskola St Joseph Junior Lyceum dwar miżuri biex din il- kwistjoni tiġi regolata.", "ETC - IMPJEGATI", "29168.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' Diretturi f' Boards Governattivi, Parastatali u oħrajn li jmexxu intrapriżi pubbliċi li huma reġistrati bħala impjegati mill-ETC (Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ)?", "Kemm minn dawn huma reġistrati wkoll mill-istess ETC li qed jagħmlu xogħol ieħor f' impjieq full-time jew part-time?", "Jista' jikkonferma li l-Membri tal-Board li jamministra ċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ, li ġew maħtura f' Novembru tal-1998, ġew infurmati mill-ETC fit-13 ta' dan ix-xahar li l-bidu ta' l-hekk-imsejjaħ ''impjieg tagħhom'' kien għadu kif ġie reġistrat?", "In vista tal-fatt li dawn diġa kellhom xogħol ieħor, jistax jgħid li dan huwa każ ta' reġistrazzjoni doppja?", "Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, għalfejn ġew mgħarrfa li ġie reġistrat ''il-bidu ta' l-impjieg'' tal-membri konċernati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29168:", "1.", "In-numru ta' persuni li huma reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ bħala Diretturi ta' Boards Governattivi u Parastatali huwa ta' 380.", "2.", "Minn dawn it-380 persuna, 42 għandhom xogħol ieħor full-time filwaqt li 102 għandhom xogħol ieħor part-time ma' entitajiet privati oħra.", "3.", "Fir-rigward il-formoli ta' Bidu t'Impjieg tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ, ninsab infurmat li l-formoli tal-Ingaġġ ta' l-istess Diretturi waslu għand il-Korporazzjoni f'Ottubru 2001, bid-data ta' bidu t'impjieg 1998 u għalhekk fit-13 t'Ottubru 2001 intbgħatet l-irċevuta tagħhom.", "4.", "Għalkemm persuna ikollha iktar minn xogħol part-time jew iktar minn xogħol full-time wieħed, fl-istatistika tal-Korporazzjoni dejjem tingħadd bħala persuna WAĦDA.", "Għalhekk jekk fil-każ li persuna tkun reġistrata f'iktar minn part-time wieħed, dejjem tingħadd bħala PERSUNA WAĦDA u għalhekk titqies bħala f'impjieg wieħed.", "5.", "Il-Membri taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew magħrfa issa, peress li l- Korporazzjoni irċeviet il-formoli issa.", "Ta' min ifakkar li skond l-Avviż Legali numru 110/1993 kull impjieg, anke jekk bħala direttur, għandu jkun reġistrat mal-Korporazzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - PROĠETTI", "29205.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti ġew iffinanzjati mill- Kunsill Lokali tal-: i) Belt ii) Floriana iii) Ħamrun iv) Pieta' v) St. Venera sena b' sena mill-introduzjoni tal-Kunsill Lokali fl-1993 'l hawn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm il- Ministru kif ukoll id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ma jzommu ebda statistika tal-proġetti ffinanzjati mill-Kunsilli Lokali u dan għaliex dawn il-funzjonijiet huma resposabbiltajiet tal-Kunsill Lokali.", "FLORIANA - SLUM CLEARANCE", "29206.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f' hiex waslu l- pjanijiet għall-proġett ta' slum clearance f' Balzunetta l-Floriana?", "Meta hu maħsub li jinbeda dan il-proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li fi żmien qasir ser jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri ta' stabbiliment kummerċjali li jifforma parti minn dan il-proġett.", "Sadanittant l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qiegħda tikkunsidra l-applikazzjoni li ġiet sottomessa ftit tax-xhur ilu.", "ĠBIR TA' BULKY REFUSE", "29207.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jistax jinġabar l-ammont kbir ta' bulky refuse li nġabar fl-inħawi bejn Ta' Qali, l-Imtaħleb u l-Baħrija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).", "MOLL TAL-FURJANA - RIABILITAZJONI", "29208.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjanijiet dwar ir-riabilitazzjoni tal- Moll fil-Floriana?", "X' xogħlijiet huma ppjanati li jsiru?", "Meta hu maħsub li jibdew dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Mall inbeda billi qed issir is-sistema ta' irrigazzjoni.", "Wara xhur ta' diskussjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra, l-Proġett għar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta lestew il-pjani u qed tiġi ppreparata l- applikazzjoni għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Il-proġett ta' pavimentazzjoni jsir wara li jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ser tinħareġ ukoll sejħa għal offerti għar-restawr tal-funtana ta' l-ajkla.", "MINOR STAFF – PROBLEMI TA' VJOLENZA , XORB, DROGI", "29210.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex minor staff li ntbagħtu fl-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar u li għandhom problemi ta' vjolenza ta' xorb u ta' drogi ma jibqgħux jaħdmu fl-iskola biex ma jkunux f' kuntatt mat-tfal għal raġunijiet ovvji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li malli s-sezzjoni tal-Procurement u Administration ġiet informata bl-inċident li sar fl-iskola ta' San Pawl il- Baħar in-nies involuti f'dan il-każ ġew imneħħija u ser jgħaddu Bord ta' Dixxiplina.", "Fl-istess ħin intbagħtet ittra lill-Management and Personnel Office biex dawn in-nies jiġu trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "SLIEMA – SKOLA PRIMARJA – ĦIN TWIL BARRA", "29211.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex tfal li jattendu l- iskola Primarja ta' Tas-Sliema ma jitħallewx ħin twil fit-toroq madwar l- iskola qabel tibda l-iskola b' periklu għalihom minħabba l-ħafna karozzi li jgħaddu mill-inħawi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ttieħdu passi u twaħħlu sinjali biex it- triq ta' quddiem l-iskola tingħalaq bejn it-8.00 - 8.45a.m. u bejn is-14.00 - 14.45p.m.", "Il-pulizija jkun preżenti f'dawn il-ħinijiet u joqgħod f'kantuniera fejn il-karozzi jinżammu milli jidħlu.", "L-iskola wkoll għandha No entry signgħ u jitpoġġa fil-post meħtieġ.", "AWTORITAJIET", "29221.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti b' referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 28852, l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f' dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA - LAQGĦAT", "29222.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f' dawn l-aħħar xahrejn saru laqgħat bejn id- Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet dwar il-problemi li jinqalgħu minħabba li nhar ta' Tlieta jarma is-suq fil-Birgu?", "Id-Diviżjoni qed jkolla xi kuntatti mar-rappresentanti tal-bejjiegħa tas- suq imsemmi dwar din il-kwistjoni?", "B' liema riżultat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-materja ma tikkonċernax lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni b'tali mod li hi tagħmel kuntatt mal-bejjiegħa tas-sut ta' Bormla.", "Il-bejjiegħa konċernati għandhom permessi maħruġa regolarment mill-awtoritajiet kompetenti.", "Il-Ministeru tiegħi u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi ilna niddiskutu l-aspetti tal-problema u x'soluzzjoni tista' tiġi adottata meta darba fil-ġimgħa filgħodu jarma dan is-suq.", "CENTENARY STADIUM - INĊIDENT", "29232.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid wara li l-Ħadd 21 ta' Ottubru kien hemm inċident li seta' kellu konsegwenzi serji meta żiemel sfratta, kisser is-serkin, u telaq jiġri ħdejn is-Centenary Stadium fejn ħabat u għamel ħsara lil xi vetturi qabel ma inqabad għaliex waqa', jekk hemmx permess tal-pulizija biex isiru tiġrijiet taż-żwiemel fit-triq pubblika li iddur mat-training grounds tal- football f' Ta' Qali nhar ta' Ħadd kmieni fil-għodu?", "Jekk hemm permess u dan mhux fil-Ħadd imsemmi biss, għaliex ma kienx hemm pulizija għassa biex vetturi ma jitħallux jgħaddu?", "Jekk m' hemmx permess x' passi ħadu il-pulizija wara il-każ tal-21 ta' Ottubru u anke fi Ħdud oħra speċjalment ukoll il-Ħadd 14 ta' Ottubru?", "Jista' l-Ministru jiżgura li dan il-periklu jitneħħa minn din it-triq biex dawk li jkunu sejrin għall-logħob fis-Centenary Stadium u oħrajn li jridu jgħaddu minn hemm ma jiffaċċjawx problemi bħal dawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma kienx hemm permessi tal- Pulizija sabiex isiru tiġrijiet taż-żwiemel fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.", "Dwar l-inċident, minn indagini li għamlet il-Pulizija irriżulta illi s-sewwieq ta' 65 sena ħassu stordut waqt li kien għaddej biż- żiemel tiegħu u waqa` minn fuq il-karettun.", "Il-bihma baqgħet sejra u sakemm waqfet, laħqet laqtet ma' erba' karozzi li kienu ipparkjati.", "Is- sidien ta' dawn il-vetturi rrinunzjaw għal proċeduri kriminali kontra dan is-sewwieq, wara li huwa għamel tajjeb għal ħsarat ikkagunati.", "Infurmat ukoll illi l-Puliżija ser tkompli tagħmel ronda f'dawn l-inħawi sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm abbuzi ta' din ix-xorta.", "AIR MALTA – SIGURTA' LAXKA", "29246.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga informazzjoni li fuq ċertu flights ta' l-Air Malta l-aktar Malta - Tripoli is-sigurta eżerċitata hija laxka ħafna bil-konsegwenza li luggage tittella' fuq l-ajruplan meta l- propretarju tagħha ma jkunx attwalment tela' fuq l-istess flight?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li kull bagalja li tiġi checked-in trid tgħaddi mis-sistema ta' sigurta' li hemm fl-ajruport.", "Barra minn hekk l-Air Malta qed tħallas għas-servizzi ta' żewġ pulizija biex jissorveljaw kull bagalja li tiġi għal fuq it-titjiriet Malta-Tripoli u jeskortaw il- bagalji kollha sakemm l-ajruplan jiġi mgħobbi.", "Dawn il-pulizija jibqgħu ħdejn l-ajruplan sakemm jitlaq.", "Kull meta jkun hemm xi diskrepanza, l-ajruplan ma jitħalliex jitlaq sakemm din tiġi riżolta.", "SAĦĦA - VETTURI", "29247.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "28821?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SIGURTA' SOĊJALI - VETTURI", "29248.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28822?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.", "VALLETTA REHABILITATION PROJECT", "29249.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28167?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "MALTA DIARY PRODUCTS", "29253.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid peress li fl-inħawi tal-Malta Diary Products fil-Ħamrun hemm akkumulazzjoni ta' raw milk li jiġbed insetti u ġrieden, tista' ssir xi ħaġa dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li spezzjonijiet minn uffiċċjali ta` dan id-Dipartiment isiru fuq bażi regolari ġewwa l-MDP, kif ukoll fl-inħawi tal-fabbrika.", "Għaldaqstant ninforma li għalkemm waqt l-ispezzjonijiet ma` nstab l-ebda akkumulu ta` ħalib nej, ġie nnotat li l-gullies fil-'vehicle wash up area' huma parzjalment miżduda w allura, jibqa` xi għadajjar ta` ilma wara l-ħasil ta` t-trakkijiet u bowsers.", "L-MDP diġa` ġew infurmati sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex tali sitwazzjoni tiġi remedjata.", "ECONOMIC PROGRAMME", "29259.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid ġiex ppubblikat ir-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme li kellu jiġbor fih il-Macroeconomic Stability and Fiscal Position tal-Gvern Malti inkonnessjoni ma' l-alignment ta' pajjiżna ma' l- acquis ta' l-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme ntbgħat lill-Kummissarju Ewropeja fl-1 ta' Ottubru.", "Dan il-Programm qed jiġi evalwat mill-Kumitat tal-Ekonomija u Finanzi tal-ECOFIN Council biex wara jkun diskuss ma dak ta' pajjiżi oħra f'laqgħa li se issir fi Brussels fis-27 ta' Novembru li ġej.", "Wara dan kollu l-kummissjoni tippublika l-PEP's ta' dawn is-7 pajjiżi kandidati billi tqegħdilna fuq il-Website tal-Preidenza Belġjana.", "ECONOMIC FORECASTING", "29260.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Ministeru li jsaħħaħ l-Economic Forecasting Capacities tiegħu sabiex ikun jista' jieħu sehem fil-Mutual Economic Surveillance Programmes tal-UE, kif ukoll sabiex ikun jista eventwalment jaderixxi ruħu mar-Reporting Procedures tant l-Excessive Deficit Procedure u l-iStabilityand Growth Pact?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal issa din il-funzjoni qed tinqeda b'riżorsi tal-Economic Planning Division fi ħdan il- Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Iżda hemm il-ħsieb li l-Ministeru tal- Finanzi jibni dawn il-kapaċitajiet fi ħdanu stess.", "OVERVIEW OF ALIGNMENT WITH THE ACQUIS", "29261.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma dak li hemm fl-Overview of Alignment with the Acquis -Vat Capter 10 Taxation fit-trattativi tagħna mal-UE fejn jintqal li l- Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-Vat sat tieni quarter tas- sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi fl-Overview of Alignment with the Acquis tal-Position Paper fuq Chapter 10 - Taxation, hemm imniżżel illi l-Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-VAT sat-tieni quarter tas-sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE ħlief għat-talbiet li qed isiru f'Sezzjoni C ta' l-istess dokument.", "Bħalissa qegħdin isiru negozjati bejn Malta u l-UE fuq għadd ta' arranġamenti speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT.", "Għalkemm il-Gvern se jipprova jagħmel l-emendi neċessarji għal-liġi tal-VAT sa nofs is-sena d- dieħla, dan jiddependi ħafna mill-progress tan-negozjati.", "BUSINESS CHANGE MANAGEMENT PLAN", "29262.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar fhiex wasal il-Business Change Management Plan li kien tfassal a bażi ta' proġett ta' għajnuna teknika wiesgħa mill-Kummissjoni Ewropeja fil-qafas ta' dak li jissejjaħ Fiscal Blueprints Exercise?", "Billi fil-Position Paper dwar l-Acquis jintqal li dan il-pjan kellu jiġi implimentat gradwalment u mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2002, jista' jgħid jekk il-pjan huweix miexi on track u fiex wasal?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twettiq tal- Business Change Management Plan miexi kif ippjanat.", "Twaqqfu Pre-accession Units fid-Dipartimenti tad-Dwana u tal-VAT waqt li nħattru żewġ Project Managers barranin biex jorgannizzaw ix-xogħol meħtieġ.", "Ix-xogħol mwettaq s'issa jinkludi:", "- aġġornament ta' għadd ta' regolamenti biex jiġu kompatibli ma' dawk ta' l-UE - titjieb fil-faċilitajiet għal klijenti tad-Dipartimenti bħal ftuħ ta' l-One-Stop Shop fid-Dipartiment tal-VAT. - issaħħu l-istrutturi amministrattivi tad-Dipartimenti biex ix- xogħol ikun aktar effettiv - ingħata taħriġ lil ħaddiema fuq diversi oqsma bħal customer care service, programmi ta' l-informatika, infurzar ta' taxxa u management - għadd ta' ħaddiema intbagħtu jipparteċipaw f'seminars u laqgħat organizzati ie minn FISCALIS, TAIEX u IOTA - ġew introdotti proċeduri ġodda - għadd ta' ħaddiema intbagħtu f'pajjiżi membri biex jaraw aktar mil- viċin il-prattiċi ta' xogħol", "Is-sena d-dieħla se tkompli l-attivita fl-oqsma li semmejt waqt li se jsir ukoll xogħol fuq l-interkonnettivita bejn id-Dipartimenti tad-Dwana u l-VAT ma' l-Kummissjoni ta' l-UE.", "FISCALIS PROGRAMME", "29263.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid billi kien ġie irrapurtat li Malta kienet qed tieħu sehem fil-Fiscalis Programme wara li ġiet aċċettata fuq bażi proviżorja - liema sehem kien maħsub biex ittejjeb is-sistemi ta' taxxi indiretti fit-tħaddim tas-suq intern, jista' jgħid jekk twaqqfitx il-bażi legali li tippermetti sehem sħiħ f' dan il-programm?", "Tista' taġġorna lill-Kamra dwar din il-ħidma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20001023_403d_par.doc", "date": "2000-10-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 403 It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 403", "It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "403", "It-Tnejn, 23 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 80", "MISTOQSIJIET - 80", "TWEĠIBIET ORALI 80", "TQEGHID TA' KARTI 85", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA`", "TAL-PRODOTTI (IT-TIENI QARI)", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL (SECOND READING) 85", "AĠĠORNAMENT 105", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 110", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 402 li saret fl-20 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "POLIKLINIĊI - TRANSFERS", "19309.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): Jista' l- Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-polikliniċi?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport) (f'isem il-Ministru tas- Saħħa): Mill-5 ta` Jannar sal-10 ta` Settembru 2000 saru 22 trasferiment lill-ħaddiema tal-polikliniċi, li 15 minnhom intalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "ĦABS ĊIVILI - ĦADDIEMA ĠODDA", "19310.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fil-ħabs ċivili mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi fil- perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-faċilita` korrettiva ta` Kordin.", "SPTAR SAN LUQA - TRANSFERS", "19311.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il- ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Mill-5 ta` Jannar sal- 10 ta` Settembru, 2000 saru 97 trasferiment lill-ħaddiema ta` l-Isptar San Luqa, li 67 minnhom intalbu mill-impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu jsiru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "WSC - ĦADDIEMA ĠODDA", "19312.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-water services corporation mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għal imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li matul il-perijodu indikat il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma impjegat tmien ħaddiema ġodda, li sebgħa minnhom ġew impjegati wara li nkiseb il-permess meħtieġ mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, filwaqt li wieħed ġie mpjegat skond il-provvedimenti ta' l-Att ta' l-1990 dwar l- Impjiegi u Servizzi ta' Taħriġ.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li nisimgħu b'ħafna lmenti ta' ħsarat li m'humiex qegħdin jiġu identifikati jew irranġati mill-ewwel, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex detailed xi ħadd minn dawn il-ħaddiema l- ġodda għal mas-section tat-tiswijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, għall-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l- Onor. Interpellant jien informat li l-ħsarat qed jissewwew b'mod regolari, tant li t-telf mill-ilma kompla nieżel.", "Kultant jinqalgħu ħsarat li jirrikjedu ċertu ammont ta' xogħol, pero' apparti l-kwestjoni li nqalgħet il-ġimgħa l-oħra - fejn kienet se tingħalaq ir-reverse osmosis plant bla bżonn - dan is-sajf ma kellniex diffikultajiet partikolari u allura ma naċċettax il-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Lill-Onor.", "Interpellant nista' ngħidlu wkoll li tnejn minn dawk it- tmienja min-nies li ġew impjegati mal-korporazzjoni kienu scientific officers, erbgħa kienu project officers, ieħor għandu x'jaqsam mal- communications u ieħor ma' l-accounting team.", "Jiġifieri dawn l-impjiegi li huma pjuttost fuq livell maniġerjali, fuq livell xjentifiku u fuq livell tekniku, m'għandhomx x'jaqsmu direttament mat-tiswija tal-ħsarat, għalkemm jista' jkollhom xi link ma' ċerti aspetti tekniċi tal-korporazzjoni.", "PA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19313.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għal imsemmi mpieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul il-perijodu speċifikat mill- Onor. Interpellant fl-awtorita` ta` l-ippjanar ġiet impjegata persuna waħda bħala financial controller.", "Is-sejħa minn barra għal applikazzjonijiet biex timtela din il-pożizzjoni ħarġet f`Marzu 2000.", "SPTAR BOFFA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19314.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-Isptar Boffa mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Mill-5 ta` Jannar sal- 10 ta` Settembru, 2000 ġew impjegati erba' ħaddiema ġodda fl-isptar Boffa.", "Tlieta minnhom ġew impjegati fuq bażi każwali - sakemm is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet fuq bażi permanenti li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern, kif jidher hawn taħt, tiġi pproċessata mill- kummissjoni dwar is-servizz pubbliku - u l-ħaddiem l-ieħor ġie mpjegat bħala consultant dermatologist fuq bażi ta` kuntratt.", "L-impjieg tiegħu ġie approvat mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku fuq rakkmandazzjoni mid- diviżjoni tas-saħħa.", "|Grad |Numru|Data tas-Sejħa | | | |fil-Gazzetta | | | |tal-Gvern | |Spiżjara | 2 | | | | |29.08.2000 | |Staff Nurse| 1 | | | | |02.05.2000 |", "PA - WARDIJA - WIED QANNOTTA", "20147.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jpoġġi kopja tal-permessi li nħarġu mill-planning authority sabiex isiru x-xogħlijiet f'Wied Qannotta, Wardija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-lista ta` permessi li nħarġu mill-awtorita` ta` l-ippjanar fil-lokalita` li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant hija kif ġej : -", "| | | | |Applica|Address |Proposal | |tion | | | |No. | | | |07389/9|Site at |To construct | |5 |Triq Wied |agricultural | | |Qannotta, |store. | | |Burmarrad | | |05113/9|Site at |To demolish | |6 |Triq |existing | | |il-Wardija|garage, | | |c/w Triq |construct a | | |Wied |basement and a| | |Qannotta, |2-storey | | |Burmarrad |dwelling house| | |l/o San |at ground and | | |Pawl |first floor | | |il-Baħar |levels with | | | |garage for | | | |private use. | |02382/9|Site in |To erect store| |3 |Triq Wied |room for | | |Qannotta, |agricultural | | |Burmarrad |implements & | | | |water pump. | |00547/9|Site at |To construct | |8 |Triq Wied |two | | |Qannotta, |greenhouses. | | |Burmarrad | | |04425/9|Palazz |To install a | |6 |Gerxija, |dish antenna | | |l/o |in an internal| | |Wardija, |yard. | | |San Pawl | | | |il-Baħar | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura lill-Ministru ma jirriżultalux li f'Wied Qannota qed isiru xogħlijiet illegali?", "X'passi qed jittieħdu bl-għan li min qed jagħmel dan l-abbuż jieqaf minnufih?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa nieħu nota u jekk ix-xogħlijiet li qed isiru m'humiex koperti bil-permess u lanqas huma nklużi fil-ħames permessi li għadni kif semmejt, nieħu l-passi li hemm bżonn.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - RABAT", "20148.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani bl-iżviluppi li seta' kien hemm sabiex iċ-ċentru tas- saħħa fir-Rabat jerġa' jibda jagħti servizz fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Id-dipartiment qed jistħarreġ kull soluzzjoni possibbli sabiex iċ-ċentri tas-saħħa kollha jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tat-tabib tal-familja fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li d-dipartiment qed jagħmel dan l- istħarriġ, hemm xi target date dwar meta se jingħata dan is-servizz lill- komunita'?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, hawnhekk m'għandix id-dettalji pero' naf li l-ministeru tas-saħħa għaddej b'diskussjonijiet f'dan ir-rigward.", "L- Onor. Interpellant irid japprezza li meta tagħmel target date mhux dejjem tkun tista' żżommha.", "WARDIJA - WIED QANNOTTA - XOGĦLIJIET", "20150.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani meta bdew ix-xogħlijiet li qed isiru f'Wied Qannotta, Wardija?", "Għaliex saret rampa li mblokkat il-wied?", "Għaliex qed jintradam wieħed mill-iskontri li hemm f'din il-parti tal-wied?", "Għaliex ix- xogħlijiet ma nbdewx fis-sajf u mhux issa meta riesqa x-xitwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "20145 fis-seduta nru.", "402.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt li kieku l-Ministru jkun aktar speċifiku.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nimmaġina li l-Onor.", "Interpellant japprezza li din hija materja li għandha x'taqsam mal- planning authority.", "Ċertament li x-xogħlijiet ma kenux qed isiru fuq inizjattiva tad-dipartiment jew xi enti oħra fi ħdan il-ministeru għall- ambjent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Napprezza dak li qed jgħid il-Ministru imma peress li huwa normali li f'każi bħal dawn id-dipartiment għall-ambjent jagħmel assessment biex ikun jaf x'mpatt negattiv ikunu ħallew ċerti xogħlijiet li jkunu saru illegalment, u in vista li qed jittieħdu numru ta' inizjattivi biex l-ilma tax-xita ma jikkawżax għargħar li jistgħu jwasslu għal inċidenti fatali, id-dipartiment se jagħmel investigazzjoni bl-għan li din is-sitwazzjoni ma tkomplix għaddejja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-proċedura ta' environment impact assessment.", "Normalment meta jkun hemm applikazzjoni għal żvilupp u skond ir-regolamenti ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar ikun hemm il-ħtieġa jew ta' environment impact statement jew ta' environment impact assessment, inkunu rridu nagħmlu l- konsultazzjonijiet, inqabbdu esperti indipendenti minn min qed jagħmel l- iżvilupp a spejjeż tiegħu, dik l-informazzjoni tinġabar, tingħata lill- awtorita' ta' l-ippjanar u mbagħad naturalment tittieħed id-deċiżjoni skond il-fatturi kollha.", "S'issa m'hijiex il-proċedura li nagħmlu environment impact assessment fejn ikun qed isir xogħol li m'hemmx talba għalih.", "F'dak il-każ trid tirrapporta lill-awtorita' ta' l-ippjanar biex tinvestiga hi.", "Jekk niftakar sew, l-awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet passi f'dan ir- rigward u ħarġet stop notice.", "L-environment impact assessment tagħmlu biex tgħid x'inhuma l-pros and cons ta' dak il-proġett fi proċess ta' applikazzjoni.", "Meta potenzjalment għandek xi ħaġa li qed issir illegalment l-ewwel regola hi li twaqqafha, u jekk dik tipperpetwa ruħha trid tagħmel ukoll ordni biex titneħħa, irrispettivament jekk l-impatt ambjentali huwiex pożittiv jew negattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għal darba oħra nerġa' ngħid li napprezza dak li qed jgħid il-Ministru u għalhekk jiena qgħadt attent li ma nsemmix l-impact assessment.", "Peress li fid-domanda tiegħi għamilt riferenza għall-mod kif ġie żviluppat u mblokkat il-wied - u għandi nifhem li dan se jikkawża dannu b'detriment kemm għall-ambjent kif ukoll għas-sistema idroloġika - id- dipartiment qiegħed jinvestiga biex jirrimedja dawn il-konsegwenzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'dawn il-każi nippruvaw nintervjenu pero' m'huwiex faċli li tnaddaf kull fejn jintefa' xi terrapien jew isiru interventi simili.", "Ma jidhirlix li sar intervent dirett f'dan il-wied, iżda peress li l-Onor.", "Interpellant jinsab inkwetat dwaru - u anke kellimni personalment - se nara x'nista' nagħmel.", "L-ewwel responsabbilta' hi ta' min ikkaġuna l-ħsara u jekk nimxu bil- polluter pays principle, min ikun għamel xi ħaġa fejn mhux suppost għandu jaqbad u jneħħiha, għax inkella kulħadd jagħmel li jrid.", "Jiġifieri l-ewwel prinċipju, anke mil-lat ambjentali, għandu jkun li min ikun għamel il-ħsara jrid jirrispondi għaliha u jneħħiha.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - RABAT", "20151.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani kemm hu n-numru ta' persuni li użaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena xahar b'xahar?", "Jista' l- Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-sena 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Informat li n-numru ta` persuni li wżaw iċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar tas- sena 1999 u ta` din is-sena kien hekk:", "|Jannar 1999 |5524 li jinkludi 108| | |viżta fid-dar | |Frar 1999 |5069 li jinkludi 61 | | |viżta fid-dar | |Jannar 2000 |6189 li jinkludi 97 | | |viżta fid-dar | |Frar 2000 |5924 li jinkludi 73 | | |viżta fid-dar |", "LUFTHANSA - CARGO AIRFREIGHTING", "20152.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tan-negozjati bejn l-Air Malta u Lufthansa dwar il-cargo section?", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-ħaddiema kemm-il darba jsiru l-arranġamenti bejn iż-żewġ kumpanniji ta' l-ajru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-negozjati li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant għadhom sejrin u f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat- tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "15434, għajr li dawn in-negozjati mhux mistenni li jkollhom xi effett fuq il-pożizzjoni tal-ħaddiema ta' l-Air Malta.", "Inżid ngħid li din it-tip ta' attivita' ġġib lejn pajjiżna ċerta attivita' ġdida ta' cargo airfreighting li s'issa għadna ma żviluppajniex biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk qed nifhem sew il-Lufthansa ma kenitx sodisfatta bil-kondizzjonijiet u fil-fatt in-negozjati għadhom għaddejjin bejnha u l-Air Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Safejn naf jien pjuttost l-Air Malta qed tistenna mingħand il-Lufthansa r-reazzjoni għal ċerti pożizzjonijiet.", "Id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin u wieħed irid jistenna biex jara jekk jagħtux frott jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, sfortunatament numru ta' azjendi li jagħmlu użu mill-airfreight section ta' Ħal-Luqa qed jilmentaw li minkejja li s-sistema nbidlet minn waħda manwali għal waħda komputerizzata, qed ikollhom jistennew għal numru ta' sigħat twal.", "X'qed isir bil-għan li din il-faċilita' tkun aktar aċċessibbli għall-istess negozjanti li jressqu l- ilment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sistema bħalissa hija li l-cargo jiġi spezzjonat biex naraw kif innaqqsu xi abbużi li jista' jkun hemm, imma naturalment irridu nkunu dejjem lesti biex intejbu s-servizz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGHID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar proċess ta' enumerazzjoni ta' djar f'diversi lokalitajiet, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20338.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd u l-mudell ta' karozzi li qegħdin għall-użu tad- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "20295.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGUREZZA ĠENERALI U KWALITA` TAL-PRODOTTI", "GENERAL PRODUCT SAFETY AND QUALITY BILL", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): F'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar Kontroll fuq il-Kwalita` (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa ħafna iktar differenti minn dawk li għaddejna s'issa f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsumatur.", "Naturalment l-abbozzi ta' liġi li għadna kif għaddejna kollha huma importanti u permezz tagħhom se nkunu nistgħu nagħtu bidu għal tip ta' sorveljanza fis-suq, liema sorveljanza hija meħtieġa sabiex il-konsumaturi jkunu dejjem iktar mħarsa.", "Għaldaqstant huwa importanti li f'din in-nisġa ta' leġislazzjoni qegħdin naslu għal abbozz ta' liġi li se jagħti drittijiet u jassenja dmirijiet speċifiċi lid- dipartiment tal-konsumatur, liema dipartiment se jieħu ċerti responsabbiltajiet li s'issa kien għad ma kellux.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan prinċipali ta' dan l-abbozz huwa biex jagħmel dispożizzjonijiet ġodda għall-protezzjoni aħjar ta' konsumaturi minn prodotti perikolużi u biex prodotti perikolużi jiġu projbiti u mneħħija mis-suq, u biex jiġi revokat l-Att dwar il-Kontroll fuq il- Kwalita` (Esportazzjonijiet, Importazzjonijiet u Oġġetti Lokali).\"", "Hija għal din ir-raġuni li għadni kif għedt li dan l-abbozz ta' liġi huwa differenti ħafna iktar minn dawk il-liġijiet li għaddejna s'issa, għax filwaqt li l-liġijiet li għaddejna rigward il-Malta standards authority ħolqu struttura li tirregola, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa għodda leġislattiva li permezz tiegħu nistgħu nġibu fis-seħħ dik it- tip ta' sorveljanza u kontroll reali fis-suq.", "Kif se naraw iktar 'il quddiem, dan l-abbozz ta' liġi se jagħti wkoll ċerti drittijiet lill- konsumatur biex id-dipartiment ikun jista' jagħmel ċertu infurzar kif ukoll biex prodotti li jkunu perikolużi ma jitħallewx jidħlu fis-suq.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn it-tieni taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi jsib li dan qed jagħmel enfasi kbir fuq kemm hu importanti li nsaħħu l- mentalita` dwar il-ħtieġa li nżommu l-istandards.", "Fil-fatt il-Malta standards authority twaqqfet biex tassigura li f'pajjiżna jkollna suq li jkun kapaċi jaħdem sew.", "Diġa' semmejna f'dibattiti oħra li l-iktar prinċipju bażiku fis-suq tagħna għandu jkun dak li m'għandniex nippermettu li jkollna prodotti li jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi tagħna.", "Dan l-istatement diġa' sar meta konna qed niddiskutu l-liġijiet l-oħrajn li għaddejna s'issa, pero` b'differenza għal-liġijiet l-oħra issa se ninforzaw dak li konna qegħdin nitkellmu dwaru.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jservi lid- direttur tad-dipartiment tal-konsumatur bħala għodda biex dan ineħħi mis- suq kull prodott li jista' jagħmel ħsara lill-konsumatur.", "Ta' min jgħid li issa dieħla ċerta mentalita` ġdida f'dan ir-rigward ukoll għax illum il- ġurnata qegħdin nifhmu li jekk irridu ċerta serjeta` fis-suq, ma jistax jibqa' jkollna awtorita` li tirregola u fl-istess ħin li tagħmel ukoll is- sorveljanza fis-suq.", "Qabel konna naqblu ma' dan il-ħsieb, pero` llum il- ġurnata l-istess suq qed jurina li fil-prattika nistgħu nkunu ħafna iktar effettivi jekk nifirdu dawn iż-żewġ proċeduri u minflok ikollna dipartiment jew entita` li tagħmel is-sorveljanza fis-suq.", "Fil-fatt mil-lum 'il quddiem filwaqt li se jkun responsabbli mill-enforcement id-dipartiment tal- konsumatur, is-sorveljanza se ssir mill-MSA.", "Bażikament nistgħu ngħidu li s-suq huwa kompost mill-importaturi, mill- manifatturi u mill-konsumaturi.", "Issa wieħed ma jridx iħares lejn dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna waħdu imma għandu jħares lejh fil- kontest ta' nisġa ta' liġijiet oħra li ttrattajna s'issa f'dan il- parlament.", "Per eżempju, ma nistgħux ninsew x'konna qed ngħidu meta għaddejna l-abbozz ta' liġi dwar l-MSA.", "Issa l-gvern, permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi, irid jassigura li kemm il-konsumatur, kemm il-manifattur, kemm l-importatur kif ukoll is-suq ikunu importati aħjar.", "Meta waqqafna l- MSA aħna ħloqna awtorita` li b'xi mod jew ieħor kellha tissupplixxi lis-suq bi standards volontarji għaliex l-istandards mandatorji joħorġu minn awtoritajiet oħrajn.", "Ejjew naraw in-nisġa ta' kif se jkun qed jaħdem is- suq.", "Filwaqt li l-liġi li kellna kienet tagħti d-dritt lill-MSA li tagħmel l-enforcement hi, illum qegħdin ngħidu li għandu jkun id-dipartiment tal- konsumatur li jara li l-prodotti li jkunu qed jinbiegħu ma jkunux perikolużi, u jekk jirriżulta li fis-suq ikun hemm xi prodotti perikolużi, id-direttur ta' dan id-dipartiment għandu l-poter li jikkonfiska dawn il- prodotti.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li huwa d-dipartiment tas-saħħa li se jissorvelja dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ikel.", "Mr Speaker, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna aħna se nkunu qegħdin nimplimentaw il-general product safety directive ta' l- Unjoni Ewropea.", "Ovvjament issa żgur li se jkun hemm min tiġih it- tentazzjoni li jgħid li ġibna dan l-abbozz ta' liġi quddiemna minħabba li hekk qed tiddettalna li nagħmlu l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dan m'huwiex il- każ u jien nappella lil din il-Kamra biex ma nerġgħux naqgħu f'din il- kantaliena.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi aħna se nkunu qed inħarsu d- drittijiet tal-konsumatur u dan l-abbozz ta' liġi se jgħabbi b'responsabbilta` kemm lid-dipartiment tal-konsumatur kif ukoll lill- konsumatur.", "Nagħmilha ċara li aħna qatt ma ressaqna xi abbozz ta' liġi quddiem dan il-parlament għal wiċċ xi ħadd imma dejjem ressaqniehom għall- interess tagħna l-Maltin u l-Għawdxin stess.", "Aħna ma rridux li nkunu qed ngħixu fi speċi ta' ġungla fejn kulħadd ikun jista' jimmanifattura u jimporta dak li jrid mingħajr ma jagħti każ x'periklu jew xi ħsara jkunu qed jagħmlu dawn il-prodotti lill-konsumatur.", "Is-suq tagħna jeħtieġ li jkun regolat jekk verament nemmnu fih.", "Li nirregolaw is-suq tagħna m'huwiex punt negattiv imma huwa metodu ta' kif aħna nkunu nistgħu nilqgħu l-elementi tal-kompetizzjoni.", "Aħna qegħdin ngħidu lill-importatur u lill-manifattur: Filwaqt li aħna ninsabu konxji li l-kompetizzjoni traħħas il-prodott, ma nistgħux noħorġu fis-suq prodotti li huma ta' ħsara jew ta' periklu għall-konsumatur.", "Ikun tajjeb ukoll jekk kif naslu fl-istadju ta' kumitat indaħħlu xi emendi ħalli nkomplu ntejbu dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, subklawsola (1) ta' klawsola 3 tgħid li l:", "\"Konsumatur għandu dritt -", "(a) li jitqiegħdu prodotti għall-konsum fis-suq li jkunu mingħajr periklu;", "(b) li jirċievi informazzjoni xierqa rigward l-aspetti ta' sigurta` u ta' l-użu ta' dawk il-prodotti kif suppost;\".", "Mela kif qed naraw, minbarra li dan l-abbozz ta' liġi qed jitfa' ċerta responsabbilta` fuq id-direttur tad-dipartiment tal-konsumatur, huwa qiegħed jitfa' ċerta responsabbilta` wkoll fuq l-importatur, id-distributur u l-manifattur, biex jara li l-konsumatur ikollu l-aħjar informazzjoni dwar il-prodotti li jkun qed jixtri.", "Wara kollox illum hija meqjusa bħala xi ħaġa neċessarja li fis-suq tagħna jkollna din l-informazzjoni mal-prodotti li nixtru.", "Biex niftehmu, il-probabbilta` li jkollna prodotti perikolużi fis-suq m'hijiex daqshekk kbira, pero` xorta waħda għandu jkollna l-għodda leġislattiva meħtieġa biex jekk jinqala' dan il-każ, ikollna l-iktar metodi effiċjenti ta' kif inneħħu dak il-prodott mis-suq.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 3 tkompli tgħid li l-konsumatur għandu d- dritt:", "\"li jkun informat b'mod xieraq bi prodotti li joħolqu riskji għas- saħħa u s-sigurta` tal-konsumaturi, u li jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ lilu.\"", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qed jitfa' wkoll ċerta responsabbilta` fuq il-konsumatur biex dan jara x'effett se jħalli fuqu l-prodott speċifiku li jkun qed jixtri.", "Irridu naraw ukoll li l-produtturi u l-importaturi jarawh bħala obbligu l-fatt li huma għandhom jinformaw lill-konsumatur dwar kull riskju li jista' jkun hemm fl-użu tal-prodott li jkun qed jixtru, u fejn hu l-każ għandhom jirtiraw mis-suq dawk il-prodotti li jkunu se joħolqu riskju.", "Kull fejn ikun xieraq għandu wkoll isir il-labelling ħalli l-prodotti jkunu jistgħu jiġu identifikati.", "Sa ftit taż-żmien ilu l- labelling kien jitqies bħala lussu, pero` llum qed nagħrfu l-fatt li l- labelling huwa neċessita`.", "Per eżempju, b'riżultat tal-mad cow disease fl- Ingilterra wieħed seta' jinduna kemm hu effettiv il-labelling fuq il-laħam għax permezz tiegħu wieħed seta' jkun jaf kemm il-country of origin kif ukoll liema prodotti setgħu jkunu ta' ħsara għall-konsumatur.", "Ta' min isemmi wkoll li riċentement wieħed mill-importatur tal-birer f'Malta kien qabad u ħa l-briga li jirtira mis-suq prodott li kien magħruf li ħareġ difettuż u li seta' jagħmel ħsara lil min kien se jikkonsmah.", "Għalhekk minn hawn qed naraw li dan l-abbozz ta' liġi mhux biss se jgħabbi bir-responsabbilta` lid-direttur tad-dipartiment tal-konsumatur imma wkoll lill-produttur u lill-importatur.", "Issa m'għadhiex teżisti dik il- mentalita` li l-importatur jew il-produttur huwa dak l-omnipotenti li jista' joħroġ il-prodotti tiegħu fis-suq u jista' jserraħ moħħu, jiġri x'jiġri.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, issa l-importatur jew il- produttur jista' jinstab ħati jekk kemm-il darba huwa jkun jaf li t-tali prodott jista' jservi ta' ħsara għall-konsumatur u joħorġu fis-suq xorta waħda.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li kull maġistrat jista' jagħti mandat lid- direttur tad-dipartiment tal-konsumatur biex jidħol f'kull post ta' negozju fejn id-dipartiment tal-konsumatur ikun informat li jkun hemm xi prodotti perikolużi ħalli jneħħihom mis-suq.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti wkoll id-dritt lid-direttur tad-dipartiment tal-konsumatur li f'każ ta' urġenza, jista' la joqgħod jistenna lill-pulizija u lanqas il-mandat tal-maġistrat.", "Mr Speaker, kien hemm min qalilna li b'dan l-abbozz ta' liġi aħna se ndejqu lil dawk li jaħdmu fis-settur kummerċjali.", "Il-probabbilta` hi li dan l-abbozz ta' liġi se jkun ta' dwejjaq għal min qiegħed iġib fis-suq prodotti li huma ta' periklu għas-saħħa tal-konsumatur, u jien nawgura li dan l-abbozz ta' liġi jkun ta' dwejjaq għal dawn it-tip ta' nies.", "Jien nawgura minn issa li dan l-abbozz ta' liġi jkun tajjeb biżżejjed biex ikun ta' dwejjaq għal min jaħseb li jista' jagħmel il-qligħ billi jpoġġi fis-suq prodotti li huma perikolużi għas-saħħa tal-konsumatur.", "Jekk dan l-abbozz ta' liġi ma jkunx ta' dwejjaq għal dawn in-nies, allura wisq nibża' li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex tajjeb.", "Ara min hu organizzat fis-suq, dan l- abbozz ta' liġi mhux se jkun ta' dwejjaq għalih.", "Jien lil min hu organizzat fis-suq se ngħidlu bħalma ngħid lil student li jkun se jersaq għal xi eżami, ċioe`: M'għandekx minn xiex tibża'.", "Mr Speaker, se nagħlaq dan id-diskors billi ngħid li jien lest li nevalwa kull proposta li se ssir għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna biex flimkien inkunu nistgħu noffru lil dan il-pajjiż liġi li tagħmel sens, liġi li tkompli ttejjeb is-suq tagħna u liġi li tkompli tħares id- drittijiet tal-konsumaturi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett innotajt li huwa pprova jagħmel introduzzjoni li fiha artikola l-argumenti min-naħa tal-gvern dwar din il-leġislazzjoni u daħal f'ċertu dettall.", "Jien naħseb li meta nkunu qed niddiskutu l-abbozzi ta' liġi f'din il-Kamra hekk għandu jsir u mhux inkunu spiċċattivi u nieħdu lill-membri ta' l-oppożizzjoni u lil kulmin ikun qed jismagħna for granted.", "It-tieni raġuni li għaliha ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi jitkellem hija din li għalkemm ovvjament ma qbiltx ma' kulma qal, ħassejt li l- approach tiegħu kien wieħed 'il fuq mill-partiġjaniżmu, kif wara kollox għandha tkun kull diskussjoni li ssir fuq suġġett ta' din in-natura.", "Anke jien, min-naħa tiegħi se nipprova ma nkunx kontroversjali, anke għaliex l- oppożizzjoni mhux biss taqbel mas-sustanza ta' dan l-abbozz ta' liġi imma taqbel ukoll mal-ħtieġa ta' dan l-abbozz ta' liġi, għalkemm inħossu li ċerti affarijiet setgħu ma sarux b'daqstant għaġġla.", "L-uniku punt fejn jien ma naqbilx mal-kollega tiegħi u li allura se niċċarah mill-bidu huwa dwar il-kwestjoni ta' jekk dan l-abbozz ta' liġi ġiex imressaq quddiem dan il-parlament illum minħabba l-Unjoni Ewropea.", "L- Onor. Vassallo qal li mhux veru li dan l-abbozz ta' liġi ġiex imbottat mill-Unjoni imma tressaq biex nirregolaw dak li hemm fis-suq tagħna.", "Jien kont inkun konvint li dan l-abbozz ta' liġi ma ġiex imbottat mill-Unjoni li kieku saru żewġ affarijiet; l-ewwelnett li kieku ma kienx hemm dik ir- riferenza speċifika kollha dwar il-bżonn ta' dan l-abbozz ta' liġi fin- national plan for the adoption of the acquis, u t-tieni nett, billi leġislazzjoni simili teżisti b'mod iktar wiesgħa u komprensiv f'pajjiżi lil hinn mill-Unjoni - qed nirriferi speċifikament għall-pajjiżi ta' l-EFTA, bħan-Norveġja, u għal dak li jiġri fl-Istati Uniti - jien kont inkun iktar konvint li l-gvern m'hux qed jiġi mbottat mill-Unjoni Ewropea li kieku l- gvern minflok m'għamel zooming in fuq dak li hu mitlub min-naħa ta' l- Unjoni, huwa ħares lejn il-qafas ta' leġislazzjoni li għandhom dawn il- pajjiżi li semmejt, jiġifieri l-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Istati Uniti, li tagħti importanza qawwija ħafna lill-aspett tas-safety f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur.", "Minn riċerka li għamilt irriżulta li n-Norveġja lleġislat dak li qed nilleġislaw aħna llum tmien snin ilu.", "Ta' min jgħid li n-Norveġja għamlet din il-leġislazzjoni mingħajr ma kellha lil ħadd jimbottaha 'l quddiem, kif qed jiġri f'pajjiżna llum, għaliex ma kellhiex esiġenzi li tagħmel dan u ma kienet marbuta ma' l-ebda pjan nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis, kif inzerta li huwa pajjiżna.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja tan- Norveġja jsib li għalkemm forsi l-leġislazzjoni proprja għaddiet tmien snin ilu, meta ġiet biex tagħmel l-ewwel passi, jiġifieri l-Product Control Act, hija kienet il-pijuniera tant li ċerti affarijiet għamlithom fl-1976, jiġifieri 24 sena ilu.", "Issa ħalli nibda biex nitkellem dwar l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Kulmin isegwi l-affarijiet tal-konsumatur mill-qrib isib li huma x'inhuma l-pajjiżi involuti tul dawn l-aħħar snin, aspett li qed jingħata importanza ikbar minn qabel huwa dak tal-product safety, is-sigurezza konnessa mal- prodotti li jiġu manifatturati.", "U għaliex dan?", "Il-mistoqsija tista' tiġi mwieġba faċilment għaliex inti ma jistax ikollok liġijiet li jħarsu d- drittijiet tal-konsumatur meta m'għandekx ilqugħ sodi biżżejjed biex isaħħu s-sigurta` tal-konsumatur kontra ċerti perikli naturali.", "Biss min-naħa l- oħra nerġa' ngħid li l-product safety m'hijiex prerogattiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, fl-Istati Uniti l-gvern federali t'hemmhekk għandu saħansitra kummissjoni nazzjonali proprju dwar dan il-qasam li qed nitkellmu fuqu llum, liema qasam jittratta prinċiparjament seba' oqsma ewlenin.", "X'inhuma dawn l-oqsma?", "L-ewwelnett ta' min jgħid li meta jitkellmu dwar safety, l-Amerikani jagħmlu ħafna enfasi fuq safety konnessa mat-tfal.", "Fosthom nistgħu nsemmu t-toy safety, l-art materials, il-prevention ta' child drowning kif ukoll affarijiet relatati mas-sigurta` tat-tfal, kemm b'oġġetti li jilagħbu bihom kif ukoll b'inċidenti li jistgħu jinqalgħulhom kemm fid-djar tagħhom u anke fil-leisure tagħhom.", "Imbagħad hemm il-qasam tal-households, jiġifieri dwar dak li jista' jiġri b'ċerti prodotti li jiġu wżati fid-dar, u hawn qed nirriferi għal kull persuna u mhux għat-tfal biss.", "Tingħata wkoll ħafna importanza dwar is-safety tal-karozzi.", "Naħseb li għal Malta din it-tip ta' safety hija importanti ħafna, għalkemm illum għandna ċerti testijiet ukoll dwar ir-road safety tal-karozzi.", "Imbagħad hemm il-qasam tal-cosmetics, li f'Malta qed jikber l-użu tiegħu.", "Fil-qasam tal-cosmetics mhux biss hemm affarijiet sofistikati, bħal-laser surgery imma hemm ukoll ċerti kimiċi u aċidi.", "Imbagħad hemm is-settur tas-saħħa, u hawnhekk qed nirriferi partikolarment għall-qasam tal-mediċini.", "Fl-aħħarnett hemm ukoll il-poison safety.", "Naturalment meta ngħid \"fl- aħħarnett\" ma rridx infisser li din hija xi lista komprensiva imma hawnhekk qed nagħti lista ta' l-iktar setturi li f'pajjiżi bħall-Amerka jagħfsu fuqhom.", "Forsi hawn wieħed jista' jgħid li naturali li wieħed m'għandux jieħu l-velenu.", "Dan huwa veru, pero` fid-dar jista' jkollok ċerti veleni li jkunu qegħdin għal ċertu użu utilitarju u jista' jkun hemm tfal jew anke membri oħra tal-familja li aċċidentalment jirrikorru għalihom.", "Fl-Amerka hemm kampanja edukattiva sħiħa sabiex in-nies li jkunu qegħdin id-dar, b'mod partikolari t-tfal ċkejknin, li huma innoċenti, joqogħdu 'l bogħod minn dawn it-tip ta' perikli.", "Ta' min jgħid ukoll li f'dak il-pajjiż ċerti prodotti jistgħu jiġu rtirati jekk jirriżulta li jkunu qed jagħmlu ċerta ħsara lill-konsumatur jew li jkunu qed jesponuh għal ċerti perikli ġodda jew bla bżonn.", "Qed nitkellem fuq l-Istati Uniti biex nuri li m'għandniex inħarsu biss lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal dak li hi general product safety.", "Naturalment m'iniex qed ngħid li dak li qed tagħmel l-Unjoni f'dan ir- rigward huwa ħażin, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin.", "Jien m'iniex xi wieħed minn dawk li għax ma naqbilx mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni, ngħid li kulma hemm fl-Unjoni huwa ħażin.", "Hemm ħafna affarijiet tajbin, kemm fuq il-consumer affairs, kemm fuq l-environment protection kif ukoll fuq l- intellectual property, pero` dawn l-affarijiet nistgħu nadottawhom mingħajr ma nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Daqstant ieħor ma jfissirx li aħna għax ma naqblux ma' sħubija sħiħa qed ngħidu li dawn l-affarijiet fl-unjoni jsiru b'mod ħażin.", "Imma issa ħalli nerġa' niġi biex nirriferi għall-Istati Uniti.", "Biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lill-pubbliku in ġenerali, fl-Istati Uniti jippubblikaw regolarment listi twal, mhux biss fil-media imma anke fl- internet, ta' dawk il-prodotti li jiġu rtirati mis-suq minħabba li jkunu nstabu difettużi, u dan biex kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Illum li l-użu ta' l-internet qed jikber anke f'pajjiżna, jien nitlob lill-gvern biex il- market surveillance bureau jew agency jikkonsidra serjament li ċerti prodotti li jinstabu li jkunu perikolużi jiġu listed fl-internet ta' pajjiżna, apparti milli ovvjament joħorġu releases minn channels iktar konvenzjonali, bħal ngħidu aħna hu d-dipartiment ta' l-informazzjoni.", "Fil-fatt meta dan l-aħħar dħalt fl-internet u rajt x'listing għamlet il- kummissjoni nazzjonali ta' l-Istati Uniti, sibt li din għamlet listing ta' kollox, ta' gunlocks, ta' lawnmowers, ta' power blowers, ta' vacuum cleaners, ta' lampi għat-tfal, eċċ., eċċ. Ta' min jgħid li l-internet tant qed jilgħab parti importanti u tant daħlet il-moda li x-xiri jsir permezz ta' l-internet li f'ċerti pajjiżi qegħdin saħansitra jagħmlu ċerti twissijiet dwar dak li l-konsumatur m'għandux jixtri minħabba li jista' jkun ta' ħsara għalih minn fuq auction web sites.", "Fi kliem ieħor, billi kif nafu llum ċerti ditti qegħdin jirreklamaw il-prodotti tagħhom fuq l- internet, fuq l-internet stess qegħdin jingħataw ċerti twissijiet biex dak li jkun qabel ma jixtri minn ċerti auction web sites ta' l-internet joqgħod attent minħabba li dawn il-prodotti jistgħu jkunu ta' ħsara għall- konsumatur.", "Jien nemmen li f'dawn l-affarijiet għandna nħarsu lejn il- pajjiżi Skandinavi.", "Fil-fatt meta konna fil-gvern u konna qed naħsbu serjament biex nintroduċu ombudsman għall-konsumatur, aħna konna għażilna li nistiednu fostna proprju lill-ombudsman tal-konsumatur ta' l-Isvezja.", "Tgħiduli: Għaliex ta' l-Isvezja?", "Ir-raġuni hija sempliċi, għaliex dehrilna li kien minn dan il-pajjiż li nistgħu nitgħallmu l-iktar.", "Jien naħseb li b'dan il- mod għandu jimxi kull gvern li ma jikkopjax bl-addoċċ imma jipprova jikkopja lil min jaħseb li hu aħjar minnu fil-qasam konċernat ħalli mbagħad jaddatta dak li jkun ikkopja għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Fil-fatt insibu li n-Norveġja ma tirrestrinġix ruħha biss għall-affarijiet tal- konsumatur, iżda meta titkellem dwar il-prodotti tinkludi wkoll materja prima, materja sussidjarja, materja semi-manifatturata kif ukoll kull tip ta' prodott li jkun manifatturat.", "Jekk m'iniex sejjer żball - pero` din hija soġġetta għall-korrezzjoni, forsi sieħbi s-segretarju parlamentari fil-winding-up ikun jista' jippreċiża iktar din il-pożizzjoni - filwaqt li l-Unjoni Ewropea għadha qed tittella' u tniżżel jekk tinkludix is-servizzi f'dan il-qasam importanti - ma jidhirlix li hemm xi regolamenti rigorużi li jinkludu s-servizzi b'mod kategoriku, imma nerġa' ngħid li din qed ngħidha subject to correction - in- Norveġiżi ilhom li inkludew il-consumer services f'dan il-qasam seba' snin, jiġifieri mill-1993, u dawn tant għandhom definizzjoni wiesgħa ta' producer li għalihom kull persuna professjonali fis-supply chain ta' prodott jew ta' servizz hija sottomessa għal-liġi.", "Huma jorbtu jdejn l-operaturi ekonomiċi tagħhom b'tali mod li jesiġu li dawk il-prodotti li jesponu lill- konsumaturi għal xi riskji żejda li jista' jkun hemm għal saħħithom jiġu rtirati jew saħansitra banned għall-esportazzjoni.", "Il-Product Control Act li għandhom il-pajjiżi ta' l-EFTA tobbliga lill- produtturi u lill-importaturi li jiksbu t-tagħrif kollu meħtieġ, u dan ovvjament biex jevalwaw jekk prodott jagħmilx ħsara.", "Jekk dan ikun il-każ, huma għandhom jissottomettu kampjuni tal-prodotti li jista' jkun hemm dubji dwarhom kif ukoll iniedu ċerti investigazzjonijiet biex jaraw x'effetti negattivi jistgħu jħallu ċerti prodotti.", "Billi m'huwiex prattiku li wieħed jikkontrolla kull prodott li jersaq fis-suq, il-pajjiżi ta' l-EFTA jemmnu li l-aħjar mod huwa li jiġi żgurat li min ipoġġi l-prodotti fis-suq ikollu sistemi qawwija biżżejjed biex jiżgura li dawn la jkunu ta' dannu għas- saħħa u lanqas għas-sigurta` ta' l-individwu.", "Hemm ċerti pajjiżi li tant jagħtu definizzjoni wiesgħa lil din il-problema li regulation dwar sempliċi product safety spiss qed jestenduha wkoll - issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li għandna bilfors nagħmlu hekk imma qed ngħid biss x'qed jagħmel ħaddieħor - għall-ambjent li wieħed jaħdem fih kif ukoll għat-tip varju ta' tniġġiż li wieħed jista' jiffaċċja.", "Dan qed ngħidu biex nuri x'definizzjoni wiesgħa ta' product safety qegħdin jagħtu ċerti pajjiżi fl- interpretazzjoni tagħhom.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li bħala forma ta' sorvelja, l- awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi huma iktar inklinati li jagħmlu dawk li jissejħu systems-based audits u verifications li jaħdmu at random milli jagħmlu a control blanket fuq il-prodotti kollha f'daqqa, li ovvjament m'hi prattika fl-ebda pajjiż, la f'pajjiż kbir u lanqas f'pajjiż żgħir.", "Ħafna drabi l-prodotti li taqa' l-għażla fuqhom ikunu riżultat ta' risk assessment li jkun sar b'mod professjonali u li ma jkunx sar b'ċikka jew b'mod kapriċċjuż.", "Bla dubju ta' xejn il-gravita` tal-kontravvenzjoni u t- tip ta' intrapriża u prodott involut ivarjaw u jiddeterminaw it-tip ta' sanzjoni li tiġi imposta.", "Inti ma tistax timponi l-istess sanzjoni fuq prodotti differenti li għandhom gravita` ta' kontravvenzjoni differenti u anke perikli differenti.", "Għall-kuntrarju, inti trid tkun fair billi tfassal skond il-gravita` u l-prodott konċernat.", "F'pajjiżi oħrajn hemm ċerti każijiet li saħansitra jwasslu għal tliet xhur priġunerija.", "Meta fil-bidu tas-snin disgħin kont mistieden mill-gvern Ingliż biex inżur id-department of trade and industry, fejn hemmhekk kont ingħatajt anke xi literature u introductory talks, innotajt li huma ma jagħmlux enfasi fuq il-product safety daqskemm jagħmlu enfasi fuq l-electrical safety, jiġifieri jekk hemm 100 item ta' product safety niggarantilkom li 65% ta' l-enfasi tkun fuq l-electrical product safety.", "Tant hu hekk li biex ċerti pajjiżi jagħtu prijorita` lil dan kollu saħansitra ġieli waqqfu product and electrical safety directorate.", "F'Malta dan għandna bżonnu jew le?", "Dik inħalliha fid-diskrezzjoni tal-ministru biex jara l-prattiċita` tagħha, imma jien qed insemmi dak li qed jiġri f'pajjiżi oħrajn ħalli forsi mit-tajjeb ta' ħaddieħor inkunu nistgħu nsaħħu iktar dak li qed niddiskutu f'din il-Kamra.", "Mr Speaker, qasam ieħor li ta' spiss ikun espost għall-perikli huwa dak ta' thermal objects, jiġifieri oġġetti li jsaħħnu, u dan għaliex ovvjament ħafna drabi dawn l-oġġetti jkunu inflammable.", "Min jaħseb li jrid toħloq xi mostru ġdid biex imexxi organizzazzjoni bħal din, jien ngħidlu biss: Taf kemm hu n-numru ta' l-istaff tan-Norwegian directorate for product and electrical safety, li għandu budget ta' 5.2 million Norwegian kroners?", "Tmienja min-nies biss, u dan għall-pajjiż kollu.", "Meta jkun hemm bżonn imbagħad dawn jagħmlu ċertu farming-out u ovvjament jixtru jew jikru s- servizzi ta' expertise mediku u tekniku.", "Jien qed ngħid dan kollu - u għamel tajjeb is-segretarju parlamentari li qal li hawn m'aħniex qed nitkellmu dwar il-ħolqien t'awtorita` ġdida - biex nuri li biex nirregolaw xi ħaġa bħal din m'għandux ikollna xi superstructure mostruża meta f'pajjiżi oħrajn ikbar minna, b'budgets ħafna ikbar minn tagħna, jagħmlu dan ix-xogħol tmienja min-nies għall-pajjiż kollu.", "Ta' min jinnota wkoll li f'ċerti pajjiżi, minħabba l-intimita` tal- problemi li spiss iqumu, dawn l-affarijiet mhux dejjem jaqgħu taħt il- ministru tal-kummerċ.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nagħmlu dan, imma jkun tajjeb jekk wieħed jgħid li f'ċerti pajjiżi dawn l-affarijiet jaqgħu taħt il-ministru jew il-ministeru tal-familja li jamministra dipartimenti simili.", "Jien qed nagħmel din l-enfasi mhux biex noqgħod nirripeti x'għamel ħaddieħor imma għaliex irrid nagħmilha ċara li ħafna drabi dawn ma jaħdmux b'mod iżolat, u jien nappella lill-gvern biex ma jaħdimx b'mod iżolat imma dak li se jagħmel jagħmlu spalla ma' spalla m'organizzazzjonijiet tal- kummerċ kif ukoll ma' l-għaqdiet tal-konsumaturi, għalkemm sfortunatament aħna għaqdiet tal-konsumaturi effettivi mwaqqfa ftit li xejn għandna ħlief waħda.", "Ikun tajjeb ukoll jekk fil-winding-up il-ministru jgħidilna x'konsultazzjonijiet saru mal-korpi kostitwiti tal-pajjiż dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u x'se jsir biex inqajmu kuxjenza nazzjonali dwaru.", "Is-segretarju parlamentari tkellem b'ċertu mpenn u jien persważ li meta huwa qal li jrid li jqajjem kuxjenza nazzjonali u element ta' ġustizzja soċjali kien ġenwin f'dak li kien qed jgħid, pero` sfortunatament il-parlament ma jsegwuhx nies daqs kemm nimmaġinaw aħna u ħafna drabi dak li jintqal hawnhekk jindifen taħt it-turrun ta' items li jkun hemm fil- media ta' pajjiżna, bħall-gazzetti, stazzjonijiet tat-television u tipi oħrajn ta' media.", "Jekk il-gvern irid li dan l-abbozz ta' liġi jaħdem b'mod effettiv, huwa importanti li ġaladarba jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi jagħmel xi forma ta' kampanja li tkun kapaċi tqajjem kuxjenza nazzjonali ħalli dak li qed jiġi dibattut hawnhekk b'ċertu sens ta' consensus ikun jista' jitwassal anke liċ-ċittadini komuni, li fl-aħħar mill-aħħar huma l- benefiċjarji ewlenin ta' dak li qed tiddiskuti din il-Kamra.", "Fl-ambitu` ta' żminijietna jien ngħid li abbozz ta' liġi bħal dan għandha tkun mifruxa kemm jista' jkun.", "F'liema sens?", "Għandha tkun mifruxa mill-isptarijiet sa l-iskejjel, sa l-awtoritajiet governattivi u sal-kunsilli lokali.", "Huwa importanti li ndaħħlu f'moħħna li oġġett jista' jkun ta' periklu fl- istadji varji tal-ħajja tiegħu.", "Oġġett m'hemmx għalfejn ikun ta' periklu meta jkun lest, manifatturat u ġie shipped.", "Inti jista' jkollok periklu fil-kompożizzjoni ta' l-oġġett, jista' jkollok periklu fil-packaging ta' l- oġġett, jista' jkollok periklu fl-assembly ta' l-oġġett, jista' jkollok periklu fil-maintenance ta' l-oġġett u jista' jkollok periklu saħansitra fil-preżentazzjoni ta' l-oġġett.", "Iżda dur minn hawn u dur minn hemm, jien naħseb li wieħed isib li huwa s-settur tat-tfal li l-iktar jiġbed attenzjoni f'dan il-qasam, jiġifieri filwaqt li ħafna pajjiżi jagħfsu l- iktar fuq l-electrical product safety, fl-istess ħin ħafna pajjiżi oħrajn - u jistgħu jkunu wkoll l-istess pajjiżi - jagħfsu iktar fuq dak li huwa safety għal affarijiet li jolqtu lit-tfal milli fuq affarijiet li jolqtu lill-adulti.", "Madanakollu ma rridx ngħid li affarijiet ta' l-adulti jingħataw importanza sekondarja.", "Mr Speaker, irridu naraw ukoll x'differenza hemm bejn ir-regoli nazzjonali li jeżistu f'bosta pajjiżi u l-provvedimenti li tagħmel l-Unjoni Ewropea fid-direttivi tagħha.", "Per eżempju, fid-Danimarka r-responsabbilta` ewlenija biex jiġu kkoordinati l-attivitajiet ta' diversi awtoritajiet li jkunu qed jgħassu s-suq kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurta` dwar il- prodotti fis-suq hija n-national consumer agency.", "Għal dawk li huma poteri, irrid ngħid li min jgħasses lis-suq għandu jkollu diversi setgħat; għandu jkollu s-setgħa li jorganizza checks fuq il-manifatturi u fuq il- bejjiegħa, għandu jkollu d-dritt li jitlob tagħrif addizzjonali, għandu jkollu d-dritt li jitlob kampjuni, għandu jkollu d-dritt li jissoġġetta l- marketing jew il-bejgħ tal-prodott għal ċerti pre-kondizzjonijiet, għandu jkollu d-dritt li joħroġ twissijiet dwar il-prodott, għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-marketing tiegħu, anke temporanjament, għandu jkollu d- dritt li jekk hemm bżonn jagħmel dan f'mod permanenti, għandu jkollu d- dritt li jiżgura li l-prodott jiġi distrutt jekk ikun hemm bżonn, kif ukoll f'ċerti ċirkostanzi gravi ħafna għandu jkollu wkoll id-dritt li jimponi sanzjonijiet jekk jirriżulta li tkun qed tinkiser il-liġi.", "Għalkemm aħna naqblu ma' liġi li ssaħħaħ is-sigurta` u anke s-saħħa tal- konsumatur, mingħajr ma nkun ċiniku jew kritiku żżejjed nixtieq nuri li jkun żbaljat min jaħseb li l-leġislazzjoni ta' l-Unjoni hija xi waħda perfetta.", "Per eżempju, ċerti difetti li kien hemm fis-safety ta' prodotti industrijali u li ġew murija dan l-aħħar huma l-bżonn li l-liġijiet ta' l- Unjoni jiġu saħansitra msaħħin iktar.", "Daqstant ieħor id-direttiva ta' l- Unjoni wriet ċerta dgħjufija meta ġiet biex tindirizza l-ħteġijiet tal- protezzjoni tal-konsumatur.", "Per eżempju, ġie stabilit - u dan hu importanti li nipprovaw napplikawh anke għal pajjiżna bħala yardstick għax ma naħsibx li għandna l-istatistika kollha available at random, u tajjeb li nibdew niġbru ċerta statistika - li l-home and leisure accidents huma l- ikbar kawża ta' mwiet għall-persuni ta' taħt il-35 sena.", "Per eżempju, fl- Unjoni Ewropea sabu li fis-sena 1996 kien hemm 83,000 tip ta' mewt ta' din in-natura, u dan b'kuntrast mas-6,000 mewt minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-45,000 mewt minħabba inċidenti tat-traffiku.", "Jien naħseb li hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jara r-relattivita` u jsib kemm hija iktar gravi l-possibbilta` li jkollok imwiet minħabba home and leisure accidents milli jkollok imwiet fuq il-post tax-xogħol jew f'inċidenti tat-traffiku.", "Jekk m'iniex sejjer żball, f'Ottubru tas-sena li għaddiet iċ-ċentru tad-drittijiet tal-konsumatur ta' l-universita' ta' Louvain kien għamel studju proprju biex jara x'emendi hemm bżonn għal- liġijiet u d-direttivi eżistenti ta' l-Unjoni billi wħud minnhom, fil-fehma tagħhom, kellhom ċerti toqob.", "Jien ngħid li huwa importanti li aħna nfittxu t-toqob; mhux biex nikkritikaw lill-Unjoni jew inkella biex ngħidu kemm l-Unjoni messha għamlet l-affarijiet aħjar, imma biex jekk hemm ċerti toqob fil-leġislazzjoni ta' l-Unjoni ma naddottawx it-toqob ukoll meta nadottaw il-liġijiet tagħhom imma jekk jista' jkun nipprovaw nagħmlu l- liġijiet tagħna aħjar minn tagħhom.", "Mr Speaker, meta l-Unjoni Ewropea ġiet biex tapplika ċerti provvedimenti tal-liġi, hija sabet li f'din l-unjoni kien hemm inċertezza, nuqqas ta' qbil u anke nuqqas ta' awareness dwar dak li seta' jsir.", "Għalkemm l-użu tas-servizzi ġie ssuġġerit u kkonsidrat, jidher jew jirriżulta li l-Unjoni qiegħda iktar lura mill-pajjiżi ta' l-EFTA f'dan ir-rigward.", "Dan huwa fatt stabilit li ma jista' jmerih ħadd.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' pika bejn l- Unjoni u l-EFTA imma hija l-istat ta' fatt li fihom jinsabu l-affarijiet illum.", "Per eżempju, illum is-servizzi huma importanti għax ikopru l-oqsma varji mit-turiżmu sa fitness centres ...", "Fil-fatt f'dan il-qasam hemm lista li ma tispiċċa qatt.", "Il-prattika f'bosta pajjiżi membri ta' l-Unjoni hija anke uneven, jiġifieri hemm ċerti diżlivelli fis-sens li inti għandek livelli differenti ta' enfasi.", "Per eżempju, in-nuqqas ta' status ta' l-European standards, li għandhom ċerti direttivi ta' l-Unjoni, iddgħajjef il-kredibbilta` tagħhom bħala strument effettiv li jista' jiżgura l-armonizzazzjoni.", "Ħafna drabi nħass, per eżempju, illi d-direttiva ewlenija ta' l-unjoni m'hijiex ikkonsidrata adegwata biex tilħaq kemm l-għanijiet tal-ħarsien tal-konsumatur kif ukoll tas-suq waħdieni intern.", "Ħafna drabi nstab, per eżempju, li fl-Unjoni ċerti sanzjonijiet ma kenux b'saħħithom biżżejjed, ma ġewx applikati jew mhux dejjem kienu l-aħjar mezz biex jiġi żgurat ċerta forma ta' compliance.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq il-market surveillance li semma l- kollega tiegħi.", "Fl-Unjoni Ewropea l-general feeling hija li għalkemm hemm infrastrutturi għall-market surveillance, dawn l-infrastrutturi għadhom maqsumin f'100 biċċa u ftit hemm kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti ta' l-istati membri.", "Biex inkunu fair irrid ngħid li huwa biss issa li l-Unjoni qed tibda tħoss il-ħtieġa li twaqqaf dak li qed issejjaħ a European product safety network.", "Ovvjament jekk l-Unjoni tieħu dan il- pass, dan għandu jkun pass li wieħed għandu jinkoraġġih u anke jfaħħru.", "Huwa importanti wkoll li l-Unjoni tibda tindirizza bis-serjeta` l- projbizzjoni ta' l-esportazzjoni ta' prodotti perikolużi lil pajjiżi mhux membri għax m'huwiex fair li din tagħmel ċerti kontrolli fuq dak li timporta, tagħmel ċerti kontrolli fuq dak li timmanifattura u tbigħ għas- suq lokali u mbagħad jekk jien inkun qed inbigħ lil Timbuctoo, fejn forsi hemmhekk m'għandhomx ċerti regoli u standards, jien m'iniex obbligat inħares dawn ir-regoli u dawn l-istandards.", "Għalhekk huwa importanti li l- Unjoni - u qed insemmi kull darba l-Unjoni minħabba li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum, tajjeb jew ħażin, huwa mmudellat fuqha - tibda tindirizza bis-serjeta` l-projbizzjoni ta' l-esportazzjoni ta' prodotti perikolużi lil pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-istess unjoni għaliex sal- lum dan l-aspett ma ġiex ittrattat biżżejjed jew b'impenn qawwi biżżejjed.", "Per eżempju, lili qaluli li waħda mill-iktar areas li qed toħloq konfużjoni fl-Unjoni Ewropea hija t-tifsira ta' \"immediate risk\".", "What is an immediate risk?", "U kif tikkwantifika jekk riskju jkunx verament immedjat jew le?", "Ħafna drabi din tant qed tvarja fil-prattika fi ħdan l-Unjoni li qed twassal għal inċertezzi legali u anke qed tkun sors ta' ċerta konfużjoni.", "Per eżempju, ma teżisti l-ebda definizzjoni ċara u komuni ta' l-Unjoni dwar dan li qed insemmi.", "Għaldaqstant ftit hemm użu fil-prattika ta' dan il-konċett għaliex ħafna drabi jikkomplika ċerti deċiżjonijiet li jkunu se jittieħdu meta fin-nofs ikun hemm azzjoni protettiva.", "Per eżempju, sal-lum l-Unjoni m'għandhiex ftehim ta' reċiproċita` għal ħidma komuni m'organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma' pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Jien ngħid li l-Unjoni Ewropea tant hija kbira li l-problemi tagħha nnifisha huma biżżejjed, pero` xorta waħda nemmen li l-Unjoni għandha tkun inqas insulari fil-ħidma tagħha f'dan ir-rigward.", "Jien naħseb li huwa importanti li jkollok dimensjoni internazzjonali, iżjed u iżjed minħabba l- interdipendenza li qed insibu llum fil-kummerċ, mhux biss fi blokki kummerċjali imma anke bejn blokk u ieħor u anke bejn pajjiżi li ma jappartjenu għall-ebda blokk kummerċjali.", "Dan qed ngħidu għax jekk veru qed ngħixu f'suq globalizzat, din id-definizzjoni jew din id-defiċjenza hemm bżonn li titwarrab darba għal dejjem.", "Jiena nemmen li l-konsumaturi ta' madwar id-dinja kollha għandhom dritt jippretendu li ma jiġux mibjugħa prodotti pprojbiti fl-Unjoni nnifisha għaliex fl-aħħar mill-aħħar din id- defiċjenza tista' taħdem kontra l-Unjoni nnifisha.", "Int jista' jkollok oġġetti projbiti li jiġu esportati u jistgħu jerġgħu jsibu ruħhom ri-importati fis-swieq ta' l-Unjoni.", "Dawn huma affarijiet li jiġru u għaldaqstant jekk l-Unjoni ma tkunx protettiva biżżejjed kontra dak li qed tbigħ lil terzi persuni li huma barra l-Unjoni, jista' jkollok ċirkostanzi fejn jiġu riċiklati ċerti oġġetti oħrajn li ma tapplikax għalihom il-product safety u dawn, jekk ma jirnexxielhomx isibu ruħhom fis- swieq ta' l-Unjoni mit-tieqa, jirnexxielhom isibu ruħhom fis-swieq ta' l- Unjoni mill-ventilatur.", "L-Unjoni tista' ssib li n-nuqqas ta' kontroll adegwat li tkun qed tagħmel ta' product safety fuq il-prodotti tagħha jkun qed iwassal biex tintlaqat hi meta dawn l-oġġetti jkunu mmirati primarjament għal swieq barra l-Unjoni Ewropea.", "Sal-lum, per eżempju, kien hemm ċertu element ta' konfidenzjalita` fl- Unjoni Ewropea li wassal biex tagħrif ikkonsidrat kunfidenzjali f'pajjiż partikolari ma jiġix mifrux f'pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni.", "Naturalment il- konsumaturi ma qablux dwar dan u kienu ħafna l-għaqdiet tal-konsumaturi ta' l-Unjoni li stqarrew pubblikament li ma jaqblu xejn ma' din l-attitudni, anzi jħossu li għandu jkun hemm trasparenza sħiħa f'dan il-qasam, u jien nemmen li f'pajjiżna hekk għandu jsir, nadottaw liema sistema naddottaw, kemm jekk hija ta' l-Unjoni u anke jekk inżidu magħha t-tajjeb ta' sistemi ta' pajjiżi oħrajn.", "Id-dgħjufija fl-attivitajiet ta' l-enforcement ta' ċerti pajjiżi membri ta' l-Unjoni tista' twassal ukoll biex tipperikola s- sigurta` tal-konsumaturi fil-pajjiżi membri tagħha.", "Huwa importanti li l- ismall and medium enterprises ikollhom sehem f'dan kollu għax inkella jista' jkollok lil min jabbuża billi jkun qed igawdi vantaġġ li mhux neċessarjament ikun wieħed ġust.", "Distinzjoni importanti oħra li ssir fl- Unjoni Ewropea hija bejn oġġett jew prodott mhux neċessarjament meqjus safe u ieħor li jkun meqjus bħala perikoluż.", "Mr Speaker, qasam ieħor li ma nistgħux nittraskuraw huwa dak tal-prodotti professjonali.", "Iktar kmieni fid-diskors tiegħi jien għedt li l-focus primarjament huwa fuq it-tfal, pero` llum hemm focus ieħor li qed jikber, u hawn qed nirriferi għal dawk l-affarijiet li jolqtu lill-anzjani.", "Differenza oħra - u dan huwa importanti li nżommuh f'moħħna billi l-gvern se jdaħħal il-konċett tal-market surveillance - fl-Unjoni Ewropea hija li hemmhekk issib li għandek infrastrutturi legali u amministrattivi għall- market surveillance li jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.", "Jien nistaqsi: Meta Malta ġiet biex toħloq l-istruttura tal-market surveillance, fuq liema mudell Ewropew ipprovat timxi?", "Jien naqbel mal-market surveillance, u dan qed ngħidu biex ikollna l-iktar market surveillance b'saħħtu.", "Fil-fatt jien nikkondividi dak kollu li qal il-kollega tiegħi meta qal li ħadd m'għandu jikkritika l-fatt li qed nagħmlu wisq kontrolli għax dawn it-tip ta' kontrolli huma meħtieġa u essenzjali.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jekk wieħed jemminx fil-free trade jew le.", "Dawn huma kontrolli li Allaħares min ikollu l-free trade ma jagħmilhomx għax inkella jkun qed iwassal għal sistema ta' libertinaġġ u mhux għal sistema ta' kummerċ ħieles, li d-dinja ta' llum tidher miexja lejh.", "Għalhekk jien ngħid li l-market surveillance huwa importanti għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett il-market surveillance huwa importanti għaliex dan irid iħares lejn prodott irrispettivament mill-oriġini tiegħu u t-tieni nett għaliex irid jgħin biex jelimina l-unfair competition.", "Huwa importanti li l-market surveillance jitmexxa b'ċertu sens ta' integrita` u ta' professjonalita` u jitħaddem b'mod indipendenti u mhux diskriminatorju.", "Dan huwa importanti, iktar u iktar għal pajjiżna jekk se jkollna struttura li se tkun appendiċi tal-gvern tal-ġurnata.", "M'iniex qed ngħid dan għax hemm gvern Nazzjonalista; għada jista' jkun hemm gvern Laburista u xorta jistgħu jsiru l-istess difetti.", "Billi pajjiżna l-iktar li jagħmel huwa li jimporta - u hawnhekk fejn aħna nvarjaw mill-pajjiżi Ewropej li fuqhom qed jiġi mmudellat dan l-abbozz ta' liġi - fil-prattika l-funzjoni tal-market surveillance tagħna taf tvarja minn dik Ewropea għaliex għalkemm huma ħafna drabi ma jidħlux fl-istadji tad-disinn u tal-produzzjoni, jikkollaboraw mal- manifatturi u mas-suppliers biex ma jitpoġġewx oġġetti mhux compliant fuq is-suq.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex dan l-abbozz ta' liġi jaħdem huwa importanti li jkun hemm data collection up-to-date u li jkun hemm ukoll information exchanges aġġornati kemm jista' jkun.", "Huwa hawnhekk fejn tidħol b'mod pożittiv l-Unjoni.", "L-Unjoni għandha programm miftuħ għal bosta pajjiżi assoċjati, fosthom Malta, irrispettivament minn jekk aħna aħniex pajjiż applikanti jew le, u wieħed jista' jibbenefika minn ħafna information sharing ta' data u anke minn information exchanges.", "Jien ngħid li huwa importanti ħafna li nżommu ruħna aġġornati statistikament dwar x'inhuma l- inċidenzi ta' perikli fil-prattika f'dawn il-pajjiżi ġirien ħbieb tagħna għaliex mod titkellem b'mod ġeneriku fuq li qed tgħid il-liġi u mod ieħor li titkellem b'mod prattiku dwar x'inhuma l-figuri attwali tal-perikli li ċerti prodotti qed jissoġġettaw ċerti konsumaturi għalihom.", "Għalhekk jiena ngħid li m'hemmx għalfejn noqogħdu nistennew li nissieħbu fl-Unjoni biex nagħmlu dan.", "Wara kollox din m'hijiex xi kontroversja dwar jekk aħniex applikanti jew le.", "Jien ngħid li l-gvern għandu jfittex - u forsi din il- gvern diġa' qed jagħmilha - li jibda jagħmel sharing ta' data u information exchanges ma' l-Unjoni permezz ta' programm miftuħ għall-pajjiżi assoċjati membri.", "Huwa veru li dan l-abbozz ta' liġi se jiġi diskuss ukoll fl-istadju tal- kumitat, pero` qabel ma nikkonkludi nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet tekniċi fuq dan l-abbozz ta' liġi f'forma ta' mistoqsijiet.", "Nispera li l- ministru jew is-segretarju parlamentari jkun jista' jirrispondi għalihom anke fil-winding-up u mhux biss fil-kumitat.", "Per eżempju, jien nistaqsi: Għaliex dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi limitat għall-prodotti tal- konsumatur u mhux għall-prodotti kollha?", "Għax jista' jkollok diversi prodotti oħrajn li m'humiex consumer goods u li jaf ikollhom effetti diretti jew indiretti fuq il-konsumatur innifsu.", "Meta dan l-abbozz ta' liġi qed jitkellem dwar prodotti li jagħtu lok għal riskji qed neħduha li dawn il-prodotti m'humiex safe biżżejjed, imma din m'hijiex ċara biżżejjed f'dan l-abbozz ta' liġi, u r-riżerva prinċipali li għandi fuq dan l-abbozz ta' liġi hija li se nerġgħu naqgħu għal sistema fejn kollox se jdur mal- ministru u mar-regolamenti li dan jista' joħroġ perijodikament.", "Diġa' kellna dawn l-istess riżervi fuq abbozzi ta' liġijiet oħrajn marbutin mal- konsumatur li ppilota l-kollega tagħna l-Onor.", "Hyzler, u naħseb li anke hawnhekk, il-gvern waqa' fl-istess nassa bil-konsegwenza li qed nerġgħu naqgħu għal sistema fejn kollox idur mal-ministru u mar-regolamenti li dan joħroġ perijodikament.", "Huwa aħjar li d-diskrezzjoni ministerjali tiġi kkontrollata għax is-sistemi jaħdmu aħjar u b'inqas lok għal kritika minn naħa jew oħra.", "Jien m'iniex avukat, pero` jekk fhimt sew - għax jien qrajt dan l-abbozz ta' liġi għal darba darbtejn biex inkun ċert - se jkun hemm diskrezzjoni ministerjali anke fl-interpretazzjoni tal-liġi.", "For God's sake jew for heaven's sake, m'għandniex naslu għal tali sistema fejn lill-ministru noqogħdu ninvolvuh biex jinterpreta l-liġi.", "Biżżejjed diġa' hemm ċerti poteri diskrezzjonali.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li l-produtturi huma obbligati li jpoġġu fuq is-suq prodotti li huma safe biss, pero` jien nixtieq nistaqsi x'se tkun il-pożizzjoni tal-prodotti importati li jkunu għadhom knocked down u li għadhom ma jkunux ġew magħġunin flimkien.", "Per eżempju, x'se tkun il-pożizzjoni ta' min jiġi biex ibigħ karozza second- hand li tkun iddikjarata li għandha bżonn overhaul?", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar il-provvediment ta' informazzjoni rilevanti biex wieħed jiżen ir-riskji inerenti fi prodott partikolari.", "Jien nistaqsi: Bħala regola ġenerali dan kif se jsir; bil-fomm, bil-kitba jew permezz tal-media?", "Importanti iktar minn kollox huwa li nkunu nafu d- demarcation line, jiġifieri l-punt ta' qtugħ dwar oġġett perikoluż.", "Allura per eżempju, tazza miksura hija oġġett perikoluż ukoll?", "Se nwessgħuha s'hemmhekk id-definizzjoni jew qed nitkellmu fuq prodott li strettament ikun għall-bejgħ għand sales outlet?", "Mr Speaker, billi l-abbozz ta' liġi jgħidlek li d-distributuri huma obbligati li jaġixxu b'attenzjoni kbira u dawn jistgħu jkunu intitolati jew obbligati li jirritornaw oġġetti difettużi lill-manufacturers u l- exporters, ikun tajjeb jekk wieħed jistaqsi a spejjeż ta' min se jsir dan.", "Jiġifieri min jagħmel hekk se jkun intitolat għal xi forma ta' kumpens sħiħ?", "Se jkun insurable ir-risk a spejjeż tal-manufacturers u a spejjeż ta' l-exporters infushom?", "Meta l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar European specifications tekniċi rilevanti għal xiex ikun qed jalludi; speċifikament għall-ispecifications ta' l-Unjoni Ewropea jew għal pajjiżi Ewropej li jistgħu jkunu barra l-Unjoni Ewropea?", "U x'jiġri meta jkollok standards differenti f'pajjiżi varji fl-istess unjoni?", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jitkellem ukoll dwar swieq miftuħa u qed jagħti lok għal tranżazzjonijiet privati, bħal fil-każ ta' second-hand car owner li jkun irid ibigħ karozza lil sieħbu.", "Niġu issa għall-general offences.", "Meta l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar general offences, dan ifisser li oġġetti difettużi ma jistgħux jiġu trattati kif ġie ġie, anke jekk jiġu deskritti fil-point of sale?", "Jew qed nabolixxu d-dritt tal-bejgħ fuq bażi tat-tale quale?", "S'issa din għadha ma ħarġitx ċara fid-dibattitu.", "Imbagħad dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar oġġett li jkun ħażin u difettuż, anke jekk ikun parti minn batch.", "Per eżempju, ejjew nieħdu li jkollok truckload ta' safety lamps kollha ta' l- istess daqs, ta' l-istess għamla, ta' l-istess ditta u nstab li għandek xi oġġetti minnhom li huma difettużi.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi x'se jiġri?", "Dawn kollha se jsiru unsaleable; se jintbagħtu lura kollha?", "U x'se jkun il-cut- off point min-naħa tal-market surveillance unit tal-gvern?", "Jien nistaqsi wkoll: Meta l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar il-failure by producer, jiġifieri nuqqas min-naħa tal-produttur li jagħti l-informazzjoni neċessarja, qed jillimita ruħu għall-kwalita` jew inkella qed jinkludi tagħrif ieħor, bħall-oriġini, il-prezz, il-costs jew anke d-dettalji tekniċi marbutin mal-prodott?", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħidlek li d-direttur se jkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta' din il-parti ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Imma hawnhekk fuq liema direttur qed nitkellmu?", "Fuq xi direttur ġdid li se jkun hemm fuq il-market surveillance?", "Fuq id-direttur tal-kummerċ?", "Jew fuq id-direttur tal-konsumatur?", "Huwa tajjeb li nkunu speċifiċi.", "Paragrafu (b) ta' klawsola 15 jgħid:", "\"to prohibit, by order in writing, ...\".", "Lil min trid tiġi indirizzata din?", "Lis-sid jew lill-possessor?", "F'liema medda ta' żmien għandha ssir applikazzjoni għall-injunction?", "U t-test fuq il-prodotti min se jagħmilhom; l-istandards authority?", "Is-sid se jkollu xi forma ta' kontroll jew monitoring fuq dawn it-tests, u x'se jiġri jekk l- awtoritajiet responsabbli mit-tests ikollhom fehma differenti minn dik ta' l-awtorita` tas-saħħa?", "Għalkemm l-ewwel il-kollega tiegħi qal li l-food products jaqgħu taħt il-qasam tas-saħħa, jien xorta nemmen li jista' jkun hemm ċerti prodotti - bħalissa m'humiex qed jiġuni f'moħħi speċifikament - li jaqgħu taħt oqsma differenti u fl-istess ħin jista' jkollok element tas- saħħa.", "X'se jiġri jekk l-awtoritajiet responsabbli minn dawn it-tests ikollhom fehmiet differenti minn ta' xulxin?", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid ukoll li d-direttur xorta se jibqagħlu d-dritt li jiddistruġġi l- prodotti, anke jekk l-azzjoni prospettiva tiegħu tkun ikkontestata.", "Allura dan japplika wkoll għall-prodotti modifikati, għall-prodotti imsewwija, għall-prodotti mibjugħa bħala seconds u għall-prodotti li jiġu ritornati lill-producers?", "Jiena nemmen li anke hawnhekk, il-miżuri li jista' jieħu d- direttur huma diskrezzjonali wisq.", "Meta d-direttur joħroġ ċerti kondizzjonijiet dwar dawn, huwa jkun qed japplika għas-suq lokali sħiħ jew għal xi trader partikolari?", "U x'jiġri jekk ikollok prodott li jkun qed jiġi manifatturat għall-export għal pajjiżi li ma jinsistux fuq ċerti standards?", "Jien din diġa' għamilt riferenza għaliha iktar 'il quddiem.", "Jien ngħid ukoll li hemm bżonn illi l-funzjonijiet tad-direttur jiġu speċifikati b'leġislazzjoni jew għallinqas b'xi forma ta' regulation.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid li l-ministru jista' jiddelega l-poteri ta' l-inforzar tal-liġi anke lil xi persuna oħra, apparti mid-direttur jew public officer li jaħdem fid-dipartiment.", "Jien ma naqbel xejn ma' dan għax nemmen li d-delega għandha tkun ristretta għal public officer u mhux għal xi ħadd li jista' jogħġbu jagħżel il-ministru.", "M'iniex qed ngħid li l-ministru se jpoġġi xi chief canvasser tiegħu imma kif inhu l-wording hawnhekk, dan qed jinftiehem li l-ministru qed jingħata d-dritt li jpoġġi lil kulmin ikun.", "Jien ngħid li ħaġa bħal din għandha tkun ristretta għall-public officer.", "Billi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jagħti d-dritt li wieħed ifittex anke fil-premises ta' dak li jkun nixtieq nistaqsi - issa hawnhekk qed nitkellem mill-aspett tan-negozjant innifsu - x'se tkun il-pożizzjoni ta' xi ħadd li, per eżempju, iżomm karozza unsafe fil-garaxx tiegħu bħala collector's item sakemm ikun f'pożizzjoni li jsewwiha.", "Irrid ngħid ukoll li jekk se jkun hemm enter and search regulations marbutin mal-premises, jiġifieri mad-dritt li dawn jistgħu jidħlu u jfittxu fil-premises ta' dak li jkun, jien naħseb li f'każi bħal dawn għandhom jiġu applikati ħinijiet raġunevoli u mhux tkun xi ħaġa around the clock, ta' 24 siegħa, qisek qed titkellem fuq każi ta' kuntrabandu.", "Jien naħseb li trid issir distinzjoni bejn product safety, smuggling u affarijiet oħra simili.", "Il-proviso ta' klawsola 17 jgħid:", "\"Provided that where the director has reasonable cause ...\".", "Issa x'jiġri jekk fil-prattika d-direttur jieħu falza stikka, jiġifieri jkollu interpretazzjoni li tkun daqsxejn żbaljata?", "Wara kollox kulħadd huwa soġġett għall-iżbalji.", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux se jkun hemm xi forma ta' overlapping ma' dak li qed jagħmel id-direttur tad-dwana fil-point of entry ta' ċerti goods li jkunu importati.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li uffiċjal awtorizzat jista' jiġi saħansitra jkissirlek il-bieb jew ineħħi kull impediment li jkun qed jostakola entry search or seizure, pero` jien inħoss li dan m'għandux isir minn uffiċjal pubbliku imma għandu jibqa' kompitu` tal-pulizija, jew għallinqas jekk ma jsirx mill-pulizija, għandu jsir taħt is-superviżjoni u taħt id-direzzjoni tal-pulizija nfushom.", "Nitlob ukoll li l-gvern iħares mill-ġdid lejn subparagrafu (ċ) ta' klawsola 20, li jitkellem dwar l-aċċess li jista' jkollu l-gvern għal kwalunkwe kotba, dokumenti, stored data of computer jew kwalunkwe information network oħra relatata man-negozju ta' dak li jkun, għaliex fil- fehma tagħna dan imur kontra l-Professional Secrecy Act.", "Wisq nibża' li ċerti provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi, bħal subparagrafu (d) ta' klawsola 20, li tgħid:", "\"seize and detain, without paying any consideration, ...\"", "jien nemmen li qed nirrikorru għal liġijiet drakonjani li seta' kellna fl- imgħoddi taħt diversi gvernijiet u naħseb li llum, li qegħdin f'seklu l- ġdid, wieħed irid jerġa' jikkonsidra dawn l-affarijiet mill-ġdid.", "Mr Speaker, ħafna drabi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar seizure bl-użu tal-forza u m'huwiex speċifikat jekk dan hux se jkun permezz ta' sempliċi requisitioning taħt warrant ta' maġistrat jew le.", "Meta dan l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar id-dritt li tinforma lil min tkun qed teħodlu l-prodott billi tagħtih sempliċi rċevuta, jien nistaqsi fuq livell prattiku jekk is-sid jinzerta jkun imsiefer, ir-rappreżentant tiegħu jkunx biżżejjed biex jissodisfa dawn il-ħteġijiet.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li d-direttur irid jiddeċiedi fi żmien xahrejn, pero` fl- opinjoni tiegħi dan il-perijodu huwa twil wisq u sadanittant il-prodott jista' jiskadi.", "Jekk min-naħa l-oħra jirriżulta li l-prodott ikun safe, tajjeb li wieħed jistaqsi jekk l-importatur hux se jkollu d-dritt għal xi forma ta' kumpens.", "Mr Speaker, filwaqt li subklawsola (1) ta' klawsola 26 tgħid:", "\"Where the director has reasonable grounds to believe that the operator of a trade or business has failed to comply with any provision of this Act or of any regulation made under it, he may, ...\"", "subklawsola (2) ta' l-istess klawsola tgħid:", "\"Any person who fails to comply with a notice shall ...\".", "Għalkemm dan huwa dettall żgħir, jien nemmen li għandu jkun hemm ċerta konsistenza fl-applikazzjoni tal-kliem \"may\" u \"shall\".", "Nistaqsi wkoll x'demarcation line se jkun hemm fi klawsola 28, li titkellem dwar li d- direttur għandu jaġixxi bil-permess tad-direttur tas-sorvelja tas-suq.", "Jekk qed nifhem sew, huwa d-direttur u mhux id-direttur tas-sorvelja tas- suq li se joħroġ il-public statements u għaldaqstant hemm bżonn li ċerti provvedimenti ta' dan l-abbozz ta' liġi jinbidlu jew jiġu ċċarati.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħid ukoll li meta xi ħadd jinstab ħati fi żmien stipulat, irid iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri li jkunu saru kontrih.", "Din se tapplika anke meta xi ħadd jiġi lliberat?", "Ma nafx.", "Irridu nkunu ċari wkoll dwar fuq liema prodotti qed nitkellmu.", "Is- segretarju parlamentari diġa' qal - u għamel sew - li hawnhekk qed neskludu l-affarijiet ta' l-ikel, pero` għadu ma ġiex iċċarat jekk il-mediċini humiex se jibqgħu prerogativa tal-ministeru tas-saħħa jew jekk humiex se jaqgħu taħt il-finijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, billi r-regolamenti huma bbażati fuq tagħrif miksub minn pajjiżi u organizzazzjonijiet barranin, inħoss li dawn huma issues ta' ftehim bilaterali u mhux ta' sempliċi regoli unilaterali u għaldaqstant jien naħseb li dawn għandhom ikunu soġġetti għal ċertu skrutinju normali parlamentari li jirregola dan it-tip ta' ftehim bejn pajjiż u ieħor.", "Bażikament il-kritika tiegħi kienet din.", "Fl-aħħarnett nerġa' ngħid li fis-sustanza aħna qed naqblu ma' dan l- abbozz ta' liġi u l-uniċi oġġezzjonijiet tagħna huma li dan l-abbozz ta' liġi sar b'ċerta għaġġla.", "Jien niddubita jekk ġewx ikkonsultati l- organizzazzjonijiet kollha li kellhom jiġu kkonsultati.", "Forsi dawn ġew ikkonsultati wkoll, pero` dan se jkun jista' jikkonfermahulna s-segretarju parlamentari iktar tard.", "Jekk l-organizzazzjonijiet kollha li kellhom jiġu kkonsultati ġew ikkonsultati, ikun tajjeb jekk fi stadju ieħor is- segretarju parlamentari jgħidilna x'reazzjoni kellhom għaliex billi jgħidli li ltaqa' mal-GRTU u maċ-chamber of commerce u jieqaf hemm m'huwiex biżżejjed.", "Sur President, jien naħseb li f'din il-Kamra hemm bżonn li tibda tidħol il-kultura - u hawnhekk qed ngħid għal taħt kwalunkwe gvern - li meta nikkonsultaw lil xi ħadd mhux nagħmlu kif għamel il-foreign office fuq l- NPAA fejn qal li qed jikkonsultahom privatament għaliex b'hekk ikun qed ineħħi l-obbligu tiegħu li jiġi f'din l-Kamra u jgħidilna x'kienet ir- reazzjoni tagħhom.", "L-interess tagħna huwa li l-ewwelnett isiru l- konsultazzjonijiet biex l-affarijiet ma jsirux bl-għaġġla - issa hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal dan l-abbozz ta' liġi biss imma qed nirriferi għall-abbozzi ta' liġijiet kollha li fihom ikollhom inerenti l-ħtieġa ta' xi forma ta' konsultazzjoni - u t-tieni nett, jekk verament irridu li jkollna parlament trasparenti u jkunu ġew ikkonsultati xi għaqdiet jew xi korpi kostitwiti, għandna ngħidu x'kienu r-reazzjonijiet tagħhom, x'kienu d- diffikultajiet li qanqlu u x'kienu l-assigurazzjonijiet li ta l-gvern biex jippaċifika u biex anke jissodisfa d-diffikultajiet li tqajmu mill-korpi konċernati.", "Għalhekk nerġa' ngħid li jekk il-ministru jew is-segretarju parlamentari fil-winding-up se jagħmel riferenza għall-konsultazzjonijiet li saru mal-korpi kostitwiti ta' dan l-abbozz ta' liġi - dejjem jekk saru - huwa importanti wkoll li nkunu nafu x'kienet ir-reazzjoni tagħhom għal dawn is-suġġerimenti li huma onerużi fuq l-industrija u l-importaturi lokali.", "Dan huwa meħtieġ li jsir jekk irridu verament nagħmlu l-upgrading ta' l- istandards ta' pajjiżna, speċjalment dawk l-istandards li jolqtu mill-viċin is-sigurezza tal-konsumatur, id-drittijiet tal-konsumatur u l-affarijiet li huma marbutin mal-konsumatur.", "Wara kollox aħna ngħidu li l-konsumatur huwa sovran, u nispera li dan m'huwiex xi lip-service biex nidhru sbieħ għall- okkażjoni.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi kif bdejtu, jiġifieri li m'iniex konvint li dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed isir minħabba l-Unjoni Ewropea, anzi l- biża' tiegħi hi li kieku ma kenitx għall-Unjoni, dan l-abbozz ta' liġi kien jersaq ħafna iktar tard.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qed nikkritika lill- gvern għax qiegħed jilleġisla minħabba l-Unjoni.", "Il-kritika tagħna hi li l- gvern, jekk verament irid liġi sħiħa, ħolistika u komprensiva, imessu ma ħarisx biss lejn il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea imma anke ta' pajjiżi li qegħdin 'il barra mill-Unjoni, bħall-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Istati Uniti biex b'hekk inkunu nistgħu ndaħħlu s-safeguards kollha.", "Qed ngħid dan għaliex meta nkunu qed nimplimentaw abbozz ta' liġi bħal dan huwa importanti li nħarsu dejjem lejn min hu aqwa minna ħalli dejjem f'mod addattat għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, inkunu nistgħu ndaħħlu regoli li jkomplu jgħollu l-livell tal-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, mid- diskors li għadu kif għamel il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq dan is-suġġett, jien qed nifhem li d-diffikulta` prinċipali dwar dan l-abbozz ta' liġi hija l-allegat nuqqas tal-gvern li jħares lejn liġijiet oħra, ħlief dawk Ewropej.", "Jien lill-Onor.", "Brincat nixtieq inserraħlu rasu mal- ewwel li dan m'huwiex il-każ.", "Huwa semma lin-Norveġja bħala l-flag bearer ta' dawn it-tip ta' liġijiet, u fil-fatt il-Norveġja kienet proprju waħda mill-pajjiżi li d-drafters ta' dan l-abbozz ta' liġi ħarsu lejh.", "Madanakollu xtaqt infakkar partikolarment lill-Onor.", "Brincat li n-Norveġja, bħala membru ta' l-European economic area, bilfors ikollha taċċetta d- direttivi kollha ta' l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett, jiġifieri fil- prattika jkollha timplimenta dawn id-direttivi kollha.", "Kif għedna kemm-il darba, għall-ewwel darba fl-istorja, pajjiżna se jagħmel audit ġenerali tal-liġijiet tiegħu kollha li qed iġibuh fid-dinja moderna.", "Aħna konna drajna fil-Medju Evu, konna kuntenti hemmhekk u xtaqna nibqgħu hemmhekk.", "Fil-fatt lili qed jidħolli s-suspett li hawn xi wħud mill-membri ta' dan il-parlament stess li xtaqu jibqgħu f'dan il-Medju Evu, u allura qed isibuha komda li kull darba li qed jarawna nagħmlu pass li jressaqna ftit iżjed viċin id-dinja moderna, jgħidulna li qed nagħmlu dan biex nagħmlu l-liġijiet tagħna konformi ma' dawk ta' l-Unjoni.", "Issa lili din l-idea dejjem weġġgħetni xi ftit għaliex fi kliem ieħor, hawnhekk qed ngħidu li qabel ma skoprejna l-Ewropa konna nivvintaw ir-rota aħna.", "Meta kont qed nistudja l-liġi, jien kont kontinwament nagħmel riferenza għal- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, għaliex fil-prattika x'kien jiġri?", "Fil- prattika s-civil service tagħna kien iħares lejn l-Ingilterra - u dan ma jien qed ngħidu bl-ebda kritika - jara x'qed jagħmlu l-Ingliżi u nikkopjaw il-liġi tagħhom, imma bid-differenza li aħna konna nikkopjaw dik il-liġi u nħalluha hemm.", "Per eżempju, niftakar li meta konna kkopjajna l-Companies Act, filwaqt li l-Ingliżi kienu emendaw din il-liġi 100,000 darba, aħna bqajna bil- Companies Act ta' l-1962 għax terġa' meta kkopjajna dik il-liġi lanqas biss konna kkopjajna l-aħħar verżjoni imma konna kkopjajna xi verżjoni antika.", "X'qed nipprova ngħid hawnhekk?", "Hawnhekk qed nipprova ngħid li ma nafx għaliex qisna qed inbeżżgħu lin-nies, bħallikieku hija xi ħaġa ħażina li nikkopjaw il-liġijiet tagħna minn fuq ta' ħaddieħor, anzi jien nippretendi li wieħed jieħu pjaċir li qed nikkopjaw liġijiet ta' pajjiżi li qegħdin fuq quddiem nett fid-dinja f'dik li hija protezzjoni kontra prodotti unsafe.", "Madanakollu l-oppożizzjoni qed tgħidilna: Għalkemm il-liġijiet Ewropej huma tajbin, m'għandniex nillimitaw ruħna għal-liġijiet Ewropej.", "Ir- risposta tiegħi għal dan hija sempliċi ħafna.", "Aħna ħarisna lejn il- liġijiet Ewropej u qed nimplimentaw id-direttiva 92/59 ta' l-Unjoni Ewropea, pero` dik hija a minimum directive u fil-fatt kellna l- opportunita` li anke nżidu fuqha.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt aħna wżajna l-mudell li semma l-Onor.", "Brincat stess, jiġifieri dak Nordiku.", "Biex inkun eżatt, aħna wżajna l-mudell Svediż, liema mudell jaqbel ukoll mal-mudell Norveġiż.", "It-twaqqif ta' direttur tal-market surveillance qed isir proprju biex ikun hemm il-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet kollha interessati, inklużi l-għaqdiet tal-konsumaturi u l-għaqdiet tan-negozjanti.", "Fil-fatt id-direttorat tal-market surveillance se jindirizza dik il-problema ta' l- Unjoni Ewropea li indika l-Onor.", "Brincat, li hija l-kwestjoni tal- fragmentation.", "F'dan is-settur għandek diversi areas differenti tal-gvern li huma involuti fl-aspett ta' l-inforzar, u għall-ewwel darba se jiġi maħluq direttorat proprju biex jikkordina dawn l-isforzi.", "Id-direttorat tal-market surveillance m'huwiex se jkun limitat għall-affarijiet tal- konsumatur għaliex filwaqt li huwa fatt li dan l-abbozz ta' liġi se jiġi inforzat mid-direttur tal-market surveillance, huwa se jieħu ħsieb, jikkordina u jwettaq programmi li se jestendu fuq id-dipartimenti kollha li huma involuti f'dik li hi sorveljanza, bħalma ngħidu aħna huma l-pulizija, id-dwana, is-sanita` u t-turiżmu.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kunsill li se jissaportja l-market surveillance se jkollu l-assistenza teknika tal-Malta standards authority għal dak li għandu x'jaqsam m'affarijiet tekniċi, voldieri d-direttorati tekniċi ta' l- ismall and medium enterprises se jagħtu pariri kontinwi lid-direttur tal- market surveillance.", "Irridu nifhmu li d-direttur tal-market surveillance mhux se jinforza fejn ifettillu imma dan se jimxi fuq programmi speċifiċi u trasparenti ta' sorveljanza, liema programmi bażikament se jneħħu d-dubji li l-ministru qiegħed dejjem jiġbed l-ispaga.", "Qed ngħid dan għaliex il-kelliema ta' l-oppożizzjoni għandhom l- ossessjoni li meta jaraw il-kelma \"ministru\" donnhom ikunu raw lill-babaw, bħallikieku f'daqqa waħda aħna qisna nistgħu nneħħu lill-ministri minn ġol- gvernijiet.", "Jien m'għandix dubju li din m'hijiex l-intenzjoni tagħhom, pero` jekk kull darba li se naraw li qed jingħata xi poter lill-ministru se noqogħdu nitgerrxu u niskantaw kif f'affarijiet bħal dawn se jindaħal il- ministru ...", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ministru li jrid jagħti rendikont ta' għemilu u li se jiffaċċja lill-elettorat.", "Il-kritika kellha ssir li kieku aħna ħrabna mir-responsabbiltajiet tagħna u għabbejna kollox fuq xi ħadd li m'huwiex elett mill-poplu.", "Naturalment għal dawn il-poteri li qed jingħata l-ministru hemm ukoll is-safeguards.", "Sur President, wieħed mhux talli m'għandux jistħi jagħmel il-liġijiet tagħna konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal- protezzjoni tal-konsumatur imma għandu għal xiex jiftaħar għaliex jekk hawn żona fid-dinja li mxiet 'il quddiem f'dik li hi protezzjoni tal-konsumatur, din żgur li hija l-Unjoni Ewropea.", "Jekk għall-grazzja ta' l-argument huwa veru li hija l-Unjoni li qed timbottana nressqu abbozz ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna, allura jien nistieden lill-Unjoni timbottana iżjed ħalli jitressqu iktar abbozzi ta' liġijiet ta' dan it-tip, li jagħmlu tant ġid lis-soċjeta`.", "Issa m'għandniex għalfejn noqogħdu ninħbew wara subgħajna biex ngħidu li meta l-partit ta' l-oppożizzjoni għamel fil-perijodu fil- gvern, huwa la kien imbottat mill-Unjoni u lanqas ressaq abbozzi ta' liġijiet bħal dawn.", "Jien m'iniex qed ngħid li hemm bżonn tiġi mbottat biex tressaq abbozzi ta' liġijiet bħal dawn, pero` jekk dan huwa tassew imbottar, jien lanqas ma nista' ngħid li huwa ħażin li tkun imbottat.", "Kif għedt diġa', aħna ma qgħadniex għall-minimum directive ta' l-Unjoni Ewropea imma żiedna wkoll l-aspett tas-servizzi.", "Din hija a departure mis- sistema Ewropea għaliex kif qal tajjeb l-Onor.", "Brincat, dwar is-servizzi għad m'hemmx din it-tip ta' protezzjoni, u għad m'hemmx din it-tip ta' protezzjoni għal raġuni ovvja u importanti ħafna; li huwa diffiċli ħafna iktar li tkejjel servizz milli li tkejjel prodott.", "Franza u l-Amerka diġa' qed jagħmlu dan il-kejl, pero` fl-Unjoni dan għadu qed jiġi studjat u għadu ma daħalx bħala parti mid-direttiva.", "Ara aħna morna oltre minn dak li qed tagħmel l-Unjoni, pero` għamilna dan mingħajr ma skonvolġejna s-suq għax kull tibdil bħal dan xi ftit ta' tħassib iqajjem dejjem, u wieħed irid ikejjel il-vantaġġ li se jieħu mill-perikli tas-suq.", "Kif għedt diġa' għal dak li għandu x'jaqsam mad-direttiva 92/59 ta' l- Unjoni Ewropea, il-market surveillance directorate se jibda jagħmel is- surveillance programmes trasparenti.", "Dan huwa aspett importanti ħafna għaliex b'hekk wieħed ineħħi s-suspetti li forsi wieħed qed jaqbad ma' xi settur u mhux ma' ieħor, eċċ., eċċ. Ovvjament din id-direttiva se tkompli tassigura li kemm jista' jkun jiġi stabilit il-famuż level playing-field, anke minħabba l-impatt li jkun hemm fuq il-prezz.", "M'huwiex sew li min ma jbigħx prodotti safe minħabba li forsi ma jkollux kuxjenza jieħu vantaġġ fuq min qagħad attent li ma jiksirx il-liġi.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi wkoll framework biex aħna nikkordinaw ma' l-Unjoni Ewropea ħalli f'każ ta' emerġenza nwaqqfu ċerti oġġetti minn fuq is-suq.", "Din hija xi ħaġa li rridu naslu għaliha 'l quddiem.", "Jien nawgura li din naslu għaliha kemm jista' jkun malajr, bħalma nawgura li nidħlu fl-Unjoni kemm jista' jkun malajr.", "Aspett ieħor fejn aħna morna oltre l-Unjoni kien għal dak li għandu x'jaqsam mal- prekawzjonijiet għaliex filwaqt li d-direttiva tirriferi biss għat-tfal, aħna qed indaħħlu wkoll il-konċett ta' l-anzjani u tal-persuni b'diżabbilta`.", "Fil-fatt matul id-diskors tiegħu l-Onor.", "Brincat irrifera biss għat-tfal, pero` jien naħseb li huwa importanti li wieħed jinnota li aħna qed nikkonsidraw lill-oqsma ta' l-anzjani u tal-persuni b'diżabbilta` bħala oqsma li jistħoqqilhom protezzjoni partikolari.", "M'hemmx dubju li meta wieħed ibigħ toys u affarijiet oħra għat-tfal għandu joqgħod attent ħafna x'tip ta' prodotti jpoġġi fuq is-suq, u fil-fatt meta nixtru affarijiet li huma mmirati għat-tfal mill-Unjoni Ewropea, dejjem ninnotaw li jkun hemm instructions u warnings speċjali għal dak li għandu x'jaqsam mat-tfal.", "Madanakollu sfortunatament sal-lum għad m'hemmx din it-tip ta' protezzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' anzjani u persuni b'diżabbilta`.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed iħassar Kap. 225 tal-liġijiet ta' Malta.", "Ta' min jgħid li dik il-liġi kienet tħares lejn il-prodotti mill-aspett ta' kwalita`, aspett purament soġġettiv bid-diffikultajiet kollha li dan it-tip ta' kriterju jġib miegħu.", "Issa għall-ewwel darba qed inħarsu lejn il-prodotti li tqiegħdu fuq is-suq mill- aspett ta' sigurezza.", "La min jipproduċi, la min jimporta u lanqas min ibigħ ma jista' jpoġġi fuq is-suq prodotti li m'humiex safe.", "Meta jixtri prodott, il-konsumatur għandu dritt ikollu moħħu mistrieħ li dan m'huwiex perikoluż.", "Din hija xi ħaġa li aħna neħduha for granted, pero` sal-lum ma kenitx issib il-konfort tal-liġi.", "Issa hawnhekk nixtieq nerġa' nagħmel enfasi fuq xi ħaġa li mill-mod kif tkellem il-kelliem ta' l-oppożizzjoni, jidher li ma ġietx apprezzata biżżejjed.", "Id-direttorat tal-market surveillance huwa direttorat miftuħ, fis-sens li se jkollu s-support tal-partijiet kollha interessati fis-suq, inkluż l- għaqdiet tal-konsumaturi, l-għaqdiet tan-negozjanti u d-dipartimenti differenti tal-gvern.", "Qed ngħid dan għaliex huwa importanti ħafna li fl- inforzar tal-liġi wieħed ikollu dik it-trasparenza kollha neċessarja biex ineħħi s-suspetti.", "Ta' min jgħid ukoll li dan id-direttorat se jkun maqtugħ mid-direttur ta' l-affarijiet tal-konsumatur għax filwaqt li d- direttorat se jagħmel dak it-tip ta' ċċekkjar neċessarju biex jimxi skond programmi miftuħa, id-direttur ta' l-affarijiet tal-konsumatur se jagħżel kif se jimplimenta dawn il-programmi.", "Il-konsumatur għandu wkoll id-dritt li jirċievi informazzjoni xierqa rigward l-aspetti ta' sigurta` u ta' l-użu ta' dawk il-prodotti li jixtri.", "L-aspett ta' din it-tip ta' informazzjoni huwa importanti ħafna għaliex m'huwiex biżżejjed li tpoġġi prodott fuq is- suq u tassumi li dan se jintuża tajjeb.", "Huwa importanti ħafna wkoll li l- konsumatur ikun informat b'mod xieraq bi prodotti li joħolqu riskji għas- saħħa u s-sigurta` tal-konsumaturi.", "Aspett importanti ieħor huwa li r-responsabbilta` ta' l-inforzar se tgħaddi mingħand l-MSA għal fuq id-direttur ta' l-affarijiet tal- konsumatur.", "Ma ninsewx li taħt Kap. 225 kienet l-MSA li kellha r- responsabbilta` ta' l-inforzar, pero` issa se ngħaddu din ir- responsabbilta` għal fuq id-direttur ta' l-affarijiet tal-konsumatur.", "F'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm ukoll provvedimenti li jagħtu iktar flessibbilta`, fosthom meta qed jgħid li d-direttur jista' jieħu l-miżuri neċessarji b'ċerta urġenza.", "Naħseb li wieħed japprezza li ġieli jkun hemm ċirkostanzi fejn ma tkunx tista' toqgħod tistenna li jittieħdu proċeduri twal fil-qorti, bħal meta, per eżempju, prodott ikun se jiġi rtirat minn fuq is-suq.", "Bażikament fi klawsoli 28 u 29 lid-direttur qed nagħtuh il-poter biex flimkien mad-direttur tal-market surveillance jagħmel public statements biex jgħid liema huma l-prodotti li m'humiex safe u liema huma l-producers u d-distributors li qed jagħmlu attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-prodotti.", "Huwa tajjeb li hawnhekk qed indaħħlu s-safeguard li meta d- direttur jiġi biex jagħmel dawn il-public statements, jagħmel dan flimkien mad-direttur tal-market surveillance.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed minn nisġa ta' abbozzi ta' liġijiet oħrajn li qed ngħaddu fl-interess tal-konsumatur.", "Niftakar li meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il-konsumatur, l- oppożizzjoni kienet għamlet il-kritika li dan l-abbozz ta' liġi ma kellux biżżejjed snien.", "Fil-fatt huwa dan l-abbozz ta' liġi li għandu s-snien għax filwaqt li l-liġi tal-konsumatur tindirizza l-aspett ċivili, dan l- abbozz ta' liġi qed jindirizza l-aspett kriminali.", "Fil-fatt hawnhekk għandna pieni pjuttost ħorox.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li f'dan l-abbozz ta' liġi l-pieni jvarjaw minn Lm500 għal Lm5,000 flimkien ma' perijodu ta' tliet snin ħabs, il-liġi tal-konsumatur, li hija liġi komplimentari, tgħid sempliċement li min ikun sofra xi danni jkollu d-dritt li jibda proċeduri ċivili biex jiġi kkompensat.", "Huwa tajjeb li wieħed jenfasizza - u jien ma nieqafx nenfasizzah dan - li r-responsabbilta` hija ta' min ipoġġi l-prodott fuq is- suq, jiġifieri issa m'għadhiex difiża li tgħid: Jien sempliċi importatur u m'għandi x'naqsam xejn mas-sigurta` tal-prodott.", "L-importatur li jpoġġi prodott fuq is-suq qed jassumi responsabbilta` għas-safety ta' dak il- prodott.", "Kif għedna diġa', dan l-abbozz ta' liġi huwa intimament marbut mal-liġi ta' l-awtorita` ta' l-istandards għaliex l-awtorita` ta' l-istandards se tkun ir-regolatur li tistabilixxi l-livell ta' sigurta` u l-kwalita` tal- prodotti f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li l-enfasi f'dan l-abbozz ta' liġi huwa iktar fuq is-sigurta` milli fuq il-kwalita`.", "Skond dan l-abbozz ta' liġi, se tkun l-MSA li se toħroġ l-hekk imsejħa ordnijiet mandatorji filwaqt li d- direttur tad-dipartiment ta' l-affarijiet tal-konsumatur se jkun responsabbli mill-inforzar tagħhom.", "Madanakollu d-dmir ta' l-MSA m'huwiex se jieqaf hawn imma permezz tal-gwidi li joħroġ se jkollu r-responsabbilta` li jara li qed isir l-inforzar tagħhom.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi nħabbar li minn kemm ilna li għaddejna l-liġi ta' l- MSA ħarġet il-legal notice relattiva u ġew ippubblikati madwar 5,000 standard.", "Hawnhekk jien nixtieq nirringrazzja u ngħid \"prosit\" lill-uffiċjali kollha ta' din l-awtorita`, mhux biss għaliex ma ħadux il-vaganzi tas-sajf imma għaliex irnexxielhom jippubblikaw b'kollox 5,000 standard.", "Min għandu interess li jara dawn l-istandards, jista' jarahom fl-uffiċċju ta' din l- awtorita` stess għax kif konna spjegajna meta għaddejna dik il-liġi, l- istandard fih innifsu ma jiġix ippubblikat, fis-sens li joħroġ legal notice imma jiġi ppubblikat it-titlu tiegħu u mbagħad il-parti sostantiva hija available għal min hu interessat mill-uffiċċju ta' l-awtorita` stess.", "Sur President, funzjoni oħra ta' l-MSA hija dik li din tagħti l-pariri, u din hija raġuni oħra għaliex m'għandhiex tkun l-MSA li tinforza l-liġijiet.", "Fil-fatt min għandu diffikulta` dwar is-safety ta' xi prodott għandu javviċina lil din l-awtorita` u din, fi ħdanha, għandha struttura li tgħin lil dak li jkun li jieħu l-parir neċessarju qabel u mhux wara li jkun poġġa l-prodott fuq is-suq.", "B'hekk mil-lum 'il quddiem il-konsumaturi tagħna għandhom ikollhom moħħhom mistrieħ li meta jixtru prodott, huma qegħdin jixtru dak il-prodott mingħajr periklu.", "Sur President, iktar kmieni f'dan id-dibattitu l-Onor.", "Brincat qal li l- oppożizzjoni qed taqbel fil-prinċipju ma' dan l-abbozz ta' liġi, u għalhekk jien persważ li din id-darba wkoll l-oppożizzjoni, kif għamlet kull meta qablet mal-gvern, se tagħmel suġġerimenti prattiċi u kostruttivi.", "Jekk kemm-il darba jsiru suġġerimenti li jmorru oltre minn dan il-minimum directive, jien naħseb li l-Onor.", "Vassallo huwa altru minn dispost li jikkonsidrahom, għalkemm naturalment wieħed dejjem irid ikejjel l-impatt li xi ftit jew wisq dawn is-suġġerimenti jista' jkollhom fuq is-suq biex ma mmorrux minn estrem għal ieħor.", "Huwa importanti li s-suġġerimenti li se jsiru matul dan id-dibattitu, isiru fil-qafas ta' l-istruttura li qed nikkreaw, liema struttura ġiet ibbażata l-iktar fuq l-istrutturi li qed jintużaw fil-pajjiżi Nordiċi, partikolarment fl-Isvezja u fin-Norveġja.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jirrigwarda s-saħħa u l-kwalita` tal-prodotti li wieħed ipoġġi fuq is-suq għall-konsum in ġenerali.", "Fil-fatt hemm diversi pajjiżi li għandhom imfassla din it-tip ta' liġi biex ikun hemm ċertu kontroll fil- kwalita` tal-prodotti li jinbiegħu fuq is-suq.", "Dan l-aħħar għaddew diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-konsumatur minn dan il-parlament, liema liġijiet ovvjament qed jgħabbu lil dawk li jipproduċu u jimportaw b'obbligi ġodda.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li x-xogħol biex titwaqqaf l-MSA, li fil-fatt twaqqfet ftit ilu, kien inbeda minn gvern Laburista.", "Jekk wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi jsib li ċerti affarijiet, bħal affarijiet mediċinali, tabakk, u ilma, anke mineral water, m'humiex koperti hawnhekk għax diġa' qegħdin koperti taħt leġislazzjoni oħra.", "Issa jien xtaqt inkun naf għaliex l-ilma, b'mod partikolari - ejjew ma nitkellmux fuq it-tabakk hawnhekk għaliex illum ilkoll naqblu li t-tabakk huwa ta' detriment għas-saħħa tal-bniedem - m'huwiex qiegħed kopert f'dan l- abbozz ta' liġi wkoll.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għaliex ħafna drabi nisimgħu li mhux biss l-ilma tal-vit imma anke l-mineral water għandu fih ċerti sustanzi li mhux dejjem jagħmlu ġid lis-saħħa tal-bniedem.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Fil-fatt minħabba li l-ilma huwa meqjus ma' l- ikel, se jaqa' taħt il-Food Act.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lis-segretarju parlamentari għall- ispjegazzjoni tiegħu u nispera li dan l-abbozz ta' liġi dwar l-ikel ma jdumx ma jitressaq quddiem din il-Kamra biex ma jkunx hemm gaps.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-ilma qed isir expensive għall-poplu Malti u Għawdxi u għalhekk naħseb li wieħed għandu jitlob bi dritt biex jiġu stabiliti parametri fuq xiex wieħed jimxi f'dak li għandu x'jaqsam mas- sigurta` u l-kwalita` ta' l-ilma.", "Illum nistgħu ngħidu li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu mal-konċett ta' suq ħieles, pero` l-kompetizzjoni titlob li jkun hemm iktar dettalji f'dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti għaliex iktar ma tikber il-kompetizzjoni, awtomatikament iktar jikbru x-xewqat tal- konsumatur li d-drittijiet tiegħu jiġu trattati bl-iktar mod adegwat.", "Fost id-drittijiet li naraw elenkati f'dan l-abbozz ta' liġi nsibu d-dritt li l- konsumatur ikollu fuq is-suq prodotti li huma safe, li jkollu informazzjoni adegwata għal dak li għandu x'jaqsam ma' safety aspects kif ukoll informazzjoni oħra li tiggwida lill-konsumatur dwar kif għandu juża dak il- prodott.", "Sfortunatament ġieli naraw li fuq il-prodotti, għalkemm ikun hemm xi tip ta' informazzjoni, din tkun miktuba b'tipa rqiqa ħafna li lill- konsumatur ma tiġbidlux l-attenzjoni għaliha.", "Ta' min jgħid ukoll li ħafna drabi t-toys li jiġu importati minn barra jkunu diġa' marbutin b'ċerti leġislazzjonijiet minn dak il-pajjiż li minnu jkunu oriġinaw, u fil-fatt kważi t-toys kollha li nimportaw ikollhom miktub fuqhom l-eta` tat-tfal li jistgħu jilagħbu b'dawn it-toys.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi wkoll dawk il-bleaches li jiftħu d-drains.", "Ħafna drabi fuq dawn il-prodotti jkun hemm informazzjoni dwar kif dawn il-prodotti għandhom jintużaw u jkun hemm ukoll warning biex kemm jista' jkun dawn il-prodotti ma jiġux f'kuntatt ma' l-għajnejn jew mal-ġilda.", "Ovvjament l-importaturi u l-produtturi għandhom ukoll l-obbligu li jipprovdu informazzjoni tajba lill-konsumatur, anke dwar riskji li jistgħu ma jidhrux ovvji mal-ewwel.", "F'każ li l-importaturi u l-produtturi jonqsu milli jagħmlu dan, il-prodotti jistgħu saħansitra jitneħħew minn fuq l- ixkaffi tas-suq biex b'hekk il-periklu għall-konsumatur jiġi evitat darba għal dejjem.", "Dan l-abbozz ta' liġi m'hux qed jorbot bl-obbligi lill- importaturi u lill-produtturi biss imma anke lid-distributuri, għax wara kollox dawn meta jkunu qed jiddistribwixxu l-prodotti fuq is-suq, huma jisimgħu l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-konsumatur dwar dawk il-prodotti li huma jkunu qed jiddistribwixxu.", "Fil-fatt id-distributuri qed jintrabtu li jgħaddu dawn l-ilmenti u s-suġġerimenti lill-produttur jew lill-importatur ħalli dawn ma jibqgħux fid-dlam dwar l-effetti li qed ikollhom il-prodotti tagħhom fis-suq.", "L-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum jitkellem ukoll dwar in-national u l-European standards.", "Jien naf li kull darba li lill-membri tal-gvern ngħidulhom li huma qed iressqu ċerti liġijiet u qed jagħmlu ċerti emendi biex ikunu konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, huma qed jiċħdu dan il-fatt, pero` kollox jindika li l-gvern huwa marbut fi straitjacket u jinsab ristrett bil-ħin biex jemenda ċerti leġislazzjonijiet ħalli fil- mixja tiegħu għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea jogħġob lil dawk ta' Brussels.", "Jiena ngħid li dan ifisser gwaj għal pajjiżna.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex nieħdu t-tajjeb tal-liġijiet Ewropej, pero` għandna noqogħdu attenti li nagħżlu dak li hu addattat għalina u mhux inkunu marbutin lock, stock and barrel li dak li jgħodd għall-pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea, neċessarjament ikun addattat għalina.", "MR SPEAKER: Onor. Cilia, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li sar il- ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOE CILIA: Iva., nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 t'Ottubru b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xtaqt li f'dan il-ftit ħin li għandi nitkellem dwar il-protesta li għamlet il-GWU nhar il-Ġimgħa fil-belt Valletta.", "Nhar il-Ġimgħa ntwera biċ-ċar li l-poplu tkellem, tkellem bil- preżenza tiegħu, bl-iktar mod ċivili, imma tkellem bl-iktar mod determinanti li ma jħallix lil dan il-gvern fit-triq li qabad li tmur akkost ta' kollox kontra l-wegħdi li għamel qabel l-aħħar elezzjoni.", "Il-poplu tkellem minkejja li l-gvern, fil-paniku li qabdu tul il-ġranet ta' qabel, ipprova jintimida u jhedded lill-ħaddiema biex ma jfallux minn fuq il-post tax-xogħol billi sejjaħ għal diversi drabi d-dimostrazzjoni li kienet se torganizza l-GWU bħala waħda illegali.", "L-iskantament hu li dawn li bdew jargumentaw b'dan il-mod huma l-istess nies li fl-1982, minkejja - u hawnhekk iktar ma jidħolx id-dritt - li l-Partit Nazzjonalista m'huwiex trade union, ipprova jorganizza ġurnata ta' strajk ġenerali fil-pajjiż, liema azzjoni kienet mill-iktar waħda irresponsabbli u illegali, biex ħa lill-partitarji tiegħu jixxemxu u jgħumu f'jum l-Imnarja fl-Għadira.", "Imbagħad bl-iktar wiċċ tost, wara li għaddew dawn is-snin, l-istess nies li organizzaw din l-attivita` ta' mistħija fl-1982, qed jakkużaw trade union, li għandha dritt li tiddefendi lill-membri tagħha u lill-pensjonanti, li bl- attitudni li kienet qed tieħu, jiġifieri li sejħet lill-ħaddiema għal tliet sigħat il-Belt minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom, il-GWU kienet qed tagħmel din l-attivita` b'mod illegali.", "Ipokresija ikbar minn din ma nistax nara u ma nistax nipparaguna.", "Il-gvern intilef f'paniku għax jaf li s-sitwazzjoni f'pajjiżna m'hi xejn feliċi u li din hi ħtija ta' l-istess nies li hemm illum fil-gvern u li kienu jmexxu qabel l-1996.", "Il-gvern u l-Partit Nazzjonalista jafu li kienu huma li mlew lil dan il- pajjiż bid-dejn, b'deficit wara l-ieħor, b'budget wara l-ieħor mill-1988 sa l-1996, huma l-istess nies li qabel l-1996 ma kellhomx il-kuraġġ li jippreżentaw il-budget quddiem dan il-parlament.", "Huma l-istess nies li meta tela' gvern Laburista u identifika l-problema finanzjarja tal-pajjiż qalu li din ma teżistix u li l-ħofra hija ħrafa.", "Huma l-istess nies, illi qabel l-1998, qabel ma reġgħu ħadu l-poter f'idejhom, anzi qabel ma waqqgħu l-gvern - biex nikkwota lis-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba - kienu jwegħdu l-ilma jiżfen lil dan il-pajjiż.", "Fost l-oħrajn kienu jwegħdu li se jġibu mill-Unjoni Ewropea mitt miljun lira Maltin fis- sena.", "Il-poplu ngħata l-impressjoni qabel l-elezzjoni li għaddiet illi l- Partit Nazzjonalista se jsolvi l-problema finanzjarja li ġab hu stess fuq dan il-pajjiż meta joħroġ l-applikazzjoni mill-friża billi kien se jibda jirċievi mitt miljun lira Maltin fis-sena mill-Unjoni Ewropea.", "Lill-poplu wegħduh minn kollox biex jirbħu l-poter.", "Imma dan kien qerq, u inutli llum joħroġ il-kor tal-bikkejja, bħalma rajna l-bieraħ fil- gazzetti - għax dawn qishom kor tal-bikkejja wara din l-attivita` - jippruvaw jiġġustifikaw lill-gvern meta jafu li dan huwa gvern li wiegħed kollox; wiegħed li se jġib il-flus, wiegħed li se jsolvi l-problema tal- flus li għandu billi se jġib il-fondi mill-Unjoni Ewropea u minflok qed imur kontra l-mandat li ngħata u qed jimponi taxxa waħda wara l-oħra fuq il- ħaddiem, jagħfas liż-żgħar u saħansitra fuq min igħix bis-servizzi soċjali.", "Il-gvern għażel li l-problema jsolviha b'dan il-mod.", "Dan m'huwiex ġust fil-konfront tal-ħaddiema, tal-pensjonanti u tal-middle class.", "Għalhekk dan ma jistax jiġi aċċettat f'pajjiżna u minn min verament għandu għal qalbu l-interessi tal-ħaddiema.", "Għalhekk il-GWU ma tistax tibqa' b'ħalqha magħluq.", "Il-UĦM tibqa' ħalqha magħluq għax hi pupazz tal-gvern, skond id- daqqa u l-innu li jdoqq il-Partit Nazzjonalista tiżfen.", "Il-UĦM dehrilha li kellha tagħmel strajk fil-freeport wara t-taxxi ta' bejn l-1996 u l-1998, u llum prattikament bl-istess kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u b'iktar taxxi, il-UĦM ma għamlet xejn.", "Il-UĦM tgħid li l-GWU kienet ħalqha magħluq, imma mbagħad tgħidx kemm isservew bir-rapport tagħha fuq il- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma fi żmien gvern Laburista.", "Il-UĦM ma kkummissjonat l-ebda rapport biex tara x'effett ħallew il-miżuri tal-budget li għadda fuq il-ħaddiema, fuq il-pensjonanti, fuq il-familji u fuq min hu fil-bżonn f'pajjiżna.", "Il-ministri ippruvaw jisservew bid-dipartimenti governattivi u d- diretturi kollha u bl-istqarrijiet, saħansitra stqarrija waħda wara l-oħra minn Kastilja, biex jheddu u jbeżżgħu lill-ħaddiema biex ma jattendux għall- attivita`.", "Ippruvaw saħansitra jisservew bil-qorti, insomma din is-soltu storja drajnieha, imma d-determinazzjoni tal-ħaddiema, tal-pensjonanti, tal- familji ż-żgħar u tal-middle class, li qed jinqarsu u ġew imqarrqa minn dan il-gvern kienet kbira.", "Quddiem l-għafsa fil-morsa tat-taxxi u tal-qerq il- poplu jweġġa'.", "Fejn tidħol id-determinazzjoni tal-poplu l-ebda gvern, l- ebda dipartiment, l-ebda stqarrija, l-ebda gazzetti, l-ebda xandir m'hu se jwaqqafu milli jipprotesta.", "Il-poplu kien ġustifikat li pprotesta, u l-GWU hija ġustifikata b'dak li qed tagħmel għax qed tagħmlu bl-iktar mod serju u qed toffri l-proposti tagħha.", "Tipprova tifhem, jekk jirnexxielek tifhem u jekk ma jirnexxilekx huwa diffiċli li tifhem għax filli l-ministru tal- finanzi jiżżuffjetta bil-proposti tal-GWU u filli l-prim ministru jgħid li se jagħti kas il-proposti tal-GWU.", "Imma l-ikbar qerq huwa fil-mod kif il-ħaddiema ġew trattati qabel il- protesta tal-GWU u kif qed jiġu mhedda u intimidati bħalissa, wara l- protesta, minn diretturi u minn nies responsabbli f'dipartimenti tal-gvern.", "Għalkemm kont għadni żgħir, niftakar lill-Partit Nazzjonalista jorganizza protesti bil-partitarji bix-xemgħat biex juru solidarjeta' ma' Lech Walesa li kellu t-trade union Solidarnosc.", "Dak iż-żmien, meta Walesa kien jitkellem u meta Solidarnosc kienet qed tipprova tgħaqqad lill-ħaddiema ġol- Polonja, kienu jiġu intimidati mill-Ġeneral Jaruzelski, li kien pupazz f'idejn il-komunisti.", "Kont nistenna li gvern li jsejjaħ lilu nnifsu demokratiku, xempju tad-demokrazija u li jagħti wisa' lit-trade unions u lil għaqdiet oħra, jaġixxi mod ieħor u jagħti dritt veru lill-ħaddiem li jipprotesta bla ma jiġi intimidat u mhedded.", "Għalhekk, dak li ġara qabel nhar il-Ġimgħa u dak li qed jiġri issa l-iktar, wara li għadda nhar il- Ġimgħa, lili personalment ifakkarni f'meta l-Ġeneral Jaruzelski fil-Polonja kien jintimida bis-sħiħ lill-ikbar trade union li kien hemm fil-Polonja, lil Solidarnosc.", "Minn gvern li jsejjaħ lilu nnifsu demokratiku, jien ma jkolli l-ebda triq oħra ħlief li bil-kuxjenza nadifa u safja ngħidlu: Ieqaf quddiem il-ħaddiem!", "Tkomplix taġixxi b'dan il-mod!", "Illum ninsabu fis-sena 2000, ma ninsabux tlett mitt sena ilu fi żmien Napuljun.", "Il-gvern irid jagħti d-dritt lill-ħaddiem li meta jkun qed iweġġa' jgħid: Ajma!", "Il-gvern jaf li l-ħaddiem u l-pensjonant qed iweġġgħu minħabba s-sitwazzjoni li ġab hu stess qabel l-1996.", "J'Alla dan iż-żmien ma jkomplix jagħfas fuq il-ħaddiema u l-gvern ma jkomplix jaġixxi bħall-Ġeneral Jaruzelski.", "J'Alla l-gvern jaċċetta r-rieda tal-ħaddiema, tal-pensjonanti u tal-poplu Malti kollu u jwettaq il-mandat veru li għandu u ma jmurx kontra l-mandat li tah il-poplu kif qed jagħmel preżentement.", "J'Alla, li l-GWU flimkien ma' unions oħra jibqgħu juru r-rieda tagħhom biex iwaqqfu lil dan il-gvern milli jkompli jagħfas fuq bwiet il-ħaddiema u l- pensjonanti.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fil-ħin li għandi xtaqt nitkellem dwar il-privatisation bonds kif ukoll dwar is-servizzi finanzjarji.", "Nibda l- ewwel bil-privatisation bonds fejn jidher ukoll li twaqqfet kumpannija mill- gvern.", "Din x'inhi?", "Kumpannija ad hoc?", "Min huma x-shareholders?", "Min huma d-diretturi?", "Meta ġiet irreġistrata?", "X'inhuma l-objettivi u l-għanijiet tal-kumpannija?", "Għaliex il-gvern ma ddikjarax li se jagħmel din il- kumpannija qabel in-notice of pre-placement u d-dettalji relattivi?", "Jidher li l-gvern iddeċieda liema kumpanniji se jipprivatizza bejn l-2001 u l-2003 għaliex għamel lista tal-Bank of Valletta, tal-Maltacom, tal- Mediterranean Offshore Bunkering Company u l-MIA.", "Imma jekk għandu pjan mifrux sas-sena 2003, x'inhu l-iskop li dawn il-bond issues huma miftuħin sas-sena 2005?", "Għaliex mhux se jingħata imgħax fuq il-bonds jekk jintużaw sa qabel l-erbatax ta' Novembru tas-sena 2005?", "Għaliex il-premium fuq il- bonds se jkun ta' 15% fuq bażi ta' ħames snin u suġġett għat-taxxa, jiġifieri se jkun biss ta' 3% fis-sena?", "Il-gvern, fil-fehma tiegħi, se jissellef ammont negliġibbli, anzi b'rata b'ammont negliġibbli, jew l-iktar bi 3%, miżura li hija ntiża bi skop wieħed biss li sservi bħala paraventu biex il-gvern ikun jista' jissellef bl-inqas imgħax għax m'huwiex qed isib konkorrenza mill-pubbliku meta joħroġ l-istocks bħala sejħiet pubbliċi.", "Għaliex il-gvern għadu ma ħariġx il-prospectus?", "Jingħad li l-prospectus għadu ma ġiex finaliżżat u nistaqsi kif il-gvern qed jippretendi li jkun hemm pre-placements u offerti qabel ma jkun hemm il-prospectus innifsu ppubblikat.", "Nistaqsi wkoll jekk il-gvern huwiex se jiggarantixxi lil din il-kumpannija dwar l-operat tagħha u jekk hux se jiggarantixxi anki dawn id-depożiti li se jsiru magħha.", "Inħoss li l- ministru jmissu għamel diskors pubbliku fuq dawn l-affarijiet u mhux l- affarijiet saru hush-hush, sempliċement billi mar fuq il-PBS u ta intervista.", "Jien jidhirli li kellha tinħareġ press release mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni b'mod mill-iktar pubbliku u trasparenti.", "L-iskuża li ġab il-ministru kienet li la l-PBS huwa l-istazzjon tan-nazzjon, jidhirlu li kien qed ikellem lin-nazzjon kollu meta mar fuq dan l-istazzjon.", "Bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jekk hemm settur li dwaru m'hemmx dubju li se jintlaqat ħażin, huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Għadni kif tkellimt ma' nies li huma ntiżi fis-suġġett u fil-prinċipju huma favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn igħidulek, b'mod ikkwalifikat, li s-settur tas-servizzi finanzjarji se jintlaqat ħażin, u għalkemm ċerti pajjiżi, bħall-Irlanda, akkwistaw ċerti derogi, ftit li xejn hemm ħjiel li l-Gvern Malti se jinsisti għal derogi simili f'dan is-settur.", "Daqstant ieħor jidhru żgħar ħafna l-prospetti li l-Unjoni Ewropea nnifisha tikkunsidra xi talba għal derogi simili serjament, anki li kieku dawn kellhom isiru min-naħa Maltija.", "L-inċentivi ta' taxxa li Malta għandha f'dan is-settur biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tas-servizzi finanzjarji, fil-fehma tiegħi huma inkompatibbli mal- code of conduct ta' l-ECOFIN, li huwa l-kumitat tal-ministri finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma' l-għanijiet tal-Kummissjoni Ewropea nnifisha dwar dan is-suġġett.", "Ma rridux ninsew, li meta Malta daħħlet ċerti inċentivi fiskali fis-servizzi finanzjarji, għamlet dan biex tibbenefika mill-mobilita` ta' dan is-settur.", "Illum għandna ħafna vantaġġi ta' taxxa li ma nistgħux naffordjaw li nitilfu jekk irridu nkomplu nsostnu u nkabbru lil dan is-settur, fosthom il-back-office operations, it-ten-year tax holiday, in-nuqqas ta' withholding u capital gains tax għas-settur, l- eżenzjoni mit-taxxa tal-collective investment schemes, in-nuqqas ta' taxxa fuq interessi mħallsin lin-nies mhux residenti f'Malta u ebda tax on royalties.", "Għalkemm il-cost of labour, it-telekomunikazzjoni u l-komunikazzjoni huma kollha setturi importanti għal dan is-settur, huma fil-fatt sekondarji ħdejn l-element ta' tassazzjoni.", "Jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, bla derogi, kif aktarx li se tipprova tagħmel f'dan is-settur, tkun fil- fehma tagħna qed tissagrifika d-dritt sovran tagħha li tiddetta materji ta' taxxa fi sforz biex tiġbed negozju internazzjonali lejn xtutna, kif għamlet s'issa.", "Jekk wieħed jara x'qed jagħmel ħaddieħor, wieħed isib li l- Lussemburgu u l-Ingilterra diġa' huma ppreokkupati serjament li l-proposta Ġermaniża fi ħdan l-Unjoni Ewropea dwar il-withholding tax tista' twassal biex ċertu kapital saħansitra jaħrab lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.", "Jekk min-naħa l-oħra, Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, nemmen li tkun mhux biss qed teżenta ruħha imma tkun qed titlef vantaġġi simili li se jgawdu pajjiżi mhux membri fl-Unjoni Ewropea.", "Ikun diffiċli l-ewwelnett biex il-Lussemburgu taqbel ma' dan sakemm il-pajjiżi ta' l-OECD ma jeħdux pożizzjoni komuni.", "Din l-istorja ma bdietx il-bieraħ imma bdiet fl-1996 meta l-Ġermanja kienet preokkupata ħafna li kien hemm ħafna kapital li kien qed iħalli lill-pajjiż lejn il-Lussemburgu wara li r-rati ta' taxxa fil- Ġermanja kienu bdew ilaħħqu madwar 60%.", "Il-kurrenti lejn pjani t'armonizzazzjoni ta' taxxa fil-fatt huma frott ta' deċiżjonijiet politiċi u mhux deċiżjonijiet purament ekonomiċi.", "Il- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea diġa' qed jikkollaboraw bejniethom dwar diversi aspetti ta' taxxa, fosthom corporate tax, income on savings u l- eliminazzjoni ta' withholding taxes fuq l-interessi u r-royalty payments bejn kumpanniji assoċjati.", "Għalkemm anki l-OECD qed tipprova timponi anti- harmful tax practices measures fil-pajjiżi membri tagħha, ta' min wieħed jgħid li l-Isvizzera u l-Lussemburgu diġa' astjenew dwar dan is-suġġett.", "Sadanittant pajjiżi membri oħrajn ta' l-OECD, bħal Singapore, l-Olanda u l- Irlanda mistennija jkunu protettivi sew għas-setturi finanzjarji tagħhom għaliex dawn ilkoll għandhom setturi finanzjarji mdaqqsin sew.", "Malta m'għandhiex tibża' li tiġi kklassifikata bħala tax haven mill-OECD għaliex skond il-kriterju ta' din l-organizzazzjoni tax haven irid iwassal għal tassazzjoni non-eżistenti jew nominali, għal ebda bdil ta' informazzjoni ma' territorji oħrajn, għal nuqqas ta' trasparenza u għal nuqqas ta' sustanza fl-attivitajiet kummerċjali li jsiru.", "Dawn huma affarijiet li ma japplikawx għal pajjiżna.", "Jekk l-Unjoni Ewropea tasal biex timponi witholding tax b'minimu ta' 20% madwar il-pajjiżi kollha tagħha, dan jispiċċa jiġi levied fuq l-assi kollha tar-residenti ta' l-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-pajjiż tar- residenza tagħhom.", "B'riżultat ta' din it-taxxa pajjiżi bħall-Isvizzera, li huma determinati li jibqgħu barra l-Unjoni Ewropea, proprju waħda mir- raġunijiet hi biex igawdu l-vantaġġi fiskali li għandhom diġa'.", "Jekk wieħed jara x'qed jagħmlu, isib li qed jarmaw biex jieħdu ċertu business minn Londra u qed jippreparaw biex jabolixxu l-boll fuq ix-share trading.", "L-istock exchanges tagħhom diġa' fetħu uffiċini f'Londra biex jippromwovu lil Zurich bħala ċentru tas-servizzi finanzjarji iktar milli saħansitra huwa llum.", "Dan kollu qed insemmih biex nuri kemm se nitilfu opportunitajiet jekk inħallu lilna nfusna ninbelgħu mis-super-stat Ewropew li kulma jmur qed jintegra ruħu dejjem iktar fuq livell federali, ekonomiku, monetarju u issa wkoll fuq livell ta' difiża u ta' sigurta`.", "F'setturi oħrajn tista' targumenta jekk jaqblilniex jew le bi sħubija sħiħa, iżda bħal fil-każ tal- biedja, dan huwa settur fejn b'mod definit nitilfu ħafna mill-vantaġġi u anki mill-kompetittivita' ta' pajjiżna.", "Xtaqt nagħmel ukoll aċċenn għal xi problemi li qegħdin jiffaċċjaw xi kostitwenti mid-disa' distrett li nitla' minnu jien.", "Kif kelli l-okkażjoni li nsemmi hawnhekk, imma ma kellix tweġiba għax il-ministru ma kienx preżenti, sabuni diversi residenti minn Taż-Żwejt li qegħdin jilmentaw li mhux qed ikollhom provvista ta' ilma regolari.", "Għalhekk nitlob lill- awtoritajiet konċernati biex jinvestigaw dan l-ilment, iżjed u iżjed meta dawn fl-istess ħin qed jirċievu kontijiet eżorbitanti, kontijiet li suppost kellhom jiġu mraħħsa u li skond il-Ministru Josef Bonnici kellhom imorru lura prattikament għal dak li kienu qabel ma għolla r-rati l-Gvern Laburista fil-budget ta' l-1998.", "Punt ieħor li nixtieq nittratta dwaru huwa dwar il-valutazzjopni li qed tagħmel l-awtorita` tad-djar meta tiġi biex tbiegħ il-postijiet.", "Naf inkwilini li joqogħdu f'postijiet tal-gvern illi erba' jew ħames snin ilu talbu evaluation min-naħa tal-awtorita' tad-djar, u dakinhar għal xi raġuni jew oħra m'aċċettawx li jixtru d-dar tagħhom u iktar riċentement reġgħu talbu evaluation oħra.", "Għalkemm ma rajtx id-dokumenti b'għajnejja, il- persuni li kellmuni huma persuni serji u integri, u milli qaluli jidher li hemm differenza kbira fil-valutazzjoni bejn il-proprjeta` kif kienet stmata erba' jew ħames snin ilu u bejn il-proprjeta` kif kienet stmata riċentement.", "Napprezza li fil-proprjeta` dejjem ikun hemm akkrexximent tal- valur, imma żgur li ma nifhimx kif fi proprjeta` ta' housing soċjali għandu jkun hemm akkrexximent daqshekk sostanzjali daqskemm qed jingħad li kien hemm b'differenza fil-prezz ikkwotat min-naħa tal-awtorita' tad-djar dakinhar u dak ikkwotat f'dawn il-ġranet.", "Jien beħsiebni nagħmel mistoqsija parlamentari lill-ministru dwar dan is-suġġett, u nitlob lill- ministru biex jagħti d-dettalji dwar mhux biss il-policy applikabbli llum imma wkoll dwar it-tibdil li kien hemm fil-policy u forsi iktar importanti minn hekk, ikun tajjeb ukoll li l-ministru jagħti xi ftit ħjiel dwar x'wassal għal din il-policy u x'immotiva lill-awtorita' tad-djar biex tagħmel dan meta qed ngħixu fi żmien meta l-figuri qed juru li l-home ownership fil-pajjiż qed jiżdied.", "Għadni kif għamilt mistoqsija parlamentari u nieħu gost ninnota li l-home ownership minn xi 53% jew 54% illum tela' għal xi 65% jew iktar.", "Dan huwa sinjal tajjeb.", "F' Għawdex il-persentaġġ huwa saħansitra ferm ogħla.", "Qaluli li kien hemm xi raħal, bħal Għajnsielem, fejn anki jaqbeż id-90%, biss jien qed nieħu l-medja tal-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Naħseb li hemm min hemm fil-gvern għandna nkomplu ninkoraġġixxu permezz ta' skemi anki ssussidjati biex l-inkwilini li jgħixu f'postijiet tal-gvern ikollhom iktar inċentivi sabiex ikunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom.", "Naħseb li wasal iż- żmien li tiġi riveduta s-sistema tal-housing li jkun hemm reviżjoni tal- kera kull sentejn.", "M'inix qed ngħid li m'għandhiex issir reviżjoni tal-kera jew reviżjoni tas-sussidju imma għandhom jittieħdu kunsiderazzjonijiet b'mod iktar flessibbli ta' ċerti income items li jkunu varjabbli, bħal overtime, jew sitwazzjonijiet fejn ikollok individwu li laħaq diġa' daħal fil-kuntratt il- ġdid bir-rata għolja u mbagħad wara ftit xhur jispiċċa qiegħed imma ma jkunx jista' jibda jibbenefika bi tnaqqis fir-rata jew b'żieda fis-sussidju sakemm jiġu biex jagħlqu s-sentejn minkejja li sena u nofs minn dawn is- sentejn ikun qed jagħmilhom jirreġistra għax-xogħol.", "M'inix qed nitlob li għandu jkun hemm sussidji żejda jew fejn m'humiex ġustifikati.", "Il-ministru għall-politika soċjali jagħmel tajjeb li jipprova jinvestiga l-abbużi li jsiru minn fondi soċjali pubbliċi imma fl-istess ħin naħseb li tkun inġustizzja soċjali li persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol b'mod leċitu, ġust u onest jiġu penalizzati biex iħallsu kera b'sussidju inqas jew b'rata kummerċjali ogħla meta l-income tal-familja tagħhom ikun naqas b'mod sostanzjali.", "L-aħħar osservazzjoni li rrid nagħmel hi dwar il-moviment ġdid li twaqqaf favur l-Unjoni Ewropea, il-YES movement.", "M'iniex se nidħol fil-merti jekk dawn in-nies għandhomx dritt jew le, għax għandhom dritt ovvjament l-istess kif għandhom dritt is-CNI li jkunu kontra.", "Dawn għandhom dritt ikunu favur, jiġifieri m'inix nikkontesta d-dritt ta' dawn in-nies li jingħaqdu bħala lobby group favur dan l-issue, biss naħseb li n-nies li jirrappreżentaw din l-għaqda, u dan kien rifless anki f'editorjali ta' gazzetti - qed nirriferi għall-editorjal tas-\"Sunday Independent\" tal-bieraħ - żgur li m'humiex nies rappreżentattivi tal-firxiet kollha tas-soċjeta` Maltija.", "Jien naħseb li biex għaqda bħal din tkun kredibbli irid jirnexxilha tirrappreżenta s- setturi varji tas-soċjeta` Maltija.", "Għaqda bħal din tkun kredibbli jekk fost id-diriġenti tagħha jkun hemm il-ħaddiema tal-Malta Drydocks, il- ħaddiema li jipproduċu għas-suq domestiku, il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding, u wkoll lis-small traders li jaħdmu għas-suq lokali u ma jħarsux lejn l-esportazzjoni.", "Hu importanti li biex naraw l-affarijiet f'mod oġġettiv ma jistax ikollna organizzazzjoni li kuxjenzjożament ipproġettat ruħha quddiem il-pubbliku bħala għaqda li tidher li tirrappreżenta l-iktar lill-big business Malti jew lill-professjonisti Maltin.", "Dawn ukoll għandhom id-dritt li jkollhom rwol importanti fis-soċjeta`, imma naħseb li dawn qed jirrappreżentaw lobby group għall-issue sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea meta fil-fatt għandu jkun hemm firxa iktar sħiħa li tirrappreżenta l-faxex varji tas-soċjeta` Maltija u anki Għawdxija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 23 t'Ottubru, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - RABAT", "20153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinfurmani bin-numru ta' tobba, nurses u l-istaff kollu li kien hemm, xahar b' xahar, fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema perijodu qed jistaqsi.", "TOROQ - PJANTI", "20247.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Minstru jgħid, matul is-sentejn li għaddew, kemm tlestew pjanti mill-periti tad-dipartiment tat-toroq għal toroq li ħarġu b'kuntratt mill-gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li mhux possibbli tingħata l- informazzjoni peress li tant saru pjanti ta' kull tip u dettal fuq ix- xogħlijiet tad-dipartiment, li fil-perijodu msemmi kien hemm żewġ draughtsmen full-time fuq dan ix-xogħol, kif ukoll żewġ periti, li minn żmien għal żmien huma stess ġieli għamlu pjanti li kienu jenħtieġu.", "Fl-aħħar sena żdiedu wkoll seba' gradwati mill-Universita' li segwew studju fuq id-disinn u kostruzzjoni ta' toroq li huma wkoll qed jesegwixxu xogħol ta' disinn kif meħtieġ.", "SKEJJEL - MARIA REGINA JUNIOR LYCEUM", "20263.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika jekk l-istudenti tal-Form II fil-junior lyceum Maria Regina għandhomx kollha għalliema ta' l-Ingliż, peress li f'nofs Ottubru kien hemm għalliema li telqet minn din l-iskola biex marret tgħallem ġo skola privata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliema konċernata marret tgħallem fil-junior college fid-9 ta' Ottubru.", "Saru l-arranġamenti meħtieġa u l- istudenti kollha tal-Form II għanhom għalliema ta' l-Ingliż.", "ROAD CONSTRUCTION DEPARTMENT", "20274.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvutati flus għal road construction u tiswijiet ta' toroq?", "Kemm intefqu s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ammont ivvutat għal road construction ġenerali u tiswijiet ta' toroq taħt Vote VII Capital huwa ta' Lm4,650,000 li jkopri kuntratti mogħtija s'issa li jammontaw għal valur komplessiv ta' Lm4.8 miljun.", "Il-valur tax-xogħol u l-pagamenti li saru s'issa hu ta' Lm2,442,709.56.", "KAROZZI TAL-LINJA", "20276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati għax-xiri ta' karozzi tal-linja ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: In-negozjati msemmija għadhom għaddejja.", "Nispera li jintlaħaq ftehim fi żmien qasir.", "VETTURI - TESTIJIET", "20277.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-vetturi minn uffiċjali tad-dipartiment matul din is-sena?", "Għal-liema raġunijiet prinċipali?", "Kemm weħlu mit-test?", "Meta vettura jkollha bżonn li, għal xi raġuni, isirilha xi test, kif jiġi żgurat li l-ħsara tkun irranġata?", "Jista' jelenka t-tip tal-vetturi li sar test fuqhom bħal-trakkijiet, vetturi privati eċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-uffiċċjali tad-dipartiment tal- liċenzji u t-testijiet ma jagħmlux testijiet fuq il-vetturi.", "Bħalma jaf l- Onor. Interpellant il-vehicle roadworthiness tests isiru minn stazzjonijiet awtorizzati għal dan il-għan.", "DUĦĦAN VELENUŻ", "20278.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Nirriferi mistoqsija parlamentari tiegħi nru.", "19975 dwar il- kontroll tal-ħruġ ta' duħħan velenuż minn vetturi meta dan ġie ddikjarat internazzjonalment bħala ta' theddid għas-saħħa.", "Id-dipartiment għandu tagħmir effikaċi biex jikkontrolla u jipprova jelimina dan il-velenu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "DUĦĦAN VELENUŻ", "20279.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti bejn id- dipartiment tat-trasport u l-pulizija dwar vetturi li jkunu mħarrka għaliex kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha tkun qed tarmi duħħan?", "Il-pulizija jinformaw id-dipartiment tat-trasport meta tinħareġ ċitazzjoni dwar dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-infurzar tal-liġi hija prerogattiva tal-pulizija.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - XIRI TA' KAROZZI", "20292.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD - XIRI TA' KAROZZI", "20293.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi bejn l-1992 u llum inxtraw 11-il-karozza mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilta` tiegħu, kif jidher hawn taħt:", "|Għamla |Użu tal-Karozza | |Hyundai Lantra |Public Officer | |GLS |on Performance | | |Contract | |Nissan Sunny 2.0| | |LX | | |Peugeot 306 | | |XTDT4 | | |Hyundai Lantra | | |Audi A4 | | |Daewoo Racer | | |BMW 528I |Onor. Ministru | |Skoda Foreman |Użu ġenerali ta'| |Special |l-uffiċju | |Skoda Foreman | | |135 GLX | | |Skoda Felicia LX| | |Skoda Foreman | | |135 GLX | |", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - XIRI TA' KAROZZI", "20294.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1992 inxtraw:", "|4 |Continental Cars Ltd | |2 |New Waldorf Garage | |1 |Frank Borda Co. Ltd. | |2 |Michael Attard Ltd. | |1 |Michael Debono Ltd. | |1 |Mizzi Garage | |1 |Auto Sales Ltd. | |1 |United Automobile Ltd. | |1 |CB Motors Ltd | |1 |Meli Garage (Thrifty) | |1 |Associated Motors |", "INTERN - XIRI TA' KAROZZI", "20295.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "AMBJENT - XIRI TA' KAROZZI", "20296.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mill-1992 inxtraw:", "|Numru |Ditta |Rimarki | |1 |Ford |Inxrat | | | |mil-Minsteru | | | |tal-Finanzi | |2 |Renaul|Waħda trasferita | | |t |lin-National Audit| | | |Office | |1 |BMW | | |1 |Volvo | | |2 |Hyunda| | | |i | | |1 |Rover | | |11 |Skoda | | |1 |Daewoo| | |1 |Kia | | |1 |Toyota|Trasferita | | | |mil-Qrati | | | |tal-Ġustizzja. |", "Dawn qed jintuzaw:", "|9 |Min Ufficjali Pubbliċi fuq | | |Performance Agreement, | |13 |General Office cars |", "GĦAWDEX - XIRI TA' KAROZZI", "20297.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tagħha mill-1992 sal-lum?", "Tista' tgħid ukoll x'tip ta' karozzi huma (ditta)?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li mill-1992 sal-lum inxtraw seba' karozzi mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "L- informazzjoni dwar dawn il-karozzi hija mogħtija hawn taħt:", "|1 |Hyundai |użu ta' | | |Excel LS |uffiċċjal fuq | | | |performance | | | |agreement | |1 |Hyundai |użu | | |Excel GLS |tas-segretarjat| | | |privat | |2 |Kia Mentor|użu ta' | | |GLX |uffiċċjali fuq | | | |performance | | | |agreement | |1 |Kia Mentor|użu ta' | | |SLX |uffiċċjal fuq | | | |performance | | | |agreement | |1 |Skoda |użu tal-Fergħa | | |Forman 135|ta' | | |GLX |l-Agrikoltura | | | |fi ħdan | | | |id-Dipartiment | | | |għall-Proġetti | | | |u Żvilupp | |1 |Volkswagon|użu ta' | | |Bora Salon|uffċċjal fuq | | | |performance | | | |agreement. |", "TAXXI INTERNI - TAX RETURNS", "20310.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20125?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20125 f'seduta 397.", "REVENUE SECURITY CORPS - IMPJEGATI", "20311.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi dan l- aħħar fir-revenue security corps intgħażlu xi nies biex jieħdu l-ġurament biex ikunu jistgħu jservu fir-revenue security investigation section, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn in-nies?", "Jista' jassigura li ma kienx hemm xi priferenzi ma' min intgħażel peress li hemm xi uħud minn dawk li ntgħażlu li huma juniors għal dawk li ma ntgħażlux?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20312.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20126?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20126 f'seduta 397.", "PULIZIJA - BORMLA - KLIEB", "20313.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara x'jista' jsir sabiex numru ta' klieb kbar li hemm jiġġerrew, b'perikolu b'mod speċjali għat-tfal u r-residenti fin-naħa ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla, jinġabru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija kellha rapport wieħed dwar dan l-ilment u qed jittieħdu passi sabiex dawn il-klieb jinġabru mill- SPCA.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "20314.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx kwota dwar kemm suppost joħroġ contravention tickets kull pulizija?", "Jista' jgħid jekk qattx kienet teżisti din il-kwota?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk issa li ħafna minn dawn it-tickets qed jinħarġu mill-gwardjani lokali, kull pulizija huwiex obbligat li joħroġ ċitazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma hemmx stipulat in-numru ta` ċitazzjonijiet li għandhom jingħataw mill-pulizija f`xi żmien partikolari.", "Il-ħidma tal-gwardjani lokali ma għandha bl-ebda mod tirristrinġi jew tirregola il-ħidma tal-korp tal-pulizija.", "SKEJJEL - KINDERGARDEN ASSISTANTS", "20318.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati kindergarden assistants?", "Jekk iva, meta bejn wieħed u ieħor?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa hemm il-full complement ta' kindergarten assistants.", "TOSS", "20322.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' TOSS li tħallas lejn is-suq Ingliż bejn l-1996 u l-1999 u kemm ġew turisti minn dan is-suq fl-istess perijodu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DJAR - FURJANA - LIFT", "20323.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li persuna li toqgħod fi Blokk 4, Triq il-Fosos, Furjana kellha bżonn tagħmel amputazzjoni ta' riġel, jista' l-Viċi Prim Minsitru jara li jitħaffef il-proċess li bih jiġi stallat lift f'dawn l-appartamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita' tad-djar qiegħda tipprepara l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni mall-planning authority għall- istallazzjoni tal-lift u għall-alterazzjonijiet neċessarji fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "TURISTI", "20325.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' promozzjoni fis-swieq prinċipali tagħna u kemm ġew turisti minn kull suq bejn l-1996 u l-1999?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "EX-ĦABSIN", "20326.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li ex-ħabsin li kienu jaħdmu mal-gvern u skontaw is- sentenza, jistgħu jerġgħu jidħlu jaħdmu mal-gvern?", "Jekk iva, kemm daħlu u meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "POWER STATION - TRAB ISWED", "20331.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li ġie dentifikat fiċ-ċert li trab iswed ħiereġ miċ-ċmieni tal-power station ta' l- Enemalta, jista' jgħid jekk dawk li batew xi ħsara hux se jingħataw xi forma ta' kumpens?", "Per eżempju, kien hemm bosta ndividwi li kellhom ibattlu u jarmu kwantitajiet kbar ta' ilma mill-bjar peress li t-trab iswed kien jitħallat ma' l-ilma tax-xita.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "ST.", "JAMES CAVALIER - IMPJEGATI", "20332.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'St. James Cavalier?", "Kemm minnhom kienu f'dipartimenti oħra?", "Kemm kien hemm impjiegi ġodda?", "Kemm minnhom kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol?", "Jista' l-Minsitru jgħid jekk id-dħul għal St. James Cavalier hux se jkun b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għall-ewwel tlett mistoqsijiet nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19708.", "Informat li l-ħaddiema li ġew impjegati f'St James Cavalier kienu jirreġistraw għax-xogħol.", "In ġenerali d-dħul għal St James Cavalier huwa b'xejn, iżda jista' jintalab ħlas għal attendenza f'attivitajiet kulturali organizzati minn organizzazzjonijiet u individwi, kif jiġri f'teatri u postijiet oħra kulturali.", "TAXXI INTERNI - SAJJIEDA FULL-TIMERS", "20334.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20127?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-rispota li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20127 f'seduta 398.", "TAXXI INTERNI - RETURNS", "20335.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "20128?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20128 f'seduta 398.", "TAXXI INTERNI - MANIFATTURA TAL-FOOD & BEVERAGES", "20336.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20129?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20129 f'seduta 398.", "TAXXI - INCOME TAX", "20337.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20130?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "20130 f'seduta 398.", "DOOR NUMBERING", "20338.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta se jitkomplew jiġu enumerati d-djar biex ikun aktar faċli li jiġu dentifikati b'mod aħjar peress illi donnu li dan il-proċess kien wieqaf?", "Jista' jgħid liema huma t-toroq li tlestew s'issa?", "Kemm hemm minn dawn, u kemm huwa kkalkolat li baqa'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SPTAR MONTE CARMELI", "20340.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa pprogrammat li titlesta d-daħla ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "Jaf li xogħol li hemm mibdi ilu 'l fuq minn sena u għadu mhux lest?", "Jaf kemm hu ta' periklu għal kulmin dieħel u ħiereġ bil-karozza kif ukoll għal pazjenti li l-familjarji tagħhom meta jiġu biex jaqsmu t-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "19956.", "SPTAR MONTE CARMELI - XOGĦLIJIET", "20341.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Monte Carmeli ċertu xogħol li jista' jsir mill-impjegati ta' l-istess sptar qed jingħata lill-privat?", "Jaf il-Ministru li eżempji ta' dan kien hemm il-ġarr ta' xi swali bil- pazjenti b'kollox għal xi swali oħra minħabba refurbishing, bħalma sar meta ġġarrew il-pazjenti tal-wards 3, 5 u 6 ta' l-irġiel?", "Jaf ukoll illi xi xogħol ta' twieqi tal-ħadid li sar f'ward 2 irġiel, ingħata lill-privat meta hemm ħaddieda fl-istess sptar kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol?", "Il-Ministru ma jaħsibx li dan huwa sparpaljar ta' flus il-poplu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fejn hu possibbli, ix-xogħol kollu li hemm bżonn fis-swali jsir mill-impjegati ta' l-isptar.", "Fiż-żewġ eżempji msemmija, ix- xogħol sar mill-privat.", "Ir-raġunjiet għal dan huma kif ġej:", "Ġarr ta' Swali: Kien hemm diversi drabi fejn ħaddiema ta' dan l-isptar ħadmu overtime biex iġorru swali minħabba xogħol ta' refurbishment.", "Sfortunatament dan huwa xogħol iebes li ħafna mpjegati ma jkunux jixtiequ jagħmlu overtime fuq xogħol ta' tindif ġewwa s-swali.", "Barra minnhekk, meta tqis kemm jitħallas f'overtime ma' dak li jingħata l- burdnar id-differenza hi waħda żgħira.", "Wieħed ma jridx jinsa li l-ħaddiema li jkun qed iġorru huma l-istess nies li jagħmlu xogħol ta' tindif fis- swali.", "Għalhekk waqt xogħol ta' ġarr, xogħol ta' tindif jaqa' lura ħafna.", "Dawn ir-raġunijiet wasluna biex nieħdu deċiżjoni li jingħata dan ix-xogħol ta' ġarr il privat wara sejħa għal offerti.", "Xogħol fuq twieqi tal-ħadid: Fl-isptar hemm żewġ ħaddieda u dawn jagħmlu x- xogħol kollu ta' manutenzjoni u tiswija li jkun hemm bżonn.", "Ma huwiex possibbli li dawn iż-żewġ ħaddiema jagħmlu x-xogħol kollu meħtieġ ġewwa l- isptar kif ukoll xogħol ieħor ġdid marbut mar-refurbishment tas-swali.", "Minħabba dan, xogħol kbir bħalma kienu l-pregnant windows tas-sala numru 2 ta' l-irġiel jinħareġ għall-privat wara sejħa għall-offerti.", "PENSJONIJIET", "20346.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex minnu li l- istaff ta' l-ex-Cable and Wireless qegħdin jingħataw pensjoni ta' Malta two thirds in full, jiġifieri mingħajr tnaqqis ta' pensjoni barranija?", "Jekk hu minnu, għaliex il-pensjonanti ta' Barclays Bank m'humiex jingħataw l-istess trattament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta persuna jkollha dritt għall-pensjoni tas-servizz, li titħallas minn jew f'isem il- prinċipal tagħha dwar servizzi li jkunu ngħataw, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li fl-istima tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali, pensjoni tas-servizz tkun ikkunsidrata bir-rata oriġinali tagħha, jiġfieri dik ir-rata li ħarġet l-ewwel darba, kemm-il darba din ir-rata hija aktar minn Lm200 fis-sena jew dik il-pensjoni ma tkunx ġiet ikkommutata kollha.", "Dan il-provvediment tal-liġi jolqot lill-pensjonanti kollha mingħajr ebda distinzjoni.", "Għalhekk, kulmin jaqa' taħt dan il-provvediment tal-liġi, kemm jekk il-persuna kienet impjegata ma' l-ex Cable and Wireless, kemm jekk kienet mal-Barclays Bank, kemm ukoll jekk kienet mall-Gvern Ingliż, jingħata l-istess trattament.", "NGO RESOURCE CENTRE", "20348.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Fost l-għanijiet li kellu l-NGO resource centre, kien li permezz ta' riċerka u studju intensiv jidentifika l-problemi soċjali li huma karatteristiċi ta' l-Għawdxin, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ministeru li ħa sehem f'din ir-riċerka?", "Jekk iva, liema ministeru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex li hija responsabbli ta' l-NGO resource centre.", "UNIVERSITA' - SMART CARD", "20353.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-smart card ta' l-Universita' (li suppost għandha Lm200 f'sussidji fuq il-kotba) tinħareġ fl-aħħar ta' Novembru u mhux fil-bidu tas-sena meta fil-fatt l-istudenti jkunu jridu jixtru l-kotba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ismart card li qed jirriferi għaliha l- Onor. Interpellant għadha ma bdietx tintuża, minħabba li kien hemm appell mid-deċiżjoni tal-kumitat tal-kuntratti, liema appell għadu mhux deċiż.", "Hemm diffikultajiet prattiċi biex dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant ikun jista' jsir.", "Dan minħabba li l-lista ta' l-istudenti aċċettati mill-Universita`, u f'xi każi anke minn xi skejjel post sekondarji, ma jkunux finalizzati qabel l-aħħar ġimgħa ta' Settembru - u kultant anke aktar tard - minħabba r-riżultati tar-resits u r-revision of papers ta' l-eżamijiet.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET SOĊJALI", "20354.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew assenjati postijiet b'kera mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll mill-housing authority, separatament, lill-persuni b'diżabilita', taħt l-amministrazzjoni Laburista preċedenti kif ukoll taħt l- amministrazzjoni Nazzjonalista preżenti sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "KNDP - MEMBRI", "20355.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "19927, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet tax- xogħol taċ-chairman, kif ukoll tas-segretarju, tal-KNDP kif inhuma stipulati fil-kuntratt li ffirmaw mas-segretarjat tal-kummissjoni?", "Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kundizzjonijiet tax-xogħol taċ-chairman tal- KNPD bħala impjegat full-time mal-kummissjoni huma:", "* paga ta' grad 4 fis-servizz ċivili; * karozza bl-ispejjeż inklużi; * ħlas tat-telefon tad-dar (esklużi telefonati għal barra minn Malta); * mobile phone.", "Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tad-direttur eżekuttiv tal-KNPD bħala mpjegat full-time mal-kummissjoni huma:", "paga ta' grad 5 fis-servizz ċivili;", "performance bonus sa massimu ta' 10%;", "karozza bl-ispejjeż inklużi;", "ħlas tat-telefon tad-dar (esklużi telefonati għal barra minn Malta);", "mobile phone.", "Dawn il-kundizzjonijiet ġew stabiliti qabel ma' daħal fis-seħħ l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita').", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-persuni jiġu formalizzati permezz ta' kuntratti ta' tliet snin.", "IMPJIEGI - REKLAMAR", "20357.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-5 ta' Settembru 2000 'l hawn ingħataw 31 permess għar-reklamar ta' mpjiegi f'dawn il-korpi parastatali:", "|KORPI PARASTATALI |NUMRI TA' | | |PERMESSI | |Sedqa | 1 | |St James Cavalier | 5 | |Malta Financial | 3 | |Services Centre | | |Malta Tourism | 3 | |Authority | | |Malta Maritime | 1 | |Authority | | |Mobisle | 4 | |Terranet | 1 | |MSA | 1 | |Balzan Local | 1 | |Council | | |MITTS | 2 | |Malta Council for | 1 | |Science & | | |Technology | | |Grand Hotel Mercure| 1 | |Central Bank of | 1 | |Malta | | |Datastream | 1 | |ICPLS | 1 | |Water Services | 1 | |Corporation | | |Air Malta | 1 | |Maltacom | 1 | |MIMCOL | 1 |", "POLITIKA SOĊJALI - ĦADDIEMA", "20358.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l- istaff complement tal-ministeru tiegħu?", "Kemm ġew impjegati nies minn barra?", "Kemm ġew sekondati minn kumpanniji parastatali u liema kumpanniji huma?", "Kemm kienu ttrasferiti minn ħdan dipartimenti oħra tal-gvern?", "Kemm ingħataw transfers lill-individwi li kienu jaħdmu fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu u lllum jaħdmu ġo dipartimenti oħra li ma jaqgħux taħt il-ministeru tal-politika soċjali jew sempliċement ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra fl-istess dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI", "20360.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fil-minsiteru tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- kuntratt tagħhom?", "Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom?", "Jista' jagħti l-job description ta' kull wieħed minnhom?", "Fejn ġew ikkummissjonati rapporti minn dawn il-konsulenti, jistgħu jitpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "HOUSING", "20376.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tal-housing construction dwar katusa li tinsab fil-bitħa komuni ta' l-appartamenti, Block 2 / Sch 2, Telgħa Paola, Paola?", "Jistgħu l-ħaddiema jmorru fuq il-post peress li ħafna mir-residenti huma anzjani u ma jafux fejn għandhom imorru u l-uniku mezz huwa li jressqu din il-mistoqsija parlamentari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "Jien infurmat li l-ispezzjoni ser issir minnufih."]} {"filename": "20010320_516d_par.doc", "date": "2001-03-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 516 It-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 516", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "516", "It-Tlieta, 20 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 565", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 565", "TQEGĦID TA' KARTI 569", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTIĊIDI (IT-TIELET QARI)", "PESTICIDES CONTROL BILL (THIRD READING) 570", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA (IT-TIENI QARI)", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL(SECOND READING) 571", "AĠĠORNAMENT 587", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 592", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 515 li saret fl14 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "18324.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma ċ-ċifri ta' kawżi pendenti mill- 1995 sal-lum, kemm ċivili kif ukoll kriminali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Xi proċedura qed tintuża biex kemm jista' jkun kawżi li ilhom pendenti snin twal jiġu deċiżi mill-aktar fis?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kif jaf il-kollega tiegħi, il-mod ta' kif jiġu trattati l-kawżi hija xi ħaġa deċiżjoni li qiegħda totalment f'idejn il- ġudikatura – u safejn naf jien lanqas bejniethom ma jaqblu dwar preċedenzi - u l-gvern m'għandu l-ebda kontroll fuqha.", "Jiena dejjem sħaqt li għandu jkun hemm ir-rules of court biex il-ġudikatura jimxu magħhom u jaraw liema kawżi għandhom jingħataw preċedenza.", "Li nista' nagħmel biss hu li nissuġġerixxi, mhux nimponi, u noqgħod fuq ir-rakkmandazzjonijiet li jagħmlu l-imħallfin stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Napprezza dak li qed jgħid il-Ministru imma peress li meta nħatar l-Imħallef David Scicluna kien ġie mogħti l-inkarigu li jieħu ħsieb perizji li jmorru lura għal numru ta' snin, jista' għallinqas jgħidilna għaliex ġie nkarigat hu u x'inhuma l-konklużjonijiet wara dan l- eżerċizzju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħa nagħmel premessa.", "Id-deċiżjoni li l-Imħallef Scicluna jieħu f'idejh perizji li ilhom pendenti għal numru ta' snin ġiet intiża bejn il-ġudikatura.", "Bl-istess mod ġie ntiż li l-kawżi li għandhom x'jaqsmu mal-familja jmorru għand imħallef partikolari.", "Jiġifieri dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia jkompli jsostni r-realta' li l-ġudikatura stess tiddeċiedi kif tieħu ħsieb il-kawżi.", "(Interruzzjonijiet) Ftit żmien ilu jiena kont tlabt li ssir analisi ta' l-ageing tal-kawżi biex almenu jkollna idea kemm minnhom huma antiki u kemm huma riċenti.", "Jekk l-Onor. kollega jixtieq, nista' nordna li ssir l-istess ħaġa ħalli jkollu idea ċara.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel domanda speċifika biex naraw it-termini ta' x'jixtieq mill-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nirriferi għas-sistema tal-master li l-Ministru kien diġa' rrisponda dwarha f'Mejju ta' l-1999 u qal li kienet se titħalla kif inhi għal xi żmien.", "Peress li jien nemmen li t-tibdil li għandu jsir aħjar isir u nemmen ukoll fis-sistema tal-master, jista' l-Ministru jgħidilna xi żvilupp sar minn dakinhar 'l hawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien kont għedt li naqbel li s-sistema tal-master tiġi istituzzjonalizzata – kont għedt ukoll li hemm bżonn isirulha xi tibdiliet - pero' kont anke għedt li l-esperjenza uriet li għalxejn il- parlament jimponi r-regolamenti jekk ma jkunx hemm il-consensus tal- ġudikatura.", "Fil-fatt kont tlabt lill-ġudikatura biex tagħmilli rapport u bi pjaċir ngħid li proprju ġimgħatejn ilu, wara serje ta' laqgħat li saru bejn il-Prim Imħallef u l-imħallfin fil-Prim'Awla, sar rapport mill- imħallfin dwar kif huma jaħsbu li tista' tiżviluppa u tista' tiġi istituzzjonalizzata s-sistema tal-master.", "Iċċirkolajt dan ir-rapport mal-grupp tal-qorti - li rriferejt għalih diversi drabi f'din il-Kamra - li jikkonsisti f'rappreżentanti tal- ġudikatura, kemm imħallfin kif ukoll maġistrati, f'rappreżentanti tal-kamra ta' l-avukati, rappreżentanti tal-kamra tal-prokuratura legali u tliet avukati li għandhom ċerta esperjenza fil-qorti nominati minni.", "Huwa mistenni li x-xahar id-dieħel dan il-grupp jibda jiddiskuti dan ir-rapport.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Peress li fis-sistema li għandna tal-master - ovvjament kull kawża fil-Prim'Awla tkun trid tgħaddi through the system - hemm numru kbir ta' kawżi li għandhom x'jaqsmu ma' problemi familjari, bħal separazzjonijiet, eċċ., u peress li l-oppożizzjoni ilha tindaga biex tara meta se titwaqqaf il-qorti tal-familja - il-Ministru stess kien qal li l- qorti tal-familja kellha titwaqqaf fl-ewwel xhur ta' l-2001 - jista' l- Ministru jgħid x'inhu jżomm milli din tiġi speeded up?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nikkonferma dak li kont għedt imma r-realta' wriet li meta bdejna nagħmlu d-diskussjonijiet interni kienu qamu diversi kwestjonijiet - parti minnhom legali u parti minnhom ta' politika soċjali - fosthom kif tgħaqqad il-ġurisdizzjoni ċivili mal-ġurisdizzjoni kriminali mingħajr ma tmur kontra l-prinċipji kostituzzjonali.", "Ġie diskuss jekk għandniex immexxu kif mexxew diversi pajjiżi barra minn Malta, jekk il- proċess ta' konċiljazzjoni u ta' medjazzjoni għandux ikun parti mill-qorti jew barra mill-qorti, jekk tagħmilx reġistru separat għall-qorti tal- familja u jekk noħorġux mill-istruttura ġuridika li għandna llum u noħolqu struttura ġuridika differenti.", "Dawn il-kwestjonijiet kienu qed jisseparaw lil ħafna nies.", "Il-kummissjoni li kienet ġiet imwaqqfa ma daħlitx fihom u meta bdejna d-drafting u bdew iqumu dawn il-kwestjonijiet, kienu saru diversi laqgħat - kultant ma' l- imħallfin, kultant ma' l-avukati u kultant ma' esperti fil-politika soċjali - li kienu qed jisseparaw lil diversi nies.", "Deherilna li aktar milli ngħaġġlu kien ikun aktar għaqli li nistudjaw ftit profondament u noħorġu mbagħad b'konklużjonijiet li bihom għandna nimxu.", "Veru li daħal iż-żmien, pero' qegħdin f'pożizzjoni fejn id-draft white paper ġiet approvata mill-kabinett il-ġimgħa l-oħra, qiegħda tiġi translated u nispera li l-ġimgħa d-dieħla jew il-ġimgħa ta' wara tiġi ppubblikata.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Ħalli nibqa' fuq il-kwestjoni tal-qorti tal- familja.", "Peress li l-Prim Ministru kien qal li r-rapport ta' l-Imħallef Arrigo - li konna kkummissjonajna aħna meta konna fil-gvern - jinkwadra sew il-pjani tal-gvern għall-qorti tal-familja, jiġifieri kellu l-green light biex jibqa' għaddej, allura x'ġara mill-1992 sal-lum?", "Għax filwaqt li kien kollox preparat, lest u konkluż f'dan ir-rapport – liema rapport jidħol ukoll fuq kwestjonijiet ta' proċeduri ċivili u anke proċeduri kriminali meta jkollok vjolenza domestika, li allura għandha wkoll tidħol il-qorti tal-familja – għamilna dawra durella u ħlejna kważi tliet snin biex din il- qorti tal-familja titwaqqaf.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk nitkellmu fuq min ħela jew ma ħeliex żmien, nista' nagħmel l-akkuża wkoll li fi żmien il-Partit Laburista fil-gvern inħliet sena u nofs wara li sar ir-rapport ta' l-Imħallef Arrigo u lanqas kien hemm ir-reazzjoni uffiċjali tal-ministeru tal-ġustizzja Laburista, pero' naħseb li dan m'hu se jwassalna mkien.", "Kif jaf l-Onor.", "Farrugia, il-gvern kien ippubblika r-reazzjoni tiegħu għar- rapport tal-kummissjoni ppreseduta mill-Imħallef Arrigo.", "Wara li ġiet ippubblika ta' dik ir-reazzjoni, irċevejna b'sodisfazzjon patafjun ta' reazzjonijiet, mill-inqas 35 submission.", "U minn dik il-fażi 'il quddiem bdew jinqalgħu numru ta' diffikultajiet.", "L-Onor.", "Farrugia semma' waħda minnhom, il-vjolenza domestika.", "Fl-istruttura proposta ta' l-Imħallef Arrigo, il-vjolenza domestika kienet biss inkwadrata jekk tinqala' kawża ta' separazzjoni u ma kienx hemm struttura biex tieħu ħsieb il-vjolenza domestika barra mis-separazzjoni - per eżempju, jekk f'familja jsir reat kontra l-minuri, dan ma kienx jiġi nkwadrat fl-istruttura proposta ta' dik il-kummissjoni – u allura l-qorti tal-familja kienet se tieħu ħsieb is-separazzjonijiet imma ma kenitx se tieħu ħsieb il-vjolenza domestika jew l-abbużi fuq it-tfal minn barra s- separazzjonijiet.", "U dik kienet waħda mill-kwestjonijiet li ttrattajna.", "Jien nerġa' ngħid li m'iniex se nipprova ninnega l-fatt li domna iktar milli konna qegħdin naħsbu, pero' l-Onor.", "Farrugia jrid japprezza - u nispera li japprezzah aktar meta nippubblikaw il-white paper - il-mod ħafna iktar estensiv li ttrattajna l-kwestjoni kollha u għaliex allura kien hemm bżonn ħafna iktar input, ħafna iktar ħsieb u ħafna iktar studju biex naslu għal hawnhekk.", "Ma naħsibx li naqbel ukoll li ngħidu li ħlejna sena jew sena u nofs biex wasalna għal din il-white paper.", "Ma ħlejna xejn.", "Ħlejniha għax kien hemm numru ta' kwestjonijiet li ma ġewx it-trattati la fir-rapport ta' l- Imħallef Arrigo u lanqas fl-ewwel rapport tal-gvern u li kien jeħtieġ li nittrattawhom bis-serjeta' jekk ridna nagħmlu qorti tal-familja li tieħu ħsieb il-problemi kollha li jolqtu lill-familja u mhux biss tas- separazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jagħmel stqarrija lil din il-Kamra dwar il-każ tas-segretarju privat tiegħu li ġie arrestat il-ġimgħa li għaddiet mit-taqsima tad-drogi u mtella' fuq akkuża ta' money laundering?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nippreċiża li l-akkuża li saret kontra l-ex- secretariat officer tiegħi - u mhux is-segretarju privat tiegħi - hija dwar kambju.", "Id-droga m'għandha x'taqsam assolutament xejn u fl-opinjoni tiegħi huwa misleading għall-aħħar li nkomplu ngħidu li ġie arrestat mit-taqsima tad-drogi.", "Jien l-istqarrijiet li kelli nagħmel għamilthom, il-fatti huma kollha fil- gazzetta u ma jidhirlix li għandi għalfejn noqgħod nagħmel statement hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm ilu assoċjat mas- Sur Carbonaro?", "F'liema rwol kienet l-assoċjazzjoni tiegħu matul is-snin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien sirt naf lis-Sur Carbonaro wara li ġejt maħtur segretarju parlamentari.", "Ovvjament kont nafu di vista però qatt ma assoċjajt ruħi miegħu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa minnu li s-Sur Carbonaro kien attiv f'kampanji personali politiċi tal-Ministru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Assolutament le, anzi s-Sur Carbonaro kien canvasser ta' kandidat ieħor tal-Partit Nazzjonalista.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jgħidilna jekk il-pożizzjoni tas-Sur Carbonaro baqgħetx sa meta ġie mkeċċi mis-segretarjat, l-istess kif spjega l-Ministru f'risposta parlamentari li kien ta fil-ħarifa ta' l-1999?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament ma niftakarx x'kienet tgħid dik ir- risposta u għalhekk nitolbu jgħaddihieli.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fir-risposta li ta l-Ministru fil-ħarifa ta' l-1999, hemm speċifikat li s-Sur Carbonaro kien membru tas-segretarjat tiegħu b'responsabbiltajiet ta' segretarju privat.", "Huwa informat il-Ministru li fuq il-business card tas-Sur Carbonaro hemm imniżżla d-diċitura \"segretarju privat\"?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien niddubita kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien jiċċekkja l-business cards tan-nies li kienu jaħdmu miegħu u ċertament mhux se noqgħod niċċekkja l-business cards tan-nies li jaħdmu miegħi!", "Il- pożizzjoni tas-Sur Carbonaro ġiet spjegata kemm minni kif ukoll mill- uffiċċju tal-prim ministru.", "Jien kont applikajt għand l-uffiċċju tal-prim ministru biex is-Sur Carbonaro jiġi maħtur segretarju privat.", "Eventwalment is-Sur Carbonaro kien ġie screened mill-pulizija kif tiġi screened kull persuna fl-istaff tal-ministru, u l-iscreening kien pożittiv, pero' l-uffiċċju tal-prim ministru, fuq il-bażi tar-regoli ppubblikati li anke tpoġġew fuq din il- Mejda tal-Kamra - u allura jien nassumi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf bihom - ma kellux il-grad neċessarju fiċ-ċivil biex isir segretarju privat u għalhekk ġie rrifjutat bħala segretarju privat.", "Billi hu grade 15 jew grade 16, kien jikkwalifika biss biex ikun secretariat officer skond ir-regoli ppubblikati u mpoġġija fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Ġie għalhekk approvat fil-pożizzjoni ta' secretariat officer u ngħata x-xogħol fl-uffiċċju tiegħi, li prattikament huwa ta' assistent segretarju privat, fis-sens li minn mindu beda jaħdem miegħi, is-Sur Carbonaro kellu tliet mansjonijiet, cioe' li jżommli d-diary u jagħmel l- appuntamenti, li jipproċessa l-PQs u jieħu ħsieb tal-korrispondenza ġenerali.", "Din il-pożizzjoni assolutament qatt ma tbiddlet kemm minn mindu kont segretarju parlamentari kif ukoll wara li sirt ministru.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Meta persuna fil-kariga li għadu kemm intima l- Ministru lil din il-Kamra, tinqabad u tiġi pproċessata fuq akkużi bħal dawk li saru lis-Sur Carbonaro wara li ġie arrestat mit-taqsima tad-droga, kemm huwa korrett il-Ministru tal-Ġustizzja, anke mill-punto di vista tal- korrettezza politka issa, li jppretendi li din il-Kamra sempliċement toqgħod tistenna l-istqarrijiet tiegħu, qisu kollox għaddej bħallikieku there is no problem?", "Lanqas biss iħoss il-bżonn li għallinqas issir xi forma ta' nkjesta indipendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk issirx inkjesta jew le m'għandi assolutament l- ebda oġġezzjoni; kważi kważi ngħidlek biex tinnomina l-persuna int u tista' ssir inkjesta anke mill-persuna nominata minnek.", "Pero' mbagħad nagħmlu ħaġa.", "Jekk jien ma nqast f'xejn u ħriġt ta' raġel, kif ma ħarġux fi żmienek żewġ ministri li kellhom nies fl-istaff tagħhom li ġew ipproċessati u lanqas biss offrewlek ir-riżenja u int lanqas biss ftaħt ħalqek int ...", "Ħalli nagħmluha l-inkjesta, u jekk niġi nonqos jien nirriżenja minn hawnhekk, pero' jekk ma nonqosx jien imbagħad tirriżenja int minn hawnhekk!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li hemm differenza bejn il- karigi li qed jallega hu u li qed isemmi hu u l-kariga ta' segretarju privat, persuna li kif għadu kemm indikalna l-Ministru kellha kontroll fuq id-djarju tiegħu, kellha kontroll fuq il-korrispondenza tiegħu, kienet qed toħroġ business cards bħala segretarju privat u kienet f'pożizzjoni bħala assistent tal-Ministru tal-Ġustizzja f'kariga strateġikament ċentrali fl- amministrazzjoni.", "Possibbli lanqas hu kapaċi jagħmel din it-tip ta' distinzjoni l-ministru?", "U f'dan il-kuntest kollu, la l-Ministru qed jara li huwa daqshekk pur, għaliex offra r-riżenja tiegħu?", "U għala din ir-riżenja issa qed tispunta qisha xi ħaġa finta, kif hi?", "Għax jekk qed jemmen li jmissha saret inkjesta, kien imissu talab hu li ssir inkjesta biex inkunu tabilħaqq mexjin skond in-normi tal-korrettezza politika!", "Jew f'dan il-parlament two weights and two measures?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien m'għandi assolutament xejn la fuq il-kuxjenza tiegħi u wisq inqas politikament fuq kif imxejt għax imxejt bl-iktar korrettezza possibbli.", "Offrejt ir-riżenja tiegħi għax fl-aħħar mill-aħħar minkejja li l-persuna li qed insemmu kienet ġiet screened mill-pulizija u kienet ġiet approvata mill-pulizija li ma kien hemm ebda problemi dwarha, u minkejja li kien qiegħed f'pożizzjoni li mhux jien tlabt fil-bidu pero' korrettement il-prim ministru, skond ir-regoli li hu ppubblika, qal li ma jistax ikun u allura tpoġġa f'pożizzjoni oħra, fl-aħħar mill-aħħar is-Sur Carbonaro kien jagħmel mill-ministerial staff tiegħi u fl-aħħar mill-aħħar l-għażla kienet tiegħi.", "Għalhekk offrejt ir-riżenja tiegħi, Onor Sant, kif ma offrewhielekx żewġ ministri tiegħek li kellhom l-istess pożizzjoni tiegħi u kif inti ma nsistejtx li jirriżenjaw iż-żewġ ministri tiegħek li ġew fl-istess pożizzjoni tiegħi b'nies fis-segretarjat tagħhom.", "M'hemm l- ebda differenza!", "Jien nerġa' nirripetilek li m'għandi l-ebda problema li ssir inkjesta formali jew informali, anke minn nies nominati minnek, għax kemm fil- kuxjenza tiegħi kif ukoll politikament naf li mxejt b'mod mill-iktar korrett.", "Pero' issa rridu nkunu rġiel ilkoll.", "Jien lest nissottometti ruħi għal inkjesta, lest li noqgħod għad-deċiżjonijiet tagħha jekk imxejtx tajjeb jew ħażin, pero' jekk dik l-inkjesta ssib li jien imxejt tajjeb allura tkun inti li trid tirriżenja, Onor. Sant.", "Ma nagħmlux two weights and two measures fuq din in-naħa biss!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 54 ta' l-2001 - regolamenti tas-sena 2001 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1996 għall-kors għall-grad ta' B.Sc.", "(Hons.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 53 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw ir- regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (ħlas lura ta' taxxa tas- sisa fuq ħażniet kummerċjali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li jagħtu tagħrif dwar reati li seħħew f'San Ġiljan bejn l- 1998 u l-2000 u rrapporati lill-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24488.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċirkolari datata 1 ta' Marzu 2001, maħruġa mid-direttur tas- servizzi veterinarji dwar prekawzjonijiet kontra l-mard li għandhom jittieħdu minn min irabbi baqar, mogħoż, nagħaġ jew majjal, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24365.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-formoli ta' dikjarazzjoni li jridu jimtlew minn wholesalers li jidħlu fi ftehim mad-dipartiment tas-saħħa dwar importazzjoni ta' mediċini, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24381.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 44/2/2001 - bye-laws ta' l-2001 dwar l-organizzazzjoni ta' korsijiet (Naxxar);", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet li ngħataw mill-gwardjani lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24391; u", "Tagħrif dwar kawżi pendenti fil-qrati bejn l-1995 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24391.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONTROLL TAL-PESTIĊIDI", "PESTICIDES CONTROL BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal- Pestiċidi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att li jipprovdi għall-kontroll tal-pestiċidi u għal għanijiet oħra konnessi ma' l- istess suġġett\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-CONDOMINIA", "CONDOMINIUM (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Marzu, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, l-emendi li għandna quddiemna huma importanti ħafna għax jirrigwardaw is-sitwazzjoni li qed tbiddel it-tip ta' ħajja li ngħixu.", "Fil-fatt 20 sena ilu l-idea li l-popolazzjoni tgħix fi blokki ta' appartamenti kienet xi ħaġa remota u kienet tinstab biss f'ċerti areas konċentrati ta' Malta bħalma huma l-Kottonera, il-Belt u l-Furjana.", "Din kienet xi ħaġa stramba f'diversi lokalitajiet ta' Malta, speċjalment fil-villaġġi tagħna għax it-trend kienet li jkollok dar u allura ċerti problemi ftit li xejn kienu qed jiġu indirizzati.", "Illum l-idea hi li kemm jista' jkun jiġi ppreservat l-ispazju li għandna u ċerti areas jiġu protetti mill-iżvilupp.", "Għalhekk ġie fformat il-green belt biex kemm jista' jkun nagħmlu użu mill-ispazju kollu possibbli b'mod li jekk jista' jkun jitwaqqa' l-bini l-qadim u jitla' ieħor ġdid u minflok ikollna unit wieħed joħorġu diversi units.", "Din għandha tkun l-għażla li għandna nagħmlu.", "Kif esprimejt ruħi f'diversi okkażjonijiet, jekk verament irridu nsolvu l-problema tal-housing, jekk verament irridu nagħmlu użu sewwa mill-ispazju li għandna ̧ jekk verament irridu nagħtu nifs lis- soċjeta' tagħna u jekk verament irridu li ż-żgħażagħ isibu post fejn joqgħodu għandu jsir studju dettaljat u eżami tajjeb tal-villaġġi kollha madwar Malta u Għawdex.", "Għandu jiġi eżaminat ukoll fejn l-għoli ta' kostruzzjoni għandu jeċċedi dak diġa' eżistenti.", "B'hekk ikollna aktar units u nkunu nistgħu nakkomodaw aħjar liċ-ċittadini tagħna.", "Din il-liġi hija intiża biex issolvi d-diffikultajiet li jistgħu jinqagħlu meta jkollok diversi persuni jgħixu fi speċi ta' komunita' żgħira f'komunita oħra.", "Per eżempju ̧ hemm min għandu bżonn lift u hemm min m'għandux bżonnu u dan jista' jikkawża nuqqas ta' qbil.", "Għalkemm l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tajjeb ma jfissirx li se jkollna xi liġi perfetta, għax mhux diffiċli biex tipprevedi li dawn l-emendi li qed jiġu proposti se jagħtu lok ukoll għal nuqqas ta' qbil.", "Fil-fatt dawn l- emendi mhux qed jindirizzaw problemi kbar li jikkaratterizzaw il-flats li ġew mogħtija b'kera qabel l-emendi ta' l-1995 jew inkella bini pprovdut mill-gvern tal-ġurnata.", "Huwa proprju hawnhekk li l-aktar li nsibu problemi.", "Issa dawn il-problemi ma jinqalgħux għax min jabita f'dawn it- tip ta' akkomodazzjonijiet għandu xi ħaġa inqas minn ħaddieħor jew inkella għax nies li jkunu ta' xi klassi differenti, imma għax għandek taħlita ta' persuni, taħlita ta' ideat u taħlita ta' kulturi.", "Barra minn hekk ikollok element ta' barranin li qed idaħħlu ħsebijiet u tradizzjonijiet ġodda u min jgħix f'dan it-tip ta' bini żgur li ma tantx jieħu gost b'dan.", "Għalhekk ċerti sidien raw kif ifformaw għaqdiet tar-residenti biex l-affarijiet jimxu kif suppost.", "Mr Speaker ̧ dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jindirizza l- partijiet komuni - ngħidu aħna kull fejn għandek taraġ, pedamenti eċċ., pero' d-drenaġġ u l-pajpijiet tal-katusi mhumiex meqjusa tali – u kull min ikun jabita f'condominium huwa responsabbli biex iżomm il-manutenzjoni tiegħu.", "Issa permezz ta' l-emenda għal artiklu 2 ta' l-Att prinċipali qegħdin jiġu esklużi dawk il-proprjetajiet li għandhom it-taraġ minn barra u dan se jikkrea problemi - per eżempju, jekk nitilgħu lejn in-naħat ta' Buġibba jew immorru f'ċerti villaġġi nsibu ħafna proprjetajiet li għandhom it-taraġ komuni minn barra – u ma nistax nifhem kif dawn it-tip ta' proprjetajiet għandhom jinqatgħu barra u mhux qed jitqiesu bħala korp wieħed.", "Jien nemmen li meta t-taraġ ikun minn barra u mhux minn ġewwa ma jagħmel l-ebda differenza għax xorta hemm in-neċessita' li dan il-korp ta' bini jinżamm fi stat tajjeb.", "Illum il-ġurnata nsibu ħafna kostruzzjonijiet fejn ikollok sett ta' masionettes u flats fejn it-taraġ ikun minn barra u allura dawn mhux se jaqgħu taħt il-parametri ta' din il- liġi.", "Dan ifisser li d-diffikultajiet li jeżistu llum fejn tidħol il- manutenzjoni tal-partijiet komuni se jibqgħu magħna.", "Nixtieq nirriferi wkoll għal subartiklu (5) li hemm taħt paragrafu (b) ta' klawsola 5.", "Dan huwa subartiklu importanti ħafna għax se jindirizza settur ta' nies li qed ibatu minn diżabilita' fiżika.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi li l-liġi li ġiet mgħoddija f'din il-Kamra dwar persuni b'diżabilita' bdiet tħalli l-frott tagħha.", "Per eżempju, b'sodisfazzjon ngħid li dan l-aħħar rajt fil-gazzetti lokali kif l-għaqda għan-nies b'diżabilita' ħadet l-ewwel passi kontra kumpannija lokali sabiex jiġu mdaħħla dawk il-miżuri neċessarji ħalli nies b'diżabilita' jkunu jistgħu jgawdu mill-aċċessibilita' għall-istabilimenti f'Malta.", "Mhuwiex sew li fis- seklu li qegħdin ngħixu fih, nies b'diżabilita' ma jkunux jistgħu jeżerċitaw l-indipendenza tagħhom għax ma jkollhomx aċċessibilita'.", "Minn hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' din l-għaqda li hemm ħafna postijiet oħra fejn għandha tieħu azzjoni, bħalma huwa ċ-ċentru tas- servizzi soċjali fiż-Żurrieq, li fih hemm taraġ m'għola sular, u anke l- posta.", "Għandhom jittieħdu passi wkoll sabiex id-dipartimenti tal-gvern ikunu konxji minn dan in-nuqqas.", "Meta jien għamilt xi mistoqsijiet parlamentari lill-ministru konċernat dwar id-dipartimenti tal-gvern u l- banek qalli li peress li l-banek huma kummerċjali ̧ il-mistoqsija trid tiġi indirizzata lilhom.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li tittieħed aktar azzjoni kontra dawk id-dipartimenti tal-gvern fejn l-aċċess għan-nies b'diżabilita' huwa limitat.", "Mr Speaker, f'ċerti lokalitajiet niltaqgħu ma' ħafna problemi.", "Per eżempju, jien naf b'każ ta' persuna minn Ta' Giorni li sofriet diżabilita' minħabba inċident u peress li llum il-ġurnata qiegħda f'wheelchair ̧ din ma tistax toħroġ mill-fond tagħha għas-sempliċi raġuni li toqgħod fis-sular ta' fuq u m'hemmx lift.", "Dan huwa wieħed mill-każi ta' nies li sfaw priġuniera f'darhom stess.", "Issa naħseb li permezz ta' din l-emenda dawn il- problemi se jissolvew għax l-istallazzjoni tal-lift minnha nnifisha hija meqjusa bħala neċessita' u kulħadd għandu joħroġ l-ispejjeż tiegħu.", "Din l- emenda qed tagħti l-fakulta' li min jgħix f'condominium ikun jista' jagħmel dawk l-ispejjeż u l-qsim isir wara.", "Il-problema hi li ġeneralment dawk li jgħixu fis-sular ta' isfel ma jkunux iridu jikkontribwixxu għall- ispejjeż tal-lift u għall-manutenzjoni tiegħu, pero' f'dan l-abbozz ta' liġi hemm li l-partijiet kollha għandhom joħorġu s-sehem tagħhom u naħseb li dwar dan għandu jkun hemm aktar ħsieb.", "Mr Speaker, minkejja li llum għandna problema kbira bl-ispazju ̧ imkien m'hawn imsemmi li l-blokki ta' flats għandu jkollhom spazju għal-lift.", "Illum lift m'għadux meqjus bħala xi ħaġa ta' lussu imma bħala neċessita'.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li ċerti permessi ma jdumux ma joħorġu għax ħafna nies ikunu għaddejjin minn ħafna problemi u ċertu dewmien jista' jħalli effetti psikoloġiċi speċjalment meta dak li jkun jispiċċa maqbud ġewwa daru minħabba xi diżgrazzja li tkun laqtitu.", "Punt ieħor li nixtieq inqajjem huwa li l-att prinċipali u l-emendi li qed jiġu proposti qed jeskludu l-proprjetajiet kollha tal-gvern u l-kerrejiet u l-kirjiet kollha li ġew mogħtija dan it-titlu qabel l-emendi li saru qabel l-1995 li neħħew il-kontroll minn fuq ċerti proprjetajiet.", "Ma nafx x'inhi r- raġuni li dawn it-tip ta' proprjetajiet kollha qegħdin jinqatgħu barra mill- effett ta' din il-liġi għax sfortunatament huwa proprju hawnhekk li l- aktar li niltaqgħu ma' diffikultajiet.", "Mhuwiex il-każ li taqbad regola ġenerali u tgħid li kull blokk flats jinsab f' diżastru u huwa immaterjali jekk il-proprjetarju ta' dawn il-flats ikunx il-gvern jew il-privat.", "Pero' t-tendenza hija li l-manutenzjoni ta' dawn il-blokki ma tantx tiġbed l-għajn u hija ħasra li l-effetti ta' din il-liġi m'humiex se jolqtu lil dawn il-proprjetajiet.", "Problema oħra li qed issir komuni ħafna hija li ħafna minn dawk il- proprejtajiet li saru fi żmenijiet diversi taħt amministrazzjonijiet diversi qegħdin juru difetti strutturali serji bħalma huma s-soqfa.", "Dawn l-ispejjeż huwa responsabbli għalihom il-proprjetarju u din il-liġi ma tapplikax għal dan.", "Din hija sfortuna għax se jkun hemm ħafna sitwazzjonijiet fejn ikun hemm bżonn li jittieħdu passi rimedjali immedjati u dawn ma jiġux meħuda għax mhux se jkun hemm dik il-leġislazzjoni li tista' timponi biex jittieħdu l-passi li għandhom jittieħdu.", "Punt ieħor li joħroġ minn dawn l-emendi u mill-att prinċipali huwa kif għandu jiġi maħtur l-amministratur pero' m'għandna xejn x'jiġri f'każ li ma jkunx hemm amministratur.", "Hawn Malta t-tendenza hi li ftit huma dawk li jkunu lesti li jerfgħu din ir-responsabbilta' għar-raġuni sempliċi li dak li jkun forsi jiddejjaq mill-atteġġjament ta' ċerti individwi li jkunu jabitaw fil-fond. li jidħlu u jerfgħu r-responsabbilta' minn jeddhom li jorganizzaw il-post.", "U dan in-nuqqas mhux għax, u forsi jkun diskors iebes li jgħid li l-Maltin jibżgħu jerfgħu r-responsabbilta' jew inkella għax traskurati imma l-każ huwa forsi li dak li jkun jiddejjaq minn ħsieb ħażin jew inkella jiddejjaq mill-atteġġjament ta' ċerti individwi li jistgħu jkunu jabitaw fil-fond.", "Ġeneralment fi proprjetajiet privati s-sid ikun l- amministatur u mhux wieħed mir-residenti.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi l-liġi għandha tipprovdi kif dik il-persuna li tkun se tidħol għar-responsabbilta' ta' amministratur tkun konxja mill- obbligi li qed jiġu mposti fuqha.", "Qed ngħid dan għax minkejja li qed ngħidu x'responsabbiltajiet għandu l-amministratur ftit qed isir aċċenn kif dan se jkun jaf x'konsegwenzi jista' jkollu.", "Per eżempju, waħda mir- responsabbiltajiet ġodda li qed tiġi mposta fuq l-amministratur hija li jieħu ħsieb li jirreġistra l-condominium li jkun hemm.", "Barra minn hekk, wieħed għandu jkun jaf ukoll x'jiġri f'każ li l-amministratur li forsi jkun bniedem ta' ġesti nobbli u bniedem li jkun lest li jgħin lil ħaddieħor u jiddedika ħafna ħin sabiex l-ambjent fejn ikun joqgħod jimxi 'l quddiem, ikun illitterat jew forsi ma tantx ikun midħla ta' ċerti miżuri li jkun irid jieħu.", "Għalhekk naħseb li għandu jsir xi ħaġa sabiex min jassumi din ir-responsabbilta' ta' amministratur ikun jaf b'dak kollu li jkun mistenni minnu ħalli la jsiru la żbalji u lanqas ibati konsegwenzi.", "Punt ieħor li naħseb li qed jiġi maqbuż huwa li l-amministratur mhu qed jiġi mogħti l-ebda protezzjoni.", "Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna għax min jidħol għall-kariga ta' amministratur għandu jiġi mogħti ċerta protezzjoni mill-atteġġjament ta' dawk li jistgħu jkunu jabitaw fil-blokk li jgħix hu.", "Fi blokki ta' appartamenti kbar mhux se jkollok l-istess tip ta' nies u allura żgur li jinqalgħu argumenti sħan u anke inċidenti u allura l-amministratur ikun irid jieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Għalhekk peress li l-amministratur mhux se jogħġob lil xi residenti dan għandu jiġi protett u għandu jkun hemm klawsola li tipprovdi x'għandu jsir meta l- amministratur jisfa mhedded jew aggrediet minn xi residenti.", "Jekk mhux se jkun hemm din is-safety valve se jkun diffiċli li wieħed jidħol għal dan il- piż.", "Min huwa avukat kuljum iħabbat wiċċu ma' dawn il-problemi għax meta jinqala' xi każ simili u jiġi riferut lill-uffiċċjali tal-pulizija r- risposta tkun li dawn huma affarijiet ċivili u ma jidħlux fihom.", "Naħseb li dan m'għandux ikun il-każ u nemmen li għandhom jidħlu struzzjonijiet biex meta jsirilhom xi rapport jew tgħaddilhom xi informazzjoni ma jagħmlux distinzjoni jekk il-każ ikunx ta' natura ċivili jew le u jaqbdu u jintervjenu.", "Issa jien ma rridx nagħti x'wieħed jifhem li l-pulizija kollha jagħmlu hekk għax hemm min jieħu passi immedjati imma ħafna drabi meta jsir xi rapport ikun hemm apatija kbira u ma jiġux meħuda l- azzjonijiet li jkun hemm bżonn.", "Punt ieħor inkwetanti li joħroġ minn dan l-abbozz ta' liġi huwa li r- riferenza dejjem qed issir lejn l-arbitraġġ.", "Wieħed jista' jargumenta li l-arbitraġġ huwa aktar effiċjenti u l-ispejjeż huma inqas imma min-naħa l- oħra nemmen li minħabba l-fatt li llum it-tariffi tal-qorti ġew miżjuda b'mod li saru kważi fenominali naħseb li m'huwiex ġustifikat li kulħadd imur quddiem arbitraġġ għax jista' jiġri li persuna ma jkollhiex fiduċja fl- arbitru li jkun ġie indikat.", "Minkejja li fil-qorti l-imħallfin huma magħrufa hemmhekk ikun hemm ċerta protezzjoni u segregazzjoni mill- kumplament tal-pubbliku u naħseb li wieħed aktar ikollu fiduċja.", "Għalhekk nemmen li m'għandux ikun il-każ li jkun hemm impożizzjoni li wieħed irid imur quddiem arbitraġġ u jien għandi d-dubji tiegħi kemm kostituzzjonalment din l-impożizzjoni li wieħed bilfors imur quddiem l- arbitraġġ hija valida.", "Jien nemmen li fil-kwestjonijiet li jinqalgħu għandu jkun hemm il-liberta' li wieħed jagħżel jekk imurx quddiem arbitraġġ jew imurx quddiem il-qorti.", "Mr Speaker, jien naħseb li l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tajjeb għax qed jaħseb biex isolvi l-problemi li dejjem jinqalgħu fejn ikollok grupp ta' persuni jgħixu flimkien u huwa żgur li fiż-żmenijiet li ġejjin se jkun hemm bżonn ta' regolamenti li jirregolaw l-imġieba, l- komportament u l-bżonnijiet ta' dawk kollha li jkunu jgħixu fi blokki ta' appartamenti.", "Qed ngħid dan għax kif diġa' aċċennajt l-ispazju huwa limitat u l-art tagħna trid tiġi użata b'aktar kawtela u allura bilfors ikollna nibnu aktar blokki ta' appartamenti.", "Għalhekk għandu jkollna liġi li tieħu ħsieb li l-amministrazzjoni ssir mingħajr ma jbatu persuni u mingħajr ma wieħed igawdi minn fuq dahar l-ieħor.", "Jien nemmen li ċerti problemi għandhom jiġu indirizzati b'aktar dettall.", "Per eżempju, mhux billi tgħid li għandu jiġi stallat lift imma għandu jkun hemm korpi li jirregolaw kif isir ċertu bdil fi strutturi u kif ikun hemm ċerta uniformita' fix-xogħol.", "Żgur li mhuwiex il-każ li dawn l-affarijiet jieħdu ħafna żmien biex jiġu implimentati.", "Mr Speaker, ma naħsibx li llum li qegħdin fis-sena 2001 għandu jkun hemm liġijiet u miżuri li ma japplikawx.", "Huwa veru li hemm id-dipartiment tal- manutenzjoni u kostruzzjoni li jieħu ħsieb li l-partijiet komuni jinżammu fi stat tajjeb imma r-residenti ta' dawk il-blokki ta' appartamenti tal- gvern m'għandhomx jibqgħu maqtugħin barra għax l-azzjoni tista' tittieħed kontra l-gvern.", "Jien nemmen li fejn il-gvern ma jkunx qed jimxi mar-regoli allura għandu jkun miftuħ ukoll.", "Dan għandu japplika wkoll għall-kerrejiet antiki.", "Dan l-aħħar kellna traġedja wara l-oħra pero' naħseb li l-agħar waħda kienet dik ta' Riccardo Cesare.", "Għandna blokki ta' bini antik u kerrejiet li għadhom maqbudin taħt il-liġi l-antika u allura s-sid ma jkun irid jagħmel xejn.", "Għalhekk għandhom jittieħdu passi sabiex ikun hemm uffiċjali għal tapposta biex jispezzjonaw ċertu blokki ta' bini u fejn hu possibbli dawn jitwaqqgħu u jitilgħu oħrajn ġodda minflokhom ħalli ma jkollniex diżgrazzji kif sfortunatament kellna.", "Huwa żgur li dak il-bini li nbena b'ċerta għaġġla wara l-gwerra jerġa' jiġi eżaminat.", "Għalhekk nerġa' ntenni li l-gvern għandu jintroduċi spettorat li jeżamina u jekk ikun il-każ, anke jitlob li tali bini jitwaqqa'.", "Naħseb li proġetti bħal dawn jistgħu jsiru bejn il-gvern u l-privat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr. Speaker, bħalma qalu kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra, kulħadd qed iħares lejn l-aspett pożittiv ta' dan l-abbozz ta' liġi bil-għan li ċerti sitwazzjonijiet li forsi ilhom pendenti s-snin ikunu jistgħu jiġu rrimedjati b'mod aktar flessibbli, partikolarment fil-każ ta' dawk il-", "persuni li għandhom problemi ta' nuqqas ta' mobilita'.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li dan l-abbozz ta' liġi ma jgħidx x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward appartamenti tal-gvern illi huma soġġetti għall-kera.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li dawn il-proprjetajiet ikollhom bżonn ċertu investiment għax ikunu nbnew żmien ilu u forsi ma jkunux daqstant moderni u komdi, il-gvern ma jkunx jista' jinvesti għax ikun marbut li ma jħallasx.", "Ħafna drabi f'dawk il-housing estates li nbnew fis-snin sebgħin jgħixu nies li x-xogħol tagħhom huwa pjuttost diffiċli u allura hemmhekk ikollok persentaġġ akbar ta' nies li jkunu sofrew ċerti injuries minn areas oħrajn f'diversi bliet u rħula tagħna.", "Apparti minn hekk, għandek diversi nies li llum kibru u allura jkollhom bżonn aktar kumdita', bħal per eżempju l- istallazzjoni ta' lift.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-gvern x'inhu jagħmel biex ikollu l-fondi neċessarji għal dan it-tip ta' investiment.", "Illum ħafna familji qed jilmentaw magħna d-deputati tal-Kamra, ma' l- awtorita' tad-djar u mal-kunsilli lokali li jridu dan it-tip ta' servizz.", "Għalhekk fil-winding-up tiegħu l-ministru għandu jgħid x'inhi l-policy tal- gvern dwar kif se jindirizza l-problemi ta' dawk l-anzjani, persuni b'diżabilita' u ħaddiema illi għal xi raġuni jew oħra ġarrbu xi inċident fuq il-post tax-xogħol u għandhom xi problemi fil-post fejn jgħixu.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi żewġ areas partikolari, l-Imtarfa u l-qasam tad- djar tan-Nigret.", "Filwaqt li fl-Imtarfa jeżistu l-lifts għaliex hemmhekk sar żvilupp ġdid u allura hemm ċerta kumdita' u flessibbilta', fil-qasam tad-djar tan-Nigret u f'oqsma oħrajn fejn hemm familji li ħadu appartament madwar 30 sena ilu, m'hemmx l-istess kumdita'.", "Għalhekk hemm bżonn li wieħed jara x'inhi l-policy tal-gvern f'dan ir-rigward għax hawnhekk qed nitkellmu fuq familji li għaddejjin minn ċerti problemi.", "Issa ovvjament dawn il-problemi ma jeżistux biss fejn hemm familji li jgħixu f'bini tal- gvern imma jeżistu wkoll fejn hemm familji li jgħixu f'bini tal-privat, pero' ma nistax nimmaġina illi l-privat jista' jagħmel l-istess investiment meta m'għandux dritt bil-liġi illi jara li jagħmel ċertu investiment u jimponi l-ħlas fuq l-inkwilini.", "Fl-istess ħin dawn l-inkwilini ma jifilħux għal ċerti spejjeż aktar u aktar illum li l-piżijiet żejda fuq il-poplu dejjem qed jiżdiedu.", "Jien naħseb li ċerti problemi ta' manutenzjoni għandhom jiġu diskussi bejn id-dipartiment tal-housing u l-kunsilli lokali.", "Ladarba qed insemmi l-kunsilli lokali nixtieq ngħid li ċerti kunsilli lokali qed jilħqu arranġament ma' l-awtorita' konċernata biex isiru ċerti żviluppi għall-inkwilini li jgħixu fil-housing estates tal-gvern.", "Pero' jirriżulta li minkejja problemi partikolari li jkunu għaddejjin minnhom persuni b'diżabilita', xorta jkun hemm ċerti anomaliji bejn il-kunsill u l- awtorita', li f'dan il-każ huwa d-dipartiment tal-housing.", "Dan ifisser li dak li rnexxielhom jagħmlu l-gvernijiet f'dawn l-aħħar 30 sena qed jitnawwar u jitmermer.", "Peress li l-gvern għandu problema finanzjarja kbira, dak li kien ġid komuni llum sar dejn komuni għax ovvjament id- dipartimenti tal-gvern iridu jimxu skond il-voti li jiġu approvati fil- budget.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-investiment fid-day centres u fid-djar ta' l-anzjani huwa importanti, pero' daqstant ieħor huwa importanti li naraw li dawk l-anzjani li jgħixu waħedhom ikollhom dar komda u diċenti.", "Per eżempju, fl-oqsma tad-djar għandu jkun hemm il- faċilitajiet ta' rampi, lifts eċċ. biex l-anzjani ma jkollhom problemi ta' xejn.", "Mr Speaker, jien niltaqa' wkoll ma' nies li fejn qabel kienu jgawdu s- servizz taċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat, illum minħabba ċerti raġunijiet, qed ikollhom jinżlu l-Mosta u l-isptar.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li għandna naraw kif noffru kwalita' ta' akkomodazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin, speċjalment għall-anzjani u għal nies b'diżabilita', għandna naraw ukoll kif se ninvestu għal ċerti sitwazzjonijiet partikolari.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-istandard ta' ċerti housing estates minflok jogħla qed jonqos u allura l-gvern, id-dipartiment tal-housing, il- kunsilli lokali, l-investituri privati u n-nies għandhom jikkollaboraw flimkien biex jegħlbu ċerti problemi.", "Ċertament li min-naħa tal-gvern għandu jkun hemm policies li jerġgħu jagħtu dak l-inċentiv li għandhom bżonn dawn il-familji li jgħixu f'appartament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, jien mhux se nagħmel kummenti fit-tul pero' nixtieq nitkellem ftit fuq il- ħteġijiet li huma marbuta mal-qasam tal-condominia għax wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-kwestjonijiet illi minn żmien għal żmien jinqalgħu fil- ħajja ta' kuljum.", "Jien m'għandix dubju li aktar ma jgħaddi żmien f'dan il- pajjiż, aktar se jkollna bżonn liġijiet li jirregolaw il-mod ta' kif jaġixxu persuni li joqgħodu fl-istess blokk peress li minħabba l-problema ta' l-użu ta' l-art aktar se jkollna nibnu blokki ta' appartamenti.", "Ġeneralment qabel kull familja kellha d-dar tagħha, pero' matul dawn l- aħħar 25 sena wasalna f'pożizzjoni li l-unit residenzjali fejn wieħed joqgħod ikun magħmul minn numru ta' appartamenti.", "Dan beda jwassal biex il- kwestjonijiet li jinqalgħu mill-bieb 'il ġewwa, kif ngħidu ħafna drabi aħna l-Maltin, minflok baqgħu jikkonċernaw biss lill-membri ta' familja, bdew jikkonċernaw familji oħrajn.", "Fil-fatt spiss qed ikollna niltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet għax naħseb li aħna bħala poplu m'aħniex imdorrijin ngħixu fil-flats li komplew jinbnew matul is-snin.", "Pero' jien nemmen li m'hemmx alternattiva oħra jekk irridu nsalvaw il-kampanja li baqgħalna.", "Mr Speaker, jien ma naħsibx li f'pajjiżna se jkollna d-daqs ta' condominia li għandhom pajjiżi oħrajn fejn hemm mijiet ta' familji li joqogħdu fl- istess binja pero' aħna diġa' għandna blokki li jesgħu madwar 30 familja.", "Naħseb li l-akbar blokk ta' appartamenti li għandna f'pajjiżna huwa dak li hemm ħdejn il-ground ta' l-Imtarfa li huwa maqsum fi blokki A, B u Ċ u li fih hemm jgħixu madwar 80 familja.", "(Interruzzjonijiet) Meta madwar seba' snin ilu l-awtorita' ta' l-ippjanar riedet tiftiehem mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex tipprova tintegra lil dawn il-persuni fis-soċjeta' billi dawn jingħataw xi appartamenti kienu nqalgħu diversi problemi għax dawk in-nies li kienu joqogħdu f'dawn l-appartamenti ma xtaqux li jkun hemm dawn in-nies viċin tagħhom.", "Madankollu, kif diġa' għedt, aktar ma nibnu appartamenti, minħabba l-problema ta' art li għandna aktar se niffaċċjaw problemi minn dawn.", "Pero' wieħed irid jagħmel l-aħjar użu mill-art li għandna billi fuq biċċa art jibni diversi units residenzjali.", "Problema oħra li niltaqgħu magħha hija li meta niġu biex nibnu blokki ta' appartamenti ħdejn djar li jkollhom sular wieħed jew tnejn, ir-residenti ta' dawn l-istess djar jibdew jilmentaw li se nneħħulhom il-veduta li kienu mdorrijin biha għal snin twal.", "Fil-fatt għal ħafna snin ma tantx konna nagħtu daqshekk valur lill-art li għandna għax ħafna kienu jibnu dar b'sular wieħed jew tnejn, pero' naħseb li konna nużaw ammont kbir ta' art aktar milli kien hemm bżonn.", "Għalhekk matul iż-żmien kien hemm diversi proposti u proġetti biex jinċentivaw lin-nies jibnu units għoljin.", "Uħud minn dawn il-proġetti rnexxew pero' kien hemm proġetti oħrajn li ma tantx irnexxew.", "Pero' b'mod ġenerali wieħed jista' jgħid li x-xewqa tan-nies baqgħet li jkollhom ir-residenza tagħhom separata minn ta' l-oħrajn.", "Kien biss meta għal numru ta' snin bdiet tinħass il-ħtieġa illi l-valur ta' l-art se jkompli jiżdied illi bdew jinbnew l-appartamenti.", "Fil-fatt il- gvernijiet ta' pajjiżna wkoll fiehmu li huma wkoll iridu jkunu ta' eżempju biex jagħmlu l-aħjar użu mill-art u aktar ma għadda żmien anke l-privat beda jifhem li bħala alternattiva għall-bini residenzjali jibda jibni l- appartamenti.", "F'ċerti lokalitajiet hemm appartamenti li qegħdin sitt sulari għoli u hemm lokalitajiet fejn l-appartamenti huma aktar għoljin minn hekk.", "Mr Speaker, il-ħsieb ta' min jibni dawn l-appartamenti huwa li jdaħħal aktar units pero' min daħal f'appartament xi 40 sena ilu, llum l-eta' bdiet għaddejja minn fuqu wkoll u allura dak li jkun jibda jiffaċċja ċerti problemi ta' aċċessibilita' għax qabel ma tantx konna nagħtu kas dawn l- affarijiet.", "Dan japplika wkoll għal dawk li forsi għaddew minn xi traġedja jew mard.", "Naħseb li kull wieħed minna hawn ġew jaf persuni li għandhom diżabilita' minħabba mard jew xi inċident li prattikament spiċċaw magħluqa f'dawn l-appartamenti għax isibu diffikultajiet kbar biex joħorġu minn hemm ġew.", "Jien naħseb li qabel ma kenux jiġu stallati lifts minħabba nuqqas ta' spazju.", "Barra minn dan hemm il-problema l-oħra li mhux kull familja li tkun toqgħod fil-blokk tkun trid tistalla lift.", "Jien ċert li waħda mill-problemi kbar li jiffaċċjaw il-persuni li jixtiequ jagħmlu lift ġo blokk ta' flats hija dik tan-nuqqas ta' spazju.", "Hemm imbagħad il-problema l-oħra ta' min ikun qiegħed fil-ground floor u joġġezzjona li jsir il-lift, jew għaliex l-ispazju ta' isfel ikun se jkun ristrett jew inkella għaliex ma jkunx irid jagħmel kemm l-ispiża kapitali biex jiġi stallat il-lift kif ukoll l-ispiża tal-manutenzjoni li tkun trid issir kull ċertu żmien biex il-lift jibqa' funzjonabbli.", "Mhux darba u tnejn li ssib familji li jkunu lesti jagħmlu l-lift a spejjeż tagħhom u jagħmluh available għall-kumplament tal-units ta' dak il-blokk, pero` xorta waħda jibqa' jkun hemm l-oġġezzjonijiet.", "Bil-liġi li kienet għaddiet minn dan il-parlament numru ta' snin ilu diġa` kienet ingħatat il- possibbilita` li jekk ikun hemm terz tal-blokk li jkunu jridu jagħmlu lift, allura dawn ikunu jistgħu jagħmluh anke jekk ikun hemm oħrajn li joġġezzjonaw.", "Issa permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li jekk kemm-il darba jkun hemm condominius wieħed li jrid jagħmel il-lift, jista' jagħmel dan għas-spejjeż tiegħu, sakemm ma jkun qed jinħoloq ebda preġudizzju serju fil-konfront tal-condominia l-oħra.", "Sakemm persuna ma tkunx effettwata b'dawn is-sitwazzjonijiet ma tistax timmaġina kemm ikunu kbar u serji d-diffikultajiet li jinqalgħu.", "Għalhekk mhux biss irridu naraw li jkun hemm liġijiet li jagħtu l-possibbilta` lil dawk il-persuni li joqogħdu f'dawn il-blokki li jkollhom iċ-ċans li jimxu 'l quddiem, pero` naraw ukoll li kull waħda minn dawn il-familji li toqgħod f'dawn il- postijiet jagħrfu r-responsabbilta' li għandhom li mhux biss iħarsu lejn id- diffikulta` żgħira li tista' tinħolqilhom imma jaraw x'se jkun il- benefiċċju għall-blokk kollu kemm hu.", "B'din il-liġi li għandna quddiemna għandna l-possibbilta` li fi ħdan blokk ta' appartamenti, il-sens ta' komunita` jibda jsir iktar effettiv u jingħata aktar valur lejn is-sens ta' komunita`, anke jekk din tkun relattivament żgħira meta mqabbla mar-raħal kollu.", "Din hija liġi li bħala Maltin tgħallimna ngħixu iktar b'mod serju ma' l-oħrajn u naċċettaw ukoll il-fatt li jista' jkun li minħabba xi sagrifiċċji li nkunu qegħdin nagħmlu aħna, ikun hemm oħrajn li jkunu qegħdin jibbenefikaw.", "Mr Speaker, jien nemmen li l-liġi li għandna quddiemna għandha twassalna biex insiru aktar soċjeta` li naċċettaw lil ħaddieħor u nispera li meta niġu biex nesegwixxu l-virgola ta' l-istess liġi nkunu f'qagħda li bis- serjeta` ntejbu l-livell ta' l-għajxien ta' dawk li joqogħdu f'dawn il- blokki u anke l-għajxien tas-soċjeta` kollha kemm hi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien m'iniex se nieħu ħafna ħin għaliex il-kelliema ta' qabli kważi ikkaverjaw il-kwestjoni ta' din il-liġi fuq l-aspetti kollha.", "Jien forsi se mmur daqsxejn out of context – bil- permess tiegħek u bil-permess tal-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra – u nsemmi waħda mill-problemi li qed tolqot lill-poplu Malti.", "Kif qal il-Ministru Ċensu Galea, irridu nqisu li ż-żewġ gvernijiet ta' wara l-gwerra sabu diżastru fil-housing; kellna kerrejjiet fejn fihom kienu joqogħdu ħames u anke għaxar familji.", "Dak iż-żmien mhux talli ma kellhomx lifts, talli lanqas kellhom l-affarijiet neċessarji, bħal per eżempju kamra tal-banju.", "Kienu l-gvernijiet li ġew wara l-gwerra li taw l-għajnuna tagħhom biex almenu l-poplu Malti jkollu l-kamra tal-banju.", "Iż-żgħażagħ tal-lum imdorrijjin bi djar bi kmamar tal-banju għal waħda tnejn u bil-kċina combined imma s-sitwazzjoni ma kenitx hekk madwar 40 jew 45 sena ilu.", "Wara l-gwerra, biex wieħed jikri żewġt ikmamar kien ried iħallas ir-rigal għaċ- ċavetta, imbagħad bdiet is-sistema taċ-ċens u filwaqt li l-pagi kienu baxxi, iċ-ċnus baqgħu jogħlew mas-sema u allura kellhom jintervjenu l- gvernijiet għaliex is-sitwazzjoni ma setgħax tkompli sejra kif kienet.", "Wara l-gwerra mbagħad saret il-liġi tar-requisition, jiġifieri n-nies bdew jieħdu l-postijiet li kienu magħluqin.", "Huwa veru li llum nixtiequ li konna ħsibna għal-lifts meta bnejna l-flats imma rridu ngħidu li l-problema tal- housing dak iż-żmien kienet kbira u it was a race against time.", "Dak iż- żmien kellna familji b'sitta, seba' u anke tmint itfal jgħixu f'żewġt ikmamar li lanqas kważi kienu tajbin għall-bhejjem għaliex kienu neqsin mill-affarijiet sanitarji kollha.", "Gvernijiet li ġew wara l-1955 bdew jibnu l-flats u niftakar li l-ewwel flats li nbnew kienu proprju fi Psaila Street.", "Dak iż-żmien in-nies ma kenux għadhom imdorrija jiċċaqilqu mir- raħal – u kważi ngħid anke t-triq – li kienu trabbew fih u kulħadd ried jibqa' joqgħod fejn ommu.", "Jien niftakar li l-ewwel housing estate li nbena kien f'Santa Luċija imbagħad bdew anke jinbnew id-djar, pero` kif sieħbi l- Onor. Ċensu Galea, il-problema hi li meta jkollok 25 u tkun għadek tiżżewweġ ma taħsibx fi żmien meta jkollok it-tfal u jikbru u meta jkollok 60 jew 70 sena u forsi ma tkunx kapaċi li titla' aktar it-taraġ.", "Mr Speaker, jiena nixtieq li tidħol id-drawwa li jitbattal xi flat li jkun isfel, l-ewwel preferenza tingħata lin-nies xjuħ u lil dawk li jkollhom lil xi ħadd b'xi diżabilita`.", "Jiena darba kont f'pajjiż li għalkemm m'huwiex demokratiku, jużaw is-sistema li meta jkun hemm xjuħ li joqogħdu fi flats, dawn jingħataw id-dritt li jinżlu fis-sulari ta' isfel, dejjem jekk ikunu jridu.", "F'pajjiżna fi snin ħamsin, ħadd ma kien jagħti każ tal-problemi ta' dawk b'diżabilita`; min kien ikollu tifel b'xi diżabilita` kien jitfgħu ġo sodda, jew ġo siġġu jew inkella fl-art u jitfgħalu xkora taħtu u qisu ma ġara xejn.", "Dak iż-żmien lanqas kien hawn għajnuna għal min kellu tfal b'xi diżabilita`, imma mbagħad bdejna navvanzaw għalkemm sal-lum stess għadna m'għamilniex ċerti affarijiet, naturalment għaliex ikun hawn affarijiet oħra li jkunu essenzjali aktar.", "U dak iż-żmien lanqas il-knisja ma kienet taħseb għal dawn in-nies għaliex anke biex dawn jitilgħu z-zuntier kien ikollhom bżonn li xi ħadd jerfagħhom.", "Minn xi 10 snin 'il hawn bdejna ndaħħlu f'moħħna li n-nies b'diżabilita` għandhom l-istess drittijiet daqs dawk li huma b'saħħithom, imma fi żmenijiet imgħoddija konna nieħdu kollox for granted.", "Barra minn hekk il-poplu Malti jħobb ħafna d-dar u għalhekk meta jidħol ġo dar - anke jekk din tkun mikrija – jirranġaha mill-aħjar li jista' u jżommha fi stat tajjeb.", "M'iniex qed ngħid li m'hawnx min iżomm id-dar maħmuġa u mkissra, imma għall-maġġoranza tal-poplu Malti d-dar hija xi ħaġa għażiża.", "Jien ġieli kont imsiefer l-Awstralja, il-Kanada, l-Amerka u anke l-Ingliterra u nkun għaddej min xi triq u ninduna li fiha jkunu joqogħdu l-Maltin għaliex tara ċerta ordni.", "Mr Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq xi ħaġa li naħseb li tippreokkupa lilna lkoll.", "Kif għedt aktar qabel, illum daħlet sistema fejn qed nieħdu ħsieb l-anzjani, il-persuni b'diżabilita` u lil kulħadd imma m'aħniex nieħdu ħsieb lill-għarajjes.", "Illum l-għarajjes qegħdin jidħlu għal piżijiet kbar ta' f'Lm30,000 jew Lm40,000 dejn li huwa diffiċli ħafna biex iħallsuh meta tqis li dawn ikunu għadhom qegħdin irabbu.", "Għalhekk jien ngħid li l- gvern irid jibda jgħin lill-għarajjes u mhux nibqgħu ngħidulhom biex jekk iridu, jixtru!", "Kulħadd kapaċi jgħid dan, imma ż-żgħażagħ tagħna, bil-pagi li għandhom u bix-xogħol li m'huwiex assigurat ma jistgħux jidħlu għal dan it-tip ta' piż.", "Barra minn hekk, meta tiżżewweġ imbagħad forsi tieqaf taħdem il-mara u l-problemi finanzjarji jikbru.", "Irridu naraw li nagħmlu sistema fejn dawk li jkunu se jixtru l-ewwel dar, almenu ma jiġux intaxxati fuqha.", "Kif jistgħu raġel u mara li jkunu daħlu għal piż bħal dan fl-istess ħin irabbu familja!", "Illum nafu kif il-proprjeta` tinsab tiela' mas-sema u l-għada li niffirmaw biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea din se togħla t-tripplu.", "U din irridu naħsbu għaliha għaliex jekk mhu se nieħdu ħsieb ta' din il-problema se nerġgħu immorru lura għas-snin 40 u 50 fejn kulħadd kien jiżżewweġ u jmur joqgħod ma' xi ħadd tal-familja imbagħad jibda l-ġlied u l-inkwiet.", "U l-avukati jafu li ħafna kwestjonijiet fiż-żweġijiet iqumu għaliex ma jkunux jistgħu ikampaw bl-arranġamenti ta' l-abitazzjoni li jkollhom.", "Irridu npoġġu saqajna ma' l-art u nagħrfu li jeżistu dawn il-problemi u naraw kif nistgħu nieħdu ħsiebhom.", "Jiena nemmen li għandna nsibu sistema li biha ngħinu lil dawn l-għarajjes ħalli 'l quddiem ikunu jistgħu jibnu familja għaliex kif qegħdin nagħmlu, qegħdin niskoraġġuhom.", "L-inkwiet li qed ikun hawn biex in-nies iħallsu d- dejn li jkunu daħlu għalih huwa kbir għaliex bil-pagi li għandhom lanqas biss jistgħu jlaħħqu mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma aħseb u ara mad-dejn u l-imgħax fuqu!", "Wieħed irid jiftakar li jekk wieħed jissellef Lm30,000, wara 25 sena dawn jitilgħu għal Lm40,000 bl-imgħaxijiet.", "Mela inti se tibqa' taħdem u d-dar tkun tiegħek meta jkollok 60 sena u tkun għadek lanqas bdejt familja.", "U ejja ħa nitkellmu dawn l-affarijiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żagħżugħ tagħna.", "U huwa inutli li noħorġu l-enċikliki u l-pastorali u noqogħdu ngħidu x'inhu u x'mhux l-obbligu tal-familja, meta l-familji żgħażagħ tagħna qed isibu dan kollu ma' wiċċhom.", "Jien ngħid li jekk nagħmlu survey insibu li ħafna mid-dejn li hawn fuq il-proprjeta` hija ta' żgħażagħ li għadhom jibdew il-ħajja miżżewġa.", "U huwa intuli li ngħidulhom biex ma jidħlux għal dan il-piż għaliex allura xi rriduhom jagħmlu?", "Ma jiżżewwġux?", "Illum plot biss tiswa Lm20,000 u m'iniex qed ngħid f'Tas-Sliema; postijiet f'Birkirkara qegħdin jinbiegħu Lm40,000.", "Biex tixtri post ġebel u saqaf illum tied mill-inqas Lm25,000 imbagħad tkun trid xi Lm10,000 jew Lm15,000 oħra biex tkomplih.", "Dawn huma l-affarijiet li qed iħabbtu wiċċu magħhom iż- żagħżugħ tagħna u aħna għandna nkunu sensittivi għalihom.", "Hija ħaġa sabiħa li ngħidu li se nagħmlu lift f'appartament għaliex hemm xi ħadd b'diżabilita` jew għaliex hemm l-anzjani, imma rridu wkoll nagħtu kas dawn l-affarijiet.", "F'daqqa waħda l-gvern ma baqax jibni aktar postijiet u neħħa wkoll il-liġi tar-requisition.", "Illum jekk tmur biex tikri post jitolbok Lm180 fix-xahar u jgħidlek biex wara ħames snin titlaqlu 'l barra.", "Nistgħu nibqgħu sejrin b'din is-sitwazzjoni fejn liż-żgħażagħ u lill-miżżewġin li m'għandhomx fejn joqgħodu nkomplu nfarrkuhom b'dan il-mod?", "Ma nistgħux nibqgħu ninjoraw din il-parti importanti tas-soċjeta`, jiġifieri l-parti żagħżugħa u dawk li qegħdin jibnu familji ġodda.", "Għandna nies anzjani li qegħdin jgħixu ġo flat b'erba' jew ħamest ikmamar li qegħdin jitolbu lill-gvern biex jagħtihom post iżgħar, imma mbagħad mhux l-istess post jagħtih lil xi żewġ anzjani oħra!", "Għandu jkun hawn sistema fejn l-ewwel preferenza tingħata liż-żgħażagħ.", "Jien ma naqbilx mal-fatt li l-gvern qed joħroġ ħafna postijiet għall-bejgħ għaliex in-nies m'għandhomx biex jixtru.", "Huwa veru li noqogħdu niftaħru kemm qed jinxtraw postijiet, imma mbagħad irridu naraw kemm għandu jagħti l-poplu fuq il-postijiet li qed jixtri.", "U meta ngħid il-poplu qed nirriferi għaż-żgħażagħ.", "Bħalissa jien għandi każ f'idi ta' raġel u mara bi tlett itfal li t-tnejn spiċċaw bla xogħol u għandhom dejn ta' Lm29,000 u l-bank qalilhom li se jirrikwiżizzjonalhom kollox.", "Issa minn banda l-housing qed jgħidilhom li ma jistax jagħtihom post għaliex diġa` għandhom post tagħhom u mill-banda l- oħra jekk il-bank jitfagħha subbasta, se tispiċċa tinbiegħ b'xejn.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm eċċezzjoni f'każijiet bħal dawn fejn il-housing jiċċekkja mal-bank dwar x'għandhom jagħtu u jekk jara li dak huwa minnu almenu jipprovdilhom post fejn joqogħdu.", "Jiena għandi każijiet oħra li jekk nurihomlkom tiġġennu.", "Hemm min għandu jagħti Lm1,500 f'kontijiet tad-dawl u qalulhom li jekk ma jagħtuhomx Lm700 dan ix-xahar se jaqtgħulhom is-servizz.", "U min fejn se jagħtuhomlu dawn jekk qegħdin fuq ir-relief?", "Allura dawn l-affarijiet lanqas biss narawhom?", "Billi noqogħdu niġu hawnhekk u nparlaw!", "Dawn huma affarijiet li jeżistu u li ż-żewġ naħat qegħdin immissuhom b'idejna.", "U min qed jipproteġihom u jgħinhom lil dawn in-nies?", "Ħadd.", "Kulħadd jgħidlek issa nara u ma jaraw qatt.", "Kien hemm wieħed ta' 35 sena li kien qed japplika għal post u qalulu li jekk jiżżewweġ ikun jikkwalifika.", "Dan iżżewweġ u spiċċa joqgħod ma' omm il-mara u seba' aħwa oħra.", "Issa qalulu li m'għandux punti biżżejjed.", "Mela hawnhekk se nieħdu l-league!", "U kif tridu dan jibni familja jekk qed jorqod ma' ħut il-mara kollha ġo sitt ikmamar?!", "U bħal dan il-każ hawn ħafna oħrajn.", "U mhux bilfors li jkollu każi bħal dawn il-gvern jekk hu waqaf jibni l-postijiet!", "Jekk xi ħadd ikollu paga ta' labourer u l-mara ma tkunx taħdem, minn fejn se jġib Lm29,000 biex jixtri dar?", "Mela billi tgħidlu biex jixtri!", "Kulħadd kapaċi jgħidha din!", "Issa aħna nafu li meta jkollok ċerta eta` l-bank se jitolbuk aktar imgħaxx fuq id-dejn; jekk għandek 20 sena jitolbok bit-8% imma jekk għandek 35 sena se jitolbok bl- 14%.", "Wara kollox dan huwa business.", "Issa nibdew nisimgħu deputati miż-żewġ naħat jgħidu li se jagħmlu \"hekk\" u \"hekk\", imma x'se nagħmlu b'dawn in-nies?", "Lil dawn il-bniedem l-ewwel qalulu biex jiżżewweġ imbagħad għaliex iżżewweġ qalulu li kieku baqa' għarus kif jibbenefika.", "Allura għax iżżewweġ għamel ħażin u kieku ma żżewwiġx kien jagħmel ħażin ukoll.", "Allura x'se jagħmel dan?", "U bħal dawn il-każ hawn ħafna u jekk ngħidu li ma niltaqgħux magħhom allura qegħdin ngħixu rasna fir-ramel.", "U mhux billi noqogħdu ngħaddu ħafna liġijiet.", "Jien wieħed li ma tantx nemmen fil-liġijiet għaliex l-ewwel nagħmluhom imbagħad nerġgħu nemendawhom, imbagħad nerġgħu nagħmlu liġi oħra.", "Jien m'inix qed ngħid li l-pajjiż għandu jimxi mingħajr liġijiet, imma n- nies affarijiet konkreti jridu jaraw.", "Għaliex kif lil din il-persuna li għandha 35 sena tgħidilha biex tistenna xi erba' jew ħames snin sakemm tgħaddi l-liġi biex tibda tibni familja!", "U lil dak li għandu jagħti l-flus lill-bank x'se ngħidulu?", "Veru li żbalja, imma ma kellux tort jekk dan kellu ħanut u falla.", "U dan għandu tlett itfal u se jipiċċa mingħajr post fejn joqgħod.", "Mela wieħed jgħidlu biex iġib it-tfal u l-ieħor jgħidlu għax ġab it-tfal.", "Imbagħad ngħidulu \"Alla jgħinek\".", "Imma Alla se jibnilu d-dar?", "U ejja ma ndaħkux nies bina!", "Il-bniedem li jkun fid-diffikultajiet mhux min jgħidlu miskin irid imma min jipprova jgħinu.", "Jien naħseb li jekk jiġi xi ħadd għandi b'xi problema u noqgħod ngħidlu miskin u Alla jgħinu, jispiċċa jkellimni ħażin.", "Jien m'inix ngħid li għandna nimxu bil-favuri, imma jekk jiġi xi ħadd għandi, jien bħala membru parlamentari, għandi nara kif ngħinu.", "Il-liġijiet huma kollha sbieħ meta taqrahom, imma fil-prattika ssib li jaħdmu kontra ż- żgħir għaliex il-kbir m'għandux bżonn ta' għajnuna; il-kbir mhux se teffettwah billi jmur jixtri post ta' Lm30,000 jew Lm40,000.", "Jiena nieħu pjaċir nisma' lil min jgħid li hawn ix-xogħol u li n-nisa llum qegħdin jaħdmu u huma daqs l-irġiel.", "Imma taf fejn huma ndaqs in-nisa?", "Meta għandek mara li għandha xogħol ta' skrivana mhux meta għandek mara li taħdem bix-shift fuq makna tal-ħjata mis-6:00 a.m. sas-2:00p.m., mis-2:00 p.m. sa l-10:00 p.m., jew inkella mill-10:00 p.m. sas-6:00 a.m. Taħseb li mara li tkun qed taħdem b'dan il-mod tieħu pjaċir bl-ugwaljanza?", "Mela hawn xi ħadd jieħu pjaċir imur jaħdem l-iljieli!", "Jien ma rridx ngħid li l-mara għandha tkun skjava tad-dar jew marbuta mal-kċina imma jekk ix-xogħol tad- dar ma tagħmlux il-mara, min se jagħmlu?", "U liema raġel tax-xogħol li jkun ilu ġurnata sħiħa jħabbat wiċċu man-nies u ma' elf ħaġa oħra se jmur id-dar u jagħmel il-ħasla?", "Mur arana hawn ġew kollha kemm aħna, immorru d-dar u nagħmlu l-ħasla!", "Forsi taħsel xi erba' platti imma żgur li ħadd minnha ma jmur minn hawnhekk u jkompli jagħmel ix-xogħol tad-dar.", "U t-tfal mhux lil ommhom iffittxu?", "U mara li tkun taħdem dawk il-ħinijiet u tagħmel dak ix- xogħol se jkollha moħħ tkompli mat-tfal meta tmur id-dar?", "Aħna kollha kellna ommijiet u nafu li aktar tieħu ħsiebek ommok għall-iskola u għal kollox u kollha tlajna familji b'saħħithom.", "Illum lin-nisa qed noħorġuhom jaħdmu u jibqgħu jaħdmu sakemm ikollhom 50 sena biex iħallsu d-dejn, imbagħad kif se jagħmlu l-familja?", "Jew se tħallas id-dejn jew se trabbi familja.", "Aħna nafu x'jiġifieri li jkollok żewġt itfal u filwaqt li qed tħallas id-dejn tad-dar trid tħallas l-iskola.", "Imbagħad Allaħares jinqalagħlek mard!", "Kif se jlaħħaq ma' dawn l-ispejjeż il-poplu?", "Għalhekk din il-liġi hija tajba, imma biex taħdem sewwa l-ewwel irridu ngħinu lil dawk l-għarajjes, iż-żgħażagħ li se jibdew futur.", "U lil dawn ma ngħinuhomx billi ngħidulhom mur ixtri u ssellef mill-bank b'imgħax ta' 8% għax dik kulħadd jaf jagħmilha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, ilu jinħass il-bżonn li jkun hemm liġi bħal din minħabba li, sfortunatament, dan il-pajjiż għandu kultura kbira ta' individwaliżmu, fejn ħafna jsibuha diffiċli biex jaħdmu ma' oħrajn u biex jgħixu ma' oħrajn.", "Huwa importanti li nibdew niffaċċjaw problemi ta' dan it-tip billi fejn ikun hemm nuqqas ta' qbil ta' nies li huma ġirien, jgħixu fl-istess blokk, għallinqas jaslu biex jirranġaw id- differenzi li jkun hemm bejniethom, u jekk ma jirranġawx huma xorta jkun hemm fejn tista' tieħu passi biex b'xi mod jew ieħor dak li jkun hemm bżonn isir, isir.", "Jiġifieri wieħed jawgura li minbarra bidla fil-liġi, kif qed tipproponi din l-emenda, din il-liġi sservi anke biex ikun hemm anke daqsxejn bidla fil-mentalità.", "Jekk wieħed jista' jiġġeneralizza daqsxejn isib, jiena naħseb li f'pajjiżna l-idea tal-condominium hija dgħajfa ħafna.", "Il-fatt li trid taqsam ma' ħaddieħor l-ispazju komuni u ssib mod kif tgħix miegħu f'qafas ta' ftehim, sfortunatament għadu mhux aċċettat fil-kultura soċjali nazzjonali tagħna, u kull ħaġa li tista' tgħin biex nibnu l-idea ta' condominium - fil- mentalità issa qed ngħid u mhux biss fl-infrastruttura fiżika - kull pass li jista' jservi biex nifhmu li hemm oqsma komuni li nistgħu nieħdu ħsieb flimkien, ikun ta' għajnuna.", "Għaliex nerġa' ngħid li ħafna drabi għad għandna kultura ddominata wisq mill-individwaliżmu, li kulħadd jaħdem għal rasu.", "Il-kultura ta' diviżjoni tirbaħ, u fejn hemm sforzi komuni li jridu jsiru, sfortunatament, ma jsirux.", "Dan jinħass iżjed u iżjed b'mod ċar meta żżur blokki ta' djar, oqsma ta' djar, fejn in-nies li jgħixu flimkien għandhom bżonn jieħdu ħsieb flimkien l-ispazji li huma komuni, il- condominium, u ssib nuqqas ta' qbil.", "Allura malli tidħol mill-bieb 'il ġewwa dawk id-djar ikunu sbieħ ħafna, nodfa u miżmumin sew u tieħu ġost tkun fihom, però l-partijiet komuni tal-blokki tad-djar tarahom żdingati, abbandunati, maħmuġin, mudlama u sejrin lura.", "Sfortunatament dan jiġri għaliex biex ikun hemm ftehim trid is-sehem ta' kulħadd, u l-ftehim huwa aktar diffiċli mit-tħarbit, għaliex biżżejjed ikollok wieħed biex iħarbatlek kollox.", "Tista' tkun fi blokk ta' 12-il familja, fejn hemm 11-il familja li jridu jieħdu ħsieb l-ispazju komuni flimkien, il-condominium, imma biżżejjed waħda biex tħarbat dik l-arja ta' ftehim, dak ix-xogħol li jista' jsir in komuni biex jieħdu ħsieb il- faċilitajiet li hemm.", "Għalhekk kull ħaġa li tista' ssir biex nibdew inbiddlu din ir-realtà sservi ta' ġid.", "Meta tidħol f'għadd ta' djar li huma fl-oqsma tad-djar li kienu nbnew 30, 40 sena ilu, issib li meta telgħu dawn il-blokki ta' djar, kemm jekk inbnew mill-gvern kif ukoll jekk inbnew mill-privat, dak iż-żmien ftit li xejn f'pajjiżna kien hemm il-mentalità li trid taħseb għal faċilitajiet li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nindunaw kemm huma importanti, u li forsi kien hemm żmien fejn konna narawhom xi ħaġa ta' lussu, xi ħaġa li mhix importanti.", "Illum f'dawn l-oqsma tad-djar il-persuni li daħlu 25 sena ilu, 30 sena ilu qed isiru anzjani, iridu jitilgħu erba', ħames, sitt sulari bix-xirja tagħhom u tibda tinħass il-ħtieġa li, per eżempju, isiru l- lifts.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq l-anzjani biex nuri li l-bżonn ta' faċilitajiet li jagħmlu l-bini aktar aċċessibbli u wżat mill-akbar numru possibbli ta' nies, huwa żball jekk nagħluquh biss għall-persuni b'diżabilità.", "Huwa kruċjali li kull bini jkun aċċessibbli f'pajjiżna.", "Għad fadal ħafna x'nagħmlu biex kull bini privat u pubbliku jkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, imma meta l-bini jsir aktar aċċessibbli jkun qedi sir aċċessibbli mhux biss għall-persuni b'diżabilità, imma għal persentaġġ kbir ta' nies fis-soċjetà.", "Bini li jsir aċċessibbli għal nies f'diżabilità ssib li jkun aċċessibbli mbagħad għall-ommijiet u l-missirijiet meta joħorġu bit- tarbija fil-pushchair, u jsir aċċessibbli għall-anzjani li jkollhom problema biex jiċċaqalqu minn post għall-ieħor minħabba li t-taraġ jaqtgħalhom qalbhom u mhux dejjem ikunu fi stat fiżiku li jitilgħu dak it- taraġ kollu.", "Dan il-bini jsir aktar aċċessibbli wkoll għal min ikun f'kondizzjonijiet ta' saħħa fejn it-taraġ ma jkunx tajjeb għalih.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq il-bżonn li l-bini jsir aktar aċċessibbli, qed nitkellmu fuq numru kbir ta' nies.", "Sur President, sfortunatament minħabba l-kultura diviżiva li għandna f'pajjiżna, flok li n-nies jaħdmu flimkien biex jibnu koalizzjoni biex ibiddlu affarijiet f'pajjiżna li jkunu fl-interess ta' ħafna nies, kulħadd jibqa' jaħdem għal rasu.", "Jekk l-għaqdiet ta' l-anzjani u l-għaqdiet ta' persuni f'diżabilità kollha jaħdmu flimkien favur li tinxtered din il- kuxjenza fuq il-bżonn ta' bini aktar aċċessibbli, ikunu qed jagħmlu ġid lil ħafna u ħafna nies.", "Ikunu qed jgħinu lis-soċjetà tagħna ssir aktar inklussiva, iddaħħal ġo fiha lill-membri kollha u ma tħalli lil ħadd barra.", "Jekk naraw kif għadha organizzata llum is-soċjetà tagħna u kif inhu organizzat ħafna bini nsibu li għadu riflessjoni ta' soċjetà li kienet teskludi lil dawk li l-aktar huma vulnerabbli.", "Għalhekk huwa importanti li kull pass li jista' jsir biex nagħmlu l-bini aktar aċċessibbli, aktar inklussiv, li jistgħu jidħlu ġo fih u jużawh aktar nies, inkunu qed nagħmlu lis-soċjetà nnifisha aktar inklussiva, fejn wieħed jista' jgħix flimkien.", "Il-problema hi, nerġa' ngħid, kif iġġib nies li jistgħu jkunu qed jaħdmu flimkien, imisshom qed jgħinu lil xulxin, imisshom qed isaħħu lil xulxin u minflok, ma jiġrix dan.", "Waħda mill-aktar affarijiet li tolqtok meta żżur oqsma tad-djar li fihom hemm persuni b'diżabilità hija li dawn ilhom is-snin jistennew biex isir lift.", "Naf persuna li kien weġġa' fuq il-post tax-xogħol li issa spiċċa fis-siġġu tar-roti, li biex joħroġ ikollu bżonn li jiġu ħutu biex iġorruh xi tliet sulari jekk mhux iżjed.", "Dan joħroġ biss meta jsib l-għajnuna, jiġifieri dan huwa priġunier f'daru.", "Ilu jistenna l-jiem, ġimgħat, ix- xhur, is-snin biex fl-aħħar jiġi l-permess biex ikun jista' jsir lift fil- blokk ta' flats fejn joqgħod - qed nirreferi għal Ta' Giorni - biex għallinqas jgħix ħajja daqsxejn aktar libera, u ma jibqax aktar priġunier f'daru.", "Kien bniedem li jħobb joħroġ, bniedem li jħobb il-kampanja, imma issa dejjem magħluq f'daru b'effett ħażin ħafna fuq is-saħħa mentali tiegħu u b'effett ħażin fuq il-membri tal-familja, speċjalment fuq il-mara tiegħu li hija solidari ħafna miegħu, imma dan kollu jħalli effett.", "Naf każ simili ta' tifel f'Ta' Xbiex li l-ġenituri tiegħu kull filgħodu jridu jagħmlu sagrifiċċju kbir, tbatija kbira sabiex iġorru lil dan il- ġuvni ħalli jieħduh lejn skola speċjali.", "Naf b'każ ieħor ta' tifla oħra - din id-darba f'dar Tas-Sliema - fejn il-problemi kollha li hemm huma hemm minħabba li m'hemmx lift f'dawn il-blokki ta' djar.", "U s'issa r-realtà kienet li persuna waħda li tgħix f'dak il-blokk hija biżżejjed biex twaqqaf l-applikazzjoni u l-proċess biex jiġu nstallati lifts.", "Naf li din il- problema teżisti wkoll f'oqsma ta' djar privati, fi blocks ta' flats privati.", "Naf familji f'Tas-Sliema li jgħixu f'postijiet privati, li minħabba l-problema ta' l-anzjanità, minħabba l-problema tal-ġarr tax-xirja u affarijiet oħra jixtiequ jinstallaw lift, imma jkun hemm persuna waħda li tibqa' toġġezzjona biex isir dan il-lift.", "Allura mbagħad toħloq problemi għan-nies kollha tal-blokk.", "Għalhekk għedt li aktar diffiċli l- ftehim, għaliex il-ftehim irid is-sehem ta' kulħadd, milli t-tħarbit, għaliex biżejjed li jkollok persuna waħda biex tħarbatlek.", "Jiena qed nifhem - u nistenna li fl-għeluq tiegħu l-ministru jispjega jekk dan li qed nifhem jien huwiex korrett jew le - li bl-emenda li qed issir għal artikolu 31 tal-liġi prinċipali, dan it-tip ta' nuqqas ta' qbil ikun jista' jiġi rrimedjat minħabba li l-proviso tas-subartikolu (6) jgħid:", "\"Iżda wkoll il-Ministru responsabbli għad-djar jista' jagħti l-permess sabiex jiġu stallati jew eretti l-faċilitajiet imsemmija fl-artikolu 8(5) fi blokki ta' bini li in parti jew fl-intier huma proprjetà tal- Gvern; u dan il-permess ma jirrendix l-imsemmi bini bħala condominium.\".", "Jiġifieri l-problema fil-blokki tad-djar privati se tibqa'?", "Fejn għandna blokki tad-djar privati u jkun hemm min irid jistalla faċilità komunitarja, il-veto ta' inkwilin wieħed se tkun tista' tibqa' twaqqaf dan il-proċess, minkejja li qed ngħaddu din l-emenda tal-liġi?", "Mistoqsija oħra hija dwar is-subartikolu (5) ta' artikolu 8 li se jidħol ġdid li jgħid:", "\"Condominius jista' a spejjeż tiegħu jinstalla u jeriġi kull faċilità neċessarja li tnaqqas jew telimina problemi ta' mobilità salv li dawn ma joħolqux ebda preġudizzju serju ...\"", "X'qed nifhmu eżatt bil-kliem \"preġudizzju serju\"?", "Se jibqa' jkun pjuttost faċli għal min irid iwaqqaf l-iżvilupp ta' dawn il-faċilitajiet komuni fil- condominium minħabba l-kliem \"ebda preġudizzju serju\"?", "Nixtieq li din tiġi spjegata tajjeb għaliex ċertament għandna bżonn li l-partijiet komuni fl- oqsma tad-djar f'pajjiżna jiġu amministrati ħafna aħjar milli huma.", "Nerġa' ngħid li għalija dan l-atteġġjament huwa riflessjoni tal-mentalità nazzjonali tagħna li mill-bieb 'il ġewwa nieħdu ħsiebu, imma mbagħad l- ispazji komuni - u issa mhux qed nirriferi biss għal dawk l-ispazji komuni fil-condominia, imma għall-ispazji komuni f'pajjiżna stess – qishom m'huma ta' ħadd, dawk jieħu ħsiebhom ħaddieħor.", "F'dawk inħarbtu kemm irridu, l- aqwa li mill-għatba 'l ġewwa huwa tajjeb.", "Nerġa' ngħid, kull ħaġa li tista' ssir biex tibda tbiddel il-mentalità li anke f'pajjiżna għandna spazji komuni li rridu nieħdu ħsiebhom flimkien u li pajjiżna huwa kollu kemm hu condominium li rridu nieħdu ħsiebu flimkien, hemm bżonn li nagħmluha.", "Jeħtieġ tidħol dik il-mentalità ġdida għaliex bl-isfidi kbar li pajjiżna għandu fis-snin li ġejjin se tkun importanti ħafna l-enerġija komuni ħalli niffaċċjaw dawn l-isfidi flimkien.", "Immur lura għal din l-emenda fil-liġi dwar il-condominia.", "Nispera li qed nieħdu ħsieb ukoll affarijiet oħra, mhux lifts biss.", "Il-lifts, nerġa' ngħid, huma parti kruċjali ħafna għax jgħinu lin-nies jgħixu ħajja aħjar, ħajja aktar sħiħa.", "Imma naf ukoll fejn hemm problemi differenti, problemi ta' kif iżommu l-indafa fil-parti komuni ta' l-oqsma tad-djar, kif jiżguraw li l-bieb ta' barra jkun jingħalaq u jkollu sistema ta' komunikazzjoni li taħdem, li jkun hemm id-dawl f'kull sular ta' dan il-blokk.", "Dawn jidhru affarijiet żgħar, imma min iżur regolarment oqsma tad-djar ta' dan it-tip mhux l-ewwel darba li jsib dawn l-areas abbandunati u żdingati, li minnhom innifishom imbagħad iġibu ċerta telqa.", "Fost il-problemi ta' kif tieħu ħsieb il-condominium, insibu l-problema biex tiżbgħu, biex iżżomm il-faċilitajiet indaf u mbagħad jistgħu jinqalgħu anke problemi fis-sistema tad-drenaġġ li biex issolvihom trid tagħmel xogħlijiet ġol-condominium stess, allura trid is-sehem ta' l-inkwilini kollha.", "Iżda jkun hemm min ma jridx jagħti sehmu biex issir l-ispiża neċessarja biex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ għaliex il-problema jkun qed ibati biha inkwilin wieħed biss, u jkun fl-interess tiegħu li dik il-problema titranġa.", "Min jgħix fis-sulari ta' fuq ma jimpurtahx, l-aqwa li jinqeda hu u ma jimpurtax jekk ta' taħtu jew ta' taħt ta' taħtu huwiex għaddej minn dak il-martirju kollu.", "Sur President, jien nemmen li l-emenda li qegħdin inressqu marbuta ma' l- istrutturi m'hijiex biżżejjed.", "Jien nixtieq nara bidla aktar sħiħa, li anke twassalna biex nagħtu kas l-infrastruttura komuni u mhux sempliċi lift, li tkun ukoll parti mill-infrastruttura pubblika li hemm bżonn u li hija kruċjali għall-faċilita' komunitarja biex in-nies jgħixu flimkien.", "Wieħed jawgura li mal-bidla fil-mentalita' jiżviluppaw aktar l- assoċjazzjonijiet tar-residenti.", "Naf li f'diversi nħawi u f'diversi oqsma tad-djar isiru sforzi biex jiġu fformati dawn l-assoċjazzjonjiet tar- residenti biex jieħdu ħsieb il-bini, b'danakollu jeżistu ftit wisq minnhom.", "Nafu li wħud ġieli bdew u wara ftit sfaxxaw.", "Ngħid is-sewwa, Sur President, jien naraha problema li f'pajjiżna għad għandna kultura individwalistika, u rridu nammettu li din it-tip ta' kultura ma tantx tgħinna biex naħdmu id f'id.", "Biex nieħdu ħsieb dawk l-oqsma tad-djar fejn ngħixu in komuni, hemm bżonn din l-emenda fil-liġi li qiegħda titressaq pero' hemm bżonn ukoll bidliet fl-imġiba u fil-mentalita'.", "Hemm bżonn li dawk li jgħixu fejn xulxin jew fl-istess inħawi jaħdmu aktar id f'id, biex barra li jsebbħu u jieħdu ħsieb mill-għatba 'l ġewwa, jibdew jagħtu kas ukoll l-ambjent mill-għatba 'l barra.", "Dan huwa tagħna lkoll, huwa spazju li rridu nieħdu ħsiebu lkoll għaliex għalkemm il-bidliet fil- liġi ċertament huma importanti, il-bidla fil-mentalita' u fl-imġiba hija importanti wkoll.", "Anzi din hija importanti aktar għaliex f'pajjiżna sfortunatament jinbidlu l-liġijiet u jidħlu oħrajn ġodda, imbagħad għax ma tinbidelx l-imġiba, l-attitudni u l-mentalita' tagħna, il-liġijiet jibqgħu fuq il-karta u ma jiġux infurzati.", "Għalhekk wieħed jawgura li din il-bidla fil-liġi tkun bidla fil-liġi tassew, issolvi l-problemi ta' ħafna nies li kienu qegħdin jistennew illi jistgħu jibdew ikollhom dawn il-faċilitajiet li s'issa kienu għadhom imċaħħdin minnhom u li bil-mod tagħha din tgħin biex tinbidel il-mentalita' li hemm bżonn tinbidel.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No).", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, allura nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, biex nieħu spunt minn dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Bartolo dwar il-liġijiet u l-imġiba tan-nies, malajr nasal biex ngħid li dawn l-emendi fil-liġi li għandna quddiemna mhumiex se jsolvu l- problemi kollha.", "Ċertament din m'hijiex liġi li bilfors tbiddel l-imġiba tan-nies pero' naħseb li hija liġi li se tagħmilha iktar diffiċli għan-nies illi moħħhom biss fil-piki, moħħhom biss dwar x'jagħmel ħaddieħor u moħħhom biss li jfixxklu l-iżvilupp ta' proprjeta' fil-komun.", "Sal-lum din il-proprjeta' hija rregolata biss mill-Kodiċi Ċivili, li jmur lura għal żmien Napuljun, meta kien sar il-Code Napoleon li huwa bbażat fuq il-liġi Rumana, meta l-idea individwalista dwar il-proprjeta' kienet kollox u meta ma kienx hawn l-iżviluppi li għandna llum anke f'Malta, b'ħafna high- rise buildings u bin-nies joqogħdu f'appartamenti mhux ta' sular jew tnejn imma ta' ħafna sulari.", "Il-mod ta' kif qed tgħix illum in-nies se jġegħelna nilleġislaw - u Alla jħares ma nibnux 'il fuq għax ma nistgħux naffordjaw li nieħdu aktar art mill-kampanja - biex nipprevenu ċerti problemi.", "Jiena ngħid li kważi diġa' qegħdin ftit tard, imma għallinqas għall-iżvilupp li ġej se jkollna qafas ta' liġijiet li veru mhux se jsolvu l-problemi kollha pero' żgur li se jevitaw kemm jista' jkun il-qrati.", "Fil-fatt fil-liġi stess huwa previst li meta jinqalgħu xi kwestjonijiet bejn il-condomini, dawn il-kwestjonijiet jispiċċaw quddiem l-arbitraġġ.", "F'Malta għandna liġi ta' l-arbitraġġ, għandna ċentru ta' l-arbitraġġ u issa hemm bżonn li kważi kważi nisfurzaw lin-nies li jmorru arbitraġġ minflok jimlew il-qorti b'ħafna kwestjonijiet fuq katusi u pipes tad-drenaġġ - kieku joqogħdu jiġġieldu bejniethom għall-gost u għall-pjaċir u ma joħolqu inkonvenjent lil ħadd kieku fiha u ma fihiex – u jaqilgħu ħafna ġlied bla sens.", "M'inix nitfa' lil kulħadd f'keffa waħda għax jien naf b'assoċjazzjonijiet ta' sidien ta' partijiet komuni f'xi kumpless li jimxu dejjem tajjeb flimkien, pero' ħafna drabi jkun hemm dak il-wieħed li jkun jidhirlu li m'għandux joħroġ sehmu u minn fuq jippretendi li jieħu l- benefiċċji tal-condominium mingħajr ma jerfa' wkoll il-piż tiegħu f'dak li hu ħlas għall-bidillu jew ħlas għall-porter jew ħlas għal xi ameljoramenti oħra li jistgħu jsiru.", "Kien għalhekk li l-gvern preċedenti kien iddeċieda li jagħmel il-liġi tal-condominia, pero' jirriżulta li dik il-liġi kellha xi difetti, uħud minnhom serji.", "Ma rridx niftiehem ħażin u ma qed nagħti tort lil ħadd.", "Ħafna drabi meta tidħol f'kamp ġdid tal-liġi, id-difetti tibda tarahom wara li tkun għaddiet il-liġi mill-parlament.", "Hekk ġara fuq din il-liġi f'Diċembru ta' l-1997.", "L-ewwel difett, kif spjegajt fl-introduzzjoni li għamilt kien fid- definizzjoni ta' \"condominium\".", "Taħt \"condominium\" konna se ninkludu postijiet li qatt ma kienet l-intenzjoni tagħna li ninkluduhom taħt dan it- terminu.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien ma sar l-ebda kumment iktar milli fil-fatt diġa' għandna fil-liġi nnifsha.", "Naturalment fl-istadju ta' kumitat kwalunkwe emenda li tkun raġonevoli tiġi aċċettata min-naħa tal- gvern.", "Dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru jagħtini gost għax nista' ninnota li jidher li hawn qbil dwar dawn l-emendi.", "Anke l-mod kif tmexxa dan id- dibattitu juri li kulħadd jixtieq li jagħmel il-liġi aħjar milli fil-fatt hi, liġi li kif għedt diġa' ma setgħetx tidħol fis-seħħ proprju għax il- gvern preċedenti induna - u anke dan il-gvern induna - li kien fiha ċerti difetti.", "Pero' ladarba emendajniha, aħna ma ridniex nillimitaw l-emendi tagħna għal dik il-parti tad-definizzjoni biss u wessajna kemmxejn l-iskop.", "Sur President, biex inwieġeb għall-punt li qajjem l-Onor.", "Bartolo fl-aħħar intervent tiegħu, irrid ngħid li fejn jidħlu appartamenti privati l-aħjar ħaġa li nagħmlu hi li nirriferu għal artiklu 8 tal-liġi ta' l-1997, liema liġi baqgħet ma daħletx fis-seħħ.", "Bil-liġi ta' l-1997, daħlet l-idea li jekk ikun hemm deċiżjoni ta' żewġ terzi tas-sidien ta' l-appartamenti li jiddeċiedu li jiġi stallat lift, dak il-lift jiġi stallat.", "Terġa' kien hemm il-komplikazzjoni fil-liġi ta' l-1997 li jekk condominium kien jeżisti qabel l-1995 – ma ninsewx li f'dik is-sena kien ġie ddekretat li l-kirjiet kollha ta' wara l-1995 ma jaqgħux aktar taħt il-liġi tal-kontroll tal-kera – u jekk xi unit minnhom kien soġġett għall-kirja, f'dak il-każ dawn ir- regoli ta' stallazzjoni ta' lift ma japplikawx.", "B'hekk konna se neskludu partita sew ta' condominia u kważi kważi konna se nibqgħu fl-istess pożizzjoni.", "Jiġifieri konna nkunu qed nagħmlu pass 'il quddiem kieku l- liġi ta' l-1997 daħħalniha fis-seħħ minnufih, imma kien se jkun hemm ħafna pockets ta' condominia fejn għal ċerti condominia kienet tapplika r-regola taż-żewġ terzi biex tistalla lift, u għal condominia oħrajn ma kenitx se tkun tapplika din l-istess regola.", "Issa b'din l-emenda li qegħdin nipproponu se nsolvu l-problema, Sur President, għax hawnhekk qegħdin ngħidu li limitatament għall-ameljoramenti li għandhom x'jaqsmu ma' faċilita' ta' mobilita' - u allura m'aħniex nirriferu biss għal-lifts imma anke għal dawk is-siġġijiet li jitilgħu mat- turġien li bħalma qal l-Onor.", "Bartolo jintużaw anke minn anzjani - lanqas żewġ terzi m'għandek bżonn.", "Wieħed waħdu, anke f'condominium privat, dan ix- xogħol jista' jagħmlu basta jħallas għalih minn butu.", "Jekk imbagħad il- condomini l-oħra sussegwentement ikunu jridu jipparteċipaw fil-qsim ta' dawk l-ispejjeż, jistgħu jagħmlu hekk ukoll.", "Issa l-Onor.", "Anglu Farrugia qajjem il-problema li jekk l-ispejjeż tal-lift ikun ħariġhom \"A\", imbagħad jitfaċċa \"B\", dan ta' l-aħħar kemm se jħallas?", "Jekk qegħdin tmienja, allura kulħadd se jħallas one-eighth.", "Iħallsu skond in-numru li jkunu, u jekk jiżdiedu aktar, jibagħtulhom il-kont u kulħadd iħallas sehmu.", "Mela se jkun hemm iċ-ċans li anke jekk xi ħadd ikun għamel xogħol komuni a spejjeż tiegħu, dan m'għandux bżonn tal-kunsens ta' l- oħrajn.", "L-oħrajn jistgħu sussegwentement jipparteċipaw, ħlief jekk ikun hemm preġudizzju serju li jrid ikun serju tassew.", "Mela m'hemmx aktar il- veto imma jrid jiġi ppruvat li tabilħaqq ikun hemm preġudizzju serju.", "Kif inhi l-liġi issa, lanqas għandek bżonn il-kunsens unanimu imma biżżejjed il- kunsens ta' żewġ terzi.", "Il-punt dwar x'jiġri fil-każ li ma jkunx hemm preġudizzju serju tqajjem ukoll f'dan id-dibattitu.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-liġi se tiġi aħjar milli kienet fl-1997, mela aħseb u ara kemm se tiġi aħjar milli kif inhi s- sitwazzjoni llum, li għadha rregolata speċifikament mill-Kodiċi Ċivili!.", "Jekk ma jkunx hemm preġudizzju serju lanqas żewġ terzi m'għandek bżonn.", "Inti tista' tagħmel dan a spejjeż tiegħek u x-xogħol ikun jista' jsir.", "L- unika ħaġa li rridu naraw hi li meta jkun hemm preġudizzju verament serju x'tip ta' maġġoranza għandek bżonn, żewġ terzi jew unanimita'.", "U qed ngħid dan għaliex fil-liġi oriġinali hemm li għandek bżonn l-unanimita' meta t- tibdil ikun jolqot b'mod sostanzjali l-użu jew it-tgawdija ta' xi parti komuni, pero' rigward il-lifts - u meta qed ngħid lifts qed nifhem kwalunkwe apparat illi għandu x'jaqsam mal-faċilitazzjoni tal-mobilita' - nistgħu nagħmlu regola speċjali.", "Nittama li din il-liġi tnaqqas ftit minn dawk l-ideat individwalisti li għad għandna tal-proprjeta'.", "Jiena nemmen li dan se jsir għax il-liġi se tgħid ċar u tond x'inhuma d-drittijiet ta' kulħadd.", "Per eżempju, aħna s'issa tkellimna fuq il-lifts għax hija l-iktar ħaġa li tolqot lin-nies, pero' min jaf kemm-il kawża ssir dwar ta' min tabilħaqq hija l-art u ta' min huwa s-saqaf ta' l-appartament ta' taħt.", "Hawnhekk qed ngħidu illi dan huwa nofs ta' wieħed u nofs ta' l-ieħor, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet oħrajn fil-kuntratt.", "It-tieni ħaġa li staqsa dwarha l-Onor.", "Bartolo hija jekk bil-kelma \"lifts\" aħniex nifhmu lifts biss.", "Ir-risposta hija: Le.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn il-liġi oriġinali, f'artiklu 8 hemm li l-condomini jistgħu jipprovdu, permezz tal-vot ta' żewġ terzi, għal għemil ta' tibdil jew tiġdid fil- partijiet.", "Jiġifieri mhux sempliċement ikun proġett ġdid, xi ħaġa ġdida illi se tagħmel fil-blokk ta' l-appartamenti, imma anke xi ħaġa li teżisti diġa', tħassret jew qdiemet u se tinbidel jew tiġi rrinnovata.", "Mela hawn wieħed jifhem tibdil jew tiġdid mhux dwar l-oġġett innifsu imma li wieħed jirrendih iktar komdu jew għat-tgawdija aħjar tal-partijiet komuni.", "Imbagħad hemm lista ta' eżempji li m'hijiex exhaustive imma hija indikattiva u mhux tassattiva.", "Fil-fatt artiklu 8 jgħid hekk:", "\"Minkejja l-ġeneralita' tas-subartiklu ta' qabel, għandhom jitqiesu bħala tibdil jew tiġdid dawn li ġejjin...\",", "u hawnhekk jagħtik lista.", "Imma din il-lista ma jfissirx li tinkludi kollox – fejn naf, li tiftaħ id-drenaġġ m'huwiex ukoll tibdil? – iżda dawn li se nsemmi huma żguri.", "Dawn jinkludu it-twessigħ tal-bieb tad-dħul komuni, l- istallazzjoni ta' lift, l-istallazzjoni ta' sistema ta' hall porter u l- bdil ta' bitħa fi ġnien jew fi spazju ta' pparkjar intern.", "Dawn huma erba' eżempji li jitqiesu mil-leġislatur bħala tibdil jew tiġdid u li għalihom għandek bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi.", "U x'inhuma l-partijiet komuni?", "Il-partijiet komuni ta' condominium huma dawn li ġejjin: l-art, il- pedamenti, il-ħitan ta' barra, il-ħitan li huma diviżorji komuni, is-soqfa, ix-shafts, it-taraġ, il-bibien ta' dħul komuni, intrati, trombi tat-taraġ, btieħi, ġonna, l-arja li tiġi fuq il-proprjeta' tal-condominium u b'mod ġenerali kull parti oħra tal-proprjeta' li għandha l-għan li tintuża b'mod komuni.", "Mela dawk kollha huma l-partijiet komuni li issa aħna qed ngħidu li se jiġu rregolati b'din il-liġi u għal uħud minnhom lanqas għandek bżonn il- kunsens ta' ħaddieħor.", "Għall-affarijiet l-oħra għandek bżonn il-kunsens ta' żewġ terzi.", "Affarijiet ħafna iktar serji bħal per eżempju kwestjonijiet li jippreġudikaw l-istabilita' jew is-sigurezza tal-bini nnifsu, hemmhekk ikollok bżonn il-kunsens unanimu.", "Mela l-famuż veto li qabel kellu kulmin kellu appartament, veto li kien japplika jekk jinbidlux is-soqfa jew il- katusi ta' l-ilma, issa dan ġie ristrett biss għal dawk il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu jew ma' l-estetika u d-dehra tal-condiminium jew ma' affarijiet li jippreġudikaw l-istabilita' jew is-sigurezza tal-bini.", "Partijiet komuni oħra huma dawk li jridu jintużaw bħala intrata jew bħala kamra tal-ħasil komuni, common washroom, u l-partijiet li jintużaw bħala porter's lodge jew għat-tagħmir tas-central heating.", "Jiġifieri hawnhekk għandna msemmija d-dwal, il-bjar, it-tankijiet ta' l-ilma, l-akwedotti, id- drenaġġ - għax l-Onor.", "Bartolo semma wkoll dan il-punt - u l-istallazzjoni ta' l-ilma, gass, elettriku u central heating, fejn jeżisti s-central heating.", "Sur President, ikolli nistqarr li ħadt gost b'dan id-dibattitu għaliex naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra wrew kemm jixtiequ li din il-liġi tidħol fis-seħħ.", "Ngħid ukoll li ilhom iċempluli nies u jgħiduli kemm huma fuq ix- xwiek biex din il-liġi jarawha tidħol fis-seħħ peress li tolqothom fil- laħam il-ħaj.", "Kemm smajt stejjer koroh dwar piki bla sens għaliex ħafna nies jimpikaw u jaħsbu li għandhom xi problema ta' l-aħħar tad-dinja, imbagħad wara jistenbah u jinduna li jkun ħoloq diversi problemi bla bżonn.", "Għalhekk nittama li se nuru kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Fl-aħħar mill- aħħar in-nies se tattwa u twettaq il-provvedimenti ta' din il-liġi, u nemmen illi din il-liġi se tagħmel differenza.", "Xejn xejn il-fatt li n-nies li ser tibda tmur l-arbitraġġ u mhux bilfors il-qorti fi kwestjonijiet bħal dawn diġa' huwa pass 'il quddiem, aħseb u ara meta affarijiet li qabel kienu jkunu ta' kontroversja u ħadd ma jaf kif kienu se jkunu solvuti, issa aħna qegħdin nuru triq kif dan jista' jsir.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi imsejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Condiminia, Kap. 398\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet. nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Condiminia, Kap. 398\", jintbagħat quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Condiminia, Kap. 398\", jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet. nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta, 20 ta' Marzu 2001, fis-6:00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar ir-ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Użu, Ħażna, Produzzjoni u Trasferiment ta' Mini ta' Kontra l-Persunal u d- Distruzzjoni tagħhom.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, nixtieq li l-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi f'dan l-aġġornament nużah biex ma nħallix għaddejjin ir-rimarki psataż u irresponsabbli li saru f'din il-Kamra, nhar il-Erbgħa, 7 ta' Marzu, minn frontbencher ta' dan il-gvern, li huwa fdat bil-qasam tant importanti ta' l-anzjani.", "Qed nirriferi għall-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, segretarju parlamentari fi ħdan il-ministeru għall-politika soċjali.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici jmessu jistħi li minflok ma uża l-ħin tiegħu biex jindaga iktar fuq dak li qegħdin jgħidu l-familjari tar-residenti fid-dar ta' l-anzjani San Vinċenz de Paule, ġie hawnhekk jattakka personalment u jitkaża.", "Mhux hekk biss, imma ġie jhedded u jintimida kemm lill-ħaddiema t'hemmhekk kif ukoll lill-qraba ta' dawn l-anzjani.", "Huwa uża l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna biex abbuża mill-poter li fdah bih il-poplu.", "Dan m'hu xejn ħlief intervent b'xamma sħiħa ta' gvern li huwa dittatorjali u mhux ta' gvern demokratiku li hu fdat bil-fiduċja tal-poplu biex imexxi.", "Is-segretarju parlamentari għoġbu jaqa' fil-baxx.", "Jien m'iniex beħsiebni ninżel fil-livell tiegħu imma se nkompli noħroġlu l-fatti ħalli mbagħad jekk għandu ftit diċenza jipprova jindaga u mhux jiġi hawnhekk jintimida, jhedded u jattakka personalment.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici ħa għalih dwar artiklu li jien ktibt.", "F'dan l- artiklu jien ma vvintajt xejn minn żniedi.", "Fil-fatt jien bnejt dan l- artiklu mibni fuq fatti li tkellmu dwarhom miegħi numru kbir ta' familjari li għandhom anzjani tagħhom residenti f'St. Vincent de Paule.", "Dawn esprimew ix-xewqat tagħhom dwar affarijiet li qegħdin idejqu mhux biss lilhom imma anke lil qrabathom anzjani residenti hemmhekk.", "Is-segretarju parlamentari ħa għalih għax jien ktibt artiklu li fih mhux biss ressaqt ix- xewqat tal-familjari ta' dawn l-anzjani, imma kont oġġettiva tant li fejn kien hemm ipunti pożittivi għedthom ukoll.", "F'dan l-artiklu li deher fis-6 ta' Marzu fil-ġurnal \"l-orizzont\" kien hemm biss biss erba' affarijiet li huma pożittivi, imma mbagħad naturalment semmejt ukoll l-affarijiet li huma negattivi u li hemm bżonn li tittieħed azzjoni dwarhom.", "Tant kont kostruttiva li mhux biss ikkritikajt u wassalt il-vuċi tan-nies, kif għandi dover li nagħmel bħala rappreżentant tal-poplu, imma wkoll tajt suġġerimenti dwar x'jista' jsir.", "Irrid ngħid li wħud mis-suġġerimenti li għamilt kienu frott ta' konsultazzjoni li kelli ma' għadd kbir ta' familjari li tkellmu miegħi u ressqu l-ilmenti u d-diffikultajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom l-anzjani li jiġu minnhom.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici ħa għalih għax semmejt dak li qalu l-familjari ta' dawn l-anzjani dwar il-ġrieden li hemm f'ċerti wards.", "Sadanittant fl- istess nifs sar magħruf li dawn jirriżultaw minħabba l-ambjent li fih qiegħed St Vincent de Paule, imdawwar kif inhu bil-ħamrija.", "Irrid insemmi wkoll dak li qal il-Viċi Prim Ministru f'risposta għal mistoqsija parlamentari 24207 li jien għamilt, fejn qal li meta jitfaċċaw il-ġrieden - u hu ma semmiex il-kelma \"ġrieden\" imma qal \"ġurdien\" – m'huwiex il-każ li wieħed joħloq paniku għax il-kwestjoni tal-ġrieden hija xi ħaġa ongoing hemmhekk, u allura trid tinstab soluzzjoni li tkun permanenti u regolari.", "Għal dan li ħa għalih is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici u bl- arroganza kollha ġie hawn jhedded u jintimida lill-ħaddiema u lill- familjari.", "Anzi r-rimarka tiegħu kienet viljakka iktar minn hekk, għax imbagħad beda jqabbel in-nies mal-ġrieden b'żewġ saqajn u hedded bl-ikbar arroganza u prepotenza - qisu xi big daddy - li dawn għad jinqabdu u jinkixfu.", "Peress li tkellem b'dan il-mod, jien se nagħtih ftit fatti ħalli issa jkollu ċans li jaqbad il-ġrieden taż-żewġ saqajn li semma.", "Se nitolbu, per eżempju, jgħidilna x'sar minnha x-xirja laħam li għaliha ntnefqu Lm400 meta qamet il-kwestjoni tal-mad cow disease Ta' min jgħid li din ix-xirja nxtrat bħala prekawzjoni - u hekk kellu jsir u sewwa sar - u wara spiċċat mormija.", "Jien nistaqsih jekk investigax dan il-każ għax jista' jkun li dik ix-xirja spiċċat fil-freezers ta' xi erbgħa minn tal- qalba.", "Nitlob lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħidilna wkoll għaliex id-dar ta' l-anzjani f'Għawdex, li fetaħ hu flimkien mal-ministru għal Għawdex madwar sentejn ilu, għadha vojta u kemm qed jimpala liri fiha l-gvern.", "Nixtieq nitlob ukoll lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jagħtina tagħrif dwar dak li jikkmanda lil kulħadd f'St Vincent de Paule, jiġifieri dak li qabel l- elezzoni ta' l-1996 kien saħansitra jrabbi l-papri fil-ministeru.", "Qed nirriferi għal dak li għandu l-poter li saħansitra jaqbad, imur jixtri l- affarijiet u mbagħad wara jirranġa l-karti kontra proċeduri kollha tal- gvern.", "Nixtieq inkun naf x'qiegħed jagħmel dwar din il-persuna, u qed nagħmillu din il-mistoqsija biex inkun naf jekk hu huwiex qed jaqbadhom il- ġrieden b'żewġ saqajn.", "Nitlob lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħidilna kif intgħażlu r-residenti għas- serenity wards il-ġodda li tant ftaħar bihom, u jekk dawn intgħażlux skond il-kulur politiku tagħhom jew inkella għal xi raġuni oħra.", "Nixtieq inkun naf jekk hux veru li fejn qegħdin jgħixu l-anzjani morda hemmx soqfa jqattru, li wħud minn dawn is-soqfa saħansitra huma kkundannati mill-perit tal-gvern.", "Dan hu li jien u l-poplu nixtiequ nafu.", "Kemm hu assigurat li dawn l-anzjani m'humiex fil-periklu?", "Tajjeb li nkunu nafu anke jekk huwiex veru li fis-swali magħrufa bħala St Francis 15 u 16, hemmx nuqqas ta' kmamar tal-banju.", "Veru li hemm kamra tal-banju waħda li trid tintuża minn 48 pazjent?", "Veru li hemm shower li ilha żmien biex titlesta u li wħud mit-toilets ilhom bil-ħsara żmien twil?", "Għax m'huwiex sew li filwaqt li hemm residenti li qegħdin jgħixu f'ambjent ta' lukanda, imbagħad hemm residenti oħra li qegħdin jgħixu mingħajr il- bżonnijiet bażiċi tagħhom, u dan minkejja li qegħdin iħallsu 60% tal- pensjoni.", "Min jaf kemm il-Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fl- oppożizzjoni, kien għajjar lill-Partit Laburista, biex imbagħad illum dan il-gvern qed jieħu 60% ta' din il-pensjoni hu.", "Jien ma nistax nifhem kif intnefqu madwar Lm11,000 f'arloġġ li twaħħal fuq barra tas-serenity wards il-ġodda, meta mbagħad, kif ikkonferma l-Viċi Prim Ministru, għad hemm swali li lanqas air-conditioning m'għandhom.", "Mela fis- sajf id-dipartiment tas-saħħa joħroġ l-avviżi biex l-anzjani jevitaw is- sħana minħabba xi heatwave, pero` ma ninkwetawx li fir-residenza ta' l- anzjani lanqas air-conditioning ma hemm, u dan minkejja, nerġa' ngħid, li qegħdin nieħdu 60% tal-pensjoni.", "Imma l-aqwa li waħħalna arloġġ fuq barra tas-serenity wards li jiswa madwar ¥11,000 jew ¥12,000!", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jgħidilna wkoll jekk huwiex veru li ħafna mir-residenti huma ddiżgustati bl-ikel.", "Fil-fatt jiddispjaċini ngħid li għalkemm hemmhekk hemm kċina armata sew, b'danakollu l-ikel li qiegħed jasal għand l-anzjani xejn m'hu tajjeb tant li hemm diversi familjari li qed ikollhom jissallbu u jieħdu l-ikel lil qrabathom li huma residenti hemmhekk regolarment.", "Dan ġie kkonfermat ukoll saħansitra mill- mistoqsijiet parlamentari, imma bħas-soltu dan il-gvern, li jiddeletta biex jixxuttja l-blalen f'saqajn ħaddieħor, malajr ġab l-iskuża li xi kultant jinsew jixegħlu t-trolleys biex isaħħnu l-ikel.", "Is-segretarju parlamentari għandu d-dover li jivverifika u jara x'għandu jsir ħalli l-anzjani tagħna, li m'humiex qegħdin hemm b'karita` - fil-fatt uħud minnhom qed jispiċċaw b'¥10, bi ¥15 jew ¥20 biss fil-but f'xahar għax il-kumplament qed tmur għaż- żamma tagħhom f'St Vincent de Paule - ikunu verament qegħdin jgħixu l-aħħar żmien ta' ħajjithom kif suppost.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li ma narax għaliex is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici għandu jindaħal fil-fatt li jien attendejt biss għal parti miċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-serenity wards.", "Nispera li m'huwiex qed jippretendi li nieħu peremss mingħandu biex nattendi għall-impenji politiċi l-oħra tiegħi, apparti ċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-serenity wards!", "Din kienet rimarka vojta u bla sens li żgur ma tixraqx lil min qed jirrappreżenta lill-poplu fil-parlament u lil xi ħadd li huwa fdat bil- fiduċja biex imexxi qasam daqstant importanti.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar l-ikel li qed jiġi servut lill-anzjani morda għax, per eżempju, jiena informata li l-anzjani li għandhom il-kondizzjoni tal-pressjoni għolja qed jiġu servuti pulpetti bil-corned beef jew inkella bit-tonn taż-żejt.", "Fil-fatt dan ġie kkonfermat anke f'mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Viċi Prim Ministru.", "Issa hawn irrid nerġa' ngħid li dawn l-anzjani m'humiex miżmumin f'St Vincent de Paule bil-karita`!", "Issa nixtieq insemmi l-kwestjoni tal-qtates.", "F'St Vincent de Paule hemm wards fejn il-qtates saru residenti daqs l-anzjani!", "Fil-fatt hemm saħansitra min hu pupletku u jkollu jħalli lill-qtates jitilgħulu fuq is- sodda u jorqdu miegħu minħabba li ma jkunx jista' jneħħihom.", "Imbagħad jiġi l-Viċi Prim Ministru u joqgħod fuq informazzjoni li ngħatatlu - għax jien ma naħsibx li dan mar jiċċekkja - li hemm anzjana li għandha qattus pet.", "Hemmhekk mhux qattus pet hemm imma hemm ġenerazzjoni ta' qtates li jgħixu ma' l-anzjani.", "M'hijiex ħaġa ħażina li jkun hemm persuna li jkollha qattus pet, imma m'għandux ikun hemm invażjoni sħiħa ta' qtates f'dan il-ward, tant li joqogħdu saħansitra jitilgħu fuq is-sodod ta' anzjani morda mingħajr ma dawn ikunu jistgħu jneħħuhom minn magħhom.", "Jien ma nistax nifhem x'regola hi din li l-annimali jgħixu mal-bnedmin.", "Fi 42 sena qatt ma smajtha din, anzi dejjem tgħallimt li għalkemm għandek tistma lill- annimali tajjeb, m'għandekx tħallihom wisq qrib anzjani morda jew tfal żgħar.", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa kif, per eżempju, f'daqqa waħda ħarġet staff notice li l-istaff t'hemmhekk ma jistax jieħu leave fit-tul, jiġifieri ma jistgħux ifaddlu ċertu vacation leave għal Lulju u Awissu.", "Imessha saret organizzazzjoni ta' skeda biex min għandu bżonn jieħu xi vacation leave milli jkun faddal, ikun jista' jagħmel dan u b'hekk ikun akkomodat kulħadd.", "Mill-istaff ma nistgħux nippretendu biss is-sagrifiċċji u li jagħmlu xogħolhom kif suppost, imma wieħed irid jieħu ċerti konsiderazzjonijiet billi jkun hemm organizzazzjoni fejn filwaqt li l- istituzzjoni ma tbatix, lanqas il-ħaddiema ma jkollhom għalfejn jiġu mċaħħda milli jkunu jistgħu jieħdu lill-familji tagħhom għal xi holiday.", "Fl-aħħarnett nixtieq nistaqsi lis-segretarju parlamentari x'ried jgħid biha meta semma l-ġrieden b'żewġ saqajn.", "Għaliex in-nursing aides qegħdin jiġu mitluba jmorru bilfors jagħmlu x-xogħol tagħhom fis-serenity wards?", "Li għandu jkun hemm ċerta flessibbilta` nifhmuha għax il-work practices jitolbu ċerta flessibbilta`, partikolarment fil-ġurnata tal-lum, imma li dawn jiġu mhedda li jew imorru jagħmlu xogħol fis-serenity wards jew inkella jirriżenjaw m'hijiex aċċettabbli.", "Kieku għandi iktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħi, kont inkompli nagħti ftit iktar fatti lis-segretarju parlamentari ħalli mbagħad ikollu ħafna iktar x'jagħmel biex ifittex il-ġrieden ta' żewġ saqajn, li huma tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, is-soltu l-ħin ta' l-aġġornament niddedikah għal kwestjonijiet politiċi li jkollhom x'jaqsmu mal-qasam ta' l- intern, pero` llum se nieħu l-ħin li għandi biex inwassal lil dan il- parlament l-ilment tiegħi dwar l-istat u l-kondizzjoni ta' xi toroq li hemm fil-kostitwenza tiegħi, b'mod fir-raħal fejn ngħix, jiġifieri f'Ħaż-Żebbuġ.", "Naf li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qed jagħmel l-almu tiegħu, bħalma għamel dejjem, biex kemm jista' jkun itejjeb il-kwalita` u l-livell tat- toroq ġewwa Ħaż-Żebbuġ, anke ta' toroq sekondarji, li jaqgħu fil-kontroll u fir-responsabbilta` tiegħu, pero` nafu li kemm jista' jkun jagħmel anke pressjoni biex dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-gvern isiru wkoll għax ġustament ir-residenti jilmentaw dwar il-kondizzjonijiet tat-toroq kollha.", "Irridu nammettu li ħafna drabi l-gvern ċentrali jinħass 'il bogħod mill-poplu u għalhekk il-poplu tal-lokal, bir-raġun kollu, idur fuq il-kunsill lokali tiegħu, speċjalment fi kwestjonijiet bħal dawn.", "Il- ħasra hi li l-kunsill lokali mhux dejjem ikun f'pożizzjoni li jaqdi liċ- ċittadini tiegħu minħabba li m'għandux dik l-id eżekuttiva biex iwettaq ċerti xogħlijiet għax dawn ikunu jaqgħu fir-responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "Wieħed mill-pjaċiri tiegħi, b'mod partikolari fil-weekends, hu li meta jkolli l-ħin immur indur ir-raħal.", "Dan nagħmlu kemm bħala eżerċizzju privat u wkoll għax inħoss li dak huwa l-mument adatt biex wieħed jiltaqa' man-nies barra t-triq u anke tkun xhud okulari ta' ċerti nuqqasijiet li jkun hemm fil-lokal.", "Naf li l-problema tat-toroq hija problema nazzjonali u ma tappartjenix biss lil Ħaż-Żebbuġ, imma kulħadd iħokk fejn jieklu, u naturalment, jien bħala rappreżentant tas-seba' distrett u li ngħix ġewwa Ħaż-Żebbuġ, nista' ngħid li fir-raħal tagħna hemm ħafna toroq li mhux biss jeħteġilhom wiċċ tarmac mill-ġdid imma anke li jiġu serviced.", "Ġewwa Ħaż- Żebbuġ hemm diversi areas fejn għadu lanqas biss ingħata l-ewwel wiċċ, u dan minkejja li anke jkunu tħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha mir- residenti tat-toroq.", "Per eżempju, meta nkun qed nagħmel id-door-to-door canvassing, jiddispjaċini meta nara l-kondizzjoni tat-toroq li fihom ikunu kostretti li jgħixu ċerti residenti.", "Tista' timmaġina wara li tagħmel ħalba xita x'diżastru jkun hemm!", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal żewġ toroq partikolari ġewwa Ħaż- Żebbuġ, li huma Triq il-Poeta Nazzjonali u Triq Ġanni Bonnici.", "Dawn iż- żewġ toroq jinsabu fil-qasam residenzjali ta' Ħal Mula fejn inbnew il-flats il-ġodda tal-gvern madwar tlieta jew erba snin ilu.", "L-istat ta' dawn it- toroq jagħmilha diffiċli għar-residenti li jgħixu f'dawn l-appartamenti l- ġodda tal-gvern, mhux biss biex jidħlu bil-karozza imma anke biex jimxu fihom.", "Ta' min jgħid li dawn it-toroq mhux biss huma mħarbta imma huma mimlija terrapien u ħaxix ħażin.", "Ċertament ma jsirx ħażin jekk kultant żmien issir tindifa f'dawn it-toroq għax żgur li m'huwiex ġust li r- residenti jgħixu f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Jien għandi informazzjoni li l- kontribuzzjonijiet ta' dawn it-toroq ilhom li tħallsu mir-residenti.", "Nista' nsemmi toroq oħrajn, bħal Triq Ġdida fi Triq l-Imdina.", "Din hija triq li għandha bżonn l-ewwel surface, u anke f'dan il-każ, ir-residenti ilhom is-snin li ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt għalkemm isem din it-triq huwa Triq Ġdida fi Triq l-Imdina, fil-verita` din hija triq antika.", "Se nsemmi toroq oħrajn li jinsabu fi stat ħażin b'isimhom biex il-ministru konċernat jieħu l-passi meħtieġa.", "Dawn huma Triq Achille Ferris, Triq l-Għeneb, Triq il-Penit, Triq Indri Borg u Triq Ġdida fi Triq Ħal Dwien.", "Meta nisimgħu \"triq ġdida\", ara ma taħsbux li din tkun xi triq li għadha ssir!", "Fil-fatt din tkun ilha hemmhekk snin sħaħ u kulma jkun jonqos ikun li jinbidel isimha, pero` ma tkun ġdida xejn.", "Ġieli diġa' jkunu tbiddlu r-residenti għax wara ħames snin jew għaxra dak li jkun forsi jkun laħaq iddejjaq joqgħod hemmhekk u jmur jgħix x'imkien ieħor.", "Nixtieq nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid dan bi kritika lejn il-Ministru Ċensu Galea.", "Naħseb li huwa piż għal qualsiasi ministru li jerfa' r- responsabbilta` tat-toroq, pero` bħala rappreżentanti ta' dan il-parlament, aħna għandna d-dmir li nwasslu l-ilmenti tar-residenti lill-persuni konċernati.", "Ma nafx kemm-il Lm1 miljun kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea biex jiġu rranġati t-toroq u dawn baqgħu ma ġewx, u għalhekk il-gvern għandu jkun hu li jieħu ħsieb li jirranġa t-toroq.", "Mr. Speaker, li jiddispjaċini hu li f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista fil-kunsilli lokali - u din m'iniex nagħmilha bi kritika lill-ministru konċernat imma lis-sistema - mhux talli l-gvern qed jara li jsiru t-toroq kollha li jaqgħu fir-responsabbilta` tiegħu, imma talli anke qed iħallas parti mill-ispiża ta' xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu purament mal-kunsilli lokali.", "Nistqarr li ma nafx eżattament kif inhi l-proċedura pero` meta m'ilux kont rajt survey ħafif ta' kif jitqassam ix-xogħol, skantajt kif kull fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista fil- kunsilli lokali jkun hemm iktar non-council tasks li jkunu ġew performed mill-gvern.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa unfair għax m'hemmx distribuzzjoni ekwa bejn il-kunsilli lokali fejn hemm maġġoranza Laburista u fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista f'dak li jirrigwarda non-council tasks.", "Huwa ovvju li f'ċerti lokalitajiet fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista tingħata preferenza mill-gvern mhux biss biex isiru t-toroq li l-gvern suppost ilu li għamel għax jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħu, imma anke fejn ir- responsabbilta` taqa fuq il-kunsilli lokali.", "Hawnhekk tinduna b'ċertu favoriżmu.", "Se nitkellem ċar għax jien bniedem li l-partiġjaniżmu jdejjaqni.", "L- assistenza tal-ministru konċernat sibtha anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' Ħaż-Żebbuġ.", "Per eżempju, kien hemm it-tqegħid ta' traffic-lights li nafu li kien ħa interess personali fihom il-ministru konċernat, pero` jeħtieġ li jsir iktar minn hekk.", "Jeħtieġ li tingħata iktar priorita` anke għal dawn it-toroq fejn għad irid isir is-surfacing tagħhom għall-ewwel darba.", "Naturalment qabel isir is-surfacing ikun hemm bżonn jgħaddu s-servizzi.", "F'ċerti toroq li għadni kemm semmejt hemm ċerti residenti li għandhom dawn is-servizzi, imma hemm oħrajn li jinsabu fi stat tal-biki.", "Kultant jiġi bowser bl-ilma għax għad lanqas għandhom komunikazzjoni għalkemm ilhom mibnija snin.", "Qabel ma nagħlaq dan id-diskors nixtieq nitkellem fuq lokal ieħor fejn nikkontesta, jiġifieri Ħal Qormi.", "Lejn tmiem il-ġimgħa l-oħra kelli l- okkażjoni li nagħmel żjara fi Triq il-Ħammieri, li hija estensjoni ta' Triq il-Ħelsien.", "Din it-triq saret traffikuża ħafna in its own right u mhux minħabba li qegħdin isiru x-xogħlijiet ġewwa Mdina Road.", "Din it-triq hija t-triq li meta tkun ġej minn Ħaż-Żebbuġ tikser fuq ix-xellug wara x- showroom tal-KIA u tibqa' nieżla għall-Wied ta' Ħal Qormi.", "Hawn min qiegħed jargumenta li din it-triq saret traffikuża minħabba x-xogħlijiet li qed isiru ġewwa Mdina Road pero` dan m'hu veru xejn.", "Din it-triq saret traffikuża in its own right għax min ikun ġej minn Ħaż-Żebbuġ jew dawk il- Qriema li jkunu jridu jmorru fid-direzzjoni ta' Birkirkara jew fid- direzzjoni ta' Tas-Sliema, huwa ovvju li jkun aħjar għalihom li jgħaddu minn Triq il-Ħelsien u minn Triq il-Ħammieri biex jgħaddu mill-wied u jaqbdu l-bypass ta' l-Imrieħel jew inkella t-triq lejn Tas-Sliema.", "Għalhekk jien niskanta kif din it-triq, minkejja li saret traffikuża, fiha la hemm zebra crossings u lanqas hemm traffic-lights.", "Anzi jien ngħid li minbarra ż-zebra crossing hemm bżonn ukoll li ssir central strip u pellican lights.", "Bħalma l-ministru konċernat dejjem ta attenzjoni xierqa għal dak kollu li ġbidtlu l-attenzjoni għalih, hekk ukoll nispera li jagħmel fir-rigward tat- toroq li semmejtlu għall-ġid tar-residenti li joqogħdu fihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 20 ta' Marzu 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PIXXINA NAZZJONALI", "24163.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn mindu inkriet vettura mill-Pixxina Nazzjonali?", "Min fejn inkriet?", "B'kemm kull jum?", "Saret sejħa għall-offerti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-karozza li nkiret mill-Pixxina Nazzjonali ġiet mikrija mingħand Merlin Car Hire.", "Il-kirja bdiet fit-8 ta' Frar 2001 bil-prezz ta' Lm4.95 kuljum.", "Qabel ma nkriet il-karozza saret sejħa għall-offerti mingħand dawn il-kumpaniji:", "A.L.M Garage Transport Services * Lm5.40", "John's Garage Limited * Lm5.75", "MELI Car Rentals Ltd * Lm8.00", "Merlin Car Hire Ltd * Lm4.95", "* Il-prezzijiet indikati huma eskluż il-VAT.", "BREATHALYSER", "24164.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid matul dawn l-ewwel ġimgħat ta' din is-sena:", "1.", "Kemm twaqqfu sewwieqa u sarilhom test tal-breathalyser?", "2.", "Kemm kienu posittivi?", "3.", "Kien hemm sewwieqa ta' nazzjonalita' barranija?", "4.", "Kemm kien hemm sewwieqa nisa li ġew breathalysed u li instabu posittivi?", "Jista' wkoll jagħti l-figuri għas-sena 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, u din is- sena, sat-28 ta` Frar 2001, kien hemm 122 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t- testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.", "Minn dan in-nru. ta` sewwieqa, 87 irriżultaw pożittivi, kollha kienu rġiel għajr waħda li kienet tas-sess femminil, u li minnhom disa` kienu barranin.", "Kull każ fejn ir-riżultat tat-tieni test ikun pożittiv, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi.", "Dawn kienu kif ġej:-", "| | |Nru. ta` |Nru. ta`| | | |testijiet |testijie| | | |li : |t li | | | | |rriżulta| | | |Maltin |w | | | |Barranin |pożittiv| | | | | | | | | |Irġiel | | | | |Nisa | |2000 |Jannar | 10 | 11 | | | |1 |- | | |Frar | 8 | 7 | | | |- |- | | |Marzu | 10 | 9 | | | |- |- | | |April | 5 | 6 | | | |1 |- | | |Mejju | 5 | 5 | | | |1 |- | | |Ġunju | 14 | 10 | | | |- |- | | |Lulju | 5 | 6 | | | |1 |- | | |Awissu | 5 | 5 | | | |3 |1 | | |Settemb| 10 | 4 | | |ru |- |- | | |Ottubru| 12 | 8 | | | |- |- | | |Novembr| 4 | 3 | | |u |1 |- | | |Diċembr| 12 | 7 | | |u |1 |- | |2001 |Jannar | 6 | 3 | | | |- |- | | |Frar | 7 | 2 | | | |- |- | | |Total |122 |87 |", "SPEED CAMERAS", "24165.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex jiġu introdotti l-speed cameras tat-traffiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19982.", "PE", "24166.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi nru.", "23590, jista' jgħid kif se jiġi mgħallem il-PE bħala suġġett akademiku jiġifieri fuq liema linji?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu?", "F'liema klassijiet se jiġi mgħallem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Edukazzjoni Fiżika se tibqa' suġġett core bħal ma kienet s'issa.", "Iżda minn Settembru 2001 se tkun tista' tittieħed ukoll bħala option fil-Form 3 tal-Junior Lyceum u minn Settembru 2002 fil-Form 4 ta' l-Iskola Sekondarja.", "Dan ifisser li l-istudenti li jagħżlu l-EF fil-Junior Lyceum ikollhom ħames lezzjonijiet fil-ġimgħa fil- Forms 3, 4 u 5 u l-istudenti li jagħżlu l-EF fl-Iskola Sekondarja ikollhom sitt lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-Forms 4 u 5.", "L-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett core ħandu l-għan li jsostni l- edukazzjoni 'ħolistika' billi f'kuntest ta' esperjenzi prattiċi edukattivi jgħinu fl-iżvilupp fiżiku, intelletwali u affettiv.", "Il-programm jibni fuq l-iżvilupp ta' movement concepts and skills b'waqtiet ta' riflessjoni u kerattivita`, f'kuntest ta' logħob li jrawwem ħiliet soċjali.", "Il-programm ta' EF fil-primarja u fl-ewwel snin ta' l-edukazzjonij sekondarja għandu wkoll iservi ta' bażi għal dawk l-istudenti li 'l quddiem ikunu jixtiequ japprofondixxu s-suġġett u jeħduh bħala option.", "L-Edukazzjoni Fiżika bħala option se jibqa' fil-qofol tiegħu suġġett prattiku.", "Iżda ikollu wkoll komponent ta' teorija.", "Fih l-istudenti ingħataw esperjenzi u opportunitajiet biex jiżviluppaw, b'mod iktar wiesa' u fond, ħiliet, tagħrif u attitudnijiet pożittivi.", "L-EF bħala option tħejji lill-istudenti biex fl-aħħar tal-Form 5, ikunu jistgħu jersqu biex jieħdu Secondary Education Certificate fis-suġġett.", "Fis-sillabu tas-SEC, u għaldaqstant ta' l-option, fir-rigward tat-taqsima tal-prattika, l-istudent se jkollu jagħżel tlieta minn erba' Areas of Activity, li huma (a) Games (b) Gymanstics and Dance (c) Athletics (d) Swimming.", "F'dawn l-Areas of Activit' l-istudent irid juri ħiliet waqt li l- coursework (portfolio) se jkun xhieda ta' attitudnijiet pożittivi.", "Fit-taqsima tat-teorija, l-istudent se jistudja dwar: (a) Movement and Physical Activity (b) Health-Related-Fitness (c) Sport in Society.", "It- testbook suġġerit huwa Examining Physical Education - K. Bizley.", "Is-Sillabus Panel nominat mill-MATSEC Board ħejja abbozz ta' sillabu għal dawk li jieħdu l-PE option.", "Dan is-sillabu qed issa għand il-MATSEC Board biex ikun dan il-Board jagħmel il-proposti tiegħu qabel mas-sillabu jkun ippublikat.", "Huwa ppjanat li dan ix-xogħol jitlesta fi ftit ġimgħat oħra u għaldaqstant imbagħad inkun nista' nqiegħed kopja tas-sillabu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "QRATI", "24167.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta persuna titkeċċa mill-Qrati Maltin minħabba xi ksur ta' liġi min jħallas għall-passaggi?", "Matul din is-sena s'issa kemm tkeċċew minn pajjiżna?", "Ta' liema nazzjonalita?", "Jekk jħallas il-Gvern Malti, kemm swew il-passaġġi?", "Matul is-sena 2000, x'kienu in-nru. li tkeċċew mill-Qrati Maltin?", "Kemm swew lil Gvern?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Talbiet ghall-estradizzjoni ta` nies isiru lill-Qorti mill-Pulizija.", "Meta tali talbiet jigu akkordati, tkun il-Pulizija stess li tiehu hsieb l-estradizzjoni taghhom.", "Ghaldaqstant nissuggerixxi li din il-mistoqsija tigi ndirizzata lill- Kummissarju tal-Pulizija.", "ANZJANI", "24233.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-ittra annessa jfisser li l-impjegata issa ġiet aġġornata fil-lista ta' l-anzjanita' u qed tirkupra s-snin li tilfet s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa għaddejja korrispondenza mall- Public Service Commission u l-Management and Personnel Office dwar l-ittra u d-data tal-ħatra tal-persuna indikata bħala Kindergarten Assistant.", "Sa issa, risposta finali għadha ma waslitx.", "IL-MARDA TA' L-ILSIEN U D-DWIEFER", "24365.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji ta' gwida lill-koperattivi tar-raħħala dwar prekawzjonijiet li jeħtieġu li jieħdu fuq l-irziezet tagħhom sabiex jsiru kontroll aktar street għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ- ċirkulari, li kienet diġa tqassmet qabel ma' l-Onor.", "Interpellant għamel id- domanda tiegħu.", "IL-MARDA TA' L-ILSIEN U D-DWIEFER", "24366.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji gwida lir-raħħala li għandhom il-merħliet tal-mgħoż u n-ngħaġ sabiex jassiguraw li jittieħdu l- prekawzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d- dwiefer?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida għar-raħħala għal dan il- pjan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 24365.", "IL-MARDA TA' L-ILSIEN U D-DWIEFER", "24367.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jinħarġu u jingħataw linji gwida lill- kooperattiva u l-produtturi tal-majjal sabiex jassiguraw li jieħdu l-passi u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l- ilsien u d-dwiefer?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida li se jinħarġu biex tkun assigurata din il-prevenzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Nru. 24365.", "MEDIĊINI - IMPORTAZZJONI", "24381.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi?", "U jekk iva, jista' jgħid 'il għaliex xi ditti Maltin li joperaw fil-parallel importation ma jistgħux jimpurtaw l-istess mediċini minn wholesalers Ingliżi?", "Jista' jgħid b'liema ċertifikati d- Dipartiment qiegħed jagħmel dawn l-importazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkonferma li qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi, kif ukoll dirett mingħand il-manifatturi f'dawk il-każijiet elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Nru: 24222.", "Ir-regoli maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jeżiġu li biex jiġu mportati l- mediċini ir-Responsible Qualified Person ta' l-Importatur lokali jrid ikollu Certificate of Pharmaceutical Product validu kif ukoll Certificate of Analysis relatat mal-batch no. speċifiku ta' kull konsenja mportata.", "Il- Parallel Importers ta' Malta jistgħu jimpurtaw l-istess mediċini minn wholesalers Ingliżi la darba jkollhom iċ-ċertifikati li ssemmew aktar 'il fuq.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa fuq awtorizazzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jimporta mediċini kif ġa spjegat f'mistoqsija parlamentari nru.", "24222, fuq il-bażi ta' ftehim speċifiku mar - Responsible Qualified Person tal-wholesaler jew tal-manifattur liema ftehim jobbliga li din il-persuna li timxi skond id-dikjarazzjonijiet Formoli A u B, li qed jitpoġġew fuq il- mejda tal-Kamra.", "PRESCRIBED FUND", "24382.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid b'referenza għall-miżuri leġislattivi dwar l-introduzzjoni ta' withholding tax fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv billi l-Ministru qal fil-parlament li il-provizjonijiet il-ġodda tal-liġi ġew fis-seħħ mill 01.03.2001, il-Gvern biħsiebu:", "- jagħti definizzjoni ċara u leġali ta' x'jemmen b'prescribed fund?", "- joħroġ ir-regoli li jiddeterminaw kif ser tiġi deċiża ir-rata speċifika tal-applikazzjoni tal-withholding tax li tvarja bejn 10-15%?", "ONOR JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-regolamenti dwar il-mod kif se tkun applikata l-Withholding Tax fuq skemi ta' investiment kollettiv ġew ippublikati f'avviż legali fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta' Marzu 2001.", "KONTIJIET PENDENTI - ACCRUALS", "24383.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma il-kontestazzjonijiet li hemm dwar il-kontijiet pendenti f'forma ta' accruals li għandhom l-istess ministeru tal-finanzi, id-dipartiment tat-taxxi interni flimkien mad-dipartiment tat-turiżmu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-diffikultajiet dwar il-kontijiet pendenti f'forma ta' accruals li kellu d-Dipartiment tat- Taxxi Interni ġew iċċarati u għalhekk ma għadhomx ikkontestati.", "Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, l-accruals ikkontestati huma kontijiet li m'għandhomx iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - KONTIJIET IKKONTESTATI", "24384.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dipartiment tat-toroq li huma ikkontestati?", "X'inhuma ir-raġunijiet għal dawn id-disput?", "Kemm imorru lura fis-snin dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23261 f'seduta 510.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - KONTIJIET IKKONTESTATI", "24385.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dipartiment tat-toroq li huma ikkontestati?", "X'inhuma ir-raġunijiet għal dawn id-disput?", "Kemm imorru lura fis-snin dawn il-kontijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li d-Dipartiment għandu madwar 35 claim fuq kuntratti li tlestew bejn 1993 u issa li baqa' biex jiġu issetiljati.", "Il-claims essenzjalment ikopru diverġenzi bejn il-kontijiet ippreparti mid-Dipartiment meta imqabbla ma' dawk ippreparti mid-ditti li kellhom il-kuntratti.", "DIVIZJONI TAS-SAĦĦA", "24386.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown tal-kontijiet fl-idejn tal-infieq rikurrenti u dak kapitali marbutin mad-divizjoni tas-saħħa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23261 f'seduta 510.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "24387.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l- Ministru li l-ammont totali pendenti għall-Ministeru għall-Għawdex għas- sena 2000 f'dawk li huma kontijiet fl-idejn u kontijiet li ma daħħlux ilaħħqu b'kollox Lm 450,200 u mhux Lm 252, 181 kif intqal fil-Parlament.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nikkonferma li l-ammont totali meta jingħaddu ċ-ċifri mogħtija għall-Ministeru għal Għawdex fir-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "23261 f'seduta 510 ilaħħaq Lm450,200.", "GWARDJANI LOKALI", "24391.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill- gwardjani lokali fil-Belt Victoria minn mindu bdew joperaw sa l-aħħar ta' Frar li għadda?", "Kemm minn dawn kienu dwar kontravenzjonijiet ta'", "1) Parking", "2) Dħaħen u emissjonijiet oħra minn silencers ta' vetturi", "3) Storbju ikkaġunat minn silencers difettużi jew miksura", "4) Nuqqas ta' lbies ta' seat belts", "5) Tfiħ ta' ħmieġ jew skart barra", "6) Ħruġ ta' skart domestiku ħafna qabel ma dan jinġabar", "7) Ksur ieħor ta' regolamenti", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamru l-informazzjoni mitluba.", "MONTE CARMELI - REFURBISHMENT", "24392.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn 1997 - 2000 (sena b'sena) kemm kienet l-ispiża (sena b'sena) X'inhuma l- pjani għall-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "M'SCALA - TRIQ L-IKĦAL - BANKINI", "24393.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li Triq l-Ikħal f'M'Scala tingħata t-tarmac u li jsiru bankini diċenti minħabba li tinsab fi stat tal-biki?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li x-xogħol għall-asfaltar ta' Triq l- Ikħal ma' jistax isir bħalissa għaliex din it-triq mhix inkluża fil- programm ta' priroritajiet li tfassal mall-Kunsill Lokali għall-asfaltar ta' għaxar toroq f'dan il-lokal.", "MARSAXLOKK - ĠIBJUN", "24394.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-ġibjun f'tas-Silġ limiti ta' Marsaxlokk mhux qed ikollu ilma sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa ta' dik iz-zona?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat mill-uffiċjal responsabbli illi l- ġibjun f'tas-Silġ ġie fornut bl-ilma minn nhar it-Tnejn 12 ta' Marzu, 2001.", "M'SCALA - SPEZZJONIJIET", "24395.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fi Triq il-Riġnu, M'Scala u x'irriżulta minnhom?", "Kemm hemm postijiet f'din it-triq u f'kemm-il post saret spezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fi Triq ir-Riġnu M'Scala hemm għoxrin Maisonette u saru għoxrin spezzjoni.", "Minn dawn l-ispezzjonijiet kien hemm disgħa benefiċjarji li ma kienux preżeenti u ser terġa ssirilhom spezzjoni oħra.", "Minn ħdax-il spezzjoni l-oħra għaxra minnhom huma okkupati u wieħed ġie traferit lill-terzi.", "GĦAWDEX - QORTI", "24396.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "24251?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Is-Servizz imsemmi ma kienx qed jingħata għax kien hemm ħsarat fuq il-photocopiers.", "Dan is-servizz issa reġa beda jingħata.", "Ma jirriżultax li hemm microphones u siġġijiet imkissra.", "QRATI - INKJESTI", "24397.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta rċieva kull maġistrat fis- snin 1997, 1998, 1999 u 2000 u kemm minn dawn ġew magħluqa?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm differita għas-sentenza quddiem kull maġistrat kemm ċivil kif ukoll kriminal, u kemm ilhom pendenti għas- sentenza?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar nissuggerixxi li din ir-risposta tinghata f`seduta futura.", "SVPR", "24398.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jispjega kif Ħas-Serħ kien hemm finanzi bizzejjed sabiex jinxtara arloġġ għas-somma ta' madwar elf u ħames mitt lira meta ma kienx hemm madwar elf lira biex jinxtara air conditioner tant bzonnjuż fis-sala Rużar Briffa?", "X'inhi r-raġuni għal din il-malamministrazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- Ministru kkonċernat.", "DEUTSCHE WELLE - UŻU TA' PROPJETA", "24399.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk ingħatax xi permess lil xi ħadd biex jagħmel użu minn partijiet tal-bini u propjeta li qabel kienu tad-Deutsche Welle f'Delimara?", "Jafx li fil-fatt hemm xi nies li qegħdin jagħmlu użu minn dan il-post?", "Jista' jgħid x'titlu għandhom dawn in-nies?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet marbutin ma' dan it-titlu jekk jeżisti?", "Ħarġet xi sejħa għal-tenders għal dan it-titolu?", "Jekk iva, meta?", "Jekk le, kif ittieħed possess ta' din il-propjeta?", "Jekk jirriżulta fin-negattiv, x'passi se jieħu biex min qiegħed jabbuża ma jkomplix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22203.", "ENVIRONMENT MONITORING BOARD", "24400.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-Environment Monitoring Board?", "Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-board?", "Jista' jgħid x'tip rimunerazzjoni (ħlas) jieħdu kull wieħed min dawn il-membri?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ħadd mill-membri li diġa jieħu xi ħlas ieħor minn konsulenzi, bordijiet, ħatriet eċċ magħmula mill-Gvern?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-Terms of Reference tal-Environment Monitoring Board huma li jfassal strateġija ċara għall-implimentazzjoni ta' l-infurzar tar-regolamenti li jirrigwardaw l-għasafar, kif ukoll li jipproponi strateġija għall-infurzar ta' kuljum ta' dawn ir-regolamenti min- naħa tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, il-Pulizija u l-Forzi Armati, u li jsegwi rapporti u lmenti dwar l-infurzar jew in-nuqqas ta' infurzar ta' dawn ir-regolamenti.", "Il-Membri, rimunerazzjoni u dettalji oħra dwar dan il-Bord huma kif ġej:", "ENVIRONMENT MONITORING BOARD", "|Kompożizzj|EMB |Konsule|Ħlas | |oni |ħlas |nzi, |ieħor | | |ta' |eċċ, |mill-is| | |kull |oħra |tess | | |sedut| |Konsule| | |a | |nzi eċċ| | |LM | |LM | |Chairman |11 |Part-Ti|4,520 | |Saviour | |me | | |Balzan | |Adviser| | | | |Ministe| | | | |ru | | | | |għall-A| | | | |mbjent | | |Membri |8 |Part-Ti|2,673 | |Joe | |me | | |Sultana | |Adviser| | | | |Ministe| | | | |ru | | | | |għall-A| | | | |mbjent | | |Asst. |8 |NIL |NIL | |Commission| | | | |er | | | | |Josie | | | | |Brincat | | | | |Major |8 |NIL |NIL | |Emmanuel | | | | |Mallia | | | | |Joe |8 |NIL |NIL | |Buttigieg | | | | |Joe Perici|8 |NIL |NIL | |Calascione| | | | |Raymond |8 |NIL |NIL | |Galea | | | | |Norman |8 |NIL |NIL | |Chetcuti | | | | |Segretarja|8 |NIL |NIL | |Ayfer | | | | |Aquilina | | | |", "IT-TORĊA - RAJT U SMAJT - RAPPORT", "24405.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mill-awtoritajiet dwar rapport li deher fil-ġurnal it-Torċa tal-Ħadd 11 ta' Marzu 2001 f'paġna 7 taħt il-kollona 'Rajt u Smajt' bit-titlu 'Triq l-Imraġġ fl-Imsida'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija kellha xi lmenti dwar parking fil-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant, dejjem ittieħdu l-passi meħtieġa.", "Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet f`din il-lokalita` sabiex kemm jista` jkun tassigura li ma jkunx hemm ksur ta` liġi.", "Dwar l-ilment taż-żebgħa tar-reserved parking, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferih lill-Ministru konċernat.", "WSC - FTEHIM KOLLETTIV", "24406.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-ftehim kollettiv ġdid tal-WSC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-taħdidiet bejn l-union u l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar il-ftehim kollettiv għadhom għaddejjin.", "Naturalment dan jiġi ffirmat hekk kif jintlaħaq qbil fuq il- punti kollha peress li dan huwa kkunsidrat bħala pakkett wieħed.", "DELEGAZZJONI MINISTERJALI", "24407.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet iffirmata d- delegazzjoni ministerjali li dan l-aħħar għamlet żjara ġo Miami?", "Ma min iltaqgħet?", "X'kienu r-riżultati ta' din iż-żjara?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorita Marittima ilha tattendi l-konvenzjoni Seatrade Cruise Shipping, ikkunsidrata bħala l-ikbar u l-iktar konvenzjoni mportanti fil-qasam tal- cruise liners, sa mill-1992 fejn ikun hemm madwar 900 eżibitur u iktar minn 1,000 rappreżentant ta' 90 operatur ta' cruise liners.", "Għal din il-Konvenzjoni nternazzjonali attendiet delegazzjoni Ministerjali ffurmata mill-Ministru responsabbli għat-Trasport u Komunikazzjoni flimkien ma' l-assistent personali tiegħu.", "Jattendu wkoll kien hemm iċ-Chairman ta' l-Awtorita' Marittima, id-Direttur Eżekuttiv tal-Portijiet u d-Deputat tiegħu flimkien ma' l-Marketing Executive ta' l-Awtorita' Marittima.", "Għalkemm ma kienux parti mid-delegazzjoni, irid ngħid li l-mara tiegħi u ta' l-Assistent Personali, ivjaġġjaw miegħi lejn l-Amerika, u mistennija lura fid-19 ta' Marzu.", "Din is-sena l-Awtorita' kkordinat padiljun ta' eżibituri Maltin fejn, flimkien ma' l-Awtorita', ħadu sehem il-Konsorzju VISET u diversi aġenti tal-cruise liners Maltin.", "Fuq l-istand ta' Malta, ġiet imtella' wkoll eżibizzjoni tal-proġett propost tal-bini ta' Cruise Terminal ġdid fil-Belt mill-VISET, li għadu kif ġie approvat mill-Kabinett.", "Id-delegazzjoni Ministerjali ltaqgħet ma' rappreżentanti ta' l-operaturi ta' l-industrija tal-cruise liners internazzjonali, liema laqgħat servew sabiex jiġi kkonsolidat ir-rapport li diġa' jeżisti bejnhom u bejn l- Awtorita' Marittima ta' Malta.", "Aktar minn hekk ittieħdet l-opportunita' sabiex jiġi spjegat lil dawn l-operaturi l-iżvilupp infrastrutturali u organizzattiv fil-qasam tal-cruise liners u ferries li ser iseħħ fis-snin li ġejjin.", "Id-delegazzjoni kellha wkoll l-opportunita' li tiltaqa' ma' rappreżentanti ta' operaturi portwarji kif ukoll ażjendi li jieħdu ħsieb is-sigurta' u li jipprovdu diversi servizzi oħra fil-portijiet.", "FORZI ARMATI - REQUIREMENT FOR PROMOTIONS", "24408.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-requirement for promotions li qed jintalbu bħalissa għall-bumbardiera u staff sergeants japplikawx għat-tliet reġimenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-tweġiba hija fl-affermattiv.", "Iżda ir- Revenue Security Corps huma eżentati mill-ħtieġa li jkollhom ċerti gradi fis-snajjà (trades) li huma applikabbli għall-membri l-oħra ta' l-Armata.", "REQUIREMENT FOR PROMOTIONS", "24409.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'requirement for promotions irid ikollu lance bumbardier għal bumbardier fil-Forzi Armati ta' Malta?", "Jista' jgħid wkoll x'requirements for promotion irid ikollu xi ħadd biex minn surgent jilħaq għal sargeant?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-kwalifiki meħtieġa għall- promozzjoni minn Lance Bombardier għall-Bombardier fl-Armata huma ta' Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni ta' l-Armata Klassi III (ACE III) u livell ta' sengħa ta' B II jew A II.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nassumi li l-informazzjoni mitluba hija dwar il-kwalifiki għall-promozzjoni min Sergeant għal Staff Sergeant.", "F'dan il-każ dan jeħtieġ Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni ta' l-Armata Klassi II kif ukoll livell ta' sengħa A I jew B I.", "BORMLA - BINI", "24410.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li bini tal-Gvern li qed jinbena fi Triq St John kantuniera ma St Frances Street, Bormla twaqqaf?", "Jista' jgħid wkoll xi drittijiet għandha l-familja li ġratilha ħsara fid- dar tagħha meta kien qed isir it-tħaffir tal-pedamenti ma' l-appoġġ ta' din id-dar u minħabba x-xogħol li qed isir ma' l-istess dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- raġuni li x-xogħol fuq dan il-proġett waqaf għax il-kuntrattur kien qiegħed jagħmel xogħol ħażin.", "Għal din ir-raġuni il-kuntratt ġie terminat u sejħa ġdida ħierġa fil-futur immedjat.", "Ma jirriżulta li sar ebda rapport lid-Dipartiment dwar hsara kawżata mix- xogħolijiet tat-twaqqiegħ.", "Għalhekk qiegħed nirreferi l-każ lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.", "COTTONERA", "24411.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmana x'xogħol tlesta s'issa fil-proġett tal-Cottonera u fuq liema parti qed isir ix-xogħol preżentament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Cottonera Waterfront Group s'issa sar ix-xogħol fuq it-twaqqiegħ tar-Royal Navy Cooperage Stores ħdejn il-menqa, il-blokk magħruf bħala Starkey Building u l-bini illi kien jintuża bħala store mill-Maltacom.", "Twaqqa' wkoll il-pont illi kien jagħti minn Triq il-Ħabs l-Antik għall-Forti ta' Sant'Anġlu peress illi dan kien ikkunsidrat bħala accretion b'impatt negattiv fuq monument storiku.", "Bħalissa qed isiru xogħlijiet ta' tħejjija biex jinbeda l- bini tal-parti tal-proġett ta' madwar il-menqa u fil-parti magħrufa bħala 't-Toqba' (naħa tal-Kalkara) u nbdew ukoll diversi xogħlijiet ta' tindif u restawr fuq Caraffa Stores u ġewwa s-Sea Gate Vaults.", "Min-naħa tal-Port Cottonera Consortium saru xogħlijiet ta' tindif fil-bini magħruf bħala Scamp's Palace, tneħħew l-accretion li kienu fuq il-bejt u qed isiru wkoll xogħlijiet ta' restawr strutturali fuq dan l-istess bini.", "Qed isir ukoll xogħol ta' tħejjija biex jinbeda l-bini tal-lukanda fis-sit ta' fejn kien jinstab il-White Building illi kien ġie mwaqqa' xi żmien ilu.", "MOLL TA' L-IMĠARR - BARRIERS", "24412.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-barriers temporanji li tpoġġew fuq il-Moll ta' l-Imġarr speċjalment dawk ta' ħdejn ir-rampa tal-vapur fuq in-naħa tax-xellug inti u tiela' fuq il-vapur jiġu rranġati aktar bis-sens peress li qed joħolqu inkonvenjent għall-pubbliku speċjalment għal dawk li jagħmlu użu mis-servizz tat-taxis?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-barriers temporanji li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, m'għandhomx x'jaqsmu max- xogħolijiet li qed isiru bħalissa mill-Awtorita' Marittima fuq il-proġġett ta' l-Mġarr.", "Madankollu, fl-interess tal-pubbliku, l-Awtorita' Marittima qiegħda tiddiskuti mal-Gozo Channel sabiex tara' jekk tistax titjieb is- sitwazzjoni.", "DENUNZJA - MULTA", "24413.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-persuna bin-nru. tar-reġistrazzjoni tal-VAT 1349- 8420 li qatt ma biegħ prodotti agrikoli lil pitkali jew ko-operattivi u qatt ma talab refund, ġiet immultata is-somma ta' Lm 222 għax bagħt id- denunzja tard minħabba f'mard minkejja li oġġezzjona kemm-il darba, s'issa din is-somma baqgħet l-istess?", "Jista' jara li jiġi rimedjat dan il-każ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-każ li irrefera għalih qed jiġi trattat u l-persuna ikkonċernata ser tirċievi risposta fi żmien qasir.", "Ta' min jinnota, iżda, li kontra dak li ntqal fil-mistoqsija parlamentari, matul il-perjodu Jannar 1995 sa' Ġunju 1997, il-persuna ikkonċernata kienet iddikjarat ammont ta' bejgħ u fil-fatt kienet talbet ammont ta' refund ta' VAT lura.", "Ta' min jinnota wkoll li l-persuna ikkonċernata kienet bagħtet id-denunzja tat-taxxa tard bi ħdax-il xahar u għaldaqstant weħlet multa ta' Lm222.", "Dwar dan għamlet żewġ oġġezzjonijiet: l-ewwel oġġezzjoni għamlitha fit-13 ta' Settembru 1999, fejn il-persuna ikkonċernata sostniet li d-Dipartiment ma kienx avżaha li għandha tibgħat id-denunzja tat-taxxa.", "Din l-oġġezzjoni ma ġietx milqugħa mid-Dipartiment.", "It-tieni oġġezzjoni għamlitha fit-3 ta' Diċembru 2000, fejn il-persuna ikkonċernata iddikjarat li ma kienetx bgħatet id-denunzja minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Fil-fatt il-persuna kkonċernata issottomettiet ċertifikat mediku fis-27 ta' Frar 2001 inqas minn ħmistax-il ġurnata ilu.", "IL-MARDA TA' L-ILSIEN U DWIEFER", "24414.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri ta' prevenzjoni u kontroll ittieħdu kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-gzira ta' Għawdex?", "Kemm-il laqgħa saret għall-produtturi tal-majjal, ħalib frisk eċċ sabiex ikun nfurmati dwar dawn il-miżuri u meta saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-misuri rrikmandati lil produtturi/raħħala Maltin ġew ukoll rrikmandati lil dawk Għawdxin.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant suppost li jaf li mhuwiex il-mument li jitlaqqaw il-produtturi/raħħala flimkien minħabba l- miżuri kontra l-marda tal-FMD.", "Pero' nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24365 fejn poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkulari li ntbagħtet lill-produtturi u r- raħħala.", "WSC", "24415.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-WSC dwar il-programm ta' manutenzjoni u użu aħjar tar-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma?", "Jista' fil-fatt jinfurmani x'inhija l-posizzjoni tal-ġibjuni ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma qiegħda tara kif tista' tgħaddi l-użu ta' dawn il- ġibjuni tax-xita f'idejn il-Kunsilli Lokali.", "Fejn japplika, il-Korporazzjoni ser iżżomm id-drittijiet tagħha bħala s-sid ta' dawn l-assi, sabiex ma tippreġudikax l-użu ta' dawn il-ġibjuni 'l quddiem.", "Dan japplika għall-ġibjuni ta' l-ilma tax-xita li waqgħu taħt il- Korporazzjoni in forza tal-Liġi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ta' l-1992.", "THALASSEMIDE - SCREENING", "24419.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta bdew isiru t-testijiet għal Thalassemide bħala screening b'mod sistematiku fuq trabi / tfal Maltin?", "Jista' jagħti nformazzjoni ta' mil-liema etajiet ġew screened u mil-liema le?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-testijiet b'mod regolari għal difetti fid-demm li jinkludu Thalassemia inbdew fl-1990 fuq it-trabi kollha li jitwieldu fl- Isptar San Luqa kif ukoll fuq nisa tqal li jattendu fl-Ante-Natal Clinics.", "Isiru wkoll testijiet fuq tfal u membri tal-familja fejn ikun indikat mill- ispeċjalista ta` l-Isptar San Luqa jew it-tabib tal-familja.", "Għalkemm dan ma jammontax għal servizz ta` screening sistematiku, qed tiġi offruta firxa wiesa` biżżejjed sabiex wieħed ikopri l-ħtiġijiet b'mod komprensiv.", "RELIEF", "24420.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk biex mara separata tkun eliġibbli għar-relief tridx tkun tgħix waħedha?", "Tali persuna tkun intitolata għal-relief anke jekk tkun qed tirċievi manteniment mingħand ir- raġel flimkien ma somma flus lump sum wkoll mingħand ir-raġel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Għajnuna Soċjali titħallas lil kap ta' familja li jissodisfa t-test tal-meżżi kif stabbilit f'Taqsima V tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "L-istess Att jipprovdi li familja tista' tkun komposta minn persuna waħda.", "Mara separata hija eliġibbli għall-Għajnuna Soċjali dment li l-manteniment li hi tirċievi mingħand ir-raġel tagħha flimkien ma xi kapital li jista' jkollha ma jaqbiżx l-imsemmi test tal-meżżi.", "Fl-eżempju li qiegħed iġib l- Onor. Interpellant il-limitu ta' riżorsi kapitali huma ta' Lm4000.", "FACILITATOR", "24421.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jerġa jintbagħt il-faciltator lit-tifel li l- partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija?", "Peress li bl-għajnuna tal-facilitator kien qiegħed jagħmel progress, jista' l- Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata u jiġu infurmati bl-aħħar zvillupi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifel konċernat ma kienx intitolat għal facilitator.", "Dan peress li l-każ tiegħu ma kienx tressaq lill- iStatementing Board, meta l-Kap ta' l-iskola assenjatlu minn rajha, Kindergarten Assistant libera li kellha fl-iskola.", "Meta fil-fatt sar l- iStatementing tat-tifel irriżulta li ma kienx jirrikjedi facilitator u l- Kindergarten Assistant libera ġiet assenjata każ aktar meritevoli fi skola viċin.", "PENSJONI", "24422.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi riveduta l- pensjoni ta' l-anzjan li joqgħod fl-indirizz li qed jintbagħat separatament liema anzjan kien għadda bord u issa għalaq il-61 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet nfurmata bil-miktub dwar ir-rata tal-pensjoni tas- Sigurta' Soċjali li qiegħda tirċievi.", "HOMEHELP", "24423.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jingħata l-home help lill-anzjana fil-wheelchair li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament peress li għandha bżonn ħafna dan is-servizz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija applikat għas-servizz tal-Home Help f'Diċembru li għadda u wara li sarilha l-assessment, il-Bord approva sagħtejn fil-Ġimgħa.", "Is-servizz ser jingħatalha l-Ġimgħa d-dieħla.", "SIGURTA' SOĊJALI", "24424.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali jibgħat il-korrispondenza mitluba lid-Department of Social Security - Pensions and Overseas Benefits Directorate Newcastle NE 98 IBA dwar il-każ tal-pensjonant li l-partikularijet qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.", "TOROQ - WAQFIEN TA' XOGĦOL", "24425.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fuq triq St. Rita, B'Kara ġie mwaqqaf wara daqstant snin li r-residenti ilhom jistennew biex din it-triq titranġa għaliex tinsab fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li x-xogħol ta' tqegħid ta' servizzi fi Triq Santa Rita beda' u x-xogħol fit-triq ser ikompli meta dan jitlesta'.", "ĦADDIEMA TAL-GVERN - OVERTIME", "24430.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm nru. ta' ħaddiema tal-Gvern, li poġġew il-paving blocks f'Tas-Sliema ħdejn Ġnien l-Indipendenza, li għandhom jieħdu tal-overtime li għamlu aktar minn sitt xhur ilu?", "Meta jaħseb il-Ministru li dawn il-ħaddiema ser jitħallsu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari nru.", "24135 u 24265 (Seduta 506 u 511).", "KUNSILLI LOKALI - RESPONSABILITAJIET", "24431.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-responsabilitajiet tal-Kunsilli Lokali mat-twaqqif tagħhom?", "Jista' jgħid sena b'sena sal-lum, kif żdiedu dawn ir-responsabilitajiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-funzjonijiet statutorji tal-Kunsilli Lokali huma stabbiliti permezz ta' Art.", "33 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali .", "Dawn il- funzjonijiet ghaddew lill-Kunsilli kif inhu gej:", "- il-paragrafi (b), (e), (f), (g), (i), (l), (m) u (n) fil-1994 permezz ta' Avviz Legali 91 ta' l-1993;", "- il-paragrafi (a), (c) u (d) fil-1995 permezz ta' Avviz Legali 113 ta' l- 1994;", "-il-paragrafi (h), (j), (k) u (o) fil-1996 permezz ta' Avviz Legali 42 ta' l-1996.", "Il-Gvern ghadda aktar poteri u responsabbiltajiet godda minn Settembru 1998 l'hawn u nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi ghat-Twegiba li jien tajt ghal-mistoqsija parlamentari nru.", "24361.", "KOTTONERA - IMTIEĦEN", "24432.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm għad hemm Imtieħen fil-Kottonera?", "Fejn qegħdin?", "Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jinġiebu fi stat fejn ikunu jistgħu jitgawdew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fil-Kottonera hemm żewġ imtieħen li qegħdin Bormla, waħda fi Triq San Ġwann u l-oħra fi Triq il- Nitħna.", "Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qed jistudja kif jista' jsir restawr fuq dawn l-imtieħen.", "KOTTONERA - IMTIEĦEN", "24433.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm għad hemm Imtieħen fil-Kottonera?", "Fejn qegħdin?", "Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jinġiebu fi stat fejn ikunu jistgħu jitgawdew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi skond l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, kif ukoll mir-records miżmuma fid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta`, jirriżulta li hemm żewġt imtieħen fil-Kottonera, li jinsabu fi Triq il- Mitħna u f`San Ġwann t`Għuxa, ġewwa Bormla.", "Dik li tinsab fi Triq San Ġwann hija skedata, filwaqt li dik fi Triq il- Mitħna qegħda fil-lista ta` proprjeta` għall-iskedar.", "L-Onor.", "Membru huwa mitlub li jressaq l-aħħar parti ta` din id-domanda lill- Ministru ta` l-Ambjent.", "EŻAMI GĦALL-PRINĊIPAL", "24434.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-nru. ta' dawk li għamlu l-eżami għall- prinċipal?", "Kemm għaddew mill-eżami tal-kitba?", "Kemm minnhom weħlu mill- interview?", "Kemm hu n-nru. ta' dawk li ser jieħdu l-grad ta' prinċipal?", "Kemm hu n-nru. ta' postijiet vakanti għall-grad ta' prinċipal?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li n-nru. ta' persuni li għamlu l-eżami għal Principal fis-Servizz Pubbliku kien ta' mitejn u għoxrin (220).", "Minn dawn għaddew mija u tlettax (113) mill-eżami tal-kitba.", "In-nru. ta' dawk li weħlu mill-interview kien ta' ħamsa u għoxrin (25).", "Kien hemm ukoll seba' (7) kandidati oħra li ma resqux għall-\"interview\".", "Mhux possibbli nagħti n-nru. ta' dawk li ser jingħataw il-ħatra jew in-nru. ta' postijiet vakanti għall-grad ta' Principal peress li l-bżonnijiet tas- Servizz jinbidlu kontinwament skond l-esiġenzi.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA", "24448.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid :", "Kemm hemm nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa?", "X'inhi l-kariga li għandhom?", "X'inhu s-salarju li għandhom?", "Hemm nuqqas ta' staff ġewwa l-Isptar Boffa?", "Kemm jitħallas overtime ġewwa l-Isptar Boffa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li:", "Nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-isptar Boffa hemm tlieta (3);", "Il-karigi tagħhom huma: tliet (3) Senior Radiographers; ` Is-salarji tagħhom huma kif ġej:", "-żewġ (2) Senior Radiographers fuq kuntratti individwali ta' Lm16, 200 għas-sena 2000 u ta' Lm18,200 għas-sena 2001; u -Senior Radiographer oħra fuq kuntratt individwali ta' Lm13,668 għas- sena 2001;", "In-nuqqas ta' staff ġewwa l-isptar Pawlu Boffa huwa kif ġej:", "Konsulent Kliniku fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1) Senior Registrar Kliniku fid- Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1) Radiotherapy Radiographers (3) mal-komplement li diġa jeżisti, fosthom il- barranin fuq imsemmija", "Departmental Nursing Manager (1) Deputy Nursing Officer (2) Mould Room Technician (1) Hospital Auxiliary (1) Skrivani (2)", "F'sena waħda, l-overtime kollu li jitħallas fl-Isptar Boffa jammonta bejn wieħed u ieħor għas-somma ta' Lm10,000.", "WSC", "24480.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-kuntratturi li għandhom jitħallsu mill-Water Services Corporation?", "Għall-liema ammonti w meta hemm il-ħsieb li jsir il-ħlas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "KLIEB PERIKOLUŻI", "24481.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jindika x'inhuma r-regolamenti biex jirregolaw klieb perikolużi bħall-bull terriers u jekk dawn jistgħux jiġu applikati aħjar jew issikkati iżjed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21829, ninsab infurmat illi l-leġislazzjoni li b`xi mod jikkonċernaw lit-tip ta` kelb li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, huma l-Att dwar il-Klieb; Regolamenti ta` l-1998 dwar l-Importazzjoni ta` Klieb u Qtates u r- Regolamenti ta` l-2000 dwar il-Kontroll tal-Klieb.", "ETC", "24482.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema mal-korporazzjoni tal-ETC?", "Meta saret sejħa għall-kull każ biex persuni japplikaw għall-vakanzi fl- ETC?", "F'kull każ x'inhu l-isem u l-ID Card ta' dawk li ġew ingaġġati mal-ETC?", "F'kull każ x'inhu l-grad li qed jokkupaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal-liema perjodu qiegħed jitlob l-informazzjoni.", "MALTACOM", "24483.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kunsulenzi mill- Maltacom fl-aħħar sena?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' dawk li ngħataw konsulenza mal-Maltacom fl-aħħar sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel il- Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICES", "24484.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma, il-grad tagħhom u l-posizzjoni li jokkupaw dawk il- ħaddiema fil-Government Pharmaceutical Services fid-dekasteru tas-Saħħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PA", "24485.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ħarġu mill-Awtorita' tal-Ippjanar fl-aħħar sena għal xogħol fl-isptar San Luqa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn Jannar tas-sena 2000, l- Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet permess PA 5728/00 li jipproponi estensjoni b`ħames kmamar għall-faċilitajiet eżistenti fil-livell ta` isfel fuq in- naħa ta` wara tal-bini minflok il-bitħa li hemm eżistenti.", "Dan ix-xogħol ġie propost mill-aġenzija Sedqa għad-Detox Outpatients Facilities fl-Isptar San Luqa.", "Kien hemm ukoll żewġ permessi maħruġa għall-antenna li huma PA 3583/00 u PA 4166/00.", "BOV", "24487.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jintervjeni biex il-fergħa tal-BOV tax-xatt f'Tas-Sliema jibqa jintuża kif inhu sal-lum u mhux tinbidel f'Foreign Exchange Bureau b'konsegwenza li jintemm is-servizz soċjali li jingħata sal-lum (eżempju - tisrif ta' cheque, deposits etc) speċjalment lil anzjani u r-residenti fl-inħawi tax-xatt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Gvern għandu biss ħamsa u għoxrin fil-mija ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-Bord tad-Diretturi ta' l- istess Bank.", "SAN ĠILJAN - REATI", "24488.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Kemm il- reat ġie rapportat f'San Ġiljan?", "Kemm minhom kienu delitti (crimes)?", "Fis- sena 1998, 1999, 2000?", "X'kienu r-reati rapportati u l-nru. tagħhom?", "Kemm ġew solvuti reati f'San Ġiljan fl-1998, 1999 u 2000?", "Kemm minnhom kienu delitti (crimes), kemm minhom kontravenzjonijiet (contraventions) ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant disponibbli taħt forma ta` statistika, huwa kif jidher fuq it- Tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKOLA PAOLINO VASSALLO, GĦALLIEMA", "24489.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta se tiġi għalliema ġdida tal-physics peress li l-klassi form 6 tal-Paolino Vassallo, Kordin jinsabu bla għalliem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "FGURA - TRIQ IS-SUR - DAWL TAT-TOROQ", "24490.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm żieda ta' bozoz fi Triq is- Sur fil-Fgura, min naħa tal-HSBC sal-kantuniera quddiem is-sur ta' Bormla peress li din in-naħa hemm nuqqas ta' dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "GOZO CHANNEL - M/V GAUDOS", "24491.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-vapur tal-Gozo Channel M/v Gaudos diġa grawlu ħsarat estensivi fih?", "Jekk dan huwa minnu, x'inhuma dawn il-ħsarat u kemm huma stmati li jiswew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jirriżulta minn stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kumpanija Gozo Channel, nhar it-Tlieta 14 ta' Marzu 2001, il-vapur M/V Gaudos żviluppatlu ħsara f'rotor ta' wieħed mill-erba' ġeneraturi li għandu.", "Il-vapur għadu taħt garanzija u għaldaqstant m'għandu jkun hemm ebda spiża għall-Kumpanija.", "TRAFFIC CONTROL BOARD", "24514.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic control board approvax li titwaħħal tabell ta' No Entry except for residents only fi Triq San Ġorġ, Wied il-Għajn liema triq hi l-unika aċċess għall-moll fejn isorġu għadd ta' laneċ tas-sajd fosthom ta' sajjieda full time li jużaw dan il- moll lejl u nhar u jidhlu u joħorġu minn din it-triq bil-vetturi tagħhom konnessi max-xogħol tagħhom?", "Billi dan il-moll ilu jintuża minn uħud minn dawn is-sajjieda li għandhom laneċ kbar tas-sajd u saħansitra għandhom nies impjegati magħhom, hu possibli li t-traffic control board jikkonferma jekk din is-sign twaħħlitx bl-approvazzjoni tiegħu u f'kull każ jipprova jirrimedja is-sitwazzjoni għall-dawn is-sajjieda milquta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'approvax it-twaħħil ta' tabelli ta' No Entry except for residents only.", "Il-Bord approva 'cul de sac sign' fil-bidu ta' Triq San Gorg (peress li din m'hix through road) u No Entry sign fejn jibda' l-moll li joħroġ minn din it-triq.", "Biex iżid is-sigurta' fis-sewqan tul it-triq il-Bord approva wkoll '10 Km/h Speed Restriction sign'."]} {"filename": "20020619_759d_par.doc", "date": "2002-06-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 759 L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 759", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "759", "L-Erbgħa, 19 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 751", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 751", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA (IT-TIENI QARI)", "EUROPEAN CONVENTION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 755", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET (IT-TIENI QARI)", "PENSIONS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 769", "AĠĠORNAMENT 779", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 784", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 758 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ KONTI RUĠĠIERU", "32635.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-proposti tar- residenti ta' Triq Konti Ruġġieru fir-Rabat dwar sistema alternattiva tat- traffiku, jista' l-Ministru jinformani x'evalwazzjoni saret?", "X'inhi l- opinjoni tat-traffic control board dwar dawn il-proposti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li minn stħarriġ li sar mal-kunsill lokali joħroġ li l- inkonvenjent prinċipali qed jinħoloq billi trakkijiet qed jgħaddu kemm minn Triq Konti Ruġġieru kif ukoll minn toroq oħra fil-qalba tar-raħal.", "Il-kunsill lokali, fuq rakkmandazzjoni tad-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku, se jistalla traffic signs biex id-dħul tat-trakkijiet jiġi pprojbit fit-toroq taċ-ċentru tar-raħal u b'hekk jonqos konsiderevolment l- inkonvenjent għar-residenti ta' dawn it-toroq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu lill-Ministru staqsejtu jekk iz-zebra-crossing li hemm ħdejn il-knisja tal-Fgura hijiex se tiġi shifted għal x'imkien ieħor.", "Staqsejtu wkoll dwar roundabout li hemm quddiem il-mina tal-Kalkara, peress li din qed tkun ta' inkonvenjent kbir għall-karozzi, speċjalment dawk tal-linja, għax peress li ma jkunux jistgħu jduru magħha, ikollhom jitilgħu fuqha u ta' sikwit jeħlu ċitazzjoni.", "Jista' jara li dawn il-problemi jiġu solvuti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt ftit wara li l-Onor.", "Mizzi staqsieni dwar iz- zebra-crossing tal-Fgura, tkellimt mal-persuna responsabbli fid-direttorat tat-toroq u tlabtu jsolvi din il-problema kemm jista' jkun malajr.", "Għar-rigward tar-roundabout tal-Kalkara - forsi aktar tista' tissejjaħ hump peress li din tinsab fi speċi ta' wied li jwassal għal ħdejn il-mina tal- Kalkara u din min-naħa titbaxxa u min-naħa l-oħra terġa' togħla - hemm ċerta diffikulta' biex din topera.", "Waħda mill-possibbiltajiet li tista' tiġi mplimentata, li bla dubju ta' xejn se ġġib magħha reazzjoni negattiva b'mod ġustifikat f'dan il-każ partikolari, hija li t-traffiku li jkun ħiereġ min-naħa tal-Kalkara ma jitħalliex jikser fuq il-lemin iżda jdur fuq in-naħa tax-xellug, però bil-konsegwenza li jkun hemm aktar diffikultajiet għat-traffiku li jkun ħiereġ.", "Naturalment f'sitwazzjoni bħal din wieħed irid jagħmel ċertu tibdil għalkemm mhux faċli, però naqbel li xi ħaġa hemm bżonn li ssir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, għandi żewġ mistoqsijiet għall- Ministru.", "Jista' jara li s-sleeping policemen, li suppost jintużaw biex inaqqsu l-ispeed tat-traffiku, ikunu ta' ċertu standard u ma jservux ta' aktar periklu?", "Peress li t-trakkijiet qed ikunu ta' inkonvenjent għall-pubbliku minħabba ħsejjes, dħaħen u affarijiet oħra, jista' jsir xi ħaġa biex dawn issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?", "Forsi vera li f'dawn il-każi ma tapplikax il- liġi tal-VRT, imma żgur li dawn jaqgħu taħt il-liġi tal-pulizija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, riċentement tkellimt dwar is-sleeping policemen u għedt li dawn għandhom ikunu ta' ċertu standard għax jekk ma jkunux kif suppost, aktar iservu ta' dannu għall-vetturi li jkunu għaddejjin mit-triq milli ta' traffic-calming.", "Fil-fatt dawn l-istandards kienu diġà ġew ċirkolati mill-awtorità ta' l-ippjanar u jien diġà għedt li l-awtorità tat-trasport se tara li tinforma lill-kunsilli lokali liema huma dawk l-isleeping policemen li m'humiex ta' l-istandard rikonoxxut.", "Nisperaw li l-kunsilli lokali jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "F'każ li ma jagħmlux dan, ikollna nieħdu l-miżuri biex dawn jinqalgħu u jsiru mill-ġdid għas-spejjeż tal-kunsill involut.", "Nista' ngħid ukoll li d-dipartiment tal-liċenzji u ttestjar minn din is- sena beda japplika miżura ta' kontroll fuq il-vetturi l-kbar, bħal trakkijiet, billi kien hemm żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji.", "Sfortunatament meta daħlu fis-seħħ dawn il-miżuri, minflok ma kien hemm xi tip ta' reazzjoni favorevoli, kien hemm direttiva minn waħda mill-unions li tirrappreżenta lis-sidien ta' dawn it-trakkijiet biex il-liċenzja ma titħallasx.", "Fil-fatt qed jittieħdu l-passi biex din il-kwestjoni tiġi solvuta malajr kemm jista' jkun.", "Jiena ma naqbilx ma' l-Onor.", "Carmelo Borg meta jgħid li l-kwestjoni tad- duħħan m'hijiex parti mit-testing tal-VRT.", "Effettivament mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena beda jsir – kif kien intenzjonat li jsir mill-bidu tat- twaqqif tal-VRT fl-1999 – it-test fuq l-emissions tal-vetturi, inkluż trakkijiet.", "Naturalment jekk il-pulizija jew it-traffic warden jaraw xi vettura li tkun qed iddaħħan, ħadd m'hu se jżommhom milli jieħdu l-miżuri skond il-liġi kontra min ikun qed jabbuża b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li din tad-duħħan ġiet in vigore meta jaf li t-trakkijiet tal-gvern xorta waħda għadhom idaħħnu.", "Allura jista' jara li dawn it-testijiet isiru b'mod tajjeb?", "Peress li minn mindu saret dik l-ispeċi ta' roundabout quddiem il-mina tal- Kalkara l-problemi żdiedu, anke għax biex sempliċement iddur magħha kważi trid tmur fit-triq l-oħra u hemm iċ-ċans li tibqa' sejjer għal isfel – din kemm-il darba rriferew għaliha fuq il-gazzetti u anke fuq il-mezzi tax- xandir, jiġifieri m'hemm kulur politiku f'dan ir-rigward – jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi immedjati għax din qed tkun ta' periklu kbir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, safejn naf jien din l-ispeċi ta' roundabout li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant saret mill-kunsill lokali.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi huwa ta' l-opinjoni li jkun aħjar jekk din titneħħa - ma nafx kemm huma ta' l-istess fehma l-membri tal-kunsill lokali ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, lill-Ministru naċċertah li l-kunsilli lokali ammettew miegħi li m'hijiex responsabbilta' tagħhom u kemm il- kunsill lokali tal-Birgu kif ukoll dak tal-Kalkara ma qablux li din issir bil-mod kif saret.", "Din daħal għaliha t-traffic control board.", "Eżempju prattiku kif wieħed jista' jnaqqas din il-problema hu li titneħħa t-tumbata li hemm, jiġifieri tibqa' miżbugħa bl-aħmar kif inhi u tiċkien.", "Forsi b'hekk wieħed ikun jista' jsolvi ftit mill-problema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu lejn dak li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi, jekk it-tumbata hija ħażina, ejja ngħidu li hi ħażina u jekk hemm bżonn titneħħa titneħħa, pero' ma nimmaġinawx li nistgħu nsibu soluzzjoni ...", "(Interruzzjonijiet) Għax hawnhekk qegħdin ngħidu li din hija problema kbira u tista' tinstab soluzzjoni għaliha malajr, bħallikieku xi ħadd m'huwiex qed isib soluzzjoni għal tapposta, mentri fir-realtà l-vera soluzzjoni hi li ma jitħalliex li jkun hemm traffiku li jkun tiela` min- naħa tal-Kalkara u jikser lejn in-naħa tal-lemin.", "Is-soluzzjoni ideali tkun li t-traffiku jdur fuq ix-xellug, imur distanza oħra u jirritorna jekk ikun hemm bżonn.", "Imma mur immaġina lill-kunsill lokali tal-Kalkara, lir- residenti tal-Kalkara u probabbilment anke lill-Onor.", "Mizzi kemm iqajmu protesti!", "U forsi nasal biex ngħid ukoll li fil-fatt ikollhom raġun.", "Pero' s-soluzzjonijiet tal-problemi ma ssibhomx billi tnaqqas hawn u tkabbar hemm jew tnaqqas in-naħa l-oħra.", "Hemmhekk hemm triq li twasslek għal qiegħ ta' forma ta' wied.", "Għandek żewġ postijiet fil-għoli li jitbaxxew u biex tkompli tgħaxxaqha, fil-post il- baxx hemm niżla oħra lejn il-Knisja tal-Kalkara.", "Il-fatt li minn hemmhekk jgħaddi kwantita' kbira ta' traffiku, jagħmel il-problema akbar u s- soluzzjoni m'intix se ssibha daqshekk malajr.", "Jien kelli ċ-ċans niddiskuti din il-problema mal-kunsill lokali tal-Birgu però għad ma kellix iċ-ċans niddiskutiha mal-kunsill lokali tal-Kalkara, għalkemm forsi huma l-aktar nies effetwati.", "Naturalment għalkemm jagħrfu li s-soluzzjoni li hemm illum mhijiex dik ideali, fl-aħħar mill-aħħar ikollok tasal għal pożizzjoni li taċċetta miżura li tkun aħjar milli ma jsir xejn.", "Għar-rigward il-kumment dwar il-VRT, irrid ngħid li l-ewwelnett l-emission content test beda jsir mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena u kien hemm madwar 60,000 vettura biss li għamlu dan it-test, il-kumplament ta' vetturi għadu ma sarilhomx dan it-test.", "Pero' rridu noqgħodu attenti għax fil-kejl ta' l- emission test, hemm standards li ma vvintajnihomx aħna.", "Meta dawn daħlu f'pajjiżna konna qed nikkupjawhom minn dawk ta' pajjiżi oħrajn.", "Per eżempju, waħda mill-miżuri hi li ma jkunx hemm dark smoke jew blue smoke li jkun ħiereġ għal five seconds konsekuttivi bir-revs tal-makna b'ċertu mod u allura mhux għalkemm tara karozza li tkun tiela' t-telgħa tal-Mellieħa min- naħa ta' l-Għadira li tkun qed iddaħħan.", "Trid tara il-mod ta' kif isir it- test għax dan huwa wieħed li jsir internazzjonalment.", "Jiġifieri l-miżura m'hijiex tagħna imma ta' livell internazzjonali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, saru bosta lmenti mill-moviment favur persuni b'diżabilità dwar ir-rampi tal-garages fuq il-bankini għax qed jgħidu li dawn qed joħolqu problemi kbar, speċjalment għal min juża l- wheelchair.", "Saret xi forma ta' konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità qabel ma ntużaw dawn il-mezzi?", "Jekk id-diffikultajiet huma reali, x'soluzzjoni qegħdin naħdmu fuqha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità tagħmel xogħol validu ħafna vis-à-vis il-promozzjoni tad- drittijiet tal-persuni li għandhom xi diżabilità partikolari u wieħed irid japprezza dan ix-xogħol.", "L-għan tagħha hu li ttejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' dawn il-persuni u diversi drabi kellna diskussjonijiet magħhom fuq diversi suġġetti, fosthom il-mod kif isiru r-rampi.", "Li kien għal din il-kummissjoni, ma jkun hemm l-ebda rampa fuq l-ebda bankina u, b'ċertu raġun ukoll ma jkunx hemm bankini fil-forma li qegħdin illum.", "Li nista' ngħid hu li sar qbil mal-kummissjoni biex il-bankini l- ġodda jsiru b'mod li lanqas jitħalla dak il-ħanek żgħir – ta' madwar pulzier jew tnejn - bejn il-wiċċ tar-tarmac u l-bankina.", "Sar qbil li l- bankina għandha tibda mil-livell tat-tarmac, għalkemm hemm ċirkostanzi li dan ma jkunx possibbli li jsir għax per eżempju jekk tiġi biex tqabbad waħda minn dawn ir-rampi għal wheelchair, b'mod partikolari, ma' tarmac li qiegħed f'niżla, allura jkollok il-problema li l-ilma jaqbad fuq il- bankina, jispiċċa għand ir-residenti li jkunu joqogħdu f'dik it-triq u d- diffikultajiet ma jkunux proprju żgħar għax filwaqt li tkun qed tikkuntenta b'mod sewwa u ġust lill-kummissjoni, jibdew jinħolqu problemi ma' residenti oħra.", "L-istess għar-rigward tar-rampi tal-garages.", "Meta dawn isiru fuq il- bankina u allura l-bankina quddiem kull garage titbaxxa u titniżżel biex ma jkollokx il-livell normali tal-bankina, ikun hemm ċerti problemi.", "Sal-lum ma nistax ngħid li fuq din il-kwestjoni tar-rampi quddiem il-garages sibna soluzzjoni pero' għaddejjin id-diskussjonijiet biex nipprovaw insibu soluzzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex tinstab soluzzjoni għall-ħruġ minn Vjal il-25 ta' Novembru, fiż-Żejtun, għat-Triq tal-Barrani.", "Id-dipartiment, l-awtoritajiet jew xi ħadd ieħor għadhom jinsistu li ssir roundabout flok isiru traffic-lights kif fl-aħħar mill-aħħar saru matul it-Triq tal-Barrani kollha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-informazzjoni li għandi hi li hemmhekk m'hijiex se ssir roundabout u minflok se jsiru traffic lights biex ikunu in line mal- kumplament tal-junctions li hemm f'dik it-triq.", "Safejn naf jien – jista' jkun li jien żbaljat - diġa' ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li l- karozzi ma jdaħħnux.", "Jien kont qed nirriferi għal dawk il-vetturi li qegħdin idejqu lill-poplu bi ħsejjes u b'duħħan minħabba t-traskuraġni u m'iniex qiegħed nalludi għall-karozzi li jaħdmu bid-diesel biss imma anke għal dawk li jaħdmu bil-petrol.", "Ta' min jinnota wkoll li l-karozzi li jkunu ġejjin minn ċerti pajjiżi – m'hemmx għalfejn nispeċifika – l-aktar li qegħdin ikunu ta' inkonvenjent għall-poplu, kemm dawk li jaħdmu bil-petrol kif ukoll dawk li jaħdmu bid-diesel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Borg għandu informazzjoni li xi vetturi importati minn pajjiż partikolari jew ta' xi make partikolari, jista' jkun li qed jikkawżaw problemi aktar jew inqas minn vetturi oħra, nissuġġerilu jagħti din l-informazzjoni lid-dipartiment konċernat għax dan lili ma jirriżultalix.", "Kif qal tajjeb hu stess, il-vetturi kollha b'xi mod jew ieħor idaħħnu u forsi f'ċertu sens aktar idaħħnu dawk li ma narawx id- duħħan tagħhom ħiereġ għax jista' jkun li l-emissions tagħhom ikunu qed jagħmlulna ħsara aktar milli fil-fatt jagħmlilna dak id-duħħan li narawh ħiereġ.", "Din il-kwestjoni żgur ma nistgħux nitrattawha fil-ftit ħin li fadlilna, però rridu ninsistu li t-test isir u fejn jinstemgħu vetturi li m'humiex skond il-kondizzjonijiet u r-rakkmandazzjonijiet li għandu t-test ta' pajjiżna, dawn mhux bilfors għandhom jitneħħew mit-triq imma għandhom jiġu rranġati il-makni jew il-pompi tad-diesel tagħhom, jew is-sistema ta' injection tagħhom biex proprju nassiguraw li jkollna inqas emissions.", "RABAT - TRIQ KONTI RUĠĠIERU - DIREZZJONI TAT-TRAFFIKU", "32636.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani meta l-kunsill lokali tar-Rabat għadda l-proposti li pproponew lill-kunsill ir- residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar l-alternattiva tat-traffiku fir- Rabat?", "Jista' jgħarrafni bir-rakkmandazzjoni uffiċjali li l-kunsill lokali tar-Rabat għamel lill-ministeru dwar dawn ir-rakkmandazzjonijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn stħarriġ li sar, il-kunsill lokali s'issa ma għadda l-ebda proposta mir-residenti ta' Triq Konti Ruġġieru dwar sistema alternattiva tat-traffiku fir-Rabat, għalkemm hemm diversi proposti oħra li twasslu fil-ministeru.", "RABAT - TRIQ KONTI RUĠĠIERU - DIREZZJONI TAT-TRAFFIKU", "32637.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-proposti tar- residenti ta' Triq Konti Ruġġieru r-Rabat dwar direzzjoni alternattiva tat- traffiku, jista' l-Ministru jinformani meta din intbagħtet għall-attenzjoni tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "32636.", "RABAT - GĦAR BARKA - SERVIZZ TA' TRASPORT", "32638.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li minkejja li twessgħet it-triq, is-servizz tat-trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għall-Għar Barka fir-Rabat?", "Peress li din it-talba tmur lura għal aktar minn għaxar snin, jista' jara li dan il-bżonn jiġi rrimedjat immedjatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29836.", "RABAT - SPUSTAMENT TAL-VENDA TAL-LINJA", "32639.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill- proposta tal-komunita' tar-Rabat sabiex il-venda tirritorna lura fi Triq Santa Rita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li mill-venda ġewwa Triq Santa Rita fir- Rabat, jopera servizz ta' trasport pubbliku.", "Kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA", "EUROPEAN CONVENTION (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Ġunju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed f'sensiela ta' liġijiet li dan il-gvern, fi żminijiet differenti, ressaq biex itejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Malta bħala protezzjoni għall-individwu.", "Nixtieq infakkar li kien bl-ewwel liġi li ressaq gvern Nazzjonalista malli rebaħ l-elezzjoni ta' l-1987, propjru bl-Att nru.", "14 ta' l-1987 li l- konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem, li Malta kienet iffirmat xi sentejn wara l-indipendenza, saret parti mil-liġi ta' pajjiżna.", "F'pajjiżna kien hawn sitwazzjoni ftit anomala, fejn minkejja li ċittadin Malti kien imħallef fil-qorti Ewropea u ċittadin Malti ieħor kien membru fil- kummissjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fi Strasbourg, dawn kienu jaqtgħu l-kawżi dwar id-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini Ewropej kollha, ħlief taċ-ċittadini Maltin.", "Kien proprju l-gvern Nazzjonalista li mhux biss iggarantixxa fil-liġi d- dritt tal-petizzjoni individwali u li ħadd ma jista' jfixkel l-eżerċizzju ta' dak id-dritt, imma ra li d-drittijiet fundamentali li Malta ffirmat u rratifikat fuq pjan internazzjonali, u li allura jagħtu rimedju lill- individwu quddiem qorti internazzjonali, ikunu esegwibbli f'pajjiżna wkoll.", "L-argument kien wieħed tajjeb u fl-istess ħin, sempliċi.", "Jekk wieħed jagħti d-dritt lill-Maltin li jmorru quddiem il-qorti Ewropea tad- drittijiet tal-bniedem biex jagħmlu kawża kontra l-gvern Malti dwar allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, allura vale la pena li dak id-dritt jingħata f'Malta stess, quddiem il-qrati Maltin.", "Din kienet speċi ta' rivoluzzjoni żgħira fil-qasam tal-ħarsien legali tad- drittijiet tal-bniedem f'Malta, anke għaliex ċerti drittijiet li hemm fil- konvenzjoni Ewropea kienu diġa' garantiti fil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Pero' kien hemm oħrajn li ma kienux garantiti u mill-ewwel, malli għaddiet dik il-liġi, bdew isiru kawżi b'suċċess, kawżi li qabel, taħt il- Kostituzzjoni, ma setgħu qatt jirnexxu.", "Eżempju klassiku kien li fil- Kostituzzjoni oriġinali ta' l-1964 kien hemm klawsola li tgħid li l-kodiċi prinċipali tal-liġijiet ta' pajjiżna, il-kodiċi kriminali, il-kodiċi ċivili, il-kodiċi ta' organizzazzjoni u proċedura ċivili, il-kodiċi tal- liġijiet tal-pulizija u l-kodiċi kummerċjali, li nistgħu ngħidu li huma l- pilastru ta' l-istruttura legali Maltija, fihom x'fihom, anke jekk fihom affarijiet li jiksru d-drittijiet tal-bniedem fil-Kostituzzjoni, kienu protetti, jiġifieri per eżempju mandat ta' impediment ta' partenza ma seta' qatt imur kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ovvjament, meta imbagħad, bl-Att nru.", "14 ta' l-1987, inkorporajna l- konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema legali ta' pajjiżna, rajna li ma kienet issemmi l-ebda kodiċi ta' Malta, la ta' natura kriminali u lanqas ta' natura ċivili, u allura ħloqna sitwazzjoni fejn id- drittijiet li hemm taħt kapitlu 4 tal-Kostituzzjoni, ġew protetti u msaħħa, filwaqt li magħhom ġew miżjuda drittijiet oħra, mhux biss dan li għadni kif semmejt, li ċerta protezzjoni li kellhom il-liġijiet Maltin, waqgħet malli l-konvenzjoni Ewropea saret parti integrali mis-sistema legali ta' pajjiżna, imma kien hemm ukoll drittijiet ġodda bħal per eżempju d-dritt li l-ġenituri jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskola li jagħżlu huma.", "Dan m'huwiex dritt espressament garantit fil-Kostituzzjoni, imma huwa espressament garantit fil-konvenzjoni Ewropea.", "Hekk ukoll id-diskriminazzjoni.", "Filwaqt li fil-każ tal-Kostituzzjoni ta' Malta, din kienet limitata għal ħames raġunijiet għaliex tista' tiġi pprojbita d-diskriminazzjoni, fejn imbagħad fl-1989, kienet tressqet emenda, ukoll minn gvern Nazzjonalista, biex tiġi estiża l-projbizzjoni tad- diskriminazzjoni, anke abbażi tas-sess, fil-każ ta' l-artiklu 14 tal- konvenzjoni Ewropea, l-ewwelnett, il-lista ta' fuq xiex hija pprojbita d- diskriminazzjoni, hija ħafna itwal, u per eżempju tinkludi l-istatus soċjali u kwalunkwe forma ta' opinjoni.", "Iktar minn hekk, il-lista tal- konvenzjoni Ewropea li fl-1987, daħħalna bħala parti mil-liġijiet ta' Malta, hija biss indikattiva, jiġifieri jekk wieħed jirnexxielu jipprova li qiegħda ssir diskriminazzjoni mhux ġustifikata fil-konfront tiegħu, diskriminazzjoni li la hija fil-lista tal-Kostituzzjoni u lanqas hija fil- lista tal-konvenzjoni Ewropea, imma xorta waħda m'hemmx ġustifikazzjoni għaliha, allura, taħt il-konvenzjoni Ewropea, dik id-diskriminazzjoni hija projbita.", "Fl-1989 imbagħad kien sar it-tieni pass meta b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Kamra, kienet ġiet emendata l-Kostituzzjoni ta' Malta, partikolarment l- artiklu 14, biex is-sess ġie inkluż bħala raġuni li għaliha hija pprojbita d-diskriminazzjoni.", "Huwa veru li għamilna ċerti salvagwardji bħal li gvern jista' jieħu miżuri biex jgħin lil min hu żvantaġġjat, anke abbażi tas- sess, mingħajr ma dik il-miżura titqies bħala kontra l-Kostituzzjoni, imma kienet dik l-emenda li imbagħad fetħet it-triq għall-emendi mportanti, radikali, li saru fil-liġi dwar il-patrimonju matrimonali u fil-liġi dwar id-drittijiet tal-ġenituri fil-konfront ta' l-ulied, fejn allura spiċċat is- supremazija legali tar-raġel fuq il-mara, kemm fir-rigward tal-mara stess u iktar importanti minn hekk, fir-rigward tal-proprjeta`.", "Ma ninsewx li għal snin twal, sa l-emendi mportanti li kienu tressqu fl- 1993 mill-Ministru Louis Galea, ir-raġel kien jista' jagħmel li jrid bil- komunjoni ta' l-akkwisti, ħlief li jagħti b'xejn dik il-proprjeta`, imma mill-bqija, ma kellu bżonn ta' l-ebda kunsens ta' martu biex ibiegħ id-dar konjugali.", "Dan kien dritt li l-liġi kienet tagħtih lir-raġel u naturalment, f'każ ta' inkwiet matrimonjali, in-nisa kienu jiġu żvantaġġjati.", "Meta kien jinqala' l-inkwiet bejn il-miżżewġin, ir-raġel kien ibiegħ malajr malajr il-proprjeta` taż-żwieġ, mingħajr ma jgħid lill- mara, u dak il-kuntratt kien ikun validu skond il-liġi, bil-konsegwenza li meta imbagħad hu u martu jiġu biex jaqsmu l-proprjeta` li tkun inxtrat matul iż-żwieġ, il-mara kienet tibqa' b'xejn.", "Fl-1993, wara li saret dik l- emenda kostituzzjonali, ma kienx iktar possibbli li dan isir, għax kull trasferiment ta' proprjeta` fil-komunjoni ta' l-akkwisti ried il-kunsens kemm tar-raġel kif ukoll tal-mara.", "Issa dħalna f'fażi differenti fejn ċerti provvedimenti ta' protokolli li saru għall-konvenzjoni Ewropea, mhux biss qed jiġu ratifikati minna imma qegħdin isiru parti mis-sistema legali ta' pajjiżna.", "B'mod partikolari, issa qegħdin ninkorporaw fil-liġijiet tagħna l-protokolli nru.", "4, 6 u 7.", "Dawn il-protokolli huma trattati oħrajn, b'żieda mal-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem ta' l-1950.", "Jidhirli li issa wasalna fit-12-il protokoll għal din il-konvenzjoni Ewropea.", "Uħud minnhom jew partijiet minnhom kienu diġa' garantiti bħala drittijiet fil-Kostituzzjoni jew fil- liġijiet Maltin, filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu ntrodotti f'pajjiżna għall- ewwel darba.", "Per eżempju f'artiklu 2 ta' protokoll 4 qiegħda tiġi garantita l-liberta` ta' moviment għal min qiegħed legalment f'pajjiżna, jiġifieri lil xi ħadd li jidħol f'pajjiżna ma jistgħux isirulu restrizzjonijiet dwar fejn imur u ma jmurx, ħlief naturalment fl-interess pubbliku jew fl-interess ta' l- ordni pubblika, kif wara kollox jeżisti diġa' fil-konfront ta' ċittadini Maltin.", "Dritt ieħor li llum ma jeżistix huwa dak li jingħata f'artiklu 4 ta' protokoll 4, u ċioe` il-projbizzjoni tat-tkeċċija kollettiva ta' frustieri.", "Individwu wieħed jista' jiġi mkeċċi, jew għal raġuni ta' sigurta` pubblika, jew għax ikun kiser il-liġi, imma ma tistax tingħata ordni mill- gvern, mill-qorti jew mill-parlament, biex kategorija ta' barranin, per eżempju l-Għarab, il-Lhud jew xi razza oħra, jitkeċċew b'mod kollettiv.", "Dan qed jiġi projbit.", "Pero' forsi wieħed mill-ikbar drittijiet li qed jingħataw huwa s- salvagwardji proċedurali għall-mod kif issir tkeċċija ta' barranin, u dan huwa garantit b'artiklu 1 ta' protokoll 7.", "Biex jitkeċċew minn Malta persuni li jkunu daħlu legalment f'dan il-pajjiż imma jkunu kkommettew xi ħaġa li ma tagħtihom l-ebda dritt li jibqgħu hawnhekk, irid ikun hemm ċerti salvagwardji proċedurali, jiġifieri dawn ikollhom id-dritt li jikkontestaw it-tkeċċija tagħhom.", "Dan ma japplikax f'każijiet urġenti jew f'każijiet ta' sigurta` nazzjonali, jiġifieri d-dritt li wieħed jitkeċċa fl-interess nazzjonali huwa garantit mill-protokoll innifsu.", "Dritt ieħor li sal-lum ma kienx jeżisti u li qed jiġi ntrodott f'dan il- protokoll nru.", "7 huwa d-dritt ta' appell f'każijiet ta' proċeduri kriminali.", "Illum, fil-prattika, sa fejn naf jien, dan id-dritt jeżisti dejjem.", "Fir-rigward ta' każ ta' reat kriminali, dan id-dritt diġa' jeżisti pero' issa qegħdin nintroduċuh fuq livell ta' regola legali iktar qawwija, għax ma rridux ninsew li dan huwa abbozz ta' liġi li jemenda l-European Convention Act ta' l-1987.", "Din il-liġi tgħid li jekk xi liġi oħra tmur kontriha, minkejja li m'hijiex parti mill-Kostituzzjoni, tirbaħ fuq il- liġijiet l-oħrajn.", "Ovvjament imbagħad din il-liġi tista' tinbidel b'maġġoranza sempliċi għax m'hijiex entrenched fil-Kostituzzjoni.", "L-aħħar dritt ġdid li qed jiġi ntrodott f'dan l-abbozz ta' liġi, xi ħaġa li llum, jekk teżisti, teżisti biss b'mod amministrattiv u fid-diskrezzjoni totali tal-gvern, huwa d-dritt li meta jkun hemm sentenza finali fejn persuna tinstab ħatja ta' xi reat, tintbagħat fil-ħabs u ma tkunx tista' tappella s-sentenza, imbagħad jinqala' xi fatt li juri li dik il-persuna hija innoċenti u eventwalment tiġi liberata, allura l-gvern huwa obbligat li jagħti kumpens sa massimu ta' Lm10,000.", "Dawn huma kollha drittijiet totalment ġodda, li qegħdin indaħħlu fil-liġi ta' pajjiżna u Ii se jagħtu d-dritt lill-gvern li jiffirma u jirratifika l- protokolli nru.", "4, 6 u 7.", "Drittijiet oħra diġa' jeżistu, u forsi jeżistu f'miżuri aħjar minn dawn il-protokolli, għax jekk inħarsu lejn il-piena tal- mewt, fejn il-protokoll nru.", "6 jgħid li din għandha tiġi abolita, pero' tista' tintuża fi żmien ta' gwerra, naraw li f'Malta, il-piena tal-mewt tneħħiet fl-1971 u tħalliet bħala piena f'każijiet serjissimi ta' min ikun taħt dixxiplina militari, imbagħad, fl-1989, kienet saret emenda biex din il-piena tkun tista' tiġi applikata biss fi żmien ta' gwerra, u proprju fis- sena li għaddiet, dan il-parlament għadda liġi li tgħid li la fi żmien ta' gwerra, la fi żmien ta' paċi u fil-konfront ta' l-ebda persuna, lanqas ta' min jaqa' taħt dixxiplina militari, ma tista' tiġi imposta l-piena tal- mewt.", "Allura f'dan ir-rigward diġa' qegħdin f'sitwazzjoni aħjar minn dik li joffri l-protokoll nru.", "6.", "L-istess jista' jingħad fir-rigward ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, fejn filwaqt li l-protokoll nru.", "7 jgħid li \"f'materja ta' dritt privat bejniethom, għadu jkun hemm ugwaljanza fid-drittijiet u fir- responsabbiltajiet bejn is-sess\", aħna diġa' għamilna emenda kostituzzjonali dwar dan.", "L-istess ukoll jista' jingħad dwar ir-regola tad-double jeopardy, fejn persuna li tkun għaddiet minn proċedura kriminali u ġiet liberata jew instabet ħatja, ma tistax terġa' tiffaċċja proċedura kriminali oħra dwar l- istess każ.", "Jiena ngħid li aħna diġa' għandna iktar minn dak li jgħid il- protokoll nru.", "7, għax il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, f'artiklu 39, diġa' tiggarantixxi dan id-dritt, anzi, ma tagħmel ebda eċċezzjoni għalih, jiġifieri jekk persuna tiġi liberata b'sentenza finali, u wara tinkixef xi ħaġa li turi li dik il-persuna hija ħatja, ma jistgħu qatt jerġgħu jittieħdu proċeduri kriminali kontriha, mentri l-protokoll nru.", "7 jagħti dan id-dritt, fejn jgħid li d-dispożizzjonijiet kontra d-double jeopardy li għandi kif semmejt m'għandhomx iżommu milli l-każ jerġa' jinfetaħ skond il- liġi u skond il-proċedura penali ta' l-istat in kwestjoni, jekk ikun hemm provi ta' xi fatti ġodda.", "F'Malta, bil-Kostituzzjoni kif inhi, dan m'huwiex permess, anke jekk ikun hemm fatti ġodda.", "L-istess jista' jingħad ukoll dwar il-projbizzjoni Ii jkun hemm detenzjoni minħabba li xi ħadd ma ħallasx dejn.", "Jidhirli li fl-1985, dan il-parlament kien diġa' neħħa l-possibilita` li kien hemm taħt il-liġi kummerċjali, li meta d-dejn ikun kummerċjali, fil-konfront ta' negozjant, il-persuna konċernata setgħet tiġi arrestata jekk ma tħallasx id-dejn li jkollha, u tibqa' miżmuma sakemm teffettwa dan il-ħlas.", "Allura din il-projbizzjoni, li tidher fi protokoll nru.", "4, f'pajjiżna diġa' ġibniha fis-seħħ madwar 15- il sena ilu.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li ċittadin Malti ma jistax jitkeċċa minn pajjiżu.", "Kellna bosta eżempji, fl-istorja kostituzzjonali u politika tagħna, fejn ċittadini Maltin ġew deportati minn dan il-pajjiż, fosthom il- każ ta' Manwel Dimech fi żmien l-ewwel gwerra dinjija u l-każ ta' Nerik Mizzi, Sir Arturo Mercieca, Herbert Ganado u 43 ċittadin Malti ieħor li ġew deportati minn Malta, mingħajr proċess.", "Għalhekk fil-Kostituzzjoni ta' l- 1964, dan il-parlament kien qal li ebda ċittadin Malti, għall-ebda raġuni, anke jekk ikun wettaq l-agħar forma ta' reat, ma jista' jitkeċċa minn Malta.", "Barra minn hekk, ħadd ma jista' jżomm ċittadin Malti milli jidħol f'pajjiżu.", "Dan ilu li ġie garantit sa mill-indipendenza.", "Għalhekk nikkonkludi billi ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa pass ieħor 'il quddiem fuq il-livell tad-drittijiet ċivili u politiċi f'pajjiżna.", "Kien hawn toqob fil-liġijiet ta' pajjiżna li issa qegħdin jingħalqu, filwaqt li qed jingħataw iktar drittijiet lill-individwu, li huma over and above id-drittijiet li hemm fil-Kostituzzjoni, u dan għaliex diġa' hemm deċiżjonijiet li jgħidu li l-parlament jista' jagħti drittijiet iktar minn dawk li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Li ma jistax jagħmel il-parlament huwa li jagħti inqas drittijiet minn dawk li hemm elenkati fil-Kostituzzjoni.", "Allura, meta jkun hemm xi differenza bejn id-drittijiet fil-kostituzzjoni u d-drittijiet ta' l-individwu, tiġi applikata dik il-liġi li tkun l-iktar favorevoli għall-individwu nnifsu, għax inkella, jekk nibdew nimxu bl- attitudni li ma nistgħux nagħtu lill-individwu drittijiet iktar minn dawk li hemm fil-Kostituzzjoni, biex wieħed jagħti dritt lil xi ħadd irid bilfors jemenda l-kostituzzjoni.", "Issa ġejna f'sitwazzjoni, li qed nikkonfermawha llum, li nistgħu nagħtu drittijiet Ii jkunu esegwibbli wkoll f'qorti, għax huwa inutli li nagħtu dritt li jibqa' biss fuq il-karta u ma tistax jiġi esegwit.", "Dawn huma drittijiet li huma esegwibbli fil-qorti u huma esegwibbli lil hinn minn dawk id-drittijiet li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, xtaqt nagħmel ftit rimarki pjuttost ġenerali dwar dak li għandna quddiemna, li jirrispekkja l-mod ta' kif qegħdin naħdmu bħala pajjiż, anke meta nkunu qegħdin ninkorporaw partijiet minn normi ta' mġiba, normi ta' attivita` politika, adottati fuq bażi Ewropea.", "Li qegħdin nagħmlu bħalissa huwa li nħarsu lejn proposta biex partijiet mill-konvenzjoni Ewropea, bażikament taħt il-Kunsill ta' l-Ewropa, li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tal-bniedem u li sa issa għadhom m'humiex implimentati fil-liġijiet tagħna, jiddaħħlu fil-liġijiet ta' Malta.", "L-ewwel rimarka li nixtieq nagħmel hija li l-mod ta' kif qed issir din il- ħaġa huwa mod gradwali, organiku, li seħħ bi proċess ta' snin li matulhom immaturajna l-ideat tagħna u allinjajna l-prattika tagħna.", "F'ċerti każi, kif għadu kif spjega l-Onor.", "Borg, qegħdin 'il quddiem mill-prattika Ewropea, imma b'mod ġenerali allinjajna l-prattika tagħna fuq prattika adottata fuq bażi pan-Ewropea.", "Nemmen li dan huwa l-mudell li jgħodd għal pajjiżna, jiġifieri li dan huwa l-mudell li jgħodd għal pajjiżna, jiġifieri li xi ħaġa li ġiet maturata matul bosta snin fuq livell Ewropew, adottajniha matul is-snin, fost kontroversji interni politiċi li kellna, u b'mod gradwali, dejjem skond il- bżonnijiet tagħna.", "Dan jagħmel kuntrast enormi ma' kif f'dawn l-aħħar snin, il-gvern preżenti qed jipprova jdaħħal f'pajjiżna mazz sħiħ ta' liġijiet u regolamenti, magħmula mhux mill-Kunsill ta' l-Ewropa imma mill-Unjoni Ewropea, qisu bil- pala, fejn qed idaħħal liġi wara l-oħra, regolament wara l-ieħor, mingħajr diskussjoni tabilħaqq organika, mingħajr maturazzjoni tabilħaqq riflessa, u b'mod li la qed dan qed isir fi Brussels, irid isir f'Malta.", "Dan m'huwiex qed jagħmel ġid lil pajjiżna, anzi qed ikompli joħloq ħafna bottle necks u ħafna taħwid fir-rigward tad-diskussjoni li għaddejja dwar jekk għandux ikun hemm sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jew jekk għandux ikun hemm partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma kollha punti li nerġa' ngħid, matul dawn l-aħħar tlieta, erba' snin, iddaħħlu b'ċerta ossessjoni min-naħa tal-gvern, bil-bulldozer jew bil- pala, f'diversi aspetti tat-tmexxija ta' pajjiżna, fil-qasam tat- tassazzjoni, fl-industrija, fit-turiżmu, fis-servizzi finanzjarji, fl- ambjent, fl-edukazzjoni, normi u liġijiet li qed jiddaħħlu f'pajjiżna mingħajr ma ħafna mill-operaturi jafu x'inhu għaddej.", "Iktar minn hekk, bl- implimentazzjoni ta' dak li jissejjaħ l-acquis Ewropew fl-ambitu ta' l- Unjoni Ewropea, ngħid jien, u naħseb qed ngħid bir-raġun, se jkun qed jiġi mpost fuq pajjiżna mod ta' mġieba pan-Ewropew, bla ħsieb veru ta' x'impatt se jkollu uq pajjiżna.", "Dan b'kuntrast ma' dak li qegħdin hawn, għax hawnhekk, il-konvenzjoni Ewropea fl-ambitu tal-Kunsill ta' l-Ewropa qegħdin indaħħluha biċċa biċċa fi proċess ta' maturazzjoni li qed jieħu s-snin, mhux b'sentiment ta' dewmien imma b'sentiment ta' wara li nħarsu madwarna, organikament jidher li jkollna żvilupp soċjali u ekonomiku fil-pajjiż, u biċċa wara l-oħra, dawn l-elementi tal-konvenzjoni Ewropea, fl-ambitu tal-Kunsill ta' l- Ewropa, dwar id-drittijiet tal-bniedem, qegħdin nimplimentawhom, mingħajr ma noħolqu disturb, mingħajr ma noħolqu inċertezzi, mingħajr ma noħolqu problemi, u b'kunsens.", "Fuq dan il-lat, l-oppożizzjoni se tivvota man-naħa tal-gvern.", "Jien nemmen li huwa tajjeb li nifhmu d-differenza bejn iż-żewġ proċessi, bejn il-proċess li bih avvanzajna bħala pajjiż Ewropew fil-kwestjoni tal- konvenzjoni Ewropea, fl-ambitu tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u l-mod ta' kif il- gvern tal-ġurnata qiegħed jinsisti li jagħmel bulldozing vis-à-vis l- acquis, ir-regolmenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern tal- ġurnata qiegħed jagħmel dan b'mod li mhux biss qiegħed joħloq diżgwid fil- pajjiż imma wkoll b'mod li l-prioritajiet li għandhom x'jaqsmu mal- modernizzazzjoni u mar-ristrutturar tal-pajjiż, m'humiex qed ikunu salvagwardjati u mħarsa.", "Il-priorita` saret li akkost ta' kollox, ir-regolamenti u l-liġijiet ta' l- Unjoni Ewropea jiddaħħlu f'pajjiżna, u l-ħtiġijiet ta' modernizzar u ristrutturar, il-ħtiġijiet li niffaċċjaw il-bżonnijiet tal-gvern biex tabilħaqq ma jibqax jgħabbi taxxi fuq il-pajjiż imma jsir iktar effiċjenti, il-ħtiġijiet ta' investiment ġdid li jagħmilna tabilħaqq kompetittivi, ir- riformi essenzjali li hemm bżonn fl-edukazzjoni, il-ħtieġa li nattakkaw il- problema ta' nuqqas ta' kompetittivita` nazzjonali fil-qasam tat-turiżmu, id-dilemmi u l-kriżijiet kbar li jeżistu fil-qasam ta' l-ambjent, ġew kollha mpoġġija fil-ġenb, flimkien ma' ħafna problemi oħra, sempliċiment bl- idea li akkost ta' kollox, ir-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tiddaħħal f'pajjiżna, nerġa' ngħid, b'kuntrast ma' dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk.", "Huwa tajjeb li nirriflettu li dan qiegħed jagħmel dannu kbir lil pajjiżna.", "Filwaqt li problemi essenzjali m'humiex qed jiġu ffaċċjati, filwaqt li t- telqa li hawn fil-pajjiż qiegħda tkompli toktor, għax l-aqwa riżorsi umani u finanzjarji tal-gvern qed jiġu dedikati biex idaħħlu lill-pajjiż fl- istrait jacket tar-regolamenti u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, l- affarijiet l-oħra li huma ħafna iktar kruċjali qegħdin ikunu mwarrba, minsija.", "Jiena ngħid li din hija problema kbira għal pajjiżna.", "Jien ikolli ċans nirrifletti iktar u iktar dwar dawn l-affarijiet għax jien membru fil-konvenzjoni Ewropea li għaddejja fi Brussels, fejn fiha jiltaqgħu rappreżentati minn parlamenti differenti ta' pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi hekk imsejħa kandidati biex isiru membri fl- Unjoni Ewropea, fejn jiddiskutu affarijiet li jirriflettu u għandhom x'jaqsmu ma' kif iridu jibnu l-arkitettura ta' l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin, jekk jiġri li tkun imwessgħa.", "Ikolli ngħid li d-dibattiti li għaddejjin huma interessanti ħafna u ta' min isegwihom.", "Imma imbagħad tqum il-mistoqsija dwar x'impatt jista' jkollu fuq Malta dan kollu li qegħdin nisimgħu fil-konvenzjoni Ewropea ta' Brussels, b'mod konkret, b'mod li għandu x'jaqsam mar-ristrutturar li rridu niffaċċjaw, ma' l-immodernizzaw li rridu nitkellmu dwaru.", "Pero' jibqa' ċar il-fatt li d-dibattitu li jinsab għaddej huwa interessanti u ta' min wieħed isegwih, imma bl-ebda mod m'hu se jirrifletti fuq l- għażliet li rridu nagħmlu hawn f'pajjiżna, bl-ebda mod m'hu se jgħinna nagħmlu l-għażliet tagħna, bl-ebda mod, fis-snin kruċjali li għandna quddiemna, m'hu se jwassalna biex tabilħaqq nagħmlu l-ankri kif għandna nagħmluhom u nbiddlu d-direzzjonijiet li għandna nbiddlu.", "Dan jippreokkupani, Sur President, għax qisu għaddej tentattiv sħiħ, f'dan il-pajjiż telekommandat mill-gvern preżenti, biex il-metalita` ta' min hawnhekk f'pajjiżna jrid jiffoka bil-kbir fuq il-bidla li rridu nagħmlu fostna, tkun iddevjata fuq affarijiet interessanti u kruċjali, imma li m'humiex se jkollhom impatt fuq id-deċiżjonijiet veri li rridu nieħdu.", "Nerġa' ngħid, imqabbel mal-proċess li għaddejjin minnu issa, jiġifieri l- proċess li bih, b'mod gradwali u maħsub, nassimilaw il-konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-liġi tagħna, dan li qed nagħmlu fil- qasam ta' l-Unjoni Ewropea, imur kontra l-interess nazzjonali, għax qed ibella' lill-korp soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna, ċerti modi ta' mġieba li mhux biss għadu m'assimilax imma għandu lanqas biss wasal biex jifhem il- portata tagħhom.", "Irridu nagħmlu kollox fil-pront ħalli nilħqu xi forma ta' kalendarju li m'huwiex il-kalendarju ta' Malta.", "Pajjiżna qiegħed jiġu mbuttat biex jassumi kalendarju li ma jgħoddx għaċ-ċirkostanzi tiegħu, apparti mill-fatt li diġa' tlifna erba' snin biex inwettqu ċerti affarijiet kruċjali fil-qasam ta' l-edukazzjoni, ta' l-ambjent, ta' l-investiment, tat- turiżmu, tal-kompetittivita`.", "Nixtieq li din ir-riflessjoni b'mod ġenerali, tinftiehem, għax ninsabu maqbudin - iż-żewġ partiti wara kollox, iż-żewġ naħat ta' din il-qasma li hawn fil-pajjiż dwar jekk għandux ikollna partnership jew jekk għandux ikollna sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea – f'dan id-dibattitu, li forsi huwa irrilevanti għall-isfidi veri ta' bidla li għandu pajjiżna.", "Dawn l- isfidi jorbtu ma' kif il-modi ta' mġiba tagħna, il-modi ta' kif naqilgħu l- għajxien, il-modi ta' kif nirrelataw u niddeċiedu bejnietna, jistgħu jiżviluppaw.", "Huwa tajjeb li wieħed ikun preżenti fil-konvenzjoni Ewropea, biex jgħarbel dak li jkun għaddej, imma huwa tajjeb ukoll li wieħed jifhem li ħafna mid- dibattiti li jinsabu għaddejjin hemmhekk, fir-realta` huma irrilevanti għaċ- ċirkostanzi u għall-qagħda attwali tagħna.", "Għalhekk huwa tajjeb li nistaqsu lilna nfusna jekk huwiex ta' min nieħdu pass li nifhmu tabilħaqq x'inhuma ċ-ċirkostanzi quddiemna u ngħidu li bħala Maltin, il-priorita` tagħna hija din, l-ewwel u qabel kollox.", "Jekk nitilqu fuq l-idea li akkost ta' kollox, dak li qed isir fi Brussels irridu nikkupjawh f'pajjiżna, u d-dibattiti li għaddejjin fi Brussels nippruvaw nirripetuhom f'pajjiżna, meta imbagħad, il-veri dibattiti li jikkonċernaw lill-Maltin u lill-Għawdxin m'aħniex qed niffaċċjawhom, jew qed niffaċċjawhom bl-imqieta, b'mod imżelleġ għal ta' l-apposta, se nkunu tlaqna fi triq li m'hi triq xejn imma hija sqaq.", "Jien naħseb li għalhekk huwa tajjeb li nimmarkaw li f'dak li għandu x'jaqsam imbagħad ma' din il-liġi li għandna quddiemna, li hija proċess li bih assimilajna l-konvenzjoni Ewropea - , mhux il-konvenzjoni li għadni kemm tkellimt dwarha, li qed tiltaqa' fi Brussels, fejn rappreżentanti minn parlamenti differenti, inkluż il-parlament Ewropew, jiddiskutu xi forma ta' trattat kostituzzjonali għall-Unjoni Ewropea, dik hija konvenzjoni oħra - dwar id-drittijiet tal-bniedem, matul is-snin, bil-mod il-mod, din ġiet u għadha qiegħda tiġi assimilata fil-leġislazzjoni Maltija.", "Jiena ngħid, Sur President, li dan għandu jkun il-mudell li bih pajjiżna jaħdem ħalli l-akkwisti u l-kisbiet Ewropej, fl-oqsma kollha, mhux fil- kuntest tal-kunsill ta' l-Ewropa u ta' l-Unjoni Ewropea biss, imma anke f'kuntesti oħra, jiġu assimilati b'mod miftuħ Ii tabilħaqq jirrispetta u jirrifletti l-interessi taċ-ċittadini kollha tas-setturi kollha, u anke l- iskadenzi li jgħoddu għal pajjiżna.", "It-tieni riflessjoni li nixtieq nagħmel hija dwar in-normi ta' mġiba, għax inutli li wieħed joqgħod jassimila bil-mod, gradwalment, jew bil-għaġġla, immedjatament, bil-miftuħ, malajr malajr, liġijiet ta' ħaddieħor, fuq il- karta, meta imbagħad, fil-prattika jkun hemm aspetti ta' tmexxija pubblika li jaqgħu lura bil-kbir fuq dak li hu mistenni minn kif iġib ruħu mhux biss iċ-ċittadin imma iktar minn hekk, l-eżekuttiv pubbliku, il-ministru, is- segretarju parlamentari.", "Naħseb li anke f'dan il-qafas, jekk tabilħaqq ngħidu li rridu ndaħħlu normi Ewropej ta' trasparenza, ma nistgħux imbagħad, bl-aktar mod rampanti, ngħalqu għajnejna quddiem ċerta mġieba li m'hemmx spjega għaliha.", "Nixtieq nirriferi bl-iktar mod ċar għall-każ tas-segretarju parlamentari l-Onor.", "George Hyzler, li dan l-aħħar ippreżenta, f'isem fondazzjoni ineżistenti, flimkien ma' negozjant privat, talba biex jibni dar ta' l-anzjani.", "Jien ma nistax nifhem fuq liema bażi tista' tiġi ġustifikata ħaġa bħal din, fuq liema bażi tħalliet issir, fuq liema bażi l-Prim Ministru tal-ġurnata aċċetta li ssir, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "F'dan il-parlament, madwar jumejn ilu, l-Onor.", "Hyzler ta spjegazzjoni li twerreċ, fejn qal li l- fondazzjoni privata għadha ma twaqqfitx, li huwa ffirma l-applikazzjoni f'isimha, li qiegħed f'partnership ma' negozjant privat magħruf u li għaddej il-proċess biex l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tagħti l-permessi meħtieġa.", "Smajna imbagħad l-ispjegazzjoni tal-Ministru tas-Saħħa, li qal li meta rrisponda fl-ewwel każ qal li m'hemm l-ebda talba għal dar ta' l-anzjani f'Ħal Qormi għax m'huwiex veru Ii se tittieħed id-dar ta' l-anzjani imma l- proposta hi li jinbena fuq id-dar ta' l-anzjani.", "Jien nistaqsi din xi spjegazzjoni hi.", "Il-Prim Ministru qiegħed hemm biex iwaddab il-bżar f'għajnejn min qed jistaqsi l-mistoqsijiet, jew biex jinkwadra in bouna fede lil min qed jistaqsi in bouna fede?", "Il-Ministru ried jgħid li kien jaf li hemm din it-talba imma ċaħadha għax il-mistoqsija kienet dwar jekk it-talba tikkonċernax it-teħid tad-dar f'Ħal Qormi li bħalissa qiegħda tintuża bħala ċentru tas-saħħa.", "Dawn huma normi trasparenti ta' kif jitmexxa l-ġid pubbliku?", "Minn naħa għandna segretarju parlamentari li a voce sua, fuq bażi privata, qed jippreżenta ruħu bħala president ta' fondazzjoni ineżistenti, biex flimkien ma' negozjant privat, jibni fuq l-arja tal-berġa ta' Ħal Qormi, li hija tal-gvern, u min-naħa l-oħra għandna l-Ministru tas-Saħħa li qiegħed jaċċetta quddiem dan il-parlament li ma tax l-informazzjoni mitluba għax il- mistoqsija li saret kienet dwar jekk huwiex se jittieħed iċ-ċentru tas- saħħa ta' Ħal Qormi, u mhux dwar jekk huwiex se jsir bini fuq iċ-ċentru tas- saħħa.", "Din m'hijiex xi ħaġa stramba, għalhekk ma naqbilx ma' dak l-editorjalist li qal li sa issa, din nistgħu nsejħulha bħala xi ħaġa stramba.", "Jiena ngħid li din hija xi ħaġa li m'hijiex aċċettabli, skandaluża, iktar u iktar għax m'hemmx dubju li tikkonfliġġi mal-kodiċi ta' etika li suppost, kemm il- ministri kif ukoll is-segretarji parlamenti qegħdin jottemporaw ruħhom magħha.", "Per eżempju jintqal - u dan japplika mhux għal meta jinħatar imma għal waqt li jkun fil-kariga – li \"malli jinħatar, ministru għandu jirriżenja minn kull kariga pubblika oħra kif ukoll minn kull kariga ta' direttur jew kariga oħra simili, kemm jekk f'azjenda pubblika, kemm jekk ukoll f'azjenda privata jew assoċjazzjoni volontarja.", "L-uniċi eċċezzjonijiet huma l-każi ta' ħatriet onorarji jew ħatriet f'għaqdiet filantropiċi, sakemm ma jkunx hemm konflitt ta' interess u f'dawn il-każi iżda, għandha tinkiseb l-approvazzjoni tal-Prim Ministru\".", "Jien naħseb li issa hemm bżonn ta' stqarrija min-naħa tal-Prim Ministru dwar x'kien ir-rwol tiegħu f'dan kollu.", "Il-Prim Ministru kien jaf, ta approvazzjoni bil-miktub lill-Onor.", "Hyzler biex jippreżenta ruħu b'dan il- mod, bħala president ta' fondazzjoni li ma teżistix, u fi sħab ma negozjant privat biex jibni azjenda privata bħala dar ta' l-anzjani fuq art tal- gvern?", "Irrid nagħmilha ċara li m'għandi xejn personali kontra l-Onor.", "Hyzler, dejjem qistu bħala persuna pjaċevoli, u għalkemm hemm min jikkritikah għax fil-ministeru tiegħu m'għamel xejn, m'huwiex l-uniku wieħed li jista' jiġi attakkat b'dan il-mod, għax hemm ħafna oħrajn bl- istess achievements fost il-ministri u s-segretarji parlamentari tal-gvern preżenti, imma bir-rispett kollu, nippampalunjaw daqstant dwar l-Ewropa, in- normi demokratiċi u t-trasparenza Ewropea, u meta niġu għall-fatti, rajt ma rajtx, smajt ma smajtx, u kollox jgħaddi.", "Jien naħseb li din hi l-problema f'dan il-pajjiż, speċjalment taħt gvern Nazzjonalista, Ii kollox jgħaddi.", "Jekk inti baħbuħ, jekk inti ħabib tal- ħabib, se tgħaddi mingħajr problemi u dak li jagħmel wieħed, jagħmlu l- ieħor.", "Allura nemmen li huwa inutli li nibqgħu nistennew li Brussels se jiġi jmexxilna lil dan il-pajjiż.", "Jekk m'huwiex se jkollna l-kapaċita` u l- ħila li tabilħaqq nirregolaw ruħna tajjeb u bis-serjeta`....", "Jien niftakar li meta l-partit Laburista kien fil-gvern, ċerti erwieħ tajba skandalizzaw ruħhom għax il-Ministru Charles Mangion kellu d-diċenza, l-onesta` u r- responsabbilta` li għaliex għamel żball amministrattiv, irriżenja.", "Dak li issa huwa l-Ministru Tonio Borg kien ixxokkja ruħu li b'sempliċi mistoqsija parlamentari kien wassal biex jirriżenza ministru għax kien ħa pass amministrattiv li kien mar oltre ċerti normi tal-Kabinett.", "Dawk huma n- normi li għandna nsegwu jekk tabilħaqq irridu pajjiż li jitla' fuq saqajh, li jimxi, li m'huwiex se jibqa' jaqa' lura u jżomm quddiemu l-illużjoni ta' affarijiet li taparsi jkunu mexjin imma fir-realta` ma jkunux!", "Jien nerġa' ngħid li ma nistax nifhem kif il-gvern jibqa' ċass u mutu quddiem każ bħal dan, fejn segretarju parlamentari jippreżenta ruħu bħala president ta' fondazzjoni li ma teżistix, jingħaqad ma' negozjant privat u jmexxi proposta bħal din.", "Fis-snin 50, meta dan il-parlament kien għadu m'huwiex indipendenti, kien hemm membru li kellha tirriżenja għax l-istamperija tagħha kienet ħadet kuntratt ta' printing mingħand il-gvern, għax jekk persuna tkun membru tal- parlament ma jistax ikollha negozju li ma jkunx approvat mill-iSpeaker.", "Din kienet Mable Strickland, li iva, kellha tirriżenja.", "Issa, bl-aktar mod sfaċċat, hawn xi ħadd li lanqas mhux biss huwa membru tal-parlament imma huwa membru tal-gvern, li qed jippreżenta ruħu biex jagħmel negozju mal- gvern, fuq art tal-gvern, ma' negozjant privat, u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Il-Prim Ministru jinsab frisk bħal ħassa u l-Ministru tas-Saħħa mehdi jgħatti l-affarijiet.", "Jiena ngħid li ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "L-imġieba tal-gvern, tal- Prim Ministru u tal-Ministru tas-Saħħa f'dan il-każ, hija mija fil-mija skandaluża.", "Għalhekk imbagħad inpoġġi dan fl-isfond tan-normi Ewropej li l- membri tal-gvern jiftaħru bihom.", "Dan il-gvern dejjem jitkellem favur l- Unjoni Ewropea, u jqasqas fuq Chirac, fuq Kohl, fuq dak u fuq l-ieħor.", "So what?", "In-normi li qegħdin jiżviluppaw fl-Unjoni Ewropea, fl-Ewropa, huma ħafna iktar qawwija minn dawk li qegħdin naċċettaw f'pajjiżna.", "Naħseb li it's about time li hawnhekk ma nibqgħux nilagħbu noli ma' xulxin.", "Jekk tabilħaqq irridu li dan il-pajjiż iqum fuq saqajh, ma nistgħux inħallu kollox jgħaddi, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Il-media li tappoġġja lill-gvern, meta tiġri xi ħaġa hekk, tipprova twaddab kollox taħt it-tapit, kif dejjem tagħmel, imma meta tqum xi ħaġa fi ħdan il-partit Laburista, bħal per eżempju xi kunsillier li jgħajjat ajma, allura dik l-aħbar tiġi mxandra fil-front page.", "Meta iżda jsir xi skandlu bħal dan, kollox jindifen, jitwaddab taħt it-tapit u agħar minn hekk, nisimgħu dwar kemm aħna indipendenti.", "Din hija l-Ewropa f'Malta, Sur President.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Jekk tabilħaqq f'dan il-pajjiż hawn l- intenzjoni li nersqu lejn normi Ewropej, kif naqbel li għandna nagħmlu, il- mudell għandu jkun dak li segwejna sa issa f'dak li għandu x'jaqsam mal- konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsilli ta' l-Ewropa, jiġifieri wara dibattitu matur, wara maturazzjoni ta' l-opinjoni pubblika, wara ħsieb tajjeb dwar kemm jgħoddu ċ-ċirkostanzi għal pajjiżna.", "Imbagħad, bil-mod il- mod, skond il-pass tagħna, nadottaw dawk in-normi u regolamenti, imma li nibilgħu kollox, kif qed isir bħalissa, u nidħlu fi sqaqien li huma rrilevanti għaċ-ċirkostanzi tagħna fiż-żminijiet tal-lum, huwa ta' dannu għall-pajjiż.", "Iktar profondament minn hekk imbagħad, jekk tabilħaqq irridu li nqajjmu lil pajjiżna fuq saqajh, li nkunu tabilħaqq qed naspiraw lejn ideali Ewropej veri, allura rridu nkunu serji u ma nittollerawx u ma nħallux linji ta' tmexxija li joskuraw kemm id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu kif ukoll l-integrita` ta' min qed jieħu d-deċiżjonijiet.", "Nerġa' ngħid li jkun hemm segretarju parlamentari li jassoċja ruħu, bħala president ta' fondazzjoni ineżistenti, ma' negozjant privat, biex jagħmel negozju mal-gvern, m'huwiex aċċettabbli.", "Kemm il-Ministru tas-Saħħa kif ukoll il-Prim Ministru jmisshom jistħu li għadhom ma ddikjarawx ruħhom dwar din il-kwestjoni u għadhom ma tawx spjegazzjoni lil dan il-parlament.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, din il-liġi żżid ma' dak li dan il- parlament kien għamel fl-1987, fejn il-gvern ġdid Nazzjonalista ta' dak iż- żmien kien ressaq proposta li kienet verament torbot ma' dak li emmen u ġġieled għalih il-partit Nazzjonalista, mhux biss f'dak iż-żmien imma matul diversi snin ta' attivita` tiegħu bħala partit.", "Din il-proposta kienet fil- fatt l-ewwel abbozz ta' liġi li kien tressaq mill-partit Nazzjonalista wara żmien twil fl-oppożizzjoni.", "Jien naħseb li dik kienet għażla li politikament kienet qed tgħid lill- poplu Malti li għalina, id-drittijiet fundamentali, m'humiex biss kif miktubin - għax aħna kellna drittijiet fundamentali miktubin fil- Kostituzzjoni, imma ma konniex qed inħarsu biss lejn il-liġijiet iżda anke lejn il-prattika ta' kif wieħed jiggverna – imma kif ipprattikati.", "Jien inħobb inħares 'il quddiem u mhux lura, imma la qed nitkellmu dwar liġi bħal din, irrid ngħid li l-poplu Malti kien għadu ħiereġ minn esperjenza ta' kalpestar tad-drittijiet fundamentali tiegħu, fejn anke l-qrati kienu jsemmu dan il-fattur.", "Effettivament, il-poplu, li kien qiegħed jgħix dawk ir-realtajiet, ireaġixxa b'mod fejn wera ried bidla fil-mod ta' kif jiġu pprattikati d-drittijiet tal-bniedem.", "Jista' jsir ammont infinit ta' liġijiet u modi ta' protezzjoni għax fl-aħħar mill-aħħar, huwa l-mod ta' kif aħna naġixxu fil-politika, mhux meta nkunu fl-oppożizzjoni, imma meta jkollna l-poter f'idejna, li jagħmel id-differenza kollha.", "It-test ta' l- istat fir-rigward ta' kif jirrispetta d-drittijiet fundamentali taċ- ċittadini tiegħu, m'huwiex meta partit jitkellem mill-oppożizzjoni imma meta partit jagħti prova mill-gvern.", "Naħseb li jekk hemm partit – ma naħsibx li aħna perfetti, biex ma nagħtix l- impressjoni li qiegħed nitkellem dwar il-perfezzjoni, għax din m'hijiex tal- bnedmin – li mexa fl-ispirtu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali - fil- fehma tiegħi, forsi jien daqsxejn biased għax nagħmel parti minn din in- naħa tal-Kamra u ili għal ħafna snin militanti f'dan il-partit – huwa l- partit Nazzjonalista fil-gvern, li ta prova li d-diskors tiegħu fl- oppożizzjoni dejjem jittraduċih f'fatti.", "Qiegħed nieħu din l-okkażjoni biex nirrifletti ftit dwar dawn id-drittijiet u dwar kemm fil-fatt huma mportanti għas-soċjeta` tagħna.", "Dan għaliex fil- qalba ta' dak kollu li jiġri fil-ħajja politika ta' pajjiż, hemm ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, hemm l-għażla li l-kollettivita`, l-istat, il-maġġoranza, għandha diversi drittijiet pero' l-ebda kollettivita`, stat jew maġġoranza, fil-ħsieb kif żviluppat partikolarment fl-Ewropa, abbażi tat-tradizzjonijiet u l-iżvilupp, m'għandu jkollu d-dritt li jgħaffeġ fuq ċerti areas partikolari ta' l-individwu.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu espressjoni politika fejn irrid nibagħtu l-messaġġ li fis-soċjeta` tagħna, l-individwu għandu mportanza kbira u ċerti partijiet mill-operat ta' l-individwu ma jistgħux jiġu kalpestati fl-interess u għaliex hekk jidher li għandha bżonn il-komunita` kollettiva.", "Id-drittijiet tal-bniedem għandhom ikollhom limitazzjonijiet, anke f'isem il-kollettivita`, imma fejn huma ġustifikabbli f'soċjeta` demokratika, allura għandhom ikunu limitazzjonijiet li għandhom limitazzjoni fihom infushom.", "Qiegħed ngħid dan għax din hija għażla ta' ħajja, hija għażla ta' politika, hija għażla ta' kif irridu li pajjiżna jiġi ggvernat.", "Fl- 1987, il-partit Nazzjonalista fil-gvern ressaq dan l-abbozz ta' liġi li sussegwentement, u fl-1987, il-gvern Nazzjonalista fassal dan l-abbozz ta' liġi, li effettivament sar liġi.", "Fil-fatt ta' min jgħid li hekk kif il- partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, waħda mill-ewwel dikjarazzjonijiet li għamel kienet li għandna nirratifikaw il-konvenzjoni Ewropea dwar id- drittijiet tal-bniedem biex f'każ ta' xi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, iċ-ċittadin Malti mhux biss ikollu dritt jagħmel petizzjoni individwali quddiem il-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem fi Strasbourg imma anke quddiem il-qorti Maltija ħalli jkun jista' jieħu dawk id-drittijiet li ġejjin mit-tradizzjoni Ewropea kif espressi fil- konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Mr Speaker, aħna, bħala gvern Nazzjonalista, mhux biss għażilna li nfasslu t-tmexxija ta' pajjiżna b'mod li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu rispettati imma għażilna wkoll li dawk id-drittijiet jiġu inkorporati fil- liġi Maltija.", "Fil-fatt ta' min jgħid li għalkemm dan l-abbozz ta' liġi, ġaladarba jsir liġi, se jkun taħt il-Kostituzzjoni, se jkun fuq il-liġijiet l-oħra għax dan l-abbozz ta' liġi huwa iktar importanti mil-liġijiet ordinarji tal-pajjiż, jiġifieri fi kliem ieħor, il-liġijiet ordinarji tal- pajjiż se jkunu sottomessi għal dan l-abbozz ta' liġi ġaladarba jsir liġi.", "Issa hawnhekk jista' jkun hawn xi ħadd li jissuġġerixxi li għandna mmorru oltre milli ninkorporaw dan l-abbozz ta' liġi fil-liġi Maltija, u dan billi ninkorporaw dan l-abbozz ta' liġi anke fil-Kostituzzjoni, pero` din hija proposta li forsi għad irridu niddiskutuha iktar 'il quddiem.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni rrimarka li aħna għandna nimxu b'mod intergovernattiv fir- rigward tal-ftehim li jsiru bejn il-gvernijiet, pero` dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu m'huwiex qed jagħmel xi ħaġa li tirrifletti l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea imma qed jagħmel xi ħaġa li tirrifletti l-mod kif jaħdem il-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Kemm b'dak li għamilna fl-1987 kif ukoll b'dak li qed nagħmlu llum permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, iċ-ċittadin Malti qed jiġi protett bil-liġi Ewropea minn pajjiżu stess mingħajr il-bżonn li jkollu joqgħod imur Strasbourg jew il- Lussemburgu, u l-metodu li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jissuġġerixxi li nsegwu qed jintroduċieh dan l-abbozz ta' liġi stess billi kif qed ngħid, iċ- ċittadin Malti se jkun jista' jmur quddiem il-qorti tal-belt Valletta, fejn imbagħad il-qorti tal-belt Valletta tirriferi l-każ lill-qorti Ewropea, din tagħtiha l-opinjoni tagħha u tkun tista' tittieħed deċiżjoni mill-qorti tal- belt Valletta stess.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan huwa proċess pożittiv li bih iċ-ċittadin Malti jħossu iktar b'saħħtu għax ikun jista' jikkontesta fil-qrati nazzjonali stess bil-possibbilta` li jmur ukoll fi qrati oħrajn ta' livell Ewropew.", "Dwar dawn id-drittijiet intlaħaq ftehim bejn Malta u l-Kunsill ta' l-Ewropa, u bl-integrazzjoni ta' dawn id-drittijiet, is-sistema legali tagħna ġiet eżattament identika għas-sistema li titħaddem fl-Unjoni Ewropea u fil-Kunsill ta' l-Ewropa nnifsu.", "Issa ħalli niġi biex nagħmel xi punti oħrajn dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi mhux biss qed jestendi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem imma qiegħed ukoll jenfasizza li d-drittijiet tal- bniedem huma sagrosanti u li l-ebda stat jew gvern m'għandu dritt ineħħi dawk id-drittijiet jew jikkalpestahom.", "Dan huwa proċess naturali li jirrifletti l-proċess li sar fil-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Il-protokolli li saru wara li saret il-Konvenzjoni Ewropea baqgħu jestendu d-drittijiet tal- bniedem, pero` Malta m'hijiex qiegħda tiffirma l-protokolli biss imma qed tesiġi wkoll li meta wieħed jirrikorri għall-qorti ta' Strasbourg, dawk il- protokolli ikunu applikabbli, bħalma jkunu applikabbli meta wieħed jirrikorri għall-qorti Maltija.", "Uħud mid-drittijiet li qed jagħmel aċċenn għalihom dan l-abbozz ta' liġi kienu diġa' inkorporati fil-Kostituzzjoni jew f'liġijiet oħra, pero` issa qed ninkorporawhom f'din is-super norm li għandna quddiemna, li kif għedt diġa', għalkemm se tkun taħt il- Kostituzzjoni tagħna, se tkun qiegħda fuq il-liġijiet ordinarji.", "Ta' min jgħid ukoll li wieħed minn dawn id-drittijiet li qed nitkellmu fuqhom illum jgħid li bniedem m'għandux jitlef il-liberta` tiegħu jew jitkeċċa minn pajjiżu minħabba li ma jkunx kapaċi jeżerċita xi obbligu partikolari li jkollu.", "Fil-fatt il-Ministru Tonio Borg semma żewġ każijiet serji ħafna ta' persuni Maltin li tkeċċew jew ġew eżiljati minn pajjiżhom, u l- leġislatur Malti għandu jassigura li dan ma jerġax jiġri.", "Fil-fatt wieħed mill-każijiet li semma l-Onor.", "Tonio Borg huwa dak ta' Manuel Dimech, li mhux talli tkeċċa minn pajjiżna imma talli minkejja li kien hemm min ried li jerġa' jġibu lura Malta, inklużi l-Ingliżi, li donnhom kellhom second thoughts dwar dan, dan il-bniedem ma reġax inġab lura f'pajjiżna.", "Dan joħroġ mid-dokumentazzjoni li għamel il-Professur Henry Frendo fuq Manuel Dimech stess - u dalgħodu l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel riferenza għad- diskors li għamel ħija l-kbir, jiġifieri rrid noqgħod attent ħafna kif nitkellem! - liema dokumentazzjoni tgħid li hemm records li juru li filwaqt li kien hemm min ried li Manuel Dimech jinġab lura, kien hemm min ma riedx li dan isir tant li Manuel Dimech spiċċa biex miet barra l-pajjiż.", "Kif għedt diġa', l-Onor.", "Tonio Borg semma każ ieħor fejn diversi nies ġew imkeċċija minn Malta bla ebda trial ta' xejn, u dawn tpoġġewhom fi stiva ta' vapur u ntbagħtu lejn l-Uganda.", "Huwa tajjeb li dan il-Parlament ifakkar dawn il-każijiet għax b'hekk wieħed iktar ikun jista' jirrealizza kemm huwa importanti li l-pajjiżi kollha li jkunu membri tal-Kunsill ta' l- Ewropa jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, daqskemm huwa importanti li min ikollu ċertu poter fil-mod kif jiġi ggvernat pajjiż ma jabbużax minn dak il-poter.", "Fid-dinja għaddejja diskussjoni kbira dwar dan, u pajjiżna għandu jkun parti minn dik id- diskussjoni wkoll.", "Mr Speaker, kien hemm perijodu meta fil-liġijiet tagħna kien hemm imdaħħla l-piena tal-mewt, imbagħad kien hemm perijodu fejn il-piena tal-mewt tħalliet għal ċerti ċirkostanzi, bħal ngħidu aħna waqt gwerra, sakemm fl- aħħar ġie deċiż li din il-piena m'għandhiex tibqa' tingħata għall-ebda ċirkostanza, lanqas f'każ ta' gwerra, għax illum iċ-ċivilta` tant żviluppat li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar nies qed jifhmu li l-piena tal-mewt m'hijiex is-soluzzjoni.", "Fil-fatt is-soċjetajiet li ħallew il-piena tal- mewt stess urewna li din m'hijiex is-soluzzjoni u m'hijiex il-mod kif issolvi l-affarijiet.", "Għalhekk huwa tajjeb li pajjiżna ddeċieda li jneħħi l-piena tal-mewt, u fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed ikompli jsaħħaħ il-protezzjoni ta' l-individwu minn tali piena.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jirregola wkoll taħt liema ċirkostanzi pajjiżna jista' jkeċċi lil min m'huwiex ċittadin tiegħu, anke għaliex l-immigrazzjoni illegali fl-Ewropa għadu fenomenu kbir li jolqot lilna wkoll.", "Fil-fatt dan il-qasam f'pajjiżna jiġi ttekiljat bis-serjeta`, fosthom mill-pulizija, pero` kif qal tajjeb il-Ministru Borg, issa dawk in- normi li sal-lum aħna konna nirrispettaw amministrattivament, se ndaħħluhom fil-liġijiet tagħna, anke biex bniedem jingħata dritt li l-każ tiegħu jiġi rivedut.", "Dawn huma affarijiet li jsaħħu l-mod kif il-bnedmin għandhom jaġixxu ma' bnedmin oħra, u żgur li l-mod kif il-bnedmin jaġixxu ma' bnedmin oħra għandu jiġi msaħħaħ ħalli d-dinjita` tal-bniedem ma tiġix ikkalpestata, lanqas f'dan il-Parlament.", "Sfortunatament xi kultant lanqas min huwa mdaħħal fil-qasam politiku ma jaġixxi b'mod li jkun ta' livell morali u ta' diċenza personali, kif wara kollox għandu jsir f'kull soċjeta` ċivilizzata, u per eżempju, għamel ħażin min lili, bħala politiku, ippersegwitani f'dan il-Parlament.", "Għamel ħażin ukoll dak il-ġurnalist - liema ġurnalist għadni narah ma' wiċċi sal-lum il-ġurnata - li ċempel lill- mara tiegħi biex jieħu interview lejliet il-Milied - u din hija xi ħaġa li qed insemmieha għall-ewwel darba f'dan il-Parlament - jiġifieri dan il- ġurnalist lanqas fi Christmas Eve ma ried jagħti ċ-ċans lill-familja tiegħi tistrieħ, u qed insemmi dan il-każ partikolari biex nuri kif jaġixxu ċerti nies.", "Fil-fatt min kien imexxi lis-Super 1 dak iż-żmien għamel ħażin ukoll li m'aġixxiex kontra dan il-ġurnalist għax l-atteġjament ta' dan il- ġurnalist ma kien jirrifletti l-ebda diċenza umana.", "Dan l-abbozz ta' liġi jirrifletti wkoll is-sens ta' ċivilta` li l-gvern Nazzjonalista dejjem ried jimxi bih.", "Ovvjament ma nistgħux ngħidu li l- gvern Nazzjonalista huwa perfett għax kif diġa' għedt, il-perfezzjoni m'hijiex tal-bnedmin.", "Naħseb li m'hawn ħadd mis-sema 'l isfel li jista' jgħid li hu perfett, imma almenu wieħed għandu joqgħod attent li jaġixxi b'mod diċenti u b'mod li jkun jagħmel ġid lil pajjiżna.", "Sur President, hawn drittijiet oħrajn li jidħlu permezz ta' din il-liġi.", "Jien naħseb li hija liġi tajba u huwa tajjeb ħafna għal Malta li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiddikjara li se jivvotaw favur din il-liġi għax fl-għażliet fundamentali li qed nagħmlu f'dawn il-mumenti m'għandniex bżonn politikanti, imma għandna bżonn statesmen.", "Dan hu l-mument fejn ikollna bżonn daqsxejn statesmanship, dan hu l-mument fejn ilkoll irridu nerfgħu r- responsabbiltajiet tagħna b'mod li dan il-parlament ikun rilevantissimu għall-ħajja tal-Maltin.", "Allura jien nilqa' d-dikjarazzjoni li għamel il- Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-Labour party se jivvota favur liġi bħal din.", "Naħseb li tajjeb li jieħdu nota ta' dan is-semmiegħa tagħna u anke l-media li jirrapportaw dak li jiġri fil-parlament, jekk baqa' min jagħmel dan il- coverage.", "Hemm min jagħmlu imma ħafna drabi saret qisha ħaġa boring li nirrapportaw x'jiġri fil-parlament u nagħtuh ċerta importanza f'mumenti li huma importanti għal pajjiżna.", "Importanti li wieħed iħares lejn il- kontenut tad-diskussjoni parlamentari u fil-limitazzjonijiet tiegħu jipprova jwasslu lin-nies.", "Ma naqbilx mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni - għalkemm għandu l-ikbar dritt li jgħidha u m'iniex qed ngħid li qed jgħid affarijiet ta' barra minn hawn, qed ngħid biss li ma naqbilx - li s-sistema intergovernattiva hija l-iktar sistema li tista' tagħmel ġid lil pajjiżna fuq il-livelli kollha.", "Jien inħoss li anke fi ħdan il-metodu komunitarju hemm ċertu livell fejn is- sistema intergovernattiva għandha funzjoni importanti, u hemm punti li jien naqbel magħhom fid-diskussjonijiet kollha li jsiru fil-konvenzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li huwa ma jħossx li fil-konvenzjoni qed isiru diskussjonijiet li se jkollhom impatt fuq il-bżonnijiet tagħna bħala pajjiż.", "Imma dan jiddependi minn kif tħares lejha.", "Jien naħseb li dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa li rridu nsolvu l-problemi tagħna u l-metodu li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea mhuwiex il-metodu kif insolvu l-problemi tagħna.", "Għandu dritt li jgħid hekk, però fil-fehma tiegħi issa hija għażla strateġika tidħolx fl-Unjoni Ewropea jew le, hija għażla strateġika jekk tidħolx għall-metodu komunitarju jew toqgħodx fuq il- metodu intergovernattiv li ċerti pajjiżi mxew bih, jiġifieri s-sistema li jsiru t-trattati.", "F'din il-liġi morna lil hinn mill-mod kif isiru t-trattati.", "Hawnhekk qbadna t-trattat u għamilnieh liġi tagħna.", "B'hekk il-Maltin se jkollhom drittijiet li joħorġu mil-liġijiet Ewropej li se jkunu parti wkoll mil- liġijiet tagħna.", "Il-bidliet tagħna ma rridux nagħmluhom bum, bum, bum, biex nuża l-esperessjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Il-ħajja hija bum, bum, bum!", "Fil-globalizzazzjoni li għaddejja llum il-kompetizzjoni hija bum, bum, bum u ma nistgħux nitnikkru fil-bidliet li rridu nagħmlu.", "Irridu ngħaġġlu u nimxu mar-ritmu tal-bidliet li qed isiru fid-dinja ħalli nkunu nistgħu nikkompetu mhux billi nkunu l-ħuta l-kbira - aħna qatt ma nistgħu nkunu l-ħuta l-kbira - għax fid-dinja llum mhux il-ħuta l-kbira se tiekol il-ħuta ż-żgħira, imma l-ħuta għaġġelija se tiekol lill-ħuta li titnikker.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru, winding up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, dan kien dibattitu interessanti ħafna, inklużi r-rimarki li għamel illejla l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ma naqbilx assolutament ma' l-attitudni li ħa, għalkemm napprezza li qal li l-partit ta' l-oppożizzjoni huwa favur din il-liġi.", "Però tajjeb ngħidu li għalkemm domna dan iż-żmien kollu biex napprovaw dawn il-protokolli, kif taf din il- Kamra, dan kien minħabba l-fatt li aħna dejjem imxejna bil-metodu li l- ewwel inbiddlu l-liġijiet tagħna u mbagħad nagħmlu r-ratifikazzjonijiet.", "F'dan il-każ kien hemm diversi liġijiet li riedu jitbiddlu.", "Fil-fatt żewġ protokolli minnhom jirriflettu liġijiet li ġew mibdula ħafna snin ilu waqt li l-emenda effettiva hija biss fir-rigward tal-kumpens li semmejna qabel.", "Jien ma naqbilx li huwa sewwa li domna biex nassorbu dawn l-affarijiet.", "Fir-realtà għandna ngħidu li missna mxejna ħafna iktar malajr biex adottajna dawn il-protokolli.", "F'dan ir-rigward ma nistax ma nikkummentax li m'għamilnihomx ħafna qabel minħabba l-fatt li l-gvern li kien hawn bejn l-1971 u l-1987 ma tantx kien favur li jsaħħaħ l-area tad-drittijiet tal-bniedem.", "Anzi naħseb li huwa magħruf biżżejjed li f'pajjiżna dak iż-żmien kellna regime fejn mhux biss ma kienx lest jestendi l-area tad-drittijiet tal-bniedem biex jagħmel il- konvenzjoni Ewropea applikabbli għal pajjiżna, imma fil-gvern kellna partit li kien ħonoq id-drittijiet kostituzzjonali tal-Maltin, li attivament u konxjament kiser numru ta' drittijiet taċ-ċittadini Maltin.", "U jekk hemm record li għandu gvern partikolari, dan kien il-gvern Laburista li dak iż- żmien kien ikkappeġġjat mill-Perit Mintoff u wara minn Karmenu Mifsud Bonnici, li kiser ir-record ta' kemm-il darba ġie kkundannat li kiser id- drittijiet fundamentali tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Qed ngħid dan kollu għax huwa faċli li tinjora l-istorja, li tiġi hawnhekk tagħmel diskorsi sbieħ għall-gallerija, u mbagħad tirrealizza li l-istess kap ta' l-Oppożizzjoni - li għamel dan id-diskors kollu fuq l-importanza tal-konvenzjoni Ewropea u kemm hu sew li qed nadottaw dawn id-drittijiet kollha - proprju f'dawk iż-żmenijiet meta l-partit Laburista ġie kkundannat darba, darbtejn, tlieta, erbgħa, ħamsa, sitta, sebgħa, għoxrin, tletin darba mill-Qorti Kostituzzjonali Maltija li kiser id-drittijiet fundamentali tal-Maltin, mhux biss kien membru prominenti tal-partit Laburista, imma kien għamel żmien li kien ukoll president tal-partit Laburista.", "U llum jiġi hawnhekk u jagħmel diskors qisu qatt ma kellu passat, qisu twieled fil-politika l-bieraħ u qatt ma kien involut f'xejn, meta r-realtà u l-istorja tal-pajjiż turi mod ieħor.", "Allura jien xtaqt nissofferma ruħi fuq il-punt li, kif qal l-Onor.", "Frendo, it-test tal-persuna tiġi meta dik il-persuna tkunqed teżerċita xi poter, kemm jekk ikun f'partit, fi gvern jew x'imkien ieħor.", "It-test tal-persuna ma jiġix meta tkun qiegħda backbencher u m'għandhiex kontroll fuq id-destin ta' parti minn pajjiżna.", "It-test ta' persuna jiġi meta dik il-persuna tkun qiegħda f'pożizzjoni li tista' teffettwa l-policy tal-partit jew tal-gvern jew li tista' teffettwa l-ħajja ta' ċittadini oħra Maltin u Għawdxin.", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Sant, huwa kien f'din il-pożizzjoni bħala president tal-partit Laburista u bħala membru prominenti f'diversi oqsma tal-partit, meta l-partit Laburista ġie kkundannat għal darba, darbtejn tlieta, għoxrin, ħamsin darba mill-qrati tagħna li kiser id-drittijiet fundamentali tal-Maltin u l-Għawdxin.", "(Interruzzjonijiet) Għandek żball.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien qed nirriferi għall-perjodu bejn l-1971 sa l-1987.", "L-Onor.", "Abela qalli li l-Onor.", "Sant kien Prim Ministru wkoll bejn l-1996 u l-1998 - ħaġa li nafuha żgur - qisu qed jipprova jgħid li f'dak il-perijodu qatt ma ġie kkundannat li kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Proprju l-punt li qed ngħid jien.", "Konvenjentement l-Onor.", "Sant qed jinsa li bejn l-1971 u l-1987 kien attivist fil-partit Laburista u kien president tal-partit Laburista u ma jistax jgħid li ma jġorrx parti mill-ħtijiet li kellu l- partit Laburista dak iż-żmien.", "Huwa konvenjenti ħafna li l-ħajja politika ta' Dr Sant tibda biss mill- elezzjoni tiegħu ta' kap tal-partit Laburista wara t-telfa elettorali ta' l- 1992.", "Qisu dak li għamel qabel ma jeżistix!", "Jiġifieri bl-istess argument, jien li kont segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista għandi nippretendi li l-partit Laburista ma jattakkanix dwar meta kont segretarju ġenerali, għax dak iż-żmien ma kontx neżisti!", "Qisni twelidt meta ġejt elett fil-parlament!", "L-argument li qed nagħmel illum huwa li ma nistgħux inqumu f'dan il- parlament u nidhru qisna twelidna llum fil-politika u ma narawx x'ġara fil- passat.", "U ġara li ġara fil-passat għax il-partit Laburista mhux biss attivament u għal raġunijiet verament politiċi kiser id-drittijiet fundamentali ta' ħafna ċittadini Maltin, imma għax il-partit Laburista kien ukoll fl-avangwardja biex iċaħħad lill-Maltin il-pożizzjoni li għandhom illum, li l-konvenzjoni Ewropea hija parti mid-drittijiet tagħna.", "Kif qal l-Onor.", "Frendo, illum m'għandekx għalfejn tmur Strasbourg biex tagħmel kawża.", "Illum id-drittijiet fundamentali koperti mill-konvenzjoni Ewropea huma drittijiet leġislati f'Malta u prosegwibbli f'Malta.", "Dan l-achievement sar mhux biss mill-partit Nazzjonalista fil-gvern, imma minħabba r-rieda demokratika tal-partit Nazzjonalista fil-gvern.", "U hawn huma d-distinzjonijiet u d-differenzi.", "Hawn fejn wieħed għandu jiddistingwi bejn il-konvinzjoni politika ta' prinċipju u l-konvenjenza politika li m'hi bbażata fuq l-ebda prinċipju.", "U għalhekk meta ppilotajt din il-liġi għedt li għal darba oħra jien kburi li huwa dan il-partit fil- gvern li qed iressaq din il-leġislazzjoni.", "Din hija leġislazzjoni li tkompli mas-sensila sħiħa ta' liġijiet li jżidu d- drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Dan ma jsirx b'kumbinazzjoni.", "Dan ma jsirx għax se nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea għax għalkemm dawn l-affarijiet huma rikonoxxuti minn kull pajjiż membru fl- Unjoni Ewropea, imorru lil hinn mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u jinkwadraw ruħhom f'kull pajjiż li verament jemmen fid-demokrazija li jeżisti fl-Ewropa.", "Għal darba oħra kellha tkun inizjattiva ta' dan il-partit li tkompli twessa' l-arja ta' demokrazija għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "U dan nerġa' ngħid ma jsirx b'kumbinazzjoni, imma għax hemm konvinċiment morali, għax hemm konvinċiment ta' prinċipju minn din in-naħa li din hija parti essenzjali mill-politika li rridu nħaddnu, li din hija parti essenzjali mill-prinċipji li aħna nemmnu fihom.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319\" jiġi moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi kkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-abbozz ta' liġi jiġi kkonsidrat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "PENSIONS ORDINANCE (AMENDMENT) BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għandi il-Messaġġ mingħand il- President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President tal-Malta:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kap. 93 u l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament, Kap. 280\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "3 ta' Ġunju 2002", "Il-Ministru tal-Finanzi jipproponi t-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjonijiet tal- Membri tal-Parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, matul is-snin f'ħafna każi u għal ħafna raġunijiet il-gvern qabad funzjonijiet li kien jagħmel hu bħala gvern u għaddihom lil enti awtonomi.", "Fl-antik kellna l-electricity board, per eżempju, li kien inqata' minn mal-gvern biex ikun jista' jiġġestixxi l- funzjonijiet tiegħu b'mod kemm jista' jkun awtonomu u b'iktar flessibbiltà.", "Però iktar ma għadda ż-żmien din il-prattika iktar qabdet art u llum għandna ħafna korporazzjonijiet, awtoritajiet, kumpanniji u entijiet oħra li qegħdin jaqdu funzjonijiet li fl-antik kien jaqdihom il-gvern.", "Ġara wkoll li fl-1979 saret riforma qawwija fis-settur tal-pensjonijiet f'Malta li biha dawk kollha li mpjegaw ruħhom mal-gvern minn dakinhar 'il quddiem ma baqgħux intitolati għall-pensjoni tas-servizz.", "Pero' dawk kollha li kienu mpjegati mal-gvern sal-15 ta' Jannar ta' l-1979 baqgħu ntitolati għad-drittijiet kollha tal-pensjoni.", "Meta bdew isiru dawn il- movimenti li għedt qabel ta' kumpanniji, entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, eċċ., kien hemm ħafna impjegati tal-gvern li sabu ruħhom f'dawn l-awtoritajiet u sabu ruħhom f'kondizzjonijiet differenti.", "Kien hemm uħud li impjegaw ruħhom ma' l-enti partikolari li allura fisser li rriżenjaw minn mal-gvern, kien hemm oħrajn li ġew mislufa jew sekondati minn mal-gvern għal ma' korporazzjoni mislufa jew sekondati minn mal-gvern għal ma` korporazzjoni partikolari u kien hemm oħrajn li ġew imqabbda jagħmlu ċerti dmirijiet b'ordni tal-Prim Ministru li b'mod tekniku aħna ngħidulhom dawk li jkunu detailed biex minflok jaqdu l-funzjonijiet tagħhom fl-istream tas-servizz pubbliku kif kienu qabel, ikunu jistgħu jaqdu l- funzjoni tagħhom b'dawn l-entitajiet.", "Pero' dawn kollha li kienu impjegati qabel il-15 ta' Jannar 1979 li b'mod jew ieħor sabu ruħhom jaħdmu f'dawn l- entitajiet baqgħu jżommu d-dritt tal-pensjoni.", "Fil-fatt kienet saret emenda fl-Ordinanza tal-Pensjonijiet fil-każ ta' dawk li marru jaħdmu mal- Korporazzjoni Enemalta, mal-Malta Government Tourist Board, ma' l-Awtorita` tax-Xandir u ma' l-Universita`.", "Dawn id-drittijiet ta` dawk li marru jaħdmu ma` l-Universita` ġew imsaħħa permezz ta' provvedimenti li ddaħħlu taħt l-Education Act, kemm ta' l-1974 u kemm ta' l-1988.", "Sur President, f'każijiet oħra sar provvediment, taħt l-artiklu 8A ta' l- Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, b'ordni tal-President li bih entijiet pubbliċi ġew dikjarati bħala entijiet li fihom servizz mogħti minn impjegati tal-gvern jibqa' jitqies bħala servizz mogħti lill-gvern għall- finijiet tal-pensjoni biex hekk tibqa' l-kontinwita` tad-dritt tal- pensjoni.", "Fost dawn insibu kumpanniji bħall-MIA, il-Junior College u ċ- Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.", "Hemm każijiet oħra fejn dan id-dritt beda jkun imħares direttament fil-leġislazzjoni li taħtha kienet qed titwaqqaf l-enti pubblika u fost dawn insibu l-kumplament ta' l-entijiet pubbliċi li għandna llum.", "Pero' għalkemm il-provvedimenti li saru dejjem ħarsu d-dritt tal-pensjoni, fl-ebda każ, tista' tgħid, ħlief riċentement fl-aħħar żewġ kumpanniji jew entijiet li għamilna - waħda minnhom l-Malta Tourist Authority - ma kien stipulat u dikjarat preċiż il-mod kif il-pagi, salarji jew ħlas ieħor se jkunu kkalkolati biex fuqhom il-pensjoni tiġi maħduma.", "Jiġifieri l-metodi ta' kif tinħadem il-pensjoni qatt ma kien stabbilit u dan, matul iż- żmenijiet, ta lok ta' ħafna interpretazzjonijiet.", "Kien hemm min interpreta li l-pensjoni għandha tinħadem fuq l-pagi li jispiċċaw bihom u kien hemm min interpreta li għandha tinħadem fuq l-pagi li telqu bihom minn mal- gvern.", "Kien hemm ħafna interpretazzjonijiet ta' kif għandhom jiġu kkalkolati dawn il-pensjonijiet.", "Fil-fatt għamilna ħafna diskussjonijiet mal-unions tal-ħaddiema biex dan l-ekwivoku kemm jista' jkun naqtugħ u nkunu iktar ċari u kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Għalhekk illum qed inressqu din il-liġi li tirrifletti d-diskussjonijiet li kellna mar- rappreżentanti tal-ħaddiema.", "X'qegħdin nagħmlu f'din il-liġi, Sur President?", "F'din il-liġi, l-entijiet pubbliċi qegħdin naqsumhom bażikament f'żewġ kategoriji.", "Hemm kategorija li fiha hemm il-kumpanniji fejn fil-leġislazzjoni ma kienx speċifikat il- mod kif kellha tkun ikkalkolata l-pensjoni ta' l-impjegati tal-gvern imsemmija.", "Imbagħad hemm il-kategorija l-oħra li tinkludi dawk l-entijiet aktar riċenti fejn il-kalkolu tal-pensjoni ġie speċifikat b'mod ċar kif kellu jinħadem.", "Nerġa' ngħid li każ minnhom kienet l-awtorita' tat-turiżmu.", "Ir-regola prinċipali hija li jekk persuna tkun impjegata tal-kumpannija jew l-enti partikolari, din allura tibda tgawdi minn ċerti provvedimenti li se jidħlu f'din il-liġi.", "Jekk persuna tkun sekondata l-pensjoni tagħha tibqa' tiġi kkalkolata skond il-provvedimenti tagħha bħala impjegat taċ- ċivil, bil-pagi li kellha sostantivament qabel ma telqet maċ-ċivil u marret ma' l-enti partikolari.", "Dawk in-nies li ġew detailed minn mal-gvern għal ma' kumpannija oħra se jingħataw żmien, bil-liġi wkoll, biex jiddeċiedu jekk iridux iwaqqfu l- impieg tagħhom mal-gvern u jmorru ma' din l-enti.", "Imbagħad fil-każ li jiddeċiedu li jwaqqfu l-impieg tagħhom mal-gvern u jmorru ma' l-enti li qed jaħdmu magħha, dawn jidħlu bħall-oħrajn li huma impjegati ta' l-enti nnifsha u jibdew igawdu minn dawn il-provvedimenti li se ngħidu fil-liġi.", "Jekk jiddeċiedu li jibqgħu impjegati tal-gvern, dawn mhux se jitneħħew mill- enti li jaħdmu magħha.", "Xorta se jibqgħu jaħdmu ma` l-enti li qed jaħdmu llum.", "Pero' l-pensjoni tagħhom tkun ikkalkolata bħal ta` dawk li huma sekondati.", "Jiġifieri tkun kalkolata fuq il-bażi tal-grad li bih kienu telqu meta telqu minn mal-gvern u marru ma' din il-kumpannija speċifika.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dawk in-nies li jsiru impjegati tal-kumpanniji se jkollhom il-pensjoni tagħhom maħduma bażikament fuq il-paga li jispiċċaw biha, bil-kondizzjoni li din ma taqbiżx is-salarju ta' grade 3 fil-lista taċ-ċivil tal-gvern.", "Għaldaqstant dawk li m'humiex f'impieg permanenti ma' l-enti se tingħatalhom l-għażla mill-enti stess li jieħdu impieg permanenti magħha.", "Din l-għażla se tkun offruta sa mhux aktar tard mid-data li jistabbilixxi l-Prim Ministru b'ordni fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Din hija r- regola ġenerali.", "Ħalli nerġa' nirrepeti forsi nfiehem daqsxejn aħjar għax l- affarijiet ikunu komplikati.", "Ir-regola ġenerali hija li dawk li jkunu impjegati ta' kumpannija partikolari - u kulħadd se jkollu ċ-ċans li jkun impjegati tal-kumpannija jekk jagħżel hu - se jkollhom il-pensjoni tagħhom maħduma fuq l-aħħar salarju tagħhom bil-capping ta' grade 3.", "Dawk li jridu jibqgħu impjegati tal-gvern se jkollhom is-salarju tagħhom marbut mal-grad sostantiv li telqu minnu meta kienu ġew detailed jew sekondati ma' enti minn mal-gvern.", "Sur President, pero' se jkollna eċċezzjonijiet għal dawk l-impjegati permanenti fl-entijiet li huma speċikati f'subartiklu (2) ta' artiklu 8C, fosthom l-Universita` ta' Malta, il-Bord tat-Turiżmu tal-Gvern ta` Malta, l- Enemalta, l-Awtorita` tax-Xandir ta' Malta, il-Malta International Airport, is-Servizzi tax-Xandir Pubbliku u l-oħrajn li għandna elenkati.", "Dawn l- impjegati permanenti ma` dawn l-entijiet li għadhom ma rtirawx jew dawk li kellhom impieg permanenti magħhom iżda li laħqu rtiraw, anke qabel jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi, u dawk li jilħqu jirtiraw qabel ma jkollhom iċ-ċans li jagħżlu li jieħdu impieg permanenti ma' l-istess entitajiet, il-pensjoni tat-teżor f'dawn il-każijiet se tinħadem fuq il-pensjoni marbuta mas- salarju li bih irtiraw mill-enti sakemm dak ma jaqbiżx is-salarju marbut mal-grad 3 fl-istruttura tal-gvern.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li dawk li huma detailed illum u jistgħu jagħżlu se jkollhom ċans li jagħżlu.", "Imbagħad dawk li kienu impjegati, anke jekk kienu detailed, pero` ma setgħux jagħżlu - allura m'hemmx kwestjoni ta' għażla - il-pensjoni tagħhom se tiġi kkalkolata skond is-salarju li rtiraw bih mill-kumpannijia li spiċċaw magħha.", "Dawk li laħqu rtiraw u l-pensjoni tat-teżor inħadmitilhom xort'oħra minn hekk, se jkollhom il-pensjoni tagħhom riveduta sakemm ir- riżultat ta' din ir-reviżjoni ma jwassalx għall-pensjoni mnaqqsa minn dak li diġa' li qed jieħdu.", "Jiġifieri fejn hemm bżonn ta' reviżjoni ssir, pero' mhux se nagħmlu reviżjonijiet 'l isfel ta' ebda pensjoni.", "Sur President, provvediment ieħor tal-liġi jittratta l-performance agreement li qed isir ma' ċerti impjegati tal-gvern.", "Għandna sitwazzjoni fejn ċerti impjegati tal-gvern illum, wara proċess ta' għażla, qegħdin jingħataw impiegi qishom b'mod temporanji għaliex jingħataw b'kuntratt ta' tliet snin.", "Dan ifisser li wara tliet snin, jekk ma jkunux għamlu x-xogħol tagħhom kif għandhom jagħmluh, il-gvern jista' jerġa' jitfagħhom lura għall- post li kellhom qabel u jibqgħu jaħdmu fih.", "Pero' hawnhekk qegħdin ngħidu li billi teknikament dawn l-individwi qatt m'hu se jkunu ħadu l-posting sostantiv fix-xogħol li fil-fatt qegħdin jagħmlu, meta qed jieħdu performance agreement u jibqgħu fil-grad sostantiv minn fejn telqu qabel ma ħadu din il-promotion, biex insejħulha hekk, jekk ikunu għamlu tliet snin f'kariga partikolari l-pensjoni tagħhom għandha tinħadem fuq l-ogħla grad li dawn ikollhom.", "Naturalment qegħdin nitkellmu fuq karigi bħal segretarju tal-kabinett, segretarji permamenti u kariga ta' kap mogħtija taħt performance agreement għal terminu definit.", "Sur President, emenda oħra li qegħdin iressqu f'din il-liġi hija emenda żgħira dwar il-pensjonijiet tal-membri parlamentari.", "Qegħdin ngħidu li f'każ ta' membru parlamentari li ma jibqax membru tal-Parlament u jkun għadda mit-test li huwa eleġibbli biex jieħu pensjoni imma ma jkunx jista` jeħdoha għax jkun għadu ma għalaqx il-61 sena, jekk minħabba mard jew affarijiet oħra ma jistax jaħdem, jiġifieri jieqaf minn kwalunkwe xogħol, dan jingħata ċ-ċans jgħaddi bord mediku maħtur mid-Direttur Ġenerali fil- Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru tal-Finanzi u hekk, il-Ministru tal- Finanzi jaġixxi fuq rikkmandazzjoni ta' dan il-bord biex japprova jew le jekk dak il-membru għandux jingħata l-pensjoni ta` membru tal-parlament dakinhar.", "Jiġifieri li qegħdin ngħidu huwa li l-emenda hija bażikament boarding-out fis-sens ta' membru parlamentari taħt l-iskema tal- pensjonijiet tal-membri parlamentari.", "Mhux qed immissu l-pensjonijiet tal- membri parlamentari.", "Qegħdin ngħidu biss li dawk il-membri li huma diġa' eleġibbli biex jieħdu l-pensjoni, għalkemm ma jkunux għalqu l-61 sena u minħabba kwesjtoni ta' saħħa ma jkunux jistgħu jaħdmu, jistgħu jgħaddu bord mediku li fuq il-bażi tiegħu l-Ministeru tal-Finanzi jista' jiddeċiedi li jgħaddilhom il-pensjoni anke jekk ma jkunux għalqu l-61 sena.", "Sur President, jiġifieri bażikament din il-liġi qed tolqot dawn it-tliet settur.", "L-ikbar settur naturalment huma l-impjegati fil-qasam parastatali.", "B'din il-liġi dawn qed ikollhom metodu ċar ta' kif se tinħadem il-pensjoni tagħhom.", "Għandna wkoll il-kwestjoni ta' l-uffiċjali governattivi li jingħataw performance agreement li wkoll qegħdin jingħataw pensjoni fuq il- paga ta' xogħol li fil-fatt ikunu qegħdin jagħmlu, għalkemm ma jkunx il- grad sostantiv tagħhom.", "Imbagħad għandna wkoll l-emenda fil-każ ta' membri parlamentari li jimirdu.", "Imma l-iktar importanti naturalment hija l- kwestjoni tal-parastatali fejn nerġa' ngħid li bażikament dawk li ma jibqgħux impjegati tal-gvern u jsiru impjegati ta' l-entijiet speċifiċi tagħhom se jingħataw pensjoni fuq il-paga li jispiċċaw biha minn ma' l- enti tagħhom sakemm ma tkunx iktar minn grade 3 tal-pagi taċ-ċivil.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, din il-liġi li għandna quddiemna hija maqsuma fi tliet fergħat u għaldaqstant tajjeb li nittrattawhom separatament ħalli nkunu nistgħu niffokaw fuqhom bl-attenzjoni li jixirqilhom.", "Bla dubju ta' xejn l-iktar parti sostantiva tal-liġi hija l- ewwel waħda għaliex tolqot faxx iktar wiesa' ta' nies u din hija l- kwestjoni tal-pensjoni ta' l-impjegati tal-gvern li jaħdmu ma' enti jew korporazzjonijiet parastatali.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta l-partit Laburista kien fil-gvern, minkejja li għamel żmien pjuttost qasir, kien diġa` beda jittekilja din il-problema, anzi kien taha prijorita` fis-sens li kien iddiskutiha f'livell ta' kabinett – b'daqshekk ma jien qed nikxef xejn kunfidenzjali.", "Dan jixhduh d- dokumenti li naħseb l-amministrazzjoni tal-lum setgħet sabet meta ħadet over u jekk niftakar tajjeb kien fit-2 ta' April ta' l-1997, ftit inqas minn sitt xhur wara li tela' fil-gvern il-partit Laburista fil-gvern, li konna ressaqna memorandum mill-Kabinett proprju dwar din il-kwestjoni.", "Sa minn dakinhar aħna konna rrikonoxxejna l-fatt li kien hemm problema, anzi morna oltre u għedna li kien hemm bżonn li din il-problema tiġi ndirrizzata.", "Primmarjament il-problema kienet, kif spjega anke l-Ministru llum, dwar kif għandha tinħadem il-pensjoni ta' dawk l-impjegati tal-gvern li qalbu ma' entitajiet parastatali meta s-salarji li jitħallsu minn dawn l-entitajiet żdiedu fuq dak li jħallas il-gvern għal dawk li huma gradi korrispondenti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, on a point of clarification.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, bil-permess ta' l-Onor.", "Membru xtaqt nieħu minuta waħda biss biex inkun ċar fuq il-mod kif se tinħadem il-pensjoni ta' dawk li se jirtiraw minn issa 'l quddiem.", "Il-pensjoni se tibda tinħadem fuq il-grad li se jispiċċaw bih fl-enti partikolari, pegged mas- salary scales tal-gvern u capped sat-tielet grad tal-gvern.", "Dan qegħdin nagħmluh biex nevitaw abbużi ta' salarji li jitilgħu m'għola s-smewwiet biex jieħdu l-pensjoni fuqhom.", "Irrid nagħmilha ċara li fil-każ ta' dawk li se jirtiraw minn issa 'l quddiem se jkollna kwestjoni fejn il-grad li jispiċċaw bih huwa dak il-grad li se jieħdu l-pensjoni fuqu.", "Dak il-grad se jkun imqabbel ma' l-istess grad li hemm fis-sistema tal-gvern u allura se jeħduh fuq il-bażi tas-salarju tal-gvern u jaħdmu l-pensjoni fuqu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Brincat ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, kont qed ngħid li f'April ta' l-1997, diffikulta` li kient qamet ukoll kienet li kien hemm ċertu nuqqas ta' qbil dwar kif inhuma provduti dawn il-pensjonijiet taħt l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet għax filwaqt li l-awditur ġenerali dak iż-żmien kien tal-fehma li dawn il-pensjonijiet m'humiex regolati taħt l-istess ordinanza, meta kkonsultajna l-avukat tar-repubblika, sibna li hu kien tal-fehma li meta qed tirrikonoxxi bħala pensjonabbli s-servizz ta' dawn l-impjegati ma' l- entitajiet parastatali allura l-kariga li fiha jingħata dak is-servizz u anke s-salarju li jitħallas għalih għandhom jitqiesu bħala kariga pensjonabbli, ovvjament b'salarju pensjonabbli.", "Sakemm ġew riżolti dawn il-problemi, dawk l-impjegati tal-gvern li kienu qalbu ma' entijiet parastatali kienu rċevew pensjoni maħduma fuq is-salarju li kellhom mal-gvern.", "Nerġa' ngħid li sa minn dakinhar aħna konna ħassejna li din kienet sitwazzjoni li kellha tiġi b'xi mod indirizzata u rranġata.", "Skond il-pariri li kellna ta' l-avukat ġenerali dakinhar, dawk li rtiraw mill-enti parastatali sa dakinhar li kienet qed tersaq il-liġi wara li qalbu l-impjieg magħhom u mhux marru jew baqgħu on secondment, għandhom jieħdu l-pensjoni sħiħa maħduma fuq is-salarju li rtiraw bih min-naħa ta' l- enti parastatali.", "Min-naħa l-oħra kien hemm il-fehma espressa li dawk li jaqilbu ma' enti parastatali mil-lum 'il quddiem kif ukoll dawk li diġa` qalbu iżda għadhom ma rtirawx u sakemm ovvjament jirtiraw jistgħu jieħdu xi ħatra ġdida jew salarju ġdid anke rivedut, għandhom ikunu jafu bil-quddiem kemm is-salarju li se jkollhom se jkun meqjus għall-pensjoni minn mal-gvern meta effettivament jiġu biex jirtiraw.", "Dan, kif ġie indikat illejla mill- Ministru, kellu jsir billi jinħadem paragun bejn il-grad tagħhom u l-grad ekwivalenti mal-gvern, dak li jissejjaħ analogous grading li jfisser li effettivament salarju mill-enti jkun capped għal fini ta' pensjoni mis- salarju anologu mal-gvern.", "Fil-fatt sa mill-1997 aħna konna bdejna taħdidiet mat-trade unions bil-għan li niżguraw li jekk u meta tersaq din il-liġi għad-diskussjoni fil- parlament - kif qed jiġri llum - inkunu nafu bil-quddiem li hemm qbil mal- unions dwarha.", "U tajjeb li hawnhekk wieħed jistaqsi jekk din id-darba kienx hemm il-qbil mixtieq mal-unions sabiex leġislazzjoni bħal din tkun tista' timxi 'l quddiem mingħajr skossi.", "U qed nistaqsi dan biex inkun naf ġenwinament - forsi l-Ministru jista' jgħidilna fil-winding up - jekk kienx hemm qbil fil-prinċipju mal-unions qabel wasalna għall-istadju li qegħdin fih illum.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li aħna ma konniex qajjimna l-każ dakinhar biss, imma konna erġajna qajjimna l-każ f'Mejju ta' l-istess sena, pero` konna pposponejna d-deċiżjoni finali mhux għax ridna nkaxkru saqajna jew għax ridna niffrankaw xi flus imma għax sa dakinhar il-konklużjonijiet milħuqa f'dan l-eżerċizzju kienu msejsa fuq tagħrif mogħti mill-entijiet pubbliċi konċernati tant li l-Ministeru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien ma kellna l-ebda mezz li bih nivverifikaw l-eżattezza tat-tagħrif li ġie mogħti.", "Aħna ħassejna li fuq leġislazzjoni bħal din ġaladarba t-tagħrif li kellna kien qed jittieħed tale quale, l-informazzjoni kellha tiġi approfondita iktar.", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk is-sitwazzjoni ġietx aġġornata minn dak iż-żmien sal-lum anke f'dak li huwa capturing ta' tagħrif dwar dan is-suġġett.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed nitkellem fuq l-implikazzjonijiet legali, fuq x'tgħid jew ma tgħidx il-liġi jew fuq x'ġie jew ma ġiex maqbul mat-trade unions u x'seta' ġie diskuss magħhom, imma qed nitkellem dwar jekk minn dak iż-żmien 'il hawn sarx dan it-tip ta' capturing ta' tagħrif neċessarju mill-ministeru kkonċernat.", "Jien segwejt b'attenzjoni l-lista ppreżentata fil-liġi u anke l-lista ppreżentata mill-Ministru u ma nafx jekk huwiex bi żvista jew le li hemm żewġ entitajiet governattivi li ma saritx riferenza għalihom.", "Qed nirriferi primarjament għall-MITTS u għaċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi.", "Nixtieq li din tiġi vverifikata min-naħa tal-ministru u jara l- implikazzjoni tagħhom.", "U qed nistaqsi dan għax kien hemm impjegati taż- żewġ korporazzjonijiet jew entitajiet li raw l-abbozz ta' liġi u staqsewni jekk kienx hemm xi raġuni speċifika għalfejn huma ma ġewx inklużi fil- lista.", "Għaldaqstant naħseb li jkun xieraq li l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jkunu effettwati ħaddiema koperti b'dan il-ftehim.", "Qed ngħid hekk għax tajjeb inkunu nafu, per eżempju, fis-sena li qegħdin fiha kemm huwa stmat li se tinvolvi ħlas ta' arretrati u kif dawn se jeffettwaw il- fondi tal-gvern u tal-korpi parastatali individwalment kif ukoll kemm se tkun in-nefqa rikorrenti f'pensjonijiet għall-gvern u anke għall-korpi parastatali.", "F'dan il-kuntest, mingħajr ma ninstema' li qed inkun kritiku għall-ftehim - nerġa' ngħid din kienet xi ħaġa li konna bdejna mexjin fid-direzzjoni tagħha anke ħames snin ilu meta konna aħna fil-gvern - tajjeb li nistaqsi x'salvagwardji ħa l-gvern biex jassigura anke li l-unions se jaċċettaw sostanzjalment kondizzjonijiet li jistgħu jkunu differenti għall-ħaddiema f'korpi parastatali li qed jagħmlu l-istess xogħol imma li setgħu ġew ingaġġati minn sorsi differenti kif ukoll jekk din hijiex se jkollha effett retroattiv.", "Wieħed irid jara x'effett jista' jkollu dan kollu fuq il- ftehim kollettiv ġodda li għad iridu jiġu nnegozjati.", "Peress li qed jintqal li l-klassifika għandha f'kull każ tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal- ministru tal-finanzi, qed nistaqsi jekk din il-klassifika hijiex se tinbidel ma' kull collective agreement għal kull kumpannija jew jekk hijiex se tagħti lok li tkun parti min-negozjati ta' ftehim kollettiv u għalhekk jekk hijiex se tkun soġġetta għal dawn in-negozjati.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk din il-klassifika hijiex se tkun ppubblikata fil-gazzetta tal- gvern u tistax ukoll tkun retroattiva.", "Fejn jiena u sħabi ma naqblux mal-provediment ta' din il-liġi huwa li l- ministru tal-finanzi qed jingħata l-poter li jistabbilixxi ċerti kriterji ġodda b'avviż fil-gazzetta tal-gvern.", "Ma rridx ninstema' partiġġjan - m'iniex beħsiebni nkun partiġġjan dwar din il-liġi - imma naħseb li dan jista' jfisser li jista' jkollna sitwazzjoni fejn il-ministru tal-ġurnata, anke fuq ħaġa bħal din, jista' jbiddel il-goal posts x'ħin irid, kif irid u anke forsi b'mod retroattiv mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li kull liġi, anke jekk tkun waħda purament amminsitrattiva li forsi ma jkollhiex implikazzjonijiet politiċi - m'iniex qed ngħid li din l-ewwel parti tal-liġi għandha implikazzjonijiet politiċi, anzi m'għandhiex għax turi ċerta kontinwita` ma' dak li kien qed jinħadem qabel - ...", "Żgur li meta jkollok dawn it-tip ta' poteri mgħoddija lill- ministru tal-ġurnata, la jawgura sens ta' fiduċja u lanqas jawgura relazzjonijiet sani bejn is-sieħba soċjali.", "Jiddispjaċini ngħid li dawn il- poteri diskrezzjonali huma evidenti f'diversi partijiet u klawsoli tal- liġi.", "Kif semmejt fil-bidu, l-emendi li għandna quddiemna llum huma maqsumin fi tliet kategoriji u niġi issa għat-tieni kategorija li dwarha n- naħa tagħna għandha ċerti oġġezzjonijiet.", "Kif spjega l-ministru, hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-pensjoni ta' xi uffiċjali pubbliċi bħal cabinet secretary, segretarji permanenti u dawk li għandhom pożizzjoni ta' kap taħt ftehim ta' profiċjenza.", "Dan qed ngħidu għax jekk wieħed iħares lejn it-track record ta' dan il-gvern fi żmien li għamel jamministra lil dan il-pajjiż, jara li f'dawn it-tip ta' karigi kien hemm ħafna appointments b'riħa ta' partiġjaniżmu politiku u li se jsir hawnhekk hu li se jkollna iktar icing fuq il-cake li qed jieħdu dawn l- uffiċjali li nerġa' ngħid fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu political appointees tal-gvern Nazzjonalista.", "Aħna nħossu illi li wieħed ikompli jżewwaq xi ħaġa għan-nies li fil-biċċa l-kbira tagħhom ħadu l-ħatra tagħhom fuq bażi purament politika, speċjalment fejn jidħlu dawk li ma ħadu xejn, tkun qed issir diskriminazzjoni politika doppja għax id-distakk bejn wieħed u l-ieħor se tkompli tikber.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' pożizzjonijiet ta' kap taħt ftehim ta' profiċjenza nħoss li tenħtieġ definizzjoni iktar wiesgħa kemm ta' kap statutorju, kif ukoll ta' kap titolari għax inkella tista' tfisser ukoll li kulmin għandu l-isem ta' direttur bħal, per eżempju, director of review se jiġi captured anke f'dan li għandna envisaged illejla.", "Dwar ir-retroattivita` tajjeb li nkunu nafu sakemm inkunu nistgħu mmorru lura fl-applikazzjoni ta' din il-liġi, pero` hemm osservazzjoni oħra li nixtieq nagħmel.", "Għalkemm nerġa' ngħid li din il-parti tal-liġi ma naqblux magħha, at the same time nixtiequ li almenu tkun komprensiva u ma teskludi lil ħadd.", "Dan qed ngħidu għax nittama sinċerament li jekk se jiġi ntrodott dan il-provvediment - u la qiegħed fl-abbozz ta' liġi u l-gvern għandu l- maġġoranza qed neħodha li dan il-provvediment se jgħaddi - ma jiġi eskkluż ħadd.", "Jien għandi għax nifhem li hemm min, minkejja li ngħata raġun mill- ombudsman, qed jibża' li jibqa' b'xiber imnieħer għax ma jħossx li huwa kopert b'din il-leġislazzjoni kif abbozzata quddiemna llum.", "Għalhekk filwaqt li ntenni r-riżerva ta' l-oppożizzjoni dwar din it-tieni parti tal- liġi, min-naħa l-oħra nappella - għax naf li fir-realta` din se tgħaddi, bil-vot tagħna jew mingħajru – li tkun waħda komprensiva u ma tkunx waħda li teskludi lil xi ħadd partikolari.", "Issa niġi għall-aħħar parti tal-liġi li tirrigwardja l-pensjonjiet tal-membri parlamentari.", "Dan huwa suġġett delikat biex wieħed tittrattah għax naf li kull meta jiġi trattat dejjem ikun hemm ċerta reazzjoni pubblika kontra l-klassi politika kemm fejn jidħlu l-pensjonijiet tal-membri tal-parlament kif ukoll tal- ministri għaliex il-pubbliku jħares lejhom bħala pensjonijiet li jiġu maħduma b'mod differenti minn dik taċ-ċittadini l-oħrajn.", "Nerġa' ngħid li fuq dik li għadni kif semmejt inħoss li r-riżervi tagħna għandhom jiġu reġistrati imma fit-tielet faxx ta' din il-liġi irrid nenfasizza l-fatt li qed titressaq emenda għall-pensjoni tal-membri parlamentari fejn se jiġu milquta pożittivament dawk ta' taħt il-61 sena li jistgħu huma preklużi milli jkunu gainfully occupied minħabba xi infermita` mentali jew fiżika.", "Ovvjament jien ma nħossx li huwa etiku li wieħed isemmi ismijiet hawnhekk, la ta' naħa u lanqas ta' naħa oħra, imma għalkemm ninsab informat li hemm żewġ ex deputati parlamentari li jistgħu jibbenefikaw minn din l-emenda, m'hemm xejn li juri li dawn se jiġu akkomodati t-tnejn għax kollox qed jitħalla fid-diskrezzjoni tal-ministru li jista', għall-argument - m'iniex qed ngħid li se jagħmel hekk - jiddeċieidi li jakkomoda lil Ċikku u ma jakkomodax lil Peppi.", "Għalhekk, filwaqt li nifhem l-intent tal-ministru meta ressaq dan il-provvediment tal-liġi, irrid ngħid Ii m'aħniex kuntenti mal-mod kif sar il-wording ta' dan il-provvediment partikolari.", "Lanqas, per eżempju - u din ngħidha bla riflessjoni fuq il-ministru tal-ġurnata - ma naqblu li xi ħaġa marbuta ma' infermita` fiżika jew mentali għandha tiġi deċiża mill-ministru tal-finanzi.", "Jien naħseb li f'ħaġa li hija marbuta mas-saħħa għandu jkun hemm l-input tal-ministeru tas-saħħa.", "Jiddipjaċina ninnotaw bħala oppożizzjoni li għalkemm kien hemm diskussjonijiet għaddejjin biex tiġi akkomodata persuna oħra f'kuntest ieħor, il-gvern għażel li jinjora din it-talba u għalhekk aħna, bħala partit fl- oppożizzjoni, inħossu li għandna nikkommettu ruħna li meta nkunu fil-gvern naraw li jkun hemm soluzzjoni ġusta u ekwa għal din il-problema wkoll.", "Kif inhi abbozzata l-liġi, lanqas qed jintqal jekk iż-żewġ membri li jistgħu jibbenefikaw mill-emenda humiex se jgawdu minnha b'mod immedjat jew b'xi mod retroattiv.", "Per eżempju, lanqas qed jingħad b'mod ċar min għandu jagħmel it-talba.", "Filwaqt li l-liġi tgħid li għandhom jiġu kkunsidrati dawn il-każi u li għandhom jiġu deċiżi jew arbitrati mill-ministru tal- finanzi, imma ma tgħidx min għandu jagħmel it-talba.", "It-talba trid issir bilfors mill-benefiċjari prospettivi nfushom?", "Jista' l-ministru jinizzja din l-azzjoni minn rajh mingħajr ma jkun ħa l-mandat tad-deputati konċernati?", "Jista' jagħmel dan fuq talba ta' persuni terzi?", "Per eżempju, jista' jkun hemm grupp parlamentari li jiġbed l-attenzjoni fuq Mr \"X\" u jgħid li huwa għandu jaqa' taħt il-provvedimenti tal-liġi biex hu jiġi akkomodat taħt il-provedimenti tal-liġi kif qed tiġi emendata llum?", "Meta tqum il-kwestjoni ta' infermita`, wieħed irid idaħħal serjeta` aktar b'mod tekniku.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid għall-kuntest tal-persuni li nvoluti, biex ħadd ma jaħseb li qed nipprova ngħid li jiena ma naqbilx li għandhom jiġu akkomodati l-persuni konċernati, pero` x'se tkun il- pożizzjoni ta' xi ħadd li jkollu nfermita` iżda li jista' jkompli jattendi s-seduti tal-parlament?", "Nieħdu l-eżempju ta' xi ħadd li huwa nieqes mid- dawl u jiġini f'moħħi awtomatikament ministru ewlieni fil-kabinett Ingliż ta' Tony Blair li minkejja li huwa nieqes mid-dawl għandu waħda mill-iktar karigi importanti fil-front bench bħala ministru tal-kabinett u naħseb li kemm ilu jservi lill-amministrazzjoni ta' Blair ħadd ma jista` jgħid xejn dwar il-professjonaliżmu tal-performance tiegħu.", "Jista' jkun hemm min ma jaqbilx mal-policies tiegħu - dak jiġri lil kull ministru – imma ħadd ma jista' jgħid li l-impairment tad-dawl tiegħu b'xi mod jew ieħor jeffettwaw il-professjonaliżmu tal-performance tiegħu bħala ministru tal-kabinett Blair.", "U qed inqajjem dan kollu għax din hija sitwazzjoni li tista' tqum anke fil-kuntest tal-parlament Malti, għalkemm ma jidhirx li għandna sitwazzjoni simili la fuq naħa u lanqas fuq oħra f'dan il-parlament għallinqas kif kompost illum.", "Sur President, qed inqajjem dawn il-punti kollha għaliex aħna ma nistgħux naqblu li jkollna l-ministru tal-finanzi li jarbitra dwar dawn it-tip ta' każi.", "Aħna nħossu li minflok jikkonsulta dwar l-aspetti mediċi, għandu jimxi fuq il-parir tal-bord ikkonċernat.", "U la qed insemmi l-bord irrid nistaqsi jekk dan huwiex se jkun wieħed konsultattiv jew le.", "Tajjeb li nkunu nafu l-funzjoni tal-bord nnifsu u tajjeb li nkun nafu wkoll x'se jibda jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu.", "M'iniex qed ngħid hekk biex nikkumplika l-affarijiet imma għaliex wieħed tajjeb li jkun jaf jekk aħniex qegħdin nitkellmu biss dwar ġuriżdizzjoni li tolqot aspetti mediċi, jew anke dddwar l-extent ta' compensation li jista' jkun hemm involuta.", "Nistaqsi wkoll jekk il-ministru jistax, wara li ssir recommendation tal- bord, jibgħat ir-rakkmandazzjonijiet tagħhom lura għar-rikonsiderazzjoni.", "Naħseb li dan huwa punt validu li ta' min wieħed jixtarru, kif wieħed għandu jixtarr ukoll jekk tistax tiġi appella jew imġedda deċiżjoni tal- bord wara li jiskadi ċertu terminu.", "Sur President, jiena m'għandi l-ebda intenzjoni li niftaħ id-diskussjoni fuq pensjonijiet ġenerali - nillimata ruħi għat-tliet aspetti tal-liġi kif proposti llum - pero` irrid nieħu spunt żgħir biex infakkar oġġett ieħor li nħoss li qed jiġi minsi.", "Meta gvern Laburista tela' fl-1996, minkejja l- qagħda finanzjarja mwiegħra li sab fiha l-finanzi pubbliċi, kien beda jindirizza l-problema ta' l-ex ħaddiema tas-servizzi Ingliżi, bdejna nattwawha bil-mod il-mod, għamilna l-ewwel fażi tagħha, erġajna daħħalniha fil-manifest eletorali ta' l-1998 meta tlifna l-elezzjoni ġenerali, pero` jisgħobina li jidher li dan il-gvern warrab kompletmanet din il-proposta għaliex qal li ma sabhiex vijabbli - niftakar lill-ministru jitkellem f'xi okkażjoni pubblika jew f'dan il-parlament stess dwar dan.", "Aħna, bħala partit Laburista, għalkemm għadna qed insawru l-qafas tal-manifest tagħna, diġa` ninsabu committed fuq din l-issue partikolari, u minn hawnhekk f'isem sħabi nista' ngħid li gvern Laburista ġdid jerġa' jkompli fejn ħalla biex jirrimedja l-pożizzjoni ta' l-ex ħaddiema tas-servizzi Ingliżi f'dan il-każ partikolari.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, għalkemm il-liġi dwar il-pensjonijiet hija tajba u taħseb għal dawk li ġew eliminati mil-lista jew inkella, bi żball, ma kenux se jieħdu l-pensjoni li kienu ntitolati għaliha bħala ħaddiema tal-gvern.....", "Kif qal tajjeb il-Ministru, uħud minn dawk il- ħaddiema tas-servizz pubbliku li kienu ġew trasferiti għal ma' xi bord jew awtorita`, huma ntitolati għall-pensjoni taċ-ċivil, pero` f'dan ir-rigward, saru diversi żbalji amministrattivi.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-liġi ma taħsibx biex tirrimedja dawn l-iżbalji, bil-konsegwenza li xi wħud m'huwiex se jingħataw il-pensjoni li oriġinarjament kienu ntitolati għaliha.", "B'mod partikolari, dan ġara fost il- ħaddiema tal-Maltapost, fejn fil-bidu, dawn kienu jagħmlu parti mill-post department, imbagħad twaqqfet il-Maltapost, li wara xi żmien reġgħet bdiet tiġi amministrata mill-gvern, avolja ma kinetx totalment tal-gvern għax parti minnha kienet ta' l-HSBC.", "Minħabba dan it-tibdil kollu, xi ħaddiema li jagħtu dan is-servizz kienu ingħataw il-parir biex jiġu trasferiti għal post ieħor, imma mingħajr ma jakkwistaw il-firma tal-ministru għat-trasferiment tagħhom.", "Dawn il- ħaddiema li ġew trasferiti mingħajr il-firma tal-ministru, li ta' min jgħid li ma kenux biss ħaddiema mas-servizz tal-posta imma anke ħaddiema fl- Universita`, illum il-ġurnata, jew sfaw mingħajr pensjoni jew inkella ma ħadux is-somma kollha li kienu ntitolati għaliha.", "Jien għalhekk nappella lill-Ministru biex jara liema huma dawk il-ħaddiema li kienu jagħmlu parti miċ-ċivil, imbagħad ġew trasferiti għal postijiet oħra u tilfu d-dritt tal-pensjoni li kienu ħadmu għalih għal snin twal.", "Nista' ngħid li mill-Universita` biss, hemm madwar 50 ħaddiem li sfaw f'din is-sitwazzjoni, u li għalkemm huma numru żgħir, xorta jistħoqqilhom li s- sitwazzjoni li jinsabu fiha tiġi rimedjata.", "Irrid ngħid li kien hemm anke sottomissjonijiet quddiem l-Ombudsman u quddiem l-MPO, ħalli wieħed jara x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema.", "Hemm bżonn li qabel ma tgħaddi din il-liġi, il-Ministru jieħu ħsieb il- każijiet pendenti li hemm u jara jekk huwiex ġustifikat li ħaddiem li jkun ta s-servizz tiegħu għal snin twal maċ-ċivil, imbagħad, minħabba ri- organizzazzjonijiet bejn l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet eċċ., jiġi trasferit għal ma' xi entita` oħra u jitlef id-dritt tal-pensjoni li kellu meta kien ħaddiem taċ-ċivil.", "Fuq kollox, fil-15 ta' Jannar ta' l-1979 kien ġie stipulat li kull persuna li bdiet taħdem maċ-ċivil qabel din id-data, hija ntitoltata għall-gratuity u għall-pensjoni.", "Pero`, kif qiegħed nispjega, kien hemm numru żgħir ta' ħaddiema taċ-ċivil ta' qabel l-1979, li ġew trasferiti biex jaħdmu f'xi entita` oħra u ħolqu d-dilemma dwar jekk għandhomx jingħataw il-pensjoni jew le.", "Illum il-ġurnata, kull min jirtira mix-xogħol minħabba l-eta` huwa ntitoltat għal żewġ terzi tas-salarju li kellu, imma f'dak iż-żmien, kulħadd kien ikollu jirsisti biex wara li jirtira mix-xogħol, jibqa' jingħata żewġ terzi tal-paga.", "Jien għandi l-impressjoni li l-unions donnhom ħadmu għal ċerti nies u għal oħrajn ma rsistewx biżżejjed biex ikunu ntitolati għall-pensjoni.", "Nerġa' ngħid li n-numru ta' nies li qegħdin f'din is-sitwazzjoni huwa minimu.", "Jien ngħid li min ħadem għal 20 sena jew aktar maċ-ċivil, għandu jkun intitolat għall-pensjoni.", "Għalhekk nerġa' nappella lill-Ministru biex jara x'każijiet hemm pendenti u jinkludihom f'din il- liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru tal-Finanzi sabiex jekk jogħġbu jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, kemm nieħu gost nagħmel lil kulħadd happy jekk jista' jkun, pero` r-realta` hija ...", "Jien nifhem x'qed jgħid sieħbi l-Onor.", "Bonnici, pero` irridu naqsmu l-kwestjoni f'żewġ partijiet.", "Żbalji amministrattivi m'hijiex kwestjoni li nilleġislaw fuqhom; żbalji amministrattivi għandu jkun hemm korrezzjonijiet amministrattivi għalihom, pero` jista' jkun hemm ċerti ċirkostanzi li ma jkunux kwestjoni ta' żbalji amministrattivi imma jkunu kwestjoni ta' eliġibbilta`.", "U meta tidħol fl- għelieqi tal-pensjonijiet, l-ikbar problema li tiltaqa' magħha hija dik li tiddetermina l-kriterji ta' l-eliġibbilta`.", "Issa meta tiġi biex tiddetermina min hu u min m'huwiex eliġibbli ssib li ħafna drabi jkun hemm ġurnata biss taqsam u allura trid toqgħod attent - u ma nafx jekk l-Onor.", "Membru kienx qed jirriferi għal specifics – biex mhux għal ġurnata ...", "Safejn naf jien kulmin kien impjegat tal-gvern u kellu dritt għall- pensjoni, dak id-dritt ma tilfu qatt meta għadda għal impjieg ma' xi kumpannija oħra.", "Li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi huwa li jekk kien hemm xi dubju, bħalma kien hemm, dwar impjegati li għaddew minn kumpannija għal kumpannija għal kumpannija u ma kenux koperti bil-liġi biex jibqa' d-dritt tal-pensjoni tagħhom flowing through sa meta jirtiraw, inneħħuh u nserrħu ras dawn l- impjegati li se jkun hemm fil-fatt dak il-flowing through, naturalment għal min hu intitolat għall-pensjoni.", "Jiġifieri finalment irridu noqogħdu b'seba' mitt għajn għax jekk tibda tagħmel l-eċċezzjonijiet, tispiċċa tiftaħ mare magnum u jkollok problemi mhux żgħar, għaliex biex taqdi tnejn min-nies tkun trid iddaħħal 2,000 oħra fis-sistema u b'hekk toħloq problema ta' xi 5,000 ruħ oħra.", "Jien nixtieq li f'dawn il-ħames minuti nagħlaq din il-liġi u anke nwieġeb għall-punti li qajjem l-Onor.", "Brincat waqt id- diskors tiegħu.", "L-Onor.", "Brincat beda biex staqsa jekk hemmx qbil mal-union.", "Iva, fir- realta` hemm qbil mal-union; qbilna mal-union sena u nofs ilu.", "Fil-fatt kien għalhekk li ħadna daqshekk żmien biex inressqu din il-liġi għaliex ridna nagħmlu dawn ir-riċerki li semma l-Onor.", "Membru u ridna naraw li kemm jista' jkun inkopru l-każi kollha.", "Illum nista' ngħid li għandna l- informazzjoni kollha dettaljata ta' min hu u min m'huwiex intitolat.", "F'din il-liġi qegħdin inkopru l-każi tal-kumpanniji kollha li jissemmew, jiġifieri saru r-riċerki kollha ta' liema kumpanniji għandhom jiġu nklużi u kif għandhom jiġu nklużi u liema kellna ċerti difetti fihom s'issa biex b'mod legali wieħed jgħid li l-impjegati huma ntitolati għall-pensjoni u kif irridu nagħmlu tajjeb għalihom.", "B'hekk ħriġna b'dawn il-klassifiki differenti ta' kumpanniji kif fil-fatt għandna fil-liġi.", "Rigward il-MITTS u ċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi l-informazzjoni li għandi hija li l-impjegati li hemm hemmhekk huma kollha mislufin, jiġifieri m'hemm l-ebda wieħed li huwa detailed u lanqas m'hemm impjegat ta' dawn l- entitajiet per se u allura ma jidħlux fis-sistema.", "Min hu tal-gvern u qiegħed f'dawn l-entitajiet għandu l-pensjoni maħduma mal-gvern.", "Għar-rigward ta' kemm se jiġi jiswa dan li se nagħmlu, l-informazzjoni li għandi hi li mpjegati li ma nħadmitilhomx il-pensjoni kif kellha tinħadmilhom u allura għandhom jieħdu xi arretrati hemm ftit mijiet u għalkemm hemm xi ftit eluf ta' liri nvoluti, m'hemmx ammonti straordinarji li għandhom jagħtuna xi problemi.", "Għalkemm għandna kollox maħdum fil- ministeru, ma nistax ngħid offhand kemm hija din iċ-ċifra.", "Dwar jekk hux se jkollna problemi ta' ħaddiema li jaħdmu fl-istess xogħol b'kondizzjonijiet differenti rrid ngħid li fir-realta` llum il- kondizzjonijiet differenti huma ta' impjegati tal-gvern, jew impjegati tal- gvern li għaddew għal entitajiet differenti, li ġew impjegati qabel il-15 ta' Jannar ta' l-1979 u dawk li ġew impjegati wara din id-data.", "Dawn għandhom żewġ sistemi differenti kif jieħdu l-pensjoni.", "Wieħed jieħu l- pensjoni tas-servizz u jieħu biċċa mill-pensjoni tal-bolla u l-ieħor jieħu l-pensjoni kollha tal-bolla.", "Jiġifieri bażikament dawk huma d-differenzi li għandna ta' l-impjieg.", "Barra minn hekk m'għandux ikun hemm differenzi oħrajn għax kif qed ngħid, dawk in-nies li llum huma detailed ma' l- entitajiet u allura m'humiex intitolati għas-sistema ta' ħdim ta' pensjoni, kif qegħdin ngħidu se jingħataw Iiċ-ċans li jekk iridu jsiru impjegati ta' l-enti speċifika, imbagħad tkun għażla tagħhom jekk jibqgħux detailed jew isirux impjegati.", "Jekk jibqgħu detailed, jiġifieri jibqgħu fl-istream tal- gvern li jfisser li jekk il-gvern joħroġ applikazzjoni għal promotion ikunu jistgħu japplikaw għaliha u jibqgħu jgawdu mill-possibbilta` li javvanzaw fl-istream governattiv bil-benefiċċji kollha li dan jagħtih, allura meta jirtiraw, dawn jirtiraw bil-post sostantiv li jkollhom meta jkunu telqu minn mal-gvern.", "Jekk mbagħad ikun hemm min jagħżel li jkun impjegat tal- kumpannija u jinqata' mill-istream governattiv u allura jekk toħroġ applikazzjoni fl-iskema governattiva ma jkunx jista' japplika għaliha, jirtira bil-grad li jkollu u dan se nqabbluh mal-paga ta' dak il-grad mal- gvern jieħu l-pensjoni fuqu sakemm naturalment il-grad ma jaqbiżx il-grade 3 tal-gvern.", "Imbagħad l-Onor.", "Brincat staqsa jekk hux se jkun hemm xi negozjati ta' kumpannija differenti f'xi collective agreements differenti.", "Ir-risposta hija le, il-kumpanniji huma dawk li huma fil-liġi, naturalment jekk jinħolqu kumpanniji oħrajn kulma se jiġri huwa li f'dik il-liġi li toħloq dawk il-kumpanniji se ssir riferenza għal din il-liġi tas-sistema ta' kif se tinħadem u se ngħidu li l-pensjoni se tkun \"hekk\".", "B'hekk se jkollna għall-ewwel darba f'pajjiżna sistema waħda ta' kif jinħadmu l-pensjonijiet tal-kumpanniji kollha li huma fiċ-ċirku governattiv, jiġifieri l-kumpanniji parastatali kollha.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li l-Ministru se jingħata l-awtorita` li joħroġ ċerti ordnijiet u hawnhekk jien irrid nispjega li dan il-poter tal-ministru fuq l-ordnijiet huwa biss fil-każi ta' meta kellna l-problemi li kumpanniji marru ma' kumpanniji oħra bħal meta mill-gvern inħolqot it-Telemalta u mit- Telemalta nħolqot il-Maltacom.", "Meta mill-gvern inħolqot it-Telemalta kien hemm il-liġi li tgħid li l-impjegati tal-gvern se jġorru l-pensjoni tagħhom mat-Telemalta, pero` meta nħolqot il-Maltacom ma kien hemm xejn li jgħid li dawk in-nies pensjonabbli fit-Telemalta huma pensjonabbli wkoll fil- Maltacom u għalhekk dak li qed nipprovaw nagħmlu b'dan l-ordni tal-ministru huwa li nissanawlhom il-pożizzjoni tagħhom.", "Aħna qed ngħidu li meta jinqalgħu każi bħal dawn, il-ministru jista' jagħmel ordni fil-gazzetta tal- gvern.", "Jiġifieri jekk tinħoloq kumpannija li m'hijiex ġejja fil-Parlament b'liġi, pero` xorta rridu ngħaddu l-pension rights tal-ħaddiema li jkunu f'entita` lil dik il-kumpannija u se jibqgħu f'dik il-kumpannija, il- ministru jkun jista' jagħmel dan b'ordni simili.", "Fejn imbagħad ikun hemm xi grad f'korporazzjoni li ma jeżistix, isir l-analogu u pubblikament ngħidu li dak il-job partikolari li ma nistgħux insibu bħalu fil-lista tal- gvern qed jiġi analogued ma' dak il-grad fil-lista tal-gvern.", "Dawk huma l- ordnijiet.", "Rigward il-bord mediku rrid ngħid li kulma se jgħid dan huwa biss jekk bniedem jistax jaħdem jew le, mhux se jgħid li tista' tagħtih nofs jew kwart tal-pensjoni.", "Imbagħad għar-rigward tal-political appointees irrid ngħid li safejn naf jien l-appointments isiru b'sistema rigoruża ta' interviewing li għaliha japplika kulħadd.", "Jien żgur m'iniex wieħed li se noqgħod nistaqsi x'affiljazzjoni politika għandu dak li jkun ma' partit jew ieħor, pero` in-nies f'dan il-pajjiż huma magħrufa.", "Jekk inħarsu lejn l- appointments li ngħataw fil-ministeru tiegħi fl-aħħar tliet snin naraw li għandna minn kollox, u jien dejjem emmint li sakemm in-nies ikunu leali lejn il-pajjiż u lejn ix-xogħol li qegħdin jagħmlu allura għandhom jingħataw iċ-ċans biex jaħdem kemm jista' għal pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kap. 93 u l-Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament, Kap. 280\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru tal-Finanzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Ġunju, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ppreżentata mill-Onor Michael Farrugia u l-Onor Noel Farrugia dwar it-tħassir ta' regolament 6.1 indikat f'Avviż Legali Nru 81 ta' l-2002.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali -Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti.", "AĠĠORNAMENT", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, għadni kif ġejja minn ħdejn omm li kienet imsawta u għalhekk kella titlaq minn darha b'żewġt itfal, mingħajr ma taf fejn se taqbad tagħti rasha.", "Għalhekk ħassejt li fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nitkellem dwar dan il-każ.", "Kif dejjem jistaqsu l-vittmi ta' każijiet bħal dawn, din il-mara wkoll staqsietni x'qiegħda tagħmel il-klassi politika biex tgħin lil min bħalha, isib ruħu f'din il- kundizzjoni tant diffiċli.", "Minkejja Ii nitkellmu dwar shelters fejn dawn in- nies – li ġeneralment ikunu nisa bit-tfal - ikunu jistgħu jmorru, nafu li jekk il-liġi f'dan ir-rigward m'hijiex se tinbidel, kif kien ippropona l- gvern Laburista ta' erba' snin ilu, se nibqgħu b'din il-problema.", "Ix-shelters huma tajbin u fil-fatt, dawk in-nisa li għaddew minn esperjenzi simili kkonfermaw dan.", "Kien għalhekk li l-gvern Laburista kien ħa ħsieb ta' din il-problema wkoll, pero` huwa mportanti li l-liġi tiġi emendata.", "Ftit taż-żmien ilu kien hawn f'pajjiżna xi barranin li għamlu seminar dwar dan is-suġġett u l-għada, il-headlines tal-gazzetti kienu jaqraw li fir- rigward ta' l-abbużi domestiċi, hawn nuqqas ta' liġijiet.", "Iva, f'pajjiżna hawn nuqqas ta' liġijiet li jipproteġu lill-vittmi tas-swat fid-dar.", "F'dan is-seminar, il-Viċi Prim Ministru bagħat biex jitkellem lis-segretarju parlamentari għall-anzjani, li quddiem dawn il-barranin qal li l-liġijiet li jittrattaw is-swat fid-dar qegħdin \"in the pipeline\".", "Jiena naħseb li dawn il-liġijiet weħlu fil-pipeline, għax il-white paper dwar din il-leġislazzjoni li toffri protezzjoni legali lil dawn il-vittmi, saret erba' snin ilu minn esperti li aħna għażilna b'attenzjoni kbira.", "Fost dawn l-esperti kien hemm persuni mill-oqsma legali, mill-qasam tas- saħħa, tas-social work u persuni oħra li jmissu ma' din il-problema kuljum.", "Dan ifisser li meta abbozzajna din il-white paper, f'dan il-pajjiż kellna l- aqwa elementi ta' expertise biex jikkontribwixxu fiha.", "Issa l-Ministru qiegħed jgħid li din qiegħda in the pipeline, meta nafu li f'Marzu 2000, l- istess Ministru qiegħed on record il-fatt li dan l-abbozz ta' liġi se jitressaq fil-kabinett u jgħaddi sa Ġunju ta' l-istess sena, imma fir- realta`, wara erba' snin, din il-liġi għadha \"in the pipeline\"!", "Dan juri kemm dan il-gvern m'huwiex qed jieħu l-affarijiet bis-serjeta`, speċjalment fejn hemm involuti sofferenzi u tbatijiet kbar.", "Dan m'huwiex kollox, għax f'dan is-seminar li għadni kif semmejt, is- segretarju parlamentari qal ukoll li qiegħed isir l-ispadework għall- istadji finali tal-liġi in kwestjoni.", "Aħna nafu li l-ispadework isir fl- istadji inizjali, għax il-pala tintuża biex jitħaffru l-pedamenti mhux biex jinbena bejt.", "Dan huwa xhieda ulterjuri ta' kemm dan il-gvern mhux talli ma jafx x'qiegħed jagħmel, talli lanqas jaf x'inhu jgħid.", "Ikolli ngħid li qatt ma smajt kontradizzjoni bħal din.", "Is-segretarju parlamentari jaf li l- ispadework sar erba' snin qabel ma bdiet tithejja l-white paper, mhux issa li din il-liġi waslet fl-istadji finali tagħha.", "U din il-liġi ilha sentejn li waslet fl-istadji finali, għax f'Marzu 2000, il-Ministru kien wiegħed li f'Ġunju ta' l-istess sena, din il-liġi, li tant hi essenzjali għall-vittmi tas-swat domestiku, kienet se titressaq hawn ġew għad-diskussjoni.", "Ftit taż-żmien ilu, fil-qrati ingħatat sentenza mill-maġistrat Jacqueline Padovani Grima, fejn għall-ewwel darba f'Malta, raġel intbagħat il-ħabs talli sawwat fisikament u emozzjonalment lill-partner tiegħu.", "Il-messaġġ li din is-sentenza bagħtet kien li l-vjolenza domestika m'hijiex se tiġi tollerata, filwaqt li għandu jservi wkoll ta' deterrent għal min biħsiebu jwettaq dan ir-reat fil-futur.", "Pero`, filwaqt li nieħu gost li ninsabu mexjin fid-direzzjoni t-tajba, ikolli ngħid li ftit huma dawk il-każi, mill 500 każ ta' swat domestiku li jkun hawn kull sena, jaslu fil-qorti.", "Dan għaliex sfortunatament, il-liġi ta' pajjiżna m'hijiex tajba minħabba l-fatt li r-responsabbilta` li tittieħed azzjoni qiegħda fuq il-vittma minflok fuq l-awtoritajiet.", "Inkitbu ħafna ittri u artikli fil-gazzetti dwar dan l-argument, u ċioe` biex din il-liġi titressaq fil-parlament, għax il-protezzjoni legali hi tassew importanti.", "Meta lili jċempluli dwar xi każ bħal dan tal-lejla, inkun naf x'se jistaqsuni minn qabel ma fil-fatt jagħmlu dan, għax dawn il- vittmi jafu li minkejja li aħna nagħmlu l-liġijiet, dawn ma joffrulhom l- ebda protezzjoni.", "U din hija l-kontradizzjoni li jaraw dawn in-nies.", "Għalkemm jien ninsab f'pożizzjoni fejn nista' nagħmel xi ħaġa biex il-liġi tinbidel, mid-dehra, għalxejn nitkellem waqt il-ħin ta' l-aġġornament u nagħmel mistoqsijiet parlamentari, għalxejn il-gvern Laburista għamel ħafna mix-xogħol tal-liġi in kwestjoni - fejn kieku dam iktar fil-gvern, din il- liġi kienet tasal biex tgħaddi – għax dan il-gvern ma jagħmel xejn li ma jkunx ordnat mill-UE.", "Dan ġie kkonfermat meta kienet ippubblikata l-white paper dwar il-liġi ta' l-ugwaljanza, fejn għalkemm il-gvern Laburista kien għamel dan ix-xogħol kollu, il-gvern preżenti warrab dak kollu li kien sar.", "L-istudju li konna għamilna dwar il-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi tal-Maltin, ma ġiex ikkunsidrat u minflok, saret white paper dwar dawn it-tliet direttivi.", "Sur President, qegħdin naraw nuqqas ta' serjeta` f'kull qasam, fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fix-xogħol li hemm bżonn isir f'dan il-pajjiż, u l-uniku xogħol li qiegħed isir huwa dak li għandu x'jaqsam ma' l-UE, waqt li t- tbatija tal-poplu qiegħda tingħata l-ġenb.", "Il-vittmi tal-vjolenza domestika mhux talli m'huwiex moħħhom fl-UE, talli lanqas jistgħu jiftħu ħalqhom f'darhom stess.", "Imma minkejja dan, il-gvern jibqa' jkaxkar saqajh b'tali mod li liġi li suppost kellu jressaq fil-parlament sentejn ilu, għadha ma ressaqhiex.", "Dan il-gvern qiegħed jidħak b'dawn il-vittmi f'wiċċhom, u għalhekk nagħlaq billi nistaqsi d-domanda li jagħmlu huma, u ċioe` x'inhi tagħmel il-klassi politika biex tgħin li min jisfa vittma ta' vjolenza domestika.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, sal-bieraħ stess smajna ħafna diskors sabiħ dwar il-kunsilli lokali, speċjalment mill-kelliema tal-gvern, li ppruvaw jagħtu l-impressjoni li qegħdin jagħmlu ħilithom biex il- kunsilli lokali jimxu 'l quddiem u jżidu fil-ħidma tagħhom.", "Dawn huma prospetti sbieħ imma sfortunatament, jekk wieħed jara x'qiegħed jiġri fil- verita`, issib affarijiet ferm differenti.", "M'huwiex rari li min-naħa tal- gvern stess, tingħata gambetta lil xi kunsill lokali partikolari, bħal dik li ngħatat lill-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli.", "F'Marzu li għadda rriżenjat is-segretarja eżekuttiva ta' dan il-kunsill u għalhekk, inħarġet call for applications biex timtela din il-vacancy.", "Bħalma titlob il-liġi, l-ewwel ma ġiet avviċinata kienet l-ETC, biex forsi tinstab persuna addattata għal dan il-post minn fost dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, imma minn hemmhekk ma nstab ħadd u għalhekk, wara li nġab il-permess mill-istess ETC, ġie pubblikat avviż fil-gazzetti u wara li l-applikanti ġew interviewed, intagħżel is-Sur Paul Pace.", "Xi ġimgħat ilu, il-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli bagħat rakkomandazzjoni lid- dipartiment tal-kunsilli lokali biex din il-persuna tinħatar, imma spiċċa kollox, għax min-naħa tad-dipartiment ma ngħatat l-ebda risposta.", "Minkejja li ntagħżlet persuna adattata għal dan il-post, il-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli spiċċa mingħajr segretarju eżekuttiv għax din il-persuna għadha ma ġietx appuntata mill-ministru.", "Dan ifisser li effettivament, dan il-kunsill ma jistax jaħdem għax is-segretarju eżekuttiv, li huwa l-aktar bniedem importanti fil-kunsill għax ir-responsabbilta` li tagħti l-liġi lill-kunsilli lokali qiegħda kważi kollha f'idejn din il-kariga, għadu ma ġiex appuntat.", "Dan m'huwiex sew u għalhekk nappella lill-Ministru Austin Gatt - li naħseb li jaf b'din is-sitwazzjoni – biex isir l-appointment ta' dan is-segretarju eżekuttiv ħalli dan il-kunsill lokali – li għandu maġġoranza laburista – ikun jista' jkompli bil-ħidma siewja tiegħu.", "It-tieni punt li xtaqt nitkellem dwaru jirrigwardja l-kwestjoni tal-health centre ta' Ħal-Qormi.", "Kont sorpriż ħafna meta fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" ta' nhar it-Tlieta, waħda mill-headlines kienet taqra \"Bsaten fir-Roti għall- Bini ta' Dar għall-Anzjani f'Ħal Qormi\".", "Meta rajt dan għall-ewwel darba, staqsejt lili nnifsi jekk il-gvern kienx qiegħed jibni xi dar għall-anzjani f'Ħal Qormi, u min qiegħed jagħmel dawn il-bsaten fir-roti.", "Meta imbagħad qrajt l-artiklu skoprejt li dan kien qed jirriferi għal każ li kont ktibt dwaru jien fil-gazzetta \"Kullħadd\" tal-ħadd li għadda, imma l-mod ta' kif dan ġie rappurtat f'\"In-Nazzjon\" kien totalment misleading, għax ippruvat tingħata l-impressjoni li l-kelliema ta' l-oppożizzjoni qegħdin jagħmlu l- bsaten fir-roti biex il-bini ta' dar għall-anzjani f'Ħal Qormi ma jitħalliex isir.", "Jien nistaqsi x'għandu x'jaqsam dan ma' dak li ktibt jien.", "Ħadd m'hu qed jgħid li ma għandhiex tinbena dar għall-anzjani f'Ħal Qormi.", "Tajjeb li ngħid eżattament il-fatti kif inhuma.", "F'idejja għandi l- applikazzjoni originali li saret lil Planning Authority minn Nazzareno Vassallo, f'isem \"Healthcare Services\", u mill-Onor.", "George Hyzler, segretarju parlamentari, f'isem \"Fondazzjoni Ħal Qormi\".", "Fid-description of works qed jingħad li liċ-ċentru tas-saħħa ta' Victory Street f'Ħal Qormi għandhom isirulu \"structural alterations to the existing building, a construction for a home for the elderly on first, second and receeded third floor\".", "Fi kliem ieħor, se jsiru alterazzjonijiet fil-basement u fil- ground floor taċ-ċentru tas-saħħa, u se jinbdew żewġ sulari oħra biex iservu ta' dar għall-anzjani.", "Meta jiena ktibt fil-gazzetta dwar dan, il-Ministru Deguara ġie hawnhekk u qal li ladarba jien kont ministru tax-xogħlijiet pubbliċi, imissni naf li m'huwiex veru li l-applikazzjoni tgħid li l-Qormi Health Centre se jsir dar għall-anzjani.", "Imma dan x'għandu x'jaqsam?", "Huwa veru li fl-applikazzjoni m'hemmx miktub \"to convert an existing building\", imma hemm miktub li l- bini eżistenti se jiġi rranġat u li se jiżdiedulu żewġ sulari oħra biex iservu ta' dar għall-anzjani.", "Il-verita` hi li l-Planning Authority, fis-27 ta' Marzu 2002 irċeviet applikazzjoni ffirmata fl-20 ta' Marzu 2002.", "L-applikazzjoni in kwestjoni ġġib in-numru ta' 1818/02, u titlob biex fil-Qormi Health Centre isiru alterazzjonijiet strutturali u jiżdiedu tliet sulari biex iservu bħala dar għall-anzjani.", "Fis-7 ta' Mejju jien staqsejt lill-Ministru Deguara – li huwa l-ministru responsabbli minn dan il-bini –dwar x'inhi r-raġuni għaliex il-Qormi Health Centre kien se jinbidel f'dar ta' l-anzjani, u r-risposta tiegħu kienet li sa dakinhar ma kienet saret l-ebda talba biex dan iċ- ċentru tas-saħħa jinbidel f'dar għall-anzjani.", "Erġajt staqsejt lill-istess Ministru tas-Saħħa dwar jekk il-Qormi Health Centre jaqax taħt ir- responsabbilita` tiegħu, għax mill-mod kif irrisponda għall-ewwel domanda tiegħi, donnu ma kienx jaf x'qiegħed jiġri għax jiena nifhem li jekk hemm ministru li għandu responsabbilita` ta' bini partikolari, ikun minn ta' l- ewwel Ii jkun jaf x'qiegħed jiġri f'dak il-bini.", "Din m'hijiex xi kamra f'għalqa imma huwa bini li jiswa miljuni kbar ta' liri!", "Pero` bħala risposta għat-tieni domanda tiegħi – il-mistoqsija parlamentari nru.", "33379 – il-Ministru Deguara rriferini għar-risposta li kien ta għall- ewwel mistoqsija li kont għamiltlu, u ċioe` li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi m'huwiex se jiġi konvertit f'dar għall-anzjani.", "Quddiem din it-tieni tweġiba, jien indunajt li l-Ministru, jew kien qed jigdeb jew inkella ma kienx infurmat dwar dak li kien għaddej.", "Wara dan kollu, l-Onor.", "Deguara ġie hawnhekk u qal li d-domanda tiegħi ma kinitx ċara għax il-health centre hemm kien se jibqa', ma kienx se jinbidel f'dar għall-anzjani imma din id- dar kienet se tinbena fuqu.", "Jekk irridu inkunu teknikament preċiżi u naraw il-pjanti - li għandi kopja tagħhom hawnhekk u li anke ġew sottomessi – insibu li l-ground floor eżistenti se jiġi alterat biex jakkomoda l- amministrazzjoni tad-dar għall-anzjani, jiġifieri l-bini eżistenti, iva, se jiġi konvertit, mhux kif qal il-Ministru!", "Minbarra dan, se jsir bini fuq l- airspace tal-Qormi Health Centre, li wkoll jifforma parti mill-bini eżistenti.", "Allura b'dan ix-xogħol kollu, mhux konverżjoni tal-bini eżistenti se tkun qiegħda ssir?", "Kif diġa' għedt, il-Ministru Deguara, jew ma kienx jaf b'dak li kien qed jiġri jew inkella, f'din il-Kamra ma qalx il-verita`, li imbagħad ħarġet fir-risposta għad-domanda parlamentari nru.", "33818, fejn intqal li huwa veru li saret din it-tip ta' applikazzjoni mill-Onor.", "George Hyzler bħala promotur tal-\"Fondazzjoni Ħal Qormi\".", "Meta rajt dan, jien staqsejt minn fejn ġiet din il-fondazzjoni u fid-dibattitu li sar madwar jumejn ilu dwar dan is-suġġett, jidhirli li l-Onor.", "George Vella għamel din id-domanda lill-Onor.", "Hyzler, li min naħa tiegħu wieġeb li din il-fondazzjoni ma teżistix.", "Allura tista' ssir applikazzjoni lill-Planning Authority f'isem fondazzjoni li ma teżistix?", "Dan m'huwiex qerq?", "Hekk sew, nivvinta kumpanija li ma teżistix u nagħmel applikazzjoni fuq bini tal-gvern f'isimha!", "Bħala risposta għal din il-kritika, l-Onor Hyzler qal li hu m'għandux interess fiha imma jiena ngħid kif jista' jkun dan, meta ingħaqad f'partnership ma' sieħeb privat biex flimkien jagħmlu din il-biċċa xogħol?", "Dażgur li għandu interess l-Onor.", "Hyzler, imma jiena m'iniex se nidħol fil- mertu ta' jekk dan l-interess huwiex finanzjarju, umanitarju jew ta' xi xorta oħra.", "Li nista' ngħid fiċ-ċert huwa li iva, l-Onor.", "Hyzler għandu interess f'din il-kwestjoni.", "U kif jista' jiġi hawn ġew u jgħid li m'għamel xejn ħażin meta ffirma f'isem fondazzjoni ineżistenti?", "Fl-artiklu li ktibt, jien staqsejt minn fejn ġiet din il-famuża \"Fondazzjoni Ħal Qormi\", min hu mdaħħal fiha, xi status għandha u minn tiffinanzja ruħha, imma quddiem dawn id-domandi, l-Onor.", "Hyzler baqa' b'ħalqu magħluq.", "Qal biss li din il-fondazzjoni m'hijiex reġistrata, jiġifieri din hija fondazzjoni fantażma.", "Staqsejt ukoll jekk il-ħsieb ta' din il-fondazzjoni huwiex li tagħmel proġett ta' benefiċċju għall-komunita` għax f'dak il-każ, il-healthcare centre huwa ta' benefiċċju kbir għall- komunita` ta' Ħal Qormi.", "Imma l-Onor Hyzler lanqas għal din id-domanda ma rrisponda.", "U kif minn tant nies, intagħżel l-ex-sindku Nazzjonalista tal- Mosta, Nazzareno Vassallo, biex jidħol f'din l-istorja kollha?", "Mela f'dan il-pajjiż hawn xi ħadd li jista' jieħu bini tal-gvern li jiswa l-miljuni tal-liri, qisu huwa tiegħu?", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Fuq l-istess ħsieb, jien nista' napplika għand il-Planning Authority biex inżid żewġ sulari fuq Kastilja, imma jekk nagħmel hekk, niġi mgħoddi b'miġnun.", "U jien l-istess ħaġa ngħid lill-Onor.", "Hyzler.", "Kif jista' japplika biex iżid is-sulari fuq bini tal-gvern?", "B'risposta għal din il-kritika, l-Onor Hyzler qal li din hija inizjattiva ta' public/private partnership.", "Issa aħjar!", "Mela mil-lum 'il quddiem, jien nista' nqum filgħodu u niddeċiedi li ntella' proġett fuq art tal-gvern, f'forma ta' public/private partnership, u nsieħeb miegħi lil min irrid!", "Hekk se ssir din il-biċċa xogħol taċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi?", "Fejn huma t-trasparenza u l- accountability f'dan kollu?", "Sur President, meta nqisu dawn l-affarijiet kollha li semmejt u d-domandi kollha li għamilt, aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni ngħidu li jekk m'aħniex se ningħataw tweġibiet għal dawn id-domandi, se nibqgħu nsostnu li l- affarijiet qegħdin isiru b'mod stramb, xejn trasparenti u unaccountable.", "B'dan it-tidwir kollu, ma nafux fejn se jaslu dawn l-affarijiet.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li verament nixtieq li kemm il-Ministru Deguara kif ukoll l-Onor.", "George Hyzler, jagħtuna risposti serji għad-domandi li aħna qegħdin nagħmluhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 24 ta' Ġunju 2002 fis-6:00 pm bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT – TRIQ KOLA XARA U TRIQ KONTI RUĠĠIERU – KOLLIŻJONIJIET", "32640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani dwar in-numru ta' kolliżjonijiet tat- traffiku rrapportati fit-toroq Kola Xara, Konti Ruġġieru u l-Kulleġġ Santa Maria bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin annwali 1998, 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar kolliżjonijiet fit-toroq li seħħew bejn Jannar u Marzu fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 kienu ta' tnejn, waħda, tlieta, tnejn u ħamsa rispettivament.", "AFM", "34176.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33189, nitlob lill-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm huma s-suldati fil-forzi armati ta' Malta li l- ombudsman qed jirrakomanda biex tiġi maħduma il-promozzjoni tagħhom b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.", "Jista' jgħidilna għaliex dan id-dewmien kollu biex dawn is-suldati jingħataw il-promozzjoni mistħoqqa meta d- deċizjoni ta' l-ombudsman ilha li intbagħtet mis-7 ta' Marzu 2002?", "Kemm huwa minnu li ħarġu żewġ promozzjonijiet fi żmien sitt xhur, waħda b'effett mill-1 ta' Jannar 2002 u l-oħra mill-11 ta' Mejju 2002?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li sad-data tal-mistoqsija kien hemm total ta' 13-il rakkommandazzjoni mill-ombudsman biex tiġi maħduma l- promozzjoni b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.", "Disgħa minn dawn ġew implementati waqt li erbgħa oħra qed jiġu kkonsidrati.", "Hemm numru ta' każi oħra fil-proċess ta' evalwazzjoni.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, kien hemm każ wieħed ta' individwu li kkwalifika bħala aircraft maintenance engineer, u għaldaqstant kien eliġibbli għal promozzjoni sa warrant officer II fi żmien sentejn mid-data li kiseb din il-kwalifika.", "OQBRA TAL-GVERN – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "34177.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid l-applikazzjonijiet pendenti għall-oqbra tal-gvern kemm imorru lura fiż-żmien?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-applikazzjonjiet pendenti għall- oqbra tal-gvern imorru lura fiż-żmien skond kif ġej:", "|Ċimiterju |Data | |Mosta | 2 ta' Ottubru, | | |1996 | |Mellieħa |22 ta' Mejju, 1997 | |Addolorata|20 ta' Diċembru, | | |1991 | |Burmarrad |11 ta' Lulju, 1996 | |Mġarr | 2 ta' Lulju, 1996 | |Ta` Baxia |26 ta' Lulju, 1996 | |Qormi |18 ta' Marzu, 1976 | |Rabat |18 ta' Awissu, 1976 | |Żebbuġ | 8 ta' Novembru, | | |1998 | |Kalkara |29 ta' Settembru, | | |1995 |", "BANK ĊENTRALI – PROVVISTA TA' DEHEB GĦALL-MANIFATTURA", "34178.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bank ċentrali waqaf milli jġib id-deheb biex ikun jista' jissupplixxi lill-produtturi tax-xogħol manufatturat tad- deheb?", "Jikkonferma li jekk dawn jibdew iġibuh permezz tal-banek kummerċjali dan ser jispiċċa jiġihom ferm għoli minħabba c-charges involuti?", "Jikkonferma li minħabba mod kif evolviet din is-sitwazzjoni, bħalissa l-produtturi tax-xogħol manufatturat tad-deheb lanqas għandhom deheb x'jaħdmu?", "X'inhuma l-aħħar żviluppi dwar ir-rapporti li kien hemm li dawn il- produtturi tax-xogħol manufatturat tad-deheb kienu ser isiru responsabbli huma għall-boll?", "Huwa minnu li l-gvern issa biddel il-pożizzjoni tiegħu u qed jgħid li jekk ma jkunx hemm kunsens bejn il-partijiet kollha involuti ser iħalli s-sistema kif inhi bħalissa?", "Jikkonferma li hemm partijiet - speċjlament dawk konnessi ma' l- importazzjoni - li jista' jkollhom kull interess li s-sistema tibqa kif inhi?", "Jaf li ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali, il-prim ministru tal- lum kien wiegħed lil diversi produtturi tax-xogħol manufatturata tad-deheb li l-gold bullion ma kienx ser jkun suġġett għall VAT?", "Hemm xi ħsieb li wara l-impożizzjoni tal-VAT f'dan il-qasam, il-gvern jerġa jikkonsidra l- pożizzjoni tiegħu kif wara kollox hija s-sistema f'uħud mill-pajjiżi ġirien tagħna fl-UE?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li b'effett mill-1 ta' Ottubru 2001, il-provvista tad-deheb mill-bank ċentrali saret provvista taxxabbli.", "Il-provvista tad-deheb lill-bank ċentrali baqgħet eżenti bil- kreditu.", "Is-sitt direttiva ta' l-Unjoni Ewropea ukoll tittratta bl-istess mod il-provvista tad-deheb lil u mill-bank ċentrali.", "Tajjeb wieħed ifakkar li qabel l-1997, il-produtturi ta' xogħol manifatturat tad-deheb kienu jimportaw id-deheb direttament huma stess jew permezz tal-banek kummerċjali.", "Taħt dik is-sistema kienu jħallsu l-VAT u mbagħad jirkuprawha.", "Wara l-introduzzjoni tas-CET fl-1997, peress li s- CET ma setgħetx tiġi rkuprata, l-arranġamenti kienu ġew riveduti sabiex b'effett mill-1 ta' Lulju ta'dik is-sena, id-deheb beda jiġi importat mill- bank ċentrali sabiex jinbiegħ lill-produtturi tax-xogħol manifatturat tad- deheb mingħajr ma titħallas is-CET.", "Fl-1999 reġgħet daħlet il-VAT minflok is-CET u għalhekk, peress illi s- sitwazzjoni kienet ġiet lura l-istess bħal ma' kienet qabel l-1997, kif ukoll fl-isfond tal-politika ta' liberalizzazzjoni, ġie deċiż li ma kienx baqa' skop illi l-bank ċentrali ikompli jimporta d-deheb direttament hu.", "Dan partikolarment wara li permezz ta' avviż legali 233 ta' l-2001, id- deheb ma baqax jitqies bħala provvista eżentata bil-kreditu meta jkun importat mill-bank ċentrali bl-iskop li jbiegħu lill-produtturi tax-xogħol manifatturat tad-deheb. ------------"]} {"filename": "20000229_251d_par.doc", "date": "2000-02-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 251 It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 251", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "251", "It-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 437", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 437", "TQEGĦID TA' KARTI 443", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 444", "AĠĠORNAMENT 464", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 468", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 250 li saret fit-28 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LIĊENZJI U TESTIJIET - TRASFERIMENTI", "12587.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-dipartiment tal-liċenzji?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 ġew trasferiti żewġ impjegati fid-dipartiment tal-liċenzji u testijiet għal dipartimenti oħra minħabba f'esiġenzi tas-servizz.", "SPTAR ZAMMIT CLAPP - TRASFERIMENTI", "12588.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l- Isptar Zammit Clapp?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Fl-Isptar Zammit Clapp ma ngħatawx trasferimenti lill-ħaddiema mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000.", "It-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "PIXXINA NAZZJONALI - TRASFERIMENTI", "12589.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal- pixxina nazzjonali?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fil-perijodu msemmi ma kien hemm ebda trasferiment fil-pixxina nazzjonali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, xi żmien ilu konna għamilna mistoqsija minn din in-naħa dwar xi rapport li kien qed isir fuq it-tmexxija tal- pixxina nazzjonali.", "Jista' l-Ministru jagħtina ftit aktar dettalji dwar fiex wasal dan ir-rapport?", "F'każ li ġie konkluż, jista' jekk jogħġbu jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ir-rapport m'huwiex konkluż pero` nista' ngħid li fil-ministeru, anke permezz tal-kollega tiegħi s-segretarju parlamentari, qegħdin nikkonsidraw toroq differenti għall-aħjar utilizzazzjoni tal-pixxina, mhux fis-sens tal-pixxina weħidha imma fis-sens tal-kumpless kollu kemm hu.", "Kif taf il-Kamra, il-pixxina nazzjonali qiegħda fil-kuntest ta' ambjent u ta' spazju għall-faċilitajiet sportivi u hija ta' livell għoli ħafna.", "Hemm ukoll ground tal-football u anke hemm faċiltajiet oħra għall-atletika, li l-livell tagħhom irid jitjieb.", "Imbagħad hemm il-kumpless l-ieħor ta' l-isport, li minkejja li kien inbeda madwar ħames snin ilu baqa' sal-lum mhux komplut.", "Il-ħsieb tal-ministeru huwa li nħarsu lejn l-ispazju kollu li qed nitkellem dwaru, bl-iskop li naraw l-options differenti, biex l-ewwelnett inkunu nistgħu nagħżlu l-aħjar triq li ġġib l-aħjar żvilupp ta' kwalita` ta' din l-area kollha - din hija area li tista' sservi mhux biss lill- universita` imma tista' sservi lin-nies kollha ta' dawk l-inħawi u f'ċerti dixxiplini lin-nazzjon kollu - it-tieni nett sabiex nassiguraw li t- tmexxija ta' dan il-kumpless ma tibqax frammentata kif inhi llum - b'biċċa taqa' direttament taħt l-universita`, biċċa jagħmel minnha l-kumitat, biċċa għandha l-kumpannija tagħha u biċċa ma nafux eżattament taħt min taqa' - u tielet nett sabiex nassiguraw li r-running ta' dan il-kumpless kollu jsir b'metodi li jkunu, għar-rigward tan-nefqa mill-aktar effettivi, bl-inqas piż fuq l-erarju pubbliku u b'dawk is-sussidji li huma assolutament meħtieġa, biex nassiguraw li jibbenefikaw minnhom kemm l-istudenti kif ukoll gruppi sportivi oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu jaħdmu aktar ħaddiema fil-pixxina nazzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija materja li qed jiddeċiedi fuqha l-management ta' din il-faċilita` sportiva.", "Jiena personalment m'iniex informat dwar id- dettalji tal-bżonnijiet - riċentement konna tajna tweġiba f'dan il- parlament li kien hemm bżonn ta' xi personnel li jieħu ħsieb ċertu safety u jidhirli li hemmhekk il-management kien qed jaħseb biex jara li jkollu r- riżorsi meħtieġa - imma l-parir tiegħi dejjem huwa li wieħed m'għandux ikollu mpjegati aktar milli assolutament huwa meħtieġ, wisq aktar fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi li qed nitħaddet dwarhom, 'il quddiem jista' jkun jkun hemm tmexxija differenti minn dik li għandna llum, u allura jiena dejjem ngħid li wieħed m'għandux jippreġudika dan l-iżvilupp billi jgħabbi l- faċilitajiet b'nies li għada pitgħada, f'ċirkostanzi ta' tmexxija differenti, jista' jkun li ma jkunx hemm bżonnhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna jekk is-Sur Silvio Zammit, li ngħata ammont ta' flus in settlement tal-kwestjoni li ntqal li kellu mal-gvern, għadux interessat li jerġa' jidħol jaħdem fil- pixxina nazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien jidhirli li l-arranġament kellu jkun ir-rinunzja daparti tas-Sur Zammit għal kwalunkwe pretenzjoni li jiġi ri-ingaġġat f'dan il-kumpless.", "Tajjeb ngħid li l-kumpens li ngħata s-Sur Zammit għat-terminazzjoni ta' l-ingaġġ tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti kellu jkun regolat bil-kuntratt li kien hemm bejn il-management u bejnu, u l-affarijiet saru in settlement ta' dawn id-diffikultajiet li kienu nqalgħu, u anke wara li ġiet ċeduta parti mill-azzjoni ġudizzjarja li kien hemm quddiem il-qorti.", "MALTA STOCK EXCHANGE - ĦADDIEMA ĠODDA", "12590.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Malta Stock Exchange mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000 ġew impjegati erba' minn nies ġodda fil-Borża ta' Malta.", "Dawn in-nies ġew impjegati kollha minn fost lista ta' persuni mibgħuta mill-ETC u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li toħroġ applikazzjoni pubblika.", "In-numru ta' dan il- permess kien 186/99.", "NTOM - TRASFERIMENTI", "12591.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal- NTOM?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa' l-4 ta' Jannar, 2000.", "INDAFA PUBBLIKA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12592.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-dipartiment ta' l-indafa pubblika mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l- ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid il-Ministru xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li fil-perijodu msemmi mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ma kien hemm l-ebda mpjieg ta' ħaddiema ġodda fid-dipartiment ta' l-indafa pubblika.", "MALTA FILM STUDIOS - POMPA TAD-DRENAĠĠ", "14120.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkummissjona bord ta' esperti sabiex jivverifikaw u jaraw x'inhi r-raġuni li kull sena l- pompa tad-drenaġġ li hemm taħt il-Malta film studios tinfaqa' u, apparti l- irwejjaħ, tniġġeż il-baħar mix-Xgħajra sa tas-Sliema?", "Jista' jiġi wkoll studjat x'effetti negattivi dan kollu qed iħalli fuq il-ħajja marittima?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministeru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-problema li hemm fil-pompa taħt il-film studios diġa` ġiet identifika u qiegħda tiġi indirizzata.", "Meta din taħdem sewwa d-drenaġġ jiżbokka 'l barra mix-xatt għax b'hekk jaħdem l-outfall ukoll.", "Li qiegħed jiġi studjat huwa l-ħsara li qiegħda ssir mis-sajjieda fuq is- submarine pipeline, biex b'hekk l-outfall ikun jista' jaħdem fit-totalita` tiegħu.", "TRASPORT - COACHES/MINIBUSES", "14131.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm coaches u minibuses liċenzjati?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sa l-aħħar ta` Jannar 2000 kien hemm liċenzjati 148 coach u 388 minibus.", "BORMLA - PJAZZA SANTA MARGERITA - XOGĦOL", "14132.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq Pjazza Santa Margerita, Bormla waqaf?", "Meta se jitkompla u meta se titlesta din il-fażi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13897 f'seduta 243.", "VERDALA - SATELLITE DISHES", "14133.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jingħataw permessi li jitwaħħlu dishes għar-reception ta' l-istallazzjonijiet tat- television fuq il-bjut ta' Verdala housing estate?", "Peress li skond il-CRR mhux permess li dawn jitwaħħlu fuq swar antiki, jistax jiġi ċċarat li Verdala housing estate m'huwiex sur?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Skond avviż legali 137 ta` l- 1997 ippubblikat fil-gazzetta tal-gvern tat-12 ta' Settembru 1997, l- istallazzjoni ta' dish għas-satellita hu meqjus bħala żvilupp permess mill- general development order.", "Madanakollu skond il-kondizzjonjiet u l- limitazzjonijiet ta' klassi 1(iv) ta' l-istess avviż legali, ma jkunx permess jekk ikun ser jitwaħħal fuq proprjeta`/bini skedat, bħalma huma s- swar kollha f'pajjiżna.", "Barra minn dan kull dish m'għandu jħalli ebda impatt viżwali, kif jirregola artiklu 3 ta' l-avviż legali.", "Huwa minnu li Verdala housing estate ma jifformax parti mis-swar, iżda hu fatt li dan l-estate hu mibni biswit l-istess swar u għalhekk kull żvilupp jista' jkollu effetti negattivi fuq l-inħawi.", "Dwar jekk jistgħux jingħataw il-permessi li rrIfera għalihom l-Onor.", "Interpellant, ninsab informat li dan jiġi kkonsidrat wara li ssir applikazzjoni formali f`dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, il-bieraħt lura l-ministru responsabbli mill-agrikoltura għamel stqarrija fejn qal li l-awtorita` ta' l-ippjanar se tinkludi fl-iskemi tagħha mijiet ta' tmien ta' art għall- iżvilupp.", "Jista' l-Ministru Borg jikkonferma dak li qal l-Onor.", "Ninu Zammit?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-impenn tal-gvern skond il-programm elettorali huwa li fejn jista' jkun hemm estensjoni ta' l-ischeme minħabba xi inġustizzja li nħolqot fil-passat, din tiġi kkonsidrata.", "Naturalment biex tiġi kkonsidrata trid tiġi mgħoddija u approvata fil-local plan, approvata mill- planning authority, approvata mill-ministru u approvata minn dan il- parlament, għaliex una volta li jkun hemm reviżjoni tal-pjan ta' struttura allura trid tiġi approvata fil-parlament.", "Il-commitment m'huwiex li kulma kien xi darba fl-ischeme jerġa' jkun fl-ischeme - safejn naf jien lanqas il- Ministru Zammit ma qal hekk - imma li jiġu kkonsidrati b'mod partikolari proprjetajiet li xi darba kienu fl-ischeme u li m'huwiex ġust li jibqgħu barra mill-ischeme meta wieħed jara l-konfigurazzjoni tal-bini llum.", "Ċertament li bl-ebda mod il-Ministru Zammit u lanqas il-gvern m'għamel xi commitment li kull tomna raba' li xi darba kienet fl-ischeme se terġa' tkun fl-ischeme.", "Safejn naf jien dak huwa li qal il-Ministru Zammit - il- ministru qiegħed hawnhekk u naħseb li jista' jirrispondi huwa stess dwar dan - u l-pożizzjoni tal-gvern hija li fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni tkun tal-planning authority u tal-parlament.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, kulma għedt dakinhar li tkellimt fis-Siggiewi kien dak li hemm imniżżel fil- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, ċioe' dak li l-poplu vvota għalih b'maġġoranza assoluta.", "Jiena għedt - kif anke ġejt rapportat f'\"The Malta Independent\" - li dawk l-areas li qabel kienu mneħħija barra mill- ischeme u għandhom il-potenzjal li jerġgħu jiddaħħlu, jiddaħħlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, filwaqt li naqbel li hemm areas li għandhom potenzjal li jiġu żviluppati, il-Ministru Zammit ġie rraportat li qal li dan se jsir fil-ġimgħat li ġejjin.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena m'għedtx hekk.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Imma hekk ġejt irrapportat li għedt.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Imma aħna llum għalhekk għamilna dik il-kjarifika fil- gazzetta.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, peress li wieħed ingħata x'jifhem li din se ssir dalwaqt, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time-frame propost mill-awtorita` ta' l-ippjanar għal meta dan jista' jsir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ir-riformi tal-liġi fl-awtorita` ta' l- ippjanar m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-possibbilta` ta' estensjoni ta' l- ischemes jew mal-local plans.", "L-abbozz ta' liġi in kwestjoni jinsab fi stadju avvanzat ħafna - u nimmaġina li fil-ġimgħat li ġejjin jiġi ppubblikat - u huwa lest sabiex jiġi diskuss fl-organi kollha tal-gvern.", "Sadanittant hemm ċans tajjeb ħafna li fil-ġimgħat li ġejjin il-planning authority tiddiskuti riforma sħiħa tad-DC1 ta' l-1988 - għalkemm m'hijiex bidla tal-liġi, xorta għandha ttejjeb il-proċess ta' applikazzjoni u, kif jaf l-Onor.", "Buhagiar, hemm ċerti affarijiet fid-DC1 ta' l-1988 li huma tajbin u oħrajn li għamlu żmienhom - u anke l-possibbilta` li tiġi estiża wkoll il-GDO.", "Jiġifieri qed ngħidu li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jiġu approvati mill-planning authority d-DC1 ta' l-1988 u l-GDO, imbagħad jitressaq l-abbozz quddiem dan il-parlament.", "Għar-rigward tal-local plans irrid ngħid li kemm fil-budget tal-planning authority tas-sena li għaddiet u anke ta' din is-sena tajna riżorsi li naħsbu huma biżżejjed biex it-time-frames li kien hemm qabel - dawn kienu maħsuba li se jitlestew fl-2002 - jiġu miġjuba aktar 'il quddiem.", "Fil- fatt hemm żewġ pjani partikolari, in-north harbour u n-north west, li jinsabu fi stadju avvanzat ħafna u nisperaw li malli jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni jiġu approvati mill-planning authority.", "Huwa f'dak il- mument li jkun hemm diskussjoni dwar jekk għandhomx jiġu estiżi l-ischemes jew le, pero` dan jista' jieħu ż-żmien u m'hux lakemm taqbad toħroġ il- local plan għaliex jekk il-local plan jipproponi estensjoni ta' l-ischeme, aħna marbutin - bil-liġi li approvajna f'dan il-parlament - li jekk ikun hemm bżonn ta' tibdil tal-pjan ta' struttura, irridu niġu biha hawnhekk quddiem dan il-parlament.", "Jiġifieri għalkemm id-deċiżjoni ta' estensjoni ta' schemes, żgħira jew kbira, tista' ssir fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, peress li d-deċiżjoni aħħarija hija ta' dan il-parlament, xorta waħda tista' tieħu ċertu żmien.", "Pero` rrid nerġa' ngħid li ż-żewġ issues m'għandhomx x'jaqsmu flimkien u rridu nisseparawhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fid-dawl li f'pajjiżna hemm numru sostanzjali ta' djar li m'humiex abitabbli aktar minħabba l-kondizzjoni li jinsabu fiha, u fid-dawl li l-art f'pajjiżna hija limitata ħafna, xtaqt nistaqsi jekk l- awtorita` ta' l-ippjanar hijiex beħsiebha tibdel xi wħud mill-policies tagħha dwar it-twaqqigħ ta' dawn id-djar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, minn mindu twaqqfet l-awtorita` ta' l- ippjanar kien hemm ċertu konservazzjoni ta' bini antik għalkemm forsi mhux daqskemm wieħed jixtieq għaliex wara kollox kulħadd jiżbalja.", "Naħseb li kemm ilha li twaqqfet l-awtorita` ta' l-ippjanar it-tgergir huwa pjuttost bil-maqlub, fis-sens li qed jiġu protetti ċerti affarijiet li forsi m'humiex daqshekk meħtieġa għall-wirt storiku tagħna.", "Li huwa interessanti wkoll huwa li dan l-aħħar ħarġet għall-ewwel darba ordni mhux biss ta' konservazzjoni imma anke biex djar privati, ta' proprjetarju privat, jiġu rranġati.", "Jien naħseb li għalkemm din ilha teżisti fil-liġi għal seba' snin qatt ma kienet ġiet attwata, u ġiet attwata għall-ewwel darba din is- sena fil-konfront ta' proprjeta` f'Ta' Sliema, li għalkemm inxtrat mill- privat u għalkemm hemm ordni ta' konservazzjoni minħabba l-valur arkitettoniku tagħha, xorta waħda s-sid kien qed iħalliha taqa' biċċiet.", "Għalhekk ingħatat ordni lis-sid sabiex isewwi dik id-dar.", "Irrid ngħid, Mr Speaker, li l-planning authority m'hijiex is-soluzzjoni tal-problemi kollha li hawn f'dan il-pajjiż fil-kamp tal-housing u l- akkomodazzjoni, pero` naħseb li qiegħda tgħin sabiex nikkonservaw dak li għandu jiġi kkonservat mingħajr ħafna fanatiżmu żejjed, la naħa u lanqas oħra, fis-sens li jekk ikun hemm ċertu bini li m'għandux għalfejn protezzjoni m'għandux jingħata dik il-protezzjoni.", "Li wieħed jista' jikkonsidra huwa li hemm ċertu bini li m'għandu l-ebda valur storiku, għalkemm qiegħed fil-qalba ta' belt jew raħal, u minħabba li hemm ċertu height limitations fuqu, ħafna żgħażagħ li huma mdorrijin b'ċertu livell ta' ħajja aħjar mill-ġenerazzjonijiet ta' qabel ma jkunux iridu jibqgħu joqogħdu fih.", "Allura qed jiġri li f'Ta' Sliema, per eżempju, issib ċerti areas fejn id-djar qed jiżvujtaw sempliċement minħabba li hemm ċertu height limitations.", "Kemm jiena kif ukoll is-segretarju parlamentari kemm-il darba tkellimna favur il-fatt li sakemm ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent u sakemm il-bini ma jkunx xi ċentru storiku, għandu jingħata l-permess li wieħed iżid sular sabiex dawn l-areas, li qed jittrasformaw ruħhom f'depressed areas u vakanti, jerġgħu jieħdu r-ruħ.", "Dawn is-sottomissjonijiet aħna qed nagħmluhom fil-konfront ta' kull pjan lokali, fejn dan huwa indikat, biex għallinqas in-nies jibqgħu joqogħdu fil-qalba tar-raħal u l-belt tagħhom u mhux kulħadd liberu jinbi u jagħmel pressjoni anke fuq l-ischemes, għax kulħadd jgħid li issa m'hemmx bini jew art fl-ischeme.", "Bini jew art fl-ischeme, anke skond studji ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, għad hemm u l-persentaġġi huma għoljin.", "Dan ma jfissirx li m'għandhomx jiġu estiżi ċerti schemes fejn huwa indikat li għandhom jiġu estiżi, imma li aħna nsibu s-soluzzjoni tal-problema tal-bini u tal-housing f'Malta billi ngħidu li hemm bżonn jiġu estiżi dawn l-ischemes, naħseb li nkunu qed nikkundannaw għall-mewt mhux biss l-ambjent imma anke industriji u oqsma oħrajn, partikolarment it-turiżmu.", "Ma jistax ikun li aħna nibqgħu nibnu bir-rata li qed nibnu imbagħad nagħmlu pressjoni biex nestendu l- ischeme sempliċement biex ikollna aktar post fejn nibnu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, il-Ministru għamel riferenza għall- ordni ta' konservzzjoni li ħarġet fuq proprjeta` ġewwa Ta' Sliema, u qal li permezz ta' din l-ordni s-sidien qegħdin jiġu mġiegħla jżommu din il- proprjeta` fi stat tajjeb.", "Issa jien xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jaħsibx li rridu naslu f'sistema fejn jekk qegħdin nippretendu li l-privat li jkollu dawn id-djar jieħu ħsiebhom b'mod li hu xieraq li jsir, irid ikollu ċertu għajnuna min-naħa ta' l-awtoritajiet.", "Jien ma naħsibx li hu sewwa li timponi fuq is-sidien li jżommu proprjeta` fi stat tajjeb għaliex għandha ċertu valur, meta forsi jista' jagħti l-każ li jkun hemm sidien li ma jaffordjawx li jagħmlu dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan huwa punt validu ħafna pero` Allaħares din is-sistema tintuża żżejjed għaliex tista' toħloq lok għal abbuż - fil- fatt f'seba' snin intużat darba biss - fis-sens li jista' jagħti l-każ - m'iniex qed nirriferi għal dan il-każ partikolari - li xi ħadd ikollu interess li dar li jkun xtara u li tkun ta' ċertu valur arkitettoniku jħalliha taqa' biċċiet biex imbagħad wara li taqa' biċċiet ngħidu li m'hemmx x'wieħed jagħmel u allura minflokha nibnu block flats.", "Biex dan ma jsirx qiegħda tintuża din l-ordni ta' konservazzjoni.", "Nerġa' nirrepeti li mhux qed nirriferi għal dan il-każ partikolari imma qed ngħid xi tkun ġeneralment il-biża' ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Normalment - almenu f'dan il-każ partikolari - ma jkunx hemm il-problema li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant pero` l-problema tista' tqum fil-futur.", "S'issa qed nafda ħafna fid-diskrezzjoni ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li tuża dan il-poter f'każi partikolari biss, u nista' ngħid li s'issa ma ġiex abbużat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-wage regulation orders 2000 maħruġ mid-dipartiment tar- relazzjonijiet industrijali u l-impieg, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14149.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' suġġetti ta' eżamijiet tas-secondary education certificate għas-sessjoni ta' Mejju 2000, flimkien ma' listi li juru l-għadd ta' studenti Għawdxin u studenti fi skejjel tal-knisja u privati li se jersqu għall-eżamijiet tas-SEC, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14268; u", "Tabelli li juru l-għadd ta' studenti fl-iskejjel primarji fl-1 ta' Ottubru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14340.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mit-28 ta' Frar, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Buhagiar huwa in possession.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għamilt nitkellem il- bieraħ kont bdejt ngħid xi ħaġa dwar il-famuża ħofra fil-finanzi tal-gvern, liema ħofra qabel l-1996 kienet għada ħrafa għall-Partit Nazzjonalista imma li llum tant hija reali li qegħdin niġu quddiem dan il-parlament sabiex almenu nippruvaw nindirizzaw din il-problema.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu u anke fid-dibattitu ta' qabel smajna ħafna fuq x'għamel gvern Laburista ta' qabel l-1987 li seta' wassal, skond il-kelliema tan-naħa tal-gvern, għal din il-ħofra u donnu kull meta jitkellmu n-naħa tal-gvern dejjem jgħidu li l-ħofra fil-finanzi pubbliċi qiegħda hemmhekk għall-fatt li gvern Laburista qabel l-1987 kien impjega madwar 8,000 ruħ mal-gvern.", "Hemm ukoll min jgħid li l-ħofra qiegħda hemmhekk minħabba xi sussidji li jagħti l-gvern lix-shipbuilding u lid- dockyard, pero` fir-realta` hemm raġunijiet oħra għalfejn hemm din il-ħofra fil-finanzi tal-gvern.", "U waħda mill-ikbar raġunijiet għalfejn inħoloq dan id-deficit huwa minħabba mismanagement totali u nuqqas ta' ippjanar serju ta' kif kienu jsiru l-affarijiet fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996.", "Il-bieraħ ilħaqt tajt eżempju wieħed ta' dan in-nuqqas ta' ippjanar u tkellimt dwar il-qasam ta' l-ilma, fejn spjegajt li minkejja li l-gvern Nazzjonalista ta' dakinhar kien jaf li l-problema kbira fil-qasam ta' l- ilma kienet in-nuqqas ta' effiċjenza fit-twassil ta' l-ilma li nipproduċu - tant kien kbir in-nuqqas ta' effiċjenza li kellna madwar 66% unaccounted for water - minflok il-gvern għamel kif tgħid il-loġika u qabad il-barri minn qrunu u tejjeb is-sistema tad-distribuzzjoni, baqa' jibni l-impjanti tar-reverse osmosis bil-konsegwenza li l-ilma li kien qed jintilef baqa' jintilef u b'hekk baqa' jibni fuq l-ineffiċjenza tiegħu stess.", "Gvern Laburista kien ipprova jindirizza din il-kwestjoni ta' l-unaccounted for water u fi 22 xahar irnexxilu jniżżel il-persentaġġ minn 67% għal 50%, għalkemm din xorta waħda m'hijiex figura aċċettabbli.", "Aħna sibna li kien hemm overcapacity enormi fil-produzzjoni ta' l-ilma, tant li l-impjant tar- reverse osmosis ta' Tigne` żżarma, l-impjanti tal-Marsa 1 u 2 lanqas jaħdmu u ħafna mit-trains ta' Għar Lapsi u Pembroke jinżammu mitfija u ma jipproduċux ilma għaliex m'hemmx il-ħtieġa tagħhom.", "Issa jiena m'iniex qed nargumenta li m'għandniex ikollna ċertu ammont ta' overcapacity f'dik li hija produzzjoni ta' ilma, imma sempliċement qed ngħid li meta tibni mpjant, apparti mill-fatt li tagħmel spiża kapitali - f'dan il-każ partikolari żgur li ma kienx hemm bżonnha - tkun qed tgħabbi lill- korporazzjoni jew lill-gvern, skond il-każ kif ikun, b'ċertu nfiq rikorrenti.", "U l-problema kbira tal-gvern hija li ma jistax isib irkaptu tan-nefqa rikorrenti li għandu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jara li llum il-gvern qed jissussidjaha bi Lm13 miljun jew Lm14 miljun fis-sena, u effettivament qed jissussidja l-ineffiċjenza tagħha.", "Kieku l-gvern kien serju kien jibqa' jagħti s-sussidji li hemm bżonn jingħataw f'dan is-settur - ħadd m'hu qed jgħid li m'għandhomx jingħataw sussidji - imma fl-istess ħin kien jindirizza l-ineffiċjenza li hemm, pero` sal-lum għadu ma sar l- ebda sforz biex dawn l-ineffiċjenzi jiġu indirizzati.", "Kien biss gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 li ħa diversi inizjattivi, fosthom li ħa over l-impjanti tar-reverse osmosis mingħand il-kuntrattur privat u beda jħaddimhom hu, u b'hekk iffranka madwar Lm1.7 miljun fis-sena.", "Apparti minn dawn l-inizjattivi li ħa gvern Laburista, ma rajna l-ebda inizjattiva oħra tittieħed sabiex f'dan is-settur ikun hemm aktar effiċjenza u tiddaħħal aktar dixxiplina.", "Mr Speaker, dan it-tip ta' investiment bla pjan sar f'diversi setturi oħrajn barra dak ta' l-ilma.", "U forsi l-aktar każ klassiku kien l- investiment li għamel gvern Nazzjonalista ta' l-1987 fl-impjant tal- composting ta' Sant'Antnin.", "Infakkar lil din il-Kamra li dan nefaq madwar Lm6 miljun biex jibni mpjant tal-composting li wara li tlesta ndunaw li ma setax jaħdem għaliex kellu ħafna difetti strutturali.", "Meta pprovaw iħaddmuh kien hemm problemi kbar bl-irwejjaħ, u reġgħu għalquh għaliex qalu li biex isewwuh iridu jonfqu Lm4 miljun.", "Dawn it-tip ta' investimenti bla sens, bla ħsieb u bla pjan kollha jikkontribwixxu għall-famuża ħofra fil- finanzi pubbliċi li għandu l-gvern.", "Mr Speaker, imbagħad xi ngħidu għal dak li beda jsir fit-tieni leġislatura ta' gvern Nazzjonalista, jiġifieri ta' bejn l-1992 u l-1996.", "Li beda jiġri dak iż-żmien kien li servizzi li kien joffri l-gvern bin- nies tiegħu bdew jiġu pprivatizzati u n-nies li kellu l-gvern fuq il-kotba tiegħu ma bdewx jiġu utilizzati.", "U hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq ftit nies imma qed nitkellmu fuq eluf ta' ħaddiema.", "Per eżempju, meta tela' gvern Laburista fl-1996 sibna li n-nies li kienu jaħdmu fil- garaxxijiet tal-gvern - dawk l-ażjendi li għandu l-gvern li jagħmlu xogħol ta' plumbing, elettriku, injam, ħadid, aluminium, u għandhom ukoll il-gafef biex jagħmlu xogħol ta' earth moving u demolition - u li jammontaw għal madwar 800, ma kienu qed jagħmlu xejn filwaqt li x-xogħol kollu li kellu l- gvern kien qed jingħata lill-privat.", "Dan ifisser ineffiċjenza u ħela ta' riżorsi.", "Imbagħad jiġu tan-naħa l-oħra u jgħidulna li huwa tort tal-gvern Laburista li għandna dan id-deficit kollu għaliex daħħalna ħafna nies jaħdmu mal-gvern qabel l-elezzjoni ta' l-1987!", "Jien naħseb li t-tort huwa ta' l-amministrazzjonijiet Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u l-1996 li mhux talli m'għarfux jużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi li kellhom available, talli bdew jużaw lill-privat biex jagħmel ix-xogħol li suppost kienu qed jagħmlu n-nies tal-gvern.", "Mr Speaker, din imbagħad rajniha tiġri wkoll meta twaqqfu l-kunsilli lokali, fejn dawn għall-bidu bdew jagħtu ċertu xogħol lid-dipartimenti tal- gvern imma aktar ma beda jgħaddi ż-żmien bdew jagħtuh lill-privat u l- ħaddiema tal-gvern li kienu jagħmlu xogħol tal-kunsilli ma baqgħu jagħmlu xejn u għadhom ma jagħmlu xejn sal-lum.", "U huma dawn it-tip ta' affarijiet li joħolqu l-problemi finanzjarji, meta inti bħala gvern ma tkunx qed tuża bis-serjeta` ir-riżorsi li għandek available.", "Issa dan biex ma ngħidu xejn għall-istat li konna wasalna fih qabel l-elezzjoni ta' l-1996 fejn ħafna drabi kien ikun hemm ministri - u f'xi każi anke mhux ministru imma forsi xi uffiċjali għolja tal-gvern - li joħolmu b'xi proġett mal-lejl u filgħodu jqumu jħabbruh bla ma jagħtu kas kif se jiffinanzjawh.", "Kellna l-każ, per eżempju, fejn intqal li fil-basement ta' Kastilja kien se jsir mużew għaċ-ċeramika blu, intnefqu l-mijiet ta' l-eluf ta' liri, biex imbagħad baqa' ma sar xejn.", "Kellna mbagħad affarijiet iktar serji minn dan fejn qabdu u ħabbruhom mingħajr ma raw kif se jiffinanzjawhom.", "Kienu qalulna, per eżempju, li kien hemm bżonn li l-Gozo Channel tbiddel il- flotta tal-vapuri li għandha u qabdu u marru x-shipbuilding, ġew ordnati tliet vapuri li jqumu aktar minn Lm30 miljun minn hemmhekk u sadanittant ħadd kien għadu ma jaf minn fejn kienu ġejjin il-flus biex jitħallsu l- vapuri.", "Mhux talli hekk, talli meta dawn ordnaw il-vapuri ħadd ma ta kas tal-fatt li l-mollijiet li għandna, kemm fl-Imġarr Għawdex kif ukoll fiċ- Ċirkewwa, m'humiex tajbin biżżejjed għaliex ir-rampi tal-vapuri l-ġodda tagħhom huma għoljin wisq meta mqabblin mal-livelli tal-mollijiet.", "U allura spiċċajna biex il-mollijiet li għandna rridu nerġgħu nagħmluhom mill- ġdid.", "Jiġifieri issa rridu nonfqu Lm30 miljun biex nagħmlu l-vapuri l- ġodda u Lm8 miljun oħra biex nirranġaw il-mollijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l- Imġarr, u dan għaliex kien hemm xi ħadd li qal li hemm bżonn inbiddlu l- flotta tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Darba oħra kien hemm ministru ieħor li qal li kien hemm bżonn li l- karozzi tal-linja nbiddluhom u nagħmluhom low floor.", "Il-pjan kien li l- gvern jissussijdja lis-sidien biex dawn ibiddlu l-karozzi tagħhom, pero` ħadd kien għadu ma jaf minn fejn kienu ġejjin il-flus.", "Hekk konna nirraġunaw, fis-sens li xi ħadd jgħid li hemm bżonn inbiddlu l-vapuri ta' Għawdex u xi ħadd ieħor jgħid li hemm bżonn inbiddlu l-karozzi tal-linja u naqbdu u nbiddluhom mingħajr ma nagħtu kas kif dawn se jiġu ffinanzjati.", "Issa jiena m'iniex qed ngħid li m'hemmx bżonn li jinbiddlu l-karozzi tal- linja u l-vapuri ta' Għawdex, imma żgur li hemm metodi oħrajn li jistgħu jintużaw sabiex jintlaħaq dan il-għan.", "Aktar 'il quddiem ngħid kif kien jittekilja l-proġetti tiegħu gvern Laburista imma għalissa ħalli nkompli nitkellem dwar kif kienu jirraġunaw u x'kienu jagħmlu gvernijiet Nazzjonalisti qabel l-1996.", "Meta fl-1996 gvern Nazzjonalista ra l-elezzjoni ġejja fuqu tah estru u beda jonfoq il-flus bl-amment biex jiġġenera dak li jgħidulu l-feel-good factor ġewwa l-pajjiż.", "U forsi l-aktar li sar dan kien fil-qasam tat- toroq.", "F'daqqa waħda, minkejja li ma kienx ġej Prodi, bdejna naraw kullimkien jingħata t-tarmac.", "F'kemm ili ngħidlek kull kuntrattur li kellha Malta sar kuntrattur tat-toroq għaliex hemmhekk kien hemm il-flus.", "Anke min ma kienx kuntrattur tat-toroq u kien ibigħ il-karawett u l-ġelat sar kuntrattur tat-toroq dak iż-żmenijiet!", "Kulħadd kien jieħu x-xogħol tat- toroq, u t-tarmac kien jingħata bla standards ta' xejn.", "Imbagħad mal-bidla fil-gvern sibna li l-gvern Nazzjonalista kien nefaq madwar Lm9 miljun fit- toroq aktar milli kienu budgeted.", "U dan minħabba li kienet ġejja l- elezzjoni.", "Imbagħad jiġu hawnhekk u jgħidu li l-mismanagement tal-finanzi tal-gvern huwa kollu tort ta' gvern Laburista ta' qabel l-1987.", "Jien ngħidilhom biex ma jdaħkuniex għax il-mismanagement sar meta gvern Nazzjonalista nqata' mir-realta` u m'għarafx isib mezz kif jimmodernizza lill-pajjiż ma sabx mezz u beda jonfoq u jagħti garanziji bankarji fuq self li ried isir u b'hekk beda tiela' d-deficit tal-gvern.", "Mr Speaker, ma noqogħdux nitkellmu u niftaħru bi proġetti kapitali li saru għaliex għalkemm huwa sew li sar it-terminal fl-airport, ma naħsibx li huwa sew li l-composting plant għamilniha kif għamilniha u lanqas huwa sew li nbnew l-impjanti żejda.", "Jien ngħid li l-ħofra fil-finanzi pubbliċi hija tort ta' mismanagement tal-finanzi tal-gvern, liema mismanagement sar mill-gvern Nazzjonalista b'mod partikolari dak ta' bejn l-1992 u l-1996.", "Issa llum ma nistgħux nibqgħu noqogħdu ngħidu li hemm ħofra finanzjarja imma rridu naraw x'se nagħmlu għaliex din hija problema mill-aktar reali - kienet problema fl-1996 minkejja li kien jingħad li hija ħrafa - li jekk m'aħniex se nieħdu ħsiebha se toħolqilna kriżi mill-aktar serja fl- ekonomija ta' pajjiżna.", "U meta għandek sitwazzjoni fejn il-pajjiż għandu deficit qawwi ħafna, xi trid tagħmel?", "Bażikament għandek tliet affarijiet x'tista' tagħmel u waħda minnhom hija proprju dak li qed tipproponi din il- liġi, jiġifieri li tagħmel taxxi diretti u indiretti - fil-budget li għadda mhux taxxi diretti biss kellna imma anke taxxi indiretti bħal per eżempju l- VAT fuq il-petrol, id-diesel u t-telephone bil-5% - fuq il-poplu u fl- istess ħin tara li t-taxxi li huma dovuti jinġabru.", "Ħaġa oħra li l-gvern jista' jagħmel biex inaqqas id-deficit hija li jara kif jista' jnaqqas l- ispiża tiegħu u jdaħħal aktar effiċjenza fil-mod kif jaħdem is-settur pubbliku.", "Jekk wieħed iħares lejn dak kollu li sar matul din l-aħħar sena u jħares lejn il-miżuri kollha mħabbra fil-budget jara li m'hemm xejn li jindika li dan il-gvern huwa verament impenjat sabiex b'xi mod iżid l-effiċjenza fl- operat tiegħu.", "Kulma nafu s'issa huwa li diversi ministeri qabdu u taw kuntratt lil kumpannija ta' tobba sabiex dawn imorru jduru lin-nies li jirrapportaw \"sick\".", "Dan huwa pass ċkejken ħafna biex wieħed jara li tiżdied l-effiċjenza; hemm ħafna affarijiet oħra x'wieħed jagħmel, pero` jridu jsiru fuq kulħadd.", "Aħna nafu li hemm dipartimenti li qegħdin jenforzaw id-dixxiplina, pero` mal-Laburisti biss.", "Per eżempju, fid- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi hemm sezzjoni - qed nirriferi għas- sezzjoni tad-drenaġġ - fejn l-inspectors - li huma magħrufa għall-kulur politiku tagħhom - qegħdin jenforzaw id-dixxiplina biss fuq dawk li ma jaqblux mal-kulur politiku tagħhom filwaqt lil lill-oħrajn iħalluhom jagħmlu li jridu.", "Barra minn hekk f'din is-sezzjoni qegħdin jingħataw ħafna transfers vendikattivi politiċi.", "Aħna nafu min huma l-uffiċjali u l- engineer li qed jordnaw dawn it-trasferimenti u lil dawn ngħidulhom li l- kontijiet għad iridu jsiru magħhom; m'aħniex se nħalluhielhom għaddejja lixxa.", "Safejn naf jien fi 22 xahar ta' gvern Laburista, għallinqas fil- ministeru li kont inkarigat minnu jien, ma ngħatax transfer wieħed vendikattiv, u jien nippretendi li la aħna mxejna b'dak il-mod ħaddieħor ukoll jimxi b'dak il-mod.", "Mhux sewwa li qed jingħataw dawn it-transfers vendikattivi u min qed jagħmilhom - u aħna nafu min qed jagħmilhom - meta jkun il-waqt irid jagħti spjegazzjoni għal dak li għamel u jpatti għalih.", "Pero` ħalli nkompli nitkellem fuq l-effiċjenza fis-settur pubbliku.", "Din il-problema m'hijiex xi ħaġa li qed jiffaċċjaha dan il-gvern biss.", "Il- bieraħ waqt li kien qed jitkellem, l-Onor.", "Edwin Vassallo irrifera għal din il-problema u għamel riferenza għalija b'mod partikolari, fejn qal li meta jien kont ministru ipprovajt nara kif indaħħal l-effiċjenza u nieħu aktar mir-riżorsi li kien hemm available.", "U jien ngħidlu: Dażgur li pprovajna!", "Imma ħalli ngħid x'sibna aħna fl-1996 meta dħalna fil-gvern.", "Id- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi kellu dawk imsejħa distretti - jiġifieri units ta' nies f'lokalitajiet imxerrda ma' Malta u Għawdex li jieħdu ħsieb manutenzjoni ta' l-areas pubbliċi f'dik il-lokalita` - li kull wieħed kellu bejn 60 u 100 ruħ u ġieli anke aktar li suppost kienu qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Meta aħna evalwajna kif qed jaħdmu dawn in- nies sibna li distrett li kellu 80 ruħ u aktar biex jagħmel xogħol ta' manutenzjoni fl-aera tiegħu - li bejn wieħed u ieħor tammonta għal one- tenth ta' l-area kollha ta' Malta - kien jingħata xkora cement f'ġimgħa.", "Sibna wkoll li dawn il-ħaddiema ma kellhomx għodda biex jaħdmu, lanqas l- iktar għodda essenzjali bħal, per eżempju, pala.", "Jien ma nafx kif jista' xi ħadd jippretendi li juża lill-ħaddiem tal-gvern b'mod effiċjenti jekk dan lanqas biss jagħtih l-għodda u l-materjal biex jaħdem.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna aħna kienet li rajna li r-rwol ta' dawn in-nies jiġi definit b'mod preċiż u b'hekk stajna nkunu nafu x'tip ta' għodda u materjal kellhom bżonn.", "Qabel l-1996 dawn in-nies kienu qegħdin hemmhekk biex xi kultant jibagħtuhom jaqilgħu l-ħaxix għaliex biex jagħmlu dan ma kellhomx bżonn ta' xi għodda partikolari, anke b'idejhom kienu jaqilgħuh.", "U hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaddiem jew tnejn imma qed nitkellmu fuq mijiet ta' ħaddiema.", "Aħna għedna li kien hemm bżonn li dawn in-nies jerġgħu jiġu ntegrati fuq il-proġetti tal-gvern u jien nieħu pjaċir ninnota li parti kbira mill-proġetti li għamel gvern Laburista, kemm dak ta' Buġibba kif ukoll dawk tas-south ta' Malta, saret mill-ħaddiema tal-gvern.", "Aħna xtrajnilhom l-għodda u l-materjal u r-riżultati li tawna dawn in-nies kienu tajbin tant li fejn ħadmu huma x-xogħol sar b'mod li ma reġax inqala' filwaqt li fejn ħadem il-kuntrattur kien hemm diversi partijiet li kellhom jinbidlu għaliex ix-xogħol kien inferjuri.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li l-gvern m'għandux joqgħod kull darba jwaħħal fin-nies żejda li hemm jaħdmu mal-gvern imma għandu jwaħħal fih innifsu bħala gvern għaliex imissu ħa inizjattiva biex dawn in-nies jagħtihom ix-xogħol mhux iħalluhom ma jagħmlu xejn kif qed jagħmlu bħalissa.", "Anzi dan l-aħħar ġie mwaqqaf unit għal ambjent aħjar fejn almenu parti minn dawn in-nies qegħdin inaddfu t- toroq.", "Imma ħalli nkompli ngħid x'għamilna aħna biex indaħħlu l-effiċjenza fil-ħaddiema tal-gvern.", "Mr Speaker, fejn aħna rajna li kellna nuqqas ta' expertise - nista' ngħid ukoll li kellna diversi foremen u supervisors li kienu ngħataw promotion bla ma jafu kif u mingħajr ebda training - għamilna korsijiet tailor-made.", "Għamilna wkoll korsijiet għal middle management u għal health and safety officers, kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat, sabiex inħarrġuhom dejjem aktar ħalli xogħolhom jagħmluh dejjem aħjar.", "Aħna ridna ndaħħlu l- effiċjenza fis-settur pubbliku u ħdimna biex nagħmlu dan.", "Il-gvern Nazzjonalista mhux talli m'hu qed jagħmel xejn talli anke dak li għamilna neħħa, għaliex il-korsijiet li konna bdejna aħna lanqas komplewhom!", "Ir- realta` hi li dan il-gvern, minkejja l-ħafna diskors li jgħid hawn ġew, għadu ma semma xejn dwar kif se jżid l-effiċjenza tal-ħaddiema tiegħu, b'mod partikolari ta' dawk industrijali.", "Aħna niftakru kemm ingħataw kuntratti ta' tindif ta' dipartimenti tal-gvern u ażjendi parastatali lill- privat fi żmien gvern Nazzjonalista u niftakru wkoll kemm ingħataw kuntratti ta' xogħol ta' hekk imsejjaħ security.", "Allura jekk il-gvern qed jgħid li għandu n-nies żejda, u li dawn m'humiex qed jaħdmu b'mod effiċjenti, aħna ma konniex kapaċi nittrejnjaw lil ftit minnhom biex jagħmluh huma dan ix-xogħol?", "Kien hemm bżonn inqabbdu lill-ħaddiema tas- settur privat biex jagħmlu dan ix-xogħol?", "Imma l-gvern għażel li jieħu t- triq il-faċli; qabbad lill-ħaddiema tal-privat u lin-nies tiegħu ħallihom ma jagħmlu xejn, anzi ħafna drabi għalaq għajn waħda u ħallihom jiskartaw.", "Bħala konsegwenza ta' dan kollu, il-gvern ma kienx qed jaħdem b'mod effiċjenti u għalhekk kellu jirrikorri għand il-privat biex dawn jagħmlu x- xogħol li suppost kienu qed jagħmlu l-ħaddiema tal-gvern u b'hekk baqa' dejjem iżid in-nefqa rikorrenti tiegħu stess.", "Ftit ilu kellna l-każ tal-Kalaxlokk, fejn kien hemm 420 ħaddiem li għaliex dan il-gvern ma rnexxielux isibilhom xogħol, kif kien qed jipprova jagħmel il-gvern Laburista ta' qabel, ħallihom id-dar għal disa' xhur sħaħ bil-paga għaddejja u mbagħad meta ma setax ikompli jibagħtilhom il-paga, keċċihom kollha 'l barra.", "B'dan il-mod se nġibuha l-effiċjenza fil-korpi parastatali u fis-servizz pubbliku!", "Fil-verita' waħda mir-raġunijiet għaliex ninsabu f'din is-sitwazzjoni hi n-nuqqas ta' ħeġġa tal-ministri, ta' l-uffiċjali tagħhom u ta' l-uffiċjali li hemm fid-dipartimenti sabiex jaraw li dawn jaħdmu b'mod verament effiċjenti.", "Fejn int m'għandekx effiċjenza bilfors li se jkollok it-telf u bilfors li se toħloq id-deficit għaliex ċertu xogħol bilfors irid isir, u jekk ma jagħmluhx in-nies tal- gvern allura jkun irid isir mill-privat u dan ifisser nefqa akbar.", "Fl- opinjoni tiegħi l-gvern mhux qed jindirizza din il-problema fundamentali, jiġifieri l-output tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku, liema servizz pubbliku jagħmel parti sostanzjali minn nefqa rikorrenti tal-gvern.", "Nerġa' ngħid li kemm f'dan il-budget kif ukoll f'din il-liġi li għandna quddiemna llum ma nsibu xejn li b'xi mod il-gvern qed jindirizza l-problema ta' l- ineffiċjenza li għandu fil-ħaddiema tiegħu stess.", "Mod ieħor kif tindirizza l-problema ta' l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi huwa billi tkattar l-attivita` ekonomika fil-pajjiż u b'hekk ikollok aktar dħul f'taxxa.", "Imma jekk wieħed iħares lejn il-budget li ġie ppreżentat din is-sena, jara li mkien ma hemm xi tip ta' inizjattiva ġdida sabiex aħna nkunu nistgħu nħajru l-investiment u nkabbru l-ekonomija f'dan il-pajjiż.", "Biex inkunu eżatti, l-uniku tentattiv li forsi jista' jiġi interpretat b'dan il-mod - li pero` fl-opinjoni tiegħi m'huwiex se jagħti riżultati - huwa dak li illum għandna f'din il-liġi, jiġifieri t-tnaqqis fuq it-taxxa tal-boll minn 7% għal 5%, kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin.", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Charles Buhagiar ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, aħna nafu li hemm bżonn li niġġeneraw ċerta attivita` ekonomika malajr, u mod wieħed kif tista' tagħmel dan huwa billi ċċaqlaq l- industrija tal-kostruzzjoni.", "F'pajjiżna dejjem hekk kien; jekk tiċċaqlaq l- industrija tal-bini jibda jiċċaqlaq kollox u allura rajna dan it-tentattiv żgħir f'din id-direzzjoni biex appuntu titnaqqas it-taxxa tal-boll.", "Imma anke f'din il-ħaġa, il-gvern qed jaqbad l-affarijiet minn saqajhom.", "Il- kriżi li hawn fis-suq tal-proprjeta` m'hijiex ġejja mit-taxxa tal-boll u jekk din hijiex 5% jew 7%.", "Il-problema kbira li hawn f'dan is-suq ġejja mill-fatt li l-proprjeta` nnifisha hija għolja.", "U ngħid li t-tnaqqis fit- taxxa tal-boll m'hijiex se ċċaqlaq is-suq tal-proprjeta` għaliex min se jixtri proprjeta` li qiegħda fil-higher bracket, jiġifieri li taqbeż is- Lm70,000 u t-Lm80,000 u tnaqqaslu 2% fuq it-taxxa tal-boll, fejn ikun se jibqa', filwaqt li min irid jixtri proprjeta` ta' valur aktar baxx, l- ammont li se jiffranka se jkun żgħir wisq biex jagħmillu differenza.", "Jiġifieri meta ngħidu li permezz ta' dak li qed nipproponu se nċaqilqu s- suq tal-proprjeta`, naħseb li nkunu sejrin żbaljati.", "Gvern Laburista kien fehem li dan is-suq jiġġenera attivita` ekonomika importanti ħafna għal pajjiżna u pprova jara kif jagħmel sabiex isaħħaħ din l-industrija.", "Irrid ngħid li minkejja t-tentattivi li għamilna fi 22-il xahar għad hawn anarkija sħiħa f'din l-industrija.", "Hija industrija li m'hija regolata xejn fl-ebda sens; il-kompetizzjoni bejn il-kuntratturi m'hijiex regolata, m'hemm l-ebda tip ta' health and safety regulations applikati u l-ebda standard.", "Aħna dan għarafnih u għedna li din l-industrija hemm bżonn li tissaħħaħ, timmodernizza ruħha u timxi 'l quddiem biex tkun tista' tiffaċċja l-isfidi kbar li se jkollha fil-futur.", "Fil-fatt li għamilna aħna kien li analizzajna s-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha din l-industrija, liema sitwazzjoni kif diġa` għedt ma kenitx waħda feliċi, u għedna li hemm bżonn li f'din l-industrija - li tista' tgħid li hija kollha kemm hi tal-privat għaliex il-gvern ftit li xejn li għandu input fiha - noħolqu xi tip ta' forum fejn jiġu ndirizzati l- problemi tagħha.", "Pero` biex isir dan, l-ewwel ridna nagħrfu x'kienu l- problemi.", "U kien proprju għalhekk li f'dan il-parlament f'Novembru ta' l- 1997 ressaqna liġi li permezz tagħha konna iffurmajna dak li kien magħruf bħala l-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini (BICC).", "Dan il- kunsill kellu l-iskop li jġib flimkien l-operaturi kollha ta' din l- industrija; kuntratturi, periti, estate agents, il-planning authority, id- dipartiment ta' l-artijiet, id-dipartiment tax-xogħlijiet tal-gvern, il- GRTU li tirrapreżenta l-kamra tal-kummerċ, l-FOI u diversi operaturi oħra.", "Aħna ridna npoġġu lil dawn kollha flimkien sabiex jaraw x'inhuma l-problemi imbagħad wara li jidentifikaw dawn il-problemi, jipproponu s-soluzzjonijiet għalihom.", "Il-ħsieb kien li l-BICC ikun il-forum li jwassal il-proposti, li ħafna minnhom isiru mis-settur privat, għal għand il-gvern b'mod uffiċjali.", "Fil-fatt dan beda jaħdem imma biex verament il-BICC ikollu suċċess, il- gvern tal-ġurnata jrid iwettaq il-proposti li jsirulu għaliex huwa inutli li jsiru l-proposti imbagħad dawn jibqgħu fuq il-karta, bħalma qed isir issa.", "Jien ħadt gost nara li l-BICC, mal-bidla fil-gvern ġiet rikostitwita u bdiet tittieħed ċerta azzjoni.", "Huwa importanti għan-nies tal-BICC li din l- industrija timxi 'l quddiem u tiġi modernizzata peress li dawn jaqigħlu l- għajxien tagħhom minnha.", "Allura dawn kellhom interess dirett biex iġibu 'l quddiem il-problemi li kellhom, imma li qed jiġri huwa li filwaqt li huma qegħdin jaħdmu u jressqu l-proposti tagħhom lill-BICC, meta dawn jaslu għand il-ministru jieqaf kollox u ma jiġri xejn aktar.", "B'dan il-mod qed jiġi defeated l-iskop li għalih twaqqaf il-BICC.", "Waħda mid-diffikultajiet li għandna f'dan il-pajjiż u li nisimgħu ħafna dwarha hija l-problema tas- sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Sal-ġimgħa li għaddiet smajna bi tnejn minn nies li kienu fuq construction site, ċeda s-saqaf bihom u waqgħu minn fuq għal isfel.", "B'xorti tajba ma kellhomx ġrieħi gravi, imma seta' kellhom.", "Għalhekk hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex f'din l-industrija jidħlu ċerti kunċetti ta' health and safety, mhux biss fost il-kuntratturi li jimpjegaw lin-nies imma fost in-nies infushom.", "Problema oħra li teżisti hija fejn jirrigwarda l-kwalita` tax-xogħol u li teffettwa ħafna x-xogħol li jsir għad-dipartimenti tal-gvern, fejn sal-lum għadha teżisti l-prattika li d-dipartiment tal-kuntratti jagħżel l-irħas offerta li jkollu mingħajr ma jagħti kas l-istandard tax-xogħol li se jsir u jekk il-kuntrattur għandux l-expertise meħtieġa.", "Jien niftakar li meta kont ministru kienu jintefgħu tenders għal xogħlijiet fid-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi mingħand nies li qatt ma kont smajt bihom - qed ngħid hekk għaliex ovvjament jien perit u l-kuntratturi nafhom - u meta darba minnhom kont qabbadt lil min jiċċekkja dwar ċertu kuntrattur li kien tefa' tender sibt li dan l-hekk imsejjaħ kuntrattur mhux talli ma kellux nies jaħdmu miegħu talli anke hu stess kien qed jirreġistra għax-xogħol.", "Ovvjament, peress li dan ma kellux l-overheads li kellhom kuntratturi serji, l-offerta tiegħu kienet iktar baxxa minn tagħhom.", "Nista' ngħid li minn dakinhar daħħalna l-prassi - fil-fatt jidhirli li għada titħaddem sal- lum - li meta individwu joffri tender għal xogħol tal-gvern irid jissottometti ċertifikat mill-ETC sabiex jgħidilna kemm għandu ħaddiema jaħdmu miegħu ħalli almenu nkunu nafu jekk huwiex serju jew le.", "M'hemmx dubju li hemm ħafna affarijiet li wieħed irid jindirizza f'din l- industrija.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-mod ta' kif topera din l-industrija jsib li din sal-lum għadha qed topera bl-istess sistema ta' kif bnejna t-tempji; ġebla fuq oħra, u għalhekk naħseb li llum wasal iż- żmien li din tiġi indirizzata.", "Peress li kif nafu, ħafna mill-bini tagħna m'huwiex insulat bil-konsegwenza li fix-xitwa jkollna ħafna bard u fis-sajf ikollna ħafna sħana fid-djar tagħna, irridu naraw li nibdew naħsbu iktar f'heating u f'cooling systems.", "Hawnhekk ta' min iqanqal ukoll il-punt li ħafna drabi min irid jaħdem f'din l-industrija jista' jagħmel dan mingħajr l-ebda kwalifiki.", "Huwa veru li sa ftit żmien ilu kien hawn l-iskola tal-bini, liema skola mbagħad ġiet żarmata minn gvern Nazzjonalista, pero` huwa fatt li, per eżempju, ġeneralment min isir bennej ikun għażel din it-triq minħabba li ma jkunx laħaq livell ta' edukazzjoni għoli biżżejjed biex ikompli jistudja.", "Għalhekk huwa jipprova jsib impjieg billi jmur jaħdem ma' bennej li l-ewwel jgħallmu jagħmel it-tajn, imbagħad jgħallmu kif jaqta' ġebla, imbagħad jgħallmu kif iġġorrha, imbagħad jgħallmu kif ipoġġiha, imbagħad kif isir il- lavur u fl-aħħarnett ikun jista' jgħid li sar bennej.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk li jsuqu l-cranes għaliex ħafna drabi missirijiethom, li jkunu jsuqu l-cranes, ikunu għallmuhom dan ix-xogħol minn mindu kellhom xi 12-il sena.", "Jien naħseb li ħafna minna huma konxji tal-fatt li f'pajjiżna għandna ħafna mill-cranes misjuqa minn tfal ta' 12, 13 u 14-il sena.", "Fi kliem ieħor, f'pajjiżna wieħed ma jistax isuq karozza u mutur qabel ma jagħlaq 18-il sena filwaqt li mbagħad tifel ta' 12-il sena jista' jsuq crane li jkun jiżen xi 20 tunnellata!", "Jeħtieġ li llum qabel għada jsir xi tip ta' enforcement fuq din il-ħaġa, anke jekk ikun hemm bżonn li kull min jaħdem f'dan il-qasam ikollu xi tip ta' liċenzja li tingħatalu wara li jkun segwa xi kors ta' taħriġ f'dan ir-rigward.", "Jiddispjaċini ngħid li llum ftit li xejn qed naraw serjeta` fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Per eżempju, għaliex kuntrattur li jagħmel xogħlu bis-serjeta` u jkollu l- expertise li jkun hemm bżonn qatt ma jirnexxielu jakkwista xi tender?", "Għax l-overheads tiegħu ikunu għoljin u jsiru offerti irħas.", "F'dan il-pajjiż aħna għadna m'aħniex qed inħaddmu s-sistema li nirreġistraw lill- kuntratturi bil-konsegwenza li l-gvern ma jkunx jaf x'kapaċitajiet għandu kull kuntrattur.", "Fil-fatt il-BICC kien twaqqaf proprjament biex jiġu indirizzati dawn it-tip ta' problemi.", "Jekk wieħed ikollu jħares lejn in-numru ta' proprjetajiet li qed jinbiegħu jsib li iktar ma qed jgħaddi ż-żmien, il-qasam tal-proprjeta` f'pajjiżna iktar qed tieħu rankatura 'l isfel, u hawn m'iniex qed nirriferi biss għall-propjeta` li tinbiegħ lill-barranin imma anke għal dik li tinbiegħ lill-Maltin.", "L-iktar sena li fiha nbiegħet proprjeta` lill- barranin kienet l-1989, fejn kienu inbiegħu 899 proprjeta` lill-barranin, pero` sas-sena l-oħra din iċ-ċifra niżlet għal ftit iktar minn 100, jiġifieri f'għaxar snin il-bejgħ tal-proprjeta` lill-barranin waqa' b'800% jew 900%, u dan ma naħsibx li seħħ minħabba t-taxxa tal-boll.", "Min-naħa l- oħra jekk imbagħad naraw kemm inbiegħet proprjeta` lill-Maltin u lill- barranin insibu li filwaqt li fl-1991 din iċ-ċifra kienet tammonta għal 13,131, is-sena li għaddiet din niżlet għal 7,000, jiġifieri f'perijodu ta' tmien snin il-proprjeta` li nxtrat mill-Maltin niżlet bin-nofs u dik tal- barranin niżlet b'900%.", "Meta tara dawn l-istatistiċi jkollok tikkonkludi li bilfors hemm xi ħaġa ħażina fis-suq, u din ix-xi ħażina fis-suq malajr tista' tiskopri x'inhi għaliex jekk imbagħad tħares lejn il-valur tal- propjeta` ssib li f'għaxar snin il-valur tela' għal iktar minn tliet darbiet, jiġifieri dik il-proprjeta` li għaxar snin ilu kienet tinbiegħ Lm10,000 illum qed tinbiegħ iktar minn Lm30,000, u b'hekk dan il-fattur wassal biex ħafna nies qagħdu lura milli jixtru xi proprjeta` għaliex ma kenux jaffordjaw jagħmlu dan.", "Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari ta' dalgħodu ġiet diskussa l- possibbilta` li f'pajjiżna niddedikaw iktar art għall-iżvilupp ħalli forsi b'hekk il-prezz tal-proprjeta` ma jibqax tiela', u fil-fatt dwar dan tkellem ukoll ministru partikolari nhar il-Ħadd li għadda.", "Imma hawn nistaqsi: Jekk nagħmlu hekk x'naħsbu li se jinżel; il-prezz jew il-valur?", "Jien naħseb li jekk irridu verament li l-prezzijiet tal-proprjeta` jiġu kkontrollati għandna noħolqu a rental market.", "F'dan il-parlament smajna lil ħafna jgħidu li f'pajjiżna hawn xi 23,000 proprjeta` abbandunati u ma joqgħod fihom ħadd.", "Ngħid għalija, jien ma nemminx li għandna daqshekk proprjetajiet abbandunati, pero` m'hemmx dubju li l-ispekulazzjoni li qed issir fil-proprjeta` għandha tiġi kkontrollata billi noħolqu suq ieħor, dak tal-kera.", "Mr Speaker, hemm bżonn li kulħadd jifhem illi din il-problema ma tappartjenix lil xi gvern partikolari u għalhekk irridu naraw kif nistgħu nsolvuha lkoll flimkien.", "Xi snin ilu kien sar tentattiv żgħir mill-gvern Nazzjonalista biex din il-problema tiġi solvuta, pero` milli jidher dan ma tax il-frott meħtieġ.", "Dak li qed jiġri f'dan il-qasam, jiġifieri li minkejja li f'għaxar snin id-demand tal-proprjeta` waqa' bin-nofs u l-bejgħ tal-proprjeta` lill-barranin niżel b'900%, il-valur tal-proprjeta` baqa' tiela', imur kontra kull sens ta' suq ħieles għaliex normalment meta d- demand għall-proprjeta` tonqos, il-valur tal-proprjeta` jinżel ukoll.", "Għalhekk iktar u iktar tikber il-ħtieġa li naraw kif nistgħu ntejbu din is- sitwazzjoni unika li teżisti biss f'pajjiżna għaliex inkella iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se jkollna nies li ma jkunux jaffordjaw jixtru l- proprjeta` tagħhom u iktar se jkollna nies li se jaqgħu fuq il-gvern biex jipprovdilhom fejn joqogħdu.", "Ovvjament imbagħad iktar m'hu se jkollok nies jiddependu fuq il-gvern biex ikollhom fejn joqogħdu, iktar se tikber il- ħofra tal-finanzi pubbliċi.", "Ta' min jenfasizza wkoll li l-gvern, ikun min ikun, m'għandux jipprova jsolvi din il-problema billi sempliċement iwaddab il-flus lejha, kif il-bieraħ għedt li jagħmel il-gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, il-gvern għandu juża tliet metodi biex jindirizza l-ħofra li għandna fil-finanzi pubbliċi; li jiġbor it-taxxi - xi ħaġa li dan il-gvern qed jagħmel, imma b'mod anti-soċjali - li jkun iktar effiċjenti f'dak li jagħmel u li jistimola iktar l-ekonomija tal-pajjiż ħalli effettivament ikollu iktar x'jintaxxa.", "Madanakollu l-gvern preżenti għandu idea oħra ta' kif jista' jinqala minn din il-barriera li għandu fil-finanzi pubbliċi, u din hi li jdaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt ħafna mill- kelliema tal-gvern, fosthom l-Onor.", "Michael Asciak, qed jipprovaw jagħtu l- impressjoni li l-Unjoni se ssolvilna l-problemi finanzjarji kollha ta' pajjiżna, inkluża l-problema tal-ħofra li għandna fil-finanzi pubbliċi.", "Issa aħna lkoll nafu li min qed jitkellem b'dan il-mod m'huwiex qed ikun realistiku għaliex dan m'hu minnu xejn.", "Imma l-membri tal-gvern qed jipprovaw jikkonvinċu lill-poplu li ġaladarba pajjiżna jidħol fl-Unjoni, jekk kemm-il darba llum għandna problema fit-toroq, l-Unjoni se tibgħatilna Lm100 miljun fis-sena biex nirranġaw it-toroq; jekk kemm-il darba llum għandna ċerti problemi ambjentali, bħalma hija dik tal-Magħtab, l-Unjoni se tibagħtilna l-flus ħalli nirranġawhom; jekk għandna problema fis-sistema tad-drenaġġ u għandna bżonn nibdlu s-sewage treatment plants, l-Unjoni se tibagħtilna l-flus biex nirranġawha; jekk għandna problema ta' qgħad f'pajjiżna, l-Unjoni se tiftħilna l-bibien biex il-ħaddiema kollha li jridu jaħdmu jistgħu jmorru jaħdmu hemmhekk - u dan minkejja li huma għandhom problema ta' qgħad ikbar milli għandna aħna, għax f'pajjiżna għandna 5% unemployment jew ftit aktar u huma għandhom 9% - u nsomma f'kelma waħda l- Unjoni hija s-salvazzjoni ta' pajjiżna.", "Issa jekk verament m'hemm xejn x'wieħed jista' jikkritika dwar l-Unjoni, żgur li jista' tikkritika l-fatt li qegħdin inpinġuha bħala s-salvazzjoni tagħna, Sur President.", "Hawnhekk ta' min wieħed jgħid li dan il-kliem ġej minn partit li fil- passat tgħidx kemm kien ħareġ jikkritika meta kien hawn politiku ieħor li tkellem bil-mod li qegħdin jitkellmu bih huma llum.", "U rrid infakkar ftit fiż-żmien meta l-Perit Mintoff - għaliex dawn jgħidu li ma nsemmuhx fid- diskorsi li nagħmlu imma aħna t-tajjeb ngħiduh - darba ried li lil pajjiżna jintegrah ma' l-Ingilterra - u mhux l-Ingilterra tal-lum imma l- Ingilterra meta kienet għadha imperu, meta kienet aktar b'saħħitha milli hija l-Unjoni llum - u lill-Ingliżi kien qalilhom li aħna rridu nkunu parti minnhom bl-istess drittijiet u bl-istess liġijiet li għandhom huma.", "Il- Partit Nazzjonalista dak iż-żmien tgħidx kemm ħareġ jgħid kontra l- integration, u kienu anke qalu li jekk Malta tingħaqad f'unjoni ma' l- Ingilterra konna nispiċċaw kollha protestanti, jidħol id-divorzju u jidħol l-abbort, u fil-fatt kienu nqdew bil-knisja biex bdew kruċjata sħiħa kontra Mintoff u kontra l-Partit Laburista.", "Dakinhar dawn qalu li riedu jkunu indipendenti u llum qed jinsew il-kritika kollha li għamlu kontra l- integration ta' pajjiżna ma' super-potenza ta' dak iż-żmien, Sur President.", "Issa jriduna li nifformaw parti mill-Unjoni Ewropea u allura aħna bilfors li narawha ftit stramba li fi ftit għexieren ta' snin partit ibiddel l-ideat tiegħu b'dan il-mod - għax filli kontra l-integration u favur l-indipendenza, u f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li rridu nkunu parti minn xi ħaġa akbar minna, għaliex m'aħniex kapaċi ngħixu weħidna - bl- iskuża li m'aħniex kapaċi ngħixu weħidna u għandna bżonn big daddy biex iżommilna jdejna biex nimxu fid-dinja moderna u avvanzata tal-lum.", "U aħna ngħidulhom: Ejjew ma ndaħkux nies bina u ma noqogħdux ngħidu dawn il- ħmerijiet!", "Jiena m'iniex xi espert fil-qasam ta' l-Unjoni - qatt ma għedt li jien espert - pero` nistgħu nirraġunaw ftit b'moħħna fuq ċerti affarijiet u fuq ċerti affarijiet li huma tant ċari għal kulħadd naħseb li naqblu.", "Per eżempju, naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li pajjiżna jrid isib niċeċ li fihom irridu ngħixu, u naqblu wkoll li rridu ngħixu mis- servizzi li nagħtu lil ħaddieħor, mit-turiżmu, mix-ship registration, mill- financial services, minn tip ta' manifattura partikolari imma mhux mill- manifattura kollha għaliex bħala pajjiż għandna l-limtazzjonijiet tagħna.", "Aħna poplu żgħir b'riżorsi limitati u li l-akbar riżors li għandna huma n- nies u għalhekk hemm bżonn li nużaw in-nies b'mod li jagħtu l-aħjar servizz.", "Matul il-mijiet ta' snin li ilu jeżisti dan il-pajjiż dejjem għexna billi tajna servizz lil ħaddieħor, u allura jekk aħna rridu ngħixu b'dan il-mod kif irridu ningħaqdu ma' l-Unjoni li trid iġġib lil kulħadd l- istess?", "Jekk aħna rridu ngħixu b'mod li hemm bżonn insibu lil nagħtu servizz li ħaddieħor m'huwiex qed jagħtih, kif irridu ngħixu f'Unjoni li tagħmel lil kulħadd l-istess?", "Kif jista' jkun dan!", "Jien ma nistax nifhmu dan l-argument.", "Jekk ilkoll kemm aħna, Nazzjonalisti u Laburisti, inħarsu lejn ir-rwol tagħna fiċ-ċirkostanzi tagħna bħala pajjiż ċkejken ta' 380,000 ruħ, naraw li aħna dejjem għexna by our wits, bil-makakkerija tagħna, bil- kapaċitajiet tagħna u bis-servizzi li noffru lil ħaddieħor.", "Aħna qatt m'għexna fil-mainstream ta' kif isiru l-affarijiet imma issa f'daqqa waħda qed ngħidu li rridu ngħixu fil-mainstream ta' l-Ewropa u rridu nagħmlu kif għamel ħaddieħor, b'riferenza kostanti għall-Irlanda.", "Dawn joqogħdu jgħidulna li meta l-Irlanda ingħaqdet ma' l-Unjoni mxiet ħafna 'l quddiem u llum hija waħda minn dawk li l-aktar għandha GDP għoli fl-Ewropa.", "Veru dan imma l-Irlanda hija biss parti mill-istorja u rridu naraw il-parti l-oħra.", "Jekk nieħdu l-Italja t'isfel naraw li għalkemm it-Taljani ilhom fl-Unjoni aktar milli ilha l-Irlanda, xorta waħda l-istandard of living tagħhom huwa inqas minn tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Għal xi ħadd tiġi tajba u għal xi ħadd tiġi ħażina!", "Aħna dejjem għedna li rridu naraw x'inhu tajjeb għalina bħala pajjiż u dejjem hekk ħarisna lejhom il-problemi tagħna.", "Aħna nirraġunaw bil-mod li pajjiżna huwa żgħir, l-uniku riżors li għandna huma n- nies u allura hemm bżonn li ninvestu fihom.", "Fost affarijiet oħrajn, fit-22 xahar li domna fil-gvern aħna konna għedna li jekk irridu ninvestu fin-nies irridu ninvestu fl-edukazzjoni, mhux biss fit-teachers u fil-livell terzjarju imma anke fil-faċilitajiet.", "U bdejna programm sabiex l-iskejjel ta' l-Istat jiġu upgraded.", "Kif jista' xi ħadd jippretendi li tmur tgħallem lill-istudenti fi klassi bi ħġieġ kollu mkisser u bix-xita dieħla mit-twieqi!", "Hemm bżonn li wieħed ikollu l- faċilitajiet neċessarji biex jgħallem.", "Aħna bdejna mill-affarijiet l-aktar essenzjali u bażiċi.", "Jekk inti verament temmen fl-akbar riżors li għandu l- pajjiż, jiġifieri dak uman, inti trid tagħmel ħiltek u tinvesti l-flus fl- edukazzjoni tan-nies tiegħek; tibda mil-livell l-aktar baxx u tibqa' tiela' sal-livell l-aktar għoli.", "U dan it-tip ta' training mhux biss trid tagħtih lill-istudenti imma anke lil min qed jirreġistra għax-xogħol u lil min diġa` qed jaħdem, inkluż il-ħaddiema tal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House.", "Hawn talba għal-leave of House.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin għal darba oħra.", "Kont qed ngħid li hemm bżonn nagħmlu upgrading ta' l-iskills tan-nies tagħna, u dak huwa li aħna ppruvajna nagħmlu fit-22 xahar li domna fil-gvern.", "Ovvjament fi 22 xahar ma tistax tistenna rivoluzzjonijiet f'dan il-qasam għaliex l-upgrading ta' l-iskills u tal-livell ta' schooling u edukazzjoni huwa proġett li jieħu ħafna tul ta' żmien u żgur li ma tistax tagħmlu fi 22 xahar. pero` nistgħu ngħidu li aħna konna bdejna nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Aħna nistgħu ngħixu weħidna imma dak li hu tagħna rridu nieħdu ħsiebu aħna.", "Ara m'hawnx xi ħadd hawn ġew li jaħseb li għax Malta xi darba se tkun membru fl-Unjoni - jekk tkun - se jiġi xi ħadd jieħu ħsieb dak li hu tagħna.", "Għandna ċans!", "Lanqas nieħdu ħsieb l-affarijiet tagħna aħna!", "Biżżejjed wieħed iħares lejn it-telqa li teżisti f'ċerti naħat tal-pajjiż, l-aktar f'postijiet frekwentati mit-turisti li huma l-ġojjelli tagħna, bħal per eżempju l- monumenti storiċi u arkeoloġiċi li għandna u li bihom lilna jgħarfuna minn ħaddieħor u li saħansitra jiġu t-turisti sabiex iżuruhom.", "Imissna nistħu lkoll kemm aħna meta naqraw li \"dak\" it-tempju waqgħetlu ġebla u t-tempju l- \"ieħor\" waqgħulu żewġ ġebliet!", "Il-hypogeum ilu magħluq ma nafx kemm-il sena issa, bil-proġett dejjem għaddej u qatt ma jitlesta!", "Sur President, meta tlajna fil-gvern aħna għedna li bħala pajjiż niddependu ħafna mit-turiżmu, għaliex dik hija l-akbar industrija li għandna f'pajjiżna u m'hemmx bżonn inkunu fl-Unjoni biex inġibu t-turisti.", "It-turist jiġi hawn Malta biex jara pajjiżna u aħna ma rridux nagħtu dehra ta' a third world country.", "Per eżempju, qabel il-buses biex iwasslu lit-turisti sal-lukanda kien ikollhom jgħaddu mill-għelieqi għaliex lanqas toroq ma kien hemm.", "Għalhekk aħna għedna li l-ewwel ħaġa li riedet issir kienet li nibdew nagħmlu upgrading ta' l-areas turistiċi ħalli għallinqas ma nibqgħux nitilfu aktar turisti.", "U rrid infakkar hawnhekk li sa l-1996 in-numru ta' turisti kien beda jonqos u kien proprju f'dak iż-żmien li aħna konna waqqafna n-numru milli jkompli nieżel - donnu li dawn l-affarijiet malajr jintesew - u konna erġajna bdejna ndawru r-rotta u għall-grazzja t'Alla bqajna dejjem intellgħu 'l fuq in-numru ta' turisti li jiġu jżuruna.", "Komplejna imbagħad nagħmlu upgrading tal-pajjiż kollu u dan mhux biss għat-turisti imma anke għalina l-Maltin.", "Ma ridniex nagħmlu kif qed isir issa - għax ġej Romano Prodi hawn, allura nnaddfu t-toroq kollha minn fejn se jgħaddi u nagħtuhom laqgħa żebgħa wkoll jekk hemm bżonn! - u ma jiġix il- Ministru Zammit Dimech u jgħidilna mhux veru li t-tindif qed isir għall- wiċċ ill-President tal-Kummissjoni Ewropea għaliex ngħidlu li anke pjanti ta' minn fejn se jgħaddi Prodi tawhom lill-ħaddiema biex żgur ma jimmissjaw l-ebda triq li se jgħaddi minnha!", "Il-Partit Nazzjonalista qed jirraġuna bil-mod li la l-Unjoni hija s- salvazzjoni ta' dan il-pajjiż, allura lil Prodi kważi qegħdin iqisuh divin u għalhekk forsi jittrattawh b'dan il-mod.", "Kemm jista' jkollok laqiżmu aktar minn hekk, li jkollok gvern ta' pajjiż sovran li għaliex ikun ġej Prodi noqogħdu nnaddfu t-toroq is-Sibt u l-Ħadd u matul il-lejl ukoll?", "Dan huwa laqiżmu politku fil-konfront ta' l-Unjoni, biex nuru kemm aħna sbieħ u bravi.", "Mhux aħjar lil Prodi ngħadduh mit-toroq imkissrin li għandna f'pajjiżna u nitolbuh jagħtina l-flus, forsi nirranġawhom, minflok immorru nirranġawlu t-toroq minn fejn se jgħaddi?", "Dan mhuwiex aġir ta' pajjiż li jgħid li huwa sovran.", "Sur President, hemm bżonn li dan il-pajjiż nimmodernizzawh u hemm bżonn li nsibu s-soluzzjoni kif nimmodernizzawh.", "Iżda s-soluzzjoni m'hijiex li nkunu parti mill-Unjoni.", "Aħna għandna s- soluzzjonijiet ta' kif nimmodernizzaw il-pajjiż mingħajr ma nkunu parti mill-Unjoni.", "Dażgur li għandna!", "U fil-ftit xhur li għamilna fil-gvern konna diġa' bdejna nattwawhom.", "Per eżempju, aħna rajna li t-turiżmu beda jżid f'dan il-pajjiż u fost it- tip ta' turiżmu li beda jżid kellna dawk li jiġu bil-cruise liners, u allura aħna rajna li ma jistax ikun li jiżdied dan it-tip ta' turiżmu meta lanqas biss għandna terminal fejn il-passiġġieri jistgħu jinżlu.", "Għedna li hemm bżonn noħolqu terminal għal dawn it-turisti li jżuruna hawn Malta imma m'għamilniex kif kien jagħmel gvern Nazzjonalista, jiġifieri li jaqbad jonfoq xi Lm20 miljun u jarmi l-flus il-baħar.", "Aħna għedna li konna ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-gvern kellu ħofra finanzjarja kbira u ma setax jaffordja li jagħmel dan it-terminal, allavolja l-pajjiż kellu bżonnu, u allura ssuġġerejna li ssir joint venture bejn il-privat u l- gvern, bil-gvern jipprovdi l-art u din tiġi leased lill-privat biex dan ikun jista' jagħmel ix-xogħol fuqha.", "B'hekk il-pajjiż kien ikollu l-cruise liner terminal tiegħu mingħajr ma l-gvern joħroġ il-flus, anzi jkun qed idaħħal tal-lease mingħand il-privat.", "Ma jfissirx li għaliex il-gvern ma jkollux flus biex jagħmel ix-xogħol hu, ix-xogħol jibqa' ma jsirx imma trid issib mod kif tagħmel ix-xogħol u ma toħroġx flus mill-but.", "U aħna dehrilna li dak kien il-mod kif seta' jsir dan.", "Ridna nagħmlu wkoll proġetti oħrajn li kienu jinkludu l-proġett tal- Kottonera.", "Il-Malta maritime authority qalet li kien hemm domanda għal yacht marina oħra f'dan il-pajjiż u biex aħna nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda rajna kif għamilna biex inlaqqgħu flimkien bini storiku li kien qiegħed jaqa' biċċiet litteralment, mal-creek tal-Kottonera, li hija fost l- aqwa mill-postijiet fejn tista' ssir marina, u għedna li nistgħu nagħmlu marina hemmhekk pero` bil-patt li min jagħmilha jieħu ħsieb dak il-bini storiku.", "(Interruzzjonijiet) X'ġara wara hija kwestjoni oħra.", "Li nista' ngħid żgur hu li l-proġett kif qed jipproponih gvern Nazzjonalista m'huwiex vijabbli għaliex s'issa għadu ma sar xejn.", "L-istess jista' jingħad għal proġetti oħrajn li ridna nagħmlu, bħal dak ta' Bieb il-Belt.", "Jiġifieri jeżistu metodi ta' kif wieħed jista' jimmodernizza u jġib pajjiżi 'l quddiem pajjiżu mingħajr il-bżonn li jidħol fl-Unjoni.", "Issa jien ma rridx niġi interpretat li aħna kontra l-Unjoni, xejn minn dan, Sur President.", "Aħna rridu li jkollna relazzjonijiet mill-aktar viċini ma' l-Unjoni għaliex dak huwa trading block kbir ħafna, niddependu ħafna minnu u hemm bżonn li nkunu viċini tiegħu, pero` ma jagħmilx sens li biex inkunu viċin tiegħu rridu nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Tan-naħa l-oħra jgħidulna li jekk m'aħniex se nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni m'aħna se jkollna l-ebda say fuq dak li jsir, imma jiena nistaqsi: Jekk Malta tidħol fl-Unjoni, meta nafu li qed isiru diskussjonijiet interni sabiex joħolqu sistema biex pajjiżi żgħar bħal Malta ma jkollhomx l-istess say li għandhom pajjiżi kbar, bħall-Italja, il-Ġermanja, l-Ingilterra u Franza, x'say se jkollna?", "Nafu aħna jekk humiex se jagħtuna commissioner lilna?", "M'humiex se jagħtuna, le mela allura x'say se jkollna?", "Xejn!", "Allura jekk nibqgħu barra mhux se jkollna say u jekk inkunu ġewwa mhux se jkollna say lanqas!", "Mela nibqgħu barra ħalli ma jkollniex obbligazzjonijiet imposti fuqna!", "Naturalment m'iniex xi espert fuq l-Unjoni - qed nitkellem kif jitkellmu n- nies tat-triq fuq din il-kwestjoni - pero` ma nistax nara għalfejn għandna npinġu l-Unjoni bħala s-salvazzjoni tagħna.", "Is-salvazzjoni tagħna huwa aħna, il-poplu Malti u l-mexxejja tiegħu, li lil dan il-pajjiż iridu jarawh miexi b'għaqal.", "Hemm bżonn li niffokaw aktar fuq il-problemi li għandna u ma noqogħdux nistennew lill-Unjoni issolvihomlna - l-Unjoni qatt ma solviet il-problemi ta' ħadd - għax għalkemm tista' tgħinna u turina t-triq, finalment ir-rieda politika trid tiġi minna.", "U wisq nibża' li dan il-gvern m'għandux ir-rieda politika biex isolvi l-problemi tiegħu, la l-problema tal-ħofra li qegħdin nitkellmu fuqha u l-ebda problema urġenti oħra li għandna.", "Għalhekk, Sur President, jien nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nagħmel appell lill-gvern biex minflok joqgħod jinħela f'ħafna diskorsi sbieħ u jagħmel l-almu tiegħu biex jintgħoġob ma' ta' l-Unjoni, jiffoka fuq il-problemi li għandna ħalli flimkien issibu soluzzjonijiet għalihom ħalli lil dan il-pajjiż inġibuh 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, smajt b'attenzjoni kbira lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Charles Buhagiar, li tkellem b'mod kalm, down to earth ħafna, mingħajr retorika u mingħajr logħob għall-gallerija.", "Iva, illum b'mod raġonevoli ħafna dwar is-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Sfortunatament m'huwiex kuljum li f'dan il-parlament ikollna okkażjoni li nisimgħu diskorsi serji bħalma smajna dalgħodu u jiena ċerta li min kien qed jisma' qal li: Iva, dawn huma affarijiet li qegħdin ngħixuhom.", "Jien naħseb li huwa d-dmir tagħna lkoll hawn ġew li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet kif qegħdin jiġru bħalissa.", "Fil-fatt anke jien xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet fuq is-sitwazzjoni politika biex inwassal ukoll dak li qegħdin jgħidu n-nies li lilhom aħna qegħdin nirrappreżentaw f'dan il- parlament.", "Aħna hawnhekk ma niġux nitkellmu għalina imma niġu biex inwasslu l-vuċi tan-nies li qegħdin nirrappreżentaw.", "Sur President, nistgħu ngħidu li qegħdin ngħixu taħt gvern li biex jikseb l-għan politiku tiegħu qiegħed jinjora lill-poplu u qiegħed jinjora l- ħteġijiet reali tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Naturalment gvern li għandu mandat mill-poplu biex imexxih m'għandux jiġi mxekkel milli jagħmel id- dover tiegħu.", "Ngħid ukoll li m'huwiex id-dmir ta' l-oppożizzjoni li tfixkel dan ix-xogħol imma dmirha hu li tagħmel kritika kostruttiva.", "Naturalment ix-xogħol tagħna huwa wkoll li noqogħdu bħal seqer fuq il-gvern sabiex iċ-ċittadin kemm jista' jkun jieħu l-aħjar deal.", "Pero` nistgħu ngħidu li qegħdin naraw li l-gvern Nazzjonalista qiegħed imur b'mod mgħaġġel 'il hinn mil-limiti tal-prudenza u tas-sens komun, u ngħid għaliex.", "Qegħdin ninnotaw li l-gvern donnu qiegħed jinsa li għalkemm fit- teorija l-affarijiet jista' jagħmilhom waħdu, minħabba l-maġġoranza li jgawdi, fil-prattika ma jistax jagħmel dan mingħajr ma jkollu l-appoġġ tal- poplu.", "Jien nifhem li l-gvern irid jagħmel il-bidliet meħtieġa biex jersaq aktar lejn sħubija fl-Unjoni, iżda min-naħa l-oħra ma nifhimx l-attitudni tal-gvern li donnu lest li jgħarraq lilu nnifsu sa ma jasal biex jilħaq dan il-għan.", "Nosservaw li fix-xogħol li qed jagħmel, il-gvern aktar qiegħed iqis kif se jwieġeb għat-talbiet ta' l-Unjoni u donnu li fir-relazzjoni ta' bejn Malta u l-Unjoni qed iħalli lill-poplu barra.", "Fil-ħeġġa li għandu biex imexxi 'l quddiem ir-relazzjoni ma' l-Unjoni, l-aktar parti importanti, jiġifieri n-nies, dawk li se jgawdu jew ibatu mid-deċiżjonijiet li se jieħu dan il-gvern, qegħdin jitħallew barra.", "U mhux biss il-poplu in ġenerali qed jitħalla barra imma anke aħna bħala oppożizzjoni.", "Il-kritika u dak li ngħidu aħna f'dan il-parlament jew f'fora oħrajn, il-gvern donnu m'huwiex jagħti kasna.", "Biex nagħti eżempju ta' kemm il-gvern m'hu qed jagħti kas ħadd u qed jibqa' għaddej bir-ras f'dak li jrid jagħmel, insemmi ż-żjara li għamel fostna l-ġimgħa l-oħra l-Prim Ministru tas-Slovenja fejn fil-ftit ħin li ngħatajna sabiex nitkellmu miegħu, waħda mill-affarijiet li qal kienet li aħna għażilna t-triq ta' l-Unjoni għaliex m'għandniex alternattiva aħjar, jew biex nuża l-kliem tiegħu eżatt \"because we have no better alternative\".", "Preokkupazzjoni oħra li wera l-istess Prim Ministru Sloven kienet rigward il-mod mgħaġġel biex il-liġijiet isiru konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, u b'nofs daħka qal li dan ma tantx jarah mod demokratiku ta' kif isiru l-affarijiet u qal li jiddispjaċiħ ħafna li mhux qed ikollhom iċ-ċans li jixtarru u jiddiġerixxu dawn il-liġijiet, għax uħud minnhom lanqas biss se jiġu quddiem il-parlament.", "L-istess Prim Ministru Sloven wera wkoll il- biża' tiegħu li ladarba jkunu parti mill-Unjoni, barranin se jkunu liberament jistgħu jixtru partijiet minn arthom u qal li din hija xi ħaġa li tippreokkupah ħafna.", "U jekk il-Prim Ministru Sloven qed juri l- preokkupazzjoni tiegħu dwar barranin li jistgħu jixtru parti mill-art ta' pajjiżu, kemm aktar għandna għalxiex ninkwetaw aħna li artna hija ferm u ferm aktar limitata.", "Jien laqatni ħafna l-mod sinċier li tkellem bih għax qal ħafna mill-affarijiet li ngħidu aħna, u li għaliex ngħiduhom niġu kkritikati li ma nafu xejn fuq l-Ewropa u li ma nifhmux.", "Issa għandna kap ta' gvern ta' pajjiż li se jidħol fl-Unjoni li hu stess semma l-problemi reali u d-diffikultajiet li jara.", "Huwa importanti li wieħed jara l- esperjenzi li jkunu għaddew jew qed jgħaddu minnhom pajjiżi oħra, sabiex in-nies ikunu tassew informati bl-aktar mod sempliċi u ċar, u mhux bil- ħafna dokumenti li nafu li huma l-ftit li joqogħdu jifluhom biex jaraw il- konsegwenzi ta' dak li nkunu deħlin għalih.", "Sur President, jien għamilt dan il-parentasi dwar x'qal il-Prim Ministru Sloven sabiex nuri li jekk m'aħniex se nitkellmu bis-serjeta` fuq il-goal li għandu dan il-gvern, se nkunu qed nidħku bin-nies.", "Hija biss l- oppożizzjoni li qed issemmi dawn l-affarijiet u minflok ma l-gvern jieqaf u jiddiskutihom b'mod ċivili, qed jibqa' għaddej jgħidilna li qed ninkwetaw għalxejn, qed nivvintaw u qed inxewxu lin-nies.", "Il-gvern m'huwa qed jara xejn importanti jew ta' bżonn ħlief dak li jrid jagħmel hu biex jilħaq l- iskop tiegħu.", "Mhux biss m'huwiex qed jagħti kas u qed iwarrab dak li mhux fl-interess tiegħu iżda, kif diġa` urejt, dan il-gvern qed jidħak b'kulmin qed isemmi dawn l-affarijiet.", "Il-gvern qed jinjora dejjem iżjed il- bżonnijiet vera tan-nies u qed jagħmel taxxi bl-addoċċ mingħajr ma jqis in- natura tal-ħteġijiet li jeżistu f'bosta oqsma tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Huwa qed jiffoka bil-qawwa fuq dan l-għan aħħari tiegħu u qed jagħmel dan mingħajr ma jħares la fil-ġnub u lanqas warajh iżda għaddej bir-ras sabiex dawk id-dnubiet li saru fil-pajjiż tul dawn l-aħħar snin - l-aktar mill- 1992 'il hawn - insolvuhom f'sena waħda mingħajr m'hu qed jirrealizza li jekk jibqa' miexi waħdu b'dan il-mod, jista' jiġri li meta jħares lura ma jsib lil ħadd warajh.", "Biex forsi nkun aktar realistika ngħid li forsi jkun għad baqa' dawk il-ftit fidili li anke jekk tpoġġihom rashom 'l isfel u saqajhom 'il fuq xorta jibqgħu warajh.", "Sur President, filwaqt li l-Prim Ministru u l-ministri tiegħu qed isusu fuq il-miri tagħhom, m'humiex qegħdin jagħtu kas il-ħteġijiet tan-nies li aħna qed nirrapreżentaw.", "Aħna ma niġux hawn sempliċement biex inkunu semmajna leħinna imma sabiex nirriflettu l-ħteġijiet tan-nies li nirrapreżentaw.", "Hemm ħafna oqsma fejn fihom il-gvern qiegħed jikkawża tbatija lill-poplu - naturalment hawnhekk ma nistax noqgħod nidħol fihom - u se nagħti biss żewġ eżempji proprju mill-ġurnali tal-lum.", "Il-Ministru Dalli kien ħa għalih meta waqt dibattitu konna għednilu li huwa faċli li taqbad u tintaxxa, għaliex qal li l-fatt li tintaxxa huwa xi ħaġa tad- dwejjaq.", "Huwa veru li żżid it-taxxi hija xi ħaġa tad-dwejjaq imma xorta ma tistax tinnega li huwa aktar faċli milli tipprova żżid id-dħul billi ġġib aktar investiment lejn il-pajjiż.", "U min irid jaħdem b'mod serju hekk irid jaħdem.", "Illum fuq il-front page ta' \"The Times\" qrajna li Malta qed titlef ħafna mill-investiment tagħha u ntqal liŻ", "\"Malta is experiencing a drain of foreign direct investment at the very time it needs it most\".", "Mr Speaker, imbagħad għandna lill-president tal-Malta Employers Association, is-Sur Victor Scicluna, li qal li:", "\"The threat of labour-intensive production units migrating from Malta to a more hospitable environment was now materialising\".", "Dawn huma affarijiet li l-oppożizzjoni ilha tgħid, saħansitra sal-ġimgħa l- oħra meta konna qed niddibattu il-liġi fuq it-taxxa tas-sisa tas-sigaretti u għedna li l-gvern jista' ma tintaxxax daqshekk u minflok jaħdem aktar fuq l-investiment.", "Issa qed naraw li l-investiment qed jitlaq minn xtutna u jmur fejn hemm kondizzjonijiet aħjar.", "L-MEA qed tkompli tgħid li:", "\"Particular firms are in the process of reducing and not increasing their investments\".", "Rigward il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea imbagħad dawn qed jgħidu li:", "\"Certain EU directives in the field of employment and labour laws which set up stringent targets can only aggravate the situation in the short term.\"", "Dawn huma affarijiet li sakemm konna qed ngħiduhom aħna, bl-arroganza kollha li għandu - forsi għaliex għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet - il- gvern ma kienx qed jagħti kasna u kien jgħid li aħna qed niġu hawnhekk biex nopponu, biex nilagħbu għall-gallarija u biex inkunu għedna xi ħaġa.", "Issa li għandu lill-MEA qed tgħid l-istess affarijiet, nispera li l-gvern jibda jinkwieta xi ftit.", "Il-gazzetta l-oħra li rriferejt għaliha aktar kmieni hija \"In-Nazzjon\", li qiegħda tirrapporta fuq mozzjoni tas-CMTU u qed tgħid li:", "\"Mozzjoni oħra li għaddiet unanimament kienet dik dwar il-ħolqien tax- xogħol.", "Is-CMTU hi mħassba dwar l-għadd ta' ħaddiema bla xogħol u dan il-kungress iġedded il-proposta tas-CMTU biex il-partijiet soċjali kollha jistudjaw flimkien mezzi biex joħolqu opportunatijiet ġodda ħalli jkollhom xogħol biżżejjed\".", "Issa aħna lkoll nafu kemm ilna nisimgħu logħob bil-figuri u li jaqtgħu lin- nies minn fuq ir-reġistru biex in-numru ta' nies li ma jaħdmux ma jidhirx li kulma jmur qed jiżdied u llum għandna lis-CMTU li qiegħda turi t-tħassib tagħha dwar l-għadd ta' ħaddiema bla xogħol.", "Nerġa' ngħid li l-oppożizzjoni Laburista ilha minn Settembru ta' l-1988 turi t-tħassib tagħha fuq din il- kwestjoni u dan għaliex aħna ta' kuljum nitkellmu man-nies.", "Jien nista' ngħid li l-akbar problema li nsib jien bħala deputat hija biex nipprova ngħin lil dawk il-kostitwenti li jiġu għandi jitolbuni ngħinhom isibu x- xogħol.", "Jien ċert li kull deputat f'din il-Kamra jaf fuqhiex qed nitkellem, u għalhekk meta nitkellmu kif nitkellmu nkunu qed nagħmlu hekk mill- esperjenza li ngħaddu minnha ta' kuljum.", "Għalkemm l-istatistika tal-qgħad qatt ma tkun tajba għaliex ikun fiha ħafna qtugħ, aħna ħdimniha u nafu l- qagħda verament x'inhi u għalhekk ninkwetaw fuq is-sitwazzjoni tax-xogħol f'dan il-pajjiż.", "Imma apparti dan kollu, issa għandna lis-CMTU li qed titkellem dwar l-għadd ta' ħaddiema bla xogħol li kulma jmur dejjem qed jiżdied.", "Allura issa lanqas se nagħtu kas ta' x'inhuma jgħidu s-CMTU, il- MEA u l-barranin?", "Allura l-gvern biss dejjem għandu raġun?", "Possibbli li dawn in-nies kollha mġienen?", "Il-gvern mhux lilna, lis-CMTU u lill-għaqdiet kollha li qed jitkellmu qed jinjora, imma qed jinjora dejjem iżjed il-bżonnijiet vera tan-nies billi qed jagħmel taxxi bl-addoċċ - kif qed naraw minn din il-liġi - mingħajr ma jqis in-natura tal-ħteġijiet li jeżistu f'bosta oqsma tal-ħajja Maltija.", "Nistgħu ngħidu li l-gvern donnu ttarrax għal dak li qed jgħid kulħadd u qed jieħdu l-attitudni li jħalluna nitkellmu u ma jagħtux kasna bħal meta persuna, biex tilħaq skop ta' moħħha, tkun għamja għall-affarijiet li ma jgħinuhiex tilħaq dan l-iskop u għaldaqstant titlef mill-ġudizzju rraġunat tagħha.", "Għax meta persuna tiffissa fuq xi ħaġa u tinsa u ma tagħtix kas dak kollu li qed jgħidulha ta' madwarha u tibda taħseb li dak li qed tgħid hi biss huwa tajjeb, allura tibda titlef mill-ġudizzju rraġunat tagħha.", "Fil- winding-up speech għal-liġi ta' qabel din, il-ministru tal-finanzi ttrattana qisna stupidi, li ma nifhmux fl-argumenti u li allura ma nistgħux niddibattu miegħu għaliex dak li jgħid hu biss huwa veru u l-fatti hu biss jafhom.", "Biex nagħti eżempju tal-mod li bih qed niġu ttrattati f'dan il-parlament insemmi każ tiegħi personali fejn għaliex, waqt li kont qed nitkellem fuq kemm għoliet il-ħajja, tajt il-figura ta' l-average rate of inflation ta' kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista u l-ministru iddeċieda li jikkwota l-monthly rate of inflation għax-xahar ta' Diċembru li għadda u ovvjament iż-żewġ figuri ma qablux, il-Ministru Dalli qalilna li dan il- parlament ġibnih parlament tat-titotla.", "Jiġifieri minflok ma l-ministru qal li konna qed nitkellmu fuq żewġ affarijiet differenti, qal li aħna niġu hawnhekk u nisparaw il-figuri qisna parlament tat-titotla.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kemm l-arroganza telgħet għal ras il-gvern u ta' kemm tilef ir-raġuni.", "Li kieku l-Ministru Dalli ried jitkellem bis-serjeta` kien jgħid li jien kont qed nagħti l-average rate of inflation fuq span ta' madwar sena u nofs, meta hu kien qed jagħti l-monthly rate of inflation għal Diċembru, imbagħad iħalli lin-nies jiddeċiedu huma.", "U dwar l-għoli tal- ħajja n-nies ma jiddeċedux bil-monthly rate jew bl-average rate imma b'kemm għandhom flus fil-but.", "Imma għal min irid joqgħod jaħdimha bir-rati għandu jkollu l-figuri ċari u m'huwiex sewwa li jiġi hawnhekk il-ministru u jipprova jirredikolana u jgħidilna li nisparaw il-figuri bl-addoċċ.", "Dawn huma fatti imma sadanittant il-ministru qed jipprova jqarraq billi jagħti l- impressjoni li aħna niġu hawnhekk biex ngħaddu ż-żmien.", "Donnu dak li ngħidu aħna sar ma jgħoddx u l-ħteġijiet tan-nies saru bla siwi għaliex jaħsbu li dan se jtellifhom mill-għan aħħari tagħhom.", "Mr Speaker, tajjeb li niffokaw fuq ir-realta` li qed ngħixu illum.", "Illum qed naraw il-problema tiżviluppa u qed naraw il-poplu jipprova jlaħħaq mal- ħajja b'paga mnaqqsa u b'żieda fit-taxxi u naturalment b'aktar tbatija.", "Il- poplu dejjem qed iħossu aktar impotenti meta quddiem gvern li għandu dan l- għan politiku li jrid jilħaq qed jiġi mġiegħel iħossu żgħir wisq biex jingħata widen.", "U meta ngħid il-\"poplu\" inkun qed nirriferi anke għalina, aħna li qegħdin nirrapreżentaw lill-poplu u li kull darba li nitkellmu l- gvern jipprova jċekken dak li nkunu qed ngħidu.", "Għaldaqstant qegħdin naraw gvern li qed jinjora t-tbatijiet li qed jgħaddu minnhom in-nies, saħansitra jidħak bil-preokkupazzjonijiet tagħna, iwarrab u jwaqqa' għaċ-ċajt l- interessi veri tal-poplu, basta jilħaq l-iskop politiku tiegħu u ma jimpurtaħx mill-problemi l-oħra.", "Għandna unions li qed jagħmlu t-talbiet tagħhom, għandna ħaddiema membri tal-unions u oħrajn li m'humiex membri li issa qed jirrealizzaw l-impatt ta' dan il-budget.", "Nistgħu ngħidu li forsi sa l-aħħar tas-sena l-oħra dak li konna qed ngħidu dwar l-effetti tal-budget dak iż-żmien seta' jinstema' b'mod imbiegħed, għar-raġuni li l-effetti kienu għandhom ma bdewx jinħassu.", "Imma issa nistgħu ngħidu li mxejna mit-teorija għall-prattika għaliex ħafna huma dawk li qed iħossu l-effetti tal-budget u ħadd m'għandu bżonn argumenti u spjegazzjoni biex jifhem ir-realta` ta' kif se jintlaqat.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nispjegaw u nargumentaw għaliex issa kulħadd qed iħoss l-effetti, biżżejjed wieħed imur isarraf iċ-cheque tal-paga biex jinduna li qed idaħħal inqas filwaqt li qed ikollu jħallas aktar.", "U mhux billi noqogħdu ngħidu dawk ta' taħt il-Lm5,000 u dawk ta' fuq il-Lm5,000; il-petrol u l-affarijiet l-oħrajn kollha li għolew kulħadd irid iħallas għalihom u mhux biss min jaqla' aktar minn Lm5,000.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pensjonanti; kulma jridu jagħmlu biex jaraw kif ġew affettwati huwa li jmorru jsarrfu ċ-cheque tal-pensjoni tagħhom - m'għandhomx għalfejn joqogħdu jaqraw rapporti u jisimgħu argumenti - u jaraw kif minn dawk il- flus se jkollhom iħallsu għal aktar affarijiet.", "Din hija r-realta` u ma naħsibx li hemm xi ħadd li jista' jgiddibha għaliex ilkoll kemm aħna qegħdin ngħaddu minnha.", "Mr Speaker, għandna gvern li filwaqt li wiegħed li se jġib ġid, fiduċja u direzzjoni, u anke kien jgħid li d-deficit kien ħrafa vvintata mill- gvern Laburista ta' dak iż-żmien - u bilfors kellu jgħid hekk għaliex inkella ma setax jiġġustifika l-wegħdiet kollha li għamel qabel l-elezzjoni - illum in-nies qed jitolbu li dawn il-wegħdiet jissarrfu.", "Kif jgħidu l- Ingliżi, the chickens are coming home to roost.", "Niftakru kemm dawn għamlu akkużi li l-gvern Laburista kien tilef il-kuxjenza soċjali, li ma kkalkulax l-impatt soċjali tal-proposti tiegħu, li l-ewwel kellu jiddiskuti l-miżuri tal-budget mas-social partners, li kien qed ikun arroganti u rasu iebsa mal- unions tal-ħaddiema u li ma kienx sensittiv għall-bżonnijiet ta' dawk li għandhom bżonn il-protezzjoni soċjali.", "Dawn l-akkużi konna nisimgħuhom inqas minn sentejn illum imma issa r-rota donnha daret.", "Min janalizza mingħajr partiġġjaniżmu u b'mod oġġettiv il-budget ta' l-1998 u dak tas- sena 2000, żgur li jasal għall-konklużjoni li dak ta' l-1998 kien budget artab komparat ma' dak ta' din is-sena.", "Per eżempju, fil-budget għall-1998 l-aktar li kien sar kjass kien fuq ir-rati tad-dawl u l-ilma.", "Issa jekk titkellem man-nies illum jgħidulek li m'hemmx differenza bejn ir-rati proposti dakinhar u r-rati li qed niġu ċċarġjati bihom illum, anzi hemm każi fejn dawn huma ogħla minkejja dak li kien qal l-Onor.", "Josef Bonnici - dan qiegħed on record - li r-rati kienu se jmorru lua għal dawk li kienu fl-1996.", "Kien sar kjass ukoll mill-Onor.", "Fenech Adami dwar it-taxxi l-oħra introdotti fil-budget għall-1998 u lkoll niftakru l-għagħa li kien hawn, imma issa dawn mhux talli ħallewhom talli komplew għollewhom u magħhom illum għandna ż-żieda fl-income tax u fil- bolla, il-VAT fuq it-telephone, il-petrol u d-diesel, iż-żieda fuq il-ħobż u affarijiet oħra.", "Min irid ikun oġġettiv, realistiku u saqajh ma' l-art jgħid li dawn l-affarijiet li kienu jingħadu fi żmien gvern Laburista ma kenux ħlief opportuniżmu politiku.", "Il-verita' hi li llum dan il-gvern jew ħalla l-affarijiet kif kienu jew żiedhom aktar minn hekk.", "Jiġifieri l- akkużi dwar nuqqas ta' kuxjenza soċjali, li ma kkalkulajniex l-impatt soċjali tal-proposti tagħna, li ma ddiskutejniex mas-social partners, li konna qed inkunu rasna iebsa mal-unions u li konna qed inkunu insensittivi għall-bżonnijiet ta' dawk li għandhom il-protezzjoni soċjali, kollha nistgħu nitfgħuhom lura lejn dan il-gvern, bid-differenza li din id-darba dawn il-claims nistgħu nagħmluhom bis-serjeta` għaliex il-budget għal din is-sena huwa ħafna aktar iebes minn dak li għamel gvern Laburista fl-1998.", "Imbagħad fil-konfront tar-rabja u l-frustrazzjoni tan-nies li daħku bihom naraw lill-Prim Ministru u lill-ministru tal-finanzi jibqgħu kalmi!", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Dalli tkompli bid-diskors tagħha.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Dalli tkompli bid-diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li fil-konfront ta' dan kollu l-Prim Ministru u l-ministru tal-finanzi jibqgħu qisu m'hu qed jiġri xejn.", "U mhux talli hekk, talli biex isalvaw wiċċhom qed ikomplu jivvintaw, u nagħti xi eżempji ta' dan.", "Dawn qed jgħidulna li qed jieħdu ċerti miżuri minħabba l-problema tad-deficit, pero` qed jgħidu li d-deficit huwa riżultat dirett ta' l-eluf ta' nies li l-gvern Laburista daħħal jaħdmu fis-servizz pubbliku qabel l- elezzjoni ta' l-1987.", "Bħallikieku għaxar snin ma kenux biżżejjed biex kieku riedu jikkoreġu din il-problema!", "Allura jekk inhu hekk, dan ifisser li problema ta' l-1987 bqajna nkaxkruha sas-sena 2000.", "Dan kollu huwa gideb għaliex li kieku l-problema vera kienet li żdiedu n-nies mal-gvern, allura kif wieħed jispjega l-fatt li huma komplew idaħħlu n-nies mas- servizz pubbliku?", "Jew qed ngħidu li għandna problema jew se nkomplu nżidu!", "Din hi r-responsabbilta`?", "Jiġifieri jekk din verament kienet il-problema, il-gvern kien irresponsabbli li ma ppruvax isolviha u kien irresponsabbli aktar li kompla jkabbarha.", "Għaliex jekk inti tgħid li għandek 8000 ruħ żejda, suppost tara kif se tnaqqashom mhux iżżidhom.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-figuri jara li filwaqt li fl-1987 kien hemm 25,921 impjegat fis-servizz pubbliku, wara żewġ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti dan in- numru tela' għal 32,709.", "Mr Speaker, fil-ftit xhur li għamel fil-poter il-gvern Laburista wera li huwa gvern serju għaliex minn 32,709 ruħ jaħdmu mas-servizz pubbliku rnexxilu jniżżilhom għal 30,699.", "Nerġa' ngħid li minn 32,709 fl-1996 dawn niżlu għal 30,699 fl-1998, u dan mingħajr ma keċċejna lil ħadd imma sempliċement imxejna bis-serjeta`.", "Li ġara kien li kien hemm nies li rtiraw, sar ir-redeployment minflok ma ddaħħlu nies ġodda, u konna qed nagħmlu retraining tailormade għal nies f'industrial grades ħalli dawn ikunu jistgħu jintbagħtu f'dipartimenti oħra fejn kien hemm nuqqas ta' nies.", "Hekk isir ix-xogħol bis-serjeta`.", "Dawn ilhom mill-1987 jgħidu li hemm 8,000 ruħ żejda mal-gvern u baqgħu m'għamlu xejn dwarhom, anzi li għamlu kien li komplew żiduhom.", "Dik hija s-serjeta' tas-soluzzjonijiet li kellu jsib dan il-gvern imma mhux bil-kliem jgħid mod u bil-fatti jagħmel mod ieħor.", "Mhux talli hekk talli fis-sena u ftit xhur li ilu fil-gvern mill-1998 'il hawn, in-numru ta' mpjegati mas-servizz pubbliku minn 30,699 ruħ diġa` tela' għal 33,000 ruħ.", "U qed nikkwota minn statistika li joħroġ il-gvern stess, biex ma jerġax issa jiġi l-ministru tal-finanzi u jgħidilna li dan hu parlament tat-titotla!", "Issa jekk lanqas din l-istatistika ma jemmen, allura verament għandu l-problemi!", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Kif diġa` għedt, dawn m'humiex qed jieħdu the honourable way out u jaċċettaw il-kritika ta' dawk li qed iweġġgħu minn dawn il-miżuri li qed jittieħdu imma qegħdin jgħidu li għollewilna t-taxxi minħabba li għandna d- deficit li ġie kkawżat min-nies żejda li daħħal mas-servizz pubbliku l- gvern Laburista.", "Issa jien urejt kif in-new Labour naqqas in-nies minn mal- gvern u kif f'din is-sena u nofs li ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista reġa' żiedhom.", "Dawn joqogħdu jirripetu dawn l-affarijiet - l-ewwel jgħidhom il-Prim Ministru, imbagħad warajh jibdew jgħiduhom il-ministri u wara jibdew jgħiduhom in-nies - and it works għaliex meta aħna niltaqgħu man- nies jgħidulna li kien gvern Laburista li żied in-nies mal-gvern u għalhekk għandna d-deficit.", "Imma għalfejn noqogħdu ngħidu dan il-gideb?", "Trid tkun veru bniedem bla kuxjenza biex tidħak bin-nies b'dan il-mod u toqgħod tirripeti dan il-gideb kollu.", "U huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn il- figuri biex jara kemm huwa gideb dan li qed jingħad.", "Qalulna wkoll li d-deficit kompla ġie minħabba l-mod ta' kif il-Labour ħadem bejn l-1996 u l-1998 u qalulna li d-deficit laħaq livell record fl- 1998 u li t-tneħħija tal-VAT għamlet toqba fid-dħul tal-gvern.", "L-aktar ħaġa li tinkwetani f'dawn id-dikjarazzjonijiet hija li l-Prim Ministru u l-gvern tiegħu qegħdin iqisu l-kumplament tan-nies f'dan il-pajjiż bħala imbeċilli.", "U dan m'huwiex mod kif tittratta lin-nies.", "Per eżempju hija tad-daħk meta tisma' lill-gvern jgħid li l-infiq tal-gvern fl-1998 kien wieħed record.", "U x'għamel il-ministru tal-finanzi preżenti hekk kif telgħu fil-gvern f'Settembru ta' l-1998?", "Dan beda jgħabbi fuq l-ispiża tal-gvern l-accruals kollha mis-snin ta' qabel sa mill-1992 u l-ispejjeż li kienu ppjanati għas- snin li ġejjin.", "Allura mhux bilfors titla' l-ispiża tal-gvern jekk hekk kif tlajtu fil-gvern daħħaltu l-accruals kollha mill-1992 u daħħalt dak kollu li hu pproġettat li jintnefaq fis-snin li ġejjin!", "Kulħadd jaf jagħmilha din, imma fir-realta` x'inhu dak li ġara?", "Dawn min-naħa jgħidulna li aħna ridna nagħmlu more with less u min-naħa l-oħra jgħidulna li għamilna nefqa record.", "Iddeċiedu!", "Dawn huma kollha sintomi ta' xi ħadd li jkun qed idur u jagħqad biex jara ma' xiex se jaqbad.", "Aħna almenu nippretendu ftit serjeta` u konsistenza f'dak li qed ngħidu għaliex in-nies m'humiex imbeċilli u għandna nirrispettaw l-intelliġenza tan-nies li qed nirrappreżentaw.", "Dan il-gvern donnu nesa kemm kien qal lill-gvern Laburista biex jinnegozja mas-sieħba soċjali ħalli l-miżuri tal-budget ma jkunux daqshekk ta' piż fuq min ma jiflaħx.", "Jien naħseb li kulħadd jiftakar kemm kienu jinkoraġġuh biex jinnegozja imma issa għaliex aħna qegħdin hawnhekk u l-gvern qiegħed in-naħa l-oħra, dawn il-miżuri m'għadhomx negozzjabbli.", "Mela fi żmien gvern Laburista dawn kienu jħeġġuh biex jitkellem mas-sieħba soċjali, inkluż il-union, għaliex huma r-rappreżentanti tal-ħaddiema u huma jafu min qed jintlaqat, u issa għaliex qegħdin fil-gvern qed jgħidulna li l-miżuri m'għadhomx negozzjabbli.", "Dan il-gvern nesa wkoll kemm uża l-istand li kienet ħadet il- GWU dak iż-żmien u anke dak li qalet il-GWU fil-kampanja elettorali biex isawwat lill-gvern Laburista.", "Kemm kien faħħarha dak iż-żmien lill-GWU talli kienet għamlet rapport fuq l-effetti tal-budget ta' gvern Laburista!", "Huwa kien jgħid li issa din qed timxi bis-serjeta` għaliex qed tagħmel dan l-istudju dwar il-budget.", "Issa l-GWU ukoll għamlet rapport fuq l-effett tal- budget ta' dan il-gvern, imma l-istess nies li kienu jgħidu li l-GWU għamlet sewwa li għamlet ir-rapport infexxew f'attakk personali fuq min kiteb ir-rapport u minflok attakkaw l-ideat attakkaw lill-persuna li għamlitu.", "Din hija xiehda oħra li tikkonferma kif nimxu politikament għax minflok ma nħabbtu l-ideat ma' xulxin inħabbtu l-irjus.", "Mr Speaker, meta wieħed jaqra u jisma' dawn l-affarijiet bilfors li jistaqsi: Allura kulħadd għandu tort minbarra l-ministru tal-finanzi?", "Jekk għall-mument inwarrbu r-rapport tal-GWU - għalkemm sentejn ilu n- Nazzjonalisti mhux talli ma warrbuħx talli wżawh bħala frosta biex isawtu lill-Partit Laburista - mal-ewwel tqum il-mistoqsija ta' jekk is-survey li kienet għamlet \"Il-Ġens\" dwar kif kienu qed jintlaqtu mill-budget ħames tipi ta' familji huwiex ħażin ukoll.", "U r-rapport li għamlet il-UĦM, liema rapport juri bil-fatti l-effetti ħżiena li ħarġu minn dan il-budget, huwa ħażin ukoll?", "U la qed insemmi l-UĦM, irrid ngħid li dwar dak li ħareġ mir- rapport ma ħadu l-ebda azzjoni u lkoll niftakru s-song and dance li kienet għamlet din l-istess union fejn mingħajr ma ddiskutiet xejn ma' ħadd qabdet u għamlet strike fil-freeport.", "Il-GWU kulma għadha għamlet huma biss protesti u tat notice lill-gvern filwaqt li qed tagħtih iċ-ċans biex jiddiskuti, ma qabditx u għamlet strike kif kienu għamlu l-UĦM fil-freeport fi żmien il-gvern Laburista.", "X'differenza hemm fl-atteġġament tal-GWU illum mill-atteġġament tal-UĦM fi żmien gvern Laburista!", "Il-GWU qed tkun konsistenti u qed timxi ma' dan il-gvern bl-istess mod li mxiet ma' gvern Laburista għaliex l-interess tal-GWU huwa tal-ħaddiema tagħha u mhux ta' xi gvern jew ieħor.", "Għalhekk meta m'għoġbuhiex ċerti affarijiet li saru taħt gvern Laburista għamlet rapport u issa qed tagħmel l-istess.", "L- inkonsistenza qiegħda fl-atteġġament tal-Partit Nazzjonalista għaliex filwaqt li meta kienu fl-oppożizzjoni lilna kien jgħidulna biex nitkellmu mas-social partners, illum li qegħdin fil-gvern qed jgħidulna li l-miżuri mħabbra fil-budget m'humiex negozzjabbli.", "Imbagħad min-naħa jkollna lill- Prim ministru jiffissa l-laqgħat u min-naħa l-oħra l-ministru tal-finanzi jgħid li dawn mhux negozzjabbli!", "Id-differenza bejn iż-żewġ partiti fil- gvern hija li filwaqt li l-gvern Laburista kien lest jiddiskuti dawn il- miżuri, il-gvern preżenti m'huwiex lest li jiddiskuti.", "Il-Prim Ministru taparsi jagħmel l-appuntamenti għall-meetings u minn warajh il-ministru tal- finanzi jgħid li l-miżuri li tħabbru m'humiex negozzjabbli.", "Issa jekk fid- dizzjunarju din il-kelma tfisser xi ħaġa oħra, allura ma nafx għaliex hekk se jibda jkolli ngħid!", "Jekk kien hemm xi ħadd li mexa b'inkonsistenza kienet il-UĦM għax filwaqt li fi żmien il-gvern Laburista qabdet u għamlet strike, issa qiegħda tkun kawta ħafna.", "Mr Speaker, fl-aħħar mill-aħħar l-effetti tal-budget huma riflessi fil- mod ta' kif ikunu qegħdin iħossuhom in-nies.", "U m'hemmx dubju li n-nies qegħdin iweġġgħu, kemm mil-lat finanzjarju għaliex qed ikollhom joħorġu iżjed filwaqt li jdaħħlu anqas, kif ukoll mil-lat psikoloġiku għaliex qed jiġu njorati.", "Il-bieraħ ġiet għandi mara anzjana li tgħix waħedha u ġiha kont ta' Lm100 u talbitni niċċekkjalha jekk kienx tajjeb.", "Meta ċempilt u ċċekkjajt qaluli li l-kont kien tajjeb u fiċ-ċirkostanzi kulma stajt nagħmel kien li nirrelata dak li qaluli, jiġifieri li l-kont kien tajjeb.", "Ovvjament din mal-ewwel qaltli kif jista' jkun li l-gvern ma jammettix li din hija l-verita` meta kulħadd kien qed iħossha u jmissha b'idu stess.", "Jien ngħid li dan qed jherri ħafna mill-fiduċja li n-nies seta' kellhom f'min imexxi dan il-pajjiż.", "U meta ngħid min imexxi ma nkunx qed ngħid għall-gvern preżenti biss għaliex illum hemm hu fil-gvern u għada jista' jkun qiegħed fl-oppożizzjoni.", "Li ma tistax tagħmel huwa li mill- oppożizzjoni tgħid mod u meta tkun fil-gvern tgħid mod ieħor, għaliex jekk tagħmel hekk in-nies ma jibqgħux jeħduk bis-serjeta`.", "Mela l-ewwel lill- poplu tgħidlu li rranġajt ir-rati tad-dawl u l-ilma, imbagħad toħroġ b'kontijiet b'rati ogħla minn dawk imħabbra fil-budget ta' l-1998.", "U n- nies toqgħod fuq il-kont li tirċievi u trid toħroġ il-flus accordingly.", "Issa n-nies mhix tweġġa' biss bil-ħafna taxxi li qed ikollha tħallas u bil- paga mnaqqsa li qed tieħu d-dar, imma qed tweġġa' wkoll mill-fatt li sar ħafna tnaqqis mill-budget soċjali.", "Biżżejjed wieħed iħares lejn is-servizzi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni - biex ma nsemmix is-social housing u s-servizzi l-oħra pprovduti mill-Istat - biex jara li dawn huma below standard.", "Issa ma' dan kollu wieħed irid iżid jgħid ukoll li llum ma nistgħux nistrieħu aktar fuq l-Istat biex jipprovdi dak li hu bażiku u għaldaqstant qed naraw li n-nies qed ikollhom jonfqu aktar għaliex qegħdin minn issa jaħsbu għal pensjoni privata u jmorru fi sptarijiet u kliniċi privati għaliex m'għandhomx fiduċja f'dak li qed joffrilhom il-gvern.", "Jiġifieri filwaqt li l-poplu qiegħed iħallas aktar taxxi, is-servizzi bħalma huma dawk ta' l-edukazzjoni u tas-saħħa m'huwiex jeħodhom.", "Jien persważa li kieku l-isptar kien l-aqwa wieħed li għandna f'Malta, kulħadd hemm imur u mhux dak li jkun joqgħod imur iħallas il-flus biex imur fi sptar privat.", "L-istess jista' jingħad għall-iskejjel.", "Sur President, irridu ngħidu li mhux bilfors li kulmin imur fi skola privata jagħżel li jagħmel hekk imma hemm min jibgħat lit-tfal tiegħu fi skola privata għaliex m'għadx baqagħlu fiduċja fl-iskejjel ta' l-Istat.", "M'iniex qed ngħid li dawk kollha li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skola privata jagħmlu dan minħabba f'hekk għaliex hawn ukoll min jippreferi dawn l-iskejjel u Allaħares ma kienx hekk għaliex kieku l-burden ta' l- edukazzjoni fuq il-gvern tkun ħafna akbar.", "U l-biċċa l-kbira ta' dawk li jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati huma fil-faxxa tan-nofs u din hija r- raġuni oħra għalfejn ma nistgħux nibqgħu nagħfsu fuq din il-klassi.", "Jiġifieri dawn, minbarra li m'humiex qed jieħdu s-servizz ta' l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom mingħajr ħlas allavolja qegħdin iħallsu t-taxxi bħal ħaddieħor, qegħdin inkomplu nagħfsu fuqhom iżjed u nitfgħulhom aktar piż.", "U hawnhekk ta' min wieħed ifakkar li waħda mill-wegħdiet elettorali ta' dan il-gvern kienet li kellhom jaqgħtu xi ħaġa mit-taxxa ta' dawk in-nies li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel privati.", "S'issa nistgħu ngħidu li diġa` għaddew żewġ budgets u għadna ma smajna xejn.", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma' waħda li hija floating voter u li tivvota skond liema programm elettorali tara li jkun l-aħjar biex itejjeb il-ħajja tagħha u tal- familja tagħha - ħaġa rraġunata - u qaltli li kienet ivvutat għall-Partit Nazzjonalista minħabba li hi tibgħat lit-tfal tagħha fi skola privata biex forsi titnaqqsilha xi ħaġa mit-taxxa.", "Issa din għandha tifel li qiegħed form III u ieħor li qiegħed form II u qaltli li jekk dawn se jdumu aktar biex iwettqu din il-wegħda lilha ma tkunx taffettwaha aktar għaliex it-tfal ikunu laħqu ħarġu mill-iskola.", "Mr Speaker, jien għamilt din il-parentesi sabiex nuri kemm minkejja li n- nies qed jiġu magħsura aktar bit-taxxi, dawn m'għadx baqgħalhom fiduċja fis- servizz tas-saħħa u l-affarijiet l-oħra li semmejt.", "U min-naħa l-oħra rridu nqisu wkoll li t-tassazzjoni li qed jagħmel dan il-gvern qed tneħħilna wkoll l-għażla minn affarijiet oħra, għaliex jekk se taqbad inqas paga bilfors li se jkollhok tnaqqas xi ħaġa minn dak li qed tagħmel f'ħajtek.", "Allura jien ngħid li l-mod li bih qed jintaxxa dan il-gvern, lilna qed jibdilna minn kmandi tal-futur tagħna - meta tista' tiddeċiedi x'tagħmel bi flusek qed tkun kmand tal-futur tiegħek u tal-familja tiegħek - u jirrendina għal sefturi tal-ministru tal-finanzi.", "Hekk spiċċajna issa, sefturi tal-ministru tal-finanzi.", "Inti ma tistax tkun kmand tal-futur tiegħek u tiddeċiedi b'mod li tgħid li għandek ċertu income u li se tonfoq daqshekk għal din u daqshekk għall-oħra, għaliex meta fl-aħħar tas-sena il- ministru tal-finanzi jagħmillek budget jiddisturbalek kollox u addio commitments u addio kollox.", "Nerġa' ngħid li qed nispiċċaw bil-ministru tal- finanzi bħala r-regolatur ta' ħajjitna.", "U meta l-poplu jara l-mod li bih qed jiġi ntaxxat bilfors li jistaqsi fejn qed imorru dawn il-flus kollha la m'humiex qed imorru fl-edukazzjoni u fis-saħħa.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva )", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nirringrazzja lill-Kamra talli għal darba oħra għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qed ngħid li n-nies qegħdin jistaqsu fejn qed imorru dawn il-flus.", "Żgur li mhux fit-toroq!", "Kif diġà għedt drabi oħra, il-flus li qed jinġabru mit-taxxi mhux qed jirriflettu r-riżultati li wieħed jistenna.", "Inkunu nistgħu ngħidu li huwa ġustifikat li jinġabru daqshekk taxxi kieku l-gvern qed jagħti servizz tas-saħħa tajjeb u edukazzjoni tajba għat-tfal u kieku għandna toroq tajbin imma dan mhux qed jiġri.", "Allura dan ikompli jżid mad- dwejjaq li qed iħossu ħafna familji fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha.", "Kif diġà semma l-Onor Buhagiar, bħalissa qed naraw ftit tindif u mili ta' ħofor minn fejn se jgħaddi Prodi imma naturalment in-nies li qed tħallas it-taxxi mhi tara l-ebda titjib imkien.", "Il-bieraħ kont Wied il-Għajn f'attività tal- kunsilli lokali u ħafna nies ġew jgħiduli li f'dik il-lokalità għad hemm toroq li qatt ma saru.", "Jien niftakar li meta konna fil-gvern l-Onor.", "Charles Buhagiar kien għamel pjan ta' kif kellu jitmexxa x-xogħol hemmhekk.", "Fil-fatt kien beda x-xogħol fuq il-promenade u kien se jibda x-xogħol fuq it-toroq ta' ġewwa.", "Iżda f'din is-sena u nofs il-ħaddiema tar-roads department lanqas biss resqu 'l hemmhekk.", "Naturalment dan nista' nikkonfermah jien peress li ngħaddi ta' spiss minn dawn it-toroq u f'dawk it-toroq li ma ngħaddix minnhom jien jikkonfermawli n-nies li ma nbeda l- ebda xogħol fihom.", "Jien ma nafx fejn qed isiru t-toroq imma dak li kien ippjanat u li kien beda jsir minn gvern Laburista żgur li ma tkompliex.", "Il- bieraħ stess ir-residenti t'hemmhekk qaluli li r-road contribution ilhom is- snin li ħallsuha, peress li wħud minnhom ilhom joqogħdu hemm 12 jew 14-il sena.", "Din mhix problema tal-lum jew tal-bieraħ imma ilha ħafna snin u naħseb li l-inqas li nistgħu nagħmlu għal dawn in-nies huwa li nagħmlulhom it-toroq għax qed jgħixu f'kondizzjonijiet mill-agħar.", "Nerġa' ngħid li kien gvern Laburista li daħal f'din il-problema bis-serjetà u kien beda x- xogħol, imma f'din is-sena u nofs ma sar xejn iżjed.", "Dan huwa eżempju wieħed ta' xogħol li suppost isir mit-taxxi li jħallas il-poplu, imma l- gvern irid jieħu biss u ma jagħti xejn lura.", "Mr Speaker, il-gvern m'għandux jikkonċentra biss fuq kif se jiġbor il- flus mit-taxxi, imma għandu jara kif se jnaqqas l-infiq u joħloq proġetti biex l-ekonomija tagħna tiċċaqlaq.", "Kif jaf kulħadd dan mhux qed jiġri u bħalissa l-pajjiż jinsab f'diżastru finanzjarju li kien l-istess gvern li daħħalna fih u issa taparsi qed isolvih.", "Ngħid \"taparsi\" għax dan huwa gvern li qed juri nuqqas ta' tmexxija serja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal lejla, it-Tlieta 29 ta' Frar, 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.).", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ġranet il-media u l- gazzetti Nazzjonalisti flimkien ma' l-alleati tagħhom għamlu kjass sħiħ u pprovaw ineffħu kemm jifilħu l-inċident li seħħ waqt protesta tal-GWU fil- Marsa.", "Qed nirriferi għall-ħruq tal-badiera ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nagħmilha ċara li dan l-inċident m'għandu qatt jiġi ġġustifikat minn ħadd u, għalkemm dawn huma affarijiet li wieħed jista' jarahom ta' kuljum meta jara l-aħbarijiet ta' barra fuq it-television, aħna nippreferu li affarijiet bħal dawn ma jsirux f'pajjiżna.", "Fost l-esponenti ewlenin tal- Partit Nazzjonalista li kabbru kemm felħu dan l-inċident kien hemm il-Prim Ministru, il-Viċi Prim Ministru, l-Onor.", "Jason Azzopardi u s-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.", "Kif diġa' għedt, jiena ma niġġustifikax inċidenti bħal dawn imma rrid ngħid li fil-passat saru inċidenti ferm aktar gravi minn dan li qatt ma ġew ikkundannati min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Allura trid tkun veru ipokrita u taħseb li l-poplu huwa imbeċilli meta tipprova tagħmel gwadann politiku minn dan l-inċident.", "Hawnhekk nista' nsemmi t-tkissir u l-ħruq tal-billboards tal-Partit Laburista, wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998.", "Meta jiena staqsejt lill-Prim Ministru jekk għandux jikkundanna dawn l-inċidenti, l-Onor.", "Fenech Adami kien irrispondieni hekk:", "\"Jien ma pparteċipajtx u ma rajtx ix-xeni li kien hemm, per eżempju, f'Tas-Sliema imma nista' naħseb li kien hemm ewforija li kważi ma tispjegahiex.", "Mill-banda l-oħra naħseb li kienet reazzjoni naturali.", "Veru li eluf ta' nies ħassew li kellhom jiċċelebraw b'dan il-mod ....\"", "Minn hawn jidher ċar li l-Prim Ministru fl-ebda mument ma kkundanna dak li sar.", "Nerġa' ngħid, li għalkemm l-inċident tal-ħruq tal-bandiera ta' l- Unjoni Ewropea m'għandux ikun ġustifikat, ta' min jgħid li f'dak l-inċident ma saret ebda ħsara fuq xi proprjeta' bħalma sar fil-każ tal-ħruq u t- tkissir tal-billboards tal-Partit Laburista.", "Mr Speaker, il-Viċi Prim Ministru kien l-ewwel wieħed li talab lill-GWU biex tikkundanna l-inċident tal-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea imma fl-ebda mument ma ħareġ jikkundanna dak li sar mill-partitarji Nazzjonalisti wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Mela inti tippretendi li ħaddieħor jikkundanna inċident li ma messux sar imma l-inċidenti li jsiru min-naħa tal-partitarji tiegħek tħallihom għaddejjin qisu qatt ma ġara xejn.", "Hawnhekk ta' min ifakkar fil-kliem irresponsabbli li kien qal ex- ministru tal-Partit Nazzjonalista, in-Nutar George Bonello Dupuis, waqt mass meeting.", "Dan kien qal hekk:", "\"Ejja nżommu l-entużjażmu ħalli mbagħad wara naħarqu kollox.\".", "U hekk ġara għax kif tħabbar ir-riżultat ta' l-elezzjoni kollox inħaraq.", "Dakinhar mhux biss inħarqet proprjeta' ta' ħaddieħor imma ġew imsawta anke n-nies.", "Ta' min ifakkar kif ġie msawwat brutalment Tarcisio Mifsud u kif ġew attakkati ċerti każini Laburisti.", "Xi ħadd minn tal-Partit Nazzjonlista ħareġ jikkundanna dawn l-affarijiet!?", "Mr Speaker, l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista qed jgħidu li l-ħruq tal- bandiera ta' l-Unjoni Ewropea għamel ħsara kbira lill-image ta' pajjiżna.", "Hawnhekk jiena ngħid kemm għandhom memorja qasira tal-Partit Nazzjonalista.", "Mela nsew meta kienu marru jqassmu l-Malta file bl-isem ta' \"Is Malta Burning?\" barra minn Malta.", "Forsi dik ma kenitx ħsara għall-image ta' pajjiżna?", "Dak il-file kien wieħed infami u kemm min għamlu kif ukoll minn qassmu messhom jistħu jgħidu li huma Maltin.", "Wieħed ukoll ma jridx jinsa li qabel l-1987, meta l-Partit Laburista kien fil-gvern, esponenti fil- Partit Nazzjonalista kienu jmorru għand il-ħbieb ta' Kohl, dak iż-żmien Kanċillier tal-Ġermanja, u jissuġġerulhom biex jirtiraw l-investiment minn pajjiżna, bl-iskuża li f'dan il-pajjiż ma kienx hawn demokrazija.", "Dik hija ħsara għall-image ta' pajjiżna!", "X'iżjed ħsara minn hekk jista' jkollok għall-image ta' pajjiżek?", "Jagħmel ħsara lil pajjiżna meta jkollok folla nies li tkun qed issegwi attivita' sportiva - bħalma darba kien hemm ġewwa l-Birgu - u l-membri tal- korp tal-pulizija jinżlu jkantaw \"Ole', ole', ole' Nazzjonalisti\" u jagħtu xebgħa lil kulmin jaraw quddiemhom u jitfgħu l-gass tad-dmugħ fuq it-tfal, nisa, irġiel u żgħażagħ li kien hemm.", "Ejja ma ninsewhomx dawn l- affarijiet.", "Triq tkun veru ipokrita biex tqajjem din l-għagħa kollha u tippretendi li xi ħadd jikkundanna l-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea meta int ma kkundannajt l-ebda wieħed mill-inċidenti li semmejt.", "Ngħid għalija l-Partit Nazzjonalista fil-gvern tant qed iħossu dahru mal-ħajt, tant jinsab issikkat, tant qed jiġi kkritkat min-nies tiegħu stess li issa qed ifittex xi ħaġa biex jaljena lill-poplu mir-realtajiet li bħalissa għaddej minnhom pajjiżna.", "X'inhuma dawn ir-realtajiet li bħalissa għaddej minnhom pajjiżna?", "U hawnhekk infakkar x'wiegħed il-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni u x'inhu jagħmel fir-realta', issa li għandu l- gvern f'idejh.", "Fil-11 ta' Awissu, 1998, ftit inqas minn xahar qabel l-elezzjoni, Dr Fenech Adami kien qal li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern inaqqas il-piż tat-taxxi.", "Kulħadd jaf x'ġara.", "It-taxxi komplew jiżdiedu.", "Fis-27 ta' Awissu, 1998, il-Prof.", "Josef Bonnici, illum ministru għas-servizzi ekonomiċi, qal li t-tariffi tad-dawl u l-ilma se jnaqqsuhom b'mod li jerġgħu jsiru kif kienu qabel ma għollihom il-gvern Laburista.", "X'ġara?", "Illum l-poplu qed jirċievi kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma esaġerati.", "Titkellem ma min titkellem kulħadd jilmenta mill-kontijiet li qed jirċievi.", "Huma jafuha r-realta' u qed ineffħu l-każ tal-ħruq tal-bandiera ta' l- Unjoni Ewropea biex jaljenaw lill-poplu.", "Illum għall-ewwel darba f'dan l- aħħar seklu l-ħaddiem Malti tnaqqsitlu l-paga.", "Dawn kienu jgħajru lill- gvern Laburista għax kien għamel il-wage freeze biex issa spiċċaw li se jibqgħu magħrufa bħala \"il-gvern tal-wage decrease\", għax kif għedt il- ħaddiem qed imur lejn id-dar b'paga inqas milli kellu s-sena l-oħra.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma saret fl-istorja ta' pajjiżna.", "Barra minnhekk dan il-gven għolla n-nolijiet tal-karozzi tal-linja, żied l-income tax u l- bolla, neħħa s-sussidju minn fuq il-ħobż, għamel il-VAT fuq is-servizz tat- telephone, fuq il-petrol u fuq id-diesel u żied il-kirjiet tad-djar tal- gvern.", "Titkellem ma' min titkellem kulħadd jgħid li ma jistax ilaħħaq ma' l-għoli tal-ħajja.", "Dan huwa l-gvern li qabel l-elezzjoni wiegħed li se jnaqqas il-piż tat- taxxi.", "Dan huwa l-gvern li wiegħed li se jiġu Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea u minflok ġew mill-Ewropa qed jiġborhom f'taxxi minn fuq dahar il- ħaddiem.", "Dan huwa l-gvern li wiegħed kollox lil kulħadd imma qed juri li hu gvern tas-swat.", "Il-gvern irid jifhem li l-poplu huwa mweġġa' u qed jgħid ajma bis-serjeta'.", "Il-poplu qed jurih li hu mweġġa' għax qed isemma leħnu kemm minn fuq ir-radjijiet, kemm minn fuq it-televiżjoni u saħansitra anke mit-toroq imma dan hu gvern arroganti tant li wasal biex għalaq il- bibien f'wiċċ il-GWU li fiha tħaddan 50,000 membru kollha ħaddiema.", "Dan huwa gvern li jrid lill-unions isolvulu l-problemi li ħoloq hu stess.", "Jiena ngħidlu jekk inti wegħidt kollox lil kulħadd kif issa trid lill-GWU u l-UĦM isolvulek il-problemi huma!", "Il-problemi solvuhom intom għax intom wegħidtu kollox lil kulħadd.", "Intom wegħidtu li se ġġibu Lm100 miljun mill- Unjoni Ewropea u dawn baqgħu ma ġewx.", "Intom wegħidtu li malli nneħħu l- applikazzjoni ta' Malta mill-friża se jaqa' l-ġid kollu fuq Malta.", "Il- verita' hija bil-kontra għax l-investiment qed jinxef, il-qgħad qed jiżdied u l-flus fi bwiet il-ħaddiem qed jonqsu.", "Il-gvern ma fadallux triq oħra ħlief li jżid it-taxxi fuq il-poplu, liema taxxi qed jolqtu bis-sħiħ lill- ħaddiema u lil dawk l-aktar fil-bżonn.", "Dan hu gvern li meta kien fl- oppożizzjoni kien jippriedka l-kuxjenza soċjali imma issa din taret mar-riħ għax il-ħofra finanzjarja li skopra l-gvern Laburista, liema ħofra ħallewha huma qabel l-1996, illum saret realta'.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-gvern m'għandux juża inċident hekk żgħir - ħruq ta' bandiera - biex jaljena lill-poplu u jnessih il-problemi li bħalissa għaddej minnhom pajjiżna.", "Ejjew niffokaw fuq ir-realtajiet, speċjalment fejn jidħlu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin għax il-ħaddiema jistħoqqilhom aħjar.", "Il-ħaddiema jistħoqqilhom gvern li dak li jkun wegħidhom jagħtihulhom u mhux jingannahom.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, nixtieq li f'dawn il-ftit minuti li għandi nitkellem fuq tliet aspetti differenti li nħoss li b'mod jew ieħor jinfluwenzaw il-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Nibda biex ngħid li għalkemm ma rridx nidħol fil-mertu ta' kif il-qrati jamministraw il-ġustizzja jew kif imexxu x-xogħol fil-qrati, irrid insemmi xi ħaġa li dan l-aħħar laqtitni ħafna.", "Qed nirriferi għax-xogħol doppju li joħroġ mill-istess proċedura li minnu nnifsu qed ikun ta' toqol u ta' ħafna ħela ta' ħin fuq l-istess ġudikanti tagħna.", "Ħalli nsemmi każ wieħed partikolari.", "Fil-Kodiċi Ċivili ta' Malta aħna għandna l-azzjonijiet possessorji, bħalma hi l-azzjoni ta' l-ispoll.", "Il-kawża ta' spoll hi meta jkollok bniedem f'pussess ta' oġġett, ikun ta' liema xorta jkun, li jista' ma jkunx tiegħu u persuna oħra tallega li l-oġġett hu tagħha u taqbad u tieħdu.", "F'kelma waħda dik il-persuna tkun ħadet il-liġi b'idejha.", "Per eżempju, jista' jkollok bniedem li xtara biċċa art u qabad u neħħa l-ħamrija.", "Jekk din l-azzjoni ssir fi żmien xahrejn bir-rekwiżiti l-oħra jiġi kommess spoll.", "Fil-Kodiċi Kriminali għandna artiklu 85 li ftit jew wisq jikkontempla l-istess sitwazzjoni.", "Jiġifieri jkollok bniedem li għax jippretendi li għandu xi dritt fuq xi oġġett jaqbad u jieħu l-liġi b'idejh u jieħu dak l-oġġett.", "Fil-qrati tagħna għandna diversi kwestjonijiet b'mod partikolari fuq passaġġi f'għalqa fejn persuna tkun qabdet u għamelt kanċell f'tali passaġġ u mbagħad issir kwerela quddiem il-kummissarju tal- pulizija biex dan jieħu passi kontra dak li jkun qabad u bidel is-serratura jew il-katnazz u għalaq il-kanċell.", "Fl-istess ħin tkun qed tiġi intavolata kawża oħra ta' spoll quddiem iċ-ċivil.", "B'hekk ikollok żewġ kawżi identiċi bl-istess persuni, l-istess inċident u l-istess stat ta' fatt quddiem żewġ qrati differenti u li fihom ikunu qed jitqabbdu żewġ periti.", "Dan ikun qed joħloq spejjeż għall-pajjiż, spejjeż għall-klijent u ħafna dewmien.", "Barra minnhekk iż-żewġ qrati jridu jibqgħu mexjin bil-proċedura.", "Sakemm tinqata' kawża minnhom ħadd ma jwaqqaf il-kawża tiegħu għax ma tagħmilx sens li għandek żewġ sentenzi fuq l-istess punt.", "Dawn jistgħu jkunu sentenzi konfliġġenti għax qorti tara l-punto di vista mod u oħra tarah mod ieħor.", "Kulħadd jaf li l-qrati u l-imħallfin għandhom pressjoni kbira ta' xogħol u għalhekk naħseb li wasal iż-żmien - u nemmen li dan il-pass irid jibda minn dan il-parlament - li tibda tiġi diskussa soluzzjoni biex dan ix-xogħol doppju ma jibqax isir.", "Jiena naħseb li jekk il-proċeduri ta' kawża jkunu nbdew quddiem qorti, ma narax għaliex għandhom jerġgħu jibdew quddiem qorti oħra.", "Nemmen li għandhom jibqgħu iż-żewġ fakultajiet, sew il-kawża bil-pulizija kif ukoll biċ-ċivil, imma għandha ssir definizzjoni ta' x'inhi kawża fuq dritt ta' passaġġ li titressaq bi kwerela.", "Għandha titressaq bi kwerela?", "Għandha tidħol il-pulizija fuq kwestjoni jekk jien għalaqtx id-dritt ta' passaġġ jew le?", "Personalment ngħid li m'għandhiex tkun azzjoni mill-pulizija.", "Għaliex?", "Għax section 85 tal-Kodiċi Kriminali qed tikkontempla l-każ fejn bniedem daħal il-qorti b'urġenza.", "Forsi tgħidli jekk bniedem għandu xi bhejjem u ma jkunx jista' jidħol jagħlifhom, mhux każ urġenti?", "Jiena ngħid li dak li jkun għandu jifhem l-urġenza ta' dak il-mument u l-pulizija għandha tagħti l-protezzjoni lil min qed iressaq il-complaint.", "Imma fejn għandek bniedem li għandu u jista' juża dħul ieħor ma naħsibx li l-kawża għandha titressaq bil-pulizija u wara tinfetaħ quddiem il-Qorti ta' Fuq u naħlu dan il-ħin kollu lill-impjegati ta' l-Istat, lill-ġudikatura u lil ħafna oħrajn.", "Naħseb li jkun opportun li f'dan il-parlament jiġi diskuss kif għandhom jiġu amministrati dawn l-affarijiet fil-qrati tagħna.", "Mr Speaker, punt ieħor li nixtieq nitkellem dwar llum huwa l-miżbla li hemm fir-Żurrieq.", "Xi snin ilu fiż-Żurrieq kienet ġiet magħżula area biex tintuża bħala miżbla f'wieħed mill-isbaħ widien li kellna f'Malta, wied li jagħti direttament għall-baħar.", "Għal snin twal din il-miżbla kienet problema kbira għar-residenti taż-Żurrieq u l-inħawi tagħhom.", "Saħansitra kien hemm żmien fejn din l-istess miżbla kienet ta' periklu għall-ajruport għax kienu jintefgħu ħafna żjut u affarijiet oħra u dan kollu kien jiġi mogħti n-nar.", "Għandi anke ritratti li juru l-villaġġ taż-Żurrieq u l- akkwati litteralment fgati bid-duħħan.", "Apparentament f'din il-miżbla qed jerġa' jintefa' l-iskart.", "Kien hemm diversi dikjarazzjonijiet tal-ministru konċernat li jgħidu li din il-miżbla se tingħalaq u mhux se jibqa' jintefa' skart fiha imma milli jidher din il-miżbla qed terġa' tinfetaħ.", "Għalhekk niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd għall-ħsara kbira li qiegħda ssir fl-inħawi taż-Żurrieq.", "Dawk li huma dilettanti tal-baħar u jmorru jgħumu fl-inħawi ta' fejn illum hemm il-miżbla - qabel kienet area mill-isbaħ, nerġa' ngħid, anke bħala qiegħ ta' baħar - jafu li llum dan il-post huwa aridu, b'ħaxix bla saħħa u ħut ma tara xejn, allavolja dan hu post inaċċessibbli u ma tistax tinżel mill-art, trid tmur bilfors bi frejgatina, outlets tad-drenaġġ m'hemmx u skart ma jintefax.", "Mela għalfejn dan huwa post sprovvist mill- ħajja f'qiegħ il-baħar?", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Dan il-wied kien ingħażel bħala area biex issir din il-miżbla fih, bir-riżultat li kull darba li tagħmel ix-xita l-ilma dejjem joskula direttament għal ġewwa l-baħar, b'konsegwenza li l-veleni tossiċi li qed jinżlu fil-baħar direttament minn din il-miżbla huma kbar.", "Barra minnhekk l-area issa hija saturata u jekk il-Miżbla ta' Wied Fulija se tkompli tikber din se thedded ħafna fdalijiet storiċi li nsibu fil-lokalita'.", "Hemm diversi fdalijiet li jmorru lura ħafna fis-snin iżda sfortunatament jidher li la l-awtorita' ta' l-ippjanar, la l-mużewijiet u lanqas l-għaqdiet li tant jgħajtu bin-natura ma jinteressahom.", "Każ partikolari li rrid insemmi hu li kien hemm bjar li kienu tqattgħu u ma sar assolutament xejn.", "L-istess problema kienet inqalgħet qrib l-istess miżbla, fejn kellek torri antik ħafna imsejjaħ it-Torri tal-Ħġejjeġ li jmur lura għal qabel il-Kavallieri li kien jagħti l-warning meta l-gżejjer tagħna kienu jsofru xi ħbit mill-baħar.", "Minn informazzjoni li għandi dan it-torri nħatt, ittieħed u ħadd ma jaf x'sar minnu.", "Il-probabbilta' hi li dan it-torri spiċċa li minn fuqu sar kummerċ u nbiegħ għal skopijiet lukrattivi.", "Sfortunatament ħadd ma nnota l-għajbien ta' dan it-torri u ħadd m'hu qed jikkummenta.", "Barra minnhekk irrid nenfażizza li l-miżbla taż- Żurrieq m'għandhiex terġa' tinfetaħ u għandu jinstab post ieħor aktar adattat fejn jintefa' l-iskart biex ma ssirx ħsara aktar lill-ambjent.", "Mr Speaker, fl-aħħar irrid nitkellm dwar inċident li kont preżenti għalih dalgħodu stess, fejn rajt li l-proċeduri tal-qorti huma litteralment iġġamjati.", "Jirriżulta li l-apparat li l-pulizija u t-tobba jużaw fil- forensika biex jeżaminaw il-kampjuni tad-demm, liema apparat huwa antikwat ħafna, bħalissa mhux qed jiffunzjona.", "Konsegwenza ta' hekk sew il-pulizija kif ukoll l-esperti li jitqabdu mill-qorti ma jistgħux jagħmlu t-testijiet forensiċi u b'hekk il-kampjuni jew jintbagħtu barra minn Malta, u l- ispejjeż ikunu spejjeż fenominali, jew inkella t-testijiet jibqgħu ma jsirux.", "B'hekk qed ikollok nies li jkunu miżmuma taħt arrest - issa meta bniedem qiegħed taħt arrest ma jfissirx li huwa bilfors ħati ta' dak li jkun qed jiġi akkużat bih - nies li qegħdin jistennew maqfulin f'ħabs jew f'xi istituzzjoni oħra u l-proċeduri ma jistgħux ikomplu għas-sempliċi raġuni li mgħandniex dan l-apparat.", "Din hi sitwazzjoni gravi għax fl-aħħar mill-aħħar dan l-apparat kulma jiswa hu xi Lm20,000 u ma nistax nifhem kif l-Istat se jħalli lill-pulizija u l-qrati tagħna sprovvisti minn apparat daqshekk importanti, li permezz tiegħu dawn jistgħu jħaffu x-xogħol tagħhom, ikollhom riżultati aħjar u barra minnhekk jista' jkun apparat li jwassal sabiex issir ġustizzja f'każi fejn ikun hemm reati serji.", "Il-fatt li l-Istat qiegħed jixxaħħaħ biex jixtri dan l-apparat hija ħaġa serja ħafna.", "Daħlet il-kwestjoni jekk għandhiex tixtrih il-pulizija jew le.", "Jiena ngħid li għandhom jittieħdu l-passi neċessarji kollha biex dan l- apparat jinxtara - mhux il-każ li noqogħdu nidħlu fi kwestjonijiet ta' min għandu jixtrih - għax meta wieħed iġib quddiem għajnejh it-tip ta' krimini serji li qed ikollna, wieħed malajr għandu jinduna li fil-ħajja sofistikata u moderna tal-lum ma nistgħux nibqgħu mingħajr dan l-apparat.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 29 ta' Frar, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SANT'ANĠLU - RESTAWR", "14134.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li Sant'Anġlu għadda f'idejn il-Kavallieri, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' restawr sar u x'se jsir fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Sal-lum il-post għadu m'għaddiex uffiċjalment f`idejn l- Ordni ta` San Ġwann.", "BORMLA - NUGRUFUN", "14135.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13710, fejn fir-risposta ntqal li l-istorbju minn ġeneraturi fid-dar ta' l- anzjani ta' Bormla issa waqaf, jista' l-Ministru jivverifika ma' min tah l- informazzjoni, għax minn dak li rajt jien personalment fuq il-post ma' numru ta' ġirien, l-inkonvenjent ta' storbju minn ġeneraturi jew pompi għadu hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uniku nkonvenjent li qed ikun hemm fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hu minnħabba l-pompa ta' l-ilma li ma kenitx imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 13710.", "Biss, irrid ngħid li qed jittieħdu passi ħalli dan l-inkonvenjent jiġi nvestigat u jitneħħa wkoll.", "PROGRAMM TA' SATU", "14147.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ sezzjoni għan- nisa fil-programm SATU?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm fil-preżent m'hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ sezzjoni għan-nisa fil-programm SATU, dan mhux eskluż li jiġi kkonsidrat fil-futur.", "Minħabba n-numru żgħir ħafna ta` priġunieri nisa, dawn jistgħu jsegwu programmi oħra ta` riabilitazzjoni.", "CARITAS/SEDQA - RIABILITAZZJONI", "14148.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed iżommu żgħażagħ taħt it-18-il sena għall-programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga l-Caritas u s-Sedqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aġenzija Sedqa bħalissa għandha żewġ persuni ta' 18-il sena li għaddejin mill-programm ta' riabilitazzjoni ta' droga fil- komunita' Santa Marija.", "Ragward il-Caritas, din hija organizzazzjoni mhux governattiva, għalhekk m'għandiex informazzjoni dwarha.", "WAGES COUNCIL - REGOLAMENTI", "14149.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti tal-wages council kollha li għadhom in vigore?", "Meta ġew riveduti l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-29 ordni tal-kunsill tal-pagi kif inhuma in vigore bħalissa tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Dawn l-ordnijiet tal-kunsilli tal-pagi ġew riveduti l-aħħar kif ġej:-", "Agriculture and Allied Industries 20/07/90 Beverages Industries 20/07/90 Canning Industries 22/09/89 Cargo Clearance & Forwarding Agents (Burdnara) 22/12/78 Cinemas and Theatres 22/12/78 Clay and Glass Products 16/07/91 Construction 30/03/90 Domestic Workers 17/11/89 Electronics 01/06/79 Food Manufacture Industry 14/05/91 Hire Cars and Private Buses 24/04/79 Hospitals and Clinics 28/04/78 Hotels and Clubs 28/03/90 Jewellery and Watches 08/12/78 Laundries 16/07/91 Leather Goods and Shoes Industry 16/07/91 Paper, Plastics, Chemicals and Petroleum 20/02/81 Printing and Publishing 12/01/79 Private Schools 05/02/80 Professional Offices 12/04/79 Public Transport 02/03/79 Seamen 20/07/90 Sextons and Custodians 12/01/96 Textiles and Allid Industries 30/03/90 Tobacco Industry 16/07/91 Transport Equipment, Metal and Allied Trades 30/03/90 Travel and Insurance Agencies 01/12/78 Wholesale and Retail 17/03/89 Woodworks 19/06/90", "GVERN AWSTRALJAN - TAĦDIDIET BILATERALI", "14150.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kellux xi taħdidiet bilaterali mal- Gvern Awstraljan dwar iċ-ċittadinanza ta' Maltin li, minħabba ċ- ċirkostanzi partikolari tagħhom, kellhom jaqilbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dik Awstraljana meta emigraw u llum jixtiequ li jerġgħu jiksbu ċ- ċittadinanza Maltija,iżda jekk se jagħmlu dan minħabba r-regolamenti Awstraljani se jitilfu dik Awstraljana?", "Jekk ma sarux taħdidiet, hemm ħsieb li jsiru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġijiet ta` l-Awstralja jagħmilhom il-Gvern Awstraljan.", "Bħalma ħadd ma ndaħlilna jekk indaħħlux iċ-ċittadinanza doppja, lanqas m'hu prudenti li l-Gvern Malti jagħmel pressjoni fuq ħaddieħor biex ibiddel ir-regoli tiegħu.", "Fl-Awstralja l-liġi tipprovdi li kull persuna - mhux Maltin-Awstraljani biss - li tapplika għal ċittadinanza barranija titlef iċ-ċittadinanza Awstraljana.", "Kien għalhekk li l-liġi l-ġdida Maltija tat iċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament lil kull ċittadin barrani - inklużi l-Maltin Awstraljani - li kienu Maltin, tilfu ċ-ċittadinanza Maltija, u qattgħu sitt snin barra minn Malta.", "WAGES COUNCIL", "14151.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'qiegħed isir biex jiġi assigurat li kull employer iżomm ma' dak li jitlob minnhom il-wages council?", "X'tip ta' strutturi għandu d-dipartiment tax- xogħol biex jagħmel il-monitoring li hemm bżonn?", "Kemm hemm persuni jaħdmu fid-dipartiment f'dan il-qasam?", "Min hu l-uffiċjal responsabbli minn din it- taqsima?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' impjieg għandu taqsimiet ta' spettorat u inforzar tal-liġi sabiex jiżgura li l-liġi tax-xogħol tkun osservata.", "Dawn iż-żewġ taqsimiet jikkonsistu f'16-il-persuna.", "Mhux etiku li jissemmew l-ismijiet ta' l- uffiċjali responsabbli minn dawn iż-żewġ taqsimiet, iżda dawn huma fi grad ta' prinċipal.", "SAĦĦA U SIGURTA' IMPJIEGI", "14152.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fit-taqsima tas-saħħa u tas-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol?", "Kemm-il spezzjoni saret bejn Settembru, 1998 u l-aħħar ta' Jannar, 2000 xahar b'xahar?", "F'liema postijiet saru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent it-taqsima saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol għandha sitt persuni li huma appuntati bħala spetturi skond Att Numru VII ta' l-1994 u tabib mediku.", "Tlieta minn dawn l-uffiċjali għandhom postgraduate qualifications fil-materja.", "Hemm ukoll ħames trainee inspectors li dalwaqt se jkun appuntati bħala spetturi, wara li ottjenew id-Diploma Social Studies (Occupational Health and Safety) mill- Universita'.", "It-taqsima tuża wkoll is-servizzi ta' erba' skrivani u ta' żewġ messaġġiera.", "Fost id-diversi funzjonijiet li jaqdu l-ispetturi, hemm dik ta' spezzjonar ta' postijiet tax-xogħol.", "Bejn Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Jannar, 2000 saru 968 l-ispezzjoni li jkopru s-setturi kollha tax-xogħol.", "BDIEWA/SAJJIEDA/RAĦĦALA - GĦAJNUNA", "14168.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Legal Notice 83/81, maħruġa taħt Att Agricultural and Fishing Industries (Financial Assistance) (Cap.", "146) li tawtorizza għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, sajjieda u raħħala ta' nazzjonalita' Maltija, m'hijiex in line mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea (acquis).", "Jista' l- Ministru jgħid x'tibdil irid isir f'din il-liġi jew legal notice, u fi kliem sempliċi jgħid kif dan it-tibdil se jolqot lill-bdiewa, sajjieda jew raħħala Maltin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fi kliem sempliċi, din il-liġi trid tiġi emendata, fis-sens li kull bidwi jew sajjied stabbilit f'Malta jkun jista' jibbenefika mill-għajnuna finanzjarja li tkun disponibbli taħt dan l-Att.", "Il-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin ikunu jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja taħt skemi operati skond il-politika agrikola komuni (CAP) ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi d-direct payments u l-programm taħt l-iskema ta' l-iżvilupp rurali.", "PULIZIJA - NUMBER PLATES", "14169.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi jew vetturi oħra bil-mutur f'pajjiżna li fil-pjanċa tan-numri (number plate) għandhom bħala l-ewwel tliet ittri s- segwenza ta' ittri li tinqara \"SEX\"?", "Jikkonferma l-Ministru li kien hemm ftehim taċitu meta nbidlu l-pjanċi tan-numri li ċerti kumbinazzjonijiet ta' ittri m'għandhomx jintużaw, jekk jirriżulta li meta jinqraw iwasslu ċerti messaġġi?", "Min kien responsabbli li ħareġ, jew awtorizza l-ħruġ ta' tali pjanċi, jekk fil-fatt jeżistu fit-toroq tagħna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "AMBJENT - ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "14170.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jelenka xi żviluppi seħħew minn Settembru, 1998 sal-lum fit- twettiq tal-programm nazzjonali għal moniteraġġ (monitoring) tal-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna minn kif ħalla l-affarijiet gvern Laburista?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn Settembru, 1998 saru ħafna żviluppi fil-kamp tal-monitoraġġ ta' l-arja.", "Inxtraw strumenti għall-analiżi ta' sulphur dioxide, nitrogen oxides, ozone, carbon monoxide u particulate matter.", "Dawn l-istrumenti ġew installati fuq mobile monitoring station.", "F'Settembru, 1999 ingħata bidu għall-monitoraġġ ta' l-arja f'għadd ta' lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex permezz ta' dan il-mobile station.", "Fl-1999 ħarġet tender għax-xiri ta' diffusion tubes.", "Il-monitoraġġ ta' l- arja, permezz tad-diffusion tubes jagħti informazzjoni li tikkumplimenta dik li jagħtu l-istrumenti.", "Dawn id-diffusion tubes waslu fi Frar, 2000 u dalwaqt jibdew jiġu mmuntati fl-irħula u bliet f'Malta u f'Għawdex.", "F'Diċembru, 1999 id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent ikkummissjona studju biex tiġi studjata l-problema ta' trab iswed li jeffetwa l-parti t'isfel ta' Malta u tiġi stabilita l-oriġini ta' dan it- trab.", "Ittieħdu diversi kampjuni u ntbagħtu barra għall-analiżi.", "L-ewwel riżultati huma mistennija għal nofs din is-sena.", "NPAA - WASTE MANAGEMENT", "14171.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega kif f'paġna 141 tan-NPAA taħt waste managament jingħad li environment protection act ġdid li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-acquis qiegħed jiġi drafted u jsir liġi matul din is-sena, filwaqt li f'paġna 145 ta' l-istess document taħt short term priorities (2000) u subheading water regulation jingħad li parti IV ta' l- environmental protection act li għandna issa (Kap 348) tiddaħħal in vigore matul din is-sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Hemm diversi liġijiet u regolamenti li jaqgħu taħt l-environmental acquis li jistgħu jinġiebu fis-seħħ taħt il- liġi eżistenti dwar il-ħarsien ta' l-ambjent, anke qabel ma ssir il-liġi l- ġdida.", "ORGANISMI/IKEL", "14172.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinstab il-ħsieb li tiġi mnedija kampanja informattiva, indirizzata lill-pubbliku in ġenerali u l-konsumatur in partikolari, dwar organismi u ikel li jkun modifikat, trasformat jew mibdul ġenetikament - genetically modified organisims, jew genetically modified food)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-issue ta' organiżmi u ikel li jkun modifikat ġenetikament, inkluż kampanji informattivi lill- pubbliku, qed jiġi trattat fl-isfond tal-leġiżlazzjoni Ewropea u fil-qafas ta' miżuri li jridu jittieħdu biex Malta tikkonforma ma' din il- leġiżlazzjoni.", "NPAA - GENETICALLY MODIFIED ORGANISIMS", "14173.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: F'paġna 148 ta' l-NPAA, taħt genetically modified organisims f'(c) jingħad li training of government employees who are to impliment the directives will be also (sic!) organised.", "Billi hemm indikat li dan huwa ongoing, jista' l-Ministru jgħid: fuq liema direttivi qed jitkellem ir-rapport; kemm ħaddiema tal-gvern qegħdin jiġu mogħtija t-tħarriġ li hemm riferenza għalih; fiex jikkonsisti dan it-tħarriġ; kif intgħażlu dawn in-nies; u kemm huwa kkalkolat li jdum dan it-tħarriġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-direttivi li jagħmel riferenza għalihom ir-rapport huma:", "1.", "Council Directive 90/219/EEC on the contained use of genetically modified organisms.", "2.", "Council Directive 90/220/EEC on the deliberate release into the environment of genetically modified organisms.", "Il-parti ta' l-NPAA li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant ma tgħidx li l-ħaddiema tal-gvern qed jingħataw taħriġ iżda li t-taħriġ meħtieġ għad irid jiġi organizzat.", "Il-ħsieb huwa li diversi mpjegati tad-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent jingħataw taħriġ meħtieġ biex jiġu mħarsa l-obbligi li joħorġu mid- direttivi.", "Minħabba n-natura tas-suġġett li huwa għal kollox ġdid it-taħriġ irid ikun fuq bażi regolari u mhux ta' darba.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - VIŻTI MINN TOBBA", "14182.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis- servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm, u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li ma ġew ingaġġati ebda tobba biex jinvistaw lill-impjegati fis-servizz pubbliku li jaħdmu f`xi dipartiment li jifforma parti mid-dekasteru tieghi.", "INTERN - VIŻTI MINN TOBBA", "14183.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għall kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il- ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minn meta ġiet introdotta l-iskema ta` viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku ma kien hemm l- ebda tabib li ġie ngaġġat għal dan l-inkarigu.", "Ninsab infurmat ukoll li fil-każ ta` dipartimenti kbar, bħalma huma l- pulizija, ħabs ċivili u l-awtorita` ta` l-ippjanar, dawn kienu u għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-tabib/tobba li kien/u jagħti/u dan is-servizz qabel ma ġiet introdotta din l-iskema.", "GĦAWDEX - VIŻTI MINN TOBBA", "14184.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, tista' l-Ministru tinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtha?", "Tista' tgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Tista' tgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il- ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li t-tabib li ngħata l-inkarigu li jagħmel il-viżti fuq l-impjegati li ma jkunux jifilħu huwa Dr Coronato Grech.", "Ma hemm l-ebda kuntratt bejn il-ministeru u dan it-tabib sabiex isiru dawn il-viżti.", "Huwa jitħallas extra biss għal viżti li jagħmel barra l-ħin normali tax-xogħol u jitħallas bir-rata ta' overtime ta' Lm3.60,1 fis- siegħa.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika l-perijodu li fih it-tabib għamel dawn il-viżti.", "SAĦĦA - VIŻTI MINN TOBBA", "14185.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżti/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diviżjoni ftehmet ma' żewġ kumpaniji tat-tobba, jiġifieri l-Pegasus Medical Services Group u l-Health Maintenance Organisation, li tħallas Lm3 għal kull viżta li jagħmlu t-tobba tagħhom għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux.", "M'hemm l-ebda forma ta' kuntratt.", "In-numru ta' viżti li għamlu minn mindu bdiet l-iskema, jiġifieri mill-11 ta' Ottubru, 1999 sa l-aħħar ta' Jannar, 2000 huwa ta' 462.", "AFFARIJIET BARRANIN - VIŻTI MINN TOBBA", "14186.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis- servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jtpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżti/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "JOE BORG: Għadhom ma saru l-ebda arranġamenti fir-rigward li semma l-Onor.", "Interpellant.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - VIŻTI MINN TOBBA", "14187.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall- impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid- dekasteru li jaqa' taħtu?", "Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara?", "Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il- ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ministeru u fid-dipartimenti u l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, għadu ma ddaħħal ebda servizz mediku dwar visti għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu bis-sick leave.", "Fil-qrati tal-ġustizzja nġabu quotations dwar il-provvediment ta' l- istess servizz.", "Dawn qed jiġu kkunsidrati.", "UE - TIĠIEĠ", "14213.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il- laħam tat-tiġieġ huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema impjant qiegħed jirriferi.", "Pero' nżid ngħid li, kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta' standard Ewropew xorta fil-futur immedjat l-istess standard irid jiġi upgraded għal- livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.", "UE - BUTIR", "14214.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant fejn jiġi pproċessat il- butir huwiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hemm bżonn li l-ewwel jiġu reġistrati l-impjanti tal- butir u wara jiġu klassifikati.", "Pero' nżid ngħid li, kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux ta standard Ewropew, xorta fil-futur immedjat l- istess standard irid jiġi upgraded għal-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.", "UE - IMBID", "14215.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista'l-Ministru jgħid jekk l-impjanti ta' l-industrija ta' l- imbid humiex konformi mar-regolamenti u l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema mpjanti ta' l-industija ta' l-imbid u għal liema regolamenti u ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea qed jirriferi.", "Pero' nżid ngħid li, kemm bi sħubija kif ukoll kemm mingħajr sħubija, jekk l-imsemmi mpjant mhux standard Ewropew, xorta fil-futur immedjat l- istess standard irid jiġi upgraded għal-livell tajjeb biżżejjed fl-aħjar interess u għall-ġid tal-konsumatur.", "UE - AGRIKOLTURA", "14216.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position papers dwar id-diversi setturi li jaqgħu taħt il-kapitoli ta' l-agrikoltura u jindika l-kapaċita' li Malta trid sabiex tkun konformi mal-provvedimenti ta' l-acquis communautaire?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita', kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "UE - BIEDJA U SAJD", "14217.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jindika l-ħteġijiet li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-qasam tal-biedja u sajd fil- gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea jridu jsiru dwar l-operat kollu tal-politika agrikola komuni u dwar diversi aspetti tal- politika komuni dwar is-sajd.", "Ovvjament dawn in-negozjati jridu jiggarantixxu li f'pajjiżna jkompli jinżamm il-bilanċ bejn provvista bnina ta' prodotti bi prezzijiet adekwati għall-bidwi/raħħal/sajjied, u dan b'mod sostenibbli u b'sistemi li jħallu mpatti posittivi fuq l-ambjent.", "UE - MAJJAL", "14218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-aġġornament tal-politika tal-biedja lokali ma' dik ta' l-Unjoni Ewropea, il-CAP, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-position paper li tirrigwardja l-industrija lokali tal-majjal, u b'mod partikolari jindika fejn Malta għandha kapaċita' li tallenja ruħha u/jew tkun konformi ma' l-acquis communautaire, u liema huma dawk il-punti li dwarhom għad trid issir diskussjoni ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-position paper dwar id-diversi setturi ta' l- agrikoltura ġew ippreżentati fil-laqgħa tal-MEUSAC.", "L-oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax f'dan il-kumitat u għaldaqstant tilfet l-opportunita', kemm li tkun infurmata kif ukoll li tissuġerixxi xi meljorament fl-interess tan-nazzjon.", "IMTARFA - ĠIBJUNI", "14251.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-ġibjuni qodma li hemm fl-Imtarfa jiġu surveyed mill-uffiċjali tal-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jistgħu jiġu nkorporati fl-istormwater masterplan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "VAT - PERITI", "14252.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14015, ma jidhirlux l- Ministru li ħlas ta' VAT ta' Lm284.641.94 minn 4781 perit hu żgħir wisq meta tqis li dan ifisser li ras għal ras kull perit għandu turnover ta' Lm4,000 fis-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li peress li Att ta' l-1998 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud daħal fis-seħħ f`Jannar ta' l-1999 u l-ewwel denunzji bdew jidħlu fid-dipartiment f`Marzu, mhux kull perit li hu reġistrat mid-dipartiment kien laħaq bagħat id-denunzji kollha li normalment jibgħat matul sena.", "Intant minn 471 perit reġistrat mad- dipartiment, 356 biss kienu laħqu bgħatu d-denunzji tagħhom sa l-aħħar tas- sena.", "Minn dawn 129 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżx is-Lm6,000 fis-sena.", "Il-kumplament (227) ħallsu s-somma msemmija ta` Lm284,642.", "Pero` l-Onor.", "Interpellant issa jista` japprezza kif is-sistema tal-VAT tgħin biex jissaħħaħ l-isforz għall-ġbir ta` taxxi u kemm kien ħażin li din is-sistema ġiet stradikata mill-gvern Laburista.", "Japprezza wkoll li kulħadd għandu jgħin fit-tkabbir ta` kultura li kulmin jixtri prodott u servizz għandu jesiġi li jingħata rċevuta fiskali.", "SWIEQI - SWIEQI RD - UPGRADING", "14253.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min għandu r-responsabbilta' għal upgrading ta' Swieqi Road, Swieqi, jekk hux il-kunsill lokali jew il- gvern ċentrali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol ta` upgrading fi Swieqi Road qed isir mill-kunsill lokali u d-dipartiment tat-toroq fuq pjanti li qed jiġu ppreparati mid-diviżjoni tax-xogħlijiet u d-dipartiment tat-toroq.", "MATSEC - EŻAMIJIET", "14268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li l-Ministru talabini npoġġi l-mistoqsija parlamentari numru 12738 dwar applikazzjonijiet ta' l-istudenti għall-eżamijiet tas-SEC, wara l-15 ta' Frar, jista' issa jwieġeb din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' kandidati li ser jersqu għall- eżami tas-secondary education certificate għas-sessjoni ta' Mejju, 2000 huwa hekk:", "Numru ta' Applikanti", "Malta 7232 Għawdex 730 TOTAL 7962", "Il-lista ta' suġġetti li se jersqu għalihom f'din is-sezzjoni kif ukoll l- informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija se titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "WSC - KONTIJIET", "14269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna konsumaturi qed jilmentaw minn żieda kbira li sabu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal perijodu bejn Novembru u Marzu, 1999?", "Dan jista' jkun attribwit għaż-żieda li ġiet imposta fil-budget ippreżentat fil-parlament f'Novembru, 1998", "Kemm kien hemm ilmenti tal-konsumaturi mindu ħarġu dawn il-kontijiet għall-perijodu msemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li t-tariffi li fuqhom inħadmu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-perijodu bejn Novembru u Marzu, 1999 huma dawk kif imħabbra mill-gvern prezenti f`Novembru, 1998.", "Għaldaqstant ma kien hemm ebda bidla ulterjuri fit-tariffi ħlief għal dawk li jirrigwarda xi rebates.", "Ta` min ifakkar li t-tariffi kif riveduti mill- amministrazzjoni preżenti huma magħmula b`mod li jirriflettu l-livell ta` konsum u għalhekk żieda fil-kont tirrifletti żieda fil-konsum.", "Meta jagħmel paragun, il-konsumatur għandu jqabbel in-numru ta` units ikkunsmati u mhux il-kont.", "Huwa fatt li l-istaġun tax-xitwa bejn tmiem l-1998 u l-bidu ta` l-1999 kien wieħed aktar kiesah minn dawk ta` qabel u għalhekk kien loġiku li l- konsum ta` l-elettriku jiżdied anke jekk mhux neċessarjament żdied l- apparat li jiġġenera s-sħana.", "Fl-aħħar, ta` min ifakkar li jekk hemm xi ħadd li m'għandux jitkellem dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa l-Partit Laburista.", "L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb bil-miżuri anti-soċjali li l-amministrazzjoni Laburista, li tagħha kien ministru, kienet ħadet dwar din il-materja.", "Kellu jkun Gvern Nazzjonalista biex titneħħa din l-inġustizzja.", "BORMLA - ĊENTRU SPORTIV", "14270.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta jibda x-xogħol fuq il-bini taċ-ċentru sportiv quddiem il-Kulleġġ De La Salle, hux se titmiss l-iskola Ġużeppi Despott (Verdala) jew xi faċilitajiet tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tweġiba hija fin-negattiv.", "Madanakollu, hemm il-ħsieb li fl-istadju tal-bini tal-kumpless sportiv tal- Kottonera tittieħed l-inizjattiva sabiex isir xogħol ta' riabilitazzjoni fil-pitch tal-football ta' l-iskola Ġużeppi Despott (Verdala).", "MTAĦLEB - SATU", "14271.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies miżmuma bħalissa fis-SATU fl-Imtaħleb?", "Kif jintgħażlu n-nies biex imorru f'dan iċ-ċentru?", "Barranin jikkwalifikaw ukoll biex jattendu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru ta` residenti ġewwa l-unit tas-SATU hu ta` 9.", "Ninsab infurmat ukoll li, bħala regola ġenerali, jikkwalifikaw li jagħmlu programm ta` riabilitazzjoni dawk il-priġunieri sentenzjati li għandhom problema tad-droga u/jew alkoħol li jkun għad fadlilhom iżjed minn sitt xhur u mhux aktar minn sentejn x`jiskontaw mis-sentenza.", "Dawk li volontarjament ikunu jridu jagħmlu dan il-programm ta` riabilitazzjoni jridu jagħmlu talba formali għal dan il-għan lid-direttur tas-servizzi korrettivi.", "It-talba titressaq quddiem il-bord li jirrikkmanda jekk it- talba għandhiex tintlaqa' u liema programm għandu jiġi segwit.", "Il-priġunieri li ma jikkwalifikawx għal dawn il-programmi huma dawk:", "li jkunu miżmuma taħt l-att dwar l-immigrazzjoni;", "-li jkunu soġġetti għall-provvedimenti ta` estradizzjoni;", "-ta` nazzjonalita` barranija li jkunu se jiġu deportati malli jiskontaw is- sentenza tagħhom;", "-li jkunu meqjusa li jkunu morda mentalment jew li jkunu qed ibatu minn diżordni mentali;", "-li jkunu f`diviżjonijiet ta` sigurta` massima;", "-li jkollhom sentenza għal għomorhom;", "-li jirrifjutaw li jagħmlu t-test għad-droga jew li jirriżulta li jkunu pożittivi għaliha fl-aħħar sitt xhur;", "-li s-sentenza kurrenti tagħhom jew każ pendenti tagħhom quddiem il-qorti huma relatati ma` offiża gravi.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - PA 0099/00", "14275.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA0099/00 li saret mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA0099/00 tirriferi għall-bini ta' 12-il garaxx f'sit f'San Ġwann.", "L-iskop ta' sitta minn dawn il-garaxxijiet hu bħala akkomodazzjoni alternattiva għall-garaxxijiet li jridu jiġu evakwati minn Manoel Island bħala parti mill-proġett ta' Manoel Island, filwaqt li s-sitta l-oħra jkunu għad- dispożizzjoni tad-dipartiment tal-bini u manutenzjoni tad-djar.", "GĦAWDEX - VETTURA", "14284.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li nxtrat karozza Volkswagen Bora lis- segretarju permanenti?", "Jekk fl-affermattiv, kemm intnefqu flus biex inxtrat l-imsemmija karozza?", "Tista' tgħid jekk l-imsemmija karozza nxtratx minn vot apposta jew inkella l-flus itteħdux minn voti ntiżi għall- affarijiet oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13468.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmata li peress li kien hemm tifdil fil-fondi għas-salarji u wages u għall-kontribuzzjonijiet tas- sigurta' soċjali sar trasferiment għall-item ta' transport equipment minn fejn tħallset il-karozza msemmija.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "14294.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal kull skola sekondarja f'Malta, x'kien il- persentaġġ ta' tfal li ġabu l-kwalifiki minimi biex jidħlu fil-Junior College?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "14295.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid, għas-snin 1998 u 1999, kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-clamping, towing, breathalyser tests u over speeding?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej :", "Ċitazzjonijiet għall- 1998 1999 Ikklampjar 318 309 Irmonkar 3,724 4,397 *Testijiet tan-nifs (pożittivi) 101 122 Sewqan eċċessiv 470 373", "* B`effett mill-25 ta` Mejju, 1998, id-data minn meta l-Avviż Legali Nru. 128/98 daħal fis-seħħ.", "SKEJJEL - TAX CREDITS", "14296.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-diskussjonijiet li kellhom iseħħu dwar tax credits għal ġenituri ta' tfal li jattendu skejjel privati?", "Meta beħsiebu l-gvern Nazzjonalista jwettaq din il-wegħda elettorali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' kelli l-opportunita` ngħid fil-pubbliku, f'dawn il-ġimgħat ser ikolli laqgħat mal-partijiet interessati fis-suġġett in kwestjoni.", "PULIZIJA - FABBRIKI TAN-NAR", "14297.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid, sena wara sena għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm fabbriki tan-nar li kellhom liċenzja?", "Jista' jgħid kemm mietu persuni waqt li kienu qed jaħdmu n-nar, kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej :", "Numru ta` 1995 1996 1997 1998 1999 Kmamar tan-nar liċenzjati 38 38 39 39 39 Mwiet waqt ħdim tan-nar 1 xejn 4 xejn xejn", "QRATI - ANNULLAMENTI ĊIVILI", "14298.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw annullamenti ċivili fil- qrati Maltin, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm kien hemm żweġijiet, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Minn dawk li ġabu annullament, kemm minnhom reġgħu żżewġu biċ-ċivil?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kawżi ta` annullamenti matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b`sena, ġew reġistrati kif muri hawn taħt.", "Pero` mhux possibbli li jingħad jekk l-annullamenti nghatawx billi trid issir riċerka fuq kull kawża.", "Fl-1990: 49; fl-1991: 63; fl-1992 67; fl-1993: 78; fl-1994: 89; fl-1995 17; fl-1996: 6; fl-1997: 120; fl-1998 64 fl-1999: 75; fl-2000 14 sal-lum) Il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba ma tirrigwardax lill-qorti u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ANZJANI", "14299.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi, kull sena, fejn anzjani sfaw vittma ta' swat u serq ġo darhom għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm kien hemm każi kull sena fejn anzjani sfaw maqtula bħala konsegwenza ta' swat u serq ġo darhom, għal dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minn dawn ir-reati ġew solvuti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mistoqsija parlamentari numru 14299 għandha tintbagħat lill-ministeru konċernat.", "QORMI - ROUNDABOUT - XOGĦLIJIET", "14310.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jsir ix-xogħol li hemm bżonn isir madwar ir-roundabout il-ġdida fl-area magħrufa bħala ta' l-Erba' Qaddisin (fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau) Ħal Qormi biex jiġi evitat l-għargħar li jkun hemm f'din l-area wara kull ħalba xita?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill- Onor. Interpellant huwa mistenni li jinbeda fi żmien qasir.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ - STUDENTI", "14311.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti barranin li s-sena li għaddiet, l-1999, attendew xi kors biex jitgħallmu l-Ingliż?", "Jista' jelenka l-iskejjel u n-numru ta' studenti li attendew f'kull skola?", "Jista' jagħti dettalji dwar il-pajjiżi li ġew minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra f'xi seduta oħra.", "KLINIĊI - TIPJIP", "14312.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Matul l- 1999, kemm kienu dawk il-persuni li wżaw il-kliniċi biex jieqfu mit-tipjip għall-ewwel darba?", "Kemm minnhom fil-fatt komplew il-kors sa l-aħħar?", "Meta fil-fatt infetħu dawn il-kliniċi?", "Kemm hu stmat li marru nies biex jippruvaw jieqfu mit-tipjip minn dak iż-żmien?", "Kemm fil-fatt waqfu għal kollox?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: 1.", "Fl-1999 kien hemm 114 persuna li applikaw biex jattendu għall-kliniċi li joffru servizz għal min jixtieq jieqaf ipejjep.", "2.", "Iċ-ċifra ta' kemm fil-fatt komplew il-kors sa l-aħħar fiċ-ċentri tas- saħħa ma tinżammx.", "Hemm min żamm kuntatt bit-telefon mal-facilitator kif ukoll ġew id-dipartiment għall-promozzjoni tas-saħħa għal għajnuna individwali.", "3.", "Il-kliniċi fl-1999 inżammu hekk:-", "April --ċentru tas-saħħa Paola", "Mejju ċentru tas-saħħa Paola", "Lulju - ċentru tas-saħħa Paola", "Ġunju - ċentru tas-saħħa Floriana", "Ottubru - ċentru tas-saħħa Gżira", "4.", "Il-kliniċi bdew oriġinarjament fl-1991.", "M'hemmx statistika miġbura kemm hu stmat li attendew nies minn 1991 sa 1998 jew kemm fil-fatt waqfu mit-tipjip.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "14332.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li koppja anzjani - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - li jinsabu fi bżonn kbir li jidħlu f'dar ta l-anzjani tingħata l-priorita' mistħoqqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-koppja anzjani li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament issottomettew l-applikazzjoni tagħhom fit-3 ta' Frar, 2000.", "Il-każ tagħhom jinsab għand is-social worker biex isir ir-rapport dwarhom.", "SPTAR SAN LUQA - MRI", "14335.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13550, jista' l- Ministru jgħid meta deher għall-ewwel darba fuq il-gazzetta tal-gvern l- avviż dwar it-tender tal-leasing ta' l-MRI?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-avviż dwar it-tender tal-leasing ta` l-MRI deher għall-ewwel darba fl-10 ta` Lulju 1998.", "DJAR - SUSSIDJI FUQ KERA", "14339.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fir- rigward ta' l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar, koppja miżżewġa li tbigħ ir- residenza tagħha, tista' tibbenefika minn sussidji fuq ir-rata ta' l- imgħax għax-xiri ta' residenza privata aktar adattata għall-bżonnijiet tal- familja?", "Jekk fin-negattiv, kemm irid jgħaddi żmien sabiex jiġri dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk koppja miżżewġa tkun qed tgħix f'residenza proprjeta' tagħha li ma tkunx adekwata għall-akkomodazzjoni residenzjali tagħha li ma tkunx ibbenefikat minn xi skema \"Sir Sid Darek\" ta' l- Awtorita' tad-Djar u/jew tad-dipartiment ta' l-akkomadazzjoni soċjali u/jew id-dipartiment ta' l-artijiet tkun tista' tibbenefika minn self sussidjat biex tixtri residenza privata.", "Pero' qabel ma tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema relattiva (skema Y - sussidju ta' imgħax fuq self għad-djar settur privat) din il-koppja:-", "1) għandha tkun daħlet fi ftehim ta' wegħda ta' bejgħ dwar ir-residenza okkupata minnha bħala residenza ordinarja;", "2) qabel ma tkun tista' tiffinalizza s-self u tiġbed fondi taħt l-iskema għandha tikkonkludi l-att ta' bejgħ dwar id-dar ta' abitazzjoni koperta bil- ftehim ta' wegħda ta' bejgħ kif intqal fuq;", "3) id-dħul mill-bejgħ skond para (2) għandu jintuża kollu biex jiffinanzja x-xiri tad-djar ta' abitazzjoni li dwarha jkun ġie avvanzat is-self.", "LITERACY STUDY", "14340.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, kif jirriżulta mil-literacy study li sar fuq tfal ta' sitta jew seba' snin, li biha l-ogħla rata ta' illitteriżmu qiegħda fit-tfal fl- iskejjel primarji tal-gvern fil-Belt, fil-Furjana u fil-Kottonera?", "Jista' jiżdied n-numru ta' għalliema f'dawn l-iskejjel sabiex ikun hemm anqas studenti għal kull għalliem/a?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultat u r-rakkmandazzjonijiet li saru fl-istudju dwar il-litteriżmu msemmi fil-mistoqsija se jittiedu b'serjeta` u se jitwettqu l-passi rimedjali li r-riċerka turina li huma effettivi.", "Ma rridux nassumu li s-soluzzjoni ewlenija għar-riżultat ta' l-istudju huwa t-tnaqqis tan-numru tat-tfal fil-klassijiet.", "Il-verita` hija ħafna iżjed kumplessa u trid tinkludi riflessjoni serja dwar il-metodi tat- tagħlim.", "Ħarsa lejn in-numri ta' tfal li hemm bħalissa fil-klassijiet ta' l- iskejjel tar-reġjun imsemmi fil-mistoqsija kif jidhru fil-listi li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta, turina numri li b'ebda kejl ma jistgħu jitqiesu bħala kbar.", "Dawn in-numri jkomplu jsostnu l-bżonn ta' ħarsa tajba lejn fatturi oħra li jinfluwenzaw it-tagħlim barra n-numri ta' tfal fil-klassi.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "14341.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' staff akkademiku fl-iskejjel primarji tal-gvern b'mod ġenerali?", "Hemm xi ratio bejn in-numru ta' għalliema u n-numru ta' tfal?", "Kemm hemm tfal li jattendu u x'inhu l-complement ta' l-istaff akkademiku fl-iskejjel primarji fil-Belt u fil-Furjana, skola bi skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-complement ta' l-istaff ta' l-għalliema fl-iskejjel primarji hu ta' għalliem wieħed għal kull klassi.", "Barra mill-għalliema ta' kull klassi fl-iskejjel primarji jista' jkun hemm ukoll numru ta' complementary u peripatetic teachers li jvarja minn skola għal oħra, kif ukoll numru ta' facilitators skond il-ħtieġa.", "Tfal li jattendu l-iskejjel primarji:", "Subien Bniet Total Il-Belt 131 129 260 Il-Furjana 69 68 137", "Staff:", "Irġiel Nisa Total Il-Belt 3 8 11* Il-Furjana 1 6 7*", "* Dan it-total ma jinkludix il-kapijiet u l-assistenti kapijiet.", "IMPORTAZZJONI - TNEĦĦIJA TA' LEVY", "14342.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numru 13267/13459 u testendi t-tagħrif mitlub sa tmiem Frar 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.", "MEDIĊINI", "14343.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Minsitru jgħid kemm kien il-valur ta' mediċini li qassam il-gvern bejn l- 1995 u l-1999?", "Kemm kien hemm minnhom li jaqgħu taħt il-kartuna roża u safra rispettivament?", "Kemm minnhom tqassmu rispettivament fl-Isptar San Luqa, f'Sir Paul Boffa, f'Mount Carmel kif ukoll f'St.Vincent de Paule u fid-djar l-oħra ta' l-anzjani tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA", "14344.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Skond ir-records tal-gvern tal-lum kemm kienu ġew impjegati nies \"żejda\" fl-1987 f'kull entita' pubblika rispettiva?", "Minn dak iż-żmien 'il hawn kemm minn dawn kienu tkeċċew mill-gvern?", "Kemm kienu ġew demoted?", "Kemm ingħataw transfer għal entitajiet oħra?", "Kemm minnhom irriżenjaw volontarjament?", "Kemm minnhom ħadu promotion?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux ċar f'din il-mistoqsija jekk l-Onor.", "Membru hux qed jirriferi għal impjiegi ma' entitajiet pubbliċi (public sector organisation) jew għal impjiegi mal-gvern (public service).", "Fiż-żewġ każi, il-Ministeru għall-Politika' Soċjali ma jkollux l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "Infakkar lill-Onor.", "Membru li l- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ twaqqfet fl-1990.", "BANK ĊENTRALI", "14345.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Rigward l- applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l- Ministru jidentifika t-tħejjijiet neċessarji sabiex il-Bank Ċentrali jkun jista' jiġi ntegrat l-ewwel fl-ESCB u aktar tard fil-Eurosystem?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.", "UE", "14346.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma li meta pajjiż jissieħeb fl-UE l-ewwel jkun irid jipparteċipa fl-EMU bi status ta' countries with a derogation, fi kliem ieħor b'impenn li jingħaqad mal-Euro area aktar tard u dan dejjem jekk ikun hemm compliance mal-kriterja ta' konvergenza meħtieġa mit-trattati li jistabilixxu l-komunita' Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija se tingħata f`xi seduta oħra."]} {"filename": "20010627_564d_par.doc", "date": "2001-06-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 564 L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 564", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "564", "L-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 108", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 108", "TQEGĦID TA' KARTI 113", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INBID (IT-TIENI QARI) WINE BILL (SECOND READING) 114", "AĠĠORNAMENT 127", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 132", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 563 li saret fis-26 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "25518.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u fuqiex saru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm follow-up fir-rigward ta' ċerti funzjonijiet li jistgħu jingħataw lill-gwardjani lokali?", "Ngħidu aħna, meta f'lokalita' ikun hemm sospensjoni tal-provvista tad-dawl u allura t-traffic lights ma jibqgħux jaħdmu, tista' tiġi mħaddma policy biex il-wardens ikollhom l-ispazju tagħhom ħalli forsi nibdew nikkontrollaw aħjar it-traffiku, speċjalment fis-sajf, meta naturalment jiżdiedu l-karozzi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-wardens m'għandhom l-ebda funzjoni legali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tat-traffiku għax dik funzjoni f'idejn il- pulizija.", "Pero` naf li xi kunsilli f'ċerti bliet u rħula, speċjalment fejn għandek skejjel b'popolazzjoni relativament kbira u b'konsegwenza t'hekk ikun hemm influss qawwi ta' karozzi u vannijiet fil-ħinijiet tad- dħul u ħruġ ta' l-iskola, jużaw il-wardens biex jiżguraw li ma jkunx hemm periklu għat-tfal.", "Pero` ejja nħarsu lejn l-użu tal-wardens f'dan is-sens limitat u ma nħarsux lejhom li dawn qegħdin prinċipalment għall-kontroll tat-traffiku.", "Ovvjament mil-lat prattiku, jekk ikun hemm xi tip ta' emerġenza - bħalma semma l-Onor.", "Farrugia u f'daqqa waħda t-traffic lights ma jibqgħux jaħdmu - ma naħsibx li xi ħadd se joġġezzjona jekk il-wardens jintużaw biex iżommu l-kontroll tat-traffiku, pero` dan isir dejjem skond il-ħtieġa u skond l- esiġenzi tal-kunsilli lokali partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' il-Ministru jikkonsidra li s-servizz tal- wardens jiġi estiż għal xi areas rurali partikolari, anke sabiex id-dumping f'postijiet pubbiċi jiġi b'xi mod ikkontrollat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kontroll li għandhom il-kunsilli lokali fuq is- servizz tal-wardens m'huwiex limitat għaż-żoni urbani għax jestendi ruħu għal żoni rurali.", "Naf li reċentement fil-Munxar kien hemm każ ta' dumping ta' karozza li ġie għall-attenzjoni tal-wardens.", "Jien nieħu din l- okkażjoni biex nifraħ kemm lill-kunsill lokali tal-Munxar kif ukoll lill- wardens li qabdu dan il-każ, għaliex dan għandu jservi ta' eżempju għal ħaddieħor ta' kif għandu jaħdem is-servizz.", "Fl-aħħar mill-aħħar, id-deċiżjoni ta' liema areas urbani u rurali jiġu patrolled, il-frekwenza tal-patrols u kemm jintużaw wardens biex dawn isiru, trid tittieħed mill-kunsill lokali u mhux mill-gvern.", "Billi hemm id- delega tal-poteri ta' l-użu tal-wardens lill-maġġoranza kbira tal-kunsilli, id-delega timplika illi dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-kunsill lokali.", "Naturalment jien inħeġġeġ lill-kunsilli lokali kollha biex iżidu l- patrols fil-kampanja għax nemmen b'mod dispassjonat u indipendentement mil- liema kunsill qegħdin nitkellmu dwaru, li m'hemmx attenzjoni biżżejjed għaż- żoni rurali.", "Irridu nifhmu li għalxejn noqogħdu nitkellmu fuq is-sbuħija ta' l-ambjent u fuq il-bżonn li niżguraw li l-ambjent ma jiġix abbużat jekk m'aħniex lesti li lkoll kemm aħna nikkontribwixxu biex inżommuh kif għandna nżommuh.", "Barra minn hekk, ma nistax ma nikkundannax bl-iktar mod qawwi lill-kunsilli ta' Ħad-Dingli, Birżebbuġa u Ħal Tarxien - fil-każ ta' Ħad-Dingli u Ħal Tarxien irtiraw is-servizz tal-wardens, filwaqt li fil-każ ta' Birżebbuġa qatt ma ħaddmuh – f'żoni fejn hemm kampanja importanti x'tiġi ssalvagwardata.", "Minkejja dan kollu, il-kunsilli partikolari li semmejt irtiraw is-servizz tal-wardens, bil-konsegwenza li saret ħafna ħsara mhux biss lill-komunita' tal-lokal imma lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li jistennew li l-kunsilli lokali jagħtu l-kontribut tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-kampanja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' il-Ministru jikkonsidra li jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra, ir-rapport ta' l-awdituri dwar is-servizz tal-wardens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'għandi l-ebda diffukulta` li nqiegħed dan ir- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt diġa` tqassam lil-local councils association u issa nara li jitqassam ukoll lill-joint committees kollha u lill-kunsilli lokali individwalment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: GĦal dak li għadu kemm intqal fir-rigward tal- kunsilli lokali ta' Ħad-Dingli u Birżebbuġa, lill-Ministru jirriżultaltu li l-ħarsien ta' l-ambjent f'dawn il-lokalitajiet tjieb matul dawn l-aħħar snin, apparti naturalment fejn jidħlu atti vandali li fuqhom ħadd m'għandu kontroll?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament ma nistax nitkellem b'dan il-mod ġenerali.", "Jien qed nitkellem limitatament għal dak biss li għandu x'jaqsam mas- servizz tal-wardens.", "POLITIKA SOĊJALI - DONAZZJONIJIET", "26646.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25335, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Jista' jassigura lill-Kamra li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, u anke li l-proċeduri wżati li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Viċi Prim Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar l-infiq pubbliku b'mod trasparenti, peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25815.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xi żmien ilu, waqt il-ħin tal- mistoqsijiet, kien tqajjem każ dwar ħaddiema barranin li jaħdmu ma' ċerti kuntratturi.", "Kemm huwa minnu li kuntratturi fuq proġetti tal-gvern – qed ngħid fil-każ ta' l-awtorita` tad-djar u anke fil-każ tas-sezzjoni tal-bini u tiswija tad-dipartiment tad-djar – qed iħaddmu ħaddiema barranin?", "Jista' jikkonferma għallinqas li dawn il-ħaddiema qed jaħdmu bil-permess u mhux b'abbuż?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Membru jgħaddili din l- informazzjoni issa stess ħalli nieħu l-passi b'mod immedjat u nibgħat l- ispetturi ta' l-ETC jinvestigaw.", "AFFARIJIET BARRANIN - DONAZZJONIJIET", "26647.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25336, jista' il- Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Jista' jassigura lill-Kamra li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, u anke li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar l-infiq pubbliku b'mod trasparenti, peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25816.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, ma nafx jekk il-Viċi Prim Ministru jistax jagħtini informazzjoni dwar l-inċident li ġara fil-Milied ta' madwar tliet snin ilu, fejn kienu mietu 'l fuq minn xi 200 emigrant illegali fil-kanal bejn Malta u Sqallija wara kolliżjoni bejn żewġ bastimenti, wieħed minnhom Malti.", "Apparentement fuq dan il-bastiment kien hemm ċittadin Malti u ċittadin ieħor miżżewweġ Maltija.", "Peress li l-Istat Malti għandu ġurisdizzjoni extra-territorjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċittadini jew bċejjeċ tal-baħar Maltin, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidli x'inhu s-sehem tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward, ma nafx hux b'kordinament ma' l-awtoritajiet Taljani?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiddispjaċini imma f'idejja m'għandix din l- informazzjoni u nirrakkmanda lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil- miktub sabiex il-ministru għall-affarijiet barranin ikun jista' jidħol fid- dettall u jagħti tweġiba ma' l-ewwel opportunita' li jkollu.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - DONAZZJONIJIET", "26649.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25337, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku?", "Jista' jassigura lill-Kamra li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, u anke li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar l-infiq pubbliku b'mod trasparenti, peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 26144.", "GĦalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li dawn il-mistoqsijiet huma kollha mweġbin l-istess u anke l-fatt li dawn l-interpellanzi jirrigwardaw infiq pubbliku, il-Ministru ma jħossx li qed jonqos pubblikament u anke lejn din il-Kamra meta m'huwiex qed jagħti d-dettalji mitluba, speċjalment meta l- gvern tant jiftaħar b'kemm sar investiment fuq it-teknoloġija?", "Ma jaħsibx li d-data mitluba tista' faċilment tinkiseb?", "Ma jarahx li huwa nuqqas lejn din il-Kamra li ma jingħatawx dettalji tad-djun li l-gvern jista' jkollu u ta' l-għajnuniet finanzjarji li l-gvern seta' ta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, meta nirrispondi kif irrispondejt ma nħossx li nkun qed nonqos, la bħala ministru u wisq anqas bħala membru ta' din il-Kamra.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa l-Onor.", "Interpellant li qed jonqos għax jippretendi li għandna noqogħdu naħlu l-ħin ta' dan il-parlament biex nirrispondu għal dawn it-tip ta' domandi meta l-forum għal dawn id-domandi huwa l-public accounts committee.", "L-Onor.", "Membru suppost jaf li kull darba li qamu kwestjonijiet bħal dawn fil-public accounts committee, ma ġewx investigati min-nies tal-gvern imma mill-awditur ġenerali.", "Il-public accounts committee sar għal dan l-iskop u allura m'għandux ikun hemm xi ħadd bħall-Onor.", "Cuschieri li jippretendi li wara li dan ix-xogħol ikun sar fil-kumitat, nerġgħu nagħmlu l-istess eżerċizzju f'din il-Kamra.", "Jekk nagħmlu hekk, żgur li nkunu qed naħlu l- ħin tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' il-Ministru jispjega aħjar kif se jaħdem il- customer service fil-ministeru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-ministeru tiegħi jirċievi diversi complaints u queries dwar problemi li jinqalgħu fir-rigward tal-wardens.", "Aħna jidhrilna li jkun utli li nagħmlu freephone f'dan is-sens, għax ħafna drabi jkun hemm interpretazzjoni ħażina ta' x'ikun qiegħed jiġri u anke ġieli jkun hemm nuqqas ta' informazzjoni.", "Is-sistema ta' l-IT li stallajna tagħtina aċċess istantanju għall-każi kollha li jista' jkun hemm fir- rigward tal-wardens u allura ħafna drabi tkun tista' tirrispondi b'mod dettaljat lil min ikun qiegħed jagħmillek id-domanda.", "L-idea hi li nistallaw freephone fid-dipartiment fejn il-pubbliku jkun jista' jagħmel id- domandi tiegħu u jkun hemm persuni li jieħdu ħsieb l-queries li jistgħu jinqalgħu.", "Nisperaw li dan is-servizz ikun ta' ġid għaċ-ċittadini kollha u nista` ngħid li dommna m'għamilnieh għax ridna niżguraw li jkollna persuna adatta biex tirrispondi għal dawn il-queries u jkollha the necessary skills.", "Nisperaw ukoll li permezz ta' dan is-servizz, ħafna problemi li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jista' jkollhom rigward iċ-ċitazzjonijiet li jkunu nħarġu, insolvuhom jew almenu nagħtu sodisfazzjon ħafna aktar dirett u immedjat ta' xi jkun ġara.", "Dan ma jfissirx li l-klijent se jkun jaqbel mal- konklużjoni, pero` almenu l-fatti li fuqhom tkun inqagħlet il-problema jkunu ċari.", "Nista' insemmi żewġ każi fejn wara li ġew iċċekkjati ċ- ċirkostanzi, skoprejna li l-persuni involuti kienu taħt impressjoni żbaljata.", "Per eżempju, fl-allegat każ ta' anzjan li ngħata ċitazzjoni mill-warden għax ma kellux ix-xibka tal-vann ta' quddiem – almenu hekk kiteb fil- gażżetta, is-Sur Giovanni De Martino - meta ċċekkjajna sibna li dan ma kien veru xejn u li ma kienet inħarġet l-ebda ċitazzjoni ta' dan it-tip.", "Eżempju ieħor huwa ta' persuna li kienet xtrat karozza second-hand u ċ- ċitazzjoni ħarġet fuq l-ewwel persuna li kellha l-karozza.", "Meta ċċekkjajna sibna li t-transfer tal-karozza kien sar ġimgħa wara li ngħatat iċ- ċitazzjoni.", "Jien għandi fiduċja li l-customer care service li se nagħmlu ikun jista' jirrispondi għal dawn it-tip ta' queries mill-pubbliku u forsi b'hekk ukoll ikunu jistgħu jissolvew ħafna malintiżi u diżgwidi.", "Nagħmel appell ukoll lill-kunsilli lokali, speċjalment lill-istaff, dwar il- pariri li jagħtu għax ħafna drabi dawn in-nies ma jkunux tekniċi u ma jkunux jafu x'tgħid il-liġi u allura l-pariri li jagħtu – naturalment il- pubbliku jiddependu ħafna fuqhom - jaf ikunu żbaljati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Contribution to sinking funds għal Jannar-Mejju, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 26693.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INBID", "WINE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Ġunju, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru huwa in possession.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, din li għandna quddiemna hija an enabling law, speċi ta' umbrella li taħtha jridu jinħarġu avviżi legali li jkunu jkopru diversi aspetti ta' l- industrija tat-tkabbir tad- dwieli u ta' l-industrija ta' l-għasir ta' l- għeneb biex kemm jista' jkun ikollna inbid ta' kwalita`.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq reġistrazzjoni li tkun tirrifletti ċ- ċirkostanzi prevalenti, reġistrazzjoni li trid tinkludi varjetajiet differenti tad-dwieli li għandna fil-pajjiż, kif ukoll, li tindika dawk il- varjetajiet li huma adatti għall-klima ta' l-ambjent tagħna biex minnhom nipproduċu nbid ta' kwalita`.", "Dawn id-dettalji huma essenzjali għax kulħadd jaf li biex tagħmel inbid ta' kwalita` u tesportah, bilfors trid tagħmel dan l-inbid minn għenba li tkun imkabbra fil-pajjiż.", "Allura importanti li nkabbru l-area ta' kultivazzjoni tad-dwieli minn madwar 300 ettaru għal madwar 1000 ettaru; jiġifieri jrid ikollna madwar 12,600 tomna ta' dwieli.", "Din il-liġi qed titkellem fuq regolamenti oħra bħal, per eżempju, it- tħawwil ta' dwieli ġodda b'orjentazzjoni lejn is-suq.", "Għalhekk irridu nibdew inkabbru l-area tad-dwieli li jipproduċu għenba li minnha jkun jista' jiġi magħmul inbid ta' kwalita` li jkun irid is-suq.", "Wara kollox irridu niftakru li dan is-settur, bħal kull settur ieħor tal-biedja huwa mmexxi mill-konsumatur.", "Imbagħad għandna regolamenti li jistabilixxu l- areas fejn tkun tista' ssir rilokazzjoni ta' għelieqi tad-dwieli, għax jista' jkun li għandna dwieli li qegħdin jitkabbru f'area fejn il-ħamrija mhix adatta għal ċerta varjeta`.", "GĦalhekk fid-dipartiment irid ikun hemm il-fondi neċessarji biex f'dawn il-każi, il-bidwi jkun jista' jitlob u jingħata l-għajnuna.", "B'hekk ikun jista' jagħmel rilokazzjoni u jaqla' d- dwieli li ma jkunux ta' kwalita` jew ikunu morda u minflokhom iħawwel dwieli li jkunu ta' kwalita` u adatti għall-produzzjoni ta' inbid ta' kwalita`.", "Se jkun hemm ukoll regolamenti li jitkellmu dwar il-metodi u t- teknikalitajiet ġodda ta' taħwil, produzzjoni u maniġġi.", "Il-bieraħ kont qed nitkellem dwar il-mod kif għandhom isiru l-plantations.", "Jien ma dħaltx fid-dettall ta' x'distanzi għandu jkun hemm bejn dielja u oħra għax dawn dettalji ta' natura teknika u m'għandix il-ħin biex nispjegahom hawn ġew, pero` importanti l-mod kif isir it-tħawwil kif ukoll is-sistema ta' kif issir iż-żabra kull sena.", "Huwa importanti wkoll l-ammont u l-kwalita` ta' l-ilma li jingħata lid-dwieli biex insiru effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' għenba adatta għall-għasir.", "Se jkollna wkoll regolamenti li jinkoraġġixxu lill-bdiewa żgħażagħ biex jidħlu fis-settur tal-vitikoltura, settur interessanti u xieraq li l-bdiewa żgħażagħ ikollhom fergħa miftuħa għalihom.", "B'hekk dan is-settur minbarra li jservi biex insebbħu l-ambjent u biex ikollna biżżejjed għeneb għall- għasir, iservi wkoll biex il-bdiewa jkollhom dħul extra kif jiġri, per eżempju, fis-settur ta' l-esportazzjoni tal-patata fir-rebbiegħa.", "Anke se jkun hemm regolamenti li jħeġġu t-twaqqif ta' producers' organisations li rriferejt għalihom il-bieraħ, organizzazzjonijiet li jkunu jistgħu jippjanaw aħjar il-kwalitajiet u l-varjetajiet ta' dwieli li jinsabu f'pajjiżna biex ikollna l-aħjar għenba għall-għasir u b'hekk biex nipproduċu nbid ta' kwalita`.", "Tkun ħaġa f'postha li l-producers' organisations, minbarra li jikkontrollaw l-ammont ta' dwieli li jitkabbru, jikkontrollaw ukoll l-prezz ta' l-għenba li tinbiegħ lill-għassara.", "Din il-liġi fiha regolamenti li jirrigwardaw is-sistemi ta' land reclamation.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna għad baqgħalna raba' żdingata, partikolarment fejn hemm dawk il-ħbula ta' raba' dojoq u twal, pero' dawn jistgħu jiġu rriabilitati billi jinbnew ħitan tas-sejjieħ jew xi forma ta' retaining walls biex iwaqqfu s-soil erosion.", "B'hekk inġibu l-pajsaġġ tipiku u sabiħ Malti f'qagħda fejn ikun jista' jagħmel id-dwieli u jkun jista' jħaddar.", "Minbarra li dan il-pajsaġġ ikun qed jagħti dak l-aspett sabiħ ta' ħdura, ikun qed jipprovdi wkoll il-materja prima u essenzjali biex inkunu nistgħu nagħmlu inbid ta' kwalita`, kemm għall-konsum tagħna l- Maltin u l-Għawdxin kif ukoll għall-konsum tat-turisti li jiġu jżuruna.", "Irrid ngħid li din il-liġi fiha regolamenti li minnhom joħroġ, per eżempju, it-twaqqif ta' inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-inbid.", "Dan ikun jinkludi r-raba' fejn ikunu qegħdin jitkabbru d-dwieli, il-varjetajiet imħawla u l-jeddijiet ta' taħwil.", "Hawnhekk se jkollna regolamenti li permezz tagħhom tkun tista' tinġabar dik l-informazzjoni ħalli l-producers' organisations ikollhom l-informazzjoni meħtieġa tal-varjetajiet kollha li jitkabbru f'pajjiżna, jiġifieri fejn jinsabu, x'tip huma u fuq liema tip ta' ħamrija jitkabbru dawn il-varjetajiet.", "Dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jimmaniġġjaw l-operat tagħhom, jiġifieri jkunu f'pożizzjoni li jiddeterminaw liema varjeta` tkun meħtieġa fis-suq.", "B'hekk ikunu jistgħu jippjanaw kif jixraq l-areas fejn l-aħjar li wieħed ikabbar l- istess varjetajiet ħalli jieħu l-ammont massimu tal-prodott.", "Mr Speaker, din il-liġi titkellem ukoll fuq it-twaqqif ta' bord u l- funzjonijiet tiegħu.", "Dan il-bord għandu jaqdef flimkien mad-dipartiment biex flimkien, ikun min ikun il-ministru, naħdmu u niġbdu ħabel wieħed.", "GĦalkemm din l-industrija minn dejjem kienet b'saħħitha, iż-żmenijiet li qegħdin ngħixu fihom illum jitolbu li nikkompetu mal-barranin.", "GĦalhekk hemm bżonn li nkomplu ntejbu l-effiċjenza ta' din l-industrija u nkunu ċerti li d-dwieli li qegħdin nipproduċu għandhom ġenetika tajba u addattata għal pajjiżna.", "Il-ġenetika minnha nnifisha trid tagħti l-aħjar u l-akbar ammont ta' għeneb adatt għall-għasir.", "Sur President, importanti wkoll li nagħtu ftit informazzjoni rilevanti dwar dan is-settur.", "Pajjiżna għandu area ta' madwar 300 ettaru ta' raba', li jiġu madwar 2,900 tomna, li fihom inħawlu d-dwieli - huwa kkalkolat li minn kull ettaru nipproduċu madwar 12-il tunnellata għeneb – u allura bir-rata attwali nistgħu ngħidu li nipproduċu madwar 3,600 tunnellata metrika.", "Huwa kkalkolat li 2,000 minnhom imorru għall-wineries, jiġifieri għall-għassara liċenzjati li jipproduċu l-inbid, bil-kumplament, jiġifieri madwar 1,600 tunnellata, imorru għad-delettanti li jagħmlu l-inbid bħala hobby.", "It- target huwa li l-area ta' kultivazzjoni li tammonta għal madwar 300 ettaru inkabbruha għal madwar 1,000 ettaru jew 12,600 tomna.", "Din hija daqsxejn ta' informazzjoni dwar l-area li fuqha qegħdin inkabbru d-dwieli, Sur President.", "Jekk inħarsu lejn il-produzzjoni attwali nsibu li nipproduċu madwar 80,000 hectolitres jew 8 miljun litru ta' inbid, li fi fliexken ta' 0.75 litru jagħtuk kważi 11 -il miljun flixkun fis-sena, ċifra sabiħa.", "Naturalment biex nipproduċu din il-kwalita` irridu iżjed għeneb milli nipproduċu fil- preżent u allura pajjiżna jrid jimporta l-għeneb għall-għasir minn barra.", "Ta' min igħid ukoll li rridu nimportaw ukoll dak li jissejjaħ il-grape must ta' l-għeneb.", "F'pajjiżna kull sena jiġi importat madwar 6,000 tunnellata għeneb jew must.", "Għalhekk il-ħsieb tal-gvern huwa li nżidu l-produzzjoni ħalli b'hekk naqtgħu minn din l-importazzjoni.", "Ladarba jkollna l-għenba tal-lokal, inkunu f'pożizzjoni li minbarra li nkunu nistgħu nagħmlu inbid ta' varjeta`, inkunu nistgħu wkoll nesportawh fejn ikun qed jiġi esportat l- istess inbid.", "Nixtieq ngħaddi wkoll xi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tingħata f'dan is-settur.", "Il-bdiewa ż-żgħar li għandhom ir-raba' u jridu jagħmlu investiment fuq plantations ġodda ta' dwieli għandu jkollhom il- faċilita` li jissellfu minn bank.", "GĦalhekk hemm ftehim bejn id-dipartiment u l-APS bank li l-bdiewa li jitħajru jinvestu biex jagħmlu plantations ġodda ta' dwieli, jistgħu jisselfu b'imgħax issussidjat.", "Qed insemmi l-APS mhux bħala reklam imma bħala wieħed mill-banek li, biex ngħid hekk, iħobb il-biedja.", "Irrid ngħid ukoll li jrid jiddaħħal il-kunċett li jkollna l-għan li nipproduċu inbid ta' kwalita` labelled bħala QWPSI, quality wine produced in a specific region.", "Il-kunċett huwa li jkollna reġjun differenti għall- produzzjoni ta' l-inbid.", "Il-ħsieb tagħna huwa li nikklassifikaw lil Malta bħala reġjun wieħed u lil Għawdex bħala reġjun ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' l-għenba.", "Imbagħad meta niġu biex nipproduċu l- inbid mill-għenba mkabbra f'Malta nkunu nistgħu ngħidu li dik il-varjeta` ta' l-inbid ġiet minn għenba mkabbra fir-reġjun ta' Malta u l-istess inkunu nistgħu ngħidu għall-inbid minn għeneb imkabbar fil-gżira ta' Għawdex.", "L- iskop huwa biex il-konsumatur, inkluż it-turist, ikun jaf eżatt x'tip ta' inbid qed jixrob u minn fejn tkun l-oriġini ta' l-għenba.", "B'hekk il- konsumatur ikollu l-varjeta` u jkun jista' jagħżel.", "Din tkun inizjattiva oħra biex il-bdiewa tagħna jmorru għall-produzzjoni ta' għenba li tkun ta' varjeta` indiġina jew endemika.", "Irrid nitkellem ukoll rigward iċ-ċensiment li sar dan l-aħħar, Sur President.", "F'pajjiżna għal żmien twil, taħt diversi gvernijiet, kienet saret użanza li jsir iċ-ċensiment tad-dwieli.", "Fil-fatt, fis-sena 1999, dan iċ-ċensiment reġa' sar u llum għandna d-data kollha meħtieġa ta' kemm għandna area li fuqha jitkabbru dwieli, kif ukoll għandna indikazzjoni tal-varjeta` f'kull lokalita`.", "Irrid nerġa' ngħid li għalkemm aħna ngħidu li dik hija varjeta` girgentina jew ġellewża, ma nistgħux nitkellmu fuqha bl-amment għax ma nafux eżatt il-varjetajiet li għandna ġenetikament.", "Imma ħalli nispjega ftit kif neżaminaw il-varjetajiet kollha li għandna, Sur President.", "Ta' min jgħid li aħna nagħmlu dak li jissejjaħ id-DNA resonance biex inkunu nafu eżattament x'inhuma l-varjetajiet li għandna u taħt liema razza ta' dwieli jaqgħu.", "B'hekk ikun jista' jiġi ddeterminat pjan li permezz tiegħu nkunu nistgħu nkabbru l-aħjar kwalita' ta' dielja li tipproduċi għeneb adattat għall-klima tagħna.", "Biex nagħmlu dan il-proġett se nidħlu f'operazzjoni ma' istitut xjentifiku barrani.", "Dan l-istitut għandu databank ta' madwar 30,000 varjeta` ta' dwieli differenti.", "GĦalhekk meta nieħdu biċċa miz-zokk u nieħdu partijiet oħra tad-dielja, dawk li jissejħu ż-żraġen, biex isir id-DNA resonance inkunu nistgħu niddeterminaw l-isem eżatt tad-dwieli li għandna.", "Nerġa' nfakkar li f'pajjiżna kulħadd iħallat id-dwieli minn waħda għall- oħra.", "Aħna ppastardjajna d-dwieli kollha u m'għandniex dwieli li huma verament puri.", "GĦalhekk se nagħmlu eżerċizzju biex nerġgħu ndaħħlu razez ta' dwieli li mdorrijin inkabbru f'pajjiżna u li huma indiġini għalina.", "Ladarba dawn ikunu indiġini, inkunu f'pożizzjoni vantaġġjata għax inkunu nistgħu nipproduċu għenba tajba ta' kwalita` li minnha joħroġ inbid ta' kwalita`.", "Ovvjament biex isir dan, il-pajjiż se jkollu jinvesti f'riżorsi umani u se jkollu nies barra minn Malta jispeċjalizzaw f'dan is-suġġett.", "Dan il-proġett se jinkludi wkoll dak li jissejjaħ sanitization tad-dwieli.", "B'dispjaċir ngħid li għandna dwieli b'ħafna mard u allura jrid isir it- tindif tagħhom.", "Ladarba jkollna dwieli iżjed b'saħħithom, ikollna dwieli li jipproduċi iżjed għeneb u l-bdiewa jkunu jistgħu jkabbru dwieli li jipproduċu għeneb aħjar.", "Ladarba dawn it-testijiet tad-DNA u t-tindif mill-mard isir, jekk Alla jrid fil-futur inkunu f'pożizzjoni li nkunu nistgħu nibdew innisslu minn dawn it-tip ta' dwieli li jkunu disease-free.", "GĦandna l-micropropagation centre, illum magħruf bħala l-biotechnology centre f'Ħal Lija, fejn wieħed jagħmel it-tnissil tad-dwieli.", "Imbagħad għandna s-servizz ta' l-extension service fejn isir it-tqassim tad-dwieli u t-tħawwil ta' dwieli ġodda.", "B'dan il-mod irridu niġu f'pożizzjoni li jkollna potenzjal akbar ta' dwieli li jipproduċu għenba ta' kwalita`.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li minħabba dan l-eżerċizzju, il-pajjiż se jkollu jinvesti f'riżorsi umani u se jkollna nġibu għajnuna teknika minn barra u esperti biex jgħallmu lin-nies tagħna.", "Dan ma jfissirx li l-Maltin ma jafux, pero` it-teknika f'kull settur tiġi żviluppata u magħmula b'mod dejjem aktar effiċjenti.", "Per eżempju ̧ f'dak li għandu x'jaqsam ma' żbir ̧ f'pajjiżna stess jirriżulta li wieħed min-naħa ta' isfel jiżbor differenti minn wieħed min-naħa ta' fuq.", "Fin-naħa ta' isfel hemm min jiżbor b'mod li jħalli l-għasluġ tad-dielja fuq ħames, sitta jew seba' għekiesi.", "Imbagħad tmur in-naħa ta' fuq - forsi għax huma iżjed avvanzati minn dawk tan-naħa ta' isfel - u tara lil xi ħadd li meta jiżbor iħalli l-għasluġ fuq erba' għekiesi u jħalli d-difer isfel, pero' huwa żgr li min ikun qed jiżbor jaħdem b'mod li lid-dielja jħalliha żagħżugħa.", "Għalhekk fejn tidħol it- teknika taż-żbir hemm bżonn iżjed tagħlim lill-bdiewa għax b'daqsxejn irfinar dawn ikunu jistgħu jżommu d-dwieli tagħna iżjed żgħażagħ.", "Ladarba jkollok id-dwieli żgħażagħ, ikollok il-potenzjal li tieħu għenba b'saħħitha u inbid ta' kwalita`.", "Hemm ukoll il-mod l-ieħor ta' kif issir it-tisqija.", "Jien diġà għedt li għalkemm id-dwieli qegħdin jipproduċu ċertu ammonti, dawn mhux qed jipproduċu kemm suppost.", "Għalhekk jekk ikun hemm bżonn ċerti areas għandu jkollhom l-għajnuna biex id-dwieli l-qodma jinqalgħu - dejjem bl- approvazzjoni tal-bidwi - u minflokhom jitħawwlu dwieli b'varjeta` li tkun indiġni għal pajjiżna.", "Mr Speaker, il-gvern qiegħed jindika li area fil-Buskett se jagħmilha bħala l-farm tiegħu.", "Fil-Buskett hemm conservation area u rridu nżommuha, fost affarijiet oħra, għat-tkabbir tad-dwieli bħala showpiece għal pajjiżna.", "Fil-Buskett hemm dwieli li m'humiex ta' kwalita` u allura nistgħu nħawlu dwieli li huma indiġni għal pajjiżna.", "Il-bieraħ semmejt id-dielja tal- katlan li fil-passat, jiġifieri 60 jew 70 sena ilu, kienet tintuża ħafna fil-produzzjoni ta' l-inbid.", "Jiddispjaċini ngħid li din id-dielja ma tantx baqgħet titkabbar għax kienet titkabbar fl-area ta' Ħal Far u meta hemmhekk kien sar l-airfield kienu neħħew id-dwieli.", "Pero`anke fil-micropropagation centre diġa` qegħdin inniżżlu din il-varjeta` tad-dielja tal-katlan għax nafu li hija dielja indiġina għal pajjiżna u tipproduċi għeneb tajjeb.", "Minbarra l-area tal-Buskett fejn ħarġet il-conservation area, hemm area oħra li ilha mitluqa għal żmien twil.", "Din hija l-area ta' Wied Inċita, li ġieli semmejtha fuq proġetti li beħsiebna nagħmlu għar-rural development għax il-proġetti jridu jiddaħħlu wkoll bħala agri-turiżmu.", "L-area ta' Wied Inċita hija kbira u fiha 'l fuq minn 120 tomna u allura parti sostanzjali minnha tista' tiġi wżata għal dan l-iskop biex fiha nkabbru dwieli ta' kwalita` għall-produzzjoni ta' l-inbid.", "F'dawn iż-żewġ proġetti jrid jidħol il-biotechnology centre kif ukoll il-privat.", "Aħna ma rridux nibqgħu sejrin bil-mentalita` l-antika qisna għadna taħt ir-reġina għax ir-reġina ilha li spiċċat.", "Minbarra l-għajnuna teknika tad-dipartimenti tal-gvern għal dawn it-tip ta' proġetti jrid jidħol ukoll il-privat ħalli bis- sinerġija ta' kulħadd inkunu f'pożizzjoni aħjar biex verament niksbu suċċess.", "F'pajjiżna għandna ħbula ta' raba' li huma mtarrġin li fuqhom jistgħu isiru plantations għat-tkabbir tad-dwieli.", "Issa forsi hawn min jgħid: Se noqgħod nidħol fil-ħbula tar-raba' bi tractors żgħar!", "Li nista' ngħid hu li barra minn Malta hekk jagħmlu.", "Per eżempju ̧ f'Porto fil-Portugal, wieħed mir- reġjuni tajbin għall-produzzjoni ta' l-inbid, hemm wied u hemm xmara li tgħaddi minn maġenb dan il-post u l-ġnub tax-xmara kollha huma mtarrġin bi ħbula ta' raba' dojoq u twal.", "Il-ħaddiema ta' hemmhekk irranġawhom bis- saħħa tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt dawn għamlu t-terracing neċessarju fuq il-ġnub ta' din ix-xmara u għamlu rehabilitation ta'din l- area tremenda li kienet mitluqa billi bnewlha ħitan tas-sejjieħ bħal tagħna biex jevitaw is-soil erosion.", "Per eżempju, jien persważ li bil-koperazzjoni ta' kulħadd, tal-privat u tal- gvern, l-area mitluqa f'tal-Fawwara, fejn hemm l-għajn ta' San Ġorġ, tista' tiġi rriabilitata.", "Hemmhekk jistgħu jinbnew ħitan tas-sejjieħ biex tiġi evitata s-soil erosion.", "Fil-Fawwara hemm ilma ġej minn taħt il-blat, eżattament mill-għajn ta' San Ġorġ, liema ilma jista' faċiliment jintuża biex issir it-tisqija tad-dwieli.", "Wara li l-koperattiva tal-bdiewa għamlet konsultazzjoni ma' esperti f'dan il-qasam, din qiegħda taħseb fuq proġett ta' tħawwil ta' madwar 200 tomna art biex jitkabbru d-dwieli.", "Jien nawgura li r-riżultat ta' l-analisi ta' dan il-proġett li qegħdin jagħmlu jkun fil-pożittiv ħalli din l-area tkun tista' tiġi żviluppata wkoll għal skopijiet ta' l-għenba.", "Xi ħaġa ġdida li għandna f'din il-liġi hija li fejn qabel id-delettant kellu bżonn il-liċenzja, issa m'għandux bżonnha aktar.", "Il-liċenzja kienet tgħid li d-delettant ma jistax jagħsar iżjed minn għaxart iqnatar għeneb.", "Meta wieħed jikkalkula li minn kull qantar jieħu madwar 70 flixkun, għaxart iqnatar għandhom iġibu mas-700 flixkun.", "Issa jekk dawn tiddividihom fi ġranet jiġu żewġt ifliexken kuljum li huwa iżjed milli suppost.", "B'din il- liġi biddilna dan il-provvediment u issa qed ngħidu li min jagħsar għalih u ma jbigħx jista' jagħsar kemm irid, pero' xorta waħda jrid jirreġistra l- ammont ta' dwieli li jkollu.", "Min jagħsar b'sistema kummerċjali jrid il- liċenzja mid-dipartiment.", "Permezz ta' din il-liċenzja rridu niggarantixxu li l-inbid li jiġi prodott ikun ta' kwalita` ̧ ikollu t-tikketta fuqu, ikun hemm f'liema area jkun ġie mkabbar l-għeneb u f'liema winery jkun ġie prodott l-inbid.", "Din il-liċenzja sservi wkoll bħala għodda biex inkunu nistgħu nikkontrollaw iżjed il-varjetajiet tad-dwieli li jkunu qegħdin jitkabbru f'pajjiżna.", "Nixtieq ngħid ukoll li se ssir enfasi fuq l-analisi tal-ħamrija u tal- provvista ta' l-ilma għat-tisqija ta' l-istess dwieli.", "GĦaldaqstant id- dipartiment se jgħin b'kull mod biex fejn ikun meħtieġ jidħol għal din l- analisi.", "B'hekk ikun jista' jagħti l-parir lill-bdiewa fuq il-kwalita` tal- ħamrija li tkun adattata l-aktar għad-dwieli.", "Din l-enfasi kollha li qegħdin nitfgħu fuq it-tkabbir ta' iżjed dwieli, minbarra li se sservi biex ikollna l-materja prima għal iżjed inbid ta' kwalita` li nkunu nistgħu nesportawh, se sservi wkoll biex fl-istess ħin insebbħu l-ambjent.", "Kulħadd jaf li fis-sajf meta wieħed iħares lejn pajjiżna mill-ajru jsib li dan ikun qisu xagħra waħda.", "Jekk taqta' s-siġar tal-ħarrub, taż-żebbuġ u xi siġar oħra, pajjiżna jkollu bżonn xi ħaġa biex iħaddar.", "Għalhekk id-dielja hija dik ix-xitla jew siġra li titħaddar f'dawk ix-xhur sħan tas-sajf.", "Fil-fatt id-dielja tibqa' tħaddar mill-bidu ta' Marzu u tibqa' sejra sa Settembru u Ottubru.", "Sur President, illum tajt ħarsa fuq fuq ta' xi żviluppi li qegħdin iseħħu fis-settur tat-tkabbir tad-dwieli kif ukoll fis-settur tal-produzzjoni ta' l-inbid.", "Nispera li bil-koperazzjoni tal-membri kollha ta' din il-Kamra, inkunu f'pożizzjoni biex nagħmlu liġi Ii verament tkun tista' twettaq il- ħteġijiet ta' pajjiżna għaż-żmenijiet tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, naħseb li jagħmel ħafna sens li nitkellmu fuq l-inbid għax illum hija prattika li ma' l-ikel nieħdu xi tazza nbid jew tnejn!", "Il-fatt li l-ministru huwa delettant u anke jagħsar l- inbid - għalkemm jien qatt ma doqtu! - naħseb li aktar għandu jistimula din id-diskussjoni.", "Pero' xi ħaġa li tiskantani hi li donnu l-Onor.", "Ninu Zammit qed jinsa li ħa l-ħatra tiegħu fil-5 ta' Settembru 1998 u dalwaqt se jagħlaq tliet snin.", "Qed ngħid dan għax wieħed kien jistenna li apparti milli jagħti background u ħjiel ta' dak li ġara taħt l-amministrazzjoni preċedenti, il-ministru kellu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li l-gvern ċertament għandu f'idejh biex l-oppożizzjoni tkun taf x'inhu l-ħsieb uffiċjali biex din is- sezzjoni ta' l-agrikoltura, jiġfieri l-vitikoltura, tegħleb l-isfidi li għandha quddiemha.", "Filwaqt li fit-30 sena li għaddew kellna l-protezzjoni, minħabba l-aġenda tal-gvern Nazzjonalista li jsieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, issa rridu ngħaddu mingħajr protezzjoni.", "Aħna konna nistennew li jiġi spjegat lilna kif fiż-żmien li ġej irridu nirrimedjaw għal dan l- iżvantaġġ meta nafu li din l-industrija se titkisser, Sur President.", "Nafu li matul dawn l-aħħar 30 sena, pajjiżna rreġistra progress fis-settur tal-biedja minkejja l-limitazzjonijiet li għandna, fosthom dawk ġejjin mid- daqs ta' l-art.", "Fejn ma kienx hemm il-gvern, kien hemm il-privat u fejn ma kienx hemm il-privat kien hemm il-gvern.", "Allura wieħed jistenna li almenu issa, forsi fil-winding-up tiegħu, il-ministru jagħtina ħjiel ċar ta' kif din l-industrija tista` tibqa` teżisti wara li nneħħu l-protezzjoni.", "Jekk il-gvern mhux kapaċi jgħidilna kif fil-futur dan is-settur se jkun ekonomikament viabbli, żgur li permezz ta' din il-liġi biss m'aħniex se nkunu nistgħu nifhmu eżattament x'qed jipprova jagħmel.", "GĦax din il-liġi hija vaga bħall-oħrajn li saru u tiddependi minn ħafna ifs and buts, u aktat u aktar għax m'għandniex garanzija li se nkomplu nsostnu l- protezzjoni li għandu jkollna għas-settur tal-biedja.", "Mr Speaker, ma nistax ma nirrimarkax li meta tiġi biex tipparaguna dawn l-aħħar tliet snin mas-sentejn preċedenti tal-gvern Laburista, issib li s-settur tal-biedja mar għall-agħar u mhux għall-aħjar.", "Qed ngħid dan mhux biex nikkrea sitwazzjoni ta' inċertezza u ta' nuqqas ta' investiment imma, kif jista' jikkonferma l-ministru stess, minkejja li pajjiżna jirrikjedi 'l fuq minn Lm4 miljun jew Lm5 miljun biex iżid il- protezzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin, ftit li xejn kompla jsir investiment.", "Qed ngħid dan fil-bidu tad-diskors tiegħi ħalli ħadd ma jakkużana li aħna niġu hawn biex intellfu lill-gvern jew biex nagħmlu l- bsaten fir-roti.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li aġenda 2000 ta' l- Unjoni Ewropea tikkonferma li jeżistu għadajjar sħaħ ta' inbid.", "Tant hu hekk li l-Unjoni introduċiet miżuri biex sas-sena 2010, il-bdiewa li jipproduċu l-għeneb jiġu offruti skemi ta' irtirar kmieni u inċentivi biex ma jipproduċux għeneb aktar, u anke li min jabbanduna t-tkabbir tad-dwieli jiġi kkumpensat.", "Naturalment ħaġa sabiħa li tkun popolari u li jkollok l- istandards kif suppost u li tagħmel il-bidliet li hemm bżonn, imma aħna rridu nkunu nafu kif dawn l-affarijiet se jiġu integrati fiċ-ċirkostanzi attwali.", "Per eżempju, waħda mir-raġunijiet għala qegħdin nagħżlu l-objettiv politiku ta' Svizzera fil-Mediterran hi li dan għandu punto di partenza u b'hekk allura nkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem diversi oqsma, fosthom is-settur tal-biedja.", "Aħna nemmnu li dan is-settur ma jistax jgħaddi mingħajr il- protezzjoni fuq l-importazzjoni.", "Dan jagħmel sens aktar u aktar meta nafu li fis-sena 2010, l-Unjoni Ewropea se tieħu miżuri biex tagħmel kwoti ħalli tikkontrolla l-produzzjoni ta' l-għeneb.", "Dan se tagħmlu għax għandha xmajjar ta' nbid u s-suq huwa fgat.", "Minbarra li dawn il-miżuri huma marbuta mal-kwota ta' kemm pajjiż jista' jipproduċi għeneb għall-inbid, hemm ukoll dawn l-iskemi biex iħajru lill-bdiewa jabbandunaw id-dwieli.", "Dan mhux qegħdin ngħiduh biex inbeżżgħu jew biex ngħixu fil-fantasija li jħobb jikkritikani biha l-Onor.", "Ninu Zammit, imma dan qegħdin ngħiduh biex niftehmu sew u nkunu nafu kif nistgħu nġibu dan is-settur 'il quddiem.", "Filwaqt li qed ngħid dan, ikun tajjeb ukoll li b'mod ġenwin nagħti ħjiel ta' x'għamlet l-amministrazzjoni preċedenti Laburista f'dan ir-rigward, Sur President.", "L-ewwelnett irrid nerġa' nsellem lil Prof. Ferrito, li kien għamel studju għad-ditta Marsovin.", "Fil-fatt meta kont ministru, tal-Marsovin ġentilment għaddewli l-abbozz li kien ħejja hu.", "Dawn kienu spjegawli wkoll illi kieku f'dawn l-aħħar 30 sena ma kienx għas-sehem kbir tas-settur privat fl- industrija ta' l-inbid, kieku ma kienx ikun possibbli li din l-industrija tiffjorixxi.", "Imbagħad meta kellna din l-ispjegazzjoni u dan l-abbozz f'idejna – hawnhekk qed nitkellmu fuq perijodu ta' 20 xahar ̧ jekk taqta' barra x-xahar ta' qabel l-elezzjoni - għamilna diskussjonijiet mal- partijiet kollha konċernati.", "Dak iż-żmien, il-wine advisory board ħadem fuq id-draft tal-liġi li kien għamel Prof. Ferrito u min-naħa tagħna rajna wkoll kif nistgħu nibdew ningranaw ftit fuq ċerti problemi li kellna.", "Il- verita` hi li ftit kellna support tekniku u xjentifiku biex nindirizzaw waħda mill-akbar sfidi li għandha din l-industrija.", "Aħna nemmnu li l- isfidi nistgħu nilqgħuhom u nkunu ekonomikament viabbli, imma mhux bil- politika ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea iżda bil-mudell li minn Malta nagħmlu Svizzera fil-Mediterran u se nispjega għaliex.", "Waħda mill-isfidi li għandna quddiemna hija li l-art ikkoltivata, minn 300 ettaru ntellgħuha għal madwar 900 jew 1000 ettaru biex ikollna biżżejjed produzzjoni ta' għeneb li tista' tpoġġi l-industrija ta' l-inbid self- sufficient, kif għandna per eżempju fil-produzzjoni tal-ħalib frisk.", "Minkejja ċ-ċokon tagħna, matul is-snin il-koperattivi żviluppaw u anke waslu biex isostnu l-produzzjoni ta' ħalib frisk u suffiċjenti biżżejjed li tlaħħaq mad-domanda.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-laħam tal-majjal frisk konna self-sufficient ukoll - qed ngħid konna għax dan l-aħħar inżilna wkoll – u aħna tal-Labour Party nemmnu li fil-każ tas-settur ta' l- inbid jagħmel ħafna sens li ngħollu l-produzzjoni.", "Meta konna fil-gvern, wara li fhimna l-abbozz li kien għamel Prof. Ferrito, rajna li filwaqt li tinbena diskussjoni naraw liema huma l-aħjar toroq li għandna naqbdu.", "Dawn kellna narawhom fiċ-ċirkostanzi u bil-limitazzjonijiet ta' dak iż-żmien, għax aħna konna dħalna wara gvern imnawwar minn ġewwa.", "L-ewwel analizzajna x'qed jiġri fil-micropropagation centre f'Tal-Kmand.", "Hemmhekk sibna li l-gvern Nazzjonalista preċedenti, bl-intenzjonijiet kollha tajba tiegħu, kellu żewġ problemi - kif se jiffinanzja dan iċ-ċentru u kif se jagħmlu ekonomikament viabbli.", "Fis-snin l-imgħoddija, kull ministru ħadem biex dan iċ-ċentru jipprova jagħmlu sostenibbli, pero' l-ispiża li kienet tirrikjedi għar-riċerka kienet problema serja u kbira.", "Għalhekk rajna kif naħdmu quddiem din ir- realta`.", "Fil-fatt sibna li kien jagħmel ħafna aktar sens li minflok inkomplu niżviluppaw il-proġett li kien ħejja gvern Nazzjonalista preċedenti dwar il-bank taż-żerriegħa ta' pjanti endemiċi - m'għandna xejn kontra tiegħu, iżda dan iċ-ċentru jaħli l-enerġija malajr u nistgħu nieħdu r-riżultat tiegħu 25 sena oħra u, barra minn hekk, huwa proċess li jista' jsir mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent jew mill-awtoritajiet ta' l-ambjent - nagħmlu investiment li jrendi malajr kemm jista' jkun għall- bdiewa tagħna.", "Fil-fatt aħna ddeċidejna li minflok ninvestu f'dan is-seed bank, nagħmlu investiment f' żewġ serer speċjalizzati biex nippruvaw nipproduċu diversifikazzjoni ta' siġar tal-frott u ta' dwieli li minnhom nipproduċu għeneb għall-mejda u għeneb għall-industrija ta' l-inbid.", "Jien ngħid li għamel tajjeb il-gvern preżenti li kompla jaħdem fuq dan l- investiment.", "Nifhem li kompla jagħmel dan b'attenzjoni għax jaf kemm kien ħsieb tajjeb, anke jekk ma jammettihx.", "Dan kien proġett li l- amministrazzjoni attwali tirrikonoxxi li kien irendi għall-ġid tal-poplu kollu u għall-ġid ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Fil-fatt jidher li s-serer għadhom hemmhekk u nixtieq li l-ministru jitkellem dwarhom ukoll għax għandi nifhem li bdew jagħtu r-riżultati mixtieqa.", "Nixtieq insemmi wkoll li fil-proġetti li nagħmlu, għandna dejjem inżommu quddiem għajnejna lit- turisti li jiġu f'pajjiżna għax lil dawn nistgħu nbigħulhom il-prodotti tagħna, bil-bdiewa, raħħala u sajjieda jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "U mhux billi jingħad li biex isir it-tindif tal-kwalitajiet differenti ta' dwieli – hawnhekk qed nirriferi għall-girgentina u għall-ġellewża - u biex isiru t-testijiet u biex issir l-analisi fuqhom, prattikament iridu jgħaddu bejn sentejn u tlieta, pero' b'hekk inkunu nistgħu nassiguraw li dawn id- dwieli jkunu ħielsa mill-mard.", "Mr Speaker, ta' min igħid ukoll li aħna konna ninsistu fl-istatistika għandu jkun hemm inkorporat l-informazzjoni u t-tagħrif tad-dwieli li għandna, u fil-fatt dan kien marbut ma' pjan.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax filwaqt li kellna dan l-investiment għaddej, rajna wkoll li nibdew inrawmu sezzjoni biex tagħmel dak li nifhmu bih bħala agri- ecological survey.", "B'hekk bl-aktar mod modern inkunu nistgħu nanalizzaw il- ħamrija u l-livelli ta' l-ilma biex, per eżempju, nikkontrollaw il-moffa.", "Il-moffa hija waħda mill-problemi li tolqot lil pajjiżna kemm minħabba l- ġlata kif ukoll minħabba d-drip irrigation li nużaw għax ma tkunx tikkompara tajjeb mal-karatteristika xjentifika li jkollha bżonn id-dielja jew il-ħamrija.", "Għalhekk bil-klima u t-temperatura tagħna, ftit moffa tiżbroffa malajr.", "U hawnhekk nixtieq insemmi lil dak il-grupp ta' żgħażagħ immexxi minn inġinier barrani li kien beda jagħmel din it-tip ta' ħidma fid- dipartiment.", "Jien nixtieq inkun naf kemm sar investiment f'dan ir-rigward għax filwaqt li qed jingħad li dan il-proċess se jieħu madwar erba' snin biex naqilbu s-sistema, fl-istess ħin l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti inċentivi biex tnaqqas il-produzzjoni ta' l-għeneb, bil-bdiewa jabbandunaw ċerta raba' fejn ikabbru d-dwieli.", "Issa hawnhekk jien nixtieq nistaqsi lill-gvern kif qed jassigura l-investiment li jridu jagħmlu l-bdiewa u l- industrija privata, Sur President.", "Jien naħseb li biex minn 300 ettaru nitilgħu għal 1,000 ettaru – jekk jien żbaljat nitlob lill-ministru jikkoreġini – aktarx li qed nitkellmu fuq investment ta' bejn Lm4 jew Lm5 miljun.", "Allura l-gvern mhuwiex konxju tal- fatt li s-settur tal-vitikoltura mhux se jkun marbut bi protezzjoni u li l- istess Unjoni Ewropea qed tħallas biex min għandu dwieli jew jispiċċa bl- early retirement jew ma jkomplix jipproduċi?", "Dawn l-affarijiet mhux qed nivvintahom jien imma huma ddokumentati.", "Jekk dan li qed jgħid il-ministru jagħmel aktar sens minn dak li qed ngħidu aħna, jista' il-ministru jispjegali kif il-prezz ta' l-inbid se jkun sostenibbli għall-bdiewa?", "S'issa jirriżultalna li biex dan ikun sostenibbli jrid ikun hemm prezzijiet tajba.", "Per eżempju, aħna ma nistgħux nifhmu kif irridu nbaxxu l- prezzijiet ta' l-għeneb meta fl-istess ħin se nkunu qed nitolbu lill-bdiewa jonfqu aktar.", "Għalhekk nixtieq li fil-winding-up, il-ministru jgħidilna kif il-bdiewa se jkunu jistgħu jassiguraw dħul xieraq mingħajr il- protezzjoni fuq l-importazzjoni ta' l-inbejjed, f'sitwazzjoni fejn forsi se jkollhom ibaxxu l-prezz tal-produzzjoni.", "Jekk dawn jaraw l-istampa kollha jsibu li se jkunu qed jinvestu aktar flus u jdaħħlu inqas għall-prezz ta' l-għeneb, kemm jekk ikun inbid abjad jew aħmar, għeneb tal-girgentina jew tal-ġellewża u għeneb li minnu jipproduċu inbejjed ta' kwalita` bħal pinot, chardonnay, merlot u cabernet sauvignon.", "Peress li l-industrija għandha ċerta protezzjoni ta' madwar Lm1.50 fuq kull litru inbid li jiġi importat, matul dawn l-aħħar snin żiedet il-kapaċita` tal-produzzjoni ta' l-inbid biex tagħmel inbejjed ta' kwalita` li tbigħhom kemm fis-suq lokali kif ukoll fis-swieq ta' barra u bdiet tagħti prezzijiet aħjar lill-bdiewa li jipproduċu u jkollhom kuntratt mal-prodotturi, fosthom Marsovin, Meridiana u Delicata wines.", "Għalhekk huwa importanti li fil- winding-up tiegħu, il-ministru jispjega x'se jiġri minn dan it-tip ta' ambjent ekonomiku li renda.", "Mr Speaker, in-national plan for the adoption of the acquis jgħid li bir- regoli tal-politika agrarja komuni, is-settur tal-biedja mhux se jkun ekonomikament viabbli.", "Barra minn hekk, l-impact assessment li għamel riċentement l-istitut agronomiku ta' Bari fuq talba tal-ministeru jikkonferma l-iżvantaġġi u d-disfatti kbar li se jkunu suġġetti għalihom diversi oqsma tal-biedja, fosthom l-industriji tat-tjur, tal-bajd frisk u tal-majjal.", "Il-verita` qiegħda toħroġ hawn għax mhux aħna li ngħixu f'fantasija.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-pajjiżi ta' l-Unjoni imma nemmnu li l-aħjar mudell li pajjiżna jista' jkollu fis-settur tal-biedja fil-futur huwa li minn Malta nagħmlu Svizzera fil-Mediterran.", "Per eżempju, kemm-il darba smajna lill-ministru jiddikjara li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni jew le, il-levies ta' protezzjoni xorta jridu jitneħħew.", "Dan assolutament m'huwiex minnu.", "Fil-fatt f'dak li huwa magħruf bħala horizon 2010 u f'dak li huwa marbut mar-regoli u s-sistemi tad-WTO, Malta tista' tkun mat-38 pajjiż membri tad-WTO '' that currently have reserved the right to use a combined total of 6,072 special safeguard provisions on agricultural products.\".", "Bejniethom dawn it-38 pajjiż tad- WTO għandhom dawn ir-riżervi, kemm għalissa u kemm għal wara s-sena 2010, bħala safeguard għall-agrikoltura tagħhom.", "Ċertament li Malta tista' tkun ma' dawn il-pajjiżi u nixtieq li l-ministru jagħtina ħjiel għalfejn matul is-snin 1999, 2000 u 2001 aħna ma ssottomettejniex - bħalma għamlet, per eżempju, il-Polonja - applikazzjoni għal dawn id-drittijiet.", "Jien ngħid li l-ministru m'għandux għalfejn joqgħod jieħu għalih meta l-kap ta' l-oppożizzjoni jgħidlu biex joqgħod attent għax qed jilgħab bl- agrikoltura qisu qed jilgħab Russian roulette!", "Minkejja li l-Polonja applikat biex tissieħeb fl-Unjoni, din ingħatat 144 special safeguard provisions biex tipproteġi l-agrikoltura tagħha.", "Barra minn hekk, il- Polonja għamlet ukoll aktar minn 100 talba biex ikollha dawk li skond id- WTO huma tariffi u kwoti fuq ċerti prodotti partikolari.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-ministru – issa dan għandu miegħu lil Nikol Bonanno, wieħed mill-esperti li għandna f'dan il-qasam - x'kienu r- raġunijiet li ma konniex inklużi ma' dawn it-38 pajjiż tad-WTO li għamlu 6,072 talba fuq prodotti ta' l-agrikoltura.", "Jien semmejt il-Polonja imma nista' insemmi wkoll pajjiżi oħrajn, fosthom l- Awstralja, li għalkemm għandhom art kbira u għandhom agrikoltura żviluppata, anke l-Gvern Awstraljan għamel it-talba tiegħu.", "Per eżempju, il-Kanada għamlet 150 talba għall-ispecial safeguard provisions, il- Messiku għamel 293 talba, l-Istati Uniti li tista' tiddomina u ma tibża' mill-ebda kompetizzjoni għamlet 189 talba wkoll, in-Norveġja għamlet 581 talba, Switzerland u Liechtenstein bejniethom għamlu 961 talba, l-Ungerija għamlet 117 talba u Iceland – hawn minn jgħid li Iceland se tapplika għal sħubija fl-Unjoni Ewropea - għamlet 462 talba.", "Imbagħad hemm pajjiżi oħrajn li m'għandix għalfejn noqgħod insemmihom kollha.", "Jien nixtieq li l-ministru jgħidilna wkoll kif id-WTO qed tippermetti din it-tip ta' riżerva fis-settur agrikolu u għalfejn qed jgħid li Malta ma tistax tħaddem politika ta' Svizzera fil-Mediterran u fl-istess ħin ikollha din il-protezzjoni.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni għamel numru ta' stqarrijiet dwar dan u importanti li jkollna saqajna ma' l-art biex nifhmu aktar lil xulxin u nkunu serji f'dak li ngħidu.", "Id-differenza bejn iż-żewġ naħat hemm se tibqa' għax aħna qatt m'aħna se naslu li nifhmu li l-aħjar triq għal pajjiżna hija sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Aħna m'għandna xejn kontra l- Ewropej iżda nemmnu li fiċ-ċirkostanzi u bil-limitazzjonijiet tagħna, ma jagħmilx sens li ma nipproteġux il-biedja lokali.", "Dan jien għedtu kemm-il darba għax importanti li nifhmu li jkollna policy li tipproteġi dak li aħna kapaċi nipproduċu u allura tajjeb li nistudjaw b'mod serju ħalli noħorġu bilanċ bejn l-interessi tal-bdiewa, l-interess tal-konsumaturi, ta' l- industrija u tan-negozjanti.", "Importanti wkoll li ma jkollniex ħela jew qgħad u għalhekk filwaqt li m'għandna xejn kontra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, aħna konxji li l-politika komuni ġġib dawn l-iżvantaġġi.", "Mr Speaker, filwaqt li biex ikun konformi ma' l-obbligi tiegħu li jmexxi 'l quddiem l-aġenda tal-kabinett u dak li hemm miktub fl-NPAA il-ministru qed ineħħi l-levies ta' protezzjoni, fl-istess ħin sħabu minn wara dahru qegħdin idaħħlu taxxa addizzjonali fuq il-corned beef, prodott li f'pajjiżna m'għandniex l-industrija tiegħu.", "Per eżempju, assolutament ma nistax nifhem kif il-ministru tal-finanzi għolla d-dazju b'580% fuq il- corned beef.", "Dan qed ngħidu għan-nom ta' l-oppożizzjoni għax aħna irridu ħjiel ta' dak li qed jipprova jagħmel il-gvern.", "Nafu li l-affarijiet fis- settur tal-biedja marru lura minflok 'il quddiem u dan mhux qed ngħiduh aħna biss imma qed jgħidu kulmin huwa fil-mistjier.", "Per eżempju, peress li qegħdin nisimgħu li l-unika triq għal Malta hija sħubija fl-Unjoni, il- bdiewa u n-nies fl-agri-industrija qed jistaqsuni jekk hux veru li l-gvern iddeċieda li fis-sena 2002 se jneħħi l-levy ta' protezzjoni fuq l- industrija ta' l-ipproċessar.", "Jien nixtieq li l-ministru jitkellem dwar dan.", "Jekk jikkonferma li m'huwiex hekk, almenu jgħid meta huwa maħsub li din il-levy trid titneħħa.", "Jagħmel ħafna sens li dawn l-affarijiet jiġu indirizzati għall-ġid ta' min irid li dan is-settur verament ikun sostenibbli, ekonomikament viabbli u jkun wieħed li jrendi għall-ġid komuni u għat-tisħiħ ta' l-ekonomija.", "Minn dak li qed naraw, dejjem naslu għall- konklużjoni li l-gvern ftit li xejn għandu ħjiel veru ta' x'inhuma l- kriterji li fuqhom irridu nilqgħu għall-futur, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-qasam tal-vitikoltura.", "Mr Speaker, aktar qabel jien spjegajt x'għamel gvern preċedenti Laburista permezz ta' l-investiment f'serer speċjalizzati, biex ħadd ma jpinġi jew jikkritika lill-oppożizzjoni li ma taqbilx ma' ċerti bidliet.", "Aħna mhux talli naqblu mal-bidliet talli wettaqnihom u f'20 xahar bdejna l-proġetti.", "Per eżempju, aħna konna qed nagħmlu survey agri-ekoloġiku biex nippruvaw infiehmu lill-bdiewa b'mod xjentifiku x'inhu l-aħjar għall-uċuħ tagħhom.", "Illum dawn l-affarijiet huma importanti ħafna, aktar u aktar meta nafu li kulħadd jipprova jara kif jimmodifika ż-żrieragħ biex inaqqas ċertu effett li forsi seta' kien ikun hemm qabel.", "GĦalkemm forsi hawn tekniċi li mhumiex konxji ta' dawn l-affarijiet, importanti li nsemmu xi żviluppi li qed isiru f'ċerti affarijiet.", "Qed ngħid dan biex ma niġux insulentati li aħna kontra xi forma ta' żvilupp sostenibbli jew kontra xi forma ta' policy li tgħolli l-istandards lokali.", "Per eżempju, kien gvern Laburista li wara sitt xhur beda pjan biex il- ħaddiema tad-dipartiment u ta' Kalaxlokk jesperjenzaw teknoloġija ġdida fil- mod ta' kif pajjiżna jkun jista' jilqa' għall-problemi kbar li għandu f'dak li huwa ppjanar ta' l-iżvilupp rurali.", "Nafu li matul il-medda tas-snin inqerdu ħafna ħitan tas-sejjieħ u l-impatt ġeoloġiku kiber b'mod allarmanti.", "Għalhekk bħala gvern ridna nagħmlu xi ħaġa malajr kemm jista' jkun.", "Konna qed naraw ukoll kif nagħmlu mudell ġdid biex il-ħaddiema tad- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, il-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- ambjent, il-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u ħaddiema oħra jkunu jafu liema hija l-aktar triq viabbli għar-riabilitazzjoni tal- pajsaġġ.", "Ħin minnhom il-ministru staqsa għaliex konna bdejna b'wied Qlejgħa u anke ried jagħti wieħed x'jifhem li jien kont bdejt mid-distrett tiegħi.", "Fil-fatt qal li kien imissna bdejna minn Ħad-Dingli.", "Jien m'inix perit bħalu u nitkellem b'ċerta ġenwinita` iżda nitkellem bil-loġika wkoll, Sur President.", "Lili l-parir li tawni l-esperti Taljani kien li ma kienx hemm biss il- problema tad-diżastru ġeoloġiku, idroloġiku u ekoloġiku li nafu bih imma kien hemm problema aktar serja li tista' twassal għal diżastru ħafna akbar.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar 40 sena, minħabba nuqqas ta' manutenzjoni u minħabba li waqgħu ħafna ħitan tas-sejjieħ u nġarret il-ħamrija, id-dams tant iddeterjoraw li jekk ikollna maltempata tajba, dawn jistgħu jċedu u fin-naħa ta' isfel ikollna katastrofi.", "Jista' ikun li l-ilma li jinġabar fiċ-Chadwick lakes jispiċċa l-Mosta u jasal anke sa Birkirkara u mbagħad addio l-alarm bell li għamel sieħbi l-Ministru Tonio Borg!", "GĦalhekk konna bdejna naħdmu fil-parti tal-Fiddien, li hija l-aktar parti sensittiva li tilqa' l-ilma li jkun ġej mill-widien li qed jirriferi għalihom il- ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jekk kelli parir ħażin jista` jinvestiga l- ministru u fil-winding-up tiegħu jgħidli jekk dak li qed ngħid huwiex minnu jew le.", "Imma nitolbu wkoll jispjegalna x'kienu r-raġunijiet li minkejja li hemm dawn il-problemi, għadu ma sar l-ebda xogħol fuq dan il-proġett.", "Pero' issa ħalli nkompli, Sur President.", "Sur President, peress li matul dawn il-ħames snin żviluppajna serer speċjalizzati, nixtieq nisma' mingħand il-ministru kemm se jinvestu l- industriji ta' l-inbid fil-micropropagation centre u f'dawn l-istess serer.", "(Interuzzjonijiet) Naħseb li ma nkunx żbaljat jekk ngħid li bħalissa l- ministru għandu support delettantesk u jrid jara kif jgħollih.", "Jekk beħsiebu jgħollih bis-Sur Victor Farrugia, nerġa' ngħidlu biex jikkonsidra din il-ħaġa bis-serjeta`għax dan jien ħdimt miegħu – fil-fatt dan huwa delettant ħafna tas-safar u konna qed naħsbu biex inżommuh bħala dak il- bniedem li jirrapporta lill-United Nations fuq xi settur partikolari – u sinċerament ngħidlu biex joqgħod attent minnu.", "Il-verita' hi li jekk se nibqgħu fl-għama u ma niġux ippreżentati b'xi rapporti li jiggarantixxu li l-bdiewa li jkabbru d-dwieli se jibqgħu jeżistu, aħna bir-raġun ngħidu li l-gvern għad m'għandux ħjiel tal-vitikoltura fil-gżejjer tagħna.", "Illum spjegajt li minbarra li qed isir żvilupp biex ngħollu l-kwalita` ta' l-għenba tal-girgentina u tal-ġellewża, hemm ukoll produzzjoni oħra biex l- industriji lokali jipproduċu l-pinot, ix-chardonnay, il-merlot u l-cabernet sauvignon.", "Dawn huma kollha inbejjed ta' kwalita` magħrufa, pero' bis- sħubija ta' Malta fl-Unjoni din is-sistema jkollha tinbidel minħabba t- tħaddim tas-CAP ta' l-Unjoni.", "Anke rridu nkunu ggwidati dwar x'se jkunu l- prezzijiet li qed jaspira għalihom il-gvern minħabba dawn il-bidliet u r- ruxxmata avviżi legali li se joħorġu ma' din il-liġi.", "Minn żmien għall- ieħor, jista' jkun hemm ċertu tibdil li jaffettwa ħażin u jġib fix-xejn is- sehem tal-bdiewa li jipproduċu d-dwieli għall-industrija ta' l-inbid.", "Għalhekk irid ikollna ħjiel ta' kif fis-snin li ġejjin il-ministru se jagħti garanzija għall-investiment li se jsir.", "Nerġa' ntenni li biex ngħollu u nilħqu ċertu livell ta' produzzjoni ta' l-inbid, irridu nagħmlu investiment ta' bejn Lm4 miljun u Lm5 miljun.", "Il-ministru qal li qed jagħmel studji fejn se jkunu l-artijiet li se niżviluppaw, pero' hawnhekk importanti li ngħid illi kieku l- amministrazzjoni Laburista baqgħet għaddejja, kieku dawn l-areas diġà ġew identifikati.", "Aħna diġa` konna bdejna nagħmlu ċerti laqgħat mal-bdiewa u niftehemu magħhom biex jgħinuna.", "Fil-fatt konna qed nistaqsuhom jekk jagħmilx sens li biex noħolqu aktar rispett bejn il-bdiewa full-time u dawk part-time, naslu f'arranġament biex bil-għan li l-investiment li jagħmel il- bidwi full-time ikompli jrendi, naraw liema huma dawk il-bdiewa li fil- prattika jipproduċu prodotti li jwaqqgħu s-saħħa tas-suq.", "Aħna konna qed nippruvaw inwasslu lill-bdiewa u lill-għaqdiet għal xi forma ta' ftehim biex minflok dawn jipproduċu pastard, patata jew kaboċċi, jibdew ikabbru d- dwieli, ovvjament b'xi forma ta' assistenza.", "Konna qed nagħmlu dan biex inżommu d-diskussjoni mal-bdiewa part-time u full-time attiva u ma jkunx hemm tgergir, pero' bir-rispett kollu din id-diskussjoni llum donnu li taret barra mit-tieqa.", "Hawnhekk nixtieq nitlob lill-ministru biex jinvestiga dak li qed jiġri fl- esportazzjoni tal-patata.", "Qed ngħid dan għax qed jirriżultali li hemm diffikultajiet kbar li s'issa għadhom ma ġewx solvuti.", "Per eżempju, jien informat li ċerti bdiewa li jesportaw għall-Ingilterra għan-nom ta' bdiewa oħra, għadhom ma tħallsux u qed jingħad li l-ministeru se jara kif jgħin biex ikun hemm xi forma ta' support.", "Qed ngħid dan lill-ministru mhux biex iweġibni issa imma biex jinvestiga sewwa ħalli qatt ma niġu interpretati li qed nagħmlu xi ħaġa biex infixklu l-pjani tal-gvern, kif iħobb jakkużana l- prim ministru, Sur President.", "Forsi l-ministru jista` jgħidilna wkoll kif qegħdin jikkalkolaw li fis- sentejn li ġejjin il-bdiewa se jkunu qed jinvestu Lm1.5 miljun u anke se jkun hemm back-up mill-banek.", "Tajjeb li ngħidu li rridu ngħollu l- istandards u ngħollu l-kwalita` u li m'għandniex nibqgħu delettanti, imma rridu nifhmu li jekk se niżmantellaw il-protezzjoni, il-ministru u l-gvern iridu jippreżentaw dokumenti ċari dwar il-mod ta' kif l-industrija u l- bdiewa se jkunu kompetittivi biex jegħlbu din l-isfida.", "Bil-paroli biss m'aħna se naslu mkien u wisq nibża' li s-settur tal-biedja se jinqered.", "Irridu niftakru li matul dawn l-aħħar 30 sena, waħda mill-affarijiet fundamentali li kattru l-progress tal-vitikoltura kienet il-protezzjoni u allura huwa importanti li naraw kif nistgħu nkunu kompetittivi anke meta nneħħu l-protezzjoni.", "Per eżempju, il-ministru qed jantiċipa li se jagħmel ċerta esportazzjoni meta jaf li l-produzzjoni ta' l-għeneb trid tkun marbuta ma' kwota.", "Fil- fatt aġenda 2000 tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni torbot il-produzzjoni ta' l-inbid ma' kwota.", "Allura jkun tajjeb li l-ministru jagħtina ħjiel ta' kemm se tkun din il-kwota, aktar u aktar meta nafu li l-Unjoni lesta tħallas lill-bdiewa ħalli ma jipproduċux iktar għeneb u jaqilbu mid-dwieli għal siġar oħra.", "Aħna qed ngħidu dawn l-affarijiet għax ma nistgħux nifhmu l-pjan tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-vitikoltura.", "Inħossu li aktar mill-kliem tal-ministru, għandhom jitqiegħdu dokumenti fuq il-Mejda tal- Kamra li saru matul l-1999 u l-2000 li fuqhom il-gvern irid jimxi fin- negozjati li se jagħmel għal sħubija fl-Unjoni.", "Il-viċi prim ministru qal li l-gvern għadu ma kkonsidrax l-impatt li se jkun hemm fuq is-soċjetà tagħna bil-politika agrarja komuni ta' l-Unjoni.", "Din hija marbuta mas-sistemi ta' tariffi u kwoti fuq provvista ta' ikel li pajjiżna diġa` jimporta minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Jidhirli li bejn l-1996 u s-sena 2000, pajjiżna ggwadanja 'l fuq minn Lm100 miljun f'sussidju fuq seba' sorsi ta' materja prima importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Skond rapporti ta' l-OECD, it-taxxi diretti jew indiretti li jħallsu l-konsumaturi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni fuq il-produzzjoni at farmgate level huma ta' euro 127.3 biljun, li jiġu medja ta' Lm400 għal kull household ta' l-Unjoni.", "Dan minbarra l-costs l-oħra involuti biex il- prodott jasal at the point of sale, inkluż il-VAT, li minbarra l-Irlanda u l-Ingilterra, tista' tgħid li l-pajjiżi membri huma suġġetti għaliha fuq il- varjetajiet kollha ta' l-ikel.", "Per eżempju, fid-Danimarka, il-VAT fuq il- prodotti kollha ta' l-ikel diġa` hija ta' 25%, pero' hemm diskussjoni għaddejja bejn il-pajjiżi membri biex din tiġi armonizzata u jkun hemm rata komuni fuq l-ikel għall-pajjiżi kollha.", "Mr Speaker, dawn ir-rapporti jistgħu jagħmlu bidliet fis-soċjeta` tagħna u allura ma nistgħux nibqgħu bla ħjiel kif il-gvern qed jaħseb li se jegħleb dawn id-diffikultajiet.", "Bi Svizzera fil-Mediterran, aħna mhux se nkunu qegħdin ningannaw lill-poplu u fil-fatt l-ewwel semmejt li 38 pajjiż għandhom 6,072 special safeguard provisions fuq prodotti agrikoli u 37 pajjiż ieħor għandhom 37 tariffa u kwota biex jipproteġu l-agrikoltura.", "Dan dejjem fi ħdan id-WTO, li ħadet post il-GATT.", "Qed ngħid dan biex nuri biċ-ċar li mhux veru li aħna m'għandniex fiduċja fis-settur, fil-bdiewa u fl-industriji kif jikkritikawna xi wħud.", "Aħna tant għandna fiduċja li dawn jistgħu jmorru aħjar, li rridu naraw li ma nkunux aħna li b'daqqa ta' giljottina nneħħulhom din il-kapaċita` li għandhom.", "Ta' min jgħid ukoll li mhux veru li b'politika ta' Svizzera fil-Mediterran se nneħħu l-protezzjoni tal-levies għas-settur tal-biedja.", "Aħna nemmnu li bil-protezzjoni, l-industrija tista` tkun flessibbli, l-istandards u l- kwalita` tal-prodott jogħlew u s-settur tal-vitikoltura jkun ekonomikament viabbli.", "L-investiment li jsir min-naħa tal-Gvernijiet Maltin, Laburisti jew Nazzjonalisti, taħt il-mudell ta' Svizzera fil-Mediterran, ikun jista' jrendi aktar mingħajr ma jżid severe stress.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il- ministru ma jafx x'jien ngħid b'dan, jista' jistaqsi lis-Sur Grech, lis-Sur Żammit u lis-Sur Zahra, li fir-rapport tagħhom kienu speċifikaw id- diffikultajiet kbar li se tiffaċċja l-agrikoltura tagħna.", "Quddiem dawn l- isfidi, kemm se jkunu viabbli il-costs of production?", "Il-gvern ta ħjiel li filwaqt li se jżarma l-levies, irid jagħmel investiment ta' Lm4 jew Lm5 miljun.", "Allura kif se nagħmlu biex inkunu aktar kompetittivi, inkabbru l- investiment u nneħħu minn quddiemna l-inċertezza li teżisti fil-qasam tal- biedja u ta' l-agro-industrija?", "Dwar dan jaqbel magħna kulmin huwa fil- mestjier u allura jagħmel ħafna sens li l-gvern igħidilna l-ikrah ukoll u mhux is-sabiħ biss!", "Mr Speaker, il-ministru għall-affarijiet barranin jiġi fil-parlament u jgħid li se jkollna ngħaddu minn ċerti tbatijiet - għalkemm ftit li xejn jgħidilna fejn wasalna - pero' s'issa għadu ma qalx liema huma l-aktar setturi li se jbatu.", "Li qed jgħid hu li se jagħti garanzija li ħadd mhu se jonqoslu d-dħul u li qed jagħti garanzija li l-ebda bidwi mhu se jitlef ix- xogħol tiegħu, anzi se jkollu iktar saħħa u iktar dħul.", "Pero' fl-istess ħin m'huwiex jgħid kif se jsir dan u allura aħna rridu naraw kif ma jkunx hemm dak li aħna qed naraw bħala l-qerda tas-settur tal-biedja.", "Qed ngħid dan għax matul is-snin sirna nafu li l-Unjoni, minħabba l-produzzjoni għolja li għandha, f'ċerti postijiet toffri sussidju biex ikun hemm aktar produzzjoni u f'postijiet oħra tikkontrolla l-produzzjoni għax ikun hemm produzzjoni għolja.", "Irridu naraw jekk għad-daqs tagħna, dawn il-bidliet humiex se jkunu cost- effective meta ninkwadrawhom f'dak li qed jgħid il-gvern biex inkunu konformi ma' dawn hekk imsejħa regoli tal-politika agrarja komuni ta' l- Unjoni.", "Aħna ninsistu li dawn l-affarijiet ikunu aktar spjegajti fil- winding-up għax ma nistgħux nemmnu lill-ministru meta jgħid li b'dan l- investiment li se nagħmlu, se nkunu ekonomikament viabbli.", "Meta nafu li l- costs tal-produzzjoni se jkunu ogħla u meta nafu li rridu nkunu aktar kompetittivi ma' dawk il-pajjiżi l-oħra li ilhom għexieren ta' snin suġġetti għall-politika agrarja komuni ta' l-Unjoni, ma nafx kif se nagħmlu biex naslu għal dak li qed jgħid il-ministru.", "Nixtieq insemmi wkoll li kelli okkażjoni li nipparteċipa f'konferenza dwar l-iżvilupp rurali organizzata mill-Kunsill ta' l-Ewropa, il-Parlament Ewropew u l-għaqdiet tal-bdiewa.", "Hemmhekk stajna naraw il-mod ta' kif pajjiżi 'l hinn minn xtutna jinsistu li jekk mhux se jkollhom il- protezzjoni ta' l-agrikoltura, ebda qasam tal-biedja m'hu se jkun sostenibbli.", "Ikun inutli li jiġu mħeġġa biex jagħmlu l-investiment u jingħataw is-sussidju jekk ma jkollhomx il-protezzjoni.", "Dan smajtu jien u anke semgħuh id-delegati li kienu qed jirrappreżentaw lin-naħa tal-gvern.", "Ta' min isemmi wkoll li Fischler iddikjara li mill-1995 'l hawn, l-Unjoni Ewropea żiedet l-arranġamenti speċjali ma' pajjiżi tar-reġjun tal- Mediterran.", "Dan ifisser li l-Unjoni hija favur dawn l-arranġamenti u tarahom bħala mudell kif tista' tkabbar il-ħbiberija mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran.", "Fischler qal ukoll li l-Unjoni tixtieq li dawk il-pajjiżi li għandhom association agreements magħha, jagħmlu agreement bejniethom fil-qasam tal- biedja.", "Qed ngħid dan il-punt biex nikkonferma dak li kont qed ngħid fid- diskors tiegħi rigward dawk il-pajjiżi li fil-qasam ta' l-agrikoltura għandhom special safeguard provisions.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nfakkru li b'riżultat ta' dan il-ftehim ta' assoċjazzjoni, it-Tuneżija ilha għal numru ta' snin tesporta ħut imkabbar fil-fish farms ̧ ovvjament bl-eżenzjoni mid- dazji li normalment timponi l-Unjoni Ewropea.", "Dan qed ngħidu biex nuri li minkejja li l-gvern Nazzjonalista joqgħod isemmi l-benefiċċji u s-sussidji kbar li se tgawdi Malta, dan qatt ma kien kapaċi jġib eżenzjoni waħda.", "Il- fatt hu li pajjiżi oħra kandidati biex jissieħbu fl-Unjoni qed jagħmluha ċara ̧ anke mad-WTO, x'inhi l-pożizzjoni tagħhom, xi ħaġa li Malta la għamlitha qabel Ottubru ta' l-1996 u lanqas mill-5 ta' Settembru 'l hawn.", "Għalhekk aħna nemmnu li wasal iż-żmien li jkollna hands-on ta' l- affarijiet, Sur President.", "Il-ministru forsi bir-raġun jgħidli li lanqas fi żmieni ma saret prova ta' produzzjoni agrikola organika, imma jiddispjaċini jekk mhux qed jirrikonoxxi li konna qed inrawmu tekniċi fid-dipartiment biex ikunu f'livell ma' din it-tip ta' bidla fil-produzzjoni sostenibbli ta' agrikola organika.", "Fil-fatt f'din il-biċċa xogħol kienu daħlu s-settur privat u kien anke daħlu ċerti bdiewa, pero' il-ministru jrid jiftakar li dalwaqt se jagħlaq tliet snin fil-poter u allura ma jagħmilx sens li għal ħafna mistoqsijiet parlamentari li nagħmillu, iweġibni li se jagħtini risposta f'seduta oħra meta ż-żmien qed jagħfas u issa jrid jgħaddi għall-fatti!", "Mr Speaker, jien nixtieq nagħlaq b'dan il-punt.", "Huwa fatt li nies fil-mestjier tal-biedja qed iħossuhom inċerti dwar il- futur tagħhom u qed iħossu li l-gvern s'issa tkellem b'mod vag u ħeba l- problemi li se jolqtu lil dan is-settur.", "Għalhekk il-ministru m'għandux ikompli jiskarta dak li qed jgħidu n-nies.", "Infakkru li anke ċerti kritiċi ta' pajjiżi oħra qalu li l-gvern ftit li xejn kellu policy matul dawn it- tliet snin fil-qasam tal-biedja u fil-qasam ta' l-iżvilupp rurali.", "Jekk il- gvern mhux se jagħti lill-ministru l-flus li għandu bżonn biex imexxi l- policy u l-qasam ta' l-agrikoltura, għandu jgħid kemm huwa l-finanzjament li jirrikjedi biex iġib 'il quddiem u jassigura l-għajxien tal-bdiewa u tas- sajjieda.", "Jien informat li anke rigward l-industrija taċ-ċanga, il-policy li kellu jintroduċi f'Jannar ma ntroduċihiex u reġa' hemm xi Lm300,000 pagamenti pendenti.", "Dejjem jgħidu li se jsibu sistema ġdida u m'hemm xejn ħlief raħħala u bejjiegħa privati jistennew li jitħallsu għal-laħam li jkunu qatlu fil-biċċerija!", "L-industrija tal-biedja trid tinvesti miljuni ta' liri biex tkun konformi mal-politika tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, pero' lilna jgħidulna li peress li l-NPAA jgħid li l-biedja fis-settur mhux se tkun viabbli, aħna ma nistgħux nilħqu t-targets tagħna għaliex 88% tas-sussidji ta' l-Unjoni jmorru għal dawn il-prodotti li minħabba d-daqs ta' pajjiżna ma nistgħux inkabbru.", "Hemmhekk nibdew nifhmu xi jkun qed ifisser il-ministru meta jgħid li se jieħu l-voti tal-less favoured areas.", "Safejn naf jien ̧ jekk mhux se nieħdu minn dawn il-voti biex inżidu l-produzzjoni tagħhom, ma nistax nifhem l-argument li qed jagħmel il-ministru li rridu ninvestu biex nipproduċu aktar.", "Naħseb li dan l-argument għandu jkun spjegat għaliex nafu li ħafna mis-sussidji ta' l-agrikoltura jmorru għall-oqsma li huma marbuta mad-daqs ġeografiku ta' Malta li qatt ma jista' jkun li nieħdu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ir-regolamenti tal-Kamra jgħidu li jrid ikun hawn 15-il membru preżenti u għaldaqstant qed ngħajjat quorum, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għall-quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fil-11.42 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, għandna quddiemna abbozz ta' liġi li jittratta prinċiparjament l-industrija tal-vitikoltura - jew it-tkabbir tad- dwieli - u l-enoloġija, jew aħjar il-mod kif isir l-inbid.", "Il-fatt li qegħdin ngħaddu numru ta' liġijiet hekk imsejħa tekniċi, juri l-impenn ta' dan il-gvern li jkollna state of the art fl-oqsma differenti biex nimmodernizzaw il-pajjiż.", "Ħafna drabi nisimgħu li dawn il-liġijiet qegħdin jiddaħħlu minħabba li Malta applikat biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, pero` irrispettivament minn dan il-fatt, naħseb li dan kollu jirrifletti tajjeb fuq il-gvern li qiegħed jara li s-setturi kollha jkollhom il-qafas leġislattiv meħtieġ.", "Naturalment jien xtaqt nikkummenta fuq dak li smajt dalgħodu mill-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq dan is-suġġett, Sur President.", "Ovvjament mill-perspettiva ta' kif jifhmu l-affarijiet sħabna tan-naħa l- oħra - u wieħed għandu jirrispetta dik il-pożizzjoni – l-oppożizzjoni tara li dan il-proċess li pajjiżna diġa` għaddej minnu se jġibilna diżastru sħiħ, meta għall-kuntrarju huwa ferm diffiċli għalina ta' din in-naħa li nifhmu eżattament dan il-kunċett ta' Svizzera fil-Mediterran li jssemmu ta' l-oppożizzjoni.", "Fl-idea tiegħi dan m'hu xejn ħlief slogan bħala alternattiva għall-pożizzjoni li qed jadotta l-Partit Nazzjonalista.", "Il- verita` hi li din il-liġi se tkun qed tagħmel, biex ngħid hekk, stocktaking b'mod professjonali u xjentifiku għax fost affarijiet oħrajn jissemmew id- DNA studies, jiġifieri l-istudju fuq il-genetika tad-dwieli.", "Il-ġenetika tirrifletti s-saħħa, il-mard u l-potenzjal tad-dwieli li jipproduċu għeneb ta' natura differenti.", "Kif qal il-ministru, il-qafas ta' dan il-liġi jipprovdi l-istudji avvanzati li għandhom isiru f'dan il-qasam.", "Din hija xjenza u mhux xi ħaġa li jista' jagħmilha dilettant.", "Tajjeb li ngħollu l-livell ta' l-industrija li għandna għax il-klima Mediterranja hija tajba għall-produzzjoni ta' dan il- prodott.", "Naturalment mhux fatturi klimatiċi biss jaffettwaw il-prodott finali li wieħed ikun qiegħed ifittex imma anke dik li tissejaħ microclimate.", "Jien ċert li bl-avvanzi li saru fuq id-DNA, wieħed jista' jsib prodott li jkun uniku għar-reġjun u żgħir kemm hu żgħir pajjiżna, dan aħna nistgħu nagħmluh.", "Mr Speaker, jien ukoll kont preżenti għall-aħħar laqgħa li saret bejn il- Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea.", "GĦadd ta' pajjiżi u osservaturi minn madwar il-Mediterran, b'eċċezzjoni ta' żewġ pajjiżi, iddiskutew għal jumejn sħaħ l-agrikoltura.", "GĦalkemm attendejt għall-istess konferenza, il- konklużjonijiet tiegħi huma differenti minn dawk li wasal għalihom il- kollega tiegħi.", "Pajjiżna għandu futur u anke l-agrikoltura għandha futur fl- Unjoni.", "Fil-fatt l-ewwel punt li qal Fischler huwa importanti ħafna imma ma rridux neħduh out of context.", "Fischler beda jitkellem fuq l-importanza li l-pajjiżi li għandhom association agreement ma' l-Unjoni - kien qed jirriferi għall-Algerija, għat-Tuneżija, għall-Marokk u għall-Eġittu – jilħqu ftehem bilaterali bejniethom.", "Fischler qal kemm huwa importanti li dawn ikomplu jkabbru u jkattru l-koperazzjoni.", "Tkellimna ħafna fuq ir-relazzjoni li hemm bejn il-paċi u l-agrikoltura, fis-sens li minħabba li l-agrikoltura taffettwa l-art li naħdmu, l-ilma u l-affarijiet oħra li jistgħu jkunu ta' konflitt – hawnhekk nista' nsemmi Ċipru, li parti minnha hija maħkuma mit-Torok, insemmi l-Palestina u Iżrael u diveri postijiet oħra – din tista' tkun okkażjoni li ġġib il-paċi.", "Pero` il-ħabib tiegħi jrid jammetti li d-diskors li għamel Fischler kien ċar.", "GĦall-membri ta' l-Unjoni hemm regoli u benefiċċji u min hu barra jrid jara kif iġib l-aħjar kondizzjonijiet.", "Fil-fatt hemm din id- differenza u dan huwa punt importanti ħafna.", "Wieħed jista' jikkritika t- trattati li għandha Malta bħalissa, imma ċertament huwa d-dover ta' kull gvern li jġib l-aħjar sitwazzjoni għal pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa ċar li sħubija sħiħa fl-Unjoni tagħmel id-differenza kollha.", "Sur President, kelli diversi okkażjonijiet li nżur family industries li jinvolvu small enterprises, fejn x'aktarx li l-familja kollha tkun involuta fix-xogħol.", "Dawn jeżistu f'pajjiżi li qegħdin jaspiraw li xi darba jkunu fl-Unjoni, bħal fil-każ ta' Ċipru, li għandu ħafna tixbiħat ma' Malta u anke għandu ħafna nbejjed partikolari.", "Per eżempju ̧ jien kont impressjonat bix-xagħri tal-Kroazja, li kważi huwa blat u jużawh biex jagħmlu d-dwieli.", "Dawn jirnexxilhom joħorġu prodott li fuqu jkollu l-marka u t-timbru li jkun ġej minn dak il-post partikolari.", "Nafu kemm prodott bħal dan huwa mfittex mit-turisti.", "Dan huwa l-iskop tagħna u din il-liġi qed tipprovdi l-qafas li hemm bżonn.", "Il-ministru semma l-Portugal u ċertament li l-Porto wines huma magħrufin mad-dinja kollha.", "Pajjiż ieħor li qiegħed fuq il-fruntiera ta' l-Ewropa huwa l-Georgia, li rnexxielu jkollu sehem f'dan il-qasam u qed joffri prodott tajjeb.", "Żgħir kemm huwa żgħir, pajjiżna għandu futur f'dan il-qasam għax nafu li għandna nies kapaċi biżżejjed biex il-potenzjal li għandna ngawdu minnu wkoll.", "Għalhekk huwa importanti li wara li tgħaddi din il-liġi minn dan il- parlament, inkunu nafu x'inhuma d-dmirjiet tagħna.", "Nafu kemm hawn dwieli li jikbru b'mod selvaġġ u għalhekk irridu noqgħodu attenti mit-tixrid tal- mard billi nikkontrollaw il-genes.", "Għalhekk naħseb li din il-Kamra għandha tapprova din il-liġi li tagħti l-għodda lil min irid jaħdem f'dan il-qasam biex ikollu futur fil-vitikoltura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin u għaldaqstant insejjaħ lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa ̧ 27 ta' Ġunju, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, din hija l-aħħar okkażjoni li nista' nieħu aġġornament matul dan ix-xahar u allura għażilt dan l- aġġornament biex ngħid li fl-aħħar tax-xahar se jirtira mis-servizz iċ- chief executive ta' l-awtorità tat-turiżmu.", "Jien jidhirli li huwa xieraq li l-ħidma ta' dan il-bniedem tiġi rikonoxxuta wkoll f'din il-Kamra.", "Il- Maġġur Alfred Cassar Reynaud se jirtira kważi wara 14-il sena servizz.", "Irrid ngħid li dan il-bniedem mexxa b'għaqal kbir, b'impenn totali ̧ b'ġustizzja u b'mod mill-aktar effettiv l-organizzazzjonijiet li ġew fdati għat-tmexxija tiegħu.", "Jien li kelli l-opportunità u x-xorti li naħdem miegħu għal għaxar snin minn dawn l-14-il sena, nista' ngħid li matul dan iż-żmien dan il-bniedem bena organizzazzjoni.", "Fil-fatt mill-NTO għaddejna għall-MTA u dan grazzi għax-xogħol tal-Maġġur Cassar Reynaud li daħħal kultura ta' servizz, fis-sens li l-organizzazzjoni bdiet tħares b'mod pro- attiv u mhux sempliċement tirreaġġixxi għal dak li kien qed jiġri.", "Dalgħodu b'kumbinazzjoni, fil-gażżetta \"The Malta Independent, xi ħadd kiteb dwar il-fatt li f'dan il-pajjiż għadna ngħaddu bil-half-days.", "Jien niftakar li għall-bidu tas-snin disgħin ma stajtx nifhem kif industrija bħal din li s-saħħa tagħha tidher l-aktar fis-sajf, tista` organizzattivament u amministrattivament tagħlaq il-bibien tagħha fis-1.30 p.m. Għalhekk flimkien konna daħħalna sistema ġdida biex fl-awtorità tat- turiżmu dejjem ikun hemm xi ħadd u dak li jkun jinqeda xorta fix-xhur tas- sajf.", "Il-Maġġur Cassar Reynaud għamel dan kollu mingħajr ħafna tnabar u ħalla r-riżultati jixhdu l-ħidma tiegħu u anke ta' min ħadem miegħu.", "Dan mhuwiex rikonoxxut minn biss imma huwa rikonoxxut ukoll mis-suċċessuri tiegħi, Dr Psaila Savona u l-Perit Karmenu Vella, għax il-Maġġur kellu rwol importanti f'kulma ġara f'dawk iż-żmenijiet.", "Min kellu x'jaqsam ma' l- awtorità, żgur li ra fil-Maġġur Cassar Reynaud leadership qualities li ftit jistgħu jiġu ppareġġjati.", "Jien nemmen li bl-irtirar tal-Maġġur Cassar Reynaud, is-settur pubbliku se jġarrab telfa għax dan kien iħares 'il quddiem.", "Fil-fatt diġà ra min seta' jidħol biex ikompli x-xogħol li beda.", "Jien konvint li s-suċċessur tiegħu li ġie magħżul, is-Sur Leslie Vella, jagħmel suċċess daqskemm għamel il-Maġġur Alfred Cassar Reynaud, bniedem li ta eżempju ta' lealtà u serva taħt tliet gvernijiet u taħt tliet ministri differenti.", "Jien konvint – dan nafu wkoll għax qaluhuli kemm il- Perit Karmenu Vella kif ukoll Dr. Joe Psaila Savona - li magħhom dan qeda dmiru mija fil-mija wkoll.", "Il-Maġġur Cassar Reynaud wasal fi tmiem il- karriera tiegħu u naħseb li għandu s-sodisfazzjon li matul dawn is-snin ra t-turiżmu jagħmel avvanzi kbar.", "Ovvjament hu kien strumentali u ta l- kontribut tiegħu għal dawn l-avvanzi.", "Għalhekk jien nixtieq nirringrazzjah ta' dak kollu li għamel u nawguralu irtirar - jekk jaf xi jfisser irtirar - b'inqas stress imma ċertament b'sodisfazzjon.", "Naħseb li bħalissa qed nesprimi x-xewqat tal-membri kollha ta' din il-Kamra, Sur President.", "Sur President, qabel ma jibdew jinbtu l-opinjonijiet, it-tbassir u l- impressjonijiet – kellna minnhom il-Ħadd li għadda f'ċerti gazzetti - naħseb li huwa importanti li naraw, mingħajr logħob ta' ċifri, x'qed tgħid l-istatistika.", "Jien m'iniex se noqgħod fuq l- impressjonijiet tiegħi u fuq dak li jgħidu lili imma noqgħod biss fuq dak li huwa ppubblikat.", "Per eżempju ̧ skond l-aħħar statistika li twassal sa April, għal dak li għandu x'jaqsam il-volum ta' turisti jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta' madwar 20,000 mill-Ġermanija u l-Libja, pero' jirriżulta wkoll li kien hemm żidiet mill-Ingilterra, mill-Italja, minn Franza, mill-Iskandinavja u mir-Russja, li kważi jagħmlu tajjeb għat-telf imġarrab mis-suq Ġermaniż u dak Libjan.", "Irrid ngħid li matul din is-sena, apparagun mas-sena 2000 li kienet sena record, kien hawn ftit inqas turisti pero' ċertament kien hawn ħafna aktar turisti apparagun mas-sena 1998, li tant jagħmlu frattarija biha sħabna tan- naħa l-oħra.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm il-volum huwa ftit inqas milli kien is-sena li għaddiet, jien nerġa' ngħid li kienet sena record għax jirriżulta li t-turisti qed idumu aktar hawn Malta, u dan huwa ta' sodisfazzjon għal-lukandiera, għal tar-restaurants u għal kulmin qiegħed fil-qasam tat-turiżmu.", "Tant hu hekk li apparagun mas-sena li għaddiet, it- turisti damu Malta 200,000 jum aktar komplessivament.", "Fil-fatt it-tul tal- btala żdied minn ftit iktar minn tmint ijiem għal kważi disat ijiem.", "Dan joħroġ minn statistika tat-12 ta' Ġunju tan-national office of statistics, jiġifieri dawn ċifri uffiċjali.", "Il-Malta hotels and restaurants association, fl-aħħar rapport tagħha mtella` minn Deloitte & Touche, tgħid li n-nuqqas ta' turisti mill-Ġermanja affettwa ħażin il-lukandi 4-star, pero' ż-żidiet mis-swieq l-oħra tejbu l- qagħda tal-lukandi 5-star u 3-star.", "Pero' jekk nerġgħu nħarsu wkoll lejn x'qed tgħid l-istatistika uffiċjali, insibu li l-occupancy levels tal- lukandi kollha, f'kull kategorija, ta' kull complex u ta' kull post fejn joqogħdu t-turisti, żdiedet u f'ċerti kategoriji żdiedet sostanzjalment.", "Sur President, bi pjaċir nixtieq inħabbar – din hija xi ħaġa li għadha ħierġa llum jew se toħroġ għada - li l-qligħ mit-turiżmu fl-ewwel tliet xhur żdied għal ftit aktar minn 10% apparagun mas-sena li għaddiet.", "Apparti minn hekk, l-aħħar statistika ta' l-impjiegi turi li minn sena 'l hawn – eżattament minn Marzu sa Marzu - żdiedu 450 impjieg fil-lukandi u ristoranti.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares ftit lejn iż-żidiet li hemm fis- settur terzjarju jsib li l-industrija tat-turiżmu xprunat iż-żidiet ta' l- impjiegi.", "L-MHRA qalet ukoll li matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, il-lukandi daħħlu aktar flus mill-istess perijodu tas-sena li għaddiet u b'hekk naqqsu t-telf tradizzjonali – biex nuża espressjoni li jużaw huma - li jġarrbu fix-xhur tax-xitwa.", "L-MHRA tgħid li l-performance f'Mejju u f'Ġunju u l- bookings għal-Lulju kważi baqgħu l-istess bħas-sena li għaddiet.", "Ovvjament hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar actuals imma qed nitkellmu dwar il-futur u meta joħorġu r-riżultati naraw bl-aktar eżattezza x'kienet is-sitwazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, se jkollna sajf bħas-sena li għaddiet, li żgur ma kienx sajf ħażin.", "Għalkemm sa l-aħħar ta' Ottubru hemm xi telf ta' turisti mis- suq Ġermaniż - minħabba l-problema li kulħadd jaf biha li l-Frosch naqset il-programm tagħha li huwa xi 60,000 ruħ, u hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar li l-Frosch żammet nofs il-programm f'Malta u neħħietu minn ħafna postijiet oħra - jien ninsab informat li fix-xitwa, speċjalment minn Novembru 'l quddiem, is-suq Ġermaniż għandu jirpilja u nittamaw li jkompli bix-xejra pożittiva matul is-sena 2002.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni wkoll biex inwieġeb għal xi kummenti li saru f'din il-Kamra l-bieraħ u l-bieraħt lura.", "L-ewwelnett l-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem dwar ix-xogħlijiet li qed isiru f'Tower Road u qal li dawn qed jikkawżaw ħafna lmenti mil-lukandiera.", "Qal ukoll li dan huwa ksur tal- policy tal-gvern li ma jsirux xogħlijiet fis-sajf.", "L-ewwel ħaġa kulħadd għandu jiftakar li l-policy tal-gvern tgħid li ma jsirux xogħlijiet f'Lulju, Awissu u Settembru u mhux fix-xhur tas-sajf u għalhekk sal-lum dan ix-xogħol huwa permess li jsir.", "Dwar xogħlijiet oħra li qed isiru f'San Ġiljan u postijiet oħra, jien informat li x-xogħol se jingħalaq - hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħol ta' kostruzzjoni u mhux fuq xogħol ta' soft furnishings - u ovvjament dak huwa pprojbit u mhux se jitkompla.", "Tant hu hekk li x-xogħol f'Tower Road se jieqaf fil-kantuniera u fil-fatt dalgħodu lestew ix-xogħol.", "Infakkar ukoll li min qed jitkaża llum għandu għax jaqa' fil-każa għaliex tajjeb li wieħed jgħid li l-Partit Laburista fil-gvern, f'dawn il-famużi 22 xahar li jiftaħru bihom, din il-policy kienu rmewha l-baħar u x-xogħol kollu f'Buġibba u l-Qawra kienu għamluh fis-sajf, xogħol li kien ġab ilmenti kbar minn ħafna Ġermaniżi li kien hawn f'dawk iż-żmenijiet.", "Dan mhux qed nitkellem fuq 20 jew 30 sena ilu imma fuq erba` snin ilu!", "L- inqas ħaġa li nistenna hija li min jikkritika ma jsemmix l-affarijiet li fi żmienu lanqas biss kien jaqbel magħhom.", "Ladarba dawn kienu għażlu li jneħħu l-policy jew li ma jinforzawhiex, lanqas li nistenna hija kritika bħal din.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hija dwar is-sinjali tat-tinġis fil-bajjiet.", "Il-bieraħ fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari qamet din il-kwestjoni u għalhekk se nipprova nippreċiża.", "Ir-responsabbiltà tat-twaħħil ta' avviżi mal-bajjiet f'każ ta' tinġis la huwa tal-ministeru ta' l-ambjent, la huwa tat-tourism authority u lanqas huwa tal-ministeru tat-turiżmu imma huwa ta' waħda mit-taqsimiet tal-ministeru tas-saħħa.", "Irrid ngħid li mhu veru xejn li kien hemm xi diżgwid jew nuqqas ta' qbil bejn it-tourism authority u d-dipartiment tas-saħħa dwar min għandu jwaħħal dawn l-affarijiet.", "Jien rajthom il-pantomini li għamlu ta' \"l-orizzont\" li ħarġu b'din il-qlajja li belgħuha wkoll ta' l-Alternattiva Demokratika u oħrajn.", "Forsi n- nuqqas li kien hemm huwa li d-dipartiment tas-saħħa u t-tourism authority ma ħarġux stqarrijiet jew ma nformawx lil ta' \"l-orizzont\".", "Jien naf li ta' \"l-orizzont\" lanqas ikkuntatjaw lill-MTA ̧ basta ħarġu l-istorja.", "Fil- fatt ma kienx hemm diżgwid u l-avvizi se jitwaħħlu mid-dipartiment tas- saħħa.", "Pero' l-importanti għalina mhux min għandu jwaħħal l-avviżi imma li jekk hemm periklu għas-saħħa, għandhom jitwaħħlu l-avviżi.", "Infakkar ukoll li qatt ma twaħħlu avviżi għal dak li għandu x'jaqsam ma' għawm fil-portijiet.", "Id-dipartiment tas-saħħa u kulħadd f'dan il-pajjiż jaf jew almenu għandu jippreżumi li la l-barranin u lanqas il-Maltin m'għandhom imorru jgħumu fil-portijiet.", "Jien ma naf bl-ebda port fid-dinja fejn jagħmlu s-sinjali biex ma jgħumux in-nies!", "Is-sinjali għandhom isiru meta jkun hemm xi partijiet mill-kosta fejn imorru n-nies biex jgħumu u jkun hemm t-tinġis.", "Allura meta aħna qed nitkellmu fuq dik il-lista twila li ssemmiet mill-health division tal-ministeru tas-saħħa, aħna rridu naraw kemm minnhom huma portijiet u kemm minnhom huma postijiet fejn hemm outfalls.", "Per eżempju, fil-bajja ta' San Ġiljan ħadd ma jgħum mill-menqa 'l ġewwa għaliex kulħadd jaf li hemmhekk isorġu d-dgħajjes u jkun hemm id-diesel.", "Pero' mill-menqa 'l barra, fejn hemm il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan u fejn hemm il-parti tal-Cavalieri Hotel, hemmhekk dejjem jgħumu n-nies u jekk fl-imgħoddi kien hemm xi problema, dejjem inħareġ avviż mill-ministeru tas-saħħa biex hemmhekk ma jmorrux nies jgħumu.", "Pero' issa qed nagħmlu plejtu fuq affarijiet fejn ma jmorrux jgħumu n-nies għax fejn imorru n-nies jgħumu jien ninsisti aktar minn ħaddieħor biex isiru l-avviżi.", "Jien naf xi jfisser meta turist imur lura f'pajjiżu b'xi marda riżultat ta' tinġis.", "L-effett ma jkunx rifless biss fuq il-post fejn ikun mar igħum imma fuq Malta kollha għax aħna pajjiż ċkejken.", "Għalhekk jien ninsisti li fejn ikun hemm tinġis għandhom jitwaħħlu l-avviżi u dawn m'għandhomx jinqalgħu min-nies jew minn dawk li jbigħu l-affarijiet għax sfortunatament dawn l- affarijiet jiġru wkoll.", "Nixtieq nappella wkoll għall-bonsens kemm tal-membri ta' din il-Kamra, kemm tal-membri ta' l-istampa kif ukoll tad-dipartimenti konċernati li jkunu minn ta' quddiem u jgħidu li qatt ma jagħmlu avviżi bħal dawn fil- portijiet imma dawn jagħmluhom biss fejn normalment jgħumu n-nies.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, bħal dan iż-żmien sena kien hawn kampanja permezz tal-media dwar il-vapurett \"Aurora\", immexxi mid-Dott.", "Rebecca Gomberts, biex tippromwovi l-abort abbord l-istess vapur barra l- ibħra territorjali, partikolarment tal-pajjiżi madwar il-Mediterran u anke tan-naħa ta' fuq ta' l-Ewropa.", "Fil-fatt kienu qamu diversi xnigħat li dan il-vapur kien ġej Malta wkoll, pero' mill-ewwel kienet qamet għagħa kontra din il-proposta tad-dottoressa.", "Jien ma nistax ma nikkundannax dan l-att għax għalija din id-dottoressa hija persona non grata għaliex għalkemm il-liġijiet ta' Malta jgħidu li l- abort m'huwiex ikkonsidrat bħala actual murder - skond ma ġie rrapportat li qal il-kummissarju tal-pulizija - għalina l-insara dan huwa qtil.", "Fil- fatt meta tagħmel abort tkun qed toqtol xi ħaġa ħajja għax mal-konċepiment tidħol ukoll ir-ruħ u meta toħroġ ir-ruħ tispiċċa l-ħajja.", "Din id- dottoressa qed tagħmel l-akbar enfasi fuq l-Irlanda u fuq Malta għax taf li aħna l-uniċi żewġ pajjiżi fl-Ewropa fejn l-abort mhuwiex legalizzat.", "Pero' aħna ngħidulha lil din is-sinjura li m'għandhiex għalfejn tersaq 'il hawnhekk għax jekk tipprova tidħol hawnhekk, se ssibna minn ta' quddiem biex nimblokkaw il-portijiet.", "Dan l-aħħar sirna nafu li hemm madwar 6,000 mara mill-Irlanda li marru jagħmlu l-abort f'pajjiżi oħra fejn dan huwa llegalizzat.", "Anke fil-każ tagħna, fil-gazzetti dehru rapporti li jgħidu li huwa kkalkolat li f'dawn l- aħħar ħames snin, 300 persuna minn pajjiżna marru jagħmlu l-abort barra minn Malta.", "Dan joħroġ minn statistika li toħroġ mill-Ingilterra għax sfortunatament statistika simili mill-Italja m'għandniex.", "Biss nafu li hawn Malta kellna 70 każ fejn tfajliet li kienu għadhom qed jattendu l-iskola ħarġu tqal.", "Ovvjament din mhijiex xi ħaġa sabiħa, pero' jien nammira lil dawk li jagħżlu li jżommu t-tarbija tagħhom, anke jekk ikollhom pressjoni sħiħa biex ineħħu t-tarbija.", "Importanti li f'każi bħal dawn nagħtu s-support tagħna għax wara kollox ħadd ma jista' jitkaża b'ħadd u kulħadd huwa suġġett għall-iżball.", "Iva, nammira ħafna lil dawk il- ġenituri li uliedhom joħroġu tqal qabel iż-żmien li mhux talli ma jġiegħluhomx jagħmlu abort, talli jinkoraġġuhom biex iżommu t-tarbija.", "Jien nappella lit-tobba tagħna biex iżommu l-valuri tagħhom.", "Bħal dan iż- żmien sena, il-MAM kienet ħarġet stqarrija biex tinkoraġġixxi lit-tobba membri tagħha - u anke dawk li m'humiex - ħalli ma jirrikkmandawx lit- tfajliet u lin-nisa tagħna li ma jkunux iridu t-tqala jirrikorru għall- abort.", "It-tobba għandhom id-dover li jħajru lil dawn in-nisa jimxu skond il-kuxjenza tagħhom biex f'pajjiżna ma jkollniex it-traġedja li jidħol l- abort.", "Sur President, mingħalija li kellu jitwaqqaf il-pro-life movement.", "Dan huwa importanti u jien lest li noffri s-servizz tiegħi wkoll - nispera li jkun hawn membri oħra ta' din il-Kamra li jagħmlu l-istess – biex naħdmu kollha kemm aħna ħalli l-ħajja nippreservawha u nirrispettawha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "OPM – DONAZZJONIJIET", "26650.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 25338, jista' il-Prim Ministru jagħti lill- Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku, u anke sabiex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' l-għoti ta' donazzjonijiet, jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l- proċeduri li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Il-Prim Ministru ma jħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti, peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 25812.", "TAS-SLIEMA - XOGĦLIJIET", "26652.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex ix-xogħol fi Triq Parisio u Triq Savona f'Tas-Sliema jitħaffef, peress li d-dewmien qed jikkawża trabijiet li qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol li seta` isir fi Triq Parisio u fi Triq il-Savona tlesta.", "Parti minn Triq Savona ma setgħetx tiġi asfaltata għaliex għadha mhijiex żviluppata.", "AMBJENT – OVERTIME MILL-IMPJEGATI", "26653.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mpjegati li qegħdin jagħmlu diversi xogħlijiet, fosthom xogħol ta' toroq, ilhom xhur sħaħ ma jitħallsu ta' l- overtime?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li m'hemmx ħaddiema li ilhom xhur sħaħ ma jitħallsu ta' l-overtime.", "Forsi jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku nkun nista` ninvestiga.", "IMPATT TAL-VAT FUQ L-ISKEJJEL", "26683.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26567, jista' il-Ministru jgħid kemm-il VAT affetwat kull skola?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li ma nistax nagħti informazzjoni fuq taxpayers partikolari!", "WSC/ENEMALTA – IMPJEGATI ĠODDA", "26685.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26575 u jgħid mill- elezzjoni ġenerali 'l hawn kemm ġew ingaġġati nies mad-WSC u ma' l- Enemalta?", "Kemm spiċċaw nies minn dawn il-korporazzjonijiet?", "Dawk li ġew ingaġġati, f'liema grad ġew ingaġġati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li minn Settembru 1998 sal-lum ġew ingaġġati 67 ruħ mal-korporazzjoni Enemalta u 16 mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma, iżda fl-istess perjodu temmew l-impjieg tagħhom minn mal-korporazzjoni Enemalta 138 ruħ u 81 oħra minn mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma.", "It-83 persuna li ġew ingaġġati maż-żewġ korporazzjonijiet daħlu fi gradi maniġerjali, tekniċi, klerikali u industrijali.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI ĠODDA", "26689.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26576 u jgħid kemm daħlu nies fis- servizz pubbliku u kemm daħlu nies fl-armata mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn?", "Meta ddaħħlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE – NEFQA FUQ STUDJI", "26690.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa totali u individwali li saret fuq l-istudji kollha li ġew ikkummissjonati dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm fil-każ ta' dawk l-istudji li ġew ippubblikati kif ukoll fil-każ ta' dawk li l-gvern għażel li jżomm mistura għar-raġunijiet tiegħu?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CONTRIBUTION TO SINKING FUNDS", "26693.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jagħti dettalji dwar il-contribution to sinking funds li hemm fil- public finance figures li għadhom kemm ġew ippubblikati għal Jannar/Mejju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "MDC - PROĠETTI", "26695.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'monitoring isir min-naħa ta' l-MDC biex jiġi żgurat li proġetti approvati jilħqu l-manpower levels li abbażi tagħhom tkun ħarġet l-approvazzjoni tal-proġett?", "Kemm hemm industriji tal- manifattura li bħalissa qed joperaw taħt il-manning levels li kienu ġew miftehma ma' l-MDC meta kien ġie approvat il-proġett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li meta l-korporazzjoni għall- iżvilupp ta' Malta tapprova proġett, dan isir abbażi ta' diversi kriterji, fosthom l-investiment li jkun ser isir mill-kumpannija, swieq, teknoloġija u naturalment l-impjiegi li jiġu iġġenerati.", "Għaldaqstant il-korporazzjoni ma tagħmilx monitoring tal-kumpanniji għall-manpower levels biss iżda għall- kriterji kollha li fuqhom ikun approvat il-proġett.", "Minn dan il-monitoring li tagħmel il-korporazzjoni, jirriżulta li hemm madwar 20 kumpannija li mhux qegħdin jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-kriterji msemmija u qed jittieħdu passi biex fejn hu possibbli, dawn jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom jew inkella jinstabu soluzzjonijiet oħra.", "WSC - STOREOFFICERS – EŻAMI", "26741.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-eżami għal store officers li sar mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma xi żmien ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li r-riżultat ta' l-eżami għal store officers mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ġie ppubblikat fit-23 ta' Mejju ta' din is-sena.", "WSC – TELEMETRY", "26742.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-sistema tat-telemetrija stallata fil-ġibjun mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma hix qed tiffunzjona tajjeb?", "Jekk fl-affermattiv, x'azzjoni qiegħda tittieħed biex din is-sistema tittranġa?", "Min istalla din is-sistema?", "Kemm ġiet tiswa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ L-IMDINA", "26743.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ingħalqet Triq l-Imdina, Ħaż- Żebbuġ nhar il-Ħadd 10 ta' Ġunju, 2001 fil-festa ta' San Filep meta din it- triq hi waħda arterjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-triq ingħalqet temporanjament bħala prekawzjoni għal waqt il-ħruq tan-nar.", "MITTS – COMPUTER UPGRADE FIL-QORTI", "26750.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux veru li waqt li impjegat tal-MITTS kien qed jaħdem fuq xi files tal-qorti, daħal f'xi files li mhux suppost?", "Kemm sewa l- upgrade li l-MITTS kellha tagħmel fuq il-computers kollha tal-qorti minħabba dan?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-ipotesi li xi mpjegat tal- MITTS daħal f'xi files tal-qorti meta dan ma kienx suppost, hija inkorretta.", "Madankollu nikkonferma li l-MITTS ġiet mitluba tassisti f'inkjesta maġisterjali li nbdiet f'Diċembru tas-sena l-oħra u li għadha għaddejja.", "Naturalment ma jkunx prudenti li tingħata aktar informazzjoni qabel l- inkjesta tiġi konkluża.", "MITTS – COMPUTER UPGRADE FIL-QORTI", "26751.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' l-inkjesta li saret f'Diċembru fil-qorti tal-gustizzja?", "Għaliex saret?", "Instab tarf tal- problema?", "Kemm laħqet l-ispiża kollha fuq din l-inkjesta li kienet tirrigwarda wkoll l-operat tal-MITTS?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Billi l-inkjesta inkwestjoni għadha m'hijiex magħluqa, m'iniex f'pożizzjoni nagħti l-informazzjoni mitluba.", "UE – IMPATT FUQ IL-BIEDJA", "26759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-impatt tar-rapport ta' l- istitut agronomiku ta' Bari dwar l-impatt fuq il-biedja fil-gżejjer tagħna wara li Malta ssir membru ta' l-UE?", "Il-gvern minn fejn se jġib il-fondi sabiex iżomm il-wegħda tiegħu lill-bdiewa, raħħala u sajjieda, cioe' li jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda m'huma se jitilfu xejn għaliex il-gvern se jikkumpensahom jekk ikun hemm bżonn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Naħseb li r-rapport imsemmi huwa ċar biżżejjed.", "Jiddependi mill-eżitu tan-negozjati.", "UE: BIEDJA – XOGĦLIJIET", "26760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jispjega l-fatt li rapport ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-biedja jikkonferma li l-gvern lanqas policy dwar il-biedja u dwar l-iżvilupp rurali ma kellu mindu irriattiva l-applikazzjoni għal sħubija fl- Unjoni?", "Jikkonferma li din l-amministrazzjoni sabet imwaqqfa sezzjoni ġdida, dik ta' l-urban and rural landscaping, u proġetti oħra ta' żewġ serer speċjalizzati f'Tal-Kmand - ħalli jipproduċu siġar tal-frott u dwieli ħielsa mill-mard - u anke l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa, fost xogħol u inizjattivi oħra, u dan meta mhux l-ewwel darba li l-gvern preċedenti jiġi ikkritikat li m'għamel xejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le, ma nistax nikkonferma li ġiet imwaqqfa xi sezzjoni ġdida għax li ġara kien li s-sezzjoni tal-ġonna u msaġar inbiddlilha isimha.", "Fil-każ tal-proġett ta' Tal-Kmand f'Ħal Lija, dak kien bdieh gvern Nazzjonalista.", "Anke l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' żoni naturali kien maħsub minn gvern Nazzjonalista u infatti kellu jibda minn Ħad-Dingli, iżda billi l-Onor.", "Interpellant hu mir-Rabat, meta kien ministru hu ra li l-proġett jibda minn Wied Qlejgħa u wettaq biss xogħol fil-Fiddien, xogħol li kien bdieh gvern Nazzjonalista bl-għajnuna tal- Gvern Taljan, permezz tal-missjoni militari Taljana.", "Rigward ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, dan jgħid li f'Malta m'hemmx politika agrikola u politika ta' żvilupp rurali kompatibbli ma' dik ta' l- Unjoni.", "HANDS-ON FARMING", "26761.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformana kemm inġabu annimali ġodda matul l- 1999, 2000 u 2001 sabiex il-programm hands-on farming ikompli jikseb popolarita' ma' l-istudenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BOLLA TAS-SIGURTA' SOĊJALI – RIFUŻJONI", "26762.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt għoliet il-kontribuzzjoni tal- bolla tas-sigurta' soċjali għall-bdiewa, raħħala u sajjieda matul l-1999, 2000 u 2001?", "Kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda separatament li talbu għall-ħlas tas-sussidju u kemm minnhom ġew aċċettati?", "Kemm baqa' pagamenti pendenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iż-żieda fil-bolla tas-sigurta' soċjali għall-bdiewa, raħħala u sajjieda hija ddeterminata mill-ministeru għall-politika soċjali u għaldaqstant l-Onor Interpellant għandu jirriferi l-ewwel parti tad- domanda lill-ministru konċernat.", "Dwar statistika separata ta' rifużjoni ta' bolla għall-bdiewa, raħħala u sajjieda, nirriferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 6242 u għall-mistoqsijiet paramentari 18160 u 18711, fejn ġie informat li dan il-ministeru qatt ma żamm statistika separata ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li jibbenefikaw mir-rifużjoni tas-sigurta' socjali u anke ċ-ċifra ta' benefiċjari dejjem ingħatat b'mod globali.", "Sadanitant nista` ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li talbu għal rifużjoni matul l-1999 kien ta' 1,076, li minnhom ġew aċċettati 1,011.", "L-applikazzjonijiet għas-sena 2000 għadhom qed jiġu vverifikati.", "TESTIJIET TAL-BSE", "26763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-BSE matul din is- sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul din is sena (2001) saru 588 test tal-BSE.", "UE: CAP - SUSSIDJU", "26764.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid xi flus l-Unjoni Ewropea s'issa tat lill- Gvern Malti sabiex jingħataw f'sussidju lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l- agrindustrija għall-investiment li jridu jwettqu sabiex ikunu konformi mar- regoli tas-CAP?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta kienet iffriżata, Malta ma setgħetx tibbenefika minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea għall- għan indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Dawn huma parti mill-flus li l- Partit Soċjalista fil-gvern tellef lil Malta meta ffriża l-applikazzjoni.", "MEDIGRAIN - KUNTRATTI", "26790.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26570?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-proċeduri segwiti fl-għoti ta' kuntratti mill-Medigrain għall-forniment ta' grains huma dawk stabiliti fl- 1980.", "Dawn il-proċeduri ma jħallux lok li informazzjoni sensittiva tiġi mgħoddija lil offerenti rivali.", "MITTS - BDIL U XIRI TA' COMPUTERS", "26791.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26569?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li matul is-sentejn u nofs li għaddew inbidlu 318-il computer kif ġej:", "| Sena |Computers | | |mibdula | | 1999 | 144 | | 2000 | 104 | | 2001 | 70 |", "Mit-318-il computer ġodda li nxtraw, 82 inxtraw barebone.", "Dan ifisser li f'dawn il-każi jkun inxtara l-computer biss filwaqt li jibqgħu jintużaw l- istess aċċessorji tal-computer ta' qabel, inkluż il-monitor.", "Mit-318-il computer li nbidlu, 84 għadhom qegħdin jidhru fuq il-kotba tal- kumpannija, filwaqt li 234 ġew disposti kif ġej:", "|Sena |Donazzjo|Mibjugħa |Mormij| | |nijiet |lill-impjeg|a | | | |ati | | |1999 | 5 | 12|132 | |2000 | 11| 15 |- | | 2001| 3 | -| 56 |", "Ta' min jgħid li qabel computer jiġi mormi, jitteħdulu dawk il-partijiet li jkunu jistgħu jintużaw band'oħra skond il-bżonn.", "GĦAWDEX - ALLOWANCES", "26794.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq u konsulenti mal-gvern illi mill-1 ta' Jannar 2001 ingħataw jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li jokkupaw dawn l-uffiċjali, tista' il-Ministru twieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tagħha?", "Tista' tgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda?", "Kemm hija l-allowance il-ġdida ta' kull uffiċjal?", "X'inhi r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mill-1 ta' Jannar 2001 kien hemm erba' uffiċjali fi grad 5 jew ogħla li ngħataw żieda fl-expense allowance, cioe` tliet diretturi u segretarju permanenti fuq performance agreement għal perijodu ta' tliet snin.", "Dwar allowances oħra, ninsab informata li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda uffiċjal minn skala 5 'il fuq jew xi konsulent li żdeditlu l-allowance jew ġie mogħti xi allowance kompletament ġdida.", "AGRIKOLTURA U SAJD - ALLOWANCES", "26795.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq u konsulenti mal-gvern li mill-1 ta' Jannar 2001 ingħataw jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li jokkupaw, jista' il-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda?", "Kemm hija l-allowance il-ġdida lil kull uffiċjal?", "X'inhi r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iż-żidiet fl-allowances u l-allowances ġodda lil uffiċjali pubbliċi u konsulenti fil-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu jinsabu fil-lista mehmuża.", "|GRAD |ALLOWANC|RIMARKI | | |E | | |Perm.", "Sec | Plus |MPO | | |Lm400 |121/2001| | |p.a. | | |Dir. , | Plus |MPO | |agriculture |Lm300 |121/2001| | |p.a. | | |Dir. , corp. | Plus |MPO121/2| |services |Lm250 |001 | | |p.a. | | |Dir. , | |MPO121/2| |veterinary serv|PlusLm25|001 | | |0 p.a. | | |Dir. , | |MPO121/2| |fisheries, |PlusLm25|001 | |aquaculture |0 p.a. | | |Dir. ,policy | | | |&planning |PlusLm25|- | | |0 p.a. | | |Dir., plant | |W.e.f. | |health unit |Lm700 |17/05/01| | |p.a | | |Dir., office of| |W.e.f | |review |Lm700 |18/04/01| | |p.a. | |", "|Grad |ALLOWANCE|RIMARKI | |Scient. & tech.|Lm80 p.m.|W.e.f. | |cons. | |16/04/01| |Scient. & tech.|Lm80 p.m.|W.e.f.17| |cons. | |/04/01 | |Icthyopathologi|Lm80 p.m.|W.e.f.08| |st | |/01/01 | |Vet surgeon |Lm100 |W.e.f.20| | |p.m. |/03/01 |", "INTERN - ALLOWANCES", "26796.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq u konsulenti mal-gvern illi mill-1 ta' Jannar 2001 ingħataw jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' il-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhija r- raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward dawk l-uffiċjali pubbliċi fuq performance agreement minn skala 5 'il fuq, nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għat- tweġiba li ta l-prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 26419.", "Dwar allowances oħra li ngħataw fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern mill-1 ta` Jannar 2001, ninsab informat illi dawn huma kif jidher hawn taħt:-", "|Entita` | |Raġuni | | |Allowances| | | |p.a. | | |PA-manager|1)Lm300 |1)Travel | |, |żieda u |allowance u| |strategic |2)Lm1,060 |2)Expense | |planning |żieda |allowance | |Direttur |Lm3,000 |Market | |servizzi |(allowance|correctivit| |korrettivi|ġdida) |y allowance|", "In-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika fis-servizz tas-sigurta` huma soġġetti biss għall-eżami tal-kumitat tas-sigurta`, skond kif provdut fl- artiklu 14 ta` l-att dwar is-servizz tas-sigurta` 1996.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - ALLOWANCES", "26797.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq kif ukoll konsulenti mal-gvern illi mill-1 ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li qed jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' il-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l- uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - ALLOWANCES", "26798.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq kif wkoll konsulenti mal-gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li qed jokkupaw dawn l- uffiċjali, jista' il-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l- ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f' xi seduta oħra.", "TURIŻMU - ALLOWANCES", "26799.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq kif wkoll konsulenti mal-gvern illi mill-1 ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda fl- allowance jew xi allowance ġdida kompletament u dwar il-pożizzjoni li qed jokkupaw dawn l-uffiċjali, jista' il-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l- uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20011126_647d_par.doc", "date": "2001-11-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 647 It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 647", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "647", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 283", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI 283", "TQEGĦID TA' KARTI 288", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2001 - 2002 288", "AĠĠORNAMENT 310", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 316", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 646 li saret fil-21 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET –TWEĠIBIET ORALI", "ĊENTRU MALTA GĦAT-TAĦRIĠ FIX-XJENZI TAL-ĦUT", "29856.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti barranin u Maltin li tħarrġu fiċ-ċentru Malti għat-taħriġ fix-xjenzi tal-ħut matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?", "X'kienu s-suġġetti u x'perjodu ta' żmien kien jinvolvi dan it-taħriġ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li l-istudenti Maltin u barranin li tħarrġu u qed jitħarrġu fiċ-ċentru Malti għat-taħriġ fix-xjenzi tal-ħut mill-1999 sal-lum kienu:", "1999", "15-il student Libjan ħadu taħriġ fl-akwakultura għal perjodu ta' sena.", "Student Grieg mill-Universita' ta' Plymouth għamel riċerka għal tliet xhur.", "Żewġ studenti Franċiżi għamlu riċerka għal tliet xhur.", "Żewġ studenti Maltin għamlu r-riċerka tagħhom għal tliet xhur.", "2000", "13-il student Malti bdew l-kors ta' sentejn fl-HND Fisheries Sciences for Mediterranean Countries.", "Il-grupp ta' studenti Libjani komplew u spiċċaw il-kors li kienu bdew fl- 1999.", "Seba' studenti mil-La Agronica sc ta' Palermo tħarrġu għal 15-il ġurnata.", "Studenta Franċiża għamlet perjodu ta' tliet xhur.", "Żewġ studenti mill-kulleġġ ta' l-agrikoltura għamlu taħriġ f'dan iċ-ċentru.", "2001", "Tmien studenti Maltin qed ikomplu l-HND kors.", "Sitt studenti oħra Maltin mill-kulleġġ ta' l-agrikoltura qegħdin jitħarrġu f'aspetti diversi ta' l-akwakultura.", "Membri tal-Forzi Armati ta' Malta ngħataw korsijiet qosra fiċ-ċentru.", "Studenta Ġermaniża għamlet xahar taħriġ fl-akwakultura in ġenerali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi r-raġuni li għadu ma ntbagħtx l-ebda tagħrif lis-sajjieda sabiex jiġu nformati dwar ir-regoli ġodda li f'Jannar ta' l- 2002 se jidħlu fis-seħħ fl-Att II ta' l-2001?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Farrugia qed jirriferi għar-regoli ġodda li se jidħlu fil-liġi li għandha x'taqsam ma' l-immaniġġjar u l-konservazzjoni tas-sajd.", "Din hija an enabling law li minn taħtha joħorġu diversi avviżi legali u ovvjament kull avviż ikollu diversi regolamenti.", "Jien nagħti l- kelma lill-Onor.", "Interpellant li qabel ma jinħareġ xi tip ta' regolament, id-dipartiment tas-sajd se jkollu djalogu mas-sajjieda u ma' dawk kollha nvoluti f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dawn ir-regolamenti għadhom ma bdewx jiġu diskussi, nista' nieħu l-kelma tal-Ministru li minn Jannar tas-sena d- dieħla s-sajjieda Maltin u Għawdxin full-time mhux se jkollhom xi obbligi marbuta ma' dan l-att?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien ma nafx il-perjodu ta' Jannar minn fejn ħareġ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jgħid li d-diskussjonijiet għadhom ma sarux u għad irid isir djalogu, għandi nifhem li f'Jannar li ġej is-sajjieda full-timers u part-timers se jsibu xi kondizzjonijiet ġodda fl- att ta' l-2001?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, id-dipartiment qed jaħdem fuq dawn ir- regolamenti u għalkemm m'humiex marbuta ma' xi żmien partikolari, aktar ma joħorġu malajr aktar aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li din l-istess liġi torbot ċerti kategoriji ta' bastimenti f'pajjiżna li jkunu konformi mal-Konvenzjoni Torremolinos, hemm xi indikazzjoni jekk il-ministeru u d-dipartiment tas-sajd għamlux diskussjonijiet matul dawn l-aħħar xhur biex jispjegaw lill-koperattivi tas- sajjieda x'se jkunu dawn l-obbligi l-ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ta' min jgħid li l-flotta tas-sajd tagħna fil-maġġor parti tagħha hija artiġġjanali u għandha ftit bastimenti.", "Li nista' ngħid hu – peress li m'għandix l-informazzjoni quddiemi – li diġa` sar ix-xogħol kollu neċessarju biex il-qxur tal-baħar tas-sajjieda Maltin jiġu maqsuma f'ċerti kategoriji skond is-size tagħhom - hemm dawk li huma twal sa seba' metri, oħrajn sa 12-il metru u oħrajn sa 24 metru – u skond il-horse power ta' kull makna.", "Id-dipartiment ġabar din l-informazzjoni kollha u ġie kkalkolat it-total brake horse power tal-qxur tal-baħar kollha li għandna f'pajjiżna, anke bl-għajnuna tal-FAO.", "Ovvjament meta niġu għall-għajnuniet, dawn jingħataw skond il-kondizzjoni u s-size tal-bastiment involut.", "Saru diversi diskussjonijiet mal- koperattivi, dawn għadhom għaddejjin u se jibqgħu jsiru kull meta jinħass il-bżonn li għandhom isiru bejn id-dipartiment tas-sajd u l-koperattivi jew inkella xi għaqda oħra tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li sar ħafna f'dan il-qasam.", "Jista' allura jispjega x'riedet tgħid l-Unjoni Ewropea meta fil-progress report tagħha qalet li ma sar l-ebda improvement fil- kapaċita` amministrattiva ta' Malta f'dan ir-rigward u kif jipparaguna dan max-xogħol li sar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli fetaħli din it-triq kollha biex inkun nista' nitkellem.", "Jiena nistqarr li f'dan is-settur verament għad hemm ħafna xogħol x'isir, b'mod partikolari fis-settur ta' l-agrikoltura, pero` wieħed irid iqis li f'dan il-qasam qed isir restructuring.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li tul din l-aħħar sena bdilna l-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal- biedja u s-sajd f'pajjiżna.", "Għamilna upgrading, updating u modernizzar ta' sitt liġijiet; tal-liġi dwar is-sajd, il-liġi dwar il-kontroll tal- pestiċidi, il-liġi dwar il-plant quarantine, il-liġi dwar l-inbid, il-liġi dwar l-animal welfare u l-liġi dwar is-servizz veterinarju.", "Din hija l- għodda li permezz tagħha dan is-settur se nimmodernizzawh pero` nerġa' ngħid li għad baqa` ħafna x'isir.", "Kulħadd jaf li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea xorta s-settur tal- biedja jrid jiġi ristrutturat, xorta jrid jiġi msaħħaħ, xorta jrid jiġi mtejjeb u nafu wkoll li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea xorta jridu jispiċċaw il-levies.", "Biex dan ikun jista' jsir trid tipprepara programm ta' xogħol.", "Per eżempju fl-aħħar budget tħabbar l-SMPPMA, l-ispecial market policy programme for Maltese Agriculture, li permezz tiegħu se niggarantixxu illi din ir-riforma tkun tista' sseħħ.", "Il-mira ta' dan il- programm hi li nkomplu mexjin - kif ngħidu fil-mission statement tagħna – biex ntejbu l-prodotti tagħna dejjem iżjed.", "Fejn tidħol il-provvista ta' prodotti agrikoli għas-sena d-dieħla l-gvern ivvota ċ-ċifra ta' Lm2 miljun, għas-sena ta' wara Lm3 miljun u għas-sena li jkun imiss se jivvota Lm3 miljun oħra.", "Jiġifieri fuq perjodu ta' tliet snin se ssir dik l-injection finanzjarja li biha se ngħinu lill-bdiewa u lir-raħħala biex jagħmlu modernizzar, restructuring u t-tisħiħ sabiex il- prodotti agrikoli jkomplu jkunu ta' kwalita` tajba, il-prezzijiet jkunu adegwati għall-konsumatur u dan kollu b'mod li ma jħallix impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Lil uħud mill-bdiewa u r-raħħala qed jgħidulhom li issa se niġi jiena, il- Ministru Zammit, u se nibda nroxx Lm2 miljun.", "Irrid ngħid li dawn il-fondi m'humiex se jingħataw fl-ajru jew se narmuhom minn xi gallarija.", "Din l- għajnuna se tingħata skond il-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta' l- irċevuti fiskali li jindikaw li l-bdiewa u r-raħħala jkunu qegħdin jipproduċu u jbigħu l-prodotti.", "Din is-sistema se taħdem l-istess bħalma qiegħda taħdem il-provvista ta' fuel li tingħata lis-sajjieda tagħna.", "Bħalma jaf kulħadd lis-sajjieda nagħtuhom provvista ta' fuel duty free pero` din ma tingħatax bl-addoċċ.", "Biex is-sajjied jingħata din il- provvista jrid juri b'mod konkret l-irċevuta fiskali – li tingħata mill- pixkerija jew minn x'imkien ieħor - u fil-każ tal-bdiewa u r-raħħal se jiġri l-istess ħaġa, irid ikollu rċevuta fiskali - jew mill-pitkalija jew minn x'imkien ieħor - li tindika iswed fuq l-abjad li dak il-bidwi jew raħħal ikun biegħ il-prodott tiegħu.", "Ovvjament f'dan il-programm qed insemmu ċ-ċifra ta' Lm8 miljun għall-ewwel tliet snin.", "Dan il-programm inħadem bil-għaqal, issa qiegħed fl-aħħar irtokki tiegħu u se jitla' għal għexieren ta' miljuni fis-sena.", "Pero` kulħadd irid jifhem li meta nitkellmu dwar għajnuna, din ma tingħatax lil pajjiżna biss.", "Per eżempju l-Ġermanja tagħti lill-bdiewa u r-raħħala tagħha madwar 27 billion Deutschmark, li tiġi mas-Lm6 biljun fis-sena, biex iżommu l-biedja sostenibbli u ħajja.", "Nofs dawn il-fondi jiġu mill-Ewropa u n-nofs l-ieħor jiġi mill-but tal-poplu Ġermaniż.", "Jekk tħares lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, per eżempju, issib li sas-sena 2,007 din se tagħti għajnuna lil settur partikolari tal-biedja li jitla' għal madwar 170 billjun dollaru Amerikan.", "Aħna bdejna b'dan il-programm, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, u beħsiebna ngħinu finanzjarjament lill-industrija tal-biedja ħalli tagħmel ir-restructuring neċessarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-Ministru ma jaqbilx ma' dak li ntqal f'paġna 44 tal-progress report ta' l-Unjoni Ewropea fejn ġie ndikat li ma sar l-ebda improvement fil-kapaċita' amministrattiva ta' Malta sabiex jiġi mplimentat l-Att dwar il-konservazzjoni u t-tmexxija tas-sajd?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena mhux se noqgħod ngħid jekk naqbilx jew le, li nista' ngħid hu li jien qed ngħix f'dan il-pajjiż u nzertajt responsabbli mill-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Jien niskanta kif niġu hawnhekk qisna qed insawtu lill-pajjiż!", "Jien ili f'dan il-mistjier għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs pero` qabli kien hawn nies oħrajn.", "Irridu niftakru li f'pajjiżna kelIna liġi li ilha minn żmien in-nanniet u qatt ma ġiet irranġata.", "Barra minn hekk għandna affarijiet oħra li jridu jsiru.", "Per eżempju, għandna biex niftaħru bil-pixkerija ta' pajjiżna?", "Nafu li din għandna bżonn nirranġawha pero' biex nagħmlu dan għandna bżonn il-fondi neċessarji.", "Aħna bdejna nagħmlu x-xogħol biċċa biċċa.", "Fil-fatt lis- sajjieda diġa` għenihom billi tajnihom provvista ta' diesel duty free u dawn qed jiffrankaw madwar Lm110,000 fis-sena.", "Il-ġimgħa l-oħra meta ltaqgħu l-koperattivi biex jitkellmu dwar l-ħruġ ta' tender għall-istaġun tat-tonn għas-sena d-dieħla, wieħed mid-diriġenti tal-koperattiva qal li kemm ilu jaħdem dan il-programm ta' provvista ta' diesel duty free, is- sajjieda bbenefikaw miċ-ċifra ta' madwar Lm190,000 fuq perjodu ta' sena u tmien xhur.", "Is-sena l-oħra tajna l-għajnuna wkoll biex uħud mis-sajjieda jirranġaw il- bastimenti tagħhom.", "Aħna għamilna l-istudju neċessarju biex nirranġaw dan is-settur, ġbarna d-data kollha dwar id-dgħajjes u rrinforzajna ċ-ċentru ta' riċerka li għandna f'San Luċjan imma naturalment għad jonqos x'isir.", "Jien nixtieq infassal pjan ta' malajr u nsemmi x-xogħol kollu li hemm bżonn isir f'Marsaxlokk, per eżempju.", "Huwa tajjeb li biex intellgħu l-bastimenti jkollna makkinarju modern u mhux noqogħdu nġebbdu l-winch, jew flok noqogħdu nirranġaw is-slipways nagħmlu crane jimxi u jdaħħal il-bastimenti 'l ġewwa.", "Huwa tajjeb li nagħmlu hard area, li nagħmlu ċentru għall- monitoring u nagħmlu pixkerija suret in-nies.", "Naturalment kollox irid isir imma dan trid tagħmlu skond il-finanzi u skond il-programm li jkollok.", "Aħna għandna pjan u lejn dik it-triq mexjin.", "Jekk hawn xi ħadd li jidhirlu li kellna nagħmlu dawn l-affarijiet kollha f'daqqa ngħidlu li l-ebda pajjiż m'għamilhom f'daqqa.", "Jien nixtieq li l-miri li hemm fir-rapport annwali inwettquhom kollha f'sena waħda, pero` trid tqis li minbarra s-settur tal- biedja u s-sajd għandna prijoritajiet oħra fil-pajjiż.", "Jien nixtieq kieku nista' mmur għand il-Ministru tal-Finanzi u ngħidlu jagħtini tant flus għat- tali proġett u tant flus għat-tali proġett ieħor pero' dan ma jistax ikun għax naf li hemm setturi u prijoritajiet oħra.", "Pero' minkejja dan kollu aħna għamilna dak kollu li stajna fil-passat, fosthom l-imbierka liġi dwar is-sajd, li semma' l-Onor.", "Farrugia fil-bidu u li kienet ilha mdendla għal bosta snin.", "Nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea dan ix-xogħol xorta waħda jrid isir u missu ilu li sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru ilu għal dawn l-aħħar 20 minuta jgħidilna dwar ix-xogħol kollu li sar.", "Jista' almenu jinforma lil din il- Kamra dwar it-terms of reference, il-programm u l-istrateġija ta' x'se jsir is-sena d-dieħla biex almenu dak li ma sarx matul dawn l-aħħar tliet snin u li għalih l-Unjoni Ewropea kkonfermat li ma sar ebda improvement fil- kapaċita` amministrattiva, jiġi mwettaq żgur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, m'huwiex sew li l-Onor.", "Interpellant jaqbad line wieħed, jiġi hawnhekk u jkabbru.", "Huwa veru li għad hemm ħafna xogħol x'isir pero' dan jirrifletti fuq ix-xogħol li sar minn min kien hemm qabel.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Farrugia hemm kien ukoll.", "Naf li f'dawn l-oqsma għamilna ħafna xogħol u lestejna l-liġijiet kollha neċessarji pero` nammetti li għad jonqos ħafna x'isir.", "Imma lanqas hu sew li noqogħdu nimlew moħħ il-bdiewa li se nesportaw l-affarijiet 'l hawn u 'hemm u mbagħad nagħmlu fjask ekonomiku!", "Jiena niftakar kif huma kienu ħlew 22 xahar.", "Kienu qalu li se jibdew jesportaw tunnellati sħaħ ta' ħaxix lejn l-Ingilterra u spiċċaw fallew lid- dipartiment!", "Qalu li se jesportaw 10,000 majjal u spiċċaw esportaw biss 43 majjal!", "Hekk jitmexxa dan il-qasam Mr Speaker?", "(Interruzzjonijiet) Hekk għandu jimxi x-xogħol jew għandu jimxi aktar bil-għaqal?", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li għad jonqos ħafna u ħafna x'isir u aħna mhux se noqogħdu nwaddbu l-bżar fl-għajnejn.", "Aħna qegħdin ngħidu li din l-għajnuna li l-gvern qed jipprovdi biex isir it-tisħiħ se tingħata biex il-bdiewa u r- raħħala jtejbu l-operat tagħhom, idaħħlu l-kwalita` u jippreżentaw l- irċevuti.", "Jien qed nagħmilha ċara ma' kulħadd li din is-sistema trid taħdem bħal fil-każ ta' provvisita ta' fuel li tingħata lis-sajjieda.", "Jien persważ li minkejja dak kollu li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia hekk għandu jsir.", "Jiena nfakkar li kieku l-gvern Laburista ma ffriżax l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea kieku pajjiżna kien jiggwadanja mis- sapard funds u int, meta kont ministru, kont tkun tista' tuża dawk il-flus li kienu se jiġu mill-Unjoni Ewropea biex tibda r-restructuring.", "(Interruzzjonijiet) Il-pajjiżi applikanti diġa' qegħdin jieħdu madwar Euro 520 miljun fis-sena.", "Ara aħna neħħejna l-applikazzjoni mill-friża u d- dipartiment tal-biedja diġa' ħa Euro 1miljun biex jagħmel l-Integrated Administrative Control System (IACS).", "Dan il-Euro 1 miljun qed jituża biex tinġabar informazzjoni fuq kull roqgħa art li għandna fil-pajjiż.", "Isiru services biex jiġi determinat it-tip ta' ħamrija, jekk għandniex ilma għall- irrigazzjoni u jekk għandniex ilma għas-saqwi.", "Qegħdin nagħmlu surveys fuq il-farms ħalli naraw eżatt kemm għandna baqar u majjali f'kull farm.", "Qabel ma kien sar xejn minn dan kollu u aħna kellna nerġgħu nibdew mill-bidu.", "ĊENTRU MALTI GĦAT-TAĦRIĠ FIX-XJENZI TAL-ĦUT", "29857.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il- kumpaniji/agenziji/universitajiet eċċ barranin li użaw iċ-Ċentru Malti għat- taħriġ fix-Xjenzi tal-Ħut u tar-riċerka fir-reġjun tal-Mediterran matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tagħrif mitlub hu dan:", "1999", "Il-kumpannija barranija Biomar.", "Aquaculture Vaccines Ltd.", "(AVL) SIPAM (Aġenzija tal-FAO) COPEMED / FAO Ghent University", "2000", "Aquaculture Vaccines Ltd.", "(AVL) SIPAM (Aġenzija tal-FAO) COPEMED / FAO Le Geussant (Kumpannija) University of Plymouth Edexcel (Kumpannija)", "2001", "Aquaculture Vaccines Ltd.", "(AVL) SIPAM (Aġenzija tal-FAO) COPEMED / FAO", "University of Plymouth", "Edexel", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:- Kopja taċ-ċirkolari MPO Circ No 50/96 dwar it-tħaddim leave pro-rata lill-impjegati casual jew part-time fis-servizz pubbliku, datata 8 ta' Lulju 1996, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 29952.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-Malta: National Programme for the Adoption of the Acquis as at January 2001; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Annual Report of Activities ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas- sena 2000-2001;", "Rapport annwali u financial statements ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2001; u", "Estimi tad-dħul u nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 2001 – 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Bonnici.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA 2001 - 2002", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizz Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi li:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 2001 sat- 30 ta' Settembru 2002, skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Onor.", "Membri li d-diskussjoni fuq din il- mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn il- kelliema tan-naħa tal-gvern u kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, bil- winding up għan-naħa tal-gvern.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, kif wieħed jinnota anke mill- proponiment tal-mozzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma twaqqfet għall-aħħar ta' l-1991.", "Proprju għaxar snin ilu għaddejna l-liġi neċessarja u bdiet tiffunzjona bħala l-korporazzjoni responsabbli mhux biss mill-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-ilma, imma dak iż-żmien kienet anke responsabbli milli tirregola s-settur ta' l-ilma.", "Naturalment minn dak iż-żmien sal-lum saru ħafna tibdiliet u llum nistgħu ngħidu li għandna sitwazzjoni ferm iktar healthy milli kellna dak iż-żmien.", "Sena wara sena, tul dawn is-snin kollha, wieħed irid jikkummenta li s-sitwazzjoni tjiebet minn diversi aspetti.", "Fil-fatt ma' dawn l-estimi qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Annwali li fih informazzjoni teknika fuq kull aspett ta' l-operazzjoni tal-korporazzjoni kif ukoll fuq l-aspett finanzjarju.", "Jiena se nibda billi l-ewwel nagħti daqsxejn kont finanzjarju u mbagħad immiss xi suġġetti li naħseb li huma worth noting.", "L-ewwelnett, biex nitkellem fuq l-aspett immedjat, nibda biex ngħid kif il-korporazzjoni marret mis-sena li għaddiet għal din is-sena.", "Tajjeb li ngħid li skond l- estimi, li diġa` tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, il-korporazzjoni mis-sena li għaddiet għal din is-sena operat b'mod iktar effiċjenti tant li s- sussidju naqas b'madwar Lm1.3 miljun.", "Jiġifieri l-losses tal-korporazzjoni bejn is-sena li għaddiet u din is-sena komplew jonqsu u hemm diversi raġunijiet għal dan.", "Wieħed mill-fatturi li ssorprendieni kien li meta l-estimi tpoġġew fuq il- Medja tal-Kamra l-ebda gazzetta ma qabdet dan il-fatt.", "Naħseb li din hija xi ħaġa ta` min wieħed jinnota meta jkollok korporazzjoni li naqqset it- telf tagħha u allura naqqset is-sussidju b'Lm1.3 miljun li effettivament il- gvern kien jagħti lill-korporazzjoni.", "Issorprendejt ruħi wkoll bi stqarrija li kien ħareġ il-kelliem ta` l-oppożizzjoni dwar din il-materja meta jiena ppreżentajt ir-rapport tal-ministeru għax din kienet tgħid proprju l-maqlub ta` dak li kien hemm fir-rapport li ppreżentajt jien.", "Fil- fatt f'din l-istqarrija kien intqal li l-ispejjeż komplew jiżdiedu, il- ministeru tiegħi falla, il-koporazzjoni qiegħda tfalli u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Din donnha xi diska li issa bdiet tinbarax xi ftit għax wieħed irid jaġġorna l-kummenti tiegħu għas-sitwazzjoni preżenti.", "Jekk inħares lejn l-aspett finanzjarju u nara x'ġara mis-sena l-oħra għal din is-sena nsib li l-loss for the year before government subvention – u aħjar nitkellmu fuq din għax hija l-iktar ħaġa meaningful li wieħed iħares lejha – mis-sena 1999 għas-sena 2000 kien kważi ta` Lm9.2 miljun u minn Ottubru tas-sena li għaddiet sa Ottubru ta` din is-sena dan niżel għal Lm7.9 miljun.", "Jiġifieri bejn is-sena li għaddiet u din is-sena hemm differenza ta' Lm1.3 miljun.", "Allura ta' min jgħid li dan huwa riżultat fid- direzzjoni t-tajba għax il-korporazzjoni qed tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas in-neċessita` ta` sussidju mingħand il-gvern.", "Minħabba dan, effettivament il-konsumaturi qegħdin iħallsu inqas għall-konsum ta' l-ilma milli attwalment jiġi lill-gvern globalment biex jiġġenera dak l-ilma minħabba li hemm diversi aspetti tal-korporazzjoni li qegħdin, bil-mod il- mod, jagħmlu tajjeb biex dan it-telf ma nsolvuhx kif ipprova jsolvih il- gvern preċedenti billi rdoppja u anke ttrippla t-tariffi ta' l-ilma, imma nsolvuh billi nipprovaw jnaqqsu il-leakages u nżidu l-effiċjenza fl-operat tal-korporazzjoni.", "Sur President, jekk wieħed iqabbel il-production costs ta' l-ilma jsib li mis-sena l-oħra għal din is-sena kien hemm tnaqqis ta' madwar Lm425,000 għax minn Lm8.87miljun il-production costs niżlu għal Lm8.44 miljun.", "Minn din is-sena għas-sena d-dieħla huwa pprospettat li jkun hemm tnaqqis ieħor ta` madwar Lm357,000.", "Jiġifieri f'terminu ta' sentejn il-production costs se jkunu naqsu b'madwar Lm782,000.", "Dan ġej prinċipalment minn żewġ fatturi.", "Fattur minnhom hu li qegħdin jonqsu l-leakages.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn ir-rapport annwali fl-ewwel paġna fejn għandek ir-review of operations hemm graph li turik kif mxiet il-produzzjoni ta` l-ilma minn meta twaqqfet il-korporazzjoni.", "Mill-1991 sa l-1995 il-produzzjoni kienet qed tiżdied sena wara l-oħra.", "Fil-fatt fl-1991 ġie prodott madwar 40 miljun metru kubu ta' ilma, maqsum bejn dak prodott mir-reverse osmosis u dak prodott minn taħt l-art.", "Sas-sena 1995 il-produzzjoni kienet laħqet madwar 52 miljun metru kubu.", "Jiġifieri kien hemm żieda kostanti.", "Dak iż-żmien mhux biss sar investiment fir-reverse osmosis plants li kien qed iżid il-produzzjoni biex ilaħħaq mad-domanda, imma kien qed isir investiment kull sena fuq is-sistema tad-distribuzzjoni.", "Wieħed irid jiftakar li s-sistema tad- distribuzzjoni hija magħmula minn madwar 2000 kilometru ta' pajpijiet madwar Malta u Għawdex u xi 1400 kilometru service pipes li fil-fatt bħalissa qed niffokaw aktar fuqhom għax hemm għad hemm telf ta' ilma mhux ħażin li rridu nikkontrollaw.", "Pero` minn dak iż-żmien 'il hawn kull sena l-korporazzjoni bdiet tibdel bejn 80 u 100 kilometru ta' pajpijiet u jekk hemm madwar 2000 kilometru ta' pajpjiet ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna li dan huwa proċess li jieħu diversi snin.", "Allura b'dan il-proċess f'dawn l-aħħar għaxar snin inbidel proporzjon biżżejjed ta` pajpijiet li beda jwassal għal titjib u bdew jitnaqqsu l-losses.", "Fil- fatt wieħed jinnota li sa l-1995 il-produzzjoni ta' l-ilma globali waqfet milli tiżdied u sal-lum, sena wara sena, il-korporazzjoni rnexxielha tnaqqas l-ilma li qed jiġi prodott.", "Il-korporazzjoni baqgħet tbiddel bejn 70 u 80 kilometri ta' pajpijiet fis- sena kif ukoll is-service pipes, li fl-1995 ttieħdet id-deċiżjoni li ma jibqgħux jiġu magħmula minn pajpijiet iggalvanizzati imma jiġu magħmula minn pajpijiet tal-plastik.", "Dan għaliex b'dan it-tip ta' materjal ikollok inqas problemi u jkollok kwalita` ta` ilma aħjar għax ma jsaddux u allura ma jkollokx ir-residue fl-ilma.", "Jiena naħseb li dan huwa riżultat li jrid jiġi rikonoxxut.", "Tajjeb li ngħidu li fil-bidu tas-snin disgħin il- korporazzjoni kienet kważi qed tikkonsma bejn 18 u 19% ta' l-elettriku kollu li jiġi ġġenerat.", "Illum minħabba li tnaqqset il-produzzjoni ta' l- ilma, għax tnaqqsu l-leakages, il-korporazzjoni qed tikkonsma madwar 8.8% ta` l-elettriku li jiġi ġġenerat.", "Biex inkun eżatt dan japplika għas-sena li għaddiet għax din is-sena għadha ma spiċċatx u ma nistax nagħti ċifra tal-persentaġġ ta' din is-sena għax naturalment trid tkun taf il-konsum totali biex wieħed iqabbel like with like.", "Pero` sa l-aħħar ta' Diċembru tas-sena li għaddiet l-ammont ta' enerġija li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kkonsmat huwa ta' 8.8% u dan huwa riżultat ferm impressjonanti.", "Naturalment il-konsum ta` l- elettriku ġenerali żdied f'dawn il-gżejjer u dik hija parti mir-raġuni għaliex il-persentaġġ tal-konsum naqas.", "Pero` meta wieħed jara x'hemm wara ċ-ċifri u mhux sempliċiment jinterpretahom bħala aggregate jinduna li l- parti l-kbira tar-raġuni hija għax il-produzzjoni ta' l-ilma, kif diġa' spjegajt, naqset sena wara sena.", "Fil-fatt mis-sena li għaddiet għal din is- sena rnexxielna nnaqqsu charges tal-konsum ta' l-elettriku b'xi 7%.", "Dan huwa dovut ukoll għat-tieni fattur, liema fattur għadni ma tkellimtx fuqu.", "L-ewwel fattur kien li mill-bidunett beda jsir investiment fuq is-sistema tad-distribuzzjoni u fuq medda ta' għaxar snin irnexxielna nibdlu parti mid- distribuzzjoni prinċipali tal-pajjiż u dan qed jirrifletti f'inqas leakages.", "Sur President, it-tieni fattur huwa li f'dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari s-sena li għaddiet u din is-sena, bdew jitħaddmu sistemi ġodda biex inaqqsu l-konsum tad-dawl.", "Jiena qed nirreferi għall-pompi li jseħħulhom pelton turbines li qed iwasslu biex ċertu konsum ta' enerġija jitnaqqas għax peress li dak l-ilma li jintrema - għax meta ttella' l-ilma prattikament tkun qiegħed issaffih u tkun qed tieħu persentaġġ żgħir minnu – ikun għad fadallu daqsxejn ta' enerġija fih, dawn il-pompi għandhom sistema li dik l-enerġija jerġgħu jużawha biex tagħmel l-ilma li jkun għadu tiela` mill-baħar under pressure.", "Barra minn hekk qed issir modifikazzjoni in konnessjoni ma' dan il-proċess - u rridu ngħidu li fis-sistema tar- reverse osmosis plants l-enerġija tintuża prinċipalment biex ittella' l- ilma għall-pressjoni għolja biex b'hekk ikun jista' jissaffa minn ġol- membranes – li qed twassal għal tnaqqis fil-pressure li jkun hemm bżonn, minn madwar pressure ta' 1,200 Psi għal madwar pressure ta' 1,000 Psi.", "M'inix se noqgħod nagħti d-dettalji ta' x'inhuma dawn il-units ta` pressure, imma dan it-tnaqqis ifisser inqas konsum ta` enerġija.", "Dan it- tip ta` proċess qed iwassal għal dan l-energy saving.", "Dan il-proċess, li nbeda u pprovajnih, għadu mhux komplut u s-sena d-dieħla se nkomplu nibdlu dawn il-pompi.", "Huwa kkalkolat li sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, wara li dan il-proċess jiġi implimentat, is-savings fuq l-enerġija jistgħu jitilgħu sa Lm0.5 miljun.", "Dawn il-pelton turbines qed jagħtu riżultati tajbin u jekk Alla jrid, wara dan it-trial twil li għamilna, inkunu nistgħu nkomplu bil- bdil ta' partijiet oħra tar-reverse osmosis plants.", "Mr Speaker, naħseb li dawn huma riżultati pożittivi mil-lat finanzjarju.", "Li wieħed inaqqas is-sussidju li l-gvern jagħti lill-korporazzjoni b'madwar Lm1.3 miljun huwa riżultat sinifikanti u juri li mexjin fid-direzzjoni t- tajba.", "Dan qed jindika li qed insibu mezz kif wieħed, bil-mod il-mod, isolvi l-problema.", "Il-problemi ma ssolvihomx overnight.", "Ma ssolvihomx billi tagħmel tariffi esaġerati u dak li jkun iġġibu f'sitwazzjoni li meta qed juża l-ilma qisu qed juża xi ħaġa ferm prezzjuża.", "Dan jista' jġib nuqqas enormi ta' konsum li jwassal biex inaqqas il-livell ta' l-għajxien.", "Il- problema tissolva billi jsir programm sensibbli, kif għandha l- koprorazzjoni, li jittratta l-komplessita` tal-problema.", "Jiena naħseb li l- korporazzjoni dan qed tagħmlu b'mod sensibbli.", "Naturalment jiena nibqa' ngħid li waħda mill-problemi li l-korporazzjoni daħlet fiha kienet l-ammont esaġerat ta' ħaddiema li bdiet bihom, wara li dipartiment ta' l-ilma kien itgħabba b'ħafna nies żejda qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Naturalment dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda ħsieb li jidħlu computers, kienu jħarsu lejn il-problemi b'mod differenti bir-riżultat li għadna nsofru minn dawk il-konsegwenzi.", "Meta l-korporazzjoni ħadet over mid-dipartiment ta' l-ilma nbeda l-proċess tat-tnaqqis ta' nies, ovvjament fuq numru ta' snin.", "Fil-fatt dak iż-żmien kien hemm madwar 1,800 ruħ u jiena nformat li dan l-ammont niżel għal madwar 1,200.", "Bil-progress li qed isir fl-informatika u fl-elettronika huwa ttamat li jkun hemm bżonn inqas nies.", "Illum wieħed m'għadx għandu bżonn daqshekk pump attendants għax dan jista` jsir b'mod awtomatiku u jkun ikkontrollat ferm aħjar.", "Allura dan il- proċess ta' tnaqqis ta' nies huwa maħsub li jibqa' għaddej.", "Ħaġa oħra li kkontribwiet għat-tnaqqis fil-costs hija l-ħlas ta' l- overtime.", "Is-sena li għaddiet il-korporazzjoni ħallset madwar Lm400,000 f'overtime.", "Din is-sena dan il-ħlas niżel għal Lm250,000.", "Bl-użu tar- riżorsi aħjar huwa ttamat li s-sena d-dieħla dan jinżel għal Lm170,000.", "Allura hawnhekk qed naraw li qed ikun hemm ċertu rationalisation u ppjanar aħjar biex ma jkollniex spejjeż żejda, u hekk għandu jkun.", "Hemm bżonn li norganizzaw ruħna b'mod li ma jkollniex bżonn nimponu taxxi biex inkopru spejjeż li jistgħu jiġu evitati u aħna qed nuru fil-prattika kif wieħed jista' jasal għal dan.", "Naturalment baqa' ħafna x'isir u l-ippjanar ma jieqafx hawn.", "Jiena nixtieq nitkellem fuq dak li wieħed qed jaħseb li għandu jsir, imma biex nagħlaq din il-parti rrid ngħid li f'dawn l-aħħar għaxar snin il- korporazzjoni rnexxielha tnaqqas l-ilma prodott minn 52 miljun metru kubu għal 33 miljun metru kubu.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-popolazzjoni ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin żdiedet b'24,000 u t-turiżmu żdied b'madwar 120,000.", "Naturalment l-istandard of living żdied u kif jiġri f'ħafna każi, meta jiżdied l-istandard of living il-konsum ta' l-ilma jitla' wkoll.", "Allura meta wieħed jara li f'dawn l-għaxar snin morna minn sitwazzjoni fejn ma stajniex inlaħħqu mad-domanda għal sitwazzjoni fejn sena wara sena qed jirnexxielna ngħaddu b'inqas ilma prodott minkejja li domanda żdiedet minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni u fit-turiżmu, jiena naħseb li dan jagħtina s-sodisfazzjon li ngħidu li l-affarijiet qegħdin isiru aħjar u qed ikun hemm titjib mal-medda taż-żmien.", "Mr Speaker, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar x'qed jiġi ppjanat u hawnhekk nixtieq nitkellem daqsxejn fuq il-kwalita` ta' l-ilma għax mhux biss irid ikollok ammont ta' ilma prodott biex jissodisfa lill-pajjiż, imma jrid ikollok ukoll ilma ta' kwalita` li hija raġonevoli.", "Illum rbatna ruħna ma' kwalita` kif inhija determinata fl-Unjoni Ewropea għall-pajjiżi fi ħdana, liema kwalita` qegħdin ngħidu li rridu nilħquha fi żmien tliet snin.", "Il- proċess diġa` beda u tajjeb li nispjega x'inhi waħda mid-diffikultajiet li pajjiżna għandu f'dak li jirrigwarda kwalita` ta' ilma.", "Kif kulħadd jaf nofs l-ilma li nipproduċu jiġi ppumpjat minn taħt l-art u nofs l-ieħor jiġi prodott mir-reverse osmosis plants.", "Minn dawn ta` l-aħħar joħroġ l-iktar ilma nadif li hu possibbli li toħroġ.", "Jiġifieri mir-reverse osmosis plants għandek ilma li huwa well below the classifications required internazzjonalment biex inti jkollok ilma nadif, pur u tajjeb għas-saħħa.", "Pero` l-ilma li jiġi prodott minn taħt l-art ivarja fil-kwalita` tiegħu.", "Fil-fatt fir-rapport annwali hemm graph interesanti ferm li turi kif il- kwalita` ta` l-ilma tvarja skond l-użu li qed isir mill-art ta' fuq.", "Din il-graph turi li fejn hemm użu intensiv ta` art mill-aspett agrikolu, per eżempju fuq dik l-art ikun hemm il-farms, ikun hemm livell ta` nitrates ferm għoli u dan iwassal għal deterioration fil-kwalita` ta` l-ilma.", "F'paġna 64 tar-rapport annwali wieħed jista' jara kif din il-kwalita` tvarja.", "Il-Water Services Corporation ħadet samples minn taħt l-art, minn Ta' Kandja pumping station sa Ta' Bakkja pumping station, kull tant tul, u rriżulta li fejn għandek il-quarries jew cultivated land għandek livelli ta' nitrates li huma daqsxejn iktar għolja iktar mil-livell permessibbli ta` 50mg/l li qegħdin nipprovaw nilħqu għall-pajjiż kollu.", "Hawnhekk għandna livell ta' nitrate li jvarja bejn 80mg/l u 100mg/l. Dan jitla` daqshekk fejn ikun hemm animal husbandry u quarries.", "Jiġiferi qegħdin ngħidu li fejn għandek barrieri hemm it-tendenza li jkollok iktar kontaminazzjoni għax hemm inqas ilma x'jiġi msaffi mill-art u anke minħabba l-mod kif tneħħiet l-art fejn ikollok dawk l-isplużjonijiet li jagħmlu ħafna fissers li jwassal biex l-ilma jgħaddi minn dawn il-fissers minflok ma jgħaddi minn ġol-blat u jissaffa kif suppost.", "Imbagħad huwa interessanti li kif inti tersaq lejn l-urban areas – dan qed nitkellmu fuq is-Siġġiewi gallery – l-ammont ta` ilma li jitniġġes bin-nitrate jonqos drammatikament u jiġi taħt il-livell neċessarju, kif stabbilit bid-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kwalita` ta' l-ilma kif għandu jkun għall-Istati membri, u li aħna qed nużaw bħala mira għalina.", "Allura ssib li taħt ttella' l-ilma minn urban areas m'għandekx daqshekk problema u meta ttella` minn taħt cultivated land kultant ikollok xi użu ta` fertilizzant qawwi li jwassal għal ċerti problemi individwali f'ċerti postijiet.", "Dan l-istudju huwa studju ferm essenzjali, ta' livell informattiv u ta' kwalita` għolja u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'hijiex qiegħda turi s-sitwazzjoni kif inhi, anzi qed turi li għandna ċerti postijiet li fihom għad hemm problema u qed tgħid x'se tagħmel biex issolvi dawn il- problemi.", "Fil-fatt tajjeb li ngħid li l-korporazzjoni mis-sena li għaddiet għal din is-sena rnexxielha tnaqqas il-livell tan-nitrates b'mod sinifikanti.", "Mhux biss naqqset il-costs u l-leakages imma anke l-livell tan-nitrates.", "Fejn qabel 80% biss ta' l-ilma kien qed jilħaq il-kriterju stabbilit mill-Unjoni Ewropea issa għandna 90% ta' l-ilma li jiġi prodott li qed jilħaq dan il-kriterju.", "Dan huwa titjib sostanzjali.", "Aħna rridu li l-ilma kollu prodott jilħaq dan il-kriterju, pero` iktar ma jkollok ilma li jilħaq dan il-kriterju iktar issir diffiċli biex wieħed ikun jista' jtejjeb il-kwalita` ta' l-ilma għax kull żieda li tkun qed tagħmel tkun tirrikjedi qabża sostanzjali fit-tip ta' investiment li jrid isir.", "Dan irnexxielna nagħmluh billi qed nużaw sistema differenti milli kien hemm qabel.", "Qed immorru għal sistema fejn qed ikun hemm iktar blending ta` l-ilma.", "Qed jgħiduli li l-livell ta' nitrate jrid ikun ta' 50 part per million.", "Dan qed nilħquh f'90% ta' l-ilma prodott.", "U qed nilħquh billi saru diversi modifikazzjonijiet fis-sistema tad-distribuzzjoni li kemm jista` jkun boreholes li jagħtu direttament għand il-pubbliku qed jiġu discontinued milli jagħmlu hekk u fejn hu possibbli jmur f'reservoir fejn jitħallat ma' l-ilma li jiġi mir-reverse osmosis plants u allura jniżżel l-ammont ta' impurites li jkun hemm għal-livell aċċettabbli.", "Dan diġa` sar f'diversi każi u b'hekk kien hemm it-tnaqqis fit-tniġġis u l-ilma pur sar iktar available għall-gżejjer Maltin.", "Fir-rapport jingħad li groundwater abstraced from the boreholes in Birżebbuġa area have been re-routed to Luqa reservoir, while those in the Siġġiewi area are expected to be shortly re-routed to Qrendi reservoir.", "B'hekk il-konsumaturi qegħdin jieħdu blend aħjar ta' ilma.", "Imbagħad għandek in-naħiet ta' Ħad-Dingli, Rabat, l-Imtarfa, l-Imdina u Ħal-Qormi li għandhom sistema oħra li qed twassal ukoll għal titjib fil-kwalita` ta' l- ilma.", "Dan mhux qed isir b'xejn, anzi qed jinvolvi spejjeż aktar.", "Fil-fatt fir-rapport annwali f'paġna 71 hemm tabella li tgħid li Fieres borehole, Żurrieq Road Borehole, Kirkop I and III boreholes, Bir ix-Xagħra borehole, Dawl borehole, Froxx Borehole u Hlantun borehole reduced pumping from Wied il-Kbir pumping station to 860 cubic meters per day.", "Dan qed jiġi sostitwit b'ilma ieħor mir-reverse osmosis plants u dan qed jiġi jiswa lill- korporazzjoni madwar Lm181,000 fis-sena.", "L-istess qed isir bejn Ħad-Dingli u Birżebbuga u dan qed jiswa lill- korporazzjoni madwar Lm50,000 oħra.", "Jiġifieri l-korporazzjoni qed jirnexxielha tnaqqas il-costs tagħha meta fil-fatt qiegħda tagħmel dan il- proċess li fih innifsu qiegħed iżid l-ispiża biex tiġi organizzata sistema li taqdi aħjar lill-konsumatur.", "Bħalissa hemm ippjanat li l-borehole ta' Speranza pumping station, li hija waħda mill-ikbar pumping stations li għandna, tiġi discontinued għax il-kwalita` ta` l-ilma qiegħda dejjem teħżien.", "Allura l-pjan huwa li din tiġi discontinued forsi l-kwalita` ta` l-ilma titjieb biż-żmien.", "Pero` mbagħad irridu nużaw sistema oħra biex l- area tal-Mosta tibda tieħu l-ilma mir-reservoir tan-Naxxar u bħalissa għaddej ix-xogħol biex dan ikun jista` jseħħ.", "Dan jwassal għal titjib fil-kwalita` ta` l-ilma li allura jkun ġej mill- reverse osmosis plants u mhux mill-iSperanza pumping station.", "Huwa stmat li dan se jżid il-costs b'madwar Lm182,000 oħra.", "Dan m'mhuwiex il-cost kapitali għax il-cost kapitali tagħmlu darba u tirrinovah kull tant snin.", "Qed nitkellem biss fuq ir-running costs.", "Dan huwa proċess li se nkomplu nagħmluh.", "Pero` rrid ngħid li mhux dak biss qed isir.", "Per eżempju, f'Għawdex għandna diversi aspetti li ġew ipprovati l-ewwel darba.", "Bħalissa nistgħu ngħidu li f'Għawdex għandna l-inqas leakages għax il-Water Services Corporation bdiet minn Għawdex tuża sistema differenti kif tidentifika fejn hemm il-losses u din wasslet biex illum f'Għawdex għandna losses ferm inqas minn ta' Malta.", "Fil-fatt Għawdex jilħaq il-livell ta' losses li internazzjonalment huma considered unavoidable.", "F'Malta għadna ma lħaqnix dak il-livell u baqa' ħafna x'isir, speċjalment fir-rigward tas-service connection għal mad-djar.", "Irrid ngħid li bħalissa qed jinbidlu madwar 15,000 service connection fis-sena u jekk il-Bambin irid il-200,000 konsumatur li għandna, bil-mod il-mod, kollha jkollhom service connection ġdida.", "B'hekk bil-pajpijiet ġodda li qed jitpoġġew inkunu qed naraw titjib mhux biss fil-kwalita`, imma anke fil-problemi ta' leakages u ħsarat oħra.", "Huwa importanti li wieħed jgħid li dan qed isir mhux meta d-distribuzzjoni fil-main roads tiġi minsija, anzi huwa ppjanat li din is-sena jkun hemm madwar 80 kilometru ta` pajpijiet li jiġu mibdula.", "Pero` ħalli nkompli fuq Għawdex.", "Sur President, Għawdex jieħu l-ilma tiegħu, is-sena kollha, prattikament kollu minn taħt l-art ħlief għax-xahar ta' Awissu.", "F'dak ix-xahar, permezz tar-reverse osmosis plant taċ-Ċirkewwa, Malta żżid l-ilma f'Għawdex minħabba l-influss ta` turisti li jkun hemm f'dak il-perjodu.", "Hawn irrid ngħid li l-amministrazzjoni Laburista ta' qabel l-1987 kienet taħseb li tant hemm ilma f'Għawdex li għamlu pipe biex minn hemm nieħdu l-ilma għal Malta.", "Imbagħad irriżulta li dawn ma kenux qed jippjanaw b'għaqal biżżejjed għax fil-fatt dan ma setax iseħħ, anzi f'ċerti żmenijiet hemm bżonn li lil Għawdex nagħtuh l-ilma minn Malta.", "Sur President, tajjeb li ngħid ukoll li aħna dawn il-linkages bejn Malta u Għawdex neħduhom bis-serjeta` mhux biss fl-ilma imma anke fl-elettriku u nieħu din l-opportunita` biex ngħid li f'dan il-weekend kien hemm ħsara konsiderevoli f'cable tad-dawl li nġibed minn vapur li mhux suppost kien qiegħed ankrat hemm u din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna għax Għawdex bħalissa qiegħed jieħu d-dawl minn fuq cable wieħed.", "Dan is-sajf bdejna l- proċess ta` cable ieħor u forsi fi żmien xahar ikollna cable ieħor u b'hekk inkunu nistgħu nissuplixxu lil Għawdex bil-provvista ta' l-elettriku kollha li għandu bżonn.", "Li rrid ngħid hu li l-connections bejn Malta u Għawdex, kemm ta` l-ilma kif ukoll ta' l-elettriku, huma ferm importanti għax jekk ikollok xi inċident bħal dak li qed insemmi jkollok il-back-up facility biex wieħed ikun jista' jopera b'iktar flessibilita`.", "Sur President, fil-każ ta' Għawdex, f'dak li jirrigwarda ilma, qegħdin nipproponu li tiġi installata dik li jsejħulha polishing plant.", "B'hekk l- ilma tax-xorb li jittella' mill-boreholes kollha ta' Għawdex jmur f'post ċentrali u hemmhekk jiġi pproċessat minn din il-polishing plant.", "Din hija forma ta' reverse osmosis plant li taħdem bi pressure ferm inqas għax l- inflow li dieħel m'huwiex ilma baħar imma huwa ilma li s'issa għadu qed jintuża għax-xorb li ngħadduh minn dan il-low pressure reverse osmosis plant biex b'hekk inkunu nistgħu nnaddfuh mil-livell tan-nitrate.", "Peress li Għawdex jieħu l-ilma tiegħu minn taħt l-art u peress li huwa gżira agrikola hemm tendenza li jkollok kontaminazzjoni iktar.", "Allura ħsiebna għal dan il- polishing plant biex l-ilma prodott minn Għawdex jiġi msaffi aħjar, b'mod li jilħaqq il-livell internazzjonali, u jiġi wżat għall-ħteġijiet ta' Għawdex stess.", "Aħna qegħdin nagħtu priorita` biex din il-polishing plant tiġi nstallata f'Għawdex.", "Bħalissa qegħdin jiġu ppreparati l-pjanti biex mis-sena d-dieħla jibda jsir l-investiment biex dan iseħħ u b'hekk Għawdex mhux biss ikollu s-supply ta' l-ilma tiegħu iktar nadifa, imma tkun ukoll waħda li twassal għal-livelli tan-nitrates li huwa aċċettati internazzjonalment.", "Sur President, tajjeb li ngħid li n-nitrates ma ttegħemhomx.", "Forsi wieħed jistaqsi: Imma dan li qed nagħmlu qed nagħmluh għan-nitrates biss?", "Jiena ngħid li le, għax għalkemm in-nitrates huma l-iktar ħaġa perikoluża għas- saħħa, b'dan il-proċess se ntejbu wkoll il-kwalita` ta' l-ilma anke fit- togħma għax b'dan il-polishing plant se jitnaqqas l-ammont ta' melħ u element ta' prodotti oħra li jagħmlu t-togħma ta' l-ilma li jitla' minn taħt l-art mhux daqshekk pjaċevoli.", "Allura fi żmien qasir se jkollna ilma mhux biss ta' kwalita` aħjar għas-saħħa, imma ta` kwalita` aħjar ukoll fit- togħma.", "Dan huwa ta' sodisfazzjon għalija li dan il-proċess se jibda f'Għawdex u mbagħad se nestenduh għal Malta biex l-ilma kollu li jitla' minn taħt l-art jiġi msaffi b'din il-manjiera u allura l-livell tan- nitrates inkunu nistgħu nikkontrollawh mhux biss billi nibblendjaw l-ilma, imma billi nittrattaw l-ilma ta' taħt l-art.", "Sur President, dan huwa żvilupp ferm importanti għall-pajjiżna.", "L-ilma huwa s-sors tal-ħajja u rridu nippjanaw bil-quddiem u nippjanaw b'mod li dawn l- ispejjeż iktar, għax dan il-proċess jinvolvi spejjeż iktar, jiġu more than made up minn spejjeż oħra li qed jitnaqqsu minn x'imkien ieħor u fuq medda ta` snin aħna nkunu nistgħu nnaqqsu kemm jista' jkun il-piż li l-Water Services Corporation għadha qed timponi fuq il-gvern minħabba l-assistenza li tingħata.", "Sur President, hemm diversi aspetti oħra li rrid insemmi.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li qed tiġi pprovata din is-sena hija dik li jsejħulha l-ultra violet system.", "Minflok ma nużaw chlorine, li jagħmel differenza fit-togħma, biex wieħed jiżgura li l-livell ta' bacteria jiġi mnaqqas, din is-sena l-korporazzjoni bdiet tutilizza bi prova s-sistema ta' l-ultra violet rays.", "Dan huwa apparat li jissejjaħ l-ultra violet disinfection plant fejn bażikament l-ilma jgħaddi minn ultra violet radiation u biex b'hekk l-ilma nżidulu inqas kimiċi biex nagħmluh tajjeb għax-xorb.", "S'issa jidhrilna li r-riżultati li ta dan it-tip ta' proċess huma riżultati sodisfaċenti u iktar 'il quddiem inkunu nistgħu nifirxu l- użu ta` dan il-proċess biex b'hekk ikun hawn sistema li permezz tagħha nnaqqsu l-użu tal-kimiċi u ttejjeb iktar it-togħma ta` l-ilma.", "Dan il- proċess mhux biss iwassal biex nużaw inqas enerġija fejn nistgħu, billi nagħmlu energy saving devices, imma jwassal ukoll biex nużaw inqas kimiċi mhux biss għax dawn iqumu l-flus imma wkoll għax dan huwa aħjar għall- ambjent.", "Sur President, irrid ngħid li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma baqagħlha ħafna x'tagħmel.", "Hemm aspetti bħal, per eżempju, il-mod ta' kif il-kuntratturi jagħmlu ċertu xogħol li għad trid ittejjibhom.", "Nafu li għad hemm ċerti diffikultajiet u r-rapport jirrikonoxxi dan u jgħid li l-prodott li qed jagħtu l-kuntratturi jrid jiġi mtejjeb.", "Irid ikun hemm ukoll sistemi aħjar fl-immaniġġjar tar-riżorsi umani tagħha.", "Fil-fatt il- korporazzjoni għaddejja minn restructuring fejn qed tiġi maqsuma f'diversi units biex dawn ikunu jistgħu joperaw b'mod iktar effiċjenti.", "Inridu nħarsu mill-qrib lejn ir-riżorsi umani li għandna u nistaqsu jekk ir-riżorsi umani kollha li għandha jistgħux jiġu utilizzati aħjar.", "Dan irridu nagħmluh għax aħna ma rridux li ngħabbu l-piż ta` l-ineffiċjenza fuq il-poplu, fuq l- industrija u fuq it-turiżmu imma rridu nsolvu l-problemi ta' ineffiċjenzi li ssib f'korporazzjoni bħalma hi l-Water Services Corporation.", "Aħna jidhrilna li din il-korporazzjoni miexja fid-direzzjoni t-tajba u qed tagħmel progress.", "Tajjeb li ngħid li l-korporazzjoni għandha fama tajba ħafna fuq livell internazzjonali, forsi ferm iktar milli għandha f'Malta, u dan minħabba l- mod ta' kif irnexxielha ssolvi l-problemi ta' l-ilma.", "Wara kollox tajjeb li ngħidu li Malta, fost il-pajjiżi fir-reġjun ta' madwarna, hija waħda mill- pajjiżi l-iktar fqar fir-riżors ta` l-ilma.", "Anke jekk tmur fl-Afrika ta' Fuq issib li għalkemm tagħmel inqas xita milli tagħmel f'Malta għandhom riżorsi ta' ilma iktar minna.", "Il-Libja għadhom kemm investew f'pipe li jmur eluf ta` kilometri biex iġibu l-ilma minn taħt s-Sahhara għal ġo Tripli u jekk tmur Tunes issib li għandhom ukoll sors ta` ilma li huwa ilma tajjeb u għandhom ukoll ilma biex jintuża għall-agrikultura.", "Naturalment jekk tmur Ċipru tara li għandhom reservoirs f'catchment areas, għalkemm is-sena li għaddiet kellhom xi ftit problemi minħabba nuqqas ta' xita.", "Illum l-poplu Malti kważi lanqas jinduna li s-sena li għaddiet kellna sitwazzjoni ta' drought.", "F'paġna 59 tar-rapport hemm graph li tqabbel il-monthly rainfall tas-sena li għaddiet ma' tas-sena ta` qabel u wieħed jista` jinduna li s-sena l-oħra kellna sitwazzjoni ta' drought.", "Fil-fatt meta jkollok sitwazzjoni ta' drought hemm analisi li jurik li l-ilma li jiġi ppumpjat minn taħt l-art jiġi effettwat ukoll.", "Huwa inkredibbli kif meta ma tagħmilx xita għoli ta' 2.5m ilma f'borehole jinżillek b'metru u anke iktar u allura f'daqqa waħda jaffettwalek l-ilma li tippompja minn taħt l-art.", "Madanakollu allavolja għandna din il-problema ta` drought qed jirnexxielna mhux biss li ntejbu l- kwalita` ta' l-ilma, mhux biss nipproduċu biżżejjed għall-poplu tagħna u mhux biss innaqqsu l-leakages, imma wkoll innaqqsu l-ispejjeż.", "Jiena naħseb li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma għandha ħafna x'tagħmel iktar, pero` naħseb ukoll li ta' min jgħid prosit lill-management u lill-ħaddiema li mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Irridu nibqgħu nistinkaw biex nimxu fuq din id-direzzjoni u nkomplu nġibu lill-korporazzjoni 'l quddiem biex b'inqas sussidji mingħand il-gvern topera b'mod iktar effiċjenti u taqdi l-ħteġijiet tal-poplu bi kwalita` ta` ilma aħjar, bi provvista ta' ilma suffiċjenti u b'sistemi ta' immaniġġjar moderni li jwasslu biex aħna nkunu iktar effiċjenti fil-mod ta' kif noperaw f'dan is- settur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUGIAGIAR: Mr Speaker, il-Water Services Corporation hija fdata b'waħda mill-iktar funzjonijiet importanti li jista' jafda pajjiż lil korporazzjoni.", "Din hija fdata mill-ħarsien ta' kulma jirrigwarda l- produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-kwalita` ta' l-ilma li nipproduċu.", "Din hija funzjoni importanti immens.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nitkellmu fit- tul f'dan il-Parlament għax kulħadd jaf li mingħajr ilma mhux biss ma jgħix il-bniedem, imma tieqaf l-ekonomijia u l-produzzjoni tal-pajjiż kollu.", "L-ilma huwa importanti għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali.", "Huwa l-bażi tal-ħajja tagħna u dak kollu li nixorbu u dak li jkun kontenut f'dak li nixorbu se jaffettwa s-saħħa ta` kull wieħed u waħda minna.", "Huwa importanti ħafna li nagħmel dan il-punt minħabba li s-saħħa taċ-ċittadin hija xi ħaġa li l-pajjiż għandu jagħtiha l-akbar importanza.", "Fil-fatt l- effett ta` l-ilma fuq is-saħħa tal-bniedem nagħtuha importanza mhux aħna biss, imma ħafna korpi internazzjonali jagħmlu enfasi fuq kemm huwa importanti li jkollna kwalita` ta' ilma li tkun konformi ma' dak li ma jġibx mard.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax jittratta dan is-suġġett ta' importanza ekonomika u ta' importanza għas-saħħa tal-bniedem mingħajr ma jsemmi l- effiċjenza, il-finanzi u l-ispejjeż li jintnefqu biex il-funzjoni ta' din il-korporazzjoni tkun tista` sseħħ.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq l-estimi u r-rapport annwali ta` din il-korporazzjoni bilfors irridu nħarsu lejn dawn l-aspetti differenti.", "Għandek l-effett ekonomiku, kemm huwa importanti li jkollna produzzjoni ta` l-ilma stabbli, l-effett tal-kwalita` ta' l-ilma u l-effett li din il-kwalita` se tagħmel fuq is-saħħa taċ- ċittadini.", "Fl-istess ħin irridu naraw kemm il-korporazzjoni qed tagħmel il- funzjoni tagħha b'effiċjenza finanzjarja u effiċjenza operattiva.", "F'dan il- kuntest irridu nitkellmu fuq dawn l-estimi li qegħdin niġu mitluba li napprovaw.", "Il-parametri li wieħed irid jagħmel ġudizzju fuqhom meta niġu biex niddeċiedu kif marret il-korporazzjoni s-sena li għaddiet huma jekk il- korporazzjoni pproduċietx ilma kemm hemm bżonn, irnexxilhiex tipproduċi ilma ta` kwalita` tajba - u meta qed ngħid ilma ta' kwalita` tajba mhux biss jekk tjiebitx fuq is-sena ta` qabel, imma kemm resqet lejn in-normi internazzjonali u n-normi rikjesti minn korpi li jagħtu direzzjonijiet f'dan il-qasam – u kemm kienet kapaċi tagħmel dan ix-xogħol b'mod kompetittiv.", "Barra minn hekk wieħed ma jistax jiġġudika l-korporazzjoni jekk ma jagħmilx assessment tal-viżjoni tagħha ħalli jara jekk għandhiex viżjoni tajba jew le u jara x'bi ħsiebha tagħmel fil-futur biex tkompli ttejjeb dan il-qasam.", "Imma dwar il-viżjoni tal-korporazzjoni nitkellem aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, f'Malta l-effett ekonomiku ta' l-ilma huwa enormi.", "Jekk wieħed iħares lejn tabella li hemm fir-rapport annwali tal-korporazzjoni isib li 62% tal-konsum ta` l-ilma jmur għal dak li bil-klassifika moderna jissejjaħ is-settur mhux kummerċjali u 10% tal-produzzjoni ta' l-ilma jmur għas- settur turistiku.", "Kulħadd jaf li s-settur turistiku jikkontribbwixxi bil- qawwa għall-ekonomija, u hemm konnessi bejn il-produzzjoni ta' l-ilma u dan is-settur, imma jekk irridu nsaħħu dan is-settur ma jridx ikollna complaints mhux biss mill-Maltin – għalkemm il-Maltin jiġu l-ewwel u qabel kollox – imma lanqas mill-barranin.", "Imbagħad għandek 27% tal-kumplament tal- produzzjoni li tmur għal setturi oħrajn.", "Mr Speaker, meta l-Ministru tkellem dwar il-production costs ta' l-ilma qal li qed jara li l-korporazzjoni miexja 'l quddiem għax dawn il-costs qegħdin jonqsu.", "Pero` jekk wieħed irid ikun iżjed oġġettiv u jara jekk verament il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma hiex qed tkun effiċjenti jew le ma jridx iħares biss lejn il-production costs ta' l-ilma, imma jrid iħares lejn l-ispiża ta` l-operazzjoni kollha.", "Meta jiena għamilt il- kritika tiegħi dwar li l-korporazjzoni qiegħda tkun inqas effiċjenti kont qed nikkwota u nibbaża l-kalkoli tiegħi fuq l-ispiża ta' l-operazzjoni kollha.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn il-figuri li poġġiet quddiemna l- korporazzjoni stess jsib li waqt fl-1999 kien hemm produzzjoni ta' ilma ta' madwar 36 miljun metru kubu, din is-sena l-produzzjoni ta' l-ilma naqset għal madwar 33.7 miljun metru kubu.", "Jiġifieri l-produzzjoni ta' l-ilma naqset u f'dan il-Parlament tkellimna ħafna dwar kemm hu importanti li naraw li dak l-ilma li hemm bżonn jiġi prodott imur fejn għandu jmur.", "Allura hija ħaġa tajba li l-korporazzjoni mhux qed titlef ilma u qed issib li hemm bżonn li jiġi prodott inqas ilma.", "Din hija xi ħaġa li tkellimna dwarha u ħadna gost biha u l-Ministru dalgħodu tkellem fit-tul u qal kemm huwa pass pożittiv li l-korporazzjoni qed tipproduċi inqas ilma minħabba li hemm inqas telf ta' ilma.", "Imma jekk imbagħad wieħed irid isarraf dan li qed ngħidu f'pounds, shillings and pence – hu hemmhekk irridu mmorru biex naraw finanzjarjament jekk il-korporazzjoni hiex tkun effiċjenti jew le – isib li l-operation costs tas-sena li għaddiet, meta konna nipproduċu aktar ilma, kienu ta' Lm13.25 miljun.", "Allura illum, meta l-produzzjoni ta' l-ilma naqset wieħed kien jistenna li l-operation costs se jonqsu u mhux jogħlew kif fil-fatt ġara.", "Huwa inutli li aħna ngħidu li qed nieħdu gost li qed nipproduċu inqas ilma meta mbagħad l-ispiża qed tiġina iktar għolja.", "Fuq dawn il-bażi huma l- figuri li kkwotajt jien biex nuri li over all - għax l-operation costs jinkludu l-ispiża globali - in pounds, shillings and pence l-korporazzjoni mhux qed tkun effiċjenti għall-pajjiż.", "Jekk wieħed jagħmel kalkolu jsib li għal kull metru kubu ta` ilma li l-pajjiż ipproduċa fl-1999 nefaq 37c, mentri għal kull metru kubu li pproduċa din is-sena l-pajjiż nefaq 43c.", "Issa jekk wieħed jikkalkula l-persentaġġ ta' l-effiċjenza jsib li dan huwa nuqqas ta' effiċjenza ta` madwar 12%.", "Issa jekk jiena m'iniex korrett nispera li meta l-Ministru jagħmel il-winding-up jurini fejn jiena żbaljat.", "Imma l-kalkolazzjoni tiegħi hi li l-Water Services Corporation din is-sena qiegħda tkun ineffiċjenti b'madwar 12%.", "Issa jekk wieħed joqgħod jgħidli dan seħħ għax kien hemm żidiet fil-paġi u kien hemm żidiet fl-ispejjeż jiena ngħidlu li l-figura ta' 12% hija ħafna iżjed għolja mill-figura ta' l- inflazzjoni.", "Jiġifieri b'mod ġenerali l-korporazzjoni qiegħda tagħmel xi affarijiet li minkejja l-improvements l-oħrajn, li se nitkellem iżjed 'il quddiem fuqhom, l-effiċjenza kulma tmur qiegħda tonqos.", "Mr Speaker, meta aħna qed nieħdu gost ngħidu li issa qed ikun hemm inqas telf ta' ilma għax qed niedħu ħsieb is-sistema tad-distribuzzjoni, wieħed jeħodha for granted li l-ispejjeż għall-pajjiż sabiex jipproduċi l-ilma se jkunu inqas.", "Sfortunatament minn dan li qed turina l-korporazzjoni fl- estimi u fir-rapport annwali tagħha l-affarijiet ma jidhrux li huma hekk u hemm bżonn naraw x'qed jirrendi lill-korporazzjoni inqas effiċjenti.", "Mr Speaker, ngaħddi issa biex nitkellem dwar il-konsum ta' l-enerġija u ngħid li hija xi ħaġa tajba li l-użu ta` l-enerġija mill-korporazzjoni kulma tmur qiegħda tonqos.", "Dan huwa pass posittiv minħabba li l-użu ta' l- enerġija mhux biss huwa spiża għall-korporazzjoni u għall-pajjiż kollu, imma wkoll għax l-użu ta` enerġija li ma tkunx effiċjenti – u dan niġi għalih meta nkunu qed niddiskutu l-estimi ta` l-Enemalta – jirriżulta fi ħsara għall-ambjent.", "Jiġifieri l-isforzi tal-Water Services Corporation li tagħmel dak kollu possibbli biex l-użu ta` l-enerġija jkun maħsub u effiċjenti huwa pass 'il quddiem u dak kollu li qed isir fid-desalination plant ta` Pembroke, fejn qed jintużaw il-pelton wheels, biex l-enerġija li jkun fadallu dak l-ilma li joħroġ mill-reverse osmosis plants jiġi utilizzat huwa pass importanti u pass fid-direzzjoni t-tajba, u j'Alla li dan l-esperiment li jidher li rnexxa jiġi estiż anke għal impjanti oħrajn tar-reverse osmosis kif fil-fatt huwa maħsub.", "Mr Speaker, dwar il-produzzjoni ta` l-ilma nsibu li 50% tagħha ġejja mill- ilma tal-pjan.", "Dan huwa sors ta' ilma importanti ħafna.", "Huwa sors ta' ilma li għal ħafna snin qabel l-1983, meta fi żmien gvern Laburista sar l-ewwel impjant ta' reverse osmosis ta' Għar Lapsi, kien l-uniku sors ta' ilma jew wieħed mill-iktar sorsi importanti ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Sfortunatament – u din hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna – anke fir-rapport li qed tagħmel il-korporazzjoni jingħad li l-kondizzjoni ta' l-ilma tal- pjan, jew l-aquifer, kulma tmur qiegħda teħżien.", "Din hija aħbar ħażina għall-pajjiż għax barra li dan is-sors ta` ilma huwa sors reliable ħafna huwa wkoll sors li ma jqumx flus daqs il-produzzjoni ta` l-ilma mir-reverse osmosis.", "Għalhekk irridu naraw għaliex qiegħed ikun hemm din it-trend 'l isfel dwar il-kwalita` ta' l-ilma ta' l-aquifer.", "Ir-raġuni prinċipali għaliex il-kwalita` ta' dan l-ilma kulma tmur qiegħda teħżien – u dan qalitu wkoll l-korporazzjoni fir-rapport tagħha – hija minħabba l-użu ħażin ta' dan l-ilma ta' l-aquifer u minħabba l-over exploitation.", "Jiġifieri dawk in-nies li bil-permess jew bla permess għandhom l-ispieri u li ħafna drabi kontra l-liġi jtellgħu ammonti kbar ta' ilma biex ibiegħuh, mingħajr ma jagħtu konsiderazzjoni ta' xejn lejn il-kwalita` ta' dan l-ilma ta' l- aquifer, qed jagħmlu ħsara lill-pajjiż kollu.", "Allura kien tajjeb il-pass li kien ħa l-gvern Laburista ta' l-1979 li ħareġ diversi legal tenders biex jara li jkun hemm xi forma ta' regolamentazzjoni biex dan l-użu ħażin ta` dan l-ilma ta' l-aquifer jiġi kkontrollat.", "Kemm smajna kritika dak inhar min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Għax hekk kienu jagħmlu.", "Malli kienu jaraw xi ħaġa li għalkemm tkun tajba tista' ddejjaq lill-poplu kienu jagħmlu enfasi kbira fuqha biex ikesksu lill-poplu kontra l-gvern Laburista.", "Nerġa' ngħid li l-gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien ħareġ diversi legal tenders biex jara li dawk in-nies li jużaw dan l-ilma ta' l-aquifer jiġu kkontrollati.", "Dak iż-żmien kienet ħarġet il-legal tender 167/97 u mbagħad ħarġet il-legal tender 120/97 dwar ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-ispieri.", "Din kienet xi ħaġa tajba biex għallinqas ikun hemm xi forma ta' regolamentazzjoni fuq dawk in-nies li jużaw dan l-ilma u li xi kultant jużawh b'abbuż.", "Imbagħad kien inbidel il-gvern u minkejja li dawn ir-regolamenti kienu ġew ikkritikati reġgħu ġew implimentati.", "L-ippumpjar ta' l-ilma mill-aquifer jammonta għal madwar 17,000,000 gallun ilma fis-sena.", "In-nofs l-ieħor jiġi prodott mill-impjanti tar-reverse osmosis.", "Dan huwa sors ta' ilma nadif għax kif qal il-Ministru dawn ir-reverse osmosis plants jgħaddu l-ilma minn membranes li huma żgħar ħafna u dak l-ilma jissaffa sew kemm mill-ħmieġ li jidher fil-għajn kif ukoll mill-ions tal-chloride, flouride, u nitrate.", "Nerġa' ngħid li dan huwa sors ta' ilma nadif u li għalissa ma nistgħux ngħaddu mingħajru.", "Pero' dan huwa sors ta` ilma li jqum ħafna flus u l- ispiża globali li tonfoq il-korporazzjoni f'dik li hija ġenerazzjoni ta` enerġija kważi tintnefaq kollha sabiex jiġi ppressat l-ilma biex jgaħddi minn ġo dawn il-filters.", "Din l-idea tar-reverse osmosis plants ħoloqha l-gvern Laburista allavolja l- Ministru sa dalgħodu stess ipprova jagħti l-impressjoni li kulma għamel il- gvern Laburista ta` qabel l-1987 kien kollu ħażin.", "Veru li dak iż-żmien kien hemm il-problemi u wieħed ma jistax jinnegah dan, imma kien il-gvern Laburista li introduċa l-ewwel reverse osmosis plant ġewwa Għar Lapsi.", "Imbagħad gvern Nazzjonalista, li dak iż-żmien ħareġ bil-motto ta' money no problem, beda jibni impjanti tar-reverse osmosis wieħed wara l-ieħor.", "U money was no problem at that time u kemm-il darba jien ikkritikajt kemm il- gvernijiet nazzjonalisti ta` bejn l-1987 u l-1996 ma kellhomx għaqal.", "Kien qisu mara li r-raġel taha ċ-ċekk u bdiet tonfoq bl-addoċċ.", "U hekk għamel fis-settur ta' l-ilma l-gvern Nazzjonalista.", "Ma ngħidx il-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma għax qabel l-1991 din il-korporazzjoni ma kenitx teżisti.", "Il-gvern Nazzjonalista kien infexx f'ħafna bini tar-reverse osmosis plants.", "Din kienet deċiżjoni żbaljata u ma kienx pass għaqli meta wieħed seta' jinvesti f'mezzi oħrajn biex itejjeb dan is-settur.", "Din hija l-kritika tiegħi għall-gvernijiet Nazzjonalisti ta` qabel l-1996.", "Bħalma huma jikkritikaw li kien hemm nuqqas ta` ilma fl-1997, jiena nikkritika li l-gvern Nazzjonalista ma kienx effiċjenti u sparpalja flus bl- addoċċ meta bena dawk l-impjnati tar-reverse osmosis kollha.", "Għaliex?", "Għax iżjed ma wieħed beda jibni impjanti tar-reverse osmosis u iżjed ma beja jippompja u jipproduċi ilma minnhom iżjed beda jogħla l-persentaġġ ta' dak l-ilma li jintilef fit-trab meta joskula minn ġol-kanen.", "Jiena ġieli ġibt figuri hawnhekk u kkwotajthom – m'iniex se noqgħod nerġa' nikkwotahom illum – li juri li l-gvern Nazzjonalista ta` dak iż-żmien ma kellux għaqal.", "Kien gvern li ma kienx jagħti kas il-kritika li konna nagħmlu dwar dan is- settur.", "Aħna konna ngħidu li veru li hemm bżonn li jinbnew reverse osmosis plants, imma fl-istess ħin kien hemm bżonn li s-sistema tad-distribuzzjoni tittieħed bis-serjeta` għax ma jagħmilx sens li tipproduċi l-ilma u iżjed ma tipproduċi iżjed titlef minnu.", "Imbagħad fl-1995 donnhom indunaw u beda jsir xi ħaġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.", "Mr Speaker, il-Ministru dalgħodu meta tkellem dwar in-nuqqas ta' ħela ta' ilma donnu ried jgħid li din hija xi feather in their cap.", "Kieku verament kellhom l-għaqal li l-Ministru qed jiftaħar bih illum kieku ma kienx hemm għalfejn noqogħdu nistennew sa l-1996, proprju meta tela' gvern Laburista, biex naraw li l-produzzjoni ta' l-ilma tonqos.", "Dawn kienu ilhom fil-gvern għaxar snin u l-produzzjoni ta' l-ilma kienet togħla sena wara l-oħra.", "Issa dak iż-żmien kienu jbellgħuha lill-poplu li l-produzzjoni ta' l-ilma kienet qed togħla għax il-poplu qed ikollu livell ta' ħajja aħjar, l- ekonomija miexja 'l quddiem u għax hemm domanda ikbar għall-ilma u allura qed jagħmlu minn kollox biex jipproduċu l-ilma li hemm bżonn.", "Mr Speaker, din kienet spjegajazzoni li min ma jifhimx fis-suġġett kien jiblagħha.", "Imma mhux dik kellha tkun l-ispjegazzjoni u llum il-Ministru stess jammetti għaliex il-koprorazzjoni kienet qed tipproduċi iktar ilma.", "Kienet qed tipproduċi iżjed ilma għax l-ilma kien imur fit-trab.", "Imbagħad fl-1996, għaxar snin wara, indunaw u minn dak iż-żmien, jekk wieħed iħares lejn il-figuri li kkwota l-Ministru, bdiet tonqos il-produzzjoni ta' l-ilma għax is-sistema tad-distribuzzjoni bdiet tingħata l-istess importanza li ngħatat lill-bini tar-reverse osmosis plants.", "Jiena nistaqsi lill-Ministru: Veru jew mhux veru li sa qabel l-elezzjoni ta` l-1996 kien hemm maħsub li jinbena impjant ieħor tar-reverse osmosis f'Zonqor Point?", "Kien hemm bżonn li jinbena reverse osmosis plant ieħor?", "Kieku dakinahr ma telax il-Partit Laburista fil-gvern probbabilment kien isir u konna noqogħdu niftaħru li nbena reverse osmosis plant ieħor.", "L-għaqal ma kienx jirrikjedi hekk u għalhekk fl-introduzzjoni tiegħi ta' dan id-diskors għedt li huwa importanti li naraw l-impatt ekonomiku, li naraw li jkollna kwalita` ta' ilma tajba biex l-impatt fuq is-saħħa tal-poplu jkun pożittiv u naraw ukoll l-efiċjenza tal-korporazzjoni u kkwotajat figuri biex nuri li l- korporazzjoni, minkejja dak kollu li jingħad u dak kollu li jidher fir- rapporti, għad baqagħlha ħafna u ħafna iżjed x'tagħmel biex tkun effiċjenti għax il-figuri juri li m'hijiex qed tkun effiċjenti.", "X'qiegħed jiġri llum, Mr Speaker?", "Illum qed naraw l-impjanti tar-reverse osmosis ta` Pembroke, ta' Għar Lapsi, taċ-Ċirkewwa jaħdmu half throttle.", "Imbagħad għandek dak tal-Marsa li huwa wieqaf u dak ta' Tigne` magħluq.", "Issa jekk wieħed jitkellem dwar effiċjenza tajjeb li jingħad li meta tikkalkula kemm tuża enerġija elettrika biex tipproduċi metru kubu ta' ilma ssib li l-impjant tal-Marsa, meta jaħdem, kapaċi jkun l-iktar wieħed effiċjenti minnhom kollha.", "Minkejja dan l-impjant tal-Marsa llum huwa magħluq.", "Mela l-iżjed impjant tar-reverse osmosis li potenzjalment jista' jkun l-iżjed effiċjenti llum jinsab magħluq.", "It-tort m'huwiex tal- korporazzjoni, jew tal-Ministru inkella tal-gvern, imma tal-fatt li l-feed water ta' l-impjant tar-reverse osmosis tal-Marsa huwa kontaminat allura l- ilma ma jistax jintuża għax jekk jintuża jagħmel ħsara lill-membranes.", "Issa din hija sitwazzjoni li m'hijiex sostenibbli.", "Ma tistax inti jkollok reverse osmosis plant tużah ftit u mbagħad tħallih wieqaf għal ħafna snin.", "Il-korporazzjoni qiegħda taħseb x'għandha tagħmel dwar dan ir-reverse osmosis plant.", "Jiena ngħid li hemm bżonn ħsieb ġdid u inizjattiva ġdida biex isir xi ħaġa fuq dan l-impjant, jekk verament iridu jħaddmuh.", "Issa f'dan ir-rapport qiegħed jingħad li hemm bżonn li tissolva l-problema tal- feed water, imma naħseb li hemm bżonn li wieħed jaħseb anke fuq ideat ġodda.", "Per eżempju, jekk hux vijabbli li dan l-impjant jiġi trasferit għal x'imkien ieħor fejn il-feed water ikun tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Dak jgħidulu brackish water.", "L-impjant tal-Marsa huwa effiċjenti u juża inqas energija elettrika minn impjanti oħrajn minħabba li l-feed water tiegħu m'għandux l-iron contents jew dissolved solids daqs l-oħrajn.", "Imma hawn postijiet oħra f'dan il-pajjiż li m'għandhomx il-feed water kontaminat u jista' jiġbed il-brackish water li jutilizzah biex ikun iktar effiċjenti u jipproduċi l-ilma.", "Jiġiferi jiena nħeġġeġ lill-korporazzjoni biex tagħmel inizjattivi ġodda u jekk hemm bżonn li dan l-impjant jiġi re-located dan tagħmlu mingħajr wisq dewmien għax mhux sewwa li nibqgħu inħallu dan l- impjant ma jaħdimx għal dawn is-snin kollha.", "Mr Speaker, jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn paġna 4 tar-rapport annwali fejn għandek kemm ipproduċew ilma l-impjanti tar-reverse osmosis ta` Għar Lapsi, taċ-Ċirkewwa u ta' Pembroke jsib li dawn ir-reverse osmosis għaddejjin minn perjodu ta' riċessjoni għax dejjem qed jipproduċu inqas u inqas ilma.", "Ovvjament jipproduċu inqas u inqas ilma għax qed tiġi indirizzata l-problema ta' l-unaccounted for water.", "U kif qal il-Ministru n- numru ta' turisti qiegħed dejjem jiżdied u l-livell tal-ħajja qiegħed jogħla u allura d-domanda qiegħda dejjem tiżdied.", "Jiġifieri r-real consumption ta' l-ilma se tiżdied, imma minħabba li qiegħda tiġi indirizzata l-problema tad-distribuzzjoni qed ikun hemm inqas u inqas produzzjoni ta` l-ilma.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem dwar is-sistema tad-distribuzzjoni.", "Jekk wieħed jaħseb li b'dak li għamilna f'dawn l-aħħar sentejn u b'dak li qed nagħmlu issa huwa biżżejjed biex inkomplu ntejbu dan is-settur sejjer imqarraq.", "Sfortunatament qed jindirizza ruħu lejn naħa waħda għax qed jindirizza biss il-problema tat-telf ta` l-ilma.", "Mil-lum 'il quddiem irridu nżidu l-flessibilita` fis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Is-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma trid tkun flessibbli biżżejjed biex ma jkunx hemm il-qtugħ tal-provvista ta' l-ilma li kellna din is-sena.", "Din is-sena kien hemm ħafna ilmenti mill-pubbliku għax kemm-il darba kellna ħafna lokalitajiet kbar li spiċċaw għall-ġranet u xi kultant ġimgħat sħaħ ibatu min-nuqqas ta' ilma minħabba li parti jew oħra tas-sistema tad-distribuzzjoni ma tkunx qiegħda taħdem.", "Nerġa' ngħid, dan mhux neċessarjament ikun tort ta` mismanagement tal-korporazzjoni.", "Per eżempju, ma jkunx tort tal-korporazzjoni li l-impjant ta' Pembroke jieqaf minħabba li s-sistema ta` l-elettriku f'dak l-impjant jieqaf.", "Dan m'hu tort ta' ħadd.", "Lanqas huwa tort għax ikun hemm azzjoni industrijali u bħala riżultat, għax l-impjant ta' Pembroke ma jitħaddimx, Tas-Sliema, il- Ħamrun, San Ġiljan, il-Furjana, Birkirkara, Ħal-Qormi, il-Gżira, San Gwann, Paceville u Ta' Xbiex jispiċċaw mingħajr ilma.", "L-istess ħaġa jiġri meta jkun hemm xi ħsara żgħira fl-impjant taċ-Ċirkewwa.", "Nispiċċaw bin-naħa ta' fuq ta' Malta kollha bla ilma.", "Jgħaddu l-ġranet u dawn in-nies jibqgħu jsofru min-nuqqas ta' ilma.", "Issa jiena fil-bidu għedt li 10% ta` l-ilma prodott imur għas-settur turistiku u dawn il-postijiet li semmejt, speċjalment Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan u l-area tan-north fejn għandek il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, huma sensittivi ħafna għas- settur turistiku.", "Allura m'huwiex aċċettabbli li jkun hemm dan in-nuqqas ta' ilma f'dawn l-inħawi għax in-nies li jaħdmu f'dan is-settur mill-ewwel jintlaqtu ħażin u mill-ewwel tara l-ilmenti tagħhom fuq il-gazzetti.", "Għaliex?", "Għax dan jolqothom fil-laħam il-ħaj.", "Jiena m'iniex ngħid li dan huwa tort ta' xi ħadd, imma ġieli jkollok ċirkostanzi li dawn in-nies jispiċċaw bla ilma għall-ġranet sħaħ u dan jolqot il-ħobza tagħhom ta' kuljum u l-ħobza tan-nazzjon, għax it-turisti huwa l-ħobża tan-nazzjon.", "Din il-problema ma tistax tiġi indirizzata jekk ma jkollokx sistema tad-distribuzzjoni li tkun flessibbli.", "Issa mhux biss irridu nattakkaw il-problema fis-sistema tad-distribuzzjoni għax ikollok il- leakages, imma mil-lum 'il quddiem irridu nattakkaw il-flessibilita` fis- sistema tad-distribuzzjoni.", "Allura li l-korporazzjoni għal sena wara l-oħra tiġi quddiemna f'dan il-Parlament titlob li napprovawlha dawn l-estimi u ma tiġi bl-ebda pjan biex ittejjeb il-flessibilita` tas-sistema ta' distribuzzjoni, speċjalment fl-area li semmejt, huwa ħażin ħafna.", "Li l- korporazzjoni ma tiġi bl-ebda pjan biex ittejjeb dak li għaddejjna minnu s- sena l-oħra u din is-sena, speċjalment f'dawk l-areas li semmejt, jirrifletti ħażin ħafna fuqha.", "Kien maħsub li jsir ġibjun fin-naħa tax-Xwieki - area bejn Pembroke u n- Naxxar – biex is-sistema tad-distribuzzjoni titjieb.", "Kienet tkun ħaġa tajba kieku sar dan il-ġibjun għax jekk inti jkollok storage ta` ilma li ġej mir- reverse osmosis plant ta' Pembroke jew minn reverse osmosis plants oħra fil- qrib, jekk jinqata' id-dawl għal sitt sigħat jew forsi ġurnata sħiħa, int għallinqas għandek ħażna ta' ilma li tgħinek tgħaddi minn dak il-perijodu mingħajr ma toħloq inkonvenjenzi lil ħadd.", "Issa li tiġi quddiemna u titlobna napprovaw dawn l-estimi u ma ġġib l-ebda pjani biex isir xi ħaġa simili jkolli ngħid li l-korporazzjoni m'hijiex tagħmel xogħolha sew.", "Mr Speaker, li jkollok flessibilita` fil-qasam tad-distribuzzjoni hija xi ħaġa rikjesta mhux biss biex inti ma jkollokx qtugħ ta' ilma imma anke biex nindirizzaw il-problema tal-kwalita` ta' l-ilma.", "Il-Ministru qal li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu, u li diġa` qed issir, biex il-kwalita` ta' l-ilma intejbuha hija li nħalltu l-ilma li jkun pur li jkun ġej mir- reverse osmosis plants ma' l-ilma li ntellgħu mill-aquifer.", "Issa biex aħna nkunu effiċjenti anke f'dan il-blending bilfors irid ikollok sistema tad- distribuzzjoni li tkun tajba biex jekk inti, per eżempju, għandek boreholes fin-naħa taċ-ċentru tal-gżira li jtellgħu ilma li jkun għoli fin-nitrate ma taqbadx u tagħlaqhom kif qed isir issa.", "Dan qed isir minħabba li ma jkunux qrib sistema tad-distribuzzjoni u allura bilfors ikollhom jingħalqu.", "Jekk inti trid li f'dik il-lokalita` jkollok ilma li jkun konformi ma' l-esiġenzi rikjesti dwar il-kwalita` ta' l-ilma bilfors ikollok tagħlaqhom.", "Imma jekk inti jkollok sistema ta` distribuzzjoni tajba dawn il-boreholes ma tagħlaqhomx.", "Darba minnhom meta nqatgħet il-provvista ta' l-ilma kellek madwar 25 lokalita` li sfaw milquta minn dan il-qtugħ.", "Dan il-każ li f'daqqa waħda kellek 25 lokalita` li spiċċaw jew bi pressa baxxa jew mingħajr ilma kompletament ġara fit-13 ta' Novembru ta' din is-sena.", "Dan ġara minħabba li kien hemm ħsara fin-naħa ta' Ħ'Attard u din il-ħsara kienet tinvolvi wkoll il-ġibjun ta` Ta` Qali.", "Kieku jkollok sistema ta` distribuzzjoni li tkun flessibbli dawn l-affarijiet ma jiġru qatt.", "Meta biex intejbu l-kwalita` ta' l-ilma wieħed jirrikjedi li jagħmel il-blending bilfors irid ikollok sisitema ta' distribuzzjoni flessibbli.", "Sfortunatment, fl-opinjoni tiegħi, m'huwiex isir biżżejjed biex intejbu din is-sistema.", "Għad fadal ħafna xi jsir intejbu s-sistema tad- distribuzzjoni.", "Mr Speaker, apparti dan irridu wkoll nindirizzaw il-problema tal-kwalita` ta` l-ilma.", "Il-kwalita` ta' l-ilma f'pajjiżna la hi konformi ma` l-esiġenzi ta` l-Unjoni Ewroepa u lanqas ma' tal-WHO.", "Ir-raġuni prinċipali għal dan hija li għandna livell għoli ħafna ta' nitrate fl-ilma.", "Issa kif qal il- Ministru, in-nitrates ma ttegħemhomx, jekk ikollok ilma ħażin iżjed ittiegħem is-sodium chloride jew il-chloride ions milli ttegħem in-nitrate.", "Pero` hemm evidenza sostanzjali li ħadd ma jista' jinnegaha li n-nitrate, jekk ikun f'livelli għoljin, jista' jagħmel ħafna ħsara għas-saħħa tal- bniedem.", "Fil-fatt jingħad li jista' jikkaġuna l-cancer fl-istonku.", "L-Unjoni Ewropea tgħid li l-livell tan-nitrate fl-ilma m'għandux ikun iktar minn 50mg/l jew inkella 50 parts per million.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-rapport annwali tal-koporazzjoni isib li l-prospetti f'dan ir-rigward se jiħżienu u mhux jitjiebu.", "F'paġna 61 għandna stampa ta' x'se jiġri fl-għaxar snin li ġejjin u din l-istampa turi li iżjed postijiet f'Malta se jkollhom ilma tal-pjan li se jkompli jeħżien minħabba l-livell għoli tan-nitrate.", "Sfortunatament l- affarijiet se jmorru ħafna ħażin.", "Il-Ministru qal li biex il-korporazzjoni tagħmel kontroll aħjar fuq dan il-livell ta' nitrate fl-ilma diġa` nefqet Lm180,000.", "Issa billi f'dawn l-għaxar snin li ġejjin l-ilma li se ntellgħu mill- aquifers se jkollu livell ogħla ta' nitrates dawn l-ispejjeż se jkomplu jiżdiedu.", "Il-Ministru qal li din il-problema se nsolvuha billi kull ftit ilma li ntellgħu mill-pjan, li se jkun fih ħafna nitrate, inħalltu miegħu ilma mir-reverse osmosis plants, u waqaf hemm.", "Mela l-Ministru lest li biex ikollna kwalita` ta' ilma aħjar jippompja ilma iżjed mir-reverse osmosis plants u jħalltu ma' l-ilma li jkun ġej mill-aquifers.", "Din hija l-istess mentalita` li mexa biha l-gvern Nazzjonalista meta ried isolvi l-problema tan-nuqqas ta' l-ilma, bena ħafna reverse osmosis plants u ma indirizzax il- problema tad-distribuzzjoni.", "Dan huwa nuqqas ta' għaqal u għalhekk din in-naħa dejjem tikkritika lill- gvern għax ma jindirizzax il-problema kif suppost.", "Il-problema jaraha min- naħa waħda biss, qishom żiemel liebes il-blinkers.", "Mhux hekk tindirizza l- problema tan-nitrates fl-ilma.", "Ma tridx tkun xi għaref jew xi kimiku biex tara kif tindirizza din il-problema.", "Biżżejjed wieħed jara n-nitrate directive ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena naf li l-Ministru għandu aċċess għaliha, imma jiena għandi kopja f'idejja u se npoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Noqogħdu ngħidu li rridu nissieħbu fl-Unjoni Ewropea għax inkunu aħjar, imbagħad fejn irridu lanqas biss inħarsu lejn it-tajjeb ta' l-Unjoni u nimxu kif ifettlinla.", "Dak huwa nuqqas ta' għaqal.", "Jekk wieħed iħares lejn in-nitrate directive jara li l-problema tan-nitrate fl-ilma ma tindirizzahiex kif qed jgħid il-Ministru, imma tindirizzaha at source.", "Mela l-korporazzjoni qiegħda tgħid li l-problema tan-nitrate fl-ilma li jittella' mill-aquifers se tkompli tiżdied minħabba li qed nużaw iktar nitrate fil-fertilizzant għall-agrikoltura u minħabba l-animal husbandry u se nibqgħu nħalltu dan l-ilma ma' ilma li jkun pur.", "Jekk wieħed iħares lejn in-nitrate directive ssib li l-Unjoni Ewropea qed tgħid ċar u tond x'għandu jsir.", "Nerġa' ngħid, qiegħda tgħid li l-problema trid tiġi indirizzata at source.", "Inti trid tagħmel limiti ta' kemm ir-raħħala u l-bdiewa għandhom jużaw nitrate u tagħmel edukazzjoni ta' kif jintuża dan in-nitrate jekk inti trid tindirizza l-problema ta' l-areas fejn għandek dak l-ilma ħażin li jkun qed jiskula u jmur fl-aquifers.", "Issa forsi tgħiduli: Imma din m'hijiex funzjoni tal-Water Services Corporation.", "Veru m'hijiex funzjoni tal-korporazzjoni li jmorru fuq il-bdiewa u jgħidulhom li skond in-nitrate directive ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux jużaw iktar minn 170 kilogram of nitrogen per hectare per year, imma għandha tkun funzjoni nazzjonali u lill- bdiewa ngħidulhom li għandhom ikunu konformi ma' dawn l-esiġenzi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Din hija xi ħaġa tajba għax l-Unjoni f'dan il-każ qed tagħtina direzzjoni ta' x'għandna nagħmlu.", "Min jaf kemm saret riċerka biex ħarġu dawn il-figuri.", "Ejja nimxu flimkien ħalli nindirizzawha kif suppost din il-problema u mhux sempliċement ngħidu ntellgħu iżjed ilma u mbagħad inħalltuh.", "L-ewwelnett għandek is-sistema tad-distribuzzjoni li għadha mhux indirizzata u inti ma tistax tħallat l-ilma jekk ma jkollokx sistema tad- distribuzzjoni tajba.", "Il-problema tan-nitrates fl-ilma ma tindirizzahiex billi jkollok il-blending biss.", "Li jkollok blending hija soluzzjoni temporanja imma eventwalment m'hijiex dik is-soluzzjoni.", "Nerġa' ngħid li l- problema ma tindirizzahiex kif indirizzaw il-problema tan-nuqqas ta` l-ilma bejn l-1987 u l-1996.", "Issa nisperaw li jsir xi ħaġa biex jiġi kkontrollat l-ammont ta' nitrate li jinżel fl-aquifers u ma nħallux jgħaddu s-snin biex imbagħad nindunaw li s-sitwazzjoni marret għall-agħar u nkunu rridu nonfqu mhux Lm180,000 biex nindirizzaw din il-problema imma l-Bambin biss jaf kemm.", "Mr Speaker, biex ittejjeb il-kwalita` ta' l-ilma trid tagħmel affarijiet oħra wkoll.", "Per eżempju, trid tnaqqas il-livell tal-chlorides li f'pajjiżna huwa għoli, u jekk tuża r-reverse osmosis plants b'mod għaqli tkun qiegħed tnaqqas dan il-livell u ttejjeb il-kwalita` ta' l-ilma.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-problema ta' l-ilma ġewwa Għawdex.", "Tradizzjonalment f'Għawdex qatt ma kien hemm problemi ta' nuqqas ta' ilma.", "Anzi s-sitwazzjoni f'Għawdex, sa ftit żmien ilu, kienet xi ħaġa esemplari għax dejjem kien self sufficient f'dik li hija produzzjoni ta' ilma.", "Mhux hekk biss xi kultant Malta kienet tistrieħ fuq Għawdex għax meta kien ikun hawn nuqqas ta' ilma konna nġibu l-ilma minn hemm.", "Ħaġa oħra tajba hija li fil-gżira ta' Għawdex it-telf ta' ilma huwa kważi l-inqas li wieħed jistenna.", "Hemm minimu li huwa magħruf internazzjonalment u dan il- minimu f'Għawdex huwa milħuq u jiena għandi fiduċja li fi ftit snin oħra nilħqu l-livell fejn it-telf ta` ilma f'Malta jkun daqs ta' Għawdex.", "Il-problema li qed naraw f'Għawdex, kif qal il-Ministru stess, hija li qed ikun hemm għoli ta' nitrates fl-ilma u jekk irridu li jkollna kwalita` tajba ta` ilma f'Għawdex din il-problema rridu nindirizzawha.", "Il-Ministru qal li hemm il-ħsieb li jsir polishing plant, bħal reverse osmosis plant ieħor li jneħħi dawk l-impurities u n-nitrates li jkun fih l-ilma.", "Din tista' tkun is-soluzzjoni t-tajba.", "Pero` l-korporazzjoni trid taħseb fuq soluzzjonijiet oħrajn.", "Jiena nistenna li l-domanda għall-ilma f'Għawdex se tiżdied, mhux bħal f'Malta li se tonqos.", "Għaliex?", "Għax billi l-problema tat-telf ta' ilma f'Għawdex diġa` hija indirizzata jekk se jiżdied it- turiżmu u l-livell ta' l-għajxien id-domanda għall-ilma bilfors li tiżdied.", "Issa l-ilma li inti tista' ttella' mill-aquifer huwa limitat.", "Ma tistax ittella` kemm trid.", "Ma tistax issolvi l-problema tan-nuqqas ta` ilma f'Ghawdex, jekk ikollok iżjed domanda, billi ttella' iżjed ilma għax inkella se tispiċċa tuża ħażin l-ilma ta' l-aquifer.", "Issa jiena nistaqsi: Li jkollok sistema ta' polishing plant biss f'Għawdex hija sistema tajba, jew wieħed għandu jagħmel re-thinking dwar dak li qed tipproponi l-korporazzjoni?", "Jiena ma naħsibx li hija soluzzjoni tajba.", "Jekk tippompja u tnaddaf l-ilma li hemm bħalissa ssolvilek il-problema tal- kwalita` ta' l-ilma f'Għawdex, imma mhux se ssolvilek il-problema eventwali ta' ftit snin oħra fejn se jkollok iżjed domanda għall-ilma.", "Allura jeħtieġ li jkun hemm re-thinking f'dan is-sens: Nagħmlu a full blown reverse osmosis plant f'Għawdex?", "Dik hija soluzzjoni.", "Imma huwa worthed li nagħmlu impjant tar-reverse osmosis f'Għawdex meta inti għandek wieħed fiċ- Ċirkewwa li huwa qrib ferm ta' Għawdex u li qed jaħdem half throttle?", "Jiena qed nagħmel dawn id-domandi u m'iniex nistenna spjegazzjoni llum fuqhom, imma jekk il-korporazzjoni trid tkun effiċjenti bilfors trid tagħmel dawn it-tip ta' ħsebijiet u mhux nerġgħu naqgħu fin-nasba li waqa' fiha gvern Nazzjonalista meta għamel l-affarijiet superfiċjalment u mingħajr ħsieb u mbagħad jinduna bl-iżball wara ħafna snin.", "Imbagħad minn fuq nikkritikaw lil ħaddieħor li kien ġibidlu l-attenzjoni li l-affarijiet setgħu jsiru aħjar.", "Jiġifieri l-bini ta' żewġ polishing plants f'Ta' Ċenċ, fl-opinjoni tiegħi, se jsolvu l-problema għal ftit tas-snin biss u m'humiex se jindirizzaw l-problema long term.", "Mr Speaker, tajjeb ukoll li issa ngħid xi ħaġa dwar il-kwestjoni tal- kontijiet ta` l-ilma, jew aħjar tad-dawl u l-ilma għax il-kontijiet joħorġu mill-Water Services Coporation u jkunu jinkludu wkoll il-kontijiet tad- dawl.", "L-iktar ħaġa li tispikka hija n-numru kbir ta' nies li qegħdin imorru għand il-korporazzjoni jilmentaw li ma jifilħux iħallsu l-kontijiet li qegħdin jirċievu.", "Issa mhux se noqgħod ngħid it-tariffi kemm huma bħalma joqgħod jagħmel il-Ministru, jikkwota tabelli sħaħ tal-prezzijiet kif inhuma.", "Il-fatt hu li n-nies qegħdin imorru għand il-koporazzjoni u jgħidulhom li ma jifilħux għall-kontijiet li qed jirċievu.", "Skond rapport li ħareġ dan l-aħħar mill-Ministeru stess kien hemm madwar 22,500 li marru jilmentaw li jħossu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma għoljin ħafna.", "Issa meta l-kontijiet ta' dawn li marru jilmentaw ġew analizzati sabu li kien hemm 3,491 li kellhom żball ġenwin u l-kontijiet tagħhom ġew ikkorreġuti.", "Imma għandek madwar 19,000 ruħ li jħossu li l- kontijiet li ħarġitilhom il-korporazzjoni huma għoljin wisq u ma jifilħux iħallsuhom.", "(Interruzzjonijiet) Qed jidħak il-Ministru.", "Imma aħna mhux xi jħoss il-poplu qegħdin ngħidu.", "Issa toqgħdox tgħidli li huma ġusti.", "Il- poplu jinsab batut bil-kontijiet li qegħdin tgħabbuh.", "Fil-fatt għandek dawk in-nies kollha li ilmentaw kemm hu iebes il-kont tad-dawl u l-ilma.", "Mr Speaker, dan l-aħħar il-Ministru kien mistoqsi kemm marru nies jilmentaw mal-Water Services Corporation.", "Fir-risposta tiegħu nsibu li fl-1997, meta kienu għamlu plejtu sħiħ dwar kemm il-gvern Laburista kien għolla il- kontijiet tad-dawl u l-ilma, kien hemm 14,709 ruħ li ilmentaw minħabba kontijiet għoljin.", "Din hija figura li ta l-Ministru stess.", "Illum għandna ħafna u ħafna iżjed nies li qegħdin imorru jilmentaw minħabba l-kontijiet għoljin li qed jirċievu.", "Għaliex?", "Għax il-kontijiet huma sbieħ?!", "Għax il- poplu kuntent bil-kontijiet li ħareġ il-gvern Nazzjonaista?!", "Dażgur li le!", "Il-figuri juruk li l-kontijiet huma għoljin u ebsin biex wieħed iħallashom.", "F'dan ir-rigward qegħdin naraw ipokrezija mhux biss min-naħa tal-gvern, li qabel l-elezzjoni wiegħed mod u għamel ieħor, imma qed narawha wkoll mill- gazzetti li llum qed jgħidu: Lill-korporazzjoni jiġiha għoli l-ilma allura huwa tajjeb li l-poplu jħallas il-prezz tal-produzzjoni ta` l-ilma.", "Hekk qed jirraġunaw ċert gazzetti llum għax hemm gvern Nazzjonalista.", "Ara meta konna fil-gvern aħna l-istess gazzetti kienu pappagalli tal-Partit Nazzjonalista u kienu jikkritikawna fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Iilum qegħdin naraw esponenti tal-Partit Nazzjonalista li jiktbu f'The Times u jgħidu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta huma l-orħos fl- Ewropa u jgħidula li, per eżempju, fl-Italja l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa 52% ogħla minn dawk ta' Malta.", "Qed jgħidu li l-poplu Malti għandux għalfejn igerger għax fi Spanja l-kontijiet huma 148% ogħIa minn Malta.", "Issa dan qed jgħiduh meta qed naraw poplu batut li jirrikorri bi ħġaru għand il-korporazzjoni jilmentaw mill-kontijiet esaġerati li qed jirċievi.", "Din hija l-ipokrezija li hawn f'dan il-pajjiż.", "Issa tajjeb li niftakru li s-sena d-dieħla l-kontijiet se jerġgħu jogħlew.", "Jekk wieħed jara r-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jsib li s-sena d-dieħla l-kontijiet se jkollhom jerġgħu jogħlew għax kien ippjanat li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jogħlew fuq medda ta' tliet snin.", "Imma sfortunatament f'dan il-pajjiż hekk isir.", "Tintuża l-ipokrezija biex il- poplu jiġi ngannat bħalma ngannawh is-sena l-oħra meta kellhom jogħlew il- kontijiet tad-dawl u l-ilma, skond kif kien ippjanat, imma minħabba li ndunaw li l-poplu kien batut, kemm minħabba l-istess kontijiet kif ukoll minħabba t-taxxi li ħarġu mill-budget tas-sena l-oħra, ġiet riversjata d- deċiżjoni li jiżdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Taparsi nneħħu ftit mill-piż biex il-poplu jieħu ftit tan-nifs u ma jmutx u wara xorta waħda nerġgħu ngħabbuh b'kontijiet ogħla u fil-fatt fir-rapport annwali tal- korporazzjoni hemm il-figuri ta' kemm se jitgħabba l-poplu.", "Nispera li l- poplu ma nkomplix jitgħabba minħabba l-ineffiċjenza li qed ikun hemm f'dan is-settur.", "Nittama li dan is-settur isir iżjed effiċjenti u nittama wkoll li dwar dan is-settur naħsbu iżjed fil-fond biex imbagħad il-poplu ma jispiċċax il-ħmar li rridu ngħabbu fuqu u ngħabbuh bi prezzijiet li llum l-poplu stess qed jgħid li ma jistax iħallas.", "Għax wara kollox din l-ispiża kollha fil- produzzjoni ta` l-ilma minn fejn ġiet?", "Mhux għax investejna ħażin!", "Mhux għax infexxejna nibnu reverse osmosis plant wara l-ieħor u ma ħadnix ħsieb is-sistema tad-distribuzzjoni!", "Mhux minħabba li saru żbalji li llum qed iġegħlu lill-korporazzjoni tgħabbi dawn il-piżijiet fuq il-poplu!", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "Il-poplu xorta jispiċċa jitgħabba bil-piżijiet.", "Il-poplu qiegħed hemm biex nidħku bih.", "Hekk tirranġuna n-naħa tal-gvern.", "Mhux hekk irranġunaw fl-1998 meta wegħdu ħaġa mbagħad ftit tal-ġimgħat wara nisimgħu l-esponenti tal-gvern, il-Ministri u l-Prim Ministru jitkellmu totalment b'mod differenti u jgħidu: Mhux bilfors irid isir xi ftit aġġustament.", "Issa dan ma kenux għaddew xi seba' snin, wieħed forsi jgħid bidlu l-policy, imma kienu għaddew biss ftit ġimgħat minn wara li rebħu l-elezzjoni.", "Qed narawh il-ftit aġġustament għax qed naraw 25,000 ruħ imorru għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jilmentaw li l-kontijiet li qed jirċievu huma esaġerati u ma jistgħux iħallsuhom.", "Fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hemm ħafna iżjed xi tgħid, imma nispera li l-poplu l-verita` issa jafha u nispera li t-tagħlima jeħodha.", "Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Ministru kkwota xi figuri mill- estimi u skandalizza ruħu għax jiena kont għedt li l-korporazzjoni qed tkun inqas effiċjenti u qal li tant qed issir effiċjenti li din is-sena qed titlob Lm1.3 miljun inqas f'sussidju mingħand il-gvern.", "Jiena nistaqsih: Dawk il-flus li qed titlob inqas mingħand il-gvern minn fejn qed iġġibhom il-korporazzjoni?", "Mhux minn fuq il-kontijiet għoljin li l-korporazzjoni qed timponi fuq il-poplu!", "Allaħares lill-poplu tgħabbih b'sagrifiċċji akbar u mbagħad tibqa' titlob l-istess ammont ta' sussidju lill-gvern!", "Il-mira ta' dan il-gvern u l-mira tal-Partit Laburista meta kien fil-gvern huma identiċi.", "It-tnejn naqblu li l-korporazzjoni għandha tkun iżjed effiċjenti u li l-gvern għandu jissusidja inqas lil din il-korporazzjoni.", "Meta ġew maħduma l-kontijiet, sew fi żmien gvern Laburista kif ukoll issa li hemm gvern Nazzjonalista, l-għan kien l-istess, jiġifieri li jkun hemm prezz konformi ma' dak li qed nonfqu biex nipproduċu l-ilma u b'hekk il-gvern ma jitgħabbix bil-piż ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni ta` l-ilma.", "U għalhekk il- korporazzjoni qed titlob inqas sussidju mingħand il-gvern.", "Mr Speaker, mill-istess ktieb li kkwota l-figuri l-Ministru jiena kkwotajt figuri oħrajn li juri li sfortunatament il-korporazzjoni qed tkun inqas effiċjenti.", "Mr Speaker, meta f'dan il-Parlament ikollna d-diskussjoni dwar l-estimi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dejjem nitkellmu dwar li hemm bżonn li jkun hemm kordinazzjoni bejn l-istess korporazzjoni u l-kunsilli lokali.", "Din hija xi ħaġa li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha.", "Li jkun hemm din it- tip ta` kordinament u pjanifikazzjoni bi qbil mal-kunsilli lokali hija t- triq li rridu nimxu fiha.", "F'dan ir-rapport hemm attentant biex juri li dan qed isir, pero` sfortunatament dak li qed jiġri fil-pajjiż juri li hemm ħafna u ħafna iżjed x'isir biex il-kunsilli lokali u l-korporazzjoni jikkordinaw bejniethom biex meta jsir xi ħaġa ma jkunx hemm xogħol doppju bil-konsegwenza li l-ispejjeż jirdoppjaw.", "Ma nispiċċawx li l-korporazzjoni tipprova tbiddel il-pajpijiet ta` l-ilma meta l-kunsilli lokali jkunu kif asfaltaw it-triq.", "Jekk wieħed jara x'inhu jsir fil-pajjiż mill-ewwel jinduna li m'hemmx dan it-tip ta' kordinament.", "Eżempju ċar ta' dan huwa dak li ġara fil-Fgura, fejn għandek lill-kunsill lokali tal-Fgura li tella' lill-korporazzjoni l-qorti għax din għamlet ta` rasha u Hompesch Road ġiet maqlugħa wara li kienet għadha kemm ġiet irranġata.", "Din hija xi ħaġa li rridu nirrnaġawha.", "Jiena nawgura li l-Water Services Corporation u l- kunsilli lokali jiftehmu iżjed.", "Dan ma jfissirx li l-korporazzjoni għandha dejjem tbaxxi rasha għal dak li jgħidu l-kunsilli lokali jew li l-kunsilli lokali għandhom dejjem ibaxxu rashom għal dak li tgħid il-korporazzjoni, pero` jrid ikun hemm pjan fit-tul, forsi ta` għaxar snin, bejn il-kunsilli lokali u l-korporazzjoni biex dan it-tip ta' kordinament ikun jista' jsir b'mod iktar faċli.", "Jekk inti ma jkollokx pjan fit-tul bilfors li jkollok clashes bejn il-ħsebijiet tal-korporazzjoni u dawk tal-kunsilli lokali, iżjed u iżjed meta nafu li l-kunsillieri jinbidlu kull tliet snin.", "Jiġifieri jrid ikun hemm pjan biex dan il-kordinament isir.", "U huwa importanti li dan isir mhux biss biex il-korporazzjoni tkun iżjed effiċjenti imma wkoll biex il-pajjiż ma jonfoqx flus fix-xejn.", "Mr Speaker, ir-relazzjoni li teżisti bejn il-korporazjzoni u l-kuntratturi li timpjega l-istess korporazzjoni wieħed irid jidħol fiha wkoll.", "Ħaġa li laqtitni hija li llum il-korporazzjoni tirrikonoxxi l-fatt li x-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tagħha, ħafna drabi jkun iktar cost effective mix-xogħol li jagħmlu l-kuntratturi.", "Din hija xi ħaġa li turi li l-ħaddiema tal- korporazzjoni, jekk ikunu motivati, jistgħu jkunu cost effective għax mhux bilfors li l-ħaddiema li għandek fil-korporazzjoni huma ħżiena.", "Jiena ma nistax nifhem kif il-Ministru reġa` mar għal qabel l-1987 u reġa` semma` l-fatt li dak iż-żmien daħlu ħafna ħaddiema żejda mal-korporazzjoni.", "Issa dan ilu erbatax-il sena.", "Allura se tibqa` ssemmi dak li ġara erbatax- il sena ilu?", "Jekk dawn kienu żejda – u jien ngħid li ma kenux żejda – għaddew 14-il sena u għadek ma ħadtx passi biex lil dawn tagħmilhom effiċjenti?", "Tkun qed twaqqa' l-ġebla fuq saqajk meta inti terġa` tmur lura 14-il sena.", "Il-koporazzjoni qed tgħid li x-xogħol li qed isir mill- ħaddiema tagħha ħafna drabi jkun aħjar mix-xogħol li jagħmlu l-kuntratturi.", "Jiġifieri dan huwa ċertifikat għall-ħaddiema tal-korporazzjoni.", "Ħafna drabi f'dan il-Parlament ikkritikajna l-mod ta` kif jingħataw it-tenders u kif jinħadem ix-xogħol mill-kuntratturi li jieħdu dawn it-tenders.", "Sfortunatament il-kuntratturi li tqabbad il-korporazzjoni huma limitati ħafna f'dak li huwa makkinarju.", "Dawk in-nies li jieħdu l-kuntratti mill- korporazzjoni huma ftit nies tal-qalba li fl-imgħoddi tgħidx kemm ħadmu għall-Partit Nazzjonalista.", "Dawn kienu dawk in-nies li kienu jsawwtu u jwaddbu l-ballavostri fuq il-partitarji Laburisti.", "Dawn huma l-kuntratturi li għadna fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma u llum l-istess korporazzjoni qiegħda tgħid li m'humiex tajbin daqs il-ħaddiema tagħha, imma b'dawk irridu ninqdew.", "Il-poplu Malti qed iħallas flus tajba għal dawn is-servizzi u mhux qed jieħu l-value for money ta' dawn is-servizzi li qed jagħtu dawn il-kuntratturi.", "Nafu li hemm każi fejn isir il-kejl tax- xogħol li suppost jagħmlu dawn il-kuntratturi u dan il-kelj ma' jkunx reali, imma jkun id-doppju jekk mhux it-tripplu ta' dak li fil-fatt ikun sar.", "Dawn in-nies li huma esponenti tal-Partit Nazzjonalista u fl-antik tgħidx kemm affrontaw sidirhom għall-Partit Nazzjonalista, illlum iridu jagħmlu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħhom, jisirqu kemm iridu u allaħares xi ħadd jiġbdilhom l-attenzjoni u jgħidilhom li mhux qed jagħmlu sewwa għax jitilgħu fl-uffiċċju taċ-chairman u jagħmlu storja bħalma għamlu dan l-aħħar.", "Dawn l-affarijiet irid jara l-gvern.", "Minn hawnhekk irrid nagħti prosit liċ-chairman tal-korporazzjoni li qiegħed jipprova li dawn l-affarijiet ma jħallihomx isiru għax il-poplu Malti jrid jieħu l-valur ta' flusu.", "L-istess nista' ngħid għar-rigward ta' meta l- korporazzjoni tiġi biex tixtri l-materjal.", "Sfortunatament nistrieħu fuq ftit kuntratturi u meta għal xi raġuni jew oħra dawn il-kuntratturi ma jkunux jistgħu jissupplixxu l-materjal, il-korporazzjoni tispiċċa b'nuqqas ta' materjal u ma tkunx tista` tagħmel ix-xogħol li jkollha maħsub li tagħmel.", "Mr Speaker, il-Partit Laburista fil-qasam ta` l-ilma ma jħarisx biss lejn il-Water Services Corporation.", "Il-qasam ta` l-ilma f'dan il-pajjiż huwa suġġett ferm iktar wiesa` milli jipprova jesponih il-partit Nazzjonalista.", "Dan il-punt inqajmu kull darba u għandi iżjed għalfejn inqajmu minħabba li fir-rapport annwali tal-korporazzjoni ma jissemma xejn dwar l-użu ta` l- istorm water, x'se jsir biex innaqqsu l-għargħar u x'se jsir biex innaqqsu l-ħsara li jagħmel l-għargħar.", "F'dan ir-rapport ma jissemma xejn ukoll dwar ir-riċiklaġġ ta' l-ilma.", "Il-viżjoni tal-partit Laburista dwar il- qasam ta' l-ilma m'hijiex sempliċiment il-produzzjoni ta` l-ilma għax-xorb u d-distribuzzjoni tiegħu.", "Aħna nikkonsidraw iċ-ċiklu ta' l-ilma bħala xi ħaġa waħda u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' potable water hija biċċa żgħira minn dak kollu li rridu nittrattaw.", "M'hijiex ħaġa sewwa li dan il- gvern ma jittrattax dan is-settur b'dan il-mod għax għandek tliet ministri li kollha għandhom subgħajhom fil-borma.", "Għandek il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi li taħtu taqa' r-responsbbilita` tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma, għandek il-Ministru ta' l-Ambjent li taħtu taqa` r- responsabbilta` tas-settur tar-riċiklaġġ ta' l-ilma tad-drenaġġ u għandek id-dipartiment tat-toroq li huwa responsabbli mill-kontroll ta' l-għargħar.", "L-affarijiet kif qed jiġru f'dan il-pajjiż juru li l-gvern mhux qed jittratta s-settur ta` l-ilma kif suppost.", "Ħafna drabi rajna s-sistema tad- drenaġġ tfalli u tikkontamina immedjatament is-sistema ta` l-ilma.", "U għalkemm nafu kemm għandna sistema ħażina tad-drenaġġ tħalliet f'dan l- istat għal dawn is-snin kollha taħt dan il-gvern Nazzjonalista minkejja dak kollu li tgħidlu l-Unjoni Ewropea.", "Għandek ukoll partijiet kbar tal-bajjiet ta' Malta li jkunu kontaminati bid-drenaġġ, meta imbagħad inti trid ittella' minn dak l-ilma biex issaffih u iġġibu tajjeb għax-xorb.", "Għandek ilma ta' l-istormwater li inti tista' tużah anke to replenish l-aquifer jew għall-agrikultura u tkun tista' tnaqqas l-ippumpjar ta` l-ilma mill- aquifer li huwa ttratta minn ministeru ieħor.", "Din hija sitwazzjoni fragmentata u bla sens u malli l-partit Laburista jkun fil-gvern din is- sitwazzjoni jittrattaha b'mod ħafna aħjar milli jittrattaha dan il-gvern.", "Issa erbat ijiem oħra meta tibda tagħmel ix-xita – u j'Alla tagħmel għax għandna bżonnha – ikollna ħafna partijiet ta` Malta bħalma huma l-Imsida, Burmarrad, Ħal-Qormi, Birkirkara u x-Xlendi li jispiċċaw bil-problema ta` l- għargħar.", "Nerġa` ngħid li t-telqa fil-pajjiż li jsemmi l-partit Laburista ssibha anke f'dan is-settur.", "Aħna ma tantx domna fil-gvern, 22 xahar, imma kemm sar xogħol fis-settur ta' l-ilma u l-kontroll ta' l-għargħar f'dawk it- 22 xahar.", "Issa waqaf kollox minħabba li m'hemmx pjan komprensiv tar-riżors ta' l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li huwa importanti li jsir pjan wieħed li jkun komprensiv, integrat u fokat għal tul ta` żmien.", "Meta titkellem ma` l-uffiċjali tal-Water Services Corporation dwar dan, jgħidulek li t-terms of reference tal-korporazzjoni m'humiex dawk li qed ngħid jien.", "M'għandhomx x'jaqsmu mal-kontroll ta` l-għargħar u jgħidulek biex ma ddaħħalhomx f'dik il-problema minnħabba l-ispejjeż, u għandhom raġun.", "Imma min-naħa nazzjonali ma tistax tirraġuna b'dan il-mod.", "Trid tirraġuna b'mod integrat għax aħna qed nitkellmu għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar ir-riżorsi umani.", "Diġa` għedt li jekk il-ħaddiema tal-korporazzjoni jkunu mmexxija tajjeb kapaċi jagħtu eżempju u jkunu iżjed cost effective mill-privat, imma fl-istess ħin wieħed irid jittrattahom tajjeb.", "Per eżempju, din is-sena kien hemm lok li jkollok żewġ azzjonijiet industrijali fir-reverse osmosis plant ta' Pembroke li jġegħlu lill-impjant wieqaf f'Marzu u f'April biex imbagħad fir- rapport annwali li għandna quddiemna nsibu li kien hemm tant nuqqas ta' produzzjoni ta' ilma f'Marzu u tant nuqqas ta' produzzjoni ta' ilma f'April u nwaħħlu fil-ħaddiema?", "M'għandniex nagħmlu hekk.", "Jekk irridu nkunu serji u bil-għaqal irridu naraw il-problema kollha x'kienet u mhux niġu b'dan ir- rapport u nagħtu t-tort għal dan in-nuqqas ta' produzzjoni ta' ilma lill- ħaddiema.", "Per eżempju, għaliex it-taħdidiet mal-korporazzjoni dwar il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-korporazzjoni ilhom weqfin xhur sħaħ?", "Mhux sew li t-taħdidiet li l-ħaddiema jkollhom dwar żidiet fil-pagi jitwaqqfu ħesrem għax jgħidulhom li kull ħaġa li ssir trid tgħaddi minn taħt il-Ministeru tal-Finanzi.", "Dik hija l-ispjegazzjoni għaliex it- taħdidiet waqfu ħesrem.", "Dawn huma affarijiet li għandhom jitranġaw jekk irridu li jkollna work force tajba.", "Jiena m'iniex ngħid li l-ħaddiema dejjem għandhom raġun, biex niftehmu, għax illum hemm gvern Nazzjonalista, għada jkun hemm gvern Laburista u jkollu l-istess problemi.", "Imma dak li huwa tal-ħaddiema rridu nagħtuhulhom.", "Biss waqt li lill-ħaddiema nagħtuhom dak li hu tagħhom għandna nesiġu li jkun hemm produttivita` aħjar.", "Il-Ministru waqt id- diskors tiegħu – din diġa` semmejtha imma se nerġa` nsemmiha – mar lura għas-sena 1987 u qal li dak iż-żmien il-gvern Laburista kien daħħal ħafna ħaddiema żejda mal-korporazzjoni għax ma kienx jemmen fil-computers.", "Issa billi daħħalna ħafna computers se nsovlu l-problema?", "Se tibgħat xi computer jagħżaq fit-triq biex tirranġa s-sistema!?", "Veru li l-computers jgħinuk fix-xogħol u fl-ippjanar u hija sistema ta' informatika li ma tgħaddix mingħajrha dan iż-żmien, imma ejja ma naqgħux f'argumenti politiċi biss li jidhru sbieħ ma' ċerti nies u nsemmu l-computers u l-ħaddiema fl- istess nifs.", "Il-computers fejn kellhom jidħlu nispera li daħlu u fejn kellhom iħallu l-effett ħallewh, imma l-effett li l-computer jkollu fuq il- work force huwa limitat.", "Ma tistax inti ġġib lill-korporazzjoni iżjed effiċjenti sempliċiment billi ddaħħal il-computers.", "Jiġifieri ejja nkunu daqsxejn loġiċi u tekniċi u mhux nipprovaw nitkellmu mil-lat politiku biss.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-billing.", "Il-billing huwa xi ħaġa importanti għax il-korporazzjoni ma tistax tkun effiċjenti jekk ma ddaħħalx il-flus mingħand il-konsumatur.", "Allura huwa importanti li jkollok sistema ta` billing effiċjenti.", "Fid-diskussjonijiet kollha li kien jagħmel il-Ministru f'dawn l-aħħar snin kien isemmi ħafna affarijiet li llum m'għadux isemmi.", "Niftakar lill-Ministru jgħid kemm kien se jsir progress bis-sistema tat-telemetry.", "Din hija sistema li mill-uffiċċju tal- korporazzjoni stess wieħed ikun jista` jara x'inhu jiġri u jkun jaf kemm qed jinħela konsum.", "Jiena nistaqsi lill-Ministru: Fejn wasal u x'għad fadal isir biex din is-sistema ta' telemetry tiġi introdotta?", "Il-Ministru kien qal ukoll li kien hemm drive biex issir conversion mill-meters ta' class \"C\" għall-meters ta` class \"D\".", "Il-meter ta' class \"C\" huwa meter antik li ħafna drabi ma jkunx qed juri eżattament kemm qed ikun hemm konsum.", "Skond ir-rapport annwali tal-korporazzjoni nsibu li għad fadal 38,000 meter ta` class \"C\".", "Dan ifisser li l-korporazzjoni qiegħda titlef il-flus.", "Għaliex?", "Għax jekk wieħed iħares lejn average consumption ta' meter li huwa class \"D\", li huwa iktar modern u allura iktar effiċjenti, isib li din hija ta' 24.1 metru kubu filwaqt li l-average consumption ta` meter class \"C\" hija ta' 16.0 metru kubu.", "Dawn huma l-figuri li tat l-istess korporazzjoni.", "Jiġifieri m'hemmx dubju li l-korporazzjoni qiegħda titlef il-flus u hemm bżonn li jsir drive biex titjieb is-sitwazzjoni f'dan is-settur.", "Mr Speaker, il-korporazzjoni, fl-opinjoni tiegħi, fil-passat għamlet żbalji kbar għax kienet immexxija ħażin mill-gvern Nazzjonalista.", "Anke llum, għalkemm nammetti li qed isiru affarijiet tajbin, xorta waħda hemm fejn qed isiru ħafna żbalji minħabba nuqqas ta' għaqal u nuqqas ta` direzzjoni.", "Pero` ki għedt fil-bidu, il-korporazzjoni ma rridux nassessjawha fuq x'għamlet fil-passat jew fuq x'qed tagħmel issa imma anke fuq x'bi ħsiebha tagħmel fil-futur.", "Meta fittixt dwar x'għandha maħsub għall-quddiem jiena sibt li sfortunatament il-viżjoni tal-korporazzjoni hija limitata ħafna.", "Mhux hekk biss, anke l-Ministru tani raġun naħseb li l-viżjoni tal- korporazzjoni hija limitata ħafna għax il-mod kif tkellem meta tkellem dwar kif beħsiebu jikkontrolla l-kwalita` ta' l-ilma leaves a lot to be desired.", "Jiena kont nistenna li l-korporazzjoni tagħtih iżjed informazzjoni dwar x'qed tgħid l-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward.", "Sinċerament ngħid li ħriġt disappuntat ħafna.", "Ħriġt diżappuntat ukoll meta fir-rapport annwali rajt xi pjanijiet għandha l-korporazzjoni kif ukoll meta rajt ir-rapport ta' x'sar fl-aħħar sena mill- ministeru kkonċernat.", "Minn dawn ir-rapporti joħroġ ċar li l-viżjoni tal- korporazzjoni hija limitata ħafna u din irridu nirranġawha.", "Jiena m'iniex nara impenn biex intejbu kemm is-sistema tad-distribuzzjoni kif ukoll il- kwalita` ta' l-ilma.", "Fir-rapport jingħad li nisperaw li l-kwalita` ta' l- ilma tkun konformi ma' l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea, pero` bil-mezzi li qed tipprova timplimenta l-korporazzjoni ma naħsibx li se naslu.", "Ir-rapport ma jsemmi xejn dwar għejjun oħra ta' ilma li forsi jkunu orħos fil-prezz.", "Għax tajjeb li ngħidu li l-ilma prodott mill-reverse osmosis plants huwa ilma ta' kwalita` tajba ħafna għax meta qed tħaddem reverse osmosis plant biex tipproduċi l-ilma f'dan il-proċess jgħaddu kważi biss H20 molicules allura bilfors li jkolllok ilma pur.", "Kultant tant ikun pur li biex ikollu ċerti kwalitajiet bilfors ikollok tibblendjah.", "Pero` importanti li ngħidu li dan il-proċess huwa expensive immens għall-poplu Malti.", "Huwa veru li f'dan il-pajjiż sfortunatament, kif qal il-Ministru, m'għandniex sorsi oħra ta' ilma - aħna foqra ħafna minn dan ir-riżors ta` l-ilma - pero` jekk wieħed ifittex, anke fi studji li jsiru minn istituzzjonijiet fil-qasam ta` l-ilma, isib li anke fi gżejjer fil- Mediterran li għandhom l-istess problema hemm viżjonijiet li huma ħafna iżjed avvanzati minn dawk li għandha l-korporazzjoni.", "M'iniex se noqgħod nidħol fihom fid-dettall.", "Jiena naf li l-korporazzjoni tista' tkun konxja minn dan, imma m'hijiex qed tagħmel l-arranġamenti biex timplimenta dawn l- affarijiet.", "Hemm mezzi moderni ħafna li jekk isir studju dwarhom jista' jirriżulta li jkun iktar effiċjenti għall-korporazzjoni u jekk dawn is- sistemi jiġu introdotti ċ-ċittadin Malti jgawdi għax ikollu prezz orħos u fl-istess ħin ikollu kwalita` ta' ilma li tkun konformi ma' l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, jiena nikkonkludi billi ngħid li l-figuri li joħorġu minn dan l- estimi m'humiex figuri tajbin.", "Waqt li qed jittieħdu l-passi li konna bdejna aħna meta konna fil-gvern biex ikun hemm iktar effiċjenza fil- produzzjoni u fl-użu ta` l-ilma, il-korporazzjoni qiegħda tonfoq iżjed biex tipproduċi inqas ilma.", "Dan huwa l-punt.", "L-operational costs huma iżjed meta l-produzzjoni hija inqas.", "Dan huwa l-punt kardinali.", "Kulħadd ferħan li l- produzzjoni qiegħda tonqos minħabba li l-ħela qed tonqos u meta joħorġu l- estimi ssib li qed nonfqu iżjed.", "Allura dan mhux ċikku b'riku!", "Anzi qed tiġina agħar.", "Mela l-punt hu li l-korporazzjoni trid taħdem iżjed biex tara li tkun iżjed effiċjenti.", "Il-punt l-ieħor huwa li l-korporazzjoni jrid ikollha viżjoni aħjar dwar l-użu ta` l-ilma f'dan il-pajjiż.", "Il- korporazzjoni trid tiġi quddiem il-poplu u tagħti pjanijiet u miri oħrajn dwar fejn irridu mmorru biex dan is-settur jimxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, aħna nħossu li għandna nivvotaw kontra dawn l-estimi minħabba li dawn huma ċertifikat li l-korporazzjoni m'hijiex effiċjenti, u m'hijiex effiċjenti mhux biss minħabba li hemm bżonn ta` iktar ideat, imma anke minħabba li mhux qiegħda tingħata direzzjonijiet ċari, moderni u bil-għaqal minn dan il-gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess inagħata", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Estratt mill-\"Handbook on the Implementation of EC Environmental Legislation\" dwar id-direttiva fuq in-Nitrates.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, nixtieq nibda billi nifraħ lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal dan rapport li ppreżentat qudiemna għax naħseb li huwa wieħed mill-aħjar rapporti li qatt saru mill- 1991 'il hawn.", "Wieħed tajjeb li jinnota li fil-mission statement il- korporazzjoni tgħid hekk:", "\"The mission of the corporation is to achieve a more rational and economic use of water in the Maltese Islands through the maintenance of an equilibrum between supply and demand, and to support the general social and economic development while protecting the environment.\".", "Dan juri kemm il-korporazzjoni hija aware li huwa ferm importanti li għandha tkun effiċjenti f'dak li tipproduċi, u mhux kif qal il-kelliemi ta' qabli.", "Mr Speaker, minkejja l-problema u l-isvantaġġi kollha li jista' jkollha l- Korpazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma wieħed ma jistax jinsa li l- korporazzjoni qiegħda tgħin ħafna lill-aspett soċjali, ekonomiku u anke industrijali bl-ilma kollu li tipproduċi.", "Infatti aħna għandna 400,000 ruħ li kollha jużaw l-ilma li għandhom bżonn.", "Wieħed irid jara wkoll kemm sar xogħol bil-għaqal f'dak li għandu x'jaqsam ma' bdil ta' mains ta' l-ilma u f'dak li għandu x'jaqsam ma` distribuzzjoni biex ma jkunx hemm leakages u nitilfu dak l-ilma kollu li konna nitilfu qabel.", "Per eżempju, ir-rapporti ta' internal leakages, skond il-customer care, minn 40% niżlu għal 18.34%.", "Ir-rapporti dwar no water or low pressure minn 60% niżel għal 12.21%.", "Skond il-customer care ukoll wieħed jista' jara li għall-water tanking services kien hemm 3,942 calls u kien hemm 1,137 vjaġġi ta` ilma bil-bowsers li servew 7,055 customer.", "Mr Speaker, jiena rajt ir-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma, rajt ir-rapport tal-Ministeru ta` l-Agrikolutura u Sajd fejn tidħol id-distribuzzjoni ta' l-ilma u rajt ukoll ir-rapport għat-tielet sena ta' ħidma mill-Ministeru ta' l-Ambjent li huwa responsabbli mir-riċiklaġġ ta' l-ilma tad-drenaġġ.", "Fir-rapport tal- Ministeru ta` l-Agrikultura wieħed isib li kien hemm 1,000 vjaġġ ta' ilma bil-bowsers biex jinqdew il-ħteġijiet ta` l-agrikoltura.", "Dan iwassalni biex nitkellem dwar is-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma.", "Nafu li l-consumption ta' l-ilma f'Malta hija ta` 33 miljun metru kubu ilma li nofshom jiġu mill-borholes u n-nofs l-ieħor jiġi mid-desalination plants u dan qed jikkonsma 130 miljun kilowatts ta' elettriku u għalhekk dan l- ilma qed ikun prodott bi prezz għoli ħafna.", "Mr Speaker, il-gvern għamel daqsxejn ta` inċentiv biex dak li jkun jirrapporta l-boreholes li għandu.", "Pero` naħseb li bħali kulħadd jara l-kwantita` ta' trailers għaddejjin iġorru kwantita` kbira ta' ilma.", "Minn fejn qed iġibuh dan l-ilma?", "Jiena naħseb li dan ġej mill-kwantitajiet ta' boreholes li hawn.", "Pero` qed isir sewwa li qed tittieħed din il-kwantita` kbira ta' ilma mill-boreholes?", "Nafu xi kwalita` ta' ilma qed intellgħu mill-boreholes?", "Qegħdin neżaminaw l- ilma li qed jittella' mill-boreholes?", "Qegħdin naraw għal xiex qed jintuża?", "Nafu li l-hotels jieħdu ħafna ilma li jistorjawh f'reservoirs apposta għal meta jkollhom nuqqas ta' ilma.", "Nafu wkoll li l-istess jagħmlu l-fabbriki tas-soft drinks.", "Issa jekk aħna ntellgħu ammont kbir ta` ilma iżjed milli suppost mill-boreholes ara xi ħsara nkunu qed nagħmlu lill-aquifer.", "L-Onor.", "Buhagiar qal kemm huma perikolużi għas-saħħa n-nitrates li jkun hemm fl-ilma.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll li anke l-ħxejjex li nieklu jista` jkollhom livell ta` nitrates għoli għax apparti l-ilma li nsaqqu bih jista' jkollu livell ta` nitrates għoli anke l-fertilizzant li nużaw ikun fih in-nitrates u ma ninsewx li dawn in-nitrates jipproduċu n-nitric acid, li huwa xi ħaġa taħraq ħafna, u l-ammonium compounds u l-pjanti jassorbu dan in-nitrate u meta aħna niġu biex nikkonsmaw dawk il-ħxejjex jista' jkun li nkunu qed nagħmlu ħsara lill-saħħitna.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti wkoll li l-ħxejjex li nieklu ma jkunux assorbew ħafna nitrates.", "Punt ieħor importanti li nixtieq insemmi huwa l-kordinament li għandu jkun hemm bejn il-korporazzjoni u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Kull meta jkun hemm xi applikazzjoni għall-bini ta` xi reservoir jew xi farm l-ewwel ħaġa li tagħmel il-korporazzjoni hija li tikkunsulta lill-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma, u l-korporazzjoni tgħid li għandu jkun hemm salvagward għal dak il-manure li jista' jintefa' u għal dak l-affluent li jista' joħroġ minn dak il-farm ħalli ma jitħassarx l-aquifer.", "Imma r-raġunar tal- korporazzjoni huwa biżżejjed?", "Nafu li d-dipartiment ta' l-agrikultura qiegħed jieħu miżuri stretti billi jibni fosos apposta li ma jkollhomx leakages ħalli dak il-manure ta' l-annimali ma jmurx fl-aquifer.", "Imma b'danakollu waqt li l-korporazzjoni qed tipprova tagħmel salvagwardi għal dan, il-bidwi Malti għadu jxerred il-manure fl-għelieqi.", "Jiġifieri inutli li noqogħdu nitklellmu fuq in-nitrates għax qegħdin nagħtu l-velenu aħna stess lill-aquifer.", "Din hija l-problema.", "Jekk wieħed jaqbad rapport maħruġ mill-APS Bank dwar il-water and agriculture in a competitive environment jara s-suġġerimenti kbar u ulti li fih.", "Issa dan kienu kitbuh l-esperti tal-FAO u nies oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fost affarijiet oħra insibu li jingħad li the locality of Żebbuġ/Siġġiewi well known for the presence of large pig breeding farms happens to have the highest nitrate levels.", "MR SPEAKER: Ippermettili nwaqqfek Onor. Bonnici għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni li tirregola s-seduti konnessi ma' l-Estimi Ġenerali 2002 u l- Estimi Supplimentari 2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għas-sena 2001/2002 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "---------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Grazzi, Mr Speaker.", "Illum fl-Aġġornament nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet fuq iż-żjara, fil-fehma tiegħi sinifikanti ħafna għal aktar minn raġuni waħda, ta' Nicole Fontaine, il-President tal- Parlament Ewropew.", "Mr Speaker, din hija l-counterpart tiegħek fil- Parlament Ewropew.", "Fil-fehma tiegħi għamlet żjara sinifikattiva ħafna fostna, żjara li matulha għamlet public lecture ġewwa l-universita' l- antika.", "Mr Speaker, f'dan il-lecture għamlet riflessjonijiet fuq x'tip ta' Ewropa qegħdin nibnu – u ngħid \"qegħdin\" għax għall-grazzja t'Alla aħna parti minn dak il-proċess - li ta' min wieħed jixtarrhom.", "Nicole Fontaine irriflettiet fuq il-proċess ta' unifikazzjoni ta' din l-Ewropa tagħna u bdiet sabiex għamlet riflessjoni fuq ir-rwol ta' Malta bħala bridge.", "Hawnhekk tajjeb li nispjegaw lill-poplu li m'hijiex sempliċement cliche` li ngħidu li Malta hija bridge bejn il-parti t'isfel ta' l-Ewropa u l- parti ta' fuq ta' l-Afrika imma hija realta'.", "Din hija realta' għaliex iktar ma' jgħaddi ż-żmien iktar nintebaħ - anke jien fuq livell personali, frott it-taħdidiet li jkollna ma' personalitajiet li jiġu jżuruna jew li aħna nżuru permezz ta' delegazzjonijiet barra minn xtutna - kemm verament Malta tagħna hija mifhuma bħala ċavetta importanti ħafna fil- proċess ta' tqarrib bejn il-popli tan-naħa t'isfel ta' l-Ewropa u l-parti ta' fuq ta' l-Afrika.", "Nafu wkoll li Malta tissemma wkoll minħabba l- kontribut li jagħtu diversi personalitajiet pubbliċi politiċi tagħha.", "Ħafna drabi dan il-kontribut jingħata minn wara l-kwinti jiġifieri mhux fid-deher tal-pubbliku, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' soluzzjoni ġusta u paċifika fil-Lvant Nofsani.", "Dan huwa rwol importanti ta' pajjiż żgħir, u ta' min igħid li dan il-pajjiż verament qed jagħti u jista' jagħti kontribut vitali biex insaħħu l-irbit u l-kuntatti bejn il-popli fil-Mediterran.", "Wara kollox aħna dejjem niftaħru u ngħidu li ma jistax ikollok Ewropa fil- paċi u fis-sigurta' mingħajr Mediterran fil-paċi u fis-sigurta' u viċi versa u naħseb li dan l-irwol ta' pajjiżna qegħdin naqduh b'fedelta` u lealta`.", "Mr. Speaker, Madame Fontaine tkellmet ukoll dwar a Europe of peace.", "Hawnhekk tajjeb li nirriflettu dwar verita`storika, imminenti u li ma jista' jħassarha ħadd illi dan huwa l-ewwel nofs seklu illi għaddejna f'paċi assoluta.", "Dawn kienu l-ewwel 50 sena fl-istorja kollha li l-Ewropa, speċjalment il-pajjiżi li jikkomponu l-Unjoni Ewropea għaddew f'paċi assoluta mingħajr gwerer u mingħajr civil wars.", "Jiena niftakar lill- President Prodi jagħmel riflessjoni importanti waqt gathering ta' young Parliamentarians mill-Mediterran u mill-Ewropa.", "Hu qal li matul dawn l- aħħar millenji, dan huwa l-ewwel mument fl-istorja li l-Ewropa qed tingħaqad mingħajr gwerer.", "L-aħħar darba li l-Ewropa kienet magħquda kien 3,000 sena ilu meta Ġulju Cesri kien l-imperatur Ruman.", "Ovvjament dak iż-żmien il-proċess ta' unifikazzjoni kien sar permezz tal- gwerer pero' din id-darba għandna proċess ta' unifikazzjoni fil-paċi.", "Dan juri li jkun tajjeb illi nirriflettu ftit fuq x'Ewropa qegħdin nissieħbu.", "Mr Speaker, Fontaine tkellmet ukoll fuq Ewropa of economic freedom founded on solidarity.", "Din hija realta` oħra ta' l-Ewropa.", "Filwaqt li hija l-ikbar u l-iktar blokk ekonomiku b'saħħtu fid-dinja, hemm l-aspett tas-solidarjeta`, allura hemm l-aspett soċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u fost l-oħrajn semmiet il-common agricultural policy li tat spinta 'l quddiem lill-industrija ta' l-agrikoltura Ewropea.", "F'dan l-isfond kellna r-ralta' tas-single market illi grazzi għaliha tjiebet il-kwalita' tal-ħajja taċ- ċittadin Ewropew.", "Semmiet fost l-oħrajn ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali illi anke pajjiżna qegħdin ingawdu minnu għax il- professjonijiet u s-snajja' qegħdin ikunu rikonoxxuti minn pajjiżi differenti u allura qed jgħin aktar biex is-solidarjeta' tiżdied u titkattar.", "Ovvjament bir-raġun u b'mod mill-iktar intimu mal-konċett tas-solidarjeta' semmiet ukoll il-fondi strutturali u l-fond ta' koeżjoni fejn l-Unjoni bi dritt u mhux bi pjaċir qed tgħin lil dawk il-pajjiżi li għandhom reġjuni ta' livell ta' għajxien inqas mill-medja biex dawn jgħollu l-livell ta' għajxien u kwalita' tal-ħajja tagħhom.", "Naħseb li hemmhekk għandek verament il-konċett ta' solidarjeta' tradott fil-prattika.", "Nicole Fontaine semmiet ukoll a Europe founded on shared values u fost l- oħrajn semmiet iċ-charter of fundamental rights li ġie imniedi fis-summit ta' Nizza.", "Huwa veru li dan għad hemm dibattitu fuqu imma ċertament dan iċ- charter jinkorpora fih l-iktar drittijiet essenzjali sabiex tiġi salvagwardjati, promossi u mħarsa d-dinjita` tal-bniedem.", "Tkellmet ukoll fuq Ewropa soċjali.", "Hawnhekk tkellmet fuq a common area of justice, freedom and agility.", "Din hija l-Ewropa li aħna rridu nissieħbu fiha, Sur President.", "Din hija l-Ewropa li tkellmet fuqha Nicole Fontaine, fost l-oħrajn, meta tkellmet dwar il-ġlieda li l-Ewropa qed tagħmel għal min jisfrutta l-immigrazzjoni klandestina, fejn semmiet l- introduzzjoni ta' a European arrest warrant u diversi miżuri f'dan is-sens biex verament ikun hemm is-saltna tad-dritt, ikun hemm area ta' sigurta`, ta' stabbilita` u paċi anke fuq dan il-livell.", "Tkellmet imbagħad fuq a political Europe, Ewropa li tagħti ċans lill- pajjiżi li qegħdin imsieħba fiha mhux biss ikunu ġganti ekonomiċi, imma jkunu anke ġganti politiċi.", "Ejjew inġibu l-eżempju prattiku, il-Ġermanja.", "Qabel ma' kienet riunifikata l-Ġermanja kienet verament ġgant ekonomiku pero` ċertament kienet - ħa nuża' l-kliem ta' Nicole Fontaine - a political mine.", "Kienet kważi nanu politiku, imma kemm akkwistat iktar kredibbilita' u rilevanza politika l-Ġermanja wara r-riunifikazzjoni tagħha!", "Tkellmet ukoll dwar a Europe founded on universal solidarity.", "Ma ninsewx li l-Ewropa hija l-ikbar donatur għall-pajjiżi fqar fid-dinja, speċjalment lill-pajjiżi Afrikani u dawk fil-Lvant Nofsani.", "L-Unjoni Ewropea - m'għandix iċ-ċifra hawnhekk - tagħti mijiet kbar ta' miljuni ta' liri Maltin fis-sena biex tgħin lill-pajjiżi sotto-żviluppati biex tgħinhom jiġġieldu l-faqar u l-mard.", "Mr Speaker, tkellmet ukoll - u naħseb li din hija importanti ħafna - fuq a people's Europe, Ewropa li hija mhux ta' l-istat jew tal-gvernijiet, imma Ewropa tal-popli.", "Aħna niftakru li Jean Monnet u statisti bħalu illi nidew il-kunċett ta' Ewropa magħquda, fosthom De Gasperi, Schumann u oħrajn, riedu a union of peoples, li l-Ewropa tkun ma tkunx tal-gvernijiet imma tal-popli.", "Jien naħseb li jekk hemm xi ħaġa li l-avvenimenti riċenti fix- xena internazzjonali urew hija kemm verament an ever closer integration tal-popli li jikkomponu pajjiżi Ewropej hija importanti.", "Dan huwa proċess irriversibbli u vitali.", "Hawnhekk irrid insemmi d-diżastri marittimi u dawk tal-foot and mouth disease u tal-mad cow disease.", "Kemm kien aktar faċli għall-pajjiżi Ewropej biex jiġġieldu u jikkonfrontaw dawn il-problemi għax kienu magħquda.", "Kjienet tkun ħafna aktar diffiċli kieku kellhom jikkonfrontaw dawn il-problemi fuq livell individwali separat u għal rashom.", "Bla ebda dubbji ta' xejn, Nicole Fontaine tkellmet dwar il-proċess ta' unifikazzjoni tal-kontinent Ewropew.", "Dan huwa proċess irriversibbli.", "Huwa proċess uniku fl-istorja riċenti, anke ċentinarja nerġa' ngħid, tal- pajjiżi Ewropej fejn hemm realta` illi fi ftit ta' snin oħra, xejn anqas minn 27 pajjiż ikunu magħquda taħt umbrella waħda.", "Dan ifisser popolazzjoni ta' kważi 500 miljun ruħ, area ekonomika ġganteska, bla ebda fruntieri interni, li tibda mill-Artiku u tibqa' sejra sa Ġibilta`, tibda mill- fruntiera mar-Russja u tispiċċa mal-Kosta Atlantika ta' Franza.", "Immaġinaw ftit x'area se tkun l-Ewropa magħquda illi aħna rridu nkunu u qegħdin inkunu parteċipi fiha!", "Tajjeb li niftakru ftit li l-Ewropa hija area ta' paċi, ta' demokrazija irriversibbli fejn tramite proċess ta' pooling, ta' sharing, ta' sovranita` nazzjonali qed tgħin lill-pajjiżi individwali tagħha jkollhom influwenza ferm akbar fuq il-palk tax-xena internazzjonali u tramite s- solidarjeta` ekonomika qed tgħin fil-prattika sabiex l-istandards ta' l- għajxien, il-kwalita` ta' ħajja tal-popli tikber u titkattar.", "Mr Speaker, naħseb li hawnhekk tajjeb li nagħmlu riflessjoni fuq il- Lussemburgu.", "Nicole Fontaine dwar il-Lussemburgu qalet xi ħaġa - ma kellhiex għalfejn tkun Nicole Fontaine biex tgħidha għax hija verita` li ħadd ma jista' jinnegaha - li tajjeb li nirriflettu fuqha.", "Din qalet li verament Malta hija pajjiż żgħir u verament li hawn min jgħid li minħabba f'hekk se timbelgħa mill-kumplament tal-pajjiżi pero` meta naħsbu hekk għandna nħarsu lejn il-Lussmburgu.", "Dan il-pajjiż għandu popolazzjoni iżgħar minn ta' Malta u huwa pajjiż fundatur ta' l-Unjoni Ewropea.", "Xi ħadd jiddubita li l-identita` u s-sovranita` tal-poplu tal-Lussembrugu ġiet b'xi mod imnaqqsa jew imnaqqra minħabba s-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea?", "U r- risposta li ħadd ma jmeriha hija l-kuntrarju, għaliex illum ħadd ma jazzarda jgħid - u fil-fatt qatt ma kien hemm dawn il-vuċijiet - li l- Lussemburgu illum m'huwiex pajjiż irrilevanti.", "Il-Lussemburgu, qalet Nicole Fontaine, akkwista influwenza ferm akbar mid-daqs fiżiku tiegħu għax issieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Din hija l-kontradizzjoni ta' pajjiż żgħir li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Ikollok pajjiż żgħir bħal Malta, li jakkwista rilevanza ferm u ferm akbar mid-daqs fiżiku tiegħu.", "Tkun kważi kontradizzjoni imma din hija realta`, u dan narawh anke mill-influwenza li kellu l-Lussemburgu meta kien qed isir id-dibattitu f'Nizza.", "Kulħadd jaf x'lobbying għamel u kemm kemm iġġieled dan il-pajjiż!", "Imma seta' jagħmel hekk għax kien minn ġewwa, għax kien mal-mejda tan-negozjati.", "Dan hu eżempju ta' pajjiż żgħir li ħa li ried u ssalvagwardja l-interessi tiegħu.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota lil Nicole Fontaine:", "\"The main faultline has not been between the big and the small but between those who wanted an integrated Europe and those who do not share this conception.'.'", "Id-differenza m'hijiex bejn il-pajjiżi l-kbar u l-pajjiżi ż-żgħar, imma bejn dawk li riedu Ewropa magħquda u bejn dawk li ma jridux jissieħbu f'dan il-proċess ta' allargament.", "Mr. Speaker, ikun tajjeb li wieħed jixtarr u jifli d-diskors interessanti li għamlet Nicole Fontaine.", "Fil-fehma tiegħi jistona bil-kbir u huwa tal- mistħija li l-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel konnessjoni bejn Nicole Fontaine u t-Talibani.", "Hawnhekk qed nitkellem bħala Malti u mhux bħala deputat Nazzjonalista.", "Hija tal-mistħija, hija għarukaża, huwa embarrasment kbir għal dan il-pajjiż, li kap tat-tieni l-ikbar partit politiku f'dan il-pajjiż jiddiskrivi personalita` bħal Nicole Fontaine b'dan il-mod.", "Wara kollox din hija personalita` stmata mhux biss fl-Ewropa, imma madwar id-dinja kollha għall-karattru tagħha, għad-dinjita` tagħha u għall-kontribut li tat fis-sistema edukattiva ta' Franza.", "It-teżi tagħha għadha sal-lum tintuża mill-universitajiet fi Franza u kienet hi li kienet użat dik it-teżi bħala l-launching pack għal bidliet radikali fis-sistema edukattiva fi Franza way back fis-sittinijiet.", "Din hija Nicole Fontaine, President tal-Parlament Ewropew li tgawdi rispett, mhux biss tal-partit popolari Ewropew iżda anke tas-socialist international.", "Kulmin jitkellem fuqha jitkellem b'mod ta' tifħir u b'mod pożittiv imbagħad ikollok il-kap ta' l-oppożizzjoni ta' pajjiż - li fuq kollox qed jerġa' jaspira li jerġa' jkun prim ministru - u jagħmel assoċjazzjoni bejn Nicole Fontaine u t- Taliban.", "Din hija ħaġa tal-mistħija u inaċċettabbli.", "Ejja ma ninsewx min huma t-Talibani.", "Ejja ma noqogħdux nużaw il-kliem hekk tanto per dirli.", "M'huwiex cliche li xi ħadd jgħidlek li tkun qisek Taliban.", "It-Talibani huwa l-poplu li huwa assoċjat u sponsorja t-terroriżmu.", "It-Taliban huwa s- sistema ta' gvern li assoċja ruħu ma' min irid iġib it-terrur fuq skala internazzjonali.", "It-Taliban huwa dak li ċaħħad id-drittijiet l-iktar elementari u l-iktar fundamentali fl-Afghanistan għal tant snin.", "It- Taliban huwa dak il-gvern li kien responsabbli għall-qtil ta' daqstant innoċenti mhux biss fit-twin towers f'Settembru li għadda, imma għal diversi inċidenti u episodji madwar id-dinja kollha u allura hija tal- mistħija li jkolli kap ta' l-oppożizzjoni, ex prim ministru li qed jipprova jipprojetta l-partit tiegħu bħala a new labour li jerġa' jippersisti fit- tattika tiegħu li jgħajjar anke fuq livell personali.", "Fil-fehma tiegħi dan il-poplu għandu jgħid \"Issa daqshekk\" Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin bil-litanija wieħed wara l-ieħor fejn kull diplomatiku u kull personalita` politika barranija li tiġi titkellem f'pajjiżna tiġi mgħajjra mill-kap ta' l-oppożizzjoni b'mod personali.", "Dan x'new labour hu, Sur President?", "New labour is no labour.", "Il-ġimgħa l-oħra smajt l-ispeech li għamel Tony Blair fil-kungress ta' l-SPD, l-partit tal-Kanċellier Schroeder f'Nuremberg fil-Ġermanja.", "Titgħaxxaq tisimgħu jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea.", "Hu tkellem mill-qalb, tkellem b'mod konvint, tkellem b'sodezza u b'sinċerita` fejn qal li s-saħħa vera qiegħda fl-Ewropa magħquda.", "Titgħaxxaq tisimgħu jitkellem.", "Issa dan m'huwiex tal-partit tiegħi, imma l- verita` ħadd ma jmeriha!", "Kien hemm platea nies imsaħħrin bid-diskors li għamel.", "Dan hu d-diskors li għandna nisimgħu, mela jiġi l-kap tal-Partit Laburista u jitkellem b'dan il-mod fil-fehma tiegħi faħxi!", "Jiena naf x'inhi r-raġuni għal dan l-aġir.", "Ir-raġuni hi li għandna kap ta' partit li qata' qalbu.", "Għandna kap ta' partit li qed jara s-sondaġġi, xahar wara xahar, ġimgħa wara ġimgħa li juruh li qed jieħu daqqa 'l isfel kemm fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq il-kwestjoni tal- popolarita` bejn il-partiti.", "He is hysterical.", "Dan jidher anke wieħed jara r-reazzjonijiet tiegħu l-għada tal-budget.", "Il-Ħamis in-nies ma tkellmux fuq x'għamel il-gvern fil-budget imma fuq il-kwestjoni isterika, bla sens, irraġonevoli tal-kap ta' l-oppożizzjoni l-Erbgħa filgħaxija wara d-diskors tal-budget.", "Dan hu kap ta' partit li jinsab dahru mal-ħajt.", "Kap ta' partit li fil-politika tiegħu qed jipprova u jrid inaffar l-investiment, u dan qed ngħidu bl-ikbar sens ta' responsabbilita` u bil-fatti.", "Mr. Speaker, il-ġurnali tal-Partit Laburista ivvintaw li se tiġi żvalutata l-lira fil-budget tal-ġimgħa l-oħra.", "Din l-invenzjoni ġiet miċħuda.", "Ma saritx u mhux se ssir.", "Din it-tip ta' qlajja l-kap ta' l-oppożizzjoni u l- partit tiegħu kienu diġa mexxewha f'Lulju li għadda.", "Jipprovaw jiżirgħu l- inċertezza wkoll, speċjalment il-kap ta' l-oppożizzjoni, billi jitkellmu dwar elezzjoni bikrija.", "Kemm ilhom jgħidu l-media Laburista li ġejja elezzjoni!", "Jiena naħseb li ilhom jgħidu sena u nofs.", "Niftakar artikolu ta' l-Onor.", "Leo Brincat, niftakar artikolu ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia jgħidu li ġejja elezzjoni xahar ieħor jew sitt xhur oħra.", "Dan kien sena u nofs ilu u dan għamluh biex joħolqu ambjent ta' inċertezza u jafu li ambjent ta' inċertezza jagħmel il-ħsara lill-pajjiż.", "Dan huwa l-mod kif jaħdem il- partit ta' Alfred Sant.", "Jiddispjaċini ngħid dan il-kliem, Sur President, għax lejh bħala persuna m'għandi xejn ħlief rispett.", "Jiena nattakka l-messaġġ u mhux il-messaġġier.", "Lejn il-persuna għandi rispett pero` lejn il-pronunzjamenti u lejn id- dikjarazzjonijiet tiegħu m'għandi xejn ħlief stmerrija.", "Wara l-elezzjoni li għaddiet ukoll, il-kap ta' l-oppożizzjoni kiteb lill- ambaxxaturi fejn reġa' pprova jagħmel ħsara billi qalilhom li dan huwa gvern illeġittimu.", "Issa ħalliha li ħadd ma ta kasu, imma hemmhekk tara l- animu, tara l-intenzjoni ta' kap ta' partit li he is still bitter fuq riżultat ta' elezzjoni li ma jridx sal-lum jaċċetta għaliex tilifha.", "Anke fil-\"Financial Times\" fis-suppliment fuq Malta l-ġimgħa l-oħra fl- intervista li għamlulu, hu qal li aħna rbaħna elezzjoni bil- jerrymandering!", "Issa ta' min igħid li aħna morna għal elezzjoni bil- bounderies kif kienu fl-1998 meta kien fil-gvern hu.", "Dan x'sens hu?", "Qalilna wkoll li ma jaċċettax ir-riżultat ta' referendum.", "Il-bieraħ qal ''no way''.", "Qed jipprova jagħmel ħsara billi qed jipprova jdgħajjef, konxjament, deliberament u malizzjożament il-pożizzjoni ta' Malta.", "Qed jipprova jwassal messaġġ ta' instabbilita` u aħna ngħidulu \"issa daqshekk\".", "Ma jistax ikun dan il-poplu jibqa' jkun mitmugħ b'din it-tip ta' propoganda qarrieqa.", "Kemm għajjar lid-diplomatiċi l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dan huwa kap ta' partit li huwa qed jipprojetta ruħu bħala modern, transparenti u demokratiku?", "Il-Verheugan qallu biex jigdem ilsienu, lil Mark Watts qallu li tilef rasu, lil Tony Blair ipprova jirridikolah meta bagħat ittra lill- gvern Malti u qal dik mhux hu kitibha imma s-segretarju tiegħu, lill- Ambaxxatur Franċiż għamillu boycott, lill-Ispanjoli għajjarhom xjaten, lil Nicole Fontaine assoċjaha mat-Taliban u l-Unjoni Ewropea qalilhom li huma t-Talibani ta' Brussels.", "Dan barra li Dr. Karmenu Mifsud Bonnici għajjar lit-Taljani ħallelin.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni anke lil Friedrich Pfluger li ġie f'Malta ftit tax-xhur ilu kien għajjar l-kap ta' l-oppożizzjoni bil-passat nażist tal- Ġermanja.", "Jiena ltqajt ma' Pfluger il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Bonn u nista' ngħid li għadu urtat sal-lum għal dan il-kumment li għadda l-kap ta' l-opppożizzjoni.", "Għadu mweġġa', għadu ma jistax jifhem kif jaslu biex isiru dawn it-tip ta' kummenti minn kap ta' partit li jgħid li huwa serju, demokratiku u modern.", "Naħseb li wasal iż-żmien, Sur President, li verament iqum dibattitu f'dan il-pajjiż.", "Kemm huwa sew, kemm huwa xieraq, jixraqilna bħala Maltin?", "Jiena dan mhux bħala persuna li nagħmel parti minn partit politiku, imma bħala Maltin jixraq li jkollna kap ta' l-oppożizzjoni li lil personalita` bħalma hi Nicole Fontaine jgħidilha Taliban meta t-Taliban m'huwa assoċjat ma' xejn ħlief ma' ksur ta' drittijiet ta' bniedem!?", "Lill-Unjoni Ewropea tgħidilha li hija t-Taliban ta' Brussels meta inti stess tgħid li l-Partit Laburista jridu relazzjonijiet mill-eqreb magħhom?!", "Imma din x'inkonsistenza u x'ipokrezija hi?", "Jgħid ukoll li l-Unjoni Ewropea hija tajba imma mhux għalina.", "Hija tajba u tgħajjarha Taliban?", "L-Unjoni Ewropea li nafu kemm għamlet ġid fil-qasam soċjali biex tejbet il-livell ta' għajxien lil tant poplu u tant reġjuni fi ħdanha u tgħajjarha Taliban!", "Istħi jekk taf kif.", "Hija tal-mistħija nibqa' ngħid, Sur President, li l-Onor.", "Alfred Sant, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dan il-pajjiż ma jibżax u ma jimportahx mill- image li qed jipprojetta ta' Malta.", "F'liema pajjiż demokratiku, f'liema pajjiż modern ikollok kap ta' partit, esponent ewlieni tax-xena politika f'pajjiż, li jgħid li huwa demokratiku u jgħajjar lil Nicole Fontaine Talibana!?", "Nicole Fontaine titkellem fuq A Europe of Peace , fuq Ewropa ta' solidarjeta`, Ewropa ta' shared values, Ewropa politika ta' għaqda paċifika, a people's Europe pero` l-kap ta' l-oppożizzjoni ma kellux wiċċ jgħidilha f'wiċċha, ma kellux il-kuraġġ li jgħidilha Taliban f'wiċċha meta ltaqa' magħha.", "Imbasta ħafna daħk u tbissim dak il-ħin u handshakes, pero` ma qalilhiex f'wiċċha li hija Taliban, kellna nistennew il-bieraħ li jgħidilna li hija Taliban.", "Hija tal-mistħija, hija inaċċettabbli u naħseb that it is about time li dan il-pajjiż verament jgħid \"issa daqshekk\".", "Ma jistax ikun li nibqgħu b'dawn il-kummenti xahar wara xahar, esponent wieħed wara l-ieħor li mingħajr mistħija jiġu kollha mwaqqgħa għar-redikolu mill- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Fuq kollox dan qed iwaqqa' għar-redikolu mhux il- partit tiegħu biss, imma anke lil deputati Laburisti.", "Dawn jgħidulna kemm huwa sors ta' embarassment għal partit tagħhom stess li kap li jitkellem b'dan il-mod.", "Mr Speaker, issa dan huwa kap li jrid li xi darba jkun fil-gvern u jiġi bl- aħjar kundizzjonijiet għal Malta fi ftehim speċjali ma' l-Unjoni Ewropea.", "Mela inti taħseb li dawn se jinsew li tkun għajjarthom Talibani?", "Dawn taħseb li se jinsew li inti għajjart lill-President tal-Parlament tagħhom Taliban?", "Mela dawn tfal!", "Mela dawn twieldu l-bieraħ!", "Imma din x'politika hi tal-Partit Laburista?", "Hija politika, Sur President, ta' min qata' qalbu, ta' min qiegħed dahru mal-ħajt, ta' min qiegħed f'paniku u ta' min hu isteriku għax qed jara lil dan il-gvern miexi 'l quddiem, miexi fid- direzzjoni t-tajba u verament qed isaħħaħ pajjiżna bil-provi.", "Dan hu partit li qed jaffronta l-problemi u qed jirbaħhom.", "Mhux qed inħallu l-problemi jirbħuna imma qed nirbħu aħna l-problemi.", "Jien naħseb li verament dan il- partit fil-gvern qed jagħmel xejn ħlief ġid, pero` mhux hekk nista' ngħid fuq il-Partit Laburista b'mod speċjali l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "J'Alla verament dak li ntqal il-bieraħ ma jerġax jirrepeti ruħu.", "Fl-opinjoni tiegħi għandha ssir apoloġija immedjata mill-Partit Laburista għall-kliem li intqal għaliex huwa kliem li ma jagħmel xejn ħlief diżunur għall-Partit Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it- Tnejn 26 ta' Novembru, 2001, fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12:30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - PRODOTTI TAL-BIEDJA", "29858.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti tal-Biedja li mistennija jsibu swieq ta' l-esportazzjoni fis-swieq ta' l-UE?", "X'preparazzjoni saret bejn id-dipartiment tal-Biedja u l-bdiewa u raħħala dwar dan l-għan matul dawn l-aħħar snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prodotti tal-biedja li jistgħu jiġu esportati kemm fi swieq ta' l-UE kif ukoll barra mill-UE, huma varji u jekk issirx esportazzjoni jew le, jiddependi ħafna minn fatturi kummerċjali fosthom prezzijiet, kemm fis-suq lokali kif ukoll fi swieq internazzjonali, iż- żmien ta' meta tilħaq il-produzzjoni, l-ispejjeż għat-trasport, għall- ippakkjar, reklamar, etċ.", "Ta' min jgħid li meta d-domanda lokali tkun tajba u għalhekk il-prezzijiet lokalment ikunu tajbin, il-bdiewa jippreferu jbiegħu l-prodotti tagħhom fis- suq lokali.", "Jeżistu iżda possibbiltajiet ta' esportazzjoni ta' prodotti agrikoli lokali bħal per eżempju patata, inbid Malti, etċċ. u l-Ministeru tiegħi lest li jagħti kull għajnuna, kemm teknika kif ukoll finanzjarja, lil dawk l-għaqdiet tal-bdiewa li jkunu lesti jesportaw il-prodotti agrikoli mkabbra lokalment dment li l-affarijiet isiru sew u l-interessi tal-bdiewa jkunu salvagwardati.", "OFFICE OF REVIEW – MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD", "29859.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema li jiffurmaw u jmexxu l-Office of Review fi ħdan il-Ministeru tal-Biedja u Sajd?", "Kemm-il żjara għamlu barra l-pajjiż dawn il-membri u għal-liema għan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Office of Review jikkonsisti mid-Direttur, Koordinatur dwar l-UE, Koordinatur għall-Customer Care, u Skrivana.", "Saru żewġ żjarat barra minn Malta mid-Direttur.", "Waħda kienet żjara ta' studju fi Brussels, u l-oħra parteċipazzjoni f'laqgħa ta' OLAF.", "PRODOTTI TAL-BDIEWA - SWIEQ ĠODDA", "29860.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-prodotti li ppruvaw jesportaw il-bdiewa sabiex isibu swieq ġodda?", "X'varjetajiet u x'kwantitajiet ġew esportati?", "Fiex fil-fatt intefqu l-Lm 10,000 li ingħataw lill-bdiewa għal dan il-għan u mill-liema vot ittieħdu dawn il-flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment tal-Biedja ma kellu l-ebda talba mingħand bdiewa għal xi forma ta' għajnuna biex jiġu esportati xi prodotti agrikoli lokali bl-eċċezzjoni ta' talba waħda għal għajnuna finanzjarja mingħand l-Malta Vines and Wines Association biex ikunu jistgħu jagħmlu kampanja promozzjonali għall-inbid prodott lokalment, u talba oħra għal għajnuna finanzjarja mingħand l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa biex tgħinhom fl- inizjattiva tagħhom biex jinstabu swieq għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli lokali.", "Ġiet approvata wkoll għajnuna finanzjarja lill- Kooperattiva Ċentrali tal-Bdiewa biex jinbena depot għall-prodott tal-bidwi ntiż jew għall-esportazzjoni jew għall-ipproċessar lokalment.", "Il-flus ittieħdu mill-voti ntiżi għal għajnuna lill-bdiewa.", "PA – TALBA URĠENTI", "29864.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-urġenza tat-talba tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tinsab quddiem l-PA, jista' l- Ministru jara l-possibilita' li tiġi approvata mmedjatament qabel isseħħ xi traġedja fir-residenza ta' din l-anzjana?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet l- applikazzjoni taħt Skema Z (Għajnuna għall-Xogħolijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Privati) mingħand il-persuna ndikata fid-19 ta' Ottubru 2001.", "L-Awtorita' diġa' bagħtet il-perit biex jispezzjona l-post u l- persuna konċernata ser tiġi nfurmata liema xogħol ġie approvat.", "HARMFUL TAX PRACTICES", "29894.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti dettalji dwar kif Malta ftehmet mal-global forum li tiżviluppa pjan ta' implimentazzjoni tal-OECD dwar kif il-pajjiż biħsiebu isarraf l-impenn tiegħu li jelimina dawk li jissejħu harmful tax practices sa mhux aktar tard mill-13.12.05?", "Malta meta mistennija li taderixxi ma' dan l-impenn?", "Jista' jgħarraf lill- Kamra dwar l-implementation plan innifsu?", "X'inhuma it-tibdiliet legiżlattivi li mistennija jsiru sabiex jinkiseb dan il-għan Malta qiegħda taħdem flimkien ma' xi agenziji ta' għajnuna internazzjonali u bilaterali sabiex jinkiseb dan il-għan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm ngħataw xi ndikazzjonijiet lill-OECD dwar pjan ta' implimentazzjoni dwar kif il- pajjiż beħsiebu sarraf l-impenn tiegħu li jelimina dawk li jissejħu harmful tax practices għadu ma ġie miftiehem xejn dwar meta Malta mistennija taderixxi ma dan l-impenn.", "Qed nagħmluha ċara ħafna lill-OECD li m'aħniex lesti nbiddlu ċerti affarijiet qabel inkunu sodisfatti li nottjenu a level playing field kemm ma membri oħra ta' l-OECD u kemm ma pajjiżi oħra li mhumiex.", "Għalkemm aħna qed naħdmu fuq it-tibdiliet leġislattivi neċessarji biex inkunu nistgħu nsarrfu l-impenn meta jinħtieġ, dawn għadhom mhux finallizzati.", "Malta mhix qed ta;dem ma xi aġenzija ta' għajnuna internazzjonali u bilaterali f'dan ir-rigward.", "DAY CARE CENTRES/NURSERIES", "29895.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Fid-dawl tan-numru dejjem akbar ta' nisa miżżewġin li jkunu jridu jaħdmu iżda li ma jistgħux jgħamlu dan minħabba it-tfal żgħar li jkollhom kif wkoll in nuqqas ta' familjari ma' min iħalluhom, il-Gvern qiegħed jaħseb biex jiftaħ xi nurseries kif wkoll Day Care Centres għat- Tfal ta' dawn il-Ġenituri?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- Ministeru tiegħi qed jipparteċipa f'Child Care Task Force li twaqqfet fuq l- inizjattiva tal-Bord tal-Koperattivi bil-għan li jiġi studjat l-iżvilupp ta' forom diversi ta' proviżjoni ta' child care f'Malta liema servizzi jkunu aċċessibbli, ta' kwalita' u li jirrispettaw id-drittijiet tat-tfal.", "Qed nistenna r-rapport ta' din it-task force li ser jgħin fil-formulazzjoni tal-politika tal-Gvern f'dan il-qasam.", "SPTARIJIET PRIVATI - CHARGES", "29896.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi parametri stabbiliti li fihom għandhom jiġu charged il-hospitalisation and professional fees tal-isptarijiet privati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li ma hemm ebda parametri stabbiliti.", "VAT – DIRETTUR ĠENERALI", "29900.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid il-post ta' Direttur Ġenerali tal-Vat jinsabx vakanti?", "Kemm mistenni jdum vakanti?", "Min qiegħed jimla dan il-post bħalissa?", "Meta ġiet biex issir l-għażla ttieħdu in kunsiderazzjoni riżervi li diversi amministrazzjonijiet seta kellhom dwar il-persuna/i eliġibbli għall dan il- post vakanti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nikkonferma li l- uffiċjal li kien jokkupa l-post Direttur Ġenerali tal-VAT irriżenja mis- Servizz Pubbliku b'effet mill-1 ta' Diċembru ta' din is-sena.", "Jien infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dalwaqt se joħroġ sejħa sabiex din il- vakanza tkun tista' timtela'.", "Bħalissa qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex, sakemm din il-vakanza timtela', isir acting appointment.", "Skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, meta jsir acting appointment ta' Kap ta' Dipartiment, il-persuna nominata normalment irid ikun l-aktar uffiċjal anzjan (senior) fid-Dipartiment.", "INCOME TAX – ĠBIR TA' 16M ADDIZZJONALI", "29904.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-Ministeru tal-Finanzi ta struzzjonijiet lid- Dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor Lm16M addizzjonali f'income tax sa tmiem is-sena minn fuq kontijiet pendenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BANK ĊENTRALI - KONSULENTI", "29906.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid bħalissa kemm hemm konsulenti mal-Bank Ċentrali?", "Min huma?", "Kemm ilhom iservu il-Bank?", "X'qegħdin jitħallsu tas-servizzi tagħhom u x'inhuwa is-servizz li qegħdin jipprovdu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali għandu seba' konsulenti/advisors li jgħinu f'oqsma differenti bħal l- ekonomija, relazzjonijiet pubbliċi, legali, awditorjali u finanzi.", "Uħud minn dawn il-konsulenti ilhom mill-1989 u l-ħlas tagħhom din is-sena għandu jilħaq għal madwar Lm45,000.", "RESERVED PARKING SPACE", "29915.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li r-reserved parking space għall- persuna bi bżonnijiet speċjali li tgħix fl-indirizz li qed nibgħat separatament tiġi mogħtija ż-żebgħa safra mill-ġdid peress illi din iċċarat u jinkiteb il-kliem reserved jew jitpinġa s-simbolu ta' wheelchair kif hemm f'partijiet ta' parkeġġ reserved simili?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li skond ir-records tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku m'hemm l-ebda approvazzjoni għal reserved parking bay għal persuna b'diżabilita' fl-indirizz indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Fiċ-ċirkustanzi nitlob lill-Onor.", "Interpellant jissuplixxi l-isem tal- persuna f'każ li n-numru fit-triq ikkonċernata ġew mibdula.", "AFM - DUTIES", "29916.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament ma ġiex mogħti lura x-xogħol tiegħu, wara li f'Awissu 2000 ġie ċċertifikat li jista' jagħmel ix-xogħol normali tiegħu fil-Forzi Armata u b'hekk ma jibqax fuq light duties?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-individwu msemmi fid-domanda huwa mpjegat bħala General Hand Group I.", "Huwa kien tilef l-opportunita` li jiġi assimilat minn Group 'A'għal General Hand Group II fl-1994 minħabba raġunijiet mediċi.", "Peress li din kienet opportunita` ta' darba huwa ma jistgħax jiġi assimilat issa bħala General Hand Group II.", "KUNTISTABBLI ROGER DEBATTISTA - PENSJONI SĦIĦA", "29919.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal- kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat illi l-persuna msemmija diġa` bdiet titħallas pensjoni taħt l-Att tas-Sigurta` Soċjali.", "Dettalji dwar il-pożizzjoni finali jkunu jistgħu jingħataw 'il quddiem.", "KUNTISTABBLI ROGER DEBATTISTA - PENSJONI SĦIĦA", "29920.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal- kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija diga' bdiet titħallas pensjoni taht l-Att tas-Sigurta' Socjali, u qed tinħadem il- pensjoni dovuta taħt l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta.", "Dettalji dwar il-pozizzjoni finali jkunu jistgħu jingħataw 'il quddiem", "KUNTISTABBLI ROGER DEBATTISTA - PENSJONI SĦIĦA", "29921.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is- servizz kollu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant mitlub jara t-Tweġiba mogħtija mill-Onor.", "Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 29919.", "QORMI - FABBRIKA", "29922.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar id-duħħan li joħroġ mill-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fir-rigward tal-fabbrika tal-Lowenbrau f'Ħal Qormi, jirriżulta li kien hemm inċident wieħed li ġara f'Mejju ta' din is-sena, meta kien hemm emissjonijiet eċċessivi minn din il- fabbrika.", "Spezzjonijiet li saru minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent żvelaw li dan l-inċident kien dovut għal ħsara li żviluppat fil- boiler tal-fabbrika.", "Il-ħsara ġiet irranġata sal-21 ta' Mejju 2001.", "Wara din id-data la d-Dipartiment u lanqas il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ma rċevew rapporti ta' duħħan minn din il-fabbrika.", "Spezzjonijiet sussegwenti għall-21 ta' Mejju 2001 jikkonfermaw dan.", "Għaldaqstant, dan il-każ hu kkunsidrat magħluq.", "RESERVED PARKING", "29923.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ssir ir-reserved parking ta' persuna b'diżabilita li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant m'applikatx għas-servizz tar-Reserved Parking, iżda għall- Karta ta' l-Identita' Speċjali u għall-Blue Sticker.", "Infurmat ukoll li l-applikazzjoni għall-Karta ta' l-Identita' Speċjali ġiet proċessata u aċċettata filwaqt li dik għall-Blue Sticker qed tiġi kkunsidrata.", "ENEMALTA", "29924.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif il-kont tad-dawl u ilma tas-sinjura li l- indirizz u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ġie Lm130.58c, meta l-kont ta' qabel kien Lm6.30?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva.", "Naturlament, jekk jirriżulta li hemm xi żball min-naħa tal- Korporazzjoni, isir l-aġġustament meħtieġ", "MALTAPOST", "29925.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-Maltapost li kienu jaħdmu fil-fergħa ta' Raħal Ġdid u ġew transferiti għall-posta ta' Bormla humiex ser jibqgħu hemm għal dejjem jew għal żmien temporanju?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dan il-Ministeru hu responsabbli mill-aspetti regolatorji tal-Maltapost u mhux responsabbli għall-amministrazzjoni tal- kumpanija.", "Għalhekk l-Onor.", "Membru huwa mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WAQFIEN TA' CHILDREN ALLOWANCE", "29926.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' waqfien ta' children allowance ta' familja li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnhu ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "DRENAĠĠ – TRIQ DUN KARM SANT", "29927.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien quddiem ir-residenza 'Primrose' qiegħed joħroġ id-drenaġġ?", "Tista' din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li kien iċċekkjat il-main tad-drenaġġ u dan instab li huwa tajjeb.", "Rigward l-ilma li jidher ħiereġ, hemm indikazzjonijiet li dan huwa ilma tax-xorb.", "Għalhekk sar rapport lill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jagħmlu 'detection' ħalli jinstab minn fejn hemm il-leakage ta' l-ilma.", "ENEMALTA", "29928.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha mitfija fit-triq Dun Karm Sant, Tarxien parallel ma' Triq San Tumas, Tarxien isirilha l-manutenzjoni li hemm bżonn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "KULLEĠĠ DE LA SALLE", "29932.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid wara li l-brothers tal-kulleġġ De La Salle kif wkoll il- ġenituri tat-tfal li jattendu dan il-kulleġġ ilmentaw mill-periklu għat- tfal li qed ikun hemm kull nhar ta' Tlieta filgħodu minħabba l-monti li qed jostakola d-daħla prinċipali tal-Kulleġġ u wara li l-Ministeru tiegħek wiegħed li se jidħol f'din il-kwistjoni, jista' jgħid x'sar u xi żviluppi kien hemm biex din il-kwistjoni tiġi solvuta?", "Billi kull nhar ta' Tlieta filgħodu qed ikun hemm periklu serji għat-tfal speċjalment dawk żgħar, jista' jinterveni qabel ma jkun hemm xi inċident?", "Billi din il-kwistjoni twalet aktar minn biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-kwistjoni tiġi solvuta fl-aqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nhar ta' Tlieta ma għadhomx jidħlu coaches fil-bitħa ta' l-iskola li bl-immanuvrar tagħhom setgħu kienu ta' periklu.", "Il-coaches issa qed iniżżlu t-tfal barra d-dħul ta' wara u t-tfal jimxu fl- iskola għall-klassi rispettiva tagħhom.", "Din is-sitwazzjoni hija simili ħafna għal dik ta' l-iskejjel l-oħra f'Malta u Għawdex.", "Rigward il- kwestjoni tas-Suq, minkejja rappreżentazzjonijiet, informat li s- Segretarjat għas-Self Employed fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi s'issa ma setgħax isib alternattiva għas-Suq li ilu jarma f'din il-parti għal dawn l-aħħar snin.", "Filwaqt li nissimpatizza ma' dawk li qed isibu dan l-inkonvenjent darba fil- Ġimgħa (kull nhar ta' Tlieta filgħodu), jidher li hemm diffikolta` rejali minħabba li s-Suq qed jintrama skond il-liġi bil-permessi meħtieġa.", "KIRKOP - RIMI TA ĦMIEĠ F'GĦALQA", "29933.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar fossa li tħaffret minn impjegati tal-Gvern qrib għalqa fil-limiti ta' Kirkop li hija bi qbiela għand persuna li d-dettalji qed jingħataw separatament u kunfidenzjalment, u li fil-fossa qed jintrema' kull xorta ta' ħmieġ, meta l-art involuta hija waħda li tinħadem u għaliex f'kull każ persuni oħrajn li għandhom art f'idejhom fl-inħawi fejn tinsab l-art indikata tħallsu l-kumpens talli tħaffret fossa fl-istess art tagħhom pero' l-persuna msemmija ma tħallset xejn u aktar min hekk donnu l-art tagħha qegħda tkun immirata għal kull rimi li jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MCAST - BUILDING & CONSTRUCTION INSTITUTE", "29936.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'kotba għandhom bżonn l-istudenti li qed jattendu għal course ta' draftsman fil-MCAST Building & Construction Institute Naxxar first year?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li dawn l-istudenti għandhom bla kotba sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li filwaqt li l-Kors ta' Draughtsmanship qiegħed isir għall-ewwel darba fl-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni, fl-MCAST in-Naxxar, qatt fil-passat ma ingħataw kotba bħala textbooks lill-istudenti għal dan il-Kors.", "L-Asst.", "Lecturers f'dan il-kors huma l-istess li kienu jgħallmu fil-passat u qegħdin jużaw ħafna mill-istess kotba li kienu jintużaw fil-passat.", "L-għalliema għandhom bank ta' kotba ta' riferenza li jużaw kontinwament ma' l-istudenti.", "Kemm il-darba huma jridu jgħaddu kopji ta' materjal importanti minn dawn il-kotba, dan isir permezz ta' kopji bis-servizzi mogħtija mill-istess Istitut.", "Dan jiffranka ħafna spejjeż lill-istudenti.", "Qiegħed isir eżerċizzju sabiex jitkabbar dan il-bank ta' kotba mill- għalliem lill-istudent issir biss fuq bażi tal-bżonnijiet tal-kurrikulu.", "It-tagħlim f'dan il-kors beda u miexi b'ritmu tajjeb.", "L-MCAST qed jikkonsidra wkoll titjib u aġġornament tal-korsijiet f'dan l-Istitut.", "PA – GRAN HOTEL EXCELSIOR", "29937.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid hemm xi perodu ta' żmien li fih l-iżvilupp ta' lukanda ġdida flok dik bl-isem Excelsior irid jiġi finalizzat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-permess tal-lukanda Gran Hotel Excelsior ħareg fl-1 t'Awissu,1996.", "Ix-xogħol kellu jibda fi żmien tnax-il xahar u jitlesta fi żmien tlett snin, iżda l-permess seta jigi renovat wara l-gheluq tat-tlett snin.", "Infurmat ukoll illi x-xogħol tal-kostruzzjoni tlesta u li jonqos huma l-finishing touches.", "PA – PERIKLU MINĦABBA ĠALLARIJA", "29938.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinvestiga il-periklu minħabba gallarija fil-bini eżatt faċċata tal-fond bl-indirizz 8 New Street Valletta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mill-indikazzjoni fil-Mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant, huwa mifhum li qiegħed jirreferi għall-fond 14, Telgħa ta' Liesse,Valletta.", "F'dan il-każ, id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern diġa talab lid-Dipartiment tal- Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent biex jitneħħa kull periklu li jista' jkun hemm.", "Infakkar lil Onorevoli Membru li r-responsabilita' ta' tiswija ta' proprjeta' mhux residenzjali tal-Gvern taqa' f'idejn dan id-Dipartiment.", "XATT IL-BELT - DWAL FIL-MINA", "29939.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid tistax il-mina fix-Xatt il-Belt terġa' tiddawwal mill-aktar fis?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għalkemm dan ix-xogħol mhux responsabilta' tad-Dipartiment tat-Toroq, l-Enemalta u l-Kunsill Lokali ġew mitluba jieħdu ħsieb sabiex il-mina terġa tiddawwal.", "CHILDREN ALLOWANCE", "29940.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi rivedut il-ħlas tac-children allowance lill-familja li qed nibgħatlek l-ID no tal-persuna separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlas ta' l- Allowance tat-Tfal tal-persuna minnu ndikata ser jiġi rivedut.", "Il-persuna konċernata ser tiġi nfurmata bir-rata riveduta u x'kienet iċ-ċirkostanza li din ir-rata setgħet tinbidel.", "AFM", "29941.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li terġa ssir sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' gunners fl-AFM?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li l-proċess tal-għażla għal numru ta' rekluti ġodda issa wasal biex jintemm u r-rekluti huma mistennija jingaġġaw fil-Forzi Armati fi żmien qasir.", "Ma ġiet iffissata l-ebda data għal sejħa oħra.", "CHILDREN ALLOWANCE", "29942.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid peress li bint il- ġenituri li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament iżżewġet fis-sajf li għadda u l-ġenituri kellhom miżjuda fl-assi bankarji tagħhom flus binthom minħabba l-ispejjeż tat-tieġ, jistax jiġi rivedut il-fatt li c- children allowance twaqqaf minħabba f'hekk.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "QRATI TRIBUNALI", "29944.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru.", "29867 jinforma l-kamra x'kriterji ġew użati għal ħatra ta' Direttur (Qrati u Tribunali ta' Għawdex) fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern lokali u jistax jiġi kkonfermat li l-persuna li ġiet magħżula hija bl-esperjenza ta' ħidma kif mitlub fl-istess?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi l-kriterji użati fl- għażla ta' Diretturi huma dawk stabbiliti mis-Senior Appointments Advisory Committee.", "UNIVERSITA' – STUDENTI FUQ BAŻI PROVIŻORJA", "29945.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra għall-liema raġuni ttieħdet il-linja li ma jiġux ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl-Universita' sakemm jġibu l-kwalifiki neċessarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li m'hemm ebda provvediment fir-Regolamenti għad-Dħul li jippermettu li jkunu ammessi studenti fuq bażi proviżorja fl- Universita` sakemm iġibu l-kwalifiki neċessarji u li din mhix xi linja ġdida iżda ilha l-prassi għal fuq minn tnax-il sena.", "PULIZIJA", "29948.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29591?", "ONOR.", "TONIO BORG: Twegiba tingħata f'xi seduta ohra.", "PROFESSJONISTI", "29949.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "29592?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "REVENUE SECURITY CORPS", "29950.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tar-Revenue Security Corps li jkun għassa mal- banek humiex koperti b'polza ta' sigurta' f'każ li jkunu nvoluti f'xi diżgrazzja simili tal-kuntistabbli Debattista l-ġimgħa l-oħra?", "Jekk le, x'ikun il-kumpens li tieħu l-familja tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le.", "IMPJEGATI FIS-SETTUR PUBBLIKU - BREAKDOWN", "29951.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tan-numru tal-impjegati kollha fis-settur pubbliku dipartiment dipartiment u jinkludi l-entitajiet kollha li fihom il- Gvern għandu sehem?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29524 f'Seduta 639 ta' Nhar it-13 ta' Novembru 2001.", "IMPJEGATI FUQ REDUCED HOURS", "29952.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kif jinħadem il-leave pro-rata ta' impjegati li jkunu reduced hours kemm f'każijiet fejn jaħdmu fuq ġimgħa ta' 5 ijiem u kemm f'każi fejn jidħlu inqas?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-leave ta' impjegati li jaħdmu bir-reduced hours (sigħat imnaqqsa) jinħadem fuq l-istess bażi ta' dawk li jaħdmu part- time/casual.", "Il-metodu huwa spjegat fiċ-ċirkolari MPO 50/96 li tagħha qed inqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma tagħmilx differenza jekk dawn l- impjegati jaħdmux ħamest ijiem jew inqas fil-ġimgħa.", "Il-kalkoli huma bbażati fuq jekk jaħdmux is-sigħat kollha, tlett kwarti, jew nofs, is- sigħat ta' impjegati full-time.", "INDUSTRIAL & EMPLOYEE RELATIONS", "29953.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'direttiva jagħti id- direttur tal-industrial & employee relations dwar kif inħadem il-pro-rata leave tal-part-time workers li jaħdmu fuq 20 seigħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li minn meta ġie ppubblikat Avviż Legali Numru 61 ta' l-1996, id-direzzjoni li dejjem taha d-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg, dwar il-leave għall-part- timers li jaħdmu aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, kienet li dan jinħadem pro-rata tal-ġranet ta' leave li għandu dritt għalihom impjegat full-time", "HOUSING AUTHORITY – CHILDCARE CENTRE", "29954.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex jiffunzjona il- childcare centre għall-impjegati tal-housing authority, liema childcare centre wiegħdet ic-chairperson tal-housing authority f'artiklu f'The Times?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurma li Childcare Centre ta' l-Awtorita' tad-Djar hu ppjanat li jsir f'post biswit l-uffiċini preżenti ta' l- Awtorita'.", "Fil-25 ta' Awissu 2000, l-Awtorita' ssottomettiet applikazzjoni lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tirranġa l-post.", "Sa issa l-permessi meħtieġa għadhomma ħarġux.", "BULLET-PROOF VESTS", "29961.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonsidra li l-pulizija li jkunu fuq xogħol ta' Sigurta' jingħataw bullet-proof vests għall-protezzjoni tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29844.", "PBS - KAŻ TA' FRODI", "29962.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi investigazzjoni għaddejja dwar frodi fit-taqsima ta' reklamar tal-PBS kif hemm fil-ħarġa tal-PBS kif hemm fil- ħarġa ta' l-ewwel faċċatta ta' The Malta Today tat-18.11.2001?", "Fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-PBS waqqfet Bord ta' Inkjesta b'persuni kompetenti minbarra l-Kumpanija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar l- allegat każ ta' frodi fit-taqsima tar-reklami.", "L-investigazzjoni għadha għaddejja.", "SAĦĦA TA' PERSUNA", "29963.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu l-passi urġenti kollha meħtieġa għall-kura tal- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab taħt il- kura tal-Professur li ismu qed jintbagħat separatament u li saħħitha qed tkompli tmur lura serjament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "29964.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali waqqaf il-ħlas tal-SKA dovuta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'Mazu 2001?", "Meta nstema l- appell minn din id-deċiżjoni?", "Min irrappreżenta lil din il-persuna f'din is- seduta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ.", "Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-appell ġie kkunsidrat mill-Arbitru u l-Assessuri fis-seduta tal-Bord ta' l-Appelli tad- 9 ta' Novembru 2001.", "Infurmat ukoll li l-każ ġie deċiż u kopja tad- deċiżjoni ser tintbagħat lill-appellant.", "MITTS", "29971.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-aċċess għall-website http://eswtc.com mis-server tal-MITTS mhux qed ikun permess meta din il-website hija sempliċiment site sportiva u bl-ebda mod ma' tmur kontra il-liġi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-website http://eswtc.com ma teżistix.", "Madankollu nassumi li l-Onorevoli Nterpellant qed jirreferi għall-website http://www.eswfc.com li hija l-website ta' klabb tal-futbol lokali.", "Effettivament, l-aċċess għal din il-website kien qed jiġi restritt b'mod awtomatiku mis-server tal-MITTS minħabba li din kienet ikklassifikata bħala Adult/Sexually Explicit website mis-surf control internazzjonali.", "Fejn ċirkustanzi simili jiġu rraportati lis-Service Call Centre tal-MITTS, dawn ir-rapporti jiġu analizzati, u konsegwetament l-aċċess jiġi miftuħ wara li ssir sottomissjoni lis-surf control centre biex il-website tiġi riklassifikata.", "COTTONERA WATER FRONT", "29972.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk l-Avukat Ġenerali kienx il-konsulent legali tal-Ministru għall-Ambjent meta sar l-iffirmar tal- ftehim tal-Cottonera Water Front li sar fit-8 ta' Marzu 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra?", "MOSTA - SANTA MARGERITA - DRENAĠĠ", "29973.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq il-Pont fuq in-naħa ta' Santa Margerita, Mosta dejjem qed joħroġ d-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fi Triq il-Pont intbagħat il-jetting/suction bowder biex isir it-tindif neċessarju, u qed jitkaħħlu xi 'manholes'.", "Jekk ikun il-każ, isiru wkoll aktar investigazzjonijiet.", "PULIZIJA", "29977.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk iħossx li l-armla tal-pulizija li nqatel waqt il-hold up fuq bank dan l-aħħar kif ukoll il-werrieta ta' l-istess, għandhomx jingħataw pensjoni sħiħa kif ukoll dawk il-benefiċċji oħrajn li ingħataw lil vittmi ta' reati waqt il-qadi ta' dmirijiethom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29920 f'din l-istess Seduta.", "AMMINISTRAZZJONI - APPLIKAZZJONIJIET", "29979.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li matul din l-aħħar sena ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal top jobs fl-amministrazzjoni mingħajr ma ntalbu kwalifiki akkademiċi meta l-pagi tagħhom huma relatati mal-postijiet akkademiċi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru ġentilment mitlub jispeċifika aktar il- mistoqsija tiegħu biex tkun tista' tingħata tweġiba.", "NEGOZJU - VAT", "29995.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għalqu n-negozju tagħhom u rritornaw il-kotba tal-VAT lid-dipartiment bejn is-snin tal-1997 sal-lum xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "TELEPHONE BILLS - SUSSIDJU", "29996.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja l- problema ta' anzjani li kellhom il-kartuna r-roża u allura kienu jgawdu minn sussidju fuq telephone bill imma għax il-kartuna r-roża għal xi raġuni ma waslitx if-Ċentru Ħidma Soċjali qegħdin jirċievu kontijiet ta' kera mingħajr sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawk l-anzjani li jissodisfaw il-kriterji għall-għoti ta' sussidju fuq il-kera tas-servizz tat-telefon huma mitluba permezz ta' ittra maħruġa mid-Dipartiment għall- Anzjani u Servizz fil-Komunita' li minn sena għal sena jippreżentaw il- karta r-roża tagħhom mġedda mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "F'dawk il-każijiet fejn persuna tonqos li tagħmel dan, jew fejn il-karta r-roża ma tiġix mġedda, allura jintilef id-dritt għar-roħs fuq it-telefon.", "ENEMALTA", "30000.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir in vista tar-rifjut ta' l- appkikazzjonijiet li ntalbet mil-PA għall-bini ta' sub station fi Triq Fra Luca Zurki u toroq oħra sabiex il-problemi u t-tbgħatijiet tar-residenti jiġu mtaffija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l- Korporazzjoni Enemalta ser tagħmel dak kollu li tista' dwar din il-materja.", "TRAFFIC MANAGEMENT - PEDESTRIAN CROSSING", "30001.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex tiġi kostruita sistema ta' kontrol tat-traffiku fi Vjal il-Blue Grotto Zurrieq u dan bill-liġi kostruita trafic management u pedestrian crossing, bħal dik li ġiet kostruita fl-istess triq, fil-parti qrib Qrendi Road u dan meta wieħed iqis n-numru ta' inċidenti tat-traffiku fejn fost oħrajn tilfu ħajjithom/ġew feruti gravi, Rokku Camilleri, Elizabeth Camilleri u Maria Camilleri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex tara x'jista' jsir.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "30002.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jinvestiga każ ta' membru tal-Forzi Armati, li ismu qed jingħata b'mod separat, fejn skond inkjesta li saret apposta madwar sentejn ilu kienu instab li kien involut direttament f'taħwid fil-pompa tal-fuel tal- Forzi Armati u li minkejja dan, xorta waħda riċentament ħa promozzjoni qisu qatt ma kien ġara xejn?", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan l-istess individwu għadu qiegħed jitħallas tat-trade bħala storeman minkejja li ilu li waqaf minn dan ix- xogħol aktar minn sentejn?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex, filwaqt li dan l-individwu qiegħed jitħallas ta' storeman mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol hemm individwi oħrajn li qegħdin jaħdmu ta' storeman iżda ma jitħalsux ta' hekk?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "QRENDI - WIRES TAD-DAWL", "30003.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru b'referenza għall-PQ W271 tat-13 ta' Awissu 2001 jgħid xi żviluppi saru stante illi sal-lum il-periklu hemm indikat għadu eżistenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija W271 ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.", "Il-fatt li skond l- Onorevoli Interpellant ix-xogħol għadu ma sarx ifisser li sa llum il- Korporazzjoni Enemalta kellha xogħol aktar importanti u urġenti x'tagħmel minn dan.", "IMQABBA - L-AKWATI TAL-MATLA", "30005.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fi Triq hons Alfons Caruana, Triq il-Franka u l- akwati tal-Matla l-Imqabba, qiegħed jaqa l-ilma kollu tax-xaqliba l-oħra ta' l-Imqabba u tal-ġibjun appena dan ifur (peress li dawn it-toroq qegħdin fuq maqgħad) jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu biex dawn l- akwati jingħataw wiċċ u l-ilma jiġi mgħoddi min kanali sabiex b'hekk ma jibqux jgħerqu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jara l-każ u jiġi stabbilit x'jista' jsir.", "PA", "30006.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru, b'referenza għall-PQ's preċedenti u risposti pożittivi għall- istess u b'referenza għad-dokumenti hawn annessi jara: 1) x'inhi r-raġuni li PA għal żewġ okkazzjonijiet konsekuttivi ċaħdet applikazzjonijiet sabiex tinbena sub station biex tkun ta' sosten għas- sistema elettrika fi Triq Fra Luca Zuski, Trejqet in-Nigret u toroq oħra fiż-Żurrieq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-substance imsemmija kienet proposta f'zona immarkata bhala Green Area fit-Temporary Provision Schemes.", "Normalment l-ebda tip ta' zvilupp ma jigi rakkomandat f'dawn iz-zoni, sakemm ma jkun hemm ebda alternattiva.", "Ufficjali mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qed ikollhom tahdidiet sabiex jinstab sit alternattiv li jkun accettabbli.", "INCREMENT - MIŻURI DIXXIPLINARI", "30007.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm ħaddiema fis-settur Pubbliku Governattiv (Civil) li bħala miżura dixxiplinari nżammilhom l-increment bejn l-1991 u l-2001.", "Kemm kienu bħala numru, f'liema grad u f'liema dipartimenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ĦAL LUQA - INSPECTION", "30008.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru, peress li qed ikun hemm interferenza kontinwa fir-reception televiżiv, jordna li ssir inspection f'Ħal Luqa fl- akwati ta' Triq Mikelangelo Sapiano, u Tarxien road?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mid- Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili fl-akwati ta' triq Mikelangelo Sapiano u Triq Tarxien, ġewwa Ħal Luqa, ma rriżultaw l-ebda sinjali ta' interferenza fuq l-istazzjonijiet televiżivi fil-band VHF u UHF.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika aktar fuq liema stazzjonijiet tat-televiżjoni hemm l-interferenza, xi kwalita' ta' nterferenza qed tiġi osservata u f'liema ħinijiet tal-ġurnata.", "SAN ĠILJAN - PARKING MANAGEMENT", "30009.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kundiżżjonijiet tat-tender għall-management tal-parking f'Pender Place San Ġiljan?", "Jikkonferma l-Ministru li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma nbidlet wara li dan ingħata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li l-propjeta' ta' Pander Place hija amministrata mill-MIMCOL, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "19990324_080d_par.doc", "date": "1999-03-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 80 L-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 80", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "80", "L-Erbgħa, 24 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 1031", "RIŻENJA TA' L-ONOR.", "GUIDO de MARCO 1031", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1031", "TQEGĦID TA' KARTI 1035", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI (IT-TIENI QARI) LOCAL LOAN (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 1036", "AĠĠORNAMENT 1055", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 1060", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 79 li saret fit-23 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "RIŻENJA TA' L-ONOR. de MARCO", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li rċevejt ittra mingħand l-Onor.", "Guido de Marco fejn ta r-riżenja tiegħu minn membru tal- parlament b'effett mill-lum, l-24 ta' Marzu, 1999.", "L-ittra tgħid hekk:", "L-iSpeaker Kamra tad-Deputati Il-Palazz Valletta", "Għażiż Sur President,", "Qiegħed permezz ta' din l-ittra nirriżenja minn deputat elett biex nirrappreżenta l-għaxar distrett elettorali, filwaqt li nirringrazzjak tal- koperazzjoni li dejjem sibt mill-Presidenza tal-Kamra.", "Għoddni Dejjem Tiegħek", "Guido de Marco", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - RIĊEVIMENTI", "3863.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3046, jista' l-Ministru jirrispondi għall-perIjodu tul il-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT(Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ingħataw żewġ riċevimenti mill-ministeru, wieħed fl- okkażjoni tal-world food day, f'Ottubru 1998 meta ntnefqu Lm109.80, u l- ieħor fi żmien il-Milied meta sar riċeviment li b'kollox sewa Lm911.00.", "Aktar dettalji ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3296.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt li l-Ministru jinformani ftit dwar is- sitwazzjoni tal-poultry processors li sa l-aħħar ta' dan ix-xahar kellhom jibdew jaderixxu għal ċerti regoli.", "Xtaqt li l-Ministru jinforma lill-Kamra wkoll dwar x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk li ma' jilħqux ikunu r-regola sad-data stabilita.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-mistoqsija oriġinali titkellem dwar spejjeż ta' riċevimenti imma l-Onor.", "Interpellant għoġbu jqabbeż fin-nofs il-kwestjoni tal-poultry.", "Li nista' ngħid huwa li rigward il-liċenzjar tal-postijiet fejn jitrabbew il-poultry qegħdin isiru l-aħħar spezzjonijiet u jekk m'inix sejjer żball anke l-bieraħ saru wħud minn dawn l-ispezzjonijiet f'diversi farms mill-veterinarji li jaħdmu fid-dipartiment biex qabel ma tingħata l- liċenzja neċessarja, l-istess farm ikun sa l-inqas dettall konformi ma' l- applikazzjoni li tkun saret.", "Dawn l-inspections għandhom isiru sa' l-aħħar ta' dan ix-xahar u wara li tinġabar l-informazzjoni nkun f'pożizzjoni li nirrelata aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawk li ma jkunux konformi sa l-aħħar ta' Marzu, se jitħallew jaħdmu?", "Kieku jien nissuġġerixxi li jingħataw liċenzja temporanja.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' ngħid li qed isiru l-aħħar inspections u min hu interessat għadu in time biex jieħu l-passi neċessarji biex jiġi in regola.", "Jekk jinstabu xi farms fejn il-livelli ta' sanita' jkunu għadhom ma ntlaħqux, imbagħad jittieħdu deċiżjoniet mod ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jilluminani ftit dwar l-agenda tal-ministeru rigward il-general fisheries council u rigward is-CIAM.", "Kif jaf il-Ministru, il-persuna li l-gvern preċedenti kien innomina se tkun responsabbli mill-presidenza tas-CIAM minn April li ġej.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-agenda tal-ministeru rigward it-twettieq ta' dan ix- xogħol hekk neċessarju għall-agrikoltura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, din bħal ta' l-alfabet, għax bdejna bl- ittra \"A\" u wasalna fl-ittra \"Z\"!", "Allura forsi jkun aħjar li l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nirrispondih.", "STAZZJON TAR-RADJU - LIĊENZJI", "3916.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3050, u ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni li qegħdin jintalbu liċenzja għal stazzjoni tar-radju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati) (f'isem il-Prim Ministru): Jekk l-Onor Interpellant qed jirriferi għal liċenzji biex jitwaqqfu stazzjonijiet tar-radju, l-awtorita tax-xandir m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal stazzjon mal-pajjiż kollu.", "Għar-rigward tas-servizzi tax-xandir fil-komunita', l-awtorita titratta talbiet simili skond ma jaslulha minn żmien għal żmien.", "PENSJONIJIET - TELECARE", "3929.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Ministru jara li min jgħix bil-pensjoni tal-bord u huwa marid u jkun taħt is-60 sena, it-telecare jingħatalu b'xejn bħalma jieħdu b'xejn min ikollu 'l fuq minn 60 sena, jgħix waħdu u għandu l-karta r-roża?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata.", "DJAR", "3930.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l- Ministru jgħid fiex wasal il-file - (li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament) - dwar housing, fejn għandek nies li huma mhedda li jiġu mkeċċija peress li m'għandhomx u ma jridux jagħmlulhom il-ktieb tal-kera?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti u fid-dawl tan- numru limitat ta' postijiet li jkollu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi jirriżulta li numru ta' familji Maltin u Għawdxin qed jirċievu kontijiet għolja ta' kera riveduta, xtaqt illi l- Ministru jinforma lill-Kamra hux qed jaslu dawn l-ilmenti fid-dipartiment.", "Hemm maħsub li ssir xi ħaġa għal meta jinqabeż ic-ceiling minħabba ż-żieda li tingħata għall-għoli tal-ħajja?", "Dan qed ngħidu minħabba li qed tikber il- pjaga fost numru ta' familji li minn kontijiet ta' Lm160 qegħdin jirċievu kontijiet ta' Lm460 kera.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq postijiet allokati taħt skemi tal-housing authority u m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq allokazzjonijiet ta' postijiet taħt id-dipartiment tad-djar.", "F'dan il-każ il-kera tiġi stabilita fir-rata applikabbli għaliha - tista' tkun Lm300 jew Lm350 u ma nafx jekk hemmx fil-livell ta' Lm400 li qed isemmi l-Onor.", "Farrugia - pero' permezz ta' means test wieħed jara jekk l-inkwilin għandux dritt għal xi sussidju fuq dik il-kera jew le.", "Il-means test jinħadem b'tali mod u manjiera li jkun hemm persentaġġ ta' sussidju fuq l-ammont proprju tal-kera.", "Fil-kuntratt tal-kera li jiġi ffirmat mill-inkwilin hemm klawsola li tgħid li kull sentejn il-parti sussidjata tal-kera tiġi riveduta.", "Dan ifisser li jekk id-dħul tal-familja partikolari jkun żdied allura s- sussidju jonqos; jekk mill-banda l-oħra d-dħul tal-familja jkun naqas allura s-sussidju jiżdied.", "Ovvjament, jekk hemm każijiet ta' individwi li qed ikollhom iħallsu rata ogħla, dan ifisser li huma qed ikollhom dħul ogħla minn dak li kellhom meta huma applikaw l-ewwel darba.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia għandu xi każ partikolari, jiena nitolbu jgħaddihuli u jien ngħaddilu l-informazzjoni kollha fuqu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk bħalissa hux qed isir xi studju sabiex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jispiċċa u jiġi kollox taħt il-housing authority.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qegħdin nistudjaw it-triq biex inkunu nistgħu nikkonsolidaw tliet servizzi li sal-lum huma relatati ma' xulxin pero' joperaw indipendentement minn xulxin.", "Dawn huma l-awtorita' tad-djar, id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u l-housing construction and maintenance.", "It-tlieta li huma jaħdmu fuq l-istess binarji, jridu jikkordinaw bejniethom u qegħdin naħdmu biex naraw kif nistgħu namalgamaw ix-xogħol li jsir minn dawn it-tliet oqsma ħalli jkollna xi ħaġa kkonsolidata u kkordinata li tkun tista' taħdem b'mod li tilħaq il-miri li nkunu qegħdin nistabilixxu.", "Naturalment qegħdin fi stadju preliminari ħafna u jekk nibqgħu mexjin f'din it-triq dan se jkun jinvolvi diskussjonijiet ma' l-impjegati konċernati, mal-unions u ma' l-awtorita' konċernata u meta jasal iż-żmien inkun nista' nagħti anke iktar dettalji f'dan il-parlament.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naf li kien hemm xi persuni li kienu qed jaħdmu fuq tibdil fil-liġi tal-kera.", "L-istudju li kienu qed jagħmlu dawn il-persuni tlesta?", "Hemm xi suġġerimenti sabiex forsi jitressqu emendi għal-liġi tal- kera f'dan il-parlament?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan l-istudju għadu mhuwiex kompletat u allura għadu ma ngħatalix pero' jien informat li qiegħed fl-istadju finali tiegħu.", "Malli jkun qiegħed f'idejja nippubblika l-konklużjonijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna meta se jippubblika r-rapport intern li sar fuq l- awtorita' tad-djar u l-kuntratti li kienu saru qabel l-aħħar elezzjoni vis- a-vis postijiet li ngħataw jew kienu se jinxtraw mill-awtorita' tad-djar?", "Xi xahrejn ilu kien qal li waslet biex tintemm l-inkjesta u kien wiegħed li din kienet se tiġi ppubblikata.", "Jista', jekk jogħġbu, jgħidilna fejn waslet din l-inkjesta u għaliex għadha ma ġietx ippubblikata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rapport kien ġie konkluż u fil-fatt tressaq ukoll quddiem il-kabinett.", "Naħseb li nkun qiegħed f'pożizzjoni li nippubblikah fil-ġranet li ġejjin.", "AMBJENT - EXHAUST EMMISSION LIMITS", "3934.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix informazzjoni dwar l-exhaust emission limits f'pajjiżna?", "Jekk jeżisti, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni msemmija sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f' isem il- Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li għajr għall-Clean Air Act, li tikkontrolla l-emissjoni ta' duħħan iswed, u li għalhekk ma titqiesx bħala leġislazzjoni moderna, ma jeżistux limits dwar emissions ta' gassijiet fl- arja li huma nfurzati fuq bażi legali f'pajjiżna.", "Fl-1994 id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent ġabar informazzjoni f'forma ta' nventarji ta' emissjonijiet fl-arja minn sorsi ewlenin bħal dawk relatati mal-produzzjoni ta' elettriku, mit-traffiku, mill-qasam industrijali u dak agrikolu.", "Din l-informazzjoni tirrigwarda emissjonijiet ta' l-aktar kontaminanti antropoġeniċi mportanti u nġabret skond il- metodoloġija tal-Corinair.", "Fl-1998 twettaq għall-ewwel darba ġo Malta mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent programm preliminari ta' monitoraġġ tal-carbon monoxide f'ċentri abitati.", "Ir-riżultati miksuba jinstabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment.", "Barra minn hekk id-dipartiment jikkollabora man-national oceanic and atmospheric administration biex jagħmel monitoring ta' background levels ta' carbon monoxide, carbon dioxide u methane minn Ta' Pinu Point ġewwa Għawdex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Studju li se jiġi ppubblikat dalwaqt minn wieħed mid-dipartimenti ta' l-Universita' ta' Malta jindika li għandna postijiet li huma meqjusa fost l-iktar postijiet li għandhom l-ogħla livelli ta' ċomb fl-arja.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-gvern biex jitnaqqas il- livell taċ-ċomb fl-ambjent?", "Dan il-fatt ġie kkonsidrat meta tnaqqsu l- inċentivi għall-petrol mingħajr ċomb fl-aħħar budget?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Naturalment la jien u lanqas il-ministru għall- ambjent ma nafu l-kontenut ta' l-istudju li għad irid jiġi ppubblikat - jien ma nafx kif l-Onor.", "Buhagiar jista' jkun jaf l-kontenut tiegħu - madanakollu d-dipartiment kontinwament isegwi u jara x'passi jkunu jistgħu jittieħdu minn żmien għall-ieħor.", "Il-punt dwar l-unleaded petrol ġie diskuss iktar minn darba f'dan il-parlament u llum li jidher li l- maġġoranza kbira tal-karozzi moderni jużaw bilfors l-unleaded petrol, m'hemmx aktar il-ħtieġa li jkun hemm differenza bejn il-prezz tal-petrol normali u dak bla ċomb.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Dwar il-petrol tajjeb li wieħed jgħid li qed isir stħarriġ dwar kif jista' jintuża xi tip ta' additive ieħor flok iċ-ċomb biex inkunu nistgħu nagħmlu phasing out taċ- ċomb fil-petrol.", "Iċ-ċomb jidħol fl-ambjent ukoll permezz tal-fran li jużaw injam miżbugħ.", "Din il-ħaġa kien sar xi progress fuqha pero' rrid ngħid ukoll li qegħdin nibdew skema mmexxija mill-IPSE biex ikun hemm modernizzar tal-fran biex il- ħobż ma jkollux direct contact mal-fuel li jkun qed jintuża.", "Rigward pollution oħra li jkun hemm speċjalment mill-kubrit, irrid ngħid li hemm programm li l-power station tibda tuża fuel oil li għandu kontenut ta' kubrit ferm inqas mit-3.5% li għandna bħalissa.", "Qed isir l- investiment neċessarju biex ikun jista' jiġi wżat fuel li jkollu inqas minn 1% kubrit Dan jirrekjedi bidliet fis-sistema ta' fuel injection fil- boilers.", "Nisperaw li din is-sistema tkun lesta biex tibda tintuża fis-sajf li ġej .", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Lawrence Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Ottubru 1998 u l-15 ta' Marzu 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5762;", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5760; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' Avviż Legali Nru 132 ta' l-1996 u Avviż Legali Nru 19 ta' l- 1998 dwar regolamenti dwar rati ta' allowance għal studenti tas-Sixth Form, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5374; u", "Kopja tal-kuntratt iffirmat fit-30 ta' April 1998 dwar il-bar tal- pixxina nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5869.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 57 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jħassru r- Regolamenti dwar il-Kontribuzzjoni għas-Servizz tad-Drenaġġ;", "Avviż Legali Nru 58 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Fornitura ta' l-Ilma;", "Tagħrif dwar l-ammont massimu ta' electrical power demand matul is- snin bejn l-1992 u l-1998 flimkien ma' tagħrif dwar is-sistemi li jipprovdu l-elettriku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3935; u", "Tagħrif dwar il-popolazzjoni f'Malta u Għawdex bejn l-1990 u l-1998 u proġettazzjoni għas-snin 1998 - 2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3937.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tal-ftehim preliminari bejn il-Gvern u l-konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point iffirmat fit-22 ta' Diċembru 1993, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5896; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 59 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SELF LOKALI", "LOCAL LOAN (NO.", "2) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-23 ta' Marzu, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed ngħid li bħalissa fil-ministeri kollha suppost għaddejja attivita' intensiva biex jitfasslu l- business plans għat-tliet snin li ġejjin, bejn is-sena 2000 u s-sena 2002.", "Dan mhuwiex sempliċement eżerċizzju fejn jitfassal budget nazzjoni mifrux fuq tliet snin.", "Il-ministeri ntalbu mill-ministru tal-finanzi biex dawn janalizzaw in-nefqa linja b'linja, jiġġustifikaw jekk dik in-nefqa għandhiex issir jew le - fil-fatt it-teknika ta' zero based budgeting hekk titlob - u imbagħad ifasslu l-business plans sena wara sena skond il- prijoritajiet li għandhom f'kull qasam.", "Jien qajjimt żewġ punti pero' naħseb li huwa importanti li dawn niżviluppahom iżjed.", "L-ewwelnett l-eżerċizzju ta' line by line analysis u ta' l-input and output modelling li qed jintalbu jagħmlu l-uffiċjali taċ-ċivil huma affarijiet ġodda.", "Dawn intalbu jibdew din l-attivita' b'ittra datata t-22 ta' Frar, 1999 u mistennija jlestu sa l-aħħar ta' April, 1999.", "X'sar f'kull ministeru biex min qiegħed ifassal dawn il-business plans jagħmel eżerċizzju bis-serjeta'?", "X'taħriġ ingħata lin-nies li qed ifasslu dawn il- business plans, l-aktar mill-lat ta' output?", "Wara kollox, dawn qed jintalbu li għal kull lira li se jonfqu jridu juru r-riżultati.", "Dan qed nistaqsih għaliex dan id-dokument se juri żewġ affarijiet importanti.", "L-ewwelnett juri x'riżorsi qed jintalbu u t-tieni nett juri x'riżultati se jagħtu b'dawk ir-riżorsi.", "Minbarra t-taħriġ tekniku li hemm bżonn biex isir eżerċizzju bħal dan, irid ikun hemm ukoll ir-rieda politika u minn dak li qiegħed nosserva ma naħsibx li teżisti din ir-rieda politika mill-ministri tal-kabinett.", "Nerġa' ngħid dak li għidt il-bieraħ li fuq dak li nara u fuq dak li nisma', il-kwestjoni tal-problemi tal-finanzi tal-gvern mhumiex il-problemi tal-gvern imma huma l-problemi tal-ministeru tal-finanzi biss; u l-aktar li juru din l-attitudni huma l-ispending ministeries, jiġifieri l-ministeri li jonfqu.", "Dawn ma jagħmlux ir-rabta li biex tonfoq irid ikollok id-dħul.", "Jien diġa' għidt li fis-snin ta' bejn l-1992 u l-1996 dawn il-ministeri kienu responsabbli u ma tawx każ il-mod kif wieħed kellu jiffinanzja l- inizjattivi u l-proġetti tiegħu.", "Minħabba f'hekk wasalna f'sitwazzjoni fejn dawn tellgħu deficit insostenibbli.", "Issa jidher li ma tgħallmux il-lezzjoni u l-ewwel sitt xhur jindikaw li dawn il-ministeri qed ikomplu jonfqu u qed ikomplu jħallu l-public expenditure tagħhom taħarbilhom.", "U jkun interessanti nkunu nafu x'qed isibu l-missjoni ta' l-IMF li qed jevalwaw kif sejra n-nefqa pubblika tal-gvern.", "U naħseb li huwa importanti għall- gvern - u anke għaċ-ċittadini kollha - li dan ix-xogħol li qed tagħmel il- missjoni ta' l-IMF jiġi ppubblikat.", "Pajjiżi oħra ħadu d-drawwa - s'intendi dan mhux biex tieħdu bħala vanġelu jew biex il-gvern bilfors jobdi dak li jkunu qed jgħidu huma - li l-poplu in ġenerali jkun jaf is-sitwazzjoni kif inhi< speċjalment fejn jidħlu l-finanzi pubbliċi.", "Dan huwa importanti li jsir biex tikber il-kultura ta' accountability u l-kultura ta' trasparenza.", "Dan bħal meta tmur fi klinika biex tagħmel X-ray.", "Ikun importanti ħafna li jkollok il-feedback ta' kif inhuma l-affarijiet.", "U naħseb li waħda mir- raġunijiet għaliex hemm nuqqas ta' rieda politika biex tidħol il-prudenza fit-tħaddim tal-finanzi pubbliċi hija minħabba l-kultura tradizzjonali tal- gvern preżenti li jimxi bil-politika ta' Father Christmas, fejn il-ħin kollu għandu r-rigali x'iqassam mingħajr ma jorbot mal-fatt li biex ikollok xi tqassam irid ikollok minn fejn tqassam u trid tassigura li qed jinħoloq biżżejjed ġid fil-pajjiż biex tqassmu.", "Minħabba din il-politika l-gvern se jkollu jdur għad-dejn u għal iżjed dejn, bil-konsegwenza li se jkompli jgħabbi l-futur tal-pajjiż bil-piż tal-passat.", "Jekk dan il-pajjiż irid li jkollu futur huwa importanti ħafna li n-nefqa pubblika ma tkunx piż fuq il- preżent tal-pajjiż u aktar u aktar ma tkunx piż fuq il-futur tal-pajjiż.", "Jekk isir dan, ħafna mir-riżorsi tagħna jmorru mhux biex isaħħu u jibnu futur aħjar għall-pajjiż iżda biex iħallsu għall-iżbalji ta' tmexxija ħażina li tkun saret fil-passat.", "Jiena nerġa' ngħid li ma narax rieda politika mill-ministri tal-gvern preżenti biex jagħmlu x-xogħol serju li hemm bżonn biex jaħkmu n-nefqa pubblika u ma jħalluhiex tkompli tikber u tkun piż akbar fuq is-setturi produttivi tal-pajjiż.", "Isiru ħafna priedki lis-settur privat biex dan jirristruttura ruħu, biex jimmodernizza u biex jinfetaħ ħalli jkun kapaċi jikkompeti ma' pajjiżi oħra, iżda s-settur privat waħdu, peress li jopera f'kuntest nazzjonali, jrid ikollu l-appoġġ mis-settur pubbliku.", "Jekk is- settur pubbliku nnifsu ma jirristrutturax ruħu, ma jimmodernizzax u ma jsirx iżjed effiċjenti, minflok ikun ta' appoġġ jispiċċa jkun parassita kbir fuq is-setturi produttivi tal-pajjiż.", "U għalhekk huwa importanti ħafna li l-ministri juru rieda f'dan il-proċess.", "Nerġa' ngħid li ma jidhirx li dan qed ikun il-każ.", "Sintendi huwa aktar faċli li minflok tagħmel l-affarijiet serji, tinfexx tgħajjar u tattakka lin-naħa l-oħra.", "Kieku t-tgħajjir kollu li sar lejn il- Gvern Laburista, speċjalment lejn il-mexxej tiegħu, kien parti mill-GDP, kieku l-ekonomija tagħna bħalissa kibret b'rata ta' xi 10%!", "It-tgħajjir minnu nnifsu żgur ma jġibx ġid ekonomiku u żgur li ma jġibx il-flus li hemm bżonn biex jiġu solvuti l-problemi l-kbar li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "Bit- tgħajjir ma ssolvi xejn - u anke f'dan l-abbozz ta' liġi pprovaw iwaħħlu f'naħa waħda għal dawn il-problemi - imma sempliċement tkun qiegħed taħrab mir-responsabbilta' politika.", "U dan it-tgħajjir sar minkejja li kien il- Partit Nazzjonalista fil-gvern bejn l-1992 u l-1996 li ġab din is- sitwazzjoni ħażina ħafna fil-finanzi pubbliċi tal-pajjiż.", "Peress li issa l-gvern permezz tal-ministru tal-finanzi huwa kommess li jibda jirranġa l-finanzi pubbliċi sas-sena 2004, se nkunu f'pożizzjoni biex sena b'sena nkunu nafu jekk il-gvern hux qed jirnexxielu jilħaq il-miri tiegħu.", "U dawk il-miri li għamel fid-dokument li ppubblika mal-budget ta' Novembru li għadda se jkunu test għall-kredibilita' personali kemm tal- ministru tal-finanzi nnifsu kif ukoll tal-gvern in ġenerali.", "Sena b'sena wieħed se jkun jista' jara kemm qed jirnexxielu jilħaq dawn il-miri, pero' ta' min wieħed jgħid li fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tiegħu, il-gvern s'issa mhux qiegħed juri li kapaċi jimxi b'dik is-serjeta', dak l-għaqal u dik il-prudenza li titlob is-sitwazzjoni.", "Il-ministru tal-finanzi qed jagħmel il-miri ta' x'għandu jiġri sas-sena 2004.", "Dan jiddependi ħafna minn kif se jkun l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Jekk l-iżvilupp ekonomiku tal- pajjiż mhux se jieħu l-ħajja, allura żgur li l-miri tal-gvern m'humiex se jintlaħqu, kif wara kollox diġa' ma ntlaħqux bejn l-1992 u l-1996 meta s- sitwazzjoni ekonomika u s-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiż kienu ferm aħjar milli huma llum.", "Biex tgħaqqad, kif anke ppruvajt nispjega l- bieraħ, il-gvern qed jikkomplika iżjed ħajtu għaliex minbarra li jrid jipprova jirranġa s-sitwazzjoni tal-finanzi pubbliċi, irid ukoll jagħmel dak it-taqlib kollu meħtieġ għaliex qed jipprova jgħaġġel kemm jiflaħ biex jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "L-istrateġija tista tiddiskriviha bħala l- istrateġija ta' faulty towers, fejn tidħol f'mind-set li tgħaġġel kemm jista' jkun mingħajr ma tirrifletti u mingħajr ma tifhem eżatt l- implikazzjonijiet ta' dak li tkun qed tagħmel.", "MR SPEAKER: Onorevoli, jekk tippermettieli għandek bżonn leave of House.", "Hawn permess?", "ONOR.", "MEMBRI: Iva.", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja lill-Kamra u nwiegħed li mhux se ndum aktar milli hemm bżonn.", "Kont qed ngħid li l-għaġġla biex isiru l- bidliet kollha meħtieġa biex il-pajjiż jipprova jikkwalifika għall-Unjoni Ewropea qed ikomplu jikkomplikaw il-ħajja għal dan il-gvern.", "Ikomplo jikkomplikawlu l-ħajja għaliex minbarra li għandu l-agenda tat-tiswija tal- finanzi pubbliċi, irid ukoll jagħmel dak it-taqlib kollu li hemm bżonn biex ikun jista' jersaq 'il quddiem u jgħid lill-Kummissjoni Ewropea: Isma' aħna bdejna nieħdu l-passi biex nibdlu l-liġijiet u r-regolamenti tagħna biex inkunu nistgħu nikkwalifikaw biex nidħlu.", "U nafu biżżejjed li mir-rapport aġġornat li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea hemm sensiela ta' bidliet kbar li jrid jagħmel il-gvern.", "Wieħed ukoll irid jgħid ukoll li sar ħafna diskors favur sħubija fl- Unjoni Ewropea mill-gvern preżenti - u anke mill-amministrazzjoni ta' bejn l-1992 u l-1996 - iżda jekk wieħed janalizza l-fatti, wieħed isib li jekk tqabbel id-diskors ma' l-azzjoni li ttieħdet issib li azzjoni ttieħdet ftit li xejn.", "Il-bidliet li l-pajjiż qiegħed jintalab jagħmel huma li s-settur pubbliku jsir aktar effiċjenti biex ma jibqax piż fuq l-ekonomija tal- pajjiż, li l-gvern ineħħi s-sussidju lill-korporazzjonijiet pubbliċi, li l- korporazzjonijiet pubbliċi jridu jitgħallmu jaħdmu b'mod kummerċjali u jagħmlu l-qligħ, li l-prezzijiet tas-servizzi pubbliċi jridu jkunu dak li jieħu s-suq u mhux id-drawwa tas-sussidji u ta' l-assistenzjaliżmu li dan il-pajjiż dera bih.", "Jiġifieri l-Gvern għandu ħafna u ħafna xogħol quddiemu x'jagħmel, u jridu jseħħu ħafna bidliet.", "Nerġa' ngħid li bejn l-1992 u l- 1996 kienet inqas diffiċli biex jibdew isiru dawn it-tibdiliet pero' dawn ma sarux u, minn kif jidhru l-affarijiet, jidher li mhux se jerġgħu jirnexxu issa.", "Kif kont qed nispjega l-bieraħ ukoll, dan il-pajjiż għandu twemmin perikoluż fil-mirakli u nuqqas ta' twemmin fix-xogħol.", "Waħda mill- affarijiet li tingħad kemm-il darba dwar l-Unjoni Ewropea hi: Ħarsu lejn l- Irlanda u araw kemm imxiet 'il quddiem!", "Dawn jaslu għall-konklużjoni faċli u żbaljata li kulma ġara kien li l-Irlanda marret għand l-Unjoni Ewropea, ħadet il-fondi li kellha bżonn u mxiet 'il quddiem.", "Wieħed jinsa li l- Irlandiżi għarfu jkunu bil-għaqal, għarfu jkunu bieżla, għarfu jkunu intelliġenti u għarfu jimpenjaw irwieħhom.", "L-opportunitajiet li tathom l- Unjoni Ewropea ħaduhom bis-saħħa tal-kapaċita' tagħhom.", "Il-flus ma waqgħux fuqhom minnufih.", "Dawn irnexxielhom joħolqu klima fejn l-inizjattiva privata tħalliet taħdem u ġiet inkoraġġita.", "Barra minn hekk sar minn kollox fil- pajjiż biex is-setturi produttivi privati jsibu awtoritajiet pubbliċi u gvern li joħolqilhom il-kondizzjonijiet li jistgħu jaħdmu fihom u mhux ixekkilhom u jkun ta' piż fuqhom.", "Jiġifieri meta wieħed jipprova jitgħallem mill-esperjenza Irlandiża, aħjar jitgħallem dwar x'għamlu internament l- Irlandiżi biex joħolqu kultura imprenditorjali, kultura ta' inizjattiva privata, kultura ta' klima ta' politika soċjali, ekonomika u kulturali li tat l-ispinta 'l quddiem biex l-Irlanda mmodernizzat l-ekonomija tagħha.", "Irrid ngħid ukoll li s-sitwazzjoni tinbidel anke fl-Unjoni Ewropea.", "It- tip ta' għajnuna u t-tip ta' fondi li kienu aċċessibbli u li setgħu jgawdu minnhom il-pajjiżi li daħlu fl-Unjoni Ewropea fis-snin li għaddew mhux se jkunu available fis-snin li ġejjin.", "U aħna għandu jkollna l-umilta' naċċettaw li ħafna drabi l-problema ma tkunx jekk inġibux fondi minn barra imma tkun li meta pajjiżna jirnexxielu jġib il-fondi minn barra - minn xi protokoll mat-Taljani jew minn xi protokoll ma' l-Unjoni Ewropea jew ma' xi pajjiż ieħor - dan ma jkunx kapaċi jonfoq dawk il-flus.", "Aħjar naraw kif nanalizzaw x'inhuma r-raġunijiet għaliex m'aħniex kapaċi nimmobilizzaw il- forzi tagħna biex nonfqu l-flus li jiġu minn barra qabel ma noqogħdu nagħmlu ħafna spekulazzjonijiet fuq kemm ġejjin fondi minn barra.", "U dan nistgħu narawh jekk naraw kif intefqu l-flus li ġew minn barra.", "Irrid ngħid ukoll li ħadd m'hu se jiġi jagħtina b'xejn u rridu nkunu aħna li jkollna l-enerġija u r-riżorsi biex nieħdu l-opportunitajiet li toffri d- dinja ta' madwarna.", "M'għandniex nistennew li l-bqija tad-dinja qiegħda hemm biex taqdi lilna, biex isservina u biex toffrilna l-ġid hi imma l-ġid irridu naħdmu għalih aħna.", "Dan qed ngħidu għaliex ċerta djufija fil-kultura ekonomika ta' pajjiżna sfortunatament ma teżistix fis-settur pubbliku biss imma teżisti wkoll fis-settur privat.", "Mhux l-ewwel darba li niltaqgħu ma' każi fejn anke nies li jsejħu lilhom infushom imprendituri jidħlu għal proġetti kbar, jisselfu ħafna flus mill-banek imbagħad isibu li dak il- proġett m'hemmx klijenti għalih.", "Ċerti nuqqasijiet ta' imprenditorija ta' inizjattiva u ta' kreattivita' sfortunatament insibuhom ukoll fis-settur privat.", "U pajjiżna jista' jħallas qares jekk ma ninbidlux, ma niġġeddux, ma nsirux iktar impreditorjali u ma nurux iktar inizjattiva kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat.", "Irridu ninbidlu fl-imġiba tagħna wkoll.", "M'għandniex niskru bil-kliem jew naħsbu li biżżejjed ngħidu xi ħaġa biex fil-fatt titwettaq imma rridu tassew li ninbidlu fil-mod kif naħsbu u fil-mod kif ngħixu.", "Il-bidliet li jitlob minna l-futur huma kbar.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar pajjiżi żgħar bħal tagħna jridu jidraw li l-passat spiċċa.", "Iridu jidraw li t-tip ta' parrini li kienu jsibu fl-imgħoddi - u dawn daqqa jkunu parrini tajbin u daqqa jkunu parrini ħżiena! - dejjem qed jonqsu u l-ħajja u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż se jkun jiddependi minn kemm huma kapaċi jimmobilizzaw l-enerġija interna kreattiva imprenditorjali tagħhom.", "Ir-realta' li pajjiż jista' jiddependi fuq xi karita' jew fuq xi għajnuna minn barra issa spiċċat u dawk il-pajjiżi li ndunaw li dik ir-realta' spiċċat u bdew jinbidlu u jiġġeddu biex jgħixu bix-xogħol, bl-impenn u bil-ħidma tagħhom huma l-iktar pajjiżi li mxew 'il quddiem.", "Waħda mid-djufiji li għandna fil- kultura nazzjonali tagħna hija li bqajna nfittxu dawn il-parrini.", "Ħafna nies għandhom l-idea żbaljata li l-Unjoni Ewropea hi xi fairy godmother li tista' ssolvilna l-problemi.", "Dan m'huwiex minnu għax fuq kollox l-Unjoni Ewropea titlob li biex tersaq lejha - kemm b'relazzjonijiet eqreb kif irid il-Partit Laburista u kemm bi sħubija sħiħa kif irid il-Gvern Nazzjonalista - inti trid tkun kapaċi tinbidel, tkun kapaċi topera f'ekonomija miftuħa u kompetittiva ħafna u f'ekonomija fost l-aktar avvanzata fid-dinja.", "Biex jagħmel hekk wieħed irid juri iktar kwalitajiet imprenditorjali, iktar kwalitajiet tajbin u iktar ħila.", "Sfortunatament aħna ma narawx il- kwestjoni b'dan il-mod imma qed nittrattaw is-sitwazzjoni qisna sibna parrinu ieħor li se jsolvilna l-problemi u li se jagħtina l-flus meta jkollna bżonn.", "Ħafna mill-aspettattivi immaġinarji li qed jinħolqu dwar l- Unjoni Ewropea għad ikunu l-kaġun li jdawru lin-nies kontra din ir-realta', li qatt m'għandha tiġi ppreżentata b'dak il-mod għaliex l-affarijiet m'humiex hekk.", "Irrid ngħid ukoll li jekk il-miri li qed ipoġġi quddiemu l-gvern ma jintlaħqux minħabba li ma jkunx hemm l-żvilupp ekonomiku li qiegħed jiġi pprospettat, allura dan il-pajjiż se jidħol f'diffikultajiet kbar.", "Jekk ma jkunx hemm dan l-iżvilupp ekonomiku kif nistgħu nitkellmu fuq it-tqassim tal-ġid, fuq il-mod kif nistgħu nsostnu n-nefqa tal-gvern fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fis-servizzi soċjali, fit-toroq, fl-infrastruttura u fis- servizzi pubbliċi?", "Meta nitkellmu fuq l-iġġamjar ekonomiku li għaddej minnu l-pajjiż inkunu sempliċement qed ngħaddu osservazzjonijiet ta' l- affarijiet li qed jiġru.", "Biżżejjed wieħed jitkellem man-nies tan-negozju jew ma dawk li jaħdmu fil-qasam ekonomiku u fil-qasam kummerċjali biex tkun taf kemm l-iġġamjar ekonomiku għadu hemm.", "Jekk mhux se jiġi investiment anke minn barra biex jagħti ħajja lill-ekonomija tagħna, l-ekonomija tal- pajjiż se tkompli timrad u se tkompli tmur lura.", "M'għandniex għalfejn naħsbu li s-sitwazzjoni tinbidel sempliċement billi tirrepeti l-kliem \"fiduċja, fiduċja, fiduċja\" iżda trid tieħu dawk il-passi kollha li hemm bżonn biex tingħata ħajja u tingħata spinta ġdida lill-ekonomija tagħna.", "Fil-każ tagħna, bħala pajjiż żgħir li qed jiżviluppa, huwa importanti ħafna li ma nitilfu l-ebda possibbilta' għall-iżvilupp ekonomiku tagħna.", "Huwa importanti ħafna li aħna noħolqu l-klima biex l-investituri barranin jitħajru jiġu joperaw u jaħdmu minn Malta.", "Jekk mhux se noħolqu din is- sitwazzjoni u dawn l-inċentivi, pajjiżna se jiffaċċja problemi kbar.", "Isir ukoll ħafna diskors fuq ir-ristrutturar u fuq kif il-kumpanniji żgħar tagħna, li għal snin twal draw jaħdmu f'suq lokali u f'suq protett, iridu jagħmlu bidliet kbar biex nlaħħqu ma' dak li qed jiġri fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bdew l-iżvilupp ekonomiku modern nazzjonali tagħhom mill-inqas żewġ sekli jew seklu u nofs qabilna, u ma tistax tippretendi li l-pajjiż tagħna fi ftit snin jagħmel kultura ekonomika li fuq il-kontinent Ewropew ħadet is-sekli biex tiġi fformata.", "Aħna għadna nazzjon żgħir.", "L-indipendenza ħadniha fl-1964 u l- ħolqien tas-sovranita' tagħna beda propjru fl-aħħar 35 sena.", "L-iżvilupp ekonomiku nazzjonali modern fil-pajjiżi l-kbar ta' l-Unjoni Ewropea beda jseħħ mill-inqas 150 jew 200 sena ilu u wieħed irid jifhem li hemm bżonn iż- żmien biex pajjiżna jagħmel dan.", "Din wieħed jgħidha mhux bħala skuża biex ma niċċaqilqux jew biex ma ninbidlux imma huwa importanti li l-bidla tkun maħsuba, tkun sostnuta u li wieħed ikun jaf x'qiegħed jagħmel.", "Il-bidla li ssir trid tkun kapaċi li tigdem kemm tiflaħ u tagħmel pass wara l-ieħor biex isir dak li hu meħtieġ.", "Jekk taħseb li tista' taqbad u tbiddel bl- addoċċ u f'salt se jkollok il-konfużjoni, it-tħarbit u t-tkissir.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux biss ma nkissrux il-kumpanniji ż-żgħar, li s'issa tgħallmu jgħumu biss fl- għadira protetta lokali u jridu jitgħallmu jgħumu fil-baħar fond miftuħ ta' l-ekonomija internazzjonali, imma rridu noqgħodu attenti wkoll għas-settur ta' investituri barranin li ġew fostna fis-snin sittin, l-aktar fi snin sebgħin u wħud minnhom fi snin tmenin.", "Lil dawn irridu noqogħdu attenti li ma nnaffruhomx minħabba l-bidliet li tesiġi l-Unjoni Ewropea, kemm f'dawk li huma tax holidays u f'inċentivi oħra li dan il-pajjiż offra lill- investituri barranin.", "Wieħed ma jistax jinsa li anke fir-rapport aġġornat ta' l-Unjoni Ewropea jingħad li l-gvern m'għandux il-politika industrijali iddikjarata tiegħu.", "Mhux l-ewwel darba aħna nqajmu l- mistoqsija: Imma dan il-gvern jemmen fl-industrija tal-manifattura jew jaħseb li dan huwa settur li l-pajjiż jista' jgħaddi mingħajru?", "Jien naħseb li pajjiż żgħir bħal tagħna li jkollu idejh marbutin ħafna minħabba fiċ- ċokon tiegħu, għandu aktar iżomm spazju fejn jista' jimmanuvra billi jkollu ekonomija b'taħlita sħiħa ta' setturi differenti.", "Pajjiżna ma jaffordjax li jorbot id-destin tal-futur tiegħu ma' settur wieħed għaliex jekk dak is- settur imurlu ħażin l-ekonomija kollha tmur ħażin.", "Waħda mill- karatteristiċi ta' stati żgħar bħalna hi li l-ekonomija tkun dominata minn xi settur wieħed jew minn xi operatur wieħed u li ħafna drabi ftit li xejn jistgħu jinfluwenzaw il-kundizzjonijiet ekonomiċi internazzjonali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jkun hemm taħlita sħiħa fl-istruttura ekonomika tal-pajjiż u din it-taħlita għandha tinkludi s-settur tal-manifattura u s- settur tas-servizzi differenti.", "B'hekk pajjiżna ma jkunx jiddependi biss minn settur wieħed li jekk imur ħażin imbagħad jintlaqat il-pajjiż kollu kemm hu.", "Nerġa' ngħid pajjiżna jiddependi ħafna mit-tkabbir ta' l-ekonomija lokali jekk irid ifejjaq il-problema kbira tal-finanzji pubbliċi sas-sena 2004.", "Jekk ma jiġrix dak it-tkabbir ekonomiku, allura l-problema tad-dejn se tkompli tikber u l-ftit setturi produttivi li jibqgħu jeżistu jkollhom jingħafsu iżjed biex jagħmlu tajjeb għall-iżvilupp ekonomiku li ma jkunx qed iseħħ.", "Irridu niftakru li fl-istess żmien il-gvern se jkun qiegħed ibiegħ iżjed mill-ishma fil-kumpanniji pubbliċi u f'pajjiż bħal tagħna - u dan jgħodd anke għal pajjiżi ikbar aħseb u ara għal pajjiż żgħir bħal tagħna - hemm limitu għall-bejgħ mill-ġid nazzjonali tiegħek u għalhekk huwa importanti ħafna li jittieħdu l-passi kollha biex l-iżvilupp ekonomiku jiġi sostnut.", "M'hemmx dubju li għad irid isir ħafna xogħol biex l- ekonomija lokali tieħu l-ispinta li għandha bżonn.", "U huwa inutli li noqogħodu nippriedkaw lis-settur privat biex dan isir aktar effiċjenti u aktar modern jekk imbagħad is-settur pubbliku ma jgħinx f'dan il-proċess ta' tiġdid.", "Bħas-soltu, huwa iktar faċli tippriedka lil ħaddieħor x'għandu jagħmel milli tipprattika inti stess dak li tippretendi li ħaddieħor jipprattika.", "U jekk il-gvern irid jagħti eżempju lis-settur privat biex jimmodernizza u biex jirristruttura ruħu, l-aħjar eżempju jista jagħtih permezz tal-fatti u mhux bil-paroli.", "Jekk il-gvern ma jimmodernizzax u ma jirristrutturax lilu nnifsu, mhux biss ma jintlaħqux il-miri ta' dan il- gvern li jsewwi l-finanzi pubbliċi iżda s-sitwazzjoni tmur għall-agħar, u jien diġa' għedt li minn dak li qed nosserva ma jidhirx li hemm ir-rieda politika biex il-makna amministrattiva tal-gvern issir iktar effiċjenti u jkun hemm iktar serjeta'.", "Jien m'inix nara xi impenn ġdid biex tidħol din is-serjeta' li l-ministru tal-finanzi nnifsu semma fil-budget.", "Jien diġa' għedt li għandna każi fejn diversi xogħlijiet jingħataw b'kuntratt lill-kumpanniji privati meta suppost hemm impjegati pubbliċi imħallsin biex jagħmluh.", "Din hija xi ħaġa li tkompli tkisser is-serjeta' u t-tħaddim tal-finanzi pubbliċi għaliex iżżid il-problemi.", "Per eżempju, wieħed jista' jara ammont ta' impjegati tal-gvern li qed jieħdu sehem fil- ġbid tal-film \"Gladiator\".", "Dan ma tantx huwa xi eżempju ta' serjeta' ta' kif irridu nsolvu dawn il-problemi.", "Irid ikun hemm il-kuraġġ u s-serjeta' biex naraw li dak li jkun jagħmel xogħol għal kemm jitħallas, pero' dan jiena m'inix narah u minħabba f'hekk, il-problemi jikbru jistgħu u mhux jiċkienu.", "Irid ikun hemm impenn serju minn fuq sa isfel biex dawn l- affarijiet ikunu jistgħu jsiru, inkella l-problemi finanzjarji għal dan il- pajjiż se jkomplu jikbru, inkunu qegħdin nikkomplikaw iktar il-ħajja u nkompli nżidu iktar il-piż li jkollhom iħallsu l-ġenerazzjonijiet li jiġu warajna.", "Irrid ngħid ukoll li bejn l-1992 u l-1996 is-sitwazzjoni ma kenitx diffiċli daqskemm hija illum u jekk il-gvern ta' dak iż-żmien ma kienx irnexxielu jaħkem is-sitwazzjoni u jsolvi l-problemi dak iż-żmien, jiena għandi dubju serji kemm jistgħu jsolvu l-problemi din id-darba, għax wara kollox, il-ministri preżenti huma l-istess ministri li kien hemm dak iż- żmien.", "Fil-projezzjonijiet li qed jagħmel il-ministru tal-finanzi qed jgħid li jrid iniżżel il-piż tan-nefqa pubblika għal xi 37% tal-ġid nazzjonali tagħna.", "Irridu niftakru li bejn l-1992 u l-1996, il-piż tan- nefqa pubblika ġieli tela' anke għal 52% tal-ġid nazzjonali tagħna.", "Fl- istess żmien in-nefqa pubblika baqgħet tiżdied waqt li kompla jonqos id- dħul.", "Jekk wieħed jagħmel studju jsib li hemm rabta bejn din in-nefqa u ċ- ċiklu elettorali.", "Aktar ma tkun riesqa l-elezzjoni aktar tiżdied in-nefqa u jonqos id-dħul.", "Meta kienet ġejja l-elezzjoni ta' l-1992, għal sentejn wara xulxin il-gvern kien żied in-nefqa tiegħu għal 52% tal-ġid nazzjonali imbagħad wara li għaddiet l-elezzjoni kien hemm waqgħa drammatika tan- nefqa, li kienet niżlet għal 44% tal-ġid nazzjonali.", "Issa ta' min jgħid ukoll li wara l-1995 id-dħul tal-gvern naqas drastikament.", "Fl-1996 id-dħul mit-taxxi diretti niżel għal 42.5% tal-ġid nazzjonali waqt li n-nefqa pubblika kienet ta' 48% tal-ġid nazzjonali.", "Ma jistax ikun li għal tant snin iżżomm in-nefqa tiegħek ikbar ħafna mid-dħul tiegħek, imma hekk kien qed jagħmel Gvern Nazzjonalista u huwa minħabba f'hekk li llum qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Nerġa' ngħid li kemm ir-rata tan-nefqa pubblika kif ukoll ir-rata ta' tassazzjoni ma kenux marbuta maċ-ċiklu ekonomiku imma kienu marbuta mal-kalendarju elettorali.", "Jekk tkun ġejja elezzjoni tiżdied in-nefqa tal-Gvern u tonqos it-tassazzjoni.", "Dan huwa l-istess gvern li kien responsabbli għal din it-tip ta' tmexxija u jiena ma nafx kif sas-sena 2004 se jirnexxielu jilħaq il-miri li qed jippjana li jilħaq.", "Jekk l- ekonomija mhux se tikber b'iktar mill-5% li qiegħed jipproġetta l-ministru tal-finanzi fir-rapport li ħareġ mal-budget ta' Novembru li għadda, allura l-pajjiż tassew se jidħol f'iktar u iktar f'problemi.", "Mr. Speaker, jiena rbatt dan l-intervent mal-fatt li l-gvern suppost qiegħed jieħu passi biex jipprova jaħkem il-proċess bagitarju ta' kemm jonfoq u kif idaħħal.", "Diġa' għidt li n-nies li suppost qed jagħmlu dan l- eżerċizzju ma ġewx imħarrġin kif suppost.", "Irrid ngħid ukoll li meta qed jitfassal il-business plan għat-tliet snin li ġejjin, suppost li l-gvern jara li se jkun qed iwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu.", "Il-mistoqsija li toħroġ immedjatament hi: Minn fejn se jkollu l-flus biex iwettaq dawk il- wegħdiet elettorali jekk ħafna mill-fondi pubbliċi huma nefqiet fissi li ma tistax tnaqqashom, speċjalment wara d-deċiżjoni li ttieħdet li jiżdiedu s- salarji u l-pagi ta' l-impjegati tal-gvern?", "Minn fejn se jiġu l-flus li int għandek bżonn għall-inizjattivi u għall-programmi?", "Qed nistaqsi dawn il- mistoqsijiet għax jidher li ħafna mill-ministri preżenti mhumiex qed jifhmu s-sitwazzjoni diffiċli li qed joperaw fiha u qed jibqgħu jaġixxu u jxerrdu anke l-illużjoni li l-problema tad-deficit m'hijiex problema tagħhom imma hija problema tal-ministru tal-finanzi biss.", "Din hi mentalita' assolutament irresponsabbli għaliex biex jirnexxi sforz bħal dan mhux biss irid ikun hemm in-nies imħarrġa biex jagħmlu eżerċizzju ta' dan it-tip imma jrid ikun hemm ir-rieda politika, l-għaqal, is-serjeta', u l-prudenza fit-tħaddim tal- finanzi pubbliċi f'kull ministeru.", "Jekk mhux se jkun hemm din is-serjeta' l- pajjiż se jiffaċċja problemi diffiċli ħafna 'l quddiem.", "Il-problemi ma jistgħux jiġu moħbija iżjed u ma jistgħux jiġu posposti iżjed għaliex issa hemm il-miri li ppubblika l-ministru tal-finanzi f'Novembru li għadda.", "Dawn il-miri jinkludu l-impenn li jibdel l-ekonomija u li jibdel ħafna oqsma differenti ta' pajjiżna biex jersaq lejn il-kriterji li jintalbu lil kull min jixtieq jidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk dawn il-bidliet drastiċi u radikali ma jsirux b'mod ippjanat u b'mod serju, flok tagħmel il-ġid u tiftaħ opportunitajiet ġodda għal pajjiżna, aktar tkun qiegħed tgħabbi l- futur bil-piż minħabba t-tmexxija ħażina tal-passat.", "Isir ħafna diskors fuq il-bidu tal-millennju l-ġdid, pero' ċertament li pajjiżna ma jaffordjax jibda dawn iż-żminijiet fejn bħala l-akbar proġett tal-millennju il-ġdid ikun li jitfejjaq id-dejn nazzjonali kbir li jkun ħalla warajh dan il-gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi din il-Kamra qegħda tiġi mitluba biex tapprova li l-gvern jissellef Lm100 miljun biex ikopri d-deficit tiegħu għall-1998 u l-1999.", "Dan id-dibattitu jagħti lok li wieħed jitkellem ukoll fuq is-self li sar, fuq il-piż li dan is-self qed jagħmel fuq il-pajjiż, fuq il-qagħda finanzjarja ta' dan il- pajjiż, fuq id-dħul u l-ħruġ tal-gvern u anke fuq il-qagħda ekonomika tal- pajjiż.", "Kollox huwa magħqud wieħed ma' l-ieħor u waħda ma' l-oħra u jekk ma jkollniex pajjiż f'qagħda ekonomika b'saħħitha, id-dħul tal-gvern jibda jonqos u jkollna problema finanzjarja akbar b'riżultat li dan il-parlament jerġa' jiġi ffaċċjat b'abbozzi simili.", "Jekk wieħed imur lura u jara ftit x'kien qed jiġri dawn l-aħħar ħames snin f'dak li huwa self, jinnota li bejn l-1994 u l-1997 is-self tal-gvern mhux irdoppja imma sar erba' darbiet iżjed u dan ħalla effett kbir f'dik li hija spiża rikorrenti minħabba debt servicing.", "Jekk wieħed imur lura jsib li fl-1985 l-imgħaxijiet fuq id-dejn tal-gvern kienu jammontaw għal Lm6 miljun, dawn telgħu għal Lm10 miljun fl- 1990 u baqgħu telgħin għal Lm19 miljun fl-1995.", "Fl-1998 dawn saru Lm41 miljun u din is-sena huwa maħsub li d-debt servicing ikun ta' Lm50 miljun.", "Din hija somma sostanzjali ħafna u huwa fatt li din il-problema rridu nindirizzawha.", "Jekk hemm żewġ miri urġenti li pajjiżna jrid jiffaċċja għall- millennju l-ġdid, dawn huwa eżattament il-kontroll tad-deficit tal-gvern u li nagħmlu ekonomija iżjed effiċjenti u iżjed kompetittiva minħabba li t- tkattir tal-ġid jiddependi fuq ekonomija li tkun b'saħħita u fuq ekonomija effiċjenti.", "Id-deficit tal-gvern kulma jmur qiegħed jikber u filwaqt li fl-1995 kien jammonta għal 4% tal-GDP fl-1997 dan tela' għal 10% tal-GDP.", "L-Unjoni Ewropea hija kontra deficit daqshekk għoli u anke fl-avis li ġie ppreżentat lil din il-Kamra xi ġimgħat ilu ngħad li dan m'huwiex deficit sostenibbli u hemm bżonn li jinżel għan-normi ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri 3% tal- GDP.", "Id-dejn totali tal-gvern tela' minn 33.2% tal-GDP fl-1993 għal 50.8% fl-1997.", "Issa dan id-deficit u dan is-self li qed niġu mitlubin napprovaw m'huwiex se jintuża biex isaħħaħ l-infrastruttura ta' l-ekonomija, għax kieku dak ikun xi ħaġa tajba, u eventwalment dak id-deficit jirriżulta anke f'bilanċ.", "Din m'hijiex sitwazzjoni ta' priming the pump, fejn qisek qed titfa l-ilma fil-pompa ta' l-ilma biex hekk kif tibda taħdem din tibda tagħtik l-ilma lura imma hija sitwazzjoni, kif spjega l-ministru tal- finanzi fid-diskors tal-budget, li qegħdin nissellfu biex inħallsu l-ispiża rikorrenti tal-gvern.", "Kif qal il-ministru stess, qed nissellfu biex nieklu.", "Din hija ħaġa li dan il-pajjiż jeħtieġ li jindirizza kemm jista' jkun malajr minħabba li qed tagħmel ħafna ħsara.", "Id-deficit jirriżulta mid-differenza bejn il-ħruġ u d-dħul tal-gvern.", "Jekk wieħed janalizza l-ħruġ tal-gvern isib li dan jiddependi mill-ispiża rikorrenti.", "Jiddependi wkoll minn żidiet fil-pagi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku, minn żidiet fl-ispejjeż ta' l-iżbilanċ fil-kontribuzzjonijiet tas- servizzi soċjali u anke minħabba l-performance ħażina ta' korporazzjonijiet pubbliċi, bħalma huma l-water services corporation u l-Enemalta.", "Jekk wieħed jagħmel il-breakdown ta' l-ispiża tal-gvern, skond kif għamel anke l- Ministru tal-Finanzi nnifsu, isib li ħafna mill-ħruġ tal-gvern huwa relatat ma' servizzi soċjali, ma' pensjonijiet u ma' affarijiet ta saħħa, edukazzjoni, kura ta' l-anzjani u stipendji.", "Isib ukoll li terz mill-ħruġ tal-gvern jirriżulta mill-ħruġ tal-pagi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku.", "F'dawk li huma affarijiet li ma tantx tista' ċċaqlaqhom issib li dawn jammontaw għal bejn 15 u 20% ta' l-ispiża tal-gvern.", "Affarijiet oħra diskrezzjonali li wieħed jista' jimmaġina li jista' jnaqqas jammontaw biss għal bejn 3% sa 5%.", "Dan ġie anke ppreżentat lil din il-Kamra f'dibattiti oħrajn.", "Jiġifieri jekk tagħsar kemm tagħsar issib li jekk wieħed ma jridx jagħmel xi kjass soċjali, dawn l-affarijiet ma tistax tnaqqashom.", "Wieħed ma jistax jimmaġina li xi darba tista' tnaqqas is-servizzi soċjali jew il-pagi tal-ħaddiema fis-settur pubbliku, u allura l-gvern irid jara li jkollu dħul sostenibbli li jkopri dan il-ħruġ li kulma jmur qed ikompli jiżdied.", "Mill- 1990 l'hawn, il-benefiċċji tas-sigurta' soċjali żdiedu sena wara l-oħra.", "Fl- 1996 il-benefiċċji għas-sigurta' soċjali kienu jammontaw għal kważi Lm192 miljun u l-kontribuzzjonijiet għas-sigurta' soċjali kienu jammontaw għal Lm126 miljun.", "Issa dan l-iżbilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurta' soċjali kulma jmur qed jiżdied.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid kollox jiddependi li l-gvern ikollu dħul li jkopri l-ħruġ.", "Mill-1990 sa l-1995 id-dħul tal-gvern żdied sena wara l- oħra ħlief fl-1992, meta naqas b'4%.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn l- 1996, jiġifieri sena wara li daħlet il-liġi tal-VAT, isib li kien hemm tnaqqis kbir ta' 7.3% fuq is-sena ta' qabel f'dak li huwa dħul tal-gvern.", "Din kienet xi ħaġa li ma kenitx mistennija u fil-fatt, jekk wieħed imur għad-dibattiti ta' din il-Kamra, il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien kien qed jgħid - u hawnhekk se nikkwota - li:", "\"Finalment naħseb li wieħed irid jara li f'pajjiżna r-revenues jikber.", "Wieħed jixtieq li jikber dejjem iktar, almenu bl-istess ritmu li jikbru l-ispejjeż.", "Dan il-kliem kien qed jgħidu wara li għamel eloġju sħiħ għal-liġi tal-VAT u wara li kien qal kemm hija liġi fiskali li tirrendilek hekk kif tikber l- ekonomija.", "Illum jidher li dak li kien qed jgħid il-ministru dak iż-żmien kien żbaljat.", "Dan ħaseb li l-liġi tal-VAT kienet se tkompli tagħti iżjed, sena wara l-oħra, imma fil-fatt jirriżulta li fl-1996 kien hemm tnaqqis sostanzjali li ġab diżastru fil-finanzi tal-gvern.", "Tant ġabet diżastru li f'Ġunju ta' dik is-sena, l-istess ministru tal-finanzi kien għamel memorandum lill-prim ministru u kien qallu li kontra kull tbassir li kien għamel is-sena ta' qabel, kien se jkun hemm żbilanċ massiċċ.", "Sfortunatament il-prim ministru ta' dak iż-żmien iddeċieda li dan il-memorandum ma jippreżentahx lill-kabinett u kien hemm ħafna ministri li ħassewhom urtati li ma kenux jafu eżattament x'kienet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Dawn kienu tkellmu in confidence anke ma' ex-ministri minn din in-naħa.", "Kienu qalulhom li ma kenux jistennew li l-prim ministru lanqas jindenja ruħu jressaq il-memorandum għad-diskussjoni fil-kabinett.", "Il-punt tiegħi hu li f'dik li hija politika fiskali, il-gvern ta' l-1996 kien ħa falza stikka qawwija u minn dik is-sena spiċċajna b'deficit dejjem akbar.", "Minħabba f'hekk għandna gvern li sena wara l-oħra qed jispiċċa jitlob lil din il-Kamra biex tapprova iżjed self biex ikun jista' jkopri dan id- deficit.", "Għalhekk jien issa nistaqsi: Billi issa għandna l-istess taxxa tal-VAT, għandna l-istess uffiċjali pubbliċi u l-istess ministri tal-gvern li qed jamministraw din it-taxxa, kemm se jkollna politika fiskali iżjed effiċjenti biex noħorġu minn dan iċ-ċirku vizzjuż li qed idaħħal lil dan il- pajjiż f'sitwazzjoni li m'hijiex sostenibbli?", "Jista' l-ministru jagħtina garanzija li din is-sena mhux se nispiċċaw b'xi shortfall bħal dak ta' l- 1996?", "Jista' l-ministru jagħti garanzija li bl-introduzzjoni tat-taxxa l- ġdida se jnaqqas l-evażjoni?", "Hawnhekk f'dan il-parlament hawn qbil bejn iż- żewġ naħat - u anke hawn qbil nazzjonali - li waħda mill-problemi li rridu nindirizzaw biex jiżdied id-dħul tal-gvern hija l-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa.", "Hawnhekk nitlob lill-Ministru biex fil-winding-up jgħidilna eżattament kif bil-liġi tal-VAT se jirnexxielna nkomplu nindirizzaw din il- problema.", "Huwa veru li ħafna pajjiżi daħħlu din il-liġi tal-VAT u huwa veru li fil-kotba din tidher bħala tip ta' taxxa effiċjenti imma fil-prattika, kif qegħda taħdem f'dan il-pajjiż?", "Issa mhux qed nitkellmu f'sitwazzjoni fejn għandna liġi li ilha in vigore tliet xhur biss imma llum għandna esperjenza tagħha ta' sentejn u nofs.", "Kif għedt fil-bidu, f'dan id-dibattitu wieħed ma jistax ma jindirizzax il- qagħda ekonomika ta' dan il-pajjiż.", "Id-dħul tal-gvern kollu jiddependi mill- ekonomija u huwa importanti li jkollok qagħda ekonomika b'saħħitha, mhux biss minħabba l-effetti soċjali imma wkoll biex jitkattar il-ġid, biex jogħla l-livell ta' l-għajxien taċ-ċittadini u biex jiżdied id-dħul tal- Gvern.", "J'Alla li l-ekonomija tagħna tieħu r-ruħ u tinqala' mill-istaġnar li qegħda fih.", "Aħna nieħdu gost li dan jiġri imma bil-politika ta' dan il- gvern jidher li qbadna triq li m'hi se twassalna mkien.", "Minkejja dak li kienu jgħidu qabel l-elezzjoni ta' l-1998, l-ekonomija tal-pajjiż hija staġnata iżjed minn qatt qabel.", "Din staġnat iżjed minn Settembru 'l hawn meta daħal il-Gvern Nazzjonalista u dan minkejja li ħafna drabi jqabbdu ħafna kittieba fil-ġurnali lokali biex jiktbu b'ħafna fiduċja biex mingħalihom jistimulaw l-ekonomija b'dan il-mod.", "Mr. Speaker, tnejn mill- iktar raġunijiet li f'dan il-pajjiż staġnaw l-ekonomija kienu l- introduzzjoni tal-VAT fl-1995 u l-fatt li ma sar xejn biex jibda' r- ristrutturar ta' l-industrja.", "Jekk wieħed iħares lejn l-ekonomija tal- pajjiż isib li wara l-1995, għal xahar wara l-ieħor, din bdiet sejra lura, tant li meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern, dan sab sitwazzjoni li llum hija magħrufa ma' kulħadd.", "Fit-22 xahar ta' Gvern Laburista kien hemm ftit titjib fil-qagħda ekonomika.", "It-tieni raġuni għalfejn il-qagħda ekonomika għadha staġnata hija li minkejja li fl-avis report ta' l-1993 l-Unjoni Ewropea kienet tat parir lill-Gvern Nazzjonalista biex jirristruttura l-ekonomija tiegħu, speċjalment fis-settur tal-produzzjoni, baqa' ma sar xejn.", "Filwaqt li l- Unjoni Ewropea saret u għadha qed issir iktar kompetittiva, l-ekonomija Maltija mhux talli ma saritx iktar kompetittiva talli saret inqas kompetittiva, ntilfu xi swieq fl-Ewropa u naqas l-investiment li ġej minn barra.", "Issa jekk wieħed verament irid jindirizza dawn il-problemi ekonomiċi, l-ewwel irid jara li jkollna politika fejn ma jkunx hemm iżjed skossi fiskali.", "Kif għidt fil-bidu, l-ekonomija tagħna ħadet din ir- rankatura 'l isfel minħabba dawn l-iskossi fiskali li ilha tieħu mill-1995 'l hawn u għalhekk hemm bżonn li nieħdu r-ristrutturazzjoni ekonomika bis- serjeta'.", "Ilna nitkellmu ħafna fuq economic restructuring imma fir-realta' ftit li xejn sar biex nindirizzaw dan il-challenge li għandu pajjiżna.", "Jekk irridu nitkellmu b'mod nazzjonali, l-ewwel u qabel kollox irridu nirristrutturaw il-mentalita' tagħna.", "M'għandniex nintilfu fir-retorika u ninsew ir-realtajiet li dan il-pajjiż verament qed jiffaċċja.", "Aħna għandna challenges qawwijin ħafna u jeħtieġ li nindirizzawhom tajjeb.", "Irridu nżidu l-produttivita', ninvestu fir-riċerka u fl-iżvilupp u nieħdu ħsieb l- edukazzjoni u t-training tal-ħaddiema.", "Dan l-aħħar meta kont qed naqra bqajt skandalizzat meta sibt li f'dik li hija literacy rate, pajjiżna huwa wieħed mill-inqas pajjiżi litterati fl-Ewropa.", "Dan ifisser li rridu ntejbu l-livell ta' l-edukazzjoni tal-ħaddiema tagħna u nittrejnjawhom għall-ħajja industrijali u għall-ħajja ekonomika.", "Imbagħad irridu naraw kif inlaqqgħu s-suq tax-xogħol mal-labour demand ħalli ma jkollniex sitwazzjoni fejn l-industrijalisti jfittxu ħaddiema ttrejnjati f'ċertu settur u mbagħad dawk li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol ma jkunux tajbin minħabba li ma jkunux ittrejnjati għal dak it-tip ta' xogħol li jkun hemm rikjest.", "Irridu naraw ukoll kif intejbu l-qasam ta' l-informatika.", "F'pajjiż modern huwa importanti ħafna li kulħadd jara li jkollu qasam ta' l-informatika aġġornat.", "Irridu naraw li jiżviluppa spirtu ta' intrapriża f'dan il- pajjiż u din hija xi ħaġa importanti ħafna għax b'hekk inkunu lesti għall- economic restructuring.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn dak li kien hemm fir-Ramboll report pubblikat fi Frar ta' l-1997 - dan kien kummissjonat mill-FOI bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea - isib li kien hemm erba' rakkmandazzjonijiet prinċipali, ċioe' li nipprovaw inġibu l-kompetittivita' fis-swieq, li nżidu n-numru ta' l-intrapriżi ġodda, li nespandu l- investiment barrani u nżommu dak li għandna.", "Pajjiż modern ma jistax ikollu ekonomija attiva jekk ma jkunx kompetittiv u ma tistax tikkompeti billi tbaxxi l-prezz għax dik it-tip ta' kompetittivita' titkissirlek malajr, speċjalment meta għandek pajjiżi ta' l-Ewropa ta' Lvant li għandhom cheap labour supply.", "Il-kompetittivita' ma tiddependix lanqas fuq il-fatt li jirnexxielek tagħmel prodotti ta' kwalita' tajba.", "Il- kompetittivita' tiddependi fuq kemm l-intrapriża u l-industrija Maltija tirrispondi malajr kemm jista' jkun għall-bżonnijiet tas-suq.", "Dan huwa wieħed mill-kriterji li l-industrijalisti għandu jkollhom biex jipprovaw ikunu iktar kompetittivi; jiġifieri waqt li jkunu kompetittivi f'dawk li huma prezzijiet u kwalita' tal-prodott, iridu jkunu aġġornati biex jirrispondu kemm jista' jkun malajr għall-bżonnijiet tas-suq li jinbidlu minn ġurnata għal oħra.", "Huwa importanti wkoll li l-industrijalist juri sens ta' innovazzjoni u sens ta' oriġinalita' f'dak li jipproduċi.", "Illum għadda ż-żmien tal-protezzjoni - mhux biss f'Malta imma wkoll f'ħafna pajjiżi oħrajn - u jekk ma jkollokx kompetizzjoni ħielsa, jkollok ekonomija li aktar ma jgħaddi żmien aktar tmur lura u l-ġid fil-pajjiż jonqos.", "Gvern li jipprova jipproteġi l-ekonomija bil-protezzjoni żejda jkun qiegħed jaħbi l-mard, iġib il-mewt tiegħu stess u jagħmilha iktar kiefra.", "Għalhekk huwa importanti - aħna minn din in-naħa hekk nemmnu - li jkollok industrija li tkun miftuħa għall-kompetizzjoni u dawk l- industrijalisti li jipproduċu għas-suq lokali jew għandhom l-intenzjoni li jipproduċu għas-suq lokali, iridu jdaħħlu f'moħħhom li fid-dinja tal-lum ma tistax tistenna li tkun protett minn prodotti ta' barra għax tkun qiegħed tgħatti biss mard ekonomiku.", "Mr Speaker, xi tfisser ir-ristrutturazzjoni?", "Din tfisser li jkollok mezzi ġodda ta' produzzjoni u l-industrijalist jara xi bżonnijiet għandhom il-konsumaturi ħalli joħloq prodotti ġodda u jogħla l-istandard.", "L- industrijalisti għandhom ifittxu swieq ġodda, mhux fl-Ewropa biss imma fl- Amerika, fl-Asja u fl-Afrika ta' Fuq.", "Fil-fatt meta wieħed iħares lejn in- negozju li jsir bejn Malta u l-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq, jibqa' impressjonat kemm dan il-kummerċ baqa' lura.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq ristrutturazzjoni nkunu qed nitkellmu fuq swieq ġodda madwar id-dinja kollha, swieq li jkunu lesti li jaċċettaw il-prodotti tagħna, li allura jippermettilna li nnaqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u nkunu iżjed kompetittivi.", "L-industrijalist irid jara wkoll li jipprepara u jittrejnja lill-ħaddiema tiegħu għal kull bidla li jkun hemm bżonn.", "Kulħadd jaf li l- ħaddiem isibha diffiċli li jaċċetta l-bidliet li jkunu mposti fuqu.", "Issa jekk hemm xi industrijalist li jixtieq li Malta tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea sempliċement għaliex jaħseb li se ningħataw xi flus u dan jista' jtejjeb il-fabbrika tiegħu strutturalment jew jista' jkopri xi deficit li jista' jkollu u ma jużax dawn il-fondi biex jagħmel ir-ristrutturazzjoni li jkun hemm bżonn, dan qed jitqarraq bil-kbir.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares ftit lejn ir-Ramboll report isib li wieħed mis-suġġerimenti kien li titwaqqaf enterprise development agency, dik li tissejjah one-stop shop.", "Peress li Gvern Laburista beda jieħu r- restructuring u r-rakkmandazzjonijiet tar-Ramboll report bis-serjeta', ftit xhur wara li ħa l-poter, jiġifieri f'Mejju ta' l-1997, waqqaf l-IPSE - l- institute for the promotion of small enterprise - biex ikun f'forma ta' one- stop shop għall-intrapriżi medji u żgħar.", "Kien hemm il-ħsieb li fuq timeframe ta' bejn ħamsa u seba' snin il-gvern kien se jasal f'sitwazzjoni fejn ineħħi kull protezzjoni, wara restructuring ippjanat u bis-serjeta', biex l-ekonomija ssir iżjed kompetittiva.", "F'Novembru ta' l-1997 ġie ppubblikat mill-gvern ktejjeb bl-isem ta' \"Strategic Guidelines for Industrial Restructuring\", biex l-industrijalist jagħraf xi tfisser ir- ristrutturazzjoni fl-ekonomija.", "Il-gvern kellu jwaqqaf manufacturing enterprise restructuring programme, il-MERP, biex meta tispiċċa l- protezzjoni u tidħol il-liberalizzazzjoni, setturi speċifiċi jiġu mgħejjuna.", "L-FOI kellha twaqqaf gruppi b'interess komuni, biex bejniethom jaraw kif itejbu l-kompetittivita' tagħhom billi joħolqu purchasing consortia u jagħmlu riċerka ta' tiftix ta' swieq komuni.", "Dan ifisser li fir-Ramboll report kien hemm ħafna rakkmandazzjonijiet li ftit minnhom saru u oħrajn ma sarux.", "Iżda filwaqt li l-industrija hija ħerqana li ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea, ftit li xejn qed tgħin biex dan ir-restructuring process jieħu s-saħħa.", "Jien naħseb li dawn jippretendu li l-gvern se jgħaddilhom xi flus biex jgħinhom f'dak li huwa restructuring u jgħidilhom kif jagħmlu dawn l-affarijiet.", "Il-gvern qiegħed hemm biex jagħti d- direzzjoni imma jien nippretendi li dawn l-affarijiet jagħmilhom l- industrijalist biex isir iktar kompetittiv u jtejjeb is-swieq, l- esportazzjoni u l-prodott u l-intrapriża tiegħu taħdem iżjed b'suċċess.", "Waħda mir-rakkmandazzjonijiet li jagħmel ir-Ramboll report hi li fid- dinja tal-lum il-protezzjoni ftit li xejn għandek iddaħħalha minħabba li tkun qed taħbi mard ekonomiku, filwaqt li l-barrieri ta' protezzjoni għandek tipprova żżarmahom bil-mod il-mod, skond kull settur partikolari.", "Fil-fatt ċerti setturi jifilħu li jkun hemm restructuring malajr u jsiru kompetittivi malajr u setturi oħra huma iżjed kajmana biex isiru kompetittivi u jieħdu iktar żmien.", "Wara kollox kien hemm il-ħsieb li dan ir-restructuring process kellu jispiċċa wara tlieta jew erba' snin, skond ir-rakkmandazzjonijiet tar-Ramboll report.", "Kif diġa' għidt, il-gvern kellu jtejjeb il-labour market biex jiġu matched is-supply u d-demand.", "Dan ifisser li l-gvern kellu jagħmel il-parti tiegħu biex dawk il-ħaddiema li jkunu jirreġistraw għax-xogħol ikunu ttrejnjati u t-training tagħhom ikun indirizzat lejn dak li verament hemm bżonn fil-qasam industrijali.", "Kien hemm ukoll irrikkmandat li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol u jkun hemm iktar nisa fis-settur post- sekondarju, partikolarment fis-settur tal-manifattura u fil-qasam tekniku.", "Dawn huma r- rakkmandazzjonijiet tar-Ramboll report biex il-labour market ikun iżjed employable, rakkmandazzjonijiet tajbin u hemm bżonn li dan il-pajjiż jidħol għalihom iżjed bis-serjeta' biex titjieb l-ekonomija.", "Jekk titjieb l-ekonomija ovvjament jitnaqqas il-piż fuq il-gvern minħabba ħafna raġunijiet.", "F'dan il-parlament smajna ħafna kemm huwa importanti li s- settur pubbliku jsir iktar modern, iktar effettiv u mgħobbi b'inqas nies u matul it-22 xahar li l-Gvern Laburista dam fil-poter għamel minn kollox biex dan iseħħ.", "Rakkmandazzjoni oħra kienet li l-pass tal-privatizzazzjoni jiżdied u jitwaqqfu iżjed korpi regolatorji biex tiżdied l-effiċjenza tal-korpi parastatali, ħalli dawn ikunu inqas ta' piż fuq il-gvern, ikunu iżjed effettivi u jindirizzaw iżjed l-esiġenzi u l-bżonnijiet tal-konsumatur.", "Kien hemm ukoll suġġeriment biex titwaqqaf credit guarantee company għas- settur ta' l-intrapriżi medji u żgħar, ħalli jkun hemm xi forma ta' garanzija għalihom għad-dispożizzjoni tal-banek.", "Gvern Laburista wettaq uħud minn dawn is-suġġerimenti li ħarġu mir-Ramboll report.", "Issa huwa importanti li dan il-gvern jieħu bis-serjeta' dan ir-rapport biex l- industrija u s-settur ta' produzzjoni jsiru iżjed kompettittivi u jitneħħew il-barrieri protettivi.", "Dan m'għandux isir sempliċement għax fl- aġġornament ta' l-avis tagħha, l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna li hekk għandu jkun.", "Biex ikollna ekonomija b'saħħitha u prodotti iżjed kompetittivi bilfors irid ikollna ekonomija u industrija li tkun ristrutturata b'dan il-mod biex tiffaċċja l-kompetizzjoni li ġejja minn barra, kompetizzjoni li ma tistax tiġi evitata għax jekk tiġi evitata u jekk ikun hemm il-barrieri protettivi wieħed ikun qiegħed jaħbi l-mard ekonomiku, itawwal il-mewt u jagħmilha iktar kiefra.", "Mr Speaker, nitkellmu ħafna fuq il-privatizzazzjoni.", "Iż-żewġ naħat tal- Kamra jaqblu li ċerti azjendi pubbliċi jkunu pprivatizzati u jidher li fuq dan hemm qbil fis-setturi kollha, għalkemm hemm xi unions li għandhom ir- riżervi tagħhom dwar dan.", "Il-privatizzazzjoni għandha l-vantaġġi tagħha.", "Per eżempju, jekk ikollok azjenda li tkun privatizzata, bħalma hija l- Maltacom, wieħed jippretendi li din issir iżjed effiċjenti.", "Fil-fatt il- privatizzazzjoni tagħti iżjed saħħa u fiduċja lis-settur privat, liema settur huwa kuntent ħafna li ċerti azjendi jkunu pprivatizzati.", "Fl-avis update ta' l-Unjoni Ewropea hemm rakkmandazzjonijiet biex iżjed azjendi pubbliċi jiġu pprivatizzati għax peress li bil-privatizzazzjoni jkun hemm iktar kompetizzjoni u konsegwentement ikollok prodotti aħjar u orħos, eventwalment jispiċċa jgawdi l-konsumatur u finalment il-gvern ikabbar l- introjtu tiegħu.", "Fil-fatt bil-privatizzazzjoni tal-Maltacom li saret is- sena l-oħra, il-gvern daħħal xi Lm30 miljun u dan il-gvern ukoll għandu l- intenzjoni li jipprivatizza ċerti setturi biex ikopri parti mid-deficit strutturali li għandu.", "Pero' wieħed ma jistax ma jlissinx a word of caution, fis-sens li dawn ikunu one-off.", "Jiġifieri jekk inti għandek azjenda u tbigħ ix-shares, veru li se tieħu s-somma imma b'nifs wieħed tkun qed titlef dak id-dħul li minn sena għal sena l-gvern idaħħal mill- qligħ ta' l-intrapriża.", "Ovvjament il-privatizzazzjoni għandha wkoll l-iżvantaġġi għax biex gvern jipprivatizza xi setturi u jkollu suċċess, bilfors irid ibigħ azjendi li jkunu qed jagħmlu l-qligħ - ma nistax nimmaġina li jkollok gvern li jbigħ azjendi li jkunu qed jagħmlu telf għax naħseb li ftit li xejn ikun hemm domanda għax-shares tagħhom - u wieħed jista' jargumenta li meta gvern jagħmel hekk ikun qiegħed ibigħ il-family silver, ħaġa li wieħed ma jagħmilhiex jekk verament ma jkunx dahru mal-ħajt.", "Żvantaġġ ieħor huwa li meta wieħed jipprivatizza jkun qed inaqqas id-dħul rikorrenti tal-gvern.", "Per eżempju, għalkemm bil-privatizzazzjoni tal-Maltacom il-gvern daħħal Lm30 miljun, naturalment intilef id-dħul rikorrenti minn dawk l-intrapriżi.", "Ovvjament hemm ukoll l-iżvantaġġ li ċerti ħaddiema f'dawn l-azjendi jistgħu jispiċċaw redundant.", "Dan jiġri għax meta dawn l-intrapriżi jiġu pprivatizzati, jkun hemm ċerta drive biex isiru iktar kompetittivi u jieħdu diversi cost-cutting measures, bil-konsegwenza li jibdew jaraw jekk għandhomx ħaddiema żejda u jitterminawlhom l-impjieg.", "Dan jista' jżid il- pressjoni fuq is-servizzi soċjali.", "Fil-fatt meta ġiet privattizzata l- Maltacom bdew iħeġġu lill-ħaddiema li huma qabżu l-ħames sena biex jirtiraw kmieni mix-xogħol u japplikaw għas-servizzi soċjali.", "Għalhekk huwa importanti li meta nitkellmu fuq il-privatizzazzjoni rridu naraw li dawn l-affarijiet kollha jittieħdu in konsiderazzjoni u bis-serjeta'.", "Gvern Laburista kellu pjan imsejjes tajjeb ta' lista ta' azjendi li kellhom jiġu pprivatizzati u l-intenzjoni ta' dan ma kenitx biss li l-gvern idaħħal iżjed flus minnhom imma li titjieb l-effiċjenza ta' dawn l-intrapriżi biex il-konsumatur jinqeda aħjar.", "Hemm bżonn li jkollna aktar privatizzazzjoni imma din trid issir b'mod maħsub biex filwaqt li jgawdi l-gvern, il- ħaddiema ma jbatux.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Buhagiar, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nipproponi li l-Onor.", "Buhagiar ikompli jinstema'.", "ONOR.", "TONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Buhagiar ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Sur President, kont qed ngħid kemm huwa importanti li jkollok employment rate għolja għax meta jkollok iżjed ħaddiema employed, ikollok iktar sens ta well-being.", "Jekk ikollok high unemployment rate - ħaġa li hija komuni ħafna fl-Ewropa, fejn l-average rate ta' unemployment hija ta' madwar 10% - se jkollok iżjed pressjoni fuq is-servizzi soċjali għax ikollok iżjed unemployment benefits, iżjed rikjesti għal benefiċċji oħrajn u inqas introjtu għall-gvern mill-income tax.", "Hemm ħafna żvantaġġi meta jkollok unemployment rate għolja u kull gvern jaħdem biex ikollu employment rate ta' dan it-tip.", "Ta' min igħid ukoll li jekk id-differenza bejn il-gross pay u n-net pay tal-ħaddiema tkun kbira din tagħmel ħsara lill-ħaddiema, tnaqqas il-kompetittivita' ta' l-intrapriża u tagħmel iżjed pressjoni fuq l-industrijalist biex iżid il-pagi.", "Għalhekk m'hijiex ħaġa tajba li jkun hemm differenza kbira bejn in-net u l-gross pay.", "Minkejja dan, fl-aħħar budget li tressaq il-bolla żdiedet minn 8% għal 10% għal din is-sena u se tispiċċa togħla għal 12% s-sena d-dieħla.", "Din hija xi ħaġa li ma kenitx mistennija minn gvern li qabel l-1987 kien jitkellem ħafna kontra li tiżdied il-bolla tas-sigurta' soċjali.", "Dan kollu jispiċċa jnaqqas il-kompetittivita' ta' l-intrapriżi tagħna.", "Sur President, kultant minħabba d-differenza bejn dak li suppost idaħħlu l-ħaddiema u dak li jieħdu d-dar, ċerti ħaddiema jkun jaqblilhom li jirreġistraw għax-xogħol, speċjalment dawk il-ħaddiema li jkunu b'paga baxxa.", "Dan jista' jillimita l-labour supply u jagħmel lill-ħaddiema iżjed unemployable u wieħed għandu jara kif sitwazzjoni bħal din ma timmaterjalizzax.", "Wieħed irid isib metodu kif l-unemployment benefit li jingħataw il-ħaddiema jkun relatat ma' xi forma ta' apprendistat biex innaqqsu iżjed it-tentazzjoni ta' dawk in-nies li jirreġistraw għax-xogħol waqt li jkunu qegħdin jaħdmu u nipprovaw nittrejnjawhom għal dak li verament ikun hemm bżonn fl-industrija.", "Meta nitkellmu fuq żidiet fil-pagi rridu naraw li dawn ikunu relatati mal-produttivita' tal-ħaddiema.", "Fil- fatt meta wieħed jitlob żidiet fil-pagi u ma jallaċċjax dawn iż-żidiet ma' iżjed produttivita' tal-ħaddiema jkun qiegħed iġib sitwazzjoni li tagħmel ħsara lill-kompetittivita' tal-pajjiż u lill-industrija.", "Irridu naraw li meta l-unions jagħmlu talbiet għal żidiet fil-pagi, dawn ma jkunux żidiet awtomatiċi imma jkunu relatati mal-produttivita' tal-ħaddiema tagħhom.", "Huwa importanti li jkollna policy ta' stabilita` fil-prezzijiet.", "Waħda mill-miri ta' l-Unjoni Ewropea hija li fil-pajjiżi membri jrid ikun hemm stabilita` fil-prezzijiet, speċjalment issa li se jkollhom munita waħda.", "Pajjiż li jkollu prezzijiet stabbli jkollu inflazzjoni baxxa u inqas pressure fuq il-ħaddiema biex jitolbu żidiet fil-pagi.", "Jekk ikollok ħafna talbiet għal żidiet fil-pagi, se jkollok żieda fil-cost of production u tonqos il-produttivita'.", "F'dan il-pajjiż hemm bżonn li meta nitkellmu fuq ir-retail price index ikun hemm qbil fuqu.", "Fil-fatt kien hawn anke talbiet f'din il-Kamra biex ikun hemm istituzzjoni indipendenti li tagħmel monitoring u tkejjel il-prezzijiet ħalli r-retail price indiex jiġi emnut.", "Kulħadd jifhem li mir-ri-introduzzjoni tal-VAT kien hemm għoli esaġerat fil-prezzijiet.", "Minkejja li l-ministru tal-finanzi ħareġ jgħidilna li 40,000 prodott kienu se jorħsu, illum nistgħu naraw li kulħadd huwa magħfus bl-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt in-nisa tad-dar kollha jgħidulek biż- żidiet esaġerati fil-prezzijiet u mbagħad ħaġa ta' l-iskantament joħroġ l- indiċi u nsibu li l-istatistika uffiċjali tal-gvern turi tnaqqis fil-prezz ta' ċerti prodotti, affarijiet li ma jitwemmnux.", "Assolutament din il-ħaġa m'hijiex aċċettabbli u jekk irridu nitkellmu bis-serjetà rridu naraw kif ikollna fiduċja fil-makkinarju tar-retail price index.", "Sur President, jekk wieħed irid li l-ekonomija tagħna tissaħħaħ ovvjament irid jara li jkun hemm iżjed investiment barrani.", "Issa matul dawn l-aħħar snin l-investiment barrani qiegħed kulma jmur jonqos u fil- fatt in-numru ta' intrapriżi u rikjesti minn intraprendituri barranin biex jinvestu f'Malta naqas sostanzjalment.", "Din hija xi ħaġa li għandha tinkwieta lil dan il-gvern u għalhekk irridu naraw x'inhuma l-kawżi tagħha biex nirrimedjawha.", "Wieħed li jkun irid jinvesti f'xi pajjiż partikolari jħares lejn l-istabilità fil-prezzijiet, jara hemmx inflazzjoni baxxa, jara jekk l-ispejjeż tal-produzzjoni humiex baxxi, jara li jkollu swieq aċċessibbli u jekk il-pajjiż huwiex kompetittiv u x'direzzjoni qed jieħdu.", "Per eżempju, is-sena l-oħra, meta lil ċerti investituri semmewlhom l- Unjoni Ewropea mill-ewwel ħasbu biex jitilqu minn Malta għax il- kondizzjonijiet li hemm hemmhekk m'humiex konformi ma' dak li jridu huma.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa fuq il-politika monetarja.", "Dan l-aħħar l-FOI kienet qed tilmenta dwar ir-rati għoljin ta' imgħax fuq is-self u filwaqt li kumpanniji kbar setgħu jmorru jissellfu minn barra, kumpanniji żgħar ma setgħux jagħmlu dan.", "Filwaqt li l-bank ċentrali ngħata direzzjoni u ċerta indipendenza biex ikun jista' jaġġusta r-rati ta' l- imgħax fuq is-self, dawn spiċċaw baqgħu għoljin u dan huwa ta' detriment għall-industrijalisti.", "Dan juri li ċerti regoli li jaħdmu f'pajjiżi oħrajn, f'pajjiżna jispiċċaw ma jaħdmux.", "Din hija xi ħaġa li lmentat fuqha l-FOI u jekk ikollna gvern li jispiċċa jiġi quddiem dan il-parlament għal sena wara oħra biex jitlob li jissellef dawn il-miljuni kbar mis-suq lokali, se jagħmel pressjoni u limitazzjonijiet fil-politika monetarja bir- riżultat li l-industrijalisti jsibuha iktar diffiċli li jisselfu.", "Dan kollu jżid il-cost of production għall-intrapriżi u minħabba diffikultajiet ikbar biex jinvestu f'dan il-pajjiż, lill-investituri ġġegħelhom jinvestu - din hija xi ħaġa li diġà qed tiġri preżentement - f'pajjiżi barranin.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi ngħid li huwa importanti li nikkonstataw li l-politika li miexi biha dan il-gvern hija politika żbaljata.", "Minn wara l-introduzzjoni tal-VAT fl-1995 'il hawn, spiċċajna b'budgets li d-deficit tagħhom baqa' jiżdied għal sena wara sena, spiċċajna bi gvern li beda jissellef dejjem iżjed u spiċċajna bi pressjoni kbira ta' imgħaxxijiet fuq dan id-dejn li bdew jagħfsu fuq l-ispejjeż tal-gvern.", "Minkejja li fl-elezzjoni li għaddiet ħafna ħasbu li hekk kif ikun hemm fil-poter Gvern Nazzjonalista l-istaġnar ekonomiku kien se jieqaf, nista' ngħid li dan kompla żdied u hawn inċertezza akbar.", "Fil-fatt ħafna industrijalisti, minflok qegħdin jippreparaw ruħhom għal meta nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, qed jaħsbu li meta nissieħbu se jingħataw xi flus biex isalvaw, speċi ta' forma ta' ċejċa li se taqtgħalhom l-għatx.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jidher biċ-ċar li kull meta jkollna quddiemna liġi fiskali ta' din in-natura - f'dawn it-12-il sena li ilni f'dan il-parlament kważi dejjem hekk ġara - dejjem jitqanqal l- interess taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-finanzi u d-direzzjoni ekonomika tal- pajjiż huma żewġ elementi importanti għax jolqtu lil kulħadd u hija ħaġa tajba li jkun hawn din id-diskussjoni miftuħa f'din il-Kamra.", "Meta l- ministru kien qiegħed jippilota din il-liġi semma żewġ aspetti interessanti li lili laqtuni.", "L-Onor.", "Dalli qal li aħna qed nissellfu biex nieklu u li l-work ethic għandu jinbidel, żewġ osservazzjonijiet interessanti ħafna, li jġegħluna nħarsu lejn il-qagħda finanzjarja preżenti li qed twassal lill-gvern biex għal din is-sena jkompli jagħmel self ta' Lm100 miljun.", "Fil-budget li għadda, il-gvern ipproġetta li għas-sena 2000 jissellef Lm72 miljun, għas- sena 2001 jissellef Lm77 miljun, għas-sena 2002 jissellef Lm95 miljun u għas-sena 2003 jissellef Lm81 miljun, bil-konsegwenza li minn sena għal sena d-debt servicing, jiġifieri l-imgħaxijiet li jridu jitħallsu fuq is- self, se jkomplu jiżdiedu.", "Dan ifisser li l-public debt servicing se jkun iktar minn Lm50 miljun u dan jirrappreżenta kważi n-nofs, jekk mhux iktar, tad-dħul kollu tal-gvern mill-income tax.", "Il-gvern jagħmel ħafna sforzi biex jiġbor l-income tax - u aħna naqblu ma' dan - pero' mbagħad wieħed irid iħares ukoll lejn is-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż, li hija allarmanti u li qed tinkwieta lil kulħadd.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk qabel xejn wieħed jara kif sploda d-dejn pubbliku u d-deficit strutturali bejn l-1987 u l-1996, li minħabba fih il-gvern qed ikollu jissellef minn sena għall-oħra.", "Sur President, l-ewwelnett ta' min jgħid illi filwaqt li fl-1987 id-dejn tal-gvern bejn dak lokali u dak barrani kien ta' Lm63 miljun, fl-1996 id- dejn tal-gvern tela' għal Lm514 miljun, jiġifieri f'disa' snin id-dejn sploda kważi b'għaxar darbiet.", "Issa hawnhekk wieħed irid iħares ukoll lejn il-korporazzjonijiet, bħal ngħidu aħna l-korporazzjoni Enemalta, il- freeport corporation u l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għax, peress li d-dejn ta' dawn il-korporazzjonijiet jagħmel tajjeb għalih il- gvern irridu nikkonsidraw anke kif żviluppa dan id-dejn.", "Fil-fatt jien naħseb illi jekk nagħti xi ftit ċifri nkun qed inpoġġi l-istampa fil- perspettiva proprja, pero` m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall ħalli ma nħawwadx l-imħuħ tan-nies.", "Sur President, ta' min jgħid li filwaqt li fl-1990 id-dejn tal- korporazzjonijiet kien jammonta għal Lm46, sa l-1996 dan id-dejn tela' għal Lm462 miljun.", "Dan juri li l-gvern għabba lill-korporazzjonijiet biex għall- investiment li jagħmlu jiddejnu direttament mill-banek mingħajr ma jieħdu riżorsi finanzjarji mingħand il-gvern, u dan ipoġġi l-kummenti regolari li nisimgħu illi l-Gvern Nazzjonalista kien qed jiddejjen għall-investiment kapitali f'perspettiva aħjar għax hawnhekk jidher b'mod ċar illi l-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna kompliet taggrava ruħha minħabba n-nuqqas ta' galbu u minħabba l-infiq sfrenat tal-gvern kif ukoll minħabba l-fatt illi l- gvern kien qed jippompja fil-qasam ta' l-ekonomija bla ebda rażan, bla ebda serjeta' u bla ebda prudenza bil-konsegwenza li filwaqt li konna qed inżidu l-konsum intern, l-investiment produttiv ma kienx qed jikber bl-istess rata.", "Sur President, hawnhekk wieħed ma jistax ma jfakkarx fir-riserva li l- Ġvern Nazzjonalista sab fl-istabilisation fund fl-1987.", "Il-Gvern Laburista ta' l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kien ħalla Lm70 miljun f'dan il-fond u l-Gvern ta' Fenech Adami dawn il-flus berbaqhom u tertaqhom.", "L-istess ħaġa għamel bil-flus li sab imwarrbin fil-posterity fund.", "Fi ftit kliem, Gvern Nazzjonalista mhux talli żied id-dejn talli kkonsma l-anqas sold li kien hemm imġemma.", "Issa kieku dakinhar dawk il-flus ġew investiti, kieku konna nieħdu return ta' xi ħaġa u ma konniex nispiċċaw bil-problemi kollha li qed nagħmlu aċċenn għalihom f'din id-diskussjoni.", "Ta' min wieħed jikkonsidra wkoll illi l-istocks u l-bonds li l-gvern qed ikollu joħroġ - u jgħid x'jgħid il-Gvern Nazzjonalista l-fatt jibqa' li hu responsabbli għal dan id- dejn - qed jixorbu ħafna flus mill-qasam ta' l-ekonomija, liema flus jistgħu jintużaw għall-iżvilupp ta' l-investiment produttiv - jiġifieri hawnhekk qed naraw illi iktar ma l-gvern qed jissellef, iktar qed jinxtorbu flus mill-qasam ta' l-ekonomija biex jintnefqu għall-bżonnijiet kurrenti tal-gvern - u dan minbarra l-imgħaxijiet għoljin li bihom qed jinbiegħu dawn l-istocks u l-bonds biex iservu ta' attrazzjoni għall-pubbliku.", "Dan ifisser illi t-trend monetarja li qed tipprevali barra minn Malta, fejn l- imgħaxijiet qed ikunu relattivament baxxi għal min ikun irid jinvesti, aħna m'aħniex qed nibbenefikaw minnha.", "Jiġifieri mhux talli qed ikollna nużaw il-flus għall-istocks u l-bonds minflok għall-investiment imma talli qed jintnefqu ħafna flus f'rati għolja ta' imgħax.", "Huwa fatt illi llum dawn ir- rati ta' imgħax qed jitilgħu għal 9%, għal 9.5% u anke għal 10%, u ovvjament dawn qegħdin dejjem inaqqru mill-kompetittivita' tagħna.", "Sur President, bla ebda dubju jeħtieġ illi l-gvern jaffronta l-problema finanzjarja li ħoloq huwa stess, anke għaliex jien wisq nibża' li issa dan mhux se jkun jista' jattwa dawk il-wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni u li jiswew ħafna flus.", "L-ewwel ħaġa li għandu jagħmel il-gvern hija li jiġbor kemm jista' jkun arretrati u, kif għidt diġa' waqt li kont qed nitkellem f'xi seduta oħra, filwaqt li ħafna drabi fl-audit report ikun hemm imniżżel li huwa kkalkolat li l-gvern se jiġbor madwar Lm150 miljun mill-arretrati ta' l-income tax, fir-realta` l-arretrati dovuti lill-gvern jammontaw għal Lm50 miljun.", "Issa dan m'iniex qed ngħidu jien imma qalu l-kummissarju tat-taxxi interni stess waqt waħda mil-laqgħat tal-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi.", "Hemm bżonn illi jinstab mezz kif dawn l-arretrati jinġabru b'mod regolari u mingħajr ma jkun hemm xokkijiet fis-sistema ekonomika tagħna, pero` hawnhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll illi jekk stess dawn l-arretrati jinġabru f'sena waħda, dawn iservu biss biex jindirizzaw l-imgħax li pajjiżna jħallas fuq id-dejn għal sena waħda biss.", "Issa hawn ikun tajjeb jekk naraw ukoll kif tinġabar it-taxxa.", "Sur President, ovvjament matul iż-żmenijiet saru diversi tibdiliet fil- mod ta' kif isiru r-returns tat-taxxa u l-Ministru Dalli kien wieħed milli għamel tibdiliet pożittivi fihom.", "Fil-fatt l-iktar area li kienu jinstabu diffikultajiet fiha kienet l-area tas-self-employed, pero` jien nemmen illi bl-informazzjoni li għandu l-gvern fid-database tiegħu, kemm għall-finijiet tat-taxxa tal-VAT, kemm għall-finijiet tad-dwana, kif ukoll għall-finijiet ta' taxxi, dan jista' jpoġġi lis-self-employed f'kategoriji u kull sena joħloq rata ta' taxxa għal kull kategorija filwaqt li juża s-saħħa li tagħtih il-liġi sabiex jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.", "Madanakollu, Sur President, jien ma naħsibx illi l-ġbir tat-taxxi biss se jkun suffiċjenti biex il-gvern jindirizza l-problemi fiskali li għandu u bla ebda dubju jrid jara x'jista' jagħmel biex inaqqas l-ispiża tiegħu.", "Kulħadd jaf li l-ispiża tal-pagi lill-gvern qed tiżdiedlu minn sena għall- oħra wkoll u għalhekk naħseb li issa wasal iż-żmien illi jiġu indirizzati ċerti areas problematiċi - din qalha l-Ministru Dalli stess, jiġifieri naħseb li hawnhekk ma jien qed ngħid xejn innovattiv - bħalma huma, per eżempju, it-tarznari, li skond risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari l-bieraħ irriżulta li matul is-sena li għaddiet biss dawn ħadu bejniethom madwar Lm20 miljun f'sussidju.", "Fil-fatt illum dan il-gvern qed isostni li din il-problema għandha tiġi indirizzata u li l-ispiża ordinarja tal-gvern, eskluż il-pagi, għandha tiġi kkontrollata.", "Għalhekk hawn il- mistoqsija toħroġ weħidha: Allura meta fl-1997 il-Gvern Laburista kien iffaċċjat bl-istess problemi u beda jindirizza l-problema tat-tarznari b'mod serju u b'mod ippjanat - naturalment il-Gvern Laburista kien qed jagħmel dan fl-aħjar interess tat-tarznari, fl-aħjar interess ta' l- industrija u fuq kollox fl-aħjar interess tal-pajjiż għaliex jekk din l- industrija tiġi vijabbli u ma tibqax iktar ta' piż fuq il-pajjiż mhux biss tassigura l-għajxien tal-ħaddiema tagħha imma maż-żmien tasal ukoll biex tikkrea opportunitajiet ġodda - għaliex kienet qamet dik l-oġġezzjoni kollha min-naħa tal-Partit Nazzjonalista?", "Ovvjament kulħadd għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar kif għandhom jiġu indirizzati ċerti problemi, imma ċertament m'huwiex sew li mbagħad meta tkun qed tieħu xi miżuri biex tindirizza dawn il-problemi ssib lil min joqgħod jimminalek kull inizjattiva li tieħu.", "Imma llum is-sitwazzjoni nqalbet u l-Gvern Nazzjonalista ġie ffaċċjat bl-istess problema li kellu quddiemu l-gvern preċedenti.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għal meta l-Gvern Laburista, bl-iktar mod responsabbli, irnexxielu jnaqqas 5% fl-ispiża tiegħu u beda jinsisti fuq aktar dixxiplina?", "Il-Ministru Dalli semma każ ta' waħda li ngħatat transfer u qal li din ma riedet tiċċaqlaq b'xejn.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk illi l-Gvern Laburista ħa l-inizjattiva li jdaħħal ftit sens ta' dixxiplina fis-settur pubbliku u sa kien wasal biex waqqaf spettorat sabiex jara li l-impjegati tal-gvern ma jiskartawx minn fuq il-post tax-xogħol.", "Jien ma nħobbx niġġeneralizza pero' ma jistax ikun illi nibqgħu ninħbew wara subgħajna u rridu nammettu li s-settur pubbliku jista' jtejjeb il- performance tiegħu ħafna iktar, speċjalment f'ċerti setturi.", "Allura meta l- Gvern Laburista kien ħa dik l-inizjattiva, għaliex għamel minn kollox biex jimminaha?", "Anke meta s-settur privat kien ħejja rapport u ssuġġerixxa riformi għas-settur pubbliku, dan ġie wżat, abbużat u interpretat b'mod sfaċċat minkejja li l-Gvern Laburista ma kien għamel l-ebda commitment illi jimplimenta dak li ġie ssuġġerit f'dak ir-rapport.", "Jien hawnhekk lill- Onor. Membri tal-gvern ngħidilhom: Kif qed tippretendu li jekk iddaħħlu ċerta dixxiplina fis-settur pubbliku, l-impjegati ta' dan is-settur se jappoġġjawkom jekk kemm-il darba intom sa sitt xhur ilu kontu tgħidu lill- poplu li jekk titilgħu fil-gvern m'intomx se tissikkawhom u m'intomx se tesiġu d-dixxiplina fuqhom?", "Jien naf li kien hemm membri min-naħa tal- gvern li qalu lill-impjegati tas-settur pubbliku: Tibżgħux, jekk nitilgħu aħna ma jkollkomx għalfejn toqogħdu tmorru għax-xogħol jew inkella tkunu tistgħu titilqu kmieni minn fuq il-post tax-xogħol!", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi għall-ministru għax naf li mhux hu kien li għamel hekk.", "Jien naħseb illi kulħadd jifhem li filwaqt illi d-drittijiet ta' l- impjegati għandhom jiġu rrispettati, għandha tinbidel ċerta mentalita' ta' wħud mill-impjegati tas-settur pubbliku.", "Imma dan l-iskop, illi llum sar tajjeb, dak iż-żmien kien ħażin u kien sar minn kollox biex jiġi mminat, bil-konsegwenza li llum qed naraw din il-problema tiżdied.", "Per eżempju, uġigħ ta' ras kbir li qed niltaqgħu miegħu huwa s-sussidju li jingħata fuq ċerti servizzi u li dejjem qed jiżdied minn sena għall- oħra.", "Allura jekk ma timmirax biex tagħmel xi riformi f'dawn l-oqsma ħalli tnaqqas l-ispiża u jekk jista' jkun tnaqqas ukoll il-cost ta' dak is- servizz biex jekk stess ma tkunx qed tagħmel profitt għallinqas tkun qed tibbilanċja, kif qatt tista' timxi 'l quddiem?", "Imma meta aħna riedna nindirizzaw dawn l-affarijiet qamu l-irwiefen tad-dinja kollha.", "Ara llum qed naqblu li dawn l-affarijiet iridu jiġu indirizzati għax l-avis hekk qed jgħidilna biex nagħmlu, whether we like it or not, u filwaqt li taħt il- Gvern Laburista miżuri bħal dawn kienu mminati bl-iktar mod sfaċċat, illum qed isir appell biex dawn il-miżuri jiġu attwati.", "Biex nagħti eżempju ta' dan li qed ngħid huwa biżżejjed illi nsemmi l-famuż moll tal-Birgu.", "Taħt il-Gvern Laburista, meta konna se nagħtu b'ċens il-moll tal-Birgu għal 99 sena, kienet tqajmet għagħa kbira li se ntellfu lill-poplu din il- proprjeta` pubblika u hawnhekk kulħadd kien jiġi qisu kavallier jagħti fuq sidru biex jiddefendi l-proprjeta` pubblika, issa llum qed ngħidu li parti minn dan il-moll jista' jiġi kkonvertit u jingħata b'ċens perpetwu għal 99 sena, u anke għal iktar, jiġifieri hawnhekk ukoll, dak li qabel kien ħażin illum sar tajjeb.", "Dawn huma r-realtajiet illi qed ngħixu llum.", "Jien nifhem li kulħadd ikollu opinjoni differenti dwar kif jista' jasal għall- istess ideal pero` ċertament jekk erbat ijiem ilu konna ngħidu li ħaġa hija ħażina, illum ma nistgħux ngħidu li hija tajba.", "Ta' min jgħid illi sa Diċembru ta' l-1998 id-deficit kien diġa' ċkien b'xi Lm10 miljun - u hawnhekk qed neskludi d-dħul mill-bejgħ tal-Maltacom għaliex peress li dik hija a one-off, huwa tajjeb li ma jiġix inkluż - jiġifieri, kif qed naraw, bil-miżuri li kien beda jieħu l-gvern preċedenti kien diġa' beda jiċċaqlaq xi ħaġa, imma filwaqt li llum il-Gvern Nazzjonalista qed jipprova jimxi f'dik it-triq huwa wkoll, dak iż-żmien għalih dik it-triq kienet ħażina.", "Sur President, huwa importanti wkoll illi l-gvern preżenti jagħtina indikazzjoni dwar x'għandu l-ħsieb li jagħmel f'dik li hija privatizzazzjoni.", "Aħna naqblu fuq il-prinċipju tal-privatizzazzjoni għax wara kollox dik kienet inizjattiva li bdieha l-Partit Laburista stess, pero` jekk id-dħul mill-privatizzazzjoni se tkun miżura temporanja sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' nuqqas ta' fondi tal-gvern u d-dħul mill- privatizzazzjoni jispiċċa biex jittiekel ukoll - għax dik hi l-impressjoni li qed nieħu jien meta qed nara l-projections tal-gvern, illi dan id-dħul se jservi biex jittiekel matul dawn il-ħames snin li ġejjin - se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn wara li l-privatizzazzjoni ta' ċerti entitajiet trendi lill-gvern Lm220 miljun sas-sena 2003, imbagħad dawn jittieklu u jkollna nerġgħu nissellfu.", "Għaliex qed ngħid dan kollu?", "Għaliex issa l-gvern preżenti għandu responsabbilta' li, jogħġbu u ma jogħġbux, se jkollu jiffaċċjaha.", "Jien ma nħobbx inkun pessimist pero' wisq nibża' li jekk kemm- il darba dawn il-problemi ma jiġux iffaċċjati, ħafna mill-wegħdi li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni, speċjalment dawk li jirrikjedu ċertu ammont ta' flus, ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati u jekk il-gvern ma jeħux il-passi li għandu jieħu lanqas ikollu biex isostni ċerti servizzi essenzjali, bħalma huma s-servizzi soċjali, is-servizzi tas-saħħa, is-servizzi edukattivi u s-servizzi tal-pensjoni.", "Issa ħalli nħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna.", "Sur President, meta nitkellmu fuq is-sitwazzjoni ekonomika ma rridux inħarsu biss lejn l-internal consumption imma wkoll lejn is-servizzi u l- prodotti li jinbiegħu barra mill-pajjiż.", "Għal ħafna snin l-infiq bla rażan tal-gvern ikkontribwixxa biex il-konsum intern ikun attiv ħafna, pero' pajjiżna xorta ma kienx qed jagħmel dak l-iżvilupp li jikkrea ġid reali fil- qasam industrijali u fil-qasam ekonomiku.", "Hawnhekk ta' min jagħmel aċċenn għall-avis, li qed jagħtina stampa klinika tal-qagħda ekonomika ta' pajjiżna u ta' dak li jrid isir biex dan il-qasam ikun jista' jikkompeti fis-suq miftuħ.", "Il-gvern preżenti jħobb jikkundanna lil din in-naħa għax, skond hu, il-politika tal-Partit Laburista li jkabbar ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u li ma jkunx membru ta' l-Unjoni ma kenitx qed tagħti direzzjoni.", "Issa, kif jaf kulħadd, dan huwa argument li ma jreġix.", "Biżżejjed inħarsu lejn pajjiż ieħor żgħir li jinsab fil-qalba ta' l-Ewropa - qed ngħid għall-Iżvizzera - illi tista' tgħid li żviluppa kull tip ta' relazzjoni mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea - fil-fatt meta riċentement sar rapport intensiv dwar it-tajjeb u l-ħażin ta' adeżjoni fl- Unjoni biex imbagħad il-poplu Svizzeru jkun jista' jiddeċiedi jekk pajjiżu għandux jissieħeb fl-Unjoni jew le, intqal ċar u tond li r-relazzjonijiet li għandu dan il-pajjiż mal-pajjiżi ta' l-Unjoni bl-ebda mod ma jitfgħuh 'il bogħod milli jekk irid għada pitgħada ikun jista' jissieħeb fiha - u din kienet l-istess triq li għażel il-Partit Laburista.", "Il-Partit Laburista għażel it-triq illi jqarreb iktar ir-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea u mbagħad 'il quddiem il-gvern jara jekk għandniex nissieħbu jew le.", "Wara kollox l-ebda negozjant ma jintrabat jekk huwiex se jixtri oġġett jew le qabel ma jkun jaf x'inhu l-prezz!", "Issa ejjew naraw x'qed jgħid l-avis, li huwa l-iktar dokument li qed jiġi diskuss bħalissa minħabba li qed jitfa' ċertu piż fuq il-gvern.", "L-ewwelnett wieħed irid jagħmilha ċara li kull settur li jeżisti f'pajjiżna jifforma parti mill-qasam ekonomiku - kemm l-industrija li hija inġusta orjentata għall-esportazzjoni, kemm l-industrija li tipproduċi għas- suq lokali, kemm il-qasam ta' l-agrikoltura, kemm il-qasam tas-sajd, kemm il-qasam tat-turiżmu, kemm il-qasam tal-kummerċ, kemm il-qasam finanzjarju, kemm is-servizz tat-transhipment, kemm il-qasam tal-yachting - u jekk kemm- il darba niġu biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea il-parti kbira ta' dawn is- setturi jistgħu jintlaqtu negattivament.", "Jekk wieħed iħares biss lejn ir- ristrutturazzjoni ta' l-industrija u jeskludi l-ewforja li xi kultant jiġu biha l-Ministru Josef Bonnici u sħabu ...", "Hawnhekk jien se nirriferi għal dak li qal ftit taż-żmien ilu ċ-chairman ta' l-MDC, li huwa l-bniedem responsabbli speċifikament mill-industrija, illi qal li minħabba l-proċess tar-ristrutturazzjoni nkunu rridu nipproduċu 2,000 impjieg fis-sena biex nilqgħu għall-impatt soċjali negattiv li r-restructuring neċessarjament iġib miegħu għax irridu nifhmu li r-restructuring ma jikkonsistix unikament fil-liberalizzazzjoni imma dak huwa biss parti mill-proċess.", "Issa jien hawnhekk m'iniex qed nikkritika dik id-deċiżjoni għax kull deċiżjoni li tittieħed ikollha t-tajjeb u l-ħażin tagħha, pero` mbagħad wieħed irid jiżen l-effett ta' dik id-deċiżjoni biex jara kif il-pajjiż ikun jista' jibbenefika minnha.", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli bid-diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mangion ikompli bl-intervent tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Agreed)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra u nwiegħed li nagħlaq malajr.", "Meta wieħed iħares lejn ir- ristrutturazzjoni jrid jaċċetta immedjatament li se jkun hemm numru ta' mpjiegi li se jispiċċaw, kif fuq kollox ġara f'pajjiżi oħra, u li allura jrid jinħoloq ambjent industrijali li jħajjar dak l-investiment produttiv illi jkun jista' jagħti palata biex inbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħna barra minn xtutna ħalli b'hekk jitkabbar il-ġid tal-pajjiż.", "Ġaladarba wieħed iqis dan kollu jibda jinduna kemm il-gvern jinsab 'il bogħod milli jagħti direzzjoni u milli jagħti linja lil dawn is-setturi kollha li se jintlaqtu.", "Illum jekk inħarsu lejn il-qasam ta' l-industrija nsibu li hawnhekk ma teżisti l-ebda direzzjoni u l-istess nistgħu ngħidu għall-qasam kummerċjali għax ħadd mis-sidien tal-ħwienet u mit-traders ma jaf fejn qiegħed.", "Jgħidu x'jgħidu fuq l-armonizzazzjoni tat-taxxi li qed tinsisti fuqha l-Unjoni Ewropea, huwa fatt illi din se tħalli mpatt fuq kif se jiżviluppa s-settur finanzjarju, illi bħalissa qed jiżviluppa bl-iktar mod pożittiv u li jista' joffri diversi opportunitajiet, għax teżisti possibbilta` kbira li jekk nimxu fuq dak li qed jgħid l-avis, ħafna min- niċeċ li dan is-settur jista' jesplojtja nistgħu nitilfuhom.", "Allura ġaladarba m'għandniex linja li tiggwidana f'dawn l-affarijiet, jien nistaqsi: Fejn hi d-direzzjoni?", "Mr Speaker, sfortunatament in-nuqqas ta' direzzjoni m'hijiex tidher biss fil-qasam fiskali għax jidher illi l-gvern irid jieħu ċerti passi u ma jistax minħabba li huwa marbut bil-wegħdi li kien għamel qabel l-elezzjoni.", "Għall-kuntrarju, fl-1997 il-Gvern Laburista kellu l-kuraġġ illi jieħu dawn il-passi.", "Anke jekk inħarsu lejn il-politika li l-Gvern Nazzjonalista ilu jgħid li jrid isegwi għal dawn l-aħħar 20 sena, in-nuqqas ta' direzzjoni tinħass ċara.", "Aktar ma nisimgħu diskorsi min-naħa tal-gvern, li bl-ebda mod m'huma qed jindirizzaw il-problemi li għandu pajjiżna, dan in-nuqqas ta' direzzjoni iktar qed jinħass.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Ministru Dalli biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' ringrazzjament lil Dr Ugo Mifsud Bonnici;", "Mozzjoni ta' l-Oppożizzjoni dwar in-nomina ta' President tar-Repubblika; u", "Mozzjoni għall-ħatra ta' President tar-Repubblika.", "Kif ġie miftiehem waqt il-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra, dawn it-tliet mozzjonijiet għandhom jiġu diskussi u deċiżi fis-seduta ta' nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu.", "Waqt dan il-kumitat ġie miftiehem ukoll illi malli jgħaddi l-vot fuq it-tielet mozzjoni, jiġifieri l-mozzjoni għall-ħatra ta' President tar-Repubblika, is-seduta għandha tiġi aġġornata mingħajr ma jittieħed il-ħin ta' l-aġġornament.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, illum iddeċidejt li nitkellem dwar is- saħħa u s-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol, b'mod partikolari dawk tas- settur privat, għax sfortunatament filwaqt li meta jiġri xi inċident il- media tara li toħloq diskussjoni fuq dan is-suġġett u l-headlines tal- gazzetti kollha jkunu jikkonċentraw fuq ħaġa waħda, u wara li jgħaddu ftit jiem kollox jerġa' jmut fuq ommu.", "Mr Speaker, ħafna drabi huwa biżżejjed illi wieħed jaljena xi ftit rasu jew inkella jagħmel xi ħaġa bi traskuraġni biex tikkaġuna l-mewt ta' bniedem, u dan biex ma nsemmux ukoll il-konsegwenzi koroh li jkollu inċident fatali fuq il-familjari tal-vittma.", "Ngħid għalija meta nibda naqra u nisma' bid-dettalji tal-każ nibda ngħid kemm huwa kiefer id-destin.", "Per eżempju, f'dak l-inċident li seħħ xi għaxart ijiem ilu, kif kellu jinqaleb l-excavator u jgħaffeġ lil wieħed mill-ħaddiema?", "Jew inkella, kif l-ewwel darba li dak il-missier mar jaħdem mal-kunjatu tiegħu, kellu jaqa' għoli ta' madwar żewġ sulari bil-vettura li kien qed isuq fejn miet fil- post?", "Bħalissa wkoll qed niftakar f'dak l-inċident fatali li kien seħħ meta kien qed jinbena shopping and entertainment centre ġewwa l-Fgura, fejn forsi b'xi ftit nuqqas ta' attenzjoni żagħżugħ tilef ħajtu traġikament.", "Madanakollu jeħtieġ illi meta nisimgħu b'diżgrazzji ta' din ix-xorta ma noqogħdux inwaħħlu kull darba fid-destin.", "Wisq nibża' li aħna l-Maltin ma noqogħdux attenti biżżejjed għal dik li hi saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol u naħseb li wasal iż-żmien li mill-paroli ngħaddu għall-fatti.", "Kif għidt diġa' għalkemm malli jseħħ xi inċident li jħalli l-vittmi warah jinħasad il-poplu Malti u Għawdxi kollu, wara li jgħaddi ftit taż-żmien kollox jerġa' għal li kien, għajr għal dik l-armla li ħafna drabi tkun għadha qed trabbi u li jkollha tagħmel tant sagrifiċċji biex tlaħħaq mal- pressures tal-ħajja tal-lum jew inkella għajr għall-ulied il-vittma li jkunu sfaw iltiema.", "Madanakollu jidher ċar illi ħafna ħaddiema huma lesti li jittraskuraw is-sigurta' tagħhom fuq il-post tax-xogħol biex jaqilgħu iktar flus ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispejjeż tal-ħajja, għalkemm kulħadd jaf li ġieli ssib każijiet fejn il-ħaddiema jiġu mġiegħla ma jħarsux saħħithom fuq il-post tax-xogħol mill-employers tagħhom stess sabiex b'hekk jiffrankaw xi ftit mill-ispejjeż rikorrenti ta' l-azjenda.", "Imbagħad issib ukoll lil min għax huwa kattiv tiegħu nnifsu ma jilbisx l- ilbies protettiv li jkun ipprovdielu l-management tal-kumpannija li jkun qed jaħdem fiha.", "Mr Speaker, għalkemm jidher li hawn consensus ġenerali dwar l-importanza tal-health and safety fuq il-post tax-xogħol, sfortunatament meta niġu biex nikkonkretizzaw l-ideat u ninforzaw ir-regolamenti naraw għadd ta' nuqqasijiet serji.", "Hemm min iħares lejn din l-issue bħala taqtigħa bejn il- ħaddiem, li jista' jkun illi qed jiġi sfruttat, u bejn l-employer, illi jista' jkun iktar interessat fil-profitti u ma jkunx irid iżid l-ispejjeż ta' l-azjenda.", "Pero' jien konvint illi l-għodda kruċjali għal dawk il- kumpanniji privati li jridu jżidu l-produttivita' u l-kwalita' tal-prodott li jipproduċu hija proprjament il-motivazzjoni ta' l-impjegati.", "Bla ebda dubju, jekk kemm-il darba l-management tal-kumpannija jħares is-saħħa u s- sigurta' ta' l-impjegati tiegħu, ikun qed juri lill-istess impjegati li huwa jirrispetta d-dinjita' tagħhom.", "Irridu nifhmu li m'huwiex biżżejjed illi l-management jipprovdi s-safety helmets u mbagħad iħalli lill- impjegati ma jilbsuhomx.", "Il-management għandu jinforza r-regolamenti tal- health and safety huwa stess, anzi jien ngħid illi dan għandu jipprovdi health and safety awareness campaigns fl-azjenda tiegħu stess sabiex l- impjegati jkunu iktar konxji tal-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom u sabiex il-ħaddiema jkunu iktar aware tal-benefiċċji li jkunu jistgħu jgawdu minnhom jekk kemm-il darba josservaw ir-regolamenti ta' health and safety.", "Jien nemmen li huwa l-employer illi għandu r-responsabbilta' li jassigura li l-ħaddiema jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ma jkorrux u jekk kemm-il darba jinstab li l-impjegati ma jkunux qed josservaw dawn ir- regoli, l-employer għandu jinżamm responsabbli.", "Ma jistax ikun illi kulħadd jibqa' jippretendi li l-gvern għandu jerfa' dejjem il-piż hu imma s- settur privat għandu jerfa' r-responsabbilta' tiegħu wkoll f'dan ir- rigward.", "Wara kollox m'hemm xejn isbaħ mis-self-regulation.", "Madanakollu mbagħad jien nemmen ukoll illi l-Istat innifsu għandu jiggarantixxi ċerti standards u jagħti eżempji tajba ta' kif għandha tiġi mħarsa s-saħħa u s- sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li kull inċident li jseħħ fuq il-post tax- xogħol itellef lill-kumpannija ħafna sigħat ta' xogħol, anke għaliex meta l- impjegati jkunu raw lil seħibhom iweġġa' serjament jew saħansitra jmut traġikament quddiem għajnejhom huma jibqgħu demoralizzati.", "Sfortunatament it-traskuraġni ta' impjegat wieħed tista' ssarraf fil-mewt ta' l-impjegati l-oħra li jkunu qed jaħdmu fuq l-istess lant tax-xogħol u għalhekk l- employers u l-impjegati għandhom jiġbdu l-istess ħabel u jieħdu s-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol bl-ikbar serjeta'.", "Wara kollox huwa inevitabbli li dawk il-kumpanniji li jirnexxielhom jegħlbu l-konflitt bejn l-interessi tal-ħaddiema u l-interessi tax-shareholders tal-kumpannija jżidu l-produttivita' u l-kwalita' tax-xogħol, xi ħaġa illi fl-aħħar mill- aħħar għandha tissarraf f'iktar profitti għall-employers kif ukoll f'pagi u f'kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-istess impjegati.", "Mr Speaker, il-gvern għandu rwol importanti sabiex idaħħal health and safety awareness fl-oqsma tax-xogħol għaliex jien nemmen li m'huwiex biżżejjed illi naqraw fl-avis li għadu kif ħareġ mill-Unjoni Ewropea li Malta għamlet passi ta' ġgant f'dan il-qasam, sempliċement għaliex waqqafna l-health and safety unit.", "Hawnhekk se jkolli nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 5103 li għamilt lill-Ministru Gonzi fejn staqsejtu hekk:", "\"Fid-dawl ta' l-inċidenti koroh fejn qed imutu jew ikorru ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol u li qegħdin ta' spiss jiġru fl-industrija tal- bini, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-health and safety unit tul l-1998?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-pulizija ħaditx passi kontra xi kuntratturi?\"", "Ir-risposta tal-Ministru għal din l-interpellanza tiegħi kienet tgħid hekk:", "\"Id-dipartiment tax-xogħol m'għandux statistika dwar in-numru totali ta' każijiet imressqa l-qorti mill-pulizija.\".", "Allura hawnhekk jien ngħid: Ġaladarba lanqas statistika bażika ma teżisti, aħseb u ara kemm nistgħu nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam!", "Jien naħseb illi kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi f'dan il-pajjiż għandna ndaħħlu l- mentalita' li s-saħħa u s-sigurta' huma importanti ħafna u hemm bżonn li lit-tfal inrawmulhom kultura, mentalita' u attitudni favur is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella lill- health and safety unit biex jibda jżomm statistika iktar adegwata dwar il- qasam li huwa responsabbli għalih ħalli b'hekk inkunu nistgħu niġġieldu l- problemi li jeżistu f'dan il-qasam b'mod iktar effiċjenti, kif wara kollox jixraq lill-ħaddiema tagħna.", "Fl-aħħarnett ma nistax ma nsemmix ukoll ir- rwol importanti li għandha l-mass media f'dan ir-rigward għax din tista' tgħin lill-gvern billi mhux biss tipprova tagħmel lill-poplu iktar aware ta' l-inċidenti li jseħħu fuq il-post tax-xogħol, imma wkoll tressaq dan is- suġġett għall-attenzjoni tal-qarrejja b'mod iktar regolari.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, qabel ma nibda d-diskors tiegħi nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta' Kevin Grima filwaqt li nuri solidarjeta' ma' dawk il-familji kollha li f'xi żmien jew ieħor sofrew it- telfa ta' xi ħadd mill-familjari tagħhom fuq il-post tax-xogħol.", "Mr Speaker, jidhirli li huwa xieraq li bħala rappreżentanta tal-poplu nuża dawn il-ftit minuti li għandi biex nitkellem dwar issue li llum qed tolqot lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, u hawnhekk qed nirriferi għaż- żieda esaġerata li qed ikun hemm kemm fil-prezzijiet tal-prodotti kif ukoll fil-prezzijiet tas-servizzi.", "M'hemmx għalfejn ngħid li din iż-żieda esaġerata qed tolqot fil-laħam il-ħaj lil dawk li jgħixu bl-għajnuna soċjali, lil dawk li għandhom dħul baxx, lil dawk li għandhom dħul medju kif ukoll lis-self-employed iż-żgħar.", "Illum tmur fejn tmur in-nies qed jitkellmu fuq ħaġa waħda, li minn ftit xhur ilu 'l hawn mhux qed ikunu jistgħu jlaħħqu mal-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi u li din iż-żieda esaġerata qed therrilhom il-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Li niskanta jien imbagħad huwa li għall-membri tal-gvern donnu ma ġara xejn, anzi dawn donnhom jitkellmu fuq din il-kwestjoni b'mod ferm iktar differenti mill- poplu.", "Aħna nemmnu li mhux dak li jgħid il-gvern jgħodd imma x'ikunu qed jgħidu n-nies fit-toroq ta' l-irħula u l-bliet tagħna u fil-fatt kien proprju għalhekk li ħmsitax-il ġurnata ilu l-Għaqda Nisa Laburisti ddeċidiet li tagħmel survey sampling ta' dak li qed jgħidu n-nies.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li dan is-survey ma sarx billi ċempilna lil xi ftit nies u staqsejniehom x'jaħsbu mill-prezzijiet b'mod anonimu iżda tlabna lil min ħa sehem f'dan is-survey biex jidentifika ruħu billi qassamna formoli apposta fejn dak li jkun seta' jniżżel ismu, l-indirizz, l- identity card number u anke l-firma tiegħu.", "Ta' min isemmi li aħna, bħala uffiċjali ta' l-Għaqda Nisa Laburisti, stagħġibna bin-numru ta' nies li riedu jimlew dan is-survey u nista' ngħid illi ħafna drabi mhux aħna bdejna mmorru fuq in-nies imma n-nies bdew jiġu fuqna u jitolbuna jiffirmaw.", "Fil- fatt ġbarna eluf ta' firem bid-dettalji sħaħ ta' dawn il-persuni, liema persuni tista' tgħid illi jirrappreżentaw is-setturi kollha tal-poplu tagħna.", "Prinċipalment dan is-sampling survey kien konċentrat fuq erba' swieq prinċipali - is-suq tal-Birgu, dak taż-Żejtun, ta' Ħal Qormi u ta' Marsaxlokk - pero' mbagħad aħna dorna wkoll f'xi bliet u rħula Maltin u Għawdxin, kif ukoll kellna kuntatt mal-ħaddiema li jaħdmu fl-area industrijali ta' San Ġwann.", "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li ħafna min- nies li ltqajna magħhom waqt li konna qed nagħmlu dan is-sampling survey, minbarra li esprimew it-tħassib tagħhom fuq din iż-żieda esaġerata fil- prezzijiet, esprimew ukoll sens ta' rabja għall-mod li bih il-Gvern Nazzjonalista qed jittratta din il-kwestjoni.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li kienu ħafna dawk in-nies li qalulna bl-iktar mod ċar u tond illi l-gvern m'hux qed ikun serju u responsabbli, u fil-fatt jekk wieħed jikkompara dak li qed jgħid il-poplu ma' dak li qed jgħidu l-membri tal-gvern fuq din il- kwestjoni bilfors ikollu jikkonkludi li fis-sitt xhur li ilu fil-gvern, il- Gvern Nazzjonalista diġa' nqata' kompletament minn mal-poplu Malti u Għawdxi u sfortunatament jidher ċar daqs il-kristall illi dan il-gvern m'huwiex qed jikkonċentra fuq il-bread and butter issues li jolqtu lill- poplu tagħna mill-qrib.", "Jien ngħid li din hija xi ħaġa li tagħmel għajb lill-Gvern Nazzjonalista, iktar u iktar meta niftakru kemm sa ftit xhur ilu l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tisħaq fuq il-bżonn illi f'pajjiżna titwettaq il-ġustizzja soċjali.", "Kif nafu lkoll kemm aħna, l-għoli tal-ħajja jolqot il-livell ta' l- għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin u jhedded l-opportunitajiet ta' l- avvanz li dawn jista' jkollhom minn kull lat.", "Illum kull mara li qed trabbi familja qed tistqarr illi lanqas qed jirnexxielha tlaħħaq mal- bżonnijiet tal-familja u li qed ikollha tibqa' lura milli tixtri ċerti affarijiet li sa ftit ilu kienet tqis bħala parti integrali mix-xirjiet regolari tagħha, u hawnhekk m'aħniex qed nitkellem fuq prodotti li jintużaw darba f'mitt qamar.", "Illum anke s-sidien tal-ħwienet tal-merċa jgħidulek li l-mara tad-dar qed tasal biex tbiddel saħansitra l-brand tal-prodott li kienet tixtri qabel minħabba differenza ta' xi 10c jew 20c, jiġifieri llum wasalna f'sitwazzjoni fejn mara li qed trabbi familja qed tasal biex tbiddel brand ta' prodott illi tkun ilha tixtrih għal snin sħaħ biex tiffranka ftit ċenteżmi.", "Illum kulħadd kelma waħda minbarra l-membri tal- Gvern Nazzjonalista; kulħadd jgħidlek li l-bieraħ xtara oġġett b'tali prezz u llum meta mar jixtri l-istess oġġett sabu bi prezz differenti.", "Kulmin huwa viċin il-poplu Malti u Għawdxi jaf tajjeb illi llum il-familji bi dħul baxx jew medju qed ikollhom jaraw kif jagħmlu biex iġebbdu l-paga li għandhom ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja u fil-fatt hawnhekk irrid nistqarr li ninsab inkwetata ħafna għal dawk il-familji li jgħixu biss minn fuq l-għajnuna soċjali għax ma nistax nifhem kif dawn il- povri familji qed jirnexxilhom jixtru l-affarijiet bażiċi li jkollhom bżonn fil-ħajja ta' kuljum.", "Imbagħad xi ngħidu għal dawk il-pensjonanti li d-dħul tagħhom huwa fiss, Mr Speaker?", "Meta wieħed jitkellem mal-pensjonanti jibda jsir konxju ta' diversi problemi oħra.", "Per eżempju, illum l-anzjani u l-pensjonanti jinsabu nkwetati minħabba l-fatt illi matul dawn l-aħħar xhur il-prezzijiet tal-prodotti tal-mediċini u tas-servizzi tat-tobba - issa hawnhekk forsi qed niġġeneralizza u għalhekk naħseb li jkun aħjar jekk ngħid \"ta' ċerti tobba\" - għolew bla rażan u dan meta suppost illi dawn m'humiex milquta mit- taxxa tal-VAT.", "Sfortunatament illum l-anzjani tagħna jinsabu nkwetati wkoll bid-deterjorament ta' dawk is-servizzi li suppost jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-gvern u dan m'huwiex sew, iktar u iktar meta wieħed iqis li meta kienu għadhom fid-dinja tax-xogħol dawn l-anzjani taw il- kontribuzzjoni tagħhom u ħallsu t-taxxi tagħhom sabiex meta jsiru anzjani jkollhom dritt għalihom u jeħduhom bl-iktar mod effiċjenti.", "Hawnhekk qed nirriferi partikolarment għas-servizzi fl-isptarijiet tal-gvern, għall- mediċini b'xejn li huma intitolati għalihom u għall-aċċess limitat li jeżisti biex anzjan jidħol jgħix f'dar ta' l-anzjani.", "Imbagħad hemm settur ieħor tal-poplu Malti u Għawdxin li llum huwa mħasseb bil-kbir għax qed iħoss l-effett ta' l-għoli tal-ħajja.", "Qed nirriferi għall-għarajjes illi qed jistqarru li sa ftit xhur ilu kienu fasslu ċertu budget filwaqt li issa qed ikollhom ifasslu budget ieħor għax apparti l-problemi li qed jiffaċċjaw biex jaffordjaw jixtru post fejn jgħixu, illum qed ikollhom jiffaċċjaw iktar problemi minn qatt qabel biex jimlew darhom.", "Ħafna mill-għarajjes qed jgħidu li se jkollhom itawlu l- għerusija tagħhom biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-piżijiet finanzjarji għax f'daqqa waħda kollox għola bl-iktar mod allarmanti u xi wħud minnhom saħansitra qed jistqarru li qed jibżgħu li se jkollhom iqattgħu parti kbira minn ħajjithom għarajjes jew inkella li se jqattgħu ħajjithom mimlija bid- djun.", "Mr Speaker, imbagħad xi ngħidu għaż-żgħażagħ?", "Dawn jgħidulek li llum qed isibu diffikultajiet finanzjarji ġodda iktar minn qabel minħabba l- prezzijiet li qed jiġu ċċarġjati fil-qasam tad-divertiment.", "Issa kif wieħed jista' jimmaġina, peress li ħafna minn dawn iż-żgħażagħ għadhom qed jistudjaw, għadhom qed jiddependu fuq il-familja tagħhom u għalhekk iż- żidiet fil-prezzijiet li qed jiċċarġjaw il-postijiet tad-divertiment qed ikomplu jagħfsu finanzjarjament lill-familji taż-żgħażagħ tagħna.", "Meta niltaqa' ma' dawn il-familji l-omm jew il-missier jgħiduli li ma jifilħux jagħtu iktar flus liż-żgħażagħ tagħhom u ġieli ltqajt ma' każijiet fejn il- ġenituri qaluli bla tlaqliq illi se jkollhom jibagħtu lil uliedhom żgħażagħ jaħdmu għaliex ma jistgħux ikampaw finanzjarjament.", "Sfortunatament illum qed ikun hemm ħafna ġenituri li qed joħorġu b'dan it-tip ta' raġunament, liema raġunament jista' jkollu effett ħażin ħafna fuq il-futur ta' pajjiżna għax illum diġa' qed insibuha diffiċli biex insibu mpjieg lin-numru konsiderevoli ta' ħaddiema li għad għandna unskilled u Alla ħares dan in- numru jkompli jikber għax inkella nkunu qed inkabbru l-pjaga soċjali u ekonomika ta' pajjiżna.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: X'se jiġri mis- soċjeta' tagħna?", "Illum ħafna mill-familji diġa' qed jiffaċċjaw problemi kbar minħabba li qed ikollhom jaħdmu mid-dlam sad-dlam u naħseb li kulħadd huwa konxju ta' kemm qed ikollna familji li spiċċaw f'xifer l-irdum minħabba li spiċċat ir-relazzjoni ta' bejniethom u ta' kemm ulied qed ifittxu affarijiet li xi wħud minnhom jistgħu jirrovinawlhom ħajjithom minħabba li l-ġenituri tagħhom mhux qed ikollhom ċans jikkomunikaw magħhom biżżejjed.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu għaliex qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu stess li se jrażżan l- għoli tal-ħajja u saħansitra wasal biex waħħal fil-prim ministru ta' dak iż- żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, illi għolla l-ħajja.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra fil-manifest elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista wiegħed kompetizzjoni ġusta, wiegħed li l-għoli tal-ħajja jkun jirrifletti l-qagħda finanzjarja tal-familji Maltin u wiegħed ukoll li se jwaqqaf istitut awtonomu għal dan il-qasam, xi ħaġa li l-Gvern Laburista kien diġa' beda jaħdem fuqha fl-20 għoxrin xahar li dam fil-gvern.", "Għalhekk wara dawn il- wegħdi kollha li saru mill-Partit Nazzjonalista u wara t-tgħajjir kollu li kien jgħajjar lill-Gvern Laburista qabel l-elezzjoni, malli tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern il-poplu Malti u Għawdxi stenna li l-Gvern Nazzjonalista kien se jagħmel xi ħaġa biex irażżan il-prezzijiet bis- serjeta' biex ma jħallix il-ħajja togħla.", "Xiehda ta' kemm dan il-gvern m'huwiex qed jaħdem bis-serjeta' biex irażżan l-għoli tal-ħajja huma t- tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Per eżempju, meta darba minnhom għaddejt lista ta' mediċini lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi u staqsejtu għaliex dawn għolew - issa hawnhekk ta' min jgħid li dawn id- dettalji ġibthom mingħand dawk in-nies li jixtru dawn il-mediċini regolarment - l-ewwel dam xahar biex tani tweġiba u mbagħad tani r-raġuni għaliex għoliet mediċina minnhom u għall-ħames mediċini l-oħra li semmejtlu qalli li r-raġuni għaliex dawn għolew għadha qed tiġi investigata.", "F'każijiet bħal dawn jien ma nħobbx noqgħod inwaħħal f'tal-ħwienet, bħalma għamel il-Gvern Nazzjonalista, għaliex jien nifhem li s-sidien tal-ħwienet jiddependu mill-importaturi, imma hawnhekk jien nistaqsi: Il-konsumatur kemm se jdum jistenna biex jingħata rimedju jekk kemm-il darba jkun qed jiġi abbużat?", "Nista' nġib eżempju ieħor ta' kemm dan il-gvern m'huwiex qed jaħdem bis- serjeta' biex irażżan l-għoli tal-ħajja, billi nirriferi għal tweġiba li ngħatatli llum wara li jien għamilt mistoqsija parlamentari f'dan ir- rigward.", "Ngħid is-sew, meta qrajt din it-tweġiba bqajt iċċassata għax ma stajtx nemmen illi l-ministru għas-servizzi ekonomiċi wasal biex tani tweġiba bħal din.", "Fil-fatt wara li għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar iż-żieda li kien hemm fil-prezzijiet ta' ċerti mediċini u hu weġibni li ċerti żidiet fil-prezzijiet kienu kkaġunati minħabba r-rati tal-kambju, fosthom dawk ta' l-Ingilterra, jien għidtlu li fil-fatt l-isterlina m'għolietx u komplejt nistaqsih jekk meta l-isterlina niżlet qattx kien hemm roħs fil-prezzijiet.", "Jien ħsibt li hawnhekk il-ministru kien se joqgħod jispjegali x'għamel il-Gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar sitt xhur f'dan il-qasam, pero' minflok huwa weġibni billi qagħad jgħidli x'ħidma saret mill-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta matul l-1997, jiġifieri qagħad jispjegali l-ħidma li għamel il-Partit Laburista fil-gvern.", "Għalhekk il-poplu għandu raġun jinkedd u jinkwieta meta jara li għandna gvern illi m'għandux politika serja u m'huwiex impenjat biex jassigura t- twettiq tal-ġustizzja soċjali.", "Mr Speaker, jien jiddispjaċini meta nara li lanqas il-Prim Ministru m'għandu d-diċenza li jgħid il-verita'.", "Per eżempju, jien ma nistax nifhem kif filwaqt li kulħadd jaf illi Malta tinsab għaddejja minn kriżi ekonomika, il-Prim Ministru qed jiġi jgħidilna li issa spiċċa l-istaġnar, li nkisbet il-fiduċja u li pajjiżna qed jieħu r-ruħ.", "Meta wieħed jisma' dan il-kliem bilfors ikollu jikkonkludi li jew il-Prim Ministru m'huwiex viċin il-poplu jew inkella jrid iqarraq għax, ngħid għalija, jaqbadni l- biki meta ngħaddi mil-lokalitajiet kummerċjali ta' pajjiżna, bħall-Ħamrun, il-Mosta u Ħal Qormi, u ma narax ruħ ġol-ħwienet.", "Issa hawnhekk jien qed nirriferi għal mill-ikbar ħanut tal-merkanzija li għandna ġo pajjiżna sa l- iżgħar wieħed, sa dak illi jbigħ iċ-ċikkulata lit-tfal ta' l-iskola.", "Illum is-sidien tal-ħwienet kollha jgħidulek l-istess ħaġa, li qatt ma kellna diżastru fil-qasam tal-kummerċ daqskemm għandna llum u minkejja li qed ikollhom jagħmlu sale fuq sale xorta mhux jirnexxielhom iżidu fil-bejgħ.", "Biżżejjed ngħid li anke l-ikbar fast food chains li għandna f'pajjiżna spiċċaw jagħmlu sale fuq il-burgers!", "F'din l-estrimita' ġab lill-poplu Malti u Għawdxi l-Partit Nazzjonalista fis-sitt xhur li ilu fil-gvern.", "Mr Speaker, il-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna politika serja li tassigura li l-pajjiż jerġa' jaqbad it-triq ta' fejqan ekonomiku, ta' stabilita` finanzjarja u ta' ġustizzja soċjali reali u effettiva, partikolarment ma' dik il-parti tal-poplu li għandha bżonn l-iktar wens u appoġġ.", "Aħna ma nistgħux nippermettu li l-ġustizzja soċjali nużawha għal qabda paroli fil-vojt jew inkella biex isservi bħala platform partiġjan.", "Dak il-partit politiku li jemmen fil-ġustizzja soċjali verament jiddistingwi ruħu minn kull partit ieħor għax jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex kull persuna fis-soċjeta' tagħna jkollha l-istess opportunitajiet li jkollu ħaddieħor u b'hekk jiġi assigurat livell ta' għajxien xieraq u dinjituż, pero' żgur li ż-żieda fil-prezzijiet m'hijiex it-triq li twassal għal dan kollu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Dalli.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENEMALTA - ELECTRICAL POWER DEMAND", "3935.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1992 'il hawn, kemm kien l-ammont massimu ta' l-electrical power demand (MW) kemm fix-xhur tax- xitwa kif ukoll fix-xhur tas-sajf, separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-sistemi u kemm jammontaw is-sistemi li jipprovdu l-elettriku, is-sena li nbnew u x'tip ta' fuel jużaw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MIŻBLIET", "3936.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' miżbliet f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kapaċita' ta' tunnellaġġ jipposjedu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li n-numru ta' miżbliet uffiċjali f'Malta u Għawdex huwa ta' tnejn - waħda fil-Magħtab, Malta u l- oħra fil-Qortin, ix-Xagħra, Għawdex.", "Il-kapaċita' li jipposjedu dawn iż-żewġ miżbliet hija:- madwar ħdax-il miljun (11,000,000) tunnellata, l-miżbla tal-Magħtab u ħames mija u ħamsa u għoxrin elf (525,000) tunnellata, l-miżbla ta' Għawdex.", "POPOLAZZJONI MALTIJA", "3937.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' popolazzjoni residenti f'Malta u f'Għawdex mill-1990 sa l-1998 sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena x'inhu mistenni li jkun l-ammont imsemmi sas-sena 2015?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien l-ammont ta' popolazzjoni kemm permamenti kif ukoll temporanjament (turisti) b'mod separat mill-1990 sa l- 1998 fix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid li peress li l-aħħar ċensiment tal-popolazzjoni sar fl-1995 u peress li ċensiment simili hu ppajant li jsir fis-sena 2005, ma narax li l-popolazzjoni għandha tiġi pproġettata lil hinn minn dik is-sena.", "AMBJENT - MUNICIPAL SOLID WASTE", "3938.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' municipal solid waste separatament kif indikat hawn taħt?", "(1) corrgated boxboard; (2) newspapers; (3) magazine books; (4) all other papers; (5) plastic; (6) rubber leather; (7) wood; (8) textiles; (9) yard trimmings; (10) food waste; (11) metal; (12) glass/ceramics/etc; u (13) composite?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond statistika miġbura mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (1990 - 1997), hu stmat li f'Malta jiġi prodott madwar 120,000 tunnellata Municipal Solid Waste fis-sena.", "Dan jirreferi għal skart li daħal fil-miżbliet jew fl-impjant ta' Sant'Antnin.", "Il-persentaġġ tal-frazzjonijiet imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma hekk:", "|FRAZZJONI |%, | | |bil-piż | |Organiku (fdalijiet ta' |45 | |ikel, green waste,eċċ | | | Karta u kartun |20 | | Plastik |14 | | Tessili |5 | | Metall |5 | | Ħġieġ u ċeramika |3 | | Injam |1 | | Oħra |7 |", "RAĦAL ĠDID - ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA", "3978.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari numru 974 dwar vit ta' l-ilma f'section Q jara fiex waslu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 974, biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tinstalla servizz ġdid ta' l-ilma fil-post imsemmi, trid issir applikazzjoni mill-entita' responsabbli.", "S'issa l-Korporazzjoni għadha ma rċevietx tali applikazzjoni.", "VALLETTA - TEATRU RJAL", "3979.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex jinbena t-Teatru Rjali fil- Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-bini tas-sit tat-Teatru Rjal li jifforma parti mill-Proġett kollu tal-bini ta' l-Arts Centre u rijabilitazzjoni ta' l-area tad-dawra nkluż il-Bus Terminus, bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant tħejjiet Master Plan li se tkun preżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar permezz ta' Outline Development Application.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET", "4007.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżati għall-ġbir ta' applikazzjonijiet u bills payable li jiġu mitluba mill- Awtorita' tad-Djar għal kull skema li għandha, skema bi skema?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dawn il-miżati u bills payable ġewx aġġustati jew mibdula?", "Jekk ġew mibdula, jista' l- Ministru jgħid skema bi skema x'kien it-tibdil?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Bills Payable miġbura mill-Awtorita' tad-Djar fuq l-iskemi tagħha huma dawn:", "(a) Fuq Skema I - Lm 20 Fuq Skema L - Lm 10 Fuq Skema M - Lm 20 Fuq Skema N - Lm 20", "Dawn il-miżati jiġu rimborżati lill-benefiċjarji wara l-iffirmar tal- kuntratt.", "(b) Fuq Skema Numru Wieħed - Lm 5 Fuq Skema Numru Tlieta - Lm 5", "Dawn ma jiġux rimborżati lill-applikanti.", "Taħt kull skema titħallas 50c għal kull applikazzjoni.", "Mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma kien hemm l-ebda żieda f'dawn il-miżati.", "SKEJJEL - SAN MIGUEL", "4937.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b'kollox il-hydrotherapy pool li hemm fl-iskola San Miguel f'Saint Andrews u għaliex dan il-pool għadu mhux qed jintuża mit-tfal b'diżabilita?", "Hemm il-ħsieb li xi darba dan il-pool ikun fi stat li jintuża?", "Meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4982.", "SPTAR SAN LUQA - CDAU", "4938.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-case conference fis-CDAU titmexxa fuq guidelines ta' case conferences li jsiru f'Child Development Assessment Units fl-Ingilterra.", "Skond stħarriġ li sar instab li l-ġenituri jsibu ruħhom mifxula u mbeżża meta jiltaqgħu ma' team ta' professjonisti madwar mejda li jkunu qegħdin jiddiskutu lit-tifel jew tifla tagħhom.", "Wara l-case conference il-Konsulenta Pedjatra responsabbli mis-CDAU tiltaqa' mal-ġenituri u tiddiskuti magħhom ir-riżultati rispettivi tal-case conference.", "Il-ġenituri jingħataw case summary li hu appuntu rendikont tar- riżultat tal-case conference.", "Il-membri kollha tat-team jiktbu d-dettalji ta' l-assessment li jkunu wettqu u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Il-ġenituri jħossuhom ħafna aktar trankwilli w rilassati jiddiskutu ma' persuna waħda.", "Huma jingħataw il-ħin kollu biex jiddiskutu l-punti kollha li jkunu jixtiequ jqajmu u jiċċaraw.", "Il-case summary jsibuha utli ħafna biex jużawha meta jkollhom bżonn.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "5073.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-għaxar persuni li huma għalliema peripatetiċi fit-taqsima għal dawk neqsin mis-smiegħ jingħataw lap tops għax dan ikun jista' jgħinhom ħafna fix-xogħol li jagħmlu mat- tfal, l-aktar fl-użu ta' software addattat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn l-għalliema se jkollhom il-lap top mis-sena skolastika li jmiss.", "PENSJONANTI", "5074.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4387 u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3886, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku fil- ftehim tas-Servizz Ċivili ffirmat fl-1998 daħħal ukoll lill-pensjonanti tas- Servizz li rtiraw qabel l-1996?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 3954 dwar l-istess suggett.", "SKEJJEL - TAS-SNAJJA'", "5089.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' assistenti kapijiet tat-trade schools li r-riżultat ġie ppubblikat din is-sena?", "Min applika?", "Kif ingħataw il-marki?", "X'kien il-weighting ta' kull kategorija tal-kriterji differenti?", "F'kull każ, kemm ġab marki kull wieħed mill- applikanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għall-post ta' Assistent kap ta' Trade School applikaw 63 persuna.", "Persuna irtirat l-applikazzjoni tagħha.", "5 persuni ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa.", "57 persuna ġew intervistata.", "Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ippubblikat ir-riżultat u tippermetti li d-Diviżjoni tagħti breakdown tal-marki lil individwu li jitlobha.", "PEMBROKE - KAPTELL TAD-DRENAĠĠ", "5090.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-kaptell tad-drenaġġ ħdejn Block 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke peress li huwa ta' periklu u nkonvenjent għar-resident?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-manhole ta' ħdejn Block 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke ġiet irranġata fit-3 ta' Marzu, 1999.", "ANZJANI - DJAR PRIVATI", "5370.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll hemm fuq il-ħlas li anzjani qed iħallsu fi djar privati għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma hemm ebda skeda ta' tariffi fir-rigward ta' l- ammont li jridu jħallsu l-anzjani li jgħixu fi djar privati.", "SKEJJEL - RISPETT LEJN L-ANZJANI", "5371.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi edukattivi qed jittieħdu jew qed jiġu ppjanati li permezz tagħhom tinfirex fost l-istudenti żgħażagħ u t-tfal fi ċkunithom fl-iskejjel is-sens ta'rispett lejn l-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Tema dwar l-Anzjani tagħmel parti mis- Sillabu ta' l-Istudji Soċjali għall-Iskejjel Primarji u Sekondarji.", "L-istess tema hi parti mill-programm tal-PSE.", "L-emfasi huwa dejjem fuq l- edukazzjoni f'attitudnijiet pożittivi lejn l-anzjani fil-komunita'.", "Id-dipartiment tas-Servizz għall-Istudent fi ħdan id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni qiegħed jaħdem fuq proġett ta' kif l-iskola tista' tkun ta' servizz għall-anzjani fil-komunita'.", "MEDIĊINA - ŻIEDA FIL-PREZZIJIET", "5372.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4485, peress li l-Ministru ġġustifika l-għoli tal-prezzijiet ta' mediċini mportati mill- Ingilterra minħabba l-kambju għax l-Isterlina għoliet, jista' l-Ministru jindika meta fil-fatt il-mediċini mill-Ingilterra raħsu minħabba li l- Isterlina niżlet?", "Jaf il-Ministru li dan ir-roħs qatt ma rriżulta għand il- konsumatur?", "Jaf il-Ministru li ħafna mediċini mportati mill-Ingilterra fil- fatt m'għolewx?", "Jaf il-Ministru li l-prezzijiet tal-mediċini msemmija u oħrajn dejjem kienu orħos fl-Ingilterra?", "Rigward il-Benylin, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-formula qabel u x'inhi issa peress li qal li nbidlet, għaliex minn informazzjoni li għandi l-kontentut huwa kważi l-istess u ma jiġġustifikax dik iż-żieda u dan meta f'Malta din il-mediċina dejjem kienet orħos?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4485, kien fil-każ ta' l-Irfen biss li jiena ndikajt tibdil fil- kambju bħala raġuni għal żieda fil-prezz.", "Dan il-prodott jiġi mpurtat mill- Isvizzera u mħallas bi franki Svizzeri.", "Ir-raġuni għaż-żidiet fil- prezzijiet tal-prodotti l-oħra kienet minħabba żieda minn barra.", "L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ġieli ntervjena fuq mediċini mpurtati mir-Renju Unit bħalma ġara fil-każ ta' Surmontil Caps, Supplamins, Alka Selzer, fil-1997 u fil-każ ta' Actal Tabs fl-1998.", "F'dawn l-aħħar sitt xhur iċ-ċaqlieq fil-kambju ta' l-Isterlina kien negliġibbli u għalhekk kif qalet tajjeb l-Onor.", "Interpellant, ħafna mediċini mpurtati mill-Ingilterra ma għolewx.", "Ma jirriżultalix li l-prezzijiet tal-maġġoranza ta' mediċini impurtati mir- Renju Unit jinbiegħu irħas hemmhekk milli jinbiegħu hawn Malta.", "Il-Benylin Original m'għadux liċenzjat biex jinbiegħ fl-Ingilterra u għalhekk ma jistax joħroġ ċertifikat ta' 'Free sale' li mingħajru mediċina ma tistax tinbiegħ hawn Malta.", "Il-Benylin Chesty Cough Syrup li hawn bħalissa għandu livell għoli ta' Menchol, għandu konċentrazzjoni akbar ta' togħma ta' tip ta' raspberry differenti, il-livell ta' Sweetening Agents huwa għola u hemm l- introduzzjoni tal-carbopol 934 fil-prodott il-ġdid li biegħ il-prodott jaħdem aħjar fuq dawk il-partijiet tal-ħalq u l-griżmejn li jkunu rritati.", "SKEJJEL - TAGĦLIM FUQ L-UE", "5373.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-avis u tagħrif ieħor dwar l- Unjoni Ewropea sarx parti mis-sillabu tal-Form 4 matul dawn l-aħħar ġimgħat?", "Jaf il-Ministru li fil-fatt għalliema/studenti fil-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li qed jgħallmu l-History, Social Studies u Geography lil Form 4's matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom lill-istudenti fuq l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma sar ebda tibdil fis-sillabi ta' l- istorja, Ġeografija u Studji Soċjali minn Settembru 1997 'l hawn.", "Is- sillabi ta' dawn is-suġġetti huma bbażati fuq dawk ta' l-eżamijiet tas- S.E.C.", "Fil-każ tal-Ġeografija u ta' l-Istudji Soċjali, it-tema \"Unjoni Ewropeja u t-tħaddim tagħha\" tagħmel parti uffiċjali mis-sillabi ta' l-iskejjel u tas- S.E.C.", "Għaldaqstant, l-għalliema u l-istudenti huma marbutin li jimxu ma' dawn is- sillabi.", "B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma jirriżultax li dak li qed jingħad fuq li l-għalliema tal-History, Social Studies u Geography li jgħallmu lill-Form 4 qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom fuq l-Unjoni Ewropea.", "L-għalliema/studenti kollha qalu li huma mhux qed jaħdmu fuq dan is-suġġett.", "SKEJJEL - HIGHER SECONDARY", "5374.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mill- istudenti tal-Higher Secondary għandhom stipendju u oħrajn le?", "X'inhi l- bażi li jingħata l-istipendju fuq dan il-livell?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti li jattendu Giovanni Curmi Higher Secondary School kif ukoll l-istudenti li jattendu xi Sixth Form Statali jew privat, s'issa għandhom id-dritt għal stipendji jekk jissodisfaw il-kriterji mxandra f'Avviż Legali 132 ta' l-1996 u Avviż Legali 19 ta' l-1998: Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327).", "Regolamenti ta' l- 1996 dwar ir-rati ta' Allowance għal Studenti tas-Sixth Form.", "Kopja ta' l-Avviż legali se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĦWIENET - BEJGĦ", "5375.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li għadd ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija qed ibiegħu fil- ħwienet minn ħwejjeġ sa play stations u l-prezzijiet li qed jitolbu lil tal- ħwienet huma redikoli, tant li mhux talli m'humiex iħallsu VAT talli żgur qed jaqbżu kull xorta ta' kontroll biex l-affarijiet jidħlu f'Malta b'effett ħażin fuq il-kaxxa ta' Malta u tan-negozjant onest, jista' jgħid jekk il-Gvern huwiex konxju ta' dan ir-racket li qed isir fid-dawl tax- xemx?", "X'qed jagħmel il-gvern biex iwaqqaf dan l-abbuż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-Dipartiment tad-Dwana jieħu diversi passi biex jonqsu l-abbużi ta' kuntrabandu.", "Naturalment, wieħed dejjem ikun jixtieq li r-riżultati jkunu aħjar.", "Fl-istess ħin nixtieq nistieden lill-Onor.", "Membru li jekk għandha xi informazzjoni speċifika dwar dak li semmiet fil-mistoqsija tgħaddiha lid- Dwana biex ikunu jistgħu isiru aktar investigazzjonijiet.", "SKEJJEL - ASSISTENTI KAPIJIET", "5495.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru l-ewwel appointments mil- lista ta' l-1 ta' Frar, 1999 għall-postijiet vakanti ta' assistenti kapijiet ta' l-iskejjel sekondarji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ewwel riżultati ta' l-assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji kellhom jiġu irtirati mill-Kummissjoni għas- Servizz Pubbliku minħabba xi nuqqasijiet li twettqu waqt il-proċess ta' l- għażla.", "Minħabba din id-diffikulta' mhux possibbli li ssir il-ħatra ta' l- Assistenti Kapijiet fl-iskejjel sekondarji għalissa.", "MALTA SHIPBUILDING - DEJN", "5570.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Malta Shipbuilding illum?", "Kemm għamlet qliegħ/telf is-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent il-Malta Shipbuilding għandha dejn li jammonta għal Lm120,194,910.", "It-telf li għamlet din l-azjenda s-sena l- oħra kien ta' Lm10,500,000.", "ĊIRKEWWA - XOGĦLIJIET", "5571.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet iridu jsiru fil-Ponta taċ-Ċirkewwa u/jew l-Imġarr biex dawn jitranġaw ħalli jsiru aktar adattati kemm għall-użu tal-passiġġieri kif ukoll biex fihom jitrakkaw il- vapuri tal-Gozo Channel il-ġodda li s'issa għadhom qed jinbnew?", "Meta se jibda x-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li sal-lum l-Awtorita ta` l-ippjanar qatt ma ħarġet permessi għax-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet meħtiega biex joħorġu l- permessi neċessarji u jkun jista` jinbeda x-xogħol meħtieġ.", "VETTURI - VEHICLE ROAD TEST", "5572.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi u vejikoli tal- gvern, pulizija u Armata humiex se jkollhom joqogħdu għal vehicle road test bħal karozzi u vejikoli tal-privat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-vetturi kollha li huma wżati mill-gvern, pulizija u armata se jkollhom joqogħdu għall-VRT.", "SAĦĦA - NATIONAL HEALTH SCHEME", "5573.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar in-national health scheme, it- tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji privati u l-ingaġġ ta' tobba li jaħdmu ma' kumpannija privata biex isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħdidiet mal- MAM u l-Malta College of Family Doctors rigward ir-riforma fil-qasam tal- Kura Primarja se jissoktaw wara li ngħatat reazzjoni mill-Kabinett fuq ir- rapport li kien ippreżentat.", "It-taħdidiet dwar it-tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji privati għadhom għaddejjin u nittama li ma jdumx ma jiġi pprżentat rapport finali.", "Il-proposta minn kumpannija privata dwar ingaġġ ta' tobba għaċ-Ċentru tas- Saħħa ta' Birkirkara għadha qed tiġi evalwata.", "SERVIZZ ĊIVILI - TOBBA", "5574.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma t-tobba li qed jintbagħtu jinvistaw impjegati taċ- Ċivil li jkunu fuq is-sick leave?", "Kemm qed jitħalsu?", "Dawn huma tobba tal- gvern jew imqabdin mill-privat?", "Mill-privat saru xi calls for application jew tenders għal dan it-tip ta' xogħol minn kumpanniji ta' tobba li joffru dan is-servizz?", "Dan ix-xogħol qed isir minn tobba privati?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5325 fid-9 ta' Marzu, 1999.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "5575.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi skond il-Kodiċi ta' Etika tal-medical council, meta tabib jiġi mibgħut mill- employer biex jivverifika kas ta' sick leave fuq impjegat, it-tabib għandu jinforma lill-marid li għandu d-dritt illi jkollu t-tabib privat tiegħu waqt li jkun qed jiġi eżaminat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tobba li qed jintbagħtu fuq impjegati taċ-Ċivil humiex jagħmlu dan u jekk l- impjegati taċ-Ċivil ġewx mgħarfa li huma għandhom id-dritt jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tabib tal-gvern jekk it-tabib tagħhom ma jkunx preżenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li skond il-Kodiċi ta' l-Etika tal- Professjoni tagħhom, it-tobba għandhom jinfurmaw il-pazjent li għandu d- dritt li jkollu t-tabib privat tiegħu preżenti waqt l-eżami mediku.", "Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fin-negattiv.", "PIXKERIJA - QBID TA' ĦUT", "5718.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qabda tal-ħut għax-xhur ta' Jannar u Frar reġistrata fil-Pixkerija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-qabda tal-ħut reġistrata fil-Pixkerija fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kienet kif ġej:", "1999 Kwantita' (Kg) Jannar 22,457 Frar 19,876", "BIĊĊERIJA - ĊANGA/MAJJAL", "5719.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qatla taċ-ċanga u majjal fil- Biċċerija għax-xhur ta' Jannar u Frar 1998 u 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-irjus tal-majjal kif ukoll taċ-ċanga maqtula f'Jannar, Frar 1998 u 1999 kienet kif indikat hawn taħt:", "Majjal (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex)", "1998 Total 1999 Total Jannar 10,345 Jannar 10,034 Frar 9,586 Frar 9,823", "Bovini (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex)", "1998 Total 1999 Total Jannar 553 Jannar 483 Frar 508 Frar 509", "VAT - TAXXA", "5720.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien id-dħul ta' taxxa mill-VAT matul ix- xahar ta' Jannar u Frar, 1999?", "Kemm minn dawn l-ammonti jappartjenu għas- settur tal-Biedja u Sajd u meta se jsiru r-refunds lura lill-bdiewa, sajjieda u raħħala?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul net mill-VAT fl-ewwel xahrejn ta` din is-sena kien ta` Lm7,989,059.", "Minn dan, Lm7,516,341 inġabar mid-Dwana peress li l-ewwel returns tal-VAT kellhom jaslu fid-Dipartiment tal-VAT sal-15 ta` Marzu 1999.", "L-ewwel returns bis-sistema l-ġdida tal-VAT ta` dawk il-bdiewa, sajjieda u raħħala li qegħdin fuq perijodu ta` taxxa ta` tlett xhur għandhom jaslu fid- Dipartiment tal-VAT sal-15 ta` Mejju, 1999.", "Għaldaqstant, dawn il- kategoriji ta` taxpayers għadhom ma ħallsu ebda taxxa tal-VAT lid- Dipartiment taħt is-sistema l-ġdida.", "PAJJIŻI BARRANIN - ĦLAS TA' TAXXA", "5721.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill- Kamra liema huma dawk il-pajjiżi barranin li magħhom Malta għandha ftehim dwar ħlas ta' taxxa bejn iż-żewġ pajjiżi?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "KALENDARJU AGRITURISTIKU", "5722.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jespandi aktar l-attivita' tal-Kalendarju Agrituristiku sabiex il-kunsilli lokali tal-gżejjer tagħna jipparteċipaw aktar f'dan l-avveniment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: F'tarf is-sena l-oħra l-kunsilli kollha ta' pajjiżna ġew mistiedna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jieħdu sehem fil- Kalendarju Agrituristiku għas-sena 1999.", "VETTURI - VEHICLE ROAD TEST", "5727.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5010, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri kemm-il darba vettura tkun għaddiet mill-VRT jirriżultalha ħsara sussegwentement ikkawżata minn xi ħofor jew stat ħażin tat-toroq?", "X'ikun ir-rimedju taċ-ċittadin kontra l-awtoritajiet f'tali każijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-każ ipotetiku mqajjem minnu jaqa` fl-ambitu` tal-Kodiċi Ċivili li jistabilixxi il-proċeduri u r-rimedji kollha li jistgħu japplikaw.", "PULIZIJA - GĦASSA TAŻ-ŻURRIEQ", "5759.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk qattx kellu l-esperjenza li jżur l-Għassa tal-Pulizija li qiegħda fit-Torri ta' Wied iż-Żurrieq?", "Jaf li din tinsab fi stat miżeru, inuman u degradanti?", "Jaf li din l-għassa mhux akbar minn tlett metri wiesgħa bi tlett metri tul tant li l-pulizija li jkun hemm m'għandux fejn idur?", "Jaf li ilu ma jsir xogħol ta' manutenzjoni snin kbar u l- kondizzjoni tal-ġebla tinsab fi stat deterjoranti?", "Jaf li l-pulizija li jkun duty f'din l-għassa m'għandux fejn jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dan it-torri ilu jintuża bħala għassa tal-Pulizija għal bosta snin.", "Huwa veru li l-akkomodazzjoni f'dan il-post hija limitata ħafna, pero' peress illi dan huwa bini storiku ma jistax isir alterazzjoni fih.", "Ta' min isemmi ukoll illi viċin ta' din l- għassa hemm faċilitajiet sanitarji pubbliċi.", "OPM - DELEGAZZJONIJIET", "5760.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "AFFARIJIET BARRANIN - DELEGAZZJONIJIET", "5761.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - DELEGAZZJONIJIET", "5762.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid- dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "EDUKAZZJONI - DELEGAZZJONIJIET", "5763.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "DJAR - ATTARD - TAL-FUKLAR", "5822.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-bini ta' maisonettes f'Tal-Fuklar, f'Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mplimentat ix-xogħol ta' landscaping kif stipulat fil-kondizzjoni Nru. 8 tal-permess tal-bini (PA 4079/95/DC01)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qiegħed jikkonsulta lill-kunsill lokali dwar il-pjanta tal- landscaping.", "Hekk kif ikun hemm qbil dwar din il-pjanta jibdew jitħejjew l- offerti biex ix-xogħol meħtieġ isir possibilment għal bidu tas-sena 2000.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5858.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5471, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-risposta parlamentari numru 5471 tas-Seduta Nru. 76.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5859.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5470, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-risposta parlamentari numru 5470 tas-Seduta Nru. 76", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5860.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5469, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l- overtime f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-risposta parlamentari numru 5469 tas-Seduta Nru. 76.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5861.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5468, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l- overtime f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-risposta parlamentari numru 5468 tas-Seduta Nru. 75.", "PIXXINA NAZZJONALI - MASSEUR", "5866.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex fil-kumpless tal- Pixxina jkun hemm masseur?", "Jekk iva meta, kemm kien hemm nies li applikaw, kif saret l-għażla u x'qed jiggwadanja l-kumpless mill-ħlas li qed jiġu ċċarġjati l-klijenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li ma nħarġet ebda sejħa sabiex ikun hemm masseur fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.", "PIXXINA NAZZJONALI - UFFIĊINI", "5867.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jibnu xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali?", "Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għalkemm żmien?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda sejħa sabiex jinbnew xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.", "PIXXINA NAZZJONALI - TINDIF", "5868.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kuntrattur inkarigat mit-tindif tal- kumpless tal-Pixxina Nazzjonali?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu l-ħlas dovut kif ukoll jinkludi t- tender?", "F'każ li għal xi raġuni jew oħra dan il-kuntrattur ikun nieqes mix- xogħol, imur xi ħadd minfloku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kuntrattur inkarigat mit-tindif tal- Pixxina Nazzjonali huwa l-Bad Boy Cleaners Co. Ltd.", "Dettalji dwar il-ħlas dovut kienu ingħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1775.", "Għad qatt ma kien il-każ li l-kuntrattur kien nieqes mix-xogħol.", "PIXXINA NAZZJONALI - OFFERTA", "5869.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender tal-Bar & Restaurant tal-Pixxina Nazzjonali?", "X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l- għeluq u jekk hux qed jinżammu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bar tal-Pixxina Nazzjonali huma:", "Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 08.00 - 14.00 u 16.00 - 18.00 Is-Sibt - 08.00 - 16.00 u 17.30 - 22.30 Il-Ħadd - 08.30 - 16.30", "Matul ix-xhur tax-xitwa kien hemm żmien li dawn il-ħinijiet ma nżammux minħabba nuqqas ta' nies li jiffrekwentaw il-Pixxina.", "Fis-sajf mistenni li l-ħinijiet jerġgħu lura għan-normal.", "Kopja tal-kuntratt se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA", "5870.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-maġġoranza tal-ħaddiema fil- kumpless tal-Pixxina Nazzjonali qegħdin b'kuntratt li jiġġedded kull xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa qiegħda tkun studjata l-aħjar struttura ta' tmexxija għall-Pixxina Nazzjonali.", "Il-kuntratti definiti tal- ħaddiema għandhom ikunu studjati fid-dawl ta' dan l-eżerċizzju.", "SCIENCE LAB TECHNICIANS", "5871.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews tas-Science Lab Technicians?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm applikaw u kemm hemm vakanzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassumi li din id-domanda tirreferi għas-sejħa ta' l- applikazzjonijiet għal Laboratory Officers I/II (Biology) tal-5 ta' Novembru, 1998.", "Informat li l-intervisti jsiru mmedjatament meta l-Kunsill ta' l- Universita' jaħtar il-membri fuq il-Bord tas-Selezzjoni.", "Kien hemm disgħa applikazzjonijiet u hemm tlett vakanzi.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - DIRETTURI", "5892.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għal post ta' direttur fid- dipartiment: 1) Building & Engineering; 2) Waste Management Strategy Implimentation; 4) Building Construction Industry; 4) Finance & Administration; u 5) Manufacturing & Services?", "Min kienu l-persuni li applikaw u x'inhu l-grad tagħhom illum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Billi l-applikazzjonijiet għall-postijiet imsemmija ġew maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Prim Ministru.", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - DIRETTUR", "5893.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat sabiex jimtela' l-post ta' direttur tat-toroq?", "Min huma l-applikanti u f'liema grad qegħdin ilum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li applikazzjonijiet bħal din jirċevuhom fl-Uffiċċju tal-Management Personnel Office.", "Għalhekk din il- mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat.", "BAĦAR IĊ-CAGĦAQ - SURFACING", "5894.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kuntrattur qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' surfacing f'Baħar iċ-Ċagħaq?", "F'kemm-il fażi jikkonsisti dan is-surfacing u kemm hu l-valur ta' kull fażi?", "X'differenza hemm fil-valur tax-xogħol kif qiegħed isir issa meta mqabbel ma' surfacing b'mod tradizzjonali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-trials li qed isiru s-Salina qed isiru mir-Roads Group li essenzjalment jinkludi l-maġġorparti tal- kuntratturi li jaħdmu fit-toroq.", "Ix-xogħol qed isir taħt kuntratt li jiswa Lm49,000.", "Il-fażijiet tal-kostruzzjoni ma jinkludux biss is-surfacing iżda jinkludu ukoll it-tneħħija tal-wiċċ l-antik, ir-recompaction u t-tqegħied tal-base u wearing courses.", "L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tkun tista` tingħata wara li t-trials jiġu analizzati f`diskussjonijiet bejn d- Dipartiment tat-Toroq, il-konsulenti Ġermaniżi u l-kuntratturi li jagħmlu dan ix-xogħol.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - MOSTA ROAD", "5895.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-periti u technical officers li ppreparaw id-disinji u qegħdin jieħdu ħsieb ix-xogħol ta' Mosta Road, San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol qiegħed jiġi koordinat mill-Kunsill Lokali.", "KONSORZJU MIDI", "5896.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-ewwel letter of intent lill- konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?", "Jista' l- Ministru jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja tal-ftehim preliminari li kien sar bejn il-Gvern u l-konsorzju u li jġib id-data tat-22 ta' Diċembru, 1993 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BIRGU - POLLUTION CONTROL SECTION", "5901.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fl-area ta' taħt Sant'Anġlu hemm iċ-ċentru tal-Pollution Control Division, jista' l-Minsitru jgħid jekk dawn humiex se jkollhom jiċċaqilqu minn hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-Pollution Control Section fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent se tiċċaqlaq u bħalissa għaddej proċess biex jiġi identifikat post alternattiv.", "BAĊIR NRU.", "1 - VAPURI", "5902.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Baċir Nru. 1 humiex se jidħlu aktar vapuri meta jibda x-xogħol fuq il-marina tal-Kottonera?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jidhirli li għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk il- Baċir numru 1 huwiex se jkollu l-istess funzjoni li għandu llum meta jibda x-xogħol fuq il-proġett, issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati.", "MONUMENT TAL-ĦELSIEN TA' MALTA", "5903.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument li jfakkar il-Ħelsien ta' Malta huwiex se jintlaqat minħabba l-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jidhirli li din il-mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministeru ta' l-Ambjent.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "5904.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonsidra li meta jkun lest il-proġett ta' Pjazza Sta.", "Margerita, f'Bormla t-tmexxija tal-ground li se jkun hemm fl-area tgħaddi f'idejn it-team tas-St.", "George's?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta x-xogħol ikun lest, il-ground jgħaddi f'idejn il-Ministeru responsabbli li jiddisponi minnu skond il-proċeduri stabiliti u għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "5905.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid minn fejn se jibdew jgħaddu l-purċissjonijiet bħal tal- Kunċizzjoni, l-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, meta mill-pjanti tal-proġett ta' Pjazza Sta.", "Margerita jidher li t-triq użata bħalissa quddiem il-Kunsill Lokali ta' Bormla, mhux se tibqa' teżisti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-pjanti ġie maħsub illi peress illi dawn il-purċissjonijiet jirrappreżentaw tradizzjoni importanti u sabiħa, dawn jibqgħu jgħaddu mill-istess post li qegħdin jgħaddu minnu bħalissa.", "BORMLA - GROUND", "5906.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jikber kemm possibbilment jista'?", "X'se jkun id-daqs ta' dan il-ground?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi m'hemmx possibbilta' li l-ground ta' quddiem l-Iskola Primarja ta' Bormla jikber, iżda se jibqa' kif inhu bħalissa."]} {"filename": "20010328_524d_par.doc", "date": "2001-03-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 524 L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 524", "L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "524", "L-Erbgħa, 28 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 110", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 110", "TQEGĦID TA' KARTI 115", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI U TA' L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA DWAR", "NUQQAS TA' FIDUĊJA FIL-PRIM MINISTRU U FIL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U", "GVERN LOKALI 115", "AĠĠORNAMENT 142", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 147", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 523 li saret fit-28 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI", "24472.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljanza saret s'issa għall-fatt li għalkemm il-kuntratti ta' tindif u ġbir ta' skart fin-Naxxar saru jiswew aktar minn qabel, il-kwalita` tas- servizz naqset ħafna?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Kemm-il darba d-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant tirriferi għall-kwalita` tas-servizz fil- kazijiet ta` ġbir ta' l-iskart domestiku u tindif ta' toroq, il-field services branch regolarment tippubblika survey li tkun għamlet f'kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex u dawn is-surveys dejjem tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt nista' nżid li l-aħħar survey li sar tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra madwar ġimgħatejn ilu.", "AWTORITA` TA' L-IPPJANAR", "24473.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru l- ispezzjonijiet meħtieġa mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex jiġi verifikat jekk ix-xogħlijiet kollha fil-bini ġewwa u barra l-Berġa ta' Kastilja fis- sena 2000 u bejn Jannar u Marzu ta' l-2001 sarux bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Saret spezzjoni minn uffiċjali ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar fejn ġie nnotat xi xogħol li sar ġewwa l-Berġa ta' Kastilja fiż-żmien imsemmi.", "Dan jikkonsisti fi tkomplija ta' restawrazzjoni u manutenzjoni fil-pjan sotterran (kopert b'permess PA3269/95, maħrug fis-17/10/95), installazzjoni ta' lift (kopert b'permess PA6337/94 maħrug fis-6/6/95), kif ukoll xogħol ta' manutenzjoni ordinarja fl-ewwel sular li ma jirrekjedix permess ta' żvilupp.", "Qiegħed isir skavar u tħammil investigattiv taħt is-sorveljanza tad- dipartiment tal-mużewijiet fil-pjan sotterran biex jigi stabbilit kif jistgħu jsiru xogħlijiet ta' pedamenti b'konnessjoni ma' l-izvilupp propost f'applikazzjoni PA7165/98.", "AWTORITA` TA' L-IPPJANAR", "24474.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sal-lum, x'applikazzjonijiet saru quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar għal xogħlijiet fuq il-bini tal-Berġa ta' Kastilja, ġewwa u barra?", "X'deċiżjonijiet ħadet l- awtorita` ta' l-ippjanar f'kull applikazzjoni sottomessa?", "X'rakkmandazzjoni għamel il-heritage advisory committee dwar l-applikazzjonijiet?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (f'isem il-Minstru ta' l-Intern): Ninsab infurmat li minn Ottubru 1998, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet li jipproponu xogħol fuq il-bini tal-Berġa ta' Kastilja, liema żewġ applikazzjonijiet għadhom pendenti.", "Ma' jidhirlix li l-opinjoni tal-heritage advisory committee, l-HAC, li huwa biss bord konsultattiv, għandha tkun pubblikata qabel ma jkun iffinalizzat ir-rapport finali dwar l-applikazzjoni, jiġifieri d- development permit application report, li jħejji d-direttorat.", "L-opinjoni ta' l-HAC għandha tkun magħrufa meta jitlesta dan ir-rapport.", "Dan ir- rapport sal-lum jintbaghat lill-applikant.", "Fl-emendi proposti tal-ligi l- ġdida dan se jibda jsir pubbliku u kulħadd se jkun jista' jikseb kopja tiegħu.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: X'diffikulta` qed isib is-Segretarju Parlamentari li jpoġġi kopja tar-rapport tal-heritage advisory committee fuq il-Mejda tal- Kamra?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Mr Speaker, kif diġa` għedt, dan huwa biss bord konsultattiv u ġaladarba l-mistoqsija ma tirrigwardax policy imma tirrigwarda applikazzjoni partikolari, ma jidhirlix li f'din il-Kamra għandna b'xi mod nagħtu sempliċement opinjoni tal-heritage advisory committee.", "Din l-opinjoni tiġi ppubblikata meta d-development permit application report jingħata u jiġi mibgħut lill-applikant u ovvjament lill- perit tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux is-Segretarju Parlamentari li din m'hijiex trasparenza, aktar u aktar meta hemm każi fejn il-membri tal-heritage advisory committee kellhom konflitt ta' interess?", "Jiena kont semmejt f'dan il-Parlament – ma nafx jiftakarx l-Onor.", "Pullicino – li rajt minuti li jindikaw li meta riedu dawn qalu li għandhom konflitt u xorta baqgħu jieħdu sehem jispjegaw il-parti bħala ta' l-iżviluppatur u meta riedu ma tkellmu xejn u baqgħu preżenti.", "Allura ma jidhirlux li f'ġieħ it-trasparenza għandu jkun hemm opinjoni?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Bir-rispett kollu, żgur li n-naħa l-oħra tal-Kamra m'hijiex se tagħtina lezzjonijiet fit-trasparenza għax il-liġi li għamilna aħna fl-1992 kienu huma li dawruha f'Lulju ta' l-1997 u b'hekk naqqsu l- aċċess għall-informazzjoni.", "Bil-liġi kif qed nagħmluha aħna se jkun hemm ħafna aktar aċċess għall-informazzjoni u ħafna aktar trasparenza.", "Jekk l-Onor.", "Joe Mizzi jaf b'xi każijiet fejn kien hemm persuni li ma ddikjarawx il-konflitt ta' interess, nitolbu jgħidhomlna u mbagħad naraw, imma mhux niġu mitluba nagħtu l-opinjoni tal-bord konsultattiv fuq kwalunkwe applikazzjoni meta dik l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata u r-rapport tad-direttorat għadu ma tlestiex.", "Irridu nifhmu li l-heritage advisory committee huwa biss bord konsultattiv li jiġi kkonsultat kif jiġu kkonsultati l-ħafna dipartimenti u aġenziji tal-gvern meta jkun hemm kwalunkwe applikazzjoni.", "Ġaladarba huwa bord konsultattiv jidhrilna li l-opinjoni tiegħu għandha toħroġ meta jitlesta r-rapport tad- direttorat li jiġbor l-opinjoni tad-dipartimenti u l-korpi kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob lis-Segretarju Parlamentari jirriferi għall- aġġornament li għamilt jien meta kkwotajt il-minuti u rriferejt għall-fatt li dawn iddikjaraw li għandhom interess imma baqgħu preżenti fil-bord u kienu qed jirrappreżentaw l-iżviluppatur, u rriferejt ukoll għal minuti oħra li juru li meta kien qed jiġi diskuss l-istess suġġett ma kien hemm l- ebda riferenza li dawn kieneu advisors tagħhom.", "Issa apparti dan, jidhirlu s-Segretarju Parlamenti - li tant qed jiftaħar bit-trasparenza - li hija trasparenza li jkun l-istess gvern tiegħu li jagħti skandli billi f'uffiċini tad-dipartiment ta' l-ambjent f'Santa Luċija, l-istess dipartiment qed jordom il-fdalijiet tat-teatru l-antik tal- Belt u jaqbad u jaqla' t-twieqi u l-bibien tal-bini biex jibda xogħol u dan kollu bla permess?", "Jaf li kellha tkun l-oppożizzjoni li nformat lill- awtorita` ta' l-ippjanar li qed isir dan l-iskandlu u xorta waħda ma tteħdux il-passi?", "Is-Segretarju Parlamentari jidhirlu li din hija trasparenza?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Il-fatt innifsu li l-Onor.", "Joe Mizzi qed jgħid ġo din il-Kamra għal darba oħra li membri li qegħdin fuq bord iddikjaraw l- interess tagħhom u marru jirrappreżentaw il-każ ta' l-applikant jew tad- dipartiment, huwa fatt ċar li min kellu konflitt ta' interess x'jiddikjara, iddikjarah.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, li issa għamel verbali, jiena nformat li l-enforcement officer investiga l-każ s-Sur Louis Vella li huwa r- rappreżentant tal-ministeru ta' l-ambjent fuq il-bord ta' l-awtorita`, kien hu li ġie kkuntatjat mill-awtorita` ta' l-ippjanar stess....", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk hux fuq l-insistenza tiegħek ...", "Onor. Joe Mizzi, inti ċittadin bħal kull kwalunkwe persuna oħra, membru tal-bord ukoll u kif jirrapportaw ħafna nies meta jkun hemm każijiet ta' abbużi, inti għamilt xogħlok kif għandek id-dmir li tagħmel bħala ċittadin u bħala membru tal-bord, l-awtorita` ta' l-ippjanar ħadet il-każ tiegħek u investigatu.", "Tant hu hekk li anke kkuntatjat lis-Sur Louis Vella li huwa r- rappreżentant tal-ministeru ta' l-ambjent fuq l-istess bord ta' l- awtorita`, u s-Sur Louis Vella qal lill-membri ta' l-awtorita` sabiex jikkuntattjaw lis-segretarju permanenti fil-ministeru ta' l-ambjent biex jgħidulu bil-fatt.", "Ġie wkoll informat id-direttur tal-mużewijiet dwar din il-problema u minkejja li s-Sur Louis Vella fil-preżent huwa msiefer, meta ġie kkuntattjat qal li huwa ċċekkja u m'huwiex l-environment protection department li huwa nvolut.", "Qal ukoll li għandu jiġi nformat il-ministeru ta' l-ambjent.", "Dan fil-fatt tant sar li x-xogħlijiet twaqqfu u l-perit responsabbli mid-dipartiment tax-xogħlijiet qal li dak li ġara kien minħabba xi nuqqas ta' ftehim.", "Minbarra f'hekk l-awtorita` ta' l-ippjanar innotifikat it-trasferiment għal dak li għandu x'jaqsam mal-materjal u d- direttur ġenerali tal-ministeru għall-ambjent talab li ssir investigazzjoni u jsir rapport.", "Dan hu l-mod kif l-awtorita` ta' l-ippjanar taġixxi fuq kwalunkwe każ.", "Dan il-każ inzerta irrapportah l-Onor.", "Mizzi, imma ma' dan il-każ jidħlu ruxmata ta' każi oħrajn matul il-ġurnata mill-pubbliku in ġenerali.", "Imbagħad tittieħed l-azzjoni, kif ittieħdet hawnhekk bil-fatti kif semmejt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-fatti kif qed jgħidhom l-Onor.", "Pullicino m'humiex korretti għax ħalla ħafna affarijiet barra.", "Huwa jaf li jiena stess ippersistejt ma' l-istaff taċ-chairman biex jibgħat l-enforcement officer ħalli jispezzjona dik is-site għax kien qed isir xogħol mingħajr permess, imma l-aktar ħaġa li ta' min wieħed jikkundana kienet li ġew imwittija ġebel ta' bini storiku tat-teatru l-antik.", "Jiena tlabt li jsir rapport u jsiru l-investigazzjonijiet.", "Jaf is-Segretarju Parlamentari li wara li ġejt infurmat li mar l- enforcement officer u wara li erġajt staqsejt x'ġara, ma jirriżultax li kien hemm rapport fuq il-ġebel tal-bini storiku li qiegħed mirdum?", "Jaf is- Segretarju Parlamentari li jien erġajt insistejt mas-segretarju tal-bord biex jinforma lir-rappreżentant ta' l-ambjent, il-Prof.", "Vella, li nsistejt ukoll li jinforma lid-direttur tal-mużewijiet sabiex jintbagħtu nies taħt rappreżentanti tal-mużew sabiex ineħħu t-terrapien u jtellgħu dak il-ġebel ta' bini storiku?", "Ma jidhirlux s-Segretarju Parlamentari li din m'hijiex trasparenza?", "Kif qal hu stess, l-awtorita` s-soltu tieħu l-passi minn jedda, allura kif ma ħaditx passi fuq xi ħaġa li kienu jafu biha?", "Ma jidhirlux li m'hijiex trasparenza li jrid ikun xi ħadd mill-oppożizzjoni iġib għall-attenzjoni ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex skandli bħal dawn ma jsirux, aktar u aktar mid-dipartiment ta' l-ambjent?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi bl-ebda mod ma jikkontradixxi l-fatti kif mogħtija minni u kif espressi ġo din il-Kamra meta elenkajt l-azzjoni li saret.", "Jekk l-Onor.", "Joe Mizzi għamel rapport, ngħidlu prosit u grazzi talli għamel dak ir-rapport biex l-awtorita` tkun tista' tinvestiga.", "Fil-fatt hekk qiegħda tagħmel l-awtorita`.Jekk l-Onor.", "Mizzi jaħseb li dan huwa kontradittorju għal dak li kien qed jgħid hu, jiena minn din in-naħa nista' ngħid li l-fatti kif espressi hawnhekk bl- ebda mod ma jikkontradixxu dak li l-Onor.", "Joe Mizzi qiegħed jipprova jgħid.", "AWTORITA` TA' L-IPPJANAR", "24475.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-applikazzjoni 00387/01 quddiem l- awtorita` ta' l-ippjanar, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r- rakkmandazzjonijiet tal-heritage advisory committee?", "Jistgħu jittieħdu passi biex Villa Fieres tiġi ppreservata fl-istat li hi biex jiġi ssalvagwardjat il-wirt storiku u kulturali tant marbut mal-komunita` ta' San Ġiljan?", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-twegiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "24474 f'din l-istess seduta.", "KASTILJA - SUPERVIŻJONI", "24476.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid ix-xogħlijiet li saru fuq il-bini tal-Berġa ta' Kastilja, ġewwa u barra, tul is-sena 2000 u bejn Jannar u Marzu ta' l-2001 taħt is-superviżjoni ta' liema periti saru?", "Kif ingħataw dawn il-kuntratti dawn il-periti?", "Xi ħlasijiet se jsiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fil- Berġa ta' Kastilja saru taħt is-superviżjoni tal-periti konsulenti Architecture Project.", "Dawn intgħażlu bħala esperti ewlenin fuq xogħol ta' ristorazzjoni wara konsultazzjoni mal-Valletta Rehabilitation Committee.", "Ta' dan ix-xogħol, li jinkludi preparazzjoni ta' sketches, stima tax- xogħol, sottomissjonijiet ta' applikazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati, preparazzjoni ta' working drawings, speċifikazzjonijiet u bills of quantities, tħejjija ta' rapporti fuq l-offerti, twettiq ta' superviżjoni waqt ix-xogħlijiet, tħejjija ta' ċertifikati tax-xogħol u reviżjonijiet oħra, Architecture Project jitħallsu bir-rata ta' 8.5% fuq il- valur tax-xogħol, li hija r-rata kurrenti tal-gvern għal xogħol u responsabiltajiet simili.", "KASTILJA", "24477.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo): staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'koordinazzjoni saret ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar; mal-Valletta Rehabilitation Committee; mal- ministru għall-ambjent u mad-dipartiment tal-mużewijiet dwar ix-xogħlijiet li saru fil-bini, ġewwa u barra, tal-Berġa ta' Kastilja fis-sena 2000 u minn Jannar sa Marzu ta' l-2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab infurmat li saru l-applikazzjonijiet neċessarji lill-awtorità ta' l-ippjanar dwar ix- xogħlijiet fil-Berġa ta' Kastilja.", "Sar qbil li għandu jiġi sottomess masterplan kif ukoll li jiġi appuntat monitoring committee biex jissorvelja x-xogħol.", "Il-Valletta Rehabilitation Committee jiġi kkonsultat mill-Awtorità ta' l- Ippjanar waqt il-proċess ta' l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni.", "Ix-xogħol kollu li qed isir jiġi kkoordinat minn periti fid-diviżjoni tax- xogħlijiet fi ħdan il-ministeru ta' l-ambjent.", "Barra minn hekk, ix- xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi qed isiru taħt is-superviżjoni ta' inġiniera mill-istess diviżjoni.", "Id-dipartiment tal-mużewijiet dejjem jiġi msejjaħ fuq is-sit tax- xogħlijiet kull meta jkun hemm indikazzjoni ta' sejbiet li jista' jkollhom valur storiku.", "UNJONI EWROPEA", "24545.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia): staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal-Ministru, cioe' li l-UE timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l- ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott laħam abjad?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "UNJONI EWROPEA", "24546.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia): staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal-Onor.", "Ministru cioe` li l-UE timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-zokkor?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "UNJONI EWROPEA", "24547.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia): staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-konferma tal-Ministru u cioe` li l-UE timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq l-għalf ta' l- industrija tat-tjur u l-bhejjem?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24541.", "GWARDJANI LOKALI", "24550.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia): staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal tar-Rabat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jeżisti breakdown bl-istess mod tal-warnings li jagħtu l-gwardjani?", "Il-gwardjani suppost li għandhom proċedura li biha qabel joħorġu ċitazzjonijiet jagħtu warnings.", "Qed tinżamm xi statistika ta' dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Subject to correction, pero' ma naħsibx li hemm proċedura ta' warnings.", "Su due piedi ngħid m'hemmx imma rrid niċċekkja l- liġi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien fil-fatt informat li ċerti wardens qed jingħataw struzzjonijiet biex minflok jagħmlu warnings minnufih joħorġu ċ- ċitazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Fil-liġi m'hemm l-ebda proċedura li tgħid li tista' toħroġ warning minflok ċitazzjoni, pero` din qed ngħidha subject to correction.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali bejn Jannar u d-19 ta' Marzu 2001 fil-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "24551; u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport Annwali taċ-Ċentru Finanzjarju ta' Malta għas-sena 2000 u financial statements ta' l-istess Ċentru għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru, 2000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI U TA' L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA DWAR NUQQAS TA' FIDUĊJA FIL-PRIM MINISTRU U FIL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nipproponi li:", "\"Din il-Kamra tar-Rappreżentanti:", "Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi ta' l-arrest tas-Sur Andre` Carbonaro, membru tas-segretarjat privat tal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali l-Onor.", "Austin Gatt, mit-taqsima tad-droga tal-pulizija, li ttella' quddiem il-qorti b'akkuża ta' reati kontra l-liġijiet tal-kambju;", "Wara li rat it-tweġiba parlamentari mogħtija mill-Onor.", "Austin Gatt fejn iddeskriva l-impjieg tas-Sur Carbonaro fis-segretarjat privat tiegħu bħala dak ta' \"secretariat officer.", "Additional responsibilities - Private secretary\", (PQ 11539, datata 29 ta' Novembru 1999), liema kariga timplika funzjonijiet ewlenin fi ħdan l- operat tal-Ministeru tal-Ġustizzja;", "Wara li kkunsidrat ir-riżenja ta' l-Onor.", "Gatt minn Ministru u r- rifjut immedjat ta' din ir-riżenja mill-Prim Ministru l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, għar-raġuni mogħtija pubblikament, li ma kien hemm l- ebda konnessjoni bejn ir-reat li bih hu mixli s-Sur Carbonaro u l- funzjonijiet li kien qed jeżerċita fil-Ministeru ta' l-Onor.", "Gatt;", "TIKKUNDANNA lill-Onor.", "Prim Ministru Fenech Adami u l-gvern immexxi minnu, talli qegħdin jirrikorru għal strataġemmi ta' riżenji finti, biex responsabbli għolja tal-gvern jevitaw li jagħtu rendikont ta' għemilhom;", "ISSOSTNI li l-Ministru Gatt iġorr responsabbilta` diretta, personali, politika u amministrattiva għall-aġir tas-Sur Carbonaro li lilu fada post ta' importanza kbira fit-tmexxija tal-Ministeru tiegħu, u li l- Ministru Gatt ma għarafx jissodisfa l-kriterji ta' ġudizzju politiku u d-dmirijiet li joħorġu mir-responsabbilta` ministerjali li għandu;", "TISTQARR in-nuqqas ta' fiduċja tagħha fil-Prim Ministru u fil-Minsitru Gatt, minħabba l-imġiba tagħhom f'dan il-każ mill-aktar serju, li jkompli ma' sensila ta' każi oħra fejn il-gvern ta' Dr Fenech Adami wera li ma jimportah xejn mill-valuri ta' trasparenza u ta' responsabbilta` li huma l-pern ta' kull demokrazija vera;", "TESIĠI li ssir inkjesta parlamentari dwar il-każ tas-Sur Carbonaro.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn ftehim biex il-ħin jinqasam ugwalment bejn in-naħa tal-gvern u n-naħa ta' l-oppożizzjoni bl-oppożizzjoni tintroduċi u tikkonkludi d-dibattitu.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, wasal iż-żmien li dan il-parlament jibda jifhem li l-gvern għandu jkun serju u responsabbli.", "L-ewwelnett din il-mozzjoni ġabuha b'idejhom il-Ministru Austin Gatt u l-Prim Ministru stess għax wara li nqala' l-każ tas-Sur Andre` Carbonaro fl-24 ta' Marzu, il-Ministru Gatt bagħat l-ittra ta' riżenja pero` l-Prim Ministru rrifjuta din ir-riżenja mingħajr ebda spjegazzjoni.", "Imbagħad ġara li ġejna f'dan il-parlament u minflok iddibattejna l-affarijiet u minflok ma l-Ministru Gatt qagħad jirrispondi l-mistoqsijiet tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex wieħed ikun jaf il-verita` l-istess ministru beda jagħmel ċerti kondizzjonijiet lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa nixtieq ngħid li l-ministeru tal-ġustizzja m'huwiex ministeru ordinarju, bħal, per eżempju, l-ministeru tal-biedja jew ta' l-industrija, bir-rispett kollu.", "Il-ministeru tal-ġustizzja jinkorpora fih il- ġudikatura, files li huma ta' serjeta` kbira, petizzjonijiet u ħafna affarijiet oħra relatati mal-ġustizzja.", "Issa hawnhekk il-Ministru Gatt kien indika li fost in-nies li għandu fil-ministeru tiegħu, is-Sur Andre` Carbonaro huwa l-ħames wieħed fil-lista bħala secretariat officer; additional responsibilities - private secretary.", "Mela hawnhekk qed nitkellmu fuq persuna li tieħu ħsieb l-affarijiet tal- Ministru Gatt.", "Issa jien ċert li l-ministru ma bagħtux hu lil dan il- bniedem biex jagħmel ir-reati li qed jiġi akkużat bihom għax kieku hawnhekk qed niddiskutu affarijiet oħra.", "Jien naħseb li hawnhekk tidħol ir-responsabbilta` politika tal-Ministru Gatt bħala l-bniedem li għandu jissodisfa l-kriterji tal-ġudizzju politiku.", "Is-Sur Carbonaro li għandu kull dritt ikollu d-difiża tiegħu fil-qorti – fil-fatt illum bdiet il-kawża tiegħu quddiem il-maġistrat - ġie arrestat fit-13 ta' Marzu, mill-pulizija tad-Drug Squad.", "Issa jien li għandi ftit esperjenza fil-Korp tal-Pulizija nista' ngħid li meta jkunu qed jiġru warajk il-pulizija tad-Drug Squad, ma jkunux qed jiġru warajk biex jaraw jekk mortx tagħmel xi mħatra l-Marsa.", "Dawn ikunu ilhom iduru warajk u l- informazzjoni li għandi hija li dawn il-pulizija kienu ilhom isegwu lis- Sur Carbonaro u lil persuna ta' nazzjonalita` Libjana li hija miżżewġa Maltija.", "Fit-13 ta' Marzu l-Ministru Gatt kien jaf li ġie arrestat is-Sur Carbonaro u l-għada ddeċieda li jikteb lill-Prim Ministru u jgħidlu li jrid jirriżenja, pero` fl-opinjoni tiegħi dan qisu qallu li jekk jista' ma jaċċettax ir-riżenja.", "Qed ngħid hekk għax fl-ittra dan kiteb hekk:", "''Nifhem li minkejja li m'għandi l-ebda responsabbilta` personali ...''.", "Jien ma nafx kif qed igħid hekk il-ministru meta s-segretarju privat tiegħu li ġie deskritt bħala persuna b'additional responsibilities ġie arrestat mill-pulizija tad-Drug Squad.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq eluf u eluf ta' dollari mhux fuq xi ċekk ta' Lm50.", "Fl-ittra tiegħu l-Ministru Gatt kompla qal hekk:", "''Is-sempliċi fatt li s-Sur Carbonaro kien parti mis-segretarjat privat tiegħi jista' jkun ta' mbarazz politiku għall-gvern, minkejja s- suspetti tal-pulizija dwaru humiex fondati jew le.''.", "Dawn is-suspetti huma fondati żgur għax dan il-bniedem ġie akkużat.", "Mela kemm hi kbira li l-ministru qed jikteb lill-Prim Ministru u jgħidlu \"minkejja s-suspetti humiex fondati jew le\" meta issa rriżulta li s- suspetti mhux talli kieku fondati talli dan huwa każ prima facie li għaddej quddiem il-maġistrat, biex ma ngħidx affarijiet oħra!", "Fil-fatt meta ġie akkużat sieħbu l-Libjan, is-Sur Carbonaro kważi ried jammetti dak il-ħin u żammewh milli jammetti għar-raġunijiet ta' piena.", "Pero` din hija kwestjoni oħra.", "Mr Speaker ̧ lill-Ministru Gatt nixtieq nistaqsih jekk bejn it-13 u l-14 ta' Marzu qabel ma kiteb l-ittra tar-riżenja kellimx lill-Kummissarju George Grech dwar l-arrest tas-Sur Carbonaro; nafu li s-Sur George Grech u l- Ministru Gatt ġieli tkellmu bejniethom.", "Per eżempju, meta ftit tas-snin ilu kien hemm il-kwestjoni tal-bus ticketing u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar ikellem lill-Kummissarju, xi tliet sigħat wara dan żvela l-informazzjoni lill-Ministru Austin Gatt pero`dwar dan kienet infetħet inkjesta.", "Jista' jkun li l-Ministru Gatt mar ikellem lill-kummissarju biex jara jekk l-akkuża hux se tkun dwar droga jew dwar affarijiet oħra?", "Issa jien m'iniex se noqgħod ngħid min seta' żamm l-affarijiet u min ma żammx jew kemm għamlu xogħolhom sew il-pulizija għax dak tarah il-qorti u ħaddieħor.", "Jien għandi fiduċja fil-pulizija u fl-ispettur investigattiv għax dan il- bniedem, li inzertajt nafu, huwa ta' l-affari tiegħu.", "Pero` huwa żgur li fl-affarijiet kif ġraw m'hemmx trasparenza.", "Issa ħalli naraw x'jiġri f'pajjiżi oħra meta xi ħadd jagħmel ħafna affarijiet inqas minn dawn.", "Per eżempju, Peter Mendelson, ministru fil- gvern ta' Tony Blair ̧ fuq sempliċement użu ta' mobile phone, għax ċempel lil sieħbu u qallu biex jipproċessa applikazzjoni ta' wieħed Indjan bħalu biex jingħata ċ-ċittadinanza Ingliża ̧ kellu jirriżenja.", "(Interruzzjonijiet) Per eżempju, meta ħabtet train l-Ingilterra kellu jirriżenja ministru.", "Il-Ministru Refalo qed jidħak għaliex sema' l-mobile phone.", "Min jaf hu kemm ċempel!", "(Interruzzjonijiet)", "Issa ħalli nerġa' niġi għall-każ tas-Sur Carbonaro.", "Il-ministru beda jgħid li dan kien screened u mhux screened pero` ma nafx kemm dan huwa korrett.", "Per eżempju, l-informazzjoni li għandi jien hija - naħseb li l-ministru kien jaf, bħalma jaf kulħadd - li dan il-bniedem kien jaħdem mal-Bank of Valletta u rriżenja.", "Allura l-ministru ma jafx għalfejn dan irriżenja mill- Bank of Valletta?", "Ma jafx li dan kien għamel żmien ma' l-ex-ministru De Marco, llum President, u għal xi raġuni ma baqax?", "Naħseb li l-Ministru Gatt jaf li dan il-bniedem kien sottomess għall-proċeduri ta' dixxiplina quddiem bord apposta biex jiddeċiedi fuq il-każ.", "Il-Ministru Gatt huwa wieħed miċ-champions biex ikun jaf ħafna affarijiet għax meta kien segretarju ġenerali tal-partit Nazzjonalista għamel żmien fuq dawn l- affarijiet u ma naħsibx li se jbellagħhielna li ċerti affarijiet fuq \"dak\" u fuq l-\"ieħor\" ma kienx jafhom.", "Il-ministru jaf fiex kienet tikkonsisti l-investigazzjoni li s-Sur Carbonaro kien sottomess għaliha fil-Bank of Valletta fejn kien jaħdem?", "Minkejja li lill-ministru kien hemm min fetaħlu għajnejh, dan ried jibqa' għaddej.", "Din m'hijiex serjeta`.", "U huwa għalhekk li jien qed ngħid li din kienet ittra ta' riżenja finta u kollox qisu huwa miftiehem bejn il- partijiet.", "U huwa għalhekk li ma nafx kemm nistgħu neħduh bis-serjeta`.", "Hawnhekk ma rridux ninsew lanqas kemm l-Onor.", "Gatt kien iħambaq fil-kunsill nazzjonali tal-partit tiegħu li l-kapijiet tad-dipartimenti jridu jkunu ta' l-istess twemmin politiku tal-gvern tal-ġurnata.", "Il-poplu għandu jkun jaf aktar dwar dan il-każ u l-oppożizzjoni għandha d- dover li tesiġi li tkun taf aktar x'ġara eżattament.", "Ladarba l-Prim Ministru jirċievi ittra ta' riżenja dan għandu jara l-affarijiet sew u l- gvern m'għamel l-ebda investigazzjoni interna.", "U kieku din l-aħbar ma ħarġuhiex tas-Super 1 naħseb li tan-naħa l-oħra lanqas kienu jitkellmu fuqha.", "Naħseb li din l-aħbar kienu jdawruha b'mod differenti imma ġara li s-Super 1 ma ħamilx li l-affarijiet jibqgħu sejrin hekk.", "Dak li għamel il-Ministru Gatt għamlu l-Prim Ministru qablu jiġifieri m'għandux għalfejn joqgħod jinkwieta daqshekk.", "Fil-fatt il-Prim Ministru kien instab ħati – naħseb li dan il-każ kien agħar minn dan tal-lum għax f'dan il-każ għadna ma nafux il-Ministru Gatt huwiex ħati jew le – mill- kummissjoni ta' l-impjiegi li hija kostitiwita u protetta mil-liġi kostituzzjonali, li fuq il-każ ta' ċertu wieħed Camilleri kiser il- Kostituzzjoni u għalhekk ried jirriżenja, pero` l-ex-president, Ugo Mifsud Bonnici deherlu li r-riżenja ma kellux jaċċettaha.", "Din x'serjeta` hi?", "Imbagħad għax il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qal li rridu naraw x'se nagħmlu fuq il-każ tas-Sur Andre` Carbonaro, il-Ministru Gatt kien qallu li jekk jinvestigaw u hu ma jinstabx ħati għandu jirriżenja l-Kap ta' l- Oppożizzjoni!", "Mela lil Żeppi l-Ħafi l-Prim Ministru tah il-proklama bla kondizzjonijiet u l-Ministru Gatt għamel il-kondizzjonijiet!", "Jista' wieħed jimmaġina suspettat jagħmel il-kondizzjonijiet lill-pulizija?!", "Issa l- poplu Malti ma jafx li din m'hijiex serjeta`?", "Illum il-poplu Malti huwa mxebba' bl-arroganza tal-partit Nazzjonalista għax il-ħażin tagħhom dawn iridu jagħtuh lilna.", "Per eżempju ̧ meta ħarab il-priġunier El Azzabi ħareġ l-Onor.", "Tonio Borg jgħid li l-poplu huwa responsabbli!", "Tajba din!", "Il- poplu jrid jirrispondi f'każ li jaħrab xi ħadd!", "Anke Pamela Hansen qalet lill-Ministru Gatt to grow up.", "Fil-fatt nhar il- Ħadd fuq il-gazzetta din ikkwotatu u qalet hekk:", "\"I will resign if you prove me wrong on the condition you resign if you don't\".", "Dan qal li din hija mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u minn dak li jixtieq ikun kap, pero` b'dawn l-affarijiet m'hu se jasal imkien għax din mhijiex serjeta`.", "Dan bħal meta l-Ministru Gatt mar fuq programm tar- radju immexxi minn Dr. Georg Sapiano u l-qassis tagħhom Fr. Joe Borg, u ta wieħed x'jifhem li huwa mxebba' bil-kap tiegħu l-Onor.", "Eddie Fenech Adami u li kif ikollu ċ-ċans jidħol għal din il-kariga.", "Pero` issa, għax jidher li kollox sejjer żmerċ u li sab dan is-salvawomu tal-Prim Ministru, qed jitfa' l-alleanza.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Dawn huma riżenji finti u fil- partit Nazzjonalista qed tirrenja farsa sħiħa bil-Prim Ministru jirriżenja taparsi, bil-Ministru Tonio Borg iwaħħal fil-pubbliku għall- ħarba ta' El Azzabi u bil-Ministru Gatt jirriżenja, liema riżenja ma tiġix aċċettata.", "Għalhekk il-Ministru Gatt spiċċa ċ-ċirasa ta' fuq il-cake.", "Dan kollu juri li l-partit Nazzjonalista m'huwiex miexi b'dik is-serjeta` li jixtieq il-poplu Malti.", "Il-poplu xeba' jisma' dwar partit fil-gvern li jkun imdawwar b'nies imċappsin imbagħad ngħidu li qed isiru tajba - issa kulħadd jaf kemm kienu tajba - jew nies ta' karattri shady li ma tkunx taf x'inhuma.", "Dan kollu jirrifletti ħażin fuq is-serjeta` ta' pajjiżna u ma jistax ikun li dan il-pajjiż jitħalla jimxi hekk.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq segretarju privat tal-ministru tal-ġustizzja li ġie nvestigat mill-pulizija tad-Drug Squad u ġie akkużat ...", "Issa safejn naf jien meta l-pulizija jkollhom każ tad-droga jirriferuh lid-Drug Squad u meta jkollhom każ fuq frodi, jirriferuh lill-Fraud Squad.", "Allura għalfejn lis-Sur Carbonaro minflok irriferewh lill-Fraud Squad minħabba l-exchange control, ħallewh taħt id- Drug Squad?", "Il-Ministru Gatt ilu jipprova jaħrab ħafna affarijiet.", "Per eżempju, reġgħet faqqgħet il-bużżieqa l-oħra ta' Reuben Sciberras li skond mistoqsija parlamentari dan kien fis-segretarjat tal-ministru.", "Fil-fatt dan kien in-numru 2 fil-lista u kien jaħdem bħala communications coordinator pero` wara li dan kien involut fit-tqassim tal-wardens, spiċċa general manager u qed imexxi hu meta lill-ministru kienu ilhom jiftħulu għajnejh dwar dan.", "Per eżempju, il-koperattiva tal-gwardjani lokali xebgħet tipprova titkellem miegħu u turih ċerti affarijiet pero` din irċeviet biss acknowledgements.", "Fil-fatt jien informat li fil-ġranet li ġejjin din se tagħmel stqarrija għall-istampa għax is-Sur Reuben Sciberras li kien fl-istess ministeru tas-Sur Carbonaro imma irriżenja qabel ...", "Issa anke hawnhekk ma nafx kemm hu korrett il-mod li bih mexa s-Sur Sciberras, pero` ċerti affarijiet tkun tafhom mill-investigazzjoni.", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll li lill-ministru kienu qed jistaqsuh għalfejn il-kunsill lokali tal-Belt kien qed iħallas Lm7 s-siegħa lill- kumpannija tal-gwardjani lokali għas-servizz minflok Lm4.90.", "Il-poplu Malti għandu jkun jafhom dawn l-affarijiet għax dawn il-flus qed joħorġu minn bwietu.", "Per eżempju, il-ministru jaf li f'Tas-Sliema saru madwar 200,000 taħrika preskritta taħt is-sistema tal-gwardjani lokali?", "Jaf il- ministru li l-gwardjani lokali jitħallsu bil-¥1.67 u li dawn qed jiswew lill-pubbliku Malti madwar Lm15 kull siegħa?", "Per eżempju, għalfejn bis- sistema ta' l-infurzar tal-liġijiet li suppost qed tiġi kkontrollata mill- eżekuttiv, il-ministru telaq kollox u ħalla kollox f'idejn il-kumpanniji privati bi prezz esaġerat?", "Pero` l-agħar ħaġa kienet li l-ministru ħass li kellu jirriżenja u ma talabx li ssir investigazzjoni indipendenti qabel ma l-Prim Ministru jiddeċiedi mod ieħor.", "Is-serjeta` hekk titlob pero` l- ministru din m'għamilhiex u għalhekk qed iqumu s-suspetti.", "Allura għalfejn il-ministru ma jridx jilqa' din l-isfida?", "Jekk il-ministru verament iħobb it-trasparenza, l-onesta`, il-valuri nsara u s-serjeta` għandu jaqbel ma' din il-mozzjoni u jesiġi li jkun hemm inkjesta parlamentari indipendenti fuq il-każ tas-Sur Carbonaro.", "Jekk ma jsirx hekk il-ministru jkun qed juri nuqqas ta' serjeta`, pero` fuq il-Prim Ministru mhux se nikkummenta għax dan kien ħażin mill-bidu nett.", "Il- ministru għallinqs kiteb ittra ta' riżenja pero` l-Prim Ministru ħa l- vizzju li jibqa' għaddej u l-verita` hi li llum ħadd m'għadu jieħdu bis- serjeta`.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi każi għaliex ma nieqaf qatt.", "Għalhekk dwar il-każ tas-Sur Carbonaro dan il-parlament għandu jara li toħroġ il-verita` fl-interess tal-poplu Malti kollu u fl-interess tad- demokrazija.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Mr Speaker, jien inħtart Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-24 ta' Settembru ta' l-1998 u Ministru tal-Ġustizzja fl-24 ta' Marzu ta' l-1999.", "Fit-18 ta' Novembru 1998 jien ktibt lis-segretarju tal-kabinett fejn indikajtlu x-xewqa tiegħi li s-Sur Carbonaro jiġi ingaġġat bħala segretarju privat.", "Is-Sur Carbonaro kien ilu mpjegat mal-gvern sentejn u kellu grad 16 fis-servizz pubbliku.", "Konsegwentement iċ-ċaqliqa tiegħu għal mas-segretarjat privat tiegħi ma kienx ingaġġ ta' xi persuna ġdida minn barra s-servizz iżda ingaġġ ta' persuna fis-servizz li kienet qed tagħmel xogħol fis-servizz pubbliku.", "B'ittra tas-6 ta' Jannar ta' l-1999 jien kont ġejt informat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien hemm oġġezzjoni għall-ħatra tas-Sur Carbonaro fuq il-bażi biss li s-Sur Carbonaro ma kellux il-grad rikjest skond ir- regolamenti li kien ħareġ dan il-gvern.", "Minħabba f'hekk l-uffiċċju tiegħi reġa' kiteb lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'April biex is-Sur Carbonaro jiġi ngaġġat bħala secretariat officer u li din il-ħatra tkun backdated sat- 28 ta' Settembru 1998 meta nħtart jien oriġinarjament.", "Bħal fil-każijiet kollha ta' l-ingaġġi fis-segretarjati privati tal-ministri u skond regoli maħruġa biss minn dan il-gvern, is-Sur Carbonaro ġie screened mill-pulizija u ma nstab xejn kontra tiegħu.", "Eventwalment fl-4 ta' Mejju l-Uffiċċju tal- Prim Ministru aċċetta n-nomina tas-Sur Carbonaro bħala secretariat officer u fit-8 ta' Ġunju 1999 is-Sur Carbonaro ffirma l-kuntratt relattiv li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kuntrarjament għal dak li ġie allegat, mill-ewwel sa l-aħħar ġurnata tax- xogħol tiegħu ̧ is-Sur Carbonaro dejjem tħallas bħala secretariat officer u mhux bħala segretarju privat u jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-P3s relattivi tiegħu li jekk jitqabblu mas-salarji li hemm u li tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra wieħed jinduna mill-ewwel li l-ħlas tiegħu huwa ta' secretariat officer u mhux ta' segretarju privat.", "Sa Ottubru tas-sena 2000 jien la kelli segretarju privat u lanqas assistent segretarju privat.", "Fil-fatt is-segretarju privat tiegħi, is-Sur Grech, inħatar fit-12 ta' Ottubru 2000 u għadni sal-lum m'għandi lil ħadd fil-pożizjzoni ta' assistent segretarju privat.", "Għalhekk irrid nikkonstata li sitt xhur qabel ma s-Sur Carbonaro ġie arrestat diġa` kien hemm persuna oħra bħala segretarju privat.", "Dan il-fatt kien ukoll pubbliku għax kien aċċessibbli fuq l-internet, jekk ma rrispondejtx xi domanda minn dak iż-żmien 'l hawn.", "Qed ngħid dan għax ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11539 - li ilha tikkwota l-Oppożizzjoni u li hija msemmija fil-mozzjoni u li għaliha rriferew diversi drabi fejn is-Sur Carbonaro ġie deskritt bħala secretariat officer b'additional responsibilities private secretary ingħatat fid-29 ta' Novembru 1999, sena qabel ma jien appuntajt is- segretarju privat tiegħi u sena u nofs qabel ma seħħ dan il-każ.", "Pero` indipendentement mill-argumenti ta' x'kien jew ma kienx jew id- deskrizzjoni tal-pożizzjoni li kellu, ir-realta` hi - dan huwa fatt li nistgħu nippruvawh - li s-Sur Carbonaro dejjem għamel l-istess xogħol fis- segretarjat tiegħi mill-ewwel ġurnata sa l-aħħar ġurnata.", "Ix-xogħol tiegħu kien li jżomm id-diary, jagħmel l-appuntamenti, jieħu t-telefonati u jieħu ħsieb il-korrispondenza ġenerali.", "Għalhekk ix-xogħol li jien assenjajt lis- Sur Carbonaro kien purament amministrattiv u ma kellu ebda xogħol delikat jew konness ma' affarijiet serji kif ġie allegat mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Is-Sur Carbonaro f'ebda mument ma kellu x'jaqsam mat-tfassil, implimentazzjoni jew deċiżjonijiet dwar policy, direttivi jew diskussjonijiet dwar dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi jew ma' kitba jew korrispondenza li kienet riferibbli għal xi dipartiment speċifiku li jaqa' fid-dekasteru tiegħi.", "Dawn kollha kienu direttament taħt uffiċjali oħra tas-segretarjat tiegħi.", "Is-Sur Carbonaro lanqas qatt ma kien involut f'xi laqgħa fejn ġiet diskussa policy jew xogħol ta' xi dipartiment li għalih jien responsabbli u lanqas biex iżomm il-minuti, għajr forsi għal xi laqgħa fil-bidu nett sentejn u nofs ilu.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien imma jista' jixhdu kull segretarju permanenti, kull direttur, kull assistent direttur, ħaddiema oħra fis- servizz pubbliku, organizzazzjonijiet u individwi privati li jien iltqajt magħhom f'dawn is-sentejn u nofs.", "Għalhekk huwa ċar u probabbli li s-Sur Carbonaro la kellu xogħol delikat u wisq inqas affarijiet serji f'idejh.", "In vista ta' l-insinwazzjonijiet magħmula mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jkun tajjeb li ngħid ukoll li jien lis-Sur Carbonaro ma kontx nafu personalment qabel ma nħtart segretarju parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dan ma kienx canvasser tiegħi f'ebda elezzjoni ġenerali u lanqas kont naf lill- familja tiegħu.", "Fil-fatt ġejt introdott miegħu minn persuna li tafna t- tnejn wara li nħtart segretarju parlamentari.", "Qed ngħid hekk biex ikun ċar li jien ma kelli ebda obbligu lejn is-Sur Carbonaro u ma kont qed inpatti għall-ebda pjaċir jew għajnuna li jien sibt mingħandu qabel ma nħtart.", "Jien ġejt informat mill-pulizija li s-Sur Carbonaro kien ġie arrestat f'xi ħin nhar it-Tlieta, 13 ta' Marzu 2001, ftit qabel il-ħin tal-parlament meta kien imiss lili nitkellem fl-għeluq tat-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kostituzzjoni fejn konna qegħdin niddiskutu l-introduzzjoni tal- kunsilli lokali.", "L-għada fid-9.00 a.m. jien mort l-uffiċċju tal-Prim Ministru fil-parlament u offrejtlu r-riżenja tiegħi.", "Jien la qgħadt nistenna jekk is-suspetti tal-pulizija jirriżultawx fondati u wisq inqas qgħadt nistenna jekk is-Sur Carbonaro jiġix akkużat.", "Bejn meta ġejt informat bl-arrest u meta rajt lill-Prim Ministru l-għada filgħodu, jien la kellimt lill-istess Prim Ministru u lanqas lil ebda persuna oħra fil-gvern jew fil-partit dwar il-każ u d-deċiżjoni tar-riżenja kienet biss tiegħi u wasalt għaliha b'konvinzjoni waħdi.", "L-allegazzjoni li kien hemm xi attentat minni jew minn xi ħaddieħor li jinħeba dan l-inċident hi, fl- opinjoni tiegħi, banali.", "Għalkemm ma stennejtx lill-pulizija takkuża lis- Sur Carbonaro qabel ma tajt ir-riżenja tiegħi jidhirli li etikament, kemm jien kif ukoll il-media tal-Partit Laburista, kellna nistennew sakemm il- pulizija tispiċċa l-investigazzjoni u tressaq lis-Sur Carbonaro l-qorti, jekk jirriżultawlha l-provi qabel ma dan il-fatt joħroġ.", "Għal min hu kurjuż għalfejn jien offrejt ir-riżenja, is-sempliċi fatt li persuna fis-segretarjat tiegħi tiġi arrestata fuq suspett li kisret il-liġi huwa biżżejjed skond il-prinċipji li almenu jien nemmen fihom biex lili jobbligani li nagħmel il-pass li għamilt.", "M'għandix responsabbilita` diretta, personali, politika jew amministrattiva għal dak li ġara.", "Jien responsabbli, jekk trid tgħid hekk, li l-fiduċja li tajt lill-persuna sentejn u nofs ilu, ġiet ittraduta minn dik il-persuna u għax irrikonoxxejt din ir-responsabilita` offrejt li nirriżenja.", "Mr Speaker, jien bdejt biex stqarrejt il-fatti kollha għax nemmen li dan il- parlament irid jiġġudika l-aġir tiegħi fuq il-fatti u mhux fuq il-paroli.", "Żgur li ma għamiltx din l-istqarrija għall-benefiċċju tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Sant il-fatti jafhom għaliex huma kollha pubbliċi iżda qatt ma kellu rispett għall-verita` tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- Onor. Sant fil-politika dejjem mexa bil-prinċipju li l-għan jiġġustifika l- mezzi u l-għan uniku tiegħu huwa li jkun fil-gvern akkost ta' kull tgħawwiġ neċessarju.", "Għalhekk u għalhekk biss ma nistax ma nsemmiex l-ipokrezija politika tal-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Sant li llum jippretendi li huwa l- paladin tal-korrettezza politika mentri l-fatti juru għal kollox bil- maqlub.", "Il-fatti li se nsemmi mhux se nsemmihom biex niġġustifika l-każ tiegħi imma se nsemmihom biss biex nuri li dak li jippriedka llum l-Onor.", "Sant huwa għal kollox differenti mhux biss minn kif mexa bħala prim ministru imma minn kif mexa proprju ftit xhur ilu.", "F'kull każ li se nsemmi - u se nsemmi ħamsa mhux tnejn - ħadd ma refa' ebda responsabbilta`, ħadd ma offra riżenji, ħadd ma ntalab jirriżenja, ma saret l-ebda stqarrija fil-parlament u ma ntalbet jew saret ebda risposta.", "L-ewwel każ jikkonċerna lill-Onor.", "Charles Buhagiar meta kien ministru responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi.", "Fit-2 ta' Novembru ta' l-1996, ftit wara l-elezzjoni, l-Onor.", "Buhagiar ingaġġa lil ċertu Noel Xuereb bħala xufier.", "(Interruzzjonijiet) Nidħku wara, Onor. Sant.", "Fl-14 ta' Frar ta' l- 1997 ix-xufier tal-ministru ġie arrestat u akkużat b'lottu klandestin u ġustament il-ministru l-għada keċċih.", "M'hemmx dubju li l-Onor.", "Buhagiar mexa korrettament iżda l-Onor.", "Buhagiar la offra r-riżenja u lanqas talabhielu l-Onor.", "Sant.", "Issa billi l-ewwel l-Onor.", "Sant daħak u jien ipprevedejt li se jidħak għax hawnhekk qed nitkellmu fuq xufier, issa se nsemmi nies li la kienu xufiera u lanqas bidilli.", "Jien se ngħid kif aġixxa l-Onor.", "Sant meta kien prim ministru fil-każ ta' Frans Sammut.", "Fis-26 ta' Settembru ta' l-1995 is-Sur Frans Sammut li kien kap ta' skola ttella' b'azzjoni dixxiplinarja quddiem il-PSC wara li ġie akkużat li b'riżultat dirett ta' l-azzjonijiet li mexa bihom u b'nuqqas ta' imġiba professjonali u etika nħolqot sitwazzjoni fl-iskola li kellu hu fejn ir-relazzjonijiet tant marru lura li effettwaw b'mod negattiv lit- tmexxija ta' l-iskola.", "Dan sar sena qabel ma l-Onor.", "Sant ġie elett prim ministru.", "Minkejja dawn l-akkużi gravi quddiem il-PSC, malli l-Onor.", "Sant ġie elett prim ministru, ħa lis-Sur Sammut fis-segretarjat privat tiegħu u sena wara, l-akkużi kollha li kien hemm quddiem il-PSC waqgħu kollha għax id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kiteb li m'għandux aktar interess li jkompli bil-każ ladarba s-Sur Sammut ma baqax fid-dipartiment ta' l- edukazzjoni imma mar ma' l-Onor.", "Sant.", "Għalhekk intesa kollox.", "Issa jien ma naħsibx li waqt li kien ma' l-Onor.", "Sant is-Sur Sammut kien jagħmillu t- te` jew isuqlu l-karozza!", "Issa se nitkellem ftit fuq l-Onor.", "Sant bħala kap ta' l-oppożizzjoni.", "Fit- 28 ta' Diċembru ta' l-1996 l-Onor.", "Sant innomina lis-Sur Norman Zammit bħala chairman tal-METCO, waħda mill-korporazzjonijiet ewlenin.", "Sentejn u disa' xhur wara, meta l-Onor.", "Sant kien reġa' sar kap ta' l-oppożizzjoni, is-Sur Zammit ġie akkużat b'serq ta' pitturi.", "Issa l-każ tas-Sur Carbonaro seħħ sentejn u sitt xhur wara li jien innominajtu u l-każ tas-Sur Zammit seħħ sentejn u disa' xhur jiġifieri hemm tliet xhur differenza.", "Forsi ftit jew wisq nistenna li l-Onor.", "Sant jirriżenja minn kap ta' l- oppożizzjoni imma dan lanqas qal li kellu xi responsabilita` fuq dan il- każ.", "Każ riċentissimu huwa dak tas-Sur Raymond Attard li huwa kandidat tal- Partit Laburista fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali u li peress li huwa l- aktar bniedem li ġab voti f'Raħal Ġdid, dan ħa l-kunsill lokali.", "M'hemmx dubju li d-deċiżjoni li s-Sur Attard ikun kandidat tal-Partit Laburista kienet ta' l-Onor.", "Sant.", "F'Novembru ta' l-1995 s-Sur Attard instab ħati li waqt id-dimostrazzjoni ta' l-għaqda tan-numri dan sawwat u kkaġuna ġrieħi ħfief lil disa' persuni, fosthom lil Peppi Azzopardi, lil Fr Joe Fsadni u lil Natalino Fenech.", "Illum dan il-bniedem huwa sindku Laburista b'deċiżjoni ta' l-Onor.", "Sant.", "Issa se nsemmi l-aktar każ lampanti ̧ fl-opinjoni tiegħi, ta' l-Onor.", "Joe Mizzi li kien ministru mingħajr portafoll fl-uffiċċju tal-prim ministru.", "Fil-25 ta' Ottubru ta' l-1995 ċertu Anton Sevasta ġie akkużat fil-qorti bi produzzjoni u tqassim ta' software tal-Microsoft li kien ikkuppjat.", "Dan ġara sena qabel l-elezzjoni.", "F'Jannar ta' l-1996, disa' xhur qabel l- elezzjoni, il-qorti tal-maġistrati ddeċidiet li hemm prima facie provi biżżejjed biex is-Sur Sevasta jgħaddi ġuri u tela'.", "Imbagħad fl-4 ta' Novembru ta' l-1996, 10 xhur wara li kien hemm deċiżjoni tal-qorti li dan irid jgħaddi ġuri, dan ġie ngaġġat fis-segretarjat privat ta' l-Onor.", "Joe Mizzi f'executive clerical grade u din analoga – dawn ma kellhomx id- distinzjonijiet li għandna aħna - preċiż għas-Sur Carbonaro.", "Dan ifisser li persuna b'ġuri pendenti ddaħħlet taħdem fis-segretarjat privat ta' l- uffiċċju ta' l-Onor.", "Joe Mizzi li kien responsabbli mill-pulizija, mit- telekomunikazzjonijiet u mill-MITTS.", "Barra minn hekk fit-22 ta' Jannar ta' l-1997 is-Sur Sevasta għadda ġuri, instab ħati, weħel Lm5,000 multa u sena priġunerija sospiża għal erba' snin u minkejja dan kollu baqa' fl-impjieg sakemm tan-naħa l-oħra spiċċaw mill-gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dawn l-affarijiet approvahom l-Onor.", "Sant pero` qatt ma talab riżenji fuqhom jew xi inkjesta.", "Jien semmejt fatti inkontestabbli u jekk hemm bżonn, dawn il-files nistgħu nesebuhom mingħajr problema.", "Dan huwa r- record ta' l-Onor.", "Sant u dawn il-fatti dokumentabbli nistgħu nipprovawhom u fuq il-bażi ta' dawn il-fatti dan il-parlament jista' jiġġudika min jimxi ta' raġel hawn ġew.", "Issa nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' korrispondenza dwar in-nomina tas-segretarjat privat tiegħi b'riferenza partikolari għall-ħatra tas-Sur Andre` Carbonaro bħala secretariat officer fl-istess Ministeru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nixtieq nagħmel intervent qasir ħafna għaliex il-mozzjoni tgħid li \"tikkundanna lill-Prim Ministru Fenech Adami u lill-gvern immexxi minnu talli qegħdin jirrikorru għal strateġemmi ta' riżenji finti biex ir-responsabbli għolja tal-gvern jevitaw li jagħtu rendikont ta' għemilhom.\".", "Minn dan il-paragrafu jidher ċar li qed niddiskutu din il-mozzjoni għax l-Onor.", "Austin Gatt, kif għadu kif spjega hu stess, immedjatament malli sar jaf li persuna fis- segretarjat tiegħu ġiet arrestata, l-għada filgħodu – dan jien nikkonfermah - ġie l-uffiċċju tiegħi biex jgħarrafni dwar dan.", "L-Onor.", "Gatt kien qalli li dwar dan il-każ ma ħass li kellu l-ebda responsabbilta`, pero` minkejja dan ħass li ladarba din il-persuna ġiet nominata minnu huwa kellu joffri r-riżenja tiegħu.", "Jien staqsejtu jekk kellux indikazzjoni li dan ir-reat allegat jew dawn ir-reati allegati setax kellhom xi konnessjoni max-xogħol tiegħu pero` huwa qalli li dan il-bniedem sempliċement kien jieħu ħsieb id-diary u l-appuntamenti u ma' jagħmel xejn aktar.", "Jien għidtlu li fuq din l-ispjegazzjoni ma kellux għalfejn joffri r- riżenja imma ladarba din kien laħaq kitibha u kien qed joffrihieli, jien kelli nikteb fuqha li ma kontx se naċċettaha.", "Jien naħseb li dak li għamel l-Onor.", "Gatt kien b'sens ta' irġulija, jiġifieri ma kien hemm ebda raġuni li jien naċċetta r-riżenja.", "Imbagħad niġi ffaċċjat b'kundanna li jien u l-gvern tiegħi m'aħniex responsabbli!", "Jien għadni kif smajt b'attenzjoni dak li qal l-Onor.", "Austin Gatt dwar kif iġib ruħu l-Onor.", "Alfred Sant, kemm bħala prim ministru kif ukoll bħala kap ta' l-oppożizzjoni u lill-Onor.", "Sant nixtieq infakkru ftit f'dawk li jissejħu ipokriti.", "L-ipokrezija hija xi ħaġa li tispikka fil-mozzjoni mressqa minnu meta l-background tiegħu għadu kemm spjegahulna tant tajjeb l-Onor.", "Austin Gatt.", "L-Onor.", "Sant m'għandux għalfejn jieħu skandli għax m'hawnx biex tieħu skandli u ċertament li llum sirna nafu kif ġab ruħu hu f'ċirkostanzi li jistgħu jixbħu lil dawn li qegħdin jiġu allegati.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia żeffen lili fin-nofs billi qal li dakinhar li ngħatat is-sentenza mill-kummissjoni dwar l-impjiegi fil-każ tas-Sur Emmanuel Camilleri jien kont għamilt riżenja finta.", "Niftakar li dakinhar jien kont fil-karozza sejjer lejn id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u smajt ir-reżukont ta' dik is-sentenza fuq ir-radju li kienet tgħid li jien kont aġixxejt b'diskriminazzjoni politika.", "Jien mill-ewwel għedt li din hija xi ħaġa li ridt nirriżentaha bil-qawwa kollha u dakinhar stess filgħaxija sejjaħt lill-membri tal-Kabinett u għedtilhom li jekk is- sentenza kienet qed tgħid hekk, jien kelli nirriżenja u fil-fatt hekk għamilt.", "Jien stess kont mort bl-ittra għand il-President, pero` hu m'aċċettahiex.", "Naħseb li l-Onor.", "Anġlu Farrugia, bħala ex-supretendent tal-pulizija, bħala avukat u bħala membru ta' din il-Kamra jaf - jekk ma jafx infakkru – li jien kont għamilt kawża fil-Qorti Ċivili biex nimpunja dik is-sentenza fil-konfront tiegħi personali.", "Kawżi kontra l-prim ministri u kontra l-gvernijiet – kemm tiegħi u kemm ta' qabli – hawn bil- gzuz, pero` nerġa' ntenni li jien ̧ l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, Prim Ministru, għamilt kawża u għedt li ma kontx se naċċetta r-riżultanzi ta' dik il-kummissjoni.", "Dik il-kawża baqgħet pendenti sa meta saret l-elezzjoni ta' l-1996, u l- prim ministru suċċessur tiegħi, dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, ċeda dik il-kawża mingħajr ma kkonsultani.", "Għalija din hija prova li dik il- kundanna tal-kummissjoni ma kenitx fil-konfront ta' l-Onor.", "Eddie Fenech Adami imma kienet fil-konfront tal-prim ministru.", "Effettivament meta mbagħad bdiet tinstema' dik il-kawża u rriżultaw l-affarijiet niftakar li ma mortx nikkonsulta għax ma kontx se nitkellem fuq hekk.", "Nista' ngħid li Dr Carmelo Mifsud Bonniċi li kien l-avukat ta' Emmanuel Camilleri ddikjara fil-qorti li hu ma kienx qiegħed isostni li jien personalment għamilt xi inġustizzja imma li l-inġustizzja saret mill-burokrazija tal- gvern tal-ġurnata li jien kont prim ministru tiegħu u allura saret fil- konfront tal-prim ministru.", "Mr Speaker, jien nixtieq nattira l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia li meta l-kap ta' l-oppożizzjoni ċeda dik il-kawża bħala prim ministru ma kienx qed iċedi l-kawża tal-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami għax ma kellu ebda prokura tiegħu imma kienet konferma li jien personalment ma kelli ebda responsabbilta`.", "Fil-fatt kieku ma setax iċedi din il-kawża.", "Mr Speaker, kif għedt diġa`, jien m'iniex se nitkellem fit-tul imma nixtieq insemmi biss fatt. Jien għandi fiduċja sħiħa fil-Ministru Austin Gatt u rrid infaħħru għax-xogħol li għamel.", "Kuntrarjament għal dak li semma l- Onor. Anġlu Farrugia, l-Onor.", "Austin Gatt qiegħed imexxi l-ministeru tiegħu b'effiċjenza, b'serjeta` kbira u b'impenn kbir u r-riżultati tal- ħidma tiegħu jinħassu.", "Jien deherli li ma kelli ebda raġuni għalfejn nitlef il-fiduċja tiegħi fih għax kien hemm xi ħadd li ġie arrestat u eventwalment ġie akkużat fuq affarijiet li issa jidher - jien kont naf biss mill-Onor.", "Gatt – li ma kellu x'jaqsam xejn max-xogħol tal-ministru.", "Nerġa' ngħid li jien ġejt invokat f'din il-mozzjoni għax sempliċement – insostni li għamilt tajjeb u tajjeb ħafna - ma aċċettajtx ir-riżenja ta' l-Onor.", "Austin Gatt.", "Jiena naħseb li hija ipokrezija li tiġi l-oppożizzjoni li mingħajr ma tistenna ebda riżultanzi ta' xejn, tagħmel l-akkużi u tgħid li l-ministru għamel sew li offra r-riżenja meta nafu li f'każijiet simili l-kap ta' l- oppożizzjoni ma ħassx li għandu jgħid lill-ministri tiegħu biex jirriżenjaw.", "Għalhekk ma nistax nifhem għalfejn ġejna ffaċċjati b'mozzjoni bħal din li żgur ma tagħmilx ġieħ lil din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, naħseb li huwa l-politiku li m'għandux sens ta' etika u ta' irġulija ̧ li lest li jieħu rikba minn kull karru li jgħaddi minn quddiemu u li fl-istess ħin jiġi jaqa' u jqum minn jekk il- politiku konċernat - f'dan il-każ il-Ministru Gatt - għandux tort jew le li jibda jallega u jitfa' t-tajn.", "L-oppożizzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant ilha tagħmel hekk; għamlet hekk qabel l-1996 u qed terġa' tagħmel hekk fil- preżent.", "Issa nqala' l-każ ta' l-impjegat fil-ministeru tal-Ministru Austin Gatt u naħseb li meta l-oppożizzjoni semgħet lill-Onor.", "Austin Gatt jitkellem u jispjega l-fatti, indunat li dan m'għamel xejn ħażin.", "Pero` l-Kap ta' l-Oppożizzjoni xorta ddeċieda li jieħu rikba politika minn fuq dan il-karru.", "Qed ngħid dan għax kif inqala' dan il-każ, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma ra xejn, ħataf l-okkażjoni kif għamel drabi oħra u rikeb dan il-karru għax naħseb li rraġuna bil-mod li rikba politika b'xejn m'huwiex ta' min jitlifha.", "Għalhekk bħas-soltu ma tax kas fejn kien sejjer dan il-karru u hu u sħabu, bil-media Laburista b'kollox bdew isabbtu u jgħajtu għax riedu li jismagħhom kulħadd.", "Pero` l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma ndunax li dan il- karru daħħlu fi sqaq u meta nduna kien tard wisq għax ġie hawn u talab biex issir inkjesta.", "Imbagħad l-Onor.", "Austin Gatt ġustament qallu li ladarba jrid li ssir inkjesta ̧ kien lest li jaċċetta basta jkun hemm nies serji.", "Qallu wkoll li jekk mill-inkjesta jinstab li hu ̧ jiġifieri l-Onor.", "Gatt ̧ ikun għamel xi ħaġa ħażina ̧ hu jkun lest li jirriżenja imma jekk isibuh innoċenti għandu jirriżenja l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk jiddispjaċini ngħid li dan baqa' msakkar ġewwa l-isqaq li daħal fih u s'issa ħarab minn din ir-riżenja.", "Jekk jirriżulta li l-Onor.", "Gatt jinstab li m'għamel xejn ħażin il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għandu jirriżenja għax mhux l-ewwel darba li dan ipprova jħammeġ lin-nies.", "Għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li jrid jagħmel ġustizzja fuq ħaddieħor imma mbagħad mhux lest li joqgħod għall-prinċipji tal- ġustizzja hu.", "Għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li jaħseb li għandu l-virtu` li lil min ifettillu u lil min ikollu bżonn, skond il-mument, jakkużah, jinvestigah, jiġġudikah u jissentenzjah.", "Għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li jesiġi li kulħadd għandu jkun accountable ta' dak li jgħid minbarra hu.", "Għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li jaħseb li għandu d-dritt li jitlob ir- riżenja ta' kulħadd imma ara xi ħadd jazzarda jitlob tiegħu.", "Għandna Kap ta' l-Oppożizzjoni li taħt il-paraventu tal-konvinzjoni morali jista' jħammeġ u jivvinta fuq kulħadd imma hu jippretendi li huwa untouchable.", "Mr Speaker, għall-Onor.", "Alfred Sant, jekk impjegat fil-ministeru ta' ministru Nazzjonalista jiżbalja għandu jirriżenja l-ministru, pero` meta taħt gvern Laburista żbalja ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, dak iż-żmien prim ministru ̧ kitiblu u qallu biex darb'oħra ma jerġax jagħmilha.", "Dawn huma d-double standards tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Austin Gatt semma lista sħiħa ta' nies, fosthom persuna li kienet se tgħaddi ġuri u ġiet ikkundannata u minkejja dan ġiet impjegata fl-uffiċċju ta' l-ex- ministru bla portafoll.", "Ara x'wiċċ irid ikollok biex imbagħad tagħmel plejtu mill-każ ta' Andre` Carbonaro!", "Din l-istess strateġija intużat mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-1996.", "Lil min ma pprovatx tħammeġ l-oppożizzjoni taħt l-Onor.", "Alfred Sant?", "Imbagħad x'ġara?", "Fl-1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista u ħatar lil Dr Edgar Mizzi – minn hawnhekk insellimlu għas-servizz li ta; dan qbilna miegħu fuq ċerti affarijiet u ma qbilniex fuq affarijiet oħra - u beda jinvestiga l-każijiet li kien ilu jirrepeti l-Onor.", "Alfred Sant li mbagħad sar prim ministru.", "Dawn il-bżieżaq li tant nefaħ qabel l-elezzjoni ta' l- 1996 spiċċaw infaqgħu f'wiċċu waħda wara l-oħra.", "Għalhekk jien ngħid li jekk l-elezzjoni ta' l-1996 ma swiet għal xejn, swiet biex l-Onor.", "Alfred Sant - l-ewwel bħala kap ta' l-oppożizzjoni u mbagħad bħala prim ministru - tilef il-kreddibilta` tiegħu għaliex wera kemm kien lest jallega mingħajr ma jissostanzja.", "L-Onor.", "Sant wera wkoll kemm kien lest li jkisser lil kulmin ifettillu mbasta jinqeda hu u l-partit tiegħu.", "Din m'hijiex irġulija imma huwa qerq.", "Min hu kburi b'kelmtu ma jagħmilx affarijiet bħal dawn.", "Allura jien nistaqsi: F'dan il-pajjiż din it-tip ta' politika rridu?", "Irridu li wieħed iħammeġ u jikkalunja n-nies skond il-bżonn u skond kif jaqbillu fil-mument, l-aqwa li jinqeda?", "Wara din il-mozzjoni li ppreżenta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, tan-naħa l-oħra m'għandhomx jieħdu għalihom għax qed inkunu ebsin fi kliemna u m'għandhomx jippretendu li niġu hawn u ngħidu n-nursery rhymes.", "Skond il-ħlas li se jagħtuna se nagħtuhom il-bqija.", "Il-politika li qed jimxu biha nsejħilha politika ta' prostituzzjoni għax tinqeda bin- nies l-aqwa li tissodisfa l-bżonn tiegħek tal-mument.", "X'jimporta jekk dak li tkun qed takkuża jkunx innoċenti jew le!", "L-aqwa li tinqeda int u tiġi taqa' u tqum minn ħaddieħor.", "Mr Speaker, din m'hijiex korrettezza politika imma kif diġa` għedt hija politika ta' prostituzzjoni u dan jindika f'liema stat tinsab fih l- oppożizzjoni ta' l-Onor.", "Sant.", "L-ironija hi li min qed jipprattika din il- politika jiġi hawnhekk u jippretendi li għandu l-virtu` tal-korrettezza politika jew jippretendi li għandu dritt li jagħtina lectures dwar l-etika fil-politika.", "Jien ngħid li politika bħal din tbaxxi lil min jagħmilha mhux lil min tkun indirizzata lejh, jiġifieri din il-mozzjoni tbaxxi lil min ippilotaha u mhux lill-Ministru Austin Gatt jew lill-Prim Ministru.", "U kif igħidu, Malta żgħira u n-nies magħrufa.", "Tan-naħa l-oħra qatt ma ndenjaw ruħhom jaraw jekk ikunx hemmx ftit verita` f'dak li jkunu qed jallegaw u f'dak li jkunu qed jgħidu.", "Din il-mozzjoni bil-vilta' kollha qed titlob lil dan il-Parlament biex jikkundanna lill- Ministru Austin Gatt u lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.", "Issa jekk hawn xi ħadd li għandu jiġi kkundannat f'dan il-parlament hija l- oppożizzjoni Laburista għaliex qatgħet qalbha li tikkonvinċi li n-nies bis- sewwa u qed tirrikorri għall-politika tad-dnewwa.", "Min m'għandux politika ta' konvinzjoni qed jirrikorri għall-politika tal-konvenjenza.", "L-aġir ta' l- oppożizzjoni huwa kundannabbli u allura n-naħa tal-gvern hi solidali mal- Ministru Austin Gatt li qed jiġi targeted intortament biex għal darb'oħra tinqeda l-oppożizzjoni.", "Għalhekk din in-naħa tal-Kamra mhux biss se tivvota b'saħħa kontra din il-mozzjoni iżda tirriafferma l-fiduċja kollha tagħha fil-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u fil-Ministru Austin Gatt li mxew bl-aktar mod korrett, serju u responsabbli f'din il- kwestjoni.", "Jien nagħlaq billi lill-membri ta' l-oppożizzjoni ngħidilhom: Istħu jekk tafu kif!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker ̧ jien qomt nitkellem fuq din il-mozzjoni mhux biex niddefendi lill-Prim Ministru jew lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali - dawn m'għandhom bżonn ta' l-ebda difiża - imma biex nitkellem dwar il-valuri tal-politika li nemmen fihom u dwar l-eżerċizzju li għal darb'oħra qed isir min-naħa ta' l-oppożizzjoni u li huwa mmexxi mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sfortunatament mill-Onor.", "Anġlu Farrugia, li huwa mmirat biex jimmina dak li aħna nemmnu fih.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-mozzjoni fiha erba' affarijiet magħġunin flimkien.", "L-ewwelnett din hija eżempju ieħor ta' diżonesta` politika mneżża' minn kull sens ta' etika u minn dak li jiena insejħilhom brakes morali li jżommuk lura milli tieħu jew iġġib ruħek b'tali mod u manjiera li ma tagħtix kas il-fatt li qed tittratta mal-bnedmin qegħdin jagħmlu ħilithom biex jaħdmu bid-dmirijiet tagħhom.", "Għaliex meta inti tkejjel li għandek xi vantaġġ purament politiku partiġġjan allura lanqas biss ikollok il-morali li teżerċita brakes fuqek innifsek.", "Meta wieħed jagħsar din il-mozzjoni jsib li m'hi xejn ħlief eżerċizzju ta' ipokrezija politika.", "Għal darb'oħra din il-mozzjoni, li bir-rispett kollu hija mħawda politikament, hija eżerċizzju min-naħa tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex jiżvaluta l-politika f'pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija mozzjoni li tikxef l-iskopijiet mudlama li l-oppożizzjoni dejjem kellha kull meta ġiet immexxija mill-Onor.", "Alfred Sant; aktar 'il quddiem nispjega x'irrid ngħid b'dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, jien għedt li mhux l-ewwel darba li qed isiru dawn l-affarijiet għax bir-rispett kollu issa drajniha l-istrateġija tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li ilha titħaddem mill-mument li hu sar kap tal-Partit Laburista.", "Din hija strateġija mmirata lejn l-individwu, lejn il-persuna, lejn l-attakki personali u lejn it-tfigħ tat-tajn biex iddaħħal id-dubju u mbagħad ma tissostantjax u ma tressaq ebda provi.", "Wara li l-Onor.", "Sant tela' fil-gvern ħa l-azzjonijiet biex dawk l-akkużi kollha li kien ivvinta minn żniedu meta kien fl-oppożizzjoni jinvestigahom u jara x'ġara, pero` kien irriżulta li dawn kienu akkużi foloz u invenzjonijiet ta' rasu.", "Pero` issa ħalli niġi għall-punt li għamilt jiena dwar kif ninterpreta l- mozzjoni li din il-Kamra għandha quddiemha.", "Jien diġa` għedt li dan huwa eżempju ieħor ta' diżonesta` politika mneżża' minn kull sens ta' etika u brakes morali.", "Issa jien se nispjega għaliex qed nagħmel dan l-istatement pero` min hu serju ma joqgħodx jidħak bħalma qed jagħmel l-Onor.", "Sant faċċata tiegħi.", "Min hu serju dawn l-affarijiet jeħodhom bis-serjeta` għax li takkuża lil xi ħadd f'din il-Kamra li m'għandux etika, li m'għandux brakes morali u li ma jafx fejn hu l-limitu ta' dak li huwa etikament korrett, hija xi ħaġa serja.", "Din diġa` ġrat darb'oħra.", "Fil-fatt riċentement f'dibattitu li kellna waqt id- diskussjonijiet tal-budget tas-sena li għaddiet kellna dokument quddiemna u Alla jbierek l-Onor.", "Sant bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni kien ippreżentalna traduzzjoni bil-Malti ta' dak id-dokument li meta mbagħad iċċekkjajnih indunajna li kien uża espressjonijiet bil-Malti li ma kenux it- traduzzjoni leali tat-test bl-Ingliż.", "B'hekk huwa pprova jiżvijja li dan il-Parlament u lil dan il-pajjiż billi ppreżentalna test falsifikat ta' traduzzjoni ta' dokument.", "Issa x'għandna f'din il-mozzjon u galiex qed ngħid li għal darb'oħra għandna prova oħra?", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-Onor.", "Anġlu Farrugia dejjaqni immensament fl-introduzzjoni li għamel u se nispjega għaliex u se nikkwota l-ewwel paragrafu tal-mozzjoni li jgħid hekk:", "\"Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi ta' l-arrest tas-Sur Andre` Carbonaro, membru tas-segretarjat privat tal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali l-Onor.", "Austin Gatt mit-taqsima tad-droga tal-pulizija li ttella' quddiem il-qorti b'akkuża ta' reati kontra l-liġijiet tal- kambju\".", "Mr Speaker, jien naħseb li ex-supretendent tal-pulizija jaf aktar minni x'inhu jagħmel.", "Fil-mozzjoni dawn qed igħidu – u hawnhekk toħroġ il- malinnita, il-ħażen u l-brakes morali ineżistenti li għandha fl- oppożizzjoni li għandna faċċata tagħna - li dan il-bniedem ittella' quddiem il-qorti b'akkuża ta' reati kontra l-liġijiet tal-kambju pero` dehrilhom li għandhom iniżżlu \"arrestat mit-taqsima tad-droga tal- pulizija.\"", "Imma ma kienx kuntent b'hekk l-Onor.", "Anġlu Farrugia!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-introduzzjoni tad-dibattitu l-Onor.", "Farrugia għoġbu jitfa' dan id-dubju.", "(Interruzzjonijiet) Fl-introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Anġlu Farrugia qal li s-Sur Andre` Carbonaro irid jgħaddi minn proċess ̧ għandu dritt li jiġi ġġudikat u għandu d-dritt għad-difiża tiegħu pero` dan diġa` kkundannah u diġa` qed jipprova jċappsu b'affarijiet serji oħrajn.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni użaw dan il- metodu malinn u mingħajr brakes morali u dan juri li ma jafux x'inhi etika għax dawn qed iċappsu persuna li m'hijiex qiegħda hawn biex tiddefendi ruħha.", "Issa f'dan il-Parlament għandna regola li tissalvagwardja lil min ikun jiffaċċja proċess kriminali li tgħid li m'għandniex nitkellmu fuq affarijiet li huma soġġett għall-akkużi kriminali.", "Imbagħad niġu ffaċċjati b'mozzjoni bħal din li suppost qed titkellem fuq responsabbilta` politika!", "Pero` Alla jbierek f'din il-mozzjoni inkitbet il-frażi \"arrestat mit- taqsima tad-droga tal-pulizija\" biex dan id-dubju jidħol fl-għeruq.", "Allura jista' xi ħadd jgħidli jekk dan huwiex eżempju ċar, iċċertifikat u mbollat ta' diżonesta` politika li hi mneżża' minn kull sens ta' etika u ta' brakes morali!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien mhux biss nissorprendi ruħi imma nibqa' nikkonferma li għandna nies f'dan il-Parlament li ma jafux x'inhi irġulija, serjeta` u etika.", "Nistgħu ma naqblux fuq toroq politiċi u nistgħu nargumentaw fuq il-politika imma ma jistax ikun li tinżel f'dan il- livell baxx wara li fl-1996 irnexxielek, bl-istrateġija politika, tasal fejn ridt tasal!", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni mingħalihom se jirrepetu din l-istrateġija!", "Jien nemmen bil-qawwa li l-poplu Malti kixifiha din il- maskra u jaf il-kruha tal-wiċċ veru li hemm moħbija warajha.", "Pajjiżna m'għandux jippermetti li nħallu lil min jimmina b'dan il-mod dawn il- prinċipji ta' etika u morali ta' kif għandna nġibu ruħna f'dan il- Parlament u barra minnu.", "L-ironija hija li dalgħodu ġejna hawnhekk niddiskutu mozzjoni dwar kif għandna nedukaw lil uliedna, imbagħad dawn jiġu hawnhekk jagħtu l-agħar lezzjoni li jistgħu jagħtu permezz ta' din il-mozzjoni dwar kif m'għandniex nedukaw lill-poplu Malti.", "Dan huwa eżempju ta' diżonesta` politika.", "Mr Speaker, jien għedt li dan huwa eżerċizzju ta' ipokrezija politika li anke ġie ssostanzjat mill-Ministru Austin Gatt.", "Ir-riga ta' l-onesta` politika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia u ta' l- oppożizzjoni kollha hija bħaċ-chewing gum għax tiġġebbed skond kif ikun jaqbel.", "L-Onor.", "Sant qal bid-dikjarar li jemmen f'dan il-prammatiżmu u li lanqas jagħmel differenza bejn l-anġli u x-xitan.", "Kif qalu l-Onor.", "Austin Gatt ̧ l-Onor.", "Mario Galea u l-Prim Ministru, tan-naħa l-oħra jippretendu li l-kejl għalihom għandu jkun differenti mill-kejl għal ħaddieħor.", "U x'inhi ipokrezija?", "Nistgħu niftħu ktieb u nfittxu d- definizzjoni tal-kelma \"ipokrezija\"?", "Ipokrezija tfisser wiċċ b'ieħor u li dak li tipprova tiġġudika fuq ħaddieħor m'intix kapaċi tiġġudikah għalik innifsek!", "Din hija l-ipokrezija u d-daħk fil-wiċċ.", "Mr Speaker, ta' min jara ftit ukoll kif twieldet din il-mozzjoni għax hija eżempju ċar ta' ipokrezija.", "Mela dan il-każ tfaċċa bejn it-13 u l-14 ta' Marzu u ħareġ fil-pubbliku.", "Fl-20 ta' Marzu, li kien it-Tlieta ̧ ġejna fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet u dakinhar il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għamel serje ta' mistoqsijiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Dakinhar f'ħin minnhom il-Ministru Gatt dar fuq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u qallu biex jagħmlu inkjesta, basta jsib lil xi ħadd serju u ta' fiduċja li jkun jista' jinvestiga dan il-każ bis-serjeta`.", "L-Onor.", "Gatt kien qallu wkoll li jekk hu, jiġifieri l-ministru, jinstab ħati, jirriżenja.", "Statement politiku b'saħħtu bħal dan għandu jiġi rikonoxxut.", "Imbagħad ġustament il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali kompla jgħidlu li l- miżien għandu żewġ bilanċi u qallu \"Jekk jien ninstab li għamilt xi ħaġa ħażina nirriżenja, pero` jekk tinstab li b'mod falz u ipokrita għamilt akkużi fil-konfront tiegħi li b'xi mod jew b'ieħor irriżultaw li kienu foloz, trid tirriżenja int\".", "U mhux billi l-Onor.", "Farrugia kkwota lil Pamela Hansen.", "Fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 20 ta' Marzu saret sfida mill-iktar ċara u bla tlaqliq lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn mill- Ministru Gatt fejn qallu hekk u se nikkwota:", "Trid l-inkjesta?", "Mela le!", "Ħalli ssir l-inkjesta!", "Agħżel persuna li għandek fiduċja fiha inti personalment bħala kap ta' l-oppożizzjoni, imbasta din il-persuna tkun serja.", "Pero` l-inkjesta għandna niffaċċjawha t-tnejn li aħna għax li qed tallega inti huwa serju u f'dan il-pajjiż ma tistax tibqa' għaddej tfajjar left, right and centre.", "L-accountability u t-trasparenza m'għandhiex tiġi biss minn min jiġi akkużat imma għandha tiġi wkoll minn min iħammeġ idejh bit- tajn.\".", "Li kieku rrid, jien nista' nilgħabha din il-logħba wkoll, imma jien għandi brakes morali, mhux bħalek.", "Aħna kollha nistgħu nilagħbuha din il-logħba, pero` aħna għandna ċerti prinċipji u valuri.", "Fil-fatt din hi d-differenza bejn din in-naħa u n-naħa l-oħra; filwaqt li aħna għandna brakes morali, in- naħa l-oħra m'għandhiex.", "Nerġa' nirripeti li l-isfida kienet biex kemm il- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali kif ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiffaċċjaw l-accountability u t-trasparenza t-tnejn li huma billi jekk b'xi mod jew ieħor il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jinstab ħati jirriżenja, pero` mbagħad jekk jirriżulta li b'xi mod jew ieħor il-Kap ta' l-Oppożizzjoni vvinta minn żniedu, jirriżenja hu.", "U x'kienet ir-risposta tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għal din l-isfida?", "X'għamel fi żmien 28 siegħa l-Kap ta' l-Oppożizzoni?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li lanqas temmen!", "Ħalli ngħidlek, Onor. Cuschieri, kemm ikollok raġun ma temminx!", "Minflok ma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni aċċetta din l- isfida, żgiċċa bħal serp wara l-kantuniera billi ppreżenta mozzjoni u talab għal inkjesta parlamentari.", "Din kienet is-soluzzjoni li ħareġ biha l-Onor.", "Alfred Sant, Kap ta' l-Oppożizzjoni, permezz ta' mozzjoni li ġiet iffirmata mill-Onor.", "Anġlu Farrugia!", "Onor. Sant, dan ċertament m'huwiex mod kif tiskappa mill-isfida li poġġielek l-Onor.", "Gatt fejn qed jgħidlek li t-tnejn tridu tkunu accountable.", "F'dan il-pajjiż hemm bżonn li din l-istrateġija moqżieża li ntużat fis-snin li għaddew u li għadha tintuża sal-lum ma tibqax titħalla ssir.", "Min jagħmel l-akkużi għandu jkollu l-kuraġġ li jpoġġi l-onesta` u l-irġulija tiegħu fuq il-mejda u jgħid li jekk l-akkużi li qed jagħmel ma jirriżultawx, huwa lest li jirriżenja.", "Din hi l- irġulija, imma minflok intgħażlet it-triq tal-ġwejjed u tad-dgħajjef billi f'dan il-parlament tressqet mozzjoni li, nerġa' nirripeti, m'hi xejn ħlief skuża komda għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jiżgiċċa minn din l-isfida.", "Nerġa' ngħid li dan huwa eżempju ta' diżonesta` politika u ta' kif l-Onor.", "Alfred Sant jipprova jiżgiċċa mill-isfida qawwija li poġġa quddiemu l- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Bla ebda dubju, din il-mozzjoni hija eżerċizzju fl-iżvalutazzjoni tal- politika u tal-politiċi għax jien ili s-snin konvint li l-istrateġija politika ta' l-Onor.", "Sant hija li jimmina u jiżvaluta lill-politiku Malti, u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jemmen li jista' jirbaħ jekk jiżvaluta l- politika Maltija.", "Jien ngħid li din il-mozzjoni m'hi xejn għajr eżerċizzju min-naħa tiegħu biex jiżvaluta lill-politiku għax hu jemmen li meta jkun fl- oppożizzjoni, din l-istrateġija tista' twasslu fejn jixtieq jasal.", "Kif għedt diġa`, l-Onor.", "Austin Gatt u l-Prim Ministru m'għandhomx bżonn lil min jiddefendihom.", "Tafu min għandu bżonn difiża qawwija?", "Il-politiku; dak li jissagrifika lilu nnifsu u jagħmel ħiltu kollha ħalli jipprova jġib lil pajjiżna 'l quddiem biex imbagħad isib lil min iħammġu għax ikollu interess li jeħodlu postu u għax ikollu ambizzjoni enormi ta' poter.", "Din hija r-realta`, Mr Speaker.", "Hija realta` kiefra għal pajjiżna u allura nagħmlu sew li aħna nqumu u nirribattu b'saħħitna, u l-Onor.", "Austin Gatt jagħmel sew li jqum u jgħid lill-Onor.", "Sant biex jara kif mexa hu u biex jara x'għamel u x'ma għamilx hu.", "Il-Ministru Gatt qal dan mhux biex jiġġustifika ruħu imma biex l-Onor.", "Sant jara kif mexa hu meta kellu l- poter u r-responsabbilta` f'idejh.", "Huwa eżerċizzju fl-iżvalutazzjoni tal- politika meta l-valuri u l-kriterji għal ħaddieħor ikunu jgħoddu mod, u għalik ikunu jgħoddu mod ieħor.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali għamel pass ta' rġulija meta minkejja li ma kellu l-ebda konnessjoni ma' l- investigazzjoni li qed issir mill-pulizija ...", "Fil-fatt l-unika konnessjoni li kellu kienet li l-persuna li qed tiġi akkużata kienet taħdem fis- segretarjat tal-ministeru tiegħu u l-ministru, b'sens ta' rġulija, dar lejn il-Prim Ministru u offra r-riżenja tiegħu minn ministru.", "Kif qal illejla stess, min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru staqsa jekk l-investigazzjoni kenitx qed turi li kien hemm xi konnessjoni bejn il-Ministru Gatt u dan il- każ, pero` ma rriżulta xejn minn dan kollu.", "Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru apprezza l-fatt li wieħed mill-aħjar ministri li għandu fil- Kabinett offra r-riżenja tiegħu, pero` dak il-ħin stess iddeċieda li ma kienx hemm raġunijiet għal xiex dik ir-riżenja kellha tiġi aċċettata.", "Mr Speaker, meta taqra din il-mozzjoni, taqleb għajnejk ta' taħt fuq.", "Per eżempju, paragrafu minnha jgħid hekk:", "\"Tikkundanna lill-Prim Ministru, l-Onor.", "Fenech Adami, u lill-gvern immexxi minnu talli qegħdin jirrikorru għal strataġemmi ta' riżenji finti biex responsabbli għolja tal-gvern jevitaw li jagħtu rendikont ta' għemilhom.\".", "Issa bir-rispett kollu, jekk hawn xi ħadd li qed jipprova jagħmel xi strataġemma, huwa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni b'din il-mozzjoni, u jekk hawn xi ħadd li qed jipprova jevita li jagħti rendikont ta' għemilu, huwa wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għax ma kellux il-kuraġġ li jidħol għall-isfida li poġġewlu quddiemu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jipprova jaħrab milli jagħti rendikont ta' għemilu, kif għandu d-dmir li jagħmel.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fiha nnifisha, il-mozzjoni qiegħda tnaqqar ir-raġuni li għaliha l-Prim Ministru ddeċieda li din ir-riżenja ma jaċċettahiex.", "Alla jbierek, il-mozzjoni hija mozzjoni ta' sfiduċja fil-konfront tal- ministru tal-ġustizzja, li b'irġulija ppreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu, u fil-konfront tal-Prim Ministru għaliex bil-prinċipji u bil-loġika li hu dejjem wera, deherlu li ma kienx hemm raġunijiet validi għal xiex il- Ministru Gatt għandu jirriżenja.", "Meta nġib quddiem għajnejja l-ħames każi li semma l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nirrealizza aktar kemm il- Kap ta' l-Oppożizzjoni jimxi mod meta jkun fil-gvern u mod ieħor meta jkun fl-oppożizzjoni.", "Meta wieħed ikun qed jipprova jitfa' t-tajn, ikun qed jagħti l-ikbar prova li hu ma jemminx fil-valuri politiċi, pero` l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex qed jinduna li dak it-tajn qed jibqa' mwaħħal ma' jdejh.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-oppożizzjoni għażlet li tisfrutta lil dan il- parlament għall-iskopijiet malinni tagħha.", "Issa ejjew nagħtu ħarsa lejn il- mozzjoni kif ġiet ippreżentata quddiemna.", "L-ewwelnett il-mozzjoni tibda billi tagħmel il-premessi - u diġa` hemm premessi li huma diżonesti fihom infushom - pero` mbagħad tkompli billi tikkundanna lill-Prim Ministru u lill-gvern immexxi minnu talli dawn qed jirrikorru għall-istrataġemmi ta' riżenji finti.", "Il-mozzjoni ssostni wkoll li l-Ministru Gatt huwa responsabbli direttament, personalment, politikament u amministrattivament mill-aġir tas-Sur Carbonaro imbagħad tgħaddi biex tistqarr in-nuqqas ta' fiduċja tagħha lejn il-Prim Ministru u l-Ministru Gatt.", "Din il-mozzjoni l- ewwel qed tikkundanna lill-Prim Ministru, imbagħad qed tikkundanna lill- Ministru Gatt, imbagħad qed tistqarr in-nuqqas ta' fiduċja tagħha fil-Prim Ministru u fil-Ministru Gatt u mbagħad, fl-aħħarnett, believe it or not, qed tesiġi li ssir inkjesta parlamentari.", "Jien nistaqsi lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni: Tista' tgħidli x'inkjesta parlamentari trid li ssir issa, wara li l-froġa diġa` għamiltha?", "Inti kkundannajt u ġġudikajt mhux biss lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u lill-Prim Ministru, imma anke lil dik il-persuna li għad trid tgħaddi mill-ġudizzju fil-qrati.", "U x'se nagħmlu f'din l-inkjesta?", "Se nieħdu vot?", "Se nieħdu division?", "B'dan il- mod irridu nagħmluhom l-inkjesti?", "Din hi s-serjeta`?", "Għaliex qed nippruvaw nistrumentalizzaw u niżvalutaw lil dan il-parlament f'eżerċizzju fittizju u stupidu?", "Jien nistaqsi wkoll lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni: Fuq xiex qed tesiġiha din l-inkjesta?", "Għax inti diġa` kkundannajt, iġġudikajt u wasalt għall-konklużjonijiet tiegħek.", "L-inkjesta parlamentari għal xiex tridha?", "Biex toqgħod tkompli tirkeb il-mewġa ta' ħmieġ li qed tipprova tirkeb?", "F'dan il-livell għoġbok tirrudiċieha l-politika?", "Aħna m'aħniex se nħallu lill-oppożizzjoni tirredikola lil dan il-parlament f'dan il-livell b'inkjesta finta.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Sant, ilqa' l-isfida li saritlek ħalli naraw jekk intix dispost li tkun accountable billi meta tagħmel akkuża tkun lest li tiffaċċja l-konsegwenzi tagħha għaliex min hu serju hekk jagħmel.", "Din in-naħa ma tistax tħalli din il-mozzjoni għaddejja kif inhi.", "Kif jaf kulħadd, aħna, ta' din in-naħa, nistgħu nieħdu l-vot, din il-mozzjoni tkun defeated u noħorġu barra bid-daqq.", "Għall-bidu jkollok tentazzjoni li tagħmel hekk, imma mbagħad meta toqgħod tirrifletti tirrealizza li dan huwa każ ċar ta' xi ħadd li b'xi mod jew ieħor, irid ikompli b'dik l-istrateġija li tkisser il-politika.", "Għalhekk din in-naħa dehrilha li għandna nippreżentaw emenda għal din il-mozzjoni mressqa mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u mill-Onor.", "Anġlu Farrugia li tgħid hekk:", "Fl-ewwel paragrafu li jiġi wara l-kliem \"Din il-Kamra tar- Rappreżentanti:\", ħassar il-kliem \"mit-taqsima tad-droga tal- Pulizija\";", "Fit-tieni paragrafu ħassar il-kliem \"liema kariga timplika funzjonijiet ewlenin fi ħdan l-operat tal-Ministeru tal-Ġustizzja\";", "Ħassar l-aħħar erba' paragrafi li jibdew bil-kliem \"Tikkundanna lill ...\" u ssostitwihom b'dan li ġej:", "\"Tikkundanna lill-Oppożizzjoni għan-nuqqas ta' serjeta` li għal darb'oħra wriet fil-kwestjoni tar-riżenja offruta mill-Ministru tal- Ġustizzja, liema riżenja ma ġietx aċċettata mill-Prim Ministru għaliex ma hemm ebda konnessjoni bejn dak li ġie mixli bih l-uffiċjal konċernat u l-funzjonijiet li kien qed jeżerċita l-istess uffiċjal fil- Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali;", "Terġa' tafferma l-fiduċja sħiħa tagħha fil-Prim Ministru u fil- Ministru tal-Ġustizzja.\".", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar ftit minuti nixtieq nispjega fil-qosor il-punti li din l-emenda qiegħda tagħmel b'mod konsistenti mal-punti li jien semmejt.", "L-ewwelnett aħna qed inħassru mill-mozzjoni l-kelma \"moqżieża\", liema kelma qed tikxef l-intenzjonijiet veri ta' l-oppożizzjoni wara din il- mozzjoni.", "Jien diġa` spjegajt ukoll għaliex il-kliem \"mit-taqsima tad- droga tal-Pulizija\" għandhom jitħassru.", "It-tieni parti ta' l-istess emenda tgħid li għandhom jitħassru l-kliem \"liema kariga timplika funzjonijiet ewlenin fi ħdan l-operat tal-Ministeru tal-Ġustizzja\".", "Fil-mozzjoni ntużat din il-frażi biex jiġu mgħawġa l-fatti.", "Fil-fatt l-ispjegazzjoni dwar dan il-punt diġa` għamilha l-Ministru Gatt fejn spjega x'kariga kellu l- uffiċjal in kwestjoni u ppreżenta saħansitra dokumentazzjoni biex jissostanzja dak li kien qed jgħid.", "Fl-aħħarnett aħna qed inħassru l-kliem kollu fejn qed tissemma l-kundanna u t-talba għall-inkjesta u qed ngħidu li minħabba ċ-ċirkostanzi kollha kif żviluppaw f'dan id-dibattitu, il- paragrafi kollha li hemm hemmhekk qegħdin inħassruhom mill-mozzjoni oriġinali u nissostitwixxuhom b'kundanni oħra, imma din id-darba minn din in-naħa, bħal per eżempju, kundanna għan-nuqqas ta' serjeta`, għan-nuqqas ta' etika, għan-nuqqas ta' brakes morali, għal min irid jipprova jisfrutta u juża lil dan il-parlament għal skopijiet li huma ta' għajb, u għal min ma kellux il-kuraġġ li jkun accountable daqskemm qed jippretendi li jkun accountable ħaddieħor.", "L-aħħar dikjarazzjoni li qiegħda ssir f'din l- emenda li jien qed inressaq hija dikjarazzjoni ta' konferma ta' fiduċja li din il-Kamra qiegħda tiddikjara fil-Prim Ministru għall-mod kif ittratta din il-kwestjoni.", "Mr Speaker, m'hijiex l-ewwel darba li qegħdin niffaċċjaw mozzjoni ta' dan it-tip min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, pero` jien nixtieq nifraħ lill-Prim Ministru għas-serjeta` li wera f'din is-sitwazzjoni.", "Din l-emenda qiegħda wkoll tagħti konferma ta' fiduċja fil-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali li mill-bidu nett - jiġifieri mhux mill-ewwel sigħat jew mill-ewwel ġranet imma mill-ewwel ftit minuti - wera xi tfisser irġulija u serjeta` billi refa' dak li deherlu li kellu jerfa' u kellu l-kuraġġ politiku li jmur quddiem il-Prim Ministru u jgħidlu: \"Jien lil dan ir-raġel tajtu l-fiduċja tiegħi, imma hu għażel li ma jissostitwix din il-fiduċja lura biex issa, wara li ġara dak li ġara, qed jiġi investigat.", "Jien ma rridx niġġudika lil din il-persuna għax dak huwa xogħol il-qorti, pero` ġaladarba kont jien li lil din il-persuna tajtha l-fiduċja, qed jidhirli li issa kif żviluppaw iċ- ċirkostanzi għandi noffri r-riżenja tiegħi\".", "Huwa għal dawn ir-raġunijiet li din in-naħa se tivvota favur dawn l-emendi li qed inressaq jien u allura eventwalment favur il-mozzjoni kif emendata b'mod li nkunu qegħdin inwaqqgħu kompletament il-mozzjoni kif imressqa oriġinarjament mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mill-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Issa nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex, jekk jogħġbu, jikkonkludi d-dibattitu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, se naqsam id-diskors tiegħi f'żewġ partijiet; l-ewwel parti se tkun leġġera, jew aħjar, redikola u tad-daħk, imbagħad fit-tieni parti tad-diskors tiegħi se nidħol fis-serjeta`.", "Illejla meta smajt lill-erbgħa tan-naħa tal-gvern jitkellmu ftakart f'dak li qal l-Onor.", "Mario Galea fil-konferenza ġenerali tal-Partit Nazzjonalista preċiżament fuq dan is-suġġett.", "Huwa qal li se jkunu for all and all for one.", "Illejla kellna erba' muskettieri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa min minnhom kien Porthos, min minnhom kien Aramis u min minnhom kien D'Artagan ma nafx, imma hija xi ħaġa tal-mistħija li dan il-gvern, li jemmen fid-demokrazija Ewropea, jidħol bil-mentalita` ta' one for all and all for one għal diskussjoni bħal din.", "Tafu xi tfisser din il-frażi?", "Li jekk minn kukkanja ta' nies ikun hemm xi wieħed minnhom li b'xi mod jew ieħor żbalja - u iktar 'il quddiem se nitkellem fuq in-natura ta' dan l- iżball - din il-kukkanja ta' nies jingħaqdu flimkien; one for all and all for one.", "Jien naf gżira oħra, li m'hijiex 'il bogħod minna, li taħdem bil- mentalita` ta' one for all and all for one, u naraha bħala xi ħaġa tal- mistħija li għandna din l-attitudni tingħalaq ma' kullimkien.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, smajt lill-Onor.", "Gonzi jitkellem fuq il- brakes morali.", "Issa jekk hawn ġew hawn xi ħadd li m'għandux brakes morali, dan huwa l-Onor.", "Gonzi.", "Biżżejjed ngħid li l-Onor.", "Gonzi għamel ħames snin jgħidilna, bħala speaker ta' dan il-parlament, kemm privatament, kemm bl- iktar mod konfidenzjali kif ukoll bl-iktar mod miftuħ li m'għandux ambizzjonijiet politiċi.", "Jien kont wieħed minn dawk li fdajtu fuq dik il- bażi personali, pero` hu kien mill-bidu nett qed jimmanipula lil ta' madwaru biex jilħaq fejn laħaq.", "Allura dan se jitkellem fuq l- iprokresija?!", "Dan se jitkellem fuq il-brakes morali?!", "Inkella xi ngħidu għall-akkużi u mhux akkużi li semma l-Onor.", "Mario Galea?", "Jien niftakar l-akkużi li kien għamel l-Onor.", "Galea wara li seħħ inċident fi Triq Sant'Anna ġewwa l-Furjana fejn ġew akkużati ċerti nies fuq kolliżjoni fantażma, liema nies assolutament ma kellhom x'jaqsmu xejn.", "Allura bilfors ngħid li tan-naħa l-oħra veru huma muskettieri; all for one and one for all. Inkella xi ngħidu għal meta l-Prim Ministru beda jitkellem fuq l-ipokresiji meta dan, kull darba li poġġejnielu xi punti quddiemu, żgiċċa minnhom bl-ikbar couldn't care less?", "Imma l-aqwa li all for one and one for all!", "L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għal kif in-naħa tal- gvern ħarset lejn il-vavata ta' l-Onor.", "Austin Gatt - qisna qed nilagħbu x- xixu tal-vavi tal-Mandraġġ; jekk tgħaddi tiegħi tirriżenja int u jekk tgħaddi tiegħek nirriżenja jien!", "Imma dawn x'affarijiet huma?!", "Nerġa' nirripeti; hawnhekk qisna qed nilagħbu x-xixu fil-Mandraġġ.", "Imma possibbli li b'dan il-mod qed inħarsu lejn l-isfidi li jiġu quddiemna biex immexxu lil pajjiżna bl-iktar mod serju?!", "L-aħħar darba l-Onor.", "Gatt qalli li jaf b'żewġ każi oħra simili għal dan il- każ, imma meta ta' \"The Times\" staqsewh x'inhuma dawn il-każi ma riedx isemmiehom.", "Jien bqajt attent biex nisma' x'inhuma dawn il-każi li l-Onor.", "Gatt kien se jipprova jimbolla fuqi jew fuq il-gvern Laburista sakemm illum, b'ċerta serjeta` leġġera, elenka xi ħames każi farseski.", "Jekk l- Onor. Gatt qed jipprova jibbaża l-argument tiegħu li jien, l-Onor.", "Anġlu Farrugia u l-oppożizzjoni ipokriti fuq dawn il-każijiet, jien ngħidlu: Ejjew nippruvaw inżommu sens ta' proporzjon.", "Naf li bħalissa l-Onor.", "Gatt qed iħossu dahru mal-ħajt, pero` jien nagħtih parir biex ma jġebbidx il- lasktu daqstant.", "Ħalli nsemmi l-każijiet li semma hu.", "Per eżempju, semma l-każ ta' driver mis-segretarjat ta' l-Onor.", "Buhagiar li ġie mtella' mill-pulizija fuq logħob klandestin.", "Imma jien nistaqsi: X'għandu x'jaqsam xufier ma' segretarju privat?", "It-tieni każ li semma huwa dak ta' Frans Sammut, liema każ ittella' quddiem il-PAC.", "Imma hawnhekk jien nerġa' nistaqsi: X'għandu x'jaqsam każ amministrattiv ma' każ kriminali?", "Allura jekk se nibdew nargumentaw b'dan il-mod, nistgħu nistaqsu wkoll x'ġara minn Grioli, l-ex-direttur eżekuttiv tal-housing authority, li mid-dehra bdew proċeduri kontra tiegħu.", "L-Onor.", "Gonzi, il- paladin tal-beati, lanqas biss ried jgħidilna x'sar minn Grioli u li dan spiċċa fl-office of the prime minister.", "Imbagħad l-Onor.", "Gatt semma l-każ ta' Norman Zammit, chairman tal-METCO.", "Bir-rispett kollu, safejn naf jien Norman Zammit ġie mtella' mill-pulizija meta aħna konna fl-oppożizzjoni.", "Veru li l-lasktu tista' ġġebbidha, Onor. Gatt, imma tista' ġġebbidha daqshekk?", "Xi stajt nagħmel jien fuq Norman Zammit ġaladarba dak iż-żmien aħna konna fl-oppożizzjoni?", "L-Onor.", "Gatt kompla billi semma l-każ ta' Raymond Attard, li ma nafx f'liema sena ttella' l-qorti mill-pulizija għax attakka lil Peppi Azzopardi.", "Din l- akkuża hija simili għall-akkuża li għamlu lill-ministru ta' l-affarijiet barranin Ġermaniż, meta dan waqt xi dimostrazzjoni milli organizza attakka lil xi ħadd.", "Imma bir-rispett kollu, dan il-każ, li ġie investigat mill- organi konċernati, x'għandu x'jaqsam mal-każ ta' Carbonaro, li ttella' l- qorti mit-taqsima tad-droga tal-pulizija u qed jiġi pproċessat?", "Imbagħad l- aħħar każ li semma l-Onor.", "Gatt kien dak ta' Sevasta fejn qal li fis- segreterija ta' l-Onor.", "Joe Mizzi kien jaħdem ċertu wieħed Sevasta li ttella' l-qorti u ġie kkundannat.", "Jien lil Sevasta nafha bħala waħda li tagħmel ix-xagħar.", "Hekk nafha lil Sevasta jien għax mill-bqija ma naf xejn fuq dan il-każ.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Dan il-każ kien fuq il-gazzetti!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma jien xorta waħda ma smajtx bih.", "Kieku kollox ikun hemm fuq il-gazzetti!", "Per eżempju, ċerti affarijiet li se ngħidlek iktar 'il quddiem kienu fuq il-gazzetti wkoll u allura inti jmissek taf bihom, pero` ma tidhirx li taf bihom!", "Bir-rispett kollu, Onor. Gatt, imma dan kien kulma kellek xi tgħid dwar l- ipokresija?", "Jekk smajt difiża fjakka, din kienet proprjament tal-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Bir-rispett kollu, imma suppost ministru tal- ġustizzja jkollu iktar saħħa u funzjonijiet minn ministri oħra.", "Mhux għax il-ministri l-oħra m'għandhomx xogħol importanti wkoll, imma bir-rispett kollu, ngħidu aħna, il-ministru tal-ġustizzja jirrappreżenta lill-pajjiż iktar b'dinjita` mill-ministru tal-biedja.", "Dan kien il-mod kif deherlek li għandek tiddefendi ruħek illejla?", "Jiddispjaċini, imma llejla waqqajt wiċċ dan il-pajjiż l-art meta tkellimt bil-mod kif tkellimt; qisna, nerġa' nirripeti, qed nilagħbu x-xixu fil-Mandraġġ.", "Qabel ma ngħaddi biex nitkellem fuq xi ħaġa oħra, nixtieq ukoll nagħmel parentesi u naċċenna għal ċerti kliem li nuża.", "Per eżempju, intom użajtu spiss il-frażi \"ħareġ ta' raġel\".", "Imma għaliex ħareġ ta' raġel u mhux ta' mara?", "X'għandu x'jaqsam dan il-kliem sessist?!", "Aħna li ridniekom huwa li turu minn hawnhekk kif tkun tmexxija trasparenti u moderna b'valuri li mhux biss ikunu serji imma jkunu accountable ukoll.", "Id-demokrazija tesiġi li nagħtu rendikont ta' għemilna.", "Se nagħlaq l-ewwel parti tad-diskors tiegħi - li kif għedt kienet waħda leġġera - billi ngħid li bir-rispett kollu, il- frażi all for one and one for all hija tajba għall-ktieb ta' Alexandre Dumas mhux biex niddefendu xi ħaġa li nkunu qed niddiskutu f'dan il- parlament u li allura tkun ta' ċerta serjeta`.", "Issa ħalli mmur għal dawk l-affarijiet li kellhom ikunu għad-diskussjoni llejla.", "Donnu la l-Prim Ministru, la l-Ministru Gonzi - bil-beatudnijiet kollha tiegħu - u lanqas l-Onor.", "Gatt ma rrealizzaw li hawn qed nitkellmu fuq ministeru u fuq ministru tal-ġustizzja.", "Meta waqt li aħna konna fil- gvern, il-ministru tal-ġustizzja ta' dak iż-żmien - l-ikbar ġentlom li għandna fil-partit - irriżenja, aħna kollha kemm aħna fhimna l-problema politika li kienet tinqala' li kieku huwa m'għamilx hekk.", "Imma jien xorta waħda ma ngħidx li l-irġulija kienet titlob hekk.", "L-irġulija x'għandha x'taqsam?", "Seta' kien mara l-ministru tal-ġustizzja ta' dak iż-żmien!", "Imma dak iż-żmien l-Onor.", "Charles Mangion, bl-ikbar serjeta` - u nixtieq nieħu l- okkażjoni biex insellimlu minn hawnhekk - aċċetta kif taħdem demokrazija moderna u ma qagħadx joqgħod ilaqlaq jew jipprova jilgħab il-boċċi, qisu qiegħed il-Mandraġġ, imma ra x'inhuma l-għażliet li kellu u ddeċieda.", "L-Onor.", "Gonzi jħobb jilgħabha tal-beatu, imma he's far from being a beatu, u mbagħad għalhekk iweġġgħuh ċerti insinwazzjonijiet.", "Aħna tajna prova kull darba ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Wara kollox xi tfisser il- frażi \"responsabbilta` politika u amministrattiva\"?", "Huwa proprju fuq din ir-responsabbilta` politika u amministrattiva li qed niċċalinġjaw lill- Onor. Gatt u mhux f'li kellu x'jaqsam ma' xi ħasil tal-flus jew ma' xi tibdil ta' kambju.", "Responsabbilta` politika u amministrattiva tfisser li għandek l-operat tiegħek li qiegħed online kontinwament, li trid tirrispondi għal dak li jiġri u li trid tkun trasparenti, speċjalment fir- rendikontijiet li tagħti.", "Tista' tkun effiċjenti ħafna imbagħad ikollok ġudizzju fuq persuna li jkun żbaljat jew inkella, min-naħa l-oħra, jista' jkollok ġudizzju mill-aħjar fuq persuna u mbagħad l-operat amministrattiv tiegħek ikun hopeless.", "Jekk ma timxix ma' xi wieħed minn dawn iż-żewġ prinċipji, dawn jistgħu jwassluk biex tikkozza.", "U f'dak il-każ x'jiġri?", "Noqogħdu nagħlqu għajnejna dejjem?", "Kultant, wara li jingħata rendikont, tagħlaq għajnejk, pero` bir-rispett kollu, il-prinċipji tad-demokrazija jitolbu li jingħata rendikont serju, ġudizzju politiku u personali, kontroll fuq dak li jkun għaddej u trasparenza.", "Qed nitolbu xi ħaġa ta' barra minn hawn meta qed nistaqsu għal dawn l-affarijiet?", "Dażgur li le!", "Għaliex Mendelson kellu jirriżenja mill-gvern Ingliż?", "Fil-fatt din semmieha l-Onor.", "Anġlu Farrugia wkoll.", "Għax qagħad jittraffika d-droga?", "Għax qagħad jittraffika fil-kambju?", "Għax ma kellux ġudizzju fuq ċerti affarijiet u beża' jagħti rendikont tagħhom.", "Hemm ċerti affarijiet li ma tistax tagħmilhom meta jkollok responsabbilta` politika u amministrattiva.", "Forsi s-sistema Ingliża hija iktar avvanzata minn tagħna, u Mendelson ikkozza minnufih.", "Aħna m'aħniex ngħidu li l-Onor.", "Gatt, b'xi mod jew ieħor, kien involut fil-każ ta' Carbonaro, iżda aħna nistaqsu: Min poġġa lil Carbonaro fejn qiegħed?", "Mhux l-Onor.", "Gatt?!", "U min żammu hemmhekk matul is-sentejn li l-Onor.", "Gatt ilu ministru?", "Mhux l- Onor. Gatt?", "Allura hija xi ħaġa ta' barra minn hawn li nistaqsu jekk din il-persuna kellhiex xi mpatt fuq dak li kienet qed tagħmel permezz tal-post li appuntaha fih il-Ministru Gatt?", "Jista' jkun li l-kariga għenitha biex tagħmel ċerti affarijiet.", "Fuq dan, min-naħa tal-gvern għandna strataġemma ċara.", "Il-Ministru Gatt għamel riżenja finta, il-Prim Ministru m'aċċettahiex u bqajna fejn konna.", "Meta niftakru x'kienu jgħidu l-membri tan-naħa l-oħra fl-1994 u fl-1995 fuq il-kultura tar-riżenji jaqbadna d- daħk.", "Fil-fatt għadni kif qrajt żewġ artikli li kien kiteb l-Onor.", "Gatt fl-1994 u 1995 fuq il-kultura tar-riżenji.", "X'differenza bejn kif tkellem fuq il- kultura tar-riżenji dakinhar u kif tkellem illum!", "Kemm jinbidlu l- affarijiet!", "Qabel kien hemm il-kultura tar-riżenji u issa jkollna xi kuġin jismu \"Lou Bondì\" li jrew malajr jikteb fuq il-gazzetti u jgħid: Ara kemm hu bravu l-Onor.", "Gatt, kif qatagħlu lsienu lill-Onor.", "Sant!", "Illum mhux kultura ta' riżenji għandna imma l-kultura tal-kuġini; all for one and one for all!", "Imma dan hu l-mod kif għandna naħdmu?", "Imbagħad minnufih tistaqsi: F'dan il-pajjiż hemm xi benchmarks?", "Hemm xi linji li fuqhom ikunu jistgħu jintrabtu l-investigazzjonijiet u r- riżenji?", "Dażgur li hemm!", "Fil-fatt hemm tlieta li rajniehom għaddejjin.", "Hemm riżenja mhux finta - li m'iniex se nsemmieha għal raġunijiet ovvji - u hemm żewġ riżenji finti; ir-riżenja finta ta' l-Onor.", "Fenech Adami f'Ottubru ta' l-1994 meta ma qabilx mad-deċiżjoni ta' l-employment commission u ppreżenta l-petizzjoni tiegħu lill-President xorta waħda - hu kien jaf li ħadd mill-Kabinett ma kien se jaċċetta li jidħol minfloku u li l-President ma kienx se jaċċetta r-riżenja tiegħu – u r-riżenja finta li kellna fl-aħħar tas-sena li għaddiet meta wara li xbajna ntambru lill- Ministru Borg li dak li kien qed isir fil-ħabs kien skandlu - il-ħin kollu ħerġin il-ħabsin tant li l-ħabs sar qisu l-lukanda Hilton - u wara li l- Ministru Borg baqa' jirrifjuta li jagħmel inkjesta suret in-nies, fl-aħħar is-Sur Cassar, li huwa d-direttur tal-ħabs, ġie mbottat biex jagħmel riżenja finta biex imbagħad qalulu li m'għandux għalfejn jirriżenja.", "Dan m'huwiex il-mod ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Jekk tinqala' problema għandek tiffaċċjaha u toħroġ il-fatti fuqha u mela tuża din l- istrataġemma kull darba!", "Anke l-mod kif l-Onor.", "Gatt kiteb l-ittra ta' riżenja tiegħu lill-Prim Ministru, jidher ċar li huwa kien qed jagħmilhielu ċara li ma kienx qed jistennieh jilqa' r-riżenja tiegħu!", "Imbagħad jekk jitqajjem id-diskors fuq dan is-suġġett, iqum il-beatu Gonzi u jgħidilna: Imisskom tistħu li qed timminaw il-fiduċja fil-politikanti ta' dan il-pajjiż!", "Bir-rispett kollu, imma l-fiduċja fil-politikanti ta' dan il-pajjiż titnaqqar meta jkollna lil min jaħdem b'sistema ta' riżenji finti u ta' manipulazzjoni ta' opinjoni biex il-fatti jibqgħu ma joħorġux.", "Issa ħalli nsemmi eżempju ieħor ta' riżenja li ma kenitx finta.", "Jien għadni kemm għedt kemm huma importanti simbolikament il-ministeru tal- ġustizzja u l-ministru tal-ġustizzja, imma anke l-brigadier ta' l-armata huwa importanti, kemm simbolikament kif ukoll materjalment.", "Ara f'Diċembru ta' l-1993 ma kellniex riżenja finta.", "Dak iż-żmien il-brigadier ta' l- armata kien irriżenja minħabba ċirkostanzi li ma tantx huma differenti mill- każi li għandna quddiemna.", "Dak iż-żmien, għalkemm kulħadd qabel li l- brigadier Calleja kien bniedem rett, ħadd ma qal li ma kellu x'jaqsam xejn fil-każ u fil-fatt dan mhux talli rriżenja talli wara sar magħruf li minn Kastilja stess - jiġifieri mill-Prim Ministru li għandna llum u li llejla għamlilna perorazzjoni sħiħa dwar kemm huwa konvint li l-Onor.", "Gatt m'għandu x'jaqsam xejn mal-każ ta' Andre` Carbonaro - kienu mibgħuta diversi imbottaturi biex il-brigadier Calleja jirriżenja.", "Allura skużi, aħna qed nimxu mal-prinċipju ta' two weights and two measures jew fejn irridu qed nagħmlu riżenji finti u fejn irridu nagħmlu riżenji oħra li ma jkunux finti?", "Hawnhekk jien ma semmejtx ir-riżenja ta' l-Onor.", "Mangion għax dik ir-riżenja ma kenitx saret minħabba li kien hemm involut fin-nofs każ kriminali imma kien hemm involuta biss xi ħaġa amministrattiva.", "Jien naħseb li hemm bżonn nirriflettu iktar fuq il-każ li għandna quddiemna bħalissa.", "Waħda mill-problemi li għandi, per eżempju, hija biex nirrikonċilja dak li smajna llum mingħand l-Onor.", "Gatt ma' data li għandna quddiemna.", "Kieku saret inkjesta parlamentari dwar ċerti fatti li ġew rilevati mill-Onor.", "Gatt, dawn il-fatti kienu jkunu kkonstatati fl-inkjesta parlamentari.", "Ħalli nispjega x'irrid ngħid.", "L-Onor.", "Gatt qalilna li f'April ta' l-1999 l-OPM insista li Andre` Carbonaro ma jkunx private secretary imma jkun secretariat officer, u din il-kariga tkun backdated sa minn meta Carbonaro daħal jaħdem fil-ministeru ta' l-Onor.", "Gatt.", "Allura issa jien nistaqsi: Kif fil-parliamentary question li rriferejna għaliha fil-mozzjoni tagħna u li l-Onor.", "Gatt irrisponda għaliha fid-29 ta' Novembru ta' l-istess sena, jiġifieri sitt xhur wara li l-OPM insista li Andre` Carbonaro ma jkunx private secretary, l-istess Onor. Gatt qal li Andre` Carbonaro huwa secretariat officer u additional responsibility- private secretary?", "M'hijiex spjegazzjoni billi l-Onor.", "Gatt jgħidilna li ma kellux private secretary ġaladarba f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11,539 li ta lill-Onor.", "Evarist Bartolo huwa qal li Andre` Carbonaro huwa secretariat officer u additional responsibility- private secretary.", "Ta' min jgħid ukoll li fir-risposta parlamentari l- Onor. Gatt żied jgħid ukoll li din il-kariga qiegħda skond id-dokument ta' engagement of staff of private secretariat tal-Prim Ministru.", "Imbagħad irridu nsemmu wkoll il-ħafna ittri fejn fihom is-Sur Andre` Carbonaro kien jiffirma bħala private secretary.", "Per eżempju, żewġ ittri li ntbagħtu lill-kunsill lokali tal-Gudja huma ffirmati minn Andre` Carbonaro bħala private secretary, u hawnhekk ta' min jgħid ukoll li dawn l- ittri huma datati 30 ta' Ġunju, 1999 u 16 ta' Marzu, 2000, jiġifieri dawn l- ittri nkitbu wara li sar dak il-ftehim ma' l-OPM f'April ta' l-1996 biex is- Sur Andre` Carbonaro ma jkunx private secretary.", "Issa dawn iż-żewġ ittri huma tnejn mill-ħafna ittri li rajt miktuba mis-Sur Andre` Carbonaro bħala private secretary.", "Billi joqogħdu juruna l-P3 tas-Sur Carbonaro?!", "Dan m'hux daħk fil-wiċċ?!", "Meta bniedem jingħata kariga ġdida, li jgħodd l- iktar ma jkunx kemm dan ikun qed jitħallas imma kif ikun qed jidher man- nies u x'inhi s-saħħa li għandu fid-dipartiment jew fil-ministeru.", "Fl- aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed dawn iż-żewġ ittri fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Nerġa' nirripeti li bħal dawn iż-żewġ ittri rajt diversi ittri oħra li ntbagħtu lil kunsilli lokali oħrajn kollha ffirmati bħala Andre` Carbonaro, segretarju privat.", "Mr Speaker, fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra wkoll photocopy tal-business card ta' Andre` Carbonaro, liema business card tindika li Andre` Carbonaro huwa l-private secretary tal- Ministry of Justice and Local Government.", "Meta kellna dak il-give and take famuż, fejn riedna nilagħbu l-logħba tax-xixu tal-Mandraġġ, l-Onor.", "Gatt qal: Mela jien se noqgħod nara l-business cards ta' kulħadd?!", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li dawn il-business cards ikunu jridu jiġu approvati mill- OPM u allura jien nistaqsi: X'informazzjoni qed tiġi mogħtija?", "Possibbli li minkejja li kien hemm ftehim mod ma' l-OPM, internament il-Ministeru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali kien qed jaħdem b'mod differenti?!", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll estratt mill-Malta Year Book 2000 u mill-Malta Year Book 2001.", "Fil-fatt fil-Malta Year Book 2000, fejn hemm listed il-ministeri u hemm imniżżel li l-Minister of Justice and Local Government huwa l-Onor.", "Austin Gatt hemm miktub ċar u tond li l-personal assistant tiegħu huwa Tony Mifsud Bonnici filwaqt li l-private secretary tiegħu huwa Andre` Carbonaro.", "Issa biex tabilħaqq inkun għedt kollox, irrid ngħid ukoll li fil-Malta Year Book 2001 hemm miktub li l-personal assistant tal-Minister of Justice and Local Government huwa Tony Mifsud Bonnici u l-private secretary tiegħu huwa Claudio Grech.", "Iktar 'il quddiem għandi xi ngħid ukoll fuq is-Sur Claudio Grech, pero` għalissa ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Hemm jew m'hemmx lok għall-mistoqsijiet?", "Dażgur li hemm lok għall-mistoqsijiet, l- iktar meta l-Onor.", "Gatt spjega x'inhu x-xogħol tas-Sur Carbonaro, u llejla qalilna li hu mill-bidu nett kellu dak ix-xogħol.", "Ħalli nfakkar x'qalilna l-Onor.", "Gatt.", "Huwa qalilna hekk:", "\"Ġie għalhekk approvat fil-pożizzjoni ta' secretarial officer u ngħata x-xogħol fl-uffiċċju tiegħi li prattikament huwa ta' assistent segretarju privat fis-sens li minn mindu beda jaħdem miegħi, is-Sur Carbonaro kellu tliet mansjonijiet; l-ewwelnett li jżommli d-diary u jagħmel l-appuntamenti, it-tieni nett li jipproċessa l-mistoqsijiet parlamentari u t-tielet nett li jieħu ħsieb il-korrispondenza ġenerali.", "Din il-pożizzjoni assolutament qatt ma nbidlet, kemm minn mindu kont segretarju parlamentari kif ukoll wara li sirt ministru.\".", "Mela mid-definizzjoni li qed jagħti l-ministru stess jidher ċar daqs il- kristall li s-Sur Carbonaro kien qed jagħmel xogħol ta' segretarju privat mill-bidu sa l-aħħar u hekk kien qed jippreżenta lilu nnifsu.", "Dawn huma funzjonijiet ċentrali li bihom jista' jkollok ċerti kuntatti u li tista' twessa' l-kuntatti tiegħek, u allura hemm x'tinvestiga, mela m'hemmx!", "M'iniex qed ngħid li qed nissuspetta li l-Onor.", "Gatt kien involut f'money laundering jew f'taħwid ta' skambji imma li l-Onor.", "Gatt għandu responsabbilta` personali, diretta, amministrattiva u politika biex is-Sur Carbonaro jkun fejn ikun, iva, u issa ma jistax ifarfar din ir- responsabbilta`!", "Wara kollox kien hu li għażlu lis-Sur Carbonaro.", "Imbagħad jien inkompli nistaqsi: Is-Sur Carbonaro kellu ċans juża l- funzjoni tiegħu biex imexxi l-affarijiet li kellu?", "Jien naħseb li kellu ċans jagħmel dan!", "Fil-fatt safejn naf jien huwa nqabad b'karozza tal- ministeru u din il-karozza damet ġurnata taħt idejn il-pulizija.", "Allura l- ministru kif jista' jfarfar din ir-responsabbilta` mit-tieqa u jgħid li dan il-każ m'għandux x'jaqsam max-xogħol tiegħu bħala ministru?", "Mela ministru m'għandux ċerti responsabbiltajiet li jrid jerfagħhom?", "Aħna għalhekk irridu li ssir inkjesta parlamentari, Mr Speaker!", "Issa nixtieq inwessa' l-osservazzjonijiet tiegħi u nħares lejn is- segretarjat kollu kemm hu, kif għamel l-Onor.", "Anġlu Farrugia, għax fis- segretarjat ta' l-Onor.", "Gatt ma jidhirx li hemm każ wieħed biss li ta' min jistaqsi dwaru.", "Insemmi, per eżempju, il-każ famuż tas-Sur Reuben Sciberras, li qed jgħidu li huwa communications coordinator, għax dejjem qed nivvintaw terminoloġiji ġodda għal affarijiet li kienu jsiru qabel.", "Xi ħadd jista' jinnega l-fatt li s-Sur Reuben Sciberras għażlu l-Ministru Gatt?", "Xi ħadd jista' jinnega li s-Sur Sciberras għadu kemm telaq mis- segretarjat tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali biex imur jaħdem mal- kumpannija kbira tal-wardens?", "Din qiegħda fuq il-gazzetti u fil-fatt fl- aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' stqarrija għall-istampa f'dan ir-rigward.", "M'iniex qed ngħid li l-Onor.", "Gatt imbotta lis-Sur Sciberras biex jitlaq mal-wardens, imma x'sens ta' fiduċja jista' jkollu dan il-pajjiż meta xi ħadd li jkun qed jaħdem ma' ministeru, fl-istess ħin ikun involut fit-tfassil tas-sistema tal-wardens, liema sistema qed tqanqal ħafna problemi, u dan l-individwu jispiċċa biex imur jaħdem ma' kumpannija li qed taħdem f'dak l-ambjent?", "Biex inkun għedt kollox, irrid ngħid ukoll li l-Ministru Gatt ħareġ stqarrija fejn fiha huwa nnega li s-Sur Sciberras kellu x'jaqsam mas-sistema tal-wardens u qal li l- uniku involviment tiegħu kien speċifikament marbut max-xogħol tiegħu kif definit fil-kuntratt li kellu fi ħdan il-ministeru, jiġifieri bħala uffiċjal responsabbli mill-komunikazzjoni.", "F'din l-istqarrija l-Onor.", "Gatt qal ukoll li s-Sur Sciberras kien jieħu ħsieb il-koordinazzjoni mal-mezzi ta' komunikazzjoni tal-kampanja relatata ma' l-introduzzjoni tal-gwardjani lokali f'Malta u Għawdex, u ġieli deher f'xi programmi fuq il-mezzi tax- xandir biex jispjega kif kienet se taħdem din is-sistema.", "Imma, Mr Speaker, jekk wieħed jara x'qalet il-kumpannija li ngaġġat lis-Sur Reuben Sciberras isib li s-Sur Demartino, li jaħdem ma' din il-kumpannija - dan m'huwiex dak tal-Mosta; forsi jiġi minnu - qal hekk:", "\"At the justice and local government ministry, he was active in the introduction of local wardens.", "Due to Mr Sciberras' experience in the set-up of the local enforcement system, we feel confident that his arrival at our company is a step in the right direction of consolidating the operation.\".", "Skużi, imma issa lil min se naqbdu nemmnu?", "Se nemmnu lill-Onor.", "Gatt li għadu kemm tilef lis-Sur Reuben Sciberras mis-segretarjat tiegħu, jew se nemmnu lill-kumpannija li ngaġġatu u li qed tgħid li ngaġġatu proprjament għax għandu din l-esperjenza fis-setting-up tas-sistema tal-wardens?", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qed ngħid li kien il-Ministru Gatt li mbotta lis-Sur Sciberras biex imur fil-kumpannija tal-wardens, imma l-Ministru Gatt għandu responsabbilta` f'din il-ħaġa, mela m'għandux!", "Iktar u iktar meta hu stess qed jammetti li s-Sur Sciberras ħadem b'mod li kiser paragrafu 38 tal-kodiċi ta' etika ta' l-uffiċjali pubbliċi, liema paragrafu jgħid li:", "\"L-uffiċjali pubbliċi li jkunu spiċċaw minn mas-servizz għandhom jiżguraw li ma jaċċettawx impjieg u li jieħdu sehem f'attivitajiet li jistgħu jitfgħu dell fuq l-integrita` tagħhom jew fuq dik ta' l- organizzazzjoni li qabel kienu magħha impjegati jew fuq dik tas- servizz pubbliku in ġenerali.\".", "Imbagħad il-Ministru Gatt kien kompla jgħid li:", "\"Il-ministeru jaqbel kemm mal-kelma kif ukoll ma' l-ispirtu ta' dan il- provvediment, iżda m'għandu l-ebda mezz effettiv kif jista' jinforza pass li kien jieħu immedjatament li kieku kellu l-poter li jieħdu.\".", "Issa bir-rispett kollu, x'jiġifieri li l-ministeru m'għandu l-ebda mezz effettiv kif jista' jieħu l-passi neċessarji?", "Allura l-ministeru kif jista' jassigura li x-xogħol isir bl-iktar mod trasparenti?", "Quddiemna għandna l-każi ta' Sciberras u Carbonaro.", "Allura jien ħammiġt lil xi ħadd jew inkella għedt xi ħaġa ta' barra minn hawn meta tkellimt kif tkellimt?", "Jien naħseb li messha ttieħdet azzjoni min-naħa tal-Prim Ministru biex ma nidħlux għal din l-istrataġemma ta' riżenja finta u mbagħad ikun hemm fire wall madwar il-każ kollu u ma jkunx hemm iktar mistoqsijiet, ma jkunx hemm iktar spjegazzjonijiet u ma jkunx hemm iktar tifsil.", "Nerġa' ngħid li qed nitkellmu fuq il-ministeru tal-ġustizzja; m'aħniex qed nitkellmu fuq ...", "To be fair, il-ministeri kollha huma importanti, pero` hemm ċerta serjeta` ikbar fil-mod ta' kif jippreżenta ruħu l-ministeru tal-ġustizzja.", "Lill- Ministru Gatt smajtu jgħid, kemm l-aħħar darba kif ukoll illum, li jkun hemm screening min-naħa tal-pulizija.", "Jien, ngħid is-sew, ma kontx naf bih dan l-iscreening.", "Forsi dan l-iscreening daħħlu l-gvern preżenti mill-1998 'l hawn, u naħseb li huwa tajjeb li jkun hemm screening min-naħa tal- pulizija, pero` fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabbilta` tibqa' dik tal- ministru.", "Għalhekk meta nara din l-istrataġemma ta' riżenji finti biex l- affarijiet jinżammu 'l barra mid-domain pubbliku u li kull darba li wieħed iqajjem xi ħaġa jkun qisu qed jattakka l-irġulija ta' xi ħadd - u dan meta suppost il-ministru konċernat u iktar u iktar il-Prim Ministru għandhom jieħdu ħsieb li l-affarijiet isiru trasparenti - nixxokkja ruħi.", "Mr Speaker, jien kont nistenna li l-Prim Ministru, meta jirċievi r-riżenja tal-Ministru Gatt, kien se jirranġa miegħu, anke b'konsultazzjoni ma' l- oppożizzjoni, jekk kien ikun hemm bżonn, biex issir inkjesta parlamentari.", "X'hemm ta' barra minn hawn f'ħaġa bħal din meta fin-nofs hemm involuta persuna ta' fiduċja fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali li ttellgħet fuq każ kriminali, liema każ kulħadd jaf bih?!", "Dan iwassalni għat-tielet każ li jkompli jqajjem mistoqsijiet kbar.", "Jekk naċċettaw il-verżjoni li saret s'issa, jiġifieri li s-Sur Carbonaro ma kienx baqa' segretarju privat uffiċjalment wara ċertu żmien, għalkemm dan baqa' jiffirma bħala segretarju privat ...", "Jista' jkun li għalkemm daħal it-tieni individwu bħala segretarju privat, l-ewwel individwu xorta baqa' jippreżenta ruħu bħala segretarju privat?", "Ma nistgħux neskluduha din il-possibbilta` u inkjesta parlamentari biss setgħet tiddetermina dawn l-affarijiet.", "Jekk inħarsu lejn il-faċċata tal-Malta Year Book 2001, insibu li bħala segretarju privat ma jidhirx aktar is-Sur Carbonaro imma jidher is-Sur Claudio Grech.", "Il-ministru assigurana li jsir screening fuq dawn l- appointments kollha mill-pulizija.", "Issa ta' min jgħid li s-Sur Claudio Grech kien inqabad ħati fl-1995 u reġa' nstab ħati fl-1996 li ffalsifika identity card tal-pulizija u fil-fatt ġie conditionally discharged għal sitt xhur.", "Issa ma nistgħux ngħidu iktar li dan m'huwiex is-segretarju privat tal-Ministru Gatt.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi tal-qorti li wasslu għal dan il- każ.", "Allura b'daqshekk qed nipprova nħammeġ?", "Dawn huma fatti u mhux iktar paroli.", "Nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll silta minn \"The Times of Malta\" tat-13 ta' Marzu, 1996, li tgħid hekk:", "\"A university student was yesterday found guilty of forging a police identity card during a summer job at the headquarters computer centre.", "Claudio Grech, 20 of Hamrun, was conditionally dicharged for six months by Magistrate Dr. Dennis Montebello.\".", "Mid-dehra dan huwa s-segretarju privat il-ġdid tal-ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, on a point of order!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ħalli ngħin lill-pubbliku jiġġudika aħjar.", "Minbarra s-sentenza li qed jirriferi għaliha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li ddeskriviet il-mottiv pwerili ta' l-imputat fejn qalet li huwa għamel dan ir-reat biex jikkonvinċi lit-tfajla tiegħu li huwa mdaħħal fil-korp tal- pulizija - u dan kollu ġara qabel ma s-Sur Grech daħal mal-gvern - se nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra curriculum vitae tas-Sur Grech dwar ix-xogħlijiet kollha afdati mill-Prim Ministru Alfred Sant - għax hawn ta' min jgħid li s-Sur Grech kien jaħdem f'dipartiment li kien jaqa' direttament taħt il-Prim Ministru - u dwar kemm-il darba l-Prim Ministru Alfred Sant bagħtu jistudja barra minn Malta u f'Malta.", "Se nitlob ukoll il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-evalwazzjoni taċ- ċivil fejn hemm internal performance fuq is-Sur Grech u fuq kollox - għax mid-dehra min ta l-informazzjoni lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma tahielux kollha - se nitlob biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll ittra tal-co- signatory tiegħu, l-Onor.", "Farrugia, li rrappreżenta lis-Sur Grech quddiem il-PSC meta l-kummissarju tal-pulizija ċaħħdu milli jagħmel eżami għal spettur tal-pulizija.", "Fil-fatt dak iż-żmien il-PSC qalet li minkejja dik is-sentenza, huwa għandu dritt jagħmel eżami għal spettur tal-pulizija u wara qalet li għandu dritt saħansitra li jilħaq prinċipal.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia qal hekk f'din l-ittra li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Id-deċiżjoni tal-kummissarju hija irraġunevoli, inġusta u ċertament inproprjament diskriminatorja.\",", "u iktar 'il quddiem kompla jgħid hekk:", "\"Din l-inġustizzja manifesta li saret mal-klijent tiegħi għandha tiġi rrimedjata.\".", "Nerġa' nirripeti li dan huwa kliem il-co-signatory tiegħek, Onor. Sant!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Hawn permess biex id-dokumenti li rrifera għalihom l-Onor.", "Gatt jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-curriculum vitae dettaljata tas-Sur Claudio Grech flimkien ma' informazzjoni dwar il-karriera ta' l-istess Grech;", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati dwar il-każ tal-Pulizija vs Claudio Grech datata 12 ta' Marzu 1996; u", "Kopja ta' ittra datata l-1 ta' April 1996 mibgħuta minn Dr Angelo Farrugia liċ-Chairman tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku dwar il- każ tas-Sur Claudio Grech.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nifraħ lill-Onor.", "Anġlu Farrugia li professjonalment iddefenda lis-Sur Claudio Grech daqstant tajjeb, u sewwa għamel - professjonalment dak li għandu jagħmel - imma issa qed nitkellmu fuq ir-responsabbilta` politika.", "Issa in facem curiae għandna lill- ministru li qed jammetti li kien jaf b'din il-ħaġa, imma ma qalilniex.", "(Interruzzjonijiet) Is-segretarju privat tiegħu nstab ħati li ffalsifika ...", "(Interruzzjonijiet) Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk, Mr Speaker!", "Jien ma waqqaftux u allura hu m'għandux għaliex iwaqqafni.", "(Interruzzjonijiet) Jekk qed tinħaraq, inħaraq kemm trid, imma ħallini nispiċċa dak li għandi xi ngħid.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt, on a point of order.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jimmiżinterpreta dak li għedt jien.", "Jien kont naf minn meta rajt ir-record li s-Sur Grech kien instab ħati mill-qorti, u dan ħareġ mill-iscreening stess, pero` meta rajt kemm fdajtu int, Onor. Sant, u x'ċertifikat għamillu l-Onor.", "Farrugia deherli li għandi nafdah jien ukoll.", "MR SPEAKER: Kompli, Onor. Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, inqala' argument, u l-argument huwa ċarissimu; li bħala segretarju privat attwalment il-Ministru Gatt għandu lil xi ħadd li l-qorti sabitu ħati ta' ffalsifikar ta' identifikar tal- pulizija, xejn iktar u xejn inqas.", "Qed nitkellmu fuq is-segretarjat tal- ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali issa.", "Seta' qalilna qabel biha din il-ħaġa, pero` huwa m'għamilx hekk.", "Quddiemna għandna l-każ ta' Carbonaro, il-każ ta' Sciberras u l-każ ta' Grech.", "Allura m'għandniex raġun li nitolbu li ssir inkjesta fuq din il-ħaġa?", "Il-ministru qed jgħidilna li huwa uża l-judgement tiegħu biex idaħħal lil Grech bħala s-segretarju privat tiegħu, kif ovvjament uża l-judgement tiegħu biex idaħħal lil Sciberras u lil Carbonaro.", "Lil Carbonaro mhux aħna vvintajnieh!", "Lil Sciberras mhux aħna vvintajnieh!", "Lil Grech mhux aħna vvintajnieh!", "Hemm qegħdin!", "Mr Speaker, bir-rispett kollu, din m'hijiex iktar kwestjoni li aħna qed nivvintaw l-affarijiet imma l-affarijiet qegħdin hemm.", "Il-każ li ġie difiż professjonalment minn membru ta' din in-naħa x'għandu x'jaqsam?!", "Mela l- fatt li l-ministru għandu lil xi ħadd miegħu li qed jagħmel atti kriminali jfisser li l-ministru huwa implikat fl-atti kriminali?!", "Mhux dak huwa the point of issue.", "The point of issue hija r-responsabbilta` personali, politika u amministrattiva, u jirriżultalna ċar minn dak li qed naraw quddiemna li iva, il-Ministru Gatt għandu jkun soġġett għal dan l- eżerċizzju ta' inkjesta parlamentari għax qed jirriżulta li l-ġudizzju tiegħu fuq dawn it-tliet każi li semmejt ma tistax tafdah.", "Għalhekk imbagħad nerġgħu mmorru lura minn fejn tlaqna.", "M'hijiex iktar leġġera dik ta' one for all and all for one; min hu D'Artagan, min hu Porthos u min hu Aramis.", "Il-mistoqsija hija din: F'soċjeta` demokratika se nkunu accountable?", "Se nkunu lesti li nagħtu l-ispjegazzjonijiet u ninvestigaw l-affarijiet?", "Se nkunu lesti nagħmluhom quddiem kulħadd?", "Għax l-istrataġemma ta' riżenji finti m'hijiex qed taħdem, u qed indaħħlu u nkomplu ndaħħlu sfiduċja fil-mod kif jitmexxa l-pajjiż.", "Din l-istrataġemma diġa` għamilnieha qabel l-1996, u m'hu veru xejn li l-beatu l-Onor.", "Gonzi kien ħa għalih fuq xi ħaġa.", "Kienet ovvja mill-bidu nett l-istrateġija tiegħu; li qed jilgħabha li se jitlaq minn kariga ta' speaker biex jindiegħes u jindiegħes imbagħad jagħmel fattih.", "Mhux ovvja din!", "Kieku ma konniex aħna li ressaqna ċerti każijiet 'il quddiem, kienu jsiru ħafna iktar ħniżrijiet milli saru!", "Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li dik se tibqa' l-approach tagħna - it- trasparenza f'din id-demokrazija tagħna.", "Il-ministri ma jistgħux jibqgħu one for all and all for one; iridu jkunu lesti li jirrispondu.", "L- istrataġemma ta' riżenji finti qed tgħatti ċerti affarijiet li m'humiex iktar aċċettabbli u f'dan il-każ fl-opinjoni tagħna l-Ministru Gatt għandu jkun soġġett għal investigazzjoni parlamentari.", "Aħna qed nesprimu bl-iktar mod ċar kundanna kemm għall-aġir tal-Ministru Gatt kif ukoll għall-aġir tal- Prim Ministru.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Fl-aħħarnett inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ ittri datati 30 ta' Ġunju 1999 u 16 ta' Marzu 2000 iffirmati mis-Sur Andre` Carbonaro, Segretarju Privat fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, mibgħuta lis-Segretarju tal-Kunsill Lokali tal-Gudja;", "Kopja tal-business card tas-Sur Andre` Carbonaro, Segretarju Privat fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali;", "Estratt mill-Malta Year Book 2000 u mill-Malta Year Book 2001, b'riferenza għall-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali;", "Estratt mit-traskrizzjoni mhux riveduta tas-seduta parlamentari Nru 516 ta' l-20 ta' Marzu 2001;", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali fis-26 ta' Marzu 2001 b'riferenza għall-kariga li kellu s-Sur Rueben Sciberras fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali;", "Estratt mill-gazzetta \"The Times\" tat-13 ta' Marzu 1996 li turi artiklu intitolat \"University student forges police identity card\"; u", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati dwar il-każ Pulizija vs Claudio Grech, datata 12 ta' Marzu 1996.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali għall-mozzjoni mressqa u moqrija mill-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni s-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali għall- mozzjoni mressqa u moqrija mill-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "304", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu |", "| |Agius Francis |Galea Louis |", "| |Asciak Michael |Galea Mario |", "| |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor |", "| |Azzopardi Jason|Gatt Austin |", "| |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence |", "| |Bonnici Michael|Hyzler George |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine |", "| |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo |", "| |Cristina |Mugliett Jesmond| |Dolores | |", "| |Dalli John |Pullicino George|", "| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey |", "| |Debono Giovanna|Refalo Michael |", "| |Deguara Louis |Vassallo Edwin |", "| |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | |", "| |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | |", "| |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "| KONTRA: 28", "l-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo |", "| |Agius Chris |Farrugia Michael|", "| |Attard Montalto|Farrugia Noel | |John | |", "| |Bartolo Evarist|Gulia Gavin |", "| |Borg Karmenu |Herrera Jose` |", "| |Brincat Leo |Law Rita |", "| |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | |", "| |Cardona Chris |Mizzi Joe |", "| |Chircop Karl |Parnis Silvio |", "| |Cilia Joe |Refalo Anton |", "| |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | |", "| |Cuschieri |Sant Alfred | |Joseph | |", "| |Dalli Helena |Vassallo Adrian |", "| |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "| L-emenda għaddiet.", "MR SPEAKER: Issa se nqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni mressqa mill- Onor Anġlu Farrugia, kif emendata bl-emenda tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division se tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "305", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu |", "| |Agius Francis |Galea Louis |", "| |Asciak Michael |Galea Mario |", "| |Azzopardi |Galea Pace Victor| |Frederick | |", "| |Azzopardi Jason|Gatt Austin |", "| |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence |", "| |Bonnici Michael|Hyzler George |", "| |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine |", "| |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo |", "| |Cristina |Mugliett Jesmond | |Dolores | |", "| |Dalli John |Pullicino George |", "| |D'Amato Helen |Pullicino Orlando| | |Jeffrey |", "| |Debono Giovanna|Refalo Michael |", "| |Deguara Louis |Vassallo Edwin |", "| |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | |", "| |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | |", "| |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "|KONTRA: 28", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo |", "| |Agius Chris |Farrugia Michael |", "| |Attard Montalto|Farrugia Noel | |John | |", "| |Bartolo Evarist|Gulia Gavin |", "| |Borg Karmenu |Herrera Jose` |", "| |Brincat Leo |Law Rita |", "| |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | |", "| |Cardona Chris |Mizzi Joe |", "| |Chircop Karl |Parnis Silvio |", "| |Cilia Joe |Refalo Anton |", "| |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | |", "| |Cuschieri |Sant Alfred | |Joseph | |", "| |Dalli Helena |Vassallo Adrian |", "| |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "| Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 2 ta' April 2001, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi nixtieq nindirizza tliet punti prinċipali.", "L-ewwel punt jittratta l-qagħda tal-mediċini f'pajjiżna, b'mod partikolari ċerti mediċini ta' importanza għal saħħet il-pazjenti lokali.", "Nixtieq nittratta wkoll dwar il-problemi li residenti fin-nofsinhar ta' Malta, b'mod partikolari dawk ta' Ħal Għaxaq, qed jiffaċċjaw għar-rigward tal-provvista ta' l-elettriku, ta' l-ilma u l-istat tat-toroq li jgħixu fihom.", "Nixtieq li jekk ikun fadal ħin, nagħmel ukoll xi osservazzjonijiet fir-rigward ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Kif diġa` għedt nixtieq niddedika ftit ħin dwar il-provvista tal-mediċini lokalment.", "Dan l-aħħar waqt xi żjarat li għamilt f'xi djar inqala' s- suġġett fejn issemmew b'mod partikolari l-pilloli tat-tip diamox u set pilloli ieħor tat-tip phenindione.", "Kien hemm ilmenti dwar il-fatt li la fl- ispiżerija tal-gvern fl-Isptar San Luqa u lanqas mill-ispiżeriji lokali ma tista' ssib tixtri dawn it-tip ta' pilloli.", "In-neċessita`, l-importanza u l-gravita` ta' dan in-nuqqas joħroġ b'mod partikolari fejn jirrigwarda l- pilloli tat-tip diamox.", "Fil-fatt indirizzajt interpellanza parlamentari lill-Ministru konċernat permezz ta' mistoqsija parlmentari 24527 u min-naħa tiegħu fl-istess risposta, il-Ministru għamel riferenza għal risposta oħra mogħtija permezz ta' l-interpellanza nru.", "24314.", "Dan juri li l-gravita` tan-nuqqas u n- neċessita` ta' dawn il-pilloli nħasset ukoll minn membri oħra li diġa` ltaqgħu ma' dan il-każ.", "Ir-risposta kienet li daħlet xi kunsinna, spiċċat, inġiebet kunsinna oħra żgħira, spiċċat u suppost għandha tasal kunsinna oħra.", "Hawnhekk wieħed jibda jiddubita, jistaqsi u jagħmel riferenza għall-kritika li kienet saret meta l-gvern Laburista ta' ftit xhur ilu kien introduċa l-miżura li permezz tagħha kien impona l-miżata nominali ta' 50c - ngħid nominali għax 50c relattivament ma jfissru xejn - fejn kulmin kien imur b'riċetta kien irid iħallasha.", "Kien hawn ħafna storbju għaliex qalu li kienu qegħdin jittieħdu flus il-poplu u li dan m'għandux ikun.", "Biss matul dak il-perijodu li kien hemm dik it-tariffa, ħadd ma kien igorr mill-provvista tal-pilloli; kulmin kien imur għall- pilloli kien isibhom.", "Hawnhekk forsi wieħed kien jammira l-iskop li kien hemm wara dik it- tariffa, fis-sens li daħal il-kontroll.", "Illum bit-tneħħija ta' din it- tariffa n-nies m'humiex isibu l-pilloli li jkollhom bżonn.", "L-akkuża hi li hawn min qed japproprja ruħu minn pilloli li ma jagħmilx użu minnhom u jiddisponi minnhom ħażin.", "Hawnhekk tidħol ir-responsabbilta` ta' l- amminstrazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi għandhom jittieħdu miżuri serji biex jekk hu każ ta' ħela allura jiġi kkontrollat.", "L-introduzzjoni ta' dik il- miżura kellha l-għan li ġġiegħel lil kulħadd ikun responsabbli lejn l-ordni li jagħmel.", "It-tip ta' pilloli li qegħdin insemmu d-diamox, jeħduhom persuni li jbatu minn pressjoni fl-għajnejn u għalhekk wieħed jista' jimmaġina l-gravita` u l-importanza tagħhom.", "Jien iltqajt ma' każ fejn speċjalista eżamina persuna li qed tbati minn pressjoni f'għajnejha u rrikmandalha u ppreskrivilha dawn il-pilloli għal perijodu ta' sitt xhur, pero' tul dan il- perijodu kollu din il-persuna la sabet tixtri dawn il-pilloli mill- ispiżerija tal-gvern u lanqas mill-ispiżeriji privati.", "Il-konsegwenza li tista' tiffaċċja din il-persuna hi li titlef id-dawl t'għajnejha.", "Illum naraw kemm l-amministrazzjoni preċedenti kienet qed iddaħħal ċerta responsabbilta` u sigurezza biex jinstabu dawk il-pilloli tant neċessarji, mhux billi noqogħdu niftaħru li tneħħiet din il-miżura ta' 50c.", "Jekk huwa l-każ li hemm il-ħela u hemm min qed japproprja ruħu minn pilloli mill- ispiżeriji governattivi li m'għandux jieħu, għandhom jittieħdu dawk il- passi mill-iktar fis sabiex persuni li verament ikollhom bżonn il-pilloli ma jbatux il-konsegwenzi.", "Punt ieħor li xtaqt nirreferi għalih hu l-istat li għadhom qed igħixu fih ċerti residenti fl-area ta' Ħal Għaxaq, illum fis-sena 2001.", "Qed nirreferi għall-parti tal-Millieri, il-parti tal-Qattus, Triq Telleritu, Triq il- Bwar, Triq Ġużepp Barbara, Triq Sebastian Saliba u l-akkwati tal-madwar.", "Hawnhekk għandna stat li verament huwa tal-biki.", "Jiena bdejt ninvolvi ruħi direttament fil-kampanja elettorali f'Ottubru ta' l-1996 imma sal-lum għadu ma sar relattivament xejn biex dawn it-toroq jitranġaw, fosthom dawk ta' l- area tal-Qattus.", "Ninsab infurmat li dawn it-toroq ilhom f'dan l-istat għal mill-inqas 15-il sena u mhux każ ta' sempliċement toqba 'l hawn u 'l hemm, imma huma litteralment maqlugħin kollha.", "Dan l-aħħar jidher li saru xi xogħlijiet fejn ġie mgħoddi l-main ta' l-ilma imma ma ġiex imqabbad.", "Jidher li fil-perijodu 1997-1998 kien għadda d-drenaġġ imma t-toroq baqgħu maqlugħin kif dejjem kienu.", "Kien hemm interpellanza sabiex min hu responsabbli jara li dawn isiru u l-Ministru ndika li se jsiru xi xogħlijiet fl-area ta' Ħal Għaxaq, imma dan se jsir meta jitlestew il- kordinamenti li għandhom isiru.", "Naħseb li hemm każ serju ta' urġenza biex jitlestew dawn it-toroq.", "Barra l-urġenza li jitlestew it-toroq, nixtieq inġib għall-attenzjoni ta' din il-Kamra t-tbatija li ċerti nies qegħdin jgħaddu minnha, b'mod partikolari dawk fl-area tal-Qattus.", "Hawnhekk għandna stat fejn apparti li t-toroq mhux iffurmati, għalkemm il-bini huwa kollu lest hemm min għadu sal-lum mingħajr il-provvista ta' l-ilma.", "Għandek min, b'mod partikolari fl-akkwati ta' Triq Telleritu, li minbarra li għadu jrid jiddependi mill-bjar tiegħu għall-ilma, għadu wkoll jinqeda bil-fossa għaliex lanqas is-sistema tad-drenaġġ għadha ma waslet.", "Għandek il-bini li ilu lest is-snin u sal-lum ir-residenti għadhom jiddependu mill- bir u mill-fossa.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-ministeru konċernat u l- ministru responsabbli jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ix-xogħlijiet li għandhom isiru, isiru.", "Hemm ukoll il-każ ta' Triq il-Bwar u Triq Ġużeppi Barbara fejn ir- residenti, għalkemm jgħixu f'dinja żviluppata u għandhom il-provvista tad- dawl, ma jistgħux igawdu l-faċilitajiet li toffri d-dinja moderna.", "Dan minħabba li meta marru l-impjegati ta' l-Enemalta biex jaraw x'saħħa ta' dawl hemm, irriżulta li hi ta' 175 watts, jiġifieri jekk tixgħel bozza trid titfi l-oħra u biex tixgħel it-televiżjoni trid titfi l-fridge.", "Din hija ħaġa ta' l-iskantament għaliex hemmhekk hemm substation, jiġifieri suppost li l-provvista tad-dawl ma tkunx daqshekk ħażina.", "Din hija sitwazzjoni li fid-dinja tal-lum mhix aċċettabbli, iktar u iktar meta tqis li sar investiment tant qawwi f'power station li suppost kellha ssolvi darba għal dejjem il-problemi tad-dawl.", "Hawnhekk irrid ngħid li Ħal Għaxaq mhux l-uniku post fejn għandhom il- problema ta' dawl baxx; hemm ċerti postijiet ġewwa ż-Żurrieq, bħal Triq it- Torri, fejn għalkemm ġie ndikat li se ssir substation relattiva eċċ, sal- lum din għadha ma saritx u s-sitwazzjoni hi ta' l-istess gravita` li qegħdin insemmu.", "It-tielet punt li xtaqt nagħmel riferenza għalih jirrigwarda l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan l-aħħar qed ninnutaw li l-iżvilupp m'għadux ikun - bħalma kien forsi fil-passat - fuq skali żgħar imma qed ikun ta' ċerta kobor, bħalma qed isir, per eżempju, fl-area ta' Fleur-de-Lys fejn qabel kien hemm il-fabbrika tal-Canada Dry, biex insemmi post wieħed.", "Hemmhekk għandek area enormi fejn għaddej skavar mhux ħażin u naħseb li fl-awtorita' ta' l-ippjanar wasal iż-żmien li jibda jsir pjanar bis-serjeta` biex wieħed jibża' għall-ambjent.", "Fi żmien il-Kavallieri, il-ġebla kienu jaqtgħuha mill-istess post u jagħmlu użu minnha u għalhekk il-barrieri kienu jkunu żgħar u bil-kemm kont tinduna bihom.", "Illum il-kobor tal-barrieri sar xi ħaġa kbira u t-tiċrit ġo l-art sar ikerrah l-ambjent kollu.", "Ħaġa ta' l- iskantament hi li għandna dawn l-areas daqshekk kbar fejn qed isir qtugħ ta' blat enormi u m'hu qed isir xejn bih; sempliċement jitqatta' biex jintrema f'barriera li naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorita' ta' l- ippjanar tibda tiddedika ftit tal-ħin sew dwar kif għandha tintuża l-ftit materja prima li hawn.", "Kulħadd jaf li l-ħajja tal-barrieri lokalment hija waħda żgħira u ma naħsibx li għandha ħafna tul għax il-ġebla aktar ma jmur aktar qed tiskarsa.", "B'dan il-mod tkun qed issalva l-ambjent b'mod estetiku, tkun qed tissalvagwardja l-kampanja minnha nnifisha, tkun qed tnaqqas il-ħela, tipprolonga l-użu u barra minn hekk tnaqqas problema kbira li tikkonċerna r- rimi.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorita' ta' l-ippjanar tibda tiddedika iktar ħin verament għall-ambjent u mhux sempliċiment tkun qiegħda hemmhekk biex tagħfas fuq iż-żgħir u tirrendilu ħajtu miżerja b'ħafna tariffi għoljin biex sempliċiment tiġġustifika l-pagi ta' l-uffiċjali tagħha.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija t-triq qalb il-blat li hemm int u nieżel f'Wied iż-Żurrieq, liema triq oriġinarjament kienet tintuża mis-sajjieda u ilha hemm is-snin.", "Nisimgħu ħafna dwar li rridu nagħmlu footpaths u jinqalgħu ħafna argumenti dwar jekk għandhomx isiru jew le, imbagħad għandek footpath li diġa` hija rranġata, u qed tiġi mill-inġenji għaliex qegħdin jiġu mitfugħa bl-addoċċ fuqha.", "U dan kollu qed isir bil-barka ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar!", "Naħseb li wasal iż-żmien li jittieħdu passi sabiex affarijiet li diġa` jeżistu u li m'huma qegħdin itellfu lil ħadd u li m'huma se jieħdu xejn minn ta' ħadd imma qegħdin hemmhekk għax jappartjenu lill-poplu Malti, jiġu ppreservati.", "Dan sabiex ikunu t'użu kemm għat-turisti li jinżlu minn dawk il-postijiet bil-mixi kif ukoll għall-istess Maltin li fil-ġranet sħan li bdew ġejjin jagħmlu użu minnhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhaġiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAĠIAR: Sur President, fid-dibattitu li kellna llejla fuq mozzjoni ta' l-oppożizzjoni, il-Ministru Austin Gatt waqt id-diskors tiegħu, għoġbu jirriferi għall-każ ta' persuna li kienet impjegata bħala xufier meta jien kont ministru.", "Jien m'iniex se nitkellem dwar dan il-każ, pero` naħseb li huwa mill-iktar inġust li f'dan il-Parlament insemmu nies li ma jistgħux jiddefendu ruħhom.", "Il-persuna konċernata, is-Sur Noel Xuereb, m'huwiex uffiċjal pubbliku u ma jaħdimx mal-gvern, għalhekk ma jistax jiddefendi ruħu f'dan il-Parlament.", "Huwa proprju minħabba f'hekk li 'l quddiem xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tas-sentenza tal-qorti li ngħatat fil-konfront ta' Noel Xuereb.", "Fil-fatt Noel Xuereb kien tressaq il-qorti fuq reat imma effettivament ma kienx instab ħati.", "U se naqra hawnhekk il-parti rilevanti tas-sentenza li kienet ingħatat li tgħid hekk:", "\"il-qorti ma ssibx lill-imputat Noel Xuereb ħati ta' l-ebda waħda mill- akkużi u konsegwentement tilliberah minn kull imputazzjoni u piena.", "Tordna wkoll ir-rilaxx tal-flus elevati mingħand dan l-imputat billi l- istess m'humiex konnessi mar-reati li taw lok għal dawn il- proċeduri.\".", "Hawnhekk hawn każ fejn persuna tressqet il-qorti imma ma nstabitx ħatja u għalhekk m'għandniex noqogħdu nsemmu dawn l-affarijiet fil-Parlament, speċjalment meta l-persuna ma tistax tiddefendi ruħha.", "Jien inħossha nġusta li l-Ministru Gatt illejla għoġbu jiġi f'dan il-Parlament u joqgħod iqajjem il-każ hawnhekk, minkejja li jaf li din il-persuna ma nstabitx ħatja.", "Minkejja li din il-persuna nstabet innoċenti mill-qorti, il- Ministru Gatt għoġbu jerġa' jgħaddiha ġuri hawnhekk f'dan il-Parlament.", "Mr Speaker, il-ġurijiet tagħmilhom il-qorti u hi tiddeċiedi min hu ħati, min mhux u lil min tillibera.", "U f'dan il-każ il-qorti ddeċidiet li l- persuna konċernata mhix ħatja ta' l-akkużi li nġiebu kontriha.", "U għalhekk mhux sewwa li f'dak id-dibattitu l-Ministru Gatt uża kif uża l-argument.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi jirrigwarda stqarrija li ħareġ il-Ministru Zammit Dimech biex jirribatti stqarrija li kont għamilt jien waqt konferenza politika u konferenza stampa li kienet saret f'Wied il-Għajn.", "Nhar is-Sibt li għadda f'Wied il-Għajn, jien flimkien mas-Sindki ta' Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar konna għamilna konferenza stampa biex niġbdu l-attenzjoni tal-gvern li f'dawn it-tliet irħula hemm telqa kbira; affarijiet li kienu mibdija, jew ma tkomplewx jew inkella tħallew għal rashom u ma sar xejn fuqhom.", "Iktar minn hekk, għas-sena li ġejja u għas- snin li ġejjin m'hemm maħsub li jsir l-ebda nvestiment f'dawn in-naħat.", "Biex jirribatti din l-istqarrija li għamilnilu l-ministru għoġbu jgħid li matul il-tliet snin li għaddew intnefqu Lm5 miljuni fuq proġetti ta' embellishment.", "Jien m'għedtx li fit-tliet snin li għaddew ma sarux proġetti ta' embellishment; fil-fatt fl-1998, Gvern Laburista nefaq Lm3 miljun għal din il-għan.", "Dan ifisser li minn dawk il-Lm5 miljuni trid tnaqqas Lm3 miljuni li ntnefqu taħt gvern Laburista.", "Fl-1999 intnefqu Lm1 miljun f'xogħol ta' embellishment u s-sena li għaddiet intnefqu ftit inqas minn Lm1 miljun.", "Dan ifisser li l-argument ma kienx li ma ntnefqux flus imma dwar il-mod kif intnefqu.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet il-parti l-kbira tal-flus intnefqu ġewwa tas-Sliema, fis-sena ta' qabel, għalkemm ntnefqu xi flus ġewwa Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa, ir-raġuni kienet li kien hemm proġetti mibdija minn gvern Laburista fl-1998 u għalhekk il-gvern Nazzjonalista ma kellux għażla oħra ħlief li jkomplihom.", "Fil-fatt għamel sew li komplihom.", "Fil-kumplament ta' l-istqarrija tiegħu l-ministru qal li mhux veru li m'huma se jagħmlu xejn matul din is-sena ġewwa Marsascala, Birżebbuġa u Marsaxlokk.", "Qal li se jitkompla r-restawr tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn, u li se jsir ftit landscaping work fil-bajja ta' San Tumas.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ xogħlijiet huma mibdijin diġa` u x-xogħol ta' restawr tat-Torri ta' San Tumas kważi spiċċa.", "Jien nistaqsi lill-Ministru x'se jagħmel ġo Birżebbuġa u Marsascala għaliex f'din l-istqarrija ma semma xejn fuq dawn iż-żewġ lokalitajiet.", "Mela veru kellha raġun l-Oppożizzjoni li tgħidu li fin-naħa t'isfel tal-pajjiż m'hu qed jagħmel xejn din is-sena!", "Anke jekk tara l-budget li hemm ivvutat għal din is-sena, issib li dan huwa kollu fuq xogħlijiet ta' embellishment f'Sliema u San Ġiljan.", "Mhux talli hekk, talli anke xogħlijiet li ilhom imwiegħda ħafna f'Buġibba u l- Qawra għadhom ma tlestewx.", "Infakkar f'dak il-famuż ħajt li qiegħed fejn il-Gillieru u li hekk kif inbidel il-gvern fl-1998 kien inqala' minn hemm għax qalu li kien ikrah.", "Effettivament dan kien retaining wall biex iżomm it-triq milli taqa' għal isfel u issa ġie qisu building site; għaddew sentejn u nofs u building site kien, building site għadu u hekk se jibqa' għax għalissa m'hemmx flus ivvutati għalih.", "Basta neħħejnieh!", "Bħalma se nħallu wkoll ġewwa l-Qawra l- pożizzjonijiet fejn suppost għandhom jeħlu l-fanali fil-promenade ta' taħt li hemm fil-Qawra!", "Hemmhekk diġa` hemm il-pajpijiet tal-conduit imtellgħin ma' fejn se jaqbdu l-fanali.", "Ilhom lesti xi sentejn u l-fanali mhux se jitwaħħlu għax m'hemmx vot għalihom għal din is-sena, l-istess bħalma mhux se jitwaħħlu l-fanali ġewwa l-bajja fuq il-promenade ta' Marsascala.", "Ma twaħħlux u mhux se jitwaħħlu għax m'hemmx budget għalihom.", "Fl-istess stqarrija li għamel, il-ministru ta raġuni lil dak li għedna aħna għax hu ċar li kulma sab x'isemmi hu li se jkomplu bir-restawr tat- Torri ta' San Tumas u li se jagħmlu ftit landscaping work fil-bajja ta' San Tumas.", "Dawk xogħlijiet ta' embellishment li se jsiru!", "Ħalli jsiru dawn imma hemm ħafna iktar xogħlijiet x'jagħmlu!", "Biex inkun qed ngħid kollox, il-ministru qal ukoll li fejn hemm l-iskart se jneħħuh.", "Bħal dak li qallu għaliex id-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart ineħħi l- iskart minn fejn jinġema' allura dak huwa proġett!", "Tant sirna laissez- faire u tant dan il-gvern m'hu qed jagħmel xejn li meta nagħmlu xi ħaġa li suppost nagħmlu insejħulha proġett.", "Il-fatt li tiġbor l-iskart li jintefa' 'l hawn u 'l hemm hu parti mix-xogħol tal-gvern u mhux proġett.", "Fl-istqarrija li kont għamilt meta konna Wied il-Għajn kont għamilt diversi domandi u fost l-iktar affarijiet importanti li staqsejt għan-nom tan-nies ta' Wied il-Għajn kien hemm, per eżempju, dik jekk hijiex se ssir xi ħaġa biex il-karozzi li jkunu neżlin mill-bypass ta' Wied il-Għajn lejn iċ- ċentru ma jibqgħux jgħaddu miċ-ċentru ta' Wied il-Għajn bil-konsegwenza li jkun hemm konfużjoni enormi ta' traffiku.", "Domanda oħra kienet jekk huwiex se jsir il-bus terminus f'Wied il-Għajn li ilu mwiegħed ħafna.", "Infakkar li Wied il-Għajn huwa t-tielet l-ikbar terminus tal-karozzi tal-linja ġewwa Malta fix-xhur tas-sajf wara dak tal-Belt hu Buġibba.", "Da huwa proġett ieħor tal-gvern Laburista li tħalla fuq l-ixkaffa bħalma tħalla fuq l- ixkaffa l-proġett li semmejt qabel ta' triq ġdida li tagħmel bypassing taċ- ċentru.", "X'qed isir biex ġewwa Ħaż-Żabbar nevitaw il-problema kbira ta' l- għargħar li hemm, liema ilma minn Ħaż-Żabbar jispiċċa f'Wied il-Għajn.", "Dan huwa proġett ieħor imħejji minn gvern Laburista u li dan il-gvern għoġbu għal darb'oħra ma jkomplihx.", "Jien ċert li kieku dan il-gvern kellu ħsieb li jkompli dawn il-proġetti, il-ministru kien isemmihom.", "Proġetti oħrajn li kienu maħsubin għal Birżebbuġa huma per eżempju t- tkomplija ta' l-embellishment fil-bajja tal-Qajjenza.", "Anki hawnhekk ma jissemma' xejn u għandi nifhem li m'hu se jsir xejn.", "Wieħed jista' jgħid l- istess għal Marsaxlokk u dawn l-areas kollha.", "Għandna gvern li dawn l- affarijiet jinsihom u jikkonċentra l-isforz tiegħu biss fuq tas-Sliema u fuq San Ġiljan.", "Għaliex il-Ministru minn hemm irid jitla'!", "Allura hemmhekk nagħmlu x-xogħol u fil-postijiet l-oħra telqa kbira!", "Nistieden lin-nies li qed jisimgħuna biex imorru Buġibba u jaraw jekk hux veru li madwar 40% jew 50% tal-fanali lanqas jinxegħlu m'għadhom, jew jekk jinxegħlu għandhom il-bozoz maqtugħin.", "Jaraw, per eżempju, l-ħsara li qed issir lis-siġar li hemm miżrugħin hemmhekk!", "Jaraw il-ħsara li qed issir fuq il-promenades t'hemmhekk u li mhux qed tiġi rranġata, it-telqa u n- nuqqas ta' manutenzjoni ta' dawn l-affarijiet kollha.", "Hu verament ta' ħasra li f'dan il-pajjiż nirraġunaw bil-mod li għax proġett ikun inbeda minn gvern imbagħad jitla' gvern ieħor, il-proġett ma jitkompliex.", "Dan mhux sewwa għaliex meta jsiru dawn il-proġetti jintnefqu miljuni ta' liri li jkunu nġabru mingħand il-poplu kollu u nemmen li l- gvern, hu min hu, huwa tenut li jagħmel manutenzjoni xierqa fuq proġetti ta' din il-kwalita` speċjalment meta jkunu proġetti maħsuba biex isebbħu lill-pajjiż.", "Minflok ma l-proġetti jilħqu l-għan tagħhom li jsebbħu lill- pajjiż, jispiċċaw biex huma stess ikunu eyesore.", "Mr Speaker, is-sena li għaddiet!", "Is-sena li għaddiet sar proġett ġewwa tas- Sliema li ġie jiswa madwar Lm60,000 biex isir embellishment ta' San Ġiljan li tiġi taħt Taormina Kiosk.", "Niftakar lill-Ministru Refalo u l-Ministru Zammit Dimech għax kienu mdeffsin fiha t-tnejn imorru hemm isfel fuq dik il- bajja, jduru magħha u jgħidu li hemmhekk se jagħmluh blue flag beach.", "Qalu wkoll li se jagħmlu l-beach furniture liema beach furniture se tkun magħmula b'tali mod u manjiera li tkun tista' tiżżarma fix-xitwa ħalli ma ssirilhiex ħsara.", "Jekk wieħed imur hemmhekk li l-beach furniture saret imma baqgħet ma tneħħitx minkejja l-wegħda li se jneħħuha biex ma ssirilhiex ħsara.", "(Interruzzjonijiet) Għalhekk qed issirilha ħsara għax ma tneħħitx!", "Għax din kienet maħsuba biex titneħħa u tħalliet hemm!", "Dan ifisser li anke proġetti li saru riċentement qed jitħallew fi stat ta' telqa.", "Mhux sew li f'dan il-pajjiż nonfqu mijiet ta' eluf u miljuni ta' liri biex inwettqu proġetti imbagħad m'aħniex kapaċi nsibu sistema biex dawn il- proġetti nmantnuhom kif inhu xieraq.", "Dan mhux sewwa mhux biss għaliex il- pajjiż ikollu dehra ta' telqa kif fil-fatt għandu llum, fejn qisu ħadd m'hu qed jagħti kas ta' xejn imma għaliex ifisser li effettivament ħafna flus li jinġabru minn fuq it-taxxi tal-poplu m'humiex qegħdin jintnefqu sew u ħadd m'hu qed jieħu ħsieb biex dawk il-flus jiġu nvestiti biex jagħtu l- aħjar return għal pajjiżna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 2 ta' April 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GWARDJANI LOKALI", "24551.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta St Paul's Bay?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "GWARDJANI LOKALI", "24552.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħati breakdown taċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill- gwardjani lokali għax-xahar ta' Jannar u Frar u sa 19 ta' Marzu fil-lokal ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s`issa fl- Imtarfa m`hemmx Gwardjani Lokali.", "ST MICROELECTRONICS", "24672.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li l-kumpannija globali ST Microelectronics dan l-aħħar ħabbret fl- istampa internazzjonali li kienet ser tirrevedi 'l isfel it-tbassir tagħha għall-kumplament tas-sena finanzjarja, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex mistenni li jkolli xi impatt dirett fuq il-GDP ta' pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-istampa internazzjonali irrapurtat kif il-kumpaniji fis-settur tas-semiconducters, fosthom inkluża l-ST Microelectronics, qed iħabbtu wiċċhom ma' tnaqqis fil-prezz tal- prodotti tagħhom, prinċipalment minħabba li l-qasam tal-kompjuters ma baqax jespandi bir-ritmu antiċipat.", "Dan qed iwassal biex dawn il-kumpaniji jirrevedu l-isfel it-tbassir tagħhom dwar turnover.", "Madankollu huwa mistenni li sa l-aħħar tas-sajf is-settur ikun diġa' reġa lura għall-livell ta' attivita' milħuqa fis-snin li għaddew.", "Minħabba f'hekk, mhux mistenni li t-turnover ta' l-ST Microelectronics f'Malta għal din is-sena ser ikun daqstant differenti minn dak tas-sena li għaddiet u għalhekk mhux qed ikun antiċipat xi impatt partikulari fuq il-Prodott Gross Domestiku ta' pajjiżna.", "SAN ĠWANN - TINDIF", "24673.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fid-dawl tal-ġrieden, siringi u skart li spiss qed ikun hemm faċċata tal-bini fi Triq l-Istefanotis, San Ġwann, jistgħu jittieħdu passi mid-dipartiment konċernat u possibbilment flimkien mal-kunsill lokal biex jissebbah l- ambjent u jiġi indirizzat dan l-inkonvenjent għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Ministeru għall-Ambjent kien diġa' beda t-tħejjijiet neċessarji biex isir proġett ta' tisbiħ u titjib f'dan il-post.", "Sadanittant il-Ministeru qed jagħmel il-verifiki meħtieġa dwar jekk l-area in kwestjoni hix art pubblika jew le.", "MFSC - KONSULENTI", "24674.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm konsulenti Maltin fuq il-kotba tal-MFSC?", "Min huma, kemm qed jitħallsu u kemm jaħdmu sigħat fil-ġimgħa?", "Kif u meta ġew ingaġġati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konsulenti Maltin fuq il-kotba tal-MFSC fis-27 ta' Marzu 2001 huma kif ġej:", "1.", "Paul Vella - Lm 2,000 - ma għandux siegħat fissi u qiegħed jipprovdi is-servizz tiegħu fuq bażi ta' assignment speċifiku.", "Ingaġġat fit-28 ta' Frar 2000 fuq xogħol relatat ma' accounting.", "2.", "Charles Theuma - Lm 500 fix-xahar.", "Ingaġġat fil-23 ta' Frar 2001 fuq bażi ta' minimu ta' 40 siegħa fix-xahar fuq xogħol ta' IT strategy and development.", "3.", "Mrs Joanne Cassar - Lm 500 fix-xahar.", "Ingaġġata fil-21 ta' Lulju 2000 fuq bażi ta' nofs ta' nhar kuljum sa l-aħħar ta' Marzu 2001 fuq xogħol relatat ma' business development.", "4.", "Anthony Azzopardi - Lm 12,000 fis-sena.", "Ingaġġat fil-21 ta' Lulju 2000 fuq bażi full-time ta' minimu ta' 40 siegħa fil-gimgħa fuq xogħol relatat ma' human resources.", "Il-konsulenti kollha ġew ingaġġati b'deċizjoni tal-Bord tal-Gvernaturi."]} {"filename": "20010131_481d_par.doc", "date": "2001-01-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 481 L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 481", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "481", "L-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' SANT'ANĠLU - (IT-TIENI QARI)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST ANGELO) BILL - (SECOND READING) 6", "AĠĠORNAMENT.", "25", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 30", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 480 li saret fitl-30 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LUKANDI – KLASSIFIKA", "22658.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Dolores Cristina): staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati?", "Xi klassifikazzjoni huma?", "Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): B'riferenza għall- mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant li tagħha kont weġibt biss għall-ewwel parti u għedt li kont se nwieġeb f'seduta oħra għall-partijiet l-oħra, ninsab informat li f'dawn l-aħħar snin il-bord tal-lukandi u stabilimenti li jservu l-Ikel approva l-bini ta' 12-il lukanda ġdida li l-ebda waħda minnhom ma hi lesta.", "L-HCEB approva wkoll ristrutturazzjoni ta' 12-il lukanda kif ukoll it-tkabbir ta' 17 oħra.", "Ix-xogħol fuq dawn il-lukandi għadu għaddej.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk hux veru li matul dawn l-aħħar ġimgħat madwar 20 lukandier ġew mitluba biex ibiddlu l- klassifikazzjoni tal-lukanda tagħhom, fis-sens li minn 4-Star imorru għal 3- Star u minn 3-Star għal 2-Star.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ovvjament f'dan il-mument m'għandix l-informazzjoni preċiża, pero' jiena naf li t-tourism authority, li dalwaqt se jkollha l- kompitu li tikklassifika l-lukandi, għamlet manual ta' standards u għamlet laqgħa għal-lukandiera kollha u fehmithom b'liema mod se jibdew jimxu fir- rigward tal-klassifikazzjoni tal-lukandi.", "Fl-istess ħin l-inspectors il-ġodda tat-tourism authority, flimkien ma' kumpannija ta' esperti Spanjoli minn Mallorca, marru jżuru l-lukandi l- oħra.", "L-idea hija li fejn hemm in-nuqqasijiet il-lukandiera jiġu mgħarrfa x'għandhom jagħmlu biex iżommu l-istandard tal-lukanda.", "Ovvjament imbagħad ikun hemm a second inspection.", "L-idea hija biex wieħed jgħin li jinżammu l- istandards u mhux biex wieħed jippenalizza lil xi ħadd.", "S'issa t-tourism authority għad m'għandhiex il-jedd li tikklassifika, u bħalissa qed tagħmel li tista' biex tgħin lil kulħadd itejjeb s-servizz u l- faċilitajiet fil-lukandi.", "Irrid ngħid ukoll li dawn l-inspectors il-ġodda kixfu diversi affarijiet oħra, bħal per eżempju lukandi li żiedu l-ammont ta' sodod mingħajr permess, oħrajn li ma kenux qegħdin jintużaw bħala lukandi, oħrajn li ntefgħu fuq negozju ieħor u ħafna affarijiet oħra.", "Ovvjament fejn ma kienx fl-interess tat-turiżmu li tkompli t-tmexxija u l-ġestjoni ta' dawn il- lukandi, wieħed ma setax jistenna sakemm t-tourism authority tieħu f'idejha dik ir-responsabbilta', u għaldaqstant l-inspectors bagħtu rapporti lill-HCEB, l-organu li sal-lum għadu jiddixxiplina, jagħmel monitoring u jikklassifika, li wara li sema' lill-inspectors ħa d- deċiżjonijiet li kien hemm bżonn jieħu.", "Pero' fl-ebda każ - qed nitkellem mill-memorja - s'issa ma kien hemm downgrading ta' xi lukanda.", "AIR MALTA – KAPTANA U FIRST OFFICERS", "22786.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani dwar l-aħħar żviluppi tal-problema industrjali li hemm bħalissa bejn l-Air Malta min-naħa u l-kaptani u l-first officers min-naħa l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Peress li d- diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn l-Air Malta u l-airline pilots association għadhom għaddejjin, ma jidhirlix li huwa prudenti li f'dan l-istadju nagħti dettalji dwar xi klawsoli partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR: NOEL FARRUGIA: Peress li l-Ministru qed jgħid li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u in vista li din it-tilwima ġiet reġistrata madwar xi seba' xhur ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi timeframe partikolari jew inkella jekk dawn id-diskussjonijiet hux se jibqgħu miftuħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena li nista' ngħid huwa li bħalissa hemm laqgħat għaddejjin.", "Dawn se jkomplu l-ġimgħa d-dieħla u naħseb li f'dan l-istadju wieħed għandu jkun prudenti u ma joqgħodx jidħol fid-dettall tan-negozjati.", "AFM – TRASFERIMENTI", "22928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi ttrasferita għal xi outpost bix-shift?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l-armata diġa' kkonsidrat talba għat-trasferiment tal-membru msemmi u nstab li fiċ- ċirkostanzi dan ma jistax jingħata.", "SPTAR MONTE CARMELI - CANTEEN", "22929.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani għaliex il-canteen ta' Mount Carmel qed ikun magħluq meta ċerta persuna tkun bil-leave?", "Jista' jgħid ukoll għaliex meta xi supervisors jidħlu overtime biex jagħmlu xogħol ta' cleaners mhux jidħlu ħaddiema oħra bi grad anqas biex jassistu fil-canteen, sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jisservew ġewwa l- isptar u mhux ikollhom joħorġu jixtru minn barra l-bini ta' l-isptar b'periklu għal saħħithom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domanda numru 22681.", "Dwar it-tieni parti, jiena informat li s-supervisors ma jidħlux overtime fuq xogħol ta' cleaning imma biex jagħmlu superviżjoni fuq ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' cleaning waqt l-overtime.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari,", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidli jekk ivverifikax hux minnu jew le li qed jidħlu tliet supervisors, tnejn ikunu fl-uffiċċju u wieħed jagħmel xogħol ta' fattiga?", "Qed nistaqsi dan għax naf li hemm xi fattigi li qed jilmentaw li ħaddiema ta' grad ogħla minn tagħhom qegħdin jiddaħħlu għall-overtime biex jagħmlu xogħol ta' tindif li suppost isir minnhom u b'hekk huma qed jinqatgħu mill-overtime.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-Onor.", "Membru japprezza li mill-bieraħ fil-għaxija sa dalgħodu ma kienx hemm ċans li nġib l-informazzjoni, pero' dalgħodu stess tlabt li jikkonfermawli jew le dak li ġie allegat il-bieraħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jirriżultalu li xi xahar jew xahrejn ilu ġew trasferiti xi ħaddiema mid-drainage section tal-ministeru għall-ambjent għal mad-diviżjoni tas-saħħa?", "Peress li jien informat li xi wħud minnhom dan ix-xahar ma rċevewx il-paga dovuta lilhom, jista' l-Ministru jindaga dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mhijiex available at hand, pero' naf li bħalissa qed isir xi eżerċizzju biex nutilizzaw lill-ħaddiema tagħna bl- aħjar mod possibbli.", "Kien hemm numru ta' nies li kienu over and above tar- requirements tad-drainage section u peress li aħna kellna bżonn ta' xi nies fil-grad ta' cleaners dawn ġew trasferiti għad-diviżjoni tas-saħħa.", "Dwar il-paga m'iniex informat, pero' naħseb li japprezza li ġaladarba saret domanda bil-miktub nagħtih risposta meta l-informazzjoni tkun available.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba biex dawn il-ħaddiema jiġu ttrasferiti saritx mill-ministeru tas-saħħa jew inkella mill-ministeru għall-ambjent?", "X'inhi r-raġuni li wħud mill-ħaddiema li ġew trasferiti reġgħu marru lura mad-drainage section fejn kienu qabel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, bħalissa m'għandix f'idejja d-dettalji li qed jitlobni l-Onor.", "Membru.", "Nissuġġerilu li jistenna tweġiba għad-domanda li għamilli bil-miktub, ħalli fil-frattemp inkun nista' nivverifika l- affarijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Possibbli li l-Ministru mhuwiex informat li wħud mill-ħaddiema li kienu ġew trasferiti għal mad-diviżjoni tas-saħħa reġgħu marru lura għal mad-drainage section?", "X'kienet ir-raġuni li l-ewwel intbagħtu mad-diviżjoni tas-saħħa u mbagħad reġgħu ntbagħtu lura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jidher li hawn xi daqsxejn tal-konfużjoni fuq ir-rwol u l-obbligi tal-ministri!", "Jiena ma naħsibx li ministru għandu joqgħod jidħol hu f'dawn l-affarijiet.", "Il-ministru għandu r-rwol li jara li d- dipartiment ikun qed jaħdem b'mod effiċjenti.", "Ħadd m'għandu jippretendi li l-ministru jkun konxju ta' kull transfer li jsir.", "Hemm nies min-naħa esekuttiva li għandhom din ir-responsabbilta', pero' jekk l-Onor.", "Cuschieri qed iqajjem xi każ partikolari nista' naċċertah li se niċċekkja u ngħaddilu l-informazzjoni.", "DWANA - CONTAINER SCANNER", "22930.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fid-dawl ta' l-allegazzjonijiet li saru dwar containers li daħlu bil-kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid meta se jinxtara container scanner sabiex ikun hemm sorveljanza aħjar mill-management tad-dwana fir-rigward tal-containers li jiddaħħlu f'pajjiżna?", "Jista' jgħid kemm intbgħatu ħaddiema mid-dipartiment tad-dwana u pulizija sabiex jitħarrġu fl-operat ta' dan il-container scanner?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif kien ġie mħabbar xi ftit żmien ilu, hemm ippjanat li container scanner jingħata lid-dwana mill-Gvern ta' l-Istati Uniti.", "Dan l- apparat li jqum eluf kbar ta' liri għandu jservi biex tkun tista' ssir sorveljanza aħjar fuq il-containers.", "S'issa ma sarx taħriġ fuq equipment bħal dan, għalkemm membri fid-dwana diġa' jħaddmu apparat ta' X-ray fuq bagalji u merkanzija f'pakki ta' ċerti daqs.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari,", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel meta dan il-container scanner se jkun stallat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, irrid ngħid li kien fl-aħħar tas-sena li għaddiet li ġejna mgħarrfa li se jkollna l-faċilita' ta' dan l-equipment.", "Bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet dwar x'tip ta' equipment hu u kif se jiġi stallat u kif jista' jintuża.", "Dan iqum miljuni ta' dollari u naturalment qed naraw li jibda jopera kemm jista' jkun malajr.", "Pero' m'hemmx dubju li s-sorveljanza fuq il-containers u fuq oġġetti oħra importati minn barra ssir u ssir dejjem.", "Naturalment il-ġlieda kontra kuntrabandu li jgħaddi mill-ajruport u mill- portijiet tagħna hija kontinwa u hija waħda li kulħadd irid jegħleb.", "Pero' huwa fatt li biex ix-xogħol jitħaffef irid ikollna dan it-tip ta' apparat għax dan iservi biex wieħed ikun jaf x'hemm f'container mingħajr ma joqgħod iżarmah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Dwar kuntrabandu li jidħol bil-baħar, jista' l- Ministru jgħid jekk meta kaptan ta' vapur jiġih xi dubju li f'container jista' jkun hemm xi kuntrabandu, jistax jispezzjoni tali container waqt li l-vapur ikun għaddej bil-vjaġġ tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment il-kaptan għandu responsabbilta' totali tal-vapur u ta' l-affarijiet li jkun qed iġorr.", "Meta vapur ikunu qed iġorr il-containers ikun hemm dikjarazzjoni ta' x'fihom il-containers.", "Wieħed irid jara wkoll x'temperatura jkun qiegħed fih il-container.", "Jiġifieri jekk qed nitkellmu fuq frozen foods, fuq il-vapur ikollhom apparat biex il- prodott jinżamm f'dik it-tip ta' temperatura għax inkella l-prodott issirlu l-ħsara u ma jibqax tajjeb għall-ikel.", "Naturalment minn dik it-tip ta' informazzjoni l-kaptan ikun jista' jgħid jekk hemmx dikjarazzjoni falza jew le.", "M'hemmx dubju li s-sistema ta' spezzjonijiet tieħu in konsiderazzjoni din it-tip ta' informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien għandi informazzjoni li d-dwana ta' l-Ingilterra għadha kemm xtrat equipment bħal dan – fil-fatt nefqu Lm1.3 miljun – li kien strumentali biex id-dwana Ingliża ġabret Lm2 biljuni f'dazju li normalment kienu jogħsfru.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kuntatti bejn id-dipartiment tad-dwana f'Malti u d-dwana ta' l- Ingilterra biex l-uffiċjali tagħna jkunu aktar attenti dwar dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra, biex jiġġieldu l-kuntrabandu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nista' ngħid li d-dipartiment tad-dwana għandu relazzjonijiet mill-qrib ma' ħafna organizzazzjonijiet u awtoritajiet tad- dwana barra minn Malta, fosthom ta' l-Ingilterra, tal-Ġermanja u diversi pajjiżi oħra li magħhom għandna kummerċ sostanzjali.", "Naturalment il- kwestjoni m'hijiex biss kwestjoni ta' flus imma hija waħda ta' kontroll ta' abbuż; u mhux biss għax wieħed ikun qed jevadi t-taxxa, imma anke għax f'container jista' jkollok materja illegali u allura wieħed irid jiġġieled dan l-abbuż b'kull mezz possibbli.", "Is-sistema ta' container scanning li qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa għaliha – veru li s-sistema tqum il-miljuni imma aħna m'hu se noħorġu xejn għax se neħduha bħala għotja mill-Gvern Amerikan - se tiġi mħaddma għall-benefiċċju ta' pajjiżna biex jitnaqqas kwalunkwe abbuż li jista' jsir waqt it-traġitt ta' containers lejn Malta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każ ta' dixxiplina ta' mpjegat f'dipartiment li jaqa' taħt l-OPM, riferut lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, flimkien ma' tagħrif dwar każi oħra ta' dixxiplina li nbdew mill-1 sal- 31 ta' Jannar 2000 taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23009.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 13 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar proċedura għall-investigazzjoni ta' lmenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 14 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar il- kontribuzzjonijet tas-settur privat għal servizzi tat-turiżmu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista ta' films li ntwerew fil-Kavallier ta' San Ġakbu, bejn it-22 ta' Settembru 2000 u t-23 ta' Jannar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22964;", "u f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- Avviż Legali Nru 12 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar il- ħarsien tas-siġar u l-imsaġar.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TAT-TRATTAT TA' SANT'ANĠLU - (KONT.)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST ANGELO) BILL - (CONT.)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Jannar.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-aħħar darba li kont qed nitkellem dwar dan l-abbozz ta' liġi kont qiegħed nagħmel riferenza għal dak li kienet qiegħda tifhem u tipproġetta li twettaq l-amministrazzjoni preċedenti Laburista sabiex dan il-proġett ikun wieħed li tabilħaqq jinċentiva u jservi ta' ġid u ta' tkabbir ta' l-ekonomija tal-gżejjer tagħna.", "Kont qed ngħid ukoll li l-ħsieb tal-gvern Laburista kien li minbarra li l-Ordni ta' San Gwann ikollha ċ-ċentru tagħha hawnhekk, pajjiżna jkun jista' jgawdi minn żieda fit-turiżmu għaliex permezz ta' hekk tkun qed tiġi kkaraterizzata b'mod aktar ħaj l-istorja tal-poplu tagħna.", "Fl-istess ħin l-amministrazzjoni preċedenti kienet qed taħseb ukoll sabiex isir ċertu investiment f'dak li huwa restawr tal-bini storiku, li m'hemmx dubju kien se jħalli impatt pożittiv fuq l-area tal-Kottonera.", "Għalkemm tan-naħa l-oħra kienu jgħajruna li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi konna se ntellfu s-sovranita` tal-Maltin f'din iż-żona - wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li minbarra li l-Ordni jkollhom il-bażi tagħhom hawnhekk dan se jservi wkoll sabiex jinħolqu opportunitajiet li jsaħħu l-ekonomija ta' pajjiżna - fl-istess ħin ma ddejqu xejn jirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea biex b'hekk b'mod nazzjonali, is-sovranita` tkun suġġetta għal dak li tiddeċiedi l-Unjoni Ewropea.", "Huwa mportanti li l-gvern jirrikonoxxi kemm qiegħed lura fl-aġenda ta' pajjiżna biex iġib il-bidliet meħtieġa u b'hekk inkunu nistgħu tabilħaqq insaħħu s-sitwazzjoni u l-qagħda ekonomika, liema qagħda m'hemmx dubju qiegħda toħloq diffikultajiet kbar lin-nies tax-xogħol u lin- negozjanti f'pajjiżna.", "Dan kollu juri li l-gvern mhux qed ikun daqstant konsistenti, vijabbli u determinat li tabilħaqq jgħaġġel u jfittex iġib l- investiment lejn pajjiżna.", "Jiena m'iniex se noqgħid nidħol fid-dettall ta' kull artiklu li fih dan l-abbozz għaliex ċert li se jagħmlu dan l-avukati tal-grupp parlamentari tagħna, pero` xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet bħal, per eżempju, li fl- opinjoni tiegħi ftit li xejn sar sabiex in-nies ta' l-Isla, tal-Birgu, ta' Bormla u tal-Kalkara jkunu iktar aġġornati u informati dwar dan il-proġett, li għalkemm għandna ċerti riżervi dwaru naqblu miegħu u se nivvotaw favurih.", "Jien nifhem li kien ikun iktar realistiku kieku kellna niddiskutu ma' din il-komunita` dwar il-pjani li hemm maħsuba għal dak il-lokal - għalkemm se jkollu ċerta limitazzjoni meta tipparaguna l-mod ta' kif kienet qiegħda tħares lejh l-amministrazzjoni preċedenti u kif qed tħares lejh l- amministrazzjoni tal-gvern tal-lum - ħalli permezz ta' hekk in-nies li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet ikollhom aktar għarfien dwar x'se jsir.", "Kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid u kif anke spjega tant tajjeb sieħbi l- Onor. Joe Mizzi, gvern preċedenti Laburista kien qed jagħti importanza kbira lill-iżvilupp tan-naħa t'isfel ta' Malta, ħaġa li m'hux qed ikompli jagħmel dan il-gvern.", "Dan juri li s-serħan ir-ras li suppost kellha tiġi f'pajjiżna nbidlet f'taħwid ir-ras, għar-raġuni li kull proġett li dan il- gvern jipprova jimbarka fuqu u kull diskors li jagħmel biex jipproġetta lilu nnifsu bħala gvern li jaf aktar minn kulħadd x'bidliet hemm bżonn li nwettqu bħala poplu, qed jispiċċaw f'duħħan.", "M'hemmx dubju li jekk se nibqgħu nkunu laxki u nkonsistenti fil-mod ta' kif nagħmlu l-affarijiet, allura se nkunu qegħdin naffaċċjaw problemi kbar.", "Mr Speaker, jien nittama li l-gvern jimpenja ruħu sabiex mhux biss jagħti l-importanza li tixraq lil dan il-proġett imma sabiex iżomm quddiem għajnejh il-bżonn li inizjattivi ta' din ix-xorta jiġu sostnuti bil-mod kif kienet qed tagħmel l-amministrazzjoni preċedenti, jiġifieri b'mod li l- investiment ikun qed isir għall-ġid komuni tal-poplu kollu mhux għall-ġid ta' xi interessi ta' xi naħa politika jew biex jiġu sodisfatti ċerti nies li fl-imgħoddi, b'irresponsabbilta` kbira, għamlu ċerta kritika sabiex serqu l-gvern Laburista mill-poplu li kien tah il-maġġoranza.", "Għalhekk huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna - kif qal id-deputat mexxej, l-Onor.", "George Vella, u m'hemmx dubju li fi stadju aktar 'il quddiem jitkellem ukoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - li l-mod kif kien se jiġi ntergrat f'pajjiżna l-proġett mill-amministrazzjoni preċedenti kien wieħed li bih se jgawdi l-poplu kollu.", "U b'dan il-messaġġ intemm l-intervent tiegħi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, minkejja li quddiemna għandna abbozz li jiffoka fuq ftehim partikolari li jolqot proġett partikolari inħoss - kif għamlu tajjeb sħabi u anke xi wħud mill-esponenti tal-gvern - li ma nistgħux niddiskutu dan l-abbozz b'mod iżolat imma rridu nħarsu lejh bħala parti minn proġett ħafna iktar kbir u wiesa' li jolqot l-area tal- Kottonera kollha u anke l-area tal-madwar.", "Inħoss wkoll li ma nistgħux niddiskutu dan l-abbozz bil-mod li ddiskutewh ċerti kelliema min-naħa tal- gvern li ppruvaw jizzikaw b'mod partiġjan u jagħmlu paraguni foloz, fis- sens li wieħed ma jistax jipparaguna performance ta' 12-il sena ma' dik ta' sena u għaxar xhur.", "Ngħid għalija ma nistgħux nitkellmu fuq proġett bħal dan b'mod iżolat u nintelqu għal ċerta attitudini partiġjana.", "Jiena nħoss li dwar proġett bħal dan, li jolqot mill-qrib area mill-aktar dipressata u li għandna bżonn attenzjoni, irridu nitkellmu 'l fuq minn dik li hija politika partiġjana u nindirizzaw irwieħna mhux biss lejn l-aspett ekonomiku tal-ħaġa imma anke lejn l-aspett soċjali; fil-fatt l-approach tagħna għandu jrid ikun wieħed soċjo-ekonomiku.", "Naħseb ukoll li f'diskussjoni bħal din irridu naraw x'common ground hemm bejn dak li qed jgħid il-gvern u dak li qed tgħid l-oppożizzjoni.", "U hemm prinċipju kbir li naħseb li qed naqblu fuqu; it-tnejn nirrikonoxxu l-fatt li mhux biss irridu nirriġeneraw il-Kottonera bi proġetti li jkunu utli imma li jrid isir ċertu upgrading ta' dawk l-attrazzjonijiet li sal-lum f'pajjiżna kienu qed ikunu fuq quddiem biex iġibu t-turisti.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'dan l-abbozz qegħdin nirrikonoxxu l-bżonn li f'dik li hija industrija tat-turiżmu - industrija importanti ħafna għall-ekonomija ta' pajjiżna - ma nibqgħux marbutin ma' xemx u l-baħar imma nimbuttaw 'il quddiem l-aktar attrazzjonijiet turisti u nesplojtjaw u nesploraw il- possibbiltajiet u l-potenzjal kollu tagħna f'dik li hija kultura u f'dik li hija storja.", "Fuq dan il-punt xtaqt nagħmel riferenza għal kitba li dehret f'\"The Malta Independent on Sunday\" tat-3 ta' Diċembru, minn Prof. Terry Stevens - ma naħsibx li kien jaf li din se tkun daqshekk qrib id-diskussjoni fuq dan l- abbozz ta' liġi - fejn f'parti minnha qal hekk:", "\"Worldwide, the fastest growing sector is cultural tourism which is estimated at 37% of all international tourism.", "This 37% does not include those tourists who would never admit to being cultural tourists, but at the same time would not consider their holiday complete without experiencing the difference of some local culture attraction.", "The basic motivation for tourism, is of course, to experience difference.\".", "U jien naħseb li dan huwa li qegħdin nippruvaw nagħmlu aħna meta qegħdin niddiskutu u niġbdu l-attenzjoni għal ċerti affarijiet f'din il-Kamra, ninkoraġġixxu kemm nistgħu l-iżvilupp tal-potenzjal kulturali u storiku ta' pajjiżna biex nattiraw lit-turisti lejn Malta permezz ta' dawn l-affarijiet u mhux biss minħabba affarijiet naturali li bagħtilna l-Mulej li wara kollox jinsabu fil-pajjiżi kollha tal-Mediterran u f'pajjiżi oħra mbiegħda minna.", "Mr Speaker, xtaqt nagħmel enfasi fuq l-impatt soċjali li se jkollu dan il- proġett u li minkejja li għandna dan it-trattat quddiemna, ħadd mill- kelliema tan-naħa tal-gvern ma tkellem dwaru.", "U hawnhekk irrid nagħmel parentesi biex ħadd ma jibda jifhem li jien qed ngħid li l-Ordni tal- Kavallieri ta' San Ġwann m'għandhomx jieħdu Sant'Anġlu, Mhux dak li qed ngħid imma qed ngħid li kull meta l-gvern, hu min hu, jiġi f'dan il- parlament u jressaq quddiem il-poplu proġett għandu jgħid mhux biss it- tajjeb tiegħu imma għandu jitkellem b'mod ħollistiku dwaru, partikolarment dwar l-impatt soċjali li se jkollu fuq in-nies ta' l-area.", "Jiena personalment inħoss li għadna 'l bogħod milli nwettqu dan.", "U nerġa' nenfasizza li m'iniex qed inqis it-take-over ta' Sant'Anġlu mill-Ordni tal- Kavallieri waħedha, imma qed nieħu wkoll in konsiderazzjoni li ma' dan il- proġett hemm ukoll il-proġett l-ieħor ta' l-iżvilupp tal-Kottonera.", "Sur President, din il-ġimgħa smajna lill-Ministru Zammit Dimech jgħid li tlesta l-ewwel abbozz ta' traffic impact assessment, imma sal-lum ħadd għadu ma jaf x'fih.", "Meta f'dan il-parlament iddiskutejna r-riżoluzzjoni dwar il-proġett tal-Kottonera, ma nafx kemm minna hawnhekk tkellmu fuq ċertu riskju li hemm għal ċerti affarijiet li huma storiċi u ekoloġiċi fl- area.", "Sal-lum għadna ma kellniex rapporti ta' environmental impact assessments dwar ċerti affarijiet u għadna 'l bogħod milli jkollna dak it- tagħrif li nagħmlu evaluation ta' x'inhu verament worth it mhux biss ekonomikament fuq livell nazzjonali jew għall-area tal-Kottonera, imma anke soċjalment, għan-nies tal-Kottonera.", "Per eżempju, subartiklu 3 (4) tal- ftehim jgħid proprju hekk:", "\"The government shall do its utmost to ensure that St Angelo shall be supplied with the necessary public services, including electricity, water, sewerage, post, telephone, telegraph, drainage, collection of refuse and fire protection, etc, etc ...\".", "Jiġifieri hemm commitment ċar min-naħa tal-gvern li fil-fatt se jidħol għall-piż biex jissupplixxi din l-infrastruttura kollha lill-Forti Sant'Anġlu.", "Imma jien kont nistenna min-naħa tal-gvern li jgħid kemm se jiġi jiswa x- xogħol li qed jieħu on board hu u li qiegħed imniżżel hawnhekk bħala responsabbilta` tiegħu.", "Filwaqt li minn naħa għandna l-commitment tal- gvern biex jagħmel din in-nefqa kbira ħalli jissupplixxi dawn is-servizzi essenzjali biex il-Forti ta' Sant'Anġlu tkun tista' tkun operational kif suppost tkun, min-naħa l-oħra m'għandna l-ebda assigurazzjoni li l-Ordni ta' San Ġwann se ġġib fiż-żgur ċerta attivita`.", "Kulma hemm huwa biss turija ta' impenn imma m'hemm xejn konkret, jiġifieri m'hemmx, per eżempju, li l-Ordni ta' San Ġwann se tibda torganizza 10 konferenzi fis-sena u ħamsa minnhom se jinżammu żgur f'Malta u allura għandna rasna mistrieħ li żgur ġej ċertu revenue.", "Jiena kont nippretendi li l-gvern jiġi hawn u jgħidilna li se jonfoq \"tant\" miljuni ta' flus biex ikun jista' jagħti dawn is-servizzi lill-Ordni ta' San Ġwann ħalli din tkun tista' topera tajjeb mill-Forti ta' Sant' Anġlu, imma li fl-istess ħin se jkun hemm commitment min-naħa ta' l-Ordni li ġġib lejn Malta ċertu tip ta' business.", "Issa probabbli se jkun hemm xi ħadd min-naħa tal-gvern li jgħid li l-Ordni għandha l-commitment li tirrestawra l-forti nnifisha u għalhekk nixtieq nagħmel riferenza għal artiklu 10 li proprju titkellem dwar dan u tgħid li:", "\"The Order shall restore St Angelo and the buildings and other constructions thereon to the highest standards reasonably possible and shall maintain same out of its funds or out of such funds it may manage to secure internationally for the purpose from individual or institutional donors.\".", "Fl-opinjoni tiegħi dan juri li hemm commitment li lanqas huwa sħiħ għaliex qed nitkellmu fuq commitment min-naħa ta' l-Ordni li tagħmel restawr tal- Forti Sant'Anġlu \"to the highest standards reasonably possible\".", "Dan jista' jfisser anything, tista' l-Ordni ta' San Ġwann tgħid li s'\"hawnhekk\" huwa reasonably possible għaliha għaliex il-gvern, wara li se jagħmel nefqa kbira biex jagħti lill-Ordni s-servizzi ta' l-infrastruttura kollha biex hi tkun tista' topera minn hemmhekk, ma rabathiex b'ammont ta' fondi biex jiġi assigurat li r-restawr isir.", "U mhux talli hekk talli mkien fl-abbozz ma hawn min se jiġġudika kif għandu jsir ir-restawr u jekk dan ikunx qed isir skond normi tekniċi ta' ċertu tip.", "Min se jiddeċiedi fuq ir-restawr?", "L- Ordni?", "Ma jfissirx li għaliex il-forti nbena mill-kavallieri, allura huwa tagħhom; dak huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Allura min se jiddeċiedi jekk l-istandards ta' restawr humiex adattati jew le?", "Jien nippretendi li l-gvern kellu jiġi hawnhekk u jispjegalna x'tip ta' impenn hemm għaliex bħalma kien daqshekk importanti li ftehim bħal dan jiġi quddiemna f'forma ta' abbozz ta' liġi, kont nippretendi li dawn id-dettalji mhux xi ħadd iweġibna għalihom - j'Alla xi ħadd iweġibna għaliex xi kultant inkun xi ftit xettika f'dan il-parlament; nagħmel ħafna mistoqsijiet waqt l-interventi tiegħi imma rari nisma' xi tweġiba – imma kellhom ikunu riflessi fil-liġi ħalli l-impenn ikun wieħed sħiħ u mhux nofs kedda.", "Kont nistenna wkoll li l-gvern jiġi hawnhekk u jispjegalna kemm se jkun kbir l-inkonvenjent għan-nies tal-Kottonera, partikolarment għan-nies ta' Bormla u tal-Birgu, li m'hemmx dubju li sakemm ikunu qed isiru dawn ix- xogħlijiet infrastrutturali kbar - hawnhekk qed nitkellmu fuq sistema ta' drainage u elettriku - żgur li n-nies ta' Bormla u tal-Birgu se jkollhom l- inkonvenjenza ta' ħafna tħaffir u nġenji fit-toroq tagħhom.", "U jien nistaqsi: Hemm timeframe għal meta għandu jitlesta dan ix-xogħol?", "Se jingħata xi tip ta' kumpens?", "X'se jiggwadanjaw minnu?", "Veru li forsi jkun hawn min jgħid li bis-saħħa ta' dan il-proġett se jikber it-turiżmu, u hekk għandu jkun, imma kif se jiggwadanjaw minn dan in-nies ta' Bormla, tal- Birgu u ta' l-Isla?", "Mr Speaker, kulħadd jitkellem dwar it-turiżmu u jgħid li din hija industrija importanti ħafna, u hekk hu fil-fatt, pero` imbagħad ma nisimgħu xejn fuq l-effetti negattivi li għandu t-turiżmu partikolarment fl- areas turistiċi.", "Per eżempju, in-nies li joqogħdu Buġibba, tas-Sliema u ta' San Ġiljan, li kollha huma postijiet turistiċi, ukoll ibatu ċerti nkonvenjenzi minħabba t-turiżmu, bħal per eżempju, li jkollhom iħallsu għall-affarijiet li jixtru bil-prezzijiet tat-turisti li jkunu ogħla.", "Jiġifieri jekk irridu li verament inkunu responsabbli rridu ngħidu kollox.", "Qiegħed isir xi tip ta' assessment dwar jekk il-Kottonera hijiex se tispiċċa bħal dawn l-areas li qed insemmi?", "Fil-fehma tiegħi, fil-qagħda li jinsabu fiha n-nies tal-Kottonera fejn nafu li hemm persentaġġ qawwi ta' nies li huma qiegħda, unskilled, il-mezzi finanzjarji tagħhom huma limitati u allura hemm element ta' faqar fil-veru sens tal-kelma, ma jifilħux għal impatti negattivi ta' din ix-xorta.", "Dan il-gvern għamlu dan it-tip ta' social impact assessment?", "Jien naf li meta l-Ministru Zammit Dimech mar jagħmel il-launching tal-Casino di Venezia u ġie mistoqsi kemm dan se jiġġenera impjiegi għan-nies tal-Kottonera qal ċar u tond li ma jistax jassigura li fil-ħolqien ta' l-impjiegi li jkun hemm b'dawn il-proġetti in- nies tal-Kottonera se jiġu ppreferuti.", "Dawn kienu jgħajru lill-gvern Laburista għaliex f'sena u 10 xhur, kontra 12-il sena ta' gvern Nazzjonalista, ra kif għamel biex jiġġenera x-xogħol fil-Kottonera, area li tant għandha bżonn impenn.", "Affarijiet li ma jitwemmnux!", "Huwa veru li l-industrija tat-turiżmu hija l-aqwa u l-aħjar u m'hemmx dubju wkoll li din industrija ma nistgħux ngħaddu mingħajrha bħala pajjiż u nagħmlu sew li nippruvaw niżviluppawha u ma nħalluhiex marbuta biss max-xemx u l-baħar imma nipprovaw nesplojtjaw il-potenzjal kulturali u storiku tagħna, imma rridu noqogħdu attenti li naraw li permezz ta' dan ma jiggwadanjawx il-ftit u jbatu l-ħafna.", "U dan diġa` konna għednih meta ġiet quddiemna r-riżoluzzjoni tal-proġett tal-Kottonera u semmejna l-oxxenita` li qed tiġri hemmhekk fejn ingħatat biċċa art biex tiġi spekulata mingħajr ma qisna l-effett soċjo-ekonomiku fuq in-nies.", "Jiena ddiżappuntajt ruħi nisma' lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jiftaħar għaliex waqa' l-ħajt ta' Bormla, qisu għaliex waqa' dan il-ħajt il- problemi ta' Bormla spiċċaw.", "Veru li b'hekk minflok ħajt iswed bin- nugrufun wieħed issa jista' jara ftit ħadid pulit, imma nfetħet ukoll ferita oħra għaliex issa minn faċċata qed jidher dak il-bini li jfakkar lill-anzjani tagħna li għexu l-gwerra fil-ġenn tal-gwerra u l-bombi li kelhom fuq rashom.", "Ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ħalli l-poplu tagħna jkun jaf l-affarijiet sew.", "Bormla m'hi se tiggwadanja xejn billi waqa' l-ħajt, Bormla forsi tibda tiggwadanja meta jiġi żviluppat id-dock.", "Il-Bormliżi jixtiequ li jaqa' l- ħajt kollu mhux biss parti minnu.", "Imma mbagħad noqogħdu niġu hawnhekk u ngħidu li f'daqqa waħda kulħadd kuntent u ferħan għaliex waqa' l-ħajt!", "Kulma se jieħdu n-nies tal-Kottonera minn dawn il-proġetti huwa li se jinqala' kulma hemm biex jgħaddu s-servizzi infrastrutturali.", "Barra minn hekk jien nara ċerta nkonsistenza fil-mod kif jitkellmu l- kelliema tal-gvern.", "Per eżempju, hawnhekk kollha jiftaħru u jgħidu kemm jemmnu fil-kultura u fl-istorja u għax issa bis-saħħa tal-proġett tal- Kottonera u bis-saħħa ta' dan il-ftehim ma' l-Ordni ta' San Ġwann, kemm l- identita` storika u kulturali tagħna se tkompli tispikka, smajna lill- Ministru Zammit Dimech fi press conference tal-launching tal-Casino di Venezia jiftaħar - qisu għamel xi achievement kbir - li se jġib il-gondoli jaqsmu mix-xatt ta' l-Isla għax-xatt tal-Birgu.", "Dan x'ġenn hu?", "Mela allura l-Casino di Venezia ġej hawn biex jippromwovi x'hemm ġewwa Venezia!", "Mela ċ-chances huma li min jiġi hawnhekk biex jilgħabhom se nħajruħ imur ikompli jilgħabhom Venezia.", "(Interruzzjonijiet) Hux bil-kontra bil- kontra!", "L-inkonsistenza anke fl-affarijiet iż-żgħar taraha.", "Mela l- luzzijiet u u ċ-ċatri tagħna m'humiex biżżejjed?", "Hemm tant barklori hemmhekk!", "Dan x'taħwid hu!", "Jien ma nistax nifhem għaliex minn naħa ngħidu li min hu nkarigat mill-proġett tal-Kottonera se jieħu ħsieb jirrestawra l- postijiet storiċi kollha tagħna u allura l-idenita` storika u kulturali tagħna se tispikka, l-Ordni ta' San Ġwann se jirrestawrawlna Sant'Anġlu, imbagħad inġibu l-Casino di Venezia!", "Huwa tajjeb li jiġi strategic partner imma mhux li jieħu over u jġib il-gondoli miegħu!", "Ara x'għandhom x'jaqsmu l-gondoli ma' Malta!", "Jien naħseb li l-gvern irid jibda jissortja ftit il-ħsebijiet tiegħu u jkun konsistenti anke fl-affarijiet iż-żgħar.", "Xtaqt inkompli għaddejja fuq kif jistgħu jintlaqtu n-nies ta' l-akkwati u se nerġa' ngħid għat-tielet darba li qed ngħid dawn l-affarijiet mhux għaliex jiena kontra l-ftehim jew kontra l-fatt li fil-Kottonera jsiru proġetti, imma għaliex inħoss li meta nkunu qed niddiskutu għandna nagħmlu dan bis-serjeta` u bir-responsabilita` inkella ma niddiskutu xejn.", "Jien inħoss li biex niddiskutu bis-serjeta` u bir-responsabilita`, kważi aktar irridu ngħidu n-negattiv milli l-pożittiv ħalli meta nidentifikaw id-diffikultajiet inkunu f'qagħda li once li identifikajnihom naħdmu biex insibu s-soluzzjoniiet ħalli ħadd ma jbati fil- proċess.", "Kont qed nitkellem fuq x'se tiggwadanja l-Kottonera u nixtieq per eżempju nkun naf x'se jiġri mill-ground tat-tfal ta' l-iskola ta' Bormla fejn taħtu hemm proġettat li jsir multi-storey car park.", "X'se jiġri fil- perijodu li jkun qed isir il-construction tiegħu?", "Fejn se jkunu jistgħu jilagħbu t-tfal ta' l-iskola ta' Bormla?", "Dawn it-tip ta' affarijiet hemm bżonn li nkunu nafuhom ħalli meta jkun hemm min jistaqsina nkunu f'qagħda li nirrisponduh.", "Nerġa' nistaqsi: X'se jiġri mit-tfal li jmorru f'din l- iskola?", "Hemm timeframe ta' kemm se jdum għaddej dan ix-xogħol?", "Se jsir fiż-żmien meta t-tfal qegħdin l-iskola jew se jsir fi żmien meta t-tfal ikunu bil-vaganzi tas-sajf biex b'hekk dawn ma jibqgħux imsakkrin fil- klasijiet għal ġranet sħaħ?", "Din hija t-tip ta' informazzjoni li jien kont nippretendi li l-gvern jiġi hawnhekk u jgħidilna mhux joqgħod jistenna lilna nagħmlulu d-domandi dwarhom.", "X'tip ta' impact assessments oħra saru barra dak tat-traffiku?", "Jien hawnhekk għandi quote mill-preliminary guidelines li sar mill-ispjeċjalisti lill-gvern fuq il-Cottonera masterplan f'Ottubru 2000 dwar architecture, urbanism and conservation, fejn qed jingħad li:", "\"No plan can be implemented without the proper implementation tools, whether legal, administrative or financial.", "The most up-to-date approach and knowledge will have to guide the planning as well as the implementation of pilot projects.", "The standard will have to correspond to the high cultural values of the area.", "Several recent extensive development operations already in the implementation phase, mainly the waterfront project and the activities of the consortia, will have to be studied and their impact addressed.\".", "Jiġifieri dawn l-ispeċjalisti qed jgħidu li minkejja li hemm proġetti li diġa` qegħdin fil-fażi ta' implimentazzjoni, għad iridu jiġu studjati.", "Iva, f'dan il-pajjiż kollox minn denbu nibdew?", "Għaliex il-gvern ma jiġix l- ewwel bl-abbozz ta' liġi u niddiskutuh mingħajr l-affarijiet kumplimentari miegħu?", "Għaliex kull darba ngħidu ħafna paroli u nispiċċaw nirrepetu l- istess affarijiet?", "Għaliex m'aħniex kapaċi nagħmlu l-affarijiet mill-bidu sa l-aħħar bil-prijoritajiet kif suppost?", "Jien nittama li dawn id- diffikultajiet li qed insemmi jkollna xi xorta ta' risposta għalihom imma wisq nibża' li mhux se jkollna tweġibiet għalihom jew jekk ikollna ma jkunux tweġibiet konkreti imma ħafna tidwir mal-lewża.", "Mr Speaker, hemm xi punti oħra fil-liġi li jidhirli li wkoll għandi nistaqsi dwarhom, fosthom fuq paragrafu (c) ta' subartiklu 4 (3) fejn qed jingħad hekk:", "\"The Order may also employ people who are neither citizens nor residents of Malta to whom Government has granted a work permit.", "The employer-employee relationship in such cases will be regulated by the Order's laws and the Order's magisterial tribunals will have full jurisdiction relating to disputes arising therefrom.\".", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq impjegati ta' l-Ordni li ma jkunux ċittadini Maltin, imma jien naħseb li jekk l-Ordni ta' San Ġwann se tkun fully operational se jkollha wkoll bżonn timpjega xi ħaddiema Maltin u għalhekk kont nistenna li kif il-gvern ħass li f'dan il-ftehim għandu jdaħħal dan is- subartiklu fuq ir-relazzjoni bejn l-Ordni u l-ħaddiema li m'humiex ċittadini Maltin, kien idaħħal ukoll artiklu li għandu x'jaqsam mar- relazzjoni ta' l-Ordni u ħaddiema potenzjali Maltin.", "U hawnhekk jien nistaqsi: X'se jirregola f'dan ir-rigward?", "Il-liġijiet Maltin?", "Qed ngħid dan għaliex diġa' kellna esperjenzi ta' dawn l-affarijiet u jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari lill-ministru għall- affarijiet barranin dwar il-kondizzjonijiet mill-agħar li qed jaħdmu fihom nies li jaħdmu f'ċerti ambaxxati f'Malta, fosthom ħinijiet u żidiet ta' l- għoli tal-ħajja li xejn m'huma tajbin.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-Ordni se tagħmel hekk, imma kif jgħid il-Malti \"aħseb il-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx\" u jekk il-gvern ħass il-bżonn li artiklu bħal dan fir-rigward tar- relazzjoni bejn l-Ordni u l-ħaddiema barranin mhux ċittadini Maltin jitniżżel bħala parti minn dan il-ftehim li issa se jsir liġi, kellu wkoll jitkellem ċar dwar dik relazzjoni li jista' jkun hemm bejn l-Ordni u ħaddiema potenzjali Maltin.", "Jien nittama li dwar dan ikollna xi forma ta' risposta.", "Imbagħad paragrafu (d) ta' l-istess subartiklu jgħid hekk:", "\"Officials shall, with respect to services rendered for the Order, if they are not citizens of Malta or permanently resident in Malta, be exempt from the provisions of any social security scheme established by the Laws of Malta.\".", "Aħna nifhmu li uffiċjali li se jkunu qegħdin jagħtu servizz lill-Ordni, la m'humiex ċittadini Maltin jew m'humiex residenti permanenti f'Malta ma jaqgħux taħt il-provvedimenti tas-social security għal dak li huwa ħlas ta' bolla, imma mbagħad jien nistaqsi jekk il-ħaddiema ta' l-Ordni li m'humiex ċittadini Maltin imma li se jkunu qegħdin jaħdmu Malta u se jkunu residenti Malta humiex se jaqgħu taħt il-provisions tas-social security scheme Maltija.", "Jekk se jaqgħu taħt din l-iskema, se jkun ifisser li dawn se jkollhom dritt għal dawk li huma servizzi tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni?", "Jien nixtieq li anke dwar dan ikun hawn xi ħadd min-naħa tal-gvern li jispjega ftit aktar.", "Mr Speaker, minkejja li fil-ftehim jissemma l-impenn ta' l-Ordni li tirrestawra postijiet storiċi, m'hemm xejn konkret ħlief fuq Sant'Anġlu.", "Issa aħna nafu li l-wirt storiku ta' l-Ordni mhux qiegħed biss fl-area tal- Kottonera imma qiegħed anke l-Belt Valletta u fi rħula oħra, fosthom f'Ħal Qormi u għalhekk kont nistenna li filwaqt li l-Ordni tħares l-immedjat tagħha, jiġifieri l-Forti Sant'Anġlu, jekk jista' jkun tifrex il-ħarsa tagħha fis-sens ta' għajnuna għal dak li huwa restawr jew attivitajiet kulturali storiċi li tista' torganizza ukoll f'areas oħra li huma relatati mal-ħajja ta' l-Ordni f'Malta.", "Jiġifieri din hija ħaġa oħra li xtaqt nara f'dan it-tip ta' agreement.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi ngħid li filwaqt li dan huwa agreement pożittiv, fis-sens li naqblu dwaru fil-prinċipju - gvern Laburista fiż- żmien qasir li kellu kien midd għonqu propju għal dan it-tip ta' xogħol u ħadd ma jista' joqgħod jiġi jagħmel paraguni bejn dak li sar f'sentejn u dak li sar fi żmien ħafna itwal - għaliex nistgħu ngħidu li huwa kontinwazzjoni ta' dak li nbeda mill-amministrazzjoni preċedenti, kont nistenna li l-gvern ikun responsabbli u mhux biss iħares lejn il-lat ekonomiku tal-proġett imma jħares ukoll lejn il-lat soċjo-ekonomiku li jolqot direttament lill-komunitajiet tal-madwar fejn ikunu se jsiru l- proġetti, f'dan il-każ qed nitkellmu fuq il-Kottonera.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, ma kontx se nitkellem fuq din il-liġi imma wara l-intervent ta' l-Onor.", "Zammit Dimech tal-bieraħ, naħseb li jkun tajjeb li ngħaddi l-kummenti tiegħi fir-rigward ta' l-iżvilupp totali tal-Kottonera u fir-rigward ta' kif jimposta ruħu dan li għandna quddiemna llum, imma aktar u aktar fir-rigward ta' kif il- proġett tal-marina tal-Birgu żviluppa jew ma żviluppax f'dawn l-aħħar żmenijiet.", "L-idea tal-gvern Laburista dwar Sant'Anglu kienet li proġett bħal dan iservi bħala parti minn strateġija sħiħa għall-iżvilupp tal-Kottonera.", "Il- proġett ta' Sant'Anglu vis-a-vis il-Kavallieri ta' San Ġwann ma kienx maħsub biex ikun għal rasu imma biex jikkumplimenta l-iżvilupp tal-marina tal-Birgu u l-iżvilupp tal-dock tat-tarzna, żvilupp ibbażat fuq attivitajiet ekonomikament vijabbli flimkien ma' l-użu tal-faċilitajiet naturali u storiċi tal-Kottonera.", "B'hekk allura konna nkunu qegħdin niddiversifikaw u narrikixxu l-attrazzjonijiet li attwalment għandna fil- pajjiż u lill-industrija tat-turiżmu konna nkunu qegħdin nagħtuha dak in- nifs ġdid li konna u li għadna nemmnu li għandha bżonn.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' Sant'Anglu l-idea kienet li jerġa' jispiċċa taħt ir- responsabbilta` ta' l-Ordni ta' San Ġwann biex tkun tista' tippreżentah bħala bażi tagħha li minnha mbagħad tkun tista' anke tattira lejna turiżmu ta' ċertu tip kemm mill-Ewropa kif ukoll mill-Istati Uniti.", "Sur President, din il-viżjoni kienet marbuta mbagħad ma' l-iżvilupp tal- mollijiet tal-Birgu.", "Mill-ġdid hemmhekk l-idea kienet li kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' Sant'Anglu kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal- mollijiet tal-Birgu, il-pern ikun wieħed ekonomiku.", "Jiġifieri qed toħloq attivita` li trendi, għax trendi allura tipprovdi impjiegi, u għax tipprovdi impjiegi mbagħad ikollha minnha nfisha l-injezzjoni li tagħmel attivita` ekonomika fil-qasam tar-reġjun tal-Kottonera u anke li żżid il- ħidma ekonomika b'mod ġenerali fil-qasam tal-kummerċ u fil-qasam tas-snajja li jmorru għal meta l-jottijiet, fil-każ tal-marina, jiġu hemmhekk u jkollhom bżonn ċerti provvisti.", "Ċertament il-ħsieb kien li nimxu pass wara l-ieħor.", "Jien dejjem emmint li jekk tipprova tagħmel kollox f'salt ma tasalx - m'iniex konvint lanqas li qed naslu bil-mod kif qed imexxi dan il-gvern - għaliex meta taparsi tagħmel kollox f'salt tiftaħ ruħek għal nuqqas ta' focus, għal dewmien bla bżonn u tagħti wkoll lok għal abbuż.", "U anke fil-każ ta' Sant'Anglu, jien m'iniex konvint li l-proġett li għandna quddiemna se jwassal għal dak li ridna nagħmlu għaliex huwa 'l bogħod wisq milli jipprovdi xi ħaġa speċifika li fi żmien relattivament qasir tabilħaqq toriġina affarijiet ġodda.", "Il-ftehim li għandna quddiemna - għalkemm aħna se nivvutaw favur tiegħu - fl-opinjoni tiegħi qed jiftaħ spazju sħiħ biex isir ftit li xejn.", "U naħseb li t-tentazzjoni se tkun proprju dik; li jsir ftit li xejn.", "Meta aħna konna qegħdin naħdmu fuq proġett differenti l-idea kienet li waqt li nagħtu ċerti impenji qawwija, min-naħa l-oħra nistennew li l-Ordni ta' San Ġwann innifisha tagħti impenji ugwalment qawwija li jkunu marbuta ma' skadenzi ta' żmien raġonevoli imma relattivament qosra.", "Ma nistax nifhem li dan se jirriżulta mill-proġett li għandna quddiemna.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dak li għandu x'jaqsam mal-proġett tal-yacht marina - li issa ovvjament sar kawża ċelebri b'dak li ġara anke f'dan il- parlament minħabba fih - fejn il-kunċett li l-ewwel nibdew bil-ħolqien ta' enti ekonomikament vijabbli, jiġifieri l-iżvilupp tal-marinas imbagħad minnu toħloq attivita` ekonomika u tirkeb fuqha, ġie żviluppat b'xi ħaġa li f'daqqa waħda ġiet immartellata fuq l-idea tal-marina, l-idea li se tiġi żviluppata l-hekk imsejjħa zona kollha tal-Kottonera, li se jkun hemm l- idea ta' residenzi ġodda, lukanda ġdida u casino ġdid u f'daqqa waħda allura l-proġett tal-marina nnifsu sar kważi dettall fil-fasla kollha ta' x'għandu jsir.", "U jien ngħid li we are putting the cart before the horse bis-sogru sħiħ li dak li jsir isir fuq bażi spekulattiva kif ġara f'Chambray u dak li seta' kien ekonomikament vijabbli jieħu t-tieni, it- tielet u anke r-raba' rank.", "Jien nidħak meta nisma' lill-Ministru Zammit Dimech joqgħod jiftaħar bil-Casino di Venezia u li joqgħod jgħid li se jkun hemm casino kbir fil-Kottonera, eċċ. eċċ.", "Ngħid ukoll li din tal-casino se terġa' ssir waħda minn dawn il-bżieżaq kbar li nonfħu f'dan il-pajjiż, imbagħad naraw x'jiġri wara.", "Kien gvern Laburista li fetaħ is-suq tal-casinos f'pajjiżna u kienet idea tagħna li tista' żżid l-attrazzjonijiet turistiċi f'pajjiżna billi jkollok ċertu ammont ta' varjeta` fil-preżentazzjoni ta' casinos, jiġifieri li ma tiddependix fuq casino wieħed imma tagħti ċ-ċans li dak il-casino jimmodernizza u jtejjeb ruħu u tħalli spazju għall-alternattiva.", "Imma fl- istess ħin ma tridx titlaq imbagħad għall-idea li f'kull kantuniera tiftaħ casino.", "U malli aħna ħriġna b'din l-idea minnufih kulħadd ried jiftaħ casino.", "Hawn Malta dejjem hekk jiġri - ġrat diġa` fil-qasam taċ-cinemas u tas-supermarkets – speċi ta' follow the leader!", "U mhux sew li gvern jitlaq għal għonq it-triq u ma jifhimx two, three steps down the road ma xiex se jiltaqa'.", "Aħna konna għamilniha ċara li nemmnu li għandu jkun hemm spazju għal żewġ casinos f'Malta - dak eżistenti u ieħor li kien open għall-kompetizzjoni u kulħadd jikkompeti għalih - u għal wieħed f'Għawdex għaliex għal gżira Għawdxija jrid ikollna strateġija reġjonali differenti.", "Imma malli ħriġna b'din l-idea kulħadd ried casino; ried casino il-proġett ta' Tigne` u tawhulu, riedu casino l-ispekulaturi li hemm wara l-proġetti tal-marina tal- Birgu, jiġifieri l-Cottonera Waterfront Group u tawhomlhom ukoll, u issa se jkun hemm oħrajn li se jitolbu għal casino.", "U din hija falza stikka min- naħa tal-gvern, is-soltu nuqqas ta' ħsieb strateġiku min-naħa ta' l- amministrazzjoni ta' Dr. Fenech Adami l-aqwa li jidhru sbieħ.", "Qed naħdmu b'mod li minflok tabilħaqq inqiegħdu pedamenti serji għall-iżvilupp, qegħdin inħarbtu anke l-mod kif nistgħu niżviluppaw fil-pajjiż.", "U m'hu veru xejn li qed nuru xi nuqqas ta' fiduċja fin-nies tal-Kottonera għaliex nikkritikaw il-kunċett ta' casino hemmhekk.", "X'għandu x'jaqsam!", "M'hemmx dubju li dawn it-tip ta' argumenti stupidi assolutament ma jżommux ċertu ħsieb strateġiku ta' kif se nimxu 'l quddiem.", "Jekk hemm xi ħaġa li hemm bżonn nagħmlu fil-Kottonera hija li noħolqu attivita` vijabbli, liema attivita` trid tkun ekonomikament ibbażata, mhux sempliċement noqogħdu ndaħħlu taparsi ideat li huma tajbin biss għal min irid jispekula.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Zammit Dimech jiftaħar bil-Casino di Venezia!", "Lili wkoll ġew jarawni l-promoturi tal-Casino di Venezia u tkellimna; aħna spjegajtilhom kif narawha u huma huma spjegaw kif jarawha.", "Ta' min wieħed jgħid hawnhekk li fl-Italja kollha erba' casinos biss hemm - wieħed minnhom huwa l-Casino di Venezia - u Alla jbierek hawnhekk qegħdin ifassqu l-casinos qisha tiġieġa qed tbid darba kuljum.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Casino di Venezia.", "Mhux ovvja li l-Casino di Venezia huwa wieħed mis-serji li għandhom fl-Italja!", "Ma tistax tkun mod ieħor meta għandek erba'!", "Imma x'kunċett se jkun dan li biex nirrivitalizzaw il- Kottonera, minflok naħdmu biex tabilħaqq il-yacht marina titlaq bis- serjeta` għaliex minn hemm irridu nibdew imbagħad ikollha l-ispin-offs ekonomiċi li jiġġereraw ix-xogħol, ftaħna l-proġett kollu.", "U dwar din tad-djar residenzjali l-informazzjoni li għandi jien hija li min jagħti pariri professjonali dwar dawn it-tip ta' djar ta' lussu li jridu jibnu qed jgħidilhom li qabel ma jiġi rranġat l-ambjent totali tal- Kottonera se tkun ġennata li jibnu flats ta' lussu għaliex se jkunu sempliċement mgħobbijin fuq area li l-ewwel trid tiġi żviluppata kollha kemm hi.", "Ovvjament il-ħsieb wara dan - u se nagħti il-provi - huwa li hemm nies li jiddilettaw bl-ispekulazzjoni li jkollhom dritt jibnu lukanda fil-Kottonera u qed iżommuha biex jispekulaw biha, li jkollhom dritt li jagħmlu casino u qed iżommuh biex jispekulaw bih, u li jkollhom dritt li jibnu flats ta' lussu u qed iżommuh biex jispekulaw bih.", "U dawn mhux affarijiet li se jwasslu għal żvilupp mgħaġġel tal-post, anzi se jiġri kif ġara fil-każ ta' Chambray.", "Kemm domna ngħidu f'dan il-parlament - jidhirli li kien fl-1992 - li dan il-proġett ma kienx maħsub u magħġun tajjeb u kien carte blanche għall-ispekulaturi!", "U l-istess ħaġa ngħid li qed jiġri fil- proġett tal-Kottonera.", "U għalhekk jien jiddispjaċini nisma' lil xi ħadd bħal Dr. Zammit Dimech jitkellem b'dan il-mod irresponsabbli.", "Issemmew il-Cottonera Waterfront Group u l-Camper & Nicholsons u tajjeb li nirriferi għalihom it-tnejn għaliex nafuhom mill-esperjenza tagħna.", "Meta aħna bdejna naħdmu fuq il-proġett tal-Kottonera l-ewwel li tkellimna magħhom - u domna ħafna nitkellmu magħhom - kienu Camper & Nicholsons.", "L- Onor. Karmenu Vella, bħala ministru tat-turiżmu, tkellem ħafna magħhom ħalli jieħdu l-inizjattiva, imma baqgħu lura.", "Irriżulta, għal darba wara l- oħra, li dawn kienu interessati li jieħdu management arrangement, jiġifieri nħallsuhom biex imexxu l-affarijiet u riedu ħlas minn qabel ukoll biex jagħmlu studji dwar il-vijabilita` u l-fattibilita` tal-proġett.", "Aħna għednilhom li jekk kienu nteressati fil-proġett kellhm jagħmlu l-istudju huma u jagħmlu wkoll proposta finanzjarja għaliex ħaddieħor hekk kien qed jagħmel.", "U domna ħafna nkellmuhom fuq din il-bażi imma ma wasalna imkien magħhom.", "Sa l-aħħar ġimgħa, meta kellna dak id-dibattitu ma jispiċċa qatt f'dan il-parlament, taparsi reġgħu bagħtuli ittra personali on the same lines, jiġifieri li lesti li jidħlu huma biex jagħmlu l-istudji u nħallsuhom ta' l-istudji.", "Dik l-ittra jien qbadt u waddabtha.", "Issa dwar il-Cottonera Waterfront Group l-istess ħaġa.", "Dawn kienu l- ewwel li ntagħżlu minn team indipendenti li ngħata min-naħa tal-gvern ta' dak iż-żmien iċ-ċans li jagħmel l-għażliet tiegħu min huma l-aħjar li qed jagħmlu l-bids u kienu ġew it-tnejn ras imb'ras imma l-Cottonera Waterfront Group kien ingħata l-ewwel dritta.", "U aħna konna għamilnihielhom ċara li fil-parametri ta' x'inhu dan il-proġett jagħmlu l-proposti tagħhom imma mbagħad jagħtuna xi forma ta' pożizzjoni finanzjarja marbuta u mhux jiġu hawn, nitkellmu magħhom, jagħtuna l-impenji kollha u jibqgħu paper company, jiġifieri li meta niġu għas-si u n-no ikollhom id-drittijiet u jmorru jispekulaw bihom.", "U tajnihom darba, darbtejn u anke tliet darbiet time limit raġonevoli biex juruna l-kulur tal-flus tagħhom.", "Veru li riednihom, imma riednihom b'ċerta garanzija li se jkunu qegħdin jaħdmu bis- serjeta` mhux jispekulaw.", "U darba wara l-oħra, wara l-oħra ma ddeliverjawx.", "Imbagħad għedna \"daqshekk\".", "U l-konklużjoni tiegħi kienet, u għadha, li l-Cottonera Waterfront Group huwa grupp spekulattiv, m'għandhomx il-backing finanzjarju li jgħidu li għandhom, iridu d- drittijiet biex imbagħad imorru jinnegozjawhom.", "Dik hija l-konklużjoni li kelli jien u effettivament iż-żmien tani raġun.", "Issa allura jekk tabilħaqq se mmexxu proġett bħal dan se naċċettaw din il- forma spekulattiva jew le?", "Il-gvern preżenti aċċettaha.", "Meta kellna t- taħwid kollu tal-parlament il-pressjoni fuqi u fuq sħabi biex indaħħlu l- Cottonera Waterfront Group u jkollna kollox irranġat bla problemi ta' xejn, kienet enormi.", "U anke rriżulta mbagħad li d-designs li kienu ppreżentaw il-Cottonera Waterfront Group kienu l-istess designs li kien ħareġ l-Onor.", "John Dalli fuq il-pubbliċita` tiegħu meta kien ħareġ bħala kandidat fl-1996 fuq il-Kottonera.", "L-istess disinji kienu!", "Imbagħad għalhekk tibda tgħid li hemm il-barumbati u l-affarijiet għaddejjin fin- nofs.", "U la kienu sejrin tajjeb dak iż-żmien għaliex kien hawn dan it- taħwid għaddej u lanqas m'huma sejrin tajjeb illum f'dawn l-affarijiet.", "Jien konvint li mhux billi jgħid l-Onor.", "Zammit Dimech, id-dħul ta' Camper & Nicholsons f'dan il-proġett għalija huwa sinjal li hemm it-tbażwir għaddej.", "Sur President, biex kulħadd ikun jaf x'inhuma l-interessi involuti nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ dokumenti; wieħed minnhom huwa dokument intern ta' Camper & Nicholsons bid-data tat-28 ta' Settembru tas- sena li għaddiet u jitkellem dwar il-ħlas ta' dak li jissejjaħ success fee għal kuntatti u għall-għajnuniet mogħtija biex jasal il-proġett.", "U xi tfisser success fee?", "Dan m'huwiex ħlas ta' meta tqabbad perit jew avukat biex jagħmillek ix-xogħol tiegħek u jitkellem ma' l-awtorita` ta' l- ippjanar jew jirranġalek għall-permessi; success fee tħallasha jekk għal xi ħadd li għenek, meta ġġib il-proġett imbagħad tħallsu.", "Allura dan mhux xogħol professjonali jew kummerċjali.", "Allura x'tip ta' xogħol jista' jkun dan li jiddependi fuq success fee?", "U anke tissemma l-kelma \"commission\".", "Jien imbagħad ngħid li dawn l-affarijiet mhux sew.", "Dan id-dokument bħala title għandu \"Camper & Nicholsons - Yachting since 1782 - Grand Harbour Marina\".", "Din hija e-mail mibgħuta lil Terry Walsh, Camper & Nicholsons representative.", "U taħtha hemm in-nota wkoll \"On Camper & Nicholsons Marina paper but on behalf of Great Harbour Marinas Ltd.\"", "Issa Grand Harbour Marinas Ltd. hija l-kumpannija li Camper & Nicholsons qed jgħidu li se jwaqqfu fil-Kottonera biex tmexxi l-marinas.", "L-ittra hija ffirmata minn Nick Maris li huwa ta' Camper & Nicholsons u li qiegħed chairman ta' din il-kumpannija f'Malta.", "U se naqra bl-Ingliż:", "\"Dear Terry,", "I felt it would be helpful if you had in your possession in writing confirmation of the arrangements for payments of fees to the various people that have assisted and are assisting in bringing the project to a successful conclusion, who will be receiving their fees through you, under our arrangement with you.\".", "Mela hemm fees lil ċerti nies li rranġa għalihom Terry Walsh, ir- rappreżentant ta' Camper & Nicholsons f'Malta.", "Id-data nerġa' ngħid hija tat-28 ta' Settembru, 2000.", "Issa t-tieni paragrafu jgħid hekk:", "\"As we have agreed, the fee is a success fee and this means it becomes payable when the project becomes contractually unconditional, and the necessary investors and finance arrangements likewise become contractually unconditiona, and relevant monies have been received into the company's account.\".", "Xi tfisser din?", "Din tfisser li dawn il-fees se jitħallsu mhux wara li jkun sar ix-xogħol u meta jkun sar ix-xogħol - jekk inti perit jew avukat li qed taħdem għall-kumpannija - imma se jitħallsu meta l-proġett ikun marbut mija fil-mija ma' l-awtoritajiet tal-gvern u ħadd ma jistgħa' joħroġ minnu u l-flus imbagħad ikunu waslu għand il-kumpannija.", "Mela din m'hijiex xi ħaġa kummerċjali jew professjonali imma hija xi ħaġa differenti.", "Ħalli nkompli naqra:", "\"Whilst great progress has been made in recent weeks, we are not yet at that point.", "And I write to confirm what you know already but what some of our colleagues may wish to see confirmed in writing, that no fees or commissions have yet been paid.\".", "Żelqet il-kelma, Sur President, \"commissions\".", "U jien ngħid li tajjeb li wieħed jifhem u jgħarbel sew x'inhu jintqal hawnhekk.", "Imma ħalli naraw kif tkompli mbagħad din l-ittra:", "\"As you know, we are all working to finalise the outstanding points so as to bring this matter to a conclusion.", "In view of the number of organisations involved, the exact timing is not a matter within our control.", "But I would like again to confirm what I believe is known to all, that we from our side will use our best endeavours to accelerate the process.\".", "X'inhi l-problema hawnhekk, Sur President?", "Il-problema hi li dan irid ikun żgur li tassew il-contacts u l-assistenza kollha li talab għamlu x-xogħol tagħhom, li tabilħaqq l-organizzazzjonijiet kollha involuti taw il-go-ahead qabel iħallas is-success fees jew il- commissions.", "Jien ngħid li din tintenn imma issa ħalli ndur ftit għall- Cottonera Waterfront project innifsu fejn aħna konna kklejmjajna, u jien nibqa' nikklejmja, li finanzjarjament m'għandux backing, li qed jaħdmu bħala front spekulattiv u li qegħdin hemm biex jerdgħu dħul mill-proġett fuq bażi spekulattiva.", "Issa għandi dokumenti ieħor li wkoll nixtieq inpoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra, li jikkonsisti fi draft agreement li kellu jiġi ffirmat fit-28 ta' Ottubru 2000 bejn Camper & Nicholsons u l-Periti Edward Bencini u Joe Cassar li bejniethom jiffurmaw il-kumpannija B&C Ltd.", "Issa Camper & Nicholsons m'hemmx għalfejn nagħti tagħrif min huma għaliex diġa` tkellimna dwarhom, pero` il-periti li għadni kemm semmejt, għal min ma jafx, ngħid li huma shareholders ewlenin tal-Cottonera Waterfront Group, almenu hekk kienu fiż-żmien u hekk naħseb li għadhom sal-lum.", "U permezz ta' dan id-draft agreement kienu se jiġru, jew aħjar ġraw, żewġ affarijiet; waħda li għax- xogħol professjonali kollu li dawn il-periti għamlu jew setgħu jagħmlu għall-Cottonera Waterfront matul iż-żmien jitħallsu somma ta' Lm90,000 - jekk hemm bżonn naqraw ukoll iċ-ċirkostanzi - u min-naħa l-oħra Camper & Nicholsons tikkuntratta magħhom għal servizzi professjonali ġodda mill- mument meta dawn jieħdu over it-tmexxija tal-marina għas-somma ta' Lm50,000.", "Mela żewġ affarijiet hawn għax għandna x-shareholders tal-Cottonera Waterfront li ilna ħafna ngħidu li huwa grupp li m'hu veru xejn li għandu saħħa finanzjarja li qegħdin on the one hand jagħtu parti mid-drittijiet li tahom dan il-parlament fuq il-marina lil Camper & Nicholsons.", "Imbagħad mano in mano ma' dan l-arranġament qegħdin jiftehmu li xogħol professjonali li jagħmlu huma għall-Cottonera Waterfront tħallashom Camper & Nicholsons u wkoll deħlin f'kuntratt professjonali ġdid biex fis-snin li ġejjin meta Camper & Nicholsons ikun qed imexxi u jibni l-marina huma jsiru l-periti tal-proġett u jitħallsu ċerta somma.", "Fejn hi t-trasparenza ta' kif għandhom isiru l-affarijiet?", "Dan huwa inċest sħiħ, dan huwa mod kif nies li jridu jmexxu xi ħaġa u m'għandhomx biex jagħmluha, qegħdin jieħdu s- saħħa tagħhom minn drittijiet mogħtija lilhom minn dan il-parlament, għaliex hekk ried il-gvern, u qed jużawhom għal raġunijiet personali professjonali.", "Sur President, jien ngħid li din m'hijiex xi ħaġa li għandna nħarsu lejha b'għajn ħanina imma turi li mhux biss m'hemmx ħsieb strateġiku għal kif niffaċċjaw il-kwestjoni ta' l-iżvilupp tal-Kottonera, imma li l-gvern ta l- proġett kollu f'idejn spekulaturi kif għamel fil-każ ta' Chambray.", "U se naqra issa minn dan il-kuntratt, nerġa' ngħid bejn il-Periti Edward Bencini u Joe Cassar on behalf of B&C Ltd. li huma shareholders tal- Cottonera Waterfront u Terry Walsh li qed jirrappreżenta l-Camper & Nicholsons Marinas Ltd.", "Dan il-kuntratt l-ewwelnett jgħid li l- kumpannija:", "\"Recognizes that the consultants ...\",", "- jiġifieri ż-żewġ periti msemmija -", "\"and/or the members forming part thereof, whether on an individual or collective capacity, have provided professional architectural services to the Cottonera Waterfront Group plc in connection with the project and that the company...\",", "- jiġifieri Camper & Nicholsons -", "\"... shall be reimbursing Cottonera Waterfront Group plc all relative expenses directly connected with planning authority application, architects' fees and services limitedly and pro rata to the marina, as contemplated in relative clause of the preliminary agreement above- referred to.", "The company shall pay the consultants in consideration of their professional architectural services which have already provided to date the amount of ninety thousand Maltese liri (Lm90,000) which sum shall be exclusive of VAT, but inclusive of income tax, disbursements or any other costs incurred so far by the consultants in connection with the project.\".", "Imbagħad hemm kondizzjonijiet ta' kif se jitħallsu u fil-fatt se jitħallsu hekk:", "\"Lm45,000 on the day when the final notarial deal is signed after the issue of the full development permit by the planning authority in connection with Cottonera Marina project.", "The remaining Lm45,000 shall be paid to the consultants on the day that a letter is issued in favour of the company and/or Grand Harbour Ltd....\",", "- jiġifieri kumpannija ta' Camper & Nicholsons hawn Malta -", "\"... another undertaking in which the company has a vested business interest, by the competent authorities recognising that there is a practical completion of the marina.\".", "Imbagħad hemm it-tieni parti li tgħid:", "\"The company further agrees to pay the consultants the total sum of fifty thousand Malta liri (Lm50,000) as consideration for any and all the professional archtectural and engineering services which the consultants, whether on an individual or on a collective capacity, shall be providing the company in connection with the project from to date till the completion of the said project.\".", "Jiġifieri min-naħa Lm90,000 għal dak li għamlu jew qed jgħidu li għamlu u Lm50,000 għal dak li ġej 'il quddiem.", "Imbagħad hawn il-kondizzjonijiet ta' kif se jitħallsu - Lm15,000 on signature of the contract, Lm15,000 on handing and completion of Capitainere to Camper & Nicholsons, Lm15,000 oħra on completion of carpark and utilities and handing over to Camper & Nicholsons, u Lm5,000 on completion of berthing for 200 crafts by Camper & Nicholsons.", "Dawn huma l- main shareholders tal-Cottonera Waterfront Group.", "Nerġa' ngħid kif għedt fil-bidu li jien ma kienx beħsiebni nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi imma meta smajt lill-Onor.", "Zammit Dimech jitkellem kif tkellem il-bieraħ - u dawn l-affarijiet jafhom il-Ministru u konvint li d-dokumenti li għadni kemm ikkwotajt minnhom għandu bħalhom - ridt ngħid lill-gvern li issa li daħak bil-poplu Malti u bil-poplu tal-Kottonera ma jkomplix miexi fit-triq fejn proġett li kellu jagħti ġid lill-post, tant qegħdin jagħmluh spekulattiv u tant qegħdin iħawdu l-contours tiegħu li se nispiċċaw b'Chambray ieħor fil-Kottonera.", "Kellna biżżejjed Chambray f'Għawdex, ma naħsibx li għandu jkollna l-istess ħaġa fil-Kottonera.", "In- nies tal-Kottonera jixirqilhom ħafna aħjar, Sur President.", "Qabel nagħlaq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta miċ-Chairman ta' Grand Harbour Marinas Ltd fit-28 ta' Settembru 2000 lir-rappreżentant ta' Camper & Nicholsons dwar l-arranġament għall-ħlas ta' xogħol li jsir fuq il-proġett tal- Grand Harbour Marina, flimkien mal-kuntratt li jispeċifika dan l- arranġament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li tressaq mill-Prim Ministru dwar ir-ratifika tal-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni Sovran ta' San Ġwann.", "Waħda mill-ewwel rimarki li xtaqt nagħmel dwar dan l-abbozz hija li għall-ewwel darba kemm ili f'dan il- parlament għandna abbozz ta' liġi li apparti seba' klawsoli li bħas-soltu huma miktuba bil-Malti u bl-Ingliż, hemm il-ftehim innifsu li huwa miktub bl-Ingliż u t-Taljan.", "Jien ċert li x-xewqa tal-poplu Malti hi li l-lingwa Maltija tibqa' tipprevali fil-liġijiet Maltin u f'dan il-parlament u fejn jidħlu abbozzi ta' liġi il-verżjoni Maltija għandha tkun l-ewwel, kif wara kollox hemm imnaqqax fil-Kostituzzjoni, inkluż fl-iskedi u fil-ftehim li jkun hemm annessi.", "Xtaqt niġbed l-attenzjoni għal dan il-punt għaliex deher li anke f'abbozz preċedenti li tkellem fuqu l-kollega tiegħi Jose` Herrera ġara l-istess, jiġifieri l-lingwa Maltija ġiet mogħtija l-ġenb.", "Ċertament li dan m'huwiex eżempju tajjeb meta nafu li pajjiżna li huwa daqstant żgħir b'popolazzjoni ta' biss terz ta' miljun ruħ għandu l-lingwa tiegħu filwaqt li pajjiżi ħafna akbar lanqas biss għandhom il-lingwa tagħhom.", "Jien naħseb li bħala Maltin għandna verament inkunu kburin bil-lingwa tagħna u m'għandniex neskluduha 'l barra speċjalment fil-liġijiet li jitressqu f'din l-ogħla istituzzjoni.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitkellem ftit fuq l-abbozz ta' liġi nnifsu.", "Artiklu 2 ta' l-iskeda jgħid li l-gvern se jara li l-Ordni tuża l-art u l- bini fil-Forti Sant'Anġlu u li dan il-post jintuża għal attivitajiet umanitarji u kulturali.", "Ovvjament ma tistax tikkritika l-fatt li dan is- sit se jintuża għal attivitajiet umanitarji u kulturali imma nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Gvern Malti mhu se jkollu l-ebda dritt li jorganizza attivitajiet kulturali u attivitajiet oħra konnessi mal-kultura jew ma' l- edukazzjoni.", "Jien naħseb li qabel dan il-ftehim jiġi konkluż u qabel ma jgħaddi minn dan il-parlament, il-gvern għandu jikkonsidra l-pożizzjoni li għallinqas jintrabat ma' l-Ordni biex ikollu allokati għalih ftit ġimgħat jew ġranet fis-sena ħalli fihom ikun jista' jorganizza attivitajiet kulturali u ta' attrazzjoni għall-pubbliku in ġenerali.", "Nafu li l-Forti Sant'Anġlu għandu valur kbir u apparti milli huwa attrazzjoni turistika u attrazzjoni tal-pubbliku in ġenerali Malti, huwa post ideali fejn isiru ċerti attivitajiet kulturali.", "Aħna bħala Maltin għandna ħafna nies li kapaċi joffru kultura li tkun ta' attrazzjoni għat- turisti u anke għall-pubbliku in ġenerali.", "Għalhekk nemmen li l-gvern għandu jikkonsidra dan li qed ngħid bis-serjeta'.", "B'hekk inkunu qed nagħtu spazju lin-nies li għandhom il-kapaċita' li jorganizzaw dawn it-tip ta' attitivitajiet biex jippromwovu l-kultura Maltija.", "Nistgħu wkoll inħajru għaqdiet jew gruppi kulturali barranin biex dawn ikunu jistgħu jużaw dan is- sit ħalli fih jagħmlu ċerti attivitajiet u b'hekk inkunu qed noħolqu attrazzjoni turistika fil-Kottonera.", "Ovvjament il-Kottonera u l-Forti Sant'Anġlu diġa' huma attrazzjoni storika u kulturali, pero' bla dubju ta' xejn dawn l-attivitajiet ikunu qed joħolqu attrazzjoni turistika akbar.", "Per eżempju, darba fis-sena jista' jsir event li nkunu nistgħu nirreklamawh barra minn Malta ħalli lejn pajjiżna nkomplu niġbdu aktar turisti.", "Jien nemmen li anke l-Ordni se tkun qed torganizza attivitajiet bħal dawn, għalkemm m'hemm l-ebda rabta, kif qalet il-kollega tiegħi, l- Onor. Marie Louise Coleiro.", "Jidher li hemm ir-rieda u x-xewqa imma m'hemm l-ebda rabta li jsiru attivitajiet kulturali u affarijiet oħra.", "Iktar 'il quddiem nitkellem fuq affarijiet oħra li m'hemmx rabta fuqhom.", "Jien naħseb li ladarba l-gvern intrabat li joffri ċerti servizzi għandu jorbot lill- Ordni li dak li qed tgħid li tixtieq li tagħmel, tagħmlu.", "Mr Speaker, issa nixtieq nitkellem ukoll fuq artiklu 10 ta' dan il-ftehim.", "F'dan l-artiklu jingħad li l-Ordni se tirrestawra l-bini u l-kostruzzjoni ta' postijiet oħra tal-forti nnifsu u li flus ġejjin minn individwi u istituzzjonijiet permezz ta' donazzjonijiet.", "Kif kont qed ngħid qabel, hawnhekk m'hawn l-ebda rabta ta' żmien.", "Dan il-ftehim mhux qed jorbot lill-Ordni li fi żmien għaxar snin, per eżempju, trid tlesti l-kostruzzjoni u r-restawr tal-forti fuq it-tali parametri għax lanqas parametri ma jeżistu.", "Ovvjament hemm il-parametri ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għaliex kulma jagħmlu dawn se jkollhom bżonn il-permess ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar imma mbagħad m'hemm l-ebda żmien stipulat li qed jintrabtu bih.", "Għas-saħħa ta' l-argument dawn jistgħu jirraġunaw – jien mhux qed ngħid li se jagħmlu hekk għax Allaħares jagħmlu hekk – li jirranġaw il-partijiet fejn għandhom bżonn u l-kumplament iħalluh kif inhu.", "Il-ftehim ma jorbothom bl-ebda mod li jirrestawraw il-forti kollu kemm hu.", "Jien naħseb li aħna ninsabu f'mument ideali biex wieħed jerġa' jara kif jista' jtejjeb dan il-ftehim u kif ikun hemm rabta bejn dawn l-affarijiet li qed insemmi.", "Per eżempju, 10 snin, 15-il sena u 20 sena huma aktar minn biżżejjed biex l-Ordni tirrestawra l-post li se tkun se tuża għal 99 sena.", "Pero' hawnhekk ma teżisti l-ebda rabta.", "Mr Speaker, meta dan il-ftehim jibda jiġi implimentat nixtieq inkun naf jekk il-gvern, permezz ta' l-awtoritajiet tiegħu, hux se jieħu l-briga li josserva xi kwalita' u xi standards ta' restawr ikun qed isir fuq dawn is- siti.", "Huwa importanti li nkunu nafu x'tip ta' osservazzjoni se jkun hemm meta jkun qed isir ir-restawr fuq dawn il-postijiet storiċi.", "Irridu niftakru li pajjiżi ħafna akbar minna m'għandhomx dawn il-postijiet storiċi li għandna aħna.", "Il-fortifikazzjonijiet li għandna f'pajjiżna kważi huma uniċi u allura rridu nibżgħu għalihom u nagħtuhom lil min nagħtuhom, dawn iridu jkunu taħt l-osservazzjoni tagħna.", "Għalhekk irridu nassiguraw li r-restawr li jkun qiegħed isir ikun ta' kwalita' u jkun qiegħed taħt is- sorveljanza kontinwa ta' l-awtoritajiet Maltin.", "Mr Speaker, la qed nitkellmu fuq il-Forti Sant'Anġlu ma nistgħux ma nitkellmux ftit fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Jien ma kontx f'dan il- parlament meta dan il-proġett ġie diskuss għall-ewwel darba, pero' ta' min jgħid li filwaqt li qabel tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li 99 sena huma esaġerati, llum dawn qed jagħtu dan il-forti lill-Ordni għal 99 sena wkoll.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix, per eżempju, l-permess li se joħroġ għall- bini ta' terraced houses taħt il-Forti ta' Sant'Anġlu.", "Mr Speaker, is-swar li jdawru l-Kottonera u l-Belt Valletta huma swar li qegħdin jaqsmu port u tista' tgħid li huma uniċi fid-dinja.", "Għalhekk aħna għandna nkunu kburin bihom u għandu jkollna d-dover li nibżgħu għalihom u nippreservawhom.", "Issa nafu li matul iż-żmien meta la kien hawn l-awtorita' ta' l-ippjanar u lanqas kien hawn organizzazzjonijiet li jissorveljaw u joħorġu l-permessi b'ċertu kontroll, sar bini li ħassar id-dehra ta' dawn is-swar u llum mhux faċli li wieħed jeliminah.", "Jista' jkun li permezz ta' pjan forsi dan il-bini jista' jiġi eliminat minn quddiem is-swar.", "Per eżempju, nafu kif dawk l-imħażen li hemm f'Xatt il-Kurċifiss li wkoll għandhom ċertu valur, qed jgħattu s-swar.", "Nafu kif fil-Belt Valletta, per eżempju, taħt is-swar ta' Marsamxett jeżisti ċertu bini li qed jgħatti s- swar.", "Din il-problema teżisti wkoll f'ċerti partijiet tal-Kottonera.", "Oriġinarjament meta nbnew is-swar ma kienx hemm bini li jgħattihom imma kien hemm is-swar u mbagħad jidher il-bini.", "Kull min għandu għal qalbu l-istorja ta' kif inbniet il-Belt u s-swar jaf li dawn inbnew biex jiddefenduna.", "L-intenzjoni kienet biex min jattakka jsib il- ħitan quddiemu imbagħad biex isib id-djar u n-nies kien ikollu jitla' fuq dawn il-ħitan.", "Għalhekk l-idea kienet li żżomm l-attakk milli jasal fil-qalba tal-Belt jew fil-qalba tal-Kottonera.", "Imma ġara li l-bini llum ħassar ċerti dehriet.", "Allura llum nixtieq nitkellem fuq dak li se jiġri taħt dawn il-fortifikazzjonijiet, mhux mill-Ordni ta' San Ġwann imma bil-proġett tal-Kottonera.", "Kulħadd jaf li l-lukanda Excelsior kienet kerrħet id-dehra tas-swar.", "Fil- fatt meta nbniet kien hemm kritika qawwija għaliha u ż-żmien ried li l- pedamenti u l-kostruzzjoni tagħha ma kenux b'saħħithom biżżejjed u allura kellha taqa' bilfors.", "Pero' minflok ma rranġajna dak l-iżball erġajna bnejna lukanda aktar mostruża quddiem is-swar.", "U hekk se jiġri quddiem is- swar ta' Sant'Anġlu.", "Minflok qed nagħmlu sforz biex is-swar jieħdu d-dehra oriġinali tagħhom u jekk inhu possibbli l-bini li hemm quddiemhom jiġi eliminat ̧ qed nagħmlu bil-kontra.", "Jien jiddispjaċini ngħid li din hija xi ħaġa li se tħammar wiċċ min ħa din id-deċiżjoni.", "Dawn mhumiex affarijiet tal-Partit Laburista jew tal-Partit Nazzjonalista imma huma affarijiet tal-poplu Malti kollu.", "Ma jistax ikun li min għandu l-poter f'idejh jieħu deċiżjoni b'daqqa ta' pinna u jagħmel li jrid kontra l- estetika tal-bini.", "Jien irrid nara lill-awtorita' ta' l-ippjanar issa, bil-pulikarja u bl-esperti kollha li għandha, kemm se tkun kapaċi tgħid le meta jaslu quddiemha l-permessi għall-bini ta' dawn it-terraced houses quddiem il-Forti Sant'Anġlu.", "Meta nara l-bini quddiem is-swar inħoss għafsa ta' qalb pero' sa ċertu punt ma nista' nagħmel xejn.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tara li l-estetika tal-bini ma jħassarha ħadd.", "Mr Speaker, jien nittama li dak li hemm ippjanat li jsir taħt is-swar ta' Sant'Anġlu ma jsirx ̧ la hemmhekk u mkien.", "Jien ngħid li qabel ma nkunu konxji kemm huma importanti s-swar għall-istorja ta' pajjiżna u x'attrazzjoni turistika għandhom, ma nistgħux nieħdu ċerti deċiżjonijiet u ngħidu li mhuwiex aċċettabbli li jinqerdu dehriet storiċi bħalma huma l- fortifikazzjonijiet u s-swar Maltin.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li dawk l- organizzazzjonijiet li suppost qed jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta' dawn is- swar u l-fortifikazzjonijiet mhux qed jieħdu ħsiebhom kif suppost.", "Jekk dawn is-swar jispiċċaw mhux se jerġgħu jittellgħu.", "Dawn huma meravilja u allura m'għandniex nippermettu l-qirda tagħhom.", "Min huwa responsabbli biex jieħu ħsieb il-fortifikazzjonijiet għandu jindukrahom.", "Per eżempju, hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-Forti Sant'Iermu u t-telqa li jinsab fiha.", "Hija ħasra li dan il-forti m'hu qed jiġi wżat għalxejn aqta' l- parti li tintuża għall-akkademja tal-pulizija u l-parti li tintuża għall- mużew tal-gwerra.", "Issa dan il-post jista' faċilment jiġi żviluppat kulturalment u kummerċjalment.", "Nixtieq insemmi wkoll il-proġett tal-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Fl- opinjoni tiegħi, ir-restawr li sar fuq is-swar huwa aktar minn difettuż għax it-tip ta' ġebla li ntużat ma tikkombinax mal-kwalita' ta' ġebel li hemm.", "Nafu li taħt il-Belt jeżistu mini kbar li sfortunatament huma mirdumin, pero' l-ġebel tagħhom għadu jista' jintuża biex nirrestawraw is- swar.", "Għallinqas dawn il-mini jekk ma jinfetħux għandhom jintużaw għal dan l-iskop.", "Hija ħasra li r-restawr isir b'nuqqas ta' professjonalita' u fl- opinjoni tiegħi aħjar ma tagħmel xejn, għax inkella ħsara tkun qed tagħmel.", "Aħna nafu x'ġara, per eżempju, fir-restawr tal-monument tal-Gran Mastru De Vilhena fil-Furjana.", "Hemmhekk l-eluf ta' liri ntnefqu mhux biex dan il- monument jiġi restawrat imma biex jiġi rovinat.", "Min kien responsabbli mir- restawr ta' dan il-monument qal li dan huwa gideb pero' ftit tas-snin wara dan il-monument reġa' ġie restawrat mhux għax kellu bżonn ir-restawr daqshekk malajr imma għaliex ir-restawr sar ħażin.", "Jekk monument irrestawrat tibża' għalih, dan iservi.", "Nixtieq nitkellem ftit fuq ix-xogħol li kien isir u li għadu qed isir fuq ix-xatt ta' Tas-Sliema.", "Hemmhekk il-ħaddiema sabu parti minn trunċiera li kienet inbniet fis-seklu 18 fi żmien il-Gran Mastru Pinto, jiġifieri wieħed jista' jimmaġina x'valur fiha din.", "Wara li jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan u ngħatajt risposta ddeċidejt li mmur fuq il-post biex nikkonferma dak li kien hemm fir-risposta pero' jien nittama li l- informazzjoni li għandi li din it-trunċiera ġiet mirduma mhijiex veru.", "Għalhekk nixtieq assigurazzjoni mill-ministru għall-ambjent għax il- ħaddiema li qed jagħmlu dan ix-xogħol jaqgħu taħtu, li parti minn dik it- trunċiera ma ġietx mirduma u jekk sar żball ̧ għandu jitranġa minnufih.", "Per eżempju, f'Pembroke ilhom jirrestawraw trunċiera sentejn pero' x-xogħol donnu dejjem jibqa' fejn ikun.", "Għalhekk nappella lill-ministru għall- ambjent biex jara li dan ix-xogħol jitħaffef ħalli t-turisti u n-nies tal- lokalita' jkunu jistgħu jgawdu din it-trunċiera.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq ċerti monumenti li għandna f'pajjiżna.", "L-ewwelnett irrid niġbed l-attenzjoni li sa ċertu punt l-iskema li ġiet introdotta biex jiġu rranġati l-faċċati fl-Imdina kienet idea tajba.", "Pero' nafu li minkejja li l-komunita' ta' l-Imdina m'hijiex ħafja - għalkemm hemm min hu ħafi u kien iħobb jitla' sa l-Imdina – din ingħatat din it-tip ta' għajnuna biex tirranġa l-faċċati.", "La qed nitkellem fuq l-Imdina rrid ngħid li hemmhekk hemm partijiet mis- swar li għandhom ħsara immensa li trid issirilhom manutenzjoni mill- aktar fis possibbli qabel iċedu.", "Jien nixtieq inkun naf x'sar f'dan ir-rigward ħalli mhux l-ewwel jaqa' kollox imbagħad ngħidu li waqa' kollox.", "Pero' la qed nitkellmu fuq il- faċċati nixtieq li din l-iskema tiġi estiża wkoll fuq l-ibliet tal- Kottonera, fuq il-Belt Valletta u fuq il-Furjana.", "F'dawn il-postijiet jeżistu faċċati ta' bini li jmorru mijiet ta' snin lura pero' min joqgħod fihom jew is-sidien tagħhom m'għandhomx riżorsi biex jirrestawrawhom u nafu li l-gvern ma jidħolx fi proprjetajiet privati.", "Għalhekk dawn il-faċċati jispiċċaw biex jinqerdu u jiġu replaced b'xi bini mostruż.", "Il-faċċati u l-galleriji li għandna fil-Belt Valletta huma oriġinali u t-turisti jibqgħu immeraviljati meta jarawhom.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Nixtieq ninforma lill- Onor. Cuschieri li l-iskema għat-tiswijiet ta' galleriji u aperturi ilha miftuħa erba' snin.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien napprezza l-ispjegazzjoni ta' l-Onor.", "Pullicino u kont naf li din l-iskema kienet ġiet estiża, pero' mhux qed nitkellem biss fuq galleriji u aperturi.", "Jien qed nitkellem fuq il-faċċati nfushom.", "Per eżempju ̧ l-Onor.", "Hyzler jaf li f'San Ġiljan hemm Balluta Buildings, bini meraviljuż li f'Malta ftit hawn bħalu.", "Pero' kif nafu biex dan il-bini jiġi rranġat trid spiża enormi u hija ħasra li qed jaqa' biċċiet.", "Jien ngħid li trid issir xi ħaġa għax inkella se nitilfu li għandna.", "Il-problema hija li l-gvern qed jistenna li s-sidien għandhom jirrestawrawh dan il-bini pero' bil-kera miżera li jdaħħlu dawn żgur ma jistgħux jonfqu eluf ta' liri biex jirrestawraw faċċati bħal dawn.", "Issa li qed ngħid jien huwa jekk nistgħux nagħmlu xi skemi jew xi tip ta' ftehim mal-privat biex dak li jkun ikollu xi għajnuna u postijiet bħal dawn insalvawhom.", "Dan huwa l-punt prinċipali.", "Sur President, f'pajjiżna għandna l-problema li wara li nirrestawraw monumenti ta' valur, faċċati ta' postijiet storiċi u funtani, jmur il- ħamiem u jħammiġhom bil-konsegwenza li jagħmlilhom ħsara irreparabbli.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-faċċata tal-Konkatidral, il-funtana ta' taħt il- bini tal-Kavallier ta' San Gakbu u l-funtana li hawn fil-Pjazza tal-Palazz.", "Hija ħasra li aħna għandna r-rieda li nirrestawraw u nonfqu ammonti kbar ta' flus biex nirrestawraw oġġetti, monumenti u faċċati u mbagħad ma jkun hemm follow-up u manutenzjoni ta' xejn.", "Per eżempju, meta ftit taż-żmien ilu kont qiegħed inżur il-Katidral ta' Vjenna nnotajt li hemmhekk jipproteġu l-faċċati u l-monumenti bix-xbieki.", "B'hekk il-postijiet storiċi u ta' valur ma ssirilhomx ħsara għax ikunu ħadu ħsiebhom.", "Din is-sistema rajtha wkoll f'Ruma.", "Per eżempju ̧ jien ngħid li għandhom jiġu restawrati mill-ġdid il-monumenti li hemm fil-Mall tal-Furjana għaliex qed jinqerdu biċċa biċċa.", "Din hija ħasra kbira.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Cuschieri, ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nerġa' ntenni li fil-Mall tal-Furjana hemm bżonn isir proġett sħiħ għax il-bini qed jinqered biċċa biċċa.", "L-istess ngħid fuq il-Bieb tal-Bombi.", "Il- Bieb tal-Bombi għandu bżonn restawr u protezzjoni u mhux restawr biss u daqshekk.", "Meta tirrestawra post huwa Importanti li wara tipproteġih.", "Jien nemmen li bi ftit aktar attenzjoni, dedikazzjoni u b'management aktar professjonali, l-postijiet storiċi u ta' valur ikunu jistgħu jiġu preservati fl-interess ta' l-istorja u l-kultura storika ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, nixtieq nibda nitkellem fuq dan l- abbozz ta' liġi billi ngħid li fl-imgħoddi l-Ordni ta' San Ġwann tat kontribut kbir għal pajjiżna u naħseb li l-ibliet tal-Kottonera gawdew ħafna taħt il-kavallieri.", "Pajjiżna għandu storja sabiħa fejn tidħol l- Ordni ta' San Ġwann għax il-kavallieri ħallewlna monumenti sħaħ ̧ mhux biss fil-Kottonera imma wkoll f'postijiet oħra, fosthom f'Raħal Ġdid.", "Nafu li f'Raħal Ġdid l-Ordni ta' San Ġwann tat kontribut kbir għall-bini tal- Knisja ta' Sant'Ubaldeska u għall-palazz li hemm fi Triq l-Arkata.", "Meta jien qgħadt nisma' lil sħabi jitkellmu rrealizzajt kemm għandna nibżgħu għal dak li għandna.", "Jien jiddispjaċini meta kultant nitkellmu b'mod li aħna donnu ma nistgħux inkunu daqs ħaddieħor.", "Pero' jien dejjem emmint li pajjiżna m'għandu xejn inqas minn pajjiżi oħra.", "Pajjiżna huwa rikk f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- istorja kulturali tagħna u naħseb li ma nagħmlux sewwa li ċerti nies jarmu dak li huwa tajjeb għal pajjiżna.", "Jien inħoss li pajjiżna għandu t-tajjeb tiegħu u nixtieq li aħna jkollna l-kultura li nibżgħu għal dak li għandna.", "Per eżempju, meta kien qed jiġi rranġat il-Hypogeum jien tkellimt ħafna fuq dan is-suġġett u ħafna nies li jħobbu l-kultura kienu jħeġġuni ħafna biex nagħmel mistoqsijiet parlamentari.", "Illum ix-xogħol fuq il- proġett, biex ngħid hekk, tlesta u allura nittama li dawk li qatt ma jmorru jżuru dan il-lokal issa jmorru jżuruh.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-proġett tal-Kottonera li ħoloq kontroversja kbira f'pajjiżna.", "Il-Partit Laburista dejjem tahom li seta' lin-nies tal-Kottonera u min igħid li dan mhuwiex minnu jkun qed jgħid hekk għax ikun jaqbillu politikament.", "Fil-fatt in-nies tal-Kottonera jafu li kien il-Partit Laburista li dejjem ħadem fuq l-infrastruttura ta' toroq u fuq bini ta' appartamenti u djar fil-Kottonera.", "Għalhekk huwa għajb kbir għal min fl-1996 fixkel milli jsir il-proġett tal-Kottonera.", "Pero' llum il- ġurnata dawn l-istess nies qed jiddiskutu dan il-proġett.", "Bħala Partit Laburista aħna naqblu mal-proġett għaliex aħna m'aħniex se nagħmlu bħal tan-naħa l-oħra meta vvotaw kontra l-liġi dwar it-turiżmu u mbagħad meta telgħu fil-gvern ressquha quddiem il-parlament.", "Għalhekk il- Partit Laburista żgur li mhux se jfixkel għax dan huwa proġett tajjeb li se jagħmel ġid lit-tlett ibliet tal-Kottonera.", "Dawn it-tlett ibliet sbieħ mhumiex miżmuma sew għax fl-imgħoddi qatt ma beżgħu għar-rikkezzi li hawn fil-pajjiż.", "Minn hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill- kunsilli lokali kollha ta' dawn l-ibliet li b'ħafna sagrifiċċji ħadmu biex il-Kottonera tieħu dak li jixirqilha.", "Jien nispera li meta dan il- proġett jinbeda jkun hemm it-target dates u Kif qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li ħadt pjaċir nisimgħu b'attenzjoni, hemm bżonn li nimxu pass pass u mhux b'ħafna tgerfix.", "Meta nitkellem fuq il-proġett tal-Kottonera ma nistax ma nsemmix l-aspett soċjali.", "Ħafna nies mill-Kottonera jkellmuni fuq kemm hemm żgħażagħ u nies bla xogħol.", "Ma nistax inwarrab ukoll il-problema tad-droga li teżisti hemmhekk.", "Jien nemmen li jekk il-proġett tal-Kottonera jibda għaddej dawn il-problemi jibdew jonqsu.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ukoll il-problema tal-housing li hemm fil-Kottonera.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm li se jkun hemm ukoll djar residenzjali pero' jien nittama li fi proġett bħal dan ma jgawdix biss min se d jieħu l-casino, min se jieħu l-yacht marina, min se jieħu l-lukandi u min se jieħu dawn id-djar residenzjali lussużi.", "Huwa importanti li naħsbu f'dawk in-nies li verament għandhom bżonn dar diċenti.", "Il-Partit Laburista jemmen li dan il-proġett minbarra li jsebbaħ l-ambjent għandu joħloq ix-xogħol pero' m'għandniex inwarrbu l-problema tal-housing li hemm fil-Kottonera.", "Meta nirranġaw il-Kottonera nkunu qegħdin bil-mod il-mod ngħollu wkoll il-moral ta' dawn ir-residenti u ntaffu problemi oħra.", "Sur President ̧ mill-Kottonera ħarġu nies kbar pero' llum il-ġurnata ħafna jqisu lil din l-area bħala area fejn hemm ħafna nies bi problemi soċjali.", "Fil-fatt li ġara kien li min kien ikollu problema, bħal per eżempju, s- single mothers ̧ kienu jispiċċaw hemmhekk għax hemmhekk isibu postijiet vojta.", "Għalhekk il-Kottonera imtliet b'nies li għandhom problemi soċjali pero' proġett bħal dan għandu jwassal biex din terġa' tiġi kif kienet mijiet ta' snin ilu.", "Fl-opinjoni tiegħi proġett bħal dan għandu jħajjar aktar turisti jersqu lejn dawk l-inħawi u għandu jkabbar ukoll il-kummerċ għax b'hekk ikunu qed igawdu n-nies.", "It-turisti joħolqu x-xogħol u l-ġid u dawn kienu l-pjani tal-gvern Laburista.", "Sur President, jien nittama li dan il-proġett ma jkunx bħall-proġett ta' Chambrai imma jinbeda, jitkompla u minnu tiġi ġenerata l-ekonomija.", "Qed ngħid dan għax irridu naraw x'se nagħmlu dwar l-istaġnar ekonomiku li hawn f'pajjiżna.", "Jien jiġu jkellmuni ħafna nies dwar din il-problema u nibża' li aktar ma jgħaddi żmien din aktar tidħol 'il ġewwa.", "Nixtieq insemmi wkoll il-klabb tal-ħamiem li hemm f'parti mill-Forti Sant'Anġlu.", "Nittama li dawn id-dilettanti tal-ħamiem jiġu assigurati li jkollhom post alternattiv għall-post li għandhom illum.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li llum jien ridt nuri lill-poplu li dan il-proġett kien fil-ħsieb il-Partit Laburista li sfortunatament fl-1996 sab ħafna tfixkil.", "Meta l-Partit Laburista jkun fil-gvern se jkompli miexi fuq dan il-proġett biex mill-aktar fis possibbli biex in-nies tal-Kottonera li dejjem kienu leali lejn il-Partit Laburista jkollhom ambjent aħjar u ntaffulhom il-problemi soċjali li għandhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistieden lill-Ministru biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, nixtieq ngħid li f'dan id-dibattitu li ilu għaddej għal dawn l-aħħar tlett ijiem ittrattajna mhux biss fuq il- kuntratt li sar bejn il-Gvern Malti u l-Ordni ta' San Gwann imma ttrattajna aspetti oħrajn.", "Per eżempju, diversi kelliema, partikolarment kelliema ta' l-oppożizzjoni, semmew il-proġett tal-Kottonera u kellna wkoll l- intervent tal-kollega l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Tkellimna wkoll fuq il- bżonnijiet tal-Kottonera u diversi kelliema, partikolarment il-membri parlamentari tat-tieni distrett, qajmu diversi punti rilevanti ħafna dwar il-bżonn li fil-Kottonera, b'mod partikolari, jsir pjan ħalli f'dik iz-zona jqum it-turiżmu.", "Sur President, saru wkoll diversi riferenzi għall-wirt kulturali Malti.", "L-Onor.", "Joe Mizzi u l-Onor.", "Joe Debono Grech għamlu punti rilevanti ħafna u naħseb li jkun tajjeb li wieħed jeżaminahom għax huwa essenzjali li f'dan il-pajjiż nagħtu importanza lill-wirt kulturali u storiku li għandna.", "Għalkemm forsi dawn is-suġġetti kienu indirettament relatati mad-dibattitu dwar ir-ratifika tal-ftehim li sar bejn l-ordni ta' San Ġwann u Malta, ħarġu diversi punti illi kif għidt ta' min wieħed jeżaminahom u jieħu azzjoni fuqhom bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "B'hekk wieħed jagħti l-importanza meħtieġa kemm għal dak li għandu x'jaqsm mal-Kottonera kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-wirt kulturali tagħna.", "Fuq is-suġġett li għandna quddiemna nixtieq nagħmel kummenti żgħar fuq xi osservazzjonijiet li saru b'konnessjoni ma' dan l-abbozz ta' liġi u mal- ftehim li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet riferenza għal subartiklu (3) ta' artiklu 4 tal-ftehim u qalet illi l- gvern qed jobbliga ruħu li jipprovdi servizzi pubbliċi li jinkludu l- elettriku, l-ilma, id-drenaġġ, it-telefon eċċ. L-Onor.", "Coleiro qalet li dan jinvolvi spejjeż lill-gvern u dan mhu qed jieħu xejn in return.", "Għalhekk nixtieq nippreċiża li l-obbligu li għandu l-gvern huwa li jipprovdi s-servizzi jiġifieri jekk ikun hemm bżonn li jsir l-elettriku u l- ilma, per eżempju, dawn isiru pero' fil-ftehim mhux qed jingħad li dawn isiru a spejjeż tal-gvern Malti.", "Fil-fatt fil-ftehim hemm \"shall be supplied on reasonable terms\".", "Dan ifisser li l-gvern mhux qed jieħu l- obbligu fuqu illi dawn is-servizzi jagħmilhom a spejjeż tiegħu imma dawn isiru kif isiru normalment.", "Pero' ovvjament il-gvern irid jobbliga ruħu li ma jiċċarġjax iżjed min-normal għal dawn it-tip ta' servizzi.", "Wieħed irid jgħid ukoll li f'dan il-ftehim, kif indikajt fil-ftuħ, hemm illi l-ordni qed tieħu fuqha l-obbligu li tagħmel il-manutenzjoni u r- restawr neċessarju u għandha wkoll l-obbligu li tagħmilhom \"according to highest standards reasonably possible\".", "Issa l-Onor.", "Coleiro qalet li \"reasonably possible\" forsi mhijiex biżżejjed.", "Pero' jien naħseb li \"according to the highest standard\" fiha nnifisha diġa' qed turi li hemm l-obbligu li dawn isiru skond l-ogħla standards li huma possibbli jiġifieri wieħed ma jippretendix l-impossibbli.", "Wieħed irid jagħmel riferenza wkoll għal artiklu 13 li jgħidlek li l- ordni għandha l-obbligu illi torganizza f'Malta konvenji tagħha u ta' diversi professjonijiet u dixxiplini illi jifformaw parti minn din l-ordni.", "Dan jindika b'mod ċar li l-ordni assumiet l-obbligi li tagħmel dawn il- konvenji.", "Sur President, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-fatt illi l-Onor.", "George Vella qal illi dan il-ftehim ma jipprovdix għall-benefiċċji li jistgħu joħorġu għal Malta b'mod partikolari għall-Kottonera.", "Nixtieq ngħid li jekk wieħed iħares lejn il-ftehim isib illi hemm numru ta' benefiċċji li joħorġu minn dan it-tip ta' ftehim.", "Wieħed irid igħid illi l- gvern insista li ma jikkonċedix is-sovranita' fuq Sant'Anġlu u allura dan seta' jikkonċedih biss jew b'ċens – il-gvern ma riedx jikkonċedih b'dan il-mod - jew b'użu.", "Fil-fatt il-ftehim jipprovdi għall-għotja b'użu ta' dan il-fond għal perijodu ta' 99 sena pero' mbagħad meta jgħaddu 50 sena jew 75 sena kwalunkwe parti tista' tiddeċiedi li ma ġġedditx.", "Jekk wieħed iħares lejn il-ftehim isib li l-ewwelnett għandek l-obbligu ta' restawr u ta' manutenzjoni jiġifieri l-ordni qed tassumi fuqha l- obbligu li tirrestawra l-forti Sant' Anġlu u tagħmillu l-aħjar manutenzjoni possibbli.", "It-tieni nett għandek ukoll illi dan il-forti jintuża għal simposji u għal konvenzjonijiet ta' l-ordni stess u ta' diversi organi ta' l-ordni.", "Dan il-post jista' jintuża wkoll għall-konferenzi u għal wirjiet li jkunu sponsorjati mill-ordni.", "Fil-fatt fil-forti Sant'Anġlu diġa' nżammet konferenza u kien hemm ukoll wirja ta' kotba li ġew illegati f'Malta.", "Barra minn hekk għandek ukoll il-faċilita' li l-forti Sant'Anġlu jkun miftuħ, kemm għall-viżitaturi Maltin kif ukoll għat-turisti.", "Ġaladarba dan il-forti jiġi restawrat u jkun miżmum fi stat ta' manutenzjoni wieħed ikun jista' jmur iżuru u anke jsiru programmi turistiċi sabiex ikun ċentru ta' attrazzjoni għat-turiżmu.", "Dan joħroġ anke b'mod indirett minn dan il-ftehim.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll li peress li hemm il-possibilita' li jsiru ftehim oħrajn dwar dak li għandu x'jaqsam mal-currency u l-coinage u f'dak li għandu x'jaqsam mal-posta, hemm il-possibilita' li dan il-forti jiġi żviluppat bħala ċentru f'dak li għandu x'jaqsam mal-filaterija u mal- coinage ta' l-ordni.", "Wieħed jara illi hemm diversi possibbiltajiet potenzjali illi dan il-ftehim jiġi konkluż bejn il-gvern Malti u l-ordni.", "Għalhekk wieħed irid jgħid illi bis-saħħa ta' hekk il-gvern Malti rnexxielu jissalvagwardja s-sovranita' ta' Malta fuq il-forti Sant'Anġlu.", "Din toħroġ ċara anke mill-premessi tal-ftehim fil-bidu fejn għandek illi:", "''The Government of Malta desires to give the order the opportunity to be better enabled to carry out its humanitarian activities as knights hospitaliers from St. Angelo, as well as to better define ??? the legal status of St. Angelo subject to the sovereignity of Malta over it.\"", "Minkejja li rnexxielu li jżomm id-dritt tas-sovranita' fuq il-forti Sant Anġlu, il-gvern Malti rnexxielu jidħol fi ftehim illi bis-saħħa tiegħu jista' jagħmel użu effiċjenti u effettiv ta' dan il-forti, kif indikajt qabel, biex b'hekk iz-zona tal-Kottonera tkun tista' tibda tibbenifika mir- restawr u tkun tista' ssir iżjed attraenti għal skopijiet turistiċi.", "Jien se nagħlaq billi ngħid illi ladarba dan il-ftehim ikun approvat mill- parlament, ikun jista' jiġi fis-seħħ immedjatament malli l-gvern jissottometti r-ratifika tiegħu - in-naħa ta' l-ordni għandha tagħmel l- istess - biex b'hekk ikun jista' jiġi implimentat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza lill-Gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni Ospitallier Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, magħmul f'Malta fil-ħamsa ta' Diċembru, 1998, u għall-ħwejjeġ konsegwenti u anċillari għal dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "JOE BORG: Nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru, 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant'Anġlu) jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 31 ta' Jannar fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, fil-gazzetta \"Malta Today\" deher artiklu miktub mis-Sinjura Sharon Ellul Bonici dwar il- każ ta' Meinrad Calleja.", "L-għada l-pulizija bagħtu għal din is-sinjura u interrogawha bil-qawwi.", "Bagħtu wkoll għall-editur tal-gazzetta u interrogawh bl-istess mod u anke intimaw li hemm passi oħra x'jittieħdu.", "Jien qed inqum hawnhekk biex nipprotesta kontra dan li għaddej.", "M'għandi l- ebda rispett lejn il-gazzetta \"Malta Today\", lanqas lejn l-editur tagħha u lanqas lejn min jagħtiha backing, imma naħseb li wasal iż-żmien li ngħidu: Ejja nieqfu b'dawn l-affarijiet.", "Il-pretest kien li hemm divjet tal-qorti għal pubblikazzjoni fuq il-każ ta' Meinrad Calleja.", "Imma bir-rispett kollu dan id-divjet diġa' nkiser diversi drabi, mhux l-inqas mill-Prim Ministru nnifsu u mill-Avukat tar- Repubblika nnifsu.", "Dan huwa divjet li ma japplikax u m'għandux japplika, u ċertament m'għandux jintuża kif qed jintuża bħala mod kif diskussjoni u opinjoni dwar il-każ imsemmi tipprova tiġi fgata.", "Nafu żgur li qed tipprova tiġi fgata għar-raġuni li hemm persuna li qed timbotta biex tiġi fgata.", "Qed nirriferi għall-assistent privat tal-Prim Ministru, is-Sur Cachia Caruana, li qisu arroga għalih id-dritt li jikkontrolla l-opinjoni fuq dan il-każ.", "Jien ili nagħlaq ħalqi fuq dak li nista' ngħid u ma ngħidx fuq dan il-każ, imma issa qed naqbżu kull limitu.", "Jien anke ġejt informat li min għamel protesta paċifika fil-pubbliku fuq dan il-każ - nittama li dan għadu pajjiż liberu u ħieles – bagħtu għalihom ukoll u ġew interrogati mill-pulizija bl-għan ċar li jiġu intimidati.", "Naf li hawn ċerta taboo mbuttata mis-Sur Cachia Caruana u l-klikka ta' madwaru fuq dan il-każ, imma issa jien se nkun l-ewwel wieħed li dan it-taboo nkissru u ngħid li mhux sew li dawn l-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb - bħala persuna, għax ġralu dak li ġralu – li għandu d-dritt li jarroga għalih innifsu l-apparat ta' l-Istat biex jintimida lin-nies, mhux sew!", "Se nkun jien l-ewwel wieħed li ngħid li mhux sew u se nkun jien eventwalment li affarijiet li nista' ngħid fuq il-każ ngħidhom.", "Li nipprovaw indaħħlu dan it-taboo f'moħħ in-nies, li hemm xi ħadd li ma tistax tiddiskutih jew xi ħaġa li ma tistax tiddiskutiha, li hemm affarijiet li ma għandhomx jintqalu ċar u tond, u fejn ikun hemm min jitkellem bl-aktar mod sinċier tipprova tgħaffġu bl-apparat ta' l-Istat, mhuwiex aċċettabbli.", "Is-Sur Cachia Caruana jmissu jifhem li ma jistax jibqa' sejjer b'din il-logħba.", "Wara kollox, fl-opinjoni tiegħi b'mod abbużiv, jumejn qabel l-elezzjoni ta' l-1996 b'daqqa ta' pinna l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien tah cheque ta' Lm30,000 bħala kumpens għal dak li ġralu.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn saru ħafna u ħafna żviluppi, żviluppi li l-pubbliku għandu kull dritt u kull interess ikompli jistaqsi bl-aktar mod ħieles dwarhom.", "Il-pubbliku għandu wkoll kull dritt li jitkellem b'mod ċar u b'mod ħieles dwar il-każ u dwar il-persuni konċernati, huma min huma u jinsabu f'liema sitwazzjoni jinsabu.", "Li l-pulizija tintuża b'dan il-mod biex tintimida lin-nies mhuwiex aċċettabbli, aktar u aktar meta n-nies jkunu qed jesprimu l- opinjoni tagħhom bl-aktar mod ġenwin fis-sistema ta' l-opinjoni pubblika tagħna.", "Qed nitkellem issa - miniex se ntawwal – u qed nagħti indikazzjoni li jekk is-Sur Cachia Caruana jaħseb li jista' jibqa' għaddej b'dan il-mod - jekk irid jagħti l-midalji lil missieru fit-13 ta' Diċembru dik affari tiegħu! - u jaħseb li l-apparat ta' l-Istat jista' jarrogah għalih innifsu u jmexxih skond l-intenzjonijiet tiegħu, sejjer imqarraq u ma nistgħux naċċettawha.", "Aktar u aktar fi żmien meta l-apparat ta' l-Istat quddiem fatt lampanti, fejn wieħed jismu Zeppi l-Ħafi nqabad b'kuntrabandu ħadu u tliet ġimgħat jew aktar biex jibdew jiċċaqilqu, imma mbagħad f'tebqa t'għajn il-pulizija jiġu imkesksa biex jagħmlu anke l-interrogatorju f'nofs il-lejl, għax dawk kienu l-instructions, hekk le!", "Jien rrid nagħmilha ċara li din mhijiex xi ħaġa żgħira imma hija xi ħaġa kbira għaliex tattakka d- dritt tal-kelma u l-liberta' ta' l-espressjoni f'pajjiżna.", "Jien l-ewwel wieħed, bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni, m'iniex se nħalliha tgħaddi iktar mingħajr ma nagħmel il-protesti tiegħi, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker jiena se nitkellem fuq l-investigazzjoni dwar il-container ċanga li telaq minn Marsillja.", "Il-Ministru Dalli poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra xi affidavits u jiena għandi xi domandi dwar din l- investigazzjoni li qed jingħad li saret s'issa, u għandi wkoll informazzjoni aktar x'ngħaddi lill-Ministru biex min-naħa tiegħu u min-naħa ta' l-awtoritajiet ikomplu jindagaw.", "Mr Speaker, nibda biex nistaqsi jekk kemm-il darba dan il-container telaqx bil-vapur tas-Sea Malta, \"The Maltese Falcon\", u jekk dan il- container kienx fi triqtu lejn Malta minn Marsilja xi ġurnata jew tnejn qabel il-Milied li għadda.", "Nistaqsi wkoll: Jekk l-affidavits li l- Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kenux jinkludu l-affidavits kollha tal-kaptana, għax meta l-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-affidavits li semmejt qabel kien hemm il-premessa li wħud mill-kaptana kienu msefrin u ma kenux Malta meta ntalbu jagħmlu l-affidavit.", "Nistaqsi wkoll: Veru li mill-investigazzjoni li saret - u nifhem li din hija investigazzjoni serja u importanti biex il-poplu Malti jserraħ moħħu minn kull aspett - jirriżulta li kien hemm enquiry dwar it-temperatura li fiha kien miżmum il- container li ġie ċċekkjat - u skond l-informazzjoni li għandi jien hemm affidavit f'dan ir-rigward minn impjegat jew impjegata tas-Sea Malta, jiġifieri hawnhekk għandna element ta' korroborazzjoni – temperatura ta' minus 20 degrees centigrade, meta fil-fatt skond id-dikjarazzjoni li kien hemm it-temperatura kienet ta' zero degrees jew f'dak il-limitu?", "Nistaqsi wkoll: Kien hemm korroborazzjoni tad-denunzja ta' min ċempel minn fuq il-vapur \"The Maltese Falcon\" biex jgħid u jirrapporta dak li huwa kien qed jissuspetta?", "Veru li dan il-container ġie mgħobbi jew inkella trasportat minn waħda minn dawn il-kumpanniji, MD Trading, AG Trading jew inkella l-Euro Trading, illi jidher li dejjem jintużaw għaliex jidher li għandhom ċerti ħbieb li huma konnessi mas-Sea Malta?", "Veru li hemm persuna fis-Sea Malta li hija qrib ħafna ta' dawn jew uħud minn dawn it-tliet kumpanniji li semmejt, u allura x-xogħol jista' joħroġ b'mod faċli mid- dwana?", "Veru li l-laħam li qed nitkellmu fuqu nġarr qabel il-Milied – sfortunatament laħqu għaddew bosta ġimgħat – imma jekk saru l- investigazzjonijiet li kellhom isiru, inkluż tal-post fejn inħatt il- container - u issa l-Ministru qed jgħidilna li kienet patata minn Genova - is-soċjeta' importatrici hija l-istess waħda li s-soltu timporta l-laħam ffriżat?", "Jiena naħseb li huwa l-mument opportun li fejn jidħlu suspetti li għandhom x'jaqsmu ma' possibbilta' ta' laħam importat minn Franza - sa dalgħodu stess kien hemm protesti kbar fl-Ewropa fuq laħam li qed joħroġ minn Franza minħabba l-kwestjoni tal-mad cow disease - il-gvern iwaqqaf kumitat parlamentari investigattiv fuq din il-kwestjoni.", "Jekk isir dan jiena nkun lest li lill-Ministru ngħinu f'kollox, b'mod trasparenti, biex il-pubbliku Malti nuruh b'kollox x'ġara u ma ġarax dakinhar meta saret id- denunzja, meta sar ir-rapport.", "Ir-rapport sar lis-Sea Malta waqt li l- vapur kien qed ibaħħar, xi ħaġa li issa ġiet konfermata – u jiena lest npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-affidavit tal-konferma li sar rapport f'dan is-sens, li xi ħadd irrapporta xi ħaġa mhux tas-soltu fuq dan il- container - u issa nistieden lill-Ministru jgħidilna jekk fl-affidavits li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hemmx inklużi l-kaptana kollha.", "Jiena m'għandi l-ebda problema li ngħid li xi ħaġa ħażina ġrat.", "Mhux qed nissuspetta fiċ-Chairperson tas-Sea Malta.", "Jiena naħseb li ċ-Chairperson tas-Sea hija waħda mill-aħjar persuni li tmexxi kumpanniji f'Malta - huwa unur li hija mara u kapaċi tmexxi kumpannija - imma fejn jidħlu investigazzjonijiet il-gvern irid jara li jpoġġi nies li jinvestigaw bis- serjeta', aktar u aktar meta n-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tinsisti għal investigazzjoni.", "Jien ngħid li dan il-każ il-parlament huwa obbligat li jieħdu bis-serjeta'.", "Sur President, ħadd m'għandu għalfejn jiskanta bżdak li qed jiġri fid- dwana.", "Jiena għandi informazzjoni - u se nagħmel riferenza għal każ u se nagħti d-dati biex il-Ministru jkun jista' jinvestiga aħjar - li fil-21 ta' Awissu tas-sena l-oħra kien hemm tlieta min-nies li nqabdu minn video camera tad-dwana jinnegozjaw il-flus fil-preżenza ta' nies fl-awtorita'.", "L- uffiċjali tal-pulizija għamlu rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija - u għandi l-kopja ta' l-okkorrenza li saret fid-disrett – iżda sal-lum jien informat li dan il-video tape ġie distrutt u l-persuni li kienu involuti f'dan il-każ mhux talli ma tressqux il-qorti talli jidher li l-flus għaddewomlhom lura.", "Jien informat li kienu flus kontanti li nstabu fuq dawn il-persuni u fil-fatt il-pulizija lil dawn ikkonfiskatilhom $US6851u Lm155.", "Illum dawn il-persuni konċernati mhux talli ma ġewx investigati talli telqu minn Malta.", "Allura bir-raġun m'għandniex għalfejn nistagħġbu fuq l- istorja tal-container!", "Il-container bil-laħam daħal f'Diċembru – issa llum qed jgħidulna li kienet patata – u sfortunatament minn Diċembru sal-lum għaddew xahar u ġimgħa.", "Nistaqsi jiena, Mr Speaker.", "Saru searches fuq l-importaturi li fit- 23 u l-24 ta' Diċembru kellhom containers fuq il-vapur \"The Maltese Falcon\"?", "Il-pulizija interrogaw xi nies li setgħu kienu involuti?", "Mela għax għandek l-affidavits tal-kaptana jfisser li għamilt l-investigazzjonijiet?", "X'serjeta' hi din li toqgħod fuq l-affidavits u xejn aktar?", "Imbagħad bl- ardir tagħhom in-Nazzjonalisti jipprovaw jieħdu vantaġġ biex jirredikolaw is-sitwazzjoni meta fl-Ewropa kulħadd jinsab allarmat minħabba l-mad cow disease.", "Aħna għandna l-obbligu parlamentari u nazzjonali li naraw li jkun hawn is-serħan tal-moħħ, u dan jiġi billi verament issir investigazzjoni serja.", "Jiena għandi l-ismijiet ta' xi nies u meta l-Ministru jaċċetta li ssir investigazzjoni parlamentari, bil-pulizija u bl-uffiċjali tad-dwana b'kollox, nagħtih aktar dettalji.", "Per eżempju, jien informat li wieħed mill-uffiċjali involuti fir-rilaxx tal-container, huwa jew martu, huma viċin ħafna ta' ministru tal-kabinett Nazzjonalista.", "Allura meta għandek dan kollu, bilfors trid tagħmel investigazzjoni li f'għajnejn il-pubbliku trid tkun tidher li hija serja.", "Għadu kif kellimna l-Kap ta' l- Oppożizzjoni – nifhem, mela le, li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu dritt jinvestiga bil-mod tiegħu - imma meta għandek xi ħaġa li tirrigwarda n- nazzjon, xi ħaġa li tirrigwarda s-saħħa tal-pajjiż....", "Jien ngħid li Allaħares seta' kien hawn laħam li daħal Malta b'mod illegali, bil- kuntrabandu, li seta' kien infettat minħabba din il-kwestjoni tal-mad cow disease.", "Mr Speaker, jiena ngħid li biex il-pulizija tagħmel investigazzjoni serja ma tridx tillimitaha fl-iskop.", "Ma tridx tgħidilha: Isma', għandi l- affidavits tal-kaptana u aħdem fuqhom!", "Jew x'inhi din li l-Ministru m'għoġbux iġib l-affidavits ta' l-impjegati kollha?", "Kif joħorġilna bl- istorja li dan kien container patata meta f'dak iż-żmien Malta kienet mimlija bil-patata?", "Forsi qed jgħid li kienet konsenja patata għax għandu f'idejh dokumenti li juru hekk?", "Jien l-informazzjoni li għandi hija li d- dokumenti juru hekk iżda mhux li effitavament kien hemm il-patata.", "Aħna qegħdin ngħidu li ladarba x-xogħol daħal bil-kuntrabandu, allura bilfors hemm il-possibbilta' li d-dokumenti jkunu mbagħbsa u juru ħaġa b'oħra.", "Jekk inti qed tgħidli li minn Genoa tgħabba container patata, mhux normali li dan jinżamm f'temperatura ta' minus 20 degrees centigrade.", "Jiena tkellimt ma' ħafna nies li huma importaturi u qaluli: Anglu, din m'hijiex normali - tista' tkun, pero' m'hijiex normali – u ma ninsewx li għall- ħabta tal-Milied is-suq kien miżgħud bil-patata.", "Lill-pulizija jien ngħidilhom biex ikomplu jinvestigaw, jaraw din l-informazzjoni kollha u jidħlu f'aktar dettall.", "Irrid inħeġġeġ ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħtina risposta – dan li qed ngħid jgħodd ukoll għall-uffiċjali tad-dwana – dwar x'ġara minn każ li seħħ fid-dwana u li ġie rrapportat fl-għassa tal-Belt fil-21 ta' Awissu at 14.44 hrs.", "F'dan il-każ kienu ġew arrestati tliet passiġġieri Għarab mis-sea passenger terminal ta' Pinto Wharf, b'konessjoni ma' foreign currency changing ma' nies oħra li kienu ġejjin minn Tripli.", "Dawn ġew ukoll innotati f'karozzi, waħda minnhom BBK395.", "Saru s-searches, ġew elevati ammonti ta' flus u xorta ma saritx l-investigazzjoni.", "Biex se nistgħaġbu hawn?", "Hawnhekk ma nistgħux inkomplu nidku bil-poplu Malti.", "Għalhekk li aħna niġu f'dan il-parlament biex nagħtu ċerta informazzjoni biex l- affarijiet isiru bis-serjeta'", "Hawnhekk ukoll għandi ritratti ta' żewġ persuni li nqabdu mill-video camera jagħmlu xi kuntrabandu, fejn wiċċhom huwa identifikabbli, iżda sal- lum il-pulizija għadhom m'arrestaw lil ħadd.", "Meta jkun il-mument inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-ritratti ħalli naraw is-serjeta' tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Forsi wieħed jgħid: Imma għax għadhom ma sabux min huma!", "Jekk għandhom il-problemi kif jinvestigaw allura għandhom jiġu hawn u jgħidu: Isma', għandna dawn il-problemi, ejjew naraw kif se nsolvuhom flimkien.", "Għalhekk dan il-parlament jiddiskuti l-affarijiet fl-interess tal- pajjiż, u meta qed nitkellmu fuq reati qed nitkellmu fuq affarijiet serji, għax ladarba sar ir-reat in-nazzjon huwa fid-dover li jinvestigah u li jġib il-persuni ħatja quddiem il-qorti.", "Dawn huma każi li jistgħu jaqilgħu problemi kbar għal pajjiżna u jistgħu anke jħallu impatt ħażin ħafna fuq l- ekonomija ta' pajjiżna.", "U meta qed nitkellmu fuq il-problema tal-mad cow disease m'aħniex nitkellmu fuq iċ-ċajt, Mr Speaker.", "Possibbli li ħadd min-naħa tal-gvern ma tiġih f'moħħu li din tant hi serja li hemm bżonn li ż-żewġ partiti flimkien nagħmlu dibattitu serju dwar il-container bil-laħam li telaq minn Marsilja?", "Il-Ministru Dalli għandu jġib il-karti kollha u mhux ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-affidavits li għaddewlu.", "Let's exchange everything u naraw minn fejn telaq u jekk verament telaqx minn hemm.", "Qalulna li \"The Maltese Falcon\" telaq minn Marsilja ftit ġranet qabel il-Milied.", "Tgħabbew il-containers minn hemm, tgħabbew oħrajn on the way u verament ġie nnotat xi ħaġa mhux tas-soltu.", "Dan ġie rrapportat li s-Sea Malta – dan huwa kollu dokumentat - u ħadd ma refa' r-responsabbilta' qabel ma tkellimt fuqha jien.", "Ħadd ma qalha din għax jekk ikun hemm xi ħadd li jinteressa ruħu jagħtuh transfer.", "Per eżempju, jien informat li pulizija li qiegħed stazzjonat il-Mosta applika biex jagħmel l-eżami għal surġent - dan qatt ma mar quddiem il- Kummissarju tal-pulizija b'każ ta' dixxiplina - imma għax huwa persuna li mhux Nazzjonalist lanqas tawh biss iċ-ċans li jpoġġi għall-eżami.", "Dan li qed isir fil-korp tal-pulizija.", "Allaħares kull min m'hux Nazzjonalist m'għandux dritt li jkompli jibqa' għaddej normali!", "Imma ħalli nkompli fuq il-container bil-laħam u ngħid li hemm bżonn issir investigazzjoni serja u trasparenti.", "Jiena qed nitlob li jkun hemm a parliamentary inquiry għax din hija xi ħaġa nazzjonali, biex verament il-poplu Malti jkun ċert li l-affarijiet qed isiru bis-serjata'.", "Dawn huma affarijiet serji.", "Fil-korp tal-pulizija hemm min qed jabbuża u biex nipprova dan semmejt il-każ tat-tliet Għarab li fil- 21 ta' Awissu ġew arrestati b'konnessjoni ma' foreign currency dealings, li barra li ħallewhom jitilqu, jien informat li anke l-flus reġgħu għaddewlhom.", "Issa min ta din l-ordni u min ħa l-pożizzjoni....", "Jien informat ukoll li hemm min qed jintimida spetturi tal-pulizija talli dawn kienu smart biżżejjed u baqgħu mexjin b'investigazzjonijiet serji li forsi ma għoġbux lil min huwa higher up fil-ġerarkija.", "Jiena għandi informazzjoni li l-Kummissarju tal-Pulizija qed jibgħat għal ċerti fizzjali u jġegħelhom jirriżenjaw.", "Dan qed isir għax dawn għamlu xogħol fuq każ jew każi partikolari li fihom kien hemm imdaħħlin persuni viċin tal-Partit Nazzjonalista.", "Għalhekk nistaqsi liIl-Kummissarju tal-Pulizija: Veru li qed tibgħat għal xi fizzjali u tgħidilhom biex jirriżenjaw?", "Jekk kemm-il darba bgħatt għalihom biex jirriżenjaw?", "X'inhi r-raġuni li għaliha qed tintalab din ir-riżenja?", "Forsi għar-raġuni li dan il-fizzjal jew dawn il- fizzjali kienu mdaħħlin f'investigazzjoni li tista' tirrifletti ħażin fuq il-Partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Mr Speaker, il-Ministru Dalli talabni biex ngħaddilu l-informazzjoni.", "Jiena lest li nikkopera miegħu basta l-investigazzjoni issir minn kumitat parlamentari investigattiv magħmul miż-żewġ naħat tal-Kamra, fejn ikollna d- dritt nibagħtu għal min jidhrilna biex l-investigazzjoni tkun waħda ħielsa.", "Jekk per eżempju irridu nibagħtu għall-Kummissarju tal-Pulizija, għall- Kontrollur tad-Dwana jew għal xi impjegati tas-Sea Malta, ma jkun hemm xejn li jżommna milli nagħmlu dan għax investigazzjoni serja ma ssirx biss fuq l- affidavits li jeħodhom nutar jew xi ħadd ...", "Anzi huma jafu kemm kienu jattakkawna meta kien ikun hemm xi investigazzjoni li ssir fuq l- affidavits.", "Għalissa se nieqaf hawn u nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 31 ta' Jannar, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ORGANISATION OF THE MARKET IN MILK AND MILK PRODUCTS", "22931.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-produtturi tal-ħalib Maltin u Għawdxin sabiex il-Gvern Malti jinformahom bis-sistemi u r-regoli ta' l-organisation of the market in milk and milk products ta' l-UE (l- OMMP) matul 1999 u 2000?", "X'punti tqajmu mir-raħħala u/jew mill-koperattiva tagħhom f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar laqgħa saret fl-14 ta' Diċembru 2000 mal-KPH waqt meeting ta' l-SIM fejn ġie diskuss l'acquis ta' l-Unjoni Ewropeja u punti relatati ma' l-istess acquis.", "SOYA BEAN", "22932.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għola l-prezz tas-soya bean f'Ġunju u Diċembru fis-sena l-oħra meta pparagunat ma' Jannar ta' l-istess sena 2000?", "Jista' jgħid jekk il-gvern hux se jissussidja din ż-żieda fil-prezz tas- soya bean sabiex ma jbatuhiex il-produtturi Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz tas-soya bean meal ivarja minn jum għal ieħor skond is-suq.", "Minn informazzjoni miġbura jidher li l-prezz tas-soya bean meal żdied xi ftit minn Jannar sa Diċembru 2000 b'madwar US$30 kull tunnellata.", "F'Ġunju 2000 il-prezz kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħalma kien f'Jannar.", "Il-prezz s'issa għadu ma jiġġudifikax sussidju.", "TILQIM", "22956.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tas-saħħa f'pajjiżna hux qed isegwu l- konkluzjonijiet ta' riċerka li saret fl-Ingilterra u fl-Isvezja li t-tilqim kontra l-measles, il-mumps u r-rubella jikkaġuna autisim fit-tfal?", "B'liema mod qed isegwu din ir-riċerka?", "X'inhi r-reazzjoni tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq nassigura l-Onor.", "Interpellant illi d- diviżjoni tas-saħħa, permezz tal-kumitat nazzjonali li jagħti pariri dwar it-tilqim, qiegħed isegwi kemm direttament kif ukoll indirettament (permezz ta' l-għajnuna teknika mingħand l-uffiċċju ta' l-expanded programme on immunisation ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa) ir-rapporti ta' studji xjentifiċi li jiġi ppubblikati dwar l-użu jew side-effects potenzjali tat- tilqim kollu.", "Il-konklużjoni ta' studji li saru ġewwa l-Ingilterra u l-Iżvezja stabilew li, għalkemm sabu illi kien hemm diversi side-effects minn din it-tilqima, dawn ma kenux serji u fl-ebda każ ma sabu li kien hemm tfal li żviluppaw l- autism jew xi kundizzjoni relatata.", "STAFF AKKADEMIKU - GĦELUQ TA' 61 SENA", "22959.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika s'issa u mindu ħarġet iċ- ċirkulari rilevanti f'Ġunju 2000, kemm kien hemm staff akkademiku u mhux li ntalab jitlaq mill-impjieg full-time għax għalaq 61 sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perijodu msemmi, kien hemm persuna waħda akkademika impjegata full-time, li għalqet il-61 sena u li l-impjieg tagħha ma ġiex imġedded wara t-tmiem tas-sena akkademika li għaddiet.", "UNIVERSITA' - STUDENTI - STIPENDJI", "22961.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx studenti universitarji li għadhom ma ħadux stipendju tul din is-sena akkademika s'issa?", "X'inhi r-raġuni?", "Kemm hemm studenti li baqgħu bla stipendju?", "Meta se jingħataw l-istipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li la l-bord għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti u lanqas l-uffiċċju fl-universita` li hu nkarigat minn dawn l-għotjiet ma' rċieva ilmenti minn xi studenti li huma ntitolati għall- għotja, li kien hemm fosthom li ma rċivewx dak li hu dovut lilhom.", "Informat ukoll li hemm anqas minn għaxar studenti li għandhom aktar minn 30 sena li applikaw għal dawn l-għotjiet u t-talba tagħhom għadha qed tkun proċessata.", "Dan ġara għax billi l-għotja lil dawn l-istudenti m'hix awtomatika, iżda jridu jippruvaw li għandhom ċirkostanzi ta' tbatija partikolari, uħud minnhom ma pprovdewx id-dokumenti meħtieġa ma' l- applikazzjoni u allura ma setgħux ikunu pproċessati qabel.", "Jekk dawn l-studenti jikkwalifikaw għall-għotja ta' manteniment skond il- kriterji stabiliti mill-bord, l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu proċessati.", "SERVIZZ ĊIVILI", "22962.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: 'In- nazzjon' tat-22 ta' Jannar 2001, paġna 5, irrapportat li l-Ministru qal li qed isiru studji, dipartiment dipartiment biex il-gvern inaqqas il-ħela?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartiment s'issa bdew dawn l-istudji?", "F'liema stadji waslu dawn l-istudji?", "Liema mistennija jkunu lesti l-ewwel u meta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li beda l-proċess biex isir l-eżerċiju ta' benchmarking imħabbar fil-budget u li għandu jdaħħal effiċjenza akbar fid-dipartimenti tal-gvern u li għandu wkoll inaqqas l-ispiża tal-gvern.", "TAXXI INTERNI", "22963.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li d-dipartiment tat-taxxi interni bagħat javżhom li għandhom iżjed taxxa xi jħallsu fis-snin li għaddew?", "Kemm hija s-somma li d-dipartiment qed jippjana li jiġbor mingħand dawn il- pensjonanti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema avviż li ntbagħt mid-dipartiment tat-taxxi interni qiegħed jirriferi biex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni meħtieġa.", "ST JAMES CAVALIER - WIRI TA' FILMS", "22964.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-films li ntwerew s'issa f'St James Cavalier minn mindu nfetah?", "Liema ntwerew lill-pubbliku wara li ġie avżat?", "Liema intwerew mingħajr avviż lill-pubbliku in ġenerali, u għal liema raġuni ma sarux avviżi pubbliċi?", "Kemm ħallset l- udjenza għal kull film li ntwera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PRIM MINISTRI BARRANIN", "23004.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux normali illi l-ministeru jagħmel programm uffiċjali għal partners - ovvjament mhux miżżewġa - ta' prim ministri barranin li jkunu qed iżuru Malta fuq żjara uffiċjali?", "Dan jgħodd: (a) għal partner wieħed biss jew aktar; u (b) jekk il-partner ikun ta' l-istess sess?", "Fil-każ li ġara riċentement, kemm sewa lil pajjiżna l-programm li sar għal partner tal-prim ministri in kwestjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għaż-żjara uffiċċjali li għamel f'Malta dan ix-xahar il-Prim Ministru ta' l-Irlanda.", "F'każi bħal dawn il-ministeru dejjem jagħmel programm separat għas- sinjura, irrispettivament jekk hix mart il-viżitatur disting jew il-partner tiegħu.", "Proprju f'dan il-każ il-programm tal-partner kien jikkonsisti fi żjarat lil persuni b'diżabilita f'Dar il-Kaptan, l-Imtarfa, u l-Eden Foundation fiż-Żejtun.", "Hija żaret ukoll il-Creche ta' l-Ursolini f'Tas-Sliema.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru ma daħal fl-ebda spejjeż sabiex saru dawn iż-żjarat.", "Għar-rigward tal-mistoqsija dwar partner ta' l-istess sess, sal-lum, il- ministeru għade qatt ma kellu każ simili u lanqas huwa antiċipat li dan il- każ jinqala fil-futur prevedibbli.", "TV RECEPTION - DIXXIJIET TAS-SATELLITA", "23005.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja biex jużaw id- dixxijiet tas-satellita għal skopijiet ta' tv reception?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru għat-trasport u kommunikazzjoni.", "VRT", "23006.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu veikoli għal VRT is- sena l-oħra?", "Kemm weħħlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-sena l-oħra telgħu 87,904 vettura għal VRT u fl-ewwel test weħlu 9,782.", "BASTIMENTI TAL-GWERRA - PERSONNEL", "23007.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnel militari li ġew Malta fuq bastimenti tal-gwerra s-sena l-oħra u kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru għall-affarijiet barranin.", "MALTA EU INFORMATION CENTRE", "23008.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Malta EU Information Centre?", "Kemm jitħallsu kull wieħed?", "Kemm għandhom perks kull wieħed?", "Kemm intnefqu flus fuq diversi forom ta' avviżi jew riklami jew materjal mibgħut ġo djar, literature, promotional material, stampar sal- lum?", "Fejn ġie stampat?", "Saret call for tenders?", "Kemm intnefaq f'kull stamperija u fuq kull mezz ta' xandir u/jew gazzetta?", "ONOR.", "JOE BORG: Hemm 14-il impjegat fl-MIC li huma mqassim kif ġej:", "| | |Sal|Allow.pe|Tot| | | |ary|r annum |al | | | |per|in 2000 | | | | |ann| | | | | |um | | | | | |in | | | | | |200| | | | | |0 | | |", "| |Dr Simon| | |On | | |Busuttil| | |contract| | |* |Head | |from law| | | | | |firm | | | | | |(fee: | | | | | |Lm15,000| | | | | |+ VAT) | |", "| |Demicoli|Deput| | | | |Edward |y |733|3510 |108| | |Head |8 | |48 |", "| |Pirotta |Resea| | | | |Fabio |rch |733|2760 |100| | |Offic|8 | |98 | | |er | | | |", "| |Reick |Resea| | | | |Zahra |rch |733|2760 |100| |Romina |Offic|8 | |98 | | |er | | | |", "| |Sciberra|Resea| | | | |s Anne |rch |733|2760 |100| |Marie |Offic|8 | |98 | | |er | | | |", "| |Cordina |Resea| | | | |Elaine |rch |733|2760 |100| | |Offic|8 | |98 | | |er | | | |", "| |Attard |Media| | | | |Carmel |Offic|733|2760 |100| | |er |8 | |98 |", "| |Mallia |Media| | | | |Faye |Offic|733|2760 |100| | |er |8 | |98 |", "| |Fiorini |Admin| | | | |Karen |Assis|471|1220 |593| | |tant |8 | |8 |", "| |Abela |Admin| | | | |Celine |Assis|471|1220 |593| | |tant |8 | |8 |", "| |Church |Suppo| | | | |Roberta |rt |471|0 |471| | |Offic|8 | |8 | | |er | | | |", "| |Grech |Suppo| | | | |Robert |rt |471|0 |471| | |Offic|8 | |8 | | |er | | | |", "| |Mallia |Suppo| | | | |Nadine |rt |471|0 |471| | |Offic|8 | |8 | | |er | | | |", "| |Pace |Suppo| | | | |Brian |rt |471|0 |471| | |Offic|8 | |8 | | |er | | | |", "| * Dr Simon Busuttil għandu wkoll użu ta' karozza u mobile.", "Sat-23 ta' Jannar 2001 intnefqu dawn l-ammonti:", "Reklami u slots ta' informazzjoni Lm109,020.16; Materjal ta' informazzjoni Lm 31,309.57", "Is-sistema li ntużat kienet selective call for quotations.", "Il-materjal ta' promozzjoni nħadem għand dawn il-kumpaniji:", "Gutenberg Press Ltd. - Lm 20,482.65 Interprint Ltd. - Lm 7,896.00 Proprint Co. Ltd. - Lm 1,223.60 Polidano Leisure Ltd. -Lm 1,127.32 Progress Press Ltd. -Lm 580.00", "L-avviżi saru skond it-tabelli mehmuża:", "|Newspapers | Total |", "| |GWU (Orizzont, Torċa,|19,582.7| |Antenna) |9 |", "| |Allied Newspaper |16,431.1| | |0 |", "| |Media Link |13,590.8| |Communications |9 |", "| |Standard Publications|8,431.87|", "| |Sound Vision; |3,404.00| |KullĦadd | |", "| |Network Publications |1,841.18|", "| |Media Centre; |1,495.50| |Il-Ġens | |", "| |Business Marketing |1,023.50| |Services | |", "| |Executive Services |552.00 |", "| |Environmental |250.00 | |Protection Department| |", "| |Image; Ir-Raff |149.48 |", "| |Kerygma |150.00 |", "| | |66,902.3| | |1 |", "| |Radio |Total |", "| |Media Link |4,133.38| |Communications | |", "| |Sound Vision Print |4,003.15|", "| |RTK |3,783.55|", "| |Smash Communications |3,148.13|", "| |Eden Leisure Group |2,988.83|", "| |Island Sound |2,827.39|", "| |PBS |2,305.89|", "| |Radio Calypso |1,882.34|", "| |Media Coop |1,723.28|", "| | |26,795.9| | |4 |", "| |Television |Total |", "| |Media Link |3,507.39| |Communications | |", "| |Smash Communications |3,381.58|", "| |Max Media |1,505.35|", "| |PBS |4,501.10|", "| |Sound Vision Print |2,246.49|", "| | |15,321.9| | |1 |", "|", "PSC", "23009.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa quddiem il-PSC is- sena l-oħra?", "X'weħlu f'kull każ?", "Minn liema dipartiment kienu, u x'kien in-nuqqas li allegatament wettqu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif weġibt għal mistoqsija parlamentari nru.", "17913, fl-1 ta' Frar 2000, daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tad- dixxiplina li permezz tagħhom il-każi ta' dixxiplina ġew delegati lill- kapijiet tad-dipartimenti u l-każi li jiġu riferuti lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku m'għandhomx jgħaddu aktar mill-uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ninsab informat illi kien hemm każ wieħed ta' dixxiplina li ġie riferut mill-kummissjoni dwar is- servizz pubbliku.", "It-tagħrif dwar dan il-każ jinsab fi Skeda 1 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Fir-rigward tal-ministeri l-oħra nistieden lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "Dwar il-każi ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2000 taħt ir-regolamenti tad-dixxiplina ta' l-1977, l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ESPORTAZZJONI", "23163.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni matul is- sena 2000 u fil-ħames snin li għaddew?", "Kemm minnhom huma manifatturati mill-ST Microelectronics sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba dwar l-ewwel parti tal- mistoqsija hija kif ġej.", "Tajjeb jingħad li l-figuri għas-sena 2000 huma provviżorji.", "|SENA|ESP. |RI-ESP. |TOTAL | | |DOMESTIKA| | | | |Lm |Lm |Lm | |1995|629,722,9|45,223,7|674,946,7| | |87 |19 |06 | |1996|569,906,8|54,166,6|624,073,4| | |55 |19 |74 | |1997|563,938,3|64,986,8|628,925,2| | |79 |68 |47 | |1998|664,814,3|47,170,5|711,984,8| | |03 |41 |44 | |1999|712,481,6|78,484,2|790,965,8| | |24 |70 |94 | |2000|976,918,4|96,960,4|1,073,878| | |67 |83 |,950 |", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni partil tal-mistoqsija ma tistax tingħata għal raġuni ta' kunfidenzjalita' kif ikkontemplat fl-att ta' l-istatistika ta' l-1955.", "TARZNA - ĦADDIEMA", "23164.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fit- tarznari sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna ta' Malta fl-aħħar ta' Jannar ta' kull sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kien dan:", "|1991 |3,816 | |1992 |3,698 | |1993 |3,714 | |1994 |3,427 | |1995 |3,310 | |1996 |3,423 | |1997 |3,355 | |1998 |3,230 | |1999 |3,067 | |2000 |2,913 | |2001 |2,784 |", "KUMITATI PARLAMENTARI", "23165.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm- il darba ltaqgħu d-diversi kumitati parlamentari matul is-sena 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul l-2000, il-kumitati permanenti tal-Kamra ltaqgħu kif ġej:", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ltaqa' 13-il darba;", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi ltaqa' 19-il darba;", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin iltaqa' 12-il darba;", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa' 10 darbiet; u", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ltaqa' 48 darba.", "B'kollox saru 102 laqgħat tal-Kumitati Permanenti matul is-sena li għaddiet.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "23167.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet major, intermediate and minor fit-teatri kollha fl-isptarijiet tal-gvern matul is-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment ta` l- informazzjoni fuq is-saħħa għandu informazzjoni dwar in-numru ta` operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech.", "Minn Jannar sa Ottubru tas-sena 2000 kien hemm total ta` 20627 operazzjonijiet irreġistrati fis-surgical operations register.", "L-informazzjoni għax-xhur ta` Ottubru u Diċembru 2000 għadha qed tinġabar.", "Il-klassifikazzjoni ta` l-operazzjonijiet bħala major, minor u intermediate m'għadhiex tintuża mill-impjegati ta` l-isptar li jaħdmu fit- theatres.", "SULPHUR DIOXIDE - ALERT THRESHOLD", "23168.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntlaħqet alert threshold għal dak li jirrigwarda sulphur dioxide fil-Marsa minn Awissu 'l hawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fis-sena 2000, sar monitoraġġ ta' l-arja fil-Marsa mit-2 ta' Mejju sa l-20 ta' Awissu.", "F'dan il-perijodu l-alert threshold fir-rigward tas-sulphur dioxide inqabeż darba biss.", "VALLETTA - FOND PERIKOLUŻ", "23169.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond bl-indirizz 146, St Paul Street, Valletta, jirriżultax li hu maqbud mill-qrati?", "Jekk fl- affermattiv, peress li jirriżulta li dan il-fond hu fi stat perikoluż u ta' danni għal terzi, jista' jitneħħa dan il-perikolu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minn riċerki li saru ma jirriżultax li ċ-ċwievet tal- fond imsemmi huma depożitati taħt l-awtorita' tal-qorti."]} {"filename": "19951205_485d_par.doc", "date": "1995-12-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 485 It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 485", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fid-6.07 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 485", "It-Tlieta, 5 ta' Diċembru, 1995", "WERREJ", "MINUTI 159", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 159", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA 167", "AĠĠORNAMENT 206", "MISTOQSIJIET MWIEĠBA BIL-MIKTUB 206", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 484 li saret fil-5 ta' Diċembru, 1995 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "SKOLA SALVATORE DIMECH CRAFTS - DEBATTISTA KENNETH", "28804.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li lil Kenneth Debattista ta' 177, St. Joseph Street, Tarxien, deaf person, li qed jattendi Salvatore Dimech Crafts School, Mosta waqqfulu l-peripatetic teacher meta dan hu l-link bejnu u t-teachers l-oħra?", "Jaf il-Ministru li dan hu importanti fil-każ tiegħu ta' adoloxxenza?", "Min hu responsabbli li qed jiċċaħħad minn dan is-servizz meta Debattista diġa' dieħel fit-tielet sena skolastika mingħajru?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li l-istudent imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għadu qed jibbenefika mis-servizz ta' peripatetic teacher bħas-snin l-oħra.", "Dan is- servizz ma ġiex imwaqqaf u t-tifel din is-sena wkoll ingħata dan is- servizz.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - FLUS DOVUTI LIL JOHN ELLUL", "28805.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li John Ellul ta' \"Godwin House\", Cameron Street, Paola għandu jieħu flus lura mit-taxxa u s'issa għadu ma rċevihomx minn 1992 'il hawn?", "Dan ifisser li l- Gvern għandu ħafna każijiet bħal dawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-assessments qed jiġu pproċessati u dalwaqt jirċevihom.", "Jekk ikun hemm xi refund dan jirċevih ma' l-assessments.", "Bis-sistema tal-PAYE, jista' jiġri li l-każ li taxpayer meta jinħadimlu l-kont jirriżulta f'refund.", "Iżda t-taxpayer meta jidhirlu li għandu rata tal-PAYE għolja jista' jitlob biex din titnaqqas u b'hekk ma jkunx hemm overpayment li jirriżulta f'refund.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk hemm min jaf li l-assessments tiegħu ta' l-1992 u ta' l-1993 inħadmulu għax disa' xhur ilu mar jiċċekkja u ġie informat li nħadmulu, għaliex għaddew disa' xhur u dan għadu ma ħax ir-refund?", "Meta se jieħu r-refund?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jirriżulta refund suppost li jiġi mħallas lura.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi għandu jaf b'xi każ partikolari, jgħidli min hu u nkun nista' nivverifika l-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE CILIA: Kif qed nitkellmu dwar it-taxxa, jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar kif inhi sejra l-proċedura tad-dikjarazzjoni spontanja?", "Peress li kien hemm estensjoni fiż-żmien li ngħata, tista' tinformani wkoll dwar l-aħħar żviluppi li kien hemm?", "ONOR JOHN DALLI: Għadni kemm weġibt mistoqsija parlamentari f'dan is- sens, iżda għadha ma dehritx.", "Fir-risposta jien għidt li sa meta kien għalaq iż-żmien f'Ottubru, kienu applikaw ftit iktar minn 4,000.", "S'issa dawn telgħu għal 5,000 u nisperaw li jkun hemm ħafna iktar 'il quddiem li jieħdu opportunita' minn din il-konċessjoni li qegħdin nagħmlu.", "Naħseb li huwa ċar għal kulħadd - imma rrid nerġa' nenfasizza - li b'din is-sistema ta' riformi li qed nagħmlu, mhux biss fir-rati ta' tassazzjoni imma anke fl-amministrazzjoni tat-tassazzjoni, se nkunu f'pożizzjoni ħafna aħjar biex fil-futur jiġu kkontrollati d-dikjarazzjonijiet ta' kull taxpayer li għandu l-obbligu li jibgħat il-fomola tat-taxxa.", "Naħseb li huwa tajjeb għal kulħadd - qed ngħid dan għall-benefiċċju ta' min qed jismagħni - li wieħed jieħu vantaġġ minn din il-konċessjoni tad-dikjarazzjoni spontanja li prattikament isserraħlu rasu mill-passat kollu tiegħu f'dak li jirrigwarda d-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari dwar ir- refund ta' l-income tax.", "Kif jaf il-Ministru, jirriżulta li numru ta' ċittadini ilhom jistennew ir-refund u żgur li diversi membri ta' din il- Kamra ġew iffaċċjati b'nies jilmentaw magħhom dwar dan.", "In vista tad-dħul li hemm mit-taxxi, inkluż dak mill-VAT, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż- żmien li l-Gvern jagħmel target date sabiex il-Ministeru tal-Finanzi f'data speċifika jkun jista' jgħid li rrifonda dawn il-flus li l-poplu f'diversi każijiet ilu jistenna anke s-snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment amministrattivament u internament fid- dipartiment target date għamilna u anke dan huwa importanti in vista tar- riforma amministrattiva li se ssir is-sena d-dieħla f'dak li huwa ħlas ta' taxxa.", "Kif diġa' għidt fil-Budget Speech, mill-1 ta' Lulju ta' l-1996 prattikament awtomatikament kulħadd ikun jista' jaqleb ir-rata tal-PAYE li qed iħallas issa għar-rata li tkun tixbaħ lil dik stipulata fil-Budget Speech, jiġifieri bit-tnaqqis kif jirriżulta mis-ceilings differenti ta' taxxa li se nagħmlu effettivi mill-1 ta' Jannar, 1996.", "Dan ifisser li d- Dipartiment tat-Taxxi Interni issa jrid - u qed nieħdu l-azzjoni kollha meħtieġa biex fil-fatt dan isir - li jġib l-assessments up-to-date, l-iktar ta' dawn it-taxpayers, biex b'hekk ikun jista' joħroġ minnhom jew bilanċ ta' refund jew inkella bilanċ ta' arretrati li għandu jiġbor.", "Fil-każ ta' refunds, qegħdin nikkommettu ruħna li nħallsuhom matul din is-sena.", "Fil- każ ta' arretrati, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni se joħroġ rata li jinforma biha lit-taxpyers biex din tiżdied mar-rata tal-PAYE li tirriżultalu mir-rati l-ġodda.", "B'hekk kulħadd ikun jaf kemm hija t-taxxa li qed iħallas għall-qliegħ li qed jagħmel matul is-sena kurrenti u kemm hija għall-arretrati li jkollu mad-dipartiment.", "Din is-sistema hija vitali u indispensabbli fid-dawl tal-fatt li s-sena ta' wara - kif ħabbart fil- budget - jiġifieri mill-1 ta' Jannar, 1997, ir-rata tal-PAYE ma tibqax taxxa proviżorja imma ssir taxxa finali u alllura bl-ebda mod ma tkun tista' tiġi mħallta ma' xi arretrati li jkunu due lid-dipartiment.", "Għalhekk l-accounting u t-tnaqqis tagħhom irid jibqa' separat.", "VALLETTA - LASCARIS WAR ROOM", "28806.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex nhar it-8 ta' Settembru, ġurnata pubblika, il-Maltin kienu mċaħħda milli jidħlu fil-Lascaris War Room filwaqt li l-barranin daħlu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Il- Lascaris War Rooms huma impriża privata u għaldaqstant peress li m`humiex responsabbilta` tal-Ministeru tiegħi l-Gvern ma jindaħalx.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant ikun interessat li jsir jaf li f`Mejju ta` l-1993 dawn kienu ġew konċessi mid-Dipartiment ta` l-Art lill-LHP (Lascaris Heritage Project) Ltd, Triq in-Naxxar, San Gwann, fuq bażi ta` enfitewsi għal 50 sena biex jiġu żviluppati bħala proġett ta' interess storiku/kulturali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li jekk ġara kif qal l-Onor.", "Interpellant, din hija diskriminazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jista' l-Onor. interpellant jispjega x'irid jgħid b'din id-domanda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk dak li ntqal fid-domanda, li kien hemm Maltin li ma tħallewx jidħlu filwaqt li l-barranin tħallew jidħlu...", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Id-domanda hija din:", "\"Jista' l-Ministru jara u jagħti spjegazzjoni għaliex nhar it-8 ta' Settembru, ġurnata pubblika, il-Maltin kienu mċaħħda milli jidħlu fil- Lascaris War Rooms filwaqt li l-barranin daħlu?\"", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura mhux sew qed ngħid jien?", "Jekk il-barranin jitħallew jidħlu waqt li l-Maltin ma jitħallewx, mhux diskriminazzjoni tkun qed issir?", "ONOR.", "MICHALE ANGELO REFALO: Jekk trid tkun taf l-opinjoni tiegħi ngħidlek li huwa bad business li tagħmel hekk.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma issa dwar drittijiet qed nitkellmu.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jiena nista' nidħol fid-dar tiegħek?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma hemm differenza bejn dar u affarijiet li huma ta' interess nazzjonali u li huma wirt pajjiżna.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ippermettili, Onor. Mizzi, għax naħseb li qed tagħmel żball kbir.", "Inti mort fil-Lascaris War Rooms?", "La ma mortx, ma tistax toqgħod titkellem fuq wirt nazzjonali.", "Kieku dan kien wirt nazzjonali kont nagħtik raġun mija fil-mija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Lascaris War Rooms m'humiex ta' interess nazzjonali?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Hemm differenza bejn wirt u interess.", "Nagħtu każ li l-Malta Experience tiddeċiedi li tagħmel shows għall-barranin biss jew shows għall-Maltain biss, min hu sidha?", "Mela aħna qed nikkontrollaw lill-privat ukoll!?", "X'affarijiet dawn!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skużani ftit.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Ma niskużakx għal ħaġa bħal din.", "Din hija mentalita' li nispera li ma ġġorrhiex miegħek iżjed 'il quddiem.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qiegħed jikkonferma li din kienet xi okkażjoni speċjali għall-barranin biss?", "(Interruzzjonijiet) Allura jekk ma kenitx okkazjoni speċjali għall-barranin ...", "MR SPEAKER: Tiddibattux bejnietkom.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li id- domanda hija out of order.", "U se ngħidlek għaliex id-domanda tiegħek u anke ta' l-Onor.", "Schembri Adami hija out of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela għalfejn irrispondejtha?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Se nispjegalek għaliex.", "Jiena għalhekk fir- risposta għidtlu li huwa ta' interess li tkun taf biex ma noqgħodx ngħidlu...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura għalija m'huwiex ta' interess li nkun naf?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Pero' lili ma tistax toqgħod tagħmilli dawn it-tip ta' domandi li qed tagħmilli, u se ngħidlek għaliex.", "Għax ir- responsabbilta' tiegħi hawnhekk hija li nwieġeb għal dak li hu taħt il- kontroll tiegħi u għal dak li b'xi mod jista' jiġi investigat u sindikat minn dan il-Parlament.", "L-affarijiet privati dan il-Parlament ma jindaħalx fihom.", "Issa jekk l-Onor.", "Schembri Adami jrid jikteb fil-gazzetti u jgħid \"x'għarukaża li għamlu hekk\" jista' jagħmel hekk u forsi jkollu raġun.", "Imma mhux jitlobni nwieġeb għall-aġir ta' ħaddieħor.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena lill-Ministru opinjoni tlabtu.", "Naħseb li għandu opinjoni.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jiena opinjoni għandi u tajthielek.", "Ma naqbilx li jsir għax huwa bad business.", "Dik kienet l-ewwel ħaġa li għidtlek u int għidt li ma jimportakx mill-bad business.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Allura l-Gvern ma baqagħlu l-ebda ġurisdizzjoni fuq dawn il-War Rooms?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Onorevoli Grech, il-War Rooms huma intrapriża privata.", "Kien ħareġ tender fl-1993...", "Jiena kelli l-okkażjoni li mmur narahom fil-kors ta' l-iżvilupp u anke wara.", "Din qisha bħal meta wieħed jiftaħ ħanut.", "Jiġifieri f'dawn il-War Rooms m'hemm xejn li huwa oriġinali ħlief is-sit.", "Is-sit veru huwa oriġinali għax hemmhekk kien hemm il-War Rooms, imma l-equipment u l-mudelli m'humiex oriġinali.", "Hemmhekk għad-dungeons tar-Rabat, bħall-Malta Experience u bħall-War Experience.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Ma tajtnix ir-risposta kollha għax jiena staqsejt jekk din ġietx mibjugħa jew hiex qiegħda b'kera.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fid-domanda oriġinali jiena weġibt li din kienet mogħtija b'ċens għal 50 sena.", "VALLETTA - AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "28811.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jispjega x'qiegħed iżomm milli d-Dipartiment ta' l-Akkommodazzjoni Soċjali jagħti akkommodazzjoni alternattiva lil Mario Jose Farrugia ta' 107/5, Strait Street, Valletta?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Jien informat li d-Dipartiment m'għandu l-ebda talba mingħand il-persuna konċernata.", "SKEJJEL - TRASFERIMENT TA' MANGION MARTIN", "28812.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Martin Mangion ta' 191, Republic Street, Valletta għadu ma ġiex trasferit minn labourer fl-Iskola Primarja San Ġiljan għal x'imkien ieħor, kif jixtieq, fil-Furjana jew il-Ħamrun, fil-qasam ta' l-ambjent?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li t-transfer ta' Martin Mangion isir meta l-esiġenzi tas-servizz - b'mod speċjali dawk tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni - ikunu jippermettu.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KAŻ TA' CONCETTA GREEN", "28837.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex M'Concetta Green ta' 10, Ascot Street, Marsa ma ġietx milqugħa t-talba tagħha għall-pensjoni tal-ħandikappat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): It-tagħrif mitlub se jingħata lill-benefiċċjarja.", "BRANDT - XOGĦOL BIL-LEJL LIN-NISA", "29418.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li minn mindu l-fabbrika Brandt ingħatat l-permess li tħaddem lin-nisa bil-lejl diġa' waqgħu żewġ nisa fil-printing section tal-fabbrika?", "Jaf il-Ministru li n-nisa miżżewġa li bilfors kellhom jaċċettaw li jaħdmu bil-lejl, tant qed ikunu għajjiena wara li jkollhom irabbu l-familja matul il-ġurnata li wħud minnhom qed ikollhom jieħdu pilloli biex jibqgħu mqajma?", "Jaf il- Ministru li dawn għandhom production tant għolja li wħud minnhom qed jispiċċaw maħluba?", "Ma jidhirlux il-Ministru li għandu jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni li jħalli lin-nisa miżżewġa jaħdmu bil-lejl f'ċerti fabbriki?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-ħaddiema nisa li jaħdmu bil- lejl, inklużi dawk tal-fabbrika msemmija, ikunu għażlu huma stess li jagħmlu dan ix-xogħol u dan skond il-Factories (Night Work by Women) Regulations.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol ma kellu ebda rapporti dwar dak li semma l-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL - EŻAMI TAL-MATRIKOLA TAL-MALTI", "29419.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi l-Interpellant waslulu lmenti minn ġenituri li wliedhom qagħdu għall-eżami tal-Matrikola tal-Malti li sar f'Mejju li għadda, fis-sens li studenti li jieħdu l-privat għand ċertu għalliem kunjomu Briffa nstemgħu jgħaddu l-messaġġ biex jiffirmaw \"Tina Turner\" fuq il-karta ta' l-eżami, u billi wħud minn dawn l-istudenti li kienu batuti fil-Malti u li kienu jieħdu privat għand dan l-għalliem ġabu 1 fl-eżami (A), jista' l-Ministru jinvestiga jekk għalliema li qed jagħtu privat għall-Matrikola humiex qegħdin ikollhom tagħrif minn qabel fuq il-karti ta' l-eżami?", "X'inhi s-sistema eżatt fuq dawn il-karti ta' l- eżami?", "Min jissettjahom?", "X'sigurta' hemm biex dawn il-karti ma joħorġux qabel l-eżami?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi bord u jekk fuq il- bord hemmx rappreżentanti tal-pulizija biex tiġi assigurata sigurta' stretta fuq dawn il-karti ta' l-eżami?", "Jista' l-Ministru għallinqas jiftaħ inkjesta dipartimentali fuq dan il-każ biex jara jekk kienx hemm xi karti ta' l-eżami ffirmati \"Tina Turner\" u jara min kienu l-istudenti, x'marka ġabu u min kien l-għalliem tal-privat tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li għand il-Matsec Support Unit ma waslu l-ebda lmenti bħal dawk li qed jallega l-Onor.", "Interpellant.", "Il-karti ta' l-eżamijiet huma mħejjija minn panels maħtura apposta mill- Kunsill ta' l-Universita'.", "Fuq il-panels li fasslu l-karti ta' l-eżamijiet tal-Malti, kemm dawk tal-Matrikola Avvanzata kif ukoll dawk għaċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja, ma hemm ħadd bil-kunjom indikat fil- mistoqsija.", "Minbarra l-panel li jħejji l-karti ta' l-eżamijiet, l-istaff ta' l- Universita' li jkollhom x'jaqsmu mal-karti ta' l-eżamijiet huma:", "(a) l-istaff tal-Printing Department ta' l-Universita'; u", "(b) l-Ko-ordinatur tal-Matsec.", "L-ebda persuna oħra ma jkollha aċċess għall-karti ta' l-eżamijiet u ħadd ħlief il-persuni msemmija f'dan il-paragrafu ma jista' jarahom.", "Meta l-karti ta' l-eżamijiet jiġu stampati mill-Printing Department, dawn jintbagħtu l-Matsec Support Unit f'kaxxa ssiġillata u jitpoġġew fis-safes mill-Ko-ordinatur tal-Matsec.", "Il-karti mbagħad jiġu mqassma mill-Ko- ordinatur fil-postijiet fejn ikunu se jsiru l-eżamijiet dak inhar ta' l- eżami.", "Ma jidhirlix li hu l-każ li ndaħħal rappreżentant tal-pulizija fuq il- bord.", "B'danakollu jiena tlabt lill-Universita' biex tinvestiga l-allegazzjoni li saret mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex eżaminaturi konnessi ma' dawn l-eżamijiet tal-Matrikola ma jagħtux privat lil dawk l-istudeni li jkunu se jpoġġu għall-eżami.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Dawn jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni f'dan is-sens.", "Ħafna drabi f'ċerti suġġetti qed ikollna diffikulta' biex insibu eżaminaturi proprju minħabba din ir-raġuni.", "L-eżaminaturi jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni li ma taw privat lil ħadd li se joqgħod għal dawk l- eżamijiet.", "SKEJJEL: JUNIOR COLLEGE - GĦALLIEMA TAL-FRANĊIŻ", "29420.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jaf il-Ministru li wħud mill- istudenti tal-Junior College m'għandhomx għalliem jew għalliema għal-lingwa Franċiża?", "Jekk dan l-għalliem jew għalliema ma jistax jinstab, ma jistax il-Ministru jitlob lill-Ambaxxata Franċiża biex tibgħat għalliema tal- Franċiż f'Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ma jirriżultalix li fil-Junior College hemm in- nuqqas imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-progress li sar fil-Junior College?", "X'inhu għaddej u kif inhuma mexjin l-affarijiet?", "Jista' jagħtini speċi ta' progress report?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena nista' ngħid li ninsab sodisfatt ħafna bil- progress li sar fil-Junior College u naħseb li anke l-istudenti ta' l-ewwel sena li daħlu fil-Junior College huma sodisfatti u jafu li l-affarijiet mexjin on stream.", "Kellna xi ftit problemi minħabba s-sistema l-antika li għadhom isegwu dawk li s-sena l-oħra kienu fis-Sixth Form ta' Gian Franġisk Abela.", "Kien hemm ukoll xi nuqqas ta' għalliema, pero' issa solvejna din il- problema għax għal din is-sena ssekondajna xi għalliema mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u hemm xi oħrajn li qed jaħdmu fuq bażi part-time.", "Dawn il- problemi l-aktar li kienu qed jiffaċċjawhom kienu l-istudenti tat-tieni sena.", "Mill-bqija naħseb li fil-Junior College kollox miexi skond il- programm li kien sar u ma jidhirlix li hemm xi diffikultajiet partikolari.", "Anzi pjuttost nista' ngħid li r-rapporti li għandi, kemm uffiċjalment minn min hu inkarigat kif ukoll unofficially mingħand studenti u mingħand ġenituri ta' studenti li jiena ovvjament nistaqsi biex ikolli l-opinjoni ta' min għandu l-interess li jilmenta, huma kollha rapporti pożittivi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħidilna x'hemm fil-prattika u fil-konkret aktar pożittiv milli kien hemm qabel taħt l- organizzazzjoni l-antika?", "Jiġifieri bis-sistema li hemm, skond l- esperjenza tiegħu, x'inhuma l-punti pożittivi li wieħed jista' jimmarka fuq dak li kien hemm qabel?", "ONOR MICHAEL FALZON: Naħseb li l-iskop tal-Junior College konna għidna x'inhu, jiġifieri li jservi ta' tranżizzjoni bejn it-tagħlim fl-iskola sekondarja u dak fl-Universita'.", "Fil-fatt il-metodu tat-tagħlim m'għadux dak li kien jiġi segwit qabel, jiġifieri sempliċi lectures u tutorials biex nippreparaw lill-istudenti ħalli jgħaddu minn tliet A levels.", "L- istudenti qed ikollhom tagħlim differenti fis-sens illi l-istudenti mhux biss ikunu ppreparati għall-matrikola, kif inhu l-programm s'issa, imma jkollhom ukoll preparazzjoni dwar kif wieħed jitgħallem jistudja.", "Per eżempju, ngħallmuhom suġġetti oħra bħalma huma communications li permezz tiegħu l-istudent mhux biss jitgħallem joħroġ aktar il-personalita' tiegħu, imma jitgħallem aktar kif jistudja u kif juża l-lingwa, partikolarment l- Ingliż.", "Hawnhekk m'għandix ir-rapport li fih l-iskopijiet li għalihom twaqqaf il-Junior College, imma naħseb li fil-prattika dawk l-iskopijiet qed jintlaħqu.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħdilna kemm-il darba żar il-Junior College minn mindu saret it-trasformazzjoni?", "ONOR.", "MICAHEL FALZON: Jekk m'iniex sejjer żball, minn mindu fetaħ, jiġifieri minn Ottubru 'l hawn mort xi darbtejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-assessment li għadu kemm tana huwa bbażat fuq l- esperjenza diretta tiegħu jew inkella fuq dak li qalulu ċerti nies, uffiċjali jew mhux uffiċjali?", "ONOR, MICHAEL FALZON: L-assessment li tajt huwa bbażat fuq dak li smajt kemm b'mod uffiċjali minn min hu responsabbli kif ukoll b'mod mhux uffiċjali minn nies li jiena nieħu l-briga li nkellem bħala bniedem fil- politika u anke bħala bniedem li niltaqa' man-nies.", "Meta jiena niltaqa' ma' xi ħadd li jmur il-Junior College nistaqsih, u mbagħad ġieli jkun hemm nies li jagħtuk l-informazzjoni huma stess mingħajr ma toqgħod tistaqsihom.", "Naturalment dak li jgħidulek dawk li jkollhom esperjenza diretta tal- Junior College tagħtih piż ħafna iktar milli tagħti lil dak li jgħidlek min għandu l-interess li jgħidlek li kollox sejjer sew.", "GUDJA - ART F'TAS-SENTINELLI", "29421.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Billi 18-il sena ilu, il-Public Works kien ħa biċċa art fil-Gudja magħrufa bħala tas-Sentinelli mingħand Leli Camilleri (Ara l-file 3710/73) u sal-lum dan għadu ma tħallasx la ta' l-art u lanqas ta' ġiebja kbira li kienu radmulu biex għaddew it-triq, jista' l-Ministru jara li dan jitħallas?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Kif forsi jaf l-Onor.", "Interpellant, il-biċċa l-kbira ta' l-art in kwistjoni ġiet rilaxxata mill-esproprju.", "Issa d-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkumpensa lis-sid tal-ħames metri kwadri li baqgħu esproprjati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna meta s-sid se jitħallas?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li huwa diffiċli ħafna li wieħed jgħid meta se jitħallas is-sid.", "Jiena għandi esperjenza f'dan il-qasam ukoll u nista' ngħid - għalkemm m'għadnix il-Ministru responsabbli minn dan il-qasam - li jkun hemm hafna hurdles.", "F'dan il-każ jidher li m'hix kwestjoni ta' ammont ta' flus imma jkun hemm problemi ta' provenjenza fejn dak li jkun ikun irid jipprova li l-art hija tiegħu u jkun hemm anke problemi oħra.", "Ovvjament kulħadd jaf li hemm numru kbir ta' nies jistennew biex jitħallsu għall-artijiet li ġew esproprjati għal skopijiet pubbliċi u huwa impossibbli li xi ministru off the cuff jgħid meta se jiġi mħallas is- sinjur li saret riferenza għalih fil-mistoqsija parlamentari numru 29421.", "MR SPEAKER: L-aħħar mistoqsija, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jaqbel il-Ministru li issa għandu jsir sforz speċjali biex il-każ ta' dawn in-nies għallinqas jiġi trattat suret in-nies?", "GĦaliex dawn sempliċement qed jiġu mpoġġija dejjem fl-aħħar tal-pile tal-files u t- talbiet tagħhom jibqgħu jistennew mingħajr ma jingħataw l-ebda kas?", "Huwa l- każ li ħafna nies m'humiex qed jitħallsu sempliċement minħabba l-cash flow tal-Gvern aktar milli minħabba xi ħaġa oħra?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mhux eżatt.", "L-ewwelnett meta kont ministru responsabbli mill-artijiet matul din l-Amministrazzjoni, konna ddiskutejna din il-problema ma' l-Onor.", "John Dalli u konna ħadna diversi passi.", "L- ewwel pass kien li meta tiġi esproprjata biċċa art għal skop pubbliku il- cost tagħha jiġi kkonsidrat bħala parti mill-cost tal-proġett.", "Li kien jiġri qabel hu li l-cost ta' l-art, indipendentement minn jekk hijiex tal- gvern, ma kienx jiġi kkonsidrat bħala parti mill-cost tal-proġett.", "Dan ifisser li għal snin twal konna nagħmlu xogħlijiet ta' housing, bini u toroq u l-cost ta' l-art ma kienx ikun ikkonsidrat bħala parti mill- proġett.", "B'hekk akkumulaw dawk il-miljuni kollha ta' flus li l-Gvern għandu jagħti lin-nies.", "Imma din il-prassi issa qtajnieha.", "Safejn naf jien konna għamilna arranġament, li għadu jgħodd sal-lum, li meta d- Dipartiment ta' l-Artijiet ibigħ u jiġbor artijiet ħafna iktar milli jkun stmat fil-budget - u dan ġara kemm-il darba - b'dawk l-ammonti li jiġbor ikun jista' jżid l-ammonti ta' flus li jagħti bħala kumpens lil min tkun itteħditlu l-art.", "Apparti minn hekk, kienet ġiet approvata mozzjoni fil- Parlament biex inkunu nistgħu nikkumpensaw lil dawn in-nies billi nagħtuhom art oħra bi tpartit.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 1996", "IR-RABA' JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA", "Skond il-ftehim tal-21 ta' Novembru, 1995 il-Kamra marret f'Kumitat.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-ftehim milħuq fis-Seduta Nru. 476 tal-21 ta' Novembru, 1995 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema ta' l- Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Sur President, nipproponi:", "VOT 36 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,501,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "VOT 37 - LEGALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,091,678 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Legali, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "VOT 38 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,655,444 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "VOT 39 - REĠISTRU TA' L-ARTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 222,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Reġistru ta' l-Artijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "VOT 40 - JOINT OFFICE", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,624,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Joint Office, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "VOT 41 - MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,308,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "VOT 42 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 996,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "VOT IX - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,309,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "VOT 36 - Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura", "Personal Emoluments", "ITEM 11 - Ministru", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm10,219\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm10,218\".", "Delete the figure \"Lm10,219\" and substitute therefor the figure \"Lm10,218\".", "Mr Chairman, kull kelliem tal-Gvern qiegħed itemm id-diskors tiegħu billi jgħid li l-Partit Laburista m'għandux politika f'dak is-suġġett li jkun qiegħed jiġi diskuss.", "Illum jien se nagħmel diskors li huwa ftit differenti minn tas-soltu.", "Normalment aħna nikkritikaw l-andament tal- Gvern waqt is-sena preċedenti u fl-istess ħin inżommu quddiem għajnejna l- estimi għas-sena li tkun ġejja u nikkritikaw lill-Gvern f'dak il-kontest.", "Jiena, filwaqt li se nikkritika lill-Gvern, se nuri biċ-ċar li l-Gvern Laburista għandu politika u se nitkellem b'mod ċar u bla tlaqliq fuq dak li se jwettaq il-Partit Laburista meta jkun fil-gvern.", "Bħala prinċipju, aħna nemmnu fis-separazzjoni tal-poteri.", "X'ifisser dan, Sur President?", "Dan ifisser li l-eżekuttiv - jew il-Gvern biex jifhimna kulħadd - u l-ġudikatura għandhom ikunu separati.", "U huwa fuq dan il- prinċipju li Gvern Laburista jibni l-politika tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam mal-qrati.", "Prinċipju ieħor li jrid jinftiehem minn kulħadd huwa l-importanza tal- parzjalita' tal-qrati.", "Il-qrati m'huma monopolju ta' ħadd, ta' l-ebda partit politiku u ta' l-ebda klikka.", "L-imparzjalita' tal-qrati hija sine qua non, hija importanti, u mingħajrha ma tista' tiffunzjona l-ebda demokrazija.", "Ħadd m'għandu jabbuża mill-qrati għall-iskopijiet tiegħu u meta ngħid hekk qed nagħmilha ċara li ma jistax jiġi tollerat li l-qrati jservu ta' arena għall-ġlidiet politiċi, kif ħafna drabi sar fl-imgħoddi.", "Il-qrati għandhom ikunu indipendenti u imparzjali.", "Sur President, Gvern Laburista jsaħħaħ lil dik il-kummissjoni li tissejjaħ Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Din il- kummissjoni, li kienet twaqqfet bis-saħħa ta' leġislazzjoni ta' dan il- Parlament, għandha bżonn iktar studju dwarha u wara li l-Gvern Laburista jirrifletti dwar kif ħadmet din il-kummissjoni, jagħtiha iktar funzjonijiet biex ikun ċar li din qiegħda hemm biex tiddistingwi iktar bejn il-poteri ta' l-eżekuttiv u dawk tal-ġudikatura.", "Per eżempju, wieħed għandu jara jekk il-ħatriet ta' l-imħallfin għandhomx jibqgħu jsiru kif isiru llum, jekk postijiet vakanti fis-sedje tal-ġudikatura, jiġifieri postijiet ta' mħallfin u maġistrati, għandhomx jimtlew b'dan il-mod u jekk ir- responsabilita' individwali ta' dak il-maġistrat jew ta' dak l-imħallef għandhiex tkun il-kompitu ta' din il-kummissjoni.", "Struttura li dan l-aħħar saħaq fuqha wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni.", "Sur President, il-Partit Laburista kien għamilha ċara li n-nuqqas ta' fiduċja f'dan l-organu huwa minħabba li dan jista' jintuża - u fil-fatt rajna kif intuża - kemm għal dawk li huma polemiċi interni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kif ukoll biex il-Gvern jgħaġġel jew idewwem il-kwestjonijiet li jidhirlu hu.", "Aħna qed nipproponu organu ġdid, dak li jissejjaħ il-maġistrat inkwirenti.", "Dan il-maġistrat għandu jkollu l-mezzi meħtieġa u l-poteri de proprio, jiġifieri minnu nnifsu, il-poteri li tagħtih l-istess liġi li tgħaddi mill-Parlament.", "Dan il-maġistrat għandu jkollu wkoll l-istaff tiegħu, ikun indipendenti minn kulħadd u għandu jkollu s-setgħa li jinvestiga nies li l-pożizzjoni tagħhom tagħmilhom suxxettibbli għal dak li aħna nsejħu korruzzjoni jew affarijiet simili.", "Din għandha tkun ir-responsabilita' tal-maġistrat inkwirenti.", "GĦax hija ħrafa li wieħed jinvestiga lilu nnifsu.", "F'liema sens?", "Aħna nafu li l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni hija appuntata mill-istess Gvern u għandha ċerti rabtiet miegħu, fis-sens li skond kif inhi l-liġi tirrapporta lill-Eżekuttiv jew lill-Prim Ministru.", "Aħna nemmnu li huwa importanti li jkun hemm maġistrat inkwirenti biex verament tidher it-trasparenza.", "Kulħadd jgħid li rridu nkunu trasparenti, kulħadd juża dan l-argument.", "Imma kemm hu diffiċli li tkun verament trasparenti!", "L-ilment li dejjem jissemma f'dan il-Parlament, fil-gazzetti u fost il- poplu dwar il-proċess tal-ġustizzja jista' jinġabar f'kelma waħda, id- dewmien.", "Id-dewmien fil-qrati sar leġġendarju f'pajjiżna u saħansitra nirriferu għalih bl-istess ironija li Voltaire kien irrifera għall-assedju ta' Malta.", "Illum kull min jitkellem fuq il-qrati jitkellem b'mod dispreġjattiv u b'mod li jindika li m'għandux fiduċja f'din l-istituzzjoni.", "Kulħadd iwaħħal f'kulħadd!", "Jekk aħna npoġġu subgħajna fuq il-polz u nistaqsu min hu responsabbli għad-dewmien ...", "Huwa diffiċli li wieħed isolvi l-problemi tal-qorti għax dawn m'humiex żgħar, imma l-Gvern għandu r-responsabilita' li almenu jagħmel dak li hu meħtieġ biex jagħti palata u jnaqqas id-dewmien.", "Il-Gvern kif jista' jagħmlu dan?", "L-ewwelnett huwa ovvju li jekk inti tħalli postijiet ta' mħallfin u maġistrati vakanti bilfors li tikkaġuna dewmien.", "M'hemmx għalfejn tkun avukat jew Membru tal- Parlament biex tkun taf li jekk għandek postijiet vojta, allura l-kawżi kollha li jkun hemm quddiemhom se jaqgħu lura.", "Il-Gvern jaf li ħafna mill-proċessi ta' natura kriminali jiddependu mill- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali u kulħadd jaf li l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għandu nuqqas ta' staff.", "Allura min hu responsabbli li kawżi ta' natura kriminali jitwalu?", "Din ir-responsabilita' qiegħda f'idejn il-Gvern.", "Għalxejn ngħidu li se nagħmlu riforma, għalxejn ngħidu li se ngħaddu liġi, għalxejn ngħidu li rridu nistennew ħalli naraw kif ir-riforma se taħdem, jekk il-Gvern innifsu m'huwiex lest li l-ewwelnett isolvi l-problemi li jiddependu minnu.", "Din m'hix kwestjoni ta' kemm se jdum jinstema' każ quddiem il-qorti jew ta' kemm se jdum imħallef biex jiddeċiedi sentenza, imma hija kwestjoni li jenħtieġ li l-Gvern jappunta n-nies li hemm bżonn.", "L-istatistika li dan il-Gvern iħobb juża ħafna tindika li l-affarijiet fil- qorti sejrin lura u mhux 'il quddiem.", "Ħalli nagħti eżempju u nirreferi għal tabella li l-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra dwar in-numru ta' kawżi li nqatgħu u mil-liema qorti nqatgħu mill- 1991 sa l-1994.", "Jidher ċar li jekk nieħdu l-medja ta' kemm inqatgħu kawżi fl-1991, fl-1992 u fl-1993 u nikkomparawha ma' dak li ġara fl-1994, naraw li f'kull qorti minflok progress għamilna rigress.", "Per eżempju, fil-Qorti tal-Maġistrati kienu jinqatgħu medja ta' 1,490 kawża fis-sena, mentri s- sena l-oħra nqatgħu 1,361, jiġifieri kien hemm tnaqqis.", "Il-Qorti Kriminali kienet taqta' medja ta' 19-il kawża fis-sena - naħseb li hawnhekk qed jirriferu għall-ġurijiet - imma s-sena l-oħra din qatgħet 7 biss.", "Il-Qorti tal-Kummerċ kienet taqta' medja ta' 1,763 kawża fis-sena, imma s- sena l-oħra qatgħet 1,590.", "Il-Qorti Ċivili tal-Prim'Awla kienet taqta' medja ta' 1,634, filwaqt li s-sena l-oħra qatgħet 1,597 kawża.", "Il-Qorti ta' l-Appell kienet taqta' medja ta' 523 kawża fis-sena u s-sena l-oħra qatgħet 403, jiġifieri 120 kawża inqas.", "Dawn il-figuri li ta l-Ministru juru ċar dak li l-Oppożizzjoni ilha ttenni, jiġifieri li fil-qrati l- affarijiet m'humiex mexjin 'il quddiem anzi iżjed ma jmur iżjed qed tikber il-pjaga.", "Il-pjaga qed tikber għaliex qed jikber il-backlog u dan qed jikber għaliex in-numru ta' kawżi li jidħlu qiegħed dejjem jiżdied.", "Minkejja li l-Gvern jaf b'dan, u minkejja li għandu quddiemu din il-kritika insistenti u li ma tieqaf qatt mill-bankijiet ta' l-Oppożizzjoni, naraw li l-Gvern m'huwiex kommess li almenu jsolvi dawk il-problemi li jista' jmisshom b'idejh.", "Meta naraw dan, aħna ngħidu: Il-Gvern veru jrid jsolvi l- problema tal-qorti?", "Il-Gvern bis-serjeta' jgħid li jrid ikollu qrati effiċjenti?", "Il-Gvern bis-serjeta' jgħid li jrid jara ħeffa fil-proċessi ġudizzjarji?", "Jew jgħid hekk għal skopijiet ta' propaganda, għal skop politiku, għax jinstema' sabiħ u mbagħad dak li għandu jagħmel, għal xi raġuni jew oħra, ma jagħmlux?", "X'se jagħmel Gvern Laburista?", "Gvern Laburista l-ewwel ħaġa li se jagħmel hi li jimla l-postijiet vakanti li hemm fost l-imħallfin u l-maġistrati.", "Ma tistax timxi jekk għandek postijiet li huma vakanti.", "Forsi l-Gvern jgħidli li hemm problema għax ħadd ma jrid jaċċetta ħatra ta' mħallef jew maġistrat.", "Din hija l-iskuża li dejjem inġibu.", "Pero' fil-fatt dan m'hux veru u huwa biss qerq.", "Meta għandek 13-il maġistrat li l-maġġoranza tagħhom għandhom esperjenza ta' snin twal ta' ġudikatura u nafu li fosthom hemm maġġoranza li għandhom il-kapaċita', l-integrita' u l-abilita' li jiġu appuntati mħallfin - u l-Gvern jaf li huma ħerqanin biex isiru ġudikanti superjuri - huwa għajb u skandlu li niġu hawn u ngħidu li ma nistgħux insibu min irid jilħaq imħallef.", "Din m'hijiex kritika bbażata fuq il-qalb jew fuq il- politika, għax kulħadd jaf in-natura tal-qorti u kulħadd jaf il-ħoss tal- polz tal-qrati u l-ġudikatura.", "Dan huwa appell ġenwin fid-dawl tal-fatt li hemm postijiet vojta, hemm nies kapaċi biex jimlewhom, imma ma tridux tappuntawhom.", "Din il-gwerra kontra l-maġistratura ma tagħmilx sens.", "Jien lill-Ministru nappellalu biex jara li jimtlew minnufih almenu żewġ postijiet vakanti li hemm.", "Qed insemmi tnejn, imma n-numru ta' ġudikanti preżenti jrid jiżdied.", "Ġudikant, speċjalment fil-qrati superjuri, ma jistax ikollu iżjed minn 500 proċess quddiemu.", "Din hija riforma li jrid iwettaq Gvern Laburista.", "Hija redikolaġni li jkollok imħallfin b'1,200 jew 900 kawża quddiemhom.", "Hemm bżonn li l-ġudikatura tissaħħaħ kemm fin-numru kif ukoll f'affarijiet oħra li jolqtu lill-istess ġudikatura.", "Per eżempju, aħna nafu li hemm ilmenti mill-ġudikanti - u wieħed għandu jagħti widen tagħhom - dwar il-pensjoni u dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Wieħed ma jistax ikompli jinjora dawn l-ilmenti u jgħid li hemm il-kwestjoni tar- relattivita'.", "Veru li hemm ir-relattivita' u din ma tistax taqbad u twarrabha, imma trid tkun realistiku u trid tara kif tipprova ssolvi l- problema.", "Il-qrati huma wieħed fost l-aktar organi importanti tal-pajjiż u ma tistax tiġi kompletament injorata l-karba u t-talba tal-ġudikanti.", "Gvern Laburista jaf li l-ġudikanti għandhom bżonn dik li tissejjaħ l- infrastruttura, l-għajnuna.", "Ix-xogħol tal-ġudikant huwa li jifli x-xiehda u jasal għall-konklużjoni, għal sentenza.", "L-Avukat Ġeneral għandu bżonn l- għajnuna għar-riċerka, għandu bżonn numru kbir ta' avukati biex jgħinuh għaliex inkella jbati min ikukn il-vittma, min ikun għaddej mill-proċess.", "Ħafna drabi jinstabu skużi biex jitwalu l-proċessi għaliex ħadd ma jista' jlaħħaq min-naħa tal-Gvern.", "Gvern Laburista għandu proposta f'dan il-qasam.", "Il-Gvern jgħid li ħadd ma jrid ikun avukat mal-Gvern.", "Imma bħalma l-isptar jiffunzjona tajjeb bis- sistema tal-housemen - u kieku ma kenux għall-housemen, kieku l-isptar pubbliku kkrolla għaliex ħafna drabi l-Isptar St Luke's iżomm proprju bil- housemen - hekk ukoll għandha tkun sistema tajba għall-qasam legali.", "Il- Ministru forsi jgħidli li l-aukati li qed jilħqu ma daħlux b'dak il- kuntratt u li biex tagħmel dan lin-nies konċernati trid tgħidilhom ħames snin qabel ma jidħlu.", "Mela oqgħod dum iżjed, tikkonsidrax din il-proposta għax forsi ġiet mingħandna u l-problema tibqa' dejjem tikber!", "Għalxejn ngħidu li għandna problema għax dan l-aħħar il-Gvern qed jieħu l-attitudni li qisu hu żewġ persuni, qisu jsib il-problema u jgħid li veru hemm problema, qisu qed jieħu gost jidentifika dak li hu ħażin, meta jkollu l- kuraġġ politiku hououhh li jagħmel hekk, imma mbagħad m'għandux il-kuraġġ politiku biex isib is- soluzzjoni għaliha - għalkemm ikun jafha - u jesiġiha.", "Din qed narawha f'kull diskors u f'kull ħaġa li ssir, qisu dak li jmur ħażin m'huwiex tort tal-Gvern imma ta' xi korporazzjoni, ta' xi waħda minn dawk il-fantażmi li għamilna.", "Din hija xi ħaġa li hija riflessa wkoll fil-qorti.", "Il-Gvern qed iwaħħal fis-sistema u jgħid li ma jistax isib in-nies meta fil-fatt jekk irid sistema aktar effikaċi u jekk irid isib in-nies, għandu r-riżorsi kollha.", "Pero' jidher li m'għandux ir-rieda.", "X'se jagħmel iżjed Gvern Laburista?", "Niġu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impjegati.", "GĦaliex għandu jgħaddi daqstant żmien biex jimtlew postijiet li jkunu vakanti?", "GĦaliex għandek taħli marixxall - forsi se ngħid ħmerija, imma naħseb li din hija importanti - biex joqgħod security mal- bieb ta' barra?", "M'hux possibbli li ddaħħlu security guard?", "GĦaliex għandu jkun hemm erba' maġistrati biss li għandhom recording facilities, meta hemm il-wires kollha neċessarji għaddejjin?", "Allura għaliex ma ssibux recorders?", "GĦaliex wieħed għandu jdaħħal diżgwid bejn il-ħaddiema, per eżempju bejn il-grad ta' court recorders u l-grad ta' marixxalli?", "Ma setax wieħed isib soluzzjoni biex dawn ikunu kuntenti mingħajr ma jaqsam dawn iż-żewġ oqsma u jkunu ta' l-istess livell?", "Hemm ħafna affarijiet oħrajn li wieħed jista' jsemmi.", "Per eżempju, illum l-iskrivaniji lanqas inaddfuhom il-cleaners għaliex ma jlaħħqux, imma jnaddfuhom l-istess skrivani ta' l-imħallfin.", "Dawn tant huma problemi rqaq li nistħi nitkellem fuqhom fil-Parlament waqt id-diskussjoni dwar il-budget imma lanqas dawn m'aħna nsolvu; lanqas dak li huwa ċkejken m'aħna nsolvu.", "Gvern Laburista żgur jara li jkun hemm full complement fil-qorti.", "M'hijiex skuża li noħorġu call for applications imma ħadd ma jkun irid imur il-qorti.", "Imma dan il-Gvern dejjem hekk jgħid.", "Dan il-Gvern qatt m'hu responsabbli, qatt m'għandu tort.", "L-iskuża hija jew li ma jkunx hemm min irid jaħdem il-qorti jew li ma jsibux nies.", "L-iskuża dejjem hemm qiegħda.", "GĦall-iskużi dan il-Gvern jieħu l-ewwel.", "Kif qed jgħidli l-kollega tiegħi, dan jiġri f'ħafna oqsma oħrajn.", "Dwar il-ħabs, per eżempju, jgħidu li ħadd ma jrid imur hemm, u dwar l-isptar jgħidu li m'humiex isibu nurses.", "Dejjem għaddejjin!", "Imma r-realta' x'inhi?", "Ir-realta' hija li l-Gvern għajja.", "Dan huwa Gvern għajjien u wasallu ż-żmien biex jirtira, wasal għall-pensjoni, imma din ma jridx jammettiha.", "L-unika ħaġa li qed jgħid hija li l-Partit tagħna huwa ħerqan biex jieħu l-poter f'idejh għal pajjiżu.", "Jekk wieħed jara lil kulħadd individwalment hawnhekk, jinduna li aħna nagħtu nixtiequ u mhux nieħdu.", "Aħna nixtiequ nagħtu l-abbilta' tagħna biex il-gvern li jkun hemm ikun jista' jsolvi l-problemi.", "Imma dan il-Gvern għajjien, imdejjaq u li wasal għall-pensjoni jmissu jirtira llum qabel għada.", "GĦaliex qed ngħid li għandu jirtira?", "Aħna nafu li m'hux se jirriżenja imma nħeġġu jagħmel l- elezzjoni kemm jista' jkun malajr.", "Qegħdin jgħidulna li se jirbħulna b'20,000 vot, bi 13,000 vot u affarijiet bħal dawn imma meta niċċallinġjawhom biex jagħmlu l-elezzjoni ma jgħidulna xejn għaliex minkejja l-ftaħir kollu dwar il-budget, minkejja li qalu li għamlu budget fenomenali, jafu li kieku kellhom jagħmlu l-elezzjoni issa, jitilfuha.", "Bil- kliem jgħidu mod imma l-qalb taf mod ieħor.", "GĦalhekk qed jagħmlu ċerti affarijiet u għalhekk qed jipprovaw juru lill-poplu illi dan il-budget huwa pakkett sabiħ.", "Imma l-present meta tiftħu tkun taf x'fih.", "Taf min ikun jaf x'fih il-present?", "Tkun taf tliet xhur oħra l-mara tad-dar u kollha kemm aħna x'jiswa dan il-budget.", "Imbagħad agħmluha l-elezzjoni!", "Imma ħalli ngħaddi aktar għas-suġġett.", "Meta nkunu fil-gvern aħna se nagħmlu sistema fejn nipprovaw niskoraġġixxu u mhux ninkoraġġixxu lin-nies li jidħlu l-qorti.", "Bis-sistema li għandna f'moħħna l-kawżi għandhom jonqsu u mhux jiżdiedu.", "Għalhekk nappoġġjaw ċerti policies.", "GĦalhekk per eżempju, meta ġew quddiemna l-liġijiet dwar it-tribunal ta' l-arbitraġġ u dik tat-tribunal għal talbiet żgħar dejjem tajna l-appoġġ tagħna, anzi pprovajna nikkontribwixxu.", "Imma aħna lesti li mmorru iżjed 'il bogħod minn hekk.", "Lesti li noħolqu sistema fejn qabel ma l-kawża tibda tinstema' jkun hemm kuntratt bejn il-partijiet bl-interċessjoni ta' ġudikanti apposta biex jipprovaw isolvu dik il-problema qabel ma tasal għall-proċess innifsu.", "GĦaliex il-metodu li tipprova ssib it-triq tan-nofs - ħafna drabi l-iżjed triq diffiċli - fejn kulħadd iċedi biċċa jnaqqas min-numru kbir ta' preżentazzjonijiet ta' proċessi ġudizzjarji li qed ikun hemm.", "Kulħadd jaf li għandna sistema bbażata fuq il-ħlas.", "F'liema sens?", "GĦaliex inti taf li jekk tmur għand l-avukat trid tħallas u jekk tmur il-qorti trid tħallas.", "Aħna se nirriformaw kompletament - u nenfasizza l-kelma \"kompletament\" - is- sistema li qabel kienet issejjaħ ta' l-Avukat għall-Għajnuna Legali, jiġifieri l-Avukat tal-Fqar.", "Ħadd m'għandu jkollu dritt li ma jeħdux minħabba l-mezzi finanzjarji tiegħu!", "U nirrepeti; ħadd m'għandu jkollu dritt li ma jeħux minħabba l-mezzi finanzjarji tiegħu!", "Is-sistema preżenti kienet tajba meta nħolqot, iżda llum m'għadhiex aktar effikaċi u effiċjenti.", "Gvern Laburista jkun żgur li d-drittijiet ta' l-individwi ma jintilfux minħabba n-nuqqas ta' mezzi finanzjarji ta' dik il-persuna.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-bini tal-qorti.", "Nitkellmu ħafna fuq l- effiċjenza tal-qorti iżda aħna kemm-il darba għidna illi l-bini tal-qorti huwa żgħir u qed jiċkien iżjed ma jgħaddi ż-żmien.", "U llum il-fatti qed jagħtuna raġun.", "Iċ-Chief Justice innifsu qal illi l-bini ċkien.", "Aħna minn din in-naħa ilna ngħidu hekk għal dawn l-aħħar erba' snin biex naħsbu għall- quddiem.", "Għamilna suġġerimenti imma dawn dejjem waqgħu fuq widnejn torox.", "L-ewwel irid isir użu aħjar mill-qorti preżenti, it-tieni wieħed irid jara fejn dan jista' jiżviluppa.", "Hawn Malta m'għandniex l-idea li ninżlu 'l isfel imma jekk hemm bżonn - u din jien dejjem issuġġerejtha - għandna nikkonsidraw li ninżlu 'l isfel, jiġifieri taħt l-art, minħabba n-nuqqas ta' spazju li għandna..", "GĦax kif jaf kulħadd, l-art f'pajjiżna hija prezzjuża u in short supply.", "Ħaġa oħra li wieħed irid jgħid hija illi annex tal-qorti, m'hux adattat għall-qorti imma adattat għall-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għax ikun viċin il-qorti anke u b'hekk jiġi evitat it-telf ta' ħin.", "Huwa importanti illi nagħmlu użu effiċjenti mill-istrutturi preżenti.", "Ta' xejn indaħħlu lifts li ma jaħdmux, ta' xejn nagħmlu bibien bin-numri biex jinfetħu u ma jinfetħux.", "Huma affarijiet żgħar u forsi tgħiduli: Fil-budget dawn se ssemmi?", "Imma jekk iċ-ċkejken ma jaħdimx aħseb u ara dak li huwa iżjed sostanzjali!", "Jien nixtieq ngħaddi għal suġġett ieħor li għandu x'jaqsam mar-realtajiet tal-pajjiż.", "Aħna nafu illi Gvern Nazzjonalista tela' bl-għajta ta' \"Xogħol, Ġustizzja u Liberta'\" u kulħadd kien ikantahom.", "Bla dubju ta' xejn, għal dak li għandu x'jaqsam ma' liberta', il-pajjiż qatt ma ra mewġa ta' kriminalita' waħda wara l-oħra daqskemm rajna minn mindu tela' Gvern Nazzjonalista!", "Illum id-delitti bil-moda!", "Bħalissa l-moda hija tal-hold- ups, forsi biex l-anzjani u min għandu l-flus id-dar jitgerrxu u jpoġġuhom fil-banek biex imbagħad il-banek isellfu lill-Gvern.", "Ħaġa ta' l- iskantament kif kull darba li ġejna għall-budget, jibdew sensiela ta' hold- ups fuq ix-xjuħ!", "Jien mhux qed ngħid illi l-Gvern qiegħed jagħmel jew jinstiga dawn il-hold-ups, imma qed ngħid: B'kumbinazzjoni l-mewġa ta' dan iż-żmien tkun hold-ups.", "Il-mewġa tas-sajf kienet fuq ċertu tip ta' drogi, l-ecstasy.", "Fit-tliet xhur ta' qabel kellna ma nafx kemm-il murder!", "Il- fatt huwa illi l-Gvern ma jistax iżomm il-kriminalita', imma l-Gvern għandu l-obbligu li jagħmel dak kollu neċessarju biex ma tiżdiedx il-kriminalita'.", "Aħna ngħidu li dan il-Gvern m'għandux dik il-kapaċita', dik ir-rieda, dik li jgħidulha \"l-istonku\" biex jiġġieled il-kriminalita'; l-istoffa m'hix aktar hemm, jekk kienet hemm qabel.", "Għaliex qed nitkellem fuq il- kriminalita'?", "Għax ma tistax titkellem fuq l-ordni pubbliku u fuq il- ġustizzja mingħajr ma tirreferi wieħed għall-ieħor!", "Iż-żewġ oqsma huma interrelatati, għalkemm mhux integrati.", "Huwa żball li jkunu taħt ministeru wieħed, imma bilfors huma interrelated.", "X'beħsiebu jagħmel Gvern Laburista?", "L-ewwelnett Gvern Laburista jemmen illi l-liġi qiegħda hemm biex min hu innoċenti jinstab innoċenti imma min hu ħati jinstab ħati.", "F'dan il-Parlament u f'postijiet oħra nitkellmu ħafna fuq id-drittijiet ta' l-akkużati.", "Imma kemm nitkellmu fuq id-drittijiet tal-vittmi?", "Kemm nitkellmu fuq id-drittijiet ta' dawk li batew mid-delitti?", "Gvern Laburista huwa lest illi jkun rivoluzzjonarju billi jibda jieħu aktar in konsiderazzjoni l-pożizzjoni tal-vittma, fl-interess tad-danni li jkun sofra.", "F'liema sens?", "Hemm ċerti delitti li għalihom l-imħallef jew il- maġistrat għandu jimponi li jrid ikun hemm quid pro quo.", "M'għandux ikun hemm is-sentenza biss jew l-ammont ta' żmien ta' priġunerija, imma għandu jkun hemm rikompens għall-vittma.", "Il-pajjiż ma jistax jagħmel dak kollu neċessarju biex jiddefendi l-interessi ta' min hu akkużat - u għandu jagħmel hekk biex kulħadd ikollu proċess skond il-Kostituzzjoni - imma fl- istess ħin jibqa' jinjora l-interessi ta' min sofra minn dawk id-delitti.", "Il-konċett ta' Gvern Laburista huwa li għandu jkun hemm rikompens għal dawk li jkunu sofrew mid-delitti.", "Dan ir-rikompens m'għandux ikun ibbażat biss fuq id-dritt pubbliku jew id-dritt privat, fis-sens li trid toqgħod tagħmel kawża wara li dak li jkun joħroġ mill-ħabs biex forsi teħodlu xi ħaġa talli seraqlek, imma jrid ikun hemm integrazzjoni ta' dan il-konċett fis-sentenza stess.", "Is-sentenzi nfushom iridu jinftiehmu iżjed.", "Ħafna drabi jkun hemm raġunijiet speċjali għad-differenzi fis-sentenzi, imma Gvern Laburista jemmen li jrid ikun hemm analoġija.", "U fejn ikun hemm ċirkostanzi speċjali s-sentenza nnifisha trid tkun ċara u tagħti r- raġunijiet biex il-poplu jifhem.", "Irid ikun ċar għaliex wieħed intbagħat għaxar snin ħabs u l-ieħor ingħata sentenza sospiża.", "GĦax il-poplu għandu sehem f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġustizzja.", "Il-ġustizzja trid tidher li qed issir.", "Meta l-poplu ma jifhimx kif qed issir il-ġustizzja, min ikun qed imexxi min-naħa ta' l-eżekuttiv u mill-qasam tal-ġudikanti u l-qrati, ikun tilef il-polz tal-poplu.", "Il-polz tal-poplu huwa importanti mhux għall- ġustizzja imma biex il-poplu jkollu fiduċja fl-istituzzjoni tal-qrati.", "Dan huwa essenzjali.", "Ħaġa oħra li aħna nemmnu hija li jrid ikun hemm post serju fejn wieħed verament jiskonta s-sentenzi.", "Il-ħabs għandu jirrispetta d-drittijiet tal- bniedem għax ħadd m'għandu jiġi trattat qisu m'hux bniedem, imma għandu jkun post fejn jirrenjaw l-ordni u d-dixxiplina.", "Il-ħabs m'għandux ikun post fejn ma jirrenjawx l-ordni u d-dixxiplina.", "Il-ħabs għandu jkollu konċetti u diviżjonijiet ġodda; il-white collar crimes u delitti oħra m'humiex ta' l-istess natura.", "Nies ta' taħt ċerta eta' m'għandhomx jitħalltu ma' nies oħrajn.", "Persuni konnessi ma' każijiet relatati mad- drogi għandhom ikunu lokati skond il-każijiet li jkunu.", "Dawk li jintbagħtu l-ħabs talli jieħdu d-droga biss m'għandhomx jitħalltu ma' nies konnessi ma' reati ta' natura differenti.", "Aħna nemmnu wkoll li l-ħabs għandu jkun post riformatorju u r-riforma jrid jagħtiha spinta l-Gvern stess.", "Per eżempju, aħna ma nemmnux li għax bniedem mar il-ħabs awtomatikament għandhom jitnaqqsulu erba' xhur fis-sena mis-sentenza tiegħu.", "It-tnaqqis ta' erba' xhur fis-sena għal kondotta tajba wieħed irid jaħdem għalih.", "Spiċċajna fl-assurdita' li jekk wieħed jaħrab mill-ħabs jew jagħti xebgħa lill-gwardjan, xorta jeħodhom l-erba' xhur ta' kondotta tajba.", "Allura din x'riforma hi?", "Fil-preżent dan it-tnaqqis jieħdu kulħadd, imma dan għandu jingħata b'mod li wieħed irid jaħdem għalih.", "Mhux hekk biss.", "Aħna nemmnu li meta wieħed joħroġ mill-ħabs - wara li jkun skonta s-sentenza u ngħata t-tnaqqis minħabba kondotta tajba jrid jibqa' jkun hemm kuntatt kontinwu miegħu.", "Din hija sistema simili għall-dik tal-parole.", "B'hekk ikun hemm ċerta relazzjoni kif ukoll dixxiplina ma' dik il-persuna li tkun skontat is-sentenza u ħarġet minħabba good behaviour.", "Aħna nemmnu li bniedem tibagħtu l-ħabs bħala penitenza - għax wara kollox hija penitenza - imma l-idea għandha tkun li s-soċjeta' tirriformah biex joħroġ aħjar milli jkun daħal u mhux agħar.", "Aħna nemmnu wkoll li s-sentenzi li nsejħulhom soċjali m'għandhomx jingħataw u mbagħad il-qrati jibqgħu kompletament estranei ma' dik il-persuna li tkun irċeviet is-sentenza.", "Hawnhekk irrid nagħti eżempju ta' persuna li tkun ingħatat opportunita' oħra mill-qorti biex tirriforma ruħha, jiġifieri permezz tal-conditional discharge jew probation, u eżempju ta' persuna li tkun intbagħtet il-ħabs imma s- sentenza tkun ġiet sospiża, jiġifieri minflok tiskontaha l-ħabs tkun ingħatat opportunita' oħra.", "Dawn it-tip ta' sentenzi għandhom it-tajjeb tagħhom għaliex jagħtu lil min ikun qed jiġġudika l-opportunita' biex jara ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.", "Imma f'dawn il-każijiet il-ġudikant għandu jkollu sistema fejn jibqa' f'kuntatt ma' dawk il-persuni li jkunu ngħataw is-sentenzi bħal dawn.", "Ikun ħażin li aħna nitkellmu fuq riforma u fuq sentenzi soċjali u mbagħad wara li jingħataw is-sentenzi qisu ma ġara xejn.", "U huwa ħażin mhux biss għas-soċjeta' imma ankel għall-individwu innifsu, għall-persuna li tkun għaddiet mill-proċess ġudizzjarju.", "Gvern Laburista beħsiebu jara li ma jkunx hemm repetizzjoni tal-każ ta' Queiroz.", "Ċerti amnestiji ta' natura kbira - kif kienet ta' Queiroz - m'għandhomx ikunu responsabilita' ta' delegat tal-Kabinett - jiġifieri tal-Ministru nnifsu - imma tal-Kabinett kollu.", "Jien ma jidhirlix li biex wieħed jieħu lura pussess ta' oġġett f'kawża għandu jmur quddiem il- Kabinett.", "Pero' amnestija kif ingħatat lil Queiroz, kif għidt, m'għandhiex tkun f'idejn delegat tal-Kabinett, jiġifieri f'idejn il- Ministru waħdu, li jirrakkommanda lill-President, imma għandha tingħata b'deċiżjoni tal-Kabinett.", "Fil-każ ta' Queiroz żgur li ma ġarax hekk, imma għandu jsir.", "Gvern Laburista, żgur li se jagħmel hekk biex jassigura li dawn l-affarijiet ma jerġgħux jiġru.", "Ħalli nikkonkludi, Mr Speaker.", "Jien xtaqt li kelli iżjed ħin biex nispjega aktar x'inhu l-ħsieb tal-Partit Laburista fil-qasam tal-ġustizzja u biex inkun nista' nagħmel ċerta kritika għal oqsma oħrajn li jien ma missejtx għax għalkemm dan il-Ministeru ma jirrigwardax il-qorti biss, il- qorti hija verament il-qalb ta' dan il-Ministeru.", "Bla dubju ta' xejn mill- bank ta' l-Oppożizzjoni l-Partit Laburista jassigura lill-poplu li s- sistema riformatorja li għandu quddiem għajnejh għas-sistema ġudizzjarja tinvolvi lil kulħadd għax kulħadd irid ikun involut f'dan il-qasam.", "Ma tistax tagħmel riforma fil-qorti jekk ma jkollokx tliet oqsma li jkollhom ir-rieda li jagħmluha.", "Irid ikun hemm ir-rieda tajba tal-ġudikanti, ta' l- avukati u prokuraturi legali, u ta' l-amministrazzjoni tal-qorti għax mingħajrhom u mingħajr il-kontribut sħiħ ta' kull wieħed minnhom l- effiċjenza ta' kwalunkwe riforma titnaqqar u titnaqqas.", "Pero' jien nassigura lil dawk kollha li llum qed jisimgħuna li gvern ġdid Laburista ikollu r-rieda li jirriforma l-qorti, li jirrispetta l-qorti u li jġiegħel lill-poplu jerġa' jirrispetta lil din l-istituzzjoni.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Sandro Schembri Adami.", "ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Mr Chairman, illum qegħdin hawn biex nitkellmu fuq il-qasam tal-ġustizzja, issa taħt ir-responsabilita' tal- Ministru Refalo u sa ftit ilu ta' l-ex-Ministru Fenech.", "L-ex-Ministru Fenech għosfor, pero' ħafna mill-problemi li konna nitkellmu dwarhom għadhom hemm u dan minkejja l-mod divers kif jaħdem il-Ministru Refalo.", "Ċertament li dan il-Ministru ma jaħdimx bħal ta' qablu.", "Jien kont nippretendi li l-operat tal-Ministru Refalo jiġi mtejjeb b'mod li jkollu l- ħila u r-rieda li jaffronta ħafna mill-problemi li kienu jissemmew meta kien għad hemm il-Ministru Fenech li suppost kellu jsolvihom f'medda ta' ftit xhur.", "Issa għandna l-Ministru Refalo li żgur għandu l-istess problemi quddiemu u għalhekk ikollna nerġgħu nibdew insemmulu d-dewmien tal-qrati, u fil-ftit ħin li għandi għad-dispożiozzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar kemm żdiedu l-kawżi fil-qrati.", "Dan jindika li d-dritt ta' l-individwu li jkollu rikors għall-qorti qed jiġi miċħud u miksur.", "Għalhekk minflok li dan id-dritt qed jiġi rispettat, hemm storpjament tad- dritt u l-ġustizzja qed tiġi abortita.", "Iċ-ċittadin qed iħossu mneżża' mid-drittijiet tiegħu għax dan qed isib li meta jmur il-qorti jkollu jistenna s-snin u fuq kollox ma jeħux dak li jkun ħaqqu bi dritt.", "Hawnhekk nixtieq nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Attard Montalto dwar is-sentencing policy.", "Aħna nemmnu li bniedem li jkun għamel żball irid ipatti għalih.", "Nemmnu fir-riforma u nemmnu fl-element ta' deterrent, iżda aħna nemmnu wkoll li għandna nipprovaw nindividwalizzaw il-ġustizzja billi naraw il-każ ta' l- individwu ħalli nkunu nistgħu niddeċiedu aħjar x'tip ta' sentenza għandu jingħata u x'tip ta' trattament għandu jkollu.", "Hemm każijiet li jimmeritaw il-ħabs u hemm każijiet fejn għandu jkun hemm postijiet alternattivi, ngħidu aħna meta każ ikun jimmerita custodial treatment.", "Dan ilna ngħiduh.", "Niġu hawnhekk niddiskutuh f'budget wara l-ieħor, nitkellmu fuq Borstal training, nitkellmu fuq alternattivi għal sentenzi ta' priġunerija, bħalma hija l-probation li diġa' teżisti, nitkellmu dwar kif nistgħu ntejbu kemm is-sistema tal-probation kif ukoll dik tal-partially suspended sentence - għalkemm din konna ikkritikajnieha, nafu li għandha elementi pożittivi li nistgħu ndaħħluhom fil-qasam tal-ġustizzja - imma milli jidher il-Gvern xorta mhux qed iħares lejn il-qasam ta' kif għandna nittrattaw lill- akkużat u kif eventwalment għandna nittrattaw lil min ikun ħati.", "Pero' rridu nħarsu wkoll lejn il-vittma.", "Mhux biżżejjed li naraw li l-azzjoni titmexxa quddiem il-qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali u hemmhekk tintalab il-piena għall-ħati.", "Hemm ukoll il-vittma.", "Illum hi ħasra kif hawn tant nies li qed jispiċċaw f'tebut għax jiġu msawta u meqruda u donnu m'hawnx kuxjenza - basta niftaħru b'\"ġustizzja, ġustizzja u ġustizzja\" - biex lil dawn inħarsulhom l-interessi tagħhom.", "Jekk filwaqt li l-għajta tal- \"ġustizzja\" tkun tidwi fil-pajjiż, ma jkunx hemm tabilħaqq l-element tal- ġustizzja, il-pajjiż jispiċċa għar tal-ħallelin.", "Allura kif nistgħu niġu hawn u dawn l-affarijiet ma ngħiduhomx!", "Mr Chairman, issemmiet l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Veru li l-qorti tista' tagħmel ir-rules of court.", "Imma allura l-Ministru Refalo ma jirċevix il-minuti ta' dak li jiġi deċiż bejn il-maġistrati u l-imħallfin?", "Meta kien għadu responsabbli minn dan il-qasam il-Ministru Fenech, hekk kien isir.", "Issa qiegħed isir l-istess?", "Issemma kif nistgħu nnaqqsu d-dewmien fil-każijiet tal-qrati.", "Jingħad li jekk jista' jkun irridu nipprovaw insibu mezz biex jinstabu soluzzjonijiet barra l-qorti.", "Imma x'ippropona u x'qed jipproponi l-Gvern biex dawn l- affarijiet li ilna żmien twil ngħiduhom ikunu jistgħu verament jitwettqu?", "Suppost li nħatret kummissjoni għall-għajnuna legali lill-fqar li kellha tħejji r-rapport tagħha, kif fil-fatt għamlet.", "Imma kif irriformajna l-istitut ta' l-għajnuna legali lill-fqar biex ikun jissodisfa l-bżonnijiet ta' min verament huwa fil-bżonn, b'mod li jkun ta' servizz soċjali ieħor ma' l-għadd ta' servizzi soċjali li għandna u li lkoll nemmnu fihom?", "Kif nistgħu nagħmlu reviżjoni tas-sistema tal-pleġġ?", "M'hux sew li għax jien għandi minn fejn inħallas inkun nista' noħroġ bi pleġġ u min ma jkollux mezzi finanzjarji ma jingħatax pleġġ.", "Din x'ġustizzja hi?!", "Jekk jien ma jkollix flus biżżejjed biex inħallas il-pleġġ, forsi mmur nistaqsi lil ommi u lil kull min naf biex jisilfuni, imma jista' jkun hemm min m'għandux għand min jirrikorri u allura jispiċċa ma jeħux il-pleġġ.", "Allura l-poplu bilfors li jgħid: X'ġustizzja hi din?!", "U l-kelma tal-poplu trid tistmaha.", "Kemm ilna nitkellmu fuq qrati speċjalizzati!", "L-Onor.", "Attard Montalto qal - u qal tajjeb - li l-qorti qed isir żgħir minkejja li bnejna l-annexe.", "Qal ukoll li jkun aħjar kieku dan il-post jintuża bħala l-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Imma fil-post fejn illum hemm il-qorti għaliex m'għandniex nintroduċu qrati speċjalizzati?", "Per eżempju, għaliex ma nintroduċux il-qorti tal-familja jew il-qorti marittima?", "Illum teżisti kuxjenza kbira fil-pajjiż dwar il-qasam marittimu internazzjonali u niftaħru li għandna avukati li qed jispeċjalizzaw f'dan il-qasam.", "Allura għaliex ma nipprovawx nwaqqfu qorti marittima?", "Budget wara budget niġu nitkellmu hawnhekk u forsi jkun tajjeb li nieħdu din l-opportunita' li nsemmu dawn l-affarijiet.", "Mr Chairman, jien nixtieq li meta jitkellem il-Ministru jgħidilna kif fil- fatt naqqas id-dewmien esaġerat li hemm fil-qorti.", "Probabbilment se jsemmi t-tibdil li sar fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; se jgħidilna kemm marret 'il quddiem l-amministrazzjoni tal-qorti u ħafna affarijiet bħal dawn.", "Aħna rridu li l-figuri li jippubblika l-Gvern stess, ma jkunux jixhdu kontra tiegħu imma se mai jkomplu jgħinu biex lilna jsaħħuna fil-fehma li beda jsir xi ħaġa.", "Hemm oqsma oħra li rridu nitkellmu dwarhom, per eżempju dwar il-qorti f'GĦawdex.", "Hemmhekk hemm żewġ maġistrati, il-Maġistrat Mallia li jkun hemm ġimgħa kull tliet ġimgħat u l-Maġistrat Coppini li jkun hemm ġimgħatejn kull tliet ġimgħat.", "In-numru tal-kawżi żdied iżda n-numru ta' kawżi li ġew deċiżi matul din is-sena, bejn wieħed u ieħor, huwa l-istess daqs tas-sena l-oħra.", "GĦalhekk in-numru ta' kawżi pendenti bil-mod il-mod qiegħed dejjem jiżdied.", "Min-naħa amministrattiva hemm problema ta' leadership.", "L- Assistent Reġistatur tal-qorti - kunjomha Refalo - hija mara miżżewġa li l- ewwel interess tagħha huwa l-familja.", "Il-preżenza tagħha fil-qorti hija rari ħafna.", "Fil-fatt tidħol wara t-8.30 a.m. u wara nofsinhar aktar ma tidħolx milli tidħol; dejjem bil-leave jew bis-sick leave, miskina, jew b'xi skuża oħra!", "Nawgurawlha fejqan ta' malajr!", "L-istess jista' jingħad għar-Reġistru Pubbliku ta' GĦawdex.", "Minħabba l- attitudni arroganti ta' din il-persuna kif ukoll minħabba nuqqas serju ta' ċerti persuni, l-istaff huwa demoralizzat.", "Barra minn hekk il-volum tax- xogħol żdied konsiderevolment u minflok li l-istaff żdied proporzjonalment, dan kompla naqas u nxtorob.", "U l-Ministru Refalo jrid jirrispondi dwar dawn l-affarijiet.", "Hemmhekk insibu wkoll li clerk għaddiet bord, fattiga hija fil-proċess li tgħaddi bord u clerical assistant qiegħed bl-emigration leave.", "U dan minn fost staff ta' inqas minn 20 ruħ.", "Fil-Land Registry l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet qiegħed isir b'mod manwali u għad hemm ċertu apparat li żgur li għadda żmienu, għalkemm naf li qegħdin ibiddluh.", "Allura wieħed irid jistudja kif jista' jkollna sistema aħjar ta' komputerizzazzjoni; irridu naraw nistudjaw attivament xi proposta tista' tiġi addottata fl-istruttura organizzattiva tad-dipartiment li tkun maqsuma waħda fuq ix-short-term u waħda fuq il-long-term.", "Irridu naraw li jkun hemm aktar taħriġ intensiv għall-impjegati, kemm taħriġ ġenerali, kif ukoll taħriġ speċjalizzat.", "Dan jgħodd ukoll għall-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Niġu għas-sede tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "Kif diġa' għidt dan, illum il-post sar żgħir u hemm bżonn li jinstab post ieħor aċċettabbli.", "Barra minn hekk is-sede preżenti għandu bżonn kbir ta' manutenzjoni u suppost li l-Valletta Rehabilitation Project lest li jiffinanzja dan il- proġett.", "Irridu niftakru li dan huwa bini storiku, huwa l-post fejn Sir Paul Boffa, ex-Prim Ministru ta' Malta, kellu l-uffiċċju tiegħu bħala Prim Ministru.", "Hemm bżonn li dan id-dipartiment jingħata dehra ġdida u nixtieq li l-Ministru jitkellem fuqu.", "Aħna konna tkellimna dwaru mal-Ministru Fenech meta konna qed niddiskutu r-reġistrazzjoni ta' l-artijiet imma nistgħu ngħidu li prattikament ma ġara xejn.", "Ħalli ngħaddi biex nitkellem ftit dwar ir-Reġistru Pubbliku ta' Malta.", "Naf li ntlaqgħu ċerti suġġerimenti li saru minni u minn sħabi u ta' dan ngħidulkom \"prosit u grazzi\".", "Imma rridu nkunu skjetti.", "Issa qegħdin isiru ħafna proġett f'salt u talbukom biex tibagħtulhom in-nies ħalli jgħinuhom sabiex dawn il-proġetti jkunu jistgħu jitwettqu.", "Staqsu lid- Direttur tar-Reġistru Pubbliku u taraw!", "Dan iridkom tibagħtulu n-nies u intom ma bgħattulux.", "Kontu tgħidu li mal-Gvern hemm in-nies żejda.", "Jekk veru hemm in-nies żejda, ibagħtulu n-nies!", "Hemm ukoll il-kwestjoni tar- riċerki.", "Issa hemm xi ħadd li ftiehem ma' xi avukat biex ir-riċerki jagħmluhom huma u l-Ministru ma sab l-ebda oġġezzjoni u qalilhom biex imexxu.", "Prosit!", "Imma rajtu kemm dan se jkun cost-effective?", "Rajtu kif se jolqot lill-individwu?", "Rajtu kif se jolqot soċjalment lil dawk li jkollhom bżonn jagħmlu xi kuntratti mal-Lohumbus jew ma' dipartimenti oħra, u jekk humiex se jibdew jiġu ċċarġjati prezzijiet astronomiċi?", "Jien niddejjaq noqgħod insemmi dawn l-affarijiet għax dawn huma ħbieb tiegħi, imma ma nistgħux ma ngħiduhomx għax meta nikkritikaw ma nistgħux nimxu skond l- uċuh.", "Irrid ngħid ukoll li issa wara xi sena, jew ma nafx kemm, saru arranġamenti biex l-uffiċini ta' l-Avukat Ġenerali ma jibqgħux fejn huma imma jkunu fi Triq l-Arċisqof.", "Il-bini huwa importanti u ta' dan ngħidilkom \"prosit\".", "Pero', aktar importanti minn hekk, kemm ilna ngħidu li għandu jkun hemm aktar avukati f'dan l-Uffiċċju u li għandna nagħtu kondizzjonijiet tajbin biex inħajru aktar avukati jibqgħu mas-settur pubbliku?", "Intom ipprovajtu ittejbulhom il-kondizzjonijiet imma forsi ma wasaltux minħabba l-problema taċ-Ċivil.", "Imma wara kollox dawn huma professional officers fiċ-Ċivil.", "(Interruzzjonijiet) X'jiġifieri!", "Dawk huma avukati li qed jagħtu servizz u hemm bżonn li l-avukatura nirrispettawha.", "Peress li l-funzjonijiet ta' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali huma wesgħin ħafna, jitolbu li min ikun qed jagħti servizz ta' avukat f'dan l-Uffiċċju jkun imħallas tajjeb u jkollu kondizzjonijiet tajbin biex jagħti aktar xogħol u jkun jista' jikkompara ma' l-avukati l- oħra fil-qrati.", "Irrid insemmi wkoll il-Law Reform Commission.", "Nafu li l-liġijiet qed jinbidlu imma din ftit insemmuha.", "Forsi din hija xi ħaġa li ma tippretendux li għandna nsemmuha meta qed niddiskutu l-budget.", "Pero' ta' min ifakkar li darba l-ex-Ministru Fenech fi tweġiba għal domanda parlamentari kien qal li kien inbeda x-xogħol fuq is-subsidiary legislation.", "Jista' l-Ministru llum jgħidilna fiex wasal dan ix-xogħol?", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jgħid xi ħaġa fuq il-pubblikazzjoni tas- sentenzi.", "Jiena minn meta kont student kont nipprova nżomm record tas- sentenzi allavolja dak iż-żmien ma kontx beħsiebni nipprattika bħala avukat, imma llum naf li l-pubblikazzjoni ta' ħafna mis-sentenzi waqfet ħesrem.", "Issa jew għax qed żidna lok ta' rimedju liċ-ċittadin - kif probbabli se jgħid il-Ministru - u allura ma nistgħux inlaħħqu ...", "Is- soluzzjoni għandha mnejn tinstab billi nżidu t-typing pools u affarijiet bħal dawn.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-Budget Speech u llum qegħdin nitkellmu fuq il-qasam tal-ġustizzja.", "Wieħed irid jirrealizza li jekk il-qasam ta' l- industrija u ta' l-ekonomija jfallu, il-pajjiż imur lura.", "Pero' jekk ifalli l-qasam tal-ġustizzja, li hu dak il-valur li jagħti ħajja lill-ħidma politika tal-Gvern u lis-servizz li jagħti liċ-ċittadin, allura jispiċċa għar tal-ħallelin.", "Għalhekk wieħed jista' jinterpreta dan il-budget bħala budget frodi minn nies li ma jemmnux fil-ġustizzja.", "U skond Santu Wistin - għax din hu kien qalha - stat li ma jemminx fil-ġustizzja huwa għar tal- ħallelin.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Chairman, fost is-suġġetti li jaqgħu taħt ir- responsabilita' ta' dan il-Ministeru - hemm min jgħid li d-delineazzjoni llum m'hijiex daqshekk ċara - hemm tliet pilastri li huma importanti għal kull soċjeta'; iż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport.", "Il-kultura hija pilastru għax fuqha hija mibnija s-saħħa mentali tal-poplu; l-isport għax fuqu hija mibnija s-saħħa fiżika tal-poplu u, ċertament mhux l-inqas, iż- żgħażagħ għax fuqhom huwa mibni l-futur kollu ta' pajjiżna u għalhekk jimmeritahom li jingħataw prijorita' illum.", "Ħalli nibda mill-qasam taż- żgħażagħ.", "Jidher ċar mid-diskors tal-budget li smajna, li dan is-settur ma ngħata l- ebda importanza.", "Il-Gvern tal-ġurnata nixef għal kollox mill-ideat f'dan il-kamp u, agħar minn hekk, jidher li huwa kuntent bis-sitwazzjoni preżenti taż-żgħażagħ tagħna.", "Meta dan l-aħħar il-Ministru tal-Finanzi f'intervista li ta lil \"Il-Mument\" ġie mistoqsi dwar kif iż-żgħażagħ ma ssemmew xejn fil- budget, huwa rrisponda li ż-żgħażagħ se jgawdu u se jieħdu bħalma se jieħu l-kumplament tal-poplu.", "Qal li għaż-żgħażagħ diġa' għamilna ħafna; naħseb li l-poplu għandu ċar biżżejjed f'moħħu kemm saru affarijiet għaż- żgħażagħ, jew aħjar kemm ma sarux.", "Minn dan l-atteġġjament tal-Gvern joħroġ ċar li huwa kuntent bis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ kif inhi llum.", "Dan il-budget ma fih l-ebda inizjattivi ġodda, l-ebda strateġija u huwa nieqes mill-impenn favur iż-żgħażagħ.", "Il-Gvern jidher li huwa kuntent li liż-żgħażagħ iffrankalhom ftit taxxa, imma ma qalx kemm qed jiġbor ħafna iktar minn fuqhom permezz tal-VAT.", "Possibbli li l-Gvern jaħseb li b'din il- miżura fiskali se jsolvi l-problemi taż-żgħażagħ?", "Kuntrarju għal dan, gvern immexxi mill-Partit Laburista permezz tal-politika ddikjarata tiegħu, se jkun impenjat li miż-żgħażagħ jibni soċjeta' moderna f'sehem sħiħ.", "M'huwiex biżżejjed li niftaħru kemm qed ikollna studenti żgħażagħ li jidħlu l-Universita' imma rridu nipprovdulhom edukazzjoni xierqa u diċenti.", "Fis- settur edukattiv hemm nuqqas ta' l-aktar affarijiet bażiċi u kollox ħallata ballata.", "Għal dawk l-eluf ta' żgħażagħ li qegħdin fid-dinja tax-xogħol il-Gvern ma introduċa xejn fil-budget biex jgħinhom u jnaqqsilhom id-diskriminazzjoni, l-abbużi u l-kondizzjonijiet ħżiena li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Dawn il-problemi kollha li jolqtu eluf ta' żgħażagħ ma jeżistux għall-Gvern tal-ġurnata.", "Kulma wegħedhom il-Gvern huwa li jekk l-imgħallem ifalli u jkun hemm ħafna kredituri li għandhom jieħdu minn dik l- intrapriża, minflok ikollhom paga garantita sa Lm200 ikollhom sa Lm1000.", "Gvern Laburista, għall-kuntrarju, jaħdem biex iż-żgħażagħ ikollhom aktar sigurta' u opportunitajiet fuq il-post tax-xogħol u biex ikollhom ambjent san u li jikkombatti l-inugwaljanzi soċjali.", "Ħalli niġu issa għall-kamp tal-housing.", "Gvern Laburista huwa kontra dak li qed isir illum u jagħraf il-piżijiiet u d-diffikultajiet finanzjarji kbar li qed jiffaċċjaw il-maġġor parti taż-żgħażagħ biex jieħdu l-istat tagħhom jew biex isibu fejn joqogħdu u jwaqqfu familji ġodda.", "Gvern Laburista jaħdem biex ġenwinament ikun hawn l-ugwaljanza bejn is-sessi u tikber il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ partikolarment tan-nisa fis-soċjeta' tagħna.", "X'qed jagħmel il-Gvern għal dawk iż-żgħażagħ li flimkien mal- familji tagħhom qed jiffaċċjaw problemi soċjali kbar li huma marbutin mad- drogi u alkoholiżmu, fost l-oħrajn?", "Fejn huwa l-Ministeru responsabbli għaż-żgħażagħ - bis-Segretarjat Parlamentari b'kollox - quddiem dan kollu?", "Imn'Alla għandna diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu fost dawn iż- żgħażagħ.", "Pero' ċertament li dawn ma jneħħux ir-responsabilita' minn fuq spallejn il-Gvern.", "Fuq kollox dan il-budget ma jsemmi xejn dwar kif se ngħinu lil dawn l-istess għaqdiet li tant jagħtu kontribut lill-pajjiż biex iżommu liż-żgħażagħ tagħna 'l bogħod mill-mard soċjali.", "Kollox qiegħed fid- diskrezzjoni tal-Ministru jekk jagħtix, kemm jagħti u lil min jagħti, u ma kien hemm l-ebda kriterju trasparenti u ċar li wieħed jista' jibni fuqu għall-futur.", "Mhux biss il-Gvern neħħa l-kelma \"żgħażagħ\" mit-titolu tal-Ministeru, iżda jidher li neħħa liż-żgħażagħ għal kollox minn fuq l-aġenda politika tiegħu.", "Issa ħalli niġi għall-qasam tal-kultura u nibda billi ngħid li hawnhekk għandna gvern li moħħu biss f'dak kollu li huwa barrani u lest li joħroġ fondi bil-goff għalih, filwaqt li t-talent Malti qed jingħata dejjem aktar il-ġenb.", "Illum għandna l-Malta International Art Festival li kien ġie introdott mill-Gvern Laburista bl-isem ta' \"Maltafest\" biex iservi ta' tieqa għat-talent Malti u għall-wirt mużikali Malti.", "Imma dan il-Gvern biddillu s-sura tiegħu.", "Jien ngħid li kien ikun aħjar li kieku semmieh \"Barranifest\" milli \"Maltafest\" għax jidher li mhux veru qed iservi ta' tieqa għat-talent Malti, imma bħala tieqa għat-talent barrani.", "M'iniex qed ngħid li għandna neħduha kontra l-attivitajiet li jsiru fostna minn barranin.", "Per eżempju, il-\"jazz festival\" hija attivita' pożittiva, fl- opinjoni tiegħi, meta s'intendi jinżamm livell għoli.", "Pero' dan faċilment jista' jsir separatament minn din il-vetrina ta' kultura lokali.", "Gvern Laburista jerġa' jagħti dan il-festival lill-Maltin u jara li jkun hemm tqassim aktar ġust tar-riżorsi investiti, fis-sens li jkun hemm ippjanar aħjar.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni fejn għal sitt ġimgħat fis-sena, għall- ħabta ta' Awissu, il-poplu jkollu indiġestjoni kulturali għax ikun hawn ħafna attivitajiet, peress li fl-istess żmien ikun hemm ukoll l-Iljieli Mediterranji.", "Imma mbagħad matul il-kumplament tas-sena jkun hawn ġuħ klubi, biex ngħid hekk, għall-attivitajiet kulturali.", "Mr Chairman, ħalli ngħid xi ħaġa fuq it-Teatru Manoel u l-orkestra tiegħu.", "Huwa ċar li l-kumitat tat-tmexxija ta' dan it-teatru huwa magħruf għal-atteġġjament tiegħu favur il-kulturi barranin, fis-sens li donnu jemmen li dak kollu li huwa barrani, għas-sempliċi raġuni li huwa barrani, huwa tajjeb filwaqt li dak kollu li huwa Malti m'huwiex ta' livell għoli biżżejjed u mhux ta' min jinvesti fih.", "Hawn insemmi simbolu tal-Kultura f'pajjiżna lill-mibki Maestro Carmelo Pace li kulħadd jaf li ħalliena s- sena l-oħra.", "Qabel ma miet dan kien ta erba' opri minn tiegħu lit-Teatru Manoel bil-patt li darba kull ħames snin tittella' opra minnhom fl-istess teatru.", "Huwa kien waqqaf ukoll fondazzjoni biex bl-interessi tal-kapital jgħin fl-ispejjeż meħtieġa biex jittellgħu dawn l-opri.", "Fil-fatt din is- sena suppost li kienet programmata li ssir waħda minn dawn l-opri, imma ma saritx għaliex, skond il-management committee tat-Teatru Manoel, ma kienx hemm flus biżżejjed biex iħallsu l-ispejjeż l-oħra involuti.", "B'dan il-mod inżommu l-wegħdiet ma' min ikun għamel tant ġieh lill-qasam Malti tal- kultura?!", "Issa għall-festival li diġa' semmejt, il-Gvern iġib kontinwament lejn pajjiżna mużiċisti barranin li jiswew eluf kbar ta' liri.", "Jiġifieri biex jintnefqu eluf ta' liri għall-barranin, jew biex jinxtara pjanu Steinway jiswa Lm50,000 għat-Teatru Nazzjonali tal-Manoel ma jimportax, imma biex intellgħu xogħol ta' min proprju investa f'dan il-qasam, bħal Maestro Pace li ħalla warajh wirt kulturali, għal dawn l-affarijiet allura m'għandniex flus, għax dak Malti!", "Issa ħalli naraw xi trattament qed jingħata lill-membri ta' l-orkestra tat-Teatru Manoel.", "Hawn nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra miktuba mis-Sinjura Pauline Busuttil li dehret f'\"The Sunday Times\" tat-22 ta' Ottubru 1995.", "THE CHAIRMAN: Hemm permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE CILIA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra li dehret fil-gazzetta \"The Sunday Times\" tat-22 ta' Ottubru 1995 dwar ċaħda ta' talba għal-leave minn membru ta' l-Orkestra tat- Teatru Manoel.", "M'iniex se naqra l-ittra għax il-ftit ħin li għandi ma jippermetilix, pero' se nagtħi kopja tagħha anke lill-press.", "Is-Sinjura Busuttil hija omm wieħed mill-mużiċisti żgħażagħ ta' din l-orkestra li għandu 19-il sena.", "F'din l-ittra hija kixfet kif il-Gvern qiegħed iċaħħad lil binha mill-borża ta' studju li kien rebaħ biex imur għal disa' xhur f'Lyons, Franza, jistudja l-mużika.", "Il-Ministru qed iċaħħad lil dan iż-żagħżugħ minn leave bi ħlas, kif intqal fil-passat minn membri oħra ta' din l-istess orkestra.", "Dan huwa rikatt biex jintlaħaq ftehim mal-UHM dwar il-ftehim kollettiv li issa ilu sentejn li skada u li sfortunatment għad hemm kwestjoni dwaru.", "Din l-ittra turi wkoll l-involviment tas-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, Dr Austin Gatt, u l-indifferenza tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami li nġibditlu l-attenzjoni għal dan l-abbuż.", "Hekk nittrattawh it-talent żagħżugħ f'pajjiżna?", "Jidher li għal dan il-Gvern fil-qasam tal- kultura jew tkun tal-qalba - mhux neċessarjament fis-sens politiku - jew inkella m'intix tajjeb u tingħata l-ġenb.", "Fl-aħħar, iżda żgur mhux l-inqas, irrid insemmi l-qasam ta' l-isport.", "Nixtieq ngħid li matul din is-sena għal darb'oħra l-pajjiż ra nuqqasijiet serji f'dik li hija infrastruttura sportiva u faċilitajiet sportivi li huma responsabilita' tal-Gvern.", "Barra minn hekk, f'dan il-budget m'hemm xejn propost dwar impjanti sportivi ġodda.", "Mhux talli hekk, talli din is-sena tista' tibqa' mfakkra fost l-isportivi Maltin bħala s-sena tat-tradiment tal-Gvern, li bil-barka tiegħu ħalla dak li kien ġie pprovdut mill- Parlament Malti għall-użu esklussiv ta' l-isport, jispiċċa jintuża għal għanijiet totalment differenti, għal għanijiet kummerċjali.", "Hawn qed nirriferi għall-famuż każ tal-proġett ta' McDonald's fis-suq ta' Birkirkara.", "Fi stqarrija fuq il-mezzi tax-xandir kont tlabt ir-reazzjoni tal-Ministru dwar dan il-każ u appellajtlu biex jieħu l-passi ħalli dan ma jseħħx, iżda sal-lum il-Ministru dejjem baqa' fommu magħluq.", "Li nistgħu ngħidu huwa li din kienet daqqa ta' ħarta kbira għal għaqdiet sportivi serji li jingħataw titoli ta' proprjeta' għall-post li jmexxu għall-gost ta' l-isport.", "Għax dan il-każ jindika li l-flus tal-barunijiet qed jinvadu anke dan il-qasam u meta jibda jiġri hekk l-isport ma jibqax sport.", "Din is-sena kienet l-ewwel sena ta' ħidma għall-Kunsill Malti għall- Isport.", "Sfortunatment, dan il-Kunsill ma tantx qed isib il-ħeġġa tal-Gvern li tant hija meħtieġa biex dan il-kamp jimxi 'l quddiem.", "Biżżejjed wieħed jgħid li ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tal-Ministeru għall- proposta li saret mill-Kunsill f'konferenza stampa aktar kmieni din is-sena biex titwaqqaf Awtorita' għall-Isport; korp indipendenti mill-Gvern tal- ġurnata li jkun allokat riżorsi biex imexxi dan il-qasam.", "Fuq din l-idea qed tinbena wkoll l-idea tal-politika nazzjonali għall-isport.", "Pero' sal- lum għadna qed nistennew reazzjoni min-naħa tal-Ministeru.", "Allura jekk il- Ministru jaf f'liema direzzjoni miexi l-Kunsill, għax il-fehma tiegħu diġa' tħabbret, għaliex ma jagħtix il-veduti tiegħu?", "Jew l-ewwel iħalli aktar żmien jgħaddi u wara li jiġi konkluż ix-xogħol tal-Kunsill iwaqqa' kollox?", "Jiena ċert li llum il-ġurnata kull min huwa intiż fl-isport, inkluż il- Ministru, jaf x'għandu jsir biex dan il-qasam jimxi 'l quddiem u jieħu l- ħajja mill-ġdid.", "Mela għalfejn dan it-tkaxkir tas-saqajn kollu min-naħa tal-Gvern biex jittieħdu l-miżuri - ħafna drabi mhux daqstant diffiċli - li hemm bżonn?", "Bilfors ikolli nasal għall-konklużjoni li m'hemmx rieda politika min-naħa tal-Gvern biex dan is-settur jimxi 'l quddiem.", "Il-ħin ma jippermettilix li nidħol iktar fil-fond f'dan il-qasam, pero' jiddispjaċini ninnota li nħela ħafna żmien mill-Gvern u huwa kollu għalxejn li jiġi l- Ministru u jwegħedna pjanijiet għall-futur.", "Xbajna nisimgħu l-istess wegħdi għal dan il-qasam, apparti għal oqsma oħra fejn jidħlu ż-żgħażagħ u l-kultura.", "Kieku ried, dan il-Gvern kellu ċ-ċans kollu kieku biex iwettaq dawn il-wegħdiet għax il-poplu tah ċans ta' żewġ leġislaturi.", "Issa wasal iż-żmien li jsiru l-kontijiet.", "F'dawn l-oqmsa Gvern Laburista ġdid biss jista' jiftaħ il-bibien imbarrati b'serraturi msaddin li Gvern Nazzjonalista tefa' quddiem iż-żgħażagħ u l-poplu tagħna.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "L-Onor.", "Reno Calleja.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Chairman il-qasam tax-xandir u informazzjoni huma s-suġġett tiegħi.", "Minn meta bħal-lum sena ddiskutejna x-xandir fil- kontest tal-budget saru żewġ tibdiliet li, fil-fehma tiegħi, huma mill- aktar importanti.", "L-ewwel waħda kienet il-ħatra ta' l-Onor.", "Richard Muscat bħala Segretarju Parlamentari inkarigat mix-xandir u l-oħra kienet il-ħatra tas-Sur Tony Mallia bħala l-bniedem li qed imexxi l-PBS.", "Meta saru dawn il-ħatriet kont ġejt intervistat minn Super 1 Radio - ir-radju tal-Partit Labursta - u niftakar li kont prudenti ħafna fil-kummenti tiegħi għax minkejja l-kredenzjali partiġġjani li kellhom kemm l-Onor.", "Muscat kif ukoll is-Sur Tony Mallia, deherli li I had to give them the benefit of the doubt fis-sens li l-professjonalita' tagħhom kienet se tegħleb il- partiġġjaniżmu.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li ħriġt diżappuntat, anzi nista' ngħid li minn mindu l-Onor.", "Muscat u s-Sur Tony Mallia ngħataw dawn il-ħatriet, il-propaganda kontra l-Partit Laburista fuq il-PBS ikkargat u l- istrateġija tal-Partit Nazzjonalista li juża l-PBS biex jimbotta dak kollu li hu tal-Gvern, kibret minflok li naqset.", "Mr Chairman, is-sena li għaddiet jien tajt eżempju lampanti li skandalizza lil kulħadd.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni li kien hemm bejn il-Prim Ministru u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Impiegi.", "Dak iż-żmien tal-PBS tant kienu għatxana biex jgħattu xtur il-Gvern li kienu xandru l- press conference tal-Prim Ministru mingħajr ma xandru l-aħbar li din il- Kummissjoni kienet qatgħetha kontra l-Prim Ministru.", "Din id-darba reġa' ġara l-istess.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bir-responsabilita' kollha ta' kap ta' l- oppożizzjoni, qajjem każ serju ta' korruzzjoni f'dan il-pajjiż u l-PBS fir- rapport tiegħu biċċer dak li kien qal.", "Meta s-Sibt li għadda l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ta press conference biex iwieġeb għal dak li kien qal il-Prim Ministru, fl-aħbarijiet tas-6.00 p.m. l-PBS ma semma xejn dwar il-press conference biex jilħaq jiġbor il-kummenti tal-Gvern ħalli jibbilanċja dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawn huma eżempji ċari ta' partiġġjaniżmu u m'intomx se tidħku bil-poplu.", "Aħna nafu li aktar ma toqrob l-elezzjoni, il-fervur li hemm fil-PBS favur il-Gvern aktar qed jikkarga.", "Hawnhekk irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Awtorita' tax-Xandir - kif għamel sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat - li wara li, kontra kull norma - għax din hija xi ħaġa li ċertament qatt ma saret - hemm kandidati Nazzjonalisti li qed jingħataw programmi biex baxx baxx u bil-pulit jimbottaw il-politika tal-Gvern, għallinqas jekk l-Awtorita' tax-Xandir verament trid tkun serja u trid timxi fuq il-linji tal-BBC - għax l- Awtorita' tax-Xandir qalet li fl-Ingilterra hekk isir - kellha tara li tal- PBS l-ewwel jibagħtu għall-kelliema responsabbli min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u jagħtuhom imqar ħames minuti biex b'hekk tinstema' l-vuċi ta' l-Oppożizzjoni fuq xi ħaġa li suppost li hija importanti ħafna għall- pajjiż, cioe' l-budget.", "Imma hekk sar?", "Nerġa' ngħid, jien ma rridx noqgħod ngħid li Radio 101 minn mindu kien ħa over l-Onor.", "Richard Muscat sar iktar partiġġjan u lanqas irrid ngħid li meta s-Sur Tony Mallia kien editur ta' \"The Democrat\" kien tefa' torpedo biex qered ir-rapport tas-Select Committee li waħda mill-problemi li kien qed jindirizza - għax dak iż-żmien kien hemm problemi wkoll; aħna m'aħniex perfetti - kienet il-problema tax-xandir.", "Dan kollu kont lest li ninsih kieku t-tnejn li huma ma kenux partiġġjani fil-karigi li qed jokkupaw.", "Imma jididspjaċini ngħid li kont nistenna ħafna iktar mill-Onor.", "Muscat u mis-Sur Mallia dwar ix-xandir.", "Fil-verita' għadni nistenna li aktar ma toqrob l-elezzjoni, minflok li tikkarga l-fissazzjoni li jridu jgħinu lill- Gvern, jimxu ta' rġiel u jagħtu sehem u leħen lill-Oppożizzjoni.", "Kif ngħid jien, forsi fi żmien Gvern Laburista l-affarijiet kienu jsiru ħafna iktar bil-goff, filwaqt li dawn jagħmluhom bil-pulit!", "Imma jekk tara ftit l- iskeda tal-programmi ssib li kollox huwa maħdum b'mod li l-programmi jimmiraw lejn il-fissazzjoni li għandu l-Gvern li jdaħħal lil Malta fl- Ewropa.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi.", "Kien biss meta l-Partit Laburista pprotesta wara li xxandar il-programm \"Meridjan\" għax kien programm li m'għamel xejn ħlief qagħad ifaħħar il-ħin kollu dak li qal il-Prim Ministru fil-konferenza li kellu dwar l-Ewropa, li leħen il-Partit Laburista nstema'.", "Dawn l-affarijiet ma jsirux f'pajjiż demokratiku.", "Biżżejjed ngħid li f'Ottubru l-Partit Laburista kellu 32 stqarrija - mhux waħda - li minnhom ma ġiet rapportata lanqas kelma waħda fuq il-PBS.", "Forsi jkun hawn min jgħid: Imma intom x'tippretendu, li kif titfewqu jew tagħtsu l-PBS jirrapportaha?!", "Mhux hekk nippretendu.", "Imma possibbli li minn 32 stqarrija ma kienx hemm xi ħaġa li l-PBS rat li setgħet kienet of news value?!", "Jien naf li aħna l-politiċi għandna l-fama li nparlaw ħafna u fil-vojt u naf ukoll li mhux dak kollu li ngħidu hu ta' news value.", "Imma nerġa' nistaqsi lill-Onor.", "Muscat u lill-advisors tiegħu: Possibbli li minn 32 stqarrija ma kienx hemm xi ħaġa ta' valur?!", "Jew forsi huma ffissati biex leħen il-Partit Laburista joħonquh?!", "Ħaġa oħra li qed tiġri hija li kull meta xi darba tiskappa xi stqarrija tal-Partit Laburista, tara lill-PBS iġib kumment ta' xi ministru biex jibbilanċjaha.", "Mhemm xejn ħażin f'dan; jien stess bħala ġurnalista u bħala kittieb hekk kont mgħallem, li meta jkollok kumment minn xi ħadd, iġġib il- kumment tan-naħa l-oħra.", "Imma għaliex ma jsirx ukoll bil-kuntrarju?", "Għaliex imbagħad kull meta jitkellmu l-ministri ma jibagħtux għalina biex ngħaddu l-kummenti tagħna?", "Jien nappella lis-Sur Tony Mallia - li nafu bħala bniedem professjonali u naf ukoll li qiegħed bil-minġel fuq rasu għax tawh kuntratt għal sena ħalli if he does not deliver, iparpruh - biex ikun Malti u fuq ix-xandir ta' l-Istat ma jkunx partiġġjan daqskemm fil- fatt qed ikun.", "Jien nappellalu, kif nappella anke lill-Onor.", "Muscat biex jiftakar - naf li t-tentazzjoni mhux faċli tegħlibha - li hu qed jirrappreżenta lin-nazzjon u mhux lill-Partit Nazzjonalista.", "Il-PBS hija l- vettura li suppost tmexxi l-veduti tan-nazzjon kollu - mhux tal-Partit Nazzjonalista jew tal-Partit Laburista biss - u hekk għandhom ifittxu li jagħmlu s-Sur Tony Mallia u l-Onor.", "Richard Muscat, mhux jinqdew bil-PBS biex iwasslu biss il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista.", "La qed insemmi l-PBS, jiġifieri dak li qabel kien Xandir Malta - ħalli ma nitfixklux - nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru Refalo, li naf li hu l-Ministru responsabbli għalkemm m'hux responsabbli direttament, għad- dibattiti li kelli miegħu s-sena li għaddiet kemm f'din il-Kamra u kemm fuq diversi stazzjonijiet tar-radju.", "Dak iż-żmien meta kont niġbidlu l- attenzjoni għall-mod kif is-Sur Flamini kien qed jaħleb lill-pajjiż, hu kien jgħidli: \"Imma taf għaliex?", "Biex inħallsu lill-ħaddiema.", "Inti lill- ħaddiema tridhom imħallsin bis-soldi?\".", "Lill-ħaddiema tajniehom Lm0.5 miljun, u għamilna sewwa.", "Imma ż-Lm2.5 miljun l-oħra ara fejn marru, Onor. Refalo.", "Jekk illejla ma tweġibnix ngħidlek li jmissek tistħi għax jiena ftaħtlek għajnejk u għidtlek li kellek bniedem li kien qed jaħleb flus il- pajjiż għax imdorri bis-sistema Amerikana; jonfoq Lm3 miljun minn flus il- poplu u inti frisk bħal ħassa.", "Lanqas għandek id-diċenza li toħroġ stqarrija u tgħid lill-poplu li dan neffaq Lm3 miljun lill-pajjiż fuq il- PBS.", "Dan li għandhom jgħidulna llejla l-Onor.", "Muscat jew l-Onor.", "Refalo.", "Jiena lill-Ministru kont ngħidlu wkoll: Għalfejn qed tonfqu dawk il-flus kollha fuq il-Logħob għal Kulħadd?", "Issa smajt li mhux se nipparteċipaw aktar f'dan il-logħob.", "Is-sena li għaddiet inti għidtli: Mhux se terġa' tkun li nonfqu Lm750,000 bħas-sena l-oħra; issa għandna Lm300,000 u allaħares jinqabżu.", "Illum nistaqsik: Dawn inqabżu?", "Għidilna jekk inqabżux.", "Wara li s-sena li għaddiet u fis-sentejn ta' qabilha ftaħart tant li l-Logħob għal Kulħadd qed jagħtina pubbliċita' u qed ikun ta' ġid għal Malta, veru li din is-sena mhux se nieħdu sehem?", "Għaliex?", "X'ġara?", "Rajtu li dawn kienu money down the drain?", "Se tieħdu sehem jew le?", "Jekk iva, x'se jsir biex jinżammu l-brejkijiet u l-ħela li hemm minn flus il-poplu - mhux minn fluskom għax fluskom tafu tibżgħu għalihom; intom flus il-poplu tberbqu - fil-PBS tieqaf?", "Ladarba qed insemmi l-PBS, nixtieq naqra x'jgħid il-Partit Laburista fuq dan il-qasam.", "Aħna mhux nikkritikaw biss.", "Is-sena li għaddiet jiena kont għidt li l-Partit Laburista kien qed jipprepara dokument serju dwar ix- xandir.", "Issa dan lest u huwa open to criticism; jekk hemm fejn intejbuh għidulna u nipprovaw intejbuh.", "Nistqarr onestament li kemm jiena u kemm il-Partit Laburista, iddejjaqna li meta tkunu intom fil-gvern nakkużawkom li tużaw il-PBS favur il-partit tagħkom u meta nkunu aħna fil-gvern takkużawna intom li nużaw il-PBS favur il-Partit tagħna.", "Wara kollox, dak huwa x-xandir tan-nazzjon.", "Għax nemmnu hekk - nerġa' ngħid li din il- problema konna indirzzajnieha fis-Select Committe - aħna ħriġna dokument fejn qed ngħidu hekk:", "\"Fis-servizz kollu tiegħu x-xandir pubbliku għandu jitmexxa skond normi ta' professjonalita' u ta' imparzjalita' politika, b'impenn biex joffri skop għall-iżvilupp sħiħ ta' l-identita' u tal-kultura Maltija.", "L-Awtorita' tax-Xandir għandu jkollha bħala l-aqwa funzjoni tagħha dik li tiżgura li x-xandir statali jilħaq dawn il-miri.\".", "Komplejna ngħidu li:", "\"Biex tassew l-Awtorita' tax-Xandir tista' tkun effettiva f'din il- ħidma, wasal iż-żmien li hi tingħata funzjoni eżekuttiva fit-tmexxija tax-xandir pubbliku.", "Waqt li l-Awtorita' tax-Xandir tingħata direzzjoni eżekuttiva tax-xandir pubbliku, għandu jinħatar bord konsultattiv ta' sorvelja professjonali magħmul minn persuni li għandhom esperjenza twila fil-professjonaliżmu u fil-qasam tax-xandir u ta' l-informazzjoni.", "L-iskop tal-bord konsultattiv ikun li jservi bħala awditur professjonali tax-xandir pubbliku biex jagħti l-fehmiet u l-pariri tiegħu dwar aspetti relevanti ta' l-ipprogrammar, il- preżentazzjoni u l-amministrazzjoni tax-xandir pubbliku.\".", "Hawn min jgħid li din m'hijiex soluzzjoni feliċi.", "Mela għaliex ma tgħidulniex x'soluzzjoni feliċi għandkom intom?", "Aħna qed nipproponu xi ħaġa biex dan il-qasam li tant jifred lill-poplu jiġi rranġat.", "Għidulna intom x'qed tipproponu.", "Aħna minn din in-naħa ilna xhur sħaħ inkissru moħħna fuqha u għadna ma sibniex soluzzjzoni aħjar.", "Jekk għandkom soluzzjoni aħjar, allura wettquha u tkomplux tinqdew bil-PBS, għax issa li ġejja l-elezzjoni, il-propaganda favur il-Partit tagħkom tkompli tikkarga.", "Jien inwegħedkom li l-Partit Laburista se jfittex il-mezzi legali kollha biex jesponikom mhux bħala nies demokratiċi, imma bħala nies li tużaw id- demokrazija biex tagħmlu dittatorjat demokratiku.", "Għax, għalija, li tużaw ix-xandir Malti b'dan il-mod, hekk ifisser.", "Mr Chairman, inkun qed noqos jekk fil-ftit minuti li baqagħli ma nsemmix il-Liġi dwar l-Istampa.", "Jien skandalizzajt ruħi meta nhar is-Sibt li għadda l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu wieġeb għall-allegazzjoni serja tal-każ ta' koruzzjoni li kien qajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u dar lejn l-Onor.", "Evarist Bartolo, li huwa ġurnalist, u qallu: Issa, Sur Bartolo, nispera li tgħinna.", "X'qed jippretendi l-Prim Ministru, li ġurnalist jikxef is-sors tiegħu?!", "L-iktar ħaġa qaddisa li għandu ġurnalist hija li ma jikxifx is-sors tiegħu.", "Lill-Prim Ministru ngħidlu li jekk irid ifittex jaf fejn għandu jfittex biex isib il-verita', u mhux jippretendi li ġurnalist jikxef is-sors li jkun għaddielu l-informazzjoni.", "Mhux is-sors huwa importanti, imma jekk hemmx korruzzjoni jew le.", "Ara l-każ ta' l-ex- Ministru Gatt ma tawhx f'idejn il-Pulizija imma għaddewh lill-Kummissjoni Permanent Kontra l-Korruzzjoni.", "Pero' ħallina minn dan issa.", "Nagħlaq b'kumment fuq il-Liġi dwar l-Istampa.", "Aħna ngħidulkom biex l- emendi li pprovajtu tressqu għal din il-Liġi tarmuhom għax ħadd ma jaqbel magħhom.", "U nista' ngħidilkom li l-Leader tal-Partit, l-Onor Lino Sptieri u jien iltqajna mal-ġurnalisti u mal-Press Counci.", "U rrid ngħid li jien stennejt li l-Press Council joħroġ jikkundanna u u jiġbed widnejn il-Prim Ministru talli pprova jagħrax lill-Onor.", "Bartolo biex jikxef is-sors tiegħu u jgħidlu li l-ġurnalisti ma jikxfux is-sorsi tagħhom.", "Il-Press Council qiegħed hemm biex jara li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Nerġa' nappellalkom biex tħarsu lejn din il-liġi għax mhux ta' b'xejn ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, jekk jgħoġbok ikkonkludi.", "ONOR.", "RENO CALLEJA: Mr Chairman, nappellalhom biex jerġgħu jikkonsidraw bis-serjeta' l-emendi li hemm għal-Liġi dwar l-Istampa għax dak li hemm propost huwa rigressiv għall-aħħar.", "U meta tħares sewwa lejn l-emendi tibda tinduna għaliex ħallew bieb imbexxaq dwar il-kwestjoni tas-sors.", "Ir- raġuni hija li intom aktar moħħkom biex taqbdu min jgħaddilna l- informazzjoni milli biex tirranġaw il-korruzzjoni!", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-ħin għad-dispożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni issa skada.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għall-Gvern.", "Is-Segretarju Parlamentari Richard Muscat.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, se nibda b'dak li kont se nħalli għall-aħħar ħalli nfittex neħles minnu.", "Għax kif jgħidu li Sqallin: Cattivu passu, passalu prestu.", "Għadni kif smajt - u veru ssaportejt nisimgħu - kelliem jagħmel awto-definizzjoni ta' meta hu kien ministru tal-Gvern Laburista li kien jirrapprenżenta dak iż-żmien.", "U nibda biex proprju nieħu kumment mill-final ta' l-intervent tiegħu, fejn qal li dak li jkun fil-poter u juża x-xandir pubbliku għall-propaganda tiegħu jkun dittatur moħbi taħt id-demokrazija.", "Din kienet il-pożizzjoni meta l-Partit Laburista kien fil-gvern.", "L-Onor Calleja għadu kemm ta definizzjoni tad-dittatura li aħna meta konna fl-Oppożizzjoni - partikolarment jien mill-esperjenza li għext - dejjem sostnejna li kienet teżisti fix-xandir.", "Dawn kienu dittaturi moħbija taħt il-faċċata tad- demokrazija.", "Imbagħad illejla jiġi dan il-perċimes jitkellem b'din il- manjiera!", "U għaliex verament tkun demokratiku u tirrispetta l-fehmiet ta' ħaddieħor anke meta ma taqbilx magħhom, li tissaporti din il-kwalita' baxxa ta' kritika u attakk.", "Dan ifakkarni wkoll f'kumment li għamel l-ewwel kelliem fid-dibattitu tal- lejla, l-Onor.", "Attard Montalto, meta qal: \"Se ngħid ħmerija iżda hija importanti\".", "Frankament meta smajt lill-Onor.", "Reno Calleja jitkellem għal kwarta sħiħa, ma flaħtx ma nqabbilx fil-każ meta wieħed iħossu importanti meta jgħid il-ħmerijiet.", "Jiena niddikjara, Mr Chairman, li minkejja dak kollu li qal l-Onor.", "Calleja, l-uniku settur fil-Ministeru li jien m'iniex qiegħed naqsam it- tmexxija tiegħu mal-Ministru Refalo mir-reshuffle li sar l-aħħar, huwa proprju l-PBS.", "F'kollox għandi biċċa sehem barra fil-PBS.", "Din id- dikjarazzjoni qed nagħmilha biex nuri kemm l-Onor.", "Calleja fil-kummenti tiegħu kien fl-ogħla muntanja tal-ħmerijiet, fl-Everest tal-ħmerijiet!", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma tellift lil ħadd u issa nippretendi li jħalluni nitkellem.", "Jien issaportejt nisma' ħafna aktar minn hekk.", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT: Mr Chairman, hawnhekk smajna wkoll ripetutament, vilment u apposta miżinterpretazzjoni ta' frażi li jien użajt madwar sena ilu minn fuq it-telefon - sitwazzjoni impossibbli biex titkellem - fi programm televiżiv.", "U b'dan il-kumment irrid nagħlaq dan l-argument u ma niddiskutihx aktar.", "Jiena kont iċċarajt il-ħsieb tiegħi minn fuq ir-radju u t-televiżjoni u anke minn fuq il-ġurnali u se naqra testwalment dak li ktibt.", "Fid-19 ta' Ottubru, 1994 f\"The Times\" iċċarajt il-pożizzjoni tiegħi dwar dak li allega u akkużani bih l-Onor.", "Calleja u kont ktibt hekk:", "\"PBS is expected to observe balance and impartiality where controversy or matters of public interest exist.\" .", "- għal min hu demokratiku, this is stating the obvious -", "\"It is however most natural in Malta, as in all other democracies, that current affairs programmes generally give priority to activities and policies of the Government of the day and then pass on to other news items that should include as of right those of the Opposition and of any other opinion and belief accepted by the Maltese society.\".", "L-għada, 20 ta' Ottubru, 1994, f'\"in-nazzjon\" kont ktibt artiklu fuq l- istess suġġett bit-titlu \"Ix-Xandir - Bejn Dritt u Logħba\" u għidt hekk:", "\"Il-Current Affairs tax-Xandir Pubbliku.", "Hu naturali li meta tagħmel ir-rapportaġġ l-ewwel aħbar tibda b'aħbar governattiva.", "L-aħbarijiet ta' kull forza politika u soċjali li teżisti fil-pajjiż huma wkoll rapportati.", "GĦandna niddeċiedu darba għal dejjem jekk id-destin tagħna huwiex li nibqgħu magħluqin fil- kultura fejn kull aħbar teżisti biss jekk tiġi minn sors politiku tal- partit jew tal-politiċi.", "In-news value hu l-aqwa kriterju.", "Dan jgħodd f'kull xandir, iżda l-aktar f'dak pubbliku.\".", "Fuq dan l-argument nieqaf hawn għax ma' rridx inżid iktar.", "Mr Chairman, illejla l-Onor.", "Cilia, Alla jbierek, f'ħames minuti dar il- problemi kollha taż-żgħażagħ, anke problemi mhux koperti minn dan il- Ministeru għax semma l-housing, ix-xogħol, l-edukazzjoni, eċċ. Fi kliem ieħor, dar dawra around the world in five minutes!", "Jidher ċar li l- Oppożizzjoni hija iżolata fil-kritika tagħha u qed tagħmel biss kritika fjakka.", "Kemm illejla, kif ukoll f'seduti oħra, intqal li l-budget kien diżappunt kbir għaż-żgħażagħ u li l-Gvern huwa nieqes u niexef mill-ideat.", "Dak kollu li qed jingħad min-naħa l-oħra jindika li dawn ittrattaw id- diskors tal-budget qishom bdew ifittxu t-tifsira ta' kelma f'dizzjunarju u jekk ma jsibuhiex ma jkunu fehmu xejn.", "GĦax il-verita' hija kompletament differenti minn dak li qed jingħad.", "Fejn hu s-suċċess tal-politika dwar iż- żgħażagħ?", "Ħalli naraw x'inhuma l-għanijiet tal-budget li għadu kemm ġie ppreżentat.", "Fost it-tliet prijoritajiet elenkati fil-bidu nett tad-diskors tal-budget insibu li t-tielet waħda hija li:", "\"Inkomplu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Malti mingħajr ħadd ma jibqa' lura.\".", "Jekk inħarsu lejn paġna 41 fejn il-budget jittratta l-kultura u l-isport insibu l-kliem:", "\"Aktar ma tonqos il-preokkupazzjoni għall-ħobżna ta' kuljum, aktar tikber ix-xenqa ta' żvilupp u parteċipazzjoni kulturali u sportiva.", "F'dawn is-setturi bil-mod il-mod nibdew inżidu l-allokazzjonijiet fil- futur biex inkunu nistgħu ngħinu fl-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet mixtieqa.\".", "Id-diskors tal-budget imbagħad jispiċċa b'din il-frażi:", "\"L-isfida li nirbħu l-problemi ekonomiċi u soċjali li jġib miegħu s- suċċess għandha tkun l-isfida tagħna\".", "Meta tara dawn il-ħsebijiet trid tkun proprju m'intix issegwi biex ma tarax li l-politika tal-Gvern tidħol f'kull settur tal-popolazzjoni, f'kull settur li tirrappreżenta s-soċjeta u allura mhux anqas fejn jidħlu ż- żgħażagħ.", "Xi jfisser dan, Mr Chairman?", "Il-Gvern qed ikompli jħejji l-futur għaż-żgħażagħ.", "Qed nagħmlu pajjiż modern li rridu nlaħħquh mal-pajjiżi l-iktar moderni ta' l-Ewropa mhux biss għall-finijiet tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, imma għax dik hija l- linja li qbadna.", "It-tieni punt huwa li din il-binja ta' pajjiż modern hija msejsa fuq il-liberta', il-ġustizzja soċjali u l-impiegi.", "Dan il-messaġġ iż-żgħażagħ ħaduh u fehmu li l-Gvern ma jindirizzax diskorsi lejhom u mbagħad ma jsarrafhomx.", "Fehmu dak li qed jagħmel il-Gvern għas-soċjeta' u li l-livell ta' għajxien li qed joffri jfisser ukoll livell ta' għajxien għaż-żgħażagħ.", "Dan jifhmuh għax jgħixuh fil-familji tagħhom, fil-post fejn jistudjaw u fil-post tax-xogħol li jfittxu u jsibu.", "Wasalna fl-għeluq tas-sena 1995 li tfakkar l-għaxar anniversarju tas-Sena Internazzjonali taż-Żgħażagħ.", "Dan l-anniversarju ġie mfakkar b'ċelebrazzjonijiet u attivitajiet mill-Youth Division tagħna.", "Iżda aħna ma' mmonopolizzajniehomx u tajna għajnuna u nkoraġġiment lil assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ bħalma huma l-Kerygma, il-Boy Scouts, il- Girl Guides u oħrajn biex dawn kollha jagħmlu xi attivita' ħalli, flimkien mal-kumplament tad-dinja, nikkommemoraw dan l-anniversarju.", "Pero' aktar importanti mill-attivitajiet fihom infushom huwa l-fatt li fuq kollox qegħdin niċċelebraw dan l-anniversarju bil-kisbiet soċjali, ekonomiċi u kulturali li qed noffru biex jitjieb il-livell ta' għajxien li jgawdi minnu kulħadd.", "U meta ngħidu \"kulħadd\", qed ninkludu liż-żgħażagħ; anzi probabbilment l-aktar li jgawdu minn dawn il-kisbiet huma ż-żgħażagħ.", "Meta nħarsu lejn dan il-perjodu ta' għaxar snin bejn l-1985 u l-1995, inkunu qed inħarsu lejn żewġ epoki differenti.", "X'kienet is-sitwazzjoni għaż-żgħażagħ għaxar snin ilu fi żmien is-Soċjalisti?", "Il-Partit Soċjalista pprovoka liż-żgħażagħ u dawn irreaġixxew.", "Illum iż-żgħażagħ qed jirrispondu għall-inkoraġġament li dejjem qed jingħata mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Iż-żgħażagħ dejjem kienu attivi u parteċipattivi imma fi żmien is-Soċjalisti rreaġixxew għall-provokazzjoni, filwaqt li llum jirrispondu għall-istedina u l-inkoraġġiment li qed jagħmlilhom il-Gvern preżenti.", "Fl-1985, taħt Gvern Soċjalista rajna l-Universita' ffriżata, in- numerus clausus u ż-żgħażagħ jintrabtu bil-ktajjen bi protesta.", "Illum f'\"l- orizzont\" Anton Cassar, fil-famuża storja kollha bias li qed jgħaddina minnha, fakkarna fil-battalja li mexxew iż-żgħażagħ favur l-iskejjel privati.", "Minkejja l-politika u t-tensjoni li kien hawn fil-pajjiż, iż- żgħażagħ dejjem kienu ħerqana għal-liberta' u d-demokrazija.", "Niftakru li dak iż-żmien il-qgħad kien ta' 8%, li jfisser li kien hawn 10,000 ruħ ifittxu x-xogħol.", "Dak inhar iż-żgħażagħ ingħataw il-proposta li jissieħbu fid-Dejma.", "It-teknoloġija avvanzata u l-computers kienu għadhom lussu għal dak iż-żmien u ma kenux ikkonsidrati.", "Min illum għandu bejn 25 u 27 sena ġej minn dik il-ġenerazzjoni meta l-politika barranija dwar l- Ewropa kienet il-politika ta' Kain u Abel.", "X'kienet din il-politika?", "Permezz ta' dik il-politika, iż-żgħażagħ tagħna spiċċaw iżolati mill-bqija ta' l-Ewropa u l-istudenti żgħażagħ kien ikollhom isiefru biex jaħarbu minn iżolament akkademiku u jfittxu futur barra minn Malta.", "Il-prijorita' kienet sempliċement lotta biex ma jibqgħux jitilfu minn dak li kien irnexxielhom jakkwistaw sa dak inhar.", "Illum il-Gvern Nazzjonalista qed jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ.", "Aħna nemmnu li għandna messaġġ għaż-żgħażagħ.", "Irridu li l-inizjattiva tagħhom tiġi boosted mill-Gvern.", "Irridu nagħtu appoġġ lil min jgħin ruħu.", "Irridu nkunu l-gwardjani ta' l-interessi u ta' l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ quddiem il-problemi li jiffaċċjaw.", "U għal dan mhux il-Ministeru tagħna biss - li għandu settur dedikat partikolarment għaż-żgħażagħ - huwa kommess; dan kollu jitwettaq b'kollaborazzjoni sħiħa mal-ministeri l-oħrajn li lkoll huma responsabbli minn oqsma li jinteressaw direttament il-futur u l-ħajja taż-żgħażagħ.", "Irridu nuruhom kif u għaliex jistgħu jħobbu lil Malta b'ħarsithom lejn l-Ewropa.", "Din hija l-isfida li għandhom quddiemhom iż-żgħażagħ tagħna.", "Irridu ngħinuhom iħejju għas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u dan nagħmluh billi ninkoraġġixxu bidla fil-mentalita'.", "Il-pajjiżi Ewropej għandhom mentalita' speċifika fejn kollox hu ppjanat u organizzat minn qabel.", "Aħna issa rridu ngħinu liż- żgħażagħ tagħna jħejju ruħhom sewwa biex jintegraw ruħhom b'suċċess maż- żgħażagħ Ewropej.", "Jeħtieġ li jibdew jidraw minn issa mentalita' li tippjana u jaħdmu kontinwament f'sens ta' sigurta'.", "Il-mentalita' li kollox jgħaddi bit-tqanċiċ trid tispiċċa.", "Aħna qed ninkoraġġuhom f'dan għaliex il-futur taħghom fl-Ewropa jrid ikun jiddependi wkoll minn kemm huma jkunu kapaċi jaħsbu minn qabel u jippjanaw il-ħajja u l-attivita' tagħhom.", "Ma jridux iħallu kollox għaddej b'mod li kontinwament jiġu affrontati b'sitwazzjonijiet fejn ikollhom jimproviżaw.", "Dan li qed nagħmlu għaż-żgħażagħ.", "Aħna mhux sempliċement indaħħlu sentenza fil-Budget Speech, imma nsegwu politika li twassal għal dawn l-għanijiet.", "L-Ewropa hija l- isfida taż-żgħażagħ tagħna.", "L-Ewropa hija l-immaġinazzjoni, il-futur u l- vera triq tagħhom.", "Din hi l-proposta li għandhom quddiemhom.", "Kif se naslu għal dan?", "Fil-Ministeru tagħna għandna ħidma mmirata partikolarment għal għadd ta' attivitajiet għaż-żgħażagħ.", "Fuq kollox it-80,000 żagħżugħ li hawn f'pajjiżna jikkostittwixxu 22% tal-popolazzjoni.", "Għalhekk ukoll żidna l- istaff tal-Youth Division biex tkun tista' tlaħħaq ma' l-attivita' li dejjem qed tiżdied fi ħdanha.", "Dak li qed nagħmlu għadu m'hux biżżejjed u rridu nkomplu nżidu u nkabbru din is-sezzjoni.", "Kif diġa' għidt, din is- sezzjoni torganizza programmi b'kollaborazzjoni ma' ministeri oħra, man- National Youth Council - ta' min jgħid li dalwaqt jerġgħu jsiru l- elezzjonijiet għal ħatriet fuq dan il-Kunsill - u ma' l-Institute of Youth Studies li hemm fl-Universita', li qed jagħti servizz imprezzabbli biex iħejji youth workers li hija professoni ġdida li l-bżonn tagħha fil-pajjiż qed jinħass u li r-riżultati tagħha diġa' bdew jidhru.", "Fil-Youth Division jiġu organizzati attivitajiet bħalma huma youth exchanges, il-youth cultural tours, il-Youth for Enterprise bl-għajnuna tal-Bank of Valletta, il-Youth Specialisation Studies Scheme li għandha l-appoġġ ta' l-APS u l- Youth Support Programme.", "Ma nistax noqgħod nidħol fid-dettal ta' kull programm, imma ma nistax ma nsemmihomx biex insostni dak li għidt.", "Għandna wkoll inizjattivi ġodda.", "Il-Ministeru tagħna qed jagħti appoġġ lill-clubs taż-żagħżagħ.", "Kif diġa' ħabbarna, din hija skema li diġa' bdiet taħdem u għalhekk meta tisma' lil min jgħid li aħna abbandunajna l-clubs taż- żgħażagħ, tibda taħseb li l-gazzetti mhux veru jinqraw.", "F'din l-iskema, li diġa' bdejna, qed niddefinixxu diversi pjani.", "Din l-iskema hija importanti u meħtieġa, pero' wieħed irid jgħid ukoll li fiha ħafna diffikultajiet.", "Madankollu għad naslu fejn nixtiequ u nkunu nistgħu naraw ir-riżultati tagħha fix-xhur li ġejjin.", "Skema oħra li qed naħdmu fuqha hija b'koperazzjoni mas-SEDQA.", "Aħna rridu li liż-żgħażagħ nipprovdulhom servizz ta' informazzjoni utli għall- interessi tagħhom fil-postijiet li l-iktar li jiffrekwentaw.", "Mr Chairman, għadna skema oħra li hija kampanja ta' għarfien tal-valuri tal-ħajja bħala tarka kontra l-vizzji.", "Minn hawn u ftit tal-ġranet oħra se nwaqqfu l-aġenzija għal dak li nsejħulu l-programm tal-Youth for Europe III programm li l-Gvern għadu kif iffirma ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm interventi u miżuri ta' diversi forom fl-ambitu ta' l-istess Ministeru.", "Hemm żgħażagħ li jibbenefikaw minn dak li noffru fil-qasam ta' l-arti, fil- qasam tal-kultura u anke fil-qasam ġudizzjarju.", "Iż-żgħażagħ li huma vulnerabbli, esposti għall-periklu u għall-isfruttament huma l-aktar li rridu ngħinu.", "Il-miżuri li rridu nieħdu għandhom l-għan li they empower liż-żgħażagħ ġuvintur u tfajliet.", "Xi jfisser li nagħtuhom empowerment, Mr Chairman?", "Irridu li liż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom aċċess għar-riżorsi li joffri l-pajjiż, per eżempju fl-informazzjoni, is-servizzi, l-ideat , il- kreattivita', eċċ. Dan hu xogħol li qed nagħmlu kuljum, is-sena kollha, bil-ħidma tal-Youth Division tagħna u bil-koperazzjoni tan-National Youth Council u ta' l-Istitut għall-Istudji taż-Żgħażagħ fl-Universita'.", "Qed nieħdu wkoll miżuri biex iż-żgħażagħ ikollhom tisħiħ fid-decision taking u fil-policy formulation.", "Għar-rigward tal-politika dwar iż-żgħażagħ min hawn u ftit ta' ġranet oħra se jkollna seminar ta' ġurnata organizzat min- National Youth Council bil-koperazzjoni tal-Youth Division intiż proprju biex nagħmlu update tal-politika dwar iż-żgħażagħ li skond l-istatut tagħha kull sentejn trid tiġi updated.", "Il-perjodu jagħlaq fl-aħħar ta' din is- sena u għalhekk se jiġi organizzat is-seminar li semmejt biex inkunu f'qagħda li nżommu l-appuntament tagħna kif programmat sentejn ilu, u naġġornaw il-youth policy li għandna.", "L-empowerment u l-promozzjoni ta' l- attivitajiet intiżi biex jgħinu liż-żgħażagħ jinkludi skemi li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jagħmlu xogħol għal rashom.", "Miżura oħra ta' inkoraġġiment hija li nipprovdu soft loans favur inizjattivi ta' xogħol proġettati miż-żgħażagħ.", "Aħna nipprovaw ukoll ninsġu rabta bejn il- politika nazzjonali sportiva u l-iżvilupp.", "Jekk dawn m'humiex miżuri ta' empowerment għaż-żgħażagħ u proġetti li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom, allura ma nafx x'jistgħu jkunu, Mr Chairman.", "Il-kelliem ta' l- Oppożizzjoni f'ħames minuti ...", "Dażgur, għax hekk teħles malajr; tgħid li tant hemm xi tgħid li ma tistax toqgħod issemmi kollox, u allura tispiċċa biex ma tgħid xejn għax ma ssibx x'tikkritika.", "B'dan il-mod is-suġġett taż- żgħażagħ jiġi likwidat mill-aktar fis.", "Ngħaddi biex insemmi l-isports u l-leisure alternattiv.", "Żgur li ż- żgħażagħ l-iktar li jibbenefikaw huwa minn dan il-qasam.", "L-Onor.", "Cilia qal li \"l-isports iħejji liż-żgħażagħ fiżikament\".", "Huwa ovvju li jħejjihom fiżikament, imma l-Onor.", "Cilia nesa kompletament il-valuri ta' l-isports, Mr Chairman.", "Permezz ta' l-Iskola Sport u l-iskema Sports for All, li huma l-qalba ta' l-attivita' li għandu l-Ministeru tagħna f'dan il-qasam aħna nidħlu fil-valuri ta' l-isport.", "L-ikbar preokkupazzjoni tagħna m'hijiex li naraw li l-muskoli taż-żgħażagħ tagħna jġibu l-medalji.", "Nieħdu gost bihom dawn l-affarijiet bħalma ħadna gost meta l-Ministru u jiena morna nilqgħu liż-żewġ tiraturi Maltin li rebħu l-medalji tad-deheb.", "Aħna kburin immens b'dawn iż-żewġ sportivi u nista' ngħid li ħassejna ruħna emozzjonati meta morna nilqugħuhom.", "Pero' l-għan tagħna fl-iSport for All u fl-Iskola Sport hu li kemm jista' jkun inkabbru, nippromwovu u nagħtu sens lill-valuri veri ta' l-isport, mhux sempliċement naħsbu fil-muskoli.", "Dawn huma ideat u valuri li jpoġġuna xi ftit 'il bogħod mill-mod kif taħseb l-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett.", "Rigward l-alternative leisure rrid ngħid li aħna ma rridux inħallu li dan il-qasam jiġi hijacked kompletament mill-kummerċjanti.", "Dawn ukoll jorganizzaw diversi attivitajiet imma ma rridux inħallu lilhom biss jieħdu l-inizjattiva.", "Huma għandhom mezzi aktar mill-Gvern pero' aħna, bħala gvern, għandna nagħmlu aktar biex noffru alternattiva vera li ma jkollha ebda influwenza politika imma jkollha l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tal- ġenituri.", "Irridu naraw li l-investiment fil-prevenzjoni minn vizzji jikber, għaliex nemmnu li investiment akbar fil-prevenzjoni jiġi orħos mill- ispiża biex tirkupra żgħażagħ vittmi.", "Irrid ngħid x'inhu eżattament l-iskop tal-programmi Sport for All u ta' l- Iskola Sport.", "Żgur li l-Iskola Sport qed tagħmel biċċa xogħol ferm siewja u l-isem tagħha sar ferm popolari u mfittex.", "X'jaf l-Onor.", "Cilia fuq din l- iskola?", "Mhux aħjar qalilna li ladarba ma kkritikahiex u ma kellux suġġerimenti dwarha, ifisser li hu kuntent biha?", "Il-progress li sar f'dawn l-aħħar snin jidher mill-figuri u m'aħniex qed nivvintawh aħna.", "Fl-1988 kien hemm 700 parteċipant f'seba' dixxiplina sportivi.", "Illum, li għadha kif ġiet inawgurata s-sena l-ġdida ta' l-Iskola Sport, hemm 2,400 parteċipant fi 18-il dixxiplina sportiva.", "Bilfors li l-Oppożizzjoni ma ssemmihiex din, u jaqblilha tinsiha għax sejra tajjeb.", "Imma aħna min-naħa tagħna ma nistgħux ma nsemmuhiex.", "Fil-bidu l-attivitajiet kienu jsiru biss fiċ-ċentru tekniku sportiv tal-Marsa.", "Illum mill-Marsa nfirxu u jsiru attivitajiet fil-Hamrun, il-Blata l-Bajda, l-Imrieħel, Kordin, il-Pixxina Nazzjonali u postijiet oħra.", "Tajjeb li wieħed jgħid li t-taħriġ f'din l- iskola qed isir minn coaches u trainers kwalifikati u żgur li anke l- għaqdiet nazzjonali sportivi tagħna jħossu ċertu sodisfazzjon b'dan it- taħriġ.", "L-Iskola Sport bir-raġun tħossha kburija meta żgħażagħ b'xi talent jirnexxilhom anke jidħlu fl-ambjent ta' l-isport kompetittiv.", "Fil-fatt ir- relazzjonijiet ma' l-għaqdiet sportivi ma jistgħux ikunu aħjar.", "Tant hu hekk li l-coaches f'ċerti dixxiplini huma coaches nazzjonali f'għaqdiet sportivi fl-istess ħin.", "L-aspetti pożittivi ta' l-isport huma ħafna, mhux biss dak fiżiku; l- isport iservi bħala passatemp, bħala mezz għas-saħħa fiżika u morali tal- bniedem, kif ukoll jgħin fl-iżvilupp tal-karattru.", "Huwa għalhekk li l- Iskola Sport qed tagħmel ħafna ġid.", "It-tagħlim li jsir m'huwiex biss prattika sportiva iżda huwa wkoll tagħlim fir-rispett lejn l-uffiċjali tal- logħba u valuri oħra li min isegwi jew iħobb l-isport jaf x'inhuma.", "Hemm numru ta' coaches immexxijin mis-Sur Tony Formosa li ta' min ifaħħarhom għad-dedikazzjoni tagħhom.", "Nerġa' ngħid, dan huwa huwa proġett ferm ambizzjuż u ta' ġid għaż-żgħażagħ tagħna.", "L-iSport for All hu proġett interessanti wkoll.", "Għalkemm xi attivitajiet diġa' bdew, f'dawn l-aħħar ġimgħat tajnieh struttura b'set-up permanenti.", "Waqqafna bord tad-diretturi magħmul minn persuni li għandhom esperjenza kbira fil-qasam ta' l-isport; għandhom kuntatti lokali u internazzjonali; għandhom id-dedikazzjoni u għandhom ukoll imħabba lejn l-isport.", "Dawn in- nies, permezz ta' l-expertise tagħhom qed jgħinuna nħejju programm aktar organizzat ħalli l-iSport for All ikun programm fuq livell internazzjonali.", "Dan il-programm huwa membru fl-iSport for All Programme ta' l-Ewropa u fil- fatt Malta hija rappreżentata fil-viċi presidenza tiegħu.", "Għal dan il- proġett qed infittxu l-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali u se ninvolvu wkoll lill-clubs, għaqdiet volontarji, is-setturi kummeċjali u anke lill- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Dan hu programm li jinvolvi firxa kbira enormi ta' Maltin u Għawdxin u żgur li huwa bżonnjuż biex dejjem inkabbru l- parteċipazzjoni fl-isport.", "Il-bżonn ta' programm bħal dan diġa' jinħass u jidher mid-domanda kbira li għandna.", "Għax waħda mill-konsegwenzi li joħorġu mis-suċċess fil-ħolqien ta' kondizzjonijiet aħjar u kisbiet ekonomiċi u soċjali mill-aqwa fil-pajjiż hija dik li jkun hawn domanda aktar qawwija għal-leisure u għall-prattika ta' l-isport.", "Għalhekk għandna domanda kbira minn nies li jridu jipparteċipaw f'attivitajiet sportivi.", "Dan huwa li qed nipprovaw nagħmlu.", "Diffikultajiet u problemi hemm, għax mhux faċli li tlaħħaq ma' domanda kbira bħal dan li qed tinfirex.", "Ta' min jgħid li din id-domada ġejja minn persuni ta' kull eta'.", "Tant hu hekk li llum fl-Iskola Sport introduċejna attivita' anke għall-ġenituri li jkunu qegħdin jistennew lil uliedhom jispiċċaw mit-training sessions tagħhom.", "Flok li dawn joqogħdu jparlaw biex jgħaddi l-ħin, għamilnielhom proposta li huma wkoll jipparteċipaw f'attivita' sportiva waqt li qegħdin jistennew.", "U tiskanta x'suċċesskellha din il-proposta.", "Kien hemm 80 ġenitur li aċċettaw din il-proposta u fil-fatt qed jieħdu sehem f'attivita' sportiva waqt li jkunu qed jistennew lil uliedhom.", "Dan il-konċett dejjem qed jikber u ż- żerriegħa qed tagħti l-frott.", "Dan huwa li rridu u għal dan il-għan irridu nżidu l-investiment tagħna.", "Il-programm Sport for All huwa investiment f'pajjiżna u l-vot li hemm fl-estimi biex dan ikun jista' jiġi implimentat jixhed il-konvinzjoni tagħna li dan hu programm ta' siwi kbir.", "Għandi pjaċir ngħid li dawk li qegħdin jippreparaw il-programm qed jaħdmu b'dedikazzjoni kbira u ħaqqhom kull tifħir.", "Mr Chairman, tkellimt ħafna fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport għax dawn huma żewġ suġġetti marbutin ma' xulxin.", "Jekk irridu ġenerazzjoni ta' żgħażagħ differenti jeħtieġ li s-soċjeta' tkompli tinbidel.", "L-unika terapija possibbli u effikaċi hija li s-soċjeta' tkompli tinbidel mhux b'xi tibdil tat-tqanċiċ 'l hemm u 'l hawn, imma b'tibdil li jassigura li ma jkollniex żgħażagħ ta' nofs kedda, żgħażagħ fid-disperazzjoni u li jitkellmu fuq ħolm.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu ħolm u utopiji; meta jkun riesaq millennju ġdid malajr taqa' fl-iżball li titkellem fuq utopija, fuq ideali fis-sħab li ma tistax twettaqhom.", "Hawn aħna qed nitkellmu fuq fatti għax ir-riżultati diġa' qegħdin ma' wiċċna.", "Aħna m'aħniex qed naqgħu fit- tentazzjoni ta' l-utopija.", "Qed nassistu għal lotta għas-sopravvivenza tal- bniedem.", "Il-lotta tal-lum hija waħda kulturali; li bniedem jadatta ruħu għal bniedem ieħor għandu jkun l-isfond kulturali tal-bidla fil-mentalita' tas-soċjeta' tagħna.", "M'hemmx għalfjen nibnu muntanji jew xmajjar; kulma għandna nagħmlu huwa li nikkonvinċu lil kuħadd, speċjalment lil dawk li jinsabu f'xi pożizzjoni ta' responsabilita' jew ta' influwenza - mhux qed ngħid biss għal min jifforma parti mill-Gvern, imma anke għall-membri ta' l- Oppożizzjoni u għal nies f'kull qasam ieħor tas-soċjeta' - biex ikollhom aktar sens uman meta jħarsu lejn iż-żgħażagħ.", "Irridu nersqu lejn soċjeta' li tħoss, bħallikieku ta' kull membru tagħha, it-taħbit tal-qalb ta' dawk iż-żgħażagħ li jinsabu f'xi forma ta' sofferenza jew faqar.", "Grazzi, Mr Chairman.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman u Onor. Membri ta' din il- Kamra, naħseb li jixraq li l-ewwelnett nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod ħadmu u għenu fil-Ministeru u li sforz tax-xogħol tagħhom u tal- ħidma tagħhom il-Ministeru wasal għal ħafna kisbiet li llum nista' nitkellem dwarhom.", "Jien nixtieq nirringrazzja mhux biss lill-impjegati u lill-uffiċjali li hemm fil-Ministeru, imma wkoll lil dawk in-nies kollha li hemm fid-diversi bordijiet u li volontarjament qed jagħmlu ħafna xogħol, qed jagħmlu ħilithom u qed jagħtu ħinhom biex iwessgħu l-firxa u r-raġġ ta' azzjoni tal-Ministeru b'ħidma favur il-poplu.", "Ladarba qed nitkellem fuq nies li qed jagħmlu xogħol volontarju, irrid nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li qegħdin fil-qasam tal-volontarjat, speċjalment fl-isports, fil- kultura u f'attivitajiet fost iż-żgħażagħ.", "Kieku ma kienx għall-ħidma tagħhom, is-sitwazzjoni ta' Malta tkun simili ħafna għal dik li hemm barra minn Malta.", "Kieku ma kienx għas-settur tal-volontarjat, ċertament li dan il-poplu kien ikollu ħafna nuqqasijiet, speċjalment fl-oqsma li għadni kif semmejt.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Membri taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra għax meta kien hemm il-bżonn, ikkontribwew bl-għaqal u bil-ħidma tagħhom għal leġislazzjoni li kienet ta' importanza.", "Nirringrazzja wkoll lill- erba' kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni, allavolja naħseb li wieħed minnhom biss ipproġetta policy ta' partit - fil-fatt l-oħrajn waqgħu ftit fil-pettegolezzi u fin-nit-picking - għax bil-kummenti tagħhom tawni okkażjoni li nwieġeb dwar diversi punti.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil sieħbi, l-Onor.", "Muscat - apposta ħallejtu għall-aħħar biex ħadd ma jaħseb li family comes first - li refa' ħafna mix-xogħol li qed nagħmlu flimkien.", "Illum huwa tkellem fuq s-settur taż-żgħażagħ.", "Intenni li aħna ddedikajna ħafna ħin għas-settur taż-żgħażagħ għax minkejja dak kollu li jgħidu u minkejja l-propaganda li ssir, li l-Gvern m'hu qed jagħmel xejn għaż- żgħażagħ, l-Onor.", "Muscat wera x'raġġ kbir ta' azzjoni għandna fil-Ministeru għal dak li għandu x'jaqsam ma' attivitajiet, politika u inkoraġġiment liż- żgħażagħ.", "Sur President, tul dawn l-aħħar tmien snin jiena kelli x-xorti li nippreżenta f'din il-Kamra politika u voti li jsostnu l-impenn ta' xi settur.", "Għamilt żmien fuq settur ekonomiku u issa bi pjaċir kbir qiegħed nagħmel l-istess ħaġa f'settur ta' ġid soċjali.", "Jiena verament inħossni kburi li, speċjalment din is-sena, messitni x-xorti li nitkellem dwar budget li jisboq dik li normalment hija l-mira ewlenija ta' budget, jiġifieri li jifrex il-ġustizzja soċjali billi sempliċement iqassam il-ġid fuq kulħadd b'mod iżjed ekwu u mistħoqq.", "Fil-fatt dan mhuwiex budget ta' dan it-tip; m'huwiex budget mibni fuq l-istatistika, fuq iċ-ċifri, fuq il- liri u ċ-ċenteżmi li jippermettu livell ta' ħajja aktar komda.", "Dan huwa budget li jsostni twemmin u ideal.", "Hija dikjarazzjoni programmatika b'miri preċiżi li jwasslu għal prinċipju ogħla.", "Jiena nemmen li l-budget ta' din is-sena huwa pjan ta' azzjoni li jiftaħ triqat ġodda, triqat li llum, għax forsi l-livelli tal-ħajja, tal-maturita' u l-livell ekonomiku għolew, nistgħu naffordjaw nidħlu għalihom b'kunfidenza u b'konvinzjoni.", "Il-budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq solidarjeta' u l-konċett tas-solidarjeta' huwa tradott u msarraf b'mod evidenti anke fil-policies li aħna nibnu u mmexxu fil-Ministeru.", "Għalkemm il-Ministeru huwa vast u l-oqsma li jkopri huma diversi - jiena ngħidilhom komplimentari - nemmen li b'kull mod nistgħu nesprimu politika li permezz tagħha nkunu solidali mas-soċjeta' f'kull qasam.", "U waqt dan l-intervent tiegħi rrid nispjega kif nistgħu nagħmlu dan, filwaqt li naturalment inwieġeb ukoll għall-mistoqsijiet li għamlu l-membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Sur President, hawn min jaħseb li dan il-Ministeru, li jinkludi l- amministrazzjoni tal-ġustizzja kif ukoll tal-kultura fl-ilwien kollha tagħha, huwa xi annimal stramb u xi ħaġa li ġiet maħluqa biex taqdi ċ- ċirkostanzi tal-mument.", "Xejn minn dan, għax meta jkollok esperjenza diretta ta' kif tibni l-policies u kif tmexxi l-evoluzzjoni ta' dawn il- policies f'dawn l-oqsma, tintebaħ kemm tabilħaqq dan iż-żwieġ huwa feliċi.", "Fil-fatt dan huwa l-istess messaġġ li joħroġ mill-budget.", "Għax aħna x'qed ngħidu?", "Il-budget jaħseb biex isaħħaħ il-kultura u l-effiċjenza tas- servizz lill-komunita' f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja.", "Fl- istess ħin il-budget jagħmel ġustizzja maż-żgħażagħ, man-nies tal-kultura u anke ma' l-isportivi.", "Dan huwa budget mibni fuq għanijiet preċiżi u llejla, fis-siegħa li għandi, kif għidt, se nwieġeb għal dak li ntqal, kif ukoll - naħseb li l-Onor.", "Membri jieħdu pjaċir - se nħabbar ċerti miżuri ta' fejda - nemmen u nittama li l-Kamra taqbel li huma ta' fejda - wara li nagħmel xi osservazzjonijiet preliminari.", "Il-konċett ta' solidarjeta' jien qatt ma ekwiparajtu mal-konċett ta' karita', għax jekk aħna noqogħdu nitkellmu fuq il-benefiċċji, fuq assistenza finanzjarja jew fuq assistenza materjali, fil-fehma tiegħi, inkunu qed niżnaturaw il-konċett ta' solidarjeta'.", "Il-Ministeru, dan il- konċett fil-policies tiegħu jfissru u jittraduċih billi, per eżempju, infittxu noħolqu u nsibu opportunitajiet ġodda fejn il-bniedem, speċjalment iż-żagħżugħ, jista' jiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħu.", "Il-politika li mmexxu aħna hija politika li tippremja lil min juri kapaċita', mhux sempliċement għalih, imma kapaċita' li tista' tinfirex f'ġid għal għajru.", "Din hija politika li tappoġġja lil dawk li juru potenzjal u li toffri altternattivi; politika li għandha s-sisien tagħha marbuta mal-prinċipji tal-ġustizzja soċjali, ta' l-imparzjalita', tal-fair play u ta' l-etika; politika - kif għidt fil-bidunett - solidali mal-moviment tal-volontarjat.", "Jiena nemmen li hija wkoll politika ċara u definita li tiġbor fiha t- tifsira tal-konċett ta' solidarjeta' u tagħmel minnu mudell u programm ta' ħajja li tiskarta t-tentazzjoni li tiżviluppa f'xi xejriet assistenzjali, filwaqt li tibni u ssaħħaħ l-ideali tas-self help u l-empowerment - konċett li spjegah tajjeb ħafna l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Richard Muscat - fl- espressjonijiet l-aktar wesgħin tagħhom.", "Sur President, dawn huma l- prinċipji li jiggwidawna.", "Ħalli nitkellem ftit dwar is-setturi diversi ta' dan il-Ministeru.", "Veru li dan il-Ministeru huwa vast imma l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni utilizzaw siegħa mill-ħin allokat lilhom biex jitkellmu fuq il-ġustizzja, u jiena se nibda biha.", "M'hemmx bżonn ngħid li dan m'hux l-aktar settur faċli biex tamministra, imma naħseb li, tajjeb jew ħażin, irnexxielna nirreġistraw xi titjib fih ukoll.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni u minn dak li qalu naħseb li nsew iċ-ċirkostanzi li qed jitkellmu dwarhom u allura l-affarijiet dehru ħażin.", "Għalkemm hemm ċerti ċirkostanzi li ma jwassluniex biex niksbu dak li nistgħu, nibqa' nsostni li kien hemm titjib.", "Pero' għallinqas illum ma smajtx il-kritika li smajt l-aħħar darba, fejn intqal li jien ma nitkellimx; li qisni nibża' nitkellem; li l-kwiet huwa l- iżjed ħaġa importanti għalija; li fil-qorti hemm il-kwiet u li allura kważi kważi qed naħbi.", "Ladarba llum ma saritx dik il-kritika, jiena nemmen li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni qed jikkondividu mhux sempliċement l- operat, imma anke l-attitudni tiegħi li f'ċerti affarijiet aħjar ma tinbaħx, aħjar ma ċċaqlaqx dak li m'għandekx iċċaqlaq.", "Fl-opinjoni tiegħi, ċertament li m'huwiex conducive għall-qrati li aħna nagħmlu l-istorbju u l- lotta fejn m'hemmx lok ta' lotta.", "L-iktar kritika ħarxa li smajt illum hija dik dwar id-dewmien fil-qorti.", "L-Onor.", "Attard Montalto jgħallimni li fl-1911 kienet twaqqfet ir-Royal Commission preċiżament minħabba din il-problema u minn dak iż-żmien 'l hawn, taħt gvernijiet Kolonjali, gvernijiet tal-Partit Kostituzzjonali, gvernijiet tal-Labour, gvernijiet Nazzjonalisti u gvernijiet ta' kull taħlita, il-problema tad-dewmien fil-qrati baqgħet teżisti.", "Dan il-gvern, flimkien ma' l-Oppożizzjoni, qiegħed hawnhekk biex jipprova jagħmel xi ħaġa u jiena nittama li fl-aħħar mill-aħħar naslu x'imkien, kif naħseb li tixtieq anke l-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Attard Montalto fid-diskors tiegħu segwa l-update tal-Partit tiegħu.", "Jiena dan l-update qrajtu u onestament ngħid li ħlief żewġ ideat, dik tal-maġistrat inkwirenti u dik ta' l-għajnuna għall-vittmi, li ma tantx hi speċifikata, m'hemm xejn aktar speċifiku.", "Għax filwaqt li lili xi kultant jikkritikawni li ma nitkellimx u li allura nkun qed naħbi, naħseb li l-update of policy tal-Partit Laburista hu eżempju ta' kemm jista' jkun elokwenti l-kwiet f'atmosfera ta' ħabi.", "Nistqarr onestament li hemm wisq affarijiet li wieħed jista' jikkwalifka bħala platitudes f'dak l-update.", "Pero' hemm affarijiet oħrajn li lanqas illum ma smajt riferenza għalihom, allavolja l-aħħar darba ma' l-Onor.", "Attard Montalto f'dibattitu fuq ir- radju kont staqsejtu xi domandi dwarhom.", "Jiena ma stennejtux li jweġibni dak inhar stess; ridt inkun fair miegħu u tajtu ż-żmien biex iweġibhom, imma lanqas illum ma weġibhom.", "Ladarba l-Onor.", "Attard Montalto tkellem u ma qal xejn fuq id-domandi li jiena kont għamiltlu, nitolbu jippermettili nerġa' nagħmilhomlu ħalli jkun jista' jirrispondini f'xi okkażjoni oħra, għax normalment ikollhom xi opportunita' biex iwieġbu wara.", "L-update jgħid hekk:", "\"Jiġu mistħarrġa proposti biex id-dinjita' tal-ġudikatura tiġi salvagwardata.\".", "Hawnhekk x'qed igħidu?", "Tajjeb li wieħed jillumina lil din il-Kamra, lill- ġudikatura u lill-pajjiż x'ifisser dan.", "Qed jipproponu wkoll \"sistema ġdida ta' nomenklatura ta' ġudikanti li għandha tgħin biex jinstabu l-aħjar persuni għal dawn il-karigi\".", "Imma dan xi jfisser?", "Nixtieq li l-Onor.", "Attard Montalto xi darba jispjegalna.", "Fil-kapitlu \"Ġustizzja ma' l-Akkużat u mal-Vittmi\" jingħad li:", "\"Gvern Laburista jgħaddi sensiela ta' liġijiet ġodda li tabilħaqq jipproteġu liċ-ċittadin u lis-soċjeta'.\".", "Illum din \"is-sensiela ta' liġijiet ġodda\" erġajna ma smajna xejn fuqha ħlief forsi fuq dik il-parti li tittratta l-kumpens lill-vittmi.", "Naħseb li xi ħadd mill-Oppożizzjoni xi darba għandu jagħti ħjiel jew almenu eżempju wieħed fiex tikkonsisti din is-sensiela ta' liġijiet ġodda.", "Dawn huma tlieta mill-ħafna domandi li jiena naħseb li dan il-Parlament u l-poplu għandhom dritt jistaqsu u għandhom dritt jesiġu li jkollhom tweġiba.", "Għax jekk aħna mmorru quddiem l-elettorat b'updates jew b'manifest elettorali li jelenka biss intenzjonijiet piji u jitkellem b'diversi platitudes, inkunu qed nippretendu li l-elettorat jagħtina l-vot bl-isperanza li dak l-istatement jew dak il-prinċipju ninterpretawh għall- ġid tiegħu u mhux kif irridu aħna!", "Jien ma naħsibx li dan huwa l-mod kif wieħed jippreżenta ruħu quddiem l-elettorat.", "Għalhekk jien qed nistaqsi dawn il-mistoqsijiet, mhux sempliċement għall-kurżita' tiegħi, imma għax jistgħu joħorġu ideat tajbin ukoll.", "U l-Oppożizzjoni taf li meta tkun idea tajba jien ma noqgħodx lura milli naddottaha.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-Oppożizzjoni twieġeb, għaliex jekk ma tweġibx ikolli nasal għall-konklużjoni li dawn qed jagħmlu politika tar-rota tas-sold xelin; l- ewwel iddur ir-rota, jaraw x'numru jitla', imbagħad jaraw x'se jagħmlu, basta tibqa' xi ħaġa f'idejhom!", "Imma din żgur li mhix politika li elettorat serju jista' jieħu bis-serjeta'.", "Jien naħseb li tkun politika li turi nuqqas ta' rispett.", "Pero' nħalli lis-soċjalisti jiddeċiedu huma x'tip ta' rispett għandhom juru lill-elettorat, għax wara kollox jien qiegħed hawn biex nagħmel xogħli; ix-xogħol ta' ħaddieħor jagħmlu hu, imbagħad jiddeċiedi l-elettorat.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-qrati u nitkellem ftit dwar il-kisbiet li għamilna fl-1995 u anke l-programmi għall-1996.", "Nieħu pjaċir li l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni semmew xi affarijiet li għandi tweġiba lesta għalihom, mhux fis-sens li ġietni l-idea issa, imma tweġiba li hija frott ta' ħafna xogħol preparatorju li sar.", "Kif għidna, fl-1995 il-Parlament, b'ħidma tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, approva emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.", "Dawn qegħdin jiġu introdotti gradatament biex, kif inhu l-istil tiegħi, ma jiġix kawżat ċaqliq żejjed u bla bżonn.", "Fl-1996 se jitressaq abbozz ieħor biex jiġu llimati xi xtur legali li rriżultaw mit-tħaddim ta' dawn l-emendi.", "Kif jaf kulħadd, beda jaħdem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar u fil-qrati se jkompli wkoll il- proċess ta' komputerizzazzjoni biex jiġi faċilitat ix-xogħol ta' l- impjegati, tal-klassi legali u tal-ġudikatura.", "Fl-1995, kif forsi taf il- Kamra, l-avukatura abbozzat, approvat u addottat kodiċi ta' etika.", "Għalhekk jien nemmen li wasal iż-żmien li nagħtu widen għal talba li ilha ssir, jiġifieri li ssir reviżjoni tat-tariffa tad-drittijiet li tgħid kemm għandu jitħallas avukat.", "Jien ngħid li meta saret it-tariffa fl-1980, ma kenitx tieħu in konsiderazzjoni r-realtajiet soċjali ta' dak iż-żmien.", "Illum, kif jafu l-Onor.", "Membri li huma avukati, it-tariffa hija onorata aktar fil-ksur tagħha milli fl-osservanza tagħha.", "Hawn min jiksirha f'ċerti limiti u hawn ukoll min jitħanżer.", "Għalhekk f'dawn l-aħħar xhur dħalna għal dan ix-xogħol iżda żammejna quddiemna għadd ta' prinċipji.", "Irridu u se niżguraw li din ir-reviżjoni ma jkollha l-ebda impatt soċjali.", "Il-Kamra forsi tiftakar illi bl-emendi għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili wessajna d-dritt għall-għajnuna legali - l-Onor.", "Schembri Adami li llejla tkellem fuq dan id-dritt, forsi jiftakar li hu stess ivvota favur din l-emenda u pparteċipa fid-diskussjoni dwarha, u forsi jiftakar li dak li qal li għandu jsir fil-fatt diġa' sar - fis-sens li kull min għandu inqas mill-paga minima llum jista' jipparteċipa fl-iskema li jieħu s- servizz legali b'xejn.", "Pero' bir-riforma li rridu nagħmlu għat-tariffa ta' l-avukati, inkomplu niżguraw li l-ġustizzja tibqa' aċċessibbli għal kull min jitlobha.", "L-aħħar punt li żammejna quddiem għajnejna u li ħdimna fil- parametri tiegħu huwa li niżguraw li kawżi personali, bħal separazzjonijiet, dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem u dawk kostituzzjonali, jibqgħu għall-portata ta' kulħadd.", "Il-Kamra ta' l-Avukati rreġistrat qbil magħna dwar dan.", "Qed ngħidu li t-tariffa għandha tapplika l-aktar għall-kontenzjuż, jiġifieri għall-kawżi u mhux għal affarijiet oħra.", "Staqsejna jekk għandniex ninsistu għal tariffa fissa fl-oqsma kummerċjali, per eżempju, fil-kuntratti l-kbar, fi prestazzjonijiet dwar soċjetajiet kummerċjali, fil-marittimu, fid-dinja finanzjarja, eċċ. Jekk ma jkunx hemm tariffa fissa, xorta waħda nesiġu li jkun hemm makkinarju ta' kontroll biex l-esaġerazzjonijiet u l-abbużi ma jsirux.", "Aħna ma rridux nillegalizzaw l-abbuż, iżda nilleġislaw kontra l-abbuż.", "Il-konklużjoni hi viċina u nittama li dalwaqt inkunu nistgħu nħabbru d-deċiżjoni finali.", "Hekk kif jiġi msaħħaħ il-complement - li hija talba oħra min-naħa ta' l- Oppożizzjoni u min-naħa ta' kulħadd - ta' l-imħallfin u l-maġistrati, ngħaddu biex il-kompetenza tal-Qrati tal-Maġistrati titla' għal Lm1,000.", "Nista' niżgura lill-Onor.", "Attard Montalto li m'hemm l-ebda maġistrat li huwa skwalifikat milli jiġi elevat għall-ġudikatura.", "B'seħħ mill-1 ta' Jannar - naħseb li l-Onor.", "Attard Montalto jieħu pjaċir jisma' dan - ma' l- onorarju tal-ġudikanti se jiżdiedu benefiċċji simili għal dawk li qed igawdu l-ogħla uffiċjali fis-servizz ċivili.", "Kif naħseb li jaf l-Onor.", "Attard Montalto, qed isir training għall-istaff tal-qrati u fil-bidu tas- sena se titwaqqaf skwadra biex tieħu ħsieb is-sigurta'.", "B'hekk allura ma jkunx hemm bżonn li l-marixxalli joqogħdu mal-bieb.", "Dak li qal dwar il-bini tal-qorti, jiġifieri li huwa żgħir wisq għax- xogħol li hemm illum, huwa veru u fil-fatt qed isir eżerċizzju biex kemm jista' jkun nutilizzaw l-ispazju b'mod aktar razzjonalizzat.", "M'hux faċli li inti twessa' spazju limitat, imma forsi mod ieħor kif tista' tkabbar in- nozzjoni ta' spazju huwa billi tirrazzjonalizza l-użu ta' l-awli.", "Fl-1996 l-MSU u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Qrati se jagħmlu operations review tat-taqsimiet tal-finanzi u tar-riżorsi umani.", "Quddiem il-Public Service Commission hemm il-karti kollha biex titwaqqaf taqsima ta' riċerka u qed tiġi kkonsidrata attivament u serjament il-proposta li saret dwar is-sistema tal-Master biex tiġi pprovduta aktar assistenza lill- imħallfin ħalli jitħaffef ix-xogħol tal-qrati.", "Irrid nitkellem ukoll ftit dwar l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "Fil- budget jingħad - u hemm il-flus ivvotati għal dan il-għan - li se jinbena uffiċċju ġdid għall-Avukat Ġenerali li se jospita wkoll il-kummissjonijiet.", "Sa l-1996 il-Liġijiet ta' Malta - u dwar dan saret domanda anke mill- Oppożizzjoni - se jkunu fuq CD-rom, proġett b'kollaborazzjoni bejn il-Law Revision Commission u l-MSU.", "Biex inwieġeb il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Schembri Adami rrid ngħid li l-compensation package ta' dawk il-professjonisti kollha li jaħdmu fl- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali ġie improved u fil-fatt intlaħaq ftehim biex dawn jibdew jirċievu performance bonus ta' 15%, li f'ċerti każijiet jista' jitla' sa 25%.", "Huwa maħsub li jkun hemm programm ta' open recruitment, kemm għall-appointments legali fil-qrati, kif ukoll fl-Uffiċċju ta' l- Avukat Ġenerali fuq xogħol ukoll abbażi ta' kuntratt definit u xogħol part- time.", "Ir-relazzjonijiet professjonali bejn l-Avukat Ġenerali u l- ministeri, dipartimenti u korpi parastatali se jitpoġġew fuq bażi iktar professjonali.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem dwaru jikkonċerna l-Joint Office u għalkemm ma ssemmiex min-naħa l-oħra, huwa importanti u ħafna nies jistaqsu dwaru.", "Dan l-uffiċċju jamministra l-proprjeta' tal-Knisja li għaddiet f'idejn il-Gvern, uffiċċju li f'nofs is-sena li għaddiet beda jagħmel parti mill-Ministeru tagħna.", "Filwaqt li nżommu f'moħħna l-aspetti soċjali u r- raġuni li għaliha saret din iċ-ċaqliqa, irridu niddisponu minn din il- proprjeta' bl-iskop li nillikwidaw l-assi.", "Pero' sakemm din il-proprjeta' tinbiegħ jew tiġi trasferita b'xi mod ieħor, hemm bżonn li tinżamm fi stat tajjeb - u hekk qed nagħmlu - u naraw kif tista' tirrendi iktar.", "Dan m'huwiex proċess faċli u għalkemm il-Control Committee qed iwettaq xogħol tajjeb bir-reqqa u b'effiċjenza, jirriżulta li għad fadal proċess ta' checking li għad jieħu fit-tul.", "Hemm daqsxejn slow-down u hemm diversi żbalji li qed nipprovaw nikkorreġu, pero' fl-intervall qed inħejju serje ta' policies biex niddisponu miċ-ċnus.", "Bħala prijorita' għażilna li nħejju policy biex il-Joint Office jkun jista' jilqa' offerti għal fidi ta' ċens perpetwu rivedibbli fil-każ ta' dawk il-fondi li ċ-ċenswalist juża bħala residenza ordinarja tiegħu.", "GĦall-bidu tas-sena d-dieħla se nressqu riżoluzzjoni taħt il-liġi relattiva biex dan ikun possibbli li jsir.", "GĦal dak li għandu x'jaqsam mar-Reġistru Pubbliku, nista' ngħid li se tiżdied il-komputerizzazzjoni.", "Naħseb li l-iżvilupp importanti li aċċenna għalih l-Onor.", "Schembri Adami huwa li matul l-1996 dawk kollha li jridu jiksbu informazzjoni biex jagħmlu riċerki informi ikunu jistgħu jagħmlu dan minn għejjun indipendenti mir-Reġistru Pubbliku.", "Dan ma jfissirx li bilfors trid tmur għand kumpannija li ħadet il-franchise.", "L-ewwelnett, m'aħna se nagħtu ebda monopolju lil ħadd.", "Jekk hawn xi kumpannija oħra li hija interessata li tagħmel dan, tista' tapplika u tingħata l-istess kondizzjonijiet li ngħataw lil ħaddieħor.", "Il-fatt li wieħed ressaq il- proġett tiegħu, għoġobna u mxejna miegħu, ma jfissirx li jekk tnejn, tlieta jew erba' kumpanniji jridu jagħtu l-istess servizz, m'għandhomx jingħataw l- opportunita'.", "Jiena nemmen li l-fatt li r-riċerki informi jistgħu jsiru kemm minn impjegati tar-Reġistru Pubbliku kif ukoll minn barra, jiġifieri jkun hemm il-kompetizzjoni, mhux jgħolli l-prezzijiet tar-riċerki, imma jista' jraħħashom.", "Meta l-Onor.", "Schembri Adami kien qed jitkellem dwar ir-Reġistru ta' l- Artijiet ma fiehemx jekk kienx qed jitkellem għal GĦawdex jew għal Malta.", "Jekk kien qed jirriferi għal Malta, ngħid li jekk hemm dipartiment li qatt ma nisma' kritika fuqu ċertament li huwa r-Reġistru ta' l-Artijiet.", "Dan jidher anke mill-mod kif jimxi mal-professjonisti.", "GĦadu kif kellna proċess ta' djalogu mal-professjonisti biex jiġu mħejjija regolamenti kemm jista' jkun b'kunsens.", "Jiġifieri n-nutara stess flimkien mar-Reġistratur ta' l-Artijiet u mal-Ministeru pprovaw iħejju regolamenti li jridu jħaddmuhom huma stess.", "Għalhekk huwa importanti li jsiru kemm jista' jkun b'kunsens.", "Naħseb li tajjeb li nsemmi wkoll li kien hemm ftehim bejn il-Valletta Rehabilitation Project, il-Joint Office u l-istaff tar-Reġistru ta' l- Artijiet li qed jispezzjonaw u jiġbru informazzjoni dwar id-djar kollha tal- Belt Valletta.", "Qed nistennew li forsi jissieħeb magħna l-Kunsill Lokali tal-Belt.", "Fl-1996 jiġi introdott document imageing system u tiġi komputerizzata l-informazzjoni kollha li nġabret f'dawn l-aħħar 15-il sena.", "Mr Chairman, issa rrid ngħid xi ħaġa dwar ix-xandir.", "Fuq ix-xandir kelli tliet mistoqsijiet diretti u se nagħti r-risposti għalihom.", "Nibda billi ngħid xi ħaġa dwar l-accounts.", "L-Onor.", "Calleja semma żbilanċ ta' Lm3 miljun.", "Dwar dawn it-Lm3 miljun uffiċjalment ma naf xejn; jidhirli li darba qrajt dwarhom f'gazzetta.", "Pero' nista' nassigurah li sa l-aħħar tas- sena joħorġu l-accounts tal-PBS u minn dawk l-accounts jista' jirriżulta kollox.", "Ma noqogħdux ngħidu min ħadhom, min seraqhom jew min berbaqhom; nistennew li joħorġu l-accounts, imbagħad nagħrblu dak li jirriżulta minnhom.", "L-Onor.", "Calleja semma xi inċident fejn fl-aħbarijiet tas-6.00 p.m. fuq il- mezzi tal-PBS ma deher xejn minn dak li kien qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u, skond l-interpretazzjoni li ta hu, il-PBS qagħad jistenna biex sat-8.00 p.m. biex joħroġ ukoll ir-reazzjonijiet għal dak li kien qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Imma l-istqarrija ta' l-Onor.", "Sant waslet għand il-PBS fis- 6.30 p.m. u allura kien impossibbli li jinkluduha fl-aħbarijiet tas- 6.00p.m.", "(Interruzzjonijiet) Ma setgħetx tixxandar f'tas-6.00 p.m. jekk waslet fis-6.30 p.m.; waslet tard.", "Importanti li niftakru li jiena qed nitkellem bħala ministru responsabbli għax-xandir mhux bħala ministru responsabbli għall-PBS.", "Il-PBS hija kumpannija privata u tirrispondi skond kif għandha tirrrispondi.", "Jiena responsabbli mix-xandir u nirrispondi għaliha fil-Parlament.", "It-tielet mistoqsija kienet dwar il-Logħob għal Kulħadd.", "Huwa veru li din is-sena, qabel ma jiġu ċċarati l-affarijiet - għax mhux aħna biss qed nagħmlu ċerti queries imma qed jagħmilhom kulħadd - ...", "Deċiżjoni għadha ma tteħditx.", "Jekk jirriżulta li din is-sena l-pajjiż ma jaffordjax - u ngħid għaliex ma jaffordjax - il-flus li jiġu mitluba, allura ngħid li l- parteċipazzjoni fil-Logħob għal Kulħadd kellha l-utilita' tagħha; kien tajjeb li nipparteċipaw dak iż-żmien imma issa ladarba l-PBS daħlet fl- Euronews - għandna promotion regolari fl-Euronews meta rridu - m'għandniex bżonn nintrabtu ma' programm wieħed.", "Jekk tkun within the pocket tal- Ministeru - u mhux tal-PBS, għax l-Onor.", "Calleja imissu jaf li s-sena li għaddiet fil-budget kellna Lm300,000 ivvotati taħt il-Ministeru li għaddejniehom lill-PBS u jekk wieħed jara l-budget imressaq fl-1994, isibhom - allura nkunu nistgħu nipparteċipaw.", "Għalhekk din is-sena l- Logħob għal Kulħadd ma ssemmiex fil-budget.", "Inti kont ministru u taf kemm il-ministru jkollu pajnijiet kif jutilizza l-flus.", "GĦalkemm m'iniex deċiż jekk hux se nipparteċipaw jew le fil-Logħob għal Kulħadd, dawk il-flus ridthom għall-ministeru u nista' nutilizzahom tajjeb .", "Mill-budget jirriżulta li hemm Lm270,000 ivvotati għall-intrapriżi internazzjonali dwar sport, żgħażagħ u kultura.", "Dik hija r-risposta għall-aħħar mistoqsija tiegħek.", "Mr Chairman, issemma s-Sur Tony Mallia u nħoss li huwa dover tiegħi li nwieġeb.", "Illum id-doża fuq ix-xandir ma kenitx qawwija daqskemm naqra fil- gazzetti \"KullĦadd\" u '\"l-orizzont\" u daqskemm nisma' fl-istatements li jsiru.", "Pero' nħoss li ma nistax ma nagħmilx riferenza għal dak li ntqal għax din hija kampanja li qed jagħmel il-Partit Soċjalista biex taparsi juri kemm qed jiġi vittimizzat mill-PBS u b'mod speċjali miċ-Chief Executive il-ġdid.", "Nibda biex ngħid - u naħseb qed ngħid platitude li hija verita' - li l-valutazzjoni ta' aħbar hija materja soġġettiva u f'dan il-pajjiż hawn qawl li jgħid \"mitt bniedem mitt fehma\".", "Naħseb li din hija l-iżjed ħaġa li tgħodd għall-opinjonijiet dwar ix-xandir.", "F'dan is-settur ma tantx huwa diffiċli li ssib lil min jikkritikak; anke jekk ikollok doni sopranaturali ikun impossibbli li żżomm lil kulħadd kuntent il-ħin kollu.", "Il-kritika nismagħha, nifliha u nikkonsidraha, imma nara wkoll x'hemm warajha.", "Bħalissa ħlief nisimgħu dwar kemm hu żbilanċjat l-PBS m'aħniex.", "X'għandi bħala bench-mark?", "X'inhu l-kejl li nieħu?", "Noqgħod nisma' r- radjijiet kollha jew noqgħod naqra l-gazzetti kollha, jew inkella nżomm bħala l-kejl tiegħi dak li tgħid l-Awtorita' tax-Xandir?", "Dak li qed jingħad mill-Oppożizzjoni ma jirriiżultax mir-rapporti ta' l-Awtorita' tax- Xandir, anzi fl-aħħar rapport li ħareġ f'Ottubru nsibu li l-ilmenti ġustifikati mill-Partit Laburista kienu wieħed iktar jew wieħed inqas minn dawk imressqa mill-Partit Nazzjonalista.", "Irrid infakkar li l-Awtorita' tax-Xandir m'hijiex xi ħaġa li kkostitwiha l-Gvern bin-nies tiegħu; l- Oppożizzjoni għandha fiha l-istess saħħa li għandu l-Gvern.", "M'hijiex kreatura partiġġjana, imma l-ħbieb tagħna s-Soċjalisti jippersistu u jgħidu li l-PBS huwa parzjali.", "Ċertament li m'għandix għalfejn ngħallimhom x'għandhom jagħmlu.", "Jekk iressqu lment quddiem l-Awtorita' tax-Xandir u din ma tagħtihomx sodisfazzjon, jafu x'għandhom jagħmlu; jafu jmorru l- qorti.", "Il-qorti jmorru, għax għadna kif smajna eloġji dwar il-qorti.", "(Interruzzjonijet) Mela dak hu r-rispett kollu li għandkom għall-qrati!", "Għadna kif smajna diskors ta' rispett lejn il-qrati imma jidher li ħaddieħor m'għandux l-istess rispett!", "Jiena nemmen li s-Soċjalisti jafu li m'għandhomx raġun u allura x-xita ta' lmenti li jgħidu li għandhom isemmuhom fil-press releases u fil- gazzetti u la jressquhom quddiem l-Awtorita' tax-Xandir u wisq inqas jeħduhom quddiem il-qrati.", "Pero' għalihom huwa importanti li jsiru stqarrijiet kontra l-PBS u kontra s-Sur Tony Mallia u oħrajn għax altrimenti ma jistgħux jippretendu li huma vittmi u li huma msawtin.", "Ladarba semmejt lil Tony Mallia rrid ngħid xi ħaġa fuq il-kritika li saret dwar l-għażla tiegħu.", "Sew qabel kif ukoll wara li spiċċa mill-kariga s-Sur Ronald Flamini, jiena fittixt u stħarriġt biex nara kienx hawn xi ħadd li kien lest li jieħu r-riedni tal-PBS f'idejh.", "Ħafna drabi meta dak iż-żmien kelli konverżazzjonijiet ma' min ippretendejt li seta' jkun kapaċi għal dan ix-xogħol, is-Sur Tony Mallia kien jgħinni bħala l-broadcasting advisor tiegħi f'dawn id-diskussjonijiet.", "Fost in-nies kollha li kkonsidrajna kien hemm wieħed li kien aċċetta l-kariga imma minħabba raġunijiet ta' saħħa kellu jirrifjuta.", "Jiena sibt diffikulta' kbira għax ħadd ma ried jidħol għal din il-hot potato.", "Tant hu hekk, Sur President, li ġie mument meta s-Sur Flamini ma setax iġedded iktar il-ħatra tiegħu - kienet tiġedded minn tliet xhur għal tliet xhur - u kellu jitlaq mingħajr ma jien kont għadni sibt sostitut.", "Pero' mbagħad deher artiklu f'gazzetta tal-ħbieb tagħna ta' l- Oppożizzjoni li kien jgħid li l-Gvern kien jibża' jaħtar lil Tony Mallia għax dan kien bniedem indipendenti wisq u għax il-Partit Nazzjonalista ma setax jafdah isegwi l-linja tiegħu.", "Dan l-artiklu fakkar xi episodju meta Tony Mallia kien editur ta' \"The Democrat\".", "Jiena ndunajt li kont żbaljat u li Tony Mallia ma kellux il-black spot min-naħa tas-Soċjalisti, anzi kważi kważi kienu qed jaċċettawh u kienu qed jitolbuni biex naħtar lilu.", "Nerġa' ngħid, is-Sur Tony Mallia ma kienx l-ewwel choice, lanqas it-tieni, it-tielet jew ir-raba', u kont eskludejtu eżattament għax kont ħsibt li m'huwiex bniedem aċċettabbli u li jekk nagħżel lilu se nqajjem l-irwiefen.", "Pero' meta qrajt dan l-artiklu fuq il-gazzetta mort fuqu u stajsejtu jekk iridx joqgħod hu f'din il-kariga.", "Dan għall-ewwel irrifjuta u fil-fatt domt nipprova nipperswadih.", "Wasalna anke f'kompromess - qed ngħid dan biex nikkonferma biċ-ċar li s-setgħa m'hijiex f'idejn Tony Mallia waħdu għalkemm dejjem hu jeħel b'kollox - u flok managing director inħatar chief executive, li jfisser li f'kollox irid iwieġeb lill-Bord tal-PBS u jesegwixxi d-deċiżjonijiet tal-Bord.", "Din hija kariga differenti minn dik li kien jokkupa s-Sur Flamini, imma ma nafx indunajtux b'din id-differenza.", "Is-Sur Mallia ġie ngaġġat għal sena u l-Onor.", "Calleja din interpretaha li jekk ma joqgħodx kwiet intajruh.", "Ara jien hux se ntajru wara li għeriqt l- għaraq tad-demm biex sibt lil xi ħadd li lest li joqgħod f'dik il-kariga!", "Ta' min jgħid ukoll li ġie maħtur bord akbar u iżjed b'saħħtu.", "Irrid nfakkar - din importanti li nfakkruha mhux sempliċement lil din il-Kamra imma lil kulħadd - li meta telaq is-Sur Flamini, sħabna s-Soċjalisti fil- \"KullĦadd\" ikkummentaw dwar dik l-aħbar f'artiklu bit-titolu \"Miskin min dieħel wara Flamini\", artiklu li għalaq bil-kliem:", "\"Xejn m'hi sorpriża li l-Gvern Nazzjonalista għadu ma sab lil ħadd minflok Flamini.", "Min hu dak li jrid jidħol f'dak id-diżastru bla kontroll?", "Min jidħol, jidħol biex jinbagħad għax irid jaqta' l-laħam l-ħaj.\".", "Kien artiklu tassew profetiku.", "Is-Sur Mallia m'hux miskin, anzi ċertament li huwa bniedem kapaċi.", "Pero' kellu raġun min kiteb fil-\"KullĦadd\" għax is- Sur Mallia tassew kien daħal għal dak ix-xogħol biex jinbagħad.", "L-ewwel nies li xlewh, bagħduh u għamluh public enemy number one kienu huma stess.", "Dawk huma l-fatti.", "Dawn użaw l-istess tattika ta' l-antik, tixli bniedem, tindikah bħala l-public enemy number one u allura timmira l- attakki tiegħek lejh.", "Hekk qed tagħmlu intom?", "Dawn mhux hawn biss għamluha, Sur President.", "Dawn għadhom kif għamlu memorandum lill-Awtorita' tax-Xandir u semmew b'isimhom sitta min-nies.", "Issa jien mhux sitta naf insemmi li jaħdmu mal-PBS u ma jaħsbuhiex kif naħsibha jien, imma 60.", "Jien il-kejl tiegħi m'hux kif jivvota l-bniedem imma kif jaħdem u jekk jaqdix dmiru tajjeb.", "Triduni nagħmel memorandum lill-Awtorita' tax- Xandir u nsemmi 60 wieħed minflok sitta?!", "Dawn mhux banalitajiet?", "Sur President, hawnhekk reġgħu nkixfu li għad għandhom nostalġija kbira għall- ideat antiki, it-tattika u l-politika ta' l-imgħoddi għax dawn huma affarijiet li konna naqrawhom fi żmien id-dittaturi fl-aħħar gwerra.", "Jien nissuspetta li din hija strateġija u tattika biex ipinġu ruħhom bħala vittmi ta' xi gvern li l-Onor.", "Calleja llejla qal li ma jemminx fid- demokrazija u fid-dritt ta' l-espressjoni.", "Din m'hi xejn ħlief tlestija ta' mħaded u saqqijiet biex itaffu l-waqgħa wara l-elezzjoni li jmiss.", "Pero' issa apparti l-lat politiku, ħalli naraw x'għamel eżattament il- PBS din is-sena.", "X'kienu l-aktar żviluppi importanti matul is-sena li għaddiet?", "Il-poplu kompla jersaq lejn il-poter u jsemma' leħnu fuq kull suġġett taħt il-kappa tax-xemx.", "Il-pluraliżmu fix-xandir kompla jikkonferma l-liberta' li teżisti fil-ħsieb u fl-espressjoni.", "Il-PBS kellu suċċess internazzjonali bħalma kienu t-trażmissjonijiet tal-Crans-Montana li wasslu biex il-PBS tidħol ukoll sħab ma' l-Euronews - kif diġa' semmejt - il-Logħob għal Kulħadd, \"Notti del Mediterraneo\", il-programm \"Mediterraneo\" u issa l-World Ranking Snooker Tournament.", "Il-ġurnalisti u l-crews tal-PBS kisbu exposure u esperjenza internazzjonali u wrew li m'hemm bżonn ħadd biex jgħallimhom x'għandhom jagħmlu.", "Il-PBS qed jimmodernizza t-tagħmir li għandu u s-sena d-dieħla se jinfetaħ in-news centre.", "Ġie ffirmat ftehim kollettiv li faħħru kulħadd ħlief il-gazzetta \"Kullħadd\", iżda jagħmel x'jagħmel il-PBS, Sur President, anke jekk jiġi vvotat mill-bqija tad-dinja bħala l-aktar stazzjon imparzjali, fair, edukattiv u l-aktar wieħed li jagħti divertiment, għas-Soċjalisti dejjem jibqa' strument tal-Partit Nazzjonalista!", "Allura x'nagħmel jien?", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jien għandi a no-win situation.", "Sakemm il-kuxjenza ma tniggiżnix u ma tqallibnix, il-kejl tat-tajjeb u l-ħażin u l-operat tiegħi f'dan il-qasam inħallih għall-ġudizzju ta' l-elettorat.", "Dwar l-isport irrid ngħid li għandna diversi miri biex niżguraw li numru dejjem akbar ta' tfal u żgħażagħ jieħdu sehem attiv f'xi dixxiplina sportiva.", "Barra minn hekk, irridu ngħinu lis-settur tal-volontarjat biex iwettaq programmi sportivi.", "(Interruzzjonijiet) Taqax fl-istess nasba, Onor. Sant.", "(Interruzzjonijiet) Mela kompli aqa' kif diġa' waqajt!", "Irridu nagħtu kontribut finanzjarju lill-isport, lill-youths u lill- isports minuri ....", "(Interruzzjonijiet) Dak tgħidu inti.", "Se ngħinu lill- assoċjazzjonijiet u lill-għaqdiet u se nkomplu ntejbu l-faċilitajiet sportivi biex kemm jista' jkun niżguraw li l-isport jibqa' 'l barra mill- arena politika partiġġjana u jkunu l-isportivi li jmexxuh.", "Matul l-1995 ħdimna biex matul is-sena d-dieħla nkunu nistgħu nagħmlu tliet breakthroughs kbar f'dan il-qasam.", "Apparti mill-mijiet ta' eluf ta' liri li qed nivvotaw biex insostnu l-politika sportiva u lill-isportivi, matul l- 1996 se nvaraw tliet miżuri importanti.", "Il-Gvern se jagħti lill-għaqdiet, clubs u kunsilli lokali titolu fuq faċilitajiet sportivi li qed jagħmlu użu minnhom.", "Fil-bidu tas-sena d-dieħla se nressqu quddiem din il-Kamra riżoluzzjoni b'dan il-għan.", "B'hekk mhux biss inkunu għaddejna l-management lill-isportivi iżda nkunu tajna wkoll mezz kif l-isportivi, l- assoċjazzjonijiet u l-clubs itejbu l-qagħda finanzjarja tagħhom.", "Matul l- 1995 ġie kostitwit il-Kunsill Malti għall-Isports li huwa think-tank biex mill-isportivi għall-isportivi jiġi mħejji pjan nazzjonali għall-isports.", "Issa jmiss li tiġi mwaqqfa l-Fondazzjoni Sport biex tieħu ħsieb tamministra fondi u faċilitajiet sportivi kif ukoll taħseb għal impjanti oħra.", "Nemmnu li l-lotterija għandha tiġi abbinata ma' l-isport bil-għan li jiġu finanzjati programmi u proġetti f'dan il-qasam.", "Dawn huma s-sisien li fuqhom għall-ewwel darba - proprju issa nistgħu nibdew - jista' jsir ippjanar fit-tul.", "Il-politika ta' self-help tat l-aħjar riżultati fl- oqsma ta' l-isport u tal-kultura.", "L-għajnuna tajnieha mhux b'karita' imma b'rikonoxximent lil kull min kien jistħoqqlu u lil kull min talabna, skond il-mezzi li kellna, u frixnieha ma' kull kantuniera ta' Malta u Għawdex.", "Kieku ma kienx għall-Gvern, per eżempju, Malta lanqas ħadet sehem fil- Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Din is-sena introduċejna d-doping tests u se nkomplu nissussidjawhom biex ngħinu lill-assoċjazzjonijiet.", "Għall-iskema ta' elite sport irdoppjajna l-vot li kellna u t-titjib ta' faċilitajiet flimkien ma' din l-iskema għenu lill-isportivi jirrappreżentaw lil Malta b'dekor.", "Naħseb li l-Kamra kollha tieħu pjaċir bil-fatt li aħna ġejna magħżula - din diġa' xandartha imma se nerġa' nirrepetiha - biex fl-1999 nospitaw l-aktar konferenza Ewropea prestiġġjuża dwar l-isport, il-European Sports Conference.", "Fl-1995 irrevedejna l-policy dwar l-isport ta' l- isparar, sport popolari li tana ħafna sodisfazzjon.", "Il-ħabib tiegħi għadu kemm semma r-rebħ ta' żewġ medalji tad-deheb fil-Commonwealth Games.", "Matul l-1996 se nkomplu ngħinu u ninvestu f'dan l-isport; se nkomplu ngħinu wkoll il-basketball, iċ-ċikliżmu, it-tennis, l-atletika, ir-rugby, il-judo, il- hockey, il-volleyball u dixxiplini żgħar oħra fl-isport biex dejjem insaħħuhom.", "Ngħid b'sodisfazzjoni li bl-għajnuna li tajna konna strumentali ngħinu l-għaqda tal-billiards.", "Din għennieha biex tirristruttura ruħha u tkun f'pożizzjoni li tibgħat tim għaċ-championship tad-dinja.", "Ressaqna lid-dilettanti viċin il-professjonisti u issa, biex inkomplu ninkoraġġixxu dan l-isport, se ninvestu fl-akbar kompetizzjoni li qatt ra dan il-pajjiż, il-World Ranking Snooker Tournament European Open ta' Malta.", "Fl-1997 se ngħinu wkoll lill-Malta Amateur Billiards and Snooker Association biex jorganizzaw l-attivita' internazzjonali tal-World Billiards Championship f'Malta.", "Sur President, il-Kamra kollha taqbel li l-investiment u l-ħin li l-pajjiż jiddedika għall-isport jirrendu, jagħtu l- frott, jiggarantixxu futur għaż-żgħażagħ u jżommhom 'il bogħod mill- perikli ta' dawn iż-żmenijiet.", "Sur President, għad fadalli nitkellem dwar żewġ oqsma; il-kultura u l- mużewijiet.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li qed nagħtu l-iktar sens wiesa' għal-tifsira ta' \"kultura\".", "Jien ngħid li l-aspett kulturali jidħol f'kull policy ta' dan il-Ministeru.", "Per eżempju, ir-Reġistru Pubbliku jtella' wirjiet regolarment, u permezz tar-restawr li qed isir f'diversi uffiċini qed insaħħu l-kultura.", "Pero' qabel xejn irrid insemmi żewġ affarijiet li tkellem dwarhom l-Onor.", "Cilia.", "Dwar il-Maestro Carmelo Pace l-Onor.", "Cilia m'huwiex informat tajjeb għax dan huwa każ li fih mhux biss daħal il-Management Committee, imma anke jien stess.", "Mas-Sinjura Caffarin li hija l-kuratriċi tax-xogħlijiet kollha ta' Maestro Pace, wasalt għal soluzzjoni ekwa li hija aċċettat ukoll.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-Teatru Manoel l-Onor.", "Cilia għandu jkun jaf li naħseb li qed jikkwalifika lil Busuttil ħażin għax dan m'huwiex bażużlu tal-partit tagħhom.", "Jekk hemm policy din trid treġi għal kulħadd, hu min hu.", "Meta jien ingħatajt ir-responsabilita' għal dan il-qasam ma rajtx li jagħmel sens li min ikun qed igawdi minn scholarship jibqa' jitħallas.", "Per eżempju, kien hemm tnejn qablu li ma ħallasniehomx ...", "Jien m'għamilt eċċezzjoni ma' ħadd, u dan mhux qed nużah bħala rikatt.", "Irrid ngħid ukoll li qed ninkoraġġixxu u nkabbru l-apprezzament tal- kultura f'kull espressjoni tagħha.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-kultura Maltija wkoll.", "Qed isiru żjarat kulturali regolarment u anke l-Maltafest qed jinfirex ma' l-ibliet u l-irħula tal-gżejjer tagħna; fil-fatt din is- sena kien hemm madwar 30 attivita'.", "Qed issir attivita' biex tfakkar Jum il-Patrimonju Ewropew u qed ikun hemm ħidma regolari mal-kunsilli lokali.", "Biex inkomplu nsaħħu u ninċentivaw l-artisti u l-qasam kulturali Malti, fil- Maltafest, kuntrarjament għal dak li qal l-Onor.", "Cilia, hemm post riżervat għat-talent Malti kemm fid-drama kif ukoll fil-mużika u fil-pittura.", "Ta' min jgħid li qed nagħtu sussidju lill-kumpanniji tad-drama u skema ta' għajnuna lill-għaqdit kulturali ta' kull xorta.", "Jekk nhar il-Ħadd l-Onor.", "Cilia jkollu pjaċir imur it-Teatru Manoel, ikun jista' jara play ta' żagħżugħ li rebaħ il-kompetizzjoni \"Blanzuni wara l-Kwinti\" mnedija mill- Ministeru, li hija wirja ta' talent artistiku Malti.", "Filwaqt li għaddej dan kollu, huwa importanti li nxerrdu wkoll l-għarfien u l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kulturali.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Cilia ndunax li f'paġna 300 tat-teletext qed ikun hemm il-kalendarju kulturali.", "Kull min irid kuljum mit-teletext jista' jara xi programmi kulturali qed jittellgħu.", "Il-programm \"Meander\" li jixxandar fuq it-televiżjoni huwa importanti ħafna għat-tixrid ta' informazzjoni kulturali u minn hawnhekk nixtieq nagħti prosit lis-Sur Peresso u lis-Sinjura Pisani Bencini għal dan il- programm tabilħaqq tajjeb.", "Qabel kien jixxandar bil-lejl u nħass li kien qed jintilef, għalhekk issa beda jixxandar aktar kmieni biex in-nies ikunu jistgħu japprezzawh aktar u qiegħda ssir anke ripetizzjoni tiegħu.", "Niġi issa għal attivitajiet ta' dimensjoni internazzjonali u tixrid ta' informazzjoni barra l-pajjiż.", "Bil-kollaborazzjoni ta' l-NTOM, aħna nistiednu hawn ġurnalisti speċjalizzati biex imbagħad jagħmlu reklamar barra minn Malta.", "Ippublikajna wkoll il-ktieb \"Malta, Culture and Identity\" u qed nagħtu wkoll servizz ta' informazzjoni.", "Bl-għajnuna tal- Fondazzjoni Patrimonju Malti jittellgħu wirjiet li jixhdu ċ-ċivilta' ta' pajjiżna, bħalma kienet il-wirja tal-fidda ta' Malta u oħra li saret bl- għajnuna tal-Mużew u l-Patrimonju Malti u dik ta' Brockdorff Circle f'Londra.", "Fl-GĦid tas-sena d-dieħla l-Mużew u l-Fondazzjoni Patrimonju Malti flimkien se jorganizzaw wirja dwar l-arti tal-perjodu neolitiku li se tittella' f'GĦawdex.", "(Interruzzjonijiet) Dak dalwaqt nasal għalih.", "Diġa' għidt li fuq il-Mużewijiet se nitkellem fl-aħħar.", "Aħna ngħinu wkoll lill-artisti u l-mużiċisti jsibu ngaġġi u jieħdu sehem f'wirjiet barra minn Malta.", "Lil dak li qed jgħidilna li aħna nittraskuraw lill-artisti Maltin. infakkru li lil Maestro Sammut, lill-Lucia Micallef u lis-Sur Carmine Lauri kollha ħadniehom barra minn Malta, sibnielhom ingaġġi u tajniehom l-għajnuna tagħna, kif nagħmlu wkoll lill-pitturi.", "Naħseb li smajtu wkoll b'dik il-famuża orkestra li tant jgħidu li nobgħod!", "Fi Frar l- orkestra tat-Teatru Manoel se ddoqq f'Arezzo, xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel.", "Allura kif tgħidli li lill-kultura Maltija qed nittraskuraha?", "(Interruzzjonijiet)", "Qatt qabel ma kellna quddiemna programm ta' attivitajiet u events kulturali bħalma għandna llum.", "GĦandna pjan ewlieni għall-bini ta' Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti, dar tad-dinja tal-kultura fejn mistenni jingħata input u kontribut qawwi minn kull min huwa interessat sabiex nilħqu u nwettqu l-missjoni ta' dan iċ-ċentru li jikkomplimenta u jikkompleta l-pjan ħalli flimkien mal-programm li għandu l-management tat-Teatru Manoel - li għandu programm matul is-sena kollha li l-Onor.", "Cilia donnu lanqas induna bih - u dak li jsir fi skala ħafna akbar f'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi - li lanqas semmewha min-naħa ta' l-Oppożizzjoni - il-Belt Valletta tikseb post ewlieni fost il-kapitali kulturali ta' l-Ewropa.", "Irrid ngħid li għal Ottubru ta' l-1998 l-kapitali ta' Malta ġiet magħżula bħala l-belt kulturali tax-xahar fl-Ewropa.", "Se ngħid xi ħaġa dwar il-mużewijiet.", "Il-policy tagħna hija li dawn għandhom ikunu l-vetrina taċ-ċivilta', l-istorja u l-kultura tal-gżejjer Maltin.", "Matul din is-sena saret enfasi qawwija fuq ir-restawr, ir- riabilitazzjoni u l-manutenzjoni tas-siti storiċi u tal-mużewijiet.", "Kif jaf kulħadd, tlesta operations review dwar ir-riorganizzazzjoni tad- Dipartiment tal-Mużewijiet u wasalna għad-deċiżjoni li tinħoloq struttura ġdida taħt organizzazzjoni awtonoma.", "Dan il-parir ġie aċċettat mill-Gvern u bħalissa qegħdin niddiskutu l-aħħar draft tal-liġi li permezz tagħha titwaqqaf din l-organizzazzjoni l-ġdida.", "Fl-1995 kellna vot ta' ¥330,000 għal dan il-qasam, vot li kien l-akbar wieħed li qatt kien allokat lill- mużewijiet.", "Dan sarrafnieh għaliex sar xogħol ta' restawr fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arti, fil-Ġgantija, l-Imnajdra u l-Hypogeum, fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija, fl-Armerija, fil-Mużew Marittimu, f'Tad-Dejr, fil-Villa Rumana u fl-uffiċċju l-ġdid tad-Dipartiment fi Triq Melita.", "Din is-sena l-vot hu ta' ¥590,000 u minkejja li għal darb'oħra ġie allokat vot record, xorta se jkollna nagħmlu l-għażliet tagħna dwar ix-xogħol li jrid isir.", "Bħala l-ewwel prijorita' - diġa' rrispondejt domanda dalgħodu dwar dan - għażilna li nlestu l-Hypogeum biex jerġa' jinfetaħ fl-1996 u n-nefqa għalih mistennija tkun ta' Lm250,000.", "(Interruzzjonijiet) GĦadek lura fuq dawk l-affarijiet.", "Se nidħlu għal fażi oħra tal-proġett tal-Mużew ta' l- Arkeoloġija li se tiġi tiswa Lm200,000; se jitlesta l-proġett ta' GĦar Dalam li se jiswa Lm50,000, u se jsiru xogħlijiet ta' tiswija u manutenzjoni fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu li se jiswew Lm50,000.", "Sfortunatament dan ifisser li se jkollna nagħmlu xogħol żgħir ħafna fl-Abatija tad-Dejr u se nipposponu għas-sena ta' wara x-xogħol fuq il-Villa Rumana, il-Banju Ruman u t-tempji Tas-Silġ.", "M'huwiex pjaċir tiegħi li se jkollna nagħmlu hekk, imma dawn huma għażliet dettati miċ- ċirkostanzi.", "GĦalhekk għal darb'oħra minn dan il-Parlament nappella lis- setturi kollha kummerċjali, parastatali u privati biex jersqu u kif għamel il-Bank of Valletta International, li qed jisponsorja l-mużew tal-kumpless fit-tempji ta' Ħal Tarxien, jagħtu l-kontribut tagħhom ukoll.", "Sur President, qed nassistu għal qawmien kbir fl-interess tal-kultura Maltija u fil-kultura in ġenerali.", "Dan huwa wkoll effett tat-twaqqif tal- kunsilli lokali li daħħlu u saħħew sens ċiviku, sens ta' belonging u sens ta' storja, l-aktar dik marbuta mal-lokal, fil-komunitajiet li jirrappreżentaw.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet dalwaqt iniedi proġett biex titwettaq koperazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u nittama li jkun hemm kunsilli oħra li wara li jaraw dan il-proġett fis-seħħ, jitħajru huma wkoll.", "Matul l-1995 id-Dipartiment organizza 53 wirja u flimkien mal- Fondazzjoni Patrimonju Malti nieda kampanja biex isiru għotjiet għan- nazzjon u forsi anke b'rikonoxximent ta' dan, Malta ġiet eletta fil-kumitat eżekuttiv tal-UNESCO.", "Fil-fatt għandi pjaċir inħabbar li d-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Federico Mayor, se jżur Malta f'Jannar li ġej.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, illejla aħna ġejna hawn biex nisimgħu l-kritika ta' l- Oppożizzjoni.", "Jien ma stennejtx li l-ispokesmen ta' l-Oppożizzjoni u esponenti oħra jimlewna bit-tifħir jew jinfexxu f'xi applawsi u jitfgħulna l-fjuri, iżda stennejt - kif naħseb li stenna l-poplu wkoll - li l- Oppożizzjoni, filwaqt li tagħmel kritika iebsa, kritika li tixhed li min qed jagħmilha għandu alternattiva x'joffri, turi wkoll li verament qed issegwi x'qed jiġri f'dan il-pajjiż.", "Sfortunatament, ħlief għall-kelliem prinċipali, ħaddieħor qabad jagħmel biss nit picking, kif għidt fil-bidu, taħmil id-dras, u allura minflok fuq policies spiċċajna nitkellmu fuq inċidenti li ġraw.", "Jien stennejt li l-Oppożizzjoni taħtaf din l-okkażjoni biex tispjega lill-elettorat mhux biss fejn ma taqbilx magħna - għax dak huwa possibbli - imma tgħid x'kienet tagħmel hi biex issolvi l-istess problemi kieku kienet fl-istess ċirkostanzi.", "Naħseb li mhux jien biss nistqarr dan id-diżappunt.", "Il-budget jgħid x'qed noffru aħna, imma l- Oppożizzjoni x'inhi toffri?", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li nbidlet.", "Jien ngħid li qed tipprova tagħmel bidliet kosmetiċi li lili jagħtuni l-opinjoni li huma bidliet taċ-ċirkostanzi.", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Fil-fatt fis-sustanza ma nbidel assolutament xejn; għadhom l-istess nies tal-bieraħ bin-nostalġija għall- istess twemmin u, bi sfortuna għal dan il-pajjiż, ngħid li l-Laburisti tal- lum huma biss Soċjalisti riċiklati.", "Grazzi ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Skada l-ħin tad-dikussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq l-emenda għal Vot 36 imressqa mill-Onor.", "John Attard Montalto.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fid-9.30 p.m. il-Kumitat ġie sospiżu rriżuma fid-9.35 p.m.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 36 imressqa mill-Onor.", "John Attard Montalto.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "303", "FAVUR : 30", "L-Onor", "|Abela Wistin |Micallef Freddie| |Attard Montalto |Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist |Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | |Buhagiar Charles|Muscat Philip | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion Charles |Vella Karmenu |", "KONTRA : 32", "L-Onor", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Spiteri Carm | | |Lino | |Deguara Louis |Tabone Anton | |Falzon Michael |Vella John | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq ir-riżoluzzjonijiet tal- Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura.", "Il-mistoqsija hija:", "VOT 36 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,501,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 - Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-ftehim, din id-division tittieħed issa.", "VOTAZZJONI NRU.", "304", "FAVUR : 32", "L-Onor", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona | | |Joe | |Cuschieri Louis |Refalo Louis | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Spiteri Carm | | |Lino | |Deguara Louis |Tabone Anton | |Falzon Michael |Vella John | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 30", "L-Onor", "|Abela Wistin |Micallef Freddie| |Attard Montalto |Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist |Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | |Buhagiar Charles|Muscat Philip | |Buhagiar Louis |Nicholl Tony | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech Joe|Sant Alfred | |Farrugia Michael|Sant Salvu | |Farrugia Noel |Schembri Adami | | |Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion Charles |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 36 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-voti l-oħra li tressqu llum.", "Il-mistoqsija hija:", "VOT 37 - LEGALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,091,678 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Legali, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 37 għaddiet.", "THE CHAIRMAN:", "VOT 38 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,655,444 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 38 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 39 - REĠISTRU TA' L-ARTIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 222,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 - Reġistru ta' l-Artijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 39 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 40 - JOINT OFFICE", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,624,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 - Joint Office, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 40 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 41 - MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,308,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 - Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 41 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:", "VOT 42 - MUŻEWIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 996,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Mużewijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 42 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IX - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KULTURA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,309,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 1996.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IX għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42 u IX taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob il-permess biex f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "File Nru GT/59/92/1 intitolat \"A fully digital telephone system for the Maltese Islands - Reception\".", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 1996", "Il-Ħames Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Intern", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim milħuq fil-21 ta' Novembru 1995.", "MISTOQSIJIET MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR MONTE CARMELI - ENROLLED NURSE", "29422.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 28632, jista' l- Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru mill-awtoritajiet dwar allegazzjoni msemmija?", "X'kienu l-fatti li rriżultaw minn din l-investigazzjoni?", "Għaliex f'dan il-każ ma nħassitx il-ħtieġa li l-każ jiġi nvestigat minn Bord tad- Dixxiplina bħalma dejjem sar f'każi meta jkun hemm allegazzjonijiet ta' abbuż sesswali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tiegħi mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 28632.", "SPTAR MONTE CARMELI - INFERMIERA", "29423.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Dwar il-kwestjoni industrijali li kien hemm bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u l-Awtoritajiet tas-Saħħa li fuqha l-UHM tat direttivi biex in- nurses fl-Isptar Monte Carmeli ma jattendux l-istaff meetings, jista' l- Ministru jgħid jekk id-direttiva ta' l-Union ġietx kommunikata b'mod uffiċjali skond ma tipprovdi l-liġi dwar ir-relazzjonijiet industrijali?", "Jekk le, x'passi ttieħdu mill-Ministeru biex il-liġi tiġi osservata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-direttiva in kwestjoni li ġiet mogħtija mill-UHM, kienet ikkomunikata uffiċjalment lid-Dipartiment kif tipprovdi l-liġi.", "SPTAR MONTE CARMELI", "29738.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi mogħti t- tarmac fil-parking area ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li minħabba li l-parking area ta' l- Isptar Monte Carmeli qegħda barra l-isptar, liema area ma taqax taħt dan id- Dipartiment, nitlob lill-Onor Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - BORMLA - KUNSILL", "29739.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi li nqalgħu fit-twaqqif tal-kunsill ta' l-iskola primarja ta' Bormla, biex wasslu għas- sitwazzjoni li din l-iskola għad ma għandhiex kunsill li jiffunzjona?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li kien hemm nominazzjoni waħda biss mill-ġenituri u tnejn mingħand l-għalliema għall-elezzjoni tal-Kunsill ta' l-Iskejjel A u B ta' Bormla, u għalhekk il-Kunsill s'issa ma setax jitwaqqaf.", "Qed issir ħidma biex ikun hemm nominazzjonijiet oħra ħalli jkun jista' jiġi ffurmat dan il-Kunsill.", "LIĠI GĦALL-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR", "29901.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżommu milli jġib fis-seħħ il-Liġi għall-Ħarsien tal-Konsumatur li kienet għaddiet mill- Parlament eżattament sena ilu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SAĦĦA - TONY PARNIS", "29902.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tas-Sur Tony Parnis (ex direttur informazzjoni) fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "X'salarju qed jieħu barra l-pensjoni li jieħu?", "Fuq liema bażi huwa mpjegat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-Sur Tony Parnis huwa mpjegat bħala Consultant Advisor fuq bażi ta' kuntratt għal sena.", "Huwa responsabbli għat-twaqqif u t-tmexxija ta' Communications Unit fid- Dipartiment tas-Saħħa.", "Huwa dovut li jaħdem 30 siegħa fil-ġimgħa u qed jitħallas salarju ta' Lm4741 fis-sena.", "SAĦĦA - CONSULTANT ADVISORS", "29903.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Consultant Advisors fid- Dipartiment tas-Saħħa u l-Ministeru ta' l-Iżvilupp Soċjali?", "Min huma dawn il-persuni, x'kuntratt għandhom, kemm ilhom impjegati, x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed/waħda minnhom u x'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali għandu dawn il- Konsulenti:", "Ministeru", "Is-Sinjura Nora Macelli li hija Konsulent dwar Planning and Social Welfare għandha kuntratt li ġie mġedded għal sena oħra.", "Hija ġiet impjegata fil-11 ta' Marzu, 1994 u s-salarju tagħha huwa ta' Lm5,000 fis- sena.", "Dr Tony Macelli huwa mpjegat mill-Universita' fl-Iskala ta' Associate Professor b'salarju ta' Lm6790 fis-sena u ilu jagħti s-servizz tiegħu bħala Konsulent dwar Planning of Social Welfare lill-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali taħt partial secondment mill-Universita' mill-1 ta' Ottubru 1993.", "Ta' dan is-servizz il-Ministeru jrodd lura nofs is-salarju lill- Universita'.", "Is-Sur Alfred Zammit Montebello huwa Konsulent dwar Planning and Administration - Child and Family Welfare u għandu kuntratt li ġie mġedded għal sena oħra.", "Hu ġie mpjegat mis-27 ta' Ottubru 1994 u s-Salarju tiegħu huwa ta' Lm4653 fis-sena.", "Is-Sur David Agius li huwa Konsulent dwar Public Relations għandu kuntratt għal sena u ilu mpjegat mill-1 ta' Jannar, 1995.", "Is-salarju tiegħu huwa Lm4326 fis-sena.", "Dipartiment tas-Saħħa", "Fid-Dipartiment tas-Saħħa hemm tliet Consultant Advisors.", "L- informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:", "Dr Paul Abela Hyzler ilu mpjegat fuq bażi ta' kuntratt għal sena li jiġġedded, mis-7 ta' Marzu, 1994.", "Huwa dovut li jaħdem 40 siegħa fil- ġimgħa u għandu salarju ta' Lm7118 fis-sena.", "Ix-xogħol tiegħu huwa ta' Konsulent fuq il-qasam internazzjonali tas-Saħħa.", "Is-Sur Anthony Parnis huwa mpjegat fuq bażi ta' kuntratt għal sena mit-22 ta' Mejju 1995.", "Huwa dovut li jaħdem 30 siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta' Lm4741 fis-sena.", "Ix-xogħol tiegħu huwa li jwaqqaf u jmexxi Communications Unit fid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Il-Professur Anthony Serracino Inglott ilu mpjegat fuq bażi ta' kuntratt, li jiġġedded, mill-31 ta' Awissu 1989.", "Huwa dovut li jaħdem 20 siegħa fil- ġimgħa u għandu salarju ta' Lm800 fis-sena.", "Ix-xogħol tiegħu huwa ta' konsulent fuq it-taħriġ ta' nfermiera u paramediċi.", "SKEJJEL - DE LA SALLE - GASTROENTERITIS", "29904.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-involviment tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-marda li laqtet xi 300 tifel fil-Kulleġġ De La Salle?", "Min kien inkarigat mill-investigazzjonijiet li saru, x'pariri ġew mogħtija lill- Prinċipal ta' l-iskola sakemm ikun magħruf il-kawża ta' din il-marda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika investiga każi ta' 'gastroenteritis' fil-Kulleġġ de la Salle.", "L-istħarriġ kien jinvolvi investigazzjonijiet fuq ikel li jinbiegħ mit- tuckshop u fuq l-ilma fl-iSkola.", "Saru wkoll testijiet tal-laboratorju fuq persuni affettwati.", "Fil-bidu ta' l-investigazzjoni t-tuckshop ġie miżmum milli jbiegħ oġġetti ta' l-ikel li jeħtieġilhom jissaħħnu fil-post.", "Matul l-istħarriġ, is- Surmast ta' l-iSkola ntalab jinforma lid-Dipartiment bl-istudenti nieqsa mill-klassijiet kuljum.", "Studenti li ma kienux jifilħu nżammew id-dar jew intbagħtu d-dar meta żviluppaw sintomi.", "L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "TELEPHONES - KONTIJIET", "29965.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Kemm kien in-numru ta' ċittadini li kkontestaw mat-Telemalta li rċevew kontijiet għoljin għall-ħlas tas-servizz tat-telephone matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm minn dawn il-każijiet ġew rimedjati?", "Kemm għadhom pendenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li matul dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri bejn Jannar 1991 sat-30 ta' Ottubru 1995, il-Korporazzjoni Telemalta rċeviet 1847 ilment fuq kontijiet tat-telefon kif jidher hawn taħt.", "| |199|199|199|199|199| | |1 |2 |3 |4 |5 *| |Numru |686|452|274|224|211| |ta' | | | | | | |ilmenti | | | | | | |Numru |682|429|262|187|183| |ta' | | | | | | |ilmenti | | | | | | |processa| | | | | | |ti | | | | | | |Numru |4 |23 |12 |37 |28 | |ta' | | | | | | |ilmenti | | | | | | |pendenti| | | | | |", "* (sat-30 ta' Ottubru)", "SAĦĦA - TFAL MIBGĦUTA GĦAL KURA", "29995.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt l-14-il sena li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' tfal taħt l-14-il sena li ntbagħtu barra għal kura matul dawn l-aħħar ħames snin kien hekk:", "| 1991 | 104 | | 1992 | 85 | | 1993 | 114 | | 1994 | 94 | | 1995 | 54 | | | |", "(sat-30 ta' Novembru, 1995)", "EDUKAZZJONI - PLAY WORKERS", "29996.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' għalliema li jassistu mat-tifel li jkun qed jirċievi kura l-Isptar San Luqa?", "X'koperazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u dak tas- Saħħa dwar l-edukazzjoni li dawn it-tfal jingħataw waqt il-perjodu li jkunu fl-isptar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li fl-Isptar San Luqa hemm ħames Kindergarten Assistants li qegħdin jagħmluha ta' Play Workers.", "Kollha kellhom taħriġ speċjali għal dan ix-xogħol.", "Dawn il-Play Workers huma ta' għajnuna kbira biex it-tfal ikollhom anqas biża' ta' kura fl-isptar.", "Fil- każ ta' numru żgħir ta' tfal li għandhom żmien twil l-isptar, id- Dipartiment jibgħat Peripatetic Teacher bħalma jsir fil-każ ta' dawk it- tfal li għandhom żmien twil id-dar minħabba mard fit-tul.", "Teżisti koperazzjoni tajba bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u dak tas- Saħħa.", "MRIEĦEL - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "29997.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'reġa kkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl elettriku fl-Imrieħel Industrial Estate?", "Jista' l-Ministru jara li din il-provvista ma tkomplix tinqata' ta' spiss kif qed jiġri fil-preżent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti l- ġurnata, d-data u l-ħin tal-qtugħ tal-provista tad-dawl fl-Imrieħel Industrial Estate.", "RABAT - GĦAR BARKA - XOGĦLIJIET", "29998.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kif jispjega l-fatt il-Ministru li sinjali ta' periklu waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fuq il-bankina ta' Għar Barka fir-Rabat saru meta tifel weġġa serjament fl-inħawi?", "Jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa sabiex ċirkostanzi bħal dawn ma jirrepetux ruħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru 409."]} {"filename": "20000707_339d_par.doc", "date": "2000-07-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 339 Il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 339", "Il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "339", "Il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 699", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 699", "TQEGĦID TA' KARTI 703", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA` 706", "AĠĠORNAMENT 733", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 738", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hawn korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L- Onor. Carmelo Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Onor.", "Noel Farrugia kien preżenti għas-seduta Nru. 338.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 338 li saret fil-5 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MOBILE BLOOD DONOR UNIT - UŻU", "17370.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużat il- mobile blood donor unit mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "Kemm kien hemm ġranet li l-mobile blood donor unit ma ntużatx?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Infurmat li mill-ewwel ta` Jannar 2000 sal-25 ta` Ġunju l-mobile blood unit intużat għal 72 ġurnata u ma ntużatx għal 105 ġranet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid x'passi jieħu d-dipartiment tas-saħħa fl-eventwalita' li jkun hemm xi membru tal-Jehova witness li jkollu bżonn ta' trasfużjoni tad-demm?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid ngħid illi l-gvern jirrispetta x- xewqat ta' persuni li jkunu membri tal-Jehova witness li apparentement jirrifjutaw li jingħataw id-demm meta jkun hemm bżonn pero' irridu nagħmluha ċara li fil-kas tat-tfal li jkunu għadhom ma laħqux l-eta' ta' maturita' huwa l-maġistrat li fl-aħħar mill-aħħar jerfa' r-responsabbilta' u jiddeċiedi li għandhom jingħataw id-demm.", "Filwaqt li l-gvern jagħraf id-dritt li pazjent li jkun jappartjeni lil ċerta reliġjon jirrifjuta li jieħu d-demm, jirrikonoxxi wkoll id-dritt li l- kirurgu nvolut jirrifjuta li jopera fuq il-pazjent jekk ma jkollux salvagwardja li jista' juża d-demm.", "Il-kriterji jvarjaw bejn konsulent u ieħor u minkejja li jkun hemm konsulenti li ma jkollhomx back-up service ta' proviżjoni ta' demm, xorta waħda jieħdu d-deċiżjoni li joperaw.", "Illum din il-problema m'hijiex qed tiġi ffaċċjata f'Malta biss imma f'ħafna pajjiżi mad-dinja u għalhekk bdew jinħolqu sistemi ġodda għal dawn it-tip ta' persuni, bħal self-blood transfusions.", "Dan isir billi ftit ġranet qabel l-operazzjoni l-pazjent jitteħidlu d-demm, jiġi stored u jekk waqt l- operazzjoni jkollu bżonn id-demm, jagħtuh minnu.", "B'dan il-mod ma tkunx qed issir trasfużjoni ta' persuna barranija.", "Din il-proċedura hija limitata peress li d-demm ma tistax iżżommu għal aktar minn perijodu ta' madwar tliet xhur in storage.", "Ilum għandek ukoll injections ġodda li jintużaw ta' spiss fir-renal unit.", "Dawn jingħataw lill-pazjent ftit tal-ġranet qabel l-operazzjoni biex il- livell tad-demm jogħla aktar min-normal u jekk waqt l-operazzjoni l-pazjent jitlef id-demm, xorta jkollu persentaġġ biżżejjed u ma jkunx fil-periklu.", "Id-dipartiment qiegħed fil-proċess li jixtri makna ġdida li tippermetti li d-demm li jkun qiegħed jintilef mill-pazjent waqt l-operazzjoni jiġi mgħoddi minn din il-makna, jiġi ffiltrat u jerġa' jiġi njettat lill-istess pazjent.", "Ovvjament din hija xi ħaġa li anke l-Jehova witnesses jaċċettawha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR CARMELO ABELA: Il-Ministru qal illi l-mobile blood unit ma ntużatx għal 105 ġurnata.", "Kien hemm xi raġunijiet partikolari għalfejn ma ntużatx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Hemm ħafna raġunijiet varji u l-aktar waħda importanti hi li l-mobile unit jintbagħat meta jkun konfermat li se jkun hemm numru ta' donaturi.", "Wieħed japprezza li dan il-unit kien investiment kapitali kbir u ma jagħmilx sens li tibgħatu f'post għal ċertu perjodu biex jiġbor flixkun jew tliet flixken demm kuljum, għax apparti li għandek ir- running cost tal-mobile unit innifsu, għandek driver il-ħin kollu u żewġ nurses miegħu.", "Illum-il ġurnata qed navżaw l-area fejn inkunu se nibgħatu l-mobile unit, ħafna drabi nippruvaw nagħmlu targeting ta' areas fejn ikun hemm industrial estates, jiġu avżati wkoll il-fabbriki ndividwali u jkollna elenku ta' nies illi jkunu lesti li jagħtu d-demm.", "Dan ovvjament jagħmilha iżjed cost effective għalkemm l-aktar li jinġabar demm m'huwiex permezz tal- mobile unit imma permezz tal-blood bank li għandna ġewwa l-isptar San Luqa kif ukoll permezz tal-bank tad-demm li hemm fil-Furjana.", "Raġuni oħra għaliex dan il-mobile unit ma setax joħroġ għal ċertu żmien kienet li ġie nstallat air-conditioning unit ġdid ġo fih u allura kellu jinqala' l-panelling kollu bl-apparat li hemm imwaħħal miegħu.", "Barra minn hekk peress li dan il-mobile unit huwa għoli ħafna trid tidħol ġo fih permezz ta' taraġ li huwa ta' l-elettriku u ġieli l-mutur ta' dan it-taraġ ikun bil-ħsara u allura l-mobile unit ma jkunx jista' joħroġ.", "Ovvjament dan huwa l-uniku mobile unit li hawn f'pajjiżna u minkejja li wieħed jista' jagħmel il-maintenance tiegħu u jieħu l-prekawzjonijiet kollha, ċerti spare parts iridu bilfors jinġiebu minn barra.", "Imbagħad ikun hemm ġranet oħra fejn il-mobile unit issirlu maintenance estensiva kif ukoll tindif u allura ma jkunx prattku li joħroġ u jiġbor id-demm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Xtaqt nagħmel domanda fid-dawl ta' sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw pazjenti li jintbagħtu d-dar wara li jkunu rkupraw mit-treatment li jkunu qed jingħataw ġewwa l-isptar.", "Minħabba raġunijiet finanzjarji jkun hemm min ma jkunx jista' jkompli jospita lill-pazjent fid-dar, speċjalment meta dawn ikunu żgħażagħ li jkollhom il-ġenituri tagħhom jaħdmu.", "Dawn huma ntitolati għal ċerti benefiċċji bħall-karta r-roża?", "X'policy għandu d-dipartiment biex jipprova kemm jista' jikkoordina sitwazzjonijiet bħal dawn mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal konvalexxenza fit-tul u dawn il-pazjenti jkunu anzjani, hemm il-proċedura li dawn jintbagħtu l-Isptar Zammit Clapp, li primarjament huwa mmirat biex tingħata fiżjoterapija lil dawk l-anzjani li jkunu jixtiequ jirritornaw fid- dar tagħhom biex ikomplu jgħixu indipendentement.", "Imbagħad għandek grupp ta' anzjani li għal xi raġuni jew oħra jkollhom bżonn ċertu perijodu ta' respite forsi għax il-familji tagħhom ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-kura tagħhom.", "Din tista' tingħata jew ġewwa r-residenza Saint Vincent de Paule kif ukoll f'unit ieħor li huwa pjuttost limitat ġewwa l-Isptar Zammit Clapp.", "Pero' hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq persuni ta' ċerta eta' u ċioe' ta' 'l fuq minn 60 sena.", "F'każ ta' pazjenti żgħar, meta l-każ ikun ġenwin, isir minn kollox biex dawn jinżammu fl-isptar San Luqa peress li għadna ma żviluppajniex rehabilitation centre proprja.", "Irrid ngħid li l-gvern għandu pjan li jagħmel dan it-tip ta' servizz fl-isptar il-ġdid ġewwa Tal-Qroqq.", "GĦOLI TAL-ĦAJJA - CHEQUE TAL-ĦOBŻ", "17630.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għadhom ma ħadux iċ-cheque tal-ħobż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ħlasijiet dovuti kollha ħarġu u għad hemm madwar 350 ċekk li ġew irritornati lid- dipartiment tat-teżor.", "Dan ġara jew għax min kien intitolat għalihom bidel ir-residenza, jew minħabba l-istat tiegħu jew minħabba raġunijiet oħra.", "SKEJJEL - SANTA VENERA - GĦALLIEM", "17542.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għalliem li ismu qed jintbagħat separatament li jagħmel ukoll xogħol ta' librar fl-iskola sekondarja tas- subien ta' Sta.", "Venera ilu minn Novembru 1998 ma jitħallas l-allowance ta' librar?", "Meta se jingħata dak li għandu dritt għalih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-għalliem indikat mill-Onor.", "Membru fil-fatt jitħallas allowance ta' Lm120 fis-sena li jkopru dmirijiet ta' special responsibility inkluż xogħol ta' librar skond kif inhu stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u l-M.U.T.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Peress illi l-persuna li tajt isimha lmentat li kienet ilha ma titħallas minn Novembru, 1998, għandi nifhem li din il- persuna tħallset?", "Jew ma kenitx korretta li tilmenta li ma tħallsitx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA: Sur President, mil-file ma jirriżultalix kif titħallas din l-allowance, jiġifieri jekk titħallasx pro rata fix-xahar maċ-cheque illi l-għalliema jirċievu kull xahar jew jekk jitħallsux lump sum darba f'sena.", "Mid-dikjarazzjoni li saret mid-direttur tal-finanzi u l- amministrazzjoni kkonkludejt li din il-persuna qed tirċievi l-flus bħalma qed jirċevuhom l-għalliema l-oħrajn li huma ntitolati għaliha.", "Pero' issa nivverifika u nagħtih risposta.", "BIBLIJOTEKA NAZZJONALI", "17543.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-aħħar xahar ir-rivisti \"The Economist\" u t-\"Time\" kienu nieqsa mill-Biblijoteka Nazzjonali u allura ma setgħux jikkonsultawhom dawk il-persuni li jattendu hemmhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-deċiżjoni biex tiġi sospiża s- sottoskrizzjoni tar-rivisti msemmija ttieħdet f'Awissu 1999 waqt laqgħa bejn id-direttur tal-librerija u uffiċjali tad-dipartiment li jaħdmu direttament mal-pubbliku u oħrajn li jaħdmu fis-sezzjoni tas-subscriptions.", "Is-sitwazzjoni ġiet mistħarrġa sewwa u din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba:", "a) li t-talba għal dawn iż-żewġ rivisti mill-pubbliku u minn riċerkaturi kienet waħda minima għall-aħħar; u", "b) tnaqqis ta' fondi allokati għal subscriptions, u għalhekk inħass il- bżonn li l-flus allokati jintużaw biex jinxtraw rivisti li mhux faċli u li rarament wieħed jista' jara jew jakkwista minn ħwienet tal-kotba u stationeries li għall-kuntrarju lkoll ikollhom ir-rivisti \"The Economist\" u t-\"Time\".", "Beħsiebni nitlob il-parir tal-kumitat dwar il-libreriji pubbliċi dwar id-deċiżjoni tad-dipartiment konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fit-tieni parti tat-tweġiba hemm referenza li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba tnaqqis ta' fondi allokati għal subscriptions.", "Hemm xi ħjiel dwar kemm tnaqqsu dawn il-fondi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA: Din l-informazzjoni ma tirriżultalix mill-file u għalhekk se nitlob dan it-tagħrif partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nixtieq li l-Ministru jagħtini wkoll lista tar- rivisti li bħalissa qegħdin jinxtraw mill-biblijoteka.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA: Lanqas din l-informazzjoni m'għandi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija ad hoc.", "BIBLJOTEKA", "17544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jistgħu l-awtoritajiet tal-biblijoteka jirrispondu l-ittra li qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riċevuta datata 27 ta' April, 2000 indirizzata lis-sur Nardu Balzan Imqareb għad-depożitu li hu għamel fil-Biblijoteka Nazzjonali tal- pubblikazzjoni tiegħu \"Take Interest And See How It Works in Practice: The Justice of Malta 5\".", "L-ittra tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2000, sfortunatament inqabdet ma' xogħol ieħor u ma ġietx imwieġba.", "Se jsiru l-verifiki biex jiġi assigurat li l- irċevuta in kwestjoni tasal għand il-konsenjetarju tad-dokument imsemmi.", "SKEJJEL - QRENDI", "17545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar il-petizzjoni ppreżentata mir- residenti tal-Qrendi li tesprimi tħassib dwar ħruq ta' nar ta' l-art ħdejn l-iskejjel tal-lokal?", "(Petizzjoni qed tintbagħat separatament)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment ta' l-operations kiteb lill- kummissarju tal-pulizija fejn elenka l-pożizzjoni tiegħu dwar ħruq ta' nar ta' l-art fi Triq Kurat Miżżi, Qrendi.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Il-White Paper dwar Qafas Leġislattiv għat-Tħaddim ta' l- Informazzjoni, inkluż id-data protection, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17725.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt, flimkien ma' dokumenti relattivi, li ġie offrut mill-Gvern lill-consortium MIDI għal trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island u Tigne' Point, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17722.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar inċidenti fil-ħabs ikkawżati minn priġunieri, bejn l-1992 u l-20 ta' Ġunju 2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17695;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-International Institute on Ageing dwar għoti b'kera l-fond f'117 Triq San Pawl, il-Belt Valletta;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Confederation of Malta Trade Unions (CMTU) dwar għoti b'kera l-fond Nru 9C Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Down's Syndrome Association dwar għoti b'kera l-fond Nru 38, Flat 4, Triq Nofs in-Nhar, il-Belt Valletta;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Ambaxxata Franciza dwar għoti b'kera l-fond Nru 131 Triq Melita, il-Belt Valletta", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-kumpannija Five Star Hotels Ltd. dwar għoti ta' biċċa art f'St George's Bay, San Ġiljan;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-iScouts Association dwar għoti b'ċens, bicca art f'Għajn Tuffieħa;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Mosta Girl Guides dwar għoti b'ċens, fond fi Triq id-Dwar, Mosta;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Birżebbugia Boċċi Club dwar għoti b'ċens, boċċi pitch u club house fi Triq San Patrizju, Birżebbugia;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Birżebbugia Sports Club dwar għoti b'ċens water polo pitch u club house fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbugia", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Lija Boċċi Club dwar għoti b'ċens, boċċi pitch u club house fi Triq it-Transfigurazzjoni, Lija;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Lija Tennis Club dwar għoti b'ċens tennis court fi Triq Karlu Darmanin u dressing room fi Triq it- Transfigurazzjoni f'Hal Lija;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Każin tar-Regatta Marsa, dwar għoti b'ċens club house u art bejn il-Moll tal-Braken u l-Moll tal-Pont, Marsa;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Mosta Cycling Club dwar għoti b'ċens, fond fi Triq id-Dwar, Mosta;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Hockey Association Malta dwar għoti b'ċens, il-Kumpless tal-Hockey f'Kordin;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Tennis Club Kordin dwar għoti b'ċens, tennis courts u l-club house f'Kordin;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Vittoriosa Lawn Tennis Club dwar għoti b'ċens, tennis courts u l-club house f'Kordin;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Paola Boċċi Club dwar għoti b'ċens, boċċi pitch u club house fi Triq Mater Boni Consilii f'Raħal Ġdid;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Pawla Wolves Sports Club dwar għoti b'ċens, boċċi pitch u club house fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid, Raħal Ġdid;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Malta Judo Federation & A.D. dwar għoti b'ċens, art f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Melita Football Club dwar għoti b'ċens, football ground u dressing room f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Pembroke Rackets Tennis Club dwar għoti b'ċens, tennis courts u dressing rooms fi Triq Tunis, Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Pembroke Athleta Sports Club dwar għoti b'ċens, art f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Malta Tennis Federation dwar għoti b'ċens football ground u tennis courts f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u BMX Association dwar għoti b'ċens art f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Island Radio Model Car Club dwar għoti b'ċens art f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Qormi Hockey Club dwar għoti b'ċens hockey pitch u club house fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Isla Boċċi Club dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fl-Isla;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Paola Tarxien Boċċi Club dwar għoti b'ċens boċċi pitches u club house fi Triq it-Tempji Neolitiċi, Ħal Tarxien;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u St Peter Klabb tal-Boċċi Zabbar dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fi Triq San Leonardu, Żabbar;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Klabb tal-Boċċi Zabbar dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fi Triq il-Kunvent, Żabbar;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Zebbug Boċċi Club dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fi Triq Parizi, Żebbug;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Zejtun Boċċi Club dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Ċentru Rekreattiv, Guy Boċċi Club Zurrieq dwar għoti b'ċens boċċi pitch u club house fi Triq il- Mitħna, Żurrieq;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Sannat Lions Football Club dwar għoti b'ċens football ground, stand u club house fi Triq il- Marziena, Sannat, Għawdex;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Malta Basketball Association dwar għoti b'ċens art f'Ta' Qali bil-benefikati eżistenti fuqha;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Birkirkara Scout Group dwar kiri ta' ex camp site f'Baħar iċ-Ċagħaq;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Pembroke/St Andrews Scout u Pembroke/North District Girl Guides dwar kiri ta' parti minn Sandhurst School Grounds f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u South District Scouts Group dwar kiri ta' parti mill-Ex Rinella WT Station fid-Daħla Tar-Rinella;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Hamrun Liberty Sports Club dwar kiri ta' club house u pitch fi Triq Mile End, c/w Triq Schembri, Hamrun;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u B'Kara Football Club p.l.c. dwar kiri ta' Birkirkara Football Grounds u nurseries fi Triq B. Bontadini c/w Triq P.P. Castagna, Birkirkara;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Marsa Football Club dwar kiri ta' dressing rooms, ground u tennis court fi Triq Diċembru 13, Marsa;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Mqabba Football Club dwar kiri ta' club house u ground fi Triq il-Madonna tal-Ġilju, Mqabba;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Pembroke Athleta Sports Club dwar kiri ta' club house u basketball pitches f'Pembroke;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Qormi Football Club dwar kiri ta' dressing rooms u ground fi Triq Valletta, Qormi;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u St Patrick's Athletic Club dwar kiri ta' ex boċċi club u pitch f'Dawret il-Gudja, Gudja;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Birkirkara Tennis Club dwar kiri ta' sit f'Birkirkara magħruf bħala Ta' Għar il-Ġobon;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Rinella Tennis Club dwar kiri ta' tennis court u strutturi fl-Ex Rinella WT Station fid-Daħla tar- Rinella;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Neptunes Waterpolo and Swimming Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Zurrieq Football Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Sirens Football Club;", "Att korrettorju għall-bbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Mosta Football Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Marsascala Sports Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Luxol Sports Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Saint Patrick's Football Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Ta' Xbiex Aquatic Sports Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u San Giljan Aquatic Sports Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Marsaxlokk Football Club;", "Att korrettorju għall-abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Malta Football Association;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians dwar għotja b'ċens temporanju ta' art;", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Malta Aviation Museum Foundation dwar għotja b'ċens temporanju ta' art f'Ta' Qali; u", "Abbozz ta' ftehim bejn il-Gvern Malti u Saint Michael Foundation dwar għotja b'ċens temporanju ta' art għal bini ta' skola f'Tar-Rumana u ta' Ġnien Ġebel f'tal-Balal fil-limiti ta' Birkirkara u Saint Andrews.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Tonio Borg.", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA`", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, nipproponi din ir- Riżoluzzjoni:", "Illi l-Kamra tapprova r-Riżoluzzjoni li ġejja, liema Riżoluzzjoni tikkonsisti f'Dokumenti \"A\", \"B\", \"C\", \"D\", \"E\", \"F\", \"G\", \"H\", \"I\" u \"J\".", "Dokument \"A\"", "Billi fil-11 ta' April 1988 (Seduta Nru. 89) il-Kamra approvat Riżoluzzjoni taħt il-provvediment tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, il-kiri tal-fond 117 Triq San Pawl fil-Belt Valletta għall-perjodu ta' ħames snin b'effett mill-15 ta' April 1988 u billi dan il-perjodu skada fl-14 ta' April 1993 u l- kirja baqgħet ma ġietx imġedda u billi, skond l-artikolu XI paragrafu 7 tal-Protokoll tad-9 ta' Ottubru, 1987, Malta provdiet dan il-fond lil Nazzjonijiet Uniti biex jiġi wżat mill-International Institute on Ageing;", "Għalhekk il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jerġa' jagħti b'kera lill-International Institute on Ageing il-Fond Nru 117 Triq San Pawl fil-Belt Valletta, kif inhu deskritt ahjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taħt il- kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz.", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-Fond Nru 117 Triq San Pawl fil-Belt Valletta, kif deskritt aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jiġi mikri lill-International Institute on Ageing, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"B\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'kera lill- Confederation of Malta Trade Unions (CMTU) il-Fond Nru 9C Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, kif inhu deskritt aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-Fond Nru 9C Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, kif deskritt aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jiġi mikri lill-Confederation of Malta Trade Unions (CMTU), għaż-żmien, għall-iskop u skond il- pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"C\" Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'kera lil Down's Syndrome Association il-Fond Nru 38 Flat 4 Triq Nofs in-Nhar fil-Belt Valletta, kif inhu deskritt ahjar fl-abbozz ta' ftehim imqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taht il- kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) tal-artikolu 3 tal-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad- Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-Fond Nru 38 Flat 4 Triq Nofs in-Nhar fil-Belt Valletta, kif deskritt aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jigi mikri lil Down's Syndrome Association, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"D\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'kera lill- Ambaxxata Franciza l-Fond Nru 131 Triq Melita fil-Belt Valletta, kif inhu deskritt aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra, għaż-żmien, bil-kera u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl- istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-Fond Nru 131 Triq Melita fil-Belt Valletta, kif deskritt aħjar fl-abbozz tal-ftehim li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jiġi mikri lill-Ambaxxata Franċiża, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"E\"", "Permezz tal-kuntratt tal-1 ta' Settembru 1992, il-kumpannija Five Star Hotels Ltd. giet moghtija bicca art f'St George's Bay, San Ġiljan għal disgħa u disgħin (99) sena biex tinbena lukanda kif deskritt aħjar fl- abbozz tal-ftehim dokument 'I' li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra;", "Billi skond il-kundizzjoni 16 ta' dan il-kuntratt, il-kumpannija kellha l-obbligu li tibni \"Hostel\" għall-benefiċċju tal-Institute of Tourism Studies, li n-nefqa tiegħu kellha tkun ta' mhux aktar minn (Lm25,000.00) ħamsa u għoxrin elf Lira Maltija fuq art li riedet tigi indikata mill-Gvern;", "U billi sal-lum dan il-\"Hostel\" għadu ma nbeniex, u biex dan il- \"Hostel\" jinbena l-prezz tiegħu irid ikun ħafna aktar minn (Lm25,000.00) ħamsa u għoxrin elf Lira Maltija;", "U billi hija x-xewqa tad-Dipartiment tat-Turiżmu li minflok il-bini ta' dan il-\"Hostel\", din is-somma ta' (Lm25,000.00) ħamsa u għoxrin elf Lira Maltija tiġi wżata biex tissewwa l-istruttura tal-Institute of Tourism Studies u l-kumpannija qablet ma' dan;", "U billi t-trasferiment ta' l-art f'St George's Bay, San Ġiljan lil Five Star Hotels Ltd. sar permezz ta' Riżoluzzjoni skond il-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 tal-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern fit-2 ta' Ġunju 1992 (Sitting no. 21);", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 2 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li kull bidla ta' kull kundizzjoni inkluża fit-trasferiment ta' xi art tfisser \"trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li l-bdil ta' din il-kundizzjoni jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-kundizzjoni 16 tal-kuntratt tal-1 ta' Settembru 1992 mal-Five Star Hotels Ltd. li jirregola l-għotja ta' biċċa art f'St George's Bay, San Ġiljan tigi mibdula skond l-Att korrettorju dokument \"II\" li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dokument \"F\"", "Billi hija l-politika tal-Gvern li jippromwovi l-isport kif ukoll is- sehem fil-qasam socjali li jagħtu għaqdiet bħalma huma l-iScouts u l- Girl Guides, il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti proprjetajiet lil clubs u assoċjazzjonijiet ta' l-isports, l-iScouts u l-Girl Guides, b'titlu ta' ċens temporanju jew kera, il-proprjetajiet kif inhuma deskritti aħjar fl-abbozzi ta' ftehim imqiegħda fuq il- Mejda tal-Kamra għaż-żmien, biċ-ċens jew kera, u taħt il- kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozzi;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferimenti fuq imsemmija jsiru skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi:-", "(I) Il-proprjetajiet li jinsabu:-", "1.", "Art f'Għajn Tuffieħa bil-benefikati eżistenti fuqha (Scouts Association)", "2.", "Fond fi Triq id-Dawr fil-Mosta (Mosta Girl Guides)", "3.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq San Patrizju f'Birżebbugia (Birżebbugia Boċċi Club)", "4.", "Water Polo Pitch u Club House fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbugia (Birżebbugia Sports Club)", "5.", "Bocci Pitch u Club House fi Triq it-Trasfigurazzjoni f'Hal Lija (Lija Bocci Club)", "6.", "Tennis Court fi Triq Karlu Darmanin u Dressing Room fi Triq it- Trasfigurazzjoni f'Hal Lija (Lija Tennis Club)", "7.", "Club House u art bejn il-Moll tal-Braken u l-Moll tal-Pont fil- Marsa (Kazin tar-Regatta Marsa)", "8.", "Fond fi Triq id-Dawr fil-Mosta (Mosta Cycling Club)", "9.", "Il-Kumpless tal-Hockey f'Kordin (Hockey Association Malta)", "10.", "Tennis Courts u l-Club House f'Kordin (Tennis Club Kordin)", "11.", "Tennis Courts u l-Club House f'Kordin (Vittoriosa Lawn Tennis Club)", "12.", "Il-Boċċi Pitch u l-Club House fi Triq Mater Boni Consilii f'Raħal Ġdid (Paola Bocci Club)", "13.", "Il-Boċċi Pitch u l-Club House fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid f'Raħal Ġdid (Paola Wolves Sports Club)", "14.", "Art f'Pembroke (Malta Judo Federation & A.D.)", "15.", "Football Ground u Dressing Room f'Pembroke (Melita Football Club)", "16.", "Tennis Courts u Dressing Rooms fi Triq Tunis f'Pembroke (Pembroke Rackets Tennis Club)", "17.", "Art f'Pembroke (Pembroke Athleta Sports Club)", "18.", "Football Ground u Tennis Courts f'Pembroke (Malta Tennis Federation)", "19.", "Art f'Pembroke (BMX Association)", "20.", "Art f'Pembroke (Island Radio Model Car Club)", "21.", "Hockey Pitch u l-Club House fi Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi (Qormi Hockey Club)", "22.", "Boċċi Pitch u l-Club House fl-Isla (L-Isla Boċċi Club)", "23.", "Boċċi Pitches u Club House fi Triq it-Tempji Neolitiċi f'Hal Tarxien (Paola Tarxien Boċċi Club)", "24.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq San Leonardu f'Ħaż-Żabbar (St. Peter Klabb tal-Boċċi Zabbar)", "25.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq il-Kunvent f'Ħaż-Żabbar (Klabb tal-Boċċi Zabbar)", "26.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq Parizi f'Ħaż-Żebbug (Zebbug Bocci Club)", "27.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq id-Daħla ta' San Tumas fiż- Żejtun (Zejtun Boċċi Club)", "28.", "Boċċi Pitch u Club House fi Triq il-Mitħna fiż-Żurrieq (Centru Rekrejattiv, Guy Boċċi Club Zurrieq).", "29.", "Football Ground, Stand u Club House fi Triq il-Marziena fis- Sannat Għawdex (Sannat Lions Football Club)", "30.", "Art f'Ta' Qali bil-benefikati eżistenti fuqha (Malta Basketball Association)", "kif deskritti aħjar fl-abbozzi tal-ftehim li jinsabu fuq il-Mejda tal- Kamra jiġu mogħtija b'titlu ta' ċens temporanju lill-clubs, assoċjazzjonijiet, l-iScouts u l-Girl Guides hawn fuq imsemmija għaż- żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl- istess abbozzi.", "(II) Il-proprjetajiet li jinsabu:-", "1.", "Ex Camp Site Baħar iċ-Ċagħaq (Birkirkara Scout Group)", "2.", "Parti minn Sandhurst School Grounds f'Pembroke (Pembroke / St. Andrews Scout u Pembroke / North District Girl Guides)", "3.", "Parti mill-Ex Rinella WT Station fid-Daħla Tar-Rinella (South District Scouts Group).", "4.", "Club House u l-Pitch fi Triq Mile End c/w Triq Schembri Hamrun (Hamrun Liberty Sports Club)", "5.", "Birkirkara Football Grounds u n-nurseries fi Triq B. Bontadini c/w Triq P.P. Castagna Birkirkara (B'Kara Football Club p.l.c.)", "6.", "Id-Dressing Rooms, il-Ground u t-Tennis Court fi Triq Diċembru 13, Marsa (Marsa Football Club)", "7.", "Il-Club House u l-Ground fi Triq il-Madonna tal-Ġilju, Mqabba (Mqabba Football Club)", "8.", "Il-Club House u l-Basketball Pitches f'Pembroke (Pembroke Athleta Sports Club)", "9.", "Id-Dressing Rooms u l-Ground fi Triq Valletta, Qormi (Qormi Football Club)", "10.", "L-Ex Boċċi Club u l-Pitch f'Dawret il-Gudja, Gudja (St. Patrick's Athletic Club)", "11.", "Sit f'Birkirkara magħruf bħala Għar il-Ġobon (Birkirkara Tennis Club)", "12.", "Tennis Court u strutturi fl-Ex Rinella WT Station fid-Daħla tar- Rinella (Rinella Tennis Club)", "kif deskritti aħjar fl-abbozzi tal-ftehim li jinsabu fuq il-Mejda tal- Kamra jiġu mikrija lill-clubs, assoċjazzjonijiet, l-iSscouts u l-Girl Guides hawn fuq imsemmija għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozzi.", "Dokument \"G\"", "Billi fil-21 ta' Ottubru 1997 (Seduta Nru. 127) il-Kamra approvat Riżoluzzjoni taħt il-provvediment tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, l-għotja b'ċens temporanju ta' art lil:-", "1.", "Neptunes Waterpolo and Swimming Club", "2.", "Zurrieq Football Club", "3.", "Sirens Football Club", "4.", "Mosta Football Club", "5.", "Marsascala Sports Club", "6.", "Luxol Sports Club", "7.", "Saint Patrick's Football Club", "8.", "Ta' Xbiex Aquatic Sports Club", "9.", "San Giljan Aquatic Sports Club", "10.", "Marsaxlokk Football Club", "11.", "Malta Football Association", "U billi l-kejl ta' l-art konċessa lil dawn il-clubs, imsemmija fil- kuntratti magħmula skond l-abbozzi ta' ftehim kif ġew approvati mill- Kamra tad-Deputati fil-21 ta' Ottubru 1997, kien żbaljat;", "U billi l-Gvern iħoss li m'għandux iħallas kumpens jekk l-art jew partijiet minnha, mogħtija skond l-abbozzi ta' ftehim, tiġi meħtieġa għal skop pubbliku;", "U billi l-kuntratti ma' dawn il-clubs iridu jiġu emendati u modifikati għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 2 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li kull bidla ta' kull kundizzjoni inkluża fit-trasferiment ta' xi art tfisser \"trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li l-bdil f'dawn il-kuntratti jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati; Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-abbozzi ta' ftehim ma':-", "1.", "Neptunes Waterpolo and Swimming Club", "2.", "Zurrieq Football Club", "3.", "Sirens Football Club", "4.", "Mosta Football Club", "5.", "Marsascala Sports Club", "6.", "Luxol Sports Club", "7.", "Saint Patrick's Football Club", "8.", "Ta' Xbiex Aquatic Sports Club", "9.", "San Giljan Aquatic Sports Club", "10.", "Marsaxlokk Football Club", "11.", "Malta Football Association", "jigu emendati u modifikati skond l-atti korrettorji li jinsabu imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dokument \"H\"", "Billi fil-21 ta' Ottubru 1997 (Seduta Nru. 127) il-Kamra approvat Riżoluzzjoni taħt il-provvediment tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, l-għotja b'ċens temporanju ta' art lill-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians;", "U billi l-kejl ta' l-art konċessa lil din l-Assocjazzjoni, imsemmi fil- kuntratt magħmul skond l-abbozz ta' ftehim kif ġie approvat mill-Kamra tad-Deputati fil-21 ta' Ottubru 1997, kien żbaljat;", "U billi l-Gvern iħoss li m'għandux iħallas kumpens jekk l-art jew partijiet minnha, mogħtija skond l-abbozz ta' ftehim, tiġi meħtieġa għal skop pubbliku;", "U billi taħt parti mill-art konċessa ġiet inkluża power station antika;", "U billi l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians issa saret A.S. Hibernians Ltd.;", "U billi, skond il-klawsola numru 14 tal-kuntratt, l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians ma tistax tittrasferixxi l-art konċessa mingħajr l- approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi l-kuntratt li hemm ma' din l-Assoċjazzjoni jrid jiġi emendat u modifikat ghar-raġunijiet hawn fuq imsemmija;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 2 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li kull bidla ta' kull kundizzjoni inkluża fit-trasferiment ta' xi art tfisser \"trasferiment\";", "U billi huwa xieraq li l-bdil f'dan il-kuntratt isir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-kuntratt magħmul skond l-abbozz ta' ftehim kif gie approvat mill-Kamra tad-Deputati fil-21 ta' Ottubru 1997, immarkat Dokument (I), jigi tterminat skond id-Dokument (II) u minflok isir kuntratt ġdid għaż-żmien rimanenti ma' l-A.S. Hibernians Ltd. taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-emendi u modifiki hawn fuq imsemmija, kif inhu deskritt aħjar fl-abbozz ta' ftehim immarkat Dokument (III) imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dokument \"I\"", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta bi ħsiebu jagħti b'cens temporanju lil Malta Aviation Museum Foundation l-art f'Ta' Qali, kif inhi deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra, għaż-żmien, biċ-ċens u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl- istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art f'Ta' Qali, kif deskritta aħjar fl-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'ċens temporanju lil Malta Aviation Museum Foundation, għaż-żmien, għall-iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "Dokument \"J\"", "Billi fil-21 ta' Ottubru 1997 (Seduta Nru. 127) il-Kamra approvat Riżoluzzjoni taħt il-provvediment tal-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, l-għotja b'ċens temporanju ta' art f'Tar-Rumana u Ta' Ġnien Ġebel f'Tal-Balal fil-limiti ta' Birkirkara u Saint Andrews lil Saint Michael Foundation għal bini ta' skola;", "U billi l-kuntratt ta' ftehim ma sarx fil-perjodu stipulat fl-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet; U billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta għadu bi ħsiebu jagħti l- istess art lil Saint Michael Foundation kif kien ġie riżolut fis- Seduta Nru. 127 tal-21 ta' Ottubru 1997;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art f'Tar-Rumana u Ta' Ġnien Ġebel f'Tal-Balal fil-limiti ta' Birkirkara u Saint Andrews tingħata lill- imsemmija Saint Michael Foundation b'ċens temporanju għaż-żmien, għall- iskop u skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, kif kont informajt lill-Kamra waqt l-aġġornament tas- seduta ta' nhar l-Erbgħa, il-ftehim huwa li jkun hemm massimu ta' l- ekwivalenti ta' tliet seduti, jiġifieri jiġu seba' sigħat u nofs, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni, massimu ta' żewġ seduti, jiġifieri ekwivalenti ta' ħames sigħat għan-naħa tal-gvern.", "Dan ifisser li at the most id-dibattitu jrid jagħlaq nhar it-Tlieta filgħodu u jista' jkun li jingħalaq qabel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kif diġa' għedt din ir-riżoluzzjoni hija magħmula minn għaxar riżoluzzjonijiet differenti li jittrattaw suġġetti differenti fejn skond is-suġġett għamilna riżoluzzjoni separata.", "Bażikament it-trasferiment ta' l-artijiet l-iktar li jistgħu jibbenefikaw minnhom huma għaqdiet sportivi, l-għaqdiet filantropiċi bħalma huma l- iscouts jew inkella l-girl guides kif ukoll għaqdiet li jagħmlu ġid lis- soċjeta' bħalma huma mużewijiet privati, bħall-mużew ta' l-avjazzjoni u anke trade union partikolari li fil-fatt se nsemmi iktar tard.", "Dawn jikkonsistu fil-bulk tat-trasferiment ta' art tal-gvern li se ssir permezz ta' din ir-riżoluzzjoni imbagħad hemm riżoluzzjonijiet oħrajn li kienu skadew.", "Dawn ir-riżoluzzjonijiet kienu għaddew fl-1997.", "Dak iż-żmien riżoluzzjoni mill-Parlament kellha validita` ta' tliet xhur, jiġifieri jekk fi żmien tliet xhur ma jsirx il-kuntratt, allura r-riżoluzzjoni kienet taqa' u jkun hemm bżonn li terġa' tiġi proposta.", "Dan hu l-każ tas-St.", "Michael's Foundation, l-iskola li hemm proposta tinbena fuq art tal-Joint Office f'Tal-Balal, fejn wara tliet xhur ma kienx għadu sar il-kuntratt u allura dik ir-riżoluzzjoni waqgħet u issa qegħdin nerġgħu nipproponuha.", "Mr Speaker, infakkar lill-Kamra li bl-emendi li konna għamilna s-sena li għaddiet kwalunkwe riżoluzzjoni li ngħaddu minn dan il-Parlament sar għandha validita` ta' sena u mhux ta' tliet xhur.", "Dan qed jagħti breathing space iktar lill-gvern u lill-għaqdiet sabiex jekk tinqala' xi diffikulta` teknika, xi permess jew inkella xi kwestjoni teknika dwar il- kuntratt ikun hemm iktar żmien biex wieħed isolvi l-problema.", "Infakkar lill-Kamra wkoll li bl-emendi li kienu saru dakinhar kwalunkwe riżoluzzjoni parlamentari dwar trasferiment ta' art tal-gvern mandatorja trid tiġi diskussa fil-kumitat permanenti tal-Kamra li jagħrbel dawn ir- riżoluzzjonijiet.", "Fil-fatt dan l-eżerċizzju sar, jien kont diġa' spjegajt lill-kumitat l-iskop ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet pero' l-oppożizzjoni kienet irrimarkat li xtaqet li jkun hemm diskussjoni quddiem il-Parlament sħiħ.", "Dakinhar konna spiċċajna dak l-eżerċizzju f'temp ta' ġurnata fejn konna rriferejna kollox quddiem dan il-parlament.", "Mr Speaker, l-ewwel riżoluzzjoni tittratta dwar kirja li issa ilha viġenti favur l-international institute on ageing tal-Ġnus Magħquda mill-15 ta' April, 1998.", "Fil-fatt din il-kirja, b'kera nominali ta' Lm1 fis-sena, kienet għalqet fl-1993 u qed jiġi propost li din il-kirja tiġi mġedda retroattivament mill-1993 għal għaxar snin biex tiġi tagħlaq fis-sena 2003.", "Fil-fatt minkejja li l-kirja kienet għalqet fl-1993, kien hemm renewal taċitu tagħha għaliex il-gvern ippermetta li l-Iititut jibqa' fil-post Nru 117 f'St. Paul's Street, Valletta.", "U hawn qed nipproponu li Malta tkompli toffri faċilita` lil dan l-istitut u li terġa' ġġedded il-kirja sa l-2003.", "It-tieni riżoluzzjoni qegħda titlob lil dan il-parlament sabiex tapprova kirja tal-fond 9c, Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, lill- Confederation of Malta Trade Unions.", "Dawn kien ilhom ifittxu post alternattiv għaliex tilfu t-titlu fuq il-post li kellhom qabel u dehrilna li din hija xi ħaġa tajba.", "Anke` fil-passat kienu ġew mgħejjuna trade unions oħra, u b'mod partikolari nsemmi l-Auberge di France fejn l-art kienet ingħatat mill-gvern lill-GWU.", "Aħna deherilna li jkun xieraq li lil konfederazzjoni oħra kbira ta' trade unions Maltin tingħata dan il-fond bis- soliti kondizzjonijiet li jħallsu l-kera ta' Lm700 fis-sena.", "It-tielet riżoluzzjoni tikkonċerna talba minn għaqda li tagħmel ħafna ġid, id-Downs Syndrome Association li sibnilhom post f'South Street, Valletta.", "Hawn qed nipproponu li jingħata dan il-flat b'kera lil Down Syndrome Association versu l-kera ta' Lm400 fis-sena.", "Id-dokument \"D\" jittratta dwar proposta ta' lokazzjoni ta' żewgt ikmamar żgħar li jmissu ma' l-Ambaxxata Franċiża fil-Belt, Valletta.", "L-Ambaxxata Franċiża kienet tinsab ġewwa Ta' Xbiex u f'mument minnhom kienet iddeċidiet li tittrasferixxi l-ambaxxata tagħha fil-Belt, Valletta.", "Dan għalina huwa fatt pożittiv ħafna.", "Aħna nixtiequ li l-Belt tibqa' ħajja u tista' tibqa' ħajja biss billi anke` ambaxxati importanti bħalma huma dik ta' l-Ordni tal- Kavallieri u dik ta' Franza jkunu qegħdin fil-Belt Valletta.", "Fil-fatt kienu akkwistaw dan il-post privatament u talbuna li żewġt ikmamar li huma tal-gvern li kienu mikrijin lis-sid ta' din id-dar jinagħtaw lilhom.", "Dehrilna li pajjiż barrani m'għandux jikkompeti bit-tenders, imma ġaladarba hija xi ħaġa tajba fiha nnifsiha l-gvern dehrlu li kellu jgħin u aċċetta li dawn iż-żewġt ikmamar żgħar ħafna li jmissu ma' dan il-bini li xtraw privatament l-Ambaxxata Franċiża jiġu mogħtija b'titlu ta' lokazzjoni versu l-kera ta' Lm100 fis-sena.", "Dawn iż-żewġ postijiet qabel kienu jinkrew Lm10 fis-sena, jiġifieri żidna l-kera għaxar darbiet, pero` xorta waħda hija kera raġonevoli, u b'hekk qed nipproponu li l-fond 131, Melita Street, Valletta jinkera lill-Ambaxxata Franċiża f'Malta.", "Mr Speaker, id-dokument \"E\" jittratta dwar bidla f'kondizzjoni ta' konċessjoni enfitewtika ta' art lill-Five-Star Hotels Ltd.", "Fl-1992 il-Five- Star Hotels Ltd. kienu akkwistaw l-utile dominju għal 99 sena ta' art li fuqha mbagħad bnew lukanda five-star, jiġifieri kellhom l-obbligu fil- kuntratt li jibnu lukanda five-star, li fil-fatt bnew.", "Fost obbligi oħra dawn kellhom jagħmlu triq u l-gvern kien ukoll intrabat li jagħmel ċerti servizzi ta' infrastruttura leading to that area, li mbagħad ingħatat biċċa oħra lil lukanda oħra five-star sabiex is-servizzi jkunu wkoll jaqblu ma' żvilupp ta' hotels five-star, u fil-fatt dak l-iżvilupp kien sar ukoll.", "U jien naħseb li dik l-area llum hija area li ġiet żviluppat b'mod loġiku, u li qed tgħin ħafna lis-servizz u lill-industrija tat-turiżmu.", "Għandna żewġ lukandi five-star li qed joffru servizz importanti lill-Ministeru tat- Turiżmu f'post li sar aċċessibbli grazzi wkoll għas-servizzi li kien introduċa l-gvern.", "Issa kondizzjoni Nru. 16 kienet li l-kumpannija kellha l-obbligu li tibni hostel għall-benefiċċju ta' l-Institute of Tourism Studies b'nefqa li pero` ma kellhiex tkun ta' iktar minn Lm25,000 fuq art indikata mill-gvern.", "Din il-hostel fil-fatt ma kenitx saret.", "Id-dipartiment tat-turiżmu talab hu stess lid-dipartiment ta' l-artijiet tal-gvern li fiċ-ċirkostanzi, iktar u iktar issa li għaddew tmien snin, din il-kondizzjoni tinbidel fi ħlas ta' Lm25,000.", "Mela qabel kienet tagħti dawn il-flus f'xogħol u issa se tagħtihom fi flus kontanti.", "Hemm il-commitment min-naħa tal-gvern li jmorru favur id-dipartiment tat-turiżmu għall-użu kif jidhirlu hu favur it- turiżmu f'Malta.", "Mr. Speaker, id-dokument \"F\" imbagħad huwa l-itwal wieħed, fis-sens li permezz tiegħu se jiġu trasferiti l-ikbar ammont ta' artijiet tal-gvern.", "Fil-fatt nirrimarka, Mr Speaker, li naħseb li din ir-riżoluzzjoni tinkorpora fiha l-ikbar numru ta' artijiet permezz ta' riżoluzzjoni parlamentari.", "Dan id-dokumenti fil-fatt jaqsam il-proprejtajiet li se jingħataw lill-għadiet filantropiċi sportivi fi tnejn, dawk li se jingħatawlhom b'titlu ta' enfitewsi temporanja, u dawk li se jingħataw b'titlu ta' lokazzjoni.", "Issa domanda li naturalment żgur se ssir hija xi kriterju ntuża biex il-gvern jagħti b'titlu ta' ċens jew inkella b'titlu ta' lokazzjoni.", "L-iktar kriterju importanti li wżajna huwa x'titlu għandu l- gvern.", "F'dawk il-każijiet fejn il-gvern il-proprjeta` sħiħa hija tiegħu, jew għax dejjem kienet tiegħu, jew għax maż-żmien kien akkwistaha allura dak wieħed jista' jagħti b'titlu ta' ċens.", "F'dawk il-proprjetajiet oħrajn fejn l-art ġiet esproprjata minn terzi b'dikjarazzjoni tal-President pero` għadu ma sarx il-kuntratt ta' l-akkwist għal diversi raġunijiet, jew għaliex il-persuna ma aċċettatx il-kumpens offrut lilha, jew inkella nqalgħu xi diffikultajiet oħrajn li biha l-Gvern ma setax jakkwista l- proprjeta`, allura dawk bilfors nagħtuhomlhom b'titlu ta' lokazzjoni, għaliex id-dikjarazzjoni tal-President tintitola lill-gvern li jikkonċedi b'titolu ta' lokazzjoni, pero` ma tagħtihx id-dritt li jikkonċedi b'titolu ta' ċens.", "Li rrid ngħid hu li jiena ma neskludix – u qed ngħidha pubblikament f'din il-Kamra – li meta mbagħad il-gvern jakkwista titlu fuq dawn l-artijiet jista' jikkonverti t-titlu ta' lokazzjoni f'titlu ta' enfitewsi.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex jista' jkun li t-titlu ta' l- enfitewsi jkun iktar ta' utilita` lill-għaqdiet sportivi minħabba li jistgħu joffruh bħala garanzija għal self li jistgħu jieħdu mill-banek, apparti wkoll li l-kuntratt ta' ċens jista' jagħti iktar drittijiet minn kuntratt ta' kirja.", "Irrid ngħid ukoll li fejn ikun possibbli legalment, anke` f'dawk il-kuntratti li se nagħmlu ta' lokazzjoni, se nippermettu li jsir żvilupp fuq dik l-art.", "Jiġifieri jekk għaqda sportiva li se tieħu ground tal-football b'titlu ta' kera titlob li tagħmel xi tibdiliet, u jekk dawk it-tibdiliet strutturali jew bini jkun relatat ma' l-isport, il-gvern, safejn hu possibbli, se jagħti dak il-kunsens.", "Mr. Speaker, qed ngħid hekk għaliex dik il-parti li tkun għadha mhux akkwistata mingħand il-privat wieħed irid jara l-pożizzjoni legali, pero` żgurissimu mhux se jfixkel hu li jsiru dawn l-iżviluppi.", "Anzi l-kuntratti li qegħdin nipproponu qegħdin jiġu proposti bħala ċens, u wħud minnhom bħala lokazzjoni, proprju sabiex dawn il-postijiet ma jibqgħux użati biss bħala ground tal-football imma jkollhom ukoll faċilitajiet.", "Fil-kuntratt li qegħdin nipproponu dawn l-iżviluppi jridu jkunu faċilitajiet konnessi ma' l-isport.", "Ma jridx ikun xi supermarket ġewwa l- ground tal-football.", "Pero` l-għoti tal-bar, per eżempju, dak ma jkunx hemm għalfejn wieħed jitlob permess tal-Parlament sabiex f'konċessjoni enfitewtika li qed nagħtu lil klabb tal-football, jagħmel ristornat jew bar sabiex itejjeb il-faċilitajiet ta' l-isport.", "Għax issa lanqas nippretendu li n-nies imorru jilagħbu l-football jew il-basketball u jitilqu 'l hemm.", "Fl-opinjoni tagħna għandu jkun hemm ċertu ambjent li fih tmur il-familja sħiħa u mhux dak biss li qiegħed jilagħab il-football jew inkella li qiegħed jilgħab il-basketball jew il-hockey.", "Dik naħseb li hija xi ħaġa pożittiva u allura, iva, hemmhekk qiegħed jiġi permess li jsir ċertu żvilupp.", "Qegħdin nipproponu wkoll li l-gvern iżomm id-dritt ukoll li jkun jista' juża, jew hu jew il-kunsill lokali, parti minn dik il-faċilita` sportiva matul is-sena billi jiġu riservati lilu ġranet sabiex ikun jista' jużhom il- kunsill lokali jew il-gvern innifsu.", "Naturalment irid jingħata pre-avviż ta' l-użu, u hawnhekk se naqra din il-kondizzjoni li ġiet riprodotta tista' tgħid fil-kuntratti kollha.", "\"Il-Gvern u l-Kunsill Lokali permezz tal-Ministru responsabbli mill- isports, ikollhom id-dritt li jagħmlu użu b'xejn mill-faċiltajiet sportivi tal-klabb għal perijodu ta' ġimgħatejn b'kollox liema ġimgħatejn mhux bilfors li jkunu konsekuttivi.", "Irid jingaħta pre-avviż ta' mill-inqas xahar lill-klabb u d-dati jkunu ffissati b'konsultazzjoni mal-klabb konċernat.", "Jekk ma jkunx hemm qbil dwar dan il-ftehim, il-kwesjtoni tmur quddiem il-Kunsill Malti għall-Isport u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.\"", "Mela din hija kondizzjoni li ntroduċejniha fil-kuntratti kollha ta' lokazzjoni jew kera li tajna lill-għaqdiet sportivi jew lill-għaqdiet filantropiċi.", "Kondizzjoni oħra li ġiet introdotta fil-kuntratti kollha hija li fl-użu tal-faċilitajiet sportivi tal-klabb m'għandux ikun hemm diskriminazjoni minħabba kulur, razza, reliġjon, politika jew sess.", "Din għamilniha għaliex sal-lum bil-Kostizzjoni ta' pajjiżna l-gvern huwa projbit milli jiddiskrimina fuq dawn ir-raġunijiet.", "Sakemm nagħmlu issa l-emenda fil- Kodiċi Kriminali biex ikun reat li kwalunkwe persuna pubblika jew privata tkun tista' tiddiskrimina abbażi ta' dawn l-affarijiet qed nagħmluha kondizzjoni ġewwa l-kuntratt innifsu.", "L-użu tal-faċilitajiet sportivi għandu jkun esklużivament għall-isport pero` jista' jinkludi uffiċċji għall-amministrazzjoni sportiva, gymnasium, sport clinics u faċilitajiet oħra għal min juża jew jiffrekwenta din il- proprjeta`, iżda mhux tali li jibdel in-natura prinċipali tal-kumpless sportiv.", "Huwa aċċettabbli li wieħed ikollu ħanut li minnu jbiegħ l- affarijiet ta' l-isports, huwa aċċettabbli li wieħed ikollu ristorant, huwa aċċettabbli li wieħed ikollu bar hemmhekk, pero` anke dawn l-affarijiet, fil-propozjon m'għandhomx ikunu tali li flok ikollna ground bil- faċilitajiet ikollna ristorant u bħala appendix tiegħu jkun hemm ground tal- football.", "Jiġifieri dik kienet l-intenzjoni għaliex il-ministeri ta' l- isport u ta' l-artijiet daħħlu din il-kondizzjoni.", "Fejn kien hemm il-konċessjoni enfitewtika, ġaladarba qed nagħtu drittijiet aktar milli fil-każ ta' konċessjoni ta' lokazzjoni allura għamilna kondizzjoni li l-klabb jew l-għaqda trid tagħmel ċerti benefikati fil-post.", "Dawn il-benefikati jvarjaw skond id-daqs tal-post innifsu sabiex mhux sempliċement ingħatat l-art u wara għaxar snin, għoxrin sena kollox ikun baqa' l-istess, imma hemm l-obbligu li jsiru ċerti miljoramenti sabiex l-għoti ta' l-art lil dawn l-għaqdiet sportivi jkun ta' benefiċċju wkoll għas-soċjeta` u allura jkun hemm żvilupp ta' dawn il-koċessjonijiet enfitewtiċi ta' faċilitajiet sportivi.", "Dan qed ngħidu, Mr Speaker, għaliex l-esperjenza uriet li meta tagħmel devoluzzjoni ta' oġġett, ma nistax ngħid dejjem ġara hekk, imma bħala regola jkun hemm ċertu titjib.", "Dan rajnih fil- kunsilli lokali.", "Hawn kunsilli lokali li jagħmluh, hawn xi ftit li m'għamluhx, imma l-maġġoranza kbira tal-kunsilli lokali għamlu affarijiet li kieku l-gvern ċentrali qatt ma kien jasal biex jagħmel, mhux għax ma kellux ir-rieda imma forsi għax il-prijoritajiet tiegħu kienu jkunu differenti.", "Insemmi biss f'ċerti rħula l-isqaqien li qabel kont tibża' tgħaddi minnhom.", "Illum, bis-saħħa tal-kunsilli lokali u bis-saħħa tad- devoluzzjoni ta' dak il-poter lill-kunsilli Lokali, saru nodfa iktar, saru iktar lokalizzati u sarulhom paviment li huwa verament sabiħ u li jagħtu ċertu karattru.", "Hekk ukoll qed nipproponu li nagħmlu rigward il- faċilitajiet sportivi.", "Ġaladarba issa se jkollhom it-titlu dawnh se jkunu jistgħu jissellfu wkoll għal dan l-iskop, ikunu jistgħu jtejbu proprjeta` tal-gvern li qed tiġi wżata mill-komunita`.", "Nittamaw ukoll li dan iġib investiment minnu nnifsu minħabba li se jkun hemm il-bżonn li jsir ċertu investiment f'dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Il-kirjiet m'għamilnihomx statiċi fl-ammont tal-kera.", "Kemm l-ammont tal- kera u kemm l-ammont taċ-ċens jiżdied.", "Issa l-ammont taċ-ċens u l-ammont tal-kera mhux kollha huma l-istess, għaliex jiddependi mid-daqs tal- proprjeta` li tingħata, imma jekk nieħu, per eżempju, għandi kuntratt hawn tal-Lija Boċċi Club, dan se jingħata Lm200 fis-sena, pero` kull perijodu ta' ħames snin, dan l-ammont ta' ċens jiġi rivedut għal żieda ta' 10% taċ- ċens eżistenti meta ssir ir-reviżjoni.", "Allura l-10% huwa kumulattiv bħala compound interest, jiżdied dejjem fuq il-kera li tkun diġa' ġiet miżjuda b'10% oħra darba oħra.", "Biex b'hekk iċ-ċens li jitħallas għal kull ħames snin wara kull reviżjoni jkun iċ-ċens hekk rivedut.", "Mr Speaker, issa se naqra lil min se nipproponu li jingħata b'kera.", "L- ewwel proprjeta` li se tingaħta b'ċens hija l-art f'Għajn Tuffieħa bil- benefikati eżistenti fuqha lill-iscouts association.", "Dawn diġa` fl-1997 kienu ngħataw l-art, pero` għamilna xi emendi għal dan il-kuntratt, u peress li kienu mhux ftit allura pproponejna kuntratt kompletament ġdid.", "Is-segretarju ġenerali informani li jista' jkun hemm xi emendi żgħar oħrajn għal dan il-kuntratt fuq talba ta' l-iscouts association, imma bażikament għall-istess kuntratt li qed nipproponu llum.", "Din l-art, li hija art estensiva ħafna trid tintuża mill-iscouts għall-iskopijiet ta' l-iscouts versu ċens ta' Lm5,000 u xi ħaġa, li jiżdied matul is-snin, pero` matul l- ewwel sentejn huwa discounted.", "Kien hemm proposta wkoll li l-iscouts jagħmlu jamboree ġewwa din il-site, u fil-fatt tniżzlet fil-kuntratt ukoll u li din l-area tintuża bħala camp site.", "(Interruzzjonijiet) Iva, il- kuntratt kien diġa` ngħata qabel pero` naqqasna ftit iċ-ċens.", "Dan kien skada wara tliet xhur.", "Peress li għamilna diversi tibdiliet qed nipproponu kuntratt ġdid.", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-konċessjoni enfitewtika kienet diġa` ġiet approvata mill-Parlament f'Ottrubru 1997 pero` qatt ma sar il- kuntratt.", "Jekk tgħidli x'inhuma d-differenzi bejn dakinhar u llum, l-ikbar differenza hija t-tnaqqis fl-ammont taċ-ċens.", "Hemm fond fi Triq id-Dawr fil-Mosta li se jingħata lil Mosta girl guides, il-Boċċi Pitch u l-Club House f'St. Patrick Street, Birżebbuġa, lil Birżebbuġa Boċċi Club, il-Waterpolo Pitch u l-Club House fi Triq il-Bajja Sabiħa f'Birżebbuġa lil Birżebbuġia Sports Club, f'Hal Lija boċċi club u tennis club se jingħataw il-faċilitajiet li għandhom illum, il-Każin tar- Regatta Marsa se jingħata l-club house u art ħdejn il-moll tal-braken, il- Mosta Cycling Club, il-Hockey Association ta' Malta, it-Tennis Club ta' Kordin u l-Vittoriosa Lawn Tennis Club se jingħataw il-faċilitajiet sportivi u clubs li qed jokkupaw illum, il-Paola Boċċi Club, il-Paola Wolves Sports Club ukoll se jingħataw il-boċċi pitch u l-club house li għandhom f'Raħal il-Ġdid.", "Se tingħata art f'Pembroke lil Malta Judo Federation, hemm il-football ground u t-tennis court u d-dressing rooms tal- Melita Football Club, u lill- Pembroke Rackets Tennis Club rispettivament.", "Se tingħata art lil Pembroke Athleta Sports Club, football ground u tennis courts lil Malta Tennis Federation, art f'Pembroke lill-BMX Association, art oħra f'Pembroke lill-Island Radio Model Car Club, hockey pitch lil Qormi Hockey Club, mbagħad hawn boċċi, pitches and club houses lill-Isla Boċċi Club, lil Paola Tarxien Boċċi Club, lil St. Peter Club – Zabbar, lil klabb tal-boċċi, Zabbar, lil Żebbuġ Boċċi Club, Zejtun Boċċi Club, lil ċentru rikreattiv Guy Boċċi Club Zurrieq, u lil Sannat Lions Football Club ta' Għawdex se nagħtuhom football ground stand u club house.", "Irrid ngħid li fuq Għawdex ukoll diġa` kienu saru ħafna arranġamenti ta' management qabel ma saru riżoluzzjonijiet parlamentari.", "Jiġifieri l- Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar erba' jew ħames snin kien diġa` wkoll ikkonċeda l-management ta' dawn il-postijiet lil għaqdiet sportivi Għawdxin.", "Li qed nagħmlu llum hu li qed nagħtu libsa legali lil ċerti konċessjonijiet ta' management li kienu saru qabel ukoll.", "Mbagħad hemm l- art li qed jokkupaw illum u ilhom jokkupaw għal ħafna żmien il-Malta Basketball Association, inkluż dak il-hangar li hemm li se jingħata b'ċens lil Malta Basketball Association.", "Irrid ngħid li hemmhekk huwa l-uniku post fejn dejjem jista' jsir il-logħob tal-basketball, f'kull staġun tas- sena.", "Hafna drabi jkun hemm ħafna nies, speċjalment meta jkun hemm partiti tal-basketball li huma akkaniti, u dehrilna li għandha ssir konċessjoni enfitewtika sabiex is-servizz li taw s'issa l-MBA jkomplu jagħtuh fil-futur b'servizzi terġa' aħjar.", "Dawn kienu l-lista ta' proprjetajiet li se nagħtu b'enfitewsi temporanja fuq il-perijodu ta' 49 sena.", "Ħalli nikkwota paragrafu wieħed li ġie ripetut fir-riżoluzzjonijiet kollha:", "\"Il-Gvern ta' Malta qed jagħti titolu ta' enfitewsi temporanju għal perijodu ta' 49 sena b'effett mil-lum\",", "u mbagħad ikollok id-deskrizzjoni tal-proprjeta`.", "Jiġifieri l-enfitewsi hija għal 49 sena u hemm tletin art tal-gvern jew benefikati jew bini mibni fuq art tal-gvern li se jingħataw b'enfitewsi temporanju ta' 49 sena lil tletin għaqda differenti.", "Mr. Speaker, għandna wkoll lista ta'12-il post ieħor li se jingħataw titlu ta' kera u dawn huma camp site f'Baħar Iċ-Ċagħaq għal Birkirkara Scout Group, parti minn Sandhurst Health School Grounds f'Pembroke lil Girl Guides, Pembroke/North District u lil Pembroke St. Andrews Scouts, parti mill-ex-Rinella W.T. Station fid-Daħla tar-Rinella lil South District Scout Group, club house u l-pitch fi Triq Mile End, kantuniera ma' Triq Schembri, l-Ħamrun lil Ħamrun Liberty Sports Club, Birkirkara Football Grounds u n- nurseries f'Bontadini Street lil Birkirkara Football Club plc.", "Mr Speaker, fil-kas ta' l-għaqdiet sportivi tal-football li llum ifformaw public liability company - u hawn qed nirreferi għall-klabb tal-football ta' Birkirkara u l-klabb tal-football tal-Hiberians - għamilna kondizzjoni li l-azzjonijiet ma jistgħux jiġu trasferiti intervivos lil xi ħaddieħor mingħajr il-kunsens tal-kummissarju ta' l-artijiet, pero` dak il-kunsens ma jistax jiġi miċħud bla raġuni.", "U dan għamilnih biex ma tiġix evitata l- klawsola li għedna li dawn il-clubs tal-football u l-clubs sportivi u l- għaqdiet filantropiċi ma jistgħux jittrasferixxu t-titlu ta' ċens tagħhom jew inkella t-titlu tal-lokazzjoni tagħhom lil ħaddieħor għaliex inkella jibda jsir negozju għal skop filantropiku jew skop sportiv minn fuq dahar il-gvern.", "Għamilna wkoll kondizzjoni f'dawn il-konċessjonijiet li jekk il-gvern għal xi skop pubbliku jkun irid jieħu lura biċċa jew kollox minn dawn l- artijiet, naturalment ma jħallasx kumpens fuq l-art tiegħu stess.", "Din hija kundizzjoni li bdejna nintroduċu minn ċertu żmien 'l hawn fil-konċessjonijiet li nagħtu f'dan il-parlament.", "Jekk il-parlament ta konċessjoni għal skop sportiv, pero` mbagħad inqala' proġett tant kbir u importanti, jew inkella xi twessiħ importanti ta' xi triq li l-gvern irid jieħu lura dik il-parti, allura l-gvern ma jħallasx kumpens fuq art tiegħu stess.", "Hawnhekk irrid ngħid li ma jħallasx il- kumpens ta' l-art biss, pero` jekk fuq dik l-art l-għaqdiet sportivi jkunu għamlu xi benefikati jsir kumpens għall-ispejjeż li jkunu saru fuq l-art.", "Issa nkompli bil-lista ta min se jibbenefika minn dawn il-konċessjonijiet ta' kiri.", "Dawn huma:", "Marsa Football Club se jieħdu l-ground u d-dressing rooms.", "Mqabba Football Club se jieħdu l-club u l-ground.", "Pembroke Atleta Sports Club se jieħdu l-club u l-basketball pitches.", "Ħal Qormi Football Club se jieħdu d-dressing rooms.", "St. Patrick's Athletic Club se jieħdu l-ex Boċċi Club u l-pitch f'dawret il- Gudja.", "Birkirkara Tennis Club se jieħdu sit f'Birkirkara f'Għar il-Ġobon.", "Rinella Tennis Club se jieħdu tennis court u strutturi fl-ex Rinella.", "Dawk kienu il-bulk tat-trasferimenti ta' l-artijiet tal-Gvern li huma kontenuti fid-dokument fir-Riżoluzzjoni F.", "Mr. Speaker, fid-dokument Ġ hemm tibdiliet fil-kundizzjonijiet li kienu ngħataw minn dan il-parlament f'kuntratti approvati fil-21 ta' Ottubru, 1997.", "Dakinhar dan il-parlament kien approva diversi konċessjonijiet favur għaqdiet sportivi u dawn l-għaqdiet talbu lill-kunsill malti ta' l-isports li jagħmlu xi tibdiliet.", "Uħud minnhom kienu jirrigwardjaw l-aktar qisien.", "Fejn naf jien, il-football ground ta' Ta' Qali irriżulta, wara li kienet saret ir-riżoluzzjoni enfitewtika, li d-daqs ma kienx jaqbel mad-daqs veru, u għalhekk issa saru l-qisien.", "Nixtieq nirringrazzja l-istaff li hemm fit- taqsima proprjeta` tal-gvern għax xogħol siewi li għamlu.", "Għax dan għamluh waqt li kienu għaddejjin ukoll il-proġetti tal-Kottonera, ta' Manoel Island.", "Filwaqt li kien għaddej dan ix-xogħol kollu tal-proġetti l-kbar marru wkoll f'kull wieħed minn dawn is-siti mhux biss dawk li qed nikkonċedu llum imma anke` li ġew konċessi qabel, sabiex ikollna l-qisien eżatti u ma jkollniex kwistjonijiet fil-futur.", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Bil-permess tal Ministru, min ġibed l-attenzjoni għal żball fil-qisien?", "Kienu l-għaqdiet sportivi nfushom jew inkella kien l- istess dipartiment li nduna li kien hemm xi żbalji?", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORĠ: Jien infurmat li kien il-lands department innifsu li ġibed l-attenzjoni fuq il-qisien.", "Jiġifieri lill-lands department irriżultalu li ma kienx qiegħed jaqbel bejn il-kuntratt approvat mill- parlament u l-qisien reali, u fil-fatt saru dawn it-tibdiliet li qed jiġu proposti lil dan il-parlament fid-dokument G. Dik hi l-informazzjoni li għandi u l-importanti hu li biex nevitaw li jinqalgħu kwestjonijiet ta' hawn jekk hux tagħhom u hawn jekk hux tagħna, jiġifieri qed ngħidu li għandkom illum tieħduh, u jekk fil-konċessjoni ta' l-1997 kellhom inqas, se tieħdu l-biċċa sħiħa kollha.", "Id-dokument H jittratta dwar konċessjoni enfitewtika lill-assoċjazzjoni sportiva Hibernians.", "Dan huwa club li jinkludi l-football bħala dixxiplina sportiva tal-Hibernians u dak li għidt għall-Birkirkara FC japplika wkoll għall-Hibernians.", "Mr. Speaker, kellna talba mill-Malta Aviation Museum sabiex tingħatalhom l-art li għandhom f'Ta' Qali li hija okkupata minnhom on encroachment terms.", "Irrid ngħid li diversi membri ta' din il-Kamra żaru dan il-mużew.", "Dan huwa mużew li beda mix-xejn.", "Il-Malta Aviation Museum Foundation għamlet biċċa xogħol tajba li tħabbata ma' kwalunkwe mużew ieħor f'Malta.", "Jien kont xhud ukoll ta' l-entużjażmu li wrew meta dawn il-hangars żgħar qed jaqgħu biċċiet, tal-corrugated iron imsaddad, irġiel, nisa u tfal irnexxilhom bil-ħidma volontarja fil-weekends, matul il-festi u matul il- ġurnata, jiżbugħ u jbiddluh.", "Minn post li kien kompletament abbandunat irnexxilhom ibiddluh f'mużew, u l-ħidma tagħhom kienet diretta mhux biss lejn il-proprjeta` li kellhom b'encroachment imma anke` kellhom il- kapaċita` li jikkuntattjaw ambaxxati f'Malta sabiex jottjenu xi kultant anke` xi biċċiet ta' ajruplani, jew ajruplani sħaħ żgħar, li kienu jew ma kinux jintużaw fil-gwerra u jpoġġuhom fl-Aviation Museum.", "Naturalment fetaħ ukoll exhibition il-President ta' Malta li baqa' impressjonat bil-ħidma ta' din il-fondazzjoni u naħseb li m'għandu jkun hemm l-ebda kontroversja li lil dawn il-persuni nagħtuhom kuntratt ta' ċens sabiex ikunu jistgħu jkomplu facilment jinvestu f'din l-art.", "Fil-fatt ma' dawn iż-żewġ hangars qed nitolbu lill-parlament biex jagħtihom biċċa art biex ikunu jistgħu jagħmlu anke' exhibitions fuqha.", "Irrid ngħid li anke viżitaturi barranin jiġu Malta sabiex jaraw dan il-mużew ta' l-avjazzjoni li sar iħabbatha wkoll mal-Mużew tal-Gwerra tal-Belt Valletta li huwa f'idejn il-gvern u l-fondazzjoni ukoll.", "L-aħħar riżoluzzjoni hija waħda formali.", "Kienet għaddiet riżoluzzjoni fl- 1997 biex art f'Tal-Balal tingħata lil skola privata li riedet tkabbar.", "Din l-iskola diġa` għandha skola f'Pembroke pero` tixtieq tkabbar u tagħmel skola oħra u dan il-parlament unanimament kien diġa` approva l-għoti ta' art li kienet tal-Joint Office lil din l-iskola.", "Sfortunatament ma laħaqx sar il-kuntratt u allura qed nipproponi li l-parlament jerġa japprova l- istess kundizzjonijiet ta' dik il-konċessjoni enfitewtika.", "Kif għidt qabel, il-liġi llum tippermetti wkoll li din ir-riżoluzzjoni ddum għal-sena u mhux għal tliet xhur.", "Dawk kienu r-riżoluzzjonijiet li qed nipproponu, Mr. Speaker.", "Naħseb li qed nagħmlu ħaġa tajba u nittama li jkollna l-approvazzjoni unanima ta' dan il-parlament biex nibagħtu messaġġ lill-volontarjat.", "Ilna nitkellmu fuq il- liġi tal-volontarjat imma għalissa qegħdin nagħtuhom din l-art li hija ħaġa importanti ħafna.", "Ħafna drabi kulma jgħidulna jkun \"agħtuna l-art, agħtuna l-mezzi u l-affarijiet l-oħra nistgħu nieħdu ħsiebhom aħna\".", "B'hekk qed nagħtuhom din l-art sabiex huma jkunu jistgħu jinvestu għall-ġid ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-fatt tajjeb li ngħid li naqbel ma' l- aħħar kelmiet tal-Ministru li wieħed irid jagħti faċilita` lill-NGOs biex wieħed ikun jista' jagħmel ġid għaċ-ċittadini u għal pajjiżna.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li ħafna mill-artijiet li se jingħataw kienu diġa` previsti li jingħataw mill-gvern preċedenti.", "Jiena nixtieq nikkummenta li huwa tajjeb li wieħed jagħti artijiet biex wieħed ikun jista' jgħin u jagħti servizz liċ-ċittadin pero` m'għandux ikun hemm min jabbuża.", "Għandna esperjenza diġa' li saru tip ta' abbużi u allura wieħed irid joqgħod attent u jekk hemm xi tieqa miftuħa jipprova jagħlaqha.", "Il-Ministru beda biex jirriferi għall-għotja lill-Five Stars Hotel fejn qal li kien hemm kondizzjoni li din il-kumpannija kellha l-obbligu li tibni hostel għall-benefiċċju ta' l-Institute of Tourism Studies u li n-nefqa kellha tkun Lm25,000.", "Issa jekk ma kienx hemm bżonn dan, allura l-gvern kien imissu jieħu l-flus mill-ewwel.", "Dan qed ngħidu għax Lm25,000 ta' dak iż-żmien kienu jiswew aktar milli jiswew illum.", "Din qed naraha nuqqas min- naħa tal-gvern.", "Il-Ministru semma' wkoll il-post li se jingħata lis-CMTU u kkomparah ma' post li ngħata lill-GWU.", "Dawn l-għotjiet m'humiex komparabbli għaliex il- GWU kienet marbuta li jekk tagħmel xi kummerċ u tagħmel xi profitt, tagħti ċertu persentaġġ lura lill-poplu imma f'dan il-każ is-CMTU m'għandhiex dik il-klawsola.", "Minħabba f'hekk huwa żbaljat il-Ministru meta jgħid li dawn il- kuntratti huma l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Imma d-daqs huwa immaterjali.", "Il-kondizzjoni hija differenti.", "Saret riferenza għall-art li se tingħata għall-iscouts.", "Jien nixtieq nagħmilha ċara li naqbel ma din l-għotja imma tajjeb li wieħed jispjega wkoll li mhux billi tiġi titkellem hawn fil-parlament u tgħid li din se tkun bħalma kienet qabel imma ċ-ċens huwa inqas.", "(Interruzzjonijiet) F'dan il-kas tneħħa l-obbligu li jsir landscaping.", "(Interruzzjonijiet) Dan li qed jagħmel il-gvern, li tant igħid li jħobb l-ambjent.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): L-obbligu li jsir landscaping kienet fuq tliet Ministeri, il-Works, l-Ambjent u l- Agrikoltura.", "Veru li din tħalliet barra u naħseb li dan sar bi żvista.", "Jien il-bieraħ ikkonfermajt mal-works department li għadhom lesti jonoraw dak l-obbligu.", "Din hija waħda mill-emendi li tkellem fuqha l-Ministru.", "MR SPEAKER: Kompli Onor. Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għidt li kien hemm obbligu li jrid ikun hemm landscaping.", "(Interruzzjonijiet) Le.", "Jien m'għedtx li l-gvern kellu responsabbilta` li jagħmel landscaping imma għedt li ma kontx nistenna li gvern li tant jiftaħar bl-ambjent kien se jneħħi din il-klawsola tal- landscaping.", "(Interruzzjonijiet) Kellkom nies biżżejjed biex taraw dawn in- nuqqasijiet, u jekk hemm xi emenda, nitlob li tgħadduhielna.", "Ħaġ'oħra differenti hi li issa qed jingħata lok li wieħed jista' wkoll b'xi mod jgħaddi din l-art lil terzi persuni u jista' jsir il-kummerċ.", "M'għandux ikun li nagħtu art għal ċerti proġetti u mbagħad nispiċċaw bl- ispekulazzjonijiet.", "Per eżempju fil-mezzi tax-xandir smajna li se jsir xi camping site u ssemmiet l-art li se tingħata lil l-iscouts.", "Mela xi ħadd privat se jinqeda bihom biex jagħmel dan il-camping site.", "Huwa impossibbli li l-ministru ma semax għaliex.", "Jien mhux talli smajt talli għaqdiet tal- camping ġew jistaqsuni jekk hux veru se jsir hekk.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk għedt imma jista' jagħti l-lok li jiġri.", "Jiena qed ngħid li peress li kien hawn dawn l-ispekulazzjonijiet u dawn id-diskorsi kollha wieħed irid joqgħod attent għall-affarijiet.", "Dan mhux qed nivvintah jien għax jirriżulta anke mill-gazzetti.", "Mr. Speaker, jien kont nistenna wkoll li flimkien ma dawn l-artijiet kont se nsib il-ground tal-football ta' St. George's. U għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jien niftakar li meta kien hemm ministru minn Bormla kien jintqal li hemmhekk se jsir il-ground ta' St. George's. Jien kont għamilt il- mistoqsijiet u kienu jgħiduli li dan il-ground ta' St. George's se jsir, li hemm il-flus ivvotati u li anke saru l-pjanti.", "Saħansitra ġimgħa qabel l- elezzjoni ta' l-1992 twaħħlet tabella li kienet tindika l-post fejn kien se jsir is-St.", "George's football ground.", "Tnax il-siegħa wara l-elezzjoni ma dehritx iktar din it-tabella.", "Wara dan jiena kont qajjimt din il-kwestjoni f'dan il-parlament u wara ħafna mistoqsijiet u battibekki mal-ministru responsabbli l-Onor.", "Refalo rriżulta li ma kien hemm xejn u kulma ntefqu kienu flus biex isiru studji.", "Hekk intefqu l-flus!", "Ħadd ma jaf fejn intefqu.", "U ma sar xejn!", "Dawk l-Lm10,000 li s-Segretarju Parlamentari pprova jakkuża lill-klabb ta' Bormla li nefaqhom hu ntefqu minn sieħbu.", "Mr. Speaker, ħalli nkompli nsemmi dwar kemm wieħed irid joqgħod attent għall-abbużi.", "Per eżempju kien hemm il-kwestjoni tal-Yellow Garage.", "Minkejja li ġiet riżoluzzjoni f'dan il-parlament spiċċajna li mbagħad din l- art ġiet negozjata lil ħaddieħor.", "Kien hemm ukoll il-kwestjonijiet ta' Chambrai u tal-Mc Donald's. Hemmhekk ukoll saret spekulazzjoni minkejja l- intenzjonijiet kollha tajba.", "Saret emenda fil-liġi, imbagħad saru l- kumitati f'dan il-parlament biex jiddiskutu dawn il-każijiet hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Taħseb li b'dawn il-kumitati se jissolvew il-problemi?", "Dawn il-Kumitati li saru qed tużawhom biss bħala rubber stamps.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aħna ma rridux naħlu l-ħin tal-Kamra.", "Aħna ma noqogħdux ngħaddu ż-żmien bħalma tagħmlu intom.", "MR SPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Per eżempju l-affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea tiddiskutuhom fil-kumitat biex il-poplu ma jismax x'aħna ngħidu.", "(Interruzzjonijiet) Għandkom ħamsa żejda u taħsbu li tistgħu tagħmlu li tridu.", "Qed tabbużaw mill-kumitati.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ħalli ngħid kemm qed tabbużaw u se nsemmi l-kwestjoni ta' l-għoti ta' l-art għall-proġett tal-Kottonera.", "Sar Kumitat...", "(Interruzzjonijiet) Le, ma kienx covered bil-liġi!", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħid kif tgħaddu n-nies biż-żmien intkom.", "Mela ddiskutejna hemmhekk, saru r-riżervi dwar dan il-proġett u minkejja dan baqa' għaddej kollox u ma ttieħdet l-ebda konsiderazzjoni ta' l- affarijiet li wieħed seta' jirranġa.", "Minn indikazzjonijiet ċari li ssottomettew lill-awtorita` ta' l-ippjanar irriżulta li dawn li ngħataw l- art, li suppost se jagħmlu żvilupp pożittiv mil-lat soċjo-ekonomiku għan- naħa t'isfel ta' Malta, kulma riedu jagħmlu kienu spekulazzjonijiet.", "Minħabba f'hekk aħna ressaqna l-każ quddiem il-public accounts committee, u għax għandhom il-maġġoranza tan-naħa l-oħra ma ridux jiddiskutuh.", "Ġabu kwalunkwe skuża biex ma jiġix diskuss.", "X'redikolaġni hi din?", "Imbagħad kien hemm ir-rimedju li wieħed iressaq il-kas quddiem id-Direttur tal- Verifika u hekk għamilna.", "Ma qtajniex qalbna!", "Proprju f'Diċembru kont ktibt lid-Direttur tal-Verifika u kont għedtlu li hemm ksur tal-ftehim minħabba li naqsu milli jissottomettu l-affarijiet sewwa sa ċertu data, u għal dan in-nuqqas hemm multa ta' Lm200,000 għall-kaxxa ta' Malta.", "U l-konklużjoni ta' l-Awditur Ġenerali tgħid hekk:", "\"Huwa fatt li meta wieħed jaqra r-rapport tal-Project Officer ta' l- Awtorita' l-indikazzjoni hi li l-kuntratturi kien ħaqqhom jeħlu penali żgur. \"", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"Wara li wieħed jeżamina u jifli bir-reqqa ċ-ċirkostanzi kollha kif żvolġew l-affarijiet u li l-proġett ma ġiex preġudikat, l-opinjoni finali hi li ma kienx hemm lok li tiġi imposta.\"", "Mela qed jgħid li aħna għandna raġun, imma jidher ċar ukoll li minħabba l- pressjoni tal-gvern l-Awditur ma riedx jissuġġerixxi lill-gvern biex iwaħħalhom.", "Issa ħaġa li ma semmejtx apposta u li d-Direttur tal-Verifika ma ndunax biha u li lanqas l-awtorita' ta' l-ippjanar ma qaltilhom biha hi li fuq development brief bilfors irid ikollok l-traffic impact assessment.", "Mela jekk m'għandekx traffic impact assessment mad-development brief skond il-kuntratt l-applikazzjoni ma tkunx konsidrata kompluta.", "Mr. Speaker, minn dan jidher ċar li minkejja li għamilna l-kumitati f'dan il-parlament l-abbużi jsiru u jsiru bl-għajnuna tal-gvern ukoll.", "Imbagħad il-wiċċ vili hu li jiġu jiftaħru li l-affarijiet se jsiru kollha sew.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, aħna l-proġett irriduh, mela le!", "Imma se jkissru l-arkitettura ta' Sant Anglu.", "Anke` l-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa akkużatkom.", "U minkejja l-attenzjoni li nġibdet xorta bqajna għaddejjin!", "U dan minkejja li la sar development brief u lanqas sar it-traffic impact assessment li suppost isir.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, se jsiru affarijiet ta' detriment għaċ-ċittadin.", "Issa jekk inti kuntent li jsiru l- affarijiet ħżiena, għid li int kuntent.", "(Interruzzjonijiet) La hu m'hu kuntent u lanqas min għandu għal qalbu l-arkitettura u l-istorja ta' pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) La inti kuntent, ibqa' kuntent, imma aħna m'aħniex kuntenti.", "Mr Speaker, għax il-gvern għandu maġġoranza ta' ħamsa se jibqa' għaddej minn fuq kulħadd.", "Dan imissu jara x'jagħmel meta qed tinġibidlu l- attenzjoni ta' Din l-Art Ħelwa li dawk id-disinji ma jaqblux mal-bini storiku.", "Issa n-nies li qed jgħidu dawn l-affarijiet huma esperti u ta' l- affari tagħhom pero' l-gvern xorta jibqa' jgħid li l-proġett se jibqa' sejjer.", "Din hija xi ħaġa allarmanti.", "Jidher ċar li minkejja li qed tinġibidlu l-attenzjoni kollox jindika li l-gvern se jibqa' għaddej.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "U din l-attitudni, Mr Speaker, m'hijiex qegħda sempliċement fil-parlament, imma qed narawha f'kull awtorita` li għandu l-kontroll tagħha l-gvern.", "Qed narawha wkoll fil-planning authority.", "MR SPEAKER: Point of order, is-Segretarju Parlamentari Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: L-Onor.", "Mizzi qed jitkellem fuq affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn mar-riżoluzzjoni.", "Qed nitkellmu fuq xi ħaġa totalment differenti sempliċement biex noħolqu kontroversja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi jkompli bl-intervent tiegħu.", "Naturalment wieħed għandu jiffoka fuq il-mozzjoni li għandna quddiemna.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, intervent bħal dan iktar u iktar ma nistenniehx mingħand perit.", "Issa ngħidlu kemm għandha x'taqsam.", "Issa nispjegalu l-mod kif ħareġ il-permess tal-Kottonera.", "(Interruzzjonijiet) U żgur li għandha x'taqsam!", "Mela għax id-dipartiment jagħti l-art dan ifisser li dak li jkun għandu l-go ahead li jagħmel li jrid fiha?", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors trid tmur għand l-awtorita` ta' l- ippjanar!", "U ejja ma ndaħħkux.", "Qed jidher ċar li qed isiru l-abbużi f'dan il- parlament għax il-gvern għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet.", "U l-abbużi qed isiru wkoll fl-awtoritajiet ikkontrollati mill-gvern.", "Ġieli tingħata art b'riżoluzzjoni ta' dan il-parlament, il-kundizzjonijiet li jiġu mgħoddija f'dan il-parlament ma jkunux skond il-liġi ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar imma għax għax il-gvern għandu l-maġġoranza u għax għandu l- awtorita` ta' l-ippjanar pupu f'idejh, ibda miċ-chairman, kollox jibqa' għaddej.", "Per eżempju jiena ma nistenniex li l-uniku interess taċ-chairman tagħha huwa from a planning point of view.", "Meta tgħidlu għall-ambjent jgħidlek li hu l-planning point of view jara.", "Mr. Speaker, ġieli jsir żvilupp illegali fuq artijiet li jingħataw b'riżoluzzjoni f'dan il-parlament.", "Issa l-Onor.", "Mugliett kien jiġi jakkużana, speċjalment fuq it-tfittxija taż-żejt ta' Għawdex, li qed nagħmlu l-affarijiet illegali, u jien ġibt il-provi li kollox kien legali.", "Ara mbagħad meta kienu huma fil-gvern, fil kas tat-tħaffir għaż-żejt għamlu affarijiet illegali u bla permess imma hemm ma tkellimx.", "Per eżempju l- Onor. Mugliett jaf li ħafna affarijiet fuq l-isptar ta' San Raffaele qed isiru b'mod illegali u m'humiex koperti bil-permess?", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid dawn l-affarijiet għax kemm bħala membru parlamentari kif ukoll bħala membru fuq il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għandi d-dmir li nara li l-affarijiet jimxu skond ir-riżoluzzjonijiet li jgħaddu f'dan il- parlament.", "U għalhekk insemmi l-San Raffaele.", "Per eżempju kellu jiġi rapport dwar dan l-isptar quddiem il-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar pero' dan ir-rapport baqa' ma ġiex.", "Meta staqsejt dwar x'se jsir qaluli li m'hemm xejn x'tagħmel, sempliċement titniżżel fil-minuti li min kellu jagħmel dan ir-rapport m'għamlux.", "Mela jekk xi ħadd imur kontra deċiżjoni tal-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar kull ma nagħmlu jkun li nniżżluh fil-minuti?", "F'dan l-istadju liċ-chairman ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar għedtlu li jien m'inix pulċinell u m'inix lest li nieħu parti f'din il- kummiedja u tlaqt 'il barra.", "Ara meta l-Onor.", "Pullicino ġibed l-attenzjoni ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar li kien hemm xi ħadd li kiser il-kodiċi ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar, f'dan il-kas ftaħna bord ta' inkjesta u affarijiet bħal dawn.", "F'dan il-kas l-awtorita` ta' l-ippjanar mhux sempliċement niżżlet dan fil- minuti imma ħadet passi.", "Anke meta ġejna biex niddiskutu t-traffic road li se tagħti għall-proġett ta' Tigne ta' Manoel Island ġara l-istess.", "Minkejja li ma kienx hemm traffic impact assessment, li suppost li kien hemm, f'dan il-kas l-awtorita` ta' l-ippjanar baqgħet għaddejja għax il- gvern għafasha biex tagħmel hekk.", "U f'dan il-kas kien hemm ħafna complaints min-nies u dawn l-ilmenti tniżżlu fil-minuti, fosthom the lack of consultations with the local council of the area.", "Bil-kliem biss ngħidu kemm huma tajbin il-kunsilli lokali.", "Fil-minuti jingħad ukoll li:", "\"It was agreed that on the submission of the detailed plans, the Planning Authority binds itself to inform the Local Councils by registered mail and invites them to discuss the proposals.", "Also, a specific advert would be published advising the general public about the submission of the detailed plans.\"", "Dan il-kliem sar fil-laqgħa tas-7 ta' Ottubru 1999.", "Fejn saru dawn id- diskussjonijiet?", "Dan huwa l-mod li bih qed jimxi l-gvern nazzjonalista.", "Anke` l-attitudni taċ-chairman ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar turik li qisu qed jgħidlek: Aħna qegħdin iktar minnek, jekk trid dabbar rasek.", "U jiena għalhekk tlaqt 'il barra.", "U nirreġistraha hawnhekk li jiena tlaqt 'il barra.", "Iva, il-bieraħ fil-ħin tal-minuti tlaqt 'il barra mill-awtorita` ta' l-ippjanar minħabba f'din l-attitudni taċ-chairman u l-membri l-oħra.", "Mr. Speaker, meta kont tkellimt fuq riżoluzzjonijiet li tressqu f'dan il- parlament kont irreferejt ukoll għall-estate management department li kien ġie sseparat minn sezzjonijiet oħra tad-dipartiment ta' l-artijiet fosthom il-finance u l-administration.", "Jien kont għedt li ma naqbilx ma din il- ħaġa għax l-affarijiet ma kenux se jiffunzjonaw kif suppost.", "Dakinhar kienu daħku bija hawnhekk għax għedt li m'hemmx ir-riżorsi umani biex jistgħu jseħħu dawn l-affarijiet.", "Saħansitra ġejt imċanfar min-naħa tal-gvern li ried jirredikolani billi jgħid li kien hemm nies min-naħa tagħna li kienu rringrazzjaw lil min kien qed imexxi d-dipartiment.", "Jien ma kkontestajtx li min kien qed imexxi d-dipartiment mhux qed imexxi tajjeb.", "Li għedt kien li ma kontx naqbel ma' dik id-diviżjoni.", "Wara li għadda ż-żmien, meta wieħed jara r-rapport ta' l-Awditur fejn jirreferi għar-revenue collection and acquisition functions of the Land Department, isib dan il-kliem:", "As stated by the Auditor, the situation has come about as a result of staffing constraints, but it is not simply a question of physically separating these two roles between two different individuals.", "These roles necessitate a great deal of experience, not just on the departmental function and processes, but also on the capabilities or otherwise of the department's computer system.", "Ultimately the question of separating these two roles is dependent on whether appropriately qualified staff is made available.", "Mela llum qed ningħata raġun.", "Iktar 'il fuq f'dan ir-rapport jingħad li hemm konfużjoni għaliex persuna li qegħda fuq section qed tagħmel xogħol tas-section l-oħra.", "Dan ifisser li llum jiena qed ningħata raġun.", "U mhux f'dan ir-rapport ta' l-Awditur biss ningħata raġun.", "Ingħatajt raġun anke` waqt li kienet qed issir l-inkjesta tad-Direttur tal-Verifika biex jinvestiga dak li kont ġbidtlu l-attenzjoni għalih fuq il-kuntratt tal- Kottonera.", "Dwar il-monitoring ta' l-agent direttur ta' l-artijiet dan ir- rapport jgħid li bħala firmatarju tal-kuntratt f'isem il-gvern, kien id- dover primarjament ta' l-aġent direttur ta' l-artijiet li jiżgura li l- kuntratturi jonoraw obbligazzjonijiet kontrattwattali li daħlu għalihom.", "Irriżulta li dan l-uffiċjal qed imexxi a one man show għax m'għandu la skrivani u lanqas nies tekniċi biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu.", "Ir-rapport kompla jgħid li dan ġie kkonfermat mis-superjur tiegħu, d- direttur generali tat-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern, li minħabba li l- proġett huwa wieħed tal-Ministeru ta' l-Ambjent u fih ħafna aspetti tekniċi, wasal fi ftehim li l-monitoring isir mid-direttur generali tat- taqsima tax-xogħolijiet u f'każ ta' ksur tal-kuntratt jirreferi lid- direttur ta' l-artijiet bħala rappreżentant formali tal-gvern fuq il- kuntratt.", "Mela hawnhekk għandi raġun f'dak li kont għedt jien.", "Mela issa min daħak dakinhar imissu jkun raġel biżżejjed u jgħid li jiena kont qed ngħid il-verita`.", "Mr. Speaker, x'inhu jiġri issa fid-dipartiment ta' l-artijiet?", "Issa peress li l-ħofra m'għadhiex ħrafa jridu jaraw minn fejn se jdaħħlu l-flus.", "F''kull ħaġa li qed jagħmlu qed jaraw kif jistgħu jdaħħlu l-flus.", "F'mistoqsija supplementari jiena staqsejt jekk hux se jogħla ċ-ċens fuq artijiet b'ċens jew bi qbiela meta jmutu l-ġenituri u jħalluhom b'wirt.", "Mid- diskors li ghamel il-Ministru ta' l-Agrikoltura jidher ċar li d-dipartiment ta' l-artijiet qed jagħmel studju biex il-kirja u l-affarijiet l-oħra jibda jgħollihom.", "Ara dawn l-affarijiet ma ngħiduhomlux lill-poplu.", "Ħaġ'oħra li ma nistax nifhem hi kif f'dan il-parlament inġibu riżoluzzjonijiet biex nagħtu art lill-għaqdiet filantropiċi u lil xi kumpaniji tan-negozju imma mbagħad ma nsibux metodu biex insolvu l-problema darba għal dejjem ghal dawk li għandhom darhom jew l-art tagħhom li hija tal-Joint Office (Interruzzjonijiet) Iva għamiltu ftehim, imma ara kemm ilna sejrin.", "Meta se nsolvuhom dawn?", "(Interruzzjonijiet) Mela ejja ħalli neħilsuhom!", "Fuq kollox ir-riżoluzzjonijiet fuq l-art biex wieħed jeħodha għan-negozju ġibnihom ħafna qabel.", "Ara f'dan il-kas, dejjem intawlu u ntawlu.", "Jiena naħseb li meta nibdew nagħmlu dawn l-affarijiet biss inkunu qed nolqtu liċ-ċittadin direttament.", "Huwa veru li dawn l-artijiet li qed nagħtu lill-għaqdiet filantropiċi se jgħinu liċ-ċittadin, imma fil-kas tal- joint office hemm il-problemi u jkun tajjeb jekk wieħed jara kif jista' jsolvihom mill-aktar fis possibbli.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hi li għalkemm li f'dan il-parlament niġu nippriedkaw bl-intenzjonijiet tajba, tkun ħaġa flokha jekk meta nagħtu dawn l-artijiet naraw li jinqatgħu l-abbużi li jistgħu jsiru.", "Per eżempju ministru li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-artijiet u ma' l-ippjanar fil-bidu ta' din is-sena qal li se jingħataw ħafna artijiet għall-bini li s'issa m'hemmx permessi għalihom.", "Se jingħataw artijiet mid-dipartiment ta' l- artijiet biex isiru l-ispekulazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Qed nirreferi għan-naħa taż-Żurrieq.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan kif jista' jgħid dawn l-affarijiet meta hemm ċar fl-istudju li għamlet l-awtorita` ta' l-ippjanar li hemm art biżżejjed għal bejn 10 u 20 sena li wieħed jista' jibni fiha djar?!", "Dawn l-affarijiet juru kif qed jaġixxi l-gvern sempliċement għax għandu ħames membri iktar.", "Dan jibqa' għaddej minn fuq kulħadd bil- kollaborazzjoni mas-Sedja u tad-Deputy Speaker.", "Anke l-awtoritajiet li huma kontrollati mill-gvern qed jitmexxew bi spaga mill-gvern.", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk f'dan fil-pajjiż, u jiena għalhekk ngħid lill- poplu Malti u Għawdxi biex joqgħod attent, għax dan il-gvern jurih id-debba u jqabbżu l-ħmara.", "Fuq kollox il-poplu ra kif qabel l-elezzjoni qalilhom li l-ħofra hija ħrafa u li l-kontijiet tad-dawl kienu se jerġgħu jiġu kif kienu biex issa li qiegħed fil-gvern qed jikkonferma dak kollu li għidna aħna.", "Mr. Speaker jien se jkolli nagħlaq, avolja kelli iktar xi ngħid, għax naf li mhux se jagħtuni extension, u biex nipprotesta jien se ngħajjat quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għall-quorum u għalhekk il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Billi fl-10.50 a.m. kien hemm nuqqas ta' quorum, is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Hawn quorum u s-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, illum qegħdin nagħtu xhieda tat- tkomplija ta' proċess li beda fl-1995 meta l-gvern ta' dak iż-żmien kien beda jaħseb sabiex jgħin għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi jew filantropiċi biex itejbu l-faċilitajiet li għandhom.", "Dan huwa aspett ieħor ta' politika ta' solidarjeta`, jiġifieri li inti tgħin kemm jista' jkun lil min huwa fil-bżonn.", "Jiena naħseb naqblu lkoll li dan il-pajjiż għandu jkun kburi b'dawn l- għaqdiet u għandu jinkoraġġi lil dawk il-persuni li jeżerċitaw u jimmilita f'xi soċjeta` li l-għan tagħha huwa l-isport, il-filantropija jew il- karita`.", "Hemmhekk jidħol id-dover tal-gvern li jagħmel kundizzjonijiet idonei biex jiffaċilita' x-xogħol ta' kull min jimmilita f'dawn l-għaqdiet.", "Naħseb ukoll li kulmin f'dan il-pajjiż għandu għal qalbu l-isport u l- filantropija Maltija għandu jkun kburi b'din ir-riżoluzzjoni mressqa mill- Ministru ta' l-Intern wara ħafna xogħol sfiq, ħafna ħsieb u ħafna ppjanar anke' min-naħa tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, l- Onor. Mugliett.", "Mr. Speaker, din ir-riżoluzzjoni turu l-impenn ta' gvern serju who says what he means and means what he says.", "Fittixt f'din ir-riżoluzzjoni biex nara jekk hux se tingħata art lill-Partit Nazzjonalista, imma m'hijiex.", "Qed ngħid dan għaliex f'riżoluzzjoni kważi identika għal din tal-lum li kienet għaddiet minn dan il-parlament tliet snin ilu, moħbija fin-nofs - jiġifieri ċertament mhux fuq quddiem biex dak li jkun ma jiġbidx forsi daqstant l- attenzjoni fuqha - kien hemm biċċa art massiċċa li l-gvern laburista ta' l- 1997 kien għoġbu jgħaddi lill-Partit Laburista f'Għajn Tuffieħa.", "Min jinsa l-passat ħafna drabi huwa ikkundannat jerġa' jgħixu.", "Ma ninsewx li dik l-art ta' Għajn Tuffieħa kienet ingħatat fis-snin tmenin b'encroachment imbagħad b'kera lill-Partit Laburista.", "Sussegwentement fl- 1997 il-gvern laburista ġie hawn jgħidilna kemm għandu qalbu tħabbat għall- għaqdiet sportivi u għall-għaqdiet li huma fil-bżonn.", "Hawnhekk irriżulta li anke l-Partit Laburista huwa fil-bżonn u allura art li kienet mogħtija b'kera f'din ir-riżoluzzjoni issa ttriplikaha u taha lill-Partit Laburista.", "Dik kienet ir-riżoluzzjoni tal-mistħija li kien għadda dan il-parlament tliet snin ilu.", "Kien hemm anke` bicca art oħra f'Pembroke li għaddiet ukoll għand il-Partit Laburista bir-riżoluzzjoni ta' dak iż-żmien.", "Mr. Speaker, fir-riżoluzzjoni tal-lum ma nsibux hekk.", "Insibu lista' ta' għaqdiet li huma ġenwinament fil-bżonn għaliex ħafna minnhom huma intrinsikament marbuta mas-settur taż-żgħażagħ f'Malta.", "Naħseb li dan huwa ta' min ifaħħru.", "Ta' min ukoll jiġi rikonoxxut ix-xogħol u l-ħidma sfiqa tas-segretarjat responsabbli miż-żgħażagħ taħt l-Onor.", "Mugliett biex iż- żgħażagħ tagħna jkollhom għaqdiet u faċilitajiet ħafna aħjar u ikbar minn qatt qabel.", "Mr. Speaker, f'din ir-riżoluzzjoni għandna 30 bicca proprjeta' li se jingħataw b'ċens, 12 b'kiri u f'10 oħra se jkun hemm il-korrezzjonijiet meħtieġa biex il-pjanti jkunu kif suppost.", "Issa f'din il-kategorija ta' għaqdiet insibu wkoll l-Ambaxxata Franċiża.", "Hawnhekk għandna nvoluta ambaxxata ta' pajjiż prominenti ħabib tagħna li jissapportja l-kawża Maltija anke fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa proċess li mhux biss huwa ta' min ifaħħru imma huwa huwa proċess li għandu jiġi nkoraġġit.", "Is-sedja ta' ambaxxati u uffiċini importanti f'pajjiżna għandha tkun il-Belt Valletta u mhux post ieħor.", "Jekk il-Belt Valletta tagħna rridu nagħtuha dik il-ħajja li tixirqilha, dik il-ħajja li kienet tant famuża għaliha fis-snin imgħoddija, naħseb li din it-tip ta' riżoluzzjoni hija a step in the right direction għax se tgħin biex nerġgħu nagħtu dik l-importanza mistħoqqa li forsi ġiet imnaqqra mingħajr ma ridna f'dawn l-aħħar 20 jew 30 sena.", "Mr. Speaker, hemm għaqda partikolari li se tibbenefika minn din ir- riżoluzzjoni u li xtaqt insemmi minħabba li jiena viċin tagħha ħafna.", "Qed nirreferi għall-għaqda tal-Hibernians f'Raħal Ġdid.", "Nixtieq inġib l-eżempju ta' din l-għaqda biex nuri kemm dawn l-għaqdiet jagħmlu xogħol sfieq li ħafna drabi ma jkunx apprezzat u saħansitra anke jiġi kritikat inġustament.", "Din l-għaqda tal-Hiberians, bħal ħafna oħra, hija għaqda volontarja, u ħafna minn dawk li jimmilitaw fiha tista' tgħid li huma kollha volontarji.", "Xi 15-il sena ilu kienet ingħatat art f'Kordin li maż-żmien żviluppawha b'mod li llum nafu li hi l-għira ta' ħafna għaqdiet.", "Il-Hibs kien l-ewwel club tal-football Malti li kellu art tal- ħaxix.", "Kien l-għira ta' ħafna u min jittrejnja u jilgħab fuqu jgħidlek it- turf tiegħu huwa bil-bosta aħjar minn dak ta' l-istadium nazzjonali.", "Din hija għaqda li mhux biss beżgħet għall-faċilitajiet tagħha u waqfet hemm imma rat kif tagħmel biex tammeljora u tkompli tkabbar dawk il-faċilitajiet għall-ġid tagħha u ta' kulmin jipparteċipa fiha.", "Jiena se nsemmi kif għamlet dan ħalli wieħed japprezza x'qegħdin jagħmlu dawn l-għaqdiet għax tajjeb li għaqdiet oħra jieħdu l-eżempju mill-Hiberians, li issa tissejjaħ kumpannija u m'għadhiex assoċjazzjoni u li allura tinsab fuq livell aktar professjonali.", "Per eżempju l-art li bħalissa hija l-ground fejn wieħed jittrejnja, dik li qegħda overlooking il-Baċir tar-Red China Dock fil-Port il-Kbir.", "Xi sentejn ilu bejn saret applikazzjoni lill-planning authority biex wara li ġiet mogħddija l-art lilha fl-1997, din tiġi żviluppata fi ground ieħor full-size bil-ħaxix.", "Din ir-riżoluzzjoni se tgħin biex dan isir, pero` minn hawn nappellaw lill-planning authority biex l-applikazzjonijiet sottomessi minn dawn it-tip ta' clubs jagħtuhom importanza u preċedenza.", "Dan għandha tagħmlu mhux billi toħloq xi inġustizzja favur ħaddieħor, dik qatt, pero` billi naħseb li applikazzjoni li saret kważi sentejn ilu it's high time li tiġi determinata.", "Bil-fomm qalulhom li m'għandux ikun hemm problemi pero` għaddew sentejn u għadhom ma jistgħux jiżviluppaw dik l-art biex tkun a full-size ground tal-ħaxix.", "Mr. Speaker, barra dan il-ground din l-għaqda għandha pjanijiet oħrajn.", "Wara l-padiljun tal-basketball Ta' Kordin, li hija proprjeta` amministrata tal-Hiberians, hemm ħabs kbir ħafna mibni kważi 200 sena ilu mill-Ingliżi.", "Dan jinsab mitluq u abbandunat.", "Huwa enormi, kemm-il darba mort narah biex nara x'fih u x'ma fihx u għadu fi stat tajjeb ħafna.", "Fih kobor liema bħalu u tista' tgħid li jinsab f'post ċentrali, mhux f'area abitata jew traffikuża u pjuttost għall-kwiet.", "Din l-għaqda tal-Hiberians għandha l- ħsieb li dan il-ħabs tittrasformah f'żewġ entitajiet.", "L-ewwel ħaġa li tagħmel skola-sport fejn ikun hemm il-kurrikulu normali edukattiv ta' l- istudenti, jiġifieri ta' ordinary level education pero` fejn l-enfasi u l- input prinċipali jkun fuq l-isport.", "L-istudenti li jkunu qed imorru f'din l-iskola jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċilitajiet li hemm u li se jkompli jkun hemm biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet sportivi tagħhom.", "Ma ninsewx li r-Rumani kellhom dictum, li ta' min nagħtu kasu iktar, li jgħid: mens sana in corpore sano, kienu jgħidu l-Latini.", "L-istudju waħdu huwa importanti pero` mhux biżżejjed.", "L-edukazzjoni sportiva u fiżika għandha tkun ukoll.", "L-istudenti tagħna ħafna drabi llum qegħdin f'rat race biex jgħaddu mill-eżamijiet, jistudjaw bħall-pappagalli kultant, u ninsew nagħtu dik l-importanza mistħoqqa ghall-iżviluppar tal-kapaċitajiet sportivi u fiżiċi tagħhom.", "Apparti minn din l-iskola-sport, il-Hibs għandhom l- intenzjoni li f'dan il-ħabs antik abbandunat jagħmlu dar ta' l-anzjani mmexxija minn din l-għaqda u li mill-introjtu tagħha jkunu jistgħu jiffinanzjaw l-expenses ta' għexieren ta' eluf ta' liri fis-sena għall- maintenance tal-faċilitajiet.", "Biex tieħu ħsieb ground tal-football full size bit-turf speċjalment fix-xhur tas-sajf tkun trid eluf ta' liri.", "Dan għall-ilma waħdu, mbaghad hemm id-dawl, il-maintenance ta' l-istands u l- pagi tal-ħaddiema.", "Mr. Speaker, din l-għaqda kienet tista' tgħid l-ewwel waħda li impjegat full-timer bħala manager magħha.", "Fiċ-ċirki sportivi kulħadd jaf li Ronnie Calleja kien l-ewwel wieħed full-timer u għadu full-timer bħala general manager ta' din l-għaqda.", "Dan jieħu ħsieb id-day to day running b'mod professjonali.", "Hija għaqda li llum żviluppat tant li mhux biss għandha l- kumitat tal-football pero` għandha wkoll sotto-kumitati responsabbli mill- basketball, mill-volleyball, Judo-nursery ta' kważi 200 ruħ u nursery li jattendu fiha kważi 20 tifel żgħr ghall-football.", "Hemm ukoll eżekuttiv ta' l-assoċjazzjoni.", "X'qed nipprova ngħid, Mr. Speaker?", "Din hija għaqda li għamlet quantum leap ahead biex tkun verament professjonali fil-qadi tad-dmirijiet sportivi tagħha u naħseb li tajjeb li dan neħduh bħala spunt, mhux tant bħala kumpliment biss, għax fil-ħajja importanti li you never pay a compliment at the expense of truth.", "U jiena dan kollu għedtu biex nuri x'jagħmlu dawn l- għaqdiet sportivi li huma non-profit makingj għall-ġid tat-tfal tagħna u tal-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna.", "Mr. Speaker, naħseb li din riżoluzzjoni tabbraċja flimkien l-aspett filantropiku, dak soċjali u dak sportiv fil-politika tagħna.", "Gvern serju bħal m'huwa dan, lill-aspett soċjali jagħtih importanza kbira pero` mhux a skapitu ta' dak sportiv.", "Naħseb li din ir-riżoluzzjoni għandha l-ewwelnett tgħin lil kulmin jimmilita f'dan il-qasam biex jispira ruħu u jimtela b'dak in-nifs ta' kuraġġ li jgħid: Il-gvern qed jgħinni.", "Ma ninsewx li b'din ir- fiżoluzzjoni ta' llum, frott il-ħidma tas-segretarjat responsabbli mil- isport, għaqdiet bħal per eżempju tal-hockey u tal-basketball se jingħataw art tista' tgħid verġni biex dawn jiżviluppawlha faċilitajiet idonei għall- membri tagħhom.", "Per eżempju fil-kas tal-hockey hemm art kbira ħafna, jekk m'inix sejjer żball Kordin, il-basketball ukoll, għandek art verġni mhijiex żviluppata u dawn jistgħu jiżviluppawha kif iridu huma u kif iħossu li għandhom bżonn.", "Se jibbenefikaw ukoll il-judo u l-Malta Tennis Federation.", "Dan kollu juri l-importanza li qed jaghti dan il-gvern, speċjalment is-segretarjat parlamentari, lil dan il-qasam.", "Aħna rridu aktar investiment f'dawn il- faċilitajiet u biex ngħinu 'l dawn l-għaqdiet qed nagħtuhom art b'ċens jew b'kera, biex jiżviluppawha għall-ġid tagħhom u ta' dawk li ġejjin warajhom.", "F'dan l-ispirtu għandna neħduha din ir-riżoluzzjoni.", "Mr. Speaker, din hija riżoluzzjoni li se tgħinna nagħmlu Malta aħjar minn qatt qabel.", "Malta ta' għada trid tkun aħjar minn Malta tal-bieraħ, u din ir-riżoluzzjoni bid-dettalji u bil-viżjoni li fiha, bix-xogħol li wettaq il- Ministeru ta' l-Intern bħala dak responsabbli mill-artijiet, naħseb li se tagħti dak in-nifs jew riħ fil-poppa biex il-vapur jimxi 'l quddiem.", "Hemm bżonn li nagħtu kuraġġ lill-għaqdiet mhux-governativi ta' dan il-pajjiz biex jiżviluppaw aktar.", "Meta jara li l-Institute of Ageing se jingħata art b'kera ta' Lm1 fis-sena wieħed jinduna li l-gvern qed jgħid li ma jridx jagħmel qligħ minn fuq dahar dawn l-entitajiet imma jrid biss li dawn ikomplu jiżviluppaw u jagħmlu dak kollu meħtieġ biex il-membri tagħhom ikunu aħjar minn qatt qabel.", "J'Alla din ir-riżoluzzjoni tkun ħolqa oħra fil- katina li tissejjaħ solidarjeta` biex dan il-pajjiż ikompli jimxi 'l quddiem u mhux biss nagħtu importanza mistħoqqa lill-ekonomija li hija importanti u vitali, pero` importanti li naghtu wkoll l-importanza mistħoqqa, kif qegħdin nagħtu, lill-isports f'Malta biex verament ikollna pajjiż li huwa sportiv, b'poplu sportiv pero` b'ruħ soċjali illum aktar minn qatt qabel.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, illum qed niddiskutu riżoluzzjoni li tittratta dwar trasferiment ta' art pubblika lill-entijiet differenti u huwa d-dover tagħna bħala rappreżentanti tal-poplu li nwasslulhom it- tagħrif bl-aħjar mod ta' kif qiegħed isir dan it-trasferiment ta' din l-art li hija wara kollox tagħhom.", "Ħafna minn dawn it-trasferimenti qegħdin isiru għal għanijiet sportivi u soċjali u għaldaqstant din hija ħaġa ta' min jinkoraġgiha.", "Nafu kemm huwa meħtieġ l-isport f'ħajjitna, u aktar ma ninkoraġġixxu din il-kultura ta' sport, u aktar ma ngħinu lil dawn l- għaqdiet li jaħdmu f'dan il-kamp, aktar inkunu qegħdin nagħmlu ġid lill- poplu tagħna.", "Wara kollox aħna għalhekk qegħdin hawnhekk nirrappreżentaw in- nies biex nagħmlulhom ħajjithom dejjem aħjar.", "Kif qal il-kollega ta' qabli, l-Onor.", "Jason Azzopardi, irid ikollok moħħ b'saħħtu f'ġisem b'saħħtu, jiġifieri ma nistgħux ngħidu biżżejjed fuq l-importanza li kulmin imexxi xi għaqda ta' l-isport ikollu s-support kollu li jista' jingħata mill-Gvern biex ikompli jkabbar l-attivita`tiegħu u jagħmel il-ġid lin-nies li jkunu qed jagħmlu dan l-isport.", "Mr. Speaker, nieħu gost nara wkoll li ħafna mit-trasferimenti qegħdin isiru fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Ngħid li qegħda nieħu gost mhux biss għax jiena nirrappreżenta distrett li ġej min-naħa t'isfel ta' Malta imma għax nafu li f'din il-parti matul is-snin tqegħdu ħafna affarijiet li ħadd ma jridhom wara daru.", "Jekk inhi power station, jekk inhi recycling plant, jekk inhuma fabbriki, żoni industrijali, dawn ħafna minnhom qegħdin fin- naħa t'isfel ta' Malta u għalhekk ngħid li nieħu gost li għallinqas qed issir xi ħaġa li hija tajba, li tista' tagħme il-ġid u li se tgħin biex in- nies ta' dawn l-inħawi jżommu iktar b'saħħithom.", "Hija xi ħaġa tajba wkoll għax kif nafu lkoll, ħafna mill-problemi soċjali kbar li għandu dan il-pajjiz qegħdin ukoll ikkonċentrati f'din il-parti u għalhekk iktar ma ninkoraġġixxu nies li jaħdmu għal għanijiet soċjali u sportivi f'dawn in-naħat aktar inkunu qegħdin indirettament ngħinu speċjalment liż-żgħażagħ biex ikollhom fejn jagħmlu attivitajiet sportivi u soċjali u jkollhom mezz fejn iqattgħu il-ħin ħieles tagħhom b'mod san u soċjevoli u fl-istess ħin jitbiegħdu minn ħafna vizzji.", "Għal ħafna nies dawn il-postijiet iridu jkunu postijiet pubbliċi biex ikunu jistgħu jieħdu svog.", "Hawn nies li m'għandhomx mezz ieħor fejn jistgħu jieħdu xi tip ta' recreation jekk mhux meta jmorru f'dawn il-postijiet u allura huwa tajjeb li nkomplu ngħinu biex ikun hemm aktar minnhom.", "Fid- distrett tiegħi biss qed naraw per eżempju tliet pitches tal-boċċi, tnejn Ħaż-Żabbar u wieħed iż-Żejtun, il-Marsascala Sports Club, u s-St.", "Patrick's Football Club, li qiegħed Ħaż-Żabbar ukoll.", "Mr. Speaker, issa nixtieq li nagħmel xi mistoqsijiet lill-Ministru fuq id- dokumenti li tana.", "Waħda minnhom hi fuq Dokument \"E\" dwar il-Five Star Hotel.", "Naħseb li hawnhekk ta' min jagħmel xi mistoqsijiet rigward il- proġett ta' l-1992 fejn kien hemm involuta s-somma ta' Lm25,000 u dwar x'kienet ir-raġuni li dak il-proġett ma kienx inbeda dakinhar.", "Naħseb tajjeb inkunu nafu x'inhu l-parir ta' l-institute of tourism studies dwar il-fatt li dan il-post m'huwiex se jinbena.", "Fuq klawsola 4 rrid ngħid li prima facie jidher li l-art hija estensiva.", "Din il-klawsola tispeċifika li l-art trid tintuża biss għall-iskopijiet ta' l-iScouts Association.", "Naħseb li jkun tajjeb li nkunu nafu x'inhuma l- għanijiet ta' din l-asoċjazzjoni jew li jkollna xi kopja ta' l-istatut ta' din l-assoċjazzjoni ħalli nkunu nistgħu ninkluduh fil-kuntratt.", "Naħseb li dan huwa importanti wkoll fil-kuntratt.", "Fi klawsola 12 ukoll l-art hija kbira ħafna, u hawnhekk xtaqt nistaqsi lill-Ministru, jew forsi jista' jirrispondini s-Segretarju Parlamentari, jekk huwiex il-każ li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jkun jista' jagħmel użu aktar minnha.", "Fuq klawsola 15 rrid ngħid li din hija klawsola tajba peress li tipprojbixxi kull forma ta' trasferiment, dirett jew indirett.", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jiġi speċifikat fil-klawsola li dan jinkludi kull operator u management agreement jew xi kuntratti simili sui generis fejn trasferiment ma jsirx imma xorta waħda jistgħu jidħlu t-terzi.", "Issa minħabba l-fatt li fl-istess klawsola hemm l-eċċezzjoni li hija aċċettata a priori, tal-każ tas-subbasta, nissuġġerixxi li kull meta jsir self, dan irid ikun approvat mill-ministru peress li istituzzjoni finanzjarja tista' tkun iffurmata minn ftit individwi jew soċjeta' li jġibu liċenzja mill-MFSC biex topera bħala istituzzjoni finanzjarja, u l-proprjeta` mbagħad taqa' f'idejha permezz ta' subbasta biex l-iskopijiet ta' dan l-artikolu mbagħad ikunu jistgħu jiġu evitati.", "Il-kondizzjonijiet li jillimitaw l-użu ta' l-art mill-iscouts mhux se jillimitaw lit-terzi akkwirenti bħala riżultat ta' subbasta.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti li nidħlu fiha minħabba t-toqob li fiha.", "F'din l-istess klawsola, hija xi ħaġa tajba li l-enfitewta ma jistax iċedi, jissulloka jew jittrasferixxi l-proprjeta` lil terzi jew jidħol fi sħubija dwar it-tmexxija tal-proprjeta` jew ta' xi parti minnha pero' mbagħad hemm parentesi li tgħid ħlief għal xi faċilitajiet tal-bar jew catering basta ma tinbidilx in-natura prinċipali tal-kumpless kif stipulat fil-klawsola 4.", "Din il-klawsola jiena qed naraha dgħajfa.", "L-ewwelnett nerġa' ngħid li huwa importanti li nkunu iktar ċari fil- klawsola 4 ħalli nkunu nafu eżatt in-natura prinċipali u l-iskop ta' l- iScouts Association.", "Naqbel li dan jintuża u jagħmlu qliegħ minnu għax meta tgħid faċilitajiet ta' bar u ta' catering, ifisser li se tagħmel il- qliegħ pero' aħna ma nafux lil min se jagħtuha.", "(Interruzzjonijiet) M'hemm xejn ħażin li tagħmel il-qliegħ.", "Dan nafu għax meta kellna d- diskussjonijiet magħhom meta konna fil-gvern, saħanistra at one point dawn kienu qalulna li jekk mhux se jkunu jistgħu jagħmlu xi forma ta' qliegħ, nistgħu ma nagħtuhom xejn għax lanqas ikunu jistgħu jmexxu l-post.", "(Interruzzjonijiet) Il-faċilitajiet tal-catering iva.", "Għal dawk qiegħda ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid li hija xi ħaġa li tinkwetani, għax fil-passat kellna ħafna polemiċi hawn ġew bħal per eżempju fil-każ ta' McDonalds ġewwa Birkirkara, u qed inqajjimha biex ma jerġax ikollna kwistjonijiet simili.", "Għalhekk ma naqbilx mal-Ministru li dawn ma jiġux quddiem il-parlament, u tajjeb li jkunu marbutin li biex jissullokaw lill- ħaddieħor dawn il-faċilitajiet ikollhom l-approvazzjoni ta' din il-Kamra ħalli ma jiġrix bħalma ġara fil-passat.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi l-każ tal-car park ġewwa Floriana fejn il-parlament kien alloka art lil entita` partikolari u dawn mbagħad warrbu min-nofs biex daħal ħaddieħor u saret biċċa negozju żul minn hemm.", "Mhux qed ngħid li se jiġri hekk, imma kif qegħda din il-klawsola jista' wkoll.", "Jiġifieri altru milli għandek għaqda qiegħda tmexxi bar u restaurant biex forsi tagħmel ftit qliegħ, biex tkun tista' tkompli tmexxi, milli tiġi sublet lil xi multinational li jagħmel li jrid hemmhekk, u allura qed ngħid li naħseb huwa importanti li dawn jgħaddu minn dan il-parlament.", "Wara kollox dawn artijiet tal-poplu kollu.", "Anke l-artijiet ta' Floriana u ta' McDonalds,kienu artijiet tal-poplu u kienu għaddew b'riżoluzzjoni.", "Dak iż-żmien ħadd ma kien qal li dik il-proprjeta` u dik l-art kienet se tingħata għal spekulazzjoni imma minn id għaddiet għall-oħra, mbagħad spiċċat fejn spiċċat.", "Mr. Speaker, qed ngħid dan għax hawnhekk irridu nitgħallmu wkoll mill- iżbalji li stajna għamilna fil-passat ħalli fil-futur nagħmlu l-affarijiet aħjar.", "Mr. Speaker, biex jiġu evitati l-kwestjonijiet fil-futur naħseb li l- ispejjeż li qed nirriferu għalihom fi klawsola 7 għandu jistabbilihom il- perit tal-lands department u mhux il-perit ta' l-assoċjazzjoni.", "Naħseb li l- imgħaxijiet li jkunu ġew sofferti mill-assoċjazzjoni fuq dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu wkoll u din hi xi ħaġa favur l-assoċjazzjoni u naħseb li hi xi ħaġa ġustifikata wkoll.", "F'każ ta' nuqqas ta' qbil il-kwestjoni għandha tiġi riferita għall-arbitraġġ u d-deċiżjoni mbagħad fuq kwestjoni fattwali tkun waħda finali u inappellabbli wkoll.", "Naħseb li huwa importanti li l-bord arbitrali jiġi speċifikat fil-kuntratt li qegħdin insemmu.", "La qegħdin nitkellmu fuq kirjiet u fuq il-ġbir tal-kera jien xtaqt insemmi preokkupazjoni oħra li għandi.", "Bħala spokeswoman fuq iċ-Civil xtaqt ukoll li f'dan id-dibattitu nitkellem fuq id-dipartimenti tal-Gvern, u partikolarment fuq dan id-dipartiment li qegħdin nitkellmu fuqu.", "Dak li se ngħid għal dan id-dipartiment in generali se jiswa' għad-dipartimenti tal-gvern l-oħra kollha.", "Kulħadd ra l-kritika li l-awditur kellu għal dan id-dipartiment.", "Dan irrifera għalih ukoll l-Onor.", "Joe Mizzi, pero` jien irrid nitkellem fuq xi ħaġa differenti milli tkellem il-kollega tiegħi.", "Dan ir-rapport nispera li issa ma jiġux jgħidu li qed jirriferi għas-sena 1988, meta kien hemm il-gvern laburista, għaliex qabel dak iż-żmien kien ilu disa' snin il-gvern nazzjonalista u s-sitwazzjoni li kien hemm fl-1998 kienet ilha takkumula.", "Hawnhekk irrid insemmi t-tħassib tiegħi dwar il-fatt li dan il-gvern, Sur President, għandu ħafna ħeġġa biex ifaqqas l-awtoritajiet u l- korporazzjonijiet.", "Għandna l-ETC, il-Water Services Corporation, il- Maritime Authority, it-Transport Authority, it-Telecomunication Authority, l-SWDP, il-Planning Authority.", "Ma jistax ikun li nsemmihom kollha, pero` li rrid ngħid hu li mill-inqas ċittadin sal-Prim Ministru qegħdin kollha jgergru fuq dawn l-awtoritajiet.", "Dawn il-korporazzjonijiet suppost huma awtonomi imma mbagħad, meta jiġu għall-ħlas, dawn imorru għand il-gvern.", "Mhux qed ngħid li aħna fiż-żmien ta' qabel ma konniex għamilna minnhom, imma żgur li m'għamilniex korporazzjonijiet daqskemm qed ifaqqsu llum.", "Imbagħad hemm l-oxxenita`, Sur President, fid-diskrepanza ta' kif jitħallsu dawn in-nies fil-korporazzjonijiet u dak li jitħallsu n-nies li huma fil- livell tagħhom imma li qegħdin jaħdmu fis-sistema taċ-Civil.", "Issa l-awditur qed jgħid fir-rapport tiegħu li d-dipartimenti qegħdin nitilquhom għal riħhom.", "Jien qed nissuspetta li qed nagħmlu hekk bl-iskop biex jidhru koroh u biex jidhru li dawn m'humiex qegħdin jaħdmu biex ikollna aktar skużi sabiex inkunu nistgħu nwaqqfu l-korporazzjonijiet ħalli jkollna xi ftit jobs għal blue eyed boys and girls bħala thank you ta' xi servizz li jkunu taw lill-partit.", "Il-kbira hija li biċċiet minnhom dawn in- nies ikunu ġejjin miċ-Ċivil stess.", "Mela meta kienu maċ-Ċivil dawn ma kenux effiċjenti u mbagħad overnight, dawn għax marru fil-korporazzjonijiet u Alla jbierek, saru effiċjenti.", "Dawk li jibqgħu fid-dipartiment jibqgħu jsaffru, jibqgħu bil- kondizzjonijiet li lanqas biss jibdew ħdejn il-kondizzjonijiet li jkollhom in-nies li jkunu marru fil-korporazzjonijiet u jaqilgħu l-kritika minn kullimkien.", "U bilfors jaqilgħu l-kritika dawn.", "Jekk inti tabbandunahom, jekk inti mhux qed timmotivhom, dan ikun ir-riżultat.", "Sur.", "President, fi ftit żmien li konna fil-gvern, konna waqqafna izjed dipartimenti.", "Per eżempju nista' nsemmi li waqqafna civil protection department.", "M'għamilniex awtorita` għall-protezzjoni ċivili, imma rajna li nistgħu naħdmu permezz ta' dipartiment.", "Dak iż-żmien kienu tawna l-parir biex nagħmlu awtorita`, imma aħna ma ridniex nagħmlu dan għaliex mill- esperjenza konna qegħdin naraw li dawn l-awtoritajiet qed jiswew ħafna flus lill-gvern pero` mhux qegħdin jagħtuh ix-xogħol mistenni in return.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-mod kif qed infasslu l-liġijiet li jwaqqfu dawn l-awtoritajiet huwa half baked u dan stajna narawh fil-kas tal-liġi li twaqqaf l-awtorita` għat-telekomunikazzjoni.", "Hawnhekk rajna kemm il-gvern ma kienx preparat biex iwaqqaf din l-awtorita` and yet the easiest way out donnha saret li nwaqqfu awtorita`.", "Nafu wkoll li dawn l- awtoritajiet m'għandhomx accountability daqs id-dipartimenti tal-gvern pero' minkejja dan donnha li t-trend ta' dan il-gvern hi li joħloq iżjed minn dawn il-korporazzjonijiet minflok isaħħaħ id-dipartimenti.", "Flok ma jagħmlu bord awtonomu li l-għan eżekuttiv tiegħu jkun id-dipartiment, jiddeċiedu li joħolqu korporazzjoni.", "Biex nitkellem dwar id-dipartiment konċernat f'din ir-riżoluzzjoni rrid ngħid li l-ex-ministru Charles Buhagiar kien ta spinta kbira għall- computerisation tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "L-Awditur Ġenerali fir- rapport tiegħu qalilna li din il-komputerizzazzjoni hija essenzjali għall- ġbir tal-kera imma trid tiġi estiża għal sezzjoni oħra tad-dipartiment.", "Meta jsir dan id-dipartiment ikun jista' jimxi skond il-pjanijiet u l- oġġettivi tiegħu minflok kif qed jiġri issa, meta qed jaġixxi skond pressjonijiet li jkollu.", "In-nies li hemm f'dan id-dipartiment bħalissa ma jistgħux ikunu proattivi minħabba f'dawn il-pressjonijiet li hemm.", "Jiena se nikkwota eżatt x'qal l-Awditur Ġenerali.", "Dan qal:", "\"Today's situation whereby Lands act in accordance to a crisis situation and the inability to provide reliable management information reports, diminishes the concept of internal controls and may finally prove costly to the public purse\".", "L-Awditur Ġenerali qalilna wkoll li biex ikun hemm l-effiċjenza f'dan id- dipartiment irid jiżdied minnufih in-numru ta' l-istaff.", "Aħna fi żmien il- Gvern Laburista konna għamilna eżerċizzju ta' redeployment u bdejna nippruvaw fejn hemm in-nies żejda npoġġuhom, sakemm kien possibbli, f'postijiet fejn hemm iktar bżonn nies pero` dan mhux qed narawh jiġri llum.", "Fil-fatt qed ikollna dan it-tip ta' complaints mid-dipartimenti tal- gvern minkejja li mal-bidla fil-Gvern mill-1998 sal-lum żdiedu kważi 3,000 impjegati mal-gvern.", "Jiena nistaqsi fejn qed imorru dawn in-nies meta mbagħad għandek dipartiment li ilu s-snin u s-snin jitlob biex ikollu riżorsi umani.", "Nafu li hemm problemi finanzjarji imma jien li ma narax ġustifikat il-fatt li l- gvern qed iħalli lil dawn id-dipartimenti jitolbu għal aktar staff meta lill-korporazzjonijiet qed jgħabbihom bin-nies u qed jagħtihom pagi tajbin.", "Per eżempju minn parliamentary question ta' l-Onor.", "Joe Mizzi rriżulta li assistant director mal-planning authority għandu Lm11,923 plus l-allowance, mobile phone, telephone, insurance, performance bonus u dawn l-affarijiet kollha.", "Bniedem fl-istess livell tiegħu fiċ-Ċivil jieħu Lm6,685 u kulma għandu perk huwa l-performance bonus biss.", "Dan juri kemm il-gvern qed jixxaħħaħ mad-dipartimenti tal-gvern li huma parti mill-makna ta'l- amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Ara fil-korporazzjonijiet,hemmhekk all right, hemmhekk għandna l-bżar u nroxxuħ kemm nifilħu.", "Sur President, ħassejt li għandi nagħmel dan il-punt għaliex din ir-riżoluzzjoni se żżid ix-xogħol lil dan id-dipartiment u allura naħseb li rridu nżidulu r-riżorsi wkoll.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-ħaddiema tal-gvern huma kaċpaċi jaħdmu u dan intwera fiż-żmien li konna aħna fil-gvern fil-kas tal-proġetti f'Buġibba, fil-Ġnejna, f'Wied il-Għajn, f'Birżebbuġa, f'Marsaxlokk.", "Dan kollu sar bin-nies tal-gvern.", "Dawn they rose to the occasion meta tajnihom ix-xogħol u għamlu xogħol tajjeb.", "Dawn kien ilhom ma jkunu involuti fuq proġetti kapitali mill-1987, minn meta tela' l-gvern nazzjonalista u issa erġajna ġejna fis-sitwazzjoni fejn kollox isir bil-kuntrattur.", "Dan meta n- nies tal-gvern huma effiċjenti.", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk inti ma timmotivhomx, jekk inti biex tagħmel biċċa xogħol żgħira tqabbad awtomatikament mill-ewwel lill-kuntrattur!", "Imbagħad m'għandniex noqogħdu ngħidu li ma jaħdmux.", "Kif inhuma l-affarijiet, qegħda tittebba' l-kredibilita` ta' ħafna dipartimenti.", "Barra minn hekk il-gvern qed jagħmel telf kbir minħabba li l- proċess ta' l-akkwist ta' l-art mhux qed isir minnufih.", "Aktar ma jkun hemm dewmien, naturalment aktar ikun hemm telf u allura hemm bżonn li dan id- dipartiment jinbidel għal wieħed business like.", "Wara kollox ilkoll nafu li l-art u l-proprjeta` hija l-aqwa negozju, imma l-gvern qiegħed jisfrutthom dawn l-assi li għandu?", "U hemm bżonn li jkun hemm nies, iva, li huma kapaċi li jmexxu dan id-Dipartiment b'mod business like.", "Wara kollox nafu x'inizjattivi ġieli joħorġu bihom nies minn dawn id-dipartimenti.", "Per eżempju dan l-aħħar, fil-ħin tal-mistoqsijiet konna qegħdin nitkellmu fuq proġett pilota li kien ippreżentat mit-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern.", "Jekk dan il-proġett jirnexxi dan il-proġett se jkun ta'ġid.", "U hekk għandu jkun.", "L-art u l-proprjeta` huma l-gold mines tal-gvern, imma mill-banda tiegħu l-gvern irid jesplojthom għaliex jekk iħallihom għal riħhom żgur li mhux se ndaħħlu flus minnhom.", "Meta nara dawn l-affarijiet jien ngħid li forsi qed jitilquhom b'dan il- mod għax forsi għandhom f'moħħhom li jagħmlu xi awtorita` ta' l-estate management ukoll, ħalli nkomplu nżidu ma' l-awtoritajiet li għandna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "Xtaqt nibda l-intervent tiegħi billi nwieġeb ftit dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Hu semma r- riżoluzzjoni li kienet ġiet proposta fl-1995 li pero ma laħqetx ġiet diskussa.", "Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li kważi kważi Alla jħares għaddiet dik ir-Riżoluzzjoni, għax fiha kien hemm proċess imħawwad.", "Fil- fatt kien hemm anke okkażjonijiet fejn l-artijiet kienu se jgħaddu lill- kunsilli lokali li kienu se joħorġu sejħiet għall-offerti għal min hu interessat.", "Dan kien iwassal biex anke` jkun hemm rati kummerċjali, u allura l-lat soċjali xi ftit jew wisq kien se jitwarrab.", "Barra minn dan, ir-riżoluzzjoni ta' l-1996 minn gvern nazzjonalista kienet aktar se tgħakkes milli tgħin lil dawn l-għaqdiet.", "Minħabba f'hekk il-gvern laburista wara l-elezzjoni ta'l-1996 kien għamel bidla fil-policy fejn involva lill-għadiet sportivi aktar milli lill-kunsilli lokali.", "Naturalment hemm l-eċċezjonijiet pero' l-ħsieb ewlieni kien li l-għaqdiet sportivi jmexxu huma stess dawn l-artijiet u dawn il-premises għaliex għandhom aktar interess fihom.", "Gvern laburista kien involva lill-kunsill Malti għall-isport f'dan il-proċess.", "Li kieku ma kienx proċess serju dak li nbeda mill-kunsill Malti għall-isport fl-1997 kieku llum konna niġu ppreżentati b'riżoluzzjoni kif kienet dik ta' Lulju 1996.", "Naturalment dan ma ġarax, għax il-gvern preżenti għażel li jimxi, u għamel sew, fuq l- istess linji li mexa bihom il-gvern laburista.", "Illum għandna proċess ta' kontinwazzjoni ta' dak li kien beda l-kunsill Malti għall-isport immexxi tant tajjeb minn Fr. Hilary Tagliaferro, persuna magħrufa għall-involviment tagħha fl-isport għal numru kbir ta'snin.", "Naturalment Fr Hilary kien mgħejjun mill-istess membri kif ukoll mis- segretarju eżekuttiv, Joe Cassar, li kien proprju l-ewwel segretarju eżekuttiv full time mal-kunsill Malti għall-isport.", "Din kienet waħda mid- deċiżjonijiet li kien ħa l-gvern laburista sabiex jagħti aktar saħħa u spazju lil dan il-kunsill.", "Fil-fatt, fiż-żmien qasir li l-gvern laburista għamel imexxi lil pajjiżna, kienu bbenefikaw diġa' 25 għaqda oħra sportiva minn għoti ta' dawn l-artijiet.", "Sur President, tajjeb li wieħed jispjega ftit il-proċess sħiħ li l- kunsill Malti għall-isport daħal għalih.", "Dan m'huwiex sempliċement proċess fejn taqbad u tagħmel listing ta' l-għaqdiet sportivi li se jibbenefikaw imma huwa proċess aktar kumplikat fejn jidħlu l-awtorita` ta' l-ippjanar, il-Lands Department u anke` terzi persuni li għandhom il-proprjeta` privata.", "Naturalment, il-kunsill Malti għall-isport ħa dan f'idejh b'konsultazzjoni kemm ma' min hu responsabbli politikament mill-isport kif ukoll ma' l-għaqdiet infushom.", "Sur President, din ir-riżoluzzjoni tinkludi fiha dak li kellu jkun it- tieni batch ta' għaqdiet sportivi li kellhom jibbenefikaw taħt gvern laburista pero` minħabba l-komplikazzjoni tax-xogħol, għadda ż-żmien u ġraw l-affarijiet li wasslu għall-aħħar elezzjoni.", "Pero`, apparti minn dan, importanti naraw is-sehem sħiħ li l-kunsill Malti għall-isport kellu u għandu f'dan il-proċess kollu.", "Il-kunsill Malti għall-isport, apparti li żdiditlu r-rappreżentanza tal- persuni b'diżabilita` kif ukoll ta' l-MOC members ingħatalu r-rwol kruċjali li jipprepara u jlesti l-ħidma kollha neċessarja għat-tqassim ta' artijiet u premises lill-għaqdiet sportivi.", "Dan ir-rwol kien vitali sabiex il- kunsill Malti għall-isport jingħata l-ħajja ġdida li tant hija neċessarja.", "Ir-rwol tal-kunsill Malti għall-isport hu aktar wiesa' minn hekk.", "Dan il- kunsill huwa fuq kollox kunsill konsultattiv għall-gvern, u allura importanti li ma mmewtuhx.", "Kienet idea tajba li l-gvern laburista ta f'idejn il-kunsill Malti għall-isport din ir-responsabbilta`, u naturalment il-gvern preżenti kompla jaħdem fuqha.", "Sur President, tajjeb li naraw ftit x'inhuma l-benefiċċji li l-għaqdiet sportivi jkollhom ladarba jkunu responsabbli mill-istess artijiet u premises jingħataw.", "Naturalment il-benefiċċji huma li jkun hemm aktar entużjażmu fost dawn l-għaqdiet volontarji.", "Ħafna drabi dawn huma nies dedikati u allura importanti li l-gvern jgħinhom b'kull mod possibbli.", "Barra minn dan, il-fatt li l-art tgħaddi għand l-għaqdiet involuti jagħti lok għal aktar żvilupp fiżiku.", "U case in point kien proprju l-ftehim li kien intlaħaq wara ħafna snin ta' diversi diffikultajiet u battibekki bejn il-gvern u l-MFA li proprju wassal sabiex ikun hemm aktar żvilupp fiżiku u jiżdiedu u jitjiebu l-faċilitajiet eżistenti fuq l-art li l-gvern preċedenti kien għadda b'riżoluzzjoni.", "Dak ta' l-MFA huwa każ ċar ta' kif meta wieħed jagħti art, din tiġi żviluppata mill-istess assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Abela, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nibqa' in possession.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Aġġornament.", "Il-Ministru għall-Intern.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Ġimgħa 17 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjeta` - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita` ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita` Maltija għall-Għemil ta' Standards – Tielet Qari. ----------------------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Xtaqt nirreferi għall- World Health Organisation Report li għadu kif ħareġ health systems improving performance.", "Naf li l-Ministru tas-Saħħa diġa' għamel riferenza għall-fatt li pajjiżna huwa wieħed mill-pajjiżi li joffri l-ogħla servizzi tas-saħħa imma jekk wieħed iħares lejn dan ir-rapport wieħed fil-fatt isib li hemm elenkati l-mezzi kif tiġi mkejla s-system performance tas-saħħa.", "Wieħed mit-tliet kejlijiet prinċipali f'din is-sistema huma ovvjament l- ewwel is-saħħa nfisha, jiġifieri l-mortality rate, sew fejn jirrigwarda t- tfal kif ukoll fejn jirrigwarda adulti.", "Issa dan ir-rapport mar oltre, għaliex barra l-mortality rate ikkalkola wkoll id-disability rate adjusted.", "Dan ifisser li sar aġġustament tal-life expectancy li persuni jagħmlu mhux biss ħajjin imma anki b'saħħithom.", "Irrid ngħid li fejn jidħlu dawn il-kunċetti wieħed isib li Malta, għal dak li jirrigwarda mortality rates għandha very low mortality rates għal dak li jirrigwarda tfal u very low mortality rate għal dak li jirrigwarda adulti.", "Dan issibu fil-ħmistax-il pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea.", "Issibu wkoll f'żewġ pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea li huma fir- Republika Ċeka u anki fis-Slovenja.", "L-applikanti l-oħra għas-sħubija sħiħa fl-Unjoni bħall-Bulgarija, l-Polonja, r-Rumanija u s-Slovakkja għandhom mhux very low mortality rate għal dak li jirrigwarda tfal u mhux very low mortality rate għal dak li jirrigwarda adulti.", "Pajjiżi oħra li qed japplikaw għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea flimkien ma' Malta għandhom high mortality rate għal dak li jirrigwarda adulti.", "U hawn qed ninkludi l- pajjiżi baltiċi bħalm' huma l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja kif ukoll l- Ungerija.", "Dan juri biċ-ċar kif anki jekk wieħed jieħu dan ir-rapport tad- WHO bħala parametru għal-livell ta' l-għajxien tal-popli, wieħed isib li anke hawn, Malta hija fil-pole position.", "Filwaqt li l-ħmistax il-membru fl- Unjoni Ewropea għandhom very low mortality rate għat-tfal u għal adulti, Malta wkoll flimkien mar-Repubblika Ċeka u s-Slovenja għandhom very low mortality rate għal dak li huma tfal u adulti.", "Il-pajjiżi l-oħra applikanti għandhom mortality rates li huma ogħla minn ta' Malta.", "Kif għedt diġa', il-WHO qagħdet attenta li ma tikkwantifikax biss rigward mortality rate imma tikkwantifika wkoll rigward disability.", "Dan huwa importanti.", "Fil-fatt jirriżulta li għandek perċentaġġ tal- popolazzjoni fid-diversi pajjiżi li minkejja li ma jidħlux fil-mortality, u allura ma jitilfux ħajjithom minħabba nuqqas ta' saħħa, huma jkollhom diżabilita' minħabba mard.", "U anki hawn, pajjiżna jinkwadra ma' dawk il- pajjiżi li l-anqas li għandhom rata ta' diżabilita' minħabba mard.", "Filwaqt li l-ispan ta' disability bħala percentage lifespan level ivarja bejn 9% u 14% fil-mija u wieħed u disgħin pajjiż li l-WHO studjat u Malta fil-fatt qiegħda fuq in-naħa ta' dawk li l-anqas li għandha perċentaġġi ta' diżabilita' minħabba mard.", "Fil-fatt ir-rata ta' Malta hija ta' 10%.", "Tajjeb li wieħed igħid li sew il-mortalita' kif ukoll id-diżabilita' primarjament huma kkawżati minn infections, fejn għandna 32%.", "Dan juri kemm hawn pajjiżi fid-dinja llum li għadhom lura ekonomikament.", "Imbagħad għandek in- neuropsychiatric causes li huma 12%, għandek il-kawżi kardjo-vaskulari, li huma 11%, għandek malignancy cancer fl-agħar forom tiegħu 6%, perinatal causes, li għandhom x'jaqsmu mal-ħlas tal-mara u l-perjodu b'6%.", "Għandek ukoll respiratory causes li ovvjament jinkludi bronchitis u asthma 5% u għandek nutritional deficiency li huwa 3%.", "Hawn ukoll, dawn it-3% l-iktar li jkunu ġejjin minn pajjiżi sotto-żviluppati.", "Għandek imbagħad kawża kbira oħra li hija 14% li huma injuries.", "Aktar tard dan ix-xahar f'dan il- parlament se nibdew niddiskutu l-liġi dwar is-sigurta' tal-ħaddiem fuq il- post tax-xogħol u dan żgur li għandu jgħin lil pajjiżna biex inaqqas dan il- perċentaġġ.", "Irrid ngħid li barra l-health direct aspects li Malta ġiet fil-wieħed u għoxrin post minn mija u wieħed u disgħin pajjiż, għandek il-fatturi li jirrigwardaw dik li r-rapport isejjaħ responsiveness, li tfisser dawk l- aspetti tas-saħħa li m'humiex direttament relatati mas-saħħa imma li ovvjament jekk jitjiebu, dawn iżidu l-utilizzazzjoni tas-servizzi tas- saħħa.", "Jekk is-servizzi jkunu iktar customer friendly ovvjament dak li jkun iktar jagħmel kuraġġ u jagħmel it-testijiet li jkollu bżonn, sew bħala prevenzjoni kif ukoll bħala kura.", "Fost il-kriterji li dan ir-rapport isemmi fir-rigward tar-responsiveness wieħed isib ir-rispett lejn id-dinjita' tal- persuna billi l-persuna ma tiġix umiljata b'ebda mod.", "Hemm ukoll il- kriterju tal-kunfidenzjalita' u d-dritt ta' l-awtonomija tal-persuna li tagħżel liema sistema tkun tixtieq.", "Barra minn hekk, fir-rigward ta' dan il-kunċett tar-responsiveness, il- WHO report isemmi wkoll client orientation li jinkludi fost l-oħrajn li jkun hemm attenzjoni mogħtija fil-ħin, b'mod partikolari fir-rigward ta' emerġenzi u waiting times raġjonevoli f'dak li jirrigwarda każijiet li m'humiex emerġenzi.", "Hawnhekk wieħed jiftakar li fl-ewwel parti ta' \"TheTimes\" din il-ġimgħa nsibu li llum hawn min għandu waiting list f'pajjiżna ta' erba' jew ħames snin biex jagħmel hip jew knee replacement.", "Dawn m'humiex operazzjonijiet urġenti imma jekk pajjiżna għandu wieħed mill-ogħla servizzi tas-saħħa fid-dinja aħseb u ara kemm aktar persuni iridu jistennew f'pajjiżi li għandhom servizzi inqas effiċjenti minn tagħna sabiex jagħmlu dawn l-operazzjonijiet.", "Il-client orientation jinkludi wkoll ovvjament kwalita' f'oqsma mhux direttament ta' saħħa per eżempju li jkun hemm ambjent nadif fl-istrutturi li jipprovdu servizzi tas-saħħa, li jkun hemm spazju u li jkun hemm anki ikel li jkun mhux biss ta' kwalita' tajba imma li jkun addattat skond id- diffikultajiet mediċi li jkollu dak li jkun.", "Jingħad ukoll li dan il- client orientation jinkludi wkoll aċċess għal social support networks.", "Dan jinkludi sistema fejn per eżempju membri tal-familja tal-persuna li tkun qed tagħmel it-testijiet jew tkun teħtieġ kura jkollhom aċċess sabiex ikunu flimkien ma' din il-persuna u juru solidarjeta' magħha.", "Hemm ukoll elenkat id-dritt li wieħed jiddeċiedi dwar saħħtu.", "Illum fil-question time smajt lill-Ministru tas-Saħħa jwieġeb mistoqsija parlamentari ta' l-Onor.", "Mario Galea dwar il-jehovah witnesses li skond il-prinċipji tagħhom ma jkunux iridu li jingħataw trasfużjoni ta' demm ta' ħaddieħor.", "Smajna l-Ministru jispjega kif id-dipartiment tas-saħħa, anke f'pajjiżna, ikollu jipprepara ruħu sabiex jagħmel tajjeb għal din l-eventwalita'.", "Fejn jidħol dan il- kunċett ta' responsiveness pajjiżna ġie fl-erba' u erbgħin post minn mija u wieħed u disgħin pajjiż fid-dinja.", "It-tielet u l-aħħar kriterju li ntgħażel mill-WHO kien dak ta' fair financing, jiġifieri li tipproteġi lil dak li jkun mir-riskju finanzjarju li jista' jidħol fih jekk jimrad.", "Ovvjament dan jinkludi l-fatt li marda tista' tiġi bla mistenni u allura jkollok unexpected expenses.", "Dan ir- rapport jagħmilha ċara li jrid ikun hemm pre payment systems bħalma għandna f'pajjiżna li wieħed iħallas il-bolol, is-sigurta' soċjali u l-income tax li permezz tagħhom l-abilita' li wieħed jista' jħallas tiġi qabel ir-riskju ta' mard.", "Din irrid nispjegaha, Mr Speaker.", "Id-WHO tgħid ċar u tond li wieħed għandu jħallas pre-payment għall-livelli tas-saħħa fil-pajjiż skond l-abilita' li għandu li jħallas.", "Mela l-higher income groups iridu jħallsu iktar mill-lower income groups.", "Il-ħlas ma jsirx skond ir-riskju ta' mard bħalma jagħmlu l-health insurances.", "Il-health insurances għandhom dritt jagħmlu hekk, dik hija ħaġa privata.", "Huma qegħdin hemm fl-aħħar mill-aħħar biex jipprovdu servizz u biex jaqilgħu l-flus imma pajjiż li għandu kuxjenza soċjali bħal tagħna jrid ipoġġi s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dak li jkun qabel ir-riskju ta' mard.", "Bniedem iħallas it-taxxi u n-national insurance mhux jekk hu għandux family history ta' ċertu mard li jintiret jew skond in-numru ta' ġranet ta' sick leave li jieħu fis-sena imma skond id-dħul tiegħu.", "Pajjiżna hekk jimxi, u dan allura huwa anki kriterju ieħor li poġġa lil pajjiżna fl-erba' u erbgħin post minn total ta' mija u wieħed u disgħin pajjiż fid-dinja.", "Sur.", "President, għall-WHO fair financing ifisser - u kien hemm din l- equation - li l-health spending ta' familja m'għandux ikun iktar min-nofs in-nefqa ta' dik il-familja fuq affarijiet li ma jinkludux ikel jew xorb.", "Mela skond il-WHO, familja m'għandhiex tonfoq fuq is-saħħa iktar min-nofs in-nefqa tagħha wara li tneħħi l-ikel u l-ilma.", "Anki hawn, jekk wieħed iħares lejn pajjiżna, isib li f'pajjiżna s-sistema tas-saħħa hija pprovduta b'mod li fejn jidħlu mediċini bl-ebda mod ma jiġi mkejjel id-dħul finanzjarju ta' dik il-persuna.", "Għandek il-karta r-roża għal lower income groups u l-kartuna s-safra għal mard kroniku.", "Dan juri li pajjiżna joqgħod attent ħafna li l-health spending ta' familja ma jkunx għoli żżejjed, speċjalment fejn jidħol mard kroniku.", "Fejn jidħlu lower income groups, kif għidt diġa', għandek il-karta r-roża f'livell ta' mediċini.", "F'livell ta' servizz għandek l-isptar għall-mard akut u l-iSptar San Luqa li huwa miftuħ għal kulħadd.", "Fl-iSptar San Luqa jista' jiġi kkurat kulħadd, indipendentement mid-dħul finanzjarju tiegħu.", "Nafu li pajjiżna qiegħed jinvesti f'servizzi aħjar, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda livelli ta' client orientation facilities li jżidu allura r-responsiveness tal-persuna biex tmur tagħmel it-testijiet.", "Nafu wkoll li pajjiżna qiegħed jinvesti fi sptar ġdid f'Tal-Qroqq li żgur se jgħin biex il-livelli tas- saħħa f'pajjiżna jkomplu jogħlew.", "Meta tara l-konklużjoni tar-rapport issib li pajjiżna jitla' fit-tieni post għal dak li jirrigwarda performance on health level u fil-ħames post għal dak li jirrigwarda overall performance.", "Dan ovvjament huwa ta' sodisfazzjon kbir għall-politiċi f'pajjiżna li dejjem poġġew il-ġid komuni qabel kull interess ieħor.", "Ovvjament huwa wkoll ta' unur kbir għal dawk kollha li taw is-servizzi tagħhom fil-qasam tas-saħħa.", "Qed nirriferi mhux biss għat-tobba u l-ispeċjalisti imma wkoll għall-infermiera li jgħaddu ħinijiet twal mal-pazjent.", "Qed nirriferi wkoll għal ħaddiema paramediċi li huma wkoll f'team mat-tobba u ma' l-infermiera qegħdin itejbu l-livelli ta' kura u prevenzjoni ta' mard u għall-ħaddiema kollha li jaħdmu fl- isptarijiet, għaliex kif għidt diġa', il-cleaners fl-isptarijiet jinkwadraw f'dan kollu għaliex huwa importanti li l-isptar ikun nadif.", "Dawk li jipprovdu l-ikel fl-isptarijiet huma importanti wkoll għaliex dak ukoll jiġi nkwadrat f'dan l-istudju tad-WHO.", "Jien qed ninkludi l-ħaddiema kollha, anki dawk il-ħaddiema tekniċi li jieħdu ħsieb, per eżempju, il-makkinarju li jintuża sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jingħataw l-ogħla livelli ta' kura.", "Mr Speaker, ħaġa li ssorprendietni sa ċertu punt imma niktitni ħafna kienet meta tara pajjiżi b'mod partikolari fin-naħa t'isfel ta' l-Afrika li għandhom rati ta' mortalita' għoljin ħafna.", "Qed nirriferi, per eżempju, għar-Republic of South Africa li għandhom high mortality rate sew għat-tfal u very high mortality rate għall-adulti.", "Lesotho l-istess, Swaziland, il- Botswania, Namibja, Zimbabwe, Mozambique, Zambia, Angola għandhom mhux very high mortality rate ta' adulti imma high mortality rate għal dak li jirrigwarda t-tfal.", "U dan iġibni għal punt ieħor, Mr Speaker.", "Rajna fil-gazzetti llum li l-World Cup ta' l-2006 se tiġi organizzata fil- Ġermanja u mhux fis-South Africa.", "Ovvjament wieħed jgħolli l-kappell għall- livelli ta' kwalita' li għandha l-Ġermanja.", "Nifhem ukoll li dawn il-pajjiżi fin-naħa t'isfel ta' l-Afrika, ovvjament għandhom il-prijoritajiet tagħhom u nemmen li huma għandhom joqogħdu attenti li jonfqu iktar fuq livell ta' saħħa milli fuq faċilitajiet sportivi pero nafu wkoll li l-faċilitajiet sportivi u l-isport huwa wieħed mill-aħjar mezzi kif wieħed inaqqas il- mard.", "Nafu wkoll li l-world cup tkun okkażjoni fejn pajjiż jista' verament itejjeb il-qagħda ekonomika tiegħu anki minħabba t-turiżmu u allura kont sorpriż mhux ftit kif il-FIFA ddeċidiet b'vot wieħed li l-world cup flok ma tiġix organizzata għall-ewwel darba fis-South Africa imma terġa' tiġi organizzata wara tnejn u tletin sena fil-Ġermanja.", "Dan mhux qed ngħidu b'diżrispett lejn il-Ġermanja imma fl-opinjoni tiegħi s-solidarjeta' internazzjonali li aħna bħala demokristjani tant nemmnu fiha għandha tiġi anki minn għaqdiet li huma tant b'saħħithom internazzjonalment bħalma huwa l-każ tal-FIFA.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sport professjonali li jġib tant u tant ritorn ekonomiku għaliex għandek television rights u għandek ħafna advertising.", "Jien nemmen li meta wieħed jaqra dan id-WHO Report isib kemm vera aħna qegħdin tajjeb u kemm għad hemm pajjiżi li jridu jagħmlu qabża kbira 'l quddiem u allura kulħadd għandu jerfa' r-responsabbilta' biex jgħinhom.", "Mr. Speaker, la qlibt fuq l-isport u fuq il-football, irrid nagħmel riferenza għall-fatt li fil-mozzjoni li għaddejja bħalissa fil-parlament ftit li xejn hemm imsemmi li se jingħataw faċilitajiet sportivi lil xi għaqdiet mill-Ewwel Distrett Elettorali imma rrid ngħid li proprju nhar it- Tlieta s-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett iltaqa' mal-kumitat tal- Ħamrun Spartans Football Club u aċċertahom li fil-budget li ġej il-gvern se jivvota somma konsiderevoli sabiex jitkompla x-xogħol fil-Victor Tedesco Stadium.", "Irrid nirreferi wkoll għall-mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni li huwa wkoll responsabbli mill- isport fejn staqsejtu b'liema mod ġie mgħejjun il-Floriana Football Club fir-rigward tar-riabilitazzjoni tax-Xagħra tal-Furjana wara ċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millenju.", "Il-Ministru Louis Galea wieġeb li huwa nformat li saru żewġ rapporti dwar ix-xogħlijiet madwar l-Arena ta' l- Indipendenza u t-turf pitch.", "Il-gvern ħa ħsieb ukoll ix-xogħlijiet ta' tiswija madwar l-Arena bħalma huma tqegħid ta' chainling fence madwar il- football pitch, tiswija ta' boundary wall, rainwater culverts, tneħħija tal-frame tal-ħadid li kien tqiegħed fil-festa tal-25 anniversarju tal- festa ta' l-Indipendenza, tneħħija ta' materjal u ġebel li tpoġġa fuq it- turf pitch u rranġar ta' sand pratice pit.", "Inbidlu wkoll il-floodlights u nżebgħu l-arbli tal-floodlights.", "Dan ix-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tal- Works Division.", "Rigward tal-football pitch, il-gvern permezz tal-ħaddiema tal-Works Division naddfu l-wiċċ mid-debris kollu.", "Inxtara conditioner Terracotten u żerriegħa u dawn ġew imħallsa mill-gvern għat-total ta' Lm3,500.", "Ta' min jgħid li l-Floriana FC se jieħdu ħsieb it-tkabbir tat-turf huma u dan ix-xogħol se jsir skond il-programm normali li jirrikjedi dan ix- xogħol.", "Ta' min jgħid ukoll li sakemm qed isir dan ix-xogħol il-Floriana FC għadhom qed jagħmlu użu b'xejn mill-pitch fil-kumpless sportiv tal-Marsa.", "Nagħlaq billi ngħid li jidhirli li l-Floriana FC ġiet rikompensata b'mod tajjeb għas-sagrifiċċju li għamlet meta ntużat ix-Xagħra tal-Furjana għaċ- ċelebrazzjonijiet tal-Millenju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il- Ġimgħa, 7 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SCHOOL LIBRARY SERVICE", "17550.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "15727 fejn il- Ministru qal li hu nfurmat li t-transfer sar għax l-assistant librarian konċernata ġiet deployed mad-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji wara li ħadet promotion, kien infurmat il-Ministru li: kull persuna li hemm fl- ischool library service ġiet mid-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji; din il-persuna kienet diġa' ma' dan id-dipartiment anke meta kienet fl-ischools library service u kienet tagħmel xogħol ta' grad ta' assistant librarian; li ntbagħtet f'din is-sezzjoni b'ordni ministerjali fl-1997 għax kienet l- unika mpjegata fid-dipartiment tal-libreriji u l-arkivji li kienet segwiet kors speċjali bħala parti mid-diploma in library studies fuq il-libreriji fl-iskejjel; li hi l-unika mill-11-il promozzjoni ta' assistant librarian li ntbagħtet taħdem f'ambjent totalment differenti minn dak li tgħallment sal-lum; li kważi kull min ħa promotion, kif jidher fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "14827, baqa' fejn kien, anke hemm min mhux f'librerija; bil-ħsara li saret lill-ischools library service b'dan it- transfer?", "Jista' għalhekk il-Ministru jieħu azzjoni biex ma jinħeliex talent fix-xejn u jġedded l-ordni ministerjali ta' l-1997?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-library assistant li ntbagħtet mill- ischools library service wara li ħadet promozzjoni għal assistnat librarian qed tagħti servizz meħtieġ fid-dipartiment tal-libreriji u arkivji skond il- kompetenzi li għandha.", "Fl-ischool library service hemm jaħdmu żewġ għalliema mid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, wieħed li għandu l-kwalifiċi u l-esperjenza f'dan il-qasam u oħra li għandha esperjenzi fil-qasam tal-libreriji.", "Fl-iskejjel sekondarji hemm teacher librarians.", "Informat ukoll li hemm proposti li qegħdin jiġu kkunsidrati mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex is-servizz ta' l-ischool library service ikompli jissaħħaħ u jersaq aktar qrib lejn il-kurrikulu milli hu llum.", "Wieħed irid jinnota wkoll li d-dipartiment tal-libreriji u arkivji jagħti sehemu fis-servizz tal-qari u tiftix għat-tfal permezz ta' libreriji lokali u libreriji reġjonali kif ukoll bl-attivitajiet speċjalili joffri fil- librerija pubblika ċentrali.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija beħsiebni niddiskuti l-każ mas- segretarju permanenti tal-Ministeru biex niġi riassigurat li d- deċiżjonijiet amministrattivi li qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti huma fl-aqwa interessi tas-servizz u tal-pubbliku, inkluż it-tfal, u għaldaqstant fuq dan nittama li nkun nista' nwieġeb f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI", "17557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li għaddew tliet xhur, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "14527?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li ma attendewx l- iskola matul is-sena skolastika 1998-1999 huwa kif ġej:", "Skejjel Primarji", "|Eta` |Ċertifika|Eżenti |La | | |t | |Ċertifikat| | | | |Mediku u | | | | |lanqas | | | | |Eżenti | | | | | | |6 snin|1 | | | |8 snin| |2 | | |10 |1 |3 | | |snin | | | | |11-il |2 |1 | | |sena | | | | |12-il |1 |- | | |sena | | | | |l-etaj| | | | |iet | | | | |kollha| | |6 | | | | | | |TOTAL |4 |7 |6 | | | | | |", "Skejjel Sekondarji", "|Eta` |Ċertifika|Eżenti |La | | |t Mediku | |Ċertifika| | | | |t Mediku | | | | |u lanqas | | | | |Eżenti | | | | | | |11-il sena|1 | | | |12-il sena|13 |1 | | |13-il sena|18 | | | |14-il sena|39 |2 | | |15-il sena|55 |3 | | |16-il sena|43 |4 | | |17-il sena|1 |6 | | |l-etajiet | | |152 | |kollha | | | | |TOTAL |170 |15 |152 |", "Skejjel tas-Snajja'", "|Eta` |Ċertifika|Eżenti |La | | |t | |Ċertifika| | | | |t Mediku | | |Mediku | |u lanqas | | | | |Eżenti | | | | | | |14-il |17 | | | |sena | | | | |15-il |51 |10 | | |sena | | | | |16-il |9 |3 | | |sena | | | | |l-etajie| | |30 | |t kollha| | | | |TOTAL |77 |13 |30 |", "Informat ukoll illi", "A) ċertifikat mediku", "* ta' mard fit-tul ħafna jiġi aċċettat biss dak ta' speċjalista li jiġġedded kull tlett xhur; * dawn it-tip ta' tfal ikunu qed jieħdu tagħlim id-dar stess;", "B) eżenti tinkludi sitwazzjonijiet fejn tfal ikunu:", "* għad iridu jiġu statemented;", "* fi tqala - iżda dawn kollha jiġu riferuti lill-school girls mothers' unit;", "* każi umanitarji, per eżempju, f'każi eċċezzjonali fejn ikun jeħtieġ jieħdu ħsieb ġenituri li huma morda)", "* ingħataw permess jieħdu mpjieg fl-aħħar sena ta' l-iskola", "C) la ċertifikat mediku u lanqas eżenti: ma tfissirx li t-tfal jassentixxu ruħhom mingħajr ma jagħtu ebda raġuni.", "Ħafna drabi dawn ikunu każi bi problemi soċjali gravi.", "Il-welfare unit isegwi mill-aħjar li jista' dawn il-każi.", "Bħala miżuri qed: (a) jagħtu prijorita` lil tfal fil-primarja;", "(b) bi strateġija miftiehma (focus project) qed jiffokaw fuq sitt skejjel partikolari;", "(c) jieħdu passi permezz tal-qorti.", "nota 1:", "L-ammonti ta' 6, 152, 30, taħt \"la ċertifikat mediku u lanqas eżenti\" ma jikkorrispondux għall-eta` fil-vers indikat, imma huma t-totali ta' l- etajiet kollha flimkien fil-qasam primarju, sekondarju, u snajja'.", "nota 2:", "Filwaqt illi fl-1996/97 in-numru ta' tfal assenti b'ċertifikat ta' mard eżenti, u mingħajr ċertifikat kien jammonta għal 729, fis-sena 1998/99 kien jammonta għal 474.", "ĦALIB", "17596.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għad-direct payment skond il-common organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani x'se tkun id-differenza għar-raħħala Maltin u Għawdxin?", "Jirriżulta li r-raħħala Maltin se jitilfu l-benefiċċji tal-ħalib ta' fuq il-kwota jekk jidħol id- direct payment?", "Jekk le, għaliex?", "Jekk iva, x'se tkun id-differenza finanzjarja għar-raħħala Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li tajt għal mistoqsijiet parlamentari nru.", "16297 u 16986.", "ĦALIB", "17597.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-riforma tal-CAP fir-rigward tal-common organisation of the market in milk and milk products, jista' l-Ministru jinformani kif se jaffettwaw is-sistemi tad-direct payments lill-produtturi Maltin u Għawdxin fis-sena 2005, 2006 u 2007?", "X'diskussjonijiet u x'konsultazzjonijiet saru dwar il-bidliet li jridu jseħħu fl-Unjoni Ewropea u cioe' anke f'Malta meta skond il-Gvern Malti se ssir membru ta' l-Unjoni fis-sena 2003?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li tajt għal mistoqsijiet parlamentari numri 16297 u 16986.", "ĦALIB - KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI", "17598.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani meta ġew diskussi bejn il-Ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-ħalib ir-riformi tal-common organisation of the market in milk and milk products?", "Jista' jgħid x'punti tqajjmu mir- raħħala u l-koperattiva dwar dawn ir-riformi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajtu għall-mistoqsija parlamentari nru.", "16297.", "AGENDA 2000", "17610.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li Agenda 2000 reform of the common agriculture policy CAP għandha bħala - u nikkwota eżatt - \"the new challenges\" jindirizzaw problema partikolari u cioe' \"the current level of CAP prices is too high for the EU to meet international undertakings and .....\"; jista' l-Ministru jispjega dak li qal matul dawn l-aħħar xhur li l-CAP mhux veru għandha prezzijiet għoljin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li din id-domanda ma fiha xejn ġdid ħlief ''re- wording'' tad-domanda nru.", "16692, nirriferih għar-risposta li diġa' tajt għal dik id-domanda.", "Ir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "16692 tesiġi li l-Onor Interpellant għandu qabel xejn jifhem li l-argument tal- \"quotation\" li qed juża ma jreġix mal-mistoqsija tiegħu, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattiti inutili fuq din il-\"quotation\" miktuba f'kuntest ieħor, dak li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jistaqsi, cioe' jekk bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Europea hux x'se jkun hemm splużjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna, hu kunċett bla bażi, fittizju, u suġġettivament spekulattiv.", "Dan hu hekk għax biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea jridu jsiru n-negozjati u l-Gvern għandu l-pjan għall-mekkaniżmi u arranġamenti oħra biex proprju dawk l-effetti li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għalihom u li ma għandhom l-ebda bażi fil-\"quotation\" imsemmija ma jimmaterjalizzawx.", "RABAT - WASHOUTS", "17613.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' washout li saru fir-Rabat, Malta, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Meta saru, x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "MALTA FISHERIES AUTHORITY", "17623.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal ħolqien tal-Malta fisheries authority li l-gvern se jagħmel sabiex jaġġorna s-settur tas-sajd ma' dak ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinfurmana meta din l-awtorita' se tiġi mwaqqfa?", "Kemm se tiswa lill-poplu biex tiġi mwaqqfa u sabiex titmexxa fis-snin li ġejjin?", "Meta saru l-konsultazzjonijiet mas-sajjieda dwar din l-awtorita'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għal- liema Malta Fisheries Authority' qiegħed jirriferi.", "Is-sezzjonijiet kollha li jissemew bħal fisheries monitoring centre u fish marketing unit huma sezzjonijiet li jeżistu fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura.", "ALFA CLUB COMPANY", "17682.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Alfa Club Com. għandhiex liċenzja biex topera f'Malta?", "Jekk le, għandux il-ħsieb li fil-futur din il-kumpannija u oħrajn tingħata il-liċenzja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li jien informat illi l-Alfa Club Com.", "M'għandhiex liċenzja taħt il-liġijiet finanzjarji.", "Infatti, ma jidhirx li dan il-club jwettaq xi attivita` li jenħtieġu liċenzja taħt dawn il-liġijiet.", "L-MFSC tikkonsidra l-ħruġ ta` liċenzji wara li jsirulha applikazzjonijiet minn min hu interessat.", "BIRGU - \"TAT-TOQBA\"", "17686.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex possibbli biex persuni jkunu jistgħu jidħlu jgħumu fil-parti hekk imsejħa \"Tat-Toqba\" fil-Birgu, waqt li jkun għaddej ix-xogħol, u wara li jitlesta ix-xogħol tal-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi waqt ix- xogħol ta' kostruzzjoni se jittieħdu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex il-pubbliku ma jkunx espost għall-periklu, biss, ebda parti mill- foreshore mhijiex se tiġi preġudikata.", "PERMESSI TAL-BINI - EŻAMI", "17687.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17496?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-applikanti għall-eżami tal-bennejja bejn l-1990 sal-lum huwa hekk:", "|SENA |APPLIKANTI |APPLIKANT| | | |I LI | | | |GĦADDEW | |1990 - 1993|M'hemmx | | | |records | | |1994 |230 |101 | |1995 |233 |92 | |1996 |193 |56 | |1997 |186 |36 | |1998 |53 |10 | |1999 |34 |7 | |2000(Sa |45 |7 | |28/6/00) | | |", "Applikant wieħed li applika fis-sena 1999 għad irid jagħmel l-eżami (dan qed jaħdem barra minn Malta).", "33 applikant għas-sena 2000 għad iridu jagħmlu l-eżami.", "COIN TELEPHONE - APPLIKAZZJONIJIET", "17694.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17497?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-coin box terminals jinbiegħu minn diversi ħwienet, peress li s-suq tagħhom huwa liberizzat u għalhekk persuna m'għandhiex il-ħtieġa li bilfors tirrikorri għand il-Maltacom biex tikseb is-servizz ta` dan l-apparat.", "Meta abbonat ma jħallasx kont tat-telefon tal-Maltacom sad-data stabbilita` fl-istess kont, jintbaghtu reminder.", "Jekk jinjora dan ir- reminder, il-linja tigi `ristretta`, jigifieri jkun jista` biss jirċievi telefonati, pero` ma jkunx jista` jagħmilhom.", "Jekk jippersisti li ma jħallasx, il-linja ssir temporary out of service jew disconnected fejn allura s-servizz jinqata` għal kollox.", "Bejn Dicembru 1999 u Mejju 2000, in-numru ta` każi xahar b`xahar kien hekk:", "|XAHAR |SERVIZZ |SERVIZZ | | |RISTRETT|MAQTUGH | | | | | |Dicembru |21 | 35 | |1999 | | | |Jannar |3,835 |818 | |2000 | | | |Frar 2000 |59 |6 | |Marzu 2000|3,429 |777 | |April 2000|37 |13 | |Mejju 2000|42 |11 |", "Ta` min jgħid ukoll li filwaqt li l-Maltacom ma tieħux ġost tirrestrinġi jew taqta` servizz, hija fid-dmir li tiġbor flusha tas-servizz li tkun tat lill-abbonat tagħha.", "Tant hu hekk li, biex ma toħloqx problemi soċjali, min ma jkunx jista` jħallas il-kont jew kontijiet kollha f`daqqa, jingħata l-possibbilta` li jħallas bin-nifs, skond programm ta` pagament.", "ĦABS - INĊIDENTI", "17695.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17489?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti dwar inċidenti fil-ħabs ikkawżati minn priġunieri minn meta bdew jinżammu records uffiċjali dwarhom, ċioe` mill-1992, hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ninsab informat ukoll li l-biċċa l-kbira ta` dawn l-inċidenti kienu ta` ġlied bejn il-priġunieri u li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinari interni.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab informat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti.", "PA 2416/00", "17696.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jekk il-Ministru m'għandu l-ebda diffikulta', jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja ta' l-applikazzjoni PA 2416/00, inklużi l-pjanti, bid-dettalji tal-proġett pilota hekk kif ippreżentata mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: M`għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 17513.", "MINISTERU TA' L-INTERN - UFFIĊJALI", "17697.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2000 'l hawn, kienx hemm xi uffiċjali li ġew sospiżi?", "Kemm kien hemm?", "Fuq liema kriterji?", "X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti dwar uffiċjali li mill-1 ta` Jannar, 2000 l`hawn ġew sospiżi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru ta` l-Intern hu kif ġej : -", "Dipartiment Numru Akkużi X`passi ttieħdu Data ta` meta jew qed ġew jittieħdu sospiżi Pulizija 1 Falsifik- Għada għaddejja 03.02.2000 azzjoni ta` l-kumpilazzjoni dokumenti 1 Serq Għada għaddejja 07.06.2000 l-kumpilazzjoni 1 Attakk fuq Għada għaddejja 16.06.2000 persuna l-kumpilazzjoni oħra Servizzi 2 Ksur tar- Pendenti quddiem 19.05.2000 Korrettivi regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku", "2 Ksur tar- Pendenti quddiem 08.06.2000 regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku", "1 Ksur tar- Pendenti quddiem 09.06.2000 regolamenti il-Kummissjoni dwar tal-ħabs is-Servizz Pubbliku", "PA - TWAĦĦIL TA' AIR CONDITIONING", "17702.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li issir policy mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra t-twaħħil ta' air conditioning inch mal-faċċata tal- proprjeta' f'area meqjusa bħala UCA's peress li dawn ikerrħu l-bini apparati li joħolqu inkonvenjent kbir bl-ilma tal-condensation iqattar fuq in-nies?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qiegħda taħdem fuq Conservation Order biex ikun jista` jitneħħa dan it-tip ta` apparat minn mal-faċċati tal-Belt, u fl-istess ħin toffri alternattivi għal din il-problema.", "PA - DISH ANTENNAS", "17703.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li hekk kif l-installazzjoni ta' dish antennas fuq l-bjut għandhom bżonn permess mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, jintalabx ukoll permess għall-installazzjoni ta' solar heating system peress li dawn jistgħu jkunu visibli aktar mill-istess dish antennas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li skond Avviż Legali Nru. 137 ta` l- 1997 - Ordni ta` l-1997 dwar Żvilupp Ġenerali (Nru. 2) - Artiklu 6 (Proċedura ta` notifikazzjoni) li kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta` Settembru 1997, it-tqegħid ta` heating panels solari ma jirrekjedu ebda permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u lanqas notifika bil- GDO sakemm ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fi Klassi 1(iii) ta` l-avviż legali fuq imsemmi li jaqra kif ġej : -", "It-tqegħid ta` tankijiet ta` l-ilma u heating panels solari u apparat relatat fuq il-bejt ta` abitazzjoni jew abitazzjonijiet sa għoli massimu ta` 1.2 metri mis-saqaf tal-bejt u, sakemm dawk l-istallazzjonijiet jitqegħdu lura mill-anqas 4.5 metri mill-faċċata ta` quddiem.", "DINGLI - MOBILE PHONES", "17704.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall- installazzjoni ta' antennas ta' mobile phone f'Ħad-Dingli?", "Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati?", "L-antenna fuq il- proprjeta' \"Aldo Moro\" fi Triq il-Kbira, Dingli, għandha l-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet żewġ applikazzjonijiet fil-lokalita` li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant għall-installazzjoni ta` antennas ta` mobile phones li waħda minnhom ġiet approvata fit-28 ta` Frar, 2000 filwaqt li l-oħra hija pendenti.", "Mill-informazzjoni li għandha l-awtorita`, l-antenna fuq il-proprjeta` li saret riferenza għaliha fl-aħħar parti tal-mistoqsija, hija assoċjata ma` trasmissjonijiet televiżivi lokali.", "DINGLI - TRIQ ĠIAN MARIA ABELA", "17705.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fi Triq Ġian Maria Abela, Ħad-Dingli, jista' l-Ministru jara li qabel ma jsir ix-xogħol ta' surfacing, l-ewwel isir il-water culvert li hemm bżonn li jsir ħalli jevita l-flooding f'din l-area?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn diskussjonijiet li għamel id- Dipartiment tat-Toroq ma jirriżultax li l-kunsill lokali qatt kellu xi complaints dwar għarar f`din it-triq.", "It-triq hija waħda relattivament qasira u ma` tiġborx ħafna ilma.", "Għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn ta` xi water culvert speċjalment ġaladarba m'hemmx water culverts fl-inħawi.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "17706.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17565 dwar l- iskola primarja ta' Ħal-Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "PULIZIJA - STRAY DOGS", "17707.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jiżgura li numru ta' klieb (stray) li jiġġerrew fil- lokalita' ta' Marsxlokk, Żejtun u Birżebbuġia kif ukoll il-Qawra jinġabru mit-toroq peress li ġejt mgħarraf li f'dawn il-lokalitajiet kien hemm inċidenti ta' persuni li kienu aggrediti minn dawn il-klieb speċjalment filgħodu kmieni u tard filgħaxija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm il-Pulizija ma kelliex rapporti ta` persuni aggrediti minn klieb li jkunu jiġġerrew barra, se jittieħdu passi sabiex jekk hemm xi klieb bħal dawn jiġu miġbura mill-SPCA.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - SUPPLEMENTARI TAR-RELIEF", "17708.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-supplementari tar-Relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "17709.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fir-relief mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta ohra.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "17710.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-benefiċċji tal- mard mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET - TNAQQIS", "17711.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fis-supplementari tal-pensjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET - TNAQQIS", "17712.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fil-pensjoni mill- 5 ta' Settembru sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "CHILDRENS ALLOWANCE - TNAQQIS", "17713.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji lill-Kamra ta' kemm persuni jew familji sarilhom tnaqqis fic-childrens allowances mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MIDI - KUNTRATT", "17722.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17582?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MIDI - FTEHIM", "17723.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17583?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "DATA PROTECTION - WHITE PAPER", "17725.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-white paper dwar id-Data Protection?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kopja tal-white paper dwar qafas leġislattiv għat-tħaddim ta' l-informazzjoni nkluż id-data protection tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAJN TUFFIEĦA - CAMPING SITE", "17728.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fir-rigward ta' dawk li jikkampjaw f'Għajn Tuffieħa?", "Jista' jgħid jekk sarux xi diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet?", "Jekk iva, ma' min?", "Xi progress sar?", "Jista' jagħti d-dettalji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-pjan lokali tal-Majjistral ta` Malta li għadu mhux iffinalizzat, biċċa art f`Għajn Tuffieħa ġiet identifikata għall-ikkampjar.", "Din l-art hija lokalizzata fil-viċinanzi immedjati tal-lukanda Golden Sands, lejn it-Tramuntana, u kienet tifforma parti mill-barracks militari u l-art tal-madwar.", "Hu ppjanat li l-pjan lokali in kwestjoni jkun rilaxxat għall- konsultazzjoni pubblika fil-ħarifa li ġejja.", "Malli r-rappreżentazzjonijiet tal-pubbliku jiġu sottomessi, il-pjan lokali jiġi ppreżentat lil Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex jiġi emendat, u mgħoddi lill-gvern għall- approvazzjoni finali.", "Fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tipproċessa applikazzjoni għall-permess ta` l-iżvilupp mill-iScouts Association.", "UNIVERSITA' - DOTTORAT FIL-MEDIĊINA", "17737.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' konsiderazzjoni waslet it-talba magħmula b'interpellanza numru 17124?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - BIRGU - REQUISTION", "17738.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid fiex waslet it- talba li saret mis-sidien tal-post vojt numru 37 Triq San Ġorg, Birgu, sabiex titneħħa r-requistion?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI", "17739.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex fid- dipartiment fejn isir il-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan, meta jsir nofsinhar u jingħalqu l-bibien biex ma jsirx aktar ħlas ta' liċenzji, għallinqas jinqdew dawk li jkunu fil-queue?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-pubbliku li jmur fid-dipartiment qed ikun informat bis-sitwazzjoni, madankollu se nara x`jista` jsir biex din il-problema tissolva.", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI - SKRIVANI", "17740.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal- Liċenzji hemmx nuqqas ta' skrivani?", "Jekk fl-affermattiv, x'se jsir sabiex is-sitwazzjoni titranġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li se jittieħdu passi mal-Management & Personnel Office ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru biex il-vakanzi li hemm fid-dipartiment jimtlew.", "ARTIJIET - TAL-KNISJA", "17741.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb sabiex min għandu art li kienet tal-Knisja u llum għandu l-bini fuqha, u hija b'ċens perpetwu rivedibbli wara 100 sena, (bi stima ta' perit), li jkun jista' jibbenefika minn xi skema sabiex iċ-ċens ikun jista' jinfeda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment tal-Onor.", "Interpellant ġie nnotat u se jkun ikkonsidrat flimkien ma` oħrajn li diġa` saru.", "BORMLA - CARDPHONE BOX", "17742.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal card phone box fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq Wiġi Rosato, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Maltacom se tiddiskuti mal- Kunsill Lokali ta` Bormla biex jinstab post adattat ghal din il-cardphone.", "POWER STATIONS - ĦSARAT", "17743.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindika meta se jkunu lesti l-inkjesti dwar x'mar ħażin u x'jista' jsir 'il quddiem biex nevitaw ċirkostanzi li wasslu biex iż-żewġ power stations jieqfu flimkien bħalma ġara nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li inkjesti ta` din ix-xorta ma jistgħux jiġu konklużi f`perjodu ta` ftit ġranet.", "Barra minn hekk wieħed irid joqgħod attent li ma ssirx pressjoni zejda u bla bżonn fuq dawk li jkunu qed jagħmlu inkjesta li tirrigwarda qasam daqshekk vitali bħalma hu dak ta` l-enerġija elettrika.", "MARSA - ZEBRA CROSSING", "17744.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jara li bl-iktar mod spedit issir zebra crossing jew pelican lights fi Triq it-Tiġrija, Marsa (quddiem is-Salamander) minħabba li l-familji li joqogħdu f'din it-triq traffikuża immens, biex jaqsmuha ikollhom jipperikolaw sew ħajjithom u sew il-vetturi li jkunu ġejjin ħafna drabi b'veloċita' aċċentwata stante li din hija triq arterjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta` l-Onor.", "Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x`jista` jsir."]} {"filename": "20020521_739d_par.doc", "date": "2002-05-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 739 It-Tlieta, 21 ta' Mejju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 739", "It-Tlieta, 21 ta' Mejju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-10.12 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "739", "It-Tlieta, 21 ta' Mejju, 2002", "WERREJ", "INDIRIZZ MILL-ONOREVOLI PAT COX, PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW 805", "INDIRIZZ MILL-ONOREVOLI PAT COX, PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Bis-saħħa tal-ftehim li ntlaħaq fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra, nistieden lill-crew televiżiv tal-PBS sabiex jidħlu ħalli jittrasmettu din is-seduta.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: Issa se nissospendi s-seduta għal ftit minuti sakemm Mr Speaker, akkumpanjat mill-Onor.", "Pat Cox, President tal-Parlament Ewropew, jidħol fil-Kamra.", "Fl-10:15 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għaxar minuti wara.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): F'isem l-Onor.", "Membri tal-Kamra tad- Deputati ta' Malta u f'ismi, nagħti merħba lill-President tal-Parlament Ewropew, l-Onor.", "Pat Cox, fl-okkażjoni tal-viżita uffiċjali tiegħu.", "F'isimkom ilkoll u f'ismi, nilqgħuh f'din il-Kamra, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, espressjoni vera u konkreta ta' demokrazija parlamentari, li permezz tal-membri eletti tirrappreżenta s-sovranita' tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, flimkien ma' l-istess valuri umani u ideali demokratiċi li l- poplu tagħna jħaddan.", "Fl-okkażjoni ta' din iż-żjara uffiċjali, l-Onor.", "Pat Cox se jindirizza lill- Kamra u għalhekk huwa unur u privileġġ għalija li nistieden lill-President tal-Parlament Ewropew sabiex jagħmel id-diskors tiegħu.", "I call upon you, Mr President, to address the House.", "HON.", "PAT COX (President, European Parliament): Mr President, Hon.", "Members, Distinguished Visitors, Ladies and Gentlemen.", "For me as President of the European Parliament, today is a great honour and a great privilege that you should offer me and the institution which I have the privilege to lead, this possibility to share with you some views on European affairs and expressly some views on the enlargement of the European Union.", "This year we are living in a very special year with regard to the enlargement challenge.", "If the calendar which we have set works out - and I believe the political momentum is there - then for the European Union politically this will be by the Copenhagen Summit in December, the year of enlargement and so therefore a very special year in the life of the European integration process.", "The European Parliament is deeply committed to a successful enlargement of the Union.", "When I was elected as its president, just four months ago, I stated that the first of my political priorities would be to work towards that end.", "We are today in Europe, in the European Union, through this process which will be the largest and most diverse and most challenging of the enlargements to date.", "We are being touched by the hand of history itself.", "This generation of Europeans is being called upon to bring to a close the wounds and the hurts on continental Europe of a barbaric 20th century and we are faced with the possibility of a wonderful renewal and renaissance of a Europe of common values, of free markets, of pluralist democracy, of respect for the rule of law, of reconciliation and of the possibility of new opportunity for our peoples.", "And it is a moment that the European Parliament is determined to seize.", "As this generation of Europeans, we are faced - and here I speak for the European Parliament - with a prospect that has no parallel in European history.", "In all the millennia that we have lived the diversity of our shared continent - and you have lived it here with more intensity than most - we have never come together in common cause by the free will of free peoples.", "Various visions of that Europe have come at the point of a sword or through the barrel of a gun, but never in this way through the free consent of the free will of free peoples to make that kind of common cause.", "And that's why I say this is indeed politically a very special year.", "This visit which I make on behalf of the European Parliament is one of a series of visits right at the beginning of my presidency to mark the attachment that we feel from the top down in our institution, the resolve that we have politically to make this challenge come to a successful fruition.", "In the European Parliament we will debate before the Seville Summit meeting of the Spanish Presidency ̧ the current state of enlargement.", "And hence my being here, of course with the privilege to speak today but also I want to say with the privilege to listen today, and I want to listen.", "I want to listen to your diversities because I know that there are diversities of opinion.", "I want to understand your sense of this moment as I hope and appreciate and believe you understand mine through these remarks.", "We shall also be debating in Parliament in November of this year the commission's country by country assessment of who at that moment in time is deemed to have fulfilled the requirements and conditions for entry.", "We shall do so in the presence of the Danish Prime Minister and we shall prepare the way in that sense for the Copenhagen Summit and put some momentum politically behind that process.", "I want to say to you, Mr President, that I shall correspond with you at an early date, to invite you to nominate members of this House in its diversity to come to our Parliament in November, to sit with a political group of their preference, to engage with us in the debate of that vital time, to bring with you media who can report the nature of that debate, and we shall be doing that for each of the candidate State Parliaments to create at that moment in time a sense of the extraordinary prospect politically that shall be at hand.", "I'm very pleased also to be here for a second general line of reasoning with regard to enlargement.", "Not surprisingly, the great wave of this enlargement geografically is towards Central and Eastern Europe, because the heavier part of that hand of history to which I referred touches us particulary from that part of our continent.", "But I'm especially pleased to be in Malta - as I was recently in Cyprus - because the enlargement is not only eastern but potentially and subject to your will, also southern.", "And the Mediterranean part can bring to this task, as the French would say, a new (lan, a new spring to our step in terms of Euro-Mediterranean dialogue, in terms of the Barcelona process, in terms of bridge-building to a wider set of shared responsibilities.", "And in that bridge-building road you can offer something of real and tangible worth to the wider European Union in terms of your historic experience, in terms of your crossroads location and in terms of your political and diplomatic contacts and capacities.", "I myself am an Irish European ̧ like you an islander ̧ like you proud of the traditions and identity of my own people.", "And so when I speak with this privilege in the Parliament of an island community with a long history, proud of its own identity, I hope you will allow me to give some reflections not just as President of the European Parliament but also as an islander, also as an Irish European.", "For my own part, I believe in my country that in the last century ̧ the 20th century ̧ we had two acts of Irish liberation.", "Ours was a long experience of colonisation, an experience I don't need to dwell on as in this particular island we've all had experiences.", "Our political independence came in 1922 but we remained stubbornly locked into a post-colonial, economic, regional, stagnant dependency - in our case because of the geography - of the former colonial power, the United Kingdom.", "As recently as 1960, three quarters of all the exports in my State went to the United Kingdom and 90% of the agricultural exports went to the United Kingdom.", "Our pound was their pound.", "We had our own currency but we had sterling parity.", "Our stagnant economy meant that we exported our people through emigration more than we exported goods and services, and many went to the UK and so we had a virtually common labour market.", "And there was a period of political sovereignty and economic stagnation.", "And so the second act of Irish liberation began with a planned strategic move towards engagement with the European Union, the plan to cut the umbilical cord that led to the stagnation and connect ourselves to a wider set of possibilities.", "And I believe it has been a truly liberating experience in those terms.", "We had at the time a very active debate, and indeed I know on this island - because I have been a visitor here before but this is my first political visit here - that you are no strangers to some of the voices who would give you another view from my country.", "Some of the more prominent among them told us at the beginning: You cannot go in because if you do ̧ all the resources and wealth will be sucked into the centre and the periphery will simply provide the labour force for the centre.", "That centre periphery paradigm proved to be an illusion.", "The contrary has been the case, the liberation of market-based opportunity in a competitive economy.", "And that took time because the competitive economy did not come overnight.", "It was a deep Irish struggle inside Irish social and political and economic systems but when it came it offered transformation.", "In fact the periphery - and not just Ireland but Spain, Greece and Portugal - has shown a dramatically greater capacity for growth in the centre.", "And so the old paradigm turned out to be false and it did not work, at least in the experience of the island that I have the privilege to represent.", "We had a big debate about the funding, and the funding was significant for infrastructure, for environment projects and transport.", "It has been of enormous benefit but the bread and butter muscular effect of Europe and Ireland and Ireland and Europe has not been the funding but the market access.", "When we joined in 1973 - you cannot transpose from one to another, so I make no transposition but the story nonetheless is worth recording to you – the total value of exports worldwide, although mostly to the UK, stood at euro 5 billion.", "Last year the total value of exports with about one-fifth going to the UK, stood at euro 82.5 billion.", "Subject to remaining competitive, that is the bread and butter on Irish tables today.", "It's the thing that has allowed my children's generation an opportunity that my father's generation was not bold enough to dream of and that my generation could only hope for.", "It has allowed us to begin to bring our people home, to become a place that sells goods and services but not our birthright, our identity, our self-awareness and our place.", "And I say it to you not because you can transpose one experience to another place, but because the great part of this voyage of self-discovery is that the intelligent interdependence that we chose has repaid itself handsomely in a new self-confidence and a new self-awareness in a country with a strong sense of continuity of its own identity.", "Our culture, even our traditional culture, music and language, are in a healthier state today than they were in the era of stagnation and depression which preceded this moment.", "I might make another general observation, a similarity between your island and mine.", "In the Republic of Ireland, our State, in demographics, in terms of background is predominantly Roman Catholic and so there were a lot of people who said at the beginning: Don't go in because the Europeans will impose their values on us.", "Do we have divorce in Ireland?", "The answer is: Yes, we do.", "How did we get it?", "Through a series of Irish constitutional referenda.", "Who chose?", "The people of Ireland.", "What was the role of the European Union?", "Zero.", "Do we have abortion in the Republic of Ireland?", "The answer is: No. How have we chosen?", "We've had three referenda so far on this question and the answer remained: No. Who chose?", "The Irish people.", "The role of the European Union: Zero, because it is our business and no one else's. The European Union has no competence in the treaties conferred on itself to interfere in those things.", "The rest of the world, the rest of Europe might look on and say: This is odd by our view, this is backward, this is acceptable, this is not, but still it is not their business.", "We are Irish and it is our identity, our values, our rights, our capacity to assert what they should be.", "The world has changed dramatically since the collapse of communism and the old notions of power blocks and balance of power and Warsaw Pact and NATO have been radically transformed.", "My country is militarily neutral and non- aligned and there is still a sensitive debate in my country on this question.", "I want to tell you that in all the years we have been in the European Union, no single Irish troop has ever served on a foreign mission, UN, European or otherwise, without the consent and approval of the Irish Government and the Irish Parliament.", "No one in Brussels has had any authority to send one person on one mission anywhere, anytime.", "And that experience is the fact and the reality inside the 30 years of experience we've lived to this point with the European engagement.", "And still in my own country I am a supporter in our debate, which is a very sensitive one, for the steps we see happening in Europe, and let me tell you why.", "I was a member of the European Parliament in 1995 at a session in the Strasbourg Parliament when Srebrenica fell, and I couldn't allow myself to take part in a debate that week or to send another useless resolution as we faced the inevitable.", "And it happened, the slaughter of some thousands of innocents because of religious difference and fanaticism in terms of what was happening on the ground.", "I'm so proud that modest as it is, the European Union has learnt some lessons and already in Macedonia has contributed in a different way, by resolution, by being there, by being willing to be active partners on the ground to achieve success.", "It's so much better than what went on before.", "I support it and I support it in good conscience and I think we need to look at more of it.", "I should like, Mr President, to turn if I may now, to a number of comments about Malta and the enlargement question.", "I'm aware that opinion in this House and in this country is divided.", "I should tell you - and you know this well - that in my country, at its last outing, the Treaty of Nice failed to win majority support, and I want to tell you this as an Irishman about that and about you.", "As a politician, I believe that we the political class must take back from the experts who negotiate all the details in our ministries and in the commission in Brussels - and that is why in November it is important for me that we have you there in Parliament, with whichever voices you wish to bring to that debate - all of this package and connect it to the calculus of public consent.", "That is the role of the political class in any debate.", "I'm proud to come from a Republic which does not consist of submissive subjects but which consists of active citizens, rude and all an awakening, as the active citizenry can give the political class from time to time.", "And that is a healthy thing in European democracy, not a thing to flee from or fear.", "And so your debate is an active ingredient also in terms of being active citizens and not merely submissive subjects and is a vital ingredient to a healthy, open and democratic European process.", "I want to say to you as I look at the record of negotiation, that what you have negotiated with regard to the free movement of workers for your island economy labour market - and this that I tell is simply objective - in the comparative analysis that I have made on every visit I've made either as a liberal group leader before or now as president - I've been in every State of the Union, and now as president already in the four months, this is my seventh visit of this kind - no other State negotiated that possibility, and this is unique and unparalleled among the negotiations by States.", "On the question of secondary residencies - this again is a comparative observation - no other State has negotiated a similar clause anywhere in Europe, none.", "On the question of language, I'm extremely pleased that the Union recognises and celebrates your identity by the willingness to treat as an official and working language of the Union your language Malti because it says to your citizens that we will make the investment - we in the parliament will make it also - to make sure that when it comes to making law, that that law shall be in your language accessible to any citizen who wishes to access it, open to be influenced through the democratic process by any citizen who wishes to do it, open to anyone of you, whatever your language skills, to rely if it is more nuanced, on your own native tongue.", "And that investment in cultural diversity is indispensable to the kind of Europe I believe in because the repository of our civic and cultural traditions lies where we come from, and we will never successfully build a European integration process if it should be built at the price of not celebrating the very diversity from whence we come.", "Each of these things is comparatively a significant achievement.", "Much has been done in the negotiations and more is still to be done before year's end.", "But in the end the choice is your choice, not our choice.", "There is no external diktat.", "You, in the reflective wisdom of your own debate, will call the judgement and no one shall call it for you.", "I should like, Mr President, to bring my address to a close by quoting to you and for you the words of a very distinguished European statesman, a recent distinguished visitor to Malta, and as I could see in the reports, much celebrated during his visit, President Vaclav Havel of the Czech Republic.", "He spoke in our chamber twice.", "I quote from a speech in 1990 - I was then one year a member of parliament.", "We had at the time, as you have here your national flag.", "We had behind him the European flag with the twelve stars and – let me quote - he said:", "\"To me the twelve stars of the European flag do not express the proud conviction that we will build heaven on this earth.", "There will never be heaven on earth.", "I see these twelve stars as a reminder that the world could become a better place, a better place in time and from time to time, if we only had the courage to look up to the stars.\"", "The appeal I would make to you, nothwithstanding the necessary requirement to engage and labour in the dabate on the introspective specific detail of each part of the negotiating mandate, to take some time-out and look at the stars, to lift your gaze above the introspection and the detail and to look at the bigger picture and pose the questions.", "And if you have fears to talk them through, but not to fall into the trap so brilliantly identified for the population of the United States. in the 1930s by Franklin Delano Roosevelt, when he said there was nothing to fear but fear itself.", "This is a most exciting time to have the privilege to lead a major European political institution.", "We have launched effectively the euro as a currency, now in our pockets.", "We have a convention on the future of Europe in which you have your place.", "We have the enlargement taking a shape politically this year that gives us a new dynamic.", "The choice is yours, not mine.", "Our door is open, our hearts are open to you.", "You have a long and complex and wonderful history of survival.", "I believe – but my belief is still not your choice, that is your privilege – you can thrive in that context and I would say to you personally: I really think you should seize the moment, but the choice to seize it or not is yours.", "(Hon.", "Members: Hear, hear) (Applause)", "MR SPEAKER: Thank you very much, Mr President.", "Issa nistieden lill-Prim Ministru biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, Sur President tal- Parlament Ewropew.", "Irrid nilqa' lilek, Sur President, f'isem il-Gvern Malti u l-poplu Malti talli għoġbok tagħmel din il-viżita u tindirizza lil dan il-Parlament f'dan il-mument storiku għal pajjiżna wkoll, mument ta' dibattitu intens, ta' djalettika sħiħa dwar ir-relazzjoni futura bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "M'għandix dubju, Sur President, li inti fil-ftit żmien li se tkun hawn Malta se jkollok iċ-ċans illi tikkonstata li l-Maltin kollha, bla eċċezzjoni, jagħrfu l-valur ta' l-Unjoni Ewropea bħala forza għall-paċi, bħala garanzija ta' l-osservanza u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, bħala bażi ta' ekonomija soda li dejjem tikber, u dan it- tkabbir ta' l-ekonomija fil-ħarsien ta' politika soċjali ġusta u ekwilibrata.", "Fuq dan jien nassigurak li hawn il-kunsens tal-poplu Malti kollu kemm hu.", "Il-Gvern Malti, immexxi minni, iqis ukoll li sħubija fl-Unjoni Ewropea tkun il-konsolidament tas-sovranità ta' pajjiżna.", "Malta, bħala pajjiż sovran, għadha fil-bidu tagħha.", "Malta saret indipendenti fl-1964 u aħna nħarsu lejn is-sovranità li ksibna dakinhar bħala ħaġa fundamentali għall-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Il-Gvern Malti jqis li sħubija fl-Unjoni Ewropea se tagħti lill-poplu Malti l-opportunità li jipparteċipa bħala poplu sovran fid- deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, liema deċiżjonijiet jinfluwenzaw lill- poplu Malti, lill-pajjiżi membri u lil ħafna pajjiżi oħra 'l hinn mill- Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-Gvern Malti jqis sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux bħala xi theddida jew tnaqqis tas-sovranità tagħna, imma għall- kuntrarju bħala opportunità biex insaħħu u neżerċitaw is-sovranità tagħna b'mod iktar sinifikanti milli huwa l-każ illum.", "Irrid ngħid, Sur President, illi Malta mhux beħsiebha tkun membru passiv fl- Unjoni Ewropea.", "Malta għandha kull intenzjoni li tkun membru attiv, daqskemm konna f'dawk l-għaqdiet kollha internazzjonali li sseħibna fihom meta sirna pajjiż indipendenti.", "Malta kellha okkażjonijiet li ssemma' l- vuċi tagħha b'mod importanti fin-Nazzjonijiet Uniti, fil-Kunsill ta' l- Ewropa, fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u issa, f'dawn l-aħħar snin, fil-Euro-Med fejn aħna qegħdin nipprovaw nagħtu l- kontribut tagħna bl-aħjar mod li nistgħu.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea għalina hija mezz kif aħna nkunu aktar attivi milli nistgħu nkunu llum għax ikollna, kif diġà għedt, sehem fid-dibattitu u fid-deċiżjonijiet li tieħu l- Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker u Sur President, f'dawn il-ġranet il-poplu Malti kollu laqa' bi pjaċir kbir id-deċiżjoni li l-Malti se jkun ilsien uffiċjali fl-Unjoni Ewropea.", "Ippermettili ngħid, Sur President, li aħna l-Maltin inqisu lilna nfusna bħala poplu kburi, kburi bl-identità tagħna li żammejna bla mittiefsa tul millennji ta' dominazzjoni minn popli oħrajn, millennji fejn kien hawn influwenzi kbar u tentattivi li kienu espliċiti ħafna biex il- valur tal-lingwa Maltija u l-identità tagħna titnaqqas.", "Tul iż-żmenijiet irnexxielna nżommu din l-identità tagħna minkejja li, kif għedt, aħna ninsabu ġeografikament f'żona fil-Mediterran li minnha għaddew tant kulturi u dominazzjonijiet ta' popli oħrajn.", "L-ilsien Malti huwa forza unifikanti ta' l-identità Maltija u huwa deskrizzjoni ħajja ta' din l-identità Ewropea u Mediterranja tagħna.", "Mhux il-mument li noqgħod nidħol fuq x'inhi l-lingwa Maltija, imma naħseb li kulħadd huwa konxju li l-lingwa Maltija hija l-fużjoni bejn lingwa semitika u influwenza Ewropea, influwenza tal-lingwa Romanza li t-tnejn flimkien jiffurmaw lingwa unika, il-lingwa Maltija li nitkellmu aħna biss hawn Malta.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, kien ta' sodisfazzjon kbir għalina li fin-negozjati, li kultant ma kenux faċli, rnexxilna nakkwistaw dan ir- rikonoxximent għal-lingwa tagħna.", "In-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea daħħlu issa fil-fażi finali tagħhom u kif kien mistenni hemm, kien hemm u għad hemm diffikultajiet.", "Min-naħa waħda għandek l-Unjoni Ewropea li tipprova tissalvagwarda l-prinċipji li hija diġa` akkwistat u nbniet fuqha, tipprova tissalvagwarda l-prinċipju fundamentali li kull pajjiż membru ta' l-Unjoni ma jagħmel ebda diskriminazzjoni bejn ċittadini ta' l-Ewropa ġejjin mil-liema pajjiż ġejjin.", "Aħna nifhmu li dan huwa prinċipju importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea.", "Iżda min-naħa tagħna qegħdin nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niżguraw li l-fattispecie ta' gżiritna ta' dan in-nazzjon żgħir ikunu wkoll salvagwardati u rridu li f'dawn in-negozjati niżguraw li l-prinċipju ġenerali li ma jkunx hemm diskriminazzjoni ma jkunx ta' detriment għall- poplu tagħna f'xi setturi partikolari.", "Sur President, inti rriferejt diġa' għall-konklużjoni proviżorja ta' żewġ kapitoli, wieħed dwar il-moviment ħieles tal-persuni u l-ieħor dwar il- moviment ħieles tal-kapital.", "U jien sodisfatt ħafna li f'dawn iż-żewġ kapitoli, in-negozjati fl-Unjoni Ewropea wrew li għalkemm l-Unjoni Ewropea hija iebsa ħafna fis-salvagwardja tal-prinċipji tagħha, hija għarfet ukoll il-pożizzjoni partikolari, il-fattispecie ta' pajjiżna.", "Għaliex aħna poplu żgħir, drajna nadattaw ruħna għaċ-ċirkostanzi ġodda u l-poplu Malti kollu qiegħed jifhem li dan huwa mument ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Qegħdin naraw bidliet kbar li d-dinja kollha qiegħda tgħaddi minnhom u huwa l-mument li l-poplu Malti għal darba oħra juri li għandu fiduċja fih innifsu u ma jaqtax qalbu mid-diffikultajiet li jista' jkollna.", "Il-periklu naturalment hu li hawn il-ftit li jibżgħu u l-periklu jikber meta lil dawk li jibżgħu jkun hawn min mhux jgħinhom biex iwarrbu l-biża' u jagħtihom il-kuraġġ imma jiffomenta aktar il-biża' kimerika, dik il-biża' li tista' twassal biex ittelfek ukoll id-dawl tar-raġuni.", "Iżda l-Gvern Malti mhux qiegħed jaqta' qalbu għaliex jaf li l-poplu Malti f'din id- djalettika kontinwa dwar x'għandu jkun il-futur ta' pajjiżna, qiegħed jifhem x'inhi sħubija għal pajjiżna.", "Ifisser li Malta trid tagħmel il-pass fl-evoluzzjoni politika, ekonomika u soċjali li jmiss.", "Diġa' kellna ngħaddu minn ċirkostanzi bħal dawn.", "Inti, Sur President, irriferejt għall-indipendenza ta' pajjiżek fl-1922.", "Jien nirriferi għall-indipendenza ta' pajjiżna fl-1964, fejn il-qies ta' l- ekonomija tagħna kien xi ħaġa li serva biex beżża' lil xi nies f'pajjiżna, li staqsew kif jista' jkun li Malta tikkompeti bħala pajjiż indipendenti meta ma kienx iktar se jkollna l-għajnuna tal-preżenza tal-Gvern Ingliż f'Malta.", "Effettivament rajna li l-poplu Malti rebaħ il-biża', ikkonfronta s-sitwazzjoni li kellna quddiemna dakinhar u llum ilkoll niftaħru li s-snin ta' l-indipendenza kienu snin ta' suċċess għal pajjiżna.", "Wasalna fi stat li proprju min dakinhar kien kontra, illum qed insibuħ bħala l-paladin li qed jgħidilna li rridu issa, b'mod żbaljat naturalment, niddefendu l- indipendenza ta' pajjiżna għaliex din tintilef jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Affarijiet li ma jiġrux spiss f'pajjiżna, pero' naħseb li l-poplu Malti qiegħed jara b'mod oġġettiv x'inhi l-għażla li għandna quddiemna.", "Huwa l-pjaċir tiegħi li għal darba oħra fil-5 ta' Settembru ta' l-1998, il- poplu Malti kien mitlub jagħżel liema gvern irid u l-partit tiegħi kellu bl- iktar mod espliċitu għal darba oħra, bħala l-pern tal-politika tiegħu, li jwassal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu Malta kkonferma dak il- mandat u għalhekk din in-naħa tal-Kamra mhux qiegħda tagħmel ħaġa oħra ħlief tesegwixxi l-mandat li rċevejna mill-poplu b'maġġoranza ta' 52% tal- voti popolari biex inkomplu bin-negozjati sakemm naslu biex Malta tidħol fl- Unjoni Ewropea.", "Sur President, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' Malta, fejn hawn dibattitu kontinwu bejn iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra dwar is-sħubija ta' Malta, il- gvern tiegħi qed joffri li d-deċiżjoni dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tiġi deċiża f'referendum b'mod mill-iktar demokratiku u popolari.", "Il-gvern tiegħi jrid li malli jispiċċaw in-negozjati u allura l-poplu Malti jkollu quddiemu l-pakkett sħiħ tal-kondizzjonijiet li japplikaw għal Malta mas-sħubija, aħna nsejħu referendum biex jiddeċiedi fuq dan il-pakkett huwiex aċċettabbli jew le għall-poplu tagħna.", "Jien m'għandix dubju, Sur President, li l-poplu Malti qiegħed jifhem is- sens storiku ta' dan il-mument, qiegħed jifhem li l-futur ta' pajjiżna se jiġi deċiż f'dan ir-referendum u m'għandi ebda dubju li kif għedt int ukoll, il-poplu Malti jifhem li l-għażla li sejrin nagħmlu se tkun għażla mhux biss għalina iżda se tkun l-għażla għal uliedna.", "(Onor. Membri: Hear, hear).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President tal- Parlament Ewropew, f'isem il-poplu Malti u Għawdxi nagħtik jien ukoll il- merħba f'pajjiżna.", "Malta hi fost l-iċken pajjiżi ta' l-Ewropa, gżira li tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran u f'qasma strateġika bejn in-nofsinhar u t- tramuntana ta' dan il-baħar tant kruċjali għall-Ewropa.", "Hi gżira li matul is-sekli tat kontribut akbar mid-daqs relattiv tagħha fit-tiswir ta' l- istorja Ewropea.", "Għamlitu l-aktar bħala fortizza fejn potenzi barranin stazzjonaw truppi u vapuri tal-gwerra.", "Il-viżjoni ta' l-oppożizzjoni Laburista hi li fi żmenijiet futuri Malta tagħti issa l-aħjar kontribut lill-Ewropa imma għall-iżvilupp u l-paċi tal- kontinent tagħna, kif ukoll għall-iżvilupp u l-paċi fil-Mediterran.", "Dan nagħmluh billi bin-newtralita' li tinsab imnaqqxa fil-kostituzzjoni tagħna, dawn il-gżejjer iservu mhux aktar bħala fortizza fuq fruntiera.", "Minflok iridu jidhru bħala pont ta' paċi, bħala lok fejn jistgħu jiltaqgħu b'sens ta' serħan il-moħħ il-ġnus li jdawruna biex jagħmlu n-negozju bejniethom, biex isiru jafu lil xulxin aħjar, biex jirrikreaw ruħhom.", "Aħna nħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bħala proċess pożittiv ħafna li qed iwassal lejn aktar prosperita' u stabilita' fl-Ewropa.", "Aħna nemmnu li Malta għandu jkollha l-aħjar relazzjoni possibbli ma' l-Unjoni Ewropa, relazzjoni li trid tkun għall-qies taċ-ċirkostanzi partikolari tagħna.", "Il- Partit Laburista jagħraf li din l-aħjar rabta għandha tieħu s-sura ta' ftehim speċjali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, ftehim li jwettaq partnership bejn iż-żewġ naħat, ftehim li jieħu l-mudell li aħna nsejħu wkoll bħala Malta Svizzera fil-Mediterran.", "F'dan il-qafas meta kien fil-gvern, il-Partit Laburita ppropona ftehim speċjali ma' l-Unjoni Ewropea u kien sar qbil ma' l-Unjoni f'April ta' l- 1998 f'Lussemburgu biex iż-żewġ naħat jimxu ħalli jinnegozjaw dwaru u biex iwettquh.", "Ftit wara qamu diffikultajiet politiċi interni fil-Parlament Malti.", "Minħabba l-gerrymandering tad-distretti elettorali li kien sar mill- Partit Nazzjonalista fil-gvern qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996, il-gvern Laburista, li kellu maġġoranza ta' wieħed biss fil-Parlament, minkejja li bir-riżultat elettorali li kiseb kien jimmeritah maġġoranza akbar ta' deputati.", "Il-gvern Laburista tilef il-maġġoranza parlamentari tiegħu u kellu jsejjaħ elezzjoni bikrija.", "Il-Partit Laburista għadu jemmen li l-aħjar rabta bejn Malta u l-Unjoni Ewropea għandha tibni fuq żona ta' kummerċ industrijali ħieles bejn iż-żewġ naħat.", "Il-kummerċ ħieles fil-qasam tal-biedja għandu jkun mibni madwar konċessjonijiet li ż-żewġ naħat jagħtu lil xulxin.", "B'riżultat ta' dan, Malta tibqa' tipproteġi għal raġunijiet strateġiċi l-biedja tagħha u tibqa' tixtri l-bżonnijiet ta' l-ikel tagħha minn sorsi internazzjonali bl-irħas prezzijiet tas-suq.", "Il-partnership bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jkun jinkludi wkoll protokolli ta' koperazzjoni profonda fl-oqsma ekonomiċi, tekniċi u finanzjarji, fl-oqsma soċjali fosthom edukazzjoni, ambjent u saħħa, fl-oqsma tas-sigurtaċ bħal fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kontra l- ħasil tal-flus, kontra l-immigrazzjoni klandestina u kontra t-traffiku tad- drogi u ta' l-armi.", "Fl-aħħar il-parnership bejnietna għandu jkollu wkoll protokoll speċjali li jiddefinixxi kooperazzjoni politika bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Ewropew kif ukoll bejn il-Gvern Malti u l-awtoritajiet ta' Brussels.", "Għall- elezzjoni li jmiss il-Partit Laburista se jipproponi lill-poplu Malti din it-triq f'qafas ta' programm wiesgħa ta' tmexxija tal-gvern.", "Se nagħmlu l- proposti tagħna b'sens ta' realiżmu u b'impenn.", "M'aħniex se nwiegħdu l- ġenna fl-art kif għamlu l-avversarji politiċi tagħna fl-aħħar elezzjoni.", "Dakinhar per eżempju huma wegħdu li jekk jirbħu l-elezzjoni Malta tibda tingħata mal-Lm100 miljun, jiġifieri madwar Euro 300 miljun fis-sena malli terġa' tattiva l-applikazzjoni tagħha biex il-pajjiż jidħol membru sħiħ fl- Unjoni Ewropea.", "M'hemmx għalfejn ngħidu dawn il-flus qatt ma waslu.", "Bil- maqlub, fl-aħħar tliet snin u nofs, bi spiża kbira fi flus u f'riżorsi umani, l-isforzi kollha tal-gvern ġew dedikati b'mod ossessjonali ħalli jlaħħqu mat-talbiet ta' Brussels biex il-pajjiż jibdel kull regola ta' tmexxija tiegħu sakemm issir bħal dik ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sadanittant oqsma ewlenin tal-ħidma nazzjonali tħallew jaqgħu lura.", "Il-pajjiż qed jaffaċċja staġnar ekonomiku mifrux.", "Minkejja li l-piż tat-taxxi żdied fl-aħħar tliet snin u nofs b'Lm240 miljun fis-sena fuq il-familji, id-deficit pubbliku għadu fil-qagħda mwergħa li tpoġġa fih bejn is-snin 1992 u l-1996 mill-gvern Nazzjonalista ta' dak iż- żmien.", "Biex tagħqad, investiment dirett f'impriżi ġodda tista' tgħid li nixef fuq iz-zokk.", "Terġa' bl-iskuża li fil-qasam ambjentali aħjar nistennew li jiġu flus u għajnuna qawwija minn Brussels, qed inħallu problemi ambjentali akuti joktru.", "Għalhekk wara l-elezzjoni li jmiss gvern Laburista ġdid se jkun, iva, qiegħed jagħti importanza xierqa lir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea imma se jkun qed jagħti wkoll importanza ugwali, jekk mhux akbar, lill-ħtieġa biex nerġgħu npoġġu lil pajjiżna fuq it-triq it-tajba.", "Aħna nemmnu fil-ħila tal-poplu Malti li jieħu u jwettaq dawk id-deċiżjonijiet li huma neċessarji fl-interess nazzjonali u fl-interess tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Għalkemm l-għajnuna u s-solidarjeta' ta' ġnus oħra tkun dejjem apprezzata bi kbir, hu l-poplu Malti nnifsu li jrid jieħu d- deċiżjonijiet il-kbar li jinsabu quddiemu dwar ristrutturar u mmodernizzar tal-pajjiż.", "F'din il-perspettiva, il-Partit Laburista qed iħejji pjan għal wara l- elezzjoni li jmiss biex indaħħlu pakkett ta' stimulu ekonomiku u finanzjarju li jkun jgħodd għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Se nitilqu biex nagħtu spinta 'l quddiem lit-turiżmu peress li f'Malta dan is-settur għandu importanza relattivament wisq akbar minn kull każ fi kwalunkwe pajjiż Ewropew ieħor.", "Jekk it-turiżmu tagħna jistagħna, inkunu tlaqna biex inxejnu d-dalma u l-inċertezza ekonomika li għandna bħalissa.", "Inkunu qed nagħtu n-nifs lill-qasam tas-self-employed iż-żgħar li jinsab imgħakkes sew mill-qagħda ekonomika tagħna.", "Barra minn hekk beħsiebna niftħu ħidma intensa wkoll permezz ta' inċentivi speċjali biex nattiraw lejn pajjiżna investiment dirett ġdid fl-oqsma tal- manifattura u tas-servizzi finanzjarji.", "Dan hu meħtieġ biex titjieb il- kompetittivita' f'qafas ta' ġustizzja soċjali sostnuta u biex jiżdiedu l- opportunitajiet ta' impjiegi produttivi.", "Hemm bżonn li opportunitajiet bħal dawn tassew joffru kuraġġ u orizzonti ġodda ta' impjiegi għaż-żgħażagħ tagħna.", "Priorita' oħra għall-gvern Laburista ġdid se tkun dik li nrażżnu ż-żieda fid-deficit pubbliku billi nikkontrollaw tassew iż-żieda fl-ispiża reali tal-gvern, ħaġa li m'hijiex qed tiġri bħalissa.", "U għad hemm ħafna x'isir biex is-servizzi tal-gvern isiru aktar effiċjenti waqt li titwaqqaf il- ħela.", "Fl-istess linja, gvern Laburista ġdid m'huwiex se joqgħod jistenna li forsi l-manna taqa' mis-sema.", "Se jitlaq biex jieħu miżuri serji li tassew ireġġgħu lura t-taħsir ta' l-ambjent li tħalla jinfirex wisq.", "Ukoll, se nerġgħu nitilqu għal għonq it-triq li konna nedejna bejn l-1996 u l-1998 biex l-edukazzjoni pubblika fl-oqsma primarji, sekondarji u sekondarji tekniċi, tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.", "Fil-ħidma li jrid iwettaq, il-Partit Laburista żgur li se jibqa' jisħaq fuq il-valuri essenzjali tiegħu, valuri li dejjem kienu mnebbħa mill-ideali politiċi u soċjali ta' l-Ewropa progressiva.", "Aħna nemmnu li Malta għandha ħafna x'tikkontribwixxi lejn it-tisħiħ tal-wirt Ewropew, dejjem niftehmu skond il-kejl tagħha u mingħajr fanfarunati.", "Nemmnu li l-aqwa wirt ta' l-Ewropa joħroġ minn eżistenza fi ħdanha ta' diversita' inkomparabbli ta' sistemi nazzjonali li żviluppaw maġenb xulxin f'armonija u bi kreattivita'.", "Ikun żball gravi ħafna jekk xi mudell wieħed ta' għaqda Ewropea, effettiv kemm hu effettiv, irabbi bixra eġemonika.", "Ikun żball agħar jekk mudell eġemoniku jiġi impost fuq iċ-ċittadini ta' pajjiżi Ewropej, żgħar jew kbar, bill l-istess kejl ta' ħajja u ta' żvilupp jiġi jorbot lil kulħadd.", "Spirtu eġemoniku jġib miegħu ċentralizzazzjoni dejjem akbar.", "Kull meta dan seħħ fil-qafas Ewropew dejjem tqanqlu movimenti popolari ta' rifjut mill-aktar wiesa'.", "Dan hu li jagħmel il- ġenju Ewropew daqstant oriġinali u attraenti.", "Il-Partit Laburista għandu fiduċja li l-Unjoni Ewropea wkoll sejra tifhem li hemm aktar minn mod wieħed kif tkun Ewropew.", "Nerġa' ngħid, kull ġens Ewropew irid jingħata n-nifs u l-ispazju biex jiżviluppa skond iċ- ċirkostanzi li fihom isib ruħu.", "B'hekk ikun jista' jaġixxi skond il- potenzjal li jipposjedi biex miċ-ċirkostanzi li jkunu tiegħu jagħti kontribut siwi lill-paċi u lill-progress fl-Ewropa u fl-inħawi li jdawruha.", "U fuq dawn is-sisien il-Partit Laburista se jibni l-futur għal Malta u għar- relazzjonijiet futuri tagħha ma' l-Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nirringrazzja mill-ġdid lill-President tal- Parlament Ewropew, lill-Prim Ministru u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ngħarraf li s-seduta hija issa sospiża għal żewġ minuti sakemm jiena nakkompanja lill-Onor.", "Pat Cox sas-Sala ta' l-Arazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, is-Seduta hija aġġornata għal-lejla, it-Tlieta, 21 ta' Mejju, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata l-bieraħ mill-Viċi Prim Ministru.", "Grazzi ħafna.", "Fil-11.23 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20021030_808d_par.doc", "date": "2002-10-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 808 L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 808", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "808", "L-Erbgħa, 30 ta' Ottubru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 302", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 302", "TQEGĦID TA' KARTI 307", "DISKUSSJONI DWAR IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI 308", "AĠĠORNAMENT 326", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 331", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 807 li saret fit-30 ta' Ottubru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA – KLANDESTINI", "35894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-pulizija?", "Kemm minnhom huma nisa, irġiel u tfal?", "Kemm ilhom hawn?", "Kemm minnhom intbagħtu lura u kemm jiswew kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi n-numru ta` barranin li kienu qed jinżammu taħt kustodja ta` l- awtoritajiet tas-sigurta` fit-2 ta` Ottubru, 2002 kien ta` 560.", "Minn dawn 351 huma rġiel, 105 huma nisa u 104 huma tfal.", "Tnejn minn dawn ilhom miżmuma mill-1999 minħabba li għadha ma ġietx stabilita l-identita` tagħhom.", "Il-kumplament daħlu Malta tul dawn l-aħħar xhur.", "Informat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il- klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-pulizija.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-pulizija rnexxielha tistabilixxi jekk hux veru li wħud minn dawn il-klandestini qed jitwasslu fuq vapuri kbar u mbagħad jitniżżlu fuq il-laneċ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan ma nistax nikkonfermah pero' hemm allegazzjonijiet ta' dan it-tip u jidher ukoll li hemm trend ġdida fid-dħul tal-klandestini, fis-sens li dawn m'humiex qed jaslu ma' l-organizzaturi tat-traġitt.", "Jien ġejt informat mill-pulizija li dawk li qed ikunu preżenti fuq l-iskuni huma klandestini u xejn aktar.", "Nixtieq inżid ngħid – biex ma niżvijax lill-Kamra – li r-risposta li tajt tirriferi għas-sitwazzjoni kif kienet fit-2 ta' Ottubru, u cioe' meta saritli d-domanda.", "Il-bieraħ kelli laqgħa mal-kummissarju tal-pulizija u jirriżulta li n-numru ta' klandestini issa tela' għal 898 ruħ.", "Pero' minn dakinhar li saritli d-domanda ġew ripatrijati 220 ruħ lejn l-Eritrea, kif ukoll ċittadini oħrajn ta' nazzjonalita' Eġizzjana.", "Barra minn hekk hemm l- intenzjoni li l-ġimgħa d-dieħla jiġu ripatrijati oħrajn.", "Naturalment il- pulizija qed tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex dan il-proċess ta' ripatrijazzjoni jitkompla.", "Qed ngħid hekk għax mhux dejjem possibbli li dawn jiġu ripatrijati minħabba l-fatt li ma jkollhomx dokument ta' ivvjaġġar jew dokument ta' identita'.", "Barra minn hekk ikunu jridu jsiru l-arranġamenti mal-pajjiżi fejn ikunu se jintbagħtu lura, għalkemm irrid ngħid li qed insibu kollaborazzjoni tajba ħafna mill-ambaxxati ta' diversi pajjiżi f'Malta meta niġu biex nagħmlu ripatrijazzjoni, b'mod partikolari min-naħa ta' l-Ambaxxata Eġizzjana.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nieħu spunt mill-aħħar parti tat-tweġiba tal-Ministru u nistaqsih jekk jeżistux arranġamenti formali ta' koperazzjoni fuq livell bilaterali ma' pajjiżi ġirien biex tiġi indirizzata din il-problema.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk hemmx xi input dirett min-naħa tal-missjoni militari Taljana f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Manafx li hemm xi input tal-missjoni militari Taljana pero' jista' jkun li hemm xi forma ta' koperazzjoni oħra ma' l-armata.", "U għal dawk li huma spejjeż, għalkemm jiena għedt li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa li qed ikollu l-pajjiż, nista' ngħid kemm qed iqumu ċerti operazzjonijiet partikolari.", "Fil-fatt kif diġa' għedt, ir-ripatrijazzjoni ta' 250 ċittadin mill-Eritrea ġiet tqum lill-gvern madwar Lm70,000 u huwa stmat li sa l-aħħar ta' din is- sena, l-ispiża totali f'dan ir-rigward teċċedi l-Lm200,000.", "Fil-fatt jista' jkun li anke tkun aktar minn hekk għax għalkemm jeżistu ċerti problemi, jekk aħna nsibu x-xoqqa f'moxta u tkun tista' ssir ir- ripatrijazzjoni, żgur li m'aħniex se nirrinunzjaw għaliha.", "Naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li ftehim ta' riammissjoni hija waħda mis- soluzzjonijiet, biex ma ngħidx l-unika soluzzjoni li wieħed jista' jasal għaliha.", "Bdew negozjati mall-pajjiżi kollha tan-North Africa - il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu - sabiex nikkonkludu magħhom ftehim ta' riammissjoni, ftehim maqsum fi tliet partijiet.", "L-ewwel parti hi r-riammissjoni ta' ċittadini ta' dawk il-pajjiżi li magħhom m'għandniex għalfejn ma niftehmux.", "Imbagħad hemm it-tieni parti, l-aktar waħda li tinteressana, u cioe' ir- ripatrijazzjoni ta' ċittadini li ma jkunux mill-pajjiżi tan-North Africa imma jużaw dawn il-pajjiżi biex imorru lejn l-Ewropa.", "Aħna qed insostnu li jekk nippruvaw li dawn ikunu ġew direttament minn ċertu pajjiż, dak il- pajjiż għandu jaċċettahom lura anke jekk ma jkunux ċittadini tiegħu.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-aktar diskussjonijiet avvanzati huma dawk li għamilna mal-Libja.", "Fil-fatt madwar erbat ijiem ilu ġiet delegazzjoni teknika daparti tal-Gvern Libjan, ġew diskussi dawn il-punti u ġie reġistrat progress.", "It-tielet parti tkun li ż-żewġ pajjiżi, u cioe' Malta u pajjiż ieħor - ngħidu aħna Malta u t-Tuneżija jew Malta u l-Libja - jaċċettaw li f'każ li ma jaċċettawhomx lura lil dawn in-nies, għallinqas iħallu lil pajjiżhom jintuża bħala transit għar-ripatrijazzjoni tagħhom.", "Dan hu important ħafna għalina għax għalkemm għandna ajruport internazzjonali - u considering iċ-ċokon tagħna għandna kuntatti tajbin - m'għandniex kuntatti mal-bliet u l-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Ħafna drabi dawn l-immigranti illegali jkunu jridu jgħaddu minn x'imkien ieħor biex ikunu jistgħu jiġu ripatrijati lura f'pajjiżhom.", "Allura permezz ta' dan il-ftehim ta' riammissjoni qegħdin ninkludu klawsola sabiex il-pajjiżi li nkunu qed niftehmu magħhom, ikunu marbutin li għalkemm ma jaċċettawx lura r- ripatrijazzjoni, għallinqas jippermettu t-transit minn pajjiżhom sabiex tkun tista' ssir ir-ripatrijazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, il-Ministru qed jgħid li min qed isuq il-laneċ huwa klandestin wkoll?", "Issa mit-tweġiba tal- Ministru jirriżulta li sat-2 ta' Ottubru, mal-klandestini li ġew f'pajjiżna kien hemm 104 tifel u tifla.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk dawn it-tfal humiex qed jinżammu mal-ġenituri tagħhom jew ta' l-inqas ma' ommijiethom?", "Il-gvern qiegħed jagħmel preparamenti biex għallinqas dawn it-tfal li żgur m'għandhom ħtija ta' xejn, jintbagħtu l-iskola sakemm idumu hawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, dawn it-tfal qed jinżammu mal-ġenituri tagħhom u ħafna minnhom qegħdin taħt il-kura ta' l-armata, minħabba li l-barracks huma aktar adatti biex fihom jinżammu l-familji.", "Saru wkoll preparamenti – nispera li ma jdumux ma jidħlu fis-seħħ – biex jiġi utilizzat aħjar il-ħin ta' dawn it-tfal, kemm fir-rigward ta' rikreazzjoni kif ukoll fir-rigward ta' edukazzjoni.", "S'issa r-rapporti li qed nirċievu mingħand il-pulizija huma kif qal l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri li għalkemm hemm min qed jorganizza dawn il-vjaġġi – infakkar li issa żidna l-pieni ta' min jorganizza dawn l-affarijiet u juża l-miżerja tan-nies biex iħaxxen bwietu għal għaxar darbiet, minn sitt xhur għal ħames snin ħabs – ma jidhirx li hu qed ikun preżenti fuq l-iskuni li jwasslu lil dawn il-klandestini f'pajjiżna.", "It-tattika l-ġdida hi li wieħed jorganizza l-vjaġġ pero' imbagħad jew iħalli l-klandestini waħedhom jew inkella, kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, iħallihom x'imkien on the high seas biex jagħmlu trasferiment minn fuq il-vapur li jkunu fuqu għal fuq skuna.", "Biss irid ngħid ukoll li bl-emendi li konna għamilna, il- qrati Maltin għandhom ġurisdizzjoni fuq dawn it-tipi ta' reati, anke meta jibdew barra minn Malta.", "Nixtieq niċċara l-fatt li meta ngħidu li qed nippruvaw nagħmlu minn kollox biex nirripatrijaw lil dawk li jaslu Malta illegalment, dan huwa bla preġudizzju għad-dritt ta' kull persuna li taħt il-liġi li ġiet approvata unanimament minn dan il-parlament, japplikaw għal status ta' refuġjati.", "Hemm min applika u hemm min ġie rikonoxxut.", "Pero' aħna ma nistgħux nippermettu lil min ma applikax jew inkella lil min wara li jkun applika u ma ġiex rikonoxxut, appella u tilef il-każ, xorta waħda nżommuh f'pajjiżna.", "Kieku konna pajjiż kbir forsi dan konna nkunu nistgħu nippermettuh imma żgur li f'pajjiż żgħir bħal tagħna dan ma nistgħux nippermettuh.", "U mhux billi jiġu jikkritikawna li bgħatnihom lura kontra r-rieda tagħhom!", "Anke llum fil-gazzetta qrajt li xi ħadd ipprotesta għax bgħatna lura l- immigranti llegali kontra r-rieda tagħhom.", "Allaħares xi ħadd li jidħol f'Malta kontra r-rieda tagħna ikollna bżonn il-permess tiegħu biex nerġgħu nibagħtuh lura minn fejn ġie, ħlief meta jkun refuġjat!", "Nerġa' ngħid li dan il-parlament unimament approva l-liġi dwar ir-refuġjati, Sur President.", "Barra minn hekk hemm l-istrutturi u d-definizzjonijet internazzjonali ta' x'inhu refuġjat.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar xi ħadd li jixtieq sempliċement jgħix ħajja aħjar u forsi qed jaħdem il-Libja u jixtieq imur l- Italja.", "Għax ħafna minnhom dawn ikunu jridu jmorru l-Italja u jekk titlaq min-North Africa, biex tmur l-Italja partikolarment mil-Libja, l-aħjar mezz huwa - anke forsi minħabba l-maltemp li jista' jinqala' - li tersaq lejn Malta.", "Dawn kultant jiġu f'pajjiżna jew għax teqfilhom il-makna tad- dgħajsa li jkunu fuqha, jew ma jkunx baqgħalhom ikel jew għax ikun dieħel l- ilma fl-iskuna u affarijiet oħra bħal dawn.", "Il-konvenzjoni tal-UN ta' l- 1951 tagħti d-definizzjoni internazzjonali ta' refuġjat bħala li jrid ikun hemm \"a well founded fear ta' persekuzzjoni politika\", jiġifieri trid tkun biża' bbażata fuq provi sodi mhux sempliċement biża' fl-astratt.", "Irrid ngħid li dawn l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati bis-serjeta'.", "Fil- fatt tnejn biss minn dawk il-52 ċittadin ta' l-Eritrea li applikaw għal refugee status ġew rikonoxxuti u kull wieħed minnhom saritlu intervista mill-kummissarju tar-refuġjati, li ħadet minimu ta' sagħtejn.", "Kien hemm persuna oħra li damu jintervistawha għal 20 siegħa biex jaraw għandhiex raġun jew le.", "Jiġifieri qabel ma wieħed jibda jitkaża għax ġie miċħud lilu l-istatus ta' refuġjat, għandu joqgħod attent xi jgħid għax kull każ jiġi eżaminat bir-reqqa.", "Imma ma jistax ikun li wara li każ jiġi eżaminat bir- reqqa, jintilef, isir l-appell – għax tajnihom ukoll dan id-dritt - u wara li jerġa' jintilef, għandna nżommuh Malta!", "Allura nkompli ngħid li l-gvern beħsiebu jagħti d-drittijiet kollha li joħorġu mil-liġijiet li saru riċentement – għax sa sena u nofs ilu kollox kien f'idejn il-UNHCR f'Malta – pero' jekk imbagħad xi ħadd, wara li juża dawn ir-rimedji kollha, ma jirnexxilux jipprova li huwa refuġjat, aħna m'għandna ebda alternattiva oħra ħlief li nirripatrijawh.", "U sakemm jiġi ripatrijat dan għandu jibqa' f'detenzjoni, għax kieku nitilquh barra fit- triq, jibdew jiġu aktar.", "Ngħid pubblikament li aħna għandna l-liġi ta' l- immigrazzjoni li lanqas jekk irrid ma nista' nitlaqhom barra fit-triq lil dawn in-nies.", "Jiġifieri jekk ikun hemm ordni ta' tneħħija kontra xi ħadd li huwa immigrant illegali, bilfors irid jinżamm taħt detenzjoni ħlief jekk isir refuġjat.", "Fil-ħin li dan isir refuġjat, awtomatikament u mingħajr ebda formalita` oħra jinħeles.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Il-Ministru qed jgħid li dawn in-nies qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Imma jista' jkun li dawn qegħdin imorru f'pajjiżi oħra biex jirrisjedu hemm, kif qed jiġri f'ħafna pajjiżi tal-west?", "L-aktar li jqumli dan id-dubju għaliex aħna l-Maltin, per eżempju, immorru naħdmu f'pajjiż bħal-Libja, filwaqt li huma qegħdin hemmhekk diġa` u allura għandhom il- vantaġġ li jfittxu u jsibu x-xogħol fil-post qabilna.", "Allura x'inhi r- raġuni li dawn għandhom opportunitajiet li jaħdmu f'pajjiżi ġirien, bl- istess twemmin reliġjuż, iżda qegħdin imorru jfittxu opportunitajiet oħra f'pajjiżi tal-west?", "It-tieni, jistgħu dawn fil-futur ikollhom sehem fit-tmexxija tal-pajjiż?", "M'iniex qed nirriferi għal pajjiżna biss imma anke għal pajjiżi oħra fejn qegħdin imorru.", "Fejn naf, fil-każ ta' Malta, biċ-ċokon kollu tagħna, aħna għandna rappreżentanti Maltin li qegħdin fl-ogħla istituzzjonijiet fl- Awstralja, fosthom ministri.", "Jiġifieri din id-diffikulta' tqajjem ċertu dubju mhux biss għas-sigurta' tal-pajjiżi tal-west imma anke għas-sigurta' ta' pajjiżna.", "It-tielet punt li nixtieq inqajjem huwa dwar l-istatus ta' refuġjat.", "Meta dawn l-immigranti illegali jidħlu f'pajjiżi bħall-Amerika u l-Kanada, l- aktar li jaraw mhux x'għandhom bżonn taħt l-istatus ta' refuġjati imma x'mezzi finanzjarji għandhom.", "Għax jien nemmen li min verament għandu bżonn li jiġi ttrattat bħala refuġjat m'għandux mezzi biex jasal.", "Dan ifisser li min qiegħed jasal f'dawk il-pajjiżi - u nassumi li f'pajjiżna u fil-pajjiżi l-oħra tal-west - huwa l-inqas li għandu bżonn dan l-istatus għax l-aktar li għandu flus.", "Jista' pajjiżna għallinqas jieħu l-miżuri kollha possibbli biex min ġenwinament għandu bżonn l-istatus ta' refuġjat jingħatalu, pero' min m'għandux bżonn, minkejja li jiġi b'dawn iċ-ċerimonji kollha, ma jingħatalux?", "Għax kif semma' il-Ministru stess, dan kollu qed ikun ta' piż finanzjarju fuq il-poplu tagħna u dan m'huwiex sewwa.", "Barra minn hekk qiegħed ikun ta' inkonvenjent għall-poplu tagħna għax dawk li ma jsibux xogħol f'pajjiżna qegħdin jikkommettu reati kriminali ta' serq u affarijiet simili.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru biex għallinqas jara li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nibda bid-domanda ta' l-aħħar ta' l-Onor.", "Borg.", "Jiena nista' ngħidlu li m'għandix l-iċken ħjiel li b'xi mod il-proċess ta' kif wieħed isir refuġjat qiegħed jitħaddem b'mod insodisfaċenti, fis-sens li xi nies li ma ħaqqhomx li jieħdu dan l-istatus qegħdin jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati.", "U dan ngħidu miċ-ċifri li naf bihom jien, Sur President.", "Jekk naraw l-applikazzjonijiet kollha ta' dawn il-klandestini biex jieħdu l- istatus ta' refuġjati, insibu li bejn wieħed u ieħor minn kull tnejn japplika wieħed.", "Kien hemm tnejn li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati politiċi u jidhirli li huma mill-Eritrea, pero' ma nistax nagħti dettalji għax din hija informazzjoni kunfidenzjali.", "Imbagħad ġew rikonoxxuti xi 50 oħrajn illi m'humiex refuġjati imma li ppruvaw lill-kummissarju illi s- sitwazzjoni fil-pajjiż minn fejn ġejjin tant hija mwiegħra - għax, per eżempju, qegħdin fi stat ta' gwerra ċivili - li għalkemm huma ma ħarbux għax ġew ippersegwitati politikament, qegħdin f'qagħda impossibbli li jmorru lura.", "Dawk m'humiex refuġjati pero' aħna nagħtuhom dik li jgħidulha protezzjoni temporanja.", "Dawn l-istess bħal dawk iċ-ċittadini mill- Jugoslavia li ħafna minnhom ġew hawnhekk u issa reġgħu lura f'pajjiżhom - ħlief dawk li żżewġu Maltin – għax is-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal.", "Jiġifieri ma' dawn se nagħmlu l-istess u malli s-sitwazzjoni f'pajjiżhom tiġi għan-normal, se nneħħulhom il-protezzjoni temporanja.", "Tant ma jidhirlix li sar abbuż tas-sistema li minkejja li fil-liġi dwar ir- refuġjati, il-ministru ta' l-intern għandu dritt jappella minn deċiżjonijiet meta jiġi rikonoxxut refjuġjat ...", "Mela refjuġjat għandu dritt jappella meta tiġi miċħuda t-talba tiegħu u l-ministru għandu dritt illi jappella meta jiġi rikonoxxut refjuġjat.", "Allura kull darba li jiġi rikonoxxut refjuġjat jibagħtuli l-file biex nara jekk nappellax, iżda tant huma ftit dawn il-każi li ma nħossx li għandi nappella.", "Jiġifieri nassigura lill-Onor.", "Borg u naqbel perfettament miegħu li aħna għandna nagħtu l-opportunitajiet lil kulħadd - aħna pajjiż ċivilizzat u għandna obbligi internazzjonali u obbligi legali - pero' min m'huwiex refuġjat mhux se jitħalla jibqa' f'pajjiżna.", "Fil-fatt fir-risposta semmejt li hawn min ilu tliet snin in detention għax ma kkoperax mal-pulizija minkejja li forsi ġie miċħud l-istatus tiegħu ta' refuġjat, għamel appell u kollox.", "Aħna ma nistgħux noqogħdu għar-rikatt ta' xi ħadd li sempliċement għax qed jagħmilha diffiċli biex jiġi ripatrijat, nitilquh barra fit-triq.", "Barra minn hekk jistgħu jinħolqu l- problemi li semma' l-Onor.", "Interpellent, li dan ma jaħdimx, irid jiekol u allura jew jibda jaħdem illegalment jew inkella agħar minn hekk, jikkommetti xi reat ħalli jdaħħal l-introjtu biex ikun jista' jgħix f'pajjiżna.", "Pero' min hu ġenwin se nipproteġuh.", "Mr Speaker, jiena nieħu gost li llum għall-grazzja t'Alla qed nagħmlu distinzjoni bejn refuġjati u klandestini.", "Xi ħadd li huwa refuġjat jista' jkun inizjalment klandestin imma mbagħad isir refuġjat.", "U refuġjati m'hawnx ħafna, forsi xi 250 ruħ.", "Lil dawk imbagħad tajnihom ċerti drittijiet, fosthom id-dritt li jaħdmu hawn Malta.", "Meta ngħidu li tajnihom id-dritt li jaħdmu ma jfissirx li kull darba jridu jitolbu l-work permit mingħand l-employer tagħhom imma tfisser li jingħataw il-permess - kuntrarjament ta' dak li nagħmlu mal-barranin normalment – biex jekk ikunu jridu jbiddlu l-job, ma joqgħodux kull darba japplikaw għall-work permit għax wara kollox huma refuġjati.", "U f'ċerti każijiet ir-refuġjat jingħata wkoll id-dritt għal ċerta assistenza taħt is-social security act, jiġifieri tar-relief.", "Apparti minn hekk dan jista' jagħmel użu ta' l-istpar b'xejn, edukazzjoni b'xejn u jkollu d-dritt li jibqa' Malta.", "Imma naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Interpellant u cioe' li dawk li ma jiġux hekk rikonoxxuti, ma nistgħux nagħmlu l-istess ħaġa magħhom.", "Naturalment l-Onor.", "Borg jista' jkollu l-opinjoni tiegħu u jiena ukoll għandi l-opinjoni tiegħi għala dawn qegħdin imorru lejn l-Ewropa.", "Pero' huwa fatt magħruf illi għandek diversi pajjiżi ta' l-Afrika with a population explosion u għandek ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa, b'mod partikolari l-Italja, fejn mhux talli il-popolazzjoni m'hijiex qed tiżdied, talli għandek negative growth.", "Allura dawn, anke jekk m'humiex refuġjati, għandhom bżonn labour barrani sabiex iżommu l-ekonomija tagħhom għaddejja.", "Fil-fatt din hija ħaġa li huma jistgħu jaffordjawha ħafna iktar minna.", "U meta ngħidu \"xogħol\" mhux xogħol f'ċertu livelli imma f'kull livell.", "U allura ġaladarba hemm dawn il-vacancies minħabba din in-negative growth tal- popolazzjoni, dawn imorru hemmhekk u mbagħad jieħdu fn-nies tagħhom.", "Fil- fatt ħafna minn dawk li waqfu hawn, ma riedux jiequ hawnhekk imma riedu jmorru l-Italja għax għandhom lill-familjari li stednuhom biex joqogħdu magħhom u jkunu jistgħu jaħdmu.", "Jista' jkun li wħud minnhom kienu jaħdmu f'pajjiżi oħrajn imma probabbilment riedu jmorru l-Italja għax il-paga hija aħjar u forsi anke l-istil ta' ħajja hija aħjar.", "It-tieni domanda li għamilli l-Onor.", "Borg hija jekk hemmx xi biża' li f'xi mument dawn ikunu involuti fit-tmexxija – meta ngħidu \"tmexxija\" mhux ta' gvern – tal-pajjiż.", "U għalhekk irridu noqogħdu attenti mingħajr ebda rieħa ta' razziżmu, kif ammetta l-Onor.", "Borg stess.", "Dawk li jridu jmorru lura għax qegħdin jiksru l-liġijiet ta' pajjiżna għandhom imorru lura imma dawk li jibqgħu hawn, huwa fl-interess tagħna li jiġu ntegrati.", "Aħna ma rridux li jkollna kolonja ta' refuġjati Eritrej jew kolonja ta' refuġjati ta' pajjiż ieħor.", "Jiġifieri una volta li mbagħad se jibqgħu hawn, anke l- konvenzjonijiet internazzjonali jħeġġu lil kulħadd sabiex dawn jiġu ntegrati fis-soċjeta' u jekk hemm bżonn maż-żmien, dawk il-ftit li aħna naċċettaw li jibqgħu hawnhekk, anke jingħataw iċ-ċittadinanza.", "Madwar ġimgħa ilu kont preżenti għall-konferenza li saret f'Tuneż tal-5+5, fejn iltqajna l-ministri ta' l-intern u l-ministri ta' l-affarijiet soċjali ta' l-għaxar pajjiżi involuti, jiġifieri Spanja, il-Portugal, l-Italja, Franza u Malta min-naħa ta' l-Ewropa, u l-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Libja u l-Mauritania min-naħa ta' l-Afrika ta' Fuq.", "Fid-dikjarazzjoni ta' Tuneż, li ġiet ippubblikata anke f'xi gazzetti lokali, sar appell li ġaladarba dawn il-persuni jiġu aċċettati legalment, kull gvern jagħmel dak kollu li huwa possibbli biex dawn jiġu integrati fis-soċjeta'.", "Proprju l-bieraħ fuq it-television kienu qed jgħidu kif qed jiġu integrati ċerti immigranti legali ġewwa Strasbourg.", "Jiġifieri huwa fl-interess, anke biex jitnaqqsu t-tensjonijiet u biex ma jkollniex minoranzi etniċi li joħolqu tensjoni, li dawn jiġu integrati fis-soċjeta'.", "Jien ma neskludix li maż-żmien ikun hemm min bis-saħħa ta' din ir-ri-integrazzjoni jsir kunsillier.", "Fil-fatt diġa' hemm kunsillier Laburista li huwa ta' nazzjonalita' Ingliża f'xi kunsill lokali partikolari u għalkemm ikun għadu ma sarx Malti, il-liġi tagħna tippermetti lil xi ħadd barrani li jkun residenti hawnhekk joħroġ għall-kunsill lokali basta l-pajjiż tiegħu jippermetti li l-Maltin li jkunu residenti f'dak l-istess pajjiż, ikunu jistgħu joħorġu għall-kunsill lokali tagħhom.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): F'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' skejjel li użaw il-faċilitajiet sportivi tal-Marsa matul l- 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36114; u", "Dettalji dwar id-dħul u l-ħruġ finanzjarju tal-Junior College għas- snin bejn l-1999 u l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 36215; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport dwar l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali għall-perjodu bejn April u Lulju 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "DISKUSSJONI DWAR IĊ-CHARTER EWROPEW GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI", "(Tkompli mit-30 ta' Ottubru 2002)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea huwa in possession.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirringrazzjak.", "Mr Speaker, jien se nkompli minn fejn ħallejt dalgħodu u se nerġa' nsemmi xi punti li diġà għamilt riferenza għalihom.", "Fis-settur tas- self-employed hemm kundizzjonijiet diversi li wieħed ma jistax iħallat, għalkemm kollha jaqgħu taħt il-kategorija ta' persuni li jaqilgħu l-għixien tagħhom billi joħolqu x-xogħol għalihom infushom.", "Dawn in-nies jaraw kif jagħmlu biex joħolqu relazzjoni tajba mhux biss bejniethom u mal-ħaddiema tagħhom imma wkoll ma' dawk li jirċievu s-servizz tagħhom.", "Sur President, dalgħodu l-Onor.", "Coleiro qalet li s-self-employed f'dan il- pajjiż qed jispiċċaw u jitkissru.", "Intqal ukoll li l-kondizzjonijiet tax- xogħol tas-self employed huma tali li ma jippermettux li dan is-settur jimxi 'l quddiem.", "Statements bħal dawn huma vagi wisq u wieħed ma jistax japplikahom għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema li jaħdmu bħala self- employed.", "Jien ġej minn lokalita' li tagħti l-possibbiltà ta' riflessjonijiet pjuttost fit-tul dwar id-diversi sezzjonijiet ta' self- employed li għandna f'pajjiżna.", "F'San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u lokalitajiet oħrajn illum hemm mhux għaxriet jew mijiet imma eluf ta' postijiet u attivitajiet li huma amministrati minn self employed.", "Id-diversi ħwienet li hemm f'dik il-lokalita' joffru s-servizzi ta' catering.", "Hemm iktar minn elf outlet fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar li jagħtu dan is-servizz.", "Naturalment kultant niltaqa' ma' persuna li tgħidli li l-ħanut li kienet tamministra hi ma baqgħetx tmexxih għax ma setgħetx tlaħħaq ma' l-ispejjeż.", "Sitwazzjonijiet bħal dawn ta' individwi partikolari iridu jittieħdu fil-kontest ta' dak li jkun qed jiġri fl-inħawi u ta' dak kollu li jkun qed jagħmel l-individwu stess biex jaggarantixxi jew ma jiggarantixxix in-negozju tiegħu.", "Kif għedt, hemm elf outlet li jagħtu xi tip ta' servizz ta' catering u naħseb li huwa naturali li xi ħadd minnhom ma jkomplix bin-negozju tiegħu.", "Huwa żgur li għalkemm ikun hemm outlets li jibdlu l-idejn, ħafna minnhom jibqgħu joffru l-istess servizz.", "Ir-riflessjoni li trid issir hi jekk kienx tort tas-settur, tort ta' xi ħaġa li kien għamel il-gvern jew inkella tort ta' dik il-persuna li attwalment kienet qed tmexxi n-negozju.", "Jekk m'inix sejjer żball, kif qal is-segretarju parlamentari, matul is-sena li qegħdin fiha se joħorġu aktar minn 900 permess ġodda għal negozji self-employed f'diversi kategoriji ta' xogħol.", "Żgur li dan jindika li hemm mill-inqas dan in-numru ta' persuni li qegħdin ifittxu li jibdew negozju u li f'dan l- istadju għandhom il-fiduċja li huma lesti u kapaċi jiġġeneraw xogħol li jkun biżżejjed biex jipprovdi l-għixien għalihom u għal dawk il-ħaddiema li jkollhom bżonn iħaddmu.", "Fl-istess ambitu ta' negozju li jsir fl-inħawi marbutin mas-settur turistiku, wieħed jista' jara kemm kellna garaxxijiet li joffru s-servizz ta' kiri ta' karozzi fil-pajjiż.", "Dan in-numru mhux talli ma ċkienx, imma talli żdied sostanzjalment.", "Wieħed jista' faċilment jara li f'dawn l-aħħar erba' snin in-numru ta' vetturi reġistrati biex jagħtu servizz ta' kiri huwa ta' madwar elf aktar.", "Ċertament li dan qed iseħħ għaliex in-nies li jaħdmu fis-settur tal-kiri tal-karozzi f'pajjiżna qegħdin iħossu li jistgħu jinvestu u jistgħu jieħdu l-benefiċċju ta' l-investiment li huma jagħmlu.", "Ma naħsibx li kieku kien mod ieħor kienu se jinvestu miljuni ta' liri.", "Illum, kulħadd jaf li karozza ma tinxtarax b'inqas minn Lm5,000.", "Jekk qed nitkellmu fuq 1,000 karozza, bil-Lm5,000 kull waħda inkunu qed nitkellmu fuq investiment minimu ta' Lm5 miljun.", "Din iċ-ċifra ta' investiment żgur li ma saritx minn min għandu qalbu maqtugħa jew minn dawk li jaħsbu li l- gvern qed ikissrilhom l-investiment tagħhom.", "Dan l-investiment qed isir minn dawk il-persuni li jaħsbu li jistgħu jimxu 'l quddiem u li jaħsbu li jistgħu jkomplu jaqilgħu u jtejjbu l-għixien tagħhom.", "Wieħed jiltaqa' wkoll ma' diversi persuni li jaħdmu fil-qasam tal- kostruzzjoni, u jsib li d-diffikulta' li qed isibu dawn il-persuni llum m'hijiex li m'għandhomx xogħol, imma li ma jsibux biżżejjed ħaddiema li huma lesti li jaħdmu f'kondizzjonijiet li m'għandix dubju li huma diffiċli aktar minn ta' kategoriji oħrajn ta' ħaddiema.", "Dan jindika mhux li hawn kriżi fil-qasam tas-self-employed imma li għandna l-possibilita' u ċ-ċans li nkomplu ntejjbu dan il-qasam.", "Issemmew, jekk m'iniex sejjer żball - u hija ħaġa normali li f'dibattitu bħal dan jissemmew - il-bdiewa u s-sajjieda ta' pajjiżna.", "Din il- kategorija ta' nies issemmiet fil-kontest ta' \"imsieken\" għax Malta se tidħol membru fl-Unjoni Ewropea u allura mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jaqilgħu l-għixien tagħhom.", "Dawn il-persuni jbagħtu ħafna biex jaqilgħu l- għixien tagħhom u ma jistgħux joqogħdu jħarsu lejn l-arloġġ biex jaraw x'ħin se jibdew ix-xogħol u x'ħin se jispiċċaw madankollu għandhom fiduċja li l-gvern tal-ġurnata se jkompli jgħin biex il-qasam tax-xogħol tagħhom ikompli jitjieb u jimxi 'l quddiem.", "Għal darba oħra, dak li jingħad min-naħa tal-gvern ma jissarrafx fi kliem biss iżda jidher mill-fatt li minn żmien għal ieħor ikun hemm investiment ta' eluf ta' liri li żgur ma kienx ikun possibbli li kieku kien hemm il- biża' li mhux se jkun hemm iżjed riżultati pożittivi.", "Dalgħodu semmejt il-pressjoni li hawn f'dan il-pajjiż sabiex jinstabu oqsma u postijiet oħra fejn ikunu jistgħu jaħdmu kategoriji oħrajn ta' ħaddiema li huma self-employed - ħaddiema li jaqilgħu l-għixien tagħhom permezz tal- ħidma tagħhom jew permezz ta' grupp żgħir ta' ħaddiema li jħaddmu magħhom.", "Dawn għandhom bżonn ta' spazji industrijali minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu.", "Hawnhekk irrid insemmi, Mr Speaker, dak li għamel il-ministeru għat- trasport b'kollaborazzjoni sħiħa mal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi u s- segretarjat parlamentari għas-self employed u l-investiment li sar u qed isir fl-inħawi Tal-Ħandaq, Ħaż Żebbuġ u l-Imrieħel.", "F'dawn il-postijiet hemm mijiet ta' persuni li jew direttament bħala sidien ta' negozju, jew inkella bħala impjegati, kull filgħodu jmorru jaqilgħu l-għixien tagħhom.", "M'għandi l-ebda dubju li kull wieħed minn dawn in-nies li ilhom imorru f'dawn il-postijiet, jasal biex jgħid li l-partit li qed imexxi l-pajjiż qed jagħmel investimenti serji u kbar f'dak li huwa qasam ieħor tas-self- employed u fl-infrastruttura meħtieġa għal dawn iż-żoni industrijali.", "Dawn iż-żoni ilhom jeżistu.", "Hemm minnhom li ma sarux mill-MDC u huma msejjħa privati għax ġew żviluppati mill-privat. llum l-infrastruttura ta' dawn il- postijiet hija bil-bosta aħjar minn dik li kienet ftit tas-snin ilu.", "L- investiment illum ilaħħaq aktar minn Lm1 miljun u m'għandix dubju li se nkomplu mexjin 'il quddiem għax il-programm ta' ħidma li għandu dan il- gvern għal dawn l-oqsma huwa li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura f'dawn il- postijiet u jifrex ukoll għal oqsma industrijali oħrajn li jaqgħu fil- kategorija ta' oqsma industrijali mmexxija mill-privat u minn persuni li investew il-flus tagħhom.", "Minn dawn għandna l-oqsma tal-Mosta, ta' Ħal Qormi u diversi oqsma industrijali oħra żgħar li wkoll sejrin inkomplu ntejbu l-infrastruttura tagħhom b'mod li min imur għax-xogħol u min imur biex jieħu servizz minn hemm isib kundizzjonijiet aħjar.", "Wieħed jista' jibqa għaddej isemmi kategorija wara l-oħra ta' persuni li huma self-employed.", "In-negozji ż-żgħar u l-ħwienet li jagħtu servizzi fil- postijiet li fihom aħna ngħixu jafu li l-investiment li qed isir hemmhekk huwa kbir u li se nkomplu mexjin l-quddiem.", "Żewġ kategoriji ta' ħaddiema li huma fil-kategorija tas-self-employed u li jaqgħu direttament taħt il- ministeru tat-transport u komunikazzjoni huma dawk tal-minibuses u s-settur tal-karozzi tal-linja.", "Naturalment jekk wieħed jitkellem ma' dawn in-nies isib li jressqu sensiela ta' diffikultajiet u lmenti li huma jixtiequ li jiġi mtejjba.", "Madanakollu huma stess jgħidu li d-dħul hu ferm akbar minn dak li kien sa ftit tas-snin ilu.", "Dan għaliex il-gvern tal-ġurnata jgħin lil dan is-settur.", "Naturalment nafu li hemmhekk hemm bżonn ta' aktar titjib u żviluppi.", "Saru nvestimenti kbar minn dawk il-persuni li qegħdin f'dawn il-kategoriji.", "Bniedem jiddeċiedi li jixtri minibus li jiswa' eluf ta' liri mhux biex joqgħod jifraħ li għandu t-tali minibus.", "Bniedem li jixtri taxi jagħmel hekk għaliex ikollu flus żejda u jinvesthom f' xi ħaġa li minnha jkun se jaqla' l-għixien tiegħu.", "Jagħmel dan l-investiment għaliex jemmen li fil- fatt din il-ħidma u l-ekonomija kollha li għandna fil-pajjiż se tkompli tmexxi u timbotta 'l-quddiem dawn l-istess investimenti li jkunu saru.", "Hawnhekk wieħed jista' jara realment x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk li jaħdmu għal rashom.", "M'għandi l-ebda dubju li dawn jgħidu li llum qegħdin f'pożizzjoni aħjar milli konna sa ftit tas-snin ilu.", "Insibu wkoll dawk il- waħdiet li ma jaqblux ma' dan għal raġunijiet diversi.", "Għal raġunijiet li ħafna drabi jkunu estranji għal kollox mill-gvern tal-ġurnata u għar- raġunijiet tal-mod ta' kif wieħed ikun investa u ta' kif forsi pprova jmexxi n-negozju tiegħu wieħed jgħid li jkollu jagħlaq.", "Jien m'għandix dubju li din m'hijiex ir-regola tas-settur tas-self-employed f' pajjiżna fis-sena 2002.", "M'għandix dubju li r-regola ta' dan is-settur hija waħda li timbotta, li tmexxi u li tkattar in-negozju f' dan il-pajjiż.", "Il-gvern tal-ġurnata jista' jiftaħar bis-serjeta li dan is-settur ta' ħaddiema f'pajjiżna m'huwiex settur li jiġi mwiegħed is-sema' fl-art qabel l-elezzjoni.", "Dan huwa settur li jaf bis-serjeta li kull meta kien fil-gvern il-partit li qed imexxi lil pajjiżna llum dejjem imbuttah il-quddiem u dejjem tah iċ-ċans li jimxi.", "Din l-atmosfera u din il-possibilita' ta' nvestiment hija l-aktar għalqa sensittiva għal dawk il-persuni li jaħdmu f' dan is-settur u l-kategoriji differenti l-oħra.", "Persuni li jaħdmu bħala self-employed għandhom quddiemhom il-fiduċja u ċ-ċertezza li fis- sitwazzjoni politika li għandna llum f'pajjiżna u ta' kif tidher li se tevolvi, xogħolhom mhux biss se jkun apprezzat imma se jħalli riżultati pożittivi għas-setturi u għall-ħaddiema li jaħdmu f'dawk il-kategoriji differenti.", "Dan iħalli effett pożżittiv fuq il-kumplament tas-soċjetà.", "Dan hu settur li qiegħed jiffjorixxi u li kapaċi javvanza u s-sitwazzjoni ekonomika u ta' politika ġenerali ta' dan il-gvern tkompli tagħti possibbilta` u garanzija li dan is-settur ikompli jikber.", "Huwa tajjeb li niddiskutu dan is-settur u m'għandix dubju li min segwa dan id-dibattitu f'qalbu jkollu jgħid li dan huwa gvern li bis-serjeta` imbotta lis-self- employed 'il quddiem.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, qabel ma nidħol għas-suġġett, nixtieq f'ismi u f'isem sħabi nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tas-sur Frans Sammut li kien kunsillier fir-raħal tan-Nadur u ħalliena dan il-lejl wara taqbida li kellu mal-ħajja f'dawn l-aħħar ftit jiem.", "Minkejja l-problemi u d-diffikultajiet li kien isib min-naħa tal-kunsilliera sħabu dan baqa' għaddej.", "Tant hu hekk li xi ġurnata jew tnejn qabel ma kellu dan l-inċident kien ġie d-dar tagħna u ken għarrafna bit-tbatijiet li kienu qegħdin jgħadduh minnhom.", "Hija ħaġa ta' nkwiet kbir meta naraw dawn l-affarijiet isiru għax fil-parlament minkejja t-twemmin politiku tagħna qegħdin hawn għall-ġid tal-pajjiż u mhux għall-ġid personali.", "F'dan il-ftit ħin li għandi rrid nirringrazzjah tax-xogħol li ta lill-poplu tan-Nadur u anke lill-partit Laburista.", "Se nibqgħu ngħożżuh, niftakru fih u nitolbu għalih.", "Mr Speaker, jiena se nitkellem fuq l-industriji ż-żgħar mil-lat ta' Għawdex għaliex għandu l-partikularitajiet, il-problemi u d-diffikultjaiet tiegħu.", "Jekk inħarsu lejn f'hiex kien jikonsisti dan is-settur 40 sena' ilu nsibu li kien limitat ħafna.", "L-iktar industrija qawwija li kien hemm f'Għawdex kienet il-biedja u s-sajd.", "Kien hemm xi ħaġa żgħira ta' l-industrija tal- kostruzzjoni u ma' dawn kollha kien hemm is-safar li kien jagħmel tajjeb għal dawn l-affarijiet.", "Minn żmien il-kavallieri d-diffikultajiet li kellna minħabba li aħna żgħar kienu evidenti.", "Anke biex ikun hawn sistema' tal- ilma kellna l-problemi.", "Madankollu l-poplu Malti u Għawdxi rnexxielu jegħleb dawn id-diffikultajiet u mexa 'l quddiem.", "Il-poplu Malti dara' jkun bieżel u kull fejn mar – jekk hux l-Ingilterra, l-Kanada jew l- Awstralja – ħalla l-impatt tal-bżulija tiegħu.", "Il-kumpanniji barranin għadhom ifittxu ħaddiema Maltin u Għawdxin minħabba l-bżulija tagħhom.", "Huwa tajjeb li nanalizzaw il-problemi li kellna u li għanda llum biex wieħed ikun jista' jegħlibhom u jtejjibhom.", "Barra l-ħaddiem irrid insemmi l-mara tad-dar li ma kenitx tipprepara biss it-tisjir u t-tindif imma anke kienet tgħin fix-xogħol tar-raba'.", "Barra dan kienet tagħmel xogħol industrijali żgħir - dik li hija magħrufa bħala l-cottage industry.", "Hawn qed nirreferi għall-bizzilla u rakkmu ieħor.", "Għall-aħħar tas-sittinijiet Għawdex kien fl-aqwa tiegħu anke jekk kien hemm ħafna safar u anke jekk konna għadna niddependu ħafna fuq il-biedja.", "Hawnhekk tfaċċa' settur ġdid msejjaħ bħala light industry li l-Ingliżi kienu jsibuh bħala starter.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-industrija tat- tessuti li hu faċli li wieħed jibda għax ma jridx spejjez kbar.", "Madankollu huwa ħażin li wieħed jiddependi biss minn fuq din l-industrija.", "Dak iż- żmien bdew ġejjin kumpanniji minn barra speċjalment mill-Ingilterra li bdew iħaddmu u joħolqu impjieg għal dawn ix-xebbiet li kienu d-dar.", "Il- parti l-kbira tal-ġuvintur kienu jemigraw u dawn il-fabbriki kienu barka mis-sema għal dawn ix-xebbiet li kienu d-dar.", "Dik il-ħabta kienu jħallsu madwar Lm2.50 fil-ġimgħa.", "Dik kienet il-ħajja ta' dak inhar.", "Il-ħażin hu li aħna bqajna niddependu fuq din it-tip ta' light industry bil-konsegwenza li minkejja li bnejna l-fabbriki fil-qasam industrijali tax-Xewkija, meta l- paga tjiebet u laħqet ċertu livell, parpru lejn pajjiżi oħra fejn il-paga kienet inqas u b'hekk spiċċajna biex dawn il-fabbriki li kellna spiċaw kważi vojta.", "Illum dawn qegħdin jintużaw minn industriji żgħar ħafna.", "F'dawk iż-żmenijiet rajna wkoll il-bidu tal-industrija tat-turiżmu.", "Din kienet ċaqliqa żgħira pero` l-bidu dejjem hu diffiċli.", "Maż-żmien bdejna naraw l-emigrazzjoni tonqos, ir-ritorn ta' l-emigranti minn pajjiżi oħra u żieda fit-turiżmu.", "Fil-bidu tas-snin '70 bdejna naraw ħafna djar jinbnew.", "Hawn qed nirreferi għad-djar tal-gvern u hawnhekk l-industrija tal-bini kompliet tiffjorixxi.", "Kien hemm ċertu ammont sostanzjali ta' xogħol fl- industrija tal-bini li jirriżulta f'xogħol ieħor bħal dak tal- għamara, tal- madum, ta' aperturi u affarijiet oħra u minħaba dan iċ-ċaqlieq inħolqu industriji u ħwienet żgħar li parti sostanzjali minnhom kienu jaħdmu part- time.", "Normalment kien ikollhom l-impjieg ewlien tagħhom - il-parti l-kbira maċ-ċivil u parti żgħira minnhom mal-privat jew ażjendi oħra - u fil-ħin ta' wara x-xogħol kienu jagħmlu xogħol fl-injam, fl-għamara, xogħol ta' kaħħala u ta' mechanics.", "Dan ma kien fih xejn ħażin, anzi kien ikompli jgħin biex ir-rota ta' l-ekonomija tkompli ddur għax kien ikollhom aktar x'jonfqu u allura l-flus kienu jiċċirkolaw.", "Dawn kellhom il-vantaġġi tagħhom għax setgħu joffru wkoll prezzijiet orħos.", "Ir-raġuni kienet li kien ikollhom il-bolla jew nofs il-bolla mħallsa minħabba li kellhom xogħol ieħor full time.", "Barra minn hekk ix-xogħol kien jinħadem fir-residenza jew fil-garaxx tagħhom, jiġifieri ma kienx ikollhom kera tal-post.", "Barra minn dan kienu jispiċċaw iħaddmu part-timers oħrajn fuq ix-xogħol prinċipali tagħhom.", "Din il-paga ta' sħabhom ma kenitx tiġihom ħafna għax dawn il-part- timers stess kien ikollhom il-bolla mħallsa u għalhekk kienu jaffordjaw li jagħtu prezzijiet orħos minn dawk li kienu jaħdmu bħala full timers.", "Din is-sistema' kienet taħdem tajjeb sakemm kien ikun hawn ix-xogħol imma meta jonqos ix-xogħol, il-full timers kienu jbatu minħabba li huma jħallsu l-bolla, jkollhom jitolbu aktar għall-prodott u jiġu anqas kompetittivi.", "Barra dan il-full timers ikollhom post li fih ikunu nvestew ammont konsiderevoli ta' flus.", "Dawn kienu qed ikunu żvantaġġati.", "Madankollu xorta wieħed irid jaħseb f'dawn il-part-timers għalkemm irid jara kif isib sistema' kif wieħed ma jirfisx lill-ieħor.", "Dawn is-setturi li semmejt m'humiex l-uniċi ġewwa Għawdex.", "Semmejna l-biedja u l-agrikoltura u magħhom wieħed irid iżid ukoll dawk li m'għandhomx x'jaqsmu mat-turiżmu.", "Is-setturi li jidħlu mat-turiżmu huma ħafna u mhux lukandiera, appartamenti u restaurants biss.", "Hemm il-farmhouses, il-karozzi tal-kiri, minibuses u ruxxmata anċillarji oħra.", "Madankollu meta wieħed jagħsar is-settur iż- żgħir tal-manifattura isib li minħabba s-sistema li għandna f'pajjiżna hawn ħafna li qed jaħdmu illegalment għax ma jkollhomx post minn fejn jaħdmu u allura jispiċċaw inkonvenjent għal ta' madwarhom.", "Dawn it-tip ta' ħwienet żgħar tax-xogħol għandhom problemi ta' ħsejjes, ta' irwejjaħ ta' materjal li jużaw, ta' ingombru tat-toroq u oħrajn.", "Ħafna drabi l-mechanics ikollhom garaxx żgħir u peress li ma jkollhomx fejn iqiegħdu l-karozzi jispiċċaw biex iħalluhom barra u jkunu ta' sgombru għall-ġirien.", "Dawn huma ftit mill- problemi li qegħdin joħolqu dawn l-industriji ż-żgħar ta' Għawdex.", "Jekk inħarsu lejn il-biedja u t-tkabbir ta' l-annimali f'Għawdex insibu li għandna l-sitess problema.", "L-irwejjaħ, l-insetti u l-ħmieġ li jġibu dawn l- irziezet qed ikunu ta' inkonvenjent għan-nies ta' madwarhom u għall- pubbliku in ġenerali.", "Min-naħa l-oħra wieħed irid jgħid li bħal ħwienet u ażjendi żgħar dawn m'għandhomx spazju fejn jaħdmu liberament bla ma jkunu ta' inkonvenjent għan-nies ta' madwarhom.", "Fis-sena' u għaxar xhur li għamel fil-gvern il-partit laburista kien qam dan il-punt kemm min-naħa tal- biedja kif ukoll min-naħa ta' dawn il-ħwienet iż-żgħar tax-xogħol.", "Il-gvern laburista kien identifika sit f'Għawdex biex jiġu allokati dawn l-ażjendi.", "Hawnhekk qed nirreferi għal tax-Xħajma u hemm min jaqbel fuq is-sit u hemm min ma jaqbilx.", "Kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu pero` gvern laburisa kien identifika dan is-sit u kien se jalloka post diċenti fejn ikunu jistgħu jaħdmu dawn il-ħwienet żgħar tax-xogħol bla ma jkunu ta' inkonvenjent għal pubbliku in ġenerali.", "Jekk inħarsu lejn is-settur tal-biedja insibu l-istess problemi.", "Kellna u għad hemm irziezet b'sentenzi tal-qrati pendenti biex jiżgombraw u qed jitolbu bil-ħniena lill-awtoritajiet inkluż lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex tidentifikalhom siti fejn ikunu jistgħu jibnu l-irziezet tagħhom a spejjeż tagħhom bla ma jkunu ta' xkiel għal ħadd.", "Sal-lum għadna mingħajr dawn il-postijiet u din il-ħaġa tweġġagħna anke meta nafu li dan l-aħħar rajna li ġie ppubblikat il-pjan lokali għal Għawdex.", "M'inix se nidħol fid- dettal fuqu pero` se nsemmi s-settur tal-biedja.", "Wara li ilna ntambru biex jiġu identifikati dawn is-siti fejn jistgħu jinbnew dawn l-irziezet identifikaw xi siti.", "Meta wieħed jiflihom isib li min għażel dawn is-siti jew m'għandu l-ebda idea ta' Għawdex jew inkella huwa bniedem makkak.", "Se nsemmi sit wieħed biss – Ta' Wileġ il-Qala`.", "Wileġ hu post fejn jinġabar l- ilma.", "Dan il-post ġie identifikat għall-irziezet.", "Min-naħa ma jagħmilx sens li jkun hemm l-irziezet hemmhekk anke minħabba li hemm ir-residenti.", "Dan hu l-post fejn illum hemm id-dentist Michael Vella Haber.", "Skond il-pjan lokali dan il-post hu identifikat biex isiru rziezet tal-bhejjem.", "Dan ma jagħmilx sens għax qiegħed fuq ridge u l-awtorita` ta' l-ippjanar dejjem tisħaq biex fuq ridges ma jsirux żviluppi bħal dawn.", "Dawn huma affarijiet li juru li min fassal dan il-pjan jew ma jafx x'inhu jagħmel jew inkella hu makakk biżżejjed u fi ħsiebu li min irziezet iduru għal residenzi.", "Dan huwa l-mod kif qed intejjbu l-infrastruttura ta' dawn in-negozji ż-żgħar f'Għawdex.", "Illum it-turiżmu f'Għawdex huwa wieħed mill-pilastri ewlenien tal-gżira tagħna.", "Meta nitkellmu mal-lukandiera nsibu li dawn qed jagħmlu qliegħ fis- sajf kemm biex jibqgħu miftuħin u jibbilanċjaw għax-xitwa.", "L-affarijiet ma jagħmlux sens meta naraw proġetti ta' żvilupp ta' rħula kbar biex inkabbru t-turiżmu tagħna meta l-isforz tagħna m'aħniex naħmluh biex insaħħu dawn il- lukandi u stabbilimenti oħra li diġa` għandna.", "Wieħed irid jara wkoll li wieħed ma jirfisx fuq l-ieħor mil-lat ta' taxxi eseġerati u manuvri li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Qasam li rrid insemmi hawnhekk hu dak tas-supermarkets.", "Rajna u missejna b'idejna każijiet fejn supermarkets ewlenin kienu qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet barra mil-limitu sempliċiment biex ifarrku l-ħwienet li kienu qegdin jaħdmu fuq bażi ta' familja.", "Ħafna minn dawn żarmaw u dawk li baqgħu, żammew għax ma kellhomx kirjiet.", "Nagħlaq billi nappella li hawn ġew irridu noħolqu klima tajba għal dawn l- industriji żgħar u li ma ngħabbuhomx b'taxxi żejda.", "Irridu nagħtuhom postijiet diċenti minn fejn jaħdmu bla ma jkunu ta' xkiel għan-nies ta' madwarhom.", "Irridu wkoll noħolqulhom klima fejn jaħdmu u jkollhom xogħol diċenti għax apparti li dawn qed jikkontribwixxu għall-kaxxa ta' Malta biex ir-rota tkompli ddur, jekk jispiċċaw bla xogħol, se jispiċċaw ta' piż fuq il-poplu Malti.", "Wara d-dritt fundamentali tal-ħajja il-bniedem għandu dritt fundamentali li jaħdem.", "Inutli li nagħtu s-servizzi soċjali jekk nieħdu d- dritt tax-xogħol.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker irrid nibda billi nifraħ lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Edwin Vassallo mhux biss tax-xogħol kollu li qed jagħmel f'dan is-settur tant importanti għall-pajjiż imma wkoll għax irnexxielu jagħmel waħda mill-ftit affarijiet li qatt saru f'dan il-parlament - li jiġi jiddiskuti idea.", "Is-soltu aħna niddiskutu ħafna liġijiet.", "Nagħmlu l-ewwel u t-tieni qari, nagħmlu kumitati kontra kumitati u ideat ftit li xejn niddiskutu f'dan il-parlament.", "Ili nisma' l-prim ministru tagħna jappella għal ħafna snin biex nibdlu l-fiżjonomija tal- parlament u nibdew niddiskutu iktar ideat milli dettalji tal-liġijiet.", "Jiena nieħu gost li dan il-qasam importanti jiġi diskuss hawnhekk u ta' dan nifraħ lill-kollega tiegħi l-Onor.Edwin Vassallo li għamel ħafna xogħol u ta ħafna ħsieb biex qed jippreżenta dan fil-parlament illum.", "Is-self- employed huwa s-sinsla ta' kull ekonomija fid-dinja u ma rridux noqogħdu nitkellmu fuq Malta qishom isiru affarijiet ta' barra minn hawn.", "F'pajjiżna ma jsirux affarijiet ta' barra minn hawn imma jsiru affarijiet kif isiru bnadi oħra u jekk is-self-employed huwa importanti f'pajjiżna huwa importanti f'ħafna pajjiżi oħra.", "Jekk hemm bżonn nieħdu ħsieb li nagħmlu l-ambjent li fih jaħdem aħjar is-self-employed u naġevolaw il-mod kif jaħdem.", "Dan huwa dak li qed isir f'pajjiżi oħra.", "Il-pajjiżi kollha qed jitkellmu fuq kontrolli biex jaċċertaw ruħhom li r-relazzjoni ta' dawk li jaħdmu għar-rashom mas-soċjeta` inġenerali tkun waħda b'saħħitha u sana.", "Dak hu li rridu nagħmlu aħna.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq is-self-employed minn pożizzjoni ta' kunċetti ta' fejn irridu mmorru fil-futur.", "Jiena segwejt dan id-dibattitu u jiddispjaċini ngħid li smajt ħafna biki u ħafna tinwieħ fuq il-pożizzjoni tas-self-employed.", "Nisimgħu l-istess clichés li nisimgħu dejjem.", "Dalgħodu smajt fuq il-ġrieħi tas-self-employed.", "Nisimgħu ukoll li s-self-employed spiċċaw kważi kollha u kemm sejrin lura.", "Kulħadd qed jaqbad u jagħti ħafna pinzellati bl-addoċċ u minflok kwadru astratt qed nagħmlu kwadru li ma jiftiehem xejn.", "Kulħadd qed jitfa' statements bl-addoċċ li m'humiex kollaborati bil-fatti u minn dak li verament qed jiġri.", "Ħafna minnhom huma instigati mill-fantażija u oħrajn għax tmur persuna waħda teqred li sejra ħażin u tittieħed bħala xempju ta' x'qed jiġri fil-pajjiż.", "Aħna l-politiċi rridu noqogħdu attenti għax lilna jiġu jkellmuna ħafna nies bi problemi u lil dawn ma nistgħux neħduhom bħala xempju ta' x'qed jiġri fis-settur.", "Irridu nkunu verament b'għajnejna miftuħin u naraw verament x'inhu jiġri fil-pajjiż u x'inhu jiġri madwarna.", "Jien naħseb li mhux veru li l-qasam tas-self-employed mar il-baħar f'pajjiżna.", "Ħafna setturi fil-qasam tas-self-employed sejrin tajjeb u sejrin tajjeb ħafna ħafna.", "Xi setturi għandhom bżonn jirranġaw xi affarijiet u dan kollu mhux minn ewl id-dinja.", "Huwa ħażin, fl-opinjoni tiegħi, li aħna l-politiċi nibqgħu għaddejjin inwebblu lin-nies li kulħadd jista' jibqa' għaddej kif kien għaddej qabel mingħajr ma jbiddel xejn qisu d-dinja waqfet u ffriżat.", "Ma jistax ikun li kulħadd jibqa' plaċidu u jibqa' għaddej kif kien.", "Jekk wieħed jirrispetta s-self-employed għandu jfiehmhom li d-dinja qed tinbidel u huma jridu jinbidlu magħha.", "L-ikbar saħħa li għandhom is-self-employed hija li huma żgħar u għax huma żgħar huma flessibbli.", "L-ikbar saħħa li għandu s-self-employed hija l-flessibbilta` jiġifieri li jista' jbiddel malajr .", "Meta wieħed jara x'inhu jiġri barra pajjiżna jsib li l-qasam tas-self- employed huwa daqstant importanti u vitali fl-ekonomija għax huwa qasam innovativ.", "Ħafna drabi huwa l-qasam tas-self-employed li jirreaġixxi ħafna iktar malajr mill-kumpanniji l-kbar għal dak li jrid is-suq u għal dak li jridu n-nies.", "Huwa l-qasam tas-self-employed li huwa l-iktar qrib tal- klijenti tiegħu għax dak li jieħu d-deċiżjoni f'ażjenda tas-self-employed mhux maqtugħ mill-klijenti b'xi 20 faxx ta' management imma jkollu esperjenza diretta fil-ħanut u mal-klienti.", "Dan ikun l-istess persuna li jirrelata man-nies u jara x'materjal hemm bżonn jinġieb.", "Huwa l-istess bniedem li qed jisma' mingħand min jissuplixxih fuq kif sejra d-dinja u huwa hu li finalment jieħu l-aħħar deċiżjoni.", "Din jista' jeħodha fil- karozza waqt li jkun sejjer ix-xogħol mingħajr ma jkollu jgħajjat board meetings u jagħmel ħafna kumitati.", "Dik hi s-saħħa tas-self-employed.", "Jien niskandalizza ruħi meta nisma' nies jappellaw biex kollox jibqa' ffriżat kif inhu.", "Dan huwa l-iktar parir ħażin li nistgħu nagħtu.", "Dan hu l-velenu li nistgħu inwebblu bih lis-self-employed.", "Hawn inkunu qed inpoġġulu l-velenu fiz-żokra għax inkunu qegħdin neqirdulu l-iktar ħaġa vitali - il-flessibbilta` ta' l-operazzjoni.", "F'pajjiżna hawn min sejjer tajjeb u hawn min sejjer ħażin.", "Irridu naraw kif jaġixxu n-nies barra minn xtutna meta jkunu sejrin ħażin.", "Dawk li ffriżaw ruħhom sejrin ħażin.", "Dawk li baqgħu ċassi jistennew li d-dinja se tibqa' kif kienet meta kellu n- negozju n-nannu sejrin ħażin u dawk li qed jifhmu li d-dinja qed tinbidel u minflok ma jagħtu l-klijent dak li jridu huma jaddattaw ruħhom u jagħtuh dak li jrid sejrin tajjeb.", "Jien dejjem insemmi l-eżempju ta' meta kont żgħir.", "Kien hemm personaġġ f'Ħal Qormi li kien is-sillar tar-raħal.", "Is-sillar huwa dak li kien jaħdem ix-xidd taż-żwiemel bil-ġild.", "Kien jagħmel ir-riedni, il- kappestri u affarijiet oħra.", "Meta kont tifel kont immur bil-qiegħda fuq banketta ħdejh u narah jaħdem, iħit u jtaqqab u jifforma l-ġilda.", "Dak iż-żmien kellu negozju tajjeb pero` llum in-negozju tas-sillar spiċċa.", "Kieku dan is- sillar – li llum Alla jaħfirlu miet – baqa' jistenna li jiġu għax-xidd taż- żwiemel jew li nagħtuh sussidju kien jibqa' jistenna' sakemm imut.", "Iż- żwiemel spiċċaw mill-pajjiż u flokhom ġew il-karozzi.", "Din is-sengħa kellha tinbidel u flokha kellna l-mechanics, it-tillara u oħrajn.", "Fid-dinja għandna revoluzzjoni.", "Illum qed isiru revoluzzjonijiet u mill-karta qegħdin immorru fuq il-computers.", "Qegħdin isiru revoluzzjonijiet fit-teknoloġija u ċertu diżinjar ma jistax jibqa' jsir bħal qabel.", "Illum hemm ħafna metodi kif wieħed jaħdem b'mod aktar effiċjenti u irħas.", "Naħseb li jekk verament irridu ngħinu lis-self-employed tagħna rridu ngħinuhom jagħarfu x'inhuma r- relatajiet il-ġodda li qed jaħdmu fihom.", "Irridu nixprunawhom biex ma joqogħdux bil-wieqfa ffriżati u ċċassati pero` jaraw x'inhu jiġri madwarhom ħalli jkunu jistgħu jinbidlu u jżommu mas-suq.", "B'hekk jibqgħu ikunu kompetittivi.", "Il-kompetittivita' hi l-aħjar mod biex wieħed joffri l- prodott li jrid il-klijent fis-suq.", "L-ewwel element importanti tal- kompetittivita' m'huwiex il-prezz imma l-prodott.", "Jekk il-klient irid it- tadam ma nistgħux noffrulu qarabagħli.", "It-tieni element huwa l-kwalita` u t- tielet element huwa l-prezz.", "Irridu naqbdu lis-self-employed u ngħidulhom iħarsu l'quddiem u jużaw l-għodda li għandhom għad-dinja tal-lum u mhux tal- bieraħ.", "Ma jridux joqogħdu jħarsu lejn il-bieraħ iżda lejn għada.", "Hemm bżonn inneħħu l-burokrazija.", "Is-soluzzjoni mhix li nneħħu l- amministrazzjoni tas-self-employed.", "Ma nistgħux nagħmlu hekk għax hemm ir- relazzjoni tas-self-employed mal-komunita` li trid tużahom pero` nistgħu innaqsu ħana burokrzija ta' ħafna amministrazzjoni lis-self-employed.", "Jekk il-gvern jibqa' jaħdem bl-għaqal li qed jaħdem bih fl-informatika u t- teknoloġija nistgħu nixmu 'l quddiem.", "Lis-self-employed irridu ngħidulu jipparteċipa.", "Meta aħna nitkellmu fuq l- e-government m'aħniex qed nitkellemu fuq xi eżerċizzju teoretiku imma fuq xi ħaġa prattika li se tgħin lin-nies.", "Jekk aħna jirnexxielna nużaw it- teknoloġija b'mod li d-dipartimenti jkunu jistgħu jitkellmu ma' xulxin b'mod effiċjenti se nimxu ħafna aħjar u diġa` mexjin f'din it-triq.", "Dak hu li qed nippjanaw.", "Illum għandna common database kbir li kulħadd jieħu minnu u jekk wieħed jiġi biex jirranġa biċċa informazzjoni jirranġaha darba u tkun tgħodd għad-dipartimenti kollha tal-gvern.", "Hawnhekk irridu nsaħħu din l-infrastruttura ta' interrelazzjoni bejn id-dipartimenti infushom.", "Irridu nsaħħu s-servizz li qed nagħtu lin-nies mid-djar b'mod li lanqas ikollom joqogħdi fil-queues imma jkunu jistgħu jinqdew mid-dar jew mill- ħwienet tagħhom stess.", "Dan huwa l-e-government u l'hemmhekk irridu nimxu jekk irridu gvern modern.", "Aħna m'aħniex bħal xi oħrajn li jridu jimxu lura u jagħmlu l-affarijiet b'mod li kienu jsiru fil-qedem.", "Aħna gvern li sab soluzzjonjiet moderni li bihom qed ngħidu lin-nies jimxu 'l quddiem.", "Qed nimxu 'l quddiem imam rridu nitħarrku u ma nistgħux inħallu saqajna ffriżati fl-istess post jekk irridu nimxu.", "Biex nimxu 'l quddiem irridu naħlu l-enerġija u nħarrku saqajna u jdejna.", "Din hija t-tattika u l-politika li dan il-gvern qed juża tajjeb.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Aġent Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru): Grazzi, Mr Speaker.", "Inkompli fejn ħalla l-kollega tiegħi l-Ministru tal-Finanzi u nibda d- diskors tiegħi billi nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għax-xogħol kollu li huwa għamel matul dawn l-erba' snin f'din il-kariga li vvinta gvern Nazzjonalista.", "Hija kariga li tpoġġi responsabbilta' ta' qasam li huwa konsidrat importantissimu min-naħa ta' dan il-Gvern f'pajjiżna taħt ir-responsabbilta' tas-segretarju parlamentari, b'inkarigu li jġib lil dan is-settur 'il quddiem.", "Għaliex dan il-gvern jirrikonoxxi l- fatt innegabbli li l-ekonomija ta' pajjiżna, bħall-ekonomija ta' pajjiżi oħrajn avvanzati u moderni hija waħda li tiddependi ħafna fuq żvilupp tas- settur tan-negozji ż-żgħar, fuq il-valur ta' l-imprenditorija, tal- kapaċita' tagħna bħala poplu sħiħ li aħna nużaw it-talenti tagħna, l- kapaċitajiet tagħna biex b'moħħna u b'idejna noħolqu l-ġid f'pajjiżna.", "Irrid nirrikonoxxi b'enfasi li l-fatt li saret din il-ħidma kollha matul dawn l-aħħar erba' snin tana l-opportunita', jien nissuspetta għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-parlament, li dan il-parlament jieqaf mid- dibattiti leġislattivi tiegħu u jagħmel dibattitu miftuħ fuq dan is-suġġett importanti.", "Naħseb li din hija milestone, huwa mument mportanti li għandu jiġi rikonoxxut.", "Huwa tajjeb ħafna, huwa pożittiv li dan il-parlament kellu l-opportunita' li fuq medda ta' erba' seduti jiddiskuti dan is- suġġett bil-mod miftuħ, bl-idea li mhux biss nispjegaw il-viżjoni tagħna imma li norbtu l-politika tagħna f'dan il-qasam, nankraw il-politika tagħna f'dan il-qasam ma' xi ħaġa li hija internazzjonalment rikonoxxuta.", "Is-segretarju parlamentari Edwin Vassallo fl-introduzzjoni tiegħu u anke meta oriġinarjament ġietu l-idea li jsir dan id-dibattitu rabat dan id- dibattitu ma' dokument importanti, mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fil-bidu ta' dan id-dibattitu u li effettivament huwa dokument imfassal mill-impriżi ż-żgħar, jiġifieri minn min għandu interess li jara li l-imprenditorija ż- żgħira u medja fl-Ewropa tiżviluppa u tissaħħaħ.", "Dan id-dokument huwa l- European charter għall-impriżi ż-żgħar u medji.", "Huwa dokument li għandu l- appoġġ qawwi tas-settur ta' l-impriżi ż-żgħar kollha Ewropew, għandu mhux biss appoġġ, għandu l-firma ta' min intrabat ma' dak il-programm kif espost f'dak id-dokument billi jsemmi dawk il-parametri ewlenin biex dan is-settur li nirrikonoxxu li tant huwa mportanti għal pajjiżna u għal pajjiżi żviluppati li jeżistu fl-ekonomiji moderni biex dan is-settur ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, jiena xtaqt nibda d-diskors qasir tiegħi billi nenfasizza l- importanza ta' dan id-dokument.", "Nenfasizzah għaliex iddispjaċieni ħafna meta smajt uħud mill-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni f'interventi tagħhom prattikament kważi jirredikolaw dokument li kellu mhux biss l- appoġġ Ewropew ta' min għandu dan is-settur mhux għal qalbu biss imma li jirrikonoxxi l-importanza tiegħu, imma saħansitra kellu wkoll l-appoġġ ta' l-organiazzazzjonijiet Maltin bħala korpi kostitwiti f'pajjiżna, pero' b'mod partikolari l-appoġġ li ngħata u l-lobby li sar mill-assoċjazzjoni magħrufa hawn Malta bħala l-GRTU biex il-gvern jiffirma u jadotta dan ic- charter partikolari.", "Irrid mill-ewwel nenfasizza wkoll – u dan se nagħmlu allavolja qegħdin fl- aħħar tad-dibattitu - li ma naqbel assolutament xejn ma' l-attitudni li timinimizza l-importanza ta' dan id-dokument, espressa minn uħud mill- kelliema li pparteċipaw f'dan id-dibattitu min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Huwa dokument importanti li jagħtina strument tajjeb, li jgħinna nkomplu nfasslu l-politika tagħna f'dan il-qasam u li jgħinna wkoll billi jagħtina kejl biex inkunu nistgħu naraw kemm l-iżvilupp f'dan il-qasam qiegħed jimxi 'l quddiem b'riżultat ta' inizjattivi u politika li l-gvern ikun qiegħed iwettaq.", "F'dan is-sens jien ngħid li dan id-dibattitu għandu mportanza, huwa tajjeb li aħna pparteċipajna fih u li aħna stess nagħtu s-sehem tagħna biex aspetti differenti ta' dan li jsemmi l-European charter naraw li fil- fatt inkunu qegħdin inwettquhom u nimplimentawhom f'pajjiżna.", "Jien m'għandix għalfejn nirrepeti dak li qalu kollegi oħra min-naħa tiegħi, u se nevita li nagħmel hekk, imma rrid nenfasizza l-punt li tista' tgħid għamlu kull kelliem minn din in-naħa tal-Kamra, inkluż l-Ministru tal- Finanzi, li għadu kif spiċċa d-diskors tiegħu, li dan huwa settur ta' importanza enormi, huwa settur li pero' għandu bżonn li jkompli jiżviluppa lilu nnifsu biex iwieġeb għall-isfidi taż-żmenijiet moderni li qegħdin ngħixu fihom.", "Li jkun allura kompetittiv, li jkun settur li jkun jista' juża l-inizjattiva tiegħu nnifsu biex ikun innovattiv fl-inizjattiva tiegħu u biex ikun hu l-kontributur ewlieni għall-iżvilupp ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "U aħna sinċerament nemmnu li l-politika u l-parametri kif imfissra fic-charter li ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jgħinna lkoll, jgħin lil dan is-settur ta' l-ekonomija tagħna jkun jista' jiżviluppa.", "Naturalment għandna nieħu l-opportunita' wkoll allura ladarba għandna dan id-dokument u ladarba għandna l-parametri li niefqu ftit u ngħidu: Imma aħna pajjiżna sal-lum f'dawn l-aħħar erba' snin fl-inizjattivi li ħa ndirizza l-oqsma partikolari msemmija f'dan ic-charter, li huma konsiderati bħala kruċjali biex dan is-settur ikun jista' jimxi 'l quddiem?", "U jien inwieġeb li dan il-gvern tul dawn l-aħħar erba' snin ħa diversi inizjattivi f'kontest ta' politika nazzjonali intiż preċiżament biex dan is-settur ikun jista' jiżviluppa.", "Naturalment il-politika tagħna hija biex il-pajjiż kollu jkun jista' jimxi 'l quddiem pero' ttieħdu inizjattivi fl-erba' snin li għaddew li żgur huma skond il-parametri stess imniżżlin fic-charter li qegħdin niddibattu, li huma inizjattivi li fejn qegħdin jagħmlu differenza.", "Irrid ngħid li tlaqna minn pożizzjoni xi ftit jew wisq diffiċli fis-sens li l-konċentrazzjoni ta' politika fuq dan is-settur nenfasizza u ninsisti li bdiet proprju matul din il-leġislatura b'nominat Segretarju parlamentari responsabbli speċifikatament għal dan il-qasam.", "U tlaqna f'sitwazzjoni fejn ridna li f'dawn l-erba' snin f'din il-leġislatura dan il-gvern kien determinat biex mal-bidliet l-oħrajn kollha li jagħmlu d-differenza għas- self-employed, għan-negozji ż-żgħar f'pajjiżna.", "Skond il-prijoritajiet li dan ic-charter isemmi.", "Per eżempju, waħda mill-iktar affarijiet li kollha kemm aħna nirrikonoxxu li hija mportanti għan-negozjant ż-żgħar biex ikun jista' jiżviluppa hija l-fatt li nnaqqsu kemm jista' jkun il-burokrazija, huwa l-fatt li aħna jkollna l-qorti regolatorji pero' li l-ħajja għall- imprenditur ż-żgħir nagħmluhielu kemm jista' jkun ħielsa minn burokrazija żejda.", "Ċerti proċeduri jridu jkunu hemm pero' rridu jkollna politika li tiffaċilita kemm jista' jkun li dak li jkun jiżviluppa.", "Żgur dan id- diskors ma kien ifisser xejn u kien ikun impossibbli li jitwettaq li kieku f'pajjiżna ma nvestejnix bil-qawwi fil-qasam ta' l-informatika, fil-qasam tal-gvern elettroniku, fil-qasam ta' servizzi li huma elettroniċi.", "Qegħdin nibdew issa ntemgħu ftit, għad fadlilna ħafna iżjed, imma bdejn ntemgħu ftit mill-benefiċċju li qegħdin nieħdu minn dan l-investiment għall-poplu kollu Malti u Għawdxi, pero' jien ngħid ukoll għall-imprendituri ż-żgħar f'pajjiżna, għan-negozjanti ż-żgħar f'pajjiżna.", "Għaliex illum huwa ħafna iżjed faċli permezz tas-servizzi elettroniċi li inti tapplika għal-liċenza tiegħek, li inti tapplika u tħallas għall-kera.", "Permezz tas-servizzi elettroniċi se jkun aktar faċli li wieħed japplika għal-liċenzja, għall-kera tal-post, tal-garaxx jew tal-proprjeta' tal-gvern li jkun qed jokkupa.", "Iffaċilitajna u qegħdin inkomplu niffaċilitaw dan il- proċess li tant huwa importanti għal min huwa negozjant żgħir.", "Aħna stess bħala pajjiż jaqblilna li nippruvaw inħallulu l-ħin kollu possibbli u l- enerġija kollha possibbli għall-iżvilupp tan-negozju tiegħu minflok jaħli dik l-enerġija fil-burokrazija.", "Ma rridux nissimplifikaw iżżejjed għax il-problema m'hijiex ċkejkna.", "Irridu nissimplifikaw l-affarijiet u fl-istess ħin ikollna l-għodda biex inkunu nistgħu nirregolaw is-setturi differenti.", "Jien naħseb li mexjin u li f'dawn l-aħħar erba' snin għamilna passi sostanzjali li ġew rikonoxxuti mis- self-employed u min-negozjanti ż-żgħar stess.", "Dan kollu mhux biżżejjed, Mr Speaker u jekk aħna tassew nemmnu fil-qasam ta' l-imprenditorija tan-negozji ż-żgħar f'pajjiżna irridu ninvestu ħafna iżjed fit-taħriġ.", "B'sodisfazzjon ninnota li ċ-charter stess ipoġġi dan bħala wieħed mill-iktar miri importanti li pajjiż jista' jkollu – ċioe` li l-pajjiż ikollu sistemi ta' taħriġ u sistemi li bihom jitħarrġu individwi li qegħdin diġa' fin-negozji ż-żgħar kif ukoll sistemi oħrajn li jinkoraġġixxu ġenerazzjonijiet ġodda biex jidħlu fil-qasam ta' l- imprenditorija.", "Jien niftakar li sentejn ilu ffirmajt dokument mal-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea responsabbli għall-qasam tal-politika soċjali li kien jissejjaħ il- joint assessment paper.", "Dan huwa studju dwar is-suq tax-xogħol kollu ta' pajjiżna nkluż il-qasam ta' min jaħdem għal rasu u l-qasam tan-negozji ż- żgħar kien wieħed mill-aspetti l-iktar importanti li ġew identifikati għall- pajjiżna bħalma ġew identifikati għall-pajjiżi l-oħrajn.", "Dan huwa l-qasam ta' l-imprenditorija.", "Dan jitkellem fuq il-kapaċita' tagħna bħala pajjiż li ninkoraġixxu lill-individwi biex jagħmlu l-massimu possibbli mill-potenzjal tagħhom bħala imprendituri.", "Sentejn ilu tlaqna b'inizjattivi ġodda biex kemm jista' jkun insaħħu dan is- settur.", "Jien se nsemmi fil-qosor ħafna l-inizjattivi li ħadet il- korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ.", "Dawn ma kellniex bħalhom qabel u huma intiżi biex iħarrġu lil dawk li diġa' qed imexxu n-negozji żgħar jew inkella li huma interessati biex jiftħu negozju għal rashom.", "Sentejn ilu l- korporazzjoni nediet skema li hija msemmija \"Ibda negozju tiegħek\" li kienet indirizzata għall-kategoriji differenti tan-nies fosthom għal dawk li għandhom 'il fuq minn erbgħin sena u għan-nisa li xtaqu jirritornaw għax- xogħol wara li jkunu rabbew il-familja tagħhom.", "Kienu mmirati wkoll għaż- żgħażagħ li wrew interess li jużaw il-kapaċita' tagħhom biex jiftħu negozju żgħir għal rashom.", "Din hija skema li tgħin finanzjarjament pero' mhux il- finanzi huma kollox.", "Hija skema li tħarreġ lil dawn in-nies f'aspetti differenti bħal business counselling, jiġifieri pariri dwar kif wieħed jiżviluppa n-negozju tiegħu u kif jiżviluppa s-suq tiegħu, kif janalizza s- suq għall-prodott tiegħu, kif jakkwista kapaċitajiet ġodda li ma kellux, x'inhuma s-sistemi ta' liġijiet tas-sigurta' soċjali li sid ta' ħanut żgħir jew sid ta' garaxx żgħir għandu bżonn ikun jaf biex hu jħaddem lilu nnifsu u oħrajn miegħu u aspetti oħrajn.", "Rajna kif wieħed jista' mingħajr ħafna skola jiżviluppa n-negozju tiegħu.", "Din l-iskema għenet lil min kellu bżonn iqum fuq saqajh.", "Jien irrid ngħid li din l-iskema kellha suċċess sostanzjali.", "Matul dawn l- aħħar tnax-il xahar biss ħadu sehem fiha ma' l-74 ruħ li l-maġġoranza tagħhom kienu ta' bejn 25 sena u 29 sena.", "38% minnhom kienu nisa.", "Ladarba qed insemmi n-nisa xtaqt ngħid li dan l-aħħar id-dipartiment tal- mara fis-soċjeta' ħareġ pubblikazzjoni dwar il-ħidma tiegħu matul is-sena 2001.", "Jien ninnota li qed ikollna trend interessanti fil-qasam tan-negozji żgħar fejn qed naraw numru dejjem qiegħed jikber ta' nisa li qed jinteressaw ruħhom biex jiftħu n-negozju tagħhom.", "Ninnota li filwaqt li f'Diċembru ta' l-1997 kien hawn 1,880 mara fin-negozju self-employed, illum għandna kważi 2,000 nieqes ftit.", "Din tfisser żieda mill-11% li kellna fl- 1997 għal kważi 13% ta' dawk kollha li jaħdmu bħala self-employed f'pajjiżna.", "Dan huwa sinjal ieħor ta' riżultat pożittiv f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-investiment li aħna qegħdin nagħmlu f'dan il-qasam biex inkunu nistgħu naraw iżjed nisa li jidħlu f'dan is-settur.", "Irrid insemmi wkoll, Mr Speaker, il-politika tagħna biex insaħħu l-qasam edukattiv maż-żgħażagħ u mat-tfal tagħna minn eta' żgħira biex ikunu ppreparati għall-esperjenzi f'każ li jagħmlu l-għażla li jidħlu fil-qasam tas-self-employed.", "Hawnhekk infaħħar l-inizjattivi li qed jittieħdu mis- settur edukattiv sija b'inizjattivi bħal tal-young enterprise u l- inizjattivi li jittieħdu taħt il-qasam tal-koperattivi SCOOPS li jesponi studenti ta' etajiet żgħar għall-esperjenza ta' kif imexxu negozju f'forma ta' koperattiva.", "Matul dawn l-erba' snin tajna importanza kbira lid-djalogu soċjali u rrikonoxxejna li l-iżvilupp ta' pajjiżna jrid jimxi permezz ta' djalogu soċjali.", "Id-djalogu soċjali jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta' dawk li jirrappreżentaw is-settur tan-negozji ż-żgħar u l-imprendituri ż-żgħar f'pajjiżna.", "Jien kburi mill-fatt li dan il-gvern ressaq il-liġi li waqqaf il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li fiha hemm ir- rappreżentanti ta' dan is-settur li qegħdin jippartiċipaw fid-djalogu li jsir f'dak il-livell.", "Innotajt b'sodisfazzjon li l-GRTU u organizzazzjonijiet oħrajn ipparteċipaw mhux biss fil-livell tad-djalogu li jseħħ fil-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, imma anke fit- tfassil ta' liġijiet ewlenin li aħna kellna f'pajjiżna matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Kellna l-liġi dwar ix-xogħol, il-liġi dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol, il-liġi dwar il-koperattivi u l-liġi dwar it-twaqqif tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Dan huwa mument importanti għall-pajjiż daqskemm huwa importanti għal dan is-settur li għalina jokkupa pożizzjoni għolja fl-aġenda tagħna.", "Qegħdin nippruvaw nipprovdu s-servizzi, l-faċilitajiet u l-għodda li hemm bżonn biex dan is-settur ikun jista' jiżviluppa.", "Madankollu dan is-settur irid jieħu l-inizjattiva hu stess biex jieħu l-massimu possibbli għall-ġid tiegħu nnifsu u l-massimu possibbli ta' dak li qegħdin nipprovdu biex jiżviluppa u jkompli jgħin ħalli l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tiżviluppa għall-ġid tas-settur innifsu u fl-aħħar mill-aħħar għall-ġid tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, illum qegħdin nitkellmu dwar qasam li jaqblu dwaru l-gvern u l-oppożizzjoni u hemm qbil kważi unanimu dwar kif u għaliex għandhom jiġu żviluppati l-SMEs.", "Wieħed jirrealizza li l- maġġoranza kbira ta' l-industrija f'pajjiżna hija dik li hi żgħira jew medja.", "L-ewwelnett hemm kejl differenti kif wieħed ipoġġi f'qafas dak li hu żgħir u medju.", "Kien hemm pajjiżi li jużaw bħala kriterju n-numru ta' impjegati, hemm pajjiżi oħra li jużaw it-turnover u hemm pajjiżi li jużaw il-kriterju ta' jekk intrapriża hijiex esportattiva u jekk hi kemm tkun il- kwantita' li tesporta.", "L-iżjed kriterju sempliċi huwa dak tan-numru ta' impjegati, imma ma naħsibx li huwa l-aħjar kriterju.", "Il-kriterju ta' dak li jiddefinixxi x'inhu żgħir u medju għandu jkun it-turnover abbonat man- numru ta' impjegati.", "Ħafna drabi fl-Ewropa jgħidu li fabbriki li għandhom inqas minn 500 impjegat huma klassifikati bħala intrapriżi żgħar jew medji.", "Kieku kellna nieħdu dan il-kejl insibu li f'Malta n-numru ta' fabbriki li jimpjegaw iktar minn 500 ma jissuperax in-numru ta' swaba' li għandna f'idejna u allura wieħed jista' jikkonkludi li x-xena industrijali - ħlief għall- fabbriki l-kbar bħal ST Microelectronics, id-Dowty, il-Brandtstatter, it- Toly Products u oħrajn li huma ta' l-istess kalibru - tikkonsisti f'intrapriżi żgħar jew medji.", "Naħseb li jekk ngħidu hekk inkunu qed nagħmlu żball għax l-ambjent industrijali ta' pajjiżna huwa wieħed marbut man-numru ta' nies li jistgħu jaħdmu, man-numru ta' fabbriki li hawn u anke mal-limitazzjonijiet ġeografiċi ta' Malta.", "Naħseb nistgħu niżviluppaw dan il-pajjiż industrijalment ħafna iktar milli żviluppajnih s'issa.", "Meta naraw pajjiżi jew territorji żgħar bħal Hong Kong u Singapore nirrealizzaw li Malta fil-Mediterran tista' tkun ċentru potenti industrijali għax għandha l-kwalitajiet u l-kwalifiki kollha li nsibu f'dawn il-pajjiżi.", "Il-kapaċita` industrijali u lingwistika tal-ħaddiema u ċertu awtodixxiplina li għandna huma xhieda ta' dan.", "Il-potenzjal tal- esportazzjoni, ir-rieda tal-Maltin li jaħdmu tajjeb, ir-rieda tal-pajjiż li jiżviluppa industrijalment, l-infrastruttura tat-trasport u komunikazzjoni, l-banek, l-awdituri u l-avukati kollha jistgħu jgħinu biex ikollna ambjent industrijali li jixirqilna.", "Dan huwa pajjiż li qiegħed jibki biex joħroġ mill-qoxra industrijali li għandu biex jiġi żviluppat f'qawwa u f'potenza ħafna ikbar miċ-ċokon tiegħu.", "Malta hija magħrufa internazzjonalment għat- turiżmu imma m'hijiex magħrufa għall-potenzjal industrijali li għandha.", "Il- potenzjal industrijali mhux qed jiġi żviluppat u sfruttat kemm għandu jkun.", "Aħna m'għandiex ikollna biss full employment imma għandna nkunu f'pożizzjoni fejn inħeġġu dawk kollha li jridu jaħdmu biex inkabbru l-qasam industrijali u kummerċjali u biex ngħinu lill-pajjiż biex isolvi l- problemi strutturali u finanzjarji li għandu.", "Jien m'għandix dubju li bi sforz enormi nistgħu inkabbru l-ekonomija ta' dan il-pajjiż ħafna iktar milli hi.", "Illum niftaħru li għandna 144,000 ruħ li jaħdmu.", "Naħseb li dan in-numru nistgħu intellgħuh għal 200,000.", "Dan in-numru jista' jitla' billi nerġgħu naraw kif nattiraw l-industrija.", "Hemm metodi innovattivi kif aħna nistgħu inkabbru l-qasam ekonomiku fis-servizzi u hemm potenzjal enormi f'pajjiżna għal dan.", "Jiena ngħid li qasam li għandu jikkontribwixxi bi sħiħ huwa l- micro enterprises.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq SMEs.", "L-intrapriża tinkludi fiha industrija u servizz.", "Dan ma tfissirx li jkollna pajjiż mimli tillara, mastrudaxxi u nies tas-snajja' biss.", "Dawk huma bżonnjużi imma ma rridux naraw żvilupp f'dak il-qasam biss.", "Aħna rridu nipprovdu l-għajnuna biex nirristrutturaw il-qasam tas-servizzi li għandna f'pajjiżna.", "L-espansjoni trid tkun fl-industriji u fis-servizzi li jagħtu prodott li jissarraf u mhux biss li jipprovdi impjieg.", "Dan irid iħalli valur miżjud u jekk hu possibbli jagħti anke spinta fil-proċess esportattiv.", "Napuljun kien isejjaħ lill-Ingliżi pajjiż tax-shopkeepers.", "Aħan ma rridux inkunu pajjiż ta' mastrudaxxi u tillara anke jekk dawn huma bżonnjużi u importanti.", "Dak il-qasam huwa sfruttat u kważi kważi m'hawnx iktar post għal iktar nies fih.", "Hawnhekk se nikkritika lill-gvern talli ma kienx innovattiv u ma użax l-għodda li sab lesta biex jiżviluppa l- industrija u l-intrapriża ż-żgħira kif kellha tiġi żviluppata.", "Se nirriferi għall-IPSE.", "Meta sirt ministru għamilt l-istruttura għall- istituzzjoni biex tgħin l-industrija ż-żgħira.", "Fi żmien qasir lestejniha u bdejna niżviluppawha.", "Minflok ġiet żviluppata tilfet it-triq u ma tafx fejn hi.", "Iż-żgħir għandu bżonn ċerta għajnuna li l-kbir m'għandux bżonn.", "Iż- żgħir għandu bżonn one-stop-shop u dan kien qed jiġi mħejji biex isir parti minn organizzazzjoni oħra magħrufa bħala Malta enterprise.", "L-iskop tal- Malta enterprise kien biex jevita dupplikazzjoni u biex ikun iktar effiċjenti imma jien ngħid li jridu jgħaddu mill-inqas ħames snin biex dan jiżviluppa sew ir-rwol tiegħu u jien għalhekk għedt li l-gvern m'użax l- għodda li sab.", "Dan sab istituzzjoni lesta li kienet qed tiżviluppa u li kienet partnership bejn il-gvern u l-industrija, jiġifieri l-FOI, il-Kamra tal-Kummerċ u eventwalment il-GRTU.", "L-idea kienet li flimkien jiżviluppaw b'mod modern u effiċjenti dak li għandna li jikkonsisti ħafna drabi mit-tip ta' xogħol li semmejt.", "Dan it-tip ta' xogħol jiġi organizzat u l-IPSE kellha tkun dik li torganizza dan il-qasam.", "Biex tagħmel dan l-ewwel trid torganizzah strutturalment u tipprovdi postijiet fejn isir ix-xogħol.", "Nistaqsi tqassmux iktar postijiet għall-industirja ż-żgħira barra dawk li qassamt jiena erba' snin ilu.", "Ir-risposta hija le.", "Irrid nistaqsi wkoll x'ġara mill-housing estate ta' Ħal-Luqa.", "Kien hemm xi 20 li ffirmaw il- kuntratt li tajnihom aħna u li bnew huma stess, sar xi ftit xogħol f'erba' toroq u llum hemm telqa kbira.", "Dan il-post jagħmel għajb lil-pajjiżna minkejja l-fatt li sar infieq kapitali minn ħafna nies li wrew b'mod ċar li għax ingħataw l-art investew.", "Irrid nistaqsi x'ġara minn dawk il-postijiet kollha li ngħataw lejn Birżebbuġa, Iż-Żurrieq, il-Qrendi, Ħal Kirkop u oħrajn.", "Aħna tajna numru fuq il-100 post fl-estate ta' Ħal Far.", "Issa jekk dak il-qasam li tajna ried jintuża għal ħaġa oħra seta' nstab post ieħor Ħal Far.", "Dawn kellhom il-letter of intent u rrid nistaqsi ingħatawx il- kuntratti.", "Dawn kienu erba' snin moħlija meta l-gvern kellu jistimola l- ekonomiija interna speċjalment dik li għandha x'taqsam mal-kostruzzjoni.", "Jekk hemm 20 intrapriża telgħin ikun hemm xogħol ta' plumbing, elettriku u ġebel.", "Irrid nistaqsi x'ġara f'Għawdex fejn konna qed nagħmlu post fejn jinġabar kollox u fejn wieħed isib kollox.", "Kieku ma komplewx ta' Dbiegi fejn konna għamilna crafts village bħala pilot project kien ikun hemm abbandun sħiħ.", "Dak li suppost kien lest sentejn ilu f' Ta' Qali mhux talli ma tlestiex talli wieħed jistħi jħares lejh.", "Ma nistgħux nitkellmu favur l- SMEs meta l-aktar affarijiet bażiċi li ma jiswewx flus ma sarux.", "Hawn ġew jingħad ħafna paroli u bil-paroli biss ma nimxux.", "Qed ngħidu li aħna favur dawn in-negozji u li hi l-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-parlament li qed nitkellmu fuq iċ-charter meta fil-prattika ma nagħmlu xejn.", "Mhux biżżejjed nagħmlu korsijiet ta' plumbers u mastrudaxxi.", "Dan hu tajjeb imma m'hemmx xogħol għalihom Ix-xogħol irridu niżviluppawh fl- oqsma li se jagħtu futur.", "Jekk il-gvern mhux kapaċi jagħmel dan ma nafx fejn sejrin.", "Jien ma nistax nemmen li affarijiet sempliċi bħal dawn ma ġewx żviluppati.", "L-ewwel inneħħu x-xogħol mill-ibliet biex ma jkollniex storbju imbagħad ma nagħmlu xejn fuq l-ambjent.", "Dan ma kien se jiswa xejn għall-gvern ħlief ftit infrastruttura ta' toroq, elettriku, telephones u organizzazzjoni.", "F'Ta' Qali, Ħal Far, Ħal-Luqa u Għawdex kienu se jibnu huma.", "Irrid nistaqsi x'ġara minn dawn l-ideat.", "Jien xtaqt li jkun hemm mas-seba' postijiet biex in-nies ma joħorġux 'il barra minn fejn tradizzjonalment jagħmlu s-sengħa tagħhom fir-Rabat u allura kont immur l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Qaluli li tista' tiġi żviluppata l-bypass fejn illum hemm showrooms u l-plots jinbiegħu bi Lm80,000 kull waħda.", "Hekk riedet tgħini l- awtorita' dak iż-żmien.", "Meta għedtilhom jidentifikawli barrieri qaluli li kien hemm waħda l-Mellieħa li ma kenitx użata aktar.", "Kien hemm min diġa' ħa l-inizjattiva biex jibda jibni fil-barrieri.", "Kien hemm min diġa' ħa l- inizjattiva biex jibni incubation unit f'barrieri u l-awtorita' ta' l- ippjanar irrifjutatlu l-permess minflok inkoraġġietu.", "Il-privat ried jagħmel postijiet għal dawn l-affarijiet f'barriera 'l bogħod mill-abitanti u ma naħsibx li dawn kienu se jgħarrqu l-ambjent.", "Dawn setgħu jagħmlu ċertu embellishment u l-awtorita' xorta ma tatx permess.", "L-id tal-lemin ma tafx x'qed tagħmel l-id xellugija.", "Wara dan niġu nitkellmu favur l-SMEs.", "Wieħed iċempel lill-IPSE biex jara għaliex biċċa mqarreb għadu hemm bil-ħmieġ u mhux qed jintuża' u jgħidulu li ma jafux jekk jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-MDC jew tagħhom.", "Wara dan immorru għall-incubation unit.", "Kien hemm idea li ħadniha minn dak li kien qed jiġri fil-qasam industrijali fin-nofs ta' l-Ingilterra.", "Morna u rajna kif il-fabbriki l-kbar tal-faħam f'Birmingham ġew imċekkna u għamluhom aktar attrezzati għall-industrija tas- servizzi teknoloġiċi.", "Aħna qbadna fabbrika kbira li kienet Kordin u bdejna x-xogħol biex noħorġu numru sostanzjali ta' fabbriki żgħar minnha li seta' jkollhom segretarji u receptionist komuni biex ma jonfqux flus żejda.", "U x'ġara minnha din?", "L-aħħar darba smajna li hemmhekk sejjer id-direttorat tal-metroloġija.", "Hemmhekk kien hemm post biex min irid jiżviluppa xi qasam - speċjalment innovattiv ikun jista' u jekk imur tajjeb imbagħad jiżviluppa bini aktar attrezzat skond il-kobor li jrid ikabbar.", "Għallinqas kien hemm bidu.", "L-industrija ż-żgħira trid tinqasam bejn l-industrija li tipproduċi lokalment u l-industrija li tipproduċi domestikament.", "Hawnhekk għandu jkun hemm l-idea li wieħed jiżviluppa fl-esportazzjoni bil-mod il-mod.", "Hemm ukoll il-qasam tas-servizzi.", "Hawn għandna spazju fejn nistgħu inkabbru l- ekonomija speċjalment fl-iżvilupp tas-servizz tad-DAC offices.", "Meta kont ministru kellna domanda akbar milli stajna nagħtu għas-servizz ta' DAC offices.", "Konna morna għand min għandu l-fabbriki u naqqasnilu l-kera biex jagħtina lura l-qasam ta' l-amministrazzjoni.", "Fl-antik il-fabbriki kienu jagħmlu administration blocks kbar u bdejna nieħduhom lura u nikkruhom bis- Lm16-il metru kwadru meta l-fabbrika konna nikruha b'Lm2.", "Dawn ma kellniex fejn inpoġġuhom u għalhekk ġejna bl-idea ta' l-incubation unit ukoll.", "Jidher li l-ħeġġa industrijali ma kenitx hemm.", "Aħna ma rridux naraw biss mastrudaxxi, tal-laħam u panel beaters.", "Dawk jiżviluppaw kważi waħedhom.", "Is- setturi li rridu naraw jiżviluppaw huma aktar kreattivi u nnovattivi minn dawn is-snajja tradizzjonali.", "Li għandna nagħmlu hu li nerġgħu inqajjmu s- snajjiet u l-cottage industries b'għajnuna diretta.", "Hawn qed nirreferi għal snajja bħall-artiġġanat tal-fidda u oħrajn.", "Lil dawn mhux loans u grants għandna bżonn nagħtuhom iżda nibagħtuhom barra minn Malta.", "Affarijiet bħal dawn jixtruhom it-turisti u jkunu qishom ġew esportati.", "Illum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn m'hawnx min jagħmel gandlier tal-fidda meta l-fidda Maltija hija waħda mill-isbaħ fided li hawn fl-Ewropa u ġġib ħafna flus meta tmur barra minn pajjiżna.", "L-artiġġanat Malti huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar fin li kien hawn fl-Ewropa.", "Jien naf x'qed ngħid.", "Għandna ħafna bordijiet tal-craftsmen, istituzzjonijiet u affarijiet bħal dawn u meta niġu biex nieħdu deċiżjonijiet kbar u ta' ċerta importanza ikollna ħafna paroli u riżultati fjakki.", "Dan l-aħħar bdejna nitkellmu fuq Sant'Iermu fil-gazzetti.", "Bdejna naraw id- diżastru sħiħ li hemm u saħansitra l-President ta' Malta għamel sew li ġibed l-attenzjoni tal-leġislatura u ta' l-eżekuttiv.", "Sant'Iermu huwa ġawhra u ma jistax ikun li nittrattawh hekk.", "Jekk wieħed irid jagħmel crafts village hemm il-post lest ħdejn il-cruise terminal u t-turisti jistgħu jimxuha.", "Jista' jsir embellishment sħiħ u hemm post fejn jistgħu jittieħdu l-bottegini u jiġu żviluppat.", "Dan jista' jagħmlu l-privat u l- gvern ma jħallas xejn.", "F'dan il-pajjiż qisna xxottajna mill-ideat u minn dak li hu bażiku.", "Meta mort l-Uruguay mort nara ħabs turistiku.", "Kellhom ħabs f'nofs gżira u fiċ- ċellel għamlu crafts village fejn wieħed jista' jmur u jixtri l-artiġġanat tagħhom.", "Il-vapuri li jieħdu t-turisti hemmhekk kienu jkunu mimlija.", "Dan apparti li wieħed jikkrea ħafna impiegi.", "Biex nagħti eżempju Sant'Iermu jista' jiġi żviluppat f'post turistiku mingħajr ma tintmess l-arkitettura tiegħu.", "F'daqqa waħda minn ħaġa li tiswiena miljuni kbar ikollna xi ħaġa żviluppata.", "Jekk irridu niżviluppaw l-ismall and medium enterprises id- dungeons li għandna fis-swar huma tajbin.", "F'Dubrovnic fl-1976 diġa' kienu żviluppaw is-swar interni tagħhom għat- turiżmu.", "Hemmhekk hemm night clubs u diskoteki għax mhux fl-abitat.", "Biex niżviluppaw l-intrapriża rridu naraw x'għandna u nużawh għall-massimu biex inħajjru lill- kummerċant.", "Aħna rnexxielna naslu u nissopravvivu għax aħna nies beżlin.", "Mix-xejn aħna noħolqu l-ġid imma f'daqqa waħda qisna xxottajna mill-ideat.", "Il-Malti kien wieħed mill-iktar negozjanti għaqlin li jeżistu fil-Mediterran.", "Kieku m'għandniex l-istandard of living li għandna, kieku l-pajjiż ma ġiex żviluppat.", "Il-kummerċ qiegħed fid-demm tagħna minn żmien il-feniċi.", "L-industrija m'hijiex fid-demm tagħna.", "L- industrijalisti Maltin ngħodduhom fuq subgħajna imma l-kummerċ u l- intrapriża ż-żgħira twelidna biha fid-demm.", "Din nistgħu niżviluppawha billi nkunu kreattivi u nużaw il-potenzjal li għandna bil-limitazzjonijiet finanzjarji, ġeografiċi u ta' kapital li għandna.", "Il-problema hi li mhux qed nużaw l-enterprising u l-kreattivita' li għandna u dan irid jiġi sfruttat.", "Irridu noħolqu SMEs li huma ta' għotja pożittiva lill-pajjiż.", "Aħna ma rridux naraw pajjiż ta' mastrudaxxi biss imma l-iżvilupp irid isir f'oqsma differenti biex nikkreaw l-impjiegi li tant għandna bżonn.", "Irridu nużaw dak li għandna u niżviluppawh mhux biss noħolqu l-ġdid.", "Irridu noħolqu l-ġdid minn dak li għandna għaliex għandna limitazzjonijiet enormi quddiemna u jekk qed naħsbu li dan il-pajjiż jista' faċilment joħroġ mill- ħofra li għandu bil-kliem tal-politiċi jew b'xi sħubija jew partnership qed niżbaljaw.", "Jekk ma nkunux kreattivi u attivi u ma nużawx ir-riżorsi kollha tal-pajjiż kollu ma naslux għaliex il-problemi li għandna huma kbar wisq u l-ebda diskors m'hu se jgħatti l-verita' u r-realta'.", "Dan jgħattihom għal xi żmien imma eventwalment jiġrilna kif ġaralhom pajjiżi ħafna akbar minna u ngħerqu.", "Issa wasal il-mument tal-verita'.", "Hekk intqal.", "Aħna m'aħniex inqisu l-kwestjoni ta' l-Ewropa biss.", "Tant hawn xi jsir u tant għandna potenzjal u abilta' li niġġieldu kemm niġġieldu fuq l-Ewropa irridu nużaw dak li għandna u mhux qisna d-dinja waqfet minn mindu applikajna biex nidħlu fl-Ewropa.", "Dwar l-Ewropa jiddeċiedi l-poplu b'elezzjoni imma x-xogħol irridu nagħmluh xorta u aktar.", "Ħadd mhu se jġibilna l-platt sħun għax aħna rridu nsaħħnuh.", "Irridu nippruvaw nużaw l- intelliġenza sabiex dak li għandna nġiegħluh irendi.", "Dak li għandna qed jibki biex jiġi żviluppat u dan jiddependi minna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lis-Segretarju Parlamentari biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, qabel ma ngħaddi għall-kummenti tiegħi irrid nirringrazzja mill-qalb dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Kienu kollha interventi tajbin u f'waqthom u jien persważ li għenu biex dan id-dibattitu jilħaq l-għan u l-oġġettiv tiegħu.", "Huwa veru li kien hawn ukoll min staqsa għaliex nitkellmu.", "Kien hawn ukoll min qal li f'dan il-pajjiż għad m'għandniex politika imprenditorjali.", "Kien hawn min qal ukoll li f'dan il-pajjiż għadna m'aħniex ngħallmu l-entrepreneurship fl-universitajiet jew fl-iskejjel tagħna.", "Kollox huwa veru u se nieħu spunt minn dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Attard Montalto.", "Il-problemi tagħna huma kbar wisq, pero' dan huwa gvern li l- problemi ma jaħbihomx taħt it-tapit.", "Jien ma ġejtx hawnhekk biex niddiskutu xi ħaġa li hija, pero' li qegħdin nippruvaw nagħmlu l-aħjar biex insolvu dawn il-problemi li kif qal sewwa l-Onor.", "Attard Montalto huma kbar wisq.", "Ġejna hawnhekk għaliex kienet dejjem id-drawwa li dan il-parlament jiddiskuti l-kummerċ b'mod ġenerali jew jiddiskuti l-attivita' kummerċjali fiha nnifsha.", "L-attenzjoni tagħna din id-darba ma kenitx il-kummerċ biss imma l-individwu li qed joħloq il-kummerċ.", "Hawnhekk għandna bidla fil-mentalita'.", "Aħna tkellimna u bħala bażi tad- diskussjoni kellna dan il-European charter li irratifikajnih mhux għaliex xi ħadd ġiegħlna nirratifikawh u lanqas għaliex għandu xi marka ta' l- Unjoni Ewropea.", "Jien għedt mill-bidu u fid-diskors tiegħi meta ppreżentajt dan iċ-charter lill-President ta' Malta li aħna jaqblilna nimplimentaw dan iċ-charter għaliex huwa għall-ġid tagħna nfusna.", "Dan il-gvern hekk jemmen.", "Mr Speaker, smajna li m'għandniex politika imprenditorjali.", "Huwa veru li għad m'għandniex id-dokument pero' d-dokument waħdu m'huwa xejn.", "Ta' xejn nagħti ktieb lil min ma jafx jaqrah.", "Ta' xejn nagħtu dokument fuq il- politika ta' l-imprenditorjat ta' dan il-pajjiż meta għad m'hawnx mentalita'.", "Nagħtu d-dokument meta naraw li għandna l-aħjar ambjent possibbli biex jagħmel sens.", "Dan id-dibattitu f'dan il-parlament qed jagħmel sens f'din id-direzzjoni sabiex bħala pajjiż nimxu 'l quddiem.", "Kien hawn ministri u kien hawn nies min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tkellmu.", "Id-dibattitu fuq livell nazzjonali dwar l-implimentazzjoni ta' politika imprenditorjali għadu fil-bidu nett tiegħu.", "Nawgura li l-qofol tad- dibattiti li għad irid ikun hawn ikunu dwar kif se naraw li jkollna politika imprenditorjali li li permezz tagħha lil min qed jaħdem inqisuh bħala l-ikbar imsieħeb soċjali tagħna u mhux bħala dak li jista' jkun l- ewwel għadu tagħna.", "Artiklu miktub f'\"l-orizzont\" tad-29 ta' Ottubru jitkellem fuq id-delega tal-liċenzji fuq il-kunsilli lokali.", "Ma naqbilx fuq dan l-artiklu minħabba l-preġudizzju li kont qed insemmi fil-bidu u li b'din il-mentalita' għalxejn ikollna dokumenti fuq l-imprenditorija.", "Irid ikollna mentalita' li tifhem ir-raġunijiet tal-imprenditorija.", "Se nagħti eżempju u nikkwota.", "\"Ma' l-ewwel daqqa t'għajn wieħed jinduna li għal xi liċenzja bħal dik li tittratta l-monti, dawk il-persuni li huma direttament interessati, ċioe' l-bejjiegħa kienu kkonsultati.\".", "Irridn nistaqsi għaliex ikun hawn min jieħu għalih li huma kienu kkonsultati.", "Jien mhux qed nikkritika lil min qed jikteb personalment imma qed nagħti eżempju.", "Dan ikompli hekk:", "\"Bejjiegħ tal-Monti jiġi fil-kunsill, joħloq l-inkonvenjent lir- residenti tal-lokal, jieħu l-ħin ta' l-impjegati tal-kunsill kif ukoll ikun il-kaġun li l-kunsill jonfoq il-flus fuq gwardjani lokali biex ma jsirux abbużi għal dan kollu meta l-bejjiegħ ikun qed jaqla' l-flus u ma jħallas xejn.\".", "Qed ngħid dan għaliex min kiteb dan l-artiklu huwa awtorita' fi gvern lokali.", "Nixtieq personalment niltaqa' miegħu jew nagħmel appuntament.", "Dan mhux qed jagħraf x'qed tieħu l-komunita' mill-bejjiegħ tal-monti.", "Bħalma semmejt fil-bidu għad għandna servizzi f'dan il-pajjiż li ma jgħinux l- imprenditur.", "It-tieni linja għall-internet f'dar domestika tkun b'xejn u t- tieni linja f'negozju tqum aktar flus.", "Nixtieq li jien żbaljat imma rrid ngħid li dan hu ħażin.", "Arloġġ ta' l-Enemalta għall-kiri f'dar domestika għandha prezz u jekk dik id-dar domestika tkun casa bottega taqa' taħt attivita kummeċjali.", "Dawn kienu l-ideat li kien qed jitkellem fuqhom il- bieraħ l-Onor.", "Ministru tal-finanzi.", "Irridu nkunu kuraġġużi u nbiddlu.", "Forsi m'għandniex kuraġġ nagħmlu dawn it-tibdiliet fil-budget li ġej imma xi darba jridu jsiru.", "Meta konna fil-gvern kienu għajjruna gvern tat-taxxi.", "Kellu raġun l-Onor.", "Cilia meta qal li x'tagħmel l-IPSE ħadd ma jaf.", "It-tajjeb tagħna ma ngħiduhx, pero' jgħidu ħaddieħor għalina.", "Il-permess għall-użu ta' vetturi kummerċjali kien ta' Lm10.", "Illum sar Lm1.", "Issa qed nikkwota minn artiklu f'\"l-orizzont\" li jgħid hekk:", "\"Is-sabiħa hi li l-liġi daħlet b'effett retroattiv u dawk il-kunsilli li laħqu ħadu l-Lm10 kellhom jirrifondu lura d-Lm9, u dawk li għamlu użu mill-krejnijiet matul dak il-perijodu ...\".", "Hawnhekk naqqasna t-taxxi.", "Qabel kien hemm liċenzja li jekk wieħed juża' crane jew vettura fit-triq iħallas Lm10.", "Aħna ġibnieha Lm1 u qegħdin naqilgħu il-kundanna mill-istess nies li jgħajjruna li aħna nagħmlu t- taxxi.", "Ir-raġunar hu li l-imprenditur qed jagħmel il-flus u allura rridu neħdulu iżjed għaliex dan qed jagħmel il-flus.", "Li mhux qed naraw hu li dan qed jagħmlilna pjaċir għax qed iħaddem lilu nnifsu u qed iħaddmilna n-nies.", "Għandna naslu li jkollna d-dokument tal-politika imprenditorjali.", "Nixtieq li f'dan il-ħin fuq il-mejda tal-Kamra npoġġi b'sodisfazzjon, pjan ta' ħidma tas-segretarjat tiegħi fi ħdan il-ministeru tas-servizzi ekonomiċi għas-sena 2003 kollha.", "Is-sena li għaddiet aħna kellna l-pjan ta' ħidma għan-negozji sostenibbli u konna diġa' qegħdin nitkellmu fuq aktar għarfien tal-politika imprenditorjali.", "Din id-darba qed nitkellmu fuq l- implimentazzjoni tal-politika imprenditorjali l-individwu fin-negozju jkun prijorita`.", "Mr Speaker, jien se nitkellem fuq x'se nagħmlu u fuq x'qalulna li m'aħniex nagħmlu.", "Dan il-programm ta' ħidma qiegħed innediħ hawnhekk fuq kważi dak kollu li kelli ppreparat għal dawn l-aħħar ftit minuti.", "Dan hu programm ta' ħidma b'54 inizjattiva li se nkunu qegħdin naħdmu fuqhom.", "Irridu nkomplu nsaħħu l-organizzazzjoni tal-ħidma ta' l-ismall business and clubs unit.", "Dak li ħallieli l-gvern ta' qabli kienet kaxxa files u strutturi ma sibna xejn.", "F'din il-kaxxa kien hemm dokumenti dwar one-stop-shop - info service to self-employed.", "Kien hemm il-ħsieb li jsir xi ħaġa fid-dipartiment tal- gvern skond dan il-file u allura rrid nistaqsi għalfejn l-Onor.", "Cilia qal li kienu se jagħmlu xi ħaġa totalment separata mid-dipartiment tal-gvern u għalfejn ġew jgħidulna li aħna se nżarmaw l-IPSE.", "L-uffiċċju ta' l-ismall business unit f'Għawdex se jikkonsolida dak li qed nagħmlu f'Malta u f'Għawdex.", "Qed inwaqqfu l-ismall business unit f'Għawdex li diġa' qiegħed jaħdem imma rridu nkomplu naraw kif nistgħu ntejbu u nibqgħu ntejbu l-ħin kollu dak li aħna qegħdin nagħmlu u kif inkomplu norganizzaw l-eżerċizzju tal-konsultazzjoni mas-settur kummerċjali.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll l-SBU.", "Jekk xi ħadd jiġi biex jiret lili se jsib l-istrutturi biex jaħdem.", "Aħna għamilna l-ewwel sentejn biex ippjanajna l-istrutturi u r-riformi li kellna nagħmlu.", "Fit-tielet sena bdejna npoġġuhom fis-seħħ u fir-raba' sena bdejna nilleġislaw.", "Issa deħlin għal ħames sena. llum għandna riforma sħiħa f'dawk id-dipartimenti li qabel kienu kważi kontra n-negozju għax kienu hemm biex jikkontrollaw.", "Dawn kien għadhom bil-mentalita' u bit-terms of reference ta' żmien is-soċjaliżmu f'Malta.", "Illum l-istess nies – bil-mod il-mod – qed isiru favur in-negozju.", "Id-diviżjoni għall-kummerċ permezz tal-SBU s-sena li għaddiet organizzat laqgħa fejn ġejna f'kuntatt ma' 2,000 ruħ.", "Hemm it-trading licence unit li nispera li sa din is-sena' nkunu bdejna għax naħseb li nistgħu intellgħu mad-900 liċenzja tan-negozju.", "Hemm ukoll outreach unit biex immorru nitkellmu mas-self-employed.", "Permezz ta' dan nintroduċuhom mas-servizzi tagħna.", "Hemm ukoll l-intellectual property office li ftit li xejn nitkellmu dwaru.", "Id-dipartiment qed jaħdem il-ħin kollu fuq it-trademarks u l- patents.", "Kellna wkoll il-qofol ta' l-SBU.", "Id-diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar li għadu kemm tkellem dwarhom l-Onor.", "Attard Montalto saru biex aħna npoġġu fis-suq 200 tomna.", "Irrid ngħid lill-Onor.", "Montalto u l- oppożizzjoni li spiċċa ż-żmien li l-gvern joqgħod iqassam b'ċens artijiet li huwa għandu għaliex il-gvern ma baqalux art disponibbli biex iqassam.", "Madankollu se naraw li fis-suq ikollna biżżejjed art li tissodisfa d- domanda.", "Kien hemm żmien fejn anke għal televiżjoni tal-kulur jew telefon wieħed kellu jmur għand il-ministru.", "Illum ħadd ma jmur għand il-ministru għax kull ma wieħed irid isibu fis-suq.", "Irid jispiċċa dak iż-żmien fejn wieħed imur għand l-IPSE biex jinqeda għall-art.", "Wieħed jista' jikri bil- prezz ta' pakkett sigaretti kuljum.", "Is-suq hu mifqugħ b'tali mod li ma jistax jgħolli rasu u bl-iskarsezza jitla' l-prezz.", "Fuq Ħal Luqa ħdimna flimkien ma' l-ismall business unit, l-IPSE u l-MDC.", "Il- problema hemmhekk hi li xi ħadd irid jibni u xi ħadd irid joħroġ minn fejn irid jibni.", "Hemm problemi ta' toroq li lanqas trakk ma jista' jidħol fihom u jekk jidħol irid joħroġ b'lura.", "Allaħares ikun container.", "Ta' Qali għadu ma sarx għaliex il-pjanta li ħalliet l-oppożizzjoni ma kenitx intgħoġbot min-nies li jaħdmu hemmhekk.", "Illum qed nikkonsultaw u nitkellmu ma' dawk li jaħdmu hemm wieħed wieħed u kull wieħed minnhom iġib il-mara wkoll.", "Id-diskussjoni tiġi doppja.", "Hawn ikollna niddiskutu ma' 80 koppja. llum applikajna f'isimhom għand il-MEPA għall-permess ta' żvilupp.", "Dawn se jiffrankaw bejniethom id-DPF - development planning fee.", "Hawnhekk għandna xi Lm80,000 pjanta ta' villaġġ komplet.", "Dawn iffrankaw ukoll il-periti għax il-pjanta għamilnihilom aħna.", "Jonqosna nagħmlu l-kuntratt biex kif joħroġ il-permess jibda jinbena.", "Min hu kapaċi u jiflaħ jieħu ċ-ċens se jieħu ċ- ċens u jħallas għall-ispiża tal-binja tiegħu u min mhux kapaċi se nibnulu u se jkollu sabiħ daqs min se jibni hu.", "Fil-Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż-Żebbuġ infaqna Lm1.5 miljun bis-saħħa ta' konsultazzjoni li għamel l-ismall business unit u l-kunsill ta' l- artiġġjanat biex aħna nkunu qegħdin ngħinu.", "Se nkomplu ngħinu biex f'postijiet oħrajn inkunu nistgħu insolvu l-problemi ta' spazju.", "L-intellectual property office li ftit li xejn nitkellmu dwaru, pero' huwa dipartiment li qed jaħdem il-ħin kollu fuq it-trademarks u l-patents.", "L- istess kienu l-qofol, l-SBU, minn jafha din, minn fejn oriġinat l-idea, d- diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għadu kemm tkellem dwarh l-Onor.", "Attard Montalto, biex aħna se npoġġu fis-suq 200 tomna.", "Spiċċa Onor. Montalto u sinjuri min-naħa ta' l-oppożizzjoni dak iż-żmien li l- gvern joqgħod iqassam il-65 sena ċens artijiet li hu għandu, għax il-gvern ma ma baqagħlux art disponibbli biex iqassamha għal 65 sena ċens.", "Pero` se naraw li fis-suq se jkollna biżżejjed art li tissodisfa d-domanda.", "Darba anke għal television tal-kulur jew għal telephone kont trid tmur għand Ministru, illum ħadd ma jiġi għand ministru għal television tal- kulur, għax llum ma jeżistux oħrajn, llum tmur tinqeda mis-suq.", "U jrid jispiċċa dak iż-żmien fejn tmur għan l-IPSE biex inti tinqeda għall-art.", "Bi prezz irħis tista' tikri, bi prezz ta' pakkett sigaretti kuljum għad issib fejn tikri.", "U s-suq naraw li jkun mifqugħ b'tali mod li ma jistax jgħolli rasu bl-iskarzezza jitla' l-press.", "Hal-Luqa l-problemi għaliex għadha mhix lesta, u ħdimna flimkien ma' l- small business unit, l-IPSE u l-MDC, l-mod kif ġew imqassma u ppjanata musical chairs.", "Xi ħadd irid jibni, xi ħadd irid joħroġ minn fejn irid jibni u llum għandna problemi ta' toroq li lanqas trakk ma jista' jidħol fihom, għax irid jerġa' jdur lura bir-reverse.", "Allaħares ikun container.", "Ta' Qali iva għalhekk għadu ma sarx għax il-pjanta li ħallew in-naħa ta' l- oppożizzjoni ma kentix ingħoġbot min-nies ta' Ta' Qali li jaħdmu hemmhekk.", "U llum għall-grazzja t'Alla wara ħafna żmien, għax trid tiddiskuti ma' kull wieħed li hemm u kull wieħed li hemm jekk iġġib il-mara tiegħu trid terġa' tiddiskuti d-doppju li ddiskutejt mar-raġel.", "U trid tiddiskuti ma' 80 koppja u ma tistax tiddiskuti ma' xi ħadd.", "Xi kultant lill-Onor.", "Gonzi kont ngħidlu: eħfef tiddiskuti mad-Dockyard imma wasalna.", "U llum applikajna f'isimhom lill-MEPA għall-permezz ta' żvilupp, se jiffrankaw bejniethom d-dpf, ħadd m'hu se jħallas dpf, development planning fee.", "Xi Lm80,000 pjanta ta' vilaġġ komplet.", "Iffrankaw ukoll - perit hawnhekk ma jeħux pjaċir - bejniethom l-fees li setgħu ħallsu lill-periti, għax il- pjanta għamilnihielhom aħna.", "Jonqosna noħorġu għall-kuntratt biex kif joħroġ il-permess il-post jibda jinbena.", "U min kapaċai u jiflaħ jieħu ċ- ċens se jieħu ċ-ċens u jħallas għall-ispiża tal-binja tiegħu u min mhux kapaċi se nibnulu.", "U se jkollu sabiħ daqs min se jibni hu.", "Il-Handaq, l-Imrieħel u Haz-Zebbug, Lm150,000 kolha bis-saħħa ta' konsultazzjoni li għamlet l-small business unit u l-kunsill ta' l-artiġjanat biex aħna nkunu qegħdin ngħinnu u se nkomplu ngħinnu biex f'postijiet oħrajn nkunu nistgħu nsolvu l-problemi ta' min qed jaħdem għal rasu.", "Jien kont ngħid li għandna żoni industrjali minsija għaliex ma kienu ta' ħadd.", "Nitlobhom imorru l- Ħandaq u l-Imrieħel.", "Ftit qabel l-elezzjoni marrru u waddbu żewġ trakkijiet tarmak.", "L-oppożizzjoni għandha l-wiċċ titkellem fuq iż-żmien ta' qabel l- elezzjoni.", "Għandu jistħi min ta bla ma jaf lil min u kif letter of intent ta' 65 sena ċens.", "Kulħadd tħawwad għaliex f'Ħal Far kien hemm pjanti fejn lanqas container ma seta' jieqaf ħdejn bieb għaliex kien bieb ta' garaxx domestiku u mhux ta' post industrijali.", "Wara qalulna li hemmhekk mhux tajjeb għal dan ix-xogħol.", "Liċenzja tan-negozju kienet toħroġ hekk:", "\"Provided that no machinery of any sort whether electrically or mechanically driven by use or kept in their set shop without the requisite subsidiary police licence.\".", "Sa April li għadda hekk kienu l-affarijiet tal-liċenzji.", "Il-każ tal-Lm1 kien veru imma kien hawn ħafna negozji li ma kienux japplikaw għal-liċenzja u kienu jaħdmu bl-ekonomija s-sewda għax kienu jafu li ma kellhomx ċans jieħdu liċenzja.", "Din neħħejniha u llum qed nawguraw il-fiera tal- makkinarju.", "Dan hu sodisfazzjoni kbir.", "Dawn huma kollha affarijiet li min qiegħed fid-dlam ma jarax li jsiru.", "Fil-liċenzja kien hemm hekk ukoll:", "\"This licence is issued under the condition that any conviction against the licensee for any breach in the price control regulations may result in the suspension or cancellation of the licence.\".", "Spiċċa dak iż-żmien li l-kummissarju tal-pulizija jikkanċella liċenzja.", "Il- liċenzja tista' tiġi biss ikkanċellata b'ordni tal-qorti.", "Din fiha valur u minn hawn irrid nirringrazzja lill-GRTU għaliex b'konsultazzjoni sibna, smajna, fhimna u mplimentajna suġġeriment li tawna huma.", "Il-liċenzji tat- TAU għandhom valur.", "L-organizazzjoni tas-swieq sempliċi ta' dawk li ngħidulhom bejjiegħa tal- monti.", "Għandi l-file hawn - għax ħsibt li għandi xi sagħtejn nitkellem - ta' x'writ, taf kif kienu jitkellmu ma' tal-monti dawn, xi disa' uffiċjali kollha mid-dipartimenti differenti tal-gvern, xi erba' pulizija dejjem fuq il-bord u l-president biss ta' l-assoċjazzjoni tal-monti kien ikun preżenti.", "X'ma nneħħix kumitat bħal dak!", "U għamilna kollox mingħajr dak il-kumitat.", "Imbagħad konna niltaqgħu jien u xi ħadd mill-uffiċċju tiegħi u min kien fl-assoċjazzjoni ġġibu kemm irridu ħalli nitkellmu.", "Mr Speaker, bil-kuraġġ jien ngħid li ħdimna, n-nies fin-negozju jafu kemm dan il-partit ħadem, b'wiċċi minn quddiem jien wasalt li nagħmlu dawn l- erba' seduti.", "Erba' seduti li jrid jagħmlu differenza, l-European charter, veru li l-Onor.", "Cilia qal tista' tkun fil-partnership u taħdmu, tista' tkun fi sħubija sħiħa u taħdmu pero' li ma qalx l-Onor.", "Cilia kien li jekk inti tkun fis-sħubija sħiħa inti jkollok użu minn dak li qed jissejjaħ l-annual programe for enterprise and enterpreneurship.", "Li jekk inti ma tkunx fi sħubija sħiħa jew inkella kif aħna qegħdin nitqiesu mhux biss bħala pajjiż applikant pero' pajjiż li proċessa sewwa l-applikazzjoni tiegħu u allura aħna se nkunu kapaċi nieħdu sehem fi programm li jagħmel disponibbli, 'l fuq minn Euro400 miljun.", "Kellna wkoll min kien qed jgħid, l-Onor.", "Cilia, li rridu nagħmlu sinerġija bejn l-IPSE, l-MDC, l-METCO, allura x'fiha ħażin li l-Ministru Bonnici se jkun qed jidismantella dawn l-erba' organizzazzjonijiet kif inhuma indipendenti minn xulxin meta issa bdejna naraw il-mod ta' kif qed jaħdmu, hemm dupplikazzjoni, semmiha hu stess l- Onor. Montalto meta qal li id l-leminija ma tafx x'inhi tagħmel id ix- xellugija.", "Biex ineħħu dak id-difett li id l-lemnija ma tafx x'inhi tagħmel id ix-xellugija rridu nġibu id waħda.", "U tkun id waħda, tkun moħħ wieħed fejn iva jkun veru l-one stop shop, mhux min irid imur għal METCO hemm, għaż-żgħir hemm, għall-MDC hemm.", "Le, ma jistax ikun, qegħdin taqblu magħna mela.", "Żewġ kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni qegħdin jaqblu magħna.", "Jien irrid nikkonkludi li nagħraf li min hu self employed mhux kollox ward u zahar, għal min hu self-employed nagħraf li hawn min lanqas jibda l-ġurnata u hawn min sejjer tajjeb.", "Mhux kollox huwa perfett pero` jien nemmen li b'dak li qegħdin nagħmlu, bil-mod ta' kif qegħdin nittekiljaw il-problemi, mhux naħbuhom aħna se nkunu kapaċi nsibu soluzzjonijiet u aħna nkunu verament il-partit fil-gvern, l-gvern, din in- naħa li lis-self-employed f'Malta bil-ħażin kollu tagħna, jgħid jaqblilna b'dan il-gvern milli gvern li llum qiegħed fl-oppożizzjoni u ma nkunux nafu fejn qegħdin miegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 4 ta' Novembru, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Metroloġija – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, bħall-bieraħ 22 sena miet il-mibki ex-Prim Ministru u Kap tal-partit Nazzjonalista għal diversi snin, George Borġ Olivier.", "Meta ltaqa' l-parlament fit-3 ta' Novembru tal-1980, kien sar eloġju fuq George Borġ Olivier minn Dr. Joe Brincat, li dak iż-żmien kien il-leader of the house, u f'dan l-eloġju hu kien qal hekk:", "\"Dan jagħmel unur lil dan il-parlament, għaliex Dr Borg Olivier ma riedx li jħalli r-rieda li tawh il-votanti u ried illi jibqa' jirrapreżentahom anke bl-isforzi ta' ħajtu jonqsu, pero` ried illi dawk l-isforzi jibqa' jagħmilhom.\".", "Dan juri li George Borg Olivier kien bniedem dedikat, kien bniedem ta' dover, kien bniedem leali lejn dawk il-konstitwenti li tellgħuh f'dan il- parlament u li permezz tagħhom, ra l-glorja tiegħu kif issa se nispjega aktar 'il quddiem.", "Aktar minn hekk, Dr Joe Brincat kien iddeskriva lil Borg Olivier bħala gentleman.", "Fl-istess seduta, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Fenech Adami, kien qal hekk:", "\"Malta tilfet iben li kien dehen ta' din l-art ħelwa.", "Fl-istess ħin, il-poplu wera ruħu kburi li għal tant snin George Borg Olivier qeda dmiru lejn pajjiżu b'tant sagrifiċċju, b'tant dedikazzjonim b'tant onesta` u lealta`\"", "Dan kien l-akbar eżempju għalina lkoll, li qegħdin inservu warajh, għax aħna nafu s-sagrifiċċji, li kull wieħed u waħda minna flimkien mal-familji tagħna, nagħmlu għaliex aħna dedikati fix-xogħol parlamentari, fil-qadi tal- konstitwenti tagħna u fil-qadi tad-doveri tagħna lejn il-pajjiż.", "F'dik is- seduta, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami kien qal ukoll :", "\"Jien ċert li l-poplu tnikket għat-telfa ta' George Borg Olivier għax fih ra l-mewt ta' ġentlom, ta' ġentlom kbir u ta' patrijott, ġentlom li nixhduh aħna sħabu taż-żewġ naħat tal-Kamra\"", "Dawn kienu uħud mill-kliem li ntqalu f'dik is-seduta speċjali li kienet ġiet aġġornata b'sinjal ta' luttu u ta' rispett kbir lejn Dr. George Borg Olivier.", "Irrid nikkwota wkoll, Sur President, l-eloġju b'isem \"Raġel Ma' Art Twelidu\" li għamel il-professur Olivier Friġġieri - meta għamel id-diskors prinċipali fiċ-ċerimonja tal-kxif tal-monument ta' Dr George Borg Olivier f'misraħ Kastilja l-Belt fit-18 ta' Settembru 1989 – fejn fl-aħħar paragrafu hemm:", "\"U l-akbar raġel fil-ġens kollu hu, dak li jonfoħ fih in-nifs tal- fiduċja u jġorru miegħu 'l fuq biex ma jkunx anqas minn ħaddieħor u jkun daqs ħaddieħor u bħal ħaddieħor.", "Imbierek il-pajjiż li ma ħallihx kolonja mirfusa iżda bidlu f'nazzjon ħieles.", "Imbierek min għamilni ċittadin sħiħ, min tani l-jedd li nkun is-sid ta' pajjiżi, min niżżel bandiera li qatt ma kienet tiegħi biex itella dik li dejjem kienet tiegħi.", "Imbierek min weldu u mbierek il-qabar li jħaddnu.", "Imbierek min għamilni nies, imbierek min għolili rasi 'l fuq biex qatt iżjed ma nniżilha, imbierek min qalli, int Malti, m'intiex anqas mill-oħrajn kollha.", "Imbierek min għallimni naħseb ta' Malti u nimxi ta' Malti.", "Imbierek min emmen sakemm wasal, għalih jgħir kulħadd u bih jitkabbar kulħadd.", "Iż-żmien jonqos, ismu fil-qlub biex aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jgħix.", "Raġel kien miegħu nnifsu, raġel kien mal-poplu ta' art twelidu.", "Dan ir-raġel kien George Borg Olivier.\".", "Sur President, dan hu diskors li jqanqal, diskors ta' persuna li ra u għaraf sewwa lil George Borg Olivier, ra u għaraf li dan ħadem bla waqfien għal pajjiżna f'ċirkostanzi mill-aktar diffiċli li Malta għaddiet minnhom mill-gwerra 'l hawn.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix ċerta affarijiet li ġraw fi żmien George Borġ Olivier f'dan il-jum ta' tifkira – fejn anke ssemma f'xi gazzetti - u għada, f'Auberge D'Aragon, fejn għal tant żmien jaqdi d-doveri tiegħu għall-ġid tal-Maltin, l-Akkademja għall-Iżvilupp Demokratiku Malti sejra tagħmel kommemorazzjoni f'ismu u minn hawnhekk, nistieden lill-Maltin kollha, huma ta' liema partit huma, sabiex ikunu preżenti għal din il- kommemorazzjoni.", "Dr. George Borg Olivier kien bniedem ta' qlubija kbira li ma beżax mill- barrani, ħa l-isfidi li kellu bis-serjeta` u bil-kalma u dak li prova jġib f'isem il-poplu Malti, ġabu, għax Borg Olivier kien insistenti, persistenti u konsistenti fix-xogħol tiegħu.", "Se nibda nsemmi xi ġrajjiet rilevanti fil-ħajja ta' Borg Olivier.", "Nibda billi nsemmi meta Borg Olivier ġie mistieden għaċ-ċerimonja ta' l- inkoronazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II u għal dik l-okkazjoni, il-gvern Ingliż kien se jpoġġi żewġ bandieri għal Malta - il-ħamra u bajda u l-blu u bajda bl-arma ta' Malta fuq in-naħa li tperper - u kien ukoll se jpoġġi lill-Prim Ministru Malti mar-rappreżentanti tal-kommunitajiet kolonjali flok mal-Prim Ministri tal-pajjiżi l-oħra tal-Commonwealth imma Borg Olivier, ta' patrijott veru li kien, wieġeb li ma kienx se jaċċetta dan u jekk ma jiġix aċċettat dak li jrid hu, ma kienx se jkun hemm rappreżentanti tal-gvern għal din iċ-ċerimonja u lanqas – ara kemm kien determinat – ma kienu se jsiru festivities hawn Malta għal din l-okkazjoni.", "Meta ra dan kollu, l-gvern Ingliz baxxa rasu u poġġa lill-Prim Ministru ta' Malta mal-Prim Ministri tal-pajjiżi tal-Commonwealth u ħalla l-bandiera ħamra u bajda bħala l-unika bandiera tal-Maltin.", "Wara kollox, dik kienet bandiera li kienet ilha hemm qabel ma l-gvern Malti talab li jkollu l- protezzjoni tal-gvern Ingliz.", "Il-bandiera ħamra u bajda kienet il-bandiera li Borg Olivier ried li Malta jkollha u hekk għamel, meta fil-21 ta' Settembru 1964, niżżel il-bandiera Ingliża u poġġa l-bandiera ħamra u bajda kif dejjem xtaq hu u kif dejjem xtaq il-poplu Malti.", "Dun Karm fil-poezija tiegħu kien qal:", "\"Hekk irid narak jiena, bajda u ħamra.\".", "Se niġi issa għal avvenimenti importanti li ġraw fi żmien Borg Olivier.", "Borg Olivier dam bħala Kap tal-partit Nazzjonalista għal 41 sena, kien ħa post Nerik Mizzi – li kien miet in office - bħala Prim Ministru fl-1950 u se nikkwota x'kien qal Borg Olivier fuq il-kostituzzjoni li ried jagħtina l- gvern Ingliż:", "\"As a matter of fact, the Constitution which we are asked to work out is no better than the one we had a century ago.", "The imperial authorities, both in England and here, are pressing us to accept it as a fait accompli and that we must heartily refuse to do.", "We, who are used to a very different form of government ....\".", "Borg Olivier ma kienx aċċetta dik il-konstituzzjoni u kien strumentali sabiex il-gvern Ingliż biddel dik il-konstituzzjoni u jkollna waħda li tkun aċċettabli.", "Ma nistgħux ma nfakkrux dak il-mument storiku li Borg Olivier kien rappreżentant tal-kunsill tal-gvern flimkien ma' Ugo Mifsud, meta l- gvern Ingliż b'imponiment ta' liġi f'dan il-parlament, ried jitfa' n-nies Maltin 'il barra minn pajjiżna fi żmien il-gwerra.", "Borg Olivier kien qal hekk:", "\"The fact remains that the persons who have been detained and who are now threatened with deportation are those same persons whom the honourable lieutenant governor has told us on one occasion have been interned.", "Sir, we have seen what deportation means and is.", "In the European coast, deportation is nothing else but a commutation of the capital punishment and we are now threatening with deportation, people who have not committed a capital crime, people, who as far as we know, and as far as we have been told, have committed no crime at all. Is it a punishment that we want to inflict on the persons for whom this bill is intended?\"", "Borg Olivier kien l-uniku wieħed f'dak il-kunsill li vvota kontra dak il- maħmuġ bill li l-Gvern Ingliż ried jimponi biex jiddeportaw Maltin bħalna ġewwa l-Uganda.", "Sur President, kont qed naqra l-ktieb tal-Professur Pirotta u proprju meta jirrakonta din il-ġrajja, jġib paġna minn gazzetta - \"Il-Berqa\" jekk niftakar sew - fejn kienu ikkuljunaw lil George Borg Olivier u din kienet vera tal-mistħija.", "Dak iż-żmien, l-Allied Newspapers kienu aktar Ingliżi milli Maltin.", "Sur President, Borg Olivier kien dejjem lest biex jiddefendi d-dinjita` nazzjonali u biex jara li Malta tingħata dak li hu taha u naturalment, fil-ħidma tiegħu, għamel dak kollu li kien possibli sabiex Malta tieħu l-aħjar li tista'.", "Ma nistgħux ma niftakrux il-kwestjoni ta' meta l-gvern Ingliż ried jagħlaq it-Tarzna u Borg Olivier, bħala kap ta' l-oppożizzjoni, kien ta sehemu sabiex ipoġġi pressure fuq il-gvern Ingliż ħalli dawk l-eluf ta' Maltin li kienu se jitilfu xogħolhom, ma jitilfuhx.", "Borġ Olivier kien fehem id- disgrazzja li kienet se taqa' fuq Malta jekk il-gvern Ingliż ikeċċi iżjed min-nofs it-13,000 ħaddiem tat-Tarzna u sejjer nikkwota parti minn diskors ta' Borg Olivier, li kien indirizzat lejn l-Ispeaker ta' l-Assemblea Leġislattiva proprju fuq din il-kwestjoni:", "\"Sal-lum x'ħadna, Sur President?", "Illum m'għandniex messaġġi, dikjarazzjonijiet, press releases li jgħidu li mhux tassew li ttieħdet deċiżjoni fuq il-kwestjoni tal-dockyard.", "Aħna dan ma jinteressaniex.", "Aħna ma rridux messaġġi u telegrammi li jgħidulna li l-kwestjoni tad- dockyard għadha ma ġietx deċiża.", "Aħna li rridu hu li jiġi dikjarat li l-kwestjoni tad-dockyard ġiet deċiża b'mod ġust lejn Malta.\".", "Borg Olivier għamel kull ma kien possibbli, għalkemm kien fl-oppożizzjoni, u kien issekonda r-resoluzzjoni li għaddiet sabiex il-gvern Ingliż jerġa jaħsibha", "Sur President, ejja nfakkru meta l-gvern Ingliż ried jagħti s-sensji lil diversi Maltin li kien jaħdmu mas-servizzi Ingliżi u se naqra:", "\"Borg Olivier kien ipprova jikkonvinċi lill-Gvern Ingliż biex jagħti lil Malta l-għajnuna ekonomika li kienet tenħtieġ.", "Meta l-gvern Ingliż żamm iebes, Borg Olivier iddeċieda li kien wasal il-waqt li Malta tieħu d-destin tagħha f'idejja u għalhekk kien informa s- segretarju ta' l-Istat għall-kolonji li ried li tkun iffissata b'urġenza data għall-indipendenza ta' Malta u hekk informa lill- parlament.\".", "Sur President, nafu x'ġara f'dak iż-żmien, fuq din is-sitwazzjoni li kienet tolqot mill-viċin lil eluf ta' ħaddiema u l-familji tagħhom kif ukoll lill- poplu u l-ekonomija Nazzjonali.", "Kien jeħtieġ li l-pajjiż kollu jingħaqad biex jilqa' din l-isfida u dakinhar ukoll, ta' patrijott li kien, kien irnexxielu jagħqad il-Parlament Malti biex flimkien jiġġieldu id-deċiżjoni tal-gvern Ingliż.", "Fid-diskors tiegħu, Borg Olivier kien qal hekk:", "\"Jiena għalhekk nistieden lill-Onor.", "Membri tal-Kamra biex fl- interessi supremi ta' pajjiżna, jittrattaw din il-kwestjoni mingħajr ebda passjoni ta' politika partiġġana u biex nuru s-solidarjeta` tagħna, r-rappreżentanti tal-poplu kollu ta' dawn il-gzejjer, lejn il- ħaddiema u lejn in-nazzjon Malti, nipproponi r-resoluzzjoni li sejjer naqra:", "\"Hemm bżonn tkun prova quddiem id-dinja li l-Parlament Malti mhux beħsiebu joqgħod għall-impożizzjoni tal-politika egoista u arbitrarja tal-gvern Ingliż u jrid isemma leħnu biex l- Ingilterra ma tkomplix tuża dan il-poplu żgħir iżda qalbieni fejn u sakemm jaqbel lilha biss.\".", "Dan kien diskors patrijottiku ieħor li sar minn Borg Olivier, bniedem li kellu viżjoni kbira mhux biss għax ġab l-indipendenza ta' Malta u anke f'affarijiet oħra.", "Aħna ma kellna xejn f'dan il-pajjiż, la turiżmu u lanqas industriji imma Borg Olivier qal li l-poplu Malti jista' jasal fejn irid jasal sakemm aħna nkunu ndipendenti.", "Baqa' insistenti, persistenti u konsistenti u fl-aħħar ġab l-indipendenza.", "Nikkwota diskors ieħor ta' Borg Olivier :", "\"Diġa` nformajt lill-Kamra li l-gvern Malti fisser li fil-prinċipju jaqbel li Malta għandha tieħu sehem fil-Common Market u għalkemm għalina din il-kwestjoni għadha forsi ma toffrix problema immedjata, jiena ħassejt li anke fl-Ingilterra, kelli ngħid li hija l-intenzjoni tal-gvern tiegħi li javviċina lis-sitt pajjiżi tal-mercato comune biex isiru diskussjonijiet bl-iskop li jsir ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' Malta.", "Għalkemm ġejt irraportat li għedt li l-gvern Malti diġa` għamel domanda formali għad-dħul fis-suq komuni, dan għadu ma sarx.", "Li sar sal-lum hu, dak li l-Kamra taf bih u cioe`, l-kuntatti mal-pajjiżi interessati mill-Ministru ta' l-Iżvilupp Industrijali u Turiżmu fil- viżta li ftit xhur ilu għamel fi Brussels.", "Dan m'għandux jiftiehem li jnaqqas mill-konvinzjoni tiegħi u tal-gvern, li fix-xejra l-ġdida li qed tieħu l-Ewropa, li minna niffurmaw parti integrali, Malta ma tistax tibqa' barra.", "L-Ewropa qegħda b'suċċess tagħmel sforzi kbar biex tissaħħaħ politikament, kummerċjalment u soċjalment.", "Fil-proġress kbir li qed isir f'diversi partijiet tad-dinja, Malta ma tistax tibqa' lura milli taffronta anke din il-problema li bla dubju sejjer jippreżenta diffikultajiet mhux żgħar iżda li żgur jista' jiftaħ it- triq għall-futur tagħna b'vantaġġi kbar għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-poplu tagħna.\".", "Bħal ma kienet l-Indipendenza nspirata mill-antenati ta' Borg Olivier u saret realta` taħt Borg Olivier, kien Borg Olivier li nspira dawk li ġew warajh, li xi darba, Malta tissieħeb fl-UE u din il-profezija, jekk Alla jrid, se ssir realta` wkoll.", "Sejjer nikkwota parti oħra tad-diskors ta' Borg Olivier li juri l-viżjoni tiegħu:", "\"With the recent attainment of Independence, Malta regained her sovereignty of old, and one of the most ancient nations of Europe returned to take its place among the free countries of this continent.", "It is for this reason that I said, that coming to this institution, is in many ways, a home coming after a period of absence.", "Here we feel truly at home, joined with other members of the family who subscribed to the same basic concepts and philosophy and who are prepared to build on the native heritage of our Europe.\".", "Sur President, dawn hu diskorsi storiċi ta' bniedem li kellu viżjoni kbira, bniedem li għalkemm kien jiġi attakkat – anke bi kliem dispjegattiv għall- aħħar - baqa' kalm, ħafer lin-nies li kienu attakkawh u wasal fejn kellu jasal.", "Inkompli nikkwota:", "\"Whilst as a European country, sharing a common culture, history and way of life, we naturally gravitate towards Europe, our geographical position makes us aware of the importance of North Africa, which shares with six members of this council, a common sea and which has much to contribute to the welfare of the area.", "We therefore would think that this aspect of the European foreign policy could be given some more thought.\".", "Sur President, illum pajjiżna qiegħed lejlet pass importanti ieħor, dak li jista' jwassal biex Malta tidħol fl-UE u bħal ma rajna lil Sir Ugo Mifsud, lil Nerik Mizzi u lil George Borg Olivier, llum naraw lill-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, jġib fis-seħħ l-inspirazzjonijiet tal-predeċessuri tiegħu.", "Jiena ma nistax ma nespremix is-sodisfazzjon u l-pjaċir tiegħi li nifforma parti minn dan il-partit hekk kbir li ġab tant ġid f'pajjiżna u li qatt ma laq sieq il-barrani.", "Kien hemm okkażżjonijiet fejn George Borg Olivier ġie dahru mal-ħajt, u kien hemm Maltin u barranin li riedu jikkinsuh u jwaqqgħuh għaċ-ċajt imma dan kien bniedem kbir.", "Addiritura, l- idea tal-funeral statali ta' George Borg Olivier kien issuġġeriha l-Perit Mintoff, li għalkemm kien rival politiku ta' Borg Olivier, dan kien ra l- kobor ta' dan il-bniedem.", "Sur President, nawgura li din il-kommemorazzjoni tibqa' ssir kull sena, bħal ma l-partit Nazzjonalista jfakkar kull sena l-Indipendenza, li hi l- highlight ta' dak li għamel Borġ Olivier u għada pitgħada jekk Alla jrid, nkunu kburin li naraw il-Prim Ministru attwali tagħna, jdaħħal lil Malta fl- UE.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Novembru 2002 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AFM - KLANDESTINI", "35895.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-armata llum?", "Kemm huma nisa, irġiel u tfal u kemm ilhom hawn?", "Kemm minn dawn intbagħtu lura pajjiżhom din is-sena?", "Kemm qed jiswew lill-pajjiż kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fl-4 ta' Ottubru, il-forzi armati kellhom 343 immigrant taħt il-ħarsien tagħħom f' barracks militari.", "Dawn kienu jikkonsistu f'137 raġel, 101 nisa u 105 itfal.", "Uħud minn dawn ilhom f'Malta minn Marzu ta' din is-sena.", "Oħrajn waslu f'Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru.", "Huwa stmat li f'ikel, mediċini u bżonnijiet personali, kull immigrant qiegħed jiswa lill-armata s-somma ta' Lm9.85c0 fil-gimgħa, minbarra s-salarji tal-membri tal-forzi armati li jkollhom xogħol konness mal-klandestini kif ukoll spejjeż tat-transport u akkomodazzjoni.", "Rigward kemm immigranti ntbaghtu lura pajjiżhom, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "AFM – INĊIDENT TAT-TRAFFIKU", "35897.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Billi dan l- aħħar numru ta' suldati weġgħu fuq xogħol meta mezz ta' trasport ta' l- armata kien involut f'inċident tat-traffiku, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawn humiex inxurjati u jekk iva, kif inhuma inxurjati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bhal ħaddiema oħra mal-gvern, il-membri tal- forzi armati m'humiex assigurati taħt xi polza ta' assigurazzjoni.", "LIĊENZJI TA' L-INSIB", "35898.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid għaliex inżammu jew ġew għalissa iffriżati l-applikazzjonijiet għall-liċenzja ta' l-insib meta id- diskussjonijiet mal-UE fuq dan għadhom mhux finalizzati?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-diskussjonijiet ma` l-UE huma finalizzati.", "Ninsab infurmat li fil-preżent il-pulizija għandha 253 applikazzjoni għall- insib.", "AFM PATROLS - KLANDESTINI", "35899.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew interċettati opri tal-baħar li fuqhom kien hemm klandestini (immigranti) waqt patrols regolari tal-forzi armati din is- sena?", "Kemm saru interċetazzjonijiet wara rapporti minn persuni ċivili jew mill-pulizija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-bidu tas-sena sal-25 ta' Ottubru kien kemm 13-il każ fejn ġew interċettati opri tal-baħar li fuqhom kien hemm immigranti klandestini.", "Kien hemm żewġ interċettazzjonijiet li seħħew minn ajruplan tal-forzi armati ta' Malta li kien fuq patrol ta' rutina u minn helicopter tal-missjoni militari Taljana li kien fuq taħrig.", "L- interċettazzjonijiet l-oħra kollha seħħew wara rapporti minn persuni anonimi, sajjieda u persuni ohra li ndentifikaw ruħhom jew mat-turretta tal- palazz jew Malta Radio jew mal-pulizija.", "ETC – ĦADDIEMA 'l FUQ MINN 61 SENA", "35906.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm illum hawn persuni 'l fuq minn 61 sena li qed jaħdmu?", "Kemm minn dawn huma nisa u kemm irġiel?", "Kemm minn dawn huma impjegati u kemm self-employed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Mejju 2002 in-numru ta' ħaddiema jaħdmu full time 'il fuq minn 61 sena kien ta' 1,000 li minnhom 231 kienu nisa u 769 kienu rġiel.", "Mill-231 mara 130 kienu self-employed filwaqt li 101 kienu mpjegati; u mis-769 raġel 358 kienu self-employed filwaqt li 411 kienu mpjegati.", "MARSA SPORTS CLUB – TRACK TA' L-ATLETIKA", "36114.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l-atletika tal-Marsa u/jew xi faċilitajiet oħra, x'inhi l-proċedura?", "Kemm-il għaqda/team talbu li jużaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l- atletika fil-kumpless tal-Marsa wieħed għandu jikteb lid-dipartiment taż- żgħażagħ u sport għall-permess.", "Lista ta' skejjel li użaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Għal-lista ta' għaqdiet, nirriferi l- Onor. Membru għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36112.", "UNIVERSITA` - SMART CARD", "36129.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jistax il-bord li jamministra l-grants lill- istudenti universitarji jikkunsidrax t-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien warrab Lm40 mill-ismart card biex iħallas għall-ispejjeż tat-teżi u għalqulu l-kont qabel ħallas l- ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-avviż legali dwar l-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti jagħmilha ċara li dawn jitħallsu bejn ix-xhur ta' Ottubru u Ġunju.", "Jidher li f'dan il-każ, l-istudent imsemmi pprova jagħmel użu mill-card wara dan il-perijodu.", "Madanakollu l-Onor.", "Membru hu mitlub jinforma lill-istudent li għalih qed jirriferi, biex jagħmel kuntatt maċ-chairman tal-bord għall-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti, biex il-każ tiegħu jkun eżaminat mill-bord imsemmi.", "SKEJJEL – TIFLA B'DIŻABILITA`", "36130.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex it-tifla b'diżabilita` li isimha qed jintbagħat separatament tingħata l-għajnuna meħtieġa għall-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li nħatret supply kindergarten assistant ġdida biex tgħin lit-tifla msemmija fl-iskola primarja ta' tas-Sliema.", "Din bdiet ix-xogħol nhar it-Tnejn 14 ta' Ottubru, 2002.", "SKEJJEL TAL-GVERN - TIBDIL TA' UNIFORMI", "36198.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern - primarji u sekondarji - li biddlu l-uniformi tagħhom din is-sena?", "X'kienet ir-raġuni?", "Kemm swiet lill-ġenituri din il-bidla fl-uniformijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL INDIPENDENTI - GĦAJNUNA MILL-GVERN", "36199.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l-gvern ser iżid l-għajnuna li beda jagħti s-sena li għaddiet lil dawk il-ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom fl-iskejjel indipendenti?", "B'kemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja mhux regolata minn dan il-ministeru.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "36200.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'mekkaniżmu jeżisti biex jiġi kkontrollat l- assenteiżmu fl-iskejjel f'Malta u Għawdex?", "X'isir fejn jidħlu l-iskejjel tal-knisja u dawk privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Kapijiet ta' l-Iskejjel huma dejjem attenti għal dawk it-tfal li jkollhom tendenza li jfallu l-iskola.", "Kuljum, jinżammu attendenzi fir-reġistri ta' l-iskola.", "L-għalliema huma mgħallma jidentifikaw lil dawk it-tfal li jistgħu 'l quddiem jaqbdu dan in-nuqqas.", "Għalhekk, meta l-għalliema jsiru jafu bħal xi każijiet bħal dawn, jinfurmaw il-kapijiet ta' l-iskejjel tagħhom sabiex isiru interventi meħtieġa.", "Każijiet referuti għal għajnuna jgħaddu għand il-professjonijsti bħal education social workers, counsellors, u school psychologists tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Dawn is-servizzi jaraw x'inhuma l-kawżi li jistgħu jkollhom l-istudenti kemm fl-iskola u fid-dar tagħhom.", "Huma jiddentifikaw xi problemi oħra li jistgħu jkollhom li qegħdin iwasslu għall-assentejiżmu ta' l-istudenti.", "Il-kapijiet ta' l-iskejjel jirreferu wkoll każijiet ta' mard ta' studenti lill-ischool medical service.", "F'każijiet bħal dawn, tingħata għajnuna mis-servizzi mogħtija mis- sezzjonijiet tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni permezz ta' żjarat fl- iskejjel, żjarat fid-djar, laqgħat ma' tfal u mal-ġenituri, u counselling.", "Din il-ko-ordinament ta' servizzi flimkien ma' l-iskejjel hu mmirat biex iwasslu lil dawn l-istudenti jattendu l-iskola.", "Apparti dan ix-xogħol, il-kapijiet ta' l-iskejjel huma obbligati li kull xahar jirrapurtaw lis-sezzjoni ħidma soċjali fl-iskejjel lil dawk l- istudenti li jkunu fallew l-iskola mingħajr raġuni valida.", "F'każijiet ta' assentejiżmu mhux iġġustifikati fejn il-ġenituri ma jikkoperawx, dawn jittellgħu l-qorti.", "L-istess sistema tapplika għal skejjel privati u tal-knisja.", "L-iskejjel tal- knisja għandhom aġenzija ta' social work tagħhom.", "EDUKAZZJONI - SPORTS", "36203.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex iħajjar aktar tfal jieħdu sehem fl-isports fl-iskejjel u dan barra l- lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika li huma diġa` parti mit-timetable?", "Jista' jgħid kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-primarji u fis- sekondarji?", "Jista' jgħid ukoll x'importanza tingħata lill-isports fis- sixth form?", "Kif qed isir dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni permezz ta' l-isports section jorganizza kull sena festivals tal-football u tan- netball mifruxin matul diversi xhur.", "Fihom jipparteċipaw tfal minn madwar erbgħin skola primarja.", "Jorganizza wkoll sports festivals għall-iskejjel primarji f'erba' reġjuni.", "Għall-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji jsiru kompetizzjonijiet fi ħmistax-il sport differenti u għal etajiet juniors u seniors.", "Minbarra dawn l-attivitajiet, numru kbir ta' skejjel jorganizzaw ukoll, b'mod volontarju, attivitajiet sportivi matul il-break ta' nofsinhar.", "Fil-programm ta': A. L-iskejjel primarji hemm sagħtejn fil-ġimgħa ta' edukazzjoni fiżika.", "B. L-iskejjel sekondarji u junior lyceums il-lezzjonijiet huma kif se nsemmi:", "|Form |Sekondar|Junior | | |ji |Lyceums | | | | | |I u |2 |2 | |II | | | |III |1 |1 | |IV u |1 |1 | |V | | |", "Għal studenti li għandhom il-physical educaiton option, in-numru ta' lezzjonijiet huma hekk:", "|Form |Sekondar|Junior | | |ji |Lyceums | | | | | |III |0 |4 | |IV u |5 |4 | |V | | |", "Informat ukoll li fil-bidu tas-sena l-istudenti tal-Junior College jiġu mistiedna jipparteċipaw f'diversi attivitajiet sportivi li jiġu organizzati mis-sezzjoni ta' l-isport.", "L-istudenti huma mħajjra jieħdu esperjenza bħala parteċipanti, bħala uffiċjali u referees kif ukoll bħala coaches.", "Nhar ta' Erbgħa wara s-sagħtejn hu ħin allokat għall-attivitajiet sportivi.", "L-attivitajiet sportivi fil-kulleġġ jinqasmu fi tlieta:", "1.", "Leagues organizzati tal-football, basketball, badminton, volleyball, tennis, handball, hockey u chess;", "2.", "Training organizzat minn coaches kwalifikati, jew studenti stess tal- kulleġġ fil-martial arts, tennis, aerobics, volleyball, wrestling u żfin; u", "3.", "Kompetizzjonijiet u tournaments kontra skejjel oħra f'Malta u f'Għawdex.", "Matul is-sena jsiru wkoll diversi esibizzjonijiet minn diversi assoċjazzjonijiet sportivi bil-għan li jħeġġu l-istudenti jipprattikaw dak l-isport partikolari.", "QORTI - KAŻI ĠODDA TA' SEPARAZZJONI", "36204.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu każi ġodda ta' separazzjoni taż- żwieġ fil-qorti s'issa din is-sena?", "Kemm minnhom kienu bejn Maltin u barranin?", "Kemm ġew irtirati talbiet ta' separazzjoni din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena sal-15 t'Ottubru 2002 daħlu 142 kawza ġdida ta' separazzjonijiet taż-żwieg fil- Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Matul din is-sena kien hemm 40 talba ta' separazzjoni li ġew ċeduti.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm, mill-kawzi ta' separazzjonijiet li ġew introdotti din is-sena, kienu bejn Maltin u barranin stante li mill-proċess tal-kawzi m'hemmx indikat x'nazzjonalita` huma l-partijiet.", "QORTI - KAŻI DEĊIŻI TA' SEPARAZZJONI", "36206.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każi ta' separazzjoni mill- qorti s'issa din is-sena?", "Kemm kien hemm każi bejn Maltin u barranin?", "Kien hemm xi każi fejn il-qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat illi kien hemm 12-il kawża ta` separazzjoni li ġew deċiżi mill-bidu tas-sena sal-15 t`Ottubru, 2002.", "F`każ wieħed biss il-qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni.", "Ma' tinzammx statistika ta` kemm, mill-kawżi deċiżi, kienu bejn Maltin u barranin.", "PIXXINA NAZZJONALI – SIGURTA` GĦALL-ĦADDIEMA", "36214.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mill-istrutturi tal-ħarsien tas-sigurta` u s-saħħa fuq il-post tax- xogħol biex jissorveljaw il-plant room tal-pixxina nazzjonali fejn wires ta' l-elettriku jixxarbu regolarment mill-ilma li jiskala mis-saqaf mill- ilma ta' min ikun qed jieħu shower b'periklu għall-ħajja tal-ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lill- awtorita` għas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol biex jinvestigaw il-każ.", "JUNIOR COLLEGE - RAPPORT FINANZJARJU", "36215.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport finanzjarju dettaljat tad-dħul u ħruġ tal-Junior College bid-dettalji dwar nefqa kapitali u nefqa rikorrenti għas-snin 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista bid-dettalji tad-dħul u ħruġ tal-Junior College għas-snin 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "SKOLA SEKONDARJA - MINOR STAFF - PORNOGRAFIJA", "36224.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimu qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku lill-studenta u anke messha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-każ imsemmi, ittieħdu l-passi kollha li huma fl-interess tat-tifla konċernata, wara konsultazzjoni mat-tifla u l- ġenituri tagħha.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT/MEPA - PANEWWIJIET TAL-KONKOS", "36363.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jinformana meta d-dipartiment ta' l-ambjent, il- MEPA, eċċ. ġew informati dwar l-hekk imsejjaħ esperiment ta' panewwijiet tal-konkos skond kif il-Kamra ġiet informata permezz ta' mistoqsija parlamentari 35856?", "Kemm saru laqgħat?", "Min kien preżenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward il-ħitan ġodda matul it-toroq imsemmija f`mistoqsija parlamentari 35856; il-bypass ta` l-Imtarfa, it-Triq ta` Burmarrad, it-Triq tas-Salina u t-Triq tal-Balal fin-Naxxar, ninsab infurmat li il-MEPA ma kenitx ikkonsultata.", "TAXXI INTERNI/VAT", "36390.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' objections li għandhom id- dipartimenti tat-taxxi interni u tal-VAT fil-mument?", "Kemm każijiet ta' oġġezzjonijiet ġew rimedjati matul is-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti fid-dipartiment tat-taxxi interni sa l-aħħar ta' Settembru li għadda kien :", "Individwi 38,638 Kumpaniji 3,429", "In-numru ta' każijiet pendenti fid-dipartiment tal-VAT sa' l-aħħar ta' Settembru kien ta' 1,033.", "L-oġġezzjonijiet maħduma mid-dipatiment tat-taxxi Interni kienu :", "|1999 |7,922 | |2000 |8,108 | |2001 |9,125 | |2002 (sa |5,880 | |Settembru) | |", "In-numru ta' każijiet ta' oġġezzjonijiet li ġew finalizzati mid-dipartiment tal-VAT kienu:", "|1999 |3,553 | |2000 |7,292 | |2001 |3,138 | |2002 (sa' |1,081 | |Settembru) | |", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - NEFQA TAD-DAWL U L-ILMA", "36394.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35860, jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999 u l-2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni hija kif se nsemmi:", "| |1999 |2000 |2001 | | |Lm |Lm |Lm | |Div. ta' |200,104|81,832|232,913| |l-Edukazzjon|.07 |.23 |.48 | |i, Skejjel, | | | | |Ministeru | | | | |ta' l-Eduk.,| | | | |Dipt. ta' | | | | |l-Eżamijiet | | | | |u Seg. | | | | |Parlamentari| | | | |Dip. |7,700.0|7,357.|6,359.0| |tal-Librerij|0 |00 |0 | |i u Arkivji | | | | |Dip. |12,335.|24,334|19,332.| |tal-Mużewiji|86 |.41 |23 | |et | | | | |Dip. |1,840.0|2,143.|1,695.0| |tal-Kultura |0 |00 |0 | |Dip. |xejn |10,133|2,000.0| |taż-Żgħażagħ| |.00 |0 | |u Sport | | | | |TOTAL |221,979|125,79|262,299| | |.93 |9.64 |.71 |", "MOSTA – TRIQ IL-WIED - TNEĦĦIJA TA' TANKIJIET", "36395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex jitneħħew it-tankijiet kbar u kollha sadid li qed jintużaw flok xatba jew ħajt ta' għalqa u li qed ikerrħu l-ambjent fi Triq il-Wied, kantuniera ma' Triq Franġisk Mangion, il-Mosta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 36336 f'seduta 807.", "---------"]} {"filename": "20000719_353d_par.doc", "date": "2000-07-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 353 L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 353", "L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "353", "L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000", "WERREJ", "MINUTI 437", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 437", "TQEGĦID TA' KARTI 441", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (IT-TIENI QARI) MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (SECOND READING) 441", "AĠĠORNAMENT 462", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTBU 466", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 352 li saret fit-18 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "OPM - KONSULENTI", "17310.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet, korpi u entitajiet li jifformaw parti mid- dekasteru tiegħu f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, adozzjoni u kompatibilita' ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet u regoli ta' l-Unjoni Ewropea minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li fid- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħata l- ebda servizz minn avukati jew konsulenti legali għal xogħol ta' monitoring, screening, adozzjoni u kompatabilita' ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet u regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "MUŻEW - RESTAWRATURI", "17323.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid itteħditx id-deċiżjoni li restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-dipartiment tal-mużew jiġu ttrasferiti għaċ- ċentru Malti tar-restawr f'Bighi, kif ukoll jgħid x'inhi l-miżata li qiegħda tintalab biex entita' tingħata servizz li qabel kien jingħata minn dipartiment tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li sa issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fuq ir-restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-dipartiment tal-mużew.", "Informat ukoll li dawn iżda informalment urew ix-xewqa tagħhom li jibdew jaħdmu maċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi u din ix-xewqa qiegħda tiġi kkonsidrata wkoll fl-isfond ta' ristrutturazzjoni eventwali tad-dipartiment.", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi l-Onor.", "Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għal mistoqsija partlamentari nru.", "16767.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li x-xogħol fuq ir-ristrutturazzjoni tad- dipartiment tal-mużew issa ilu għaddej is-snin, hemm xi ħjiel min-naħa tal- Ministru meta dan ix-xogħol se jitlesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-ristrutturazzjoni tad-dipartiment tal-mużew hija marbuta mal-liġi li tirregola l-wirt ta' pajjiżna, il-Heritage Act, li abbozz tiegħu kien ġie ppreżentat fil-parlament imma ma laħaqx ġie diskuss minħabba l-elezzjoni.", "Sussegwentement komplejna naħdmu b'manjiera li llum dan l-abbozz ġie rikonsidrat minn grupp ta' esperti preseduti minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, u ġie attwalment prodott abbozz ieħor li fih xi differenzi minn dak li kien ġie ppubblikat.", "Dan l-abbozz qed jiġi kkonsidrat fuq il- livell tal-ministeru u nittama li nuża l-perijodu tal-vakanzi tas-sajf biex din il-konsiderazzjoni daparti tal-ministeru kif ukoll diskussjonijiet ma' istituzzjonijiet oħrajn jitkomplew.", "Jekk dan jirnexxielna nagħmluh, hemm il-possibilita' li din ir- ristrutturazzjoni tkun tista' titwettaq is-sena d-dieħla.", "Nittama li nsibu soluzzjoniijet adegwati għal numru ta' diffikultajiet li jeżistu u li ma jiddependux biss mill-gvern.", "ĊENTRU TAR-RESTAWR - ĦLASIJIET", "17324.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jintalab lill-uffiċċju tan-nutar tal- gvern bħala ħlas għal xogħol ta' legar li qiegħed jordna liċ-ċentru Malti għar-restawr f'Bighi?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi b'mod dettaljat x'inhuma r-rati għas-servizzi kollha li jingħataw mill- istess ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s'issa ċ-ċentru tar-restawr ta' Bighi ma' rċeva ebda talba mingħand in-nutar tal-gvern għal kwalunkwe tip ta' xogħol.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16767.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li qabel l-uffiċċju tan-nutar tal- gvern kien jinqeda bil-unit għar-restawr tal-kotba li kien hemm fil- bibljoteka u kien jintuża l-equipment tagħhom.", "Allura issa l-uffiċċju tan- nutar tal-gvern m'għadux jgħaddi aktar dan ix-xogħol lill-bibljoteka jew liċ-ċentru tar-restawr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, in-nutar tal-gvern qed jgħid li x-xogħol li kien isir mill-book restoration laboratory tal-bibljoteka se jibqa' jsir mil-laboratorju fiċ-ċentru ta' Bighi taħt l-istess kondizzjonijiet.", "Fil- fatt ma naf bl-ebda raġuni għala dan ix-xogħol m'għandux jitkompla u l- informazzjoni li għandi hi li ċ-ċentru għadu ma rċieva ebda talba mingħand in-nutar tal-gvern biex jagħmel xi xogħol.", "Nivverifika jekk hemmx xi ħaġa li jiena ma nafx biha, pero' din hi l- informazzjoni li qed jagħtini d-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jekk jien informat tajjeb din il-problema kienet inqalgħet minħabba li r-rati ta' ħlas li ngħataw min-naħa taċ-ċentru tar- restawr ta' Bighi kienu ħafna iżjed ogħla minn qabel.", "Fil-fatt għandi dubju jekk qabel kienx isir ħlas peress li dan ix-xogħol kien meqjus bħala parti mix-xogħol tar-restawraturi tal-kotba.", "Dan ifisser li hemm reviżjoni tal-ħlasijiet min-naħa taċ-ċentru tar-restawr?", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni hija din, Sur President.", "Hemm ftehim bejn il-ministeru u ċ-ċentru tar-restawr f'ta' Bighi li x-xogħol li kien jagħmel il-book restoration laboratory irid jibqa' jsir bla ħlas akkont ta' l-equipment u l-personnel li huma ħadu fiċ-ċentru tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jagħti l-każ li fil-bidunett ħarġu xi skeda ta' fees, iżda nista' ngħid li l-kwestjoni kollha ġiet ċċarata u ġie miftiehem li l-book restoration laboratory jibqa' jagħmel xogħol għall-gvern bl- istess kondizzjonijiet kif kien isir qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-equipment tar-restoration unit ittieħed Bighi - u safejn naf jien hemmhekk m'hemmx persuni mħarrġin biex jużaw dak l-equipment kif kienu n-nies li kien hemm fir-restoration unit - u peress li n-nies tar-restoration unit m'għandhomx equipment biex jaħdmu, jista' l-Ministru jgħidilna kif beħsiebu jattakka din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett ma jidhirlix li wieħed huwa korrett meta jgħid li l-equipment li hemm fil-book restoration laboratory li hemm f'Bighi m'hemmx nies li huma esperti biex iħaddmuh.", "Din it-taqsima qiegħda taħt it-tmexxija tas-Sur Joe Schiro', li naħseb huwa rikonoxxut bħala bniedem b'kompetenza sostanzjali f'din il-materja, u huwa mgħejjun minn ħaddieħor.", "Id-diffikulta' hi li meta l-book restoration laboratory kien taħt id- dipartiment tal-bibljoteka kellna mpjegati tal-gvern li sal-lum għadhom m'għażlux li jmorru fiċ-ċentru tar-restawr f'Bighi u allura qegħdin niddiskutu ma' l-union konċernata biex insibu soluzzjoni u naraw jekk dawn iż-żewġ impjegati humiex se jmorru jaħdmu fiċ-ċentru tar-restawr f'Bighi jew inkella aħniex se nokkupawhom b'manjiera differenti.", "Din il-materja għadha ma ġietx riżolta - kieku kellha tiġi riżolta kien ikollna sitwazzjoni normali - u sadanittant hemm nies oħrajn li qegħdin jitħarrġu f'dan il-kamp biex is-servizz ikun jista' jingħata bl-aħjar mod kompetenti li nistgħu nagħtu fil-pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Apparti s-Sur Schiro' u apparti l-persuna l-oħra li hemm imħarrġa fir-restawr tal-karta imma mhux fir-restawr tal-kotba, teknika kompletament differenti, il-persuni l-oħra qed jitħarrġu f'din il- linja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'iniex f'pożizzjoni ngħid jekk il-persuna li qiegħda taħdem mas-Sur Schiro' hijiex kompetenti wkoll fir-restawr tal- kotba u ma nafx biżżejjed biex inkun nista' nargumenta l-kompetenza tar- restawr tal-karta x'sehem tifforma mir-restawr tal-kotba.", "Biss irridu nammettu lit-taqsima li kienet tieħu ħsieb ir-restawr tal-kotba kienet sa minn dejjem taqsima pjuttost ċkejkna u kulma kellha kienu xi tlieta jew erba' impjegati b'kollox.", "Dwar jekk hemmx persuni li qegħdin jitħarrġu fil-kors jew x'imkien ieħor għad irrid nivverifika.", "PIXXINA NAZZJONALI - PREMISES", "17338.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali?", "Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali huma dawn:", "|Għaqda |Ħlas | | |fis-sen| | |a | |Amateur Swimming |Lm600 | |Association | | |Malta Volleyball | 600 | |Association | | |Malta Squash Rackets | 300 | |Association | | |Malta Waterpolo Referees | | |Association |150 | |Kunsill Malti | 500 | |għall-Isport | | |Kumitat Olimpiku Malti | 900 | |Tigne Judo Club | Xejn | |Swimming Promotion Unit | Xejn | |Sports & Human | Xejn | |Performance Centre MOC | | |Mr J. Woods - Information| 500 | |Technology | |", "N.B. Dawn l-għaqdiet/individwi ġew allokati l-premises wara li saret talba individwali u ġie kkonsidrat il-każ.", "|Mrs B. Peterson - | 500 | |Chiropractor | | |Mrs P Bonello - | 300 | |Psychologist | | |Edwards Sports Ltd. | 600 |", "N.B. Il-premises ġew allokati wara li ħareġ avviż għal persuni/ għaqdiet li huma interessati li jikru spazju fil-kumpless tal-pixxina.", "|Dance Workshop Ltd. | 3,000 |", "N.B. Il-premises ġie allokat fuq proposal li rċieva l-management board tal- pixxina wara li dehru avviżi fil-gazzetti.", "Hemm ukoll catering concession, Gallop Dragon Ltd., li ngħatat wara sejħa għal offerti.", "Il-ħlas huwa ta' Lm25 kuljum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq inkun naf jekk dawn humiex il- persuni jew l-għaqdiet kollha li qed jagħmlu użu minn xi kamra jew faċilita' fil-pixxina nazzjonali.", "Nixtieq ukoll li s-Segretarju Parlamentari jispjega ftit x'inhi r-raġuni li Mr J Woods għandu spazju fil- pixxina nazzjonali.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Għal ħafna żmien ġieli kien ikun hemm spazju disponibbli u lil kulmin kien japplika konna nippruvaw nakkomodawh b'kera li tkun proporzjonata għall-ispazju eżistenti.", "Ma jidhirlix li hemm assoċjazzjonijiet jew għaqdiet oħrajn barra dawk li hemm fil-lista li tajt u nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk jaf b'xi għaqda partikolari jistaqsini dwarha.", "Jeżisti spazju ieħor li bħalissa qed naħdmu fuqu u beħsiebna nagħmlu talba pubblika biex kulmin hu interessat nakkommodawh.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirriferi għall- club ta' l-universita' fejn jidhirli li hemm xi spazju, pero' dan mhux il- bord tal-pixxina kien allokah imma l-universita' stess.", "Qed isir arranġament ukoll biex in-nursery tas-Sliema Wanderers jużaw id- dressing rooms fil-pixxina.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nerġa' nistaqsi x'konnessjoni għandu Mr J Woods ma' l-isports - għax huwa importanti li jekk hemm spazju dan jingħata lill-għaqdiet sportivi - u nistaqsi wkoll jekk kienx hemm persuni oħrajn interessati li għal xi raġuni jew oħra ma ngħatawx spazju fil- pixxina nazzjonali?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Hemm għaqdiet oħrajn li qed jitolbuna l-ispazju u sal-bieraħ stess irċevejt talba partikolari.", "Jidhirli li mill-ispazju li qegħdin inlestu bħalissa se jkun hemm opportunita' għal kulmin hu interessat.", "Fil-fatt se jitlestew mill-inqas mas-16-il uffiċċju li jistgħu jakkommodaw għaqdiet nazzjonali.", "Rigward is-Sur J Woods nista' ngħid li dan l-individwu kien għamel xi żmien jagħti courses fl-information technology lill-għaqdiet sportivi b'ammont sussidjat u allura dehrilna li għal dan l-użu stajna niffaċilitawlu l-kirja pero' din hija ugwali għall-concessions kollha li hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nixtieq inkun naf kif qed tintuża fil-preżent dik li kienet il-pixxina nazzjonali ġewwa Wied il-Għajn u xi pjani hemm għaliha?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Kuntrarjament għal dak li qalet l-Onor.", "Rita Law il-ġimgħa l-oħra, dik li kienet il-pixxina nazzjonali f'Wied il-Għajn, qiegħda tintuża u qiegħda pjuttost fi stat tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Veru li kien hemm forma ta' management contract mal-club tal-waterpolo ta' Marsascala pero' ma kien hemm l-ebda forma ta' ftehim bil-miktub.", "Li għamilna aħna kien li rregolarizzajna dan l-użu u fil-fatt għamilna management contract magħhom, għednilhom x'inhuma r-responsabbiltajiet u l- obbligi, anke x'jista' jagħmel il-gvern - per eżempju, jekk ikun hemm xi ħaġa ta' natura straordinarja din jagħmilha l-gvern - u stipulajna kera għal dan l-użu, safejn naf jien xi Lm800 jew Lm900 fis-sena.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' dixxiplina quddiem il-PSC, każi kriminali fil- qorti u każi ta' tkeċċija mis-servizz pubbliku, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17913.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' mpjegati fuq il-payroll tad-dipartiment għas-servizzi korporattivi tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17417.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti barranin fil-ministeru tal-finanzi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18077.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-18 ta' Lulju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, qed niddiskutu abbozz ta' liġi ieħor sabiex titwaqqaf awtorità oħra li tkun magħrufa bħala l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "X'inhu l-iskop li jitwaqqfu dawn l-awtoritajiet?", "Fiż- żmenijiet l-imgħoddija konna naħtru diversi boards, fosthom il-medical board, l-advisory and medical board u ħafna oħrajn.", "Wara bdejna nagħmlu l- kummissjonijiet, imbagħad fis-snin 70 il-korporazzjonijiet.", "Dawn kienu qegħdin isiru biex tinqata' l-burokrazija tal-gvern li diżgrazzjatament għadha tirrenja miż-żmenijiet kolonjali.", "Issa qegħdin inwaqqfu awtoritajiet, imma donnu li l-partiti rappreżentati hawnhekk f'dan il- parlament ma jistgħux jaqblu fuq dan.", "L-Oppożizzjoni qed tieħu l-istand li għandu jibqa' kollox ikkontrollat mill-gvern, mentri n-naħa tal-gvern qed tgħid li għandna mmorru għall-awtoritajiet li jkunu awtonomi.", "Bħalma diġà għedt, l-iskop ta' dawn l-awtoritajiet huwa biex tinqata' dik il-burokrazija tal-gvern billi minflok ikun hemm diversi dipartimenti taħt ministeru jkun hemm awtorità awtonoma.", "Jekk nieħdu l-każ tal-ministeru ta' l-ambjent - għax din il-liġi qed iressaqha l-Ministru għall-Ambjent - insibu diversi taqsimiet, fosthom tad-drenaġġ, ta' l-istorm water, ta' l- ambjent fil-kontest proprju tiegħu, u ħafna oħrajn.", "Issa dawk it-taqsimiet li huma relatati ħafna ma' xulxin se jinġabru taħt kappa waħda li hija din l-awtorità li se titwaqqaf li suppost se tkun awtonoma.", "Din l-awtorità se tkun responsabbli minn dawk il-materji l-aktar vitali tal-ħajja ta' kuljum għaliex fost ir-responsabbiltajiet tagħha se jkollha l- Enemalta li tipproduċi l-enerġija, il-Water Services Corporation li tipproduċi l-ilma, it-taqsima tad-drenaġġ fejn għandna problemi kbar, u t- taqsima ta' l-istorm water li xogħolha hu li tipprova tikkonserva l-ilma tax-xita li jipprovdi Alla l-imbierek.", "Diżgrazzjatament dawn it-taqsimiet vitali għall-ħajja ta' kuljum huma traskurati għaliex il-ħaddiema tal-gvern għandhom il-mentalità li hemm il-gvern iħallas, u ma jimpurtahom minn xejn!", "Għalhekk qegħdin inwaqqfu din l-awtorità li se jkollha nies esperti biex jaħdmu fuq dawn il-materji vitali u li se taqa' wkoll taħt il-kontroll tal- gvern.", "Però jeħtieġ li dawk il-ħaddiema li se jiġu trasferiti mis-civil service għall-awtorità jneħħu kompletament il-mentalità li kellhom qabel.", "Mr Speaker, fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi qed nenfasizza fuq il- konċett ta' awtorità għaliex l-oppożzizjoni għamlitha ċara li qed taħseb li n-nies li jinħatru fuq dawn l-awtoritajiet huma kollha blue-eyed boys.", "Dan mhuwiex il-każ għaliex fil-maġġoranza ta' dawn l-awtoritajiet il-gvern dejjem għażel nies esperti fil-qasam konċernat.", "L-iktar konċett bażiku għalfejn titwaqqaf awtorità huwa appuntu biex ikun hemm nies li jkollhom dik l-expertise u dik il-professjonalità meħtieġa ħalli jagħtu l-aħjar kontribut f'dak il-qasam partikolari.", "Meta waqqafna l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni l-Opożizzjoni ħarġet dikjarazzjoni li kull meta jinbidel il-gvern mhux biss għandu jispiċċa l- bord, minkejja li jkun ħadem professjonalment u ta kontribut, imma għandu jitneħħa ċ-chief executive ukoll.", "Id-demokrazija parlamentari tippermetti li kull gvern jagħmel li jrid sakemm ikun fil-parametri tal-Kostituzzjoni.", "Però jien naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet ma jibqgħux soġġetti għall-gvern anke permezz ta' subvention mingħand il-gvern.", "Għad irid jasal iż-żmien meta l-awtoritajiet li qegħdin inwaqqfu jkunu totalment awtonomi kemm fl-amministrazzjoni tagħhom u kemm mil-lat finanzjarju, indipendentement mill-burokrazija tal-gvern.", "Fil-fatt anke f'din il-liġi, bħalma għedna f'liġijiet oħra li waqqfu awtoritajiet oħrajn, qegħdin ngħidu li jekk jista' jkun din tkun tista' ddaħħal flus biżżejjed ħalli ma jkollhiex bżonn l-għajnuna finanzjarja tal-gvern ta' kull sena.", "Per eżempju, l-awtorità ta' l-ippjanar dejjem titlob subvention ta' miljuni ta' liri.", "Allura l-gvern dejjem jippompja l-flus, imma jrid jasal iż-żmien meta dawn l-awtoritajiet li qegħdin inwaqqfu verament ikunu awtonomi.", "Issa tajjeb naraw x'responsabbiltajiet se jkollha din l-awtorità dwar ir- riżorsi.", "L-ewwelnett insemmu l-Water Services Corporation.", "Kif spjega tajjeb l-Onor.", "Charles Buhagiar, hawn Malta l-ilma neħduh minn żewġ sorsi li huma r-reverse osmosis u l-boreholes.", "Il-Water Services Corporation qed tagħmel l-almu tagħha kollu biex tipprovdi servizz mill-aħjar u qed jirnexxilha għaliex ftit huma dawk il-postijiet fejn ma jkunx hemm provvista ta' l-ilma, ħlief f'każijiet ta' xi problemi tekniċi li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Però biex intejbu s-servizz ta' l-ilma qegħdin inwaqqfu din l-awtorità biex tieħu f'idejha r-responsabbiltajiet ta' dan is-servizz.", "Iżda l-impjegati li se jmorru f'din l-awtorità jridu jifhmu li t-twaqqif ta' awtorità huwa konċett modern li jitlob li huma jinqatgħu minn dik il- burokrazija żejda li biha ma jkunux daqshekk effiċjenti.", "Hemm nies kapaċi fil-Water Services Corporation, fosthom iċ-chief executive Mr Riolo li jaħdem ħafna.", "Bħalissa qegħdin jinbidlu ħafna mill-pajpijiet ta' l-ilma li kienu misdudin jew inkella maqsumin u b'hekk illum naqqasna ħafna mill-ħela ta' ilma li jkun hemm.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Charles Buhagiar tkellem b'mod tekniku tajjeb ħafna għaliex kien hemm żmien meta hu kien responsabbli wkoll mill-Water Services Corporation u naf li ħadem ħafna wkoll f'dan il-qasam.", "Però jien ma naqbilx mar-rimarki li għadda dwar il-kwalità ta' l-ilma.", "Jien naħseb li l- ilma li qegħdin nipproduċu huwa ta' l-aħjar kwalità li jista' jkollna.", "Veru hemm ħafna x'wieħed itejjeb f'dan il-qasam imma ibqa' ċert li meta l- korporazzjoni ta' l-ilma tiġi taħt din l-awtorità se tkun kapaċi tmexxi aħjar permezz ta' nies esperti.", "Mr Speaker, issa niġu għall-boreholes.", "Oriġinarjament il-gvern kien itella' l-ilma mill-boreholes, iżda kien hemm xi ftit nies li wkoll kellhom il-liċenzji li jtellgħu l-ilma minn xi boreholes.", "Fl-antik kellna l- imtieħen li kienu xejn aktar ħlief boreholes li jaħdmu bis-sistema tar-riħ flok bl-elettriku biex itellgħu l-ilma minn taħt l-art u dawn kienu effiċjenti ħafna.", "Illum il-ġurnata nsibu li ħarġu diversi permessi għal boreholes ġodda b'mod speċjali għall-bdiewa.", "Dawn huma importanti ħafna għax illum il-ġurnata ma jistax ikun li l-għelieqi tagħna jibqgħu jiddependu mill-ħniena tat-temp, meta jrid il-Bambin jibgħat l-ilma.", "Is- sistema agrikola tagħna bilfors irid ikollha sors ta' ilma s-sena kollha biex tkun sostenibbli.", "Illum jekk ma jkollokx sistema ta' irrigation tajba tista' ma tmurx ġewwa l-għalqa tiegħek.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna effiċjenza fis-servizz ta' l-ilma mhux biss f'dak li huwa potable water, dak li nsibu l-ħin kollu fil-vit, imma wkoll fis-servizz ta' second class water li huwa vitali għall-għelieqi tagħna.", "Jien jiddispjaċini nara li hawn Malta nimportaw b'miljuni ta' liri f'ilma bbottiljat.", "Jaf il-poplu Malti li minbarra li qed iħallas tal-konsum ta' l- ilma tiegħu qed jixtri wkoll b'mijiet ta' liri f'ilma tal-flixkien, meta dan jista' jiġi prodott hawn Malta?", "Jien niddubita li hawn min qed jibbottilja l-ilma mir-riżors li għandna hawn Malta u għalhekk nitlob lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma li għandha l-laboratorju tagħha biex tinvestiga jekk l-ilma li qed jiġi bbottiljat huwiex ta' kwalità tajba li wieħed jista' jużah għall-konsum.", "Jien nittama li meta titwaqqaf l- awtorità jkollha spiżjara u analisti kif kellha l-Water Services Corporation biex jagħmlu l-analiżi meħtieġa u jaraw li l-ilma li joħroġ biex jintuża għall-konsum domestiku jkun ta' l-aħjar kwalità possibbli.", "Mr Speaker, issemma l-impjant ta' riċiklaġġ ta' Sant Antnin li qiegħed fis-south ta' Malta li jipproduċi s-second class water tajjeb għall- għelieqi.", "Iżda wieħed li joqgħod fit-tramunata ta' Malta tiġih spiża biex iġorru.", "L-Onor.", "Buhagiar issuġġerixxa li nagħmlu impjant ta' riċiklaġġ ieħor bħal ta' Sant'Antnin fin-naħa tat-tramuntana ta' Malta.", "Veru li jista' jkun hemm bżonnu u wieħed jistaqsi x'inhu l-aħjar li tagħmel, impjant ta' riċiklaġġ minn fejn ikollok iġġorr l-ilma għall-inħawi ta' madwaru jew inkella tħaffer il-boreholes?", "Iżda hemm limitu ta' kemm tista' tħaffer boreholes għall-ilma għax jekk Allaħares qatt jispiċċa l-ilma li aħna nistgħu ntellgħu mill-aquifer il-Bambin jaf f'liema sitwazzjoni niġu!", "Veru li aħna mdawrin bil-baħar u nistgħu nagħmlu iktar reverse osmosis plants, imma dan il-metodu ta' produzzjoni ta' ilma jinvolvi wkoll ħafna spejjeż.", "Jien inħoss li għandna nkunu kawti ħafna dwar ir-riċiklaġġ ta' l-ilma tad- drenaġġ għax ħafna minnu jaħasra jintrema fil-baħar ladarba ma jsirx użu minnu.", "Hawnhekk wieħed irid joqgħod attent li dak li jintrema fil-baħar, għalkemm ikun second class water, ma jagħmilx ħsara lill-ambjent marittimu, għaliex barra li l-bajjiet tagħna li huma tajbin għall-għum ikunu mimlijn bit-turisti u l-Maltin, ma rridux nagħmlu ħsara lill-ħut, lill-flora u lill- fawna li jinsabu fl-ibħra ta' madwarna.", "Mr Speaker, niġi għall-Korporazzjoni Enemalta li issa wkoll se taqa' taħt din l-awtorità dwar ir-riżorsi.", "Jien m'għandix dubju li l-Enemalta wkoll qed tagħmel l-isforzi tagħha kollha sabiex tipprovdi servizz ta' l- elettriku adegwat lil pajjiżna.", "Veru li kultant ikun hemm il-qtugħ tal- provvista tad-dawl minħabba xi faults kif ġara dan l-aħħar.", "Illum il- ġurnata kulħadd jaf li kollox jiddependi mill-elettriku, mill-iċken għodda li wieħed jista' jimmaġina għax anke biex iddaħħal vit ġewwa l-injam m'għadux jintuża t-turnavit imma jdaħħluh b'mutur ta' l-elettriku.", "Jiġifieri wieħed japprezza kemm huwa importanti dan is-servizz.", "Jien nittama li meta l-Enemalta Corporation tiġi taħt din l-awtorità tiżdied l- effiċjenza f'dan is-settur.", "Mr Speaker, issemma wkoll l-istorm water department fi ħdan il-ministeru ta' l-ambjent li ħadem ħafna, kif għamel ukoll fi żmien gvern Laburista, biex ir-run-off water li jkollna f'pajjiżna ma jinħeliex imma jiġi konservat ħalli jkun jista' jintuża għada pitgħada.", "M'għandix dubju li f'dan l-istorm water department hemm persuni li verament huma effiċjenti f'xogħolhom.", "Xiehda ta' dan huwa x-xogħol li għamlu ġewwa Ħaż-Zebbuġ fejn l-iskola ta' St Dorothy's fi Triq l-Imdina, fejn kien hemm culvert miżdud.", "F'din l-area kien jaqa' ħafna ilma kemm mir-Rabat u kemm minn postijiet oħra li ma kellux fejn imur u kien jibqa' proprju fit-toroq.", "Meta ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru Zammit Dimech huwa ħa azzjoni mill- ewwel għaliex ra l-problema kbira li kien hemm.", "Fil-fatt fis-sajf tas-sena l-oħra ftaħna t-triq, minkejja li huwa diffiċli biex tiftaħ arterial road bħalma hija Mdina Road b'dak it-traffiku kollu li jgħaddi minnha lejn ir- Rabat u t-turisti li jkunu ġejjin mill-airport u jgħaddu minn dik in-naħa.", "B'danakollu bid-determinazzjoni tal-ministru u bl-effiċjenza tal-ħaddiema ta' l-istorm water department, b'mod speċjali s-Sur Farrugia, dan ix-xogħol sar u issa kellna xitwa mingħajr problemi kbar minkejja li ma kenitx ħafifa mix-xita.", "Mr Speaker, fil-widien tagħna sar ukoll xogħol ta' twessiegħ fejn kien hemm bżonn u jekk Alla jrid din is-sena naraw l-effetti ta' din il-ħidma.", "Bħalissa s-sezzjoni ta' l-istorm water qed tagħmel ukoll xogħol f'Wied il- Kbir fejn l-ilma kollu ta' Malta li ma jmurx il-baħar jinġabar hemmhekk.", "Qiegħed isir xogħol siewi ta' tħammil wara tant żmien ta' akkumulazzjoni ta' debris.", "Anke n-naħa tal-Ġardin l-Abjad fir-Rabat xi erba' ġimgħat ilu din is-sezzjoni għamlet xogħol ta' tindif f'parti mill-wied li kienet qed timblokka dik it-triq li ngħidulha tal-Plieri.", "Meta tagħmel ħafna xita hemmhekk dejjem ikun hemm problemi kbar, u għalhekk din is-sena ħsibna minn qabel biex jitnaddaf dak id-debris li jinġarr mill-ilmijiet li jinżlu min- naħa tar-Rabat għal ġo dawn il-widien.", "Mr Speaker, din is-sezzjoni ta' l-istorm water ħadet ukoll l-inizjattiva biex tiġi konservata dik il-ħamrija tal-wiċċ tar-raba' li titkaxkar ma' l- ilmijiet tax-xita ġewwa l-widien għaliex dik hija ħamrija tajba.", "Allura qegħdin jiġbruha u jagħmlu riklamazzjoni ta' art fil-viċinanzi minn fejn ikun ħadha l-ilma tax-xita.", "Dan huwa proġett tajjeb ħafna u flimkien max- xogħlijiet l-oħra li semmejt iġibu fix-xejn il-kritika li m'hu qed isir xejn mill-ministeru ta' l-ambjent.", "Dan ix-xogħol estensiv qed isir matul is-sena kollha u m'għandix dubju li se jħalli l-effetti tiegħu.", "L-agħar problema li hemm fil-widien huma l-farms bħalma hemm in-naħa Tal- Ħlas f'Ħal-Qormi u n-naħa ta' Wied il-Baqqija f'Ħaż-Żebbuġ.", "Meta tagħmel ix-xita s-sidien tal-farms inaddfu l-postijiet fejn jitrabbew l-annimali u l-ilma kollu jmur għall-widien.", "Dan qed jagħmel kontaminazzjoni kbira ħafna li barra li jgħarraq ħafna l-fawna u l-flora, jagħmel ukoll ħafna ħsara lill-aquifer.", "U jien hawnhekk nagħmel appell lill-ministeru ta' l- ambjent li wasal iż-żmien li nsibu mezz sabiex dan ir-residue li jħallu l- farms ma jibqax imur ġewwa l-għelieqi tagħna imma jiġi riċiklat jew inkella jintefa' f'xi postijiet fejn ma jagħmilx ħsara.", "Jien nittama li meta titwaqqaf l-awtorità dawn il-proposti li qed nagħmel jittieħdu bis-serjetà.", "Mr Speaker, tqajjem ukoll il-punt li għandna bżonn nibdew nużaw sistemi alternattivi ta' enerġija, fosthom is-solar system.", "Il-liġi wkoll tipprovdi għal din il-materja għaliex huwa importanti li niffrankaw l- enerġija kemm hu possibbli.", "Nafu kemm intnefqu miljuni ta' liri biex għamilna l-power station ta' Delimara u kemm hemm diffikultajiet ta' pollution, u għalhekk irridu ninkoraġġixxu s-solar systems.", "Għandi l- pjaċir ngħid ukoll li l-awtorità ta' l-ippjanar se tagħti l-permessi li jsiru s-solar systems f'postijiet fejn qabel kienet tirrestrinġi l-ammont tagħhom.", "Nittama li n-nies jifhmu kemm taħdem tajjeb din is-solar system peress li hawn Malta għandna tista' tgħid tliet kwarti mis-sena kollha bix- xemx.", "Jekk aħna nagħrfu nisfruttawha wieħed jista' jimmaġina kemm jirnexxilna niffrankaw enerġija u fl-istess ħin innaqqsu l-problemi ta' pollution ikkawżati mill-power stations.", "Mr Speaker, ma nixtieqx intawwal l-intervent tiegħi billi nitkellem fid- dettall fuq il-funzjonijiet ta' din l-awtorità għaliex dawk niddiskutuhom fl-istadju tal-kumitat, imma tajjeb li wieħed jifhem l-iskop għaliex qed titwaqqaf din l-awtorità.", "Bħalma diġà għedt, din se tkun responsabbli minn diversi riżorsi vitali ta' pajjiżna u l-iskop ewlieni tagħha huwa li tara li t-taqsimiet li jipprovdu s-servizzi importanti għall-pajjiż jaħdmu b'mod effiċjenti u jinqatgħu mill-burokrazija taż-żmenijiet kolonjali.", "Kif hemm stipulat fil-liġi, f'din l-awtorità se jinħatru nies esperti fl-oqsma konċernati ħalli l-pajjiż ikollu l-aħjar servizzi possibbli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien ħadt gost nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Michael Bonnici bis-soltu diskors bilanċjat li jagħmel.", "Jien fhimt li l-Onor.", "Bonnici stess ma jaqbilx mal-mod kif ġiet ippreżentata l-liġi għaliex l-awtorità fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda mhux se tkun awtonoma, kif forsi jixtieq hu.", "L-abbozz ta' liġi jimplika li din l-awtorità, bħalma huma awtoritajiet oħrajn, se tkun immexxija proprju mill- ministru.", "Però dwar dan il-punt niġi aktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l- abbozz ta' liġi li qed jiġi preżentat isib li bażikament l-għan ewlieni huwa li r-regolatur u l-operatur ikunu separati.", "Fl-aħħar insibu wkoll li fl-abbozz għandna emendi konsegwenzjali għal liġijiet oħra.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn l-għanijiet u r-raġunijiet huma misleading għax jagħtu l- impressjoni li l-unika bidla kbira u sostanzjali li se jkun hemm hija li r- regolatur se jiġi maqlugħ mill-operatur u mbagħad għandna xi emendi oħrajn li huma konsegwenzjali għal dan li qed nagħmlu.", "Jien nisħaq li din hija misleading għaliex kif ikolli ċans nispjega 'l quddiem, u kif spjegaw ukoll sħabi ta' din in-naħa, iktar huwa importanti u vitali dak li mhux qed jissemma milli dak li ssemma fl-għanijiet u r-raġunijiet.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel li r-regoaltur għandu jkun separat mill- operatur.", "Din hija ħaġa tajba li tkellimna fuqha diversi drabi kemm meta konna fil-gvern kif ukoll mill-oppożizzjoni, speċjalment meta kien hemm diversi diskussjonijiet fuq l-awtoritajiet, il-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-Water Services Corporation.", "Mela fuq dan il-prinċipju qed naqblu.", "Però issa wieħed irid jara wkoll kif se jopera r-regolatur u kif l- operatur se jiġi mġiegħel jagħmel it-tibdiliet neċessarji li jordnalu jew jiġbidlu l-attenzjoni għalihom ir-regolatur.", "Mhux biżżejjed li wieħed jgħid li hija ħaġa tajba, imma rridu naraw kif din se tapplika fil- prattika.", "Għalhekk nerġa' ngħid li l-għanijiet u r-raġunijiet huma misleading għaliex proprju jaħbu l-bidla prinċipali li dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi.", "Fil-fatt fid-diskors introduttiv tiegħu l-Ministru Zammit Dimech ftit li xejn aċċenna għall-iskeda.", "U meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Louis Buhagiar, il-Ministru Zammit Dimech għamel point of order fejn ġibidlu l- attenzjoni li dan l-abbozz ma kienx qed jiddeċiedi fuq il-liberalizzazzjoni imma kien qiegħed biss iwaqqaf awtorità li tkun regolatorja, u allura l- bidliet l-oħrajn m'humiex daqshekk importanti.", "Imma nerġa' ngħid li l- bidliet l-oħrajn huma kważi kważi aktar importanti minn din il-bidla, filwaqt li nammetti li hija bidla importanti wkoll li jkollna separazzjoni tar-regolatur mill-operatur.", "Mr Speaker, bħal bosta affarijiet oħra li qed jiġu preżentati f'dan il- parlament l-għan u r-raġuni primarja għalfejn dawn qed jiġu preżentati hawnhekk u anke b'daqshekk għaġġla, naturalment hija l-ossessjoni li l- gvern Nazzjoanlista għandu għal sħubija sħiħa akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea.", "Tan-naħa l-oħra jgħidulna li din nirrepetuha l-ħin kollu.", "F'diskors li kont għamilt ftit taż-żmien ilu fuq awtorità oħra għedtilhom li kont se nirrepetiha u se nkomplu nirrepetuha minn din in-naħa għaliex hija l-verità.", "U meta titkellem fuq abbozz ta' liġi li speċifikament qed nagħmluh għaliex ħaddieħor qed jordnalna hekk u għax aħna bħala gvern intrabatna li nagħmlu hekk, allura bilfors aħna jkollna nikkritikaw dawn l- affarijiet.", "Ma jfissirx li dak kollu li qed jiġi ppreżentat f'dan il- parlament huwa kollu negattiv.", "Il-partit Laburista qatt ma qal li l-Unjoni Ewropea hija ħaġa negattiva.", "Qatt ma qalha.", "Il-partit Laburista jgħid li aħna għandna triq oħra għaliex, bir-regoli tagħha, l-Unjoni Ewropea hija tajba għall-grupp ta' pajjiżi kbar.", "Hemm affarijiet li huma tajbin għalina u aħna għandna nadottawhom, u għandna nfittxu wkoll l-eqreb u l-aħjar relazzjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea għaliex huwa fl-interess tagħna li nagħmlu dan ukoll, imma ċertament li pajjiżna ma jaqbillux sħubija sħiħa akkost ta' kollox fil- preżent u fil-futur prevedibbli.", "Għalhekk il-partit Laburista qed jippreżenta s-slogan magħrufa bħala \"Svizzera fil-Mediterran\" li ħafna drabi tiġi kkritikata.", "Imma naħseb li min ikun qed jikkritikaha ma jkunx qed jifhem verament xi jkun qed jgħid il-partit Laburista jew inkella jagħmlu ta' bir-ruħhom li m'humiex jifhmu dak li qed jgħid il-partit Laburista.", "Għalhekk meta niġu preżentati b'abbozzi ta' liġijiet li l-ewwel u qabel kollox l-iskop tagħhom ikun biex aħna sempliċement nagħmlu very good ħdejn il-lista twila ta' affarijiet li l-Unjoni Ewropea qed tesiġi li aħna nbiddlu, allura ċertament li dan jistħoqqlu kritika.", "Mhux għax neċessarjament tkun ħaġa ħażina kollha kemm hi, kif diġà għedt.", "Fil-fatt fin-national plan for the adoption of the acquis insibu żewġ riferenzi partikolari għal dan li qed nagħmlu llum fost oħrajn.", "Ċertament li taħt il- kapitlu li jitkellem fuq l-enerġija wieħed jista' jgħid li hemm riferenza b'mod dirett.", "Insibu x-short term priorities u għalhekk l-għaġġla sħiħa biex il-gvern jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi qabel ma' dan il-parlament nittamaw jieqaf ftit għas-sajf.", "Dan l-abbozz ta' liġi ġie ppreżentat ġimgħa u nofs ilu u diġà qed niddiskutuh.", "Ċertament m'hemm xejn ħażin għaliex għaddew is-sebat ijiem notice, skond il-ftehim li hemm bejn il-gvern u l-oppożizzjoni li għal kull liġi jkun hemm sebat ijiem notice.", "Però naħseb li l-gvern għandu din l- għaġġla kollha sabiex ilaħħaq max-short term priorities li sas-sena 2000, proprju din is-sena, joħloq awtorità għar-riżorsi, proprju din l-awtorità li l-ministru, f'isem il-gvern qed jipproponi li dan il-parlament japprova.", "Fix-short term priorities fejn qed jgħidulna li hemm bżonn li noħolqu awtorità tar-riżorsi biex tirregola l-enerġija, hemm speċifikament imsemmi l-Enemalta kif ukoll il-bunkering Act, u b'mod speċifiku mbagħad hemm miktub - u nikkwota minn paġna 111 B (a) - \"and will remove the monopoly of Enemalta in electricity supply and fuel importation and distribution\".", "Imbagħad ikompli dwar x'għandu jkun l-irwol ta' l-awtorità, li għandha tkun regolatorja u li anke tagħmel reviżjoni ta' prattiċi kummerċajli marbutin mad-dawl u mal-fuel, u li tara li jkun hemm supply tajba għad-demand f'dak li għandu x'jaqsam mad-dawl u l-fuel.", "Mr Speaker, li rrid ngħid huwa li għalkemm il-gvern iressaq abbozzi ta' liġijiet li forsi ma jkunux ħżiena mija fil-mija, u hemm oħrajn li jkunu tajbin mija fil-mija jew kważi, imma ejja nagħmlu l-affarijiet b'saqajhom 'l isfel u rashom 'l fuq u mhux bil-maqlub.", "Ejjew naraw l-ewwel x'inhu l- interess nazzjonali u mhux naraw l-ewwel x'inhu l-interess li poġġa ħaddieħor u li aħna aċċettajnieh, ħalli nagħmlu sempliċement very good mal- lista twila li ħaddieħor qed jesiġi li nagħmlu.", "Ħaġa oħra li lili personalment tinsultani bħala Malti u bħala bniedem żagħżugħ li nħoss li Malta għandha rwol x'tilgħab f'din id-dinja enormi - għaliex minkejja li aħna pajjiż żgħir il-pożizzjoni tagħna hija kruċjali u nħoss li aħna bħala Maltin m'għandniex inħossuna inferjuri minn ħaddieħor - hija li jiġu esponenti ewlenin tal-gvern li jgħidulna li aħna għandna bżonn lil xi ħadd jimbuttana biex nagħmlu t-tibdil.", "Qisek qed tgħid: It-tifel tiegħi biex jiekol irrid noqgħod maġenbu u nagħtih jiekol jien, inkella ma jiekol qatt.", "Jien ma nistax naċċetta li xi ħadd jgħidilna li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea żżommilna jdejna biex nagħmlu t-tibdil neċessarju għaliex waħedna m'aħniex kapaċi nagħmluh.", "Jien mhux qed ngħid li ma nitolbux għajnuna, u mhux biss għajnuna finanzjarja - u fuq il-finanzi wieħed jista' jitkellem seduti sħaħ fuq il-wegħdiet imma ma nixtieqx niddevja mis-suġġett - imma għajnuna teknika jekk hemm bżonn, mela le!", "Imma aħna bħala poplu m'għandna bżonn lil ħadd li jżommilna jdejna biex nagħmlu t-tibdil fejn dan huwa neċessarju.", "Huwa punt ta' prinċipju bażiku li lili jurtani li nisma' lil xi ħadd, li jirrappreżenta lill-gvern ta' pajjiżi, jgħid li għandna bżonn lil xi ħadd iżommilna jdejna għaliex aħna waħedna m'aħniex kapaċi naslu biex niddeċiedu li nbiddlu dak li għandna bżonn inbiddlu.", "Kif diġà għedt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, apparti li qed jitkellem fuq is-separazzjoni bejn ir-regolatur u l-operatur, qed jitkellem ukoll fuq twaqqif ta' awtorità li se jkollha xogħol importanti ħafna għaliex qed nitkellmu fuq riżorsi ta' l-enerġija, l-ilma u l-minerali li huma essenzjali fid-dinja tal-lum, u anke f'ta' qabel, imma aktar u aktar illum meta d-dinja qed issir kompetittiva u l-mezzi tal-komunikazzjoni iktar jitjiebu.", "Għalhekk wieħed imbagħad ikollu jammetti bilfors l- importanza li din l-awtorità se jkollha.", "Mr Speaker, din l-awtorità se tolqot mill-qrib lill-Water Services Corporation kif ukoll lill-Eenmalta Corporation u ċertament li dawn iż-żewġ korporazzjonijiet għandhom bżonn.", "Meta aħna konna fil-gvern, fis-sena u nofs li konna ilna mmexxu dan il- pajjiż ipprovajna nagħmlu ċertu tibdil, fosthom fit-tariffi tad-dawl u l- ilma li, wara dik il-kritika kollha jiġi l-Ministru Josef Bonnici jgħid li ċertament kien hemm bżonn tibdil fit-tariffi għax kien ilu żmien jinħass il- bżonn li dawn jiġu riveduti.", "Imma dan ma qalux qabel l-aħħar elezzjoni!", "Kif qal ukoll xi ħadd minn sħabi, dik kienet parti mill-propaganda rħisa.", "Għall-voti wieħed jitkellem kif jitkellem qabel l-elezzjoni, però wara jbiddel id-diskors għax meta jieħu l-gvern ir-realtà titlob li jindirizza l- problemi bis-serjetà.", "U għalhekk ir-regolatur hawnhekk se jkollu jsegwi mill-qrib dak li se tagħmel il-Water Services Corporation kif ukoll l- Enemalta.", "Ċertament li hemm bżonn it-tibdil fihom fejn għandhom x'jaqsmu ċerti prattiċi ta' xogħol u taħriġ lill-ħaddiema biex naturalment dawn jiġu aġġornati mas-sitwazzjoni preżenti f'dinja li naturalment qiegħda dejjem tinbidel.", "Jien nixtieq nagħmel ċerti mistoqijiet fuq it-twaqqif ta' awtoritajiet li ilna nitkellmu fuqhom u li fl-aġenda parlamentari għandna diversi awtoritajiet oħrajn li jridu jitwaqqfu.", "Xi wħud, b'mod partikolari min- naħa tal-gvern, jitkellmu fuq l-awtoritajiet b'mod li jridu jfissru li bit- twaqqif ta' awtorità wieħed ikollu aktar effiċjena, li ma naħsibx li huwa l- każ.", "Naħseb huwa konċett żbaljat li tgħid li jekk tkun dipartiment jew istitut m'intix effiċjenti għax ma tissejjaħx awtorità.", "L-ewwelnett bil- mod kif qed jiġu mwaqqfa l-awtoritajiet, f'ħafna mill-każijiet kważi kważi l-poter kollu jibqa' f'idejn il-ministru, sempliċement għandek in-nies li se jkunu jidhru minflok il-ministru.", "Però ċertament wara se jkun hemm il- ministru - ma rridx ngħid bl-ispaga - li bil-poter li tagħtih il-liġi jagħti l-ordnijiet.", "Mr Speaker, mhux qed nirriferi biss għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma kellna liġijiet oħrajn li waqqfu awtoritajiet oħra, fosthom l-awtorità dwar il-komunikazzjoni, fejn il-ministru jagħżel hu, at any time ibiddel hu u l-ordnijiet jagħtihom hu.", "Meta konna nsistejna li dawn l- ordnijiet ikunu bil-miktub kien hemm reżistenza min-naħa tal-gvern u mbagħad f'ċerti każi dawn inbidlu.", "U nieħu gost li sar ċertu tibdil f'dan l-abbozz ta' liġi għax ifisser li l-Oppożizzjoni m'hijiex taħli l-ħin ta' dan il-parlament imma qed tagħmel kritika ġustifikata.", "Mr Speaker, nixtieq nistaqsi x'garanzija għandna li l-awtorità se taħdem aħjar?", "Ejja naraw mill-eżempju ta' l-awtoritajiet eżistenti.", "Kollha qed jaħdmu b'mod effiċjenti u b'mod li l-konsumatur iħossu moqdi tajjeb?", "L- Onor. Bonnici semma l-awtorità ta' l-ippjanar, imma naħseb li aħjar ma semmieha xejn għax dik hija l-aktar awtorità li taqla' l-kritika għall-mod kif tiddeċiedi.", "Imbagħad meta wieħed jistaqsi fuq ċerti deċiżjonjiet li tkun ħadet ma jeħux sodisfazzjon għax dik l-awtorità hija awtonoma, allura ħadd minn dawn il-membri ta' l-awtorità m'hu accountable lejn il-poplu.", "Dawn qegħdin appuntati hemmhekk, u jekk il-ministru għandu grazzja magħhom, jiddeċiedu x'jiddeċiedu, dawn se jibqgħu appuntati fl-awtorità ta' l- ippjanar.", "Mr Speaker, dan ifisser li min imur għand l-awtorità ta' l-ippjanar m'għandux dritt li jgħid li ma jaqbilx ma' kif imexxi t-tali membru ta' l- awtorità, bħalma aħna fl-aħħar mill-aħħar, wara li nagħmlu ċertu żmien hawnhekk, niġu soġġetti għall-ġudizzju tal-poplu.", "Jekk in-nies jgħidu li l- Onor. Carmelo Abela m'għadux jogħġobhom aktar, m'għadux jaqdi l- funzjonijiet tiegħu bħala deputat tat-tielet distrett kif jixtiequ huma, jagħżlu lil ħaddieħor.", "Għandhom kull dritt li jagħmlu hekk, u Allaħares ma jagħmlux hekk jekk jaraw li qed nieħu deċiżjonijiet żbaljati jew m'iniex nagħmel ix-xogħol tiegħi kif għandi nagħmlu.", "Imma min hu fl-awtorità, lejn min hu accountable?", "Huwa accountable lejn il-ministru.", "Jekk il-ministru huwa kuntent bl-operat tiegħu allura se jibqa' hemmhekk, imma ma jinteressahx jekk il-konsumatur huwiex moqdi jew inkella jekk il-konsumatur għandux diffikultajiet fuq dik il-persuna.", "Mela m'għandna l-ebda garanzija li l-awtorità se taħdem aħjar.", "Filwaqt li qed nikkritika li l-ministru jkollu wisq idejh fl-awtorità, però ċertament wieħed għandu joqgħod attent li ma noħolqux awtoritajiet monstri.", "U nerġa' nsemmi l-awtorità ta' l-ippjanar li ħafna drabi tiġi deskritta bħala repubblika.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li filwaqt li l-ministru m'għandux ikun mill-bidu sa l-aħħar, imma ċertament li għandu jkun hemm ċertu kontroll.", "U l-kontroll għandu jkun ukoll anke minn dak li jgħidu n-nies u mill-kritika li ssir hawn ġew.", "Għalhekk aħna nikkritikaw il-fatt li qed inwaqqfu awtoritajiet li mbagħad dan il-parlament mhux se jkollu l-opportunità li jiddiskuti.", "Dan huwa nuqqas ieħor li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Mela kull ministru li jippreżenta abbozz ta' liġi li jwaqqaf awtorità qed jintrabat li jpoġġi l-financial statement kif ukol l-annual report, però mbagħad ma ssirx diskussjoni fil-Kamra kollha, kif s'issa konna mdorrijin nagħmlu fuq il-korporazzjonijiet, fosthom l-Enemalta u l-Water Services.", "Allura darba f'sena dan il-parlament, f'seduta waħda - m'aħniex nitolbu wisq, ħafna drabi seduta waħda ngħidu ħalli nkunu reġjonevoli min-naħa tagħna - m'għandniex nagħmlu sagħtejn u nofs maqsumin bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra fejn niddiskutu purament policy ta' awtorità u kif ikun miexi l-operat tagħha?", "Forsi jgħidulna li nistgħu mmorru fil-public accounts committee.", "Imma l-ewwelnett diġà għedna kif qed jitmexxa l-public accounts committee u kemm l-oppożizzjoni bosta drabi ġiet ristretta milli tagħmel ix-xogħol tagħha bil-mod kif ħasset li l-aktar hu xieraq, u t-tieni nett il-prattika tal-public accounts committee sal-lum kienet li ma jivvotax minn qabel fuq l-estimi għas-sena ta' wara.", "Jekk wara r-recess tas-sajf jiġi diskuss l-annual report u l-financial statement tal-Water Services Corporation, dan il-parlament se japprova l- estimi għas-sena 2000/2001, mentri r-rwol tal-public accounts committee sal- lum huwa li nitkellmu wara li tiġri l-froġa, wara li jkunu ġew ivvotati l- flus.", "Jien naħseb li din hija nuqqas ta' demokrazija fis-sens li dan il- parlament darba f'sena għandu jiddiskuti l-interessi ta' dawn l- awtoritajiet għax dawn jolqtu lill-poplu.", "Naħseb li l-gvern jagħmel ħażin jekk jipprova jaqta' dawn id-diskussjonijiet minn fuq l-aġenda parlamentari għaliex għandu lista sħiħa ta' liġijiet li jrid jgħaddi u jrid ilaħħaq mat- target date li tah Brussels.", "Għalhekk filwaqt li aħna għandna ċerti riżervi fuq dawn l-awtoritajiet li qed jitwaqqfu, naħseb li d-diċenza titlob li għallinqas darba f'sena f'dan il-parlament tiġi diskussa l-policy u l-operat tagħhom.", "Importanti wkoll li wieħed jagħti kas il-kritika li jkun hemm fuq il-ġurnali, naturalment sakemm tkun kritika ġustifikata, sakemm tkun kritika kostruttiva, mhux sempliċement għax wieħed intlaqat ħażin u għall-interessi personali tiegħu.", "Naturalment hemm differenza bejn problema u oħra.", "Mr Speaker, jien nirrepeti dak li qalu sħabi, li dawn l-awtoritajiet qed iservu biex il-partit Nazzjonalista jdaħħal in-nies tiegħu fihom.", "L-Onor.", "Bonnici semma li f'dawn l-awtoritajiet irid ikun hemm nies kompetenti fil- qasam konċernat, u jien naqbel miegħu.", "Però jiddispjaċini ngħid li hija ħasra li min-naħa Laburista m'għandniex esperti jew inkella dawn l-esperti m'humiex tajbin biżżejjed daqs ħaddieħor.", "Xi kultant jintgħażlu nies fl- awtoritajiet li l-uniku kriterju tagħhom ikun li huma ta' twemmin Nazzjonalista.", "Din m'hijiex serjetà!", "Jien ma nsemmi lil ħadd biex ma ninsulenta lil ħadd għaliex fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu l-pride tiegħu u nirrispetta lil kulħadd.", "Però filwaqt li naqbel li għandu jkun hemm nies esperti fil-qasam li qed jiġu appuntati għalih, imma dawn imbierek Alla allura kollha nzertaw Nazzjonalisti?", "Għalhekk insostni li din hija okkażjoni biex permezz ta' dawn l-awtoritajiet indaħħlu aktar nies li jxaqilbu lejn in-naħa tal-gvern.", "Dawn il-ħatriet fl-awtoritajiet qed iġibu problema oħra għaliex ħafna drabi dawn il-ħaddiema qed jiddaħħlu minn barra u mhux qed isir transfer ta' nies li llum qegħdin jaħdmu f'dipartiment ieħor.", "Per eżempju, jekk din l-awtorità se tkun regolatorja u jkun hemm xi persuni fil-Water Services Corporation, fl-Enemalta Corporation jew f'dipartiment tal-gvern qegħdin jagħmlu xogħol li jew iqarreb jew inkella huwa direttament marbut ma' l- aspett regolatorju, nifhem li dawn għandhom jiġu trasferiti fl-awtorità.", "Wieħed forsi jgħid li dawn għandhom jingħataw iċ-ċans li jagħżlu jekk imorrux ma' l-awtorità jew le.", "Jien naħseb li għandna ninċentivawhom b'ċerti garanziji biex imorru ma' l-awtoritajiet, inkella se nibqgħu ngħabbu lill-gvern bil-ħaddiema u ma' l-awtoritajiet indaħħlu ħaddiema minn barra.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-piż qed jaqa' fuq il-gvern sakemm il-gvern ma jiddeċidix - hija ħolma naħseb jiena - li l-awtoritajiet ikunu finanzjarjament awtonomi, allura jaraw kif idaħħlu l-fees neċessarji biex ikomplu għaddejjin bil-ħidma tagħhom.", "Dan huwa punt li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni jekk verament irridu nieħdu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż bis-serjetà.", "Huwa faċli li tgħid li l-gvern Laburista għamilha l-ħofra - issa dan m'hu veru xejn! – u mbagħad ma tagħmel xejn bis-serjetà biex tieħu ħsieb l-interessi finanzjarji ta' pajjiżna.", "U għalhekk anke jiena, kif qalu sħabi, wara l- elezzjoni li jmiss gvern Laburista jesiġi li dawn in-nies li jkunu appuntati b'mod politiku jirriżenjaw wara r-riżultat ta' l-elezzjoni.", "Dan għaliex ċertament il-gvern preżenti jkun daħħalhom għax għandhom l-istess fehmiet politiċi tiegħu, allura dawn għandhom jirriżenjaw mill-kariga li jkunu qed jokkupaw ladarba ġew magħżulin b'mod politku.", "Nixtieq nagħmel ukoll ftit kummenti fuq dak li nsibu f'Taqsima III fejn dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li persuni li jkollhom konflitt ta' interess m'għandhomx jintgħażlu.", "Però l-istess klawsola tgħid li jekk dan jiddikjara interess, eċċ., allura għandu jikkwalifika.", "Jiena naħseb li għandna noqogħdu attenti għaliex jew għandhom jintgħażlu jew ma jintgħażlux.", "Il-gvern qisu għadu mhux deċiż fuq din il-ħaġa u qed jagħmel safeguards biex jekk ikun irid jagħżel lil xi ħadd li għandu f'moħħu sabiex iservi fuq l-awtorità, dan ikun jista' jiġi appuntat.", "Il-gvern m'għandux jagħżel persuni li jkollhom konflitt ta' interess f'dawn l-affarijiet għax jistgħu jservu ta' dannu flok ta' ġid.", "Jiena se nipprova nħaffef ftit aktar fil-kummenti li qed nagħmel għax il- ħin qed jiġri ħafna u naf li mhux se jkolli estensjoni ta' ħin sfortunatament.", "Nixtieq ngħaddi ftit fuq il-funzjonijiet ta' din l- awtorità.", "Diġà semmejt fil-bidu li din l-awtorità se jkollha l-aspett regolatorju f'idejha.", "Diġà għedna u nirrepetu li dan huwa tajjeb, però rridu naraw kif se tagħmel dan fil-prattika.", "L-awtorità se jkollha s-snien biex fejn hemm bżonn li tirregola tkun tista' tagħmel dan?", "Jekk ma jkunx hemm il-kunsens tan-naħa l-oħra, x'passi se jittieħdu biex tinforza dak li tkun qed tordna hi?", "Waħda mill-funzjonijiet ta' din l-awtorità se tkun li tistabbilixxi standards ta' kwalità u ta' sigurezza minimi, eċċ. Hawnhekk jien nistaqsi - u anke niġbed l-attenzjoni tal-Ministru - jekk hux se jkun hemm xi konflitt ma' l-awtorità ta' l-istandards peress li diġà emendajna l-liġi dwar l-awtorità għall-istandards.", "Din ukoll insibuha fin-national plan for the adoption of the acquis għax f'paġna 111 taħt \"Other matters\" insibu li \"the Malta standardisation authority will issue mandatory standards orders on energy rating??? appliances.\"", "Għalhekk wieħed irid jara ftit jekk hux se jkun hemm konflitt bejn din l-awtorità u awtoritajiet oħrajn biex ma jkunx hemm problemi meta dawn it-tnejn jibdew joperaw.", "Funzjoni oħra ta' din l-awtorità hija li tirregola l-prezzijiet.", "Naħseb li l-gvern jista' jkollu f'moħħu li għada pitgħada l-prezz ta' dawn is- servizzi bażiċi jkompli jogħla, kif fil-fatt diġà ġara wara l-elezzjoni li għaddiet.", "Minkejja ħafna diskors sabiħ, il-prezz tad-dawl u l-ilma, kif jafu l-konsumaturi Maltin u Għawdxin, għola u mhux naqas, u m'hu veru xejn li kieku baqa' l-gvern Laburista kien se jibgħat dawn it-tip ta' kontijiet.", "Wieħed jista' jilgħab ħafna bin-numri u ċertament li gvern Nazzjonalista kompla għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma u mhux naqqashom kif wiegħed li jagħmel.", "Allura l-gvern għandu x-xoqqa f'moxtha li filwaqt li jsegwi dak kollu li tgħidlu l-Unjoni Ewropea fejn wieħed irid iħallas għal dawn is- servizzi li jieħu bil-prezz kemm jiswew, imbagħad ikun jista' jistaħba wara din l-awtorità u jgħid li hi ddeċidiet li hemm bżonn li jogħlew dawn il- prezzijiet.", "Għalhekk in-nies jeħduha kontra l-awtorità u mhux kontra l- gvern Nazzjonalista.", "Fost il-funzjonijiet li għandha din l-awtorità hemm dik li tagħti l- pariri fuq policy.", "Hija ħaġa tajba li tagħti pariri fuq policy, però naħseb li ma tistax tagħti pariri fuq l-aktar policies importanti.", "Għaliex?", "Għax il-gvern diġà marbut li jimx ma' ċerti policies ta' l-Unjoni Ewropea, jgħoddu jew ma jgħoddx għalina.", "Hemm policies fuq l-ambjent ta' l- Unjoni Ewropea li huma pożittivi u tajbin u iġri nibdew nadottawhom, mhux għax se nsiru membri, imma għax huma fl-interess taċ-ċittadini Maltin.", "U għalhekk jiena fil-bidu enfasizzajt li t-tibdil li għandna nagħmlu nagħmluh mhux għal wiċċ ħaddieħor imma għal wiċċ il-poplu Malti u Għawdxi.", "U ċertament li l-awtorità se tkun ristretta fuq il-pariri li tista' tagħti fuq ċerti policies għax il-policies diġà huma marbuta b'dak li tgħid l- Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, hawnhekk jissemmew ukoll is-sorsi alternattivi ta' enerġija u ejja bis-serjetà nikkonsidrawhom.", "Fl-introduzzjoni ta' din il-liġi l- ministru qal li din l-awtorità se tiffaċilita l-operat ta' new power generation.", "Il-mistoqsija tiegħi hija waħda sempliċi: Għaliex se tiffaċilita, u x'kien qed iżommna sal-lum milli nsibu sorsi oħrajn ta' enerġija?", "Il-korporazzjoni hija tal-gvern, hija tal-poplu, allura jekk kien hemm diffikultajiet mal-korporazzjonijiet fuq sorsi oħrajn ta' enerġija ċertament li ma kellhomx ikunu.", "Għalhekk qed nistaqsi għaliex issa se tkun aktar faċli minn qabel.", "Allura ejja bis-serjetà nikkonsidraw ċerti sorsi alternattivi ta' enerġija għax hemm bżonnhom.", "Jekk hemm bżonn nagħtu inċentivi biex inħajru aktar nies jużaw aktar sorsi alternattivi ta' enerġija.", "Xtaqt li nitkellem ukoll fuq l-unaccounted for water u x-xogħol li kien għamel il-gvern Laburista li spjegah tajjeb ħafna l-Onor.", "Charles Buhagiar, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħsara fil-mains ta' l-ilma.", "Qed nipproduċu tant ilma li ammont minnu jispiċċa jintilef.", "Din waħda mill-problemi li wieħed irid jikkontrollaha aktar u aktar, u ċertament li din il-ħidma għandha titkompla.", "Xtaqt nitkellem ftit ukoll fuq ġibjuni li huma bil- ħsara li ma jissewwew qatt.", "Dak huwa mezz tajjeb kif wieħed jista' jiġbor ċertu ilma tax-xita.", "Dan ma tħallas l-ebda taxxa għalih għax jiġi mingħand il-Missier Etern.", "Għandna nikkonsidraw bis-serjetà dawn il-ġibjuni li ċertament kellhom skop għalfejn inbnew.", "Ma nħalluhomx imkissrin bla ebda użu.", "Hawnhekk se naqleb daqsxejn is-suġġett u nsemmi s-saħħa ministerjali f'dak li għandu x'jaqam mad-direttorati.", "Meta jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi se jkollna quddiemna ċerti direttorati li l-ministru jista' b'daqqa ta' pinna, naturalment dejjem b'avviż legali, jibdilhom kompletament ta' taħt fuq.", "Mela filli għandek tant direttorati u komposti hekk, filli f'daqqa waħda jinbidlu.", "Hawnhekk tidher is-saħħa ministerjali li l-Onor.", "Bonnici ma xtaqx li tibqa' hemmhekk, pero' se tibqa' hemmhekk.", "Niftakru ftit fil- kritika kbira li kienet għamlet l-oppożizzjoni Nazzjonalista meta l-gvern Laburista kien ressaq xi emendi għall-awtorita' ta' l-ippjanar fejn kienu qalu li l-ministru se jkollu saħħa enormi meta s-saħħa ma kenitx daqshekk kbira, imma ċertament dak id-diskors li qalu qabel illum ma jiswiex bħal ħafna affarijiet oħrajn.", "Nixtieq nitkellem dwar dak li nsibu fit-Tieni Skeda li l-ministru ftit li xejn tkellem dwaru jew ma tahx importanza, jiġifieri fuq il-konsegwenzi li se jġibu magħhom l-emendi li se jkollna fit-Tieni Skeda.", "Dawn huma konsegwenzi li għada pitgħada jista' jkollna minħabba liċenzji oħrajn ta' privatizzazzjoni jew inkella ta' liberalizzazzjoni wkoll.", "Nixtieq nistaqsi jekk sarux studji dwar l-impatt li dawn jista' jkollhom fuq l-ekonomija Maltija, fuq il-ħaddiema, fuq id-dħul tal-pajjiż jew inkella tal- korporazzjonijiet infushom u fuq il-konsumatur.", "Naqbdu u niddeċiedu ċerti affarijiet li l-iskop primarju tagħhom ikun li nimxu ma' dak li jgħid l- acquis, allura nniżżluh fin-national plan for the adoption of the acquis li l-gvern ikun għamel!", "Allura nħaffu dawn l-affarijiet mingħajr ma nagħmlu studji serji biżżejjed biex naraw x'impatt jista' jkollhom!", "Il-Ministru Bonnici l-bieraħ qal li aħna dejjem inibiddlu d-diska.", "Din bħal taċ-ċikkulata!", "Issa ċ-ċikkulata ċertament m'hijiex prodott essenzjali daqs l-enerġija, daqs l-ilma u daqs il-fuel!", "Naħseb li hemm differenza u għalhekk irridu nitkellmu b'aktar serjetà f'dan il-parlament meta nitkellmu fuq liberalizzazzjoni jew privatizzazzjoni ta' ċerti korporazzjonijiet.", "Qed nitkellmu fuq servizzi essenzjali li l-konsumatur anke llum qed iħallas il-belli liri għalihom, aħseb u ara jekk ikun hemm uħud minnhom li jiġu liberalizzati jew inkella privatizzati.", "U qed ngħid dan għax hemm min jgħid li jekk ikun hemm il-kompetizzjoni, il-konsumatur se jgawdi.", "Dejjem gawda l-konsumatur meta kien hemm kompetizzjoni?", "Jekk naraw ċerti eżempji ta' kumpanniji privati li ġew amalgamati u ħawdu bejniethom, il-konsumatur mhux dejjem gawda, ħalli ma ngħidux li qatt.", "Għalhekk hemm bżonn studji serji fuq l-impatt li jista' jkun hemm kemm fuq id-dħul tal-pajjiż u tal-korporazzjoni, kemm fuq il-knsumatur kif ukoll fuq il-ħaddiema nfushom tal-korporazzjonijiet u anke fuq l-ekonomija Maltija.", "Qed insemmi dan għax m'hawn l-ebda baħnan li se jiġi hawn Malta biex jipprovdi d-dawl.", "Il-probabbiltà hija żgħira li jiġi xi ħadd biex jipprovdi d-dawl hawn Malta.", "Imma l-fuel, fejn hija l-laħma, wieħed irid joqgħod attent.", "U jien se nikkwota minn dak li qal iċ-chairman ta' l- Enemalta Corporation fl-annual report tas-sena li għaddiet fejn qal li \"The corporation's financial fortunes rest heavily on the price of fuel.\"", "Mela li kieku l-fuel ma jkunx qed jagħmel tajjeb għat-telf li l-Enemalta Corporation qed tagħmel fil-produzzjoni tad-dawl, kieku l-Enemalta flok tagħmel il-qligħ qed tagħmel it-telf.", "U aktar 'l isfel iċ-chairman ikompli jgħid hekk: \"The electricity division continues to be a loss maker\".", "Dan jikkonferma l-fatt li l-Enemalta qed issalva mill-fuel.", "Wieħed irid jistudja bis-serjetà dawn l-affarijiet u mhux jaqbad u jitfagħhom mingħajr ma naraw x'implikazzjonijiet jista' jkollhom.", "Għalhekk jiena fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li fl-għanijiet u r- raġunijiet mhix qed tissemma l-aktar raġuni importanti li jista' jkollha konsegwenzi jekk iseħħu ċerti affarijiet.", "Din hija proprju li wieħed mhux se jħalli d-dritt esklussiv ta' l-Enemalta orporation u tal-Water Services Corporation.", "Fil-fatt qed nemendaw l-Att dwar l-Enemalta fis-sens li l- Enemalta jkollha l-awtorità waħdanija u esklussiva.", "X'ifisser dan?", "Ifisser li jista' jkun hemm ħaddieħor li jipprovdi waħda mill- operazzjonijiet ta' l-Enemalta huwa wkoll.", "Jekk jiġri hekk j'Alla jgawdi l- konsumatur u l-prezzijiet jorħsu.", "Imma sar studju jekk hux se jiġri dan?", "Għalhekk qed nisħaq li l-affarijiet isiru bis-serjetà.", "Hawn Malta ħadd ma ġie joffrilna biex jixtri l-Kalaxlokk bil-problemi kollha li għaddejja minnhom, imma marru għal affarijiet li jagħmlu l-qligħ.", "Ħadd ma ġie jgħidilna li jixtieq jieħu l-Malta Drydocks li l-gvern qed jagħtiha sussidju ta' tant miljuni fis-sena, imma kulħadd jiġi biex jixtri xi ħaġa li qed tagħmel il-qligħ.", "U anke f'dan is-settur ta' l-enerġija, ma naħsibx li se jiġi xi ħadd biex jibda jipprovdilna d-dawl, imma se jiġu biex jekk hemm il-laħma naturalment jieħdu lilha.", "U ċertament li l- istatement taċ-chairman ta' l-Enemalta jikkonferma dan li qed ngħid, fis- sens li l-fuel qed jagħmel tajjeb għat-telf li l-Enemalta tagħmel fis- settur tad-dawl.", "Sur President, jiena kelli xi affarijiet oħra x'insemmi imma qed nara li l-ħin għadda.", "Bil-permess tiegħek u tal-Kamra nikkonkludi għax naf li mhux se jagħtuni extension.", "Naħseb li f'Malta għandna problema, fost oħrajn, li għandna gvern li suppost ġie elett biex iħares l-ewwel l-interessi tal- poplu u għandu ġurament ta' lealtà lejn ir-Repubblika ta' Malta, iżda minflok qed jagħmel hekk qed jara l-interessi ta' ħaddieħor l-ewwel u qabel kollox.", "Filwaqt li partijiet minn din il-liġi huma tajbin u naqblu magħhom, nagħmel appell lill-gvern biex jagħmel studju serju qabel jiddeċiedi li jagħmel ċerti affarijiet.", "MR SPEAKER: Ippermettili nwaqqfek għax skadielek il-ħin.", "Jekk m'hawnx min jipproponi talba għal extension tal-ħin, ikolli nistaqsi għal aktar rimarki.", "L-Onor.", "Abela on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.39 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Grazzi, Mr Speaker.", "Għandna liġi quddiemna li qed tipproponi li titwaqqaf awtorità dwar ir- riżorsi u bħalma ġara fil-liġijiet li kellna f'dawn l-aħħar ġimgħat fil- parlament, min-naħa ta' l-oppożizzjoni kellna kritika li qegħdin ngħaġġlu, kritika li qed nagħmlu awtorità li forsi lanqas hemm bżonnha, u kritika li qegħdin nagħmlu dan biex nintgħoġbu ma' Brussels.", "Din it-tip ta' kritika saret qisha diska li tindaqq ripetutament u mhux qegħdin japprezzaw il- ħteġijiet reali li hawn fil-pajjiż.", "Mr Speaker, din hija liġi li għandha twassal biex f'dan il-pajjiż xi darba verament jibda jkollna treġija integrata tar-riżorsi.", "Dan il-pajjiż m'għandux ħafna riżorsi.", "Il-ftit riżorsi li għandna huma l-ġebla, l-art - iż-żejt għadna nfittxu għalih - u għandna affarijiet oħrajn li jimpinġu ma' dawn il-ftit riżorsi, però xorta jeħtieġ li jkollna treġija integrata.", "Anzi meta l-pajjiż ikun żgħir u jkollok ftit riżorsi huwa importanti li t- tmexxija tkun iktar integrata.", "Ħafna drabi, minkejja li aħna pajjiż żgħir, ma nafux dak li ngħidulu il-horizontal action.", "Ma tantx aħna effiċjenti f'numru ta' affarijiet li jkunu across ministries u biex tagħmel treġija integrata tar-riżorsi li jkollok jeħtieġ li jkollok struttura mwaqqfa kif suppost.", "F'dan il-pajjiż għadha ma teżistix biżżejjed il-kultura li dipartimenti jew aġenziji li jkunu taħt responsabbiltajiet differenti jaħdmu flimkien.", "Għalfejn għandna bżonn treġija integrata?", "Għaliex ħafna drabi l-mod kif nisfruttaw oqsma partikolari f'dan il-pajjiż ikollu impatt anke fuq aspetti oħrajn.", "Per eżempju, il-mod kif nużaw l-ilma jkollu impatt fuq id-drenaġġ.", "Il-mod kif niġġestixxu l-iskart wieħed jista' jipprova jisfruttah bħala riżors per se.", "Issemmew is-sorsi ta' l-enerġija mir-riħ, l-enerġija mix-xemx, però dik il-viżjoni mhux dejjem ninkwadrawha mal-mod kif niġġeneraw l-istess enerġija.", "Għal ħafna żmien konna pajjiż li nagħmlu l-affarijiet mil-lum għal għada, jew mil-lum għal-lum.", "Per eżempju, konna nħaffru l-boreholes mingħajr ma nagħtu kas l-impatt fuq il-watertable, u kien hemm żmien meta l-watertable kienet qed tkun sfruttata b'mod li kważi kienet qed issir ħsara irriversibbli.", "Anke l-kwalità ta' l-istess ilma li kien qed joħroġ mill- boreholes ma kenitx tant tajba.", "Għamilna l-impjanti tar-reverse osmosis, u dawn fil-fatt ħallew impatt - li mhux bilfors kien previst - fuq l-istess enerġija ġenerata fil-pajjiż.", "Anke fejn jidħlu proġetti ta' kostruzzjoni l- impatt fuq l-ambjent huwa ovvju, però l-impatt li dan iġġenera fuq l-iskart tal-pajjiż huwa argument li mhux dejjem ninkwadrawh.", "Sur President, kulħadd japprezza li l-barrieri huma importanti, però l- impatt ta' l-istess barrieri fuq l-ambjent hija xi ħaġa li qed nirrikonoxxuha riċentement.", "Il-bini tat-toroq huwa meħtieġ peress li r- rata ta' karozzi ġodda qed tiżdied b'10,000 fis-sena, iżda dawn ukoll għandhom effett ieħor fuq l-ambjent tal-pajjiż.", "Dan għaliex l-ilma tax- xita li jaqa' fuq l-istess toroq, li qabel kien forsi jaqa' fuq għalqa u jibqa' nieżel sal-blat, issa mhux qed jiġi assorbit, imma jibqa' għaddej sakemm jispiċċa fil-baħar bil-problemi ta' għarar li kważi qed isiru xi ħaġa regolari kull sena.", "F'dan il-pajjiż kien hemm żmien meta konna niġġeneraw l-enerġija bil- faħam għax il-faħam kien pjuttost irħis u ftit tajna kas l-impatt li l- istess faħam kien qed iħalli fuq l-ambjent.", "Jien noħroġ fuq id-distrett li jinkludi l-Marsa, u kulħadd jaf li f'dik l-area ta' madwar il-Marsa t-trab tal-faħam kont tħossu jqarmeċ inti u timxi.", "U kien gvern Nazzjonalista li ħa deċiżjoni biex il-faħam ma jintużax iktar f'dan il-pajjiż.", "Però, kif qiegħed ngħid, konna nieħdu deċiżjonijiet li nagħmlu xi ħaġa biex forsi naqdu l-ħtieġa ta' dakinhar, imma l-impatt ta' dik il-ħaġa fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem ftit konna nagħtu kashom.", "Konna għamilna wkoll il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ li kien pjuttost pożittiv, però m'għarafniex nisfruttawh jew niprevedu l-impatt tiegħu sa l- aħħar.", "Dan jiġġenera ammont ta' second class water li ħafna drabi maddisponejniex minnu bl-iżjed mod effiċjenti kif verament għandu bżonn il- pajjiż.", "Jiena għamilt żmien kont naħdem mal-Malta Development Corporation u ftit jafu li f'Ħal Far kien inbena impjant tat-tisfija tad-drenaġġ biex id-drenaġġ industrijali jkun imsaffi u spiċċa li qatt ma kien intuża dak l- impjant.", "Din il-liġi li qed tifred ir-regolamentazzjoni mill-operazzjoni tagħmel ħafna sens għaliex ħafna drabi min ikun qiegħed jeħodlok ħsieb ta' xi qasam partikolari, per eżempju, l-enerġija, mhux bilfors imexxi l-operazzjoni bl- iktar mod li huwa sostenibbli, mhux bilfors li jagħti kas l-ewwel u qabel kollox il-ġid globali tal-pajjiż.", "Illum il-ġurnata bilkemm teżisti regolamentazzjoni f'ċerti oqsma li din il-liġi se tgħaddi lill-istess awtorità.", "Per eżempju, fil-qasam tal-barrieri min qed jagħmel ir- regolamentazzjoni?", "Bħalissa r-regolamentazzjoni qed issir primarjament mill-awtorità ta' l-ippjanar, allura jekk inti tagħmel applikazzjoni għal estensjoni ta' barriera trid toqgħod fuq policies li joħorġu mill-awtorità ta' l-ippjanar.", "Però meta nħarsu lejn il-qasam tal-barrieri, irridu nħarsu lejh b'viżjoni aktar wiesgħa.", "L-ewwelnett irridu nikkwantifikaw kemm huwa kbir dan ir-riżors tal-ġebel tal-franka u kemm tal-qawwi, irridu naraw l- impatt ambjentali ta' l-istess barrieri u anke kif dawn nistgħu ninkwadrawhom fil-policy tagħna tat-treġija ta' l-iskart.", "Mr Speaker, il-liġi ssemmi ċerti aspetti importanti dwar il-provvista ta' l-ilma fejn għandna waħda mill-akbar sfidi fil-pajjiż.", "Kien gvern Nazzjonalista li għamel lil Malta self-sufficient f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma.", "Niftakru n-nuqqasijiet kbar ta' ilma li kien ikollna fil- pajjiż u kien bil-programm ta' gvern Nazzjonalista li tela' wara l-1987 li verament bdejna naslu biex pajjiżna jkollu provvista ta' l-ilma adegwata.", "Wara li ħloqna l-mezzi biex nipproduċu l-ilma kien jeħtieġ il-proċess l- ieħor ta' kif l-ilma nwassluh lill-istess households li għandhom bżonn.", "Ma jfissirx li għandna kollox sew jew kif suppost.", "Għad għandna industrija li tuża ħafna first class water.", "Għad għandna agrikoltura li tuża furow and basin irrigation, jiġifieri li titfa' l-ilma f'dawk il-kanali fil-ħamrija stess li ħafna drabi l-ilma jintilef malajr, allavolja s-sistemi ta' drip irrigation qegħdin jidħlu wkoll.", "L-użu tal-boreholes għadu lampanti u għad għandna ammont mhux ħażin, għalkemm qiegħed jonqos, ta' unaccounted for water.", "Kif qalu kelliema oħrajn, il-produzzjoni ta' l-ilma għandha wkoll impatt fuq l-enerġija li hija ssussidjata, apparti li hemm ukoll l-impatt minħabba l-emissions li joħorġu mill-power stations tagħna, jiġifieri wieħed ma jistax jgħid li hija sostenibbli għal kollox.", "Għandna wkoll sistema ta' distribuzzjoni ta' second class water li mhijiex effiċjenti u naħseb din l- issue x'aktarx li se ssir iktar importanti.", "Jekk aħna verament irridu niġu in line ma' dak li qed titlob il-Konvenzjoni ta' Barcellona, li sa xi żmien partikolari fil-ġejjieni qarib id-drenaġġ kollu li nipproduċu f'dan il- pajjiż ikun imsaffi, allura rridu naraw kif se jkollna sistema effiċjenti ta' distribuzzjoni ta' dak is-second class water, li ovvjament imur għall- agrikoltura.", "Però iktar minn hekk għandna naraw kif jista' jmur għand l- industrija wkoll.", "Sur President, naħseb li l-ikbar defiċjenza li għandu l-pajjiż fil-qasam ta' l-ilma hija li m'għandu l-ebda strateġija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma tax-xita.", "Dan il-pajjiż jirċievi ammont ta' xita sostanzjali, però proporzjon kbir minnha tispiċċa lura fil-baħar.", "Kieku jkollna sistemi ppjanati tajjeb dak l-ilma nistgħu nikkonservawh u nagħmlu użu tajjeb minnu.", "Kważi kull meta jkollna għarar qed nispiċċaw b'ħafna ħsarat, iżda li kieku kellna storm water strategy kif suppost, dawk il-ħsarat jistgħu jiġu evitati.", "Jien responsabbli mill-faċilitajiet tal-Marsa u x-xitwa li għaddiet kellna għarar enormi fejn ir-race track u l-golf course.", "Hemmhekk kien kollu miksi b'xi metru ilma għal xi jumejn bit-tajn u bil- ħsarat kollha li ġab.", "Ta' min isemmi li hemmhekk hemm faċilitajiet ewlenin li ma jeżistux f'postijiet oħra f'Malta, fosthom ir-race track u l-golf course.", "Allura jkollok issewwihom imedjatament bl-ispejjeż kollha li dan iġib miegħu.", "Naħseb li din l-awtorità għandha sservi biex ikollna treġija integrata, u b'hekk forsi jitnaqqas it-telf li jagħmlu l-korporazzjonijiet.", "Però mhux l- istess istituzzjonijiet li bħalissa qed jipproduċu l-ilma jistgħu verament jagħmlu dan għaliex għad hemm separazzjoni, per eżempju, bejn il-qasam tad- drenaġġ u l-qasam tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Hemm problemi f'oqsma oħrajn, fosthom l-agrikoltura, dwar kif se twassal is-second class water lill-farms ta' l-annimali, jew kif se twassal is-second class water għand l- industrija.", "It-turiżmu wkoll huwa wieħed mill-major industries li juża ħafna l-ilma.", "Hemmhekk ukoll nistgħu nimponu r-re-use ta' l-ilma u l-użu tas-second class water.", "Nemmen li l-awtorità tista' tasal biex tagħmel dan kollu għax il-primary concerns tagħha mhux se jkunu kif se tħaddem l-impjanti tagħha jew kif se tagħmel is-sistemi ta' distribuzzjoni tagħha, imma se tħares lejn il- bżonnijiet wiesa' tal-pajjiż u tippjana għalihom.", "Jien ma naħsibx li wieħed qed jikkontempla xi kompetizzjoni partikolari fil-qasam ta' l-ilma, imma l-issues hawnhekk huma iktar l-effiċjenza u l-ippjanar.", "L-awtorità għandha tkun istituzzjoni li twassal għal dan l-ippjanar.", "Qasam ieħor li se tieħu r-responsabbiltà tiegħu l-awtorità li se titwaqqaf huwa dak ta' l-enerġija.", "Jekk wieħed iħares ftit lejn l- istatistika tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija jara li mill-bidu tas-snin tmenin kien hawn 9% increase fl-ammont ta' energy generated kull sena.", "Meta wieħed jara kemm huma r-rati ta' tkabbir f'pajjiżi oħrajn li qegħdin jiżviluppaw, isib li r-rata hija ta' 3.7% u l-average għad-dinja kollha huwa ta' 2.7%.", "Jiġifieri r-rata ta' tkabbir fil-ġenerazzjoni ta' enerġija f'dan il-pajjiż kienet enormi.", "Nistgħu ngħid li issa bdiet tillivella ftit għax it-tkabbir f'dak li għandu x'jaqsam mar-reverse osmosis plants m'għadux daqshekk kbir.", "X'tirrifletti din ir-rata ta' tkabbir?", "L- ewwelnett tirrifletti r-rata ta' żvilupp ekonomiku kbir li kien hawn f'dan il-pajjiż, kemm kiber il-housing stock f'dan il-pajjiż, u tirrifletti wkoll kemm il-produzzjoni ta' l-ilma hija dipendenti fuq l-enerġija elettrika.", "Din ir-rata ta' tkabbir tirrifletti wkoll l-istandard of living u għaliex, per eżempju, 20 sena ilu li tidħol f'dar u tara air-conditioner kienet pjuttost eċċezzjoni.", "Illum tista' tgħid li l-airconditioners f'uffiċini hija xi ħaġa normali u fid-djar daħlu sew ukoll.", "U ħafna drabi tqum il- mistoqsija għalfejn ma sarx daqshekk użu ta' renewable energy, solar water heaters, per eżempju, meta l-airconditioners li jqumu l-istess ammont, in- nies sabu l-flus għalihom?", "Jien naħseb li waħda mir-raġunijiet għalfejn is- solar water heaters ma kenux daqstant popolari x'aktarx kienet minħabba li kien hawn prezz irħis ta' l-elettriku.", "Raġuni oħra hija n-nuqqas ta' inċentiv li kien hawn.", "Xi ħaġa li ma ssemmietx f'din id-diskussjoni kienet li f'dan il-pajjiż ma tantx teżisti kuxjenza dwar il-mod kif nibnu.", "Barra minn Malta, għax jafu li l-heating costs huma fattur ewlieni fin-nefqa tal-household, jagħmlulek building standards biex jaraw li ma tintilifx ħafna sħana mid-dar li tkun qiegħed issaħħan.", "Hawn Malta m'għandna xejn minn dawn l-istandards.", "Għandna bini li jixxarrab meta tagħmel ix-xita u allura jkollok il-ħitan għasra, bil-konsegwenza li d-djar tagħna nħossuhom daqstant kesħin fix- xitwa.", "Anke minħabba l-mod kif nagħmlu t-twieqi jintilef ammont enormi ta' sħana li nkunu qed niġġeneraw u l-insulation ma tidħolx fil-kultura ta' kif nibnu.", "Huwa tajjeb li din l-awtorità dwar ir-riżorsi se tkun parti mill- ministeru li għandu wkoll il-kostruzzjoni taħt ir-responsabbiltà tiegħu.", "Qed ngħid hekk għaliex naħseb li r-regolamenti tal-bini li xi darba jridu jidħlu f'dan il-pajjiż għandhom iħarsu wkoll lejn l-impatt li jħalli fuq l- enerġija l-mod kif nibnu.", "Kif qalu ħafna kelliema ta' qabli, għandna mmorru għal miri ta' sostenibilità f'dak li għandu x'jaqsam ma' enerġija, jiġifieri li ma nkunux qed inħallsu prezz għali ż-żejjed biex nipproduċuha, kemm f'termini ta' flus u anke f'termini ta' ħsara lill-ambjent.", "Hawn ċertu consensus f'dan il-parlament li għandna naslu għal din is- sostenibilità.", "Iżda naħseb li wasal iż-żmien li minn lip service immorru direttament għall-azzjoni.", "Hemm diversi modi kif wieħed jista' jasal biex ikollu sistemi sostenibbli ta' kif jipproduċi l-elettriku.", "Jista' jkollok sistemi ta' tariffi speċjali għal bil-lejl ħalli fejn għandek impjant li ma jkunx qed jintuża daqshekk, dan tkun tista' tagħmlu iktar effiċjenti billi tużah ftit iktar.", "Allura inti għandek tagħti inċentiv, partikolarment lill- industrija, biex teħodlok l-enerġija bil-lejl.", "B'dak il-mod inkunu qed nużaw enerġija li tkun qed tqum inqas.", "Ħaġa oħra li għandna nagħmlu hija li jkollna power stations aktar effiċjenti, u din norbotha ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Abela qabli.", "L-Onor.", "Abela kien qed jgħid li f'dak li għandu x'jaqsam ma' enerġija hawn lok ta' ċerta kompetizzjoni, però fejn se tidħol?", "Forsi se tidħol il- kompetizzjoni fil-bejgħ tal-fuel u meta lill-Enemalta tkun neħħejtilha jew naqqartilha l-bejgħ tal-fuel, tkun ħadtilha dik l-area fejn qed tagħmel profitt u ħallejtilha l-għadma tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fejn titlef il-flus.", "Dan m'huwiex sew.", "Min-naħa l-oħra jien naħseb li l-kompetizzjoni hawnhekk jista' jkollha l-impatt pożittiv fis-sens li meta l-Enemalta tħoss li għandna l-kompetizzjoni se tipprova tkun aktar effiċjenti.", "U hemm bżonn li l-power stations tagħna jkunu aktar effiċjenti għax jekk ikunu aktar effiċjenti jfisser li x'aktarx ikunu aktar nodfa u l-impatt ta' l-emissions tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem se jkun inqas.", "Hawnhekk tajjeb li ngħid xi ħaġa fuq l-issue tat-trab iswed li qamet dan l-aħħar li hawn min jgħid li ġej mill-power station u hawn min jgħid li ġej minn xi industrija.", "Jien noqgħod fiz-zona fejn jaqa' dan it-trab iswed u hija concern kbira għal kull wieħed u waħda minna li noqogħdu hemm għax dan it-trab tarah ma' l-art, tarah fil-qiegħ ta' swimming pool.", "Jekk għandek swimming pool li jidher iswed, aħseb u ara l-pulmuni tan-nies tagħna!", "Naħseb għandu jkun ir-rwol primarju ta' din l-awtorità li taċċerta li dak it-trab iswed li qiegħed joħroġ m'huwiex ġej mill-power station biex għallinqas nibdew innaqqsu l-possibilitajiet minn fejn ġej u nsibu min huwa responsabbli biex imbagħad nieħdu l-azzjonijiet neċessarji.", "Nixtieq norbot din l-issue ta' l-emissions mar-riżors ta' l-arja li forsi ma tantx issemma u li huwa taħt ir-responsabbiltà ta' l-istess ministeru.", "Qed nirriferi għar-riżors ta' l-arja, għax l-arja pura llum il-ġurnata wkoll hija riżors u għandna nagħmlu kulma hu possibbli biex dan il-pajjiż ikollu arja pura.", "Allura l-emissions li joħorġu mill-power station u mill- karozzi huma wkoll ta' concern għall-pubbliku.", "Għalhekk din l-awtorità għandha tikkontrolla wkoll li l-karozzi tagħna jkollhom sistemi ta' catalysers ta' l-exhaust effiċjenti ħalli nevitaw it-tniġġis ta' l-arja.", "Kif diġà semmejt qabel, hemm diversi modi kif wieħed jista' jasal biex ikollu sistemi sostenibbli ta' kif jipproduċi l-enerġija, fosthom id-disinn tal-bini, u hawnhekk insemmi wkoll l-istreet lighting li nagħmlu fejn għandna nipprovaw nisfruttaw ix-xemx kemm jista' jkun.", "Issemmew ħafna s- sorsi ta' enerġija alternattiva.", "Meta għandna tant enerġija available mix- xemx f'dan il-pajjiż imissna nistħu ma nużawhiex!", "Fil-fatt the average solar energy f'dan il-pajjiż hija ta' 5.4 kwh per day, li jvarja minn 4.6 kwh fix-xitwa għal 6 kwh fis-sajf.", "Jekk wieħed imbagħad jara l-effiċjenza, dan jonqos għal 10%, però dan huwa sors li żgur għandna napprofittaw ruħna minnu.", "Il-kompetizzjoni f'dan il-qasam tista' tidħol anke fil-privat fejn ikun hemm panels imwaħħlin mal-bini u mqabbda mal-grid system ta' l-enerġija tal-pajjiż, u s-sid ta' dawn il-panels jista' jitfa' ż-żejjed li jkollu minn din l-enerġija lura fis-sistema.", "M'għandniex ikollna l-biża' li nużaw dawn is-sistemi, għax b'dan il-mod inkunu qed innaqqsu d-demand fuq il- power station.", "Jekk wieħed ikollu jagħmel investiment kapitali inqas fuq il-power station peress li jkollu dawn is-sistemi alternattivi, naħseb l- istess power station tkun aktar sostenibbli.", "Xi ħaġa oħra li għandha twassal biex ikollna sistemi ta' enerġija iktar sostenibbli hija li jkollna sistema ta' traffiku effiċjenti, nibdew mill- fuel li jużaw il-karozzi tal-linja, kif nagħmlu l-ippjanar kollu tat- trasport sal-mod kif nagħmlu t-toroq f'dan il-pajjiż.", "Trid tkun awtorità li ma tkun marbuta ma' ebda aġenzija partikolari biex tagħmel dan l- ippjanar ħolistiku f'dan il-pajjiż.", "Saret ukoll kritika fis-sens li għalfejn għandha tkun bilfors awtorità u ma tkunx xi ħaġa oħra?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo qal li l-Malta Council for Science and Technology suppost għamel energy policy u dan il-pajjiż tah Lm1 miljun f'dawn l-aħħar 10 snin biex jagħmilha, u issa qed ngħidu li se jagħmel xi ħaġa bħalha xi ħadd ieħor.", "L-ewwelnett nixtieq nikkoreġi dan l- istatement tal-Lm1 miljun; dawn il-flus li ngħata l-kunsill ma kenux għall- energy policy imma għal kollox.", "Il-Malta Council for Science and Technology jieħu Lm150,000 fis-sena biex jimpjega nies, għall-programmi u anke għas-salarji tiegħu.", "Ovvjament ma tistax tagħmel mirakli bihom, però għamel ħafna xogħol fil-passat u għamel xi ftit f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija.", "Sur President, kien l-istess Malta Council for Science and Technology li għen biex twaqqaf l-Institute for Energy Technology li kien twaqqaf ma' l- università u llum għadu għaddej bir-riċerka li ta' min jisfruttah ftit.", "L- awtorità li sejra tinħoloq għandha tidħol f'forma ta' sħubija ma' dan l- istitut biex il-proposti u l-ħafna studji li għandhom dwar kif tista' tintuża enerġija alternattiva f'dan il-pajjiż verament inpoġġuhom fil- prattika.", "Dan il-kunsill ħadem ħafna wkoll mal-BICC fil-preparazzjoni ta' regolamentazzjoni biex isir użu effiċjenti ta' l-enerġija f'dak li għandu x'jaqsam ma' bini.", "Jiġifieri l-Malta Council for Science and Technology ħadem ħafna fuq l- energy policy u hemm diversi abbozzi li juru dan.", "Għalhekk l-awtorità dwar ir-riżorsi għandha tuża l-abbozzi li jeżistu u tkompli taħdem fuqhom biex verament ikollna energy policy li tħares lejn kollox f'dan il-pajjiż; lejn kemm qed juża enerġija t-trasport, id-domestiku, l-industrija, u tara min qed jaħli, min mhux qed ikun effiċjenti, u kif nistgħu nisfruttaw aktar sorsi alternattivi ta' enerġija.", "Ix-xogħol li għamel il-Malta Council for Science and Technology, għalkemm forsi m'huwiex komplut sa l-aħħar, żgur li jista' jservi ta' bażi tajba għall-awtorità.", "Apparti li ħadem fuq l-energy charter il-Malta Council for Science and Technology ħadem ħafna anke fuq il-qasam ta' l-ilma.", "Iżda peress li dan il- kunsill jaħdem bis-sistema ta' networks, jiġifieri jkollok network coordinator li jipprova jaħdem bi sħubija ma' aġenziji oħrajn, is-suċċess tiegħu jiddependi minn kemm jikkollaboraw l-istituzzjonijiet infushom, għaliex in-network coordinator huwa biss facilitator ta' l-istudju.", "Iżda meta titwaqqaf l-awtorità se nimxu aktar għaliex din se jkollha r- responsabbiltà aħħarija li tippjana l-affarijiet li mbagħad ikollhom jiġu adottati mill-aġenziji li jeżistu.", "Sur President, għandna liġi li għandha ħafna aspetti pożittivi l- ewwelnett għaliex, kif diġà għedt, qed inpoġġu din l-awtorità fi ħdan il- ministeru ta' l-ambjent li taħtu għandu t-treġija ta' l-iskart, l-ambjent u l-kwalità ta' l-arja, ir-regolamentazzjoni tal-bini, it-tindif partikolarment tan-non-urban areas u l-widien, u l-istorm water division, fost oħrajn.", "Allura għandna opportunità li għall-ewwel darba nkunu komprensivi fejn jidħlu dawn ir-riżorsi.", "Għalkemm l-arja u l-bini ma jaqgħux strettament taħt ir-responsabbiltà ta' din l-awtorità żgur li meta inti għandek l-istess ministeru li għandu friegħi oħrajn, se jkun hemm integrazzoni meta jsir l-ippjanar.", "Saret kritika li din il-liġi qed nagħmluha biex indaħħlu l- liberalizzazzjoni.", "Din il-liġi se tagħti tliet rwoli lill-awtorità li se titwaqqaf; ir-regolamentazzjoni fuq is-setturi varji li tħares lejhom il- liġi; l-introduzzjoni ta' l-aspett kummerċjali li nispera li jkun verament fl-interess tal-konsumatur, u l-ippjanar li huwa importanti.", "Ħafna drabi f'dan il-pajjiż l-ippjanar nagħmluh wara, management by crisis, jew inkella jsir fl-interess dejjaq ta' l-istituzzjoni nvoluta.", "L-ippjanar f'dan il- pajjiż għandu jkun b'mod integrat u li jkopri diversi aspetti.", "Jien nispera li meta 'l quddiem din l-awtorità tistabbilixxi ċerti parametri, per eżempju, dwar l-użu ta' barrieri, ma jkunx hemm awtoritajiet oħrajn li jipprovaw jikkompetu magħha stess.", "Qed ngħid partikolarment għall-awtorità ta' l-ippjanar.", "Veru li meta jkun hemm applikazzjoni għal barriera wieħed irid iħares lejn l-impatt fuq l-ambjent ta' madwar, però fuq il-barrieri per se għandha tkun l-istess awtorità li tiddeċiedi.", "Sur President, din hija liġi bżonnjuża għax dan il-pajjiż ilu jistenna li nibdew inkunu komprensivi.", "Issa se jkollna din l-awtorità li se tintegra l- ħidma tagħha ma' ħidmiet oħrajn li qed isiru fil-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-enerġija, l-ilma, fuel, u toroq.", "Fid-dinja dieħel ħafna l- konċett ta' sostenibilità u pajjiżna ma jistax jibqa' lura.", "M'għandniex nibqgħu lura mhux għax nibżgħu nitqabblu ma' pajjiżi oħrajn, imma għaliex għal pajjiżna kważi huwa aktar importanti li nkunu sostenibbli milli huwa għal pajjiżi akbar minna Jien nawgura lill-ministru li se jkollu fi ħdanu din l-awtorità biex jeħodha bħala responsabbiltà ewlenija għax naħseb li minnha tiddependi l-kwalità tal-ħajja li se jkollna fil-futur, allura hija responsabbiltà kbira li jekk nonqsu minnha t-tfal tagħna se jkollhom ħajja ħafna inqas b'saħħitha u ħafna inqas pjaċevoli.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, nirringrazzjak ta' din l- opportunità li nindirizza lill-Kamra.", "Jien segwejt parti minn dan id- dibattitu u naħseb li jkun tajjeb li ngħidu preċiżament għalxiex qegħdin isiru l-affarijiet.", "Jekk nieħdu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna biex iwaqqaf l-awtorità ta' Malta dwar ir-riżorsi, naħseb li l-għan prinċipali huwa li ssir distinzjoni bejn min jirregola ċerti affarijiet u l- operazzjoni ta' dawk l-affarijiet.", "Kieku kelli nara liema hija l-iżjed ħaġa importanti f'dan l-abbozz ngħid li hija proprju l-fatt li l-awtorità se tkun ir-regolatur waqt li l- entitajiet individwali - qed ngħid \"entitajiet individwali\" fil-plural għal tapposta għax se jkun hemm aktar minn waħda f'kull qasam - jkunu l- operaturi.", "Dan huwa meħtieġ għal meta wieħed ikun qed jilliberalizza s- suq.", "Ma tistax tilliberalizza s-suq, jiġifieri tagħmel dak li llum nsejħulu privatizzazzjoni, jekk ma jkollokx qasma netta bejn min jirregola u min jopera.", "Huwa ċar li dan l-abbozz huwa neċessarju minħabba l-politika tal-gvern f'din id-direzzjoni.", "L-għanijiet l-oħrajn li huma importanti wkoll jittrattaw dwar aspetti varji ta' l-awtorità li jirrigwardaw l-obbligi u l-funzjonijiet tagħha.", "U jekk naqraw il-lista twila ta' funzjonijiet li hemm, li jiena mhux se naqraha u lanqas se nirriferi b'mod dettaljat għaliha, jidher ċar u tond li r-regolamentazzjoni ta' l-entitajiet - li se nitkellmu fuqhom aktar 'il quddiem b'mod partikolari - hija kollha f'idejn din l-awtorità.", "L-awtorità hija dik li toħroġ il-liċenzja, tara li l-persuni li jaħdmu fl-entitajiet huma kompetenti, iżżomm l-istock-taking fis-sens li tkun taf x'għandu l- pajjiż, tiżgura l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi effiċjenti, fost ħafna obbligi oħra.", "F'kelma waħda l-awtorità hija hemm all over-riding, qisha umbrella fuq ir-riżorsi tal-pajjiż.", "Normalment f'kull enċiklopedija li tiftaħ, anke tat-tfal, biex tara x'għandha Malta bħala riżorsi ssib li jgħidullek li r-riżorsi naturali tal- pajjiż jismu Malta huma l-melħ u l-ġebla.", "Fir-realtà qegħdin inwessgħu t- tifsira ta' x'inhu riżors naturali u qegħdin inwessgħuha b'mod pożittiv għax jien nemmen li l-enerġija li tiġi prodotta b'diversi metodi u minn diversi affarijiet, f'Malta hija waħda mir-riżorsi naturali.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-enerġija li tiġi mix-xemx kif ukoll forsi mir-riħ.", "Illum hawn Malta s-sistemi ta' l-enerġija tagħna huma tradizzjonali.", "Għandna prinċipalment żewġ power stations; waħda l-Marsa u l-oħra Delimara.", "Meta kont qed insegwi lill-ministru jien qgħadt attent x'kien qed jgħid fuq il-qasam ta' l-enerġija.", "Huwa għamel comparison ta' natura politika billi beda jirriferi għal meta kien jinqata' d-dawl fiż-żmien il-Gvern Laburista għaliex ma kienx hemm, skond hu, biżżejjed power sabiex il-pajjiż kollu f'ċerti ħinijiet jingħata l-enerġija.", "Irrifera għall-fatt li kulħadd kien iħares lejn il-gazzetti biex jara f'liema lokalità se jinqata' d-dawl.", "Qal ukoll li dawn ma kenux żmenijiet tad-dinosawri imma żmenijiet riċenti.", "Dan kollu li qal il-ministru huwa minnu.", "Mhux qed nikkritikah talli qal hekk għax huwa veru li l-pajjiż kellu problemi fl-enerġija peress li kien qed jiżviluppa ċerti oqsma.", "Huwa veru wkoll li kien hemm il-ħtieġa ta' power station ġdida.", "Il-ministru nesa li kien proprju gvern Laburista li kien ta indikazzjoni ċara li peress li kienet qiegħda tikber l- industrijalizzazzjoni, it-turiżmu u l-konsum ta' l-elettriku fil-pajjiż, kien jeħtieġ li jkollna aktar mis-sors ta' enerġija prodotta mill-Marsa u kienu ġew identifikati ċerti postijiet.", "Il-prolema hija li l-ministru nesa li meta ġie identifikat post biex issir power station ġdida - u mhux se nidħol f'dik il-kontroversja għax m'għandhiex x'taqsam ma' dak li għandna quddiemna llum - intgħażlet tip ta' power station li diġà kienet obsolete.", "U jien niskanta kif il-ministru jikkritika lill-gverijiet preċedenti Laburista għan-nuqqasijiet tagħhom u m'għandux il-kuraġġ li jikkritika lill- gvern Nazzjonalista għan-nuqqas tiegħu, illi għamel power station li meta saret diġà kienet antikwata u obsolete!", "Għaliex qed ngħid li kienet antikwata u obsolete?", "Il-ministru jaf tajjeb li l-power station fl-istat li hi m'hijiex kompatibbli mar-regoli li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-istat li hija, kif tipproduċi u l-pollution li tagħmel m'hijiex kompatibbli.", "Lanqas kienet kompatibbli meta bdiet tinbena u spiċċat tinbena.", "Dak iż- żmien aħna pprovajna ngħidu lill-gvern Nazzjonalista li jekk iddeċieda li jibni l-power station f'Delimara, dik kienet deċiżjoni tagħhom, imma almenu t-tip ta' power station li jagħmlu kellha tkun kompatibbli ma' dak li kien hemm fis-suq dak iż-żmien.", "Jien niftakar li f'wieħed mid-dibattiti kont għedt li l-power station li taħdem fuq iż-żejt u l-faħam hija l-aktar power station li tagħmel ħsara kemm lill-ambjent kif ukoll lill-bniedem.", "U konna għednielhom li l-power station li kienu se jagħmlu kienet se tkun waħda mill-power stations li kif tinbena diġà tkun obsolete, għadda ż-żmien tagħha.", "Ħadd f'sensih li m'għandux ir-riżorsi naturali f'idejh, jiġifieri tal-faħam jew taż-żejt, ma jazzarda jibni power station ġdida li taħdem fuq iż-żejt u l-faħam meta dan irid jimportah, għaliex biex inti tippurifikah trid tonfoq ħafna u ħafna flus.", "U għalkemm il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jagħmel ċertu appart biex jippurifikah, dan qatt ma sar.", "Il-gvern Nazzjonalista ma riedx jisma' li pajjżi oħrajn fl-istess pożizzjoni tagħna, li m'għandhomx riżorsi naturali, la ta' faħam u lanqas ta' żejt, kienu qed jużaw tip ta' enerġija totalment differenti.", "Dak kien ifisser li jkollok power stations li jkunu iċken fid-daqs, u ma jkollokx bżonn tonfoq daqstant fl-infrastruttura, kif inhi dik iċ-ċumnija monstru, u fl-istess ħin kien ikollok inqas pollution.", "Kolonja żgħira tal-Portugall, li hija parti miċ-Ċina, il-Macao, kienu fl- istess pożizzjoni tagħna, imma għażlu tip ta' power station li taħdem fuq il-gass.", "U dan għamluh għaxar snin qabel ma bdiet tinbena l-power station tal-Marsa.", "Imma dawk li kienu fil-qagħda li jiddeċiedu dak iż-żmien ma riedu jisimgħu b'xejn.", "U llum bħala pajjjiż writna power station li bil- mod il-mod qed iddub.", "Qed ngħid dan għaliex, minkejja l-miljuni fuq il- miljuni li ntnefqu f'Delimara, jekk inti tieħu samples minn dak li joħroġ miċ-ċmieni l-kbar u ż-żgħar tal-power station u tagħmel eżami xjentifiku mad-dawra, kif kien għamel il-Professur Vella ta' l-università, issib li hemm content ta' ċerti affarijiet li ġejjin mill-metall.", "Jiġifieri bil-power station li għandna mhux biss wieħed jista' jara u jibla' d-duħħan li jagħmel il-ħsara lill-bniedem ladarba m'għandekx apparat li jippurifikah, imma jekk inti tieħu samples mill-għelieqi u mill-bini ta' madwar Delimara, issib li hemm ċertu mineral content.", "Dan tista' tarah b'għajnejk ma' l-art għaliex tara ċerti postijiet imtebba'.", "U meta dan ġie eżaminat b'mod kimiku nstab li fih content ta' ċerti affarijiet li ġejjin mill-metall.", "Mela bilfors li hemm affarijiet li m'humiex magħmulin minn materjal li jiflaħ għas-sħanat, jew mhumiex magħmulin skond is-sengħa.", "Dan ifisser li r-residue li jaqa' qed ikun ta' dannu mhux biss għall-ambjent imma anke għall-bniedem.", "Din hija l-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid.", "Meta l-gvern Nazzjonalista nduna li ma konniex qed ngħidu ċ-ċuċati, qabad u biddel is-sistema li kellu għal waħda tal-gass.", "Mela wara erba' jew ħames snin, minflok għamel espansjoni ta' l-istess tip f'Delimara, kif kien antiċipat, għamel sistema ġdida li taħdem fuq tip ta' enerġija differenti, li sabha aktar effiċjenti, iċken fid-daqs u tħammeġ inqas.", "U f'daqqa waħda ntebaħ li l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ma kenitx qiegħda tgħid il- ħmerijiet li ġiet akkużata li kienet qiegħda tgħid.", "Sfortunatament il-vuċi tagħha kienet bħal ta' San Ġwann fid-deżert, imma fl-aħħar waqgħet fuq il- widna taċ-chairman il-ġdid Ellul Vinċenti.", "Dan iċ-chairman li kien inħatar minn gvern Nazzjonalista m'huwiex bniedem li jagħti kas il-mewt politika la ta' naħa u lanqas ta' oħra, imma huwa bniedem integru li għall-kuntrarju ta' ħafna nies li kien hemm, ħa deċiżjoni li jkun fl-interess ta' l- Enemalta u tal-pajjiż li jsir dan it-tibdil.", "Fil-fatt hekk sar u l- espansjoni li hija antiċipata għal Delimara m'hijiex se ssir fuq l-ewwel sistema, jiġifieri tal-faħam jew inkella taż-żejt.", "Xi żmien ilu wieħed mill-ministri qal li kienu se jipprovaw jaraw kif jintegraw ir-riżorsi ta' l-enerġija ġol-pajjiż billi jagħmlu pipelines mill- oil tanking li hemm il-Freeport għal ma' l-oqsma differenti li hemm fil- bajja ta' Marsaxlokk kif ukoll fejn isiru l-ħażniet taż-żejt.", "Però ma kellux kuraġġ jgħid li din kienet bdiet taħt il-gvern Laburista meta kont ministru jien.", "Jien kont iltqajt ma' l-oil tanking u ressaqtha fil- kabinett.", "Imma sfortunatament hawnhekk mhux nipprovaw naraw li l-oġġett isir, imma nipprovaw nieħdu l-paternità tiegħu.", "L-importanti li jidher li dak il-ministru ħareġ b'din l-idea u nidhru quddiem il-cameras u mbagħad meta tara x'sar u ma sarx, tintebaħ li ftt jew xejn ikun sar.", "Hija idea tajba li jkollok integrazzjoni bejn l-oqsma differenti ta' l-enerġija fil- pajjiż, dażgur li hija tajba!", "Illum qisna kulħadd stat għalih; tal-gass għal rasu, tal-petroleum division għal rashom, ta' Delimara għal rashom u kulħadd Allaħares tirfislu fil-qasam tiegħu għax mal-ewwel jibda joqmos.", "Ħadd ma jġib l-interess ta' l-Enemalta fuq quddiem, allavolja dawn komponenti differenti ta' l-Enemalta, għax kulħadd għandu l-qasam tiegħu.", "Jiena nawgura li ssir din l-integrazzjoni ma' l-oil tanking.", "Meta kont ministru jien kienu għamlu offerta lill-Enemalta fejn kienu lesti li jinvestu miljuni kbar - għax huma għandhom parti mill-budget tagħhom għal dan it-tip ta' investiment - kienu lesti wkoll li jressqu t-tankijiet u jagħmluhom fil-ħofra li saret in-naħa l-oħra fejn sar il-Freeport biex ma jibqgħux eyesore, u kienu lesti jneħħu dawn it-tankijiet ukoll għax aħna bdejna nintebħu, kif jintebaħ kull min għandu naqra sens, b'dawk il-perikli kbar tat-tankijiet tal-gass f'areas li huma residenzjali.", "Allaħares jiġri xi inċident għax holocaust żgħir ikollna hemmhekk!", "Jiena naħseb li aħjar minn ħafna paroli naslu għall-fatti, anke ftit fatti.", "Hawnhekk issemmiet l-enerġija tar-riħ għax Malta huwa pajjiż li għandu ħafna riħ imma din l-enerġija ftit li xejn qegħdin nisfruttawha.", "L-użu ta' din l-enerġija qed tonqos għaliex ovvjament jekk ittella' l-ilma bil-pompa ta' l-elettriku se ttellgħu għaxar darbiet iżjed malajr milli kieku ttellgħu bil-mitħna kif kienu jagħmlu fl-antik, allura ħadd ma jużaha.", "U l- permessi li joħorġu biex jittella' l-ilma permezz tal-mitħna li taħdem bir- riħ, huma dejjem limitati għax jafu li ma tistax ittella' ħafna.", "Allura wieħed iżommha biex taparsi qiegħda hemmhekk u għandu permess, u mbagħad iwaħħallek pompa f'nofs il-bir jew fit-toqba li jkun għamel u jtellagħlek l- ilma bl-elettriku.", "Imma jiena xtaqt nisma' fuq innovazzjonijiet.", "Per eżempju semmejna l- enerġija tax-xemx bħala enerġija li tkun anċillari u minflok enerġija eżistenti.", "F'ħafna mill-pajjiżi li għandhom il-klima tagħna mhux talli daħlet, talli saret antikwata.", "Jiena ma nħobbx inġib eżempji ta' pajjiżi kbar imma nħobb inġib eżempji ta' pajjiżi tal-livell tagħna.", "Jekk tmur Ċipru ma tarax dar waħda li m'għandhiex is-solar panels; għalihom dawn huma dak li għalina huwa l-plug ta' l-elettriku.", "Hawnhekk intqal li huma għaljin biex iddaħħalhom hawn Malta.", "Imma jekk tara d-dħul taċ-Ċiprijotti u d-dħul tal-Maltin issib li d-differenza hija ċkejkna bħala individwi.", "Allura bilfors li dawn għamlu xi inċentivi biex jinkoraġġixxu lin-nies li jaqilbu minn tip ta' enerġija għal tip ieħor.", "Hawnhekk tidħol ukoll ir- responsabbiltà ta' l-Enemalta, fis-sens li jekk hi tara li qed titlef minn ċertu qasam, per eżempju, mill-qasam domestiku, allura l-Enemalta għandha tibda toffri inċentivi biex in-nies jaqilbu għal sorsi differenti ta' enerġija.", "Niġi issa għall-qasam tal-gass li huwa suġġett interessantissimu.", "Aħna nafu li l-Libja ħarġet tgħid pubblikament li trid tgħaddi pipe tal-gass għall-Ewropa.", "Aħna nafu l-importanza tal-pożizzjoni ta' Malta peress li dan irid jgħaddi mill-ibħra territorjali tagħna, allura għandna nkunu strumentali u nħeġġu li dan isir.", "L-ewwelnett għaliex nistgħu nidħlu fi proġett bi sħab bejn it-Taljani u l-Libjani biex it-tliet pajjiżi jagħmluh flimkien, u apparti minn hekk dan il-proġett jista' jipprovdi impjiegi għal ħafna nies li huma bla xogħol.", "Mr Speaker, min irid jiġi fl-uffiċċju tiegħi waqt li nkun qed nara n-nies ta' kuljum fid-distrett tiegħi jkun jista' jisma' l-krib ta' nies li m'humiex qed jaħdmu.", "Ma noqogħdux naħsbu li din il-problema qegħdin insolvuha bil-persentaġġi!", "Nistieden lil kull min irid biex jiġi l- uffiċċju tiegħi, joqgħod bil-qiegħda ħdejja, jew anke naħbih wara purtiera, u joqgħod jisma' lin-nies ġejjin wieħed wara l-ieħor jitolbu xogħol, xogħol, xogħol li sfortunatament m'hawnx, l-aktar għas-settur diffiċli tal- ġuvintur, lanqas ġo fabbriki!", "Mhux imbilli l-Prof.", "Bonnici llum kitbilna artiklu fuq il-manufattura!", "Aħjar jara jekk il-kostitwenti tiegħu għandhomx l-istess problemi ta' nuqqas ta' xogħol li għandhom il- kostitwenti tagħna lkoll.", "Hawn xogħol ta' waiters jew cookhands veru, imma part-time għax lanqas full-time ma ssib illum.", "Kulħadd jagħmillek il- kuntratt biex kif jgħaddi s-sajf ikeċċik imma xogħol m'hawnx.", "Il-ministri, segretarji parlamentari u l-membri tal-gvern jerfgħu din il-problema ħafna aktar milli jerfgħuha l-membri ta' l-oppożizzjoni għax jien nara l-queues quddiem il-bibien tagħhom li tliet kwarti minnhom ikunu hemm biex isibulhom ix-xogħol.", "Il-kwestjoni tal-pipeline hija interessanti ħafna u l-gvern għandu jkun il-catalyst li jħajjar biex din issir għaliex jekk issir aħna nibbenefikaw minnha billi nieħdu l-enerġija tal-gass li hi tant meħtieġa, aktar irħisa u ħafna aktar nadifa.", "Issa forsi wieħed jgħid li l-gass jew iż-żejt jista' jinstab f'pajjiżna.", "Jidher li hemm il-possibbiltà li jinstab imma meta jinstab ikun instab!", "Naħseb li ladarba nstab fuqna u nstab taħtna, il- loġika tgħidlek li aktarx hawn, imma biex issibu m'huwiex faċli għax anke fuq l-art, fejn m'għandekx id-diffikultajiet tal-baħar, minn kull għaxar toqbiet il-persentaġġ li ssib huma inqas minn 10%.", "Imma nieħdu pjaċir li kieku l-pajjiż isib xi riżors naturali għaliex ikun verament salvazzjoni għall-problemi li għandu dan il-pajjiż.", "Xtaqt nittratta aktar dwar sorsi ta' enerġija li huma innovattivi.", "Meta Sweden daħlet fl-Ewropa u kellhom inaqqsu ċerti prodotti tradizzjonali, huma ħaddmu moħħhom u flok ma ħallew dawk l-għelieqi reqdin u mejta żergħu ċerti pjanti li minnhom jieħdu likwidu li jużawh bħala enerġija.", "U llum il- buses li qegħdin fil-kapitali, Stokkolma, kollha jaħdmu b'dan it-tip ta' likwidu li ma jħammiġx l-ambjent, huwa zero non-polluter.", "Naħseb li f'Malta, fejn hawn ħafna u ħafna għelieqi li m'humiex jinħadmu, il-gvern għandu jikkoordina mas-sidien tagħhom dwar it-tkabbir ta' din il-pjanta, peress li huwa l-gvern li jagħtihom is-seeds tagħha, kif jista' forsi jgħidilna l-Onor.", "Noel Farrugia għax darba kien semmieha.", "Hemm studju sħiħ kif dan jista' jiġi żviluppat.", "Wieħed irid jara jekk il-klima tagħna hijiex adattata għax din hija tip ta' pjanta bħax-sugar cane li tikber malajr ħafna u minnha tista' tieħu enerġija alternattiva.", "Mr Speaker, hemm żewġ riżorsi oħra fil-pajjiż li huma l-ilma u l- minerali.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem l-iżjed dwar il-pitrolju u l- gass li diġà għamilt riferenza għalihom.", "Kif jaf kulħadd, il-ġebla hija riżors ieħor li għandu l-pajjiż li għandna nużawha bl-aktar mod għaqli, allavolja jidher li preżentement m'hemmx il-periklu li tispiċċa.", "Imma aktar milli tintuża b'mod għaqli l-ġebla li jħaffru għaliha fil-barrieri, wieħed għandu jipprova juża l-iskart tal-ġebla b'aktar għaqal.", "Meta jiena kont l-MDC niftakar li kien hemm tlieta jew erba' proposti, li waħda kienet ġiet approvata, dwar kif l-iskart tal-ġebel jintuża u jerġa' jiġi formolat biex isir materjal li jista' jerġa' jintuża għall-bini.", "Mr Speaker, wieħed għandu jara kif, permezz tal-privat imma bl-għajnuna kollha li jista' jagħti n-nazzjon, inneħħu dak il-waħħx li hemm ta' muntanji ta' terrapien kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Hemmhekk hemm materja prima li tista' terġa' tiġi formolata f'affarijiet li jistgħu jintużaw fix-xogħol tal-bini.", "Dan huwa wieħed mill-metodi kif wieħed jista' jsolvi dawn din il-problema enormi.", "Huwa ħafna aktar faċli li titkellem fuq din il-problema milli ssolviha, imma min-naħa l-oħra huwa importanti ħafna li ma nibqgħux nitkellmu, nitkellmu, nitkellmu, filwaqt li dawn il-muntanji ta' skart, li 90% minnhom huwa skart li jiġi mill-bini, jibqgħu jogħlew u jkerrħu.", "Apparti l-fatt imbagħad li għandek skart ieħor li qed jipproduċi ċertu gass li huwa perikoluż u ħażin għas-saħħa, li trid tinstab soluzzjoni għalih ukoll.", "L-aħħar parti tad-diskors tiegħi se jkun fuq l-ilma.", "L-ilma huwa maqsum fi tnejn; għandna l-ilma tax-xorb u l-ilma li mhux tax-xorb.", "Meta smajt id- diskorsi tal-ministri ħadt pjaċir nisma' li llum m'hemmx aktar dik il- problema fejn wieħed jiftaħ il-vit u ma jsibx l-ilma, u jekk wieħed għandu bżonn l-ilma biex isaqqi bih jista' jsibu minħabba li l-proġett ta' Sant'Antnin ġie estiż.", "Iżda min-naħa l-oħra kulħadd jaf il-problemi kbar li l-pajjiż għandu f'dan il-qasam għax mhux li tiftaħ il-vit u ssib l-ilma biss huwa importanti imma li tista' tħallas għalih.", "X'jiswielek jekk tiftaħ il-vit u mbagħad meta jiġik il-kont ma tkunx tista' tħallas għal dak l-ilma?", "Imbagħad jiġi l-ministru responsabbli jgħid li huma naqqsu r-rati tal-kontijiet li ħarġu għax jekk għandek household bi tnejn min-nies u żewġt itfal jiġik kont ta' tant, jekk għandek kelb u qattusa jiġik kont mod ieħor, għax hekk biss jonqoshom jgħidu fil-kontijiet!", "Fir-realtà wieħed jinduna li l-kontijiet li qed jirċievu n-nies huma għoljin u b'dak li jaqla' fil-preżent il-poplu Malti ma jiflaħx għalihom.", "Dik hija l-verità!", "Din hija problema komplessa li diffiċli biex wieħed isolviha għax minn naħa waħda l-korporazzjonijiet li jipproduċu l-ilma jew id-dawl iridu jipprovaw ma jitilfux, u min-naħa l-oħra llum il-kontijiet tad-dawl u l- ilma saru unsustainable.", "Jien mhux se nkun ipokrita u ngħid li n- Nazzjonalisti jew il-Laburisti ma ħarġux kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin.", "Il-verità hija li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ġew ikkalkolati f'dawn l-aħħar snin - mingħajr ma nirriferi la għall-gvern Laburista u lanqas għall-gvern Nazzjonalista, imma għall-amministrazzjoni għax wara kollox dawn il-kontijiet ġew ikkalkolati mill-istess entitajiet li għadhom hemm illum - huma insostenibbli għall-familja Maltija skond il- paga li taqla' fil-preżent.", "Nirringrazzjak Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "----------------------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'dan l-aġġornament se nitkellem dwar il-kwestjoni tat-traffic management f'dan il-pajjiż li hi problema li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed nitkellmu dwarha.", "Se nitkellem ukoll dwar il- limiti li għandu dan il-pajjiż u dwar jekk nistgħux ngħinu b'mod individwali biex intejjbu l-andament ġenerali tat-trasport u tat-traffiku f'dan il-pajjiż.", "Irridu niftakru illi barra l-limitazzjonijiet kbar ta' daqs f'pajjiżna għandna wkoll id-diffikulta' l-oħra tal-popolazzjoni.", "Fil-fatt Malta hija waħda mill-aktar pajjiżi popolati li hawn fid-dinja.", "M'għandix dubju li bil- ħidma ta' diversi individwi rnexxielna nimxu 'l quddiem u ngħollu l-livell ta' l-għejxien tagħna u b'konsegwenza ta' hekk wasalna wkoll fil-pożizzjoni li tajjeb jew ħażin għandna madwar 275,000 vettura liċenzjata li jużaw it- toroq ta' pajjiżna.", "Sur President, f'pajjiżna għandna madwar 280,000 persuna li jkollhom id- dritt li jivvutaw u allura għalqu t-18-il sena.", "Dan ifisser li kważi kważi għandna vettura liċenzjata għal kull persuna.", "Jekk naqtgħu dawk il-persuni li jew minħabba l-eta' jew inkella minħabba mard m'humiex fi stat li jsuqu vettura allura naslu għall-konklużjoni li għandna aktar minn vettura waħda għal kull able bodied person.", "X'ifisser dan, Sur President?", "Ifisser illi f'pajjiżna għandna wkoll waħda mill-akbar proporzjon ta' vetturi li huma fit-toroq tagħna meta mqabblin mal-popolazzjoni.", "Dan żgur huwa wieħed mill- aktar proporzjoni għolja li hawn fid-dinja u allura kull wieħed u waħda minna rridu naraw x'sehem nistgħu nagħtu biex it-traffic management f'dan il-pajjiż isir aħjar.", "Naf li kull darba li jissemma' t-traffic management ikun hemm diskussjoni wkoll dwar x'sehem jista' jagħti t-trasport pubbliku f'pajjiżna u x'bidliet jistgħu jseħħu f'dan il-qasam, madanakollu nbiddlu kemm inbiddlu trasport pubbliku fil-pajjiż naħseb li lkoll kemm aħna b'saqajna fl-art irridu nirrealizzaw li huwa diffiċli li nibdlu l- mentalita' li drajna biha matul is-snin li għaddew li jekk jista' jkun malli tagħlaq it-18-il sena iġġib il-liċenzja u tixtri karozza.", "Sur President, irridu niftakru wkoll li minn sena għal oħra n-numru ta' vetturi ġodda li joħorġu f'dan il-pajjiż qiegħed jiżdied b'mod sostanzjali.", "Fil-fatt fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'dan il-pajjiż ilaħħqu madwar 8500 vettura, li jwassal għal 1,500 karozza illi jiġu rreġistrati kull xahar.", "M'hijiex l-intenzjoni tiegħi li nitkellem fuq kemm hu pożittiv jew le l-fatt li joħorġu daqstant vetturi ġodda fuq it-toroq ta' pajjiżna pero' rrid ngħid li mil-lat ta' traffic management dan il-fenomenu qed joħloq problema minħabba żieda ta' pressjoni fuq it-toroq ta' pajjiżna.", "Sur President, bħala ministru responsabbli mit-trasport jiena wkoll wieħed minn dawk li rrid nerfa' parti minn dan il-piż u rrid ukoll nara li kemm jista' jkun ix-xogħol marbut mat-toroq isir b'mod organizzat.", "Forsi min qed jismagħni jista' jgħid: Dan x'jaħseb, li skopra l-Amerika dalgħodu?", "Le, jiena mhux qed ngħid hekk imma qed ngħid li kull wieħed minna, hi x'inhi l-funzjoni tiegħu, irid jara illi x-xogħol tiegħu jagħmlu bi pjan.", "Dan qed ngħidu għax kultant ikun hemm ħaddiema tal-kuntratturi, tal-korporazzjonijiet jew ta' xi dipartiment tal-gvern li bil-mod kif jaħdmu jkunu qed joħolqu periklu għal sewwieqa oħrajn.", "Jiena se nsemmi żewġ eżempji fejn wieħed jikkonċerna lid-dipartiment tat-toroq u l-ieħor jikkonċerna d-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Id-dipartiment tat-toroq bħalissa qed jagħmel xogħol ta' reconstruction u resurfacing fit-triq li tgħaddi minn Baħar iċ-Ċagħaq.", "Dan huwa xogħol li kien importanti li jsir madanakollu jiena ma nistax nifhem kif jista' jkun li jinbeda xogħol mingħajr ma jkun hemm traffic management plan in place u mingħajr ma jkun hemm sinjali tat-traffiku sodisfaċenti.", "Fil-fatt dalgħodu intervenejt jien personalment biex nara li dak it-tip ta' kontroll ta' traffiku ma jerġax jirrepeti ruħu.", "Sur President, dan ngħidu għax diversi drabi jkolli laqgħat u kull darba niġi aċċertat bil-kliem li se jibdew jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet imma bil-fatti ma jiġri xejn.", "Minħabba f'hekk jiena diġa' tajt indikazzjoni lill- federazzjoni tal-kuntratturi li l-permessi għax-xogħol fuq it-toroq ma jistgħux jibqgħu joħorġu bil-mod kif joħorġu llum, fejn dak li jkun jingħata permess għal perjodu ta' żmien u jekk ix-xogħol ma jkunx tlesta jiġi mġedded.", "Għandna naslu fil-pożizzjoni li minbarra li l-ħlas tal- permess ikun ikopri l-ispejjeż li jsiru mid-dipartiment, il-kuntrattur jibda' jħallas ukoll għal kull ġurnata li jħalli triq miftuħa biex dan ikollu l-inċentiv li jnaqqas il-perjodu tax-xogħol.", "Wara kollox hu fl- interess tal-persuni li jkunu qegħdin għaddejjin mit-toroq ta' pajjiżna li nnnaqsu l-element ta' riskju li jinħoloq minħabba dawn ix-xogħlijiet.", "Sur President, jeħtieġ ukoll li wħud mill-kuntratturi li jaħdmu fuq it-toroq ta' pajjiżna jitgħallmu jagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Kuntrattur m'għandux jittenderja għal xogħol li mhux kapaċi jagħmel u barra minn hekk għandu jagħmel phasing ta' kif isiru l-affarijiet.", "Sur President, nixtieq nagħmel referenza wkoll għal ħaġa li tikkonċerna d- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Kull min kien ikun dieħel il-Furjana diversi drabi jiltaqa' ma' bowser ta' l-ilma li jkun qed isaqqi s-central strip ta' Triq Sant' Anna.", "M'għandix dubju li biex dawk il-pjanti jirreżistu għas- sħana tas-sajf ta' pajjiżna għandhom bżonn ta' l-ilma pero' naħseb ukoll li l-persuna li tkun qed issuq dak it-truck, minflok toqgħod fil-lane fid- direzzjoni tal-Belt għandha tieqaf fuq in-naħa l-oħra tat-triq biex b'hekk niffrankaw diversi problemi ta' konġestjoni tat-traffiku minħabba li fil- ħin li dawn isaqqu ħafna nies ikunu deħlin il-Belt.", "Sur President, m'humiex biss dawn iż-żewġ dipartimenti illi jikkawżaw problemi fuq it-toroq tagħna.", "Irrid ngħid li diversi drabi kuntratturi li jkollhom permess biex jagħmlu xogħol ta' emerġenza jużaw dak l-istess permess biex isir xogħol ieħor li fih innifsu m'għandu l-ebda emerġenza.", "Kellna diversi każijiet ukoll fejn inġibdet l-attenzjoni tal-kuntratturi li kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol kemm minħabba l-periklu għall-ħaddiem li jkollu l-istess kuntrattur fuq is-sit kif ukoll minħabba problemi ta' konġestjoni ta' traffiku.", "Sur President, il-kwestjoni tas-signage waqt ix-xogħol f'pajjiżna hija mportanti wkoll.", "Naf li wħud mill-kuntratturi nvestew ammont ta' flus biex jixtru signage pero' naf ukoll li uħud mill-kuntratturi ħallew dak l- investiment f'xi garaxx.", "Hawnhekk ukoll irridu nifhmu li mhux biżżejjed li l-kuntrattur jagħmel is-signs u d-dwal fuq il-post imma mportanti wkoll li aħna n-nies li tant ingergru mill-perikli li jkun hemm fuq it-toroq ta' pajjiżna, ma nkunux aħna stess li nisirqu dawn is-signs, il-cones u d-dwal.", "Dan qed ngħidu għax mhux l-ewwel darba li nies li jkollhom bżonn ta' biċċa pjanċa jew fanal jaqbdu u jieqfu u jisirqu minn fuq dawn is-siti.", "L-appell tiegħi huwa biex ma naqbdux u nisirqu dawn l-affarijiet.", "Dan qed ngħidu mhux biss għaliex jekk nisirqu dawn l-affarijiet il-kuntrattur ikollu jerġa' jidħol fi spiża imma għax is-serq ta' fanal li forsi jiswa' Lm10 jista' jpoġġu fir-riskju l-ħajja ta' persuni oħrajn.", "Jiena niskanta kif hawn min ikollu l-ħin li jieqaf jisraq barrier jew fanal.", "Xi kultant issib anke' min jisraq xi barrier tal-concrete biex forsi jużaha bħala mażżra.", "Kwestjoni oħra li wkoll hija marbuta mat-traffic management f'pajjiżna hija r-riforma li bdejna fil-mod kif jingħataw il-liċenzji.", "F'Ottubru li għadda nbdiet l-ewwel fażi tal-VRT u matul is-sajf li għadda kienet ġiet ippubblikata white paper dwar ir-riforma li trid issir fl-illiċenzjar.", "Kellna diversi suġġerimenti dwar din ir-riforma u d-dipartiment tal- liċenzji u aktar 'il quddiem l-awtorita' dwar it-trasport f'pajjiżna se jkunu f'qagħda li jimplimentaw numru sostanzjali ta' bidliet.", "Hawnhekk tajjeb li nifhmu li kull sewwieq għandu l-obbligu li josserva r-regoli.", "Nista' ngħid ukoll li wasalna fl-aħħar stadji biex nippubblikaw highway code aġġornat b'mod sostanzjali u nispera li jkun available għall-poplu Malti fi żmien qasir.", "Dan għandu jkun available mhux biss għal dawk li se jingħataw il-liċenzja għall-ewwel darba pero' anke għal dawk is-sewwieqa li suppost ilhom isuqu għal diversi snin.", "Ngħid \"suppost ilhom isuqu għal diversi snin\" għaliex kull wieħed minna li jkun għaddej fit-toroq ta' pajjiżna kultant jiskanta x'tip ta' sewqan jiltaqa' miegħu, fejn dak li jkun jissogra kemm ħajtu kif ukoll il-ħajja ta' ħaddieħor.", "Issib min jikkawża inċidenti anke koroh għax jagħmel overtaking fil-kurvi.", "F'pajjiżna għandna diversi postijiet fejn ikun hemm inċidenti ripetuti.", "F'xi wħud mill- każijiet nistgħu nippruvaw nirranġaw dawn iċ-ċirkostanzi billi jsiru central strips pero' f'ċirkostanzi oħrajn dan ma jkunx possibbli u allura rridu nkunu aħna li nosservaw ir-regolamenti tas-sewqan.", "Sur President, ir-regolamenti tas-sewqan irridu nosservawhom mhux biss billi ma nagħmlux over-speeding jew billi ma naqbżux id-double line.", "Kultant issib persuni li jagħmlu passiġġata fit-triq bil-karozzi tagħhom u dawn isuqu b'pass ta' nemla.", "Irridu nifhmu wkoll li meta sewwieq ikun għaddej b'dan il-mod ikun qed jikkawża wkoll warajh sriebet twal.", "F'okkażjonijiet bħal dawn il-paċenzja tas-sewwieqa li jkunu wara tibda tintilef - u forsi hawn Malta tintilef malajr ukoll - u l-konsegwenza tkun li dak li jkun jibda jaqla' bi speed aktar qawwi anke jekk ma jkollux għaġġla partikolari.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll dwar il-VRT li dwaru jkun hemm ħafna korrispondenza fil-gazzetti.", "F'kumment minnhom intqal li fit-toroq tagħna għad baqa' numru ta' karozzi li m'humiex roadworthy.", "Wieħed irid jiftakar li l-VRT jsir kull sentejn fejn nofs il-karozzi li jikkwalifikaw qed jiġu tested din is-sena u n-nofs l-ieħor jiġu ttestjati matul is-sena ta' wara.", "Billi l-VRT beda f'Ottubru, fl-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena se nkunu fil-qagħda li nofs il-vetturi li għandna f'pajjiżna li jikkwalifikw għat- testing ikunu wkoll ittestjati.", "In-nofs l-ieħor se jkunu tested fit-12-il xahar ta' wara.", "Minħabba f'hekk jista' jagħti l-każ li għad fadal karozzi li għadhom ma telgħux għat-test u li għadhom fit-toroq tagħna anke jekk m'humiex tajbin għat-triq.", "Sur President, l-aħħar ċifra pubblikata rigward il-VRT kienet tirrigwardja t-testijiet li saru sa Mejju.", "Ikun tajjeb jekk insemmu dawn iċ- ċifri għax fil-kas tal-VRT jsiru ħafna allegazzjonijiet.", "Fix-xahar ta' Ottubru kienu ġew ittestjat 5,302 karozza li minnhom kienu weħlu 1,500.", "F'dan il-kas niftakru l-korrispondenzi fil-gazzetti fejn ingħad li qegħdin jeħlu bejn wieħed u ieħor terz tal-karozzi, pero' irridu niftakru wkoll x'kienet ir-raġuni.", "Nafu li kien hemm numru sostanzjali ta' karozzi li kienu qegħdin jeħlu minn xi ħaġa illi tista' tirranġa malajr bħall- kwestjoni tad-dawl pero' llum nistgħu ngħidu li failure minħabba d-dawl spiċċa għaliex illum kulħadd qed jara li qabel imur għat-test ikollu id- dawl allineat.", "Jekk naraw x'ġara bejn Ottubru u Diċembru tas-sena li għaddiet, meta forsi kien hemm id-diffikultajiet anke mill-istess testing stations fis- sens li kienu ma jafux preċiżament kif iħaddmu l-equipment, wasalna fil- pożizzjoni li minn 18,000-il karozza li kienu marru għat-test weħlu 3,200 karozza.", "Minn Jannar 'l hawn, meta t-testing stations draw iħaddmu l- equipment kif ukoll il-persuni li marru għat-test kienu jafu aktar li jridu jmorru preparati bdejna naraw li l-perċentwali ta' karozzi li jeħlu kien ilaħħaq 12%, jiġifieri bejn wieħed u ieħor wieħed minn kull tmienja.", "Insibu li bejn Jannar u Ġunju marru għall-ewwel test 48,400 karozza li minnhom weħlu 5,700 karozza.", "Uħud minn dawn il-5,700 karozza marru għar-re- test u għaddew.", "Sur President, jiena konxju wkoll minn allegazzjonijiet li saru fil- pajjiż minn xi operaturi li qalu li hawn abbuż f'dan ix-xogħol.", "Għal darb'oħra jiena nerġa' nirrepeti li jekk hawn xi ħadd li għandu xi ħjiel ta' xi abbuż dan għandu jressqu lid-dipartiment tal-liċenzji.", "Jekk ma jafdax lid-dipartiment tal-liċenzji nitolbu li jressaq l-ilmenti tiegħu personalment lili.", "M'huwiex aċċettabbli li jkun hawn min jitfa' it-tajn bl- addoċċ u nista' ngħid minn issa li jekk kemm-il darba d-dipartiment tal- liċenzji ma jiġix avviċinat b'dawn l-allegazzjonijiet allura dawn imorru għand il-pulizija biex jittieħdu wkoll il-passi skond il-liġi ta' pajjiżna kontra min ikun ħsiebu li jivvinta flok jieħu pjaċir jara li l-affarijiet ikunu mexjin 'il quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTBU", "SERVIZZI KORPORATTIVI - IMPJEGATI", "17417.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-dipartiment għas-servizzi korporattivi ta' l- istess ministeru, filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi trasferiment ta' fondi jagħmel l-istess dipartiment u għal liema individwi lill-entitajiet oħra bħala flus, f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA - IMPJEGATI", "17689.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati spiċċaw mill-impjieg tagħhom mal- Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija minn Settembru 1999 sal-lum?", "X'kienu r-raġunijiet li spiċċaw?", "Kif ġiet ri-organizzata l-funzjoni li kellhom dawk li spiċċaw?", "Kemm hemm jaħdmu mal-kunsill illum u x'inhu x- xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Settembru 1999 sal-lum, ebda impjegat tal-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija (MCST) ma spiċċa mill- impieg.", "* Kien hemm iżda qbil reċiproku bejn il-kunsill u l-konsulent li kien ġie ngaġġat bħala kordinatur part-time tan-network tal-bioteknoloġija li l- kuntratt ta' dan il-konsulent ma jiġġeddidx aktar f'Mejju ta' din is-sena, wara li kien għalaq fit-28 ta' Frar, 1998, u kien baqa' jiġġedded xahar b'xahar.", "Id-dmirijiet tal-kordinatur issa qed jitwettqu mill-assistent kordinatur part-time ta' l-istess network.", "* Fis-6 ta' Marzu 2000 l-impjegat tas-servizz pubbliku li kien ġie sekondat biex iservi ta' kap eżekuttiv ta' l-MCST intalab jirrapporta lura għax- xogħol regolari tiegħu fid-dipartiment tax-xogħlijiet.", "Id-dmirijiet ta' kap eżekuttiv bħalissa qed jitwettqu mill-assistent personali tal-kap eżekuttiv.", "* Dan l-aħħar l-uffiċjal li kien jieħu ħsieb l-accounts tal-MCST wera l- intenzjoni tiegħu li jitlaql-impieg.", "Qed isiru arranġamenti biex din il- funzjoni tibda titwettaq minn kumpanija ta' accounts u m'hemmx il-ħsieb li tiġi mpjegata persuna oħra.", "Minbarra dawk li ssemmew aktar 'il fuq, il-kunsill jimpjega wkoll kordinaturi ta' networks - li minnhom wieħed huwa part-time u tnejn huma sekondati minn entitajiet oħra, assistent kordinatur, manager għall-proġett ta' Villa Bighi, xufier/messaġġier u charwoman part-time.", "Imbagħad hemm segretarja tal-kap eżekuttiv li hija sekondata mill-fondazzjoni għall- istudji internazzjonali, billi dik li ddaħlet f'din il-kariga kienet ġiet sekondata ma' l-uffiċċju tal-President fl-1997.", "NATIONAL COMPUTING CENTRE - EŻAMIJIET", "17852.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li għat-talba tal-MITTS lil ETC biex tinnomina kandidati eliġibbli għal post ta' system support officer li għaliha l-kumpanija kellha erba' postijiet vakanti, l-ETC għaddiet 17-il isem ta' persuni eliġibbli lill-MITTS.", "Fost dawn kien hemm numru ta' kandidati li kienu attendew, jew li kienu qegħdin jattendu l-national computing centre (NCC) course.", "Il-persuni kollha nominati mill-ETC kienu mistiedna biex jersqu għall-interview.", "Sitta minn dawn ma attendewx għall- interview.", "Fi tmien il-proċess ta' l-għażla, erba' persuni ġew magħżula u offruti l-pożizzjoni ta' system support officer.", "Tlieta minn dawn l-erba' kandidati kienu minn dawk li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies ta' l-NCC.", "ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM", "17859.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Minsitru jgħid kif il-gvern beħsiebu jgħin fit- tkomplija ta' xogħlijiet fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-segretarju parlamentari kellu diversi talbiet mingħand il-Ħamrun Spartans sabiex il-gvern jgħinhom fit-tlestija tal-football ground.", "Dawn it-talbiet kienu għal xogħlijiet li jinkludu, tlestija tas-seating, press room u fencing.", "Id-dipartiment bħalissa qiegħed jistudja kif jista' jgħin sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.", "SERVIZZ PUBBLIKU - KUMMISSJONI - KAŻI ĠODDA", "17913.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġdid tressaq quddiem il-kummissjoni għas- servizz pubbliku fl-ewwel sitt xhur ta' din i-sena?", "Liema kienu l-akkużi prinċipali kontra dawk li tressqu?", "Kemm minnhom ġew deċiżi diġa'?", "Kemm-il każ irriżulta f'sospensjoni u kemm fi tkeċċija?", "F'kull każ, ta' liema grad kienu l-persuni konċernati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fl-1 ta' Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir- regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina li permezz tagħhom il-każi ta' dixxiplina ġew delegati lill-kapijiet tad-dipartimenti u dawk il-każi serji li jiġu riferuti lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku m'għandhomx jgħaddu aktar mill-uffiċċju tiegħi.", "Dwar id-dipartimenti li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda każ ta' dixxiplina li ġie riferut lill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fir-rigward tal-ministeri l-oħra, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri rispettivi.", "Dwar każi ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2000 taħt ir-regolamenti tad-dixxiplina ta' l-1977, id-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SERVIZZ PUBBLILKU - KUMMISSJONI - KAŻI PENDENTI", "17914.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi pendenti quddiem il-kummissjoni għas-servizz pubbliku?", "Kemm-il każ ilu quddiem il-kummissjoni għallinqas minn sena, aktar minn sena, aktar minn sentejn, 'il fuq minn sentejn?", "X'raġunijiet prinċipali jkun hemm meta każ jitwal ħafna?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIDS - KONFERENZA INTERNAZZJONALI", "17915.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex rappreżentata fil-konferenza internazzjonali fuq l-AIDS li qed issir bħalissa f'Durban fis-South Africa?", "Jekk iva, minn min u x'papers se nippreżentaw?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li l-ebda uffiċjal fid-dipartiment tas-saħħa ma rrappreżenta l-Malta fil-konferenza internazzjonali fuq l-AIDS li qed issir bħalissa f'Durban fis-South Africa.", "AIDS - KAŻI", "17916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm każi ta' AIDS irrapportati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm hu n-numru totali ta' każi ta' AIDS mindu bdiet tinżamm statistika?", "Kemm kienu rġiel u kemm nisa?", "Kkemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is- sena kellna żewġ każi rapportati ta` AIDS.", "Mill-1986 'l hawn ġew rapportati 50 każ ta` AIDS f'residenti Maltin u għaxar każi oħra f'nies mhux residenti.", "Minn dawn, 52 kienu rġiel u 6 kienu nisa.", "Mill-każi nies li mhux residenti kien hemm tnejn li ma għandniex informazzjoni dwar is-sess tagħhom.", "AIDS", "17917.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, paramediċi, eċċ Maltin li huma mħarrġin biex jikkumbattu l-marda ta' l-AIDS?", "Dawn kollha qed jaħdmu mal-Gvern Malti?", "Isiru taħdidiet fl-iskejjel?", "Kemm saru u f'liema skejjel matul is- sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u se titpoġġa fuq il- mejda tal-Kamra.", "ĦABS ĊIVILI - SPORT", "17918.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sport organizzat jieħdu sehem fih dawk miżmuma fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "Liema struttura teżisti biex l-isport jiġi organizzat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-isport organizzat li jinżamm fil-faċilita` korrettiva ta` Kordin huwa dak tal-football.", "L-instructor tal-gym jieħu ħsieb jorganizza logħob bejn id-divisions kif ukoll jorganizza partiti ma` timijiet minn barra l-ħabs.", "Perjodikament isiru ukoll tournaments taċ-chess.", "Isir logħob taċ-chess darbtejn fil-ġimgħa ma` grandmaster fuq bażi ta` knock out system bejn il- parteċipanti li jkunu preżenti.", "PITKALIJA ĊENTRALI - ĦAXIX/FROTT", "18023.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "17825?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-prezzijiet medji ta' kull kilo ħaxix u frott li daħlu fil-Pitkalija f'Ġunju 2000 huma dawn: prezz medju/kilo frott* 26c4; ħaxix 09c1* Barra l-frawli li hu per pallet.", "APEX", "18029.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana bil- kunsiderazzjonijiet tal-Ministeru għall-Politika Soċjali għas-suġġerimenti ta' diversi koperattivi li bgħatet l-APEX fir-rigward tan-NPAA?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-suġġerimenti u l-kunsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-APEX - l- organizzazzjoni tal-koperattivi Maltin - bagħtet ċirkolari lill- koperattivi interessati, fejn fiha talbithom sabiex jgħaddu suġġerimenti fir-rigward tan-national programme for the adoption of the aquis - NPAA.", "Sa issa l-APEX għadha ma ssottomettitx dawn is-suġġerimenti lill-bord tal- koperattivi.", "DJAR - KAWŻI QUDDIEM IL-QORTI", "18045.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti li jinvolvu l-awtorita' tad-djar fil- preżent?", "Kemm hemm każi ta' appelli quddiem il-bordijiet ta' l-awtorita' tad-djar fil-preżent?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li hemm 31 kawżi pendenti quddiem il-qorti li jinvolvu l-awtorita' tad-djar, filwaqt li m'hemm ebda każ ta' appell quddiem il-bord ta' l-istess awtorita'.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA ON LOAN", "18076.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-Air Malta?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FINANZI - KONSULENTI BARRANIN", "18077.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-taghrif mitlub tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "MDC - ĦADDIEMA", "18078.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-MDC?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li fil-preżent hemm ħaddiem wieħed misluf lill-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta.", "Dan qed jagħmel xogħol ta' natura teknika mat-taqsima ta' l-estates management.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI BARRANIN", "18079.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "OPM - KONSULENTI BARRANIN", "18080.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BOV - ĦADDIEMA", "18081.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Bank of Valletta ?Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-bank imsemmi mill-Onor.", "Interpellant huwa kumpanija privata ikkwotata fil-Borża ta' Malta, dan ma jaqax taħt id- dekasteru tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "DJAR - KAWŻI PENDENTI", "18105.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17551?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18045 f'din l-istess seduta.", "HOUSING AUTHORITY - CHAIRPERSON", "18106.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "17828, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti child care allowance?", "Jista' jgħid min hu ntitolat għaliha?", "Jista' jgħid min jeħodha?", "Jista' jgħid minn meta l-gvern beda jagħti din it-tip ta' allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-child care allowance hija allowance sa massimu ta Lm80 fix-xahar li tingħata biex membri tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar li għandhom tfal taħt il-ħames snin u li jkollhom bżonn servizzi ta' child care, waqt li jaqdu d-doveri tagħhom fuq il-bord, ikopru l-ispejjeż jew parti minnhom.", "Fil-preżent dan l-ammont qed tirċeviħ biss iċ-chairperson f'ammont ta' Lm40 fix-xahar.", "Din l-allowance qed tingħata skond deċiżjoni tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar.", "MOSTA - CONSTITUTION STREET - XOGĦLIJIET", "18108.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari nru.", "17548 u cioe' dwar il-pożizzjoni ta' l-iżviluppi fi Triq il-Ġdid fi Triq il-Kostituzzjoni, Mosta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M`għandi xejn x`inżid mar-risposta għad-domanda parlamentari nru.", "17548.", "RAĦAL ĠDID - PELICAN LIGHTS", "18178.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Għajn Dwieli - triq arterjali - Raħal Ġdid, isiru pelican lights quddiem il-grocer ħdejn ix- showroom tal-karozzi minħabba periklu kbir li qiegħed ikollhom anzjani li qed isibu diffiċli biex jaqsmu din it-triq peress li t-triq hija traffikuża ħafna b'numru kbir ta' vetturi sejrin lejn it-tarzna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq sabiex flimkien mal-bord għall-kontroll tat-traffiku jaraw jekk il-proposta ta` l-Onor.", "Interpellant tistax tiġi implimentata.", "RAĦAL ĠDID - HYPOGEUM", "18179.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftaħ il-Hypogeum Temple f'Raħal Ġdid, peress li għadu magħluq minkejja l-ħafna wegħdiet li kellu jiftaħ dalwaqt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fi żmien qasir.", "MARSA - TRIQ IS-SAJJIEDA - XOGĦOL", "18180.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq is-Sajjieda, Marsa, minkejja l-ħafna wegħdiet li kellu jibda u fil-fatt ma sar xejn?", "Jista' jagħti spjegazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ġie deċiż illi d-dipartiment tat- toroq jiffinanzja x-xogħol kollu meħtieġ li l-utilities għandhom bżonn jagħmlu fit-triq qabel ma tiġi asfaltata, inkluż xogħol fuq il-culvert ta` l-ilma.", "Fil-preżent id-dipartiment tal-kuntratti qiegħed jieħu ħsieb biex jippubblika s-sejħa għall-offerti.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "18181.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex anzjan li dejjem kien jirċievu l-flus ta' l-għajnuna supplimentari din id-darba ma rċieva xejn?", "Jista' jagħti spjegazzjoni bil-miktub lil dan l-anzjan, li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.", "PULIZIJA - ĦWIENET TAX-XORB", "18197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-pulizija tkunx f'pożizzjoni li toħroġ permess ta' ħanut tax-xorb mingħajr ma kellu n-neighbours' consent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fejn ma jkunx hemm il-kunsens tal- ġirien meta ssir applikazzjoni għal-liċenzja ta` ħanut tax-xorb, jintalab il-parir tal-bord ta` pariri dwar liċenzji tal-pulizija.", "ĦWIENET - LIĊENZJAR", "18198.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' ħanut li ma jkollux numru ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja u lanqas numru ta' riferenza hux validu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ma joħroġx liċenzji tal-ħwienet.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "RINELLA - XOGĦLIJIET", "18199.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li persuni li jkunu fuq il-biċċa magħrufa bħala s-simenta fil-bajja tar-Rinella, u jkunu hemm bil-vetturi tagħhom, intalbu biex ma jmorrux aktar hemm għax ser ikun hemm xogħol ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PULIZIJA - ĦWIENET TAX-XORB - PERMESSI", "18200.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi tieħu l-pulizija meta ssib li permess ta' ħanut tax- xorb ma għandux in-neighbours' consent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien għall-operat ta` ħanut, jintalab il-parir tal-bord ta` pariri dwar liċenzji tal-pulizija.", "DOCKYARD CREEK - IRMIĠĠ", "18201.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-irmiġġ ta' opri tal-baħar f'dockyard creek, in-naħa tal-Birgu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Informazzjoni meħtieġa qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "ETC", "18202.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru minn Jannar sal-lum, xahar xahar?", "X'kienu r-raġunijiet u minn liema lokal kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - KORPORAZZJONIJIET", "18222.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalukwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Tista' tgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Tista' tgħid is-salarji u l-fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Tista' tgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li m'hemm l­ebda awtorita', korporazzjoni, agenzija jew istitut li jaqa' taħt il­ministeru għal Għawdex.", "AGRIKOLTURA U SAJD - KORPORAZZJONIJIET", "18223.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet u aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non- governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u l-fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabe ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm ebda awtorita', korporazzjoni, aġenzija, istitut jew organizzazzjoni oħra li taqa' taħt id-dekasteru tal-ministru ta' l-agrikoltura u sajd.", "AMBJENT - KORPORAZZJONIJIET", "18227.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituti u kwalunkwe organizzazzjonijiet oħra kważi non- governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "FINANZI - KORPORAZZJONIJIET", "18228.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governemental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fi-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'hemm l-ebda awtorita', korporazzjoni, jew aġenzij, eċċ kważi non-governmental fil-ministeru tiegħi.", "AFFARIJIET BARRANIN - KORPORAZZJONIJIET", "18229.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "POLITIKA SOĊJALI - KORPORAZZJONIJIET", "18230.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarju u fringe benefits jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d- diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - GĦALLIEMA", "18267.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward vakanzi ta' għalliema fid- dipartiment ta' l-edukazzjoni fil-livelli primarju u sekondarju, suġġett b'suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li peress li bħalissa għadu għaddej l- eżerċizzju tal-classification għadu kmieni wisq biex tkun tista' tingħata l- informazzjoni mitluba."]} {"filename": "20001113_423d_par.doc", "date": "2000-11-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 423 It-Tnejn, 13 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 423", "It-Tnejn, 13 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "423", "It-Tnejn, 13 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 79", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 79", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 81", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA`", "FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL (IT-TIELET QARI)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (THIRD READING) 81", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA (IT-TIENI QARI)", "DATA PROTECTION BILL (SECOND READING) 82", "AĠĠORNAMENT 101", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 107", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 422 li saret fit-13 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAJD - GFCM", "20689.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- emendi dwar il-kummissjoni ġenerali tas-sajd għall-Mediterran li Malta se taċċetta, skond kif jingħad f'paġna 129 ta' l-NPAA?", "Jista' jgħid kif dawn se jaffettwaw lis-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): F'Ġunju li għadda Malta ppreżentat uffiċjalment l-aċċettazzjoni tagħha li l-general fisheries commission for the Mediterranean jkollu budget għalih, miftiehem u approvat mill-membri kollha.", "L-għan ta' dan huwa li l-GFCM isir awtonomu u ma jibqax strument fi ħdan l-FAO izda ssir kummissjoni indipendenti u eżekuttiva.", "Fil-preżent din il-kummissjoni tista' tinnota lmenti u oġġezzjonijiet pero' m'għandhiex poter li tieħu azzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kieku Malta kellha tidħol fl-Unjoni Ewropea, li ma naħsibx, is-sajjieda jkunu jistgħu jistadu fl-ibħra territorjali ta' Malta fejn jixtiequ huma u meta jixtiequ huma?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, bħalissa qegħdin niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-amministrazzjoni u l-konservazzjoni tas-sajd u, bħalma diġà għedna, sew jekk inkunu mseħbin fl-Unjoni Ewropea u anke jekk ma nkunux - jekk Alla jrid se nkunu membri - jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi meta s-sajd ma jkunx permess minħabba raġunijiet ta' konservazzjoni.", "Jien ngħid li sakemm ma jinqalgħux ċerti problemi, fejn xi speċi ta' ħut tkun qed tisparixxi u allura jkunu jridu jittieħdu ċerti passi biex isir it- tkabbir ta' l-istess ħut ħalli s-sajd ikun sostenibbli f'dik l-area partikolari, u sakemm ma jkunx hemm il-bżonn ta' liċenzja speċjali bħal fil- każ tal-lampuki fejn jintużaw il-kannizzati, allura s-sajjieda tagħna jkunu jistgħu jistadu fl-areas kollha.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, li kieku nidħlu fl-Unjoni Ewropea - u nerġa' ngħid li ma naħsibx - bħalma l-Maltin ma jkunux jistgħu jistadu f'ċerti areas għal raġunijiet ta' konservazzjoni, is-sajjieda ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea xorta jkollhom id-dritt li jidħlu jistadu fl-ibħra territorjali ta' Malta?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jekk Alla jrid, aħna se nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea u bl-għaqal ta' kulħadd anke jkollna area ta' konservazzjoni madwar l-ibħra Maltin.", "Iżda biex ikollna area ta' konservazzjoni rridu nipprovaw xjentifikament li hemm raġuni valida għaliex titwaqqaf zona ta' konservazzjoni.", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni tal-maximum sustainable yield u mill- informazzjoni li għandi nista' ngħid li l-indikazzjonijiet huma li aħna qegħdin f'dan il-livell.", "Allura sakemm is-sajjieda jkomplu għaddejjin bil- ħidma tagħhom ma jkunx hemm lok li jidħol ħaddieħor jistad f'dik l-area ta' konservazzjoni, apparti wkoll li min jidħol jistad f'area ta' konservazzjoni jrid bilfors juża fishing gear ta' ċertu daqs.", "Sakemm il- qabda ta' ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin tibqa' fil-livell attwali, m'hemm l-ebda periklu għas-sajjieda tagħna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li kieku jkollna nidħlu fl-Unjoni Ewropea - li mhux se nidħlu - allura r-restrizzjonijiet u l- kondizzjonijiet li jkun hemm għas-sajjieda Maltin ikunu l-istess kondizzjonijiet għas-sajjieda minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jiġifieri dawn ikollhom dritt jidħlu jistadu f'areas li bħalissa jistgħu jistadu fihom il-Maltin biss?", "Allura din il-protezzjoni tispiċċa u jkunu jistgħu jidħlu u jagħmlu li jridu fl-ibħra tagħna?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nerġa' ngħid li nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, xorta se jkun hemm dan il-kontroll.", "Aħna għandna din il- conservation area madwar pajjiżna u jekk irridu li s-sajd jibqa' sostenibbli, irridu nikkontrollaw u niċċekkjaw kontinwament l-ammont ta' fishing effort.", "(Interruzzjonijiet) Meta ngħidu \"fishing effort\" inkunu qed nirriferu għall-ammont ta' dgħajjes u l-horsepower li għandhom.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni għall-fatt li l- Ministru qed jevita li jirrispondi d-domanda preċiża tiegħi.", "Ħa nerġa' nagħmel il-mistoqsija: Li kieku nidħlu fl-Unjoni Ewropea – u m'aħniex se nidħlu – sajjieda barranin ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea se jkollhom drittijiet daqs sajjieda Maltin?", "Dan li rrid inkun naf.", "Barra minn hekk dan se jaffettwa lis-sajjieda Maltin?", "Il-Ministru kien jgħid - u jikkorreġini jekk jien żbaljat - li jridu jkunu mġienen jekk sajjieda minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa jiġu jistadu fl-ibħra territorjali Maltin.", "F'liema sens jgħid \"imġienen\"?", "Għax jekk jingħataw l-istess kondizzjonijiet bħalma għandhom is-sajjieda Maltin, dan se jkun ta' detriment għas-sajjieda Maltin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien nerġa' ngħid li nidħlu u ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, irridu noqogħdu attenti li s-sajd jibqa' sostenibbli madwar il-gżejjer Maltin.", "Ladarba llum ilħaqna l-maximum sustainable yield, biex jidħlu sajjieda oħra Maltin u barranin, irid ikun hemm il-possibbilta' li yield tkun ikbar.", "Jekk kemm-il darba din tibqa' li hi, l-ammont ta' fishing effort ma jistax jiżdied.", "Fis-6.23 p.m. is-seduta kienet sospiża minħabba qtugħ fil-provvista ta' l- elettriku u rriżumiet sitt minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "EU - SAJD - CATCH ASSESSMENT PROGRAMME", "20690.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex u x'informazzjoni se tinġabar mill-catch assessment programme li qiegħed jingħad li se jkun qed jopera fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla, u jekk l-informazzjoni hijiex se tingħata lill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-catch assessment programme hija sistema fejn bl- interview ta' numru ta' sidien ta' dgħajjes mill-fisheries protection officer tkun tista' ssir stima, kemm jista' jkun preċiża, tal-qabda totali ta' ħut għal Malta u Għawdex, skond it-tip ta' rkaptu, bastiment, staġun, speċi ta' ħut u żoni.", "Din l-informazzjoni hija għodda sabiex wieħed ikun jista' jimmaniġġja aħjar is-sajd, jikkompara l-andament ta' l-istocks tal- ħut minn sena għall-oħra u jqabbel il-qabda ma' dak li jgħaddi mill- pixkerija.", "Dik l-informazzjoni li tinġabar mill-catch assessment programme tkun shared ma' pajjiżi oħra għaliex il-Mediterran huwa ta' kulħadd u għalhekk tiġi mgħoddija anke lill-eurostat u organizzazzjonijiet oħra bħall-FAO.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid Ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda", "THE DEPUTY SPEAKER: ll-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA", "DATA PROTECTION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Novembru, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, wara li ntervenew diversi kelliema fuq dan l-abbozz ta' liġi, naħseb li diġà ħarġu l-punti prinċipali li dwarhom hemm nuqqas ta' qbil bejn gvern u oppożizzjoni.", "Ngħid għalija meta nara b'liema serjeta' pajjiżi oħra ħadu l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-privatezza u ma' l-ipproċessar ta' data personali, nistagħġeb kif l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ġie ttrattat b'mod daqshekk leġġer minn dan il-gvern.", "Irrid infakkar li ilu aktar minn tmien snin li kien hemm il-ħsieb li ssir xi tip ta' liġi dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-individwu.", "Skond informazzjoni li għandi nista' ngħid li kien qed jiġi ppreparat abbozz ħafna aktar progressiv minn dan li għandna quddiemna llum - u din hi l-ironija - li kien iħares l-indipendenza ta' min se jkun fdat bl- informazzjoni personali aktar minn dan li għandna quddiemna llum.", "Dak iż- żmien il-gvern li kien jgħid li aħna ppreparati biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea kien jaf li din il-liġi jrid jagħmilha bilfors - u issa ngħid minn fejn toħroġ din - imma xorta ħalliha fuq l-ixkaffa sa l-1996.", "L-ebda liġi f'dan ir-rigward m'għaddiet mill-parlament minkejja li kienu jwegħduna li suppost li kellna nidħlu ma' l-ewwel grupp fl-1995.", "Forsi issa l-poplu jibda jifhem kemm kienu jidħku bin-nies.", "Meta mbagħad tela' l-Partit Laburista fil-gvern, sieħbi l-Onor.", "John Attard Montalto kien qiegħed jipprepara abbozz ta' liġi f'dan is-sens, ħaġa li ma wasletx, u issa għandna dan l-abbozz quddiemna mgħaġġel mgħaġġel, sempliċement għaliex irridu inkunu konformi ma' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "U ngħid bl-akbar responsabbiltà li dan l-abbozz tressaq mgħaġġel quddiemna proprju għalhekk.", "Jiddispjaċini li jkolli ngħid hekk, u rrid nara aktar 'il quddiem jekk kemm-il darba l-Unjoni Ewropea taċċettax dan it- tip ta' abbozz, u ngħid għaliex.", "Ir-rapport regolari tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress ta' Malta għas-sħubija - għadu kemm ġie ppubblikat ir-regular report 2000 - fil- qasam tal-koperazzjoni fuq affarijiet tal-ġustizzja u dawk interni jgħid hekk:", "\"A general law on data protection is a pre-condition for the participation of Malta in europol .....\"", "- il-europol hija s-sistema tal-pulizija fl-Ewropa -", "\" .... one of the short-term priorities of the accession partnership.\"", "Hawn l-Ewropej qed ifakkru lill-gvern f'dak il-programm ta' accession partnership li kien iffirma mal-Kunsill Ewropew, fejn kien intrabat li din il-liġi jagħmilha sa l-aħħar tas-sena 2000.", "Allura qishom qegħdin jgħidulu biex issa jxammar u jħaffef għax diġà qegħdin f'Novembru .", "Mela qegħdin naraw ċar li din il-liġi qiegħda tiġi mgħaġġla quddiem il-parlament għaliex il-gvern kien wiegħed li jagħmilha sa l-aħħar tas-sena 2000.", "Sur President, wieħed irid jifhem li l-informazzjoni personali hija bżonjuża mhux biss għall-europol imma jkollok bżonnha wkoll jekk inti tidħol fix-Schengen information system.", "Il-pajjiżi kollha li jipparteċipaw f'din is-sistema jgħaddu d-data lil xulxin u addio l-bżonn li wieħed jagħmel kontrolli fuq il-fruntieri.", "Din l-informazzjoni hemm bżonnha għall-anti-fraud unit, għall-economic crime unit u anke għall- financial intelligence unit.", "Dan huwa wieħed mis-setturi li meta wieħed ikun membru ta' l-Unjoni Ewropea, irid bilfors jaqsam id-data u l- informazzjoni fuq persuni minn pajjiż ieħor.", "U ma' dawn hemm ħafna oħrajn, fosthom is-settur tal-biedja.", "Jekk inkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, il- gvern bilfors irid jibda jagħti l-informazzjoni fuq il-bdiewa u s-sajjieda biex jibda jitkellem fuq xi sussidji.", "Dan jiddependi ħafna fuq il-ġbir ta' data dwar kemm jipproduċu, kemm jimportaw ġwież u affarijiet bħal dawn.", "Sur President, jien irrid nagħmilha ċara mill-ewwel li aħna bħala oppożizzjoni m'għandna xejn kontra liġi bħal din, għallinqas l-għan tagħha naqblu miegħu.", "Aħna mhux qed naqblu dwar il-mod kif ġiet imfattra quddiem dan il-parlament.", "Wieħed ma jistax jgħid li ma jaqbilx ma' liġi li tipprovdi protezzjoni ta' l-individwu kontra l-ksur tal-privatezza tiegħu u l-integrità personali tiegħu, bl-ipproċessar ta' l-informazzjoni tad-data li llum hemm stored fil-computers.", "Jiġifieri bħala prinċipju naqblu u nemmnu fih għaliex, kif għedt, meta konna fil-gvern ipprovajna wkoll infasslu xi tip ta' liġi li tkun tissodisfa dawn il-bżonnijiet.", "Imma issa, Sur President, nixtieq nuri kemm l-Unjoni Ewropea tieħu l-kwestjoni tad-data protection bis-serjetà u mhux biċ-ċajt bħal dan il-gvern.", "Fid-draft charter on fundamental rights ta' l-Unjoni Ewropea - għad m'hemmx ftehim mija fil-mija fuqu, għax ħadd ma jaf jekk jagħmluhx parti mit-trattat ta' l-Unjoni jew inkella jiġix implimentat bħala charter kif inhu - taħt kapitlu 2, li jittratta dwar libertajiet, hemm artiklu li jitkellem fuq il-protezzjoni tad-data personali.", "Jiġifieri nistgħu naraw li dan il-kunċett tant jagħtuh importanza li sab ruħu wkoll f'din id-draft charter tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Artiklu 8 - u issa naraw jekk jaqbilx ma' dak li għandna fil-liġi tagħna - jgħid hekk:", "\"Everyone has the right to the protection of personal data concerning him or her.", "Such data may be processed fairly for specified purposes and on the basis of the consent of the person concerned or some other legitimate basis laid down by law.", "Everyone has the right of access to data which has been collected concerning him or her and the right to have it rectified.", "Compliance with these rules shall be subject to control by an independent authority\"", "Iż-żbiba fl-aħħar tal-mazzita, jiġifieri dan kollu jrid jiġi assigurat billi int ikollok awtorità indipendenti!", "Imma issa ħalli mmorru ftit lura, Sur President.", "Wieħed irid jiftakar li f'Lulju ta' l-1999 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għar-regolamentazzjoni tal-protezzjoni ta' l-individwu fl- ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi l-oħra tal-komunità, u anke fuq il-moviment liberu ta' din l-informazzjoni.", "Jiġifieri din m'hijiex l-ewwel u l-aħħar inizjattiva li kien hemm għax kien ilhom għaddejjin inizjattivi minn żmien twil.", "Sa mill-1995 diġà kien hemm direttiva li titkellem fuq dan.", "Issa apparti li din il-proposta waslet diġà fiċ-charter tad-drittijiet fundamentali, waslet ukoll fit-trattat ta' l-Unjoni.", "Din il-proposta li kellha l-għan li twettaq artiklu ġdid 286 - qabel kien artiklu 213(b) tat-Trattat ta' Amsterdam - u li biex issir leġislazzjoni trid tgħaddi mill-Parlament Ewropew - din hija waħda minn dawk il-proċeduri li trid tgħaddi b'dik li jgħidulha l-co-decision, jiġifieri li jridu jaqblu magħha kemm il-Kunsill Ewropew kif ukoll il- Parlament Ewropew - tipprovdi għat-twaqqif ta' an independent supervisory body, u l-enfasi qiegħda fuq l-indipendenza.", "Dan il-body jkun responsabbli li jara kif korpi u istituzzjonijiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea japplikaw liġijiet dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali.", "Issa qed naraw li dan il-kunċett insibuh ukoll fl-artiklu l-ġdid 286 tat- Trattat ta' Amsterdam li hu, biex ngħid hekk, l-akbar u l-aqwa liġi li hemm fl-Unjoni Ewropea llum, u suppost li dan kellu jiġi attwat sa l-ewwel ta' Jannar tas-sena 1999.", "Infatti jekk tippermettili, Sur President, naqra dan l-artiklu, ħalli nkunu aktar eżatti.", "Din id-direttiva tgħid hekk:", "\"From 1st Januray 1999 community acts on the protection of individuals with regard to the processing of personal data and the free movement of such data shall apply to the institutions and bodies set up by or on the basis of this treaty.", "Before the date referred to in paragraph 1, the Council, in accordance with the procedure referred to in article 251....\"", "- article 251 huwa dak li jitkellem fuq il-proċess tal-co-decision, jiġifieri li jrid ikun hemm qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew.", "\".... shall establish an independent supervisory body responsible for monitoring the application of such acts to community institutions and bodies and shall adopt any other relevant provisions as appropriate.\"", "Dawn kienu qegħdin jgħidu li kien hemm direttiva ta' l-1995 li sa l-1999 kellha ssir parti mil-liġijiet.", "Bħalissa x'qed jiġri?", "Dak li skond artiklu 286 tat-Trattat ta' Amsterdam kellu jsir qabel l- ewwel ta' Jannar ta' l-1999 ma sarx, però bħalissa quddiem il-Parlament Ewropew hemm draft resolution li kienet imressqa mis-citizens rights committee dwar protezzjoni ta' data personali u anke t-twaqqif ta' European data supervisory authority.", "Kif diġà għedt, jeħtieġ li jkun hemm din is- supervisory authority biex l-informazzjoni fuq iċ-ċittadini ma tiġix użata b'mod abbużiv.", "Il-kummisjsoni, bħala xogħol ta' kuljum, tuża data fuq it- tħaddim tal-politika komuni agrikola, fuq il-fondi strutturali, fuq l- unjoni doganali u policies oħra.", "Fil-fatt x'jgħid dan id-draft li kien quddiem il-Parlament Ewropew?", "Dan jgħid li:", "\"The processing of personal data revealing details of an individual's racial or ethnic origin, political opinions, religious or philosophical beliefs, trade union membership, health or sex life will be prohibited.\"", "Ikunu projbiti!", "Issa jekk wieħed jara d-definizzjoni ta' \"data personali sensittiva\" fl- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li hija kelma b'kelma bħal dan li għadni kemm qrajt jien minn dan l-abbozz ta' liġi li hemm quddiem il- Parlament Ewropew.", "M'hemm xejn ħażin fiha, però ma ninsewx li dan l- abbozz li hemm quddiem il-Parlament Ewropew jgħid li \"processing of personal data will be prohibited\", filwaqt li aħna f'ċerti ċirkostanzi m'aħniex se nipprojbixxuha.", "Se jkun hemm fażi fejn din l-informazzjoni tista' wkoll tiġi użata, u aktar 'il quddiem nindika fejn.", "Il-liġi li hemm quddiem il-Parlament Ewropew tkompli titkellem fuq it-twaqqif ta' European data supervisory authority biex tissorvelja kif tiġi użata din id-data.", "Naturalment tkompli tgħid li dawk in-nies li l-informazzjoni dwarhom tkun qed tiġi pproċessata, għandhom jiġu informati u għandhom ikunu jafu min qiegħed juża dik id-data u l-għanijiet li għalihom dik id-data qiegħda tiġi pproċessata.", "Sur President, il-gvern qiegħed jaspira li dalwaqt isieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea - hu jgħid li suppost ilna hemm żmien - u allura jrid iġib il-liġijiet tagħna konformi ma' dawk ta' l-Ewropa.", "U għalhekk qed nistaqsi: Possibbli li din il-liġi ġiet ivvettjata minn min qed jivvettja li l-liġijiet huma konformi ma' dak li titlob l-Unjoni Ewropea?", "Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu fuq nies indipendenti, fuq awtoritajiet indipendenti, fuq supervisory authorities, imma fl-ebda liġi m'hemm li dan ikun maħtur minn xi kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea jew inkella minn xi ministru ta' xi pajjiż membru, bħalma għandna fl-abbozz tal-liġi li għandna aħna.", "Dan hu l-punt li tkellmu fuqu b'tant sodezza l-kollegi li tkellmu qabli bħala l-akbar oġġezzjoni li għandna għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dan jien qed ngħidu biex nuri kemm l-Unjoni Ewropea tieħu dawn l-affarijiet bis-serjetà, filwaqt li aħna nieħdu l-affarijiet b'mod - ħalli ma ngħidx b'mod mhux serju - li jagħti ħafna, ħafna lok għal suspetti u jien ngħid li anke lok għall-abbuż.", "Jekk wieħed jara l-aħħar klawsola ta' dan l-abbozz ta' liġi jibda jistaqsi għaliex qed jidħlu dawn l-affarijiet.", "Dan l-abbozz tant sar b'għaġġla u sar kif riedu l-kabinett, li filwaqt li f'dan il-parlament dejjem imdorrijin li nagħmlu l-liġijiet bl-Ingliż u bil-Malti u ngħidu li f'każ ta' diffikultà ta' interpretazzjoni t-test Malti jipprevali, f'dan l- abbozz sar bil-kontra.", "L-aħħar artiklu jgħid li:", "\"Fil-każ ta' konflitt bejn it-test Malti u dak Ingliż ta' dan l-Att jipprevali t-test Ingliż.\"", "Din hija eċċezzjoni li jien ma nistax nispjegaha, sakemm ma nibdix nhewden jekk dan għandux x'jaqsam mal-fatt li meta se ninnegozjaw biex insiru membri hemm chance li nitilfu d-dritt li nużaw il-lingwa Maltija fil- liġijiet.", "Dan għandu x'jasam mal-fatt li r-regular report 2000 ifakkar lill-Gvern Malti li suppost jaqleb il-liġijiet ta' l-acquis, jiġifieri l- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea kollha bil-Malti?", "U dan għadu ma bediex jagħmlu.", "Mhux wasal f'nofsu, għadu ma bediex jagħmlu dan!", "Sur President, jien qed nistaqsi għaliex il-gvern għadu ma bediex jaqleb bil-Malti l- liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, u nittama li fil-winding-up il-ministru jkollu ftit risposti.", "Jien issa ilni mhux ħażin f'dan il-parlament u ma jidhirlix li qatt għamilna xi liġi fejn it-test Ingliż jipprevali jekk ikun hemm dubbju, għalkemm I stand to be corrected.", "Ġieli nagħmluha meta jkun hemm skedi li jkunu tekniċi - jew meta jkun hemm liġijiet li jkunu tekniċi għax ikollok ismijiet ta' kimika - u naqblu li dawn ma tistax tagħmel translation tagħhom għall-Malti, imma dan l-abbozz ma fih xejn li ma tistax tagħmel translation tiegħu għall-Malti.", "Dan l-abbozz suppost jitkellem ċar u tond fuq kif għandha tiġi wżata l-informazzjoni li jkollu l-pajjiż jew xi ħadd fuq persuni.", "Sur President, biex inkompli nsostni kemm hija bl-addoċċ u bl-amment din il-liġi, niġbed l-attenzjoni għall-bidu ta' l-abbozz fejn hemm definizzjoni tal-kelma \"terzi\", third parties.", "Nistieden lil kulħadd jaqraha u jara jekk dan id-definizzjoni tagħmilx sens, partikolarment fit-test Malti.", "M'hemmx sens fiha u għalhekk forsi hemm dan il-biża', tant li qed jgħidu li jekk ikun hemm diffikultà fl-interpretazzjoni mmorru għat-test Ingliż għax it-test Malti assolutament ma tifhmux.", "Issa ħallli nitkellem b'mod ġenerali fuq din il-liġi, Sur President.", "Jien nara li din il-liġi qed tħalli ħafna possibbiltajiet miftuħa, u tuża ħafna kliem vag, meta qed nitkellmu fuq xi ħaġa tant sensittiva bħalma hija d-data personali.", "U għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt l- importanza li jingħata dan is-suġġett fl-Unjoni Ewropea, li saħansitra baqa' tiela' fit-trattat ta' l-Unjoni Ewropea u fiċ-charter tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nistax naċċetta li jiġi l- ministru li qed jippilota din il-liġi u jitfa' liġi quddiemi mimlija kliem vag u kliem li jista' jiġi interpretat in more ways than one.", "Per eżempju, paragrafu (ċ) ta' klawsola 7 f'din il-liġi jgħid:", "\"Data personali tkun miġbura biss għal għanijiet speċifiċi u leġittimi, li jkunu espressi b'mod espliċitu;\"", "L-ewwelnett ma nafx x'Malti jaħbat dan, għax jekk kemm-il darba aħna rridu niktbu liġi bil-Malti, nagħmluha bil-Malti u mhux bit-Taljan.", "U t-tieni nett għaliex dawn 'l hekk imsejħa \"għanijiet speċifiċi\", m'għandniex ngħidu ċar u tond x'inhuma ħalli nifhmu x'irridu ngħidu bihom?", "Fil-liġi għandna ngħidu li l-għanijiet li għalihom tista' tinġabar din l-informazzjoni huma dawn, u nsemmuhom wieħed wara l-ieħor.", "Meta tgħid għanijiet leġittimi, x'inhu leġittimu, Sur President?", "Dak li hu leġittimu għal Ċikku forsi mhux leġittimu għal Pawlu!", "Għalfejn dan il-kliem vojt u dawn il-ħafna toqob fil-liġi biex imbagħad ikollna ħafna interpretazzjonijiet u ħadd ma jkun jista' jipponta subajh lejn ħadd għaliex il-liġi tkun għaddiet b'dan il-mod?", "Għalfejn nagħmlu klawsoli vagi bħal dawn li ma jfissru xejn u jfissru kollox fl-istess ħin?", "Għan speċifiku, leġittimu u li jkun espress b'mod espliċitu m'hawnx.", "Għidli x'qed jifhmu n-nies biha din!", "Suppost li din hija liġi għall-poplu, fejn individwu, bl-informazzjoni personali fuqu storjata fil-computers tal- gvern, fil-computers tal-kumpanniji u fil-computers ta' organizzazzjonijiet oħra jrid ikun jaf jekk dik id-data nġabritx għal skop espliċitu.", "Jekk immur nistaqsi lil xi ħadd jekk jafx x'inhu skop espliċitu, żgur li jgħidli li ma jafx!", "Allura jekk aħna rridu nkunu serji għaliex ma nagħmlux l- affarijiet bis-serjetà?", "Għaliex ma ngħidux li d-data personali tkun miġbura biss għal dawn it-tali għanijiet u nelenkawhom fil-liġi?", "Ħalli nżidu magħhom, ħalli ma naqblux fuq numru minnhom, imma għallinqas inkunu nafu ċar u tond meta u għaliex xi ħadd għandu dritt li jiġbor l- informazzjoni fuq iċ-ċittadini.", "Ħaġa li l-kollegi tiegħi għamlu ħafna enfasi fuqha - ġustament ngħid jien, għax tkompli ma' din il-linja ta' diskors vag - insibuha aktar 'l isfel f'paragrafu (e) ta' klawsola 9 fejn għandna:", "\"L-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' attività li ssir fl- interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' l-awtorità uffiċjali vestita fil-kontrollur jew f'terzi li d-data jiġu żvelati lilhom.\"", "X'ifisser dan?", "Min se jiddeċiedi u min se jgħid x'inhuwa \"interess pubbliku\"?", "Fejn se nieqfu u meta se nibdew?", "Jien naħseb li għal Hitler kien fl-interess pubbliku li jiġbor l-informzzjoni fuq il-Lhud biex jara min huma ħalli jmorru jiġbruhom u jeħduhom fil-concentration camps.", "Mhux qed ngħid li l-gvern se jagħmel hekk, biex niftiehmu, imma jien ċert li dak iż-żmien Hitler kien jgħid li dak kien fl-interess pubbliku.", "Għalhekk jien nappella biex fl-istadju ta' kumitat inbiddlu dan il-kliem vag fejn qegħdin nitkellmu fuq drittijiet sagrosanti taċ-ċittadin.", "Jekk aħna verament nemmnu fid-drittijiet tal-bniedem, jekk nemmnu fid-dritt tal-privatezza, jekk nemmnu fid-dritt ta' l-integrità ta' l-individwu, ta' l-informazzjoni personali, aħna għandna ngħidu li wieħed se jkollu dritt jiġbor informazzjoni personali għal dawn l-għanijiet biss u ngħidu x'inhuma.", "Nerġa' nistaqsi: X'inhu l-interess pubbliku?", "L-interess politiku tal- gvern?", "L-interess partiġjan tal-gvern?", "L-interess ta' xi organizzazzjoni?", "L-interess ta' min qed jagħmel il-flus minn fuq dik l-informazzjoni?", "Fejn jibda u fejn jispiċċa l-interess pubbliku?", "Sur President, paragrafu (f) ta' klawsola 9 huwa vag daqsu għaliex jgħid li:", "\"L-ipproċessar ikun meħtieġ għal xi skop li jolqot l-interess leġittimu tal-kontrollur.\"", "Imma nistgħu nażaw lingwa aktar wiesa', lingwa aktar bla sens minn din?", "X'inhu l-interess leġittimu tal-kontrollur?", "Jien naf!", "Jien qiegħed niġi mitlub li nivvota fuq din il-liġi u sal-lum jien għadni ma nafx x'inhu l- interess leġittimu tal-kontrollur.", "Fejn jibda u fejn jispiċċa?", "Kemm hu kbir?", "Lil min jolqot?", "U l-interess leġittimu ta' min, tiegħu, tal-pajjiż, taċ-ċittadin, tal-partit, tal-gvern jew ta' min appuntah?", "Sur President x'inhu l-interess leġittimu?", "Għalhekk qed ngħid li din hija lingwa li fl- opinjoni tiegħi hija assolutament inaċċettabbli f'liġijiet bħal dawn.", "Mhux hekk biss, imbagħad inkomplu ngħidu li l-ipproċessar ikun meħtieġ fl- eżerċizzju ta' \"l-awtorità uffiċjali vestita fil-kontrollur\".", "Imma veru li aħna rridu nkunu eżatti meta għandna kollox vag immens?", "Jien nistaqsi lin- nies legali li hawn bħalissa fil-Kamra: Jekk jiġi każ quddiem qorti ta' appell, għal min irid jinterpreta dan il-kliem xi jfisser?", "Min se jinterpreta safejn jaslu dawn il-faċilitajiet?", "Allura wieħed ikollu jgħid li din assolutament m'hijiex liġi serja.", "Nerġa' nsostni li kellu jkun hemm ir-raġunijiet elenkati.", "Sur President, s'issa diġà rajt ċerti affarijiet li huma oxxeni - u nuża din il-kelma bla skruplu ta' xejn għalihom - imma agħar minn hekk hija kawsola 12.", "Filwaqt li fir-riżoluzzjoni li hemm quddiem il-Parlament Ewropew ċerta data sensittiva ma tistax tiġi pproċessata, hija prohibited, hawnhekk fil- liġi tagħna qed nipproponu li jingħad:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att, ħadd ma jista' jipproċessa data personali sensittiva.\"", "Meta kont qed naqraha għedt li din hija tajba għax tgħid l-istess bħal-liġi li hemm quddiem il-Parlament Ewropew, jiġifieri li ħadd ma jista' jipproċessa din l-informazzjoni.", "Imma mbagħad f'daqqa waħda erġajt ħadt skoss lura għaliex il-proviso ta' klawsola 12 ikompli jgħid:", "\"Iżda dik id-data personali tista' tiġi proċessata f'dawk il-każi li hemm provdut dwarhom taħt is-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu u taħt l-artikoli 13 sa 16 ta' dan l-Att, jew hekk kif jista' jiġi preskritt mill-Ministru li jqis l-esiġenzi ta' l-interess pubbliku.\"", "Mela f'daqqa waħda qbadna gomma kbira, ħassarna kollox, neħħejna dak kollu li hemm fil-kondizzjonijiet tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ta' l- individwu u għedna li l-ministru - qisu b'xi raġġiera kbira! - u jekk jiddeċiedi li jkun hemm bżonn jipproċessa dik id-data għax, skond il-liġi, ikun fl-esiġenzi ta' l-interess pubbliku, il-majestà tiegħu l-ministru jkollu dritt li jinjora l-liġi u jgħid li hemm bżonn li jiġbor dik l- informazzjoni fuq iċ-ċittadin!", "Sur President, kemm ilni hawn ġew dejjem niftakar li kien hawn ħafna diskorsi - għall-gallarija ngħid jien - biex kemm jista' jkun innaqqsu d- diskrezzjoni ministerjali, ħalli kemm jista' jkun lill-gvern ma ndaħħluhx f'deċiżjonijiet bħal dawn.", "Allura jien kif nista' naċċetta li, minkejja dak kollu li qed jingħad fl-Ewropa, minkejja dak kollu li qed jinkiteb fil- kotba legali dwar is-sensittività u d-dritt ta' l-individwu li jipproteġi l- informazzjoni fuqu nnifsu, din il-liġi b'daqqa ta' pinna tgħid li l- ministru jista' jiddeċiedi li juża data personali sensittiva bl-iskuża li din tkun fl-interess pubbliku.", "Data personali sensittiva tista' tkun fuq razza, orġini etnika, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż, sħubija fi trade unions, saħħa, attività sesswali.", "Din hija xi ħaġa li jien assolutament ma naċċettahiex u xi ħaġa li żgur, żgur, żgur se tinkwieta lil ħafna nies.", "Barra minn hekk, hemm ħaġa oħra li hija rari u ma nafx li rajtha f'postijiet oħra, meta aktar tard il-liġi titkellem dwar meta jistgħu jiġu pproċessati dawn id-data personali sensittiva, Sur President.", "Fost affarijiet oħra klawsola 13 titkellem fuq suġġett ta' data - jiġifieri persuna li dwarha wieħed jieħu l-informazzjoni - li ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu.", "Din il- klawsola tgħid li:", "\"L-interess vitali tas-suġġett ta' data jew ta' xi persuna oħra jkun jista' jiġi protett u s-suġġett ta' data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu\".", "Jien nistaqsi għaliex dan għandu jiġi maqbuż u ma jkunx, kif nagħmlu f'ħafna affarijiet oħra, bil-permess tat-tutur tiegħu?", "Fil-liġi, speċjalment f'tas-servizzi soċjali, jinħatar xi ħadd li jieħu ħsieb l- interessi tal-persuna fiżikament jew mentalment jew legalment inkapaċi li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħha.", "Din il-persuna m'hijiex kapaċi li tagħti kunsens, allura għaliex imkien ma jissemma hawnhekk li jiġi appuntat xi ħadd bil-liġi ħalli l-interessi tiegħu jkunu salvagwardati?", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani wkoll.", "Aktar 'il quddiem fi klawsola 19 ukoll hemm xi ħaġa li wieħed irid jitkellem fuqha, Sur President.", "Paragrafu (ċ) ta' klawsola 19 jagħmel riferenza għall-possibbiltà li l- għoti ta' risposti mingħand iċ-ċittadini jista' jkun obbligatorju, jiġifieri l-informazzjoni li jitolbok trid tagħtihielu bilfors.", "Aħna mhux qed nitkellmu fuq xi reati kriminali u fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija imma qed nitkellmu fuq informazzjoni.", "Jien nista' nifhem li mil-lat ta' saħħa forsi s-sanità tesiġi li ċerta informazzjoni trid toħroġ.", "Allura għaliex fil-liġi m'għandniex speċifikat meta din l-informazzjoni tista' tkun obbligatorja?", "Fejn titkellem fuq il-ġbir tad-data u d-dritt tal- kontrollur li jiġbor din l-informazzjoni, il-liġi tgħid \"jekk l-għoti ta' risposti għall-mistoqsijiet ikunx obbligatorju jew volontarju kif ukoll dwar x'jista' jiġri jekk wieħed jonqos milli jwieġeb.\"", "Għaliex il-liġi ma tgħidilniex meta se jkun obbligatorju l-ġbir ta' l-informazzjoni?", "Per eżempju, wieħed ikun irid jagħmel ċensiment u f'dik l-okkażjoni bilfors irid l-informazzjoni mingħandek, jew wieħed qed jagħmel statistika u bilfors irid l-informazzjoni mingħandek.", "Imma safejn ikun obbligatorju?", "Għandna liġijiet tant voluminużi u liġijiet li tant jagħmlu skedi warajhom biex jispjegaw xi tfisser dik il-klawsola, għaliex din għamilnieha xotta xotta?", "Lanqas hemm skeda waħda u ma nafux għaliex mhux qiegħed aktar spjegat dan il-ħafna kliem li jista' jiġi nterpretat b'miljun ħaġa.", "Sur President, naħseb li rridu nammettu li l-veru għan ta' din il-liġi joħroġ meta niġu għal klawsola 27, li titkellem fuq it-trasferiment tad- data lil pajjiżi terzi, jiġifieri t-trasferiment ta' din l-infromazzjoni fuq iċ-ċittadin Malti, fuq il-ħaddiem Malti, fuq l-impjegat, fuq il-mara tad-dar, il-professjonist, kien liema kien, lil pajjiżi terzi.", "U hawnhekk jidher ċar li l-iskop huwa s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, kif semmejt fil- bidu, li titlob li jkun hemm l-informazzjoni għall-għaqda doganali, l- informazzjoni tas-settur agrikolu, l-informazzjoni għall-europol u l- informazzjoni għada pitgħada anke għall-eurobarometer, li ripetutament jippubblika statistika fuq il-pajjiżi, u anke għall-eurostat, li hija l- organizzazzjoni uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li tieħu ħsieb il-ġbir ta' l- istatistika.", "Jien mhxu qed ngħid li dan huwa ħażin imma hawnhekk qegħdin naraw sa fejn se tmur din il-liġi u jkompli jikkonferma daqsxejn l-għan tagħha.", "Jien ngħid li l-akbar qassata tibda meta nibdew nitkellmu fuq min hija l- awtorità kompetenti.", "Min se tkun din l-awtorità li tieħu ħsieb il-ġbir u l- kontroll u t-tqassim ta' din l-informazzjoni kollha?", "U fi klawsola 36 insibu li:", "\"L-awtorità kompetenti għandha tkun il-persuna li tiġi nominata b'ordni tal-Ministru ...\"", "U jien se nieqaf hawnhekk għax sħabi qalu biżżejjed fuqha din u jidher ċar li din hija xi ħaġa li l-ministru daħħal subgħajh f'din it-torta u jrid li jkollu kontroll fuq dan l-individwu!", "Klawsola 38 tkompli tgħid li n-nominat tal-ministru, l-awtorità kompetenti jkollha jedd li tidħol fid-data personali li jkunu pproċessati.", "Jien x'fiduċja se jkolli f'xi ħadd li hu appuntat mill-ministru li għandu dritt assolut jidħol fid-data kollha li hemm miġbura fuqi, fuqek, fuq sħabi, fuq il-familja u fuq kulħadd, dan li huwa nominat mill-ministru.", "Imbagħad inkomplu nitqażżu, għax anke l-bord ta' appell jikkonsisti fi tliet membri magħżula mill-ministru.", "Nistgħu nkunu aktar redikoli minn hekk?", "Għax din hija assolutament redikola.", "U bħalma qalu sħabi, ħadd min- naħa l-oħra ma qal għaliex dawn għandhom ikunu hekk.", "Għalhekk qed nistaqsi f'liema pajjiż ta' l-Ewropa qiegħda hekk, li l-ministru jappunta l-bord?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li wasal biex jiskadilek il-ħin.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Se nagħlaq, Sur President.", "Għaliex ma ndaħħlux il- kunċett li jkollna a data commissioner li jkollu security of tenure - mhux bħalma għandna f'din il-liġi li meta jrid il-ministru jista' jtajru - b'responsabbilta' lejn il-parlament?", "Għaliex m'għandux ikun indipendenti mill-eżekuttiv?", "Dan huwa l-open goverment li jitkellem fuqu l-gvern li għandna llum?", "Dan hu d-dritt taċ-ċittadin li jkun jaf l-affarijiet tiegħu?", "Mhux talli hekk talli l-ministru se jappunta lil xi ħadd li jkollu dritt li jidħol fid-data kollha u meta l-gvern jew il-ministru jkollu bżonn isir jaf aktar fuq in-nies, ikun jista' jakkwista l-informazzjoni.", "U mill- esperjenza tal-passat nafu x'għamel bl-informazzjoni dwar iċ-ċittadini l- Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, meta kien fl-oppożizjzoni u nafu kif użaha l-informazzjoni personali.", "Fadalli aktar xi ngħid imma se nagħlaq għax mhux qed iħalluna nitkellmu iktar minn 40 minuta, Sur President.", "Assolutament ma nistgħux nafdaw lill-gvern li jappunta persuna li tkun tiddependi minnu, għax jista' jneħħiha meta jrid jekk ma taqdihx tajjeb biex jindaga fl-informazzjoni fuq kull individwu ħalli jkun jista' jinforma lill-partit u lill-ministri tiegħu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, evidentement l-Onor.", "George Vella kellu jagħlaq ħesrem l-intervent tiegħu u bi protesta qed insejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.12 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, naħseb li l-liġi li għandna quddiemna hija long overdue għaliex din hija liġi konsegwenzjali għall- iżvilupp fl-informatika.", "Illum tant hu faċli li tiġbor informazzjoni dwar l-individwu u tużaha għall-iskopijiet tiegħek, li allura jrid ikollok dik il-liġi neċessarja biex l-individwu jkun definittivament protett vis-a-vis l-Istat jew min ikun qed jiġbor dik l-informazzjoni, biex ma jkunx hemm abbuż mill-ipproċessar ta' l-istess informazzjoni.", "Jien għedt li hija long overdue minħabba l-fatt li l-gvern illum diġà għandu dipartimenti varji, fosthom ir-reġistru pubbliku, il-kummissjoni elettorali, l-awtorità ta' l-ippjanar u dipartimenti oħra li għandhom ammont kbir ta' informazzjoni fuq kull Malti u Maltija.", "Barra minn hekk fid-dipartimenti tal-gvern hemm madwar 900 ruħ li għandhom aċċess għal din l-informazzjoni u jipproċessawha, imma dawn bl-ebda mod m'huma marbuta legalment li jirrispettaw xi segretezza professjonali.", "Ma jidhirx li dawn huma marbutin li din l-informazzjoni ma jistgħux jgħadduha lil ħaddieħor u li ma jistgħux jabbużaw minnha.", "Għalhekk huwa importanti li ssir din il- liġi, però f'liġi ta' din l-importanza l-gvern għandu jagħti dak l-input favur l-individwu li fuqu tkun qed tinġabar l-informazzjoni, is-suġġett tad- data.", "\"Personal data\", kif jiddefinuha pajjiżi barranin, fosthom l-Ingliterra - l-Ingliżi fl-ewwel ta' Marzu ta' din is-sena għaddew liġi ġdida dwar data protection li tissostitwixxi l-liġi ta' l-1984 - tinkludi kemm fatti kif ukoll opinjonijiet dwar l-individwu.", "U l-kelma \"processing\" tinkludi l- mezz li bih tiġbor dik l-informazzjoni, iżżomm dik l-informazzjoni u tagħmel disclosure ta' l-istess informazzjoni.", "Jiġifieri l- interpretazzjoni li tingħata l-kelma \"processing\", anke f'sistemi legali oħra, mhux biss is-sistema Ingliża, fiha ħafna implikazzjonijiet.", "Il- kontrollur ta' dik l-informazzjoni, dak li jkun qed jiġbor dik l- informazzjoni indipendentement mill-awtorità, għandu ċertu poter kif jiġbor dik l-informazzjoni, jijstorjaha u jużaha.", "Fil-bidu semmejt li f'Malta hawn madwar 900 persuna fid-dipartimenti tal- gven li għandhom aċċess għad-database li għandu l-gvern u li sal-lum dawn m'humiex koperti b'liġi.", "Allura l-punto di partenza ta' din il-liġi ċertament għandu jkun li l-gvern jew min se jkun kompetenti fl-awtorità jagħmel reassessment ta' l-informazzjoni li għandha tinżamm fuq id- database.", "L-ewwel u qabel kollox għandu jġib il-kunsens ta' kull individwu li hemm din l-informazzjoni fuqu.", "Għandu jkollu l-kompitu li jinforma lil kull individwu permezz ta' ċirkolari fejn jgħidlu x'inhi l-informazzjoni li għandu l-gvern dwaru u jistaqsi lill-istess individwu jekk jagħtix il- kunsens li l-gvern iżomm dik l-informazzjoni kollha.", "Qed ngħid hekk għaliex l-iskop ta' din il-liġi f'pajjiżi barranin li ilhom jipprattikaw id- data protection, u anke fl-ambitu tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri fil-pajjiżi Ewropej kollha, huwa appuntu biex l-individwu jiġi protett mill-abbuż tad-data li entità pubblika, il-gvern jew inkella kumpanniji privati jistgħu jkollhom fuq dak l-individwu.", "U informazzjoni privata tinkludi mhux biss l-isem u l-kunjom u l-identity card number, imma tinkludi opinjoni medika, tinkludi wkoll storja tal-familja mir-records mediċi u ħafna informazzjoni ta' privatezza partikolari li ċertament m'hijiex pubblika.", "U sal-lum ma nafux min għandu fil-pussess tiegħu l- common database li għandu l-gvern għaliex qatt ma kien hemm il-protezzjoni tal-liġi.", "Minkejja li d-database ilha żmien twil tinbena, qatt ma kien hemm il-liġi li tikkontrolla li min għandu l-aċċess u jipproċessa dik l- informazzjoni jkun marbut b'obbligi lejn l-individwu.", "Sur President, fl-istadju ta' kumitat wieħed irid janalizza u jevalwa kull sezzjoni tal-liġi li għandna quddiemna kontra prinċipji stabiliti dwar l-ipproċessar ta' personal data.", "Fil-fatt leġislazzjoni simili f'pajjiżi barranin tiffissa l-kriterji li kull persuna li qed tipproċessa l- informazzjoni, jiġifieri l-kontrollur li jkun qed jipproċessa data personali, ikun obbligat li jaderixxi u jimxi ma' prinċipji stabiliti - jgħidulhom principles of good practice - li huma kollha enforceable taħt il- liġi.", "Tant hu hekk li jekk wieħed jieħu l-liġi Ingliża dwar id-data protection isib li din hija mibnija fuq tmien prinċipji bażiċi.", "L- ewwelnett kulmin jipproċessa d-data personali ta' l-individwu, hi min hi l- persuna konċernata, jrid ikun liċenzjat u awtorizzat speċifikament biex jagħmel dak ix-xogħol ħalli jkun marbut ukoll bis-segretezza.", "Sal-lum dan il-prinċipju ma jeżistix hawn Malta, minkejja li hemm 900 ruħ li għandhom din l-informazzjoni li m'humiex marbutin bis-segretezza.", "Għalkemm wieħed jista' jgħid li jekk huma uffiċjali pubbliċi, dawn jistgħu jkunu marbuta taħt il-Professional Secrecy Act li torbot b'mod ġenerali, però m'hemmx dan l-obbligu speċifiku li joħroġ minn din il-liġi.", "Sur President, jien inħoss li anke fil-liġi li għandna quddiemna, l- obbligu ta' segretezza fuq min jopera f'dan il-qasam jaqa' biss fuq l- awtorità u l-persuni li jkunu qed joperaw fi ħdan l-awtorità.", "Naħseb li clause 42 hija limitata ħafna.", "Se naqraha bl-Ingliż għax il-liġi tgħid ukoll li f'nuqqas ta' qbil huwa t-test Ingliż li japplika.", "Din tgħid hekk:", "\"The competent authority and any officer and employee of the competent authority shall, before assuming their duties, take an oath of office and shall be subject to the provisions of the Official Secrets Act and the code of ethics applicable to public officers\".", "Naħseb li hawnhekk għandha tidħol ukoll il-Professional Secrecy Act, imma l- obbligu tas-segretezza, li tant huwa importanti jekk aħna rridu nissalvagwardaw il-privacy ta' l-individwu, qiegħed impost biss fuq l- awtorità mwaqqfa taħt l-istess liġi u fuq l-uffiċjali li jaħdmu fi ħdan l- awtorità.", "Sal-lum dawn id-900 persuna li huma kontrolluri tad-data processing, li għandhom aċċess għad-database li għandu l-gvern, huma marbutin bl-obbligi ġenerali bħala uffiċjali pubbliċi jekk huma kollha uffiċjali pubbliċi.", "Għax wieħed qed jassumi li huma uffiċjali pubbliċi għax huma mpjegati tal-gvern u dan skond risposta għal mistoqsija parlamentari 20733.", "Dan kollu jien qed ngħidu għax wieħed irid janalizza din il-liġi fid-dawl ta' kemm qed tagħti prijorità u drittijiet lill- individwu kkonċernat.", "Minkejja l-idea li l-gvern m'għandux jintervjeni, l-idea li għandu jkollna a smaller government u dawn il-ħafna buzz-words li ġew żviluppati matul dawn l-aħħar snin, ir-realtà tas-sitwazzjoni li qed tipprevali fir- rigward tal-ġbir ta' l-informazzjoni fuq l-individwu, hija li bl-użu tat- teknoloġija l-ipproċessar tant sar eħfef illi tista' tanalizzah, taqsmu, tikklassifikah, tgħaqqdu u tittrasmettih bl-aktar mod faċli.", "Allura l- ewwel u qabel kollox l-enfasi ta' din il-liġi għandha tkun favur l- interessi u d-drittijiet ta' l-individwu.", "Kwalunkwe Data Protection Act għandha tkun xprunata b'dan il-ħsieb.", "Tant hu hekk li fost il-prinċipji li jippromwovu taħt il-liġi Ingliża dwar id-data protection hemm li d-data tkun legalment proċessata, jiġifieri tkun awtorizzata u regolata taħt il- kontroll ta' regolatur, tkun proċessata għal skopijiet limitati, tkun relevanti u mhux informazzjoni eċċessiva.", "Jiġifieri mhux kull informazzjoni li trid tinġabar fuq l-individwi hija permessa li tinġabar.", "L-informazzjoni trid tinġabar għal skopijiet determinati - u mhux fid- diskrezzjoni ta' individwu, ta' ministru, ta' awtorità - ħalli tiġi protetta l-privatezza ta' l-individwu, dritt li huwa rikonoxxut kemm taħt il-Konvenzjoni Ewropea, kemm taħt il-Kostituzzjoni ta' Malta u anke taħt il- prinċipji ta' konvenzjonijiet kostituzzjonali ta' pajjiżi bħall-Ingilterra, fejn il-kostituzzjoni mhijiex miktuba.", "Mela importanti li l-informazzjoni li tkun miġbura m'għandha tkun qatt eċċessiva, mhux id-dettalji kollha ta' kull individwu huma neċessarji għall-gvern.", "Il-gvern irid ikollu l-iskop speċifiku għalxiex dik l-informazzjoni trid tinġabar.", "Barra minn hekk l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tinżamm u tibqa' dejjem stored fuq il-computers, fuq id-discs, etc. li jista' jkun hemm fil- futur.", "M'għandhiex tinżamm aktar milli hu neċessarju.", "Is-sitt prinċipju li nsibu fil-liġi Ingliża jgħid li l-ipproċessar ta' l-informazzjoni irid ikun dejjem soġġett għad-dritt tal-privatezza ta' l-individwu, id-dritt li dik l-informazzjoni ma tintużax kontra tiegħu.", "Imbagħad hemm il-prinċipju li din għandha tkun secure.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, illum għandna sitwazzjoni fejn hemm ħafna informazzjoni miġbura u m'hemm xejn li jassigura li min għandu aċċess għal din l-informazzjoni ma jabbużax minnha.", "L-aħħar prinċipju huwa li din l-informazzjoni ma tiġix trasferita lil terzi fejn ma jkunx hemm il-protezzjoni adegwata għall-individwu.", "Dawn huma l- prinċipji li kontra tagħhom bħala backdrop irridu nevalwaw il-liġi li għandna quddiemna, kemm issa fis-second reading u aktar u aktar fl-istadju tal-kumitat meta nidħlu fid-dettall għax iż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuq il-prinċipju tad-data protection.", "Il-punt li rridu naslu għalih issa huwa jekk il-liġi li fl-aħħar mill- aħħar se tgħaddi minn dan il-parlament hijiex se toffri aktar protezzjoni lill-individwu jew inkella hijiex se tkun liġi li tipprova \"tilleġittima\" l- poter tal-gvern - ikun min ikun il-gvern - u tagħtih id-dritt li juża dik l- informazzjoni għall-għanijiet li jkun irid hu, ikunu x'ikunu l-għanijiet li jiżviluppaw minn żmien għal żmien, mingħajr xkiel ta' kontroll fuqu.", "Naħseb li din hija l-backdrop jew il-qafas li fuqu wieħed irid jevalwa din il-liġi.", "Fil-fatt anke d-directive 95/46 tal-European Parliament tenfasizza li dawn il-prinċipji jridu jkunu salvagwardati.", "Fil-konklużjoni tagħha, filwaqt li qed tiġġustifika għaliex għandu jkun hemm l-ipproċessar ta' l-informazzjoni tad-data fuq l-individwu, tikkonkludi li l-interess primarju għandu jkun id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwu.", "Din hija l-aktar ħaġa li rridu nżommu quddiem għajnejna.", "Sur President, jien naħseb li huwa l-kompitu tal-gvern li jgħid x'tip ta' informazzjoni għandu fid-database tiegħu, mhux id-dettall ta' l- informazzjoni imma x'inhuma l-kriterji ta' l-informazzjoni miġbura.", "Naħseb li kull individwu li qed jismagħna jinteressah li jkun jaf li l- informazzjoni li hemm dwaru fuq id-database tal-gvern - li hemm 52 dipartiment jagħmel użu minnha – tikkonsisti, per eżempju, fl-isem, il- kunjom, ID number, l-indirizz eċċ. Għaliex?", "L-ewwelnett għaliex ħafna drabi sfortunatament l-individwu lanqas ikun jaf li qed tinġabar informazzjoni dwaru, u għalhekk huwa importanti li fil-winding-up ikollna konferma li d-database tikkomprendi dawn l-items biss fuq l-individwu li hemm inkorporat fiha.", "Importanti wkoll li nkunu nafu min għandu f'idejh din id-database tal- gvern, kemm jekk inhu partit politiku, kemm jekk inhi kumpannija privata jew entità pubblika.", "Hemm 52 dipartiment tal-gvern li naħseb il-maġġoranza tagħhom għandhom aċċess għad-database, imma importanti li nkunu nafu jekk hemmx entitajiet oħra li għandhom din id-database ħalli mbagħad jiġi definit li jekk dawn l-entitajiet m'għandhomx interess leġittimu li jkollhom din l-informazzjoni, dik l-informazzjoni għandha tittieħed mingħandhom.", "Mhux hekk biss, dawn għandhom jintrabtu - u l-awtorità se jkollha l-obbligu li tagħmel dan - li dik l-informazzjoni ma jagħmlux użu minnha.", "Dan qed ngħidu għax anke fid-definition clause wieħed isib riferenza għall-fatt li individwu jagħti l-kunsens tiegħu biex tinġabar l- informazzjoni dwaru u tkun proċessata.", "Jekk irridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà, il-punto di partenza jrid ikun li kull individwu jiġi mgħarraf x'inhi t-tip ta' informazzjoni miġbura dwaru, imbagħad jintalab il-kunsens ta' kull individwu biex tkun tista' tiġi wżata dik l-informazzjoni.", "Dawn l-affarijiet huma importanti għaliex mhux biżżejjed li wieħed jippreżenta liġi hawnhekk biex inserrħu moħħ l- individwu li l-informazzjoni dwaru hija protetta.", "L-informazzjoni tista' tiġi minn diversi dipartimenti; jekk wieħed daħal l-isptar hemm l- informazzjoni dettaljata dwar l-istorja medika tiegħu, fl-insinwa hemm ċerti dettalji miġburin fuqu, fl-inland revenue department ikun hemm informazzjoni oħra miġbura fuqu, u fl-MFSC hemm miġbura informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' kumpanniji.", "Wieħed jista' jgħid li parti mill- informazzjoni hija diġà pubblika u nafu liema hi.", "Jiġifieri dawk id- dettalji li għandhom ikunu pubbliċi naqblu li jkunu pubbliċi għax l-istess liġijiet jgħidulek li għandhom ikunu hekk, però hemm il-massa ta' l- informazzjoni fuq l-individwu li m'għandhiex tkun pubblika.", "Għaldaqstant jekk verament aħna rridu nagħmlu leġislazzjoni li tkun tixbaħ u tirrispekkja dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra, l-awtorità li se tieħu ħsieb dawn l-affarijiet għandha titlob il-kunsens ta' l-individwu dwar l- informazzjoni miġbura.", "Sur President, fil-liġi hemm ċerti oqsma li wieħed irid jikkonsidra b'mod partikolari, fosthom il-fatt li qed nagħtu dritt lil pajjiż ieħor li jkollu aċċess għall-informazzjoni li tkun miġbura hawn Malta jew inkella informazzjoni li tkun miġbura fuq equipment li qiegħed stabilit hawn Malta.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi: Jekk aħna diġà qed nagħtu l-fakultà lill- gvern, lill-eżekuttiv li jagħti informazzjon lil pajjiż barrani, huwa tajjeb li dan l-iskambju ta' informazzjoni ma jkunx regolat bi trattat speċifiku ma' dak il-pajjiż?", "Hemm il-possibbiltà li jkun hemm trattat speċifiku ma' dak il-pajjiż dwar kif għandu jkun hemm l-iskambju ta' l- informazzjoni personali, informazzjoni privata mhux biss fuq Maltin imma anke fuq individwi li jkunu qed joperaw minn Malta.", "Naħseb li fl-interess ta' l-individwu kkonċernat huwa importanti li l-ewwel u qabel kollox ikun hemm trattat bilaterali ma' dawk il-pajjiżi - jista' jkun hemm a model agreement li jiġi skambjat bejn diversi pajjiżi – fejn jiġi stabilit il- kriterju li l-bdil ta' l-informazzjoni jkun sanċiż u jkun awtorizzat mill- individwu.", "Tajjeb li kull individwu jkun mgħarraf li taħt dawn iċ- ċirkostanzi l-informazzjoni miġbura hawn Malta tista' tiġi mgħoddija lil dak il-pajjiż jew lil dak il-pajjiż l-ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa importanti li jkun hemm dan it-tip ta' model agreement minħabba l-fatt li fih ċertament - u jien dejjem qed nitkellem fl- aħjar interess ta' l-individwu aktar milli ta' l-eżekuttiv jew tal-gvern - ikun hemm imdaħħal il-protezzjoni li trid tingħata lil dik l-informazzjoni sensittiva dwar dak l-individwu.", "Mela l-fakultà li tingħata dik l- informazzjoni m'għandhiex tibqa' fuq livell diskrezzjonali.", "Jekk aħna nemmnu li l-privatezza ta' l-individwu hija dritt fundamentali, jekk aħna nemmnu li dan għandu jiġi protett f'kull ħin u f'kull ċirkostanza, l- iskambju ta' informazzjoni lil pajjiżi terzi - u għandha tidħol fil-liġi - għandu jkun sanċit biss fejn ikun hemm agreement ħalli hemmhekk jiġu stabiliti l-kriterji li fuqhom isir il-bdil ta' informazzjoni, kif ukoll ikun żgurat li l-informazzjoni mgħoddija minn pajjiż għall-ieħor dwar xi individwu tkun protetta b'mod reċiproku.", "Nerġa' ntenni li d-data processing trid issir fid-dawl tar-rispett sħiħ lejn il-privatezza ta' l- individwu.", "Sur President, punt ieħor li rrid insemmi huwa dwar l- exemptions.", "Il-liġi kif inhi diġà titkellem fuq element ta' protezzjoni li, fl- opinjoni tiegħi, qiegħed aktar favur l-eżekuttiv milli favur l-individwu, kif suppost għandha tkun din il-liġi.", "Imma meta għandek l-eżenzjonijiet, skond klawsola 23, joħroġ biċ-ċar li jeżistu ċirkostanzi fejn il- protezzjonijiet li hemm dwar l-użu ta' l-informazzjoni fl-aħjar interess ta' l-individwu huma kollha mwarrba fil-ġenb.", "Iċ-ċirkostanzi msemmija huma s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, fejn ikollok il-prevenzjoni jew investigazzjoni ta' offiżi kriminali, jew inkella breaches of ethics for regulated professions.", "Nitlob lill-ministru biex fil-winding up jispjega aktar dwar paragrafu (d) ta' klawsola 23.", "Wieħed jifhem u jappoġġja l- eżenzjoni fil-każ ta' prevenzjoni ta' reat kriminali għax għandu jkun hemm kollaborazzjoni sħiħa mhux biss nazzjonali imma internazzjonali dwar il- prevenzjoni ta' reati kriminali.", "Imma huwa importanti li jiġi spjegat xi jfisser it-terminu \"breaches of ethics for regulated professions\" ħalli dan ma jiġix interpretat li qed timpinġi fuq id-dritt professjonali.", "Għax taħt liġijiet oħrajn, fosthom taħt il-liġi Ingliża, is-segretezza professjonali, li ħadd ma jista' jġiegħel lil xi ħadd jagħti informazzjoni jew dettalji dwar l-indivdwi li jkunu ġew għandu b'mod professjonali, qiegħda protetta bi sħiħ.", "Għaldaqstant naħseb li din il-klawsola tirrikjedi li jkun hemm spjegazzjoni sħiħa.", "Fl-eċċezzjonijiet hemm inkluż ukoll elementi finanzjarji jew elementi ta' tassazzjoni, jiġifieri f'dawn il-każi il-protezzjoni li tagħti l-liġi ma tapplikax.", "Jidher li hawnhekk diġà qed nippreparaw ruħna biex naqbdu t- triq li mexjin fiha l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li jridu jsibu qbil ħalli jkun hemm l-uniformità u l-armonija fit-tassazzjoni.", "Għalkemm għad m'hemm l-ebda qbil dwar dan il-qasam tat-tassazzjoni fl-Ewropa, jidher bi sħiħ li min-naħa tal-gvern diġà hemm il-commitment li fejn tidħol informazzjoni dwar tassazzjoni, hemmhekk il-protezzjoni li din il-liġi u liġijiet oħrajn normalment jagħtu lill-individwu ma tibqax tapplika aktar.", "Allura tajjeb li wieħed jidħol fid-dettall ta' dan l-element ħalli naraw dan il-punt x'effett jista' jkollu fuq is-settur finanzjarju.", "Sur President, jien dħalt fl-eżenzjonijiet li tistipola l-liġi stess biex wieħed jifhem aktar kemm l-element diskrezzjonali ta' l-awtoritajiet li nsibuh kważi f'kull section ta' din il-liġi - il-kollegi tiegħi diġà tkellmu fuqha u ma rridx noqgħod nirrepeti - qiegħed kompletament ixaqleb lejn l-awtorità u l-eżekuttiv, fis-sens li l-eżekuttiv qed ikollu aktar diskrezzjoni u aktar poter u l-individwu ma jiġix protett, skond kif inhu l- iskop ta' din il-liġi.", "Wara kollox l-objectives ta' din il-liġi huma appuntu biex wieħed jipproteġi l-interess, il-privatezza, l-integrità ta' l- individwu.", "Fil-fatt l-objects and reasons fl-aħħar ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"Dan l-Att huwa intenzjonat biex jipproteġi lill-individwi kontra l- vjolazzjoni tal-privatezza u l-inegrità ta' l-ipproċessar tad-data tagħhom.\"", "Dan huwa l-oġġettiv ewlieni.", "Imma fil-liġi għandna ħafna elementi diskrezzjonali u numru ta' eżenzjonijiet li minnhom infushom huma wesgħin, bħalma huwa l-interess pubbliku li tista' tiddefinih kull mument.", "Hija prerogattiva tal-gvern li jiddefinixxi x'inhu l-interess pubbliku, allura huwa diffiċli ħafna biex l-individwu jeħodha kontra din is-saħħa tal-gvern.", "Gazzetta lokali m'ilux kienet sejħet lill-gvern bħala \"big brother\" u naħseb li l-element jippersisti u qiegħed hemmhekk.", "Jien naħseb li l- oġġettivi tal-liġi stess m'humiex se jintlaħqu bil-mod kif inhi mibnija din il-liġi, u għalhekk hawn l-oġġezzjonijiet minn din in-naħa.", "Ejja ma nifthemux ħażin, in-nuqqas ta' qbil m'huwiex fuq il-prinċipju tal-liġi, imma fuq il-fatt li l-element diskrezzjonali qiegħed ixaqleb aktar lejn in- naħa ta' l-eżekuttiv milli lejn l-individwu, kif kien l-għan ewlieni tagħha.", "Il-prinċipji li huma inerenti f'liġijiet oħrajn dwar kif għandu jaħdem il-kontrollur tad-data m'humiex inklużi f'din il-liġi.", "F'din il- liġi m'hemm l-ebda kriterji stipulati li jorbtu lill-kontrollur, jiġifieri il-persuna li tkun qed tiġbor, tipproċessa u tagħmel disclosure ta' l- informazzjoni, kif għandu jaġixxi u li jimponu fuqu l-obbligu li hu stess jipproteġi l-interess u l-integrità ta' l-individwu.", "Dan l-element ma jipprevalix f'din il-liġi.", "Imbagħad għandna wkoll l-element ta' diskrezzjoni ministerjali, ikun min ikun il-ministru għax hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq livell personali, imma fuq id-diskrezzjoni eżekuttiva ħalli nsejħulha hekk.", "Inħalluha impersonali kemm jista' jkun.", "Jiġifieri din id-diskrezzjoni qiegħda nkorporata throughout fil-liġi.", "Dan jirrifletti ruħu anke meta niġu biex nitkellmu dwar l-awtorità.", "Ma tistax ma ssemix l-awtorità għax din għandha l-poter li tirrealizza l-oġġettivi tal-liġi, li tassigura li l-liġi tiġi rispettata, li tiffissa l-kriterji, iżżomm lil kwalunkwe uffiċjal pubbliku, hu min hu, inkluż il-ministru, milli jabbuża minn dik l-informazzjoni.", "Il- kompitu tagħna huwa li ma nħallux is-saħħa eżekuttiva, is-saħħa politika tirfes lill-individwu.", "Iżda l-istess awtorità, li f'din il-liġi hija intenzjonata biex tipproteġi l-integrità u l-privatezza ta' l-individwu, hija kostitwita b'mod li tkun fid-diskrezzjoni tal-ministru konċernat minn żmien għal żmien.", "Jien ngħid li l-funzjoni ta' din il-competent authority għandha tkun l- istess bħal ta' l-ombudsman, kif kostitwit bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal- Kamra, li huwa l-bniedem li jipproteġi lill-individwu kontra l-abbuż amministrattiv.", "Il-funzjoni ta' l-awtorità hija bħal dik ta' l-ombudsman.", "Mhux importanti jekk issejjaħlux commissioner jew awtorità, aħna li jinteressana hija l-funzjoni u l-istruttura tiegħu.", "Bil-liġi huwa obbligat li jopera b'indipendenza sħiħa ta' ġudizzju, però fl-istess waqt l- appointment tiegħu u t-tneħħija tiegħu huma diskrezzjonali.", "Allura kien ikun jagħmel aktar sens li l-awtorità - hija kummissarju, sejħilha li trid - tkun persuna li tkun ġiet maħtura kif inhu maħtur l-ombudsman ladarba l- funzjoni tagħha hija appuntu biex tħares l-interessi ta' l-individwu konċernat.", "Allura għandha tinħatar fuq l-istess kriterji.", "Jien naħseb li huwa importanti li hawnhekk jiġi stipulat taħt liema ċirkostanzi u kif tista' titneħħa l-istess persuna li tkun maħtura bħala awtorità, għax kollox fuq kollox il-persuna nominata bħala awtorità tista' wkoll tkun abbużiva fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha.", "Allura f'ċirkostanzi bħal dawn irid ikun hemm il-kriterji.", "Dawn huma s- suġġerimenti u l-kritika pożittiva biex l-għanijiet ta' din il-liġi verament jintlaħqu.", "Għandu jkun hemm il-kriterji oġġettivi kif dan il- kummissarju eventwalment jista' jitneħħa jew ma jitneħħiex, jiġifieri s- security of tenure ta' l-uffiċċju tiegħu imma fl-istess ħin ikun hemm dak il-bilanċ tal-poter li dan ma jkunx jista' jabbuża.", "Sur President, għalkemm hemm affarijiet oħra li nixtieq insemmi se jkolli nagħlaq hawn.", "All in all il-liġi li għandna quddiemna għandha d-difett prinċipali li l-għan tagħha hu li tipproteġi l-integrità ta' l-individwu, però kif inhi mibnija l-liġi ma tasalx biex jintlaħaq dan l-għan.", "Din il- liġi qiegħda xxaqleb aktar favur l-eżekuttiv milli favur l-interessi ta' l- individwu, l-ewwel u qabel kollox, kif suppost għandha tkun bħala liġi valida.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, it-titlu sħiħ ta' din il-liġi jgħid hekk: Abbozz ta' liġi biex jagħmel provvediment għall-protezzjoni ta' l- indivdwi kontra l-ksur tal-privatezza u l-integrita' personali tagħhom bl- ipproċessar ta' data personali u dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dan jew u anċillari għalih.", "It-titlu ta' din il-liġi huwa twil u daqstant huwa kbir is-sinifikat ta' din il-liġi u ta' min wieħed iqisu bir-reqqa.", "Forsi xi wħud li qegħdin jisimgħuna minn ġewwa djarhom ma tantx fehmu xi jfisser it-titlu ta' din il-liġi u x'inhu dak li se tipproteġi.", "Jien stennejt li d-data protection jew inkella data personali kellha tkun bil-Malti.", "Inħoss li aktar tkun f'waqta li kieku wieħed jgħid \"informazzjoni assoluta fuq kull ħaġa li għandha kull persuna li toqgħod f'pajjiżna\".", "Jien naħseb li statement bħal dan aktar jinftiehem minn kulmin ikun qiegħed jismagħna u aktar kien jiġbed l-attenzjoni ta' dak li jkun u jħoss li għandu joqgħod widnejh miftuħa għal dak li se jingħad fuq din il-liġi li żgur se tolqot lil kulħadd.", "Għaliex din id-data personali tikkonsisti f'informazzjoni dwar kull persuna mindu titwieled sa ma tmut.", "Meta nara liġi importanti bħal din jien nistaqsi: X'ħareġ mid-diskorsi li saru s'issa biex din il-liġi tkun magħmula b'mod li verament tipproteġi liċ- ċittadin?", "Wara l-ftuħ tad-diskussjoni ta' din il-liġi mill-ministru ma tantx tqanqlet diskussjoni ġenerali fuq dan is-suġġett u anke fuq il- gazzetti lokali ftit li xejn kien hemm rapportaġġ dwar din il-liġi.", "Jien nemmen li huwa importanti li noħolqu kuxjenza dwar din il-liġi u nġibu lin- nies aware tal-fatt li din il-liġi se tneħħi l-privatezza ta' kull persuna għax f'din id-data personali wieħed jista' jikseb kull tip ta' informazzjoni li jrid dwar kull individwu.", "Se jkun hemm trasparenza assoluta fuq dak kollu li persuna tagħmel u dak kollu li għandha.", "Din it- tip ta' informazzjoni li se tkun available se tagħti l-opportunità biex wieħed ikun jaf saħansitra l-kulur politiku ta' dak li jkun.", "Ladarba din l- istatistika - għax jien minflok data se nibda nsejħilha statistika - se tkun tant elaborata, jien naf żgur li l-gvern se jkollu mezz kif ikun jaf u jimmarka jekk intix aħmar jew jekk intix blu.", "Sur President, dawn l-affarijiet ibeżżgħuni għaliex iġibu diskriminazzjoni fost il-poplu Malti.", "Dawn l-affarijiet kienu jsiru għax ħafna mill-membri tal-familja tiegħi stess ġew diskriminati minħabba l- kulur poltiku tagħna, u għadhom qegħdin isiru għaliex naf li biex persuna tiġi mpjegata l-ewwel trid tgħaddi mill-għarbiel politiku.", "U permezz ta' din il-liġi issa se jkun aktar faċli li l-poplu jkompli jiġi mgħarbul u diskriminat minħabba l-kulur politiku tiegħu.", "Aħna gżira żgħira b'popolazzjoni żgħira, u jekk wieħed imur ġo raħal jistaqsi għal persuna bil-laqam mill-ewwel jgħidulek min hi għax kulħadd jaf lil xulxin.", "Jien inħoss li huwa inġust li f'pajjiż tant żgħir bħal Malta jkun hawn tant aċċess għal informazzjoni personali.", "L-identità ta' l-individwu se tkun miftuħa fuq platt u m'hemm privatezza ta' xejn għax ma tistax tgħid kif se tkun qed taħdem din is-sistema.", "Jien lanqas ma nista' nserraħ rasi jekk xi ħadd jgħidli li se jkun hemm xi identity number, jiġifieri flok l-isem ta' l-individwu se jkun hemm numru fil-computer.", "Imma min jaf lil min se jingħata dan?", "Min jaf min se jkun jista' jidħol fuq din l-informazzjoni u għal liema skopijiet?", "Dawn l- affarijiet jien mill-ewwel jiġuni f'moħħi.", "Jien inħoss li m'għandniex nibqgħu nagħmlu dawn il-liġijet għaliex il-poplu Malti qed ikompli jingħasar.", "Imbagħad dan kollu għalfejn?", "Ħalli fir-regular report li ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea fuq Malta lill-gvern jgħidulu: Bravu, kemm għaddejt liġijiet u waqqaft dik l-awtorità u dik l-awtorità!", "U l-gvern Nazzjonalista jieħu pjaċir għaliex ikun għamel pass ieħor mill- programm li ħejjewlu ta' Brussels.", "Jien inħoss li li l-gvern huwa inġust meta jagħlaq għajnejh u jagħmel ħafna liġijiet li, fil-fehma tiegħi, qed ikompli jifred lill-poplu Malti bihom.", "Permezz ta' din il-liġi se tkompli titwessa' l-gap bejn il-livelli tas-soċjetà Maltija għaliex min se jkollu opportunità li jibqa' tiela' 'l fuq u min se jibqa' nieżel iktar 'l isfel fis-soċjetà.", "Sur President, ma tantx għandi għalfejn immur 'il bogħod biex nagħti prova kemm bl-ipproċessar tad-data personali wieħed verament jista' jkun jaf anke l-kulur politiku ta' kull individwu.", "Insemmi sempliċi dimostrazzjoni li saret ftit tal-ġranet ilu fejn il-ħaddiema pprotestaw kontra l-miżuri ħorox li kellna fil-budget tas-sena l-oħra.", "Dawn saru jafu l-identità tagħhom u l-Prim Ministru bagħtilhom ittra individwalment; jiġifieri minn hemm ukoll qed naraw kemm diġà qed ikun hemm aċċess għal informazzjoni personali ta' kull persuna f'Malta u min jaf x'se jagħmel biha 'l quddiem dan il-gvern!", "Dan ibeżżagħni għaliex apparti li se jkollna l-very big brother li se jkun qed jiddomina dak kollu li jkun qed jiġri f'pajjiżna, jiena naf żgur li dawk li ġejjin warajna, il-ġenerazzjoni żagħżugħa tal-lum, se jkollha toqgħod attenta għal kulma tagħmel u kulma tgħid.", "B'dan il-mod se nikkondizzjonawlhom ħajjithom u se nżommuhom lura milli jesprimu ruħhom liberament minħabba l-biża' li jiġu ttimbrati b'xi twemmin politiku.", "Dan se jkun ta' xkiel għaż-żgħażagħ li jixtiequ jipparteċipaw f'ċerti attivitajiet, speċjalment politiċi, għaliex dawn se jibqgħu lura minħabba l-biża' li jiġu ddiskriminati fil-futur.", "Il-ġimgħa l-oħra kont għand familja u meta kont qed nitkellem ma' ġuvni li jmur l-università, dan stqarr miegħi li ma jaqbillux jieħu interess fil- politika.", "Qalli: Mela ma mmurx nitkellem jew inkella nivvota għall-Pulse u nuri t-twemmin tiegħi!", "Imbagħad x'jiġri?", "Għalxejn inkun studjajt u stinkajt għaliex imbagħad nagħmel l-eżamijiet u ma ngħaddix!", "Dawn l- affarijiet qed jiġru, Sur President.", "Min għandu moħħu mistrieħ hawn ġew ma jeħodhiex bi kbira, imma min ikun qed jiġi affettwat minn dawn id- diskriminazzjonijiet ma jidħaqx, anzi jibki, għaliex aħna qegħdin ngħixu f'pajjiż fejn kulħadd qed iħallas it-taxxi però min qed jieħu ħafna u min m'hu qed jieħu xejn.", "Jien ma ngħidx li l-gvern m'għandux ikollu informazzjoni dwar kull individwu biex ikun jista' jiġbor ċerta statistika importanti ħalli jkun jista' jidentifika ċerti problemi fil-pajjiż u jipprova jsolvihom.", "Per eżempju, tajjeb li jkollu informazzjoni dwar kemm hemm persuni illitterati jew kemm hemm nies li qegħdin ibatu minn ċertu mard, imma mhux li tidħol f'dettalji personali bħalma huwa l-medical record.", "Il-kollegi tiegħi min-naħa ta' l-oppożizzjoni semmew kemm hija sitwazzjoni delikata meta wieħed ikollu xi problema ta' saħħa li naturalment tinżel fil-medical records tiegħu.", "Hija ħaġa tajba li wieħed jiġbor data personali biex ikun jista' jtejjeb il-qagħda soċjali ta' dawk li huma l-iktar batuti.", "Li tinġabar statistika dwar kemm hemm nies li għandhom iħallsu t-taxxa huwa importanti wkoll ħalli d-dipartiment ikun jista' jiġbor dak li huwa dovut, però huwa perikoluż li jkollok persuna li jkollha ċ-ċavetta għall- informazzjoni personali dwar kulħadd.", "Fil-preżent nista' nsemmi tliet dipartimenti fejn il-gvern Nazzjonalista diġà qiegħed jiġbor ċerta data personali fuqna ċ-ċittadini Maltin.", "Meta din il-liġi tgħaddi mill- parlament, dawn id-dipartimenti se jkollhom il-poter bil-liġi li jibdew jipproċessaw u jgħaddu din l-informazzjoni lil xi dipartiment ieħor.", "Per eżempju, smajna li d-dipartiment ta' l-income tax skopra li kien hemm sitt stabilimenti li ma ddikjarawx kollox mal-VAT department.", "Għalkemm ġie pprovat li dawn kienu qed jingannaw lid-dipartiment tal-VAT, bqajna ma smajniex x'sar minnhom.", "Sakemm id-dipartimenti jkunu qed jużaw din l- informazzjoni biex inaqqsu l-abbużi, hemmhekk naqbel li għandhom ikollhom din l-istatistika.", "Sur President, jien kont nieħu gost li kieku din l-istatistika kellha tkun aktar mifruxa biex toħroġ il-problemi finanzjarji li qed tiffaċċja l- familja Maltija minħabba ċerti miżuri li ħa l-gvern u b'dan il-mod ikun jista' jieħu passi biex ma jkomplix jikkaġuna problemi finanzjarji u tbatija bla bżonn.", "Minn din l-istatistika tista' toħroġ ukoll informazzjoni importanti dwar problemi soċjali li l-gvern imbagħad ikun jista' jaħdem fuqhom.", "Eżempju li nista' nsemmi hawnhekk huwa ta' meta l- Onor. Lawrence Gonzi poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-politika soċjali fejn ħareġ li l-family therapy service tagħti servizz lil 60 familja kull xahar.", "Minn dan joħroġ ċar kemm għandna familji f'Malta li għandhom problemi u qed jirrikorru għal dan is-servizz biex jipprovaw jirranġaw is-sitwazzjoni tal-familja tagħhom.", "F'dawk is-sitwazzjonijiet din l-informazzjoni tista' sservi ta' ġid għaliex inkunu qed nistudjaw minn fejn ġejja l-problema u meta nressqu l-liġijiet fil-parlament noqogħdu attenti li ma nikkawżawx aktar toqol fuq l-individwu.", "Jien inħoss li dan l- abbozz ta' liġi ma jiltaqax l-għanijiet u r-raġunijiet li għandna elenkati.", "Għalhekk jien inħoss li meta niġu għall-istadju ta' kumitat għandna nagħmlu ċerti emendi biex nersqu ħafna aktar lejn dak li jagħmel ġid milli dak li jkun qed jagħmel il-ħsara.", "Kont qed ngħid li diġà hemm dipartimenti u organizzazzjonijiet oħra li qed jiġbru ċerta data u għedt ukoll li se nsemmi tlieta minnhom.", "Waħda minn dawn hija l-awtorità tad-djar.", "Il-persuni li japplikaw għal xi skema li toffri l-awtorità tad-djar bilfors iridu jiffirmaw medja ta' tmien paġni fejn jagħtu informazzjoni personali dettaljata lill-awtorità biex din tkun tista' tistħarreġ il-pożizzjoni finanzjarja ta' l-applikant.", "Jien m'iniex qed ngħid li din hija xi ħaġa ħażina għax naf li hemm nies li japplikaw għal ċerti skemi, minkejja li jkunu f'qagħda finanzjarja tajba.", "Hawnhekk din is-sistema diġà qed taħdem għaliex l-awtorità għandha l-possibbiltà li takkwista informazzjoni mid-dipartiment tas-suċċessjoni u mid-dipartiment tat-taxxi interni u tibqa' sejra hekk sakemm tgħarbel lil dak li jkun u tara jekk dan ikunx intitolat għal dik l-għajnuna.", "Dan huwa tajjeb għax importanti li l-flus jitqassmu b'ġustizzja u jingħataw lil dawk il-persuni li verament għandhom bżonn.", "Però tkun ħaġa perikoluża li l-gvern jagħmel database bl-iskop li jkun jaf kollox fuq kulħadd għaliex jistgħu jsiru abbużi.", "Sur President, skond l-avviż legali numru 60 li ħareġ fl-1 ta' Jannar, 2000 li jirrigwarda r-rati ta' state hostels bħal St. Vincent de Paule u oħrajn, l-anzjani kollha qegħdin jiġu ordnati li sa din is-sena jagħtu informazzjoni dwar x'pensjoni għandhom, jekk għandhomx artijiet, jekk għandhomx kirjiet minn xi artijiet, jekk għandhomx xi dħul ieħor u minn fejn ġej.", "Il-gvern qiegħed jiġbor din id-data ħalli jkun jaf xi dħul għandu kull anzjan li hemm f'dawn id-djar ta' l-anzjani u, kif għedt, wara li tgħaddi din il-liġi u titwaqqaf l-awtorità, din ikollha l-poter li tipproċessa dik id-data personali.", "Hawnhekk qed ninnotaw kemm b'din il- liġi l-awtorità qed tingħata saħħa assoluta biex tuża din l-informazzjoni personali fuq kull individwu.", "Sur President, b'din il-liġi l-ħajja ta' kull ċittadin Malti se tiġi qisha ktieb miftuħ għall-gvern, se tispiċċa għal kollox il-privatezza ta' l- individwu.", "Fejn se tkun l-indipendenza tal-poplu Malti?", "Xi dritt se jkollu għall-privatezza?", "Dan kollu qed isir biex il-gvern ikun jista' jiġbor sa l-inqas one cent mit-taxxi li jimponi fuq id-dħul kollu ta' kull persuna f'pajjiżna.", "Kif diġà għedt, bil-ġbir ta' din l-informazzjoni, apparti li l-gvern se jkun jaf kull tentufa li jkollha kull persuna, se jkun jaf ukoll il-kulur politiku tagħha.", "B'hekk ikun hemm lok għal diskriminazzjoni li tkompli allura taqsam lill-poplu Malti.", "Sur President, kulħadd jaf li fid-direttorju tal-Maltacom ma ssibx in- numru tat-telephone ta' ċerti nies għaliex ikun hemm min jixtieq iżomm ċerta konfidenzjalita'.", "U ħadd m'għandu jiżvela n-numri tagħhom għaliex huma għandhom dritt għal din il-privatezza.", "It-tobba huma marbutin bis- sigriet professjonali u ċerti medical records fuq il-pazjenti tagħhom ma jistgħu jgħiduhom lil ħadd, kif inhuma marbutin bis-sigriet tal-qrar is- saċerdoti li ma jistgħux jiksru l-konfidenzjalità ta' min imur iqerr għandhom.", "Imma fil-każ ta' din id-data personali li se jiġbor il-gvern, din se tkun qiegħda għad-dispożizzjoni tal-gvern permezz ta' l-awtorità li se tiġi mwaqqfa.", "U jien insostni li apparti li l-gvern jista' jużaha għal skopijiet politiċi, jista' jkun hemm min jużaha ħażin anke fis-sens ta' rikatt.", "Sur President, kulħadd jaf kemm ġieli ħarġu affarijiet mill-qorti li suppost ikunu nstemgħu fil-magħluq u jixxandru ma' kulħadd.", "Il-ġurnalisti wkoll suppost li jżommu l-konfidenzjalità dwar ċerta informazzjoni li jakkwistaw, imma aħna f'Malta lanqas biss għandna code of conduct għall- ġurnalisti u allura dawn jistgħu jgħidu dak li jridu.", "Allura issa ġejjin f'pożizzjoni fejn kulħadd se jibda jkun jaf kollox fuq kulħadd, però l- iktar li se jagħmel xalata huwa l-gvern għaliex permezz ta' din l-awtorità se jkun qisu l-godfather ta' kull ċittadin f'Malta.", "Barra minn hekk l- awtorità mhix se tkun awtonoma, imma l-ministru se jkollu poter assolut għaliex meta xi impjegat ta' l-awtorità ma jogħġbux jista' jaqbad u jkeċċih meta jrid hu.", "Sur President, aħna nħossu li resqin lejn sitwazzjoni ta' pajjiż dittatorjali.", "Dan m'huwiex il-mod kif inti tittratta liċ-ċittadini, qishom guinea-pigs, li tkun taf saħansitra l-medical records tagħhom mid-data personali, u nħoss li meta niġu fl-istadju ta' kumitat għandna nħarsu lejn dawn l-affarijiet b'aktar sensibilità lejn il-poplu Malti.", "Sur President, ma nistax inħalli barra punt importanti, cioe' x'jiġri meta toħroġ fil-pubbliku xi informazzjoni konfidenzjali dwar xi individwu.", "Dan għandu dritt jieħu passi legali kontra l-ministru, bħala l-persuna responsabbli mill-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dan l-Att?", "Għal darba oħra se jkolli ngħid li l-gvern Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex ikun jaf b'kull one cent li għandu l-poplu biex ikompli jerdagħlu demmu.", "Imma jien inħoss li mhux sew li wara li inti tkun ħdimt u għamilt is-sagrifiċċji kollha biex ikollok xi ħaġa, il-gvern ikompli jross lill- poplu Malti biex jimla l-ħofor.", "Sur President, nixtieq nagħlaq billi nisħaq fuq il-ħtieġa li b'din il- liġi verament nipprovdu l-protezzjoni kontra l-ksur tal-privatezza u l- integrità personali bl-ipproċessar ta' data personali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'dawn l-għoxrin minuta li fadal xtaqt nimmarka ftit dwar minn fejn telaq il-kunċett ta' data privacy.", "Dan huwa kunċett li rriduh modern u l-għada tiegħu rriduh aħjar mill-bieraħ tiegħu ħalli nissalvagwardaw id-drittijiet tal-privatezza ta' l-individwu.", "Biex insibu l-oriġini tad-data privacy fil-liġi rridu mmoru lura għall- 1890, meta fil-Harvard law review ta' dik is-sena nkitbet essay minn Warren and Brandeis.", "Jingħad li sal-lum din għadha l-aħjar essay li qatt inkitbet fuq il-privatezza.", "Brandeis kien imħallef tal-Qorti Suprema waqt li Warren kien partner fil- law firm tiegħu, jiġifieri kienu jipprattikaw il-liġi flimkien.", "Dawn kitbu essay fuq il-privacy fl-1890 meta ma kienx hemm l-e-mail, l-internet jew il- possibilità li jkollok data trail.", "Dawn kienu qalu li jekk ma noqogħdux attenti \"what is whispered in the closet shall be proclaimed from the house tops\".", "Qalu wkoll li:", "\"The common law secures to each individual the right of determining to what extent his thoughts, sentiments and emotions shall be communicated to others.", "The legal principle that prevented prosecutors from scrutinising diaries, letters, books and private papers was the same principle that should prevent gossip columnists from writing about the sex lives of citizens.", "They called that principle the right to an inviolate personality\".", "Il-personalità ma tistax tiġi vvjolata jew breached u għandu jkun hemm the right to be left alone.", "Dak li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi, Sur President.", "Qegħdin nilleġislaw mhux biex ikollna poteri dittatorjali però biex nagħtu d-dritt liċ-ċittadin to be left alone.", "Sur President, maż-żmien kellna diversi eżempji ta' kif tista' tiġi abbużata d-data privacy u naħseb l-iktar każ internazzjonali ta' ċerta notorjetà li qajjem kwestjonijiet fuq data privacy kien il-każ ta' l- investigazzjoni tal-President Clinton fl-Amerka.", "Fl-investigazzjoni ta' Kenneth Starr ġew retrieved e-mails li l-famiġerata Monica Lewinsky kienet ipprovat tħassar, apparti t-tape recordings, ir-release tat-transcripts tal- grand jury u d-DNA testing li kien sar.", "Dawn kollha spiċċaw fuq l- internet.", "Meta wieħed jaqra l-biografija ta' Lewinsky fil-ktieb ta' Andrew Morton, jara fejn u kif ġew breached id-drittijiet tal-privacy ta' dik il-persuna.", "Ovvjament m'hijiex il-persuna li hija l-apiċe ta' rettitudni morali, però dak il-każ juri kif it-teknoloġija tal-lum, gvern, qorti, prosekutur, kumpannija, hu min hu, jista' jabbuża minn ċerta data privata ta' persuna.", "U iktar 'il quddiem se ngħid x'jiddistingwi bejn data privacy u le u liema data għandha tkun dominju tiegħi biss, qua ċittadin personali, u dak li għandu jkun a konoxxenza tal-pubbliku in ġenerali.", "Sur President, biex nixtarr din il-liġi jien tajt titwila lill-ktieb interessanti ħafna li ħareġ fl-Amerka u huwa wieħed mill-bestsellers bħalissa.", "Dan iġib l-isem ta' \"The Unwanted Gaze - The Destruction of Privacy in America\", miktub minn Jeffrey Rosen.", "Dan il-ktieb b'mod sempliċi ħafna però b'mod dettaljat jispjega kif bit-teknoloġija tal-lum huwa possibbli li tkun taf liema websites ikun żar bniedem waqt li kien qiegħed fuq l-internet.", "Inti tista' tkun taf - u hawn chips apposta li joħorġu mat- televisions moderni - liema stazzjonijiet jew programmi rajt matul dawn l- aħħar 30 siegħa, per eżempju.", "Dawn huma eżempji prattiċi u sempliċi ta' kif bniedem jista' juża u allura jubbuża minn data privacy.", "Il-każ li kien xpruna lill-Warren and Brandeis jiktbu fil-Harvard law review kien il- fatt li party privat li l-Imħallef Warren tal-Qorti Suprema Amerikana kien għamel għat-tieġ tat-tifla tiegħu kien spiċċa fuq il-Boston Saturday Evening Gazette.", "Kien hemm gossip columnist u ċerimonja pjuttost domestika spiċċat splashed ma' l-erbat irjieħ.", "U llum bl-e-mails u bl-internet nistgħu faċilment inkunu nafu d-data trail, jiġifieri is-sites li persuna tkun daħlet fihom fuq l-internet.", "Sur President, aħna x'qegħdin nipprovaw nagħmlu f'din il-liġi?", "Qed nipprovaw inkeffnu l-libertà ta' l-individwu?", "Aħna qegħdin nipprovaw nissopprimu liċ-ċittadin, kif ta x'jifhem kelliem ta' l-oppożizzjoni ftit tal-ħin ilu?", "Jew qegħdin nipprovaw nagħtuh l-għodda biex jiddefendi ġieħu, r-reputazzjoni tiegħu u d-dinjità tiegħu?", "Jiena ħadt gost ħafna nisma' lill- Onor. Charles Mangion jitkellem aktar kmieni meta qal li huma m'humiex kontra dan l-abbozz fil-prinċipju.", "Imma la m'humiex kontra allura kif se jivvotaw kontra fit-tieni qari?", "Il-bonsens kien jiddetta li jivvotaw favur fit-tieni qari imbagħad jekk hemm xi klawsoli li ma jaqblux magħhom, jivvotaw kontra fl-istadju ta' kumitat.", "Jekk nivvotaw kontra fit-tieni qari nkunu qed nibagħtu messaġġ lill-poplu tagħna, li aħna ngħidu li rriduh aħjar milli kien il-bieraħ, li l-partit fl-oppożizzjoni, li jirrappreżenta chunk sostanzjali tal-popolazzjoni, ma jridx li jkun imħares iċ-ċittadin Malti, dak iċ-ċittadin li suppost jiġi l-ewwel.", "Dan li qed nipprovaw ngħidu aħna.", "Jekk intom tivvotaw kontra fit-tieni qari tkunu qegħdin tgħidu li ma tridux li ċ-ċittadin Malti jkun imħares.", "Sur President, jien nirrikonoxxi l-fatt li din il-liġi tista' tiġi mtejba, imma ejja nammettu li dan huwa pass importanti u mhux żgħir fid- direzzjoni t-tajba.", "Per eżempju jiena personalment nemmen li fejn hemm definit x'inhi \"personal data\", għandu jkun hemm inkluż il-genetic mapping.", "Apparti li l-liġi ssemmi l-physical, il-physiological, mental, economic, cultural or social identity, illum nafu li jeżisti wkoll id-DNA identity, jiġifieri l-genes tiegħek li jiddeterminaw l-identità tiegħek.", "Dawn ukoll jistgħu jiġu wżati.", "Fl-opinjoni tiegħi għal dak il-pass irridu naslu.", "Jien nemmen li l-pass li jmiss, anke fuq livell internazzjonali, huwa li dan id-dritt fundamentali għall-pirvatezza taċ-ċittadin ikun imdaħħal fil- kostituzzjoni ta' kull pajjiż, inkluż f'dik ta' Malta.", "Id-dritt li qed tipprova tirregola din il-liġi għandu jiġi mgħolli fuq livell kostituzzjonali sabiex jiġi salvagwardat mill-ogħla liġi fil-pajjiż.", "X'qegħdin ngħidu aħna f'din il-liġi?", "Klawsola 8 tgħid li l-ipproċessar ta' data personali għal skopijiet storiċi, ta' statistika jew xjentifiċi m'għandux jitqies inkompatibbli ma' l-iskopijiet ta' din il-liġi.", "Dan jagħmel sens għax allura xi skop hu li inti tirriċerka?", "Għandek l-inċentiv biex tirriċerka?", "Ma jkollokx.", "Hemm il-bonsens fiha, però l-leġislatur jipprovdi parametri sabiex l-ipproċessar isegwi ċerti kriterji.", "Fil-fatt klawsola 9 tgħid li data personali tista' tiġi pproċessata biss jekk id-data subject, l-individwu li fuqu hemm l-informazzjoni, ikun ta l- kunsens tiegħu b'mod espliċitu, jew jekk l-ipproċessar ikun neċessarju sabiex titħares xi obbligazzjoni legali, inkella sabiex jiġu protetti l- interessi vitali tad-data subject.", "Mela din m'hijiex liġi tal-ġungla, m'hijiex carte blanche fejn tagħmel li trid, però rridu nispjegaw b'mod sempliċi x'inhija l-portata ta' din il-liġi.", "F'din il-liġi aħna qegħdin ngħidu li kull persuna, kull entità, kull partit, kull union u kull għaqda li fi ħdanha għandha data fuq iċ-ċittadini tagħna, kemm jekk hija ta' opinjoni pubblika, kemm jekk ta' tendenza reliġjuża, hi x'inhi, trid tinnomina persuna sabiex tirrappreżenta dik l-għaqda, u dik il-persuna hija obbligata tinforma lid-data subjects li fuqhom qed iżżomm l-informazzjoni dwar it-tip ta' informazzjoni li għandha fuqhom.", "Xi dritt jista' jkollok aqwa minn dan?", "Aħna qegħdin nobbligaw lil dawk l-għaqdiet li għandhom l- informazzjoni fuq iċ-ċittadini biex jinformaw lid-data subjects li għandhom dik l-informazzjoni u għaliex għandhom dik l-informazzjoni fuqhom.", "Klawsola 15 tgħid li data personali sensittiva tista' tiġi pproċessata għal skopijiet ta' saħħa u ta' kura fl-isptar, sakemm din tkun meħtieġa għal mediċina preventiva u l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, dijanjosi medika, kura tas-saħħa jew il-kura li tingħata jew il-maniġġ ta' servizzi ta' kura tas-saħħa fl-isptar.", "Hemmhekk hemm l-eżenzjoni, biex ngħidu hekk, imma għal skop speċifiku.", "M'hijiex carte blanche, nerġa' ngħid.", "Nista' nsemmi wkoll klawsola 20 biex inkompli nagħti eżempji ta' kemm hemm limiti f'din il-liġi.", "Mhux qed ngħid li hija liġi perfetta però hija liġi fid-direzzjoni t-tajba u hija ħafna aħjar mill-anarkija li kellna s'issa.", "Klawsola 20 tgħidilna li jekk id-data controller ikun beħsiebu jgħaddi din l-informazzjoni lil terzi, irid jipprovdi bilfors lid-data subject l-identità tal-kontrollur li jkun qed jipproċessa d-data tiegħu, l- iskopijiet ta' l-ipproċessar, kull informazzjoni ulterjuri, inklużi l- kategoriji ta' data involuta u d-dritt li huwa jkollu li jidħol fid-data li tirrigwardah.", "Dak hu l-fulcrum ta' din il-liġi, the right of access u dan titkellem dwaru klawsola 21.", "Kwalunkwe persuna li fuqha qed tinżamm l-informazzjoni għandha kull dritt titlob lid-data controller li mingħajr dewmien żejjed jew mingħajr spejjeż żejda jinformah bil-miktub jekk hemmx data stored fuqu.", "Aktar minn hekk, irid jinformah which information is processed, where this information has been collected, the purpose of the processing, to which recipients or categories of recipients the information is disclosed and the knowledge of the logic involved in any automatic processing of data concerning the data subject.", "Hawnhekk il-liġi hija tassattiva u qed tobbliga lill-kontrollur jipprovdi din l-informazzjoni kollha lid-data subject.", "Jiġifieri aħna qed ngħidu lill-poplu tagħna li huwa immatura u kapaċi joħroġ għonqu għad-drittijiet tiegħu u allura se nagħtuh l-għodda li bihom jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Qed nagħtu l-qafas legali biex il-poplu jkun jista' jieħu d-dritt tiegħu u qed nagħmlu l-obbligi fuq id-data controllers, għax ħafna drabi ninsew li d-dritt u d-dmir huma żewġ faċċati ta' l-istess munita.", "Jekk jien għandi dritt għal ħajti, int għandek dmir li tissalvagwardaha.", "Jekk għandek dritt iżżomm ċerta data fuqi, jien għandi dmir li nkun naf x'data qed iżżomm fuqi.", "Huma żewġ faċċati ta' l-istess munita u naħseb li b'dan il-mod il-leġislatur qed jipprova jżomm bilanċ.", "Sur President, intqal ħafna drabi li l-awtorità m'hijiex indipendenti.", "Għalfejn nitfgħu t-tajn?", "Jiena nobogħdha din il-mentalità u din il-kultura ta' escapism li għandna f'pajjiżna.", "Huwa faċli titfa' t-tajn u tnissel id- dubju.", "Il-liġi tagħmilha ċara li din l-awtorità se tkun indipendenti meta tgħid \"complete independence of judgement\".", "Naħseb li qed immorru ftit overboard meta ngħidu li l-ministru ma jistax jinnomina l-persuni, għaliex hu min hu l-ministru jrid iġorr ċerta responsabbiltà fuq spalltu.", "Hu ġie elett biex jamministra dik ir-responsabbiltà b'mod serju.", "Wara li jinnomina dawk il-persuni, il-ġudizzju ta' l-awtorità jrid ikun kompletament indipendenti.", "Din m'hijiex l-ewwel awtorità fejn qed jiġu nominati l-persuni mill-ministru, però l-operat tagħha jkun indipendenti u jkollha ċerti obbligi.", "Sur President, tajjeb ngħidu li klawsola 37 tgħid li waħda mill- funzjonijiet prinċipali ta' l-awtorità kompetenti hija li twaqqaf u żżomm reġistru pubbliku, jiġifieri reġistru aċċessibbli għall-pubbliku ta' kull ħidma ta' pproċessar.", "Mela kwalunkwe operazzoni fejn ġiet ipproċessata data trid tiġi miżmuma f'public register.", "L-awtorità kompetenti tista' teżerċita kontroll sew minn jeddha u sew fuq talba ta' suġġett ta' data, u tivverifika jekk l-ipproċessar ikunx qed isir skond il-provvedimenti ta' din il-liġi.", "L-awtorità tista' wkoll tordna lill-proċessur u l-kontrollur sabiex jieħdu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ipproċessar ikun qed isir kif suppost u b'mod serju.", "Mhux hekk biss, jekk bniedem iħossu aggravat b'deċiżjoni ta' l-awtorità għandu d-dritt ta' appell.", "Klawsola 46 tgħid li fi żmien 30 ġurnata minn meta persuna tiġi notifikata b'deċiżjoni ta' l-awtorità tista' tappella lid- data protection appeals board.", "Wieħed jista' jappella mhux biss fuq punt ta' dritt, kif insibu f'ċerti liġijiet bħal dik ta' l-awtorità ta' l- ippjanar - fejn wieħed jista' jappella l-qorti ta' l-appell fil-qorti proprja fuq punt ta' dritt biex jiġi deċiż jekk l-awtorità applikatx il- liġi ħażin - imma jista' jsir appell għal diversi raġunijiet.", "Fost dawn insibu li jista' jsir appell jekk ikun sar żball materjali dwar il-fatti, jekk ikun hemm żball materjali fil-proċedura, jekk ikun sar żball fil-liġi jew jekk ikun hemm xi illegalità materjali, inkluż l-irraġonevolezza jew nuqqas ta' proporzjonalità.", "Naħseb li dawn huma raġunijiet għall-appelli wesgħin u mhux żgħar.", "Sur President, nagħlaq hawnhekk billi nfakkar f'dak li kien qal il-famuż filosfu u kittieb John Stewart Mill.", "Ħafna snin ilu fl-essay tiegħu \"On Liberty\", dan kien għamel distinzjoni bejn self-regarding u other regarding actions.", "Mill qal hekk:", "\"The individual is not accountable to society for his actions in so far as these concern the interest of no person but himself.\"", "Dak li jirrigwarda lili biss m'għandux ikun ta' dominju pubbliku.", "Dan il- proċess beda fl-1890 meta Warren and Brandeis kitbu fil-Harvard law review.", "Mill ikompli jgħid hekk:", "\"For such actions as are prejudicial to the interests of others, the individual is accountable and may be subjected either to social or to legal punishment if society is of opinion that the one or the other is requested for its protection.\"", "Dan huwa l-animu li bih għandna niffaċċjaw din l-opra leġislattiva.", "Nerġa' ngħid li ma nemminx u ma nħossx li hija liġi perfetta għax il- perfezzjoni nġibuha biż-żmien by trial and error.", "(Interruzzjonijiet) Kif qed jgħidli ġustament il-Ministru Gatt, il-perfezzjoni m'hijiex ta' din id- dinja.", "Dejjem issib x'ittejjeb, iżda ejja nirrikonoxxu li għamilna pass kbir 'il quddiem biex dan il-pajjiż nitfgħuh fuq sisien sodi moderni.", "Ħafna drabi aħna ngħidu li dan il-pajjiż irriduh modern, imma kif tista' tagħmel pajjiż modern mingħajr liġijiet moderni!", "Dan li qed nipprovaw ngħidu lill-poplu tagħna.", "Aħna rridu li l-poplu għada jkun imħares aħjar mill-bieraħ għax it-theddid li għandu llum huwa ferm agħar mit-theddid li kellu il-bieraħ, allavolja forsi huwa xi ftit iktar sottili.", "Dan li qegħdin ngħidu u naħseb li l-ħsieb li hemm wara din il-liġi huwa mertu ta' min qed jipproponiha.", "Nappella b'mod ġenwin lill-membri tan-naħa l-oħra biex ma jivvotawx kontra fit-tieni qari għax ikunu qegħdin jagħmlu disservice, u f'isem il- ġustizzja jkunu qed jagħmlu inġustizzja lill-poplu tagħna għax ikunu qed jibagħtu messaġġ li ma jridux poplu protett, imma jridu poplu għarwien mid- drittijiet tiegħu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Aġent Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 14 ta' Novembru, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sur President, bħalma kulħadd jaf iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra mhux il-Ħadd li għadda imma l-Ħadd ta' qabel, konna mistednin biex nattendu għall-Ġublew tal-Parlamentari li kien imsejjaħ mill- Qdusija Tiegħu l-Papa biex jiċċelebra l-elfejn sena mit-twelid tas-Sinjur Tagħna Ġesu Kristu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra morna għal din l-okkażjoni, li naħseb li ma kellhiex tintilef, għaliex kien Ġublew li għalih kienu preżenti madwar elf parlamentari mid-dinja kollha.", "Kienet okkażjoni importanti u naħseb li kien ikun żball kieku pajjiżna ma kienx ikun preżenti għal okkażjoni bħal din.", "Aħna morna hemmhekk flimkien mal-familji tagħna kif kienet tixraq l- okkażjoni.", "Meta konna preżenti għal din l-okkażjoni ddiskutejna tliet mozzjonijiet li nixtieq inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-ewwel mozzjoni kienet tirrigwarda d-dejn barrani u l-pajjiżi fqar.", "It-tieni mozzjoni kienet tirrigwarda d-dinjita' umana u l-ħelsien, u t-tielet kienet tirrigwarda l-etika u l-globilazzazzjoni.", "It-tieni nota importanti li rrid nagħmel hi li f'din il-laqgħa, il- Qdusija Tiegħu l-Papa xtaq li Thomas Moore jiġi ddikjarat qaddis patrun tal- politiċi kollha għar raġuni li hu kien kapaċi jiddefendi l-verita' kontra l-perception ta' dik il-verita'.", "Thomas Moore kellu diffikultajiet kbar quddiemu bħala kanċillier ta' l-Ingilterra u anki wara li rriżenja ma riedx li jagħti lip-service lill-Kuruna.", "Fil-fatt spiċċa b'rasu maqtugħa u esebita fuq il-grada tat-Tower of London għaliex ried jibqa' jixhed għal dak li hu ħass li kienet il-verita'.", "Dan hu importanti li ngħidu għaliex sfortunatament ħafna drabi fil-politika jkun hemm ħafna każi fejn wieħed ma jistax jgħid li l-verita' tkun qiegħda tirrenja minħabba li wieħed jilgħab fuq il-perċezzjoni tal-verita' li hi fil-fatt nuqqas tal-verita'.", "U fuq il-gallerija tal-Basilika ta' San Pietru ma kienx hemm ir-ritratti ta' xi prim ministri partikolari imma kien hemm il-kwadru ta' persuna li fil-fatt tat ħajjitha għall-verita'.", "M'għandix dubju li bħala bniedem kellu n- nuqqasijiet tiegħu, kif kitbet l-Onor.", "Helena Dalli, pero' kontra dak li qalet l-Onor.", "Membru naħseb li l-fatt li ssagrifika ħajtu għal dak li kien jemmen li kienet il-verita' u mhux il-perception tal-verita' kien jisħoqqlu li jkun iddikjarat qaddis.", "Fis-sena 2000 ma nsibu l-ebda ritratt ta' prim ministru ieħor fuq il-gallerija ta' San Pietru imma sibna biss ir-ritratt ta' St. Thomas Moore.", "Qiegħed nitkellem fuq il-verita' u n-nuqqas ta' verita' jew il-perception tal-verita' minħabba li anki l-ġurnalisti ħafna drabi jippreferu jilagħbu fuq il-perception tal-verita' milli fuq il- verita'!", "Sur President, iż-żewġ naħat tal-Kamra rċevejna l-istedina għal dan il- Ġublew fis-27 ta' Settembru minn kumitat inter-parlamentari magħmul mill- membri tal-Parlament Taljan.", "Dan it-tip ta' pellegrinaġġ, inkluż l- akkomodazzjoni f'Ruma, kien imħallas mill-organizzaturi ta' dan il-Ġublew, li jien informat li huwa s-Senat Taljan, u wkoll kien hemm xi spejjeż imħallsin mill-Vatikan.", "Aħna d-deputati kellna nerfgħu fuq spallejna t- titjira ta' l-ajruplan.", "Dan ovvjament għal dawk li ma kellhomx free ticket li s-soltu jingħataw mill-Air Malta.", "Kien hemm numru ta' parteċipanti li spiċċawlhom il-free tickets u kellhom iħallsu minn buthom biex ikunu jistgħu jmorru.", "Qiegħed ngħid dan għaliex f'diversi gazzetti dehru kitbiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-verita' imma mal-perception tal-verita'.", "Dan minħabba li ngħatat l-impressjoni li l-membri tal-parlament bin-nisa u t-tfal tagħhom marru xi vaganza mħallsa mill-Gvern jew mill-Parlament Malti.", "Ir-realta' hi li dan kien imħallas mis-Senat Taljan u mill-Vatikan u li fil-fatt ħafna membri tal-parlament li marru spiċċaw ħarġu ħafna flus mill-but.", "Jiena nippretendi li dawn is-sezzjonijiet ta' l-istampa jikkoreġu din il- perċezzjoni ħażina li taw għaliex ir-realta' hi ħafna iktar differenti.", "Nista' nassigura lil kulħadd li ma morniex vaganza għaliex mill-mument li wasalna sal-mument li ġejna konna totalment impenjati bil-programm tal- Ġublew li ħa ġurnata sħiħa u l-għada bil-quddiesa filgħodu li damet xi tliet sigħat u bil-kunċert li kien hemm filgħaxija biex ifakkar l- onomastico tal-Papa Ġwanni Pawlu II.", "Dan qed ngħidu għaliex bħal deputati oħrajn ħassejtni urtat minn ċerti kitbiet.", "Mingħajr ma konna għamilna xejn ħażin spiċċajna biex ħafna gazzetti ħadu l-okkażjoni biex jagħmlu political bashing.", "Dawn ippreferew jassumu li aħna konna fil-ħażin u bdew jikkritikawna għal xi ħaġa li fil- fatt m'għamilniex.", "Allura nippretendi li l-gazzetti kollha li rrappurtaw din il-mawra bħala xi vaganza minn fuq il-gvern Malti għandhom jikkoreġu dan ir-rappurtaġġ għaliex la l-gvern Malti u lanqas il-parlament Malti ma ħarġu sold wieħed għal din il-mawra.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-invit li sar fis-27 ta' Settembru fejn jidher ċar li l- akkomodazzjoni qed tiġi offruta mill-organizzaturi u t-travel arrangements iridu jiġu merfugħa mill-parteċipanti.", "Qed inpoġġi din l-istedina fuq il- Mejda tal-Kamra biex ħadd ma jkollu xi problema biex jiċċekkja l-fatti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Il-punt l-ieħor li rrid nagħmel hu li nixtieq infaħħar lil \"The Times\" tad-diskette li ħarġu ma' \"The Sunday Times\" tal- bieraħ.", "Naħseb li dan kien pass pijunier 'il quddiem fil-ġurnaliżmu Malti.", "Jien ovvjament irrid naqla' l-kappell għal dan il-pass għaliex naħseb li it shows the way forward.", "Ħassejtni li issa għandi rekord anki għat-tfal tiegħi li l-ħin kollu jilagħbu bil-computer aktar milli jaqraw kotba.", "Issa dawn għandhom ukoll rekord storiku ta' dak li ġara f'pajjiżna partikolarment matul it-tieni gwerra dinjija.", "Jien twelidt fl-1959 meta kien għad hawn il-fall-out tat-tieni gwerra dinjija.", "Meta kont żgħir kont inħoss anki ċerta preżenza tal-militar.", "Niftakar ir-ration books u niftakar lil ommi kienet tibgħatni nixtri z-zokkor bir-ration.", "Hu tajjeb li t-tfal tagħna jkollhom rekord fuq il-computer ta' l-istorja ta' pajjiżna tul dawn l-aħħar sebgħin sena mill-1930 sas-sena 2000.", "Inħoss li dan kien pass kbir 'il quddiem.", "Infaħħar dan il-pass li ħadet \"The Times\" u nawgura lill-gazzetti l-oħra kollha li jieħdu dan l-eżempju li bih ċert li l- ġurnaliżmu f'pajjiżna jissaħħaħ konsiderevolment.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, fil-ħin li għandi xtaqt nirriferi għad- dispute jew diskussjoni - ejja ma ngħidx nuqqas ta' qbil imma ngħid diskussjoni, pero' fil-fatt iktar ixxaqleb lejn nuqqas ta' qbil - li għaddejja bejn l-MUMN u l-GWU, bid-dipartiment tas-saħħa jiżfen fin-nofs.", "Huwa nuqqas ta' qbil li lili bħala nurse jinteressani.", "Jiena dejjem għedt li qabel ma jien membru parlamentari, jiena nurse u kburi li jiena nurse.", "Ftit żmien ilu ġie introdott grad ġdid, dak ta' nursing aide, li m'humiex nurses.", "Hu importanti li ma nagħmlux l-iżball li nirriferu għalihom bħala nurses għax in-nursing aide qiegħed proprju biex jgħin lin-nurses f'dak ix- xogħol li ma tridx taħriġ speċjali biex tagħmlu, bħal per eżempju tindif, qadi bejn sala u oħra, li tieħu ħsieb is-sluice, kif ukoll xogħol ieħor fl- isptar li se nidħol fih iktar tard.", "Dan il-grad ġie introdott bl-iskop speċifiku li nurses li huma professjonali - u llum issib min huwa ggradwat mill-universita' - ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħol speċjalizzat li la jistgħu jagħmluh it-tobba u lanqas in-nursing aides.", "Jien informat li fl-1997 kien hemm diskussjonijiet bejn l-MUMN u l- gvern, fejn intlaħaq qbil fuq il-kuluri ta' l-uniformijiet li għandhom jiddistingwu bejn grad u ieħor tan-nurses.", "Per eżempju, il-blu ġie riservat għall-uniformi tan-nursing officers u d-deputy nursing officers - ta' min jgħid li n-nursing officer huwa l-grad ta' ward manager - l-abjad b'bordura blu ġie riservat għall-uniformijiet ta' l-istaff nurses, li hu grad anqas minn nursing officers; l-abjad b'bordura ħadra ġie riservat għall-enrolled nurses; filwaqt li l-midwives jilbsu r-roża.", "Dak iż-żmien kien hemm qbil bejn l-MUMN u l-gvern li l-ebda kategorija oħra ta' mpjegati ma tista' tuża dawn il-kuluri.", "Fil-fatt din ma kenitx xi invenzjoni ġdida għax fl-istparijiet kollha fl-Ewropa u f'diversi pajjiżi oħra fid-dinja, in- nurses għandhom uniformijiet b'kuluri differenti li jiddistingwu l-grad tagħhom, u dawn huma standards internazzjonali.", "Għaliex hu importanti li jkun hemm dawn il-kuluri differenti?", "Għaliex mill-kulur ta' l-uniformi pazjent ikun jista' jagħraf ma' min qed jitkellem.", "Ovvjament l-istaff ikun liebes il-badge ukoll, imma pazjent li jkun mixħut f'sodda, muġugħ, inkwetat u forsi anki anzjan, jista' jsibha diffiċli li jaqra l-badge li fuqha jkollha wkoll il-grad.", "Huwa iktar faċli li wieħed ikun jaf ma min qed jitkellem mill-kulur ta' l-uniformi, jekk hux ma' nursing officer, ma' staff nurse jew ma' enrolled nurse.", "Fil-fatt issib pazjenti li jgħidulek: Ma nafx min kellimni imma naħseb li kien xi ħadd imlaħħaq għax kien liebes il-blu.", "Għalhekk teżisti din l-iskala ta' kuluri li tappartjeni għal kull grad.", "U ta' min jgħid li dawn il-kuluri minn dejjem kienu jeżistu għal dawn il-gradi, ħafna qabel ma nħoloq il-grad ta' nursing aide.", "Xi erba' jew ħames xhur ilu - u hawn niġi għad-dispute bejn il-GWU u l- MUMN - sar magħruf mill-MUMN, li hi l-union li tirrappreżenta lill- maġġoranza l-kbira tan-nurses u l-midwives, li l-GWU għażlet il-kulur peacock għall-uniformi tan-nursing aides.", "Dan il-kulur hu viċin ħafna l-blu li huwa l-kulur ta' l-uniformi tad-deputy nursing officers u tan-nursing officers.", "Meta tkellimt ma' l-MUMN qaluli li jekk tpoġġi l-uniformi preżenti tan-nursing officers u tad-deputy nursing officers maġenb il-kulur li għażlet il-GWU, jiġifieri l-peacock, kważi ma tiddistingwihomx, u allura pazjent jew anzjan se jsibha diffiċli li jagħraf bejn nursing aide u deputy nursing officer.", "Issa x'inhi d-differenza bejn nursing aide u deputy nursing officer?", "Id-differenza hija kbira ħafna.", "Kif diġa' għedt, in-nursing aide qiegħed biex jgħin lin-nurses.", "Hemm żewġ kategoriji ta' nursing aides.", "Hemm nursing aides li daħlu minn barra wara li d-diviżjoni tas-saħħa ħarġet call for applications u għamlulhom kors ta' sena; imbagħad hemm kategorija oħra ta' nursing aides li kienu hospital auxiliaries, jiġifieri fattigi.", "Issa hawnhekk mhux qed inkun klassista imma qed ngħid il-fatti kif inhuma u qed għaliex huwa importanti li ssir id-distinzjoni bejn grad u ieħor.", "Dawk li kienu hospital auxiliaries għamlu kors ta' ħames xhur u ħadu l-grad ta' nursing aide.", "Dan juri kemm għandi raġun ngħid li hemm differenza bejn nursing aide u n- nurses, għax biex tieħu d-diploma in nursing trid tagħmel kors ta' madwar tliet snin jew erbgħa fl-universita'.", "Hemm imbagħad nurses li għandhom degree in nursing - hemm min anke għandu l-Masters - imma żgur li l-inqas grad tan-nurses għandhom kors ta' madwar erba' snin fl-universita'.", "Il- gvern tant qed jaħdem biex jgħolli l-livell tan-nursing li kienet teżisti l- kwalifika ta' certificate in nursing practice li llum inqatgħet u minflokha daħlet id-diploma.", "Allura huwa tajjeb li pazjent ma jkunx jista' jiddistingwi bejn xi ħadd li ggradwa mill-universita' bħala nurse wara snin jistudja fl-institute of health care, u xi ħadd li għandu biss basic training biex ikkwalifika għal nursing aide?", "X'inhu x-xogħol tan-nursing aide?", "Xogħol in-nursing aide, kif diġa' għedt, hu li jgħin lin-nurses, imma ma jistax joqgħod f'sala waħdu.", "Issa jekk xi ħadd jgħidli li ġieli tħallew waħedhom fis-swali, jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li sar żball, għax in-nursing aides m'humiex trained biex ikunu waħedhom fis-swali u huwa perikoluż li jkunu waħedhom.", "Ix-xogħol tan-nursing aide huwa li jnaddaf il- lockers, jagħti l-ikel lill-pazjenti u jgħin lil dawk li ma jkunux jistgħu jieklu, għalkemm mhux kollha, għax lil dawk li jkollhom gastric tube, jiġifieri pipe mdaħħal mill-imnieħer għal ġo l-istonku, ma jistgħux jitimgħuh in-nursing aides għax dawk jinvolvu ċertu riskju u trid tkun nurse li titmagħhom.", "In-nursing aides jieħdu ħsieb is-sluice, jippruvaw temperaturi tal-pazjent u jgħinu fil-qadi, imma ma jistgħux imorru l- operating theatre jew iniżżlu pazjent mill-operating theatre.", "Pazjent li jkun nieżel mill-operating theatre jista' jinħakem mill-istess effett tal- loppju li jkun ħa u jerġa' jintilef minn sensih u jingħalaqlu l-pipe tan- nifs.", "F'ċirkostanzi bħal dawk huwa essenzjali li jkun hemm nurse biex ikun jaf x'għandu jagħmel għax hemm biss ftit minuti li fihom il-pazjent jew isalva jew inkella jista' jifga.", "In-nursing aide mhux trained għal dan.", "Minn dan l-eżempju biss joħroġ ċar li n-nursing aides bl-ebda stretch of the imagination ma jistgħu jissejħu nurses.", "Għalhekk hija ħmerija li l-GWU trid tagħżel kulur għall-uniformi tagħhom li huwa simili ħafna għal dak tan- nurses.", "Issa x'għamlet l-MUMN?", "L-MUMN, għax emmnet li l-pazjenti għandhom dritt ikunu jafu min hu n- nursing officer u min hu n-nursing aide, kitbet ittra lis-Sur Degorgio, li huwa assistant director in charge of supplies, fejn oġġezzjonat għall- għażla tal-kulur \"peacock\" li ssuġġeriet il-GWU għax qalet li dak jixbaħ ħafna lill-kulur ta' l-uniformi tan-nursing officers u tad-deputy nursing officers u qaltlu li qed jikser il-ftehim li hemm bil-miktub bejn l-MUMN u l-gvern.", "L-MUMN, in a very gentlemanly way, talbet laqgħa mal-GWU biex madwar mejda, fil-preżenza ta' uffiċjali mid-dipartiment tas-saħħa u tas- Sur Degiorgio, jippruvaw isibu soluzzjoni għax ir-raġuni ma tridx forza.", "Il-GWU qalet lill-MUMN li ma tridx tiltaqa' magħha biex jiddiskutu l-kulur ta' uniformi.", "Din hija a professional issue u l-MUMN għandha raġun li żżomm iebes fuq din l-issue.", "Diġa' spjegajt id-differenza li teżisti bejn nursing aide u nurse.", "Jiena dejjem ngħid li tabib tajjeb ħafna ma jagħmilx nurse ħażin u nurse tajjeb ħafna ma jagħmilx tabib ħażin.", "Nafu li hemm distinzjoni bejn il-professjoni tat-tobba u l-professjoni tan-nurses.", "Dawn huma kumplimentari għal xulxin, iridu jaħdmu flimkien u huma parti minn team multidixxiplinarju fejn jaħdem it-tabib, in-nurse, l-occupational therapist, il-physiotherapist, ir- radjologu u t-tekniku tal-laboratorju, imma l-ebda professjoni ma tista' tgħid li tagħmel ix-xogħol ta' xi professjoni oħra.", "Kulħadd għandu r-rwol tiegħu x'jaqdi u hu importanti li kulħadd jaħdem flimkien u mhux għal rasu.", "Pero' ħadd ma jista' jgħid li jista' jagħmel ix-xogħol ta' ħaddieħor.", "In- nursing aide huwa parti minn dan it-team multidixxiplinarju imma bilfors irid jaħdem kontinwament taħt is-superviżjoni tan-nurse.", "Fuq kollox lanqas hu ġust għall-istess nursing aides li jassumu responsabbilta' li m'hijiex tagħhom, għax jistgħu jiġu fl-inkwiet huma u jirriskjaw anki l-ħajja tal-pazjent.", "Hemm lista tad-dmirijiet tan-nursing aide imma dawn ma jinkludux, per eżempju, l-għoti ta' injections u t- tqassim ta' mediċini.", "Forsi jkun hawn min qed jismagħni - għax jien għandi diversi nursing aides li huma ħbieb tiegħi u li huma nies responsabbli - u jgħid li hu ġieli qassam mediċini.", "Ngħidha kif inħossha, għalija dan huwa żball.", "Huwa żball li n-nurses jibagħtu lin-nursing aides iqassmu l- mediċini, jagħtu injections, jgħaddu catheter jew jieħdu ħsieb drip meta dawn m'humiex trained biex jagħmlu hekk.", "Huma n-nurses li huma mħarrġa għal dawn l-affarijiet u li għandhom dawn ir-responsabbiltajiet, u la jaqbel lill-pazjent u lanqas lin-nursing aides li dawn jagħmlu xogħol li m'huwiex tagħhom.", "Dan jista' jkun ta' periklu għall-pazjent u jġib lilhom stess fl-inkwiet u allura għandhom jirrifjutaw li jagħmlu xogħol li m'humiex imħarrġa biex jagħmluh.", "Il-GWU għandha tapprezza li hu importanti li tinżamm id-differenza bejn in-nursing aide u n-nurses.", "Din m'hijiex differenza ta' klassi - jien l- iktar wieħed li ma nemminx fil-klassi - imma hija differenza meħtieġa anki għall-organizzazzjoni u l-istruttura ta' l-isptar.", "Fuq kollox din hi kwistjoni ta' ġerarkija li minn dejjem kienet teżisti f'kull clinical setting kemm f'Malta, kif ukoll barra.", "Fl-isptar ikun hemm is- supretendent, imbagħad l-ispeċjalisti, it-tobba, in-nurses u anki fost in- nurses hemm gradi differenti.", "Bejn l-1996 u l-1998, meta ma bqajtx deputat, mort lura nurse l-isptar u nista' ngħid li ltqajt ma' min qabel kien student li jirrapporta lili, imbagħad kemm domt il-parlament ħa diversi promotions u sar senior tiegħi.", "Naturalment jien kelli nirrikonoxxi li ġie fuqi u nirrispetta l-ġerarkija.", "Din hi xi ħaġa li tiltaqa' magħha kullimkien, anke hawnhekk hawn il- ministri, is-segretarji parlamentari, is-Sinjorija Tiegħek, id-deputy speaker u d-deputati.", "Anke fil-familja hemm ġerarkija imma dan ma jfissirx li wieħed għandu jimponi fuq l-ieħor.", "Idealment l-affarijiet isiru permezz ta' diskussjonijiet.", "Għalhekk kont sorpriż meta ġejt informat li l- GWU qed tirrifjuta li tiddiskuti mal-MUMN u mad-dipartiment tas-saħħa fuq il-kwestjoni tal-kulur ta' l-uniformi biex jippruvaw jaslu għal soluzzjoni.", "Għalfejn il-GWU qed tagħżel il-konfrontazzjoni?", "Naħseb li huwa importanti ħafna li n-nurses jieħdu ħsieb l-image tagħhom.", "Illum qed ninsistu li n-nurses għandhom professjoni awtonoma.", "Ħadd ma jista' jidħol f'dan il-pajjiż u jaqbad u jibda jipprattika bħala nurse.", "L- ewwel irid jiġi reġistrat man-nursing and midwifery board li jiċċekkja l- kwalifiki u l-clinical experience li għandu qabel ma jitħalla jipprattika f'Malta.", "Anki meta jiġu teams mediċi minn barra biex joperaw hawn Malta u jġibu n-nurses magħhom, qabel ma dawn ikunu jistgħu jassistu fl- operazzjonijiet iridu jissottomettu ċertifikati, jindikaw x'esperjenza għandhom u x'numru ta' sigħat ħadmu, imbagħad in-nursing and midwifery board ta' Malta jiddeċiedi jekk humiex eliġibbli biex jippratitikaw bħala nurses hawn Malta.", "Jekk xi ħadd imur jaħdem bħala nurse mingħajr ma jkun reġistrat, ikun qed jikser il-liġi.", "Dawn huma passi importanti ħafna għax in-nurse ikun mal-pazjent il-ħin kollu, irid jieħu deċiżjonijiet importanti, irid jamministra injections u drips li jkunu sustanzi li sejrin direttament fil-vina u jrid ukoll jara s-sintomi tal-pazjent.", "It-tabib ma jkunx il-ħin kollu mal-pazjent, mentri n-nurse ikun hemm u allura jrid josserva u jagħraf jiddeċiedi jekk il-complaint li qed jagħmel il-pazjent huwiex life-threatening, jekk l-uġigħ f'sider il-pazjent huwiex gravi, huwiex attakk tal-qalb, jew inkella uġiegħ ieħor li m'huwiex daqstant gravi.", "Jiġifieri n-nurse bilfors irid ikun imħarreġ b'mod professjonali għax inkella bi żball jista' joqtol lill-pazjent jew minflok igħinu jkompli joħloqlu problemi għal saħħtu.", "Ma fadallix wisq ħin imma forsi jkolli ċ-ċans li nelabora fuq dan is- suġġett darba oħra.", "Pero' biex nagħlaq irrid insellem lin-nurses kollha.", "Diġa' sar ħafna xogħol, biżżejjed ngħid li matul l-1999 u sa Settembru ta' din is-sena saru, per eżempju, 411,000 test fl-emergency laboratory.", "Fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech fl-ewwel tliet xhur ta' din is- sena saru iktar minn sitt elef operazzjoni, jiġifieri medja ta' iktar minn elfejn operazzjoni fix-xahar, li erbat elef minnhom kienu taħt general anaesthesia.", "Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena saru 166 operazzjoni tal- qalb minn surgeon Malti, Mr Alex Manché, b'team ta' nurses Maltin.", "Naħseb li rridu ngħidu li n-nurses u l-istaff ta' l-isptar ħaqqhom l-istima tal- pazjenti u tal-pubbliku in ġenerali.", "Il-pubbliku għandu jirrikonoxxi li qabel biex isiru dawn l-operazzjonijiet tal-qalb il-gvern kien irid iġib surgeon u nurses minn barra jew inkella jibgħat lill-pazjent għall-kura barra minn Malta.", "Illum dawn il-mija u sitta u sittin operazzjoni tal- qalb li saru fl-Isptar San Luqa fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena saru minn surgeon Malti, minn anestetisti Maltin bl-assistenza ta' nurses Maltin.", "Naħseb li dan huwa progress u juri kemm għola l-livell tan-nursing u l-mediċina f'Malta.", "Għal min forsi hu interessat fl-istatistika nista' ngħid li minn dawn il- 166 operazzjoni, 139 kienu bypass, 25 kienu jinvolvu bdil ta' valve għaliex il-pazjent ikollu valve tal-qalb li jkun ħażin u dan jinbidillu ma' wieħed artifiċjali, u żewġ każijiet fejn il-pazjent kellu toqba fil-qalb u għalquhielu.", "Għidt dan kollu biex nuri l-ammont ta' xogħol li ta' kuljum jagħmlu n-nurses, it-tobba u t-team mediku u paramediku fl-Isptar San Luqa.", "Nagħlaq b'appell lill-GWU biex anki fuq din il-problema ta' l-uniformi ma tkomplix twebbes rasha.", "Naħseb li f'każi bħal huwa l-poplu li jgħid lill- GWU: Issa daqshekk!", "Issa webbist rasek biżżejjed; kont distruttiva biżżejjed, imma issa wasal iż-żmien li ninġabru madwar mejda ħalli nippruvaw nilħqu ftehim.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għat- Tlieta, 14 ta' Novembru 2000, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Aġent Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - STATISTIKA", "20691.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif id-dikjarazzjoni li l-ħut li jinqabad ma jiġix dikjarat kollu se tafettwa l-istatistika li se tingħata lill-Unjoni Ewropea permezz tal-Eurostat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħut li jinqabad qatt ma jgħaddi kollu mill- pixkerija u dan għaliex parti minnu jiekluh is-sajjieda stess, parti oħra tinbiegħ direttament lill-mara tad-dar min-nisa tas-sajjieda u parti oħra tinbiegħ b'kuntratti diretti lir-restoranti u lukandi.", "Dawn l-attivitajiet kummerċjali huma kollha leġittimi u ma hemmx oġġezzjoni li jsiru.", "Tant hu hekk, li aħna nilqgħu dikjarazzjonijiet fiskali ta' bejgħ ta' ħut, apparti dak li jgħaddi mill-pixkerija fl-allokażżjoni ta' duty free fuel.", "F'dawn l-aħħar 20 jew 30 sena Malta baqgħet tiġbor biss il-figura tal-ħut li jgħaddi mill-pixkerija u kien isir estimu (u għalhekk żieda ta' 25% fil- valur u fil-kwantita' ta' ħut irreġistrat il-pixkerija) biex ikopri l- attivitajiet l-oħra.", "Din il-figura kienet tiġi meqjusa bħala total landings.", "Bil-catch assessment u catch declarations dawn il-figuri jkunu iktar eżatti u hemm lok għall-figuri kollha fil-EUROSTAT, kemm il-qabda totali kif ukoll kemm minnha kien mibjuh dirett jew għadda mis-suq ġenerali.", "Barra minnhekk, nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "20688.", "CATCH DATA SYSTEM", "20692.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif se jinbidlu s-sale notice u l-catch data system biex jikkonfermaw ma' l-acquis sas-sena d-dieħla?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sale notice hija ekwivalenti għal voucher u s'issa ma hemmx bdil ippjanat, ħlief li s-sistema fil-futur issir elettronika.", "Il- catch data system hija sistema parallel li tista' tikkompara l-figuri tal- qabda ma' dik tas-sale notice.", "MONITORING TAS-SAJD - ATTIVITAJIET", "20693.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawk l-attivitajiet li ċ-ċentu ta' monitoring tas-Sajd se jagħmel sa l-aħħar tas-sena 2002 biex ikun konformi ma' l-acquis, kif jingħad f'paġna 130 ta' l-NPAA?", "Min huma l-uffiċjali responsabbli, u kemm saru laqgħat dwar dan it- tibdil matul dawn l-aħħar sentejn, u ma' min saru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-laqgħat isiru kontinwament ma' kulmin ikun hemm bżonn.", "L-attivitajiet jew proġetti ppjanati huma identifikati fl-NPAA.", "Fil- maġġoranza tagħhom f'dawn l-ewwel sentejn hemm ir-riforma sħiħa fir- regolamenti sabiex dawn jinġiebu fl-istat li jaqdu l-bżonnijiet u l- ħtiġijiet moderni tal-lum u l-formazzjoni u struzzjoni ta' għaxar studenti fl-HND course for fisheries science.", "Barra dawn hemm il-ħsieb li titranġa l-pixkerija, tiġi mwaqqfa l-VMS, jiġu ntrodotti l-logbooks, tiġi komputerizzata l-voucher scheme, jiġi finalizzat ir-reġistru tas-sajd, tiġi mibdija l-catch assessment scheme u l-landing declaration scheme.", "Malta wkoll fi ħsieba tirratifika sa dak iz-żmien l-agreement tal-conservation and management of straddling and highly migratory fish stocks.", "SAJJIEDA MALTIN - STUDJU", "20694.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u minn min, dwar kif jaffettwa lil Malta u lis-sajjieda Maltin jekk jiġi ratifikat il-ftehim tal- ġnus maqgħuda magħrufa bħaal conservation and management of straddling and high migratory fish stocks?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sa issa għadu ma sarx studju u dan jiġi kkunsidrat meta tiġi kkunsidrata r-ratifika ta' dan l-agreement fl-aħħar tas-sena 2002.", "TAL-QROQQ - KUMPLESS SPORTIV", "20962.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-liema stadju waslu t-taħdidiet bejn il-Ministeru u l-Universita' dwar it-tmexxija tal-kumpless sportiv kollu f'Tal-Qroqq, inkluż il-pixxina nazzjonali?", "Kemm-il laqgħa saret matul din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru diversi laqgħat bejn rappreżentanti tas-segretarjat parlamentari fi ħdan il-ministeru u l-Universita`.", "Kien hemm diversi proposti u kontro proposti għall-abbozz ta' ftehim.", "It- taħditiet waslu fil-fażi finali.", "PIXXINA NAZZJONALI", "20963.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jelenka liema huma x-xogħlijiet li bħalissa qed isiru fil- pixxina nazzjonali?", "F'kull każ, jista' jgħid meta ħarġet sejħa pubblika (jekk saret)?", "Min xeħet l-offerta f'kull każ, kemm kienet kull waħda u liema ntgħażlu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fil- kumpless tal-pixxina nazzjonali huma kif ġej.", "F'kull każ ħarġet sejħa pubblika.", "Tlestija ta' żewġ squash courts.", "Is-sejħa ħarġet fl-1 ta' Frar 2000.", "L- offerti mitfugħa kien : S. Camilleri (Lm36,990); Ideal Dwellings Turnkey Ltd (Lm29,652.41); Camray Contractors Ltd (Lm28,962.60); Property Maintenance Ltd (Lm34,207) L-offerta magħżula kienet ta' Camray Contractors Ltd.", "Dan ix-xogħol tlesta.", "Provvista ta' servizzi fl-east block .", "Is-sejħa ħarġet fis-7 ta' Frar 2000.", "Ġiet aċċettata l-unika offerta mitfugħa li kienet ta' Camray Contractors Ltd (Lm10,425)", "Xogħol ta' tkomplija ta' l-east block.", "Is-sejħa ħarġet fl-1 ta' Frar 2000.", "L-offerti mitfugħa kien ta': Camray Contractors Ltd (Lm24,923.926); A.J.&F. Attard Ltd (Lm23,393.11); Samuel Camilleri (lm25,502.48); Rea Ceramics Co. Ltd (Lm22,558.23); C & F Building Contractors Ltd (Lm23,659.90); Pass Developers Ltd (Lm23,311.44); A.F. Ellis Ltd (Lm29.798.76); Ideal Dwellings Turnkey Ltd (Lm29,849.07); Hal Mann Project Ltd (Lm30,000)", "Il-kuntratt ġie allokat lil Rea Ceramics Co. Ltd.", "Kostruzzjoni tal-foyer (east block).", "Is-sejħa ħarġet fil-25 ta' Lulju 2000.", "Ġiet mitfugħa offerta waħda minn Polidano Bros Ltd.", "Din l-offerta ma ġietx aċċettata u x-xogħol ingħata lill-Kalaxlokk Ltd, wara li ħarġet l- approvazzjoni mill-ministeru tal-finanzi.", "Xogħol ieħor li qiegħed isir fil-pixxina huwa t-tkomplija tal-west block u tqegħid ta' madum f'żewġ kmamar oħra.", "Dan ix-xogħol qiegħed isir mill- ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet.", "PIXXINA NAZZJONALI", "20964.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm dewmien ta' aktar minn tliet xhur fi ħlasijiet tal-kontijiet tal-pixxina nazzjonali?", "X'inhu l-ammont totali ta' kontijiet għal kull kwalita' ta' xogħol li sar fil-pixxina nazzjonali li għadhom ma tħallsux għax-xogħol li sar matul din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bord ta' tmexxija tal-pixxina nazzjonali għandu xi kontijiet pendenti li ilhom aktar minn tliet xhur.", "Dawn il-kontijiet jammontaw għal Lm6,780.", "Minn dan l-ammont hemm kont ta' Lm1231.65 li qed jiġi kkontestat, filwaqt li l-kontijiet l-oħra għad iridu jiġu vverifikati.", "L-ammont totali ta' kontijiet għal xogħol li sar fil-pixxina nazzjonali matul din is-sena u li għadu pendenti huwa ta' Lm33,784.", "Dawn ikopru spejjeż ta' natura rikorrenti u kapitali.", "Għad hemm ukoll pendenzi ta' ħlasijiet ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma u ta' xiri ta' fuel li ilhom ġejjin mill-1997 u l-1998.", "Dawn id-djun ġejjin mill-perijodu meta kien hemm Gvern Laburista u kienu jleħħqu għal madwar Lm40,000.", "Parti sostanzjali ta' din is-somma ġiet imħallsa matul din il-ġimgħa.", "PIXXINA NAZZJONALI", "20965.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, matul din is-sena finanzjarja s'issa, kemm intnefaq mill-pixxina nazzjonali fuq fuel biex jissaħħan l-ilma?", "Kemm-il litru nxtara?", "Kemm minn dan hu diġa' mħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena, sa l-aħħar ta' Ottubru, inxtraw 336,167 litri ta' fuel biex jissaħħan l-ilma fil-pixxina nazzjonali.", "In-nefqa kienet tammonta għal Lm41,146 li minnhom għad fadal x'jitħallsu Lm7,880.50.", "SKEJJEL STATALI - KOTBA", "20966.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20559, jista' l- Ministru jgħid jekk għandux il-figuri minn Mejju 'l hawn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Mejju 2000 iż-żmien li fih il- procurement tal-kotba ta' l-iskejjel għaddew taħt ir-responsabbilta` tad- direttur tal-finanzi u amministrazzjoni saru dawn l-ordnijiet ta' kotba:", "|Mingħand |Ammont |Ammont ta' | | |ta' |flus | | |kotba |Lm | |Merlin |6,780 |16,655.50 | |Library | | | |Interprint |20,700 |10,513.00 | |Ltd | | | |Gutenberg |5,293 |3,221.00 | |Press Ltd | | | |TOTAL |32,773 |30,389.50 |", "Dawn il-kotba msemmija inxtraw fuq sejħa pubblika.", "|Mingħand |Ammont ta' |Ammont | | |kotba |ta' flus | |Stamperija |6,620 |2,109.00 | |tal-Gvern | | |", "Dawn il-kotba msemmija ġew mixtrija permezz ta' transfer voucher.", "FORZI ARMATI - PATROL BOATS", "20967.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-flotta ta' patrol boats tal-Forzi Armati tiġi modernizzata?", "Hemm xi kuntatti ma' pajjiżi barranin għal dan il- għan?", "Meta l-aħħar inxtraw/ingħataw patrol boats lill-Forzi Armati?", "Minn min?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-immodernizzar tal-flotta tal-patrol boats qed ikun ikkunsidrat mill-Forzi Armati.", "Jien informat li għalkemm pjani konkreti f'dan is-sens għadhom mhux konklużi, kuntatti inizjali mal-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika diġa' saru.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija għall-istampa Nru. 1502 maħruġa mid- dipartiment ta' l-informazzjoni.", "L-aħħar xiri ta' patrol boat mill-Forzi Armati kien fl-1997 mingħand il-Gvern Ġermaniż.", "L-aħħar għotja kienet tikkonsisti f'żewġ SAR Launches mill-Gvern Taljan f'Awissu 1998 lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili permezz tar-Raba' Protocol Taljan.", "F'Mejju 1999 dawn iż-żewġ SAR Launches għaddew għand il- Forzi Armati.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - IMPJEGATI", "20988.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "4054, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm kien hemm impjegati ġewwa l-Joint Office fis-snin 1999 u 2000 u jekk huwa possibbli jistax jindika l-gradi tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - ĊNUS", "20989.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm dħul minn ċnus u kirijiet ġewwa l-Joint Office tul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "Huwa possibbli li jindika kemm hemm arretrati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dħul ta' l-Uffiċċju Konġunt minn ċnus u kirjiet fis-snin imsemmija kien kif ġej:", "| 1996 | Lm314,619| | 1997 | Lm355,819| | 1998 | Lm366,465| | 1999 | Lm408,948| | 2000* | Lm367,229|", "* Sas-7 ta` Novembru 2000.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li mhux possibbli għall-Uffiċċju Konġunt li jindika kemm hemm arretrati minħabba li għad m`għandux valutazzjoni sħiħa u kompleta tal-proprjeta` li qed jamministra.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - PROPRJETA'", "20990.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm dħul minn bejgħ ta' proprjeta' u fidi ta' ċnus ġewwa l-Joint Office tul s-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dħul ta' l-Uffiċċju Konġunt minn bejgħ ta` proprjeta` u fidi ta` ċnus fis-snin imsemmija kien kif ġej:-", "1996 Lm 38,127 1997 Lm801,088 1998 Lm197,215 1999 Lm604,881 2000* Lm714,351", "*Sas-7 ta` Novembru 2000.", "PALAZZ TA' L-INKWIŻITUR - RESTAWR", "20991.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari fosthom dik nru.", "2488, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħlijiet ta' restawr saru fuq il-Palazz ta' l-Inkwiżitur tul is-snin 1998, 1999 u din is-sena.", "Huwa possibbli ku jiġi ndikat kemm intnefqu flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-snin 1998, 1999, 2000 xogħlijiet ta' restawr li saru fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Birgu, kienu dawn:", "* Inbarxu, tkaħħlu u tbajjdu numru konsiderevoli ta' kmamar * Tpoġġa ġebel li kien nieqes u nbidlu xorok li kienu maqsumin", "* Bdil ta' għadd ta' kanen u katusi", "* Bini ta' toilets ġodda għall-viżitaturi", "* Tiswija ta' ħafna bibien u twieqi", "* Tindif ta' bjar u postijiet oħra minn ħafna terrapien", "* Bdil ta' żewġt itravi f'waħda mis-swali ta' l-appartamenti ta' Ruffo", "* Restawr tal-koppla tal-kappella * Tlestija ta' laboratorju u depożitu għall-kollezzjoni tal-ħwejjeġ", "* Restawr ta' l-affreski ta' l-appartamenti ta' Ruffo b'koperazzjoni maċ- ċentru tar- restwr ta' Bighi", "* Saru żewġ skavi arkeoloġiċi fil-ġnien u fil-bitħa tal-ħabs", "* Sar pjan ġdid għall-ġnien", "* Saret rikostruzzjoni tal-ħadid li kien hemm fit-twieqi tas-sular ta' isfel", "* Qed issir pjanta dettaljata tal-ħsara li għandha l-faċċata biex tintuża meta jsir ir-restawr", "* Mistenni jiħroġ tender għal sistema ġdida ta' dawl fil-Palazz.", "Kalkolu approssimattiv tal-flus li ntefqu f'dawn it-tliet snin jammonta għal madwar Lm11,000.", "VAT - SPETTURI", "21012.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Billi madwar xahrejn ilu saru l-intervisti għall-ingaġġ ta' spetturi tal- VAT fid-dipartiment tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid: (a) ta' min hi r- responsabbilta' li joħorġu r-riżultati ta' dawn l-intervisti; (b) meta se joħorġu r-riżultati; (c) meta se jsir ir-reklutaġġ ta' dawn l-ispetturi; (d) kemm se jiġu reklutati spetturi tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r- rakkmandazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla għall-ingaġġ ta' spetturi tal-VAT intbagħtu lill-uffiċċju tal-Prim Ministru skond il-proċeduri u r-riżultati ser jinħarġu dalwaqt.", "Ir-reklutaġġ ser isir skond il-ħtieġa tad- dipartiment.", "THE GLORIOUS FEW PRODUCTION CO LTD", "21013.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20947 dwar il- kumpanija The Glorious Few Production Co Ltd?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumpanija li għaliha qed issir riferenza għandha shareholding ta' mija fil-mija mill-MIMCOL.", "Din twaqqfet in konnessjoni mal-ġbid tal-film Glorious Few li huwa film dwar Malta u t-tieni Gwerra Dinjija.", "Il-MIMCOL ser tikkontribwixxi s-somma ta' Lm10,000 għall-iskript u l-produzzjoni, bil-kundizzjoni li l-biċċa l-kbira ta' l-iffilmjar isir fil- gżejjer Maltin u li ta' l-anqas tintefaq is-somma ta' miljun dollaru Kanadiż.", "Naturalment il-MIMCOL tonora l-obbbligu tagħha wara li tkun sodisfatta li ntefqet is-somma miftehma.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "21018.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "19845?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ammont ta' skart li jiġi ġenerat jiddependi mill-attivita' ekonomika fil-pajjiż.", "Ta' min ukoll jinnota li fis-snin ta' qabel l-1997, l-iskart li kien jiġi mormi fil-miżbla tal- Magħtab, kien jiġi biss stmat peress li ma kienx għad hemm miżien.", "Il- miżien tal-miżbla tal-Magħtab beda jaħdem fl-1997.", "Rigward il-miżbla tal-Magħtab, bħalissa qed tiġi ppreparata tender għall- immaniġġjar ta' l-iskart li se tiġi ppubblikata fi żmien qasir.", "FINANZI - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "21019.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "19869, jista' l- Ministru jgħid x'ġara mill-Lm 200,000 li l-Ministru tal-Finanzi kien wieġeb li ġew mgħoddija lill-ministeru ta' l-edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-uffiċċjali fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħi għadhom m'humiex qed jifhmu għalxiex jista' qed jirriferi l-Onor.", "Membru.", "Jista' għalhekk jindika fejn il-\"Ministru tal-Finanzi kien wieġeb\" kif qed isostni l-Onor.", "Membru forsi l-uffiċjali konċernati jiġbru t-tagħrif mitlub jekk jikkompeti lilhom.", "GĦAWDEX - RABAT - DRENAĠĠ", "21020.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir id-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq San Anard, Rabat f'Għawdex?", "Taf li r-residenti ilhom li ħallsu għad-drenaġġ 20 sena, jiġifieri mill-1980?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li qegħdin jiġu preparati speċifikazzjonijiet għal­ħruġ ta' offerti biex jingħata ­servizz tad-renaġġ fl-inħawi ta' Triq San Anard, Rabat, f'Għawdex.", "ĦAL-QORMI - ĊIMITERJI", "21021.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm sitt oqbra li kienu ġew mirduma?", "Kemm hemm oqbra vojta u li m'huma ta' ħadd fiċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi hemm parti tal-gvern u parti tal-Knisja.", "Ma jirriżultax li fil-parti tal-gvern intradmu xi oqbra.", "Numru sostanzjali mill-parti tal-gvern hija tal-komun.", "Ma jirriżultax li hemm xi oqbra li m'huma ta' ħadd.", "DOOR NUMBERING", "21027.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20823?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "MANNIĠAR TA' L-ISKART", "21028.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20849?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l­ispiża tal-gvern mill-fergħa ta' l-indafa pubblika biex jiġi mmaniġjat l-iskart solidu li jiġi prodott f'Għawdex ammonta għal madwar Lm352,000 fi tnax-il xahar.", "Dan l-ammont jinkludi l-pagi ta' ħaddiema, spejjeż ta' makkinarju u vetturi, ġbir ta' skart goff, knis u tindif ta' triqat u spejjeż involuti fl-immaniġjar tal- miżbla ġewwa x-Xagħra, Għawdex.", "WSC", "21029.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-kawża li l-WSC għamlet kontra dik il-persuna li tefgħet żejt maħruq f'borehole b'konsegwenza ta' tniġġiż serju fl-ilma tal-galleries f'Ta' Kandja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li, kuntrarjament għal dak li ngħad fil-mistoqsija, kienu l-pulizija li ħadu passi fil-qorti kontra l-imsemmija persuna u mhux il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Il-kawża relattiva ġiet deċiża fit-3 ta' Diċembru, 1999, meta l-qorti sabet l-akkużat ħati ta' l-akkużi kollha miġjuba kontrih, minbarra dik dwar serq ta' ilma.", "Huwa kien liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena.", "Jien informat li l-korporazzjoni għadha ma għamlet ebda kawża kontra din il-persuna.", "Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet bejn il-korporazzjoni u l-persuna in kwestjoni dwar l-ammont li għandu jitħallas bħala danni mill- korporazzjoni.", "Min-naħa tagħha, il-korporazzjoni ħadet il-passi legali meħtieġa sabiex tissalvagwardja l-pożizzjoni tagħha, bil-presentata u notifika ta' ittra uffiċjali.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "21034.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk is-salarji li qed jiġu offruti lil accountant prospettivi mat-tax compliance unit huma negozjabbli?", "Huma 'l fuq mis- salarji ta' professional officers li huma pegged magħhom?", "Huwa minnu li wara li ġew offruti ċerti pakketti ta' salarji lil dawn l- accountants il-proposti tat-tax compliance unit ġew imblukkati mill-public service commission?", "Huwa minnu li biex jiġi megħlub dan l-ostaklu ċerti applikanti magħżula ġew mitluba jirreġistraw bħala self-employed sakemm jiġu sormontati dawn il- problemi?", "Jikkonferma li dan mhux eżempju tajjeb meta t-TCU, li taqa' taħt ir- responsabbilita' tal-ministeru tal-finanzi qed tipprova ssib mezz kif iddur mar-regolamenti tal-public service commission proprju fejn jidħlu salarji u nċentivi oħrajn relatati, aktar u aktar meta l-gvern innifsu beħsiebu jdaħħal regolamenti ġodda dwar il-fringe benefits fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li:-", "(1) Is-salarji li ġew offruti lil-accountants prospettivi mat-tax compliance unit huma negozzjabbli ġo fixed band li tirrelata ma' l-ogħla skala ta' accountant mat-tax compliance unitħ (2) Il-livell ta' accountants huwa ugwali ma' oħrajn li diġa' jeżisti fis-settur pubblikuħ", "(3) M'hux minnu li wara li ġew offruti dawn il-pakketti ta' salarji lil dawn l-accountants il-proposti tat-tax compliance unit ġew imblukkati mill- public service commissionħ", "(4) M'hux minnu li biex jiġi megħlub dan l-ostaklu ċerti applikanti magħżula ġew mitluba li jirreġistraw bħala self-employedħ", "(5) Le, ma nikkonfermax.", "Il-fatti huma li dawn il-professional officers, inklużi l-accountants ġew offruti kuntratti sabiex jissuplixxu servizzi lit- tax compliance unit bil-ħsieb li wara ċertu żmien, u dejjem bi qbil bejn il-partijiet, il-kuntratti jistgħu jinbidlu f'kuntratti ta' mpjieg wara li jiġu osservati r-regolamenti u l-proceduri kollha tal-public service commission.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA KAŻWALI", "21035.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Billi qed jiddaħħlu diversi ħaddiema każwali bil-kuntratt biex jimlew temporanjament il- postijiet ta' nies li huma b'maternity leave, extended leave jew extended sick leave, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkunx hemm double counting tan-nies fuq il-kotba tal-gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi fil-management and personnel office jinżammu records separati għal kull kategorija ta' mjegati.", "Meta jingħataw figuri, dawn ikunu jgħidu jekk l-impjegati jkunux tal-fiss, part-time, każwali jew bil-kuntratt.", "ĦADDIEMA IMPRESSED", "21037.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20772 dwar ħaddiema impressed?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm 660 persuna li kienu rreġistrati bħala impressed driver.", "653 għazlu li jkollhom impjieg bħala labourer (ex-impressed driver).", "Minnhom, 468 huma mas-Servizz Pubbliku, 184 ma' l-entitajiet pubbliċi u wieħed ma' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur.", "Il-proċess dwar dawk fis-Servizz Pubbliku għadu għaddej quddiem il-kummissjoni għas-servizz pubbliku.", "Dawn kollha għadhom jaqdu d-doveri tagħhom mad-dipartimenti jew entitajiet fejn kienu jservu.", "SKEJJEL", "21039.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm studenti mill-28,060 ġew minn skejjel primarji u sekondarji ta' bliet u rħula ta' Bormla, il-Birgu, Senglea, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Zabbar u l-Fgura, possibilment skola skola?", "Jista' jindika wkoll l-istudenti l-oħra minn liema skejjel kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istatistika tat-tfal, skola skola, ma tinżammx.", "SKEJJEL - STUDENTI", "21040.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "20832, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra minn liema skejjel kienu ġejjin l- istudenti li marru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, il-Mużew tal-Fine Arts, Tal- Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew Marittimu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istatistika tat-tfal, skola skola, ma tinżammx.", "DJAR - PERITI", "21053.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil Kamra kemm hemm impjegati bħala periti fuq full-time jew part-time basis ma' l- awtorita' tad-djar u x'inhu r-remuneration tagħhom?", "X'huma l-working hours tagħhom?", "Meta jiltaqgħu man-nies fuq problemi relattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-awtorita' tad-djar għandha żewġ periti mpjegati magħha; wieħed fuq bażi part-time u l-ieħor fuq reducd hours.", "Wieħed jaħdem madwar 25 siegħa fil-ġimgħa u jitħallas b'rata ta' Lm4 fis-siegħa u l-ieħor jaħdem 30 siegħa fil-ġimgħa u jitħallas Lm5,000 fis-sena.", "Dawn il-periti jaraw lill-pubbliku bl-appuntament skond il- bżonn.", "ATTXVII/1993 - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "21054.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra: (a) kemm inħarġu kontijiet addizzjonali għal atti ta' dikjarazzjoni ta' trasferiment ta' proprjeta' b'causa mortis mil- leġislazzjoni ta' Att XVII/1993 'l hawn, xahar b'xahar, u għal kemm kienu jammontaw; (b) kermm minn dawn ġew kontestati; (c) kemm minn dawn ġew konklużi bi ftehim; (d) kemm minn dawn inġabru flus f'taxxa u kemm f'penali; (e) kemm minn dawn ġew kontestati quddiem il-board of special commissions; (f) kemm minn dawk ġew kontestati quddiem il-board of special commissions u ntrebħu mill-gvern u kemm intrebħu mill-kontestant?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru n- numru ta' kontijiet (claims) causa mortis li:", "a) ħarġu xahar b'xahar mill-leġislazzjoni ta' l-Att XVII ta' l-1993 huwa kif jidher f'tabella \"A\" għal Malta u \"AA\" għal Għawdex.", "b) In-numru ta' kontijiet kontestati (objections) matul il-perijodu huwa kif jidher f'tabella \"B\".", "c) In-numru ta' l-oggezzjonijiet li kienu konklużi bi ftehim matul l-istess perijodu huwa kif jidher mit-tabella \"C\".", "d) L-ammont ta' taxxa li nġabret huwa kif jidher f'tabella D (i) waqt li l- ammont ta' penali (taxxa addizzjonali) huwa muri f'tabella D (ii).", "e) Kont wieħed biss kien kontestat quddiem il-bord ta' kummissarju speċjali u dan kien irtirat mill-istess kontestanti.", "ATT XVII/1993 - TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "21055.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra: (a) kemm inħarġu kontijiet addizzjonali għal atti ta' bejgħ/trasferimenti inter vivos mil-leġislazzjoni ta' Att XVII/1993 'l hawn - xahar b'xahar; (b) kemm minn dawn ġew kontestati; (c) kemm minn dawn ġew konklużi bi ftehim; (d) kemm minn dawn ġew kontestati quddiem il-board of special commissioners; (e) kemm minn dawk kontestati quddiem il-board of special commissioners intrebħu mill-gvern, u kemm intrebħu mill-kontestant?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru :", "(a)In-numru tal-kontijet addizzjonali claims għall-atti ta' trasferimenti inter vivos mid-data tal-legislazzjoni ta' Att XVII ta' l-1993 'l hawn, maħruġa xahar b'xahar, huwa kif jidhru f'Tabella \"A\" għal Malta u Tabella \"AA\" Għawdex.", "(b) In-numru ta' claims li kienu kontestati (objections) huwa kif dettaljat fit-Tabella \"B\".", "(c) L-oġġezzjonijiet li kienu konklużi huma kif jidhru fit-Tabella \"C\". (d) Lista \"D\" turi n-numru ta' appelli quddiem il-board of special commissioners.", "(e) Minn numru ta' appelli ta' quddiem il-bord ta' kummissarji speċjali tliet każi nqatgħu favur il-kontestanti filwaqt li tnejn inqatgħu favur il- gvern.", "Il-ħames każi jinsabu kontestati quddiemil-qorti ta' l-appell.", "AFFARIJIET BARRANIN", "21080.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ifformati, jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid- dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl- adozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZI EKONOMIĊI", "21081.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ifformati jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid- dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl- addozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed minn dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX", "21082.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk ġewx ifformati jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal- politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-adozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed minn dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li s'issa mhemmx ħsieb li jiġu fformati sezzjonijiet jew units fid­dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru għal Għawdex biex jagħmlu xogħol li għalih l-Onor.", "Interpellant għamel riferenza.", "Dan ix-xogħol qed isir mill-istrutturi eżistenti.", "INTERN", "21083.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk ġewx ifformati, jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal- politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-adozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed minn dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA U SAJD", "21084.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ifformati jew hemmx il-ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid- dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl- adozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed minn dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "21085.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ifformati, jew hemmx il- ħsieb li jiġu fformati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl- adozzjoni ta' l-aquis?", "X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?", "X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir minn dawn il-units?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed minn dawn il-units?", "Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?", "X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ngaġġati ma' dawn il-units?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tingħata f`seduta oħra.", "PA - ĦADDIEMA", "21094.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu full-time u part-time ma' l- awtorita ta' l-ippjanar?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn il-ħaddiema, x'pagi u fringe benefits igawdu għal kull skala jew tip ta' xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - INFIQ TA' FLUS", "21095.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-PA fuq studji magħmula mill- konsulenti fis-snin 1998 u 1999?", "Fuq liema studji ġew minfuqa?", "Minn min saru u kemm ġew minfuqa flus għal kull studju?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SANT ANĠLU", "21096.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru 20911, jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-massimu ta' żmien permissibli li jistgħu jdumu mwaħħlin il-gates imwaħħlin fuq ix-xatt taħt Sant Anġlu, peress li dawn il- gates jirristrinġu l-aċċess għax-xatt għaċ-ċittadini, liema aċċess suppost hu garantit mill-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-consortia?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SVPR - INFERMIERA", "21097.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex nurses S.N.U.E.N li jaħdmu part-time ġewwa S.V.P.R u li kienu jidħlu fil- Ħdud bħala xogħol twaqqfu ħesrem milli jagħmlu dan biex flokhom qiegħdin jidħlu nurses minn dipartimenti oħra?", "Jista' l-Ministru jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħataw l- ebda ordnijiet biex infermiera (part-time) jitnaqqsulhom xi sigħat ta' Ħdud jew festi pubbliċi fir-residenza San Vinċenz de Paul."]} {"filename": "19981118_013d_par.doc", "date": "1998-11-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 13 L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 13", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "13", "L-Erbgħa, 18 ta' Novembru, 1998", "WERREJ MINUTI 678", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 678", "TQEGĦID TA' KARTI 682", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 683", "AĠĠORNAMENT 706", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 710", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Onor.", "Gavin Gulia kien preżenti għas-seduta tal-bieraħ.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu nota ta' din il-korrezzjoni.", "Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati issa?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 12 li saret fis-17 ta' Novembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ENERĠIJA - POLITIKA DWAR L-UŻU", "191.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal- politika tal-gvern dwar l-użu ta' l-enerġija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l-enerġija għal pajjiżna hija mmirata biex tlaħħaq mad-domanda u l-aspettattivi tal- konsumatur b'mod effiċjenti u fl-istess ħin jiġi mħares l-ambjent ta' madwarna.", "Irrid inżid ukoll li l-Kunsill tax-Xjenza u Teknoloġija qed ikollu diversi laqgħat mad-dipartimenti u aġenziji biex tkun formulata policy dwar l-enerġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Peress li dan il-gvern huwa mpenjat li dak kollu li jagħmel jagħmlu fil-kontest ta' l-Ewropa - fil-fatt meta dan l-aħħar kien qed jitkellem waqt waħda miż-żjarat li għamel f'xi uffiċini ta' l-Enemalta, il-Ministru qal li l-ħsieb tiegħu hu li xi darba s-sistema Maltija tingħaqad mal-grid Ewropew - jista' l-Ministru jelabora iżjed fuq din l- idea li Malta tingħaqad mal-grid Ewropew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett irrid ngħid li din m'hijiex xi materja li tqajmet issa għall-ewwel darba.", "Fil-fatt jien sibt rapport li kien sar mill-Enemalta fl-1995 illi jesplora l-possibbilta' illi jkun hemm connection tad-dawl bejn Malta u l-Italja, jiġifieri jkun hemm cable illi jgħaqqad lil Malta ma' l-Italja.", "Fil-fatt kien hemm anke stimi ta' kemm jiġi jiswa cable adatt biex jgħaddi kurrent biżżejjed li jkun jiflaħ bejn 100 u 200 MW - jekk m'iniex sejjer żball l-ispiża proġettata f'dak id- dokument kienet ta' madwar Lm85 miljun - pero' wieħed irid iħares lejn l- aspett li l-ispiża biex tibni power station jew generating capacity ekwivalenti tiġi kważi l-istess.", "Pero' fl-Ewropa teżisti policy fejn il- grid ta' l-elettriku jkun linked mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan isir għal diversi raġunijiet iżda r-raġuni prinċipali hija li din il- linkage toffri sigurta' u tippermetti li mhux biss isir xiri ta' elettriku minn barra imma jsir wkoll bejgħ ta' elettriku lil barra.", "Barra minn hekk għandu wkoll ċerti implikazzjonijiet fuq l-ambjent għax, meta tkun qiegħed iġġib elettriku minn barra permezz ta' cable, tkun qed tnaqqas il- pollution biex tiġġenera dak l-ammont ta' elettriku.", "Pero' fiċ- ċirkostanzi li ninsabu fihom ma naħsibx li pajjiżna jiflaħ għal dan it-tip ta' proġett li jinvolvi infiq kapitali kbir.", "Jista' jkun hemm ukoll il- possibbilta' - bħalma ġara fil-każ ta' pajjiżi oħra li saru membri ta' l- Unjoni Ewropea - li ningħataw fondi speċjali mill-Unjoni Ewropea li jkunu jlaħħqu bejn wieħed u ieħor minn 50% sa 70% ta' l-ispiża kapitali meħtieġa.", "Naturalment dik it-tip ta' eventwalita' tbiddel ix-xenarju kollu għaliex il-costs ta' dan it-tip ta' żvilupp jinbidlu b'mod radikali.", "Allura wieħed irid iżomm quddiem għajnejh dawn il-possibbiltajiet li jistgħu jinqalgħu 'l quddiem.", "Onestament naħseb illi waħda mill-problemi ta' gżira hija li kultant tkun iktar fraġili f'ċerti aspetti għaliex tkun tiddependi biss fuq l-aspetti domestiċi ta' ġenerazzjoni ta' ilma, dawl, eċċ. u allura t-tip ta' safety net illi jista' jkollok meta tkun integrat ma' grid ikbar, fil-preżent ma teżistix għal Malta.", "Aħna qegħdin f'pożizzjoni li fil-każ tad-dawl għandna surplus capacity, f'każ li jinqalgħu xi ħsarat, pero' din is-surplus capacity hija limitata.", "Issa wieħed irid dejjem jaħseb għal surplus capacity adegwata ħalli f'każ li tinqala' ħsara jew jinqalgħu ċirkostanzi li ma tistax tipprevedihom, l- ekonomija ta' pajjiżna ma tiġix mhedda.", "F'dan l-istadju li nista' ngħid huwa li din hija xi ħaġa li trid tiġi esplorata iktar 'il quddiem.", "Sadanittant irridu niżguraw illi l-capacity to generate li għandna tkun kbira biżżejjed biex mhux biss tlaħħaq mal-peak demand imma tkun akbar minn hekk biex f'ebda ħin ma niġu f'sitwazzjoni fejn ikollna shortage fil- provvista tad-dawl.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat kellu dan l-aħħar il-gvern, b'mod partikolari l-ministeru tiegħu, dwar aġġustamenti ta' prezzijiet ta' sorsi ta' l-enerġija, anke fil-kontest ta' x'jagħmel l-inqas ħsara lill-ambjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, meta kont għadni fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni kont qajjimt diversi mistoqsijiet indirizzati lill-ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta dwar il-bidla li kienet tħabbret proprju fil-budget ta' Novembru ta' l-1997, b'mod partikolari dwar il-bidla fil-prezz tal-pitrolju.", "Wara mistoqsija li kont għamilt jien, kien irriżulta li l-prodott li kien intiż li se jieħu post il- pitrolju, il-light heating oil, kellu rata ta' sulphur illi kienet inkwetanti ħafna għax kienet ta' madwar sitt darbiet iktar minn dik illi tinsab fil-pitrolju.", "Fil-fatt ir-rata ta' sulphur illi tinsab fil-light heating oil hija ta' 1.8%, filwaqt li dik tal-pitrolju hija biss ta' 0.3%.", "Minn dak iż-żmien, għan-naħa ta' l-oppożizzjoni jien kont bqajt ninsisti u niġbed l-attenzjoni tal-gvern għad-diffikulta' li din il-bidla se toħloq, speċjalment għal dawk il-fran li jużaw il-pitrolju u li kienu qed jiġu mbottati biex jużaw dan il-light heating oil.", "Ma rridux ninsew li ħafna mill-fran tal-ħobż qegħdin fiċ-ċentru tal- villaġġi u allura kienu se jiġu esposti għal sulphur content qawwi.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt meta ħadt ir-responsabbilta' tal- Korporazzjoni Enemalta kienet illi tlabt biex nara x'rapporti kien hemm dwar din il-materja u rrid ngħid li l-biża' tiegħi mhux talli ġiet konfermata talli sibt sitwazzjoni inkwetanti ħafna.", "Issa f'idejja għandi rapport, illi kien intbagħat lill-Korporazzjoni Enemalta fil-21 ta' Lulju 1998, illi jittratta l-kwestjoni tal-light heating oil used in bakeries.", "Dan ir-rapport lili kexkixni għax jindika li l-użu tal-light heating oil assolutament m'huwiex adattat biex jiġi wżat f'dawn il-postijiet - aktar tard nitlob il-permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra - peress li s-sulphur content tant huwa għoli illi jista' jwassal mhux biss għal riħa punġenti - kif sabu li jiġri dawk in-nies li joqogħdu ħdejn il-fran tal- ħobż - iżda jipproduċi wkoll duħħan u jista' jipproduċi anke sulphuric acid, li huwa corrosive acid mill-aktar pessmi.", "Issa biex is-sitwazzjoni tkun aktar inkwetanti, dan ir-rapport jindika li ħafna mill-fran tagħna jużaw sistema ta' heating b'water filled metal tubes arranged in a loop, li jiġu corroded bis-sulphur ta' dan il-light heating oil.", "Dan iwassal mhux biss biex il-forn jittiekel b'dan l-aċidu imma naturalment jeżistu perikli oħra għaliex il-prodott tal-ħobż huwa għall- konsum ta' l-ikel.", "Fi kliem ieħor ir-rapport jindika li l-użu ta' dan il- prodott minflok il-pitrolju jista' jkun diżastruż għal tal-fran.", "Barra minn hekk, ir-rapport isemmi wkoll il-fatt li dan il-light heating oil qed jintuża wkoll minn ċerti hotels li jinsabu qalb l-abitat, u ma rridux ninsew ukoll it-turisti li jkunu f'dawn il-lukandi.", "Jiġifieri kellna sitwazzjoni fejn il-gvern ma għamilx analisi sewwa ta' l-implikazzjonijiet kollha ta' dan il-light heating fuel.", "Huwa assolutament inaċċettabbli li l-gvern jieħu miżuri li ma jafx x'inhuma l-implikazzjonijiet tagħhom, implikazzjonijiet li liċ-ċittadin mhux talli ma jpoġġuhx l-ewwel talli jpoġġuh l-aħħar, għaliex kien hawn il- periklu għaċ-ċittadini kollha ta' Malta u Għawdex, u dan barra l-periklu għat-turisti li jiġu f'pajjiżna.", "Jiena nixtieq ngħid illi dan id- dokument juri bl-iktar mod ċar li dik il-bidla li saret la kienet maħsuba u lanqas analizzata imma kienet bidla illi saret assolutament bla ma wieħed daħal fid-dettall tagħha, bir-riżultat illi s-sitwazzjoni hija tassew inkwetanti.", "Għalhekk f'dan l-istadju jien dħalt f'diskussjonijiet mal-Korporazzjoni Enemalta biex naraw jekk inkunux nistgħu nraħħsu l-prezz tal-pitrolju biex b'hekk wieħed jerġa' jmur għall-użu tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll li meta l-gvern daħħal il-light heating oil spiċċa biex tilef il- flus u nispjega għaliex.", "Meta l-light heating oil ġie introdott, dan ma kellux dazju fuqu u allura l-gvern ma kienx qed idaħħal dazju fuqu, filwaqt li d-dazju fuq il- pitrolju ġie mbottat 'il fuq b'mod esaġerat - meta ma kienx hemm għalfejn jogħla daqshekk - tant li ġejna f'sitwazzjoni fejn il-pitrolju hawn Malta ġie jqum madwar 40% iktar milli jqum l-istess prodott fl-Ingilterra.", "Allura ġejna pjuttost out of line mal-prattika li ssib f'pajjiżi bħall- Ingilterra.", "Mid-diskussjonijiet li saru f'dan il-kwadru rriżulta li jekk il-gvern jerġa' jnaqqas il-prezz tal-pitrolju, dan ikollu effett ħafna aħjar fuq l-ambjent u l-light heating oil ikun jista' jiġi phased out.", "Il- parir tal-Korporazzjoni Enemalta kien li l-light heating oil għandu jiġi phased out għax mhuwiex prodott li għandu jiġi utilizzat, speċjalment fil- qalba tal-villaġġi tagħna, u li s-sisa fuq il-pitrolju għandha tiġi riveduta 'l isfel, u jekk jiġri hekk dan ikollu wkoll effett żgħir imma pożittiv fuq il-finanzi tal-gvern.", "Jien ma nistax nifhem għaliex bqajna f'sitwazzjoni li kulma kienet qed tagħmel kien biss li titlef ir-revenue u tpoġġi fil-periklu l-ambjent, speċjalment dak li għandu x'jaqsam mal-fran tal-ħobż u l-użu ta' heaters fl-industrija u fis-settur tat-turiżmu, meta għad hawn numru sostanzjali ta' pensjonanti li jużaw il-pitrolju biex isaħħnu d-djar tagħhom fil-ġranet tax-xitwa.", "Jiena niftakar li meta kont ministru fl-amministrazzjoni Nazzjonalista l- oħra konna għamilna stima ta' kemm pensjonanti jużaw il-pitrolju u kien irriżulta li kien hawn madwar 5,000 household li jużaw il-pitrolju b'mod regolari fil-ġranet tax-xitwa biex isaħħnu d-dar tagħhom.", "Għall-ewweI il- prezz tal-pitrolju tela' minn 8c għal 10c a litre, imma meta mbagħad minn 10c tela' għal 17c5 ħafna pensjonanti ġew f'sitwazzjoni fejn ma setgħux jaffordjaw isaħħnu darhom.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll li għad hawn ftit nies, speċjalment dawk li għandhom dħul relattivament baxx, li jużaw il-pitrolju għat-tisjir u anke dawk li jużawh fl-oqsma ta' l- agrikoltura u ta' l-industrija.", "Għalhekk wara li rajt din is-sitwazzjoni, jien ressaqt din id-diskussjoni quddiem il-kabinett u proprju din il- ġimgħa ġie aċċettat li jitnaqqas il-prezz tal-pitrolju u l-light heating oil jiġi phased out.", "Is-sitwazzjoni titlob illi aħna nkunu dejjem konxji mhux biss mid-dħul tal-flus, li f'dan il-każ bata u mhux mar għall-aħjar, imma iktar u qabel kollox inkunu konxji mis-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Sfortunatament kellna sitwazzjoni - u għalhekk jiena ma nistax nifhem u forsi xi ħadd min- naħa l-oħra jista' jgħidli - fejn minflok ma saret analisi sewwa biex verament iċ-ċittadin jitpoġġa l-ewwel, effettivament iċ-ċittadin ġie mitfugħ l-aħħar f'din il-kwestjoni.", "Jiena naħseb li din is-sitwazzjoni trid tiġi rranġata.", "Ċertament li d-deċiżjoni li ttieħdet dak iż-żmien ma kenitx waħda ta' xi gvern modern imma kienet deċiżjoni bla ħsieb li ma kkonsidratx il-kwestjoni tas-saħħa tal-poplu u wasslet għal diffikultajiet f'diversi oqsma ta' l-ekonomija tagħna.", "Issa Sur President nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inpoġġi r-rapport li qed nitkellem dwaru fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar l-użu ta' light heating oil fl-ifran.", "Minbarra li jitkellem speċifikament fuq l-użu tal-light heating oil fil- bakeries, dan id-dokument fih ukoll parti teknika li tispjega kif high sulphur content iwassal għal sulphuric acid, dik li barra minn Malta jsejħulha acid rain, u jwassal ukoll biex ikollu corrosive influence mhux biss fuq l-ambjent immedjat imma anke fuq il-bini tagħna.", "Per eżempju, ir- rapport isemmi li dan mhux biss jista' joħloq irritation imma jista' jkollna sitwazzjoni fejn il-limestone tagħna tiġi corroded.", "Din is- sitwazzjoni m'hijiex aċċettabbli u aħna rridu niżguraw li nkunu f'pożizzjoni li l-ewwel u qabel kollox inpoġġu s-saħħa tal-poplu Malti, meta f'dan il-każ ukoll il-gvern jaqbillu finanzjarjament.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema bil-kuntratt fid-dikasteru tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 819.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kumpanniji/individwi li applikaw għas-sejħa maħruġa mill- Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-kiri ta' karozzi self-drive u r-rati proposti minnhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1122.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar trasferimenti lill-ħaddiema fid-dikasteru tiegħi bejn is- 6 ta' Settembru u l-24 ta' Ottubru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 284;", "Tagħrif dwar scholarships mogħtija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn l-1992 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 495;", "Tabella li tagħti l-ammont ta' ground water imtella' mill-impjanti tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 834; u", "Tabella li turi l-għadd ta' ħaddiema fil-Malta Drydocks, maqsuma skond kull lokalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1034.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru. 253 ta' l-1998 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' l-Att ta' l-1992 dwar is-Soċjeta' Maltija tas-Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society; u", "Kopja ta' kuntratt bejn il-Knisja u l-Gvern datat 6 ta' Awissu 1997, dwar art fl-area fejn qed tinbena d-dar ta' l-anzjani f'Bormla, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1038.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' liġijiet sussidjarji u emendi għal-liġijiet sussidjarji kif approvati mill-Kunsill tal-Borża skond artikolu 8 (2) ta' l-Att ta' l- 1990 dwar il-Borża ta' Malta;", "u f'isem il-Ministru għall-Politika Soċjali inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 252 ta' l-1998 - Ordni ta' l-1998 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 13);", "Żewġ tabelli li jagħtu l-għadd ta' impjegati fuq bażi każwali u impjegati bil-kuntratt fid-dikasteru tiegħi, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 821; u", "Tabella li tagħti n-nefqa fuq pensjonijiet imħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bejn l-1994 u Ottubru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 1097.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' impjegati fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd li kienu jirċievu allowance qabel il-5 ta' Settembru 1998 u li għadhom jirċevuha, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 131; u", "Tagħrif dwar trasferimenti interni ta' ħaddiema u ħaddiema li telqu mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd bejn Settembru u t-12 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 816.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' speċjalisti u l-aktar żmien li ilhom jistennew f'każijiet mhux urġenti biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni fl-isptarijiet tal- Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 249.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ĦLASIJIET GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mis-17 ta' Novembru, 1998.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession of the House.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, kif kont qed nispjega l-bieraħ fid- diskors tiegħi, il-gvern preċedenti Laburista mhux biss kien qed iħares lejn il-kunsilli lokali bħala mezz ta' komunikazzjoni importanti sabiex iċ- ċittadini tingħatalhom l-attenzjoni kollha possibbli, talli kien għaddej ukoll b'ħidma sabiex jara kif mill-qrib jista' jwettaq politika li tabilħaqq tista' tindirizza ċerti problemi partikolari, inkluż dawk l- opportunitajiet ġodda li minn żmien għal żmien jistgħu jiżviluppaw f'xi lokal partikolari.", "Nerġa' ngħid li dan jista' jwassal biex ikollna kwalita' ta' ħajja iktar moderna u tabilħaqq ikollna ambjent fejn is- soċjeta' kollha tkun qed tipparteċipa fil-ġid komuni.", "Sur President, il- bieraħ ukoll għamilt riferenza għal dak li jirrigwarda l-landscaping.", "M'hemmx dubju li kien pass fid-direzzjoni t-tajba ta' l-amministrazzjoni preċedenti meta waqqafna s-sezzjoni ta' l-urban and rural landscaping fid- dipartiment ta' l-agrikoltura ħalli hemmhekk ikunu jistgħu jitkabbru numru ta' pjanti u siġar li jkunu jistgħu jiġu utilizzati ħalli l-pajsaġġ Malti, kemm dak rurali u kif ukoll dak urban, ikun sostnut aħjar billi l-kunsilli lokali minn żmien għal żmien ikollhom laqgħat u diskussjonijiet ma' rappreżentanti tad-dipartiment ta' l-agrikoltura sabiex iħejju l- preparazzjonijiet għat-tkabbir ta' dawn is-siġar u pjanti.", "Tkellimna wkoll dwar l-attivita' tal-kalendarju agro-turistiku, liema attivita' kienet ukoll maħsuba sabiex tinċentiva lil kunsilli lokali kollha biex jipparteċipaw f'dan il-kalendarju ħalli jsiru numru ta' attivitajiet u nerġgħu nagħtu mill-ġdid il-ħajja lill-attivita' tradizzjonali ta' dak il- lokal partikolari.", "Għidt ukoll li d-dipartiment ta' l-agrikoltura kien qed jistudja jekk l-area tar-Rabat - illi huwa l-akbar territorju u l-akbar numru ta' kunsilli lokali - għandu jagħmilhiex żona agro-turistika ħalli hemmhekk isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa sabiex l-investiment li jkun qed isir kemm mill-gvern kif ukoll mill-kunsill lokali ikun tabilħaqq sostenibbli u integrat fil-mod ta' kif wieħed jaspira li l-ambjent soċjali tagħna jitjieb għax-xhur u għas-snin li ġejjin.", "Tkellimt ukoll fuq ċertu atteġġjament partiġġjan illi, fl-opinjoni tiegħi, qatt ma ħalla ġid u kont qed nirriferi anke għal ċerti kuntatti li diversi kunsilli lokali għandhom bżonn jesperjenzaw ma' kunsilli lokali oħra barranin, biex forsi jitgħallmu mill-esperjenza tagħhom.", "Jista' jkun li ċerti problemi jkunu diġa' ltaqgħu magħhom u jekk forsi jkunu għadhom ma sabux is-soluzzjoni għalihom, dan it-tip ta' kuntatt għandu jgħinhom biex jagħrfu jwieġbu għal ċerti ċirkostanzi u jegħlbu dik it-tip ta' rettorika li xxeklek u ma tħallikx tavvanza.", "Fil-verita', sal-lum jien għadni nemmen li sfortunatament kien l-aspett partiġġjan li rrenja meta ġiet delegazzjoni minn Leeds City Council sabiex tagħmel kuntatt mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, bil-għan illi jkun hemm tip ta' ġemellaġġ, fejn wieħed jirrifletti x'inhuma r-raġunijiet u l-għanijiet ta' dan it-tip ta' ġemellaġġ.", "Dak iż-żmien jien kont spjegajt lis-Sindku tar-Rabat - illi baqa' l-istess, anke wara l-aħħar elezzjonijiet - li l-belt ta' Leeds għandha n-know-how dwar kif tista' tagħti servizz lil pedestrians b'diżabilita'.", "Għalhekk kont u għadni nemmen li jagħmel ħafna sens li f'żona sensittiva bħar-Rabat - li kif spjegajt ukoll 'il fuq minn 90% tat- turisti kollha li jaslu f'pajjiżna jitilgħu biex igawdu kemm il-kampanja kif ukoll il-fdalijiet storiċi t'hemmekk - il-kunsill lokali jagħti attenzjoni u jiddedika investiment għal dan il-għan.", "Tkellimna wkoll dwar kemm huwa importanti li jkun hemm ċerta kontinwita' bejn dak li kien jeżisti f'dan is-seklu u dak li se jkun jeżisti għas- seklu li ġej.", "Ma rridux ninsew li għal aktar minn 90 sena s-servizzi Ingliżi kienu jgħixu fl-Imtarfa u allura jagħmel sens li l-Kunsill Lokali tar-Rabat jara kif jerġa' joħloq dik it-tip ta' komunikazzjoni li tista' tagħmel aktar ġid liż-żgħażagħ tagħna għaliex mhux biss jkunu qegħdin jiltaqgħu ma' l-esperjenza ta' żmenijiet l-imgħoddija billi jiltaqgħu ma' nies illi servew fis-servizzi Ingliżi, imma anke jiltaqgħu u jiddiskutu ma' studenti universitarji billi jagħmlu iktar attivitajiet kulturali u sportivi, soċjali u edukattivi biex ikomplu iżjed joħolqu parteċipazzjoni fost il-komunitajiet tagħna.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn it- tip ta' inizjattivi ma ġewx indirizzati mhux għaliex l-ideat ma kenux tajbin imma għaliex kien hemm it-timbru li min ipproponihom jirrappreżenta lill-komunita' Laburista u allura xi ħadd ikklassifikah bħala li m'għandux jingħata appoġġ biex jagħmel dan it-tip ta' kordinament li jista' jħalli effett u ġid kbir, aktar u aktar meta wieħed jifhem li l-komunitajiet tagħna għandhom bżonn jagħmlu iktar attivitajiet bħal dawn ħalli mill- esperjenzi ta' komunitajiet oħra, f'dan il-każ Ewropej, nitgħallmu nkunu qrib ċerti sitwazzjonijiet li nistgħu negħlbu mingħajr ħafna dewmien ta' żmien.", "Tkellimt ukoll dwar il-problemi li jeżistu f'ċerti reġjuni bħal, per eżempju, l-Iklin.", "Dawn huma bliet ġodda li m'għandhomx storja jew tradizzjoni bħal lokalitajiet oħra u għalhekk wieħed irid jagħmel eżerċizzju dwar kif mil-lat ta' landscaping u mil-lat ta' attivita' agro- turistika jipprova joħloq mekkaniżmu u ideat li xi darba jistgħu jiżviluppaw f'lokalitajiet bħal dawn.", "Dawn huma komunitajiet li pjuttost żviluppaw matul l-aħħar snin u għalhekk għandu jkun hemm ukoll proġetti żgħar maħsuba biex tabilħaqq jagħtu support ta' integrazzjoni lil dawn il- lokalitajiet.", "Aħna nemmnu li biex ikollna kunsilli lokali li tabilħaqq ikunu taċ-ċittadini rridu nenfasizzaw illi apparti li ma noħolqux argumenti u sitwazzjonijiet li jġibu firda u timbri politiċi, irridu nipprovaw noħolqu ambjent fejn tabilħaqq inħallu spazju għas-soċjeta' kollha kemm hi.", "Naħseb li problema partikolari li teżisti f'ċerti kunsilli lokali, partikolarment dawk li huma kbar u li għandhom r-responsabilita' kemm ta' l- attivita' urbana kif ukoll ta' l-attivita' rurali, hija l-kwestjoni tat- trasport għaż-żgħażagħ illi jridu jqumu minn sigħat bikrija biex jattendu l- iskola jew imorru l-Univerista'.", "Iż-żgħażagħ qed ikunu ffaċċjati b'ċerti problemi u għalhekk ikun tajjeb li l-kunsill jiddiskuti din il-problema mal-ministeru responsabbli mit-trasport u ma' l-awtoritajiet konċernati ħalli jaraw kif ċerti inizjattivi li ilhom pendenti għal numru ta' snin jistgħu jiġu indirizzati.", "Għandna naraw kif ma noħolqux mekkaniżmu li proprju jistagħġna kull tip ta' parteċipazzjoni li tista' tkun ideali biex iċ-ċittadini tagħna jifhmu aktar li l-problemi soċjali tagħhom qed ikunu indirizzati.", "Jien nemmen ħafna li għandna noħolqu atmosfera li tabilħaqq timmerita li ċerti ċirkostanzi diffiċli li jiffaċċjaw iċ-ċittadini tagħna jiġu kordinati b'mod illi ma jħallux sitwazzjoni diffiċli li jkunu qed iġarrbu l-individwi partikolari tieħu aktar fit-tul.", "Aħna nafu li kienet problema fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti Laburista - u nifhem li għadha problema anke issa - biex ċerti servizzi jingħataw fil-mument opportun.", "Sfortunatament teżisti l-burokrazija u jien nemmen li minflok ma wieħed ikompli jaħli l-ħin tiegħu billi joqgħod jikkritika u jgħid li l-Gvern Laburista preċedenti naqqas il-flus, jew li ma tax kas jew li elimina mix-xena l-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali, inkejlu verament il-problemi li qegħdin kontinwament idejqu liċ-ċittadini tagħna u joħolqulhom ambjent diffiċli.", "Jien nemmen li ċ-ċittadini, huma min huma, qed jistennew li kemm aħna minn din in-naħa, kif ukoll il-gvern, mhux biss nagħtu l-attenzjoni tagħna għal dawn il-problemi imma nsibu rimedju għalihom.", "Mr Speaker, jiena nemmen li l-kunsilli lokali għandhom dejjem iżommu quddiem għajnejhom l-importanza li jagħtu servizz lill-komunita' għaliex iċ- ċittadini, permezz tal-kunsilli lokali stess, għandhom ċans jagħtu iktar u jsibu iktar spazju biex iġibu 'il quddiem l-ideat tagħhom sabiex joħolqu ambjent iktar komdu għalihom stess.", "Jien nifhem li l-kunsilli lokali jridu jagħmlu iktar biex jindirizzaw dan l-impenn b'mod naturali u ġenwin, imma sfortunatament hemm ċerti kunsilli tat-12-il distrett li jogħġobhom jonfqu ċerti flejjes u jagħmlu ċerti proġetti għand nies li jkunu magħrufa għall-karattru partiġġjan Nazzjonalista, u naturalment dawn jinqdew ħafna iktar milli jinqdew Nazzjonalisti oħra.", "Naħseb li s-segretarju parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali huwa informat dwar ċerti nuqqasijiet li jeżistu bejn kandidati li jirrappreżentaw l-istess partit fil-lokal tar-Rabat u nemmen li jekk ċerti diffikultajiet ma jiġux indirizzati, inkunu qegħdin dejjem nagħmlu l- affarijiet inqas konsistenti biex tabilħaqq naslu f'sitwazzjoni li l- kunsilli lokali tagħna jservu bl-iktar mod prattiku, bl-iktar mod realistiku u bl-iktar mod naturali u ġenwin għall-ġid tas-soċjeta'.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, se nibda d-diskors tiegħi billi nitkellem fuq iż-żewġ metodi ta' kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-kunsilli lokali u se nibda mill-metodu wżat f'ħafna mill-pajjiżi li jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.", "B'dan il-metodu naraw li l-kunsilli lokali jistgħu sa ċertu punt u sa ċertu livell jiġbru flushom huma stess u dan jagħmluh tramite sistema ad hoc ta' tassazzjoni lokali u tariffi bħal, per eżempju, it-tariffi li jinġabru mill-autostrade, li jinżammu mill-kunsilli lokali, u ċerti rates li jitħallsu lill-kunsilli lokali.", "Dan ifisser li sa ċertu punt ċerti kunsilli f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea huma self- sufficient.", "Hemm imbagħad is-sistema l-oħra li qed nadoperaw aħna - u s'issa jidher li hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li għandna nżommu din is- sistema - fejn il-kunsill lokali mil-lat finanzjarju jkun jiddependi direttament mill-gvern ċentrali.", "Dan ifisser li l-eżistenza tal-kunsilli lokali tiddependi mill-flus li jiġu vvotati lilhom mill-gvern ċentrali fil- budget.", "Ħafna drabi aħna d-deputati niġu mistiedna mill-kunsilli lokali sabiex niddiskutu u niddibattu magħhom, u mhux l-ewwel darba li ħafna minnhom jilmentaw mill-fatt li r-riżorsi finanzjarji huma limitati u minn żmien għal żmien l-istess kunsilliera u sindki jilmentaw li kważi jixtiequ li jkollhom mod li bih ikunu jistgħu jiġbru l-flus huma stess.", "Pero' jien personalment nemmen - u naħseb li anke l-Partit Laburista jemmen dan - li għadu kmieni wisq biex dan l-istat ta' fatt jiġi kkonsidrat.", "Huwa veru wkoll li jekk il-kunsilli lokali jingħataw ċertu element li sa ċertu grad ikunu self-sufficient, dawn se jkollhom iktar introjtu mingħajr ma jinħoloq piż żejjed fuq il-gvern ċentrali.", "Pero' jekk wieħed irid jaraha f'dan l-isfond, il-bottom line ta' eżerċizzju simili jfisser żieda fit- taxxi u fir-rati ta' l-akkomodazzjoni u affarijiet oħra fil-lokal u allura dan se jkun ifisser żieda fil-piż finanzjarju fuq iċ-ċittadini.", "Jiġifieri huwa veru li meta l-kunsilli jiġbru l-flus huma u jżidu ċerti tariffi huma se jkollhom iktar flus u forsi jkunu jistgħu jaħdmu b'mod iktar effiċjenti, iżda min-naħa l-oħra ċ-ċittadini tal-lokal jispiċċaw ibatu dak il-piż finanzjarju huma.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali tagħna huma żgħar wisq biex jadottaw din is-sistema u, peress li hemm ċertu overlapping bejn xi funzjonijiet tagħhom u funzjonijiet tal-gvern ċentrali, nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn ċerti kunsilli jintaxxaw ċerti affarijiet mod u kunsill lokali ieħor jintaxxahom inqas, u allura ċ-ċittadini ta' dak il-belt jew raħal partikolari fejn it-taxxi jkunu ogħla jkunu qed jiġu ppenalizzati b'dan l- eżerċizzju.", "Pero' mill-banda l-oħra jidher li jista' jsir studju - li fih xi tfaħħar u x'tikkritika wkoll - biex ċerti fondi jibdew jinġabru mill- istess kunsill mingħajr ma nżidu wisq piż fuq iċ-ċittadini.", "Dawn ikunu fondi dovuti lill-Istat pero' li għal xi raġuni jew oħra ma jinġabrux u allura l-kunsill lokali per se jista' jingħata l-inizjattiva li jiġbor il- fondi hu biex ikollu l-mezzi tiegħu, pero' fl-istess waqt ma nkunux qed inżidu piż finanzjarju żejjed fuq iċ-ċittadini tagħna.", "Meta l-Onor.", "Austin Gatt kien qed iressaq din ir-riżoluzzjoni huwa aċċenna għal dan u sa ċertu punt aħna kważi naqblu.", "Ilu jiġi ssuġġerit sa mill-bidu tat- twaqqif tal-kunsilli lokali li ċerti poteri li huma ċentralizzati, għandhom safejn jistgħu kostituzzjonalment u legalment jiġu ddeċentralizzati u jibdew jaqgħu taħt l-umbrella ta' l-istess kunsilli.", "U hawnhekk qed nitkellem speċikament fuq każi deċiżi mill-kummissarji tal-ġustizzja.", "Sur President, id-dibattitu żvolġa ruħu fis-sens li t-tribunali tal- kummissarji tal-ġustizzja, li jittrattaw kawżi ta' natura penalistika żgħira, jibdew jaqdu dmirhom fil-lokal.", "Jekk isir hekk wieħed għandu jara jekk hux vale la pena li l-introjtu jew parti minnu - kif kważi qed jiġi ssuġġerit - li jiġi mill-multi u mill-pieni għandux jitħalla a karigu ta' l-istess kunsill biex jintuża mill-istess kunsill wara li jitħallsu xi spejjeż li jkun bata l-gvern ċentrali.", "Jien naħseb li wieħed għandu jeżamina sewwa jekk din hijiex possibbilta' tajba għaliex l-esperjenza turina - u dan jirriżulta anke minn ċerti domandi parlamentari li saru matul iż-żmien - illi persentaġġ qawwi mill-multi li jiġu inflitti minn dawn il-kummissarji tal-ġustizzja ma jinġabrux.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li dawn il-multi ma jinġabrux għar- raġuni li dawn il-kummissarji tal-ġustizzja għandhom ġurisdizzjoni limitata minħabba l-kostituzzjoni tagħna u jistgħu jiġġudikaw biss dawk il- kontravvenzjonijiet li aħna nsejħulhom depenalised, jiġifieri qatt ma jistgħu jwasslu għal ħabs.", "Għalhekk fil-prattika jiġri li meta bniedem jeħel multa ta' parking - u hawn Malta jingħataw eluf kbar ta' tickets fis- sena - dak li jkun jazzarda jabbuża li ma jħallasx it-ticket għaliex jaf li dawn it-tip ta' kontravvenzjonijiet huma depenalizzati, u jekk dak li jkun ma jħallasx il-multa l-penali inflitta ma tistax tiġi kkonvertita f'ħabs.", "Huwa impossibbli li l-uffiċċju ta' l-attorney general u l-uffiċċju tal- kummissarju tal-pulizija ċentrali jiġru wara dawn l-eluf u eluf ta' multi u tickets.", "Matul iż-żmien rajna li din hija xi ħaġa impossibbli li ssir.", "Allura qed jiġri li n-nies jeħlu ticket u persentaġġ qawwi minnhom, li jissarraf f'miljuni ta' liri, ma jinġabru qatt.", "Jiġifieri l-idea li din it-tip ta' funzjoni tiġi ddeċentralizzata m'hijiex idea ħażina.", "Wieħed irid jammetti li l-fondi li ġew allokati minn żmien għal żmien lil kunsilli lokali ma kenux adegwati pero' dan ma sarx għaliex aħna konna qed nipprovaw inxekklu l-ħidma tagħhom imma sar minħabba r- realtajiet ekonomiċi u finanzjarji tal-pajjiż.", "Jekk lil kunsill lokali tagħtih karrotta billi tgħidlu li jekk jiġri wara l-flus ta' dawn il-multi mhux imħallsa jkun jista' jżomm il-flus hu, allura se jkollok metodu iktar effikaċi ta' ġbir ta' dawn il-fondi li ma jkunx qed joħloq xi forma ta' tassazzjoni ġdida.", "Mr Speaker, jidher li l-vot ta' Lm45,000 li kien se jkun allokat biex ikun hemm il-wardens m'huwiex se jiġi allokat għal xi kunsill partikolari, u din l-idea qisha qed tiġi shelved mhux għax mhux se jkun hemm wardens imma għax dawn it-tip ta' wardens, li forsi se jingħataw funzjoni speċjali u jagħmluha ta' marixxalli, se jiġu introdotti part and parcel ma' meta eventwalment dawn it-tribunali ż-żgħar jibdew jiffunzjonaw mid-distrett.", "Issa ħalli naraw fejn il-Partit Laburista fl-oppożizzjoni ma jaqbilx mal- gvern.", "Meta niġu għas-sistema ta' auto governo, il-Partit Laburista iktar jemmen fir-regional government.", "Per eżempju, għal Għawdex kien qed jiġi ssuġġerit li jkun hemm regional government u dik l-idea kienet se tiġi bil-mod il-mod assorbita f'dan il-pajjiż.", "Meta eventwalment ikollok regional government tkun tista' tibda tagħmel dawn it-tribunali li jaħdmu fid-distrett taħt il-gvern reġjonali.", "Jidher li l-Partit Nazzjonalista fil- gvern ma tantx iddoqqlu din il-kwestjoni tar-reġjuni u iktar jaqbel li jifformaw assoċjazzjoni bejniethom, bil-ħsieb li jkollhom aktar awtonomija.", "Dan huwa tajjeb pero' finalment huwa dan il-parlament elett demokratikament, li jrid jirrispondi lejn in-nazzjon u għalhekk ma tantx tagħmel sens illi din il-kwestjoni tar-reġjuni tħalliha f'idejn 67 kunsill lokali.", "Jien nemmen li s-sistema li jrid jadotta l-gvern li jadopera t-tribunali ż-żgħar mill-kunsilli lokali minflok mir-reġjuni - u hawnhekk qed nitkellem mill-esperjenza tiegħi għar-rigward tal-kummissarji tal-ġustizzja - ma tistax taħdem.", "Qed ngħid hekk għaliex f'Malta hawn wisq kunsilli lokali u wħud minnhom huma żgħar ħafna u fil-fatt hemm kunsilli lokali li m'għandhomx iktar minn 1,000 abitant.", "Allura ma jagħmilx sens li jkollok seduti ta' tribunali f'lokalitajiet ta' ftit mijiet ta' nies għaliex lanqas ikun hemm xogħol biżżejjed.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' kemm se timpjega wardens u kif se topera l-liġi l-ġdida biex jiġu nforzati dawn id- deċiżjonijiet.", "M'iniex qed ngħid li din hija idea ħażina pero' ma jagħmilx sens li tipprova tmexxi din is-sistema billi timplimentaha fil- lokalitajiet.", "Jien naħseb li l-Partit Laburista kien iktar għaqli meta esprima l-opinjoni tiegħu fuq din il-kwestjoni tar-reġjuni, għaliex jagħmel iktar sens li jkollok reġjun li jkun iħaddan fih 10 jew 15-il kunsill lokali, it-tribunal jinstema' minn dan ir-reġjun, jinġabru l-flus u mbagħad ir-reġjun jara kif se jqassam il-flus.", "Bir-rispett kollu, jien nemmen li jekk se nagħmluha mod ieħor se jkollna konfużjoni sħiħa.", "Mr Speaker, kulħadd jemmen fin-neċessita' li l-poteri governattivi jiġu ddeċentralizzati u, għalkemm il-Partit Laburista qatt ma wera ruħu li dan jista' jsir, nemmen li l-politika tal-Partit Laburista fil-gvern fuq il- kwestjoni ta' evolviment ta' aktar poteri lill-kunsilli lokali kienet iktar kawta u għaqlija, allavolja jekk tismagħha forsi tgħid li n- Nazzjonalisti jriduhom iktar lil kunsilli lokali.", "Jien ngħid li t- twaqqif tal-kunsilli lokali b'liġi sar wara l-wegħda tal-Partit Nazzjonalista ta' żmien it-tmeninijiet, meta kien wiegħed li ladarba jitla' fil-gvern kien se jintroduċi kemm jista' jkun malajr il-kunsilli lokali.", "Pero' jien nemmen li ma kienx sar studju għaqli biżżejjed fuqhom.", "Fil-fatt raw x'funzjonijiet jista' jkollhom il-kunsili lokali, raw ukoll kif mil-lat prattiku l-poteri ta' dawn il-kunsilli setgħu jiżdiedu over the years, pero' ma saritx analisi u ma sarx studju adegwat ta' kif dawn il- kunsilli b'dawn il-poteri kollha setgħu jeżonoraw l-inkarigu li kien se jkollhom.", "Huwa inutli li titkellem sabiħ għall-fini ta' propaganda biex tidher ħelu u tgħid li temmen fil-kunsilli lokali, li temmen fid- deċentralizzazzjoni, li trid tagħtihom iktar poteri u trid li jkun hemm il- parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali fil-ħajja demokratika tal-pajjiż meta taf li finanzjarjament dan qatt ma jista' jsir għaliex m'hemmx mezzi biżżejjed.", "U ħadd ma jista' joqgħod iwaħħal fil-Partit Laburista li over a period of years il-finanzjament dirett ta' dawn il-kunsilli globalment naqas b'madwar 15%, għaliex il-formula użata kemm għall-fondi diretti kif ukoll għal dak li jiġi allokat b'mod indirett għall-istess kunsilli qatt ma jista' jkun adegwat jekk il-poteri tal-kunsilli lokali jibqgħu dejjem jiżdiedu.", "Aħna qed ngħidu li l-Gvern Laburista kien iktar kawt fuq il-kwestjoni tal- kunsilli lokali.", "Aħna nemmnu li trid timxi b'iktar prudenza għaliex jekk tagħtihom ħafna funzjonijiet li qatt ma jkunu jistgħu jaslu għalihom, tkun qed tistultifika l-veru skop tagħhom.", "L-idea hi li żżidilhom il-poteri tagħhom biex tagħtihom iktar importanza, jattiraw iktar attenzjoni u jkollhom iktar kredibilita', pero' jekk imbagħad tagħtihom ċerti funzjonijiet li ma jistgħux jaqduhom se twaqqagħhom għaċ-ċajt u n-nies iktar jitilfu l-fiduċja u l-interess fihom.", "Dan jikkrea sens ta' frustrazzjoni kbira fil-workings ta' l-istess kunsilli.", "Għalhekk din m'hijiex politika għaqlija u bis-sens imma hija politika mgħaġġla u mgerfxa li tilgħab għall-gallarija u tista' tilgħab għall-voti.", "Il-Partit Laburista dejjem wera ruħu iktar serju mill-Partit Nazzjonalista meta si tratta fuq infiq pubbliku u fuq il-mezzi finanzjarji tal-pajjiż, u dejjem ħa l-miżuri neċessarji, filwaqt li n-naħa l-oħra hija magħrufa għall-mod kif berbqet il-flus.", "Irrid ngħid li l-formola oriġinali ta' kif jiġu ffinanzjati l-kunsilli lokali, li taqbad u talloka madwar Lm10 miljun f'sena u dawn tqassamhom skond l-area u l-popolazzjoni tal-lokal - u aħna mxejna biha pero' issa nispjega kif ipprovajna nittekiljaw din il-problema - fil-prattika ma taħdimx.", "Ma rridux ninsew li ċerti bliet huma depressed areas, għandhom problemi kulturali, soċjali u ambjentali u allura għandhom bżonn iktar flus, mentri hemm ċerti bliet u rħula li huma iktar b'saħħithom kemm mil- lat ambjentali kif ukoll mil-lat finanzjarju, tant li wieħed jinnota li parti mill-flus li joħorġu minn dawn il-fondi speċjali jmorru litteralment biex issir ekwiparazzjoni minħabba dan in-nuqqas ta' equilibrium.", "Huwa għalhekk li ċerti kunsilli jitgħabbew b'ċertu dejn mentri kunsilli oħra jitgħabbew b'inqas dejn jew ma jkollhom dejn xejn.", "M'iniex qed ngħid li l- kunsilli lokali dejjem imxew sewwa għaliex kien hemm kunsilli li abbużaw mit-terms of reference tagħhom, kien hemm oħrajn li marru oltre l-poteri tagħhom u kien hemm kunsilli li ma mxewx bil-għaqal u daħlu għal ħafna dejn.", "Hemm kunsilli li jimxu ma' dak li jiġi amminstrat lilhom, pero' bir- rispett kollu hemm min - u hawn m'iniex se nsemmi kunsilli - ixomm riħa ta' interessi ulterjuri.", "Pero' dak m'huwiex l-argument imma l-argument hu li parti minn dawn il-fondi jmorru biex iraqqu fejn hemm l-iżbilanċ.", "Huwa veru li l-kunsilli lokali għandhom jieħdu ħsieb it-tindif tat-toroq u l-manutenzjoni ordinarja tagħhom pero' jidher li kulma se jkun hawn allokat għat-toroq huwa Lm1.4 milljun.", "Skond kif jifhimha l-Partit Laburista, li kien miexi bil-galbu fuq l-espansjoni tal-poter tal-kunsilli, dawn it-tip ta' flus ikunu ntiżi għal ordinary repairs jew għal xogħlijiet de minimis.", "Pero' ma tistax tippretendi li l-kunsilli lokali jieħdu ħsieb il-kostruzzjoni tat-toroq, jirranġaw it-toroq huma u tħalli l-fondi kif inhuma.", "Minn studju li sar nafu li dan il-pajjiż għandu bżonn Lm28 miljun għall-manutenzjoni tat-toroq!", "Allura kif tista' tippretendi li b'Lm1.4 miljun il-kunsilli jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tat-toroq?", "Dan qed nagħtih bħala eżempju biex nuri li wieħed irid ikun raġonevoli u realistiku meta qed jittratta fuq id-deċentralizzazzjoni tal-poteri.", "Mr Speaker, kif diġa' spjegajt, il-Partit Laburista wera ruħu ferm iktar matur f'din il-kwestjoni tal-kunsilli lokali u għalkemm qabel fl-ispirtu ma' l-iskop tal-kunsilli lokali, minħabba realtajiet attwali kien beda jaħdem biex sa ċertu punt jirridefinixxi l-funzjoni ta' dawn il-kunsilli taħt l-istess ambitu.", "Minflok ma qabad u mexa bil-linja li jidher li miexi biha l-gvern preżenti, fejn b'sistema bl-addoċċ qed jgħid li se jżid il-poteri tal-kunsilli, il-Partit Laburista kien miexi b'sistema li jikkrea sens ta' koperazzjoni - u issa se nispjega kif din saret fil- prattika - komunikazzjoni u kordinament bejn il-kunsilli lokali u l-gvern.", "Per eżempju, minflok ma għabba lil kunsilli b'nefqa li jimpjega iktar nies, daħħal is-sistema ta' secondment ma' l-istess kunsilli u beda jħajjar lil kunsilli lokali jagħtu parir lill-gvern ċentrali dwar x'għandu jsir fil- lokal sabiex idealment jgħinu lill-gvern ċentrali jikkordina x-xogħol li jsir fil-lokal.", "B'dan il-mod il-kunsill lokali jkun qed iwettaq ix-xogħol fil-lokal tiegħu mingħajr ma jgħabbi lilu nnifsu b'infiq.", "F'dan ir-rigward ta' min jinnota li pajjiżna huwa mdorri wisq b'politika ċċentralizzata.", "Inutli l-Onor.", "Austin Gatt joqgħod jgħajjarna li fi żmienna ħadd ma kien jagħti kas il-kunsilli lokali għax il-verita' hi li pajjiżna huwa wisq imdorri b'ċerta mentalita' u għandhom raġun il-kunsilliera jilmentaw li ħafna drabi l-inizjattivi tagħhom ma jingħatawx l-attenzjoni meħtieġa mill- gvern ċentrali u r-rikjesti tagħhom jaqgħu f'bir ta' burokrazija li ma jispiċċa qatt.", "Jien naħseb li jekk inbiddlu l-mentalita' kulturali tagħna u niftħu linji iktar diretti mill-gvern ċentrali lejn il-kunsilli nkunu qed nagħmlu aħjar milli ngħabbuhom b'piżijiet ġodda li nafu li ma jkunux jistgħu jifilħu għalihom.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nistultifikaw il- veru skop tal-kunsilli lokali għaliex iċ-ċittadini jitilfu l-fiduċja fihom.", "Issa nixtieq nitkellem fuq punt ieħor, Sur President.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet għamlet plejtu fuq il-fatt li l- gvern ċentrali kien ikkonsidra Buġibba bħala tourist area u ried iwaqqaf awtorita' biex tmexxi l-iżvilupp ta' Buġibba mil-lat turistiku.", "Konna rċevejna ħafna kritika fuq din pero' jien qatt ma stajt nifhem din il- kritika, iktar u iktar meta l-istess Gvern Nazzjonalista kkrea wkoll awtoritajiet biex jieħdu ħsieb ċerti aspetti f'ċerti lokalitajiet, indipendentement mill-kunsilli lokali, minħabba esiġenzi nazzjonali li kien hemm.", "U hawn se nsemmi l-Valletta rehabilitation project.", "Il- finanzjament ta' dan il-proġett f'ċerti areas qed jagħmel overlapping mal- finanzjament tal-kunsill lokali, kemm tal-Belt kif ukoll tal-Furjana.", "Il- fondi allokati għall-Valletta rehabilitation project huma kważi iktar minn tal-kunsill lokali, pero' ħadd ma jista' jinnega l-importanza tremenda ta' dawn il-bliet nazzjonali u l-bżonn li jiġu rrestawrati u mantenuti l- mumenti storiċi li nsibu fihom.", "Huwa fl-interess nazzjonali li ċerti monumenti u swar jiġu rrestawrati.", "Għalhekk jien niddefendi l-pożizzjoni li kien ħa l-Partit Laburista fil-gvern fuq dawn l-affarijiet - anke fil- każ ta' Buġibba - għaliex mill-fondi li għandhom il-kunsilli lokali ma jistgħux jagħmlu ċerta manutenzjoni u proġetti.", "Li tipprova tinvesti flus u tikkrea awtorita' biex tagħti boost lit-turiżmu m'huwiex l-iskop tal- kunsilli lokali imma jispetta lill-gvern ċentrali u lil dan il-parlament li jagħmel dawn l-affarijiet.", "U huwa għalhekk li jien qatt ma stajt nifhem il-kritika li qlajna fuq din il-kwestjoni għaliex dik kienet kritika biex tilgħab għall-gallarija, biex ixxewwex - ikolli ngħidha, għalkemm ma nħobbx nuża din il-kelma - u biex tipprova tpinġi lill-Partit Laburista li b'xi mod kien kontra l-kunsilli lokali meta fil-fatt m'hu veru xejn.", "Biex tħalli ċerti esiġenzi f'idejn il-kunsilli lokali bil-finanzjament miżeru tagħhom bilfors li trid tbiddel il-formola minn kif inhi llum.", "U kellhom raġun l-Onor.", "Carmelo Vella u l-Onor.", "Charles Mangion meta tkellmu fuq dan l-aspett.", "Il-gvern preżenti kontinwament jikkritikana billi jgħidilna li aħna b'xi mod tellifna jew naqqasna milll-kredibbilta' tal-kunsilli lokali jew b'xi mod ma għenihomx jiżviluppaw aħjar għaliex naqqasnilhom il-fondi b'16%.", "Jien hawnhekk irrid infakkar li aħna bdejna nintroduċu sistemi differenti ta' secondment mal-kunsilli lokali, liema mezz kien qed jiffranka l-flus lill-istess kunsilli.", "Il-gvern preżenti qed jinsa li dawn ma ngħatawx fondi biżżejjed jew daqskemm xtaqna tort tad-deficit li l-Partit Laburista fil-gvern wiret mingħand l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel.", "Għalhekk aħna bħala gvern matur ridna nimxu bis-serjeta' għaliex ma stajniex inkomplu nisparpaljaw flus li ma kellniex.", "Jien naħseb li l-interess fil-kunsilli lokali naqas minħabba li f'ċerti laqgħat kien hemm indħil żejjed ta' partit politiku fl-amministrazzjoni lokali - għalhekk ngħid li l-Partit Laburista kien għaqli ħafna li ma qabilx on principle li l-partiti politiċi jipparteċipaw b'mod dirett fl- elezzjonijiet lokali - fejn wieħed seta' josserva ċerti manuvri li kienu jsiru bejn kunsilliera indipendenti u oħrajn li joħorġu f'isem il-Partit Nazzjonalista u l-lealtajiet li jinbidlu skond kemm il-persuna tkun dedikata lejn il-partit u mhux skond kemm tkun dedikata lejn il-kunsill.", "Jien naħseb li l-indħil ta' partit politiku fil-kunsilli lokali naqqas l- interess fihom u l-kredibilita' tagħhom.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien il- Partit Nazzjonalista aktar qiegħed bil-mod il-mod b'intelliġenza jipprova jikkapparra l-influwenza tiegħu bħala partit politiku f'dawn il-gvernijiet lokali u għalhekk il-Partit Laburista kien għaqli biżżejjed illi fetaħ id- dibattitu biex naraw x'se nagħmlu aħna u mhux billi jiġi l-Onor.", "Austin Gatt, bir-rispett kollu lejh, u jgħidilna li issa rajna d-dawl.", "Aħna la qed inbiddlu l-prinċipji tagħna u lanqas il-ftehim tagħna imma bħala partit serju qed nimxu skond l-esiġenzi u dak li hu l-aħjar għal pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT: Mr Speaker, peress li dan huwa l-ewwel diskors tiegħi f'dan il-parlament nixtieq qabel xejn nirringrazzja b'mod pubbliku lil dawk kollha li għoġobhom jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-kandidatura tiegħi fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali.", "Preżentement għaddej id-dibattitu fuq ir-riżoluzzjoni dwar ħlasijiet għal ħteġijiet speċjali lil kunsilli lokali.", "Huwa veru li hawnhekk qegħdin niddiskutu l-għoti ta' fondi ħalli l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jamministraw ċerti oqsma li jirrikjedu iktar attenzjoni, bħalma huma t- toroq, pero' ta' min jagħmel enfasi fuq il-kliem \"ħteġijiet speċjali\" użati fl-istess riżoluzzjoni.", "Wieħed jinnota li dawn iż-żewġ kelmiet jassumu importanza sinifikanti, fis-sens li issa l-kunsilli lokali ilhom magħna għal dawn l-aħħar ħames snin, u allura wieħed jista' jħares lura u jara daqsxejn kif dawn imxew u żvolġew.", "Hawnhekk wieħed mill-ewwel jinduna li l-futur tal-kunsilli lokali huwa wieħed inċert.", "Qed ngħid dan għaliex wasalna f'punt fejn il-kunsilli lokali jew se jkomplu mexjin 'il quddiem u jiżviluppaw, jew inkella se jieqfu u jmutu.", "Illum il-ġurnata l- funzjonijiet tal-kunsilli lokali għadhom limitati kif kienu meta oriġinarjament ġiet promulgata l-liġi.", "Il-funzjonijiet tal-kunsilli lokali huma limitati biss biex jieħdu ħsieb it-toroq, ir-resurfacing tat-toroq, il-patching u l-bankini u jieqfu hemmhekk.", "Pero' l-pubbliku in ġenerali baqa' bl-idea - u ma tagħtihx tort - li l-kunsilli lokali għandhom xi poteri straordinarji, fis-sens li jekk bniedem imur b'ilment għand il- kunsill se jinqeda.", "L-iskop tal-kunsilli lokali huwa li jibdew jieħdu post il-ministeri u jkun hemm deċentralizzazzjoni min-naħa tal-gvern ċentrali, pero' sfortunatament dan ma ġarax.", "Ħafna nies imorru l-kunsill lokali biex jirrapportaw xi bozza maqtugħa quddiem il-bieb tad-dar tagħhom jew biex forsi titwaħħal xi bozza għax it- triq tkun mudlama; oħrajn imorru biex jirrapportaw kanen tal-mains maqsuma li minnhom ikun ħiereġ glalen ta' ilma tax-xorb jew biex jilmentaw li jkun far xi drenaġġ u jispiċċa fid-djar; u jkun hemm min jilmenta fuq ħsarat li jkunu qegħdin isiru minn individwi li kultant jiġu jaqgħu u jqumu mil- liġi u jaqbdu u jikkapparraw u jieħdu affarijiet b'idejhom mingħajr ma jkunu intitolati għalihom.", "Niftakar li meta kont nifforma parti mill- ewwel kunsill lokali taż-Żurrieq kienu jiġu diversi nies iressqu l-ilmenti tagħhom u għalkemm tipprova tgħinhom issib li jgħaddu l-ġimgħat u x-xhur u tkun għadek bla risposta.", "U huwa għalhekk li imbagħad in-nies jibdew jilmentaw, igorru u jitilfu l-fiduċja fil-kunsill.", "Ħafna drabi l- kunsilliera, u b'mod partikolari s-sindku, jiġu akkużati li m'huma qed jagħmlu xejn meta min-naħa tas-sindku, tal-kunsilliera u tas-segretarji li jifformaw l-istess kunsilli jkunu qegħdin jagħmlu minn kollox biex dak l- ilment jieħdu ħsiebu.", "Imma x'jiġri?", "Min-naħa ta' l-entitajiet pubbliċi, jew jaqilgħulek fwiedek biex jibagħtu bniedem jibdel bozza, jew inkella ma jagħtux kasek u joqogħdu jibagħtuk minn uffiċċju għall-ieħor biex forsi xi darba tinqeda.", "Mr Speaker, din hija sitwazzjoni li żgur trid tittieħed in konsiderazzjoni jekk verament nixtiequ li l-ħajja tal-kunsilli timxi 'l quddiem u n-nies trabbi iktar fiduċja fihom.", "Sfortunatament dan huwa kollu frott tal-burokrazija żejda li teżisti f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk jien ngħid li wasal il-mument li l-kunsilli jingħataw xejra ġdida biex l- ilmenti li jsiru ma jibqgħux fuq l-ixkaffa imma jieħdu ħsiebhom direttament il-kunsilli.", "U hawn se nagħmel riferenza għal konċett ġdid li jista' jissejjaħ city management, fejn il-funzjonijiet tal-kunsilli ma jibqgħux limitati imma jingħataw dimensjonijiet akbar ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jindirizzaw direttament il-complaints ta' l-individwi.", "Se nibda billi nsemmi l-aċċess għall-kunsilli, fis-sens li jkun hemm uffiċjali min- naħa tal-gvern, b'mod partikolari mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, mill- Awtorita' tad-Djar u mil-land department, li jkunu jaqgħu taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali.", "Ħalli ngħid xi rrid infisser b'dan.", "Jien niftakar li meta kont fil-kunsill lokali taż-Żurrieq, kien jiġi uffiċjal mill-ETC darba fil-ġimgħa u kien jispjega lil dawk in-nies li kienu qed ifittxu impjieg.", "Issa jekk m'iniex sejjer żball - I stand to be corrected - din il-ħaġa m'għadhiex issir.", "Bl-istess kriterju li kien jintuża dak iż-żmien jista' jkun hemm uffiċjal jew bniedem fi ħdan il- kunsill lokali li jkun inkarigat bħala l-liaison officer dirett bejn il- kunsill u, per eżempju, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jew id-dipartiment ta' l-artijiet.", "Qed insemmi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-dipartiment ta' l- artijiet għaliex bla dubju ta' xejn ta' l-ewwel hija waħda mill-iktar entitajiet ta' uġigħ ta' ras u ta' l-aħħar, għalkemm huwa dipartiment kbir u jagħmel ħafna xogħol, sfortunatament ma jistax ikun li jikkontrolla l-proprjeta' kollha tal-gvern.", "Illum stess waqt li kont qiegħed fl- uffiċini tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq daħal ilment fuq proprjetarju ta' barriera li qabad u qatta' minn art pubblika.", "Dan qed jiġri għaliex sfortunatament ħadd m'hu qed jiċċensura dawn l-atteġġjamenti.", "Jekk ikun hemm bniedem fil-kunsill responsabbli għal dawn l-affarijet ikun jista' jindirizza din il-problema personalment u jieħu l-passi neċessarji biex jiżgura li l-art pubblika ma tiġix meħuda b'mod arbitrarju.", "Mr Speaker, fiż-Żurrieq, b'mod partikolari fi Vjal Indipendenza għad hemm ħafna plots li kienu tal-knisja - u nassumi li għaddew għand il- gvern - li għadhom vojta, u fiċ-ċentru taż-Żurrieq, speċjalment fil-parti l- antika, għandek ħafna djar vojta mitluqin.", "Din is-sitwazzjoni nsibuha wkoll fiċ-ċentru ta' Ħal Għaxaq, Ħal Safi u Marsaxlokk, fejn għandek ħafna proprjetajiet li huma mitluqin u li llum il-ġurnata jappartjenu lill- knisja.", "U huwa proprju għalhekk li aktar qabel semmejt id-dipatiment tad- djar.", "Meta Alfred Portelli kien ministru responsabbli minn dan il-qasam kien qal li l-uffiċċju konġunt għandu 'l fuq minn 30,000 biċċa proprjeta' u għalhekk huwa impossibbli li jikkontrollaha u jieħu ħsiebha kollha u allura bilfors irid ikun hemm persuna li tieħu ħsiebhom hi direttament.", "Jekk jidħol il-konċett ta' city management kollox ikun iktar diċentraliżżat fi ħdan il-kunsill u l-affarijiet ikunu jistgħu jiġu attwati b'mod iktar preċiż.", "Ma rridux imbagħad ninsew ukoll li peress li l-kunsill huwa wieħed lokali, ikun jaf min huma n-nies, min hu l-iktar fil-bżonn u min għandu jieħu proprjeta' tal-gvern b'għajnuna biex imexxi 'l quddiem l- iskop soċjali.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-ingaġġ tan-nies mill-kunsilli lokali.", "Dan il-konċett ġie mbottat taħt il-Gvern Laburista preċedenti sabiex il-kunsilli jkollhom ħaddiema magħhom biex jieħdu ħsieb jagħmlu l- maintenance huma direttament.", "Pero' l-problema hi li meta ħarġet dik is- sejħa ħadd ma ried imur jaħdem mal-kunsilli lokali u donnu li l-idea li tiġi impjegat ma' entita' bħalma huwa l-kunsill lokali tbeżża'.", "Nemmen li l-gvern ċentrali tal-mument għandu jieħu ħsieb li jara li din is- sitwazzjoni ma tibqax kif inhi u kemm jista' jkun jiġu mgħoddija nies fi ħdan il-kunsill ħalli jagħmlu ċerti xogħlijiet ħfief u żgħar, bħalma huma irranġar ta' bankini, bini ta' xi boundary walls, tħawwil ta' siġar u anke bdil ta' bozoz.", "Dawn huma affarijiet żgħar li jistgħu jsiru b'aktar ħeffa jekk ikun hemm aktar impjegati mal-kunsilli.", "Sfortunatament il-fatt li ħadd ma jrid jidħol fl-impjieg mal-kunsilli ġej mill-fatt li meta l-liġi ġiet promulgata ma kenitx daqstant tajba u effiċjenti biex jiġu regolati l- kunsilli lokali.", "Għalhekk nerġa' nenfasizza li wasal iż-żmien li din il- liġi tiġi riveduta.", "Waħda mill-affarijiet li forsi għandha tiġi riveduta hija l-kwestjoni tas- segretarji.", "Meta ġiet promulgata l-liġi, l-intenzjoni tal-leġislatur kienet li l-kariga ta' segretarju tiġi okkupata minn impjegati taċ-ċivil ħalli jkunu nies imħarrġa, ikunu jafu eżatt kif timxi s-sistema tal-gvern ċentrali, liema huma d-dipartimenti, eċċ. Iżda ġara li meta dawn in-nies ipprovaw jassumu dawn ir-responsabbiltajiet - li m'humiex ftit, għax is- segretarju huwa l-fulkru tal-kunsill u bażikament għandu iktar poteri mill- istess sindku - raw li ma jaqblilhomx, kemm forsi mil-lat finanzjarju kif ukoll mil-lat ta' ħafna iktar responsabbiltajiet u ħafna iktar xogħol.", "Għalhekk il-kunsilli kellhom ifittxu nies minn barra li għalkemm kienu kwalifikati, meta daħlu għal dan il-piż sabu li ma kenux imħarrġa biżżejjed fuq kif taħdem is-sistema tad-dipartimenti u ta' l-entitajiet pubbliċi, bil-konsegwenza li x-xogħol tagħhom beda jkun iebes u beda jeħel iżjed.", "U minn hawnhekk jien nappella sabiex isiru courses għal dawn l- istess segretarji biex dan in-nuqqas li ġie kkreat minħabba forsi l-ħsieb ġenwin li kellu l-leġislatur, jiġi rratifikat mill-aktar fis possibbli, għax b'hekk biss il-kunsilli lokali jistgħu jsiru iktar effiċjenti u ċ- ċittadini tal-lokal ikunu moqdijin aħjar.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem jirrigwarda l-fatt li, kif smajna riċentement, il-gvern ċentrali qed jippjana li jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali proprjetajiet tal-gvern.", "Hija xi ħaġa sabiħa u inkoraġġanti li proprjetajiet tal-gvern jiġu mgħoddija lill-kunsilli lokali biex isir użu minnhom u jintlaħqu ħafna skopijiet soċjali.", "Pero' problema li żgur se tinqala' hija min se jagħmel ix-xogħlijiet biex jiġu rranġati u attrezzati dawn il-proprjetajiet li ilhom mitluqin is-snin.", "Għal darb'oħra hawnhekk terġa' tidħol il-kwestjoni ta' l-ingaġġ ta' ħaddiema mal-kunsilli lokali.", "Ikun tajjeb ukoll li qabel ma jiġu mgħoddija dawn il-proprjetajiet lil kunsilli lokali, jiġu mgħoddija fondi oħra biex dawn il-proprjetajiet jiġu rranġati.", "Huwa veru li l-kunsilli jingħataw il-fondi imma m'humiex qegħdin jingħataw nies.", "Għalhekk għandha ssir enfasi ħalli din il-pożizzjoni tiġi rratifikata.", "Suġġeriment li forsi wieħed jista' jagħmel hawnhekk, dejjem fid- direzzjoni ta' jekk il-kunsilli lokali għandhomx jimxu 'l quddiem, huwa jekk hemmx il-bżonn li kull villaġġ ikollu l-kunsill tiegħu, jew jekk forsi wasalx iż-żmien li t-13-il distrett elettorali kif inhuma maqsumin għandhomx jirriflettu speċi ta' reġjun, fejn ikollok 13-il kunsill li jieħdu ħsieb il-friegħi l-oħra.", "Mhux bilfors wieħed jista' jaqbel ma' dan is-suġġeriment pero' jista' jkun suġġeriment għall-futur biex l-istess kunsilli jersqu aktar lejn xulxin, għaliex inqas ma jkun żgħir in-numru ta' kunsilli, iktar hemm ċans li jkun hemm ftehim, mentri meta jkun hemm numru kbir ta' kunsilli d-diverġenzi se jikbru.", "Jista' jinħoloq pjan fejn ikollok qisha piramida li tieħu ħsieb tifrex iktar u b'mod iktar organizzat issir id-deċentralizzazzjoni tant meħtieġa.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nenfasizza għal darb'oħra l-fatt li l-kunsilli lokali waslu fil-punt li jew se jkomplu mexjin 'il quddiem jew inkella se jmorru lura u jispiċċaw.", "Sabiex dan jiġi evitat u l-kunsilli lokali jew reġjonali jimxu 'l quddiem - kif wieħed jista' jsejħilhom, f'każ li jittieħed dan it-tip ta' suġġeriment - hemm bżonn li ssir aktar enfasi fuq l-organizzazzjoni ta' l-istess kunsilli, b'mod li ma jibqgħux notebook għall-ilmenti iżda jiġu ttrasformati f'kunsilli li jirrappreżentaw verament il-konċett ta' city management.", "B'dan il-mod biss il-kunsilli jistgħu jimxu 'l quddiem, isiru aktar effiċjenti u jiksbu l-fiduċja taċ-ċittadin.", "Altrimenti se nibqgħu nisimgħu l-garr li ilna dejjem nisimgħu u li l- kunsilli qegħdin hemmhekk għal xejn għaliex ma tieħu xejn minnhom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, ċertament li l-konċett tal-kunsilli lokali kien pass 'il quddiem, pass li jenħtieġ niżviluppawh u ntejbuh billi naraw x'inhuma l-problemi li qegħdin jolqtu lil dan il-qasam u flimkien insolvuhom għall-ġid taċ-ċittadini tagħna.", "Li f'kull belt u raħal ikollok gvern lokali li jkun aktar qrib iċ-ċittadin ma tistax ma tkunx ħlief idea tajba.", "Wara kollox l-iskop tax-xogħol tagħna huwa li nkunu qrib iċ- ċittadini, naraw x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom u nilqgħu għal dawn il- bżonnijiet kemm jista' jkun kmieni biex inkunu ta' sodisfazzjon u ta' ġid għaċ-ċittadin.", "Dan kien preċiżament l-iskop tal-kunsilli lokali, li l- kunsilliera jkunu nies magħrufa fil-lokal jew fil-belt partikolari tagħhom, u allura n-nies ikunu jafuhom iżjed, ikollhom fiduċja fihom u jkunu jistgħu jiddiskutu magħhom il-problemi ta' kuljum.", "Barra minn hekk, l-uffiċċju jkun qrib iċ-ċittadin u nafu li f'kull belt u raħal ħafna huma dawk iċ-ċittadini li jmorru spiss fl-uffiċċju tal-kunsill biex jitkellmu mas-segretarju, mal-kunsilliera u mas-sindku u għalhekk l-idea li jkollok gvern lokali li jkun aktar qrib iċ-ċittadin hija idea tajba li ż-żewġ partiti qegħdin jaraw kif jiżviluppawha.", "Xi kultant anke f'dan il-parlament nisimgħu dwar il-konċett tas- sussidjarjeta', cioe' li l-problemi kemm jista' jkun insolvuhom qrib l- oriġini tagħhom.", "Jiġifieri l-idea tal-kunsill lokali, li jkollok nies qrib il-problema, hija preċiżament intenzjonata lejn dan it-tip ta' management modern.", "Il-Partit Nazzjonalista kien jikkritika ħafna l-mod maniġerjali li kien miexi bih Gvern Laburista, imma biex iċ-ċittadini ikunu iktar moqdija bilfors irid ikollok konċett maniġerjali u konċett ta' sussidjarjeta'.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali joffru ambitu fejn wieħed jista' japplika dan il-prinċipju, li l-problemi kemm jista' jkun ikunu jafuhom mill-qrib, u mhux ikomplu jogħlew iżjed 'il fuq fl-isfera ta' l- amministrazzjoni imma jiġu solvuti qrib iċ-ċittadin dejjem għas- sodisfazzjon tiegħu.", "Dan konċett pożittiv u għall-grazzja t'Alla kellna ħafna nies li daħlu għal dan il-piż b'ruħhom u b'ġisimhom, allavolja xi kultant mingħajr remunerazzjoni ta' xejn, u xi kultant ukoll jintlaqtu ħażin mill-kummenti ta' xi nies li forsi jippretendu żżejjed mill- kunsilliera u mis-sindki.", "Sur President, minn hawnhekk irridu nagħmlu kuraġġ lil dawk in-nies kollha li jippreżentaw ruħhom biex joħorġu għal dawn il-kunsilli lokali u għandna nħeġġu liċ-ċittadini Maltin li għandhom xi forma ta' esperjenza fl- amministrazzjoni sabiex jidħlu għal dan il-piż.", "Huwa veru li xi kultant meta tidħol fl-isfera politika, anke dik lokali, in-nies ma tantx tgħidlek grazzi u tispiiċċa biex iktar tirċievi ilmenti, imma wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex naqdu liċ-ċittadin u xorta nħossuna sodisfatti li konna ta' servizz għaċ-ċittadin.", "Jien ċert li dan it-tip ta' sodisfazzjon iħossuh ukoll is-sindki u l-kunsillieri kollha għaliex huma jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex isolvu l-problemi taċ-ċittadini.", "F'dan il-qasam hemm ħafna problemi li wieħed irid jindirizzahom biex inġibu 'l quddiem il- konċett tal-kunsilli lokali li jkun gvern lokali li jsolvi l-problemi u l- bżonnijiet taċ-ċittadin.", "L-ewwel problema prinċipali li wieħed jiltaqa' magħha hija preċiżament li qisek għandek karozza antika u tipprova tagħmlilha gearbox ġdida meta l- makna tkun ilha taħdem 30 sena!", "Waħda mill-problemi prinċipali li qiegħda xxekkel lill-kunsilli lokali meta jiġu biex jaqdu l-bżonnijiet taċ-ċittadini hija li kull darba li jkunu jenħtieġu s-servizz pubbliku jsibu quddiemhom burokrazija sħiħa.", "Sfortunatament, minkejja l-attentati ta' ħafna gvernijiet, din il-burokrazija baqgħet tmarrad lis-servizz ċivili, u ħafna kunsilliera u sindki meta jersqu quddiem dipartimenti tal- gvern isibu l-bibien magħluqin f'wiċċhom.", "Dan qed jaqta' qalb il- kunsilliera u s-sindki li xi kultant b'sagrifiċċju personali ikollhom jieħdu ġurnata off mix-xogħol tagħhom biex imorru jaqdu l-bżonnijiet taċ- ċittadini.", "L-istess burokrazija li jsib ċittadin normali meta jmur biex jinqeda mid-dipartiment tal-gvern qed isibuha l-kunsilliera u s-sindki u dan qed idaħħal ċertu demotivazzjoni u frustazzjoni fil-kunsilliera, li mbagħad tkun counter-productive għaliex iddaħħal fihom ċerta bruda.", "Għalhekk jenħtieġ li ssir xi ħaġa biex id-dipartimenti tal-gvern jitjiebu ħalli eventwalment iċ-ċittadin jibda jinqeda aħjar.", "L-idea tal-customer care f'kull dipartiment hija waħda tajba imma fl-istess ħin irridu nagħtu direzzjoni lid-dipartimenti tal-gvern sabiex jittekiljaw il-problemi li jressqu s-sindki u l-kunsilliera f'isem iċ-ċittadin.", "Jien nixtieq li d- dipartimenti tal-gvern jagħtu ċerta priorita' lill-kunsilliera u lis-sindki li jersqu bil-problemi ta' l-irħula u ta' l-ibliet tagħhom.", "It-tieni problema prinċipali li qed jiffaċċjaw il-kunsilli lokali hija dik finanzjarja.", "Din m'hijiex problema tal-kunsilli lokali biss imma hija problema tal-pajjiż kollu, pero' f'dan l-ambitu il-kunsilli lokali jridu jistudjaw x'inhuma verament il-prioritajiet ta' l-irħula tagħhom mingħajr ebda pika politika jew personali u għandhom jaraw li l-ftit finanzi li jkunu provduti lilhom jiġu indirizzati biex isolvu l-problemi tal-lokal.", "Problema oħra li xi kultant naraw fil-kunsilli lokali hija d-diżgwid personali li jinqala' bejn il-kunsilliera jew bejn is-sindki u l- kunsilliera, li xi kultant iġġib ċerta frustazzjoni, u minflok jipprovaw jindirizzaw il-problemi tal-lokal jispiċċaw jiġġieldu bejniethom b'detriment għall-iskop tat-twaqqif ta' dawn il-kunsilli.", "Barra minn hekk, xi kultant iċ-ċittadini ma jkunux informati tajjeb dwar x'inhuwa l-kompitu tal-kunsilli lokali u għalhekk issir ċerta pressjoni u jsiru ċerti ilmenti min-naħa taċ-ċittadini li ma jkunux f'lokhom.", "Problema oħra li teżisti fil-kunsilli lokali hija l-indħil politiku.", "Il- politika tal-Partit Laburista minn dejjem kienet li l-kunsilli lokali ma jkunux lok ta' arena politika - din l-idea twieldet mill-fatt li hawn Malta ċ-ċittadini dejjem jilmentaw li l-politika tidħol f'kollox u li l- politika ddaħħal il-velenu f'kollox - u għax il-Partit Laburista ma riedx jara politika partiġġjana fil-kunsilli lokali, ħareġ bl-idea li kemm jista' jkun inħallu l-politika barra mill-kunsilli lokali.", "Fl-opinjoni tiegħi din kienet politika tajba għaliex l-iskop li jkollok gvern lokali huwa biss li jara x'inhuma l-problemi ta' dak il-lokal jew belt u jara kif jista' jsolvihom mal-gvern ta' ġurnata, sija jekk ikun gvern Nazzjonalista u sija jekk ikun gvern Laburista.", "L-ewwel dmir ta' kull kunsillier u ta' kull sindku huwa li jindirizza l-problemi tal-lokal u mhux li jara xi pressjoni qed jagħmel il-partit politiku tiegħu biex jaqdi l-politika partiġġjana tal- partit tiegħu.", "Fil-fatt din hija idea ħażina li ġabet diżgwid u ndħil politiku f'ħafna lokalitajiet.", "Il-bieraħ issemma l-każ ta' Charles Sciberras mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, li minħabba ndħil politiku żejjed spiċċa demotivat, qata' qalbu u mhux talli ħareġ mill-partit politiku li kien fih qabel talli telaq mill-kunsill lokali wkoll.", "Fl- opinjoni tiegħi, l-indħil politiku kif dejjem esponieh il-Partit Nazzjonalista, iġib biss segmentazzjoni fil-kunsilli lokali għaliex minflok jindirizzaw il-problemi tal-lokal għall-ġid taċ-ċittadin, il- kunsilliera jispiċċaw jiġġieldu bejniethom fuq bażi politika u xi kultant id-deċiżjonijiet ma jitteħdux fuq il-bażi ta' x'inhu l-aħjar għaċ-ċittadin ta' dak il-lokal imma x'ikun ta' ġid għall-partit politiku, f'dan il-każ tal-Partit Nazzjonalista.", "Rajna ħafna eżempji fejn l-uniku impenn ta' ħafna mill-kunsillieri, speċjalment dawk li ħarġu f'isem il-Partit Nazzjonalista, ma kienx li jġibu l-interessi tal-lokal tagħhom 'il quddiem imma sempliċement li jieħdu d- direzzjonijiet minn Tal-Pieta' biex jaraw x'inhuma l-interessi tal-partit tagħhom.", "Dan huwa kontro-produttiv għall-istess skop li għalih twaqqfu l- kunsilli lokali, li suppost qegħdin hemm biex jipprovaw jindirizzaw il- problemi tal-lokal u mhux biex jindirizzaw il-problemi politiċi tal-Partit Nazzjonalista.", "Sfortunatament għalkemm il-Partit Nazzjonalista jitkellem ħafna dwar consensus u jgħid li jixtieq li l-consensus jidħol f'kollox, issa li għaddiet l-elezzjoni l-Partit Laburista lanqas irċieva consensus mill-Partit Nazzjonalista fuq din il-kwestjoni, allavolja nafu li għandna raġun.", "Il-Partit Laburista dejjem sfida lill-Partit Nazzjonalista biex fil- kunsilli lokali ma tidħolx l-arena politika pero' dan iċ-challenge ma ġiex milqugħ mill-Partit Nazzjonalista.", "Għalhekk issa l-Partit Laburista jrid jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu u mhux għax aħna għandna xi dubju dwar il- politika oriġinali tagħna - fl-opinjoni tiegħi nsostni li l-politika oriġinali tal-Partit Laburista dwar il-kunsilli lokali kienet waħda tajba - imma għaliex mill-eżitu ta' kif għaddejjin l-affarijiet il-Partit Laburista jħoss li għandu jirrevedi din il-politika.", "Pero' nerġa' nsostni li kemm jista' jkun il-kunsilli lokali għandhom ikunu hemmhekk biex jaraw x'inhuma l-interessi tal-lokal u l-interessi taċ-ċittadin u xejn iżjed.", "Kritika li ġieli ssirilna min-naħa l-oħra hija li minkejja li l-Partit Laburista jitkellem favur il-kunsilli lokali, qatt ma jagħmel xejn biex jgħin jew biex jaħdem qrib il-kunsilli lokali.", "Fit-18-il xahar li jien għamilt segretarju parlamentari, il-Partit Laburista ta eżempju ċar ta' kif jaħdem qrib ħafna tal-kunsilli lokali.", "Aħna dejjem ħassejna li fil- qasam ta' l-anzjani jrid ikollok nies li jkunu qrib l-anzjani tal-lokal u għalhekk huwa importanti ħafna li taħdem mal-kunsill lokali għaliex dan ikun jaf eżattament il-problemi individwali ta' l-anzjani tal-lokal Jiena personalment ħdimt fuq din l-idea u nista' ngħid li ħafna mix-xogħol li jrid isir fil-qasam ta' l-anzjani jrid isir qrib tal-kunsilli lokali.", "Fil- fatt ħafna mil-laqgħat li kelli kienu mal-kunsilli lokali.", "Fl-ewwel laqgħa li għamilt din is-sena stess, stedint lill-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida biex flimkien niddiskutu l- problemi ta' l-anzjani, pero' sfortunatament kont diżappuntat bil- konkorrenza għaliex minn 67 kunsill lokali ma kienx hemm iktar minn 15-il kunsill li bagħtu r-rappreżentanti tagħhom għal dik il-laqgħa.", "Kemm domt segretarju parlamentari kelli ħafna laqgħat mal-Kunsilli Lokali taż- Żurrieq, ta' l-Imqabba, ta' Ħal Kirkop, ta' Tas-Sliema, ta' l-Imsida, tal- Gżira, tal-Mellieħa, mar-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, tar-Rabat, ta' Ħal Tarxien, ta' Raħal il-Ġdid, ta' Santa Lucia, tal- Kalkara, ta' Bormla, ta' Ħaż-Żabbar, taż-Żejtun u anke ta' Marsaxlokk.", "Dawn il-kunsilliera kienu jafu eżattament x'inhuma l-problemi ta' l-anzjani fil- lokal tagħhom u min-naħa tagħna konna nafu x'inhuma l-problemi u l- esiġenzi fil-qasam ta' l-anzjani fuq bażi nazzjonali u għalhekk flimkien stajna namalgaw l-ideat tagħna f'dan il-qasam u fil-fatt ħriġna b'ħafna ideat fuq dan il-qasam.", "Waħda mill-affarijiet li spiss kienet timmeraviljani kienet li filwaqt li tan-naħa l-oħra kienu jiftaħru li waqqfu l-kunsilli lokali u li kellhom għal qalbhom it-tħaddim tal-kunsilli lokali, meta mort fid-day centre taż- Żejtun, li jiġbor fih anzjani min-naħa taż-Żejtun u minn dawk l-akwati, kelli lmenti mill-kunsill lokali ta' hemmhekk rigward il-fatt li s- segretarju parlamentari responsabbli mill-kura ta' l-anzjani li kien hemm qabli qatt ma kien iltaqa' magħhom u qatt ma kien stedinhom sabiex flimkien jiddiskutu l-problemi ta' l-anzjani taż-Żejtun u kif jistgħu jżidu l-attendenza ta' l-anzjani f'dan id-day centre.", "L-istess ġrali meta ġejt biex naħdem fuq il-pjan tad-day centre taż- Żurrieq, Sur President, għax ftit qabel l-elezzjoni ta' Ottubru ta' l-1996 kien inkera l-post mingħajr ma saret ebda konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-post.", "Fil-fatt jien mill-ewwel ħadt l-inkarigu li nara kif kien il-kuntratt, irranġajnih, iltqajt mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u għidtilhom mill-ewwel li mhux biss ridthom ikunu parteċipi imma kważi ridthom imexxu huma d-day centre flimkien mas-segretarjat parlamentari responsabbli mill-anzjani u flimkien ma' l-anzjani nfushom.", "Fil-fatt iltqajna flimkien u mhux talli tawna l-ideat tagħhom, talli offrew li joħorġu parti mill-ispiża biex jiġi refurbished id-day centre.", "Jien nirringrazzja lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li kien ħareġ bl-idea u kien ħerqan li joħroġ somma ta' flus biex dan il-proġett jitlesta kemm jista' jkun malajr.", "Fil-fatt id-day centre infetaħ u għandi pjaċir ngħid li l- kunsill lokali mhux biss huwa parteċipi f'dak id-day centre imma flimkien konna ħriġna bl-idea li, peress li huwa day centre kbir u jista' jaqdi funzjonijiet oħra, indaħħlu wkoll lill-kunsilli lokali ta' Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba u l-Qrendi.", "Sur President, iltqajna diversi drabi ma' dawn il-kunsilli lokali, ftehimna kif kellu jitħaddem dak id-day centre u l-kunsilli lokali kollha pparteċipaw u taw il-kontribut tagħhom.", "Fil-fatt kien hemm min ta kontribut finanzjarju u, per eżempju, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi ħadem biex parti mit-trasport ta' l-anzjani li joħorġu mill-Qrendi jiffinanzjah hu.", "L-istess għamel il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop.", "Il-kunsilli lokali ta' dak ir-reġjun ħadmu kollha flimkien u nista' ngħid li ż-Żurrieq day centre illum huwa suċċess għax il-kunsilli lokali identifikaw il-problemi, jafu min huma l-iżjed anzjani li għandhom bżonn jattendu d-day centre, iħeġġuhom huma u jipprovdulhom il-mezzi sabiex jattendu.", "Dan ifisser li l- Partit Laburista mhux bil-paroli biss qed jaċċetta li jaqbel mal-kunsilli lokali imma meta kien fil-gvern ta xhieda fil-qasam ta' l-anzjani billi wera kif l-idea ta' tmexxija lokali tista' taħdem għall-ġid taċ-ċittadini.", "Is-segretarjat parlamentari responsabbli mill-anzjani fl- amminsitrazzjoni Laburista ħadem ukoll mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema.", "Issa jekk hawn kunsill lokali mimli b'kunsilliera Nazzjonalisti, li huma wkoll attivisti fil-Partit Nazzjonalista, dan huwa proprju l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema.", "Pero' dan il-fatt lilna ma gerrixniex milli niltaqgħu ma' dawn in-nies u fil-fatt ħdimna flimkien madwar mejda waħda - huma ħarġu bl-ideat tagħhom u aħna ħriġna bl-ideat tagħna - u proprju fl-1 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet infetaħ id-day centre ta' Tas-Sliema.", "Il- ħolma tagħhom li ma saritx realta' fi żmien il-gvern tagħhom stess twettqet fi żmien il-Gvern Laburista.", "Dan ifisser li Gvern Laburista mhux biss jippriedka favur il-kunsilli lokali imma kemm dam fil-gvern ħadem biex din l-idea ta' gvern lokali taħdem għall-ġid taċ-ċittadini tagħna.", "Konna ltqajna wkoll mal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida u flimkien ifformolajna pjan dwar day centre f'dak il-lokal u min-naħa tas-segretarjat li kont responsabbli għalih jien ħdimna sabiex nagħmlu aġġustamenti fid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida u diġa' hemm il-post biex 'il quddiem jinfetaħ bħala day centre għan-nies ta' l-Imsida.", "Aħna ħdimna qrib ħafna tal- Kunsill Lokali ta' l-Imsida, li min-naħa tagħhom offrew li joħorġu parti mill-cost tar-refurbishment għal dan id-day centre.", "Il-Kunsill Lokali ta' l-Imsida apprezza l-pożizzjoni tagħna u wara li kienu jafu x'inhuma l- problemi u l-prioritajiet fil-qasam soċjali tal-lokal tagħhom, ħadmu qrib magħna b'mod li l-affarijiet kienu diġa' mexjin biex jinfetaħ dan id-day centre.", "Tkellimna wkoll mal-Kunsill Lokali tal-Gżira dwar id-day centre ta' hemmhekk u kellna wkoll laqgħat mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina, li kellu l-idea li jinfetaħ day centre f'Casa Notabile.", "Lil dawn ta' l-aħħar jien kont għidtilhom ċar u tond li ma kontx naqbel li jinfetaħ day centre f'Casa Notabile u tajthom ir-raġunijiet tiegħi.", "Għalkemm ma kienx hemm qbil, kien hemm kollaborazzjoni u bdil ta' ideat u fejn ma qbilniex tajna r-raġunijet tagħna.", "Waħda mill-affarijiet ħżiena li jiġru f'dan il-pajjiż hija li ma tingħatax spjegazzjoni lin-nies għaliex ċerti affarijiet ma jkunux saru u għalhekk ħafna nies ikunu demotivati għaliex jaħsbu li l- affarijiet ikunu raqdu.", "Għallinqas jekk tingħata spjegazzjoni u jingħataw raġunijiet validi, ikun hemm ċertu sodisfazzjon li almenu tkun saret diskussjoni fuq dik il-problema partikolari.", "Meta kont spokesman għan-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq il-qasam ta' l- anzjani qabel l-1996 kont nesprimi ruħi dwar kemm hu importanti li niġbru l- informazzjoni fuq l-anzjani, u wieħed mill-proġetti li kien inbeda anke fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien il-proġett ta' l-info-anzjan.", "Jien dejjem appoġġjajt dan il-proġett għaliex fih setgħu jipparteċipaw b'mod qawwi l-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollha.", "Nerġa' ngħid li l-kunsilli lokali jafu x'inhuma l-problemi ta' l-anzjani fil-lokal tagħhom u għalhekk jagħmel sens li l-ġbir ta' l-informazzjoni jsir mill-kunsilli lokali.", "Ħafna mix-xogħol sar u kien hemm ħafna kunsilli lokali - bħalma huma dawk ta' Ħal Tarxien, tal-Mellieħa u ta' Ħal Balzan - li ħadmu bla heda u ħarġu b'ideat brillanti dwar kif jistgħu jiġbru iktar informazzjoni dwar il-qagħda ta' l-anzjani fil-lokal tagħhom.", "Fil-fatt f'Marzu tas-sena l-oħra konna għamilna laqgħa mal-kunsilli lokali f'San Vinċenz De Paule biex nitkellmu dwar l-andament tal-proġett info-anzjan u ħafna mill-kunsilli lokali kienu diġa' ġabru l-informazzjoni dwar iżjed minn 80% ta' l-anzjani fl-irħula tagħhom.", "Li rrid ngħid b'dan kollu huwa li meta tiddiskuti mal-kunsilli lokali, tlaqqagħhom, turi interess u toħroġ b'ideat, l-affarijiet jimxu.", "Per eżempju, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, meta ra li waħdu ma setax jiġbor l-informazzjoni fuq l-anzjani tal-lokal , ħareġ bl-idea li jqabbad il-volontarjat, fosthom anzjani stess, biex jiġbru l-informazzjoni fuq l-anzjani sħabhom.", "Għalkemm dan il- proġett na mexiex daqskemm xtaqna għaliex kien hemm ħafna iżjed informazzjoni li kienet għadha qed tinġabar, nispera li ma jdumx ma jkollna stampa dwar il-qagħda ta' l-anzjani f'pajjiżna.", "Wieħed irid iħares ukoll lejn x'inhi l-viżjoni għall-futur fil-qasam ta' l-anzjani.", "Fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-viżjonijiet hija l-involviment tal-casual social assistants, li huma nies li jgħinu lill-anzjani f'darhom.", "Jien naħseb li kull kunsill lokali għandu jkun involved fid- deċiżjoni ta' liema anzjani jkollhom bżonn l-għajnuna ta' dawn il-casual social assistants.", "Waħda mill-affarijiet li ddiżappuntawni kemm ilu li tela' l-Gvern Nazzjonalista hija li jkollok casual social assistants li jkunu, per eżempju, minn Ħal Għaxaq u minħabba li jkunu ta' tendenza Laburista jiġu mibgħuta Tas-Sliema jew Ħal Balzan.", "Issa meta lil dawn il- casual social assistants qed tagħmlilhom ħajjithom iżjed diffiċli, l- anzjani se jbatu.", "Jekk din il-persuna biex tasal minn Ħal Għaxaq għal Ħal Balzan trid iddum sejra tliet kwarti bil-karozza, dak il-ħin li tkun tilfet se tnaqqsu mix-xogħol li tagħmel fid-dar ta' l-anzjan.", "Ma jagħmilx sens li nikkastigaw lin-nies minħabba t-twemmin politiku tagħhom.", "Dik hija idea antikwata ta' żmien il-qedem.", "Wara kollox il-ħsara ma ssirx tant lill-partit politiku li jipprova jagħmel dawn l-affarijiet imma lill- anzjani li aħna bil-paroli fil-parlament niġu ngħidu li rridu ngħinuhom.", "Dan ifisser li mhux talli m'aħniex nipprovaw nimxu 'l quddiem talli se nerġgħu mmorru lura għall-ideat ta' żmien Mose', kif qal darba l-Prim Ministru.", "Jien ngħid li l-ewwelnett għandu jkun il-kunsill lokali li jara min huma dawk l-anzjani li l-iktar għandhom bżonn l-għajnuna ta' dawn il- casual social assistants u t-tieni nett għandu jara li x-xogħol ta' dawn l- assistenti każwali fil-lokal jagħmilulhom iżjed faċli ħalli jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom iżjed bil-qalb u jgħinu lill-anzjani.", "Il-kunsilli lokali għandhom id-dover li jieħdu ħsieb l-asfaltar u r- resurfacing tat-toroq tal-lokalita' tagħhom.", "Dan ifisser li jrid ikun hemm ċertu kordinament bejn il-kunsilli lokali u l-entitajiet pubbliċi li joffru s-servizzi essenzjali, bħalma huma l-Water Services Corporation, l- Enemalta Corporation, il-Maltacom u anke l-Melita Cable Television.", "Huwa importanti li l-kunsill lokali jkun involut fid-deċiżjonijiet li jittieħdu minn dawn il-korporazzjonijiet għaliex, kif diġa' smajna minn kelliema oħrajn, ma jagħmilx sens li kunsill lokali jonfoq il-flus minn dawk il- ftit li nagħtuh aħna minn dan il-parlament biex isewwi triq fir-raħal jew belt tiegħu, imbagħad ftit ġimgħat jew xhur wara l-Water Services Corporation terġa' taqla' t-triq għaliex tkun trid tagħmel xi kontrolli biex tara li ma jkunx hemm leakages mid-domestic connections.", "Ix- xogħlijiet li jsiru mill-entitajiet pubbliċi huma kollha xogħlijiet importanti, pero' rridu nifhmu li ma jistax ikun li minħabba dawn ix- xogħlijiet ikun hemm diżorganizzazzjoni sħiħa u nispiċċaw nonfqu l-flus għal xejn.", "Għalhekk jien ngħid li hemm bżonn li jkun hemm kordinament bejn il-kunsilli lokali u dawn l-entitajiet pubbliċi.", "F'din il-Kamra kien hawn diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li qajmu dan il-punt, fosthom l-Onor.", "Edwin Vassallo, li tkellem preċiżament fuq dan in-nuqqas ta' kordinament.", "Fil-fatt dan in-nuqqas ta' kordinament tant jeżisti li jekk wieħed ifittex fl-annual report tal-Water Services Corporation isib li meta ġew biex jitkellmu fuq il-customer service, semmew l-uffiċċji sbieħ li għandhom il-Belt u t-telgħa ta' Ħal Luqa imma ma ssibx kelma waħda dwar il-kunsilli lokali.", "Waħda mill-affarijiet li jilmentaw fuqhom il-kunsilli lokali hija li meta jmorru biex jitkellmu mal- Water Services Corporation, ma' l-Enemalta Corporation u mal-Maltacom dejjem qed isibu ħajt ma' wiċċhom.", "Għalhekk jien minn hawnhekk nappella li jkun hemm ħafna aktar kordinament bejn il-kunsilli lokali u dawn l- entitajiet pubbliċi.", "Is-segretarjat parlamentari responsabbli mill-anzjani meta kien immexxi minni, kien ta eżempju dwar kif jista' jkun ikun hemm kordinament bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti tal-gvern.", "Irrid ngħid ukoll li hemm bżonn noħorġu b'ideat ġodda, per eżempju, dwar il-qari tal-meters.", "Waħda mill-affarijiet li qiegħda tfixkel lill-Water Services Corporation - u li hija wkoll waħda mir-raġunijiet għall- unaccounted for water - hija li l-qari tal-meters m'huwiex qed isir kif suppost.", "Jiena nħoss li l-kunsilli lokali għandu jkollhom il-kompitu li jipparteċipaw f'dawn l-affarijiet, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' detection ta' leakages.", "Jiena naħseb li l-kunsilli lokali għandhom iżommu għajnejhom miftuħa biex jaraw li ma jkunx hemm dak it-telf kbir ta' ilma.", "Meta l-Onor.", "Charles Buhagiar kien responsabbli minn dan il-qasam kien daħħal l-idea li jsir storm water master plan.", "Ħalli nispjega ftit x'inhu dan il-pjan.", "F'pajjiżna għandna nuqqas ta' ilma, imbagħad tiġi xi ġurnata f'Ottubru jew f'Novembru u jagħmel dulluvju sħiħ, jintilef ħafna ilma u ssir ħsara tremenda.", "Biżżejjed wieħed imur fil-Wied ta' l-Imsida jew ta' Ħal Qormi u jistaqsi liċ-ċittadini li joqogħdu f'dawn l-inħawi kemm issirilhom ħsara u kemm ibatu minn ilmijiet meta tagħmel xi maltempata.", "Jien inħoss li jekk il-Water Services Corporation beħsiebha tkompli fuq il-pjan tajjeb ta' l-Onor.", "Charles Buhagiar, li tagħmel dan l-istorm water masterplan, għandha tavviċina lill-kunsilli lokali, b'mod partikolari dawk ta' Birkirkara, l-Imsida, Ħal Qormi u l-Marsa, u titlob l-għajnuna tagħhom biex l-ilma tax-xita mhux jagħmel ħsara lid-djar tan-nies imma jinġabar biex inkunu nistgħu intaffu l-problema ta' l-ilma għax, għalkemm meta tiftaħ il-vit ħafna drabi ssib l-ilma, il-problema ta' l-ilma f'pajjiżna għadha teżisti.", "Biżżejjed wieħed jgħid li għal kull metru kubu ta' ilma li jiġi prodott, il-Water Services Corporation tonfoq Lm1.10 u hija ħasra li meta tagħmel ix-xita jintilef dak l-ilma kollu u eventwalment jispiċċa biex jagħmel ħsara fid-djar u ħafna postijiet jiġu flooded.", "Waħda mil-liġijiet antiki li saret minn missirijietna tgħid li kull dar irid ikollha bir.", "Sfortunatament maż-żmien kienu ħafna li njoraw il-liġi u jien inħoss li l-kunsilli lokali għandhom ikunu involuti - bħalma jsir barra minn Malta - biex jaraw li meta tinbena xi dar ġdida, ċerti regolamenti jiġu osservati minn kulħadd.", "Għal ħafna snin konna ngħidu li m'hemmx bżonn noqogħdu nagħmlu bir għax dawk kienu spejjeż żejda, u konsegwenza ta' hekk l-ilma ta' fuq il-bejt jispiċċa fit-triq, jagħmel ħsara konsiderevoli u ħafna postijiet jiġu flooded.", "Ħalli ngħaddi issa sabiex nitkellem ftit dwar problemi oħra li qed jiffaċċjaw ċerti kunsilli lokali.", "Sur President, illejla smajna lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jagħmel eloġju sħiħ fuq is-sulphur u fuq l-acid rain u beda jipprova jimplikaha fil-kontest tal-kerosene.", "Issa minħabba l-mod kif ġiet manipulata d-domanda parlamentari li jien għamilt lill-Ministru, probabbilment għada fil-gazzetti nisimgħu li se jorħos il-kerosene u li din il-problema tas-sulphur se tiġi solvuta.", "Dan m'hu veru xejn u huwa kollu daħk fil-wiċċ għax il-problema kbira li qed tikkaġuna l-power station tal- Marsa ilna nafuha minn żmien żemżem u l-problema ġejja minn ħafna affarijiet.", "Minn studju li sar f'dik l-area partikolari nstab li ħafna nies li joqogħdu f'dawk l-akkwati jbatu minn mard bħal hay fever, asthma u cancer fil-pulmun u dan meta wieħed mill-argumenti li kien iġib il-Gvern Nazzjonalista ta' l-1987 biex jiġġustifika l-bini tal-power station f'Delimara kien preċiżament il-pollution li hemm fil-Marsa minħabba l-power station.", "J'Alla l-power station tal-Marsa tispiċċa minn hemmhekk biex ma tibqax issir ħsara lin-nies li joqogħdu hemmhekk.", "Jien naf li l-Kunsill Lokali tal-Marsa huwa preokkupat ħafna minħabba din il-problema u jixtieq li xi darba tispiċċa minn hemm, iżda meta jien staqsejt lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li xi darba din il-power station tispiċċa minn hemmhekk, ir-risposta tiegħu kienet li m'hemmx il-ħsieb li jsir dan.", "Fil-fatt jekk tħares lejn il-generating capacity taż-żewġ power stations issib li l-power station tal-Marsa mhux talli m'hijiex se tispiċċa talli sal-lum għadha tiġġenera iżjed elettriku milli tiġġenera l-power station ta' Delimara bil-combined cycle b'kollox.", "Jiġifieri hawnhekk noqogħdu niġu nagħmlu eloġju sħiħ biex taparsi ikollna headlines għal għada filgħodu, biex imbagħad is-sulphur content, l-acid rain, is-sulphuric acid, in-nitric oxide u n-nitric acid li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal- bniedem - u mhux lil-limestone kif qal il-Ministru llejla - ninsewhom.", "Jiena ngħid li l-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam ta' l-enerġija ilha li falliet minħabba li l-iskop oriġinali li tispiċċa l-power station tal-Marsa ma ntlaħaqx.", "F'dan il-pajjiż spiċċajna biex għandna overcapacity ta' produzzjoni ta' enerġija.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien imma qalitu l-għaqda Greenpeace f'rivista li ħarġet dan l-aħħar u li ġiet ppreżentata lilna hawnhekk fil- parlament fejn qed jgħidu li hawn Malta spiċċajna b'overgenerating capacity.", "F'dan il-parlament ġieli ġie diskuss il-punt li min-naħa tal- gvern ma teżistix politika li timmotiva lin-nies biex jużaw l-enerġija matul il-lejl meta d-domanda għall-enerġija ma tkunx daqshekk għolja.", "Jiġifieri meta jien staqsejt x'inhi l-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l- enerġija, xtaqtu jirrispondini fuq affarijiet bħalma huma d-dual tariff system, is-solar energy u l-grid nazzjonali tas-solar panels u mhux ningħata risposta xotta xotta biex imbagħad jimmanipulawha u jġibu pubblikazzjoni partiġġjana biex taparsi jgħidu kemm il-kerosene qed jagħmel ħsara!", "X'jagħmel ħsara l-iżjed?", "Il-power station tal-Marsa jew il-pitrolju li jaħarqu f'xi bakery 'l hawn u 'l hemm?", "U ejja nkunu serji!", "Aħna bħala pajjiż mhux veru nindirizzaw il-problemi reali taċ-ċittadini ta' l-irħula tagħna imma nipprovaw dejjem nagħmlulhom icing politiku li xi kultant jitilfilhom it-togħma kollha tagħhom.", "Il-problema tal-power station tippreokkupa ħafna lill-Kunsill Lokali tal-Marsa, u meta titkellem maċ- ċittadini ta' dak il-lokal, dik hija waħda mill-iżjed problemi li jsemmulek.", "Il-politika tal-Partit Nazzjonalista dwar l-użu ta' l-enerġija falliet għax il-power station ta' Delimara għadha tipproduċi biss enerġija daqs il-power station tal-Marsa b'detriment kbir, nerġa' ngħid, għas-saħħa taċ-ċittadini ta' dawk il-lokalitajiet.", "L-iktar problema li tissemma mill-kunsilli lokali hija dik tat-tiswijja u twaħħil ta' bozoz.", "Hawnhekk ukoll ngħid li għandu jkun hemm ċertu kordinament bejn il-kunsilli lokali u l-Korporazzjoni Enemalta biex għallinqas ikun hemm ċertu xogħol fuq l-irħula kollha u jinqeda kulħadd.", "Mr Speaker, ma nistax nagħlaq mingħajr ma nsemmi l-pjan soċjo-ekonomiku għal nofsinhar ta' Malta.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Laburista li għadha kif spiċċat sar ħafna xogħol mill-Onor.", "Charles Mangion u mill-Onor.", "Charles Buhagiar dwar pjan soċjo-ekonomiku, pjan komprensiv ħafna li ma jindirizzax biss il-problemi ċkejknin tat-toroq, tal-bozoz u tas-servizz ta' l-ilma tal-lokalitajiet tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kulħadd japprezza li n-nofsinhar ta' Malta huwa reġjun li xi kultant jiġi neglected ħafna f'dan il-pajjiż u l-Gvern Laburista kien għamel premura biex jindirizza l- problemi tad-depressed areas ta' Marsaxlokk, Marsascala, Birżebbuġa, iż- Żurrieq, Ħal Għaxaq, Bormla u l-Kalkara, li wħud minnhom huma iżjed depressed minn postijiet oħrajn.", "Il-Gvern Laburista kien għamel pjan soċjo- ekonomiku biex issir diskussjoni ħalli naraw x'inhuma l-problemi ta' dawn il-lokalitajiet u nġibu dawn il-lokalitajiet iżjed 'il quddiem billi nsolvulhom dawn il-bżonnijiet tagħhom.", "Jiena nawgura li dan il-gvern ikompli b'dan il-pjan komprensiv għan-naħa t'isfel ta' Malta u mhux jindirizza l-problemi ċkejknin biss imma jara kif iġib l-interessi ta' dawn iċ-ċittadini 'l quddiem, kif itejjeb l-edukazzjoni tagħhom u kif itejjeb il- kwalitajiet tas-saħħa tagħhom.", "Tkellimna, per eżempju, fuq il-problemi ta' l-area tal-Marsa imma postijiet oħra bħal Raħal il-Ġdid u Ħal Tarxien għandhom kważi l-istess problemi, isofru mill-istess nuqqasijiet.", "Jiena nawgura li dan il-gvern ikompli jaħdem biex dan il-pjan iġibu fit-tmiem iżjed malajr ħalli b'hekk inġibu dejjem iżjed 'il quddiem il-livell ta' l-għajxien ta' dawn in-nies.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ninsabu resqin lejn il-ħames sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali u ċertament li meta nħarsu lura nsibu ħafna x'nikkritikaw pero' nsibu wkoll aspetti pożittivi.", "Ċertament li wieħed irid japprezza x-xogħol u jgħid kelma ta' tifħir għal dawk in-nies li b'mod volontarju jagħtu s-servizz tagħhom.", "Pero' minkejja li wieħed jista' jqis dan is-servizz mogħti b'mod volontarju bħala pożittiv - anke fid-dawl ta' kif ċerti affarijiet li llum qed isiru mill-kunsilli lokali u li fil-passat kienu jsiru mid-dipartimenti tal-gvern, fejn nafu bil-burokrazija u anke l- ineffiċjenza tas-sistema - hemm affarijiet li għadhom qed ixekklu l-operat tal-kunsilli lokali.", "Qed ngħid ixekklu għax jekk wieħed jaħseb ftit f'ċerti problemi li lill-kunsilli lokali qed jagħtuhom daqqa ta' ħarta, jinduna kemm qed jinħela ħin f'affarijiet li huma sekondarji, liema ħin jista' jintuża sabiex isir aktar ġid lil-lokal.", "Insemmu, per eżempju, l- għażla tas-sindklu.", "Smajna b'diversi kunsilli lokali li jaħlu ħafna mill-ħidma tagħhom fil- bidu tat-term tal-kunsill lokali fl-għażla tas-sindku minħabba li jkun hemm nuqqas ta' qbil.", "Nuqqas ta' qbil ieħor huwa dak li jeżisti bejn l-istess kunsilliera, ovvjament minħabba interessi differenti, mhux biss politiċi imma anke personali, għaliex forsi jkun hemm min jirrappreżenta banda u min jirrappreżenta għaqda.", "Jien naħseb li dawn kollha huma ħwejjeġ li jxekklu l-operat tal-kunsill lokali.", "Ma rridx infisser li m'għandux ikun hemm min joħroġ f'isem għaqdiet jew f'isem baned imma l-punt huwa li meta wieħed ikun elett bħala kunsillier tal-lokal tiegħu, għandu jħares l-ewwel lejn l- interess tal-lokal tiegħu.", "Ovvjament ħaġa oħra li xxekkel l-operat tal-kunsill lokali hija l-indħil politiku partiġġjan li sfortunatament f'pajjiżna għadu hemmhekk.", "Qed ngħid dan għax fl-opinjoni tiegħi l-idea li l-kunsilli lokali jkunu ħielsa mill- partiti politiċi hija waħda tajba, għax fl-aħħar mill-aħħar tnaqqas - m'iniex qed ngħid li telimina għal kollox - il-partiġġjaniżmu żejjed.", "Jien naħseb li m'għandux ikun li biex issir sempliċement bankina fil-lokal noqogħdu nħarsu lejn il-kulur politiku ta' min joqgħod f'dik it-triq jew inkella noqogħdu naraw jekk il-kunsillier li ppropona x-xogħol joħroġx f'isem il-Partit Nazzjonalista jew inkella joħroġx bħala indipendenti u jekk għandux tendenzi Laburisti.", "Jekk noqogħdu nħarsu lejn dawn l- affarijiet, il-kunsill lokali, hu liema hu, ma jkunx jista' jimxi 'l quddiem u jilħaq l-għanijiet u l-iskopijiet li suppost għalihom twaqqfu l- kunsilli lokali.", "Mr Speaker, barra minn dawn il-punti nixtieq li mingħajr ma nkun ripetittiv insemmi punti oħrajn fil-qosor ħafna, ħalli nagħti ċans lil membri oħrajn li jixtiequ jitkellmu.", "Wieħed mill-punti li nsibu fil-liġi dwar il-kunsilli lokali hija l-konsultazzjoni mal-gvern lokali.", "Bħala ex- kunsillier, nista' nifhem xi ftit dak li jgħaddu minnu l-kunsilliera meta jipprovaw jitolbu li jiġu kkonsultati u jiġu njorati totalment.", "Forsi l- kunsilli lokali għadhom eżerċizzju ġdid f'pajjiżna u forsi ħames snin m'humiex biżżejjed sabiex dawn jindraw u jidħlu fil-mekkaniżmu ta' kull awtorita', dipartiment jew korporazzjoni.", "Pero' irridu nirrikonoxxu li dawn qegħdin hemmhekk u, kif anke qal l-Onor.", "Austin Gatt, qegħdin hemmhekk biex jibqgħu.", "Pero' jien ngħid li m'huwiex biżżejjed li nkunu kuntenti li bdejnihom imma għandna naraw kif intejbu l-operat tagħhom iktar.", "U huwa proprju għalhekk li jien bdejt insemmi dawn il-problemi li jfixklu l-operat tagħhom.", "Jiena li kont kunsillier fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun nifhem kemm il-kunsilli lokali, bħal kull ħaġa oħra fid-dinja, jistgħu jkunu ta' ġid sakemm jintużaw tajjeb.", "Sur President, fost il-problemi li l-kunsilli lokali jiltaqgħu magħhom hemm dik tal-kuntratti.", "Għalkemm kunsill lokali m'huwiex marbut li jagħti l-kuntratti lill-gvern imma jista' anke joħroġ tenders u jingħataw lil privat, hemm ċerti kunsilli li jagħżlu li jagħtu l-kuntratti lill-gvern u ħafna drabi jinħolqu l-problemi - din nista' ngħidha mill-esperjenza personali - għaliex l-offerti li jitfa' l-gvern ikunu għoljin ħafna.", "Niftakar li darba minnhom il-kunsill lokali li tiegħu kont kunsillier ħareġ kuntratt u l-offerta li tefa' l-gvern kienet id-doppju - m'iniex se nsemmi ċifri u lanqas x'kien ix-xogħol - ta' dak li tefgħu kuntratturi privati.", "B'dan ma rridx ninftiehem li l-privat għandu jibqa' barra milli jagħti l- għajnuna tiegħu - ħafna drabi s-servizz li jingħata mill-privat huwa ta' kwalita` tajba, xi kultant anke iktar minn dak mogħti mill-gvern - pero' jekk il-gvern irid jgħin iktar biex id-dipartimenti tal-gvern ikollhom ix- xogħol huma stess bħala dipartimenti u anke jgħinu lil kunsilli lokali, għandu jara li l-offerti li jitfa' jkunu raġonevoli u li għallinqas jistgħu jikkompetu mal-privat.", "Barra minn hekk, meta kunsill lokali jiddeċiedi li jagħti kuntratt lill- gvern qed jiltaqa' ma' problemi, fis-sens li ma jiġix osservat dak li jkun hemm fil-kuntratt.", "Per eżempju, ikun hemm ftehim biex isir ċertu xogħol u għaliex ma jkollhomx ħaddiema biżżejjed jispiċċaw ma josservawx il-ftehim kollu.", "Jien provajt nagħmel find-out dwar xi problemi qed jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali biex inkun nista' nitkellem mill-esperjenza - mhux sempliċement x'naħseb jiena jew x'esperjenza kelli numru ta' snin ilu - u waħda mill-problemi li semmewli kienet proprju n-nuqqas ta' ħaddiema tal- gvern biex jiġu jagħmlu xogħol li jkunu ntrabtu li jagħmlu bil-kuntratt.", "Jiena xi kultant nitbissem nisma' dawn l-affarijiet għaliex kemm Gvern Nazzjonalista kif ukoll Gvern Laburista dejjem ilmentaw - dan l-aħħar qed nisimgħu anke lill-Federazzjoni ta' l-Industrija tisħaq fuq l-istess punt - li hemm wisq ħaddiema jaħdmu fis-servizz pubbliku.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-Water Services Corporation.", "Il-problema li qed jiltaqgħu magħha xi kunsilli hija li għandhom il-flus allokati u vvotati sabiex jagħmlu tarmac u toroq ġodda, pero' minħabba li l- Water Services Corporation għad m'għandhomx ċertu tip ta' fittings sabiex jagħmlu l-pipes u affarijiet oħra li huma marbutin mas-servizz li tagħti l- korporazzjoni, dan ix-xogħol ma jistax isir għaliex ikun inutli li tagħmel triq biex imbagħad terġa' tinqala' ftit wara.", "Din tkellimna fuqha kemm-il darba u m'iniex se noqgħod intawwal fuqha pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' min hu konċernat sabiex jekk veru fil-Water Services Corporation hemm dan in-nuqqas ta' fittings, jaraw x'jista' jsir sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol li għandhom ippjanat.", "Pass pożittiv li ssemma minn diversi kelliema ta' din in-naħa tal-Kamra u li nixtieq li nerġa' nsemmi jien huwa l-fatt li l-gvern preċedenti kien alloka żewġ ħaddiema ma kull kunsill lokali.", "Niftakar li dan il-pass kien ġie kkritikat mhux ħażin mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, pero' minkejja dan naħseb li kien esperiment li rnexxa.", "Ovvjament hemm xi kunsilli li jgħidulek li dan ma ħadimx pero' hemm numru oħra ta' kunsilli li huma sodisfatti ħafna bix-xogħol ta' dawn il-ħaddiema għaliex qed jagħmlu xogħol utli u fl-istess ħin jiffrankaw il-flus lill-kunsill.", "Għalhekk tajjeb li l-gvern preżenti, b'mod speċjali l-Onor.", "Austin Gatt, bħala segretarju parlamentari, jara kif ħadmet din l-iskema f'dawn l-aħħar xhur u jekk isib li ħadmet b'mod tajjeb allura jara kif jista' jtejjibha u possibbilment anke jżid in-numru ta' ħaddiema li jiġu seconded mal- kunsilli lokali.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi hija l-famuża Planning Authority, li rċeviet bosta kritika taħt kull amministrazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, fir- rigward tal-kunsilli lokali l-Planning Authority għandha tagħti prijorita'.", "Dan kont għidtu f'xi dibattiti li kellna fil-leġislatura li għaddiet u naħseb li ta' min jerġa' jirrepetih.", "Meta wieħed jiftakar fit-terminu qasir li għandu kunsill lokali, kemm irid żmien sabiex jissetilja u jippjana x-xogħol tiegħu, u anke kemm jilħaq jgħaddi żmien minn meta japplika għal xi permess għal meta jibda jsir ix-xogħol fil-prattika - kultant tilħaq tasal elezzjoni oħra! - bilfors li jkollu jgħid li l- kunsilli lokali ikollhom raġun meta jilmentaw għal dan id-dewmien.", "Għalhekk minn hawnhekk jien nixtieq inħeġġeġ lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar sabiex filwaqt li tara li jiġu osservati r-regolamenti u l-pjan ta' struttura u l-pjanijiet lokali kollha, tpoġġi fuq fast track – ħalli nuża kelma li qed tintuża għal affarijiet oħra – l-applikazzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar il-Korporazzjoni Enemalta.", "Il- ħabib tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar diġa' għamel riferenza għal diversi affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' din il-korporazzjoni, pero' jien xtaqt nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari Austin Gatt dwar il-proposta li semma - u nispera li fil-winding-up li se jagħmel jelabora xi ftit - u anke ġiet rapportata fil-gazzetti, li ċertu xogħol li qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta bħalissa jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "L-ewwel mistoqsija li xtaqt nagħmel hija jekk hux se jkun hemm ħaddiema mal-Korporazzjoni Enemalta li se jgħaddu għand il-kunsilli lokali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol huma.", "Jien naħseb li tkun ħaġa tajba li biex wieħed jibdel bozza ma joqgħodx jistenna lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jiġu imma jkun hemm xi ħadd fil-lokal stess li jista' jagħmel dan ix-xogħol - ovvjament wieħed irid jara li jiġu osservati r-regoli li suppost minħabba l-periklu li jeżisti f'dan ix-xogħol - pero' naħseb li għandha tingħata aktar spjegazzjoni ta' kif se ssir fil-prattika, anke għaliex bosta drabi l- Korporazzjoni Enemalta tilmenta minn nuqqas ta' tower ladders jew high-ups u allura wieħed ikun irid jara kif se jġib l-apparat meħtieġ.", "Huwa importanti li wieħed jagħti kas dawn il-punti li qed insemmi u anke oħrajn għaliex dawn huma l-affarijiet li jara fl-aħħar mill-aħħar iċ-ċittadin.", "Ħafna ilmenti li jsiru miċ-ċittadini ma jkunux fuq affarijiet kbar imma fuq affarijiet li jistgħu jiġu solvuti jekk ikun hemm aktar fiduċja fil-kunsill lokali.", "Kollox ma' kollox, iċ-ċittadini tagħna għandhom fiduċja fil- kunsilli lokali - kieku ma kienx hekk ma kenux jirrikorru għandhom - pero' dawn min-naħa tagħhom għandhom jaraw li kull min jirrikorri għandhom b'xi ilment, jingħata risposta lura.", "Nixtieq hawnhekk nenfasizza l-punt ta' aktar edukazzjoni, mhux biss mid- dipartiment li huwa nkarigat mill-kunsilli lokali imma anke mill-istess kunsilli li għandhom jorganizzaw huma stess attivitajiet sabiex jedukaw iktar lill-poplu dwar xi jfisser kunsill lokali.", "Punt li qed jiġini f'moħħi bħalissa huwa li l-liġi ma tgħidx li hija r-responsabbilta' ta' kunsill lokali li jirrapporta l-bozoz maqtugħin, pero' fir-realta` kull min ikun irid jirrapporta xi bozza maqtugħa għand il-kunsill imur u jekk dik il- bozza ddum ma tinbidel jeħel il-kunsill.", "Forsi wieħed kien qed jistenna ħafna mit-twaqqif ta' dawn il-kunsilli lokali u għalhekk jiena minn hawnhekk nagħmel kritika żgħira lill-Gvern Nazzjonalista, li proprju waqqaf il-kunsilli lokali, għaliex hu qisu tefa' lil kunsilli lokali jgħumu f'baħar li mhux kulħadd kien kapaċi jgħum fih.", "Kieku ħadna ftit aktar żmien sabiex inwaqqfuhom ma konniex insibu daqstant problemi biex inħaddmuhom.", "Illum, ħames snin wara, qed nindunaw bil-problemi li għandna u qed nipprovaw nirranġawhom flimkien.", "Importanti wkoll it-tagħrif li l-kunsilli lokali jagħtu ta' x'inhu jiġri fil-lokal.", "Ħafna drabi n-nies ma jkunux jafu x'qed jiġri fil-lokal tagħhom mhux għax m'hu qed isir xejn, kif xi kultant nisimgħu lil min jgħid, imma għaliex ikun hemm nuqqas ta' komunikazzjoni.", "Mill-banda l-oħra meta ssir il-laqgħa tal-lokal darba f'sena - ma ssirx kull xahar - huwa importanti li ċ-ċittadini juru interess għax f'din il-laqgħa jistgħu jipproponu proġetti, jipproponu kif jintnefqu l-fondi u jitkellmu dwar il-problemi li qed jaraw, u mhux tmur għal-laqgħa u kulma ssib huwa persuna jew tnejn u ġieli anke ma ssib lil ħadd.", "Tajjeb li n-nies mhux biss imorru jilmentaw għand il- kunsilli lokali imma meta jkollhom l-opportunita` darba f'sena jmorru hemmhekk u jissuġġerixxu anke kif jintnefqu l-fondi.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Onor.", "Austin Gatt semma wkoll poteri ġodda li l- gvern jixtieq jgħaddi lil kunsilli lokali.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Joseph Cuschieri staqsa jekk hemmx il-ħsieb li ġaladarba jiżdiedu l-poteri, jiżdied ukoll l-istaff klerikali biex ikun jista' jsir dan ix-xogħol.", "Dan qed ngħidu biex imbagħad il-kunsill lokali ma jispiċċax jaqa' lura u b'riżultat t'hekk ma jkunx effiċjenti, kif aħna nippretendu li għandu jkun, mhux biss il-membri parlamentari imma anke ċ-ċittadini.", "F'dawn il-ħames snin ta' ħidma tal-kunsilli lokali rajna kemm jistgħu jkunu effiċjenti tant li m'hemmx paragun bejnhom u bejn dipartiment tal-gvern.", "Hawnhekk m'iniex qed inwaħħal fil-ħaddiema imma fis-sistema li fiż-żewġ każi hija differenti.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hemmx il-ħsieb li s-sindku jkun fulltime.", "Qed nistaqsi dan għaliex is-sindku diġa' għandu onorarium u legalment huwa responsabbli flimkien mas-segretarju amministrattiv, pero' fid-dawl li issa l-kunsilli lokali se jkomplu jingħatawlhom aktar poteri naħseb li s-sindku għandu jkun fulltime.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Austin Gatt semma diversi proposti li hemm sabiex jgħaddu bħala poteri ġodda lil kunsilli lokali, fosthom anke t-tribunali lokali.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u peress li għandna 67 kunsill, naħseb li tajjeb li dawn it-tribunali jkunu ggwidati b'mod ċentrali u mhux b'xi indħil jew b'ordni imma anke għall-prattiċita' tal-ħaġa.", "Irridu nkunu saqajna ma' l-art u nagħrfu ċ-ċokon tagħna ħalli b'mod reġjonali jkun hemm ċerta kollaborazzjoni bejn tnejn, tlieta, erbgħa jew ħames kunsilli.", "U qed ngħid li fil-każ tat-tribunali jkun tajjeb li l-kunsilli jkunu ggwidati b'mod ċentrali għaliex teżisti ċerta parrokkjalita' bejn il-lokalitajiet - jien ngħidilha pride - li għaliex wieħed ikun mit-tali raħal jew mit-tali belt, allura li jagħmel ikun tajjeb u għaliex ieħor ikun minn lokalita' oħra allura ma jkunx tajjeb.", "Jekk ikun hemm il-bżonn imbagħad wieħed jiddiskutiha bil-qalb kollha u naraw xi jkun l-aktar prattiku.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-flus.", "Gvern Laburista saritlu bosta kritika fuq in-nuqqas ta' fondi li alloka lill-kunsilli lokali.", "Huwa veru li l-bżonnijiet huma ħafna f'kull lokalita' u li jkollhom kemm ikollhom flus il-kunsilli lokali qatt ma jkun biżżejjed, pero' irrid nisħaq fuq il- fatt li dawn għandhom jaraw x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom.", "Huwa importanti li l-kunsilli lokali jkunu xempju ta' kif għandhom jintużaw il- fondi pubbliċi.", "Jien jiddispjaċini nisma' ċerta kritika mingħand ċerti nies li joqogħdu jgħidu li dawn huma ħela ta' flus għaliex jien naħseb li meta wieħed iqis kollox ma' kollox, iktar waslu biex solvew problemi l- kunsilli lokali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom milli qatt kien jasal biex jagħmel il-gvern ċentrali.", "U dan bir-raġun għaliex il-kunsilliera jgħixu fl-istess lokal u jiltaqgħu ma' l-istess problemi li jiltaqgħu magħhom in-nies tal-okal.", "Kunċett ieħor li anke Gvern Laburista pprova jdaħħal huwa dak tal-value for money, jiġifieri li mhux biss naraw li nagħmlu xi ħaġa imma li dik ix- xi ħaġa li ssir issir b'mod tajjeb.", "Importanti li l-affarijiet mhux isiru, inħallsu għalihom u daqshekk, imma għandna naraw li l-flus ikunu ntnefqu tajjeb.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi r-raġunijiet għalfejn il-Gvern Laburista naqqas il-flus lil kunsilli lokali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l- flus ma tnaqqsux biss lil kunsilli lokali imma tnaqqsu wkoll lil kull dipartiment tal-gvern u lil kull ministeru; u t-tieni nett, kulħadd jaf x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna.", "Illum jidher li anke l- gvern preżenti aċċetta dan il-fatt u l-imsieħba soċjali kollha qed jippriedkaw u jgħidu dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri meta Gvern Laburista naqqas il-flus lil kunsilli lokali ma naqqashomx b'kapriċċ jew inkella għax ma għarafx ix-xogħol siewi li qed jagħmlu imma minħabba raġunijiet oħra mhux marbutin direttament mal-kunsilli lokali.", "Hawnhekk tidħol ukoll il-kwestjoni ta' l-accountability, li l-kunsilli lokali jkunu accountable għall-flus li jonfqu.", "Il-kunsilli lokali li nefqu iktar mill-budget allokat għalihom - u dan bi ksur tal-liġi għax kunsill lokali ma jistax jonfoq aktar milli għandu allokat lilu - urew nuqqas ta' effiċjenza fit-tħaddim tal-flus allokati.", "Hemm ħafna kunsilli li forsi m'humiex kuntenti bl-ammont li qed jingħataw u allura hemm bżonn li tiġi riveduta s-somma li qed tingħata permezz tal-formula li tinħadem fil-bidu sabiex jallokaw il-fondi.", "Għalhekk f'dawn l-aħħar snin qed jiġu vvotati fondi speċjali biex jagħmlu tajjeb, anke kif spjega l-Onor.", "Austin Gatt, għal proġetti li jiswew ċertu ammont ta' flus u allura jkun hemm bżonn li l-kunsill jiġi mgħejjun mill-gvern ċentrali.", "Fuq dan il-punt nixtieq ngħid li jkun tajjeb li meta kunsill lokali jkun jixtieq jagħmel proġett kbir fil-lokal tiegħu, jara li jistudja l-mezzi kif dan ikun jista' jsir bi sħab mal-gvern ċentrali.", "Per eżempju, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun wera x-xewqa li jirranġa l-premises li hemm fil-ground tal-football Carlo Diacono, liema proġett huwa stmat li se jiġi jiswa eluf ta' liri.", "Il-kunsill diġa' vvota ammont sostanzjali għal dan il-proġett pero' b'hekk biss mhux se jasal u għalhekk importanti li l-gvern ċentrali jagħti daqqa t'id, mhux bilfors billi jalloka flus imma anke billi d- dipartiment responsabbli mill-isport jagħti l-għajnuna tiegħu billi jibgħat ħaddiema biex ikomplu fejn ma jasalx il-kunsill lokali.", "Jien hawnhekk tajt biss eżempju wieħed; bħal dan jista' jkun hemm proġetti oħrajn li wkoll ikunu jistgħu jsiru bi sħab mal-gvern.", "L-iktar ħaġa importanti hija li l- kunsilli lokali jaraw li x-xogħol li jsir f'kull lokalita' jkun ta' kwalita' tajba ħalli l-flus jintnefqu b'mod tajjeb u b'mod effiċjenti.", "Ħaġa interessanti li nixtieq insemmi hawnhekk hija kif il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar dan l-aħħar daħħlu lill-Eden Foundation bħala contract manager fuq l-indafa.", "Din ovvjament ħarġet call for application pubblika, u ntgħażlet l-Eden Foundation minħabba l-aspett finanzjarju.", "Fil-fatt għandna konferma mill-istess kunsill dwar kemm hija effiċjenti din il- fondazzjoni u fl-istess ħin dan qed iservi ta' għajnuna għal dawk iż- żgħażagħ, tfal u anke adulti li jattendu ċ-ċentru tagħha.", "Barra minn hekk qed isir anke xogħol ieħor ma' din il-fondazzjoni fi ħdan il-kunsilli lokali li m'hu qed jiġi jiswa xejn lill-kunsill u fl-istess ħin qed jibbenefikaw dawn iż-żgħażagħ li qed jagħmlu xogħol għall-kunsill lokali fil-lokalita'.", "Mr Speaker, bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni għaż-żgħażagħ u sport, ma jistax jonqos li nsemmi l-importanza li l-kunsilli lokali għandhom jagħtu lill-faċilitajiet sportivi.", "Mhux biss għandhom jinbnew faċilitajiet sportivi ġodda, speċjalment fejn m'hemmx, imma dawk eżistenti għandhom jintużaw aħjar u forsi fejn hu possibbli dawn jiġu amministrati mill- kunsill lokali għaliex permezz ta' hekk wieħed jista' juża aħjar dawn il- faċilitajiet, li f'bosta postijiet huma limitati.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li din il-possibilita' tiġi studjata aktar bis-serjeta` ħalli l- kunsilli lokali jkunu iktar involuti fl-aspett sportiv.", "Mr Speaker, ma' dan jiena norbot ukoll l-aspett soċjali.", "Jiena nifhem li fl-aħħar mill-aħħar il-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jagħmlu improvement fil-lokalita`billi jsebbħu l-ambjent tal-lokal, jiġifieri jirranġaw bankini, toroq u mitt ħaġa oħra, pero' huwa importanti wkoll li l- kunsill ikun impenjat fil-qasam soċjali.", "Qed ngħid dan għax bosta drabi l- problemi jkunu moħbija għax issib nies li m'humiex lesti li jirrikorru għall-għajnuna.", "Ħafna drabi ssib nies ukoll li lanqas jafu fejn iridu jmorru għall-għajnuna.", "Hawnhekk nixtieq li nagħti eżempju b'mod konkret ta' meta jiena kont fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun.", "Dak iż-żmien aħna konna bdejna b'laqgħat fil-pjazez taż-Żejtun, fejn kienu jiġu trattati suġġetti dwar id-droga, l-alkoħol, il-logħob ta' l- azzard u l-abbuż mit-tfal, li hija problema - għallinqas fil-lokali li ġej minnu jiena - li ftit li xejn jagħtu kasha jew jafu biha.", "Nemmen li fi problemi bħal dawn il-kunsilli lokali jistgħu jkunu ta' ġid kbir.", "Allura meta kunsill lokali jibni ċerti kuntatti ma' dawn id-dipartimenti li joffru ċerti servizzi, ikun jista' jirriferi lill-persuni li jersqu għand xi kunsillier jew anke għand il-ħaddiema li jkun hemm fil-kunsill lokali lid- dipartiment konċernat.", "Forsi ta' min wieħed anke jaħseb iktar bis-serjeta' għal team ta' esperti f'dan il-qasam li jistgħu jgħinu lil kunsilli lokali jiżviluppaw iktar l-aspett soċjali, għax fl-aħħar mill-aħħar mhux lakemm wieħed jaqbad u jgħid li għandna nagħmlu xi ħaġa f'dan il-qasam, għaliex dan huwa qasam delikat u jirrikjedi nies professjonali u għalhekk ikun tajjeb li 'l quddiem jiġi żviluppat aktar l-aspett soċjali tal-kunsilli lokali.", "Nixtieq insemmi wkoll il-persuni b'diżabilita' u l-anzjani.", "L-Onor.", "Louis Buhagiar semma diversi inizjattivi li saru ma' l-anzjani u tajjeb li l-kunsill lokali ma jinsa lil ħadd għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa jirrappreżenta lil dik il-belt jew raħal u ċertament li kemm l-anzjani kif ukoll il-persuni b'diżabilita' huma parti integrali mis-soċjeta' tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li l-kunsill ikun qrib iċ-ċittadin li għandu bżonn diversi bżonnijiet, aktar u aktar jekk dan ikun qed isofri minn xi nuqqas fiżiku, mentali jew problemi soċjali li jiltaqa' magħhom il-bniedem.", "Għalhekk is-suċċess tal-kunsilli lokali m'għandniex inqisuh biss minn kemm l-ambjent fiżiku huwa tajjeb għalkemm dak huwa aspett pożittiv, imma għandna nagħtu importanza wkoll lill-aspett soċjali sabiex f'pajjiżna tinħoloq soċjeta' aktar kompluta u jkollna dik li bl-Ingliż jgħidulha a caring society.", "Dan ifisser li s-soċjeta' trid tinteressa ruħha fil- persuna sħiħa u mhux sempliċement fl-ambjent ta' madwarha u trid tara li l- bniedem li qed jgħix fil-lokal ikun qed jiġi kemm jista' jkun iggwidat fil- problemi li jkollu.", "Għalhekk sinċerament nemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu ħielsa minn kull politika partiġġjana għalkemm fl-esperjenza ta' ħames snin rajna li l-politika daħlet anke fejn ma kellhiex tidħol, per eżempju, biex issir bankina jew triq.", "Il-fatt li noħolqu gvern u oppożizzjoni f'kull lokal ma sservix ta' ġid għal-lokalitajiet tagħna u għalhekk tajjeb li 'l quddiem ikun hemm parteċipazzjoni aktar wiesgħa ta' partiti.", "Sur President, importanti nżommu f'moħħna li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk għaċ-ċittadini u jekk partit jinqeda bihom għall-iskopijiet tiegħu - kif għamel sfortunatament il-Partit Nazzjonalista fil-lokal ta' Marsascala, meta kienet riesqa l-elezzjoni u f'daqqa waħda bdiet tinxtamm riħa ġejja mill-impjant tar-riċilkaġġ meta kulħadd kien fehma waħda li l- problema ġiet solvuta, għallinqas temporanjament .....", "Sur President, jiena ma ngħidx li din kienet soluzzjoni dejjiema imma wieħed irid jirrikonoxxi li Gvern Laburista kien għamel improvement u kien taffa sewwa l-problema.", "Għalhekk tajjeb li l-membri tal-kunsill lokali ma jagħmlux issues politiċi għal raġunijiet ta' politika partiġġjana u ma jiġux utilizzati għall-iskopijiet ta' politika partiġġjana.", "Kif diġa' għidt, sfortunatament hawn Malta l-politika partiġġjana tidħol anke fejn m'għandhiex tidħol imma jkun aktar ta' ġid għall-iżvilupp tal- kunsill lokali u għall-istess ċittadini ta' l-ibliet u rħula tagħna - u fl- aħħar mill-aħħar dan hu li jgħodd u mhux jekk partit jew ieħor għamilx dik ix-xi ħaġa fil-lokali - jekk il-lokal jimxi 'l quddiem għax ovvjament iċ- ċittadini se jgawdu, huma ta' liema kulur politiku huma.", "Allura kulħadd għandu jkun kuntent l-ewwelnett li nkomplu nħarsu l-kunsilli lokali u niżviluppawhom aktar imma fl-istess ħin nagħtuhom l-għajnuna neċessarja sabiex jiżviluppaw ix-xogħol tagħhom għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Novembru, 1998 fis-6.00 b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar ħlasijiet għal ħtiġijiet speċjali lil Kunsilli Lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nirriferi għall-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar żewġ oqsma partikolari li t-tnejn jirriferu dwar kif persuni b'diżabilta' jew mard mentali, minflok ma jibqgħu bit-tendenza li jiġu stituzzjonalizzati f'xi sptar, ikunu jistgħu jibqgħu fil-komunita'.", "Ħalli nibda fejn il-programm elettorali jitkellem dwar is-saħħa mentali.", "Fost l-oħrajn, il-programm elettorali jgħid hekk: \"Jerġa' jagħti ħajja mill-ġdid lir-riforma fis-saħħa mentali.", "F'dan il-qasam jeħtieġ l-iżvilupp tal-kura li ma tingħatax bl-aħjar mod fl- isptarijiet jew f'istituzzjonijiet imma fi mkejjen qrib il-familja tagħhom u fil-lokalita' li ilhom jafuha għomorhom.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jimpenja ruħu li jipprovdi l-aħjar għajnuna lill-familji li jieħdu ħsieb nies bil-problemi mentali u jipprovdi wkoll servizz ta' kordinament, jipprovdi taħriġ lill-volontarjat f'dan il-qasam, tingħata l-aktar importanza lill-mezzi ta' prevenzjoni, isir l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna, ikompli r-riforma ta' l- isptar ....\".", "Pero' jien, Sur President, se nagħmel l-iktar enfasi dwar il-fatt li tiġi provduta \"l-aħjar għajnuna lill-familji li jieħdu ħsieb nies bi problemi mentali\".", "Jekk wieħed iħares lejn ir-rapport ta' l-Ombudsman, rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'dawn l-aħħar ġimgħat, isib li l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1994 ħarġet bin-national policy on mental health service.", "Imbagħad f'Lulju ta' l-1995 il-European Committee for the Prevention of Torture and Inhuman or Degrading Treatment or Punishment ġie Malta u wara li ra s-sitwazzjoni fl-Isptar Mount Carmel għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Ir-rapport ta' l-Ombudsman jibda billi jinnota li l-Isptar Mount Carmel kien inbena fl-1853 u meta kien beda jintuża, jiġifieri 145 sena ilu, diġa' kien intqal li dan ma kienx sptar li seta' jkun addattat biżżejjed.", "Fil-fatt l-Ombudsman jgħid:", "\" ... the inheritance of an antiquated hospital building which was already recognised as being out of date before it was put into use in 1861.\".", "Dan l-isptar għandu madwar 600 sodda u kull pazjent fih jiswa lill-Istat madwar ¥24 kuljum, nefqa rikorrenti ta' kull sena ta' madwar ¥5 miljun.", "Wieħed irid jifhem ukoll li nofs l-SENs fl-Isptar Mount Carmel għandhom 50 sena jew aktar u dan juri kemm huwa importanti li dawn in-nurses jiġu retrained.", "Punt ieħor li joħroġ mir-rapport ta' l-Ombudsman juri li bejn 50% u 60% ta' l-inmates m'għandhomx għalfejn jibqgħu residenti f'dan l- isptar.", "Ir-rapport ta' l-Ombudsman jgħid ukoll li hemm każijiet ta' mental retardation u ta' diżabilita' ta' natura oħra mentali li huma mħalltin fl- istess wards ma' persuni li għandhom mard psikjatriku.", "U tajjeb li wieħed jagħmel differenza bejn dik li hi mental retardation - fejn dak li jkun aktarx ikun twieled subnormal - u dawk il-persuni li jiżviluppaw mard psikjatriku f'ħajjithom.", "Fil-fatt l-Ombudsman jipproponi li dawk il- pazjenti li huma kapaċi joqogħdu barra minn din l-istituzzjoni għandhom jingħataw community based accommodation.", "Jekk wieħed ifittex daqsxejn fl- Internet isib li fl-Amerika, l-organizzazzjoni li jisimha \"The Way Back\" ilha mill-bidu tas-snin tmenin tirsisti sabiex persuni li għandhom mard psikjatriku jiġu integrati mill-ġdid fil-komunita'.", "Din l-aġenzija tipprovdi riabilitazzjoni lil persuni b'mard psikjatriku fi tliet stadji.", "L-ewwel stadju jsejħulu supervised sites, fejn persuni b'mard mentali joqogħdu fi group homes u jkollhom is-servizz ta' counsellors 24 siegħa kuljum biex jaraw li jieħdu l-mediċini, jgħinuhom isajru u jnaddfu ħwejjiġhom, jixtru l-ikel li jkollhom bżonn u jimmeniġġjaw il-flus tagħhom.", "Meta dawn il-persuni b'mard mentali jirnexxielhom isolvu dawn il-problemi u jkollhom ċerti life skills jkunu jistgħu jgħaddu għat- tieni fażi, dik li tissejjaħ intensive supportive sites, fejn ir-residenti joqogħdu ma' persuni oħra bl-istess problema mentali f'appartamenti li huma pprovduti mill-istess aġenzija.", "Hawnhekk ma jkollhomx counsellors li jkunu residenti 24 siegħa kuljum imma jkollhom żjarat ta' kuljum u jkollhom servizz ta' emerġenza għal dak li jista' jinqala' 24 siegħa kuljum.", "Jidher ċar mela li fit-tieni fażi tingħata iktar responsabbilta' lil dawn il- persuni u eventwalment ikunu jistgħu jgħaddu għat-tielet fażi, dik li tissejjaħ supportive sites, fejn ir-residenti jagħmlu pjanijiet definittivi biex imorru jgħixu indipendentement fil-komunita' u jiġu assessjati l- iskills li għad ikunu jridu jiġu żviluppati qabel ma dan il-pass iseħħ u eventwalment dawn il-persuni b'mard mentali jmorru lura fil-komunita'.", "Minn dan naraw kemm hija importanti l-proposta tal-Partit Nazzjonalista fil- programm elettorali tiegħu li jipprovdi l-aħjar għajnuna lill-familji li jieħdu ħsieb nies bi problemi mentali.", "Jiena m'għandix dubju li din se tkun waħda mill-miżuri li tgħin sabiex min m'għandux għalfejn jibqa' jgħix fl-Isptar Mount Carmel jew f'istituzzjonijiet oħrajn simili jkun jista' jmur lura fil-komunita'.", "Il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jitkellem ukoll dwar persuni oħra b'diżabilita' u fost l-oħrajn jgħid li:", "\"Bl-għajnuna tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', il- Gvern Nazzjonalista jdaħħal servizzi ġodda għal persuni b'diżabilita' li jkunu mmirati biex huma jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti.", "Fost dawn is-servizzi jkun hemm servizz ta' assistenti personali għal dawk il-persuni b'diżabilita' li ma jkunux jistgħu jgħixu weħidhom.\".", "Jissemmew ukoll interpreti għal persuni neqsin mis-smigħ kif ukoll qarrejja għal persuni neqsin mid-dawl u oħrajn speċjalizzati għal min ikollu diżabbilta' intelletwali.", "L-iktar importanti hawnhekk huwa s-servizz ta' assisstenti personali għal dawk il-persuni b'diżabilita' li ma jkunux jistgħu jgħixu weħidhom.", "Huwa importanti ħafna li dan nifhmuh għaliex filwaqt li l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1996 iddeċidiet li dawk is- servizzi li għandhom dritt għalihom l-anzjani - bħas-servizz ta' inkontinenza, is-servizz tat-telecare, li bih l-anzjani jkunu jistgħu jissalvagwardaw ruħhom f'każ ta' emerġenza meta jsibu ruħhom weħidhom, is- servizz ta' handyman li kapaċi jagħmel ċerti xogħlijiet żgħar fid-dar, is- servizz tal-meals-on-wheels li jipprovdi lill-anzjani platt sħun b'mod regolari - għandhom jingħataw ukoll lil persuni b'diżabilita' li ovvjament jista' jkollhom eta' ħafna iżgħar minn dik ta' anzjan, is-servizz tal- homehelp baqa' ma ngħatax.", "Fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li ltaqa' l-ġimgħa l-oħra rriżulta li f'dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, il-persuni b'diżabilita' baqgħu mingħajr is-servizz tal-homehelp għaliex kien hemm nuqqas ta' persuni biex jagħtu dan is-servizz.", "Għalhekk jien nixtieq nagħmel enfasi sabiex dan is- servizz jingħata wkoll lil dawn il-persuni u mhux biss lill-anzjani.", "Ovvjament l-anzjani għandhom dritt għal dan is-servizz u għandhom bżonnu iżda jiena naf persuni b'diżabilita' li huma f'sitwazzjoni ħafna iktar diffiċli minn persuni li huma anke 50 sena ikbar minnhom fl-eta'.", "Għaldaqstant hemm ħtieġa partikolari li dak li jkun ma jagħtix kas l-eta' għaliex dan is-servizz fl-aħħar mill-aħħar għandu biex minkejja dik il- problema ta' diżabilita' - li tista' tinqala' anke permezz ta' aċċident jew marda u allura tolqot anke missirijiet u ommijiet - persuna li qed trabbi t-tfal tkun tista' tgħix ħajja kemm jista' jkun normali.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed jara l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jsib li Gvern Nazzjonalista jagħraf li l-ikbar problema li għandhom il-ġenituri li għandhom ulied b'xi diżabilita' hija proprju l- futur ta' l-istess ulied.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li jkunu twieldu b'xi diżabilita'.", "Fil-fatt il-programm elettorali jkompli jgħid:", "\"Jgħin u jappoġġja inizjattivi biex jitwaqqfu djar żgħar fil-komunita' u jadotta politika fejn servizzi speċjalizzati għall-anzjani jkunu miftuħin ukoll għal persuni b'diżabilita', li għalkemm ta' eta' iżgħar ikollhom l-istess bżonnijiet bħall-anzjani\".", "Jekk wieħed ifittex aktar fl-Internet dwar kif dawn il-persuni jistgħu jibqgħu fil-komunita' isib li kemm fl-Ewropa imma b'mod partikolari fl- Amerika, diversi għaqdiet fosthom l-ADAPT - American Disabled for Attendant Programs Today -jipproponu li l-flus li jintnefqu mill-gvernijiet għall- bini ta' istituzzjonijiet għal persuni b'diżabilita' jistgħu faċilment jiġu allokati lil dawk il-persuni li jipprovdu servizz ta' assistenza personali mal-persuni b'diżabilita' fi djarhom stess.", "Hemm ħafna servizzi li wieħed jista' jitkellem dwarhom imma l-iktar ħaġa importanti hija li dawn is- servizzi jkunu community based, jiġifieri li l-individwu jibqa' jgħix fil- komunita' u mhux f'xi istituzzjoni.", "Din l-għaqda tgħid ukoll li l-eliġibilita' għal dawn is-servizzi m'għandhiex tkun wisq relatata mad-djanjosi tal-kondizzjoni tal-persuna jew ma' l-eta' tagħha iżda għandha tkun skond il-functional need.", "Jiġifieri wieħed irid ikun flessibbli biżżejjed li jekk jara li persuna għandha bżonn is-servizz tal-homehelp iktar minn persuna oħra skond il-kondizzjoni partikolari tagħha, allura dan m'għandux jintrabat wisq ma' l-eta' imma għandu qabel xejn jara l-bżonniijet personalizzati ta' dak il-każ.", "Tajjeb li jingħad hawnhekk li fl-Amerika hemm anke l-cost sharing.", "Naturalment il- gvern ma jistax jagħmel kollox waħdu u allura skond din is-sistema min għandu income ogħla - dejjem sakemm id-diżabilita' ma tkunx laqtet lill- breadwinner jew lil persuna oħra fil-familja b'mod li l-breadwinner ikollu joqgħod id-dar minflokha - jgħin lill-gvern billi jħallas parzjalment għal dawn is-servizzi.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li f'pajjiżna għad hemm ħafna servizzi li l- gvern jista' jipprovdi fid-djar imma għadu mhux qed jipprovdihom bħal, per eżempju, is-servizz tal-fiżjoterapisti.", "Minħabba f'hekk ħafna nies li jkollhom bżonn l-għajnuna ta' fiżjoterapista b'mod regolari jkollhom bilfors jirrikorru għall-fiżjoterapisti b'mod privat.", "Nafu li r-rata ta' ħlas tal-fiżjoterapisti m'hijiex irħisa, anke għaliex xogħolhom jirrikjedi ħafna ħin.", "Kull vista tirrikjedi ta' l-inqas nofs siegħa u għaldaqstant il- gvern irid jara kif jagħmel sabiex jipprovdi anke dan is-servizz, b'mod partikolari fejn jidħlu persuni b'mard mentali u persuni b'diżabilita', biex b'hekk dawn ikunu jistgħu jgħixu fil-komunita' u mhux f'xi istituzzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, bħalma għamilt meta kont sindku ta' Birkirkara, billi waslet ix-xitwa nħossni fid-dmir li nagħmel appell ieħor biex l-awtoritajiet jiffokaw fuq il-problema ta' l-ilmijiet.", "Din il- problema ta' għarar m'hijiex partikolari biss għal Birkirkara imma tolqot ukoll ir-residenti ta' Ħal Balzan, partikolarment ta' Wied Ħal Balzan, u r- residenti ta' Ħal Lija, partikolarment tan-naħa taċ-ċimiterju.", "Ovvjament il-qofol ta' l-ilmijiet kollha jintlaħaq fi Triq il-Wied ta' Birkirkara, jibqa' għaddej minn taħt minn Cane Street u joħroġ minn taħt bini partikolari fi Triq il-Wied, l-Imsida.", "Kif diġa' għidt, bħala sindku kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni ta' l- awtoritajiet biex issir xi ħaġa ħalli din il-problema tiġi riżolta.", "Nafu li din il-problema nħolqot minħabba l-bini li tela' fin-Naxxar, il-Mosta, Ħ'Attard, Ħal Balzan u l-Iklin u dak illi qabel kien jinxtorob mill-ħamrija issa qed jiġri fuq l-uċuh tat-toroq u jispiċċa f'Birkirkara.", "Din m'hijiex xi problema żgħira għaliex meta tagħmel xita qawwija u jkun hemm l-għarar, l-ilma jitla' b'sitt jew seba' piedi fi Triq il-Wied u jagħmel ħsara konsiderevoli lill-proprjeta'.", "M'hijiex l-ewwel darba wkoll li jkun hemm imwiet għalkemm in-numru m'huwiex daqstant għoli grazzi għall-ħafna nies li jivvolontarjaw u jagħtu l-għajnuna tagħhom.", "Għalhekk, Sur President, jiena nagħmel appell sabiex jitwaqqaf kumitat ta' azzjoni biex jara x'hemm bżonn isir u jittieħdu ċerti miżuri.", "Jiena naf illi kwestjoni bħal din mhux biss trid imħuħ jaħdmu biex tiġi riżolta imma anke ammont ta' flus.", "Jenħtieġ ukoll li jitwaqqa' ċertu bini li jiena bħala sindku diġa' għamilt lista tiegħu u bgħattha kemm lill-ex- Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, kif ukoll lill-Prim Ministru preżenti, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "F'din il-lista jiena elenkajt x'naħseb li għandu jsir u fejn għandu jitwaqqa' u ma jitwaqqax.", "B'daqsxejn ħsieb, dak il-bini li qiegħed jaqsam ir-rotta ta' l-ilma u jsoddha jista' jitwaqqa' u jerġa' jinbena aktar fil-ġenb fl-isbaħ flats għall-użu soċjali.", "Jekk jitwaqqaf dan l-action committee jistgħu jsiru ħafna affarijiet li jgħinu sabiex tittaffa' din il-problema.", "Ħaġa oħra li rridu naħsbu fiha hija l-problema ta' reservoirs.", "Taħt il- Kavallieri ta' San Ġwann, f'Malta kellna programm ta' housing fejn il-bjar kienu ħaġa mandatorja.", "Illum dan spiċċa, bir-riżultat li meta tagħmel xita qawwija ħafna, l-ilma ta' fuq il-bjut minflok imur fil-bjar jispiċċa barra fit-toroq.", "Problema oħra li rrid insemmi hija l-ammot kbir ta' inkwilini li kull darba li tagħmel xita qawwija jsofru ħsarat kbar.", "Kien hemm drabi fejn dawn ġew mogħtija ċertu ammont ta' flus għall-ħsara li sofrew pero' drabi oħra spiċċaw iġorru l-ispejjeż huma.", "Għalhekk naħseb li jagħmel tajjeb il- gvern li jara kif jista' jgħinhom.", "Jenħtieġ li jkun hemm pjan ta' kontinġenza u hekk kif tibda nieżla dik ix- xita qawwija li nafu li hija assoċjata ma' l-għarar f'Birkirkara - naturalment wara li l-uffiċċju meteoroloġiku jkun ta avviż li ġejja xita qawwija bħalma jiġri barra minn Malta - il-pulizija u l-armata jinżlu fil- Wied ta' Birkirkara, ma jħallux aktar li jipparkjaw karozzi u jidderieġu t- traffiku f'rotot oħra.", "Kultant tistagħġeb kif f'dawk l-għarar xorta waħda jkun hemm nies li jipprovaw jaqsmu l-Wied ta' Birkirkara, u dan meta jkun hemm sitt jew seba' piedi ilma.", "Sur President, aktar kmieni fid-diskors tiegħi semmejt il-volontarjat, u hawnhekk nixtieq ngħid li jkun tajjeb li dawn l-għaqdiet, fosthom is-St.", "John Ambulance Brigade, ikollhom kwartieri tagħhom minn fejn ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna.", "Tajjeb ukoll li s-civil protection department ikun involut f'każijiet bħal dawn, per eżempju, billi jintrabtu ħbula min-naħa għall-oħra tal-wied ħalli jekk xi ħadd jinġarr mill-ilma - xi ħaġa li tiġri ta' spiss - ikollu ma xiex jaqbad u jkun hemm inqas ċans li jegħreq.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett l-appell tiegħi huwa li npoġġu l-imħuħ flimkien u jsir dan il-kumitat ta' azzjoni biex l-affarijiet jibdew mexjin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 23 ta' Novembru 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "249.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' persuni jistennew jew qeghdin fuq il- waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni fl-Isptarijiet tal- Gvern hu ta' 4,459.", "In-numru ta' persuni jistennew jew qeghdin fuq il- waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni fl-Isptar Generali ta' Ghawdex hu ta' 57.", "Il-lista ta' kull specjalista, kif ukoll l-iktar zmien li ilhom jistennew dawn il-persuni (f'kazijiet mhux urgenti) qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kazijiet ta' natura medika urgenti huma ttrattati immedjatament jew mill-inqas zmien possibbli.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - TRASFERIMENTI", "284.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trasferimenti li saru fid- dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "DAWL/ILMA - UNIT COST", "320.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindika kemm hi l-unit cost ta' produzzjoni: a) ta' unit ta' konsum ta' dawl; u b) unit ta' konsum ta' ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC - ALLOWANCES", "493.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id- driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu, 1997 s'issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn Marzu, 1997 sa Settembru, 1998 ix-xufier taċ- Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas is-somma ta' Lm6,425.06c f'sahra u allowances.", "Dan l-ammont jinqasam f'on call allowance ta' Lm2.00 kuljum, Lm13.12c għall- Ħdud u Festi u sahra.", "WSC - SCHOLARSHIPS", "495.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ngħataw mill-1992 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KUNTRATTI", "536.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-perijodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l- award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li għall-perjodu msemmi ingħataw erba' ordnijiet għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini taħt forma ta' direct order għar-raġunijiet segwenti:-", "1. twaqqaf l-Uffiċċju tal-Ministeru", "2. twaqqfu l-uffiċini ta' żewġ Segretarji Parlamentari fil-Berġa ta' Aragona kif ukoll fil-bini tal-Kamra tad-Deputati.", "3. l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u l-istaff tiegħu ġie trasferit minn Palazzo Verdelin għal house of Catalunya.", "Minħabba l-urġenza biex il-Ministeru jibda x-xogħol tiegħu ma kienx hemm żmien biex jintalbu kwotazzjonijiet.", "WSC - UNACCOUNTED FOR WATER", "551.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jippjana ġdid l-Ministeru biex il- proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas?", "X'qiegħed isir fil-preżent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 839.", "SAĦĦA - NIES LI JBATU MINN ICHTHYOSIS", "558.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis?", "Kemm minnhom huma: i) tfal; ii) adulti?", "Tista' din il-kondizzjoni kronika tiġi nkluża f'Schedule V?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-konsulenti u tobba ohra li jahdmu fid- Dipartiment tal-Ġilda, hemm 16-il pazjent adult li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis filwaqt li hemm ukoll 13-il pazjent żgħar li jbatu b'din l- istess marda.", "It-talba biex din il-kondizzjoni tigi nkluza f'Schedule V ghad trid tigi studjata.", "RAĦAL ĠDID - DAWL", "664.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid fejn kien sar il-proġett ta' ħdejn ir-roundabout ta' Sare'?", "Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' ħa ħsieb li jgħaddi l-pipes biex ma jkunx hemm problemi tat-traffiku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Riċentement il-Korporazzjoni Enemalta ħadet ħsieb li jsir xogħol ta' manutenzjoni fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija ta' l- Onor. Interpellant.", "L-Enemalta ma fadlilha l-ebda talba pendenti għal iktar dawl f'dawn l-inħawi.", "ENEMALTA - ENERĠIJA ELETTRIKA", "771.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-ogħla domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand)?", "Jista' jgħid kemm kienet id-domanda f'din l-okkażjoni?", "Jista' jgħid f'liema ħin kienet din id-domanda?", "Kemm kienet is-surplus capacity dak inhar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-għola domanda għall-enerġija elettrika (maximum peak demand) kienet il-Ġimgħa, 13 ta' Jannar, 1995 fis- 7.00p.m..", "Dakinhar id-domanda kienet ta' 321 megawatts u s-surplus capacity kienet ta 26 megawatts.", "PULIZIJA - VETTURI LIĊENZJATI", "73.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' vetturi, karozzi, tractors, eċċ liċenzjati mill-pulziija f'Malta u f'Għawdex fil-mument?", "Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ANNIMALI/TJUR", "74.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' annimali u tjur li fil- preżent hemm fil-farm esperimentali u jintużaw għall-programm edukattiv \"Ngħożżu l-Biedja\"?", "Fil-fatt dan il-programm se jitkompla mill-amministrazzjoni tal-lum?", "Jekk iva, mistenni xi tibdil u jew ameljorament fuq l-istrutturi eżistenti partikolarment li jiġu rranġati t-toroq fejn jgħaddu l-istudenti?", "Kemm kienu l-persuni li bejn 1987 u l-1997 ġew ikkumpensati għal xi inġustizzji li sarulhom u/jew li ġew ikkumpensati minħabba li ġie terminat il-kuntratt tax-xogħol tagħhom fil-kariġa uffiċjali li dawn kellhom ma' l- Istat?", "Kemm kienet is-somma pagabbli f'kull każ lil dawn il-persuni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Rigward l-ewwel tlett paragrafi tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 47.", "Dwar ir-raba paragrafu, jien informat li d-dipartiment m'għandux rekords ta' persuni li bejn l-1987 u l-1997 ġew ikkumpensati għal xi inġustizzji li sarulhom.", "F'dan il-perjodu, ġew ikkumpensati erba' persuni minħabba li ġie terminat il-kuntratt tax-xogħol tagħhom.", "Dawn kienu:", "Gauci Tony, Security/Driver, ġie kkumpensat LM162.28.7", "Axiaq Vincent, Security/Driver, ġie kkumpensat LM187.80.7", "Galea Paul, Security/Driver, ġie kkumpensat LM706.03.0", "Agius Anthony, Security/Driver, ġie kkumpensat LM706.03.0", "AGRIKOLTURA - KORSIJIET", "75.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li fil-mument qed jattendu għall-korsijiet speċjalizzati fl-oqsma tal-biedja fl-Istitut ta' l- Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta?", "Liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej u mediterranji li l-istitut għandu assoċjazzjoni magħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li qed jattendu korsijiet fl-oqsma tal-biedja fl-Istitut ta' l-Agrikoltura fl-Universita' ta' Malta, laħħaq għal 43.", "Din il-figura ma tinkludix studenti Universitarji minn dipartimenti oħra illi jattendu għal xi lectures speċjalizzati mill-istaff ta' l-Istitut ta' l-Agrikoltura.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda, informat illi l-Istitut ta' l- Agrikultura għandu assoċjazzjoni mal-Fakulta' ta' l-Agrikoltura ta' l- Univerista' ta' Udine fl-Italja, ma' l-Universita' ta' Leeds fil-Gran Brittanja; l-Istitut huwa wkoll membru ta' l-Assoċiation of Agricultural Research Institutions in the near East & North Africa.", "AGRIKOLTURA - INVESTIMENT", "76.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinvesti aktar fl-istitut ta' l- agrikoltura fl-Universita' ta' Malta sabiex jisfrutta aħjar flimkien mad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura l-iżviluppi xjentifiċi tant meħtieġa fil- qasam tal-biedja lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dażgur li l-Ministru jkun jixtieq jinvesti iżjed fl- Istitut ta' l-Agrikolutra.", "Eventwalment jiġi kkonsidrat li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Universita' jfasslu pjan flimkien biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi li għandu l-pajjiż.", "MALTA DRYDOCKS/SHIPBUILDING", "77.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont/pagamenti pendenti f'ċifra ta' flus li l-Malta Drydocks u l-Malta Shupbuilding għandhom jitħallsu għal xogħlijiet li wettqu diġa' sa Lulju, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li skond ir-rapporti finanzjarji sa Lulju, 1998, il-Malta Shipbuilding Co. Ltd. għad trid tirċievi s-somma ta' Lm2,947,897 fi ħlasijiet għal xogħlijiet li għamlet.", "L-ammont dovut lil Malta Drydocks sas-7 ta' Awissu, 1998 huwa ta' Lm10,529,082.", "AFFARIJIET BARRANIN - INGAĠĠAR", "126.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?", "X'karigi ngħataw fil-ministeru?", "X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?", "Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?", "X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?", "X'kondizzjonijiet ingħataw?", "Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Qed nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għas-Segretarjat Privat.", "Ninsab informat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l- individwi konċernati, u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra, wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.", "Nirriferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b' risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 81/9/1.", "TRAŻŻIN TA' L-INFLAZZJONI", "128.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega x'inhuma l-miri tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat- trażżin ta' l-inflazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi mira ta' kemm jixtieq li tkun ir-rata ta' inflazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "SAĦĦA - ALLOWANCES", "129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Min huma u xi grad għandhom?", "F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?", "Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma kien hemm ebda impjegat li beda jircievi xi forma ta' allowances mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn hlief dawk konnessi ma' rosters, allowances tal-Ħadd, shift allowances u allowances ohra skond l-Estacode.", "GĦAWDEX - ALLOWANCES", "130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tagħha li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Min huma u xi grad għandhom?", "F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?", "Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li mill-5 ta' Settembru 'l hawn ingħataw żewġ allowances fil-Ministeru għal Għawdex.", "Waħda kienet qualification allowance ta' Lm200 fis-sena li normalment tingħata lil dawk l-iskrivani li jkollhom grad ta' BA.", "Din l-allowance li ġiet approvata mill-management and personal office fit- 30 ta' Settembru 1998, ingħatat lill Ms Sonia Sultana li kienet skrivana fid-Dipartiment tal-Customer Services għal perjodu 15 ta' Ġunju 1998 sat-23 ta' Settembru 1998 jiġifieri sa meta tterminat l-impjieg tagħha bħala skrivana.", "Wara din id-data s-Sinjorina Sultana bdiet taħdem bħala għalliema u l-allowance waqfitilha.", "Ms Sultana tħallset Lm54 pro-rata għall-perjodu msemmi.", "L-oħra hija allowance ta' Lm30 fix-xahar lis-Sur Vincent Xerri bħala IT facilitator.", "Din l-allowance ġiet approvata mill-Management and Personnel Office fid-29 ta' Ottubru, 1998 b'seħħ mill-istess data.", "Is-Sur Xerri huwa impjegat bħala skrivan fid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp u kien ntgħażel bħala IT facilitator taħt sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet mill-MPO fit-23 ta' Lulju, 1997 u l-għażla saret fit-12 ta' Diċembru, 1997.", "AGRIKOLTURA U SAJD - ALLOWANCES", "131.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Min huma u xi grad għandhom?", "F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?", "Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru sal-lum, ħadd ma beda jirċievi xi forma ta' allowance.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-impjegati li kienu qed jirċievu allowance qabel il-5 ta' Settembru u għadhom jirċevuha.", "INTERN - ALLOWANCES", "132.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998?", "Min huma u xi grad għandhom?", "F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin?", "Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li sa issa m'hemmx impjegati fid- dekasteru tiegħi li bdew jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998.", "BIEDJA U SAJD", "302.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Billi s'issa kull ma ntqal kien biss dwar il-vantaġġi bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li ġġib magħha fis-setturi tal-Biedja u Sajd, jista' l- Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra x'inhuma l-iżvantaġġi u x'qed jipprogramma l-Gvern sabiex il-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-familji tagħhom jilqgħu għal dawn l-iżvantaġġi?", "Billi dawn is-setturi huma żgħar f'pajjiżna u kull ċaqlieqa taffetwaħ, jista' l-Ministru jispjega settur, settur ċioe' l-industrija tal-majjal, tal-poultry eċċ separatament liema żvantaġġi se jolqtuha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-politika agrikola komuni (CAP) ta' l-Unjoni Ewropea qed tiġi riformata kontinwament.", "Peress li l-Onor.", "Interpellant naqas milli jsemmi l-vantaġġi wieħed ma jistax jiżen l-istess vantaġġi ma' xi żvantaġġi żgħar li faċilment jistgħu jiġu eliminati waqt diskussjonijiet li għad iridu jsiru.", "Jidher ċar iżda li l-għajnuna għas-setturi ta' l-agrikoltura u s-sajd qed jibdew ikunu diretti lejn l-għaqdiet tal-produtturi.", "Minn dan wieħed jifhem li għandha tingħata prijorita' sabiex il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda jissaħħu fl- għaqdiet tagħhom u jissieħbu mal-gvern fil-preparazzjoni għan-negozjati sabiex nakkwistaw l-aħjar kondizzjonijiet li joħolqu ġid, fiduċja u direzzjoni.", "Huwa opportun ukoll li niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- agrikoltura u s-sajd f'Malta ma jistgħux jissejħu żgħar meta jiġu pparagunati mas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea.", "L-agrikoltura u s-sajd f'Malta jikkontribwixxu madwar 3% tal-prodott gross domestiku (GDP) waqt li l-medja tal-kontribut ta' l-agrikoltura fl-UE huwa ta' 2.9% Għaldaqstant huwa żbal li wieħed inaqqas l-importanza ta' l-agrikoltura f'Malta.", "MDC - TRASFERIMENTI", "458.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li għall-perjodu msemmi saru sitt trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.", "Dawn it-trasferimenti kienu jinvolvu mpjegati tal-Korporazzjoni li rritornaw minn diversi ministeri u dipartimenti wara perjodu ta' secondment.", "It-trasferimenti jsiru skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni.", "NTOM - TRASFERIMENTI", "459.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fin-National Tourism Organisation of Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li, ħlief għal persuna waħda li talbet biex tiġi ssekondata ma' Ministeru ieħor, ma sar l-ebda trasferiment ieħor bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998 fin-National Tourism Organisation - Malta.", "INDAFA PUBBLIKA - TRASFERIMENTI", "460.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat- 28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ma saru ebda trasferimenti fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fil-perjodu msemmi.", "Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas- servizz fil-futur.", "MFSC - TRASFERIMENTI", "461.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta Financial Services Centre?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Malta Financial Services Centre hija entita' b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.", "VAT OFFICE - TRASFERIMENTI", "462.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-VAT Office?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 saru 3 trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tas-CET.", "Fil-każ ta' l-ewwel tnejn, it-trasferimenti saru fuq talba ta' l-uffiċjali kkonċernati.", "Fil-każ tat-tielet wieħed, it-trasferiment sar minħabba esiġenza fid-Dipartiment tat-Teżor.", "Għalkemm in-numru ta' trasferimenti jinżamm limitat kemm jista' jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fil- futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.", "IPSE - TRASFERIMENTI", "463.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for the Promotion of Small Enterprises?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil- futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien infurmat li għall-perjodu msemmi ma sar ebda trasferimenti fl-entita' msemmija.", "It-trasferimenti jsiru jekk il-ħtieġa tkun titlob hekk.", "AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI", "816.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill- aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn, 31 impjegat ġew trasferiti minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru, filwaqt li 11 'il impjegat ġew trasferiti għal dipartimenti li jaqgħu taħt Ministeri oħra.", "F'kull każ it-trasferimenti saru minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz.", "Iktar dettalji tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "GĦAWDEX - IMPJEGATI", "817.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tagħha li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Tista', f'kull każ, il-Ministru tgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill- aħħar Elezzjoni Ġenerali sal-lum kien hemm tliet impjegati li kienu trasferiti minn dipartiment għal ieħor fil-Ministeru għal Għawdex.", "Tnejn minnhom kienu trasferiti mid-Dipartiment għal Proġett u Żvilupp għad- Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li l-ieħor kien trasferit mid- Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp għal dak għas-Servizzi Korporattivi.", "Dawn it-tliet trasferimenti saru skond l-esiġenzi tad-dipartimenti konċernati.", "Ma sar l-ebda trasferiment ta' xi impjegati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għal xi post ieħor li jaqa' taħt Ministeri oħra.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "818.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Miniseru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra?", "Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali sa l-4 ta' Novembru 1998 ġew trasferiti 52 impjegat li minnhom 50 ġo dipartimenti li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 2 f'Ministeru ieħor.", "Minn dawn it-52 impjegat 27 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Listi ta' dawn it-trasferimenti qed jigu mehmuza.", "Minbarra dawn kien hemm 15 impjegat ieħor li talbu biex imorru fis- Segretarjat ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.", "OPM - IMPJEGATI", "819.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu: i) każwali; u ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impjieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġedditx (inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra) mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens, fejn applikabbli, lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fid-dikasteru tiegħi n- numru ta' ħaddiema każwali huwa ta' 28 u dawn kollha jaħdmu bħala tajpisti waqt li n-numru ta' ħaddiema bil-kuntratt huwa ta' 371 li l-pożizzjonijiet tagħhom huma kif hemm indikat fuq it-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dawn il-ħaddiema kollha kien sarilhom il-kuntratt tagħhom qabel il-5 ta' Settembru, 1998, pero' tlieta minnhom kellhom il-kuntratt tagħhom imġedded wara l-5 ta' Settembru 1998, peress li kien skadilhom.", "Mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn intemm l-ingaġġ skond il-kuntratt ta' 19- il persuna li ħadd minnhom ma tneħħa minn fuq xi bord.", "Minn dawn 13 tħallsu kumpens ta' sitt xhur paga, tnejn tħallsu kumpens ta' tliet xhur paga u erbgħa ma tħallsu l-ebda kumpens, dejjem skond il-kuntratt li kellhom.", "AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "820.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu: i) każwali; u ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impjieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġedditx (inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra) mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: In-numru ta' impjegati każwali fil-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin fil-preżent huwa ta' sebgħa.", "Sitta huma fuq xogħol ta' skrivani filwaqt li waħda hija ħassiela.", "Il-Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea huwa impjegat b' kuntratt.", "Arranġamenti kuntrattwali jeżistu wkoll fil-kaz ta' disgħa Ambaxxaturi u żewġ Konslijiet Maltin.", "Dawn l-individwi għadhom kollha fil-kariga, għalkemm l-offerta li għamlu uħud minn dawk li qedgħin bil-kuntratt li jirrżenjaw mill-post, kif tenuti li jaghmlu wara l-bidla fl-Amministrazzjoni, qiedgħa tiġi kkonsidrata.", "Sadanittant, mill-5 ta' Settembru 1998 ' il hawn, kellna kaz wieħed ta' Ambaxxatur (li mhux inkluż fil-figura mogħtija qabel) li volontarjament spiċċa mill-kariga tiegħu meta ntemmlu t-terminu fl-aħħar ta' Ottubru 1998.", "Ġiet aċċettata wkoll ir-riżenja ta' persuna li kienet impjegata bil- kuntratt bħala Sewwwieq Personali/Uffiċjal tas-Sigurta' mal-Ministru preċedenti, li spiċċa mill-impieg tiegħu b' seħħ mill-10 ta Settembru 1998.", "Fil-kaz ta' dan l-individwu, tħallsu l-benefiċċji kollha dovuti lill- persuna konċernata, skond il-provvedimenti tal-kuntratt li kien iffirma mal- Ministeru u skond kif jipporvdu l-liġijiet industrijali ta' pajjiżna.", "POLITIKA SOĊJALI - IMPJEGATI", "821.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u; (ii) bil-kuntratt u għal-liema pożizzjonijiet f'kull każ?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet ġovernattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmija li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Żewġ tabelli li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru, waħda dwar in-numru ta' impjegati fuq bażi każwali u l-oħra dwar impjegati b'kuntratt tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dawn it-tabelli ma jinkludux dawk il-persuni li kienu mpjegatii b'kuntratt fis-Segretarjat Privat ta' xi Ministru taħt l-Amministrazzjoni preċedenti u li kienu miestiedna jirriżenjaw skond it-termini ta' l -istess kuntratt.", "Dawn l-impjegati ħa l-kumpens stabilit b'mod uniformi fl-istess kuntratt.", "PBS - ILMENTI", "892.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' Awissu, 1998 kemm saru ilmenti lill-Awtorita' tax-Xandir dwar il-PBS mill-Partit Nazzjonalista?", "F'kemm-il wieħed il-Partit Nazzjonalista ngħata raġun?", "Fl-istess perjodi kemm saru ilmenti lill-Awtorita' tax-Xandir dwar il-PBS mill-Partit Laburista?", "F'kemm-il wieħed il-Partit Laburista ngħata raġun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-aħħar ta' Awissu 1998, l-Awtorita' tax-Xandir trattat 54 ilment dwar il- PBS.", "Il-Partit Nazzjonalista kellu 44 ilment, u l-Awtorita' sabet li 20 minnhom kienu ġustifikati, tnejn parzjalment.", "Fl-istess perjodu, il-Partit Laburista kellu 10 ilmenti li minnhom tnejn kienu ġustifikati, wieħed parzjalment.", "ZABBAR - LETTER BOX", "893.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-Maltapost tikkonsidra li twaħħal letter box fl- inħawi ta' Triq il-Baħrija, Zabbar, minħabba li f'din l-area li tinkludi wkoll fost oħrajn Triq il-Kappuċċini m'hemmx letter box?", "Billi dawn l-akkwati huma ferm abitati u billi din id-domanda qed issir f'isem diversi residenti, huwa possibbli li din it-talba tiġi kkonsidrata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li peress li l-eqreb kaxxa ta' l- ittri għal Triq il-Baħrija tinsab fi Triq Alessio Erardi, il-kumpannija ma tarax il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi ndikati.", "GĦARGHUR - TORRI", "894.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed joffri t-torri tal-Gharghur u liema istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi?", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni billi jgħid kull servizz min qed jagħmel użu minnu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "GHARGHUR - ARBLU", "895.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom panelli mwaħħlin ma' l-arblu tal-Gharghur is-Super I TV u kemm minnhom qed jintużaw?", "Jista' l-Gvern ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport jew/u rapporti li għandu fuq il-possibbilta' li jitwaħħlu aktar panelli ma' dan l-arblu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ANAESTHETIC NURSE - LABOUR/GYNAE THEATRE", "896.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonsulta mad-Direttur tan-Nursing u jikkonsidra li jalloka anaesthetic nurse speċifikament għal-labour theatre u l-gynae theatre?", "Minħabba li fil-labour theatre isiru ta' kuljum għadd ta' ċesarji, fosthom emerġenzi, jaqbel il-Ministru li hemm bżonn ta' anaesthetic nurse f'dan il-post?", "Billi s'issa f'dan it-theatre tmur nurse (mhux dejjem) minn theatres oħra, jaqbel il-Ministru li l-fatt li f'dawn iż-żewġ theatres ikun hemm anaesthetic nurse allokat hemm, jgħin biex dawn it-theatres jinżammu aktar equipped fejn tidħol l-anaesthesia?", "Billi l-labour theatre hu post delikat għax ħafna drabi mil-lopju li qed tagħti jiddependu żewġ ħajjiet (omm u tarbija), jaqbel il-Ministru li jkun pass kbir 'il quddiem jekk f'dan il-post ikun hemm aneasthetic nurse tal- post, l-istess kif hemm scrub nurses tal-post?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-idea li jkollna Anaesthetic Nurse speċificament allokat kuljum bejn il-Labour Theatre u l-Gynae Theatre huma l-għan li lejh qegħdin naħdmu għal dan l-aħħar żmien.", "Kien għalhekk li tlabna biex in- numru ta' Anaesthetic Nurses għall-Operating Theatre Karen Grech jizdied - dan billi l-coverage ta' dawn iż-żewġt theatres isir kważi dejjem minn hemmhekk.", "Wieħed irid jinnota li mill-ewwel ta' Settembru s'issa ġew allokati żewġ nurses ġodda li għadhom qegħdin jieħdu t-training meħtieġ biex wieħed wara jara l-potenzjal tagħhom f'dan il-mistier.", "Nispera li s-sitwazzjoni tkun differenti fi ftit zmien.", "Nixtieq nenfasizza li qatt u fl-ebda ħin ma kellna l-okkażjoni li saret xi ċesarja mingħajr ma kien hemm preżenti l-Anaesthetic Nurse.", "Għalkemm huwa fatt li ġieli kellna bżonn inġibu Anaesthetic Nurse minn theatres oħra, dawn l-okkażjonijiet huma rari.", "Wieħed irid jinnota li jkun hemm ġranet li ma jkollniex ċesarji u għalhekk is-sistema hi li meta jkollna iktar minn żewġ ċesarji ppjanati nagħmlu arranġamenti biex ikun allokat Anaesthetic Nurse għal-labour theatre biss.", "SPTAR SAN LUQA - CARDIAC SURGEON", "897.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru ġentilment jgħid kemm saru open heart surgeries fil-main operating theatre ta' l-Isptar San Luqa kemm ilu hawn Malta il-cardiac surgeon li ismu qed jintbagħat separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li tiġi tiswa CABG li ssir Malta minn team Malti u kemm tiġi tiswa li kellek tibgħat il-pazjent l-Ingilterra għall-istess operazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera Malta s-surgeon imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 897 qegħda tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PJAN TA' ŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU", "926.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa t'Isfel ta' Malta li Gvern Laburista kien ipprepara b'konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali nvoluti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qegħda ssir reviżjoni tal-pjanijiet kollha li kienu diġa' pproġettati, inkluż dak li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru, bil-għan li jittieħdu d- deċiżjonijiet meħtieġa dwarhom.", "BIGHI - RESTAWR", "964.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni jinsab ir-restawr tal-proġett ta' Bighi ġewwa l-Kalkara li kien inbeda minn Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-restawr tal-proġett ta' Bighi ġewwa l- Kalkara bħalissa qed jiffoka fuq il-Palazz Ċentrali fejn hu maħsub illi jitwaqqaf Ċentru Nazzjonali tar-Restawr.", "Ix-xogħol f'dan il-Palazz qiegħed fi stadju avvanzat ħafna.", "Bini ieħor fi ħdan l-istess kumpless ser ikun restawrat fil-futur wara li jiġu kkonsidrati proposti relatati.", "BORMLA - ĠNIEN PUBBLIKU", "965.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx ikkonsidrat u ppjanat sabiex fil-futur qarib isir ġnien pubbliku aħjar quddiem St Nicholas Married Quarters, sal-Mina ta' Santa Liena Bormla sabiex il-Bormliżi jkollhom ġnien denju ta' dak l-isem bħal dawk li hemm f'postijiet oħra bħal per eżempju f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li kienu diġa' ttieħdu inizjattivi sabiex ġiet studjata din il-possibbilta' minn Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "L-ideat u l-proposti rigward dan il-ġnien kienu ġew mgħoddija lill-Kunsill Lokali ta Bormla li donnu għandu l-intenzjoni li tiġi żviluppata l-area magħrufa bħala l-Polverista għal għan li qed isemmi l- Onor. Interpellant.", "Dan għandu jiġi sottomess għall-inklużjoni fil-pjan li qed jifformula l-Gvern għall-iżvilupp tal-Kottonera.", "BIRGU - AUBERGE DE FRANCE", "966.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożizzjoni ta' restawr jinsab l-Auberge de France ġewwa l-Birgu?", "Hemm il-ħsieb li dan il- post jinfetaħ għal pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat illi sar xogħol ta' prijorita' li kien jikkonsisti f'tindif tal-Bini, tibdil ta' travi li kienu jinsabu f'qagħda perikoluża, xogħol tar-restawr tal-ġebla, kisi ta' soqfa u xogħol strutturali ieħor.", "Ix-xogħol sar mill-Cottonera Rehabilitation Project.", "Għadhom qed jiġu kkonsidrati proposti għal użu aħjar ta' dan il-bini.", "BIRGU - AUBERGE D'ANGLETERRA - KOTBA", "967.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kotba għal użu u self tal- pubbliku ġewwa l-Auberge d'Angleterre ġewwa l-Birgu u kemm kotba ingħataw lil din il-librerija pubblika fl-1997 u s'issa, 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-bidu tal-1997, in-numru ta' kotba fil- Librerija tal-Birgu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kien jammonta għal 3,130.", "Matul is-sena msemmija ġew miżjuda 231 biex l-ammont tela' għal 3,361.", "S'issa sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 ġew miżjuda 237 ktieb biex l- ammont totali s'issa jaqra 3,598.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BL-ISPANJOL", "968.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Spanjola li nxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u jekk kemm-il-darba kienx bord ad hoc li ħa d-deċiżjoni liema kotba partikolari jinxtraw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul dawn l-aħħar ħames snin inxtraw 205 ktieb bil-lingwa Spanjola.", "Il-kotba nxtraw fuq pariri ta' kumitat imwaqqaf apposta dwar is-selezzjoni u x-xiri tal-kotba.", "BIRGU - AUBERGE D'ANGLETERRE - ESPOŻIZZJONIJIET", "969.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba jikkonsidrax li ġewwa l-Auberge d'Angleterre ġewwa l-Birgu jkun hemm espożizzjonijiet kontinwi ta' artisti tal-lokal mill-ħafna talent li hemm u Maltin sabiex dan iservi ta' attrazzjoni oħra għat-turisti li jiġu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, se nilqa' s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru u nikkonsidrah fil-kwadru tal-pjan li se jitħejja biex il-kultura u l-wirt tal-poplu jieħdu sura aktar ħajja fil-lokalitajiet bħal dawk li semma' fil- mistoqsija.", "SCHOOL DEVELOPMENT PLAN", "1001.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tfassil ta' School Development Plan (1) fl-iskejjel primarji; (2) fl-iskejjel junior lyceums; (3) fl-iskejjel sekondarji; (4) fit-trade schools; (5) fl-iskejjel speċjali; (6) fl-iskejjel post-sekondarji?", "F'kull każ, liema skejjel fasslu l-pjan ta' żvilupp tagħhom?", "Liema le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mija u 11-il skola primarja, sekondarja u tas-snajja fasslu l-iSchool Development Plan.", "13-il skola għadhom fil-proċess li jippreżentaw l-iSchool Development Plan.", "Dawn huma:", "Skola Primarja B'Kara A S. Gwann A Mosta A Kalkara Vittoriosa Marsa A Żebbuġ B Qrendi Qormi (SG) B Qormi (SG) A", "Skola tas-Snajja Stefano Żerafa - Naxxar Abram Gatt - Bighi Danny Cremona - Qormi It-taħriġ biex isir id-Development Plan beda fis-settur primarju u sekondarju bill-ħsieb li jiġi estiż aktar il-quddiem fis-settur post sekondarju.", "L-Iskejjel Speċjali kollha mexjin bil-proċess tat-tfassil ta' l-iSchool Development Plan.", "Il-proċess waqa' lura minħabba li l-Assistent Direttur responsabbli mill-iskejjel Speċjali għamel xi żmien indispost u hemm ukoll żewġ skejjel Speċjali mingħajr Kap ta' l-iskola.", "(Santa Marija Day School u San Miguel Special School).", "L-iSchool Development Plan ta' l-Iskola Speċjali tas-Sannat, Għawdex ġie inkorporat ma' l-Iskola tal-Primarja tas-Sannat.", "SKEJJEL: MELLIEĦA - SKOLA PRIMARJA", "1002.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex kważi jieqaf għal kollox ix-xogħol li kien qed isir fuq l-iskola primarja tal-Mellieħa?", "Jista' jiġi żgurat li l-pilastri tal-bricks li twaħħlu biex magħhom jeħel il-ħadid tal-boundary wall huma b'saħħithom biżżejjed?", "Meta se jitwaħħal il- ħġieġ fl-arkati tal-pjan terran?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ebda stadju ma waqaf ix-xogħol fuq l- iskola primarja tal-Mellieħa u li l-pilastri tal-bricks li nbnew biex magħhom jeħel il-ħadid tal-boundary wall huma b'saħħithom biżżejjed peress li huma rinforzati bil-ħadid minn ġewwa u mimlijin bil-konkos.", "Ġejt mitlub nitlob lill-Onor.", "Membru jispeċifika għal liema arkati qiegħed jirriferi fil-pjan terran.", "POSTIJIET STORIĊI - GĦASSIESA", "1003.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm għassiesa assenjati bil-lejl mas-siti arkeoloġiċi u storiċi ta' Malta u Għawdex?", "X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li dawn ikunu xogħol u jkunu mas-siti meta suppost ikunu hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li b'kollox hemm 44 għassiesa assenjati bil- lejl mas-siti arkeoloġiċi u storiċi ta' Malta u Għawdex.", "Fil-każ ta' Għawdex, dawn l-ispezzjonijiet qed jieħdu ħsiebhom spetturi fl-Internal Audit tal-Ministeru għal Għawdex.", "Għal Malta l-ispezzjonijiet jieħdu ħsiebhom l-uffiċjali responsabbli.", "SKEJJEL: MARIA ASSUNTA - PROĠETT", "1005.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett li beda s-sena li għaddiet fl- Iskola Maria Assunta b'kollaborazzjoni mal-SWDP u b'kordinazzjoni mal-kap ta'l-iskola u ma' Dr Chris Bezzina?", "Se jkompli dan il-proġett matul is- sena skolastika 1998-99?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proġett li beda s-sena li għaddiet għadu sejjer.", "a. Is-sena l-oħra numru ta' studenti tal-Form IV u tal-Form III kellhom laqgħat darba fil-ġimgħa ma' żewġ Social Workers mill- SWDP dwar ħiliet meħtieġa għall-imġieba aħjar.i.e. relaxation skills behavioural skills.", "b. Matul il-vaganzi tas-sajf dawn l-istudenti ġew mistiedna jattendu laqgħat simili fiċ-ċentru ta' SWDP.", "c. Filwaqt li ma baqgħetx tinħass il-ħtieġa għal aktar laqgħat ma' l- istudenti li issa qegħdin fil-ħames sena, minħabba li sar progress fl- imġieba tagħhom, qegħdin jitkomplew il-laqgħat għall-istudenti li mit- tielet klassi issa telgħu fir-raba' klassi.", "Diġa' deher progress fl- imġieba ta' dawn l-istudenti.", "Din is-sena minbarra t-tfal tar-raba' klassi qegħdin isiru laqgħat għall- istudenti tat-Tieni u t-Tielet klassi ukoll.", "B'inizjattiva tal-kunsill skolastiku u b'kollaborazzjoni ma' l-SWDP ser isiru laqgħat għall-ġenituri fuq bażi regolari.", "U.E. - SĦUBIJA TA' MALTA", "1006.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li fil-ġurnal \"Il-Ġens\" tat-3 ta' Settembru, 1998 l-editur ikkwota esperti anonimi li \"Hekk kif Malta tneħħi mill-friża l-applikazzjoni tagħha, l-għajnuna li tirċievi mill-Unjoni Ewropea tirdoppja u flok il-Lm5 miljun għall-ħames snin li qed tieħu bħalissa, tibda tieħu mat-Lm12 miljun għal ħames snin\".", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm l-Unjoni Ewropa se tagħti flus lil Malta fl-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 issa li l-applikazzjoni tneħħiet mill-friża?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1008.", "MALTA DRYDOCKS - ĦADDIEMA", "1034.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħaddiema li hemm jaħdmu fil- Malta Drydocks belt belt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SANT'ANĠLU - ŻVILUPP", "1035.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-iżvilupp ta' Sant'Anġlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sant'Anġlu jinkwadra ruħu fl-iżvilupp kollu tal-Kottonera u d-dettalji jingħataw fi żmien li jkun opportun.", "PROĠETT TAL-KOTTONERA", "1036.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm li l-proġett tal- Kottonera jingħata prijorita', jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan il-proġett (yacht marina fil-Birgu) jinbeda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-diskussjonijiet dwar dan il-proġett qegħdin isiru b'ritmu mgħaġġel u l-ħsieb tal-Gvern hu li l-proġett jibda malajr kemm jista' jkun.", "Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant meta l-Gvern kien fl-oppożizzjoni kien diġa' esprima l-opinjoni tiegħu dwar dak li ma kienx jaqbel kif kien qiegħed isir, u dawn l-affarijiet qed jiġu rranġati issa.", "Dettalji jingħataw fi żmien li jkun opportun.", "PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA - BAĊIR NRU 1", "1037.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm li Baċir Numru 1 isir attrazzjoni u peress li f'risposta għal domanda parlamentari numru 341 ir-risposta kienet li l-Gvern għadu qed jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar l-użu ta' l-istess baċir, jista' l-Ministru jgħid x'hemm eżattament ipprogrammat dwar il-futur ta' dan l-istess baċir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Gvern għadu ma wasalx għall-konklużjonijiet tiegħu.", "ANZJANI - DAR F'BORMLA", "1038.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l- Ministru jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta mal-bdil ta' biċċa art fl- area fejn qed tinbena d-dar ta' l-anzjani f'Bormla?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ffirmat bejn il-Gvern u l- Knisja għal dan l-istess bdil?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-kondizzjonijiet marbuta mal-bdil ta' biċċa art fl- area fejn qed tinbena d-dar ta' l-anzjani f'Bormla huma dawk li jidhru fil- kuntratt bejn il-Knisja u l-Gvern li jġib id-data tas-6 ta' Awissu, 1997 u li tiegħu tpoġġiet kopja fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "DJAR - APPLIKAZZJONI NRU.", "HA663/95", "1039.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni HA663/95 quddiem l-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikant taħt HA 663/95 xtara r-residenza tiegħu permezz ta' kuntratt tan-Nutar Sandro Schembri Adami u datata 27 ta' Awissu, 1998.", "DINGLI: TRIQ IL-MERILL - XOGĦLIJIET", "1070.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jindaga għaliex fi Triq il-Merill, f'Ħad-Dingli waqt li qed issir it-triq sabiex jgħaddu l-water culverts u l-main ta' l-ilma u ħaffru pedament għan-naħa l-oħra tat-triq biex jinbena ċint, tkissru l-katusi tad- drenaġġ li ħerġin mid-djar għal tal-Gvern darbtjen u filwaqt li l- kuntrattur wiegħed, fil-preżenza tal-Kunsillier Lokali Peter Abela, li se jibdel kollox, dan qabad u għamel sleveng bla kolla xejn (xogħol ta' kafkaf); radam kollox bil-konkons u għaldaqstant ix-xogħol la sar sew u kif sar se jipproduċi u jikkawża ħsarat fil-futur?", "Qed jingħad ukoll li taħt iċ-ċint li se jinbena se jkunu għaddejjin (fil- fatt diġa' jinsabu fil-post) il-katusi tal-Gvern tad-drenaġġ.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-water culverts u l-main ta' l-ilma fi Triq il-Merill, Ħad-Dingli bilfors kellhom jitkissru l-katusi tad-drenaġġ (house connections) minħabba li dawn kienu jinsabu fil-wiċċ tat-triq.", "Dawn issewwew darbtejn temporanjament sakemm ix- xogħol infrastrutturali kellu jsir.", "Issa li dan ix-xogħol tlesta fil-jiem li ġejjin sejrin jinbidlu l-katusi bejn is-sufun u l-main tad-drenaġġ tad- djar.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija fejn intqal li taħt iċ-ċint li se jinbena jeżistu katusi tad-drenaġġ tal-Gvern nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-fatt veru jeżistu dawn il-katusi u d-direzzjoni tagħhom sejra lejn il-pumping station tad-drenaġġ.", "Il-prekawzjonijiet meħtieġa ġew meħuda u li l-inspection manholes li hemm biswit dan il-ħajt ġew mgħollija għal-livell tat-triq u għaldaqstant bl-ebda mod m'hi se tiġi ostakolata l-flow tad-drenaġġ f'dawn il-katusi.", "PA - APPLIKAZZJONI PA 6099/96", "1076.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra għaliex fis-sit (art) fil-kantuniera bejn Valletta Road u Mosta Road, fl-Imdina (fit-tarf t' isfel f'Saqqajja Hill), l-enforcement offices tal-Planning Authority: l-ewwel servew stop notice lil aħwa, li isimhom qed jintbagħat separatament, meta x-xogħol li sar ġie affettwat mill-istess aħwa wara li ġew mitluba li jagħmlu dan mill-Kunsill Lokali ta' l-Imdina (vide ittra unita); imbagħad taw parir lill-istess aħwa sabiex a spejjeż tagħhom japplikaw għall-PA permit għax-xogħol li kien qed isir; u issa l-istess awtorita' qed tirrifjuta l-permess applikat skond numru PA 6099/96; tant li ħareġ rifjut u sabiex jitkompla jitqiegħed il- melħ fuq il-ferita, dawn kellhom jerġgħu joħorġu l-flus biex jappellaw - Appell Nru. 510/98?", "Jista' l-Ministru, bil-poteri li tagħtih il-liġi, jitlob illi l-istess rifjut ta' PA 6099/96 jiġi rtirat u l-permess jinħareġ u li dawn l-aħwa jiġu rimborsati fl-intier għas-somma li ħallsu ta' l-appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-nies imsemmija fl-interpellanza bnew pjattaforma tal-konkos ġo sit li jinsab il-barra mill-konfini ta' żvilupp.", "Jirriżulta wkoll illi l-Kunsill Lokali ta' l-Imdina kien għamel xi forma ta' pressjoni fuq in-nies imsemmija u dan bħala proprjetarji sabiex dawn inaddfu din l-art minn xi mbarazz.", "B'riżultat ta' dan it- tindif, l-aħwa msemmija dehrilhom illi għandhom jibnu din il-pjattaforma.", "Peress illi dan it-tip ta' żvilupp jirrekjedi permess, nhar it-2 ta' Settembru, 1996, ġie servut Stop and Enforcement Notice kontra l- iżviluppaturi skond l-Att Nru. 1 ta' l-1992 dwar l-ippjanar.", "Sadanittant fl-4 ta' Settembru, 1996, il-Kunsill Lokali tal-Imdina nforma lill-Awtorita' tal-Ippjanar li kien hu li talab lil dawn il-persuni sabiex 'inaddfu din l-area' u li 'dawn offrew li jirrabilitaw l-area kollha bi spejjeż tagħhom'.", "B'konsegwenza ta' l-istop and enforcement notice kontra l-iżviluppaturi, il-proprjetarji ssottomettew applikazzjoni skond artiklu 52 ta' l-istess Att, sabiex jinsanaw dan l-iżvilupp liema talba ġiet rifjutata mill- Kummissjoni għal Kontrol ta' l-Iżvilupp.", "Din id-deċiżjoni ġiet appellata quddiem il-Bord dwar l-Appelli ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għaldaqstant, skond l-istess artiklu 52, l-Avviż tat-Twettieq jibqa' sospiż mill-operat tiegħu sa mal-proċess kollu ta' l- applikazzjoni jiġi eżawrit skond il-liġi.", "Il-liġi ma tagħti l-ebda poter lill-ministru sabiex dan (i) jitlob l- irtirar tar-rifjut u li l-permess jinħareġ, u (ii) jitlob li l-applikanti jiġu rimborsati għas-somma li ħallsu ta' l-appell.", "MTARFA - ARBLI TAD-DAWL", "1077.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa peress li twaħħlu l-arbli ġodda għall-wires tad-dawl li minn Triq Santa Luċija, Mtarfa jitwasslu s-servizz għall-irziezet imsejħa ta' Galabardi u San Alessjo fuq ir-Riħ ta' Wied il- Qlejgħa - issa l-wires li għadhom fuq l-arbli l-qodma jiġu trasferiti għall- arbli l-ġodda peress li dawk l-arbli l-qodma qegħdin fi stat perikoluż ħafna (vide pjanta unita)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta diġa' ttrasferiet il-linji fuq l-arbli ġodda li hemm fl-inħawi msemmija mill- Onor. Interpellant.", "Ix-xogħol biex jinbidlu l-arbli qodma li fadal qed jiġi ipprogrammat flimkien ma' xogħolijiet oħra.", "MTARFA - PUBLIC CONCENIENCE", "1078.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jieħu l-passi sabiex il-Public Convenience ħdejn il-Gymnasium ta' l-Imtarfa tinfetah għall-użu tal-pubbliku billi din inbniet u baqgħet magħluqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel id-domanda lill-Ministru kkoncernat.", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "1079.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (1) Jekk il-Gvern għandux il- Major Shareholding fil-Maltacom; (2) Jekk dan hu minnu, huwiex il-gvern li jaħtar iċ-Chairman ta' l-istess Maltacom; (3) Il-Ministru preżentement hu f'pożizzjoni li jerġa' jpoġġi f'posthom dawk il-ħaddiema ta' l-istess Maltacom (ex-Telemalta) li wara l-Elezzjoni ta' l-1996 ġew mogħtija transfers għal skopijiet li nqdew ħbieb tal-Partit li kien ġie elett fil- Gvern - jerġgħu jitpoġġew lura fix-xogħol li kienu qed jagħmlu sa dakinhar; (4) Jekk dan għandux isir immedjatament ma' dawk il-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu fis-sezzjoni tat-Telecare fil-Furjana u mbagħad ġew trasferiti nies magħrufa għall-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-gvern għandu l-Major Shareholding fil-Maltacom.", "Il-ħatra taċ-Chairman issir mill-Gvern.", "Rigward it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija qed isiru l- investigazzjonijiet meħtieġa.", "SAĦĦA - PUBLIC CONVENIENCES", "1080.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal public convenience fid-diversi bliet u rħula jista' l-Ministru: (a) jara li l-latrina fi Triq id-Dejqa, Valletta, kantuniera ma' Triq it-Teatru l-Qadim, Valletta tkun miftuħa għas-servizz tal-poplu kuljum; (b) jara l- istess latrini jkollhom attendent dejjem preżenti; (c) jara li l-health attendents li qabel kienu ikunu għassa mal-latrini fil-bieb ta' l-Imdina (tarf ta' Howard Gardens) u f'College Street, Rabat - b'sens ta' ġustizzja u mhux vendikazzjoni jitpoġġew lura fejn kienu qabel u mhux kif ġew arbitrarjament trasferiti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel id-domanda lill-Ministru kkoncernat.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "1094.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni separati li qed jirċievu l-għajnuna soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li il-kriterju għad-dritt ta' l-għajnuna soċjali hu marbut mal-mezzi, u n-numru ta' persuni fil-familja.", "L-istat ċivili ta' min jagħmel it-talba ma għandu ebda riflessjoni fl-eliġibilta' għal din l-għajnuna.", "Jidher li sal-lum ma nħassitx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-għajnuna soċjali humiex persuni separati.", "PERSUNI ROMOL - TFAL TAĦT IS-16-IL SENA", "1095.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni romol li għad għandhom ulied taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' romol li jirċievu Pensjoni għar-Romol taħt l-iskema kontributorja, u li għad għandhom tfal taħt is-16-il sena huwa ta' 598.", "PENSJONI TAS-SERVIZZI", "1096.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li gawdew mill-iskema tal-Pensjoni tas-Servizzi kif mogħtija mill-Gvern Laburista?", "Jista' jgħid x'kienet in-nefqa u kemm għad hemm persuni li għadhom ma gawdewx minn din l-iskema?", "Jista' jgħid ukoll meta se jitħallsu dawn il-każi li għad hemm pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward mistoqsija parlamentari numru 1096 l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI", "1097.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull kategorija ta' pensjoni mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sena b'sena, mill-1994 sa llum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "1098.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa attwali f'allowance tat-tfal għas-sena 1994, 1995, 1996, 1997 u l-ammont ta' overtime li tħallas lil din is-sezzjoni li taħdem dan il-benefiċċju, sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-nefqa annwali fl-allowance tat-tfal u l-ammont ta' overtime li tħallas għas-snin imsemmija huwa kif ġej:", "|SENA |NEFQA |AMMONT | | |F'ALLOWANC|TA' | | |E TAT-TFAL|OVERTIME | | | |MĦALLAS | |1994 |Lm15,611,9|Lm8,867 | | |80 | | |1995 |Lm15,521,9|Lm10,605 | | |57 | | |1996 |Lm18,333,5|Lm26,126 | | |40 | | |1997 |Lm20,369,5|Lm34,364 | | |90 | |", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li b'miżura mħabbar fid-Diskors tal- Budget ta' l-1996, il-Gvern Nazzjonalista kien ħabbar riforma fiċ- Children's Allowance li biha, b'effett minn Lulju 1996, din l-allowance ġiet suġġetta għat-test tal-mezzi.", "Għaldaqstant m'hemmx dubju li ż-żieda fin-nefqa tirrifletti ż-żidiet sostanzjali li jingħataw lil dawk il- familji li l-aktar huma fil-bżonn.", "SIGURTA SOĊJALI - BENEFIĊĊJI", "1099.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' applikazzjonijiet għall-allowance tat-tfal li għadhom pendenti u ma tħallsux u jagħti indikazzjoni ta' meta se jibdew jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' apaplikazzjonijiet għall-allowance tat- tfal li għadhom pendenti u li għadhom ma tħallsux hu ta' 2,878.", "Ħafna minn dawn it-talbiet baqgħu pendenti minħabba li l-applikant ma pproduċewx id-dokumenti mitluba mid-dipartiment biex it-talba tagħhom tkun tista' tinħadem.", "Dawn jintalbu biex jipprovdu l-informazzjoni mill-iktar fis possibbli.", "Kull min jipproduċi d-dokumenti meħtieġa jkollu l-allowance imħallsa fi żmien 15-il ġurnata.", "VETTURI IMPRESSED", "1121.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonferma li mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum ġew ingaġġati diversi vetturi impressed mad- dipartimenti tal-Gvern u l-korpi parastatali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment tax-Xogħol ma ġiex informat b'kiri ta' vetturi ġodda fuq is-sistema impressed mis-6 ta' Settembru, 1998 sal- lum.", "Madanakollu kien informat fi tliet każijiet li s-sid tal-vettura ma kienx f'qagħda li jsuq il-vettura minħabba f'mard u li għalhekk il-kirja tal-vettura ġiet temporanjament sospiża sakemm l-istess sid kien f'qagħda li jirriżumi x-xogħol tiegħu.", "EDUKAZZJONI - KAROZZI SELF-DRIVE", "1122.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 644, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-kumpanniji/individwi li applikaw għas-sejħa ta' kiri ta' karozzi self-drive, x'kienet ir-rata proposta minn kull applikant u min rebaħ din l-offerta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumpanniji/individwi kienu mistiedna japplikaw għal tliet kategoriji ta' vetturi tal-kiri permezz ta' sejħa li ġiet pubblikata u pproċessat qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "Dawn kienu kategorija A: vetturi minn 1000cc sa 1500cc, kategoria B: vetturi minn 1501cc sa 1800cc, u kategorija C: vetturi minn 2000cc sa 2400cc.", "Lista tal-kumpanniji/individwi li applikaw bir-rati kuljum proposti minnhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "L-offerta f'kategorija A intrebħet mill-kumpannija Autorentals, l-offerta f'kategorija B intrebħet minn Swift Rent a Car Ltd u dik f'kategorija C intrebħet mill-kumpannija Butterfly Garage.", "GOLF COURSES", "1123.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 392 fejn intqal li l-policy paper fir-rigward tal-golf courses ġiet approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-proposti li kienu saru minn diversi żviluppaturi ta' golf courses wara sejħa li saret mill-Amministrazzjoni Laburista ta' qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAJJIEDA MALTIN - PROTEZZJONI", "1141.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern sabiex jipproteġi l-għajxien tas-sajjieda Maltin, partikolarment dawk li jistgħadu għat-ton, mis-sajjieda barranin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Is-sajjieda Maltin igawdu mill-protezzjoni kollha li jagħtuhom il-Forzi Armati ta' Malta sabiex jiġu nforzati l-liġijiet u r- regolamenti kif inhuma sa 25 mil nawtiku kif deskritt f'Kap 226 tal- Liġijiet ta' Malta.", "Minkejja li s-sajd għat-tonn isir fil-parti l-kbira tiegħu 'il barra mill- ibħra Maltin kif deskritti hawn fuq, id-Dipartiment tas-Sajd qiegħed jieħu sehem attiv f'diskussjonijiet waqt laqgħat diversi tal-FAO fejn jiġu deċiżi regolamenti fuq l-industrija tas-sajd fil-Mediterran.", "Madankollu il-Gvern Malti qiegħed jinsisti illi ċerti metodi ta' sajd tat-tonn, użati minn pajjiżi oħra u li jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni ta' din l-ispeċi, jiġu projbiti.", "BARRIERI", "1142.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid: (1) jekk hemmx grading tal-materja prima li jipproduċu l-barrieri tal-qawwi; (2) Jekk issirx sorveljanza sabiex jiġi stabilit li fil-planki u/jew fil-konkos użat għas-soqfa jintużax ramel u żrar ta' kwalita' rikjesta għal tali skop?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BARRIERI - SPEZZJONIJIET", "1143.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid: (1) Jekk hux qed isiru spezzjonijiet regolari tal-barrieri li jinsabu fil-kampanja tagħna; (2) jekk hux qegħdin isiru spezzjonijiet u verifiki sabiex jiġi aċċertat li l-barrieri kollha huma mdawra b'ħitan skond il-liġi; (3) Jekk qattx kien hemm xi każ fejn irriżulta li xi sidien tal-barrieri għalqu art proprjeta' tal-gvern jew formanti parti minn toroq pubbliċi; (4) Jekk qatt saru tali verifiki u spezzjonijiet meta kien l-aħħar li tali saru; (5) Jekk hux qed isiru inspections sabiex jiġi stabilit jekk ċerta sidien tal-barrieri humiex qed jabbużaw u jkissru u jaqtgħu blat proprjeta' ta' l-Istat; (6) Jekk monumenti storiċi qrib tali barrieri humiex qegħdin jiġu spezzjonati sabiex jiġi stabilit jekk hux qed issir ħsara lil tali monumenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "UE - STUDENTI UNIVERSITARJI", "1144.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li l-Unjoni Ewropea tagħti flus lil kull student universitarju Malti u Għawdxi li jieħu sehem fil-programm Socrates ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 707 u nżid li meta d-diskussjonijiet ikunu konklużi niddeċiedu kif se jkunu applikabbli għal Malta.", "SEGRETARJATI - ĦADDIEMA PART-TIME", "1154.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ministri li għandhom nies jaħdmu part-time fis- segretarjat tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li la fis-segretarjat privat tiegħi u lanqas f'dak tas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi m'hemm nies jaħdmu part-time.", "Jekk l-Onor Interpellant jixtieq jaf dwar xi segretarjat privat ta' xi ministru ieħor huwa mitlub jagħmel mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA", "1155.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw/ingħataw kotba bl-Ingliż għal- librerija pubblika ta' Beltissebħ fl-1996, fl-1997 u din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont ta' kotba bl-Ingliż li nxtraw/ingħataw fis-snin 1996, 1997 u 1998 (sa Ottubru) kien hekk:", "Sena Ammont", "1996 9,871 1997 9,903 1998 5,901", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - XIRI TA' KAROZZI", "1156.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda għall-Ministri u Segretarji Parlamentari mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-elezzjoni ġenerali `l hawn inxtrat karozza waħda.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "1164.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta beħsiebu jagħti tarmak jew concrete fejn hemm l-oqbra fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid, peress li jiġi ffrekwentat minn ħafna anzjani?", "Hemm il-ħsieb li jitwaħħlu aktar bankijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parti l-kbira tal-passaġġi taċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata hija asfaltata jew mogħtija l-konkrit.", "Ghad jonqos xi passaġġi li għad iridu jiġu miksija waqt li ħarġet call for tender għal asfaltar ta' parti mix-xogħol pendenti.", "Waqt li ninformaw lill-Onor Interpellant li saru numru ta' bankijiet għal użu tal-pubbliku fl-istess ċimiterju hemm il-ħsieb li dan in-numru jiżdied.", "ENEMALTA - ENERĠIJA", "1220.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' enerġija mit-total ġenerat fil-pajjiż użata mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, sena b'sena, mill-1993 'il hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-persentaġġ ta' enerġija mit-total ġenerat fil- pajjiż użata mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bejn l-1 ta' Ottubru ta' sena u t-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara, mill-1993 'il hawn huwa kif ġej:", "SENA PERSENTAĠĠ", "1992-93 12% 1993-94 13.20% 1994-95 13.04% 1995-96 11.26% 1996-97 9.11% 1997-98 8.28%", "MALTACOM - BORD MANIĠERJALI", "1221.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 643 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid x'effett kellu t-tibdil li sar mal-bidla tal- Gvern il-Bord maniġerjali tal-Maltacom fuq il-prezz tax-shares tal- kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma sar l- ebda tibdil fil-Bord Maniġerjali tal-Maltacom.", "ENEMALTA - METERS TAD-DAWL", "1222.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra r-raġuni wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Elezzjoni 'il hawn biex surprise inspections fuq il-meters tad-dawl elettriku fid-djar ma jsirux bejn il-5.00 p.m. u d-9.00 p.m.?", "Din kienet xi miżura biex jitnaqqas l-overtime?", "Jaħseb il-Ministru li fiċ-ċirkostanzi din il-miżura hija tant produttiva?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-deċiżjoni li jonqsu s-surprise inspections wara l-ħin normali tax-xogħol ittieħdet f'Awissu 1998.", "Ninsab ċert li l-Onor.", "Interpellant jifhem il-għan li għalih isiru dawn l-ispezzjonijiet u għalhekk ma jkunx prudenti li nagħti dettalji dwarhom.", "KUMPANNIJA TEXACO - ISHMA", "1226.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 689?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- taħdidiet imsemmija għadhom għaddejjin u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji.", "VALLETTA - MASTERPLAN", "1230.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 758, jista' l- Ministru jgħid għal kemm kienet stmata li tammonta l-fee professjonali tal- perit Richard England skond il-kuntratt li kellu qabel?", "Kemm hi l-variation f'din il-fee, issa li l-kuntratt ġie mwessa' sabiex jinkludi wkoll masterplan għal Bieb il-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-fee professjonali tal- Perit Richard England hija marbuta mal-kuntratt u hija bbażata fuq skala ta' tariffi simili għal tariffa 'K' u għalhekk tiddependi fuq il-valur tax- xogħol li jkun għamel dan il-Perit.", "EUROPEAN CONVENTION AGAINST THE ABDUCTION OF MINORS", "1232.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jirratifika The European Convention against the Abduction of Minors?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond risposta mogħtija għall-mistoqsija simili, u li ġġib d-data tal-25 ta' Mejju 1998, diġa' jeżisti abbozz għall-liġi Nru. 170 ta' l-1996.", "Qed isiru aktar konsultazzjonijiet sabiex dan l-abbozz ikun skedat fil-programm ta' liġijiet li jridu jiġu kkunsidrati u diskussi f'dan il-Parlament.", "KUMMISSJONI EWROPEA - KWESTJONARJU", "1233.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra executive summary tal-kwestjonarju li l-Kummissjoni Ewropea għaddiet lill-Gvern Malti?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Executive Summary tal-kwestjonarju ma jeżistiex.", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "1240.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bdewx isiru n-negozjati biex il-ħaddiema impressed isiru impjegati mal-Gvern kif ġie mwiegħed fl-aħħar Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista?", "Jekk iva, fiex waslu?", "L-FOI hija parti mid- diskussjonijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi l-proċess biex l-impressed drivers mal-gvern u mal-korporazzjonijiet pubbliċi jsiru mpjegati permanenti qiegħed fil-fażi ta' ġbir ta' informazzjoni.", "KUNSILL LOKALI - MARSA", "1241.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx xi inkjesta fil-Kunsill Lokali tal-Marsa?", "Jekk iva, jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-Interim Audit magħmul mill-Awditur tal-Gvern Lokali.", "Dan ir-rapport diġa' tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MARSA - TRIQ DIĊEMBRU 13 - BOZZA", "1242.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir bozza (dawl) fuq l-istage fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa (stage qabel in-niċċa tal-Madonna)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li t-talba biex titwaħħal lampa fil- post indikat mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MARSA - DĦAĦEN TAL-POWER STATION", "1243.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-poplu Marsi jiġi kkumpensat għad- danni li josfri mid-dħaħen taċ-ċmieni tal-Power Station tal-Marsa, bħalma ħa l-Perit Duminku Mintoff għad-danni li sofra bil-Power Station ta' Delimara mibnija mill-Gvern Nazzjonalista?", "Jekk iva, x'tip ta' kumpens ingħata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi l- kumpens lill-Perit Mintoff qed isir skond letter of intent maħruġa mill- Gvern preċedenti.", "RAĦAL ĠDID - TISWIJA TA' TOROQ", "1244.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinżamm il-wegħda li Triq Angelo Psaila, Triq Carmelo Robinich, Triq Marija Addolorata, Triq tax-Xewk, u Triq Mons. Franġisk Xuereb, kollha f'Raħal Ġdid jingħataw it- tarmak wara li fi żmien il-Ministru Michael Frendo ta' Gvern Nazzjonalista kien ġie mwiegħed dan lili bħala Sindku ta' dak iż-żmien u l-istess kien imwiegħed lili mill-Ministru Charles Buhagiar ta' Gvern Laburista bħala Sindku ta' dak iż-żmien u minħabba l-elezzjoni ġenerali dan reġa' ma sarx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat lix-xogħol indikat mill-Onor Interpellant se issir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-dipartiment.", "PERSUNI B'DIŻABILITA - HOME HELP", "1309.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm kienu dawk il-persuni b'diżabilita' li gawdew mis-servizz tal-home help matul l-1996, 1997 u sa Settembru ta' l-1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦABS ĊIVILI - TRASFERIMENTI", "1310.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm saru, jekk saru, u meta saru transfers ta' gwardjani mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għal dipartimenti oħra tal-gvern matul l-1996, 1997 u din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' transfers ta' gwardjani mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għal dipartimenti oħra tal-gvern matul l-1996, 1997 u din is-sena kien ta' tlieta.", "Dawn it-transfers saru fl-1 ta' April 1998, fl-1 ta' Ġunju, 1998 u fis-26 ta' Ottubru, 1998.", "BIRGU - KNISJA PARROKJALI", "1311.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu msewwijin il-bozoz u l-brazzi li jdawwlu l-faċċata tal-Knisja Parrokjali ta' San Lawrenz fil-Birgu kif ukoll il-monument tal-Ħelsien li jinsab fil-pjazza ta' quddiem l-istess knisja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dawl li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Jiena nformat li l-korporazzjoni informat kemm lill-Kunsill Lokali tal-Birgu kif ukoll lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex issir il-manutenzjoni meħtieġa.", "UE - PROGRAMM SOCRATES", "1326.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti universitarji Maltin li ħadu sehem fil-programm Socrates ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta bdiet tieħu sehem f'dan il-programam?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari numri: 11152, 12080 u 12430 li ingħataw fil- Leġislatura preċedenti kif ukoll għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1144 li tajt ftit ilu.", "BORDIJIET/KUMMISSJONIJIET", "1327.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 649, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jifformaw il-Kumitat tan-Nomini (Att dwar Ġieħ ir- Repubblika) u min kienu dawk ta' qabel ma ġie ffurmat mill-ġdid dan il- kumitat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kumitat tan-Nomini imwaqqaf taħt l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika huwa kompost minn:", "Is-Sur Alfred Fiorini Lowell - Chairman ex officio Segretarju tal- Kabinett", "Dott Anthony Borg Barthet Is-Sur Richard Cachia Caruana Is-Sinjorina Angela Callus L-Imħallef Victor Caruana Colombo Dott Mercedes Schembri Wismayer Rev Professur Peter Serracino Inglott", "Il-kumitat ta' qabel kien magħmul minn:", "Is-Sur Joseph Zammit - Chairman ex officio", "Segretarju tal-Kabinett Dott Anthony Borg Barthet Dott Philip Sciberras Dott Dominic Fenech Is-Sur Joe Attard Is-Sinjura Matilde Balzan Is-Sinjura Josephine Attard Sultana", "XROBB L-GĦAĠIN - PARK NAZZJONALI", "1328.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-Munxar kif ukoll l-area fejn kien hemm id-Deutsche Welle fi Xrobb l-Għaġin, isir park nazzjonali?", "Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jibda dan ix-xogħol?", "Fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol?", "Min se jagħmel dan ix-xogħol?", "Jekk le, x'se jiġri minn dawn l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Proġett tal-Park Nazzjonali f'Delimara għadu qiegħed taħt studju u qegħdin jitħejjew il-pjanti neċessarji għal dan ix-xogħol.", "Huwa maħsub hekk kif dawn ikunu lesti u jinġiebu l-permessi neċessarji, li x-xogħol ikun jista' jibda.", "Dan iżda huwa marbut ma' żewġ Parks Nazzjonali oħra, dak ta' Ta' Qali u Tas-Salina u għalhekk wieħed irid jara l-prijoritajiet.", "ZEJTUN - SKOLA CARLO DIACONO", "1329.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-istudenti fl-iskola Carlo Diacono fiż-Żejtun ġew kostretti jixtru ktieb bl-ingliż u jħallsu Lm3 anke jekk il-prezz kien immarkat anqas?", "Min awtorizza li dan isir?", "Dan jista'jagħti lok għall-abbuż minħabba li jista' jsir xi qligħ ta' flus u dan a skapitu tat-tfal.", "Id-dipartiment ta' l-edukazzjoni kien infurmat b'dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti fl-Iskola Carlo Diacono, Junior Lyceum taż-Żejtun ma ġew kostretti jixtru ebda ktieb ta' l-Ingliż.", "Probabbilment l-Onor.", "Membru qed jirreferi għall-inizjattiva li ħadu xi għalliema ta' l-Ingliż, biex skond id-Development Plan ta' l-iskola jsaħħu t-tagħlim ta' din il-lingwa.", "Dawn l-għalliema għamlu proġett li permezz tiegħu l-istudenti ngħataw il-possibilita' - u mhux ġew obbligati - li fi tmiem is-sena jixtru bil-prezz ta' Lm3 wieħed mill-25 ktieb li nxtraw biex jinqraw matul is-sena.", "Il-Prezz ta' dawn il-kotba jvarja minn Lm2.75 għall- Lm4.35 (7 jiswew inqas minn L3 u 18 aktar minn Lm3) u għalhekk ġie deċiż li dawk li jixtru l-kotba jħallsu ftit anqas mill-media - jiġifieri Lm3.", "Fil- fatt dan mhu se jħalli ebda qliegħ.", "Bis-sistema ta' devolviment ta' l-awtorita' lill-iskejjel, ma hemm ebda ħtieġa li d-dipartiment joqgħod jiġi nfurmat jew mitlub li jgħati awtorizzazzjoni fi proġetti bħal dawn.", "SCIENCE LAB TECHNICIANS - APPLIKAZZJONIJIET", "1330.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-applikazzjonijiet għal science lab technicians?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-applikazzjoni għal Science Lab Technicians bħalissa qegħda għall-verifika u approvazzjoni għand il- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "ZEJTUN - SKOLA PRIMARJA \"A\"", "1331.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk awtorizzax lil xi deputati Nazzjonalisti sabiex lejn l-aħħar ġimgħa ta' Ottubru jew f'xi ġranet oħra, marru f'xi skola u anke daħlu fl-uffiċċju tal-headmistress u raw xi files kif ukoll ċemplu mill-istess uffiċċju?", "Jekk iva, x'kienet ir-raġuni?", "X'kien l-iskop li sar dan?", "Jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza partikolari għall-iskola Primarja \"A\" taż-Żejtun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għandi informazzjoni mill-Kap ta' l-iskola Żejtun A li Onor. Mario Galea mar darba f'din l-iskola wara li kellu xi kuntatti mil- ġenituri dwar nuqqas ta' caretakers.", "Waqt li kien l-iskola s-Sur Galea ma rax files, iżda ċempel lid-dipartiment dwar l-istess problema."]} {"filename": "20020206_693d_par.doc", "date": "2002-02-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 693 L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 693", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.00 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "693", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 426", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 426", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (KUMITAT)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (COMMITTEE STAGE) 433", "AĠĠORNAMENT 453", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 457", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 692 li saret fil-5 ta' Frar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "30716.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba' fil-Mosta kulma jmur qed jiġġarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il- karatteristika tal-Mosta, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mill-ġdid?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibda dan ix- xogħol immedjatament matul din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex fit-tliet snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalla abbandunat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li x-xogħol ta' manutenzjoni u rijabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament.", "Il-lokalita` tal-Mosta hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol.", "Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix- xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prijoritajiet.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li aħna nifhmu bih bħala żvilupp rurali u anke għall-fatt li l-istess ministeru matul l-aħħar tliet snin kellu numru ta' konsulenti bil-għan li jiġu ndirizzati ċerti prijoritajiet, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-prijoritajiet fejn jirrigwardja r- rijabilitazzjoni tal-kampanja u kif dawn ġew indirizzati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, bħala parti mill-prijorita` tagħna nista' nagħti lista ta' ħitan tas-sejjieħ li fl-aħħar sena saru jew issewwew f'diversi nħawi biex jagħtu dehra aħjar lill-pajsaġġ Malti.", "Fost dawn sar xogħol estensiv f'Wied Għomor fl-area ta' San Gwann, San Ġiljan u s-Swieqi kif ukoll ħdejn id-drainage pumping station.", "Sar ukoll xogħol fit-triq li tagħti mill-Mosta għall-Imġarr - li ssemmiet speċifikament fid-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant – sa Tarġa Gap u anke fl- area Taż-Żokrija.", "Fil-Għargħur sar xogħol fi Triq il-Ġnien, f'San Ġiljan taħt il-bridge ħdejn it-Tigulio u fl-area tas-Swieqi u l-Madliena fi Triq il-Madliena ħdejn il-Forum Hotel.", "Għamilna wkoll xogħol fit-triq li tagħti mir-Rabat għal Ħ'Attard, fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa f'Ħaż-Żabbar u fis-Siġġiewi fejn il-bini ta' l-SAG.", "Fil-Madliena sar xogħol fejn il-premises tal-Melita Cable, f'San Ġwann fl- area magħrufa bħala Tal-Propostu u fi sqaq fi Triq il-Kunċissjoni f'Bengħajsa.", "Sar ukoll xogħol fil-park nazzjonali ta' Ta' Qali fejn l- entratura ta' l-istadium u fi Triq Żakkarija fiż-Żurrieq.", "Naturalment minn sena għal oħra jkun hemm impenji u prijoritajiet ġodda.", "Fil-fatt għas-sena li għadha kif bdiet, parti mill-prijorita` hi – din toħroġ anke mid-diskors tal-budget – li nagħmlu enfasi fuq il-parks reġjonali.", "Il-park nazzjonali ta' Ta' Qali kabbarnih is-sena li għaddiet, għamilna area akbar għar-rikreazzjoni tal-familja u nemmen li nistgħu niżviluppawh aktar billi noħolqu spazji b'ambjent kemm jista' jkun naturali.", "Hemm park ieħor in-naħa ta' l-Imtaħleb, ieħor lejn Ħaż-Żabbar, jiġifieri barra l-Kottonera u ieħor fl-area ta' Xrob l-Għaġin, f'Delimara.", "Barra minn hekk se nkunu qed naħdmu fuq proġetti ta' afforistazzjoni f'diversi nħawi.", "L-Onor.", "Interpellant semma l-konsulenti.", "Fil-fatt il-bieraħ weġibt domanda dwar is-somma totali ta' infieq fuq konsulenzi fil-ministeru għall-ambjent u din kienet tikkonkludi l-konsulenzi kollha peress li d-domanda kienet dwar konsulenzi mhux legali.", "Hawnhekk irrid nieħu l-opportunita` biex nikkjarifika li meta jkun hemm servizzi ta' konsulenza arkitettonika, jiġifieri ħlas li normalment isir skond it-tariffa tal-periti, fuq per eżempju, il-bini ta' St. James Cavalier, dan ikun inkluż fis-somma indikata kif hija nkluża wkoll il-konsulenza tal-masterplan tad-drenaġġ.", "Hija nkluża wkoll il-konsulenza ta' esperti barranin fuq is-suġġett ta' waste management, fejn għandek konsulenti li qed jagħmlu l-istrutturi kollha meħtieġa sabiex il-pajjiż ikollu dan il-qasam organizzat aħjar, naturalment apparti s-somma li f'dan ir-rigward ingħatat speċifikament mill-Unjoni Ewropea u ħlas addizjonali li kellna nagħmlu fuq konsulenzi oħra.", "Jiġifieri l-konsulenzi jiffokaw fuq diversi aspetti u ma jidhirlix li kien hemm din it-tip ta' konsulenza fuq żvilupp rurali, pero` fejn jidħol il- ministeru għall-ambjent illum għandna sezzjoni mmexxija mill-Perit George Buhagiar, li qed taħdem tajjeb, qed tipprova tiffoka fuq id-diversi nħawi tal-pajjiż u qed tagħmel interventi li jsebbħu l-ambjent totali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura fid-dawl ta' dak li kkomunikat l-Unjoni Ewropea fl-aħħar update li għamlet dwar il-pajjiżi membri u f'dan il-każ Malta - fejn speċifikament f'paġna 43 iċċarat li l-gvern la għandu strateġija u lanqas kapaċita` amministrattiva f'dak li huwa żvilupp rurali tal-gżejjer tagħna - u fid-dawl ukoll li matul dawn l-aħħar tliet snin ma kienx hemm kumitat inter-ministerjali biex jindirizza din is-sitwazzjoni, jista' almenu, 'il hinn minn dawn il-proġetti - li ħafna drabi jissemmew imbagħad ma jsirux għar-raġunijiet li qed jagħti l-Ministru fid-domanda tiegħu, jiġifieri ta' nuqqas ta' ħaddiema u ta' prijoritajiet li jinqalgħu minn mument għal ieħor – il-Ministru jgħid kif pajjiżna tabilħaqq se jintegra l-istrateġija u l-istrutturi meħtieġa biex jindirizza dan li qed tikkonferma mhux biss l-oppożizzjoni u l-poplu li jara l-kampanja mitluqa u abbandunata, imma anke l-istess Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-kliem preċiżi li hemm fir- rapporti tal-Kummissjoni Ewropea aktar milli hu kliem ta' kritika, huwa kliem ta' xprun 'il quddiem u l-proċess kollu sabiex Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea huwa preċiżament proċess li jara l-pajjiż x'għandu bżonn f'diversi oqsma, inkluż il-qasam ambjentali u l-qasam rurali, u ħafna drabi dan il-proċess isegwi din il-linja.", "L-ewwelnett inti trid tagħmel it-transpożizzjoni tad-direttivi, tal-linji ta' gwida u tal-perċentwali kemm fil-pajjiż għandu jkollok areas għal spazju rurali, għal spazju ambjentali u areas miftuħa għal rikreazzjoni tal- familji.", "Din hija parti li kemm il-Ministru għall-Ambjent kif ukoll ministeri oħra bla ebda dubju ħadmu ħafna fuqha, b'mod partikolari s-sena li għaddiet meta ġejna quddiem dan il-Parlament u addottajna l-liġi l-ġdida dwar l-ambjent, li toħloq hi stess strutturi ġodda kif tħares l-ambjent.", "Imbagħad trid tagħmel il-capacity building, jiġifieri jekk inti għandek l- issue ta' infurzar ta' ċerti regolamenti, trid tara jekk għandekx spettorat tajjeb jew kbir biżżejjed u trid tara x'kompetenzi xjentifiċi u ta' expertise partikolari għandek bżonn.", "Trid tara xi strutturi ta' tmexxija għandek bżonn.", "U dan hu l-proċess ma' l-istess membri stati - mhux biss ma' Malta - u mal-pajjiżi kollha applikanti fejn trid tagħmel it- transpożizzjoni tad-direttivi imbagħad tagħmel l-istrutturi meħtieġa biex dawk id-direttivi li huma meħtieġa għall-istess interess tal-pajjiż, tkun tista' tosservahom.", "Diġa` ħabbarna aktar minn darba li fil-qasam ambjentali se jkollok żvilupp - dan se jkun effettiv mix-xahar id-dieħel - fejn ir-regolamentazzjoni ta' l-ambjent tkun fl-istess awtorita` fejn għandek l-iżvilupp tal-pajjiż, jiġifieri fejn għandek l-awtorita` li tħares l-ippjanar tal-pajjiż.", "Dawn iż- żewġ oqsma se jkunu qed jaħdmu flimkien u allura se nevitaw il-ħtieġa li toqgħod tiddupplika f'ħafna oqsma bħalma huma l-environmental impact assessments jew bħal ċerti poteri ta' infurzar.", "U allura l-capacity building isir hemm.", "Dan hu parti mill-proċess.", "Aħna stess fil-ministeru għall-ambjent konna għamilna sejħiet għal persuni b'kompetenzi differenti xjentifiċi biex naturalment jassistuna fid-diversi oqsma li rridu nħarsu.", "Fil-fatt kien hemm response, kien hemm numru ta' nies li qed juru interess biex jaħdmu f'dan il-qasam sensittiv għall-pajjiż u nemmen li dan huwa l-iżvilupp li se naraw b'mod pożittiv f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma fid-dawl ta' dan li qed jgħid il-Ministru, kif imbagħad il-prattika matul dawn l-aħħar tliet snin kienet li ċerti inizjattivi sempliċi imma fl-istess ħin maturi u uniċi, ma ġewx mogħtija l- ispazju?", "Per eżempju kien hemm pjan ikkoordinat bejn id-dipartiment ta' l-ambjent u ta' l-agrikoltura biex mingħajr ħafna nfieq ta' flus għall-konsulenti nneħħu t-tankijiet, il-fridges u ħafna minn dak li kien ikerrah l-estetika tal-kampanja.", "F'dan ir-rigward kienu qegħdin isiru xogħlijiet fejn jitħawwlu siġar, jiġu rranġati ħitan tas-sejjieħ u tiġi rijabilitata dik iz-zona.", "F'dawn l-aħħar tliet snin ma rajna xejn minn dan, anzi l- inizjattiva lanqas bdiet.", "Għandna l-ambjent l-ieħor ta' rijabilitazzjoni, fejn għandna problemi f'dak li jirrigwardja l-ilqugħ għall-ilma tax-xita.", "Fi żmien preċedenti aħna konna ntroduċejna teknoloġija moderna biex tiġi sostnuta u applikata mill- ħaddiema, bħas-sistema tal-gabjuni, u din mhux talli twarrbet matul dawn l- aħħar tliet snin talli lanqas ingħataw korsijiet lill-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-ambjent u tax-xogħlijiet pubbliċi biex is-sitwazzjoni tiġi rijabilitata b'dan il-mod.", "Ma jħossx il-Ministru li mill-kliem għandna ngħaddu għall-fatti u jiġu ndirizzati almenu l-prijoritajiet bażiċi mingħajr ebda spejjeż?", "Għax finalment l-impjegati tal-gvern qegħdin hemmhekk biex joffru servizz u jien persważ li huma kapaċi joffruh kif għamlu fi snin oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba b'mod sempliċi hija li jiena ma naqbilx ma' ħafna mill-analisi li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant.", "M'huwiex veru, per eżempju, li waqaf ix-xogħol biex f'diversi areas rurali jinġabru t-tankijiet li jkerrħu l-kampanja.", "Naturalment din m'hijiex operazzjoni faċli għax l-ewwelnett ħafna minn dawn isiru fuq art privata u dawn isiru mis-sidien jew minn min ikun qed iqabbel dik l-art u allura għal raġunijiet tagħhom ikunu jippreferu li jużaw dik is-sistema, pero` aħna ntervenejna f'diversi partijiet biex dawn inneħħuhom għax dawn m'għandhomx ikunu hemm.", "Naħseb dwar dan naqblu kompletament.", "Rigward ħitan tas-sejjieħ, jiena diġa` tajt lista pjuttost twila biex nuri f'sena waħda biss kemm saru interventi biex issewwew jew ġew irranġati diversi ħitan tas-sejjieħ f'inħawi differenti.", "Barra minn hekk aħna saħħaħna wkoll is-sezzjoni ta' ħaddiema li huma speċjalizzati fil-bini tal- ħitan tas-sejjieħ.", "Din kienet sengħa li prattikament kienet qed tmut kemm fil-qasam tal-gvern u anke fil-qasam tal-privat u aħna bdejna nerġgħu nagħtu taħriġ fiha u anke niċċertifikaw lin-nies.", "Ir-riżultat ta' dan kien li llum għandna numru ta' nies aħjar milli kellna qabel u li huma kapaċi u lesti jaħdmu f'dan il-qasam.", "Rigward sistemi kif issaħħaħ jew tilqa' għall-ilma, jiena ma naqbilx li s- sistema li semma l-Onor.", "Interpellant hija neċessarjament l-aħjar waħda.", "F'kull każ id-domanda fuq dan il-qasam għandha ssir lill-ministru konċernat pero` huwa fatt li llum, anke permezz ta' l-awtorita` dwar ir-riżorsi, se naraw kif is-sistema kollha ta' l-ilma l-aħjar tkun imħarsa.", "Se nagħmlu dan b'sistemi moderni u b'sistemi li verament jikkorrispondu għal dak li l- pajjiż għandu bżonn illum.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "30717.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ħafna mill-ħitan li jdawru l-għelieqi f'raba' fil-Għargħur kulma jmur qegħdin jiġġarrfu, bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il- karatteristika tal-Għargħur, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mill-ġdid?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibda dawn immedjatament matul din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex fit-tliet snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalla abbandunat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' manutenzjoni u rijabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament.", "Il-lokalita` tal-Għargħur hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol.", "Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prijoritajiet.", "Matul dawn l- aħħar tliet snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li tista' tgħid li l-uniku xogħol li sar kien ħajt tal-concrete fil-bypass ta' l-Imtarfa biex jipproteġi s-soil erosion u l-ilma tax-xita, jista' almenu l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' dawn it-tip ta' xogħlijiet?", "Ma jaħsibx li dawn ix-xogħlijiet huma sostenibbli?", "Jekk le, x'inhi d-drive li qed jagħmel id-dipartiment ta' l- ambjent biex f'xogħol ta' natura simili jintużaw metodi li tabilħaqq ikunu sostenibbli u dan fir-rigward li qed jgħid li s-sistema li ġiet applikata, bħal per eżempju, dik ta' Wied il-Qlejgħa, m'hijiex waħda moderna u m'hijiex sostenibbli għal każijiet ta' din ix-xorta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, jiena ma nlumx lill-Onor.", "Interpellant li jkun persistenti, pero` irid japprezza li jien weġibt ħafna drabi dwar dan is-suġġett u ma nistgħux nibqgħu mkaħħlin ma' dan l-ħajt.", "Jiena għedt li dan il-ħajt segwa proċeduri normali ta' ippjanar u l- argumenti favur jew kontra kellux isir jew kienx meħtieġ u kif għandu jsir, ġew diskussi b'dak il-mod.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "30718.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ħafna mill-ħitan li jdawwru l-għelieqi f'raba' fin-Naxxar kulma jmur qed jiġġarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il- karatteristika tan-Naxxar, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mil-ġdid?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn jibdew immedjatament matul din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex fit-tliet snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalla abbandunat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' manutenzjoni u rijabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament.", "Il-lokalita` tan-Naxxar hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol.", "Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prijoritajiet.", "Matul dawn l- aħħar tliet snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "30719.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ħafna mill-ħitan li jdawwru l-għelieqi f'raba' fl-Imtarfa kulma jmur qegħdin jiġġarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il- karatteristika ta' l-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mill-ġdid?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibda dawn ix- xogħlijiet immedjatament matul din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex fit-tliet snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalla abbandunat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' manutenzjoni u rijabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament.", "Il-lokalita` ta' l-Imtarfa hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol.", "Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prioritajiet.", "Matul dawn l- aħħar tliet snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "30720.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li ħafna mill-ħitan li jdawwru l-għelieqi f'raba' fil-Rabat kulma jmur qegħdin jiġġarrfu bil-konsegwenza li tinqered il-ħamrija u tintilef il- karatteristika tal-Rabat, jista' l-Ministru jara li jniedi l-programm ta' xogħlijiet sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u l-ħitan tas-sejjieħ jiġu rijabilitati mill-ġdid?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li jibda dawn ix- xogħlijiet immedjatament matul din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex fit-tliet snin li għaddew ix-xogħol importanti tħalla abbandunat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħol ta' manutenzjoni u rijabilitazzjoni fl-inħawi tal-kampanja huwa għaddej kontinwament.", "Il-lokalita` tar-Rabat hija waħda mill-inħawi li għandha bżonn aktar xogħol.", "Waqt li n-numru ta' ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol huwa ftit, dejjem ikollna nfittxu li nagħmlu l-prijoritajiet.", "Matul dawn l- aħħar tliet snin sar ħafna xogħol b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl tal-mistoqsijiet preċedenti u tat- tweġibiet li għadu kemm ta l-Ministru, ma jħossx li f'dan ir-rigward id- deċiżjoni m'għandhiex tkun li jinqerdu widien bħal tal-Kalkara imma li għandu tabilħaqq ikun l-impenn tal-gvern li kemm jista' jkun jirrimedja malajr għal din il-problema, li kulma jmur qed takkumula u tkerrah u teqred il-karatteristiċi rurali tal-gżejjer tagħna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb jekk hawn suġġett li fuqu eżawrejna d-domandi u t-tweġibiet huwa preċiżament dak li qed jistaqsini dwaru l- Onor. Interpellant.", "M'għandi xejn xi nżid ma' dak li diġa` ġie diskuss fit- tul hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li żgur ma jawgurax għall-iżvilupp rurali li jinqered wied bħal tal-Kalkara u peress li fit-tweġibiet tiegħu l- Ministru anzi qal li żvilupp bħal dan jagħmel unur għall-iżvilupp rurali tal-gżejjer tagħna, jista' jispjega eżattament x'inhi n-natura ta' dan l- iżvilupp meta nafu li hemmhekk se ssir mhux biss il-qerda ġeoloġika u ekoloġika imma wkoll ħajdroloġika ta' l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma naqbilx ma' l-analisi ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk ikollok sit li għal snin twal ikun diġa` indikat bħala area ta' żvilupp imbagħad ikollok parti sostanzjali minnu li tinqata' barra mill-iżvilupp, bħal fil-każ tal-wied tal-Kalkara, dan ifisser li dik l-area se tkun protetta milli jsir żvilupp fiha.", "Dan mhux talli ma jawgurax ħażin talli jawgura tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bl-istess kejl tal-Ministru u peress li rriżulta li hemmhekk kien hemm l-unika inizjattiva favur produzzjoni agrikola u organika, jista' l-Ministru almenu jgħid kif id-dipartiment ta' l-ambjent wasal għall-assessment tiegħu li din il-bidla ta' produzzjoni ma kenitx iċċertifikata bħala ambjentalment sostenibbli?", "Min kienu l-uffiċjali ta' l- awtorita` u tad-dipartiment ta' l-ambjent li kkonfermaw li dan il-proċess ma kienx organiku, kif jiddikjaraw l-istess bdiewa ta' l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment kif jaf l-Onor.", "Interpellant għandna interpretazzjoni għal kollox differenti.", "Wieħed irid jara jekk il- produzzjoni ta' attivita` agrikola u organika, kenitx verament organika, meta bdiet preċiżament u jekk bdietx skond il-parametri, apparti li dawn mistoqsijiet f'dan ir-rigward altru li saru f'dan il-Parlament u diġa` kien hemm tweġibiet eżawrenti għalihom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta r-rapporti ta' l-Unjoni Ewropea jiddikjaraw li matul it-tliet snin li għaddew f'pajjiżna ma kien hemm ebda żvilupp f'dak li huwa produzzjoni agrikola u organika, meta jissemma li f'pajjiżna lanqas għandna strateġija u kapaċita` amministrattiva għal dak li jirrigwardja l- iżvilupp rurali, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni daqshekk kompetenti li ddeċiedew li dak ix-xogħol u l-andament li kien qed isir ġo dan il-wied ma kienx kompatibbli ma' l-istandards li qed niddeċiedu li għandna suspett dwarhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant id- deċiżjonijiet ittieħdu bl-istrutturi li hawn fil-pajjiż biex isir ippjanar serju li f'dan il-każ hija naturalment l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant sar proċess ta' konsultazzjoni wiesa', sar proċess biex ikollok il-pjan lokali għall-inħawi u sar proċess li fl-aħħar mill- aħħar ħares zoni sħaħ li kienu ndikati għall-iżvilupp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba s-sitwazzjoni ta' Chambray, f'Għawdex, li kellu jsir bl-istess mod li ġie nterpretat ma sar xejn, meta nafu li l- istess kampanja ġiet dikjarata li ġiet abbandunata u li l-gvern m'għandux pjan f'dak li għandu x'jaqsam kemm ma' strateġija kif ukoll ma' kapaċita` amministrattiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' iżvilupp rurali, kif il- Ministru jispjega li quddiem dawn id-dikjarazzjonijiet – dawn mhux qed tagħmilhom xi sezzjoni tal-poplu, jew xi għaqda, jew l-oppożizzjoni Laburista, imma qed tagħmilhom l-Unjoni Ewropea – irid jikkonvinċi lil din il-Kamra li hija deċiżjoni tajba li dan il-wied jinqered?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Forsi l-Onor.", "Interpellant mhux biss it- tweġiba tiegħi qed jifhem ħażin imma t-tweġibiet kollha li ngħataw fuq dan is-suġġett.", "Jiena qed ngħidlu li d-deċiżjoni kienet preċiżament bil- maqlub; jekk dak li kien indikat qabel kien ifisser li teqred il-wied, id- deċiżjonijiet sussegwenti jfissru li ssalva l-wied.", "MELLIEĦA - TRIQ TA' MASRIJA", "30721.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq Ta' Masrija fil-Mellieħa, ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it-triq, li m'hijiex asfaltata, almenu jkollhom anqas żdingar?", "Għaliex il- Ministeru ppermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it- tliet snin li għaddew?", "Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, il- gvern tal-lum għall-ewwel darba beda jieħu l-passi biex it-toroq ta' l- inħawi jkunu jistgħu jiġu mogħtija l-wiċċ li jixirqilhom.", "Fil-fatt, matul is-sena 2000 sar xogħol ta' qtugħ ta' blat biex it-toroq ta' l-inħawi jkunu jistgħu jinfetħu.", "Dan ix-xogħol sewa Lm19,650 u wara dan ħarġet tender biex fil-bankini kollha ta' l-inħawi jsiru l-culverts għas-servizzi u l-istess bankini.", "Din it-tender ħarġet fit-23 ta' Jannar, 2001 u x-xogħol fuqhom bħalissa jinsab għaddej f'xi partijiet mill-inħawi.", "L-istima ta' dan ix-xogħol hija ta' Lm187,298.", "Sadanittant id-direttorat tat-toroq qed jieħu l-passi biex tiġi ppubblikata t-tender għall-asfaltar ta' l-istess toroq.", "Dan juri li l-gvern preżenti, kuntrarju għal dak ta' qablu, ħa u qiegħed ikompli jieħu passi biex l-area kollha jkollha toroq ġodda mingħajr ma jonfoq il-flus f'xogħol doppju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid meta se jispiċċaw dawn ix- xogħlijiet peress li t-talbiet għalihom ilhom isiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, m'għandix time-frame dwar meta se jispiċċaw dawn ix-xogħlijiet.", "MCAST – PROGRAMM LEONARDO", "31275.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jkun hemm studenti mill- istituti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija li se jieħdu sehem fil-programm \"Leonardo\" matul is-sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li 154 persuna talbu li fis-sena 2002 jieħdu sehem fil-programm \"Leonardo\".", "Dawn huma maqsumin kif ġej:", "48 student, 94 trainer u 112-il ħaddiem.", "Mill-MCAST kien hemm erba' applikazzjonijiet minn trainers biex jieħdu sehem fil-programm filwaqt li qed isir xogħol biex numru ta' studenti mill- MCAST jieħdu sehem fi proġetti li qed jitfasslu din is-sena u se jitwettqu fl-2003.", "Rappreżentant ta' kull istitut ta' l-MCAST fl-aħħar tas-sena 2001 marru f'Toulon, fi Franza, proprju biex jiġu stabbiliti l-kuntatti f'dan il- qasam.", "L-istudenti li se jieħdu sehem din is-sena ġejjin minn dawn l-iskejjel:-", "Giovanni Curmi Higher Secondary School Kulleġġ tal-Biedja Institute for Health Care Salvatore Demech Mother Theresa College School of Hairdressing.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: X'inhi r-raġuni li għas-sena 2002 m'hemm ħadd mill-istudenti ta' l-MCAST li se jieħdu sehem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kif nafu, l-MCAST għadu kif beda l-ħidma tiegħu ftit tax-xhur ilu u qiegħed jipprepara ruħu biex jieħu sehem f'dan il-programm.", "PROGRAMM LEONARDO", "31276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadu sehem għalliema u trainers Maltin Għawdxin fis-sena 2000 u 2001 fil-programm \"Leonardo\"?", "F'kull każ f'liema qasam marru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalliema u trainers Maltin u Għawdxin li ħadu sehem fil-programm \"Leonardo da Vinci\" huma kif se nsemmi:", "Malta 30 trainers ETC 20 trainers Malta Tourism Authority 6 trainers Mother Teresa College 2 trainers Emvin Cremona Art and Design 3 trainers Mikelanġ Sapiano 1 trainer Fellenberg 5 trainers Umberto Calosso", "Għawdex 3 trainers Mikelanġ Refalo", "Il-Maltin u l-Għawdxin marru għal taħriġ relatat max-xogħol tagħhom.", "PROGRAMM LEONARDO", "31277.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'fondi ntNefqu fuq il-programm \"Leonardo\" fis-sena 2000 u 2001?", "Minn dawn il-fondi kemm f'kull sena kienu ġejjin mill-Unjoni Ewropea?", "Kemm kienu ġejjin minn fondi pubbliċi lokali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondi li ntużaw fil-programm \"Leonardo da Vinci\" fis-sena 2000 u 2001 kienu kif ġej:", "Is-sena 2000 Il-kontribuzzjoni totali ta' Malta għal parteċipazzjoni fil-programm kienet ta' Euro 441,000.", "Peress li l-Financing Memorandum li jirregola l-fondi tal-pre-adesjoni ġie ffirmat f'April 2001, il-Gvern Malti ħallas il-fondi meħtieġa biex l-opportunitajiet tal-programm \"Leonardo\" u oħrajn ma jintilfux.", "Minn dawn intużaw:", "Euro 207,254 għal proġetti tal-Mobilita` Euro 40,598 għall-amministrazzjoni", "Is-sena 2001 Il-kontribuzzjoni totali ta' Malta għal parteċipazzjoni kienet ta' Euro 153,000.", "Il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea kienet ta' Euro300,000.", "Minn dawn intużaw", "Euro 228,740 għal proġetti ta' mobilita`.", "L-ammont li ntuża għall-amministrazzjoni qegħdin jiġu awditjati u ċċertifikati", "Barra minn dawn, l-Unjoni Ewropea ikkontribwiet Euro 334,863 għal proġett pilota.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-30 ta' Jannar, 2002.", "Klawsola 4 - Funzjonijiet tal-Kunsill.", "Clause 4 - Functions of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, wara li fil-klawsola ta' qabel tkellimna fuq it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, fi klawsola 4 se nitkellmu dwar il-funzjonijiet li qed nipproponu li jkollu.", "Fil-fehma tiegħi, din hija klawsola importanti għax f'ċertu sens tistabbilixxi l-mission statement ta' dan il-kunsill, ir-raġuni għaliex qiegħed jinħoloq.", "Permezz tal-manjiera kif qed infissru dawn il- funzjonijiet qed nindikaw liema huma l-oqsma li nixtiequ li dan il-kunsill iżomm kostantement quddiem għajnejh.", "F'subklawsola 4(1) nagħmlu stqarrija pjuttost ġenerali ta' x'għandhom ikunu dawn il-funzjonijiet.", "Qegħdin ngħidu li x-xogħol tiegħu huwa li jippromwovi l-kultura ta' Malta b'kull għamla ta' espressjoni kreattiva u li jkabbar l-aċċessibilità tal-pubbliku għall-arti, u jkabbar il-patrimonju kulturali ta' Malta kemm fil-pajjiż innifsu u barra mill-pajjiż.", "Tajjeb li wieħed jieqaf u jaħseb fuq dan il-paragrafu.", "L-ewwelnett qed ngħidu \"li jippromwovi l-kultura ta' Malta b'kull għamla ta' espsressjoni kreattiva.\"", "Fit-Tieni Qari għedna li meta qed nitkellmu fuq il-kultura u l-arti aħna m'aħniex qed nagħtu tifsira restrittiva lil dawn iż-żewġ kelmiet, imma ridna nfissru li l-kultura għandha preżenza f'dak kollu li aħna l-Maltin nagħmlu, mhux biss f'dawk li huma espressjonijiet kreattivi li normalment nassoċjaw ma' l-arti u mal-kultura, bħalma hija l-iskultura, il-pittura, iċ- ċeramika, il-letteratura u t-teatru, imma hemm ħwejjeġ oħra li kultant ma nassoċjawhomx ma' espressjoni kreattiva.", "Qed nirriferi għal ċerti affarijiet li huma marbutin mat-tradizzjonijiet ta' pajjiżna.", "Bħalissa qegħdin qrib il-ġranet tal-karnival u f'ċertu sens anke hemmhekk niżbaljaw jekk inħarsu lejn il-karnival biss mill-angolu tar-renju tal-bluha u xalar.", "F'okkażjoni bħall-karnival, speċjalment fil-bini tal-karrijiet u l-maskri grotteski nixtiequ naraw, kfi rajna sal-lum, dik l-espressjoni kreattiva.", "L-istess kieku wieħed kellu jħares lejn il-qasam ta' l-ikel tradizzjonali ta' Malta.", "Ħafna drabi meta wieħed imur barra l-pajjiż ifittex li jara x'inhuma t-tradizzjonijiet ta' l-ikel ta' dak il-pajjiż, liema huwa l-platt preferut, it-tip ta' ħobż, il-manjiera kif jissajru ċerti affarijiet, kif jiġu ppreżentati.", "Anke f'dan il-kamp għandna xi ħaġa li taqa' taħt din l- espressjoni kreattiva li m'hemmx dubju hija ta' importanza anke fil-kamp tat-turiżmu.", "Naħseb li għadna m'aħniex qegħdin nivvalorizzaw biżżejjed l- ikel Malti fil-kamp tat-turiżmu.", "Min-naħa l-oħra jista' jagħti l-każ li m'aħniex nieħdu l-prekawzjonijiet biex nippreservaw ċerti metodi ta' kif nipproduċu dan l-ikel.", "Oġġett li żgur jiġi f'moħħ kulħadd huwa l-ħobż Malti magħmul bit-traddizzjonijiet li trabbejna fihom.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li x-xogħol ta' dan il-kunsill huwa proprju li jżomm lil kulħadd konxju ta' x'qed nifhmu b'kultura, x'qed nifhmu b'arti f'kull għamla ta' espressjoni kreattiva.", "Ma rridux xi kunsill li jiffoka fuq xi qasam partikolari, li jagħti wisq importanza lil xi settur u mhux lil ieħor.", "Ix-xogħol tal-kunsill huwa proprju li jagħmel lill-poplu tagħna konxju ta' din l-għaġna kulturali li aħna magħmulin minnha, li jġibna iktar konxji ta' kemm hemm kreattività f'dawk l- affarijiet li l-poplu jagħmel ta' kuljum, fosthom il-mara tad-dar, il- ħaddiema fit-tarzna, fil-fabbriki u f'postijiet tax-xogħol oħrajn.", "Dan huwa parti mill-valur li rridu nsaħħu.", "Fis-subklawsola 4(1) insibu wkoll l-istatement ġenerali \"li jawmenta l-aċċessibilità tal-pubbliku\".", "Aħna nixtiequ li dan il-kunsill isib forom iktar effettivi milli għandna sal-lum biex il-pubbliku in ġenerali jsir jaf iktar dwar il-kultura li għandna f'diversi bliet u rħula.", "Ħafna drabi jsiru attivitajiet kulturali bħal xi lejla mużiko-letterarja f'lokal partikolari li l-attendenza għaliha tkun fqira wisq.", "Ikunu saru sforzi kbar minn min jippreżenta l-mużika, mill-korijiet u minn min jippreżenta l-letteratura u affarijiet oħra bħal dawn, u mbagħad tara sala bilkemm nofsha mimlija.", "L-istess jiġri meta kultant ikollna okkażjonijiet fit-teatri tagħna.", "Naturalment hemm okkażjonijiet oħra sew fuq livell ta' lokalità u sew fuq livell nazzjonali fejn il-poplu jikkonkorri.", "Allura wieħed irid jistaqsi għaliex f'okkażjoni l-poplu ma kkonkorriex u f'okkażjoni oħra kkonkorra.", "X'irridu nagħmlu biex nassiguraw li l-poplu qiegħed jixrob minn din l-għajn li tagħtik ċertu sodisfazzjon?", "Kif se nitgħallmu nduqu dan is-sodisfazzjon li jiġi meta mmorru qrib il-kultura, meta ngħixu l-kultura u l-arti?", "Allura l-kunsill se jkollu dan ix-xogħol.", "Naturalment f'Malta mhux biss għandna istituzzjonijiet pubbliċi, bħalma huma t-teatri, Dar il-Mediterran, il- Kavallier ta' San Ġakbu, l-orkestra nazzjonali u affarijiet oħrajn, imma kull belt u raħal għandu l-patrimonju tiegħu li kultant lanqas in-nies ta' dik l-istess lokalità ma jkunu japprezzawh biżżejjed.", "Iktar kemm dan napprezzawh u jsir aċċessibbli, mhux b'manjiera numerika imma b'manjiera kwalitattiva, fejn wieħed jattendi għal preżentazzjonijiet u jkollu spjegazzjoni biex ikun jista' jifhem l-interpretazzjoni ta' dik il-kultura, iktar il-poplu tagħna jibda jingħaqad għax isib l-għeruq li huma l-bażi ta' l-identità tagħna bħala Maltin.", "Funzjoni oħra ta' dan il-kunsill hija li jkabbar il-patrimonju kulturali ta' Malta kemm fil-pajjiż innifsu u barra mill-pajjiż.", "X'nifhmu meta ngħidu \"jkabbar il-patrimonju kulturali\"?", "Fuq dan is-suġġett il-parlament qiegħed jiddiskuti liġi oħra li l-għan tagħha huwa l-konservazzjoni u t- tkabbir tal-patrimonju kulturali.", "Però hemm aspetti oħrajn kif nistgħu nkabbru l-patrimonju kulturali tagħna ġo pajjiżna stess u barra mill- pajjiż.", "Per eżempju, dan il-patrimonju kulturali jista' jitkabbar billi jkun hemm skemi ta' inċentivi, skemi ta' inkoraġġiment għall-artisti tagħna, għan-nies li jikkreaw dawn l-opri ta' letteratura, ta' arti viżiva, ta' mużika u ta' oqsma oħrajn biex inkunu nistgħu nżidu dan il-patrimonju.", "Irridu nkabbruh billi nikkonservawh u nieħdu ħsiebu, però rridu nżiduh ukoll billi ndaħħlu fih anke l-espressjoni kreattiva tal-Maltin tal-lum.", "Mr Chairman, jeħtieġ li nkabbru l-patrimonju kulturali tagħna anke barra mill-pajjiż.", "M'hemmx dubju li l-kultura u l-arti Maltija jistgħu jkunu fost l-iktar ambaxxaturi effettivi tal-poplu tagħna.", "Naturalment il-mezzi finanzjarji huma xotti għall-aħħar biex wieħed ikun jista' jieħu inizjattivi barra mill-pajjiż biex juri li dan il-poplu ċkejken huwa xorta waħda poplu li għandu din il-ħila kreattiva f'oqsma diversi.", "Sentejn ilu jien kelli x-xorti li nakkumpanja grupp ta' artisti nisa Maltin f'San Fransisco l-Amerka, li esebixxew ix-xogħlijiet tagħhom ispirati mill- kultura pre-istorika neolitika ta' Malta.", "F'ċertu sens wieħed jibqa' sorpriż bil-mod kif il-barranin jirreaġixxu għall-arti Maltija, naturalment għax jitilqu mill-idea li dan in-naqra ta' poplu ċkejken m'għandu xejn x'joffri.", "Allura jibqgħu wisq iktar sorpriżi meta mbagħad jaraw li, minkejja ċ-ċokon, hemm dik is-saħħa kreattiva li tesprimi ruħha f'dawn il- mezzi.", "Fil-ftit drabi fejn jirnexxilna, b'fondi pubbliċi u anke b'fondi li jiġu mill-privat, nesebixxi barra mill-pajjiż, jeħtieġ li dan nagħmluh b'aktar għaqal, b'kurazija ħafna aktar professjonali u li nassiguraw li nattiraw l-ikbar numru possibbli ta' barranin biex jaraw ix-xogħlijiet tagħna.", "F'subklawsola 4(1) insibu statement pjuttost ġenerali u wieħed jista' jgħid ħafna affarijiet, imma naħseb li b'hekk fissirna x'irridu nifhmu.", "Subklawsola 4(2) titkellem fuq id-dettalji ta' dawn il-funzjonijiet, fosthom li l-kunsill għandu:", "\"jiżviluppa, jimmotiva u jtejjeb il-konoxxenza u l-espressjoni tal- kultura u l-arti, u l-aċċessibilità għalihom;", "jisssalvagwardja l-iżvilupp dinamiku ta' dawk il-fattizzi kulturali, inklużi fattizzi intellettwali, lingwistiċi u folkloristiċi li jidentifikaw lill-poplu Malti;\"", "X'irridu nfissru meta ngħidu \"fattizzi kulturali\"?", "Fit-test Ingliż ngħidu \"cultural features\".", "Huma dawk il-karatteristiċi partikolari li jista' jkollna fil-folklor tagħna, fil-lingwa tagħna u f'ħafna affarijiet oħrajn.", "Huma ħwejjeġ li jistgħu jkunu tanġibbli, imma jistgħu jkunu ħwejjeġ intanġibbli, li ma tarahomx, iżda jeħtieġ li jiġu ssalvagwardjati.", "Waħda mill-funzjonijiet ta' dan il-kunsill hija wkoll li \"jikkollabora mal- kunsilli lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u persuni l-oħra għall-promozzjoni ta' inizjattivi artistiċi u kulturali f'ambjent li jirrikonoxxi l-valur tal-kreattività bħala wieħed ċentrali għal komunità matura u b'saħħitha.\"", "Din hija funzjoni imporatantissima.", "Ikun żball jekk dan il-kunsill Malti jaħseb li se jkun il-fonti ta' l-espressjoni kulturali u kreattiva tal-poplu tagħna.", "Dawn jiġu mill-għeruq tas-soċjetà tagħna, mill-individwi u huma ħwejjeġ li jridu jiġu nkoraġġiti fl-iskejjel tagħna, fil-familji tagħna u fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Anke l-kunsilli lokali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u individwi oħrajn għandhom rwol importanti ħafna x'jiżviluppaw.", "Funzjoni oħra tal-kunsill hija li jinkoraġġixxi s-sejbien, żvilupp u espressjoni ta' kull potenzjal personali artistiku.", "Jiġifieri dan il- kunsill għandu joqgħod b'għajnejh miftuħa għal dawk l-individwi li jispikkaw.", "Kultant ikun hemm persuna li sa minn kmieni tibda turi sinjali ta' kapaċità, ta' kreattività f'xi qasam partikolari.", "Tisma' lil min jirrimarka x'vuċi sabiħa għandu individwu, jew x'kapaċità kbira għandha persuna f'tali strument, jew ġieli fl-iskejjel jinnotaw minn kmieni li xi ħadd ikollu ħila eċċezzjonali fit-tpinġija jew fl-iskultura.", "Ġieli jkollna nies li jkollhom ċertu talent fihom u peress li ma jiġux ikkurati minn kmieni, dan it-talent jispiċċa bħal żerriegħa li tintefa' fuq art li ma tagħtix frott.", "Mentri jekk dan il-potenzjal personali artistiku jiġi nnotat u jkun hawn sistema ta' kif wieħed jevalwah u jinkoraġġih, jista' jagħti l-każ li l-artisti Maltin fid-diversi oqsma jkollhom inqas diffikultà biex jiżviluppaw dawn it-talenti milli kellhom sal-lum.", "Dan il-kunsill għandu wkoll il-funzjoni li jippromwovi l-parteċipazzjoni, l- inklussività, l-egwaljanza u l-libertà ta' l-espressjoni, pluraliżmu u identità artistiċi fil-kultura.", "Dawn huma valuri importanti ħafna kif inħarsu lejn dan il-qasam għaliex huwa qasam fejn irridu naraw titħaddem parateċipazzjoni sħiħa, sew in ġenerali mill-poplu, kif ukoll iktar partikolari mill-artisti nfushom.", "L-inklussività hija importanti wkoll għaliex dan huwa kamp li ma jistax ikun riservat għal xi klassi jew għal xi kategorija partikolari.", "Irridu nagħtu enfasi partikolari ħalli nies bi bżonnijiet speċjali u nies bi żvantaġġi soċjali, kultant anke ta' faqar jew problemi oħra, ma jibqgħux barra minn dan il-moviment importanti fit-tiswir ta' l-iżvilupp tagħna bħala pajjiż u anke tagħna personali.", "Il-kunsill irid jara kif se nġibu l-egwaljanza u l-libertà ta' l- espressjoni, u l-pluraliżmu.", "Aħna ma rridux li jkollna xi domma partikolari fejn xi ħadd jiġi b'xi mod imwarrab minħabba l-ideat tiegħu.", "Il-kunsill irid jadotta attitudni integrata u koperattiva biex nużaw ir- riżorsi li għandna bl-aħjar mod possibbli.", "Jeħtieġ li niżviluppaw skemi edukattivi u nsaħħu dawk li diġà għandna f'dan il-kamp.", "Il-kunsill għandu wkoll il-funzjoni li joħloq u jimplimenta strateġiji li jiżguraw l-identità tal-kultura Maltija sew fil-pajjiż innifsu sew barra mill-pajjiż.", "Funzjoni oħra iktar konkreta hija dik li nsibu f'paragrafu (j) fejn jingħad li l-kunsill:", "\"jamministra skemi u jerfa' kull responsabbiltà oħra għar-rigward ta' dawk l-entitajiet artistiċi u kulturali kif stipulat fl-Att jew hekk kif il-Ministru jista' minn żmien għal żmien jippreskrivi.\"", "Sal-lum għandna d-dipartiment tal-kultura li jerfa' r-responsabbiltà għal ċerti entitajiet, fosthom l-orkestra nazzjonali, it-teatru Manoel u oħrajn.", "Dawn issa se jkunu r-responsabbiltà ta' dan il-kunsill.", "F'subklawsola (3) ta' din il-klawsola nkomplu nfisssru x'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kunsill, fosthom li jissorvelja u jevalwa kull livell, xogħol u attività konnessi ma' kulma hu kulturali u artistiku.", "F'ċertu sens irridu li f'dan il-kunsill ikollna ċertu analiżi kritika oġġettiva ta' x'qed nagħmlu f'dan il-kamp.", "Qed nagħmlu ħwejjeġ li huma ta' livelli baxxi, li m'humiex ta' kwalità?", "X'qed jiġri eżattament?", "Ġieli nagħtu xi fondi, anke jekk ikunu ftit, għal inizjattivi u programmi kulturali.", "Imma mbagħad issir evalwazzjoni biex wieħed ikun jista' jgħid li fejn tajna l- flus ġie ppreżentat xogħol li jidher li sar sforz biex ikun ta' ċertu livell?", "Naħseb li l-kunsill irid ikollu din il-kapaċità.", "Huwa tajjeb li funzjonijiet oħra tal-kunsill se jkunu li:", "\"iwettaq studji, riċerka jew investigazzjoni konnessi ma' kull ma hu kulturali u artistiku;", "jipprovdi informazzjoni u joħroġ linji direttivi, lill-pubbliku u lil entitajiet kulturali, konnessi ma' kull ma hu kulturali u artistiku;", "jagħmel dak kollu li jista' jkun meħtieġ għall-qadi kif imiss ta' dmirijiet taħt dan l-Att, inkluż it-twaqqif ta' entitajiet u kumitati oħra skond ma jkun meħtieġ bl-approvazzjoni tal-Ministru;", "Naħseb li din kienet spjega puttost twila ta' din il-klawsola u tajjeb li issa nidħlu fid-diskussjoni dwarha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'differenza mill-Abbozz ta' Liġi dwar il- Patrimonju Kulturali li qed niddiskutu fil-Kumitat Permanenti għall- konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, f'dan l-abbozz ta' liġi ma dħalniex fid-definizzjonijiet tal-kliem u tal-konċetti li qed nużaw.", "Per eżempju, id-definizzjoni wiesgħa li ta l- ministru tal-kelma \"kultura\" toħroġ fil-mod kif spjegaha hu, imma ma toħroġx f'dan l-abbozz.", "Anzi, jien nazzarda ngħid li kif qiegħda f'dan l- abbozz m'hijiex spjegata u definita kif qal il-ministru, u min jaqraha jasal għall-konklużjoni li qed immorru għal definizzjoni tradizzjonali tal- kultura u arti.", "Nerġa' ngħid li l-mod kif fetaħha l-ministru hija komprensiva ħafna iżjed milli qiegħda fl-abbozz ta' liġi.", "Naf li min jiġi biex jinterpretaha jaraha flimkien mad-diskussjoni li tkun saret dwarha fil-Kamra, imma fl-aħħar mill-aħħar il-liġi tgħaddi skond il- kliem li jkun hemm miktub fid-dokument innifsu u mhux dak li jkun intqal fid-diversi stadji.", "Iżda, nerġa' ngħid li veru li għall-interpretazzjoni wieħed joqgħod fuq l-ispirtu ta' xi jkun diskuss.", "Qed ngħid dan għax naħseb li l-mod kif inhi definita fl-abbozz ta' liġi xorta hija restrittiva.", "Hemm l-idea li l-kultura u l-arti huma dak li tradizzjonalment jiġi mifhum sfortunatament, jiġifieri ċertu high culture, dak li jiġri fit-teatru Manoel u teatri oħra bħall-Kavallier ta' San Ġakbu u Dar il-Mediterran, pittura, skultura u ċerta mużika, u mhix miftuħa iktar kif nifhmuha llum, cioe' l-attività artistika u kulturali bħala parti essenzjali ħafna mill-ħajja ta' poplu.", "Dan huwa iktar u iktar essenzjali għal komunità tad-daqs ta' Malta u Għawdex.", "Is-Sibt li għadda kellna seminar interessanti fil-bini tal-Kavallier ta' San Ġakbu fejn iddiskutejna l-istrateġija futura għall-ilsien Malti u missejna ħafna aspetti differenti ta' xi jrid isir hemmhekk anke f'qafas ta' strateġija usa'.", "Jien kont qed nagħmel il-punt li għal pajjiż tad-daqs ta' Malta, fejn l-espressjoni tar-ruħ Maltija hija espressa anke fl-ilsien Malti, dan huwa kruċjali anke għas-sopravivenza ta' l-istess pajjiż.", "Meta niddiskutu l-qasam kulturali nkunu qed niddiskutu parti intanġibbli tal- pajjiż, biex ngħidu hekk, imma intanġibbli għax ma tistax tkejjilha fi statistika u ma tistax taqbadha f'numri li s-soltu nassoċjaw meta niġu biex niddeskrivu realtà ta' pajjiż.", "Huwa proprju fuq din il-parti intanġibbli tal-ħajja tal-pajjiż li tiddependi s-sopravivenza tal-pajjiż.", "Iżda biex pajjiż jibqa' jeżisti bid- diversità tiegħu fid-dinja tal-lum li qed issir aktar globalizzata, għandu proprju jiżviluppa din il-parti intanġibbli li qed insejħu kultura u arti.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li nkunu ċari x'qed nifhmu bi żvilupp tal- kultura u l-arti f'pajjiżna.", "Veru li fi klawsola 4 qed ngħidu li l-kunsill għandu jippromwovi l-kultura ta' Malta \"b'kull għamla ta' espressjoni kreattiva\" u fl-ispjega tiegħu l-ministru fetaħha anke għall-qasam ta' l- ikel - u jien naqbel miegħu - imma nerġa' ngħid li fl-abbozz ta' liġi mkien ma tingħata din it-tifsira wiesgħa tal-kultura.", "Qed ngħid dan ukoll għax waħda mill-akbar sfidi li se jkollna - u hawnhekk wieħed irid joqgħod attent kif jagħżel in-nies li se jkunu f'dan il-kunsill - hija biex ikun hemm rappreżentanza wiesgħa ħafna tal-forom differenti ta' espressjoni kreattiva.", "Jekk immorru għal dawk in-nies li diġà huma nvoluti fil-kultura stabbilita fit-teatri u fl-istituzzjonijiet kulturali tagħna hemm ċans kbir li ma jsegwux politika inklussiva.", "Il-politika kulturali trid tkun inklussiva mhux biss billi tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità jew għal dawk il-persuni li s-soltu ma jersqux lejn l-attivitajiet kulturali, imma trid tkun inklussiva fit-tfassil tal- kalendarju ta' l-attivitajiet tagħha u tirrifletti d-diversità ta' espressjoni kulturali f'pajjiżna wkoll.", "Ħalli nispjega.", "Jekk il-kunsill ikollu bias ta' nies li diġà huma involuti fl-istituzzjonijiet kulturali kif nafuhom tradizzjonalment, hemm ċans kbir li se jibqgħu esklużi dawk il- gruppi l-oħra ta' forom u espressjoni kulturali u artistika differenti.", "Forsi għax dawn huma meqjusa subalterni, jew sekondarji, jew inferjuri, jew dawk li jiddefinixxu x'inhi kultura u arti jħossu li dik m'hijiex kultura u arti, imma dak li jagħmlu huma huwa kultura u arti.", "Noqogħdu attenti għax, jekk fhimtu tajjeb, il-ministru spjega li parti mix- xogħol ta' dan il-kunsill huwa li jagħmel ċerta quality assurance ta' l- attivitajiet kulturali li jsiru fostna.", "Issa dawk b'liema kriterji se jsiru?", "Ħalli nieħu eżempju personali.", "Jekk jien nisma' biċċa mużika mod u mbagħad nisma' biċċa jazz u, per eżempju, jien ma nifhimx fil-jazz, jien kompetenti biex ngħid li dik hija ta' kwalità għolja jew mhix?", "Qed ngħid hekk għax jekk il-kunsill innifsu se jkun esklussiv, fis-sens li mhux se jkun jirrappreżenta d-diversità kollha li teżisti f'pajjiżna, hemm ċans kbir li minkejja d-definizzjoni wiesgħa li ta l-ministru xorta naqgħu lura għall-forom tradizzjonali ta' espressjoni ta' arti.", "L-istess f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-espressjoni mużikali.", "Waħda mill- aktar affarijiet li tinkwetani, u li għandna sfida kbira quddiemna fis-snin li ġejjin, hija li jekk inħarsu lejn kif inhuma influwenzati kulturalment u artistikament iż-żgħażagħ tagħna fid-dinja tal-lum, insibu li llum qed jitilgħu f'dinja ħafna iktar miftuħa u esposta għal dak li qed jiġri barra minn pajjiżna.", "M'iniex qed insemmi dan bħala fatt negattiv.", "Qed ngħixu fis-seklu XXI u rridu nistaqsu kemm mit-teenagers tagħna jieħdu sehem b'mod attiv f'attivitajiet kulturali u artistiċi li jsiru fil-gżejjer tagħna?", "Kemm minnhom huma konsumaturi passivi ta' l-MTV, taċ-channel li l-ħin kollu jxandar il-mużika ta' tipi differenti?", "Iż-żgħażagħ tagħna huma konsumaturi kbar tal-produzzjoni artistika mużikali Amerikana, Ingliża u Taljana.", "Iktar ngħid Amerikana u Ingliża għal ħafna raġunijiet.", "Allura l-mistoqsija tagħna hi: F'sitwazzjoni bħal din, il-Kunsill Nazzjonali tal-Kultura u Arti kif se jkun preżenti fost it-teenagers tagħna?", "Kemm se jagħraf l- espressjoni kulturali tagħhom?", "Qed ngħid dan għax jekk wieħed jieħu l-mużika - u qed nieħu l-mużika għax naħseb li mill-espressjonijiet kulturali kollha li għandna llum, il-mużika hija l-aktar qawwija fost iż-żgħażagħ tagħna - jinkwetani l-fatt li m'iniex qed nara tiġdid tat-talenti taż-żgħażagħ tagħna li jorbtu flimkien l- iżviluppi mużikali internazzjonali li qed iseħħu u dak li qed jagħmlu ż- żgħażagħ f'pajjiżna.", "Nieħu eżempju billi nqabbel pajjiżna ma' sitwazzjonijiet f'pajjiżi oħra.", "Jekk wieħed jieħu x-xena mużikali Naplitana, il-ġenerazzjonijiet tagħna jafu ċerta mużika Naplitana u jorbtuha ma' ċerti kantanti Naplitani, imma li nsib interessanti ħafna jien - u dan jispjega ċertu żvilupp u sopravivenza kulturali - huwa l-fatt li żgħażagħ Naplitani llum kapaċi jieħdu mit-tradizzjoni mużikali Naplitana tagħhom u jiżviluppawha fil-forom differenti tal-lum.", "Per eżempju, tista' tisma' mużika Naplitana żviluppata f'jazz modern u anke f'rap u f'mużika oħra li hija ħajja llum fil-forom tagħha.", "Dan qiegħed jiġri f'pajjiżna?", "Irridu nwieġbu bis-serjetà għal din il-mistoqsija, ma tistax taqbad tgħid iva jew le.", "Imma l-impressjoni li għandi jien hija li r-risposta hija iktar le milli iva.", "Nerġa' ngħid li qed insemmi l-mużika għax naħseb hija l-iktar espressjoni kulturali mifruxa.", "U l-biża' tiegħi hu li dak li għedt li jista' jiġri fir- rigward ta' l-ilsien Malti s-Sibt li għadda fil-Kavallier ta' San Ġakbu - mhux bilfors li kulħadd qabel miegħu - hemm iċ-ċans li japplika wkoll għall- kultura lokali.", "Fil-qasam tal-letteratura m'iniex inkwetat bl-istess mod għax jekk wieħed isegwi r-rumanzi u n-novelli li qed joħorġu żgħażagħ ġodda, jinduna li dik it-tradizzjoni m'hijiex perikolata.", "Imma dik hija l-kontinwazzjoni tat- tradizzjoni li teżisti diġà meta niġu għal-letteratura.", "U b'dispjaċir nerġa' ngħid li l-qasam tal-letteratura għadu jinteressa minoranza ta' nies.", "Huwa importanti ħafna li l-espressjoni letterarja f'pajjiżna jkollha resonanza, firxa f'ħafna iżjed adoloxxenti u żgħażagħ milli għandha llum.", "Qed nagħmel enfasi kbira għal tapposta fuq l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ għax l-akbar sfida li għandu kull pajjiż - spaċjalment pajjiżi u komunitajiet żgħar bħal tagħna - hija kif iġeddu l-espressjoni kulturali u artistika tagħhom, nifhmuha kif nifhmuha, minn ġenerazzjoni għal oħra fi żmien meta il-forzi li jinfluwenzaw il-ġenerazzjonijiet differenti ta' pajjiż inbidlu daqshekk.", "Ejja nagħmluha ċara li llum, jekk nieħdu l-idea tal-kultura bħala industrija, ħafna drabi ssib li hemm konverġenza totali bejn l-industrija tal-kultura u l-industrija tad-divertiment.", "Ħafna drabi ssibhom f'dak li llum qed jissejjaħ qasam ġdid magħruf bħala info-tainment għax qed jorbot flimkien l-information u l-entertainment.", "Illum issib li l-kumpanniji l- kbar huma produtturi ta' l-aħbarijiet, produtturi tal-kotba, produtturi tal- films u produtturi tal-mużika.", "Huma industrija enormi li torbot flimkien it-tagħrif, id-divertiment u l-prodotti kulturali.", "Li jinkwetani huwa - u iktar u iktar minħabba d-daqs ta' pajjiżna - li Allaħares il-forom li qed nifhmu bihom ta' arti u kultura nagħlquhom biss għall-poeżija, għal- letteratura, għat-teatru, meta nafu li għandna forom oħra ta' kultura li jiġbdu iktar u iktar nies.", "Ma naħsibx li dawk li jinteressawhom il- letteratura, il-poeżija u t-teatru - l-alta cultura kif jiddefinixxuha huma - għandhom ikunu sodisfatti li jingħalqu fihom infushom, meta hemm il-forom l-oħra artistiċi u kulturali li jitqiesu aktar moderni, aktar b'saħħithom u li jiġbdu aktar lill-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.", "Aħna m'għandniex industrija lokali tal-films.", "Għandna industrija lokali żgħira tal-mużika u tal-kant, imma dik għandha qabda fuq l-adoloxxenti u ż- żgħażagħ tagħna jew iħossuhom iktar miġbudin lejn l-industrija internazzjonali?", "Dawn miġbudin lejn l-industrija Amerikana u Ingliża tal- films u tal-mużika li jiddominaw is-swieq globali.", "L-adoloxxenti u ż- żgħażagħ tagħna huma interessati fl-espressjoni kulturali ta' mużika artistika li hemm fil-bqija tad-dinja, jekk mhux se jsibu mod kif jesprimu din l-influwenza mużikali internazzjonali b'idjoma lokali, 'il quddiem se jkollna problemi ta' identità.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna se nibqgħu b'rasna mistrieħa li b'xi mod jew ieħor tkompli t-tradizzjoni fil-qasam tal-letteratura, tal-poeżija, tal- pittura u tat-teatru, ejja ma nilludux ruħna għax hemmhekk sfortunatament qed nitkellmu fuq gruppi żgħar ta' nies.", "Fil-fehma tiegħi rridu nħarsu kif se nigganċjaw ma' l-adoloxxenti u maż-żgħażagħ, kif se nagħmlu biex l- ewwelnett nagħtu għarfien lill-espressjoni artistika u kulturali tagħhom u kif se ngħinu biex isir ċertu tiġdid kulturali li naraw iseħħ f'pajjiżi oħra, bil-ftuħ kollu lejn il-bqija tad-dinja.", "Is-Sibt li għadda, meta tkellimt fuq l-ilsien Malti, jien irriferejt għal żewġ tribujiet, tribu` A u tribu` B. Tribu` A li jibqa' jesprimi ruħu bl- Ingliż għall-affarijiet serji, għall-affarijiet ta' modernità, teknoloġija, xjenza u computers, dwar dak li jidher tal-lum u ta' għada.", "U bħal f'pajjiżi oħra tad-daqs tagħna hemm tribu` B li jesprimi ruħu bil-Malti fil- ħajja ta' kuljum, iżda mhux għall-affarijiet li huma marbuta ma' l-aspetti ta' modernità, ta' xjenza, teknoloġija u żviluppi oħra.", "Hemm ċans kbir li anke fil-qasam ta' espressjoni kulturali jiġri l-istess, li l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jorbtu l-espressjoni tal-kultura u artistika Maltija ma' l-anzjani, ma' dak li jiġri fl-iskola jew ma' dak li jagħmlu xi ftit nies iffissati f'ċerti attivitajiet artistiċi u kulturali.", "Din l-isfida ma teżistix biss f'pajjiżi żgħar, imma interessanti li wieħed jara x'attivitajiet saru anke f'pajjiżi bħall-Istati Uniti u l-Ingilterra, fejn l-istabbiliment kulturali u artistiku pprova jagħmel sforzi kbar biex ikun rilevanti u jmiss il-qlub u l-imħuħ ta' l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ f'pajjiżu.", "Din hija sfida kbira u mhix faċli.", "M'hijiex kwestjoni ta' kif se nikkonvertu lill-adoloxxenti u liż-żgħażagħ għall-poeżija u l- letteratura u l-aspetti l-oħra tal-kultura stabbilita f'pajjiżna, u niġu one-way traffic, qisna għandna missjoni biex nirbħuhom għal dak li aħna naħsbu li huwa ta' ġid, imma kif se nagħmlu l-vjaġġ biex aħna naraw kif se nagħmlu kuntatt ma' l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna fil-forom ta' espressjoni artistika u kulturali tagħhom.", "Jiġifieri mhijiex kwestjoni li ġġegħelhom jibdew jersqu lejn il-mużewijiet, lejn il-galleriji ta' l-arti, lejn it-teatri, lejn is-swali fejn ikun hemm ċerta mużika, imma kif se tirrikonoxxi l-ewwelnett li inti tagħmmel kuntatt magħhom u tagħti d- dinjità lill-espressjoni kulturali u artistika tagħhom.", "M'iniex qed ngħid li tigglorifikaha akkost ta' kollox, imma jekk se nqisu li xogħol dan il- kunsill se jkun li jikkonverti lill-adoloxxenti u liż-żgħażagħ għal dak li llum huma mbiegħda minnu, naħseb huwa mod limitat ħafna kif wieħed iħares lejn ix-xogħol tal-kunsill.", "Irid isir ħafna xogħol ta' kuntatt mhux biex nirbħu l-imħuħ u l-qlub taż-żgħażagħ, imma kif aħna wkoll se nintrebħu għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda.", "Dik hija waħda mill-akbar sfidi li għandu dan il-pajjiż.", "Pajjiżi oħra sabu li jridu joħorġu mill-postijiet fejn qegħdin u jridu jmorru huma għand iż-żgħażagħ u jirrikonoxxu x'jagħmlu ż-żgħażagħ fil-forom differenti ta' espressjoni artistika u kulturali tagħhom, mingħajr snobbiżmu, mingħajr sens ta' kumplessi ta' superjorità, mingħajr ma nieħdu l-attitudni li aħna nafu x'inhu tajjeb għaż-żgħażagħ u li aħna rridu nikkonvertuhom mis-sitwazzjoni li jinsabu fiha.", "Fil-fehma tiegħi x-xogħol li jrid jagħmel dan il-kunsill irid ikun f'dan is- sens, jiġifieri kif se jirrikonoxxi l-forom awtentiċi ta' espressjoni kulturali u artistika taż-żgħażagħ.", "Per eżempju, għandna ħafna gruppi ta' etajiet ta' 14, 15, 16-il sena li huma interessati fil-mużika, u nkompli nenfasizza l-qasam mużikali għax naħseb li huwa l-aktar wieħed fil-periklu u l-aktar wieħed li hu mifrux fost iż-żgħażagħ.", "Bħalissa l-oqsma l-aktar dominanti ta' espressjoni kulturali u artistika fost l-adoloxxenti u ż- żgħażagħ huma l-mużika, il-films u l-videos.", "Jekk m'aħniex se nkunu preżenti fihom bħala pajjiż - u m'huwiex faċli għax qed neħduha ma' ġganti enormi f'dan il-qasam - se jkun hemm problemi għax il-kultura u l-arti Maltija tibqa' tiġi assoċjata sempliċement mat-tradizzjonali, ma' dak li kien isir qabel, ma' dak li jagħmlu l-kbar fit-teatru Manoel, fi swali oħra u fil-galleriji ta' l-arti, u ż-żgħażagħ jibqgħu esklużi.", "U dawn huma żgħażagħ għal ftit snin u mbagħad 20, 30 sena oħra x'se jkun ġara?", "Qed insemmi dan kollu għax, nerġa' ngħid, is-sopravivenza tad-diversità kulturali fis-seklu XXI se tintrebaħ jew tintilef proprju f'dan il-qasam intanġibbli ta' l-espressjoni kulturali u artistika ta' pajjż.", "Aħna bħala pajjiż diġà għandna sfidi kbar biex nibqgħu vijabbli, għax biex kultura ta' pajjiż tibqa' vijabbli jrid ikun hemm ħafna rieda politika fejn tgħid li trid tibqa' teżisti bil-personalità tiegħek u trid tiżviluppa l-personalità tiegħek skond iż-żmenijiet tal-lum.", "Jeħtieġ ukoll li jkun hemm żvilupp ekonomiku li jsostni dik il-bidla.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi importanti.", "Waqt li fil-liġi dwar il- patrimonju kulturali ddiskutejna l-bżonn ta' inċentivi fiskali, inċentivi ekonomiċi biex insostnu dak li jsir f'dak il-qasam, qed ninnota li f'dan l- abbozz ta' liġi ħallejnieha barra għal kollox.", "U kif diġà għedt, wieħed mill-mezzi kif tista' tgħin l-iżvilupp kulturali ta' pajjiż huwa billi taħseb li jkun hemm forom ta' inċentivi fiskali.", "Per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol li jsir minn gruppi li jkunu nvoluti fil- produzzjoni ta' CDs, huwa possibbli li tipprovdilhom seed money, mhux sempliċement sussidju, bħala investiment fix-xogħol tagħhom?", "Fil-fehma tiegħi rridu naħsbu f'din it-tip ta' għodda f'dan il-qasam.", "Nerġa' ngħid li l-akbar sfida li se jkollna hija kif nigganċjaw ma' l- adoloxxenti u ż-żgħażagħ biex jifhmu - u aħna nifhmu lilhom - li l- iżvilupp kulturali u artistiku li huwa essenzjali għall-ġejjieni tal- komunità tagħna, jirrikonoxxi wkoll l-espressjonijiet kulturali u artistiċi tagħhom, jappoġġjahom, isaħħaħhom u jiżviluppahom b'idjoma lokali.", "Jien nieħu gost li anke fost il-kantanti stabbiliti tagħna hemm min irnexxielu jagħmel kompożizzjonijiet rap bil-Malti.", "Dawn huma affarijiet li jidhru żgħar imma huma importanti ħafna għax qed jagħmlu bridge.", "Qed issib il- forma li tesprimi żviluppi mużikali internazzjonali li qed iseħħu, imma fl- istess ħin qed jirnexxilek tagħmilha b'idjoma Maltija.", "Dak huwa l-mod kif torbot flimkien liż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna li hemm ċans kbir li fiżikament qed jgħixu f'dawn il-gżejjer imma kulturalment, minħabba d- dominju kbir tal-mużika u taċ-ċinema Amerikana, qed ikollna - bħal f'pajjiżi oħra, imma fil-każ tagħna iżjed u iżjed - iktar minn qatt qabel nies amfibji li jgħixu żewġ kulturi l-ħin kollu.", "Iż-żgħażagħ qed jgħixu f'soċjetà li jgħixu fiha fiżikament u qed jgħixu fid- dinja maħluqa mill-industrija tal-films, mill-industrija mużikali, mill- industrija kbira tad-divertiment, u mill-industrija kbira kulturali globali tal-lum.", "U m'hemm xejn awtomatiku f'din l-eġemonija kulturali kbira Amerikana.", "Ħafna minn din l-eġemonija kbira Amerikana espressa fil-mużika u fil-films ġejja proprju mis-saħħa ekonomika u militari ta' l-Istati Uniti li għandhom żewġ vantaġġi kbar.", "Wieħed huwa s-suq enormi intern, u għalhekk meta jagħmlu soap opera jew joħorġu film huma diġà għandhom suq intern garantit, allura mbagħad f'pajjiżi oħra jaffordjaw li jkunu kompetittivi ħafna fil-prezzijiet tagħhom.", "U dik tagħtihom supremazija li jkun hemm min jaħseb li hija supremazija li ġejja mill-kwalità ta' dak li qed jagħmlu, mentri m'għandha x'taqsam xejn!", "Jien naħseb li ħadd m'hu se jiddubita mill-kwalità għolja ħafna taċ-ċinema Taljana, taċ-ċinema Franċiża, taċ-ċinema Ġermaniża u anke taċ-ċinema Ingliża, imma peress li għandhom suq intern żgħir, meta tqabblu mas-suq Amerikan, ara x'biċċa xogħol diffiċli għandu film Taljan ta' kwalità għolja biex jikkompeti ma' film Amerikan!", "L-ewwelnett għandu l-problema tal- lingwa għax malli tagħmel film Taljan awtomatikament diġà se taqta' ħafna u ħafna pajjiżi li ma jħaddnux dik il-lingwa.", "Jekk imbagħad tagħmel translation tiegħu għall-Ingliż jew toħorġu bis-subtitles, xorta għandek problemi.", "Għaliex fl-aħħar 30, 40 sena, minħabba s-supremazija tal- prodotti kulturali Amerikani, bdiet tinfirex ċerta eġemonija u perċezzjoni tar-realtà li, per eżempju, is-soap operas Amerikani daħlu parti mill- idjoma ta' kull pajjiż u li kważi dawk huma naturali.", "Qed ngħid dan kollu mhux għax nista' noħlom li fiċ-ċokon tagħna nistgħu neħduha kontra dawn il-ġganti l-kbar, imma għas-sopravivenza tagħna, għall- iżvilupp kulturali u artistiku tagħna bħala pajjiż - m'iniex qed nitkellem fuq il-ghetto ta' min jinteressa ruħu fil-letteratura u fl-arti - hemm bżonn insibu forom ta' kif nirbħu lill-adoloxxenti u liż-żgħażagħ tagħna għal dan l-iżvilupp kulturali ta' pajjiżna.", "Wieħed mill-ftit suċċessi li għandhom l-istazzjonijiet televiżivi lokali - u għad irridu nagħmlu diskussjoni serja fuq wieħed mill-effetti negattivi tal-gwerra politika ta' kif żviluppaw l-istazzjonijiet tal-partiti - huwa li żiedu l-produzzjoni lokali televiżiva ta' ċerti soap operas li l- popolarità tagħhom hija mifruxa fuq ġenerazzjonijiet differenti.", "U jien ngħid li l-produzzjoni televiżiva ta' soap opera hija forma ta' espressjoni kulturali.", "Issa wieħed jista' jiddiskuti x'inhu l-livell tagħha, imma Allaħares inkunu daqshekk snobs li ngħidu li biċċa teatru li ssir fuq palk għal 500 ruħ hija arti u kultura, u soap opera li ssir għal 50,000 ruħ, 70,000 ruħ m'hijiex!", "Dik hija forma inferjuri!", "Naħseb li jkun żball jekk nagħmlu dawn it-tip ta' definizzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li wieħed jista' jiddiskuti kif ittejjeb il-kwalità, it-teknika, il-lingwaġġ u l-iżvilupp ta' l-istorja.", "Imma ejja nħarsu lejn dawk l-affarijiet.", "Il-punt tiegħi hu li hemmhekk sibna forma lokali ta' kif niżviluppaw ċerta kultura.", "U għaliex huma daqshekk popolari fost ġenerazzjonijiet differenti?", "Għaliex bin-nuqqasijiet kollha tagħhom il-Maltin u l-Għawdxin qed jaraw xi ħaġa f'ilsienhom li tirrifletti xi ftit jew wisq il-ħajja tagħhom.", "Jiġifieri fiċ-ċokon kollu tagħna sibna produzzjoni domestika li qiegħda tissodisfa ċerti aspirazzjonijiet u ċerti bżonnijiet.", "Fil-forom l- oħra, fosthom fil-forma mużikali, x'jista' jsir ħafna iktar milli qed isir?", "Irridu naħsbu f'dawn l-affarijiet għax jekk aħna qed nipprovaw naqilbu paġna ġdida permezz tat-twaqqif ta' dan il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti naħseb li dan irid iħares lejn dawn iż-żewġ forom dominanti ta' espressjoni kulturali llum.", "Ħalli mbagħad permezz tagħhom tasal għand l- adoloxxenti u ż-żgħażagħ.", "Wieħed mill-modi kif pajjiżi oħra waslu għand iż- żgħażagħ ma kienx billi qabdu ż-żgħażagħ u ħaduhom fl-istituzzjonijiet tradizzjonali.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex nagħmlu iżjed biex aktar żgħażagħ jieħdu sehem fl-attivitajiet tat-teatru Manoel, fil-Kavallier ta' San Ġakbu u f'Dar il-Mediterran, imma dan l-għan nistgħu nilħquh billi dak li nagħmlu f'dawk l-istituzzjonijiet kulturali jkun rilevanti għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna.", "Ħafna drabi dawn l-attivitajiet kulturali jsiru b'daharhom lejn l- adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna u meta inti tagħti dahrek lil xi ħadd m'għandekx għalfejn tistagħġeb li hu wkoll jagħtik dahru.", "U naħseb li ħafna mill-attivitajiet kulturali tagħna ma jirnexxilhomx ikunu rilevanti u jaqbdu l-interess taż-żgħażagħ tagħna.", "F'pajjiżi oħra sabu li jridu joħorġu mill-ghetto fejn qegħdin dawn l-attivitajiet artistiċi u kulturali u jmorru huma stess f'postijiet fejn ikun hemm iż-żgħażagħ bid-divertimenti tagħhom.", "Fost il-forom kif iż-żgħażagħ jesprimu lilhom infushom illum insibu l-kultura tad-discos u tal-bars, il-fenomenu Paceville.", "Qatt ħsibna biex aħna nkunu preżenti bil-kultura u bl-arti tagħna f'postijiet bħal Paceville?", "Se naħsbu biex ikun hemm inizjattivi, kif saru f'pajjiżi oħra, ma' dawn iċ-ċentri ta' divertiment taż-żgħażagħ, biex inkunu immaġinattivi u nuru inizjattiva kulturali u artistika aħna stess, biex inkunu preżenti f'dawk l-ambjenti?", "Se ngħidu li aħna - li nafu x'inhi l-kultura, il- letteratura u l-mużika - se noqogħdu fuq Olympus u se nġiegħlu liż-żgħażagħ jitilgħu ħdejna?", "Jew se jkollna inizjattivi immaġinattivi li aħna stess se mmorru qalb iż-żgħażagħ biex nagħmlu affarijiet li jesprimu ż-żgħażagħ infushom u li nagħtuhom id-dinjità billi aħna naċċettaw li dawk huma forom ta' espressjoni kulturali taż-żgħażagħ?", "Biżżejjed wieħed jara inizjattivi li saru fl-inner cities Ingliżi u anke fl- inner cities Amerikani, fejn wieħed qatt ma kien joħlom li dawk iż-żgħażagħ - li jgħixu f'dawk il-postijiet emarġinati, bi problemi ta' kriminalità, ta' drogi, ta' qgħad u ta' esklużjoni soċjali - se jkollhom attivitajiet kulturali u artistiċi għaddejjin.", "Imma dawn għarfu jieħdu inizjattivi fil- post stess u miż-żgħażagħ stess.", "Per eżempju, ġieli wieħed jara programmi sbieħ televiżi fuq graffiti fl-inner cities li ngħataw rikonoxximent li huma mural art li għandha l-istatus tagħha ta' espressjoni kulturali daqs biċċa xogħol imdendla f'gallerija ta' l-arti meqjusa uffiċjali.", "Jien naħseb li għandna naħsbu b'dan il-mod jekk irridu nagħmlu kuntatt ma' dawk li llum huma esklużi.", "Dawn huma esklużi mhux bilfors tort tagħhom, imma għaliex s'issa dak li qisna bħala kultura u arti eskludiehom.", "Bla dubju jeħtieġ isir xogħol kbir u wieħed irid ikisser rasu biex jaħseb f'dawn l-inizjattivi ħalli l-firxa ta' ħidmiet kulturali u artistiċi jkunu jinkludu ġenerazzjonijiet differenti.", "U nemmen ħafna li rridu nagħtu enfasi kbira fuq dak li qed jiġri fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna għax huwa ovvju li s-sopravivenza u l-iżvilupp kulturali u artistiku ta' dan il-pajjiż se jkun jiddependi ħafna fuq dak li nagħmlu magħhom.", "Issa qegħdin f'sitwazzjoni differenti milli konna fiha qabel.", "Aħna tlajna f'sitwazzjoni fejn konna aktar protetti u f'sitwazzjoni ħafna iżjed insulari bin-nuqqasijiet tagħha, għax l-insularità u l-għeluq iġibu problemi wkoll.", "Imma llum bil-ħitan li waqgħu, mhux biss f'Berlin imma kullimkien, anke f'pajjiżna - u allura d-dar li nibnu trid tkun żgur differenti, mingħajr ebda ħitan u swar kif kienu qabel - il-personalità tagħna trid tkun differenti u għada u pitgħada iżjed u iżjed.", "Dan ifisser li rridu nagħmlu ħafna u ħafna xogħol u nagħtu ħafna u ħafna importanza lil dak li għaddejjin minnu l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan huwa diskors interessanti immens u tajjeb li nagħmluh għax din hija tip ta' liġi li meta tiktibha, fil-forma legali tagħha hija differenti minn ċerti liġijiet oħrajn.", "Jekk wieħed jitkellem fuq il-liġi kriminali, liġi fiskali jew liġi li titkellem fuq l-istandards ta' oqsma partikolari, hemm ix-xjenza partikolari, jew kriminali, fiskali jew ta' standards, li tiddetta li l-liġi tkun speċifika, li l-liġi trid tapplika l-preċiżjoni tat-terminoloġija applikabbli f'dak il-kamp.", "Però meta qed nitkellmu fuq kamp ta' kultura u meta qed nagħmlu liġi li x-xogħol tagħha huwa li toħloq qafas li fi ħdanu jkun hemm dawk l-inċentivi, dawk il- programmi biex ikunu jistgħu jimbuttaw, sforz li jrid jiġi minn isfel, allura hawnhekk id-diskors ikun ħafna iktar maħlul, ikun diffiċli li l- kliem tippreċiżah iż-żejjed, bilfors trid tħalli ċertu lok għal interpretazzjoni.", "Għalhekk huwa tajjeb li jsir dan it-tip ta' diskors fuq din il-liġi għax filwaqt li - almenu min-naħa tiegħi - ma ngħoddux bħala xi perli ta' għerf jew xi ħaġa esklussiva, però xorta jagħti gwida tad-direzzjoni li l- leġislaturi jixtiequ li tittieħed.", "Għaldaqstant meta ppubblikajna l-abbozz ta' liġi ppublikajnieh flimkien ma' dokument li jipprova jagħti ħjiel tal- politika nazzjonali li nixtiequ nsegwu f'dan il-qasam taħt l-aspetti varji tiegħu.", "Filwaqt li meta wieħed iħares lejn it-tifsila tiegħu jsib ċerta ġeneralità ta' frazijiet, meta qed nitkellmu fuq il-funzjonijiet ta' dan il- kunsill, naħseb li l-kunsill eventwali jrid jinterpretahom fid-dawl tad- dibattitu li qed nagħmlu hawnhekk u fid-dawl tal-politika nazzjonali li minn żmien għal żmien tkun qed tiġi segwita fil-pajjiż.", "Aħna għandna d- dmir li minn żmien għal żmien naqbdu dan is-suġġett u nindikaw f'liema direzzjoni rridu nimxu.", "Rigward l-ewwel punt li sar dwar ċerta espressjoni ta' natura ġeneralizzata u inqas preċiża naħseb li s-suġġett innifsu f'ċertu sens jieħdok f'din id- direzzjoni.", "U dan ipprovajna nikkompensaw għalih billi ppubblikajna dokument ta' politika nazzjonali.", "Nittama li wara li għalaq iż-żmien ta' konsultazzjoni fil-pajjiż inkunu nistgħu ndaħħlu s-suġġerimenti li saru dwar ċerti lacunae li kien fih.", "U b'hekk ngħidu li għat-tliet snin, erba' snin li ġejjin hawn reference book f'dan il-kamp li l-amministrazzjoni, l- għaqdiet volontarji u kull min jaħdem f'dan il-kamp ikun jista' jħares lejh bħala gwida.", "L-ewwelnett nieħdu d-definizzjoni ta' l-UNESCO li kienet ġiet dikjarata fil- konferenza dinjija dwar il-politika kulturali fl-1982.", "F'din il-konferenza pprovaw isibu tifsira ta' dak li nkunu qed inħaddnu meta nitkellmu fuq kultura.", "Hawnhekk jesprimuha b'din il-manjiera.", "Fis-sens il-wiesa' tagħha l-kultura issa tista' tingħad li hi l-kumpless sħiħ ta' fatturi distintivi li huma spiritwali, materjali, intellettwali u emozzjonali li jikkaratterizzaw soċjetà jew grupp soċjali.", "Tinkludi mhux biss l-arti u l- ittri imma wkoll modi ta' ħajja, drittijiet fundamentali tal-bniedem, is- sistemi ta' valuri, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet.", "Jekk wieħed isegwi t-18-il kapitolu fid-dokument \"Il-politika kulturali f'Malta\" li ħriġna s-sena li għaddiet isib li aħna pprovajna nirriflettu din it-tifsira wiesgħa ta' kif qed inħarsu lejn din l-attività kulturali u artistika.", "Allura wieħed irid jappoġġja l-liġi permezz ta' dokument bħal dan u anke dokumenti oħrajn li jinħarġu minn diversi entijiet u persuni oħrajn.", "Importanti li f'dan il-kamp l-affarijiet jintisġu minn kulħadd u l- ħin kollu.", "Jien nemmen li l-kultura u l-arti qegħdin f'moviment kontinwu li wieħed jittama li f'ħafna aspetti jkun moviment 'il quddiem.", "Però nifhem ukoll li jista' jkun hemm moviment li qiegħed jiġbed lura.", "Mr Chairman, sar il-punt l-ieħor fejn ġustament inġibdet l-attenzjoni għal paragrafu (a) tas-subklawsola 4 (3) fejn qegħdin ngħidu li l-kunsill għandu jissorvelja, kostantement iqis u jevalwa kull livell, xogħol u attività konnessi ma' kull ma hu kulturali u artistiku.", "Meta konna qed infasslu din il-klawsola qbadna d-diskussjoni dwar x'poter jista' jkollu dan il-kunsill biex jagħmel din l-evalwazzjoni u jesprimi dan il-ġudizzju.", "Għall-ewwel jien kont qed nieħu l-linja li din it-tip ta' funzjoni ma ngħaddihiex lil dan il-kunsill.", "L-ewwelnett għax il-punt tat-tluq tiegħi fuq dan il- kunsill hija li dan m'huwiex kunsill li se jiddetta, li mhux se jkun hu l- għajn ta' kull attività f'dan il-kamp, imma li dan qiegħed hemm bħala għodda oħra biex nipprovaw nimbuttaw 'il quddiem l-isforzi tal-poplu tagħna f'dan il-kamp.", "U t-tieni nett - biex nirrispondi għad-diffikultà li qanqal l-Onor.", "Bartolo - li jekk il-kunsill se jiġi mogħni bil-funzjoni li jrid jevalwa u jiġġudika, liema riga se napplikaw?", "Nifhmu li dan hu kamp fejn hemm element kbir ta' soġġettività u diffiċli tkun oġġettiv.", "Jekk ikun hemm għaxra min-nies jaraw biċċa pittura jista' jkollok għaxar ġudizzji differenti li kollha jkollhom il-valur tagħhom.", "Finalment wieħed irid jipprova jitgħallem minn ċerta esperjenza u ħassejna li f'dan il-kunsill għandu jkun hemm il-possibbiltà li wieħed jiżviluppa ftit mekkaniżmi ta' monitoring, ftit mekkaniżmi ta' standards, speċjalment fejn jidħlu l-proġetti li l-gvern ikun qiegħed jiffinanzja.", "Kif diġà semmejt, il-gvern ġieli jagħti sponsorship, kultant żgħir u kultant iktar kbir, allura kif se niġġudikaw dawn l-affarijiet?", "Sal-lum isir dak li bl- Ingliż ngħidulu by rule of thumb, jiġifieri li meta jmur xi ħadd jitlob sponsorship jaraw x'inhi r-reputazzjoni tiegħu fil-pajjiż u jiddeċiedu jekk huwiex tajjeb li ssir dik l-attività.", "Però naħseb li l-kunsill għandu jsegwi ftit xi jkun qiegħed jiġri u wieħed irid jiżviluppa l-manjiera kif issir din il-ħaġa.", "Hawn irrid ngħid li l-kunsill ma jistax jinterpreta dan il-paragrafu bħallikieku qed nagħmluh xi korp kważi ġudizzjarju fuq dak li jiġri fil- qasam tal-kultura u l-arti.", "Dan m'huwiex l-iskop, assolutament.", "Imma huwa ċar li għandu jkun hawn ċerta evalwazzjoni jekk ċerti affarijiet humiex ta' livell aċċettabbli jew le.", "Fil-liġi mkien ma jingħad li jekk il-kunsill jidhirlu li xi ħaġa m'hijiex ta' livell aċċettabbli, dan ikun jista' jagħmel xi sanzjoni jew xi miżura oħra.", "Sempliċement wieħed jiddiskuti l- livelli u standards biex itejjibhom.", "Norbot dan il-punt ma' l-enfasi li għamel tajjeb ħafna l-Onor.", "Bartolo meta kien qed jitkellem fuq il-qasam tal-mużika.", "Naqbel miegħu li fil-qasam tal- letteratura hawn diversi inizjattivi għaddejjin, waħda minnhom il-poeżija Plus u hemm individwi oħrajn li qed jiktbu wkoll.", "Jidher li hemm ċerta attività fis-settur tal-letteratura, għalkemm ilkoll kemm aħna nixtiequ li tkun iktar inċiżiva, li tkun iktar rilevanti għall-ħajja li l-poplu tagħna qed jgħix fuq livelli soċjali u politiċi u rilevanti għall-iżvilupp kollu li qed iseħħ fil-pajjiż.", "Niġu għall-argument dwar kif se nassiguraw li l-mużika tibqa' tgħix f'pajjiżna permezz taż-żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna.", "Jekk wieħed iħares lura fil-milja taż-żmien isib li fl-aħħar snin ġew skoperti kompożituri li għal ħafna żmien kienu midfunin fil-mużew tal-Katidral ta' l-Imdina.", "Dawn ġew skoperti minn diversi riċerkaturi, b'mod partikolari l-maestro Vella, maestro Dion Buhagiar u oħrajn.", "Skoprejna li kellna Maltin li kienu qed jiktbu mużika li kienet influwenzata anke minn kurrenti Ewropej ta' dak iż- żmien, imma li kienet rikonoxxuta li hi ta' livell internazzjonali.", "Dak iż- żmien diġà kellna dawn il-mużiċisti li influwenzaw ruħhom mill-movimenti u mill-kurrenti ta' dak iż-żmien.", "U f'ċertu sens naħseb hekk jiġri fid-dinja kollha.", "Meta tibqa' ġej iktar qrib tagħna nsibu li m'hawnx biżżejjed assikurazzjoni li fil-pajjiż qed jinbtu dawk in-nies li għandhom il-kapaċità jinterpretaw bil-mużika d-diversi ħsus li qed iħoss il-poplu Malti fiż-żmenijiet tagħna.", "Dawn huma ħsus li l-poplu Malti mhux qed iħosshom f'iżolament imma fil- kontest globali li rrifera għalih l-Onor.", "Bartolo, fejn iż-żgħażagħ u l- adoloxxenti tagħna huma bbumbardjati bi kwalità, bi stili ta' mużika li nafu li għandha ċerta dominanza taħt ċerti aspetti.", "Meta nitkellmu fuq il-mużika rridu nħarsu lejn x'qed jiġri fil-pajjiż.", "Iż- żgħażagħ u l-adoloxxenti tagħna huma bbumbardjati bil-mezzi tal- komunikazzjoni, bir-radjijiet, bid-diski, bil-films, bit-televisions, u bid- discos f'postijiet bħal Paceville.", "Però meta t-tfal tagħna jsiru adoloxxenti u żgħażagħ x'ikunu laħqu xorbu sa dan iż-żmien u xi nkunu lħaqna ppreparajna?", "Jekk indur dawra ma' l-ambjent familjari tiegħi ninnota li ż-żgħar tiegħi sa miċ-ċokon tagħhom draw bil-mużika ġo widnejhom ta' ħuthom li kienu ftit akbar minnhom.", "Imma x'qed nagħmlu fl-iskejjel tagħna u x'qed jiġri fil-pajjiż?", "Irridu nibdew nitkellmu dwar dan is- suġġett mhux biss ma' l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ imma anke ma' tfal iżgħar.", "Ħalli naraw fejn hu l-għerq tal-problema tal-mużika.", "Fost ħafna aspetti popolari tal-mużika hemm tnejn li se niffoka fuqhom.", "Jekk wieħed jieħu l- baned isib li dan l-aħħar ħarġet statistika li n-numru tal-membri fil- każini tal-baned tagħna qed jiżdied, imma n-numru ta' bandisti qiegħed jonqos.", "F'dan in-naqra ta' pajjiż għandna iktar minn 4,000 bandist, li xi 80% minnhom huma rġiel u 20% huma nisa.", "Huwa kkalkolat li kull sena, biex iżommu dawn il-baned u biex jagħmlu din il-kwantità ta' marċi marbutin mal- festi tagħna, il-każini tal-baned idawru bejniethom madwar Lm700,000, bejn ħlasijiet li jieħdu l-bandisti, l-ispejjeż marbuta mal-partituri tal-mużika u spejjeż amministrattivi.", "Meta ngħidu li għandna 4,000 bandist, bejn dawk kollha mħarrġa u jdoqqu regolarment u dawk li qegħdin jiġu mħarrġa serjament fid-diversi każini tal-baned, m'aħniex qed nitkellmu fuq xi numru insinifikanti jekk wieħed iqis iċ-ċokon ta' pajjiżna imma fil-verità dan l- isforz kollu li qed isir kemm huwa ggwidat, kemm huwa imdawwal minn ċerta problematika li forsi jekk niddiskutuha tajjeb aħna nkunu nistgħu ntejbuha, speċjalment fejn naslu għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti?", "Dak huwa aspett li rridu narawh.", "Hemm l-aspett l-ieħor.", "Apparti dawk l-4,000 bandist irridu nitkellmu wkoll fuq iktar eluf ta' subien u bniet li jmorru għand il-privat għal- lezzjonijiet tal-mużika, l-iktar tal-pjanu, imma mbagħad hemm ħafna strumenti oħra.", "Dawn il-lezzjonijiet fejn qed iwasslu lil dawn it-tfal?", "Hawnhekk wieħed irid jorbot ħaġa ma' l-oħra u għalhekk jien nerġa' ngħid li meta jitwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, mhux se jkun il-bakketta maġika li f'daqqa waħda ġġib il-barka kollha kulturali u ta' l- arti fuq dan il-pajjiż.", "Dan huwa għodda waħda minn ħafna għax jekk nieħdu l-qasam tal-mużika, dan il-kunsill jista' biss jipprova jinċentiva ċerti attivitajiet jew inkella jrid jidħol f'sinerġija mad-dipartiment ta' l- edukazzjoni, ma' l-università, ma' dak li qed tagħmel l-orkestra nazzjonali u ma' dak li jkun qed jiġri f'postijiet oħrajn.", "Irridu naraw x'qed jiġri fl-iskejjel.", "Kif qed nipprovaw ngħinu lit-tfal isibu dan l-apprezzament tal-mużika?", "Dik hija problematika fiha nnifisha li m'aħniex se niddiskutu hawnhekk.", "F'postijiet oħrajn iddiskutejna l- kwestjoni ta' kif inhu mqassam is-sillabu tat-tfal fl-iskejjel.", "Il-Johann Strauss school of music, imwaqqfa fl-1975 proprju mill-mibkija Agatha Barbara, kienet idea brillanti għax mhux biss twaqqfet skola tal- mużika li kellha l-bidu tagħha b'rabta ma' isem li ħafna nies jafu min kien u jassoċjawh mal-mużika ferrieħa tiegħu, imma hija assoċjata ma' skola oħra Awstrijaka, ħaġa li konċettwalment kienet avvanzata ħafna, fl-opinjoni tiegħi.", "Però matul iż-żmien kif kompliet tiżviluppa din l-iskola tal- mużika u kif qed tiġi sostnuta llum?", "Wieħed irid jagħmel ċertu analiżi kritika tagħha.", "Għaldaqstant bdejna nistudjaw kif l-aħjar inqarrbu d-diversi inizjattivi u l-isforzi kbar li qed isiru f'ħafna postijiet bi spejjeż kbar, fosthom l- ispiża tal-każini tal-baned u tal-lezzjonijiet tal-mużika tal-privat għat- tfal tagħna li hija wkoll ta' ċerta entità.", "L-orkestra nazzjonali nnifisha tiżboq il-Lm0.25 miljun.", "Mhux qed ngħid li dawn huma biżżejjed għall- orkestra nazzjonali, imma diġà għandek Lm0.25 miljun.", "X'jiġri fl-iskola tal-mużika u fid-dipartiment tal-mużika fl-università?", "Aħna qed nipprovaw insibu formola biex intejbu l-ħidma ta' bejniethom.", "Ftit ilu f'Malta kien hawn Dr Simon Young ta' Trinity College ta' Londra li kien qiegħed hawn għal jumejn ta' ħidma bil-ħsieb li naraw nistgħux inwaqqfu xi akkademja tal-mużika li proprju ġġib flimkien dawn l-isforzi li qegħdin isiru.", "Din hija waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu fil-qasam tal-mużika.", "Jien nemmen li rridu norganizzaw ruħna aħjar ħalli mhux kulħadd jaħdem għal rasu u bl-aktar mod sparpaljat.", "Per eżempju, id- diskors li kien qed jagħmel l-Onor.", "Bartolo kemm jisimgħuh in-nies li qed jgħallmu l-mużika?", "Kemm huma konxji tiegħu?", "Dak li jsir fid-dipartiment tal-mużika ta' l-università kemm qed ikun ta' rilevanza għal dan l-argument li qed isir f'din il-Kamra?", "Naħseb li l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti jrid ikollu dan is- sens ta' inizjattiva li jistieden lil dawn il-forzi l-oħra li qed jaħdmu f'dan il-kamp biex itejbu l-kontribut tagħhom, u jagħtuh minn din il- perspettiva ta' kuxjenza li jeħtieġ nagħmlu xi ħaġa biex intaffu l-impatt ta' din il-mewġa li ġejja minn barra l-pajjiż fuq il-kamp tagħna, ħalli nkunu nistgħu nikkonservaw kemm nistgħu mill-espressjoni kreattiva Maltija anke f'dan il-kamp.", "Il-kunsill għandu jiffoka fuq dawn iċ-ċentri li jiffrekwentaw l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, fosthom Paceville, Buġibba, Wied il-Għajn u anke ċerti postijiet f'Għawdex, biex nippreżentaw u nressqu lejn iż-żgħażagħ tagħna ċerti esperjenzi ta' kultura u ta' arti li jidħlu tajjeb fl-ambjent tagħhom u li jkunu rilevanti għall-istil tal-ħajja ta' dawn iż-żgħażagħ biex huma ma jarawx biss il-parti ta' l-entertainment f'dawn il-postijiet, imma jkollhom ukoll il-possibbiltà ta' ċerta esperjenza kulturali artistika.", "Naturalment hemm diffikultajiet kbar.", "Meta wieħed jitkellem fuq dan is- suġġett fit-teorija jinstema' tajjeb, però meta tiġi biex twettqu u tikkonkretizzah inti tiltaqa' ma' sensila ta' diffikultajiet ta' natura finanzjarja, ta' natura organizzattiva, diffikultajiet li jirrikjedu ċertu impenn, ċerta kreattività u intelliġenza biex jiġu megħluba ħalli tkun tista' tagħmilhom mhux biss b'mod ta' darba.", "Għaliex faċli li tagħmel attività simbolika, imma biex tinserixxi ruħek f'dan il-kuntest, f'dawn l- ambjenti fejn ikun hemm din il-preżenza massiva ta' ġuvintur u tfajliet, tirrikjedi programm maħsub, ta' ċerta konsistenza u li jkollu objettivi ċari biex jinvolvi u jġiegħel liż-żgħażagħ imissu b'idejhom is-sodisfazzjon li joħroġ minn dawn l-esperjenzi kulturali u ta' arti.", "Jekk irridu naħdmu f'din id-direzzjoni rridu nagħmlu iktar milli qed nagħmlu waqt li t-tfal tagħna għadhom fl-iskejjel, u nibdew nagħtuhom ċerti esperjenzi tal-mużika inqas sterjotipati minn dawk li aħna mdorrijin bihom sal-lum.", "Jeħtieġ li jkun hawn ukoll organizzazzjoni ħafna aħjar biex dawk li jitħajru jipprovaw din il-mużika jkollhom esperjenza sabiħa.", "L-esperjenza ta' ħbieb tiegħi u anke tiegħi personali hija li, bħalma nagħmlu f'oqsma oħrajn ta' l-edukazzjoni, kultant il-manjiera kif ngħallmu l-mużika ma tasalx biex tqanqal l-entużjażmu tat-tfal.", "Bħal f'oqsma oħra hawn dan il-fenomenu li rridu nressqu lit-tfal għall-eżamijiet, u meta wieħed janalizza s-sistema jsib li forsi hawn qed nirrikorru għat-tagħlim bl-amment u mekkanizzat ta' biċċiet tal-mużika.", "Naħseb li din is- sitwazzjoni ma tistax titħalla għaddejja kif inhi.", "Għalhekk qiegħed naħdem ma' l-università, ma' l-orkestra nazzjonali u mad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex nipprovaw noħolqu xi ċentru nazzjonali.", "It-titlu li qed naħsbu li għandna nużaw għalih huwa akkademja tal-mużika.", "Din tkun tista' tara x'qed jiġri, naturalment mhux biex tagħmilha ta' pulizija, imma meta għandhna 4,000 bandist, jien m'għandix dubju li l- għaqda nazzjonali tal-każini tal-baned ikunu minn ta' quddiem li jaċċettaw li jkollhom diskussjonijiet u li xi ħadd jagħtihom gwida.", "Illum għandna numru ta' surmastrijiet li jippromettu, li għandhom potenzjal, imma m'għandhomx sens ta' direzzjoni.", "Irridu nidħlu fil-fond tal-qasam mużikali għax inkella mhux se jispuntaw in- nies li huma kapaċi li jesprimu l-mużika, kif irnexxielu jagħmel dan l- aħħar Charles Camilleri u oħrajn bħal Reuben Zahra, u bħall-grupp Etnika.", "Mhux għax m'hawnx żgħażagħ li għandhom l-inklinazzjoni u t-talent, imma naħseb li m'hawnx dak l-ambjent fejn tista' ssir din it-tip ta' diskussjoni min-nies li huma nvoluti, li twassal biex ikun hemm programmi li jagħtuna riżultati aħjar.", "Naturalment it-television u l-media moderna huma fost l- iktar media li rridu nutilizzaw.", "Jien nikkondividi l-kummenti li għamel l-Onor.", "Bartolo dwar il-kwestjoni tal-films u l-videos, li għalina huwa ftit diffiċli li nippenetraw, għalkemm għandna l-esperjenzi tagħna.", "Però naħseb li t-television lokali huwa qasam fejn nistgħu nimxu aktar.", "Forsi nistgħu nsibu manjiera kif ngħinu lill-istazzjonijiet tagħna biex itejbu l-livell tagħhom.", "L-aħħar kumment li xtaqt nagħmel huwa dwar il-kwestjoni ta' xi forom ta' inċentivi fiskali.", "Iktar tard klawsola 7 titkellem fuq skemi għall- allokazzjoni ta' flus jew sussidji lill-entijiet kulturali u artistiċi.", "Però ta' min jerġa' jħares lejn l-emenda li ressaqna għall-abbozz ta' liġi dwar il-patrimonju kulturali fejn inkludejna paragrafu li jitkellem dwar il- possibbiltà ta' inċentivi fiskali, u naraw jiffittjax f'dan it-tip ta' kontest.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 5 – Tmexxija ta' l-affarijiet tal-Kunsill.", "Clause 5 - Conduct of the affairs of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara li waqqafna l-kunsill u rajna x'inhuma l- funzjonijiet tiegħu hawnhekk se nidħlu fi ftit regoli amministrattivi biex naraw kif se jitmexxa l-kunsill.", "Kif diġà għedna, il-kunsill ikun magħmul minn numru ta' persuni li m'humiex impjegati full-time, allura wieħed irid jara taħt liema awtorità speċifika se jaqgħu t-tmexxija eżekuttiva, l- organizzazzjoni u l-kontroll amministrattiv ta' l-uffiċjali u l-impjegati li jista' jkollu l-kunsill.", "F'subklawsola (1) ta' klawsola 5 ngħidu li għandu jkun hemm direttur eżekuttiv li jieħu ħsieb it-tmexxija eżekuttiva ta' kuljum taħt id-direzzjoni tal-kunsill innifsu.", "F'subklawsola 5 (2) insibu li l-kunsill jista' jkollu uffiċjali u impjegati tiegħu u jista' jwettaq dmirijiet permezz ta' entità jew aġenziji awtorizzati għaldaqstant, jew permezz ta' kuntrattur jew persuni oħra li magħhom ikun sar ftehim għall-qadi ta' xi wieħed jew aktar minn dawk id- dmirijiet.", "Wieħed mill-ewwel jifhem li l-kunsill irid iwettaq id-dmirijiet tiegħu permezz ta' uffiċjali jew impjegati tiegħu.", "Iktar tard għandna taqsima apposta li titkellem dwar it-trasferiment ta' l-impjegati attwali tad-dipartiment tal-kultura biex jagħmlu l-istess xogħol li qed jagħmlu llum, bejn wieħed u ieħor, taħt l-amministrazzjoni ta' dan il-kunsill.", "Qegħdin ngħidu li l-kunsill jeżerċita dmirijietu \"permezz ta' entità jew aġenziji awtorizzati għaldaqstant, jew permezz ta' kuntrattur jew persuni oħra li magħhom ikun sar ftehim\" għax il-promozzjoni ta' diversi programmi kulturali u artistiċi jistgħu jsiru b'entijiet li diġà nafuhom, fosthom it- teatru Manoel, Dar il-Mediterran, il-Kavallier ta' San Ġakbu u l-orkestra nazzjonali, imma ġieli jkun hemm bżonn li ningaġġaw xi kuntrattur.", "Per eżempju, bħalissa l-kummissjoni nazzjonali tal-folklor qed tieħu ħsieb il- Karnival fejn ikun hemm problemi ta' dwal, u allura jiġi mqabbad kuntrattur apposta.", "Hemm ukoll il-kumitat li jieħu ħsieb il-Festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa li wkoll ikollu jingaġġa kuntratturi għal ċertu xogħol.", "Subklawsola 5(3) titkellem dwar l-obbligu tad-direttur eżekuttiv li jattendi s-seduti tal-kunsill, imma ma jkollux id-dritt li jivvota, u naturalment il-kunsill dejjem jirriserva d-dritt li jista' jitlob lid- direttur biex ma jattendix għal xi seduta jew xi parti minnha.", "Subklawsola 5(4) tispeċifika x'inhuma d-dmirijiet tad-Direttur Esekuttiv.", "Naturalment għandu l-kontroll u d-direzzjoni ġenerali tal-kunsill, però se jkun hu chief executive, biex insejħulu hekk, li jkollu r-responsabbiltà għat-twettiq ta' l-għanijiet tal-kunsill.", "Irid ukoll jagħmel dak li jagħmel f'ċertu sens kull manager, jiġifieri amministrazzjoni u organizzazzjoni amministrattiva ta' l-impjegati, jara li jkunu żviluppati l- istrateġiji meħtieġa għat-twettiq ta' l-iskopijiet tal-kunsill, jagħti parir lill-kunsill, u naturalment irid jagħmel dak ix-xogħol l-ieħor li jafdalu l-kunsill minn żmien għal żmien.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 5.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 6 – Kalendarju ta' avvenimenti.", "Clause 6 - Calendar of events.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, għalkemm f'ċertu sens hija ħaġa ovvja, dehrilna li għandna nispeċifikaw l-obbligu tal-kunsill li jiżviluppa u jwettaq kalendarju ta' avvenimenti li jiżgura programm kontinwu ta' ħidma kulturali u artistika li tkun organizzata mill-kunsill innifsu jew inkella minn korpi jew entijiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati mill- kunsill.", "Dan huwa obbligu li qed jiġi impost fuq il-kunsill.", "Ix-xogħol tiegħu mhuwiex biss li jiddiskuti u jippromwovi in arja imma li dan jagħmlu permezz ta' kalendarju ta' avvenimenti.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li dan huwa mod kif wieħed jista' jipprova jgħin lill-animaturi kulturali ta' oqsma differenti f'pajjiżna, imma forsi nistgħu niftħu iżjed il-mod kif inhu mfassal.", "Hawnhekk qed ngħidu li l- kunsill għandu jiżviluppa, isostni u jimplimenta kalendarju ta' avvenimenti organizzati mill-kunsill innifsu jew minn korpi, entitajiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati skond l-artikolu 7 ta' dan l-Att.", "Jien qed nitlob li tiġi kkonsidrata l-idea li l-kalendarju ta' avvenimenti jinkludi attivitajiet oħra li la jkunu organizzati mill-kunsill u lanqas ikunu organizzati minn korpi, entitajiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati skond l-artikolu 7 ta' dan l-Att.", "Qed ngħid dan għax jista' jkollok il-possibbiltà – u teżisti – ta' attivitajiet kulturali validi li ma jkunux talbu xi flus mill-kunsill u li ma jkunx qed jorganizzahom il- kunsill.", "Imma bis-saħħa tal-kunsill, li jkun xtara spazju f'ġurnali, f'radjijiet, fuq televiżjoni jew fuq xi website biex jirreklama l- attivitajiet kulturali, dawn ikunu jistgħu jirreklamaw l-attività tagħhom.", "Per eżempju, illejla se ssir attività interessanti f'Bay Street minn nies tajbin fil-qasam tal-mużika bħal Walter Micallef, Manuel Mifsud u l-oħrajn, li llejla se jiltaqgħu biex idoqqu u jkantaw il-kompożizzjoni tagħhom.", "Qed nagħmlilhom reklam żgħir minn hawn għax naħseb li huma nies validi.", "Naħseb li jkun tajjeb li kieku l-kunsill jinkludi wkoll attività bħal dik fil- kalendarju ta' avvenimenti li qed jiġru f'pajjiżna, anke jekk ma jkunx qed jorganizzaha l-kunsill innifsu u anke jekk min organizzaha ma jkunx talab xi għajnuna finanzjarja mingħand il-kunsill.", "Anzi, naħseb li dan huwa mod pro-attiv kif il-kunsill jista' jifrex l-influwenza tiegħu u jkun anke ta' servizz kbir għal dawn il-gruppi, persuni, entitajiet li jorganizzaw dawn l- attivitajiet.", "Ħafna drabi dawn jilmentaw li l-ġurnali u l-mezzi tax-xandir ma jagħtux kashom, u forsi ma jkollhomx finanzi biex jagħmlu reklamar għall- attività tagħhom.", "Naħseb li dan il-kalendarju ta' avvenimenti jista' jkun strument - limitat kemm hu limitat, imma żgur aħjar mir-realtà eżistenti – li jservi ta' promozzjoni u ta' inkoraġġiment għal dawk l-attivitajiet.", "Allura jien qed nissuġġerixxi li ma nillimitawx l-inklużjoni ta' avvenimenti kulturali f'dan il-kalendarju għal dawk l-avvenimenti li huma organizzati mill- kunsill innifsu jew minn korpi, entitajiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati skond l-artikolu 7 ta' dan l-Att.", "Jien inħoss li dan għandu jkun miftuħ u jagħti spazju għar-reklamar ta' l-attivitajiet kulturali kollha li jiġu organizzati.", "Il-fatt li l-kunsill ikun qed jinkludi dawn l-attivitajiet fil-kalendarju tiegħu bl-ebda mod ma jfisser li jkun qed jagħtihom it-timbru li dawn huma bilfors tajbin jew li bilfors huma ta' kwalità għolja.", "Qiegħed biss jinforma lil dak li jkun li hemm dik l-attività.", "Issa jekk wieħed imur u jissodisfa ruħu, tant aħjar, imma jekk iħoss li kienet attività medjokri ma jfissirx li l-kunsill għandu jeħel bil-medjokrità ta' dak l-avveniment kulturali.", "Imma naħseb li jkun tajjeb li l-Kunsill Nazzjonali għall- Kultura u l-Arti, mingħajr ma jieħu l-paternità ta' dak li jkun qed jiġi organizzat, jagħmel il-parti tiegħu u jippromwovi dawn l-attivitajiet billi jinkludihom fil-kalendarju ta' avvenimenti tiegħu.", "Jekk ikun hawn min iqajjem il-kwestjoni dwar lil min se jinkludi u lil min ma jinkludix, jien nissuġġerixxi li l-kunsill joffri s-servizz lil kull min irid jidħol fil- kalendarju, ħalli wieħed jagħti idea ta' l-attivitajiet differenti li jkunu qed jiġu organizzati.", "Nerġa' ngħid li bħalissa dawn l-animaturi, gruppi żgħar tat-teatru, nies li jiltaqgħu biex idoqqu u jkantaw x'imkien, jew nies li jorganizzaw xi attività artistika jew kulturali, diġà għandhom mezzi limitati u jridu jagħmlu sagrifiċċji kbar biex imexxu l-attività tagħhom 'il quddiem, allura naħseb li strument bħalma huwa l-kalendarju ta' avvenimenti kulturali tal- kunsill jista' jservi ta' għajnuna kbira għalihom.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, naħseb li dan huwa suġġeriment tajjeb u naqbel li għandna ninkluduh fi klawsola 6 permezz ta' emenda.", "Naħseb li l- manjiera kif nistgħu nesprimuha hija billi ngħidu li: \"Għall-finijiet ta' dan l-Att il-Kunsill għandu jiżviluppa, isostni u jimplimenta kalendarju ta' avvenimenti li jkun jiżgura programm kontinwu ta' avvenimenti kulturali u artistiċi li jinkludi avvenimenti organizzati mill-kunsill innifsu jew minn korpi, entitajiet jew persuni oħra ffinanzjati jew issussidjati skond l-artikolu 7 ta' dan l-Att, jew inkella minn enti jew persuni oħra li jwettqu inizjattivi bħal dawn.\"", "Nagħmluha xi ħaġa f'dan is-sens.", "Peress li llejla se nkomplu niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, naħseb li l- aħjar ħaġa tkun li wara l-aġġornament ta' din is-seduta nabbozza l-emenda b'mod iktar kalm u mbagħad nibdew is-seduta tal-lejla billi nressqu din l- emenda.", "Għalhekk nipproponi li nipposponu klawsola 6.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u klawsola 6 ġiet posposta.", "Klawsola 7 – Skemi għal allokazzjoni ta' flus jew sussidji lil entitajiet kulturali u artistiċi.", "Clause 7 - Schemes for the allocation of funds or subsidies to cultural and artistic entities.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola li għandha ċerta importanza għax hawn se nersqu iktar lejn il-miżuri konkreti li jolqtu direttament lill-gvern, fis-sens li hija klawsola li titkellem dwar skemi ta' allokazzjoni ta' flus jew sussidji li jingħataw lill-entijiet kulturali u artistiċi.", "Fl-estimi diġà għandna vvotati ċerti ammonti.", "Per eżempju, hemm Lm60,000 iddedikati għall-organizzazzjoni tal-karnival, Lm60,000 għall-kumitat Kanzunetta għall-Ewropa, il-flus li nagħtu lill-orkestra nazzjonali, is- sovvenzjoni li tingħata Dar il-Mediterran u t-teatru Manoel.", "Hemm ukoll ammont ta' flus li jiġu utilizzati għal sussidju ta' tnedija ta' inizjattivi kulturali minn kwantità ta' organizzazzjonijiet li jissottomettu talbiet għal dan is-sussidju.", "Din hija l-klawsola li issa se tirregola xi ftit din is-sitwazzjoni.", "Sal-lum il-fatti juru li dawn il- flus jiġu vvotati fl-estimi tagħna bl-inqas diskussjoni immaġinabbli, u mbagħad jiġu wżati mid-diversi entijiet li jkollna.", "Naħseb li issa l-kunsill se jkun f'qagħda aħjar biex jassigura ftit iktar value for money, ftit iktar rendikont u verifika ta' kif qed issir in- nefqa, iżda mhux bl-iskop li noqtlu l-inizjattiva għax din hija ħaġa li kultant tbeżżagħni ftit.", "Il-kunsill ma jridx juża din l-għodda biex joħnoq l-inizjattiva.", "Ix-xogħol tiegħu huwa li jara li n-nefqa qed issir b'mod korrett, però ma jridx juża f'ċertu sens il-power of the purse biex jipprova joħnoq l-inizjattivi.", "Jekk il-kunsill jibda jieħu atteġġjament ta' ħafna indħil dirett f'ċerti affarijiet jien nibża' li jkun qiegħed jiskoraġġixxi lil min ikun irid jaħdem u jiddedika ħafna mill-ħin liberu tiegħu għal dan l-iskop.", "Ħafna drabi s-sovvenzjonijiet li nagħtu ma jikkumpensawx l-enerġija u l-ħin kollu li jiddedika min hu ġenwinament impenjat, allura jkun żball jekk wieħed juża l-leverage li jkollu biex jassenja dawn l-allokazzjonijiet jew sussidji b'manjiera li tista' toħnoq il-kreattività.", "Hawnhekk qed nipprospettaw tliet tipi ta' sitwazzjonijiet.", "L-ewwel waħda hija dik li aħna l-iktar imdorrijin biha llum, jiġifieri li l-gvern jgħaddi bil-quddiem dawk il-flejjes li jistgħu jiġu allokati għat-tmexxija, l- amministrazzjoni u l-ħteġijiet operattivi ta' l-entitajiet elenkati fl- Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Att.", "Meta mmorru fuq l-Ewwel Skeda malajr nifhmu.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-Fondazzjoni Patrimonju Malta li sal- lum tirċievi sovvenzjoni ta' Lm30,000, is-Soċjetà ta' l-Arti Manifattura u Kummerċ li wkoll għandha sovvenzjoni ta' Lm30,000, il-kumitat tat-tmexxija tat-teatru Manoel li għandu s-sovvenzjoni tiegħu, Dar il-Mediterrran għall- Konferenzi, l-orkestra nazzjonali u ċ-Ċentru għall-Kreattività fil- Kavallier ta' San Ġakbu, xorta se jibqgħu jieħdu ammonti ta' flus intestati f'isimhom.", "Jiġifieri m'aħniex qed naħsbu li niġbru dawn il-flus kollha f'ammont wieħed u fl-estimi jidhru kollha kemm huma taħt il-Vot tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, imma dawn l-ammonti se jibqgħu jiġu vvotati mill- parlament għall-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Iskeda.", "Huwa preċiżament għalhekk li dawn qed jiġu msemmija fl-Iskeda, biex ikun ċar li l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti huwa marbut li lil dawk jagħtihom dawk is- sovvenzjonijiet li jiġu deċiżi mill-parlament.", "Il-kunsill jgħaddihomlhom, però jrid ikun ċar li dawn l-entijiet għandhom l-obbligu ta' rapportaġġ, għandhom l-obbligu ta' verifika, ta' accountability lejn il-kunsill għax fl- aħħar mill-aħħar huwa l-kunsill li huwa responsabbli lejn il-gvern u lejn l- organi li għandu dan il-parlament għall-verifika tan-nefqiet finanzjarji pubbliċi.", "Imbagħad qegħdin ngħidu wkoll li dan il-kunsill ikun jista' jalloka flejjes li jingħataw lill-kunsill b'donazzjoni jew imqiegħda għandu b'fiduċja minn xi persuna b'għan speċifiku jew għall-promozzjoni tal-kultura u l-arti b'mod ġenerali, u skond dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, stipulati minn dik il-persuna.", "Ma tantx għandna minn dawn l- okkażjonijiet, però wieħed għandu jipprospetta l-possibbiltà li l-kunsill jista', fuq inizjattiva tiegħu, iħeġġeġ għal sponsorship minn kumpanniji kummerċjali, minn istituzzjonijiet oħrajn biex jirċievi donazzjonijiet għal xi skop speċifiku.", "Dawn naraw minnhom.", "L-aħħar okkażjoni ta' dan it-tip kienet nhar is-Sibt li għadda f'Dar il-Mediterran fejn il-Malta International Airport b'inizjattiva tagħha għamlet kunċert permezz ta' l- orkestra nazzjonali biex tfakkar l-għaxar anniversarju tagħha.", "Mr Chairman, ikollna wkoll possibbiltajiet fejn xi ħadd ikun lest li jagħti flus jekk issir xi attività kulturali jew artistika partikolari.", "Dawn jistgħu jkunu sew minn Malta kif ukoll minn barra minn Malta.", "Kultant ikolli kuntatt minn xi personalità barranija li jkollha xi ideat.", "Naturalment ħafna drabi jibqgħu fuq il-livell ta' ideat jew inkella tal- promessa, imma naħseb li jkun hemm dawk il-każijiet eċċezzjonali fejn, kieku jkun hemm follow-up tajjeb, dik l-idea tkun tista' finalment tiġi konkretizzata f'appoġġ finanzjarju li jiġi fdat lill-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti.", "Għalhekk qed ngħidu li l-kunsill se jkun jista' jkollu din ir- responsabbiltà li jirċievi donazzjonijiet jew inkella jitlob donazzjonijiet minn persuni oħrajn biex jew titwettaq xi ħaġa speċifika jew inkella għal skop iktar ġenerali.", "Naturalment jista' jkollok min jitlob ċerti kondizzjonijiet biex jagħtik xi ammont ta' flus.", "Iżda meta ma jkun hemm ebda kondizzjoni marbuta ma' l-allokazzjoni ta' flejjes, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) ta' dan l-artikolu li issa se nitkellem dwaru.", "Mela l-ewwelnett qed ngħidu li l-kunsill irid jgħaddi bil-quddiem dawk il- flejjes li jiġu allokati mill-gvern lil dawk l-entijiet imsemmija fl-Ewwel Skeda.", "Dawn il-flus jiġu fdati lilhom biex jmexxu huma u l-kunsill ma jindaħalx fl-amministrazzjoni ta' kuljum ta' dawk l-entijiet ħlief li għandu d-dritt li jkun informat u li jitlob ir-rapporti.", "It-tieni nett il- kunsill jalloka flejjes li jiġu minn sorsi privati Maltin jew barranin.", "Però mbagħad hemm fondi oħrajn li fl-estimi tagħna sal-lum jissejħu l- general cultural activities - xi Lm150,000 - li huwa vot ġeneralizzat.", "M'aħniex ngħidu li dan il-vot għandu jmur għal xi enti speċifika, imma għal dawn l-isponsorships.", "Infatti f'paragrafu (ċ) ta' klawsola 7 qed ngħidu li dawn it-tip ta' fondi, jew fondi oħra li jista' jkun hemm 'il quddiem, se jkunu fdati lill-kunsill biex \"jamministra skemi preskritti mill-ministru għall-fini ta' ffinanzjar jew issussidjar ta' l-organizzazzjoni ta' programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u artistiċi prodotti minn kull min ikun, entità jew persuna hekk kwalifikati taħt id- dispożizzjonijiet ta' regolamenti adatti li jsiru taħt dan l-Att.\"", "Sal-lum dan il-vot kien jitqassam f'ċertu sens fid-diskrezzjoni tad- direttur tal-kultura u jkun hemm okkażjonijiet meta l-ministru jiġi mitlub l-awtorizzazzjoni tagħhom.", "Il-ministru jkollu wkoll talbiet mingħand xi kor li jrid imur barra mill-pajjiż, jew minn artist li jkollu proġett partikolari, minn għaqdiet mhux governattivi, baned li jkollhom programmi ta' kultura li jkunu jridu ftit appoġġ u ftit seed money biex dawn l- inizjattivi jkunu jistgħu jitwettqu.", "Ladarba se jkollna l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti huwa xieraq li dawn ikunu amministrati minnu, però jkun hemm skemi pubbliċi biex il-guidelines ikunu ċari għal kulħadd u jkun hawn iktar trasparenza milli għandna sal-lum f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ftit kjarifika.", "L-ewwelnett qed ninnota li l-entitajiet li qed jissemmew mhux kollha kienu taħt il-vot tal-kultura qabel.", "Per eżempju, is-Soċjetà ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ qabel kienet taqa' taħt il-vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, u nsibu li din is- sena taħt \"programmi u inizjattivi\" se tingħata Lm25,000.", "Jiġifieri din se tinqala' minn hemmhekk u tmur taħt dan il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti.", "L-entitajiet l-oħra li jissemmew fl-Ewwel Skeda huma l- Fondazzjoni Patrimonju Malti li jingħata Lm30,000, it-Teatru Manoel (Kumitat ta' Tmexxija) li jieħu Lm130,000, Dar il-Mediterran għall- Konferenzi li jieħu Lm30,000, l-Orkestra Nazzjonali tieħu Lm230,000 u ċ- Ċentru għall-Kreattività fil-Kavallier ta' San Ġakbu din is-sena ġie ivvotat Lm150,000.", "Il-line item tal-general cultural activities li semma l- ministru din is-sena għandu vot ta' Lm135,000.", "Il-preokkupazzjoni li ssemmiet minn uħud li ddiskutejt magħhom dawn l-oqsma - ma nafx jekk waslux għand il-ministru wkoll - hija dwar kif se jsir il- budgeting ta' dawn l-entitajiet li s'issa, kif spjega l-ministru, kienu jingħataw budget fl-estimi tal-gvern li niddiskutu f'din il-Kamra.", "Għalkemm s'issa qatt ma kellna l-okkażjoni li niddiskutu fid-dettalll il- voti ta' dawn l-entitajiet, la fil-Kamra plenarja u lanqas f'xi kumitat tal- Kamra, naħseb li tkun idea tajba li jkun hemm okkażjoni fejn wieħed jiddiskuti fid-dettall il-voti ta' dawn l-entitajiet.", "Jien ġieli ħadt sehem fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex niddiskutu l-kontijiet tat-Teatru Manoel.", "Hemmhekk l-impressjoni tiegħi tkun li iktar nagħmlu accounting exercise, fejn wieħed iħares lejn iċ-ċifri li nefqu u fuqxiex nefquhom milli sservi ta' diskussjoni biex iħares lejn il-mission statement ta' dawn l-entitajiet individwali.", "Kważi kważi tajjeb li jkun hemm il-kumitat għall-Sffarijiet Soċjali flimkien mal- Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex wieħed mhux biss jiddiskuti n-nefqa imma fuqxiex issir u b'liema oġġettivi li qed issir.", "Il-preokkupazzjoni li semmewli f'dan il-qasam hija dwar x'se jiġri fil- budgetary process.", "Se nkomplu bit-tradizzjoni li minn sena għal sena l- uffiċjali tal-ministeru jgħaddu l-lista ta' dak li jitolbu dawn l- entitajiet lill-Ministeru tal-Finanzi, imbagħad tingħata d-deċiżjoni kemm ġew allokati?", "Jew se tingħata somma partikolari lill-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex hu jgħaddilhom il-flus?", "Kif se jiġi negozjat il-vot li se tingħata kull entità?", "L-entità mal-ministeru ta' l- Edukazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi, l-entità ma' l-uffiċjali tal- Ministeru tal-Finanzi, l-entità tiddiskuti mal-Kunsill Nazzjonali għall- Kultura u l-Arti u mbagħad il-kunsill imur għand il-ministeru tal-finanzi?", "L-abbozz ta' liġi m'huwiex ċar dwar dan għax kif inhi formolata klawsola 7 hija ġenerika wisq meta tgħid: \"Bil-għan li jkattar l-għanijiet tiegħu, il- Kunsill għandu jgħaddi bil-quddiem dawk il-flejjes li jistgħu jiġu allokati mill-Gvern għat-tmexxija.\"", "Waħda mill-preokkupazzjonijiet tan-nies li jaħdmu f'dawn l-entitajiet hija jekk hux se jkun il-kunsill li minn issa 'l quddiem se jiddeċiedi kemm se jiġu allokati flus.", "Fl-abbozz ta' liġi m'hemm xejn li jgħid hekk, imma peress li qiegħda ġenerika meta tgħid li huwa l-kunsill li se jgħaddi bil- quddiem dawk il-flejjes li jistgħu jiġu allokati mill-gvern għat-tmexxija, u m'hawnx definit kif se jiġu allokati dawk il-flus, f'liema livell u fejn se tittieħed id-deċiżjoni, hemm il-preokkupazzjoni li l-kunsill iżomm għalih minn dak il-vot, jonfqu kif jidhirlu hu u lilhom jagħtihom inqas milli jkollhom bżonn.", "Naħseb li kif inhu mfassal l-abbozz ta' liġi qed iħalli baħar miftuħ kompletament fuq kif se ssir l-allokazzjoni ta' dawn il-fondi.", "Fil-forma ġenerika li hi naħseb li huma ġustifikati.", "M'iniex qed nitkellem dwar l- intenzjoni għax jien ma nistax ngħaddi ġudizzju fuq l-intenzjoni, la ta' min fassal dan l-abbozz u lanqas ta' min qed iressqu.", "Imma jekk noqogħdu fuq il-kliem kif inhu espress f'dan l-abbozz ta' liġi naħseb hija ġustifikata l-preokkupazzjoni li qed jesprimu nies f'dan il-qasam.", "Jekk nieħdu l-fondi li hemm allokati għall-jazz festival li jsir fis-sajf, jekk m'iniex sejjer żball, dawn jiġu minn dawk il-Lm135,000 ivvotati bħala general cultural activities.", "Ladarba dak il-vot imur taħt il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti se jkun hu li jiddeċiedi kemm għandna bżonn għal dik l-attività?", "Wara li l-animatur li jorganizza dak il- festival jagħmel it-talba tiegħu u jipprova jiġġustifika l-ammont, irid imur għand il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex jara jekk hux se jagħtih dawk il-flejjes jew le?", "Ma nafx jekk ġietx espressa lill- ministru din it-tip ta' preokkupazzjoni.", "Imma sinċerament nemmen li fil- forma li hi, klawsola 7 hija wisq ġenerika u tħalli lok għal ħafna interpretazzjonijiet.", "Din tista' tagħti interpretazzjoni li kollox se jibqa' kif inhu, u allura jekk kollox se jibqa' kif inhu għaliex qed inwaqqfu dan il-kunsill?", "Ejja ma nidlħlux fil-mertu jekk għandux jitwaqqaf fil-forma li qed jitwaqqaf dan il-kunsill, imma x'se jkun qed jagħmel?", "Dan il-kunsill se jkun sempliċement messaġġier, dak li jwassal l-envelope biċ-ċekk, jew se jiddeċiedi kemm se jkun fih dak iċ-ċekk?", "Naħseb li l-ministru għandu jikkonsidra bis-serjetà li klawsola 7 tiġi miktuba mill-ġdid għax bil-mod ġeneriku u vag kif inhi miktuba - hi x'inhi l-intenzjoni tiegħu, hi x'inhi l-interpretazzjoni li taha meta ressaq dan l-abbozz - hemm bżonn li jkun hemm spjegazzjoni aktar dettaljata u trasparenti ta' kif se jkun il- budgetary process li bih se jiġu allokati l-flus lill-entitajiet differenti.", "Min se jieħu d-deċiżjonijiet u kif se jkun il-proċess?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-sitwazzjoni li teżisti llum tagħti wkoll lok għal din il-preokkupazzjoni.", "U s-sitwazzjoni li qed nipprovdu fil-liġi hija titjib sostanzjali fuq is-sitwazzjoni tal-lum.", "Għax illum il-gvern jista' jiddeċiedi li jaqbad ammont ta' flus, jintestah taħt cultural programmes and initiatives u d-direttur tal-kultura taħt il-gwida tal-ministru kkonċernat jagħmel l-applikazzjonijiet għall-fondi tiegħu.", "Il-prattika li evolviet matul is-snin kienet fis-sens - li mhix sostnuta b'liġi - li fil-ħidma tal-budget kull entità tara x'inhuma l-ispejjeż tagħha u jibdew għaddejjin mill-passatur tal-formolazzjoni tal-budget, jidħlu fil-pjan tad-dipartiment tal-kultura, imbagħad jiżviluppaw fil-pjan tal-ministeru, imorru l-finanzi u hemmhekk isiru n-negozjati mal-ministeru tal-finanzi.", "Ġeneralment it-talba dejjem tkun ikbar minn dawk il-fondi li fil-fatt jiġu allokati għax il-ministru tal-finanzi m'huwiex xi Father Christmas li jaqbad u jqassam skond it-talbiet li jsirulu.", "Illum is- sitwazzjoni ta' dawn l-entitajiet hija kollha kemm hi diskrezzjonali f'idejn il-gvern tal-ġurnata kif iqassamha u ma jqassamhiex.", "M'hemmx struttura li tista' tintervjeni bħala buffer bejn il-gvern u dawn l- entitajiet, li tkun tista' tagħmilha ta' promotur effettiv għall-fondi li dawn l-istituzzjonijiet jista' jkollhom bżonn.", "Allura l-pożizzjoni tal-lum se tagħti iktar garanziji lil dawn l- entitajiet, l-ewwelnett għax huma stabbiliti fl-iskeda tal-liġi.", "Jiġifieri ma jista' jiġi l-ebda ministru li, mingħajr ma jiġi fil-parlament, jaqbad u jagħlaq entità partikolari f'ċertu sens.", "Jiġifieri illum hawn skeda li tista' tinbidel b'dibattitu fil-parlament li qed telenka l-entitajiet tal- gvern li għandhom ċerti funzjonijiet u għandhom ċertu appoġġ finanzjarju.", "Biex inwieġeb għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Bartolo b'mod tassattiv irrid ngħid li l-budget ta' dawn l-entitajiet se jibqa' jsir kif is-soltu jsir budget.", "Mill-esperjenza nafu li l-entitajiet kollha kemm huma jibdew jaħsbu minn issa għas-sena li ġejja.", "F'Mejju jissottomettu t-talbiet tagħhom lill-ministeru tal-kultura biex sa l-aħħar ta' Ġunju jevalwa t- talbiet tagħhom fil-livell tal-ministeru u jlesti għad-diskussjoni mal- ministeru tal-finanzi.", "Dan il-proċess se jibqa' jsir u ma jidhirlix li hawn xi suġġeriment li ma nibqgħux insegwu din il-linja.", "Ladarba l-budget ta' kull entità jasal għand il-ministeru, m'hemmx il-ħsieb li dan jakkumula l-ammonti li dawn jirċievu - ejja ngħidu Lm400,000 - u nintestawhom f'isem il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex imbagħad jiddeċiedi hu.", "Dawn ikunu deċiżi minn qabel u jidhru fl-estimi ġenerali kif qed jidhru llum.", "Allura kull entità tkun taf minn qabel l-ammont li se tieħu.", "Però se jiġri dak li sal-lum mhux qed jiġri - dak li rrifera ftit għalih l- Onor. Bartolo - jiġifieri li dawn se jkunu sottomessi għal skrutinju ikbar milli sar sal-lum.", "Issa, biex inkun onest, dan seta' jsir mid-dipartiment tal-kultura, imma l- fatti jibqgħu li sal-lum, somehow or other, kien hemm wisq inertia, to put it mildly, biex dawn l-affarijiet isiru.", "Il-ħsieb hu li dawn l-entitajiet se jintalbu jkunu iktar accountable għax irridu nammettu li somma ta' Lm150,000 għal Malta m'hijiex somma żgħira.", "Numru minn dawn l-entitajiet għandhom ukoll element kummerċjali qawwi li wieħed irid jibda jivvalorizzah.", "U fil-liġi qed nipprovdu biex dawn ikollhom statut legali aħjar u jkun ċar x'jistgħu jagħmlu bil-proprjetà li qed jamministraw u x'saħħa għandhom fuqha.", "Illum hemm grey area fuq dan l-argument li bil- liġi se niċċarawh u nittama li l-element kummerċjali jirrendi iktar milli qed jirrendi sal-lum.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Grazzi, Mr Speaker.", "Illum xtaqt nitkellem dwar materja ta' interess fil-kostitwenza tiegħi, partikolarment dik ta' Ħaż- Żebbuġ.", "Il-bieraħ, kif deher ukoll fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni u anke fil-gazzetti llum, il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ li huwa magħmul minn maġġoranza Laburista, mingħajr l-ebda konsultazzjoni u mingħajr ma pprova jqiegħed għad-diskussjoni fuq il-mejda tal-kunsill f'laqgħa tal- kunsill apposta il-proġett li qiegħed jagħmel dwar stormwater culvert fin- naħa tal-Mitħna jew inkella tal-Grazzja ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Jien nixtieq inwassal l-ilment ta' l-erba' kunsillieri Nazzjonalisti li għamlu stqarrija bejniethom - u fiha anke nkludew il-kandidati prospettivi għall-elezzjoni tal-kunsill lokali li se ssir fid-9 ta' Marzu – fejn qalu li dan il-proġett qatt ma ġie diskuss fil-kunsill u x-xogħol beda mingħajr ma' l-kunsill kien avżat.", "Ladarba x-xogħol ma kienx diskuss allura wisq inqas kien approvat, jiġifieri dan ix-xogħol kien qed isir mingħajr l-approvazzjoni tal-kunsill b'mod irregolari.", "Ta' min igħid li huwa mistenni li dan ix-xogħol se jiswa eluf ta' liri pero' jidher li x-xogħol beda mingħajr ma lanqas biss intalbet stima ta' kemm se jiswa.", "Fil-fatt meta l-ġimgħa l-oħra kien hemm il-laqgħa tal- kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ la s-sindku, la l-viċi sindku u lanqas is- segretarja eżekuttiva ta' l-istess kunsill ma għarfu jwieġbu domandi mill- kunsillieri Nazzjonalisti dwar kemm huwa stmat li se jiswa dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, biex tkompli tagħqad qatt ma ħarġet works order mill-kunsill sabiex dan ix-xogħol jibda, tant li s-segretarja eżekuttiva tal-kunsill ikkonfermat li hi qatt ma ffirmat works order għal dan ix-xogħol.", "Hija s- segretarja eżekuttiva li għandha l-poteri eżekuttivi ta' dak li jwettaq il- kunsill.", "Din għandha tinforma lill-kuntrattur li dan ix-xogħol m'huwiex skond ir-regoli tal-kunsill u għalhekk m'huwiex se jiġi mħallas mill- kunsill ladarba ma ġiex diskuss u wisq inqas approvat.", "Mr. Speaker, il-kunsilliera Nazzjonalisti fl-istqarrija lmentaw dwar abbuż ieħor li qed isir rigward direct order oħra.", "Ta' min igħid li din mhux l- ewwel darba li l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għamel direct orders mingħajr ma ħareġ l-offerti u wisq inqas mingħajr ma avża jew ġab il- proposti għad-diskussjoni fil-kunsill.", "Fl-aħħarnett il-kunsilliera Nazzjonalisti kkundannaw il-fatt li dan ix-xogħol qed ikun ta' inkonvenjent ieħor għal ħafna residenti Żebbuġin.", "Mr Speaker, il-bieraħ attendejt għall-konferenza stampa li saret fil-lokal fejn qed isir dan il-culvert flimkien ma' ministru li joħorġu fil- kostitwenza u anke ma' kandidati prospettivi għall-kunsill lokali u deputati oħra li wkoll urew interess.", "Irriżulta li dan il-proġett se jkun ta' inkonvenjenza għan-naħa ta' hemmhekk.", "Iktar minn hekk, jien il-bieraħ indirizzajt ittra u anke' kellimt verbalment lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali u naf li hu se jgħid lill-awditur ġenerali biex jinvestiga din id-direct order li ngħatat mill-kunsill lokali ta' Ħaż- Żebbuġ mingħajr ma qatt – nerġa' ngħid – ma ġiet diskussa fil-kunsill u wisq inqas qatt ma ġiet iffirmata mis-segretarja eżekuttiva.", "Mr Speaker, huwa veru li f'Ħaż-Żebbuġ kellna bżonn u għandna bżonn nikkontrollaw il-problema ta' għargħar ta' l-ilma tax-xita ġewwa dan ir- raħal.", "Il-problema ilha ġejja minn żmien twil.", "Fil-fatt l-iktar irħula li kienu milquta mill-maltempata tas-sena 1979 kienu proprju Ħaż-Żebbuġ u s- Siġġiewi fejn jinżel ħafna ilma min-naħa tar-Rabat.", "Partikolarment Ħaż- Żebbuġ ġie milqut severament ukoll fil-maltempata li kellna fl-1988.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn fil-file tiegħi għandi mal-200 korrispondenza ma' diversi ministri - inkluż anke fiż-żmien gvern Laburista bejn l-1996 u l- 1998 - ma' diversi korporazzjonijiet u ma' diversi uffiċjali tad- dipartimenti governattivi sabiex isir xi ħaġa għal dan l-iskop.", "Jien ngħid li għalkemm kien hemm ċertu progress u sar xi ħaġa, dan m'huwiex daqskemm wieħed xtaq.", "Jiena għamilt il-pressjoni kollha possibbli.", "Fl-1998 meta l- Partit Nazzjonalista reġa' tela' fil-gvern l-ewwel ħaġa li għamilt kienet li nitlob lill-ministeri konċernati sabiex iħejju rapport dettaljat dwar x'għandu jsir sabiex f'Ħaż-Żebbuġ ma jkunx hemm dak l-għargħar ta' l-ilma li qed jikkaġuna ħafna ħsarat kemm fir-raba' kemm fil-ħitan ta' l-għelieqi bħala areas mhux urbani kif ukoll fl-area urbana fejn l-ilma qed jagħmel ħafna ħsara lir-residenti.", "Wara ħafna korrispondenza kien l-ex ministru Michael Falzon li aċċetta li l-water services corporation għandha tagħmel l-istudju neċessarju.", "Dan huwa l-untrarju għal dak li kiteb l-Onor.", "Charles Buhagiar meta rrisponda lid- direttur tar-roads department li min naħa tiegħu kien staqsa lill-Onor.", "Buhagiar, bħala l-konsulent tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, biex jgħidlu x'qed isir eżatt u biex jinformah bid-dettalji.", "Fit-tieni paragrafu ta' ittra datata 29 ta' Jannar 2002, l-Onor.", "Charles Buhagiar jgħid hekk:", "\"Some months ago my clients had commissioned Mr Philip Grech to prepare a stormwater masterplan.\"", "Mr Speaker, ejjew inkunu sinċieri.", "Jiena nista' npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra korrispondenza fejn iċ-chief executive is-Sur Riolo qed jilqa' l- proposta tiegħi, u jgħid hekk:", "\"Please see the attached draft of a letter of acceptance to Mr Philip Grech as a consultant for the stormwater culvert in Żebbuġ\".", "Għaliex inqarqu bl-affarijiet?", "Huwa veru li ġie kkonsultat l-Onor.", "Charles Buhagiar ukoll, imma l-inizjattiva kienet oriġinarjament tiegħi.", "Dan mhux bi ftaħir qed ngħidu imma għax inħoss li għandna ngħidu l-verita`.", "Mhux se ninħela fuq dawn l-affarijiet għaliex dawn huma pwerili li wieħed joqgħod isemmihom pero` x'ġara, Mr Speaker?", "Il-water services corporation ikkummissjonat dan ir-rapport, li sar mill- Perit Philip Grech li darba kien wieħed mid-diretturi tad-drainage department u mbagħad kien konsulent ukoll tal-water services corporation.", "Issa wieħed irid ikun jaf li dak li qed isir mill-kunsill imur kontra dak li ppropona l-konsulent tal-water services corporation Philip Grech.", "Mr Speaker, jien, bħalma għamlu f'żewġ okkażjonijiet il-kunsill lokali flimkien mal-konsulent tagħhom l-Onor.", "Charles Buhagiar, insistejt mal- Ministru Francis Zammit Dimech biex jiġi studjat dak ir-rapport li minnu joħorġu l-phases minn fejn wieħed jista' jibda.", "Aħna nifhmu li l-proġett jiswa ħafna u ħafna flus.", "Fil-fatt jiswa iktar minn Lm0.25 miljun kif proġettat mill-Perit Philip Grech.", "Minħabba f'hekk il-kunsill nidem li m'għandux dawk il-flus kollha biex jagħmlu f'salt wieħed, u mill-banda l- oħra l-gvern ukoll għandu prijoritajiet oħra.", "Jien min-naħa tiegħi dejjem insistejt li għandu jiġi studjat in depth biex naraw fejn nistgħu nsolvu l-aktar problemi akuti.", "Min-naħa l-oħra d- dipartiment ta' l-ambjent, grazzi għall-Onor.", "Francis Zammit Dimech, li dejjem ħa interess f'dawk l-affarijiet li rrakkomandajtlu bħalma jieħu interess f'diversi affarijiet oħra kemm dawk li huma ta' restawr u kemm ta' dawk ta' proġetti kapitali, ikkummissjona esperti biex jevalwaw dak ir- rapport ta' Philip Grech u jaraw fejn wieħed jista' jsolvi mill-iktar fis possibbli u dawn għamlu rapport.", "Jiena mhux se nidħol f'dan ir-rapport, se jkun hemm okkażjoni viċina ħafna fejn il-ministru jara x'sar minn dak ir- rapport pero' huwa hawn fejn il-kunsilli lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma kellux diċenza li jgħid lill-ministeru għall-ambjent li kien se jibda dan il- proġett.", "Kieku saret din il-konsultazzjoni, jew almenu għad-diċenza l- kunsill jinforma lid-dipartiment li kien se jibda dan il-proġett ...", "Anke r-roads department huwa konfuż fuq dan il-proġett.", "Jien tlabt informazzjoni dwar jekk dan ix-xogħol huwiex qed isir sewwa jew le, ir- roads department fit-28 ta' Jannar kiteb lill-konsulent tal-kunsill lokali l-Perit Charles Buhagiar li min-naħa tiegħu rrispondih b'ittra fejn qallu li qed jimxi skond il-masterplan tal-perit konsulent Philip Grech.", "Il- Perit Zammit tar-roads department reġa' kiteb lill-kunsill biex ix-xogħol jieqaf ħalli jevalwaw jekk hux qed isir sewwa jew le u skond liema pjan, pero' s-sindku tal-kunsill lokali injora kompletament dik l-ittra.", "Saħansitra informa lill-kuntrattur li jekk jiġu jgħidulu biex jieqaf, huwa għandu jinjora kollox u jagħmel biss dak li jgħidulu huma.", "Issa r-roads department reġa' kiteb biex barra li jieqaf ix-xogħol ma jħallux dak il- culvert jieħu l-ilma għax proprju se jwaddab l-ilma fl-iktar parti akuta li hemm f'Ħaż-Żebbuġ ġewwa t-Triq tal-Grazzja.", "Jekk inti bnejt dar inti tagħmel il-katusa minn fuq il-bejt imma inutli li tagħmel il-katusa jekk ma tagħmilx il- il-bir.", "U dan l-ikbar żball li sar.", "B'dan il-culvert qisu għandek ferita u tfajtilha iktar melħ.", "U huwa għalhekk ir-residenti ta' Triq Fra Fred Mattei u Triq il-Mitħna u postijiet oħrajn bħal Triq Xmun Attard huma rrabjati u urtati ħafna għal dak li se jagħmel il-kunsill.", "Dan għamel kanal biex jitfalhom iktar ilma.", "Mr. Speaker, ta' min igħid li mkien – u hawn hu l-argument – fir-rapport tal-Perit Philip Grech ma jindika li xi darba jrid jgħaddi xi culvert minn dawn it-toroq.", "Anzi fil-pjanti tiegħu jevitahom għall-aħħar biex ma jakkumulax iktar ilma.", "Id-deċiżjoni tad-dipartiment ta' l-ambjent kienet li jibda mill-periferiji biex jekk ikun hemm l-ilma jirranġa fejn imur.", "Fil- fatt fi Triq l-Imdina, Żebbuġ kien hemm kanal dejjaq u wessgħu.", "Mhux hekk biss, il-Perit Philip Grech qal li barra l-problema ta' l-ilma tax-xita hemm ukoll problema kbira tad-drenaġġ.", "Fil-fatt jgħid li fejn is-sorijiet tad-Dorotej, inutli tirranġa biex tilqa' għall-ilma tax-xita jekk l-ewwel mhux se tirranġa s-sistema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt saret sistema ta' drenaġġ ġdida biex l-ilma tax-xita ma jfawwarx ġewwa d-drenaġġ u joħloq il-problema wkoll.", "Irrid ngħid ukoll li l-kunsill lokali, minkejja l-ittra li ktibtlu jien u minkejja l-ittra li jien ktibt lill-kunsilliera Nazzjonalisti biex jagħmlu pressjoni għamel it-tarmac fi-triq li fiha kienu għad iridu jsiru xi servizzi.", "Għamlu hekk sempliċement biex jaqdu lis-segretarju ġenerali tal- Partit Laburista s-Sur Jimmy Magro li joqgħod hemmhekk.", "Minflok ma qabel sar il-culvert u t-tiswijiet tal-kanen ta' l-ilma u forsi ta' xi affarijiet oħra kif rakkmandat il-kunsill ta' ordni biex jinfirex it-tarmac.", "Dawn huma affarijiet ħżiena.", "Għalhekk il-poplu Żebbuġi llum il-ġurnata huwa urtat, u jiena mhux qed nirreferi biss għan-nazzjonalisti, imma anke l-laburisti huma urtati għax-xogħol bla ħsieb, bla sens u bl-addoċċ li qed isir.", "Dan ix- xogħol qed isir mingħajr offerti, mingħajr ma jiġi diskuss, mingħajr ma man- nies li qegħdin jirrappreżentaw lill-poplu tal-lokal.", "Mr. Speaker, jien nieħu pjaċir b'kull nitfa li jagħmlu l-kunsilli lokali li tkun ta' ġid u għall-aħjar ta' dik il-lokalita` immaterjalment ta' fejn hu l-kunsill.", "Meta nara l-ġid ngħid li gvern Nazzjonalista kien tajjeb ħafna li ħaseb biex ikollna nies li jaraw l-interessi tal-lokal partikolari tagħhom.", "Jiena kelli ħafna iktar xi ngħid u nispera li f'seduta oħra jien nagħti raġunijiet oħra u nuri ċerta dokumentazzjoni li turi kemm il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ mar żmerċ jew inkella kemm mhux qed iwettaq il- programm li huwa mfassal.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 6 ta' Frar 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SHIPBUILDING - ORDNIJIET TA' XOGĦOL", "31278.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet ta' xogħol rebħet il-Malta Shipbuilding Co. Ltd. fis-snin 1999, 2000 u 2001 ?", "Xi strutturi kellha l- kumpanija biex tfittex u tikseb ordnijiet ta' xogħol?", "X'riżultati taw dawn l-istrutturi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tliet snin minbarra xogħol fuq it-tliet vapuri għall-kumpannija Gozo Channel, il-Malta Shipbuilding rebħet dawn l-ordnijiet.", "Mejju 2000 bini ta' struttura tal-ħadid għall-proġett ta' Bay Street - sub contract mill-kumpanija Motherwell Bridge.", "Marzu 2001 bini ta' barkun biex jintuża għat-tħaffir taż-żejt minn kumpanija barranija.", "Mejju 2001 tiswija ta' tankijiet taż-żejt għall-kumpanija Oil Tanking Co. Ltd.", "Ġunju 2001 kostruzzjoni ta' processing deck għall-vapur MV Ikdam li fuqu kienet qed issir conversion mit-Tarzna ta' Malta.", "Lulju 2001 bini ta' flare tower għall-istess vapur MV Ikdam.", "Awissu 2001 bini ta' partijiet minn jott ta' l-aluminium għall-kumpanija Bezzina Ship Repair Yard.", "Matul l-1999, il-kumpanija impjegat chief executive li assuma r- responsabbilta' tal-marketing, peress li sa dakinhar il-kumpanija ma kelliex dipartiment biex jaqdi din il-funzjoni.", "Meta s-sena l-oħra ċ-chief executive temm l-impjieg tiegħu, sar arranġament mat-Tarzna ta' Bormla biex id-Dipartiment tal-Marketing ta' dik it-Tarzna ikopri wkoll il-Malta Shipbuilding fl-isforzi tiegħu biex jattira xogħol lejn it-Tarznari ta' pajjiżna.", "Dan l-arranġament għandu jissaħħaħ aktar b'mod speċjali issa li t-tarznari qiegħdin jippruvaw jikkonsolidaw ċerti funzjonijiet amministrattivi.", "MFSC – STOCK BROKERS", "31279.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex l-MFSC damet daqshekk ma ħadu passi dwar flus ta' Maltin fl-Arġentina u damet ma qalet lill-banek u stock brokers biex iżommu lill-klijenti tagħhom infurmati ġew dwar is-sitwazzjoni fl-Arġentina?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kuntrarjament għal dak li hemm insinwat fid-domanda, fil-każ tal-kriżi fl-Arġentina l- MFSC ħadet azzjoni skond kif kienet qed tiżviluppa s-sitwazzjoni billi nfurmat lill-pubbliku dwar ir-riskji assoċċjat ma' investimenti fi swieq li qed jiżviluppaw (emerging markets).", "Waħda mill-ewwel inizjattivi li ħadet l-MFSC f'dan ir-rigward kienet il-pubblikazzjoni ta' artiklu fuq is-suġġett f'nofs Novembru 2001 f'għadd ta' ġurnali lokali bl-ingliż.", "Imbagħad, fl- ewwel ġimgħa ta' Diċembru 2001 l-MFSC ħarġet stqarrija oħra lill-mezzi kollha tal-media fejn spjega l-aħħar żviluppi fl-Arġentina.", "L-MFSC ħadet ħsieb tieħu din l-opportunita' biex tispjega kemm hu riskjuż li tinvesti f'bonds ta' swieq li qed jiżviluppaw.", "Fl-ewwel ġimgħa tas-sena l-ġdida, l-MFSC ħarġet stqarrija oħra lill-mezzi tal-media fejn spejgat fid-dettal aktar inizjattivi, li mhux biss huma miżuri biex il-pubbliku jkun kontinwament infurmat dwar l-investimenti tiegħu f'titoli ta' sigurtà ta' l-Arġentina, imma wkoll ta' swieq oħra li qed jiżviluppaw.", "Fost inizjattivi oħra, l-MFSC ippubblikat nota informattiva dwar investimenti f'dawn is-swieq bil-Malti u bl-Ingliz.", "L- intermedjarji finanzjarji liċenzjati miċ-Ċentru speċifikament intalbu jibgħatu kopja ta' din in-nota lill-klijenti tagħhom kollha.", "Apparti dan, l-MFSC ħadet sehem, u se tkompli tieħu sehem, f'diversi programmi fuq it-televiżjoni u r-radju sabiex tkompli tispjega u teduka lill-investituri dwar l-investimenti fis-swieq li qed jiżviluppaw.", "L-MFSC ħarġet u tħeġġeġ lill-pubbliku biex takkwista kopja b'xejn tal-gwida li ċ- ċentru ippubblika f'Ottubru 2001 bl-isem ta' \"Investi bil-ghaqal!", "Dawn flusek!\" fejn, fost oħrajn, hemm spjega dwar bonds u anke nota ġenerali dwar investimenti fi swieq li qed jiżviluppaw.", "Din il-pubblikazzjoni ħarġet qabel ma faqqgħet fil-miftuħ il-kriżi fl-Arġentina.", "Sadattant l-MFSC qed tkompli żżomm is-sitwazzjoni taħt għajnejha ħalli tkun tista tieħu dawk il-passi li jkunu xierqa fl-aħjar interess tal-pubbliku.", "L-isqarrijiet u l-artkli imsemmija f'din it-tweġiba jinstabu fuq il-website ta' l-MFSC www.mfsc.com.mt/consumer.", "BANK OF VALLETTA – INVESTIMENT FL-ARĠENTINA", "31280.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta li l-Bank of Valletta tilef flus li investa fl-Arġentina?", "Għaliex dam ma ħa passi biex inaqqas it-telf tiegħu hemmhekk minħabba s- sitwazzjoni li tant iddeterjorat fl-Arġentina?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Bank of Valletta huwa ħamsa u tletin fil-mija tal-privat u kkwotat fil-Borża ta' Malta.", "Għaldaqstant ma għandi l-ebda nformazzjoni dwar din il-materja.", "PENSJONI", "31308.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament huwiex jieħu pensjoni daqs kemm suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-każ tal- persuna ndikata minnu ġie investigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "L-ISPTAR TAL-QROQQ - CEO", "31309.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma d-dettalji tal-paga u tal-pakkett finanzjarju li ġew offruti liċ-CEO il-ġdid tal-isptar ta' tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-Kap Eżekuttiv ta` l-Isptar il-Ġdid għandu salarju ta` LM15,000 fl-ewwel sena u LM16,000 mit-tieni sal-ħames sena f'kuntratt ta` ħames snin.", "Hu għandu wkoll performance bonus sa massimu ta` 10%, karozza għax-xogħol u għall-użu personali, inkluż il-fuel, LM600 forma ta` expense account, LM200 professional membership fees, ħlas lura (reimbursement) ta` spejjeż konnessi ma` kontijiet tat-telefon tad-dar u tal-mobile, kif ukoll intitolat għal CPD (Continuous Professional Development) skond il-kriterji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.", "FINANCIAL INTELLIGENCE UNIT", "31310.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija titwaqqaf il-Financial Intelligence Unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal- Financial Intelligence Unit diġa nħatar u bi ħsiebni nħabbar il- kompożizzjoni tiegħu fi żmien qasir.", "GOZO CHANNEL CO LTD", "31311.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Gozo Channel Co Ltd mill-bidu tas-sena?", "F'liema karigi ġew ingaġġati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena sal- lum ma ġewx ingaġġati nies mal-Gozo Channel.", "EUROPEAN UNION - FINANZI", "31312.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern Malti meta mistenni jagħti r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għall-proposti finanzjarji tal-UE marbutin mat-tkabbir tal- istess unjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-proposti finanzjarji ta` l-Unjoni Ewropea marbutin mat-tkabbir ta` l-istess Unjoni li għadhom kif tħabbru, huma proposti tal- Kummissjoni Ewropea lill-istati membri ta' l-Unjoni.", "Malta, flimkien ma' l- istati membri u l-istati kandidati l-oħra, qiegħda tistudja l-kontenut ta' dawn il-proposti.", "Il-proposti għadhom f'fażi preliminarja, u huma bbażati fuq projezzjonijiet finanzjarji globali għall-istati kandidati kollha.", "Id-dettalji tal-pożizzjoni speċifika dwar Malta f'dan ir-rigward hija materja li ser tiġi ttrattata waqt in-negozjati għas-sħubija.", "F'dan l- istadju għadu għalhekk prematur li wieħed jikkummenta f'iżjed dettal.", "STOCKS TAL-GVERN - FINANZI", "31313.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma d-dati tar-rollover u/jew tal-maturita tal-istocks tal-Gvern għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dati tal- maturita' tal-istocks tal-gvern għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha huma:", "5 ta' April 10 ta' Ġunju 30ta' Settembru", "Din l-informazzjoni ġiet ippublikata fi Press Release f'Jannar."]} {"filename": "20011127_650d_par.doc", "date": "2001-11-27", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 650 It-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 650", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "650", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 400", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 400", "KONDOLJANZI 401", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` TAD-DJAR GĦAS-SENA 2001 - 2002 403", "AĠĠORNAMENT 429", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 649 li saret fis-27 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29629.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Jose` Herrera) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?", "Jista' jgħid ukoll min huma ċ- chairmen, iċ-chief executive officers, id-diretturi u l-konsulenti legali ta' dawn l-istess entitajiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd)(f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "UNJONI EWROPEA", "29911.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tar-rapport li l-Unjoni Ewropea ppreżentat lill-gvern Malti u cioe` li fil-qasam tal-biedja u s-sajd ftit li xejn sar matul dawn l-aħħar tliet snin, ma jħossx li għandu jagħti r- raġunijiet lill-poplu dwar x'ikkawża dan in-nuqqas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf tajjeb li mill-ministeru sar ħafna xogħol fl-ambitu tat-tħejjija għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ir- rapport tal-Kummissjoni jirrikonoxxi l-progress dwar l-integrated administration and control system, IACS, li abbażi tagħha jitħallsu s- sussidji u l-pagamenti diretti lill-bdiewa u r-raħħala.", "Dan huwa fattur importantissimu u huwa l-bażi li nuru li nistgħu nipparteċipaw b'mod responsabbli fil-politika komuni agrikola ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bdiet tinbena l-infrastruttura meħtieġa biex il-Ministeru jkun imħejji sewwa sa meta Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea iżda wieħed irid jifhem li kien hemm bżonn ta' riforma radikali fil-politika agrikola ta' Malta qabel jibdew jitwaqqfu xi strutturi u kien hemm bżonn ta' pedament sod qabel jibdew jinbnew l-istituzzjonijiet.", "DJAR TA' L-ANZJANI", "29912.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-każ ta' koppja anzjani mill-Baħrija, li r-riferenza tagħha hija 29255?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qiegħed fuq il-priority list peress li għad m'hemmx post vakant għall-koppja b'dipendenza bħal dan il-każ.", "UNJONI EWROPEA - BIEDJA", "29913.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba f'mistoqsija parlamentari nru.", "29596, ma jħossx il-Ministru li ġaladarba bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE se jkun hawn il-liberalizzaZzjoni fil-kummerċ u se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja f'pajjiżna, m'hemmx għalfejn il-ħtieġa li napplikaw u naħlu ż-żmien ninnegozjaw is-supply measures ma' l- UE sabiex nimportaw materja prima ta' l-ikel u prodotti ta' l-ikel li diġa` nimportaw bla dazju meta ninsabu barra mill-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dak li qed ninnegozjaw ma' l-Unjoni Ewropea m'hu bl-ebda mod ħela ta' ħin.", "UNJONI EWROPEA - KONTROLLI FUQ IMPORTAZZJONI", "29914.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari nru.", "29596, ma jħossx il-Ministru li jekk inkunu membri fl-UE, din timponi fuq il-Maltin u l-Għawdxin kontrolli fuq l-importazzjoni tal- materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel importati mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-UE, fosthom it-TARIC, Tariff Quotas u s-special saveguards provisions li huma reġistrati mal-WTO?", "Fid-dawl tal-mistoqsijiet preċedenti u ta' l-iżviluppi riċenti, jista' l- Ministru jinformani bl-aħħar pożizzjoni tas-sitwazzjoni msemmija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "29596.", "SKEJJEL", "29917.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "29625?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITAJIET/BINI", "29918.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "29619?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Grazzi.", "Insejjaħ lill-Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, ftit tal-ħin ilu ġejn informat li wara nofsinhar miet Dr. Ġuże` Cassar, li kien għadda parti twila minn ħajtu attiv fil-politika, kemm bħala ministru kif ukoll bħala Speaker f'dan il-Parlament.", "Jiena kelli okkażjoni li nkun naf lil Dr. Cassar pjuttost mill-qrib.", "L- ewwel recollection li għandi tiegħu hija l-elezzjoni ta' l-1947.", "Naturalment jien dak iż-żmien kelli biss 13-il sena pero` niftakarha sew dik l-elezzjoni u niftakar li Dr. Ġuże` Cassar kien wieħed mill-kandidati prospettivi.", "Fil-fatt kien ġie elett f'dan il-Parlament minn dik l-ewwel elezzjoni ta' wara l-gwerra u ftit wara kien sar ministru.", "Hu kien bniedem prominenti ħafna fil-Malta Labour Party u meta fl-1949 dan il-partit kien inqasam, hu kien wieħed mill-personalitajiet li ħa d-deċiżjoni li jkompli mal-partit l-ġdid li kien waqqaf it-tabib Boffa, ex leader tal-Malta Labour Party.", "Fil-fatt hu kien baqa' jikkontesta l-elezzjonijiet.", "Fl-1955 kien reġa' ħareġ mal-Malta Labour Party meta reġa' kien hemm l- għaqda bejn iż-żewġ friegħi tiegħu, u reġa' sar ministru.", "Bejn l-1962 u l- 1971 ma kienx ikkontesta l-elezzjonijiet u mbagħad fl-1971 kien reġa' ħareġ mal-Malta Labour Party u kien ministru għal żmien twil.", "Jiena sirt nafu ħafna mill-qrib u tgħallimt napprezza l-karattru tiegħu.", "L-ewwelnett kien debater kbir, kien kapaċi jitkellem fuq kollox u kull meta kien ministru kien jieħu ħsieb il-liġijiet, ikunu ta' liema natura jkunu.", "Jien mhux l-ewwel darba li kont nirrimarka lill-kapijiet ta' l-oppożizzjoni kemm Dr. Cassar kien jirnexxielu jagħmel diskorsi twal anke meta kellna l- ħsieb li ngħaddu xi liġi malajr.", "Kellu kapaċita` kbira u aġilita` mentali qawwija biex jifhem suġġett u jitkellem fuqu.", "Jien kont sirt nafu ħafna mill-qrib, partikolarment fis-snin sebgħin, wara l-elezzjoni ta' l-1971.", "Dak iż-żmien il-pajjiż kien għaddej minn ċertu żmien interessanti u l-gvern tal-ġurnata kien ried jagħmel emendi kostituzzjonali.", "Dawn l-emendi sostanzjali effettivament saru fl-1974 u Malta kienet saret repubblika.", "Dak iż-żmien jien kont fl-oppożizzjoni u peress li la l-kap tal-Partit Nazzjonalista u lanqas il-prim ministru ta' dak iż-żmien ma kienu jattendu għal dawk il-laqgħat, hu dejjem kien ikun preżenti għad-diskussjonijiet li kienu jsiru u li għalihom kont ħafna drabi nattendi jien flimkien ma' kollegi oħra min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Dr. Cassar kellu l-kapaċita` li sitwazzjoni diffiċli jrendiha aktar faċli għal kulħadd, kultant anke b'xi ċajta.", "Fil-fatt jekk xi ħadd kien imur l- uffiċċju tiegħu għall-ħabta ta' nofsinhar kien jgħidlu li wasal it-tempo dello spirito, jiġifieri l-ħin li jieħdu grokk whisky flimkien.", "Din kienet ħaġa li ma kienx jgħaddi mingħajrha u dan juri proprju l-ġenjalita` ta' karattru li kellu.", "Niftakar f'okkażjoni fejn jiena verament kont ħadt pjaċir.", "Fl-1987 kont sirt prim ministru u konna għamilna delegazzjoni għall-kunsill ta' l- Ewropa.", "F'waħda minn dawn il-laqgħat hu kien mar mad-delegazzjoni fi Strasbourg u niftakar li kont stidint lilu u lid-delegazzjoni kollha Maltija biex niltaqgħu u mmorru nieklu flimkien.", "Din kienet waħda mill- okkażjonijiet li bqajt niftakar, speċjalment iċ-ċajt li kien jirrakkonta u l-episodji li għadda minnhom tul ħajtu, li kien jirriduċihom fil-livell veru uman tagħhom.", "Dr. Cassar kien irrakkontalna okkażjonijiet meta kien hemm ħafna tensjoni bejnietna u kien jgħidilna li waqt dik it-tensjoni kollha, il-kwadru veru kien differenti ħafna minn dak li konna naħsbu.", "Dr. Cassar kien persuna li bla dubju ta' xejn serva lill-pajjiż bl-aħjar mod li kien kapaċi għalih, ta kemm seta' lill-pajjiż u l-aħħar inkarigi li kellu kienu ta' aġent president tar-repubblika meta kien hemm okkażjoni li l-president kien ikun imsiefer.", "Hu kien baqa' jaqdi dan id-dmir sakemm wasal fi stadju li f'eta' avvanzata lili stess kien qalli li ma xtaqx jiġi nominat aktar.", "Nerġa' ngħid li Dr. Cassar kien persuna li bilfors wieħed jammirah għalkemm ma konniex naqblu spiss fuq l-ideat politiċi li hu kien iħaddan.", "J'Alla jkollna ħafna nies oħra kapaċi bħalu, li jagħtu sehemhom għall-ġid ta' pajjiżna.", "Hu qatt ma kien jaffronta jew jikkonfronta lill-avversarji politiċi tiegħu b'nuqqas ta' rispett imma b'rispett reċiproku u bi stima reċiproka.", "Jiena ma nafx min huma l-familjari tiegħu, naf li l-mara tiegħu mietet qablu, naf li huwa kien viċin ħafna tal-mara ta' l-ex-ministru Michael Falzon, illi proprju l-bieraħ kien hawn fil-Parlament u ġie jgħidli li z- ziju Ġuż, kif konna nsibuh aħna meta konna fl-oppożizzjoni, kien ma jiflaħx.", "Jien għedtlu li kont se mmur narah pero` jiddispjaċini li ma lħaqtx mort.", "Fil-fatt illum waslilli l-aħbar kerha li Dr. Cassar ħalliena.", "Għalhekk tajjeb li nqimu t-tifkira tiegħu u nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba tiegħu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena ningħaqad mas-sentimenti li esprima l-Prim Ministru.", "Jien ukoll niftakar lil Dr. Cassar bħala ministru qabel ma jiena kont għadni dħalt fil-politika u li kien persuna importanti ħafna fil- Partit Laburista.", "Meta jiena dħalt fil-politika u fl-1987 kont sirt membru ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, lil Dr. Cassar sirt nafu aktar mill- viċin u ta' spiss kont nikkonsulta miegħu u nieħu pariri minn għandu.", "Naf li l-Partit Laburista dejjem baqa' jikkonsulta miegħu għax hu kien jagħti pariri siewja, fejn kien ikun hemm xi diżgwid kien jara kif jagħmel biex inaqqsu jew jipprova jsib soluzzjoni u kull meta l-Partit Laburista kellu bżonn l-appoġġ tiegħu dejjem sabu, anke f'mumenti diffiċli ħafna.", "Jien kont nammirah għall-mod kif kien isolvi l-problemi, kultant anke permezz ta' xi ċajta.", "Niftakar li l-aktar li kien jikkwotah bħala \"iz-ziju Ġuż\" kien il-President Guido De Marco u aħna konna niċċajtaw miegħu, niġbdulu saqajh u hu kien jaqbad jidħaq.", "Jien kont dħalt f'dan il-Parlament fl-1987 u t-tempo dello spirito kien isemmih ta' spiss.", "Meta kien jiġi ħdejja u jgħidli li wasal it-tempo dello spirito kont nifhmu u għalkemm jiena ma nixrobx kont nara kif nagħmel biex inġiblu grokk whisky.", "Niftakar ukoll li kien isemmi każ li kien seħħ fil- qorti.", "Kien jgħid li darba daħal xi ħadd b'xi bhima l-Belt u dan kien ġie arrestat għax dak iż-żmien ma stajtx tidħol il-Belt b'din it-tip ta' bhima.", "Dr. Cassar jirrakkonta kif kien iddefenda lil din il-persuna u ħariġha liberata għax irnexxielu jħawwad lil min kien qed jipprova jakkużah li dik il-bhima ma kenitx it-tip li kien qed jakkużah biha.", "Din l-istorja kien jgħidha lil kulħadd biex juri kemm trid toqgħod attent kif tgħid l- affarijiet u kif tagħmilhom.", "Il-konklużjoni hi li bil-mod kif kien jara kif se jsolvi l-problemi kien ta' ispirazzjoni mhux għalija biss imma naħseb għall-membri kollha taż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien persważ li ta ħafna għall-pajjiż, nerġa' ntenni l-kondoljanzi għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u ningħaqad man-naħa tal-gvern biex ngħid li verament tlifna persuna li kienet importanti ħafna u li tat sehem kbir lil pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja wkoll tingħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra fil-mod kif esprimew ruħhom fuq l-Avukat Ġuże` Cassar u titlob lill-Clerk Assistent biex tibgħat il-kondoljazi lill-familjari tiegħu u twassal ukoll is-sentimenti kif espressi fis-seduta tal-lejla.", "Issa nistgħu ngħaddu għall-kumplament ta' l-aġenda.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA` TAD-DJAR GĦAS-SENA 2001 - 2002", "Ikompli mis-27 ta' Novembru 2001", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s'issa l-gvern ħa 73 minuta u l- oppożizzjoni ħadet 76 minuta.", "Għaldaqstant il-ħin ta' din is-seduta għandu jinqasam bi ftit iktar minn 76 minuta għall-gvern u ftit iktar minn 73 minuta għall-oppożizzjoni, bil-winding up għall-gvern.", "L-Onor.", "Helen Damato hija in possession.", "ONOR.", "HELEN DAMATO: Grazzi, Mr Speaker.", "Inkompli fejn ħallejt dalgħodu meta għedt li l-awtorità tad-djar qed tassumi dejjem aktar rwol soċjali u semmejt żewġ shifts partikolari li huma ferm importanti.", "L-ewwel wieħed li l-awtorità qed tinbidel minn scheme based authority għal service based authority u hemmhekk kelli f'moħħi b'mod partikolari s-servizz ta' care and repair.", "Semmejt ukoll shift ieħor fejn qed naraw l-awtorità tidħol f'partnerships ma' NGOs ħalli mhux biss ikun provdut servizz tal-housing, imma jkun provdut sostenn biex in-nies li l-iktar għandhom bżonn ikollhom servizz ħafna iktar ħolistiku.", "Issa ħalli nkomplu naraw kif qed jiġi espress dan ir-rwol soċjali permezz ta' diversi inizjattivi li l-awtorità tad-djar ħadet matul din l-aħħar sena.", "Dan ir-rwol qed narawh anke permezz tal-proċess ta' amalgamazzjoni li jrid iseħħ bejn il-housing authority u d-dipartiment tas-social housing.", "Dan il-proċess beda u jrid iwassal biex il-housing authority jkollha f'idejha t-tqassim tad-djar.", "Iżda bħala parti minn dan il-proċess matul din is-sena l-housing authority spezzjonat numru ta' djar ta' l-applikanti fuq il-waiting list tad-dipartiment tas-social housing.", "Permezz ta' hekk nistgħu ngħidu li ħafna nies ġew inkoraġġiti li flok jibqgħu jistennew fuq il-lista tas-social housing jibdew jibbenefikaw minn skemi oħra biex jirranġaw djarhom.", "Fil-fatt għandna nies li jmorru fuq il-lista tas-social housing, imma fil- verità jagħmlu hekk għaliex ma jafux li hemm skemi oħra biex ikunu jistgħu jirranġaw djarhom.", "Ħafna minnhom ikunu jippreferu li jibqgħu joqogħdu fejn huma billi jirranġaw id-dar tagħhom.", "U permezz ta' dawn l-ispezzjonijiet ħareġ ċar li hemm ċerti nies li jistgħu jinqatgħu mill-waiting list tad- dipartiment tas-social housing billi jingħataw anke cash grants mill- housing authority biex jirranġaw djarhom.", "Hawnhekk naraw shift ieħor għax il-grants li se jingħataw se jkunu ogħla minn dawk li kienu s'issa.", "Fejn qabel kien hemm grant massimu ta' Lm1,800 għal substandard cases, issa dak se jitla' għal Lm2,500.", "U l-grants li jingħataw għal każijiet fejn ikun hemm ħsarat perikolużi minn Lm2,500 se jitilgħu għal Lm3,000.", "Aktar minn hekk, permezz ta' dan il-proċess ta' amalgamazzjoni qiegħda tinħoloq sistema waħda ta' punti għal dawk li qegħdin fuq il-lista kemm tal- housing authority u kemm għal dawk li qegħdin fuq il-waiting list tad- dipartiment tas-social housing biex dejjem ikun hemm inqas nies li jaqgħu between two stools.", "Ngħaddi għal xi ħaġa oħra li qed tagħmel il-housing authority li għandha pjan estensiv ta' bini.", "L-ispiża kapitali għas-sena d-dieħla se titla' għal kważi Lm6 miljun.", "Iżda, kif għedt dalgħodu, tagħmel x'tagħmel se jkollok nies li m'humiex se jkunu kapaċi jixtru.", "Għalhekk matul din l- aħħar sena l-housing authority għaddiet 82 unit lid-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali biex dawn jinkrew.", "Dan huwa pass pożittiv u wieħed jinkoraġġixxi li ma' kull stock li jkollha available il-housing authority jingħaddu numru minnhom lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex jiġu moqdija dawk li qegħdin fuq il-waiting list tagħha.", "Mr Speaker, insemmi wkoll l-inizjattivi li ttieħdu favur persuni b'diżabilità.", "Għall-ewwel darba single persons li għandhom diżabilità se jkunu jistgħu jixtru għaliex s'issa persuni single ma setgħux jixtru mingħand l-awtorità.", "Dan apparti li l-awtorità qed tirriżerva 12% ta' l- istock kollu tagħha għal familji li jkollhom persuna b'diżabilità, u dawn qed jingħataw ukoll prijorità fuq il-kategoriji kollha.", "Iżda l-awtorità għandha wkoll skemi biex persuni b'diżabilità jindirizzaw il-problema tagħhom personali billi jirranġaw id-dar tagħhom.", "Ħafna drabi din l-għajnuna qed tissarraf billi dawn in-nies jistallaw stair lifts u anke lifts.", "Din l-iskema partikolari m'hijiex marbuta mat-test tal-mezzi u hawnhekk għandna għotjiet ta' Lm1,500 għall-istair lift u Lm2,500 għal- lift.", "Barra minn hekk insibu li l-awtorità daħlet għal proġett ieħor bl-iskop li tgħin persuni li għandhom problema ta' mobilità u joqogħdu fi flats tal- gvern.", "Din l-iskema m'hijiex marbuta biss mal-Belt, il-Furjana u l- Kottonera, iżda kull fejn hemm persuni li għandhom problemi ta' mobilità u joqogħdu fi flats tal-gvern jistgħu japplikaw biex jiġi stallat lift,", "persuni li għandhom problemi ta' mobilità u joqogħdu fi flats tal-gvern jistgħu japplikaw biex jiġi stallat lift, naturalment bil-kunsens tal- kumplament ta' dawk li joqogħdu fl-istess block.", "Dan qed inaqqas mill- pressure li nies jitolbu li joħorġu mir-residenzi tagħhom, u qed inaqqas ukoll mill-pressure li nies jitolbu li jkollhom ground floor flats.", "Nafu li f'kull block flats hemm żewġ postijiet biss fil-ground floor, allura jekk jiġi stallat lift tonqos din il-pressure u n-nies ikunu jistgħu jibqgħu joqogħdu fl-istess dar.", "Inizjattiva li ttieħdet din is-sena li ta' min jiffoka fuqha, u anke jagħti l-prosit li ttieħdet, hija proprju dik li teffettwa l-aktar faxxa ta' nies li għandhom bżonn is-sostenn tagħna.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-21 sena li kienu jgħixu ġo istituzzjoni tat-tfal.", "Ħafna drabi tkun inqatgħet ir-relazzjoni tagħhom minn mal-familja, allura meta jiġu biex jgħixu ħajja indipendenti ma' l-età ta' 18-il sena waħda mill- ikbar problemi li jiffaċċjaw hija proprju l-problema ta' fejn se jmorru joqogħdu.", "Dawn ikunu għadhom żgħar, ikunu għadhom se jibdew jaħdmu u ma jkollhomx flus imfaddlin biex ikunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom u anke l- kera tkun wisq għalihom.", "L-awtorità qed taħseb f'dawn iż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-21 sena permezz ta' sussidju speċjalizzat meta jsibu post fejn joqogħdu.", "Dan is-sussidju ttrippla u tela' għal Lm600 għal kull appartament.", "L-awtorità mhux biss qed tagħti dan il-cash grant imma permezz ta' l-aġenzija Appoġġ qed tagħtihom ukoll sostenn biex ikollhom integrazzjoni sħiħa fis-soċjetà.", "Insemmi malajr is-single parents.", "Hawnhekk rajna bidla fis-sistema ta' kif jingħataw il-punti lil dawk is-single parents li jkunu qegħdin ġo shelter u anke lil dawk li jkunu qegħdin joqogħdu f'postijiet b'kera għoli ħafna.", "Is- sistema ta' punti l-antika kienet tiżvantaġġjahom għaliex kienu jingħataw inqas punti minħabba li diġà kellhom saqaf fuq rashom.", "Issa qed jittieħed into consideration il-fatt li dawn qegħdin ġo shelter għax meta qegħdin ġo shelter ma jfissirx li għandhom post permanenti.", "Dawn ix-shelters huma għall-emerġenza, li wieħed jidħol fihom f'mument ta' kriżi, imma mbagħad irid joħroġ minn hemm għax inkella ma jkunx hemm post għal crisis intervention.", "Is-sistema ta' punti li qed tinħoloq, li dawn in-nies ma jibqgħux jiġu żvantaġġjati sempliċement għax għandhom shelter temporanju fuq rashom, qiegħda tgħin biex dawn is-single parents jingħataw dak in-nifs li għandhom bżonn u jitilgħu fil-lista ta' prijorità.", "Mr Speaker, qabel ma nagħlaq nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu fil-housing authority għax-xogħol, għall-impenn u għall-mod professjonali li bih huma qegħdin jesegwixxu l-ħidma tagħhom.", "Veru li llum qegħdin niddiskutu l-estimi tal-housing authority, però ippermettuli wkoll li nirringrazzja lin-nies li jaħdmu fid-dipartiment tas-social housing u fid-dipartiment tal-construction and maintenance, kif ukoll dawk l-aġenziji u NGOs li qegħdin jikkollaboraw mal-housing authority biex flimkien dejjem intejbu l-qagħda tal-familji Maltin li l-iktar ikunu fil-bżonn biex dawn ikunu jistgħu jgħixu ħajja ħafna aħjar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu l-budget li huwa avveniment importanti fil-ħajja ta' kull parlament.", "Iżda meta tistaqsi lin- nies li tiltaqa' magħhom sew fi ħwienet, f'każini u fid-djar, jekk jinteressahomx il-budget tinduna li hawn ċerta apatija.", "M'għadux ikun hemm dak l-interess, dik il-ħeġġa li kien ikun hemm qabel biex kulħadd jara x'għandhom x'jgħidu d-diriġenti tal-pajjiż.", "Riċentement kien hemm programm televiżiv u mill-kummenti li kien hemm wieħed jinduna li l-maġġor parti tan- nies jippreferu logħba football milli jisimgħu dak li jkun qed jingħad f'din il-Kamra dwar il-budget.", "Naħseb li din hija attitudni li ta' min jistħarriġha.", "Fil-passat il-budget kien xi ħaġa li tinteressa lil kull ċittadin.", "Kulħadd kien jeħel quddiem it-television u jistenna biex jara x'se jmissu u kif se titjieb il-qagħda tiegħu, imma llum bil-kontra.", "Illum donnu hawn dik l- apatija li l-budget isir għax bilfors irid isir, għax huwa parti mix-xogħol ta' kuljum, imma kulħadd jaf li ċerti miżuri jitħabbru iktar 'il quddiem.", "Allura qed jonqos anke dak is-sens ta' fiduċja f'dak li jintqal għax kulħadd qed jinduna li m'huwiex dak li verament hemm ippjanat għalih.", "U din hija xi ħaġa li sfortunatament qed tirrifletti ruħha anke fl-istess rapport ta' l-awtorità tad-djar.", "Hawnhekk għandna rapport li suppost huwa analiżi ta' dak kollu li sar, u suppost jaħti indikazzjoni ta' dak kollu li ġie implimentat minn dak li ġie mwiegħed fis-sena ta' qabel, u suppost juri wkoll dak li hemm ippjabat għall-futur.", "Imma wieħed bilfors ikollu jistaqsi x'inhi l-essenza ta' dan ir-rapport.", "Jien nixtieq nidħol proprju fil-fond ta' dan li qed jingħad b'ħafna pompa - wara kollox x'ħin tidħol fih ma ssib xejn - ħalli noħroġ id- differenza bejn il-politika tal-gvern preżenti f'dan il-qasam u dak li qed ngħidu aħna bħala partit biex nilqgħu l-aspirazzjonijiet ta' min verament huwa fil-bżonn.", "L-awtorità tad-djar hija struttura importanti fit-tmexxija tal-gvern għax id-djar huma dik ix-xi ħaġa li kulħadd ifittex sew biex jibni familja u sew biex ikollu l-wens tal-ħitan tiegħu.", "Naħseb li ma kenitx deċiżjoni ta' kif ġie ġie meta l-gvernijiet tal-passat u tal-preżent għażlu li jkun hemm awtorità tad-djar biex tieħu ħsieb li kulħadd ikollu saqaf diċenti, imma kienet deċiżjoni immirata purament sabiex ħadd miċ-ċittadini ma jispiċċa bla dar.", "Fil-fatt huwa prinċipju u dritt sagrosant stabbilit fil- Kostituzzjoni tagħna li kull ċittadin Malti jkollu fejn joqgħod.", "Bħala kelliemi fuq il-housing huwa dan li nippretendi li nara meta niftaħ ir- rendikont ta' l-awtorità tad-djar.", "Iżda spiċċajna bi ktejjeb mimli figuri li mhux kulħadd jifhimhom, u li fl-aħħar mill-aħħar huwa eżerċizzju ta' l- accountants li nsibu f'kull kumpannija oħra.", "Ma nsibu xejn dwar il- problema tal-housing li kellna s-sena l-oħra u kif din qiegħda tiġi affrontata.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-element ta' faqar ġdid li qed niffaċċjaw fil-mument.", "Din hija realtà li, nammettuha jew ma nammettuhiex, qegħdin inħabbtu wiċċna magħha.", "Illum għandna perċentwali sew ta' nies li għandhom saqaf fuq rashom - għalkemm żgur li mhux b'inizjattiva ta' gvern preżenti, imma b'inizjattivi ta' gvernijiet Laburisti - imma xorta qegħdin isibuha diffiċli wkoll għax id-distakk fis-soċjetà iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jitwessa' minħabba li qed jinħass in-nuqqas ta' xogħol.", "U n- nuqqas ta' xogħol awtomatikament jirrifletti ruħu fuq oqsma differenti, fosthom l-edukazzjoni.", "Meta titkellem man-nies kulħadd jgħidlek li naqsu l- flus mill-idejn, allura l-familja trid tagħmel il-budget tagħha u tipprova tnaqqas anke minn oġġetti essenzjali, inkluż l-edukazzjoni.", "Qegħdin insibu li qed tkun diffiċli li wieħed jibgħat lil uliedu fl-aħjar skejjel peress li hemmhekk irid iħallas, għax għalkemm isejħulha donation xorta huwa ħlas.", "Il-familji m'humiex f'pożizzjoni li jibagħtu iktar minn wieħed minn uliedhom fi skola privata, allura biex ma jħossux il-kuxjenza tniggiżhom jagħżlu li ma jibagħtu lil ħadd.", "Jiġifieri l-edukazzjoni huwa settur ieħor fejn wieħed qed jiġi kostrett li jagħmel l-ekonomija.", "Imbagħad meta dawn it-tfal jikbru u jibdew ifittxu d-dar tagħhom jiffaċċjaw il-problema tal-housing, li hija effett dirett ta' miżura li ħadet l- amministrazzjoni preżenti, li qiegħda tirrifletti fuq l-ammont ta' housing disponibbli.", "Qed nirriferi għall-kwestjoni taż-żieda fit-tariffi tal- qorti.", "Forsi wieħed jistaqsi x'għandha x'taqsam, imma jien ngħid li għandha x'taqsam għas-sempliċi raġuni li s-sistema legali tagħna tagħti lok li jinqala' nuqqas ta' qbil kif għandha tinqasam proprjetà u wieħed ikollu bilfors jirrikorri għal soluzzjoni ġudizzjarja.", "Allura hawnhekk deħlin fil- kamp tad-dikjarazzjoni tad-dritt.", "Issa x'inhi d-differenza bejn il-każ fejn trid issir dikjarazzjoni ta' dritt u fejn għandek sempliċi talba fuq ammont finanzjarju?", "Kif ġiet is- sitwazzjoni issa wara l-introduzzjoni tat-tariffi, wara l-mod kif ġew komposti l-kompetenzi tal-qrati, bejn it-tribunali, il-qorti tal-maġistrati u l-qorti superjuri, il-kawżi ta' kompetenza ta' Lm1,500 qed jissejħu small claims.", "Ma nafx b'liema kriterji ddeċidejna li Lm1,500 hija small claim għax Lm1,500 huma ammont ta' flus sostanzjali.", "Il-kompetenza tal-qorti tal- maġistrati tasal sa Lm5,000 u fil-qorti ta' fuq issir dikjarazzjoni ta' dritt.", "Mill-qorti tal-maġistrati 'l isfel, sat-tribunali, il-ministru qed jargumenta li tbaxxew it-tariffi.", "Żgur li t-tariffi huma ogħla milli qatt kienu.", "Il-problema ma tinqalax fejn għandek ammont fiss, imma meta tkun trid dikjarazzjoni għax bilfors ikollok tmur fil-qorti ta' fuq, immaterjalment mill-introjtu li tista' tagħtik din il-proprjetà.", "U hemmhekk kawża tiġik fuq it-Lm300.", "Issa meta jkun każ fejn irid jiġi deċiż punt ta' liġi, allura jista' jkollok bżonn iktar minn kawża waħda.", "Imbagħad għandek il- problema l-oħra li bilfors trid tqabbad perit tal-qorti, u l-ispejjeż dejjem telgħin.", "Allura nispiċċaw li flok qed naraw kif nimbuttaw biex il-proprjetà tiġi fuq is-suq se nispiċċaw bil-problema - xi ħaġa li se niffaċċjaw żgur fis-snin li ġejjin - fejn se jkollna ammont sostanzjali ta' proprjetajiet sew ta' djar abitabbli u sew ta' proprjetajiet li jistgħu jiġu żviluppati, li se jinqabdu f'dawn iċ-ċrieki legali għax ħadd ma jieħu l-passi neċessarji.", "Allura se nispiċċaw b'iktar proprjetajiet magħluqa.", "Il-fatt li dan il-pajjiż qed jiffaċċja sitwazzjoni ta' faqar mhux qed nivvintah jien, m'huwiex rifless sempliċement minħabba l-fatt li ħafna ġenituri qed jilmentaw li l-edukazzjoni hija beyond their reach, imma anke l-istess chairperson ta' l-awtorità tad-djar ikkummentat f'dan is-sens.", "F'artiklu ta' April qalet dan bl-aktar mod ċar billi ħadet l-eżempju ta' familja Maltija li trid tgħaddi b'introjtu ta' Lm5,000.", "Mit-ton li kitbet forsi ma kenitx daqshekk konvinta li hawn tant nies li jridu jgħaddu b'Lm5,000.", "Imma sfortunatament hawn ħafna, u jekk naraw iċ-ċensiment li kien sar fl-1995, insibu li kien ġie stabbilit li għandna faxxa mhux ħażin li jgħaddu b'Lm2,000 fis-sena u mhux b'Lm5,000.", "Din hija ħaġa iebsa imma teżisti.", "F'dak l-artiklu ċ-chairperson ammettiet bl-iktar mod kategoriku li anke l- awtorità tad-djar għandha proprjetajiet li mhumiex affordable.", "Issa rridu nġibu quddiem għajnejna li l-awtorità tad-djar hija l-organu mwaqqaf biex purament jieħu ħsieb lil min m'għandux saqaf fuq rasu, sabiex dan ikun jista' jaffordja li jixtri.", "Għandna din l-ammissjoni kategorika li l- housing li tipprovdi l-awtorità tad-djar m'huwiex affordable għal dawn in- nies li jaqgħu f'din il-faxxa.", "Din hija sitwazzjoni inkwetanti ħafna, iktar u iktar meta qed inpoġġuhom fil-ġenb u ngħidu li ma nistgħux ngħinuhom.", "U din il-problema lanqas hija indirizzata fl-istess rapport.", "Biss dan it-tip ta' faqar m'huwiex problema unika għalina.", "Il-politika tal-gvern preżenti hija li nidħlu fl-Unjoni Ewropea u ħafna jħarsu lejn id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea bħala s-soluzzjoni għall- problemi tal-pajjiż.", "Iżda dan l-aħħar fl-Unjoni Ewropea kkonkludew rapport, fejn ġiet ikkwotata Anna Diamantopoulou li hija l-Commissioner for Employment and Social Affairs fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li minnu rriżulta li hemm 60 miljun li huma dikjarati li jgħixu below the poverty line.", "Naħseb li din hija xi ħaġa allarmanti għall-Kontinent li jrid jingħaqad, imma tkun aktar allarmanti għalina għax jekk forsi l-problema ta' faqar fejn jidħol housing f'pajjiżna għadha m'hijiex daqshekk mifruxa, wisq nibża' li appena tiġi żmantellata l-protezzjoni tal-mod kif ikunu jistgħu jidħlu l-barranin u jidħol il-kapital hawn Malta, din il-problema tikber anke f'pajjiżna.", "Minkejja l-fatt li l-proprjetà f'pajjiżna diġà hija expensive, xorta nemmen li għal ħafna mill-barranin li jkunu jistgħu jiġu hawnhekk, din se tkun irħisa.", "Allura l-prezz tal-proprjetà se jkompli jogħla u jekk fil-mument qegħdin ngħidu li b'Lm5,000 dħul għandna stat fejn iċ-ċittadini mhumiex f'pożizzjoni li jaffordjaw il-housing tagħna, allura se tkun problema wisq ikbar jekk ikunu jistgħu jidħlu dawn il-barranin.", "Dan id-dibattitu dwar il-housing huwa importanti għax minnu jrid joħroġ il- punt li ċ-ċittadin isir il-ministru tal-housing huwa nnifsu.", "Allura wieħed jistenna li fit-tfassil tal-programm tagħha l-awtorità tad-djar kellha titkellem fuq dawn il-punti, u tgħid x'jista' jiġri 'l quddiem jekk aħna qed nippjanaw biex nidħlu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Kif se tiġi tackled il-problema ta' housing jekk hemm tant nies li qegħdin jgħixu f'povertà fuq il-Kontinent?", "Imma apparti dak l-element ta' faqar, hemm element ieħor - li 'l quddiem nixtieq nidħol fih iktar fid-dettall - tal- mod kif isir il-kejl.", "Hawn Malta għadna bl-idea, kif joħroġ ċar mir- rapport, li l-mod kif isir il-kejl huwa billi nħarsu lejn x'għandu dak li jkun.", "Naqbdu l-lista ta' l-assi ta' dak li jkun, ninvestigawh ta' taħt fuq, u naraw kemm għandu flus il-bank.", "Jista' jiġri l-każ li jkollok persuna li tkun on the border, u għal ftit mijiet ta' liri jew forsi anke għal xi ftit liri, din ma tikkwalifikax.", "Dan ifisser li din il-persuna tista' tgħix mingħajr ma tingħata għajnuna?", "Ħaġa oħra li toħroġ mir-rapport li għadni kemm semmejt, fejn tkellmet Anna Diamantopoulou, hija proprju l-mod kif għandu jiġi deċiż jekk persuna tikkwalifikax jew le għall-għajnuna.", "Fil-fatt it-tendenza hija iktar li nħarsu lejn dak li m'għandux dak il-bniedem u mhux lejn x'għandu.", "B'hekk wieħed ikun jista' janalizza aktar it-tip ta' faqar li jeżisti fil-pajjiż.", "Ngħaddi biex inħares ftit lejn xi punti saljenti li joħorġu mir-rapport.", "Bla dubju ta' xejn quddiem għajnejja jiġu l-iskemi li toffri l-awtorità tad- djar li huma verament tajbin u wieħed irid jinkoraġġihom.", "Dawn huma intiżi biex jgħinu u naħseb li jistgħu jkunu diretti b'mod li jiċċentraw iktar it- targets tagħhom.", "Iżda d-diskors dejjem jaqa' fuq areas speċifiċi, fosthom il-Kottonera, il-Furjana u l-Belt.", "Jien naħseb li meta jingħataw l-eżempji m'għandniex nibqgħu ċċentrati b'dan il-mod.", "Wieħed mill-kummenti li smajna kien li ntnefqu ħafna flus fuq reklamar.", "M'iniex se ngħid li ma sarx reklamar biex il-poplu in ġenerali jkun jaf dwar l-iskemi, imma hija ħaġa ta' l-iskantament li meta niltaqa' man-nies ftit huma dawk li jkunu jafu bihom.", "Allura naħseb li hemm xi ħaġa ħażina fil-mod kif qed jiġu reklamati dawn l-iskemi.", "Hija sfortuna li ħafna nies ma jafux li hemm ċerti skemi bħalma hija dik li tingħata għajnuna biex, per eżempju, jirranġaw kmamar tal-banju, is-sistema tad-dawl, ħsara ta' l- umdità u soqfa.", "Tidħol fi djar u tinduna li dawn qegħdin jgħixu f'miżerja għax ma jaffordjawx jagħmlu dawk l-ispejjeż u sfortunatament ma jkunux jafu li hemm dawn l-iskemi biex jgħinuhom.", "Jiġifieri żgur li hemm xi ħaġa ħażina.", "Jien konvint li min-naħa ta' l-awtorità qed isir sforz biex kulħadd isir jaf b'dawn l-iskemi u ninsab konvint li hemm ċerta konċentrazzjoni fuq l-iktar partijiet ta' Malta li jissemmew li huma fil- bżonn ta' għajnuna biex issir manutenzjoni tad-djar, imma ma naħsibx li għandna nabbandunaw il-partijiet l-oħra ta' Malta.", "Naħseb li kieku wieħed kellu jdur ċerti partijiet ta' Malta jiltaqa' ma' ħafna djar ta' dan it-tip.", "Hawnhekk dejjem qed nindirizza s-south ta' Malta.", "Ikun utli li wieħed jinvestiga għalfejn dawn in-nies ma jafux li hemm dawn l-iskemi u jekk hemm bżonn - m'hemmx għalfejn issir pubbliċità permezz tar-radjijiet - għandhom jintefgħu anke leaflets f'dawn l-inħawi.", "Mr Speaker, ma neħux pjaċir li niltaqa' ma' każi - għax għalkemm jien nikkonċentra fuq in-nofsinhar tal-pajjiż xorta niltaqa' ma' każi u niddiskuti problemi ta' housing ma' ħafna nies li jgħixu fil-Belt - bħalma ltqajt f'żewġ blocks ta' flats fil-Belt, fejn ir-residenti kollha, li huma magħrufin ma' partit partikolari, kellhom il-kamra tal-bejt u l-common parts tagħhom irranġati barra ta' din il-persuna partikolari.", "Bla dubju ta' xejn hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-awtorità tad-djar, imma għad- dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni.", "Ikun għajb li jsiru dawn l- affarijiet l-ewwelnett għaliex m'għandux ikun hemm din id-distinzjoni politika bejn in-nies li qegħdin jgħixu fl-istess appartamenti, u t-tieni nett ma nemminx li għandu jkun hemm min - għax ninsab żgur li m'huwiex il- ħsieb tal-ministru li nużaw dawn it-tip ta' servizzi għal skopijiet ta' kampanja politika - jinqeda b'dawn is-sitwazzjonijiet biex jogħġob lil xi ħadd partikolari.", "Wieħed irid jinvestiga sabiex ikun żgur li meta jkun hemm skemi, sew jekk min-naħa ta' l-awtorità tad-djar u sew min-naħa tad- dipartiment tal-housing, maintenance and construction, l-affarijiet isiru kif għandhom isiru u kulħadd jirċievi s-servizzi li għandu jirċievi.", "Ħaġa oħra dwar dawn l-iskemi li lili tinkwetani hija li meta ċ-ċittadin japplika għal din l-iskema u tintlaqa' t-talba tiegħu, iċ-ċittadin irid jixtri l-affarijiet u jħallas ix-xogħlijiet hu u mbagħad id-dipartiment jirrifondilu l-ispejjeż li jkun għamel.", "Jekk dan għandu l-finanzi biex jixtri l-affarijiet u jħallas ix-xogħlijiet hu, allura ma jkunx il-każ li jikkwalifika għall-għajnuna.", "Din waħda kontra l-oħra.", "Naħseb li ħafna nies jaqtgħu qalbhom li japplikaw, għax ma jkunux jifilħu joħorġu dawk l- ispejjeż huma.", "It-tieni nett din l-iskema għandha tiġi upgraded, fis-sens li jintuża dak il-prinċipju li llum qed jintuża fl-insurances.", "Illum meta jkun hemm xi inċident il-parts tal-karozzi jixtruhom huma u jkunu huma stess li jgħadduhom lill-panel beater.", "Naħseb li din tkun xi ħaġa utli għax l-ewwelnett id-dipartiment ikun żgur li dak il-materjal veru nxtara għax l-irċevuti jiġu depożitati għandu - għalkemm m'hijiex xi ħaġa li qatt ma smajnieha li jkun hemm min jabbuża u jirnexxilu jġib irċevuti għal dawn l-affarijiet meta fil-fatt ma jkunux inxtraw – u t-tieni nett l-affarijiet jimxu iktar b'effiċjenza u fit-tielet lok tinqata' dik il-ħafna burokrazija ta' karti, ġiri u periti.", "Jiġifieri kollox isir on site, kollox jiġi deċiż dak il-ħin u iktar tkun ħaġa faċli.", "Naħseb li ta' min jagħmel kjarifika dwar kif din l-iskema tkun iktar effiċjenti u ta' inqas piż għaċ- ċittadin li japplika għaliha.", "Punt ieħor jirrigwarda l-fidi ta' ċnus.", "Hija t-tendenza li jkun hemm pressjoni biex kulħadd isir is-sid ta' daru.", "Hija ħaġa sabiħa u dak li jkun għandu jaspira għaliha.", "Biss wieħed jinnota li l-awtorità tad-djar qed toħroġ ammont sostanzjali ta' flus biex tissussidja lil min irid jifdi ċ-ċens.", "Issa hawhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni.", "Issa hawnhekk wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn min m'għandux dar u min għandu dar li hija b'ċens.", "Fejn bniedem m'għandux dar u jingħata saqaf wieħed jifhem li hemmhekk l-awtorità qed tagħmel sforz biex tiġi solvuta problema.", "Min-naħa l-oħra min għandu ċens għandu d-dar tiegħu.", "U hawnhekk wieħed jistaqsi jekk huwiex il-każ li l-għajnuna li l-awtorità tad-djar qed tagħti biex isir il-fidi taċ-ċens għandhiex tibqa' f'idejn l-istess awtorità, jew inkella wasalx iż-żmien li dawn il-flus joħroġhom il-gvern ċentrali, jekk għandu jkun hemm is-sussidju biex isir dan il-fidi.", "Naħseb li jkun iktar utli li dawn il-fondi li qed toħroġ l-awtorità jintużaw band'oħra.", "Kif diġà aċċennajt qabel, fejn jidħlu dawn l-iskemi huwa importanti l-mod kif issir l-analiżi ta' min jikkwalifika għalihom.", "Naħseb li wasal iż- żmien li jinbidel it-test li jsir jekk bniedem għandux jikkwalifika għall- għajnuna jew le.", "Kif diġà spjegajt iktar qabel, illum il-ġurnata t- tendenza hija li niċċekkjaw l-assi ta' dak li jkun, xi proprjetà għandu u kemm għandu flus il-bank.", "Allura qed tinqala' l-problema li bniedem jista' jkun qed idaħħal xi ftit interessi li bihom jaqbeż bi ftit il-border line tal-kriterji biex jikkwalifika, bil-konsegwenza li ma jibbenefikax mill- għajnuna.", "Għalhekk se jkollna ċerti djar li jistgħu jiġu rranġati u jiġu abitabbli, imma qed jibqgħu vojta.", "Il-fatt li bniedem ikun qabeż bi ftit il-means test ifisser li dan ikun jaffordja jagħmel it-tiswijiet neċessarji.", "Hawnhekk naħseb li s-sistema għandha tinbidel u tiġi applikata t-tendenza li hemm fuq il-Kontinent, li wieħed jeżamina x'inhuma n- nuqqasijiet ta' l-individwu.", "Problema oħra li ilha ħafna tiġi diskussa, imma li ma rajt xejn dwarha min- naħa ta' l-awtorità, hija dik tad-djar vojta.", "Forsi din ma taqax direttament taħt il-kompetenza ta' l-awtorità tad-djar, imma ladarba qed jintnefqu ħafna flus biex isiru studji li jirrigwardaw il-housing, naħseb li din il-problema tad-djar vojta għandha tiġi studjata.", "Kif diġà għedt fl- introduzzjoni tiegħi, il-problema tad-djar vojta iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar se tikber.", "Għalkemm saru diversi riċerki biex naraw fejn qiegħda din il-proprjetà u ta' min hi, milli jidher illum il-ġurnata waqaf kollox għax ftit għadna nismgħu fuqha u ftit huma l-inizjattivi li qed jittieħdu.", "Naħseb li biex din il-problema tiġi riżolta l-ewwel ma jrid isir huwa li nħarsu lejn il-Kodiċi Ċivili li jirregola l-proprjetà nnifisha.", "Apparti li l-problema tat-tariffi tal-qrati se tkompli żżid il-problema tad-djar vojta - u l-partit Laburista diġà wiegħed li se jirrevedi t-tariffi tal- qrati ħalli jkunu jistgħu jingħataw ċerti proprjetajiet li huma miżmuma l- qorti minħabba xi kwestjonijiet - ninsab konvint li trid issir analiżi ħalli tinstab soluzzjoni għal proprjetajiet li jew qegħdin il-qorti jew inkella qegħdin vojta minħabba li s-sidien ma jkunux jaffordjaw jiftħu kawża biex issir dik il-qasma, jew inkella għal raġunijiet ta' inkejja.", "Fejn jidħol il-wirt hemm korp ta' liġijiet importanti, li għandu iktar minn 400 sena, u naħseb wasal iż-żmien li jiġi rivedut.", "Xi ħaġa oħra li wieħed irid iħares lejha hija l-kwestjoni tal-kirjiet.", "Hawn ħafna li qegħdin jaħsbu li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea din il- kwestjoni tal-kirjiet tiġi riżolta.", "Żgur li mhux il-każ.", "Il-protezzjoni tal-kirjiet hija xi ħaġa li nsibuha anke fuq il-Kontinent, u Allaħares ma jkunx hekk!", "Hawn ħafna li qegħdin jitkellmu dwar kif għandhom jiżdiedu dawn il-kirjiet, kif għandhom jiġu regolati, imma naħseb li hawnhekk wieħed irid ikun kawt għaliex ħafna min-nies li qegħdin fil-kirjiet qodma llum huma pensjonanti u m'humiex f'pożizzjoni finanzjarja li jiffaċċjaw din ir- realtà.", "Din hija xi ħaġa li l-amministrazzjoni trid iżżommha quddiem għajnejha.", "It-tieni nett wieħed irid ikun kawt ukoll għas-sempliċi raġuni li ħafna nies huma moħħhom mistrieħ mid-dar tagħhom u kif iħossu dik id- daqqa ta' kirjiet għoljin se jsibuha diffiċli biex ikampaw.", "Tajjeb inkunu ċari li fejn jidħlu kirjiet żgur li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tkun is- soluzzjoni.", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi diskussa internament.", "Wieħed mill-għanijiet indikati mill-awtorità tad-djar huwa li tintroduċi iktar trasparenza fejn tidħol accountability.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid jinkoraġġixxi għax ma ninsewx li l-awtorità tad-djar hija nkarigata minn ammont sostanzjali ta' flus u kulħadd iħares lejha bħala dik il-fonti minn fejn se joħorġu l-proprjetajiet, allura hemm lok fejn isir l-abbuż.", "Għalhekk l-accountability hija importantissima.", "Huwa interessanti li l- awtorità tad-djar qed telenka bħala prinċipju tagħha li se tkun iktar accountable għal dak li tagħmel.", "Mr Speaker, fl-estimi ta' l-awtorità tad-djar insibu wkoll li ġiet amalgamata s-sistema tal-punti.", "Hemm min jgħid li din hija sistema ġusta għax kulħadd jingħata l-punti skond dak li għandu, u hemm min jgħid li m'hijiex ġusta għax min għandu saqaf fuq rasu, anke jekk hu temporanju, jkun fi żvantaġġ.", "Issa ġiet amalgamata s-sistema ta' punti ta' l-awtorità tad-djar u tas-social housing.", "Iżda fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li din is- sistema ġiet unita jagħti lok għal diversi problemi.", "Minn din in-naħa tal- Kamra kien hawn il-kritika li l-allokazzjonijiet li kienu qed isiru bis- sistema tal-punti ma kenux qed isiru b'mod korrett u ġust.", "Saru diversi mistoqsijiet, anke minni personalment, fejn intalbet spjegazzjoni għaliex persuni li kellhom inqas punti minn ħaddieħor ġew allokati postijiet, imma r-risposta kienet tkun li l-ministru ma setax jagħti l-informazzjoni peress li din hija konfidenzjali.", "Issa li din is-sistema tal-punti ġiet amalgamata, ġiet riżolta din il- problema ta' meta wieħed jilmenta li individwu ngħata iktar punti minn ieħor?", "Wieħed jista' jgħid li issa hemm il-bord ta' l-appell fejn wieħed jista' jappella dwar il-każ tiegħu.", "Fil-fatt jirriżulta li kien hemm ċerti ilmenti li waslu quddiem il-bord ta' l-appell, ġew diskussi u kien hemm min ħa raġun.", "Imma xorta waħda jien nemmen li ladarba b'din is-sistema tal- punti se jiġu allokati punti skond eżami li huwa diġà stabbilit, dan jista' jagħti lok għal abbuż kif kien jiġri qabel.", "Barra minn hekk jien ma nemminx li din hija sistema ġusta.", "Nerġa' ngħid li s-sistema ta' l-analiżi tal-mezzi tal-persuna m'għandhiex tkun iċċentrata fuq dak li għandha.", "L-ewwelnett meta s-sistema tkun iċċentrata fuq il-fatt li individwu jingħata ċertu ammont ta' punti fuq dak li għandu, allura tkun qed timbotta lil dak li jkun biex jieħu miżuri ħalli ma jidhrux ċerti affarijiet fuqu.", "Min-naħa l-oħra jekk tiġi mbuttata l- idea li wieħed għandu jiġi ġġudikat fuq dawk in-nuqqasijiet li għandu iktar inkunu realistiċi, iktar inkunu qrib taċ-ċittadin u dak li jkun iktar jipprova jgħin ruħu.", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq it-trasparenza ma nistax ma nagħmilx riferenza għaċ-chief executive li kellha l-awtorità tad-djar, is-Sur Grioli.", "Bħal ħafna nies oħra, ma nafx ir-raġuni għaliex telaq jew ġie mkeċċi.", "Din ħaġa li baqgħet misteru u ġaladarba l-awtorità qed tenfasizza daqstant li jkun hemm accountability, naħseb li anke l-awtorità għandha tkun accountable lejn dan il-parlament, lejn l-istess ċittadin u dan il-misteru ma jibqax misteru.", "Ngħiduha kif inhi, in-nies titkellem u smajt ħafna versjonijiet, li ħafna minnhom qablu, li jispjegaw għalfejn tkeċċa s-Sur Grioli.", "Min-naħa l-oħra, meta nisma' l-versjoni li smajt, ma naħsibx li jkun għaqli li f'dan il-mument wieħed jgħid li s-Sur Grioli telaq minħabba dik ir- raġuni.", "Naħseb li għandha tkun l-istess awtorità li tiddikjara għalfejn telaq is-Sur Grioli.", "Jekk xejn, għax is-Sur Grioli llum qed jokkupa kariga f'Kastilja, jiġifieri fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn wieħed irid ikollu ċerta fiduċja.", "Allura mhux il-każ li wieħed jitfa' ċerti dubji dwar dan il-bniedem.", "Imma d-dubji qegħdin hemmhekk u naħseb li jekk aħna qed nitkellmu fuq trasparenza wasal iż-żmien li jispiċċa dan il-misteru u wieħed ma jibqax fl-għama dwar x'ġara verament.", "Qed ngħid dan għax jekk dak li smajt huwa minnu, li ġie mkeċċi bil-mod li ġie mkeċċi, allura jista' jagħti lok li ħafna nies ikollhom raġun ifittxu redress għall-problemi li setgħu ġew milquta minnhom.", "Għalhekk ikun ġust li dan il-misteru ma jibqax misteru u kulħadd isir jaf verament x'ġara f'din l-awtorità, u x'kienu r- raġunijiet għalfejn bniedem li kien ilu jokkupa din il-kariga għolja għal tant snin ġie mneħħi mil-lum għal għada.", "Mr Speaker, ninsab konvint li saru ħafna tentattivi biex l-awtorità tad- djar tkun effiċjenti u s-servizzi tagħha jissodisfaw lill-poplu in ġenerali.", "Min-naħa l-oħra ma nistax ma nsemmix żewġ punti żgħar li ltaqjt magħhom jien personalment u smajt kummenti minn ġo l-istess awtorità dwarhom.", "Punt minnhom huwa li l-awtorità hija understaffed.", "Titkellem ma' min titkellem fl-awtorità jgħidlek li huwa nifsu maqtugħ, they are working under pressure u li m'humiex ilaħħqu max-xogħol.", "U sa ċertu punt nista' naqbel magħhom għax iċċempel meta ċċempel l-awtorità trid ħin konsiderevoli biex jirrisponduk.", "Imma l-agħar waħda kienet meta nbiddlu n-numri tat-telephones.", "L- ewwelnett ma ltqajt ma' l-ebda avviż min-naħa ta' l-awtorità dwar dan, għalkemm kienet ir-responsabbiltà tal-korporazzjoni Telemalta li tavża.", "Imma t-tajba kienet li meta int iċċempel in-numru ta' l-awtorità tad-djar mingħajr ma tagħmel 21 quddiemu kien jinstema' ringing tone imma ma jirrispondi ħadd.", "Ma nafx x'inhi r-raġuni li fil-każ ta' l-awtorità mhux jaħdem is-servizz li inti tiġi mqabbad awtomatikament sakemm jgħaddi l- perjodu li fih tindara s-sistema li nżidu 21 qabel in-numri tat-telephone.", "Forsi wieħed jaħseb li l-awtorità trid tfarfar mill-workload li għandha billi tħalli lil kulħadd jistenna fuq it-telephone mingħajr ma jaqbad magħha.", "Naħseb li dawn l-affarijiet huma żgħar imma jitfgħu dell ikrah fuq l-istess awtorità.", "Meta tmur fil-bini ta' l-awtorità wieħed mill-ewwel jinduna li hija understaffed minħabba l-ħin konsiderevoli li jrid jistenna sakemm jinqeda, iktar u iktar meta l-iskrivan ta' wara l-counter ikollu jidħol ġewwa, għax il-counter jibqa' unattended.", "Naħseb li r-realtà tistona ma' dak li naqraw fil-ktejjeb pulit li għandna quddiemna fejn naraw kollox miexi fuq ir- rubini, kollox effiċjenti, imma mbagħad iċ-ċittadin jiltaqa' ma' sitwazzjonijiet fejn mhux talli ma jkunx moqdi kif għandu jkun imma jkollu jistenna ħin konsiderevoli.", "Xi ħaġa oħra li ġibditli l-attenzjoni hija l-kwestjoni tal-care and repair unit, ħaġa innovattiva fi ħdan l-awtorità li ġiet imbuttata b'ċerta pompa.", "Jien jidhirli li d-dipartiment tal-maintenance and construction jagħtu dan is-servizz ukoll.", "Jiġifieri diġà hemm unit fi ħdan dan id-dipartiment li tieħu ħsieb il-blokki tal-flats tal-gvern.", "Meta jkun hemm xi ilmenti hemm uffiċjali apposta li jmorru jivverifikaw u mbagħad jagħmlu x-xogħlijiet fil- proprjetà tal-gvern.", "U jidhirli li fi ħdan is-CDU f'Beltissebħ hemm ukoll dan it-tip ta' unit li meta jidħlu ilmenti dwar proprjetajiet tal-gvern imur jinvestiga u jagħmel dawn ix-xogħlijiet.", "Issa faqqas it-tielet wieħed, il-care and repair unit min-naħa ta' l- awtorità u nassumi li fuq proprjetajiet li mhumiex tal-gvern.", "L-idea hija tajba, imma hawnhekk wieħed jistaqsi għalfejn din ir-ripetizzjoni kollha!", "Jien ninsab informat li l-maintenance and construction unit tal-housing għandu mal-50 ruħ tas-sengħa impjegati miegħu li kapaċi jagħmlu dan ix- xogħol.", "Kienu saru anke mistoqsijiet parlamentari fuq dan is-suġġett u l- informazzjoni li għandi jien hija li dawn in-nies iktar ma jagħmlu xejn milli jagħmlu.", "Hawnhekk forsi hawn min jista' jikkoreġini, imma din l- informazzjoni li għandi jien.", "Allura jekk diġà għandna l-unit, jekk diġà hemm min hu nkarigat biex jieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet, għalfejn għandu jkun hemm dan l-isparpaljar ta' fondi?", "Din hija xi ħaġa li turta lil dak li jkun għax jidher biċ-ċar li bejn dipartiment u ieħor, immaterjalment jekk namalgamawx il-punti, u jekk inkunux ftit metri 'l bogħod minn xulxin, hemm nuqqas ta' koordinazzjoni sħiħa.", "Hawnhekk ta' min jerġa' jagħmel l- istudji sewwa u jara kemm effettivament huwa utli li jkollna tliet dipartimenti separati.", "Kumment ieħor f'dan is-sens - din id-darba qed nirriferi għall-construction and maintenance unit tas-CDU - huwa l-fatt kif dawn ifarfru minn dipartiment għall-ieħor.", "Nirriferi għall-każ speċifiku fiż-Żurrieq fejn hemm saqaf ta' garaxx, li fuqu hemm dar ta' abitazzjoni, li huwa kkundannat għax ix-xibka faqqgħet u dan jista' faċilment jikkrolla.", "Saret korrispondenza fuq korrispondenza sew mad-dipartiment tal-maintenance and construction u sew mad-dipartiment tal-construction and maintenance, minn Qajfas għal għand Pilatu, u s-saqaf għadu hekk sal-lum.", "Kien hemm korrispondenza anke min-naħa tad-direttur tal-maintenance and construction li milli jidher daħal fil-fond fil-kwestjoni - u tapprezza l-fatt li daħal fil-fond fiha - u anke indika fejn iridu jsiru x-xogħlijiet.", "Intbagħtet il- korrispondenza kemm min-naħa tiegħu u kemm min-naħa tal-persuna li tkellimt magħha, saru mistoqsijiet parlamentari hawnhekk biex tingħata r-raġuni għalfejn ma sarux ix-xogħlijiet u r-risposta kienet li l-mistoqsija għandha tintbagħat lid-dipartiment ikkonċernat.", "U Alla jbierek, id-dipartiment ikkonċernat ħadd m'hu!", "Il-biża' hu wieħed, li dak is-saqaf jispiċċa jiġġarraf u mbagħad ikollna l-artikli fil-gazzetti tas-soltu.", "L-istess bħalma kellna meta kien hemm il-każ ta' Cesare.", "Wara li waqa' smajna dak l- istorbju kollu!", "L-istess qed jiġri fir-rigward ta' l-awtorità tad-djar, minn awtorità waħda din qiegħda tfaqqas f'diversi units.", "Tajjeb li jkun hemm ċerta organizzazzjoni u tajjeb li x-xogħol ikun mifrux, imma huwa daqshekk neċessarju li jiġu kkreati units fuq units fi ħdan l-istess awtorità?", "Għandu jkun hemm daqstant sparpaljar ta' flus?", "Allura bilfors tasal għall- konklużjoni li dawn il-units kollha, apparti l-maskra li qed isiru biex inkunu organizzati, jirriflettu t-tendenza tal-gvern li tiġi organizzata awtorità f'awtorità f'awtorità.", "U r-raġuni hija waħda: Just get jobs for the boys u xejn iżjed.", "Għax ma nistax nifhem għalfejn f'dipartiment wieħed għandu jkun hemm diversi units kollha intiżi biex jindirizzaw problemi speċifiċi.", "Xi ħaġa oħra ta' interess li toħroġ minn dawn l-estimi ta' l-awtorità tad- djar hija l-fatt li l-gvern iddeċieda li jpoġġi fuq is-suq proprjetajiet tal-Joint Office.", "Din hija xi ħaġa li ħafna kienu qegħdin jistennew.", "Ħafna kienu qegħdin jistaqsu dwar il-possibbiltà li jsir il-fidi ta' ċnus ħalli n-nies jixtru djarhom.", "Din hija xi ħaġa li wieħed jinkoraġġixxi, imma żgur li mhux se tnaqqas il-problema tan-nies bla djar, għax min għandu l-proprjetà b'ċens qiegħda f'idu, allura żgur mhux se jkun il-każ li xi ħadd se jibbenefika fis-sens li jieħu dar fejn joqgħod.", "Jiġifieri din mhix miżura li se tindirizza lil dawk in-nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom, imma li se tibbenefika lil min diġà għandu l-proprjetà u b'hekk ikun qiegħed jinvesti.", "Il-ministru ħabbar li l-proprjetajiet kollha tal-Joint Office se jitpoġġew għall-bejgħ.", "Hawnhekk nitlob kjarifika għan-nom taċ-ċittadini kollha.", "Fid- diskors tiegħu l-ministru poġġa l-kwalifika li sew jekk tkun residenza kif ukoll jekk tkun dar ta' villeġġjatura.", "Allura forsi dawk huma l- proprjetajiet li se jitpoġġew fuq is-suq.", "Iżda nixtieq kjarifika mingħand il-ministru dwar il-każ meta jkun hemm nies jabitaw fi proprjetajiet li ġejjin minn kirjiet antiki.", "Attwalment dawn kienu rziezet li fl-antik kienu għorfa waħda li fiha kien jgħix il-bidwi u isfel kienu jinżammu l- annimali.", "Illum il-ġurnata nbnew ħafna djar fil-viċinanzi u minn razzett fil-kampanja sar villaġġ sħiħ u dan ir-razzett spiċċa fin-nofs, allura l- użu tiegħu bħala razzett spiċċa.", "Sfortunatament dawn huma proprjetajiet li kienu ngħataw lil dawn in-nies permezz ta' kuntratti speċifiċi għall-użu kummerċjali għax għall-Knisja ta' dak iż-żmien il-fatt li bidwi jrabbi l-annimali kien ifisser li qed jagħmlu kummerċ.", "Xorta għadu kuntratt kummerċjali, imma l-użu tiegħu llum spiċċa.", "Fil-fatt illum flok għandek il-bhejjem jgħixu ġo fih, dan ġie rranġat u qed iservi għal skop ta' residenza.", "Dawn it-tip ta' proprjetajiet qegħdin f'moħħ il-ministru?", "Dawn in-nies jistgħu jixtru dawn il-proprjetajiet ukoll?", "Nixtieq li dan jiġi kjarifikat.", "Kif kulħadd jaf tajjeb, il-gvern huwa fdat bl-amministrazzjoni tal-poprjetà u tal-fondi tal-pajjiż, u meta tpoġġi firxa tant wiesgħa ta' proprjetà fuq is-suq żgur li trid tpoġġi parti minn dak li l-amministrazzjoni ġiet fdata mill-poplu biex jiġi amministrat f'isimha.", "Hawnhekk qed inkun spekulattiv ħalli naraw li ma jsirx bħalma ġara f'okkażjonijiet oħra.", "Naħseb li l- iskop tal-gvern huwa li bniedem jixtri daru, imma fil-każ ta' persuna li għandha iktar minn proprjetà waħda, ma naħsibx li għandha tingħata l- fakultà li takkwista l-proprjetajiet kollha, sew jekk huma villeġġjatura u sew jekk huma residenza.", "Għax jekk din il-persuna hija moqdija billi takkwista proprjetà waħda, il-proprjetà l-oħra tista' faċilment tiġi mgħoddija lill-awtorità tad-djar jew lil xi aġenzija oħra tal-gvern biex tagħtiha lil min m'għandux.", "Naħseb li huwa utli li wieħed jidħol fid-dettall ta' dik il-klawsola biex jara li qabel isir il-bejgħ definittiv ta' dawn il-proprjetajiet, forsi ċerti proprjetajiet ikunu jistgħu jgħaddu għand min m'għandux.", "B'hekk il- gvern ikun jista' jaqdi iżjed il-funzjoni tiegħu bħala gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi l-budget ta' l-awtorità tad-djar huwa 'l bogħod milli joħloq ċerta inizjattiva u wens li l-poplu jistenna.", "Bħala inizjattiva żgur li fejn jidħol il-kamp tal-housing għadna lura ħafna għax, kif diġà aċċennajt, mhix qed issir dik l-inizjattiva biex jiġu kkreati iktar possibbiltajiet għal min qed ifittex dar u m'għandux dawk l-ammonti ta' flus fuq il-mejda kummerċjali.", "U kif diġà għedt, min-naħa ta' l-awtorità tad-djar hemm l-ammissjoni li l-housing tagħha mhuwiex affordable għal ħafna nies.", "Naħseb li dan kellu jkun il-punt li dan il-budget kellu jindirizza.", "L-amministrazzjoni kellha tieħu l-inizjattiva biex tara kif se ssolvi din il-problema u min qiegħed fil-band li ma jaffordjax jixtri proprjetà jingħata wkoll l-opportunità li jkollu daru.", "Dan huwa l-wens li l-poplu jistenna mingħand l-amministrazzjoni.", "Min-naħa l-oħra bħala budget żgur li huwa 'l bogħod milli jserraħ ras il- poplu tagħna mill-mod kif se jġib il-flus.", "Bħalissa f'Malta għandna problema kbira ta' xogħol.", "Tmur fejn tmur issib nies jistaqsu għax-xogħol.", "Ma nafx kif nisimgħu li l-figuri tan-nies qiegħda naqsu u n-nies li jaħdmu bi qligħ qegħdin jiżdiedu, għax ir-realtà li jien inħabbat wiċċi magħha kuljum hija li hawn nuqqas ta' xogħol.", "U żgur li billi nagħsru lill-Maltin biex iġibu l-flus minn barra minn Malta m'aħniex se nsolvu l-problema li għandna ta' nuqqas ta' xogħol.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm diversi inizjattivi billi ninkoraġġixxu lill-barrani biex jiġi jistabbilixxi n- negozju tiegħu f'pajjiżna u b'hekk jibdew jiġu ġġenerati aktar postijiet ta' impjiegi.", "Żgur li mhijiex se tkun inizjattiva flokha li jipprovaw jiġu ġenerati flus billi jitpoġġew il-proprjetajiet tal-Joint Office fis-suq.", "Dawk huma flus li qed teħodhom minn but u tpoġġihom f'ieħor.", "Naħseb li jrid ikun hemm ħafna iktar inizjattiva minn hekk.", "Il-poplu Malti jippretendi li jħares lejn min ikun fil-gvern tal-ġurnata bħala l-amministratur, bħala l-missier li jrid jieħu ħsieb li jiġi ġġenerat dak il-ġid u żgur li fejn tidħol l- awtorità tad-djar il-poplu, speċjalment iż-żgħażagħ, qed iħarsu lejha bħala dik l-istituzzjoni li għandha tiġġenera l-opportunità għalihom biex anke huma jkunu jistgħu jibdew il-ħajja tagħhom bħalma bdewha ta' qabilhom.", "Għalhekk dan il-budget huwa 'l bogħod milli jagħtihom dik l-opportunità biex ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Dan il-budget imur kontra dak kollu li dejjem qal l-istess gvern tal- ġurnata.", "Filwaqt li erbat ijiem ilu konna nisimgħu li s-self-employed huma l-ħallelin ta' dan il-pajjiż, kif huma jevadu t-taxxa, fil-budget tal-lum qed naraw li l-gvern qed ineħħi l-audit accounts fil-konfront ta' ċerti kategoriji ta' taxpayers.", "Allura qegħdin nerġgħu mmorru lura u qegħdin niftħu bieb minn fejn wieħed jista' jgħaddi.", "U naħseb li mhux sew li ninqdew bil-fondi tal-pajjiż biex jinġibdu lura b'mod partiġġjan dawk li forsi setgħu tbiegħdu.", "Mr Speaker, nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi għal darba oħra naċċenna għall-fatt li fejn tidħol l-awtorità tad-djar mhix kwestjoni li niġu hawnhekk u npoġġu sempliċement rendikont ta' dak li ntnefaq, dak li daħħlet, u ta' dak li qed tagħmel permezz ta' l-aġenziji tagħha.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-awtorità teħodha fil-kompitu tagħha li tfassal programm biex tħejji ruħha f'każ li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Għadna ma smajna xejn kif l-awtorità tad-djar se tinidirizza din il-problema, kif lesta taffronta n-nies li jistgħu jiġu f'pajjiżna b'ħafna iktar flus milli għandhom iċ-ċittadini tagħna, b'ħafna iktar potenzjal li jixtru l- proprjetajiet li għandna fis-suq bi prezz ogħla minn dak li attwalment jistgħu jifilħu għalih iċ-ċittadini tagħna.", "Din hija problema tal-futur, imma ġaladara t-triq tal-gvern preżenti hija li aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea naħseb li hija xi ħaġa li trid timbarka fuqha bis-serjetà għax mhux il-każ li nidħlu u mbagħad naraw.", "Il-housing huwa qasam li l-Unjoni Ewropea ma tidħolx fih, imma huwa mħolli f'idejn l-amministrazzjoni tal-pajjiż innifsu.", "Allura iktar u iktar hemm il-ħtieġa li jekk għandhom isiru xi studji, għandhom jibdew isiru minn issa u mhux jitħallew għal iktar tard.", "Kif kulħadd jaf, li tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ifisser li ċ-ċittadini Ewropej ikollhom kull dritt li jġibu flus f'pajjiżna kemm iridu u jixtru proprjetà kemm iridu.", "Huwa veru li qed jingħad li qed isiru diskussjonijiet biex tinżamm ir-regola preżenti li l- barranin li jiġu hawn Malta jkunu jistgħu jixtru proprjetà waħda, imma onestament nemmen li din hija rikjesta li ma tantx huwa faċli li tintlaqa' mill-Unjoni Ewropea.", "Għaliex wieħed mill-prinċipji kardinali fl-Unjoni Ewropea huwa d-dritt ta' kull ċittadin li jmur minn post għall-ieħor ta' l- Unjoni Ewropea u jistabbilixxi ruħu hemmhekk, ikollu l-freedom of movement u anke l-libertà li jmexxi l-flus tiegħu, u l-flus tiegħu se jużahom biex jixtri proprjetajiet.", "Kif nafu l-proprjetà fl-Ewropa m'għandhiex prezz baxx, allura nagħmel enfasi li ġaladarba kollox qed jindika li l-gvern huwa deċiż li jibqa' miexi fid-destinazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, l-awtorità tad-djar għandha talloka dawk il-finanzi kollha biex sir studju dettaljat ta' kif din il- problema tista' tolqot lilna u lit-tfal tagħna, ħalli jittieħdu l-miżuri li għandhom jittieħdu.", "Ġaladarba ċ-chairperson ta' l-awtorità tad-djar hija daqshekk konxja mill- fatt li għandna element ta' faqar li huwa preżenti b'mod li ċerta kategorija ta' nies ma jistgħux jixtru l-units li tipprovdi l-awtorità, allura għandna naraw kif nistgħu nipprovdu għalihom ukoll.", "Żgur li s- soluzzjoni mhix se tkun l-appartamenti għall-kera għax għalkemm dawn huma indirizzati lejn min mhuwiex f'qagħda finanzjarja li jixtri d-dar, imma naħseb li dawn għandhom ikunu indirizzati iktar biex jidħlu fihom dawk il- koppji li jkunu għadhom se jibdew id-dinja milli familji ta' ċerta età li waslu biex joħorġu mid-dinja tax-xogħol.", "Xi ħaġa li hija karatteristika ta' dan il-budget u li kienet imsemmija wkoll fil-budget preċedenti, hija l-kwestjoni tal-one-bedroomed flats.", "Nifhem li dawn il-one-bedroomed flats huma intiżi biex jolqtu lil dawk in- nies li huma waħedhom, li forsi huma anzjani.", "Biss irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nispiċċawx nikkreaw xi slum areas ġodda.", "Jeħtieġ li jinbnew dawn il-one-bedroomed flats għax jolqtu lil sezzjoni ta' nies li m'għandhomx għalfejn kobor ta' djar, imma min-naħa l-oħra ma jridux jintużaw biex jakkomodaw familji.", "Wisq nibża' li, ġaladaraba ma jkunx hemm ċertu kontroll fuq kif jistgħu jintużaw dawn il-one-bedroomed flats, nistgħu faċilment nikkreaw slum areas ġodda u nispiċċaw bi problemi li kellna fil-passat u li forsi għad baqa' wkoll.", "Nixtieq nikkonkludi billi nenfasizza l-punt dwar il-mod kif qed issir ir- riċerka min-naħa ta' l-awtorità tad-djar.", "Jidher li hemm bordijiet speċifiċi u saret ħafna riċerka ta' ċerta utilità, imma għadha ma wasslitx biex nindirizzaw problemi li għandna f'ċerti areas partikolari.", "Mhux sempliċement minħabba l-fatt li nħarsu lejn il-Kottonera b'iktar prijorità milli nħarsu forsi lejn Birżebbuġa jew iż-Żurrieq, imma l-problema qiegħda fil-mod kif, wara dan id-diskors kollu li jirrepeti ruħu minn sena għall- oħra, sal-ġurnata tal-lum għad għandna ċerti familji li qegħdin jgħixu f'faqar estrem.", "Fid-diskors tal-budget preċedenti l-Onor.", "Joe Mizzi kien qal li hawn pets ta' ħafna nies li jgħixu aħjar minn ċerti familji.", "Din hija xi ħaġa li mhux sempliċement qiegħda tolqot il-housing bħala housing, imma qed tolqot aspetti oħra tal-ħajja.", "Dawn huma problemi marbuta mhux sempliċement man- nuqqas ta' xogħol, mal-vizzju tad-droga u tal-logħob, imma jistgħu jkunu anke problemi mentali.", "U naħseb li wasal iż-żmien li fir-riċerka li ssir jiġu nkorporati dawn it-tip ta' problemi wkoll.", "Nieħdu l-każ ta' persuna li ssib ruħha separata.", "Hija ħaġa magħrufa li l- iktar parti li tbati fil-każ ta' separazzjoni hija l-mara.", "Tħares kif tħares il-mara se tbati bilfors, sew minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira jkollha t-tfal magħha u anke mil-lat ta' job opportunity.", "Dawn huma problemi li, jistinka kemm jistinka l-istat, se jibqgħu jirrikorru magħhom.", "Għalhekk huwa tajjeb li meta jsiru ċerti sudji jiġu nkorporati wkoll dawn it-tip ta' problemi.", "L-istess fil-każ tal-problema tal-vizzju tad-droga.", "Dawn huma kollha problemi li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni u jingħataw prijorità meta titfassal l-istrateġija ta' kif se jinbnew ċerti units.", "Irrid ngħid li naqbel ukoll ma' dak li qalet fl-artiklu li kienet kitbet iċ- chairperson ta' l-awtorità li m'għandux isir bejgħ tal-proprjetà min-naħa tal-housing.", "M'għandux isir bejgħ għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għaliex jekk tibqa' dejjem tnaqqas mill-istock tal-housing fl-aħħar għad jiżvinta.", "Aħna għandna pajjiż żgħir u l-area tagħna dejjem qed titnaqqar u, fl-opinjoni tiegħi, sfortunatament illum l-awtorità tad-djar spiċċat iktar aġenzija tal-bejgħ ta' proprjetà milli aġenzija b'anima soċjali, kif jgħid l-istess statement li jintroduċi r-rapport.", "Naħseb li dan l- element spekulattiv m'għandux jibqa' l-prijorità ta' l-awtorità, imma huwa iktar il-każ li l-awtorità tieħu d-dimensjoni iktar soċjali u kemm jista' jkun ma jsirx bejgħ.", "Il-fatt li ma jsirx bejgħ min-naħa ta' l-awtorità u tkun iktar inklinata fuq l-aspett soċjali, fis-sens li tipprovdi kemm jista' jkun housing anke b'rati mnaqqsa aktar minn dak li jkun aċċettabbli, naħseb li jkun iktar ta' għajnuna lil min verament huwa fil-bżonn.", "Dan iwassalni għal punt ieħor li nixtieq nagħlaq bih, cioe' kemm il-bini tagħna għandu jkun għoli.", "U dwar dan inħoss li għandu jkun hemm koordinazzjoni ma' l-awtorità ta' l-ippjanar.", "Fil-fatt xi xhur ilu kont qiegħed f'diskussjoni ma' uffiċjali ta' l-awtorità ta' l-ippjanar fejn ġie ndirizzat proprju dan il-punt.", "Huwa veru li f'ċerti postijiet ma tistax tgħolli kemm trid minħabba problemi ta' toroq dojoq, imma veru wkoll li hemm ċerti areas li jifilħu li jkun hemm bini għoli.", "Bħalissa għandi f'moħħi l-aħħar area li nbniet f'Pembroke fejn hemm triq wiesgħa, area vojta, imma l-għoli tal-bini li sar huwa biss ta' żewġ sulari.", "Wieħed jistaqsi għalfejn meta tiġi biex tagħmel housing units għal skop soċjali tgħolli biss żewġ sulari jew tliet sulari meta ftit 'l isfel ġo Paceville għandek torri li jitla' dak l-għoli kollu?", "Naħseb li kieku nibnu iktar sulari jkun iktar utli sew mil-lat ekonomiku u anke biex jiġu regolati l-prezzijiet.", "Il-gvern m'għandux jintervjeni b'mod arbitrarju kif jiġu regolati l-prezzijiet tal-proprjetà, imma min-naħa l- oħra jrid ikun hemm xi ħaġa li permezz tagħha jsiru pressures biex il- prezzijiet ma jibqgħux telgħin.", "Jekk nagħmlu użu iktar effettiv mill-arja tagħna, jiġifieri li ngħollu l-bini, dan ikollu effett li jirregola l-għoli tal-prezzijiet.", "Ma naqbilx li biex tirregola l-prezzijiet, bħalma kont qiegħed naqra riċentement, għandhom jiġu mposti taxxi fuq proprjetajiet magħluqa, taxxi fuq min għandu ċertu ammont ta' stock ta' djar, għax tkun qiegħed torbot idejn min irid jinvesti u jiżviluppa.", "Imma huwa importanti li l-awtorità tagħmel użu ħafna aħjar mill-arja li għandha available.", "Hawnhekk nenfasizza li huwa importanti anke għall-awtorità ta' l-ippjanar li jsiru pjanijiet bil-quddiem dwar fejn l-awtorità tad-djar għandha f'moħħha li tiżviluppa, u jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il- height limitation jiġi aġġustat.", "Għax huwa għajb li llum il-ġurnata qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna ċ-ċans nużaw l-ispazju biex nogħlew 'il fuq u mhux qegħdin nużawh bil-konsegwenza li dawn l-ispazji qegħdin jinbiegħu u l-gvern ma jkunx jista' jiżviluppa dik l-arja.", "Għax ġaladarba tinbiegħ ma jkun jista' jagħmel xejn iżjed, imbagħad ikollna nieħdu minn dik il-kampanja li għandna għad-dispożizzjoni tagħna li hija intiża biex tibqa' għal uliedna.", "Mr Speaker, dawn huma kollha punti li ma jissemmewx fir-rendikont ta' l- awtorità tad-djar u li naħseb li għandu jsir iktar studju fuqhom.", "M'għandniex niġu hawnhekk kull sena sempliċement b'rendikont ta' dak li hu ovvju.", "Wasal iż-żmien li bħala awtorità tidħol fid-dettall dwar kif jista' jsir investiment aħjar, kif jista' jsir użu aħjar mill-art tagħna u kif jistgħu jinbidlu ċerti policies biex ngħinu iktar.", "Wara kollox x'inhu l- iskop ta' l-awtorità tad-djar?", "Żgur li m'huwiex dak finanzjarju.", "Ma naqbilx li għandu jkun hemm dak l-element ta' dħul kif insibu llum.", "Naħseb li llum kulħadd jaqbel li l-awtorità tad-djar għandha terġa' tmur lura għal dak iż-żmien ta' meta kienet timbotta hi biex dak li jkun ikollu s-saqaf fuq rasu, u mhux ikun iċ-ċittadin li jrid jistinka u jara minn fejn se jġib il-flus biex jakkwista dar mingħand l-awtorità li wara kollox qed tieħu l-artijiet tal-poplu b'xejn biex tibniehom u mbagħad il-qligħ jiġi amministrat minnha.", "Naħseb li xorta tkun qed taqdi l-funzjoni tagħha jekk hi tipprovdi dak il-housing li għandu jiġi provdut bi prezzijiet li jkun jista' jaffordjahom kulħadd.", "Nerġa' ngħid li inkwantu l-iskemi, dawn għandhom jibqgħu hemmhekk, imma naħseb li għandu jinbidel il-mod kif iċ-ċittadin li jrid jibbenefika minnhom qiegħed jiġi mġiegħel li joħroġ il-fondi hu u mbagħad jiġi reimbursed.", "Naħseb li tkun iktar ta' għajnuna jekk l-awtorità nnifisha tidħol fil-problema ta' dak li jkun u mingħajr ħafna burokrazija żejda jsiru x-xogħlijiet direttament mill-awtorità.", "U m'hemmx għalfejn ikollok diversi aġenziji biex isiru dawn ix-xogħlijiet.", "Għandu jkun hemm kontroll ta' kif jitwaqqfu ċerti organi fi ħdan l-awtorità.", "Il-fatt li hemm tliet units fi tliet dipartimenti differenti iktar milli hija xi ħaġa ta' pompa, xi ħaġa kreattiva ta' l-awtorità, hija xi ħaġa li għandha tiġi regolata.", "Dawn għandhom jitneħħew għax l-istess fondi għalihom faċilment jistgħu jintużaw għal skopijiet aħjar biex jiġu kkonsidrati ilmenti li m'għandhomx għalfejn idumu xhur jistennew.", "Insemmi każ partikolari ta' individwu li applika ma' l-awtorità biex jirranġawlu l-kamra tal-banju għax il-mara tiegħu kienet disabled sew.", "It- talba tiegħu ntlaqgħet u mar il-perit biex jassessja x-xogħol li jrid isir, imma in the meantime għaddew ix-xhur u l-mara tiegħu mietet.", "Jiġifieri l- awtorità għandha tkun iktar effiċjenti ħalli verament il-poplu tagħna jħoss dak il-wens li jixtieq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Grazzi.", "Sur President, it-tentazzjoni hi li nelenka l-punti kollha li ma qbiltx ma' l-Onor.", "Joe Sammut dwarhom.", "Però se nagħmel il-kontra, se nelenka tlieta li qbilt miegħu dwarhom.", "Waħda hija li jsir rapport dwar l-impatt li jkollna fuq il-housing hawn Malta meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea l-ewwelnett għaliex jien nemmen li r-rapporti jiċċaraw l-ideat, u jekk xejn biex naraw jekk verament hemmx il-biżgħat li semma l-Onor.", "Sammut.", "It-tieni punt huwa dwar il-faqar.", "Għandna faxxa ta' nies li jaqgħu taħt il- poverty line.", "M'hijiex ġustifikazzjoni li minn hawnhekk nisfida lil xi ħadd li jsibli pajjiż li m'għandux din il-faxxa ta' nies.", "Aħna qegħdin hawn biex naraw li dik il-faxxa ta' nies dejjem u dejjem tidjieq.", "U verament nemmen li l-awtorità tad-djar fis-sena ta' ħidma tagħha li għaddiet għamlet inizjattivi u daħlet għal impenji biex tara li fejn jidħol il-housing almenu dik il-faxxa dejjem tonqos.", "It-tielet ħaġa li naqbel ma' l-Onor.", "Sammut dwarha hija dwar ir-rapport li għandna quddiemna.", "Nagħmel parentesi żgħira dwar il-kwestjoni tat- telephones li ma naqbilx miegħu dwarga għax dalgħodu ċempilt mingħajr ma għamilt it-21 quddiem in-numru u xorta qbadt ma' min kelli bżonn fl- awtorità.", "Dalgħodu smajt lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro tgħid li hi xtaqet - kienet semmietha wkoll is-sena l-oħra - li tingħata iktar informazzjoni f'dan ir-rapport.", "Meta kellimt liċ-chairperson u lill- management team tagħha ftit ilu qaluli li dan huwa pjan ta' ħidma, u allura huwa floku li jkun hekk.", "Però għal darb'oħra ngħid li nixtieq li jkollna aktar informazzjoni biex verament ikun rapport li jagħti mertu sħiħ għal dak li għamlet l-awtorità u dak li beħsiebha tagħmel fis-sena li ġejja, għax kif inhu r-rapport ma jagħtix kredtu sħiħ għal dak li sar u dak li se jseħħ.", "Fil-ftit ħin li għandi xtaqt niffoka daqsxejn fuq il-home ownership schemes.", "Kulħadd jaf li kieku wieħed kellu jagħmel survey - ma nafx jekk sarx - fejn jistaqsi x'inhi l-prijorità tal-Maltin u ta' l-Għawdxin, dawn jgħidulek li s-saqaf fuq rashom ikun tagħhom.", "Aħna lkoll naspiraw li nkunu sidien tad-djar fejn noqogħdu u r-raġunijiet għal dan huma varji.", "Waħda minnhom hija l-fatt li aħna pajjiż żgħir fejn il-proprjetà għandha valur enormi, allura fid-dar tagħna aħna naraw l-akbar investiment li jista' jkollna, kif ukoll serħan tal-moħħ u sigurtà.", "Minkejja ċ-ċokon u d-densità għolja ħafna tal-popolazzjoni tagħna, aħna pajjiż li għandna l-anomalija li għandna fost l-akbar djar fl-Ewropa, però għandna wkoll waħda mill-ogħla rati ta' sidien ta' djarhom.", "Infatti tul is- snin kellna bosta amministrazzjonijiet li pprovaw iwieġbu għal din il- ħtieġa.", "Hija xi ħaġa pożittiva u ta' min jinkoraġġiha, imma għandha n- negattiv tagħha.", "L-ispekolazzjoni fuq il-proprjetà hawn Malta hija qawwija ħafna b'riżultat li l-prezzijiet tal-proprjetà privata tul is-snin rajniehom jisparaw 'il fuq u għandna faxxa wiesgħa ta' nies li żgur m'għandhomx il-mezzi biex jersqu lejhom.", "Aħna għandna problema ta' housing li qiegħda tikber minħabba tibdil fil- lifestyles.", "Hawnhekk diġà ssemma li issa żdiedu s-single parent families u koppji separati.", "Fejn qabel kellna koppji li ma kenux jiddejqu li għall- ewwel ftit snin taż-żwieġ tagħhom imorru joqogħdu mal-ġenituri, illum lanqas joħolmuha sakemm ma tkunx neċessità.", "Mill-banda l-oħra kellna ġenituri li meta jikbru kienu jagħżlu li jmorru joqogħdu mat-tfal, imma din m'għadhiex issir għax qed naraw li l-anzjoni jibqgħu jgħixu indipendenti ġewwa djarhom.", "Allura l-problema dejjem qed tikber.", "F'dan il-pajjiż nitkellmu wkoll dwar il-ħtieġa li l-gvern jipprovdi affordable housing.", "Il-piż jaqa' fuq il-gvern biex jipprovdi numru ta' djar u appartamenti għall-bejgħ bi prezzijiet realistiċi.", "Din l-iskema minn dejjem kienet popolari ħafna għax, kif għedt, b'dan il-mod biss ċerti nies ikunu jistgħu jixtru djarhom.", "Id-domanda għal din l-iskema hija kbira, infatti fil-bidu tas-sena, meta ħarġu 99 fond għall-bejħ, kien hemm iktar minn 650 applikazzjoni għalihom.", "Dawn il-fondi li kienu bejn Lm15,000 u Lm25,000 huma popolari ma' ċerta sezzjoni tal-poplu għaliex mingħand il-privat wieħed ma jsibx jixtri djar u appartamenti b'dawk il- prezzijiet, jew neqsin ħafna jew m'humiex f'lokalitajiet li jiġbdu n-nies.", "Fost dawk li japplikaw biex jixtru f'din il-faxxa ta' prezzijiet hemm koppji għarajjes u koppji miżżewġin bi tfal żgħar.", "Probabbli li jkunu bi dħul wieħed jew il-mara taħdem ukoll, imma d-dħul ma jkunx kbir ħafna, u l- piżijiet l-oħrajn ikunu kbar ukoll, allura ma jkunux jifilħu għall- prezzijiet eżorbitanti.", "Mr Speaker, qed jiżdied in-numru ta' appartamenti u djar li l-awtorità qed toħroġ għall-bejgħ kull sena u magħhom qegħdin jinbidlu l-kondizzjonijiet biex aktar nies isiru eliġibbli.", "L-Onor.", "Sammut beda jitkellem fuq il- kriterji li għandna nużaw, li m'għandniex naraw dak li għandu bniedem imma dak li m'għandux.", "Jien ngħid li skond minn fejn tħares lejha għax meta inti tara li bniedem m'għandux dħul għoli, m'għandux dar tiegħu, m'għandux faċilitajiet sanitarji fid-dar fejn joqgħod fil-preżent, allura inti tkun qed tħares lejn in-nuqqasijiet tiegħu.", "Però ħalli nħares lejn dak li jagħmel eliġibbli koppja li waslet biex tiżżewweġ.", "Qabel kellna Lm12,000 bħala ceiling.", "Issa meta wieħed jikkonsidra li ma' l-assi kienu jitkejlu anke l-valur tal-karozza jew il- karozzi li kellhom il-koppja, u anke l-flus li jkunu ġemmgħu t-tnejn bl- għan li jiżżewġu, allura tinduna li malajr jinqabżu t-Lm12,000.", "Allura llum il-limitu tela' għal Lm15,000, imbagħad għandek ukoll is-ceiling tad- dħul annwali li ċċaqlaq minn Lm7,000 għal Lm8,000.", "U b'hekk hemm numru akbar ta' għarajjes li se jidħol f'din il-bracket.", "Dehru xejriet oħra interessanti ħafna għax jirriflettu kif qed tiżviluppa l- ħajja soċjali tagħna l-Maltin.", "L-awtorità qed tgħid li filwaqt li qabel kellha ħafna iktar diffikultà biex tbigħ postijiet b'żewġ kmamar tas-sodda - għax il-preferenza kienet li jkollhom tlieta peress li l-loġika tal- Maltin, li dejjem ħabbejna d-djar kbar, kienet li jekk tiżżewweġ u jkollok tifel u tifla, allura trid tlett ikmamar tas-sodda biex tagħtihom kamra kull wieħed - issa għal raġunijiet differenti, fosthom il-finanzi, l- awtorità għandha mat-terz ta' l-applikanti li qed juru preferenza għal djar b'żewġ kmamar tas-sodda.", "Hemm terz ieħor li qed juru preferenza għal postijiet b'kamra tas-sodda waħda.", "Issa jekk inħarsu lejn il-bejgħ tal-postijiet tal-gvern li sar bejn l-1997 u s-sena 2001, naraw li fl-ewwel sentejn kienu ħarġu għall-bejgħ total ta' 264 fond, jiġifieri medja ta' 132 fis-sena, filwaqt li mill-1999 sa Novembru ta' din is-sena ħarġu 684 fond għall-bejgħ, jiġifieri medja ta' 228 fis-sena.", "Huwa stmat li d-dħul mill-bejgħ din is-sena se jiġġenera madwar Lm3.5 miljun, żieda ta' Lm1.2 miljun fuq is-sena li għaddiet.", "L-Onor.", "Sammut qal ukoll li l-awtorità tad-djar m'għandhiex tkun żviluppatur, m'għandhiex tħares lejn id-dħul, però wieħed irid jgħid li l- fondi qed jerġgħu jintużaw biex jinbnew postijiet oħra li wħud minnhom jinbiegħu u wħud minnhom jingħataw għall-kiri.", "Infatti din is-sena se jkunu lesti madwar 144 fond għall-kiri.", "Waħda mill-affarijiet li dejjem kont nistaqsi lili nnifsi kienet għaliex postijiet u plots tal-gvern kienu jkunu daqshekk kbar li awtomatikament joħolqu piż fuq min jixtrihom, speċjalment bħala plot li mbagħad trid tibnieha, tarmaha u tibqa' tagħmel il-maintenance tagħha.", "Però llum qed naraw li min ma jridx garaxx, jew għax ma jaffordjahx jew għax m'għandux bżonnu, jista' jixtri dar mingħajr garaxx.", "Dan jingħata r-right of first refusal u mbagħad il-garaxx jista' joħroġ b'tender, u sakemm l-offerta tasal sa l-ogħla waħda l-preferenza tingħata lill-applikant li joqgħod l- aktar viċin tal-garaxx.", "Mr Speaker, issemma wkoll il-fatt li persuna single bi bżonnijiet speċjali tista' tidħol għal xiri.", "Infatti 12% ta' l-appartamenti u tad-djar f'kull kategorija huma riservati għall-persuni b'diżabilità.", "Imma t-tendenza hija li l-persuni li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali jew huma stess għandhom bżonnijiet speċjali jkunu iktar jaffordjaw kirjiet.", "Għalhekk hawnhekk forsi ta' min jagħmel review ta' dan il-persentaġġ, jekk huwiex għoli biżżejjed jew jekk huwiex għoli ħafna.", "Ħaġa oħra li m'iniex ċerta dwarha hi x'qed infissru meta ngħidu persuna b'diżabilità.", "Jekk aħniex qed ninkludu persuni li għandhom problemi ta' mobilità, jekk humiex qegħdin jiġu kkonsidrati wkoll persuni li jbatu minn osteoporosis, li hija marda fejn l-għadam jirqaq, u allura jkun hemm diġenerazzjoni ta' l-għadam meta persuna titla' u tinżel t-taraġ.", "Jekk dawn m'humiex ikkonsidrati bħala persuni bi bżonnijiet speċjali jien ngħid li għandna ndaħħluhom f'din il-kategorija.", "L-Onor.", "Sammut semma wkoll is-sistema ta' punti.", "Fl-opinjoni tiegħi din saret ħafna aktar ekwa u ġusta.", "L-ebda sistema m'hi perfetta, però naħseb li kif inhi issa l-postijiet qed jitqassmu b'mod aħjar milli kienu jitqassmu qabel.", "Il-membri li jmexxu l-awtorità kienu ilhom iħossu li s- sistema li biha jitqassmu l-postijiet ma kenitx waħda ideali u li taħdem dejjem favur min l-aktar li jistħoqqlu.", "Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li s-sistema tinbena fuq kriterji aktar soċjali, jiġifieri nħarsu lejn in- numru ta' nies li joqogħdu fil-post, il-kobor, ma ngħidux li boxroom hija kamra, imma nħarsu lejn l-ispazju abitabbli.", "Id-deċiżjonijiet ma tteħdux fl-ajru, imma kien hemm sampling ta' madwar 300 każ qabel ma nħolqu l- kriterji kollha.", "Naħseb li waqt li l-lok għall-abbuż qed ikun identifikat u qed jiġi eliminat, qed naraw li l-allokazzjonijiet verament qed jirriflettu fejn jeżisti l-aktar bżonn.", "Kif diġà ssemma hemm ukoll l- appeals board ħalli min iħoss li ma saretx ġustizzja miegħu jkun jista' jressaq il-każ tiegħu.", "Infatti kien hemm min rebaħ il-każ.", "Naħseb li lkoll kemm aħna l-aktar li aħna inkwetati fuq dik is-sezzjoni tal- poplu li qed tgħix f'appartamenti jew fi djar - li f'ċerti każi ma nafx kemm wieħed jista' jsejħilhom hekk - li huma substandard, li huma nieqsa minn faċilitajiet li darba waħda konna nsejħulhom lussu imma llum huma neċessità, nies li qegħdin jgħixu f'kondizzjonijiet fejn verament huma overcrowded.", "Naraw żgħażagħ bit-tfal jgħixu mal-ġenituri għax bilfors, ambjent diffiċli li ma jgħinx lit-tfal biex jiżviluppaw bil-mod li t-tfal tal-lum jixirqilhom.", "Għandna nies li minħabba ċirkostanzi familjari m'għandhomx dar.", "Aħna nħobbu ngħidu li hawn Malta m'għandniex nies homeless, però skond rapport li sar, hawn Malta għandna ċifra ta' nies homeless, jiġifieri lanqas għandhom saqaf fuq rashom.", "Dawn in-nies ma narawhomx reqdin barra taħt il-kaxxi tal-kartun, allura nistgħu ngħidu li ma jeżistux, iżda fil-verità jeżistu.", "Proprju din il-ġimgħa ltqajt ma' persuna li qaltli li ilha xahar torqod fil-karozza u tħoss li verament trid tgħin.", "Jidhirli li persuni bħal dawn huma mill-aktar vulnerabbli u l-aktar li jeħtiġilhom l-għajnuna.", "Dawn jidhru li huma l-mira ta' l-awtorità tad-djar mhux biss bi skemi li elenkat ukoll l-Onor.", "Helen Damato, imma anke minn dak li qalet iċ- chairperson fl-artikli tagħha.", "Jien ngħid li hija ħaġa mill-aktar pożittiva li għandna chairperson ta' l-awtorità tad-djar li hija konxja xi tfisser eżattament housing affordability u li tgħidilna li l-iktar li rridu ngħinu huma proprju lil dawn in-nies li m'għandhomx il-mezzi u m'għandhom imkien fejn jgħixu.", "Faċli li wieħed jgħid li għandna nipprovdu akkomodazzjoni soċjali għan-nies kollha li għandna fl-applikazzjonijiet pendenti, imma mhux daqshekk faċli li tagħmilha.", "Għandna bżonn kapital qawwi, però nirrepeti li meta segwejt il-ħidma ta' l-awtorità tul is-sena kollha, stajt nara - u kull min segwieha bl-onestà kollha jista' jgħid l- istess - li dawn in-nies jibqgħu l-ogħla prijorità fuq il-lista ta' l- awtorità.", "U l-inizjattivi li qed jiġu kkonsidrati llum u oħrajn li diġà huma implimentati qed jgħinu biex jiġġeneraw flus ħalli tkompli tittaffa l- problema tal-housing.", "Nixtieq inħares lejn id-definizzjoni ta' home ownership.", "L-awtorità tgħin lil min jgħix fi proprjetà tal-privat biex jixtri l-post sakemm dan ma jkunx jeċċedi s-somma ta' xi Lm35,000.", "L-awtorità tħajjar ukoll lil min qiegħed jgħix f'appartamenti tal-gvern biex jixtri dik il-proprjetà.", "Hawnhekk se nagħmel parentesi għax ilni żmien twil, minn qabel ma kont fil- politika, inħares lejn ċerti nies li ilhom snin twal jgħixu f'postijiet tal- gvern u f'qalbi nistaqsi x'inhi d-definizzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Bir-rispett kollu, għandna nies li ilhom joqogħdu 20, 25 sena u anke aktar f'appartamenti u djar tal-gvern, li d-dħul tagħhom illum huwa ogħla minn ta' nofs Malta.", "Dawn bl-ebda mod ma jidħlu fil-parametri ta' eliġibilità għal akkomodazzjoni soċjali, almenu kif nifhimha jien, u ilhom igawdu għal ħafna snin.", "Għal xi raġuni jew oħra dejjem bqajna bl-idea li jekk inti tieħu post tal- gvern illum, dak tiegħek for life, jiġri x'jiġri.", "Jiġifieri jista' jogħla d-dħul tal-familja tiegħek, tista' tirbaħ il-lotterija, tista' tirbaħ is- Super 5 għada, tista' tiret lin-nanna, imma l-post jibqa' tiegħek.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nagħtu l-marching orders lin-nies li m'għadhomx eliġibbli żgur għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Żgur li m'iniex se ngħid hekk, imma naħseb li tkun interessanti li kieku kellna nagħmlu review ta' nies li ilhom jgħixu għal bosta snin f'dawn l-appartamenti u djar u naraw eżattament min qiegħed igawdi minn akkomodazzjoni soċjali u min ilu jgawdi minnha għal bosta snin.", "Naf li skema 6, li fortunatament ingħalqet ftit ilu, kienet tħajjar lil dawn l-inkwilini biex jixtru l-postijiet tagħhom.", "Però fl-opinjoni tiegħi, li wieħed jingħata l-opportunità li jixtri post li jiswa Lm16,000 b'Lm5,000 jew b'Lm4,000, inkunu qegħdin nagħti rigali lil min diġà ilu jgawdi s- snin.", "Issa qed nieħu gost li ngħalqet din l-iskema u qed tidħol waħda fejn il-valur ta' l-appartamenti u tad-djar qed ikun wieħed realistiku.", "Però min-numru ta' applikazzjonijiet li ntefgħu, dawk li ġew proċessati u n- numru relattivament baxx li verament daħlu għal xiri skond parametri ġodda, huwa wieħed baxx u jinkwetani xi ftit.", "Dan l-aħħar iltqajt ma' anzjana li qaltli biex ngħinha ħalli tixtri l-flat li għandha.", "Din l-anzjana li għandha fuq is-70 sena tgħix fi flat bi tlett ikmamar tas-sodda fejn kienet tgħix mar-raġel u ħamsest itfal li m'għadhomx magħha, filwaqt li hemm familji b'erbgħa jew ħamest itfal li m'għandhomx fejn joqogħdu.", "Naħseb li rridu naraw il-flessibbiltà u ninkoraġġixxu lin- nies jiċċaqalqu minn postijiet li issa huma kbar wisq għalihom u nipprovdulhom oħrajn iżgħar.", "Però din l-anzjana bl-inġenwità kollha qaltli li jaqblilha tixtri l-flat għax flok lit-tfal tħallilhom Lm5,000 il-bank, tħallilhom appartament li llum jiswa Lm17,000 jew Lm18,000 u inqas ma jkollha flus il-bank inqas tħallas taxxa u tkun eliġibbli għal aktar benefiċċji soċjali.", "Din l-anzjana qaltli hekk bl-innoċenza kollha, imma ladarba hemm is-sistema li tista' tiġi sfruttata ma nagħtihiex tort.", "Iżda jien ngħid li għandna bżonn inħajru ħafna aktar inkwilini jixtru l- postijiet fejn joqogħdu.", "Fil-ftit ħin li baqagħli xtaqt inħares lejn il-konċett ta' shared ownership.", "Nemmen li dan għandu jiġu kkonsidrat bis-serjetà għaliex jilħaq band oħra ta' nies li s'issa m'humiex qed jintlaħqu.", "Naħseb li rridu nkunu verament neqsin mir-responsabbiltà biex inħajru nies bi dħul relattivament baxx biex jidħlu għal piżijietli ma jifilħux għalihom, kif sar fi żmenijiet oħra, u noħolqulhom problemi iktar milli nsolvulhom, għax inkunu tajniehom is-saqaf fuq rashom u mbagħad il-piż ikissrilhom il-familja.", "Inkunu solvejna problema waħda u ħloqna sitta oħra.", "Għalhekk naħseb li jagħmel sens il-konċett li koppja jew persuna tixtri nofs id-dar jew l-appartament biex tkun tiflaħ għall-pagamenti li trid tagħmel u l-gvern jibqa' s-sid tan- nofs l-ieħor.", "Jekk jgħaddi ż-żmien u l-qagħda finanzjarja ta' dik il- persuna titjieb, allura tkun tista' tixtri sehem akbar.", "Jien xtaqt nagħlaq billi nagħmel punt ieħor qasir.", "Jeħtieġ li n-nies li japplikaw għal akkomodazzjoni soċjali jifhmu l-punt li se nsemmi.", "M'iniex se nuża l-frażi Ingliża beggars cannot be choosers għax inħossa li hija l- akbar insult li nista' nagħmel, però meta l-libsa ma tkunx fassaltha int allura trid tapprezza dak li jkollok.", "Imma jien inħossni imbarazzata mill- membri ta' l-awtorità u mill-membri tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali li jkolli każi bħalma ġieli kelli, fejn familji f'qagħda verament imwiegħra jidħlu bħala high risk family u verament isir dak li hu possibbli biex jinstabilhom appartament sabiħ f'area mhux ta' min imaqdarha f'Malta, iżda peress li huma jagħżlu li joqogħdu fl-area li trabbew fiha lanqas biss jindenjaw ruħhom li jmorru jaraw l-appartament.", "At that point lil dak li jkun jien ngħidlu li jiddispjaċini u ma nibqax nikkonsidrah priority u jekk irid akkomodazzjoni alternattiva jkollu jinżel fil-lista wara ħaddieħor.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal ċerti rapporti li jidhru fil-media.", "Jien m'għandi xejn kontra l-fatt li l-media tagħmel rapporti investigattivi, stejjer umani, tħares lejn problemi soċjali ta' nies, anzi ngħid li huwa parti mid-dover tal-media.", "Però nixtieq li l-media tħares lejn iż-żewġ naħat.", "U qed ngħid hekk għaliex għandi rapport li deher aktar kmieni din is-sena f'gazzetta lokali bl-Ingliż fejn issemma l-ministru għall-politika soċjali u ssemmejt jien.", "Jien segwejt il-każ pass pass u b'hekk naf x'ġara u ma ġarax.", "Lif naf hu li l-affarijiet li ntqalu f'dan l-artiklu ma kenux korretti u saru hekk sempliċement biex jagħtu impresssjoni negattiva ħafna ta' l-awtorità.", "Jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-membri ta' l-awtorità u tad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "Dalgħodu l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li qal li l-awtorità tad-djar qed titmexxa min-nisa, imma jien m'iniex se nagħmel dak il-kumment għax jgħiduli li huwa kumment sessist, però għamlu hu.", "Allura ngħid point said and point taken.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, innotajt li l-membri tan- naħa l-oħra, għalkemm smajniehom jitkellmu għal ħafna ħin u kkritikaw numru ta' affarijiet, però huwa verament interessanti li ma kkritikawx il-fatt li l-awtorità tad-djar qed tibni numru kbir ta' appartamenti.", "Ħadd min-naħa l- oħra ma pprova jikkritika l-ħidma li qiegħda ssir ġewwa Bormla u kemm qegħdin jinbnew postijiet ġewwa Bormla.", "Ġustament li din in-naħa tal-Kamra tieħu din il-linja għax din hija l-linja li l-Partit Nazzjonalista tradizzjonalment żamm tul is-snin kollha li ilu jeżisti.", "Umilment infakkar li l-Partit Nazzjonalista kien l-ewwel partit li beda proġett serju ta' bini ta' djar.", "Dawk li jafu ftit storja politika jafu li l-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu politika li jibni d-djar għan-nies.", "Il-programm elettorali li kellu l-partit fl-1933 kien jgħid: \"The Nationalist scheme of workers' dwellings be continued with equal success as that obtained already in Cospicua and Casal Paola in order that the condition of the working classes be further ameliorated.\"", "Dan kien il-ħsieb li xpruna lill-Partit Nazzjonalista, ħsieb li kien żgur ispirat mill-enċikliċi tal-Papiet li dak iż-żmien kienu ispiraw ħafna, fosthom ir-Rerum Novarum, fejn kien hemm enfasi kbir li wieħed jirranġa u jagħti dinjità ikbar lill-ħaddiem fl- aspett tiegħu sħiħ, mhux biss fuq il-post tax-xogħol, mhux biss fir- relazzjonijiet tiegħu ma' min iħaddmu, imma anke fejn joqgħod.", "Minn hemmhekk bdiet l-istorja f'Malta li l-istat jintervjeni biex jibni d- djar.", "Fis-sekli ta' qabel l-istat qatt ma kien intervjena biex jibni d- djar għaċ-ċittadini tiegħu.", "Però nħass il-bżonn li dan isir - u ġustament - għax kien żmien meta kien hemm ħafna problemi ta' overpopulation f'partijiet partikolari ta' Malta, jiġifieri fil-partijiet tal-Kottonera, tal-Belt u tal-Furjana.", "U bil-bini li sar, li wieħed irid jgħid li tant kien avvanzat li baqa' jservi lin-nies sal-lum.", "Wara dan iż-żmien kollu, mit-tletinijiet sal-lum, ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra ma ħass il-bżonn li jwaqqagħhom u jerġa' jibniehom, tant kemm kienu nbnew kif suppost, b'faċilitajiet sanitarji adegwati u bi spazju tajjeb għall-familji ta' dak iż-żmien.", "Dawn baqgħu jservu tul dawn is-snin kollha.", "Jekk wieħed jidħol f'dawn id-djar isib li dawn huma ta' tlieta jew erbat ikmamar, però kienu biżżejjed.", "Illum, wara dan iż-żmien kollu qegħdin nerġgħu mmorru lura għal dak li kien sar f'dawk iż-żmenijiet, cioe' li nibnu xi ħaġa bażika, funzjonali, nadifa u li tagħti dinjità lill-persuna li toqgħod fiha.", "Wieħed irid jgħid li in parti l-awtorità tad-djar wirtet din it- tradizzjoni, però billi l-linja oriġinali ta' l-awtorità tad-djar kienet li tibni djar biex tagħti l-possibbiltà lil nies li għadhom żgħar jixtru l- proprjetà bi prezzijiet li huma iktar konvenjenti għall-but tagħhom, naħseb li llum il-ġurnata, bil-possibbiltà ta' l-amalgamazzjoni ta' dak li qabel kien il-housing department, l-awtorità tad-djar trid teżamina iktar fil- fond x'inhu r-role tagħha fis-soċjetà tagħna.", "Għalkemm huwa minnu li issa se tiret il-problemi li kellu l-housing department, fis-snin li għaddew id- dipartiment għamel eżerċizzju tajjeb fejn bagħat rappreżentanti biex jaraw f'liema kondizzjoni kienu l-applikanti kollha li kien hemm u x'kienu verament il-ħteġijiet tagħhom.", "Naħseb li wara dan l-eżerċizzju hemm bżonn li nidħlu ftit iktar fil-fond tal-problemi attwali u għal dak li nistennew li se jkollna fil-futur.", "Dan għandu jeħodna fuq żewġ binarji.", "L-ewwelnett li nipprovdu iktar djar għal koppji żgħażagħ li se jiżżewġu.", "U din hija linja tajba li għandna nissodawha għax aħna nagħtu valur lill-familja, u għalhekk aħna stess irridu nieħdu ħsieb li din il-linja tkun aħjar milli hi.", "Ġustament wieħed irid jagħmel il-kriterji ta' kif inħallu xi persuni japplikaw biex ikunu jistgħu jidħlu għal ċerti skemi biex jixtru dawn il- proprjetajiet.", "Naħseb li llum għandna nirriflettu l-ewwelnett jekk kemm-il darba dawn il-kriterji, huma stess, ikunux linja biex nies li jkunu viċin ħafna li jidħlu ma jirnexxilhomx jidħlu.", "Dawn nies li jaqgħu bejn skemi differenti, però ma jkunux eliġibbli minħabba li f'sena minnhom ikunu daħħlu flus iktar milli jkunu daħħlu fi snin oħra, u meta jiġu biex japplikaw wieħed isib li ma jkunux jistgħu jikkwalifikaw għal dawk l- iskemi.", "Punt ieħor li xtaqt li l-awtorità tad-djar tiffoka iktar fuqu huwa li wieħed jibni b'mod differenti, fejn ikun jista' jakkomoda mhux bies nies li finanzjarjament ma jifilħux li jkollhom id-dar tagħhom, imma anke lill- anzjani.", "Għax għalkemm qegħdin nimxu bit-tendenza li ndaħħlu iktar anzjani fid-djar ta' l-anzjani bħal St Vincent De Paule, għad hemm numru ta' nies li jippreferu jibqgħu jgħixu fi djarhom.", "U naħseb li għalkemm huwa tajjeb li tipprovdi postijiet b'kera għas-single mothers, min-naħa l-oħra wieħed ma jridx jgħid li aħna qed naħsbu fihom biss.", "Għax hemm kwantità kbira ta' nies li jistgħu joqogħdu f'żewġt ikmamar jew fi tlett ikmamar biss mingħajr bżonn ta' iktar spazju, li jistgħu joħorġu mill-proprjetajiet ħżiena li għandhom illum u jidħlu f'dawn.", "Insibu wkoll anzjani li jokkupaw djar kbar, li t-tfal tagħhom iżżewġu u telqu, allura dawn ukoll jistgħu jidħlu f'dawn it-tip ta' proprjetajiet.", "Jien naħseb li llum għandna nerġgħu naraw ftit x'inhu l-konċett tal- ġustizzja soċjali li qegħdin nimmiraw għalih.", "Per eżempju, x'għandu jkun l- intervent ta' l-awtorità tad-djar fis-suq?", "Bit-tqegħid ta' ċerti proprjetajiet għall-bejgħ, l-awtorità kemm għandu jkollha bearing fuq il- prezzijiet tal-proprjetajiet l-oħrajn tal-privat li l-prezz tagħhom huwa ferm ogħla milli ċerti koppji jifilħu jħallsu għalih, jew li hu tant għoli li għalkemm ċerti koppji jidħlu għalih tant jidħlu għal dejn mal-banek li jiżdidilhom piż kbir.", "U naħseb li wieħed irid jirrifletti x'role għandha tieħu l-awtorità tad-djar fuq dan il-binarju, u kemm qed tkun effettiva.", "Linja oħra li trid tirrifletti fuqha l-awtorità tad-djar hija jekk kemm-il darba wieħed huwiex se jibqa' jaħseb li jagħti dejjem soluzzjonijiet permanenti lin-nies.", "F'liema sens?", "F'ċerti mumenti jkollok koppji li għadhom jiżżewġu, it-tnejn li huma jaħdmu u ma jkollhomx bżonn ħafna spazju għax għadhom ma bdewx irabbu l-familja.", "Għalhekk l-awtorità tad-djar għandha tagħti ċerti proprjetajiet għal perjodi qosra ta' kirjiet sakemm dawn jixtru jew jidħlu fi proprjetà ikbar.", "Għandna naħsbu f'din il-linja biex inkunu nistgħu nċaqalqu ftit is-suq.", "Għax wieħed irid jammetti li ċerti drabi l-awtorità tad-djar ikollha din il-kwantità kbira ta' applikazzjonijiet ta' nies biex jixtru l-proprjetà għax il-prezzijiet tal- proprjetà privata huma esaġerati ħafna.", "X'inhu l-livell li rridu nilħqu b'din it-tip ta' operazzjoni?", "Naħseb li l-awtorità tad-djar trid tidħol ferm iktar fil-fond ta' din il-kwestjoni.", "Jekk kemm-il darba rridu nkunu realistiċi minn hawn u ftit taż-żmien ieħor se nersqu lejn saturation point ta' kemm l-awtorità tad-djar tista' tibqa' tibni proprjetà.", "U m'iniex qed nitkellem mill-aspett finanzjarju għax wieħed irid jgħid li l-gvern kull darba jsib il-fondi biex jagħmel dan, imma qed nitkellem mill-aspett ta' spazju li hawn Malta.", "Kemm huwa possibbli li l-awtorità tad-djar tibqa' ssib iktar irqajja' ta' l-art fejn ittella' blokki ta' bini.", "Nibża' li se niġu f'pożizzjoni fejn bil-mezzi finanzjarji kollha li jista' jkollha l-awtorità tad-djar ma tkunx iktar f'pożizzjoni li tibni djar ġodda.", "Naħseb li wieħed irid jidħol ferm iktar fil-fond illum biex jipprova jipprevedi x'se jiġri fil-futur, u jipprevedih mir-records li għandna tan- numru ta' nies li daħlu fi djar li nbnew mill-housing u kemm ħarġu minnhom.", "X'inhuma t-tendenzi ta' nies li joħorġu minn postijiet tal-gvern u għal liema raġuni?", "Ovvjament iktar ma jkun hemm skemi iktar aħjar, però anke fuq dan il-punt wieħed irid jara jekk kemm-il darba l-iskemi li qegħdin noffru humiex adegwati għall-problemi li hawn attwalment, u jekk kemm-il darba b'dawn l-iskemi aħniex qed insolvu ċerti problemi temporanjament, però in the long run se nerġgħu nsibuhom lura f'ħoġorna.", "Sur President, li qed nipprova ngħid huwa li l-linja li qabdet l-awtorità tad-djar hija waħda li titlob tibdila importanti u neċessarja f'dan il- mument storiku.", "Però din il-bidla titlob li l-awtorità tad-djar tistudja ftit iktar fil-fond il-possibbiltà li tagħti kirjiet għal żmien temporanju.", "L-awtorità tad- djar diġà għandha xi applikazzjonijiet pendenti biex tibni xi proprjetajiet, imma minn issa stess trid tanalizza dawk l-applikazzjonijiet biex tkun tista' żżid l-appartamenti għall-persuni li għandhom bżonn spazju inqas minn dak li qabel konna nagħtu.", "Apparti minn hekk, irridu nimxu fuq politika li biha nsaħħu l-familja u nagħmlu skemi li minnhom jibbenefikaw dawk li se jifformaw il-familja.", "Għax f'ċerti mumenti qisu l-ħsieb ikun kuntrarju għal dan.", "Naħseb li fis- snin li ġejjin l-awtorità tad-djar se tara ħafna tibdil fuq din il-linja u nawgura li dan isir kemm jista' jkun malajr u jsir b'intelliġenza għax l- ispazju ta' dan il-pajjiż huwa limitat ħafna u wisq nibża' li għada pitgħada forsi jista' jiddispjaċina li ħadna ċerti deċiżjonijiet li stajna nikkontrollaw illum.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Viċi Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Grazzi, Sur President.", "Nibda dan il-winding up tiegħi billi qabel xejn nirringrazzja lill-kelliema kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadu sehem f'dan id-dibattitu li fil-biċċa l-kbira minnu kien dibattitu kostruttiv li jħares lejn l-awtorità tad-djar li, kif għedt fl- introduzzjoni tiegħi, għandha funzjoni ċentrali f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika soċjali f'dan il-pajjiż u li għandha rwol li kulħadd jirrikonoxxi li huwa importanti.", "Bla dubju ta' xejn kellna interventi miż- żewġ naħat tal-Kamra li huma ta' interess, li jistimolawna biex inkomplu nagħmlu dak li ilna nagħmlu għal tliet snin sħaħ, jiġifieri li kontinwament inħarsu lejn il-policies tagħna għar-rigard ta' l-awtorità tad-djar biex nirrenduhom iktar effettivi.", "B'hekk nilħqu l-iskopijiet u l-prijoritajiet li nixtiequ nwettqu ħalli nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies, speċjalment ta' dawk li l-iktar ikollhom bżonn.", "Irridu nfakkru wkoll fil-messaġġ li tlaqna bih tliet snin ilu u bqajna nirrepetuh għal tliet snin, inkluż issa, li l-viżjoni tagħna għall-awtorità tad-djar hija li nagħtuha l-ixprun li hemm bżonn biex id-dimensjoni soċjali tkun id-dimensjoni ċentrali tal-programmi kollha tagħha.", "Il-membri parlamentari li tkellmu minn din in-naħa tal-Kamra diġà wieġbu għal xi punti li tressqu min-naħa tal-kelliema ta' l-oppożizzjoni u għaldaqstant m'iniex se noqgħod inwieġeb punt punt u nerġa' nirrepeti dak li ntqal.", "Però jidhirli li hemm xi aspetti li għandi nindirizzahom mill-ewwel.", "L-intervent li l-iktar inħoss li għandi nwieġeb għalih kien ta' l-Onor.", "Karl Chircop għaliex ma nħossx li kien ġust fil-konfront tal-ħidma kbira li wettqet l-awtorità tad-djar matul is-sena li għaddiet.", "Kien intervent li kien mibni fuq premessi totalment żbaljati jew analiżi mhux korretta jew mhux ġusta ta' l-istatistika.", "Anzi l-konklużjonijiet li jien nasal għalihom mill-istess informazzjoni u mill-istess statistika li l-Onor.", "Chircop poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huma totalment kontra l- konklużjonijiet li wasal għalihom hu.", "U se nispjega ruħi malajr kemm jista' jkun.", "Hu poġġa dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jgħid li n-nefqa soċjali li l- gvern għamel permezz ta' l-awtorità matul dawn it-tliet snin naqset drastikament.", "Infatti mument minnhom qal li l-gvern iffranka xi Lm6 miljun.", "Qal ukoll li fis-sentejn li għamlu huma fil-gvern l-iktar li għoliet kienet in-nefqa soċjali.", "Jien nispjega lill-Onor.", "Chircop li waqqa' l-ġebla fuq saqajh għaliex il-biċċa l-kbira tan-nefqa soċjali hija meta jinbiegħu flats u maisonettes u parti mill-prezz jiġi ssussidjat mill- gvern.", "Meta nħares lejn it-tabella ta' l-Onor.", "Chircop ninnota li veru li bejn l-1997 u l-1998 kien hemm l-ogħla nefqa soċjali, però meta nqabbilha ma' tabella li għandi f'idejja nsib li r-record ta' nefqa kapitali biex jinbnew postijiet u maisonettes ġodda saru proprju fl-aħħar sentejn ta' gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996, meta kien hemm nefqa ta' Lm3.4 miljun biex jinbnew flats u maisonettes ġodda li naturalment inbiegħu fl-ewwel sena ta' gvern Laburista.", "Allura n-nefqa li kellu joħroġ kienet biex jiffinanzja s-sussidju tal-prezz tal-bini li sar fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Fl-1995/96 l-investiment kapitali biex jinbnew postijiet ġodda tela' għal Lm4.2 miljun.", "Huwa interessanti mbagħad li skond l-informazzjoni li għandi jien - li aktar 'il quddiem, bil-permess tal-Kamra, npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - dan l-investiment kapitali ħa daqqa kbira 'l isfel proprju fis-sentejn li għamel fil-gvern il-partit Laburista.", "U ladarba naqas l-investiment kapitali fi flats u maisonettes ġodda u nbnew ħafna inqas milli kienu nbnew fis-snin ta' qabel, naturalment is-sussidju soċjali fis-sentejn ta' wara bilfors li kien inqas peress li kien hemm inqas proprjetajiet fuq is-suq.", "Għandi żewġ tabelli, waħda biex nindika n-nefqa soċjali f'sussidji matul is- snin, sas-sena 2001, u l-oħra biex nindika, u wieħed iqabbel waħda ma' l- oħra, l-infiq kapitali matul is-snin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Gonzi jpoġġi t-tabelli fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ tabelli li juru n-nefqa soċjali f'sussidju bejn l-1985 u l-2001 u l-infiq kapitali mill-Awtorita' tad-Djar matul l-istess perijodu.", "Irrid ukoll niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li fl-estimi ta' l-awtorità tad- djar għas-sena d-dieħla għal darb'oħra hemm commitment ta' nfiq kapitali għall-bini ta' flats u maisonettes ġodda li huwa record meta mqabbel mas- snin li għaddew għax il-pjan għas-sena d-dieħla huwa li nitilgħu mas-Lm6 miljun f'investiment għal proġetti ta' bini ta' flats u ta' maisonettes.", "Nagħti daqqa t'għajn it-tabelli l-oħrajn li l-Onor.", "Chircop poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra u ninnota li hawnhekk hawn biex niftaħru għax prattikament kull tabella tindika żieda sostanzjali fl-ammont ta' flus li l-gvern poġġa għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità biex jintużaw għal skemi differenti u għal diversi sussidji.", "Mill-1999 sas-sena 2001kien hemm żieda kull sena, li wħud minnhom kienu żidiet sostanzjali.", "Per eżempju, għal dak li għandu x'jaqsam ma' sussisdju tal-kera - li jinkludi sussidju lil dawk li jkunu f'kera ta' postijiet tal-gvern, u anke f'postijiet tal-privat - fl-1999 is- somma minfuqa kienet ta' Lm46,000, fis-sena 2000 is-somma minfuqa kienet ta' Lm39,000 imma s-somma vvotata kienet ta' Lm60,000, u fis-sena 2001 il- gvern ivvota Lm80,000.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet għal upgrading ta' housing estates, il-vot li qed jiġi approvat hawnhekk, li indika fit-tabella l- Onor. Chircop innifsu, huwa ta' Lm380,000 meta l-ispiża fis-sena 2000 kienet ta' Lm299,000.", "Niġbidlu l-attenzjoni wkoll li hemm fondi li jkunu available taħt skemi li ma jkunux intnefqu l-flus kollha proġettati għax ma jkunx hemm biżżejjed applikazzjonijiet għalihom.", "Allura minflok ngħidu li ffrankajna dawk il-flus, nużawhom għal skopijiet stabbiliti, bil-permess tal-ministeru tal-finanzi, ħalli jsiru x-xogħlijiet li qed nitkellmu fuqhom.", "U fil-fatt saru kwantità kbira ta' xogħlijiet matul is-sena li għaddiet.", "L-istess jgħodd għat-tabelli l-oħrajn li l-Onor.", "Chircop poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sur President, il-kritika li saret mill-Onor.", "Chircop f'ċertu sens hija riflessa wkoll f'kumment li għadda l-Onor.", "Sammut.", "F'mument minnhom huwa qal li l-awtorità tad-djar - qed nikkwota l-kliem ta' l-Onor.", "Chircop - qed tagħmilha iżjed ta' estate agent għax qed tibni u tbigħ.", "Allura jien ngħid li ma qrajtux ir-rapport, ma smajtuniex nispjegaw, ma tajtux kas x'qegħdin nagħmlu u m'intomx tanalizzaw iċ-ċifri.", "Qed tkunu assolutament inġusti fil- konfront ta' l-awtorità tad-djar għax f'dawn it-tliet snin li għaddew, imma partikolarment f'dawn it-12-il xahar li għaddew, wettaqna dak li jien wegħedt li se jsir anke fid-dibattitu li kellna bħal dan iż-żmien sena.", "Aħna għedna li l-awtorità tad-djar se tagħmel xi ħaġa li kienet issir fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1995, cioe' se tagħmel sagrifiċċju kbir u twarrab numru ta' flats u maisonettes li hi tkun qed tibni u minflok tpoġġihom għall-bejgħ tgħaddihom lid-dipartiment tad-djar biex jinkrew lil dawk li qed japplikaw għal akkomodazzjoni soċjali.", "Sur President, biex nagħti indikazzjoni ta' xi tfisser din fir-realtà - għax kulħadd jaħseb li 80 jew 100 flat m'huma xejn! - ngħid li sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena l-awtorità tad-djar se tkun tat 58 unit għall- akkomodazzjoni soċjali, inkluż għar-rehousing ta' nies li jkollna nċaqalquhom minħabba proġetti ta' slum clearance.", "Sa l-aħħar ta' Novembru jkunu ngħataw 24 unit oħra, total ta' 82 unit.", "Ejja nassumu, għall-grazzja ta' l-argument, li kull wieħed minnhom inpoġġuh għall-bejgħ u nġibu Lm14,000 bi prezz issussidjat.", "Dan ifisser li l-awtorità qed tirrifjuta minn butha d-dħul ta' Lm1,148,000 għal skop soċjali.", "Jiġifieri minflok li dawn il-flats poġġejniehom għall-bejgħ bi prezz issjussidjat, dawn il-flats ingħataw lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jingħataw lil dawk li ma jistgħux jaffordjaw li jixtru, li assolutament m'għandhom l-ebda soluzzjoni oħra.", "Allura permezz ta' dan l-eżerċizzju issa qed ikollhom l- alternattiva pprovduta min-naħa tad-dipartiment tal-housing.", "Nirrepeti li dawn it-82 unit jiswew Lm1,148,000.", "Fir-rapport tas-sena ta' ħidma hemm imniżżel xi ħaġa li ma ssemmietx u jidher li ma tawx kasha l-Onor.", "Membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni li għaddew dan il-kumment li l-housing authority hija pjuttost estate agent.", "Hemm imniżżel li għas-sena 2002 hemm ippjanat li jkun hemm 144 unit ieħor li jinbnew u jgħaddu għand id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Li kieku l-awtorità tpoġġihom għall-bejgħ bħala affordable housing b'medja ta' prezz ta' Lm14,000, dan ifisser li l-awtorità qed tirrifjuta mid-dħul tagħha s-somma ta' Lm2,016,000.", "Kieku kelli ngħodd dawk li se nagħtu din is-sena u dawk li tajna s-sena li għaddiet, insib li l-awtorità tad-djar se tkun tilfet mid-dħul potenzjali tagħha mat-Lm3 miljun.", "Allura kif jiġu l- membri ta' l-oppożizzjoni jgħidu li l-awtorità tad-djar iktar qiegħda tkun estate agent milli awtorità bi skop soċjali?", "Jekk l-awtorità jgħidilha hekk illum, allura meta intom kontu fil-gvern u minn dan kollu m'għamlet assolutament xejn - u kienet diġà teżisti l-awtorità tad-djar u setgħet tapplika din il-politika, imma lanqas kamra tal-banju ma tat aħseb u ara kemm ngħataw flats lis-social housing department - bl-istess kritika tagħkom ngħidilkom li l-awtorità tad-djar kienet estate agent fi żmien l- amministrazzjoni Laburista.", "F'din l-amministrazzjoni l-awtorità tad-djar qiegħda taqdi funzjoni ħafna iżjed soċjali, ħafna iżjed irfinuta lejn il-qasam soċjali milli qatt kienet tagħmel f'dawn l-aħħar snin.", "Ta' min isemmi wkoll il-programm qawwi ta' bini li l-awtorità tad-djar daħlet għalih, programm li jiswa l-miljuni ta' liri.", "Fil-vot tal-politika soċjali li se niddiskutu l-ġimgħa d-dieħla se jkun hemm miktub li mill-Fond Konsolidat se jiġu vvotati lill-awtorità tad- djar Lm1,100,000, però l-awtorità tad-djar qed tgħid li s-sena d-dieħla se tagħmel b'Lm6 miljun xogħol.", "Allura wieħed bilfors jistaqsi kif se tagħmel dan.", "Mill-proġetti tagħha l-awtorità tad-djar tiġġenera dħul li mbagħad tużah għal skop soċjali kif se nkompli nispjega.", "Il-programm ta' bini fih innifsu jindika livell ta' attività li l-awtorità tad-djar tkun qed tagħmel f'sena partikolari.", "Din is-sena kienet sena ta' attività qawwija u rrid nifraħ lill-awtorità tad-djar u lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar li bilfors iridu jaħdmu flimkien biex il-programmar ta' xogħol kapitali jkun jista' jsir.", "Ħalli nkunu ċari, ma tfaqqax subgħajk u toħloq tużżana flats jew maisonettes.", "Dan jinvolvi proċess twil ta' ppjanar, ta' permessi mill- planning authority, ta' ħruġ ta' tenders u mbagħad biex issir il- kostruzzjoni, jiġifieri jgħaddu x-xhur u kultant anke s-snin sakemm proġett iwelled numru ta' flats li inti jkollok bżonn għall-iskopijiet tiegħek u għall-programmi tiegħek.", "Sur President, għal dak li għandu x'jaqsam ma' slum clearance matul din is- sena l-awtorità tad-djar irnexxielha twettaq proġetti fil-Belt, f'Ħal Tarxien, u f'Bormla li prattikament tawna 38 unit lest u għandna 33 unit ieħor li huma kważi lesti.", "Irrid infakkar ukoll li għal dak li għandu x'jaqsam ma' slum clearance għamilna xi ħaġa li kienet ilha ġejja numru ta' snin.", "Fl-aħħar dak il-bini ikrah li kien jeżisti f'Valley Road l-Imsida li, apparti li kien perikoluż għan-nies kien eyesore mill-ikbar, joħloq spazju biex issir fażi oħra mill-proġett ta' Valley Road li mhux biss jipprovdi iktar flats għall-bejgħ, imma jgħin ukoll biex nikkontrollaw il- flooding, sa fl-aħħar din is-sena marru l-bulldozers u waqqajna dik il- ferita kbira li kienet teżisti ġo l-Imsida.", "Dan sar bid-determinazzjoni u bix-xogħol li għamlet l-awtorità tad-djar flimkien mad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar.", "Dawn it-38 unit li tlestew u t-33 unit li dalwaqt jitlestew swew lill-awtorità tad-djar mal- Lm539,000 li l-awtorità kellha bilfors tiffinanzjahom.", "Proġetti oħra kienu dawk tal-Qawra fejn tlestew 71 unit, 133 unit li huma kważi lesti u nbeda x- xogħol fuq 59 unit oħra f'diversi lokalitajiet f'pajjiżna.", "Dawn jiswew Lm1,136,000.", "Barra dawn ġo Pembroke hemm 52 maisonette oħra lesti, 105 unit lesti, 12-il unit li huma kważi lesti u hemm xogħol mibdi fuq 76 unit. ll-valur ta' dawn il-units huwa ta' Lm818,000.", "Qiegħed nitkellem fuq total ta' 632 unit li għandhom valur ta' Lm2,729,000.", "Dan ix-xogħol kollu sar fit-tnax-il xahar li għaddew.", "M'aħniex kuntenti b'daqshekk u Allaħares nikkuntentaw b'dan li għamilna għax il-problema hija kbira.", "L-ikbar żball li nistgħu nagħmlu huwa li niġu hawnhekk u nitkellmu daqslikieku solvejna l-problema.", "Imma daqstant ieħor nagħmlu żball li niġu ngħidu li m'aħna qed nagħmlu xejn jew ma jkollniex il- kuraġġ politiku li lil dak li jkun ngħidulu: \"Prosit, fuq din imxejt tajjeb, issa trid tirfina ftit f'banda jew f'oħra.\"", "Ikun hemm min ikollu dan il-kuraġġ politiku, imma mhux kulħadd.", "Sur President, għandna proġett ta' 265 unit li se jkunu riżultat ta' slum clearances, 487 flat, 34 maisonette, 174 unit ieħor ġewwa Pembroke.", "Barra dawk li semmejt in the pipeline għandna biex isiru total ta' 960 unit b'valur ta' kważi Lm4.5 miljun.", "Tgħiduli li l-awtorità saret estate agent?", "Li kieku ma jkunx hekk, l-awtorità tad-djar kif tista' tintrabat li għas- sena d-dieħla tipproġetta li tgħaddi numru ta' flats lis-social housing department li, kif diġà semmejt, waħedhom jilħqu l-valur ta' kważi Lm2 miljun.", "Sar ukoll eżerċizzju biex inkomplu nirfinaw id-dimensjoni soċjali iżjed milli rfinajnieh s'issa.", "Per eżempju, kif qal tajjeb l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jeħtieġ li l-awtorità tad-djar kontinwament tanalizza r- realtà soċjali tal-lum u tkun ċert li dak li qed tippjana llum, li se jsir realtà sentejn, tliet snin oħra, ikun skond l-esiġenzi soċjali tal-lum.", "U proprju għaliex saret dik l-analiżi u għaliex irrealizzajna iżjed minn qatt qabel - u naħseb li rrealizzajna issa għaliex, safejn naf jien, dan l- eżerċizzju ma sarx fis-sentejn li kien fil-gvern il-Partit Laburista - x'qed jiġri u x'tip ta' familji qed jitolbu akkomodazzjoni soċjali, sibna li r-realtà soċjali hija li qed tiżdied id-domanda għal units minn single parents, inklużi r-romol.", "Jidher li għandna domanda wkoll mill-anzjani.", "Għaldaqstant ittieħdu żewġ deċiżjonijiet importanti, u jien għalhekk kultant niddiżappunta ruħi li dak li jkun lanqas jirrikonoxxi dan il-punt.", "Nirrepeti li mhux qed nirriferi għal kull min tkellem f'dan id-dibattitu.", "Waħda mill-policies li aħna ddeċidejna li nwettqu kienet il-proġetti tal- lifts.", "U kull lift jiswiena Lm20,000 jew Lm25,000 biex nistallawh, jiġifieri qed nitkellmu fuq eluf kbar ta' liri li jkunu jridu jiġu mill- fondi stess li ġġenerat l-awtorità tad-djar innifisha.", "Bħala proġetti tal- lifts s'issa hemm awarded tmien tenders biex jiġu stallati tmien lifts.", "Ħriġna seba' tenders oħra li qed nistennew li jiġu awarded u hemm 19-il tender li qed jiġu ppreparati biex jiġu assenjati, jiġifieri b'kollox se jiġu stallati 34 lift.", "Li kieku kelli nieħu 34 lift fi blokki li għallinqas fihom erba' flats - għalkemm ikun hemm postijiet fejn hemm sitt flats jew tmien flats - ifisser li nkunu qed nirrendu 86 flat aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani f'pajjiżna.", "U biex isir dan l- investiment kapitali qawwi ħalli nkunu nistgħu nilħqu dan l-iskop m'aħna qed nitolbu l-ebda kontribuzzjoni mingħand l-inkwilini.", "Allura dan ma jiġix rikonoxxut?", "Dan l-ewwel punt.", "Għamilna wkoll bidla f'dak li huwa ppjanar ta' tip ta' flats.", "Minn din is- sena 'l quddiem 30% ta' dak li jinbena, jekk jista' jkunu, ikunu postijiet b'żewġt ikmamar tas-sodda u naħsbu wkoll għal numru ta' postijiet li jkunu b'kamra tas-sodda waħda, li hija d-domanda li ħafna drabi qed ikollna minn single parents jew inkella r-romol.", "Irrid ngħid ukoll li rrevedejna l-kriterji biex wieħed jikkwalifika għal ċerti benefiċċji għax irrealizzajna li hemm ċerti realtajiet li ma tistax taħrab minnhom.", "Per eżempju, għal dak li għandu x'jaqsam ma' bejgħ - din issemmiet minn uħud mill-kelliema ta' din in-naħa - sal-lum il-kwalifika biex wieħed ikun jista' japplika ħalli jixtri post mill-awtorità tad-djar kienet li dak li jkun ma jkollux assi kapitali li jaqbżu t-Lm12,000.", "Aħna rrealizzajna li ħafna minn dawn il-postijiet ikunu ġebel u saqaf, u biex dak li jkun ilesti l-post irid jonfoq Lm8,000 jew Lm10,000, allura seta' kien hemm kontradizzjoni li xi ħadd li jaqbeż it-Lm12,000 f'assi kapitali ma jikkwalifikax biex japplika, filwaqt li xi ħadd li għandu inqas minn Lm12,000 f'assi kapitali jikkwalifika, però mbagħad ma jkollux biżżejjed biex ikun jista' jlesti l-post biex jiġi abitabbli.", "Allura ddeċidejna li nirrevedu din il-policy u t-Lm12,000 bħala ceiling issa żdied għal Lm15,000.", "Tajna wkoll il-preferenza lill-persuni b'diżabilità li jkunu jistgħu japplikaw għall-units kollha fil-ħruġ tal-postijiet il-ġodda.", "Irrevedejna wkoll l-għotjiet li l-awtorità tad-djar tagħti f'ċerti każijiet li huma ta' bżonn partikolari.", "Per eżempju, fil-każ ta' postijiet li huma dikjarati bħala substandard qabel konna nagħtu s-somma ta' Lm1,800 bħala għotja ħalli jsirulhom xogħlijiet biex nirrenduhom f'livell abitabbli aċċettabbli għaż- żmenijiet tal-lum.", "Din l-għotja issa telgħet għal massimu ta' Lm2,500.", "Mill-banda l-oħra, għal dak li għandu x'jaqsam ma' bini perikoluż, jekk inkunu nafu li b'investiment ta' xogħol fih, dak il-bini ma jibqax perikoluż u jiġi ta' livell abitabbli aċċettabbli għaż-żmenijiet tal-lum, l- għotja tellajnieha minn Lm1,800 għal massimu ta' Lm3,000.", "Apparti minn hekk, stabbilixxejna wkoll li l-għotja li għandha tingħata lill-persuni b'diżabilità li japplikaw biex jagħmlu stair lift għandha tkun ta' Lm1,500, filwaqt li l-għotja għal dawk li japplikaw biex jagħmlu lift tkun ta' Lm2,800.", "Miżura oħra soċjali importanti ħafna hija l-iskema ta' sussisdju ta' kirjiet meta bniedem jikri mingħand il-privat.", "Aħna rrealizzajna li hemm kategorija ta' nies li għandhom bżonnijiet partikolari li huma responsabbiltà ta' l-istat.", "Dawn huma dawk it-tfal li jkunu taħt care orders u li ministri differenti li ġew qabli jkunu ordnaw li dawn it-tfal imorru f'istitut meta kienu taħt l-età ta' 18-il sena.", "Mela l-istat daħal għar-responsabbiltà li lil dawn it-tfal jeħodhom taħt il-ħarsien tiegħu u jpoġġihom f'istitut għax ma kellhomx l-okkażjoni bħal tfal oħrajn li jikbru ġo familja bħalma wieħed jixtieq għal kulħadd.", "Allura kibru ġo istitut, però dawn x'jiġri minnhom meta jagħlqu t-18-il sena?", "Jibqgħu jgħixu ġo istitut?", "Allura dehrilna li kellna nagħmlu miżura ġdida a vantaġġ ta' dawn il-persuni b'organizzazzjoni u b'koordinazzjoni ma' l-aġenzija Appoġġ, li hija l-aġenzija tal-gvern fil-qasam tas-social work f'pajjiżna.", "Minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta' dawn il-każi l-awtorità tad-djar tissussidja lil dawn il-persuni sa massimu ta' Lm600 biex jikru mingħand il- privat ħalli jkunu jistgħu jgħixu diċentement għal rashom.", "Naturalment is- sid privat ma jkunx jaf għax iċ-ċirkostanzi huma personali ħafna għall- individwi.", "Il-konfidenzjalità tiġi mħarsa kompletament, imma hija miżura li ta' min jiftaħar biha.", "About time li ħsibna f'din il-miżura f'dan il- pajjiż għax wara kollox qed nitkellmu fuq tfal li huma responsabbiltà ta' l- istat.", "Mhux hekk biss, għall-ewwel darba l-awtorità tad-djar matul it-12-il xahar li għaddew investiet u qiegħda tinvesti bil-qawwi fi proġetti ta' sħubija ma' NGOs biex isiru proġetti li għandhom dimensjoni ta' akkomodazzjoni importanti ħafna u li tiġi rikonoxxuta mill-awtorità.", "Issemmew diġà, però se nerġa' nsemmihom, il-ftehim li sar mal-YMCA biex il-YMCA tirċievi Lm28,000 mill-awtorità tad-djar ħalli jkollha flatlets tagħha ħalli tkun tista' tagħti servizz li jidhrilna li hu importanti.", "Il-ġenituri tat-tfal b'diżabilità l-ħin kollu jinkwetaw u jistaqsuna x'se jiġri mit-tfal tagħhom meta jmutu huma, allura qed ninkoraġġixxu dawk l- inizjattivi f'pajjiżna li huma maħsuba biex jiftħu djar ħalli persuni b'diżabilità li għal xi raġuni jew oħra l-ġenituri tagħhom ma jkunux jistgħu jkomplu jieħdu ħsiebhom, dawn il-persuni jkollhom dar fejn ikollhom il-kura u l-attenzjoni.", "Kien għalhekk li l-awtorità tad-djar aċċettat li tagħti Lm25,000 oħra lill-Fondazzjoni Wens - li hija l-organizzazzjoni li kienet waqqfet Dar il-Wens fir-Raħal Ġdid - li issa daħlet għal proġett ġdid biex ikollha dar oħra.", "L-awtorità tad-djar aċċettat ukoll li tagħti Lm25,000 oħra lil Dar Nazzaret biex tkabbar is-servizz li hija qiegħda tagħti.", "Infakkar li din qed tipprovdi servizzi residenzjali importantissimi.", "Ħalli nsemmi ħaġa oħra li introduċejna din is-sena.", "Mhux imbilli joqogħdu jgħidu li l-awtorità tad-djar hija estate agent!", "Mela hawn xi estate agent li twaqqaf aġenzija fi ħdanha li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-familji li l- iktar għandhom diffikultajiet soċjali?", "Fir-rapport insibu li din is-sena l- awtorità waqqfet unit ġdid, imsejjaħ care and repair, li l-iskop tiegħu huwa li s-social workers ġo l-aġenzija Appoġġ ikollhom mezz kif direttament ġo l-awtorità tad-djar jidentifikaw b'kunfidenzjalità każijiet ta' bżonnijiet soċjali kbar u l-awtorità stess tipprovdi s-soluzzjonijiet imfassla għall-bżonnijiet tal-persuna partikolari li s-social workers ikunu identifikaw lill-awtorità tad-djar.", "Din miżura ġdida li daħlet issa li tikkonferma kemm aħna determinati li nkomplu nenfasizzaw dan il-qasam kollu.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-eżerċizzju li sar biex inbiddlu s-sistema ta' kif jingħataw il-punti.", "Dan kien u huwa eżerċizzju diffiċli li huwa intenzjonat biex inneħħu ċerti inġustizzji minn din is-sistema u biex verament nagħmlu l-ġustizzja soċjali bħala l-kejl ta' kif inwettqu l- policies tagħna.", "U fil-fatt din is-sistema tal-punti ġiet irranġata, ġiet ittestjata u l-applikazzjonijiet kollha pendenti mad-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali ġew ittestjati b'din is-sistema.", "Jien xtaqt li nagħmluha qabel, però mbagħad irrealizzajt li rrid noqgħod attent ħafna li ma mmurx, mingħajr ma ninduna, inkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa li nsolvu naħa però nżarmaw naħa oħra.", "Imma t-test sar u jidher li din is-sistema qiegħda tiffunzjona.", "Insemmi wkoll it-twaqqif tal-bord ta' l-appell.", "Aħna wegħedna li nkunu trasparenti u accountable u min jidhirlu li min-naħa ta' l-awtorità ttieħdet deċiżjoni li jixtieq jikkontestaha, waqqafna apposta dan il-bord ta' l-appell.", "U din is-sena, għall-ewwel darba, tajna l-opportunità lil min ma jaqbilx mad-deċiżjoni li tkun ħadet l-awtorità li jkun jista' jappella minnha.", "Mr Speaker, matul dawn it-12-il xahar saru ħafna ħafna affarijiet oħrajn.", "Jien irrid nirrikonoxxi x-xogħol qawwi li sar mill-management ta' l- awtorità tad-djar u ninkoraġġihom biex ma jaqtgħux qalbhom f'wiċċ id- diffikultajiet li dejjem ikun hemm għax naturalment id-diffikultajiet ma jonqsu qatt.", "Però naħseb li mexjin fit-triq li veru jkollna awtorità li tkun poġġiet dejjem iżjed il-qasam soċjali bħala ċ-ċentru ta' l-attenzjoni tagħha.", "It-12-il xahar li għandna quddiemna, bl-estimi li din il-Kamra se tivvota lill-awtorità tad-djar, iridu jkunu 12-il xahar oħra ta' ħidma qawwija bħalma kienu ta' qabel għall-ġid ta' dawk il-familji li huma l- aktar fil-bżonn.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorità tad-Djar għas-sena 2001 - 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq ta' l-Awtorità tad-Djar għas-sena 2001 - 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "324 FAVUR : 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis | |", "KONTRA : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Novembru, 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni. --------------------- Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr. Speaker, il-ġimgħa li għaddiet waqt id-diskussjoni dwar l-estimi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar jien poġġejt fuq il-mejda tal- Kamra kopja ta' ittra li bagħat il-Perit Bianco lill-Kamra tal-Periti, lill- ministru ta' l-intern u lili bħala l-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Din l-ittra kienet tikkonsisti f'numru ta' allegazzjonijiet fil-konfront tal-manager ta' l-environment unit tal- planning authority, s-Sur Adrian Mallia, li kontra dak li qal il-Ministru ta' l-Intern, m'huwiex perit.", "L-Onor.Tonio Borg il-ministru responsabbli għall-awtorita' ta' l-ippjanar poġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' affidavit li Mallia preżenta fil-qorti, u fih suppost kien hemm ċaħda dwar l-allegazzjonijiet li għamel il-Perit Bianco fl-ittra tiegħu.", "Fil-fatt meta wieħed jara l-affidavit li għamel Mallia mhux talli jinduna li din m'hi ċaħda xejn, talli kkonferma dak li kien hemm fl-ittra tal-Perit Bianco.", "Mr. Speaker, dan li qed ngħid ifisser li issa mhux fuq allegazzjonijiet qed nitkellmu imma fuq fatti, għaliex Adrian Mallia kkonferma bl-affidavit dak li hemm fl-ittra tal-Perit Bianco.", "Fost affarijiet oħra fl-affidavit Malli jgħid, u se nikkwota:", "\"Jien aċċettajt li niltaqa' ma' l-applikant fl-uffiċċju tal-cold foods fil-qasam industrjali tal-Marsa.", "Is-Sur Debono business partner ta' l- applikant għadda għalija.\".", "Mela issa qed jikkonferma bil-ġurament li hu aċċetta li jiltaqa' ma' l- applikant fl-uffiċċju tal-cold foods fil-qasam industrijali tal-Marsa u s- Sur Debono, business partner ta' l-applikant, għadda għalih.", "X'qal iktar?", "Qal ukoll li hu għaddielhom l-ittra msemmija, jiġifieri dik li waqqfitilhom l-applikazzjoni.", "Qal ukoll li wera lill-applikanti parti mir- rapport li l-awtorita' kkummissjonat.", "Dan hu dokument ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u hawn qed ikompli jikkonferma dak li qal Bianco fl-ittra tiegħu.", "Fl-affidavit tiegħu kompla jgħid hekk:", "\"Jien għedtilhom li xogħol ta' dan it-tip fi kwalunkwe proġett ieħor li ġie sottomess lill-awtorita' kif ukoll xogħol ta' monitoraġġ fil- baħar ikkummissjonat mill-istess awtorita` dejjem saru mill-istess konsulenti, jiġifieri l-Prof.", "Patrick J Schembri u s-Sur Joseph A Borg u t-team tagħhom, pero` spjegajt li dan bl-ebda mod ma jfisser li ma jeżistux oħrajn.\"", "Mela dak li qal il-Perit Bianco fl-ittra tiegħu kkonfermah ukoll.", "Irrakkomanda pero' miskin ma jafx b'oħrajn.", "Huwa qal ukoll li:", "\"Mill-prezzijiet li ħallset l-awtorita` għal xogħol ta' surveys fil- baħar jien...\"", "- jiġifieri Adrian Mallia –", "\"...nistma' li dan ix-xogħol mitlub fl-ittra li għaddejtilhom m'għandux jiswa iktar minn bejn Lm1,500 u Lm2,000.\"", "Din tikkonferma wkoll dak li qal Bianco fl-ittra tiegħu.", "Issa tajjeb li ngħid li f'ċirkostanzi oħra fejn l-awtorita` kellha sempliċi allegazzjoni, din qabdet u ssospendiet l-uffiċjal in kwestjoni u għamlet investigazzjoni.", "Huwa tajjeb li nsemmi l-każ tal-Perit Silvio Farrugia, li ssuspendewh fuq allegazzjoni li kien qed jagħmel xogħol privat.", "F'dan il- każ intqal li kellhom video li qed juri lill-Perit Farrugia dieħel f'uffiċċju privat.", "Mela għax is-segretarju parlamentari għadda video li xi ħadd għaddielu li juri lill-Perit Farrugia dieħel f'uffiċċju ta' xi ħadd li għandu x-xogħol ta' perit privat, lil dan issospendewh, għamlu inkjesta u din baqgħet għaddejja għal diversi xhur.", "Issa mhux hekk.", "Issa għandna l- każ ta' Adrian Mallia li huwa każ serju pero' minn dan kollu ma sar xejn.", "Qabel ma kien preżentat l-affidavit jiena kont ngħid li dawn huma allegazzjonijiet pero' llum dawn huma fatti kkonfermati bil-miktub mill- istess Mallia u allura jiena nerġa' nitlob li Mallia jiġi sospiż.", "Jien se ngħaddi kopja ta' ittra li semmejt tal-Perit Bianco kopja ta' affidavit ta' l-istess Adrian Mallia lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex din taġixxi u tieħu l-passi li hemm bżonn.", "Mr Speaker, jien nemmen li kemm il-membri tal-gvern u kemm il-membri ta' l- oppożizzjoni għandhom ikunu accountable għal xogħlhom pero' nemmen ukoll li anke l-uffiċjal pubbliku għandu jkun accountable għall-amministrazzjoni pubbliku.", "Jien nemmen li aħna accountable, għaliex għallinqas meta tissejjaħ elezzjoni l-poplu jista' jwarrabna u jista' jerġa' jagħżilna imma uffiċjal pubbliku ma jmurx quddiem il-poplu.", "Mr. Speaker, dan il-każ żgur li jimmerita li Mallia jitkeċċa, imma jien naħseb li dan għandu jibqa' fuq il-kotba ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar għax hemm ħafna mistoqsijiet li jrid iwieġeb inkluż mistoqsijiet dwar il- kwestjoni tat-tuna penning.", "Dwar dan il-każ nixtieq ngħid li minkejja r- riskji kollha jiena vvotajt kontra li ssir l-estensjoni tat-tuna penning minħabba li dik hija ħaġa illegali.", "Iċ-chairman kellu responsabbilta` li ma jħallix din il-kwestjoni tiġi għad-diskussjoni pero' xorta waħda ħalliha biex tiġi għall-vot.", "Ta' min igħid ukoll li dan mhux darba għamel ħaġa bħal din.", "Dan għamel hekk fil-każ ta' diversi applikazzjonijiet fosthom dik rigward il-proġett tal-Kottonera fejn ma kienx hemm traffic impact assessment u kontra l-liġi dan qabad u għamel over-ruling u l-kwestjoni l- oħra tat-tuna penning li għal snin twal kienet illegali wkoll.", "Kien hemm ukoll il-każ ta' Anġlu Xuereb.", "Suppost meta jkollok reconsideration ma jkollok l-ebda tibdil imma dan iddeċieda li jġib għal vot quddiem il-bord biex jiddeċiduha.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux u l-poplu ma kienx jafhom.", "Jien nqajjem il-kontroversji biex inqajjem kuxjenza.", "Naf li meta nagħmel hekk ikun hemm riskju għalija, imma rnexxieli, u f'ġieħ is-sewwa u t- trasparenza j'Alla jirnexxieli wkoll li jitkissru l-abbużi li hemm fl- awtorita` ta' l-ippjanar.", "Jien m'inix se naqta' qalbi u se nkompli għax hemm affarijiet oħra li jridu jiġu spjegati.", "Jien nispera li l-awtorita` ta' l-ippjanar issa tieħu passi minħabba l-fatt li ħarġu dokumenti meta mhux suppost.", "Min ħariġhom qed jgħid bil-ġurament li ħariġhom.", "(Interruzzjonijiet) Lanqas membru tal-bord ma jista' joħroġ dokumneti simili!", "Jiena ma nemminx li l-affarijiet għandhom ikunu hekk pero' bil-liġi hekk huma.", "Mela membru tal-bord ma jistax, u dan bil-ġurament qal li ħareġ dokumenti u ittri ta' l-awtorita` u minkejja dan, l-awtorita' ta' l- ippjanar ma qaltlu xejn.", "Issa wara li qajjimt dan il-każ naraw daqsxejn x'se tagħmel l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Qed ngħid dan għax meta trid l- awtorita`tgħid li hi ma tagħtix kas x'jingħad fil-parlament imma jekk tara xi ħaġa fil-gazzetti tieħu passi mill-ewwel.", "Issa jien se nibgħatilha kopja ta' l-ittra tal-Perit Bianco u l-affidavit ta' l-istess Adrian Mallia u nispera li tissospendih u f'ġieħ is-sewwa tibda tinvestiga l-affarijiet.", "Nispera li l-awtorita` tara jekk hemmx xi ħadd li qed jindaħal jew li qiegħed fuq fiċ-ċirku.", "Dawn affarijiet tal-biki fejn membru tal-bord ma jistax joħroġ dokumenti u membru fl-awtorita' ta' l-ippjanar qed jagħmel li jrid.", "Dan li qed ngħid qed jagħmlu bl-affidavit u minkejja dan ħadd ma jieħu passi kontra tiegħu.", "Dan x'saħħa għandu?!", "Dan mhux hu għandu s- saħħa, imma hemm xi ħadd qed jużah.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Mr Speaker, jiena 'l quddiem se nkompli ngħid affarijiet li ma jitwemmnux u f'ġieħ it-trasparenza u s-sewwa nispera li l-awtorita` ta' l-ippjanar tieħu passi dwarhom u mhux tkun kompliċi.", "Nispera li issa li nbidel il-bord u hemm membri ġodda l-affarijiet jinbidlu.", "Mr. Speaker, għalkemm diġa' rawhom, jiena nixtieq ngħaddilhom kopja ta' l- ittra tal-Perit Bianco u kopja ta' l-affidavit u nispera li jieħdu passi, speċjalment issa li ammetta li ħareġ id-dokumenti.", "Dan żgur li ma ngħata l- ebda permess biex jagħmel hekk.", "Għal dan l-għemil huwa suppost jitkeċċa mhux jiġi sospiż, imma jien nitlob biex dan jitħalla fuq il-kotba għaliex hemm ħafna affarijiet x'jispjega.", "Meta jasal il-mument jiena ngħidilhom xi jrid jispjega.", "Hemm ħafna u ħafna iktar x'jispjega.", "U importanti li jkun fuq il-kotba ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ħalli jispjega.", "Nerġa' nappella biex l-awtorita' ta' l-ippjanar ma taqax għall-pressjoni li qed issirilha diġa' biex ma teħux passi.", "Diġa' hemm pressjoni biex imut kollox.", "Meta xi ħadd mill-media jistaqsihom xi ħaġa malajr jirrisponduha fejn jaqbillhom, imma dwar dan il-każ, il-gazzetta \"Malta Star\" staqsiethom biex jagħmlu kummenti pero' m'għamlux kummenti.", "Għaliex ma kkummentawx?", "Mhux għax l-affari tinten?!", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Hemm provi ċari u ħadd ma jindenja ruħu jieħu passi.", "Jien se nibqa' nagħfas biex toħroġ il- verita' u jittieħdu passi.", "Nispera li immedjatament l-awtorita' ta' l- ippjanar tissospendi lil Adrian Mallia u tibda tinvestiga ħalli toħroġ il- verita'.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru, 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19991117_183d_par.doc", "date": "1999-11-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 183 L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 183", "L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "183", "L-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 84", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 84", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI LI TIRREGOLA S-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI", "FINANZJARJA GĦAS-SENA 2000 90", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA LI TIRREGOLA S-SEDUTI DWAR L-ESTIMI ĠENERALI", "TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000 U L-ESTIMI SUPPLIMENTARI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999 91", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI", "B'DIŻABILITA' (IT-TIENI QARI)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (SECOND READING) 94", "AĠĠORNAMENT 113", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 118", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 182 li saret fis-16 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QRATI - KAŻI TA' DROGA", "3658.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi matul l-1995, 1996, 1997 u 1998 separatament fuq każi ta' droga fejn il-qorti tal-maġistrati u l-qorti kriminali superjuri ordnaw is-sekwestru tal-beni tal-ħati?", "X'kien l-ammont totali kull sena?", "Fil-każ ta' bini li ġie mgħoddi għand il-gvern, x'użu sar/se jsir minnu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Qed nannetti lista ta' każi konnessi ma' droga li ġew deċiżi bejn l-1995 u l-1998.", "Minn dawn il-każi kollha hemm każ wieħed biss li sa l-1998 ġie deċiz mill-qorti ta' l-appell kriminali fejn ġiet konfermata l-konfiska tal-beni tal-ħati.", "Mir-riċerka li saret fuq ordni tal-qorti jirrizulta li hemm żewġ karozzi u mutur registrati f'isem l-akkużati u ammont żgħir ta` madwar Lm9.44 biss.", "Ma jidhirx li kien hemm bini.", "Id-dipartiment qiegħed jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex l-oġġetti konfiskati jgħaddu fil-pussess tal-gvern.", "(i) Kontra John Bugeja (Att ta' Akkuża Nru. 12'93) deċiza mill-qorti kriminali fid-29 ta' Novembru 1995 - pendenti fil-qorti ta' l-appell;", "(ii) kontra Abrahim Bashir Ben Matue (Att ta' Akkuża Nru. 4'95) deċiza mill- qorti kriminali fis-17 ta' Mejju 1996 - pendenti fil-qorti ta' l-appell;", "(iii) kontra Joseph Grech u Tracy Borg (Att ta' Akkuża Nru. 11'95) deċiża mill-qorti kriminali fil-konfront ta' Joseph Grech biss fis-27 ta' Ottubru 1997, liema każ għadu pendenti quddiem il-qorti ta' l-appell; il-każ ta' Tracy Borg għad hemm il-ġuri pendenti;", "(iv) kontra Anthony Tanti, omissis u Kevin Tanti (Att ta' Akkuża Nru. 2'96) deċiża mill-qorti kriminali fid-29 ta' April 1997 - pendenti fil- qorti ta' l-appell;", "(v) kontra Abdul Baset Mohammed Dberzi (Att ta' Akkuża Nru. 5'97) deċiza mill-qorti kriminali fis-27 ta' Ottubru 1997 - pendenti fil-qorti ta' l- appell;", "(vi) kontra Christopher Borg, Mario Joseph Rodena u Allison Micallef (Att ta' Akkuża Nru. 23'97) deċiża mill-qorti kriminali fit-28 ta' Mejju 1997 - pendenti appell preliminari;", "(vii) kontra Andrew Buhagiar (Att ta' Akkuża 14'97) deċiza mill-qorti kriminali fil-5 ta' Mejju 1998 - pendenti fil-qorti ta' l-appell;", "(viii) kontra Nazzareno Abela (Att ta' Akkuża 29'97) deċiża mill-qorti kriminali fit-12 ta' Ottubru 1998 - pendenti fil-qorti ta' l-appell;", "(ix) kontra Meinrad Calleja (Att ta' Akkuża 20'97) ingħatat deċizjoni preliminari fl-14 ta' Diċembru 1998 - li għadha pendenti fil-qorti ta' l- appell;", "(x) kontra Ali Ben Mohamed Hichm Bettaieb (Att ta' Akkuża 1'98 pendenti ġuri).", "(xi) kontra Mario Camilleri (Att ta' Akkuża Nru. 3'98) - pendenti ġuri.", "(xii) kontra Hisham Bashir Abugukhaz - pendenti quddiem il-qorti ta' l- appell kriminali (Nru. 263'98)", "(xiii) kontra Saverina Borg, Josephine Grima, Anthony Borg u Raymond Borg - Appell Kriminali Nru. 309'97 - deċiż 31 ta' Lulju 1998;", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "5671.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Jose' Herrera) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi kriminali li ilhom pendenti għal aktar minn sentejn quddiem il-qrati tal-maġistrati?", "Jekk le, jista' jiġbor statistika relattiva?", "Jaf li tali dewmien imur kontra l-prinċipju tas-smigħ xieraq fi żmien raġonevoli?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat mill-maġistrati jew mid-deputati tagħhom li sal-5 ta' Marzu, 1999 kien hemm ħames kawżi li ilhom pendenti għas-sentenza għal aktar minn sentejn quddiem il-qorti tal-maġistrati.", "AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI ĠODDA", "9519.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħu mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ġie impjegat uffiċjal wieħed fis-segretarjat tal-ministeru b'kuntratt mill-1 ta' Settembru, 1999.", "AGRIKOLTURA U SAJD - TRASFERIMENTI", "9520.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-0nor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 fid- dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn is-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 saru tliet transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru għall- agrikoltura u sajd, filwaqt li saru ħames transfers minn ministeri oħra għad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi.", "Saru wkoll għaxar transfers interni fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru.", "It- trasferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall- ministeru għall-agrikoltura u sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "9521.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Tista' tgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, tista' tgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): In-numru ta' uffiċjali pubbliċi li ġew impjegati mill-ministeru għal Għawdex bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kienu tlieta.", "Dawn kienu ward clerical assistants li s-sejħa għall- applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet relattivi kienet ħarġet fil-5 ta' April 1995.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jikkonfermali jekk dawn il-ward clerical assistants ġewx impjegati fl-isptar ta' Għawdex?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix id-dettallji hawnhekk pero' nassumi li dawn il-ward clerical assistants ġew impjegati fl-isptar ta' Għawdex.", "TURIŻMU - TRASFERIMENTI", "9522.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-White rocks holiday complex?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita l-ebda persuna mill-white rocks holiday complex.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA ĠODDA", "9523.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tas-sanita' mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejgħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid nirrimarka li dipartiment tas-sanita' bħala dipartiment ma jeżistix.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad-dipartiment tas-saħħa pubblika, ninformah li mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ġew impjegati sitt ħaddiema ġodda.", "Dawn huma health inspectors li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall- applikazzjonijiet.", "Fil-fatt is-sejħa għall-mili ta' postijiet ta' health inspectors ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, b'riferenza għal dak li ġie rapportat fil-media dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt tat-tindif li kumpannija privata kellha fl-isptar, nixtieq li l-Ministru jinformana fiex waslet is- sitwazzjoni llum minħabba li kien hemm xi xnigħat li l-complement tal- ħaddiema fil-preżent m'huwiex biżżejjed biex ilaħħaq max-xogħol li kienet qed tagħmel din il-kumpannija.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq nirrimarka li dak li ntqal fil-gazzetti huwa infondat għaliex fil-fatt, skond il-manpower plan, diġa' hemm numru sostanzjali ta' nies li l-job description tagħhom tinkludi wkoll it- tindif.", "Wara diskussjonijiet mal-GWU u l-UĦM, li huma l-iktar żewġ unions li għandhom membri affiljati magħhom f'dawn il-kategoriji, intlaħaq ftehim u fil-fatt ġie tterminat il-kuntratt mal-kumpannija privat li kienet qed tagħmel ix-xogħol tat-tindif fl-isptar.", "Il-gvern ħa din id-deċiżjoni wara s-suċċess li nkiseb mill-ħaddiema tal-gvern stess meta ngħaqdu f'koperattiva u bdew jieħdu ħsieb il-linen services.", "Fil-fatt l-effiċjenza ta' din il-koperattiva żdiedet b'iktar minn 300%, filwaqt li n-numru ta' impjegati naqas minn 110 għal madwar 50.", "Bħala turija ta' fiduċja f'dawn il-ħaddiema, il-gvern mar pass oltre u l- cleaning services qegħdin isiru mill-ħaddiema tal-gvern.", "Ta' min ifakkar li l-poplu Malti kien qiegħed jonfoq madwar Lm600,000 fis-sena għax-xiri ta' dawn is-servizzi mingħand il-privat.", "Il-kuntratt tal-kumpannija privata ġie tterminat fis-26 ta' Novembru, 1999 u minn din id-data 'l quddiem il-cleaning kollu se jsir mill-ħaddiema tal-gvern.", "Sabiex nagħmlu x-xogħol tagħhom iżjed faċli nxtara wkoll apparat industrijali li jintuża għat-tindif, li għall-ewwel meta ġejna biex nuruh lill-ħaddiema kien hemm speċi ta' rewwixta żgħira għax ħadd ma ried jużah, pero' wara li pprovawh ġara bil-kontra għaliex kulħadd ried jibda juża dan l-apparat meta kellna sample wieħed biss.", "Fil-fatt il-vantaġġi ta' dan l-apparat huma enormi għaliex, per eżempju, kurridur Ii s-soltu erbgħa min-nies idumu sagħtejn biex jagħmluh bil-mopp, din il-makna b'persuna waħda bil-qiegħda fuqha - għaliex taħdem bl-elettriku - tagħmlu f'seba' minuti biss.", "Irrid ngħid ukoll li dan it-tip ta' apparat li nxtara huwa magħmul speċifikament għall-isptarijiet għaliex ma jagħmilx ħsejjes u ma joħorġux fumes minnu.", "Dan l-eżerċizzju kollu kien immirat biex l-ewwelnett nuru lill-ħaddiema tal-gvern li aħna għandna fiduċja fihom, kif fil-fatt urejna diġa' fil- każ tal-linen services, u t-tieni nett għaliex ridna niffrankaw Lm600,000 u nispiċċaw bi prodott ferm aħjar.", "Huwa maħsub li l-ispiża kapitali li saret fuq l-apparat tal-cleaning ġewwa l-isptar tinfeda fi żmien erba' xhur bil-flus li se jiġu ffrankati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma li dawk il- hospital auxiliaries li għal xi raġuni ma redux jingħaqdu f'din il- koperattiva, ingħataw iċ-ċans li jibqgħu fejn huma?", "Jista' jinformana wkoll jekk id-dipartiment tal-general services huwiex se jintmess - qed nirriferi għal dawk il-porters li joħorġu ma' l- ambulanzi, dawk li jġorru pazjenti li jkunu mietu lejn il-kamra mortwarja jew inkella li jieħdu l- pazjenti mill-casualty għal ġewwa s-swali - għaliex naħseb li huwa importanti li dawn il-porters jibqgħu jagħmlu dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Meta sar dan l-eżerċizzju wieħed ta kas ukoll it- tip ta' nies li se jipparteċipaw fih.", "L-ewwelnett irrid nikkonferma li ħadd ma ġie obbligat li jifforma parti minn din il-koperattiva u, kif għadni kemm għedt fil-mistoqsija preċedenti, dan il-pass ittieħed wara konsultazzjoni u qbil unanimu maż-żewġ unions konċernati.", "Barra minn hekk, tajna kas ukoll in-numru ta' nies li se jintbagħtu f'postijiet ta' cleaning għaliex għandek numru ta' nies li qegħdin jagħmlu xogħol klerikali u allura huwa essenzjali li jibqgħu jagħmlu dan ix-xogħol, u għandek numru ta' nies li waslu biex jirtiraw bl-eta' u allura ma setgħux jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju.", "Pero' kulmin ried jidħol f'din l-iskema tal-koperattiva ġie mogħti l-faċilita' li jagħmel dan.", "Fil-ftehim li sar mal-unions hemm stipulat li dawk li jieħdu sehem f'din il-koperattiva se jkollhom ċerti benefiċċji, pero' se jkunu marbutin ukoll b'ċerti penalitajiet jekk ma jiddeliverjawx skond il-job description tagħhom.", "Għar-rigward tal-porters, safejn naf jien dawn se jkomplu jagħmlu dak ix- xogħol, għaliex dan huwa xogħol essenzjali li ovvjament ma jistax jieqaf.", "Meta tagħmel dawn it-tip ta' riformi xorta trid iżżomm quddiem għajnejk li s-servizz irid ikompli għaddej bl-istess ritmu li kien għaddej qabel.", "SAĦĦA - TRASFERIMENTI", "9524.", "L-ONOR.", "CARMELO ABLEA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fid-dipartiment tas- sanita'?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad- dpartiment tas-saħħa pubblika, ninformah li n-numru ta' trasferimenti li ngħataw mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 lill-ħaddiema ta' l-imsemmi dipartiment kien ta' 19, li tnejn minnhom saru fuq talba ta' l- impjegati stess.", "Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas- servizz.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nispjega li regolarment issir rotation tal- health inspectors u għandi nifhem li dawn is-17-il persuna li ġew trasferiti kienu jifformaw parti minn din ir-rotazzjoni regolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jikkonferma li kontra dak li kien isir fl-amministrazzjoni preċedenti, l-ebda uffiċjal mill-ministeru tiegħu jew xi xufier tiegħu ma jmur fis-satra tal-lejl biex jiċċekkja fuq l- impjegati imma l-Ministru jħalli f'idejn il-management ta' l-isptar biex jagħmel din is-superviżjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li ħadd mis-segretarjat tiegħi m'hu qed jagħmel xogħol ta' superviżjoni li fil-fatt m'huwiex intitolat li jagħmel.", "HEALTH AND SAFETY - KORRIMENTI", "10117.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġorna r-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 8852 għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Bejn Lulju u Settembru ta' l-1999 kien hemm 1,322 persuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.", "| |Irġiel|Nisa |TOTAL | |Over 35 |545 |81 |626 | |under 35 |658 |38 |696 | |TOTAL |1203 |119 |1322 |", "Fil-perjodu msemmi kien hemm tlieta li tilfu ħajjithom wara inċidenti li ġraw fuq il-post tax-xogħol.", "LANDS - IMPJEGATI", "10118.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Peress li jirriżulta li hemm ħaddiema mad- dipartiment ta' l-artijiet fil-Baviera li għandhom permess speċjali sabiex jidħlu fis-6.15 a.m. u joħorġu fit-8.20 a.m., jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jingħata dan il-permess?", "Kemm fil-fatt huma l-ħaddiema li għandhom dawn l-arranġamenti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li ma jirriżultalix li hemm xi ħaddiema mad-dipartiment ta' l-artijiet li għandhom permess sabiex jidħlu fis-6.15am u joħorġu fit-8.20am.", "AWTORITA' TAD-DJAR - RABAT - GĦAR BARKA", "10119.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li residenti ta' Għar Barka, Rabat, Malta, ilhom is-snin jistennew li jsiru l- kuntratti uffiċjali ta' plots/proprjeta' tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana x'sar matul dawn l-aħħar 12-il xahar sabiex jitħaffef il-proċess u jsiru dawn il-kuntratti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Min-naħa tagħha l-awtorita' tad-djar ħarġet skema li qabel ma kenitx teżisti biex min bena d-dar tiegħu fuq plot li sa issa l- gvern għad m'għandux titolu legali fuqha jista' jifdi ċ-ċens tal-plot b'rata sussidjata biex b'hekk il-benefiċjarju jieqaf mill-ħlas taċ-ċens.", "Rigward il-proċess għall-akkwist ta' l-art, dan isir minn dipartiment li ma jaqax taħt id-dikasteru tiegħi.", "TADAM - PREZZIJIET", "10275.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-prezz tat-tadam għall- ipproċessar fl-Italja din is-sena kien ta' 3c2 li minnhom 2c huma sussidjati mill-Unjoni Ewropea għall-ipproċessar, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jkun il-prezz tad-tadam għall-bdiewa Maltin u Għawdxin jekk u meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ministeru qed jagħmel din l-analisi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jmissu jaf li l-prezz tat-tadam jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra.", "Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.", "PATATA - PREZZIJIET", "10276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-prezz tal-patata għall- bdiewa fil-pajjiżi f'Settembru li għadda kien ta' 5c-il kilo fir-Renju Unit u 3c4 fil-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li jkun il- prezz medju ta' dan il-prodott bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jmissu jaf li l-prezz tal-patata jiddependi mis-suq, mill-varjeta', mill-kwalita' u minn diversi fatturi oħra.", "Għaldaqstant din il-mistoqsija hija frivola.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidilna minn liema pajjiżi nimportaw il-patata, f'liema staġun u bejn wieħed u ieħor jagħtina wkoll l- ammonti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru għandu kuntratt ma' ċerti pajjiżi minn fejn jimporta ċertu ammont ta' żerriegħa tal-patata u patata ta' l-ikel.", "Pero' s-suq kważi ġie lliberalizzat, fis-sens li l-kuntratturi jistgħu jimportaw, dejjem taħt il-liċenzja meħtieġa, żerriegħa tal-patata kif ukoll patata ta' l-ikel - meta jkun hawn skarsezza fil-pajjiż - minn fejn isibu prezzijiet tajbin.", "Per eżempju, bħalissa għandna sitwazzjoni fejn kellna patata bis-susa u allura l-kuntratturi qed jimportawha minn barra minn fejn isibu prodott bi prezz tajjeb.", "MAJJAL - PREZZIJIET", "10277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-prezzijiet tal-majjal għall-produtturi f'Settembru kienu ta' 55c fir-Renju Unit, 56c fil- Ġermanja, 47c fl-Olanda, 49c fil-Belġju, 59c fi Franza, 65c fl-Italja, 50c fid-Danimarka, 49c fl-Irlanda u 53c fi Spanja, jista' l-Ministru jgħid kemm huma kkalkolat il-prezz tal-majjal għar-raħħala Maltin bl-isħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin għax-xahar ta' Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-prezz tal-majjal għall-produtturi Maltin huwa skond il-price order number 16.", "Nenfasizza li minħabba li l-value added fuq il-processing huwa baxx, jiġifieri mill-qtil sal-prodott finali, il-prodott Malti ikun jista' jikkompeti ma' dak ta' l-Ewropa.", "Hawnhekk irrid ngħid li jekk, per eżempju, produttur Sqalli jew Taljan li jkabbar il-majjal ikollu prodott ta' kwalita' tajba u jsib iċ-ċans li jesporta lejn Malta, jingħata sussidju mill-Unjoni Ewropea fuq l-export ta' madwar 40c kull kilo.", "Dan ikun ifisser li l-prodott Taljan jiġi Malta bi prezz baxx.", "TARZNA - ĦADDIEMA", "11219.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li dan l-aħħar il-GWU qalet li ma kenitx lesta li taċċetta ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tat-tarzna f'forma ta' bonus, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux veru li l- istess GWU aċċettat din il-kondizzjoni f'każi simili f'kumpanniji oħra tal- gvern?", "Jekk fil-pożittiv, jista' l-Ministru jispeċifika għal liema każi l- union aċċettat dawn il-kondizzjonijiet?", "Jista' jgħid x'qed iwassal lill- union biex ma taċċettax din il-ħaġa għall-ħaddiema tat-tarzna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Safejn naf jien, il-kumpanniji li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant ma jifformawx parti mid-dikasteru tiegħu u għaldaqstant m'iniex f'pożizzjoni li nagħti tweġiba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI LI TIRREGOLA S-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 2000", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi fis-seduta li fiha ssir id-dikjarazzjoni finanzjarja għas-sena 2000 (Ordni Permanenti Nru 71 (3)(a)), din id-dikjarazzjoni u x-xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ, eżenti mill-Ordni Permanenti Nru. 9 – ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol; u li d- dikjarazzjoni tkun ukoll eżenti mill-Ordni Permanenti Nru. 49 – limiti ta' żmien għad-diskors; u", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal- Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, jekk id- dikjarazzjoni finanzjarja ssir il-Ħamis, sew fil-għodu, kif ukoll fil- għaxija, isir biss xogħol tal-Gvern u l-Aġġornament ma jitteħidx.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA LI TIRREGOLA S-SEDUTI DWAR L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2000 U L-ESTIMI SUPPLIMENTARI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi minkejja kull provvedimenti oħra fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, dan li ġej għandu jirregola l- proċedura dwar l-Estimi Ġenerali ta' l-Ispiża għas-sena 2000 u dwar l- Estimi Supplimentari ta' l-Ispiża għas-sena 1999.", "A. Provvedimenti Ġenerali", "1.", "Illi jkunu jistgħu jittieħdu aktar minn seba' seduti għall- konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali fil-Kumitat ta' Provvista (Ordni Permanenti Nru. 71 (3) (ċ)).", "2.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' fil-għodu fid-9.00 a.m. u fil-għaxija fis-6.00 p.m. fl-istess jum.", "3.", "Illi matul il-jiem tad-dibattiti dwar l-Estimi Ġenerali 2000, kif ukoll fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista għall-Estimi Ġenerali 2000, u Estimi Supplimentari għas-sena 1999, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra hu kif ġej:", "(i) Jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra għandu jkun fid-9.00 a.m. u x-xogħol finanzjarju m'għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mid-9.30 a.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "(ii) Jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għaxija, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l- Kamra għandu jkun fis-6.00 p.m. u x-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat, imma mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill- Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 p.m. u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "4.", "Illi l-ħin li jittieħed għal xi sospensjoni waqt id-diskussjonijiet kollha fuq l-Estimi Ġenerali 2000, Kumitat ta' Provvista, Estimi Supplimentari 1999, kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, għandu jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "5.", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' wkoll il-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt, kemm fil-għodu u fil-għaxija fl-istess jum.", "6.", "Illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis, kemm fil-għodu fid-9.00 a.m., u fil-għaxija fis-6.00 p.m., isir biss xogħol tal-Gvern.", "7.", "Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 2000 jew l-Estimi Supplimentari 1999, jista' jsir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda, wara li jispiċċa x-xogħol finanzjarju fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax- xogħol u wara li jgħaddi x-xogħol kollu li jkun jidher fuq l-Aġenda, jitressaq l-Aġġornament u l-ħin ta' l-Aġġornament ma jitteħidx.", "B. Estimi Ġenerali 2000", "1.", "Illi jkun hemm żewġ seduti fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 2000; u l-ewwel seduta minn dawn tkun għall-Oppożizzjoni, waqt li t-tieni waħda tkun għall-Gvern; u ż-żewġ seduti jkunu eżenti mil-limiti ta' ħin għad-diskorsi (Ordni Permanenti Nru. 49).", "Il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawn iż-żewġ seduti jkun fil-11.30 a.m. jekk il-Kamra tiltaqa' fil-għodu u fit-8.30 p.m. jekk tiltaqa' fil-għaxija u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin ta' l-Aġġornament ta' dawn is- Seduti ma jitteħidx.", "2.", "Illi fis-seduti mħollija għall-Kumitat ta' Provvista għas-sena 2000, il-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, rigward ix-xogħol finanzjarju jkun fin-12.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għodu u fid-9.30 p.m. kull meta l-Kamra tiltaqa' fil-għaxija; u li f'dawn is-seduti l-ħin ta' l- Aġġornament ma jitteħidx.", "3.", "Illi fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista:-", "(i) Kull Ministru jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu fil-Kumitat fil-bidu tad-diskussjoni dwarhom; u mbagħad il-ħin disponibbli għad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni bl-aħħar nofs għall-Gvern;", "(ii) Fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju, il-President tal- Kumitati jqiegħed għall-vot mingħajr diskussjoni l-mistoqsija fuq il- voti ta' l-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom:", "Iżda Ministru jista' jressaq emendi li jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni; u Ministru jista' wkoll jitlob il-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-Kumitat dwar emendi proposti minnu, u f'dan il-każ dawn l-emendi jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni;", "(iii) Il-votazzjonijiet kollha li jistgħu jintalbu jittieħdu x'ħin tispiċċa d-diskussjoni; u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab fil-ħin ta' l-interruzzjoni tax-xogħol, waqt li l- votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha.", "4.", "Illi l-voti fil-Kumitat ta' Provvista jistgħu jittieħdu għad- diskussjoni mhux fl-ordni u fid-dati kif jidhru hawn taħt u iktar minn voti ta' Ministeru wieħed jistgħu jiġu diskussi f'seduta waħda.", "5.", "Illi matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru s-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-Estimi Ġenerali 2000 jew l-Estimi Supplimentari 1999, il-Kamra tista' tiltaqa' wkoll biex isir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda.", "DISKORS BUDGET It-Tnejn, 22 ta' Novembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "RISPOSTA MILL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI It-Tnejn, 29 ta' Novembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "RISPOSTA MILL-PRIM MINISTRU L-Erbgħa, 1 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "L-EWWEL JUM MINISTERU TAL-FINANZI Il-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IT-TIENI JUM MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI Il-Ħamis, 2 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "IT-TIELET JUM MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m. U Il-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "IR-RABA' JUM MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD It-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IL-ĦAMES JUM MINISTERU GĦAS-SAĦĦA It-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "IS-SITT JUM MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI It-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m It-Tlieta, 7 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "IS-SEBA' JUM MINISTERU GĦALL-AMBJENT Il-Ħamis, 9 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IT-TMIEN JUM MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI It-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "ID-DISA' JUM MINISTERU GĦAT-TURIŻMU It-Tlieta, 14 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "L-GĦAXAR JUM MINISTERU GĦAL GĦAWDEX L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IL-ĦDAX-IL JUM MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "IT-TNAX-IL JUM MINISTERU TA' L-INTERN Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IT-TLETTAX-IL JUM MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "L-ERBATAX-IL JUM UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 1999 Fid-9.30 a.m.", "IL-ĦMISTAX-IL JUM APPROPRJAZZJONI Il-Ġimgħa, 17 ta' Diċembru, 1999 Fis-6.30 p.m.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Viċi Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Novembru, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, nhar it-Tnejn kont qed nitkellem dwar dawk il-persuni li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol u jispiċċaw b'xi forma ta' diżabilita'.", "Issa rrid ngħid jekk il-gvern jaġixxi b'mod li ma tantx ikun qed jibgħat messaġġi tajbin lis-settur privat, allura inutli li noqogħdu ngħidu kemm huwa importanti li s-settur tal-privat jagħti s-sehem tiegħu ħalli l-persuni b'diżabilita' jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol.", "Huwa importanti li nitkellmu fuq it-transizzjoni li jgħaddu minnha l- persuni b'diżabilita' minn meta jkunu l-iskola u mbagħad jibdew jitħarrġu biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Ħafna drabi nsibu li minkejja li jista' jkollna liġijiet illi jirregolaw anke avviżi ta' mpjiegi li jidhru fil-ġurnali u kif ukoll f'postijiet oħrajn, wisq nibża' li meta niġu għar-realta' u jsiru l-interviews neċessarji, il-persuni b'diżabilita' li jkunu applikaw jitwarrbu għaliex forsi min ikun se jimpjegahom jaħseb li ma jkunux kapaċi jlaħħqu mal-pass illi jkun mistenni minnhom.", "Jista' jkun ukoll li l-kumpannija ma tkunx lesta li tagħmel ċertu nfiq biex l-apparat li jkollha jkun jista' jintuża minn persuna b'diżabilita'.", "Dawn huma affarijiet insensittivi pero' huma affarijiet li jiġru.", "U hawnhekk nixtieq niġi għall-kwestjoni ta' l- aċċessibilita'.", "Ħafna drabi nħobbu nitkellmu fuq l-aċċessibilita' għall- persuni b'diżabilita' fejn jidħol it-trasport pubbliku pero' naħseb li nagħmlu tajjeb jekk nelaboraw iktar fuq l-aċċessibilita' għall-persuni b'diżabilita' f'postijiet pubbliċi.", "Sfortunatament il-postijiet pubbliċi li nbnew anke f'dawn l-aħħar snin dejjem kellhom din il-problema u hawnhekk nixtieq insemmi b'mod partikolari l-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Ftit taż-żmien ilu għamilt mistoqsija - u hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex se nitkellem fl-interess nazzjonali u mil-lat politiku - fejn tlabt li l-pjanti ta' l-isptar f'Tal-Qroqq jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra ħalli kulħadd ikun jista' jarahom u anke jien, li forsi m'iniex daqshekk espert fil-bini, inkun nista' nitlob pariri ta' persuni tekniċi.", "Imma jiddispjaċini ngħid li mill-pjanti li rnexxieli nara s'issa partijiet mill-isptar lanqas għandhom toilets illi huma aċċessibbli għall- persuni b'diżabilita'.", "Issa ta' min ifakkar li fi sptar se jkollok numru ta' persuni li jagħmlu użu minn wheelchair pero' t-toilets m'humiex imfasslin b'mod li joffru spazju biżżejjed biex persuna b'diżabilita' tkun tista' timmanipula wheelchair.", "Qed niġbed l-attenzjoni dwar dan in-nuqqas la bħala kritika għall-gvern u lanqas bħala kritika għad-disinjaturi li hemm issa li ngħataw direct order biex jagħmlu l-isptar f'Tal-Qroqq minflok dawk illi kienu rebħu d-disinji ta' l-isptar b'tender bl-iktar mod trasparenti mingħajr indħil politiku u mhux bħalma sar issa b'indħil minn tliet ministri!", "Huwa importanti li meta jkunu qed jiġu disinjati dawn it-tip ta' pjanti l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tinżamm informata l-ħin kollu.", "Fil-fatt meta jien kont responsabbli mill-qasam tas-saħħa kont wegħidt lill-kummissjoni li qabel ma l-pjanti jintbagħtu għall- approvazzjoni tal-planning authority, tiġi murija l-pjanti kollha u jittieħdu l-pariri kollha tagħha ħalli l-aċċessibilita' għall-persuni b'diżabilita' tkun assigurata.", "Jien kont għamilt pressjoni fuq id- disinjaturi ta' Norman & Dawburn illi kull parti ta' l-isptar trid tkun aċċessibbli billi anke l-bibien ikunu wesgħin biżżejjed biex persuna tgħaddi b'wheelchair, il-kmamar ikunu kbar biżżejjed biex wieħed ikun jista' jagħmel il-movimenti neċessarji anke jekk ikollu wheelchair u t- toilets ikunu aċċessibbli kemm għal tfal żgħar u kif ukoll għall-adulti.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-bini ta' dan l-isptar se jolqot lill-poplu kollu kemm hu u ma jagħmilx sens li noqogħdu nirranġaw l-iżbalji li jkunu saru meta għad hemm iċ-ċans li jiġu rranġati issa.", "Mr Speaker, jien informat li għal ċerti proġetti ta' postijiet pubbliċi, bħalma huma ċ-ċentri tal-kunsilli lokali, li għadhom fi stadju ta' disinn m'humiex qed jiġu allokati fondi biex isir lift minħabba l-ispiża nvoluta.", "Huwa importanti ħafna li meta jkunu qed jiġi proġettati ċ-ċentri tal- kunsilli lokali nżommu f'moħħna li dawn iridu jkunu aċċessibbli għall- persuni b'diżabilita' għaliex inkella nkunu qed nimpedixxu lill-persuni b'diżabilita', b'mod partikolari dawk li għandhom diżabilita' fiżika, kemm milli jagħtu sehemhom fil-kunsill u kif ukoll milli jiġu impjegati fl- istess kunsill.", "Mr Speaker, nafu biżżejjed kemm in-nuqqas ta' aċċessibilita' joħloq problemi għall-persuni b'diżabilita' u nista' nibda billi nsemmi dan il-Parlament stess.", "Minkejja li t-taraġ biex wieħed jasal għal dan il-Parlament huwa pjuttost baxx ħafna, xorta waħda huwa impossibbli għall-persuna b'wheelchair li tasal f'dan il-post jekk ma jkollhiex l-għajnuna ta' ħaddieħor.", "Jien nemmen li l-ewwel eżempju għandu jingħata mill-gvern stess u mbagħad għandhom ikunu l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-gvern u l-kunsilli lokali li jsegwu dan l-eżempju.", "Inutli li l-gvern joqgħod jippriedka b'ħafna kliem sabiħ dwar il-bżonn li jingħata iktar spazju lill-persuni b'diżabilita' jekk ma jkunx hu stess li jattwa dak li jippriedka għaliex f'dak il-każ ikun qed jibgħat messaġġi negattivi lil setturi oħra.", "Mr Speaker, niftakar li f'laqgħa li kienet saret f'Diċembru ta' l-1998 f'Kastilja bejn il-Prim Ministru ta' dak inhar, l-Onor.", "Alfred Sant u l- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' kienet issemmiet il- preokuppazzjoni ta' dawk il-ġenituri li ma kenux jafu x'se jiġri minn uliedhom meta jiġu neqsin huma għaliex ma jkun hemm ħadd mill-familja tagħhom li jkun lest li jieħu ħsieb uliedhom.", "Jien naqbel li l-persuni b'diżabilita' għandna nħalluhom fil-komunita' fejn ikunu għexu u fl-istess ambjent fejn ikunu trabbew u naqbel ukoll li għandna nagħtu xi forma ta' għajnuna lil dawk il-persuni li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb li persuni b'diżabilita' jibqgħu jinżammu fil-komunita' pero' rridu naħsbu wkoll f'dawk il-persuni b'diżabilita' li għandhom inqas minn 60 sena u m'għandhomx min jieħu ħsiebhom.", "Mr Speaker, il-Knisja flimkien ma' ċerti għaqdiet volontarji ħadmet ħafna f'dan il-qasam billi waqfet ċentri żgħar fil-komunita' li jilqgħu fihom persuni b'diżabilita'.", "Pero' ma nistax naċċetta li xi ħadd jiġi f'dan il- parlament u jgħid illi qed jistenna illi iktar gruppi volontarji jiftħu dawn it-tipi ta' djar żgħar fil-komunita' meta l-gvern qed jibqa' pass lura milli jagħmel dak li għandu jagħmel.", "Għaliex qed ngħid dawn l- affarijiet?", "Għaliex m'huwiex sewwa li persuni b'diżabilita' mentali li għandhom inqas minn 60 sena u m'għandhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom jispiċċaw fl-Isptar Monte Carmeli.", "Kif kulħadd jaf dan l-isptar huwa intenzjonat biex jikkura l-mard mentali u mhux biex jospita fih persuni b'diżabilita' mentali.", "Riċentement kont l-Isptar San Vincenz de Paule u ltqajt ma' persuna b'diżabilita' li għandha inqas minn 60 sena li spiċċat f'din ir-residenza għall-anzjani għaliex il-familjari tiegħu ma jistgħux jikkowpjaw mal- problema tagħha.", "Huwa veru li l-Isptar San Vincenz de Paule jilqa' fih numru konsiderevoli ta' persuni b'diżabilita' pero' d-diżabilita' ta' dawn il-persuni ġiet fuqhom kawża ta' l-anzjanita' jew minħabba mard li ħakimhom minħabba l-eta' tagħhom imma żgur li l-ambjent ta' dan l-isptar m'huwiex ideali għall-persuni b'diżabilita' li għandhom inqas minn 60 sena.", "Ħafna drabi ma rridux nagħtu kas id-diskors li jsir minn ċertu nies li jkunu iktar moħħhom biex jintgħoġbu mal-ministru tal-ġurnata milli jgħidu verament x'ikun qed jiġri fl-isptarijiet tagħna.", "Fil-fatt jien nixtieq inkun naf x'se jiġri mill-Isptar San Luqa wara li jsir il-moviment kollu tal-pazjenti u tas-settur kollu tas-saħħa għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Fi żmienna aħna konna qed naħdmu biex wara li jinfetaħ l-isptar il-ġdid, parti mill-Isptar San Luqa jintuża biex jilqa' fih dawk il-persuni b'diżabilita' li ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom wara l-mewt tal-ġenituri tagħhom u b'dan il-mod konna se nserrħu moħħ dawk il-ġenituri li huma preokkupati x'se jiġri minn uliedhom b'diżabilita' wara li jiġu neqsin huma.", "Nerġa' nirripeti li filwaqt li naqbel li għandna nżommu l-persuni b'diżabilita' fil-komunita' fejn ikunu trabbew jew fi djar żgħar fil- komunita' nemmen ukoll li rridu noffru alternattiva għal dawk il-persuni b'diżabilita' li jew ma nkunux nistgħu nżommuhom fil-komunita' jew inkella ma jkunx hemm min jieħu ħsiebhom.", "Fil-fatt il-gvern Laburista preċedenti kien diġa' qiegħed jaħseb biex ftit għexieren ta' persuni b'diżabilita' li ma jkollhomx iktar min jieħu ħsiebhom jibdew jinżammu f'parti mill-Isptar San Luqa meta jinfetaħ l-isptar il-ġdid u din is-sezzjoni tkun komplimentari wkoll għal Dar il-Kaptan.", "Mr Speaker, taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista t-tliet ministri responsabbli mis-saħħa, mill-edukazzjoni u mis-social welfare f'pajjiżna flimkien bdejna naraw kif nistgħu nintegraw dawn it-tliet setturi flimkien u bdejna nevalwaw x'għandna f'pajjiżna, x'nistgħu nbiddlu u x'nistgħu nameljoraw - u hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li konna qed nitkellmu fuq livell ministerjali mhux għaliex ma konniex nafdaw lid-dipartimenti imma għaliex konna nemmnu illi bl-involviment tal- ministri kien hemm iktar ċans illi ngħaġġlu fl-affarijiet li ridna nagħmlu - ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem għaliex konna nemmnu li m'huwiex biżżejjed li jkollok liġi li tolqot il-persuni b'diżabilita' imma aħna ridna li nimplimentaw dak li konna qed nipproponu.", "Fil-fatt aħna konna qed nħarsu lejn is-CDAU fl-Isptar San Luqa għaliex ridna li l- ġenituri ta' dawn it-tfal ikunu nvoluti u jingħataw iktar say f'dak li kien qiegħed isir.", "Pero' kont sorpriż bir-risposta li ta l-ministru tas- saħħa għall-mistoqsija parlamentari numru 4938 meta qal li l-ġenituri jkunu konfużi u mbeżża' jekk jiltaqgħu mat-team professjonali li jkun qed jiddiskuti lil uliedhom madwar mejda!", "Il-ministru tas-saħħa fir-risposta tiegħu kien qal ukoll li l-konsulent tat-tfal inkarigat mis-CDAU, li suppost ikun jifforma parti mit-team professjonali, jiltaqa' mal-ġenituri biex jiddiskuti magħhom ir-riżultati.", "Pero' jiddispjaċini ngħid li ħafna drabi dawn ir-riżultati jkunu fait accompli u l-ġenituri ftit li xejn jingħataw iċ-ċans li jiddiskutu l-problema ta' wliedhom mat-team professjonali.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Il-ministru fir-risposta tiegħu qalilna li l-ġenituri jingħataw summary tal-proċeduri u tar- rakkomandazzjonijiet.", "Dan ifisser li kollox kien ikun lest.", "Pero' l- ġenituri m'humiex kuntenti b'din is-sitwazzjoni għaliex huma jridu jiddiskutu l-problemi ta' uliedhom mat-team professjonali.", "Il-Ministru Deguara kompla jgħid li l-ġenituri jkunu iktar kalmi meta jiddiskutu l- problema ta' wliedhom ma' persuna waħda.", "Jiddispjaċini ngħid illi l- ġenituri qed ikunu inqas kalmi meta ma jkunux jafu x'ġie diskuss mit-team professjonali għaliex jista' l-każ li fir-rapporti li jkunu qed isiru ma jkunux qed jintqalu l-affarijiet eżatti u ċerti mistoqsijiet m'għandhomx isiru lill-konsulent tal-persuna b'diżabilita' imma għandhom jsiru direttament lill-ġenituri li qed jgħixu ħafna mill-ħin tal-ġurnata mal- persuna b'diżabilita'.", "Jien inħoss li l-ġenituri ta' dawn it-tfal b'diżabilita' għandhom ikunu nvoluti iktar fis-CDAU.", "Fi żmienna kienu qed jiġi evalwati numru ta' mistoqsijiet li kienu qed isiru għaliex ma ridniex li nħalluhom għaddejjin imma ridna li jiġu ttekkiljati b'mod ħolistiku.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet: Is-CDAU qed jilħaq l-iskop li għalih twaqqaf?", "Hemm kordinament bejn is- setturi kollha?", "Għaliex il-ġenituri ta' persuni b'diżabilita' m'humiex qed iħossuhom involuti biżżejjed u m'humiex qed iħossuhom assigurati mis- servizz li qed jingħataw hawn Malta tant li f'ħafna każi qed isiefru lil uliedhom barra minn Malta?", "Sfortunatament kellna każijiet ta' persuni li filwaqt li d-dijanjożi hawn Malta kienet tgħid li għandhom diżabilita' mentali kawża ta' marda partikolari, meta saret evalwazzjoni proprja - m'iniex qed ngħid li meta siefru barra minn Malta ma sarux żbalji wkoll għaliex kien hemm każijiet fejn l-iżball li sar Malta reġa' sar barra minn Malta wkoll - minn konsulent barrani li ġie jevalwa xi tfal Maltin sab illi din id-diżabilita' mentali li kienet qed tirriżulta wkoll f'diżabilita' fiżika ma kenitx kawża ta' xi ħaġa li ġara fil-proċess tat- twelid meta kien hemm nuqqas ta' ossiġenu illi wassal għal diżabilita' mentali, imma sab illi l-problema kienet fis-sistema ta' l-enzymes.", "Mr Speaker, l-enzymes huma sustanzi fil-ġisem illi jkissru l-ikel li jkun għaddej fis-sistema tal-pajpijiet ta' l-istonku.", "Issa meta dawn it- tfal jieklu l-ikel normali li nieklu aħna ma jkunux sodi fuq saqajhom, il- muskoli tagħhom ikunu mitluqin, ikollhom ċertu riġidita' f'għonqhom u l-mod kif jiżviluppaw ikun bil-mod ħafna.", "Jiġifieri kulma riedu dawn it-tfal kienet bidla fl-ikel li kienu jieklu.", "Kieku l-ġenituri ma baqgħux jippersistu ħalli jaraw verament jekk id-diżabilita' tat-tifel jew tat- tifla tagħhom kenitx kif kien irriżulta mid-dijanjożi li saret hawn Malta u anke barra minn Malta, kieku dawn it-tfal kienu jispiċċaw b'xi forma ta' diżabilita'.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi: Illum il-ġurnata l-ġenituri għadhom kuntenti bl-assessments li qegħdin isiru?", "Id-drittijiet tal- ġenituri huma mħarsa fejn tidħol il-kura medika ta' wliedhom?", "Naħseb li jkun tajjeb jekk nistaqsu lill-ġenituri jekk iħossux li huma kkonsultati biżżejjed fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-konfront ta' wliedhom.", "Mr Speaker, qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet mhux bħala kritika imma għaliex inħoss li hemm bżonn ta' iktar żvilupp ħalli l-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jimxu iktar 'il quddiem.", "Nispera li la issa u lanqas fl- istadju ta' Kumitat ma tittieħed xi deċiżjoni li b'xi mod jew ieħor tkun qed iddgħajjef din il-liġi.", "Niftakar illi waħda mill-enfasi li kienet qed issir meta konna qed niddiskutu l-bini taċ-ċentru nazzjonali tal-Partit Laburista kienet li dan il-bini ried ikun aċċessibbli għal kulħadd.", "Fil-fatt kien hemm okkażjonijiet fejn persuni b'diżabilita' kellhom l-opportunita' li jattendu ċ-ċentru nazzjonali ħalli jkunu jistgħu jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li kienu jkunu għaddejjin, b'mod partikolari dawk li kienu jolqtu persuni b'diżabilita'.", "Jien naħseb illi r-rispons min-naħa tal-persuni b'diżabilita' kien pożittiv minħabba l-aċċessibilita' għal dan il-bini.", "Filwaqt li ma neskludix li f'ċerti każijiet l-expectations jistgħu jkunu kbar ħafna imma żgur illi ċerti expectations jistgħu jintlaqgħu u għalhekk aħna minn din in-naħa se nagħmlu minn kollox biex nagħtu s-support kollu neċessarju lill-persuni b'diżabilita'.", "Mr Speaker, xi wħud mill-membri tan-naħa tal-gvern interpretaw din il- liġi bħala xi pass kbir 'il quddiem u li qed nagħmlu xi ħaġa ġdida f'pajjiżna għall-ġid tal-persuni b'diżabilita'.", "Kieku kelli noqgħod ngħid x'għamel il-Partit Laburista għall-persuni b'diżabilita', kemm għal dawk li twieldu b'xi forma ta' diżabilita' u kif ukoll għal dawk li spiċċaw b'xi forma ta' diżabilita' kawża ta' xi marda li ħakmithom jew wara xi inċident li kellhom, kieku nieħu s-seduta kollha ta' dalgħodu biex nispjega l- evoluzzjoni li saret tul l-aħħar għexieren ta' snin.", "Mr Speaker, nittama li fl-istadju tal-Kumitat ikollna diskussjoni verament interessanti u nawgura li dak li qed niddiskutu hawnhekk bħala għajnuna għall-persuni b'diżabilita' jiġi implimentat.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, irrid nibda d-diskors tiegħi billi ngħid li proprju permezz ta' din il-liġi qegħdin nikkonsolidaw il-ħafna proposti li ilhom isiru matul iż-żmenijiet.", "Jekk wieħed iqis is-servizzi li jingħataw lill-persuni b'diżabilita' kemm mill-gvern u kif ukoll minn diversi għaqdiet wieħed ċertament ma jistax jgħid li l-persuni b'diżabilita' huma b'xi mod emarġinati.", "Fil-fatt matul iż-żmenijiet ingħataw diversi benefiċċji soċjali lill- persuni b'diżabilita' u servizzi oħra fosthom għajnuniet permezz ta' l- iskemi maħruġa mill-awtorita' tad-djar, is-servizz lil min ibati mill- inkontinenza, is-servizz tat-telecare - ma rridx inkun politiku imma rrid ngħid li dawn is-servizzi ġew introdotti fi żmien gvern Nazzjonalista - is-servizz tan-nurse fil-komunita' li mhux biss tagħti servizz mediku imma hija anke ta' kumpannija għal dawn in-nies, is-servizz ta' handyman li huwa ta' għajnuna kbira għal dawk il-persuni b'diżabilita' li ma jistgħux jagħmlu ċerti affarijiet li jkun hemm bżonn isiru fid-dar u s-servizz tal- meals on wheels li huwa ta' għajnuna kbira għal dawk li għandhomx min isajrilhom l-ikla ta' nofsinhar jew ta' filgħaxija.", "Imma jien nixtieq niffoka d-diskors tiegħi fuq l-edukazzjoni u l-impjiegi allavolja kien hawn diversi membri li tkellmu dwar dawn iż-żewġ oqsma.", "L-ewwelnett ma rridux ninsew li għalkemm il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ilha mwaqqfa mill-1988 u kienet taqa' taħt il-kappa tad-dipartiment għas-sigurta' soċjali, issa permezz ta' din il-liġi se tingħata status legali u se jkun il-prim ministru li jinnomina lill-persuni li se jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilita' fuq din il-kummissjoni.", "Meta ħarġet l-ewwel darba l-white paper fuq din il-liġi saru ħafna kummenti dwar l-impjiegi għall-persuni b'diżabilita' li ta' min jikkonsidrahom.", "Per eżempju, wieħed minn dawn il-kummenti kien jgħid hekk:", "\"Ħafna persuni b'diżabilita' jsibuha diffiċli biex jaħdmu ġimgħa sħiħa.", "Jekk huma jaħdmu part-time huma jridu joqogħdu attenti li l- qliegħ tagħhom ma jaqbiżx l-ammont tal-pensjoni għaliex jekk jiġri hekk il-pensjoni titnaqqas skond l-ammont extra.\".", "Fil-fatt din hija l-istess problema li tinħoloq meta tkun qed tingħata għajnuna soċjali lin-nisa romol.", "Jien nifhem li kultant ġurnata xogħol tkun twila wisq għal persuna b'diżabilita' speċjalment jekk din il-persuna ma tkunx tista' tiċċaqlaq pero' nemmen li jekk tingħata ċ-ċans li taħdem fuq bażi ta' part-time tkun tista' tagħti kontribut aħjar.", "U hawnhekk nixtieq insemmi lil dawk il-persuni li jispiċċaw b'xi diżabilita' minħabba xi inċident fuq il-post tax-xogħol u konsegwenza ta' dan l-inċident ma jkunux jistgħu jkomplu jaqdu dmirhom kif kienu jagħmlu qabel.", "Fil-fatt nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għal dawk il-posters kbar li qed jitwaħħlu dwar il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol għaliex kif jgħidu huma stess \"darba tiġik ħażina\".", "Sfortunatament din is-sena kellna ħafna diżgrazzji fatali fuq il-postijiet tax-xogħol u għalhekk huwa importanti li kulħadd joqgħod attent li ma jkorrix fuq il-post tax-xogħol.", "Pero' l- employers għandhom jaraw ukoll li safejn ikun possibbli jinstab xi xogħol ieħor fl-istess entita' jew fabbrika għal dawk li jkunu korrew fuq il-post tax-xogħol għaliex dik il-persuna tkun laħqet drat lil sħabha tax-xogħol u allura tkun iktar kuntenta li ma jkollhiex għalfejn terġa' tibda kollox mill-bidu.", "F'din il-white paper kien hemm min ikkummenta wkoll li din il- leġislazzjoni se żżid piż fuq l-industrija billi tesiġi li persuni b'diżabilita' jiġu mpjegati mingħajr ma taħseb għal provvedimenti oħra biex inaqqsu l-iżbilanċ li se ġġib magħha din il-leġislazzjoni.", "Jien ma naqbilx ma' dan il-kumment, Mr Speaker.", "Huwa veru li biex ikun hemm is- safety fuq il-postijiet tax-xogħol l-employers jridu jipprovdu safety shoes, ingwanti, arja kondizzjonata, eċċ., u dan kollu jinvolvi nfiq ta' flus pero' sabiex persuna b'diżabilita' tkun tista' tiġi integrata ma' ħaddiema oħra ma jinvolvix infiq ta' flus żejda imma kulma jkun jeħtieġ ikun li forsi xi makkinarju jitbaxxa jew jogħla ħalli l-persuna b'diżabilita' tkun tista' taħdem aħjar.", "Barra minn hekk, ma naħsibx li employer se jkollu jidħol f'xi piż finanzjarju jekk isib impjieg differenti lil dik il-persuna li tkun korriet fuq il-post tax-xogħol stess!", "Persuna oħra kkummentat li:", "\"Il-white paper ma titkellimx dwar x'isir minn impjegati li jiżviluppaw diżabilita` wara li jkunu ilhom għal ħafna żmien jaħdmu ma' kumpannija.", "F'każijiet bħal dawn l-impjegat sikwit jintalab li jitlaq mill-impjieg tiegħu u jfittex xogħol ieħor.\".", "Mr Speaker, din hija enabling law u għalhekk il-ministru jista' joħroġ regolamenti wara konsultazzjonijiet mal-kummissjoni u ma' diversi entitajiet oħra li jistabbilixxu li, safejn ikun possibbli, dak l-individwu li jkun korra fuq il-post tax-xogħol jista' jerġa' jiġi mpjegat f'dik il- kumpannija.", "Issa ħalli niġi għall-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Kif kulħadd jaf, f'pajjiżna għandna diversi skejjel għall-persuni b'diżabilita' pero' kif jixhed anke l-istess titlu tal-liġi, il-persuni b'diżabilita' għandhom ikollhom opportunitajiet indaqs u biex dan il- konċett iseħħ il-persuni b'diżabilita' jridu jiġu integrati ma' tfal oħra hekk imsejħa normali.", "Jien nifhem li jrid ikun hemm skejjel speċjali għall- persuni neqsin mid-dawl jew persuni neqsin mis-smigħ imma safejn ikun possibbli persuni b'diżabilita' fiżika għandhom jiġu integrati fi skejjel ma' tfal oħra.", "Dan ma japplikax biss għal tfal b'diżabilita' għaliex illum il-ġurnata l-edukazzjoni nfetħet għal kulħadd u allura anke persuni adulti b'diżabilita' għandhom jiġu integrati ma' persuni oħra biex jimxu 'l quddiem fl-edukazzjoni tagħhom.", "Kumment ieħor li sar fil-white paper kien jgħid li meta t-tfal b'diżabilita' jiġu inklużi fi skejjel regolari dan jista' joħloq xi problemi.", "Pero' l-persuna li għamlet dan il-kumment saħqet ukoll li dawn m'humiex problemi li ma jistgħux jiġu megħluba.", "Fil-fatt jien naqbel ma' dan l-aħħar kumment għaliex ċerti skejjel jistgħu jadattaw ruħhom biex tfal b'diżabilita' jiġu integrati ma' tfal oħra fi klassijiet regolari.", "Persuna oħra qalet li hawn nuqqas serju ta' riżorsi umani biex jgħinu studenti b'diżabilita' u nnotat kemm hu diffiċli li ssib facilitators imħarrġa tajjeb biex jagħtu support lill-istudenti b'diżabilita'.", "Sfortunatament in- numru ta' nies li qed jidħlu għall-korsijiet ta' facilitators m'huwiex biżżejjed.", "Jien nappella lil min irid jidħol fid-dinja tax-xogħol biex jidħol ukoll għal dan it-tip ta' xogħol għaliex jagħti sodisfazzjon kbir lil min jagħmlu.", "Il-gvern u s-settur privat iħallsu flejjes kbar biex jimpjegaw il-facilitators pero' huwa importanti ħafna li jkun hawn min jikkontribwixxi b'mod volontarju biex jgħin lil dawn il-persuni b'diżabilita'.", "Kumment ieħor li sar fil-white paper kien jgħid hekk:", "\"Fl-opinjoni tiegħi, in-numru ta' tfal fi klassi fejn ikun hemm tifel jew tifla b'diżabilita' għandu jkun inqas min-numru ta' studenti fi klassi fejn ma jkunx hemm tfal b'diżabilita'.\".", "Jien naħseb li dan huwa punt validu ħafna għaliex l-attenzjoni ta' dak in- numru ta' studenti li jonqsu mill-klassi tkun tista' tingħata lil dawn it-tfal.", "Kumment ieħor kien jgħid hekk:", "\"Tfal b'abbiltajiet differenti, inkluż tfal b'diżabilita', isibu ruħhom fl-istess klassijiet għall-ewwel erba' snin ta' l-iskola primarja.", "L-eżerċizzju ta' għażla jibda jsir f'year 5 u year 6.", "Dan joħloq kategoriji negattivi, bħalma huma dawk ta' min hu injorant jew ma jridx jistudja u kategorija ta' studenti b'diżabilita' li ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-piż tax-xogħol kollu ta' l-iskola.\".", "Dan huwa punt tajjeb ħafna.", "Jien nemmen li meta jasal il-mument ta' l- istreaming wieħed irid jara l-abilitajiet tal-persuna b'diżabilita' ħalli tkun tista' tingħata l-għajnuna kollha possibbli fl-edukazzjoni tagħha.", "Mr Speaker, f'pajjiżna għandna diversi organizzazzjonijiet li jgħinu lill-persuni b'diżabilita', fosthom is-cerebral palsy association, iċ- ċentru għal ħajja iktar indipendenti, id-downs syndrome association, id- dyslexia association u l-għaqda għat-tfal u żgħażagħ neqsin mis-smigħ.", "Fl- opinjoni tiegħi, dawn l-għaqdiet kollha għandhom ikunu reġistrati mal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex la jkun hemm ħela ta' riżorsi umani u lanqas ħela fl-użu ta' premises.", "Huwa veru li dawn il- premises jintużaw għal skop nobbli biex jilqgħu fihom persuni b'xi forma ta' diżabilita' pero' ġieli jinfetħu darba jew darbtejn fil-ġimgħa jew inkella xi darbtejn fix-xahar biex issir xi laqgħa.", "Jien nemmen li jekk dawn l-għaqdiet kollha jkunu reġistrati mal-kummissjoni almenu wieħed ikun jista' jagħmel użu aħjar mir-riżorsi li għadni kif semmejt.", "Mr Speaker, mis-sena d-dieħla l-awtorita' ta' l-ippjanar se tibda tesiġi li biex joħroġ permess għall-bini ta' post pubbliku, sija jekk ikun se jinbena mill-gvern u sija jekk ikun se jinbena mill-privat, dan il-bini jrid ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Jien naqbel ma' din il- ħaġa pero' rridu noqogħdu attenti li ma nesaġerawx.", "Qed ngħid hekk għaliex dan l-aħħar kien hemm każ quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar fejn wara li ħareġ il-permess instab li kien hemm klawsola li kienet tgħid li dan il- post ried ikun mgħammar b'faċilitajiet għall-persuni b'diżabilita' u ried ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Pero' meta ġew approvati l- pjanti ma kienx għad hemm il-ħsieb li dan il-post ikun aċċessibbli għall- persuni b'diżabilita'.", "Jien ma nistax nifhem kif wara li tlestew il- pjanti u tressqu quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, ġie deċiż li dan il- post għandu jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Kif diġa' għedt, jien naqbel li l-postijiet pubbliċi, kemm dawk governattivi u kif ukoll dawk privati, għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' pero' għandha tintbagħat ċirkolari lill-periti li tinformahom li mis-sena d-dieħla l-kummissjoni se tinsisti ma' l-awtorita' li tidħol il-klawsola li postijiet pubbliċi jridu jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' biex nevitaw ħafna problemi qabel ma joħroġ il-permess.", "B'dan il-mod il-periti jkunu jafu li post pubbliku jrid ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' qabel ma jibdew ifasslu l-pjanti.", "Jien nagħmel enfasi li din il-ħaġa tingħata importanza għaliex jekk mhux se nittekiljawha minn issa tista' toħloq ħafna diffikultajiet kbar.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nitkellem dwar it-trasport għall-persuni b'diżabilita' għaliex ħafna huma dawk il-ġenituri ta' persuni b'diżabilita' li javviċinaw lilna d-deputati dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom fejn jidħol it-trasport għal uliedhom.", "Irridu niftakru li mhux il-ġenituri kollha jaffordjaw li jkollhom karozza adattata biex tgħabbi xi wheelchair u allura meta tfal b'diżabilita' jkunu jridu jmorru l-iskola jiltaqgħu ma' ħafna diffikultajiet peress li t-trasport ma jkunx adattat għall-persuni b'diżabilita'.", "Naf li teżisti aġenzija tat- trasport li hija attrezzata biex toffri servizz lill-persuni b'diżabilita' u fil-fatt qed tagħti servizz tajjeb ħafna pero' hemm bżonn li dan it-tip ta' trasport jiżdied għax ma jistgħux ilaħħqu mad-domanda li jkun hemm.", "Irridu nifhmu li ċerti ġenituri ta' tfal b'diżabilita' jkunu jridu jmorru għax-xogħol u jkollhom tfal oħra x'jieħdu ħsieb.", "Qed issir enfasi biex ix- xarabanks ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' pero' jien nemmen li anke l-minibuses, b'mod partikolari dawk li jintużaw għat-trasport ta' l- iskola, għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'. lllum minibus normali kapaċi jġorri 18-il ruħ pero' jekk jitnaqqsu żewġ seats ikun hemm spazju biżżejjed biex titqiegħed wheelchair.", "M'iniex qed ngħid li l-minibuses kollha għandhom ikunu attrezzati biex jgħabbu wheelchair imma għallinqas għandu jkun hemm numru ta' minibuses li joffru dan is- servizz lill-persuni b'diżabilita'.", "Nagħlaq billi ngħid li bħal kulħadd jien naqbel ma' din il-liġi u nispera li tgħaddi mill-aktar fis possibbli ħalli tibda tiġi implimentata għall-ġid tal-persuni li għandhom xi forma ta' diżabilita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jien nixtieq ukoll nagħti l-kontribut żgħir tiegħi għal din il-liġi li qajmet interess kbir fost id-deputati taż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien inħoss li għalkemm din il-liġi se ddum ftit ieħor biex tidħol fis-seħħ pero' naħseb li huwa tajjeb li qed tiġi dibattuta f'dan il-parlament peress li ilna nitkellmu fuqha barra minn dan il-parlament għal diversi snin u issa fl-aħħar waslet quddiem din il-Kamra.", "Jien nemmen li l-persuni b'diżabilita' huma għal qalb ħafna minna pero' ma naqbilx li għandna nitkellmu fuqhom b'sentiment ta' ħasra għaliex l- iktar ħaġa importanti hija li nagħmlu xi ħaġa biex dawn il-persuni ma jkun jonqoshom xejn u jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti.", "Ftit huma dawk l- okkażjonijiet f'dan il-Parlament fejn nitkellmu fuq dan is-suġġett li hemm ħafna affarijiet x'isir fuqu pero' nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi ngħid li dak li qed nagħmlu permezz ta' din il-liġi m'għandniex nagħmluh bħala att ta' karita' jew bi pjaċir lill-persuni b'diżabilita' u lill- familjari tagħhom imma għandna nagħmluh sabiex legalment nirrikonoxxu dak li huwa dritt sagrosant ta' persuna b'diżabbilita' li għandha bżonnijiet differenti minn l-hekk imsejħa persuna normali - għax fl-aħħar mill-aħħar in-normalita' wieħed irid jiddeskriviha wkoll.", "Jien kważi nasal biex ngħid li domna wisq biex nirrikonoxxu b'liġi d-drittijiet ta' dawn il- persuni pero' issa la wasalna għandna nħarsu 'l quddiem sabiex nieħdu l- massimu li nistgħu minn din il-liġi.", "Mr Speaker, m'hemm l-ebda dubju li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu ma' l- għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Fil-fatt gvern Laburista kien ressaq l-Ewwel Qari tiegħu fil-parlament u ħareġ ukoll white paper li fiha saru diversi kummenti interessanti li ta' min jikkonsidrahom meta niġu biex nattwaw il-liġi fil-prattika.", "Pero' xi drabi nħoss li meta nkunu qed nitkellmu fuq persuni b'diżabilita' qisna qed nitkellmu fuq persuni li huma segregati mis-soċjeta' tagħna.", "Huwa importanti ħafna li nżommu quddiem għajnejna l-ħin kollu li l-persuni b'diżabilita' huma parti integrali mis-soċjeta' tagħna u għalkemm huma persuni li għandhom bżonnijiet differenti u forsi għandhom problemi li forsi mhux kulħadd ikollu huma importanti ħafna fis-soċjeta' Maltija.", "Qed ngħid dawn l- affarijiet għaliex jien nemmen li s-soċjeta' tagħna tista' turi kemm hi soċjeta' sħiħa u soċjeta' li tagħti kas minn kemm tkun attenta għall- bżonnijiet tan-nies ta' madwarha, mhux biss ta' persuni b'diżabilita' imma anke ta' persuni oħrajn li jkollhom bżonn l-għajnuna tagħna.", "Aħna kemm-il darba niftaħru li aħna poplu li nafu nilqgħu lit-turisti f'pajjiżna u li aħna poplu ġeneruż u nagħtu l-għajnuna tagħna anke lil pajjiżi mbiegħda minna, pero' mbagħad ma rridux nonqsu li ngħinu lil xulxin.", "Jien inħoss li jekk is-soċjeta' tagħna tagħti kas bis-serjeta' u tieħu dawk il-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra dawn il-persuni, is-soċjeta' tagħna tkun iktar kompleta u iktar sħiħa.", "Pero' jekk is- soċjeta' tagħna tittraskura persuni li għandhom bżonnijiet u ħteġijiet differenti minn ħaddieħor allura f'dak il-każ nistgħu ngħidu li għandna soċjeta' marida li għandha bżonn il-kura.", "Jien nittama li s-soċjeta' tagħna ma tasalx f'din is-sitwazzjoni għalkemm xi kultant nissuspetta li qed noqorbu lejn soċjeta' individwalista fejn kulħadd jaħseb fih innifsu u fejn ftit huma dawk in-nies li jagħtu kas verament is-sena kollha u mhux darba f'sena fi żmien il-Milied meta niġbru l-flus għal min ikun fil- bżonn.", "Huwa importanti li nkunu soċjeta' li tkun attenta l-ħin kollu għall-bżonnijiet ta' kull persuna li nsibu fis-soċjeta' tagħna, kemm dawk li għandhom diżabilita' fiżika jew mentali u kif ukoll persuni oħrajn li jkollhom bżonn l-għajnuna tagħna.", "Mr Speaker, fil-passat meta kien ikun hemm xi membru fil-familja li jkollu xi diżabilita' kienet titqies bħala xi ħaġa tal-mistħija u allura ħafna drabi dawn il-persuni kienu jinħbew u ma jinħarġux mid-dar.", "Pero' llum il-mentalita' nbidlet u rari tiltaqa' ma' każijiet fejn persuna b'diżabilita' tkun qed tiġi segregata fid-dar u maqtugħa mis-soċjeta'.", "Dan ma jfissirx li m'għadx fadal x'isir f'dan ir-rigward u fil-fatt illum il-familjari ta' persuni b'diżabilita' u kif ukoll nies oħra li jgħinuhom qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex dawn il-persuni jsibu inqas diffikultajiet biex jibqgħu jifformaw parti mis-soċjeta' tagħna u biex jibqgħu jipparteċipaw fid-diversi oqsma tal-ħajja ta' kuljum, kif fl-aħħar mill-aħħar huwa dritt tagħhom.", "Jien ngħid li s-soċjeta' tagħna evolviet f'dan is-sens għaliex fejn qabel il-maġġoranza kbira ta' dawn il-persuni kienu jinżammu magħluqin fi djarhom, illum ġustament qed jipparteċipaw fl- oqsma kollha tal-ħajja u din il-liġi li għandna quddiemna turi kemm verament qed nagħmlu ħilitna biex is-soċjeta' tgħin lill-persuni b'diżabilita' ħalli jkunu jistgħu jagħmlu dak li jridu jagħmlu fil-ħajja tagħhom għaliex il-persuni b'diżabilita' għandhom kull dritt jipparteċipaw u jieħdu sehem f'kull qasam tla-ħajja tas-soċjeta' Maltija u Għawdxija.", "Mr Speaker, jien naqbel li l-liġi li għandna quddiemna hija tajba pero' kien ikun ħafna aħjar kieku ma kienx ikun hemm bżonn ta' liġi sabiex il-persuni b'diżabilita' jieħdu dak li hu dritt tagħhom għaliex dawn m'huma qed jisirqu xejn minn ta' ħadd.", "Forsi ninstema' li qed nikkontradixxi lili nnifsi meta filli ngħid li din il-liġi hija tajba u hemm bżonnha u filli ngħid li kien ikun aħjar kieku ma kienx ikollna għalfejn inressqu din il-liġi pero' kif diġa' għidt dawn il-persuni m'huma qed jisirqu l-ebda dritt minn ta' ħadd u l-fatt li qed ikollna nagħmlu din il-liġi jfisser li forsi mhux is-soċjeta' kollha in ġenerali tirrikonoxxi li dawn il-persuni għandhom ikollhom opportunitajiet indaqs.", "Il-liġi qiegħda hemm sabiex dak li ma teħux bi dritt tkun tista' tikkontestah b'mod legali pero' liġi ma tkun tfisser xejn jekk ma tkunx tigdem jew jekk meta tiġi challenged b'mod legali tiġi defeated.", "Qed ngħid dan għaliex fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ppreżentat mill-amministrazzjoni Nazzjonalista ma nsibux klawsola 3 kif kienet proposta fl-abbozz ippreżentat fi żmien gvern Laburista.", "Fil-fatt sħabi d-deputati ta' din in-naħa tkellmu fuq dan il-punt pero' jien se nirripetih għaliex inħoss li huwa importanti ħafna.", "Din il-klawsola kienet tgħid li meta liġi oħra tkun inkonsistenti ma' dan l-att, jipprevali l-att dwar opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita' anke sal-punt li l- liġi l-oħra tkun dikjarata nulla.", "Fl-opinjoni tiegħi, din is-superseding clause kienet il-qofol ta' kollox jekk aħna rridu li din il-liġi verament taħdem fil-prattika għaliex inutli li jkollna liġi tajba u mbagħad meta tiġi f'kuntrast ma' liġijiet oħrajn nispiċċaw b'ħafna legaliżmi, induru minn hemm u nduru minn hawn, u nibqgħu fejn konna.", "Jien naħseb li din il- klawsola kellha tibqa' tifforma parti mill-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għaliex is-superseding clause tagħti s-saħħa fuq kull liġi oħra li tista' tidħol f'kuntrast mal-liġi li għandna quddiemna.", "Inutli li noqogħdu niftaħru li għandna liġi dwar opportunitajiet indaqs jekk ma tkunx effettiva mija fil-mija għaliex mhux biss inkunu qed nidħku bina nfusna imma nkunu qed nidħku b'dawk il-persuni li jistgħu jagħmlu użu minn din il-liġi.", "Mr Speaker, niftakar li l-Viċi Prim Ministru ftit wara li kien sar ministru f'lukanda ġewwa l-Imsida kien tkellem fuq din il-liġi u kien qal li din kienet se tkun aqwa mil-liġijiet l-oħra għax kienet se tirbaħ fuq il- liġijiet l-oħra.", "Naħseb li dak inhar kien qed jagħmel riferenza partikolari għas-superseding clause li pero' f'dan l-abbozz li għandna quddiemna tħalliet barra.", "Jien ma nafx għalfejn tneħħiet din il-klawsola u għalkemm m'iniex legali ma tantx tinżilli l-iskuża li ġab is-Sur Galea Curmi f'\"The Sunday Times\" tal-Ħadd li għadda fejn qisu tefa' l-ħtija fuq l-avukat ġenrali illi qal li m'hemmx bżonn din is-superseding clause.", "Nittama li din saritx b'xi intenzjoni biex jiġu kkuntentati xi persuni li ma tantx ħadu gost b'din il-liġi.", "Naturalment hemm min qed iħares lejn din il-liġi b'mod egoistiku, qed jara l-interessi tiegħu u jaħseb li se jintlaqat ħażin għaliex se jkollu jagħmel xi nfiq żejjed jew jaċċetta xi affarijiet li ma jaqbilx magħhom.", "Jekk wieħed ma jingħatax risposta ċara għaliex din is-superseding clause tħalliet barra allura wieħed ikun liberu li jaħseb li jrid.", "Fil-fatt jien niskanta kif il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ma qalet xejn fuq it-tneħħija tas-superseding clause meta hi stess taf li mingħajr din il-klawsola l-liġi dwar opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita' se titlef ħafna mis-saħħa tagħha.", "Għalhekk fin-nuqqas ta' din il-klawsola l-gvern irid jgħid jekk beħsiebux ibiddel il-liġijiet kollha sabiex jiġu konformi ma' din il-liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar jien m'hu qed ngħid xejn ġdid minħabba li anke s- Sur Joe Camilleri, iċ-chairperson tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' meta gvern Laburista kien ħareġ il-white paper fl-1997 kien qal li diversi liġijiet u regolamenti eżistenti se jkollhom jiġu riveduti biex jiġu konformi mal-liġi dwar opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li mod iktar sempliċi kif dan jista' jsir huwa li jkollok superseding clause kif kien hemm fl-abbozz ta' liġi ta' qabel minflok toqgħod tibdel l-liġijiet, li forsi m'humiex updated għaż-żmenijiet tal-lum u li allura jistgħu joħolqu diffikulta' ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Nittama li ningħataw risposta għal dan il-punt li tqanqal minn diversi kelliema ta' din in-naħa ħalli meta niġu għall- implimentazzjoni tal-liġi ma jkunx hemm problemi.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq l-impjiegi għall-persuni b'diżabilita'.", "Kif jixhdu l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-abbozz:", "\"L-għan ta' dan l-Abbozz hu sabiex jipprovdi għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilita' minħabba fid-diżabilita' tagħhom u għat-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u dwar ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.\".", "Dan ifisser li din il-liġi għandha l-intenzjoni li tipprojbixxi kull tip ta' diskriminazzjoni anke fis-settur ta' l-impjiegi.", "Meta ġiet ippubblikata l-white paper fl-1997 kien hemm persuna li taħdem fis-settur privat li fakkret - u se nikkwota mill-white paper -:", "\"... li l-kumpanniji privati jitwaqqfu biex jagħmlu profitt u għaldaqstant wieħed m'għandux jistenna xi karita' mingħandhom.\".", "Din il-persuna li m'iniex se nsemmi min hi esprimiet ukoll l-opinjoni li l- provvediment li kien iddaħħal fil-liġi ta' l-impjiegi ta' l-1969 li 2% tal- ħaddiema għandhom ikunu persuni b'diżabilita' kienet biss forma ta' karita' inforzata fuq kumpanniji privati.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija attitudini żbaljata ta' kif inħarsu lejn id-dritt ta' persuni b'diżabilita' għax- xogħol u jekk verament irridu li din il-liġi tipprovdi għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni, ma nistgħux naċċettaw kummenti bħal dawn.", "Jien nifhem li jistgħu jinħolqu xi diffikultajiet pero' ma nistgħux inwettqu fil- prattika dan l-abbozz ta' liġi meta għad għandna nies li sfortunatament jaħsbu li l-kumpanniji privati qegħdin biss biex jagħmlu l-profitt u jinsew l-obbligi soċjali.", "Wara kollox kieku ma tkunx is-soċjeta' in ġenerali kieku l-kumpanniji privati ma jagħmlux profitt!", "Ma naħsibx li hija attitudini korretta li nħarsu lejn il-persuni b'diżabilita' qisna qed nagħmlu xi karita' magħhom.", "Mr Speaker, naf li anke l-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ qed tfassal programmi biex tħarreġ lill-persuni b'diżabilita' għad-dinja tax-xogħol pero' hemm bżonn li jkun hemm bidla fil-mentalita' ta' l-istess employers.", "Huwa veru li l-bidla fil-mentalita' tieħu ż-żmien pero' wieħed jittama li fi żmien qasir il-poplu jifhem li l-persuni b'diżabilita' għandhom dritt għax-xogħol daqs kull ċittadin ieħor.", "Kif diġa' aċċennajt ftit qabel, jista' jkun hemm kumpanniji li minħabba d-daqs tagħhom jsibu xi diffikultajiet sabiex iħaddmu persuni b'diżabilita' u fil-fatt anke l-liġi stess tipprovdi li l-affarijiet iridu jsiru b'mod raġonevoli.", "Pero' xorta waħda nħoss li anke dawk il-kumpanniji li minħabba d-daqs tagħhom jistgħu jsibu xi diffikultajiet u allura jistgħu jiġu eżentati milli jimpjegaw persuni b'diżabilita' jistgħu jikkontribwixxu flus f'fond li jinħoloq apposta għat-taħriġ tal-persuni b'diżabilita'.", "Dan il-fond jista' jitħalla f'idejn l-istess kummissjoni li issa b'din il-liġi se tingħata status legali biex forsi anke bl-għajnuna tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ tutilizzah għat-taħriġ ta' persuni b'diżabilita' jew anke sabiex postijiet li m'humiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' jsiru aċċessibbli.", "Xtaqt ngħaddi xi kumment ukoll fuq l-eżamijiet mediċi li jsiru lill- persuni b'diżabilita' qabel ma jiġu impjegati.", "Jien naħseb li jkun jagħmel sens jekk l-eżami mediku li jkun qiegħed isir lill-persuna b'diżabilita' jsir fil-preżenza tat-tabib tal-fiduċja tal-persuna b'diżabilita' ħalli dik il-persuna tħossha aktar komda u ma jsirux abbużi fis-sens li l- employer jinqeda bl-eżami mediku biex ma jimpjegax lill-persuna b'diżabilita' billi jgħid li tkun falliet f'dan l-eżami mediku.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi fil-qosor huwa dwar it-trade unions għaliex jien naħseb li hawn Malta t-trade unions għadhom xi ftit 'il bogħod milli jimpenjaw ruħhom fil-qasam tal-persuni b'diżabilita'.", "Dan l- aħħar smajna bl-inizjattiva li ħadet il-GWU f'dan il-qasam u jien ngħid li l-unions mhux talli m'għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni b'diżabilita' talli għandhom jaraw li l-kondizzjonijiet tagħhom ikunu xierqa u meta jiġu biex jiddiskutu collective agreements ma' diversi kumpanniji, kemm privati u kif ukoll governattivi, għandhom jaraw li kemm jista' jkun jagħmlu l- ħajja faċli għal kulħadd u meta qed ngħid \"għal kulħadd\" qed ninkludi wkoll lill-persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li jkun tajjeb li n-nies li għandhom ċertu responsabbilta' fit-trade unions f'Malta jieħdu taħriġ dwar il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilita' ħalli meta jiġu biex jiddiskutu l- collective agreements jaraw li dawk il-kondizzjonijiet li jaġevolaw lill- persuni b'diżabilita' jiġu nklużi wkoll.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq kif il-qasam ta' l-edukazzjoni jolqot lill- persuni b'diżabilita'.", "Fid-diskussjonijiet li kellna fil-kumitat għall- affarijiet soċjali dwar il-kurrikulu minimu nazzjonali ssemmew diversi drabi l-problemi li tfal bi bżonnijiet speċjali jiltaqgħu magħhom.", "Jien naqbel li l-konċett ta' inklużjoni ġie mdaħħal fil-kurrikulu minimu nazzjonali pero' nittama li dawn l-affarijiet ma jibqgħux biss fuq il- karta imma jsiru realta' minkejja l-problemi kollha li wieħed jista' jiltaqa' magħhom.", "Ma jidhirlix li l-kelma \"inklużjoni\" tissemmiet f'dan l- abbozz ta' liġi meta jittratta l-qasam ta' l-edukazzjoni pero' apparti għandhiex tiddaħħal din il-kelma jew le, huwa iktar importanti li jittieħdu l-passi neċessarji.", "Kif diġa' għidt waqt il-kumitat għall-affarijiet soċjali għandna noqogħdu attenti li jsir it-tibdil li hemm bżonn fis- sistema edukattiva biex ma nispiċċawx minflok inklużjoni jkollna integrazzjoni daqslikieku naċċettaw li tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu integrati ma' tfal oħra imma ma jiġux inklużi.", "Jekk ilkoll naqblu mal- konċett ta' l-inklużjoni rridu naraw li nieħdu l-passi neċessarji biex din l-inklużjoni tkun b'mod sħiħ u mhux nispiċċaw li jkollna integrazzjoni biss u t-tfal bi bżonnijiet speċjali jibqgħu maqtugħin mill-bqija tal-klassi.", "Kif qal l-Onor.", "Michael Bonnici, jekk irridu li t-tfal bi bżonnijiet speċjali verament jkunu parti mill-klassi rridu naraw li jkollna facilitators biżżejjed li jingħataw it-taħriġ neċessarju biex jgħinu lil dawn it-tfal imexxu fil-klassi bħal tfal oħra għaliex il-facilitators huma l-għodda meħtieġa biex dawn it-tfal jiġu inklużi b'mod sħiħ.", "Wieħed irid jaħseb ukoll dwar il-futur ta' l-iskejjel speċjali jekk naslu fl- eventwalita' li aktar persuni bi bżonnijiet speċjali jiġu nklużi fis- sistema edukattiva.", "Waqt il-kumitat għall-affarijiet soċjali ġieli tqanqlet diskussjoni dwar x'se jiġri mill-iskejjel speċjali pero' jidher li għad m'hemmx direzzjoni ċara dwar x'għandu jkun ir-rwol ta' dawn l- iskejjel.", "Jien naħseb li hemm bżonn li jsir studju anke mill-istess kummissjoni dwar il-futur ta' l-iskejjel speċjali u nittama li jsir l- aħjar użu minnhom biex ma jispiċċawx bħal skejjel oħrajn li jintużaw biss sa ċertu ħin u mbagħad jingħalqu.", "Mr Speaker, waqt il-kumitat għall- affarijiet soċjali kemm-il darba ssemmew il-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni b'diżabilita' - u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal problemi ta' aċċessibilita' - meta jiġu biex jagħmlu xi eżamijiet u naħseb li wasal iż-żmien li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jikkonsidra bis- serjeta' x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "Nixtieq ngħaddi kumment dwar dak li nsibu fl-aħħar parti ta' subklawsola (3) ta' klawsola 11 fejn qed ngħidu li \"jimponi piż mhux ġustifikat fuq l- istituzzjoni jew awtorita' edukattiva involuta.\"", "Meta naqra kumment bħal dan nibda nistaqsi lili nnifsi x'irridu ngħidu meta qed ngħidu \"piż mhux ġustifikat\".", "Ma rridx nippolitiċizza d-diskors tiegħi, pero' nittama li din ma tkunx skuża biex il-gvern, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha, ma jipprovdix xi servizz jew ma jagħmilx xi ħaġa li tkun tinvolvi nfiq ta' flus għaliex ċertament li hemm ħafna affarijiet li jridu jsiru li jinvolvu nfiq ta' flus u nispera li din is-subklawsola ma sservix biex anke affarijiet li jinvolvu spejjeż żgħar jiġu maqlugħa 'l barra u ma jsirux.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-problema tat-trasport għall- iskejjel għal tfal b'diżabilita' u minn hawn nappella biex naraw x'jista' jsir bis-serjeta' ħalli kemm jista' ntaffu l-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni b'diżabilita' meta jiġu biex jużaw it-trasport, b'mod partikolari dawk li jkunu qegħdin f'wheelchair.", "Meta kienet ħarġet il-white paper fl- 1997, ix-shadow minister ta' l-edukazzjoni ta' dak inhar, l-Onor.", "Louis Galea kien qal hekk:", "\"Il-white paper ma tidhirx li qed tikkonferma d-dritt tal-ġenituri għal għażla ta' liema skola jattendu t-tfal tagħhom.\".", "Pero' ma jidhirlix li dan id-dritt tal-ġenituri ġie nkluż fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u nixtieq inkun naf jekk kienx hemm xi bidla fil-ħsieb minn dak iż-żmien sal-lum.", "Nixtieq ngħaddi għal suġġett ieħor li huwa relatat ma' l-edukazzjoni u dan huwa d-dritt ta' persuni b'diżabilita' għall-attivita' sportiva u rikreattiva.", "Naħseb li f'dan id-dibattitu l-isports ftit li xejn ssemma u meta nara li għad hemm ħafna nuqqasijiet fil-kamp sportiv għal dawk li huma meqjusa bħal persuni normali forsi għaliex ma kienx hemm pjanijiet fit-tul jew minħabba l-limitazzjonijiet li għandna bħala pajjiż ikolli nikkonkludi li għad fadlilna ħafna x'naqdfu biex persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-kamp sportiv.", "Jien inħoss li fl-istadju ta' Kumitat għandna nikkonsidraw li ndaħħlu l-kelma \"sport\" fejn jissemmew il- faċilitajiet ta' divertiment jew rikreazzjoni.", "Fil-fatt meta kont qed inqalleb ftit id-Disability Discrimination Act Awstraljana ta' l-1992 sibt artiklu sħiħ fuq l-isport waħdu pero' apparti milli ndaħħlu l-kelma biex ngħidu li nkunu daħħalniha, huwa importanti li nieħdu l-passi neċessarji biex persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jipprattikaw xi tip ta' sports għaliex anke f'dan il-qasam il-persuni b'diżabilita' jrid ikollhom opportunitajiet indaqs.", "Naħseb li l- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għandha tagħmel studju dwar x'jista' jsir f'dan il-qasam biex persuni b'diżabilita' li jixtiequ jipprattikaw xi forma ta' sports jingħataw l-għajnuna meħtieġa.", "Ftit taż-żmien ilu persuni b'diżabilita' mentali fuq inizjattiva personali ta' l-għalliema tagħhom marru jikkompetu ġewwa l-iStati Uniti u ġabu riżultati tajbin.", "Apparti r-riżultati tajbin li ġabu, kien ta' sodisfazzjon personali għalihom u anke għal pajjiżna li dawn it-tfal pparteċipaw f'dawn l-avvenimenti sportivi u setgħu jħossuhom parti mis- soċjeta' sportiva.", "Jien nemmen li għandna nagħmlu dak kollu li huwa possibbli biex persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jipprattikaw xi tip ta' sport.", "U hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-postijiet ta' divertiment u postijiet pubbliċi.", "F'din il-Kamra ssemmiet ħafna l-aċċessibilita' u inutli li noqogħdu ngħidu li l-persuni b'diżabilita' għandhom dritt imorru d- discos jidħlu fil-bars, f'uffiċini u saħanistra fi knejjes jekk dawn il- postijiet ma jkunux aċċessibbli għalihom.", "Fil-fatt ftit taż-żmien ilu fil- gazzetta deher artiklu li kien jgħid li l-kummissjoni kellha tmur tipprotesta quddiem knisja li kienet għadha kif inbniet, jekk m'iniex sejjer żball, fix-Xemxija fuq pjanta tal-Perit Richard England minħabba n- nuqqas ta' aċċessibilita'.", "Sur President, mis-sena d-dieħla l-planning authority se tibda tesiġi li postijiet pubbliċi jridu jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' pero' jien ngħid li hija xi ħaġa tal-mistħija li kellha tasal is-sena 2000 biex jibdew isiru dawn l-affarijiet!", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-affarijiet kellhom jibdew jiġu kkonsidrati sa mill-bidu tat-twaqqif ta' din l- awtorita' li hija responsabbli mill-iżvilupp tal-bini f'pajjiżna u bħala awtorita' li tikkontrolla l-ippjanar f'pajjiżna kellha teħodha fuq spallejha li tesiġi li biex tapprova l-permessi għall-bini ta' postijiet pubbliċi jridu jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Meta l-Onor.", "Marie Louise Coleiro kienet qed titkellem fuq din il-liġi semmiet il- kwestjoni tal-bankini f'Ħal Qormi li m'humiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Jien ngħid li jekk iddur dawra ma' Malta u Għawdex issib li ħafna mill-bankini huma perikolużi u lanqas għandhom rampa biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'.", "Naħseb li l-awtorita' ta' l- ippjanar għandha twaqqaf xogħlijiet ta' bankini li jkunu qed isiru mill- Gvern ċentrali jew mill-kunsilli lokali li ma jkunux up to standard jew ma jkunux jistgħu jagħmlu użu minnhom persuni b'diżabilita'.", "Sfortunatament minkejja l-ħafna diskors li qed jingħad dwar din il-liġi u minkejja li qed naqblu li persuni b'diżabilita' għandhom ikollhom opportunitajiet indaqs, illum għadna f'sitwazzjoni fejn ċerti xogħlijiet li qed isiru m'humiex qed jiġu kkonsidrati l-bżonnijiet ta' dawn il-persuni u jekk l-affarijiet ma jsirux kif suppost għandhom isiru, allura din il-liġi ma tkun tiswa xejn.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili ninterrompik, Onor. Abela, għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Abela jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Abela jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Jekk il-periti li qed jiġu ppreparati mill-universita' tagħna ntellgħuhom b'mentalita' li ma jagħtux kas il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabilita' allura m'aħniex se naslu.", "L- accessibility unit li twaqqaf fi żmien Gvern Laburista kien pass fid- direzzjoni t-tajba u għalkemm forsi ma kienx hemm riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed pero' għallinqas beda jsir xi ħaġa biex postijiet pubbliċi li ilhom mibnija u li sal-lum ma kenux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' ssirilhom xi forma ta' alterazzjoni biex isiru aċċessibbli.", "Nixtieq nistaqsi x'sar minnu dan il-unit, jekk spiċċax minsi minn kulħadd u minflok se ntejbuh u nsaħħuh se nispiċċaw inwarrbuh.", "Sur President, f'din il-Kamra ssemma ħafna l-qasam tat-trasport pubbliku u filwaqt li ilu jintqal ħafna diskors jekk il-karozzi tal-linja għandhomx ikunu super low floor jew low floor biss iż-żmien baqa' għaddej u fil-fatt ħlejna ħafna żmien.", "Safejn naf jien sa l-aħħar ta' l-1995 il-karozzi tal- linja kollha f'pajjiżna kellhom jinbidlu pero' diġa' għaddew kważi ħames snin minn dak iż-żmien u kulma għandna ħames karozzi tal-linja biss li huma mill-ġodda.", "Fil-fatt hemm bżonn li l-istaffi tal-karozzi tal-linja jkunu baxxi mhux biss għall-persuni b'diżabilita' imma anke għal dawk l- anzjani li jużaw it-trasport pubbliku.", "Jien nifhem li ma jistax ikollok trasport pubbliku li jkun aċċessibbli għal kull tip ta' diżabilita' u naħseb li nagħmlu tajjeb jekk naraw x'isir f'pajjiżi barranin.", "Per eżempju, fil-pajjiżi skandinavi li huma avvanzati ħafna fis-servizzi li jagħtu lill-persuni b'diżabilita' għandhom sistemi ta' trasport fejn persuna b'diżabilita' tista' ċċempel minn ġurnata qabel u titlob li fit- tali ħin imur vann għaliha li jkun attrezzat b'kollox u jeħodha bil- kumdita' kollha fil-post fejn tkun trid tmur.", "Forsi hawn min jista' jgħid li din hija tip ta' segregazzjoni pero' naħseb li rridu nkunu prattiċi u minflok noqogħdu nistennew sakemm jaslu l-karozzi tal-linja l- ġodda għandna naraw kif nistgħu noffru alternattiva għal dan id-dewmien u nġibu karozzi apposta li jkunu jistgħu joffru servizz lill-persuni b'diżabilita', kif isir f'pajjiżi oħra.", "Problema oħra li tolqot ukoll lill-persuni b'diżabilita' hija l- akkomodazzjoni soċjali.", "Ftit ilu f'mistoqsija supplimentari kont staqsejt lill-Viċi Prim Ministru jekk persuni b'diżabilita' jingħatawx prijorita' fl-għoti ta' akkomodazzjoni soċjali u r-risposta tal-ministru kienet li fil- fatt dawn jingħataw prijorita'.", "Pero' ma nafx kemm fil-verita' dawn qed jingħataw prijorita' għaliex jien naf b'każijiet ta' persuni b'diżabilita' li qed jgħixu f'sitwazzjonijiet mill-agħar u għalkemm is-social workers qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jgħinuhom għadhom fl-istess sitwazzjoni għaliex ovvjament is-soluzzjoni għal dawn il-problemi trid tiġi minn ħaddieħor u mhux mis-social workers.", "Sur President, huwa importanti ukoll li nagħtu kas il-concern ta' dawk il-ġenituri li għandhom tfal b'diżabilita' li ma jafux min se jieħu ħsieb uliedhom wara li jiġu nieqsa huma.", "Jien inħsadt ftit bil-mod kif aġixxa l- Viċi Prim Ministru meta rċieva ittra mill-moviment għad-drittijiet ta' persuni b'diżabilita' għaliex naħseb li aħna għandna d-dmir li noffru xi tip ta' support, għallinqas jekk mhux finanzjarju, morali lil dawn il- ġenituri ta' persuni b'diżabilita'.", "Ma rridux ninsew li ħafna drabi dawn il-ġenituri jiddedikaw ħajjithom għal dawn uliedhom b'diżabilita' u jekk naħdmu biex ikun hawn iktar respite centres f'pajjiżna dawn il-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu wkoll il-ftit mistrieħ li jistħoqqilhom.", "Għalhekk huwa importanti li nagħtu kas bis-serjeta' l-concern ta' dawn il-ġenituri billi kemm jista' jkun malajr naraw x'jista' jsir.", "Sur President, bħala bniedem li noqgħod iż-Żejtun ma nistax ma nsemmix Dar Nażareth li tilqa' fiha persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Dak iż-żmien li twaqqfet din id-dar jien kelli l-fortuna li nkun fil-kunsill parrokkjali u għalkemm fil-bidu kien hemm ċerti diffikultajiet kemm finanzjarji u kif ukoll diffikultajiet oħra peress li din id-dar kienet se tilqa' fiha persuni bi bżonnijiet speċjali u allura riedet tkun attrezzata b'mod differenti minn djar oħra, illum li għaddew diversi snin din id-dar hija ġawhra fiż-Żejtun u l-għajnuna volontarja li tingħata mill-helpers hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Nittama li f'pajjiżna jkun hawn iktar minn dawn it-tip ta' djar u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk il- volontiera kollha għax-xogħol li jagħmlu u lil Dun Anġ Seychell u lill- familjari tiegħu li taw dan il-post għal kawża daqshekk nobbli.", "Naħseb li jkollok dar bħal din fejn l-istess komunita' qed tagħti s-support tagħha b'mod volontarju huwa l-ideal u jekk nimxu f'din id-direzzjoni nkunu qed innaqqsu ħafna mill-concern ta' dawk il-ġenituri ta' persuni b'diżabilita'.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar l-assigurazzjoni.", "Naħseb li l- kumpanniji ta' l-assigurazzjoni f'pajjiżna huma xi ftit jew wisq mħassba b'din il-liġi u fil-fatt ma tantx sibt kummenti min-naħa tagħhom.", "Nittama li l-fatt li ma tantx għandna gwida ċara f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna dwar il-premiums li persuna b'diżabilita' għandha tħallas biex tassigura lilha nnifisha jew xi affarijet personali tagħha ma jwassalx biex isiru ċerti abbużi fis-sens li jiġu ċċarġjati premiums esaġerati li jaqtgħu qalb dak li jkun.", "Nifhem li l-premiums se jkunu daqsxejn ogħla min- normal imma rridu noqogħdu attenti li ma jsirux abbużi.", "Sur President, Taqsima IV titkellem fuq l-eżami li jiddetermina x'inhu raġjonevoli u hawnhekk nappella biex noqogħdu attenti li ma jkunx hemm min jipprova jinqeda b'din it-taqsima billi jipprova jiġġustifika li għandu raġuni valida u allura jevita li jagħmel xi affarijiet li jkunu jinvolvu spiża finanzjarja għalih.", "Għalhekk huwa importanti li r-regolamenti ta' x'jiddetermina x'inhu raġonevoli jkunu ċari ħalli ħadd ma jipprova jsib xi tieqa minn fejn ikun jista' jgħaddi b'ċertu faċilita'.", "Taqsima V titkellem dwar il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' li permezz ta' din il-liġi se tiġi rikonoxxuta b'mod legali.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed ikun rikonoxxenti għax-xogħol li għamlet din il- kummissjoni matul is-snin li għaddew.", "Fil-fatt il-kummissjoni kellha rwol importanti li serva biex il-mentalita' f'pajjiżna fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' tinbidel ukoll, għalkemm kien hemm ukoll ħaddieħor li kkontribwixxa biex tinbidel din il-mentalita'.", "Nittama li din il- kummissjoni ma tkunx xi arma politika f'idejn ħadd għax sfortunatament xi drabi forsi setgħet tidher li kienet qed tiġi wżata b'mod politiku.", "Jien inħoss li l-qasam tal-persuni b'diżabilita' m'għandux ikun politiċizzat.", "Sur President, jien naħseb li ġaladarba l-kummissjoni qed tiġi rikonoxxuta bħala entita' legali jkun jagħmel sens jekk il-funzjonijiet taċ-chairperson u tad-direttur eżekuttiv tal-kummissjoni jkunu mniżżla fil-liġi għaliex klawsola 22 tispeċifika biss il-funzjonijiet tal-kummissjoni.", "Barra minn hekk, skond dak li hawn imniżżel fil-liġi il-kunsilli lokali u l-accessibility unit li aċċennajt għalih iktar qabel m'humiex se jkollhom membru fuq il-kummissjoni u jien naħseb li dawn iż-żewġ entitajiet għandhom ikollhom membru fuq il-kummissjoni.", "Paragrafu (k) ta' klawsola 22 jitkellem fuq l-għajnuna finanzjarja u legali li għandha tingħata mill- kummissjoni lill-persuni b'diżabilita'.", "Jien nistenna li l-ministru jgħidilna minn fejn se jingħata l-budget lil din il-kummissjoni u x'tip ta' għajnuna finanzjarja u legali se tingħata.", "Nixtieq ukoll li tingħata spjegazzjoni ta' x'inhuma \"dawk is-servizzi kollha li jistgħu jinħtieġu jew jintalbu mill-Kummissjoni biex din tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha.\".", "Nixtieq li nidħlu fid-dettall ta' minn fejn se jiġu l-fondi għaliex fil-preżent diġa' għandna problema minħabba nuqqas ta' fondi biex, per eżempju, jinxtraw il-hearing aids u fil-fatt kull sena qed ikun hemm underfunding ta' Lm20,000.", "Dan ifisser li l-kummissjoni ma tistax tgħin billi tipprovdi hearing aids lil min hu nieqes mis-smigħ għaliex m'hemmx fondi biżżejjed.", "Naħseb li jekk s'issa m'aħniex qed insibu fondi ta' Lm20,000 biex jinxtara dan l-apparat ma nafx minn fejn se nsibu fondi oħrajn li din il-liġi ċertament se ġġib magħha.", "Kulħadd jaqbel li hemm bżonn ta' iktar finanzjament f'dan il-qasam pero' l-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta' u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Il-ministru tal-finanzi fil-programm \"Xarabank\" kien qal li huwa ma tantx iħobb jiċċajta iżda fl-opinjoni tiegħi meta jiċċajta l-ministru tal- finanzi jiċċajta daqsxejn bil-goff!", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Meta kien qed jitkellem dwar il-problemi finanzjarji semma l-operazzjonijiet tal-bypass tal-qalb u qal li dawn kienu qed jiswew lill-gvern eluf ta' liri.", "F'okkażjoni oħra fuq ir-radju kien qal li hemm bżonn li għal kull servizz li jingħata jiġi mitlub ħlas għaliex ma nistgħux inqisu kull servizz bħala servizz soċjali.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi: Meta l-ministru tal-finanzi kien qed jgħid dan id-diskors kien qed jirriferi wkoll għall-persuni b'diżabilita'?", "Allura l-persuni b'diżabilita' se jiġu milquta minn dawn il- provvedimenti finanzjarji minħabba s-sitwazzjoni preżenti?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex ħafna drabi meta nibdew nitkellmu fuq il-problemi finanzjarji nafu li l-ewwel tnaqqis fil-budgets isir f'dawk l-oqsma li jkunu meqjusa bħala sekondarji mill-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun.", "Issa, fl-opinjoni tiegħi, il-qasam tal-persuni b'diżabilita' huwa meqjus bħala settur tat-tieni klassi u għalhekk naħseb li jista' jsofri wkoll minn tnaqqis fil-finanzi tiegħu.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li dawn l- affarijiet jiġu ċċarati.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Viċi Prim Ministru jekk il-kummissjoni hijiex se tkun meqjusa bħala dipartiment, bħala korp parastatali jew xi entita' oħra għaliex ma jidhirlix li fl-Abbozz ta' Liġi hemm aċċenn għal dan.", "Nixtieq ukoll nagħmel suġġeriment biex forsi darba f'sena bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra l-ħidma tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tiġi diskussa fil-Parlament ħalli nkunu nistgħu nsegwu mill-qrib il-ħidma tagħha, naraw x'passi jkunu saru u fejn nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors tiegħi billi ngħid li naħseb li wasal iż-żmien li l-kostituzzjoni ta' pajjiżna tiġi emendata biex jiddaħħal il- paragrafu li jgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilita'.", "Nawgura li din il-liġi taħdem verament fl-interess tal- persuni b'diżabilita' u fl-interess tal-familjari li wara kollox iġorru l- parti l-kbira tal-piż minn qalbhom.", "Il-Partit Laburista jaqbel li għandu jkollna liġi li tħares l-interessi tal-persuni b'diżabilita' bis-serjeta' u fil-fatt meta kien fil-gvern dejjem ħadem biex iġib 'il quddiem il-ħajja tal-persuni b'diżabilita' u tal-familjari tagħhom.", "Jekk il-gvern bis- serjeta' jrid jilħaq l-għanijiet u r-raġunijiet li huma msemmija f'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm bżonn li din l-għodda legali tkun b'saħħitha u tkun tista' tigdem ħalli ħadd ma jistaħba wara qafas legali li fil-prattika ma jkunx jista' jissarraf għax f'każ li ma jkunx hekk inkunu qed nidħku bl-istess persuni b'diżabilita'.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Sur President, bi pjaċir ninnota li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jaqblu dwar dan l-abbozz ta' liġi, xi ħaġa li sfortunatament m'hijiex daqstant komuni f'din il-Kamra.", "Id-diskussjoni dwar is-servizzi, l-attitudinijiet u l-opportunitajiet relatati mal-ħteġijiet tal-persuni b'diżabilita' ilha ħafna fuq l-aġenda tal-pajjiż u kienu ħafna dawk il-gruppi ta' nies u anke persuni oħra fuq bażi personali li tkellmu dwar dan is-suġġett.", "Fil-fatt grazzi għad- diskussjonijiet kollha li saru matul is-snin li għaddew ġew introdotti wkoll miżuri tajbin favur il-persuni b'diżabilita' pero' kien jonqos li din il-liġi li hija tant mistennija titressaq għad-diskussjoni f'dan il- Parlament.", "Naħseb li huwa ta' sodisfazzjon ukoll għall-Ministru Lawrence Gonzi li kellu jkun hu l-ministru li jressaq din il-liġi għaliex nafu kemm ħadem bi sħiħ fil-passat fil-kariga ta' chairperson tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Aħna nafu li kull persuna fid-dinja, irrispettivament mill-kulur, min-nazzjon jew mis-sess tagħha, għandha bżonnijiet varji li hi tipprova tissodisfa biex ssib il-milja tagħha.", "L- aktar bżonnijiet bażiċi huma dawk fiżjoloġiċi jiġifieri l-bżonnijiet tal- ġisem, fosthom in-nutrimenti meħtieġa li wieħed isib fl-ikel u fix-xorb u dan jistgħu jfissruh bl-aktar mod ċar dawk il-persuni madwar id-dinja li xi darba jew oħra sofrew il-ġuħ jew l-għatx minħabba stat ta' gwerra jew minħabba l-faqar.", "Imbagħad l-bniedem iħoss il-bżonn għas-sigurta', il-bżonn li jkollu dar fejn joqgħod u l-bżonn li ma jkunx mhedded la bħala persuna individwali u lanqas bħala persuna li tagħmel parti minn nazzjon.", "Kull persuna għandha bżonn li tħossha li tifforma parti, li hija aċċettata u rispettata mid-diversi strutturi li tkun tagħmel parti minnhom bħal, per eżempju, il-familja, il-komunita' fejn tkun tgħix, il- post tax-xogħol fejn taħdem, il-postijiet ta' rikreazzjoni u anke mis- soċjeta' in ġenerali.", "Barra minn hekk kull persuna tħoss il-ħtieġa li tikseb tagħrif, li tipprova tifhem u tagħmel sens minn dak kollu li jkun qed jiġri madwarha, li tissodisfa l-kurjożitajiet tagħha, li tipprova tirrealizza ruħha u tipprova tfittex il-limiti ta' l-abilitajiet tagħha biexa tilħaq il-quċċata tal-potenzjal tagħha.", "Ovvjament il-mod li bih kull persuna tħares lejn in-natura u l-kobor ta' dawn il-bżonnijiet fiha nnifisha jvarjaw minn persuna għal oħra u anke fl-istess persuna minn żmien għal żmien u dawn it-tibdiliet jiddependu kemm miċ-ċirkostanzi partikolari tal-ħajja, kemm mill-attitudinijiet tal-persuna nnifisha u kif ukoll mill- attitudinijiet tal-bqija tas-soċjeta' bl-istrutturi formali u informali tagħha.", "Din il-liġi li qed tiġi proposta hija ta' unur għalina mhux biss bħala rappreżentanti tal-poplu iżda bħala membri tas-soċjeta' għaliex qed tirrikonoxxi li l-persuni b'diżabilita' huma persuni sħaħ, persuni bi bżonnijiet li huma komuni għall-umanita' u persuni bi bżonnijiet speċifiċi li jridu jsiru provvedimenti għalihom biex sakemm ikun possibbli jingħelbu d-diffikultajiet minħabba xi diżabilita' partikolari.", "Huwa minnu li f'oqsma soċjali bħal dawn, kull ħidma, kull sforz jew inizjattiva fejjieda qatt ma tidher li tkun ittieħdet kmieni wisq speċjalment għal dawk il- persuni li ċerti miżuri jkunu jistgħu jissarrfu f'qabża fil-kwalita' tal- ħajja, fid-drittijiet li jgawdu, fl-għanijiet li jistgħu jilħqu u fil- potenzjal li jistgħu jirrealizzaw, pero' tajjeb li f'dan l-istudju nagħtu ħarsa lura filwaqt li nippjanaw għall-futur.", "Mid-diskussjonijiet li smajna u mill-interventi li saru f'din il-Kamra, joħroġ b'mod ċar minn fejn bdejna f'dan il-qasam u fejn rridu naslu.", "Kif qal il-kelliemi ta' qabli, sa 30 sena ilu kemm f'Għawdex u kif ukoll f'Malta, il-persuni b'diżabilita' kienu jinżammu mistura fid-djar protetti madwar erba' ħitan tant li xi drabi lanqas il-ġirien stess ma kienu jkunu jafu bl-eżistenza ta' dawn il-persuni.", "Fil-fatt f'Għawdex kienu l-membri ta' l-għaqda Għawdxija persuni b'diżabilita' li bdew jidħlu b'mod prudenti fid-djar u ftit ftit bdew jesponu lill-persuni b'diżabilita' għall- ħajja fil-komunita'.", "Din ma kenitx xi ħaġa faċli, pero' bil- prudenza u b'determinazzjoni wasalna wkoll.", "Illum il-ġurnata l- parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilita' hija attiva u inklussiva pero' personalment inħoss li din il-liġi se tkun biss il-bidu u se sservi anke ta' stedina biex il-membri tas-soċjeta' jħarsu lejn il-persuni b'diżabilita' bħala persuni sħaħ, li għandhom bżonn strutturi li jgħinuhom jgħixu ħajjithom aħjar u jgħinuhom jirrealizzaw il-ħolm tagħhom skond l- abilitajiet tagħhom.", "Huwa importanti li meta nitkellmu dwar persuni bi bżonnijiet speċjali, kif inħobb nirreferi għalihom jien, ma nitkellmux b'mod li qisna qed nitkellmu fuq grupp ta' nies li għandhom numru sostanzjali ta' fatturi u karatteristiċi komuni għalihom għaliex irridu niftakru li hemm diversi gradi ta' diżabilitajiet, kemm fiżiċi u kif ukoll mentali li jistgħu jiġu klassifikati taħt il-kappa ta' diżabilita'.", "Barra minn hekk, huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li kull persuna b'diżabilita' għandha l-karattru u n-natural individwali tagħha, bl-intelliġenza u bil-potenzjal tagħha għax altru titkellem fuq id- diżabilita' tal-persuna u altru li titkellem fuq il-persuna nnifisha.", "Xi drabi tiltaqa' ma' persuni li bl-intenzjonijiet tajba kollha tagħhom iħarsu lejn il-persuni b'diżabilita' b'ċertu ħasra għaliex jaħsbu li l- aħjar ħaġa hija li tagħmel il-ħajja ta' dawn il-persuni iktar faċli.", "Min- naħa l-oħra ssib min jgħid li dawn il-persuni għandhom bżonn is-support tagħna pero' kif diġa' ntqal kważi minn kull kelliemi li tkellem s'issa fuq din il-liġi biex dan l-għan ikun jista' jintlaħaq huwa importanti ħafna li jkun hemm iktar komunikazzjoni u iktar edukazzjoni.", "Li tintroduċi liġi hija relattivament faċli pero' l-isfida vera hija li dawk kollha involuti b'mod dirett, cioe' l-persuni b'diżabilita' nfushom, il-familji tagħhom, l-għalliema u anke l-professjonisti li jaħdmu magħhom u kif ukoll il-bqija tas-soċjeta' jaġixxu b'mod li tiġi ffaċilitata l- inklużjoni tal-persuni b'diżabilita' u l-persuna b'diżabilita' tiġi empowered biex tilħaq il-milja tagħha skond il-potenzjal tagħha.", "Jien persważa li jekk naħdmu biex nilħqu dan il-għan numru sostanzjali ta' persuni b'diżabilita' jsiru aktar indipendenti fil-ħajja ta' kuljum kemm ekonomikament u kif ukoll soċjalment.", "Fil-preżent żagħżugħ Għawdxi li huwa nieqes mid-dawl qed jattendi l-aħħar sena tal-kors fl-universita' ta' Malta li jwasslu għall-BA Hons.", "Illum l-avvanzi li saru fl-information technology jagħmluha possibbli li b'attitudini pożittiva u b'rieda qawwija min-naħa tal-persuna b'diżabilita' flimkien ma' għajnuna offruta mill-istat u anke minn dawk li jmexxu strutturi mhux governativi, il-persuni b'diżabilita' żgur ma jibqgħux lura.", "Pero' jibqa' l-fatt li ċerti persuni b'diżabilita' jiddependu totalment fuq il-carers tagħhom minħabba n-natura severa tad-diżabilita' tagħhom u ħafna drabi dawn il-carers ma jkunu ħadd ħlief il-ġenituri tagħhom, speċjalment l-ommijiet.", "Mill-kuntatti li jkolli anke mal-familji ta' persuni b'diżabilita' f'Għawdex jien konxja mill-fatt li ħafna mill-ġenituri, speċjalment dawk li huma anzjani, jinkwetaw ħafna x'se jiġri minn uliedhom meta huma ma jkunux għadhom jifilħu aktar jew sfortunatament jiġu nieqsa.", "Filwaqt li f'Malta nsibu d-Dar tal-Providenza u djar żgħar residenzjali għall-persuni b'diżabilita', f'Għawdex għad m'għandniex dar residenzjali għall-persuni b'diżabilita' li toffri wkoll respite service.", "Fil-fatt bis-saħħa ta' l- għaqda Għawdxija għall-persuni b'diżabilita' bl-għajnuna tal-knisja f'Għawdex, bis-saħħa tal-ġenerożita' tal-poplu u bl-għajnuna li qed tintalab mill-gvern se jiġi mniedi proġett biex fil-futur jinfetaħ kumpless li jservi ta' dar residenzjali għall-persuni b'diżabilita'.", "F'Għawdex inħasset il-ħtieġa kemm mill-ministeru għal Għawdex, kemm mill- professjonisti li jaħdmu mal-persuni b'diżabilita' b'mod dirett u anke b'mod indirett u kif ukoll minn diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu f'dan il-qasam li jsir studju dettaljat dwar il-persuni b'diżabilita' f'Għawdex u kif il-bżonnijiet tagħhom jistgħu jiġu indirrizzati aħjar bl-użu massimu tar-riżorsi li għandna.", "Għalhekk fil- ġimgħat li ġejjin se jsiru sensiela ta' laqgħat u seminars għall-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom u għall-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Qabel nagħlaq nixtieq f'isem il-poplu nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu favur il-ġid tal-persuni b'diżabilita' f'pajjiżna u nawgura aktar ħidma siewja biex il-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu tassew jilħqu l- milja tagħhom.", "Nixtieq nawgura b'mod speċjali lill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' fil-ħidma tagħha mal-persuni bi bżonnijiet speċjali kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex fid-dawl tal-poteri eżekuttivi ġodda li se tingħata permezz ta' din il-liġi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta qed nitkellmu fuq dan il- qasam importanti ta' persuni b'diżabilita', irridu nifhmu li qed nitkellmu fuq x'tip ta' soċjeta' rridu naħdmu għaliha u li m'aħniex qed nitkellmu biss fuq bidliet fil-liġijiet.", "Pero' naħseb li minn dak li ntqal hawn ġew, minn ċerti argumenti li saru u minn ċerti espressjonijiet li ntużaw, bħalma huma \"persuni inqas ixxurtjati\" u anke mill-mod kif tħares il-bqija tas-soċjeta' lejn il-persuni b'diżabilita' nista' ngħid li l-mudell dominanti ta' kif għadna nħarsu lejn il-qasam tal-persuni b'diżabilita' huwa l-mudell tal-karita'.", "Kien hemm żmien meta dan is-suġġett kien taboo f'pajjiżna u l-fatt li kien ikun hemm persuna b'diżabilita' fil-familja kien meqjus bħala xi saħta minn Alla, il-frott tad-dnub jew ta' xi ħaġa ħażina li dak li jkun ikun għamel f'ħajtu.", "Pero' jekk irridu nagħmlu pass 'l quddiem irridu nimxu għal mudell ġdid, il-mudell tad-drittijiet tal-bniedem.", "Fil-fatt il- kwestjoni tal-persuni b'diżabilita' hija kwestjoni tad-drittijiet tal- bniedem u jekk irridu nitkellmu bis-serjeta' fuq opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita' u rriduhom li jkunu parti minn soċjeta' ġdida, soċjeta' li tagħti spazju lil kulħadd, soċjeta' aktar umana li taċċetta persuni differenti huwa importanti li jkollna soċjeta' li tkun qed tagħmel żvilupp ekonomiku qawwi.", "Jekk is-soċjeta' ma jkunx qed jirnexxilha toħloq il-ġid u l-impjiegi u l-gvern ma jkunx qed imexxi bis-serjeta' l- finanzi li jkun qed jiġbor, ikun hemm ċans kbir li fost dawk li l-aktar li jintlaqtu ħażin u jmorru lura fi żmien ta' żvilupp ekonomiku batut u fi żmien ta' problemi finanzjarji pubbliċi jkunu dawk l-iżjed vulnerabbli u dawk li l-aktar li jridu jiġu nklużi.", "Illum m'huwiex biżżejjed li nħarsu lejn il-ġid ekonomiku li jkun qed jinħoloq fil-pajjiż imma rridu naraw ukoll x'inhi r-rata ta' l-esklużjoni soċjali fis-soċjeta'.", "Ħafna pajjiżi li jkollhom statistika ekonomika qawwija ta' x'inhu d-dħul medju ras imb'ras jkunu qed jaħbu l-esklużjoni soċjali li teżisti f'pajjiżhom.", "Fil- fehma tiegħi, il-kwestjoni tal-persuni b'diżabilita' rridu naraw fil- perspettiva ta' min għadu qed jiġi eskluż mis-soċjeta' tagħna.", "Jien nemmen li l-ġlieda għall-opportunitajiet indaqs tal-persuni b'diżabilita' hija fuq l-istess binarju tal-ġlieda li kienet saret għall- opportunijitaet indaqs għan-nisa, tal-ġlieda għad-demokrazija fejn per eżempju, il-vot ikun dritt ta' kulħadd u mhux għall-irġiel biss ta' ċertu eta' u ta' ċertu rikkezza.", "Id-demokrazija tibqa' limitata jekk is-sustanza tagħha ma tinxteridx u ma tilħaqx il-persuni b'diżabilita', imma din hija xi ħaġa li titlob bidla serja fl-attitudini, bidla serja fil-policies tal- pajjiż u bidla serja fil-mod kif ġibna ruħna s'issa għaliex, kif diġa' għedt, il-mod kif nitkellmu, il-policies li nagħmlu u l-mod kif inġibu ruħna għadu ddominat mill-mudell tal-karita' fejn qisna qed nagħmlu xi ħaġa għal min ma jafx jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u allura għandu bżonn lil min jaqbeż għalih.", "Imma din hija tip ta' kultura li żżomm lil-persuni b'diżabilita' dipendenti fuqna.", "Inutli li ngħidu li rridu naqbżu għall-persuni b'diżabilita' jekk nibqgħu nsaħħu kultura ta' dipendenza.", "Jekk verament irridu li persuni b'diżabilita' kemm jista' jkun jgħixu ħajja indipendenti, li huma stess jsemmgħu leħinhom u jmexxu l-organizzazzjonijiet tagħhom huma stess u javvanzaw 'il quddiem allura l-ġlieda li trid issir għall-opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita' trid tkun ġlieda għad-drittijiet umani tal-persuni b'diżabilita'.", "Pero' sabiex nilħqu dan il-għan hemm bżonn ta' attitudini differenti, ta' policies differenti u ta' istituzzjonijiet differenti.", "U kif diġa' ntqal minn uħud minn sħabi ta' din in-naħa, hemm bżonn li jiġi emendat Kap 4 tal-Kostituzzjoni tagħna li jitkellem fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u tissemma l-kwestjoni ta' razza, kwestjoni ta' opinjoni, kwestjoni ta' twemmin reliġjuż u kwestjoni ta' sess.", "Fil-fatt id-dritt ta' persuna b'diżabilita' li tgħix ħajja sħiħa għandu jkun parti mill-kultura tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-bniedem.", "Pero' jekk ma jitfasslux policies ekonomiċi, edukattivi u policies ta' saħħa li jagħtu lill-persuni b'diżabilita' l-poter li jkunu persuni sħaħ allura m'aħniex se naslu biex ikollna opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilita'.", "Għalkemm f'dawn l-aħħar 30 sena mxejna ħafna 'l quddiem għaliex il-persuni b'diżabilita' m'għandhomx jinħbew fid-djar pero' l-fatt li dawn il-persuni jiddaħħlu f'ċerti istituzzjonijiet ifisser li għadna bil-mentalita' li dawn il-persuni huma dipendenti fuqna u suġġetti għall- karita' tagħna u għalkemm forsi ma nużawx il-kelma \"karita'\" għaliex illum m'hijiex politically correct imma l-attitudni bażika tagħna għadha hekk.", "Fil-fatt anke aħna l-politiċi rridu noqogħdu attenti li ma neħdux rikbiet minn fuq dahar il-persuni b'diżabilita' biex nidhru nies b'qalbna tajba imma jekk rridu bis-serjeta' nimxu 'l quddiem f'dan il-qasam irridu nagħtu l-poter lil dawn il-persuni biex ma jibqgħux dipendenti fuqna u mhux noħolqu istituzzjonijiet fejn inżidulhom d-dipendenza tagħhom fuqna.", "Fil-fatt f'pajjiżna l-aspettattivi li għandna dwar il-persuni b'diżabilita' huma baxxi u ħafna mill-persuni b'diżabilita' huma maqbuda f'dan il-ħabs terribbli ta' low expectations.", "Jekk irridu naslu f'sitwazzjoni fejn il- persuni b'diżabilita' jitkellmu b'leħinhom, imexxu lilhom infushom, jieħdu azzjoni diretta biex jieħdu dak li hu tagħhom jeħduh bid-dritt u mhux b'karita' jew bi pjaċir, irridu minn eta' żgħira nagħtuhom il-fiduċja fihom infushom permezz ta' l-edukazzjoni li noffrulhom ħalli jinqatgħu mill-istituzzjonijiet ta' dipendenza u mill-policies ta' dipendenza li għandna bħalissa.", "Sur President, persuna li nammira ħafna f'dan il-qasam u li ta' spiss tkun Malta huwa l-Prof Len Barton, li huwa professur ta' l-edukazzjoni fl- Universita' ta' Sheffield.", "Dan l-aħħar dan il-professur rrakkonta li fl- Ingilterra għad hemm diffikultajiet kbar biex tinqata' l-kultura ta' karita' fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' u biex il-moviment tal- persuni b'diżabilita' jkun moviment tad-drittijiet tal-bniedem daqs il- movimenti li kien hawn qabel fl-istorja tad-dinja bħalma kienu l-moviment biex in-nisa jkollhom id-drittijiet tagħhom, il-moviment biex il-ħaddiema jkollhom id-drittijiet tagħhom u l-moviment biex ir-razez ma jiġux ttrattati b'mod inferjuri.", "Fil-fatt irrakkonta wkoll li s-sena li għaddiet waqt li kienet għaddejja telethon fuq it-televiżjoni Ingliża biex jinġabru fondi għall-persuni b'diżabilita', l-aktar parti avvanzata tal-moviment tal-persuni b'diżabilita' fl-Ingilterra inġabret barra l-istazzjon tat- televiżjoni biex tipprotesta kontra din il-maratona ta' programmi televiżivi fejn jidhru personalitajiet differenti mill-qasam ta' l- ispettaklu, ta' l-isports, tal-politika u nies oħra mil-ħajja pubblika biex jieħdu telefonati u jiġbru l-flus.", "Il-persuni b'diżabilita' li nġabru barra l-istazzjon televiż kienu qed iġorru kartelluni li kienu jgħidu \"It's choices and rights we want, not charity\" u kliem aktar qawwi bħal \"piss on pity\" għaliex huma ma redux li jiġu ttrattati bil-ħniena u b'ħasra tant li dawk li organizzaw dik l-attivita' ħassewhom inġurjati għaliex huma ppretendew li jgħidulhom grazzi ta' l-inizjattiva li kienu ħadu.", "F'ċerti pajjiżi qed jinħass iktar il-bżonn li l-għaqdiet tal-persuni b'diżabilita' jkunu mmexxija minn persuni b'diżabilita' nfushom biex huma stess ikunu jistgħu jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "L-ironija hi - u din tiġri anke f'pajjiżna - li ġieli jkunu l-għaqdiet volontarji li jħossuhom mhedda meta jaraw il-persuni b'diżabilita' nfushom jsiru huma l- protagonisti u ma jibqgħux aktar dipendenti fuq oħrajn għax b'dan il-mod ikunu qed jitilfu l-kontroll fuq il-persuni b'diżabilita'.", "Imma jekk irridu li l-persuni b'diżabilita' jsiru huma stess protagonisti diretti bid- drittijiet kolha ta' ċittadini moderni rridu ninvestu aktar fil-qasam ta' l- edukazzjoni u fil-qasam ta' taħriġ sabiex huma stess ikunu f'pożizzjoni li jitkellmu għalihom infushom u li jiżviluppaw it-talbiet tagħhom bħalma jiżviluppawhom oqsma oħra tas-soċjeta'.", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Bartolo, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa, 17 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it-Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tielet Qari. ------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, ftit tal- ġranet ilu f'din il-Kamra kellna d-dibattitu dwar il-korporazzjoni għax- xogħol u taħriġ u l-Ministru Lawrence Gonzi, li huwa responsabbli minn din il-korporazzjoni, f'għeluq id-diskors tiegħu aċċenna għall-fatt li l-ETC qed tippjana li tagħti taħriġ fil-qasam ta' l-entrepreneurship.", "Fil-fatt jien qed nipprova nagħmel ħilti kollha biex nara li l-gvern jimpenja ruħu biex inkomplu niżviluppaw is-settur kummerċjali f'dan il-pajjiż.", "Sfortunatament xi drabi qed nitilfu opportunitajiet għaliex m'aħniex nifhmu eżattament xi tfissser entrepreneurship u naħsbu li dan il-konċett jiltaqgħu miegħu biss min ikun qed jistudja l-business studies, pero' l- entrepreneurship huwa konċett ta' ħsieb li jgħinek tinvolvi lilek innifsek biex ir-riskju tkun kapaċi tevalwah iktar milli taħarbu.", "Jien ngħid li anke student li jkun qed jistudja l-inġinerija jew student li jkun qed jistudja għal spiżjar jeħtieġ li jkun jaf iktar dwar l-entrepreneurship għaliex jista' jagħti l-każ li meta jispiċċa l-istudji tiegħu mhux bilfors jkollu l-opportunita' li jmur jaħdem ma' xi azjenda imma jista' jipprovdi servizz għal rasu u jibda jaħdem bħala self-employed.", "Illum ħafna persuni jaħsbu li s-sigurta' ta' l-impjieg tiġi determinata minn ma' min ikunu jaħdmu, pero' għad jasal iż-żmien li din is-sigurta' tiġi minn dak li tkun kapaċi tagħmel.", "Jien ngħid li jekk verament nemmnu li s-settur kummerċjali u n-negozji ż-żgħar huma l-mutur ta' l-ekonomija tagħna rridu nrawmu mentalita' ġdida fost is-soċjeta' tagħna dwar kif isir in-negozju.", "Niftakar li fid-dibattitu dwar l-ETC, deputat min-naħa ta' l- oppożizzjoni - u naħseb li l-maġġoranza tan-nies jaħsbuha bħalu - qal li l- entrepreneurship titwieled bih u m'hijiex xi ħaġa li tisa' tgħallimha fi klassi jew f'xi lecture room fl-universita'.", "Jien ngħid li jekk nieħdu dan l-argument allura lanqas l-arti jew il-mużika ma jistgħu jiġu mgħallma fi klassi għaliex ħafna drabi dawn ikunu talenti moħbija f'dak li jkun pero' l- fatt huwa li ħafna huma l-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom jistudja l-arti jew il-mużika.", "Il-verita' hi li fil-lezzjonijiet ta' l-arti jiġu skoperti l-kapaċitajiet moħbija fl-istudenti u dik il-kapaċita' tkun tista' toħroġ iktar.", "Jien persważ li l-maġġoranza tan-nies jaħsbu li kull min huwa mdaħħal fin-negozju moħħu huwa li minn lira jipprova jagħmel tnejn u kulħadd, skond il-professjoni tiegħu, jipprova jara kif se jisloħ, jisraq u jbagħbas biex isir sinjur iktar milli jkun.", "Imma dan m'huwiex il-mod kif isir in-negozju u għalhekk għandna bżonn li nisimgħu statements bħalma smajna mill-ministru għall-politika soċjali dwar kif l-ETC qed tippjana li tagħti taħriġ dwar l-entrepreneurship.", "Jien ngħid li dan it-tip ta' taħriġ jagħmel ġid lis-soċjeta' tagħna.", "Ħadt pjaċir ninnota wkoll li l- GRTU fir-rivista tagħha \"The Retailer\" f'artiklu li kien jittratta dwar x'jeħtieġ in-negozju hawn Malta saret insistenza partikolari dwar il- kultura ta' entrepreneurship.", "U jien minn hawnhekk nappella lill-korpi kostitwiti oħra bħall-federation of industry u ċ-chamber of commerce biex jiddedikaw ftit mill-ħin tagħhom u jimpenjaw ruħhom biex jiddiskutu dan is- suġġett ħalli din il-mentalita' tiġi aċċettata.", "Jien nemmen li hemm bżonn li din il-mentalita' nsawruha u nagħtuha iktar sens u fil-fatt flimkien ma' sħabi fis-segretarjat li għalih jien responsabbli, qegħdin nipprovaw nitkellmu ma' diversi awtoritajiet oħrajn fosthom l-universita' u l-iskejjel tagħna ħalli ssir din il-bidla fil-mentalita' tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, jien nispera li qabel ir-recess tal-vaganzi ta' dan il- parlament inkun tellajt ukoll għall-konsiderazzjoni tal-Kabinett il-policy paper dwar l-iżvilupp ta' mentalita' ta' entrepreneurship f'dan il-pajjiż għaliex huwa importanti li bħalma jkollna politika nazzjonali għall- edukazzjoni, politika nazzjonali għaż-żgħażagħ u politika nazzjonali dwar l- ippjanar f'pajjiżna jkollna wkoll - għalkemm forsi hawn ħafna li għadhom ma jifhmux il-ħtieġa tagħha - politika għall-iżvilupp imprenditorjali u mhux biss tas-settur kummerċjali.", "Ma nkunx qed nilgħab bil-kliem jekk ngħid li jien nippreferi jkolli għaxar imprendituri milli mitt negozjant.", "Fil-fatt meta niltaqa' ma' sħabi li ħafna minnhom huma self-employed ħafna drabi nispiċċaw ngħidu li għandna ħafna sidien ta' ħwienet pero' m'għandniex ħafna negozjanti veri u qed nagħmel distinzjoni bejn negozjant u imprenditur bħalma aħna l-politiċi nagħmlu distinzjoni bejn politikant u politiku.", "Ħafna drabi l-ħajja tant hija mgħaġġla li ma nieqfux nirriflettu x'differenza tgħaddi bejn ħaġa u oħra, pero' jekk verament irridu naraw li l-kummerċ nagħtuh id-dinjita' li tixraqlu, allura rridu nsawru kultura li kapaċi tistma u tilqa' fiha lil min huwa kapaċi jinvesti fil-kapaċitajiet tiegħu u jkollu n-negozju tiegħu.", "Mr Speaker, minkejja li f'dan il-parlament insejħu lil xulxin \"Onorevoli\" għandna wkoll il-preġudizzji tagħna tant li nagħżlu lil min nistmaw iktar minn ħaddieħor.", "Qed insemmi dan għax naf fuq xiex qed nitkellem u bħalma jsir hawn ġew isir fil-kumplament tas-soċjeta' Maltija, fejn isiru l-għażliet dwar min hu milqugħ u min hu aċċettat.", "Per eżempju, il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, forsi b'ċajta jew forsi b'intenzjoni, meta kien qed jitkellem irrifera għalija - jien ma ddejjaqtx b'dak il- kumment għaliex qatt ma nippretendi li jien iżjed minn dak li jien - bħala Edwin Vassallo tal-Mosta primary!", "Jien nista' ngħidlu li l-Mosta primary għalqet 100 sena u nista' nġiblu ktieb lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jfakkar dan l-avveniment!", "Għaliex nindirizzaw lin-nies b'dan il-mod?", "Jekk l-intenzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet li tweġġagħni - u naf kemm kemm huwa kapaċi jkun fin il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-kliem li juża - ngħidlu li jrid juża ħafna iktar kliem iebes minn hekk biex iweġġagħni.", "Dan huwa eżempju ta' kemm għandna preġudizzji hawn ġew u fil-fatt min huwa professjonist rari jaċċetta lil min m'huwiex.", "Fil-fatt il-preġudizzji f'dan il-pajjiż fil-konfront ta' min hu professjonist u min m'huwiex huma realta' u jinħassu hawn ġew, jinħassu barra, jinħassu fil-banek tagħna, jinħassu fl-entitajiet kummerċjali u f'entitajiet tal-gvern - ma nafx jinħassux fil-qrati tagħna għax ftit li xejn nidħol hemm ġew.", "Jien ngħid li jekk m'aħniex se nipprovaw neqirdu dawn il-preġudizzji li għandna u lil dan il-pajjiż ma nagħtuhx direzzjoni li tagħmel sens fejn flimkien nifhmu l-importanza ta' xulxin u nistmaw lil xulxin ta' dak li aħna, allura m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "Jekk irridu nimxu 'l quddiem irridu nifhmu li hawn post għal kulħadd u s-settur tan- negozju għandu jkun stmat għal dak li hu u nagħtuh dak li huwa tiegħu biex b'hekk meta ngħidu li n-negozji ż-żgħar huma s-sinsla ta' l-ekonomija Maltija verament nkunu qegħdin nifhmu x'aħna ngħidu.", "Huwa importanti li kemm iż-żewġ naħat tal-Kamra u kif ukoll entitajiet oħra bħaċ-Chamber of Commerce, il-GRTU, il-Federation of Industries u entitajiet kummerċjali oħra ma jiddeċedux li jgħinu skond min ikun hemm quddiemhom imma jgħinu skond il-mertu u l-ħila ta' min ikun quddiemhom.", "Din hija l-kultura li rridu ndaħħlu f'dan il-pajjiż biex l- entrepreneurship ikun jagħmel sens u inqas ma jkollna preġudizzji iktar jista' jkollna soċjeta' fejn kulħadd ikun stmat għal dak li hu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, bħala bniedem li ġej minn Raħal Ġdid u bħala deputat li għandi l-unur li nirrappreżenta r-raba' distrett xtaqt niddedika dawn il-ftit minuti li baqa' biex nitkellem dwar l-elezzjonijiet lokali li għadu kemm saru fil-lokal tagħna nhar is-Sibt li għadda.", "Kienet elezzjoni bikrija li min għandu għal qalbu l-ġid ta' Raħal Ġdid ma xtaqhiex u kieku kien hemm ftit rieda tajba minn ċerti kunsilliera indipendenti - li wara rriżulta li kienu wara l-paraventu tal-Partit Laburista - kieku din l-elezzjoni kienet tiġi evitata.", "Mr Speaker, irrid nirrimarka - u min hu bħali minn Raħal Ġdid jaf x'qed ngħid - li f'Raħal Ġdid għamilna xhur sħaħ b'kunsill moribond, li la kien jindena ruħu jiżbor il-ġonna li għandna, la jieħu ħsieb it-toroq, la jnaddaf il-culverts u lanqas jagħmel elf ħaġa oħra.", "(Interruzzjonijiet) Għall-kumment ta' l-Onor.", "Cuschieri nixtieq ngħid li aħna ta' Raħal Ġdid m'aħniex qodma imma aħna dejjem niġġeddu.", "Mr Speaker, fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kien hemm ġlied intern bejn ċerti kunsilliera indipendenti għar-raġunijiet li jafuhom huma biss u meta qed ngħid ġlied mhux bil-fomm biss għax meta ma taqbilx bilfors trid tiddibatti bil-fomm imma kien hemm anke ġlied bl-idejn u fil-fatt tnejn minnhom spiċċaw il-qorti wkoll.", "Pero' dak huwa l-passat.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt jekk nagħmlu paragun bejn dak li ġara fi ħdan il-Partit Laburista meta kien fil-gvern u dak li ġara bejn ċerti kunsilliera indipendenti fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid issib ċertu tixbih għaliex nafu li waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex il-Partit Laburista kellu jċedi l-gvern kien id- diżgwid intern li kellu u kulħadd jaf x'ġara f'dan il-Parlament madwar sena u nofs ilu.", "Meta niġu għal dak li ġara f'Raħal Ġdid insibu li l- Partit Laburista qed jgħid mod u l-Partit Nazzjonalista qed jgħid mod ieħor pero' l-importanti huwa li naraw il-fatti kif inhuma għaliex dawk ma jista' jmerihom ħadd.", "Qabel xejn il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Raħal Ġdid ġab 41.5% tal-voti u dan huwa l-istess persentaġġ preċiż illi ġab il-Partit Nazzjonalista f'Raħal Ġdid fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "(Interruzzjonijiet) Baqagħli għaxar minuti u nitolbok tħallini kwiet.", "MR SPEAKER: Onor. Azzopardi, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, fl-aħħar elezzjoni ġenerali ta' Settembru ta' l-1998 il-Partit Nazzjonalista żied numru sostanzjali ta' voti fuq l-elezzjoni ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Nixtieq li l-Onor.", "Azzopardi jagħti l- istatistika eżatta għaliex il-verita' hi li fl-aħħar elezzjoni tal-kunsill lokali f'Raħal Gdid l-Partit Nazzjonalista naqqas b'iktar minn 1%.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, kont qed ngħid li l-kandidati Nazzjonalisti fl-elezzjoni tal-kunsill lokali ġabu l-persentaġġ li ġibna aħna fl-elezzjoni ġenerali.", "Issa kulmin huwa min-naħat tagħna jaf li Raħal Ġdid huwa fortizza Laburista, pero' nixtieq infakkar ukoll li l- kandidati tal-kunsill lokali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tant kienu ottimisti li kienu qed jgħidu li minn seba' kunsilliera se jtellgħu ħamsa.", "Aħna qatt m'għidna li se ntellgħu tlieta jew erbgħa għaliex nafu li Raħal Ġdid huwa fortizza Laburista.", "Irrid infakkar ukoll li saħansitra fuq programm ta' Super 1, is-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista kien qal li l-Partit Laburista kien qed jistsenna li jżid ix-share tal-voti tiegħu b'iktar minn 60% - bħalma kien ġab fl-elezzjoni ġenerali ta' l-1996 - pero' dan ma ġarax għaliex il-Partit Laburista ġab 57% tal-voti, inqas milli ġab fl-elezzjoni ġenerali ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debate.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Ma naħsibx li nkunu qed ngħidu xi ħaġa ġdida jekk ngħidu li Tas-Sliema hija fortizza Nazzjonalista pero' minkejja li Raħal Ġdid huwa fortizza Laburista, il-Partit Nazzjonalista ġab l-istess persentaġġ ta' voti li ġab fl-elezzjoni ġenerali.", "Huwa tajjeb li nispjegaw lill-poplu li huwa possibbli li wieħed jikkalkola kemm iġib voti partit f'kull lokal u mhux sempliċement f'kull distrett b'mod sempliċi billi jingħaddu ċerti kaxxi tal-voti li joħorġu mil-lokal u b'dan il-mod tkun taf kemm ħarġu voti tan-Nazzjonalisti u kemm ħarġu voti tal-Laburisti.", "B'dan il-mod aħna qegħdin nikkalkolaw kemm ġibna voti aħna u kemm ġab il- Partit Laburista f'Raħal Ġdid fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.", "Irrid ngħid ukoll li madwar 400 vot f'Raħal Ġdid ġew spartiti mill-kunsilli lokali tal-lokalitajiet viċin tagħna, b'mod partikolari l-Fgura u Ħal Tarxien.", "Jiġifieri dawk l-400 vot ma tistax tikkonsidrahom għall- elezzjoni tal-kunsilli lokali li saret is-Sibt li għadda.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Cuschieri qed jgħid li tawna tkaxkira.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Pero' ta' min ifakkar ukoll li sal-Ħamis stess ta' qabel l-elezzjoni tal-kunsill lokali l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed idur id-djar fl-area ta' Lourdes f'Raħal Ġdid!", "Aħna ma dorniex id-djar f'Raħal Ġdid għall-elezzjoni tal-kunsill lokali għaliex nemmnu li l- elezzjonijiet lokali m'għandniex nippolitiċizzahom iżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kellu kull dritt idur il-bibien.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, ma rridx interruzzjonijet.", "Bħalissa qiegħed jitkellem l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, irrid infakkar ukoll illi fil- kunsill lokali ta' Raħal Ġdid ġew eletti żewġ nisa grazzi għall-Partit Nazzjonalista.", "Jekk il-Partit Laburista jrid ikun partit inklussiv irid iħeġġeġ iktar kandidati nisa Laburisti biex jikkontestaw f'ismu għaliex ma kienx hemm nisa li ħarġu f'isem il-Partit Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Fejn hi l-importanza li l-Partit Laburista jagħti għall-impenn tal-mara ġewwa Raħal Ġdid?", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, irridu nżommu f'moħħna wkoll li dawn l-elezzjonijiet saru sena u xahrejn wara li aħna rbaħna l-elezzjoni ġenerali.", "Jekk immorru ftit taż-żmien lura u nħarsu lejn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru sena u ftit xhur wara l-elezzjoni ġenerali li rebaħ l-Partit Laburista fl- 1996 insibu li f'Malta kollha l-Partit Laburista kien ġab biss 46% biss tal-voti.", "Fl-elezzjoni ta' nhar is-Sibt f'Raħal Ġdid il-Partit Laburista ġab 57% tal-voti u dan ifisser li naqqas sostanzjalment minn kemm ġab f'Raħal Ġdid bħala l-partit meta rebaħ l-elezzjoni f'Ottubru ta' l-1996.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok, ma rridx interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Issa li l-elezzjoni għaddiet u ġew eletti seba' kunsilliera, jien nixtieqhom li jaħdmu b'risq il-lokal.", "Il- kunsilliera Nazzjonalisti lesti li jaħdmu għall-ġid tal-lokal u lesti li jagħtu l-backing tagħhom biex ikun hemm sindku Laburista.", "Issa nitolbu lill-Partit Laburista biex juri sens ta' buona volonta` u jagħti l-backing tiegħu biex jkollna viċi-sindku Nazzjonalista f'Raħal Ġdid.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, jekk jogħġbok, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Irridu nuru liċ-ċittadini ta' Raħal Ġdid li aħna rridu l-ewwel il-ġid tal-lokal u mhux tal-partit.", "F'Raħal Ġdid hemm ħafna affarijet x'isiru u nista' nibda billi nsemmi l-proġett tal-pjazza ta' Raħal Ġdid, ix-xogħol li jrid isir fil-ġnien ta' Wied Blandun, fil-ġnien ta' Ghaddafi u fil-ġnien ta' Sir Paul Boffa.", "Niftakar li jien kont issuġġerejt li l-ġnien ta' Wied Blandun jiddawwal bid-dawl solari biex ikun hemm iktar effiċjenza u ma jkunx hemm iktar ħela ta' dawl.", "Jien għandi wkoll xewqa kbira li nara dar għall-anzjani f'Raħal Ġdid għaliex illum dan ir-raħal kiber u jixraqlu li jkollu dar għall-anzjani tagħna.", "Mr Speaker, minn hawnhekk nixtieq insellem lis-seba' kandidati li kkontestaw f'isem il-Partit Nazzjonalista u li għamlu ġieh lilhom infushom u lill-partit tagħna u nixtieq insemmihom kollha: Sheila, Sandra, Edward, Duncan, Lawrence, Carmen u Rita.", "Nixtieq ngħidilhom grazzi talli kkontestaw f'isem il-Partit Nazzjonalista u b'mod partikolari nixtieq insellem lit-tlieta kunsilliera li ġew eletti.", "Nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li l-iktar ħaġa importanti hija li meta l-kunsill lokali jħares lejn is-sena ta' ħidma li jkun għamel jinduna li l-lokal ta' Raħal Ġdid ikun aħjar milli kien is-sena ta' qabel għaliex Raħal Ġdid jixraqlu jkun aħjar milli hu u kapaċi jimxi 'l quddiem.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 17 ta' Novembru, 1999 fis- 6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARZNARI - SUSSIDJU", "11220.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-sussidju li l-Gvern għadda lit- Tarznari tul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TARZNA - PROFITTI", "11221.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Minstru jagħti dettalji sena b'sena ta' kemm it-Tarzna għamlet profitt tul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BOV - AVUKATI", "11222.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' avukati mpjegati fl-Uffiċċju legali tal- Bank of Valletta u kemm minnhom huma fuq bażi fulltime u part-time?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11073.", "BOV - AVUKATI", "11223.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux permessibbli li l-avukati tal-Bank of Valletta jagħmlu xogħol legali b'mod privat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11073.", "BOV - AVUKATI", "11224.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux permessibli li l-avukati tal-Bank of Valletta jagħmlu xogħol privat waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11073.", "WSC - RAPPORT", "11239.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal dak li ntqal fir-rapport tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ġew ingaġġati konsulenti sabiex jagħmlu activity based costing exercise, min huma l-konsulenti konċernati?", "Kif ġew magħżula u x'inhu l-valur tal-kuntratt tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FORTIFIKAZZJONIJIET MILITARI - TISWIJA", "11255.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11048, jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna li ġiet appuntata supritendent tal- fortifikazzjoni?", "Xi kwalifiki għandha din il-persuna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-persuna li ġiet appuntata Supritendent tal-Fortifikazzjonijiet fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet wara sejħa pubblika għall-mili ta' din il-kariga hija s-Sur Stephen Spiteri.", "Is-Sur Stephen Spiteri huwa gradwat fl-Amministrzzjoni Pubblika (B.A. Hons - Public Administration) mill-Universita' ta' Malta (waħda mill- kriterji mitluba fis-sejħa pubblika) kif ukoll awtur ta' diversi studji ppubblikati dwar l-istorja tal-Fortifikazzjoni f'Malta u tal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann fil-Mediterran li fosthom jinkludu \"Fortresses of the Cross - Hospitalier Military Architecture, 1136 - 1798 (1994)\" kif ukoll \"British Military Architecture in Malta (1996).\"", "Is-Sur Spiteri ħadem għal numru ta' snin fid-Dipartiment tal-Mużewijiet (1991 - 1998) fejn kien jirrappreżenta dak id-dipartiment f'affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fortifikazzjonijiet u l-arkitettura militari fil- gżejjer Maltin, fejn fost ħafna affarijiet ħadem ukoll mal-Planning Authority biex titħejja l-applikazzjoni għan-nominazzjoni tal- Fortifikazzjonijiet ta' Malta bħala World Heritage Site.", "Huwa wkoll, flimkien ma' Din l-Art Ħelwa, kellu sehem prinċipali biex jirrestawra u jiftaħ bħala mużew it-Torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar.", "------------"]} {"filename": "20001010_389d_par.doc", "date": "2000-10-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 389 It-Tlieta, 10 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 389", "It-Tlieta, 10 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "389", "It-Tlieta, 10 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 304", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 304", "TQEGĦID TA' KARTI 310", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST", "TAX-XOGĦOL (IT-TIENI QARI)", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL (SECOND READING) 310", "AĠĠORNAMENT 330", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 333", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 388 li saret fl-10 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "ĦARSIEN TA' L-ANZJANI - TRANSFERS", "19206.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 fid-dipartiment ta' l-anzjani?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Ninsab informat li fil-perijodu indikat fil-mistoqsija saru 20 trasferiment fid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani, inkluż fir- residenza St. Vincent de Paule.", "It-trasferimenti saru hekk: Sitta għax ħadu promozzjoni f'dipartiment ieħor, tnax fuq talba tagħhom stess u tnejn li kienu fuq watchman duties mad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u ma' kienx hemm aktar bżonn tas-servizzi tagħhom wara li nfetħet din id-dar.", "Trasferimenti fil-futur isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ- ċirkostanzi prevalenti.", "DJAR TA' L-ANZJANI - TRANSFERS", "19207.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-djar ta' l-anzjani?", "Jista' jagħti r- raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li matul il-perijodu indikat fil-mistoqsija saru żewġ trasferimenti mid-djar ta' l-anzjani.", "Kien hemm casual cleaner li mid- dar tal-Gżira marret għad-dar ta' l-Imsida fuq talba tagħha stess; u driver li mid-dar tal-Mosta mar l-SVPR, peress li ma kienx hemm aktar bżonnu f'dik id-dar.", "Trasferimenti minn u lejn id-djar ta' l-anzjani jsiru skond l-esiġenzi prevalenti tas-servizz.", "DWANA - ĦADDIEMA ĠODDA", "19208.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-dwana mill-5 ta' Jannar sa l-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl- affermattiv jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l- impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-dwana bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000.", "IPSE - TRANSFERS", "19209.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema ta' l-IPSE?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000 ma kienx hemm trasferiment ta' ħaddiema fl-IPSE.", "DRENAĠĠ - ĦADDIEMA ĠODDA", "19210.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tad-drenaġġ mill-5 ta' Jannar sa l-10 ta' Settembru, 2000?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ħaddiema ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li ma' ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tad-drenaġġ bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, 2000.", "TARZNA - TRANSFERS", "19211.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru, 2000 lill- ħaddiema tat-tarzna?", "Jista' jagħti r-raġunijiet għala saru dawn it- trasferimenti?", "Hemm il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza kien hemm ċaqliq ta' 25 ħaddiem fit-tarzna; 16-il trasferiment sar b'riżultat tar-ristrutturar ta' l-azjenda, ħamsa minħabba regrading u erbgħa minħabba li ġew sekondati biex jaħdmu f'azjendi oħra.", "F'azjenda bħalma hija t-tarzna dejjem ikun hemm lok għal trasferimenti, naturalment dejjem jekk il-ħteġijiet ta' l-azjenda ikunu jitolbu dan.", "OPM - SERQ", "19684.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm każi ta' serq ġew irrapportati mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?", "X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?", "X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li matul l- 1999 u din is-sena ma ġew irrapportati ebda każi ta' serq mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "MTARFA - TORBALL - BINI", "19685.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tat-torball blind association sabiex jingħataw bini fl-Imtarfa bl-iskop li jiżviluppaw ċentru nazzjonali għal persuni għomja?", "Jista' jikkonsidra li jerġa' jiltaqa' mal-kumitat sabiex tiġi ffinalizzata din it-talba li qed toħnoq ħidmet l-assoċjazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "9641.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Billi hawnhekk m'għandniex it-tweġiba li qed jirriferi għaliha l-Viċi Prim Ministru, jista' jgħid jekk it-talba ta' din l-għaqda hijiex se tiġi milqugħa u jekk il-post indikat fil-mistoqsija oriġinali hux qed jiġi kkonsidrat biex jingħata lit-torball?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba li tajt fis-seduta nru.", "168 ta' l-1 ta' Novembru, 1999 kienet tgħid hekk:", "\"Il-ministeru qiegħed jikkonsidra li juża dan il-bini biex minnu jingħata servizz residenzjali liż-żgħażagħ, skond kif kien issemma' fil-laqgħa tal-kumitat għall-affarijiet soċjali tal-Kamra tar- Rappreżentanti, meta ftit xhur ilu ddiskuta s-servizzi għat-tfal u ż- żgħażagħ.\"", "Il-ministeru jidhirlu li dan is-servizz huwa ta' prijorita' u qegħdin naħdmu biex inkunu nistgħu nwettquh.", "Jiġifieri meta jiġu identifikati r- riżorsi - kemm finanzjarji kif ukoll dawk umani - u nkunu nistgħu nwettqu dan il-pjan, din il-proprjeta' se tintuża għal dan l-iskop li għadni kif semmejt u t-talba tat-torball blind association ma tkunx tista' tintlaqa'.", "Naturalment jekk dan il-proġett ma jkunx jista' jseħħ, it-talba tat-torball association imbagħad tkun tista' tiġi kkonsidrata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jgħid jekk l-għaqda tat-torball ġietx informata b'dan li għadu kemm semma' l-Viċi Prim Ministru?", "Barra minn hekk, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li t-torball jingħatalha post ieħor biex taqdi l-ħteġijiet tagħha bħala assoċjazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, mill-memorja nista' ngħid li f'korrispondenza li kelli mat-torball blind association kont indikajt lill- għaqda x'kienet il-pożizzjoni.", "Barra minn hekk m'għandix dubju li l-Onor.", "Noel Farrugia kien informaha dwar il-kontenut tat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari li hu kien għamel f'isimha.", "Ma ddiskutejniex alternattivi oħrajn imma naturalment jiena nibqa' dejjem miftuħ għal xi suġġerimenti li jista' jkun hemm, pero' rridu nkunu ċari.", "Hemm proprjeta' li tista' tintuża għal servizz li għandna bżonnu ħafna u fil-fatt għandna programm ta' servizz speċjalizzat għat-tfajliet li jkunu għaddejjin minn ċerti problemi, imma sal-lum servizz simili għas-subien ta' bejn l-14 u s-16-il sena għad m'għandniex.", "Aħna rridu sit fejn lil dawn il-ġuvintur inkunu nistgħu noffrulhom l-kura u l-attenzjoni li tenħtiġilhom sabiex nevitawlhom li jgħixu f'ambjent u f'kondizzjonijiet li ma jkunux adattati għalihom.", "Jidhirli li din hija waħda mill-oqsma li ħaqqha li jkollha priorita' u m'huwiex faċli li wieħed jidentifika post li ma jikkreax diffikultajiet.", "Jidher li dan is-sit partikolari huwa ideali għal dan it-tip ta' proġett u nittama li fix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu nikkonkludu l-analisi tagħna, fis-sens li niddeterminaw x'bżonn hemm ta' riżorsi finanzjarji u umani biex dan is-servizz ikun jista' jitwettaq, u mbagħad wara tittieħed id-deċiżjoni finali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-Viċi Prim Ministru huwa informat jekk kienx hemm kuntatt bejn it-torball blind association u l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?", "Tista' ssir xi tip ta' għajnuna bejn il-kummissjoni u l-assoċjazzjoni billi forsi jkun hemm sharing ta' premises minħabba limitazzjoni ta' spazju?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nafx jekk kienx hemm laqgħat mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', pero' m'għandix l-iċken dubju li jekk il- membri tat-torball blind association jitolbu li ssir xi laqgħa, dik il- laqgħa ssir bla ebda diffikulta' ta' xejn.", "Iżda ta' min jiġbed l-attenzjoni li f'pajjiżna għandna federazzjoni ta' l-għaqdiet għal persuni b'diżabilita'.", "Naturalment jien ma nkunx irrid nindaħal u din id-deċiżjoni inkun nixtieq inħalliha fil-liberta assoluta ta' l-għaqdiet volontarji pero', ladarba għandna din il-federazzjoni, ikun jagħmel ħafna sens jekk dawn l-għaqdiet jingħaqdu taħt kappa waħda, għax din għandha rappreżentanza b'saħħitha ħafna fil-kummissjoni persuni b'diżabilita'.", "Meta twaqqfet il-kummissjoni kważi nofs il-membri tagħha kienu rappreżentanti nnominati mill- federazzjoni biex jirrappreżentaw l-għaqdiet volontarji.", "L-isfortuna hi li mindu twaqqfet din il-kummissjoni, jiġifieri f'dawn l-aħħar tnax-il sena, minflok rajna moviment fejn l-għaqdiet ta' persuni b'diżabilita' jingħaqdu flimkien taħt il-kappa tal-federazzjoni, rajna ħafna għaqdiet li joperaw indipendentement u awtonomament minn din il-federazzjoni.", "Jien mhux qed nirriferi għall-torball blind association imma qed nieħu l- okkażjoni biex nagħti s-suġġeriment tiegħi li l-forza tiġi mill-għaqda - nerġa' ngħid li nirrispetta d-deċiżjoni li kull għaqda tagħmel, l-għażla li jidhrilha l-aħjar - u ladarba għandna din il-federazzjoni nazzjonali li tiġbor fi ħdanha għaqdiet li jirrappreżentaw setturi differenti ta' persuni b'diżabilita', nixtieq ħafna nara għaqdiet differenti jingħaqdu magħha.", "RABAT - VENDA", "19686.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani bis- sitwazzjoni tat-trasferiment tal-venda tar-Rabat mis-Saqqajja għal Triq Santa Rita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19510.", "MOSTA - TOROQ - XOGĦLIJIET", "19687.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet sabiex jiġu rranġati wħud mit-toroq zdingati li hemm fil-Mosta?", "Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa bħal culverts ta' l-ilma?", "Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet matul is-sitt xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "18167.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nassumi li l-Ministru qed jipprova jgħidilna li din hija responsabbilta' tal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, lili dejjem għallmuni li l-ħmir jassumu!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri ma staqsiex imma assuma li hija responsabbilita' tal-kunsilli lokali.", "Ir-risposta li qed nagħmel riferenza għaliha ilha ftit li ngħatat u jekk irid nerġa' naqrahielu.", "Fil-verita' ma tgħidx li x-xogħlijiet imsemmija huma responsabbilta' tal-kunsilli lokali imma li ħarġet tender biex isiru x-xogħlijiet.", "BAĦRIJA - TOROQ - XOGĦLIJIET", "19688.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet sabiex jiġu rranġati wħud mit-toroq zdingati li hemm fil-Baħrija?", "Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa bħalma huma culverts ta' l-ilma tax-xita u jara li dawn isiru mill-aktar fis?", "Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet matul is-sitt xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "17390.", "Ix-xogħol f'dawn it-toroq irid jitwettaq skond il-prijoritajiet tad-dipartiment.", "RABAT - TOROQ - XOGĦLIJIET", "19689.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet sabiex jiġu rranġati wħud mit-toroq zdingati li hemm fir-Rabat?", "Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa bħal fil-każ tat-tkomplija tax-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa?", "Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet għal matul is-sitt xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "19687.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintużaw biex ċerti toroq isiru bi prijorita' qabel oħrajn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt jeżisti programm ta' xogħlijiet - dan il- programm ġie anke ppubblikat - u mexjin fuqu.", "Barra minn hekk tlabna lill- kunsilli lokali jagħtuna lista tat-toroq li għandhom bżonn tiswija jew xi xogħol ieħor - fil-fatt hemm madwar 800 triq imferrxin ma' Malta - u fil- fatt mexjin ma' din il-lista.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jeżisti xi tip ta' protokoll fejn pajjiżi barranin jagħtuna l-fondi sabiex inkunu nistgħu nagħmlu dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'iniex informat li jeżisti dan it-tip ta' protokoll!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Lanqas ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'inix informat li hemm dan it-tip ta' protokoll, lanqas ma' l-Unjoni Ewropea.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "19831.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "18877, filwaqt li nifhem li hemm ammont konsiderevoli ta' xogħol ġaladarba s- sistema mhux komputerizzata, jista' għallinqas jgħid x'taħriġ jingħataw l- impjegati taċ-ċivil u liema gradi jattendu għalihom jew hu maħsub li jattendu?", "Il-korsijiet li jsiru huma volontarji jew le?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-taħriġ li jingħataw l-impjegati tal-gvern huwa wieħed estensiv u mifrux fuq is-setturi kollha tas-servizz pubbliku.", "Dan jinkludi taħriġ fuq management, informatika, l-acquis communautaire, proċeduri u sistemi tad-dipartimenti tal-gvern kif ukoll fuq snajja speċjalizzati.", "It-taħriġ jingħata lill-gradi kollha fis-servizz pubbliku u jittella' mill-istaff development organisation fl-uffiċċju tiegħi u, fejn hemm bżonn, flimkien ma' dipartimenti oħra tal-gvern.", "Ġeneralment il-parteċipazzjoni ta' mpjegati tal-gvern fuq korsijiet imtellgħin mill-SDO issir jew wara sejħa għal applikazzjonijiet jew wara li jkunu nominati mill-kap tagħhom.", "SKOLA SANTU WISTIN - TKEĊĊIJA TA' STUDENT", "19833.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Għal-liema raġunijiet il-ministeru ta' l- edukazzjoni aċċetta li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, jitwaqqaf milli jkompli jattendi l-kulleġġ Santu Wistin?", "Tista' skola tal- knisja ffinanzjata mill-fondi pubbliċi titħalla ċċaħħad tifel mid-dritt li jkompli jattendi l-iskola għax ma jkunx ġab ċertu livell ta' marki?", "Ma jaħsibx li dan preċendent perikoluz jekk skola tal-knisja titħalla tagħmel dan?", "L-ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Galea) Il-każ qed jiġi kkonsidrat mill-awtoritajiet edukattivi.", "UE - REKLAMAR U SPONSORSHIPS", "19834.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "17078 - oriġinarjament kienet saret lill-ministru ta' l-edukazzjoni fis-seduta nru.", "366 - u cioe' meta bdew id-diskussjonijiet, fiex waslu u x'kienet ir-raġuni prinċipali sabiex bdew dawn id-diskussjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-diskussjonijiet li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant saru fl-isfond tal-provvedimenti ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea dwar kapitolu 13, li jirrigwarda l-politika soċjali u l-impjieg, u li jkopri wkoll is-suġġett ta' reklamar u sponsorship minn azjendi tat- tabakk f'avvenimenti sportivi, għalkemm dan is-suġġett partikolari jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tas-saħħa.", "Il-liġi li tirrigwarda dan is-suġġett insibuha f'Kap 315 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri l-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk, u ġie stabilit li din il-liġi trid tiġi emendata biex tipprojbixxi reklamar u sponsorship minn azjendi tat-tabakk f'avvenimenti sportivi.", "MITTS - UFFIĊINI", "19836.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l- MITTS tixtri post bħala uffiċċju u dan fid-dawl ta' mistoqsija nru.", "19029 fejn mill-1992 sa din is-sena tħallsu eluf kbar ta' liri f'kera?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li sal-lum il-MITTS ma għandhiex il-ħsieb li tixtri jew tbiddel l-uffiċini tagħha.", "MEDIĊINI - TQASSIM", "19837.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux issir xi studju dwar is-sistema tat-tqassim tal-mediċini u fuq il-kartuna s-safra u l-kartuna r- roża?", "Min qed jagħmel dan l-eżerċizzju u meta hu maħsub li jitlesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem l-Onor.", "Louis Deguara): Fid-diviżjoni tas- saħħa fil-preżent ma hu għaddej l-ebda studju fuq it-tqassim tal-mediċini u fuq il-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat- Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għajnuna finanzjarja li l-gvern ta lil NGOs li jaħdmu fil- qasam ta' persuni b'diżabilita' bejn l-1996 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "19880.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' FUQ IL-POST TAX- XOGĦOL", "OCCUPATIONAL HEALTH AND SAFETY AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-10 ta' Ottubru, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li għandu x'jaqsam ma' xi ħaġa li hija l-bażi ta' pajjiżna għax il- Kostituzzjoni tagħna hija bbażata fuq ix-xogħol.", "Għalhekk jagħmel ħafna sens illi naraw kif nagħmlu ħalli x-xogħol ma jkunx xi ħaġa li jeqred lill- ħaddiem jew ikun biss xi ħaġa li jġiegħel lill-ħaddiem jaħdem saż-żmien li jirtira mbagħad igawdi ż-żmien ta' l-irtirar, imma jkun xi ħaġa li tagħtih sens ta' fulfilment u ta' sodisfazzjon li jkun għamel ċertu xogħol bla ma jkun qiegħed jipperikola saħħtu jew ħajtu.", "Qed nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi għaliex jien għandi interess partikolari fih, Mr Speaker.", "Fil-fatt xi żmien ilu kont interessat ħafna f'dik li hija mediċina industrijali.", "Hawnhekk qed immur lura għas-sena 1966, jiġifieri kważi 34 sena ilu, meta għal seba' snin kont okkupat ħafna bix-xogħol tal-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema tat-tarzna, li dak iż-żmien kienu jlaħħqu xi 5,500 ruħ.", "Niftakar li dak iż-żmien it-tarzna kienet għadha kemm qalbet għax- shift, kienet tagħmel xogħol industrijali u allura kien hemm gamma sħiħa ta' ħaddiema li jagħmlu xogħlijiet differenti.", "Kien hemm ħaddiema li jiżbgħu, ħaddiema li jagħmlu r-rivets, ħaddiema li jagħmlu xogħol tal-ħadid u injam, xogħol ta' welding u affarijiet oħra.", "Imbagħad aktar tard kont konness ukoll ma' fabbriki tat-tessuti, fabbriki tal-ġild u fabbriki tal- kostruzzjoni u matul dawn is-snin kollha innotajt ħaġa waħda, li hemm ċerta mentalita' Maltija.", "Din mhux qed ngħidha b'disprezz imma qed ngħidha bħala stat ta' fatt għax kultant tippriedka kemm tippriedka lill-ħaddiema u tiftħilhom kemm tiftħilhom għajnejhom, qisek qed tgħidilhom xi ħaġa li ma tkunx għall-ġid tagħhom.", "Il-ħaddiem Malti huwa ħawtiel, bieżel, kapaċi, bravu, għandu l-istamina, kapaċi jaħdem fit-tul u jekk tagħtih l-inċentiv u tagħtih għalxiex jaħdem, se jaħdem fuq li jaħdem imma hemm xi ħaġa li hija endemika u l-inqas li jaħseb hija fuq saħħtu.", "Per eżempju, jien u ġej il-parlament illum kważi qbadt nidħak meta l- Marsa rajt nies tad-dipartiment ta' l-ambjent inaddfu r-roundabout bil- boroż f'idejhom u bil-ġgieget tal-fluorescent light ħalli jidhru, għax dawn kienu qed jiġbru l-bottijiet, il-karti, il-plastic u affarijiet oħra mill- ħamrija mingħajr ingwanti.", "Issa f'dan l-imbarazz dawn ma jistgħux isibu xi siringa, xi flixkun miksur jew xi landa miftuħa?", "Allura għalfejn inkomplu nlabalbu fil-parlament jekk aħna m'aħniex se ninforzaw dawn il- liġijiet?", "Huwa veru li qed issir din il-liġi pero' hemm bżonn ta' enforcement bis-serjeta'.", "U dan ngħiduh bi dritt għaliex is-saħħa tal- ħaddiem u l-ħarsien tiegħu mill-korrimenti fuq ix-xogħol hija importanti, speċjalment meta snin twal ilu pajjiżna adotta sistemi soċjali demokratiċi fejn il-ħaddiem għandu dritt għall-pensjoni ta' korriment u dritt għal kura b'xejn.", "Fi kliem ieħor dan għandu dritt li jdur fuq il-pajjiż u jgħidlu li minħabba li weġġa' fuq il-post tax-xogħol għandu dritt għall-pensjoni.", "Ovvjament aħna mhux se nċaħħduh minn dan id-dritt, pero' b'dan ir-raġunar il-pajjiż għandu dritt li jimponi fuq il-ħaddiem x'miżuri jrid jieħu ħalli jissalvagwardja saħħtu waqt il-ħin tax-xogħol.", "Għaliex jekk kemm-il darba dan iweġġa' fuq ix-xogħol bi traskuraġni, aħna mhux se ngħidulu li dak huwa tort tiegħu u ma jimpurtaniex minnu.", "Jekk dan jibqa' mmankat u jintefa' f'siġġu tar-roti jew agħar minn hekk jitlef ħajtu, l-Istat irid jipprovdi għall-armla u għall-familja tiegħu.", "Allura jekk aħna ċ-ċittadini Maltin qed nikkontribwixxu ħalli lil dan nagħtuh il-benefiċċji, naħseb li għandna d-dritt kollu li nimponu li jkun hemm ċerta osservanza tar-regolamenti tal- ħarsien tas-saħħa u s-sigurta' fuq ix-xogħol.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Irridu nifhmu li hawnhekk qed nitkellmu biss fuq is-sigurta' u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u dawn mhumiex l-inċidenti kollha li jiġru f'pajjiżna.", "Jien ngħid li l-post tax-xogħol, fortunatament jew sfortunatament, huwa l-post fejn l-inqas li jsiru inċidenti għax il-bqija ta' l-inċidenti jsiru fit-toroq, isiru lin-nisa tad-dar u lit-tfal fid- djar, speċjalment meta dawn ikunu għadhom żgħar.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jsib li d-dar huwa l-aktar post perikoluż, pero' nsibu li waqt il-ħin tax-xogħol il-ħaddiem ikun espost għal ħafna fatturi u allura rridu naraw ukoll li l-ambjent li fih ikun qed jaħdem ma jkunx perikoluż.", "Filwaqt li mill-ħaddiem nippretendu x-xogħol, il-produzzjoni u l-effiċjenza rridu nassiguraw li dan ma jkunx qiegħed fil-periklu.", "Per eżempju, innotajt li fiċ-charter tad-drittijiet fundamentali li għadu qed jiġi drafted fl-Unjoni Ewropea - kont diġa' se nagħmel riferenza għalih u qabel ma ġejt hawnhekk sibt l-aħħar verżjoni - hemm proprju xi ħaġa li f'charters oħra ma kenitx imdaħħla.", "F'artiklu 30 għandek riferenza għal ''fair and just working conditions'' u jgħid hekk:", "''Every worker has a right to work in conditions which respect his health, his safety and his dignity.''.", "Għalhekk din hija xi ħaġa li hija aċċettata f'soċjeta' ċivilizzata.", "Min iħaddem irid ikun ċert li lill-ħaddiem jipprovdilu l-kondizzjonijiet, l- ambjent u l-apparat li jkun hemm bżonn biex dan ma jagħmilx ħsara għal saħħtu.", "Mr Speaker, fil-ftuħ ta' din id-diskussjoni l-Viċi Prim Ministru semma xi figuri u jien ftakart f'cutting li sibt ġo ktieb li kont studjajt fuqu meta kont għamilt kors fil-mediċina ta' l-avjazzjoni.", "Nista' ngħid li fl-1977 meta n-numru ta' korrimenti li saru - il-lista ma ġibthiex miegħi għax insejtha - f'dawk is-snin meta l-popolazzjoni li taħdem kienet ta' madwar 340,000 mhux bħalma hija llum, kienu jsiru l-istess argumenti li qed nagħmlu llum; li lill-ħaddiema trid tikkonvinċihom biex jieħdu l-miżuri li għandhom bżonn jieħdu, u jekk kemm-il darba ma jeħdux ħsiebhom, wieħed jista' jieħu miżuri biex jipprova jċaħħadhom mid-drittijiet tal-benefiċċji li jistgħu jieħdu.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq 23 sena ilu.", "Dan huwa l-istess diskors li qegħdin nagħmlu sena wara sena.", "Issa wieħed jaf li hemm ħafna affarijiet li wieħed irid jitkellem fuqhom meta qed niddiskutu xi jġib korriment fuq ix-xogħol.", "Per eżempju, x'jikkawża l- ħsara għas-saħħa fuq ix-xogħol?", "Jien ngħid li wieħed irid joqgħod attent li l-ħaddiem ikollu ċerti kwalifiki u predispożizzjonijiet għax inkella żgur ikorri u żgur li se jagħmel ħsara lilu nnifsu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-kapaċita' tal-ħaddiem.", "Jien ma nistax nibgħat lil xi ħadd jaħdem fuq gaffa jekk dan qatt ma jkun ittrejnja kif iħaddimha għax żgur jagħmel diżastru.", "Imbagħad għandek il-kwalita' tax-xogħol, Sur President.", "M'hemmx dubju li ċerti xogħlijiet huma ħafna aktar perikolużi.", "Hawnhekk qed nirriferi għal xogħol fil-barrieri, xogħol fil-kostruzzjoni u xogħol ta' tixbit, pero' ma rridux ninsew ukoll li għalkemm dawn huma xogħlijiet li jġibu l-inċidenti drammatiċi li naqraw fuqhom fil-gazzetti u nisimgħu fuqhom, l-ikbar ammont ta' ħsara u dannu qed isir b'mod sottili bla ma qegħdin nindunaw.", "Huwa veru li kultant tiġri xi diżgrazzja bħal dik tat- tliet ħaddiema li mietu fiċ-Ċirkewwa, li ssemmiha bi pwieni, li niżlu biex jagħmlu d-dover tagħhom u spiċċaw overtaken by the fumes, imma min-naħa l- oħra rridu nġibu quddiem għajnejna u niftakru - u għalhekk dan l-abbozz ta' liġi li qed nitkellmu fuqu huwa interessanti u jagħmel ħafna sens - illi minbarra inċidenti bħal dawn li huma allarmanti u li jolqtuk mill-ewwel, għandek ammont enormi ta' ħaddiema li huma esposti għal ċerta ħsara li hija kronika, insidwa u li tkun qed issir bil-mod il-mod bla ma tkun taf x'inhu jiġri u mbagħad l-effett tagħha tħossu wara snin twal.", "Per eżempju, qabel kien ikollna ħaddiema li kienu jkunu esposti għall-asbestos - għall-grazzja ta' Alla llum m'għadux jiġri dan - għax ma konniex nafu kemm dan jagħmel ħsara.", "Dawn il-ħaddiema la kienu jmorru d-dar bid-demm, la konna naqraw bihom fil-gazzetti u lanqas kienu jagħmlu storbju, pero' wara xi snin indunajna kemm dak kien qed jagħmel ħsara fil-pulmun.", "Imbagħad hemm ukoll dak li jgħidulu l-working social environment u hawnhekk nidħlu fuq fatturi kemm psikoloġiċi kif ukoll fiżiċi, jiġifieri fuq id-dawl ta' fuq il-post tax-xogħol, fuq it-temperatura, fuq il-ħsejjes, fuq it-tagħlim dwar is- safety u fuq jekk ix-xogħol ikunx bix-shift jew le.", "Irridu naraw ukoll f'liema stat ikun l-individwu, jekk ikollux stress u għajja fuqu, ikunux qed jaffettwah il-ħinijiet twal tax-xogħol u jkunx addattat minnu nnifsu għax-shift.", "In-natura tal-bniedem mhux ta' kulħadd hija addattata għax-shift u dan nafuh.", "Imbagħad irridu naraw ukoll jekk dan ikunx qed jieħu xi alkoħol, xi mediċinali, xi drogi jew xi pilloli li forsi jkollhom side-effects li lanqas ikun qed jinduna bihom, bħal, per eżempju, ma jkunx daqshekk pront jew attent għax-xogħol li jkun qed jagħmel.", "Hemm ukoll l-eta' ta' l-individwu għax bejn iż-żgħar u l-kbar hemm differenza enormi.", "Għalhekk aktar u aktar tidħol il-kwestjoni tat- tagħlim dwar is-safety.", "Huwa importanti ħafna li lill-ħaddiem tgħallmu x'inhuma l-perikli li jista' jiltaqa' magħhom, tgħidlu biex joqgħod attent u tara li jkollu training kif jevita l-inċident once li dan jibda jseħħ.", "Għaliex x'inhu inċident fuq il-post tax-xogħol, Sur President?", "Inċident huwa serje ta' avvenimenti li jmorru out of control.", "Jekk inti lqatt tazza bl-ilma u f'daqqa waħda rrealizzajt u żammejtha tkun evitajt inċident.", "Issa jekk dan kienx aċidu jew xi ħaġa oħra, dan kien inċident.", "Mela inti għandek serje ta' avvenimenti li jmorru out of control.", "Din hija d- definizzjoni ta' inċident.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu kemm fuq inċidenti kif ukoll fuq il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk ma rridux ninsew li meta ħafna ħaddiema jkunu fil-bidu tax-xogħol tagħhom jew ikunu fil-fażi tat-tagħlim ikunu qed jaħdmu fuq dik li jgħidulha s-signal response mode, jiġifieri li inti tirrispondi għas- sinjali li jkunu ġejjin.", "Jekk, per eżempju, tkun qed issuq karozza u ħassejtha qed tbati, iddaħħal gear ieħor ħalli timbottaha aktar.", "Dawn huma sinjali li inti tirrispondi għalihom għax ħafna affarijiet isiru b'mod awtomatiku.", "Per eżempju, xogħol li tkun ilek tagħmlu xi 15 jew 20 sena jsir awtomatiku.", "Dan bħal dak li jaqbad isuq miż-Żejtun sal-Belt u kważi lanqas jaħseb fejn idaħħal il-gears għax din issir ħaġa awtomatika.", "Dan huwa tip ieħor li jissejjaħ il-pre- programmed mode.", "Hawnhekk bħala eżempju nistgħu nsemmu wkoll lil dak ir- raġel li jkun ilu jaħdem fuq it-torn żmien twil u lil dak il-mastrudaxxa li jkun ilu snin twal jinċana l-injam fuq il-makna.", "Għal dawn in-nies dawn l-affarijiet isiru awtomatiċi.", "U dawn l-ħaddiema li jistgħu jkorru l- aktar għaliex ikunu għaddejjin, biex ngħid hekk, fuq xi ħaġa awtomatika.", "Il-mument li tiġri xi ħaġa mhux tas-soltu li taljenahom jew inkella tiġbdilhom l-attenzjoni, ikollok iċ-ċans li jsirlek l-inċident.", "Hawnhekk tidħol dik li fix-xjenza jgħidulha ergonomics jiġifieri x-xjenza ta' kif wieħed ifassal u jippjana l-apparat, l-għodda u l-mekkaniżmi li jeżistu li jaħdmu bihom il-ħaddiema skond l-anatomija u fiżjoloġija ta' l-individwu biex wieħed jevita l-korrimenti.", "Aħna għaddejna minn ħafna affarijiet li kienu tad-daħk f'dan il-pajjiż, speċjalment fis-snin sittin meta jien kont involut u kelli ċerta esperjenza f'dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, makkinarju jew apparat għal fabbrika tat-tessuti li jkun iffissat u maħdum għat-tfajliet Svediżi, li huma ħafna itwal mit-tfajliet Maltin bħala average, imbagħad jippretendu li tfajla Maltija taħdem fuq dik il-makna bil-pedala jew it-tray li jkun 'il bogħod minnha.", "Ovvjament tfajla Maltija trid tagħmel attivita' fiżika aktar biex tkun tista' taħdem.", "Inutli, per eżempju, ikollok switch jew dial li trid tarah u taqrah regolari li jkun qiegħed sitt piedi għoli meta l-biċċa kbira tal-Maltin huma twal bejn wieħed u ieħor ħames piedi u ħames jew seba' pulzieri u allura dawn iridu jagħmlu sforz akbar.", "Dawn l-affarijiet forsi jinstemgħu taċ-ċajt pero' dawn huma l-bażi ta' kollox.", "Jien nippretendi li għada pitgħada l-awtorita' li qed nitkellmu fuqha tidħol fihom dawn l-affarijiet.", "Kultant meta nisimgħu l-figuri tal-korrimenti ngħidu li dak li jkun ma qgħadx attent jew forsi huwa traskurat, pero' mbagħad meta ninvestigaw bis- serjeta' insibu li parti mill-ħtija ġejja jew mill-apparat jew inkella minn affarijiet bħal dawn.", "Illum il-ġurnata rridu nifhmu wkoll li għandek ħafna makkinarju li huwa computer-controlled.", "Illum il-kontroll tal-bniedem fuq ħafna makkinarji naqas ħafna.", "Per eżempju, llum fuq l-Airbus il-piloti ftit li xejn jintervjenu għax hemm il-computers u ħafna piloti jibżgħu jtajruhom għax ma jkollhomx dak il-kontroll meta jkollhom bżonn.", "Ovvjament jekk jiġri xi ħaġa jkun hemm kontroll imma ħafna minn dak li jsir huwa computer-controlled.", "Hawnhekk computer jikkontrolla lill-ieħor u jekk għandek makna li hija komputerizzata u qed tagħmel dan it-tip ta' xogħol, meta jinqala' inċident il-ħaddiem inqas u inqas għandu ċans li jikkontrollaha sakemm din ma jkollhiex xi inbuilt mechanism li twaqqaf lilha nnifisha.", "Mela dawn huma l-possibilitajiet enormi li hemm ta' korrimenti.", "Issa ħalli nitkellem fuq i l-turiżmu tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Jien ngħid illi l-ewwel distinzjoni li rridu nagħmlu hija bejn is-saħħa mentali u s-saħħa fiżika.", "Minbarra jdejh, saqajh, rasu u dahru l-ħaddiem għandu wkoll moħħu.", "Jekk ħaddiem ikun qed jagħmel ħsara lill-moħħ ikun qed jagħmlu dannu akbar milli jekk Allaħares qatt jispiċċa b'idu maqtugħa jew jispiċċa jzappap, biex nieħu eżempju.", "Jien nippreferi nkun f'wheelchair u nirraġuna milli jkolli ġismi kollu tajjeb u moħħi jkun telaq.", "Għax kulma għandu l-bniedem huwa moħħu u allura l-ewwel u qabel kollox irridu nagħmlu aċċenn fuq l-ambjent soċjali ta' fuq il-post tax-xogħol.", "Il- kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sodisfazzjon li jieħu ħaddiem minn fuq il- post tax-xogħol huma importanti ħafna għax jekk dan ikun issikkat bix- xogħol jew ikun mhedded jew imbeżża' li jekk jitlef dak ix-xogħol ma jkollux xogħol ieħor dan jista' jkollu stress.", "U bla dubju ta' xejn dawn huma affarijiet li 'l quddiem irridu nitkellmu fuqhom.", "Huwa importanti li l-imgħallem japprezza x-xogħol tal-ħaddiem billi jgħidlu prosit u jirringrazzjah għax jekk l-employer ikollu relazzjonijiet tajbin mal- ħaddiem iktar ikollu produzzjoni għax il-ħaddiem ikun kuntent, jieħu pjaċir jaħdem u jmur għax-xogħol bi tbissima.", "U xi ħaġa li rrid ngħid li qed tirrifletti ruħha anke fiċ-charter tal-fundamental rights ta' l-European Union hija dwar l-involviment fit-tmexxija.", "Niftakar li l-ewwel aġġornament li għamilt meta dħalt għall-ewwel darba fil-parlament fl-1978 kien dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, xi ħaġa li dak iż-żmien kienet moda ħafna.", "Niftakar ukoll li dak iż-żmien konna nħarsu ħafna lejn il-mudell Jugoslav.", "U artiklu li hemm f'dan iċ- charter jitkellem dwar id-dritt tal-ħaddiem \"to information and consultation within the undertaking.''", "Dan ikompli jgħid:", "''Workers or their representatives must at all levels be guaranteed information and consultation in good time on matters which concern them within the undertaking ...''.", "Hawnhekk dan qed jirriferi għall-fabbrika, għall-azjenda u għan-negozju li jkunu qegħdin fih u dan jagħtihom ċertu serħan tal-moħħ u jnaqqas l-istress u l-għajja.", "Sur President, hawnhekk ma nistax noqgħod fid-dettalji kollha ta' l- ambjent fiżiku.", "Pero' tajjeb li nsemmu t-temperatura li jkun hemm fuq il- post tax-xogħol, il-ħsejjes, l-istorbju, ikunx hemm mużika jew le u l- ħmieġ.", "Jien qed nitkellem b'mod ġenerali u ma rrid nipponta subgħajja lejn ħadd, pero' minkejja s-sitwazzjonijiet kollha u l-ispettorati li kellna sal-lum għad hawn fabbriki li titqażżeż tmur ġo fihom.", "Per eżempu, hawn fabbriki li jipproduċu l-affarijiet ta' l-ikel li meta tgħaddi minn ħdejhom ikun hemm ċerta riħa u tinduna li l-affarijiet ma jkunux qegħdin sew.", "Jien kelli esperjenzi fejn sibt ambjent li ma kienx tajjeb biex jaħdmu fih in-nies għax tara skart akkumulat barra, ġrieden deħlin u ħerġin, biex ma nsemmix affarijiet oħra.", "Ħafna jaħdmu fis-sħana mingħajr air-conditioning u min ikollu l-fans dawn ikunu mimlijin fluff tad- drappijiet u ħjut u mbagħad minn fuq il-ħaddiema jridu jaħdmu u jtellgħu l- production.", "Nispera li la jkollna din l-awtorita' dawn l-affarijiet nirranġawhom, għalkemm ma nafx għalfejn mhux qed nirranġawhom diġa'.", "Qed ngħid dan għax illum diġa' għandna spettorat, diġa' għandna labour office, suppost diġa' għandna scientific officers li jmorru jduru dawn l-affarijiet u diġa' għandna unions li jaraw dawn l-affarijiet.", "Allura llum għalfejn għadna f'din is-sitwazzjoni?", "Hawnhekk jien mhux biss qed nirriferi għall- helmets, għas-safety shoes u għaċ-ċintorini li jintrabtu bihom, għax illum għadna naraw nies li jkunu tliet sulari għoli fuq fallakka imbagħad jinżlu ma' biċċa ħabel u kollox jibqa' għaddej.", "Imbagħad jekk jinqala' xi ħaġa ħafna pulizija, inspectors tal-labour office, gazzetti, aħbarijiet u media!", "Imbagħad xi ngħidu għall-irwejjaħ, fogi, trabijiet, dħaħen u intensita' ta' dwal!", "Jekk inti tagħmel tmien sigħat taħdem u ma jkollokx dawl kemm suppost tkun qed tagħmel ħafna ħsara lill-għajnejk.", "Xi ħaġa li ta' min jagħti kasha wkoll hija r-radjazzjoni u dawk li jkunu esposti għall- computers, għall-microwaves, għas-sħanat u affarijiet bħal dawn.", "Huwa importanti wkoll li l-ħaddiem ikollu faċilitajiet ta' iġjene għax ġieli mort f'fabbrika, għax ikun hemm xi tfajla li jkun ħassha ħażin fit-toilet, u titqażżeż.", "Jien nistagħġeb b'dawn l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "Għax imbagħad mhux dejjem ikun tort ta' l-employer, ħalli nitkellmu ċar.", "Filwaqt li kulħadd iżomm daru pinna u meta nidħlu fid-djar in-nies insibu kmamar tal-banju ta' l-istampi, u hekk għandu jkun, mhux kulħadd iżomm l- indafa fit-toilets tal-fabbriki, per eżempju.", "Hemmhekk issib rollijiet tat-toilet paper, xagħar u ħmieġ - biex ma noqgħodx insemmi affarijiet oħra - u tgħid: Imma dawn huma l-istess nies li jżommu d-dar tagħhom hekk nadifa!", "Għalhekk hemm bżonn li lil dawn in-nies ngħallmuhom.", "U din tirripeti ruħha wkoll fil-kmamar tal-banju ta' l-isptar.", "Minkejja t- tgergir kollu, minn juża dawn il-kmamar tal-banju ma jagħti kas xejn għax hemm min inaddaf, xi ħaġa li qiegħda fil-mentalita' tal-poplu Malti.", "Inutli nagħmlu l-liġijiet u l-ispettorati u inutli nlabalbu hawn ġew jekk ma nagħmlux kampanja sħiħa ta' edukazzjoni ħalli dawn l-affarijiet jispiċċaw darba għal dejjem.", "Irrid ngħid ukoll li inutli li l-ħaddiema jkunu jridu jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ir-rieda min-naħa ta' l- industrija.", "Hawnhekk nixtieq infakkar episodju simpatiku ħafna.", "Niftakar li meta kont ministru ta' l-ambjent konna għamilna launching, permezz tal-federation of industry, ta' l-environmental management audit scheme, fejn jekk il-fabbriki jintrabtu huma stess, bla ebda inforzar mill- gvern, li jilħqu ċerti livelli ta' iġjene u ta' ambjent fil-fabbrika, jakkwistaw ċertifikat ta' rikonoxximent u meta jesportaw il-prodotti tagħhom ikunu jistgħu jgħidu li dan hu prodott ġo fabbrika li għandha ċertifikat ta' l-EMAS.", "Din il-ħaġa ssir fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u aħna konna ġibna din l-iskema bħala parti mill-proġett LIFE.", "Dan kien ta' sodisfazzjon kbir għax ovvjament ħaġa bħal din tinvolvi ċerti spejjeż u aktar apparat.", "Pero' dawn kienu jafu li meta qed timmanifattura prodott u tbigħu bit-tikketta ta' l-EMAS, inti se jkollok ċertifikat ta' ċertu standard.", "Din bħall-ISO 9002 u dawn huma affarijiet tajba.", "Jien nixtieq nidħol aktar fit-tul dwar dawn l-affarijiet pero' m'għandix ħin biżżejjed.", "Sur President, issa nixtieq nagħmel ftit rimarki rigward l-abbozz ta' liġi.", "Dan huwa abbozz ta' liġi bżonjuż pero' hemm bżonn li jdaħħal ċerta dixxiplina inkella mhu se nagħmlu xejn.", "Per eżempju, qegħdin nitkellmu fuq awtorita' li hija appuntata kollha mill-gvern.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn il-confederation of trade unions jew inkella l-employers association m'għandhomx jitħallew jagħżlu huma min jaħsbu li huwa tajjeb għal dan il-bord imbagħad jappunta l-ministru.", "Qed ngħidu li l- ispettorat se jkun l-aktar ħaġa importanti ta' din l-awtorita'.", "Issa mill-esperjenza li kelli meta kont ministru li kelli taħti l-planning authority, nista' ngħid li l-kelma ''spettorat'' tbeżżagħni għax iġġibli quddiem għajnejja l-korruzzjoni u din ma nibżax ngħidha.", "Qed ngħid dan għax ma tistax tispjega kif jiġru ċerti affarijiet u kif jitħallew isiru meta inti għandek nies imħallsin biex jirrapportaw dawk l-affarijiet suppost.", "Dawn l-affarijiet jgħaddu minn quddiemhom kuljum - naħseb li b'għajnejhom miftuħin jarawhom - u mbierek Alla ma jarahom ħadd.", "Meta mbagħad jitkellem xi ħadd imbagħad ikunu rawhom.", "Hawnhekk nixtieq insemmi, per eżempju, il-miżbliet ta' Għawdex u l-bini illegali.", "Per eżempju, meta jmorru dawn u jkun hemm xi ħadd li jgerger jgħidu li l- ministru jkun bagħthom.", "Għalhekk nixtieq li fl-istadju ta' kumitat nitkellmu daqsxejn fuqha din ta' l-ispettorat għaliex jiddispjaċini ngħid li fejn jidħlu l-abbużi f'dan il-pajjiż qrobna ħafna lejn Sqallija.", "(Interruzzjonijiet) Jien ngħid li qrobna aktar milli konna qabel.", "Jien nibża' li jekk se nagħmlu l-ispetturi min jibda jara minn waħda, min jibda ma jarax mit-tnejn, min ma jara xejn, min jara ħafna.", "Sur President, f'din l-awtorita' se jkun hemm uffiċjali eżekuttiv ewlieni li se jkun magħżul mill-ministru u jien naħseb li dan se jkun b'saħħtu wisq u prattikament se jkun kollox.", "Issa meta konna fil-gvern tgħidx kemm kienu jitkażaw bina ta' l-oppożizzjoni fuq il-kwestjoni tal- ministerial discretion u kemm kienu jizzikawna li kemm jista' jkun il- ministru għandna naqtgħuh 'il barra, pero' issa apparentement reġgħet ġejja moda!", "Din bħal tad-dbielet, daqqa moda twal u daqqa moda qosra!", "Għandu jkun issa l-moda hi li l-ministru jerġa' jibda jieħu kollox fuq spallejh għax jekk tara l-abbozz ta' liġi ssib li l-ministru se jidħol f'kollox u saħansitra se jkollu aċċess għall-informazzjoni u kopja tal-minuti.", "Għalfejn qed isir dan?", "Mela din hija xi ħaġa politika!", "Il-ministru m'għandux għalfejn ikollu dan l-aċċess kollu immedjat tal-minuti u ta' kulma jiġri.", "Dan għandu jinteressa ruħu u għandu jkollu rapport kull tant żmien imma ma narax għalfejn għandu jkollu aċċess għall-minuti, għar- rapporti u għal kollox.", "Jien naħseb illi inqas ma jidħol il-ministru fiha din il-kwestjoni, u inqas ma jkollna min iħabbat il-bieb tal-ministru biex jgħidlu li għandu jkun mar l-inspector, li se jwaqqfulu 20 ruħ jew li mhux se jilħaq jimla l- container għax ikunu waqqfulu l-produzzjoni, aktar ikun aħjar.", "Għax imbagħad il-ministru jibda jagħmel overruling fuq dak u fuq l-ieħor.", "Aktar ma nbiegħdu lill-politiku mill-eżekuttiv ta' din l-awtorita' aktar nimxu.", "Altrimenti se nerġgħu nispiċċaw staġnati, bil-ministru jerġa' jibda jdeffes subgħajh, nibdew nagħmlu l-pjaċiri lin-nies ta' madwar il-ministru, lix- xufier u lil dak u lil ieħor, u lil wieħed naqduh u lill-ieħor ma naqduhx, għax wieħed magħna u l-ieħor kontra tagħna.", "Naħseb li qed nitkellem ċar biżżejjed.", "Sur President, f'dan l-abbozz ta' liġi m'hawn l-ebda terminu ta' żmien li fih jinqatgħu l-appelli.", "Għandna wkoll li l-president ta' din l-awtorita' se jkun bniedem legali.", "Bir-rispett kollu lejn min huwa legali, irrid ngħid li jekk se jkollna lil xi ħadd li hu legali nafu x'jiġri.", "Nibdew bis-sottomissjonijiet, preliminari u mhux preliminari, u l-kawża tibqa' sejra u ma tinqata' qatt.", "Naħseb li hawnhekk nistgħu ngħidu li għandu jkun hemm terminu ta' żmien biex każ f'appell jinqata' fi żmien li jkun limitat.", "Meta qrajt li wieħed mill-affarijiet se jkun it-twettiq ta' riċerka xjentifika inkwetajt ftit għax jien ma nistax nimmaġina li nagħmlu xi laboratorju li fih noqogħdu nittestjaw, per eżempju, t-tensile strenghts tal-materjali kif jagħmlu barra.", "Naħseb li hawnhekk qed naraw daqsxejn kbir u dwar dan wieħed għandu jara x'se jsir.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għall-ħarsien u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol pero' ma jgħidilniex kemm se jkunu dawn, jiġifieri din għad irridu narawha.", "Issa hemm ukoll xi ħaġa li wieħed irid jikkummenta b'mod ġenerali fuqha.", "Hawnhekk m'aħniex se nivvintaw ir-rota għax ħafna affarijiet nafuhom u ilna ngħiduhom.", "Hawnhekk il-gvern qed jgħaġġel ħafna biex inkunu konformi mal-liġi ta' l- Unjoni Ewropea, li f'dan il-każ huwa tajjeb, pero' issa m'għandniex inħarsu lejn din il-liġi qisna skoprejna l-Amerika.", "Kif diġa' għedt, kien kollu għalxejn meta pprovajna nedukaw lin-nies.", "Hawnhekk qed nagħmlu ċerti standards konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa tajjeb pero' dawn l-affarijiet stajna għamilnihom mingħajr imbuttar.", "Li jinkwetani lili hu - dwar dan għadni ma smajt xejn mingħand il- ministru - li ma sar l-ebda studju kemm huwa previst li jqum dan it-tibdil għax dan it-tibdil se jagħmel ħafna piż finanzjarju fuq l-ażjendi u fuq min iħaddem.", "Għax jekk inti m'għandekx air-conditioning tajjeb trid tirranġah; jekk inti għandek id-dwal mhux kif suppost trid tirranġahom; u jekk inti għandek ħinijiet tax-xogħol li m'humiex konformi kif titlob l- Unjoni Ewropea, trid tirranġahom.", "U hawnhekk irrid ngħid li d-direttiva 93/104 tal-ħinijiet tax-xogħol hija tassattiva.", "Inutli jiġi jgħidilna l- ministru li se jitlob derogi fuq hekk.", "Illum din hija tassattiva saħansitra fuq it-tobba - din qed tiġi implimentata fuq perijodu ta' żmien - fuq in-nurses u fuq il-qwiebel, li tradizzjonalment jaħdmu ħinijiet twal ħafna.", "Imma dwar din issa qed igħidu li trid tiġi applikata b'ċerti latitude, imma xorta trid tiġi applikata.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq liġi li tgħidlek li jrid ikollok 11-il siegħa konsekuttivi ta' mistrieħ fil-ġurnata, irid ikollok break meta taħdem ġurnata li tiskorri sitt sigħat, irid ikollok perijodu minimu ta' mistrieħ ta' ġurnata fil-ġimgħa, irid ikollok erba' ġimgħat paid leave fis-sena, irid ikollok il-limitazzjoni tax-xogħol ta' bil-lejl għal mhux iktar minn tmien sigħat on average.", "Jiġifieri jekk tagħmel tmien sigħat illum tista' tagħmel tmien sigħat għada, imma jekk tagħmel għaxar sigħat illum trid tagħmel sitt sigħat għada u jrid ikollok limitazzjoni għall-average working time ta' ġimgħa ta' 48 siegħa u din hija l-aktar waħda importanti.", "Dan irridu naraw x'impatt se jkollu fuq kif se jitqassam ix-xogħol fil-fabbriki ta' pajjiżna għax uħud minnhom dawn iridu jagħmlu modifiki fit-time schedules tagħhom.", "Dan ifisser ukoll li dawn iridu jaraw jekk hux se jkollhom bżonn aktar jew anqas ħaddiema, kemm se tqumilhom din il-biċċa xogħol, jekk hemmx bżonn ikabbru l-ispazju jew inkella jekk hux se jkollhom makkinarju li jkun idle.", "Dawn l-affarijiet irridu narawhom għax sal-lum ma smajna assolutament xejn dwarhom u li nafu biss huwa li se ngħaddu din il-liġi.", "Dawn l- affarijiet ma nistgħux naħarbu minnhom minkejja li l-Ministru Borg qed jgħid li se jġib it-transition periods.", "Dawn huma affarijiet li jieħdu snin twal għax wieħed irid jistudja kemm se jqumulu miljuni u kemm se jqumulu postijiet tax-xogħol u telf ta' impjiegi.", "Issa jien ngħid illi dawn huma affarijiet tajbin u b'sinċerita' nitlob li jisbaħ għada u ngħidu li l-postijiet tax-xogħol huma kollha safe u fihom ambjent soċjali u fiżiku tajjeb fejn il-ħaddiem ikun għal qalbu, ma jkunx imdejjaq u allura jkollok inqas stress, inqas konsum ta' kalmanti, inqas gdiedem u aktar produzzjoni.", "U jien għedt li l-ministru ma nixtequx ikun imdaħħal f'din il- kwestjoni kollha għax il-bilanċ li trid toħloq din l-awtorita' se jkun ta' bastun għal min iħaddem.", "Issa hawnhekk irridu ngħidu li mhux kull min iħaddem huwa ħażin u mhux kull min iħaddem huwa tajjeb.", "U jien bis-serjeta' nitlob li l-għaqdiet ta' min iħaddem li se jkunu involuti sew fl-implimentazzjoni ta' din il- liġi għandna nħalluhom jagħżlu huma min jirrappreżentahom għax huma jridu jkunu li jikkoperaw.", "Jekk mhux se jikkoperaw huma, din il-liġi ma tkun tiswa xejn.", "Huma jridu jikkonvinċu rwieħhom li b'ambjent tax-xogħol aħjar se jkollhom ħaddiem aktar kuntent, aktar produttiv u aktar effiċjenti.", "U dawn huma affarijiet li ma jsirux mil-lum għal għada jew b'leġislazzjoni.", "Dawn ma jsirux billi tagħmel liġi, tgħaddiha mill- parlament, jiffirmaha l-President u tibda sseħħ.", "U bir-rispett kollu, jekk jaraw l-ispettur ġej, ma joqogħdux jilagħbu ta' Tom and Jerry jew hide and seek, jagħlqulu l-bieb, jaħarbulu, jirranġaw dak l-arloġġ jew dik il- makna, għax ħafna drabi hemm tibda l-korruzzjoni.", "Għax jiġri wkoll li meta tkun se ssir xi inspection iċemplu lil dak li jkun bil-quddiem biex joqgħod attent li jirranġa, per eżempju, il-flixkun ta' l-ossiġnu jew xi makna.", "Dawn l-affarijiet nafuhom għax aħna lkoll Malta ngħixu u mhux se nsiru bħal ħaddieħor mil-lum għal għada.", "U għalhekk hemm bżonn l- edukazzjoni u l-koperazzjoni.", "Jien nispera li jkun hemm qbil bejn min iħaddem li dawn l-affarijiet li qed insemmu hawnhekk jagħmilhom.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li filwaqt li għandna employers li baqgħu rikonoxxenti lejn il-ħaddiema anke meta dawn xjaħu - ħafna drabi dawn jibqgħu jgħidu kemm kienu tajjeb mat- tali employer għax kien jistmahom - sfortunatament hemm ammont kbir ta' employers li lill-ħaddiem jużaw, jieħdu x-xogħol mingħandu, jħallsuh l- inqas li jistgħu skond kemm tordnalhom l-union u good luck to him.", "U jien naħseb li jekk irridu li l-affarijiet iseħħu bis-serjeta', jekk ma nagħmlux an all-round agreement ma' min iħaddem u ma' min jirrappreżenta lill- ħaddiema, għalxejn ikollna l-liġi, l-inspectors, il-pulizija u l-pieni.", "Hemm bżonn li min iħaddem u min jirrappreżenta lill-ħaddiema jieħdu ħsieb li jara li jsiru ċerti affarijiet, fl-interess tagħhom, fl-interess tas- saħħa tal-ħaddiem, fl-interess tal-produzzjoni u fl-interess tal-pajjiż in ġenerali, ħalli filwaqt li jipproduċu tajjeb u b'mod effiċjenti, fl- istess ħin ikunu qed iħallsu inqas prezz għaliex wara kollox mhux kemm tkun qlajt mill-industrija biss jgħodd, imma kemm se tħallas spejjeż għaliha 20 sena oħra f'mard, ażżma, qtugħ ta' nifs, mard tal-qalb, korrimenti u nies inkapaċitati.", "Dan trid tgħoddu wkoll.", "Dan bħal fil-każ tas-settur tat- turiżmu; dejjem ngħidu kemm ġew turisti u kemm qlajna flus imma qatt ma ngħidu kemm infaqna għalihom, kemm se nħallsu tal-materjal li qed iħallu warajhom u kemm ġietna biex kabbarna l-infrastruttura u kemm qam l-ambjent li qtilna biex noffrulhom il-lukandi, ir-ristoranti, it-toroq u l- affarijiet l-oħra kollha.", "F'dan il-każ irridu nagħmlu ċertu accounting u ngħidu li huwa fl- interess ta' l-industrija Maltija u fl-interess tal-ħaddiem Malti li dak li hawn fuq il-karta jseħħ kemm jista' jkun malajr.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, qabel ma nibda bl-intervent tiegħi, nieħu din l-okkażjoni sabiex insellem lill-ħaddiema kollha kemm tal-moħħ kif ukoll ta' l-id u nfakkarhom li dan il-parlament qiegħed jagħmel din il- liġi għall-ġid u l-benefiċċju tagħhom stess.", "Ngħidilhom ukoll li din il- liġi qiegħda titfa' responsabbiltajiet ġodda u doveri kbar fuqhom mhux biex iħallsu t-taxxi jew biex jiġu inforzati xi miżuri, iżda biex iħarsu lilhom infushom mill-perikli u d-diżgrazzji li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tax-xogħol tagħhom.", "Nixtieq nieħu din l-opportunita' wkoll biex insellem lil dawk kollha li f'xi żmien ġarrbu t-telfa ta' xi ħadd għażiż għalihom għax ikun korra jew miet fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn in-nies ikunu għaddew minn trawma kbira li tibqa' fil-memorja tagħhom ħajjithom kollha għax m'hemmx agħar minn meta wieħed joħroġ mid-dar tiegħu biex imur għax-xogħol u ma jerġax jirritorna.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni wkoll biex insellem lil dak il-ħaddiem li ftit tas-snin ilu miet proprju waqt li kien qed jagħmel xogħol ta' restawr f'dan il-Palazz.", "Huwa fatt li aħna m'għandniex ir-riżorsi naturali li għandu ħaddieħor imma għandna r-riżorsi umani li niddependu minnhom u dak li se tagħmel din il-liġi huwa proprju li tħarishom.", "Filwaqt li l-liġi dwar il-promozzjoni tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol ta' l-1994 se tiġi sostitwita b'din il-liġi, ir-regolamenti ta' l-1986 se jibqgħu in vigore b'din il-liġi.", "Mr Speaker, jekk wieħed joqgħod jaħseb fuq il-perikli kollha li wieħed jista' jiffaċċja fuq il-post tax-xogħol jista' joqgħod id-dar pero' mill- banda l-oħra mbagħad il-ħajja ssir boring u dak li jkun jimrad.", "Il-post tax-xogħol huwa vast ħafna u f'dan l-abbozz ta' liġi ġie covered f'diversi areas pero' l-mara tad-dar ukoll għandha l-perikli madwarha għax fid-dar ikun hemm is-skieken, il-gass, it-turġien, is-slielem, il-banketti u ħafna affarijiet oħra.", "U għalkemm ix-xogħol tad-dar huwa xogħol domestiku, il-mara tad-dar ukoll trid tissalvagwarda s-sigurta' tal-ħajja tagħha.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li rajna inċidenti fid-dar li kienu fatali.", "Mr Speaker, forsi ta' min jinnota li fil-bidu ta' din is-sena dan il- Parlament approva l-abbozz ta' liġi dwar il-persuni b'diżabilita' u proprju fl-aħħar ta' din is-sena li qegħdin fiha qegħdin niddibattu l- abbozz ta' liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Forsi jkun hawn min igħid: Imma x'hemm komuni bejn dawn iż-żewġ abbozzi ta' liġi?", "Fil-fatt ħafna għandhom l-idea li wieħed jitwieled b'diżabilita', mentri jien naħseb li aktar hawn nies b'diżabilita' minħabba korrimenti fuq il-post tax-xogħol u inċidenti tat-traffiku.", "Mela min huwa b'saħħtu għandu joqgħod attent għax jaf fiex jista' jiġi.", "Jien mhux se noqgħod nikkwota ċ- ċifri ta' korrimenti jew imwiet fuq il-post tax-xogħol għaliex dawn issemmew diversi drabi, u lanqas se noqgħod ngħid bħalma ntqal dalgħodu li din il-liġi hija impożizzjoni mis-sħab blu ta' Brussels.", "Minkejja li ħafna minn dak li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi huwa kkuppjat mid-direttivi li ħarġu mill-Unjoni Ewropea, aħna mhux qed nagħmlu din il-liġi biex nogħġbu lil Brussels.", "Assolutament xejn minn dan!", "Din hija liġi importanti li għandna bżonnha u hemm bżonn li tibda tiġi mħaddma, nidħlu u ma nidħlux fl- Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll aspetti oħra minn dawk li normalment nitkellmu fuqhom meta nitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Hawnhekk qed nirriferi għal aspetti psikoloġiċi li semma dalgħodu l-Onor.", "Evarist Bartolo u aċċenna għalihom ukoll il-kelliemi ta' qabli, l- Onor. George Vella.", "Huwa importanti ħafna li wieħed jikkonsidra kemm wieħed jista' jkollu stress jekk ikollu xi problemi fuq il-post tax-xogħol.", "Ftit taż-żmien ilu l-ministru għall-politika soċjali semma kemm jidħlu ċertifikati tas-sick leave fid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "Fiċ- ċertifikati tat-tobba spiss niltaqgħu ma' terminoloġiji bħal upper respiratory tract infection, diarrhoea u gastric flue.", "Imma kemm minnhom dawn huma relatati ma' mard psikoloġiku li jkollu dak li jkun minħabba l- post tax-xogħol?", "Issa ħalli nsemmi xi aspetti ta' din il-liġi li jien inħoss li għandi naċċenna għalihom.", "Mr Speaker, huwa importanti ħafna li bejn min iħaddem u l-ħaddiema jkun hemm il-komunikazzjoni, li jirriferu għaliha akkademikament bħala l- grapevine, jiġifieri dak li jkun hemm fl-għerq tas-siġra jinfirex fid- diversi oqsma ta' dik l-ażjenda fejn ikun qed isir ix-xogħol.", "Jekk il- management ma jwiddibx lill-ħaddiema fuq, per eżempju, teknoloġija ġdida, apparat, computers, plugs jew makkinarju ieħor li jkun ġie installat fil- post tax-xogħol, l-affarijiet ma jimxux tajjeb u kif suppost.", "It-tieni aspett huwa kif iħossu l-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Il- ħaddiem huwa kuntent bix-xogħol li għandu?", "Il-karriera tiegħu li tant ħadem u studja għaliha qegħda tagħtih sodisfazzjon?", "Il-ħaddiem qiegħed jisfrutta t-talent tiegħu u b'hekk jiżviluppa l-esperjenzi li jkun akkwista?", "Jekk le, allura dan id-dwejjaq lill-ħaddiem se jikkaġunalu ħsara mentali.", "Huwa għalhekk li l-aspett psikoloġiku li huwa stipulat tant tajjeb fl-Att VII ta' l-1994, taħt il-prinċipju tad-dmirijiet ġenerali, jitfa' responsabbilta' fuq l-awtorita'.", "Fil-fatt din l-awtorita' għandha tiżgura li ġġib 'il quddiem u jiġi salvagwardat il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha fuq il-postijiet kollha tax- xogħol.", "Imbagħad hawnhekk jidħlu dawk li meta konna nistudjaw konna ngħidulhom it-three ps jiġifieri il-prevenzjoni, il-prekawzjoni u l- protezzjoni.", "Dan ifisser li kemm min iħaddem kif ukoll il-ħaddiema jridu jieħdu kull prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol.", "Per eżempju, huwa importanti li wieħed ma jiġix affettwat mill-gassijiet li jista' jkun hemm fl-arja.", "Imbagħad hemm il-prekawzjonijiet u huwa hawnhekk fejn aħna l-Maltin traskurati.", "Per eżempju, minkejja li l- employers jonfqu eluf kbar ta' liri f'affarijiet li jipproteġu ċerti makni, bħal guards, u jagħmlu affarijiet biex, per eżempju, l-art ma tkunx slippery, u ċerti gangways jagħmluhom wesgħin għal tapposta, jew inkella jixtru apparat li jkun jaħdem bil-battery biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm kontaminazzjoni fl-arja, dawn l-affarijiet ma jintużawx.", "Imbagħad fejn il-moħħ tal-bniedem ma jasalx biex jissalvagwarda dan kollu jkollna nieħdu l-protezzjoni, u sfortunatament din nittraskurawha ħafna.", "Dalgħodu din semmiha l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Per eżempju, hawn employers li jinjoraw kompletament is-safety shoes, il- helmets, l-ingwanti, l-maskri biex dak li jkun ma jiblax fumes, it-tags elettroniċi li jitwaħħlu biex wieħed ikun jaf kemm ikun qed jibla' ammont ta' arja ħażina u kimika u affarijiet oħra.", "Xi wħud mill-employers jafu that it pays meta tuża lbies protettiv.", "Fil-fatt hemm legal notice li tispeċifika x'inhu l-ilbies protettiv u din tgħid li dan irid ikun immarkat bil-marka ''CE''.", "Kif nafu llum ħafna affarijiet ikollhom din il-marka pero' ħafna ħaddiema jinjorawhom dawn l-affarijiet.", "Min ma jilbisx l- ilbies protettiv iġib l-iskuża tas-sħana u affarijiet minn dawn, pero' dan qed jikkaġuna ħafna diżgrazzji u korrimenti.", "Ta' min isemmi wkoll li fl- avviż legali Nru. 64 tas-sena 2000 tissemma l-protezzjoni li għandu jkun hemm fuq il-post tax-xogħol.", "Aspett psikoloġiku ieħor huwa kif il-ħaddiem jaġixxi ma' sħabu fuq il- post tax-xogħol.", "Aħna l-Maltin magħrufin għall-ġentilezza u għall- ħbiberija bejnietna pero' kultant fuq il-post tax-xogħol ikun hemm ħafna għira, theddid kif ukoll bullying.", "Fil-fatt il-bullying ma jeżistix biss fost it-tfal fl-iskejjel tagħna imma jeżisti wkoll fuq il-postijiet tax- xogħol.", "Per eżempju, hawn nisa li qed ikunu mheddin minn irġiel għal skopijiet immorali.", "Kultant ikun hemm ħafna kunfidenzi u provokazzjonijiet u dawn qed iġibu ħafna nkwiet fil-familji.", "Jien darba rajt cartoon li jgħid ''Do not disturb'', u kompla bil-kliem ''sexual harassment in operation'' Dawn l-affarijiet jeżistu u dawn iġibu ħsara mentali.", "Mela bħalma għedt aktar kmieni, huwa importanti li l- ħaddiem jagħmel eżami fuqu nnifsu sabiex jara jekk ix-xogħol tiegħu jkunx qed jikkaġunali ħsara għal saħħtu.", "Jien inħeġġeġ lill-ħaddiema kollha biex jagħmlu dan l-eżami mal-kuxjenza tagħhom.", "Jekk ħaddiem ma jkunx jista' jorqod bil-lejl, ikun qed ibati minn xi uġiegħ ta' ras jew strain, iħossu għajjien u eżawrit, jirrikorri għal xorb alkoħoliku jew anti-dipressants, ma jkollux aptit, iħoss tferfir tal-qalb u jkollu muskoli għajjenin - darba smajt diskors ta' l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici fuq musculoskeletal disorders li joriġinaw mill-postijiet tax-xogħol u lis- segretarju parlamentari nħeġġu jirrepetih għax dak kien diskors tajjeb ħafna - dan jista' jkollu mard serju.", "Ma rridux ninsew li ċertu mard jiżviluppa matul iż-żmien.", "Dan bħal meta tibla' duħħan tossiku jew kimika tossika li tkun qed tinġema' ġewwa fik u mbagħad timrad wara ċertu żmien.", "Irridu naraw ukoll x'qed jikkawża l-imwiet ta' nies li qegħdin fl-eta' medja, jiġifieri li għandhom bejn 40 sena u 55 sena, meta dawn ikunu għadhom fl-aħjar tagħhom.", "Huwa importanti li naraw jekk il-mard hux qed ikun ikkaġunat minn fuq il-post tax-xogħol.", "Per eżempju, nafu li ħafna tfajliet qed ikollhom strain kbir fuq moħħhom u fuq ġisimhom, kawża tal- produzzjoni esaġerata li jitolbu ċerti managements, ħnieżer għax-xogħol u għall-flus.", "Il-ħaddiem trid tibża' għalih u tikkuntentah għax dan mhuwiex makna.", "Huwa veru li min jagħmel ħinijiet twal jaħdem u jagħmel l-overtime jaqla' l-flus, imma l-istrain li jkun qed jikkawża fuqu nnifsu jista' jħalli konsegwenzi koroh fuq saħħtu.", "Issa hawn min jaħdem ħafna għax huwa greedy u hawn min jaħdem għax għandu ħafna dejn u dawn tarahom għaddejjin minn fuq xogħol għal ieħor b'riżultat ta' għajja mentali u fiżika, jiġifieri mhux dejjem l-employer ikun li jkun qed jikkawża dan l-istress li jġib miegħu frustrazzjoni.", "Min-naħa l-oħra hemm min jieħu l-istress bħala challenge u allura jissupera l-pressjoni tax-xogħol u jsolvi l- problemi pożittivament.", "Imbagħad għandna wkoll il-job security.", "Kultant issib ħaddiema li jaħdmu taħt giljottina għax l-employer jheddidhom li jkeċċihom.", "Huwa importanti wkoll li fuq il-post tax-xogħol il-ħaddiem ikollu l-kumditajiet kollha ħalli jaħdem bil-qalb.", "Jekk wieħed ikollux volonta' li jaħdem jew le jiddependi wkoll mill-fatt jekk ix-xogħol ikunx boring.", "Mela minn dan kollu li għadni kif għedt joħroġ ċar li l-post tax-xogħol mhux inċidenti fiżiċi biss jista' jikkawża imma jista' jikkawża wkoll problemi li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa mentali.", "Mr Speaker, hemm bżonn li jiġi identifikat għaliex f'Malta jsiru tant ċertifikati tas-sick leave.", "Naħseb li fuq din il-ħaġa hemm bżonn isir kontroll sħiħ u allura huwa importanti li fuq iċ-ċertifikat jinkiteb b'mod ċar u speċifiku għalfejn dak iċ-ċertifikat ikun qed joħroġ jew inkella l-mard ta' dak li jkun ikunx relatat mal-post tax-xogħol.", "Qed ngħid dan għax kif diġa' għedt, diversi employers qed iħaddmu l- ħaddiema sigħat irregolari u eċċessivi u dan jista' jikkawża musculoskeletal-related problems, bħal uġiegħ fid-dahar.", "Min jagħmel ħinijiet twal wieqaf jew jippassiġġa min-naħa għall-oħra, bħan-nurses, jew inkella min ikun jaħdem bil-qegħda pero' ma jkollux siġġu adattat, posture tajba, jew inkella ma jkollux footrest, xi żmien se jibda jbati b'dawn id-disorders.", "X'inhi l-konklużjoni ta' dan kollu?", "L-ewwelnett l-employer irid ikun responsabbli lejn is-saħħa tal-ħaddiema tiegħu u dan jiġi qabel kull qligħ ta' l-intrapriża.", "Wara kollox jekk l- employer jissalvagwarda s-saħħa tal-ħaddiema tiegħu dan ikun jaqbillu.", "Il- ħaddiem irid jiġi mgħallem kif iħaddem il-makna u mhux jikkompeti magħha, u għalkemm għandna nħalluh joperaha għandu jkun hemm il-kontrolli.", "Fil- fatt dan l-abbozz ta' liġi dan jispeċifikah tajjeb.", "Huwa importanti li l- employer jifhem li mhux il-pagi biss huma importanti imma hemm ukoll il- kondizzjonijiet li l-ħaddiema jaħdmu fihom.", "F'dan l-abbozz ta' liġi dawn l- obbligi huma speċifikati bl-aktar mod ċar u lill-employer ngħidulu li jekk ma joqgħodx għal dak li tgħid il-liġi għandu jżarma.", "Qed ngħid dan għax il-bniedem mhuwiex bħal dak il-ħmar li fl-antik kien jiġbed ir-rota.", "Il-bniedem trid tirrispettah.", "U meta tgħaddi din il-liġi l-employer se jkollu obbligi kbar għax il-gvern qed jagħtih ċans li fi żmien sentejn jew tlieta jikkonforma ruħu mar-regolamenti li joħorġu u jistabbilixxi dak li għandu jsir għall-ġid tal-ħaddiema.", "Mr Speaker, issa se ngħid xi ħaġa fuq kif qegħdin joħorġu l-liċenzji tal-pulizija għal fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Hemm bżonn li nibdew inħarsu l-minimum safety regulations li għadhom kif ħarġu issa u li huma magħmulin fuq ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn ir-regolamenti huwa adattati ħafna għalina l-Maltin u allura qabel ma tibda topera azjenda, din għandha tiġi spezzjonata mill-inspectors tal-health and safety.", "Normalment wara li jkun ħareġ il-permess ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar jew xi permessi oħra li jkunu meħtieġa biex jinfetaħ stabiliment, ikun jonqos il-liċenzja tal-pulizija, pero' jien nissuġġerixxi li din il- liċenzja ma toħroġx jekk kemm-il darba ma jkunux ittieħdu l-miżuri kollha kif stipulati mil-liġi.", "Jien nenfasizza li kull post tax-xogħol għandu jiġi spezzjonat kull sena u jekk ma jkunx konformi ma' dak li qed tgħid il-liġi, b'mod speċjali mal-minimum safety regulations, il-liċenzja tal- pulizija ma tiġix imġedda u allura dak li jkun ikollu jagħlaq.", "Jekk mhux se ninforzawhom dawn l-affarijiet ma nkunu qed nagħmlu xejn.", "Per eżempju, l-ispiżeriji kull sena ssirilhom spezzjoni biex jaraw jekk il-kotba jinstabux tajjeb, x'mediċini perikolużi tkun bigħejt u jekk tkunx konformi mar-regolamenti.", "Mela din hemm bżonn li tidħol bħala kondizzjoni fil- liċenzji tal-pulizija.", "Illum il-ġurnata għandna l-health and safety plan.", "Per eżempju, dawk l- istabilimenti li se jiftħu fil-Belt u fil-Bajja ta' San Ġorġ se jkollhom health and safety plan għal dak li jista' jinqala'?", "Dawn l-affarijiet tesiġihom l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma kemm qegħdin jiġu mħaddma?", "Jew inkella l-bibien minn fejn joħorġu n-nies f'każ ta' xi ħruq huma msakkrin jew jinfetħu bil-kontra?", "Per eżempju, in-nies jafu li f'każ ta' ħruq ma jistax jintuża l-lift?", "Jien nissuġġerixxi wkoll li l-insurance agencies ikunu ċerti li fuq il-post tax-xogħol ikun hemm health and safety plan, mhux imbagħad wara jinqalgħu ħafna argumenti kif dak ikun korra u ma korriex u ħafna qrati.", "Jekk ikun hemm health and safety plan u l- insurance tkun assigurata li l-ħaddiem ikun korra b'kumbinazzjoni jew b'inċident, allura ma noqogħdux nidħlu f'ħafna qrati.", "L-insurance agencies għandhom iqabbdu wkoll inspectors għal tapposta minn flushom stess biex jaraw li l-postijiet tax-xogħol ikunu konformi mal-liġijiet tal- pajjiż.", "Huwa importanti wkoll li kull inċident li jkun seħħ fuq il-post tax- xogħol li jidħol fl-isptar jew inkella f'klinika privata, jiġi rrapportat lid-dipartiment tas-saħħa, bħall-każi l-oħra ta' mard infettiv.", "L-obbligu ta' kull employer li jirrapporta kull inċident huwa vitali għax mir-records tad-dipartiment, il-gvern ikun jista' joħroġ statistiċi aktar aġġornati.", "Mr Speaker, issa se ngħid xi ħaġa fuq il-prinċipju ta' min ikun qed jaħdem għall-ewwel darba għax f'każ ta' inċident jew mard fl-ewwel jiem wieħed ma jieħu xejn għax ma jkollux biżżejjed bolli tas-sigurta' soċjali mħallsin.", "Nixtieq li fil-winding-up il-ministru jispjegaha ftit din.", "Jien naħseb li fl-ewwel ġranet wieħed forsi jibda jħallas kontribuzzjoni daqsxejn aktar għolja ħalli jkun covered.", "Fil-fatt f'dak li għandu x'jaqsam ma' insurance ta' karozzi nafu li min ikollu inqas minn 21 sena jew 25 sena - ma nafx kemm eżatt - u allura ma jkollux esperjenza fis- sewqan, iħallas premium verament għoli.", "Għalhekk jekk ikun hemm żieda fil-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali għal min ikun qed jaħdem għall- ewwel darba, dan ikun kopert f'każ li jinqalagħlu xi ħaġa.", "Punt importanti li nixtieq nagħmel huwa li jien ma narax għalfejn il- membri parlamentari qed jitħallew barra milli jservu fuq din l-awtorita'.", "Hekk kif l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha rappreżentant minn kull naħa tal-Kamra, naħseb li din l-awtorita' għandha tkun magħmula bl-istess mod għax kulħadd irid il-ġid tal-ħaddiema.", "Dawn jista' ma jkollhomx vot imma għallinqas ikunu jafu x'inhu għaddej u x'ikun qed isir għall-ħaddiema.", "Il- ħaddiem m'għandux partiti politiċi, il-ħaddiem jibqa' ħaddiem u għandu l- opinjonijiet tiegħu.", "Per eżempju, din id-darba l-kunsilliera m'humiex barred milli joqgħodu fuq din l-awtorita' u allura naħseb li jkun xieraq li jkun hemm wieħed minn kull naħa ta' din il-Kamra wkoll.", "Nixtieq nissuġġerixxi wkoll li kull fond li jkun hemm fuq il-post tax- xogħol ikun spezzjonat u hawnhekk nixtieq nagħmel proposta.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali tinqasam fi tlieta; parti għandha tmur għall-pensjoni ta' l-irtirar, parti tmur għal hospitalization, f'dak li għandu x'jaqsam ma' mard kroniku jew ġenerali, u parti oħra tkun bħala cover għal xi eventwalita' ta' disgrazzja fuq il- post tax-xogħol jew diżabilita' parzjali jew totali.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba u l-ħaddiem għandu jkun jaf għalxiex ikun qed iħallas.", "Mr Speaker, naħseb li klawsola 7 ta' dan l-abbozz ta' liġi, dik il-parti li tittratta d-dmirijiet tal-ħaddiema , hija xotta wisq.", "Jekk wieħed jara d-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, 89/391 tal-11 ta' Ġunju 1989 isib li hemm diversi affarijiet inkorporati, fosthom il-konsultazzjoni tal-ħaddiema, id- dritt tal-ħaddiema jew tar-rappreżentant tagħhom li jagħmlu proposti, id- dritt li l-ħaddiema li mill-esperjenza tagħhom fuq il-post tax-xogħol ikunu jistgħu jagħmlu suġġerimenti lil min iħaddem, partikolarment biex jiġbdu l- attenzjoni dwar xi periklu, id-dritt ta' taħriġ bi ħlas normali u d-dritt li s-suġġerimenti tagħhom ma jiġux injorati.", "Naħseb li dawn l-affarijiet għandhom jidħlu wkoll f'din il-liġi.", "Mr Speaker, jien nagħlaq billi nagħmel appell wieħed.", "L-ekonomija tagħna tiddependi mis-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk ikollna ħaddiem b'saħħtu u pajjiż b'saħħtu jkollna ekonomija b'saħħitha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nibda dan l- intervent tiegħi f'dan il-parlament billi nikkondividi l-ħsieb tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Michael Bonnici, u nsellem lill-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.", "Nafu li minkejja li pprovajna nieħdu diversi passi u nagħmlu ċertu progress f'ċerti azjendi, mhux dejjem irnexxejna.", "L-aħħar żewġ diżgrazzji kbar li seħħew huma dik taċ-Ċirkewwa, fejn tilfu ħajjithom tliet ħaddiema, u d-diżgrazzja tat- tarzna, meta kien hemm splużjoni fuq il-vapur Um El Faroud li fiha kienu tilfu ħajjithom disa' ħaddiema.", "Niftakar ukoll inċident ieħor fejn wara li jien tlaqt minn fuq il-lant tax-xogħol, l-għada qrajt fil-gazzetta li kollega tiegħi tilef ħajtu.", "Għalhekk hawnhekk ma nistax ma neħux l- opportunita' biex insellem lil dawn in-nies li tilfu ħajjithom minħabba li marru jaqilgħu l-għajxien tagħhom għall-familja tagħhom u biex jagħtu kontribut lill-ekonomija ta' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi għandna li:", "''L-għanijiet u r-raġunijiet prinċipali ta' dan l-abbozz huma biex titwaqqaf awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li jkollha l-funzjoni li ġġib 'il quddiem u tissalvagwardja l-ġid tal- ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u biex tiżgura li jinżammu l- livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax- xogħol stabbiliti b'regolamenti li jsiru taħtu.''.", "Huwa evidenti li l-gvern ħalla bieb miftuħ biex l-awtorita' tkun tista' tirregolarizza hi s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, imma jien naħseb li l-gvern u l-oppożizzjoni għandhom kontribut sħiħ x'jagħtu.", "Dan huwa abbozz ta' liġi importanti għax minkejja li aħna m'għandniex riżorsi naturali, bħal żejt, deheb, faħam u gass, għandna r-riżors uman, u matul is-snin kellna prova kemm aħna konna mmexxu 'l quddiem lil pajjiżna.", "Minkejja li ħdejn pajjiżi oħra aħna għandna diversi żvantaġġi, pajjiżna rnexxielu jagħmel progress konsiderevoli.", "Ma rridux ninsew li aħna gżira f'nofs ta' baħar u fejn jidħol trasport, materja prima u komunikazzjoni aħna maqtugħin għalina u ma nagħmlux parti minn kontinent.", "Ovvjament għalina dawn huma żvantaġġi imma aħna dejjem konna kapaċi nindirizzawhom biex nimxu 'l quddiem.", "U ħafna minn dan il-progress sar bil-ħila u bid- direzzjoni li ta l-ħaddiem lil dan il-pajjiż.", "Ma nistgħux ninsew kemm membri parlamentari kienu ġejjin mill-kamp tal-ħaddiema.", "Per eżempju, punt li nixtieq nagħmel huwa fuq dak li qal il-kollega tiegħi li staqsa għalfejn il-membri parlamentari qed jiġu esklużi milli jkunu fuq din l-awtorita'.", "Jien nixtieq ngħid xi ħaġa simili imma b'mod differenti għax anke r-rappreżentanti tal-ħaddiema u r-rappreżentanti ta' l- unions taw kontribut kbir u ħadmu biex tiġi salvagwardata s-saħħa u s- sigurta' tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Jien nemmen li dawn għandhom kontribut kbir x'jagħtu għax aħna l-membri parlamentari m'aħniex viċin il- ħaddiema daqs il-mexxejja tal-unions li jiltaqgħu magħhom kontinwament.", "Pero' mbagħad ma naqbilx mal-kollega tiegħi meta dan semma l-kunsilliera.", "Jien mhux qed ngħid li fuq l-awtorita' m'għandux ikun hemm kunsilliera, imma naħseb li primarjament għandu jkun hemm żgur ir-rappreżentanti tal- ħaddiema.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-miżuri li se jibdew jittieħdu wara li titwaqqaf din l-awtorita'.", "Meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi bħal dan, jien dejjem ngħid li l-ewwel eżempju għandu jingħata mill-gvern għax l-eżempju jkaxkar.", "Qed ngħid dan għax jekk ma tinforzax ir-regolamenti dan l-abbozz ta' liġi m'hu se jkun ifisser assolutament xejn.", "Jien ngħid li meta l-gvern joħroġ it- tenders - dan ma jgħoddx biss għad-dipartimenti tal-gvern imma jgħodd ukoll għall- korporazzjonijiet li l-gvern għandu sehem fihom - għandu jgħid li t- tender tkun tista' tiġi rtirata f'każ li min ikun qed jagħmel ix-xogħol ma jkunx qed josserva kull klawsola ta' din il-liġi u kull regolament li jista' jsir 'il quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi din għandha tkun waħda mill- kondizzjonijiet li joħorġu mat-tenders.", "Naħseb b'hekk inkunu qegħdin nissikaw aktar biex il-kuntratturi, l-azjendi u l-kumpanniji li jingħataw xogħol tal-gvern, josservaw u joqgħodu attenti illi s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tkun qed tingħata prijorita'.", "L-istess jingħad fejn jidħlu l-kunsilli lokali, Sur President.", "Bħalma nafu, perijodikament il-kunsilli lokali joħorġu diversi offerti u jagħtu wkoll direct orders.", "Għalhekk naħseb li għandu jkun hemm emendi fil-liġi fejn il-kunsilli lokali jorbtu lil min ikun tefa' offerta biex dan josserva kull klawsola ta' din il-liġi u kull regolament li jista' joħroġ fil-futur mill-awtorita' li se titwaqqaf.", "Jekk dan ma josservax dak li jkun hemm fil-liġi l-kunsill lokali għandu jkollu l-awtorita' u l-kuraġġ li jirtira t-tenders li jkun ta lil ċerti kumpanniji.", "Jien nemmen illi l-entitajiet governattivi għandhom ikunu huma l-ewwel li jagħtu l-veru eżempju f'pajjiżna.", "Sur President, bħala ex-ħaddiem f'waħda mit-tarznari ta' pajjiżna ma nistax ma nitkellimx fuq il-periklu li jeżisti hemmhekk.", "U minkejja li fiż- żewġ tarznari ta' pajjiżna jittieħdu ċerti prekawzjonijiet u hemm ukoll kliniċi attrezzati għal dak li jista' jinqala', nafu li meta ġrat id- diżgrazzja ta' l-Um El Faroud kellna nistennew ħinijiet konsiderevoli qabel waslet l-ewwel għajnuna fuq il-post.", "Fit-tarznari ta' pajjiżna hemm jaħdmu eluf ta' nies u minkejja li tilbes ilbies protettiv, bħal safety shoes, helmet, ingwanti u boilersuit xorta tkun fil-periklu għax jekk sempliċement titla' skala jew tgħaddi minn fuq deck ta' vapur, inti tkun qiegħed madwar erbgħa, ħamsa jew sitt sulari fuq il-baċir.", "Hemmhekk il- periklu ma tistax tipparagunah mal-periklu li jeżisti fil-fabbriki.", "Għalhekk irridu napprezzaw kemm il-ħaddiema tat-tarzna u tax-shipbuilding jaħdmu f'sitwazzjonijiet diffiċli u minkejja dan dawn jaħdmu minn qalbhom.", "Dawn il-ħaddiema jiġu kkritikati ħafna imma ħadd ma jista' jimmaġina f'liema periklu jkunu dawn fl-eqqel ta' Awwissu, speċjalment xi welder li jinżel fid-double bottom ta' vapur - hawnhekk mhux qed nirriferi għall- vapur li jkun qed jinbena għax minkejja d-diffikultajiet li jkun hemm, ikun nadif ħdejn vapuri oħra - li jkun qiegħed jintuża diġa'.", "Hemmhekk mhux biss ikun hemm periklu minħabba ż-żejt jew minħabba s-sistema elettrika ħajja li tkun għaddejja imma jkun hemm periklu fiżiku ieħor.", "Per eżempju, sfortunatament fit-tarzna tal-Marsa ħaddiem miet mhux għax ma libisx ilbies protettiv jew għax kien traskurat - dan irriferejt għalih qabel - imma għax fl-eqqel tas-sajf kien qiegħed f'double bottom ta' vapur - forsi min m'għandux esperjenza ta' vapuri ma jkunx jista' jifhem eżatt x'qed ngħid - u bl-għaraq li ħariġlu tah ħass ħażin, bil- konsegwenza li spiċċa bil-virga tal-welding f'għonqu.", "Għalhekk irridu nassiguraw li t-tarznari, biex ma nsemmix ukoll il-freeport, ikunu attrezzati sew, ikun hemm staff mediku adegwat u jkun hemm vetturi adegwati f'każ ta' inċident.", "Per eżempju, nafu li fix-shipbuilding u fit- tarzna teżisti ambulanza imma mbagħad ma jkunx hemm vettura tat-tifi tan- nar.", "Nafu li kullimkien ikun hemm il-fire extinguishers imma meta nqala' l- inċident ta' l-Um El Faroud dawn ma kenux biżżejjed.", "Għalhekk f'postijiet bħal dawn irid isir investiment kbir.", "Meta kont qed inħares lejn dan l-abbozz ta' liġi sibt li hemm klawsoli li jitkellmu ċar illi din l-awtorita' trid tara li l-post tax-xogħol irid ikun fi standard li tippermetti l-liġi.", "Per eżempju, qrajt li jista' jiġi imbarrat post tax-xogħol.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Jekk dan li hawn miktub hawnhekk beħsiebna nattwawh, dan x'se jkun ifisser għat-tarzna?", "Se jkun ifisser li se jingħalqu l-bibien, jew se ikun ifisser li jrid isir investiment enormi fit-tarzna?", "Fis-sitwazzjoni li fiha qegħda t-tarzna din lanqas tiflaħ tbiddel ċertu makkinarju primarju ngħidlu jien, aħseb u ara kemm tiflaħ tħallas spejjeż enormi biex ikun hemm aktar sigurta' fil- baċiri jew biex ikun hemm l-indafa li tagħmel parti mis-sigurta' u s-saħħa għall-ħaddiem!", "Sfortunatament ħafna drabi nisimgħu bil-ħmieġ li jaħdmu fih il-ħaddiema tat-tarznari.", "U minkejja li t-tarzna ilha mwaqqfa għexieren ta' snin u kulħadd jitkellem fuq l-istess suġġett, ma jsir xejn fil- prattika meta fil-fatt hemmhekk hemm bżonn investiment kbir.", "U ejja ma nidħqux bina nfusna u ejja ma nagħmlux bħal dik il-persuna li tħares lejn il-mera u toqgħod titbellaħ!", "Qed ngħid hekk għax għalija hija bluha li tgħid li se timbarra l-bibien tal-postijiet tax-xogħol li ma jilħqux l- istandard ta' din il-liġi, għax allura t-tarzna trid tingħalaq.", "Għandna nkunu prattiċi f'dak li ngħidu.", "It-tarzna minn fejn se ġġib il-flus u l- fondi li hemm bżonn biex dak li għandu jsir isir?", "Dan huwa diffiċli ħafna u jrid jieħu tul ta' snin biex ċerti affarijiet jiġu attwati.", "U minkejja li ċerti affarijiet jiġu attwati, il-periklu fit-tarznari jibqa' hemm.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq is-sitwazzjoni fil-fabbriki, Sur President.", "Jien ħadt pjaċir nisma' l-intervent ta' l-Onor.", "Bonnici meta tkellem fuq il-fabbriki u kif il-ħaddiema jistgħu jiġu affettwati psikoloġikament.", "L- Onor. Membru semma wkoll is-sex harassment li ġieli jkun hemm fuq ċerti postijiet tax-xogħol.", "Dawn huma affarijiet inġusti u allura għandu jkun hemm il-makkinarju meħtieġ fejn nies bħal dawn isibu r-refuġju u s- soluzzjoni għall-problemi li jiltaqgħu magħhom għax hawnhekk ukoll tidħol is-saħħa tal-ħaddiema.", "Nafu kemm kien hawn min psikoloġikament ġie affetwat b'affarijiet bħal dawn.", "Sur President, ma nistgħux ma nitkellmux fuq kif għadna naċċettaw ċerti kondizzjonijiet ta' ċerti fabbriki, kif għadna naċċettaw kimika perikoluża ma' saqajn il-ħaddiema u kif naċċettaw ammonti kbir ta' materjal li f'eventwalita' ta' ħruq jagħmilha impossibbli li l-ħaddiema joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol.", "Ma nistgħux ma nsemmux il-kondizzjonijiet li jaħdmu fihom ċerti ħaddiema fil-ġranet tas-sajf.", "Jien naħseb illi min jaħdem f'fabbrika b'saqaf ta' l-asbestos, speċjalment fis-sajf żgur ma jagħmillux ġid li jqatta' tmien siegħat sħaħ hemmhekk.", "Huwa veru li dawn il-ħaddiema jkollhom 15-il ġurnata shutdown imma dawn x'inhuma!", "Hemm bżonn li dawn l-affarijiet inqisuhom ukoll.", "Jien ma rridx ngħid li m'għandniex fabbriki tajbin ukoll - ma nistax ma nsemmix ċerti fabbriki kbar bħalma hija l-ST Microelectronics, fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent li fih jaħdmu l-ħaddiema huwa wieħed nadif u aċċettabbli - pero' hemm bżonn li jiġu imposti ċerti regolamenti biex l-ambjent u l- kondizzjonijiet f'ċerti fabbriki jkun wieħed aċċettabbli.", "Jien niskanta kif ninsabu f'millennju ġdid, ngħidu li għamilna progress kbir f'dan il- pajjiż u għadek issib ħaddiema jaħdmu fl-għaraq qalb il-kimika u qalb il- perikli kollha għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Ħafna drabi dawn ma jkollhomx fejn jirrikorru.", "Per eżempju, kulħadd jaf li hawn ħaddiema li jekk jazzardaw jissieħbu fi trade union jiġu mheddin li jitkeċċew minn fuq il-post tax-xogħol.", "U jien ngħid li anke dawn l-affarijiet jaffettwaw is-saħħa u s-sigurta' tal- ħaddiem fuq il-post tax-xogħol għax jekk dan isib ruħu fil-periklu ma jkollux fejn jirrikorri u allura dan jibqa' fl-istess sitwazzjoni għax ikollu familja x'jgħajjex.", "Mela aħna rridu naraw ukoll li mhux biss nissalvagwardaw is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol imma naraw ukoll li dawn ikollhom fejn jirrikorru.", "U jien ngħid li wasal iż-żmien li nikkonsidraw bis-serjeta' li ħaddiem ikollu kull protezzjoni biex jissieħeb fi trade union.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna sitwazzjoni fejn għax ħaddiem jazzarda jħajjar lil sħabu jissieħeb fi trade union dan jitkeċċa minn fuq ix-xogħol.", "Din hija l-verita' li jiffaċċjaw ħafna ħaddiema f'pajjiżna.", "U fejn il-postijiet tax-xogħol ma jkunux kbar dawn l-affarijiet isiru b'aktar arja.", "Dan l-abbozz ta' liġi jgħid li l-awtorita' għandha tagħmel kampanji edukattivi.", "Jien naqbel ma' dan imma naħseb li wasal iż-żmien li l- infurzar isir fil-veru sens tal-kelma.", "Per eżempju, klawsola 5 ta' dan l- abbozz ta' liġi tgħid li:", "''L-awtorita' għandha tiżgura li jinżammu l-livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol kif stabbiliti b'regolamenti magħmulin taħt dan l-Att.''.", "Għalhekk ma jistax ikun li ninfurzaw l-affarijiet wara li jsiru l- inċidenti.", "Aktar 'il quddiem dan l-abbozz ta' liġi jitkellem kif l- employer għandu jiżgura illi l-ħaddiem ikun mgħarraf b'ċerti affarijiet.", "Jien ngħid li l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel employer meta jkun se jimpjega ħaddiem ġdid hi li jgħarrfu b'ċerti perikli li jkunu jeżistu.", "Qed ngħid dan għax, per eżempju, jekk f'fabbrika jkun hemm kumpressur jew ħażna ta' kimika, xorta jkun hemm il-periklu, allavolja dawn l-affarijiet ma jkunux fl-istess kamra fejn ikun hemm il-ħaddiema.", "Mela l-ewwel ħaġa li għandu jagħmel employer mhijiex li jaqbad lill-ħaddiem, jimlielu l-formola, jagħmillu interview u jitfgħu fuq il-lant tax-xogħol għax jekk dan il- ħaddiem ikollu xi inċident jista' jaffettwa lill-kumplament tal-ħaddiema u lill-employer innifsu.", "Allura jien ngħid li wasal iż-żmien li l- ewwelnett il-ħaddiem għandu jingħata l-informazzjoni dwar il-periklu li jkun hemm fuq il-post tax-xogħol ħalli jkun konxju tiegħu.", "Barra minn hekk il-ħaddiem għandu jingħata t-taħriġ ħalli f'eventwalita' ta' inċident ikun jista' jikkontribwixxi biex l-inċident jiċkien.", "Per eżempju, nafu li jsiru korsijiet ta' first-aid u ta' fire-fighting.", "Dawn l-affarijiet huma fl-interess ta' l-employer wara kollox.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li r-regolamentazzjoni ta' l- awtorita' ħalliha miftuħa pero' jien ngħid li rridu niżguraw li dawn l- affarijiet isiru.", "Paragrafu (f) ta' klawsola 9 jgħid hekk:", "''Iġġib 'il quddiem it-tkattir ta' informazzjoni dwar is-saħħa u s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol, u l-metodi meħtieġa biex jiġu evitati l-korrimenti, ħsara għas-saħħa jew mewt fuq il-post tax-xogħol.''.", "Ħafna drabi hawnhekk nitkellmu fuq il-korrimenti, fuq il-ħsara għas-saħħa u fuq il-mewt fuq il-post tax-xogħol pero' nafu wkoll li post tax-xogħol jista' jinqered minħabba li jkun inħakem min-nar.", "U konsegwenza ta' dan ibatu l-ħaddiema li jkunu jaħdmu hemmhekk u jbati wkoll l-investiment li jkun għamel l-employer illi forsi kien qed jagħmel ċertu qliegħ biex imbagħad jinvestieh f'kumpanniji u xogħol fi bnadi oħra.", "F'każ bħal dan kollox jisfaxxa fix-xejn.", "U għalhekk irridu niżguraw li l-ħaddiem mhux biss ikun attrezzat bil-ħwejjeġ, bil-kpiepel, bl-ingwanti u biż-żraben, imma jrid ikun mgħallem biex jikkumbatti ċirkostanzi bħal dawn.", "Sur President, l-edukazzjoni tal-ħaddiem Malti huwa l-aqwa investiment fil-ħaddiem f'pajjiżna u l-passat tana prova ta' dan.", "Għax il-ħaddiem kien bieżel u ħabbrieki u għax pajjiżna investa fl-edukazzjoni taċ- ċittadini tiegħu, pajjiżna mexa 'l quddiem.", "Ma jistax ikollok aħjar milli jkollok poplu b'saħħtu u edukat.", "Meta jkollok poplu b'saħħtu u poplu edukat il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Imma hawnhekk tidħol ukoll id- dixxiplina.", "Inutli tagħmel il-liġijiet jekk dawn ma jiġux attwati.", "Ħafna qalu li din il-liġi qed titressaq minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li stajna ressaqniha qabel għax il-gvern Nazzjonalista għamel disa' snin u nofs fil-gvern u ma ressaqhiex.", "Pero' jien ngħid li qatt mhu tard u inutli li wieħed joqgħod jargumenta għax ma tressqitx qabel.", "Dan huwa pass tajjeb, għalkemm ikkupjajna ħafna minn dak li jgħidu r-regolamenti ta' l- Unjoni Ewropea, pero' għad hemm ħafna x'wieħed jagħmel.", "Jien nispera li l- pass li qed nieħdu llum mhuwiex sempliċement pass biex inkunu qed inġibu l- liġijiet tagħna in line mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nittama onestament illi dak li qed isir, qed isir biex jiġi attwat verament u jiġi inforzat bl-aktar serjeta'.", "Nafu kemm kellna esperjenzi koroh f'pajjiżna u allura ladarba issa qed noħolqu din l-għodda, irridu naraw li nħaddmuha.", "M'għandniex noħolqu xi ħaġa li ma taħdimx u m'għandniex noħolqu xi ħaġa biex nagħtu l-impjiegi u daqshekk imma rridu naraw li din l-awtorita' taħdem b'serjeta' kbira.", "U aħna l-politiċi għandna nissorveljaw il-ħidma ta' din l-awtorita' għax illum hawn aħna u għada nafu ma nkunux hawn.", "Għalhekk hija r- responsabilita' ta' kulmin ikun hawn hawn ġew li jara illi l-ħaddiem Malti jkun b'saħħtu, edukat u s-saħħa tiegħu tkun salvagwardata, jkun fejn ikun, mhux l-inqas fuq il-post tax-xogħol.", "Per eżempju, dalgħodu kien hawn xi ħadd min-naħa tal-gvern li qal li l-ħaddiem iqatta' terz ta' ħajtu fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk il-post tax-xogħol għandu jkun id-dar tal-ħaddiem u m'għandux ikun il-post fejn il-ħaddiem imur hemmhekk kontra qalbu jew ikun ta' periklu għalih.", "Daqskemm il-ħaddiem għandna nassigurawlu illi d-dar tiegħu tkun diċenti u mingħajr periklu għalih daqstant ieħor huwa d-dover tagħna li niżguraw li l-post tax-xogħol ikun salvagwardat ukoll.", "Fl-aħħar nett nerġa' nsellem lil dawk il-ħaddiema li matul is-snin tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.", "Għandna niftakru li dawk kienu qed jagħtu kontribut lil pajjiżna u kienu qed jaħdmu għall-ġid tal-familja tagħhom.", "Dan il-parlament għandu jsellmilhom lil dawn in-nies u j'Alla li bl-awtorita' li qed inwaqqfu llum, ikollna inqas inċidenti.", "Mhuwiex faċli li ma jkollokx inċidenti aktar imma mhux faċli li tevita għal kollox li ma jkunx hawn inċidenti, għalkemm l-istatistiċi mil-liġi ta' l-1994 juru titjib f'dan ir-rigward.", "J'Alla b'din il-liġi li qed nagħmlu nnaqqsu b'mod drastiku n-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Qed ngħid dan għax minbarra li jsiru ħafna inċidenti fuq il-post tax-xogħol ikun hemm inċidenti oħrajn li lanqas jiġu rapportati.", "Per eżempju, kieku kelli aktar ħin kont nitkellem fuq kif il-korp tal-pulizija għandu jkun assigurat li s-sigurta' tiegħu tiġi salvagwardata.", "Nafu li l-pulizija ta' Malta m'humiex attrezzati bħall-pulizija f'pajjiżi oħra u nafu wkoll kemm kien hemm inċidenti li fihom sofrew il-pulizija.", "Qabel nagħlaq nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nawgura li din il- liġi tagħti l-frott mixtieq u tiġi attwata fil-veru sens tal-kelma u mhux qed nagħmluha sempliċement biex ngħidu li għaddejna liġi biex niġu in line mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Sur President, quddiemna għandna l-abbozz ta' liġi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u dan huwa suġġett li jkopri lill-poplu kollu.", "Dan l-abbozz ta' liġi jkopri kull ambjent fejn isir ix-xogħol u dalgħodu, per eżempju, kien hawn min tkellem fuq l- ambjent fl-iskejjel.", "Sur President, dan huwa suġġett emotiv minnu nnifsu u allura jrid jiġi ttrattat b'raġuni kbira.", "Per eżempju, malli n-nies jisimgħu fuq is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol moħħhom mill-ewwel imur fuq inċidenti fatali li x'aktarx jikkawżaw l-imwiet.", "Pero' aħna mhux biss irridu nevitaw l-imwiet imma rridu nevitaw ukoll il-mard għax dan iġib l-inkonvenjent, it-tbatija, l-uġiegħ, it-telf tax-xogħol, it-telf tal-qliegħ tal-flus u n-nuqqas tal- kwalita' tal-ħajja għal dak l-individwu li jimrad.", "Per eżempju, huwa importanti li l-poplu jkun mgħarraf dwar ir-relazzjoni li hemm bejn il-post tax-xogħol u kif jiżviluppa l-mard.", "Dan l-abbozz ta' liġi jindirizza lil dawk in-nies li jfarfru minn fuq spallejhom ħafna responsabbiltajiet li jeżistu fuq il-post tax-xogħol għaliex mhux billi taqbad tħaddem lil xi ħadd.", "Sur President, hawnhekk għandna li:", "''L-għanijiet u r-raġunijiet prinċipali ta' dan l-abbozz huma biex titwaqqaf awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol li jkollha l-funzjoni li ġġib 'il quddiem u tissalvagwardja l-ġid tal- ħaddiema kollha f'kull tip ta' xogħol u biex tiżgura li jinżammu l- livelli ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax- xogħol stabbiliti b'regolamenti li jsiru taħtu.''.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra żgur li jaqblu li aħna għandna ħafna u ħafna x'nitgħallmu mill-esperjenzi tax-xogħol f'pajjiżi oħrajn, speċjalment f'pajjiżi li diġa' għaddew mill-proċess ta' industrijalizzazzjoni u li l- popolazzjonijiet tagħhom diġa' ġew esposti għar-riskji li wieħed jiltaqa' magħhom fuq il-post tax-xogħol.", "U ċertament pajjiżna ma jistax joqgħod jivvinta r-rota kull darba.", "Għalhekk ma rridux naqbdu u nadottaw bl-addoċċ dak li jkun inkiteb fuq pajjiżi oħrajn għaliex iċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna jkunu differenti.", "Per eżempju, anke l-ġenetika tal-poplu Malti taffettwa r-relazzjoni li jkun hemm bejn ix-xogħol u l-mard.", "Sur President, bi pjaċir ngħid li dan ix-xogħol ta' protezzjoni fuq il- post tax-xogħol issa se jkun indipendenti minn xi awtorita' jew xi dipartiment ikbar għax ħafna drabi dan ix-xogħol kien ikun, kif ngħidu bl- Ingliż, is-cinderella ta' xi dipartiment.", "Nafu li meta tkun is-cinderella ta' xi dipartiment, il-fondi jibdew jinqatgħu minn dak il-post jew ma jkunux biżżejjed u barra minn hekk ma tantx tingħata importanza.", "Fl- opinjoni tiegħi, din l-awtorita' jmissu ilha li twaqqfet pero' kif qalu l- kelliema ta' qabli aħjar tard milli qatt.", "Sur President, ħafna drabi l-kelma ''saħħa'' nassoċjawha ma' sptar, tabib, ambulanza u mediċina pero' din il-liġi qed tħares l-aktar lejn l- aspett tal-prevenzjoni u x'nistgħu nagħmlu biex ma jsirux inċidenti u biex ma jfiġġx mard.", "M'għandniex ngħidu: ''Hekk kellu jiġri'', ''hekk kienet miktuba għalih'' jew ''hekk Alla ried''.", "Aħna rridu nħarsu lejn x'nistgħu nagħmlu qabel ma jseħħu l-inċidenti u qabel ma jfiġġ il-mard u llum din l- awtorita' se teduka lill-ħaddiem mill-bidu nett, mill-iskejjel tagħna.", "Per eżempju, sfortunatament hawn min jaħseb li jekk nagħmlu klinika nsolvu l-problemi kollha pero' jien naħseb li rridu mmorru 'l bogħod aktar minn hekk.", "Irridu nistudjaw dak li nsejħu d-dinamika ta' l-inċident.", "Per eżempju, rridu naraw kif ikun seħħ inċident jew jekk ir-regolamenti jkunux ġew segwiti.", "Jekk, per eżempju, wieħed jagħmel risk analysis, jiġifieri jara verament x'inhuma r-riskji fuq il-post tax-xogħol, jista' jasal biex inaqqas ir-riskju.", "Fil-fatt hawn min igħid li b'hekk ir-riskju jitneħħa kompletament.", "Jista' jkun li fil-prattika dan ma jistax iseħħ imma jekk wieħed joqgħod jara eżattament xi jwassal għal inċident dejjem isib x'jista' jirranġa.", "Issa jista' jkun hemm fattur li dan ikun ġej mill- ħaddiem, mill-ambjent, min-nies ta' madwaru jew mill-ħaddiema ta' qablu li ma kenux daqshekk tal-galbu fix-xogħol tagħhom.", "Per eżempju, ħafna drabi l-ewwel ġurnata tax-xogħol tkun waħda mill-aktar ġranet riskjużi.", "Hawnhekk issemma, per eżempju li ħafna drabi l-ħaddiem ma jkunx covered bl- insurance.", "Jiena naf b'każi fejn fl-ewwel ġurnata tax-xogħol ħaddiem żagħżugħ tilef il-pala ta' idu għaliex il-makna li tawh jaħdem fuqha ma kellhiex il-guard kif suppost.", "Issa apparti mill-kruha li titlef id dan tilef ukoll ħafna opportunitajiet ta' xogħol.", "Mr Speaker, jekk aħna verament irridu nħarsu l-familja Maltija rridu nħarsu wkoll lill-ħaddiem li jġib il-ġid ekonomiku fil-familja.", "Dan huwa kliem emotiv li verament jappella għalina l-politiċi pero' dan m'għandux janimana.", "Huwa importanti li nibdew paġna ġdida f'dan il-qasam u naraw li r-regolamenti tassew jiġu segwiti.", "Kif qalu ħafna kelliema inutli jkollna r-regolamenti jekk dawn ma jiġux osservati.", "Inkunu soċjeta' vili jekk aħna nibqgħu nħallu ċerti perikli, per eżempju, fit-toroq.", "Wara kollox kulħadd jgħaddi mit-toroq u allura huwa importanti li dawn ma jkunux sors ta' periklu li sfortunatament iwasslu għal traġedji.", "Fit-fatt it-triq hija msemmija f'dan l-abbozz ta' liġi wkoll.", "Sur President, hawnhekk tidħol ħafna l-idea tas-soċjeta' ċivili għax għadna qed naraw x'relazzjoni hemm bejn ċerti imġibiet u perikli fuq il- post tax-xogħol.", "Per eżempju, ilna nafu li f'pajjiżna għandna ħafna arja mimlija bit-trabijiet u allura kull xogħol li jżid it-trab fl-ambjent jista' jkun li qed jikkontribwixxi wkoll għal ċerta żieda fin-numru ta' mard bħalma huma l-hay fever, allerġiji, asthma u mard ieħor.", "U ċertament li l-prezz li jħallas pajjiżna li tant għandu popolazzjoni densa u attivita' ekonomka għaddejja huwa proprju tniġġis u problemi.", "Dan biex ma nsemmux kemm qed jikkawża mard u mwiet it-tipjip f'pajjiżna.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll li dwar it-tipjip hemm policies diġa' maqbula għall- postijiet tax-xogħol.", "Sur President, hawnhekk issemma wkoll li bħala employer ta' nofs il- popolazzjoni l-gvern għandu jagħti l-eżempju u fil-fatt issemmew ħafna eżempji ta' fejn il-gvern jista' jtejjeb l-ambjent tal-ħaddiema tiegħu.", "Ma nistax ma nsemmix l-istress li jinħoloq f'ċerti uffiċċji u f'ċerti dipartimenti u waħda mill-funzjonijiet ta' din l-awtorita' se tkun li tħares l-ambjent li effettivament jaffettwa l-psikoloġija tagħna.", "U waħda mill-affarijiet li għadni ma smajt xejn dwarha hija l-work satisfaction.", "Naħseb li f'dan ir-rigward għadna fl-infanzja tagħna pero' jien ċert li dawk l-industriji li huma avant-garde u fortunatament f'pajjiżna għandna minnhom, iħarsu lejn dan l-aspett u jagħtu kas anke ta' attivitajiet soċjali biex il-ħaddiem iħossu parti mit-team u mhux iħossu makna.", "Ilkoll naqblu li nqattgħu ħafna mill-ħin tagħna fuq il-post tax-xogħol u allura trid tinħoloq il-kuxjenza li mix-xogħol mhux biss nieħdu l-paga imma nieħdu wkoll is-sodisfazzjon.", "Xi snin ilu bħala parti mill-istudji tiegħi kelli okkażjoni nara fejn hemm ir-riskji għas-saħħa.", "Per eżempju, dalgħodu l-Onor.", "Charles Buhagiar qal li mhux ix-xogħol kollu jippreżenta l-istess riskju.", "Pero' nafu li l- industrija tal-bini hija l-aktar industrija li tippreżenta riskji u hemm ukoll it-tarznari li jipprovdu riskju ħafna aktar għoli minn postijiet oħrajn.", "U minkejja li diġa' jeżistu xi regolamenti l-ħin kollu naraw nies, per eżempju, mingħajr l-ebda safety harness fuq xifer ta' żewġ sulari jagħtu l-qatran fuq il-bejt u b'daqsxejn moviment dawn jeħduha għal isfel.", "Dawn in-nies li jarahom kulħadd ikunu viċin traġedja.", "Għalhekk l- awtorita' fir-riċerka li tagħmel, għandha tipprova ssib statistika dwar kif l-aktar li jiġru t-traġedji u x'inhu l-aktar li jikkawża l-mard.", "U naħseb li l-idea ta' riċerka li alluda għaliha l-Onor.", "George Vella ma naħsibx li hija dik eżatt li semma hu, jiġifieri li aħna noqogħdu naraw it-tessili, l- makkinarju u dawn l-affarijiet.", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna drabi aħna nieħdu l-informazzjoni li tiġi minn barra wara li jkunu saru studji fuq eluf ta' ħaddiema mhux fuq mijiet.", "Pero' huwa importanti li jkollna riċerka lokali biex naraw x'riskji għandna f'pajjiżna u x'kondizzjonijiet għandhom il-ħaddiema tagħna.", "Jekk hemm bżonn għandna niġbru l-istatistika b'mod aktar intelliġenti għax meta jien ipprovajt insib statistika minn pajjiżi oħrajn biex inqabbilha ma' tagħna sibt li dan huwa eżerċizzju mpossibbli.", "Meta inti ma tqabbilx like with like ma tistax tagħmel comparisons.", "U wieħed jista' jibqa' sejjer hekk għaliex aħna għandna l-karatteristiċi tagħna, għandna l-ġenetiċi tagħna, għandna l-klima tagħna u għandna fabbriki differenti.", "Għalhekk hemm bżonn li jkollna statistika tajba u riċerka tajba fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna.", "Jien naf li fuq ċerti aspetti diġa' saret din l-istatistika u dan huwa tajjeb għax imbagħad nistgħu ngħaddu għall-azzjonijiet.", "Jekk ma jkollokx statistika jew informazzjoni tajba fuq x'ikun qed jiġri eżattament u x'ikun qed jikkaġuna l-imwiet, ma tistax tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.", "Din l-awtorita' għandha diversi funzjonijiet importanti li toħloq l- istrateġiji u naħseb li f'din il-linja se jkollha l-esperti.", "Fil-fatt Malta diġa' hija membru ta' l-information network of the European agency for safety and health at work u saru diversi inizjattivi f'dan ir-rigward.", "Naf li permezz ta' din il-kollaborazzjoni aħna nistgħu nieħdu l-informazzjoni b'mod ġenerali u mbagħad naddattawha skond l-informazzjoni lokali li jkollna.", "U jien għalhekk fil-bidu għidt kemm ħadt pjaċir li din se tkun awtorita' li tħares lejn dawn l-aspetti għaliex il-gvern, hu min hu, jrid jaħdem b'mod li jkun hemm kollaborazzjoni.", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri qal li hemm bżonn li fuq il-postijiet tax-xogħol ikun hemm kliniċi attrezzati.", "Aħna rridu mmorru oltre minn hekk għax irridu nevitaw milli jsir inċident.", "Aħna ma rridux niġbru lin-nies mix-xmara meta jkunu kważi għerqu imma jekk jista' jkun ma rriduhomx jaqgħu fix-xmara.", "Fil-fatt bil- kollaborazzjoni ma' l-information network diġa' bdew jiġu attwati diversi direttivi.", "Per eżempju, f'April ħarġu s-safety signs fuq pregnant workers, fuq ħaddiema żgħażagħ u aktar tard din is-sena se toħroġ ukoll fuq dawk is- sustanzi li jikkaġunaw il-cancer.", "Ma rridux nistennew ħafna snin qabel ma nibdew naħdmu f'din il-linja.", "Naf li l-gvern Malti wkoll se jitlob perijodu ta' transizzjoni fuq diversi direttivi.", "Dawn kollha huma affarijiet tajbin li anke n-naħa l-oħra qed taqbel magħhom għaliex dawn huma affarijiet li jgħaddi minnhom kull ħaddiem.", "U naħseb li t-titjib li se jsir żgur li se jagħmel ġieħ ix-xogħol li qed nagħmlu llum u x-xogħol li għandu jsir minn din l-awtorita'.", "Mr Speaker, huwa importanti ħafna li l-gvern ikollu l-aħħar kelma għaliex dan għandu r-riżorsi, l-obbligu u l-impenn li jara li l-affarijiet jimxu.", "Jien hawnhekk ma narax għalfejn il-unions, per eżempju, għandhom ikunu kontra dan li qed nagħmlu.", "Jien nifhem li dawn jiġġieldu għal aktar drittijiet u għal aktar sigurta' fuq il-post tax-xogħol imma f'dan il-każ il-unions għandhom ifittxu li l-affarijiet jimxu.", "Ħafna drabi dawn jgħidulna li minkejja li hawnhekk nitkellmu fuq is-sigurta' fuq il-post tax-xogħol imbagħad ma jsir xejn.", "Per eżempju, l-Onor.", "George Vella qal li ssib min iċempel minn qabel biex jara li meta jiġi l-inspector ikun kollox sewwa.", "Aħna rridu niġġelduhom dawn l-ideat u naħseb li minn hawn ġew għandna nibdew inneħħu dawn il-prattiċi antiki.", "Per eżempju, ħafna nies għandhom l-attitudni li ċertu ilbies protettiv ma jilbsuhx.", "Għalhekk m'għandniex nagħlqu għajnejna għal dawn l-affarijiet imma għandna nedukaw u nipprovaw nikkonvinċu lin-nies.", "Fil-fatt ħafna drabi parti mill-programm ta' prevenzjoni huwa proprju li jikkonvinċi lil dak li jkun biex jibda jagħmel xi ħaġa.", "Sur President, għamilna ħafna f'dan il-pajjiż biex innaqqsu l-imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.", "U għalhekk huwa importanti li jkollna statistika li turi kif qed isiru l-inċidenti għax inkella ma nkunux nafu jekk hux sejrin 'il quddiem jew lura.", "Huwa importanti li jkollna informazzjoni dettaljata ta' kemm hemm ħaddiema f'kull settur, kif inhuma mqassmin u kemm huma esposti għal riskji.", "Hemm ħafna u ħafna x'wieħed jgħid fuq il-mod ta' kif il-ħaddiem jesponi ruħu għar-riskju.", "Ma rridx ma nsemmix, per eżempju, il-ħinijiet tal-part-time jobs.", "Kemm sar studju fuq ċerti inċidenti tat- traffiku li jseħħu fis-sigħat bikrin ta' filgħodu min-nies li jkunu ġejjin minn xogħol wara xogħol wara xogħol?", "Ħafna drabi dawn in-nies ikunu involuti f'dawn l-inċidenti għax ikunu għajjenin.", "Jien nispera li din l- awtorita' jkollha r-riżorsi biex tkun tista' titfa' dawl fuq il-mod ta' kif jiġru dawn l-inċidenti.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq irrid ngħid li għandna nagħmlu minn kollox biex dak li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi jiġi attwat.", "Fil-parlament jidher li hawn qbil dwar il-mod kif għandha tkun magħmula u kif għandha timxi din l- awtorita' u naħseb li dan huwa l-ewwel pass biex f'dan il-qasam li huwa tant importanti u tant vitali għall-ħaddiema jkollna inqas inċidenti, inqas mard u inqas imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 11 ta' Ottubru, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr.Speaker, f'dan l- aġġornament nixtieq nuri kemm kien hemm żvilupp fil-qasam ta' l-ippjanar għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ta' l-applikazzjonijiet.", "Wieħed mill-punti primarji li juri dan it-titjib huwa fl-applikazzjonijiet pendenti ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn l-applikazzjonijiet mill-aħħar ta' Settembru tas-sena l-oħra u jqabbilhom ma' din is-sena, isib li kien hemm tnaqqis ta' xejn inqas minn 23%, jiġifieri kwart ta' l-applikazzjonijiet.", "Filwaqt li sa l-aħħar ta' Settembru tas-sena li għaddiet kien hemm 3,702 applikazzjoni, sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena nsibu li din iċ- ċifra niżlet għal 2,852.", "Dan jorbot ma' l-istatement li konna għamilna s- sena li għaddiet li t-thrust prinċipali matul is-sena 2000 mhux biss se tkun dak li nkomplu t-tibdil fil-liġi u l-policies, iżda wkoll li se nbiddlu l-proċessi tal-applikazzjonijiet.", "Iċ-ċifra li semmejt hija prova ta' dan il-progress, speċjalment meta wieħed iqis ir-riorganizzazzjoni li kien hemm fl-awtorita'.", "Irrid ngħid ukoll li sar titjib fit-tmexxija tad- development control u naħseb b'mod ġenerali l-pubbliku qed japprezza li hemm effetti pożitivi.", "Mr. Speaker, jien m'inix ngħid li dan huwa l-massimu li nistgħu nagħmlu.", "Nispera li fix-xhur li ġejjin inkomplu naraw tnaqqis.", "L-awgurju tiegħi lill-awtorita' hu li tibqa' għaddejja bir-ritmu li ħadmet bih matul l-aħħar xhur u li dan in-numru jkompli jonqos.", "Irrid ngħid ċar u tond li dan in- numru ta' każi pendenti ma jistax jispiċċa fix-xejn, għax f'organizzazzjoni bilfors ikun hemm numru ta' applikazzjonjiiet li se jkunu għadhom qed jiġu pproċessati.", "Importanti li wieħed jirrifletti għalfejn ġara dan it- tnaqqis.", "Nistgħu ngħidu li n-numru ta' każi li jitilgħu quddiem il-bord ta' l-iżvilupp baqa' l-istess.", "Li nbidel huwa l-mod kif id-DCC qed tara l- files.", "Din kienet tara 70 file u minnhom kien ikun hemm ħafna li ma jiġux deċiżi minħabba nuqqas ta' informazzjoni.", "Li qed jiġri bħalissa hu li l- files qed jiġu screened qabel biex tinkiseb l-informazzjoni qabel ma jsir il-bord.", "Minħabba f'hekk in-numru ta' differimenti naqas b'mod sostanzjali.", "B'dan il-mod id-deċiżjonijiet jittieħdu aktar u l-każi pendenti jonqsu.", "Irrid ngħid ukoll li matul il-ġimgħat li ġejjin se nagħmlu tibdila oħra fejn se tiżdied il-lista ta' xogħlijiet li wieħed ikollu jagħmel għal applikazzjoni minuri.", "Dik li llum insejħu l-general development order application, minflok issir sħiħa issir il-parti l-importanti.", "B'hekk ikun hemm aktar ħin x'nużaw fuq applikazzjonijiet sħaħ u nnaqqsu l- applikazzjonijiet pendenti.", "Tibdila oħra fl-abbozz ta' liġi hi li għandu jkun hemm iktar minn kummissjoni waħda għall-kontroll ta' l-iżvilupp.", "B'dan il-mod l-applikazzjonijiet li jkunu diġa' proċessati mid-direttorat u jkunu qed jistennew biex imorru quddiem il-DCC għal deċiżjoni jdumu inqas jistennew fil-queue.", "Naħseb tajjeb ukoll wieħed isemmi t-titjib f'dak li għandu x'jaqsam mad-dewmien biex tittieħed deċiżjoni għax huwa fatt li dawn id-deċiżjonijiet qed jittieħdu f'anqas ħin.", "Jekk wieħed jgħodd kemm-il applikazzjoni ġiet ipproċessata matul is-sena li għaddiet f'perijodu ta' tmien ġimgħat, isib li kien hemm 1,023.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq din is-sena. peress li s-sena ta' l-awtorita' hija mill- 11 ta' Ottubru 1999 sal-30 ta' Settembru 2000.", "Dan in-numru żdied b'16%.", "Jekk nipparagunaw din is-sena mas-sena l-oħra nsibu li l-applikazzjoni li ġew deċiżi f'perijodu ta' 12-il ġimgħa minn 1,740 s-sena l-oħra tela' għal 2,155 din is-sena.", "Din hija żieda ta' 24%.", "Mela qegħdin naraw li mhux biss għandna tnaqqis fin-numru ta' applikazzjoijiet pendenti imma wkoll żieda fin-numru a' applikazzjonijiet li qegħdin jiġu deċiżi.", "Dan huwa fatt pożittiv ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li fost it-tibdil li hemm fil-liġi nsibu d-deemed approval, sistema li permezz tagħha applikazzjoni trid tinqata' wara 12-il ġimgħa.", "It-tibdila li daħlet fil-liġi f'Lulju ta' 1997 kienet idea tajba tal-gvern l-ieħor iżda effettivament ma ħadmitx.", "Issa fit-tibdil li qegħdin nipproponu, aħna qed inħarsu lejn kif jiskatta l-proċess tad-deemed approval.", "Tajjeb li wieħed iħares mhux biss lejn dak li qed jiġi propost fil-liġi iżda wkoll lejn x'kien qed jiġri.", "Mr. Speaker, s'issa tkelimna fuq kwantita' pero' importanti li wieħed jitkellem ukoll fuq il-kwalita'.", "Huwa evidenti li l-DCC qiegħda tiddedika aktar ħin għal kull seduta biex b'hekk l-applikant jingħata aktar ħin biex jispjega u jiddiskuti l-applikazzjoni tiegħu.", "Dan il-fatt mhux biss qed iwassal biex in-nies jagħrfu li għandhom iċ-ċans jiddiskutu iżda wkoll li iċ-chairman tal-kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp jispjegalhom x'inhuma l-policies.", "Jekk wieħed jingħata refusal, din tiġi spjegata lilu bl-aktar mod ċar bir-raġuni għaliex qed jingħata dan.", "Mr. Speaker, meta tkellimna fuq l-estimi tas-sena' li għaddiet għedt ċar u tond li kien hemm titjib fil-quality time.", "Għedt li l-applikant qed jingħata aktar ħin u li issa rridu mmorru fuq il-kwestjoni tal-kwantita'.", "Huwa evidenti li matul din is-sena il-kwalita' u l-kwantita' qed jimxu flimkien.", "Ma żidniex fil-kwantita' billi naqqasna l-kwalita.", "Fil-kwalita' għamilna pass 'il quddiem u dan jidher mil-fatt li n-numru ta' appelli li qegħdin jagħmlu n-nies dejjem qed jonqos.", "Fl-1998 in-numru t'appelli kien ta' 918 u matul din is-sena dan in-numru se jkun madwar 400.", "Dan ifisser li għandek tnaqqis bin-nofs u dan għar-raġuni li r-refusals qed jiġu spjegati sewwa.", "Mr. Speaker, jiena ninsisti li titjib fil-kwalita' itejjeb il-kwantita'.", "Mhux qed ngħid li wara sentejn għandna xi sitwazzjoni lesta jew li m'għandniex fejn intejbu.", "Hemm ħafna fejn naħdmu.", "L-awtorita' ta' l- ippjanar barra x-xogħol tajjeb ħafna li tagħmel fil-qasam tal-pjani lokali tieħu ħsieb il-pjan ta' fejn jidħol kontroll ta' l-iżvilupp.", "Hawn sar titjib f'dawn is-sentejn u tajjeb insemmuh.", "Tajjeb ukoll ngħidu li ma wasalniex u fadlilna ħafna fejn nimxu f'dak li huwa kwalita' ta' ħin li jingħata l-applikant mhux quddiem il-kummissjoni iżda f'diskussjoni diretta ma' l-uffiċċjali ta' l-awtorita' speċjalment waqt li għaddej il-proċess ta' l-applikazzjoni.", "Il-kuntatt ma jridx isir bil-karti biss iżda direttament mal-klient u l-perit tiegħu.", "Mr. Speaker, meta nsemmu titjib ma rridux insemmu l-liġijiet jew policies biss iżda l-impjegati ta' l-awtorita' stess.", "Irrid minn hawnhekk ngħid grazzi lil min qiegħed imexxi l-unit tal-kontroll ta' l-iżvilupp ta' l- awtorita'.", "Dan il-unit għamel sforzi kbar sabiex nilħqu dawn ir-riżultati, imma rridu nibqgħu għaddejjin sabiex l-applikant li huwa fuq kollox il- konsumatur ta' l-awtorta' jingħata servizz aħjar li jinftiehem anke meta jiġi rifjutat.", "Irrid ngħid li effettivament fl-aħħar seba' snin in-numru ta' refuses li ħarġet l-awtorita' baqa' l-istess.", "Jekk fil-1996 kellna 20.4%, fl-1997 kellna 21%, fl-1998 kellna 22% u matul din is-sena baqa' 22.1%.", "Fadlilna triq twila imma nħossni nkorraġit b'dan l-effort li sar.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-awtorita' inħeġġiġhom jibqgħu mexjin hekk.", "Mr Speaker, filwaqt li qed nitkellem dwar l-awtorita' ta' l-ippjanar, nixtieq li nitkellem fuq kummenti li għamel l-Onor.", "Joe Mizzi, li huwa l- ispokesman tal-Partit Laburista fl-oppożizzjoni, b'reazzjoni għar-rapport tas-sena ta' ħidma tal-ministeru ta' l-intern.", "Dan ġie rrapurtat fl- edizzjoni ta' nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ottubru tal-ġurnal suppost indipendenti \"l-orizzont\", li qal li fl-ewwel laqgħa tal-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar se jressaq vot ta' sfiduċja fil-heritage advisory committee.", "Skond hu l-HAC mar kontra u bidel l-opinjoni li hu kien ta.", "Filwaqt li m'inix se nidħol fil-meritu jekk dak il-bord għamilx sew li ta l-opinjoni kif taha - dak mhux kompitu tiegħi u hemm il-bord li jiddeċiedi hu - irrid ngħid li dak li qal l-Onor.", "Mizzi hu riżultat tan-nuqqas ta' verifika tal-fatti min- naħa ta' l-Onor.", "Membru.", "M'hu veru xejn li l-HAC fil-każ ta' Bighi biddel xi opinjoni u bħala membru ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, l-Onor.", "Mizzi seta' faċilment jiċċekkja li fid-29 ta' Settembru, f'rapport mibgħut lis-segretarju tal- bord ta' l-awtorita', ġew spjegati fid-dettal il-pożizzjonijiet kollha adottati mill-HAC.", "Dan hu miktub ċar u tond u jiena se nikkwota parti mill-għeluq ta' dan ir-rapport:", "\"Moreover, contrary to what has been stated by Onor. Joe Mizzi on a television programme ......\"", "- il-programm \"monitor\" fuq NET Television, fejn kont preżenti jien. -", "\".... that the HAC has changed its position on the new construction at Bighi, the HAC strongly denies the statement by Mr Mizzi as explained above\".", "Jien niskanta kif wara li sar dan ir-rapport u wara li dehret fil-programm in-nota li ntbagħtet mill-istess awtorita' ta' l-ippjanar, l-Onor.", "Mizzi baqa' jirrepeti dan l-argument.", "Huwa kundannabbli li wieħed ma jkunx iċċekkja l-fatti, aktar u aktar meta bħala membru ta' l-awtorita' l-Onor.", "Membru għandu aċċess għall-files u jista' faċilment jiċċekkja.", "L-Onor.", "Mizzi qal ukoll - għallinqas kif ġie kkwotat f'\"l-orizzont\" - li l- HAC huwa magħmul mill-membri maħtura mill-gvern.", "Il-membri fuq l-HAC ma jagħżilhomx il-gvern imma tagħżilhom l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Irrid ngħid ukoll li ħafna mill-membri fuq l-HAC huma l-istess nies li ilhom hemmhekk mill-1994.", "Dan ifisser li nżammu nies li kienu hemm fl- amministrazzjoni laburista u allura aktar u aktar ma nistax nifhem din il- konfrontazzjoni diretta ma' l-HAC.", "Fuq kollox ħafna minnhom huma nies li b'dedikazzjoni kbira jagħtu ħin twil lill-awtorita' sabiex il-wirt nazzjonali tagħna jiġi konservat.", "Dan ma jfissirx li wieħed ma jaqbilx ma' ċerti deċiżjonijiet li jagħmel il-bord.", "Ġieli jkun hemm deċiżjonijiet li lanqas jien ma naqbel magħhom pero' madankollu xorta ninża' l-kappell lil- membri ta' dan il-bord li b'dedikazzjoni kbira jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Dawn huma nies li għandhom knowledge u kapaċita' japprezzaw il-wirt ta' pajjiżna.", "Huma nies dedikati li jagħtu ħafna ħin.", "Mr Speaker, ippermettili fl-aħħar ta' dan l-intervent ngħid li dak li qal l-Onor.", "Joe Mizzi, għallinqas kif rapportat hawnhekk, m'hu veru xejn.", "Hu qal, u nikkwota:", "\"Jidher ċar li kien hemm indħil politiku\".", "Jien niddikjara li jien ma ntervjenejt bl-ebda mod u li ma naf lil ħadd mill-kollegi tiegħi li intervjena b'xi mod politiku fuq dan il-każ.", "Li naf huwa li l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet l-ordnijiet li kellha toħroġ u la jien u lanqas ħadd mill-kollegi tiegħi ma intervjena b'mod politiku fuq dan il-każ.", "Il-liġi hija għal kulħadd indaqs u kulħadd irid jerfa' r- responsabbilta' ta' dak li jagħmel Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 11 ta' Ottubru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19842.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14705, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-gruppi ta' nies li kkwalifikaw għas-sussidju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna li tgħix waħedha jew familja li tissodisfa t-test tal-kapital u t-test tal- mezzi kif ikkalkolat skond it-Tieni Taqsima tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) tkun intitolata għal skont fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma, sakemm ebda membru ta' dik il-familja jew xi persuna oħra li jgħixu ma' l-Applikant ma jkunux impjegati jew jaħdmu għal rashom.", "F'każ ta' familja li tirċievi l-għajnuna soċjali u li magħha ma jgħixux xi persuni li mhumiex membri ta' dik il-familja, tkun intitolata għal dan l- iskont avolja xi membru tal-familja, minbarra l-kap jew martu, ikunu impjegati jew jaħdmu għal rashom.", "SETTUR TAL-MANIFATTURA - ĦADDIEMA", "19843.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "14801, jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' nies li jaħdmu fis-settur privat tal- manifattura skond l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma teżistix.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - INVESTIGAZZJONI", "19846.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' jinvestiga rapporti li hemm skejjel tal-knisja li qed idaħħlu tfal bla polza jew bla common Entrance Examination għax idaħħluhom fil- klassijiet 2 sa 6 fil-primarja w form 2 sa 5 fis-sekondarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, ser nivverifika x'inhi l-policy segwita f'din il- materja.", "WSC - ARRETRATI", "19857.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000?", "Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit?", "Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI - FIRE ENGINES", "19858.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili hux se jirrekluta drivers ta' fire engines fix-xhur li ġejjien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19093.", "KUNTRATTURI - ARRETRATI", "19859.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma f'arretrati ta' xogħol lill-kuntrattur matul l-1999 u 2000?", "Ix-xogħlijiet mħallsa huma kollha ċertifikati mill-perit?", "Jista' jagħti lista tax-xogħlijiet mħallsa mill-WSC llum?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil-Ministru koncernat.", "CONTRACTS DIVISION - KUNTRATTURI", "19861.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li tħallsu matul l-1999 u 2000 għal xogħol ta' kostruzzjoni, toroq, eċċ li sar wara tenders mogħtija mill- Contract Division tal-Finanzi matul l-istess perijodu?", "Kemm jammontaw dawn il-kuntratti?", "X'inhuma l-arretrati li għad baqgħalhom jieħdu l-kuntratturi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Billi l-pagamenti jiġu approvati mid-Dipartimenti jew Korpi Parastatali li għalihom ikun sar jew ser isir ix-xogħol, nitlob l- Onor. Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - VALLETTA - STALLAZZJONI TA' LIFT", "19864.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx deċiżjoni jekk jistax jiġi stallat lift f'numru 2, Triq Melita, Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li, fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant, jista' jiġi nstallat lift fil-bitħa nterna kemm il-darba ssir rilokazzjoni tas-servizzi li hemm fil-bitħa w tiġi stabbilita l-ownership ta' l-istess bitħa.", "ĦAMRUN - TRIQ IL-FERROVIJA - LATRINA", "19865.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inbeda x-xogħol fuq bini ta' public convenience fi Triq il-Ferrovija, l-Ħamrun, meta r-residenti kollha ffirmaw petizzjoni kontra dan l-iżvilupp?", "Meta ddeċidiet il-PA u min applika sabiex issir din il-public convenience?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-bini ta` public convenience fil-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant kienet ġiet sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u ġiet approvata mill- Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-11 ta` Settembru 1998.", "Il-petizzjoni mingħand ir-residenti kontra dan l-iżvilupp mibgħuta lill- Awtorita` ta` l-Ippjanar ġiet ikkonsidrata kif xieraq fl-evaluazzjoni ta` l- applikazzjoni.", "Jogħġbu l-Onor.", "Interpellant jinnota li oġġezzjoni għal żvilupp mhux neċessarjament ifisser li l-applikazzjoni tiġi rifjutata.", "BENEFIĊĊJI FISKALI", "19866.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru 18924 (Seduta Nru. 363), jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) għalkemm il- persuni li ħadu kumpens mhumiex intitolati xorta waħda kien hemm min ta u bbenefika minn xi forma ta' benefiċċju fiskali jew xi eżenzjoni mill-ħlas ta' taxxa fuq l-income; u (b) ċertu għalliema kif ukoll ħaddiem fis-settur bankarju, fil-fatt bbenefikaw minn din it-tip ta' benefiċċju jew eżenzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li b'riferenza għat- tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18924 u għal mistoqsija parlamentari nru 19866, il-kwistjoni jekk pagament mogħti fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-Inġustizzji 1987 hux taxxabbli jew le hija deċiża skond il-merti ta' kull każ partikolari.", "Ma jirriżultax li kien hemm każi ta' għalliema jew ħaddiema tal-banek li ingħataw eżenzjoni mit-taxxa jew xi benefiċċju fiskali ieħor fuq kumpens deċiż mill-Kummissjoni għal-Investigazzjoni tal-Inġustizzji 1987.", "SKEJJEL - FX ATTARD", "19871.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri qed jintalbu jħallsu Lm1 kull darba li jissejħu biex jattendu laqgħa tal-ġenituri fl-iskola sekondarja tas-subien FX Attard tal-Marsa?", "Min ħa din id-deċiżjoni, japprezza li qed ipoġġi f'diffikulta' u f'qagħda mbarazzanti lil dawk il-ġenituri bi dħul baxx li għandhom diġa' problemi kbar biex ilaħħqu ma' l-ispejjeż tal-ħajja?", "Jaqbel il-Ministeru li l-ġenituri jiġu ċċarġjati Lm1 għal kafe' u l- gallettini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola FX Attard, Marsa jorganizza laqgħat għall-ġenituri li għalihom ikunu mistiedna kelliema biex ikellmu lill-ġenituri fuq suġġetti varji ta' interess għall- ġenituri fit-trobbija ta' uliedhom..", "Dawn il-laqgħat ilhom isiru f'din l-iskola u hemm id-drawwa li jiġu pprovduti kafe`, pastizzi, sandwiches u pasti għal dawk il-ġenituri li jixtiequ.", "Ser nivverfika mal-Kap ta' l-Iskola u l-President tal-Kunsill Skolastiku l- element imsemmi mill-Onor.", "Membru fit-tieni parti tal-Mistoqsija.", "TRIBUNAL INTERNAZZJONALI U KUMMERĊJALI TA' L-ARBITRAĠĠ", "19872.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi li permezz tagħha twaqqaf it- Tribunal Internazzjonali u Kummerċjali ta' l-Arbitraġġ, kemm-il darba ltaqa'?", "Kemm il-każ ittratta?", "X'kienu id-deċiżjonijiet li ħa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sal-lum l-ebda kaz ta' arbitragg internazzjonali kummercjali ma gie registrat fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg.", "Ta' min ighid li t-Taqsimiet V u VII tal-ligi dwar arbitragg internazzjonali dahlu fis-sehh fl-1 ta' Awissu u fil-15 ta' Settembru ta' din is-sena rispettivament.", "SKEJJEL - QORMI - SKOLA PRIMARJA", "19873.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex studenti li qegħdin f'Year 6 fl-iskejjel ta' San Ġorġ u San Bastjan, Qormi, jużaw xi kotba differenti minn xulxin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il- bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MELLIEĦA - ART", "19875.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-art taħt il-ground tal-football fil-Mellieħa u li tmiss mat-triq, tingħata biex tintuża għal żvilupp ta' faċilitajiet sportivi tant meħtieġa fil-Mellieħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba dwar il-feles ta` art li hemm ħdejn il-futbol ground tal-Mellieħa, la mill-Kunsill Malti għall-Isport u lanqas minn xi Għaqda Sportiva.", "SKEJJEL - PARAPETHIC TEACHERS", "19876.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parapethic teachers fl- iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat?", "F'liema skejjel jattendu?", "Għalkemm ħin?", "Kemm hemm studenti fl-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal- privat li jeħtieġu s-servizz ta' dawn l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li din il-Mistoqsija waslet fil-Ministeru il- bieraħ, tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "LIĠI TA' L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI - TIBDIL", "19877.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi kumpannija ta' l- awdituri li ngħata l-inkarigu li tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali?", "Kif intgħażlet din il-kumpannija?", "Kemm tħallset?", "Min awtorizza il-ħlas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumpanija ta' awdituri KPMG ġiet inkarigata mill- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta biex tressaq proposti għal tibdil fil-Liġi ta' l-Iżvilupp Industrijali wara li din l-istess kumpanija diġa' kienet għamlet xogħol fuq l-istess materja matul l-Amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Sussegwentement il-Gvern ħass il-bżonn li jitfassal qafas legali aktar flessibbli mill-I.D.A. attwali u għalhekk il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi awtorizza lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex din tirrevedi l-kummissjoni lill-konsulenti fuq imsemmija biex ir- rakkomandazzjonijiet tagħhom jiġu inkwadrati taħt forma ta' enabling act li għandha toħroġ mill-istess I.D.A. iżda li ser tingħata s-sura ta' liġi aktar wiesgħa bl-isem ta' Business Promotion Act.", "Rigward l-ammont imħallas lil din il-kumpanija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru 18447 waqt is- Seduta nru.", "367.", "MALTACOM - COIN TELEPHONE", "19878.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru 19715?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li s-suq li jimmira għal din is- sezzjoni ta' kummerċ, ġie liberalizzat fl-1995.", "Settijiet tat-telefon li jaħdmu bil-flus - hekk imsejħa coin telephone sets - jinstabu għall-bejgħ minn diversi ħwienet li m'għandhom ebda konnessjoni mal-Maltacom.", "Għal din ir-raġuni l-Maltacom ma żżomm ebda statistika dwar coin telephone sets i nstallati għand klijenti residenzjali u kummerċjali.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed tirreferi għal klijenti li għandhom installat coin telephone set.", "Jekk dan huwa l-każ, it-tweġiba mogħtija għall-ewwel parti tal-mistoqsija tapplika wkoll f'dan il-każ.", "MALTACOM - SERVIZZI TAT-TELEPHONE", "19879.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "19716?", "06/10/2000", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed tirreferi għal qtugħ fis-servizz ta' linji b'tariffi residenzjali.", "L-informazzjoni mitluba xahar b'xahar bejn April u Settembru ta' din is-sena hija kif ġej:", "XAHAR NUMRU TA' SERVIZZI MAQTUGĦA April 19 Mejju 25 Ġunju 16 Lulju 336 Awissu 5 Settembru 194", "Ta' min ifakkar li qabel ma tinqata' linja, ikun hemm restrizzjoni fejn l- abbonat ikun jista' jirċievi biss telefonati.", "L-abbonati li matul ix-xhur imsemmija kellhom is-servizz maqtugħ, huma mferrxin ma' Malta u Għawdex.", "GĦAQDIET/FONDAZZJONIJIET VOLONTARJI", "19880.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid jekk il- gvern jagħtix għajnuna finanzjarja lil għaqdiet u fondazzjonijiet volontarji (NGO's) li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b'diżabilita'?", "X'għajnuna ta lil kull għaqda tul l-1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "METCO - RAPPORT", "19889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn min sar ir-rapport tal-METCO dwar xejriet fil- kummerċ barrani ta' pajjiżna?", "Kemm tħallas tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema rapport qiegħed jirreferi, peress li jiena nfurmat li l-METCO ma kkommissjonat l-ebda rapport fuq xejriet fil-kummerċ barrani ta' pajjiżna.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19890.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas spejjeż s'issa l-Gvern Malti lill-ġenituri Għawdxin tat-tewmin sijamiżi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma tħallsu ebda spejjeż lill-ġenituri nfushom.", "Il- Gvern Malti offra l-appoġġ u l-għajnuna biex l-omm tingħata l-kura meħtieġa fi sptar l-Ingilterra u dan skond il-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u dak Ingliż f'dan ir-rigward.", "Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li żviluppaw madwar il-każ, il-Ministeru għall-Politika Soċjali żamm u għadu jżomm kuntatt mal-missier u ma' membri tal-familja tal-ġenituri bl-iskop li jingħata l-appoġġ neċessarju u possibbli.", "L-ispejjeż mediċi jiġu koperti mill-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż.", "Madanakollu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali ta' dan il- każ, il-Gvern Malti laqa' t-talba li, fuq bażi \"ex gratia\", jħallas parti mill-spejjeż legali relatati ma' l-appell.", "Sa llum, sa fejn jien infurmat, għadu ma tħallas xejn.", "AFM - SULDATI", "19898.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta ngħataw pager għal skopijiet ta' xogħolhom?", "Lil kemm-il suldat ngħata u jekk lil kulħadd, kemm ingħataw?", "X'inhu l-iskop li s-suldati jkollhom pager?", "06/10/2000", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li ingħataw pagers lil suldati li jaħdmu f'oqsma li jirrikjedu rapid deployment.", "Ma jidhirlix li għandi nagħti iżjed informazzjoni minħabba raġuni ta' sigurtà.", "VAT", "19901.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien it-total ta' dawk li rritornaw il-ktieb tal-VAT lura lid-dipartiment mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum, xahar b'xahar?", "Kemm kien hemm min talab li jkollu l-ktieb tal-VAT għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum?", "ONOR.", "JOHN DALLI: \"Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu dwar in-numru ta' persuni reġistrati li talbu li jinqatgħu mir- reġistru tal-VAT hu kif muri hawn taħt:", "|Talbiet għal De-reġistrazzjoni |", "|Xahar |1999 |2000 | |Jannar |249 |421 | |Frar |193 |297 | |Marzu |172 |223 | |April |238 |208 | |Mejju |230 |167 | |Ġunju |170 |157 | |Lulju |198 |102 | |Awissu |174 |226 | |Settembru|203 |210 | |Ottubru |283 | | |Novembru |311 | | |Diċembru |298 | | |Total |2,719 |2,011 |", "Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-aħħar ta' Settembru 2000, in-numru ta' persuni li talbu li jirreġistraw mad-Dipartiment kien 5,968.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "19905.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nuqqas ta' għalliema fis-suġġetti tekniċi fit- Technical Institute Mikelang Sapiano u f'Fellenberg Centre?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - SQAQ IR-RUMI - TOROQ", "19907.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jiġi rranġat Sqaq ir-Rumi , Wied il-Għajn, li jinsab fi triq id-daħla ta' San Tumas, Wied il-Għajn?", "Billi dan l-isqaq jinsab fi stat diżastruż, u dan minkejja diversi residenti li joqogħdu fih, possibbli li dan l-isqaq jiġi rranġat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-manutenzzjoni ta' Sqaq ir-Rumi hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat."]} {"filename": "19920729_048d_par.doc", "date": "1992-07-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 48 L-Erbgħa, 29 ta' Lulju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 48", "L-Erbgħa, 29 ta' Lulju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "48", "L-Erbgħa, 29 ta' Lulju, 1992", "WERREJ", "MINUTI ...................................................", "515", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ...........................", "515", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA ...........................", "521", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR PJAN TA' STRUTTURA GĦALL-IŻVILUPP TA' L-ART ...............................", "522", "AĠĠORNAMENT ..............................................", "550", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB .........................", "550", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 47 li saret fid-29 ta' Lulju, 1992 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TELEFON - SOSPENSJONIJIET", "2775.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il servizz tat-telefon ġie sospiż minħabba li ma sarx ħlas dovut lil Telemalta mill-1986 sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): In-numru ta' servizzi tat-telefon li ġew sospiżi minħabba li ma sarx ħlas dovut lil Telemalta mill- 1986 sal-lum huwa kif jidher hawn taħt:", "|SENA |SOSPENSJONIJIE| | |T | | | | |1986 |208 | |1987 |88 | |1988 |864 | |1989 |1208 | |1990 |2453 | |1991 |1805 | |1992* |134 |", "* Tinkludi informazzjoni sa Ġunju biss.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri li nqatgħu sa Ġunju ta' din is- sena, jew hemm li għadhom pendenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni li għandi hija li nqatgħu din is-sena, mhux li neċessarjament għadhom pendenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux li dak l-ammont huwa baxx wisq?", "Il- Ministru ċert li l-informazzjoni li għandu hija korretta għax jien għandi informazzjoni illi mhux dak l- ammont biss hemm għal din is- sena.", "Biss biss din il-ġimgħa stess bdew jaqtgħu s-servizz lil dawk li skadielhom il- ħlas bi tlett ijiem.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif diġa' spjegajt din l- informazzjoni hija kif ipprovduta minn Telemalta u jien ma qgħadtx immur niċċekkja, pero' nassumi li l- informazzjoni hija korretta.", "Din l-informazzjoni turi n- numru ta' sospensjonijiet tas- servizz minħabba nuqqas ta' ħlas mill-1 ta' Jannar sa l- aħħar ta' Ġunju, apparti dawk li kien hemm qabel, jiġifieri qed ngħidlek li għandek 134 sospensjonijiet addizzjonali ma' dawk li kien hemm qabel li ma ġewx imħallsa.", "Jiġifieri dawn iċ-ċifri kollha li tajt qabel ma tridx toqgħod tgħoddhom kollha u toħroġ ċifra ta' servizzi maqtugħa għaliex ovvjament għandek ħafna minnhom li mbagħad ikunu ħallsu u s- servizz ikun ġie ripristinat.", "Pero' ma jfissirx li llum hemm biss 134 sospensjoni imma hemm 134 sospensjoni ġodda li nqatgħu bejn Jannar u Ġunju.", "Rigward l-aħħar kumment ta' l-Onor.", "Mizzi ngħid li m'hijiex il-proċedura tal-Korporazzjoni Telemalta li taqta' s-servizz wara tlett ijiem biss u safejn naf jien qatt ma ġara hekk.", "Se mai il-proċedura hija ferm aktar ġeneruża; il-proċedura hija li tagħmel twissija fuq il-kont, tagħti twissija addizzjonali, isir ukoll tentattiv biex il-Korporazzjoni tagħmel kuntatt ma' l-abbonat u jekk dan jippersisti u jibqa' ma jħallasx, naturalment il- Korporazzjoni tagħmel tajjeb li tirrikorri għas-sospensjoni tas-servizz speċjalment fejn lanqas ikun hemm kontestazzjoni tal-kont.", "Ma neskludix bħal dejjem li l-Onor.", "Mizzi jkun laqat xi koinċidenza, fis-sens li jkollok kont li wasal riċentement li fih ammont qawwi ta' arretrati, u s- sospensjoni tkun ħarġet.", "Dan isir mhux għaliex is-sospensjoni tkun ħarġet tlett ijiem wara l-aħħar kont imma in vista ta' l- arretrati kontenuti f'dak il- kont.", "Ma naf bl-ebda każ fejn issospendejna wara tlett ijiem wara li jinħareġ kont.", "Huwa evidenti li dik mhix proċedura raġonevoli u l- Korporazzjoni ma ssegwihiex.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien m'għidtlux, tlett ijiem wara li ħareġ il-kont iżda wara li jiskadu l-fifteen days.", "Jiddispjaċini m'hawnx żewġ Membri minn din in-naħa għax jistgħu jaċċertawk li din il- ġimgħa dan ġara lill-familja taż-żewġ membri, u dawn huma mill-istess lokal, il-Mosta.", "Jiġifieri dawn jistgħu jikkonfermawlek huma iktar 'il quddiem.", "Meta jiskadu 15-il ġurnata u xi ftit jiem, jinqata' is-servizz tat- telephone biex imorru jħallsu.", "Jista' l-Ministru jgħidli - naħseb illi suppost għandu informazzjoni - kemm il-kawża hemm fil-Qorti ta' nies li ma ħallsux il-kont tat-telephone?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda partikolari, inkun nista' ngħidlu.", "Rigward il-każijiet li semma tal- Mosta, jagħtini l-informazzjoni iktar tard u ninvestigaha.", "Nieħu l- okkażjoni biex nagħmel appell.", "Jinħarġu l-kontijiet, u jingħata terminu ta' ħlas.", "Mhux normali li wieħed ikun riġidu ma' dak it-terminu.", "Mr Speaker, li tirċievi kont u li qisu m'għandekx terminu biex tħallas, u li tista' tħallas meta jfettillek imbagħad tinsieh hija mentalita' li wieħed ma jridx jinkoraġġiha.", "Anzi fi proċeduri ta' billing iktar effiċjenti, flimkien ma' dak li qed jiġri minn Korporazzjoni oħra - nafu bil- kampanja b'mod partikolari li qed tagħmel Enemalta - irridu nappellaw biex in-nies iħallsu fit-terminu indikat lilhom.", "PRODUZZJONI TA' L-ILMA MIR-R.O.", "3290.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti breakdawn tal- produzzjoni attwali ta' l-ilma kull ġurnata jekk wieħed jassumi li reverse osmosis plants ikunu qegħdin jaħdmu b'kull capacity?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-produzzjoni attwali ta' l-ilma f'Malta hija hekk: Marsa R.O. 5,521 m3/day Tigne R.O. 14,291 m3/day Cirkewwa R.O. 16,778.2m3/day Lapsi R.O. 21,203 m3/day Pembroke R.O. 15,322.7m3/day Groundwater 54,186 m3/day", "TOTAL 127,301.9m3/day (28 million gls/day)", "MOSTA/NAXXAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAS-SERVIZZ TA' L-ILMA", "3874.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Freddie Micallef) staqsa lill- Minstru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li applikazzjonijiet għal servizz ta' l-ilma għall-użu domestiku li saru aktar minn xahar u nofs ilu, għadhom ma ġewx moqdija fid-distrett Mosta/Naxxar?", "Jista' jgħid kemm applikazzjonijiet hemm li saru qabel l- ewwel ta' Ġunju, 1992 fl-area Naxxar/Mosta u li sal-lum għadhom ma ngħatawx is- servizz ta' l-ilma?", "Għaliex qed ikun hemm dan id- dewmien?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minħabba l-ammont ta' xogħlijiet li jkollhom id- distretti hija normali li applikazzjoni għal servizz ta' l-ilma ddum xi ftit taż-żmien qabel ix-xogħol jiġi mwettaq.", "Fid-distrett li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant mill- applikazzjonijiet li saru qabel l-1 ta' Ġunju, 1992 hemm pendenti 119, li minnhom hemm 57 li għad ma jistgħux jiġu maħduma minħabba li għad m'hemmx main ta' l-ilma fit- triq.", "Ta' min igħid li barra servizzi ta' l-ilma ġodda, id- distrett irid jagħmel tiswijiet kemm fuq servizzi ta' l-ilma stess, kif ukoll fuq kanen principali tat-toroq.", "Barra minn hekk, f'dan id- distrett bħalissa hemm nuqqas ta' ħaddiema meta wieħed iqis ix-xogħol li hemm.", "Il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma qed tara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.", "ALLOWANCE LILL-ISTAFF TA' L- UNIVERSITA'", "3414.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hemm membri ta' l-istaff ġewwa l- Universita' li qed jircievu xi forma ta' allowance?", "(a) Min huma u xi grad jokkupaw?", "(b) Kemm qed tingħata allowance?", "(c) Minn meta bdiet tingħata l-allowance?", "(d) Għal liema raġuni qegħda tingħata din l-allowance?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): L- informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CALLS FOR APPLICATION FL- UNIVERSITA'", "3416.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorzi Umani: Jista' l- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani jgħid kemm-il call for application ħarġet l- Universita'?", "(a) Għal liema postijiet u gradi ħarġu dawn is-sejħiet minn Awissu 1991 'l hawn?", "(b) Kemm-il applikazzjoni kien hemm għal kull sejħa?", "(c) Liema postijiet imtlew?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: L- informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.", "DJAR GĦALL-ANZJANI", "1568.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Socjali: Jista' l-Gvern jixtri aktar djar kbar biex fihom jaggruppaw certi anzjani taħt sorveljanza ta' xi nurse jew soru biex igħixu ta' familja fil-wens u fis-sedqa ta' dar aktar milli sptar?", "Fejn se jagħmel dan?", "Meta se jiftaħ dar f'dan is- sens fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Socjali): Filwaqt li nirreferi l-Onor.", "Membru għat-tweġibiet diġa' mogħtija dwar dan is- suġġett, nerġa' ntenni li l- politika tal-Gvern fil-qasam ta' l-anzjani hija cara - l- għan ewlieni tal-Gvern hu li l- anzjani jibqgħu jgħixu fl- ambjent naturali tagħhom safejn dan huwa possibbli.", "Biex igħin titwettaq din il-politika, il- Ministeru tiegħi ħoloq is- servizzi tal-Home Help/Care Scheme fejn Assistenti Socjali Każwali qed igħinu lill-anzjani li jgħixu waħedhom fix-xogħol tad-dar, is-servizz tat- Telecare li bih l-anzjan iħoss il-wens, u s-servizz tal-Meals on Wheels li bih ikla sħuna kuljum tiġi mwassla fid-djar ta' l-anzjani li jixtiequ dan is-servizz.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru, kif spjegat fil- mistoqsija parlamentari, fih kuncetti differenti mill-għan tal-Gvern f'dan il-qasam.", "Fejn ma jkunx aktar possibbli għall-anzjan jew anzjana li jibqgħu jgħixu fl-ambjent fejn għexu, il-Gvern diġa' ħa ħsieb li jiftaħ djar għall-anzjani u se jkompli jimmodernizza u jkabbar ir-Residenza ta' San Vincenz de Paule.", "S'issa fetaħ erbat idjar għall-anzjani.", "UNIVERSITA' GĦALL-ANZJANI", "1569.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Meta twaqqfet l-Universita' għall- Anzjani?", "Fejn hi sitwata?", "Min imexxiha?", "Kemm anzjani qed jattendu din it-tip ta' edukazzjoni?", "Kemm iggradwaw minn din l- Universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 354.", "STUDENTI GĦAD-DIPLOMA TAL- MIDWIFERY", "1570.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hu n-numru ta' studenti li daħlu f'Ottubru 1990 għad- diploma fil-midwifery?", "Kemm hu twil il-kors?", "Min hu l- kordinatur tiegħu?", "Fejn qed isir dan il-kors?", "L-istudenti qed jieħdu xi stipendju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: 40 sutudent daħlu għall-Foundation Programme li jwassal għad- Diploma fin-Nursing/Midwifery.", "15 minn dawn l-istudenti ddeċidew li jkomplu jistudjaw għad-Diploma fil-Midwifery.", "Il-Foundation Programme Part A) huwa maħsub għan-nurses kif ukoll għall-midwives.", "Il- kors huwa twil 18-il xahar; il- kordinatriċi kienet Ms. S. Harrison.", "13 mill-15 li xtaqu jkomplu għad-Diploma fil-Midwifery għaddew b'suċċess il-Foundation Programme u għalhekk issa bdew il-Part B li jwassal għad- Diploma fil-Midwifery.", "Part B tal-kors idum sentejn u l-kordinatriċi hija Ms. R. Bird.", "Il-kors qed jitmexxa mill- Institute of Health Care ta' l- Universita', G'Mangia.", "L-istudenti jirċievu stipendju matul il-kors.", "BUST TAL-PAPA PIJU V", "1571.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'Isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall- Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li f'għeluq il-100 sena mill- kxif tal-bust tal-Papa Piju V fl-24 ta' Lulju 1982, dan il- Monument għandu jitneħħa mill- Mużew Nazzjonali fejn qiegħed preżentement jitpoġġa f'post prominenti fil-Belt Valletta b'rikonoxximent lejn dan il- benefattur Dumnikan lejn il- Belt Valletta?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Il-bust oriġinali tal- Papa Piju V jinstab f'Dar l-Annona, quddiem il-Berga ta' Kastilja.", "Dak li jisntab fil-Mużew Nazzjonali huwa biss replika tal-fibreglass.", "Meta jinstab post addattat fejn dan il-bust ikun jista' jitqiegħed b'mod permanenti, is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant jiġi attwat.", "BANK OF VALLETTA - BORD TAD- DIRETTURI", "1572.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru tal- Finanzi: Billi c-Chairman tal- Bank of Valletta xi snin ilu kien irriżulta li fuq il-Bord tad-Diretturi, ċertu avukat ma setax joqgħod fuq il-Bord għax dan kien inzerta kkontesta l- elezzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni taċ-Chairman il-ġdid fil- konfront tad- direttur/i ġdid/ ġodda li mhux biss ikkontestaw l-elezzjoni ġenerali iżda kien ukoll Membru Parlamentari fl- aħħar leġislatura?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekon- omici) (f'isem il-Ministru tal- Finanzi): Nissuġerixxi lill- Onor. Membru jpoġġi din id- domanda lill-Ministru respon- sabbli għas-Servizzi Ekonomiċi.", "PITKALIJA - KOMPUTERIZZAZZJONI", "1662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Meta ġiet introdotta s-sistema komputerizzata fl-Uffiċini tal- Pitkalija?", "Kif għenet biex is-servizz u l-ħidma f'dawn l-uffiċji tjiebet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd): Is-sistema ta' komputerizzazzjoni fl-Uffiċini tal-Pitkalija qed tiġi ntrodotta gradwalment.", "L-ewwel fazi hija l-komputerizazzjoni ta' Amministrazzjoni, kif ukoll data bases dwar bdiewa u xerrejja li qed tiffunzjona.", "It-tieni fazi hija l-hrug tal-vouchers bil- komputer li huwa ppjanat li jibda jahdem matul is-sajf.", "S'issa s-sistema għenet ħafna biex ikunu identifikati sewwa kemm il- bdiewa, kif ukoll ix- xerrejja.", "Dan irriżulta f'amministrazzjoni aħjar tal- kumpless u fil-ġbir tal-ħlas dovut mix-xerrejja.", "MALTA DAIRY PRODUCTS", "3738.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Reno Calleja) staqsa lill- Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Meta se nibdew naraw id-data fuq il-pakketti tal-ħalib frisk?", "Għaliex din it-talba qed tiġi njorata mill- Gvern meta deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra ilhom snin jistaqsu għal dan?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd): Nirreferi lill-Onor.", "Inter- pellant għar-risposta li tajt għall- mistoqsija Nru. 3196.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Din ir- risposta li qed jirreferi għaliha l-Ministru bagħathieli, pero' wara dik id-data, din il- ġimgħa stess, reġa' kien hemm incident fejn il-ħalib kien ħażin.", "Jien ma nafx għaliex nordnaw lil min qed jipproduci l-ħalib li jagħmel id-data meta jiġi ppakkjat imbagħad ikun hemm dan id-dewmien kollu.", "Kulma tlabtu lill-Ministru kien li tiġi pprintjata d-data ta' meta ġie manifatturat.", "Jien għamiltlu nota lill- Ministru dak il-ħin stess li sibna l- ħalib ħażin u nhar is-sibt stess reġa' ġara l-istess.", "Lill-Ministru staqsejtu x'inhu jistenna biex il- produtturi jibdew jagħmlu semplicement data meta jibbottiljaw il- ħalib.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li d-domanda trid issir direttament lill-Ministru.", "FABBRIKA ĠDIDA TAL-ĦALIB", "3739.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Reno Calleja) staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: X'sar mill- proġetti tal-bini tal- fabbrika ġdida tal-ħalib?", "Meta se jibda x-xogħol?", "Peress li l- makkinarju li hemm llum qdiem u l-fabbrika hija antika ħafna, meta se tinbena oħra ġdida?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għan- Nutrizzjoni, Biedja u Sajd): Saru diġa' xi diskussjonijiet, kemm miegħi kif ukoll ma' Ministri oħra, dwar il-bini tal-fabbrika l-ġdida tal-Malta Dairy Products.", "Huwa ttamat li ma jdumux ma jkomplu t- taħdidiet u l-MDP tibda l-bini tal- fabbrika tagħha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet skada.", "Tqegħid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Sur President, in konnessjoni ma interpellanza li saret dalgħodu, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Ambaxxatur Malti f'Washington lill-Editur tan- \"Newsweek\" fit-22 ta' Ġunju, 1992, kif ukoll kopja ta' l-istess ittra kif dehret fin-\"Newsweek\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is- Segretarju Parlamentari, Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Segretarju Parlamentari għas- Servizzi Ekonomici): Sur President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' l-Annual Report and Accounts ta' l- Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għas-sena 1991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR PJAN TA' STRUTTURA GĦALL-IŻVILUPP TA' L-ART", "Ikompli mid-29 ta' Lulju 1992.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, meta l-bieraħ smajt lill- Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni ferħan b'dan il- Pjan ta' Struttura u meta smajtu jgħid kemm sar xogħol bil-għaqal, kemm għandna napprezzaw lil min ħa sehem fih, ftakart meta ftit snin ilu sar il-master plan ta' l-ITU.", "Dak inhar, min-naħa tal-Gvern, kien intqal illi dan il-pjan ma sarx wieħed bħalu, intqal li l- pajjiż kien se jmur 'il quddiem pero' kif jaf kulħadd, dan il- pjan ma ġiex attwat.", "Meta tara li dan il-master plan sar jagħmel parti minn dan il-pjan li għandna quddiemna bħalissa, iktar tibda taħseb fuq it- taħwid ta' dan il-Gvern.", "Qed ngħid dan għax fil-master plan kien intqal illi x-xogħol ta' l- exchanges għandu jsir in parallel mat-tqegħid tal-cable, pero' fil-fatt mhux hekk sar.", "Illum irriżulta illi għalkemm fl-exchanges ta' certi areas hemm l-apparat u qed jintnefqu l-miljuni tal-liri, in-nies ma jistgħux jieħdu telephone għax m'hemmx cable.", "Hija ġustifikata li tonfoq dawn il- miljuni f'daqqa bi pjan ħażin?", "Dawn kienu wegħdu wkoll li meta naqilbu għas-sistema diġitali, il-ħsarat jispiccaw u li l- uniku ħsarat illi se jibqgħu, huma ftit ħsarat minħabba l- cables.", "Illum tista' tgħid li minkejja l-maintenance li sar f'ħafna bliet u rħula għad hemm faults kemm trid.", "Mela allura mhux veru li malli nbiddlu għas- sistema diġitali, l-faults se jispiċċaw, kif ġie mwiegħed!", "Mela allura kienu qed jingannaw lill-poplu!", "Meta qlibna għas-sistema diġitali f'Malta kollha, il- Prim Ministru qal illi issa kollox miexi sew.", "Fil-fatt kif diġa' għidt qabel, meta s- sistema qalbet għas-sistema diġitali, qatt ma kien hemm ħsarat daqs dak inhar.", "Il- Ministru pprova jiġġustifika dan billi l-ewwel qal li l- faults kienu baxxi, imbagħad qal illi minħabba li kien hemm xi cut-overs jew xi cables bil- ħsara, il-faults kienu għoljin.", "Jiena naċċertah li ma kien hemm xejn minn dan.", "Jekk il-Ministru jaħseb illi kien hemm xi cut-over jew kien hemm xi cable maqtugħ, għandu joħroġ il- kopja tat-telex illi kont semmejtlu jien u juriha lill-poplu ħalli l- poplu jkun jaf il-verita'.", "Meta niġu nistaqsu ċerta informazzjoni f'din il-Kamra jgħidulna illi din l- informazzjoni ma tistax tingħata għax ma tinżammx imbagħad insibu li l- istatistika tinżamm.", "Il-poplu kienu qalulu ukoll li la jkollna s-sistema diġitali se nkunu iktar effiċjenti u la ma jkollniex telefonati ħżiena, l- kont tat-telephone jorħos.", "Fejn raħas it-telephone?", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li ħafna familji ma jistgħux iżommu s- servizz tat-telephone għax dan sar piż fuq il-familja.", "Kif qal il-Ministru f'mistoqsija li għamilt, ħafna nies inqatagħlhom is-servizz tat- telephone għax ma jkunux ħallsu l-kont.", "Dan sar meta biex qlibna għas-sistema diġitali, nfaqna dawk il-miljuni kollha, ma mxejniex mal-pjan li qalulna l-esperti.", "Spiċċajna li għandna equipment li bih ma nistgħux nagħtu linji lin-nies.", "Spiċċajna li l-poplu qed iħallas bl-għoli għas-servizz tat-telephone.", "Żdiedu xi servizzi, li għal mara tad-dar mhumiex ġustifikati għax certi faċilitajiet ma jużawhomx.", "Mhux sewwa li għollejna daqshekk il-kontijiet tat- telephone tant li l-familji ma jifilħux għalih u mbagħad jispiċċaw biex jinqatagħlhom is-servizz tat-telephone.", "Biex ma ndumx ħafna fuq dan l-argument - għax il-ħsieb tiegħu kien li ngħid xi ħaġa li jikkoncerna l-Kottonera u t- Tieni Distrett - irrid ngħid li f'dan il-qasam id-distrett li niġi minnu jien, huwa wkoll abbandunat.", "Forsi l-Ministru jista' jgħidli kemm ħarġu advice notes fin-naħa tat-Tieni Distrett u kemm ħarġu advice notes fuq id-distrett tiegħu.", "Jien naf li fit- Tieni Distrett ma ħarġet l-ebda advice note komparat man-naħa tad-distrett tiegħu.", "Imn'Alla kien għamel xi xogħol il-Gvern Laburista qabel l-1987 għax kieku ma ngħatawx servizzi fit-Tieni Distrett peress li l-Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn iktar.", "Mhux talli m'għamel xejn talli l-ftit xogħol li jista' jsir biex jingħataw l- linji tat-telephones mhux qed isir.", "U biex il-Ministru jiġi f'sensih, jien se nurih bil- provi x-xogħol żgħir li jista' jsir biex ikun jista' jingħata s-servizz.", "Per eżempju, fil- Fgura, f'kabinett Nru. 200, is-secondary cable huwa istallat u l-primary cable mhuwiex.", "Allura x'qed jistenna l- Ministru biex jistallah ħalli jagħti s-servizz tat-telephone lil tant nies li jistennew transfer ta' telephone l- istess qed jiġri f'Ħal Tarxien, f'kabinett Nru. 209.", "F'Santa Lucia, il-primary cable huwa full-up u qed jistennew biex jagħmlu stallazzjoni ġdida.", "Allura għaliex mhux qed isir dan ix-xogħol?", "Fil- Kalkara fejn Bighi u fejn il-Binja Rinella, il-flats kollha qegħdin jistennew DPs biss u wara li jieħdu s-servizz in- nies ta' dik l-area, irid isir proġett ieħor fil-Kalkara.", "Allura għaliex hemm dan id- dewmien kollu?", "Jekk insemmi Ħaż Żabbar, ix-Xgħajra u ż- Żejtun, in-network kollu full- up u f'Ħal Luqa u Ħal Tarxien, hemm xi areas li qed jistennew il-primary u s-secondary cable.", "L-uniċi postijiet fejn setgħu jieħdu linji tat- telephone u għadhom jistgħu jieħdu huma l- Birgu, Bormla u l-Isla.", "Għaliex?", "Għaliex hemmhekk l- bini ma setax jiżdied, u is- servizz tat- telephone kien hemm min diġa' ħadu.", "Il-Gvern Laburista kien ipprepara kollox, ħaseb għal linji biżżejejd, għall-cable u għal ħafna affarijiet.", "Allura hemmhekk il-postijiet ma kenux qed jespandu.", "Għalhekk is- servizz hemmhekk kulħadd jista' jieħdu, mhux għax għamel xi ħaġa min hu responsabbli minn dan il-qasam.", "Jiġifieri anke f'dan il-qasam, minkejja li l- Partit Nazzjonalista wiegħed li se jagħti attenzjoni speċjali, qed jidher ċar li mhux veru li qed tingħata attenzjoni speċjali lin-naħa t'isfel ta' Malta, speċjalment lill- Kottonera.", "Mhux talli hekk, talli fi stqarrija li kien ħareġ il-Partit Nazzjonalista fil-15 ta' Mejju, 1992, qalu li f'16-il sena ta' Amministrazzjoni Soċjalista, l- iżvilupp ekonomiku u soċjali bilkemm mess lill-Kottonera.", "Dan mhux veru, għax kif qed naraw, li kieku ma kienx Gvern Laburista li ħaseb għal xi xogħol hemmhekk, lanqas issa ma kienu jistgħu jagħtu t-telephones.", "Dak inhar qalu wkoll li llum il-Kottonera teħtieġ attenzjoni speċjali.", "Jiġifieri wara ħames snin fil-gvern, indunaw li hemm bżonn attenzjoni speċjali fil- Kottonera u allura fil-ħames snin li għaddew m'għamlu xejn.", "Issa ħalli nuri kemm verament hemm bżonn attenzjoni speċjali fil-Kottonera.", "Għaliex?", "Għax il-problemi li jeżistu fil- Kottonera ma jeżistux f'postijiet oħra f'Malta u Għawdex.", "F'din l-area hemm problemi speċjali w allura trid tingħata attenzjoni speċjali u bis- serjeta'.", "Il-Partit Laburista veru kien għamel ħafna xogħol meta kien fil-gvern, u se nuri bil-fatti.", "Mhux billi jgħidu li l- Gvern Laburista m'għamel xejn u qishom huma se jagħmlu xi ħaġa.", "Jekk veru jridu l-ġid m'għandhom jingannaw lil ħadd; jammettu li l-Gvern Laburista ħadem, jaraw issa x'inhuma l- problemi, u la qegħdin fil- gvern, jirranġaw l-affarijiet.", "X'inhuma l-problemi li jeżistu fil-Kottonera iktar minn f'postijiet oħra?", "Ħalli nsemmi l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Per eżempju, fl-1990 minn 1,871 student fil-Pupil Worker Scheme, minn Bormla kien hemm biss 29, jiġifieri 1.55%; mill- Isla kien hemm sitt studenti, jiġifieri 0.32%; mill-Birgu kien hemm ħames studenti li jiġu 0.27%, u mill-Kalkara kien hemm żewġ studenti, jiġifieri 0.11%.", "Issa f'dik l-area trid tqis li hemm 11,000 votant.", "Imbagħad minn Tas-Sliema kien hemm 92 student, jiġifieri 3.29% tat-total li semmejt, filwaqt li n-numru ta' votanti hemmhekk huwa ta' 10,200.", "Mill- Mosta ssib li kien hemm 80 student, li jiġu 4.28% u li jfisser li iktar ma titla' in- naħa ta' fuq ta' Malta iktar hemm studenti li qed jattendu s-Sixth Form fin-New Lyceum, mentri l- inqas persentaġġ ta' studenti ġejjin mit-Tieni Distrett.", "Jiġifieri xi ħaġa ħażina hemm, u inutli li l- Ministru responsabbli mill- edukazzjoni jgħid li fit-Tieni Distrett kollox miexi ħarir għax dan mhux veru.", "Fil-Kottonera hemm diversi problemi u jeħtieġ li ssir xi ħaġa.", "Lilna dejjem igħajruna li aħna m'għamilna xejn.", "X'jiġifieri ma għamilna xejn?", "Aħna ma bnejniex skejjel fil- Kottonera bħalma hija l-iskola ta' Bighi?", "Għalfejn toqogħdu tinħbew wara subgħajkom billi tiġu tgħidu li Gvern Socjalista m'għamel xejn?", "Għandna naraw x'inhi l-problema u nieħdu passi.", "Huwa tajjeb li wieħed jistudja jekk hux għaqli li nibagħtu teachers speċjalizzati biex igħallmu certu skills ta' kif wieħed għandu jġib ruħu fejn jidħlu problemi ta' familji u problemi ta' drogi.", "Dawn huma affarijiet importanti ħafna.", "L-importanti mhuwiex li noqogħdu naraw jekk hemmx xi ħofra fit-triq għaliex dawn huma problemi żgħar ta' kuljum, imma certi problemi li ma jeżistux f'postijiet oħra daqskemm jeżistu fl-area tal- Kottonera hemm bżonn li nipprovaw insolvuhom.", "Per eżempju, jistgħu jinfetħu ċentri ta' sports biex iż- żgħażagħ ikollhom fejn jirrikreaw ruħhonm.", "Imbagħad x'ngħidu għall-problema tad- delikwenza fil-Kottonera?", "Jekk wieħed jiġbor statistika isib li l-iktar nies li jirreġistraw fl- għases u dan żgur ma jfissirx li huma nies ta' karattru tajjeb - ġejjin mill- Kottonera.", "Barra minn hekk, jekk wieħed jiccekkja minn fejn kienet ġejja l-maġġoranza tal- ħabsin fl-1991, isib li din kienet ġejja mill- Kottonera.", "Allura xi ħaġa ħażina hemm.", "X'inhi r-raġuni li 20% tan-nies li qegħdin il-ħabs ġejjin mill- Kottonera?", "Imbagħad issib ukoll li l-iktar nies f'Malta li qegħdin fuq l-għajnuna socjali ġejjin ukoll mill- Kottonera.", "Dawn il-problemi li rridu nittekiljaw.", "Hemm bżonn li jkollna centru specjalizzat fil-Kottonera bħalma f'Santa Venera hemm ic-Centru tal- Ħidma Soċjali.", "Jien ma jien qed nagħti tort lil ħadd imma hemm bżonn li nieħdu dawn il- problemi bis-serjeta' u ma noqogħdux ninħbew u ndaħħlu l- politika fin-nofs.", "Waħda mill-affarijiet li jgergru minnha n-nies ta' din l-area hija l- problema tad- djar.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem igħid li dan huwa kollu tort tal-Gvern Laburista, imma m'hu veru xejn.", "Wara l-ħerba li ħalliet il- gwerra, kienet ħaġa normali li familja tkun tgħix f'kamra waħda għaliex l- importanti kien li wieħed isib fejn joqgħod u mhux joqgħod jara s-sizes tal- kmamar, pero' llum is-sitwazzjoni m'għadhiex hekk.", "Il-Partit Nazzjonalista minflok jara kif inħolqot il- problema tad-djar joqgħod iwaħħal fil-Partit Laburista meta kien dan il-partit stess li bena San Ġwann t'Għuxa, il- Mandraġġ tal-Birgu, il-Fortini u tal-Ħawli.", "Jiġifieri l-Gvern Soċjalista ħadem f'dan il-qasam imma l-problema xorta baqgħet hemm.", "Jiġifieri bilfors li hemm xi ħaġa u din il-problema wieħed jista' jgħid li hija kkaġunata l- iktar mill-problema tat-Tarzna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex jekk wieħed jisma' l-ilmenti ta' dawn ir- residenti, isib li ħafna jilmentaw mill-kwestjoni tal- grit blasting u hemm min igħid li ċertu tip ta' mard li hemm f'dik l-area qed jiġi kaġunat proprju minħabba dan.", "Kemm dan huwa veru, jien ma nafx, pero' nista' ngħid li ċertu tip ta' cancer l-iktar li jinstab huwa f'dik l-area.", "U jien niskanta kif meta l-Gvern jaf li hemm dan it-tip ta' mard, ma jibgħatx ċerti speċjalisti fil- polyclinic li hemm Bormla sabiex jagħmlu ċerti testijiet.", "Jekk issib tabib hemmhekk - u tgħidlu tabib għax ħa l-lawrja - dan ġieli jgħidlek li hemm bżonn tmur l- isptar u meta tmur l-isptar igħidulek: \"X'bagħtuk tagħmel hawn?\"", "Imbagħad ġieli jgħidlek li m'għandek xejn u ssib li wara tliet sigħat trid tmur l- isptar.", "Din hi s-sitwazzjoni li qegħdin fiha aħna f'Bormla.", "Fil- Poliklinka, minflok m'għandna tobba speċjalizzati għax jafu li hemm ċertu tip ta' mard, anke sempliċement meta mmorru niċċekkjaw xi ħaġa żgħira niġu mqarrqin għax hemmhekk qed jibagħtulna studenti biex jipprattikaw.", "Imma ħalli nkomplu fuq is- suġġett tal-grit blasting, li hija waħda mill- problemi li għandna.", "Bħalissa hemm min qed jinsisti li dan għandu jinqata' mill-baċir u hemm min qed jinsisti li minħabba l-ambjent u affarijiet oħra, il-baċir għandu jispiċċa.", "Jien nifhimha li l-ewwel trid tara ċertu affarijiet u trid tara xi problemi joħloq finanzjarjament lit-Tarzna u lill-pajjiż qabel ma tieħu passi rigward jekk tneħħix il-baċir jew le.", "Allura hemm bżonn li jsir studju biex jaraw il-problema u l-piż li hemm.", "Pero' jien ma nistax nifhem kif dan il-grit blasting qed igħidu li qatgħuh mill-baċir Nru 1 u sa din is- sena stess kien hemm il-grit blasting.", "Jien naħseb li sakemm jiżviluppaw apparat jew jiġi provvdut apparat ta' water injection biex għallinqas il- grit blasting jinqata' minn kullimkien - għax qegħdin igħidu li l- bastimenti ma jistgħux jidħlu fil-baċir Nru 1 biex jagħmlu grit blasting, imma ġieli jkun hemm sitwazzjoni li titlob li jsir dan - dawn il-bastimenti għandhom joħorġuhom minn ġol- baċir u jeħduhom f'baċir ieħor 'il bogħod min- nies u jagħmlu l-grit blasting hemm.", "Forsi tgħiduli li hemm xi spejjeż, pero' l-Gvern meta jrid igħid li hu responsabbli u meta jrid igħid li t- Tarzna hija responsabbli, u se ngħid għaliex.", "Meta jien għamilt mistoqsija parlamentari li fiha tlabt lill-Gvern biex iwaqqaf il-grit blasting, dan qalli li dik hija r-responsabbilta' tat- Tarzna u mhux tiegħu.", "Mela jekk qed igħid li hu hekk, għaliex meta t- Tarzna kienet se tieħu kuntratt ta' $10,000,000 biex tittrasferixxi materjal tossiku dan waqqafulha meta ma kienx hemm periklu ta' xejn?", "Il- Ministru qed igerger, pero' meta Telemalta ramiet il- materjal tossiku fejn Għawdex, il-Ministru ma qal xejn.", "Mela l-materjal tossiku fejn Għawdex tista' tarmieh, u skart tossiku li kien se jiġi biss ixxifjat u li kien se jħalli $10,000,000 għal Malta dak le, għax hemmhekk huwa responsabbli.", "Mela, meta jrid igħid li hu responsabbli u meta jrid igħid li mhuwiex.", "Mhux kulħadd jaf li s-saħħa huwa responsabbli għaliha l-Gvern tal-ġurnata?", "Allura għaliex il-Gvern qed jitfagħha fuq it-Tarzna?", "Għaliex ma jarax li jekk hemm bżonn, jagħti sussidju lit- Tarzna fuq din il-kwestjoni - għallinqas biex insolvu l- prolbema temporanjament, ħalli meta jkun hemm xi bastiment u jkun irid isir xi xogħol ta' grit blasting fuqu, joħorġuh mill-Baċir Nru. 1 u l-grit blasting jsir 'il bogħod mill- abitant?", "Issa naraw kemm se jieħu passi fuq din il- kwestjoni.", "Kien hemm ex-Deputat Nazzjonalista li għaliex tkellem favur dak li qed ngħid jien, u qal ukoll li fil- Kottonera hemm il-problema tad- drogi, kien hemm min ipprova jaqtagħlu rasu.", "Il-probelma tad-drogi fil-Kottonera hija kbira iktar minn postijiet oħra, pero' ħaġa ta' l- iskantament f'dik l-area ma jinqabdux.", "Jien anke xebgħa qlajt għax kont nitkellem fuq dawn l- affarijiet fil- Parlament.", "Kif jistgħu jgħidu li fil-Kottonera m'hemmx problemi?", "X'qed isir biex tissolva din il-problema?", "Illum jekk tipprova titkellem fuq din il-problema, anke jekk tkun deputat Nazzjonalista, taqlagħha fuq rasek, bħalma għamlu lill-Onor.", "Borda.", "(Interruzzjonijeit) Naf x'qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Il- Partit Nazzjonalista qed jipprova jaqtgħulu rasu, għaliex in-nies jafu x'qed jiġri f'dawk in-naħat.", "Jekk tridu tistgħu tkellmu lilu u jgħidilkom jekk il-Partit Nazzjonalista qatagħlux rasu.", "(Interruzzjonijiet) Naf li żied fil-voti, anke jien żidt fil- voti, pero' jien mhux fuq hekk qed nitkellem.", "Jien qed ngħid x'għamillu l-Partit tagħkom.", "Imissek tgħid li naqsu l-voti ta' ħaddieħor ukoll.", "Il-Partit Nazzjonalista tella' lil min naqas fil-voti u lil min żied fil-voti qatagħlu rasu.", "Ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq l-aħħar problema li tirrigwarda t- trasport.", "Il- Ministru Zammit Dimech ftaħar li fil-Kottonera hemm karozza li qed titlaq mill-Isla u qed tgħaddi mill-Fgura.", "Peress li fil-Fgura hemm probelma tat- trasport pubbliku, lill-Onor.", "Zammit Dimech nixtieq ngħidlu li fil-Leġislatura l-oħra l- ewwel ħaġa li għamilt kienet li tlabt biex isir bus terminus fil-Fgura.", "Min kien responsabbli, għaddiha lill- Bord u l-Bord iddeċieda li għandu jsir bus terminus fil- Fgura.", "Pero' dan il-bus terminus qatt ma sar allavolja fil-Fgura kulħadd jilmenta li hemm problema tat-trasport.", "X'ġara?", "In-naħa ta' l- Oppożizzjoni qalet lill- Ministru responsabbli biex il- karozza tal-linja li titlaq mill-Birgu tgħaddi temporanjament mill-Fgura biex ittaffi ftit il-problema sakemm isir dan il- bus terminus.", "Il-Gvern ħa dan is-suġġeriment imma flok ra li l-karozza titlaq mill- Birgu, ra li din li titlaq mill-Isla.", "Pero' xorta bqajna bil- problema, u ma nistax nifhem għaliex il-Ministru jiġi jiftaħar li issa għandna l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u kollox miexi sew.", "X'jiġifieri miexi kollox sew?!", "Mela ma jiġix in-naħa tagħna?", "Ma jarax lin- nies jistennew fuq l-istages?", "Ma jarax li l- karozzi tal-linja lanqas jitilqu fil-ħin?", "Imbagħad hemm il-problema li l-karozza tal- linja - minħabba roundabout żgħira - ma tgħaddix minn Tal- Ħawli meta tkun ġejja mill- Belt u jibqgħu sejrin dritt għall-Birgu.", "Aħna għamilna mistoqsijiet dwar dan, imma ma sar xejn.", "Anke f'Bormla hemm din il- problema.", "Issa, meta jmut xi ħadd fejn San Ġwann T'Għuxa, tirranġawha.", "Tlabna lill- Ministru biex jirranġa biċċa traffic island għax il-karozza tal-linja, meta tkun tiela' San Gwann T'Għuxa, biex tniżżel in- nies qed ikollha tieqaf f'nofs it-triq għax ma tistax iddur.", "Fuq dan għidnilu wkoll.", "Allura din mhux kritika konstruttiva?!", "Allura din mhux biex nirranġaw l-affarijiet qed nitkellmu?!", "Allura dawn l- affarijiet għax ma jsirux?", "Mela tiġi takkuża lilna li aħna m'għamilna xejn meta konna fil-gvern?", "Intom fil-ħames snin li għaddew m'għamiltu xejn u mhux talli hekk, talli qed tkissru ċertu affarijiet li saru.", "Bħala eżempju se nsemmi Xatt ir- Risq.", "Hawn ma kenux jiġu vapuri tat-turisti?", "Dawn qalu li se jġibu t- turisti hawn!", "Dawk kien ġabhom Gvern Laburista fl-1987, imma huma issa qalu li se jżiduhom.", "Imma x'żiedu?", "Hemmhekk scrapyard ġabuh.", "Issa qed niftaħru għax hemm il-Mużew Marittimu!", "Tajjeb li jkollna Mużew Marittimu, imma lill- Ministru ngħidlu biex ineħħi dik l-iscrapyard minn hemmhekk, iġib it-turisti u jittawlu ftit 'il fuq mill-Mużew Marittimu ħalli jaraw l- iskart u l-ħmieġ li hemm.", "Fejn Sant'Anglu hemm telqa kbira...", "Għax in- nies ma jidħlux biss sal-Mużew u joħorġu.", "Il-ftit turisti li jiġu hawnhekk - għax ftit jiġu - mhux sal-Mużew biss jaslu imma jduru.", "Il-Birgu hija waħda mill-iktar bliet li għandha x'toffri lit-turisti, u ftit huma t- turisti li jiġu hemmhekk.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Gvern Nazzjonalista jgħid li se jagħti attenzjoni speċjali lill- Kottonera u mbagħad issib illi kulma sar taħt Gvern Laburista qed ifarrkuh u għalkemm jagħti tort lill- Gvern Laburista għan- nuqqasijiet li hemm, ma jagħmel xejn.", "Jien lin-nies tal-Kottonera ngħidilhom li meta jkun hemm xi ħaġa li hija ta' detriment għalihom iqumu jitkellmu għad- drittijiet tagħhom u mhux igergru biss.", "Issa wasal il- mument biex nuru bis-serjeta' li xbajna bid- diskriminazz- jonijet li qed isiru f'dawk in- naħat u hemm min qed igħaddina biż-żmien.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il- Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, issa wasalna fit- tarf ta' diskussjoni fit-tul illi hemm min igħid li kien hemm bżonnha u hemm min igħid li ma kienx hemm bżonnha.", "Jiena kont wieħed minn dawk li jaħsbu li kien hemm bżonn ta' diskussjoni fit-tul fuq dan is- suġġett u f'mument wieħed, il- kuxjenza missitni kif inti kien qed ikollok tissapporti din is- sħana ġurnata wara l-oħra, pero' mbagħad qaluli li għandek certu ammont ta' fannijiet imdawra miegħek u allura qiegħed f'pożizzjoni li ma tkunx batut daqskemm wieħed kien jimmaġinak.", "Id-diskussjoni li kellna quddiemna fuq il-Pjan ta' Struttura kellha x'taqsam ma' kif għandha tiġi żviluppata l- art ta' dan il-pajjiż fis-snin li ġejjin u naħseb illi apparti mis-sħana, il-problema funda- mentali tad- diskussjoni kienet x'qiegħed igħid il-poplu quddiem din id-diskussjoni.", "Il-poplu jaf li għaddejjin abbużi u ereżiji ma' kullimkien f'dan il-pajjiż, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp ta' l-art.", "Il-poplu qed jarana u jismagħna nitkellmu fuq kif għandha tiġi regolata t- tmexxija u l-iżvilupp ta' l- art, u bi dritt forsi jaħseb illi din hija diskussjoni fl- ajru, diskussjoni teoretika u partiġġjana u xejn aktar.", "Dan dejjem kien is-sogru ta' diskussjoni bħal din, aktar u aktar meta qed nitkellmu dwar pjan li huwa mħejji u ppreżentat minn Ministru li huwa responsabbli bil-kbir għal waħda mill-akbar traġedji f'dan il-pajjiż ta' l-aħħar snin, f'dak li għandu x'jaqsam mal- iżvilupp ta' l-art.", "Hawn qed nirreferi għat-traġedja ta' Delimara fejn b'deciżjoni żbaljata, nbniet power station.", "Din il-power station kellha tinbena, imma ma kellhiex tinbena fejn inbniet.", "Minn din in- naħa ddecidejna li hemm bżonn ta' diskussjoni fit-tul semplicement għax is- suġġett minnu nnifsu jirrikjedi importanza u serjeta.", "Iddeċidejna wkoll li d- diskussjoni, twila kemm tkun twila, tittieħed mil-lat settorali, kull settur differenti mill-mod kif jaffettwa l-art.", "Aħna qed nitkellmu dwar pjan tat-tul fuq l-użu ta' l-art Maltija, u l-użu ta' l-art Maltija hija xi ħaġa li hija ewlenija għal pajjiżna.", "L-art hija asset ewlieni ta' din il-blata li jisimha Malta u mhumiex asset li jiġġedded bħall-arja.", "Allura fuq gżira bħal din, id- diskussjoni li trid issir fuq l-użu ta' l-art, bilfors għandha titqies bħala diskussjoni ta' l- akbar importanza u minkejja s-sħana trid issir.", "U malli tieħu dik il- perspettiva, ikollok tasal għall-ħsieb li meta titkellem fuq l-użu ta' l- art, tkun qiegħed titkellem dwar valuri essenzjali dwar kif għandna mmexxu s-soċjeta' tagħna.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq xi biċċa żgħira mill- ħajja nazzjonali, imma qed nitkellmu dwar asset li huwa ewlieni u essenzjali għall-pajjiż u l-mod kif jiġi organizzat u mmexxi bilfors irid ikun determinat mill-valuri li nemmnu fihom jew ngħidu li nemmnu fihom.", "Jiġifieri rridu jew ma rridux, f'dawn l-aħħar ġranet konna qed nitkellmu dwar il-valuri li nemmnu fihom biex immexxu 'l quddiem u niżviluppaw is- soċjeta' tagħna.", "U b'dan il-mod li nerġa' niġġustifika li allura għandu jkun hemm diskussjoni fit-tul u diskussjoni bis-serjeta' dwar dawn l- affarijiet.", "Kull punt li ssemma matul din id- diskussjoni, fl-opinjoni tiegħi, jorbot ma' ċerti mistoqsijiet dwar il-valuri li għandna nipprofessaw jew li nemmnu fihom.", "Forsi l-anqas valur li jista' jissejjaħ valur importanti huwa l-valur dwar jekk nemmnux fl-idea ta' pjan dwar kif immexxu s-soċjeta' tagħna.", "Għandu jkollna pjan, jew m'għandux ikollna pjan?", "F'dan il-każ il-Gvern qed igħid li hemm bżonn li jkollna pjan dwar kif l-art ta' Malta u Għawdex għandhom jintużaw u jiġu żviluppati.", "Dan minkejja l-isfond ġenerali li għandna ta' abbużi u ereżiji fl-użu ta' l- art.", "F'dan il-każ, il-Gvern qiegħed igħid li hija ħaġa siewja u serja li jkun hemm pjan tat-tul dwar kif l-art f'Malta u f'Għawdex għandha tintuża u tiġi żviluppata.", "Minnufih allura tqum il- mistoqsija li qajjimna kemm-il darba matul dan id-dibattitu ta' koerenza fil-ħsieb tal- Gvern.", "Matul din id- diskussjoni u mid-dokumenti li għandna quddiemna, l-Gvern qiegħed igħid li jemmen li għandu jkun hemm pjan għat-tul li jwassal għal 20 sena.", "Meta mbagħad tħares lejn il-kolonni differenti li jibnu dan il- pjan, issib illi l-Gvern ma jemminx fil-prattika b'dak li qed jgħid.", "Kwalunkwe qasam ta' ħidma nazzjonali għandu effett dirett fuq l-użu dwar l- iżvilupp ta' l-art.", "Ngħidu aħna, jekk tieħu deciżjoni fit- turiżmu jew f'kull settur ieħor, b'xi mod din id- deciżjoni se torbot ma' kif se jiġi żviluppat it- territorju Malti.", "Mela wieħed kien jistenna li la l-Gvern jgħid li jemmen fil-pjan għat-tul għall- iżvilupp ta' l-art, allura loġikament il- Gvern jemmen ukoll li għandu jkun hemm ippjanar sejru fl-oqsma differenti li dawn għandhom impatt fuq l-użu ta' l-art.", "Kelliem wara l-ieħor ta' l- Oppożizzjoni wrew bil-fatti u bil-provi li ma jeżistix dan il-pjan.", "F'settur wara l-ieħor il-Gvern m'għandux pjan jew jekk għandu taparsi pjan, mhux qiegħed iħaddmu.", "L-aktar ħaġa li tispikka f'dan kollu hija l- idea ta' pjan nazzjonali ekonomiku.", "Il-Gvern kemm-il darba qal qabel l-elezzjoni ta' l-1987 u fil-manifest elettorali Nazzjonalista ta' l-1987 li hemm bżonn ta' pjan ekonomiku.", "Imma ġara li sentejn wara l- elezzjoni ta' l-1987, il-Prim Ministru stqarr bl- aktar mod car illi l-Gvern ma jemminx li għandu jkun hemm pjan ekonomiku nazzjonali u qal li ma jemminx f'dan għax fic-cirkostanzi ta' socjeta' żgħira bħal Malta, li ma tistax tikkontrolla in- nies u li ma tistax tiggwidhom.", "Issa jekk hemm xi ħaġa li torbot ma dan li qed niddiskutu f'dawn l-aħħar ġranet, hija preċiżament il-pjan ekonomiku nazzjonali li flimkien jagħti sens fis-settur differenti ta' l-ekonomija jorbothom flimkien iġibhom taħt kapitali diffenenti, imma żgur ikun hemm koerenza u konsistenza bejn dak li qed jintqal f'settur u dak li qed jintqal f'settur ieħor, u r-rabta ta' dan mal-pjan nazzjonali.", "Mela min-naħa għandna r- rifjut tal-Gvern li jħaddem pjan ta' żvilupp ekonomiku nazzjonali, li diġa' juri nuqqas ta' koerenza mal- ħsieb li mbagħad ikun hemm pjan ta' struttura li jitkellem dwar l-iżvilupp ta' l-art.", "Min-naħa l-oħra jekk nimxu pass 'il quddiem u nħarsu, settur b'settur, lejn x'ippjanar sar, x'inhuma l- ideat ta' ppjanar jew x'inhuma l-intenzjonijiet dwar 'il fejn sejrin setturi differenti, mill-ġdid insibu vojt kbir jew sensiela ta' kontradizzjonijiet.", "Sur President, dan għalhekk iqanqal il-ħsieb f'ħafna kelliema minn din in-naħa li m'hemmx koeranza bejn dak li qed jintqal dwar il-Pjan ta' Struttura u dak li suppost li qed isir fis-setturi differenti biex jibnu flimkien ħalli jsir dan il-Pjan ta' Struttura.", "Jekk, per eżempju, nieħdu l- qasam tat-turizmu, insibu li f'dan il-qasam il-Gvern kien qabbad grupp ta' konsulenti, Howarth and Howarth, biex jagħmlulu pjan tat-turizmu għal ċertu ammont ta' snin.", "Dan il- pjan qatt ma ġie pubblikat għax il-Gvern igħid li mhux fl- interess nazzjonali li jiġi pubblikat, anzi skond informazzjonijiet parzjali li ħarġu wara, f'ċerti oqsma l- Gvern ma kienx jaqbel ma' dan il-pjan u għalhekk kien qabbad konsulenti ġodda minn Cambridge biex jagħtuh pariri differenti li jwassluh għal konlużjonijiet differenti minn dak li kienu qed jgħidu Howarth and Howarth.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn fil- qasam tat-turiżmu ġiet żviluppata aktar l-idea li t- turizmu għandu jimxi lejn lukandi ta' kwalita' għolja.", "Pero' anke f'dan issib nuqqas ta' koerenza, għax milli jidher il-mod kif qed timxi din il- ħaġa huwa sempliċement on a lump basis, fejn jekk jiġi proġett tagħmlu, jekk ikun hemm xi possibilta' tużaha, u mbagħad naraw fejn naslu.", "Sur President, dan juri li fil- qasam tat-turizmu assolutament m'hemmx pjan koerenti.", "Jekk nieħdu l-qasam tal- biedja, insibu li xi erba' snin ilu l-Ministeru tal-Biedja kien ikkummissjoni mill-FAO rapport fuq l-iżvilupp tal-biedja.", "Dan ir-rapport, li kien jiżen xi kilo jew aktar, kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra imma din il-Kamra qatt ma kellha ċ-ċans li tiddiskutih u qatt ma sar dibattitu pubbliku dwaru.", "Kull meta jkun hemm xi cans li l- Ministru responsabbli mill- biedja jgħid xi ħaġa, ġieli jgħid li mexjin fuq dak il- pjan, imma mbagħad effettivament kellu jġib esperti oħra mill-FAO u minn postijiet oħra biex jagħtuh aktar informazzjoni, indikazzjonijiet u konsulenza dwar kif għandu jmexxi certi linji tal-biedja, aktar u aktar fil- kontest tar- relazzjonijiet ta' Malta mas- Suq Komuni li l-Gvern irid jikkonvertihom fi sħubija sħiħa.", "Anke fil-biedja, Sur President, ma teżistix direzz- joni ppjanata, kollox isir kif ġie ġie u skond dak il- mument.", "L-industrija lokali qed tbati minn dak li fi żmien l- amministrazzjoni ta' Nixon fl- Amerika kienu jsejħulha benign neglect, jiġifieri mhux tingħata fuq rasha b'mod car u ovvju, imma tiġi skartata ħelu ħelu b'mod illi l-industrija lokali, kemm dik li taħdem għas-suq lokali u kemm dik li tesporta, iktar ma jgħaddi żmien iktar tħossha is- Cinderella ta' l- ekonomija Maltija.", "Allura kull meta nibdew nipprovaw nifhmu fejn irid jasal il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- industrija, insibu kliem sbieħ dwar offshore industry u s- service industry, pero' xejn ma jorbot minn punt għall-ieħor dwar x'tip ta' industrija tabilħaqq l-Gvern qed jippromwovi u allura x'tip ta' territorju din l-industrija se jkollha bżonn fil-pajjiż, fejn se tkun ippustjata, liema servizzi se jkollha bżonn u kif se jkollha l-impjegati tagħha imħarrġa.", "Mill-ġdid hemmhekk għandna baħħ ieħor għaliex din ma teżistix mir-rabta ma' dan il-Pjan ta' Struttura.", "Il-qasam tal-housing huwa settur ieħor li ġie kkritikat minn din in- naħa.", "Jidher li hemm diskriminazzjoni f'moħħ il-Gvern fejn għandu jinfirex il-housing kummercjali u l- housing socjali għaliex qisu l- housing socjali se jinżamm f'certu ghettos tal-pajjiż, f'certi distretti tal-pajjiż li ma jistax jinfirex f'partijiet oħra, filwaqt li l-housing kummercjali jista' jiżviluppa skond kriterji li ftit jew wisq huma kriterji tas-suq.", "Imma apparti minn hekk, jidher ukoll li anke fil-qasam tal-housing għadha ma teżistix direzzjoni ta' fejn mexjin.", "Veru li hemm xi ideat ġenerali li huma oriġinati mill-esperti, pero' wara ħames snin u aktar, il- Gvern Nazzjonalista jidher li qiegħed f'dilemma liema triq se jagħżel biex jimxi fuqha għal dak li għandu x'jaqsam mal- housing.", "Bl-istess mod, Sur President, jekk nitkellmu dwar il-qasam tat-trasport nistgħu ngħidu li bħalissa għandna rebus sħiħ fil-qasam tat-trasport kemm għal dak li għandu x'jaqsam mal-veikoli li hawn jiġru fit- toroq u kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istruttura u mal-manutenzjoni tat-toroq in ġenerali.", "Hawnhekk għandna wkoll il-kontroversja li hija għaddejja għal dawn l-aħħar erba' snin dwar jekk għandniex ninvestu u nimbuttaw aktar it- trasport pubbliku jew għandniex inħallu s-settur privat jieħu over kompletament it-trasport tal-pajjiż.", "Għal mistoqsija li tqajmet hawnhekk minn din in- naħa tal-Kamra, mistoqsija li għaliha apparti minn dikjarazzjonijiet vagi - xi kultant jinħassu teknokratici, iżda mingħajr ebda stoffa warajhom - ma ngħatawx, u l- Gvern għad m'għandux risposta aħseb u ara kemm għandu pjan għall-qasam tat-trasport!", "Allura x'qed nipprova ngħid jien, Sur President?", "Jien qed nipprova ngħid li, settur wara settur, dawn is- setturi kollha li suppost jibnu l-kolonni li fuqhom se jkun ibbażat dan it-tempju tal-Pjan Strutturali, ma jeżistux.", "Il- kolonni tas-setturi differenti bħala pjani, bħala ideat ta' direzzjoni u bħala sens ta' fejn sejrin f'ħames snin, f'għaxar snin jew 20 sena - kif qed igħid il-Ministru - mhumiex hemm.", "Allura għalkemm għandna minnufih il-mistoqsija jekk iridx ikollna pjan jew li, waħda mill-konklużjonijiet li jkollna naslu għaliha hija li għalkemm għandna dokument ta' pjan strutturali, effettivament meta tagħsar x'inhi r- realta' tiegħu, ħlief stqarrijiet vagi li ma jorbtux flimkien, li mhumiex koerenti ma' xulxin u lanqas huma koerenti mal- filosofija li l-Gvern igħid li hi tiegħu, m'għandniex quddiemna.", "Kien għalhekk li d- diskussjoni minn din in-naħa kellha titwal għax il-kelliema ta' din in-naħa kellhom jispjegaw kif effettivament m'hemmx ippjanar fis-setturi differenti.", "Forsi l-aktar settur lampanti fejn teżisti din il-ħaġa huwa settur ta' l- edukazzjoni fejn il-pjan isemmi li hemm pjan ta' l-edukazzjoni anke dwar bini ta' skejjel.", "Imma jirriżulta li fil-fatt il-pjan dwar bini ta' skejjel, il-pjan ta' inkoraġġiment ta' skejjel u l- pjan ta' konverżjoni ta' skejjel hija xi ħaġa li ssir kull sena b'mod burokratiku minn educational planner li jaħdem fuq l-inizjattiva tiegħu u li l-Ministru lanqas biss qatt jassumi r-responsabbilita' għal dak li jagħmel.", "Allura minn sena għal sena jinbidlu l- pjanijiet - jekk ikun hemm pjanijiet - jinbidlu l- intenzjonijiet u jmur kollox fl-ajru.", "Mill-ġdid, dan huwa eżempju ta' kif taħt il-qafas u taħt il-kliem sabiħ ta' pjan strutturali, ir-realta' hija baħħ għax il-kontenut ta' kull settur bħala pjan illi suppost jibni l-pjan strutturali, ma jeżistix.", "Din hi l-ewwel dilemma li għandna quddiemna.", "It-tieni punt li kellna quddiemna matul dawn il-ġranet ta' dibattitu li jorbot bi kbir mal-valuri tas-soċjeta' hija mistoqsija li hija radikali f'ħafna sensi għax hija mistoqsija li tistaqsi: \"Imma d-deċiżjonijiet għal li ġej li għandha quddiemha din is-soċjeta', kif se jittieħdu?", "Skond liema kriterji u b'liema mod se jittieħdu?", "Issa m'hemmx dubju li din l- ideoloġija li ħadem biha dan il-Gvern - u li hija mbuttata ħafna mill- interessi kummerċjali u ekonomiċi li għandu warajh - hija ideoloġija li tgħidlek li d-deċiżjonijiet huma mportanti fis-soċjeta', huma deċiżjoni- jiet li għandhom jittieħdu skond il-valuri tas-suq, skond il-prezzijiet u skond min jiflaħ iħallas għall-prezzijiet li jkun hemm.", "Jekk is-soċjeta' ma tiflaħx tħallas ċerti prezzijiet, il-prezzijiet jaqgħu u allura hemmhekk il- provvista u x-xiri jilħqu l- livell tagħhom.", "Jekk is- soċjeta' tiflaħ, allura l- prezzijiet jitilgħu, u kulħadd ikun kuntent bil-prezzijiet li tilħaq is-soċjeta'.", "Il-Prim Ministru Fenech Adami fil-ftuħ tal-Fiera Internazzjonali ta' l-1987 qal illi l-ideal tiegħu għal dan il-pajjiż huwa li l- pajjiż ikun qisu kumpannija privata.", "Hekk poġġiha 'l quddiem.", "Dan allura huwa l- impustament li fuqu dan il- pjan qiegħed jinħadem għax ma jistax ikun illi min-naħa l- Gvern jipprattika illi jemmen fil-valuri tas- suq u min-naħa l-oħra mbagħad jinnega dak li qed igħid sakemm ma jaċċettax l-akkuża, illi ta' spiss issir u bir-raġun, illi huwa inkoerenti.", "Issa l-problema hija hawnhekk, Sur President, u hawnhekk minnufih imissu l- korda tal-valuri meta qed nitkellmu fuq dawn l- affarijiet.", "F'soċjeta' bħal tagħna, safejn jistgħu jwasslu l-valuri tas-suq?", "U l-Pjan bl-ebda mod ma jagħti risposta għal din il-ħaġa.", "Per eżempju, ma jagħti l-ebda risposta għall-fatt illi jekk aħna naċċettaw li għandu jkun il- konċett tal-prezz li jiddetermina kif għandha tiġi żviluppata l-art, allura m'hemmx dubju illi l-prezz ta' l-art jibqa' jiżdied bla kontroll ta' xejn.", "Għaliex kif diġa' għidna, l-art hija l- uniku asset li għandu dan il- pajjiż, hu asset limitat u li ma jiġġeddidx.", "Allura la dan l-asset ma jiġġeddidx, l- art aktar se ssir skarsa u b'hekk il-valur tagħha jogħla aktar.", "U dan iseħħ fl-użu kollu ta' l- art u mhux għall-użu ta' bini soċjali biss, għall-użu ta' bini residenzjali biss, jew għall-użu industrijali biss.", "Dan huwa kruċjali lejn il-mod kif wieħed iħares lejn l-użu ta' l-art.", "Hawnhekk għandna kwestjoni fondamentali ta' valur, u l-ebda konsulent barrani ma jista' jirrispondi għaliha.", "Irid ikun il-Gvern, trid tkun il- klassi politika li tirrispondi għal dan.", "Jekk hemm xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi, dan il-Gvern falla f'dan il-pjan, f'dan l-abbozz jew f'dawn il- karti li għandna quddiemna, huwa preċiżament li jirrifjuta li meta jiġi għas-si u n-no fuq din il-ħaġa, jagħti r-risposta preċiża li toħroġ mill- azzjonijiet tiegħu stess.", "Għax ir-risposta ċara li għandha toħroġ mit- twemmin tal- Gvern u mill-azzjonijiet tiegħu hija li kull deċiżjoni li toħroġ f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' l-art, għandha tkun ibbażata fuq l-ekonomija tas-suq.", "Jidher li din il-ħaġa qed twassalna lejn ħela tar- riżorsi tagħna, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' spazju, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' nies, u kemm f'dak li għandu x'jaqsam mat- territorju aktar minn ħaġa oħra.", "Bl-ebda mod m'għandna framework ċar, framework sod għal kif irridu immexxu t-toroq tagħna, kemm irridu karozzi, u x'tip ta' edukazzjoni nistgħu nħejju fl- ambjent li għandna għat-tfal li telgħin.", "Jekk inti m'għandekx pjan għall-industrija, jekk m'għandekx pjan għat- turiżmu, jekk m'għandekx pjan għall- biedja imma se tħalli s-suq jiddetermina lejn fejn se jiżviluppa l-pajjiż, is-suq ma jgħidlekx x'se jiġri 20 sena oħra imma x'jista' jiġri mil- lum għal għada.", "Allura f'dak il-kontest, ma jistax isir ippjanar fl-oqsma kollha.", "U minn hawn toħroġ id- dilemma kbira ta' valuri li għandu quddiemu l-Gvern meta jpoġġi pjan bħal dan quddiem dan il- Parlament u quddiem il-poplu.", "Jekk dan huwa gvern li tabilħaqq jemmen fl-ekonomija tas-suq - kif jemmen skond l- istqarrijiet u ċerti deċiżjonijiet kruċjali li ħa - allura pjan bħal dan isir sempliċement stqarrija ta' intenzjonijiet tajba li ħadd m'hu sejjer josserva.", "U għalhekk imbagħad toħroġ il- kontradizzjoni lampanti li jara l-poplu ta' l-ereżiji l-ħin kollu madwaru u li semma l- istess Ministru.", "Għax min-naħa, l-pjan igħid fejn jixtieqhom jispiccaw ċerti affarijiet, imma kulħadd jaf li d- deċiżjonijiet kruċjali qed jittieħdu fuq bażi ta' prezz, ta' ekonomija u ta' suq.", "Allura l-affarijiet jintqalu mod u jsiru mod ieħor.", "U ma noqgħodux ninħbew wara subgħajna għaliex meta qed ngħidu ekonomija ta' suq u ekonomija ta' prezz, nafu li fejn imur il-prezz, imur il- business u għalhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq soċjeta li m'hijiex korrotta, Sur President għaliex il- korruzzjoni wkoll għandha l- prezz tagħha.", "U ma noqgħodux ninħbew wara l-ħmerijiet li jekk inneħħu s-sistema ta' l- ippjanar allura kollox ikun trasparenti, kollox jitmexxa skond is- suq bil-prezz u mhux se jkun hemm korruzzjoni.", "Ir- realta' hija mod ieħor.", "Nafu bic-ċar li l-korruzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-art - korruzzjoni li hi marbuta mill- qrib ma' l-ereżijiet li kkundanna l-ġimgħa li għaddiet il-Ministru li qed jippreżenta dan il-pjan - f'dawn l-aħħar snin mhux qed tonqos imma tikber.", "U jekk tistaqsi lin- nies fit-toroq x'inhu jiġri dwar dawn l-ereżijiet, ma jgħidulekx l-ekonomija tas-suq biss li hija parti mill- problema imma jgħidulek ukoll li l-affarijiet jiġru għax min jiflaħ ixaħħam, jasal.", "U għalhekk, il-mistoqsija ta' valuri li tqum minn dan il-Pjan u li bilfors twassal biex aħna hawnhekk nibqgħu ninsistu li nitkellmu dwar dawn l- affarijiet, minkejja s-sħana li kellek tħoss, Sur President.", "Dwar il-kwestjoni ta' valuri minnufih tqum il-mistoqsija li pjan bħal dan, jekk se jkun serju, ma jistax jitkellem biss fuq intenzjonijiet ġenerali, anke jekk ikunu bbażati b'mod ta' rifless minn dak li jgħid il- Gvern fuq ekonomija ta' suq imma jrid jiddetermina wkoll b'mod konkret - mhux fl-arju billi jsemmi TOU, jew TOU 2 - il-clash bejn il-kontrolli li bilfors iridu jsiru f'pajjiż bħal tagħna u dak li l-Gvern kien jgħidlu liberta' fil- manifest elettorali tiegħu ta' l-1987, li kien jgħaqqdu mal- ġustizzja - u issa niġi għall- ġustizzja wkoll - imma li jirrivela ruħu taħt l-ambjent ta' Malta - kumpannija privata li ried il-Prim Ministru fl- 1987 - mhux liberta' imma libertinaġġ.", "U allura anke hawn il-Gvern irid ikollu l- kuraġġ politiku li jiffaċċja d- dilemma li joħloq hu stess meta jimxi b'dan il-mod, jiġifieri d-dilemma ta' jekk iridx kontrolli u safejn jasal bil- kontrolli kontra d-dilemma l- oħra li jgħid li kollox huwa liberu u jista' jagħmel li jrid.", "U jidher ċar li anke wħud min-nies responsabbli tal- Gvern qed iħossu l-piż ta' din il-problema u għalkemm mhux qed jartikolawha, bil-mod kif jitkellmu dwar it-trasparenza u dwar l- accountability politika, per eżempju, qed iħossu li ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Dawn qed iħossu li ma jistgħux min-naħa jibqgħu jiffanfraw li qed ineħħu l-kontrolli u li għandhom il-liberta' għaddejja fil-pajjiż u min- naħa l-oħra jidhru li huma responsabli għat-tmexxija ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- aktar affarijiet essenzjali bħall-art u t- territorju.", "Bl-istess mod, Sur President, dimensjoni oħra tal-valuri li dan il-pjan imissu ttekkilja u li ma ttekkiljax - anzi xi kultant jagħti dahru lejha - hija d-dimensjoni tal-valuri tal-ġustizzja - li huma jgħidulha fairness - u li kienet issemmiet ukoll fil- manifest elettorali Nazzjonalista ta' l- 1987.", "Waħda mill- affarijiet ċari li qed jidhru f'dan il-pajjiż hija li wiċċ imb'wiċċ mar-riżors skars li għandna ta' l-art, qed jiżviluppaw privileġġi ġodda jew attakki fuq privileġġi li m'huma privileġġi xejn.", "Allura tqum il-mistoqsija: \"X'se tkun il-pożizzjoni tas-soċjeta' tagħna quddiem nies li m'għandhomx dar diċenti?", "X'se tkun il-pożizzjoni tas- soċjeta' tagħna quddiem nies li għad m'għandhomx karozza?", "X'se tkun il- pożizzjoni tas-soċjeta' tagħna quddiem nies li għad m'għandhomx post fejn jgħaddu l-vakanzi tas-sajf li jkunu vakanzi adegwati u mitqiesa bħala tajba għal min qed igħix fis-soċjeta' tagħna?\"", "Waħda mill-affarijiet li jagħmel dan il-Pjan huwa li jgħid li sa ftit xhur wara li jattwa ruħu, dawk kollha li għandhom xi forma ta' garage jew xi forma ta' bini żgħir li fih jistgħu jqattgħu l-vakanzi tas-sajf qrib il-baħar u li rnexxielhom jibnu bla permess sa issa, dak kollu jrid jitwaqqa'.", "Issa hemmhekk minnufih tqum il- mistoqsija ta' fairness u ta' ġustizzja ma' nies li rnexxielhom ikunu aktar sottili - forsi għax aktar għandhom poter li jikkorrompu jew li jixtru u allura bnew il-villa tas-sajf tagħhom b'mod li huwa aktar protett minn dan it-tip ta' miżura - u ġustizzja u fairness ma' nies oħra li la għandhom dawn il-vilel kbar tas-sajf fejn jistgħu jieħdu gost u lanqas għandhom dawn il- postijiet żgħar li skond dan il-pjan iridu jitwaqqgħu.", "X'se tkun ir-risposta ta' ġustizzja u fairness f'kontest bħal dan?", "Mill- ġdid il-pjan ma jitkellimx fuq din il-ħaġa, imma jgħid sempliċement li se jitwaqqgħu l-postijiet iż-żgħar li nbnew mingħajr permess.", "Il-pjan jibqa' sieket fuq il-ħteġijiet tan-nies li għadhom nieqsa minn dan it-tip ta' żvog.", "Biżżejjed wieħed jiftakar, per eżempju, f'dak li kellu jiġri f'Baħar iċ-Ċagħaq, fejn kellu jinbena sit ta' camping jew tal- caravanning, imma kollox baqa' pendenti.", "Jiġifieri apparti mill-fatt li nies bħal dawn baqgħu minsija, apparti li ħafna nies li mhumiex daqshekk imqabbda tajjeb, taħt dan il- pjan se jitilfu l-post li għandhom bħalissa - anke jekk qiegħed għandhom illegalment - se jkun hemm ukoll il-fatt li nies oħra li huma aktar b'saħħithom se jkunu jistgħu jibqgħu bil-postijiet li bnew illegalment għax il-pjan ma jikkonsidrax din il-ħaġa.", "Il- pjan ma jistax jikkonsdira din il-ħaġa għax jaċċetta l- ideoloġija tas-suq li min għandu l- aktar flus u min hu l- aktar kummerċjalment qawwi, iħawwel.", "U dan hu l- valur tal- fairness u tal-ġustizzja li wieħed irid jikkonsidra, jistudja u jiddibatti quddiem pjan bħal dan.", "L-aħħar punt li tqajjem kemm- il darba matul dan id-dibattitu u ta' min jerġa' jirrifletti ftit fuqu huwa dwar il-valur ta' jekk aħna naqblux li l- proposti u t-tmexxija tal-Gvern għandhom isiru b'mod trasparenti u b'mod li jkunu accountable.", "Issa smajt lill- Ministru jaftaħar kemm-il darba li l- proposti u l-proċess kollu - li kien proċess twil u maħdum tajjeb f'ċerti fażijiet tiegħu - ta' l-iStructure Plan kien l- iktar wieħed trasparenti li sar f'Malta.", "Imma anke hawnhekk, meta wieħed janalizza ftit kif sar u tħaddem dan il-proġett, isib li t-trasparenza li qed nitkellmu dwarha hija trasparenza riflessa minn ċerti modi ta' kif isiru eżerċizzji bħal dawn f'soċjetajiet differenti minn tagħna.", "Allura meta tipprova tirrifletti fuq x'ġara fit-tmexxija ta' dan il- pjan, issib li l-konsultazzjoni li saret, u l-mod trasparenti li bih ġew ippreżentati l- proġetti, effettivament kien b'mod li l-proċess kollu ta' l-iStructure Plan baqa' xi ħaġa kważi irrelevanti għat-tmexxija tal-pajjiż.", "Dan jirriżulta mill-fatt li l-poplu in ġenerali, lanqas biss jaf bl- iStructure Plan bħala pjan strutturali, lanqas biss japprezzah u assolutament ma jqisux bħala ċentrali għal dak li għadda fil-pajjiż.", "Allura fl-opinjoni tiegħi, trasparenza li jirnexxilha żżomm proġett bħal dan daqshekk marġinat, mhijiex trasperanza effettiva.", "Jien lest li naccetta li l- Ministru ħadem in good faith imma jekk ħadem in good faith, ħadem b'mod żbaljat għax bit- trasperanza li ta ta' dan il- proġett, irnexxilu jemarġinah kompletament u minflok iżommu centrali għall- ħsebijiet, għall-ideat u għall-ftehim tan- nazzjon, qed iqiegħdu f'rokna u ftit li xejn hemm interess popolari dwaru.", "Aktar minn hekk, il-problema tan-nuqqas ta' trasperanza f'dan il-proċess li għaddejjin minnu jorbot mal-fatt li f'settur wara l-ieħor ma kienx hemm sens ta' direzzjoni, fis- sens ta' pjani u ta' ideat għal madwar għaxar snin.", "Meta din il-ġimgħa kont qed nifli r- rapport li ġentilment għaddieli l-Ministru, sibt li kont qed naqra affarijiet illi l-esperti barranin - u din hija tema li ħarġet il-ħin kollu minn dak li qalu l- kelliema ta' l- Oppożizzjoni - sabu quddiem il- pożizzjoni li kellhom jipprovaw jispjegaw il-vojt li sabu.", "F'qasam wara l-ieħor, dawn l- esperti pprovaw jiddeciedu x'setgħu kienu l-pjani differenti ta' setturi differenti li jmissu magħhom.", "Din hija balbuljata għax l- esperti ġew b'dawk l-ideat li bihom imexxu f'pajjiżi differenti.", "Mhux veru li dawn il-konsulenti barranin sabu nies min-naħa tal-Gvern biex igħidulhom x'kienu se jagħmlu kif qal l-Onor.", "Stanley Zammit.", "Dawn il-konsulenti barranin kellhom jirrazzjonalizzaw id- data huma u għenuhom certi ufficjali Maltin - li fil- bicca l-kbira tagħhom kienu żgħażagħ u li għamlu xogħol tajjeb ħafna - pero' meta dawn ġew għall- amministrazzjoni tal-leader- ship, ma kienx hemm dan is-sens ta' direzzjoni fejn il- konsulenti setgħu jibnu xi ħaġa f'dan il-pjan.", "Għalhekk għal kull settur, l-esperti barranin ħarġu bl-ideat tagħhom mislufa minn barra u fl-opinjoni tiegħi żewġuhom bl-aktar mod artificjali.", "Per eżempju, l-estimazzjoni tal-households li suppost fuqha kien hemm data mħaddma tajjeb intużat biex naslu għal household occupancy.", "Dawn l- affarijiet ġew użati b'mod ġenerali fuq bażi ta' affarijiet semplici.", "Kulħadd jaf li fil-każ ta' Malta hemm persentaġġ kbir ta' postijiet vakanti.", "Din il-proporzjon tvarja bil-kbir minn distrett għal distrett.", "Ikun iktar utili li wieħed jaħdem mod differenti.", "Kieku kien hemm biżżejjed leadership f'dan il- qasam kienu jgħidu lill- konsulenti illi hemm bżonn li naħdmu b'mod tekniku, aktar sofistikat u aktar avvanzat.", "Inħarsu lejn ix-xogħol li sar fl-industrija tal-bini.", "Fir- rapporti teknici nsibu li ħafna mid-data li ntużat tasal biss sa l-1985.", "Dan meta kulħadd jaf li mill-1985 sal-lum saru bidliet kbar u l-industrija tal-bini espandiet.", "Imma l- proġetti teknici li saru f'dak ix-xogħol huma abbażi fuq dak li sar sa l-1985.", "Kieku kien hemm sens ta' leadership ġenwin min- naħa ta min qed jidderiġi, kienu jgħidu li f'dan il-qasam hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa differenti.", "B'din il-bażi ta' l-estimazzjoni ma nistgħux inkunu żguri li sejrin fit-triq it-tajba.", "Nista' nsemmi eżempji oħra, per eżempju, fil-pjan tissemma kemm-il darba l-ħtieġa ta' structuring ta' l-industrija tal-bini u li jitilgħu l- barrieri.", "Ħaġa bħal din ma tistax tissemma fl-ajru.", "Kieku kienet veru responsabilita' ta' leadership min-naħa Maltija - ma nistax ngħid ministerjali biex ma nkunx qed nakkuża persuni - dan it-tip ta' suġġeriment ma jinstemax b'mod vag fl-ajru iżda bilfors jitpoġġa f'qafas ta' x'inhuma l-ispejjeż u s-social cost tagħha u ta' kemm hija feasible fil- kontest tagħha.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport tekniku fuq l-industrija insibu sensiela ta' stqarrijiet l- aktar superficjali li jistgħu jintużaw għal xi ħadd dieħel fuq ajruplan ta' Air Malta, bħala turist, u għandu aptit jaqra xi ħaġa qabel jiekol.", "Dawn huma superficjali u ġenerali f'dan is-sens, u bl- ebda mod ma' jiddiskutu fil- fond x'inhi l-industrija f'pajjiżna.", "Jidher car li min għamel dak ir-rapport ma kellu l-ebda għajnuna reali mil-lat tekniku.", "Dan suppost huwa proċess trasparenti, u effettivament it-trasparenza timplika li jkun hemm partecipazzjoni reali mill- pubbliku, li huwa attent għal dak li qed isir fil-pjan, u parteċipazzjoni reali mill- ħaddiema u mill-uffiċjali li se jkunu qed jattwaw dak il-pjan u dawk li jkunu qed jissuġġerixxu linja ta' direzzjoni għall- Pjan.", "Pero' la kien hemm involviment reali min-naħa tal- pubbliku f'dan il-pjan u lanqas kien hemm involviment reali mill-amministraturi tas- setturi differenti.", "U r-raġuni hi għaliex hemm inkoerenza sħiħa f'li tgħid li trid tagħmel pjan ta' struttura għal 20 sena meta fl-istess nifs qed tgħid li ma temminx li għandu jkun hemm pjan ta' żvilupp nazzjonali u fil- prattika, f'settur wara settur, minflok qiegħed tippjana qed tħalli l-baħħ.", "Dawn, Sur President, kienu l- punti ġenerali li ħarġu mid- dibattitu min- naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "Qgħadna attenti li kemm jista' jkun nibnu l-każ tagħna punt wara l-ieħor u li ngħidu fejn ma naqblux.", "Għamilniha ċara li naqblu li għandu jkun hemm pjan ta' struttura u li għandu jkun hemm pjan dwar l-użu ta' l-art.", "Dawk illi qalu li qegħdin sempliċement nikkritikaw bla ma nagħtu l-alternattivi tagħna ovvjament qegħdin igħixu fid- dinja tal- ħolm jew fid-dinja tal-baħħ li ħarġu minnha għaliex biżżejjed wieħed iħares lejn id-dokumenti ta' update of policy fuq il-housing, fuq l- ambjent u fuq l-edukazzjoni, fost affarijiet oħra, li ħareġ il-Partit tal-Ħaddiema qabel l- aħħar elezzjoni, u biżżejjed wieħed iħares lejn il-Manifest Laburista ta' l-elezzjoni li għaddiet biex ikun jaf li hemm alternattiva.", "Aħna tajna alternattiva, veru li l-poplu m'aċċettahiex imma dak mhux argument biex in- naħa l-oħra tgħid li m'għandniex alter- nattiva.", "L-alternattiva qegħda hemm, għadna naħdmu fuqha u se nibqgħu nġedduha fix-xhur u fis-snin li ġejjin għaliex ninsabu żguri - aktar u aktar minn dak li qed naraw - li m'hemmx alternattiva ħlief dak li qed nipproponu aħna.", "Id-dnub huwa, Sur President, li ninsabu quddiem pjan strutturali li jippretendi li qed jagħti guidance lill- pajjiżna - u guidance mhux għal ħames snin jew 10 snin imma għal 20 sena - u diġa' qed jidher ċar li dan il- pjan mhux konformi mar-realta' li attwalment għandna.Diġa' jidher ċar li se jkun pjan li qiegħed fuq il-karta u mhux se jkun attwat bl-ebda mod.", "Aħna ħassejna l-ħtieġa bis-serjeta' kollha li naħlu - biex nuża l- kelma \"naħlu\" - dawn is-seduti kollha ħalli nagħmluha ċara fejn u għaliex ma naqblux mal- pjan, u għaliex qed inħossu li mill-ġdid, anke f'dan il-każ, il-Gvern Nazzjonalista qed jaħli opportunita' kbira li seta' kellu biex tabilħaqq imexxi 'l quddiem lil dan il- pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nistieden lill- Ministru Falzon jgħaddi għall- winding up.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, mhuwiex faċli li nagħlaq diskussjoni fuq mozzjoni li ħadet 19-il siegħa fuq suġġett daqstant importanti għal pajjiżna bħalma hu l- iżvilupp ta' l-art, u cioe' xi strateġija se nużaw biex nikkontrollaw u nieħdu l- massimu ta' ġid minn dan l- asset li kif qal l-Onor.", "Sant huwa asset fiss u ma jikbirx, pero' ma naqbilx miegħu li dan ma jiġġeddidx.", "Dan jista' jiġġedded u allaħares ma jiġġeddidx u ma tirrinovahx.", "Dan l-asset huwa fiss bħala kwantifikazzjoni biex minn dan l-asset nieħdu l-massimu tal- ġid bil-minimu tal-ħsara kemm għall-ambjent u kif ukoll biex inħallu wkoll għal dawk li jiġu warajna.", "L-ewwel ħsieb li jiġini f'moħħi, Mr Speaker, hu li mill-bidla fl- Amministrazzjoni ta' l-1987 inkluż illum, dan il-Parlament kellu sitt okkazjonijiet li jiddiskuti l-ippjanar ta' l-iżvilupp u s- sistema tal- permessi tal-bini.", "Allura llum wieħed mhux biss irid iħares lejn dawn id- 19-il siegħa, imma jrid iħares ukoll lejn dak kollu li ġara mill- 1987 'l hawn.", "B'dan il-mod wieħed jifhem għaliex kien hemm daqstant tul ta' diskussjoni.", "Pero' dan huwa wkoll riflessjoni tat-trasparenza u ta' l- accountability ta' dan il-Gvern.", "Pero' naħseb li anke llum mhux kulħadd fehem eżatt x'inhi l-portata ta' dan il- pjan għaliex spiċċajna nitkellmu fuq kollox, saħansitra fuq il-family planning u fuq il-grading tal- patata.", "Aħna konna qegħdin nipprovaw naraw jekk il-pajjiż għandux ikollu strateġija biex nikkontrollaw l-użu ta' l-art u jekk l-istrateġija proposta fil-Pjan ta' Struttura hijiex l-istrateġija ġusta fic- cirkostanzi.", "Jiddispjaċini li se jkolli nagħmel referenza għall-passat, imma b'kuntrast ma' dawn l- aħħar ħames snin, naħseb illi l-Parlament fis-16-il sena ta' qabel kellu okkażjoni waħda biss li jitkellem fuq suġġett bħall- użu ta' l-art, meta kien hemm mozzjoni ta' l- Oppożizzjoni li kienet talbet illi ssir investigazzjoni dwar kif certi artijiet kienu qed jingħataw għall-bini.", "Waħda mill-agħar esperjenzi ta' ħajti kienet proprju meta ġejna biex niddiskutu dik il-mozzjoni f'dan il-Parlament, fejn konna qegħdin nitolbu li ssir inkjesta dwar il-mod kif kien qed jiġi wżat il- poter tal- Gvern li jiddeċiedi waħdu liema huma l-artijiet illi ma jibqgħux green areas u jingħataw għall-bini, għaliex dak inhar kienu heddewna li saħansitra lanqas noħorġu ħajjin minn din il-Kamra!", "Fortunatament dik it-theddida ma seħħitx u llum qegħdin nitkellmu fuq il- futur.", "Jien ma rridx inħares iktar lejn il-passat, imma lanqas irrid ninsih.", "Jiena kont qed nispera li l-Oppożizzjoni wkoll se tħares 'il quddiem, partikolarment meta l-Oppożizzjoni rikbet il-karru tal-movimenti favur l- ambjent, għaliex kienu qegħdin jinsistu biex l-iStructure Plan jgħaddi mill-Parlament - għaliex fehmu li hu fl-interess tal-kawża tagħhom li l- iStructure Plan jgħaddi mill- Parlament - u kontinwament bdiet tistaqsi meta se nressqu dan il-pjan fil-Parlament.", "Meta l-Prim Ministru tkellem fil-Konferenza ta' Rio għamel referenza għall-fatt illi l- Pjan ta' Struttura qiegħed għad-diskussjoni fil- Parlament, qalu li hu giddieb għaliex mhux veru li qegħdin niddiskutuh, u ħafna allegazzjoniet bħal dawn.", "Għalhekk jien kont ħsibt illi l- Oppożizzjoni qatgħet mill- passat u bdiet tħares lejn il- futur.", "Jien spjegajt għaliex domna daqstant ma ressaqna l- Pjan ta' Struttura fil- Parlament, pero' huma jridu jibqgħu jinsistu li m'hemmx raġuni.", "Fil-fatt jien spjegajt illi l-ewwel ridna nagħmlu l-Liġi ta' l-Ippjanar ta' l- Iżvilupp biex il-pjan ikollu qafas partikolari.", "Issa l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qed igħid illi dik il- liġi li għaddejjna f'Jannar m'aħniex se nġibuha fis-seħħ.", "Jien niftakar li meta bdejna niddiskutu l-liġi, l-Onor.", "Mifsud Bonnici beda jgħid li aħna għidna li l-membri ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar iridu jibqgħu għal żmien fiss ta' tliet snin - u din aħna għamilniha biex nagħtu ċerta indipendenza lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar - biex nappuntawhom lejliet l-elezzjoni ħalli meta jitilgħu huma fil-gvern ikollhom ma' wiċċhom nies li għamilnihom aħna.", "Jien dak iż- żmien kont għidtlu li aħna l- ewwel għandna ngħaddu din il- liġi u malli ngħaddu din il- liġi jkollna żewġ options, jew indaħħlu in vigore dik il-liġi mill-ewwel u l-Awtorita' ta' l- Ippjanar - u hawn tiġi tal- bajda u t-tiġieġa li semma l- Onor. Grech - jkollha l- inkarigu li tipprepara Structure Plan mill-ġdid u narmu dak kollu li sar, jew inkella - u f'dan il-każ aħna rnexxielna nagħmlu l-bajda u t- tiġieġa fl-istess ħin - malli tgħaddi dik il-liġi napprovaw l-iStructure Plan, u wara li napprovaw l-iStructure Plan indaħħlu in vigore dik il-liġi għax skond dik il-liġi, Structure Plan approvat mill- Parlament huwa daqs pjan magħmul mill- Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Jien kont għidt lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li dik hi l-intenzjoni tagħna pero' dak iż-mien huwa ried jipprofetizza u issa reġa' ġabilna profezija oħra.", "L- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici għandu ħafna kapaċitajiet, pero' jien ma tantx għandi opinjoni għolja fuq il- kapacita' tal-profeziji tiegħu u naħseb lanqas il-poplu Malti kollu m'għandu opinjoni daqstant għolja.", "L-intenzjoni ta' qabel l-elezzjoni għadha l-istess.", "U l-unika ħaġa li tbiddlet minn wara l-elezzjoni huwa l- appoġġ li ta l-poplu Malti lill-Partit Nazzjonalista.", "Jien jiddispjaċini ngħid li l-Oppożizzjoni minflok f'okkaż- joni bħal din irnexxielha titla' 'l fuq, irnexxielha tegħreq fit-taħwid u t-tgerfix tagħha.", "Għax b'eċċezzjoni tad- diskorsi ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo li naqbel ma' ħafna minnu, u forsi wkoll ma' dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni li ma naqbel xejn miegħu, il- kritika ta' l-Oppożizjoni kienet bla koerenza u balbuljata biex nuża l-kliem tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li uża f'kontest ieħor.", "Il- Membri ta' l-Oppożizzjoni tkellmu bl-aktar mod superfiċjali, ipprovaw jieħdu rikbiet politiċi rħas - għax jien hekk ngħidilhom - u bil- maqlub ta' dak li awgurajt daħlu f'ħafna secondary quibbles u anke inqas minn daqshekk.", "Għal darb'oħra, Mr Speaker, nerġa' ngħid inkixef il-fatt illi l-Oppożizzjoni m'għandhiex politika jew ma tridx tgħid x'inhi l-politika tagħha dwar l-iżvilupp.", "Saru diversi stediniet - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li ma ngħatax leadership - u aħna fil-pass kollu tal-Pjan ta' Struttura u anke waqt il- leġislazzjoni ta' l-ippjanar dejjem stedinna lill- Oppożizzjoni biex tipparteċipa u tagħti l-kontribut tagħha, imma din dejjem baqgħet m'għamlet xejn.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma nistedinkomx għal-lecture għax qatt ma aċċettajtu l-istediniet tiegħi.", "Wara li ilni ħames snin nistedinkom mil-miktub, fl-aħħar qtajt qalbi li nistedinkom.", "Fil-fatt kif l- Oppożizzjoni ġabet ruħha f'din id- diskussjoni ġġustifika lili meta ddecidejt li ma nistedinhomx għall- briefing fuq dan l-iStructure Plan.", "Il-konklużjoni tiegħi hi li fil-verita' dawn ma jridux ikunu marbuta bi pjan, għax jekk xi darba jitilgħu fil- gvern - ma nafx f'liema elezzjoni, pero' jien m'inix xi wieħed minn dawk il-baħnana li ngħid li l-gvern ma jinbidel qatt - ma jridux ikunu marbutin bi pjan.", "Din diġa' għamluha darb'oħra meta l-Gvern Nazzjonalista fis-sittinijiet għadda t-Town and Country Planning Act biex idaħħal direzzjoni ta' ppjanar fl- iżvilupp tal- bini.", "X'għamel il-Partit Laburista meta tela' fil-gvern?", "Abroga dik il- liġi għaliex ma riedx ikun marbut bi pjan.", "Jien ma nafx għaliex pero' jekk inħarsu lejn x'għamlu fis-16-il sena li għaddew meta abrogaw it-Town and Country Planning Act u naraw kif ġabu ruħhom - u ma noqogħdux ngħidu kif ġabet ruħha persuna waħda biss għaliex f'dan il-pajjiż hawn il-collective responsibility - f'dan il-qasam fil-passat - għaliex il-passat huwa mera tal-futur - wieħed jista' jobsor għaliex illum il-Malta Labour Party fl- Oppożizzjoni trid li meta tkun fil-gvern ma tkunx marbuta bi pjan.", "Għaliex meta ma kenux marbutin bi pjan kulħadd jaf x'ġara, fil-pajjiż, Mr Speaker.", "Dak hi l- verita'.", "(Interruzzjonijiet) M'hu qed jiġri xejn milli kien jiġri fi żmienkom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aktar minn hekk.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien nisfida lil kuħadd mhux lilkom biss.", "M'hu qed jiġi jiġri xejn milli kien jiġri fi żmienkom lanqas fiż-żmien meta kont Prim Ministru int.", "MR SPEAKER: No cross-debate, jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Agħmel libell lil \"Il-Ġens\" daqskemm ħammġitek!", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: \"Il- Ġens\" ma ħammġitni xejn, Onor. Vella.", "Jien diġa' għidt li ħadd ma jħammiġni.", "Jien biss inħammeġ lili nnifsi.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, Onorevoli, no cross-debate.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ma nistax nifhem għalfejn bdew jitkellmu u jien se jkolli nirrispondi għal ħafna affarijiet li mhux talli huma secondary quibbles, imma talli huma minor quibbles.", "Jien kelli t-tentazzjoni ngħid \"what a load of rubbish\", inpoġġi u ngħaddu mill-ewwel għall- votazzjoni, pero' m'inix se nagħmel hekk.", "(Interruzzjonijiet) Anzi qed ngħid rubbish, għaliex ħaddieħor mhux rubbish qal imma kelma oħra li issa niġi għaliha wkoll.", "L- Onor. Buhagiar, per eżempju, qal li l-Komunita' Ewropea ħallset is-somma ta' miljun ECU u qal ukoll li l-Liġi ta' l- Iżvilupp għadha abbozz.", "Jien ma nistax nifhem kif igħidu dawn l-affarijiet; veru ma jafux x'qed igħidu!", "Semma wkoll li l- Perit Degiorgio kien aġent tal-konsulenti.", "Safejn naf jien il-Perit Degiorgio kien wieħed mill-konsulenti indikati bħala konsulent lokali tal- konsorzju.", "Safejn naf jien ma kien aġent xejn tal- konsulenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, point of order.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L- informazzjoni li għidt għandi hija meħuda minn mistoqsijiet parlamentari tal-Leġislatura li għaddiet u jekk irid nagħtih n- numri tal-mistoqsijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil- mistoqsijiet int staqsejt min għandhom bħala rappreżentant u jien semmejtlek lilu.", "Jista' jkun li kien hemm konsulenti oħra li bagħtu l-offerta Brussels meta ħarġet mill- Komunita' Ewropea li kellhom aġenti Maltin.", "Forsi l-Onor.", "Buhagiar jaf b'xi ditti li kellhom aġenti Maltin, per eżempju xi ditta Franċiża li kienet qed tikkompeti għal dan il-kuntratt ta' konsulenza.", "Din id-ditta Franċiża, allavolja kienet Franċiża xorta daħlet biex tagħmel l- iStructure Plan.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li sinjal li l-konsulenti kienu Ingliżi biex għamlu structure plan.", "Dan m'hu veru xejn.", "L- ewwel iddecidejna aħna li nagħmlu structure plan, imbagħad saru l-offerti.", "Ikkritikaw lill-konsulenti Ingliżi għax qalu li dawn huma traffic engineers.", "Veru li għandhom fama kbira bħala l- aqwa traffic engineers ta' l- Ewropa, pero' dawn għandhom esperjenza vasta fuq id- dixxiplini kollha ta' l- ippjanar.", "Il-priorita' fil- pjan kellha tkun lir-riżors uman u kellha tingħata importanza speċjali għall- aspett socjali.", "Mhux veru li l-konsulenti ma kellhomx social planner.", "Anzi waħda mir- raġunijiet għaliex ħaduh huma, waħda mill-assets li kellhom favur tagħhom, kienet li kienu l-uniċi mill-konsulenti kollha li ndikaw li se jkun hemm input minn social planner.", "Fil-fatt kien hawn social planner, kienet Amerikana - jiġifieri lanqas kienet Ingliza - Beverley Berstein u din għamlet l-input fuq l-aspetti socjali tal-Pjan, inkluż il- public attitude survey, is- saħħa, l-edukazzjoni, il-kura ta' l- anzjani, il-kultura, iż- żgħażagħ u s-servizzi socjali.", "Allura, Mr Speaker, aħjar wieħed joqgħod attent qabel ma jiġi jikkritika.", "Saret referenza mill-Onor.", "Buhagiar għal-local plans u qal li huma bħall- ischemes li għandna llum.", "Dan lanqas m'hu korrett għaliex fil-fatt il- local plans iridu jkunu l- estensjoni naturali ta' pjan ta' struttura biex il-policies jiġu relatati ma' areas speċifiċi.", "U anke l-local plans ikollhom written statements li jispecifikaw il- policies ta' pjan ta' struttura b'aktar dettalji.", "Jiġifieri l- local plans mhumiex daqshekk semplici.", "L-Onor.", "Freddie Portelli reġa' semma l-kwestjoni ta' l- HOS.", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qal li l-Gvern ma jistax jimmira biex kulħadd ikun sid ta' daru u allura m'hemmx għalfejn noħorġu aktar HOS, imma l-Gvern irid jimmira - u naħseb li għandu raġun - biex jagħti priorita' lil min ma jistax ikun sid ta' daru u lil min għandu bżonn igħix f'kondizzjonijiet aħjar.", "Minkejja l-argumenti li pprovaw iġibu dwar ugwaljanza u fairness, fl-ebda socjeta' ma jista' jkun li kulħadd ikun indaqs.", "Lanqas fis- soċjetajiet tas-soċjaliżmu li issa kkrollaw, ma kien kulħadd indaqs.", "Il-konċett ta' fairness kif semmieħ l-Onor.", "Salvu Sant huwa tad-daħk għax din mhijiex ir-realta' tal-ħajja.", "Dawn huma the politics of envy li kienu jużaw is-socjalisti mmoffati ta' wara l-gwerra.", "Illum il-partiti soċjalisti demokratiċi fl-Ewropa u fil- pajjiżi żviluppati m'għadhomx jitkellmu b'dan il-mod imma ovvjament is-Soċjalisti tagħna għadhom daqsxejn lura u għadhom ma ġewx in line ma' sħabhom li ilhom 30 sena magħhom fis-Socialist Interna- tional.", "Il-policies ta' l-art huma ċari u mhux il-każ li jsir ħela għax mhux il- pjan tal-Gvern.", "Hemmhekk saret il-ħela fir- riżors ta' l-art, li semma l- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Din saret mill-Gvern meta ma ħax in konsiderazzjoni l-element tal- valur ta' l-art fil-proġetti li kien qed jagħmel.", "L-ikbar ħela saret meta njoraw is-suq, meta taw plots kbar esaġerati, meta bnew spazji vojta bla sens u meta saru xi proġetti ta' toroq, għax il-Gvern ma tax kas ta' l-element tal-market value ta' l-art meta kkonsidra dawn il-proġetti.", "Il-menta- lita' li jien bdejt niġġieled biha - u din diffiċli biex iddaħħalha anke fil-burokrazija tal-Gvern - hi li mhux veru li jekk tibni proġett fuq art tal- Gvern, l-art ma tikkonsidrahiex fil-cost tal-proġett.", "U mhux veru li jekk tesproprja art ta' xi ħadd u ma tħallsu qatt - u għandna xi Lm20 miljun x'nagħtu lin- nies kollha li għandhom jieħdu ta' l-esproprjazzjoni - ma nikkonsidrawx il- valur ta' l-art.", "Bil-maqlub ta' l- argument tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, dan huwa l-iżball li kien qed isir f'dan il- pajjiż u li minħabba fih kienet qed tinħela l-art.", "Il-pjan jindirizza wkoll il- bżonn ta' djar, imma dan jindirizzah b'mod razzjonali u mhux fuq il-prinċipji li darba l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici qal li jekk nidħlu fl-Ewropa, minħabba fihom il-mara Maltija ma tkunx tista' tikkompeti iktar man-nisa l-oħra biex ikollha dar sabiħa.", "Aħna żgur li mhux fuq dawk il-prinċipji se nindirizzaw il-problemi tad- djar, għax huma dawk il- prinċipji li jkomplu jaħlu l- ftit art li għandna.", "(Interruzzjonijiet) Tgħidx li din m'għidthiex ukoll, għax peress li dejjem isemmulek ta' l-AIDS, din forsi ma tantx isemmuhielek.", "MR SPEAKER: Indirizza ruħek lejn is-Sedja, Onorevoli Falzon, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Intom qed tgħidu hekk.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, saret kritika li x- xogħol fuq l-ewwel local plan kellu jieqaf biex nagħtu priorita' lill-business l- ieħor, jiġifieri naġġornaw il- proċeduri tad-development control.", "Dan aħna għamilnih konxjament għax ma rridux li l-pjan ikun approvat mingħajr ma jkun jista' jiġi mplimentat.", "Għalhekk ridna naġġornaw il- proċeduri tad-development control qabel ma nagħmlu l- local plans.", "Fil-fatt ħafna mill-policies jista' jkollhom effett immedjat fuq l-iżvilupp anke qabel ma jsiru l-local plans.", "Kieku ridna, kien faċli li nqabbdu konsulenti biex dan il-local plan isir u konna wkoll nieħdu esperjenza mill-istaff Malti.", "Imma aħna ma dehrilniex li x-xogħol kellu jsir b'dan il-mod.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li kulma sar kien extrapolation tat- trends li jirriżultaw mis- surveys.", "Dan ukoll mhux veru, Mr Speaker.", "Semma wkoll il- car ownership.", "Fil-fatt ġew studjati t-trends tal-car ownerships, iżda l- projections li saru kienu fuq scenarios fejn wieħed analizza sitwazzjoni ta' żieda għolja jew ta' żieda baxxa relatata ma' fatturi bħal, per eżempju, relevanza ta' l-ispejjeż biex wieħed imur minn post għall- ieħor.", "Ovvjament jekk l-enfasi hi li jitjieb it-trasport pubbliku, skond kif hu rakkommandat fil-pjan, allura wieħed jistenna li l-użu tal- karozzi privati ma jibqax jiżdied bl-istess rata li kien jiżdied fl-imgħoddi.", "Imbagħad il- proċeduri ta' kif jistgħu jsiru emendi għall-pjan huma elenkati fil-liġi, kif diġa' għidt.", "L-allegazzjoni li għamel l-Onor.", "Buhagiar mhijiex veru li l-policies jinbidlu minn ġurnata għall-oħra.", "Qalu illi fil-Pjan hemm bżonn ta' ħames golf courses.", "Din ukoll ivvintawha għaliex fil- fatt ma kenux qegħdin jaqraw il-final plan imma l- first draft.", "Fil-first draft kien hemm affarijiet illi biddilnihom wara li għamilna konsultazzjoni pubblika u l- Gvern ta l-opinjoni tiegħu.", "Fil- fatt hemm 'il fuq minn 100 bidla, inkluż fuq il-liġijiet tal-kera, li semma l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, il-golf courses u l-hypermarkets.", "Il- Pjan ma jittrattax fuq golf courses u l-hypermarkets bil- mod kif tkellmu l- Onor. Membri hawn ġew, partikolarment l- Onor. Buhagiar, għaliex dak kien x'qalu l-konsulenti fil- bidu.", "Aħna dan biddilnih għaliex id-Draft Final plan li qegħdin niddiskutu hawn mhuwiex il-pjan kif tawhulna l- konsulenti imma hu l-pjan kif ġie emendat wara dak li qalu n- nies interessati, jiġifieri kulħadd minbarra l-Oppożizzjoni Laburista.", "L-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li jrid isir studju fuq l-internal migration.", "Kieku ra l- Explanatory Memorandum kien jara li dan diġa' sar, u hemm indikazzjonijiet ġenerali ta' numru ta' postijiet tax-xogħol u postijiet ta' abitazzjoni li għandhom jinħolqu sabiex wieħed kemm jista' jkun jilħaq bilanċ bejn id-diversi nħawi ta' Malta.", "Qalu li hemm inkonsistenza għaliex l- industrija taż-żejt u l-gass tmur f'Marsaxlokk, u l- Marsaxlokk hu ndikat għal Tourist Development.", "Ovvjament, kif ili ngħid mindu bdiet l- istorja tal-power station, hemm ir-raħal ta' Marsaxlokk u hemm il-bajja ta' Marsaxlokk li hija enormi, tibda minn Delimara u tispiċċa Kalafrana.", "Il- parti pittoreska tradizzjonali tar- raħal ta' Marsaxlokk se tibqa', li allura għandha valur fl- industrija tat-turiżmu.", "Qalu li għalkemm dan il-Pjan mhuwiex site specific, issemmew Ta' Ċenċ, il-Marsa, Pembroke, Ħal Luqa, u Għawdex.", "B'daqshekk ma jfissirx li mhux site specific u mhux veru li saret xi eċċezzjoni għal Ta' Ċenċ biss.", "Waħda mill-problemi kbar illi għandna hija l- problema ta' l-enforcement, pero' lanqas hu veru li dan il- Gvern ħalla jsir bini bla permess, qisu ma ġara xejn.", "Meta kien hemm bini bla permess jew mhux skond il- kondizzjonijiet tal-permess aħna dejjem ħadna passi.", "Sa ċertu punt, il-liġijiet ixekkluna, pero' bil-provvedi- menti li daħħalna għall-ewwel darba fl-Att dwar l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp, aħna sejrin nagħtu poteri kbar lill- Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tkun tista' tieħu passi iktar immedjati u iktar diretti kontra min jabbuża.", "F'ċerti każi, l-Awtorita' se jkollha l- poter illi tidħol fil- proprjeta' mingħajr ma tidħol fil-Qorti.", "Meta l-Awtorita' tagħti ordni lil xi ħadd u dan ma jobdix, l-Awtorita' awtomatikament se jkollha l- poter illi tidħol fil- proprjeta', u dan huwa deterrent tajjeb.", "Jiena ma nafx għaliex dawn l-affarijiet ma semmewhomx.", "Issemma li f'ċerti oqsma, bħall-edukazzjoni hemm bżonn ta' ippjanar.", "Il- Kap tal- Oppożizzjoni semma ħafna oqsma u qal li fihom m'hemmx ippjanar.", "Aħna nistgħu ngħidu li wżajna l-pjani tal-FAO u tat-turiżmu ta' Howarth and Howarth bħala bażi biex ngħaqqduhom mal-Pjan ta' Struttura.", "Fil-fatt, fil- kontest tar-riforma tas-servizz pubbliku, il-Gvern tant qed jirrikonoxxi l- bżonn ta' planning and development function fid-dipartimenti - bħad- Dipartiment tas-Saħħa u d- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni - li qegħdin jinħolqu pożizzjoni- jiet ta' diretturi apposta b'din ir-responsabilita'.", "Jiġifieri altru milli qegħdin nipprovaw nagħmlu pjan illi ma jistax jitwettaq.", "Rigward il-waste management, qed nagħmlu l-pjani wkoll u ma nistax nifhem kif l- Oppożizzjoni tibqa' tinsisti li dan mhux veru meta wieħed ikun jaf b'dawn l-affarijiet.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal li s- settur privat se jkun mitlub jiffinanzja t- twettiq tal-Pjan.", "Il-piż finanzjarju għall- iżvilupp irid jerfgħu kulħadd, kemm is-settur pubbliku, kif ukoll is-settur privat għaliex f'dan il-pajjiż l-iżvilupp mhuwiex iffinanzjat kollu mill- Gvern.", "Allura f'dan is-sens, il- pjan qed jipproġetta sitwazzjoni fejn lis-settur privat, li normalment jiġi 'l quddiem biex jinvesti fuq xi proġett, issa ngħidulu li dan l- investiment irid jiġi nkwadrat fil-pjan sħiħ li jorbot lis-setturi kollha li hemm imsemmijin fil-Pjan ta' Struttura.", "Anzi l-Pjan ta' Struttura jmur oltre minn hekk għax jidentifika opportunitajiet ta' investiment li għalihom l-investitur privat ikun imħajjar jieħu inizjattiva.", "L-Onor.", "Leo Brincat irrefera għall-problema tad-drenaġġ.", "Kif kelli l- okkażjoni ngħid, qed jitħejja master plan għas- sistema tad-drenaġġ li wkoll huwa parti mill-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Struttura li diġa' nbeda.", "Mela mhux talli l-Pjan jista' jitħaddem, talli diġa' bdejna l- proċess tat- tħaddim tiegħu.", "Pero' huma min-naħa tagħhom qatt ma ppjanaw, u meta telgħu fil- gvern u sabu master plan tad- drenaġġ li kien ippjanat mill- World Health Organisation, il- Ministru ta' qabli tefgħu fuq l- ixkaffa għal 16-il sena sħaħ.", "Dan hu li għamlu huma fuq id- drenaġġ!", "Imbagħad għamlu d-day-to-day management by crisis, għax kienu jżidu id- drenaġġ f'post u mbagħad iżidu f'post ieħor.", "L-Onor.", "Freddie Micallef f'ħin minnhom ried jgħid li s- surveys kienu jirrikjedu ħafna xogħol, u mbagħad qal li kulma għamilna hu li ġbarna l- informazzjoni ta' l-Istatistika.", "Veru li huma bbażaw ruħhom fuq iċ- ċensiment ta' l-1985 - u dik hi r-raġuni għaliex ma kellhomx statistika iktar tard, għax meta kienu qed jaħdmu l- pjan, l-istatistika kienet available sa l-1985 - pero' mhux veru li dawn ir-rapporti huma ġabra ta' statistika li kont tista' tiġborha minn xi mkien ieħor.", "Kif jista' jkun li dik l-informazzjoni li fih is-survey tat-traffiku, informazzjoni dwar aspetti ambjentali tal-kosta, l- informazzjoni dwar aspetti ta' interess ekoloġiku jew l- informazzjoni dwar aspetti ta' kategoriji differenti ta' art agrikola u aspetti simili tiġborha minn bnadi oħra?", "Dan hu kollu xogħol li sar speċifikament għas-surveys, u kieku fl-1987 meta tlajna aħna fil-gvern, kien hemm Town Planning Office, kieku konna nsibu fuqhiex naħdmu.", "Imma ma sibniex fuqhiex naħdmu għax sibna kollox magħluq u żarmat.", "L-Onor.", "Freddie Micallef semma wkoll it-toroq.", "Ma nafux li għandna problema tat- toroq?", "It-toroq li semma hu huma toroq li nbnew riċentement fi żmien Gvernijiet preċedenti.", "Aħna nafu kif inbnew it-toroq dak iż- żmnien.", "L-ikbar problema li għandna hija bit- triq bejn Ħal Qormi u Ħaż- Żebbuġ u t-triq ta' l-Imtarfa, għax dawn inbnew fuq subsoil li hu tafli u dawn jiċċaqalqu l- ħin kollu.", "Huwa faċli li tgħid li t-triq qed tiċċaqlaq, imma biex issewwiha trid taqlagħha - u l-Onor.", "Buhagiar jaf x'qed ngħid - tagħmel għoli konsiderevoli ta' materjal li jkun b'saħħtu, u mbagħad terġa' tqegħidha.", "Kieku fl-ewwel ħames snin ta' l-Amministrazzjoni tagħna ddeċidejna li nonfqu xi Lm5 miljun biex naqilgħu t-toroq ta' Malta u nagħmluhom tajbin flok nagħmlu l-proġetti li għamilna, l- Oppożizzjoni kienet tgħidilna li aħna m'għamilna xejn għax it-toroq għamluhom huma.", "Probabbilment kienu jgħidulna li t-toroq qlajniehom u erġajna sewwejniehom biex nagħtu l-flus lill-ħbieb tagħna.", "Per eżempju, id-diametru tar- roundabouts kien jiġi deċiż skond kif kien ifettillu l- Ministru, u anke l- wisa' tat- toroq bl-istess mod kien jiġi deċiż, u mhux jsir xi studju xjentifiku dwar kemm igħaddi traffiku minnhom.", "Il-linji tat-toroq mhux is- surveyor kien jagħtihom, imma kien imur il- Ministru u jikkalkolahom fuq għajnejh.", "Dan hu l-mod kif kienu jsiru l-affarijiet dak iż-żmien.", "Jiena l- iżbalji tiegħi nammettihom, pero' ma naċċettax illi jkun hawn min jimbixni għax jien ammettejt l- iżbalji tiegħi jew ta' xi ħadd mid-Dipartiment li jien responsabbli għalih, u mbagħad l-iżbalji tiegħu ma jammettihomx, qisu qatt m'għamilhom.", "Ovvjament dan ma nistax naċċettah.", "L-Onor.", "George Vella semma t- telecommunications antennae.", "Din ukoll hija policy li qegħda fil-pjan, u konna ddiskutejna l-kwestjoni li d-dish antennae ma jidhrux meta emendajna l- Liġi ta' l-Estetika.", "Fil-fatt konna emendajna l-Liġi ta' l- Estetika għal dak l-iskop u daħħalna dik il-policy fl- Istructure Plan għax issa l- Bord ta' l-Estetika u l- Ordinanza ta' l- Estetika se jispiċċaw.", "U l-konċett tal- billboards daħal fil-Liġi ta' l- Ippjanar ta' l-Iżvilupp għall-istess raġuni.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li hemm inkonsistenza bejn l- Environment Protection Act u l- Pjan ta' Struttura dwar l- environment impact assessments.", "Din il- problema diġa' solvejtha għax se noħorġu regolamenti - u diġa' poġġejnihom fuq il-Mejda tal-Kamra meta qassamna d-draft regulations - fejn se nagħmluha tassattiva li jkun meħtieġ l- environment impact assessement.", "Jien kont nistenna li n-nies jagħtu l-opinjoni tagħhom.", "Sal-ġurnata tal- lum l- Oppożizzjoni ma qalet xejn fuq ir-regulations ta' l- environment impact assessment.", "Imbagħad l-Onor.", "Vella kien ipprova jieħu rikba politika rħisa.", "Kien qal li se nagħmlu test biex naraw ir-road worthiness tal-karozzi wara erba' snin u l-owners se jħallsu.", "Qal li din hija taxxa pulita li ma kenitx imħabbra fil-Budget.", "Ħames minuti wara staqsa fejn hemm il-principju ta' the polluter pays fil-pjan!", "Dan qed igħid hekk biex ifixkel il-poplu.", "Kulħadd jifhmek meta titkellem fuq it-taxxi, imma ftit jifhmuk meta titkellem fuq il-principju ta' the polluter pays.", "Imbagħad tkellem l-Onor.", "Refalo.", "Qal li f'Għawdex qegħdin jingħataw l- pariri lin- nies biex jibnu illegalment.", "L-Għawdxin qed jibnu l-ġimgħa fil- għaxija, is-Sibt u l-Ħadd.", "L-Onor.", "Refalo qal li dan qed isir għax il- building inspectors ikunu bil-leave f'dak il-ħin u l-Qrati jkunu magħluqin.", "Jien ngħidlu: Int qatt tajt parir biex in-nies imorru kontra l-liġi b'dan il- mod?", "Naf x'qed ngħid.", "Mhux imbagħad joqgħod jiġi hawn jibki biki tal- kukkudrill.", "L-Onor.", "Salvu Sant semma ħafna affarijiet li mhumiex qegħdin fil-Pjan, pero' huma meqjusin bħala codes of practice li għandhom isiru fl- industrija tal-bini, mhux necessarjament li dawn ikunu nklużi fl- iStructure Plan.", "Per eżempju, is-sistema tal- pitkali m'hemmx għalfejn tkun fil-Pjan ta' Struttura għax qegħda fil-pjan ta' l- agrikoltura.", "Semma wkoll li m'hemmx referenza għall-policy dwar il- barrieri bħala sors possibbli ta' underground spaceplanning.", "Dawn il-policies isemmu l- ħtieġa li wieħed jibda jħares bis-serjeta' lejn il- possibbilta' li jsir użu minn spazju taħt l-art għal użu differenti, bħal ħażna ta' affarijiet essenzjali.", "Xi ħaddieħor qal li l-Pjan jinjora l-problema tal-waste.", "Dan m'hu veru xejn għax hemm sezzjoni sħiħa li tittratta fuq solid waste.", "Hemm tmien policies dwar dan is-suġġett.", "U bħalissa qed jitħejja wkoll waste management plan mill- Ministeru u mis-Segretarjat biex din il-problema tiġi attakkata b'mod wiesgħa.", "Issemma wkoll li m'hemm provdut xejn għall-ħarsien tal- pjazez u ċ-centri ta' l-ibliet.", "Dan m'hu veru xejn għaliex hemm stipulat għan principali illi f'dawk l-areas jiġi mħares u mtejjeb l-bini, kif ukoll l- ispazju.", "Jiġifieri fil-pjan jeżistu l-affarijiet li qed igħidu illi ma jeżistux.", "Irrid ngħid xi ħaġa interessanti milli fhimt jien minn dak li qalet l- Oppożizzjoni.", "Veru li għamlet balbuljata u kien hemm inkoerenza pero' ittieħdet linja fejn qalu li dan mhuwiex Pjan fattibbli, imma huwa pjan tal-ħolm.", "L-Onor.", "Buhagiar semma l-film ta' Charlie Chaplin, \"The Tramp\", imbagħad l-Onor.", "Bartolo semma \"Beauty and the Beast\".", "Dan ħolm?", "Għaliex kien hemm konsulent li qal li l-pjan irid ikollu vizjoni ta' Malta fl- Ewropa, l- Onor. Buhagiar qal li dan qed joħlom, u li dawn huma fairy tales.", "Hija l-aktar ħaġa normali illi fil-Pjan ta' Struttura jkun hemm viżjoni għall-futur.", "Jien nemmen li jkollok vizjoni għall-futur huwa element essenzjali kemm għall-bniedem fil-politika, kif ukoll għall- eżercizzju ta' l- ippjanar.", "Jien ma nafx jekk il-Komunita' Ewropea ħallsitx 600,000 ECU biex noqogħdu noħolmu, pero' nista' ngħid illi jekk tara l-Pjan ta' Struttura li joħroġ fl-Olanda, hekk isemmuh.", "Il-Liġi li għandhom l-Olanda jsemmuha \"viżjoni għall-iżvilupp\" u l- Malasja li għamlu pjan strateġiku għal 30 sena - u mhux għal 20 sena - li jagħlaq fl-2020 sejħulu \"Vision 2020\".", "Allura l-Oppożizzjoni se tivvota kontra għaliex qed tgħid li dan il-pjan huwa sempliċement ħolma?", "Per eżempju, wieħed żagħżugħ li jkun għadu se jibda d-dinja wkoll jifforma viżjoni għall- futur tiegħu u jkollu ambizzjoni biex fil-futur tiegħu jsir xi ħaġa, inkella jibqa' bħal \"The Tramp\" bil- qalziet imqatta' bil-qegħda fuq il- bankina.", "Jien ma nafx jekk hux proprju dan li ġralu l-Malta Labour Party, Mr Speaker.", "Kemm ilna li tlajna fil-gvern aħna fl- 1987 bdejna nwettqu rivoluzzjoni f'dan il-pajjiż, mhux rivoluzzjoni bin-nies barra jkissru l- każini u jaħarqu l- karozzi imma rivoluzzjoni bil- kwiet.", "Per eżempju, l- Universita' llum saret rivoluzzjoni enormi li se tagħti l-frott tagħha fis-snin illi ġejjin.", "(Interruzzjonijiet) Jekk wieħed iħares lejn il- qasam tax-xandir jara li wettaqna rivoluzzjoni f'dan il- pajjiż u ċ- ċittadini Maltin igħidulek li dan il-pajjiż m'għadux l-istess pajjiż li kien taħt il-Gvern Soċjalista.", "Dan igħiduh ukoll il-votanti tal-Malta Labour Party.", "(Interruzzjonijiet) F'dan il- qasam aħna wkoll irridu nagħmlu rivoluzzjoni, Mr Speaker u meta tagħmel rivoluzzjoni jrid ikollok viżjoni u mhux jiġi l- Onor. Anton Refalo jipprova jirredikola lil Martin Luther King għax qal li \"I have a dream\".", "Hija ħaġa ta' mistħija li biex l-Oppożizzjoni tikkritika l-Pjan ta' Struttura tagħna, tagħmel paragun ma' Martin Luther King għaliex skond ma qal l-Onor.", "Refalo dan kellu ħolma li ma seħħitx għaliex is-suwed fl-Amerika għadhom ibatu u jsofru d- diskriminazzjonijiet.", "Din x'mentalita' hi, Mr Speaker?", "Fid-dinja hemm żewġ stili ta' treġija, meta jkollok ażjenda jew pajjiż - u bejn pajjiż u azjenda hemm ċerti parallels fihom u din għamel referenza għaliha wkoll il-Kap ta' l- Oppożizzjoni - jista' jkun li jkollok min irid imexxi l- pajjiż b'viżjoni, u l-viżjoni ma tkunx ġejja mill-moħħ, imma tkun ġejja mill-qalb ta' min irid imexxi għax ikun jemmen f'ħolma.", "Stil ta' tmexxija ieħor hu ta' manager li jkun teknokratiku u juża l-loġika biss.", "L- istorja ta' l-umanita' wrietna illi min kellu viżjoni ġab lill-pajjiż 'il quddiem.", "Aħna konna partit illi iktar minn 100 sena ilu kellna viżjoni li din il-blata bin- nies li joqogħdu fuqha tista' tkun nazzjon.", "Din kienet ħolma ta' daħk iktar minn ta' Charlie Chaplin, The Tramp!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onorevoli, kkonkludi jekk jogħbok.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fil- ħamsinijiet min mexxa bil- loġika qal li dan hu pajjiż żgħir u għalhekk is-soluzzjoni loġika mhux is-soluzzjoni tal- viżjoni kienet li jibgħat nofs in-nies jaħdmu f'pajjiżi 'l bogħod fil- bażijiet militari.", "Dik kienet il-konklużjoni loġika.", "Pero' aħna qatt ma accettajna dawn il- konklużjonijiet loġici għaliex aħna emmina fil- viżjoni.", "Illum aħna għandna viżjoni oħra.", "Jekk il-Pjan ta' Struttura huwa parti minn din il-viżjoni, jekk hija an impossible dream li dan il-pajjiż isir pajjiż ugwali fl-Ewropa daqs il-pajjiżi kollha ta' l-Ewropa f'dan il- mument storiku fejn l-Ewropa se jkollha rinaxximent ieħor, jekk allura aħna rridu li Malta tiżviluppa biex tilħaq dawk il-livelli hija ħolma, allura aħna niftaħru li qegħdin noħolmu.", "Aħna għandna l- viżjoni tagħna, irridu nimxu lejn il-viżjoni tagħna, u aħna se nivvotaw biex dik il-viżjoni ssir realta', mhux biex noqogħdu bil-qegħda bħat- tramps.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il- mistoqsija hi l-Mozzjoni Nru. 18 kif imressqa mill-Ministru għall-Ambjent fis-Seduta Nru 40 ta' l-20 ta' Lulju, 1992.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni, il- Kamra ġiet sospiża fit-8.20 p.m. u rriżumiet fl-8.40 p.m.", "MR SPEAKER: Ġejt informat li hawn ftehim fuq pairing.", "Il- Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin huwa paired ma' l-Onor.", "Joe Brincat u s-Segretarju Parlamentari l- Onor. John Rizzo Naudi huwa paired ma' l-Onor.", "Karmenu Vella.", "|VOTAZZJONI NRU : | | |13 | | |FAVUR:32 |KONTRA:29 | | | | |L-Onor. | L-Onor | | | | |Bonello Du Puis |Abela Wistin | |George | | |Bonnici Josef | Attard Montalto| | |John | |Bonnici Michael | Bartolo Evarist| |Borg Tonio |Borg Carmel | |Cassar Joe |Brincat Leo | |Cuschieri Louis | Buhagiar | | |Charles | |Dalli John |Buhagiar Louis | |Debono Giovanna | Calleja Reno | |Deguara Louis | Cilia Joe | |Falzon Michael |Debono Grech Joe| |Fenech Adami |Farrugia Michael| |Eddie | | |Fenech Joe |Farrugia Noel | |Frendo Michael |Gatt George | |Galea Louis | Grech Edwin S | |Galea Mario | Mangion Charles| |Galea Ċensu | Micallef | | |Freddie | |Gatt Lawrence | Mifsud Bonnici | | |Karmenu | |Gauci Borda Lino |Mintoff Dom | |Hyzler George | Mizzi Joe | |Mifsud Bonnici |Moran Vincent | |Antoine | | |Mifsud Bonnici |Muscat Philip | |Ugo | | |Muscat Claude | Nicholl Tony | |Muscat Richard |Portelli Alfred | |Psaila Savona |Refalo Anton | |Joseph | | |Refalo Louis |Sant Alfred | |Refalo Michael | Sant Salvu | |Angelo | | |Spiteri Carm Lino| Schembri Adami | | |Sandro | |Tabone Anton |Spiteri Lino | |Vella John |Vella George | |Zammit Ninu | | |Zammit Stanley | | |Zammit Dimech | | |Francis | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet", "FTEHIM TAL-KAMRA", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jidhirli li hawn ftehim tal- Kamra biex naġġornaw u ma ngħaddux għall-item li jmiss fuq l-agenda u ma jitteħidx l- Aggornament.", "MR SPEAKER: Hawn il-ftehim tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva) AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aggornament tal- Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Settembru, fis-6.00 p.m. b'agenda li tiġi kommunikata iktar tard.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim tal-Kamra, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Settembru, 1992, fis- 6.00 p.m. b'agenda li tiġi kommunikata aktar tard.", "Fit-8.45 p.m. il-Kamra aġġornat skond il-ftehim milħuq aktar kmieni.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "Taqsima Indafa Pubblika,Gbir ta' skart calr,Taqsima Indafa Pubblika,Gbir ta' skart falm,Taqsima Indafa Pubblika,Gbir ta' skart TAQSIMA INDAFA PUBBLIKA - ĠBIR TA' SKART", "3740. l-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: X'kontroll hemm fuq min jiġbor l-iskart u l-ikel min restaurants u lukandi?", "Xi ħadd qed jagħmel sorveljanza li dan il-fdal ta' l-ikel mhux qed jinbiegħ minn dawn il- kuntratturi lil dawk li jrabbu l-majjali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Billi skond il-Liġi (LN 86/1980): il-ġbir ta' fdalijiet ta' l- ikel ecc. (swill) minn hotels u restauranti huwa regolat mid- Direttur ta' l-Agrikoltura, nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru direttament koncernat.", "Taqsima Indafa Pubblika,Riċiklaġġ ta' l-iskart calr,Taqsima Indafa Pubblika,Riċiklaġġ ta' l-iskart falm,Taqsima Indafa Pubblika,Riċiklaġġ ta' l-iskart TAQSIMA INDAFA PUBBLIKA - RICIKLAĠĠ TA' L-ISKART", "3741.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: L-impjant li jirriċiklika l-iskart beda jaħdem jew le?", "Jekk iva kemm qed jagħmel riċiklaġġ dan l- impjant kuljum?", "Jekk le, għaliex għadu ma bediex jaħdem?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L- impjant għar-riciklaġġ ta' l- iskart solidu domestiku (f'Sant' Antnin, limiti ta' Wied il-Għajn) għadu ma bediex jaħdem fuq bażi regolari.", "Ir-raġunijiet huma organizz- attivi; sakemm jinstab l-aħjar mod kif dan l- impjant jitħaddemm bl-ikbar efficjenza.", "Power Station,Marsaxlokk calr,Power Station,Marsaxlokk falm,Power Station,Marsaxlokk POWER STATION - MARSAXLOKK", "3742.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Il-Gvern beħsiebu jixtri l-filters biex jinqata' s-sulphur li ħiereġ mill-Power Station il-ġdida ta' Marsaxlokk?", "Jekk iva, meta?", "Jekk le, jaf il-Ministru li dan is-sulphur huwa wieħed mill- kaġuni ta' cancer fl-imsaren u fl- istonku?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: S'issa ma ttieħdet ebda deciżjoni.", "Kemmuna,Blue Lagoon calr,Kemmuna,Blue Lagoon falm,Kemmuna,Blue Lagoon KEMMUNA - BLUE LAGOON", "3760.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministeru tiegħek jiddikjara l-Blue Lagoon f'Kemmuna, bħala marine park fejn ma jkunux jistgħu jidħlu dgħajjes jew biċċiet tal-baħar ħlief bl- imqaddef?", "Jaf il-Ministru li l- Interpellant ilu snin twal jissuġġerixxi f'diskorsi pubbliċi u kitbiet fil-gazzetti biex dan isir?", "Jista' l- Ministru jagħmel minn din il- bajja sabiħa santwarju tal-ħut fejn ma jiġix permess li jinqabad ħut ħalli dan ibejjet u jikber bil-kumdita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li diġa' tajtu għall-mistoqsija parlamentari numru 3238 (Seduta 42).Enemalta,Provvista ta' elettriku sans,Enemalta,Provvista ta' elettriku falm,Enemalta,Provvista ta' elettriku ENEMALTA - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "3772.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm-il servizz ta' dawl ingħata fl-aħħar sena minn Enemalta?", "Kemm għad baqa' fuq il- waiting list u kemm ilha l- aktar waħda li ilha tistenna?", "Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-lokal ta' dawk fuq il- waiting list?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Enemalta,Membri tal-Bord sans,Enemalta,Membri tal-Bord falm,Enemalta,Membri tal-Bord ENEMALTA - MEMBRI TAL-BORD", "3773.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r- raġuni li fil-Bord ta' Enemalta maħtur għal din is- sena, kważi m'hemm ħadd mill- membri li hu tekniku fis-sens li jaf kemm bit-teorija kif ukoll bil- prattika f'dak li hu konness ma' Enemalta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fid- dinja specjalizzata kummercjali tal-lum il- funzjonijiet ta' Bord tad-Diretturi huma li jidderiġi l-management fl- organizzazzjoni u kuncett ta' policy fuq ir-rakkoman- dazzjonijiet ta' l- esperti teknici mpjegati magħha, jiġi- fieri, il-kwalifiki primarji tal- membri tal-Bord għandhom ikunu l-maturita', viżjoni u fehma cara ta' l- iskopijiet li jridu jiġu milħuqa mill- Korporazzjoni u x-xewqa li jinkorraġġixxu l-parteci- pazzjoni fuq livell ta' Bord (fuq bażi ad hoc) mill-esperti teknici li jkunu pproponew il- linji tal-policy tagħhom, biex jakkwistaw l-oġġettivi tagħhom fl-ażjenda.", "Li jkollok persuni specjalizzati mhix necessarjament ħaġa pożittiva għax din tista' toħloq nuqqas ta' nteress mill- esperti ta' l-organizzazzjoni li jistgħu iħossu li ma jkunx hemm lok għall-inizjattiva tagħhom.", "Power Station,Marsa sans,Power Station,Marsa falm,Power Station,Marsa Power Station,Delimara sans,Power Station,Delimara falm,Power Station,Delimara POWER STATION", "3774.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Safejn hu mwassal il-cable tal- high tension bejn il-Power Station ta' Delimara u dik tal- Marsa?", "Jekk għadhom mhux imqabbdin mar-ring circuit x'inhi r- raġuni?", "Dan ifisser li għad iridu jitħaffru aktar trinek għal dawn il-cables?", "Meta se jkun lest dan ix- xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il- Power Station ta' Delimara qegħda mqabbda mal- Power Station tal-Marsa, permezz ta' 33KV cables.", "Huwa ppjanat li l-ewwel parti tas-sistema tal-132KV tiġi nstallata sal- Ħarifa tal-1993.", "Biex isir dan ix-xogħol ovvjament iridu jitħaffru t- trinek.", "Ta' l-Ibraġġ,Triq il-Kwarta,Dawl sans,Ta' l-Ibraġġ,Triq il-Kwarta,Dawl falm,Ta' l-Ibraġġ,Triq il-Kwarta,Dawl TA' L-IBRAĠĠ - TRIQ IL-KWARTA - DAWL", "3775.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienu r- raġunijiet li ta' l- Ibraġġ specjalment fl-area ta' Triq il-Kwarta d- dawl/elettriku ġie nterrot għal aktar minn sitt darbiet dan ix-xahar?", "Xogħol ta' maintenance u upgrading u reinforcement tal- linji f'din l- istess area ilu sejjer għal dawn l-aħħar ħames snin.", "L-aħħar interruzzjoni kienet fil-lejl tas-Sibt u l-Ħadd 18/19 ta' Lulju.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Santa Venera,Proġett tal-mini sans,Santa Venera,Proġett tal-mini falm,Santa Venera,Proġett tal-mini SANTA VENERA - PROĠETT TAL-MINI", "3776.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm kienet l- istima kollha tax-xogħol tal-mini ta' Santa Venera?", "Kif inhi mqassma u l-valur ta' kull biċċa xogħol?", "Xi tħallas s'issa?", "Kemm għad baqa' xogħol xi jsir?", "Kemm għad hemm flus x'jitħallsu u lil min?", "Għaliex dak li ġie rrapportat li inti għidt li x-xogħol se jkun lest sa l- aħħar ta' Ġunju 1992, ma sseħħx?", "X'raġunijiet kien hemm?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 3030 (Seduta 41).", "Inżid ngħid li biex tinġabar l-informazzjoni dwar kull nefqa li ssir fuq proġett ta' din l- entita' tirrikjedi żmien twil ħafna.", "Dwar l-aħħar parti tad- domanda wieħed irid japprezza li kif ġie spjegat ix-xogħol tal-proġett żdied konsiderevolment minn kif kien oriġarjament maħsub.", "Kamra tad-Deputati,Stqarrijiet ministerjali sans,Kamra tad-Deputati,Stqarrijiet ministerjali demg,Kamra tad-Deputati,Stqarrijiet ministerjali KAMRA TAD-DEPUTATI - STQARRIJIET MINISTERJALI", "3777.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin: Kemm saru stqarri- jiet ministerjali mill-ftuħ ta' l- ewwel laqgħa tal-Parlament, u minn Lulju 1987 'il hawn?", "Minbarra l-Budget ta' kull sena a a kemm il-xandira diretta minn fuq it- TV saret għall-istess perjodu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Minn Lulju 1987 'l hawn saru 34 stqarrijiet ministerjali, li waħda minnhom saret matul din il-Leġislatura.", "Minbarra d- dibattiti tal-Budget ta' kull sena, matul l-istess perjodu saru erba' xandiriet diretti minn fuq it-televiżjoni.", "Dingli,Tindif pubbliku farn,Dingli,Tindif pubbliku falm,Dingli,Tindif pubbliku DINGLI - TINDIF PUBBLIKU", "3950.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jitkompla x-xogħol fi Triq Francesco Zammit Street, Claudette Agius Street, Triq il-Gvernatur William, Reid f'Ħad Dingli?", "Jista'l-Ministru wkoll jiżviluppa triq li għandha tinfetaħ f'Għar Mirdum sabiex dawn l-inħawi jitnaddfu u jkun żviluppat skond kif ippjanat ħalli jispiċċaw il-ġrieden u ħmieġ ieħor f'dawn l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien ifnormat li x-xogħol fit-toroq li hemm f'Dingli HOS (Phase III) issa tlestew.", "Ix-xogħol biex tinfetaħ it- triq f'Għar Mirdum se jinbeda x-xahar li ġej peress li għadu kif tqabbad kuntrattur sabiex jagħmel dan ix-xogħol.", "Rabat,Għar Barka,Tindif farn,Rabat,Għar Barka,Tindif falm,Rabat,Għar Barka,Tindif RABAT - GĦAR BARKA - TINDIF", "3972.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: B'referenza għall- mistoqsija parlamentari numru 2221, jista' l-Ministru jasal wasla huwa stess f'Għar Barka, Rabat ħalli jkun jaf jekk hemmx bżonn ta' tindif tal-ħaxix?", "Il-Ministru jrid li nlaqqgħu mar-residenti sabiex jgħidulu l-verita'?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab informat illi t-tindif tal- ħaxix f'Għar Barka, Rabat sar."]} {"filename": "20010702_566d_par.doc", "date": "2001-07-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 566 It-Tnejn, 2 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 566", "It-Tnejn, 2 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "566", "It-Tnejn, 2 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 182", "KUNSENS GĦAL ATTI 182", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 182", "TQEGĦID TA' KARTI 186", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 187", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INBID (IT-TIENI QARI)", "WINE BILL (SECOND READING) 188", "AĠĠORNAMENT 201", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 205", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 565 li saret fis-27 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XV ta' l-2001 - Att ta' l-2001 dwar il-Kunsill Malti għall- Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali;", "Att Nru XVI ta' l-2001 - Att ta' l-2001 li jemenda l-Att dwar il- Condominia; u", "Att Nru XVII ta' l-2001 - Att ta' l-2001 dwar Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "GENERAL SERVICE - PERFORMANCE AGREEMENT", "26386.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali fis-servizz ġenerali li matul is- sena 2000 ma ġġeddidilhomx il-performance agreement?", "Jista' jgħid għala lanqas l-istess uffiċjali ma jingħataw ir-raġuni għal dan, imqar b'mod konfidenzjali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Performance agreement jiskadi awtomatikament meta jagħlaq.", "Fil-każ ta' diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, il-ħatra l-ġdida ssir fuq bażi ta' kompetizzjoni u l- aħjar kandidat jintgħażel għall-ħatra.", "Fil-każ ta' segretarji permanenti, ħatriet ġodda jew tiġdid ta' performance agreement isiru minni wara li nkun ikkonsultajt mal-ministru responsabbli u ma' numru ta' persuni oħra skond il-bżonn u wara li nkun konvint li l- persuna indikata hija l-aktar waħda idonea fiċ-ċirkostanzi tal-mument.", "Jien informat li kien hemm erba' performance agreements li skadew fis-sena 2000 u ma ġewx imġedda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' il-Prim Ministru jgħidilna jekk hemmx każi fejn tingħata xi tip ta' allowance lil dawk il-persuni li huma fil-kariga ta' direttur jew xi kariga oħra u b'hekk jogħlilhom id-dħul, li allura dan jiġi jagħmel tajjeb għall-grad li huma jgħidu li għandu jkun ogħla minn dak li attwalment hu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Safejn naf jien ma jeżistux każi simili, pero` jekk l-Onor.", "Anġlu Farrugia jaf b'xi każ u jixtieqni ninvestigah, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk forsi l-Prim Ministru m'għandux il-ħsieb li jagħmel xi stqarrija wara l-ħin tal-mistoqsijiet, jista' jinforma lill- Kamra fiex inhi s-sitwazzjoni bħalissa wara l-allegazzjonijiet li saru li membri tal-forzi armati sparaw fuq laneċ tas-sajd Maltin?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħda ssir inkjesta maġisterjali wara rapport li sar mis-sajjieda meta patrol boats tal-forzi armati marru fuq il- post fejn inqala' l-inkwiet bejn sajjieda Maltin u sajjieda barranin.", "Il-forzi armati ta' Malta stqarrew li huwa minnu li s-suldati Maltin sparaw warning shots u, skond l-informazzjoni li għandi, kollox mexa mal- proċeduri ta' kif u taħt liema ċirkostanzi l-forzi armati jkunu kostretti jużaw l-armi f'każi simili.", "Ċertament il-forzi armati għandhom il- protokolli tagħhom ta' kif għandhom jaġixxu f'ċirkostanzi bħal dawn u m'għandix dubju li huma mxew magħhom.", "Jista' jkun li kien hemm xi effetti li ma kenux mixtieqa, però m'iniex f'pożizzjoni li nidħol fid-dettall qabel ma' l-kwestjoni kollha tiġi nvestigata.", "Diġà sar rapport preliminari mill-commander tal-forzi armati dwar x'ġara u nassigura lil kulħadd li jekk hemm bżonn, dawn l-inċidenti jiġu investigati ulterjorment.", "Proprju ftit minuti ilu rċevejt rapport dwar il-verżjoni tal- forzi armati ta' Malta – għadni lanqas biss qrajtu - ta' x'ġara dakinhar, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi dan ma kienx l-ewwel inċident li nqala' bejn sajjieda Maltin u dawk Taljani - u anke peress li għadni kif smajt l- aħbarijiet - saru xi diskussjonijiet bit-tama li inċidenti bħal dawn jiġu evitati fil-futur?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-ministeru responsabbli għas-sajd kif ukoll il-foreign office segwew dak kollu li ġara, imma naturalment m'huwiex faċli u lanqas hu desiderabbli li l-gvern jaqta' kwestjonijiet li jippreżentaw diffikulta' legali.", "L-importanti hu li nħarsu 'l quddiem u naraw li s- sajjieda jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jkollhom il- kopertura kollha li hemm bżonn min-naħa tal-gvern.", "Naturalment kemm il-koperattiva tas-sajjieda kif ukoll il-ministeru jirrikorru għall-pariri legali u nista' ngħid ukoll li l-ministeru għall- affarijiet barranin qed jara li d-drittijiet ta' kulħadd jiġu ssalvagwardati.", "Li hu ċert hu – u dan jgħodd ukoll għal kull inċident ieħor - li ħadd ma jista' jieħu l-liġi b'idejh jew jikser il-liġi mingħajr ma jsofri l-konsegwenzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Veru li għandna nħarsu 'l quddiem, kif għadu kemm qal il-Prim Ministru, imma f'każ li jkun hemm x'inċident simili – naturalment nawgura li ma jkunx hemm – x'inhuma l-kontinġenzi li għandha s- sezzjoni marittima tal-forzi armati biex tħares id-drittijiet tas-sajjieda Maltin?", "U x'se jsir biex b'xi mod tintrebaħ mill-ġdid il-fiduċja tas- sajjieda Maltin lejn is-sezzjoni marittima tal-forzi armati?", "X'jaħseb il-Prim Ministru dwar l-istazzjonar ta' spotter planes li qegħdin jitilqu minn pajjiżna biex jidderieġu dgħajjes tas-sajd barranin li jkunu jistkennu fil-portijiet tagħna?", "Ma jaħsibx li dan qed iġib ċertu bad blood u li x-Xlukkajri qegħdin iħarsu lejn il-gvern b'mod li qiegħed joffri base minn fejn dawn il-barranin jitilqu biex jikkompetu mas-sajjieda tagħna?", "Mhux aħjar inħarsu 'l quddiem biex naraw x'nistgħu nagħmlu ħalli din is- sitwazzjoni kemm jista' jkun tiġi defused!", "Bħalma seta innota l-Prim Ministru, ħadd minna ma deher max-Xlukkajri, mhux għax ma nappoġġjawhomx imma biex ma nagħtux kulur politiku lill-kwestjoni.", "Din hija issue li minnha jiddependi l-għajxien tas-sajjieda tagħna, fosthom hemm Nazzjonalisti, hemm Laburisti u hemm nies li m'għandhom l-ebda kulur politiku.", "Pero' f'dan il-parlament żgur ma nistgħux ninjoraw it-tensjoni, id-dwejjaq u l-inkwiet tal-familji li hemm ġo Marsaxlokk f'dawn il-ġranet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li aħna m'aħniex se ninjoraw lil dawn is-sajjieda.", "Jien kont qed niġi informat dwar dan mhux biss uffiċjalment imma anke mill-familji ta' l-istess sajjieda li l-ewwel darba li ċempluli kien fis-6.15 a.m. Forsi f'pajjiżna dan hu vantaġġ għall-poplu tagħna u żvantaġġ għall-politiċi!", "Il-forzi armati ta' Malta għandhom id-dover li jipproteġu l-ibħra ta' Malta u għandhom id-dover ukoll li jagħtu l-protezzjoni meħtieġa lil kulmin ikollu bżonn l-għajnuna tal-forzi armati ta' Malta fl-ibħra ta' Malta.", "Naturalment m'aħniex qed nitkellmu fuq it-territorial waters biss imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq fishing zones li Malta tagħmel claim għalihom u skond l-informazzjoni li għandi l-każ fih diversi sfumaturi legali.", "L-Onor.", "George Vella staqsieni fuq l-ispotter planes.", "Safejn naf jien dawn l-ajruplani ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' dan l-inċident.", "Il-kwesjoni kollha kienet dwar xi drittijiet għandhom is-sajjieda - jistgħu jkunu Maltin u jistgħu ma jkunux –li jaraw il-ħut - f'dan il-każ it-tonn – u x'jiġri minn dak il-ħut, skond min jarah l-ewwel u jekk jistax jinqabad minn xi ħaddieħor wara li jkun rah dak ix-xi ħadd.", "Jien nassigura lil kulħadd li l-kwestjoni kollha qiegħda tiġi eżaminata bir- reqqa biex inkunu aktar ċari dwar id-drittijiet tas-sajjieda, b'mod partikolari Maltin, u naħseb li dawn l-inċidenti għandhom iservu biex inkunu iktar konxji ta' kemm għandna bżonn ikollna l-protezzjoni li jagħtuna l-konvenzjonijiet internazzjonali u li nkunu koperti bi ftehim li jkopri mhux biss lilna imma lis-sajjieda ta' pajjiżi ġirien tagħna.", "Naturalment jeżistu wkoll ċerti użanzi.", "Per eżempju, jien informat li f'ċirkostanzi meta sajjieda jkunu spottjaw l- ħut u l-ħut jinqabad minn ħaddieħor, hemm l-użanza li trid tħallas perċentwali tal-qabda li tkun, però kull każ ikollu l-fatti speċifiċi tiegħu.", "Jien informat li din mhix l-ewwel darba li nqalgħu kwestjonijiet bħal dawn.", "Fl-imgħoddi, kwestjonijiet bħal dawn kienu jiġu rranġati bejn is-sajjieda, b'konswetudni jew bi ftehim, imma din id-darba sfortunatament il-kwestjoni eskalat.", "L-aħħar informazzjoni li għandi hi li min-naħa tal-koperattiva tas- sajjieda, qablu li l-gaġġa inkwestjoni m'għandhiex tibqa' taħt il-kustodja tal-forzi armati iżda għandha tiġi kkonsenjata lil min suppost qed jagħmel il-claim jew lil min hu proprjetarju tal-gaġġa.", "Dan ma jfissirx li s- sajjieda tagħna lesti li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom.", "Nifhem li l- affarijiet għad iridu jiġu ċċarati, anke għal dan il-każ partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien m'għedtx li l-ispotter planes kellhom x'jaqsmu ma' dan l-inċident - għallinqas m'hijiex din l- informazzjoni li għandi – imma jien staqsejt lill-Prim Ministru x'se tkun il-policy fil-futur meta għadna qegħdin nagħtu aċċess lil dawn l-ispotter planes biex minn Ħal Luqa joħorġu jgħinu flotot tas-sajd jikkompetu mal- prodott tagħna.", "Din hija xi ħaġa li tnissel ħafna bad blood fost is- sajjieda tagħna u nixtiequ nkunu nafu jekk hux se tkompli din il-proċedura, jew jekk hemmx xi mod kif nistgħu nevitawha għax m'hijiex qed tagħmel ġid.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġà għedt, nittama li dan l-inċident li eskala bil-mod kif eskala jservi biex jintlaħaq ftehim iktar preċiż, partikolarment mas-sajjieda Taljani - m'humiex biss Sqallin imma huma sajjieda minn partijiet oħra ta' l-Italja - li l-iskejjen tagħhom regolarment jidħlu hawn Malta peress li biex imorru jistadu, isibuha konvenjenti li jidħlu hawnhekk.", "Naturalment m'hemm xejn ħażin sakemm dan ma jkunx ta' tfixkil għas-sajjieda tagħna.", "Jien naħseb li dan l-inċident għandu jservi biex ikollna ftehim ċar u s- sajjieda jkollhom il-protezzjoni li tagħtihom il-liġi.", "B'hekk ikunu jistgħu joperaw b'effiċjenza u mingħajr inkwiet u b'mod li kulħadd ikun jista' jaqla' l-għajxien tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk hijiex qed issir inkjesta interna fil-forzi armati biex isiru rakkmandazzjonijiet ħalli dan l-inċident ma jerġax jirrepeti ruħu?", "Għax jekk verament ġew sparati warning shots, ovvjament dawn spiċċaw fuq xi wieħed mill-bastimenti tas-sajjieda Maltin!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dwar dan li għadu kemm qal l-Onor.", "Membru m'għandix provi għax s'issa ma jirriżultalix li xi dgħajsa ntlaqtet minn sparar tal-forzi armati.", "Li jirriżulta hu li l-laneċ tal-forzi armati ħarġu biex jagħtu l-assistenza tagħhom u anke kien hemm min ma obdiex id- direttivi li dawn kienu qegħdin jagħtu.", "Il-forzi armati ta' Malta kellhom jużaw id-dinghies biex javviċinaw id-dgħajjes u hemmhekk inqalgħu l- inċidenti.", "Però ma naħsibx li huwa tajjeb li għalissa mmorru oltre minn hekk, Sur President.", "Naturalment il-forzi armati ta' Malta se jagħtu l-verżjoni ta' l-affarijiet kif rawhom huma.", "Jien informat ukoll li hemm xi film ta' l-affarijiet kif ġraw, però tajjeb li l-ewwelnett jiġi stabilit minn fejn ġew dawk it-tiri li laqtu lid-dgħajjes.", "Naturalment jekk ġew min-naħa tal-forzi armati ta' Malta - li s'issa ma jirriżultax li huwa hekk - irridu naraw ir- responsabbiltà ta' min kienet u għaliex ġara dan.", "Pero' naħseb li hu ħażin li nippruvaw naslu għal xi konklużjoni qabel ma jkollna l-fatti f'idejna.", "Filwaqt li wieħed japprezza li s-sajjieda riedu jipproteġu l-ħobż tagħhom bl-iktar mod qawwi, irridu noqogħdu attenti għax nerġa' nirrepeti li ħadd m'għandu l-poter li jieħu l-liġi f'idejh.", "Ma nistgħux nippermettu li f'ċirkostanzi diffiċli wieħed jitlef il-kalma u mbagħad qisu ma ġara xejn, għax fid-dinja ma tistax timxi b'dan il-mod.", "Kulħadd għandu jagħmel id- dover tiegħu mill-aħjar li jista' u nittamaw li jkollna r-riżultati li nixtiequ.", "Safejn naf jien, fuq rapport li sar lill-pulizija, hemm inkjesta maġisterjali għaddejja u se jsir kif isir is-soltu.", "Naturalment jekk lill- maġistrat jirriżultalu li hemm xi ħadd li għandu ħtija kriminali, jittieħdu l-passi kriminali kontra tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 153 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-Liberia;", "Avviż Legali Nru 156 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar it- trattat dwar il-projbizzjoni totali ta' provi nukleari; u", "Tabella li turi l-ministeri li magħhom hemm uffiċjali pubbliċi fi skala 5, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26387.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti mogħtija mid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni bejn l-1997 u l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26933;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim iffirmat bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l- MITTS dwar l-għoti ta' aċċess għall-internet fl-iskejjel tal-gvern, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 26858; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 155 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw regolamenti dwar iż-żamma tal-bonordni f'lokalitajiet ta' divertiment; u", "Lista tal-lokalitajiet fejn hemm stamperiji bil-permess, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 26971.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 154 ta' l-2001 - direttiva mill-ministeru tal- finanzi għall-ħruġ ta' Lm125,000 stock tal-gvern bis-7%, 2011.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 152 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar restrizzjonijiet f'sustanzi u preparamenti perikolużi;", "Avviż Legali Nru 157 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 dwar reġistrazzjoni ta' l-artiġjani u mprendituri mal-kunsill għall- artiġjanat;", "Avviż Legali Nru 158 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 dwar x'jikkostitwixxi artiġjanat Malti; u", "Tagħrif dwar konsulenza legali fid-dekasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26947.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 159 ta' l-2001 - regoli ta' l-2001 li jemendaw regoli dwar tribunal għal tabliet żgħar; u", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali, bi tweġiba għall- mistoqsa parlamentari 26491; u", "Tagħrif dwar konsulenza legali fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-ministru tal-ġustizzja u gvern lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26938.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, nixtieq inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ kontra l-editur u l-istampatur tal-gażżetta \"The Malta Independent\" u kontra s-Sur John Zammit ta' The Malta divorce movement, għall-mod kif ġiet ippubblikata ittra bi kliem dispreġġjattiv għall-aħħar kontra tiegħi wara li l-ġimgħa li għaddiet jien tkellimt kontra l-abort.", "Din l-ittra insolenti tidher f'paġna 13 tal-ħarġa tal-gazzetta tal-lum.", "Inħoss li din hija responsabbiltà li għandi nġorr bħala nisrani.", "Bħala politiku li nemmen fil-valuri nsara, inħoss li għandi ngħid dak li għandi ngħid ġewwa dan il-parlament mingħajr l-ebda mistħija u mingħajr ħadd lili ma jgħajjarni permezz ta' xi gazzetta.", "Qed inressaq dan il-ksur ta' privileġġ kontra dawn it-tlieta min-nies u kontra kulmin seta' ppubbblika dan ir-rapport, u nitlob lilek, Mr Speaker, li tinvestiga dan il-każ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu konjizzjoni ta' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Membru u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha iżjed tard.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-INBID", "WINE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Ġunju, 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu jittratta l-kontroll tal-produzzjoni, l-importazzjoni, il-bejgħ u r-reklamar ta' l- inbid u l-prodotti mnisslin mill-inbid.", "Imkien f'dan l-abbozz ta' liġi ma tissemma' l-Unjoni Ewropea, pero` jekk wieħed jaqra sewwa dan l-abbozz ta' liġi u d-dokumenti li ħarġu matul is-snin mill-Unjoni fuq il-produzzjoni ta' l-inbid, wieħed isib li din hi liġi mfassla kollha kemm hi fuq linji ta' l-Unjoni, jgħoddu jew ma jgħoddux għar-realta` Maltija u Għawdxija.", "Fil- fatt meta wieħed jara din il-liġi jsib li hemm realtajiet sħaħ tal- produzzjoni lokali ta' l-inbid li f'din il-liġi ma jingħad xejn dwarhom.", "Meta wieħed jara id-daqs tal-produzzjoni lokali ta' l-inbid, kemm art hija ddedikata għat-tkabbir tad-dwieli, it-tip ta' klima li għandna u t-tip ta' ġeografija li għandna, se jsib li ħafna mir-regolamenti u linji ta' l- Unjoni f'dan il-qasam ma japplikawx għalina u żgur li se jolqtu ħażin l- industrija tat-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjon ta' l-inbid.", "Anke fl- istess Unjoni, issib reġjuni li ntlaqtu ħażin minn dawn ir-regolamenti għax dawn l-istess regolamenti ġew imfassla l-iżjed fuq ir-realta` ta' partijiet mill-Italja, il-Ġermanja u Franza.", "Per eżempju, dawn ir-regolamenti għamlu ħsara lit-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid fin-naħa t'isfel ta' l-Italja u pajjiżi oħra bħall-Greċja.", "Dan għaliex dawn ir-regolamenti ma japplikawx għall-inħawi fejn il-kondizzjonijiet huma differenti minn dawk ta' Franza, l-Italja u l-Ġermanja.", "Jekk wieħed jara daqsxejn is-sitwazzjoni fl-Irlanda – infakkar li l-Irlanda ġiet iddikjarata mill-Kummissjoni Ewropea bħala pajjiż produttur ta' l- inbid – isib li n-nies li jaħdmu u jistudjaw f'dan il-qasam jgħidu li l- produzzjoni ta' l-inbid u t-tkabbir tad-dwieli ntlaqtu ħażin minn dawn ir- regolamenti għaliex dan il-qasam - sa ċertu punt bħar-realta` ta' Malta – hu maħdum minn ħafna delettanti li jkabbru d-dwieli u jipproduċu l-inbid bħala passatemp.", "Fil-fatt, studju li sar minn David Newell, li għandu l- istitut tar-riċerka tiegħu bbażat f'Dublin, jgħid li dawn ir-regolamenti - li nerġa` ngħid ġew influwenzati mill-aktar pajjiżi b'saħħithom fil- produzzjoni ta' l-inbid, li huma Franza, l-Italja u l-Ġermanja - jagħmlu sens għall-produtturi l-kbar pero' joħolqulek problemi f'realtajiet oħra, anke fl-istess Unjoni.", "Studju ta' dan l-istitut jgħid li veru li jekk ikollok prodott li jista' jissejjaħ bħala nbid tal-mejda – dejjem skond il- kriterji ta' l-Unjoni – inti tkun tista' tapplika għal għotja ta' flus mill- Unjoni.", "Pero` meta wieħed jara r-realta` ta' l-Irlanda, fejn it-tkabbir tad-dwieli f'għelieqi żgħar huwa differenti ħafna mit-tkabbir tad-dwieli f'inħawi bħal Franza, l-Italja u l-Ġermanja, isib li tant kemm irid jidħol f'regolamentazzjoni burokratika u jsegwi regolamenti, fl-aħħar mill-aħħar il-bidwi lanqas ikun jaqbillu japplika għal din l-għotja għax jispiċċa jaħli żmien u flus aktar milli jieħu.", "Niftakru li sa ftit snin ilu, fl-Unjoni tant kien hemm produzzjoni żejda mill-industrija ta' l-inbid li kienu jitkellmu fuq wine lakes, għadajjar sħaħ ta' nbid żejjed.", "Minħabba f'hekk, kienu bdew jagħmlu regolamenti biex jaraw kif inaqqsu din il-produzzjoni ta' l-inbid u bdew anke jgħidu lill- bdiewa biex ma jkabbrux aktar u ma jħawlux pjanti ġodda tad-dwieli.", "Fost dawk li ntlaqtu ħażin kien hemm dawk li kienu jipproduċu nbid meqjus ta' kwalita` baxxa f'reġjuni bħal l-Italja t'isfel.", "Il-bdiewa hemmhekk kienu ngħataw inċentiv biex jeqirdu d-dwieli jew biex ineħħu l-għeneb u nbid mis- suq biex jagħmlu wisa' għall-produzzjoni ta' l-inbid fl-inħawi ta' l-Italja ta' fuq, ta' Franza u tal-Ġermanja, fejn dan wassal anke għal tibdil fil- ġeografija tal-produzzjoni ta' l-inbid.", "B'dawn ir-regolamenti imposti mill- Unjoni, insibu li ntlaqtu ħażin fost oħrajn il-bdiewa Griegi li anki minħabba r-realta` ta pajjiżhom, ħafna mid-dwieli kienu jitkabbru f'naħat muntanjużi fejn l-għelieqi huma żgħar.", "Fil-fatt it-tkabbir tad-dwieli f'dawk in-naħat beda jonqos b'rata qawwija u l-ettari li llum jintużaw għat- tkabbir tad-dwieli fil-Greċja, huwa 30% anqas milli kien fil-bidu tas-snin '80.", "Dan ifisser li f'20 sena, l-għelieqi li jkabbru d-dwieli fihom għall- produzzjoni ta' l-inbid naqsu bi 30%.", "Din il-miżura, kif diġa` għedt, ġiet imposta mill-Unjoni biex tnaqqas il-kapaċita` produttiva ta' l-industrija ta' l-inbid.", "Pero` dawn ir-regolamenti ma kenux maħsuba għal sitwazzjonijiet fejn ikollok għelieqi żgħar maħduma minn bdiewa delettanti u fejn dawn il-bdiewa jkollhom jonfqu ħafna flus biex jipproduċu l-inbid u ma jkunux jistgħu jikkontrollaw għal kollox il-kwalita` ta' l-għeneb li jkabbru.", "Qed ngħidu dan għaliex importanti li nifhmu u nistaqsu dwar xi studji u riflessjonijiet għamel il-gvern meta awtomatikament qabad ir-regolamenti ta' l-Unjoni fuq it-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid u daħħalhom għar-realta` Maltija u Għawdxija.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu qed idaħħal dawn ir-regolamenti għat-tkabbir tad-dwieli u għall-produzzjoni ta' l-inbid f'Malta.", "Importanti li nkunu nafu dan għax bħalma għedt, fil-Greċja kien hemm eluf ta' familji li l-għixien tagħhom kien jiddependi mit-tkabbir tad-dwieli biex jagħmlu l-inbid u dawn kellhom jabbandunaw din il-ħidma.", "Ma nixtequx li jiġri hekk f'Malta wkoll.", "Nerġa` ngħid li dawn ir-regolamenti saru biex il-produtturi l-kbar ta' l-inbid jiddefendu l-interessi tagħhom, speċjalment meta tqis li fis-suq globali ta' l-inbid kienet ġejja kompetizzjoni qawwija mill-pajjiżi ġodda li bdew jipproduċu l-inbid ta' kwalita` tajba, bħall-Afrika t'isfel, l-Awstralja u ċ-Ċile.", "L-Unjoni riedet tieħu passi biex tipproteġi s-settur ta' l-inbid biex ma tħallix kompetituri ġodda jeħdulhom is-swieq internazzjonali.", "Fil- fatt 60% ta' l-inbid maħdum fid-dinja ġej minn firxiet ta' dwieli kbar fl- Unjoni u, kif diġa` għedt, biex inaqqsu l-produzzjoni żejda ħalli ma jwaqqgħux il-prezz tagħhom, l-Unjoni bdiet tieħu l-passi f'dawn l-aħħar 20 sena biex inaqqsu l-ettari użati għat-tkabbir tad-dwieli.", "Fil-fatt f'nofs is-snin '70, fl-Unjoni kien hemm erba' miljun ettaru u nofs li kienu ddedikati għat-tkabbir tad-dwieli u għall-produzzjoni ta' l-inbid u dan naqas għal ftit iżjed minn tliet miljun ettaru sa nofs is-snin '90.", "Jiġifieri kull sena bdew jonqsu ħafna u ħafna mill-ettari li qabel kienu użati biex jitkabbru d-dwieli.", "Jien informat - u forsi fl-għeluq tiegħu, il-ministru jitkellem dwar dan - li meta qamet id-diskussjoni fil-MEUSAC – dan suppost li jiddiskuti u jistudja l-effetti tar-regolamenti ta' l-Unjoni fuq oqsma differenti tal- pajjiż - ġie irrapportat li x'ħin ir-rappreżentanti tal-bdiewa kienu qed jitkellmu proprju fuq is-suġġett tat-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid, kien hemm xi Taljani li bl-ebda mod ma ħadu gost b'dak li kien qed jingħad, li hemm xi ħsieb li f'Malta l-gvern kien se jimbotta biex in-numru ta' ettari ta' art iddedikati għad-dwieli jkunu jistgħu jitilgħu minn 300 għal-1000.", "Dawn qalu li huma kellhom inaqqsu ħafna ettari ddedikati għat- tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid, speċjalment fl-inħawi tan- naħa t'isfel ta' l-Italja.", "Naturalment it-Taljani jafu li jaqblilhom li pajjiżna jibqa' dipendenti fuq l-Italja għall-materja prima għax jekk eventwalment tinqered il-produzzjoni lokali ta' l-inbid, se tiżdied l-esportazzjoni Taljana lejn Malta.", "Dawk għandhom x'jirbħu jekk tinqered il-produzzjoni lokali ta' l-inbid u għalhekk żgur m'għandhomx l-interess li jaraw l-industrija lokali ta' l- inbid tieħu r-ruħ u tissaħħaħ.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jgħaddix l- osservazzjoni li l-Unjoni tieħu passi biex tipproteġi l-industrija tagħha, u l-gvern lokali missu wkoll jitgħallem minn din is-sitwazzjoni u ma jaqbadx u jħalli settur jinqered, sempliċement biex jimxi mar-regoli ta' l- Unjoni.", "Għax irrid li partijiet sħaħ minn din il-liġi ma nafux kif se japplikaw għal Malta.", "Eżempju huma l-partijiet li hemm fuq kif jikkwalifika nbid ta' kwalita`.", "L-inbid ta' kwalita` irid ikun ġej minn reġjuni speċifiċi biex jikkwalilfika.", "Issa aħna nafu li d-daqs tal-pajjiż hu żgħir wisq meta mqabbel mal-firxiet sħaħ tal-pajjiżi Ewropej.", "F'dawk il-pajjiżi jagħmel sens li titkellem fuq reġjuni speċifiċi, imma d-definizzjoni ta' inbid ta' kwalita' maħdum f'reġjuni speċifiċi kif tista' titdaħħal fir-realta` lokali tagħna?", "Għalhekk huwa ċar li din il-liġi ma saritx wara li saret xi analisi tas-sitwazzjoni lokali ħalli naraw x'inhuma l-punti b'saħħithom jew le ta' l-industrija lokali u x'inhuma r-realtajiet li qed jiffaċjaw dawk li jkabbru d-dwieli u jipproduċu l-inbid.", "Assolutament minn dan kollu m'għandna ħjiel ta' xejn imma sempliċement kien hemm tfassil awtomatiku fuq ir-regoli ta' l-Unjoni li jgħoddu għal realta` differenti ħafna minn tagħna.", "Imma minkejja dan, il-gvern qed jibqa' miexi u mhux qed jagħti kas tar-realta` lokali għax għalih ir-regoli ta' l-Unjoni huma aktar importanti mill-għejxien ta' dawk kollha li jiddependu mit-tkabbir tad- dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid.", "Fil-fatt lanqas biss saret xi riferenza għal xi studju minn dan il-gvern.", "Mill-istudju li sar mill-istitut ta' Bari fuq x'effett se jkollhom l- applikazzjoni tar-regoli ta' l-UE fuq dan is-settur, sabu li fost l-aktar industriji agrikoli u agrindustrijali li jkunu mhedda hemm proprju dawk tat- tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni ta' l-inbid.", "Dan huwa studju li qiegħed f'idejn il-gvern u jaf bih.", "Mela meta jgħidulna li aħna qegħdin inbeżżgħu, dan mhux minnu għax dan l-istudju ma sarx mill-Partit Laburista jew minn xi ħadd li għandu simpatiji Laburisti.", "Dan lanqas biss sar minn xi istituzzjoni lokali imma dan sar minn nies barranin.", "Dawn in-nies jagħmluha ċara li l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-Unjoni għas-settur tat- tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni ta' l-inbid, se tkun qed tolqot ħażin ħafna u se tkun qed thedded l-industrija lokali ta' l-inbid.", "U meta wieħed jifli dan l-abbozz ta' liġi, mill-ewwel jiġuh f'rasu għadd ta' mistoqsijiet li nittamaw li jkollna risposta għalihom u anke jkollna ċans niddiskutuhom fid-dettal x'ħin niġu fi stadju ta' kumitat biex ikollna l- ispjegazzjonijiet meħtieġa.", "Per eżempju, meta hemm riferenza għal persuni li jipproduċu l-inbid jew il- most, dan se jfisser li dawn r-regoli mhux se japplikaw għall-persuni li jipproduċu nbid għall-użu esklużiv tagħhom?", "Bħalma kulħadd jaf, hawn eluf ta' Maltin u Għawdxin li huma delettanti li jipproduċu l-inbid u l- mistoqsija li qed jagħmlu dawn in-nies bħalissa hi jekk humiex koperti bid- definizzjoni ta' min jipproduċi l-inbid.", "Jiġifieri r-regoli li qed jidħlu permezz ta' din il-liġi se jibdew japplikaw għad-delettanti kollha, inkluż dawk li bħala wieħed mill-passatempi tagħhom għandhom proprju l-produzzjoni ta' l-inbid għall-użu personali tagħhom?", "Jiġifieri dawk il-persuni li huma mdaħħlin fil-produzzjoni ta' l-inbid għall-konsum tagħhom personali biss, se jkollhom għalfejn jirreġistraw l-attivita` tagħhom?", "Se jkunu marbutin bl- istess regoli li qiegħed idaħħal il-gvern permezz ta' din il-liġi?", "Imbagħad hemm il-mistoqsija l-oħra, Sur President.", "Id-definizzjoni ta' l-inbid li tingħata f'dan l-abbozz ta' liġi hi \"prodotti maħduma esklussivament mill-fermentazzjoni totali jew parzjali ta' għeneb li jitkabbar esklussivament minn varjetajiet awtorizzati ta' għeneb u għeneb li jkun rakkomandat skond din l-abbozz ta' liġi.\"", "Dik hi l- unika definizzjoni ta' inbid li qed tingħata hawnhekk, u nistaqsi jien.", "Allura dawn ir-regoli kemm jorbtu lil min jipproduċi nbid minn għeneb li mhux tal-varjeta` awtorizzata jew mhux tal-varjeta` rrakkomandata?", "Kif għedt, dawn huma kategoriji li qed jidħlu minħabba r-regoli ta' l-Unjoni li jgħidu wkoll x'tip ta' dwieli għandhom jitħawlu, x'tip ta' għeneb għandu jitkabbar u li minn dak l-għeneb biss jista' jiġi maħdum l-inbid.", "X'se jfissru dawn ir-regoli għal tip ta' inbid ieħor maħdum minn frott ieħor?", "Hemm lista sħiħa ta' inbid ta' dan it-tip u min kultant imur għal xi festa ta' l-inbid, jaf x'jien ngħid.", "Tispiċċa dduq xi 20 kwalita` differenti ta' inbid - jew likwidu li jissejjaħ inbid - maħdum minn frott differenti bħall- ħawħ u l-frawli.", "Dak se jibqa' definit bħala nbid?", "F'dan l-Att, dik il- kategorija ta' prodott fejn tidħol?", "Jiġifieri l-inbid li se jitħalla jiġi maħdum hawn Malta, se jkun biss minn dak l-għeneb rrakkomandat jew awtorizzat skond ir-regoli ta' l-Unjoni u skond l-abbozz ta' liġi li qed iressaq il-gvern?", "Imbagħad iqumu mistoqsijiet oħra fuq il-kompożizzjoni tal-bord.", "Jekk wieħed jara kif se jkun kompost dan il-bord li se jkollu saħħa li jirregola x'jiġri fil-qasam tat-tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni ta' l-inbid, isib li mid-disa' membri tal-bord, tnejn biss huma riservati għal dawk li jkabbru d-dwieli u li huma reġistrati, waqt li erbgħa postijiet huma riservati għal dawk li jipproduċu nbid fuq linji kummerċjali jew dawk li jissejħu organizzazzjonijiet ta' produtturi.", "Mela għandna kategorija ta' kumpanniji kummerċjali li għandhom id-dwieli u huma wkoll produtturi ta' l- inbid, li se jkollhom iżjed postijiet.", "Dan se jkun jfisser li dawn se jkollhom aktar saħħa fuq dawk li jkabbru d-dwieli biss.", "Mhux aħjar ikun hemm rappreżentaza ndaqs tat-tnejn li huma?", "Dawk li jkabbru d-dwieli bħalissa - u li parti mill-għejxien tagħhom jiddependi mill-bejgħ tal-prodott lil dawk li jipproduċu l-inbid - huma nkwetati ħafna dwar il-futur tagħhom għax jisimgħu diskors minn xi produtturi ta' l-inbid fejn jekk dawn il-produtturi jaraw li l-industrija tagħhom mhux se tkun viabbli minħabba l-applikazzjoni tar-regoli ta' l- Unjoni, dawn ma jinkwetaw xejn u flok iħabblu rashom minn fejn se jġibu l- għeneb, kif se jipproduċu l-inbid u kif se jaġġornaw ruħhom biex ikollhom inbid ta' kwalita` tajba u bi prezz li jista' jħabbatha ma' l-inbid barrani – niftakru li l-prodott lokali jgawdi mill-protezzjoni tal-levies u malli titneħħielu din il-protezzjoni se jkollu kompetizzjoni akbar – dawn jaqbdu u jġibu l-inbid minn barra u l-unika nies li jbatu u jispiċċaw bla xogħol huma proprju l-ħaddiema u l-bdiewa li jaħdmu fid-dwieli.", "Min huwa negozjant f'dan il-qasam, b'xi mod jew ieħor se jsib futur viabbli għalih waqt li l-problema vera se tkun għall-ħaddiema u l-familji tagħhom.", "Għalhekk qed ngħidulhom biex jaraw sewwa għalxiex deħlin, għax waqt li għall-businessmen mhux diffiċli li jsibu mod ieħor kif jaqilgħu l-flus, il- ħaddiem se jispiċċa bla xogħol u hemmhekk se jibda jara li dawn ir-regoli ma jaqblux għal pajjiżna u jagħmlu l-ħsara, imma imbagħad ikun tard wisq!", "Qed niftakar fid-diskors li għamel il-viċi prim ministru fl-aħħar seduta meta ftaħar bil-ftehim li għamel il-gvern fuq il-moviment ħieles tal- persuni, Sur President.", "L-Onor.", "Gonzi ma tkellimx fuq l-inbid ħlief biex jgħid xi żewġt iqwiel, għalkemm seta` anke semma` il-qawl magħruf li fl- aħħar tal-mazzita ssib iż-żbiba!", "Ejja ngħidu lill-poplu li ċerti ftehim jista' jidher sabiħ għall-ewwel imma meta tibda tidħol fih fil-fond, issib li ma jkunx daqshekk sabiħ.", "Il-viċi prim ministru ma semmiex ċerti fatti importanti u ta l-impressjoni li l-gvern kiseb xi konċessjoni kbira u dan kollu għax għandu ftehim biex jekk ikun hawn xi invażjoni kbira ta' ċittadini mill-Unjoni – ngħidu aħna jaslu skoss ajruplani b'ċittadini ta' l- Unjoni - dan għandu s-saħħa jikkonsulta ma' Brussels biex iwaqqaf dik l- invażjoni.", "Dan hu xenarju esaġerat.", "Li ma qalx il-viċi prim ministru hu li bħalissa l-gvern jista' jiċħad kwalunkwe talba ta' ċittadin ta' l-Unjoni biex jiġi jaħdem hawnhekk, pero' din ma nkunux nistgħu nagħmluha aktar meta nidħlu fl-Unjoni.", "Bħalissa kull impjieg tal-gvern għandu bħala kondizzjoni li trid tkun ċittadin Malti biex tapplika għalih, imma ladarba nidħlu fl- Unjoni dan ma jistax isir għax inkella l-Unjoni taqbeż fuqna u tgħidilna li qegħdin niddiskriminaw kontra ċittadini Ewropej.", "Ġeneralment, ċittadin ta' l-Unjoni jingħata work permit biex jaħdem hawn meta dan ikollu speċjalita` jew sengħa li ċittadini Maltin u Għawdxin m'għandhomx, pero` dan ma jistax jibqa` jsir hekk ladarba nidħlu fl-Unjoni jekk ma nkunux f'nofs invażjoni kbira improbabli.", "Se nġib eżempju prattiku.", "Lil dawk il-kumpanniji turistiċi Taljani, Ġermaniżi u Franċiżi li jkunu jridu jġibu l-gwidi tagħhom Malta, il-gvern s'issa għadu jista' jgħidilhom le għax hawn Maltin li għandhom il-kompetenza lingwistika biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "B'Malta fl-Unjoni, il-gvern ma jkunx f'pożizzjoni li jgħid le lil dawk il-kumpanniji turistiċi li jkunu jridu jġibu l-gwidi tagħhom u b'hekk l-opportunitajiet ta' xogħol għall-gwidi turistiċi Maltin jonqsu.", "Mela ejja ngħarblu sew, Sur President, dak li jintqal fuq l-Unjoni għax minkejja li ħafna affarijiet jiġu ppreżentati lilna bħala sbieħ, ma jkun xejn ħlief kliem imżejjen li ħafna drabi ma jkunx ibbażat fuq il-fatti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, ma tistax titkellem dwar l-industrija ta' l-inbid mingħajr ma titkellem dwar il-qasam tal-biedja.", "Daqstant ieħor ma tistax titkellem dwar il-biedja mingħajr ma tqis b'xi mod jew ieħor l- impatt tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni fuq dan is-settur, u dan ovvjament flimkien mal-proċess ta' liberalizzazzjoni li dan iġib fil-biedja inġenerali u anke fil-qasam ta' l-inbid.", "Issa tan-naħa l-oħra tant jafu li qegħdin fuq sieq dgħajfa fuq din l-issue – iżjed fuq il-biedja inġenerali milli bħala kwestjoni ta' produzzjoni ta' inbid – li meta titkellem ma' nies min-naħa tal-gvern b'mod uffiċjali tisma' verżjoni mod u meta titkellem magħhom privatament tisma mod ieħor.", "X'inhi l-verżjoni uffiċjali li joħroġ biha l-Partit Nazzjonalista, kemm fil-gvern u anki meta kien fl- oppożizzjoni?", "Sa mill-1997, meta konna għadna fil-gvern aħna, kienu qalu f'suppliment li kien deher fil-gazzetta \" in-nazzjon\", li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni, il- bdiewa u s-sajjieda jkunu jistgħu jesportaw kemm iridu u meta jridu lejn suq verament kbir.", "Kienu qalulna wkoll li l-Unjoni ma tħallix il-prezz tal- prodott jaqa' ħafna u għalhekk il-bdiewa u r-raħħala jistgħu jserħu rashom li għandhom dħul garantit.", "Erba' snin ilu qalulna wkoll li tant hu kollox ward u żahar, li l-Unjoni qiegħda hemm mhux biss biex tgħin lill-bdiewa jirranġaw il-ħitan tas-sejjieħ u l-mogħdijiet tar-raba' tagħhom, imma anke biex jixtru makkinarju ġdid biex ikollhom aktar ilma għat-tisqija u jkabbru prodott aħjar li jkun jista` jinbiegħ fl-Ewropa.", "Iżda meta mbagħad tiġi biex titkellem ma' dawn l-istess nies b'mod informali ssib linja totalment differenti fil-ħsieb, fil-mentalita` u fil-kunċett minn dak li jgħid il- Partit Nazzjonalista editorjalment, kif għamel nhar il-Ħamis fil-gazzetta ''in-nazzjon'', fejn kien hemm miktub li jekk nidħlu fl-Unjoni, \"il-bdiewa u r-raħħala jitwieżnu u jingħataw għajnuna\"!", "Dwar l-iskossjaturi li s- sħubija ġġib magħha ma jsemmu assolutament xejn u fl-ebda kuntest, Sur President.", "Il-Partit Laburista kien ikkummissjona studju ekonomiku, li konna adottajna r-responsabbilta` sħiħa tiegħu fejn tkellimna fuq settur settur u ovvjament ġew ittrattati anke s-setturi tal-manifattura, tat-turiżmu, tas- servizzi finanzjarji u tal-biedja.", "Għall-benefiċċju ta' din il-Kamra, se nsemmi xi ftit punti u osservazzjonijiet li kien hemm fir-rapport li sar min-naħa tal-Partit Laburista, l-ewwelnet for the record u t-tieni nett biex wieħed jifhem aħjar għaliex il-Partit Laburista qed jiffoka fuq il- qasam tal-biedja u s-sajd, forsi ma nibqax niltaqa` ma' Nazzjonalisti li jistaqsuni għalfejn din l-enfasi żejda fuq is-settur tal-biedja, meta din hi biss parti żgħira mill-ekonomija tal-pajjiż.", "Sfortunatament iċ-ċifri uffiċjali tal-qasam tal-biedja u s-sajd huma underestimated fl-importanza li dan is-settur għandu għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Bħala GDP, il-kontribut dirett tal-biedja u s-sajd huwa biss ta' 2.5%, iżda jekk nieħdu wkoll il-qasam ta' l-agrifood sector, il-qasam fejn għandek taħlita bejn agrikoltura u provvista ta' ikel, insibu li allura l- kontribut dirett lejn il-ġid nazzjonali jitla` minn 2.5% għal 6%.", "Jekk inħarsu mbagħad lejn impjegati full-time fl-agrifood sector, insibu li meta nitkellmu dwar full-time labour force - u nenfasizza il-kelma full-time, għaliex is-settur tal-biedja jiddependi ħafna aktar fuq il-part-timers - dan huwa responsabbli għal 2.8%.", "Ma rridux ninsew li l-biedja f'Malta huwa qasam ekonomiku mibni fuq il-kontribut tal-part-timers.", "Qed ngħid hekk għar- raġuni sempliċi li llum għandna uffiċjalment madwar 12,000 part-timer li jiddependu fuq dan is-settur.", "Il-qasam tal-manifattura ta' l-ikel, li jiddependi in parti fuq il-biedja għall-materja prima tiegħu, jingaġġa 4,300 ħaddiem.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex nitkellmu biss dwar it-2.8% ta' full-timers tal-labour force imma qed nitkellmu dwar 12% ta' l-industrial workforce ta' pajjiżna.", "Il-biedja tikkontribwixxi, permezz ta' prodotti varji, madwar 13% ta' l-RPI l-indiċi li fuqu jiġu mkejla l-prezzijiet, l-element ewlieni li jiddetermina r-rata ta' inflazzjoni u ta' l-għoli tal-ħajja u b'hekk jiżgura - jew itellef - il-kompetittivita` tagħna f'dawk li huma prezzijiet.", "Dan il-punt huwa importanti, indipendentiment mill-kontribut dirett jew indirett li jagħti lill-ekonomija Maltija fis-settur tal-biedja, kif ukoll fis-setturi supplimentari relatati miegħu.", "Dan l-aħħar ħarġet statistika min-naħa ta' l-NSO li tgħid li għandna mill-inqas 11,400 tenant ta' art agrikola, ammont sostanzjali.", "Fil-qasam tal-biedja l-istatistika tgħid li minn dawn il-11,400 tenant ta' art agrikola - u dan jikkonferma dak li għedt fuq is-sehem kbir tal-part-timers - hemm mhux anqas minn 92% li jimmaniġġjaw l-art fuq bażi part-time.", "Jekk imbagħad nieħdu ċifri mhux uffiċjali, naħseb li dan il-perċentwali jkompli jikber.", "Huwa nkwetanti l- fatt li filwaqt li f'pajjiżi oħra n-numru ta' nies fil-qasam tal-biedja nieżel iżda l-valur miżjud żdied, f'Malta ġara bil-maqlub fejn ġiet recorded żieda marġinali fin-numru ta' ħaddiema f'dan is-settur iżda li mhix riflessa b'żieda proporzjonali fil-valur miżjud.", "Għall-kuntrarju kellna żieda żgħira fin-numru ta' ħaddiema u fl-istess ħin kellna tnaqqis fil-valur miżjud.", "Jien nemmen li l-gvern tant jidher li qata' qalbu minn dan is-settur li ftit li xejn qiegħed jinkoraġġieh bil-fatti biex jiżviluppa.", "L-ikbar xhieda ta' dan huwa r-record ta' dan il-gvern kemm ilu jamministra pajjiżna, mhux biss f'dawn l-aħħar sentejn u nofs imma anke għal dak li ġara mill-1987 sakemm kellna bidla fil-gvern fl-1996.", "Il-gvern huwa konxju li l-common agricultural policy ta' l-Unjoni tibbenefika lil pajjiżi oħrajn li għandhom qasam agrikolu differenti minn tagħna.", "Fil-każ tagħna, huwa ċar li s-CAP se timmina l-kompetittivita tagħna fil-biedja u nissuspetta li dan il-gvern għalhekk qed jipprova jneħħieha minn fuq l-aġenda politika u ekonomika ta' pajjiżna.", "L-abbozz ta' liġi li qed jipproponi l-gvern bl-ebda mod ma tagħti spinta 'l quddiem lill-qasam tal-biedja u s-sajd, jew b'mod partikolari l- qasam tal-produzzjoni u l-manifattura ta' l-inbid.", "Il-verita` hi li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni, inkunu qed nesponu l-bdiewa Maltin u Għawdxin għal ċerta kompetizzjoni li hija cut-throat minn operaturi li qed igawdu mill- economies of scale u għalhekk kapaċi jikkompetu ħafna aħjar mill-kumpanniji tagħna.", "Aparti dan, ma nistgħux ma nirrikonoxxux it-teknologija superjuri li għandhom meta mqabbla ma tagħna.", "Fil-fatt diġa qegħdin fis-sitwazzjoni li l-importazzjoni tal-commodities agrikoli ewlenin qegħdin jiżdiedu.", "Jekk naraw l-istatistika ta' dawn l-aħħar ħames snin insibu li dawn effettivament diġa` żdiedu b'madwar 8%.", "Mhux biss pajjiżna qed joqrob lejn sitwazzjoni fejn il-protezzjoni bilfors trid tiġi żmantellata jekk nibqgħu mexjin fid-direzzjoni ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni, iżda qegħdin nersqu wkoll lejn sitwazzjoni fejn il-prezzijiet ta' l-ikel se jkunu ogħla, u dan sabiex nipproteġu bdiewa Ewropej fuq prodotti li lanqas biss jitkabbru f'pajjiiżna.", "X'ironija!", "Li tiġi mġiegħel tgħolli l-prezzijiet tal-ikel biex tipproteġi bidwi kompetitur tiegħek li jipproduċi prodotti li lanqas biss jitkabbru f'pajjiżna, huwa l-akbar insult li nistgħu nagħmlu lill- bidwi Malti u Għawdxi.", "Aktar ma jkunu kbar il-constraints naturali u l- limitazzjonijiet tas-settur tal-biedja, aktar għandna nagħtu għajnuna tanġibbli u appoġġ materjali għal dan is-settur strateġiku ta' pajjiżna, Sur President.", "L-istudji li kummissjona l-gvern dwar il-biedja u r-rapporti bħal dak ta' l- istitut CHEAM ta' Bari jitkellmu mhux biss dwar il-qasam agrikolu b'mod wiesa' imma jiffokaw ukoll fuq il-qasam ta' l-inbid.", "Dan ir-rapport, li ġie tabled fil-Kamra, jgħidlek li t-tneħħija mgħaġġla tal-levies fuq prodotti agrikoli tista' twassal għall-qerda tal-biedja lokali.", "Dan il-kliem mhux qed nużawh biex inbeżżgħu imma teżisti biża' kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi dwar it-tneħħija tal-protezzjoni għas-settur tal-biedja.", "Dan għaliex jista jiddistabilizza l-prezzijiet għall-konsumatur –dan mhux kliemi imma kliem li ntuża' fir-rapport ta' l-istitut ta' Bari – u jirrendi lill-pajjiż għal kollox dipendenti fuq prezzijiet ta' l-ikel internazzjonali li jkunu jridu jinxtraw b'normi ta' l-Unjoni – u dan punt ieħor importanti – u anke jista' jwassal għall-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi għax jolqot żoni oħra ta' attivita` ekonomika li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-biedja u s-sajd, primarjament it-turiżmu li jħaddem tant Maltin u Għawdxin.", "Dan intqal f'rapport li kkummissjona l-gvern Nazzjonalista nnifsu u ma ntqalx minn xi kelliem ta' l-oppożizzjoni.", "Ir- rapport gie tabled f'dan il-parlament wara pressjoni li kienet saret min- naħa ta' l-oppożizzjoni u wara kritika li kienet saret minn deputati parlamentari barranin waqt l-aħħar laqgħa tal-joint parliamentary committee.", "Ċertament il-gvern ma jistax ikollu statement ta' kundanna ikbar minn dan!", "Ir-rapport ta' l-istitut ta' Bari jgħid ċar li l-industrija ta' l-inbid hija l-aktar komponent mhedded mill-kompetizzjoni barranija f'każ li nissieħbu fl-Unjoni.", "Dan għaliex sal-lum hemm dipendenza kbira fuq il- bejgħ lokali min-naħa ta' l-industrja ta' l-inbid.", "F'Jannar ta' l-1998, meta kien hemm gvern Laburista, kemm il-federazzjoni ta' l-industriji u kemm il-kamra tal-kummerċ - flimkien jekk m'iniex sejjer żball mal-GRTU - kienu għamlu studju dwar l-impatt tal-liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l- inbid.", "Dan l-istudju juri t-tħassib tagħhom dwar il-liberalizzazzjoni f'dan is-settur u anki jelenka l-impatt dirett għal dan is-settur partikolari.", "Dawn jgħidu li għalkemm ċerti liġijiet ta' l-Unjoni jistgħu joffru protezzjoni kontra d-dumping, u minkejja l-provvedimenti dwar il-minimum import prices, xorta jista' jsir dumping ta' prodotti inferjuri ta' nbejjed.", "Dan huwa wkoll theddid għal pajjiżna.", "Fir-rapport jissemmew non- tariff barriers oħra bħal-labelling.", "Il-qofol tar-rapport hu li jekk titneħħa l-levy eżistenti, il-wineries lokali jistgħu jagħlqu.", "Ma naħsibx li setgħu jkunu aktar kategoriċi minn hekk, Sur President.", "Jgħidu wkoll dwar l-effett devastanti ta' l-għeluq tal-vineyards Maltin u Għawdxin fuq l- ambjent u l-ekoloġija ta' pajjiżna.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li għalkemm l-inbid Malti tjieb sostanzjalment tul is-snin, xorta waħda huwa diffiċli li jikkompeti ma' l-inbejjed barranin, mhux għax il-kwalita` Maltija hija inferjuri imma hemm diversi affarijiet marbutin anki mal-forzi tas-suq.", "Wieħed mill-argumenti tal-korpi kostitwiti hu li fil-fehma tagħhom il-vitikoltura` lokali għadha relattivament sottożviluppata u għalhekk impossibli li jkollna l-economies of scale li għandhom il-kompetituri tagħna.", "Dan l-argument jgħodd għall- biedja inġenerali wkoll.", "Hawn qed jingħad li qabel ma niżviluppaw serjament il-vitikoltura lokali, se jkun impossibli li nħarsu bis-serjeta` lejn l-esportazzjoni ta' l-inbid Malti fi kwantitajiet kbar, li allura jkun jiġġustifika t-tneħħija tal-levies f'dan is-settur strateġiku imma fl- istess ħin delikat u fraġli.", "Minkejja d-differenza fil-prezzijiet, dawn il- korpi kostitwiti jsostnu li l-inbid lokali għadu qed jiġġieled ma' preġudizzju ta' ħafna konsumaturi, għalkemm dan il-preġudizzju m'għadux wieħed qawwi daqs kemm kien 15–il sena ilu.", "Mela l-GRTU, iċ-chamber of commerce u l-FOI – u hawnhekk hawn il-firma ta' Delicata winemakers, Marsovin u Master' wine - li s-soltu huma committed favur il- liberalisation, fl-istess rapport qegħdin jgħidu li għandha tibqa' għal dejjem il-levy protection ta' l-inbid, jew għall-inqas sakemm il- vitikoltura f'Malta tiġi self-sufficient.", "Għalkemm nawgura li għad niġu f'din il-qagħda, naħseb li baqa' ħafna snin biex niġu self-sufficient f'dan ir-rigward.", "Il-korpi kostitwiti kienu argumentaw li din il-protezzjoni tkun tista' titneħħa biss wara li l-vitikoltura tkun żviluppat b'tali mod li jkollna biżżejjed għeneb lokali għall-inbid b'costs u b'livelli ta' kwalita` Ewropej.", "Illum għandna quddiemna ix-shock treatment ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea.", "Huwa mportanti li kulħadd mhux biss jitkellem dwaru fil- widnejn, imma nitkellmu dwaru pubblikament u mhux noqogħdu nibżgħu li jekk nitkellmu pubblikament forsi nimbarazzaw il-gvern tal-ġurnata.", "Din l- industrija għandha tiġi nkoraġġita bil-fatti.", "Dan għaliex ipparagunata ma' setturi oħra tal-qasam agrikolu, is-settur ta' l-inbid qed jaħdem f'livell ferm aktar effiċjenti u aktar avvanzat u fil-kuntest tal-limitazzjonijiet ta' pajjiżna, dan il-prodott qiegħed ikun dejjem iżjed innovativ u qed ikun prodott ta' ċertu standard għoli.", "Il-korpi kostitwiti kienu argumentaw li jekk l-inbid lokali mhux se jiġi kkategorizzat bħala prodott strateġiku u jekk titneħħa l-levy preżenti fuqu, allura l-industrija ta' l-inbid ma tkunx tista' tkompli teżisti.", "Mhux biss l-industrija ta' l-inbid ma tkunx tista' tkompli teżisti imma kienu qalu li b'hekk it-tradizzjoni tal-winemaking f'Malta, li tmur lura madwar 5000 sena, tkun saret xi ħaġa tal-passat.", "Fiċ-ċirkostanzi preżenti, l- impatt tas-sħubija sħiħa fl-Unjoni fuq il-qasam agrikolu inġenerali u l- qasam tal-winemaking inpartikolari se jkun devastanti.", "Jekk wieħed janalizza oġġettivament din il-kwestjoni jsib li dan mhux xi scenario of doom li qed ipinġi l-Partit Laburista.", "Jien ikkwotajt nies esperti u tekniċi fil-qasam u anke extract mir-rapport ta' l-istitut ta' Bari, u dan ħalli titneħħa l-idea` li l-Partit Laburista moħħu biss biex ibeżża' lill- poplu.", "Il-Partit Laburista qed jitkellem fuq stampa negattiva tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż mhux għax huwa partit li jrid il-ħsara u l-biża`, imma għaliex meta titkellem mal-key players ekonomiċi tal-pajjiż tirrealizza li l-qagħda hija saħansitra agħar milli dik li nitkellmu fuqha.", "Sur President, importanti li s-settur tal-biedja jkun tajjeb u jkun hemm arranġamenti speċjali dwaru.", "F'dinja ta' kummerċ ħieles, is-settur tal- biedja għandu jibqa' protett.", "Meta nitkellmu dwar il-kummerċ industrijali ħieles għandu jkun hemm tieqa għal ċerti prodotti tal-biedja.", "Għednieha meta konna fil-gvern, qed ngħiduha llum li qegħdin fl-oppożizzjoni u nibqgħu nħaddnuha meta nkunu mill-ġdid fil-gvern.", "Kulħadd iħares lejn il- biedja bħala settur strateġiku u jagħmel ħażin minn jipprova jċekken l- importanza tal-biedja għax sempliċement jara ċ-ċifri tal-GDP mingħajr ma jqis is-setturi interrelated u affiljati mas-settur tal-biedja u s-sajd.", "Sar ħafna ftaħir fuq il-breakthrough fin-negozjati ma' l-Unjoni dwar il- freedom of movement of persons.", "Il-breakthrough kien ikun kieku l-gvern ġab xi deroga.", "Fil-joint parliamentary committee għamluha ċara li se jkun diffiċli ħafna li l-gvern jingħata d-derogi li qed jitlob.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-acquis irid jitwettaq kollu kemm hu f'kull qasam.", "L- acquis m'huwiex xi menu biex tagħżel minnu dak li jaqbillek imma trid timxi miegħu u tkun konformi mar-regoli tiegħu.", "GĦalkemm qed jipprova jagħti l- impressjoni li qed jeżerċita xi negotiating skills kbar, at the end of the day il-gvern m'għandu l-ebda għażla ħlief li jkun konformi mar-regoli ta' l- Unjoni.", "Il-Partit Laburista huwa kontra l-acquis għaliex mhuwiex proġett ta' modernizzazzjoni mfassal skond il-parametri ta' Malta.", "Importanti li l- proġetti ta' modernizzazzjoni jkunu mfassla fuq il-bżonnijiet, il- limitazzjonijiet u l-għanijiet ta' pajjiżna u li kulma jsir, isir dejjem fl- interess nazzjonali ta' pajjiżna u mhux ta' xi ħaddieħor.", "L-Unjoni tagħmilha ċara mhux lilna biss iżda lill-pajjiżi kollha applikanti li dak huwa club u min irid jingħaqad magħha jrid bilfors jagħmel ċerti affarijiet inkella ma jeħduhx bis-serjeta`.", "Dan japplika għal kull settur u ovvjament jinkludi l-biedja .", "Fl-istudju ta' l-istitut ta' Bari jintqal li għalkemm is-settur tal-biedja jitlob ċerta modernizzazzjoni fix-short run, is-settur tal-biedja bi sħubija ser ikollu higher costs.", "Il-Partit Nazzjonalista dawn l-affarijiet la qed isemmihom illum li qiegħed fil-gvern u lanqas meta kien fl-oppożizzjoni.", "Kien joqgħod jipprova jwaqqa' għaċ-ċajt il-free trade area concept li kien qed jimbotta 'l quddiem il-Partit Laburista.", "Ir-rapport ta' Bari jsemmi a short-term shock għall-biedja Maltija u jgħid li ħafna prodotti m'humiex ser jieħdu l-għajnuna mis-CAP.", "Min jgħid li bi sħubija ħafna setturi agrikoli ser imorru tajjeb ikun żbaljat għaliex fir-rapport ta' Bari jgħidlek li ħafna prodotti mhux ser jibbenefikaw mis-CAP, li tant iħobbu jsemmu tan-naħa tal-gvern.", "Ir-rapport ta' Bari jgħid ukoll li:", "''Accession would induce a significant loss in aggregate terms.''", "Dan ifisser li kollox ma' kollox, is-sħubija se tkun qed tħalli impatt negattiv qawwi.", "Hemm miktub ukoll li:", "\"Altogether the net balance for the public sector, farmers and users of agricultural and food products would reach some euros 18 million per year.''", "Dan ifisser li għas-settur pubbliku, il-bdiewa u l-konsumatur, ser ikun hemm net balance pjuttost żgħir.", "Jgħid ukoll li:", "''The public budget may lose euros 9.5 million per year,''", "u li:", "''Farmers are likely to lose in terms of reduced output prices,''", "Dan ifisser li l-bdiewa se jitilfu ħafna mill-effett tajjeb li kien ikollhom fuq l-output prices.", "L-industrija ta' l-agrikoltura u l- konsumaturi jistgħu jitilfu euro 12 miljun f'increased import costs, wara li wieħed jieħu inkonsiderazzjoni t-tneħħija tal-levies.", "L-issue ta' l-inbid tikkonċerna prodott strateġiku, sensittiv u tradizzjonali.", "Il-European movement jargumentaw li bi sħubija fl-Unjoni mhux ser ikun hemm theddida għall-eżistenza ta' l-agrikoltura iżda theddida biss għal dak li hemm defiċjenti fil-qasam ta' l-agrikoltura.", "Ambaxxatur barrani minn pajjiż membru ta' l-Unjoni - m'għadux residenti Malta - kien qalli li b'effett tas-sħubija f'ċerti setturi nistgħu nintlaqtu tajjeb u f'oħrajn ħażin.", "L-ambaxxatur kien favur ħafna s-sħubija ta' Malta iżda qalli li s-settur lokali tal-biedja ser jiġi distrutt kompletament minħabba ċ-ċokon u l-frammentazzjoni tiegħu.", "Għalhekk importanti li nkomplu nfiehmu li għas-settur tal-biedja, mhux biss hemm alternattivi oħra minn sħubija iżda li l-għixien tal-bdiewa u s-sajjieda Maltin jiddependi fuq it-tħaddim tal-politika Laburista.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, jiena wkoll ħassejt li għandi nitkellem fuq dan l-abbozz għax l-inbid li aħna ngawdu ma jiġix mix-xejn imma jrid ikun il-bidwi li b'ħafna sagrifiċċji jkabbar u jieħu ħsieb id-dwieli sabiex minnhom isir l-inbid.", "Ejjew niftakru xi tbatijiet jgħaddu minnhom dawn in- nies u kemm hemm fatturi li jistgħu jirrovinaw xogħolhom, bħalma hu t-temp.", "Jiena minn hawn insellem lill-bdiewa kollha u nirringrazzahom tax-xogħol siewi li jagħmlu għax importanti nagħtu ġieħ lill-ħaddiema minn dan il- parlament.", "Il-prodott tal-bidwi jitgawda internament pero` żgur li l-bidwi jkun kuntent kieku nistgħu ngħinuh aktar biex parti minn dak li jipproduċi jkun jista' jesportah.", "Issa kif l-aħjar li ngħinuh, bil-politika tagħna ta' Svizzera fil-Mediteran jew bil-politika ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea kif irid il-Partit Nazzjonalista?", "In-Nazzjonalisti jgħidu li jkun ta' ġid għall-bdiewa li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni.", "Fost affarijiet oħra jgħidu li titjieb is-sistema ta' l- irigazzjoni u li anke jkun hemm għajnuna għax-xiri ta' makkinarju modern.", "Imma x'ibbenefikaw s'issa l-bdiewa mill-Unjoni jew x'ħa l-poplu Malti s'issa b'din il-politika?", "Minħabba l-fissazzjoni ta' sħubija fl-Unjoni, hawnhekk ħlief twaqqif ta' awtoritajiet ġodda ma rajniex.", "Ftit ilu ddiskutejna l-awtorita` dwar l-ambjent, imma nistaqsi jien din x'inhi tagħmel biex issolvi l-problema tat-trab iswed ikkawżat mill-power station tal-Marsa li qed jaffetwa s-saħħa tar-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Biżżejjed titkellem ma' għawwiem fuq it-tinġis fil-baħar biex tinduna x'inhi r-realta` ta' pajjiżna.", "Niftaħru tant bl-ambjent u mbagħad tara l- bajjiet kollha mniġġsa!", "Allura x'inhu l-aħjar li noqogħdu nitkellmu fuq l- awtoritajiet ġodda jew li jkollna ambjent nadif u mhux imniġġes?", "Il-poplu xeba` jisma kliem u diskors sabiħ meta fl-istess ħin qegħdin nassistu għall- qerda tal-qasam ambjentali.", "Il-politika tal-Partit Laburista hija msejħa Svizzera fil-Mediterran għax aħna ma rridux ninqatgħu mill-Ewropa jew mid-dinja, kif qiegħed jipprova jpinġina l-Partit Nazzjonalista.", "Kien il-Partit Laburista li isem pajjiżna għamlu parti mill-Ewropa u mid-dinja.", "Sħubija fl-Unjoni hija bużullotta oħra, bħal dak li ġara bil-Mid-Med.", "Bl-għaraq tal-ħaddiema, pajjiżna kellu l-bank tiegħu imma sentejn ilu l-gvern biegħu lill-HSBC u qalilna li kemm il-ħaddiema kif ukoll il-pajjiż se jkun jaqblilhom b'din il-mossa.", "Ma rridx insemmi kemm morna tajjeb bl-HSBC għax il-ħaddiema stess jistgħu jgħidu kemm marru tajjeb bl-ilmenti kontinwi dwar kif qegħdin jiġu ttrattati!", "Dwar din il-liġi ta' l-inbid, daqs kemm jista' jitkellem il- bidwi ma jista jitkellem ħadd, għaliex hu jċallas saqajh ġol-ħamrija u jaqbad l-għodda b'idejh.", "Kemm kien pass 'il quddiem il-bejgħ ta' l-HSBC?", "Min mar 'il quddiem?", "Il-Maltin, il-ħaddiema ta' l-HSBC jew inkella min xtara l-bank?", "Żgur li mhux il-ħaddiem mar tajjeb imma x-xerrej!", "U mhux billi joqogħdu jiġu jgħiduli li s-sħubija se tkun għalina s-salvazzjoni.", "Jien kieku ili nistaqsi s'sar minnhom il-Lm100 miljun li l-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li ser iġib mill-Unjoni!", "Kemm kien jieħu pjaċir u jserraħ moħħu l-poplu Malti kieku dawk il-Lm100 miljun waslu, Sur President!", "Fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tal-gvern ta' Fenech Adami għal sħubija fl- Unjoni, nixtieq nitkellem ftit dwar il-qasam ta' l-anzjani.", "Bħala kelliem tal-Partit Laburista għall-anzjani, jiena xtaqt nitkellem dwar kif l-Unjoni tolqot lill-anzjani.", "Hija ta' importanza kbira li nibnu opinjoni dwar kif inhuma stmati l-anzjani f'pajjiżi oħra Ewropej u nqabblu dan mas- sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk immorru lura fl-istorja insibu li l-anzjan la kellu l-pensjoni u lanqas kien joħlom bil-benefiċċji soċjali.", "Bis-saħħa tal-Partit Laburista Malti, l-anzjani bdew jingħataw il-pensjonijiet u l- benefiċċji soċjali li bihom setgħu jgħixu ħajja iżjed dinjituża`.", "Issa jekk tistaqsi lill-anzjani li pajjiżhom membru ta' l-UE, bħal dawk fir-Renju Unit, dawn jgħidulek li ġewwa l-Ingilterra ssib anzjani li lanqas ikollhom finanzi biżżejjed biex iħallsu għas-central heating!", "Mela l-Partit Nazzjonalista jpinġi stampa li fl-Unjoni kulħadd ferħan u kulħadd komdu, mentri dawn l-anzjani li jgħixu l-Ingilterra qed jirriskjaw li jmutu bil- bard għax m'għandhomx biex iħallsu tas-central heating!", "Bħal fil-każ ta' l- HSBC, Il-Partit Nazzjonalista qed ipinġi kollox ward u żahar meta dan assolutament mhux minnu.", "Bil-maqub, il-Partit Laburista huwa partit ta' kulħadd u għandu l-għan ewlieni li jiddefendi l-klassi tal-ħaddiema, Sur President.", "Żgur li ħadd ma jista' jgħid li l-klassi tal-ħaddiema m'għadhiex teżisti - kienet teżisti, għadha teżisti u tibqa' teżisti – għax il-klassi tal- ħaddiema hija forza f'kull pajjiż.", "L-għeruq tal-Partit Laburista ħarġu mill- klassi tal-ħaddiema u l-Partit Laburista għandu l-obbligu li juri liema hi l-aħjar triq għal pajjiiżna u fuq din il-politika għandna nimxu sabiex nimxu 'l quddiem.", "Il-Partit Nazzjonalista, minflok jipprova jirribatti l- argumenti ta' l-oppożizzjoni, jagħżel it-triq il-ħafifa u joqgħod ipinġi lill-Partit Laburista bħala partit li ma jaf xejn u li bilfors irid jitgħallem mill-gvern preżenti.", "Imma jiena ngħidilhom li jekk ikun hemm bżonn, il-Partit Laburista għandu min jgħallmu u mingħand min jieħu l- pariri.", "Il-pariri jeħodhom mingħand in-nies li verament iridu l-ġid lill- Partit Laburista, lil pajjiżna u lill-ħaddiema u mhux mingħand min jipprova jagħtik parir u fl-istess ħin ikun lest biex jagħtik daqqa ta' sikkina minn wara dahrek!", "Il-Partit Laburista mhux daqshekk injorant li jieħu l-parir mingħand ir-rivali politiċi tiegħu.", "L-għan tal-Partit Laburista huwa li jwassal il-viżjoni u l-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran kullimkien u meta jasal il-mument, il-poplu jkun jista' jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Imma nerġa` lura għas-suġġett li għandna quddiemna, Sur President.", "It-tobba jgħidulek li tazza nbid wara l-ikel tagħmel tajjeb basta ma tabbużax.", "Dan l-aħħar fi programm fuq it-televiżjoni kien għaddej vox pop u bdew jistaqsu liż-żgħażagħ kemm jixorbu nbid u xorb ieħor alkoħoliku.", "Tifel ta' 14–il sena qal li qabel telaq mid-dar xorob flixkun inbid u ieħor qal li kien ħa sitt tazzi nbid.", "Il-messaġġ li qed nipprova nwassal huwa li meta nirreklamaw l-inbid niftakru f'dak li jgħallmuna tas-Sedqa, il-Caritas u l-Oasi, li l-abbuż mill-inbid huwa l-ewwel pass għat-triq tad-droga.", "Wieħed jibda jixrob biex jagħmel bħal sħabu u jitħallat mal-ħbieb jew għaliex forsi jkun għadda minn esperjenza iebsa, bħalma ġralha persuna li tkellimt magħha m'ilux, fejn din qabdet il-problema tad-droga għaliex saret taf li l-omm li rabbietha mhijiex ommha naturali u għalhekk bdiet tixrob u spiċċat biex mhux biss tieħu l-inbid imma tittaqqab u adirittura taħseb li l-pass li jmiss huwa dak li ttemm ħajjitha.", "Għalhekk importanti li r-reklamar ta' l-inbid, filwaqt li jkun reklamar li jrendi, ikun iwassal messaġġ ċar u mhux ikun stedina għall-minorenni biex jixorbu l-inbid.", "Naturalment ħadd ma jieħu pjaċir jara żgħażagħ Maltin jaqgħu vittma tal- problemi ta' l-alkoħoliżmu u tad-droga u għalhekk għandna ngħallmu liż- żgħażagħ x'jiġifieri moderazzjoni.", "La qegħdin fuq is-suġġett, nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-għaqdiet kollha li jaħdmu fost iż-żagħżagħ b'dawn it-tip ta' problemi, jiġifieri s- Sedqa, il-Caritas u l-Oasi.", "Insellem ukoll lil min jaħdem fil-health information unit, fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa, għaliex dawn il- ħaddiema jgħinu kemm lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu daħlu fil-problema tad- droga, kif ukoll żgħażagħ oħrajn, biex ma jidħlux fil-problema għax aktar faċli tgħin lil xi ħadd biex ma jidħolx fil-problema milli tgħinu biex joħroġ minnha.", "Irrid nitkellem dwar il-liberalizzazzjoni fl-industrija ta' l-inbid, Sur President.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-liberalizzazzjoni imma nafu li fis-settur ta' l-inbid se nġibu kompetizzjoni ħarxa għall-prodott Malti.", "Jekk jiftħu żewġt iħwienet fl-istess triq, awtomatikament il-bejgħ se jinfirex u bil- liberalizzazzjoni ta' l-inbid, il-bejgħ tal-prodott Malti se jonqos u meta tqis li l-kompetizzjoni se tkun ħarxa, dan se jonqos ħafna.", "GĦandna nirreklamaw l-inbid ta' pajjiżna kemm jista' jkun għaliex huwa prodott tal- ħaddiem Malti.", "Huwa importanti li l-prodott ta' pajjiżek tbiegħu f'pajjiżek stess ħalli tgħin l-ekonomija lokali.", "Il-Partit Laburista kemm- il darba għamilha ċara li fejn jidħlu l-bdiewa, irid arranġament speċjali min-naħa ta' l-Unjoni.", "L-industrija tal-biedja hija settur strateġiku għal pajjiżna u għalhekk huwa importanti li meta nkunu qegħdin indaħħlu regoli ġodda, inkunu ċerti li dawn se jkunu ta' ġid għal pajjiżna.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li nittama li l-poplu tagħna, speċjalment il-bidwi f'dan il-każ, jifhem li l-aħjar politika għal futur tagħna u ta' pajjiżna hi dik ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is- Segretarju Parlamentari Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, f'dan id- dibattitu għandna l-opportunita` nisimgħu d-diversi fehmiet.", "Aktar kmieni smajna lill-Onor.", "Evarist Bartolo jgħaddi l-messaġġ – naturalment mal- kumplament tal-kantaliena tad-diskorsi min-naħa ta' l-oppożizzjoni – li dawn ir-regolamenti ma jagħmlux sens għalina għax għandna ħafna limitazzjonijiet, fosthom nuqqas ta' art fejn nistgħu nikkoltivaw l- għeneb.", "Jien ma nafx għaliex l-oppożizzjoni tara biss il-limitazzjonijiet u ma tarax il-potenzjalita` li Malta għandha, Sur President!", "Anke l-Onor.", "George Vella qalilna li din liġi tajba u hija miktuba perfettament, pero` staqsa lil min se tkun qed tirregola una volta din l- industrja ma tibqax teżisti f'pajjiżna.", "Hawn qiegħed il-punt tat-tluq ta' dan id-dibattitu.", "GĦall-oppożizzjoni din l-industrija għandha l- limitazzjonijiet u allura bħal speċi m'hemmx skop ta' biċċa leġislazzjoni bħal din, waqt li għan-naħa tal-gvern din il-limitazzjoni ma narawhiex xi ħaġa insuperabbli.", "Aħna għandna fiduċja kbira u għalhekk qegħdin naħdmu u nieħdu ħsieb l-aspetti varji ħalli noħolqu l-aħjar ċirkostanzi possibbli biex din l-industrija tikber u tiżviluppa.", "Sfortunatament ta' l- oppożizzjoni għandhom dan l-għamad li jaraw limitazzjoni f'kollox.", "Jiena nistaqsihom għalfejn dawn jaraw lill-Maltin bħala poplu li ma jiswa xejn meta aħna għandna dawn l-opportunitajiet u jekk naħdmu sod, għandna neħduhom.", "Għalfejn in-naħa ta' l-oppożizzjoni jibqgħu jisħqu fuq iċ-ċokon tagħna u ma jarawx li xorta għandna opportunita` tajba biex naħdmu u nikbru?", "Kif mhux jarawh dan ta' l-oppożizzjoni?", "Matul l-istorja politika ta' dan il-pajjiż, il-Partit Nazzjonalista dejjem ra kif jagħti l-opportunita` lil dan il-poplu biex jikber f'nazzjon b'rajh f'idejh u jkun indipendenti.", "Dan ifisser li l-poplu jkun jista' javvanza u l-pajjiż ma jibqax iżolat u din il-liġi li qed niddiskutu għandha l-għan li torganizza l-industrija ta' l-inbid.", "Aħna ma nemmnux li dawn il- limitazzjonijiet fiżiċi u materjali għandhom iżommuna milli nipproċedu u nimxu 'l quddiem.", "Mela le, tajjeb li ż-żewġ partiti jippreżentaw argumenti differenti għax b'hekk il-poplu jkun jista' jagħżel.", "Allaħares iż-żewġ partiti kellhom jaqblu f'kollox għax kieku ma jkollniex diskussjoni u forsi nispiċċaw nagħżlu triq mingħajr ma nkunu nafu għaliex.", "Wara kollox, id- demokrazija fuq hekk hi bbażata, settijiet differenti ta' ideat politiċi u l-poplu sovran jagħżel l-aħjar politika għall-ġid tiegħu u ta' pajjiżu.", "Imma l-punt jibqa` kif nipproteġu l-industrija tagħna, kemm jekk hi biedja u kemm jekk hi industrija tal-manifattura.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni trid tipproteġi billi jekk jista' jkun nibqgħu iżolati u allura aħjar, skond huma, li nagħżlu l-politika ta' Svizzera fil- Mediterran.", "L-oppożizzjoni illum qegħda tgħid hekk għax meta kienu fil- gvern, il-poplu Malti seta` iduq il-politika tagħhom.", "Dawn mingħalihom jridu jnessu lill-poplu li huma kienu fil-gvern għal sentejn, imma aħna se nibqgħu nfakkruh dan.", "L-inbid ma jinbidilx daqshekk malajr, imma l-politika tal-Partit Laburista f'dawk is-sentejn kienet saret ħall u qraset!", "Min-naħa l-oħra, l-idea ta' dan il-gvern hi li nipproteġu l-industrija tal-biedja u l-industrija tal-manifattura billi ngħolluhom għal-livell ta' min hu l-aqwa f'din is-sistema ta' globalizzazzjoni u allura qegħdin nimmiraw li jkollna l-aqwa standards.", "Irridu naraw li jkollna industrija sostenibbli bbażata fuq il-kwalita` għax, kif qalilna l-Onor.", "Evarist Bartolo, kull meta jkun hemm il-kwantita`, din tħalli effett ħażin fuq il-prezz u allura l-bdiewa jkollhom jeqirdu l-prodott minħabba sitwazzjoni ta' over-production.", "Qalilna l-Onor.", "Bartolo li l-pajjiżi l-kbar kellhom jagħmlu regolamenti biex iħarsu l-kwalita`, ħalli l-prezz jibqa' stabbli u l-industrija tibqa' toffri opportunita` għal għadd ta' impjiegi.", "Imma mhux jiġi jgħidilna li narmu kollox il-baħar għax ikollna l-kwantita`!", "Il-Partit Laburista qal li rridu nipproteġu l-industriji tagħna u aħna nemmnu li biex nipproteġu l- industriji tagħna rridu nidħlu fl-Unjoni u mhux nibqgħu ġirien mingħajr say ta' xejn u forsi nieklu minn dak li jaqa' minn fuq il-mejda!", "Mela waqt li metaforikament aħna qegħdin inbiegħu l-inbid, l-oppożizzjoni qed tbiegħ inbid qares!", "Kieku l-Partit Laburista għadu fil-gvern, kieku mhux jitkellem kif qed jitkellem illum, Sur President.", "Ma nistgħux ninsew li f'laqgħa li saret fit-28 t'April ta' l-1998, il-gvern Laburista ta' Alfred Sant kien iffirma dikjarazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea li tgħid li:", "\"A free trade area between Malta and the EU should cover substantially all trade\".", "Minn dan kollu qatt ma ntqal xejn lill-poplu Malti.", "Fl-istess laqgħa tat-28 t'April 1998 kien intqal ukoll li:", "''Such a free trade area should cover substantially all trade without excluding any sector.", "Agricultural trade should be progressively liberalised\"", "Mela anke bl-agreement tagħhom, is-settur tal-biedja – inkluż it-tkabbir tad-dwieli u l-produzzjoni ta' l-inbid – kien se jiġi lliberalizzat.", "Mela dawn meta jkunu fil-gvern jgħidu ħaġa u meta jkunu fl-oppożizzjoni jgħidu oħra, u hawn nistieden lill-kelliem ta' warajja jgħidilna għalfejn saret din il-bidla fil-politika Laburista.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien qiegħed jippjana ħaġa u llum mill-oppożizzjoni qegħdin jippriedkaw ħaġa oħra u jgħidu kontra xi ħaġa li kieku baqgħu huma fil-gvern, din kienet iseħħ xorta waħda!", "Il-liberalizzazzjoni tas-setturi kollha nkluż dak agrikolu kienet isseħħ xorta waħda, anke taħt gvern Laburista, għax hekk ftehmu ma' l-Unjoni.", "(Interuzzjonijiet)", "Dak iż-żmien Dr. Sant kien qalilna li:", "''With free trade, we should still have the option of buying what we want from where we want, although we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat, our eggs, our vegetables.''", "Kliem li jfisser li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjiżna kien se jkollu importazzjoni bla rażan ta' kull ħaġa li l-poplu Malti jkollu aptit jixtri.", "Huwa ferm evidenti li l-iskop ta' l-oppożizzjoni hu li jdgħajjef l-argumenti favur liġi li tirregola s-suq tagħna, iżda ironikament kieku l-Partit Laburista kien għadu fil-gvern, xorta waħda kien ikollu jgħaddi liġi bħal din.", "F'ħafna liġijiet li ngħaddu minn dan il- parlament, ġeneralment ikun hemm qbil u f'din il-liġi jrid ikun hemm qbil għaliex id-differenza bejn sħubija fl-Unjoni u l-politika ta' Svizzera fil- Mediterran hija li bi sħubija t-tibdil tista' tagħmlu bl-għajnuna, filwaqt li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran it-tibdil ikollok tagħmlu mingħajr l-għajnuna ta' l-Unjoni, Sur President.", "L-oppożizzjoni staqsiet jekk il-gvern għamilx impact assessment biex ikun jaf l-implikazzjonijiet ta' din il-liġi fuq id-diversi setturi, imma jiena nixtieq nistaqsi lilhom jekk huma għamlux l-impact assessment tagħhom biex ikunu jafu u jikkwantifikaw l-ispiża li Malta jkollha tħallas kieku kellha tagħżel il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran u jkollna sempliċi free trade association agreement, bħalma jista' ikollhom il-pajjiżi ta' l- Afrika ta' Fuq.", "L-interess ta' l-oppożizzjoni m'huwiex l-interess nazzjonali imma hu l-interess partiġġjan.", "Iridu jfixklu lill-poplu ħalli ma jagħżilx it-triq ta' sħubija sħiħa u ladarba jkollom il-poter u jiġu eletti, jispiċċaw jagħżlu l-istess triq li tant qalu kontriha.", "Hawn għandna eżempju fejn f'diskussjoni fuq liġi teknika, in-naħa ta' l- oppożizzjoni qiegħda tqarraq billi tipprova ddawwar il-ftehim li għamlet hi stess ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista fil-gvern kien lest jagħmel dak kollu li tgħidlu l-Unjoni sabiex isseħħ il-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Jagħmlu kollox bħalma tgħid l-Unjoni, pero` mingħajr ma jkollhom say ta' xejn u mingħajr għajnuna finanzjarja!", "L-Onor.", "George Vella qalilna li din il-liġi hija tajba u staqsa għaliex saret daqshekk tard u għaliex illum bl-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni, l-organizzazzjoni ta' dan is-settur saret daqshekk urġenti.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella m'huwiex korrett għax din il-liġi ma saritx minħabba l-proċess ta' tħejjija u sħubija fl-Unjoni.", "L-organizzazzjoni ta' dan is-settur permezz ta' din il-liġi daħlet f'dimensjoni fejn l-individwu ma nħalluhx sparpaljat, għax lill-individwu li qiegħed fis-suq ma tgħinux billi tħallih jagħmel li jrid imma tgħinu billi tgħidlu kif il-prodott għandu jiġi ppreżentat.", "Wara li l-individwu jirreġistra lilu nnifsu, il- ministeru jkun kapaċi jgħinu jtejjeb il-prodott tiegħu.", "Aħna qegħdin f'kompetizzjoni u ma nistgħux naħsbu li m'aħniex nikkompetu, Sur President.", "L-oppożizzjoni qegħda tgħix f'dinja għaliha għaliex taħseb li tista' tiddeċiedi ma' min u fi x'ħin tikkompeti.", "Il-fatti m'humiex hekk u dan jafuh l-oppożizzjoni għaliex meta kienu fil-gvern ma kenux jitkellmu kif qegħdin jitkellmu llum.", "Din il-leġislazzjoni ma ġietx late in the day, kif qed jgħid l-Onor.", "Vella, imma ġiet b'riżultat ta' ħidma kontinwa li ilha għaddejja żmien twil.", "L-organizzazzjoni ta' dan is-settur ma saritx illum permezz ta' din il-liġi u lanqas ma saret minħabba l-Unjoni.", "Din il-liġi saret għaliex il-gvern fehem li jekk il-winemakers m'humiex se jorganizzaw lilhom infushom fis-suq, mhux se jkollhom l-opportunita` li jbiegħu l- prodott tagħhom.", "Liġi bħal din tgħin lil min hu organizzat biex ikompli jara li n-negozju tiegħu jkun wieħed sostenibbli.", "L-Onor.", "Parnis ma kienx korrett meta qal li l-prezzijiet għall-konsumatur fl-Unjoni se jogħlew.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni fi żjara li għamel reċentement lil tat-tiġieġ qalilhom li meta nimportaw il-bajd, it-tiġieġ, il-majjal u t-tadam, il-prezz se jkun irħas waqt li taz-zokkor se jkun ogħla.", "Mela għandna erba' prodotti li se jkunu irħas u wieħed li se jkun ogħla!", "Insew dawn li fi żmien Mintoff, il-prezz ta' xkora zokkor kien kważi Lm20!", "Biex jogħla z-zokkor jew prodott ieħor m'hemmx bżonn li wieħed ikun fl-Unjoni.", "Il-Gvern Malti, bħalma ġara fil-passat, jista' faċilment jgħolli l-prezz taz-zokkor.", "Il-prezzijiet jistgħu jogħlew jew jorħsu, tkun jew ma tkunx fl-Unjoni.", "Din hija leġislazzjoni importanti u nawgura li kulmin qiegħed fis-settur jifhem li meta qegħdin inpoġġu fil-prattika u nwettqu liġi bħal din, anki jekk in-numru ta' dawk li se jiggwidaw il-ħidma tagħhom se jkun numru żgħir, dan il-gvern qed jgħinu biex hu jkollu wkoll l-opportunita` li jtejjeb il-prodott li qiegħed jimmanifattura.", "B'din il-leġislazzjoni se jkollna sistema li tkun tista' tinħareġ liċenzja lil min jagħsar l-inbid.", "Li pajjiż jersaq iżjed lejn suq ħieles m'għandux ifisser li kulħadd jagħmel li jrid.", "Suq liberu jfisser li wieħed għandu jkun organizzat u liċenzjat u għalhekk wieħed se jkun jista' jgawdi mill-organizzazzjoni ta' dan is-settur li dan il-gvern qed jipproteġi.", "Grazzi", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "NINU ŻAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 3 ta' Lulju 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Xtaqt nieħu biss ftit minuti biex insellem lil Mario Muscat, li miet ħesrem fl-eta` ta' 36 sena waqt li kien qiegħed ma' ħbiebu għall-barbecue.", "Naħseb li dan il-bniedem jixraqlu li jingħata tislima u proprju xtaqt insellimlu billi nikkwota partijiet minn diskors qasir li għamel Lou Bondi waqt il-quddiesa fil-funeral tal-ħabib tagħna, diskors li qaxxar il-karattru ta' Mario.", "Kien bniedem li ħajtu għexha kollha sorpriżi u misteri - taħseb li tkun tafu imma xorta jissorprendik - bniedem b'diżabilita` mhux żgħira li rnexxielu jirbħilha u jdawwarha f'abilta`.", "Ta' min jgħid li saħansitra kultant kellu s-saħħa jiċċajta bid-diżabilta` tiegħu wkoll, Sur President.", "L-ewwel darba li ltqajt ma' Mario kont għand Joe Azzopardi - dak iż-żmien kien Joe Azzopardi ''tan-numri'' illum iżjed magħruf bħala Peppi Azzopardi ''ta' xarabank'' – u naturalment wieħed seta` jinnota li Mario kellu id waħda biss u meta darba minnhom tellajna quddiesa f'Ta' Qali, Joe Azzopardi jgħid li waqt li kienu qed ikantaw \"Tini Idejk\", fil-ħin ta' l-offertorju, Mario qabeż u qal:", "''Le taf, diġa` tajtha darba u baqgħu sejrin biha!", "Issa ma nerġax għax baqagħli waħda u jeħduhieli wkoll!''", "Mario kien jgħid – u anke semmiha Lou illum – li hu bilfors xellugi fil- politika għax ma kellux għażla oħra!", "Kien jirrakkonta li meta kien żgħir kien mar iqerr u radd is-salib b'idu x-xellugija għax ma kellux alternattiva, iżda l-qassis ma kienx induna bid-diżabilita` ta' Mario u qallu bil-herra:", "''Ma tistħix trodd is-salib b'idejk ix-xellugija!", "Ma tafx li b'idejk il-leminija suppost troddu is-salib!''", "Mario wieġbu:", "''Għax Father, idi l-leminija nsejtha warajja!\"", "Mario kien graphic designer u kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal- Partit Nazzjonalista fl-1987.", "Kien jinvolvi ruħu bis-sħiħ u kien jaħdem mal-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista, fl-uffiċċju informazzjoni, u mbagħad sar kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fl-ewwel kunsill lokali tal- Furjana.", "Wara kien laħaq kap tal-grafika ta' net television, iżda mbagħad f'daqqa waħda kien ġie jgħidilna li kien se jibda n-novizzjat mad- Dumnikani.", "Aħna li konna nafu lil Mario, kif tafu int, Sur President, konna nistgħaġbu u ngħidu kif jista' jkun li Mario se jidħol patri meta dan dejjem liebes l-aqwa lbies u lbies ta' l-aħħar moda.", "Biex Lou Bondi jinkih, kien jistaqsih kif qatt seta' jidħol patri għax sa fejn jaf hu Giorgio Armani kien għadu ma bediex jiddisinja ċ-ċoqqa tal-patrijiet!", "Dan kien Mario Muscat, bniedem kollu misteri u bniedem eleganti - hekk iddeskrivieh illum Lou Bondi - imma l-eleganza ta' Mario ma kenitx limitata biss għall-qoxra ta' barra.", "Kellu moħħ li kien jaħdem b'eleganza u kien janalizza u jifhem is-sitwazzjonijiet.", "Ma kontx titkellem miegħu fuq xiex trid u ma titgħallimx xi ħaġa mingħandu.", "Kien kapaċi jitfa' dawl ġdid fuq kwalunkwe tema u f'daqqa waħda tispiċċa tħares lejha b'mod kompletament differenti.", "Kien eleganti wkoll fil-valuri għax kien kapaċi jinsiġhom mar- realta` tal-ħajja li ngħixu kullimkien, anke fil-politika.", "Naturalment fil-politika Mario kellu l-opinjoni tiegħu iżda qatt ma ġġieled ma' ħadd.", "Kien jagħmel il-politika b'mod li jagħti servizz.", "Kont f'diversi laqgħat ma' Mario u kont ninduna li kien anke kapaċi jdaħħal l-element uman fil-politika.", "Kont ħabib ħafna tiegħu tant li lili u lill-mara kien iddisinjalna l-inviti tat-tieġ.", "Ma kienx bniedem li jgħix fis-sħab u lanqas ma nistgħu ngħidu li kien xi qaddis miexi fl-art.", "Kien bniedem tad-demm u l-laħam bid-difetti u bil-preġi tiegħu.", "Illum waqt il-quddiesa, il- konċelebrant qal li ħafna drabi aħna nassoċjaw id-divertiment mal-ħażen u qal li Mario kien kapaċi jiddeverti b'mod onest, kif jagħmlu ħafna żgħażagħ oħra.", "Lou Bondi qal li Mario kien Furjaniż li ssibu mxarrab għasra fil-marċ tal-festa.", "Dan kien Mario Muscat, Sur President.", "Kien eleganti fil-valuri umani u spiritwali tiegħu.", "Meta darba minnhom Lou staqsieh kif wasal għall-vokazzjoni tiegħu, Mario kien wieġbu li l- vokazzjoni mhux wasla f'post imma bidu ta' triq u li r-risposti ssibhom waqt li qed tistaqsi u mhux wara li tkun staqsejthom.", "Meta tlabtu jgħidli x'wasslu sal-bieb tal-kunvent, Mario kien qalli li l-kunvent mhux dak li fih ġewwa imma dak li hemm barra l-ħitan tiegħu.", "Meta beda n-novizzjat mad- Dumnikani, l-ewwel ħaġa li talabhom kien l-internet f'kamartu.", "Mario kien jaħdem fil-grafika u xogħlu kienu jagħmlu b'ċerta reqqa, imma kien jimpressjonak ir-rispett kbir u l-ħbiberija li kellu lejn sħabu fuq il-post tax-xogħol.", "Ġieli ġie d-dar għandi biex noqogħdu nitkellmu u ħaġa li kienet timpressjonani kienet li jekk inti tkun imħawwad jew irrabbjat għal xi ħadd, Mario kien jirnexxilu jikkalmak.", "Qatt ma kont tisimgħu jxewwex kontra ħadd.", "Lou Bondi biex jiċċajta kien qallu jekk iridx jagħmel l-aħħar kampanja miegħu u Mario staqsieh x'kellu f'moħħu.", "Lou qallu li jmisshom jagħmlu kampanja għad-Dumnikani u jsemmuha \"Going to heaven in style\".", "Lou qal li għajnejn Mario kienu diġa` bdew jixegħlu u kien diġa` beda jara l- billboards, il-full pages u s-slots ta' l-għaxar sekondi!", "Irrid insellem lil Mario għaliex naħseb li rnexxielu jolqot b'xi mod lin- nies kollha li kellu kuntatt magħhom u rnexxielu jħalli impatt fuqhom.", "Bqajt impressjonat kemm fil-funeral u kemm fil-ġranet li għaddew bin-numru kbir ta' nies li kellhom kliem ta' tifħir għal Mario.", "In-nies li kien hemm għall-funeral ġew from all walks of life, kulħadd b'xi esperjenza pożittiva x'jirrakonta fuq Mario.", "Meta kont qed nikteb artiklu dalgħodu, bdejtu b'dan il-mod: ''Mur ifhmek Mulej, x'ridtu lil Mario!''", "Mario kien għadu żgħir u kien tant ferħan li se jieħu l-libsa ta' Dumnikan fil-21 ta' Settembru u allura tiġi spontanja d-domanda għaliex il-Mulej bagħat għalih.", "Pero` fl-aħħar spiċċajt l-artiklu mhux fis-sens ta': Mulej, x'ridtu lil Mario, imma grazzi Mulej talli sliftulna.", "Mario Muscat għamel ħafna ġid f'ħajtu u ħalla impatt kbir kulfejn kien, fil- Partit Nazzjonalista, fil-politika, fil-mod kif kien jagħmel il-politika, fil-kunsill lokali, fil-ħajja soċjali tal-Furjana u f'diversi xogħol li huwa għamel, anki fl-aħħar 11–il xahar mad-Dumnikani.", "Mario Muscat kien misluf lilna għal 36 sena għaliex min sellifulna, nhar is-Sibt li għadda għajjatlu lura ħesrem mingħajr ma Mario kien biss marid.", "Sħabu qaluli li waqt li kien qed imut, waqt li ħassu ħażin fuq ir-ramel ta' l-Għadira, qalilhom biss:", "''Se mmut.", "Qed jgħajjatli l-Mulej.", "Ħa mmur ħdejn il-Mulej.''", "Jiena xtaqt qabel xejn inwassal is-solidarjeta` tiegħi u ta' sħabi lill- familja ta' Mario, lil missieru John, ħaddiem tat-tarzna, lil ommu Jane, lil oħtu Rita u lill-familjarji kollha tiegħu u lis-soċjeta` tad-Dumnikani, li magħhom kien din is-sena.", "Impressjonawni l-patrijiet kollha neżlin jibku waqt il-funeral.", "Inwassal is-solidarjeta` tagħna anki lil sħabu ta' net television li kienu jaħdmu miegħu.", "Nirringrazzja 'l Alla li tana l- privileġġ li nkunu nafu lil Mario Muscat għaliex dan il- ħabib ħalla impatt pożittiv fuq ħajjitna.", "Naħseb kien rigal sabiħ li qsamna l-ħbiberija tiegħu u tgħallimna minn għandu.", "Meta nħarsu lura, għalkemm inħossu d-dieqa li tlifna lil Mario f'eta` daqshekk żgħira, xorta għandna ħafna memorji sbieħ tiegħu, memorji li se nġorruhom magħna għall-kumplament ta' ħajjitna.", "Biżżejjed ngħid li Mario qal lill-provinċjal tad-Dumnikani li hemm bżonn li jieqaf mix-xogħol għal xahar u jmur jaħdem l-Albanija.", "Għamel xahar l-Albanija jaħdem fil- missjoni u proprju ġie lura ftit ġranet ilu.", "Illum f'komunikat li bagħtu l- patrijiet Dumnikani mill-Albanija qalu li n-nies ta' l-Albanija li kienu ltaqgħu miegħu ħaduha bi kbira, speċjalment it-tfal.", "Nirringrazzja 'l Alla li kellna l-opportunita` li niltaqgħu ma' Mario u nsellem lil Mario għal ħafna tagħlimiet u esperjenzi sbieħ li qsamna miegħu.", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Qabel ma nibda, irrid ningħaqad ukoll ma' l-Onor.", "Galea biex insellem lil Mario Muscat.", "Mhux se nirrepetti t-tajjeb kollu li qal l-Onor.", "Galea fuq il-ħabib tagħna, pero` wieħed irid jitgħallem minn dawn l-esperjenzi li jkunu għaddew minnhom sħabna.", "Sur President, f'dan l-ħin li fadal nixtieq ngħaddi xi ħsibijiet u kummenti rigward xogħol li qiegħed isir fil-Mosta.", "Ħassejt li kienet inġusta l-kritika ta' l-Onor.", "Anġlu Farrugia rigward ix- xogħol li qiegħed isir f'Valletta Road, fejn qal li mhux ħaġa sensata li l- bankini jitwessgħu bħalissa.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni qiegħda tikkritika xogħol li hemm għaddej bħalissa, li naturalment ilu ppjanat imma issa qabad ir-ritmu tiegħu.", "L-oppożizzjoni jew jikkritikaw għax mhux se jsir ix- xogħol, jew inkella jikkritikaw għax ix-xogħol fl-idea tagħhom ikun qed isir fi żmien mhux propizju.", "Naturalment is-sena fiha 12 –il xahar u kulħadd jaf li x-xogħol ġeneralment jitħalla għal bejn Ottubru u Frar biex isir fi żmien u ħin fejn itellef l-anqas.", "Iżda f'ċerti okkażjonijiet, xi xogħol ikollu jsir fi żmien li jista' joħloq ftit ta' l-inkonvenjent għat- turist.", "F'isem il-Mostin kollha, jiena nixtieq ngħid grazzi mill-qalb lill-gvern li qiegħed iwettaq ix-xogħol li l-Mosta ilha tistenna għal żmien twil, xogħol ta' livell tajjeb, xogħol li jħalli impressjoni tajba man-nies.", "Nirringrazzja wkoll lill-Ministru Ċensu Galea li qed jara li l-affarijiet b'konnessjoni max-xogħol tat-toroq isir kif suppost, anki jekk bi kritika personali lejh.", "Qegħdin naraw li l-mod u l-metodu ta' kif qiegħed isir ix- xogħol huwa siewi għax mhux si tratta ta' sempliċement kisja tarmac, imma t- toroq qegħdin jinqalgħu u jerġgħu jsiru mill-ġdid.", "Dik hi s-serjeta` u l- impenn li aħna niftaħru bihom u għalxejn l-oppożizzjomi jippruvaw jidħku bin-nies għax dawn qegħdin jaraw b'għajnejhom ir-realtajiet ta' madwarna.", "U mhux billi l-Onor.", "Anġlu Farrugia jibgħat ittra lill-Mostin u jgħidilhom li l-bankini ħerġin 'il barra!", "Jien naħseb li n-nies taċċetta li l-bankini f'Valletta Road ġejjin isbaħ u iktar komdi milli kienu.", "Għamilna investiment ta' Lm1.5 miljun biex nagħmlu mill-ġdid żewġ toroq li huma essenzjali għax se jbiddlu sew it-traffic flow fil-Mosta.", "Naturalment fadal għadd kbir ta' toroq li għad jonqoshom ħafna xogħol x'isir fuqhom, xogħol li se jkun qed isir mill-gvern jew mill-kunsilli lokali.", "Dalwqt nibdew bix- xogħol fin-naħat ta' Birguma fin-Naxxar, biex nidderieġu t-traffic għall- periferija tar-raħal.", "Ċertament li l-gvern qed jieħu x-xogħol b'serjeta`.", "Ħsieb ieħor li nixtieq ngħid huwa li fil-kunsill lokali tal-Mosta hemm sehem kemm Laburista kif ukoll Nazzjonalista.", "Din hija l-milja tal-politika fejn il-partiti jagħtu sehemhom, anke f'livell lokali.", "Dak li huwa tajjeb għandna nfaħħruh, pero` irridu naraw ukoll li kemm jista' jkun ikun hemm l- għaqda u m'għandna nixbgħu qatt naħdmu fuqha.", "Għall-grazzja t'Alla, fil- Mosta rari jkollna xi ħaġa li tista' tifridna għax lanqas piki ta' politika jew ta' festi m'għandna.", "Minħabba f'hekk, nasal biex nikkundanna mingħajr ħafna tlaqliq il-mozzjoni li tressqet min-naħa tal-kunsilliera Laburisti, fejn ħarġu jgħidu li kien meħtieġ iżjed xogħol fil-housing estate.", "Jiena ngħidilhom biex naħdmu flimkien għax veru li hemm aktar xogħol li jrid isir imma mhux biss fil-housing estate iżda mal-Mosta kollha.", "Meta kont fl-ewwel kunsill lokali tal-Mosta, l-ewwel xogħol li konna għamilna kien dwar l-indafa u anke għamilna l-ewwel skips u dustbins.", "It- tikħil tal-flats u ta' l-appartamenti li kien sar mill-ħaddiema tal-gvern, kien ukoll sar fuq insistenza tal-kunsill lokali.", "Illum qegħdin naraw ukoll mains ippreparati biex jgħaddu ħalli jkomplu jsaħħu s-servizz ta' l-ilma fin-naħa ta' l-Imliet.", "Il-kunsill lokali qiegħed hemm biex jaħdem għal kulħadd u bħalma jeħtieġ li jsir xogħol fil-housing estate, ejjew naraw li l-ħidma tkun imqassma ma' l-areas kollha.", "Il-Mosta hija żona li żviluppat mad-dawra kollha u mhux biss mal-housing estate.", "Mad-dawra kollha tal-Mosta hemm kważi sitt housing estates u dawn kollha jitolbu li jsir xogħol fihom.", "Jeħtieġ li jsir xogħol ta' manutenzjoni f'kull żona u nistgħu ngħidu li x- xogħol qiegħed isir bil-finanzjament u bil-ħidma tal-kunsill lokali u tal- gvern ċentrali.", "Dan l-aħħar qiegħed ukoll isir xogħol fuq pompa tad-drenaġġ għaż-żona ta' Tarġa Gap, li kważi tiġi fuq Wied il-Għasel.", "In-nies ta' dawk l-inħawi ilhom żmien jistennew dan is-servizz u nittamaw li ma jkun hemm xejn li jerġa' jwaqqaf milli jsir dan ix-xogħol.", "Bi pjaċir ngħid li ftit tal- ġimgħat ilu, il-kunsill lokali kkonkluda ftehim mad-dipartiment konċernat ħalli jitkompla x-xogħol.", "Irrid infaħħar il-kordinazzjoni li hemm biex nifhmu x'inhuma l-ħtiġijiet.", "Din il-pompa se tgħin biex jissaħħaħ is- servizz tad-drenaġġ għaż-żona ta' Tarġa' Gap u ż-żona industrijali li teżisti f'dawk l-inħawi.", "F'dawk l-inħawi qed tiżviluppa żona industrijali u ma nistgħux ninsew li jekk dawn iż-żoni ma jkollhomx is-servizz tad- drenaġġ, tkun qed issir ħsara tremenda lill-ambjent.", "Issa huwa l-waqt li din il-pompa tad-drenaġġ tiġi stallata u nfaħħar l-inizjattiva li ħa d- dipartiment tad-drenaġġ meta lill-kunsill lokali qallu li se jagħmel tajjeb hu għax-xogħol li se jkunu qegħdin jagħmlu.", "Hawn nixtieq nagħmel appell lill-awtorita` ta' l-ippjanar biex il-proċess li Wied il-Għasel ikun skedat jibqa għaddej.", "Ilni nirsisti ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar li rridu nieħdu ħsieb Wied il-Għasel jew dak li fadal minnu għax huwa wied uniku.", "J'Alla l-kunsill lokali jkun iggwidat anke mill- awtorita` ta' l-ippjanar biex dan il-wied ikun ippreservat għax ikun dnub jekk jintilef minħabba żvilupp ieħor.", "Imma issa minn ħidma infrastrutturali nixtieq ngħaddi għall-ħidma soċjali, Sur President.", "Ftit tal-ġranet ilu, grupp ta' żgħażagħ li l-maġġor parti minnhom kienu mill-oratorju Qalb ta' Ġesu, flimkien mas-Sedqa, għamlu kampanja ta' tindif qrib l-iskola sekondarja Lilly of the Valley.", "Dawn għamlu kampanja għat-tindif mis-siringi li jiddispjaċini ngħid iħallu warajhom dawk li jabbużaw mid-droga.", "Niftakar li meta kont president ta' l-azzjoni kattolika, darba konna għamilna press conference u għidna li fil-Mosta għandna problema tad-droga.", "Illum irrid nikkonferma li l-qagħda hija pjuttost mwiergħa fejn kull persuna fil-Mosta jew li tiġi l-Mosta tista' tixtri d-droga.", "Jiddispjaċini ngħid hekk għaliex jien persważ li l-pulizija qiegħda tagħmel il-ħidma tagħha.", "Persważ ukoll li llum il-ġurnata, il-ħidma fil-qabdiet tad-droga qegħda tidher, pero` din il-problema trid tibda tinkludi xibka ta' enforcement aħjar barra mill-pulizija.", "Għalkemm is-sedqa u l-pulizija jaħdmu sod, xorta ftit ilu kellna mewt ta' żagħżugħ bid-droga u ma rridx nallarma lin-nies, imma jista' jkun li 'l quddiem ikollna aktar minn dawn il-vittmi, bil-ġenituri jidħlu d-dar u jsibu lil uliedhom f'kamra tal-banju bla ħajja.", "Illum il-ġurnata għandna negozju organizzat ta' din il-misħuta droga.", "Jiena nagħti l-għajnuna kollha possibbli tiegħi biex kemm jista' jkun ikun hemm tindif minn din il- problema, pero` naħseb li iktar mit-tindif li diġa` qiegħed isir, għandna nimpenjaw ruħna mhux biss fil-kunsill lokali jew fil-parroċċa imma jrid jibda jimpurtana bis-serjeta` għax din hija ħidma soċjali li teħtieġ li titwettaq.", "Kif jgħid il-Malti, irridu nħabbtu ras ma' ras u naraw kif nistgħu nilqgħu għal din il-problema.", "Nittama li dan l-appell jgħin biex tkompli d-diskussjoni dwar din il- problema u l-ħidma soċjali tkompli tiżviluppa bħalma qed tiżviluppa l-ħidma infrastrutturali.", "Naħseb li din il-problema soċjali hija ferm akbar mill- problemi infrastrutturali li għandna għax tiswa' ħajjiet iż-żgħażagħ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta 3 ta' Lulju 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SERVIZZ PUBBLIKU – OFFICERS IN GRADE 5", "26387.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali fis-servizz ġenerali tal-gvern ingħataw ħatra sostantiva fi skala 5 minn Ġunju 2000 sal-lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm 28 uffiċjal pubbliku li ngħataw il-ħatra sostantiva ta' officer in grade 5 mill-1 ta' Ġunju, 2000 sa l-20 ta' Ġunju, 2001.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b'aktar dettalji.", "TRAFFIC WARDENS – ĊITAZZJONIJIET KONTESTATI", "26491.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm perċentwali tal-kontravenzjonijiet mogħtija mit-traffic wardens qed ikunu kkontestati quddiem it-tribunal u allura wkoll kemm qed jitħallsu mingħajr dan il-bżonn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "AIR MALTA - PROMOZZJONIJIET", "26673.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw promozzjonijiet jew upgradings fl-Air Malta bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' April ta' din is-sena?", "Kemm minnhom ingħataw wara sejħa interna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li bejn Settembru 1998 u t-30 ta' April ta' din is-sena, promozzjonijiet jew upgradings fl-Air Malta kien hemm 53 wara call for applications, 11-il ħatra ta' group heads u heads, 26 pilota u 170 wara sostituzzjoni għal 13-il xahar.", "AIR MALTA - IMPJEGATI", "26674.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm bħalissa impjegati fl-Air Malta li ngħataw ħatra bħala acting għal grad ogħla u meta se jagħlaq iż-żmien ta' sena f'ħatra bħal din, li allura jkun ifisser li dawn l-impjegati jkunu ġew ikkonfermati fi grad ogħla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li fil-preżent hemm 40 impjegat ta' l- Air Malta li qed jagħmlu sostituzzjoni awtorizzata skond artiklu 6.6.9 tal- ftehim kollettiv, bid-data effettiva tvarja bejn Awissu 2001 u Ġunju 2002.", "Kif dejjem kienet il-prattika, il-promozzjoni ssir effettiva wara 13-il xahar.", "AIR MALTA – IMPJEGATI ĠODDA", "26677.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Air Malta bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta' April ta' din is-sena f'impjieg permanenti u mpjieg temporanju jew tas-sajf?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li n-numru ta' ħaddiema ġodda mpjegati ma' l-Air Malta bejn April 1998 u Ġunju ta' din is-sena hu kif ġej:", "|PERJODU | | | | |Impjieg |impjieg| | |full-tim|part-ti| | |e |me | |April 98 - |40 | | |Marzu 99 | |211 | |Settembru 98|13 | 18 | |- Marzu 99 | | | |April 99 - |39 | | |Marzu 2000 | |347 | |April 2000 -|34 | | |Marzu 01 | |399 | |April 01 - |47 | | |Ġunju 01 | |22 |", "Tajjeb jingħad li dawn iċ-ċifri ma jinkludux ħaddiema barranin.", "Iż-żieda fl-impjiegi staġjonali huwa riżultat ta' aktar xogħol matul dawn l-aħħar sentejn.", "AIR MALTA – IMPJEGATI ĠODDA", "26679.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-impjegati ġodda fl-Air Malta ddaħħlu wara sejħa pubblika?", "Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol u x'kienet il-medja ta' żmien li kien ilhom jirreġistraw qabel iddaħħlu ma' l-Air Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li minn Settembru 1998 'il hawn, ma' l- Air Malta ġew impjegati 38 persuna wara sejħa pubblika u 95 oħra li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ.", "Rigward kemm dawn kien ilhom jirreġistraw, il-kumpannija nazzjonali ta' l- ajru ma żżommx record ta' dan it-tip.", "AIR MALTA – IMPJEGATI ON SECONDMENT", "26681.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati ta' l- Air Malta li huma seconded mal-ministeru?", "Kemm ilhom fl-impjieg ma' l-Air Malta?", "Kemm effettivament ħadmu f'xogħol tal-kumpannija?", "Kemm promozzjonijiet ħadu tul iż-żmien tas-secondment?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa hemm żewġ impjegati ta' l-Air Malta seconded mal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, it-tnejn fil-grad ta' messaġġier, wieħed ilu seconded sena u nofs u l-ieħor sentejn, b'dan ta' l-aħħar fl- 1999 jingħata promozjoni għal telephone operator.", "ITS - HOTEL ACCOMMODATION", "26684.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf id-dipartiment tal-hotel accommodation fl- istitut ta' l-istudji turistiċi?", "Min huwa l-kap tad-dipartiment?", "Kemm hemm full-time u part-time lecturers u assistant lecturers?", "X'suġġett jgħallmu?", "Kemm hemm vacancies fl-istaff complement f'dan id-dipartiment?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li fl-istitut ta' l-istudji turistiċi ma hemmx dipartiment tal-hotel accommodation iżda hotel accommodation subject li jieħu ħsieb it-tagħlim ta' l-accommodation services u accommodation operations/management.", "Ninsab informat ukoll li l-modules f'dan il-kors huma mgħallma minn żewġ full-time lecturers fl-accommodation services, tliet full-time lecturers li jgħallmu accommodation operations/management u part-time lecturer li tagħti tagħlim fuq textiles.", "UE - PROTEZZJONI TAL-BIEDJA", "26769.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jispjega kif qed jaċċetta li jneħħi l-protezzjoni tal-biedja lokali sabiex niġu konformi ma' dak li titlob is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, imbagħad indaħħlu l-protezzjoni fuq prodotti ta' l- ikel li ma nipproduċux lokalment, kif ġara bil-580% żieda fid-dazju tal- corned beef importat minn pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PITKALIJA – DUGĦ", "26771.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li qed ikun hemm ilmenti li qed ikun hemm kaxxi tad-dugħ maħmuġin, jista' il-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien tlabt biex il-każ ikun investigat, iżda tajjeb li l-Onor.", "Membru jkun jaf li d-ditta pitkali crates ltd daħlet fi spejjeż kbar biex setgħet tixtri makna tal-ħasil kbira biżżejjed sabiex tlaħħaq mal-kaxxi kollha.", "Evidentement il-bdiewa u x-xerrejja baqgħu jibdlu l-kaxxi bejniethom mingħajr ma jdaħħluhom għall-ħasil, minkejja t-twissijiet li joħroġ id-dipartiment minn żmien għal żmien.", "ĊENTRU TA' L-AKWAKULTURA – ĦIDMA", "26772.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'sar fiċ-ċentru ta' akwakultura sabiex il- proċess ta' riċerka jimxi 'l quddiem?", "Kemm tħarrġu studenti matul l- 1999, 2000 u 2001?", "Kemm kien id-dħul u kemm kienu l-ispejjeż taċ-ċentru matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol kollu magħmul fiċ-ċentru huwa rifless fir-rapporti annwali hawn mehmuża u din is- sena ix-xogħol għadu għaddej.", "Fl-1999, 15-il student Libjan bdew kors ta' 12-il xahar fuq l-akwakultura.", "Bejn Mejju u Awissu, student Grieg mill-universita' ta' Plymouth għamel ix-xogħol prattiku għall-M.Sc.", "Kien hemm ukoll żewġ assistenti veterinarji Franċiżi li għamlu xahrejn ta' riċerka fiċ-ċentru bejn Ġunju u Awissu.", "Zewġ studenti Maltin taħt l-iskema tat-TAS ħadu taħriġ fil-laboratorji tagħna.", "Fis-sena 2000, l-istudenti Libjani kkonkludew il-kors ta' taħrig fuq il- faċilitajiet u t-teknologija ta' marine hatchery.", "Studenta Franciza għamlet perjodu ta' taħrig minn April sa' Gunju fuq sistemi varji ta' oxygenation fit-tankijiet u fl-akwarji kif ukoll fuq l-influwenza ta' l- ossiġnu fuq it-tkabbir tal-ħut.", "Seba' studenti mill-L'Agronica ta' Palermo qattgħu ġimgħatejn f'korsijiet qosra, b'topics differenti li jvarjaw minn dissection fil-ħut għall-harvesting ta' ħut fil-gaġeġ fil-baħar.", "Din is-sena ġew impjegati xi nies ġodda u nista' ngħid li minn Jannar Dr. Zarko Peric ħa post Dr. Alain Le Breton; Dr. Robert Vassallo Agius u Dr. Simeon Deguara ġew impjegati minn April iżda sadanittant kienu telqu wkoll sia s-Sur Malcolm Pace Debono u s-Sur Alex Meilak; u s-Sur Matthew Camilleri ilu mpjegat mill-1998, bil-kuntratt jiġi mġedded kull sena.", "Peress li ċ-ċentru huwa mitfugħ fuq ir-riċerka, mhux dejjem huwa possibli li tikkalkula d-dħul f'termini ta' flus iżda ċertament l-attivita' kollha tħalli forma ta' qligħ kultant f'esperjenzi għall-istaff tagħna.", "Iċ-ċentru kellu spejjeż u qligħ meta kien użat bħala hatchery kummerċjali.", "Din l- attivita' mhux possibbli għaliex hatcheries kummerċjali jistgħu jipproduċu fingerlings bi prezzijiet iktar vantaġġużi minħabba l-kobor tat-tankijiet tagħhom.", "ĊENTRU TA' L-AKWAKULTURA – ŻJARAT TA' STUDENTI", "26773.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara saret fl-NAC minn studenti ta' skejjel sekondarji matul l-1999, 2000 u din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-1999 kellna 33 żjara, fl-2000 kellna 32 żjara u fl-2001 kellna 48 żjara minn skejjel primarji u sekondarji.", "BUSKETT - RAZZET TAL-BAGĦAL – XOGĦLIJIET", "26774.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fir- razzet tal-bagħal fil-Buskett?", "X'kien jinvolvi dan ix-xogħol li sar fuq dan il-proġett matul l-1999, l-2000 u l-2001?", "Kemm kienet is-somma vvotata għal kull sena u x'intnefaq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma ġie investit xejn fis-snin indikati ħlief li sar rapport fuq l-istat tar-razzett u ma kien hemm ebda fondi vvotati għall- għan imsemmi.", "Inżid ngħid li dan ir-razzett huwa wieħed minn tliet irziezet inklużi fil- pjan ta' konservazzjoni tal-Buskett.", "BUSKETT WINERY - XOGĦLIJIET", "26775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mix-xogħlijiet li kellhom isiru fil- winery tal-Buskett?", "X'kien jinvolvi dan ix-xogħol li sar matul l-1999, l- 2000 u l-2001?", "Kemm kienet is-somma vvotata għall-kull sena u x'intnefaq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindika għal liema xogħlijiet qed jirriferi, kif ukoll l-ammont ivvotat fl-estimi għas-snin 1997 u 1998, li għalihom kien responsabbli huwa bħala ministru, għat- twettiq ta' dan ix-xogħol.", "Qiegħed jitfassal pjan ta' azzjoni għall-ġonna tal-Buskett, li allura jinkludi wkoll il-winery.", "MALTACOM – SERVIZZ TAL-194", "26806.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li hemm il-ħsieb li l-Maltacom tittrasferixxi s-servizz tal-194 għal Għawdex?", "Jekk hemm dan il-ħsieb, x'inhu l-iskop wara deċiżjoni bħal din?", "X'se jsir mill-ħaddiema tal-194 fl- eventwalita' li dan jiġi ttrasferit għal Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li fil-preżent il-Maltacom qed tistudja diversi alternattivi dwar it-tħaddim tas-servizz tal-194, fosthom it- trasferiment ta' dan is-servizz għal Għawdex.", "Id-deċiżjoni ser tkun ibbażata fuq parametri finanzjarji peress li d-domanda għal dan is-servizz dejjem tonqos.", "Fl-eventwalita' li dan is-servizz ma jibqax jitħaddem mill-operaturi attwali, l-impjegati jiġu allokati f'taqsimiet oħra tal-Maltacom skond il- ħtieġa.", "IŻ-ŻEJTUN - TRIQ DELIMARA", "26807.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi qed jasluli diversi lmenti minn bosta nies li jużaw Triq Delimara minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha u billi din it-triq tintuża minn ħafna bdiewa, possibbli li d-dipartiment tat-toroq jinterveni bit-tama li jsir xi ħaġa fuq l-istat diżastruż ta' din it-triq?", "Peress li din hi t-triq prinċipali li tgħaqqad iż-Żejtun u Wied il-Għajn ma' Marsaxlokk u Delimara, tista' tingħata xi forma ta' priorita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq ispezzjona l- lokalita` li għaliha hu responsabbli l-kunsill u sussegwentement inbeda l- patching tal-wiċċ tat-triq.", "PA – TNEĦĦIJA TA' ĦAMIEM", "26838.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid wara s-sentenza (app.", "12A/00) mogħtija mill-Qorti ta' l- Appell nhar l-Erbgħa 30 ta' Mejju 2001 inkonnessjoni mad-deċiżjoni tas-17 ta' Jannar 2001 tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar - liema deċiżjoni tikkonċerna applikazzjoni PA 3027/98 - x'passi ttieħdu sal-lum mill- awtorita' ta' l-ippjanar biex tiġi nfurzata s-sentenza tal-qorti ta' l- appell u b'hekk jiġi mrazzan b'urġenza dan it-tip ta' żvilupp li barra li hu illegali, illeċitu u abbużiv, qed ikun ta' inkonvenjenza kontinwa għal numru sostanzjali ta' residenti tal-lokal?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi wara li riċentement ingħatat is- sentenza msemmija mill-Onor.", "Interpellant, l-awtorita` ta' l-ippjanar għaddiet biex tieħu dawk il-miżuri neċessarji sabiex jitreġġa` s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu, skond l-avviż ta` twettiq diġa` maħruġ fit-12 ta' Jannar, 1998 (ECF 303/97).", "Dan jinvolvi t-tneħħija ta` ħamiem tal- kompetizzjoni u s-sid, fil-preżenza tal-perit tiegħu, wiegħed li ser jikkopera sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni.", "L-awtorita` ta' l-ippjanar tat lis-sid sat-28 ta` Lulju 2001 biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu u ser tibqa` ssegwi l-każ sa ma jiġi konkluż skond il-liġi.", "SAN ĠWANN – GĦASSA TAL-PULIZIJA - REĠISTRU ELETTORALI DISPONIBBLI", "26839.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid għal liema raġuni fl-għassa tal-pulizija tal-lokal ta' San Ġwann m'hemmx kopja aġġornata tar-reġistru elettorali għal kull riferenza jew ħtieġa oħra li tista' tinqala' f'kull żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-reġistru elettorali ta` April 2001 hu disponibbli fl-għassa tal-pulizija ta` San Ġwann.", "PULIZIJA – ĠURI TA' MEINRAD CALLEJA", "26840.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid wara l-verdett tal-ġuri ta' Meinrad Calleja, fejn instab ħati ta' assoċjazzjoni ma' persuni oħra fi traffikar ta' droga, x'passi ttieħdu kontra Charles Muscat u Raymond Debono li ssemmew fl-att ta' akkuża li dwarha Calleja nstab ħati?", "Jekk ma tteħdux passi, għaliex?", "Se jittieħdu passi u meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din l-investigazzjoni għad m`hix konkluża.", "L-IMNIEĦRU – SEKWESTRU TA' IMMOBBLI", "26841.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-avukat ġenerali fil-każ ta' Mario Camilleri, magħruf bħala l-imnieħru, fl-att ta' l-akkuza ma talabx li jkunu ssekwestrati l-immobbli ta' Camilleri fid-dawl tal-kummenti li għamel l-Imħallef Vincent Degaetano fis-sentenza, fejn qal li:", "\"Il-qorti tosserva wkoll li kemm fl-ewwel kap kif wkoll fit-tielet kap, l-avukat ġenerali talab biss il-konfiska tal-flejjes u proprjeta` mobbli tal-ħati u mhux ukoll il-konfiska tal-proprjeta' immobbli tiegħu.\"?", "Kemm kien il-valur tal-propjeta' immobbli ta' Camilleri?", "X'passi se jittieħdu mill-avukat generali biex dawn ikunu kkonfiskati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦABS TA' KORDIN – TESTIJIET GĦAD-DROGA", "26842.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid kemm-il test irriżulta pożittiv għad-droga fil-ħabs ta' Kordin wara eżamijiet li saru fuq priġunieri fl-aħħar sitt xhur?", "X'passi dixxiplinarji ttieħdu kontra l-priġunieri li rriżulta li ttestjaw b'mod pożittiv għad-droga f'dawn l-eżamijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` Ġunju 2001 instabu 19-il każ pożittiv għad-droga.", "Ittieħdu passi dixxiplinari fil-każi kollha.", "Tliet każi nqatgħu b`effett ta` telfien ta` 168 jum remission, 15-il każ għadhom pendenti u f`każ ieħor priġunier ġie lliberat.", "YIOHAM – TRAĠEDJA FIL-KANAL TA' SQALLIJA", "26843.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar l-istħarriġ li sar dwar it-traġedja ta' lejlet il-Milied 1996 bejn Malta u Sqallija?", "Min mexxa l-istħarriġ?", "X'laqgħat saru barra minn Malta u meta?", "X'irriżulta s'issa mill-istħarriġ li sar fejn fost dawk irrapportati nieqsa hemm Marcel Barbara u Dionisios Averinou, Grieġ miżżewweġ Maltija?", "Ta' min kienet il-lanca li ntużat fil- każ?", "X'passi ħadu l-pulizija wara l-artiklu ta' Joe Mifsud fil-ġurnal \"KullĦadd\" tas-6 ta' Diċembru 1998 bit-titlu, \"Iġsma, ħwejjeġ u żraben fi xbiek tat-tkarkir\"?", "X'passi ttieħdu kontra l-Pakistani llum naturalizzat ċittadin Malti, Turab Ahmed Sheikh, dwar dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward dan il-każ hemm inkjesta mill-maġistrat inkwerenti li s`issa għadha mhix magħluqa.", "Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kull informazzjoni li l- pulizija Maltija rċeviet, ġiet mistħarrġa jew permezz ta` l-interpol kif ukoll permezz ta` sehem attiv f`laqgħat li saru kemm lokalment kif ukoll fil-Greċja ma` l-awtoritajiet Griegi u Taljani.", "L-investigazzjonijiet min- naħa tal-pulizija Maltija f`dan il-każ għadhom sejrin.", "Ninsab informat li ttieħdu l-passi meħtieġa kontra Ahmed Turab Sheikh fil- qorti wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu apparat mingħajr fili mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa.", "Dan il-każ għadu mhux deċiż.", "YIOHAM – INKJESTA FUQ L-GĦEJBIEN TA' ŻEWĠ PERSUNI", "26844.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslet l-inkjesta mill-awtoritajiet ġudizzjarji barranin dwar il-każ ta' l-għejbien tal-Malti Marcel Barbara u l-Grieg miżżewweġ Maltija?", "L-avukat ġenerali ħa passi wara l-artiklu ta' Joe Mifsud li deher fil-ġurnal \"KullĦadd\" tas-6 ta' Diċembru 1998 bit-titlu \"Iġsma, ħwejjeġ u żraben fi xbiek tat-ietkarkir\"?", "Ġibed l-attenzjoni tal- maġistrat inkwirenti dwar il-każ li tqajjem f'dan l-artiklu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "YIOHAM – RAPPREŻENTAZZJONIJIET MA' AMBAXXATI BARRANIN", "26845.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'laqgħat saru jew x'kuntatti saru ma' awtoritajiet barranin jew entitajiet barranin dwar il-każ tat-traġedja ta' lejlet il-Milied bejn Malta u Sqallija li fiha kienu mietu 283 persuna u hemm irrapportati nieqsa ċittadin Malti u ieħor miżżewweġ Maltija?", "Saru rappreżentazzjonijiet ma' l-Ambaxxata Taljana f'Malta dwar il-każ?", "Il- ministeru ta' l-affarijiet barranin talab spjegazzjoni u informazzjoni wara l-artiklu ta' Joe Mifsud li deher fil-ġurnal \"KullĦadd\" tas-6 ta' Diċembru 1998, bit-titlu \"Iġsma, ħwejjeġ u żraben fix-xbiek tat-tkarkir\"?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TALBA GĦAL MEDIĊINI", "26847.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jindaga u jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn separatament annessi, għalkemm intitolata għall-flexit 250 u rectodelt sup fost mediċini oħra, mhix tirċeviehom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija 13567.", "MITTS – TLUQ TAS-CEO", "26848.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Kif jaf il-Prim Ministru li s-CEO il-ġdid tal-MITTS telaq għax ma qabilx mad-deċiżjoni li titkeċċa l-financial controller li kien hemm?", "Jista' jgħid jekk din tkeċċitx peress li ppruvat tikkontrolla n-nefqa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-ipotesi li ċ-chief executive officer il-ġdid tal-MITTS telaq għax ma qabilx mad-deċiżjoni li titkeċċa l-financial controller li kien hemm, hija inkorretta għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għax is-CEO il-ġdid tal-MITTS ilu f'din il- pożizzjoni għal dawn l-aħħar 13-il xahar, eżattament mill-24 ta' Mejju 2000 u effettivament ma telaqx mill-MITTS; u l-financial controller li kien hemm ma tkeċċitx iżda offriet ir-riżenja tagħha f'April 2000.", "MITTS – TLUQ TAS-CEO", "26849.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex meta telaq is-CEO tal-MITTS, ma ntgħażilx xi kandidat ieħor minn dawk suġġeriti mill-aġenzija barranija imma minflok intgħażel xi ħaddieħor b'konnessjonijiet ma' nies fil-gvern?", "Jekk din il- persuna kienet daqshekk fdata, għaliex ma ntgħażlitx hi mill-ewwel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-għażla taċ-chief executive officer tal-MITTS kienet tal-board tad-diretturi.", "KUNSILLI LOKALI – ĦLAS TAL-VAT", "26850.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm VAT ħallsu s-sena l-oħra l-kunsilli lokali u kemm ħallsu din is-sena?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal kull entita` oħra, il-kunsilli lokali mhumiex eżenti mill-ħlas tal-VAT.", "Għaldaqstant ix-xiri ta` oġġetti u servizzi huwa marbut ma` dan il-ħlas u l-ammont huwa rifless fil-financial statements għal kull sena finanzjarja ta` kull kunsill lokali.", "Dan il-ministeru ma jżommx statistika separata dwar dawn il-ħlasijiet, pero` l-Onor.", "Membru jmissu jaf li l-financial statements jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BELT VALLETTA – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "26851.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li sinjura mill-Belt li dettalji tagħha jidhru under separate cover, tingħata akkomodazzjoni alternattiva peress li din toqgħod f'kamra waħda, b'toilet u sodda taħt tarag?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qiegħed jiġi kkonsidrat flimkien ma' oħrajn simili.", "FONDAZZJONI ARKA – FONDI", "26852.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l-Arka biex tingħata somma bħala grant mill-budget ta' din is-sena biex il-fondazzjoni tkun tista' tvara l-proġetti tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-kumitat maħtur biex jagħti parir dwar talbiet għall-allokazzjoni ta' fondi lill-NGOs, fosthom il- fondazzjoni Arka, għadu qed jiltaqa' biex jevalwa t-talbiet u jħejji r- rapport.", "BORMLA – PROBLEMA TA' DRENAĠĠ", "26853.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġie njorat għal kollox rapport fuq drenaġġ li ilu ħiereġ xhar minn mal-ħajt ta' Blk C ta' block flats ġodda f'Bormla, drenaġġ li qed igerbeb man-niżla ta' Sta Liena min kantuniera ta' Triq Hanover?", "Id-dipartiment ħa xi azzjoni fuq il-ħsara?", "Għalfejn dam daqshekk biex jieħu azzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat jinvestiga dan il-każ.", "AFM – \"C\" COMPANY", "26854.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li d-D company ta' l-armata suppost li hija komposta minn tliet platoons?", "Jikkonferma li bħalissa din il-company għandha biss platoon wieħed?", "Jista' jispjega għaliex?", "Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li din il-kumpannija hemm ħsieb li tiġi xolta u/jew tiġi magħquda mas-\"C\" company?", "Jista' jispjega għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li meta jidħlu r-rekluti l-ġodda fix-xhur li ġejjin, numru minnhom ser jingħaqdu sew mall-kumpannija \"C\" u kif ukoll mad-\"D\".", "AFM – KONFLITT TA' INTERESS", "26855.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jikkostitwix konflitt ta' interess li jkollok kaptan fl- armata - ismu qiegħed ngħaddiħ b'mod privat - li għandu interess dirett f'agenzija tas-security?", "X'passi jistgħu jittieħdu jekk investigazzjoni turi li dan huwa l-każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li minn investigazzjonijiet li saru s'issa, jirriżulta li l-uffiċjal imsemmi m'għandu l-ebda interess dirett f'aġenzija tas-security.", "AFM – KORS TA' PEACEKEEPING", "26856.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li bħalissa fl-armata qed isir kors ta' peacekeeping?", "Għaliex dan tqassar u flok fuq medda ta' sitt ġimgħat, qed sir fuq medda ta' erba' ġimgħat?", "Kif intgħażlu n-nies biex jagħmlu dan il-kors?", "Jikkonferma li kien hemm min ma riedx jagħmlu u kellu jidher quddiem kurunell tal-first regiment u anke ġie mhedded li jekk ma jaċċettax jiġi mitfugħ fiċ-ċella?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kors ta' peacekeeping li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant intemm b'suċċess fil-15 ta' Ġunju 2001.", "Bħall-kors ta' qablu, dan il-kors kien organizzat u mmexxi minn instructors tal-missjoni militari Taljana.", "Dan il-kors tnaqqsulu xi moduli jew għax is- suldati li attendew għalih kienu diġà midħla tagħhom jew għax fil-futur ser isir kors speċifiku fuqhom.", "Ninsab informat li tliet suldati oriġinarjament wrew li ma xtaqux jagħmlu l- kors iżda dawn fil-fatt attendew u spiċċaw il-kors b'suċċess ma' sħabhom.", "Informat ukoll li f'kors bħal dan, suldat jitgħallem ħiliet li jifformaw parti integrali mill-rwol tiegħu u li hi prattikka normali f'organizazzjoni militari li taħriġ bħal dan ma jkunx offrut fuq bażi voluntarja.", "SKEJJEL TA' L-INGLIŻ", "26857.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex jiġi kkonsidrat x'jista' jsir dwar is-suġġett imsemmi f'mistoqsija parlamentari 25922?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta tiegħu ġiet diskussa f'laqgħa msejħa għall-kapijiet ta' l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż u qiegħed jiġi mistħarreġ il-mod kif jitwettaq b'effett mis-sena d-dieħla.", "INTERNET FL-ISKEJJEL", "26858.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26626?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tal-ftehim iffirmat bejn id-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u l-MITTS dwar l-għoti ta' aċċess għall-internet fl-iskejjel tal-gvern qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ENEMALTA - OVERTIME MILL-IMPJEGATI", "26859.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħidilna kemm qiegħed isir overtime fil- generation u kemm-il siegħa overtime qed jagħmlu l-impjegati?", "Veru li hemm min qed jaħdem aktar minn 24 siegħa?", "Veru li hemm ħaddiema li jidħlu għax- xogħol u ma jafux fi x'ħin joħorġu?", "Jista' il-Ministru jgħidilna kemm qed jinħela overtime fis-sezzjoni tal-human resources?", "Skond il-memo li ħareġ ic-chairman fit-23 ta' Novembru 1999 li ħadd ma jista' jagħmel overtime, din tgħodd għal kulħadd jew għal ċerti ħaddiema biss?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul dawn l-aħħar xhur, is-sahra totali fil-power stations kienet bejn wieħed u ieħor 9000 siegħa fix- xahar.", "Hu rari ħafna li ħaddiem jaħdem 24 siegħa meta wieħed jikkonsidra li s-sistema tax-shift hi mfassla proprju sabiex ma tinħoloqx din il- possibbilta'.", "Fis-sezzjoni ta' l-operations, ħaddiem ma jistax jitlaq mill-post tax- xogħol jekk ma jiġix mibdul, naturalment biex l-impjant ma jitħalliex bla superviżjoni.", "Meta persuna tirrapporta li ma tkunx se tattendi għax- xogħol minħabba mard, il-ħaddiem li jkun se jinbidel jibqa' hemm sakemm jinstab ħaddiem ieħor li jkun jista' jeħodlu postu.", "Kuntrarjament għal dak li qed jiġi allegat, fis-sezzjoni tar-riżorsi umani ma hemm l-ebda ħela ta' sahra.", "L-introduzzjoni ġdida tas-sistema ta' punching ġabet aktar xogħol u għalhekk inħasset il-ħtieġa ta' aktar nies biex din il-funzjoni titħaddem b'mod effettiv.", "Rigward il-kontenut ta' l-imsemmi memorandum, mhuwiex jintqal li hemm projbizzjoni tas-sahra iżda hemm il-ħtieġa ta' approvazzjoni bil-quddiem tas-sahra.", "KIRI TA' SKEJJEL – TGĦALLIM TA' L-INGLIŻ", "26860.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li matul is-sajf se jikru parti mill-faċilitajiet tagħhom lill-organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?", "Liema huma dawn l-iskejjel?", "X'faċilitajiet se jikru?", "Lil min se jikruhom?", "B'liema rata ta' ħlas f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-uffiċċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KIRI TA' SKEJJEL – RATI TA' ĦLAS", "26861.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kif qegħdin jiġu stabiliti r-rati ta' ħlas li qed jintalbu mill-kapijiet ta' skejjel lill-organizzazzjonijiet li jikru klassijiet u uffiċini mill-iskejjel biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMITAT SKOLASTIKU - STUDENTI", "26862.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm iltaqa' matul din is-sena skolastika, il- kumitat li twaqqaf ma' l-iskejjel tal-knisja biex jiġi deċiż x'għandu jsir dwar studenti li jitneħħew mill-iskejjel tal-knisja u jintbagħtu fi skejjel tal-gvern?", "X'deċiżjonijiet ħa dan il-kumitat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumitat imsemmi mill-Onor.", "Membru iltaqa' b'kollox sitt darbiet, iżda għadu ma wasalx biex jikkonkludi r-rapport għalkemm sar ħafna xogħol.", "BORMLA - SANTA LIENA – DRENAĠĠ", "26870.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fid-drenaġġ, fil-blocks il-ġodda li hemm f'Santa Liena, Bormla, bil-konsegwenza li qed joħroġ id-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment konċernat jinvestiga dan il-każ.", "BORMLA – TNEĦĦIJA TA' CRANE MILL-BAĊIR", "26871.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħa l-crane il-kbir li hemm mal-baċir nru.1?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni meta dan jista' jseħħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bħala parti mill-iżvilupp ta' l- area madwar il-baċir nru.", "1, il-cranes li hemm ħdejn l-istess baċir jaf ikun hemm bżonn jitneħħew minn fejn huma.", "Dan isir meta jibda l-iżvilupp ta' l-imsemmija area.", "ETC – REĠISTRU TAX-XOGĦOL", "26872.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol minn Janar 2001 sal-lum?", "Kemm inqatgħu persuni mir- reġistru minn Jannar 2001 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "PREZZ TAL-PETROL U D-DIESEL", "26873.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba u b'kemm għala l-prezz tal-petrol u d-diesel mill-1990 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 11691.", "IX-XGĦAJRA – ASFALTAR TA' TOROQ", "26874.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema toroq fix-Xgħajra ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diġa' tlesta xogħol ta' asfaltar ta' toroq f'parti minn Triq it-Tumbrell, parti minn Triq Orlando u Triq Leonard Mahoney.", "Fil-preżent id-dipartiment qed jistudja s-suġġerimenti tal-kunsill li titkompla parti oħra minn Triq It-Tumbrell u Triq Alof de Wignacourt.", "Ix-xogħlijiet f'dawn it-toroq isiru skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-dipartiment.", "IL-ĦAMRUN – PJAZZA 7 TA' ĠUNJU 1919 - XOGĦLIJIET", "26884.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq ir- roundabout u fuq il-Pjazza 7 ta' Gunju 1919 fil-Ħamrun?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol f'din il-pjazza nbeda żmien ilu flimkien ma' xogħol f'toroq oħra fl-inħawi magħrufa bħala Tar-Rabbat.", "Il-kunsill il-ġdid ippropona tibdil fil-pjani għall-pjazza mħejjija mill- kunsill ta' qabel u għalhekk ix-xogħol kellu jieqaf sakemm tingħata l- approvazzjoni ta' dan il-pjan il-ġdid mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "FGURA – TRIQ DUN KARM SANT – TNEĦĦIJA TA' REFUSE", "26885.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' Il-Ministru jgħid jistax jitneħħa r-refuse li nġabar f'Triq Dun Karm Sant, Fgura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25000.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID – PERIT SAID", "26911.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Perit Fortunato Said twaqqaf mix- xogħol li kien qiegħed jagħmel fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-Perit Fortunato Said twaqqaf mix-xogħol fil-perjodu ta' probation, hekk kif stipulat fil-kuntratt ta' servizz.", "PENSJONI", "26912.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li ser insemmi under separate cover, hijiex qed tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna minnu indikata ġie rivedut.", "Jirriżulta li r-rata li qed titħallas hija korretta u l-persuna msemmija qed tiġi informata b'dan.", "PENSJONI", "26913.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li ser insemmi separatament, hijiex qed tieħu il-pensjoni li ħaqqha kif wkoll il-pensjoni supplimentari kif suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna minnu indikata ser tiġi informata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni kif ukoll ta' l-allowance supplimentari li hi qed tirċievi.", "TRADE FAIR – AKKWIST TA' L-ART", "26914.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati għall-akkwist tas-sit fejn tiġi organizzata t-trade fair?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-dipartiment ta` l-artijiet ma saritlu l-ebda talba biex issir l-akkwist tas-sit li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA RE-INSTATED", "26915.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid jekk iddaħħlux pulizija lura fil-korp li kienu ġew boarded out mill-istess korp dan l-aħħar?", "Jekk iva, kemm u għaliex il- persuna li qed insemmi separatament għada ma idaħħlitx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fir-reinstatements li saru fil-korp tal-pulizija f`Mejju li għadda kien hemm persuna waħda li kienet ġiet boarded out u reġgħet ġiet reinstated peress li din kienet tissodisfa l- kriterji meħtieġa, kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25986.", "Informat ukoll illi l-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma kenitx tissodisfa dawn il-kriterji.", "RELIEF", "26917.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi under separate cover, se terġa tieħu r-relief wara li din iżżewġet barrani li ma jaħdimx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna minnu indikata ġie rivedut u l-persuna msemmija qed tiġi informata b'dan.", "RELIEF", "26919.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex twaqqaf ir-relief tal-persuna li qed isemmi under separate cover?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "BIEB IL-BELT - TENDERS", "26924.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tat-tenders tal- proġett ta' Bieb il-Belt", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-gvern kien irċieva żewġ proposti għall-proġett ta' Bieb il-Belt u dawn għadhom qed jiġu aġġudikati mill-board imqabbad apposta.", "MITTS - CEO", "26930.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Peress li wara l-elezzjoni ġiet appuntata aġenzija barranija biex tagħżel is-CEO il-ġdid tal-MITTS – fil-fatt kienu qed jissemmew sitta minn nies għal din il-kariga - jista' il-Ministru jgħid għaliex intgħażlet il- persuna li fil-fatt ġiet appuntata?", "Jista' jgħid jekk il-persuna in kwestjoni kenitx il-persuna irrakkmandata mill-agenzija msemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MANUTENZJONI U KOSTRUZZJONI - KAROZZI MIKRIJA", "26931.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' Il-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad- dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni, kemm karrozzi għandu mikrija miegħu d-dipartiment.", "X'tip ta' karrozzi?", "Min huma dawk li jagħmlu użu minnhom?", "Kemm kienet l-ispiża tul dawn l-aħħar ħames snin għar-rigward ta' l-istess kiri?", "Kemm kienu l-ispejjeż għar-rigward ta' ħsarat fuq l-istess karozzi tul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dipartiment għandu mikrija 14-il karozza saloon, b'ċilindrata ta' 1300cc, li tlieta minnhom huma mgħammra b'arja kondizzjonata.", "Il-karozzi qed jintużaw mit-taqsimiet differenti tad-dipartiment b'dan il- mod, cioe` waħda mill-administration, tnejn mid-drawing office, tmienja mill-capital works section u tlieta mit-tenement repairs section.", "Il-karozza ta' l-administration tintuża minn tliet uffiċjali fi skala ta' principal; iż-żewġ karozzi tad-drawing office jintużaw minn erba' draughtsmen fi skala ta' senior technical officers; it-tliet karozzi fit- tenement repairs unit jintużaw minn operations manager, senior technical officer u technical officer; waqt li hemm tmien karozzi tal-capital works section li jintużaw minn principal technical officer, tliet senior technical officers, tliet technical officers u general hand li jagħmel xogħol ta' technical officer.", "Dawn l-uffiċjali kollha tal-capital works section u tenement repairs unit indikati għandhom xogħolhom fuq barra fuq superviżjoni ta' xogħlijiet ta' bini u ta' tiswija.", "L-uffiċjali ta' l-amministrazzjoni u tad-drawing office joħorġu fuq barra perjodikament u għalhekk m'hemmx il-ħtieġa li kull uffiċjal ikollu karozza miegħu disentu.", "L-ispiża sena b'sena hija din li ġejja:", "| 1997 | Lm11,193| | 1998 | | | |4,480 | | 1999 | | | |15,869 | | 2000 | | | |23,092 | | 2001 | | | |11,880 |", "Ta' min jinnota li fis-sena 1999, kienu tħallsu diversi invoices għall- karozzi pprovduti fl-1998.", "Ta' min jinnota wkoll li fis-sena 2000 saru divesi ħatriet ta' uffiċjali tekniċi ġodda mad-dipartiment waqt li żdied ix-xogħol ta' supervizjoni minħabba li nbdew xogħlijiet li kienu ilhom jistennew il-permess tal-bini.", "B'hekk kellu jiġi pprovdut trasport addizzjonali għal foremen ġodda li bdew jaħdmu mad-dipartiment.", "Spejjeż fuq ħsarat ma kien hemm xejn billi dawn kienu kollha karozzi tal- kiri u spejjeż ta' ħsarat kienu responsabbilta' tal-kuntratturi li pprovdew il-karozzi.", "KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI - MOBILE PHONES", "26932.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad- dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni, min hu ntitolat għall-mobile phone?", "Kemm hemm attwalment mobile phones fl-idejn?", "Kemm hi l-ispiża għal użu ta' l-istesss tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm flus intnefqu għal xiri ta' mobile phones tul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI - KUNTRATTURI", "26933.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad- dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni, min kienu dawk il-kuntratturi li ġew moghtija xogħlijiet in segwitu għal ħruġ ta' tenders f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'tip ta' xogħlijiet ġew hekk maħruġa u kemm hu l-ammont finali mħallas fuq kull waħda sena b'sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.", "KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI - DIRECT ORDERS", "26934.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru għar-rigward tad- dipartiment kostruzzjoni u manutenzjoni, jgħid x'tip ta' xogħol ingħata tul dawn l-aħħar ħames snin u lil min permezz ta' direct orders?", "Kemm kien l- ammont finali mħallas f'kull każ għal kull biċċa xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-MARSA – TINĠIS", "26935.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara x'passi ttieħdu u x'prevenzjonijiet ser jittieħdu sabiex l-istudenti subien li jattendu l-iskola li tinsab viċin il-power station tal-Marsa ma jibqgħux soġġetti għall-irwejjaħ u gassijiet emessi, tant li kellhom jiġu evakwati u meħuda Ta' Qali darbtejn f'dawn l-aħħar ġranet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni issegwi din il-kwestjoni b'mod regolari sew ma' l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u ta' l-ambjent kif ukoll mal-korporazzjoni Enemalta nnifisha.", "WASTE MANAGEMENT STRATEGY - TENDERS", "26937.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm huma d-ditti jew consortia li tefgħu tenders għall- proġett ta' waste management strategy nazzjonali?", "Saret xi short list minn dawk li applikaw?", "F'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni ta' dawn it- tenders?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li kienu ntefgħu disa' offerti meta għalqet is-sejħa u waħda minn dawn l-offerti kienet iddikjarata mhux valida għaliex ma kellhiex il-bid bond neċessarju.", "L-offerti għadhom qegħdin jiġu aġġudikati minn board maħtur apposta u għadu ma sar l-ebda short-listing.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - AVUKATI BIL-KUNTRATT", "26938.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26614?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26938, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Dr Anthony Cutajar huwa l-uniku avukat fil-ministeru tiegħi li għandu retainer agreement – kopja tal-ftehim qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SKEJJEL - CULTURAL LEAVE", "26941.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk mill-1995 kienx hemm kapijiet ta' skejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li ngħataw cultural leave?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħidilna min huma dawn il-kapijiet, ta' liema skola kienu kapijiet meta ngħataw il-cultural leave, is-sena meta ngħataw il- leave u għal kemm-il xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kull talba għal cultural leave li tirċievi din id-diviżjoni tintbagħat b'rakkmandazzjoni lid-dipartiment tal-kultura li, wara li jkunu tawha l-clearace, jgħadduha lill-MPO għall-approvazzjoni.", "Kull impjegat għandu dritt għall-massimu ta' għaxart ijiem cultural leave f'kull sena kalendarja.", "Minn verifika tar-records tal-kapijiet ta' l-iskejjel, instab li tnejn minnhom għamlu użu minn cultural leave mill-1995, cioe' Joseph Huber (skola primarja Xagħra) mill-4 sas-6 ta' Novembru 1998 u Carmel Gatt (skola tal- mużika Johann Strauss) mill-10 sa' l-14 ta' Novembru 1997.", "PAOLA - MALTACOM", "26942.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jitneħħew il-wires zejda tal-Maltacom li hemm quddiem ir-residenza tal-persuna li l-particulars tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "TCU - KONSULENTI", "26943.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid jekk it-tax compliance unit għamlitx u/jew hix qed tagħmel użu mis-servizzi ta' xi konsulenzi?", "Jekk iva, min huma l-konsulenti?", "X'inhuma l-assignments tagħhom u kemm qed jitħallsu tas-servizzi tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li bħalissa, it-tax compliance unit qed tagħmel użu mis-servizz ta' konsulenza tal-Malta university services bħala assistenza fl-eżerċizzju tal-benchmarking, liema spiża mistennija tilħaq is-somma ta' Lm943.", "TCU – BENCHMARKING EXERCISE", "26944.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid meta mistennija li jitħabbru l-benchmarks tat-TCU?", "Jista' jgħid kemm hi twila l-lista ta' setturi ta' operaturi ekonomiċi li hemm involuti f'dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif ghidt qabel, l-informazjoni mitluba tingħata meta jkun il-waqt.", "PAOLA - ENEMALTA", "26945.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jitneħħew il-wires zejda ta' l-Enemalta li hemm quddiem ir-residenza, li d-dettalji jinsabu separatament min din il- mistoqsija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.", "TCU – SELECTION BOARD", "26946.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid is-selection board attwali għall-għażla ta' l-ingaġġ ta' nies ġodda fit-tax compliance unit minn min huwa kompost?", "Il-membri ta' dan il-bord ġew nominati mit-TCU innifsu jew mill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lil-Onor.", "Membru li is-selection board attwali għall-għazla ta' l-ingagg ta' nies godda fit-tax compliance unit huwa kompost minn uffiċċjali pubbliċi li gew nominati mill-public service commission.", "Is-selection board huwa magħmul minn Paul J Barbara bħala chairman u Oliver Vassallo, Anthony Vella u Joseph Church bħala membri.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - AVUKATI BIL-KUNTRATT", "26947.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26607?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PAOLA - MELITA CABLE – TNEĦĦIJA TA' WIRES", "26948.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jitneħħew il-wires żejda tal-Melita cable li hemm quddiem ir-residenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kumpanniji privati ma jaqgħux taħt il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Ir-regolatur f'dan il-qasam jaqa' taħt il-ministeru għat-trasport u telekomunikazzjoni.", "EDUKAZZJONI – AVUKATI BIL-KUNTRATT", "26949.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26606?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi:", "| | | | |Entita` |Avukati |Retainer | |FIS |Hugh Peralta|Lm300 | | | |fis-sena | |PBS |Joseph |Lm1000 | | |Refalo |fis-sena | |MDC |Tonio Grech |Lm2500 | | | |fis-sena |", "ĠNIEN TA' HASTINGS – TNEĦĦIJA TA' ĦADID", "26951.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid għaliex tneħħa parti mill-ħadid madwar l-ġnien ta' hastings dan l-aħħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ġnien ta` Hastings jaqa` taħt ir-responsabbilita` tad- dipartiment tal-agrikoltura.", "GĦalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "TARZNA – EARLY RETIREMENT SCHEME – INCREMENTS DUE", "26955.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jara li dawk il-ħaddiema tat-tarzna li spiċċaw bl-early retirement wara li għaddew medical board jingħataw l-increment u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2001?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill Onor. Interpellant sabiex jaghmel il- mistoqsija lill- ministru konċernat.", "BELT VALLETTA – KENN GĦAŻ-ŻWIEMEL", "26956.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li ż-żwiemel li jintużaw għat- trasport bil-karozzini u li jkunu l-ġurnata kollha quddiem il-Palazz ikollhom lqugħ mix-xemx kiefra tas-sajf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li r-responsabbilita' ta' shelter simili mhix ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku iżda tal-kunsill lokali, bħal ma hija dik tal-bus shelters.", "BELT VALLETTA – KENN GĦAŻ-ŻWIEMEL", "26957.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jara li mill-iktar fis possibbli ssir xi forma ta' lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel li hemm quddiem il-Palazz fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għalkemm dan il-ministeru lest li jagħti il-kontribut tiegħu biex din il-problema tiġi indirizzata, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-ministeru kkonċernat.", "MARSA - TRIQ PATRI MAGRI – SLEEPING POLICEMEN", "26958.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen jew xi forma oħra ta' tnaqqis ta' veloċita' tal-karozzi fi Triq Patri Magri fil-Marsa minħabba veloċita' eċċessiva ta' ċerti sewwieqa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-bord għall-kontroll tat-traffiku flimkien mall-kunsill lokali tal-Hamrun u tal-Marsa ser jaraw x'forma ta' traffic calmers għandhom isiru biex titnaqqas il-veloċita' eċċessiva fi Triq Patri Magri.", "BELT VALLETTA – MONUMENT GĦAL LA VALETTE", "26959.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jifli l-possibbilta' li jsir monument għal Gran Mastru de la Valette fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proposta ser tiġi kkonsidrata flimkien ma' diversi entitajiet pubbliċi oħra fid-dawl tal-proġett ta' Bieb il-Belt u ċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti li ser jinbena fuq is-sit tat-Teatru Rjal.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF PIETRU PACE", "26960.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir l-asfaltar ta' Triq l-Isqof Pietru Pace, Raħal Ġdid, wara li għaddew is-servizzi neċessarji kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li f'parti minn Triq l-Isqof Pietru Paċe għadu qiegħed isir xogħol ta` iffurmar tat-triq minn developers li bnew fit- tarf tagħha.", "Id-dipartiment tat-toroq għamel diversi laqgħat mal-kunsill biex it-toroq ta` l-akkwati jkunu asfaltati u għalhekk ix-xogħol f`din it-triq isir meta s-servizzi jkunu mqiegħda kollha b`mod permanenti u skond il-prioritajiet tax-xogħlijiet li jkollu quddiemu d-dipartiment.", "STUDENTI UNIVERSITARJI - XOGĦOL FIS-SAJF", "26961.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-ftehim li ġie milħuq bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-istudenti universitarji dwar ix-xogħol fis-sajf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jeżisti ebda ftehim li ntlaħaq bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l-istudenti universitarji dwar ix-xogħol tas-sajf u li jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din is-sena, permezz tal-bord tal-manteniment lill-istudenti, il-ministeru ta' l-edukazzjoni qed jiffaċilita l-ingaġġ ta' studenti universitarji li wrew ix-xewqa li jaħdmu fis-sajf, f'postijiet offruti minn dipartimenti tal- gvern, korpi parastatali u kumpanniji privati.", "TARZNA – VAPUR LA SALLE", "26962.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm ħalla qligħ ix-xogħol li għamlet it-tarzna fuq il-vapur La Salle?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar qligħ u spejjes li saru fuq il-vapur imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-rapport mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tat-tarzna li dan jiġi ppubblikat.", "Madanakollu inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li dan ix-xogħol kien ta' fejda mhux żgħira għal din l-azjenda u ħalla frott ħafna iżjed minn bosta xogħol ieħor li daħlet għalih fil-passat.", "Fil-fatt huwa stmat li dan il- proġett ħalla profitt ta' Lm1 miljun, waqt li l-infiq ieħor fil-pajjiż mhux konness mat-tarzna huma stmat li kien maż-Lm2 miljun.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI – OLYMPIC DIVING STAND", "26963.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm quotations għall-manutenzjoni tad- diving stand fil-pixxina nazzjonali, Tal-Qroqq?", "Min intgħażel u kemm kienet l-offerta?", "X'kienu l-offerti l-oħra li ġew mitfugħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PILLOLI OUT OF STOCK – CARVEDILOL", "26964.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jara li l-pilloli cardevilol 625 mg jkunu regolari fl-isptar peress li spiss ikunu out of stock?", "Jista' il-Ministru jgħid mill-2001 kemm u meta kienu out of stock?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li s-servizzi farmaċewtiċi tal-gvern waqgħu out of stock mill-pilloli carvedilol 6.25mg minħabba li ma kien hemm l-ebda offerta aċċettabbli meta ħarġet it-tender għal dan il-prodott.", "Il-GPS bħalissa jinstabu fil-proċess li jimportaw huma dirett din il-mediċina mill- Ingilterra.", "Il-perjodu minn meta l-carvedilol 6.25mg kien out of stock huwa indikat hawn taħt:", "2 ta' Jannar sat-23 ta' Jannar 2001 6 ta' Frar sat-18 t'April 2001 9 ta' Ġunju sa llum.", "MARSA - XOGĦLIJIET", "26965.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm offerti għal xogħlijiet fil-Marsa, avviż CT41/2001?", "Jista' jgħid min intgħażel, kemm kienet l-offerta u x'inhuma r-raġunijiet l-oħra li dan intgħażel?", "Jista' jgħid kemm kienu l- offerti l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħt fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORD KONSULTATTIV DWAR TFAL U ŻGĦAŻAGĦ", "26966.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-bord konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ?", "Jista' jgħid kemm- il darba ltaqa' dan il-bord u x'ġie diskuss f'dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - PASSI KRIMINALI FIL-KONFRONT TA' L-IMPJEGATI", "26967.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u tas-segretarjat parlamentari għall-isport li bħalissa qegħdin jittieħdu passi kriminali mill-pulizija kontrihom?", "Fejn jaħdmu?", "X'inhi r- raġuni li dawn ma tteħdux passi dixxiplinari interni fiċ-ċivil kontrihom - anke quddiem il-PSC - minflok proċeduri kriminali?", "Fuq talba ta' min qed isiru l-passi kriminali kontrihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħt fl-Uffiċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FELLENBERG - SAFETY", "26968.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'miżuri ta' safety ittieħdu minn meta beda x- xogħol ta' kostruzzjoni fil-Fellenberg biex nissalvagwardaw is-saħħa ta' l- istudenti u ta' l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliem inkarigat mis-saħħa u s-sigurta` ġewwa l-istitut ta' Fellenberg flimkien ma' l-awtoritajiet qegħdin kontinwament jimmoniterjaw is-sitwazzjoni.", "Fejn tinħass il-ħtieġa jsir ippjanar ta' xogħol mal-kuntrattur u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex l-għalliema, studenti, viżitaturi eċċ., ikunu mħarsa minn kull periklu.", "B'KARA - TRIQ IL-FNIEK", "26969.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jindika meta Triq il-Fniek f'B'Kara sejra tiġi irranġata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jara il-ħtiġijiet li hemm f'din it-triq biex flimkien mal-kunsill lokali wieħed ikun jista' jara jekk ix-xogħlijiet għandhomx isiru bħalissa flimkien max- xogħol l-ieħor fi Triq Salvu Psaila.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ IMDINA", "26970.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 26743, jista' il- Ministru jgħid għaliex proprju din is-sena biss inħasset il-ħtieġa li t- triq arterjali Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ ingħalqet għat-traffiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi f`din l-okkażjoni, il-pulizija ħasset il-ħtieġa illi t-triq tingħalaq.", "STAMPERIJI BIL-PERMESS", "26971.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' stamperiji li għandhom il-permess biex jaħdmu?", "Kemm fil-fatt hemm fiż-żewġ gżejjer separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WSC – TELEMETRY", "26972.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26742?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għadha mhux qed tħaddem is-sistema ta' telemetry.", "Tajjeb jingħad li l-korporazzjoni kienet waqqfet il-kuntratt mal-kuntrattur oriġinali peress li anke wara li kien ingħata żmien twil biex jirranġa s- sitwazzjoni, dan wera li ma kienx ser jagħti sistema tajba u sodisfaċenti li taqdi l-bżonnijiet tal-korporazzjoni.", "Il-hardware u l-istrumenti li ġew provduti kienu ċċertifikati bħala aċċettabbli mill-korporazzjoni pero' is-software ma kienx.", "Ta' dik il- parti li kienet sodisfaċenti, il-korporazzjoni ħallset euro 140,840, jiġifieri 40% biss tal-parti tal-kuntratt li kellha tħallas hi, waqt li l- Unjoni Ewropea ħarġet 60% tal-kumplament, jiġifieri euro 505,809.", "Sabiex iġġib is-sistema tiffunzjona tajjeb, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma ħadet dawn il-miżuri:", "ikkoreġiet il-wiring u l-wiring diagrams;", "iċċekkjat l-operat, u fejn kien hemm bżonn sewwiet, ta' 80% ta' l- istrumenti u kkalibrathom;", "irranġat il-pożizzjoni u l-wiring tar-radio base station u ċċekkjat ir- radios kollha;", "qed tirranġa l-provvista ta' sample u drains għall-istrumenti analitiċi kollha;", "ittestjat u sewwiet 11-il outstation tad-distribuzzjoni li għandhom jibdew joperaw sa l-aħħar ta' Lulju fuq sub system għalihom;", "ippreparat specifications u dalwaqt ser toħroġ għall-offerti għax-xiri ta' software u xi engineering ieħor meħtieġ wara l-bidla tas-software prinċipali.", "Il-flus li l-korporazzjoni ma ħallsitx lill-kuntrattur ser jiġu użati għal dan ix-xiri.", "ĦAŻ-ŻABBAR – TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "26973.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tal-planning authority rigward it- twaqqigħ ta' ħajt li qiegħed madwar barumbara fi Triq ir-Redentur, Ħaż- Żabbar?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-applikazzjoni li qed tirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellanti hija PA 1584/00 - demolition of backyard wall for scheme road formation and rebuild wall according to scheme alignment – u din għadha pendenti.", "TOROQ - NEFQA", "26974.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa fit-toroq li saret matul is-sena 2001 kull triq separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress illi x-xogħlijiet fit-toroq isiru b'kuntratt li jinkludi fiħ diversi gruppi ta` toroq kull darba, mhux possibbli li jingħata l-breakdown tan-nefqa kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall kull triq separatament.", "Madankollu ser nara li tinġabar l-informazzjoni fl-akbar dettal possibbli u nippreżentha f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI – ŻIEDA TA' IMPJEGATI", "26975.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu n-nies fiċ-ċivil fl-1999, fl-2000 u fl-2001?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond kif żdiedu n-nies fis-setturi u dipartimenti partikolari?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ IL-KREXXUNI", "26976.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani rigward Triq il- Krexxuni, Ħaż-Żabbar, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u anke qed tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika minħabba l-ammont ta' trabijiet li tiġġenera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 26877.", "Xogħlijiet oħra f'din it-triq isiru skond il-prioritajiet li għandu quddiemu d-dipartiment.", "MIA - SENIOR OFFICERS", "26977.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni rigward riżultat ta' eżami intern bil-miktub fl-MIA li ilu li sar minn Frar 2001, wara li qabel kien sar interview f'Gunju 2000 u kors f'Ottubru 2000 għas-senior officers fl-istess MIA?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li r-riżultat ta' l-eżami li qed issir riferenza għalih ġie ppubblikat u fil-fatt fis-26 ta' Ġunju 2001 twaħħal man-notice board li hemm fil-bini tal-kumpannija.", "MALTA POST - EŻAMI", "26978.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26738?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li mill-aħħar eżami għall-postal operators li kien sar f'Mejju ta' din is-sena, għaddew 52 u dan l-eżami jibqa' validu sal-31 ta' Diċembru li ġej.", "Sal-lum ġew impjegati tmien pustiera.", "Vakanzi fil-grad ta' pustier jimtlew minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa.", "MRI - ACCELERATED INVESTIGATIONS", "26979.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jagħti l-waiting list għall-investigazzjoni ta' l-MRI fil-preżent?", "Jista' jagħti nformazzjoni rigward accelerated investigations f'każi urgenti ta' bzonn għall-MRI?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "NPAA – MILL-INGLIŻ GĦALL-MALTI", "26980.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kuntratt tax-xogħol ta' Victor Vanni Bruno u s-segretarja Miss Marie Lou Gatt li ġew ingaġġati biex jieħdu ħsieb t-translation ta' l-acquis għal-lingwa Maltija?", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li x-xogħol ta` traduzzjoni ta' l-acquis huwa responsabilta` tal-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali, nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "AMBJENT - JET-SKIS", "26981.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jagħti x'miżuri jieħu id-dipartiment rigward introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida bħal per eżempju jet-skis u kif tista' taffettwa l- ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li d-dipartiment għall- ħarsien ta' l-ambjent, permezz tal-cleaner technology centre iżomm ruħu aġġornat fuq teknoloġiji ġodda.", "Barra minn hekk, iċ-ċentru jagħti pariri lill-industrija fuq teknoloġiji ndaf, jiġifieri dawk li huma ta' l-inqas dannu għall-ambjent.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI - KUMPENS", "26982.", "L-ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm sal-lum ingħataw il-kumpens lill- individwi, u kemm minnhom li għadhom ma ħadux il-kumpens li ġie mogħti lilhom minn sentenzi deċiżi mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat."]} {"filename": "20020122_682d_par.doc", "date": "2002-01-22", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 682 It-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 682", "It-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "682", "It-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 42", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 42", "TQEGĦID TA' KARTI 48", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 48", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 53", "AĠĠORNAMENT 67", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 681 li saret fit-22 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA – KAŻIJIET TA' UŻURA", "30645.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rraportati lill-pulizija dwar każijiet ta' użura fit-toroq f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-użura għadha m'hijiex reat fil-liġi kriminali tagħna.", "Ninsab informat li matul is-sena 2001 ġew irrapportati lill-pulizija seba' persuni fuq każi ta' użura.", "Dawn kollha kienu Malta.", "L-abbozz pendenti quddiem il-Kumitat tal-Kamra, jintroduċi dan ir-reat u l- klawsola relattiva, li diġa` ġiet approvata, tidħol fis-seħħ meta l-Abbozz jiġi approvat u jsir liġi.", "PULIZIJA – RAPPORT TA' SWAT FUQ ANZJANI", "30646.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' swat fuq l-anzjani, irraportati lill-pulizija matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament?", "Kemm kien in-numru ta' anzjani li tilfu ħajjithom kawża ta' din il-moħqrija u terrur inaċċettabli?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-2001, kien hemm irrapportati 42 reat ta' ferita ta' natura ħafifa fuq l-anzjani.", "Ħames każijiet oħra kienu reati oħra fuq il-persuna.", "Dawn ir-reati jinkludu inċidenti fil-familja u bejn membri tal-familja.", "Informat ukoll li fi 23 każ inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, f'20 każ kien hemm talba sabiex ma jitteħdux passi kriminali mill-persuna mweġġa' stess, filwaqt li l-erba' każi l-oħra għadhom qed ikunu nvestigati.", "Informat ukoll li ebda każ ma rriżulta f'mewt.", "KLANDESTINI", "30647.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li nqabdu f'Malta matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2001 kien hemm każ nhar l-1 ta' Novembru fejn dgħajsa tas-sajd kienet daħlet f'Paradise Bay b'57 persuna fuqha.", "Naturalment diversi persuni oħra tressqu l-qorti talli kienu f'Malta illegalment filwaqt li oħrajn ġew miċħuda li jidħlu f`Malta fil-punt ta' dħul fl-ajruport jew seaport.", "Fil-fatt is-sena l-oħra kien hemm 2,266 persuna li ma tħallewx jidħlu mal- wasla tagħhom f'Malta kif ukoll 735 persuna li ġew deportati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm minn dawn il-klandestini għadhom ma ntbagħtux lura, forsi għax talbu li jiġu meqjusa bħala refuġjati jew inkella għax ma nstabux id-dokumenti biex wieħed jibagħtuhom lura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħafna drabi dawn idumu Malta għal żewġ raġunijiet; jew għax jitolbu l-istatus ta' refuġjat - fil-fatt bosta minn dawk li daħlu fl- 1 ta' Novembru talbu dan l-istatus - u bil-liġi ma nistgħux inkeċċuhom qabel ma jiġi determinat dak l-istatus, għalkemm minn mindu daħlet il-liġi fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru l-proċess qed jitħaffef għax qabel il-karti kienu jintbagħtu Ruma, jew inkella għax jgħidu li jkunu ġejjin minn post – naturalment huma jagħżlu post li fih ikun hemm l-inkwiet ħalli jħennu għalihom – u dan ma jkun veru xejn.", "Bħalissa f'Ta' Kandja jidhirli li hemm 'il fuq minn 30 persuna u fil-fatt din iċ-ċifra hija ftit aktar għolja minn tas-soltu minħabba dan il-grupp partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li min iħarrab jew idaħħal lill-klandestini daqshom ħaqqu jiġi akkużat, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati dawk in-nies li fil-weekend li għadda sparaw tiri fuq ċ-ċinji li kien hemm fil-bajja ta' San Tumas?", "X'passi se jittieħdu kontra dawn il-persuni biex jieħdu t-tagħlima li ħaqqhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, dawn il-persuni ġew identifikati, il-każ ġie solvut u tressqu llum stess taħt arrest.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li dan l-att ma kienx wieħed aċċidentali, ma jaħsibx il-Ministru li dawn it-tip ta' reati għandhom jittieħdu bis- serjeta` u l-piena tkun massima?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Membru huwa rarissimu li fuq reat ta' kaċċa jittellgħu n-nies taħt arrest kif ġara f'dan il-każ, jiġifieri l- pulizija u l-qrati għamlu x-xogħol tagħhom pero` imbagħad m'huwiex kompitu tiegħi ngħid lill-qrati x'għandhom jagħmlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed ngħidlu hekk fis-sens li meta l-pulizija titlob akkuża, għandha titlob il-massimu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, s'issa anzi they throw the book at them, kif jgħidu l-Ingliżi.", "Il-pulizija wżat il-poteri kollha tagħha u se tkompli tużahom, imma mbagħad sta għall-qorti biex fid-diskrezzjoni tagħha tapplika l-piena li jidhrilha hi.", "Terġa' fl-att ta' l-akkuża tal-ġurijiet ma jkunx hemm il-piena indikata.", "Teżisti piena, kemm pekunjarja kif ukoll kalċerarja, u nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li min-naħa tal- pulizija dan il-każ qegħdin jeħduh b'serjeta` kbira.", "Fil-fatt kien il- Kummissarju stess li ntervjena u dawn il-persuni nqabdu f'inqas minn 24 siegħa, il-każ ġie solvut u l-persuni ġew imressqa taħt arrest.", "PULIZIJA - DEPORTAZZJONI TA' PERSUNI", "30648.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati u miżmuma mill-pulizija milli jidħlu fil-gżejjer tagħha matul l-2001?", "Ta' liema nazzjonalita` kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2001 kien hemm 2,266 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta.", "Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi:", "|Alban|Canad|Hol|Moroc|Sierr|Thail| |ia |a |lan|co |a |and | | | |d | |Leone| | |Alger|Capo |Ind|Niger|South|Tunis| |ia |Verde|ia |ia |Afric|ia | | | | | |a | | |Bangl|China|Ira|Pakis|Sri |Turke| |adesh| |q |tan |Lanka|y | |Belgi|Egypt|Ita|Peru |State|Ugand| |um | |ly | |less |a | |Bosni|Franc|Jor|Phili|Sudan|Ukran| |a |e |dan|ppine| |ia | | | | |s | | | |Brazi|Gambi|Ken|Roman|Swazi|Yemen| |l |a |ya |ia |land | | |Grt |Germa|Leb|Russi|Syria|Yugos| |Brita|ny |ano|a | |lavia| |in | |n | | | | |Bulga|Greec|Lib|Saudi|Tanza| | |ria |e |ya |Arabi|nia | | | | | |a | | |", "PULIZIJA - HOLD-UPS", "30649.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold ups rraportati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet?", "Kemm minnhom saru fuq persuni, banek tal-lottu, stabbilimenti kummerċjali eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena li għaddiet ġew irraportati 35 hold ups lill-pulizija.", "Tnejn minnhom seħħew fuq banek tal- lottu, 17 fuq stabbilimenti kummerċjali filwaqt li 16 ġew irrapportati li seħħew fuq persuni.", "PULIZIJA – RAPPORT TA' SERQ", "30650.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irraportati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l- 2001?", "Kemm minnhom kienu serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi separatament f'Malta u Għawdex?", "Kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-Qorti in konnessjoni ma' dawn il- każijiet u x'passi ttieħdu sa issa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul is-sena 2001, kien hemm 453 rapport ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali, 616 rapport ta' serq minn djar residenzjali u 3,411 rapport ta' serq minn vetturi.", "Barra dan kien hemm ukoll 5,332 rapport ta' serq ieħor.", "Minn dawn 243 ġew irrapportati li seħħew f'Għawdex.", "F'uħud mill-każi l-investigazzjonijiet ġew konklużi.", "Matul l-istess perijodu tressqu l-qorti 160 persuna fuq numru sostanzjali ta' serqiet.", "Komparat mas-sena 2000 dan juri li r-rata tas-serq naqqset b'6.9%.", "CHILDRENS' ALLOWANCE", "30897.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l- persuna hawn taħt indikata tingħata c-childrens' allowance, peress li ilha ma tirċievi tliet pagamenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "ITS - STIPENDJU TA' STUDENT", "30955.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament għadu ma ngħatax l- istipendju għall-kors li beda fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): L-istudent li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Membru m'huwiex student ta' l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi iżda qed jattendi għax jieħu sehem fl-iskema ta' l-ESTS.", "Dawn l- istudenti ma jitħallsux stipendju mill-ITS.", "MOBILE SCHOOLS", "30956.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġiebu xi mobile schools u għal liema lokalitajiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Waħda mill-problemi li rridu nsolvu biex inwettqu l-programm estensiv ta' estensjonijiet u refurbishment ta' skejjel tal-gvern hi li nkunu nistgħu nagħmlu x-xogħol is-sena kollha u mhux biss f'madwar xahrejn ta' vaganzi fis-sajf.", "F'numru ta' skejjel dan ix-xogħol ma jistax isir jekk ma nipprovdux faċilitajiet alternattivi għall-istudenti ta' l-iskola konċernata.", "Għaldaqstant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed teżamina x'possibbilitajiet fattibbli jeżistu li tuża mobile classes fejn ikun hemm bżonn waqt li jkun qed isir xogħol ta' estensjoni, refurbishment u maintenance estensiv.", "Isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa qabel ma tittieħed xi deċiżjoni.", "ASSISTENT HEADS ĠODDA", "30958.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu assistant heads ġodda fl-iskejjel tal-gvern?", "Kemm se jintgħażlu minnhom għal ġo l- iskejjel matul din is-sena skolastika?", "Kemm fil-primarji?", "Kemm fis- sekondarji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li lista ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel sekondarji għadha kif ġiet ippublikata.", "Fil-każ ta' l-assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji qed isiru l-interviews għal vakanzi li jeżistu f'Malta u Għawdex.", "Hu mistenni li matul din is-sena skolastika fis-settur sekondarju se jintagħżlu 15-il assistent kap u fis-settur primarju 12-il assistent kap.", "ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI SKOLASTIĊI", "30959.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ċirkolarijiet intbagħtu lill-iskejjel tal-gvern matul din is-sena skolastika dwar l- elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi?", "Jista' jpoġġi kopji ta' dawn iċ- ċirkolarijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): It-tibdil meħtieġ fir-regolamenti tal-kunsilli skolastiċi qed jieħu żmien aktar milli mistenni.", "Għaldaqstant għandha tibqa' sseħħ id-deċiżjoni li jibqgħu fil- kariga l-kunsilli l-aħħar eletti.", "S'issa ma ntbagħtu ebda ċirkolarijiet relatati ma' l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi.", "L-abbozz tar- regolamenti l-ġodda għadu qed jiġi eżaminat u jien se niltaqa' mal-Focus Group dwar Parental Involvement and Schools as Community Centres.", "SKOLA GIOVANNI MANGION", "30961.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l- elezzjoni għall-kunsill skolastiku ta' l-iskola Giovanni Mangion Higher Secondary tan-Naxxar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi għat- tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30959.", "ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI SKOLASTIĊI", "30962.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l- elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi din is-sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi għat- tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 30959.", "UNJONI EWROPEA - PROGRAMMI", "30966.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet li pparteċipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li kien hemm 18-il għaqda li pparteċipaw fil-Programm YOUTH ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma:", "* The Groundlings * Youth Travel Circle * San Ġwann Youth Centre * Qrendi Youth Group * Mġarr Youth Group * Żabbar Local Council * Mellieħa Local Council * The Helping Hands Group * Groups for Human Encounter * San Lawrenz Local Council * ELSA Malta * Salesian Pastoral Youth Service * Moviment Graffiti * Malta Art and Craft Teenagers * Third World Group * Żurrieq Scout Group * ŻAK - Tarxien * Malta Association of Youth Workers", "ETC", "30967.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-inizjattivi li ħadet l-ETC mill-1999 'l hawn biex tħarreġ aktar ħaddiema u tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn l-1999 u llum il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, l-ETC, organizzat bosta programmi ta' taħriġ bil-għan li tressaq aktar nies lejn is-suq tax-xogħol.", "Uħud minn dawn il-programmi jinkludu:", "Skemi ta' Apprendistat (ESTS u TAS) Taħriġ prattiku u teoretiku għal dawk li lestew l-edukazzjoni sekondarja u jixtiequ jibdew karriera fil-livell ta' tekniku jew tradesman.", "Traineeship Schemes Taħriġ speċjaliżżat f'diversi oqsma marbut ma' mpjieg.", "It-taħriġ jingħata kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fi stabbiliment ta' taħrig.", "Entrepreneurship Schemes Għajnuna finanzjarja, taħriġ u mentoring għall-persuni li jixtiequ jibdew negozju.", "Basic Employment Passport Scheme Taħriġ għal persuni li lestew l-edukazzjoni sekondarja li jixtiequ jibdew jaħdmu.", "Night Institute for further Technical Education Taħriġ avvanzat għal persuni li qiegħdin jaħdmu f'oqsma tekniċi u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom.", "Literacy for employment Scheme Taħriġ fil-qari u kitba kemm għaż-żagħżagħ kif ukoll għall-adulti.", "Taħriġ avvanzat fuq il-kompjuters Programmi varji ta' livell avvanzat fl-informatika li jinkludu programming fost affarijiet oħra.", "IT for you campaign Programm ta' ġurnata li jinkludi taħriġ bażiku fuq l-użu tal- kompjuters.", "Barra dawn il-programmi u skemi msemmija hawn fuq, il-korporazzjoni organizzat numru kbir ta' programmi ta' taħriġ f'oqsma relatati ma' xogħol ta' l-uffiċċju kif ukoll fi snajja' varji.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-programmi kollha li tipprovdi l-korporazzjoni.", "POSTA - REFURBISHMENT", "30968.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet sar programm ta' refurbishment jew ftuħ ta' fergħat tal-posta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li sar refurbishment fil-fergħa tal-posta taż-Żurrieq, tal-Mosta, ta' Ħal Balzan, ta' Ħal Qormi, tal-Ħamrun, ta' Birkirkara u ta' Ħaż-Żabbar u nfetħet fergħa ġdida fil-Mellieħa.", "PULIZIJA - GĦASES", "30970.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema għases sar programm ta' refurbishment minn Settembru 1998 'l hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-għases tal-pulizija li sarilhom xogħol ta' manutenzjoni mill-1998 'il hawn huma f'dawn il-lokalitajiet:", "Żebbuġ, Qormi, San Ġiljan, Rabat, Balzan, Għargħur, Mosta, Qawra, Ċirkewwa, Mellieħa, B`Bugia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Paola u Żejtun.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "30971.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' manutenzjoni sar fl-iskejjel minn Settembru 1998 'il hawn?", "F'liema skejjel saret manutenzjoni u x'manutenzjoni saret?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Lista tax- xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali mill-aħħar ta' l-1998 sa l- aħħar tas-sena 2001 se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "31001.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Liema huma l- konsulenti mhux legali mal-ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Il-Ministru tas-Saħħa m'għandu l-ebda konsulent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Dan ifisser li m'hemm l-ebda konsulent li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu jew fil-ministeru per se?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, naturalment jien qed nirrispondi f'isem il- Ministru tas-Saħħa u peress li jiena stess kelli domanda simili rrid ngħid li kif inhi strutturata d-domanda, tista' tagħti lok għal miżinterpretazzjoni.", "Meta tirriferi għal \"konsulent mhux legali\" tista' tkun qed tirriferi wkoll għal konsulent illegali, u allura jista' jkun li għalhekk ingħatat din it-tip ta' risposta f'dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, peress li jien kont diġa` għamilt domanda lill-ministri kollha u staqsejthom min kienu l-konsulenti legali li kellhom, ridt nevita li jkun hemm xi ministru u jgħidli li diġa` weġibni u kien proprju għalhekk li fid-domanda li erġajt għamilt staqsejthom min kienu l-konsulenti ħlief dawk li qed jagħtu servizz legali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, għalkemm m'hijiex fl-aġenda, id-domanda partikolari li ġiet riferuta lili, meta ġejt biex inwieġeb għamilt il- parentesi fejn għedt li jekk bid-domanda tiegħu l-Onor.", "Interpellant kien qed jirriferi għal konsulenti li m'humiex avukati, jien se nagħti l-lista tagħhom.", "Id-domanda kif inhi tista' tagħti l-interpretazzjoni li qed tirriferi għal konsulenti illegali u allura ma nafx x'risposta ingħatat attwalment.", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "31002.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Liema huma l-konsulenti mhux legali mal-ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent hemm sitt persuni li qed jagħtu konsulenza mhux legali fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u fid- dipartimenti li jiffurmaw parti minnu.", "Dawn huma:", "DIPARTIMENT KONSULENT REMUNERAZZJONI ANNWALI", "Ministeru Prof. Joseph Falzon Lm2,000 Mario Farrugia Lm5,063 Joseph Galea Musu' Lm2,110 (sitt xhur) Adrian Muscat Inglott Lm8,438 Victor Scicluna Lm4,219 Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika Joseph D'Amico Lm2,500", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "31003.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Liema huma l- konsulenti mhux legali mal-ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "GOZO CHANNEL – SPONSORING TAL-PROGRAMM BONDI PLUS", "31004.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm qed tisponsorja l-Gozo Channel Co. Ltd. kull programm \"Bondi Plus\" fuq il-PBS minn Where's Everybody?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti li din tiġi ppubblikata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Deguara.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 5 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar twaħħil ta' tikketti, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-22 ta' Jannar, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, segwejt id-diversi kelliema f'dan id- dibattitu dwar l-abbozz ta' liġi li jimplimenta miżuri ta' l-estimi.", "Irridu niftakru li l-budget li ddiskutejna ftit ġimgħat ilu kien jinkludi diversi inizjattivi li jħallew effett pożittiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Qabel ma nitkellem fuq il-miżuri nnifishom li kemm il-ministru tal-finanzi kif ukoll diversi kelliema min-naħa tal-gvern spjegaw, tajjeb li nirrispondi xi punti li tqajmu fid-dibattitu.", "L-ewwel punt li nixtieq insemmi, li diġà rrifera għalih il-ministru tal- finanzi, għaliex kien hemm ħafna diskussjoni dwaru, huwa l-fatt li s-sale of assets ta' Lm47 miljun ma laħqitx saret sa l-aħħar tas-sena li għaddiet.", "L-akkuża kienet li din effettwat id-deficit tal-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Issa qed tgħid \"financing.\"", "Nieħu pjaċir li l-Onor.", "Brincat qed jitkellem hekk illum, però mhux inti biss tkellimt, u nista' nassigurak li kien hemm min tkellem b'dan il-mod ukoll.", "Il-fatt huwa li ċ-ċifra tad-deficit li qed nitkellmu fuqha diġà teskludi s- sale of assets.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq l-istructural deficits qegħdin nitkellmu proprju fuq id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ, eskluż diġà s-sale of assets.", "Allura din hija kwestjoni ta' financing u kwestjoni ta' timing difference, u t-timing difference naturalment m'hijiex xi ħaġa li hija daqshekk kruċjali imma, kif jaf kulħadd, tista' tiġi bridged bi treasury bills u b'mod li ma tħallix daqshekk differenza kbira.", "Dan huwa punt importanti għax kien hemm diversi nies li tkellmu dwar dan, anke barra dan il-parlament.", "Tal-gazzetta Maltastar.com. kienu ċempluli s- Sibt fit-3.30 p.m. biex jistaqsuni xi ħaġa fuq dawn il-linji.", "Jien inzertajt ma kontx id-dar u l-mara tiegħi qaltilhom biex iċemplu siegħa wara imma ma lħaqtx wasalt.", "Allura dawn għoġobhom jgħidu, inkluż il- gazzetta \"Il-KullĦadd\", li jien ma ridtx nirrispondihom.", "Tajjeb li l-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jkunu jafu li aħna niġu ttrattati b'dan il-mod.", "Imbagħad għamlu storja sħiħa li issa d-deficit se jiġi iktar milli suppost u qalu li dan il-gvern se jissellef mill-BOV, li m'hu minnu xejn!", "Is-soltu miżinformazzjoni bla bżonn!", "Ma nafx x'jiggwadanjaw minn dan it-tip ta' atteġġjament l-Onor.", "Nembri tan-naħa l-oħra.", "Mr Speaker, tajjeb li nsemmi wkoll il-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Membri tan- naħa l-oħra, inkluż ta' l-Onor.", "Brincat, dwar l-hekk imsejħa stima tal-GDP li ġiet ippubblikata ftit taż-żmien ilu mill-Oppożizzjoni.", "Meta dan l- aħħar smajt lill-Onor.", "Sant jgħid li l-programm ta' \"L-Istrina\" huwa xi forma ta' manipulazzjoni bdejt nifhem kif jaħdem moħħu u x'tip ta' manipulazzjoni jaħseb li jista' jagħmel f'dan il-qasam.", "U qed ngħid dan għax inħoss li m'huwiex aċċettabbli, anke għal din il-Kamra, li niġu trattati b'dan il-mod mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ħalli nispjega għaliex.", "Fir-risposta għall-budget il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qam u qal fuq it- televiżjoni li jekk tneħħi s-settur ta' l-elettronika, il-GDP in real terms ma kienx 5%, kif ġie ppubblikat fl-economic survey, imma kien xi 1.4%.", "Però ma qalilniex kif wasal għal dak il-kalkolu u minkejja li staqsejtu kemm-il darba biex jgħidilna kif wasal għal dik iċ- ċifra, f'xahar sħiħ baqa' ma spjegax kif ħareġ b'din iċ-ċifra ta' 1.4%.", "Għalija dan mhux aċċettabbli u nqisha bħala manipulazzjoni min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jgħid ċifra u ma jiġġustifikahiex fil-parlament ħlief lejliet ir-recess tal-Milied, meta mbagħad ma kienx hemm okkażjoni li wieħed jirrispondi fil-parlament.", "Fil-fatt jien u l-kap ta' l-oppożizzjoni qattajna l-vaganzi tal-Milied nikkorrispondu fil-gazzetti.", "Ma stajtx nemmen li membri tan-naħa l-oħra jagħmlu żbalji bħal dawk!", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħareġ bi stima differenti jirriżulta li ma kienet differenti xejn għax ħa l-istima ta' 6.6% li kien hemm fl-economic survey tal-GDP qabel ma tikkoreġi għall- prezzijiet.", "Meta tkellem hawnhekk fuq it-televiżjoni ma qalilniex li dik l- istima kienet ibbażata fuq dik ta' l-istatistika.", "Qalilna stima ta' statistika li ma kenitx tajba.", "Dan huwa inkwetanti ħafna in vista ta' dak li jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-media u l-mod kif wieħed ipoġġi l- argument u x'ċans jagħti lil ħaddieħor li jirrispondi.", "Il-verità hija li sfortunatament min tahom parir - għax imbagħad anke l-Onor.", "Leo Brincat kiteb fil-gazzetti u l-artiklu tant kien tekniku li probabbli lanqas hu stess ma kien qed isegwi kulma kien hemm - li kien ex-student tiegħi ħawwad waħda minn dawk il-kbar.", "L-ewwel beda biċ-ċifra ta' l-istatistika biex jipprova joħroġ xi stima oħra, imbagħad meta ġie biex jikkoreġi għar-rata ta' l-inflazzjoni, minflok ma għamel dak li jagħmlu ta' l-istatistika, għamel xi ħaġa li mhijiex aċċettabbli.", "Dan spiċċa uża indiċi tal- prezzijiet li jinkludi l-exports of goods and services u l-imports of goods and services li jinkludi l-esportazzjoni u l-importazzjoni kollha u għamluha b'mod li qisu ma ġara xejn, qisha din hija l-iktar ħaġa normali.", "Dawn għamlu taħwida sħiħa.", "U fil-fatt jien u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mbagħad anke l-Onor.", "Leo Brincat għamilna l-vaganzi tal-Milied nikkorrispondu.", "Milli rajt jien u anke min jifhem, il-verità hi li assolutament m'hemmx bażi biex wieħed joqgħod fuq dik iċ-ċifra ta' 1.4% li kien ħareġ biha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u dam xahar qabel ma ġġustifikaha.", "U mbagħad, meta pprova jiġġustifikaha, kif qed ngħid, instab li kien hemm żball kbir li jagħmilha meaningless.", "L-Uffiċċju ta' l-Istatistika juża proċedura li hija adottata internazzjonalment.", "Dawn raw il-komponenti tal-GDP, tal-konsum, ta' l- investiment, ta' l-exports, ta' l-imports, qalgħu 'l barra l-parti li għandha x'taqsam mal-manifattura ta' l-elettronika, għamlu l-istess ħaġa fl- indiċi tal-prezzijiet, u b'hekk ħarġu bi stima tal-growth li teskludi s- settur ta' l-elettronika.", "Mr Speaker, jiddispjaċini li din hija ħaġa pjuttost teknika, però l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx hemm riċeviment wieħed fejn iltqajt miegħu fil-Milied li għadda fejn ma qallix biex niċċekkja ċ-ċifri.", "Jiċċekkja ċ-ċifri hu!", "Nitfagħhielu lura!", "Jien imxejt bi preċiżjoni li kkalkola uffiċċju ta' mitt ruħ - għax mhux jien ikkalkolajtha din - imma hu mexa b'din il-preċiżjoni?", "Għadni qed nistenna risposta.", "M'hijiex xi ħaġa li għandna neħduha lightly li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jitfa' ċifra kif ġie ġie, u meta tiġi l-ġustifikazzjoni xahar wara nispiċċaw b'ereżija prima classe.", "F'wieħed mill-artikli jien spjegajt li bażikament l-ereżija li kienu qed jagħmlu hija li qegħdin jiddividu l-valur tal-computer chips bil- prezzijiet, fost oħrajn, tat-turiżmu.", "Ara x'sens tagħmel din?!", "M'huwiex fair li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jattakka b'dan il-mod lill-uffiċċju ta' l- istatistika li nfakkar li llum hemm rappreżentati fih t-tliet partijiet soċjali u qiegħed ukoll taħt il-watching brief tal-Eurostat, u dawn qegħdin jużaw proċeduri internazzjonali.", "Allura mhux sew li jkollna dawn it-tip ta' akkużi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni biex minflok ma jagħmlu analiżi serja jagħmlu din it-tip ta' analiżi li sfortunatament tagħmel tant ħsara lil pajjiżna għax min iħares minn barra jarana qisna qed nargumentaw fuq affarijiet li pajjiżi oħra ma jargumentawx fuqhom b'dan il-mod.", "Ikollhom opinjonijiet differenti, mela le!", "Imma mhux wieħed jakkuża lin-naħa l-oħra li vvintat ċ-ċifri meta jkun bil-maqlub.", "Jien nappella lill-membri ta' l-Oppożizzjoni biex jgħollu l-livell tad- dibattitu.", "Jekk iridu jinterpretaw iċ-ċifri għandhom jinterpretawhom b'mod li jkunu aċċettati u mhux jipprovaw joħolqu ċifri oħra li meta jiġi spjegat kif inħolqu jirriżulta li huma tbażwira prima classe li żgur mhijiex ta' ġieħ għal min ħareġ bihom.", "Jiddispjaċini ngħid li min ħareġ bihom ma jafx biżżejjed fuq is-suġġett ta' l-istatistika, speċjalment dwar in-national statistic accounts u l-proċeduri li jintużaw.", "Tajjeb ngħidu li fost il- mitt ruħ li għandna fl-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għandna esperti li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol madwar 30 sena u iktar, u bid- difetti kollha li għandna hemm set ta' statistics li kulma jmur qed jiġi upgraded u għandna statistika li żgur ma tagħmilx dawn it-tip ta' żbalji li qed isemmu l-Onor.", "Membri ta' l-Oppożizzjoni.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Brincat u anke membri oħra ta' l-Oppożizzjoni semmew ukoll l-issue ta' l-impjiegi.", "Kif jaf kulħadd, sfortunatament fl-ewwel ġimgħa tas-sena kellna każ ta' żewġ fabbriki li keċċew in-nies, waħda fit- tessuti u l-oħra fis-settur tal-bottling tas-soft drinks.", "Waħda minnhom għalqet mil-lum għal għada li fl-opinjoni tiegħi mhuwiex aġir aċċettabbli.", "U hawnhekk nixtieq nappella lis-segretarju ġenerali tal-GWU biex ma jibqax jikkwotani ħażin, ma jibqax jinterpretani li jien b'xi mod approvajt l- għeluq tal-fabbrika.", "Nappella wkoll lill-Onor.", "Brincat għax jekk wieħed iqabbel d-diskors li għamel meta tkellem fil-parlament fuq dan l-abbozz ma' l-artiklu tiegħi li ġie ppubblikat il-ġurnata ta' qabel - huwa tkellem it- Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet - jinduna li dan jispjega kif jien qed inħares lejn is-sitwazzjoni.", "U ma nippretendix li l-Onor.", "Brincat, li żgur jaqra ħafna, jipprova jinterpreta l-affarijiet b'mod li assolutament ma jkunx ġust mal-pożizzjoni li spjegajt jien.", "Irrid ngħid bl-iktar mod ċar li jien qatt m'għedt li f'din is-sitwazzjoni l- ħaddiema ma sofrewx, anzi jien wieħed minn dawk li nemmen li rridu naraw kif nagħmlu kull impjieg sostenibbli biex ikun jista' joffri ferm iktar opportunitajiet lill-individwu.", "Imma huwa veru li fl-ewwel tas-sena kellna ċertu tnaqqis ta' impjiegi.", "Il-kumment li għamilt fil-gazzetti u fl- intervista li kelli, li wieħed irid iħares lejn il-kwadru kollu, kien fis- sens li veru li kultant ikun hemm xi tnaqqis, però jkun hemm ukoll żidiet.", "U s'issa ż-żidiet kienu bil-ferm iktar mit-tnaqqis li jkun hemm.", "Filwaqt li wieħed iħoss għal min tilef l-impjieg, wieħed irid jipprova jagħmel minn kollox, kif qed tipprova tagħmel l-ETC, biex jipprova jsib xogħol alternattiv.", "U kif ġie rrapportat fil-gazzetti, bl-espansjoni li għaddejja f'ċerti fabbriki, speċjalment dawk li jimmanifatturaw il-jeans, ħafna mill-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Bogner diġà għandhom impjieg aċċertat f'dawn iż-żewġ fabbriki.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet dawn iż- żewġ fabbriki żiedu numru sostanzjali ta' impjiegi u qed ikomplu jżidu.", "Però tajjeb li naraw il-kwadru kollu.", "U jekk inħarsu lejn paġna 60 ta' l- economic survey, fejn għandna rrapportat sa Settembru tas-sena li għaddiet, insibu li t-total increases li kien hemm fis-settur tal-manifattura kienu 841, filwaqt li total decreases kien hemm 477.", "Jiġifieri s-sena li għaddiet intilfu impjiegi wkoll, imma r-rata taż-żieda kienet id-doppju ta' dawk li ntilfu.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha mill-aspett tal-bidla kontinwa li għaddejja f'pajjiżna.", "Ikun hemm fabbriki li jkunu qegħdin jaċċelleraw l-iżvilupp tagħhom u fabbriki li jkunu qegħdin ibiddlu l-iżvilupp jew inaqqsu l-impjiegi minħabba raġunijiet partikolari.", "Jistgħu jkunu minħabba bidliet li ġejjin mill-head office tagħhom barra minn Malta, u jistgħu jkunu raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-prodott li jagħmlu.", "Però s-sena li għaddiet in-net gain sa Settembru kien ta' 364 impjieg fil- manifattura.", "Mr Speaker, tajjeb infakkar li t-tnaqqis totali fl-1997 kien ta' 481.", "Jiddispjaċini li se nsemmi l-GWU, imma din ma ħarġitx tagħmel din il- frattarija kollha meta kien hemm dan it-tip ta' tnaqqis li kien iktar milli kien hemm fis-sena li għaddiet, meta fil-fatt kien hemm żieda ta' 364 impjieg.", "Jien nixtieq li npoġġu l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom u fil- fatt dak li għedt jien, li wieħed irid jara l-kwadru kollu.", "U l-kwadru huwa li fl-aħħar tliet snin fil-qasam ta' l-impjiegi kellna riżultat ta' suċċess sostanzjali, speċjalment meta nqabbluh mas-sentejn ta' qabel.", "Jekk inħarsu lejn Settembru ta' l-1998 insibu li ċ-ċifra tal-gainfully occupied kienet 133,940 u f'Settembru tas-sena li għaddiet kienet telgħet għal 137,708, jiġifieri fit-tliet snin ta' dan il-gvern kien hemm żieda ta' 3,760 impjieg.", "Dan huwa riżultat sinifikanti li juri li hemm żvilupp fl- ekonomija tagħna li qed jiġġenera riżultat pożittiv li tassew għandna nkunu kburin bih.", "Wieħed jista' jiġġudika dan ir-riżultat billi jqabblu ma' dak li ġara fis- sentejn ta' l-amministrazzjoni preċedenti.", "Fl-1996 iċ-ċifra tal-gainfully occupied kienet ta' 133,195 filwaqt li fl-1998 naqset għal 133,024, jiġifieri sa meta spiċċa l-gvern Laburista kien hemm inqas nies jaħdmu bi qligħ milli meta tela' fil-gvern.", "Allura filwaqt li fis-sentejn ta' gvern Laburista l-impjiegi globali naqsu b'171,fit-tliet snin ta' gvern Nazzjonalista l-impjiegi żdiedu bi 3,768.", "Mr Speaker, jien naħseb li ċ-ċifri jitkellmu waħedhom, iżda tajjeb li nsemmuhom għax il-bidla twassal għal sitwazzjoni negattiva fejn ikun hemm min qed isofri għax sfortunatament tilef l-impjieg tiegħu, però jkun hemm mumenti pożittivi fejn jiġu kkreati ħafna u ħafna impjiegi ġodda li jistgħu joffru opportunitajiet lil dawk li jkunu tilfu l-impjieg.", "Dan mhux dejjem ikun possibbli għax in-natura ta' l-impjiegi li jinħolqu mhux dejjem ikunu fl-istess mestier ta' dawk li jkunu qed jintilfu.", "U hawnhekk jidħol il- gvern biex jipprovdi training u għajnuna oħra biex wieħed ikun jista' jtaffi t-tbatija li jkun hemm f'dawn il-każi.", "Iżda finalment wieħed irid jerfa' rasu milli jħares lejn issues partikolari u jħares lejn il-kwadru kollu, kif qed nipprova nagħmel jien.", "Mr Speaker, fl-aħħar tliet snin mhux biss żdiedu l-impjiegi, imma żdied ukoll id-dħul mill-impjiegi.", "L-istess economic survey juri li proprju fl- aħħar sena d-dħul mill-impjiegi żdied bi 3.85%.", "Jekk inħarsu lejn l-1997, sena ta' gvern Laburista, insibu li kien hemm tnaqqis ta' 0.83%.", "Għalhekk jiddispjaċini meta nisma' lill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jikkummentaw kif għamlu f'dan il-budget, qisna wasalna f'xi stat ta' kriżi, qisha s- sitwazzjoni tant marret għall-agħar li lanqas nafu fejn se nagħtu rasna.", "Imma jekk inħarsu lejn kif ħallew lil pajjiżna meta huma kienu fil-gvern nista' ngħid li llum l-impjiegi żdiedu bi 3,700, imqabblin mat-tnaqqis li kien hemm f'dawk is-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista.", "Wieħed irid ipoġġi kollox fil-kontest tiegħu.", "Il-verità hija li ħafna mill-kritika li smajna ma kenitx daqshekk rilevanti għall-issues li konna qed inħarsu lejhom.", "Saħansitra kien hemm min qal li qegħdin noqorbu għall-problemi li hemm fl-Arġentina.", "Irid veru ma jkollokx x'tgħid biex tipprova tqabbel dak li qed jiġri fl-Arġentina ma' dak li qed jiġri f'pajjiżna!", "M'huwiex il-każ u ma nafx għaliex qed tipprovaw tagħmlu dan għaliex assolutament m'hemmx relazzjoni.", "Pajjiżna għadu għaddej b'ċertu ritmu.", "Ma nistgħux ngħidu li mhux qed jiġi effettwat.", "Dażgur li qed jiġi effettwat!", "Qed jiġi effettwat minn żewġ oqsma prinċipali.", "L- ewwelnett meta l-ekonomija internazzjonali, speċjalment dik ta' l-Amerka, kellha slow-down fil-bidu tas-sena 2001 - u issa nafu li daħlet f'riċessjoni - aħna ntlaqatna speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esportazzjoni ta' prodotti sofistikati bħal prodotti ta' l-elettronika u parts tal-karozzi li għall-grazzja t'Alla għandna ħafna kumpanniji li jesportawhom.", "Fil-fatt fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra bdejna nħossu dan l-impatt li primarjament kien limitat għas-settur ta' l- elettronika.", "Naturalment ma tistax tgħid li d-diżastru li ġara fil-11 ta' Settembru ma effettwaniex ukoll!", "U ħadd ma qal li effettwana dak biss!", "Aħna ekonomija miftuħa, allura bilfors niġu effettwati minn ħafna affarijiet.", "Jekk wieħed iħares lejn l-esportazzjoni tal-kumpanniji Maltin fis-sena li għaddiet isib li ma marritx tajjeb daqs is-sena ta' qabel.", "Dan huwa frott tas-slow-down li hemm u nisperaw li ma ddumx.", "Fil-fatt l- indikaturi huma li diġà qed tirpilja f'ċerti oqsma.", "Per eżempju, dan l- aħħar qrajt li fil-Milied li għadda l-bejgħ ta' personal computers fl- Amerka kien ikbar milli kien fil-Milied tas-sena ta' qabel.", "Dan juri li qed tiżdied id-domanda għall-prodotti tagħna - għax aħna għandna prodotti li jmorru fil-computers, fil-mobile phones, fid-DVD players, fl-appliances u fil-vetturi - u b'hekk tirpilja l-attività ekonomika fil-qasam ta' l- elettronika u oqsma oħra.", "Naturalment dak li ġara fil-11 ta' Settembru kellu effett anke fuq it- turiżmu u sfortunatament se jkompli jeffettwana xi ftit anke fix-xhur li ġejjin.", "Il-verità hi li n-nies qed jibżgħu jivvjaġġaw u peress li aħna gżira din tolqotna iktar għax kull min jiġi hawn irid jiġi bl-ajru.", "Dan wassal għal ċertu tnaqqis fit-turiżmu.", "Però rridu ngħollu rasna u nħarsu 'l quddiem.", "Il-pakkett ta' miżuri fil-budget li ġie ppreżentat f'Novembru qiegħed joffri tnaqqis f'elementi ta' l-income tax, qed iwettaq ċerti wegħdiet, fosthom rebate fit-taxxa għal dawk li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel privati, skemi fejn jidħlu fondi tal-Maltin barra minn Malta jekk dawn jiddikjarawhom u jġibuhom lura jew le, jiddependi xi skema jagħżlu.", "Din hija xi ħaġa pożittiva li twassal biex aħna ngawdu iktar mill- fondi tal-Maltin stess minflok ma jgawdu pajjiżi oħra.", "Għaliex le?", "Mr Speaker, hemm diversi miżuri oħra li l-opinjoni pubblika oġġettiva dwarhom hija li dan huwa budget tajjeb li qed ikompli jsaħħaħ l-ekonomija u l-kummerċ ta' pajjiżna, qed ikompli jilliberalizza u qed ikompli jnaqqas l- effett ta' l-income tax.", "Fl-istess ħin qed inkomplu nnaqqsu d-deficit li kellu pajjiżna.", "Dan huwa importanti biex insaħħu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern.", "U qegħdin nagħmlu dan mingħajr ma nagħtu skossi u mingħajr ma naqtgħu nifs pajjiżna kif sfortunatament għamel il-gvern preċedenti.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li j'Alla s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali tirpilja biex tippermetti l-ħolqien tal-ġid f'pajjiżna li jwassal għal attività ekonomika ikbar, għal iktar impjiegi u titjib fl- istandard of living f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra kienet sospiża fis-6.57 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "347", "FAVUR : 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Noel | |Agius Chris |Gulia Gavin | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Dalli Helena |Sant Alfred | |Farrugia Angelo |Vella George | |Farrugia Michael |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nitlob il-permess għas-sospensjoni tar- regolamenti sabiex il-Kamra tgħaddi għat-tielet item fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-19 ta' Diċembru, 2001.", "Klawsola 31 - Kwalifiki għall-warrant.", "Clause 31 - Qualifications for warrant.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif naħseb li nnotaw l-Onor.", "Membri, oriġinarjament kien hemm il-ħsieb ta' tibdil fl-aġenda minħabba li kien jonqos xi abbozzar ta' tibdiliet għal-liġi li qegħdin niddiskutu fl-istadju tal-kumitat.", "Oriġinarjament konna qed naħsbu li nagħmlu l-abbozz ta' liġi li jemenda l- Ordinanza dwar il-kostituzzjoni tal-kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika.", "Peress li għada hemm laqgħat ma' l-Avukat Ġenerali biex diversi emendi li tqanqlu fl-aħħar diskussjoni li kellna hawnhekk u oħrajn li qed inħossu l-ħtieġa li nressqu jkunu jistgħu jiġu approvati minnu qabel jitressqu hawnhekk bħala emendi.", "Però għal raġunijiet ta' esiġenzi tal-Kamra se mmorru lura għad-diskussjoni fl-istadju tal-kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk jien nipproponi li nkomplu niddiskutu l-kontenut tal-klawsoli u nirriflettu fuq it-tibdiliet li jistgħu jokkorrulna minn mument għall- ieħor, però kull darba li neżawrixxu d-diskussjoni fuq kull klawsola nipposponu d-diskussjoni u l-eventwali votazzjoni tal-klawsola ħalli - wara li nlestu business ieħor tal-gvern bħalma huma l-approvazzjoni tal-budgets ta' korporazzjonijiet jew awtoritajiet - meta nerġgħu niġu għaliha l-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara dawn l-emendi jkunu laħqu ġew irfinuti mid-drafting office u mill-avukat ġenerali, mogħtija lill-oppożizzjoni u mbagħad inkomplu bil-proċedura normali tad-diskussjoni fil-parlament.", "Sadanittant fis-seduta tal-lum iridu jsiru diversi spjegazzjonijiet min- naħa tal-gvern u b'dan il-mod xorta tista' ssir diskussjoni fejn nidħlu f'ċerta teknika tal-klawsoli.", "Ma nafx jekk f'dan l-istadju l-kollega tiegħi jixtieqx jikkummenta fuq dan li qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri qed naqblu li nipproċedu b'din id-diskussjoni.", "Nistgħu nitħaddtu fuq id-diversi klawsoli u nipposponu d-diskussjoni u l-eventwali vot.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ħalli nispjega daqsxejn il-mod kif qed naħdmu.", "Jien ħadt gost li anke waqt ir-recess tal-Kamra konna f'kuntatt - illum grazzi għat-teknoloġija l-ġdida nistgħu nkunu f'kuntatt virtwali, qisha qed tiltaqa' l-Kamra - mad-drafters tal-ministeru.", "Jien ipprovajt, kif nista', nagħti kontribut biex niżviluppaw ċerti konċetti li ħassejt li hemm bżonn jiġu żviluppati f'din it-taqsima.", "Inħoss li hemm iktar xogħol xi jsir anke f'taqsimiet oħra.", "Mingħajr ma nkun polemikuż, nixtieq nagħmel punt għax naħseb li l- Oppożizzjoni Laburista kienet ġiet ikkritikata inġustament.", "L-ewwelnett fid-diskussjoni tat-Tieni Qari kellna l-kritika li bejn l-1996 u l-1998 ma ressaqniex l-abbozz ta' liġi li kien ippreparat mill-gvern preċedenti u jien kont għamilt il-punt li dik il-liġi kienet għadha mhix lesta biex titressaq.", "Fil-fatt anke l-gvern preżenti ressaqha wara tliet snin u xorta qed naraw li għad baqgħalha ħafna xogħol xi jsir fuqha, u l-Oppożizzjoni Laburista qed tagħti l-kontribut tagħha biex din il-liġi tiġi żviluppata u titjieb.", "Qed nagħmel dan il-punt minħabba li spiss tingħata karikatura inġusta ta' l-Oppożizzjoni Laburista li aħna nies distruttivi, li aħna nies li nixtiequ nkissru, li aħna politiċi li nieħdu gost inħassru u naqilgħu l- problemi biss.", "Wieħed jitħawwad meta jisma' diskorsi bħal dawn għax mhux l- ewwel darba li jsiru diskorsi f'din il-Kamra dwar kemm jgħaddu liġijiet b'kollaborazzjoni, fejn kull naħa tagħti kontribut għal titjib, u mbagħad ikun hawn dawn it-tip ta' karikaturi ta' l-oppoiżizzjoni fis-sens li hija distruttiva u li m'għandhiex kontribut x'tagħti.", "Bla ebda problemi ta' xejn ngħid li f'din il-liġi qed nagħtu kontribut kbir u żviluppajna ħafna u ħafna konċetti li jew ma ssemmewx jew li ma kienu żviluppati xejn.", "Kif spjegajna meta vvotajna kontra fl-istadju tat-Tieni Qari, aħna ma vvotajniex kontra b'kapriċċ, biex nilagħbu l-logħba li għal kulma jgħid il-gvern aħna ngħidu le jew sempliċement inkunu kontra.", "Naħseb li s'issa tajna prova u qed nieħdu gost li nkomplu nagħtu prova u nkomplu naħdmu biex dak li hemm tajjeb fil-liġi, kif għedna mill-bidu, naċċettawh u nkomplu nibnu fuqu.", "Imma frankament, kif kienet abbozzata s'issa, din il- liġi kien fiha ħafna u ħafna nuqqasijiet, u prova ta' dan huma l-emendi sħaħ li qed jitressqu għal kull klawsola.", "X'ħin niġu biex niddiskutu it-Taqsima VI dwar il-professjonisti fil- konservazzjoni se nsibu li hemm ukoll x'jiġi żviluppat.", "Kif diġà għedt, fil-kontribut li tajt mal-kollegi tad-dipartiment tal-mużewijiet, indikajt kif nistgħu niżviluppaw din it-taqsima, u hemm fejn trid tiġi żviluppata b'mod qawwi.", "Naqbel li nipproċedu kif qal il-ministru, jiġifieri li llejla nagħmlu diskussjoni ġenerali fuq ċerti konċetti u mbagħad jiġu kjarifikati ma' l-esperti legali biex imbagħad ngħaddu għat-tfassil ta' l-emendi li jitressqu hawnhekk.", "Jiġifieri jien nissuġġerixxi li nisimgħu l-konċetti li għandha xi tressaq kull naħa fuq din it-taqsima.", "Żgur li hemm x'jiġi żviluppat u x'jitjieb, kif naħseb li hemm fit-taqsimiet l-oħra ta' din il- liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nixtieq nagħmel xi kummenti li jevitaw il-polemika.", "Issa ilni fil-parlament numru sew ta' snin, mill-1976, u fl- opinjoni tiegħi dan l-eżerċizzju li għamilna fuq din il-liġi huwa wieħed mill-ftit okkażjonijiet fejn jien ħadt gost naħdem b'mod partikolari mal- kollegi tiegħi min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Niftakar li darba kellna okkażjoni oħra - però ma kienet xejn viċin dan li qed nagħmlu hawn, kien biss ħjiel - meta jien kont shadow minister tas-sigurtà soċjali u l- Ministru Agatha Barbara dak iż-żmien kienet qed tipproponi emendi estensivi u kkomplikati ħafna u kienet għaddietli l-abbozz ta' liġi minn qabel.", "Niftakar li kont iddiskutejthom anke mad-direttur tas-sigurtà soċjali ta' dak iż-żmien.", "Naturalment hemmhekk kien hemm issues ftit iktar komplessi u kontroversjali.", "Però hemmhekk ukoll l-andament fl-istadju tal-kumitat kien faċilitat ħafna minn din il-kollaborazzjoni.", "Allura dak li qed nagħmlu hawn hija esperjenza tajba u ma naħsibx li għandha tkun biss f'din il-liġi għax ikun hawn ħafna okkażjonijiet fejn fl- istadju tat-Tieni Qari jkun hawn ċerti stqarrijiet politiċi mill-membri parlamentari abbażi ta' twemmin u policies li jkunu jħaddnu l-partiti tagħhom, imma mbagħad fl-istadju tal-kumitat, filwaqt li jibqgħu jħaddnu l- istess prinċipji, fuq affarijiet tekniċi u ta' dettall li jkunu kwestjonijiet ta' strateġija u ta' amministrazzjoni, ta' strutturi, iż-żewġ naħat ikollhom kull interess li jagħmluhom l-aħjar possibbli.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ilu jiċċirkola ftit f'abbozzi differenti anke qabel il-pubblikazzjoni, u l-pożizzjoni tiegħi dejjem kienet li filwaqt li aħna pprovajna nippreżentaw abbozz ta' liġi li jirrifletti t-tibdil li hawn bżonn f'dan is-settur, dejjem stennejt mill- membri parlamentari, mill-oppożizzjoni u mill-għaqdiet volontarji reazzjonijiet kostruttivi.", "B'dan il-mod nassiguraw li dak li qegħdin nagħmlu huwa l-aħjar żvilupp anke skond il-ħsebijiet li hawn fid-dinja llum fuq dan is-settur u li jkunu wkoll ħwejjeġ li jgħoddu għal pajjiżna.", "Naħseb li l-prodott li finalment joħroġ mix-xogħol li qed nagħmlu flimkien fil-Kamra tad-deputati se jkun xogħol aħjar.", "Jien nibqa' open sa l-aħħar għas-suġġerimenti u jekk inkunu nistgħu naċċettawhom għax ikunu fl-interess tal-pajjiż, dawn nagħmluhom.", "Naħseb naqblu lkoll li dan it-tip ta' approach sfortunatament huwa x'aktarx rari.", "Il-fatt li jkun hawn l-espressjoni ta' opinjonijiet diversi ma naħsibx li wieħed għandu jqisu bħala xi ħaġa negattiva tas-sistema demokratika ta' pajjiżna, anzi huwa importanti anke għat-twettiq tad- demokrazija.", "Li rridu nersqu iktar huwa biex nilħqu livelli ta' consensus fuq suġġetti li huma ta' importanza fundamentali għall-pajjiż.", "Imma biex wieħed joħloq din l-atmosfera ta' consensus ikun jiddependi minn ħafna ċirkostanzi tal-pajjiż, minn ċirkostanzi fl-intern tal-partiti, u minn ħafna fatturi li mhux kull membru parlamentari individwali jista' jkollu l- kontroll fuqhom.", "Kieku dak li qed nagħmlu fuq din il-liġi nistgħu nirrepetuh f'oqsma oħrajn ikun ħafna aħjar għall-pajjiż.", "Jien fiduċjuż li mal-mogħdija taż-żmien ikollna dejjem iktar okkażjonijiet fejn nistgħu nikkollaboraw flimkien biex dak li nagħmlu nagħmluh għall-aħjar ġid tal-poplu tagħna.", "Però ma rridx ninftiehem li meta ma niftehmux bejnietna nkunu qed nimxu kontra l- interessi tal-poplu tagħna għaliex, nerġa' ngħid, in-nuqqas ta' qbil u d- diverġenza fl-opinjonijiet hija parti integrali u essenzjali mill-proċess demokratiku.", "Aħna l-politiċi dejjem għandna jkollna d-dehen li nipprovaw nifhmu oġġettivament x'inhu l-ġid komuni, x'inhuma l-interessi nazzjonali, imma mbagħad huwa fil-forum tal-kuxjenza ta' kull wieħed minna u fil-forum tal-kuxjenza tal-partiti tagħna li aħna ninterpretaw il-ġid komuni.", "Fl-aħħar seduta li kellna dwar dan l-abbozz ta' liġi konna bdejna niddiskutu klawsola 31 fejn għedna li min se jaħdem fil-kamp tar-restawr u tal-konservazzjoni jrid ikollu ċerti kwalifiki.", "Dawn diġà dħalna fihom f'ċertu dettall u qed jiġu preparati xi emendi biex inkunu nistgħu nassiguraw li ma noħolqux sistemi li jfixklu lil min għandu l-kompetenza vera li jaħdem f'dan il-kamp, u li jkollna ftehim ċar kemm jista' jkun dwar x'nifhmu meta ngħidu konservatur-restawratur.", "Fuq dan is-suġġett mhux il- pajjiżi kollha jirregolaw bl-istess mod.", "Hawn diverġenzi mhux ħażin għax min jirregola mod u min jirregola mod ieħor.", "Hawn pajjiżi li diġà qed iħaddmu l-mudell li qed nipproponu aħna f'din il-liġi - anke jekk b'xi differenzi fid-dettall - jiġifieri l-mudell li biex wieħed jaħdem ta' konservatur-restawratur importanti li jkollu ċertifikat li għamel ċertu studju u taħriġ u għandu l-warrant mill-istat.", "Hawn pajjiżi li għadhom ma waslux biex jadottaw din is-sistema u jimxu kif imxejna aħna sal-lum, fejn ma jkunx hemm mod formali kif wieħed jirregola u jikkontrolla l-operat ta' min qiegħed jintervjeni fuq opri u bini li huwa ta' valur kbir għall- patrimonju kulturali.", "Imbagħad ikollok taċċetta li jsiru żbalji, drabi oħra jsir xogħol tajjeb u f'ħafna okkażjonijiet il-pajjiżi li m'għandhomx in-nies li qed jitħarrġu f'dan il-kamp jinqdew ukoll bl-esperti li jiġu minn barra dak il-pajjiż.", "Aħna ħassejna li wasal il-mument li nagħtu importanza lix-xogħol tar- restawr u tal-konservazzjoni ħafna iktar milli tajna sal-lum u li nipprovaw noħolqu dak il-mekkaniżmu li permezz tiegħu nkunu nistgħu nassiguraw li n- nies li jaħdmu ta' restawraturi u konservaturi jkunu ppreparati.", "Ma nistgħux nitolbu li dawk li se jaħdmu f'dan il-kamp ikollhom preparazzjoni akkademika ta' livell terzjarju, ta' livell xjentifiku, taħriġ vokazzjonali mill-iktar għoli u ninsistu li dawn ikollhom ukoll il-gradi universitarji, imma mbagħad ma nagħtuhomx l-istatus permezz tal-warrant.", "Għax inkella f'ċertu sens konna noħolqu diskriminazzjoni bejn dawk li jagħmlu s- sagrifiċċju u li jgħaddu minn kors ta' erba' snin f'istituzzjoni universitarja, bħalma hu l-istitut għall-istudji taċ-ċentru Malti tar- restawr, u l-oħrajn li ma jkunux għamlu dawn l-istudji, u jkunu kisbu ċerti ħiliet minn apprendistat li jkunu għamlu imma ma jkollhomx il-bażi xjentifika li jirrikjedi dan ix-xogħol.", "Ladarba għandna l-possibbiltà ta' studju u taħriġ - sew fl-università ta' Malta, b'korsijiet li qed tagħmel fil-fakultà ta' l-arti, u b'mod iktar speċjalizzat anke fl-istitut għall-istudji taċ-ċentru Malti tar-restawr li huwa wkoll approvat mis-senat ta' l-università - allura ħassejna li l-pass li kien imiss huwa proprju li nipproponu li min jaħdem f'dan il-kamp irid ikollu l-warrant.", "Il-liġi li għandna llum hija mfassla fuq mudell ta' liġijiet oħra li għandna.", "Aħna ħarisna lejn dak li jgħidu l-liġijiet tal-periti, tat-tobba u ta' l-inġiniera fejn jidħol il-warrant u pprovajna nadattaw ċerti affarijiet.", "Però wara li smajt il-kummenti ta' l-Onor.", "Bartolo rajt li hemm dettalji li jridu ftit iktar ħsieb u rridu nbiddlu xi affarijiet biex inġibuhom ftit iktar konformi ma' dak li hawn bżonn f'dan is-settur.", "Irridu noqogħdu attenti li ma niġux fis-sitwazzjoni li filli llum hawn diversi nies li jaħdmu ta' restawraturi u konservaturi u f'daqqa waħda nsibu ruħna f'diffikultà dwar min se jagħmel ix-xogħol minħabba l-esiġenzi qawwija ħafna li qed tagħmel il-liġi.", "Anke l-manjiera kif inhuma definiti ċerti affarijiet m'hijiex ċara biżżejjed, allura jista' jidħol dubju dwar min se jagħmel ċertu xogħol fuq patrimonju kulturali, jekk wieħed ikunx qed jiġi eskluż milli jagħmel dak ix-xogħol għax xi ħadd jista' jgħid li biex jonġor ġebla partikolari jrid ikollu warrant.", "Allura fil-kors tad-diskussjoni u tat-tibdil li se nressqu rridu nkunu ċerti li l-affarijiet jiġu gradati bil-manjiera t-tajba biex inpoġġu l-warrant għax-xogħol li jirrikjedi l-warrant, imma biex isir ix- xogħol manwali nitolbu li jkun hemm ċertifikazzjoni oħra.", "L-abbozz ta' liġi kif inhu sal-lum qiegħed jitlob li jkun hawn bord tal- warrant tar-restawraturi.", "Allura n-nies li jridu jaħdmu ta' konservaturi- restawraturi, li jistgħu jkunu ġew ippreparati mill-università permezz ta' l-istitut ta' l-istudji tar-restawr jew ikollhom kwalifiki ta' istituzzjonijiet universitarji barranin, li jakkwistaw kwalifiki li jkunu ekwivalenti għal dawk li qegħdin nitolbu fil-liġi, iridu jissottomettu l- applikazzjoni għall-warrant lil dan il-bord.", "Aħna għandna min jgħallem, min iħarreġ, min jeżamina biex jagħti d-degree u mbagħad hawn il-bord tal- warrant tar-restawraturi li huwa differenti u għandu l-awtonomija tiegħu, bħalma l-kunsill mediku u l-bord tal-warrants tal-periti għandhom l- awtonomija tagħhom.", "Il-bord tal-warrant tar-restawraturi jkun magħmul minn president li jkollu kwalifiki li bihom jista' jinħatar imħallef, jiġifieri avukati li jkunu ilhom bil-warrant għal 12-il sena.", "F'dawn it-tip ta' bordijiet dejjem jinħass il-bżonn li l-president tal-bord tkun persuna li għandha training legali għax għalkemm il-materja m'hijiex essenzjalment legali, imma hija iktar materja li tirrikjedi li wieħed ikun jaf il-kontenut tal-korsijiet ta' dan il-kamp partikolari, il-kwalifiki meħtieġa u x'qed jiġri barra l- pajjiż, b'danakollu bniedem b'dak it-tip ta' training sal-lum ġie ritenut li jkun iktar idoneu biex imexxi dan it-tip ta' bord.", "Se jinħatar membru ieħor mill-ministru minn fost dawk li jkollhom il-warrant diġà u jridu jkunu ilhom jaħdmu ta' konservaturi-restawraturi għal mill-inqas tmien snin.", "Qed jiġi suġġerit li jinħatar membru ieħor miċ-ċentru tar-restawr minn fost dawk li jkollhom il-warrant diġà u jkollhom esperjenza ta' mill- inqas tmien snin.", "Kif jiġri f'dawn it-tip ta' bordijiet qed nipproponu li jkun hemm żewġ membri li jkunu eletti għal żmien sentejn b'vot sigriet minn fost il- konservaturi-restawraturi li għandhom warrant għal dan l-iskop.", "F'dawn it- tip ta' bordijiet dejjem insibu li jkun hemm il-preżenza ta' membri mill- istess professjoni, nies li jkunu magħżula minn sħabhom stess għaliex dawk ikunu ġejjin mid-dinja tar-realtà tal-kamp tar-restawr u konservazzjoni u jkollhom anke l-warrant.", "Wieħed jittama li meta ssir din it-tip ta' elezzjoni l-membri jagħżlu tnejn li jkollhom ċertu rikonoxximent tal- kompetenza, ta' l-esperjenza u tad-dehen tagħhom, għaliex huwa permezz ta' dawn it-tip ta' membri li wieħed jista' jassigura li l-warrant ikun qed jingħata lil nies li tassew ħaqqhom.", "Sur President, qed naraw li fuq dan il-bord se jkollna taħlita ta' nies li wħud minnhom se jinħatru mill-gvern, oħrajn miċ-ċentru Malti tar-restawr, u oħrajn jiġu eletti minn fost id-detenturi ta' warrant infushom.", "Dan il- bord se jkun jista' jikkonsidra l-applikazzjonijiet ta' dawk li japplikaw biex jinħarġilhom warrant, huwa l-bord li jrid jara li n-nies li qed japplikaw għandhom kondotta tajba u l-kwalifiki li qed tistabbilixxi l- liġi.", "Però għad irridu ngħaddu minn sitwazzjoni fejn għandna nies li m'għandhomx dawn il-kwalifiki universitarji imma huma konservaturi- restawraturi mustaċċuni, kif jgħid il-Malti, għal sitwazzjoni fejn ikollna nies bi gradi universitarji li ġabuhom minn universitajiet barranin u fis- sentejn li ġejjin jibdew jilħqu anke minn Malta.", "Allura l-provvedimenti li rridu nikkonsidraw iridu jistabbilixxu x'inhuma l- kwalifiki akkademiċi li abbażi tagħhom wieħed ikun intitolat li jieħu l- warrant, imma rridu wkoll insibu l-manjiera kif nistgħu nagħtu warrant lill- konservaturi-restawraturi li ma kellhomx iċ-ċans li jmorru jagħmlu dan it- taħriġ f'Malta għax ma kienx jeżisti l-istitut għall-istudji tar-restawr.", "Dawn setgħu għamlu studju waħedhom jew taħt surmastrijiet barranin jew marru kisbu esperjenza barra minn Malta ma' restawraturi u konservaturi f'ċentri ta' restawr.", "U għalkemm dawn il-persuni ma jkunux ħadu l- kwalifika akkademika formali xorta waħda jkun jistħoqqilhom jiġu afdati bir- restawr u bil-konservazzjoni.", "Dan li qed tipprova tagħmel din il-proposta li għandna fil-liġi li nispera li meta nġibu l-emendi nkunu tejjibnieha.", "Fi klawsola 31 qegħdin ngħidu li jista' japplika għall-warrant min ikun iggradwat bħala baċċillier fl-istudji tal-konservazzjoni u r-restawr mill- università ta' Malta jew li jkollu f'idejh kwalifiki akkademiċi li jkun kiseb wara li jkun temm b'suċċess xi kors ta' studju ta' mill-inqas tliet snin full-time, jew għal żmien ekwivalenti part-time, f'dik l-università jew istituzzjoni akkademika oħra li tista' tkun rikonoxxuta mill-bord li kont qed nitkellem fuqu.", "Meta niġu għall-kwestjonijiet ta' ekwivalenza ta' kwalifiki, kif isir fil- każ ta' kwalifiki oħrajn, irridu nagħmlu riferenza għall-Att ta' l- Edukazzjoni, fejn jingħad li huwa s-senat ta' l-università bl-għajnuna ta' bord apposta li jiċċertifika l-ekwivalenza ta' kwalifiki akkademiċi barranin.", "Hawnhekk irridu nkunu konformi ma' l-oqsma l-oħra tal-pajjiż fejn si tratta ċertifikazzjoni ta' l-ekwivalenza.", "Qegħdin ngħidu wkoll li wara li wieħed ikun ġab dan id-degree irid ikun tħarreġ f'Malta għal perjodu ta' mhux inqas minn sentejn taħt is-superviżjoni ta' xi detentur ta' warrant prattikanti.", "Hawnhekk irridu niċċarawha għaliex jista' jagħti l-każ li xi ħadd ikun għamel dan it-taħriġ barra minn Malta.", "Jien naħseb li m'għandniex neskludu lil xi ħadd li jkun kiseb grad minn Malta f'dan il- kamp tar-restawr u konservazzjoni imma għamel it-taħriġ barra minn Malta.", "Illum huwa faċli li wieħed jiċċertifika dawn l-affarijiet biex nassiguraw li xi ħadd li jkollu din il-preparazzjoni akkademika u dan it-taħriġ li qed tesiġi l-liġi jkun intitolat għal dan il-warrant.", "Hemm ukoll il-possibbiltà li xi ħadd japplika għal dan il-warrant, allavolja ma jkollux degree mill-università, jekk ikun ħadem ta' konservatur f'Malta jew barra minn Malta għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il sena u li, fil-fehma tal-Bord tal-warrant tar-restawraturi, ikollu l- kompetenza u l-abbiltà akkademika meħtieġa.", "Dan qed nagħmluh għax nafu li f'Malta għandna restawraturi u konservaturi ta' kompetenza u ta' abbiltà li ilhom numru ta' snin jaħdmu f'dan il-kamp u lil dawn wieħed ma jistax jgħidilhom li ladarba m'għandhomx id-degree ta' l-università ma jistgħux jingħataw il-warrant.", "Dan ma jkunx jagħmel sens u lanqas huwa ġust għax, nerġa' ngħid, min ta prova għal dawn is-snin li qed tistabbilixxi l-liġi għandu jingħata l-warrant f'din il-fażi inizjali ta' dan il-proċess.", "Naturalment għad jiġi żmien, kif ġara f'ħafna professjonijiet oħrajn, fejn in-nies kollha li jkunu se jaħdmu f'dan il-kamp ikunu kollha kwalifikati.", "Aħna qed nitkellmu fuq xi ħadd li għandu 15-il sena prattika imma se jiġi ż- żmien meta n-nies li għandhom din l-esperjenza jispiċċaw u minflokhom ikunu daħlu n-nies li akkwistaw il-kwalifiki akkademiċi meħtieġa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'xi ħin se jkollna nikkonsidraw każi - li l- abbozz ta' liġi kif inhu diġà jaħseb dwarhom - ta' nies li jiġu minn barra biex jagħmlu xogħol ta' restawr u konservazzjoni f'pajjiżna.", "F'dan il-każ jien qed nifhem li l-bord jeżamina l-kwalifiki li jkollhom.", "Fl-oqsma fejn għandna nuqqas ta' nies imħarrġa mhux se jkun hemm problema għax hemmhekk huwa ċar li se jkollna bżonnhom, imma x'se jiġri f'dawk l-oqsma fejn għandna nies imħarrġa u meqjusin ta' ħila u ta' kompetenza tajba, għalkemm anke dik tista' tkun daqsxejn soġġettiva għax forsi jkun hemm min jaqbel u min ma jaqbilx.", "Qed ngħid dan għax, jekk jien informat tajjeb, dan jista' jiġri probabbli anke qabel ma tgħaddi din il-liġi.", "Jien informat li dan l-aħħar waqa' xi kwadru fil-parroċċa taż-Żejtun u l-Arċipriet qed jesiġi li x-xogħol tar- restawr isir mit-Taljani.", "Ma nafx jekk hux hu jew inkella min jieħu ħsieb il-wirt storiku u kulturali tal-knisja li qed jinsisti fuq dan il-punt.", "Jista' jkun li hemm ir-raġunijiet għaliex irid li jsir hekk.", "Inkun prużuntuż jekk niġġudika għax ma nafx il-każ, però naf li r-restawraturi lokali diġà qed jilmentaw għaliex se jiġu mwarrbin.", "Nerġa' ngħid li m'iniex se nidħol fil-mertu tal-każ għax trid tkun tafu biex targumenta min għandu raġun u min m'għandux raġun.", "Meta niġu ffaċċjati b'sitwazzjoni bħal din - qed insemmi dan il-każ mhux biex niddiskutuh, imma żgur li se jinqalgħu każi bħal dan - l-abbozz ta' liġi kif inhu x'għodda se jagħti lill-bord biex nirregolamentaw rwieħna f'każi bħal dawn?", "Kif spjega l-ministru diġà, il-bord għandu l-kriterji tiegħu ta' kif se jagħti dawn il-warrants.", "Meta nidħlu fid-dettall forsi jkollna ċ-ċans li ngħidu x'jiġri jekk ikun hemm xi ħadd li jħoss li huwa kkwalifikat biex jingħata warrant u għal xi raġuni jew oħra l-warrant ma jingħatalux skond il-kriterji li jkun hemm.", "Imma ejja ma nikkomplikawx l-argument.", "Kif inhu l-abbozz ta' liġi llum - u jekk hemm bżonn nirriflettu aktar dwaru - qed jaħseb x'se jiġri f'każ li jiġu minn barra restawraturi bil-kwalifiki biex jagħmlu xogħol hawn Malta?", "Qed ngħid dan bl-ebda xenophobia, mingħajr ebda intenzjoni li nagħmlu swar biex ma jiġux jaħdmu l-barranin hawn Malta.", "L-ewwelnett hemm oqsma fejn assolutament ma jagħmilx sens li nagħmlu hekk u naħseb li wieħed jitgħallem meta jara lil ħaddieħor jaħdem.", "Din hija xi ħaġa tajba sakemm ma twassalx biex jitwarrbu nies kompetenti Maltin.", "F'dak il-każ ma tkunx ħaġa tajba.", "Qed ngħid dan għax aħna għandna t-tendenza li nbaxxu lin-nies tagħna u għax jiġi xi ħadd minn barra neċessarjament dan se jkun aħjar.", "Bl-ebda mod ma rrid niġi interpretat li qed nesprimi dan b'xi xenophobia, b'xi biżgħa mill-barranin.", "Assolutament mhux il-każ, imma lili jweġġagħni - u jweġġa' aktar lin-nies li jaħdmu f'dan il-qasam - l-fatt li, per eżempju, smajt li jrid isir xogħol ta' eżami ġeoloġiku tal-bażi ta' l- Imdina fejn għandna ħafna problemi li jitolbu survey ġeoloġiku ta' l- Imdina, u sfortunatament hawn Malta għandna t-tendenza li għax xi ħadd ikun perit naħsbu li għandu bażi ġeoloġika biżżejjed.", "Dan mhux il-każ għax sfortunament qasam li s'issa injorajna ħafna fl-istudji tax-xjenza tagħna f'kull livell, kemm fil-primarja, fis-sekondarja u anke fit-terzjarju, huwa proprju l-istudji u x-xjenza tal-ġeoloġija.", "U allura ħafna drabi qed noqogħdu fuq periti li l-formazzjoni xjentifika tagħhom ma teħodhomx biex jifhmu sewwa fil-ġebel, fl-istratifikazzjoni tal-gżejjer tagħna biex imbagħad isir xogħol arkeoloġiku kif suppost.", "Jien informat li għandna min hu mħarreġ u kkwalifikat anke f'istituzzjonijiet edukattivi qawwija, huwa Malti u studja proprju l- ġeoloġija tal-post - għax ġeologu, jitgħallem fejn jitgħallem, żgur se jkollu jadatta ruħu mbagħad għar-realtà speċifika fejn imur - u persuna bħal din tiġi mwarrba fis-surveys li jsiru ta' l-Imdina.", "Imbagħad jiġi Franċiż minn barra li, anke minħabba l-professjonalità tiegħu, jgħid li huwa jaf il-metodi tax-xjenza u l-metodi ta' kif jesplora, imma r-realtà ġeoloġika partikolari speċifika lokali Maltija ma jafhiex u jrid jitgħallem x'inhi l-istrata ġeoloġika f'Malta.", "U dan idur fuq il-Malti u jitolbu biex jagħmillu dan ix-xogħol hu peress li jkun studjaha.", "Naħseb li rridu naħsbu għal dawn is-sitwazzjonijiet għax filwaqt li bilfors irridu nitgħallmu minn ħaddieħor u aħna wkoll nagħtu kontribut, irridu noqogħdu attenti.", "Diġà kelli ċ-ċans niġbed l-attenzjoni, kemm fl-istadju tat-Tieni Qari u kemm fl-istadju tal-kumitat, għax kultant - din ma tiġrix f'Malta biss imma aħna qed nitkellmu fuq Malta - isir xogħol ta' konservazzjoni fejn għal xi raġuni jew oħra ma tiġix użata t-teknika l- iktar idonea u meħtieġa.", "U kif spjega l-ministru, aħna rridu li din il- liġi ddaħħal is-serjetà meħtieġa f'dan il-qasam.", "Ladarba qed nitkellmu fuq dan, anke biex nagħmilha ċara li m'iniex sempliċement qed niffilosofizza jew nitkellem b'mod teoretiku, jien għandi kurżità kbira meta jgħaddi ftit aktar żmien, biex nara x'inhu l-effett tax- xogħol li sar fuq il-knisja ta' Santa Katerina.", "Kif spjegawli nies li jifhmu - u qed inkun kawt ħafna kif nesprimi ruħi għax jien ma nifhimx f'dan il-qasam u nkun prużuntuż ħafna jekk nasal għal ġudizzji ta' malajr - fil-bidu dik il-knisja dehret ħafna aħjar minn kif kienet qabel sar ix- xogħol tar-restawr, imma hemmhekk ġiet użata teknika li mhux suppost.", "U dan il-kumment smajtu kemm mingħand Maltin u anke mingħand Taljani li kienu qed iżuruna f'dawn il- jiem ta' vaganzi, li wieħed iżomm kuntatt magħhom għax huma nies li jifhmu f'dan il-qasam.", "Dawn qaluli li jibżgħu li minn hawn u ftit ieħor dak ix- xogħol li deher tant sabiħ fuq il-Knisja ta' Santa Katerina se jirriżulta li ma sarx kif suppost.", "Il-mistoqsija hi jekk intużatx teknika li tgħodd għat-tufo Taljan, imma mbagħad ma tgħoddx għall-ġebla tal-franka Maltija.", "Meta nesprimi ruħi b'dan il-mod inkun kawt ħafna għaliex, nerġa' ngħid, jien m'iniex bniedem tal-mestier.", "Inħoss li din it-taqsima hija kruċjali ħafna u għalhekk meta kont qed nikkorrispondi mal-kollegi li qed jiddraftjaw il-liġi, fost affarijiet oħra, semmejt li għandu jkun hemm il- kodiċi ta' etika għall-konservaturi u r-restawraturi li jista' jkun xi skeda fil-liġi.", "Ikun interessanti nisimgħu kif naħsbu li għandna niffaċċjaw dan il-konċett, imma ċertament nawgura li naħsbu f'kodiċi ta' etika.", "Jeħtieġ ukoll li jiġu żviluppati guidelines għax-xogħol ta' konservazzjoni, għalkemm ma nistgħux nimmaġinaw guidelines li se jaħsbu għal kull entwalita` għax inkella ma jispiċċaw qatt.", "Ma rridux nintilfu biex noħolqu patafjun ta' dokumenti li ma jfissru xejn.", "Jien nippreferi dokumenti ċari, qosra, serji u u naħdmu fuqhom biex ninforzawhom milli noqogħdu nitkellmu u niktbu ħafna u mbagħad ma jservu għal xejn.", "Nixtieq li naħsbu iktar fuq il-kuntatt ma' barra u l-kuntatt tal-barranin li jiġu fostna, mhux biex nagħmlu xi xkiel bla sens, imma bl-idea li l- intervent minn barra jkun intervent f'waqtu, serju u kif meħtieġ skond ir- realta` tagħna.", "Sfortunatament - u din ma tiġrix biss f'Malta - mhux l- ewwel darba li nies li jifhmu f'ċerta realta` jmorru f'realta` oħra fejn ma jistgħux awtomatikament jittrasferixxu n-knowhow tagħhom, għaliex tkun tiddependi ħafna mill-klima, mill-ġeoloġija, u mill-kondizzjonijiet kollha ta' dik ir-realta` partikolari.", "Importanti ħafna li nagħtu kas ta' dan kollu għax aħna ngħixu ma' dawn l-affarijiet.", "U l-fatt li min qed jaħdem hawn qiegħed jgħix hawn, huwa differenti minn meta jiġi xi ħadd hawnhekk għal ftit ġimgħat u jerġa' jitlaq, għax dan mhux se jgħix mar-riżultati ta' dak li jkun għamel.", "Aħna jkollna ngħixu magħhom.", "Ladarba qed immissu liġi li ilha snin u snin twal ma tintmess u kulħadd qed jipprova jagħmel biċċa xogħol mill-aħjar li jista', importanti ħafna li naħsbu f'dawn ir- realtajiet li għadni kif semmejt.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dawn il-punti huma interessanti u rilevanti ħafna, imma m'għandhomx soluzzjoni faċli.", "L-ewwelnett ejja naraw x'jiġri sal-lum f'oqsma oħrajn.", "F'diversi professjonijiet għandna liġijiet li jistabbilixxu x'taħriġ universtiarju u edukazzjoni għolja, x'esperjenza jrid ikollu, u anke x'warrant wieħed irid ikollu biex jaħdem f'dik il-professjoni.", "Jekk nieħdu l-qasam mediku jew oqsma oħrajn insibu li f'ħafna każijiet, jekk jiġi xi ħadd minn barra u l-kwalifiki akkademiċi tiegħu jiġu rikonoxxuti mill-universita` ta' Malta, huwa jkun jista' japplika għall-warrant lil dak il-bord jew kunsill li jirregola dik il- professjoni.", "Sta għal dak il-kunsill jew dak il-bord jekk jikkonċediex dak il-warrant.", "Sal-lum għandna l-kwestjoni taċ-ċittadinanza li taħt ċerti aspetti tillimita l-influss ta' dawn in-nies, imma żgur li fejn jidħlu diversi speċjalitajiet il-bordijiet konċernati dejjem ikkonċedew li jagħtu l- warrant konċernat biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.", "Fl-aħħar mill- aħħar f'ċertu sens huwa l-kunsill li jirregola l-ħruġ ta' dak il-warrant.", "Hawnhekk diġà qegħdin naħsbu biex ninvestigaw il-kwalifiki tal-barranin li jiġu fostna għax sal-lum m'hawn ebda awtorita` li għandha dritt tinvestiga l-kompetenza tagħhom.", "Jiġu barranin jippreżentaw ruħhom bħala nies li għandhom l-esperjenza u l-kompetenza imma m'għandniex manjiera kif nistgħu nagħmlu verifika ta' din il-kompetenza.", "B'dan li qed nagħmlu llum se noħolqu kontroll ħafna ikbar milli għandna sal-lum.", "Dan huwa kamp li għadna qegħdin nibnuh, allura f'oqsma fejn m'għandniex l-ispeċjalita` meħtieġa żgur li wieħed ikollu jaċċetta - u jkun qed jiżbalja jekk ma jagħmilx hekk - li jġib esperti barranin.", "Issa jifdal l-aspett l-ieħor.", "Mela l-ewwel aspett hu li l-liġi qiegħda timla vojt billi toħloq mekkaniżmu dettaljat, bi standards għoljin - kien hawn min qalilna li huma għoljin wisq u li qegħdin nesaġeraw b'dak li qegħdin nitolbu bħala kompetenza - biex nassiguraw li min se jaħdem f'dan il-kamp ikollu dawn l-istandards.", "Mela żgur li m'hu se jiġi l-ebda barrani jippreżenta ruħu bħala restawratur-konservatur biex jaħdem f'dan il-kamp jekk mhux se jissodisfa lill-bord b'dawn il-kwalifiki.", "Pero` jifdal l-aspett tal-mentalita` tagħna l-Maltin li, minkejja li tibda tinvesti biex ikollok nies imħarrġa professjonalment, li jieħdu kwalifiki li tirrikonoxxihom l-universita` ta' Malta u li jirrikonoxxuhom anke istituzzjonijiet barranin fil-kamp tar- restawr, xorta kultant niltaqgħu ma' dawk il-każijiet fejn il-Malti li jippreferi lill-barrani.", "Ġieli niltaqgħu ma' din l-attitudni anke f'oqsma oħrajn.", "F'każijiet fejn ikun hemm bżonn li jiġi barrani bl-expertise u bir- rikonoxximent internazzjonali meħtieġ, ikun żball jekk ma nirrikorrux għalih għal xogħol ta' speċjalizzazzjoni.", "Imma hemm dawk il-każijiet fejn, minkejja li jkun hemm Maltin li għandhom track records f'dan il-kamp, aħna l-Maltin stess kultant nippreferu barranin jagħmlu dan ix-xogħol.", "Din hija kwestjoni ta' edukazzjoni u hija l-esperjenza li trid tgħallimna.", "L-ewwelnett, nerġa' ngħid, restawratur, konservatur Malti li rajt xogħlu, li rajt ir-riżultati tiegħu jkollok il- fiduċja fih.", "Dan huwa kamp fejn għandna ftit nies, imma hawn ħafna affarijiet li rridu nirrestawraw u nikkonservaw bil-metodi l-iktar professjonali.", "Jekk inħarsu lejn ix-xogħol li qed isir bħalissa fil-Palazz insibu li għandna barranin li qed jaħdmu ma' xi Maltin fil-Kamra tal- Paladini.", "Jekk niġu biex naħdmu fuq ċerti statwi tal-bronż s'issa għadna niġu bżonn il-barranin ukoll.", "Però ma jdumx ma jibda jkollna iktar Maltin li huma altro che kwalifikati biex jaħdmu.", "Irridu nkunu aħna l-Maltin li nagħtu ċ-ċans lil ħutna l- Maltin li jaħdmu f'dan il-kamp, u jien nippretendi li l-gvern u l- istituzzjonijiet governattivi jkunu huma l-ewwel li jibdew jippreferu lill- Maltin biex jagħmlu x-xogħol tar-restawr f'dawk l-oqsma fejn ikollna Maltin.", "Naħseb li din hija wkoll parti minn policy li l-gvern irid jafferma.", "Irridu nibdew ngħidu li affarijiet tal-gvern, jew li l-gvern għandu kontroll effettiv fuqhom, għandhom jiġu restawrati minn Maltin, jekk għandna Maltin li għandhom il-kompetenza meħtieġa.", "Naturalment jekk ma jkollniex Maltin li jkollhom dik il-kompetenza x-xogħol ikun jista' jsir mill-barranin.", "B'hekk nibdew nagħtu ċ-ċans li l-Maltin jiksbu s-savoir faire u jiksbu l-fiduċja ta' kulħadd.", "B'din il-manjiera nkunu nistgħu nassiguraw li n-nies tagħna li għandhom il-kwalifiki u li jagħtu r- riżultati m'għandhomx għalfejn jiddejqu mill-ebda kompetizzjoni f'dan il- kamp.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, nixtieq nistaqsi lill-ministru dwar il- kwestjoni tal-warrants u l-kwalifiki marbuta magħhom.", "Il-kumment ta' l- Onor. Bartolo qabel kien fis-sens li jekk ikun hemm xi tip ta' xogħol - hu x'inhu x-xogħol, m'iniex se nidħlu fil-mertu ta' xi każ partikolari, imma jistgħu jinqalgħu dawn il-każi - li tista' tagħmlu persuna li diġà hija kkwalifikata u għandha l-warrant minn pajjiżna, il-warrant lokali se jkun rikonoxxut barra wkoll?", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk ikun hemm opportunità li l-Maltin jirbħu xi biċċa xogħol barra minn Malta, dawn ikunu jistgħu jagħmluha mingħajr tfixkil.", "Barra minn hekk, f'dawk il-każi fejn għandek persuni barranin li huma kkwalifikati diġà minn pajjiżhom, xorta waħda għandhom bżonn jidhru quddiem il-bord li se jitwaqqaf permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, jew inkella japplikaw biss għall-work permit f'pajjiżna?", "Il-ministru semma li bħalissa l-università għandha s- saħħa li tagħti l-warrants fuq dan it-tip ta' xogħol.", "Allura f'każ ta' persuni barranin li huma diġà kkwalifikati skond il-kriterji ta' pajjiżhom, dawk se jkunu rikonoxxuti u mbagħad japplikaw biss għall-work permit?", "U t- tieni mistoqsija hija jekk il-kwalifiki ta' Maltin li jieħdu l-warrant f'pajjiżna humiex se jkunu rikonoxxuti barra minn Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett ħalli nwieġeb għat-tieni mistoqsija dwar jekk humiex se jkunu rikonoxxuti barra minn Malta l-warrants li jingħataw hawn Malta.", "Ir-risposta hija li sal-lum fuq xejn m'hawn rikonoxximent awtomatiku.", "Fl-kamp ta' l-edukazzjoni u wisq iktar fil-kamp ta' l- universitajiet kull università għandha l-korsijiet tagħha u kultant ġo l- istess pajjiż università bilkemm ma ssibx diffikultà fil-konfront ta' kwalifiki ta' università oħra għax ivarjaw minn waħda għall-oħra.", "F'dan ir- rigward ilhom għaddejjin diskussjonijiet għal numru ta' snin u hemm tentattivi mhux li jkun hawn xi liġi Ewropea f'dan il-każ li timponi r- rikonoxximent tal-kwalifiki ta' l-universitajiet tal-pajjiżi Ewropej, iżda biex l-universitajiet iqarrbu lejn xulxin l-entry requirements, it-tul u l- kontenut tal-korsijiet.", "Kieku kellu jintlaħaq dan l-iskop li kien beda b'diskussjonijiet bejn retturi u ministri ta' l-edukazzjoni f'Bologna xi erba' snin ilu, allura jkollna bażi fejn università tibda taċċetta l-kwalifiki u l-korsijiet ta' universitajiet oħrajn, jew f'korsijiet partikolari università tkun tista' taċċetta biċċa mill-korsijiet għax jista' jkollok studenti li biċċa mill- kors jagħmluh f'università u l-biċċa l-oħra jagħmluha f'università ta' pajjiż ieħor.", "Qed ngħid dan biex nuri li m'hawn l-ebda rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki akkademiċi jew tal-warrants, lanqas meta nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-universitajiet sal-lum għad għandhom id- dritt li jinvestigaw u jagħmlu verifika tal-kwalifiki ta' l-universitajiet l-oħrajn.", "Il-kwestjoni tal-work permit hija totalment differenti.", "Illum jista' jkollna miljun work permits, imma jekk il-bord tal-warrants ma joħroġx il- warrant wieħed ma jkunx jista' jaħdem.", "U bil-maqlub, il-bord tal-warrants jista' joħroġ il-warrant però wieħed xorta ma jkunx jista' jaħdem jekk ma jkollux il-work permit, irid ikollu t-tnejn.", "Imma dawn huma żewġ affarijiet differenti.", "Meta niġu biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea naturalment għal dawk li huma membri ma tkunx tapplika l-kwestjoni tal-work permit imma l-kwestjoni tal-warrant tapplika xorta waħda.", "Jiġifieri m'hemmx kwestjoni ta' rikonoxximent awtomatiku.", "Nistgħu ninnegozjaw rikonoxximent ma' pajjiżi oħra fuq bażi reċiproka, għalkemm mhix faċli li tagħmilha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Din trid issir abbażi ta' pajjiż jew inkella università ma' università?", "Għax inti stess semmejt li xi kultant lanqas universitajiet fl-istess pajjiż ma jirrikonoxxu l-kwalifiki ta' xulxin.", "Fil-fatt semmejt il-proċess li beda f'Bologna.", "Ejja nieħdu l-Italja fejn hemm ħafna universitajiet, jekk aħna ninnegozjaw ma' università f'Bologna, imbagħad irridu ninnegozjaw ukoll ma' università f'Ruma biex tirrikonoxxi l- kwalifiki ta' l-università ta' Malta wkoll.", "Jiġifieri din mhix kwestjoni ta' diskussjoni ta' gvern ma' gvern.", "Il-gvern Taljan ma jistax jimponi fuq l-universitajiet li għandu fl-Italja li jirrikonoxxu l-warrants ta' pajjiżna u aħna nirrikonoxxu tagħhom.", "Hija aktar ikkumplikata minn hekk.", "Sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-universitajiet kollha, u mbagħad il- pajjiż jitkellem f'isem l-universitajiet kollha ta' pajjiżu, se jkun iktar diffiċli li fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq dan il-ftehim għax irid isir bejn università u università oħra, indipendentement jekk hux fl-istess pajjiż jew le.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, il-gvernijiet jistgħu jinkoraġġixxu jew jissuġġerixxu, però fis-sistemi tar-reġjun tagħna u anke f'ħafna pajjiżi oħrajn l-universitajiet huma ġelużi għall-awtonomija tagħhom u mhux se jaċċettaw li xi gvern jimponilhom li jirrikonoxxu kwalifiki, jekk ma jkunux għaddewhom mill-passatur tagħhom.", "Fil-każ ta' Malta l-passatur huwa s-senat ta' l-università u hija l-università ta' Malta li trid titħaddet ma' l-università ta' Ruma, ta' Bologna, ta' Pariġi jew ta' l-Ingilterra abbażi reċiproka.", "Il-gvern jista' dejjem jgħin u jimbotta.", "Naturalment l-universitajiet li huma pubbliċi huma ftit iktar soġġetti għall-imbuttar tal-gvern minn dawk l-universitajiet li huma kompletament awtonomi mill-gvern.", "Issa niġi għall-mistoqsija l-oħra dwar barrani li għandu kwalifiki barranin.", "Hawnhekk irridu ngħaddu mill-proċess li qed nitkellmu dwaru.", "Meta din il-liġi tidħol fis-seħħ, jekk jiġi Taljan biex jaħdem ta' restawratur f'Malta, l-ewwelnett irid imur quddiem il-bord tal-warrants tar- restawraturi u jippreżenta l-kwalifiki tiegħu.", "Meta jippreżentahom il-bord se jitlob ċertifikat ta' ekwivalenza min-naħa ta' l-università.", "U din tkun tista' tgħid lill-bord li dan id-degree tat-tali università jew istitut huwa ekwivalenti għad-degree li jingħata mill-istitut ta' l-istudji tar- restawr kif hemm imsemmi fil-liġi.", "Apparti milli jkun hemm il-prova ta' l-ekwivalenza tal-kwalifiki, il-bord tar-restawraturi għandu d-dritt li jġiegħel lil dak il-barrani jagħmel eżami.", "Infatti fil-liġi ngħidu li biex wieħed jieħu l-warrant irid ikollu dan id-degree, ikollu esperjenza ta' sentejn u li jiġi eżaminat u approvat kif imiss mill-bord f'eżami jew eżamijiet għal dak l-iskop, hekk kif il- ministru jista', wara li jikkonsulta ċ-Ċentru, jippreskrivi.", "Iżda qed inżommu d-dritt li l-bord jista' jeżenta lill-persuna.", "Per eżempju, isem magħruf u aċċettat f'dan il-kamp tar-restawr huwa Guido Sante`.", "'Il quddiem Guido Sante` se jkollu jitlob li jingħata warrant jekk irid jagħmel xogħol ta' restawr f'Malta.", "Iżda mingħajr ma nindaħal lil dan il-bord li għad irid jitwaqqaf, ma nimmaġinax li dan il-bord jgħidlu li jrid jagħmillu eżami.", "Għalhekk ħallejna din il-possibbiltà ta' eżenzjoni.", "F'din il-liġi mxejna bħalma nimxu fil-każ ta' professjonijiet oħrajn.", "Jekk jiġi tabib minn barra l-kunsill mediku jista' jitolbu li joqgħod għal eżami.", "Għandna każijiet ta' tobba li jistgħu jkunu ħadu l-kwalifiki tagħhom minn universitajiet barranin li ġew Malta u żżewġu mara Maltija.", "Il-fatt li żżewġu mara Maltija jagħtihom id-dritt li jaħdmu f'Malta imma ma jagħtihomx id-dritt awtomatiku li jaħdmu ta' tobba, iridu japplikaw lill- kunsill mediku.", "Sakemm ma nkunux qed nittrattaw ma' speċjalisti, il- kunsill mediku kważi dejjem iġegħelhom jagħmlu eżami.", "U kellna każijiet fejn applikant li kellu l-kwalifiki tal-mediċina minn università barranija m'għaddiex mill-eżami tal-kunsill mediku.", "Jiġifieri r-rikonoxximent m'huwa awtomatiku at no point, la tagħna barra minn Malta u lanqas tal-barranin hawn Malta.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Meta persuna Taljana tapplika għall-warrant quddiem dan il-bord li għad irid jitwaqqaf, l-università trid tagħti ġudizzju li l- kwalifiki tiegħu huma ekwivalenti għal dawk li għandna hawn Malta, imbagħad il-bord jagħti l-warrant għax iħoss li jista' joqgħod fuq il-ġudizzju ta' l- università.", "Naturalment imbagħad hemm il-kwestjoni tal-work permit li ma tiddependix minnhom.", "Però ladarba taw il-warrant lil dan l-individwu li ġej mill-università ta' Ruma jfisser li qed jaqblu li hemm ekwivalenza bejn il-kwalifiki ta' l-università ta' Ruma u ta' l-università ta' Malta.", "Apparti li dan jista' jservi ta' preċedent, u allura jekk jiġi t-tieni persuna minn Ruma se jsib ix-xogħol lest, dan jista' jwassal biex ikun hemm rikonoxximent aktar malajr tal-kwalifiki ta' xulxin?", "Jekk f'dan il-qasam tar-restawr u konservazzjoni l-università ta' Malta diġà eżaminat il- kwalifiki li ġab dan it-Taljan mill-università ta' Ruma, allura dan jista' jwassal biex ikun hemm iktar rikonoxximent bejn l-università ta' Malta u l- università ta' Ruma fil-qasam tar-restawr u konservazzjoni.", "F'dak il-każ jaħseb il-ministru li r-retturi ta' l-università ta' Malta u ta' Ruma se jkollhom iktar triq faċli biex jilħqu dan il-ftehim?", "Tajjeb li dan jitqies bħala preċedent, jiġifieri jekk jiġi xi ħadd ieħor ma naħsibx li se jiġi rifjutat jekk ikollu l-istess kwalifiki, sakemm ma jkunx hemm affarijiet oħrajn li jitlob dan il-bord.", "Għax wieħed ma jridx jorbot idejn il-bord b'mod li ma jkunx jista' jżomm lil xi ħadd, jekk jidhirlu li dan mhux tajjeb biżżejjed, minkejja l-ġudizzju ta' l-ekwivalenza tal-kwalifiki min- naħa ta' l-università.", "Forsi l-ministru jista' jikkummenta xi ftit fuq dan.", "THE CHAIRMAN: Il-ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ladarba l-proċess jibda jitħaddem b'mod regolari, iktar ma jkollok applikanti barranin - jekk ikollna għax ma rridux nassumu li se jkollna - iktar l-awtorità li trid tistabbilixxi din l- ekwivalenza jkollha bażi fuqiex tiddeċiedi.", "Ħalli nġibu l-eżempju tal-lum.", "Illum is-senat ta' l-università ta' Malta jaf inside out x'jagħmlu l- universitajiet Ingliżi, diversi universitajiet Franċiżi, Taljani u Tedeski.", "Meta jiġi bniedem minn ċerti universitajiet u jippreżenta l-kwalifiki tiegħu, is-senat tant ikun jaf il-livell u s-serjetà ta' dawk l- universitajiet illi jkollu diġà informazzjoni biżżejjed u ma jkollux għalfejn joqgħod jagħmel xi verifika akkademika fid-dettall.", "Anke fil-każ tal-mediċina, l-università ta' Malta taf x'isarrfu l-kwalifiki tal-mediċina ta' diversi universitajiet Ingliżi.", "Qed ngħid diversi għax hemm universitajiet Ingliżi oħrajn li jagħtu kwalifiki li l-università tagħna ma taqbadx u taċċettahom kif ġieb u laħaq.", "Kif għedt inti, f'Malta għandna università waħda, imma fl-Ingilterra, fi Franza, fl-Italja u fil- Ġermanja hemm mijiet ta' universitajiet.", "In-numru ta' universitajiet f'pajjiżi oħrajn jistgħu jistabbilixxu bejniethom il-livelli ta' xulxin għax hemm dik il-kompetizzjoni, imma hawn Malta m'għandniex din il- kompetizzjoni peress li għandna università waħda.", "Però din il-ħin kollu qed tiġi ġġudikata minn ħafna universitajiet speċjalment fl-Ewropa għax illum għandna ħafna studenti li jkomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta u l-kwalifiki ta' l-università tagħna l-ħin kollu qed jiltaqgħu ma' din l- analiżi ta' universitajiet oħrajn.", "Għaldaqstant huwa minnu dak li qal l-Onor.", "Abela.", "Jekk tiġi f'Malta persuna li għandha degree fil-konservazzjoni u fir-restawr minn università Taljana, allura wieħed jara l-kontenut tal-korsijiet ta' dik l-istituzzjoni Taljana, jeżamina l-kwalifiki tal-professuri u tal-lecturers li jkunu qegħdin jgħallmu f'dawk il-programmi ta' studji, kif isiru l-eżamijiet, b'liema mod isir l-assessment u jiddeċiedi jekk dawk il-kwalifiki humiex ekwivalenti għal tagħna.", "Iżda jekk ftit wara jiġi xi ħadd ieħor mill- istess istitut u ma jkun inbidel xejn, dak ikun diġà kiseb ir- rikonoxximent.", "Allura, kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, ladarba l-università ta' Malta tkun eżaminat programm ta' studji, degree ta' università partikolari, meta jiġi bniedem li għandu dak id-degree xorta ssir l- applikazzjoni, però l-proċess ma jeħux l-istess tul ta' żmien daqskemm jieħu kieku tkun trid issir verifika akkademika mill-bidu għaliex ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni maħżuna diġà fl-università ta' Malta.", "Kif kont qiegħed ngħid il-liġi tirregola l-manjiera ta' kif jaħdem il-bord.", "Diġà tkellimna dwar il-kompożizzjoni tiegħu u issa nkunu nistgħu nirriflettu iktar fuqha f'seduti oħrajn.", "Qed nissuġġerixxu li l-president jiġi maħtur għal tliet snin, jiġifieri mhux xi ħadd li tista' taqbad u tneħħih, imma għandu term of office stabbilit bil-liġi.", "Il-ministru jista' jaħtru imma ma jistax jaqbad u jneħħih.", "Il-membri jibqgħu fil-kariga għal żmien sentejn u b'hekk ikollna rotation u mhux jinbidel kulħadd f'daqqa.", "Fi klawsola 34 hemm provvedimenti oħrajn li jitkellmu dwar il-quorum, dwar min ikun segretarju ta' dan il-bord u dettalji oħrajn li jirregolaw il- proċedura.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Rigward il-kompożizzjoni tal-bord paragrafu (d) ta' subklawsola 34(1) jgħid li żewġ membri jkunu eletti għal żmien sentejn b'vot sigriet minn fost id-detenturi ta' warrant infushom.", "Fil-preżent ma nafx jekk għandniex persuni li għandhom dan il-warrant, f'dak il-każ x'se jiġri fl-ewwel bord?", "Se jiġu nominati tnejn li qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol?", "U jekk għandna, dawn se jiġu organizzati f'xi tip ta' kamra bħal meta ngħidu l-Kamra tal-Periti u l-Kamra ta' l-avukati?", "Jiġifieri qed inħeġġu li dawn jingħaqdu bħala kamra tal-konservaturi u restawraturi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta tiġi biex taħtar l-ewwel bord ma jkollokx nies li għandhom il-warrant.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri lanqas għandna Maltin li ġabuh minn barra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, xejn.", "S'issa restawratur ma kellux bżonn warrant skond il-liġijiet tagħna.", "Allura meta tiġi biex taħtar l-ewwel bord ma tistax tgħid li se taħtar lil xi ħadd li għandu warrant jew se teleġġi tnejn li għandhom warrant.", "Għalhekk subklawsola 34(8) taħseb għal din il- fażi tranżitorja, jiġifieri f'ċertu sens irid ikollok bord li hu magħmul minn nies li m'għandhomx warrant ħalli huma jagħtu l-warrants u mbagħad jibda jkollok l-ewwel grupp ta' nies li għandhom warrant.", "Qed ngħidu li għal perjodu ta' sena - għalkemm wieħed irid jagħmel ftit rethinking dwar dan - il-bord ikun magħmul b'mod differenti.", "Ikun magħmul minn president li huwa bil-kwalifiki legali li semmejna għax minn dawk għandna biżżejjed, imbagħad il-ministru jaħtar iż-żewġ persuni l-oħra li fil-fehma tiegħu jkollhom il-kompetenza li jiflu l-ewwel applikanti għall-warrant.", "M'hemmx manjiera oħra kif din tista' tagħmilha.", "Jiġifieri l-ewwel bord li se jassessja l-warrants se jkunu nies li mhux bilfors għandhom il-kwalifiki li qed nitolbu.", "Hawnhekk m'aħniex fil-kamp tal-periti.", "Meta għaddejna l-liġi dwar il- periti u waqqafna l-bord li jagħti l-warrant jew inkella l-liġi dwar l- inġiniera u dawn bdew jingħataw il-warrant diġà kellna kwantità ta' inġiniera, allura stajna ngħidu kif ikun kompost, imma f'dan il-każ in-nies li se jkollhom il-kwalifiki akkademiċi jkunu għadhom se jibdew jilħqu.", "Allura għandna fażi tranżitorja fejn l-ewwel bord - u qed nippreskrivuh għax qed ngħidu \"għal perjodu ta' sena\", jiġifieri ma nistgħux nibqgħu b'din is-sistema in aeternum – se jitwaqqaf għal sena waħda biss minn meta tidħol fis-seħħ din il-parti tal-liġi biex ikun hemm l-ewwel mekkaniżmu li joħroġ l-ewwel warrants.", "Malli joħorġu bl-ewwel warrants awtomatikament ikun hawn il-possibbiltà reali li inti tagħmel il-bord b'nies li għandhom il-warrant ta' restawraturi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Paragrafu (a) ta' subklawsola 34(8) jgħid li l- president li se jkun maħtur minn fost persuni li jkunu jew li kienu kwalifikati li jkunu maħtura mħallfin f'Malta.", "X'inhu l-ħsieb wara dan?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq bord li jista' jagħti l-warrants, jorganizza u jirregola, u jiddeċiedi talbiet għal eżenzjonijiet mill-eżami għal warrant profesjonali, allura għalfejn il-president għandu jinħatar minn fost persuni li jkunu kwalifikati li jkunu maħtura mħallfin?", "Ejja ngħidu li jgħaddu s-snin - għax din se niktbuha fil-liġi – u mbagħad ikollna numru ta' persuni li jkollhom il-warrant, ikollhom iktar esperjenza, u jkun hemm min forsi jkompli jispeċjalizza mhux biss f'Malta imma anke barra, allura l- ministru ta' dak iż-żmien jista' jiddeċiedi li jagħżel wieħed li ddistingwa ruħu lokalment u li għandu numru ta' snin esperjenza.", "Għalhekk nistgħu nħalluha aktar miftuħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiġifieri qed tissuġġerixxi li l-president jista' jkun xi ħadd li ġej minn qasam ieħor, per eżempju, inġinier?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jkun mill-istess qasam bażikament.", "Jew wieħed jaraha perikoluża li l-president ikun mill-istess qasam?", "Forsi qed ngħidu li l-president irid ikun bniedem imparzjali jew li jista' jara l- affarijiet mill-punto di vista differenti mill-membri l-oħra li b'mod jew ieħor kollha huma relatati max-xogħol ta' konservazzjoni u restawr?", "Jiġifieri qisna qed ngħidu li l-president se jkun dak li se jżomm it-triq tan-nofs u mhux bilfors ikun espert fil-qasam.", "Qisu l-president mhux se jkun parteċipi fid-deċiżjoni, imma iktar jiżen u mbagħad bil-ġudizzju tiegħu jaqbel jew ma jaqbilx.", "Qed nitkellmu fuq bord ta' ħames membri; membru maħtur mill-ministru minn fost detenturi ta' warrant, li jkollhom mill-inqas tmien snin esperjenza, membru ieħor li jinħatar miċ-Ċentru minn fost detenturi ta' warrant, li jkollhom mill-inqas tmien snin esperjenza, u żewġ membri li jkunu eletti għal żmien sentejn minn fost id-detenturi ta' warrant infushom, għalkemm hemm dik il-proviso f'subclause (8).", "Allura jekk il-president ma jkollux background fuq is-suġġett, fejn se jitfa' l- vot tiegħu?", "Għalhekk l-ewwel mistoqsija tiegħi hija għalfejn huwa neċessarju li jkun persuna bi kwalifiki ta' imħallef.", "Nistgħu nikkonsidraw li fil-futur il-president jinħatar persuna mill-istess qasam?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Meta wieħed jara x'inhuma l-funzjonijiet tal-bord naħseb li huwa importanti li jkollok lil xi ħadd li m'huwiex minn dak is- settur.", "Jekk wieħed jara bordijiet oħrajn, għalkemm ikollhom preżenza qawwija tal-membri tal-professjoni partikolari, imma ma jkunux qegħdin hemmhekk biex jissalvagwardjaw biss l-interessi tal-membri ta' dik il- professjoni.", "Veru li xogħol il-bord tal-warrants tar-restawraturi huwa li jara li min se jaħdem f'dan il-kamp ikollu din il-kompetenza, imma mhux biss biex iħares l-interessi tar-restawraturi, iżda anke biex jipproteġi s- settur in ġenerali u l-interessi tal-patrimonju u tal-klijenti kkonċernati.", "Il-kritika li forsi wieħed jista' jagħmel hija fis-sens li huma kollha restawraturi ħlief wieħed.", "Ir-raġuni li qed nagħżlu persuna mill- professjoni legali hija biex insegwu l-mudelli tal-warrant boards l-oħrajn.", "Jekk tara l-kunsill mediku u bordijiet oħrajn, jekk m'iniex sejjer żball, il-liġijiet li għandna kollha jpoġġu, bħala presidenti ta' dawn il- bordijiet, avukat li jkollu numru ta' snin esperjenza u li jħares lejn l- affarijiet minn ċertu angolu.", "L-aspetti tekniċi u xjentifiċi tar-restawr mhux se jarahom min ikun president li huwa avukat għax ma jkunx jifhem, però jrid ikollok lil xi ħadd li jaf il-liġi u jagħtiha l-interpretazzjoni korretta u jassigra l-legalità ta' l-affarijiet li jsiru.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Naturalment il-persuni li llum diġà qegħdin jagħmlu dan it-tip ta' xogħol m'għandhomx warrant.", "Wara li tgħaddi din il-liġi dawn il-persuni huma mistennija li japplikaw għall-warrant u mbagħad, fuq kriterji li jista' jagħmel iktar 'il quddiem, il-bord jiddeċiedi jekk dawn jistgħux ikomplu jaħdmu, jew se jiġu mħeġġa jagħmlu dan il-kors biex iġibu l-warrant?", "Jew inkella se jittieħdu in konsiderazzjoni n-numru ta' snin esperjenza tagħhom u jiġu aċċettati mill-bord?", "X'inhu l-ħsieb dwar dawn in- nies li minħabba l-età tagħhom jew għal raġunijiet oħrajn mhux se jagħmlu dan il-kors universitarju biex jiksbu l-warrant?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Subklawsola 31(1) tgħid li min m'għandux dawn id- degrees ikun jista' jingħata dan il-warrant jekk qabel l-1 ta' Jannar, 2000, ikun ipprattika ta' konservatur f'Malta jew barra minn Malta għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il sena.", "Naturalment imbagħad il-bord se jara jekk dik il-persuna għandhiex il-kompetenza u l-abbiltà akkademika meħtieġa, jiġifieri jrid ikun xi ħadd li kapaċi jaqra sew u jaf is-sengħa tiegħu b'mod professjonali.", "Ir-raġuni tad-data hija għaliex kien dak iż- żmien li bdew il-korsijiet f'dan il-kamp.", "Ir-raġunament hu li xi ħadd li jrid jidħol f'dan il-kamp issa għandu dawn il-korsijiet li jista' jsegwi.", "Meta qed ngħidu xi ħadd li ilu jaħdem f'dan is-settur għal 15-il sena qed insemmu perjodu ta' snin li jagħti ċertu affidabilità, ċerta garanzija.", "Ladarba wieħed ikun ilu jaħdem dawn is-snin kollha bħala restawratur- konservatur ikun ħaqqu li jiġi ċċertifikat b'din il-kompetenza u b'din l- abbiltà.", "Dan jiġri meta jkollna dawn is-setturi ġodda.", "Għad jiġi żmien meta din il-klawsola ma tibqax rilevanti għax ħames snin, sitt snin oħra kull min ikun jixtieq jidħol jaħdem f'dan il-kamp se jkun jaf x'għandu jagħmel.", "Min irid jaħdem f'dan is-settur irid jagħmel dan it- taħriġ bħalma min irid isir teacher imur l-università.", "F'dan il-każ qed nistabbilixxu dan il-perjodu ta' snin esperjenza li naħsbu li huwa ta' serjetà biżżejjed biex bniedem, li ma jkunx għamel dan il-kors, tkun tista' tagħtih warrant f'dan il-kamp.", "THE CHAIRMAN: Peress li trid issir aktar diskussjoni ma' l-avukat ġenerali dwar din il-klawsola, hemm ftehim biex il-Kamra tieqaf issa minflok fid-9.20 p.m., mingħajr ebda preġudizzju għal xi okkażjonijiet oħra bħal dawn.", "Nirringrazzjakom.", "Fid-9.00 p.m., bi qbil fil-Kamra, id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2002, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' nfiq tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għas-sena 2001/2002.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "Illum nixtieq ningħaqad mal-leħen tal-Maltin kollha, mal-media kif ukoll ma' min għoġbu jikkundanna l-massakru li sar fuq iċ-ċinji nhar il-Ħadd li għadda.", "Din hija veru ħasra u jiena nikkunsidraha bħala ġurnata ta' luttu.", "Iċ-ċinji huma fost l-iktar għasafar apprezzati, fost l-iktar li jsebbħu l-ambjent fil-baħar u l-iktar għasafar li huma ta' attrazzjoni pubblika.", "Waqt li n- nies kienu qed jirrikreaw ruħhom wara ġimgħa xogħol fil-bajja ta' San Tumas, fil-limiti ta' Delimara u f' Marsaxlokk u jaraw is-sbuħija ta' dawn l-għasafar li rari ħafna narawhom hawn Malta, kien hemm min għall- egoiżmu tiegħu, b'vendetta u mingħajr ma japprezza dak li għoġobha tagħtina n-natura bla ebda kuxjenza ta' xejn qabad u qatel dik il-ħajja li kien hemm f'dawk iċ-ċinji.", "Mr Speaker, saħansitra kien hemm nies li tant tpaxxew jaraw dawn iċ-ċinji li ċemplu lil stazzjonijiet tat-televiżjoni biex jiġu jiffilmjawhom.", "Meta ta' NET television waslu ma sabu xejn ħlief lil dawk iċ-ċinji mejta f'wiċċ il-baħar.", "Din hija ħasra kbira għall-isem ta' Malta.", "B'konsegwenza ta' dan l-att qegħdin naqraw fuq il-gazzetti diversi kundanni talli aħna għandna nies u individwi ta' dan it-tip.", "Hawnhekk m'inix qed nirreferi għall-organizzazzjonijiet.", "Jiena għandi l-ikbar fiduċja fl- organizzazzjonijiet għax dawn jagħtu struzzjonijiet lill-membri tagħhom biex iżommu mal-liġi.", "Mr Speaker, ma nistax ma ningħaqadx ma' sieħbi l-Onor.", "Tony Abela li tkellem il-bieraħ fuq dan il-materja.", "Jien li verament inħobb l-ambjent napprezza wkoll dik l-għajta ta' diversi organizzazzjonijiet minn kull naħa ta' Malta li kkundannaw dan l-att vandalu li nittama li qatt ma jerġa' jsir.", "B'xorti tajba kien hemm min iffilmja lil dawn in-nies u dawn ġew identifikati u mressqa l-qorti.", "Dawn għamlu żball kbir għall-egoiżmu tagħhom.", "Kienu jafu żgur x'inhuma jagħmlu u mingħajr ma nidħol fil- mertu tal-każ, ningħaqad ukoll ma' dawk li llum kitbu fil-gazzetti li dawn għandhom jieħdu l-piena kollha li tistipula l-liġi biex din tkun ta' tagħlima għal ħaddieħor.", "Rajna diversi okkażjonijiet fejn l-imħallfin u l- maġistrati qed ikunu iktar severi fuq din il-materja, u jiena nittama li nuru li aħna konxji mill-ambjent kemm quddiem il-Maltin kif ukoll quddiem il-barrani billi dawn in-nies ikollhom dak il-kastig li verament ħaqqhom.", "Mr Speaker, dan mhux l-ewwel każ ta' dan it-tip li kellna fuq l-annimali u l-għasafar u forsi ġraw ħafna agħar minn hekk li ma nafux bihom pero` nafu wkoll is-sena l-oħra għaddejna l-liġi dwar il-protezzjoni ta' annimali oħra.", "Per eżempju aħna nafu kemm inqatlu qtates permezz ta' xi velenu u ġieli ssir ukoll vendikazzjoni ta' min jistmerrha fuq klieb anke minn persuni li għadhom ta' eta' żgħira.", "Aħna rridu li l-edukazzjoni tkun minn eta' żgħira.", "Meta l-persuna tkun għadha żgħira u tkun daqshekk vendikattiva ma' annimali aħseb u ara x'tista' tagħmel meta tikber ma' persuna oħra, u allura aktar għandna nenfassizzaw fuq l-edukazzjoni.", "Jiena nħeġġeġ li din it-tip ta' edukazzjoni tibda tingħata mill-primarja u jekk hemm bżonn anke mill-kindergarten.", "Lit-tfal ta' l-iskejjel m'għandniex noħorġuhom biss għal żjarat kulturali imma anke għal żjarat fejn ikunu jistgħu japprezzaw l-ambjent.", "M'għandix dubju li dan diġa` qed isir, imma madankollu xorta għadna naraw li qed issir ħsara fl-ambjent.", "Għandna nuru lil uliedna li għandna nieħdu ħsiebu llum jew inkella jkollhom jirranġawh huma meta jikbru u jibdew juru l-apprezzament tagħhom għalih.", "Nittamaw li din l-edukazzjoni jkollha frott aktar 'il quddiem billi t- tfal tagħna jitilgħu aktar konxji għal dak li jistgħu jsibu ruħhom fih 'il quddiem.", "Dawn għandhom jitgħallmu huma u jgħallmu lil ħaddieħor.", "Mr Speaker, kif qed nitkellem fuq dan is-suġġett ma nistax ma nfakkarx li din is-sena hija wkoll s-sena dedikata lill-eco-tourism.", "Dan m'huwiex it- tip ta' turiżmu fejn it-turisti jiġu joqogħdu f'lukanda lussuża u forsi jkollhom ftit ħin ukoll biex jaraw il-heritage tagħna.", "Rigward wirt kulturali Malta għandna teżori enormi x'noffru, pero` għandna teżori sbieħ ukoll f'dik li hija kampanja.", "Dnub li l-kampanja tagħna kultant hi traskurata.", "Hija traskurata mhux għax il-gvernijiet qatt ma ħasbu għaliha.", "Il-gvernijiet dejjem taw importanza lill-kampanja u naħseb qatt daqs dan il-gvern ma tajna każ tal-kampanja biex nieħdu ħsiebha fejn qed jittieħdu diversi miżuri.", "Per eżempju matul is-sena l-oħra l-awtorita` tat-turiżmu ħadet l-inizjattiva minn flusha stess biex tara li jinżammu nodfa mhux biss postijiet bħax-xtut, postijiet ta' divertiment, u postijiet ta' attrazzjoni turistika imma anke l-kampanja.", "B'dispjaċir ngħid li minkejja l-isforzi kbar li saru matul iż-żmenijiet għad hemm min għadu jħassar ħafna mill-kampanja.", "Mr. Speaker, l-ewwelnett, min juża l-kampanja?", "Il-kampanja jużawha l-bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom.", "Matul il-ġimgħa jew fil-Ħdud wieħed jista' jitpaxxa jara dik il-ħdura sabiħa jew inkella dawk l-għelieqi maħdumin.", "Aħna għandna bżonn nuru iktar apprezzament lejn dawk il-bdiewa li qed jieħdu ħsieb il-kampanja tagħna!", "Veru li qed ikun hemm interess fil-bidwi, imma mhux biżżejjed daqskemm wieħed jistenna.", "Barra li jkabbar il-prodott tiegħu bl-għaraq ta' xbinu l-bidwi jżomm l-ambjent tal-madwar nadif u kkultivat.", "Jiena mhux biex nitfa' r-responsabbilta` kollha fuq il-bidwi imma jeħtieġ li l-bidwi wkoll jikkontribwixxi xi ftit ieħor għall- kampanja.", "Per eżempju naraw li wara xi maltempata jew inkella wara xi riħ qawwi jaqgħu l-ħitan tas-sejjieħ.", "Huwa veru li biex terġa' ttella' dawn il-ħitan huwa xogħol iebes, xogħol diffiċli, xogħol li jaħlilek ħafna ħin u xogħol li jgħajjik imma li kieku kull bidwi jieħu l-briga li jirranġa l- ħitan ta' l-għelieqi tiegħu wara li ssirilhom xi ħsara nkunu qed insebbħu ħafna iktar il-kampanja.", "B'dan li qed ngħid m'inix infisser li m'hemmx ħafna bdiewa li verament jieħdu ħsieb u jagħmlu dan.", "Mr. Speaker, barra l-bdiewa hemm ukoll dawk li jżuru l-kampanja u fost dawn hemm dawk li jmorru jonsbu u kultant ta' min jistmerr il-pożizzjoni li jħallu wara li huma jmorru jonsbu.", "Jiena m'inix kontra l-insib jew il- kaċċa sakemm hija regolata skond il-liġijiet tal-pajjiż.", "Jiena naqbel li jekk dak li jkun għandu dan id-delizzju dan għandu dritt iqatta' r- rikreazzjoni tiegħu b'dan il-mod, għax din hija ħaġa li tħallik 'il bogħod minn vizjijiet oħra ta' xorb jew ta' droga imma dawn ukoll iridu jikkontribwixxu għal ħarsien tal-kampanja.", "Mhux biżżejjed li wieħed jagħmel il-mansab.", "Mhux biżżejjed li wieħed jagħmel il-post nadif madwaru biex jiġbed l-għasafar tal-passa imma jridu jikkontribwixxu biex il- kampanja jżommuha nadifa.", "Hija għarukaża li kultant anke biex jagħmlu d- dura tagħhom dawn jużaw ċertu materjal li ma jixraqx fil-kampanja.", "Per eżempju wieħed japprezza li d-dura ssir b'mod tas-sejjiegħ u mhux bit- tankijiet, bil-ħadid u bl-affarijiet li forsi dak li jkun isib mitluqin 'l hemm u 'l hawn.", "Barra dawn in-nies hemm ukoll dawk in-nies li jmorru jżuru l-kampanja waqt il-ħin tal-mistrieħ tagħhom.", "Kultant wara xi ħalba xita tara dawn in- nies iqallbu l-ħitan tas-sejjiegħ jew inkella ġebel li jista' jkun storiku jew ta' xi valur biex isibu l-bebbux u ma jerġgħux ipoġġu dik il- ġebla f'postha.", "Dawn in-nies ukoll qed ikunu l-kaġun ta' ħsara għall- ambjent.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lil min verament iħobb il-kampanja li għandu jibża' għaliha.", "Saru ħafna sforzi matul is-snin biex il-kampanja tibqa' nadifa imma għad jonqosha ħafna u ħafna iktar sabiex wieħed jaraha fis-sura mixtieqa.", "Mr Speaker, ma rridx ma nsemmiex ukoll ċerti toroq tal-kampanja.", "Veru li l- gvern qiegħed jaħdem ħafna biex jagħmel it-toroq prinċipali minn fejn jgħaddu l-karozzi.", "Sar ħafna xogħol minn dan il-lat pero` b'danakollu għadna ma ħadniex ħsieb it-toroq tal-kampanja tagħna.", "Hemm toroq sbieħ, hemm toroq tajbin, imma hemm ħafna toroq ħżiena.", "Jiena nitħassar lill- bdiewa li jkollhom jgħaddu bil-vetturi tagħhom minn dawn it-toroq.", "Uħud minnhom għandhom qligħ limitat u dawn ikollhom isofru spejjeż kbar minħabba li l-vetturi tagħhom issirilhom il-ħsara fil-country lanes li minnhom jgħaddu għar-raba' tagħhom.", "Hawnhekk jiena nagħmel appell lill- kunsilli lokali.", "Għalkemm dawn jaħdmu b'mod għaqli biex isebbħu l-irħula u l-bliet tagħhom, pero` jridu jiddedikaw perċentaġġ sostanzjali mill-budget tagħhom għat-toroq tal-kampanja li jaqgħu taħt il-konfini tagħhom.", "Nagħmel appell ukoll biex il-kunsilli lokali jiddedikaw ċertu ammont ta' flus proprju biex jirranġaw partijiet mill-kampanja.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija dwar il-gradwazzjoni mill- universita' ta' Malta.", "Innutajt il-kummenti li saru minn diversi studenti li għamlu l-orazzjoni fuq il-kors partikolari tagħhom.", "F'dawn id-diskorsi saret kritika li wieħed verament irid josservaha.", "Tant hu hekk li r- rettur ta' l-Universita` fl-aħħar tal-gradwazzjoni għamel \"a call for lecturers to allow greater students' creativity.", "Barra minn hekk ir- rettur \"urged deans\" - jiġifieri kapitajiet tal-fakultajiet ta' l- universita' - \"to answer students' claims\".", "Per eżempju wieħed mill- istudenti qal li: \"some lectures are too close to final exams\".", "Dan jiġri minħabba li l-istudenti jkunu tilfu xi lectures minħabba li l-lecturers ikunu fallew u dawn ikollhom jirkuprawhom fl-aħħar.", "Din il-ħaġa toħloq ħafna pressjoni fuq l-istudenti u l-lecturers għandhom jieħdu dan il- kumment into consideration.", "Student minnhom għamel kumment dwar lack of co-operation by lecturers u jsemmi diversi raġunijiet għal dan fosthom li ħafna minnhom jistgħu jkunu part-time.", "Dan l-istudent qal ukoll li hemm professuri fl-universita` li huma dedikatissimi ħafna.", "Jiena nittama, Mr Speaker, li bħalma qal ir- rettur ta' l-universita`, l-kummenti li saru mill-istudenti ta' l- universita` qabel il-gradwazzjoni jiġu mismugħa.", "M'għandux ikun ikun hemm lecturers jew inkella professuri li jistgħu wkoll jivvendikaw ruħhom mill- istudent li forsi jagħmel xi kummenti.", "Fl-opinjoni tiegħi wkoll dawn il- kummenti m'għandhomx isiru biss fl-aħħar tal-kors, imma l- universita`għandu jkollha mezz fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l- kummenti u l-kritika tagħhom matul is-sena kollha mingħajr il-ħsieb jew il- biża' li jistgħu jiġu vendikati minn xi ħadd li forsi jieħu għalih għall- kritika.", "Jiena wkoll nagħmel appell bħalma għamel ir-rettur meta appella lill-lecturers biex jisimgħu l-claims ta' l-istudenti mhux biss dak li qalu fil-jum tal-gradwazzjoni imma matul is-sena kollha.", "Illum f'customer care offices tara kaxxi għall-ilmenti mill-pubbliku.", "Dawn tarahom kullimkien, tarhom l-isptar, fid-dipartimenti tal-gvern u anke f'entitajiet privati.", "B'dan il-mod wieħed jagħti kas ta' l-affarijiet u mhux kollox jibqa' sejjer mar-riħ.", "Mr. Speaker, kien hemm kummenti oħra li l-industrija għandha tipprovdi funding.", "Il-persuna li tkellmet qalet li ħafna l-istudenti jitgħallmu dwar xi qasam speċjalizzat pero' mbagħad dawn wara li jkunu ggradwaw ma jsibux biżżejjed ftuħ fl-industriji konċernati.", "Jiena nara li l-industrija għandha tiftaħ idejha għal dawn in-nies b'potenzjal.", "Huwa veru li wieħed jiggradwa ma jkollux dik l-esperjenza pero` l-esperjenza tittieħed permezz tax-xogħol.", "Jiena nittama li l-industriji jinvestu f'dawn l-istudenti li, barra li jkunu jistgħu jgħinuhom fl-istudju tagħhom huma stess jaraw li l- universita` tibgħatilhom studenti biex ikunu jistgħu jiġu mħarrġa.", "Hemm industriji li jagħmlu hekk diġa' imma din il-ħaġa għandha tkun aktar mifruxa.", "Skond kif irrapportat fuq il-gazzetta \"The Times\", kien hemm \"a call for lecturers to allow greater students' creativity\".", "Dan ifisser li l- istudenti m'għandhomx żmien li juru l-kreattivita` tagħhom.", "Dawn jistudjaw biss it-teorija, imma donnhom fil-prattika m'għandhomx iċ-ċans jesprimu ruħhom.", "Jista' jkun dan huwa ġej minn nuqqas ta' laboratorji u jista' jkun minn nuqqas ta' diversi opportunitajiet li wieħed jagħmel field work.", "Din fiha ħafna x'wieħed x'jifhem.", "Jiena nittama, Mr Speaker, li l-rettur ta' l- universita` aċċetta din il-kritika.", "Jiena nerġa' nirrepeti \"a lecturer is there to answer any students' claims\" Nittama, Mr Speaker, li bħalma għandna professuri tajbin ħafna - u dejjem kellna matul il-ħajja ta' l- universita` tagħna - inkomplu bil-fama kbira li għandna li aħna dejjem tajna l-aħjar servizz tagħna u tajna wkoll il-prodott tagħna bi tħarriġ ta' studenti li jkunu tajbin għal dik il-professjoni li huma tgħallmu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 23 ta' Jannar 2002, fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19990223_067d_par.doc", "date": "1999-02-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 67 It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 67", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.13 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "67", "It-Tlieta, 23 ta' Frar, 1999", "WERREJ MINUTI 320", "KUNSENS GĦAL ATTI 320", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 320", "TQEGĦID TA' KARTI 325", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998/1999 (Kontinwazzjoni) 325", "AĠĠORNAMENT 345", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 351", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 66 li saret fit-22 ta' Frar, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru II ta' l-1999 – Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL TARXIEN - TRIQ KARLU MARATTA - DAWL", "3238.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Karlu Maratta f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Tajjeb illi ngħid ukoll li mill-elezzjoni 'l hawn diġa' ġew approvati li jitwaħħlu erba' bozoz f'Ħal Tarxien, li huwa iktar min-numru kollu li ġew approvati f'sentejn sħaħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "L-Onor.", "Parnis ripetutament qed jagħmel domanda wara l-oħra fuq nuqqas ta' bozoz u naħseb li jkun aħjar kieku din il-ħaġa tiġi tackled mill-kunsilli lokali għaliex qed nispiċċaw biex fil-parlament ħlief fuq bozoz ma nitkellmux.", "Dan huwa suġġett ta' importanza pero' naħseb li hemm suġġetti oħra li jixirqilhom ċerta attenzjoni wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-ġimgħa l-oħra staqsejt dwar il-kontijiet u l- Ministru qal li issa se joħorġu dawk li huma kummerċjali u f'Marzu joħorġu dawk domestiċi.", "Fil-fatt bdew ħerġin il-kontijiet ta' dawk li huma uffiċini u negozji pero' nnotajt illi f'dawn il-kontijiet hemm biss l- ammont dovut u la hemm imniżżlin kemm units inħlew u lanqas għal liema perijodu.", "X'inhi r-raġuni li l-kontijiet qed joħorġu b'din is-sistema?", "Per eżempju, irċevejt kont ta' Lm130 biex inħallas kważi ta' sena meta jien niftaħ l-uffiċċju darba fil-ġimgħa u forsi nagħmel sagħtejn fih.", "Dawn il-kontijiet m'humiex qed joħorġu tajjeb u fil-fatt jien dan il-kont se nikkontestah u bħali se jagħmel ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li għandi jiena hija li l-kontijiet għadhom ħerġin bl-informazzjoni relevanti.", "Forsi l-Onor.", "Interpellant jixtieq jgħaddili kopja tal-kont li rċeva.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ BIR GĦELIEM - DAWL", "3239.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Bir Għeliem f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ ID-DEJMA - DAWL", "3240.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq id-Dejma f'Ħal Tarxien, fuq id-dar \"SilvPaul\", ħdejn il-ħanut \"il-Minċott\"?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li t-talba in kwestjoni ġiet approvata.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ SPIRU SPITERI - DAWL", "3241.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Spiru Spiteri u fi Triq Manuel Buhagiar f'Ħal Tarxien fuq dar nru.", "21?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ XANDRU FARRUGIA - DAWL", "3242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Xandru Farrugia ma' Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "ĦAL TARXIEN - TRIQ ĠANNI FAURE' - DAWL", "3243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġanni Faure' f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor. interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - COMPUTER SCANNERS", "3566.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners fil-ministeru, kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma, meta nxtraw u kemm swew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li n-numru ta scanners fid-dipartimenti huwa hekk:", "|Dipartiment|Nru|Ditta|Meta | | | | | |Nxtraw |Prez| | | | | |z | |Avjazzjoni |2 |Hewle|12-03-9|Lm14| |Ċivili | |tt |8, |5 | | | |Packa|09-12-9|170 | | | |rd |8 | | |Dipartiment|1 |Joysc|10-12-9| | |tat-Toroq | |an |8 |55 |", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar il-kwestjoni tat-tariffi li se jiġu charged għall-iscreening tal-karozzi?", "Kemm se jiġi ċċarġjat sid il- karozza?", "X'inhi t-tariffa riferibbli għal dawk li se jkunu qed jagħmlu l- iscreening min-naħa tal-garages?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nassumi li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jirriferi għall-VRT.", "Jekk inhu hekk allura nista' ngħid li mhux se jsir tibdil fir-rati, la ta' l-operatur u lanqas ta' sid il-karozza.", "Dawn se jibqgħu l-istess, kif kienu se jkunu kieku daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Awissu u fl-1 ta' Settembru, 1998 rispettivament.", "Sid ta' karozza jew ta' truck se jħallas Lm8.50, waqt li operatur se jieħu Lm6.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidilna jekk irċeviex xi lmenti min-naħa ta' l-operaturi dwar il-ħlas ta' l-iscreening li jridu jagħmlu fil-każ tal-karozzi?", "Jien informat li hemm ċertu tgergir u ċerta reżistenza min-naħa ta' l-operaturi biex jaċċettaw dawn it-tariffi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hu naturali li l-operaturi dejjem se jitolbu iżjed għax-xogħol li jagħmlu, madanakollu ma nħassitx il-ħtieġa illi f'dan l- istadju jkun hemm bidla fir-rati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: La l-Ministru qed jgħid li \"f'dan l-istadju\" ma nħassitx il-ħtieġa li jinbidlu t-tariffi, qed jipprevedi li f'xi stadju aktar 'il quddiem jinbidlu?", "U jekk qed jipprevedi jew għandu xi sentiment li jista' jkun hemm xi tibdil bħal dan, f'liema fażi u f'liema stadju jista' jkun hemm dan it-tibdil?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'hemm l-ebda ħsieb li fiż-żmien li jidħol fis-seħħ il-VRT ikun hemm bidliet, anzi kien hemm konferma tar-rati illi kienu tħabbru u ġew pubblikati fix-xhur li għaddew.", "Naturalment m'inix f'pożizzjoni li nipprevedi x'se jiġri erbgħa, ħamsa, sitta jew għaxar snin oħra.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri jekk qed nifhem tajjeb qabel erba' snin oħra mhux se jkun hemm bidliet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, meta jidħol fis-seħħ il-VRT se jkun hemm l-istess rati li kienu tħabbru fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.", "Naturalment ħadd ma jista' jitkellem fuq x'se jiġri s-sena d-dieħla, is- sena ta' wara u s-sena ta' wara.", "Ħadd m'għandu jassumi illi f'xi żmien jew ieħor se jkun hemm żieda jew inkella bidla f'dawk ir-rati.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - COMPUTER SCANNERS", "3567.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu computer scanners fil-ministeru, kif ukoll fid- dipartimenti kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma, meta nxtraw u kemm swew?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): B'riferenza għall- mistoqsija 3567, inkun grat jekk l-Onor.", "Membru jagħtini r-raġuni għaliex qed jagħmel din id-domanda, sabiex meta ngħaddiha lid-dipartimenti nkun ċert li ma nkunx qiegħed naħlilhom ħin prezzjuż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħidli skond liema standing order qed jitlobni nagħtih ir-raġuni għalfejn qed nagħmel din il-mistoqsija parlamentari?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf ukoll li ministru jista' ma jirrispondix domanda jekk irid.", "Jien mhux qed nagħmel hekk imma qed ngħidlek biex tagħtini raġuni qabel ma naħli l-ħin prezzjuz ta' l- impjegati fid-dipartimenti konċernati.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li mhux arroganza!", "Jiena qed ngħidlek biex tagħtini r-raġuni għaliex qed tagħmilli d-domanda qabel ma ngħaddiha lid-dipartimenti.", "Jekk għandek raġuni valida, bil-qalb kollha din id-domanda ngħaddiha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nitlob il- protezzjoni tiegħek.", "Meta ssir domanda, ħadd mill-ministri m'għandu jitlob spejgazzjoni għalfejn qed issir.", "Issir id-domanda u tingħata r-risposta, daqshekk.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, naħseb li huwa raġonevoli li l-Ministru rrisponda kif irrisponda.", "Jien ukoll kelli domandi simili u dan faċli tagħti istruzzjonijiet li jfittxu kemm hemm scanners u kemm hemm photocopiers, ta' liema ditti huma u x'intnefaq u ma ntnefaqx, imma dak ikun ħela ta' żmien enormi.", "Jiena stess irrispondejt dettaljatament meta kelli domanda simili pero' naħseb li m'għandniex nibqgħu naħlu l-ħin ta' l-impjegati tal-gvern b'dan il-mod.", "Meta tiġi domanda, kollox sew, wieħed jagħti l-benefit of the doubt u jgħid li l- membru li jkun qed jagħmilha għandu interess jikseb l-informazzjoni, pero' meta tinduna li l-informazzjoni hija sempliċement kumulu ta' fatti li ma jfissru xejn...", "(Interruzzjonijiet) Imma għalhekk il-ministru qed jgħidlek biex tgħidlu x'inhi r-raġuni għalfejn trid din l-informazzjoni!", "Jidhirli li anke lili għamiltli domanda bħal din u jiena kelli ninkariga diversi uffiċjali fid-dipartimenti kollha taħt id-dikasteru tiegħi biex jgħidu kemm il-photocopier għandhom, kemm il-scanner għandhom, meta nxtraw, ta' liema ditta huma u tmur lura ma nafx kemm snin.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jgħidilna li jrid ikollu l-informazzjoni biex jagħmel xi paragun, aħna lesti li nieħdu l-briga u noqogħdu nfittxu.", "Qisha hija xi ħaġa straordinarja li d-dipartimenti in this day and age fl-aħħar sena tal- millennju jkollhom l-iscanners!", "(Interruzzjonijiet) Imma x'inhu l-iskop?", "Jgħidilna x'inhu l-iskop!", "Dan huwa ħela ta' flus u ħela ta' żmien u, bir- rispett kollu, jiena naraha informazzjoni inutli, għax din hija amministrazzjoni normali li jagħmel kull gvern.", "Jiena ma naħsibx li dawn il-kwalita' ta' domandi għandhom jibqgħu jsiru.", "Naħseb li nistgħu nibdew nirrispondu li dan huwa ħela ta' żmien u mhux utli li toqgħod tinġabar informazzjoni bħal din.", "Il-Ministru seta' jirrispondi hekk pero' qed jgħidlek biex tagħti r-raġuni għalfejn trid din l-informazzjoni.", "Tista' tagħmel supplementary question u tgħid li qed tipparaguna jekk sarx ħela ta' flus jew ma nafx fiex.", "Jekk jgħidli hekk, nifhmu, imma l-bqija dawn id- domandi jfissru ħela ta' ħin ta' l-impjegati.", "(Interruzzjonijiet)", "Imma din l-informazzjoni tridha biex tara hemmx biżżejjed scanners fl- NTO?", "Jien ma nifhimx għalfejn qed jagħmel dawn id-domandi.", "U qed jistaqsi x'ditta huma wkoll.", "X'differenza tagħmel x'ditta huma!", "Jekk għandu suspett li ma nxtrawx skond ir-regoli tal-finanzi nifhem - jagħmel domanda fuq hekk u niċċekkjaw jew immorru l-PAC - imma l-bqija dawn il-kwalita' ta' domandi ripetuti fil-ministeri kollha għalfejn qegħdin isiru?", "Nixtieq li l-Onor.", "Interpellant jispjega għas-sodisfazzjon tal-Kamra u ta' kulħadd għalfejn qed jagħmel dawn it-tip ta' domandi.", "Jekk nifhmu għalfejn, naħlu ż-żmien u nagħtuhom imma mill-bqija ma fhimtx għalfejn qed isiru d-domandi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jgħidli għaliex ħass il-ħtieġa li jgħid dak li qal illum u ma qalux meta kien fl-oppożizzjoni, meta dawn l- istess mistoqsijiet kienu jsiru min-naħa ta' l-oppożizzjoni, anzi kienu jsiru domandi ħafna agħar minn hekk?", "Kif issa qed jakkużana li qed naħlu l- ħin?", "Dak iż-żmien ma kenux qed jaħlu l-ħin?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jiena ma nafx għal-liema oppożizzjoni qed jirriferi l-Onor.", "Mizzi.", "Jiena nista' ngħidlu li għamilt 16-il sena fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni u niftakar żmenijiet meta l- ministri tan-naħa tal-gvern - kien gvern magħmul mill-Partit Laburista - kienu jirrispondu: \"Mhux fl-interess tal-pajjiż\", jew: \"Ma rridux nagħtu risposti\".", "Dak iż-żmien spiċċa.", "(Interruzzjonijiet) Le skużi!", "Illum qegħdin ngħidu li l-Ministru faċilment seta' rrisponda li ma jidhirlux li għandu jagħti l-informazzjoni imma prudentement irrisponda kif irrisponda.", "Jiena nixtieq li xi ħadd jara kemm domandi bħal dawn qegħdin isiru, li m'huma xejn ħlief ħela ta' żmien u ħela ta' flus.", "(Interruzzjonijiet)", "Lill-Onor.", "Mizzi qed ngħidlu li jiena qed nagħtih din ir-risposta.", "Jekk hu meta kien ministru deherlu li kellu jagħti risposta simili, messu taha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar computer scanners fil-ministeru għall-politika soċjali u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru ta' l-istess ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3571;", "Tagħrif dwar każijiet ta' vjolenza domestika reġistrati mad- dipartiment ħarsien tal-familja u ma' l-aġenzija programm ħidma soċjali, bejn l-1995 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4633;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol matul Settembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4705; u", "Tabelli li juru l-għadd ta' pensjonanti minn Ħaż-Żabbar, Żejtun u Wied il-Għajn li qed jirċievu pensjoni kontributorja u dawk li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4798; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' studenti f'Despott Boys Junior Lyceum, Verdala, bejn l-1994 u l-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4320.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI TAD-DĦUL U NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998/1999", "Il-Kamra rriżumiet mit-22 ta' Frar id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak huwa in possession of the House.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, l-aħħar punt li rrid insemmi huwa dwar it-tħaris ta' l-aquifer.", "Ir-rapport annwali joħroġ b'mod ċar il-problemi ta' l-aquifer u l-miżuri li qed tieħu l-korporazzjoni biex tara illi l- aquifer ma jitniġġisx.", "Il-korporazzjoni anke qed taħseb għal insurance cover kontra t-tniġġiż ta' l-aquifer, biex ma jiġrix kif fil-fatt ġara fis- Siggiewi ftit tax-xhur ilu.", "Ikun tajjeb illi din il-problema nsiru aktar konxji tagħha, anke fid-dawl tal-problemi li għandna ta' landfill disposal.", "Qed isir aktar diffiċli biex insibu siti fejn nitfgħu ż-żibel minħabba l- ilma li jgħaddi minn ġol-blat u għalhekk nixtieq infaħħar lill-WSC għal din l-inizjattiva biex tipproteġi l-aquifer.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq bil-punt li l-politika tal-Partit Laburista dwar il-WSC kienet l-Achilles' tendon tal-Partit Laburista.", "Kienet il-weak point għaliex fil-fatt kienet deċiżjoni żbaljata meta ddeċidew li jgħollu t- tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Jiena dejjem ngħid illi l-ħbieb tagħna tan-naħa l-oħra llum qegħdin fl-oppożizzjoni minħabba żewġ deċiżjonijiet politiċi ħżiena illi ħadu, waħda illi jneħħu l-VAT u l-oħra li jiffriżaw l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena ċert li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet wasslu biex ikun hemm shortfall fid-dħul tal-gvern u dan imbagħad wassal biex il-Gvern Laburista jħares lejn il-WSC bħala mezz biex iżid id-dħul illi kien qiegħed jonqoslu.", "Dawn id-deċiżjonijiet kienu l-kaġun biex il-gvern kellu jsejjaħ elezzjoni kmieni.", "Kieku ma marrux żmerċ b'dawn iż-żewġ deċiżjonijiet politiċi, kieku llum jiena ċert illi fuq din in-naħa tal-Kamra hemm il-Partit Laburista.", "Mr Speaker, aħna nafu li l-filosofija u l-fidi jimxu id f'id għax flimkien għandhom iwasslu għas-sejba tal-verita' pero', kif hemm relazzjoni bejn fidi u raġuni, daqstant ieħor jien nemmen li għandu jkun hemm relazzjoni bejn il-politika u r-raġuni.", "Hemm relazzjoni xjentifika qawwija bejn ir-raġuni u l-politika.", "Il-politika hija simili għall-mediċina għax hija kemm arti u kemm xjenza, pero' fl-aħħar mill-aħħar il-politika jeħtieġ illi nibnuha fuq ir-raġuni.", "Ma jistax ikun illi l-politika tal-pajjiż tinbena fuq il-mitoloġija, fuq il-passjonijiet politiċi, fuq hearsay u fuq affarijiet illi m'humiex konkreti.", "Hemm bżonn li l-politika Maltija tiġi dejjem aktar konkretizzata fuq ir-raġuni.", "U meta l-partiti politiċi dan ma jagħmluhx sfortunatament ikollna problemi kbar.", "Din bħall-kwestjoni tal- kunsilli lokali, fejn il-Labour Party ħa falza stikka u llum kellu jerġa' jdawwar ħsiebijietu u jiġi fil-linja tal-Partit Nazzjonalista.", "Assolutament ma kienx jagħmel sens illi partit politiku joqgħod barra minn proċess politiku.", "U dan mhuwiex xi proċess politiku uniku għal Malta imma huwa proċess politiku illi jinsab fid-dinja kollha.", "Mr Speaker, jiena nappella wkoll lill-oppożizzjoni - partikolarment lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Alfred Sant - biex ma tibqax twebbes rasha fuq il-kwestjoni ta' l-Ewropa, għaliex f'din il-kwestjoni qiegħda tieħu pożizzjoni totalment bla sens u kontra kull sens ta' raġuni.", "Hija pożizzjoni unika għax il-biċċa l-kbira tal-partiti politiċi u tal- costituted bodies qegħdin jgħidu li jagħmel sens u li jenħtieġ li nidħlu fl- Ewropa.", "Għar-raġunijiet tagħha l-oppożizzjoni tibqa' tħanbaq li din hija ħaġa ħażina u bħall-kwestjoni tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, hekk ukoll din il-kwestjoni ta' l-Ewropa se tiswa ħafna lill-oppożizzjoni u partikolarment se tiswa ħafna lill-Kap attwali tal-Partit Laburista, illi bil-pożizzjoni li qed jieħu qed jitlef ħafna mill-kredibilita' tiegħu.", "Sur President, jien nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel appell.", "M'inix se nappella li l-oppożizzjoni tiġi taqbel mal-gvern - għax din għandha dritt għall-opinjoni tagħha u ħadd m'għandu xi monopolju fuq il- verita' - pero' rridu niftakru li verita' waħda hemm.", "Jiena nappella lill- oppożizzjoni biex jimxu aktar fuq ir-raġuni, jimxu aktar fuq dak illi huwa konkret, jimxu aktar fuq dak li hu veru u b'mod għaqli u ġenwin iħallu l- bieb miftuħ għall-pożizzjoni eqreb tagħhom lejn l-Ewropa.", "Jekk jibqgħu sejrin hekk jiena ċert illi fl-aħħar mill-aħħar se tiswielhom mhux biss l- elezzjoni li jmiss imma anke tiswa lill-Onor.", "Alfred Sant it-tmexxija tal- Malta Labour Party.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Borg.", "ONOR.", "KARMENU BORG: Sur President, illejla qegħdin niddiskutu l-ħidma li għamlet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u jiena jiddispjaċini x'ħin nisma' lil tan-naħa l-oħra jattakkaw lil din in-naħa mingħajr ma joħorġu b'suġġerimenti kif jistgħu jtejbu s-servizz u l-ħidma tal- korporazzjoni.", "Dawn l-affarijiet iddisgustawni u jiena kont nistenna ferm iktar mill-ministru, li kulma għamel kien attakk personali fuq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, imma ħalli issa ngħaddi għas-suġġett tal-lejla.", "Il-qagħda li tinsab fiha l-WSC ma tantx hi waħda feliċi u hemm diversi fatturi li kienu l-kawża li ġabuha fiex inhi llum.", "Hemm fatturi li ilhom magħna minn żmien żemżem u ġejjin mit-twelid tal-gżira tagħna.", "Hemm oħrajn li tfaċċaw minn 40 sena ilu 'l hawn u hemm fatturi oħra li żviluppaw matul dawn l-aħħar sitt snin.", "Jiena se nibda biex insemmi l-fattur l-aktar antik, li hu n-nuqqas ta' xita.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna l-ammont ta' xita huwa limitat u ta' dan la jaħtu tan-naħa l-oħra, la jaħtu ta' din in-naħa u lanqas jaħti l-poplu Malti għax dan huwa fattur naturali.", "Barra dan insibu wkoll fattur ieħor li ilu ġej għal dawn l-aħħar 40 sena u qed nirriferi għall-iżvilupp ta' l-art.", "Kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, parti sostanzjali mill-art li kienet isservi ta' filtru u li fiha jinħażen l-ilma tax-xita ġiet żviluppata.", "Jiena ma rridx ngħid li biex ikollna ilma bil-kwantita' missna ma ħallejniex isir żvilupp, pero' wieħed irid isemmi wkoll li dan aktar għamilha diffiċli biex il-WSC tkun aktar kompetittiva.", "Jekk nieħdu l- Għawdex insibu areas sħaħ li ġew żviluppati.", "F'Taċ-Ċawla nbnew flats tal- gvern, bnadi oħra ġew żviluppat sew mill-gvern u sew mill-privat u fix- Xewkija areas kbar ġew żviluppati għall-industrija.", "Qabel l-irħula kienu jikkonsistu f'erbat idjar imdawwrin mal-knisja imma llum dawn żviluppaw b'mod li kważi waslu biex imissu ma' xulxin.", "Dan l-iżvilupp ġab miegħu ċerti konsegwenzi.", "L-ilma tax-xita ma baqax jinxtorob fl-art u beda joħloq problemi ta' għarar u ħsarat fit-toroq.", "Direttament jew indirettament, dan l-ilma jaffettwa wkoll is-sistema tad-drenaġġ, li hija antikwata.", "Barra dan hemm fattur ieħor importanti li wkoll ilu magħna pero' iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed iżid fil-qawwa tiegħu.", "Qiegħed nirriferi għall-kontaminazzjoni u t-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art.", "Din il- kontaminazzjoni hija kkawżata minħabba s-sistema tad-drenaġġ, liema sistema jekk wieħed jieħu l-każ t'Għawdex hija waħda antikwata għaliex ilha li saret 40 sena.", "Għalkemm kienet tajba għal dawk iż-żmenijiet, għaż- żmenijiet tal-lum m'għadhiex tajba u jeħtieġ li ssir sistema oħra.", "Minħabba f'hekk ħafna drenaġġ qiegħed jintilef mill-katusi u jispiċċa jikkontamina l- aquifer.", "Minbarra dan, il-katusi saru dojoq għaż-żmenijiet tal-lum u ma kull l-iċken ħalba tax-xita dawn ifuru u jispiċċaw jarmu għat-toroq.", "Jekk nieħdu l-gżira t'Għawdex naraw li ħdejn iċ-ċimiterju ta' Sannat u ħdejn Tal- Baqqari fix-Xewkija hemm problema li ilha magħna għal snin twal.", "F'dawn il- postijiet id-drenaġġ ifawwar fl-għelieqi t'hemmhekk.", "Xita u m'hijiex, dan dejjem ħiereġ.", "Fiex taffetwaha din il-ħaġa lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Din taffetwaha għax f'dawk in-naħat hemm waħda mill-aħjar catchment areas.", "Barra l-kontaminazzjoni, mid-drenaġġ insibu wkoll tip ta' kontaminazzjoni oħra li hija marbuta mal-biedja.", "Kulħadd jaf li inħawi rurali li jintużaw bħala catchment areas huma wkoll postijiet tajba għat-trobbija tal-bhejjem u għat-tkabbir ta' prodotti agrikoli.", "Issa kulħadd jaf li l-iskart li jħallu warajhom il-bhejjem ikun fih nitrates li huwa diffiċli ħafna biex teliminahom.", "Dawn in-nitrates jiffiltraw fil-pori tal-ġebla u jikkontaminaw l-aquifer.", "Barra dan it-tniġġiż mill-bhejjem, insibu tniġġiż ieħor konness ma' l-agrikoltura.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-użu ta' fertilizzant artifiċjali u kimiċi oħra konnessi mal-bexx.", "Dawn il-kimiċi għandhom half- life twila ħafna, jdumu ħafna biex inaqqsu mis-saħħa tagħhom u jagħmlu ħsara kbira lis-saħħa tal-bniedem.", "Barra l-kontaminazzjoni ta' l-ilma hemm fattur ieħor li ilu magħna pero' iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jittieħdu passi biex dan jiġi mnaqqas.", "Hawnhekk qiegħed nirriferi għall-unaccounted for water.", "Mir-rapport annwali jidher li l-korporazzjoni għamlet sforzi kbar biex dan it-telf ta' ilma jitnaqqas kemm jista' jkun.", "Inbidlu ħafna mill-meters li ma kenux jaħdmu sew, kienu bil-ħsara jew ma kenux jimmarkaw l-ammont eżatt.", "Barra dan intnefqu somom kbar ta' flus biex iddaħħlet is-sistema ta' flexible pipes biex jitnaqqsu l-ħsarat fil-katusi u fil-pipes li hemm taħt l-art.", "Ittieħdu passi oħra fir-rigward tas-serq u telf ieħor ta' l-ilma imma dawn niġi għalihom aktar tard.", "Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, irridu nsemmu wkoll in-nuqqas ta' riżorsi naturali li għandna f'pajjiżna u dan huwa fattur li jnaqqas il- kompetittivita' tal-korporazzjoni.", "Kif għedt, minħabba dawn il-fatturi li għadni kemm semmejt, u minħabba li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma ma kenitx qiegħda tagħti servizz tajjeb komparat mal-prezz li qiegħda titħallas, saret tellieqa sfrenata għall-aħjar ilma u l-orħos ilma.", "Qiegħed nirriferi għall-ilma ta' taħt l-art.", "Fl-opinjoni tiegħi l-WSC hawnhekk tilfet l-battalja għaliex kulħadd jaf li sezzjoni konsumatriċi qiegħda tieħu parti l-kbira ta' dan l-ilma, u l-annual report juri li d-domanda għall-ilma naqset.", "Sur President, jekk taħseb naqra bilfors ikollok tistaqsi: Meta l- agrikoltura qiegħda żżid id-domanda tagħha, kif jista' jkun li d-domanda għall-ilma qed tonqos?", "Meta l-agrikoltura qed iżżid id-domanda tagħha u meta l-mezzi ta' l-għixien qegħdin jiżdiedu iktar ma jgħaddi ż-żmien, allura għaliex kellha tonqos id-domanda għall-ilma?", "Veru li sar kontroll strett fuq il-ħsarat u l-leakages, imma l-iktar ħaġa inkwetanti hija li l- konsumatur qed jinqeda minn band'oħra.", "X'qed jiġri?", "Mir-rapporti kif preżentati jidher li, jekk m'iniex sejjer żball, fl-aħħar sena l-konsum naqas bi 12%.", "Jekk tieħu l-average ta' erba' snin, issib li l- korporazzjoni tilfet madwar Lm10 miljun f'nuqqas ta' bejgħ.", "Veru li hemm l-ispejjes ta' l-enerġija involuti imma l-WSC ma kenitx toħroġ square, dejjem kien jibqgħalha l-profitti u allura dawk l-Lm10 miljun f'nuqqas ta' bejgħ huma telf għall-korporazzjoni għax, nerġa' ngħid, ħaddieħor kien qed imur jinqeda minn band'oħra.", "Ma rridx infisser li l-agrikoltura m'għandhiex il-ħteġijiet tagħha, anzi ċifri li ħarġu dan l-aħħar juru li l-metodi użati mill-agrikoltura tbidlu bħal f'kull qasam ieħor.", "Per eżempju, fejn qabel kienu jipproduċu prodott staġonali, illum ħafna mill-prodotti qegħdin jitkabbru s-sena kollha, ħaġa ta' min jinkorraġiha u jfaħħara, imma żdiedu wkoll l-ħteġijiet u l- bżonnijiet għall-ilma mis-settur tal-biedja.", "Għalhekk it-tnaqqis fid- domanda kif preżentat f'dan ir-rapport annwali ma jagħmilx sens u ma jreġġix.", "Trid taħdem ħafna ħalli tkun tista' tirribatti l-fatturi fuq imsemmiha li, qed ipoġġuha f'qagħda mwera biex tagħti servizz lill- konsumatur bi spejjes adegwati u trid tara wkoll x'inhuma r-raġunijiet għaliex hemm ħafna spejjes biex tipproduċi dan l-ilma lill-konsumatur.", "Jekk wieħed janalizza jsib li l-ilma li tipproduċi l-korporazzjoni tista' tiklassifikah f'żewġ tipi, dak ta' taħt l-art, li joħdilha enerġija ta' 0.6 kilowatt hours biex tipproduċih, u l-ieħor huwa dak tar-reverse osmosis, li jieħu kważi għaxar jew 11-il darba iktar enerġija biex titipproduċi metru kubu ta' ilma.", "Filwaqt li l-korporazzjoni tagħmel ħilitha iktar milli għamlet dan l-aħħar biex tnaqqas il-konsum u l-ispejjes marbutin mar- reverse osmosis, trid tara wkoll li ssib mezz ta' kif iġġib enerġija b'irħis għax l-iktar enerġija qegħdin jibilgħuha r-reverse osmosis plants.", "Kif diġa' għedt, pajjiżna huwa limitat ħafna fir-riżorsi naturali u aħna m'għandniex xmajjar li jistgħu jagħtuna enerġija bi ftit flus imma min-naħa l-oħra pajjiżna huwa mdawwar bil-baħar, li fih enerġija bla limitu, kemm fil-movimenti vertikali permezz tal-mewġ li jogħla u jitbaxxa kif ukoll tal- kurrenti.", "Bi ftit ħsieb huwa possibbli li parti żgħira ta' l-enerġija tal- baħar tista' tiġi kkonvertita jew f'hydro energy kif ukoll f'elettriku.", "Ħafna mill-enerġija li jridu r-reverse osmosis biex jaħdmu hija marbuta mal- pressure qawwija li tintuża mill-pompi u l-filtri, ħaġa li tista' tiġi miġbura faċilment mill-baħar ta' madwarna.", "Fattur importanti marbut mar- reverse osmosis huwa li l-impjanti jinsabu viċin ħafna tal-baħar, jiġifieri m'hemmx spejjeż kbar biex wieħed iħaddimhom Għalhekk il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għas-snin li ġejjin trid tagħraf mnejn tadotta enerġija alternattiva.", "Naturalment jeżistu mezzi oħra ta' kif tiġġenera l-enerġija, mezzi li wħud minnhom ilhom jiġu pprattikati u oħrajn li għadhom qed jiġu ttestjati u analizzati.", "Qed nirriferi għas-solar energy u għall-wind energy.", "Kulħadd jaf li fil-korporazzjoni hemm nies kapaċi li jafu li meta nitkellmu fuq solar energy ma nkunux qed nirriferu biss għas-solar collectors li ilhom jintużaw f'pajjiżna imma wkoll għall-panels li jikkonvertu l-enerġija solari f'elettriku.", "Filwaqt li nifraħ lill- korporazzjoni għall-isforz li għamlet matul l-aħħar żmien, nixtieqilha futur ta' iktar ħidma fejjieda għall-ġid tal-poplu kollu - għax il-poplu kollu huwa konsumatur u klijent tal-korporazzjoni - u nisperaw li s-sena d- dieħla fl-estimi jkollna flus allokati għar-riċerka konnessa ma' tipi ta' enerġija alternattiva.", "Minkejja li semmejna kemm-il darba li l-korporazzjoni qatt ma twarrab flus għar-riċerka, nisperaw li jekk il-Bambin irid is-sena li ġejja nerġgħu niltaqgħu hawnhekk u nkunu nistgħu niddiskutu proġetti ġodda, sforz ta' l- istudji u riċerka li tkun qiegħda tissuġġerixxi l-Enemalta biex ittejjeb is- servizz tagħha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, nieħu pjaċir li hawn diversi diriġenti tal-water services corporation u nittama li qegħdin jieħdu nota tal- kummenti li nagħmlu minn hawnhekk.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-aċċenn m'għandniex nagħmluh biss fuq il-produzzjoni imma anke fuq il-kwalita' ta' ilma li nipproduċu.", "Dan huwa importanti għax nafu li l-ilma jiġi wżat mhux biss għax-xorb imma anke għall-ħasil u jekk ma jkunx ta' kwalita' tajba jista` jkun ta' ħsara għall-ġilda tal-bniedem.", "Jien m'għandix dubju li l- WSC tagħmel l-almu kollu tagħha biex ittejjeb il-kwalita' ta' l-ilma li tipproduċi għall-benefiċċju tal-konsumatur.", "Nagħmel aċċenn ukoll, Mr Speaker, għal applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi ta' farms.", "Naturalment it-talba ssir lill-awtorita' ta' l- ippjanar, li min-naħa tagħha titlob il-kummenti tal-WSC, ħalli tara jekk hemmx xi oġġezzjoni jew xi diffikulta' oħra biex joħroġ il-permess.", "Nafu li llum il-ġurnata waħda mill-iktar industriji importanti għall-ekonomija tagħna, barra dik tat-turiżmu, hija dik ta' l-agrikoltura.", "Nifhem li dawk il-full-time farmers li japplikaw għall-permess ta' farm jiltaqgħu ma' diversi diffikultajiet mil-lat ambjentali qabel ma jsibu roqgħa art fejn jistgħu jibnu l-farm, imbagħad aktar iva milli le jkun għad baqgħalhom jegħlbu l-problemi li spiss iżda ġustament toħolqilhom il-WSC, għax tgħidilhom li dik l-art qiegħda f'water catchment area u li hemm gallariji għaddejjin minn taħt li minnhom il-korporazzjoni ttella' l-ilma u allura ma tkunx tista' tippermetti li b'xi mod il-water-table tiġi kkontaminata.", "Anzi jien ngħid li huwa essenzjali li l-WSC tagħmel studju xjentifiku speċifikat u serju ħalli tara jekk il-farms, li ħafna drabi jkunu sitwati fl-iktar partijiet ċentrali minn fejn intellgħu l-ilma, humiex qed jagħmlu ħsara lill-aquifer.", "Sur President, jien nistenna li l-WSC tindaga sewwa u tara tistax toħroġ b'suġġerimenti hi fejn dawn il-farms jistgħu jiġu re-located biex ma ssirx aktar ħsara.", "Nista' nsemmi dawk il-farms li hemm fil-Wied tal-Baqqija, ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Huwa misħut dak il-bniedem li kien jokkupa l-kariga ta' ministru fi żmien Gvern Laburista li bl-iktar mod irresponsabbli ħareġ permessi bla ma ħaseb dwar xi ħsara ssir meta l-manure likwidu u solidu li jintrema' fil-wied jitħallat ma' l-ilma tax-xita.", "Dan il-materjal jispiċċa n-naħa ta' Wied il-Kbir, li hija l-iktar parti sensittiva tal-WSC, għax minn hemm jittella' l-aħjar ilma.", "Illum il-ġurnata hemm sistemi moderni ta' kif materjal likwidu ma jibqax nieżel sa l-aquifer, billi jew tagħmel base tal-concrete jew tal-plastic, jew tagħmel ilqugħ, barra li għandek ukoll apparat fejn jista' jinġabar il-manure f'kollettur taħt l- istess farm u b'hekk ma jkunx jista' jagħmel daqshekk ħsara.", "Nittama li jsir research work qawwi kemm fuq il-farms il-ġodda kif ukoll fuq dawk il- farms eżistenti.", "L-aħħar kumment li nixtieq nagħmel huwa fuq il-boreholes, Mr Speaker.", "Skond l-informazzjoni li ngħatajt il-bieraħ, hawn madwar 4,000 borehole liċenzjati.", "Dawn il-boreholes huma importanti u msieken dawk il-bdiewa li ma laħqux ħaffru waħda.", "Bir-rispett kollu lejn min seta ngħata permess biex iħaffer borehole, jien nibqa' nsostni li wasal iż-żmien li l-ilma jinqasam b'mod ġust bejn il-bdiewa kollha, speċjalment dawk li l-iktar għandhom bżonn.", "Naturalment min kien komdu ħallas il-flus u ġab il- liċenzja imma min ma kellux il-mezzi jew l-opportunita' li jħaffer baqa' b'xejn.", "Nittama li jinstab xi rimedju għax l-ilma li jittella' mill- boreholes huwa b'xejn u allura għandu jiġi shared bejn kulħadd.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, minn paġna 23 'il quddiem, ir-rapport annwali tal-korporazzjoni jagħmel riferenza għax-xogħol li jsir biex jitwassal l-ilma fid-diversi nħawi tal-pajjiż.", "Ir-rapport jagħti wkoll rendikont tal-ħsarat li jiġru fis-sistema ta' l-ilma u hemm ukoll indikazzjoni ta' x'tip ta' pajpijiet tqiegħdu mill-ġdid fis-sena finanzjarja under review.", "Wieħed jista' jgħid li ħafna minn dak li hemm miktub f'dan ir-rapport huwa repetizzjoni ta` dak li nsibu fir-rapporti tas- snin li għaddew - u aktarx li se nibqgħu narawh ripetut fis-snin li ġejjin - imma naturalment wieħed din għandu jifhimha għax il-WSC bilfors li trid tibqa' għaddejja bil-ħidma tagħha li tbiddel il-mains u tara li jinbidlu wkoll il-house connections, ħalli flok jibqgħu tal-ħadid isiru tal-plastic.", "Fil-fatt matul is-sena li għaddiet tqiegħdu bejn wieħed u ieħor 70 kilometru ta' mains ġodda.", "Mr Speaker, din l-informazzjoni jiena nixtieq norbotha wkoll ma l-istat tat-toroq għax jekk mhux se jkollna sistema ta' trenching fuq iż-żewġ naħat tat-triq biex pipe jitqiegħed taħt l-art tkun trid kull darba titħaffer trinka ġdida u f'każijiet ta' ħsarat fil-connections tkun trid tinfetaħ it- triq mill-main sad-dar.", "Huwa veru li min iħaffer trinka huwa obbligat li jerġa' jimliha u jasfalta l-wiċċ tat-triq imma dan ix-xogħol għandu jsir b'mod aktar effikaċi.", "Nisimgħu fuq ir-radijiet u naqraw fil-gazzetti bil- ħafna lmenti dwar il-kwalita' tax-xogħol u għalhekk nappella lill-WSC biex it-tenders jiġu evalwati f'dan is-sens ukoll.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport insibu li matul is-sena li għaddiet il-korporazzjoni bidlet bejn wieħed u ieħor għaxar kilometri ta' mains fuq xewqa tal-kunsilli lokali.", "Bir-raġun kollu, il-WSC qed tgħid li kieku mhux għax kienet imġiegħla tagħmlu issa, dan ix-xogħol kienet tagħmlu iktar 'il quddiem, b'użu aħjar ta' l-istess mains.", "F'pajjiżna għandna madwar 600 triq li sal-lum għadhom m'humiex asfaltati u l-probabbilta' hija li s-servizzi ta' l-ilma u servizzi oħrajn li jgħaddu minnhom m'humiex imqegħda b'mod permanenti u dan jinkludi madwar 360 kilometru ta' pajpijiet tal-WSC.", "Dawn il-pajpijiet m'humiex imqegħda fil-fond biżżejjed u allura għandu jsir xogħol fiż-żmien immedjat ħalli s- servizzi f'dawn it-toroq ikunu jistgħu jitqiegħdu b'mod permanenti u jservu għal numru ta' snin.", "Sur President, fejn jidħlu xogħlijiet fi private streets żgur li hemm bżonn ta' kollaborazzjoni u koperazzjoni aktar min-naħa tal-WSC.", "Jiena nieħu pjaċir ngħid li fil-ġimgħat li għaddew iltqajna iktar minn darba biex inkunu nistgħu nsibu l-aħjar mod ta' koperazzjoni.", "Jiena m'inix qed ngħid li n-nuqqas ta' koperazzjoni ġej minn naħa tal-WSC biss iżda hemm bżonn li ntejbu l-mod ta' kif infasslu xogħolna, kemm min naħa tad-dipartiment tat- toroq kif ukoll minn naħa tal-WSC u korporazzjonijiet oħrajn.", "Din il- koperazzjoni trid issir ukoll f'dak li jirrigwarda toroq li huma arterji li minnhom ħafna drabi jkun għadej mains ta' l-ilma.", "Il-mains ta' dawn it- toroq huma l-aktar mains antiki u ħafna drabi jwasslu minn raħal għal ieħor.", "Mhux l-ewwel darba li ma kienx hemm kollaborazzjoni kif suppost u allura rridu nħarsu 'l quddiem biex din il-kollaborazzjoni tibda sseħħ.", "Rigward it-toroq lokali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, irrid ngħid li riċentement intlaħaq ftehim bejn il-WSC u d- dipartiment tal-kunsilli lokali li permezz tiegħu l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jidħlu responsabbli huma stess għat-tiswijiet fit-toroq, naturalment wara li jkun sar ix-xogħol neċessarju.", "Jista' jkun li xi kunsilli lokali ma jaċċettawx li jidħlu għal din il-ħidma u jippreferu li jħallu t-tiswija f'idejn il-WSC.", "F'dak il-każ il-WSC għandha tara li l- kuntratturi kollha responsabbli għat-tiswija tat-toroq jagħmlu xogħolhom tajjeb u permanenti.", "Irrid ngħid ukoll li ħafna drabi tiswija fuq connections ma ssirx b'mod sodisfaċenti.", "Fix-xhur li għaddew mhux l-ewwel darba li kien hemm ilmenti f'dan is-sens u wieħed jispera li bl- introduzzjoni tas-sistema li semmejt bejn il-kunsilli lokali u l-WSC inkunu f'qagħda li t-tiswija tibda ssir aħjar.", "Kulħadd jaf li l-gvern ċentrali huwa responsabbli għat-tiswija ta' toroq li huma arterji iżda nittama li ma jerġax jiġri bħalma ġara ftit tal- ġimgħat ilu - meta l-kuntrattur li kien qed jaħdem fuq Triq il-Barrani ġie mġiegħel jagħmel xogħol ta' tiswija permanenti wara li kelli nintervjeni jiena direttament - għax dan huwa xogħol il-WSC.", "Naturalment nisħaq li l- kuntratturi jifhmu li l-kwalita' tax-xogħol ta' tiswija jrid ikun ta' livell tajjeb u li ma jkomplix iħassar l-istat tat-toroq, li huwa diġa' prekarju.", "Huwa importanti li dan jinftiehem mid-diriġenti tal- korporazzjoni.", "Dan li qed ngħid m'għandux jittieħed bħala kritika għall- persuni li jmexxu l-WSC imma għandu jittieħed fl-ispirtu li mil-lum 'il quddiem għandna nibdew naraw li t-tiswija tat-toroq, kemm jekk huma lokali u kemm jekk huma arterji, issir b'mod li mhux kull main li jirranġaw ikun ifisser skoss ieħor għal dik it-triq.", "Niġi għal punt ieħor li huwa marbut ukoll mat-tiswijiet, Sur President.", "Mhux l-ewwel darba li jiġi rrapportat leakage fi triq prinċiapli u dan idum ma jissewwa għal numru ta' ġranet u kultant anke numru ta' ġimgħat.", "Fl-istess rapport hemm imsemmija miżuri li l-WSC tieħu minn żmien għall- ieħor biex tnaqqas il-leakages fis-sistema ta' l-ilma - u tagħmel sew - imma mbagħad trid tara wkoll li l-ilma ma jdumx ħiereġ, kemm minħabba li l- ħela huwa dnub kif ukoll minħabba l-ħsarat li l-ilma jista' jikkawża.", "Minn rapporti li ġew pubblikati riċentement jidher li raġuni prinċipali għall-ħsarat fit-toroq hija l-leakages fis-sistema ta' l-ilma u allura jrid isir sforz kollettiv u qawwi bejn il-WSC u d-dipartiment tat-toroq biex il- ħsarat jonqsu.", "Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' nappella għall-koperazzjoni bejn il-WSC u d-dipartiment tat-toroq.", "Ma jistax ikun li x-xogħol li jagħmel wieħed jintilef minħabba nuqqas ta' tħejjija min-naħa ta' l-ieħor.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, niftakar li qabel l-elezzjoni kont ġibt l-argument li jekk pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea nkunu rridu nibdew inħallsu prezzijiet għall-enerġija u għall-ilma li jkunu jaqblu mal-prezz tas-suq.", "Dak inhar kien hemm kandidata tal-Partit Nazzjonalista li kienet ħarġet tgħid li l-argument tiegħi ma kienx validu għax sa dak iż-żmien ma kien għad hemm ebda direttiva f'dan is-sens u li allura l-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea xorta setgħu jibqgħu jissussidjaw korporazzonijiet bħall-WSC għal skopijiet soċjali.", "Issa ħareġ l-avis u hawn għandna l-akbar konferma ta' dak li kont għedt jien għax dikjarazzjoni bħal din din id-darba m'hijiex ġejja minn għandi jew minn xi ħadd ta' l-oppożizzjoni imma qiegħda fl-avis stess.", "Fil-fatt meta l-avis jitkellem dwar korporazzjonijiet speċifiċi bħall- Enemalta, il-WSC u l-Maltacom - fl-avis jirriferu għaliha bħala t- Telemalta - jgħid li l-operating surplus ta' dawn il-korporazzjonijiet mar il-baħar mhux biss minħabba l-ineffiċjenzi jew minħabba żieda fil-cost tal- personnel, jew minħabba diffikultajiet fil-ġbir ta' arretrati imma minħabba dak li jissejjaħ lack of market-based prices policy.", "Għalkemm ir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea b'xi mod jirrikonoxxi l-fatt li tnaqqsu s-sussidji u li l-prezzijiet ġew xi ftit alterati, xorta juri li dan ma kienx sodisfaċenti għax fl-istess nifs ir-rapport jgħid li:", "\"State enterprises continue to constitute a heavy burden on the government budget.\"", "Fi kliem ieħor qed jgħid li minkejja li l-gvern tal-lum għamel xi ħaġa biex gradwalment inaqqas is-sussidji, xorta waħda dawn l-intrapriżi se jkunu ta' piż kbir fuq il-budget finanzjarju tal-gvern.", "Skond il-Kummissjoni ta' l- Unjoni Ewropea dan ifisser li 'l quddiem irid isir ħafna iktar biex il- prezzijiet jiġu jirriflettu l-politika tas-suq u l-korporazzjonijiet, fosthom il-WSC, iridu jnaqqsu l-element ta' sussidju li jagħtu.", "Dan l- avis jgħidu ċar u, for fairness sake, wara dik il-kritika kollha li kien hemm min-naħa tal-ministru u kelliema oħrajn dwar ir-rati li kien introduċa Gvern Laburista, naħseb li l-ministru responsabbli għandu jirrikonoxxi l- konklużjoni li jasal għaliha l-avis u, bl-istess mod li xi xhur ilu kien stqarr li ż-żieda fir-rati tat-tariffi tad-dawl u l-ilma ma saritx b'kapriċċ, jistqarr il-verita' kollha.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jgħid li meta saru ż-żidiet, għalkemm forsi kienu żidiet goffi u anke ħallew ċertu impatt, kien hemm diversi istituzzjonijet barranin li rrikonoxxew l-għaqal ta' l-istrateġija tal- Gvern Laburista.", "Qed nirriferi għall-IMF, li kienu żaru Malta f'Marzu tas- sena li għaddiet, li fi tmiem iż-żjara tagħhom kienu qalu dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"The decision to raise rates charged for water and electricity represents a long overdue step towards containing the heavy losses of the Water Services Corporation and Enemalta and conserving extremely scarce resources.\"", "Minn naħa l-oħra Standard and Poor's, li hija aġenzija ewlenija ta' credit rating, bħal m'hi Moody's, kienet qalet li t-tariffi l-ġodda tad- dawl u l-ilma li ġew introdotti lejn tmiem l-1997 kellhom jgħinu b'mod konsiderevoli biex iddur il-qagħda finanzjarja ħażina tat-taqsimiet konċernati.", "Naf li dawn iż-żidiet fit-tariffi setgħu saru b'mod iktar gradwali u kien għall-istess għan li f'Lulju jew f'Awissu ta' l-1998 il- gvern kien ikkummissjona studju indipendenti min-naħa ta' John Cassar White u Alfred Mifsud, biex dawn jagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-prezzijiet u l- impacting tagħhom fuq il-konsumatur.", "Dak l-istudju li kien sar kien assigura bilanċ aktar xieraq bejn il-ħteġijiet tal-WSC u l-Enemalta, kif ukoll il-ħteġijiet u l-esiġenzi tal-konsumatur.", "Veru li kien hemm min seta' jikkritikana li stajna aġixxejna fuq dawk il-konklużjonijiet qabel l- elezzjoni imma dak inhar il-ħsieb tal-kabinett kien li jekk inċaqalqu l- prezzijiet lejlet l-elezzjoni, kif kien qed jirrakkomanda r-rapport ta' Mifsud u Cassar White, u mhux nagħmlu dan wara l-elezzjoni, stajna niġu interpretati li qegħdin nagħmlu electioneering u li qegħdin nirrikorru għal gimmick elettorali.", "Nixtieq, Sur President, li l-ministru jkompli jelabora fuq l-implikazzjonijiet ta' l-avis, mhux biss fuq dawk li huma pricing policies, jiġifieri l-prezzijiet li trid tiċċarġja l-WSC fil-ġejjieni, imma anke fuq żewġ aspetti oħra li huma l-privatizzazzjoni u d-deployment tan- nies żejda li jista' jkollha magħha l-korporazzjoni.", "Naħseb li l-kwestjoni tal-privatizzazzjoni hija domanda naturali li tqum mhux b'kurżita' imma għax huwa d-dmir tagħna li nistaqsu din id-domanda għax jidher li l-avis miexi f'din id-direzzjoni fir-rigward ta' korporazzjonijiet ewlenien.", "L-avis jitkellem ċar dwar nies żejda li hemm fis-settur pubbliku, cioe' mhux biss fis-servizz pubbliku imma fis-settur pubbliku in ġenerali.", "Jekk wieħed jiġġudika r-reazzjoni tal-gvern bil-mod kif ireaġġixxa l-Prim Ministru l-bieraħ - meta kien ħiereġ mil-laqgħa tal- kabinett u ġie mistoqsi jekk lill-impressed drivers huwiex se jagħmilhom tal-post jew le - iżjed u iżjed issa fid-dawl ta' dak li ntqal fl-avis, naħseb li wieħed għandu kull dritt jistaqsi: X'se jiġri min-nies li jista' jkun hemm żejda fi ħdan il-WSC?", "X'passi se jittieħdu fir-rigward tar- riżorsi umani biex l-amministrazzjoni tal-lum tkun konformi ma' l-avis li ħarġet l-Unjoni Ewropea?", "Naħseb li kien żball min-naħa tal-ministru li fl- introduzzjoni tiegħu tkellem wisq fuq il-prezzijiet u waqaf hemm u ma tana l-ebda ħjiel dwar il-problemi amministrativi, tekniċi u teknoloġiċi u sfidi oħrajn li qed tiffaċċja l-korporazzjoni.", "Nispera li jkollna xi naqra ta' ħjiel meta l-ministru jiġi biex jagħmel il-winding-up jew meta jitkellmu xi esponenti oħrajn min-naħa tal-gvern.", "Li nista` ngħid huwa li ssemmgħu ħafna l-prezzijiet iżda ebda kelliem minn naħa tal-gvern li smajna l-bieraħ u llum m'għamel aċċen dwar il-qagħda finanzjarja ħażina li kienet tinsab fiha l-korporazzjoni.", "Sur President, aħna konna kkummissjonajna lil Alfred Mifsud fl-ewwel ftit ġimgħat wara l-bidla fl-amministrazzjoni biex jagħmel studju u waħda mill- ewwel konklużjonijiet li kien wasal għaliha is-Sur Mifsud kienet:", "\"It is clear that government was well aware of the financial problems of the Water Services Corporation but chose simply to postpone them to posterity.\"", "Is-Sur Mifsud kien qed jagħmilha ċara li ħadd ma jista' jġib l-iskuża li l- gvern ta' qabel ma kienx jaf bil-problemi finanzjarji li kellha l-WSC imma għalkemm konxju minnhom, il-gvern iktar xtaq li jipposponihom u jħallihom fuq l-ixkaffa.", "Nixtieq nikwota minn diversi għejjun biex nagħti prova tal- qagħda finanzjarja ħażina li kienet fiha l-WSC u kemm il-Gvern Nazzjonalsita ta' dak inhar kien konxju minn din il-problema.", "Nibda b'ittra li kien bagħat is-segretarju parlamentari ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Ninu Zammit, lill-Prim Ministru fil-30 ta' April ta' l-1996.", "Dak inhar, meta kienet qed issir pressure biex ikun hemm back-up services minn naħa tal-WSC għall-kunsilli lokali, l-Onor.", "Zammit kien qal hekk: \"Inutli li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tagħmel diskussjonijiet u arranġamenti mall-kunsilli lokali għal tisħiħ fid- diversi lokalitajiet, kemm-il darba l-istess korporazzjoni m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex twettaq dan ix-xogħol.", "Din il- pożizzjoni se taqla' problemi serji fil-pajjiż fil-ġimgħat u xhur li ġejjin.\"", "Dan juri li l-Gvern Nazzjonalista kien konxju l-ħin kollu dwar il-qagħda finanzjarja u bil-problemi li kellhom, problemi li ġew sottolineati iktar tard fir-rapport tas-Sur Mifsud, meta qal li l-livell propost ta' sovvenzjoni li kien hemm min-naħa ta' l-amministrazzjoni Nazzjonalisa seta' wassal biex jgħarraq u jgħakkes iktar 'l isfel il-budget deficit proġġetat tal-gvern għall-1997, li kien diġa' laħaq livelli mhux aċċettabbli.", "Sur President, nista' anke nikkwota mir-rapport li l-awdituri Manduca & Mercieca kienu għamlu għas-sena finanzjarja 1995 - dan qed nitkellmu sentejn qabel l-elezzjoni ġenerali, biex naraw kemm din il-problema finanzjarja tal-WSC kienet ilha ġejja - u dak inhar f'ittra li kienu bagħtu jew f'rapport li kienu għamlu liċ-chairman tal-WSC, li dak iż-żmien kien is- Sur Tancred Tabone, l-awdituri kienu qalulu ċar u tond li jekk il- korporazzjoni ma tagħmilx xi ħaġa biex iżżid id-dħul tagħha allura din kienet se tidħol fi gwaj kbir finanzjarju.", "Min-naħa tiegħu l-bord baqa' juri l-preokkupazzjoni tiegħu dwar din il-qagħda sa lejliet l-elezzjoni ta' l-1996.", "Tant hu hekk li madwar ġimgħatejn jew tliet ġimgħat qabel l- elezzjoni ġenerali ta' Ottubru 1996, ftit qabel ma tela' fil-gvern il- Partit Laburista, kien ġie nnotat mill-bord tal-WSC li:", "\"It was proving very dificult to obtain further loans from commercial banks and an exceedingly difficult liquid position existed\".", "Jiġifieri kien ġie nnotat li kienet qed isir diffiċli ħafna biex il- korporazzjoni tottjeni self addizzjonali min-naħa tal-banek kummerċjali u fl-istess ħin il-likwidita' tal-korporazzjoni kienet qed tiġi aggravata u ssir iktar allarmanti.", "Fl-analisi li kien għamel is-Sur Mifsud - ir-rapport li ħareġ bih kien semmieh \"A Fresh Start\" - kien elenka tliet nuqqasijiet fundamentali.", "Kien elenka d-defiċjenzi li kien hemm fid-dipartiment tal-finanzi tal-WSC, kien irrimarka dwar id-defiċjenza li kien hemm fid-dipartiment ta' l- internal auditing u kien irrimarka wkoll li l-korporazzjoni kellha bżonn tnaqqas il-production costs tagħha billi tagħmel ċerti kontrolli.", "Is-Sur Mifsud kien irrimarka wkoll illi l-WSC kellha bżonn tnaqqas il-production costs tagħha billi tieħu kontroll ta' ċerti operazzjonijiet illi kienet qed tagħmel.", "Meta mbagħad ġejna għall-audit għas-sena li tagħlaq f'Settembru 1996, l-awdituri komplew urew l-istess tħassib.", "Huma kienu qalu li jekk wieħed jifli l-balance sheet u l-profit and loss account tal-korporazzjoni kien jara pożizzjoni li kulma tmur kienet qed issir aktar prekarja u ssottolineaw illi wieħed mill-fatturi ewlenin għal dan id-diżastru finanzjarju kien dak li huma sejħu \"inappropriate\" water tariffs.", "Dawn kienu daqstant baxxi li ma kenux ikopru n-nefqa totali tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Fattur ieħor li huma kienu elenkaw kien id-dewmien ta' madwar sitta jew disa' xhur li kien qed ikun hemm fil-ħruġ tal-kontijiet.", "Dan juri li d- dewmien ma nistgħux nassoċjawh biss mal-kwestjoni taż-żieda li kien hemm fir-rati tad-dawl u l-ilma.", "Din kienet marda kronika li kienet ilha ġejja minn mindu l-billing system saret taqa' taħt il-kontroll tal-WSC.", "Din is- sistema tant hija defiċjenti li l-Enemalta kienet qed taħseb serjament dwar il-possibbilta' illi tibda tagħmel il-billing tagħha separatament għaliex ħasset illi l-billing system tal-WSC kienet tant defiċjenti li kienet qegħda taffettwalha l-cash flow b'mod pjuttost gravi.", "Fatturi oħrajn li kienu ssemmew fir-rapport ta' l-awdituri kienu l-proċeduri fqar illi kien hemm f'dak li kien ġbir tad-debiti u l-pricing inadegwat li kien hemm għal servizzi oħrajn li kienet tagħti l-WSC.", "F'dan il-każ bilkemm kienu jinġabru l-costs tas-servizz illi kien jiġi offrut.", "Mir-rapport ta' l-awdituri ħareġ ċar li l-ħin kollu kienet qed issir pressjoni fuq il-gvern dwar il-ħtieġa li jkun hemm reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma.", "Jekk wieħed iħares lejn l-accounts illi għandna quddiemna mill-ewwel jara li l-korporazzjoni qegħda tiffaċċja losses konsiderevoli minħabba mill- anqas erba' fatturi.", "L-ewwel fattur huwa ż-żieda sostanzjali li kellha tul is-snin fl-overheads tagħha; it-tieni fattur huwa ż-żieda li kellha tul is- snin fil-wage bill tagħha; it-tielet fattur huwa ż-żieda li kien hemm fil- bad debts provision; u r-raba' fattur hu - u dan irridu neħduh in konsiderazzjoni - iż-żieda kostanti li kien hemm tul is-snin f'charges ta' imgħaxxijiet mill-banek.", "Il-korporazzjoni llum u fis-snin l-imgħoddija ma kellhiex l-abilita' illi tiġġenera biżżejjed cash biex tilqa' għall- commitments li kienet qed tagħmel.", "U biex nagħti eżempju tal-qagħda kritika li kienet fiha l-korporazzjoni meta ħa over Gvern Laburista - u din baqgħet tkaxkar anke tul ix-xhur - irrid insemmi illi meta ġew biex jitħallsu l-imgħaxxijiet ta' kull sitt xhur u l-instalment payments ta' kull quarter lill-banek fuq il-loans li għandha, il-ħlas ġieli minflok ma sar minn naħa tal-WSC stess kien isir mill-ministeru tal-finanzi biex jagħmel tajjeb għall-flus illi ma kenitx f'qagħda li tħallas il- korporazzjoni.", "Konferma oħra ta' dan li qed ngħid joħroġ mill-fatt illi parti sostanzjali mis-sovvenzjoni li l-gvern suppost jagħti lill-WSC, ġieli ħallasha dirett lill-banek biex jissetilja ċertu loan interest due illi suppost kellhom jiġbru l-banek mingħand il-korporazzjoni.", "Nixtieq insemmi wkoll il-performance, għalkemm hawnhekk irridu nammettu li rajna ftit titjib fl-aħħar sena.", "Per eżempju, fit-turnover kien hemm żieda ta' 4.4%.", "Għalkemm l-operating costs baqgħu dejjem jisbqu t-turnover tal-kumpannija, dawn niżlu minn 226% għal 192%.", "Dan huwa titjib, għalkemm ovvjament il-figura xorta tibqa' waħda mhux aċċettabbli.", "Jekk naraw l- administration costs, fl-1996 dawn kienu xi 46.5% tat-turnover u fl-1997 niżlu marġinalment għal 44.8%.", "Imma jekk wieħed jara t-telf kumulat tal- korporazzjoni, wieħed jara li s-sitwazzjoni kienet, għadha u tibqa' waħda preokkupanti għaliex l-accumulated losses jitilgħu għal aktar minn Lm14-il miljun.", "Jekk imbagħad naraw it-total banking facilities li għandha l-WSC - u hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq ċifra taċ-ċajt - iċ-ċifra tlaħħaq madwar Lm37 miljun.", "Dawn huma mifruxin fuq xi seba' loan accounts li għandha l- istess korporazzjoni, apparti mill-general banking facilities u apparti wkoll mill-overdraft li għandha.", "Dawn il-loan accounts huma pagabbli tul medda ta' snin, uħud minnhom jagħlqu fis-sena 2001, uħud minnhom jagħlqu fis-sena 2005 u wħud minnhom jagħlqu fis-sena 2010, sakemm ma jsirx ċertu rolling-over tad-debiti li hemm pendenti.", "Nixtieq nirrimarka wkoll dwar punt ta' kritika li spiss kien isir min- naħa l-oħra meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni, kontra dak li kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-leader tagħna kien jgħid illi jekk jerġa' jitla', Gvern Laburista kien se jagħmel inkjesta fl-Enemalta u fil- WSC biex ir-responsabbiltajiet joħorġu aħjar.", "Jiena nista' nsemmi tliet eżempji biex nuri biċ-ċar illi kien hemm ċerti nuqqasijiet minn naħa tal- WSC.", "L-ewwelnett issemmiet il-famuża rata li kienu jiġu ċċarġjati l- garages.", "Żgur ma kien hemm l-ebda direttiva minn naħa tal-gvern ċentrali biex min kellu garaxx mad-dar iħallas xi rata tad-drenaġġ jew iħallas il- kont b'rata kummerċjali fuq il-garaxx.", "Kien hemm ukoll każi fejn il-konsum illi sar qabel ma daħlu r-rati l-ġodda spiċċa tkejjel bir-rati l-ġodda.", "Dawn huma żewġ eżempji ta' żbalji li kienu saru minn naħa tal-korporazzjoni nnifisha.", "L-istess kien qed jiġri anke fir-rigward tal-villeġġjatura.", "Qabel ma daħlu r-rati l-ġodda, ir-rati tal-villeġġjatura kienu jiġu kkalkolati fuq persuna waħda, iżda għal xi raġuni jew oħra meta daħlu r- rati l-ġodda l-WSC bdiet tikkalkola u taħdem ir-rati tal-villeġġjatura daqslikieku ma kien joqgħod ħadd f'dawk ir-residenzi.", "U għalhekk il- konsegwenza kienet illi min kellu villeġġjatura spiċċa bir-rati tiegħu jisparaw minnufih 'il fuq.", "Punt ieħor fejn kien hemm nuqqas ta' ħsieb anke mill-WSC kien fir-rigward tan-nies li jgħixu bir-relief.", "Ma kenux jagħmlu distinzjoni bejn min jgħix bir-relief u lanqas kienu jieħdu in konsiderazzjoni każi ta' min ikollu lil xi ħadd jgħix miegħu li mhux jibbenefika mis-sussidju.", "Dawn kienu erba' punti li waħedhom biss kienu juru nuqqas ta' ħsieb u nuqqas ta' għaqal minn naħa tal-WSC meta ġiet biex tittekilja l-kontijiet matul is-sena amministrattiva li għaddiet.", "Jien intenni dak li kien qal l-Onor.", "Alfred Sant pubblikament fis-sajf illi għadda, illi l-intenzjoni tal-kabinett dejjem kienet illi r-rati jogħlew b'madwar 20% u qatt ma kien hemm deċiżjoni - naħseb dan jikkonfermawh anke l-minuti tal-kabinett - illi r- rati jogħlew b'100%, kif ġieli kien il-każ f'xi rati applikabbli.", "Li rrid ngħid ukoll huwa li wieħed jittama li fil-winding-up tiegħu l- ministru jagħti ħjiel ta' xi pjani konkreti għandu f'moħħu l-bord il-ġdid biex ikun jista' jsaħħaħ l-effiċjenza u l-effettivita' ta' din il- korporazzjoni filwaqt illi jwassal għal titjib fis-servizz.", "Jiena naħseb illi ma jkunx fair illi hawnhekk nitkellmu biss fuq prezzijiet imma importanti li nitkellmu dwar ir-rati tal-WSC tul id-diversi amministrazzjonijiet.", "Jiena naħseb illi hemm bżonn illi jiġu introdotti performance standards għoljin fil-WSC u hemm bżonn illi l-management, ikun min ikun fil-gvern, għandu jrendi ruħu iktar accountable għall-azzjonijiet tiegħu fil-ġejjieni.", "L-aħħar aspett li xtaqt nitkellem dwaru hu dwar ċerti allegazzjonijiet li kien għamel l-Onor.", "John Vella.", "Jiena kont qed nifli xi debates u r- riżultali li l-l-Onor.", "Vella kien għamel diversi riferenzi għal xi allegati irregolaritajiet u qal illi l-public accounts committee imissu jinvestigahom.", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux issa kien imma meta konna fil- gvern aħna u meta l-public accounts committee kellu bħala chairman lill- Onor. John Dalli.", "Safejn naf jien, la l-Onor.", "Vella u lanqas deputati oħrajn minn ebda naħa tal-Kamra ma kienu ressqu xi lmenti jew allegazzjonijiet lill-public accounts committee dakinhar.", "Jekk l-Onor.", "Membru jew xi deputati minn naħa tal-gvern iħossu li kien hemm xi irregolaritajiet fi żmien amministrazzjoni Laburista, jiena stess inħeġġiġhom biex jiġbdulna l-attenzjoni bħala public accounts committee u bl-iktar mod indipendenti u awtonomu ninvestigaw, kif investigajna diversi allegazzjonijet li kellna quddiemna, kemm rigward l-ambaxxata ta' Parigi kif ukoll rigward iċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura.", "Dan f'ġieħ it- trasparenza u l-operat illi bih wieħed jixtieq jara dawn l-affarijiet isiru.", "Fl-aħħarnett ngħid illi huwa importanti - u nagħlaq kif bdejt - illi għandna nkomplu niflu b'ċerta reqqa l-implikazzjonijiet ta' l-avis ta' l- Unjoni Ewropea.", "L-avis illum serva biex faqa' dik il-bużżieqa li kellna quddiemna ta' xi ħaġa maġika u astratta li tissejjaħ l-Unjoni Ewropea.", "Issa f'daqqa waħda qed naraw li fih xi ħaġa li tolqot fil-laħam il-ħaj.", "Jekk wieħed jifli s-setturi varji, fosthom dak li għandna quddiemna llum tal-WSC, jara li l-poplu Malti se jkollu mhux sfidi u opportunitajiet quddiemu imma piżijiet, liema piżijiet se jkollu jibda jġorr mhux wara li jiġu konklużi n-negozjati imma saħansitra qabel ma jibdew.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, meta ġejt biex nipprepara dan id- diskors, ħarist lejn id-diskors tal-budget li għadda u rajt x'kienet il- viżjoni tal-gvern preżenti rigward entitajiet governattivi.", "U fil-ħin li għandi m'inix se nitkellem b'mod tekniku imma rrid inkun kritiku għall- operat ta' din il-korporazzjoni, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-fatt li din għandha tipprovdielna servizz bl-iżjed mod effiċjenti.", "F'paġna 55 tad-diskors tal-budget jingħad li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tingħata flus biex tkopri l-ispejjeż tagħha.", "Bħal kull korporazzjoni oħra, aħna nistennew li din il-korporazzjoni żżid l- effiċjenza tagħha għax ħadd ma jista' jippretendi li l-poplu jħallas għall- ineffiċjenza u l-ħela.", "Din għalija għandha tkun waħda mit-terms of reference importanti li l-bord il-ġdid ta' din il-korporazzjoni għandu jżomm kontinwament quddiem għajnejh.", "U aħna bħala gvern għandna d-dmir li naraw li dan il-kliem ma jispiċċax sempliċement miktub iżda jiġi mwettaq ukoll.", "Mr Speaker, kien ta sodisfazzjon għalija x'ħin ftaħt l-annual report tal- WSC għal din is-sena u fost oħrajn ħarist lejn il-paġna miktuba miċ-chief executive.", "Dan qed jgħidilna li l-korporazzjoni taqbel li għandha tagħti servizz b'effiċjenza.", "U hawnhekk nibda nagħmel l-eżami tal-kuxjenza u nibda ngħid: Imma aħna qegħdin nitkellmu fuq l-effiċjenza biex nagħtu l- impressjoni li se nkunu effiċjenti, jew għax verament irridu nkunu effiċjenti?", "Aħna l-politiċi nsibuha faċli li nikkritikaw lil xulxin, imma fejn se naslu f'din il-logħba?", "Se nibqgħu nippermettu lill-poplu tagħna jisma' dan id-diskors fuq effiċjenza u mhux effiċjenza pero' fl-istess ħin kulħadd jibqa' bl-istess kwalita' ta' servizz li mdorrijin bih?", "U jiena nixtieq li f'dan il-ħin li għandi nagħmel eżami tal-kuxjenza rigward din l- effiċjenza għax aħna għandna dmir li noffru din l-effiċjenza u huwa d-dritt tal-poplu tagħna li jirċeviha.", "Sur President, f'paġna 8 tar-rapport annwali hemm messaġġ miktub miċ- chief executive u dan jgħid li l-korporazzjoni hija:", "\"... driven by the value for money concept.\"", "Huwa tajjeb li jkun hekk imma jekk nikkwota diversi rapporti ta' snin ilu nsib li dan il-ħsieb dejjem hemm kien.", "Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il- viżjoni għal din is-sena u jgħid li l-korporazzjoni se tara kif il-flus jintnefqu fl-aħjar interess tagħha u fl-aħjar interess tas-servizz li tagħti.", "Fir-rapport tiegħu, iċ-chief executive jgħidilna wkoll li għandhom jiġu ddentifikati l-kawżi tal-problemi li jġibu l-ineffiċjenza.", "F'kelma waħda rridu nidentifikaw fejn hi l-ħela.", "Għalija l-ħela tista' tkun kemm fir-riżorsi umani, kemm fir-riżorsi finanzjarji, kif ukoll fis-supply ta' l-ilma li wieħed jirċievi u forsi ma jħallasx għalih.", "Jingħad ukoll - u hawnhekk hawn sentenza li togħġobni ħafna - li s-servizzi jridu jingħataw", "\"... in a cheaper and more customer-oriented fashion.\"", "Il-korporazzjoni qed tgħid ukoll li:", "\"We are not afraid to change and we will re-engineer whatever process has to be improved.\".", "Il-korporazzjoni qed tgħid li lesta tagħmel it-tibdil kollu meħtieġ.", "Hawn jien nistaqsi: Din hija viżjoni reali?", "Din hija verita'?", "Dan huwa commitment jew din hija xi ħolma ħelwa?", "U jiena llum qed nitkellem hekk bħala wieħed li qiegħed fil-gvern u bħala wieħed li għandi r- responsabbilta' - għax il-WSC taqa' wkoll taħt il-ministeru tagħna - li nara li flimkien ma' sħabi nkun nista' ngħid li aħna ksibna iżjed effiċjenza u li morna pass 'il quddiem.", "Sena oħra rridu niġu hawn u ngħidu: Dak li tkellimna dwaru sena ilu ma kienx ħolma iżda kien realta'.", "Irridu ngħidu li din ma kenitx biss xi forma ta' kitba li wieħed iħażżeż għall-okkażjoni pero' kien mission statement li issa twettaq.", "Nistgħu nitkellmu fuq ħafna dettall u fuq ħafna statistika.", "Nistgħu nitkellmu wkoll fuq ir-reverse osmosis plants, fuq il-mod kif jingħataw il-kuntratti, fuq ir-relazzjoni tal-korporazzjoni mal-kunsilli lokali u fuq servizzi ġodda, pero' inutli nitkellmu b'teknikalita' jekk m'aħniex se naslu għall- għoti ta' servizz aħjar lill-poplu.", "Minn hawnhekk jiena nixtieq nagħmel mistoqsija oħra lill-korporazzjoni.", "Din il-viżjoni li għadni kemm ikkwotajt hija viżjoni ta' bniedem uniku jew hija viżjoni tal-ħaddiema kollha?", "U nagħmel din il-mistoqsija għaliex ir- risposta għandha tkun il-mod ta' kif irridu nieħdu din l-isfida biex inkunu iktar effiċjenti.", "Jiena nibża' li mill-fatti li naf rigward din il- korporazzjoni, din il-kisba ta' l-effiċjenza hija pperikolata.", "U hija pperikolata għal ħafna raġunijiet.", "Hija pperikolata tort tal-politiċi u tort tal-konflitti partiġjani li jifirdu lill-ħaddiema.", "U jekk din ir- realta' ma tiġix iffaċċjata, din l-effiċjenza se tibqa' biss messaġġ ta' l- okkażjoni.", "Il-bord tad-diretturi jista' jkun il-moħħ u d-direzzjoni tal- korporazzjoni pero' l-idejn li jwassluha għall-effiċjenza huma l-ħaddiema.", "Huma dawn li jwasslulna s-servizz ta' l-ilma fi djarna u li jirranġaw it- triq wara li tinqala' xi kanna.", "Il-mod ta kif se nikkomunikaw mal-kunsilli lokali u l-mod ta kif se naħdmu flimkien huwa f'idejn il-ħaddiema.", "U l- ħaddiema, bħal ħaddiema oħrajn f'kull korporazzjoni jew entita' governattiva, kollha jserħu rashom li ladarba daħlu f'korporazzjoni tal- gvern dawn joħorġu minnha biss bil-pensjoni.", "Huwa tajjeb li kulħadd iserraħ moħħu pero' tajjeb ukoll li naraw li nipprovaw neqirdu l-kankru soċjali b'mod speċjali fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, li jifred lill- ħaddiema minħabba kulur politiku.", "U meta aħna l-politiċi ninstigaw din il- firda, allura hemmhekk qegħdin inkunu diżonesti lejn il-poplu u lejn l- iffinanzjar u l-flus meħtieġa għal din il-korporazzjoni.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għall-attenzjoni tal-ħaddiema kif ukoll għall-attenzjoni ta' dan il-parlament.", "Jiena ma nwaħħalx fil-ħaddiema mingħajr ma nagħti tort lill-politiċi.", "Hawnhekk noqogħdu nakkużaw lil xulxin bil-ħela imma fl-istess ħin ma nkunux attenti li aħna ma nisfrattawx lil ħaddieħor.", "Irridu nkunu attenti li lill- ħaddiema nħalluhom jaħdmu għal għan wieħed.", "Hemm min hemm fil-gvern u hu min hu l-ministru, din il-korporazzjoni għandha taħdem biex twassal is- servizz b'mod effiċjenti.", "J'Alla jibqa' jkollna l-overtime u s-shift allowance imma jiena nittama li dawn ma jingħatawx skond il-kuluri imma jingħataw skond il-ħtieġa.", "Dawn il-korporazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu jitmexxew bil-gangs u bir-rivalita' bejn il-ħaddiema.", "U jekk dawn il- korporazzjonijiet ikunu biss mezz kif xi ħadd hawnhekk jieħu xi vantaġġ politiku, allura nkunu aħna responsabbli jekk dan is-servizz ma jitwassalx b' mod effiċjenti.", "Grazzi.", "THE DEPTUY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzja - għax ikun tajjeb li l-parlament ikun rikonoxxenti - lill- bord li għadu kemm spiċċa għax-xogħol u l-ħidma li wettaq matul din is-sena u tajjeb ukoll li nawguraw lill-membri tal-bord preżenti sabiex jiksbu riżultati jekk jista' jkun aħjar minn dawk li nkisbu matul din is-sena, ħalli fl-aħħar mill-aħħar jiggwadanja l-konsumatur u l-poplu Malti kollu kemm hu.", "Wara dan ir-ringrazzjament u l-awgurju tiegħi, ma nistax ma nirrimarkax kemm inħossni ddispjaċut li fil-parlament minflok li niġu niddiskutu bis- serjeta' x'inhuma l-problemi niġu nitkellmu qisna qegħdin f'kampanja elettorali, sempliċement biex niġbdu s-simpatija tan-nies.", "Jiddispjaċini li fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru tkellem qisu qiegħed f'kampanja elettorali u donnu li l-problemi tal-WSC kienu biss matul is-sena u nofs ta' Gvern Laburista.", "Il-ministru donnu ried jagħtina x'nifhmu li l-problemi fil-WSC kienu biss it-tariffi tad-dawl u l-ilma.", "Aħna bħala Partit Laburista ġarrejna r-responsabbilta' ta' dawn id-deċiżjonijiet, forsi ħallasna għalihom fl-elezzjoni li għaddiet, ammettejna li kienu anke deċiżjonijiet li ttieħdu b'ċerta għaġġla imma l-ministru xorta baqa' jisħaq fuqhom u ma rax problemi oħra fil-WSC.", "Jiena dan iinsejjaħlu faqar.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Edwin Vassallo u nifhem il-ħsieb tiegħu.", "Għallinqas hemm min għandu l-ħeġġa li jittekilja l-problemi imma donnu li l-ministru m'għandux din il-ħeġġa.", "Jien naħseb li huwa importanti li l-ministru jifhem li l-kampanja elettorali spiċċat.", "L-elezzjoni ilha sitt xhur li għaddiet u hemm bżonn li naraw verament x'inhuma l-problemi.", "M'għandniex sempliċement nitkellmu għall-gallerija u noqgħodu ngħidu biss li l-Gvern Laburista ma kellux kuxjenza soċjali għaliex għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma, li t- tariffa tad-drenaġġ ma kenitx meħtieġa u li huma żammew il-wegħda u neħħewha.", "Fl-opinjoni tiegħi din m'hijiex serjeta' għaliex is-serjeta' titlob li ngħidu li din hija r-realta' u li għandna naraw kif insolvu l- problemi.", "Jiena ma kontx nistenna li dak iż-żmien l-oppożizzjoni taqbel man-naħa tal-gvern meta kien hemm bżonn li jiġu aġġustati t-tariffi tad-dawl u l- ilma - ċertament ma kontx nistennih minn oppożizzjoni opportunista bħalma kienet dik Nazzjonalista, li anke fejn taqbel tgħid kontra, u hawn qed nirreferi l-aktar għal dak li ġara meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-awtorita' tat-turiżmu - pero naħseb li din kienet taf x'inhuma l-problemi wara li kienet għamlet disa' snin u nofs fil-gvern.", "U l- problemi tal-WSC ma bdewx fis-sena u nofs ta' Gvern Laburista imma bdew meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, u ċertament messhom fehmu aħjar x'wassal għal dan l-aġir tal-Gvern Laburista.", "Dan ma seħħx u sal-lum il- ministru għadu għaddej qisu qiegħed f'kampanja elettorali.", "Jien illum nappella li hemm bżonn li nindunaw li l-kampanja elettorali spiċċat u hemm bżonn li mmiddu jdejna għax-xogħol u naraw verament x'inhuma l-problemi tal- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma.", "Il-problemi huma diversi pero' l-ministru baqa' jgħidilna biss li t-taxxa tad-drenaġġ spiċċat.", "Forsi veru li spiċċat bħala taxxa tad-drenaġġ waħidha, pero' din daħlet mat-tariffa ta' l-ilma u dan qalu hu stess b'risposta għal mistoqsija parlamentari li saret hawnhekk.", "Jekk il-ministru għandu xi dubju minn dan li qed ngħid, jiena nistiednu jfittex it-tweġiba li ta hu stess.", "Il-ministru qal ukoll li mhux veru li l-European Investment Bank għamel kondizzjoni li biex jislef somma flus lill-Gvern Malti, dan kellu jdaħħal tariffa tad-drenaġġ.", "Jiena nistiednu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet tas-self li għamel l-EIB ħalli naraw jekk dan huwiex veru jew le.", "Hawn ġew m'għandniex noqogħdu ninħbew wara subgħajna, għax wara kollox ħadd ma jagħtik xejn ta' xejn.", "Ċerti kondizzjonijiet iridu jsiru u proprju din kienet waħda mill-kondizzjonijiet li l-EIB kien għamel lill- Gvern Nazzjonalista.", "Nixtieq insemmi wkoll xi ħaġa fuq il-kunsilli lokali.", "Diversi drabi smajna kemm il-kunsilli lokali jilmentaw fuq is-servizz li jingħata minn din il-korporazzjoni.", "Jidher li m'hemmx affjatament biżżejjed bejn il-WSC u l-kunsilli lokali.", "M'hemmx affjatament mhux għax forsi m'hemmx rieda jew inkella għax forsi min jinsab fil-WSC ma jirrikonoxxix il-kunsilli lokali imma għaliex m'hemmx dak il-body jew dawk il-persuni li jaħdmu iktar fil- qrib mal-kunsilli lokali biex jaraw x'inhuma dawn l-ilmenti tagħhom.", "Dan qed ngħidu għaliex ħafna drabi jiġri li kunsill lokali jkollu proġett f'moħħu pero' jkollu jieqaf għal żmien minħabba li jkollu jistenna xi servizz partikolari.", "Jiena kont semmejt eżempju fiż-Żejtun, fejn għal diversi ġimgħat ilna nistennew xi fittings li l-WSC qalu li ma kienx hemm.", "F'dan il-każ il-kunsill kien għaddej bix-xogħol u kellu jieqaf sakemm il- korporazzjoni tiġi tagħmel dawn il-fittings.", "Jien naħseb li jkun hemm bżonn li jkun hemm iktar diskussjonijiet dwar kif tista' tiġi mtejba l-ħidma bejn il-WSC u l-kunsilli lokali.", "Sur President, ikun tajjeb ukoll li naraw ukoll xi problemi oħra għandha l-WSC u jekk il-gvern ħolqilhiex problemi ġodda f'dawn l-aħħar xhur.", "Jien nistaqsi jekk il-VAT hijiex se tkun ta' problema għall-WSC.", "Dan qed ngħidu minħabba li l-Malta Desalination Services se jiċċarġaw din it-taxxa lill-WSC u din m'hijiex refundable.", "Minħabba f'hekk jiena naħseb li l- korporazzjoni se jkollha ġġorr ċertu piż finanzjarju.", "Ikun inutli li ninħbew wara subgħajna għax il-flus minn x'imkien iridu jiġu.", "Fuq it- tariffi smajna ħafna diskors u tajna l-impressjoni lin-nies li fl-aħħar mill-aħħar mhux il-poplu qed iħallas tas-servizz li qed jieħu mill-WSC.", "Dan qed nagħmluh minflok nipprovaw nedukaw lill-poplu biex nagħmluh iktar responsabbli anke ta' kif juża l-ilma.", "Per eżempju, il-bieraħ l-Onor.", "Louis Buhagiar semma anke l-mod kif ċerti nies jużaw l-ilma.", "Hawn nies li jaħslu l-karozzi tagħhom bil-pajpiet imqabbda direttament mal-vit minflok jużaw l-ilma li jkun ġej mill-bir.", "Dik hija ħela ta' ilma u aħna nafu li fil-pajjiż għandna problema.", "Huwa veru li matul is-snin din il-problema ġiet imtaffija imma at a cost għax biex inbnew id-diversi reverse osmosis plants li għandna u anke biex jitħaddmu, il-korporazzjoni tonfoq ħafna flus.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kwalita' ta' l-ilma.", "Ovvjament din għandha tiġi imtejba.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat, fiż-Żejtun - jiena nsemmi ż- Żejtun għax ġej minn hemm - il-kwalita' ta' l-ilma marret ftit lura.", "Veru li kien hemm xi ħsarat li setgħu kkawżaw dan pero' l-punt huwa li hemm bżonn li naraw kif nistgħu ntejbu l-kwalita' ta' l-ilma.", "Kont qed ngħid ukoll li hemm bżonn li nedukaw lill-poplu li hu fid-dmir li ma jaħlix ilma għaliex wara kollox il-flus se jiġu mit-taxxi li jħallas hu.", "Jekk ma jkunux it-tariffi direttament, il-gvern qed jissussidja lil din il-korporazzjoni billi jagħmel it-taxxi u, kif qalilna l-istess Ministru Dalli fil-budget, jekk ma jilħaqx il-mira għal din is-sena se jiġu fuqna taxxi ġodda.", "Jidher li wisq probabbli li din is-sena se nkunu ffaċċjati b'taxxi ġodda minħabba li ma tantx qed naraw li l-miri li hemm imfissra fil-budget se jintlaħqu u għalhekk huwa importanti li mhux biss inżidu l-produzzjoni u ntejbu l-kwalita' ta' l-ilma imma għandna wkoll innaqqsu kemm jista' jkun id-diversi leaks.", "U proprju l-ex-Ministru Charles Buhagiar wettaq ħidma tajba ħafna f'dan is-sens.", "X'jiswa li jien ikolli produzzjoni għolja meta xorta waħda jkolli ħafna leaks u allura qed ikolli ħafna ħela ta' ilma?", "Mela qed nonfqu l-flus biex nipproduċu l-ilma pero' fl-istess ħin, barra l-użu ħażin, qed ikollna ħafna unaccounted for water.", "Problema oħra li Gvern Laburista kien ħa ħsieb bis-serjeta' kienet il- problema ta' l-għargħar.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-Imsida, li kif jagħmlu erba' taqtiriet xita n-nies t'hemm jegħrqu.", "Kien proprju Gvern Laburista li ħa din il-biċċa xogħol bis-serjeta'.", "Anke jekk forsi l-WSC tħoss li din m'hijiex parti mill-ħidma tagħha, pero' jiena naħseb li f'dan il-pajjiż ma jistax ikun li kulħadd jibqa' jfarfar ir-responsabbiltajiet tiegħu u kulħadd iwaħħal fl-ieħor.", "Hemm bżonn li jkun hemm ħidma kordinata għax fl- aħħar mill-aħħar l-iktar li jbati huwa ċ-ċittadini.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm ħidma kordinata biex il-problema ta' l-għargħar tkompli tiġi tackled bis-serjeta', kif beda jagħmel gvern Laburista, anke bl-għajnuna u bil-ħidma tal-WSC stess.", "Importanti wkoll li ngħid xi ħaġa fuq l-ilma li jintuża għall-biedja.", "In- naħa t'isfel ta' Malta għandha l-impjant ta' Sant Antnin u smajt diversi lmenti mingħand bosta bdiewa ta' dawk l-inħawi li l-ilma ta' hemmhekk jew qed jintilef jew qiegħed imqassam ħażin.", "Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi, jistgħu jkunu minħabba ħsarat u jistgħu jkunu wkoll minħabba, biex insejħulhom hekk, sabotaġġi li jagħmlu ċerti bdiewa b'mod egoistiku.", "Dan huwa ħażin għaliex fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu d-dritt igawdi minn dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Minkejja li jidhirli li s-sena li għaddiet il- produzzjoni ta' l-ilma żdiedet hemmhekk, xorta jidher li din il-problema hemm għada.", "Nittama li jien żbaljat f'dan is-sens, pero' jekk aħna m'aħniex se naqbdu lil min qed jabbuża u jittieħdu l-passi li hemm bżonn, dawn l-abbużi se jibqgħu jsiru.", "Hemm bżonn ukoll li kull korporazzjoni u kull dipartiment jagħti r- rispett li ħaqqhom il-kunsilli lokali, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il- kunsilliera qegħdin hemm għall-ġid tal-lokal tagħhom.", "Dan is-servizz għadhom jagħtuh senza interessi u ċertament li ma ħaqqhomx tfixkil imma ħaqqhom għajnuna.", "Barra s-servizz lill-kunsilli lokali, għandu jingħata wkoll servizz tajjeb liċ-ċittadini.", "F'dan is-sens sar progress pero' għad fadal xi jsir.", "Għadna ma lħaqniex il-maximum tal-customer care pero' bdejna.", "U biex nagħtu servizz tajjeb mhux biss hemm bżonn min jilqa' l- ilmenti imma hemm bżonn anke nies imħarrġa tajjeb li jagħmlu x-xogħol tajjeb.", "U bosta drabi, meta jkun hemm xi xogħol tal-WSC sfortunatament naraw il-mod kif triq terġa' tingħata wiċċ ħażin wara li tkun inqalgħet.", "F'dan il-każ ukoll il-kunsilli lokali jilmentaw, speċjalment wara li jkunu nefqu ammont konsiderevoli ta' flus sabiex jirranġaw triq.", "U għalhekk huwa importanti li l-korporazzjoni tagħti taħriġ mhux biss lill-managers tagħha imma anke lill-ħaddiema.", "It-teknoloġija dejjem tinbidel u hemm bżonn li biex jingħata servizz aħjar jingħata training kontinwu lill-ħaddiema sabiex igawdi l-konsumatur.", "Fl-aħħarnett, Sur President, jien kif bdejt nixtieq nispiċċa dan id- diskors tiegħi u nistieden lill-ministru biex bis-serjeta' jgħidilna x'se jkunu l-miri tal-korporazzjoni għas-sena d-dieħla.", "M'għandniex noqogħdu nintilfu fuq ħafna kliem tal-kampanja elettorali li issa drajnih u ddejjaqna nisimgħuh.", "Iddejjaqna nisimugħ mhux għax aħna ma rridux nirrikonoxxu l-iżbalji li għamilna, għax dawn irrikonoxxejnihom kemm-il darba u dan jafu kulħadd, imma ejja nħarsu 'l quddiem għaliex inkella l- poplu ma jistax jeħodna bis-serjeta'.", "Hemm ħafna problemi li jridu jiġu solvuti, uħud minnhom ħoloqhom il-Partit Nazzjonalista stess meta kien fil- gvern qabel l-1996 u mbagħad minn fuq jiġi jgħajjar lil ħaddieħor għaliex ipprova jagħmel xi ħaġa bis-serjeta'.", "Veru ħadna l-iżbalji imma għallinqas pprovajna nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta'.", "U tajjeb infakkru wkoll li minkejja kull problemi li kellna kien hemm diversi nies u familji li minkejja t-tariffi l-ġodda ggwadanjaw ukoll.", "Il-familji l-inqas li jifilħu bħall-anzjani, bħan-nies li m'għandhomx xogħol iggwadanjaw minn dawn it- tariffi.", "Issa naraw jekk dawn il-familji humiex se jibbenefikaw minn dawn l-affarijiet bit-tariffi l-ġodda li għamel il-gvern.", "Dan qed ngħidu anke minħabba t-taxxa l-ġdida ta' Lm70 fuq is-servizzi ġodda, u naħseb jien anke fuq it-tibdil ta' kanen.", "Għalhekk importanti li l-minstru jagħtina r- risposti u linja ta' fejn miexja l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex ittejjeb is-servizz tagħha għall-ġid tal-konsumatur.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki allura nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, fil-ftit minuti li baqa' nixtieq nipprova nittratta l-punti li tqajmu.", "L-Onor.", "Carmelo Abela qal li l- oppożizzjoni rrikonoxxiet l-iżbalji li saru u li wieħed m'għandux jitkellem fuq l-iżbalji imma għandu jitkellem fuq il-futur.", "Ftit qabel ma tkellem hu, l-Onor.", "Brincat qal li l-intenzjoni kienet li t-tariffi ta' l-ilma jogħlew b'20%, u allura jiena bilfors ikolli nistaqsi: Huwa veru li l-Oppożizzjoni rrikonoxxiet l-iżball fundamentali li sar?", "Qed ngħid dan għax irrid infakkar lill-Kamra li bit-tariffi kif kienu, it-tariffa għal persuna li taħli 20 gallun kuljum kienet se tiżdidilha b'591%, żewġ persuni bi 349%, tliet persuni b'233%, erba' persuni b'118% u ħames persuni b'121%.", "Dawn iċ- ċifri huma ferm 'il bogħod mill-20% li ssemmew.", "Dan ma kienx tort tal- korporazzjoni imma kien tort tas-sistema li ġiet adottata mill-Gvern preċedenti li hija waħda li tippenalizza l-iktar lil dawk li jikkonsmaw l- inqas.", "L-Oppożizzjoni llum għadha ma tirrikonoxxix l-ammont ta' l-iżball, u li kieku ma nbidilx il-gvern ma naħsibx li kien ikun hemm ċaqliq daqskemm sar.", "Issa niġu għal diversi punti li tqajmu.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li l-IMF qalet li kien hemm bidla fit-tariffi, imma again, hemm tip ta' bidla u hemm tip ta' bidla oħra.", "Hemm bidla li tifga lill-ekonomija Maltija u hemm bidla li hija sostenibbli.", "U bil-bidla li għamilna aħna, id-dħul tal-Water Services Corporation se jitla' minn Lm6 miljun għal stima ta' Lm9 miljun.", "Din m'hijiex iż-żieda goffa ta' Lm14.5 miljun li kien se jkun hemm kieku t- tariffi baqgħu kif kien ipproponihom il-Gvern preċedenti.", "U m'għandux ikun li għax xi ħadd jgħidlek li għandek tibdel it-tariffi, dan ifisser li jkollok carte blanche u taqbad u tagħmel li trid.", "U l-Gvern preċedenti żbalja bil-kbir li ma ħax into consideration l-impatt soċjali u l-impatt ekonomiku.", "Ħafna nies ma setgħux jifilħu għal dak il-piż kif ma setgħux iġorruh ħafna mis-setturi ekonomiċi tagħna, inkluż is-settur agrikolu u dak turistiku.", "Dawn it-tariffi juru nuqqas ta' ħsieb u nuqqas ta' evalwazzjoni min-naħa tal-Gvern preċedenti, u meta nisimgħu lill-membri ta' l- Oppożizzjoni jiddefendu t-tariffi li ntroduċew, jien bilfors ikolli ngħid li l-lezzjoni għadhom ma tgħallmuhiex.", "Niġu issa għall-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qalu li kieku konna fl-EU it-tariffi ma jkunux jistgħu jorħsu jew inkella kien ikollna b'xi mod nagħmlu tariffi li huma iktar kummerċjali.", "Kultant f'dan il-parlament jiġi injorat dak li jgħid ħaddieħor.", "Per eżempju, fl-introduzzjoni tiegħi jiena għidt li r-running costs huma pressappoco daqs ir-revenue.", "Il-problema li hemm hija - u din hija problema reali u l-gvern preċedenti naħseb tfixkel waħda sew u ħadha għar-rasu fuqha - li l-WSC mhijiex responsabbli biss mill- produzzjoni ta' l-ilma imma hija responsabbli wkoll mill-infrastruttura tas- sistema tad-distribuzzjoni.", "Sfortunatament qatt ma kellna l-investiment neċessarju biex is-sistema tad-distribuzzjoni tkun waħda effiċjenti.", "Il-WSC tgħabbiet bil-piż li ssewwi din is-sistema u huwa d-dover tal-gvern li jara li jkun hemm distribuzzjoni adatta.", "Dan bħalma huwa d-dover tal-gvern li jagħmel toroq aħjar, dejjem skond il-mezzi li għandu.", "Meta aħna nagħmlu t- toroq ma noqogħdux ngħidu li l-gvern huwa fallut għaliex ikollu jissellef biex jagħmel it-toroq.", "Allura fejnha d-differenza meta inti qed tagħmel il- pajpijiet ġodda taħt it-triq!", "Id-differenza ma narahiex għax din ukoll hija spiża għall-infrastruttura.", "U inti ma tistax tgħid li jekk il-korporazzjoni ma tagħmilx profitt jew għallinqas it breaks even, allura hija falluta.", "Il-WSC għandha l-piż li trid tirranġa s-sistema tad-distribuzzjoni wkoll u sfortunatament m'għandniex assistenza minn barra.", "Kieku konna membri ta' l-EU kien ikollna assistenza kbira biex inkunu nistgħu ntejbu l- infrastruttura tagħna.", "Sfortunatament m'aħniex u allura dan il-piż irid iġorru l-Gvern Malti u hekk qed jiġri.", "(Interruzzjonijiet) Din kwestjoni ta' kif taqsam l-accounts.", "Kieku l-WSC għadha dipartiment tal-gvern, dan il- piż xorta l-gvern kien irid iġorru, jiġifieri ma naqgħux għar-redikolu.", "L- infrastruttura hija problema u l-gvern qed jerfa' l-piż bis-subvention li jagħti.", "U ma noqogħdux nibnu teoriji fl-arja u ngħidu li rridu nagħmlu market-based prices.", "(Interruzzjonijiet) Il-prezzijiet tagħna huma diġa' għoljin ħafna iktar minn ta' pajjiżi oħra.", "Aħna għandna l-isfortuna li m'għandniex riżorsi ta' l-ilma, bħalma għandhom l-Awstrija u bħalma għandha Franza, u allura l-gvern bilfors irid jagħti l-għajnuna biex ikollna provvista diċenti.", "U meta l-oppożizzjoni titkellem fuq l-EU, din donnu li tkun qed tinsa li fil-każ ta' essential services il-gvern huwa allowed li jagħti ċertu sostenn.", "Fil-fatt jien għedt li nofs is-sostenn tal-gvern, madwar Lm5 miljun, qed imur biex jipprovdi għad-depreciation u biex jipprovdi għall-pay-back fuq il-fondi li sselfet il-WSC.", "Jiġifieri l- kwestjoni ta' l-EU hija red herring.", "Kieku aħna membri ta' l-EU, kieku l- WSC għandha kapital bħala grant.", "U dan il-piż qed inġorruh aħna bħala Gvern Malti.", "Dak li tlifna meta bqajna barra waiting on the fence.", "Dawn kienu jaħsbu li kien jaqblilna hekk u spiċċajna nħallsu dan il-cost kollu.", "Imma issa tiġix tgħidli li l-gvern qed jgħin, ma tistax tgħid li l-gvern ma jkunx jista' jgħin, għax allura tkun qed titfixkel f'saqajk.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li l-konsum is-sena li għaddiet naqas bi 12%.", "L- ewwelnett ejjew naraw għaliex il-konsum naqas.", "L-ewwel raġuni hija ovvja.", "It-tariffi splodew taħt il-gvern preċedenti u meta jogħla l-prezz ta' xi ħaġa id-domanda awtomatikament tonqos.", "Dawn huma basic economics.", "U wieħed m'għandux jiftaħar li qisu saret xi ħaġa straordinarja li naqas il-konsum bi 12%.", "Jekk il-prezz għola b'iktar minn 100%, mhux bilfors li l-konsum jonqos?", "Raġuni oħra għaliex kellna inqas konsum hi għax irnexxielna nnaqsu l-leakages mis-sistema.", "Din m'hijiex xi ħaġa li għamel il-gvern preċedenti biss, għax aħna konna ilna naħdmu fuq piping system minn mindu twaqqfet il- WSC.", "Huwa veru li l-gvern preċedenti kompla bil-pipe laying imma issa ma naqgħux fir-redikolu u ngħidu li l-gvern preċedenti għandu jieħu l-kredtu kollu għal dan.", "Il-verita' hija li kull gvern li kien hemm minn mindu twaqqfet il-WSC żgur li nvesta ħafna fil-pipe laying u dik hija waħda mir- raġunijiet għaliex hemm id-deficit fil-korporazzjoni.", "Il-gvern preċedenti għamel tajjeb li kompla dan imma l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel investa ferm iktar.", "F'ġieh is-sewwa, ejja ngħidu dik li hija realta'.", "Raġuni oħra li tiġini f'moħħi naturalment hija l-economic slowdown, għaliex hemm relazzjoni bejn l-attivita' ekonomika u l-konsum ta' l-ilma u d-dawl.", "Jiena semmejt tliet raġunijiet għaliex naqas il-konsum imma f'dan il-każ jien konvint li l-impatt priċipali kienu t-tariffi esaġerati.", "Issa nibdew fuq diversi punti ta' kritika li tqajmu fuq il-WSC.", "Jien ukoll kultant ikolli x'nikkritika pero' rridu nifhmu wkoll li sar improvement.", "Meta bdiet fl-1991 u fl-1992, il-WSC kellha 1,900 impjegat.", "Illum għandha 1,200 u skond ir-rapport tas-Sur Alfred Mifsud huwa kkalkolat li l-employment għandu jistabilizza ruħu meta ninżlu għal madwar 800 jew 900 ruħ.", "Jekk taqra dak ir-rapport tas-Sur Mifsud ma toħroġx l-istampa negattiva li ħarġet hawnhekk.", "Qalu li f'Lulju li għadda kienu qegħdin jirrikonsidraw it-tariffi.", "Minflok ma għamlu l-istudju qabel u raw x'tariffi kellhom jidħlu, l-ewwel fajru t-tariffi u mbagħad qalu li se jirranġawhom.", "X'ġara in the meantime?", "Sakemm ġiet l-elezzjoni kienu għadhom ma ħarġux bi pjan u allura tefgħu lill-korporazzjon fi kriżi finanzjarja li l-gvern tal-lum issa jrid jiffaċċja.", "Dak hu li writna aħna wara l-Gvern Laburista, korporazzjoni bi problemi serjissimi.", "L-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li fl-1996 kien hemm backlog qawwi ta' xi 5,000 applikazzjoni għal servizzi varji.", "Jien illum tlabt lill-WSC biex tgħidli x'backlog kien hemm qabel u x'backlog hemm illum.", "Fil-fatt f'Settembru ta' l-1996 - u bil-permess tagħkom din inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - kien hemm 217 requests for new services u 129 requests for replacement of services.", "Dan hu d-diżastru li kien hemm f'Settembru ta' l- 1996.", "Jiena tlabt ukoll iċ-ċifri l-aktar riċenti u rriżultali li hemm 1,113 requests for new services and 1,973 requests for replacement of services.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni hi li wara 22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista hemm madwar 3,000 applikazzjoni pendenti.", "Jiġifieri jien ukoll hawnhekk nixtieq li l-affarijiet narawhom daqsxejn iktar bis-serjeta'.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex il-Ministru jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' memorandum mibgħut fit-23 ta' Frar, 1999 mill-manager distribution tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma liċ-chief executive ta' l-istess korporazzjoni dwar applikazzjonijiet pendenti.", "Issa jien m'inix se noqgħod ngħajjar lill-gvern preċedenti għax l- applikazzjonijiet pendenti minn 346 telgħu għal 3,000.", "M'għandix għalfejn noqgħod ngħid dan id-diskors imma s-sitwazzjoni hija proprju bil-maqlub ta' kif ippreżentaha l-Onor.", "Buhagiar.", "Jien irrid ngħid li l-applikazzjonijiet pendenti jridu jiġu tackled u rridu nagħmlu programm biex dawn nieħdu ħsiebhom mill-aktar fis possibbli.", "Punt ieħor li ssemma huwa dwar ir-regolatur.", "Fir-rapport annwali ta' l- 1996 kien hemm imniżżla l-intenzjoni li fl-1997 jidħol regolatur.", "Imma x'ġara?", "Xejn!", "Għaddew sentejn u għad m'għandniex regolatur.", "Tlifna sentejn għax kieku r-rapport tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea kien jgħid: Ara, sar progress hawnhekk għax daħal regolatur.", "Imma sfortunatament il-gvern tal-friża preċedenti iffriża wkoll ir-regolatur għar-raġunijiet li ma nifhimhomx.", "Dwar dan is-suġġett intqal ukoll li kien hemm xi ħsieb li t-training institute jibda jservi ta' regolatur.", "Jiena ma nafx kif dan jista' jkun.", "Il-verita' hija li rridu nerġgħu nibdew naħdmu biex nintroduċu r-regolatur.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar it-tariffi ta' dawk li jieħdu s-social assistance.", "Id-dipartiment tas-social security informani li hemm bejn 11,000 u 12,000 ruħ li jikkwalifikaw u dan huwa bejn wieħed u ieħor l- istess numru li konna qed nitkellmu dwaru qabel.", "Dwar l-accounts tas-sitt xhur irridu niftakru li r-rapport annwali nkiteb is-sajf li għadda, meta lanqas biss kien hemm ħjiel ta' bidla tal-gvern u lanqas kien hemm ħjiel ta' bidla fit-tariffi.", "Minħabba f'hekk ir-rapport iġib tabella ...", "(Interruzzjonijiet) Din hija subject to audit.", "(Interruzzjonijiet) Fuq dan kellna pandemonju sħiħ u ntqal ukoll li l-bord ġie misled.", "L-informazzjoni li għandi jien hi li kien board member stess li talab biex din tidħol hemmhekk.", "Jiena m'inix se noqgħod insemmi l-isem tal- board member imma rrid ngħid li ma nistax nifhem għaliex għandu jkun hemm dan it-tip ta' atteġġjament.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-Malta Desalination Services.", "Din il- ħaġa kienet ilha ppjanata mill-1994 u l-WSC diġa' kienet għażlet 15-il impjegat biex jibdew it-training mal-Polymetrics.", "Dak iż-żmien il-GWU kienet sabet oġġezzjoni, din baqgħet an on going issue iżda fl-aħħar wasalna biex din saret.", "Imbagħad kellna l-argument - imma jiddispjaċini ngħid li ma jsegwix - dwar il-produzzjoni.", "L-Onor.", "Buhagiar l-ewwel ħareġ bit-total number of trains u mbagħad ħareġ bit-total surplus capacity.", "Imma skużi, it-trains tar-reverse osmosis mhux kollha l-istess!", "Ta' Pembroke, per eżempju, għandhom capacity ta' 4,600 cubic meters per day u ta' Għar Lapsi għandhom 2,000 cubic meters per day u allura l-argument ma jsegwix.", "Veru li llum qed nużaw madwar 68% mill-production capacity li għandna pero' dan ukoll ifisser li hemm ċerti trains li qegħdin jiġu wżati f'postijiet oħra u allura m'għandniex għalfejn nixtru l-ġodda.", "Jiġifieri din lanqas tista' tgħidilha ħela pero' għall-grazzja t'Alla għandna spare capacity li tista' sservi lill-pajjiż in case demand increases.", "Barra dak, għandek is-savings li tagħmel mill-leakages li jirnexxielek issolvi.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nafx għaliex il-membri ta' l-oppożizzjoni jitkellmu b'dan il-mod għax fl-1981 il-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien - ma nafx jekk jirrikonoxxuhx għaliex dik l-amministrazzjoni kienet immexxija minn xi ħadd li llum ma jirrikonoxxux! - kien ħalla sitwazzjoni tal-biki għaliex mhux talli ma kellniex spare capacity biex tħares 'il quddiem għall- growth, talli kontinwament kellna insufficient capacity u kellna noqogħdu nagħlqu l-ilma 'l hawn u nagħlqu 'l hemm bir-roster.", "Naturalment dak iż- żmien kienu nsew li wieħed irid jinvesti u jħares 'il quddiem.", "Biex nagħlaq, Mr Speaker, nixtieq ngħid li l-WSC trid tkompli żżid l- effiċjenza tagħha, trid tkompli tinvesti bl-għajnuna tal-gvern biex tnaqqas il-leakages u trid tkompli tħarreġ lin-nies tagħha.", "Jiena mhux se noqgħod insemmi ċerti dettalji dwar kif saru l-affarijiet f'dawn l-aħħar sentejn pero' rrid ngħid li jien iddiżappuntat u ddiżgustat b'ċerti affarijiet li saru.", "Biex insemmi xi ħaġa rrid ngħid li, per eżempju, ntgħażlu ċerti nies għal scholarships bi proċeduri inaċċettabbli imma mhux se noqgħod nargumenta fuq dawn il-punti.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħidlek li kien hemm in-nuqqasijiet ukoll u jiddispjaċini li nħolqu dawn il-problemi.", "Li rrid ngħid huwa li l-WSC diġa' bdiet tħares lejn l-implikazzjonijiet ta' l-EU, bdiet tara x'benefiċċji tista' tieħu u fejn trid tbiddel u bdiet tara wkoll il-kwestjoni tar-regolatur.", "Irridu niżguraw li kemm jista' jkun il- WSC tara x'benefiċċji tista' tieħu għal pajjiżna.", "Aħna llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-gvern investa u qed jinvesti l-miljuni fis-sistema tad-distribuzzjoni, investa l-miljuni kbar fis-sistema ta' ġenerazzjoni ta' l-ilma u rridu niżguraw li fil-futur dan l-investiment jibqa' jiġi sostnut anke b'għajnuna minn pajjiżi oħra u b'għajnuna mill-Unjoni Ewropea.", "Rigward kontijiet, kif diġa' semmejt qed joħorġu l-kontijiet ta' l- industrija u tat-turiżmu.", "Huwa intiż li għal nofs Marzu se tintbagħat ittra for information purposes lill-konsumaturi domestiċi u mill-aħħar ta' Marzu, jekk il-Bambin irid, joħorġu l-ewwel kontijiet għall-ewwel perijodu ta' erba' xhur.", "Il-verita' hija li kellha tinbidel id-data, kien hemm ħafna diffikultajiet u dan wassal għal ċertu tul ta' żmien.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li kien hemm, Onor. Cuschieri.", "Tant id-data ġiet corrupted bit- taħwid li kien hemm taħt il-gvern preċedenti li din wasslet għal diffikultajiet serji.", "Jien nikkonkludi billi ngħid li t-tariffi wasslu għal ribeljoni minn ħafna elettrui.", "Aħna rrispettajna l-commitments tagħna, urejna kif mhux veru bilfors kellu jkun hemm taxxa separata għad-drenaġġ - u l-agreement ma' l-EIB kien jgħid biss li għandu jkun hemm sistema ta' cost recovery - u wettaqna dak li wegħidna.", "Mr Speaker, bi pjaċir ngħid li qegħdin f'sitwazzjoni li l-poplu tagħna jaf id-differenza bejn Gvern Laburista, li ma jħarisx fil-futur u li ma jġibx liċ-ċittadin l-ewwel, u Gvern Nazzjonalista li jagħmel dak li jwiegħed.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l- Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi fid-9.00 p.m. intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999 skond l-Att XXIII ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 156", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "KONTRA : 29", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' Settembru, 1999 ġew approvati.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għas-sena 1998/99.", "Ordnijiet tal-Ġurnata Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, nhar l-Erbgħa li għaddew, fi tmiem il- laqgħa tal-joint parliamentary committee li saret hawn Malta bejn rappreżentati tal-Parlament Ewropew u l-Parlament Malti, waslet l-aħbar li r-rapport tal-EU Commission kien ġie approvat.", "Dan kien filgħodu u effettivament wara nofsinhar ir-rapport ġie ppubblikat.", "Jiena ma kellix iċ- ċans nitkellem dwaru proprju għax dak inhar stess sifirt kmieni wara nofsinhar, pero' nħoss li għandi nagħmel ir-rimarki tiegħi fuqu f'din l- ewwel okkażjoni li għandi.", "L-ewwelnett irrid ngħid li kulma sar f'dan il-parlament huwa li dan ir- rapport sempliċement tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Qrajna ħafna fil- gazzetti dwaru pero' naħseb li, anke għar-records tal-parlament, wieħed għandu jagħmel il-kummenti tiegħu wara li issa ilu ftit ġranet mhux ħażin jiġi diskuss minn ċerti sezzjonijiet tal-poplu.", "U ngħid \"ċerti sezzjonijiet\" għaliex huwa veru li l-poplu in ġenerali qed jisma' ħafna verżjonijiet partiġġjani ta' dan ir-rapport imma għal darba oħra mhux se jkun informat b'mod dirett, l-iktar minħabba l-fatt li dan huwa rapport miktub bl-Ingliż.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm verżjoni bil-Malti biex il-poplu jkun jaf eżatt x'hemm fir-rapport.", "Dan qed ngħidu għax hemm ħafna affarijiet ta' importanza kbira u ladarba aħna ngħidu li rridu ninformaw lill-poplu, m'għandniex inħalluh bil-verżjoni Ingliża biss.", "Irrid ngħid ukoll li proprju llum stess, fuq xi radju, xi ħadd staqsa għaliex m'għandux ikun hemm aċċess għal dan id-dokument - ħaseb li r-rapport ma kienx aċċessibbli - iżda għallinqas il-verżjoni Ingliża ħarġet fil-gazzetta.", "Imma ħalli niġu għas-suġġett li rrid nitkellem fuqu, Sur President.", "Jien informat li fil-ministeru għall-affarijiet barranin nhar l-Erbgħa kien hemm ħafna ferħ u ċelebrazzjoni u ma nafx jekk infetħitx ix-xampanja wkoll.", "Għaliex?", "Għaliex ġie r-rapport tal-Kummissjoni fuq ir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Jien f'qalbi għedt: Possibbli wasalna f'dan l-istat ta' serviliżmu, li nieħdu gost sempliċement għax xi ħadd ikun għamel assessment u bagħtulna!", "Erħilha li forsi ċċelebraw meta raw ir-rapport ippreżentat pulit, imma jekk wieħed jaqra l-kontenut ma naħsibx li hemm għalfejn li wieħed jiċċelebra jew jifraħ, apparti l-fatt li dan ir-rapport ma qalilna xejn ġdid.", "Din in-naħa kienet ilha żmien twil tindika x'se jgħid ir-rapport u jiena nemmen li n- naħa l-oħra wkoll kienet taf x'se jkun hemm fir-rapport pero' konvenjentement ma qablilhomx jgħidu li jafu.", "Dawn jitkellmu fuqhom internament imma lill-poplu ma qalulux li dawn l-affarijiet jafuhom.", "U dan ir-rapport jesiġi affarijiet li ħafna minnhom setgħu saru anke fid-disa' snin u nofs li damu fil-gvern.", "Mr. Speaker, aħna konna ngħidu li fil-preżent u fil-futur prevedibbli pajjiżna ma jaqbillux ikun membru fl-Unjoni Ewropea.", "Għaliex konna ngħidu hekk?", "Għaliex aħna ma nitilqux minn bażi emozzjonali.", "Aħna m'għidniex li rridu nagħmlu dak li jagħmel kulħadd.", "Huma jġibulna l-argument li l-pajjiżi kollha jridu jidħlu.", "Jiena x'jimpurtani x'jagħmlu l-oħrajn!", "Aħna rridu nkunu qed nitilqu minn assessment prammatiku u realistiku ta' x'inhija s- sitwazzjoni f'pajjiżna u x'hemm bżonn biex tkun membru ta' l-Unjoni.", "Din hija xi ħaġa faċilissima.", "Emozzjonalment kulħadd jaf jgħid li jixtieq ikun membru, imma meta tagħmel hekk tkun qed tikkalkula l-ispiża u l-effett ta' dan fuq id-diversi setturi?", "U meta f'April ta' l-1997 ġie hawn Malta Van den Broek u ġie mistoqsi minn reporter għaliex Malta ġiet ittrattata daqshekk ħażin, dan qalilna bi kliem sempliċi li Malta ma kenitx preparata.", "Din hija xi ħaġa li n-naħa l-oħra jieħdu għalihom meta ngħiduha u jgħidu li mhux veru.", "Mhux veru meta r-rapport tal-ġimgħa l-oħra reġa' għamel underlining bl-iktar mod kategoriku dwar kemm Malta għadha m'hijiex preparata f'numru enormi ta' setturi?", "U dan huwa l-messaġġ li hemm.", "Issa jekk inti tiċċelebra minħabba dawn l-affarijiet, mela kemm tiċċelebra iktar jekk tirbaħ xi nofs miljun lira!", "Dan huwa rapport kif taf tagħmel l-Unjoni, bl-esperti li għandha, li bl-iktar mod ċar jgħidlek fejn huma n- nuqqasijiet.", "Jien ngħid li kważi kważi dan ir-rapport huwa kliniku, apparti ċerti żbalji li fih, li ma nafx kif daħlu fir-rapport.", "Issa jekk daħlux minħabba informazzjon żbaljata li ngħatat fir-risposti min-naħa tad- direttorat tal-ministeru għall-affarijiet barranin jew inkella għaliex sar żball ma nafx, pero' l-UE ma tantx jagħmlu żbalji .", "U jiena se nsemmi xi wħud minnhom.", "Dawn informawhom li l-budget deficit fl-1995 - u ngħid \"informawhom\" għaliex din l-informazzjoni ngħatat b'risposta għal questionnaire; u jiena naf għax għandi ftit esperjenza issa għax meta konna qegħdin nipprovaw ninnegozjaw zona ta' kummerċ ħieles, b'enfasi speċjali fuq l-industrija, aħna wkoll konna rċevejna questionnaire u rrispondejnih - kien qrib l-4% u mbagħad tela' għal 10%.", "Jiena ngħid li kien inbeda qabel dan u meta dħalna fil-gvern f'Ottubru ta' l-1996, dan kien diġa' skorra d-9% u kien wasal għal 11%.", "Fir-rapporti tas-Central Bank, l-ex gvernatur Francis Vassallo kien tana ċ-charts, fejn jidher li l-budget deficit kien qabeż sew id-9%.", "Imbagħad hemm żball ieħor meta jingħad li l-Partit Nazzjonalista jrid li jkun hemm referendum fl-aħħar tan-negozjati u bl-iktar mod stramb ikompli jgħid li l-Partit Laburista jrid ir-referendum qabel l-accession negotiations.", "Mela aħna xi darba tkellimna fuq l-accession?", "Min qalilhom lil dawn?", "Pero' jien niftakar li meta jien u l-leader konna fi Brussels u ltqajna ma' Lalumiere, li hija l-kap tal-grupp tar-Radikali Ewropej, din qaltilna li lilhom jgħidulhom li aħna wkoll irridu l-accession.", "U jiena niskanta kif membri parlamentari Ewropew lanqas biss ikunu informati bid- differenzi li jkun hemm bejn partit u ieħor.", "Nerġa' ngħid, Mr Speaker, li ma nafx kif waslet din it-tip ta' informazzjoni.", "Intqal ukoll li 1% tal- popolazzjoni hawn Malta tikkonsisti f'barranin u nofs dan il-1% huma Libjani li jaħdmu u joqogħdu hawn Malta.", "Jiena m'għandix ċifri f'idejja imma nixtieq li din tiġi ssostanzjata minn min ta l-informazzjoni.", "Jiena naħseb li hawn iktar Ewropej li joqogħdu u jaħdmu hawn Malta milli hawn Libjani.", "Irrid ngħid ukoll, Sur President, li min iffesteġġja wara li rċieva dan ir- rapport forsi ma wasaltx sa paġna 12.", "Hawnhekk ir-rapport juri tħassib rigward is-sitwazzjoni fejn tidħol l-aktar ħaġa importanti, jiġifieri l- industrija.", "Qed ngħid \"l-aktar importanti\" mhux għax setturi oħra m'humiex imma l-ħajja ta' l-ekonomija hija l-industrija.", "U dan qed jerġa' jirrepeti dak li ntqal fl-avis fl-1993 meta qal li għandhom dubji kemm tkun għadha teżisti ċerta industrija biex tiggwadanja mill-benefiċċji tas-sħubija.", "U hawn jerġa' jgħidlek li:", "\"Notwithstanding the considerable trade integration with the European Union, the ability of the Maltese economy to cope with the competitive pressures within the Union remains a challenge.\".", "Pero' x'qed jgħidilna wkoll?", "Qed jgħidilna li l-ewwel step hi li tagħmel customs union.", "Issa kemm in- naħa l-oħra u kemm aħna bħala Partit Laburista dejjem konna kontra li jkun hemm customs union.", "Għaliex?", "Għaliex din mhijiex ta' vantaġġ għall- industrija Maltija.", "Hawnhekk qed jgħidilhom li trid tagħmel customs union bħala l-ewwel pass.", "U dan mhux qed jgħidlek tagħmilha f'ċertu ammont ta' żmien imma qed jgħidlek li bħala l-ewwel pass trid tistabilixxi customs union.", "Imbagħad kemm jibqa' żmien bejn customs union u li nsiru membri?", "U jekk nagħmlu ħames snin, sitt snin jew seba' snin?", "U f'dak iż-żmien x'se jiġri?", "Ma ninsewx li kulħadd jaqbel li customs union hija kontra l-interess ta' l-industrija Maltija.", "Mela qed nammettu li se jkollna żvantaġġ.", "Customs union iddaħħallek ukoll l-agrikoltura u hawnhekk ukoll kollha naqblu - għaliex konna niġu kkritikati aħna min-naħa l-oħra li ma jaqblilniex indaħħlu l-agrikoltura fin-negozjati tagħna - li m'għandniex indaħħuha fil- customs union.", "Ma ninsewx ukoll li meta għandna customs' union, id-dazju kollu li l-pajjiż jiġbor fuq il-prodotti li jkunu ġejjin minn barra l- Unjoni Ewropea jrid jintbagħat Brussels.", "U jiena għalhekk nibda ngħid li min beda jiċċelebra diġa' kien fis-sakra, għaliex kieku ma kienx jiċċelebra!", "Għax meta wieħed jara dan ir-rapport kollu jgħid: Il-gvern kif se jagħmel dan kollu?", "Sur President, hawnhekk għandek shopping list li ma tispiċċa qatt.", "Hawn għandek lista ta' affarijiet li jekk tibda biss taqrahom ukoll taraha twila, aħseb u ara biex timplimentahom!", "Aħna konna se naqbdu biss is-settur ta' l-industrija u nirristrutturawh biex inġibuh kapaċi mhux li jieqaf għall-kompetizzjoni biss imma li jkun jeżisti u li jkun kapaċi jisfrutta l- opportunitajiet li jinfetħu b'dawn it-tip ta' arranġamenti.", "Dak biss ukoll beda jqajjem l-irwiefen kollha.", "Kulħadd beda jgħid kemm hi problema kbira, u qalu hekk ġustament għaliex din kienet se ċċaqlaq il-pedament ta' l- ekonomija Maltija.", "Huwa veru li aħna ddevjajna ħafna fuq is-servizzi dan l- aħħar - u tajjeb li wieħed jiddevja fuqhom - imma l-fatti tal-ħajja huma li għad għandna ħafna mill-ekonomija li hi marbuta ma' l-industrija.", "U l-fatt li konna se nagħmlu biss ir-ristrutturazzjoni ukoll kien se jġib taqlib enormi fil-pajjiż, aħseb u ara meta trid tirranġa dawn is-setturi kollha li qed isemmi hawnhekk biex xi darba nkunu nistgħu ngħidu li għandna l- kredenzjali biex insiru membri!", "U qed ngħidha ċara din.", "Nistgħu naslu biex ngħidu li għandna l-kredenzjali pero' b'daqshekk m'aħniex se nsiru membri għax insiru membri meta jriduna huma.", "Aħna naħdmu rridu.", "Irridu nagħmlu dan kollu li hawn fuq din ix-shopping list biex nissodisfaw lill-Unjoni Ewropea.", "U se nagħmel parentesi hawnhekk.", "Jien ma ngħidx li dawn il-kondizzjonijiet imponewhom fuqna.", "Dawn għandhom klabb, għandhom ir-regolamenti u jgħidulek: Isma', jekk inti dawn ma tagħmilhomx, tersaqx 'il hawn.", "U la l-Gvern Nazzjonalista jrid jibqa' għaddej b'din l-iffissazzjoni, dawn irid jagħmilhom biex mill-iktar fis possibbli jkun jista' jgħid li qiegħed in order.", "U meta jkun lest imbagħad ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jgħidulu: Issa stenna daqsxejn, għax aħna qed nagħmlu l-kontijiet tagħna għax għandna l-problemi tagħna!", "U dawn għandhom problemi, bħalma hi l-problema tal-konsolidazzjoni tas-sistemi tagħhom, il- problema tal-munita komuni, il-problema ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-problema tal-benefiċċju li jingħata lill-agrikoltura u l-problema ta' kif jistgħu jintlaqtu bit-tkabbir.", "Dawn ġustament jgħidu li huma jridu jikkonsolidaw l-għaqda tagħhom.", "U jekk taqra dan ir-rapport minn qoxra sa oħra, imkien ma ssib xi indikazzjoni li l-Unjoni Ewropea se ddaħħalna membri malli l-Gvern Malti jagħmel dan kollu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien kien jikkritikana li mhux se jkellmuna, li ma jifhmuniex u li ma teżistix sistema kif konna qed nipproponuha aħna, pero' fil-kunsill ta' assoċjazzjoni ta' April 1998 aħna konna qbilna li jkun hemm timeframe ta' seba' snin u li fih konna se naslu x'imkien.", "Issa taqbel jew ma taqbilx mal- perijodu ta' dan it-timeframe, il-fatt hu li aħna konna qegħdin nitkellmu b'mod konkret u mhux fl-ajru.", "U konna aħna li ridna seba' snin, fl-interess ta' l-industrija Maltija, għax daparti tagħhom riedu tliet snin.", "Dan kontra dak li jgħid ir-rapport.", "Dan jgħidlek li l-customs union trid tagħmilha mill-ikar fis possibbli, u jitkellem b'mod imperattiv.", "Saħansitra anke l- kelma \"imperattiv\" juża meta jitkellem fuq il-levies.", "Ara aħna, għidnilhom li l-levies niżmantellawhom skond kif inhu fl-interess ta' l-industrija Maltija.", "Huma għandhom interess li aħna nkunu magħhom imma aħna għandna interess ukoll li meta niġu biex inkunu magħhom inkunu b'saħħitna biżżejjed biex għallinqas niggwadanjaw minn din ir-relazzjoni.", "Aħna ma ridniex niġu niddependu kompletament fuqhom u ma ridniex inkunu sangisugi.", "Aħna ma qgħadniex ngħoddu kemm se nieħdu miljuni, kif għamel il-Partit Nazzjonalista biex rebaħ il-voti.", "U l-Onor. de Marco missu jagħmel dikjarazzjoni pubblika u jgħid li żbalja hemmhekk.", "Ara sieħbu, l-Onor.", "Josef Bonnici, qal li min qal hekk żbalja.", "L-Onor. de Marco żbalja, bħalma żbalja fuq it-tbassir tad-dati ta' meta deħlin.", "U dawn il-ħafna pulċinellati m'humiex denji ta' min qiegħed jitkellem fuq deċiżjoni daqshekk serja għall-pajjiż u li għandha impatt fuq il-futur ta' pajjiżna.", "Din id-deċiżjoni hija kruċjali u ma nistgħux nittrattawha bil-ħmerijiet li smajna għal dawn is-snin kollha, bħal meta lejliet l-elezzjoni fil-Fgura kienu qalu li se jagħtuna Lm100 miljun.", "X'ħasibhom dawk!", "Mela ħaseb li qed jilgħab xi jackpot!", "Illum fejn hu qiegħed biex jgħid li dakinhar żbalja, jew daqshekk aħna suppervi li ma naċċettawx li żbaljajna!", "Ara aħna, konna mgħajrin injoranti u li ma nifhmux, u wara kollox, kulma għidna kollu seħħ.", "Tant seħħ li meta tlajna fil-gvern u rrealizzajna dan il-pajjiż x'għandu bżonn, ma qgħadniex ngħidu l-Unjoni Ewropea u mhux Unjoni Ewropea imma għidna: Isma', aħna Maltin u l-interess tagħna hu li lil dan il-pajjiż inwaqqfuh fuq saqajh.", "U nwaqqfuh fuq saqajh mhux għall-wiċċ l-Unjoni Ewropea, mhux biex inkunu kredibbli, mhux biex inkunu eliġibbli imma għaliex hekk hemm bżonn.", "Aħna ddentifikajna l-problemi ta' deficit li kien qed jaħbi l-gvern ta' qabel.", "Issa ta' min jgħid xi ħaġa fuq id-deficit.", "Fl-ewwel faċċata tiegħu, dan ir- rapport jgħid lill-gvern biex jara x'se jagħmel u jikkontrolla d-deficit.", "Issa meta konna aħna fil-gvern kienu jgħajruna li mhux veru kien hemm dan id-deficit, li aħna giddibin, li qegħdin nivvintaw, li qed inkabbru l-ħofor u li qed niżirgħu l-isfiduċja.", "Illum l-Unjoni Ewropea wkoll qed tgħidilhom.", "Ara issa l-FOI, iċ-Chamber of Commerce u l-GRTU ippubblikawhom il-graphs ta' kemm għandna problemi.", "Issa ma jimpurtax, imma basta mhux il- Gvern Laburista!", "Kemm qalulna affarijiet għaliex qbadna r-ristrutturazzjoni bis-serjeta', għax għamilna l-IPSE u għax il-flus li kien se jkollna tal- fourth financial protocol dawwarnihom biex jintużaw għar-ristrutturazzjoni!", "Ara llum, fuq radju privat l-Onor.", "Joe Borg iddikjara li l-flus se jħalluhom għar-ristrutturazzjoni u ddikjara wkoll li se jadottaw l- istrateġija li għamilna aħna għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija.", "Meta jitkellem minn fuq xi platform u fil-parlament dan jgħid li kissirna u li tfajna lill-pajjiż lura u li għamilna l-ħsara, u issa se jadottaw l-istess programm u l-istess strateġija li kellna aħna, anke fl-iżmantellar tal- levies.", "(Interruzzjonijiet) Anke l-iżmantellar tal-levies.", "Issa f'dan il- każ trid tara jekk tħallikx l-Unjoni Ewropea, għaliex aħna dakinhar konna qegħdin ninnegozjaw free trade area.", "U jiena ma nistax nara kif tan-naħa l- oħra jistgħu jgħidu lill-Unjoni Ewropea li ma jridux li l-customs union tidħol b'mod immedjat.", "Mr. Speaker, jiena ngħid lill-poplu Malti biex iżomm għajnejh u widnejh miftuħin ħalli jara xi jfissru dawn il-wegħdiet - bħal dik tal-Lm100 miljun li kien semma' l-Onor. de Marco - li qegħdin jgħidu li se jinnegozjaw.", "Qed ngħid hekk għax anke dan ir-rapport, f'paġna 22 jgħidlek ċar li", "\"the system of levies will have to be imperatively eliminated.\"", "Ara lilna ma kellmuniex fl-imperattiv.", "Lilna qalulna: La ma tridux tliet snin, ejja nsibu mezz kif it-tliet snin jibdew jgħoddu minn wara li nibdew nagħmlu d-diskussjonijiet u n-negozjati, inġebbduhom kemm hemm bżonn u nġibuhom seba' snin, jiġifieri bħal ma ridna aħna.", "Din hi s-serjeta' tan- negozjar.", "U biex jorbtuna - u għamlu sew - qalu li dan marbut qrib ħafna mal-proċess tar-ristrutturazzjoni li l-Gvern Malta beda b'mod attiv.", "Issa dan il-gvern kellu disa' snin u nofs biex jagħmel din ir-ristrutturazzjoni imma ma bdihiex.", "Meta bdejniha aħna kien jikkritikana fuqha, u mbierek Alla issa, la qaltlu l-Unjoni Ewropea naħseb jien li se jkollu jbaxxi rasu u jagħmilha.", "Jiena semmejt ir-ristrutturazzjoni u semmejt id-deficit li konna ddentifikajna bħala l-problemi li jridu jiġu indirizzati bl-iktar mod frontali.", "Dak iż-żmien konna ddentifikajna bħala problema wkoll l- ineffiċjenza tas-servizz ċivil.", "Kemm qalulna għaliex bdejna nipprovaw indaħħlu ftit dixxiplina fuq min jiskarta!", "Issa x'qalulu f'dan ir- rapport?", "Qalulu li s-settur taċ-ċivil irid ikun iktar effiċjenti u iktar produttiv.", "Aħna m'aħniex se noqogħdu ngħajruhom jekk jitolbu effiċjenza mingħand iċ-ċivil.", "Aħna m'aħniex partiġġjani daqshekk, pero' jkunu redikoli jekk jagħmlu dak li konna qed nagħmlu aħna biex nipprovaw inġibu l- effiċjenza u li huma kienu tant ikkritikaw.", "Ir-rapport jgħid ukoll li jrid iġib market prices għall-utilities, għall- ilma u għad-dawl.", "Dwar dak li sar meta konna fil-gvern rigward il-utilities hemm ħafna spjegazzjonijiet xi jsiru, u aħna stajna ma tajniex dak ix-xokk.", "Ma kellniex ċans nirranġaw l-affarijiet għaliex tant kienet irmuntat il- kritika, il-camorra u l-konfoffi kontra tagħna li konna qed nagħtu aktar attenzjoni fuq x'kien għaddej milli biex naraw x'kienu qegħdin jagħmlu s- civil servants.", "Imma ħallih dan l-argument, għax issa l-poplu ddeċieda fuqu.", "Imma x'se jagħmel issa l-gvern?", "Se jagħmel prezzijiet li jirriflettu l-veru prezz tas-suq ta' l-utilities?", "Mingħalih li se jkompli jissussidja, Sur President?", "Ma jistax.", "Dan l-istess bħalma jingħad rigward is-settur pubbliku inkluż it-Telemalta, l-Enemalta u x-shipbuilding.", "X'qalilhom lil tax-shipbuilding?", "Kemm qalulhom tan-naħa l-oħra li se jġibulhom il-flus biex ikunu jistgħu jaħdmu!", "Issa dan ir-rapport jgħid li l-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding iridu jottemporaw ruħhom mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea.", "U xi jfissru dawn?", "Ifissru li l-gvern ma jistax ikompli jissussidja lid-drydocks.", "Jiena mhux se nidħol fl-argument jekk dan il- pajjiż għandux ikompli jissussidja lid-drydocks bil-mod kif qed jissussidjaha imma rrid ngħid li aħna pprovajna naqqsu d-dipendenza tagħhom fuq is-sussidji u qlajna ruxxmata kritika min naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "X'ma xewxux ġod-dockyard?", "Aħna m'għidnilhomx li jekk ma jirnexxilhomx jirranġaw f'tant snin se nagħlqu d-drydocks, pero' hekk se jkollu jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, Sur President.", "Membru min-naħa l- oħra qal: X'fiha ħażin billi tagħlaqhom, insibulhom xogħol x'imkien ieħor!", "Jiena m'għandix ċans noqgħod nirrispondih, bħalma m'għandix ċans nidħol fid- dettalji kollha ta' dan ir-rapport.", "Il-quddiem ikollna ċans nitkellmu anke fuq il-kaċċa - fejn qed jgħidlek li hawn trid toqgħod għar-regolamenti - fuq il-monopolji u fuq id-dritt tar-residenza, li jistgħu jiġu l-barranin.", "Dwar id-dritt li barranin jiġu joqogħdu hawn, xi ħadd qal: Not very likely.", "Din ma nifhimhiex jien.", "M'ilux kont semmejt dak li ġara f'Palma de Mallorca, gżira Spanjola fil-Mediterran, fejn wieħed minn kull sebgħa tal-popolazzjoni huwa Ġermaniż.", "Dawn għandhom it-tobba tagħhom, id-dentisti tagħhom, il-clubs tagħhom u l-pubs tagħhom.", "Kont għedt ukoll li kważi kważi llum waslet il-possibbilta' li ċerti rħula jistgħu anke jeleġġu sindku Ġermaniż, u dan fi gżira Spanjola!", "Min m'huwiex informat aħjar ifittixhom dawn l-affarijiet, għaliex m'huwiex sew li jiġi xi ħadd pseudo-espert fuq l- Unjoni Ewropea u jgħidlek: Not very likely.", "Il-fatti juru differenti u m'għandna l-ebda lqugħ kontra dan għaliex ir-regolamenti huma regolamenti.", "Dan kollu li semmejt x'se jqum?", "U issa mhux qed nitkellem mil-lat ta' flus.", "X'se jqum f'termini umani dan?", "X'se jqum soċjalment u x'se jġib fil- pajjiż?", "Jgħidulna: Intkom tbeżżgħu lin nies u jgħidulna li aħna eurosceptics.", "Tbeżża' għaliex tgħid il-fatti kif inhuma?", "Il-kollega tiegħi jgħid li kważi kollha kkonvertew u jsemmi lill-Irlandiżi, lill-Griegi u lill-Ingliżi.", "Jien ngħid: Aħna nikkonvertu meta nkunu konvinti li l-pajjiż ikun b'saħħtu biżżejjed biex jerfa' ċerti responsabbiltajiet.", "Inkunu konvinti u nikkonvertu meta nkunu ċerti li r-regolamenti tbiddlu u li bihom il-pajjiż ikun se jmur aħjar imma sal-lum, u safejn nistgħu nxommu 'l quddiem, dan kollu għadu m'huwiex fl-interess tal-pajjiż.", "U nerġa' ngħid jien: Jista' l-gvern jgħidilna - u din staqsejtha fil-joint-parliamentary committee u għandi dispjaċir kbir li dan ir-rapport ġie wara u mhux qabel - x'inhija r-road map li għandu l-gvern?", "U meta ġie Van der Linden biex jagħtihom ir-rapport - dak li meta ġie fi żmienna qalu li kien \"biċċa uffiċjal\" u li issa donnu sar uffiċjal kbir għax ġie fi żmienhom! - dan dar fuq l-Onor. de Marco u qal: Dik mhux biċċa tagħna, ir-road plan irid jagħmilha l-Gvern Malti.", "U jien ngħid lill-Gvern Malti: Issa li għandek il- fatti f'idejk - li wara kollox huma fatti li konna diġa' nafuhom imma hu riedhom bil-miktub - kemm se nagħtuk żmien biex tagħmel pjan biex tgħid f'termini umani, soċjali u ekonomiċi x'se jqum lill-poplu Malti.", "Kemm se jkollok jobs li jintilfu?", "Kemm se jkollok nies li se jkollhom ibiddlu l- job tagħhom?", "Kemm se jkollok nies li se jkollhom jagħlqu n-negozju tagħhom?", "Minn dan ma tisma xejn imma tisma biss dwar kemm għandu Ġappuniżi jistennew fil-pipeline biex jinvestu.", "Jien naħseb li f'sitt xhur dawn il-Ġappuniżi misshom waslu, issa li reġgħet ġiet riattivata l-applikazzjoni, pero'-ebda Ġappuniż ma tela' minn ġol-pipe!", "Sur President, jien nagħlaq billi ngħid li rridu niddiskutu ħafna fuq dawn l-affarijiet għax issa qegħdin fil-mument tar-realta'.", "Issa ż-żmien tal-ħolm u tal-ħmerijiet spiċċa.", "Għandna dokument li ma kellniex x'nambuh u l-gvern huwa obbligat - u mhux issa noqogħdu nieħdu r-ritratti u ngħidu li morna hemm u morna hawn - jagħmel il-kalkoli - kemm ikunu kredibbli ma nafx - ħalli lill-poplu Malti jgħidlu kemm se tqum din il-ħaġa.", "U tqum mhux fi flus imma f'dawk li huma termini umani.", "Il-poplu Malti għandu dritt li jkun jaf u jien nispera li meta n-naħa l-oħra jagħmlu affarijiet bħal dawn, jagħmluhom bis-serjeta' u mhux bil-gideb li kienu għamlu qabel l-elezzjoni biex jirbħu l-voti.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l- Erbgħa 24 ta' Frar, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - COMPUTER SCANNERS", "3568.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li fid-dekasteru u d- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm għaxar scanners, kif indikat hawn isfel:", "DIPARTIMENT META DITTA KEMM SWEW NXTRAW ------------------------------------------------------------ Waste Management 1997 Philips LM 95.", "Building & Eng.", "Dept.", "1998 Hewlett Packard LM140.", "Director General 1997 Hewlett Packard LM140.", "B.I.C.C. 1997 Apple Macintosh LM445.", "Env.", "Protection Dept.", "1995 Genius Colour LM514.", "Env.", "Protection Dept.", "1994 Page SP2 Laser Scanner 4800 SP LM514.", "P.C.C.U. 1998 Epson GT 6500 LM412.", "Waste Management 1997 Optico PRO LM 55.", "Segretarju Permanenti 1998 Hewlett Packard LM170.", "1992 Genius M.S.U.", "MINISTERU TAL-FINANZI - COMPUTER SCANNERS", "3569.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm", "Ministeru 2 Hewlett Packard Scanjets 1996-97 578 Dwana 1 Hewlett Packard Scanjet 4C 1995 500 Kuntratti 1 Hewlett Packard Scanjet 4P 1996 289 Taxxi Interni 2 Hewlett Packard 1997 400 VAT Xejn -- -- Lottu Pubbliku Xejn -- -- Tezor Xejn -- --", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - COMPUTER SCANNERS", "3570.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad- dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew l-ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kif ġej:", "Ditta Meta Lm nxtraw", "Ministeru Brother (3) 14.12.98 Lm450-il wiehed", "Segretarju HP 18.5.98 Lm150 Parlamentari", "Direttur Generali Genius (1) } HP (3) } 18.5.98 Lm150-il wiehed Mustek (1) }", "Dipartiment ta' Scanjet 5100C ___ ___ l-Ezamijiet HP", "Dipartiment tal- HP ___ Lm130 Muzewijiet", "Dipartiment tal- NMA HP 1996 porvduta mill- Libreriji u MITTS Arkivji Maritime HP ___ mghotija", "Dipartiment tal- ___ ___ ___ Kultura", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - COMPUTER SCANNERS", "3571.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta'tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM VERDALA", "4320.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm studenti qed jattendu u attendew l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala tul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM VERDALA", "4321.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'xogħol ta' manutenzjoni u tiswija saru ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u jista' jelenka l-problemi li qamu riċentement fuq dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 sar xagħol ta' manutenzjoni fil-Junior Lyceum \"Ġużeppi Despott\", Bormla kif ġej:", "SENA XOGHOL SPIZA", "1995 Xoghol ta' tqegħid ta' madum 2,280.00", "1996 Tiswija fuq in-\"Nissan Huts\" 575.00 Xoghol ta' \"waterproofing\" ta' 8,272.00 soqfa Xiri ta' materjal u kiri ta' 1,894.78 makkinarju ghal xoghol ta' manutenzjoni generali Xoghol ta' \"Aluminium\" 5,231.35", "1997 Xoghol ta' \"Surveying\" 1,700.00", "1998 Kostruzzjoni ta' estensjoni 21,705.00 fl-iskola Kostruzzjoni ta' klassijiet 11,101.00 temporanji Xoghol ta' \"refurbishment\" 1,123.00", "TOTAL 53,882.13", "Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet kif elenkati mill-iskola f'Novembru li għadda sar f'Diċembru, iżda minn dak inhar 'l hawn inqala' xi xogħol ta' tiswija oħra bħal ħġieġ imkisser, locks miksurin, bibien imkissra etc.", "BORMLA - JUNIOR LYCEUM VERDALA", "4322.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jsiru xi ameljoramenti u żidiet ta' spazju fl-iskola tal-Junior Lyceum, Verdala, Bormla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tul din is-sena sejrin jitkomplew xogħlijiet ta' tiġdid iżda mhux previst li jsiru xogħlijiet ta' żidiet ta' spazju fil-Liċeo tas-Subien Ġużeppi Despott, fil-Verdala, Kottonera.", "BORMLA - JUNIOR LYCEUM VERDALA", "4323.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kotba ġewwa l-librerija għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti li qed jattendu l- Junior Lyceum Verdala, ġewwa Bormla?", "Jista' jgħid kemm kotba ġodda ngħataw jew b'xi mod ieħor żdiedu fl-imsemmija librerija matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent fil-librerija tal-Junior Lyceum ta' Verdala hemm 4219 ktieb għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti ta' din l-iskola.", "F'dawn l-aħħar snin il-kotba żdiedu hekk:", "1995 297 ktieb 1996 127 ktieb 1997 285 ktieb 1998 187 ktieb", "BORMLA - JUNIOR LYCEUM VERDALA", "4324.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm għalliema ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, f'Bormla, matul is- snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?", "Jista' l-Ministru jinforma wkoll lill- Kamra dwar xi kwalifiki akkademiċi għandhom dawn l-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 kien hemm in-numru ta' għalliema kif se nsemmi.", "In-numru jinkludi l-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskola.", "SENA SKOLASTIKA NUMRU TA' GHALLIEMA 1994/95 47 1995/96 50 1996/97 58 1997/98 64 1998/99 68", "Il-kwalifiki akkademiċi ta' l-għalliema li preżentement jgħallmu f'din l- iskola huma kif se nsemmi:", "KWALIFIKA NUMRU TA' GHALLIEMA M.Ed.", "1 B.Educ.", "25 PGCE 16 B.A./Teachers Certificate 6 Teachers CErtificate 11 B.A. 2 Diploma in Fine Arts 1 Instructors Training Course 1 Industrial Training 1 'A' Levels 4", "SKEJJEL SEKONDARJI - ĠERMANIŻ", "4325.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kemm kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż hu kif se nsemmi:", "Sena Skolastika Nru ta' Ghalliema Nru ta' Studenti 1994/5 27 1990 1995/6 28 1811 1996/7 28 1847 1997/8 28 1890 1998/99 26 1737", "SAN PAWL IL-BAĦAR - POMPA TAD-DRENAĠĠ", "4370.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju imsemmi fit-tweġiba li tajtni għall-mistoqsija parlamentari numru 2975?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2975.", "PALAZZ TAL-PRESIDENT - MANUTENZJONI", "4371.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2971, għedt li sar \"kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation\", jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Niskuża ruħi ma' l-Onor.", "Interpellant li veru li test uffiċjali tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 2971, kienet tirriferi għal \"kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation\".", "Attwalment it-test korrett kellu jkun \"kuntatt ma' rappreżentant tal-Getty Foundation\".", "Pero' ġejt mgħarraf li sar ftehim bil-miktub bejn il-Valletta Rehabilitation Project u l-Getty Foundation dwar ir-restawr tal-Kappella tal-Paladini fil-Palazz.", "Nixtieq għalhekk nirriferi lill-Onor.", "Interpellant biex ipoġġi l-mistoqsija tiegħu lill-Onor.", "Ministru ta' l- Ambjent billi l-VRP hija dipendenza tal-Ministeru tiegħu.", "TOROQ -TISWIJIET", "4372.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jittieħdu l-passi biex tiġi rranġata l-ħsara estensiva li hemm fit-triq li minn Burmarrad tieħu għal Wardija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li saru kuntatti mal-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar fejn id-dipartiment gie assigurat li l-patching meħtieġ ma jdumx ma jsir mill-kunsill.", "Minbarra dan ix-xogħol ta` patching, id-Dipartiment tat-Toroq qed jara x`passi iktar fit-tul jistgħu jittieħdu f`din t-triq partikolari.", "SKEJJEL - IMPJEGATI", "4380.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollhom il-kapijiet ta' l-iskejjel fl- għażla u fir-reklutaġġ tal-part-time cleaners u part-time clerks fl- iskejjel tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kap ta' l-Iskola flimkien mal-President ta' l-Iskola u l-Assistent Kap ta' l-Iskola (aktar anzjan fil-każ ta' aktar minn Asst.", "Kap wieħed), jiffurmaw il-Kumitat li jintervista u jagħmel l- għażla tal-part-time cleaners u part-time clerks.", "Fil-każ, meta l-President ma jkunx jista' jattendi, huwa/hija jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-kunsill (magħżul mill-kunsill) u f'każ fejn assistent kap ta' skola ma jkunx hemm, jiġi sostitwit mill-għalliem l-aktar anzjan.", "Ir-reklutaġġ isir skond il-ħtieġa u skond in-numru ta' vakanzi li jkunu jeżistu minn żmien għal żmien.", "SKEJJEL - IMPJEGATI", "4381.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fir-reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dan l-aħħar id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni ħarġet żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati part-time clerks u casual cleaners f'diversi skejjel ta' l-Istat.", "L-avviżi dehru fil-Gazzetta tal-Gvern u ngħataw promozzjoni fil-gazzetti lokali.", "L-applikanti prospettivi ntalbu jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom fl- iskejjel fejn xtaqu li jagħtu s-servizz tagħhom.", "L-intervisti u l-għażla saru fl-iskejjel rispettivi minn bord kompost mill-Kap ta' l-iskola, l-Assistant Head u ċ-Chairperson tal-kunsill ta' l- iskola partikolari.", "Kif inhi l-proċedura stabilita, l-persuni magħżula mill-bordijiet, intalbu jirreġistraw fit-Taqsimiet tar-Records u s-Salarji, fil-Head Office tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "U mistenni li fiż-żmien qrib, wara li d-Dipartiment ta' l-Operations ikun ivverifika u kkonferma l-ħtieġa li jiġu ngaġġati part-time clerks oħra fi skejjel ta' l-Istat, id-Diviżjoni tippublika sejħa oħra fil-Gazzetta tal- Gvern.", "L-għażla mbagħad issir fl-iskejjel rispettivi.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "4382.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollu l-ministeru fl-għażla u fir- reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultali l-ebda sehem tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni fir-reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners.", "SWATAR - TISWIJA TA' TRIQ", "4409.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac it-triq li twassal għal flats tal-gvern fis-Swatar, l-Imsida fuq in-naħa ta' wara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SWATAR - PERMESSI", "4410.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet u/jew permess għandha quddiemha l- Awtorita' ta' l-Ippjanar għal area tas-Swatar, Msida?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-iżvilupp fl-inħawi ta' Swatar huwa rregolat mill-iskema ta' l-iżvilupp ta' l-inħawi.", "Peress li din l-area għadha qed tiżviluppa, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tirċievi regolarment talbiet għal kull tip ta' żvilupp, iżda l-aktar komuni huma għal żvilupp residenzjali.", "MSIDA - GĦAJN TAL-ĦASSELIN - TINDIF", "4411.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi imnaddfa l-Għajn tal-Ħasselin, l- Imsida?", "Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-għajn terġa' tingħata l-importanza li jixiriqilha billi tiġi rranġata, restawrata u jekk hemm bżonn anke imċaqalqa għal post ieħor aktar addattat ġewwa l-Imsida?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi l-proġett biex insebbħu l-Għajn tal-Ħasselin huwa maħsub li jibda għall-bidu ta' April 1999 u naturalment it-tindif isir waqt ix-xogħol ta' skavar u wara wkoll.", "YACHT MARINA - SERQIET", "4412.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapporti serqiet minn fuq yachts li hemm ġewwa il-Yacht Marina ta' l-Imsida u Ta' Xbiex is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul l-1998 ġew irrapportati 38 serqa minn fuq dgħajjes mill-Yacht Marinas ta' l-Imsida u Ta' Xbiex.", "GŻIRA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "4413.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jiżgura li l-għassa tal-Gżira tkun miftuħa l-ġurnata kollha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Pulizija kienet u għadha tagħti priorita' sabiex, safejn hu possibbli, l-għases kollha jinżammu miftuħa l- ġurnata kollha.", "Iżda dan mhux dejjem possibbli għar-raġuni li l-eżiġenzi tas-servizz ġieli jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ biex jinvestiga rapporti u anke fuq ronda, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq.", "Minbarra dan, il-pulizija assenjati xogħol fl-għases ikollhom xogħol ieħor konness mall-Qorti, kemm sabiex jagħtu xhieda kif ukoll fuq skorti.", "SAN GWANN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "4414.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jiżgura illi l-għassa ta' San Gwann tkun miftuħa l-ġurnata kollha?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4413 f'din l-istess seduta tgħodd għal din il-mistoqsija.", "POMPI TAL-PETROL", "4552.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li jirriżulta li diversi pompi tal-petrol irċevew tnaqqis ta' pagamenti dovuti lilhom mill-petrol li jbiegħu, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-Enemalta qed tagħmel dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tnaqqis li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant sar fir-rigward ta' tmien pompi tal-petrol wara spezzjoni li saret il-Ħadd 31 ta' Jannar, 1999.", "F'din l-ispezzjoni ħadu sehem uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta u rappreżentanti tal-GRTU.", "Irriżulta li dawn il-pompi ma kienux qegħdin jikkonformaw mal-ftehim li kien sar bejn il- korporazzjoni u l-GRTU f'Marzu tal-1998.", "Dan il-ftehim jinkludi żewġ rati ta' kummissjoni, l-għola waħda għal dawk li jagħtu servizz lill-klijenti wara l-ħin normali bl-apparat awtomatiku u l-oħra għal dawk li baqgħu iħaddmu s-sistema normali.", "Il-pompi li sarilhom tnaqqis naqsu milli jonoraw il-ftehim fl-imsemmija data.", "KUMITAT TA' L-URBAN AND RURAL LANDSCAPING - LAQGĦAT", "4553.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mill-5 ta' Settembru 'l hawn tal-Kumitat ta' l-Urban and Rural Landscaping?", "X'ġie diskuss u x'kienu x-xogħlijiet/pariri li ntlaqgħu matul dawn il- laqgħat mis-Sezzjoni Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kumitat li qed jirriferi għaliħ l-Onor.", "Interpellant kien magħmul minn rappreżentanti tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura, tal-Ministeru ta' l-Ambjent, tal-Ministeru għal Għawdex, ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif ukoll ta' xi mixtliet privati, bl-iskop li jiddiskutu affarijiet rigward landscaping.", "Peress li dan l-aħħar twaqqaf kumitat bl-istess skop fi ħdan il-Ministeru ta' l-Ambjent, ma tinħassx il- ħtieġa ta' duplikazzjoni tax-xogħol, u għalhekk dan il-kumitat li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant għadu ma ltaqax.", "RABAT - ONE-WAY", "4554.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-ilmenti/talbiet tar-residenti ta' Triq Borg Olivier, Rabat Malta sabiex din it-triq issir one way u naturalment l-oġġezzjonijiet li jirriżultaw minn sezzjonijiet oħra tal- komunita' lokali, jista' l-Ministru jara li jsir pjan bi prova fuq perijodu ta' numru ta ġimgħat sabiex almenu jiġi evalwat/eżaminat dan l-ilment tar- residenti tat-triq imsemmija li ilu s-snin twal pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4281.", "UE - TAXXI/DAZJI", "4555.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3712, ma kienx spjegat x'inhi s-sitwazzjoni tad-dazju fuq materja prima importata mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jkompli jwieġeb id- domanda u ċioe' jgħid jekk id-dazju huwiex se jkun eżentat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-sitwazjoni, fir-rigward ta` eżenzjonijiet għandha tkun dik li daħlet fis-seħħ fl-1 ta` Jannar, 1995.", "Fir-rigward tar-rati, billi l-Gvern Soċjalista kien ċaqlaqhom mal- introduzjoni tas-sisa, dawn għadhom l-istess kif daħlu fis-seħħ fl-1 ta` Lulju, 1997.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POSTIJIET", "4601.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-postijiet li ġew allokati mill-elezzjoni sal-lum?", "F'liema lokalita' u f'liema dati ġew allokati?", "Jista' l-Ministru jinformana wkoll dwar il-marki li kellhom biex ikkwalifikaw biex jieħdu l-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "4602.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tħaffir tal-Bir Madonna taż-Żejt ġewwa Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux se jinvolvih spejjeż?", "Jekk fl-affermattiv, xi kemm jammontaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-ispejjeż kollha konnessi mat-tħaffir tal-bir f'Għawdex huma mħallsa mill-Gvern Malti, iżda Lm4.8 miljun taħt ir-Raba Protokol bejn Malta u l-Italja qed jiġu utilizzati għal dan l-iskop.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, nerġa ntenni dak li rrispondejt għall-mistoqsija parlamentari numru 1449, li peress li l- informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, mhux prudenti li tingħata.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "4603.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk barra l-kuntratti li saru mill-Gvern Laburista preċedenti fejn jidħol id-Diviżjoni taż-Żejt, Esplorazzjoni taż-Żejt, sarux xi kuntratti ġodda mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jekk fl- affermattiv, ma' min saru u meta saru?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji jekk hux għat-tħaffir jew riċerka?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ma sarux kuntratti ġodda fil-qasam tat-tiftix għaż-żejt.", "LIĠI TAL-KOPERATTIVA", "4628.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni qed issir fir-rigward tat-tibdil fil-liġi tal-Koperattiva?", "Ma' min qed issir din il-konsultazzjoni?", "Meta hi ppjanata li din ir- reviżjoni tiġi ffinalizzata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, issa li reġa' nħatar il-Bord tal-Koperattivi, ser jitkompla x-xogħol fir-rigward tat- tibdil fil-Liġi tal-Koperattivi.", "Il-bord preċedenti kien diġa' beda dan ix- xogħol fejn:", "(a) stieden lill-koperattivi reġistrati jibagħtu s-suġġerimenti tagħhom,", "(b) ha pariri mingħand Prof. Hans Munkner, li kien għen fl-abbozz tal-liġi preżenti; u", "(c) ipprepara abbozz preliminarju ġdid tal-liġi.", "Il-bord il-ġdid issa qiegħed jidentifika esperti internazzjonali oħra fil- qasam koperattiv li flimkien ma' istituzzjonijiet u persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu għal dan it-tibdil fil-liġi.", "Huwa wkoll mistenni li l-Organizzazzjoni Apex u l-Alleanza Internazzjonali tal-koperattivi jikkontribwixxu f'dan il-proċess.", "Huma ppjanati li jsiru aktar laqgħat u diskussjonijiet sabiex jitkompla dan il-proċess tar-reviżjoni.", "VAT - SISTEMA TAR-REFUNDS", "4629.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif il-konsumatur se jkun jaf min huma dawk in- negozjanti li daħlu jew ma daħlux għas-sistema tar-refunds kif stipulat permezz tal-liġi tal-VAT, jiġifieri dawk li suppost jiġbru l-VAT jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bil-liġi l-ġdida tal-VAT, ħwienet u operaturi oħra ekonomiċi li jagħżlu li jibqgħu barra mis- sistema tar-refunds xorta waħda għandhom l-obbligu li jagħtu rċevuta fiskali jew fattura skond il-liġi.", "Dawn l-operturi għandhom l-obbligu li jaraw li l-irċevuti jew fatturi li jagħtu jkunu mmarkati bil-kliem EXEMPT fil-każ ta` fatturi u rċevuti fiskali maħruġa bl-idejn, jew bl-ittra EXP fil-każ ta` rċevuti fiskali maħruġa bil-cash register.", "B`hekk il- konsumatur ikun jista` jgħid jekk dak l-operatur lijixtri mingħandu jkunx qedjiġbor il-VAT jew le.", "Mill-banda l-oħra, dawk l-operaturi li jagħżlu li jibqgħu barra mis- sistema tar-refunds għandhom ukoll l-obbligu li jirreġistraw mad- Dipartiment tal-VAT bħala persuni eżenti fuq reġistru separat.", "Għaldaqstant id-Dipartiment ikun jista` jivverifika jekk dawn l-operaturi humiex jimxu mal-liġi f`dan ir-rigward.", "SERVIZZI - PREZZIJIET ESAĠERATI", "4630.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa d-dipartiment li qed jinvestiga ilmenti dwar żieda fi prezzijiet esaġerati ta' servizzi?", "B'liema mod jew proċedura ssir l-investigazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dipartiment li jinvestiga l-ilmenti li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant huwa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "L-investigazzjoni ssir skond il-proċeduri kontemplati fis-Sezzjoni Tnax ta' l-Att tal-1994 dwar il-kompetizzjoni.", "SERVIZZ TA' FREEPHONE - ILMENTI", "4631.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati ilmenti minn konsumaturi permezz tal-freephone 120 bejn Ottubru '98 u Frar '99?", "Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni ġurnata ġurnata u jindika wkoll dwar x'tip ta' ilment, liema dipartiment ittrattah u x'riżultat inkiseb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PRODOTTI - ŻIDIET FIL-PREZZIJIET", "4632.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri qed jintużaw mid- Dipartiment tal-Kummerċ u mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta biex jiġu nvestigati żidiet fi prezzijiet ta' prodotti li mhux suppost għolew permezz tal-VAT?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kull żieda fil-prezzijiet li tkun irrapportata lid- Dipartiment tal-Kummerċ, tiġi vverifikata biex jiġi stabilit jekk kenitx ġusta.", "Il-proċedura użata hija l-istess waħda użata f'dawn l-aħħar snin; jiġifieri jinġabru d-dokumenti mingħand tal-ħanut u importatur jew fabbrikant biex jinħadmu l-costings rispettivi.", "L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jinvestiga l-ilmenti li jaslulu bil- mod kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamemntari numru 4630.", "VJOLENZA DOMESTIKA - KAŻIJIET", "4633.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' vjolenza domestika u ta' fastidju sesswali mill- 1995 'il hawn, sena b'sena u lokal b'lokal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Linformazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DISTRETT NRU.", "12 - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "4664.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi preċedenti sabiex jiġi estiż is-servizz tad-drenaġġ fil-bliet u l-irħula tat-12-il distrett bħal Baħrija, Buskett, Rabat, eċċ, jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' xogħlijiet li se jsiru matul Marzu, April u Mejju ta' din is-sena f'dawn il- lokalitajiet?", "Jista' d-Dipartiment ta' l-Ambjent jara li l-fosos tal-Baħrija jitħammlu aktar ta' spiss peress li reġa' qed ikun hemm il-fawran tad-drenaġġ fl- inħawi ta' ġnien il-margia?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: F'Mejju ta' l-1999 mistennija ssir sejħa għall-offerti għat-tqegħid ta' 3.2 kilometri ta' mejnijiet fi Triq l-Imdina bejn ir-Rabat u Ħ'Attard, l-inħawi tal-Ħemsija u t-telgħa tas-Saqqajja.", "L-ebda xogħol ma huwa ppjanat li jsir fix-xhur indikati, fl-inħawi tal- Baħrija u l-Buskett.", "Il-kuntrattur il-ġdid li ħa l-kuntratt biex jitbattlu l-fosos ingħata struzzjonijiet ċari tad-doveri tiegħu illi l-fosos tal-Baħrija jiġu mbattlin kuljum inkluż fil-weekend.", "PITKALIJA ĊENTRALI", "4665.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-amministrazzjoni preċedenti kienet ipproġettat li l-Pitkalija Ċentrali tingħata tarmac ħalli mal-bini tat-tined u tal-maħżen tal-kaxxi jkompli jsir aktar titjieb għall-ġid tal-bdiewa, xerrejja u pitkala, jista' l-Ministru jinformani jekk dan ix-xogħol huwiex se jiġi onorat?", "Jekk iva, meta se jsiru x-xogħlijiet u jekk le, għaliex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa konxju tal-fatt li kull amministrazzjoni tista' toħlom u tiftaħar b' numru bla limitu ta' proġetti fl-ajru.", "Li jinteressa l-poplu huwa kemm mill-istess proġetti l-istess amministrazzjoni eventwalment twettaq.", "Minkejja l-istqarrija tal-Onor.", "Interpellant dwar proġettar ta' xogħlijiet ta' tarmac, ma jirriżultax li l-amministrazzjoni preċedenti kient fil fatt għamlet xi pjanijiet konkreti sabiex jingħata dan it-tarmac fil-Pitkalija.", "Tajjeb li jkun informat pero' li bħalissa qed isiru tħejjijiet sabiex wara li jtlestew it-tined, isiru l-kanali meħtieġa fuq il-platforms biex jinġabar l-ilma ta' fuq l-istess tined.", "Wara hemm il-ħsieb li jitħaffru trinek sabiex minnhom jgħaddu kemm il-fibre optic cable, li jgħaqqdu l- Pitkaliji mal-blokk amministrattiv, u kif ukoll cable tad-dawl sabiex il- Pitkalija tkun imdawla kif xieraq.", "Wara li jitlesta dan ix-xogħol toħroġ it-tender għal-kisi tat-tarmac.", "ETC - RAPPORT TAS-SENA 1998", "4705.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għal dak li nsibu f'paġna 30 tar- rapport ta' l-ETC għas-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ifittxu xogħol skond l-age groups differenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għal dak li nsibu f'pagna 30 tar- rapport ta' l-ETC, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kemm nies ilhom ifittxu xogħol skond l-eta' għal Settembru 1998 aktar kmieni f'din is- seduta.", "SPORTS - SPORTIVI TAS-SENA", "4706.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li konkors organizzat fuq skala nazzjonali, dak ta' l-Isportivi tas-Sena, ma ntweriex fuq l-istazzjon nazzjonali?", "Min ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?", "Kien hemm stazzjonijiet oħra interessati minbarra l-istazzjon tal-PN?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kumitat Organizattiv xtaq li, per prinċipju, jkun l-istazzjon televiżiv ta' l-Istat li jxandar l-Għażliet.", "Iżda, għat-tieni sena konsekuttiva, minħabba talba għall-ħlas mill-PBS Ltd, il-kumitat kien kostrett li jirrikorri għall-istazzjonijiet privati għat- trażmissjoni diretta tal-Finali.", "Wara laqgħa li saret ma' uffiċjali tal-PBS Ltd, il-Kumitat Organizattiv ġie magħrraf li l-ħlas li kien se jiġi mitlub għall-kiri ta' OB Unit (3 cameras u crew) u Lights & Sound kien ta' Lm2000 u Lm5 għal kull siegħa overtime.", "Fit-8 ta' Novembru, 1998 intbagħtet ittra lid-direzzjoni ta' Net TV, Super 1 TV u Smash TV.", "Net TV irrisponda fil-15 ta' Novembru, 1998 li kien interessat u talab li ssir laqgħa dwar is-suġġett.", "Super 1 TV ikkuntattjaw verbalment lil xi uffiċjali tal-Kumitat Organizattiv u ġie mitlub jibgħat fax iżda l-Kumitat baqa' mingħajr risposta.", "Smash TV ma bgħat ebda risposta.", "Fit-3 ta' Jannar, 1999 uffiċjali mill-Kumitat Organizattiv iltaqgħu mad- direzzjoni ta' Net TV li minn naħa tagħhom offrew koperazzjoni sħiħa mingħajr kumpens finanzjarju għat-trasmissjoni finali.", "Peress li l-offerta ta' Net TV kienet l-aktar waħda vantaġġjuża, ġie deċiż li jingħata l-esklussivita' għax-xandira tal-finali.", "Dan tħabbar uffiċjalment waqt press conference li saret fit-12 ta' Jannar, 1999.", "Ta' min jgħid ukoll li Net TV offra li jkun co-sponsor fis-sens li ħallas għall-kiri tas-sistema tad-dawl, l-allestiment tal-palk u l-kiri ta' multi- video screen system, ħlasijiet li jammontaw għal madwar Lm1,000.", "DJAR", "4707.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li skond ma ġie rapportat fit-12 ta' Frar, 1999 fin-Nazzjon, responsabbiltajiet tad-dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali se jiġu taħt l-Awtorita' tad-Djar, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn ir-responsabbiltajiet u x'inhu l-ħsieb tal-gvern?", "Jista' jgħid ukoll x'se jiġri mill-ħaddiema tad-dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħtieġa li l-funzjonijiet li preżentement iwettqu l-Awtorita' tad-Djar, d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jitwettqu b'mod aktar integrat ilha tinħass u fil-fatt xi żmien ilu kien tħejja rapport dwar dan is- suġġett mill-Management Efficiency Unit ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Għadu prematur, iżda, li tingħata l-informazzjoni speċifika mitluba mill- Onor. Membru.", "TIGNE' - ASSOĊJAZZJONI SPORTIVA", "4708.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għal dak li qal il-Ministru dwar li ntlaħaq ftehim ma' l- Assoċjazzjoni Sportiva Tigne', jista' l-Ministru jgħid: min huma l-għaqdiet membri ta' l-Assoċjazzjoni?", "Min huma l-persuni li jitkellmu f'isem din l- assoċjazzjoni?", "Xi ftehim intlaħaq ma' l-assoċjazzjoni u bejn min?", "Min huma dawk l-għaqdiet li jużaw premises ġewwa Tigne'?", "X'se jiġri minn dawn l- għaqdiet li hemm f'Tigne'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba tkun tista' tinġabar wara l-iffirmar tal-ftehim kollu fuq Manoel Island u Tigne'.", "FORZI ARMATI - SULDATI", "4709.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati fil-Forzi Armati li fil-passat kienu jagħmlu parti mill-kap tal-pijunieri u f'liema gradi jinsabu?", "Jista' jgħid ukoll jekk iż-żmien li dawn is-suldati għamlu mal-Korp tal- pijunieri jgħoddx maż-żmien li ilhom fil-Forzi Armati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-għadd u l-grad ta' dawk is-suldati tal-Forzi Armati li fl-imgħoddi kienu jagħmlu parti mill-Korp tal-Pijunieri hu kif muri hawn taħt:", "Kurunell 2 Tenent Kurunell 1 Maggur 1 Logutenent 2 Warrant Officer 1 1 Warrant Officer 2 5 Staff Sergeant 6 Surgent 15 Bumbardier 15 Lance Bombardier 14 Gunner 1 TOTAL 63", "Fir-rigward ta' pensjonijiet, iż-żmien li dawn is-suldati għamlu fil-Korp tal-Pijunieri ma jgħoddx maż-żmien li ilhom iservu fil-Forzi Armati.", "PENSJONIJIET - PENSJONI TA' INVALIDITA'", "4739.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' dawk l- individwi li mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum: ingħataw il-pensjoni ta' l- invalidita' taħt il-pensjoni tan-National Insurance; ingħataw SKA; ingħataw SA; u ngħataw l-unemployment benefit?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi kif ġej:-", "Pensjonijiet ġodda ta' l-Invalidita' wara s-7 ta' Settembru 1998 kien hemm 286.", "Numru li ngħataw l-SKA kien ta' 546.", "Numru ta' persuni li ngħataw l-SA kien ta' 1727.", "In-numru ta' unemployment jew special unemployment benefit kien ta' 1504.", "Fil-każi ta' SA u SKA jrid jingħad li dawn il-figuri jistgħu jinkludu numru ta' każijiet li ġew riveduti mis-7 ta' Settembru 'l hawn u li għalhekk setgħu kienu jitħallsu wkoll qabel din id-data.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4740.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' dawk li qegħdin jirreġistraw f'Għawdex għax-xogħol taħt Part I u Part II xahar b'xahar minn Settembru sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' Għawdxin li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Diċembru 1998 kien kif ġej:", "XHUR PART I PART II Settembru 1998 579 13 Ottubru 1998 594 14 Novembru 1998 595 27 Dicembru 1998 577 27", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - VETTURI", "4741.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm fil-preżent vetturi self-drive: mal-Ministeru ta' Għawdex; u mad-dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum?", "Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawn il-vetturi self-drive li hemm direttament mal-Ministeru ta' Għawdex u mad-dipartimenti tal-Gvern u bil- kemm kuljum l-istess vetturi huma mikrija u mingħand min huma mikrija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-vetturi li huma mikrija llum mill-Ministeru għal Għawdex huma kif jidhru hawn taħt.", "Fil-preżent il- Ministeru għandu b'kollox għaxar vetturi tal-kiri.", "Waħda minnhom hija mikrija mis-Segretarjat Privat, oħra mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, ħamsa mid-Dipartiment tal-Customer Services u tlieta mid- Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "Kerrej Spiza Kuljum Mgarr Rent-a-Car Lm3.25", "Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi", "Kerrej Spiza Kuljum Mgarr Rent-a-Car Lm2.90", "Dipartiment tal-Customer Services", "Kerrej Spiza Kuljum Frank's Garage Lm4.00 Tony's Car Hire Ltd Lm2.98 Mgarr Rent-a-Car Lm3.25 St Joseph Car Rentals Lm5.50 St Joseph Car Rentals Lm5.50", "Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp", "Kerrej Spiza Kuljum Bahri Garage Lm3.70 Tony's Car Hire Ltd Lm4.22 Victor Hili & Sons Ltd Lm2.96", "Għar-rigward dipartimenti oħra tal-gvern f'Għawdex, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jistaqsi lill-ministri konċernati.", "GĦAWDEX - DEVELOPMENT CONTROL COMMISSION", "4742.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm saru sittings tad-Development Control Commission fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn Settembru 1998, sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "GĦAWDEX - TRASFERIMENTI", "4743.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm saru trasferimenti (jew aħjar postings) f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, liema informazzjoni għandha tinkludi wkoll dawk l-individwi li ma biddlux id-direttur tagħhom, imma li għalkemm biddlu x-xogħol tagħhom baqgħu taħt l-istess direttur?", "Tista' l- Ministru tesibixxi lista ta' l-istess transfers ossia postings?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li mis-7 ta' Settembru, 1998 sal- lum kien hemm:", "22 trasferiment minn dipartiment għal ieħor fil-Ministeru għal Għawdex li jinkludu trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat;", "11-il trasferiment ta' uffiċċjali minn Malta għal Għawdex li jinkludu t- trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat;", "tliet trasferimenti ta' studenti minn Malta għal Għawdex li qegħdin isegwu kors taħt l-Extended Skills Training Scheme;", "Erba' trasferimenti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali;", "trasferiment ta' uffiċjal mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għad- Dipartiment tal-Customer Services;", "14-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services; u", "17-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONIJIET KRIMINALI", "4744.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' investigazzjonijiet kriminali f'Għawdex li għadhom f'idejn il-pulizija u li l-individwu suspettat għadu ma ġiex akkużat quddiem il-Qorti Kompetenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każijiet bħal dawn li llum huma preskritti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi hemm 92 każ x'jitressqu quddiem il- Qorti f'Għawdex li minnhom disgħa huma preskritti.", "MALTA FILM STUDIOS", "4748.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-bejgħ tal-Malta Film Studios fuq il- Mejda tal-Kamra u jgħid x'kondizzjonijiet saru max-xerrej dwar il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minħabba n-natura kummerċjali tal-kontenut tal- kopja li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, ma narax li jkun etikament ġust li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja in kwestjoni.", "BANEK - MID-MED - CHAIRMAN", "4749.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi kollha li għandha l- persuna li ġiet maħtura chairman tal-Mid-Med Bank?", "Jista' f'kull każ il- Ministru jagħti d-data meta tkun inkisbet il-kwalifika?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kwalifiki akkademiċi li għandha l-persuna li fil- preżent qed tokkupa l-kariga ta' chairman tal-Mid-Med Bank huma dawn:", "Mill-Universita ta' Malta:", "B.A.(Hons)Econ. miksuba fl-1971 M.A.(Econ) miksuba fl-1974", "Mill-Universita ta' Oxford: M.Litt (Oxon) miksuba fl-1982", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "4764.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Novembru, 1998 fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "NAXXAR - BOZZA", "4765.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha maqtugħa għal ġimgħat sħaħ u li qiegħda fil-post indikat under separate cover tiġi rranġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li minħabba l-mod kif inhi mwaħħla din il-lampa, inħasset il-ħtieġa li tiġi mċaqalqa għal post ieħor biex it-triq in kwestjoni tiddawwal aħjar.", "Dan ix-xogħol għandu jsir fi żmien qasir.", "YACHT CHARTERING", "4771.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi diversi pajjiżi għandhom taxxa baxxa fuq il-yacht chartering, jista' l- Ministru jgħid jekk f'pajjiżna tapplikax il-VAT bil-15% f'dan ir-rigward, u jekk iva, hemmx ħsieb li nipprovaw insaħħu l-competition edge tagħna f'dan is-settur li jirrendi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-yacht chartering huwa suġġett għat-taxxa tal-VAT bir-rata ta` 15%.", "Ir-rata preferenzjali ta` 5% tapplika biss għall-akkomodazzjoni turistika.", "DJAR", "4778.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex il- bieb tal-flat li ġiet allokata ftit ilu jiġi msaħħaħ peress li qed tibża' tidħol fih?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-ispezzjoni meħtieġa.", "DJAR - BINI TA' APPARTAMENTI", "4779.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad- Djar hux se tkompli bil-ħsieb li jinbnew sulari addizzjonali fuq appartamenti tal-gvern diġa' abitati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali jekk l-proġett ta' bini ta' sulari addizjonali għandux jitkompla.", "BORMLA - SAN GWAN T'GĦUXA - SWAR", "4780.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li titneħħa eyesore li hemm f'waħda mill-arkati fis-swar quddiem il-flats ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla, peress li hemm bieb ta' l- aluminium li jistona, bil-ħġieġ kollu mkisser?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "WSC - XOGĦLIJIET", "4781.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal xi tip ta' xogħol tal-Water Services Corporation fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal?", "X'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien fuq ċerti xogħlijiet f'dawn il- lokalitajiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET", "4798.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4196?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4196 issa ngħatat.", "UE - AVIS", "4839.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Billi issa ġiet ippubblikata l-update dwar l-Avis ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistax jiġi ppubblikat il-kwestjonarju tal-Unjoni Ewropea flimkien mat-tweġibiet tal- Gvern Malti?", "Dan fl-interess nazzjonali u dak tat-trasparenza?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-kwestjonarju fuq Malta hu dokument intern tal- Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kummissjoni ddeċidiet li tippubblika r- rapport li ħejjiet hi abbażi tal-kwestjonarju.", "Jiena mxejt skond l-etika u poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "4855.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha jimxi d-dipartiment ta' l-Inland Revenue dwar nies li għandhom jieħdu refunds ta' taxxa żejda li tkun tħallset?", "Huwa minnu li jekk ma jkunx hemm flus ivvotati min għandu jieħu ma jieħux ir-refund?", "Hemm xi limitu ta' snin li persuna tista' ddum tistenna biex tieħu lura r-refunds?", "Kemm fil-fatt kien hemm flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum sena b'sena?", "Huwa possibbli li min ilu jistenna biex jieħu refund ta' Lm650 mill-1992 jingħata dan ir-refund bl- imgħax?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum kienu ta` Lm18,241,000 maqsuma hekk:", "1992 2,000,000 1993 1,500,000 1994 1,500,000 1995 1,400,000 1996 3,000,000 1997 3,000,000 1998 2,841,000 1999 3,000,000", "Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi.", "Il-lum il-liġi ma tipprovdix sa meta għandu jsir il-ħlas tar-refunds jew li dawn għandhom jitħallsu b`xi imgħax.", "Kif għedt fil-mistoqsija parlamentari numru 4674 l-ammont ta` ħlas ta` refunds huwa marbut mal-flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali.", "Meta d-dipartiment jiġi biex jiddetermina liema refunds għandhom jitħallsu jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi bħalma huma l-ammont dovut, kemm ilu dovut, il-kategorija tat-taxpayer u dan dejjem fil-kuntest tal-flus ivvotati."]} {"filename": "20010108_460d_par.doc", "date": "2001-01-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 460 It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 460", "It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "460", "It-Tnejn, 8 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 770", "KUNSENS 770", "PETIZZJONI 770", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 770", "TQEGĦID TA' KARTI 774", "KONDOLJANZI 778", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "(L-EWWEL QARI) 779", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI (IT-TIELET QARI)", "INTERPRETATION (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 779", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI", "TAS-SAJD (IT-TIELET QARI)", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL (THIRD READING) 780", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET", "ELETTRONIĊI (IT-TIELET QARI)", "ELECTRONIC COMMERCE ACT, 2000 (THIRD READING) 780", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI)", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 781", "AĠĠORNAMENT 798", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 802", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 459 li saret fit-12 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma li l-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXIX ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar l-Approprjazzjoni (2001); u", "Att Nru XXX ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2000).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nieħu l-opportunita' biex f'din l- ewwel seduta tas-sena 2001 inressaq petizzjoni għan-nom tar-residenti fil- qasam tad-djar tal-Mosta.", "Din hija ffirmata minn 400 ruħ u titlob lill- ministri konċernati - il-ministru tal-qasam tad-djar, il-ministru għall- ambjent, il-ministru għat-trasport u komunikazjoni u l-ministru għall- agrikoltura u sajd - sabiex fil-programm tagħhom ta' xogħol għal din is- sena jaraw kif iwettqu l-ħteġijiet u x-xogħlijiet meħtieġa fil-lokalita' tagħhom, inkluż l-għoti ta' tarmac f'numru ta' toroq u l-ħtieġa ta' landscaping ta' l-inħawi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - GYNAE WARD", "21760.", "L-JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Settembru 2000 f'room 16, fil-gynae ward ta' l-Isptar San Luqa, ma kienx hemm la purtieri u lanqas paraventi?", "Jista' jgħid jekk dawn issa ġewx provduti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Xi żmien ilu saret talba biex jitwaħħlu purtieri fil-gynae ward.", "Din it-talba qed tiġi pproċessata u hu mistenni li dawn il-purtieri jinxtraw fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq bis-sinċerita' kollha nkun naf - għalkemm forsi se ninstema' banali - għala hemm bżonn din il-burokrazija kollha biex jinxtraw purtieri għall-gynae ward.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-Onor.", "Cristina għandha raġun.", "Naħseb li dan huwa frott tal-burokrazija li għandna fis-sistema tagħna u fil-fatt nikkonferma li din it-talba ġiet reġistrata fis-17 ta' Awissu, 2000.", "Li ġara hu li ntbagħtu xi kampjuni ta' purtieri li jintużaw is-soltu iżda ma ntogħġbux.", "Min-naħa l-oħra l-purtieri li ntagħżlu kienu għoljin ħafna.", "Ovvjament item bħal dan jinxtara bi quotation u, skond il-ministeru tal- finanzi, it-tliet quotations li kienu ntgħażlu minn min hu in charge ta' dan il-ward kienu għoljin ħafna.", "Issa mid-dehra ftehmu, kemm dwar il- kulur kif ukoll dwar il-pattern, u t-talba se tiġi pproċessata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nixtieq nagħmel mistoqsija li hija relatata mal-qasam tas-saħħa.", "X'inhi r-raġuni li l-ġimgħa li għaddiet il- canteen ta' l-Isptar Mount Carmel kien magħluq għal diversi drabi?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema ġranet kien magħluq u jekk ir-residenti li kellhom bżonn jixtru xi ħaġa tħallewx joħorġu barra mill-isptar biex jinqdew minn ħwienet oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li l-ġimgħa l-oħra l-canteen ġewwa l- Isptar Mount Carmel ingħalaq għal ġurnata waħda biss b'sinjal ta' protesta minħabba xi staff.", "Ġew approached xi nies u peress li ma reġax kelli complaints, assumejt li dan reġa' nfetaħ bħas-soltu.", "Biss quddiemi m'għandix id-dettalji kollha u jkolli nivverifika l-affarijiet sew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, il-burokrazija ilha snin twal iġġarrab u ġġebbed minn amministrazzjoni għall-oħra fid-dipartiment tas- saħħa.", "Sfortunatament dan huwa riżultat ta' prattiċi antiki li qatt ma raw wiċċ il-bidla, b'konsegwenza li jbati l-pazjent, ibati d-dipartiment u anke tbati l-Kaxxa ta' Malta.", "X'qed isir fil-preżent biex ikun hemm gwerra kontra din il-burokrazija u jkun hemm aktar effiċjenza?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Aħna konxji mill-burokrazija żejda li xxekkel l- effiċjenza fid-dipartiment tas-saħħa u niftakar li meta konna ftaħna l- isptar Zammit Clapp, ix-shadow minister - dak iż-żmien kien Prof. Edwin Grech - kien irrimarka li dan huwa l-mudell li rridu nimxu fuqu.", "Fil-fatt fl-aħħar programm elettorali hemm imniżżel li wieħed mill- għanijiet ta' dan il-gvern hu li l-isptarijiet jibdew jitħaddmu b'mod awtonomu li jippermetti iżjed flessibilita', sabiex il-managers ma jibqgħux imxekklin ma' sistemi antikwati, fosthom mal-mod kif jitqassmu n-nies fid- dipartiment.", "Aħna kemm-il darba għedna li għandhom jiddaħħlu sistemi ġodda, pero' l-kollega tiegħi jrid japprezza li dan ix-xogħol jieħu tul ta' żmien.", "Aħna mexjin lejn toroq ġodda u nisperaw li sa l-aħħar ta' din is-sena nkunu avvanzajna biżżejjed biex inkunu nistgħu nwettqu din l- awtonomija.", "Kien anke nbeda proċess ġdid ta' auditing u management fuq bażi sperimentali ġewwa l-Isptar Boffa - u dan kien tkompla mill- amministrazzjoni ta' warajna - bil-ħsieb li din is-sistema tiġġedded u tinfirex ġewwa sptarijiet oħra.", "Fil-fatt it-tieni fażi kienet bdiet tiġi implimentata ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, sar progress sostanzjali u dawn is-sistemi se jiġu mplimentati wkoll ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Sa ftit żmien ilu ma kellniex biżżejjed informazzjoni li tippermetti li nkunu nafu eżattament x'qiegħed jiġri u kif nistgħu ntejbu s-sistemi tagħna.", "Issa sar studju biex naraw kif ġewwa l-X-ray department u t- theatre nkunu nistgħu nużaw ir-riżorsi li għandna bl-aħjar mod possibbli għax meta jkollok l-informazzjoni, ikun aktar faċli li tidentifika fejn qiegħda l-ineffiċjenza u l-ħala.", "L-għan aħħari tagħna hu li l-isptarijiet ikunu mmexxija b'mod awtonomu u meta dan esperimentajnih ġewwa l-Isptar Zammit Clapp, ta s-suċċessi mixtieq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex deċiżjoniiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-għażla ta' purtieri fl-isptarijiet, jintefgħu fuq il-perit inkarigat?", "Jiena naħseb li jridu jintrefgħu ħafna kpiepel għax jekk din id-deċiżjoni se toqgod iddur fuq ħafna nies, ħadd m'hu se jasal biex jieħu deċiżjoni!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid nippreċiża li m'hemmx periti ngaġġati mad-diviżjoni tas-saħħa.", "Li ġara f'dan il-każ huwa li l-purtieri li għażel l-istaff tal-gynae ward kienu jaqbżu b'xi tliet darbiet dak li huwa permess li jinxtara by quotation.", "Pero' kif għedt, issa donnu ntlaħaq ftehim u l-proċess huwa miexi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Dwar id-domanda li għamilt preċedentement, il- Ministru ma jirriżultalux li l-canteen għalaq għal jumejn u mhux biss għal ġurnata waħda?", "Fil-fatt jien informat li dan għalaq il-Ħamis u s-Sibt.", "Jista' jgħidli f'liema stadju waslet din il-problema u jekk ġietx riżolta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jista' jkun li l-Onor.", "Membru ma kienx attent meta weġibtu.", "Jien għedtlu li lili ġibduli l-attenzjoni li l-canteen kien magħluq ġurnata waħda biss.", "(Interruzzjonijiet) Pero' jien għedtlu wkoll, bil-ġentilezza kollha, li quddiemi m'għandix id-dettalji u li se niċċekkjalu u nagħtih risposta aktar tard.", "Jekk irid jista' wkoll jagħmel domanda bil-miktub u nkun nista' nirrispondih.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk jirriżultalu li l-canteen ingħalaq għal jumejn, ma jħossx li din hija irresponsabbilta' u jeħtieġ li ssir investigazzjoni biex min hu responsabbli jħallas għal għemilu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb l-aħjar li l-ewwel nistabilixxu l-fatti u mbagħad naraw il-konsegwenzi li joħorġu minn dawk id-deċiżjonijiet li ttieħdu.", "INCOME TAX - REFUŻJONI", "21813.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' refunds ta' income tax x'jitħallsu mill-gvern għas-snin ta' qabel l-1998 u minn meta dawn huma dovuti, dejjem bħala totali globali?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- pjani u l-miri tal-gvern biex dawn it-taxpayers jirċievu lura l-ħlasijiet dovuti lilhom?", "Kemm minn dawn huma dovuti lis-self-employed, lill- kumpanniji u lid-ditti kummerċjali separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|Sena ta' Stima |Ammont | | |Lm | |Sas-sena 1989 | | | |200,385 | |1990 | | | |53,569 | |1991 | | | |55,301 | |1992 | | | |107,430 | |1993 | | | |233,111 | |1994 | | | |295,041 | |1995 | | | |732,642 | |1996 | | | |1,389,908 | |1997 | | | |2,375,423 | |1998 | | | |12,474,483 |", "Minn dawn, Lm1.63 miljun huma dovuti lis-self-employed, Lm6.08 miljun lill-kumpanniji u l-kumplament lil individwi oħra.", "SAĦĦA - LEAD POISONING", "22155.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet dwar livell ta' tossiċi taċ-ċomb fid-demm fuq it-tfal?", "Jekk iva, meta jsiru u x'qed jirriżulta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dawn it-testijiet isiru biss kull meta jkun hemm suspett li l-pazjent ikollu sintomi li jistgħu jindikaw li għandu lead poisoning.", "Din hi problema rari ħafna u m'hemmx lok li jittieħdu dawn it- testijiet b'mod regolari.", "Fil-fatt jirriżulta li f'dawn l-aħħar ħames snin kien hawn biss tliet każi ta' lead poisoning fit-tfal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru huwa aware li minn testijiet ta' riċerka li saru minn studenti universitarji jirriżulta li f'ċerti areas - per eżempju, in-naħa tad-dockyard, fejn hemm il-baċir - ir-residenti għandhom livell għoli ta' ċomb fid-demm?", "Ma jidhirlux li għandu jsir sampling fuq bażi regolari biex wieħed ikun jaf x'inhi l-qagħda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-domanda ma kenitx fuq nies li jbatu minn livell għoli ta' demm imma kienet speċifikament fuq tfal.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għal nies li huma aktar suġġetti minn ħaddieħor, f'dak il-każ it-testijiet isiru fuq bażi regolari.", "Fejn ikun hemm riskju akbar ta' tinġis li jista' jikkaġuna lead poisoning fuq ħaddiema, jien informat li t-testijiet isiru fuq bażi regolari pero' fuq it-tfal ma jsirux b'mod regolari.", "Ma jidhirlix li l-istudju li qed isemmi l-kollega tiegħi jagħmel differenza bejn tfal u kbar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mizzi għamel domanda b'mod ġenerali u nafu kemm hawn areas li qed joħolqu tinġis fl-arja bħall- Magħtab, il-power station tal-Marsa u l-grit blasting tat-tarzna.", "Minbarra hekk għandna volum kbir ta' karozzi li qed jikkawżaw ħsara kbira lil kulħadd.", "Ħafna drabi l-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol ikollhom mezz kif jagħmlu ċerti testijiet minħabba skemi ta' saħħa li jkollha l- kumpannija jew l-azjenda fejn jaħdmu.", "Ma jaħsibx il-Ministru li hemm il- ħtieġa li t-tfal ukoll jibdew isirulhom dawn it-tip ta' testijiet, fl- iskejjel jew b'xi mezz ieħor, biex tkun tista' tinżamm statistika dwar il- ħsara li qed jagħmel dan iċ-ċomb fl-arja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ngħid li għall-ewwel darba fl-istorja tagħna beda jsir monitoring ta' l-arja u dan se jibda jsir b'mod regolari.", "Mr Speaker, ma nafx jekk il-Ministru Zammit Dimech jixtieqx iżid xi ħaġa wkoll.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nikkonferma li għall-ewwel darba saru testijiet - fil-fatt s'issa saru fi 17-il lokalita' - biex ikollna indikazzjoni oġġettiva ta' diversi parametri li bihom tikkalkola l-kwalita' ta' l-arja.", "Ir-riżultati għamilnihom pubbliċi.", "Dawn it-testijiet se jibqgħu jsiru u naturalment minn żmien għal żmien nippubblikaw ukoll l-aħħar riżultati li jkollna kemm għal skop komparattiv, bejn lokalita' u oħra, kif ukoll għal quddiem.", "Għaliex naturament s'issa billi dawn kienu l-ewwel riżultati dan ma setax isir, li jkollok ukoll paragun bejn perijodu u ieħor u tkun taf f'lokalita' partikolari, anke jekk ma tipparagunahiex ma' oħrajn, jekk it-tinġis baqax fl-istess livell ta' dak indikat mill-parametri li qed insemmu, jew jekk kienx hemm titjib jew is-sitwazzjoni marritx għall-agħar, u allura jkollok monitoring oġġettiv u xjentifiku ta' parametri relevanti li jimmarkaw il-kwalita' ta' l-arja fil- pajjiż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, sors importanti ta' ċomb li fit-tfal jagħmel ħafna ħsara - kultant anke jbatu konsegwenzi mentali - huwa l- petrol.", "F'ħafna pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea dan is-sors diġa' nqata'.", "X'diffikultajiet qed jiltaqa' magħhom il-gvern biex jara li anke f'pajjiżna jinqata' dan is-sors li jagħmel daqshekk ħsara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naturalment id-domanda kif saret f'dan l- istadju tikkonċerna l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, pero' ta' min jgħid li l-Korporazzjoni Enemalta diġa' ħadet il-passi meħtieġa biex tnaqqas il-livell ta' ċomb fil-petrol, minkejja li dan kien ifisser spiża addizzjonali.", "Naturalment 'il quddiem wieħed ikun irid jara wkoll l-impatt li telimina għal kollox iċ-ċomb mill-petrol, kemm fid-dawl ta' esiġenzi ambjentali, kemm fid-dawl ta' esiġenzi ta' saħħa li pajjiżna għandu, u naturalment ukoll fid-dawl tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ għandek eżempju ta' direttivi f'timeframe li inti trid tara skond il-ħteġijiet nazzjonali, pero' tajjeb li inti tuża dawn id-direttivi bħala gwida u timxi lejhom preċiżament għax hawn dawn il-konsiderazzjonijiet ta' natura kemm ambjentali u kemm ta' saħħa b'mod ġenerali.", "Struttura li nawgura li titwaqqf fl-ewwel xhur tas-sena l-ġdida hi l- istruttura ta' l-awtorita' dwar ir-riżorsi - kellna dibattitu dwarha f'dan il-parlament - li se jkollha wkoll rwol ta' regolatur importanti, li allura tkun tista' tagħti gwida fuq dawn l-oqsma li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il- Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "258 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar ġurisdizzjoni u koperazzjoni Ewropea fix- xandir; u", "Avviż legali nru.", "260 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar ġurisdizzjoni u koperazzjoni Ewropea fix-xandir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "264 ta' l-2000 - Ordni ta' l-2000 biex jirregola l- pagi mill-kunsill tal-pagi għas-settur li jipprovdi servizzi ta' sigurta';", "Avviż legali nru.", "265 ta' l-2000 - Ordni ta' standard nazzjonali ta' l-2000 dwar l-inqas paga nazzjonali;", "Avviż legali nru.", "266 ta' l-2000 - Ordni ta' standard nazzjonali ta' l-2000 dwar żieda fil-paga għall-impjegati;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li f'Novembru 2000 kienu qed jaħdmu part-time, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22122;", "Tagħrif dwar persuni b'diżabilita' li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22135;", "Tagħrif dwar persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Diċembru tas-snin 1975, 1980, 1985, 1990, 1995 u Settembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22231; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' impjiegi full-time li nħolqu bejn l-1994 u Settembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22232.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali Nru 253 ta' l-2000 - Regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għal diploma in operational island hydrology;", "Tagħrif dwar assenteiżmu minn uffiċjali fi skala 9 fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22136;", "Tagħrif dwar assenteiżmu minn uffiċjali fi skala 7 fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22137;", "Tagħrif dwar assenteiżmu minn uffiċjali fi skala 16 fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22138;", "Tagħrif dwar overtime maħdum minn ħaddiema fid-dipartiment taż- żgħażagħ u sport bejn Jannar u Novembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22183;", "Lista tal-membri ta' l-istaff mhux akkademiku fl-Universita' ta' Malta li ngħataw qualification allowance matul l-1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22245; u", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet sottomessi f'Diċembru 2000 għall- programm ta' għajnuna għal inizjattivi minn għaqdiet taż-żgħażagħ, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22279.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali nru.", "257 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-warrant ta' l-arkitetti u inġinieri ċivili (periti); u", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "259 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l-ewwel skeda li tinsab ma' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni;", "Avviż legali nru.", "271 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jissostitwixxu t-taqsima D tal-ħmistax-il skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż legali nru.", "272 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw il-ħdax-il skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż legali nru.", "273 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw it-tmien skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż legali nru.", "274 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-raba' skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (emenda nru.", "2);", "Avviż legali nru.", "275 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar rati ta' taxxa dwar bini;", "Avviż legali nru.", "278 ta' l-2000 - Ordni ta' l-2000 li jemenda l- ordni dwar il-kontroll fuq il-kambju;", "Avviż legali nru.", "281 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti tad-dwana;", "Proklama nru.", "XIV ta' l-2000 maħruġa fis-27 ta' Diċembru 2000 dwar Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' l-Importazzjoni; u", "Kopja draft ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' l- Importazzjoni, Kap. 337.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "269 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar il- protezzjoni ta' xerrejja f'kuntratti ta' time-sharing fi proprjeta' immobbli; u", "Avviż legali nru.", "279 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar il- kontribuzzjonijiet tas-settur privat għal servizzi tat-turiżmu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 263 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar Malta internet exchange;", "Avviż legali nru.", "277 ta' l-2000 - Civil aviation (route charges for navigation services) (amendment) regulations, 2000;", "Avviż legali nru.", "280 ta' l-2000 - Nomina ta' l-awtorita' kompetenti skond l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni, Kap. 399; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "261 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar il- komputerizzazzjoni, spezzjoni u riċerki fir-reġistru pubbliku;", "Avviż legali nru.", "262 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l-iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku;", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'annex 8 tal-ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-knisja mgħoddija lill- gvern; u", "Tagħrif dwar artijiet meħuda mill-gvern għal skopijiet ta' esproprjazzjoni li dwarhom sar il-kuntratt matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22321.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "267 ta' l-2000 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur;", "Avviż legali nru.", "276 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar il- promozzjoni ta' prodotti lokali (emenda tat-tieni skeda) (nru.", "2);", "Avviż legali nru.", "282 ta' l-2000 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 dwar it-Trademarks (Att nru.", "XVI ta' l-2000);", "Avviż legali nru.", "283 ta' l-2000 - Regoli ta' l-2000 dwar provvedimenti u drittijiet dwar trademarks; u", "Avviż legali nru.", "284 ta' l-2000 - Regoli ta' l-2000 li jemendaw ir- regoli dwar it-tribunal għal talbiet tal-konsumaturi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "255 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar stabilimenti għall-ippakkettjar u proċessar ta' ħut;", "Avviż legali nru.", "268 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar dolċifikanti li jintużaw f'oġġetti ta' l-ikel; u", "Avviż legali nru.", "270 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jħassru r-regolamenti dwar prodotti kosmetiċi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż legali nru.", "254 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l-iskeda ta' l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja;", "Avviż legali nru.", "256 ta' l-2000 - Ordni ta' l-2000 li jemenda l- ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru.", "12); u", "KLBL 28/22/2000 - Bye-Laws ta' l-2000 dwar reklami fuq għamara tat- toroq (kunsill lokali Iklin);", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-kondoljanzi u nsejjaħ lill-Viċi Prim Ministru.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr. Speaker, matul il-ġranet li għaddew sirna nafu bil-mewt tal-mama' tal-kollega tagħna l-Onor.", "John Attard Montalto.", "Jien lill-mama' ta' John ma kontx nafha, pero' naturalment, kif inhu xieraq f'okkażjonijiet bħal dawn, f'isem sħabi ta' din in-naħa - u m'għandix dubju anke f'isem sħabna kollha ta' dan il-parlament - nesprimi l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-Onor.", "John Attard Montalto u lill-familjari kollha tiegħu għal din it-telfa kbira.", "L-omm ma tistax tiġi sostitwita u allura, f'mument bħal dan, li hu diffiċli għall-persuni kollha li jkunu involuti, ilkoll kemm aħna ningħaqdu f'sentiment ta' kondoljanzi lill-Onor.", "Attard Montalto u lill-familja kollha u nesprimu s-solidarjeta' tagħna magħhom.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, hija dejjem okkażjoni doloruża li niġu hawnhekk biex nesprimu l-kondoljanzi tagħna meta jkun hemm xi mewt fil-familja, għax il-mewt fil-familja ta' kull wieħed u waħda minna inħossuha qisha xi mewt fil-familja tagħna stess.", "Jien, f'isem l-oppożizzjoni Laburista u f'ismi personali, nestendi l-kondoljanzi lil sieħbi u ħabib tiegħi John Attard Montalto, lill-missieru u lill-familja kollha tiegħu, għat-telfa kbira li ġarrbu.", "It-telfa ta' l-omm hija forsi l-agħar fost it-telfiet qawwija li tista' tħoss f'ħajtek, u tħossha aktar wara li tkun ġrat milli forsi meta tkun qed tistenniha.", "Jien, l-istess ma tantx kont naf daqshekk personalment lill- mama' ta' seħibna u ħabib tagħna John.", "Kont naf aktar lil missieru u għalhekk nixtieq anke personalment ngħaddi l-kondoljanzi mhux biss lil John, imma anke lil missieru, u nassigurawhom li min-naħa tagħna mhux biss hemm din l-espressjoni ta' sogħba, imma ukoll l-espressjoni sħiħa ta' solidarjeta' u ta' sejħa lilhom għall-kuraġġ u għall-faraġ fiż-żmien li ġej.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Is-sedja tingħaqad mas-sentimenti ta' sogħba espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra jwassal dawn il-kondoljanzi lill-familjari ta' l-Onor.", "Attard Montalto.", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, kemm ngħidilkom grazzi verament mill-qalb għall-kliem tassew sabiħ ta' solidarjeta' li esprimejtu miegħi f'dan il-mument diffiċli għalija, u speċjalment għal missieri.", "Kienu ilhom miżżewwġin 50 sena u tista' timmaġina kemm ħass in-nuqqas tagħha.", "Meta tkun f'din il-pożizzjoni tibda tapprezza l-unita' li teżisti fost il- membri parlamentari u għalhekk, kull espressjoni żgħira kemm hi żgħira, kull kelma, kull karta li tirċievi, kull attendenza anke fil-funeral, fejn qabel forsi ma kontx tapprezzahom għax ma jkunux tiegħek, u tapprezza li sħabek ikunu qegħdin jerfgħulek parti mill-piż.", "Nirringrazzjakom ilkoll għall-mod kif esprimejtu ruħkom u għall- kondoljanzi li offrejtu lili, lill-papa' tiegħi u lill-familja.", "Grazzi ħafna.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Francis Zammit Dimech.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR ID-DAZJI TA' IMPORTAZZJONI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, Kap. 337\".", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, Kap. 337\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Ministru Gatt.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI", "INTERPRETATION (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni, Kap. 249\".", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KONSERVAZZJONI U L-AMMINISTRAZZJONI TAS-SAJD", "FISHERIES CONSERVATION AND MANAGEMENT BILL", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolazzjoni, konservazzjoni u l-amministrazzjoni tas-sajd f'Malta u għal ħwejjeġ inċidentali għalihom\".", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolazzjoni, konservazzjoni u amministrazzjoni tas-sajd f'Malta u għal ħwejjeġ inċidentali għalihom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KOMUNIKAZZJONIJIET U TRANSAZZJONIJIET ELETTRONIĊI", "ELECTRONIC COMMERCE ACT, 2000", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-rigward tal-kummerċ elettroniku u sabiex jipprovdi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNIICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"\"Att sabiex jipprovdi għar-rigward tal-kummerċ elettroniku u sabiex jipprovdi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' dan jew li hu anċillari għalih\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "INDUSTRIAL DEVELOPMENT (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "18 ta' Diċembru 2000", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr. Speaker, huwa ta' sodisfazzjon għalija li wasalna fi stadju biex inressqu dawn l-emendi li għandhom x'jaqsmu mal- promozzjoni tan-negozju f'Malta.", "Nibda l-ewwelnett billi nsemmi l- importanza tas-settur tal-manifattura li, kif jaf kulħadd, iħaddem madwar 30,000 ruħ, li jiġu madwar terz mill-impjiegi kollha fis-settur privat.", "Ċertament li s-settur tal-manifattura huwa pilastru fl-ekonomija tagħna, pilastru li rridu nkomplu nsostnuh, inkattruh u nkomplu nsibu mezzi biex nagħmluha faċli biex ikun hemm żvilupp, investiment u tkattir tal-ġid.", "Jien naf li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li għandna nippromwovu b'mod partikolari s-settur tal-manifattura u, kif se ngħid aktar tard, se jittieħdu inizjattivi f'dan is-sens.", "Mr. Speaker, l-inċentivi flIndustrial Development Act għaddew l-ewwel darba minn dan il-parlament preċiżament fil-5 ta' Lulju ta' l-1988, u l- iskop tagħhom kien li norjentaw is-settur tal-manifattura għall- esportazzjoni.", "Dak iż-żmien ħafna setturi u kumpanniji kienu orjentati aktar lejn is-suq lokali milli lejn is-suq barrani.", "Minħabba l- limitazzjonijet tas-suq lokali kien aktar għaqli li wieħed jespandi s-suq ta' l-esportazzjoni u jinkoraġġixxi lill-kumpanniji biex jagħmlu din it-tip ta' bidla u għalhekk ġew introdotti inċentivi bħal dik tat-tax holiday għal dawk li jesportaw mal-95% tal-prodott tagħhom.", "Din kienet miżura utli u żgur irnexxielha twassal għal żvilupp li kieku ma daħlitx ma kienx iseħħ imma maż-żmien beda jidher li din il-miżura kien qed ikollha ċerti limitazzjonijiet.", "Peress li kienet qiegħda tippromwovi l-industrija li tesporta 95% tal-prodott tagħha, kienet qed twassal għal sitwazzjoni fejn ħafna minn dawk il-kumpanniji li jibbenefikaw mill-miżura kellhom foreign ownership.", "Dan wassal għal ċerta dikotomija, fejn il-promozzjoni u l- inċentivi kienu qed igawdu minnhom il-barranin u l-investituri lokali forsi għax ma kenux qed jiffukaw biżżejjed fuq is-suq ta' l-esportazzjoni, ma kenux qegħdin jieħdu benefiċċju minn dawn il-miżuri.", "Naturalment qed nitkellem b'mod ġenerali u kien hemm eċċezzjonijiet, madankollu dejjem inħasset ċerta limitazzjoni.", "Mr. Speaker, minħabba f'hekk, taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet, anke dik tal-gvern preċedenti, kien inħass il-bżonn li wieħed jemenda dawn il- miżuri.", "Fil-fatt dawn ġew emendati fl-1997 bil-kunsens miż-żewġ naħat, fejn daħlu parti minn sensiela ta' bidliet li kellna bżonn biex intejbu s- sitwazzjoni ta' l-inċentivi li noffru.", "Waħda mill-problemi kienet li l- inċentivi kienu marbuta speċifikament ma' li wieħed jesporta.", "Jiġifieri l- Gvern Malti kien qed jagħti l-inċentiv - u għadu jagħtih - tat-tax holiday jekk fabbrika tesporta 95% tal-prodott tagħha u naturalment din il-ħaġa kienet tiddiskrimina xi ftit ma' industriji oħra li ma kenux jilħqu dak il- perċentaġġ.", "Ta' min jgħid ukoll li minn dak iż-żmien inħolqu żviluppi oħra fid-dinja.", "Waħda minnhom kienet il-world trade organisation, u fil-fatt aħna ilna membri tad-WTO mill-1995.", "Din bdiet tiffoka l-aktar fuq miżuri li tħoss li m'humiex kompatibbli ma' żieda fil-manifattura u fil-kummerċ internazzjonalment.", "Id-WTO tixtieq tara żvilupp kullimkien u mhux żvilupp f'industriji għax qegħdin jippenetraw swieq ta' pajjiżi oħra.", "Dan ifisser li trid toqgħod attent ħafna minn ċertu impatt negattiv meta jkollok policy li tipprova tisfrutta swieq ta' pajjiż ieħor, pero' s-swieq tagħha ma tagħtihomx l-istess trattament.", "Din hija issue bażata fuq x'ġara snin ilu, speċjalment fis-snin tletin meta kien hemm il-great depression madwar id- dinja, b'mod partikolari fl-Amerika, fl-Ingilterra, fil-Ġermanja, fl-Italja u fi Franza.", "Minħabba l-great depression, għal ċertu żmien refgħet rasha l-issue li wieħed jipprova jipproteġi s-swieq tiegħu mill-kompetizzjoni barranija.", "Li wieħed jidħol fis-swieq barranin dak iż-żmien kienet xi ħaġa aċċettata, pero' dan pjuttost wassal għal gwerra ekonomika fejn pajjiżi bdew jipproteġu s-swieq tagħhom billi jżidu t-tariffi fuq il-prodotti li jikkompetu mal-prodotti tagħhom.", "Ir-riżultat kien tnaqqis fil-ġid fid- dinja, tnaqqis fil-kummerċ internazzjonali, żieda fl-ineffiċjenza, għax l- ispeċjalizzazzjoni ma baqgħetx isseħħ u allura minflok li mxejna pass 'il quddiem imxejna lura fiż-żmenijiet diffiċli ta' qabel it-tieni gwerra meta kien hemm it-tieni great depression.", "Din ma kenitx xi ħaġa great, sabiħa, imma kienet xi ħaġa tant kbira li qabel ma konniex rajna bħalha, sal-lum għadna ma rajniex, u j'Alla ma narawx.", "Jiġifieri l-approach kien li wieħed jippromwovi l-kummerċ across the board u jnaqqas il-protezzjoni fis-swieq tiegħu, iżda ukoll jiffaċilita l-penetrazzjoni ta' prodott minn pajjiż għas- swieq ta' pajjiż ieħor.", "Dan wassal biex id-WTO bdiet timbotta l-prinċipju li l-inċentivi li l- pajjiżi joffru m'għandhomx ikunu marbuta ma' l-esportazzjoni.", "Dan kien kontra dak li aħna kellna fil-liġi tagħna.", "Issa ta' min wieħed jgħid li dak li kellna fil-liġi tagħna kien jagħmel sens għal numru ta' snin, iżda rridu nifhmu li pajjiż żgħir bħal tagħna, b'suq limitat, jekk nippretendu li se jkollna aċċess aħjar għal swieq oħra, irridu wkoll nimxu mar-regoli internazzjonali.", "Anzi huwa aktar importanti għalina li nagħmlu dan proprju minħabba ċ-ċokon tagħna li jagħmilna aktar sensittivi għal xi shift kontra fis-sens li s-swieq ma jkunux miftuħa daqshekk għalina.", "Mr. Speaker, biex nilħqu dan il-għan kellna nagħmlu din il-bidla fl- orjentazzjoni ta' l-inċentivi.", "Din ħolqot sfidi kbar biex jinħarġu skemi ta' inċentivi li huma aktar ġenerali u li japplikaw mhux għal min jesporta biss imma għal kull min jagħmel il-kummerċ.", "U madwar sena ilu ttieħdet id- deċiżjoni li nbiddlu din it-tip ta' strateġija li kellna fl-inċentivi.", "Fil- fatt il-white paper ''prosperity in change'' proprju tgħid li kellna nagħmlu wkoll:", "\"A reconsideration of export promotion as the primary criteria for eligibility under the IDA\".", "Irrid ngħid ukoll li anke jekk jantiċipa żvilupp ta' industrial free trade zone, wieħed irid ukoll jimxi mar-regoli tad-WTO, ta' l-OECD u anke ta' l-EU f'dan il-qasam.", "Aħna ridna nbiddlu din l-orjentazzjoni ta' l- export promotion u l-white paper f'paġna 45 tgħid:", "\"The new focus of the incentive package will be the promotion of rapid growth in value added\".", "Il-value added huwa aspett mill-aktar fundamentali fil-produzzjoni għax huwa magħmul minn dak li l-industrija qegħda tagħti, li jista' jiġi maqsum bejn wieħed u ieħor f'parti li tmur f'pagi u salarji u f'parti li tmur fil- profitti.", "Il-valur miżjud huwa dak li jibqa' wara li tnaqqas l-ispejjeż tar- raw materials u ta' l-inputs li tuża, minbarra naturalment l-input tal- ħaddiema, u allura jippermettilek tagħmel analiżi interessanti biex tevalwa industriji differenti u l-kontribuzzjoni li jagħtu.", "Il-white paper tkompli hekk:", "\"The criteria that can best achieve this is the amount of investment in physical and human capital\".", "Meta aħna qed nippromwovu l-valur miżjud qegħdin nippromwovu l-investiment, għax biex ikollok valur miżjud aktar għoli irid ikollok investiment f'makkinarju aktar avvanzat u investiment biex jittejbu l-iskills tan-nies, li huwa l-akbar riżors li għandna f'pajjiżna.", "B'dan il-mod bniedem ikun jista' jipproduċi prodotti aktar avvanzati li ġibu prezz aħjar u li għandhom valur miżjud aħjar.", "Aħna ridna nimxu fuq il-prinċipju li nżidu l- valur miżjud u l-inċentivi għandhom ikunu f'dik id-direzzjoni.", "Mr. Speaker, forsi kif jgħidu it is easier said than done, u l-kriterju ta' inċentivi vis-a-vis l-export kien iktar faċli.", "Kien faċli għax jekk kumpannija se tiġi Malta u se tesporta, jekk ma nagħtihiex xi inċentiv bħat- tax holiday din taf tmur x'imkien ieħor u minn tax revenue int xorta ma tiggwadanja xejn.", "Din mhux qed tiġi hawn għas-swieq tagħna.", "Mill-aspett ta' kriterju anke għall-MDC kien faċli għax din sempliċiment kienet tgħid li jekk kumpannija tesporta 95% tal-prodott tagħha tikkwalifika u jekk le ma tikkwalifikax.", "Mela dan kien kriterju faċli miż-żewġ naħat.", "Min-naħa kien jipproteġi ċertu revenue tal-gvern għax dan ir-revenue kien imur x'imkien ieħor u min-naħa l-oħra jagħmilha aktar faċli ukoll għall- korporazzjoni li topera dan it-tip ta' kriterju.", "Dan ifisser li kellna liġi pjuttost easy to apply li ma kellhiex il-komplikazzjonijet li sfortunatament kellna nidħlu fihom b'dan it-tip ta' żvilupp li qed nintroduċi llum.", "Mr. Speaker, barra d-difett li pajjiżi oħra ma jħarsux lejn il-policies li jippromwovu l-exports bħala policies aċċettabbli llum fis-sistema kif kienet sal-lum kien hemm difett ieħor.", "Peress li kien hemm ftit kundizzjonijiet fil-liġi dwar il-valur miżjud konna nispiċċaw li tiġi kumpannija hawn Malta biex tagħmel xi buttuni tal-ħwejjeġ u għax hi export- oriented kienet tieħu tax holiday.", "Din bażikament tkun qed topera bi ftit nies u bi ftit magni u għax qed tesporta tieħu l-benefiċċju.", "Mill-banda l- oħra tista' tiġik kumpannija ħafna akbar li se tagħmillek xi ħaġa aktar avvanzata bħal per eżempju irmontar tal-computers, u din ma tikkwalifikax għax ma tilħaqx in-95%.", "Il-valur miżjud meta timmonta l-computers huwa ferm akbar għax trid timmonta u tagħmel it-testing u mhux sempliċiment tagħmel buttuna f'kaxxa u tibgħatha għall-esportazzjoni, u hija ħaġa unfair li bil-liġi kif qegħda din il-kumpannija ma tikkwalifikax.", "Fil-fehma tiegħi kien difett kbir tas-sistema preċedentili kultant kien iwassal għal żvilupp ta' ċerti industriji li ma kenux daqshekk ta' prijorita' jew ta' valur għoli biżżejjed għal pajjiżna.", "U meta aħna bdejna dan l-eżerċizzju ftit aktar minn sena ilu, b'team ta' esperti - u dan hu eżerċizzju komplikat mill-aspett ta' liġi, ta' accounting, ta' ekonomija u mill-aspett ta' x'qed jagħmlu pajjiżi oħra - bdejna naraw kif nistgħu nagħmlu ċerti prijoritajiet, anke kif kien mistqarr fil-white paper tas- setturi tagħna, u l-ewwel analiżi kienet kif se nagħmlu r-ranking, kif se nagħtu prijorita' lis-setturi tal-manifattura.", "U waħda mill-prijoritajiet li sibna kienet li nużaw il-kejl tal-valur miżjud.", "U meta għamilna hekk ħriġna bi klassifikazzjoni li bażikament qiegħda turi b'mod ċar li ċerti setturi għandhom valur miżjud aktar għoli minn setturi oħrajn.", "U fil-fatt, fis-setturi li qed jespandu u li ilhom jespandu għal dawn l-aħħar għaxar snin, il-valur miżjud għal kull ħaddiem per eżempju huwa ferm aktar għoli mis-setturi li kellhom tendenza li jiċkienu f'dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt, fil-kalkoli tagħna ħriġna valur miżjud medju ta' madwar Lm8,000 għal kull ħaddiem, u bażikament is-setturi li għandhom valur miżjud aktar minn dak tajnihom definition bħala target sectors.", "Għamilna wkoll xi ftit eċċezzjonijiet minħabba l-fatt li diġa' kien hemm setturi li għadhom s'issa jibbenefikaw minn protezzjoni, u din trid tispiċċa għax xi drabi twassal għal ċerti returns aktar għoljin milli jkun ħaqqhom dawk is-setturi.", "U għalhekk dawn is-setturi kellna naqilgħuhom 'il barra.", "Mr. Speaker, dan l-abbozz se jissostitwixxi l-abbozz li għandu x'jaqsam ma' l-industrija.", "Kien wasal iż-żmien li forsi nwessgħuh aktar u allura t- tieni ħaġa li ħsibna fiha kienet li nagħmlu liġi ta' natura enabling, jiġifieri li tipprovdi għall-punti ġenerali imbagħad ċerti dettalji u ċerti skemi jibdew joħorġu permezz ta' legal notices.", "Ir-raġuni għaliex għamilna dan hija ovvja.", "Meta għandek skema f'legal notice minflok f'liġi, per eżempju x'rata ta' taxxa se jkollok, din twassal biex dik l-iskema tkun aktar flessibbli.", "Fil-fatt legal notice tista' tiġi challenged pero' m'hijiex xi ħaġa li trid tiġi scheduled bilfors għad-dibattitu fil- parlament, u allura għandha ċerta tieqa minn fejn tista' tgħaddi.", "Aħna ħarisna wkoll lejn pajjiżi oħra u sibna li dawn qed jużaw sistemi ferm aktar flessibbli.", "Sar hekk għax f'dinja aktar globalizzata inħasset il- ħtieġa li l-istituzzjonijiet ta' pajjiż għandhom ikunu kapaċi jirrispondu aktar malajr.", "Aħna ma naffordjawx li naqgħu lura.", "Ma naffordjawx li biex nagħmlu xi bidla rridu noqogħdu nistennew li bilfors tgħaddi mill-programm tal-parlament, għax b'hekk nitilfu l-investiment lejn pajjiżna.", "Ridna nagħmlu xi ħaġa aktar flessibbli, u l-Business Promotion Act, li se jieħu post l-Industrial Development Act se jkun driven by legal notices.", "B'hekk qegħdin inwessgħu l-iskop ta' dak li qed nagħmlu.", "Fejn qabel konna qed niffukaw prattikament fuq il-manifattura, il-liġi li qed niddibattu llum tipprovdi biex jidħlu skemi mhux għall-manifattura biss, imma għall- agrikoltura, għat-turiżmu u għal setturi oħra li jwasslu għal ċerta flessibilta' u ġeneralita',.", "Dawn kienu tliet prinċipji li ħdimna fuqhom u li għażilnihom wara li għamilna ċerta riċerka u wara li qisna x'inhi l-aħjar strateġija li għandna naddottaw għall-pajjiż.", "Minn hemm x'għamilna?", "Ridna nsibu skema li tinkoraġġixxi l-valur miżjud.", "U l-ewwel sfida kienet kif se nissostitwixxu t-tax holiday.", "L-ewwelnett se nagħmlu tax holiday kif kienet fil-liġi preċedenti?", "Issa rridu nifhmu x'inhi tax holiday.", "Din tfisser zero tax.", "Jiġifieri l-profitti minn fuq kumpanniji li jesportaw aktar minn 95% tal- prodotti tagħhom għandhom zero tax.", "Aħna dehrilna li m'għandniex nagħmlu such a blanket provision fejn sempliċiment ngħidu li jekk kumpannija tikkwalifika tieħu zero tax.", "Ridna nagħmlu sistema li toffri ċertu inċentiv b'mod speċjali għal dawk is-setturi li nqisuhom bħala setturi li għandhom aktar potenzjal ta' growth.", "Għal dawn is-setturi, minflok nagħmlu sistema ta' zero tax, se nagħmlu sistema fejn it-taxxa tkun baxxa imbagħad tista' tinżel aktar jekk wieħed jinvesti.", "Dan qed nagħmluh għax l-investiment huwa ċ-ċavetta biex ikollna valur miżjud għoli.", "B'hekk aħna qegħdin nagħtu direzzjoni ċara li l- investimenti li nixtiequ nippromwovu huma investimenti li veru jirrendu valur miżjud aktar għoli.", "U l-iskema li qed nadottaw għal dawn l'hekk imsejħa target sectors hija li jkollhom taxxa ta' 5% għall-ewwel seba' snin - għax naturalment l-aktar diffiċli huwa l-bidu - din titla' għal 10% għas- sitt snin ta' wara, titla' għal 15% għall-ħames snin ta' wara, imbagħad tkun skond ir-rata ta' tassazzjoni ta' dak iż-żmien.", "Din tapplika għal kumpanniji ġodda.", "Kien hemm punt ieħor li kien ilu żmien jinkwieta lill-policy makers miż- żewġ naħat.", "Fis-sistema l-antika kellek għaxar snin ta' tax holiday imma ma kienx hemm speċifikat dwar x'jiġri wara li jgħaddu dawn l-għaxar snin?", "Kellna daqxejn ta' lakuna u minn 0% tax dawn f'ċerti każi kienu jitilgħu għal 35% tax.", "Meta jkun hemm xi tax treaties mal-pajjiż li minnu tkun oriġinat il-kumpannija t-taxxa kienet tkun 15% jew 20% imma minn 0% għal 25% jew 35% hemm qabża kbira li kultant kienet qed tħajjar lil dawn il- kumpanniji jikkonsidraw il-lokazzjoni tagħhom, speċjalment fis-sitwazzjoni reali tal-lum fejn għandek tant pajjiżi fl-Ewropa ċentrali u fl-Ewropa tal- Lvant, li qed jikkompetu direttament magħna, li għandhom structure simili u għandhom produttivita' simili.", "Minħabba f'hekk aħna ridna nsibu xi skema biex kemm jista' jkunu niġbdu lil dawn il-kumpanniji, jew nagħmluha aktar interessanti għalihom li jibqgħu f'pajjiżna.", "Hemm kumpanniji li ilhom 10 snin, 15-il sena, 20 sena li għalihom ridna nagħmlu pakkett speċifiku biex nimlew dan il-gap li kellna fil-liġi u fis-sistema ta' tassazzjoni.", "Mr. Speaker, bdejna naraw jekk għandniex nagħmlu ċerti kondizzjonijet attraenti lill-kumpanniji li qegħdin fit-target sectors li bbenefikaw mit- tax holiday u issa wasal biex jispiċċalhom dan il-benefiċċju.", "F'ċerti każi nafu li xi kumpanniji minnhom qed jikkonsidraw jekk għandhomx imorru x'imkien ieħor.", "Minħabba f'hekk kellna diskussjonijet ma' l-FOI, maċ- chamber of commerce, ma' l-MCED - li tinvolvi wkoll il-unions - u anke ma' ħafna kumpanniji individwali biex wieħed jifhem il-problemi partikolari.", "Ix- xogħol ta' konsultazzjoni ried bilfors ikun wiesa' biex wieħed joħroġ il- pakkett adattat.", "Wasalna għall-konklużjoni li dawk il-kumpanniji li huma f'dan is-settur ta' prijorita' għandhom ukoll jiġu provduti b'xi benefiċċju.", "Issa dan il-benefiċċju mhux se jkun ta' 5% tax bħall-kumpanniji l-ġodda, iżda se jkun 10% tax għall-ewwel sitt snin, imbagħad jiġi 15% tax għall-ħames snin ta' wara.", "B'dan il-mod qed nagħtu window of opportunity oħra fejn ikollhom taxxa ridotta.", "Irridu niftakru issa li l-kondizzjoni li biex tieħu l-benefiċċju trid tesporta 95% tal-prodott se tispiċċa u dan ifisser li dawn il-kumpanniji f'dawn is-setturi jkunu jistgħu jibbenefikaw irrispettivament mill-esportazzjoni.", "F'dan ir-rigward nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' proposta ta' avviż legali in konnessjoni mal- Business Promotion Act, flimkien ma' l-iskeda relattiva.", "Mr. Speaker, b'din is-sistema ta' inċentivi se naqbdu diversi kumpanniji li s'issa ma kenux jikkwalifikaw minħabba l-export condition li kien hemm.", "Dan ifisser li se nagħtu inċentiv reali lill-operaturi ta' kumpanniji Maltin li qabel ma kenux f'possibbilta' li jieħdu dawn l-inċentivi.", "U naħseb li dan huwa pass kuraġġjuż anke mill-aspett ta' revenue implications, iżda pass li nqisu li jrid jittieħed għax wasal iż-żmien li ma nibqgħux nagħmlu diskriminazzjoni bejn wieħed li qed jopera għall- esportazzjoni u ieħor li qed jopera għal-lokal.", "Ħsibna wkoll f'dawk is-setturi li nsejħulhom priority areas.", "Veru it- taxxa hija 5% għall-ġodda għall-ewwel seba' snin jew 10% għall-ewwel sitt snin għal dawk li huma diġa' stabiliti, iżda aħna ridna nimmotivaw akar investiment, li kif tkellimt aktar 'il quddiem iwassal għal valur miżjud aktar għoli, għal pagi aħjar, għal skills aħjar, għal profitti aħjar u għal aktar stabilita'.", "Fid-dinja globalizzata wieħed ma jistax joqgħod iċiċċi u ma jagħmel xejn, imma jrid bilfors itejjeb il-prodott tiegħu, il-costs tiegħu u l-marketing tiegħu.", "Irid ikun fi ġlieda kontinwa.", "Minħabba f'hekk aħna ridna nagħmlu miżura qawwija ħafna li tippremja lil min jinvesti.", "U għal dan il-grupp ta' kumpanniji daħħalna s-sistema ta' investment tax credits.", "Din hija sistema qawwija ħafna li twassal biex kumpannija żgħira ta' anqas minn 250 impjegat tista' tieħu tax credit ta' 65% ta' l-investiment.", "Jiġifieri jekk kumpannija tinvesti Lm100,000 f'makkinarju, 65% ta' dawk il- Lm100,000 tista' teħodhom lura mit-taxxa.", "B'dan il-mod qed nagħmlu sistema attraenti, intelliġenti u bi ħsieb.", "Hawnhekk qed nagħmlu taxxa ridotta, u jekk il- kumpannija tinvesti, effettivament tista' anke tilħaq is-sistema li kellna qabel ta' zero tax.", "Din sistema li bilfors tippromwovi iktar l- investiment fil-kumpanniji li l-gvern jikkonsidra li għandhom l-iktar potenzjal.", "Naħsbu li fiċ-ċirkostanzi din hija formola ideali li twassal għall-aħjar riżultat.", "Fil-limitazzjonijiet li għandna rridu niżguraw li kull investiment li jsir ikun ta' l-ogħla valur possibbli u huwa għalhekk li qed nagħtu dan l-inċentivi.", "Meta tagħmel miżuri bħal dawn nkunu qed infasslu l-effett rridu.", "Mela jekk kumpannija tkun tħaddem inqas minn 250 ruħ ikollha inċentiv ta' 65% tax credit.", "Dan l-inċentiv jonqos jekk kumpannija tkun ikbar.", "Mela hawnhekk qed nintroduċu l-prinċipju li kumpanniji li huma żgħar jew ta' daqs medju għandhom ċerti benefiċċji iktar minn kumpanniji li huma ta' ċertu daqs.", "Dan kollu li semmejt hija l-ewwel parti ta' l-istruttura li se tieħu post is-sistema li kellna ta' tax holidays għall-kumpanniji export- oriented.", "Mr. Speaker, nafu wkoll li xi kumpanniji bħal tal-clothing, tat-textiles u ta' l-ikel m'humiex qegħdin jespandu bħala numru ta' mpjegati.", "Xi kultant dawn joperaw ukoll taħt ċerta protezzjoni qawwija tal-levies li qegħdin jonqsu bil-mod il-mod.", "Dawn huma setturi li l-valur miżjud reali tagħhom jaf ma jkunx daqshekk attraenti għal pajjiżna.", "Issa hawnhekk wieħed iħoss li qed issir diskriminazzjoni, imma jekk il-policy tal-gvern ma turix id- dritt tkun policy bla attrazzjoni għax tkun qed tittratta lil kulħadd indaqs.", "Kieku s-setturi kollha kienu ta' l-istess importanza kien ikun tajjeb imma s-setturi mhux kollha hekk, u allura bilfors trid tagħmel distinzjoni.", "Madankollu f'dawn is-setturi wkoll ridna nsibu skema ta' upgrading u l-iskema li ħriġna biha hi maqsuma f'żewġ partijiet prinċipali.", "Waħda minnhom hi ntiża biex ninċentivaw l-investiment, u fil-fatt l- investment allowances li kien hemm fil-liġi l-qadima qegħdin kważi nirdoppjawhom biex inħajru lil dawn il-kumpanniji li jinvestu billi jieħdu tax benefit.", "Imbagħad daħħalna skema, li nammetti ħabbtitna daqsxejn sakemm żviluppajniha, li għandha attrazzjonijiet kbar.", "Din hi l-value added incentive scheme.", "Għalkemm waqt il-konsultazzjonijiet il-kunċett kien ċar f'moħħna, fil-prattika, il-formola li għandna llum ma kenitx dik li bdejna biha minħabba li f'dawn l-aħħar xahrejn u nofs jew tliet xhur kien hemm ċertu progression ta' ħsieb u ideat.", "Saħansitra waqt il-holidays tal- Milied kellna diversi laqgħat ma' l-esperti u ma' kumpanniji biex naraw din kif taħdem fil-prattika u nirfinawha.", "Proprju sas-Sibt li għadda kelli l- aħħar laqgħa biex ħriġna formola li għandha ħafna attrazzjonijiet.", "Din il- formola tgħid li jekk kumpannija żżid il-valur miżjud tagħha, bbażat fuq ir- rata ta' żieda fis-sales, jiġifieri qiegħda żżid fil-persentaġġ ta-value added meta tqabblu ma' żieda fis-sales, jekk dik iż-żieda se tkun ogħlja biżżejjed, il-profitti extra li jsiru minn ċertu perijodu jiġu ttrattati b'taxxa ta' 10%.", "Mela hawnhekk, Mr Speaker, qed ngħidu li rridu nirristrutturaw lis- setturi l-oħra li m'humiex target sectors, u qed nagħtuhom benefiċċju li huwa iktar attraenti għaċ-ċirkostanzi tagħhom.", "U kumpanniji li veru jinvestu u jżidu l-valur miżjud tagħhom, dawn ukoll jaqgħu taħt is-sistema ta' tassazzjoni ta' 10% fuq il-profitti tagħhom, irrispettivament jekk jesportawx jew le.", "B'hekk lil dawn qed inpoġġuhom on par mas-setturi li huma target, għax għandhom sfidi simili li jridu jinvestu aktar.", "Din il- value added incentive scheme wasslet biex ċerti kumpanniji li bdew iħossuhom li forsi m'humiex qegħdin jingħataw importanza biżżejjed, issa qegħdin jiġu mogħtija importanza ugwali daqs is-setturi l-oħra.", "Għas- setturi l-oħra li m'humiex qegħdin taħt il-priority areas hemm żewġ skemi li jwessgħu l-benefiċċji.", "Dan jgħodd anke għal dawk li joperaw fis-suq lokali, u minn dawn il-benefiċċji se jkun hemm xi tax implications li jippromwovu dawk il-kumpanniji li veru jistgħu u jridu jżidu l-valur miżjud u l-kwalita' tal-produzzjoni tagħhom.", "Naħseb li dawn iż-żewġ skemi li qed insemmu huma l-bażi ta' l-iskema kollha li qegħdin noffru hawnhekk.", "Mr. Speaker, l-iskemi taħt il-Business Promotion Act huma ferm iktar wiesa' minn hekk.", "Meta qed tagħmel bidla minn sistema qadima, biex insejħilha hekk, għal sistema ġdida, trid toqgħod attent għat-tranżizzjoni biex ma tweġġa' lil ħadd u biex tagħti żmien biżżejjed biex dak li jku jaqleb għas-sistema l-ġdida.", "Dan huwa l-prinċipju ta' legitimate expectations.", "Jiġifieri jekk wieħed kien qed jopera taħt l-IDA u kellu ċerta aspettattiva li t-tax holiday se ddumlu għaxar snin u s'issa għadhom għaddew ħames snin, dan għandu legitimate expectation għal ħames snin li baqa' u allura jibqa' jibbenefika għal dawk il-ħames snin.", "Jekk hija fit- target sector din imbagħad tista' tgħaddi għall-iskala ta' 10% u jekk m'hijiex, tista' wkoll taqa' taħt sistema oħra li introduċejna.", "Fl-IDA, dan l-aħħar kien hemm l-export incentive scheme, jiġifieri jekk iżżid l-esportazzjoni tista' tieħu benefiċċju tat-taxxa fuq fuq il-profitti li ġejjin minn dik iż-żieda fl-esportazzjoni.", "Hekk tgħid il-liġi, u hemm formola kif din tinħadem.", "Aħna daħħalna klawsola li tgħid li jekk kumpannija li m'hijiex fit-target sectors pero' qiegħda tibbenefika mill- export incentive scheme jew mill-investment incentive scheme li daħlet taħt il-gvern preċedenti b'konsensus min-naħa tagħna u li biha noffru tax benefit lil dawk li qed jinvestu iktar minn ċertu ammont, dawn il-kumpannji jistgħu jikkwalifikaw biex jidħlu qishom fit-target sector.", "Mela hawnhekk għandna kumpanniji li s'issa kienu qed jiġu trattati taħt il-benefiċċji ta' l-IDA, pero' kienu f'setturi li m'humiex ikkonsidrati bħala priority sectors.", "Dawn il-kumpanniji għandhom l-opportunita' li jikkwalifikaw qishom f'target sector jekk huma kienu qed jieħdu ċerti benefiċċji basta jirrinunzjaw għall-benefiċċji li jibqa' taħt il-liġi ta' l-IDA il-qadima.", "Mr Speaker, din hija xi ħaġa daqsxejn komplessa, imma fis-settur tal- manifattura b'mod partikolari, wieħed irid jipprovdi inċentivi li jagħmlu sens u li jwasslu għat-tkattir u l-investiment u tal-valur miżjud.", "Dawn it- tip ta' skemi, Mr Speaker, huma motivati b'legal notice li qegħda in draft form, u li wegħedt li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan huwa suġġett għad-diskussjoni, fis-sens li jista' jkun hemm bżonn ċertu tibdil fihom.", "Jiena ma niddejjaqx ngħid li s'issa kelli feedback interessanti ħafna li wassal għal improvement f'dawn it-tip ta' legal notices u li juri wkoll kemm hu għaqli li wieħed jimxi b'sistema bħal din.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Hawn permess biex il-Ministru jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar il-legitimate expectations irrid ngħid li dawk li m'għandhomx ċerti aspettattivi taħt il-liġi preżenti se nipproteġġuhom ukoll u se noffru l-possibbilta' li wieħed jaqleb għas-sistema l-ġdida li f'ċerti ċirkostanzi żgur se tkun iktar attraenti.", "Aħna rridu nħallu l- liberta' f'idejn dak li jkun u għalhekk il-leġislatur ma jaqbadx u jbiddillu l-bażi mil-lum għal għada b'mod li jħarbatlu l-operazzjoni tiegħu.", "Semmejt ukoll miżuri iktar wiesa', Mr Speaker.", "Per eżempju fl-IDA kien hemm possibbilta' li kumpanniji jingħataw soft loans u kienet tieqaf hemm.", "Din id-darba hemm possibbilta' li jingħataw ċerta assistenza fuq ir-rata ta' l-imgħax.", "Wieħed imur jissellef mingħand il-bank, imbagħad l-MDC, skond il-kriterji u skond kemm il-proġett jidher li hu attraenti tiddeċiedi dwar kemm jingħata sussidju fuq il-parti ta' l-imgħax.", "Jista' wieħed jagħti, bħalma qed tagħti l-IPSE, garanzija jekk wieħed għandu bżonn jissellef.", "Dan qed nagħmluh għax kultant dawn il-kumpanniji jsibu l-problema li l- banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna iktar isibuha faċli li jsellfu fuq bini milli fuq makkinarju u fuq affarijiet li forsi l-valur tagħhom jonqos biż-żmien.", "Permezz ta' din il-liġi wkoll, Mr Speaker, jistgħu jingħataw grants.", "F'dan l-istadju m'għandix budget għall-grants fil-ministeru tiegħi, pero' qegħdin naraw kif nagħmluha possibbli li jkun hemm finanzjament għal għoti ta' grants.", "Fl-Unjoni Ewropea u anke f'pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea hemm sistema ta' grants wiesgħa ħafna bħal per eżempju, grant ta' 40% ta' l- investiment li jkun sar.", "S'issa l-għajnuna prinċipali li qed noffru hija t- tnaqqis mir-rata ta' tassazzjoni meta jsiru l-profitti.", "Meta wieħed jagħti grant qed ibiddel ix-xenarju kollu.", "Kultant ikun hemm investimenti li aħna tassew ma nkunux nistgħu niġbdu lejn pajjiżna, għax fil-passat ma kellniex din il-possibbilta' allura fil-liġi se nagħmlu provision speċifika li jista' jkun hemm grants.", "Din tiġi regolata b'legal notice 'il quddiem.", "Dan il-finanzjament jista' jiġi mill-Ewropa iktar 'il quddiem, mit-trattati ma' l-Ewropa li jkollna, u jista' jiġi wkoll minn proġett partikolari li darba nkunu qed nikkompetu ma' pajjiżi oħra inkunu rridu nimmiraw u nagħmlu pakkett aħjar.", "Qegħdin ukoll, Mr Speaker, inkomplu nikru fabbriki b'rati ridotti ta' renta imma qed nuru wkoll li llum għandna problema ta' limitazzjonijiet finanzjarji.", "Il-budget tal-gvern huwa dak li hu, id-domanda għal spazju għal skopijiet industriji hija kbira ħafna u għalhekk irridu nsibu sistema li forsi toffri finanzjament għall-bini ta' fabbriki, li ma tkunx daqshekk piż kbir fuq it-kaxxa tal-gvern.", "Ħsibna li jkollna skema li l-gvern jipprovdi l-art, pero' mbagħad l-istruttura tal-bini tkun finanzjata b'mod iktar flessibbli mis-settur finanzjarju.", "U l-MDC qiegħda proprju taħdem fuq din it-tip ta' skema li twassal biex tagħtina supply ikbar ta' fabbriki.", "Hawnhekk għandna kas ta' bottleneck.", "Din il-problema ilha għal ħafna snin u ma rridux inħalluha żżomm l-iżvilupp industrijali f'pajjiżna għax inkella jkollna repercussions ħżiena.", "Qed inqisu l-assistenza li se nagħtu għal Għawdex ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport pero' issa din l-assistenza mhux se tkun marbuta ma' l-esportazzjoni.", "Qed inneħħu dak il-kriterju u allura qed inwessgħuha iktar, u jista' jkun 'il quddiem ukoll nagħtu assistenza iktar speċifika permezz ta' legal notice indirizzata għall-ħteġijiet tal-gżira ta' Għawdex.", "F'dan l-istadju il-legal notice għadha ma ġietx żviluppata pero' ta' min igħid li l-liġi tippermetti li din tista' tiġi żviluppata u motivata mill- ministru responsabbli għal Għawdex, fil-każ tat-turiżmu mil-ministru responsabbli mit-turiżmu u fil-każ ta' l-agrikoltura mill-ministru responsabbli mill-agrikoltura.", "Naturalment dawn irid ikollhom il- finanzjament tagħha fil-budget tagħhom iżda mbagħad se jkun ferm iktar faċli li wieħed joħroġ b'inċentivi speċifiċi.", "Il-liġi se tkun hemmhekk u kulma tkun trid ikun biss il-finanzjament u legal notice ta' kif se taħdem u titmexxa.", "Qegħdin ukoll inlibbsu iktar aspett legali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l- operat tal-METCO u ta' l-IPSE.", "L-inċentivi li dawn kienu jagħtu s'issa kienu biss amministrattivi.", "Hawnhekk qed nipprovdu lill-SMEs assistenza bħal dik li hija provduta mill-IPSE u mill-METCO li tiġi wkoll driven minnhom.", "Il-liġi wkoll ma tgħidx li l-MDC trid tamministra l-inċentivi kollha pero' inċentivi differenti jistgħu jkunu amministrati minn awtoritajiet kompetenti differenti.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li jekk għandek inċentiva li għandha x'taqsam ma' trade fairs internazzjonali, għandha tkun il-METCO li jkollha l-inkarigu li tamministra dak it-tip ta' inċentiv.", "Jekk hemm inċentivi li għandhom x'jaqsmu mas- settur tan-negozji ż-żgħar mela l-IPSE tkun inkarigata minn dik l-iskema.", "Qegħdin ukoll nipprovdu job creation schemes or incentives għal dawk li qegħdin jirreġistraw.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri tal-qgħad isib li l- persentaġġ li jissejjaħ long-term unemployed, speċjalment ta' dawk li huma 'l fuq minn 40, huwa persentaġġ persistenti u kultant issibu li qiegħed ukoll bit-trend upwards.", "Din hija nkwetanti fis-soċjeta' tagħna, għax ma nistgħux inħallu riżors uman, kemm f'aspetti soċjali u kemm ekonomiċi, li ma jiġix utilizzat b'mod addattat.", "Minħabba f'hekk qegħdin noffru inċentivi fiskali li jħajru kumpanniji jimpjegaw nies li ilhom jirreġistraw jew għandhom iktar minn 40 sena, jew huma b'xi mod disabled u allura m'għandhomx a level playingfield quddiemhom għax qed jikkompetu ma' min m'għandux id-diffikultajiet tagħhom.", "Individwi oħra li rridu nżidulhom il-possibbilta' ta' mpjiegi huma dawk f'ċerti taqsimiet tas-settur pubbliku.", "F'ċerti oqsma għandna nuqqas ta' ħaddiema u f'oħrajn għandna ferm iktar ħaddiema milli għandu bżonn is- settur pubbliku.", "U allura qed noffru inċentiv għal min jimpjega persuna mis-settur pubbliku li taqa' f'ċerti kategoriji.", "Ta' min igħid li dawn l- inċentivi jvarjaw.", "Per eżempju, jekk qed nittrattaw il-long-term unemployed, l-inċentiv ikun li għal sena 65% tal-paga u 100% tat-training programme ikunu tax deductable.", "Jiġifieri dawn ikunu jistgħu jitnaqqsu mit- taxxa ta' dak l-individwu.", "Mela jekk kumpannija qed tħallas it-taxxa u timpjega lil xi ħadd li ilu jirreġistra iktar minn sentejn u għandu iktar minn 40 sena, il-paga tiegħu se ġġibha mit-taxxa li kieku titħallas.", "Fir-rigward ta' nies fis-settur pubbliku li jmorru jaħdmu mas-settur privat f'dawk il-kategoriji li jiġu speċifikati mill-ETC insibu l-inċentiv li 150% - jiġifieri darba u nofs tal-paga ta' dak l-individwu - jiġu wkoll imnaqqsa mit-taxxa.", "U dan jagħmilha ferm iktar attraenti għal dak li jkun li jgħid li jrid jimpjega lil xi ħadd li qiegħed fis-settur pubbliku.", "Aħna jidhrilna li din it-tip ta' miżura qed tiddiskrimina pożittivament favur dawk il-gruppi li fis-soċjeta' tagħna rridu nżidu l-possibbiltajiet għalihom, u naħsbu li twassal għad-direzzjoni t-tajba.", "Fil-każi kollha, jekk individwu jkun disabled, il-benefiċċji jżidu b'200%.", "Hawnhekk għandna miżura li tirrifletti s-solidarjeta' fis-soċjeta' tagħna.", "Hawnhekk qed ngħidu li jekk wieħed jimpjega lil xi ħadd li huwa disabled il-benefiċċji li semmejt se jirdoppjaw.", "Naħsbu li din twassal ukoll biex ikun hemm ħafna u ħafna iktar opportunitajiet għall-membri tas- soċjeta' tagħna li sfortunatament qegħdin fi żvantaġġ li mhux faċli li wieħed jegħlbu.", "Tista' sempliċement tilleġisla u tgħid li jrid ikollok, kif diġa' għandna, ċertu persentaġġ ta' nies f'dan il-qasam, pero' hawnhekk qed noffru wkoll l-element finanzjarju.", "Kif għedt, dawn l-inċentivi ma japplikawx biss għall-manifattura iżda għall-ekonomija kollha.", "Qegħdin ukoll inbiddlu xi ftit is-sistema ta' training grants u training aids.", "Se nkomplu għal xi żmien is-sistema preżenti fejn l-MDC tagħti training grants għal numru ta' ġimgħat u xhur għal min jimpjega lil xi ħadd għall-ewwel darba.", "Illum titla' anke sa 48 ġimgħa paga f'sena jekk wieħed jimpjega xi ħadd ġdid b'approved training programme.", "Pero' din it-tip ta' training grant se norbtuha ferm iktar mal-programm reali ta' training li jingħata.", "Mill-passat innotajna li kultant dawn it-training grants ma jkunux veri training grants iżda jispiċċaw bħala sempliċement sussidju.", "M'aħniex kontra li nagħtu sussidju biex wieħed jimpjega ħaddiema ġodda, għax dawk ukoll għandhom żvantaġġ, pero' m'huwiex addattat li dan jingħata in a blanket way, bi ftit li xejn skop ta' veru training biex dak l- individwu jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu.", "Minħabba f'hekk qegħdin niżviluppaw skema ta' training aid li tiffinanzja tabilħaqq programmi ta' training.", "Din fil-fehma tagħna twassal, anke mid-diskussjonijiet li kelli mal-unions, biex dawn il-finanzi jintużaw tassew biex itejbu l-kapaċitajiet tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin li jew ikunu għaddejjin minn xi ristrutturazzjoni jew inkella jkunu għadhom qed jidħlu fis-suq tax-xogħol.", "Mr Speaker, hemm affarijiet oħra li wieħed jista' jitkellem fuqhom.", "Hemm miżura importanti li tittratta l-industriji ż-żgħar li għandna x'taqsam ma' late payments.", "Dawn qed insejħulhom il-micro li f'dan l-istadju qed nillimitawha għal dawk li jħaddmu inqas minn għaxra min-nies u hemm miżura oħra għal dawk li jimpjegaw iktar minn 50.", "Qed nintroduċuha b'dan il-mod biex inkunu daqsxejn kawti ħalli naraw kif taħdem.", "Huwa veru li fis- soċjeta' tagħna għandna sitwazzjonijiet fejn kumpanniji żgħar kultant isibu ruħhom fi żvantaġġ kbir meta qegħdin jittrattaw ma' kumpanniji kbar.", "Per eżempju jiena tal-ħaxix u qed inbiegħ nofs il-produzzjoni lil hotel u din tiddeċiedi li ma tħallasnix.", "Issa jien għandi problema għax nipprova ngħidilha li jekk ma tħallasnix ma nbegħlhiex pero' b'dan il-mod se nitlef nofs il-bejgħ tiegħi u mhux faċli nsib alternattiva.", "Allura Ii qed nagħmlu huwa li qegħdin insaħħu ċerti miżuri li jagħmluha iktar faċli għall- individwu, f'dan il-każ għal min ibiegħ il-ħaxix - jista' jkun kwalunkwe negozju ieħor - biex dan ikun jista' jipproteġi aħjar l-pożizzjoni tiegħu.", "Din nistgħu nagħmluha b'diversi miżuri.", "L-ewwelnett l-ammont li jibqa' mhux dovut lill-individwu bħalissa hemm limitazzjoni ta' 8% fir-rata ta' l- imgħax.", "Dik qegħdin inżiduha sa 10%, qiegħda marbuta mad-discount rate, allura tista' tvarja, pero' għandna minimu ta' 8%.", "Bħalissa bid-discount rate kif inhi qiegħda ta' 10.5%.", "Allura mal-ewwel, wara ċertu żmien, għandek dritt għal imgħax ferm iktar għoli milli hemm illum.", "It-tieninett qed niffaċiltaw li dawn il-flus dovuti jistgħu jiġu assigned, biex ngħid hekk, lil xi ħaddieħor biex jiġbor hu, is-settur finanzjarju billi nneħħu l-istamp duty li s'issa kienet teżisti biex ikun hemm assignment of debt.", "L-istamp duty kienet ta' 2.6%.", "Jiġifieri jekk jien għandi nieħu l-flus u se nqabbad lil istituzzjoni finanzjarja biex tiġbor il-flus għalija, dak it-tip ta' kuntratt kien suġġett għal stamp duty u din kienet piż li jiskoraġġixxi li jsir dan.", "Hemm xi tibdil ieħor li se jidħol fil-kodiċi ċivili biex jiffaċilita l-assignment of debt mill- operaturi ż-żgħar.", "'Il quddiem, skond l-esperjenza ta' din, jista' jkun li aħna nespandu dawn il-miżuri għal setturi oħra ta' l-ekonomija tagħna u mhux għal micro industry biss.", "Ta' min igħid li hawnhekk kellna feedback pożittiv kemm mill-constituted bodies u kemm mis-setturi finanzjarji u għalhekk dehrilna li għandna nintroduċu dawn il-miżuri b'dan il-mod u naraw kif din tista' tiġi improved u extended iktar tard wara li jkollna ċerta esperjenza fiha.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li l-inċentivi li qed nitkellmu fuqhom u l-bidliet li qed nagħmlu m'humiex bidliet li ġew żviluppati in a vacuum.", "Huma bidliet li wasalna għalihom billi studjajna bl-esperti tagħna, ħadna l-pariri u rajna x'qed jagħmlu pajjiżi oħra.", "Inħossu li dawn l-inċentivi li għandna quddiemna llum se jagħtu motivazzjoni ġdida biex wieħed jinvesti, biex wieħed itejjeb il-livell ta' produzzjoni tiegħu, biex wieħed ikun jista' jkompli jkattar il-ġid u, ħaġa importanti ħafna biex aħna nkunu nistgħu nħajru kumpanniji li llum qed joperaw f'Malta, speċjalment fil-manifattura, li jibqgħu f'Malta.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin noffru pakkett ta' inċentivi li jagħmlu lil Malta aktar attraenti meta mqabbla ma' pajjiżi oħra bħall-Ungerija, bħall-Portugal u bħall- Irlanda.", "Mr. Speaker, forsi wieħed jista' jgħid li hawnhekk qed nintroduċu flessibbilta' daqsxejn qawwija, għax ħafna mill-iskemi huma motivati bil- legal notice.", "Pero' huwa fatt li fiċ-ċirkostanzi tal-lum irid ikollok il- flessibbilta' li tista' tadatta għal dak li jkun hemm bżonn.", "Jidhrilna li dan huwa metodu kif wieħed jista' jirrispondi aħjar għad-demands li jkollu billi jkun iżjed faċli għalih li jagħmel miżuri iktar tailor-made għall- bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li għad hemm affarijiet oħra fil-liġi li wieħed irid jitkellem fuqhom.", "Per eżempju qed inwaqqfu state aid monitoring board.", "Ir-raġuni prinċipali hija li f'pajjiżna jkollna xi ħaġa li tagħmel monitoring fuq kull assistenza li tingħata mill-istat.", "B'dan il- mod ikollna mhux biss ċifri ta' x'qed jingħata, imma wkoll assessments dwar kif din l-istate aid qed tiġi użata u fuq liema prinċipji qed tiġi applikata.", "Hemm ukoll ċerti dettalji fil-liġi li huma ta' natura iktar teknika u ma qgħadtx nidħol fihom.", "Per eżempju ċerti aspetti mill-IDA issa qed inpoġġuhom taħt l-Income Tax Act.", "Qed ikun hemm dan it-tip ta' shift li mhux bilfors irid ikun fuq l-IDA.", "Hemm ċerti bidliet oħra li huma ta' natura teknika pero' li għandhom jippermettu s-sistema biex taħdem aħjar.", "Bażikament qed niktbu l-liġi mill-ġdid pero' xorta qed nsejħulhom emendi għall-Industrial Development Act.", "Dan għar-raġuni li fid-double tax treaties li dan il-pajjiż għandu ma' ħafna pajjiżi oħra, hemm speċifikat dejjem l-IDA, biċ-chapter number tiegħu.", "Il-parir legali li għandna huwa li jkun ħafna aktar addattat jekk inżommu l-istess isem.", "Mr Speaker, mid-diskussjonijiet li kelli u mill-assessments li għamilna jidher li dawn il-bidliet se jservu biex l-ewwelnett jinċentivaw kumpanniji li qegħdin hawn illum, li kienu - u forsi għadhom - jibbenefikaw li forsi qed jitħajru jiċċaqalqu għal x'imkien ieħor.", "Lil dawn qed inkomplu nagħtuhom il-benefiċċji.", "It-tieni nett qegħdin inkissru d-distinzjoni qawwija bejn dawk li jesportaw u dawk li ma jesportawx u nifirxu l- inċentivi b'mod iktar wiesa'.", "Dawn it-tip ta' żviluppi huma fundamentali għall-iżvilupp tas-setturi tagħna b'mod partikolari dak tal-manifattura.", "It-tielet nett qegħdin indaħħlu ċertu element ta' value judgement min- naħa tal-policymaker, fejn il-goal tagħna għandu jkun titjib fil-valur miżjud, investiment iktar u titjib fit-training u fl-iskills tal-ħaddiema.", "B'dan il-pakkett ta' inċentivi qegħdin nipprovaw nolqtu kemm jista' jkun il-ħteġijiet tal-lum, waqt li nżommu f'moħħna l-impatt u r-revenue tal- gvern.", "Ta' min igħid li b'dan li qed nagħmlu hemm impatt dirett fuq ir- revenue tal-gvern li huwa negattiv fis-sens li qed tifrex iktar il- benefiċċji pero' hemm l-impatt pożittiv li eventwalment ikollok attivita' iktar ekonomika li ġġiblek dħul iktar, għax ikollok iktar nies impjegati, ikollok pagi u profitti aħjar, u allura tkun qiegħed idaħħal iktar u qed tikkrea iktar ġid.", "L-inċentivi li għandna huma immirati biex nibnu settur ta' manifattura fuq sisien sodi u biex ikomplu jkabbru l-attrazzjoni ta' pajjiżna, biex dak li għandna nżommuh, kemm jista' jkun ntejbuh u niġbu wkoll industriji ġodda.", "Illum din m'hijiex xi ħaġa faċli imma b'dawn l- inċentivi nistgħu nagħmlu pakkett iktar addattat speċifikament għal ħteġijiet ta' kumpanniji partikolari.", "Implikazzjoni oħra ta' inċentivi hija l-bidliet li jridu jsiru fl-MDC, li trid tkun kapaċi tirrispondi.", "Ir-responsabbilta' mhux biss fuq l-MDC żdiedet imma anke fuq l-IPSE, fuq il-METCO u fuq l-ETC.", "Dawn huma kollha istituzzjonijiet li din il-liġi qed tirriferi għalihom u jridu jagħmlu ċerti judgements iktar milli kienu jagħmlu fil-passat.", "Iridu jkunu f'pożizzjoni li jevalwaw aħjar.", "Dawn mhux se jibqgħu fil-pożizzjoni li sempliċement qed japplikaw 95% export imma se jibdew iħaddmu sistema iktar analitika li hija iktar demanding.", "Jiena konvint li dawn l- istituzzjonijiet għandhom il-kapaċitajiet li jagħmlu dan.", "L-organizzazzjoni trid tissaħħaħ u għalhekk irridu nsibu sistemi ferm iktar adattati biex inkunu nistgħu nutilizzaw il-human resources kollha f'dawn l- istituzzjonijiet.", "Irridu nkunu f'pożizzjoni li nużaw bħala pajjiż ir- risorzi umani kollha fl-istituzzjonijiet pubbliċi, biex it-target ikun wieħed: li nimmotivaw l-iżvilupp ekonomiku, l-investiment f'pajjiżna, l- iżvilupp li jkattar il-ġid, iktar l-impjiegi u jekk il-Bambin irid, iwassalna għal futur dejjem aħjar minn dak tal-lum.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, jien naħseb li jekk naqbad fuq l- aħħar kliem tal-Ministru ma nagħmilx ħażin, għax jekk hemm qasam f'dan il- pajjiż fejn jenħtieġ li jkun hemm kontinwita' u stabilita', mhux biss fis- sens politiku jew industrijali huwa proprju fis-settur ta' l-industrija.", "Dan huwa settur iebes u diffiċli.", "Min jaħseb li s-settur ta' l-industrija huwa xi settur li jimxi waħdu jkun qed jitqarraq bih innifsu.", "Diversi gvernijiet matul iż-żmien iddeċidew li l-industrija għandha tkun kolonna ta' l-ekonomija tal-pajjiż u għalhekk għaddew liġijiet differenti biex jinċentivaw l-investiment fil-pajjiż sabiex l-industrija tikber.", "Kien hemm suċċessi, kien hemm fallimenti u kien hemm stejjer Ii bellhu lin-nies kemm fis-sens pożittiv u anke f'dak negattiv.", "Tajjeb jew ħażin l-industrija tifforma l-akbar parti tal-GDP ta' pajjiżna.", "Mr. Speaker, meta jiena kont ministru tajt importanza għall-ideat li kienu qed jiġu żviluppati, u kien ċar li kien hemm ferment fost minn kien diġa' nvesta f'pajjiżna dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżenzjoni tat- taxxa jekk din hijiex se tiġġedded jew le.", "Kont żammejt l-istess konsulenti li hemm ukoll illum u li għenu lill-ministru preżenti f'din il-liġi.", "Naħseb li kien pass tajjeb, għax f'dawk is-sentejn li konna fil-gvern, is- settur ta' l-industrija wera ċerta pożizzjoni pożittiva, u kien qasam li kien qed jagħti speranzi kbar lill-poplu Malti.", "Dan kien qasam li kien qed jiċkien f'dak li huwa numru ta' mpjiegi u f'dik li hi l-esportazzjoni pero' aħna rnexxielna nwaqqfu dan il-proċess u bdejna nespandu.", "U nista' ngħid Ii s-sentejn li kelli l-unur li nservi bħala ministru kienu sentejn ta' esperjenzi sbieħ.", "Il-manifattura hija qasam li tħaddem 30,000 ruħ, jiġifieri wieħed jista' jobsor l-importanza ta' dan il-qasam.", "L-esportazzjoni dejjem qegħda tikber, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-micro electronics, u allura dan jgħin lil pajjiż fil-bilanċ ta' pagament.", "Dan huwa qasam li jrid ikompli jiżviluppa billi mhux biss inkattru dak li għandna fostna, imma rridu nattiraw industrijalisti ġodda u investiment ġdid.", "Għall-industrja dan huwa importanti u mhux min hemm fil-gvern jew min hemm fl-oppożizzjoni.", "Huwa importanti li jkun hemm liġijiet li jinċentivaw.", "Barra minn hekk, aktar ma jkun hemm consensus fuq il-qasam aktar niġu ammirati mhux biss mill-popolazzjoni lokali imma anke mill-barranin speċjalment dawk li jridu jinvestu.", "Mr. Speaker, l-investitur iħares lejn diversi affarijiet qabel ma jiġi f'pajjiż.", "Fost dawn l-affarijiet jara jekk il-politika hijiex stabbli.", "Ħadd m'hu se jmur jinvesti f'post fejn hemm problemi soċjali kbar, problemi industrijali kbar jew problemi politiċi kbar.", "F'Malta hawn stabilita' politika u għeruq ta' demokrazija u allura l-investitur għandu moħħu mistrieħ għax Malta tista' tingħata top points fuq dan il-qasam.", "L- investitur ifittex ukoll li jkollu workforce li jkun ta' ċertu livell.", "Ta' xejn jiġi jinvesti u ma jsibx il-ħaddiema.", "Aħna għandna livelli li huma għoljin fost il-ħaddiema tagħna, kemm bħala edukazzjoni kif ukoll bħala skills u dan il-fattur ukoll huwa importanti biex tattira investiment fil- pajjiż.", "It-tielet ħaġa li l-investitur iħares lejha huma l-inċentivi.", "Talli jiena se ninvesti flusi x'inċentivi se jagħtini lura l-pajjiż?", "Għaliex għandi niġi Malta u m'għandix immur Ċipru, il-Polonja jew l-Ungerija, fejn m'għandix il-problema ta' transport tal-baħar?", "Huwa għalhekk li l-inċentivi li noffru jridu jkunu aktar attraenti minn dawk li joffru oħrajn li huma kompetituri tagħna.", "Issa min huma l-pajjiżi kompetituri tagħna?", "L-ewwel daqqa ta' ħarta li ħadet Malta f'dan il-qasam kienet meta twessgħet id- demokrazija fl-Ewropa.", "Bħala punt storiku din kienet ħaġa importanti, imma għall-industrija Maltija kienet daqqa ta' ħarta għax f'daqqa waħda għandek blokk ta' pajjiżi li għandhom il-ħaddiema tagħhom - speċjalment dawk li kienu jaħdmu fil-qasam militari u ttrejnjati sewwa - u għandhom art kbira u allura m'għandhomx problema ta' fejn se jibnu l-industriji tagħhom.", "Sibna ruħna wkoll f'kompetizzjoni fejn għandhom x'jaqsmu s-salarji għax il- ħaddiema tagħhom jitħallsu inqas minn dak li huwa meqjus bħala adegwat f'pajjiżna.", "Barra minn din il-mewġa ta' pajjiżi bħall-Ungerija, il-Polonja, ir- Repubblika Ċeka, f'daqqa waħda bdiet tiżvolġi kompetizzjoni minn qasam ieħor tal-Mediterran li huwa l-qasam fl-Afrika ta' Fuq.", "U min jaħseb li dawn ma jistgħux jikkompetu magħna jkun qed jieħu falza stikka.", "Per eżempju l-ikbar fabbrika li għandna fostna l-ST Microelectronics, fil-Marokk għandha żewġ impjanti enormi.", "Dan qed ngħidu biex ma noqogħdux nimlew rasna li għax f'Malta nistgħu noffru xi ħaġa speċjali allura l-industrijalisti mhux sejrin it-Tuneżija jew il-Marokk.", "U kienet ilha tinħass il-ħtieġa ta' overhaul fl-IDA.", "Emendi kienu saru, darbtejn, tlieta, erbgħa imma l- ħtieġa li din il-liġi tiġi riformata radikalment ilha tinħass.", "Il-liġi li għandna quddiemna qiegħda temenda l-liġi li kellna u jekk wieħed jara l-liġi li qed nipproponu mingħajr il-legal notices kważi kważi ma jifhem xejn, għax tant hija teknika u dettaljata li mingħajr il-legal notices it-tifsira għall-individwu tkun minima.", "Allura forsi wieħed jistaqsi: Kien ikun aħjar li kieku saret liġi totalment ġdida flok ma nemendaw il-liġi li hemm bħalissa?", "Jien naħseb li kien ikun aħjar.", "Fl- istess ħin irridu ngħidu - għax irridu nkunu etikament korretti - li l-fatt li l-liġi li kien hemm u l-benefiċċji li kien hemm taħt dik il-liġi qegħdin jiġu miżmuma ifisser serħan tal-moħħ għal min diġa' qed jibbenefika minn dawk il-liġijiet.", "Min għandu ċertu benefiċċju fil-qasam ta' l-inċentiv fiskali għandu moħħu mistrieħ li dak il-benefiċċju mhux se jitneħħielu u se jkollu l-opportunita' li jagħżel, jew iżomm dak l-inċentiv jew inkella li jagħmel migration għal sistema ġdida.", "Mr. Speaker, l-ewwel ħaġa li wieħed irid jikkummenta dwarha hi li dawn l- emendi se jbiddlu t-tifsira tal-liġi prinċipali billi jagħmluha an enabling act.", "Dawn l-emendi se jagħtu l-poter lill-ministru konċernat fuq il-qasam konċernat.", "Per eżempju l-ministru responsabbli mit-turiżmu se jkun jista joħroġ regolamenti għall-industrji li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu u dak responsabbli mill-agrikoltura se jkun jista joħroġ regolamenti vis-a-vis l- industrji li jħaddan dan il-qasam.", "Issa din fiha t-tajjeb u fiha l-ħażin.", "Fiha t-tajjeb għax qed tagħti ċerta flessibilta' lill-ministri u jekk iħossu l-ħtieġa li jdaħħlu xi tip ta' inċentiv ikunu jistgħu jdaħħluh malajr pero' fiha l-ħażin għax meta għandek an enabling law għandek sitwazzjoni fluwida.", "U meta għandek liġijiet li jistgħu jkunu fluwidi m'hijiex xi ħaġa li hija meqjusa healthy.", "Nafu ukoll, kif spjega tajjeb il-ministru, li se titneħħa d-distinzjoni bejn l-industrija esportattiva u l-industrija li tipproduċi għal-lokal.", "Dan huwa punt pożittiv u jistgħu jikkonfermawh l-għaqdiet kostitwiti bħalma huma l-kamra tal-kummerċ u l-FOI.", "Meta aħna kellna diskussjonijiet magħhom għamilniha ċara li fl-abbozz li konna qegħdin inħejju biex din id- distinzjoni tispiċċa.", "Ladarba konna qegħdin naħsbu f'din il-linja huwa ovvju li din in-naħa taqbel ma din il-ħaġa.", "Iżda l-liġi se ddaħħal distinzjoni ġdida.", "Se ddaħħal distinzjoni bejn dik it-tip ta' l-industrija li l-pajjiż jixtieq li jattira, bħall-industrija elettronika, u industriji oħrajn li l-pajjiż ma jixtieqx kemm jista' jkun jattira.", "Il-ministru ta l- eżempju tal-buttuni.", "Industrija dejjem għandek tipprova tattiraha tkun xi tkun.", "Veru l-pajjiż jieħu pjaċir aktar b'ċertu tip ta' industriji, imma industrija għandek tipprova tattiraha anke jekk dan ikun għal terminu qasir.", "(Interruzzjonijiet) Ħa nispjega ruħi.", "Ikun hemm ċertu tip ta' industriji li jiġu u jinvestu fil-pajjiż imma l-iskadenza tagħhom hija ta' erba' jew ħames snin għax wara dan iż-żmien mhux se jkunu kapaċi jikkompetu.", "Issa fl-opinjoni tiegħi il-possibilita' li timla l-vojt għal żmien temporanju wieħed m'għandux jiskartaha.", "Għandu jżomm għajnejh miftuħa li m'hijiex tip ta' industrija li għandha long term f'pajjiżna, imma madankollu xorta waħda se toħloq ċertu ammont ta' impjiegi u se ġġib ċertu ġid lejn il-pajjiż.", "Wieħed għandu jimmonetarjaha biex meta tagħlaq jew tmur x'imkien ieħor ma tħallix ħafna nies jittewbu finanzjarjament, imma dawn it- tip ta' possibiltajiet wieħed m'għandux għalfejn jiskartahom.", "Il-kejl fuq il-valur miżjud naħseb huwa pożittiv ukoll, għax wieħed ma jistax jikkritika jekk il-value added ikun ogħla f'ċertu tip ta' industrija minn oħra.", "Il-kejl tal-value added ħafna drabi huwa diffiċli biex tasal għalih - jew iżjed komplikat - imma naħseb li dan it-tip ta' termometru huwa tajjeb.", "Id-distinzjoni li se ssir hija dwar l-ammont ta' taxxa li titħallas, jew l-ammont ta' rebates li tista' tieħu, għax il-liġi se ddaħħal il-konċett li l-industrija se tibda tħallas it-taxxa.", "Qabel f'ċertu qasam ta' l- industrija kienet tħallas taxxa, u f'qasam ieħor ta' l-industrija ma kenitx imma dak kien jiddependi fuq l-esportazzjoni jew inkella l-investiment intern li kienet tagħmel.", "Illum id-distinzjoni se tkun l-ammont ta' żmien li tħallas it-taxxa b'rata baxxa jew ogħla.", "Din se tkun minn 5% għal 15% għal ħames snin jew sitta, u mbagħad wara ħmistax-il sena skond it-taxxa li tkun applikabbli dak iż-żmien.", "Jiena ngħid li jekk l-industrija ma ġietx meta kellha eżenzjoni mit-taxxa mhux se ġġibha meta tagħmel it-taxxa, anke jekk nafu li t-taxxa li se tħallas l-industrija jista' jkollha r-refund jekk hija tinvesti parti mill-profitt fil-makkinarju.", "Dan qed ngħidu għax hemm pajjiżi kompetituri tagħna li joffru dak li aħna konna noffru, jiġifieri l-eżenzjoni mit-taxxa.", "Il-ministru qal li tajjeb jew ħażin irridu noqogħdu għal ċerti regoli, u semma regoli li joħorġu minn tliet għaqdiet internazzjonali u ta l- impressjoni li fi żmien sena sentejn jew tliet snin aħna ma stajniex inkomplu nagħtu dak it-tip ta' inċentiv.", "Jiena naħseb li l-mira m'hijiex dik.", "Il-mira hija biex il-pajjiż ma jidhirx ikrah, speċjalment man- negozjaturi ta' l-Unjoni Ewropea u ma' l-amministraturi li hemm fiċ-ċentru Brussell.", "Il-gvern qed jipprova jsib mod kif jagħti inċentiv u fl-istess ħin dak l-inċentiv jieħdu lura permezz ta' rebate.", "Jiena ma naħsibx li l- fatt li se timponi taxxa b'xi mod se tattira meta qabel kellek l-eżenzjoni u xorta ma attirajtx.", "Hawnhekk irridu nkunu realistiċi.", "L-ammont ta' industrija ġdida li qed nattiraw lejn il-pajjiż hija kważi negliġibbli.", "Għalkemm il-foreign direct investment qiegħed jiżdied imma r-rata li biha qegħdin nipparteċipaw...(Interruzzjonijiet) Se nispjega b'mod differenti.", "Jekk tikkompara ma' pajjiżi oħra l-ammont ta' investiment dirett barrani li Malta qed tattira, m'għandniex inkunu sodisfatti.", "Meta jien kont ministru ma kontx sodisfatt biċ-ċifri ta' l-FDI f'dak il-perjodu, u naħseb li lanqas il-ministru preżenti m'huwa sodisfatt.", "Huwa veru li kien hemm żieda fl-investiment barrani dirett, pero' xorta jibqa' l-fatt li qed nattiraw proporzjon ċkejken wisq meta tara kemm s-sitwazzjoni ta' pajjiżi li huma kompetituri tagħna.", "L-argument huwa li aħna għandna popolazzjoni żgħira u trid tikkompara l-popolazzjoni tal-pajjiż ma' l-FDI.", "Jiena ngħid li ma rridux nagħmlu hekk, għax pajjiżi ċkejknin bħas-Singapore jattiraw FDI qawwi.", "Għandhom pagi daqs tagħna, jekk mhux ogħla, imma forsi għandhom work ethic li tissupera lil tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Mhux bilfors, imma dik hija waħda mir-raġunijiet.", "Mr. Speaker, il-liġi titkellem fuq attrazzjonijiet jew inċentivi oħrajn f'oqsma oħrajn.", "Per eżempju l-ministru qal li qed jiddaħħal oġġett ġdid, għax l-inċentivi se jibdew japplikaw mhux biss għal dak li huwa ndustrijali imma wkoll għal dak li huwa turistiku jew agrikolu.", "Infakkar lill-ministru li kien gvern Laburista li beda jestendi l-IDA għall-qasam turistiku.", "Per eżempju fejn kien hemm affarijiet li kellhom x'jaqsmu ma' enerġija jew ilma, il-lukandi setgħu jibbenifikaw minn soft loans.", "Dan huwa tajjeb għax qed nibdew inħarsu lejn inċentivi mhux bħala inċentivi industrijali jew turistiċi imma inċentivi tal-pajjiż fl-ekonomija kollha kemm hi.", "Aħna żgħar wisq biex nispezzettaw u forsi kien ikun tajjeb li noħorġu b'kunċett totalment differenti mill-istituzzjoni li għandna llum f'dan il-qasam.", "Il-ministru appella lill-MDC to rise to the occasion.", "Qalilhom li se jkollhom iktar responsabilitajiet, u semma wkoll istituzzjonijiet oħrajn bħall-IPSE u l-METCO.", "Naħseb li jkun importanti ħafna li jkun hemm aktar integrazzjoni bejn istituzzjonijiet differenti li jridu jattiraw investiment fil-pajjiż, per eżempju bejn l-MFSC, l-MDC u l-METCO.", "Forsi wasal iż-żmien li nevitaw duplikazzjoni ta' xogħol u ta' ċertu effort.", "Huwa tajjeb li jkollok oqsma speċjalizzati, imma mbagħad irid ikollok qasam li jikkordina, u nħoss li dan huwa nuqqas li kien jeżisti meta konna fil-gvern aħna u li għadu jeżisti sal-lum.", "Veru li huwa tajjeb li oqsma differenti joffru inċentivi differenti, għax ikunu iżjed hands-on mat-tip ta' industrija partikolari, imma naħseb li huwa mportanti li jkun hemm kordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet differenti f'pajjiżna.", "Qal tajjeb ukoll li l-SMEs ġew definiti u se jikkwalifikaw għal aktar għajnuna minn industriji li m'humiex small jew medium.", "Hemm distinzjoni li qed issir skond in-numru ta' mpjegati li għandek fl-azjenda tiegħek.", "Mhux kulħadd juża dan il-kejl għall-SMEs, imma fix-xenarju industrijali ta' pajjiżna naħseb li hu kejl adekwat u għandu jintuża.", "Il-fatt li l- industrija żgħira se tingħata aktar għajnuna biex tiżviluppa aktar ruħha huwa fatt pożittiv.", "Aħna konna bdejna l-idea li noħolqu ċerti inċentivi għall-industrija żgħira, li kważi kważi tiddubita kemm tista' ssejħilha industrija.", "Konna qsamna l-industrija żgħira fi tnejn, għal dawk li huma proġetti ambizzjużi konna rranġajna fabbrika fl-industrial estate ta' Ħal Kirkop, biex ikunu fabbriki żgħar fejn jistgħu jiġu żviluppati b'ċerti teknoloġiji li jkunu aktar ambizzjużi, u fl-istess ħin konna qegħdin naħsbu għall-qasam ta' servizzi, bħalma huma t-tellara u dik ta' l-injam fl-industrial estates eżistenti billi nipprovdulhom l-art b'ċens twil biex ikunu jistgħu jibnu l-faċilita' tagħhom.", "U hawnhekk wieħed bilfors jitkellem fuq id-diffikultajiet li l-pajjiż għandu f'dak li hu spazju tal- fabbriki.", "Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali ta' pajjiżna hija li l-factory space huwa rħis pero' l-problema hi li ma tantx hawn fejn tista' tespandi u tagħmel oqsma industrijali ġodda.", "Meta kont nistaqsi lill-ministru kemm għandna fabbriki vojta qatt ma kien jagħtini n-numru eżatt.", "Dan qisu xi sigriet tal-korporazzjoni.", "Fil-fatt sirt naf eżatt, għax ħdimt b'mod laterali.", "Rajt fejn konna ninxurjaw u nassiguraw il-fabbriki u permezz ta' l-assigurazzjoni kont naf eżatt kemm għandna fabbriki vojta.", "Madankollu hawnhekk għandna sitwazzjoni ta' bottleneck għax m'għandniex fabbriki u għax ħafna mill-fabbriki li għandna m'humiex adegwati għat-tip ta' teknoloġija u għat-tip ta' industrija li rridu nġibu.", "Kulħadd irid imurlek it-technopark, pero' hemmhekk ukoll għandek limitazzjoni ta' spazju u limitazzjoni ta' fondi, u l-iżjed eżempju ċar huwa tal-Brandstatter.", "Dawn jagħmlu ħafna affarijiet u mhux pupi biss, u huma maqsuma f'diversi fabbriki.", "Hemm min jagħmel affarijiet ta' l- elettriku hemm min jagħmel il-pupi, u biex ikunu aktar kompetittivi jipprovaw jamalgamaw ċerti oqsma li huma komuni.", "Dawn iridu jibnu fabbrika ġdida biex tikkordina s-satelliti tagħha u l-ammont ta' flus li kienet se tqum din il-fabbrika kien iżjed mill-ammont allokat fil-budget għall-bini ta' fabbriki u manutenzjoni ta' l-istess gvern mhux ta' sena waħda, imma ta' aktar.", "Madankollu sibna mod kif l-MDC tiffinanzja dan il-proġett kbir tal-Brandstatter li għandu jsir Ħal Far.", "Nisperaw li dan isir fi żmien kemm jista' jkun qasir, għax dan il-proġett ifisser li l-Brandstatter aktar u aktar qed tagħmel egħruq f'pajjiżna.", "Imma l-problema finanzjarja hija hemmhekk, u huwa importanti li fondi li nakkwistaw minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew oqsma bħalma huma l-EU jiġu investiti f'dan il-qasam.", "Sur President, irrid ngħid li meta konna fil-gvern kien hemm ċerta insistenza min-naħa tiegħi li konna se naffaċċjaw kriżi, fis-sens li konna se nġibu investiment barrani ġdid li ma kienx se jkollna fabbriki fejn se npoġġuh.", "Fil-fatt hekk ġara f'sentejn.", "Kellna tmintax jew għoxrin industrija li kienu approvati u ma kellniex post fejn setgħu joperaw.", "Issa ta' min igħid li kien hemm fabbriki li ma kenux jintużaw bħala fabbriki u jiena ħadt deċiżjoni - u r-responsabbilta' kienet tiegħi - li min ma jużax il-faċilita' industrijali għal skop industrijali jitneħħa minn hemmhekk.", "Bdejna nidhru koroh, imma ma kienx hemm triq oħra.", "Is-siti industrijali huma limitati f'pajjiżna u aħna ma rridux li nġibu l-industriji u dawn jitgerrxu minħabba li m'għandniex lok fejn inpoġġuhom.", "Min jiġi u jinvesti fil-pajjiż irid ikun ċert li jista' jibda il-proġett tiegħu fl-iqsar żmien possibbli.", "Jekk Ċipru mid-data ta' l-applikazzjoni sal-bidu tal-produzzjoni jkun hemm tmien xhur, dan m'għandux l-interess li jiġi f'Malta, meta aħna ndumu qrib is-sena, u jiena bħala guideline ridt inniżżilha għal erba' xhur, u kien hemm każi fejn niżżilniha għal erba' xhur mill-mument li industrijalist jiġi f'pajjiżna sakemm jista' jibda jimmanifattura.", "Ftit jimmaġinaw li l-industrijalist jara kemm żmien għandu bżonn minn meta jiddeċieda li jinvesti f'pajjiżek sakemm jipproduċi.", "Din hija ħaġa li aħna jmissna noffruha għax tiddependi minna biss.", "Sfortunatament, minħabba l- burokrazija li ħloqna matul iż-żmien biex nevitaw li jkun hemm abbużi finanzjarji il-proċedura tieħu ċertu żmien.", "Irridu naqtgħu l-burokrazija u rridu nkunu aktar prattiċi.", "Jekk trid li l-investitur jiġi f'pajjiżek trid tgħidlu li għandek il-post u jekk huwa jiġi approvat mill-qasam konċernat, f'dan il-każ l-MDC, għandu jingħata l-faċilita' li jibda jipproduċi fl- iqsar żmien possibbli.", "Wara kollox iż-żmien għall-investitur huwa flus.", "Wieħed mill-kunċetti li konna kapaċi nagħmlu meta konna fil-gvern kien li ndaħħlu sens ta' fiduċja fl-investitur.", "L-industrijalist ma tantx kien iħares lejn il-Partit Laburista b'lenti pożittiva.", "Dejjem kien jiġi mbeżża' li gvern Laburista kien se jgħolli t-taxxi jew ineħħi t-tax holidays, inkella li se jagħmel xi miżuri li jorbtu l-industrijalist.", "Mhux hekk ġara u f'sentejn l-industrjalisti raw li mhux talli setgħu jafdaw il-gvern Laburista, talli gvern Laburista ħareġ l-id tal-ħbiberija u beda joħloq affarijiet li bihom wera li verament iħobb l-industrija u lest li joħroġ għonqu għaliha.", "L-industrija hija qasam li jista' jkun time bomb.", "Huwa qasam li jista' jisplodielek f'wiċċek.", "Hija parti integrali mill-ekonomija ta' pajjiżna u mhux dejjem tista' tikkontrolla x'jiġri, għax ħafna drabi ċerti affarijiet li jiġru barra minn pajjiżek jikkontrollawlek x'jiġri f'pajjiżek.", "Jekk għandek investitur li għandu fabbrika fil-Messiku u f'Malta, jekk huwa jirnexxilu jsolvi l-problema ta' trasport fil-Messiku biex iwassal il-ħaddiema għax-xogħol, hu se jkompli jkabbar hemm u jċekken hawn, kif fil-fatt ġara għal industrija partikolari.", "Smajna ukoll li l-industrija Għawdxija se tingħata ċerta preferenza u naqbel ma' dan, għax mhux kulħadd hu kapaċi li joffri s-servizzi f'Għawdex.", "Għawdex għandu l-iżvantaġġ li hemm dak il-baħar li jaqsam minn Malta pero' mbagħad għandu vantaġġi oħrajn.", "Per eżempju l-ħaddiema Għawdxin huma meqjusa bħala ħaddiema verament dedikati u l-livelli tal-produzzjoni tagħhom hija fost l-ogħla, u dan wieħed għandu japprezzah meta jiġi jinvesti jew f'Malta jew f'Għawdex.", "Il-Ministru semma wkoll inċentivi li għandha din il-liġi biex tattira nies li jkunu ta' ċerta eta' u ilhom jirreġistraw għax-xogħol.", "Il-kunċett huwa tajjeb, m'hemmx dubju.", "Għandek parti min-nies li jirreġistraw għax-xogħol li għandhom ċerta eta' u li jekk industrijalist jinvesti fit-training tagħhom jispiċċa jitlifhom malajr minħabba l-eta'.", "Allura huwa tajjeb li l- industrijalist tattirah jinvestilek fil-human resources ta' ċerta eta' billi toffrilu nċentiv.", "L-istess għas-settur pubbliku.", "Kulħadd jgħid kemm hu kbir u kemm hu overblown u dan is-settur pubbliku jibqa' dejjem hekk.", "Fl-imgħoddi saru ħafna żbalji għax l-impjieg mas-settur pubbliku huwa karrotta għall-voti u rridu nirrealizzaw li s-settur pubbliku ma jistax ikompli jitkabbar.", "U jekk tara n-numru ta' impjegati tgħid: Imma kif jista jkun li minkejja dawk li jispiċċaw bil-pensjoni n-numru jibqa' hemm u jikber?", "U hawnhekk qed narawha ħaġa pożittiva li jiġi offrut lill- industrijalist inċentiv biex jassorbi n-nies mis-settur pubbliku.", "U din naħseb irridu naraw jekk taħdimx jew le.", "Ta' min igħid li l-idea kien ħareġ biha Alfred Mifsud, pero' issa rridu naraw jekk taħdimx.", "Għandna wkoll ċertu ammont tal-popolazzjoni li hija disabled u li ssibha diffiċli ħafna għax-xogħol.", "Jien naf fabbriki fejn iħaddmu nies b'ċerta diżabilita' u l- produzzjoni tagħhom hija tajba.", "Meta kont inżur il-fabbriki - u kont nipprova nżur waħda jew tnejn fil-ġimgħa - kont napprezza li anke min hu diżabili jista' jiġi mpjegat b'mod li jħalli qliegħ.", "Jiġifieri ħafna drabi m'huwiex il-kas li meta jimpjegah l-industrijalist ikun qisu qed jagħmel xi servizz soċjali.", "Il-ministru semma wkoll il-qasam ta' late payments u d-diffikultajiet li jkun hemm fil-cash flow u l-abbużi li jsiru meta fabbrika ma tħallasx ta' ċertu xogħol li tkun għamlet sourcing out tiegħu.", "Il-fatt li se tgħolli l- imgħax, ngħidlek li l-unika ħaġa li se jagħmel l-industrijalist prinċipali hi li jfittex industrijalist ieħor.", "Il-ministru tana l-eżempju tal-lukanda u minn ibegħelha l-ħaxix.", "Li jiġri huwa li jmurlek għand xi ħadd ieħor u jħallih jittewweb u jfittxu legalment.", "Dawn huma affarijiet li qed narawhom jiġru l-ħin kollu fil-qrati tagħna, għax hemm problema ta' cash flow all along the line.", "Xtaqt nagħmel ukoll referenza għall-problema li se naffaċjaw jekk inkunu membri ta' l-EU - u din il-problema wieħed irid ikun konxju tagħha - li hija l-kwestjoni tal-materja prima.", "Ħafna fabbriki Ġermaniżi kienu ġew Malta preċiżament għax Malta ma kenitx membru ta' l-Unjoni Ewropea u setgħet timporta l-materja prima minn pajjiżi barra mill-Unjoni.", "Peress li l-materja prima setgħu jakkwistawha bi prezz orħos mill-kompetituri tagħhom fil-Ġermanja stess, il-prodott kien qed joħroġ bi qliegħ aktar minn pajjiżna.", "Irridu nkunu konxji li dan kien u hu inċentiv importanti li jispiċċa kif Malta tissieħeb b'mod sħiħ ma' l-Unjoni Ewropea.", "U nuża l- kliem \"b'mod sħiħ\" għax kont wieħed minn tliet ministri involuti fid- diskussjonijiet ta' l-integrazzjoni industrijali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea , għax il-politika Laburista kienet u għadha li f'dak li għandha x'taqsam il-manifattura għandu jkun hemm liberta' assoluta ta' esportazzjoni u importazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżna.", "Dan billi jiġu żmantellati l-levies fuq perijodu raġonevoli biex dawk l-industrji li jiġu milquta jkollhom is-sostenn ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għall-isfida tal- kompetizzjoni.", "Kif jaf kulħadd din m'hijiex il-politika tal-gvern preżenti.", "Bil-politika tagħna Malta ma kenitx se tiffaċċja l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-materja prima, u din wieħed irid jaraha u janalizzaha, għax naħseb li se tkun daqqa ta' ħarta għal ċerti industriji li jiddependu minn materja prima irħisa minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed irid ikun onest irid jgħid li huma biss l-ST Microelectronics flimkien ma' fabbriki li jipproduċu dak it-tip ta' oġġett li qed jikkontribwixxu għall-espansjoni fl-esportazzjoni.", "Jekk tara l- esportazzjoni fl-oqsma l-oħra kif inhuma elenkati tinduna li minflok għandna espansjoni għandna l-oppost.", "U l-pajjiż aktar ma jmur aktar qed jiddependi fuq l-ST Microelectronics għall-iżvilupp ekonomiku u industrijali tiegħu.", "Din m'hijiex biss problema tal-gvern preżenti imma tal- pajjiż.", "Nafu li niddependu ħafna minn dan il-ġgant li lil pajjiżna tah ħafna u ħa ħafna.", "Issa waħda mir-raġunijiet li ġew Malta kienet preċiżament minħabba l-inċentiv fiskali, u kif qal il-ministru hija ħaġa tajba li dawn għandhom id-dritt għal-legitimate expectation.", "Niftakar meta darba kont Milan u ltqajt ma' l-ogħla diriġenti ta' l-ST Microelectronics dawn kienu diżappuntati li Malta kienet għadha m'għaddietx, dak iż-żmien, l- estensjoni ta' l-eżenzjoni minn ċerta taxxa vis-a-vis ċertu investiment u esportazzjoni.", "Niftakar li dawn kellhom pressjoni biex ma jkomplux ikabbru f'Malta.", "Fil-fatt irnexxielna ngħaddu l-liġi b'consensus man-naħa l-oħra u d-deċiżjoni ttieħdet li mhux jespandu f'pajjiż ieħor imma jespandu f'Malta.", "U llum qed naraw il-frott, għax ma' l-ST Microelectronics kien hemm assorbiment qawwi ta' impjegati li qabel ma kenux jaħdmu jew li kienu impjegati post ieħor.", "Wieħed irid ukoll jirreferi għall-qasam importanti ħafna tat-training grants.", "Jekk irridu nattiraw ċerta industrija sofistikata u sensittiva l- pajjiż irid ikun lest li jonfoq ħafna aktar milli qed jonfoq fit-training speċjalizzat.", "Niftakar li meta kont ministru kien hemm kumpannija Ġappuniża li kienet lesta li tiġi Malta - u dan kien ikun breakthrough kbir, għax il- Ġappuniżi kellhom esperjenza f'pajjiżna li ma ħallitilhomx togħma qarsa - imma l-ħaddiema kellhom jiġu trained il-Ġappun għal perjodu ta' xi sitt xhur u l-ispiża mingħalija li kienet qrib il-Lm100,000.", "Dan kien jassorbi l-budget kollu tat-training grants imma jekk ma nirrealizzawx li rridu nagħmlu investiment qawwi ħafna fir-retraining jew training tal-workforce allura ta' xejn nonfqu l-flus f'advertising jew f'inċentivi oħrajn.", "Hawn Malta għandna workforce ta' ċertu livell pero jekk irridu nattiraw ċertu tip ta' industrija bilfors irridu nagħmlu investiment qawwi f'dan il-qasam.", "Kien hemm ukoll l-idea li jiġu żviluppati oqsma li joffru s-servizzi bħal per eżempju tiswija jew service lill-magni tal-helicopters.", "Kien hemm l- idea li nibdew nagħmlu service lill-ajruplani sabiex huma jiffrankaw li jmorru jew ir-Russja fil-każ ta' kumpannija Russa, jew postijiet fl- Ewropa.", "Il-problema, li hija kbira ħafna, m'hijiex li jkollok ajruplan imma fejn se tagħmel service wara li jkollok dak l-ajruplan.", "Il-kumpanniji li jsewwu u li jagħmlu dawn it-tip ta' services ħafna drabi jkunu pre- booked u fl-Ewropa hemm domanda kbira għal dan it-tip ta' xogħol.", "Minħabba f'hekk kien ikun ideali għal pajjiżna li nibdew nagħmlu dan it-tip ta' xogħol ukoll, u dan mhux biss fil-qasam ta' l-ajruplani, imma anke fil- qasam marittimu.", "L-idea kienet li parti mix-shipbuilding inħalluh għall- kostruzzjoni u refurbishment ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-baħar u f'parti lejn Ħal Safi norganizzawha għax-xogħol li jkollu x'jaqsam ma' l- ajruplani.", "U dawn huma l-ideat li wieħed irid jaħdem fuqhom għax kienu se jħallu numru sostanzjali ta' mpjiegi u anke valur miżjud f'pajjiżna.", "Nispiċċa billi ngħid li l-industrijalist iħares ukoll lejn dik li hija paċi industrijali.", "Aħna għandna unions li huma maturi, żviluppati, organizzati u japprezzaw id-diffikultajiet ħafna drabi kemm tal-membri tagħhom kif ukoll ta' min ikun qed jimpjegahom.", "Mill-esperjenza tiegħi - anke personali bħala avukat - nista' ngħid li hemm maturita' u kuxjenza qawwija fil-unions ewlenin u għalhekk huwa importanti li l-gvern tal- ġurnata japprezza r-rwol li dawn għandhom fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Ministru għall- Ambjent biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Jannar 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari:", "Abozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, fl-ewwel aġġornament f'din is-sena nixtieq li nawgura sena tajba ta' ħidma lil kulħadd.", "Ikolli ngħid li din kienet sena li bdiet tajjeb.", "Jiena llum se nsemmi ħidma li ilna nagħmlu f'dawn l-aħħar sentejn u li għadna għaddejin biha fil-ministeru għas- servizzi ekonomiċi.", "Din il-ħidma tinvolvi li nibdew inwaqqfu ċerti strutturi fi ħdan iċ-ċivil li fis-snin ta' qabel ma kinux jeżistu u li jkunu ffukati fuq il-promozzjoni u l-ħarsien tan-negozji ż-żgħar.", "Dan qed nagħmluh għaliex illum il-politika fuq livell dinji qiegħda tagħti iktar importanza lill-iżvilupp tas-settur kummerċjali mill-punto di vista wkoll ta' l-iżgħar inizjattivi kummerċjali.", "Is-sena li għaddiet rajna wkoll il-pubblikazzjoni ta' l-European charter for small enterprises li jaċċenna biex kull gvern ikollu aktar impenn favur dawn it-tip ta' intrapriżi.", "Dan speċjalment fi żmien meta l-globalizzazzjoni żarmat ħafna fruntieri f'dak li huwa kummerċ.", "Hawnhekk mhux qed nirreferi biss għall- fruntieri fiżiċi bejn pajjiż u ieħor imma wkoll għal kull tfixkil li seta' kien hemm bejn pajjiż u ieħor meta jkun qed isir in-negozju.", "Grazzi għal dan illum il-kummerċ żied ir-ritmu tiegħu u qiegħed jikber bl-inqas tfixkil possibbli.", "F'din il-kumplessita' kollha donnu li r-riħ hu in poppa għall- iżvilupp tad-drittijiet ta' min hu żgħir fil-kummerċ.", "F'pajjiżna wkoll qegħdin nirrispondu għal din it-tip ta' mentalita' u ċ- ċivil u anke l-ministeri qed jagħtu importanza lis-settur tan-negozju ż- żgħir.", "Irrid nirringrazzja lill-korpi kostitwiti, l-FOI, il-GRTU, il-kamra tal-kummerċ u għaqdiet u koperattivi oħrajn li min jaf matul iż-żmien kemm kienu jsemmgħu leħinhom biex il-gvernijiet tal-ġurnata jagħtu l-importanza li kien jixraq lis-settur tan-negozju ż-żgħir.", "Donnu li llum wasal iż-żmien li jinqata' l-frott li żergħu għax illum m'hemmx għalfejn li l-għaqdiet tan- negozji joqogħdu jgħajjtu biex il-gvern tal-ġurnata jismagħhom.", "Bħal kull gvern ieħor f'ekonomiji li jridu jiżviluppaw, aħna mhux qegħdin inħarsu biss lejn l-industriji l-kbar imma qed nagħtu ċ-ċans biex is-settur tan-negozju ż-żgħir jiżviluppa aħjar.", "B'din il-mentalita', anke aħna fi ħdan il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi qegħdin naħdmu - u naħseb ir- riżultat qiegħed jidher - biex naraw li jkollna dawk l-istrutturi li jgħinu biex is-settur tan-negozju ż-żgħir jaħdem bl-inqas tfixkil possibbli.", "Jista' jkun hemm min għaddej tajjeb fil-kummerċ u jgħid li m'għandux bżonn dawn l-istrutturi.", "Lil dan jiena ngħidlu prosit.", "Dan bħalma jeżisti l- isptar.", "J'Alla ħadd ma jkollu bżonn l-isptar, pero' mbagħad ħadd ma jista' jgħid li l-isptar jista' ma jiġix irranġat għax hu m'għandux bżonnu għaliex huwa b'saħħtu.", "Jista' jkun li fil-futur ikollu bżonn imur l-isptar u jkun ta' sodisfazzjon li jara li l-isptar hu armat tajjeb.", "Hekk ukoll meta tkun fin-negozju.", "Meta int tkun għaddej tajjeb ma jkollokx bżonn is-servizzi li jista' joffri l-gvern għaliex dawn huma l-iżjed servizzi bażiċi.", "Ta' min jgħid li s-servizzi li qed nitkellem dwarhom m'humiex xi għotjiet finanzjarji, għalkemm illum bdiet tiġi diskussa liġi fuq inċentivi finanzjarji.", "Hawnhekk qiegħed nitkellem fuq servizz li qiegħed jipprova jagħti l-gvern billi jbiddel il-mentalita' fiċ-ċivil.", "Qegħdin ngħidu liċ- ċivil sabiex jara kif inkun effiċjenti ma' min qiegħed fin-negozju.", "Mr. Speaker, jiena kemm-il darba għamiltu dan id-diskors.", "Naħseb li jkun hemm min igħid li dan hu kollu paroli li m'hu qiegħed iwassal imkien.", "Biex inkun sinċier xi drabi lili jiġuni dawn il-ħsibijiet ukoll.", "Ikolli nammetti li xi drabi r-riżultat ma tarahx mill-lum għal għada.", "Dak li qegħdin nagħmlu huwa bidla fil-mentalita' u din m'hijiex xi ħaġa li sseħħ mil-lum għall-għada.", "Barra minn hekk meta tkun qed taħdem fuq setturi totalment varji minn xulxin issib li meta tirranġa xi ħaġa għal wieħed tkun qed taqlibha lill-ieħor u faċilment tiġik it-tentazzjoni li taqta' qalbek għaliex taħseb li qiegħed tagħżaq fl-ilma.", "Mr. Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu kont ressaqt programm ta' ħidma \"kompetittivita' b'innovazzjoni\" għas-sena li għadna kemm bdejna.", "Kont għidt li rridu naħdmu biex nibdew inbiddlu l-proċeduri burokratiċi.", "Fih seta' kien hemm kliem li ħafna nies igħidu li dan ma jfisser xejn.", "Bdejna ngħidu li bil-ħolqien u bl-organizzazzjoni ta' l-ismall business unit irridu naraw kif inbiddlu l-mentalita' taċ-ċivil fir-rigward ta' min hu fin- negozju, inneħħu u niġġieldu dak il-preġudizzju li jista' jkun hemm u nkomplu ntejjbu t-tajjeb li hemm.", "Għedna wkoll li rridu nbiddlu l- mentalita' anke' ta' min qiegħed fin-negozju u għidna li jeħtieġ li kulħadd ikun iktar organizzat għaliex fid-dinja tal-lum hekk jeħtieġ.", "Irridu nkunu iktar mgħallmin f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu bl- udit, illum nagħmlu hekk u għada nagħmlu hekk.", "Dak li nagħmlu m'għandniex nippruvaw nagħmluh mingħajr viżjoni u mingħajr ma nipprevedu d- diffikultajiet ta' għada.", "Din hi l-ħidma li qegħdin nippruvaw inwettqu.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li kienu nvoluti u li jaħdmu fid-dipartimenti fi ħdan il-ministeru tas-servizzi ekonomiċi partikolarment id-dipartiment ta' l-industrija, id- dipartiment tal-kummerċ, id-dipartiment tal-proprjeta' industrijali u d- dipartiment ta' l-ismall business unit and crafts.", "Illum wasal iż-żmien biex nibdew nikkonsolidaw iżjed il-ħidma tagħhom.", "Irridu naħdmu iktar bi sforz biex ikun hemm is-sinerġija bejniethom.", "U kien għalhekk li għamilna bidla importanti bil-ħolqien ta' commerce division li qiegħda tgħaqqad lid- dipartiment tal-kummerċ, is-small business unit, id-dipartiment ta' l- industrija u l-industrial property flimkien, taħt director general li sa ftit tal-ġranet ilu ma kienx jeżisti.", "Issa ġie magħżul bħala director general dak li kien direttur fid- dipartiment ta' l-industrija, is-Sur Lino Galea.", "Dan se jkun l-ewwel direttur ġenerali ta' din il-commerce division.", "Ta' min igħid li din hi xi ħaġa li kienet imwegħda u issa qegħda ssir.", "Fi żmien il-vaganzi tal-Milied meta uffiċini oħrajn fil-qasam governattiv kienu mżejna u lesti għal parties, dawn il-ħaddiema kellhom jirrispondu għall-ħtieġa li kien hemm bżonn.", "Ta' dan irrid nirringrazzjahom.", "Irrid nirringrazzja wkoll dipartimenti oħrajn bħalma huma d-dipartimenti tal-konsumatur u tal-fair competition li dwarhom għad irid jitkellem sieħbi l-Onor.", "George Hyzler għax dawn jaqgħu taħt id-direzzjoni politika tiegħu.", "Dawn id-dipartimenti kienu mitluba li jpartu l-uffiċini li kellhom.", "Tajjeb li hawnhekk navżaw li d-dipartiment ta' l-industrija llum m'għadux f'Santa Venera imma qiegħed f'Lascaris il-Belt, fejn hemm ukoll id- dipartiment tal-kummerċ u d-dipartiment tal-proprjeta' industrijali.", "L- ismall business unit li kienet qiegħda tiġi armata fl-ispazju li kien hemm fl-Auberge d'Aragon, issa qiegħda tagħmel ukoll parti minn din id-diviżjoni u allura l-uffiċini ta' dan il-unit qegħdin ukoll ġewwa Lascaris.", "Dan l- isforz se jwassal biex b'mod reali naraw li dawn id-dipartimenti, li llum għandhom il-funzjoni importanti li joffru s-servizzi tagħhom lis-settur kummerċjali partikolarment is-self-employed, jaħdmu b'iktar sinerġija bejniethom.", "F'wieħed mir-rapporti li għamlu dan l-aħħar fuq l-accession, l- EU qalet li l-wegħdiet li qegħdin għamlu dawn id-dipartimenti huma tajbin pero' l-isfida hija ta' kemm huma se jkunu lesti li jaħdmu b'sinerġija.", "B'sodisfazzjon ngħid li mexjin fuq din il-linja u l-isforz u l-impenn komuni qiegħed isir iktar reali.", "Punt pożittiv ukoll huwa li l-one-stop shop concept qiegħed jiġi milħuq ukoll.", "Din kienet wegħda elettorali magħmula mill-Partit Nazzjonalista fl- aħħar elezzjoni ġenerali.", "Dan il-kunċett tal-one-stop shop m'huwiex se jintlaħaq permezz ta' dan l-eżerċizzju biss, għaliex huwa kunċett li s- servizzi kollha jekk jista' jkun ikunu mmirati biex jiġu mogħtija b'dan l- istil u għalhekk qegħdin naraw li f'din id-direzzjoni nkomplu ntejbu s- servizz li diġa' qiegħed jingħata.", "Qed ngħid hekk ukoll għaliex fejn qabel il-burdnara jew inkella dawk mis-settur kummerċjali kienu jmorru biex japplikaw għal exemption tal-levy fid-dipartiment ta' l-industrija f'Santa Venera illum se jkollhom uffiċini li se jkunu qrib ħafna ta' l-uffiċini tad- dwana.", "Naħsbu li forsi dan għandu jservi wkoll ta' iżjed effiċjenza, għaliex m'hemmx bżonn jitbiegħdu daqstant mid-dwana biex jiksbu s-servizz minn dawn id-dipartimenti varji ħalli jirrilaxxaw il-merkanzija tagħhom.", "Dan għaliex biex japplikaw għal exemption tal-levy issa jridu jmorru f'Lascaris u mhux iktar fl-uffiċini li qabel kienu f' Cannon Road Santa Venera.", "Din kienet wegħda sa ftit tal-ġranet ilu pero' llum hi realta'.", "Niskuża ruħi u lill-ħaddiema li għandna u lil kulmin jidħol fl-uffiċini ta' Lascaris għaliex ix-xogħol anki ta' embellishment fuq dan il-post għadu għaddej.", "Wieħed jista' jara li qiegħed ikun hemm ħidma biex bħala post jiġi attrezzat.", "L-impenn tagħna huwa li nkomplu nwasslu dan is-servizz b'iżjed effiċjenza u lesti wkoll li nkomplu nikkonsultaw.", "L-impenn li kellna ta' konsultazzjoni huwa miftuħ ħalli l-konsultazzjoni tkun iktar reali ma' kulmin huwa nvolut fil-proċess kummerċjali.", "Dan qiegħed inwiegħdu biex nirrispondi għal dak li ntqal il-bieraħ fil-laqgħa ġenerali tal-GRTU.", "L- impenn tagħna hu li nitkellmu wkoll ma' din l-għaqda.", "Mal-GRTU għandna impenn sinċier u kontinwu li nikkonsultaw u m'għandux għaliex ikun hemm il- biża' li jiena xi darba se nressaq minn hawnhekk - u qed nagħmel dan l- impenn pubbliku biex kulħadd ikun jaf dwaru - xi liġi fejn ma nikkonsultax ma' min hu nvolut.", "Qed ngħid hekk għaliex naħseb li ċerti kastelli m'għandniex għalfejn nibnuhom.", "M'għandniex għaliex nispiċċaw indewwu rasna qabel ma nweġġgħu.", "Naħseb li l-prudenza hi oħt l-għaqal u allura nippretendi li m'għandniex għaliex noħolqu kaos meta dan ma jeżistix.", "L-impenn tagħna huwa li nservu.", "L-impenn tagħna hu li nagħmlu differenza.", "L-impenn tagħna hu li nkunu tajbin.", "Dan qegħdin nippruvaw naħdmu għalih b'ħilitna kollha.", "Nawgura li din is-sena tkun sena ta' ħidma fejn naħsdu dak li żrajna f'dawn is- sentejn.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, irrid nirringrazzja u nifraħ lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Edwin Vassallo tar-riżoluzzjoni li għamel għall-ewwel tas- sena.", "Hawnhekk għandna l-konswetudni li waqt l-aġġornament jitkellmu żewġ kelliema li jieħdu kwarta kull wieħed.", "Is-sena li għaddiet, u anki ta' qabel, l-Onor.", "Edwin Vassallo kien jieħu l-kwarta tiegħu u kien jieħu wkoll għaxar minuti mill-kwarta ta' min ikun se jitkellem warajh u lil dak li jkun iħallilu ħames minuti biss.", "Illum għamel progress u minflok ħames minuti ħallieli seba'.", "Jiena nifraħlu għax naf li jrid jagħmel sforz biex jieqaf jitkellem.", "Mr Speaker, għadna fil-bidu tas-sena u rrid nerġa' nawgura s-sena t-tajba lilek u lill-istaff kollu tal-parlament u l-kollegi tiegħi taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-ftit minuti li fadalli, xtaqt insemmi persuna li tat kontribut fil- ħajja pubblika.", "Qed nirriferi għas-sur Joe Stellini li l-bieraħ filgħodu tħabbret il-mewt tiegħu pjuttost ħesrem.", "Kulmin jaf lil Joe Stellini naħseb jaf li dan il-bniedem ma qgħadx għall-kumdita' tal-bankina jikkritika 'l ħaddieħor imma qasam għan-nofs it-triq biex jagħti sehemu.", "Għamel żmien twil - jidhirli ħamsin sena - jagħti s-servizzi tiegħu f'diversi karigi fil- kamra tal-kummerċ.", "Kien ukoll assistent teżorier għal erbatax-il sena tal- Partit Nazzjonalista meta t-teżorier kien in-nutar George Bonello du Puis, imbagħad kien teżorier bejn l-1987 u l-1997 u baqa' jagħti sehmu fil-Partit Nazzjonalista.", "Kien ukoll l-ewwel sindku tal-kunsill lokali ta' Ħal Balzan.", "Mr. Speaker, naħseb li kulmin jaf lil Joe Stellini jaf - u jien kelli l-privileġġ li kont nafu sew għax kien jaf il-familja tiegħi u konna ħbieb sew - li kien fil-politika u anki fil-Partit Nazzjonalista biex jagħti servizz.", "Ngħidha b'wiċċi minn quddiem li Joe Stellini ma kellux bżonn il- partit.", "Ma kellux bżonn il-politiċi u ma kellux bżonn il-politika.", "Kellu n- negozju tiegħu, kien managing director tal-kumpannija S. Stellini Ltd li twaqqfet fl-1870 mill-antenati tiegħu u kien fil-politika biex jagħti u mhux biex jieħu.", "Joe Stellini żgur ma kienx idur mal-politiċi biex jipprova jakkwista xi ħaġa hu anzi pjuttost kien jagħti.", "Tant ma kienx ifittex li jieħu mill-politika jew mill-karigi li kellu li meta laħaq l- ewwel sindku ta' Ħal Balzan - naħseb li kien l-ewwel sindku jekk mhux l- uniku - hu kien iddikjara li ma kienx se jieħu l-onorarja ta' sindku imma kien se jħalliha għall-kunsill lokali ta' Ħal Balzan.", "Aħna li konna nafuh nibqgħu niftakru ċerti affarijiet f'Joe Stellini.", "L- ewwelnett kellu dak li bl-Ingliż igħidulha a contagious smile, tbissima li tittieħed.", "Kull meta tarah - jiena rajtu xi tliet ġimgħat ilu - dejjem ikun bit-tbissima.", "Niftakar li kull meta ġie jkellimni jew ġie jkellem lil xi uffiċċjal tal-partit dejjem ġie biex jaqdi lil xi ħadd.", "Hu qatt ma ġie juża l-pożizzjoni tiegħu biex jagħmel ħsara lil xi ħadd.", "Jiena dan nista' naħilfu.", "Naħseb li kien ħabib ta' kulħadd, kemm ta' min kien jaqbel miegħu politikament u anki ta' dawk li ma kinux.", "Tiġġieled ma' Joe Stellini jekk trid int. Jien għadni ma ltqajt ma' ħadd li jgħid xi ħaġa negattiva dwar Joe Stellini.", "Kien galantuom u naħseb li Joe Stellini se jibqa' jissemma' mhux għall- karigi li okkupa - għax hawn ħafna li jokkupaw karigi, imma mhux bilfors jibqgħu jissemmew - imma għax kien sensittiv, kien qalbu tajba, kien sensittiv għal min kien żgħir, kien sensittiv għal min kien fil-bżonn u se jibqa' jissemma' għall-ġenerożita' u għal qalb kbira li kellu.", "Il-bieraħ ħafna nies kienu xxukkjati bl-aħbar tal-mewt ta' Joe Stellini, imma din hija l-ħajja.", "Għada nagħtuh l-aħħar tislima fil-funeral li se jsir filgħodu u rrid nieħu din l-opportunita' biex insellem lis-sinjura tiegħu Joyce, lit-tifel Alexander u diversi qraba u ħbieb tiegħu u nsellem lilu.", "Mr, Speaker, għamiltha punt li nsemmih hawnhekk għax kulmin jaf lil dan il-bniedem jaf li f'ħajtu għamel ħafna u qatt ma pprova jkun fil-limelight biex jissemma'.", "Hu baqa' jaħdem fil-Partit Nazzjonalista u fid-diversi karigi u f'diversi għaqdiet oħra għax kien jemmen li jrid jagħti kontribut.", "Jiena ħassejt li llum kelli nieħu din l-opportunita' biex insellimlu u ngħidlu grazzi ħafna għal dak kollu li għamel.", "Jiena konvint li diversi nies li semgħu bil-mewt ta' Joe Stellini fis-skiet ta' darhom jafu kemm għamlilhom ġid għax kien bniedem li naħseb f'ħajtu pprova jagħmel biss il-ġid u forsi nafu ftit biss minn dak li għamel.", "Naħseb li inutli naqbad fuq suġġett ieħor għax l-Onor.", "Vassallo ma tantx ħallieli ħin.", "Filwaqt li nawgura l-lejl it-tajjeb lil kulħadd nerġa' nieħu din l-opportunita' biex mill-ġdid nawgura sena tajba ta' ħafna xogħol lill- sħabi d-deputati, lill-istaff tal-Parlament, lilek Mr Speaker, u sena ta' risq lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi u nirreċiproka.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 9 ta' Jannar 2001, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA - QAMMIEĦ - DRENAĠĠ,", "21929.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani jekk ġewx spezzjonati prodotti tal-ħaxix li qed jikbru fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa peress li qed jirriżulta li hemm kontaminazzjoni tad-drenaġġ fl-ispieri ta' l-ilma?", "Jekk iva, x'irriżulta u x'rapporti saru lid-dipartimenti konċernati biex jirranġaw il-ħsarat mid- dipartiment tad-drenaġġ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "21929, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Mejju li għadda l- ispettur tas-saħħa tad-distrett tal-Mellieħa kien irċieva xi lmenti dwar fawran tad-drenaġġ li kien sejjer ġo xi għelieqi fi triq il-Qammieħ, limiti tal-Mellieħa, ħdejn St.Anthony farm.", "Wara spezzjoni li kienet saret, ġie kkonfermat li d-drenaġġ pubbliku kien imblukkat u fi stat hażin ta` tiswija.", "Dak iż-żmien f'dawn l-għelieqi ma kienx hemm uċuh għal prodotti tal-ħaxix.", "Kienu saru rapporti, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub, lid- dipartiment tad-drenaġġ.", "Fl-istess xahar saru x-xogħlijiet meħtieġa (tibdil f'sezzjoni tad-drenaġġ pubbliku) biex l-inkonvenjent ġie eliminat.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ma daħal l-ebda lment, la dwar fawran ta` drenaġġ u lanqas fuq xi kontaminazzjoni ta` xi spieri fl-inħawi tal- Qammieħ.", "Għaldaqstant biex neskludu kull possibbilta` ta` kontaminazzjoni, l-ispettur tas-saħħa tad-distrett ġie mogħti struzzjonijiet biex jieħu kampjuni mill-ispieri ndikati.", "MTARFA - DAWL", "21930.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-kunsill ta' l-Imtarfa biex jitwaħħlu żewġ bozoz ġodda ħdejn ir-residenza \"John Mary\"u \"Francis\" tiġi milqugħa peress li s-sqaq huwa mudlam ħafna u qed ikun ta' nkonvenjent kbir għal dawn il-familji?", "Jekk fl-affermativ, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "OPM/PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA - PRIVATE JETS", "21984.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' private jets li nkrew mill-uffiċċju tiegħu u mill-uffiċċju tal-President tar-Repubblika ta' Malta matul l-1999 u 2000?", "Kemm swew f'ċifra ta' flus dawn l-ajruplani u x'kien il-bżonn u l- urġenza għal dawn il-kirjiet mill-Istat?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-2 ta' Diċembru 2000 private jet inkera ħames darbiet mill-uffiċċju tiegħi u darba waħda mill-uffiċċju tal-President.", "In-nefqa totali f'dawn is-sentejn kienet ta' Lm27,612.", "L-għażla ta' dawn it-titjiriet kienet dejjem dovuta għall-eżiġenzi ta' żmien, flimkien ma konsiderazzjonijiet finanzjarji.", "GĦAMMIERI - ANNIMALI", "21987.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista l-Ministru jgħid x'ikkawża l-mewt ta' l-ostrich fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul din is-sena?", "Kemm kien fil-fatt in-numru ta' annimali li ntużaw fil-proġett 'Ngħożżu l- Biedja' li mietu u jew ġew mibjugħa matul din is-sena?", "Matul l-istess perijodu kemm kien n-numru ta' annimali ġodda li nġiebu fil-farm sabiex iżidu n-numru ta' annimali ta' dan il-proġett hekk għal qalb it-tfal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li l-ostrich miet b'attakk f'qalbu.", "Dwar annimali li mietu, ma kienx hemm imwiet oħrajn minn dak il-programm wara li tajt risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "17657.", "Inxtraw ukoll tlett iħrief suwed sabiex jintużaw f'dan il-programm.", "FARM - ĦADDIEMA", "21988.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmani jekk humiex vera l-UĦM ordnat lill- ħaddiema tal-farm sabiex ma jidħlux fis-serer għaliex dawn huma perikoluż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant li l-UHM tat xi direttivi lill-ħaddiema tal-farm.", "Fost dawn kien li peress li s-serra numru 3 u dik numru 6 huma tal-ħġieġ, jista' jkun hemm xi perikoli jekk tinkiser xi ħġieġa waqt li l-ħaddiema jkunu jaħdmu fihom.", "Filwaqt li qegħdin jittieħdu passi biex issir il-maintenance neċessarju sabiex il-perikolu jitnaqqas, huwa fatt li serra tal-ħġieġ dejjem toffri xi perikolu għal min jidħol fiha.", "Pero' nżid ngħid li f'dawn l-aħħar sentejn saru tiswijiet neċessarji u l-maintenance ta' rutina fuq l-istess serrer", "Ta' min jgħid li dawn is-serrer għandhom aktar minn 25 sena u għalhekk ikkunsidrati qodma.", "Jagħmel aktar sens li dawn is-serer jiġu mibdula minflok nibqgħu nonfqu flus f'maintenance temporanju.", "Din hi l-istess sitwazzjoni li kien hemm għal dawn l-aħħar snin, inkluż fiż-żmien meta l-Onor.", "Interpellant kien il-ministru responsabbli.", "FARM ESPERIMENTALI", "21989.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani għaliex meta ntnefqu tant flus sabiex jiġu rranġati uffiċini u ħwejjeġ oħra, ma ġewx irranġati s-serer tal-farm esperimentali f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru: 21988.", "IMPJIEGI", "22122.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies li bħalissa qed jaħdmu xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom?", "X'inhu n-numru ta' nies li minbarra xogħol full-time qed jagħmlu xogħol part-time ukoll?", "F'kull każ liema huwa x-xogħol prinċipali li qegħdin jagħmlu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li n-numru ta' persuni li f'Novembru kellhom xogħol part-time bħala xogħol prinċipali kien 18,598, filwaqt li n-numru ta' dawk li kellhom xogħol kemm part-time kif ukoll full- time kien ta' 17,758.", "Tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li dawk li għandhom xogħol part-time bħala xogħol prinċipali ma jidħlux fil-kalkolu tal-gainfully occupied population (GOP).", "L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija tqiegħdet fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SVPR - ANZJANI", "22134.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22020?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għal mistoqsija parlamentari nru.", "22020 għada qiegħda tinġabar.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "22135.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22027?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 2000 kien ta' 299 li minnhom 44 kienu nisa u 255 kienu rġiel.", "Il-kumplament ta' l-informazzjoni, jiġifieri l-eta', minn liema lokalita' u t-tip ta' xogħol li għalih qegħdin jirreġistraw jidher fit- tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI - SICK LEAVE -", "22136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tagħrif mogħti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari nru.", "21971, partikolarment għaċ-ċifra ta' 18.5% assenteiżmu fi skala 9 fl- 1998, jista' l-Ministru jgħid f'liema xhur seħħ dan l-assenteiżmu tul l- 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI - SICK LEAVE", "22137.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 21971, jista' l- Ministru jgħid meta seħħ l-assenteiżmu ta' 15% fi skala Nru 7 tul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "EDUKAZZJONI - IMPJEGATI - SICK LEAVE", "22138.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "21971, jista' l-Ministru jgħid meta seħħ l-assenteiżmu ta' 12% għal skala 16 fl-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - MULTIGAS", "22161.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairperson ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li ddikjara konflitt ta' interess f'laqgħa pubblika dwar l-iżvilupp propost tal-fabbrika Multigas f'Ħal Kirkop ħax sehem fir-rapporti preliminari li l- awtorita' ħejjiet fuq din il-materja?", "Min huma l-esperti li ħadmu fuq dawn ir-rapporti u l-enviromental planning statement?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-dikjarazzjoni ta' interess fil- Multigas ġiet depożitata miċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar mill- ewwel ġurnata li assuma r-responsabbilta' tiegħu bħala chairman.", "Minħabba li kien wieħed mill-konsulenti tal-Multigas, fl-ebda stadju tal- proċess ta' l-applikazzjoni ma ġie nvolut min-naħa ta' l-awtorita'.", "L-environmental planning statement ġie ppreparat mid-Ditta tal-Periti Mangion & Mangion fuq terms of reference maħruġa mill-planning authority u mid-dipartiment għall-protezzjoni ta` l-ambjent.", "L-esperti kienu: Professor Alfred Vella (air quality); John Demanuele (noise assessment); Eman Calleja & Viktoria Gaydarova Calleja (ecology); John Ebejer (visual impact); Joseph Borg (agriculture); Professor Anthony Bonanno (archaeology).", "ENVIRONMENTAL ACTION COMMITTEE - MULTIGAS", "22162.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tingħata importanza l-petizzjoni li 96% tal-familja Koppini ffirmaw u li kienet organizzata mill-environmental action committee fi ħdan il-kunsill lokali dwar l-oġġezzjoni għall-iżvilupp propost tal-fabbrika Multigas mill-PA u l-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-oġġezzjonijiet/petizzjonijiet jiġu nnotati u pproċessati ma' l-applikazzjoni.", "In-noti prinċipali ta' l- oġġezzjonijiet jiġu nklużi fir-rapport ippreparat mid-direttorat ta` l- ippjanar.", "Qabel ma tintlaħaq deċiżjoni, dawn l-issues jiġu diskussi u kkunsidrati mill-bord, flimkien ma' l-issues mressqa mid-direttorat ta` l- ippjanar.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "22163.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm instabu każi mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali ta' persuni li tħallsu benefiċċji soċjali iżjed milli kienu ntitolati minħabba żbalji min-naħa tad- dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika bl- informazzjoni mitluba.", "SLIEMA - DAY CENTRE", "22164.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r- raġuni għaliex s-supervisor fid-day centre ta' Tas-Sliema laħqet wara biss tliet xhur, meta hemm CSAs li ilhom hemm is-snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-CSA li qed tmexxi d-day centre ta' Tas-Sliema ntgħażlet fuq il-merti personali tagħha kif ukoll għax kienet diġa' qiegħda taħdem fuq id-distrett ta' dik il- lokalita'.", "APNN - CSA", "22165.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jaf il-Viċi Prim Ministru li l-uffiċjal ta' l-APNN għandu servizz ta' CSA bħala għajnuna għal ommu meta ommu lanqas biss tgħix miegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex tagħti spjega aktar ċara tal-mistoqsija ħalli d-dipartiment ikun f'pożizzjoni aħjar biex jinvestiga.", "SLIEMA - DAY CENTRE", "22166.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jaf il-Viċi Prim Ministru li CSA li ġiet impjegata madwar sentejn ilu fid-day centre ta' Tas-Sliema qed tagħmel xogħol għal APAN waqt il-ħin tax-xogħol?", "Jekk jaf x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani jiċħad kategorikament l-allegazzjoni li CSA li taħdem fid-day centre ta' Tas-Sliema tagħmel xogħol għal APAN waqt il-ħin tax-xogħol.", "SKWADRA MARITTIMA", "22167.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed jieħu tant żmien biex jirregolaw s- sitwazzjoni nġusta li għadha tipprevali fit-taqsima ta' l-iskwadra marittima tal-forzi armati ta' Malta, fis-sens li hemm uffiċjali li ilhom 15-il sena fuq l-istess lanċa, filwaqt li pożizzjonijiet fuq laneċ oħra magħrufa bħala ż-żgħar, il-personnel huwa ħafna aktar vantaġġjat mil-lat ta' salarji, allowances eċċ?", "Jista' jgħid hemmx xi mod li tibda titħaddem sistema ta' alterazzjoni bejn il-laneċ il-kbar u ż-żgħar?", "Jekk fl-affermattiv, meta ser tibda tiġi implementata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li mit-2 ta' Jannar 2001 ġiet introdotta sistema ġdida dwar l-ekwipaġġi tal-patrol boats li biha se jkun hemm bdil bejn l-ekwipaġġ.", "ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - OVERTIME", "22183.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal -mistoqsija parlamentari nru.", "21903, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni li ħadmu overtime, kemm tħallsu fi flus u dan b'riferenza għad-dipartiment żgħazagħ u sports?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "TAX COMPLIANCE UNIT - IMPJEGAT", "22184.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li l-kap tat-tax compliance unit mistenni jirtira dalwaqt?", "Meta għalqu l-applikazzjonijiet?", "Kemm kien hemm applikanti għal dan il-post?", "Meta mistenni jimtela' l-post?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kap preżenti tat- tax compliance unit għalaq l-eta' ta' 61 sena fil-21 ta' Novembru 2000, iżda l-ftehim li għandu biex iservi fil-kariga ta' kap jiskadi fit-18 ta' Frar 2001.", "Għalhekk fl-14 ta' Novembru 2000 ħarġet ċirkolari mill-uffiċċju tal-prim ministru (OPM Circular No. 48/2000) li sejħet għall-applikazzjonijiet biex timtela' din il-vakanza.", "Din is-sejħa għalqet nhar il-Ħamis 7 ta' Diċembru 2000 u bħalissa għaddej il-proċess ta' l-għażla.", "M'huwiex prudenti f'dan l- istadju li tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' applikanti.", "Nittama li dan il-post jimtela' fi żmien qasir.", "GZIRA - DAR TA' L-ANZJANI", "22185.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'riferenza għad-dar ta' l-anzjani tal-Gzira li għalqet għal tiswijiet billi r-residenti ntbagħtu fi Grosvenor Hotel, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika meta dawn mistennija lura fid-dar?", "Kemm mistenni jittieħed żmien biex din id-dar titwaqqa' u titranġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Deċiżjoni finali dwar x'se jiġri mid-dar ta' l- anzjani tal-Gżira għad trid tittieħed wara konsiderazzjoni tar-rapporti ta' l-esperti nvoluti f'dan il-każ.", "SAĦĦA - SCHEDULE 5", "22186.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi tibdil ikkontemplat għal dawk li jibbenefikaw minn schedule 5 kif ġie ndikat f'sezzjonijiet tal-media?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Membru jindikali għal-liema sezzjonijiet tal-media qiegħed jirriferi.", "SVPR", "22187.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkonferma xi tnaqqis ġdid li ser jibda jsir mid-dħul ta' l-anzjani residenti f'St Vincent De Paule u xi provvedimenti hemm għal dan id-dħul addizzjonali fl- estimi ġenerali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uniku tnaqqis li qiegħed isir mid-dħul ta' l- anzjani fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule huwa kif stipulat f'Avviż Legali 60/2000.", "Il-kontribuzzjonijiet hekk miġbura jiġu mgħoddija lill- kumitat tal-welfare.", "MSIDA - TWAQQIGĦ TA' BINI ANTIK", "22188.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta mistenni li jitwaqqa' l-bini antik u dilapidat li hemm bejn Triq il-Wied u Triq il-Kunċizzjoni, Imsida, qrib il-knisja billi dan qed jkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies ta' l-area, minħabba ġrieden, trobbija ta' annimali, eċċ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għad m'hemmx deċiżjoni dwar meta ser jitwaqqa' l-bini antik u dilapidat imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "SPEED CAMERAS", "22189.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proċess ta' l-ispeed cameras?", "Jista' jgħid jekk dawn bdewx jaħdmu, u kemm ġew jiswew lill-gvern?", "Kemm ingħataw ċitazzjonijiet s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat, għaliex l-uniku nvolviment tal-ministeru tiegħi jolqot ir-regoli li jridu jinħarġu skond l-awtorita` tat-trasport.", "VAT - TIĠIJIET - REFUNDS", "22195.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti d-dettalji segwenti: (1) kemm kien hemm applikazjonijiet għal refunds ta' VAT fuq spejjeż relatati ma' tiġijiet minn Jannar 1999 sa Novembru 200; (2) kemm tħallsu f'refunds ta' VAT mill-1.1.1999 sat- 30.11.2000; u (3) minn dawn ir-refunds kemm kien hemm individwalment li jaqbżu l-Lm 500 bħala ammont mogħti lura?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar 1999 u Novembru 2000 in-numru ta' applikazzjonijiet għal refunds tal-VAT fuq spejjeż relatati ma' tiġijiet kien 1,537.", "Minn dawn ġew approvati 1,495 li fuqhom tħallset is-somma ta' Lm656,959.13.", "Kien hemm 635 applikazzjoni li kienu jaqbżu l-Lm500 kull waħda.", "VAT - REFUNDS", "22196.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti dettalji fuq li ġej u ċioe' jekk kienx hemm appelli fuq refunds mogħtija mill-VAT department bejn l-1.1.1999 sa 30.11.2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' appelli dwar talbiet għal refunds lid-dipartiment tal-VAT bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Novembru 2000 kien 281.", "Minn dawn kien hemm 130 każ li ġew deċiżi mill-bord ta' l-appelli.", "IMPJIEGI - PART-TIMERS", "22197.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi part-timer suppost jaħdem massimu ta' 20 siegħa fil- ġimgħa, kif qed jiġu kklassifikati ħaddiema li jaħdmu part-time fuq bażi ta' ġimgħa ta' 25 siegħa?", "Bħala full-time jew part-time?", "Huwa minnu li dan ħafna drabi qed jiddependi fuq l-engagement form li tkun imliet il-kumpannija li jaħdmu magħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux il-każ li part-timers huma dawk li jaħdmu massimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa.", "Il-ħin massimu li jistgħu jaħdmu part- timers hu dak stabilit mill-ordni tal-kunsill tal-pagi li jirregolaw il- kategorija speċifika tax-xogħol tagħhom.", "Dawn il-ħinijiet ivarjaw bejn 20 u 30 siegħa fil-ġimgħa.", "Impjegati part-time li m'humiex regolati minn ordni tal-kunsill tal-pagi, u li skond il-ftehim jew kuntratt ta' xogħol li jkollhom, jaħdmu iktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, ikunu ntitolati għal-leave fuq bażi pro rata ta' dawk l-impjegati full-time.", "KUMITAT FESTI NAZZJONALI", "22202.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-membri li jifformaw il-kumitat festi nazzjonali?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm u liema huma s-sub committees u l- kummissjonijiet li joħorġu mill-kumitat festi nazzjonali u min huma l- membri li jiffurmawhom?", "Jista' f'kull każ jgħid kemm saru laqgħat matul din is-sena tal-kumitat festi nazzjonali, sub-committees u kummissjonijiet separatament?", "Jista' jgħid xi ħlas jirċievu l-membri li jifformaw dawn il-kumitati, kummissjonijiet u sub-committees?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumitat festi nazzjonali għas-snin 1999/2000 kien kompost minn:-", "|Mr Alfred J |Chairman | |Chetcuti | | |Ms Claire Buġeja |Deputy | | |Chairman | |Mr Nenu Aquilina |Membru | |Mr Anthony Bezzina|Membru | |Ms Doris Borg |Membru | |Ms Rosette Fenech |Membru | |Ms Joyce |Membru | |Guillaumier | | |Mr Mario Rick |Membru | |Mifsud | | |Mr Paul Mintoff |Membru | |Mr Piju Spiteri |Membru | |Ms Hazel Sultana |Membru | |Mr George Zahra |Membru | |Mr Anton Miceli |Segretarju |", "Il-kumitat festi nazzjonali ser jiġi rikostitwit wara li skada t-terminu tiegħu.", "F'dawn l-aħħar xhur ix-xogħol sar mill-uffiċjali tad-dipartiment tal-kultura cioe` Mr Anton Miceli u Mr Noel Castillo megħjunin mis-Sur George Zahra bl-għajnuna u l-parteċipazzjoni diretta tad-direttur tad- dpartiment innifsu flimkien mal-policy co-ordinator tal-kultura mill- ministeru.", "Kummissjonijiet jew sub-committees li joħorġu mill-kumitat festi nazzjonali huma tnejn: Il-kummissjoni karnival li t-terminu tal-kariga tagħha skada u l-kummissjoni regatta li spiċċat f'Settembru 2000.", "Qed jittieħdu l-passi għar-rikostituzzjoni tagħhom, jekk ikun il-każ.", "Iż-żewġ kummissjonijiet tul is-sena 2000 iltaqgħu regoarment.", "Il- kummissjoni karnival iltaqgħet formalment għal tmien darbiet, apparti diversi laqgħat oħra bi preparazzjoni għal karnival 2000 u laqgħat oħra ta' tħejjija għal karnival 2001.", "Din il-kummissjoni kienet komposta minn Mr George Zahra, Mr Noel Castillo, Mr Anton Gellel, Mr Joseph Borda, Mr Mario Camilleri, Mr Paul Chetcuti, Mr Alfred Debono, Mr Mario Rick Mifsud, Mr Raymond Mugliette, Mr Joseph Sapiano u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċjal mill-kumitat festi nazzjonali.", "Il-kummissjoni regatta ltaqgħet uffiċċjalment għal għaxar darbiet tul is- sena 2000.", "Barra minn hekk żammet laqgħat regolari ta' preparazzjoni konnessi mar-regatta ta' Jum il-Ħelsien u r-regatta ta' Jum il-Vittorja.", "L- istess kummissjoni għenet ukoll fl-organizzazzjoni tal-league tar-regatta taħt is-16 li saru f'Malta għall-ewwel darba matul is-sajf 2000.", "Il- kummissjoni regatta kienet komposta minn Mr Bertie Muscat, Kapt.", "Bennie Grech, Mr Noel Castillo, Mr Jeff Poulton, Mr Reno Chircop, Mr George Brydon, Mr Sammy Busuttil, Mr Joe Cachia, Mr David Brydon, u Mr Anton Miceli ex-ufficio - uffiċċjali mill-kumitat festi nazzjonali.", "Il-membri tal-kumitat festi nazzjonali, kummissjoni karnival u l- kummissjoni regatta, eskluż l-impjegati ta' l-uffiċju tal-kumitat festi nazzjonali, ma jirċievu ebda ħlas għax-xogħol li jsir f'dawn il-kumitati.", "XORB L-GĦAĠIN - PROPRJETA' TAL-GVERN", "22203.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art tal-gvern f'Xorb l-Għaġin, speċjalment fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle, għadhiex proprjeta' tal- gvern?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġietx negozjata biex tiġi mibjugħa lil xi ħadd?", "Ġiet mgħoddija b'kera, b'ċens jew xorta oħra lil xi ħadd?", "Ġiet mibjugħa lil xi ħadd, jew ġiet negozjata bħal ħlas għal proprjeta' li ttieħdet mill-gvern mingħand xi ħadd?", "Jekk fl-affermattiv, lil min ġiet mgħoddija din l-art?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-art tal-gvern f'Xorb l-Għaġin fejn kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutsche Welle ma ġiet mibjugħa lil ħadd u għalhekk għadha proprjeta` tal-gvern.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, il-bini fejn kien hemm l-istazzjon tar- radju kien ġie kkanibalizzat minn kuntrattur u dak li kien għad fadal beda jiġi vvandalizzat u mkisser.", "Kien għalhekk li l-gvern iddeċieda li sakemm jiġi deċiż x'għandu jsir minnu, il-bini jingħata fuq bażi temporanja biex jintuża għal skop ta' ħażna u b'hekk ma tibqax issirlu ħsara.", "Fil-fatt dan il-bini ngħata lil-Fish & Fish Ltd. għal żmien temporanju u meta jrid il- gvern jista' jieħdu lura.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA BARRANIN", "22204.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) Kemm huwa n- numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna; (b) minn liema pajjiżi ġejjien; (ċ) ma' liema kumpanniji jew xorta oħra qed jaħdmu; (d) xi professjoni jew sengħa qed jipprattikaw fil-ħidma tagħhom; u (e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata b'din l-informazzjoni kif ukoll bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "REQUISITION ORDER 36736", "22205.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li requisition order 36736 jitneħħa peress li m'għadx baqa' raġunijiet (la skond il-liġi u lanqas fil-fatt) li jibqa' jissussisti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li peress li l-fond li fuqu hemm l- Ordni ta' Rekwiżizzjoni li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant, jinstab vojt, l-imsemmija ordni ma tistax titneħħa f'dan l-istadju.", "Ninsab infurmat ukoll li fl-10 ta' Novembru li għadda s-sid ġie mitlub jipprovdi xi informazzjoni lid-dipartiment konċernat, liema informazzjoni għada ma ġietx provduta.", "PULIZIJA - FURJANA - IPPARKJAR TA' KAROZZA", "22207.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titneħħa l-karozza Hillman li ilha pparkjata fi Pjazza J Sciberras, Floriana għal żmien twil ħafna jekk jirriżulta' li hi għall-iscrap?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din il-vettura tneħħiet.", "SAN PAWL TAT-TARĠA - TOROQ - TISWIJIET", "22208.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani għal formazzjoni ta' toroq u l-kostruzzjoni tagħhom fl-inħawi ta' Triq il-Ħannewija, Tal-Wilġ, San Pawl tat-Tarġa, Naxxar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn spezzjoni li saret fil- lokalita' mid-dipartiment tat-toroq, jidher li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir kif ukoll xogħol ieħor ta' formazzjoni ta' toroq f'dawn it-toroq qabel ma dawn jistgħu jkunu asfaltati.", "PULIZIJA - INVESTIGAZZJONIJIET", "22216.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għaliex il-vettura - dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament - għadha ma ġietx restitwita lil sidha li ismu qiegħed jintbagħat ukoll separatament, mill-pussess tal-korp tal-pulizija?", "Jekk hemm xi investigazzjonijiet għaddejjin, jista' l-Ministru jispjega kif dawn l-investigazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi wara għaxar xhur sħaħ fuq sempliċi każ ta' kolliżjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li dwar il-kolliżjoni li qiegħed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, fejn persuna kienet korriet gravi u kienet fil-periklu tal-mewt, kienet saret inkjesta mill-maġistrat ta' l- għassa li fiha ġie ordnat li tinżamm il-karozza nvoluta.", "Ninsab informat ukoll li hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-qorti dwar dan il- każ.", "WSC - LEAKAGE", "22218.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 22114, jista' l- Ministru jwieġeb it-tielet parti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba għat-tielet parti ta' mistoqsija nru.", "22114 tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦOL - FULL-TIME/PART-TIME", "22225.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm (a) kien hemm nisa u rġiel jaħdmu full-time fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill- 1975 sal-lum; (b) kien hemm nisa u rġiel irreġistrati bħala ħaddiema part- time fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1975 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għall- pubblikazzjoni A Window On The World of Work ippubblikat mill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika fejn issib l-informazzjoni mitluba.", "Iċ-ċifri ta' kemm hemm nisa u rġiel jaħdmu full-time mill-1994 sa l-1999 issibhom f'paġni 6 u 7 filwaqt li ċifri ta' kemm hemm nisa u rġiel jaħdmu part-time mill-1994 sa l-1999 issibha f'paġna 26.", "Iċ-ċifra ta' qabel l-1994 mhijiex komparabbli peress li kienet seħħet ir- reviżjoni ta' l-istatistika.", "ACTIVITY RATE - MALE/FEMALE", "22226.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dawn il-figuri: (a) il-male activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum; u (b) il- female activity rate għal kull sena mill-1975 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirreferi l- mistoqsija parlamentari lill-ministru konċernat.", "OPM - ŻJARA FI NEW YORK", "22227.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22123?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed nagħti, hawn taħt, l-informazzjoni mitluba dwar iż-żjara li għamilt fi New York fil-bidu ta' Settembru, 2000.", "|Del. |Del. |Del.|Del. |Tota|Purp| |Member|Trave|Acc.|Other|l |ose | |s |l | |Expen|Expe|of | | | | |ses |nses|Visi| | | | | | |t | |Prime | | | | | | |Minist| | | | | | |er and| | | | | | |Mrs | | | | | | |Fenech| | | | | | |Adami | | | | | | |Mr R |7,780|3,55|5,516|4,10|Work| |Cachia|.87* |2.44|.17 |5.00| | |Caruan| | | | | | |a | | | | | | |Person| | | | | | |al | | | | | | |Assist| | | | | | |ant | | | | | | |Mr P | | | | | | |Portel| | | | | | |li | | | | | | |Privat| | | | | | |e | | | | | | |Secret| | | | | | |ary | | | | | |", "*Jinkludi spejjeż ta' l-ajru għal Detroit u l-Canada waqt li l-biljett tas- Sur Richard Cachia Caruana jinkludi safar lejn il-Belġju, il-Litwanja u l- Ġermanja.", "ACTIVITY RATE - MALE / FEMALE", "22229.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-reviżjoni li kienet saret dwar kemm hawn nies jaħdmu bi qliegħ f'Malta u Għawdex affetwatx il-male activity rate u l-female activity rate rispettivament għal dawk is-snin li għalihom saret ir-reviżjoni?", "Jekk dawn ġew affettwati, kif ġew affetwati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi l- mistoqsija parlamentari lill-ministru konċernat.", "ETC - NISA U RĠIEL", "22230.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel rispettivament jaħdmu fis-setturi ekonomiċi kif soltu jiġu ppublikati mill-ETC f'kull 31 ta' Diċembru ta' kull sena mill-1975 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għan-news releases li jiġu ppubblikati miċ-ċentru ta' l-istatistika jew għall-website http://www.magnet.mt/home/cos.", "REĠISTRAR - IRĠIEL U NISA", "22231.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa rispettivament jirreġistraw għax-xogħol f'kategoriji ta' etajiet (16-19, 20-24, 25-34, 35-44, 45-54 u 55-65) fl-aħħar ta' Diċembru tas-snin 1975, 1980, 1985, 1990, 1995 u 30 ta' Settembru 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "MPJIEGI - FULL-TIME", "22232.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħolqu mpjieġi full-time ta' rġiel u nisa rispettivament matul is-snin 1990, 1991, 1992, 1993, 1994, 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 sa l-aħħar ta' Settembru 2000?", "Jekk hu possibli agħtini informazzjoni f'liema settur ekonomiku nħolqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn Diċembru 1994 u Settembru 2000.", "Ninsab informat li ċ-ċifri ta' qabel l-1994 mhumiex kumparabbli peress li kienet seħħet reviżjoni ta' l-istatistika.", "UNIVERSITA' - STAFF MHUX AKKADEMIKU", "22242.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff mhux akkademiċi ġewwa l- Universita' li marru fuq xi scholarship/kors jew żjarat barra minn Malta matul din is-sena?", "Fuq liema kors kull wieħed minnhom mar?Kemm hu t-tul ta' żmien?", "Jekk humiex marbutin b'xi kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - ADMINISTRATIVE ASSISTANT", "22243.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' administrative assistant fl-Universita', jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-kandidati kollha attendew għall-intervista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wieħed mill-kandidati m'attendiex għall- intervisti li saru riċentement għall-promozzjoni ta' administrative assistant.", "STAFF RECRUITMENT & DEVELOPMENT OFFICE", "22244.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma li membru mill-istaff tas-sezzjoni staff recruitment & development office qed jagħti lectures waqt il-ħin tax-xogħol?", "Jekk fl- affermativ, meta ngħata dan il-permess u minn min?", "Kemm-il siegħa qed jagħti fil-ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li membru kwalifikat fil-qasam tal- management mill-istaff tas-sezzjoni staff recruitment and development office fl-Universita` ġie mogħti l-permess meħtieġ biex mill-1 ta' Ottubru 2000 jibda jagħti erba` siegħat tutorials f'ħin rikjest mill-fakulta` ta' l- economics, management and accountancy.", "Dan il-permess ġie mogħti mir- rettur fuq rakkmandazzjoni tal-fakulta`.", "Il-fakulta` qed ikollha diffikultajiet kbar sabiex timpjega lecturers u għaldaqstant għamlet dan l- arranġament sabiex issolvi ċertu bżonnijiet.", "UNIVERSITA' - ALLOWANCE", "22245.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid min kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 mill-membri ta' l-istaff mhux akkademiku ġewwa l-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li kien ingħata l-qualification allowance fis-sena 1999 tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SIGURTA' SOĊJALI - INCOME TAX", "22246.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' l-income li fuqu trid titħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali?", "Kemm hu l-massimu ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali li persuna tista' tħallas kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali l-artikoli tal-liġi li jirregolaw klassi u ammont tal-kontribuzzjonijiet huma, b'effett mill-1998, responsabbilta' tal-kummissarju tat-taxxi i. Għaldaqstant l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jindirizza din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "FRINGE BENEFITS", "22247.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid l-impjegati tal-gvern li għandhom fringe benefits bħal użu tal-karozza uffiċjali humiex sejrin iħallsu taxxa fuqhom?", "Jista' jikkonferma jekk hemmx xi mpjegati tal-gvern jew tas-segretarjat privat tal-ministri li huma eżenti mill-ħlas ta' din it-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li nħarġet ċirkolari mis-segretarju permanenti fil-ministeru tal-finanzi MF 10/2000 dwar it- taxxa li trid titħallas mill-uffiċjali pubbliċi fuq fringe benefits.", "NATIONAL INSURANCE CONTRIBUTION", "22248.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hija ż-żieda fin-national insurance contribution ta' kull skala minn wieħed sa l-għoxrin skala taċ-ċivil li ser tkun b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena 2001?", "Jikkonferma li ma hemm ebda żieda fil-ħlas tan-national insurance contribution għal-iskali għoljin taċ-ċivil?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontribuzjoni tan-national insurance hi maħduma bħala 10% tal-paga bażi.", "L-ogħla kontribuzzjoni li titħallas hi ta' Lm654.16.", "EUREKA SERVICES LTD", "22249.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta mogħtija mill-ministru fid-19.10.1999 għal mistoqsija parlamentari nru.", "10635 fejn il-ministru qal 'Sadanittant kienu nbdew taħdidiet mill-gvern preċedenti ma l-Eureka Services Ltd.", "Dawn it- taħdidiet komplew u kienu fi stadju avvanzat sa lejlet l-elezzjoni', jista' l-Ministru jgħid: Min irrappreżenta lill-gvern f'dawn it-taħdidiet fil-perjodu ndikat?", "Kemm saru laqgħat mal-gvern preċedenti u ta' dawn it- taħdidiet jekk inżammux minuti?", "X'kien l-eżitu tagħhom?", "Kien hemm xi taħdidiet mill-gvern preċedenti ma' xi kumpanija oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minuti tal-laqgħat indikati mill- Onor. Interpellant ma nstabux, minkejja li ġew imfittxija fil-files tal- ministeru konċernat ta` dak iż-żmien.", "Għalhekk miniex f`pożizzjoni li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għalkemm reġa` ġie konfermat lili li dawn il-laqgħat attwalment kienu saru.", "NPAA", "22250.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni jew raġunijiet se jitwaqqaf office of review fi kważi kull ministeru iżda dan l-uffiċju mhux se jitwaqqaf fil- ministeru għal Għawdex, u dan minkejja li n-national programme for the adoption of the acquis jgħid f'paġna 211 li fost l-inizjattivi li jkunu ddentifikati?", "Jista' jgħid ukoll għaliex fis-sejħa għall-applikazzjoni li saret f'Ottubru 2000 għall-mili ta' postjiet ta' director (office of reviews) fi kważi l-ministeri kollha, m'hemmx indikazzjoni li se jitwaqqaf direttorat simili fil-Ministeru għal Għawdex minkejja li f'paġna 71 tal-budget speech għas-sena 2001 intqal espliċitament li dan id-direttorat se jkun introdott f'kull Ministeru għal Għawdex għal dan il-post?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' weġibt għal mistoqsijiet li saruli fuq is-suġġett, l-iskop ta' l-office of review huwa li jikkordina u jissorvelja proġetti u inizzjattivi kbar ta' bidla li qed iseħħu fil- ministeri u dipartimenti tal-gvern.", "Minbarra Għawdex hemm ministeri oħra, fejn għalissa mhux qed jitwaqqaf dan l-office of review u dawn huma l-ministeru tiegħi u dawk tat-turiżmu u ta' l-affarijiet barranin.", "Dan ma jfissirx li fil-futur ma jistgħux jinħolqu office of review f'dawn il-ministeri wkoll.", "EMBELLISHMENT OF TOURIST AREAS", "22251.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma x-xogħlijiet proposti li jsiru permezz tal-vot embellishment of tourist areas matul is-sena d-dieħla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol propost mill- vot embellishment of tourist areas għal matul is-sena 2001 huwa:", "|Sliema |It-tieni fażi | | |tax-xogħol fuq | | |il-Promenade (minn | | |fejn it-Torri sa fejn | | |Barracuda Restaurant | |San |Ser jinbeda x-xogħol | |Ġiljan |fuq l-ewwel fażi | | |tal-Promenade ta' San | | |Ġiljan (minn fejn | | |iċ-Chains sa fejn | | |il-pitch tal-waterpolo| | |ta' San Ġiljan) | |Paceville|Qed jiġi ppjanat li | | |jinbeda x-xogħol fuq | | |it-tisbiħ ta' Triq | | |Santu Wistin. | |Marsascal|Xogħol ta' tisbiħ | |a |fil-bajja ta' San | | |Tumas. | | |Tkomplija tax-xogħol | | |fuq il-Promenade (minn| | |ħdejn Spigola | | |Restaurant sa St. | | |George's Street). | | |It-tielet u r-raba' | | |fażi ta' xogħol ta' | | |restawr fuq it-Torri | | |ta' San Tumas u | | |r-redoubt. | |Marsaxlok|Xogħol ta' resurfacing| |k |ta' parti minn Triq | | |il-Wilġa. | | |Għarik tal-pavimentar | | |tal-qawwi f'Misraħ | | |il-Parroċċa. | |B'Buġia |Tlestija tax-xogħol | | |fil-Bajja s-Sabiħa. | |Buġibba/ |Hu ppjanat li jinbeda | |Qawra |xi xogħol fl-inħawi | | |tax-Xemxija in | | |kollaborazzjoni | | |mal-Kunsill Lokali ta'| | |San Pawl il-Baħar u | | |l-Ministeru | | |tat-Trasport. |", "WASTE MANAGEMENT DEPARTMENT", "22252.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mad-dipartiment tal-waste management u kif inhuma maqsuma fuq ix-xogħol li jagħmlu?", "Kif se jiġu affettwati l-ħaddiema bil-proposta għall-privatizzazzjoni tal- waste managment f'pajjiżna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li preżentament hemm 704 ħaddiem mad-dipartiment tal-waste management.", "Dawn il-ħaddiema huma mqassma kif ġej:", "|Deployment |Number | |Public Conveniences | 182 | |Public Cleansing | 268 | |Sant'Antnin | 52 | |Landfills | 26 | |Administration | 18 | |Personnel at R.D.C. | 98 | |Centre (H.A.B. & other | | |Trades) | | |Koperattiva Indafa | 53 | |Pubblika | | |On Loan to Other | 7| |Departments | | |Total | 704 |", "F'dan l-istadju mhux previst li dawn il-ħaddiema jkunu affettwati bil- pjani tal-Gvern fuq l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Jekk 'il quddiem ikun hemm proposti oħra li jolqtu lil dawn il-ħaddiema, dawn il-proposti jkunu diskussi skond proċeduri normali.", "VIREMENTS", "22253.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-virements li saru matul dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-voti li saru minn fuqhom, liema xogħol u għal-liema raġuni, flimkien ma' l-ammont tal-virement?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul is-sena 2000 kien hemm bżonn li jsiru 'l fuq minn 400 virement fid-diviżjoni tax-xogħlijiet, sabiex il-flus allokati jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tinvolvi ħafna xogħol, risposta tingħata f'seduta oħra.", "WASTE MANAGEMENT DEPARTMENT - DIRECT LABOUR", "22254.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill- ħaddiema tad-dipartiment tal-waste management, liema xogħol ġie kreditat lill-proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?", "Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments?", "Jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ebda direct labour ma ġie kkreditat lill- proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax-il xahar.", "MANUFACTURING AND SERVICES DEPARTMENT - DIRECT LABOUR", "22255.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mal- ħaddiema tad-dipartiment manufacturing and services liema xogħol ġie ikkreditat lill-proġetti kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?", "Il- valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments?", "Jista' jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mhux possibbli li nagħti l-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tad-dipartiment tal-manifattura u servizzi.", "Dawn il-ħaddiema ħadmu fuq il-proġetti kapitali kollha msemmija fl-estimi.", "Il-valur tax-xogħol li jkun sar fuq dawn il-proġetti permezz ta' direct labour jiġi kreditat lill-vot kapitali globalment għall-ammont li jidher fl- estimi.", "BUILDING AND ENGINEERING DEPARTMENT", "22256.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu il-valur ta' xogħol li sar bid-direct labour mill- ħaddiema tad-dipartiment building and engineering u liema xogħol ġie ikkreditat lill-proġett kapitali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?", "Il-valur ta' dan ix-xogħol ġie imnaqqas mill-vot tal-personal emoluments?", "Jista' jagħti deskrizzjoni tax-xogħol li sar b'dan il-mod?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mhux possibbli li nagħti l-valur tax-xogħol li sar bid-direct labour mill-ħaddiema tal-building and engineering department f'xogħlijiet kapitali.", "Għar-rigward it-tieni u t-tielet parti tad-domanda, nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta tiegħi għad-domanda tiegħu stess numru 22255.", "PA", "22271.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-awtorita' ta' l-ippjanar tintervjeni biex tara jekk blokk kbir bini li hemm fi Triq Gwiedi, Żejtun u li jagħti għal Triq l-Ispirtu Santu hux qed isegwi l-kundizzjonijiet imposti meta ngħata l-permess għaliex dan is-sit hu żdingat, ilu hekk għal madwar ħames snin u sar dumping site għall-imbarazz?", "Possibbli ssir inspection fl-inħawi u fit-toroq ta' madwar, inkluż Triq il-Gwiedi, Żejtun) għaliex dawn it-toroq spiċċaw kollha ħmieġ u anke hemm periklu għat-tfal għaliex boundary wall li kien sar qed jaqa' bir-riskju li jista' jaqa' xi ħadd għall-isfel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li wara spezzjoni li saret mill- uffiċjali ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant, jirriżulta li kien hemm parti mill-bini mhux skond il-pjanti approvati, u li mhux qed jiġu osservati xi kundizzjonijiet mill- permess.Dawn huma:", "1.", "Minflok pjan terran li jiġi fi Triq Santu Spirtu nbnew garaxxijiet.", "2.", "Il-boundary wall (hoarding) li qiegħed idawwar is-sit irid ikun żewġ metri mhux 4/3 filati.", "3.", "Fejn hemm il-materjal huwa maħsub li jkun hemm landscape area.", "Dwar din ukoll hemm kundizzjoni speċifika fil-permess.", "Ninsab informat ukoll li ġew ikkuntatjati kemm il-perit responsabbli mix- xogħlijiet kif ukoll is-sid, u dawn lesti jirregolaw il-pożizzjoni.", "PULIZIJA - RE-INSTATEMENT", "22272.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministu jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu re-instated xi pulizija li kienu telqu?", "Kemm hemm ex-pulizija li kienu telqu u talbu li jiġu re-instated?", "Kemm minn dawn ilhom li telqu aktar min sentejn, aktar minn tliet snin, aktar minn ħames snin u aktar minn għaxar snin?", "Kemm minnhom huma ex- pulizija nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bħalissa għaddejjin proċeduri biex ex-membri tal-korp li jitqiesu bħala asset għal korp tal-pulizija jiġu reinstated.", "Bħalissa hemm 62 persuna li għamlu talba sabiex jerġgħu jidħlu lura fil- korp.", "Iż-żmien illi dawn ilhom li telqu mill-korp hu kif jidher hawn taħt:-", "|Ilhom li | | | |telqu | | | |Irġiel | | | |Nisa | | | |Sena |Xejn |1 | |Sentejn |7 |Xejn | |Tlett snin |12 |1 | |Ħames snin |17 |4 | |Għaxar snin |20 |Xejn |", "ĦABS - TRAINEE CORRECTIONAL OFFICERS", "22273.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta hu maħsub li jieħdu l-appointment it-trainee correctional officers li daħlu fl-1 ta' Ġunju 2000 u issa skadielhom il- perijodu ta' sitt xhur ta' taħriġ skond ma kien indikat fil-Gazzetta tal- Gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li r-rakkmandazzjonijiet dwar l-ingaġġ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, li saru minn selection board maħtur mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, qegħdin għall-approvazzjoni ta` l-istess kummissjoni skond proċeduri stabbiliti.", "ŻABBAR - BOUNDARY WALL", "22274.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jittieħdu passi biex biċċa ħajt tas-sejjieħ li hemm int u dieħel fi Triq in-Nissieġ, Żabbar minn Triq San Ġużepp jiġi irranġat għaliex dan il-ħajt li hu boundary wall tat-triq, qed jaqa' u se jispiċċa jweġġa' lil xi ħadd?", "Billi din hi l- unika parti fejn il-ħajt m'huwiex tal-kantun, għaliex il-bqija jkompli bil- ġebel tal-kantun, possibbli jiġi rranġat qabel jaqa' fuq xi ħadd?", "Possibbli jiġi nnotat li l-kunsill lokali qed isostni li din hi responsabbilta' tal-gvern?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ħajt imsemmi huwa essenzjalment ħajt ta' għalqa li għadu ma sarx żvilupp fiha hekk kif wieħed ikun dieħel fit-Triq in-Nissieġ.", "Ħitan bħal dawn iridu jinżammu fi stat tajjeb mill-gabillot li jkun jaħdem l-għalqa u fil-fatt huma l-kunsilli lokali li llum huma responsabbli biex jiġbdu l-attenzjoni tal-gabillotti għal biex jesegwixxu t-tiswijiet neċessarji.", "Il-ħajt mhux wieħed għoli ħafna u ma jidhirx li qiegħed f'sitwazzjoni daqstant ħażina.", "KUNTRATTI", "22275.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21966, b'riferenza partikolari għall-oqsma taż-żgħażagħ, sport, kultura u arti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitluba għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻGĦAŻAGĦ - ĊINA", "22276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "21976?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din iż-żjara tifforma parti mill-programm ta' skambji li jsiru regolarment kull sena mid-dipartiment taż-żgħażagħ u sport.", "Dan il-proġett ta' skambji ilu jsir għal dawn l-aħħar 16-il sena.", "Saret sejħa għall-applikazzjonijiet ġenerali u sussegwentament sejħa oħra għal dawk li xtaqu jmorru fuq exchange fiċ-Ċina.", "Kien hemm 41 applikazzjoni li minnhom intgħażlu għaxra bil-polza li ħallsu biss il-passaġġ ta' Lm360, filwaqt li ż-żewġ group leaders ħallsu tlett kwarti tal-passaġġ kull wieħed.", "L- ospitalita` ġewwa ċ-Ċina ġiet offruta minn federazzjoni taż-żgħażagħ Ċiniża.", "Fil-youth exchanges konsiderazzjoni tingħata lil dawk li qatt ma kienu siefru fuq youth exchange.", "Pajjiżna rreċiproka dawn iż-żjarat f'Settembru li għadda.", "UFFIĊĊJU ELETTORALI", "22277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb -mistoqsija parlamentari nru.", "22142?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għada ma waslitx mingħand il-kummissjoni elettorali.", "ŻEJTUN - TRIQ ĦABEL IX-XGĦIR - BOZZA", "22278.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex bozza li tinsab fi Triq Ħabel ix-Xgħir, Sqaq Nru 3.", "Żejtun li jidher li hemm xi loose connection din tiġi rranġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- bozza li qed issir riferenża għaliha diġa' saret.", "GĦAQDIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "22279.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-avviż li deher fil-gazzetti bħala programm ta' għajnuna għal inizjattivi minn għaqdiet taż-żgħażagħ u li l-applikazzjonijiet għalqu fil-5 ta' Diċembru 2000, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet u f'isem min huma?", "Jista' jgħid ukoll fil-qasir x'inhu l- proġett jew l-attivita li għamlu riferenza għaliha u kemm ġe mitluba fondi f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "KALKARA - SPTAR TA' BIGHI", "22316.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "11601, jista' l- Ministu jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba x-xogħol hemm imsemmi huwiex kontemplat li jsir fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li m'għandix tagħrif ġdid x'inżid mat-tweġiba oriġinali, ser niġbed l-attenzjoni tal-bord tal-gvernaturi taċ-ċentru tar- restawr dwar ix-xogħol imsemmi bl-iskop li jiġi konsidrat tħaffif tax- xogħol.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAL-ĠAPPUNIŻ", "22317.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "5155, jista' l- Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Ġappuniż ġiex mgħallem fl- iskejjel sekondarji tul is-sena 2000 u jekk le hemmx il-ħsieb li dan jibda jseħħ fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "Jien qed niddiskuti l- possibbilta` ta' twaqqif ta' istitut tal-lingwi li jiġi mogħti l-inkarigu li joffri korsijiet f'numru ta' lingwi bħal Ġappuniż, Russu, Ċiniż u Għarbi, minbarra lingwi oħra li diġa` qed jiġu mgħallma fl-iskejjel sekondarji.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA TAL-GRIEG", "22318.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għad-domand parlamentari nru.", "5154, jista' l- Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-Grieg klassiku ġiex mgħallem fl-iskejjel sekondarji tul is-sena 2000 u jekk le hemmx il-ħsieb li dan jibda jseħħ fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju r-risposta hi fin-negattiv.", "XGĦAJRA - FORTI SAN ANARD", "22319.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "15284 u dawk preċedenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żvilupp pożittiv għal dak li għandu x'jaqsam mal-Fortizza ta' San Anard, x-Xgħajra u din tistax tiġi lura f'idejn id-dipartiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "VALLETTA - LOWER ST ELMO", "22320.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għad-domanda parlamentari nru.", "15283 u l-oħra preċedenti, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba hemmx l-probabbilita' li l-post storiku magħruf bħala Lower St Elmo fil-Belt Valletta jittieħed lura mid-dipartiment konċernat sabiex almenu jkun miftuħ huwa wkoll għall- pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il- post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant u ma jidhirx li jista` jkun hemm żvilupp qabel ma jinstab post alternattiv għal dawk li jaħdmu l- karrijiet tal-karnival f`dan il-post.", "ESPROPRIJAZZJONI", "22321.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flus tħallsu f'kumpens għall- esproprijazzjoni tul is-sena 2000. i.e. sal 31 ta' Diċembru u jistax ukoll jiġi ndikat f'liema snin l-artijiet imsemmija ġew effettivament meħuda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u l-31 ta` Diċembru 2000 is-somma totali li tħallset għall-proprjeta` li ġiet espropriata kienet ta` Lm5,286,863.00.", "Din il-proprjeta` ttieħdet fis-snin indikati ma` kull kuntratt li sar fis- sena 2000, kif inhu indikat fuq il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "IMMIGRAZZJONI", "22326.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid (i) kemm hemm uffiċjali tal-pulizija li ħadmu fit-taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-MIA u tas-seaport? (ii) Kemm hemm pajżana jaħdmu fl- istess taqsima fil-MIA u fis-seaport? (iii) Għal kull wieħed min dawn, kemm ilhom jaħdmu f'dawn it-taqsimiet? (iv) X'sistema ta' xogħol jaħdmu bix- shift jew bil-ġurnata? (v) min hija l-persuna inkarigata mid-detailing ta' l-impjegati, uffiċjal tal-pulizija jew pajzan? (vi) kull meta jsir id- detailing ta' l-impjegati? (vii) Min hija l-persuna li f'isem il-principal immigration officer tkun delegata bil-poter li taċċetta u ma taċċettax dħul ta' passiggieri fil-MIA u fis-seaport? (viii) Din il-persuna tkun dejjem preżenti fil-MIA u fis-Seaport matul il-ġurnata u matul il-lejl?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fit-taqsima ta` l-immigrazzjoni tal-MIA hemm stazzjonati 23 membru tal-korp tal-pulizija u 71 pajżana, filwaqt li fis-seaport ma hemmx pajżana u hemm 13-il membru tal-korp.", "Kien hemm 45 immigration officers li ngħataw din il-kariga f`Jannar 1998 u 18 oħra bejn Mejju u Ġunju 1999.", "Kien hemm ukoll 8 assitant immigration officers li ngħataw il-kariga f`Ottubru 1998.", "Dawn jaħdmu bix-xift u jkunu dettaljati għax-xogħol fuq roster ta` day, night, rest u off, liema detail issir kuljum mid-detail officer li huwa membru tal-korp.", "Kull uffiċjal ta' l-immigrazzjoni, kemm jekk huwa membru tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll jekk huwa uffiċjal pajżan, huwa delegat f`isem il-principal immigration officer bil-poter li jaċċetta jew ma jaċċettax dħul ta` passiġġieri li jaslu Malta.", "REATI", "22327.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Jannar, 2000 u l-31 ta' Diċembru, 2000?", "Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirreferih għat- tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21631.", "Għall-kumplament tas-sena 2000, cioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab informat li ġew irrapurtati lill-pulizija 2,449 reat.", "SERQ", "22328.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq bejn l-1 ta' Jannar, 2000 u l-31 ta' Diċembru, 2000?", "Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirriferih għat- tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari nru.", "19988 u nru.", "20941.", "Għall-kumplament tas-sena 2000, cioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab informat li n-numru ta` serqiet li ġew irrappurtati lill-pulizija kien ta` 1,469.", "TRADING LICENCES", "22329.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk matul is-sena 2001 humiex ser jogħlew ir-rati tat- trading licences tal-pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2001 negozji u/jew professjonijiet li sal-lum ma jħallsux liċenzji, ser ikollhom jibdew iħallsu għal-liċenzji wkoll?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bħalissa għadu għaddej l- eżerċizzju sabiex ikunu devoluti l-liċenzji ta` negozju li jinħarġu mill- pulizija.", "Il-ħsieb wara dan l-eżerċizzju mhux sabiex ikun hemm xi żieda fir-rati, iżda sabiex dawn il-pulizija jkunu jistgħu jikkonċentraw l- attenzjoni u l-attivitajiet tagħhom fuq xogħol purament relatat mall-Korp.", "FAĊILITA KORRETTIVA TA' KORDIN - UFFIĊJAL", "22330.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu fil-konfront ta' uffiċjal tal- SRT fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li matul is-sick leave tiegħu inqabad jilgħab id-darts fuq l-iscreens tat-TV tas-Super 1?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa u l-każ kontra l-uffiċjal imsemmi mistenni li jiġi deċiż aktar tard dan ix- xahar.", "BIRKIRKARA - PARKING AREA", "22331.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Wara x- xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros car dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li qed jagħti l-ministru ta' l-intern għal mistoqsija parlamentari nru.", "22333 ta' din is-seduta.", "BIRKIRKARA - PARKING AREA", "22332.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Wara x-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, Birkirkara, quddiem is- showroom ta' Pisano Bros car dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi dan il-ministeru mhux responsabbli għall- għoti ta` reserved parking l-Onor.", "Interpellant hu mitlob jindirizza d- domanda tiegħu lill-ministru responsabbli.", "BIRKIRKARA - PARKING AREA", "22333.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara x- xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros car dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din il-parti tas-service road li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix riservata, u l- pulizija qed tieħu passi sabiex ma jkunx hemm ostakolu.", "AIR MALTA - PUNCHING", "22334.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-Air Malta nefqet somom konsiderevoli biex iddaħħal sistema modernizzata ta' punching, għal liema raġuni din is-sistema baqgħet ma ddaħħlitx għalkemm installata għal aktar minn sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li għalkemm is-sistema li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant magħrufa bħala time and attendance ġiet installata, din għadha ma tistax tiffunzjona għar-raġunijiet li ġejjin.", "1.", "L-Air Malta ilha minn Settembru tas-sena l-oħra tistenna lis-supplier tas-sistema IAS jagħtiha l-verżjoni tas-software mill-Amerika biex tkun inteġrata mas-sistema tal-payroll.", "2.", "Il-GWUqed toġġezzjona għal din is-sistema.", "L-union qed issostni li jekk l-impjegati jibdew jużaw din is-sistema minflok dik attwali tat-time sheet, dawn għandhom jitħallsu tas-sahra."]} {"filename": "20000620_320d_par.doc", "date": "2000-06-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 320 It-Tlieta, 20 ta' Ġunju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 320", "It-Tlieta, 20 ta' Ġunju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "320", "It-Tlieta, 20 ta' Ġunju, 2000", "WERREJ MINUTI 777", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 777", "TQEGĦID TA' KARTI 781", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 782", "AĠĠORNAMENT 802", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 807", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 816", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 319 li saret fl-20 ta' Ġunju, 2000 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li rċevejt korrispondenza mill-Uffiċċju ta' l-Ombudsman - b'riferenza għall- aġġornament ta' l-Onor Michael Farrugia tas-16 ta' Ġunju 2000 - dwar xogħol ta' konsulenza lid-dipartiment tas-saħħa minn Dr Anthony Vassallo, liema korrispondenza se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TADAM - PRODUZZJONI", "16760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantita' ta' tadam f'tunnellaġġ, skond l-ordni tad-domanda nru.", "16371?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninsab informat illi l-kwantita' f'tunellaġġ ta' tadam bejn l-1997 u s-sena 2000 kienet kif ġej:-", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | |Jannar |198 |140 |178 |116 | |Frar |159 |128 |136 |131 | |Marzu |164 |133 |206 |143 | |April |187 |197 |217 |174 | |Mejju |309 |291 |333 |365 |", "Nerġa nfakkar lill-Onor.", "Interpellant illi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ma hi mertu ta' ħadd imma tiddependi mill-elementi naturali kif ukoll mill-għaqal u mill-bżulija tal-bidwi nnifsu.", "FRAWLI - PRODUZZJONI", "16763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantita' ta' frawli, skond l- ordni tad-domanda nru.", "16373?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi l-kwantita' f'panets ta' frawli bejn l-1997 u s-sena 2000 kienet kif ġej:-", "| |1997 |1998 |1999 |2000 | | | | | | | |Janna|13,474|3,369 |3,310 |1,656 | |r | | | | | |Frar | | | | | | |35,817|31,548 |8,091 |140,740| | | | | | | |Marzu|123,60|153,410|153,41|78,434 | | |6 | |0 | | | | | | | | |April|329,40|369,125|360,75|326,531| | |8 | |6 | | | | | | | | |Mejju|307,59|201,571|271,70|217,184| | |7 | |2 | |", "Nerġa' nfakkar lill-Onor.", "Interpellant illi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ma hi mertu ta' ħadd imma tiddependi mill-elementi naturali kif ukoll mill-għaqal u mill-bżulija tal-bidwi nnifsu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Filwaqt li l-prezzijiet għall-bdiewa prattikament naqsu matul dawn l-aħħar ġimgħat, huwa evidenti li l-ispejjeż tal- produzzjoni żdiedu.", "Jekk il-Ministru dan jaċċettah, x'inhi l-pożizzjoni tad- dipartiment bil-għan illi jgħin lill-bdiewa jtaffu dan il-piż illi bħalissa qed jiffaċċjaw?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, infakkar lill-Kamra u lil kulmin qed jismagħni li l-ġimgħa l-oħra kien hemm sensiela ta' domandi oħra standard fuq il-produzzjoni ta' dawn prodotti agrikoli, pero' l-informazzjoni mitluba kienet tirrigwarda speċfikament il-prezz.", "Mit-tabelli li ppreżentajna jidher ċar illi hemm prodotti illi għal din is-sena l-prezz tagħhom żdied fuq is-sena ta' qabel u oħrajn li l-prezz tagħhom naqas.", "Huwa fatt li hemm prodotti li l-prezz tagħhom niżel mis-sena l-oħra għal din is-sena għax il-produzzjoni tagħhom kienet abbundanti, iżda mbagħad hemm prodotti oħrajn li l-prezz tagħhom għola għax il-", "produzzjoni kienet anqas abbundanti minn tas-sena l-oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jipparaguna l-qabda ta' ħut f'Mejju ta' din is-sena ma' dik ta' l-istess xahar tas-sena l-oħra?", "In vista tal-ftehim li hu laħaq mas-sajjieda dwar provvista ta' duty-free fuel - dan il-ftehim ġie inizjalat għal ħabta ta' l-1 ta' Mejju - f'termini prattiċi u f'termini reali kif qed jitrasforma ruħu dan l-arranġament u x'qed ifisser għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma niftakarx iċ-ċifri eżatt pero' jekk wieħed jara l-irċevuti fiskali li ġew ippreżentati u jqabbel l-ammont ta' ħut illi ddaħħal minn mindu ilu japplika l-ftehim li permezz tiegħu s- sajjieda qegħdin jieħdu d-diesel mingħajr dazju, isib li fix-xahar ta' Mejju ta' din is-sena meta mqabbel max-xahar ta' Mejju tas-sena l-oħra l- ammont ta' ħut li ddaħħal fil-pixkerija - taqta' barra t-tonn, għax it-tonn bħalissa huwa fl-aqwa ta' l-istaġun - huwa ta' madwar 50% iżjed.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li l-ħut qed jinqabad bid- diesel!", "(Interruzzjonijiet) Ejja ma nkunux purċinelli!", "Ħu pjaċir għax issa s-sajjieda qegħdin jiddikjaraw iżjed!", "Jekk tieħu l-ħut kollu li ddaħħal fil-pixkerija minbarra t-tonn f'Mejju ta' din is-sena u tqabbel il- valur tiegħu ma' kemm kien is-sena l-oħra, issib li din is-sena hemm żieda ta' 50% iżjed.", "Jekk inti tieħu mbagħad il-ħut kollu, inkluż it-tonn, issib li l-qabda totali kollha ta' tonn u ħut ieħor li daħal din is-sena f'Mejju meta mqabbel mas-sena l-oħra hija ta' 150% iżjed, jiġifieri darba u nofs iżjed.", "Dan qed isir għax is-sajjied ovvjament jaqbillu.", "Per eżempju, hemm min daħħal qabda tonn ta' Lm10,000.", "Meta dan imur biex jixtri d-diesel u jippreżenta l-voucher lid-dipartiment, se jiffranka madwar Lm600 għax għandu 6c1 fuq kull litru.", "Mela bejn wieħed u ieħor fuq qabda ta' Lm10,000, meta taf illi għal kull 94c3 is-sajjied se jieħu lura 6c1 tad- diesel, ifisser li dan se jieħu madwar Lm600.", "B'hekk is-sajjieda qegħdin jiddikjaraw iżjed.", "(Interruzzjonijiet)", "Biex is-sajjied ikun jista' jibbenefika mill-provvista ta' duty-free diesel irid jiddikjara l-ammont ta' qabda fi flus, jiġifieri f'bejgħ, u skond kemm jiddikjara jkun jista' jingħata ammont ta' duty-free diesel .", "Hekk taħdem is-sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Donnu li meta s-sajjieda jmorru jistadu u jitfgħu l- parit, jew ix-xibka jew il-konz, il-ħut jinqabad skond is-sussidju li jieħdu s-sajjieda fuq id-diesel!", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien dawn imorru jistadu u jekk l-fortuna tgħinhom jaqbdu aktar u jekk ma jkunux iffortunati jaqbdu inqas.", "Allura meta l-Ministru qed jgħid li issa qed jinqabad aktar ħut għax is-sajjieda qed jiddikjaraw aktar - naturalment għax jaqblilhom u jdaħħlu flus aktar b'hekk - qed jimplika li kien hemm min kien jaħrab milli jdaħħal l-ħut li suppost kellu jdaħħal?", "Għidha ċara jekk inhu hekk!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Tant hu kif qed jgħid l-Onor.", "Mizzi, li meta bdejna ...", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nistaqsi qiegħed mhux ngħid!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Għal darba ġibtha żewġ!", "MR SPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid ngħid illi kultant nieħu pjaċir naqsam ċajta ma' l-Onor.", "Joe Mizzi u anke ma' l-Onor.", "Noel Farrugia.", "L- istorja hija hekk.", "Is-sajjieda ġew u ltqajna madwar mejda biex naraw kif se taħdem is-sistema - għamluh bl-akbar irġulija - u bdejna naħdmu fuq kemm hija l-qabda ddikjarata ta' kull sena u ħadna average ta' l-aħħar tliet snin.", "Meta ġejna għall-figura qaluli li l-qabda li huma ddikjaraw bħala average għall-aħħar tliet snin kienet ta' Lm1.2 miljun.", "Meta inti tieħu din iċ-ċifra ta' qabda ta' ħut kull sena u tiddividiha bejn 400 sajjied issib illi kull sajjied kien qiegħed ibiegħ b'madwar Lm3000, ċifra assurda.", "Aħna tkellimna bejnietna u għedna li dan ma jistax ikun u li ħadd m'għandu jidħaq b'ħadd.", "Għalhekk ftehemna li jgħollu ċ-ċifra b'50% u minn Lm1.2 miljun tlajna għal Lm1.9 miljun.", "Onor. Mizzi, jien qed nagħtik daqsxejn indikazzjoni kif u għaliex is- sajjieda qegħdin jiddikjaraw qabda akbar.", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament jaqblilhom għax jieħdu iżjed ammont ta' duty-free diesel .", "Infakkar illi għal kull Lm1 qabda ta' ħut illi s-sajjieda jiddikjaraw jieħdu litru duty- free diesel.", "Irrid ngħid li dawn kienu rġiel u wasalna għal ftehim li jagħmel ġid għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fl-istess kuntest illi l-Ministru qed jispjega l-pożizzjoni tas-sajjieda, jista' jagħtina l-pożizzjoni tal- bdiewa?", "Lili jirriżultali li s-sistemi ta' produzzjoni tal-bdiewa, il- bexx, il-fertilizzant, il-mediċini u ż-żriegħ għolew u d-dħul tagħhom naqas.", "In vista ta' dan, il-Ministru qed jagħmel evalwazzjoni serja tas- sitwazzjoni jew ħalla lill-bdiewa għal riħhom?", "X'inhi l-policy tad- dipartiment biex jgħin lil dawn il-bdiewa ħalli ma jkomplux iġarrbu dan it- telf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena jiddispjaċini nisma' lil min jistaqsi fuq mediċini, pestiċidi u insettiċidi - iva, nista' nifhem li dawn għolew - għax għandna nagħmlu sforz u nibqgħu nħeġġu, bħalma kien jgħid tant tajjeb l-Onor.", "Membru, ħalli bil-mod immorru lejn l-organic farming u allura kemm jista' jkun neliminaw l-użu ta' kimika fil-produzzjoni agrikola.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra wkoll kien hemm sensiela ta' mistoqsijiet rigward il-prezz tad-diversi prodotti, u bħalma kien hemm indikat fit- tabelli li ċerti prodotti mis-sena l-oħra għal din is-sena għolew fil- prezz, hemm oħrajn illi l-prezz tagħhom niżel.", "Dawn huma prodotti li l- prezz tagħhom jiddependi skond il-provvista, jiġifieri iżjed ma jkollok provvista u iżjed ma l-prodott jilħaq f'daqqa u jkun fl-abbundanza, inqas ikun il-prezz.", "Għall-kuntrarju, meta jkollok skarsezza ta' prodott il- prezz ta' dak il-prodott jogħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Peress li l-Ministru jaf kemm verament inqabad ħut - nerġa' ngħid li l-qabda tidher li żdiedet għax is-sajjieda jaqblilhom jiddikjaraw aktar - nitolbu jkun raġel u jgħid kemm qabdu ħut l-part- timers, peress li dawn ma jeħdux tad-diesel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena naħseb li jien raġel daqskemm hu raġel l-Onor.", "Mizzi!", "Dan l-agreement sar mas-sajjieda full-timers u għalissa lilhom biss jirrigwarda.", "Meta jiena tkellimt dwar il-ftehim li ntlaħaq, għedt li l-qabda mdaħħla fil-pixkerija saret minn 400 sajjied full- timer u mhux part-timer.", "Tippretendix li nagħtik iċ-ċifri tal-part-timers meta dan il-ftehim sar ma' sajjieda full-time!", "(Interruzzjonijiet)", "Jien qed inwieġeb dwar l-agreement illi sar mal-full-timers u peress li l-part-timers mhumiex imdaħħla fl-iskeda m'għandix l-informazzjoni.", "Jekk l- Onor. Mizzi jrid xi informazzjoni dwar il-part-timers, nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nqabbad lin-nies tad-dipartiment jiċċekkjaw kemm ħut fil-pixkerija ddaħħal mill-part-time fishermen.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministu jikkonferma jekk is-sistemi tal- produzzjoni li japplikaw il-bdiewa biex ikabbru l-uċuħ, u ċioe' is-serer, għolewx matul dawn l-aħħar xhur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Inti qed tgħid għar-rigward tal-materjal tas-serer jew għall-prodott li jitkabbar fis-serer?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Jiena qed nistaqsik tikkonfermax, iva jew le, jekk is-sistemi ta' produzzjoni li japplikaw il-bdiewa biex ikabbru l-uċuh tagħhom jew mis-serer - jiġifieri s-sistemi li japplikaw b'mod ġenerali, biex ma noqogħdux nitkellmu jekk hux organic jew mhux organic - għolewx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jekk qed nifhem tajjeb l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsini jekk is-sistema ta' produzzjoni fis-serer kif ukoll barra mis-serer għolietx għall-bidwi jew le.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nqabbad l- esperti tagħna jiċċekkjaw fid-dettall.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Sur President, lill-Ministru jien ma staqsejtux fuq il- part-timers - bħal dak li qallu l-laneċ tagħhom mhux bid-diesel ukoll jaħdmu; jekk irid xorta jista' jilħaq arranġament magħhom - imma staqsejtu jekk fl-istess perijodu li qal li żdiedet il-qabda tal-ħut żdiedux ukoll il- part-timers, biex nara jekk ir-riħa tad-diesel għamlietx effett fuqhom ukoll!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Mizzi jaf li dan l-agreement sar mal-full- timers - għax donnu qed jindika li d-dgħajjes tal-part-timers jaħdmu bil- qlugħ! - u jekk irid ikun jaf kemm iddaħħal ħut fil-pixkerija mill-part- timers, nitolbu jagħmilli mistoqsija bil-miktub u nirrispondih.", "Pero' irrid infakkru lill-Onor.", "Membru li sa l-1971 gvern Nazzjonalista kien jissussidja lis-sajjieda tliet soldi fl-iskud fejn tidħol il-provvista ta' fuel.", "Imbagħad għal xi raġuni jew oħra fl-1971 u fl-1972 gvern Laburista kien neħħa s-sistema li s-sajjieda jingħataw id-diesel duty-free.", "Dik hi l-istorja.", "Issa għandek 400 sajjied full-time li kienu qed jiddikjaraw qabda ta' Lm1.2 miljun, jiġifieri kull sajjied qed jaqbad bi Lm3,000.", "(Interruzzjonijiet) Dik kienet l-użanza sa l-1971 u s-sajjieda kienu jingħataw sussidju ta' 15% fuq il-fuel .", "Dik spiċċat wara l-1971 u s- sajjieda ilhom minn dak iż-żmien jiġġieldu bi dritt biex huma wkoll jibdew jingħataw sussidju fuq l-użu tad-diesel, bħalma jingħataw sajjieda oħra li joperaw minn pajjiżi ġirien tagħna, b'mod partikolari dawk is-sajjieda fil- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Bi pjaċir nerġa' ngħid li wara li ltqajna madwar mejda mas-sajjieda, ilħaqna ftehim li permezz tiegħu mill-inqas is-sajjied qed jingħata lura bħala sussidju madwar 35% ta' l-ispiża tal-fuel li jonfoq biex joħroġ jistad.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Peress li l-Ministru wasal biex qal li d-dikjarazzjoni tal-qabda tal-ħut qed tkun aktar għolja għax is-sajjieda kienu jevadu t- taxxa, allura bħala membru responsabbli se jgħaddi din l-informazzjoni lill- ministru tal-finanzi biex l-affarijiet ikunu jistgħu jiġu investigati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, sħabna ta' faċċata tagħna għamlu sentejn fil-gvern u dan l-inkonvenjent qatt ma taw kasu u qatt ma waslu biex jagħmlu agreement bħal dan li għamilna aħna.", "(Interruzzjonijiet) Ilqattek bull's eye!", "ONOR JOE MIZZI: Din se tispiċċa bullshit!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, lill-Onor.", "Membru ngħidlu biex ma noqogħdux inħarsu lejn il-passat imma nħarsu lejn il-futur u nkomplu ngħinu biex niżguraw li l-industrija tas-sajd tkompli tiżviluppa u tikber għall-ġid ta' kulħadd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC ta' Mejju 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16995; u", "Tagħrif dwar studenti fi skejjel tal-Knisja li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC ta' Mejju 1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16996; u", "Informazzjoni bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16997.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-20 ta' Ġunju 2000)", "RULING TAL-PRESIDENT TAL-KUMITATI", "THE CHAIRMAN: Se nagħti ruling fuq il-punt imqajjem mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni matul is-seduta ta' l-20 ta' Ġunju 2000.", "L-estratt ta' l-Erskine May li għalih għamel riferenza l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid testwalment:-", "\"At the end of a Bill there may be one or more schedules which contain matters of detail dependent on the provisions of the Bill.", "A schedule is part of the Bill but is dependent on one or more of the preceding clauses by means of which the provisions of the schedule are carried into effect.", "Schedules are common in Government Bills and are not infrequently as long or longer in total length than the provisions of the Bill.", "The Finance Bill 1995/96 was published in two separate volumes of roughly equal length, volume one containing the clauses of the Bill and volume two the schedules.\".", "It-Tieni Skeda li dwarha l-Kap ta' l-Oppożizzjoni talab ruling hi dipendenti fuq klawsola 32 ta' l-abbozz ta' liġi li qed jiġi diskuss u hi konsegwenzjali għad-dispożizzjonijiet ta' l-abbozz li qed jibdel is-sistema legali li tirregola t-telekomunikazzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jikkontesta jekk kellux jiġi ppreżentat abbozz ta' liġi separat li jemenda l-Att Nru XXXIII ta' l-1997 minflok ma l-emendi jsiru fi skeda għal dan l-abbozz li l-Kamra għandha quddiemha llum.", "L-iskeda tagħmel fid-dettall l-emendi konsegwenzjali għal Att Nru XXXIII ta' l-1997 li huma meħtieġa b'konsegwenza għall-prinċipji enunċjati f'klawsola 4 ta' l-abbozz.", "Jekk l-Att Nru XXXIII ta' l-1997 ma jiġix emendat kif provdut fl-iskeda, ir-riżultat ikun li jkollna żewġ liġijiet inkompatibbli.", "Din il-proċedura li tipprovdi għal emendi, konsegwenzjali u m'humiex, fi skeda għal abbozz, hi proċedura li ilha segwita żmien twil f'dan il-Parlament u llum tikkostitwixxi prattika kostanti ta' din il- Kamra.", "Fil-leġislatura li għaddiet din il-Kamra approvat l-Att Nru. XVII ta' l- 1998 li permezz tal-Ħames Skeda tiegħu emenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l- Income, Kap 123, l-Att ta' l-1994 dwar is-Segretezza Professjonali u l-Att ta' l-1995 dwar il-Kumpanniji.", "Fil-leġislatura ta' qabel dik, l-Att Nru XXIV ta' l-1995 fl-iskeda tiegħu dipendenti fuq il-klawsola 360 ġew emendati 16-il liġi oħra, senjatament Kap 1, Kap 9, Kap 135, Kap 199, Kap 217, Kap 220, Kap 261, Kap 266, Kap 280, Kap 13, Kap 48, Kap 55, Kap 65, Kap 69, Kap 108, Kap 289 u Kap 326.", "L-Att Nru IX ta' l-1982 ħassar u emenda b'żewġ skedi, dipendenti minn abbozz konsistenti biss fi tliet klawsoli, 30 liġi li 20 minnhom ġew kompletament imħassra.", "L-Att Nru VIII ta' l-1982, bi skeda dipendenti minn abbozz ta' żewġ klawsoli, emenda disa' liġijiet.", "Sabiex wieħed imur aktar 'il bogħod minn hekk jista' jsemmi l-Att Nru XXXI ta' l-1966 li bi skeda dependenti fuq abbozz bi tliet klawsoli emenda 45 liġi.", "Għalhekk jidher illi kemm fid-dawl ta' l-artikolu 67(1) tal-Kostituzzjoni li jipprovdi li l-Kamra tirregola l-proċedura tagħha stess, kif ukoll l- ordni permanenti 197, ma hemm xejn li jirrendi l-proċedura adottata fit- Tieni Skeda ta' dan l-abbozz nulla jew ultra vires.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq punt ta' kjarifika jekk ma jimpurtax.", "Qed nifhem tajjeb jien li r-ruling jinsisti fuq il-konsegwenzjalità, jiġifieri li dak li qed jintqal fl-iskeda irid ikun konsegwenzjali għal-liġi?", "Hija sine qua non f'dak li qed tgħid inti jew le, Sur President?", "THE CHAIRMAN: Iva, eżattament.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-konsegwenzjalità hija xi ħaġa li aħna għandna kull dritt nqajmu f'kull stadju tad-diskussjoni tat-Tieni Skeda.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "THE CHAIRMAN: Nimxu skond ir-regoli li dejjem imxiet bihom fil-prattika din il-Kamra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma fir-ruling tiegħek qed tpoġġi bħala sine qua non il-konsegwenzjalità bejn dak li ġara bejn klawsola 1 u 32 u dak li qed nagħmlu fl-iskeda.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "THE CHAIRMAN: Eżattament, però wieħed irid iqis ukoll li bħalma hi l- prassi li ċerti abbozzi ta' liġi jemendaw liġijiet oħra anke permezz ta' skedi ....", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, int qiegħed on record li qed tgħid li dak li qed jintqal fl-iskeda irid ikun konsegwenzjali għal-liġi.", "Issa fir-ruling tiegħek ma tajtnix gwida fuq punt li qajjimt jien dalgħodu u nixtieqek jekk jogħġbok tagħti ruling fuqu.", "Se nitlob mill-ġdid ruling formali fuq xi ħaġa konkreta ħalli ma mmorrux ħażin.", "Jekk inħarsu lejn subartiklu (6) ta' artiklu 44 - kif propost f'partita 12 ta' l-iskeda - jiena wieħed minn dawk li nixtieq ngħid le għalih bla ma npoġġi emenda, għax jirrigwarda artiklu 37 tal-Kostituzzjoni dwar id-dritt ta' kumpens għal proprjetà privata.", "Ma rridx nagħmel emendi għaliha imma rrid ngħid le.", "THE CHAIRMAN: Qed tirriferi għal subartiklu (6) ta' artikolu 44 ta' partita 12 tat-Tieni Skeda.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nista' ngħid għall-partita 12 kollha, għax subartikolu 44(6) kif propost jiddetermina l-partita kollha kemm hi.", "Fuq dak jien ma nixtieqx nagħmel emenda.", "Jiġifieri jien qed nitlob ruling issa fuq punt speċifiku li qajjimt dalgħodu li s'issa m'għandix risposta għalih u allura għandna bżonn ruling ġdid.", "Se npoġġih bħala każ konkret għax dalgħodu ntqal li nistgħu nagħmlu emendi u fuq l-emendi jittieħed vot.", "Jiena nixtieq issa npoġġi żewġ każi konkreti.", "Minn naħa fuq partita 12 ma nixtieqx nagħmel emenda imma ċertament nixtieq nivvota le - riferibbilment għal subartikolu 44(6), kif propost, imma mbagħad tiġi partita 12 kollha skond kif timxi l-proċedura tal-liġijiet - u min-naħa l- oħra mbagħad prima facie fuq partita 9 ta' l-istess skeda m'għandi l-ebda oġġezzjoni biex nivvota iva.", "X'għandha tkun il-pożizzjoni ta' deputat tal- parlament f'sitwazzjoni bħal din fid-dawl tar-ruling li għadek kemm tajt, fir-rigward ta' liġi sostantiva li fuq dawn iż-żewġ punti qed tinbidel b'mod sostantiv?", "Dan dejjem fid-dawl ta' x'tgħid il-Kostituzzjoni - apposta qed inpoġġi l-punti b'dan il-mod - dwar il-fatt li l-liġijiet għandhom jgħaddu kif imiss.", "Nixtieq nippunta wkoll li mingħajr preġudizzju għall-kummenti li nista' nagħmel fuq il-preċedenti li semmejt inti fir-ruling tiegħek, jekk ma tqajmitx oġġezzjoni għal dawk il-preċedenti ma jfissirx li dawk il- preċedenti jistgħu jintużaw oltre l-Erskine May.", "Skond l-istanding orders tagħna, l-Erskine May huwa preponderanti fil-każ ta' kif trid tmexxi l- proċedura tal-parlament, jiġifieri biex kollox ikun regolat bla preġudizzju.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Chairman, ir-ruling tiegħek segwejnieh kollha kemm aħna u safejn naf jien il-proċedura hi li ladarba jingħata ruling, irridu nbaxxu rasna għalih għax dik hija d-deċiżjoni tas-Sedja.", "Ir-ruling tiegħek kien dettaljat u ta spjegazzjoni dwar x'sar f'dan il-parlament għal numru ta' snin - anke fl-amministrazzjoni preċedenti meta l-prim ministru kien Dr Alfred Sant, meta anke taħt dik l-amministrazzjoni ntużat din il- proċedura - u nistgħu ngħidu li qatt ma tqajmet l-ebda diffikultà fuq l- Erskine May u fuq proċeduri u mhux proċeduri.", "Naħseb li l-proċeduri jgħoddu dejjem, sia jekk tkun bil-qiegħda fuq ix-xellug u sia jekk tkun bil- qiegħda fuq il-lemin ta' din il-Kamra.", "Ma jistax ikun li dawn il-proċeduri jkunu tajbin taħt ċerti ċirkostanzi u mhux tajbin taħt ċirkostanzi oħra.", "Però dwar il-punt li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar subartikolu 44(6) kif propost f'partita 12 tat-Tieni Skeda, fejn qed jistaqsi x'għandu jagħmel deputat meta jrid jivvota le għal xi parti mil- liġi, jien ngħidlu li għandu jagħmel bħalma għamel hu meta konna qed niddiskutu klawsoli oħrajn ta' din l-istess liġi.", "Nieħdu klawsola 26 ta' l- abbozz - għax din ġiet quddiemi - li għandha żewġ sub-paragrafi.", "Kieku l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ried jgħid iva għal klawsola 26 imma le għal subklawsola (2) tagħha, x'kien jagħmel?", "Kien jippreżenta emenda biex subklawsola (2) titħassar.", "U jekk l-emenda tiegħu ma tgħaddix, inti mis- Sedja kont tgħidilna: L-emenda m'għaddietx, issa klawsola 26.", "Dawk favur?", "Dawk kontra?", "U kien ikollu l-libertà finali - allavolja m'għadditlux l- emenda tiegħu - li xorta jivvota le għal klawsola 26.", "Allura jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew xi ħadd ieħor min-naħa ta' l- oppożizzjoni għandu xi diffikultà fuq subartikolu 44(6), kif propost f'partita 12 ta' l-iskeda, u jixtieq jemendaha jew saħansitra jixtieq iħassarha, ir-regolamenti jippermettulu li jippreżenta emenda li tħassar dak is-subartikolu, jittieħed vot fuqha u l-istorja lanqas tkun waqfet hemm.", "Ikun jonqos stadju ieħor.", "Għax finalment meta niġu għall-vot finali fuq klawsola 32, is-Sedja terġa' tistaqsi jekk il-Kamra taqbilx fuq klawsola 32 u l-iskeda kif emendata.", "U anke hemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jerġa' jkollu t-tieni ċans, jekk irid, li hu jivvota kontra.", "Jiġifieri mhux option waħda għandhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u d-deputati l-oħrajn ta' din il-Kamra.", "Naħseb li din mhix kwestjoni ta' ruling imma hija kwestjoni ta' proċedura stabilita li nużawha kontinwament u diġà wżajnieha fil-klawsoli preċedenti ta' dan l-abbozz.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ninsisti għal ruling fuq dak li tlabt jien, Sur President, għalkemm nista' nipprevedi x'se tkun id-deċiżjoni għax hawnhekk echo chambers!.", "THE CHAIRMAN: Qed nifhem tajjeb jiena li inti trid ruling dwar partita 12 ta' l-iskeda meta aħna għadna lanqas bdejna niddiskutuha?", "Meta niġu għal partita 12 mbagħad ovvjament wieħed iressaq l-emendi li jixtieq imma mhux issa meta għadna lanqas bdejna l-iskeda!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ir-rimarki tiegħek ikomplu jħawduni, Mr Chairman!", "X'jiġifieri meta naslu għaliha?", "Għandna klawsola 32 u l-iskeda għad- diskussjoni.", "Ir-ruling tiegħek ifisser li għandna kollox fuq il-Mejda, għandna klawsola 32 u l-iskeda għad-diskussjoni.", "Jien qed nistaqsi kif se nipproċedu - u għalhekk qed nitlob ruling ieħor issa - peress li fuq parti minnha ma rridx nivvota favur u lanqas kontra u ma rridx lanqas nagħmel emenda.", "Ma rridx nagħmel emenda għax taħt il-proċedura kif stabilita mill- Erskine May u mill-istanding orders tista' ma tressaqx emenda u fl-istess ħin tgħid le.", "Tajba din, il-parlament qed jiġi obbligat issa li kull pass li jieħu, għax il-gvern jixtieq hekk, jagħmel emenda fuqha din!", "Dan imur kontra kull spirtu ta' kif jaħdem dan il-parlament.", "Il-gvern jipproponi u l-parlament jgħid iva jew le.", "Issa qed jgħidulna: Le, issa jekk tridu tgħidu le f'dan il-każ agħmlu emenda biex tneħħuha.", "Mhux bilfors, skużi, u m'għandniex nivvintaw proċeduri ġodda.", "Jien qed ngħid li hemm parti minn din il-partita, parti mill-pakkett kollu, li bir-ruling tiegħek irridu nitkellmu fuqu kollu at one go, li jien nixtieq nivvota le fuqha imma ma nixtieqx inressaq emenda biex titneħħa.", "Nixtieq nivvota le, kif kien ikolli kull libertà li nagħmel hawn bħala deputat tal-poplu, kieku tressaq abbozz ta' liġi li jemenda t- Telecommunications (Regulation) Act, xejn aktar u xejn anqas.", "U bir- rispett kollu, m'hu veru xejn li ma tistax iżżomm waħda paripassu ma' l- oħra għax ġrat kemm-il darba din.", "Għax jekk tħares lejn kif konna bdilna l-Financial Services Act issib li saru tliet liġijiet jiġru flimkien, waħda ma' l-oħra, ma' l-oħra - u ma kienx każ wieħed fejn ġara dan - u hija ħrafa li tgħid li ma tistax tbiddel waħda għax inkella l-oħra tibqa' zoppa!", "It- tnejn jistgħu jinbidlu flimkien.", "Anke l-Kostituzzjoni bdilnieha b'dan il-mod meta emendajna l-liġi taċ-ċittadinanza u konna emendajna wkoll l-Att dwar l-Immigrazzjoni fl-istess ħin.", "Għax b'dan l-approach se tiftaħ coach and horses!", "Jekk inhija konvenjenza tal-gvern li jagħmel hekk affari tiegħu, imma l-punt huwa differenti.", "S'issa d-deputati ta' dan il-parlament kellhom il-fakultà li jgħidu le jew iva għal parti mill-artikolu.", "Dik issa qed tiċċaħħad u qed nitlob ruling li huwa in line mar-ruling tiegħek stess għax kollox huwa għad- diskussjoni hawn issa.", "Jiena ġibtlek eżempju konkret ta' partita 9, fejn prima facie jien lest nivvota iva għaliha, imma mbagħad għas-subartikolu 44(6) kif propost f'partita 12 jien nixtieq nivvota kontra.", "U m'hijiex risposta li tgħidli biex inressaq emenda biex titneħħa.", "Dik hija restrizzjoni fuq il-mod kif jaħdem dan il-parlament għax dan il-parlament s'issa kellu din il-fakultà.", "Din hija restrizzjoni fuq id-dritt tal- parlament li jkun jista' jgħid iva jew le fuq xi ħaġa.", "U jien qed ngħidlek li fuq partita 12, riferibbilment għal subartikolu 44(6), ma rridx nagħmel emenda imma rrid nivvota le.", "Allura x'għandi nagħmel?", "Dak huwa r-ruling li qed nitlob in the light tar-ruling preċedenti tiegħek, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, ħalli niftehmu sewwa x'aħna nagħmlu.", "L-ewwelnett għandu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid li għandna l-klawsola 32 u l-iskeda flimkien għad-diskussjoni, mhux biċċa u biċċa.", "Issa x'qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Hemm subartikolu 44(6) li qed jiġi propost f'partita 12 u qed jistaqsi jekk għandux dritt, bħalma kieku kien ikollu kieku qed nagħmlu kumitat, li fuq subartikolu 44(6) jivvota le.", "(Interruzzjonijiet) Mela fhimtek ħażin u allura aħjar terġa' tispjegali għax fhimtek ħażin.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli ma noqgħodux niddiskutu abbużi ta' false herrings u red herrings.", "Għar-raġuni ta' subartikolu 44(6) jien nixtieq nivvota le fuq il-partita 12 kollha.", "Qed niftehmu issa?", "Qed nimmotivaha anzi biex inkun aktar trasparenti.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed taħseb li biddiltha.", "Subartiklu 44(6) jitkellem fuq prinċipju li jien kontra tiegħu.", "Dan hu l-argument tiegħi, anzi kont aktar onest minn ħaddieħor għax kont trasparenti u għedtlek li minħabba subartikolu 44(6) nixtieq nivvota kontra partita 12 kollha kemm hi.", "THE CHAIRMAN: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tajjeb, solvejnieha!", "Jekk il-problema ta' partita 12 għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa subartikolu 44(6) kif propost, jista' jipproponi emenda biex ineħħi subartikolu 44(6) bħalma kieku kien jagħmel li kieku konna qegħdin nagħmlu liġi separata kif jixtieq il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "L-istess ħaġa jista' jagħmel.", "Ma nistax nifhem għaliex il- Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jagħmel xi ħaġa issa li normalment ma kienx jagħmilha.", "Ma nistax nifhimha din!", "Għalfejn?", "Kulma trid tagħmel biex din id-dilemma kbira ssolviha huwa li tressaq emenda - ħadd m'hu se jgħidlek le - u titlob li subartikolu 44(6) kif propost jitħassar.", "Isir il-vot fuq dik l-emenda u mbagħad finalment is-Sedja tpoġġi l-mistoqsija fuq klawsola 32 kollha u l-iskeda.", "U bħal dik l-emenda jista' jkun hemm emendi fuq partijiet oħrajn ta' l-iskeda.", "Diġà hemm emenda min-naħa tal-gvern, jiġifieri din hija proċedura ta' kuljum ta' dan il-parlament.", "Ma nafx għaliex din il-proċedura ta' kuljum trid tinbidel issa għal dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tajba din!", "Jien ngħid li l-fakultà li għandna f'dan il-parlament hija li nivvotaw favur, li nivvotaw kontra jew li nagħmlu emenda - dawk huma t-tliet fakultajiet li għandna - u tista' tastjeni wkoll.", "Issa fis-sapjenza tiegħu l-Viċi Prim Ministru qed jgħidilna li ma nistgħux nivvotaw le imma rridu nressqu emenda.", "Dak li qed jgħidilna, qed jagħmel restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-parlament.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li restrizzjoni!", "Fi stadju tal-kumitat kull klawsola titla' għall- vot.", "U għalhekk l-Erskine May huwa preċiż fuqha din, skeda tista' tidħol biss fuq dettall konsegwenzjali għal-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Fuq dettall iva imma mhux fuq prinċipju, fuq sustanza.", "Iva, tista' tkun pożizzjoni loġika u kompletament tajba li tgħid: Mhux se nagħmel emenda, se nivvota le.", "U dan hu l-punt tiegħi u mhux jiġi mbagħad il-Viċi Prim Ministru jgħidli: Agħmel emenda!", "Skużi, jien ma rridx nagħmel emenda imma rrid nivvota le.", "Allura l-Erskine May għalxiex qiegħed, biex ninsewh f'daqqa waħda?", "Issa r-ruling ingħata - u naħseb li ta' min jikkontestah bil-qrati dan ir- ruling, imma ħalliha dik - u allura issa rrid ruling jekk jogħġbok, Sur President, fuq x'għandi nagħmel jien.", "Ma nixtieqx nagħmel emenda imma nixtieq nivvota le.", "U jekk jogħġbok niggwida ruħi mbagħad bir-ruling tiegħek fuq din il-ħaġa.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiż sakemm nagħti ruling fuq din il- materja.", "Fis-6.45 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma 30 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Ġejt mitlub mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex nagħti ruling dwar kif għandha ssir il-votazzjoni fuq Klawsola 32 u t-Tieni Skeda ta' l- Abbozz ta' Liġi għat-twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il- Komunikazzjoni.", "Il-mod kif issir il-votazzjoni hu regolat bl-Ordnijiet Permanenti u l- konswetudni kostanti ta' din il-Kamra, u ċioè li l-ewwel jittieħed vot fuq l-emendi li jkun hemm fuq il-klawsola u wara jittieħed il-vot fuq il- klawsola sħiħa kif tkun emendata b'dawk l-emendi li jkunu mgħoddija mill- Kumitat.", "Dan hu l-mod li bih għandu jimxi l-Kumitat f'din il-kwestjoni, skond l- Ordnijiet Permanenti u r-ruling tas-Sedja tal-lum stess, li skond l-Ordni Permanenti 62 ma jistax jiġi diskuss illum.", "Klawsola 32 (Kont.) - Revoka u riservi.", "Clause 32 (Cont.) - Revocation and savings", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-fatt waħda mill-emendi diġà tressqet dalgħodu u għandi emenda oħra li għadha qed tiġi drafted u nressaqha aktar 'il quddiem.", "L-iskeda li għandna quddiemna tinkorpora fiha numru ta' emendi għall-Att ta' l-1997 biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.", "Wieħed jista' jgħid li dawn l-emendi huma konsegwenzjali għall-bidliet li għandna fl-abbozz ta' liġi li se jwaqqaf l-awtorità dwar il-komunikazzjoni, u mbagħad hemm ukoll il-pjan nazzjonali dwar il-bidliet importanti li jridu jseħħu fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u l-mod kif joperaw f'pajjiżna d- diversi operaturi li jagħtu servizz f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, Sur President, in vista tal-balbuljata li għandna quddiemna issa, ikun tajjeb li niftehmu kif se naħdmu għax ma nistgħux ngħidulhom klawsoli dawn li għandna fl-iskeda u lanqas nistgħu ngħidulhom artikoli!", "Nistgħu ngħidulhom paragrafi enumerati taħt l-iskeda.", "Kif se nagħmlu, nisparaw across the board fuq kollox, inkluż dan il-pjan nazzjonali jew se naħdmu b'xi metodu?", "Tridu nibdew nittrattaw paragrafu wara l-ieħor, ma nafx?", "Jiena nissuġġerixxi li għallinqas ikollna metodu kif naħdmu għax m'għandniex metodu hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Dik xi ħaġa li tridu tiftiehmu fuqha ż-żewġ naħat.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jitkellem dwar il-possibbiltà li niddiskutu paragrafu wara ieħor, ċertament li min-naħa tiegħi m'hemmx oġġezzjoni.", "Però ma nafx x'qed jipprova jgħid preċiżament.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għedt dak li għedt, Sur President.", "Quddiem din il- liġi li se tinbidel qisha kienet xi amendment Bill, ma nistgħux niddiskutu klawsola klawsola imma rridu nistabilixxu metodu.", "Ma naħsibx li huwa metodu tajjeb li nibdew daqqa nitkellmu fuq paragrafu 1, daqqa nitkellmu fuq il-pjan nazzjonali u daqqa mmorru fuq paragrafu 12.", "Jien qed nissuġġerixxi li naħdmu billi nieħdu paragrafu wara paragrafu, għax ma nistgħux insejħulhom klawsoli dawn.", "Mhux ovvja li qed nissuġġerixxi metodoloġija kif immexxu d-diskussjoni, xejn aktar u xejn inqas!", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sur President, mhux l-ewwel darba, kif intqal ripetutament, li kellna liġijiet bħal dawn bi skeda li temenda liġi jew diversi liġijiet.", "Naturalment il-vot jittieħed fuq klawsola 32 u l-emendi li jista' jkun hemm, anke fuq l-iskeda, però min-naħa tal-gvern m'hawnx oġġezzjoni li nibdew ngħidu: klawsola 1, hemm kummenti fuqha?", "Issa nsejħulhiex klawsola jew artiklu, ma naħsibx li huwa tant importanti.", "Ma jfissirx li se nieħdu vot fuq klawsola 1, għax il-vot jittieħed fuq klawsola 32.", "Jekk l-oppożizzjoni tippreferi mod ieħor - per eżempju, li wieħed jgħid li jrid jikkummenta fuq il-pjan - m'hemmx diffikultà min-naħa tagħna.", "Jien nirrakkmanda li nagħmlu l-punti u ma naħlux żmien.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nagħmel l-istess rakkmandazzjoni tal-Prim Ministru, li ma naħlux żmien, għax diġà kellna ħafna każi matul dan id- dibattitu fejn in-naħa tal-gvern ħliet ma nafx kemm żmien, anke biex taċċetta punt elementari.", "Però ma nistgħux insejħulhom klawsoli lanqas u għalhekk qed ngħid li se nsejħulhom paragrafi.", "Min-naħa tagħna s- suġġeriment kien li nieħdu paragrafu wara paragrafu, ovvjament mingħajr ma jkun hemm vot fuqhom in vista tar-ruling tiegħek, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, diġà għedt u qal ukoll il-Prim Ministru li m'hemmx oġġezzjoni li nitkellmu fuq paragrafu wieħed wara l-ieħor, sakemm naslu għal paragrafu numru 12 fejn hemm il-pjan nazzjonali.", "M'hemmx oġġezzjoni dwar dan.", "Naħseb li qegħdin naqblu u m'hemmx għalfejn inkomplu fuq dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma skużi, jekk m'hemmx oġġezzjoni għal dan kont nistenna li l-Ministru jqum u jibda jispjegalna ftit fuq paragrafu 1.", "(Interruzzjonijiet) Konna aħna li ssuġġerejna li naħdmu paragrafu wara l- ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, paragrafu 1 tat-Tieni Skeda jgħid li kull fejn hemm il-kelma \"regolatur\" fl-Att ta' l-1997 biex jirregola t- Telekomunikazzjoni għandha tidħol il-kelma \"awtorità\".", "Hemm ukoll diversi emendi oħrajn li fil-parti l-kbira tagħhom jitkellmu dwar il-bidla mill- funzjoni ta' regolatur għal dik ta' awtorità.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, se nibda b'sub-paragrafu (1).", "Nixtieq li xi ħadd jispjegali kif it-text Ingliż ħa nofs paġna u t-text Malti ħa mill-inqas tlieta sa għal erba' paġni.", "Il-formatting tagħha assolutament ma jaqbilx waħda ma' l-oħra u nixtieq li xi ħadd jispjegalna kif isiru dawn l-affarijiet.", "Se toqgħod tgħidli li qed infettaq?", "Ma jien qed infettaq xejn.", "Il-paragrafu bl-Ingliż huwa drafted b'mod illi mhux dejjem in line mal-Malti u nixtieq spjega fuqha din.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, fil-fatt dan huwa wieħed mill-punti li tkellimt fuqu wkoll ma' l-avukati li huma responsabbli mid-drafting ta' dan l-abbozz.", "Issa jista' jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidli li, per eżempju, f'sub-paragrafu 2(3) hemm xi problema ta' translation.", "(Interruzzjonijiet) Jekk hemm xi punt li trid tagħmel agħmlu bil-qalb kollha, ma jimpurtax, però r-raġuni għaliex it-text Malti fih dawk il-paġni kollha u t-text Ingliż fih nofs paġna biss jirriżulta mill-mod ta' kif taħdem l-ortografija Maltija, li fejn għandek raġel trid tagħmlu mod u fejn għandek mara trid tagħmlu differenti u fit-text Ingliż m'hemmx dawn il- problemi.", "Din hija r-raġuni għalfejn hemm dik id-differenza kollha bejn it- tul tat-text Malti u tat-text Ingliż!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela ħalli nibdew minn hawn allura.", "Waħda mir- riżultati tal-proċedura li qed insegwu hija li t-text Ingliż qed isewwi t- text Ingliż biss u t-text Malti qed isewwi t-text Malti biss.", "Dak li qed ngħidu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, assolutament m'huwiex dak li qed ngħid jien.", "Li qed ngħid huwa li biex tgħid bil-Malti dak li hemm fit-text Ingliż trid tesprimi ruħek f'ċertu tul minħabba l-mod ta' kif taħdem il- lingwa Maltija, filwaqt li fit-text Ingliż huwa ferm aktar qasir f'dan il- każ.", "M'hemmx varjazzjoni jew inkella mhux suppost ikun hemm differenza bejn il-bidliet fit-test Malti u l-bidliet fit-test Ingliż, huma traduzzjoni waħda ta' l-oħra, m'hemm l-ebda differenza f'dan il-każ.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jiena mingħalija li meta qed nemendaw liġi jkollok test Ingliż li jemenda t-test Malti bl-Ingliż u li jemenda t- test Ingliż bl-Ingliż, u li l-emenda bil-Malti bl-istess mod temenda bil- Malti t-test Ingliż u temenda bil-Malti t-test Malti?", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, naħseb li rridu nitkellmu bis- serjetà.", "Issa se nagħmlu eżerċizzju - u hawn bżonn - kif nitkellmu bil- Malti.", "Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jidhirlu li t-test Malti huwa twil iżżejjed jagħmel emenda biex nagħmluh kemm jista' jkun test qasir.", "Jiena qed ngħid li l-Malti jirrikjedi din il-kwalità ta' drafting għaliex il- kelma \"regulator\" bl-Ingliż kemm tissostitwiha bil-kelma \"authority\", filwaqt li l-kelma bil-Malti trid ħafna artikli u partiċelli, u inti bħala bniedem li taf tikteb bil-Malti ħafna aktar minni tafu dan.", "Għalhekk nakkużak li inti qiegħed biss ittellef iż-żmien ta' dan il-parlament.", "Inti xogħlok hawnhekk bħala kap ta' l-oppożizzjoni u deputat f'dan il-parlament hu li tgħidilna x'inhuma d-diffikultajiet tiegħek fuq dan l-artiklu.", "Qed tgħidilna li t-test Malti huwa twil u t-test Ingliż huwa qasir.", "Dan huwa veru għax kulħadd għandu għajnejn biex jara, kulħadd kapaċi jaqra u dan huwa minnu.", "Issa xi spjegazzjoni trid?", "Għidilna fejn hemm differenza u jekk għandek raġun nagħmlu emenda, mela le!", "Imma l-bqija t-test Malti huwa t-test li qiegħed jemenda t-test Malti tal-liġi prinċipali.", "Bl-Ingliż huma l-istess emendi naturalment għat-test Ingliż.", "Din ħaġa naturali, mhux dejjem hekk isir?", "X'inhu differenti hawn?", "Diġà ħloqtilna diffikultà ta' kif nivvotaw.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur għandek dritt, imma trid tgħid l- affarijiet bis-serjetà!", "Meta trid tivvota kontra xi klalwsola taf x'għandek tagħmel, jew temendaha jew tneħħiha!", "(Interruzzjonijiet) Evidentement din hija t-tattika konfermata għal seduta wara oħra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid itellef il-ħin ta' din il-Kamra.", "Il-bqija jiena sinċerament ma nifhimx x'inti tgħid.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Abela qed jgħid li jiena hekk kont nagħmel.", "Nappellalu biex ikun serju.", "Għadu żgħir ħafna, għandu futur bħala deputat u nawguralu għax huwa wieħed li nistmah bħala bniedem serju, imma nitolbu jsibli fejn qatt jien fl-istorja ta' dan il-parlament għamilt dan il-filibustering.", "Nisfidak, Onor. Carmelo Abela, agħmel riċerka fejn qatt jien bħala kap ta' l- oppożizzjoni tellift il-ħin tal-parlament b'dan il-mod.", "U qabel ma titkellem nirrakkmandalek tiċċekkja.", "(Interruzzjonijiet) Le, la bħala deputat u lanqas bħala kap ta' l-oppożizzjoni fil-karriera tiegħi qatt m'għamilt din it-tattika.", "Hawn għandna liġi, ikkritikaha.", "Nemendawha fejn jidhrilna li tista' tiġi aħjar imma mhux nitilfu l-ħin.", "U rimarki bħal dawk li qed jagħmel bħalissa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni huma ntiżi biss biex jaħlu l-ħin.", "Jekk għandu diffikultà fuq it-test Malti jgħidilna x'inhi d-diffikultà, jekk għandu raġun nagħtuhulu għax hawn qegħdin biex nagħmlu l-aħjar liġi fl-interess tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, se nwaddablu l-ballun minnufih f'wiċċu lill-Prim Ministru għax hu qed jaħli ż-żmien u hu li mhux serju!", "Mela jiġi jakkuża lilna li m'aħniex serji hawn!", "Jidħol qisu pittirross hawn ġew u jerġa' joħroġ 'il barra!", "Skużi, il-ħin li ħlejt fuq din il-liġi jien ħlejtu għax nemmen li hemm bżonn li tkun liġi serja fit-telekomunikazzjoni.", "Issa hu mhux serju għax qed imexxi gvern li mhux serju u qed jinsisti fuq ideat li m'humiex serji.", "U jekk jaħseb li se joqgħod b'xi mod jew ieħor jimpressjonani b'dawn il-ħafna shows m'huwiex se jirnexxielu.", "Ħalli nurih jien stess l-emendi li ressaq il-Ministru dalgħodu għal din l-iskeda, fejn bl-Ingliż jikkoreġu t-test Malti u bl-Ingliż jikkoreġu t-test Ingliż, waqt li bil-Malti jikkoreġu t-test Malti u bil-Malti jikkoreġu t-test Ingliż.", "Lanqas induna biha għax tant hu għaddej sparat biex suppost imexxi kollox lejn Brussels, li ħaġa trasparenti bħal din u rimarka ċara tiegħi bħal din ma jifhimhiex.", "X'qed nipprova ngħidlu jien?", "Għandna quddiemna test li bl- Ingliż qed isewwi biss it-test Ingliż u bil-Malti qed isewwi biss it-test Malti.", "Ħares lejha u tkun taf li hekk qed jiġri!", "Ħares lejn l-emendi li ressaqt dalgħodu, Ministru!", "Ħalli naqralek.", "Bil-Malti tgħid hekk:", "\"Fil-partita 23(f) minflok il-kliem \"forza tas-suq insinifikanti\" għandhom jidħlu l-kliem \"pożizzjoni dominanti fis-suq\".", "Dik hija l-verżjoni Maltija.", "Meta tiġi għall-verżjoni Ingliża, anke hemm għandek kif se jinbidel it-test Ingliż bil-Malti.", "Waqt li t-test Ingliż ta' quddiemna - u għalhekk it-test Ingliż huwa daqshekk qasir - jitkellem biss fuq bidliet faċli grammatikalment.", "U m'għandux għalfejn il-Prim Ministru jgħidli kif tikteb u ma tiktibx bl-Ingliż u bil-Malti.", "Faċli tiktibhom bl-Ingliż imma xorta waħda jridu jiġu rispekkjati fil-verżjoni Ingliża l-bidliet li se jseħħu fit-test Malti, għallinqas dejjem din kienet il-prattika.", "Issa jekk se nbiddlu l-prattika għidli li se nbiddlu l- prattika!", "Jekk se tibdlu l-iskeda għal dik ir-raġuni għidu li għalhekk ridtu tibdlu l-proċedura.", "Il-punt tiegħi huwa illi hawn bl-Ingliż qed tibdel biss it-test Ingliż u bil-Malti qed tibdel biss it-test Malti.", "Jekk inhu mod ieħor spjegalna li mod ieħor, imma joħroġ ċar minn dak li għandna quddiemna - u għalhekk it- tul tat-texts rispettivi huwa differenti - illi bl-Ingliż qed tattakka biss it-test Ingliż u qed tinsa l-bidliet li jridu jiġru fit-test Malti li jridu jiġu covered ukoll bl-Ingliż, u bil-Malti qed tattakka biss it-test Malti u m'intix qed tattakka l-bidliet li jridu jsiru fit-test Ingliż.", "Dak huwa l- punt kollu, Sur President!", "Jekk din hija ħmerija għiduli li hija ħmerija, imma pprovawha u tiġux tgħidu li qiegħed naħli l-ħin tal-parlament għax din mhux biss hija assurdità imma abbuż ta' kif jaħdem dan il-parlament.", "Jiġi l-Prim Ministru hawn biex joqgħod jgħidilna li qed naħlu ż-żmien!", "Qed jaħli ż-żmien hu f'din il-liġi pastażata li ressaq hu u l-gvern tiegħu!", "Jiġi jgħidilna li mhux qed inkunu serji!", "Mhux qed ikun serju hu għax m'għandux gvern serju.", "Mela gvern serju jressaq pastażata ta' liġi bħal din, kollha taħwid u tbażwir bil-provi!", "F'dawn it-tliet ġimgħat li ilna hawn, waħda wara l-oħra ħarġu l-ħmerijiet minn liġi li qed tittratta kwestjoni daqshekk sensittiva.", "Huwa importanti ngħidu li hi sensittiva, mela dawn t-tip ta' redikolaġni ta' miżuri!", "Issa għidli Ministru, it-test Ingliż ta' l-iskeda qed jattakka biss il- bidliet bl-Ingliż?", "Iva jew le?", "U t-test Malti ta' l-iskeda qed jattakka biss il-bidliet bil-Malti?", "U għandu jew m'għandux it-test Ingliż jattakka wkoll il-bidliet bil-Malti?", "U għandu jew m'għandux it-test bil-Malti jattakka wkoll il-bidliet bl-Ingliż?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-proċedura li qed tiġi wżata f'dan l- abbozz ta' liġi hija l-istess proċedura li ġiet użata għal kull emenda li resqet quddiem dan il-parlament.", "L-emendi għat-test Malti jsiru bil-Malti u l-emendi li jkollok għat-test Ingliż isiru bil-ligwa Ingliża.", "Din m'hijiex xi proċedura wżata biss f'din il-liġi partikolari, le.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Indikali fejn qegħdin il-bidliet għat-test Ingliż fit- test Malti ħalli naraw ftit.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk tieħu sub-paragrafu (1) ta' paragrafu 1 għandek diversi emendi miktubin bil-Malti li naturalment japplikaw għall- verżjoni Maltija.", "Imbagad hemm subparagraph 1(1) tat-test Ingliż li jagħmel l-istess emendi għal-liġi prinċipali, naturalment f'diċitura Ingliża.", "Għandek, per eżempju, subparagraph 1(3) fejn it-test Malti qed jgħid li fit- test Ingliż minflok il-kelma \"he\" għandha tidħol il-kelma \"it\".", "Jista' jkollok il-każ fejn trid tagħmel il-Malti wkoll biex tgħid l-emenda ta' l- Ingliż xi trid issir u jista' jkollok bżonn tagħmel viċe-versa.", "L- importanti hu li l-artikoli qegħdin jgħidu l-istess ħaġa fit-test Ingliż u fit-test Malti.", "Allura l-mistoqsija li rridu nagħmlu hija: Is-sub- paragrafu 1(1) bil-Malti qed jemenda preċiż dak li hemm f'subparagraph 1(1) bl-Ingliż?", "U r-risposta fil-fehma tiegħi hija iva, għax bl-Ingliż tista' tagħmilha kif ġiet redatta u tuża kelma waħda biex tissostitwixxi l-oħra u b'dak il-mod qiegħed tagħmel l-emendi kollha meħtieġa, filwaqt li fit-test Malti biex nibdlu l-kelma minn \"regolatur\" għall-\"awtorità\" trid tispjegah b'dan il-mod.", "Però m'hemmx differenza fis-sustanza ta' l-emendi.", "Issa jista' jkun li jkun hawn xi espert u jagħmilha b'mod aktar qasir - mhux jien - m'iniex neskludi dan jien.", "Hawn irridu naraw jekk hemmx diskrepanzi bejn iż-żewġ verżjonijiet għax fil-każ irridu nikkoreġuhom.", "It-test Malti ma fih xejn iżjed mit-test Ingliż però l-forma ta' kif titkellem u tikteb bil-Malti hija differenti mill-Ingliż, allura sub-paragrafu 1(1) huwa ħafna iqsar bl-Ingliż milli bil-Malti.", "Issa jekk jippermettili l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nistaqsih: Inti qed tgħidilna li hemm differenza fis-sustanza jew fid-dettall ta' l-emendi li hemm fil-Malti paragunati ma' l-Ingliż?", "Għax jekk hemm għandek raġun u rridu nbiddluhom.", "Imma l-bqija, safejn naf jien, subparagraph 1(1) bl- Ingliż, għalkemm huwa ħafna iqsar, u sub-paragrafu 1(1) bil-Malti huma identiċi fil-kontenut tagħhom.", "Dan li qegħdin ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux aħjar l-ewwel niftehmu fuq x'qegħdin ngħidu?", "Jiġifieri l-Prim Ministru qed jgħid li t-test Malti ma jridx jattakka l- bidliet li se jsiru fit-test Ingliż?", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-test tal-klawsola bl-Ingliż u bil-Malti jrid jilħaq l-iskop li flok il-kelma \"awtorità\" tidħol il-kelma \"regolatur\".", "Allura qed ngħidu li kull fejn hemm dan irridu nagħmluh kemm fit-test Ingliż u kemm fil-Malti.", "Bħal-liġiiet l-oħra l-Malti jgħodd, allura jien qed ngħid li l-emendi tal-Malti jiftehmu kollha.", "Issa f'subparagrafu1(1) bl-Ingliż hemm xi ħaġa li ma taqbilx?", "Jekk hemm jgħidilna x'inhi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jekk għandu raġun nagħmlu emenda, imma l-bqija mhux se noqogħdu nispjegaw għaliex bil-Malti biex tgħid l-istess ħaġa trid tliet faċċati u bl-Ingliż trid biss nofs faċċata!", "Nerġa' ngħid li fil-kumitat xogħolna hu li naraw jekk hemmx diskrepanzi bejn it-test Ingliż u t-test Malti, għax fil-każ ikollna nirranġawhom. .", "F'sub-paragrafu 1(2) irridu ndaħħlu \"sistema\" minflok \"infrastruttura\", jekk m'iniex sejjer żball.", "F'sub-paragrafu 1(3) irridu nbiddlu ta' l- Ingliż għax meta kien regolatur kont tgħid \"he\", għax raġel u għall- awtorità trid tgħid \"it\".", "Jiġifieri ma nistax nifhem jien x'inhi d- diffikultà.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nifhem għaliex qed jinħela dan il-ħin kollu fil-parlament, u mhux din in-naħa qed taħlih, bir- rispett kollu!", "Jiena kont qed nistenna li xi ħadd jirrispondini għall- mistoqsija: It-test Malti għandu jattakka l-bidliet għat-test Malti biss u t-test Ingliż jattakka l-bidliet għat-test Ingliż biss?", "Għaliex sa dalgħodu mhux dik kienet il-proċedura.", "Ħalli nagħtik eżempju, Sur Prim Ministru.", "Fl-emendi li ressaq dalgħodu l-Ministru bit-test Ingliż biddel it-test Malti u bil-Malti biddel it-test Ingliż.", "Ipprova ifhem x'qed ngħidlek, jekk jogħġbok, għax issa naf x'qed tipprova tagħmel int. Imma skużi, hawnhekk qed naħdmu bis-serjetà, Sur Prim Ministru!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fejn taf!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Inti ma tafx!", "It-test Malti jrid jagħmel il-bidliet għat-test Malti u jrid jagħmel il-bidliet għat-test Ingliż.", "U bil- kuntrarju, it-test Ingliż irid jagħmel il-bidliet għat-test Ingliż u l- bidliet għat-test Malti!", "Din toħroġ mill-prattika li għandna quddiemna ta' dalgħodu stess.", "Dalgħodu stess għal bidla fit-test Malti tressqet emenda kemm bl-Ingliż u kemm bil-Malti.", "Qed jgħidilna: \"Hekk hu!\"", "Imma mhux \"hekk hu\" dak li għandna quddiemna!", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa ovvju li l-Kap ta' l-oppożizzjoni jrid joħloq diffikultà fuq affarijiet li ilhom isiru kemm ilu jeżisti dan il- parlament biex itellef il-ħin lill-Kamra.", "Dan m'huwiex aċċettabbli.", "Jekk għandu xi emendi li jrid jagħmel jagħmilhom.", "Veru li xi kultant meta tkun qed temenda t-test Ingliż biss dik il-parti trid tagħmilha bil-Malti u bl- Ingliż.", "(Interruzzjonijiet) Qed nifhem, mela ma nifhimx!", "Hawnhekk għandna eżempju preċiż fil-każ ta' sub-paragrafu 1(3), li qed jemenda t- test Ingliż biss għax hija kwestjoni ta' jekk hux \"he\" jew \"it\", allura hemmhekk trid tagħmel bil-Malti u bl-Ingliż.", "Issa fil-każi l-oħrajn, nerġa' nsemmi s-sub-paragrafu 1(1), biex tgħid li l-kelma \"awtorità\" għandha tidħol minflok il-kelma \"regolatur\", meta tgħidha bl-Ingliż tista' tagħmilha fil-qosor, imma biex tagħmel dik l-emenda fil-ħafna klawsoli li jissemmew fit-test Malti trid tiktibha mod ieħor.", "Imma s-sustanza hija l- istess, allura l-emenda qed issir bl-Ingliż u bil-Malti.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, sub-paragrafu 1(1) bl-Ingliż qed jemenda l-Ingliż biss u sub-paragrafu 1(1) bil-Malti qed jemenda t-test Malti biss.", "Dak li qed jiġri.", "Kieku veru dak li qed jintqal, kieku sub- paragrafu 1(3), li jitkellem fuq bidla għat-test Ingliż, għandu jidher biss fit-test Ingliż.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, dan huwa telf ta' żmien.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jaf b'elf darba li meta jkollok test wieħed biss qed jiġi emendat, jew il-Malti jew l-Ingliż, meta tagħmel l-emenda tagħmilha bil-Malti u bl-Ingliż, kif qed nagħmlu issa fil-każ ta' sub-paragrafu 1(3).", "Qed nemendaw biss it-test Ingliż għax dik hija l-kelma kif titkellem bl- Ingliż, fejn \"he\" trid tiġi \"it\".", "(Interruzzjonijiet) Meta għandek bżonn temenda test wieħed biss tagħmilha biż-żewġ lingwi.", "Meta qed temenda ż- żewġ verżjonijiet, tagħmilha bil-mod adatt għal kull lingwa, il-Malti u l- Ingliż.", "U dak li qed nagħmlu u ma naħsibx li għandna bżonn niddiskutu iżjed.", "Niġu għas-sustanza: Hemm fuqhiex l-oppożizzjoni ma taqbilx fuq sub- paragrafi 1(1), 1(2) jew 1(3)?", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, għallinqas kellna risposta fl-aħħar.", "(Interruzzjonijiet) M'hi ovvja xejn għax kieku kienet ovvja jmissek għedtha mill-ewwel, Sur Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet) U mhux hekk hi, imma issa dik għandna ruling fuqha min-naħa tal-gvern.", "Qed jifhimha hekk.", "Ma jimpurtax, inżommuha fil-komma din għal meta jiġru affarijiet oħra!", "Issa niġi għall-punt l-ieħor.", "F'sub-paragrafu 1(2) għandna \"The word \"system\" shall substitute the word \"infrastructure\"\".", "Nixtieq inkun naf kif din toħroġ mil-liġi li qed ngħaddu bħalissa.", "Titbaqbqu kemm titbaqbqu li qed naħlu l-ħin - għax jien nista' nipprevedi x'se jiġri - se nibqgħu ngħiduhom dawn l-affarijiet għax se nimxu fuq ir-ruling tiegħek, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jien nista' nifhimha li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni se jibqa' jirrepeti l-istess punti.", "(Interruzzjonijiet) Mill- ewwel għedtilna li hekk se tagħmel, ma jimpurtax!", "L-ewwel punt li ssemma kien li l-Ingliż jemenda l-Ingliż u l-Malti jemenda l-Malti.", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni staqsa kif l-emenda f'sub-paragrafu 1(2) - \"The word \"system\" shall substitute the word \"infrastructure\"\" - toħroġ minn din il-liġi.", "Sur President, l-emendi kollha kemm huma, bħala bidla mir-regolatur għall- awtorità li qegħdin inwaqqfu hawnhekk, huma kollha konsegwenzjali.", "Jekk irridu nużaw l-argument tal-konsegwenzjalità, anke fejn qegħdin ngħidu li l- kelma \"systems\" tidħol flok \"infrastructure\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jispjegalna ftit xi jfisser dan kollu għax jiena ma fhimt xejn.", "Jiġifieri \"sistema\" hija aħjar minn \"infrastruttura\"?", "Għax safejn naf jien infrastruttura għandha tifsira aktar wiesgħa u għalhekk intgħażlet \"infrastructure\" fil-liġi l-antika, bir-rispett kollu.", "Issa jekk għandek xi raġunijiet agħtihomlna, jekk jogħġbok.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li l-kelma \"infrastruttura\" hija iktar wiesgħa mill-kelma \"sistema\".", "Fil-fatt \"telecommunications infrastructure\" kif se tkun mibdula bil-kliem \"telecommunications system\" hija iktar in line mal-pożizzjoni tar- regolamentazzjoni.", "L-infrastruttura jista' jkun huwa l-mod ta' kif sistema ta' telekomunikazzjoni tkun mibnija, filwaqt li sistema partikolari hija sistema ta' telekomunikazzjoni differenti mill-infrastruttura tat- telekomunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Kif nafha jien u kif inhi magħrufa, systems jibbażaw ruħhom fuq infrastruttura, jiġifieri titlaq minn infrastruttura fejn ikollok is-sistemi.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa qed naqilbuha ta' taħt fuq!", "Jekk hemm xi raġuni għidilna.", "Minn fejn toħroġ din?", "Fejn hi konsegwenzjali minn dak li għedna s'issa sa clause 31?", "Imkien ma tissemma \"sistema\" safejn naf jien.", "Semmejna \"sistema\" kemm ilna nitkellmu fuq din il-liġi?", "X'inhi l-konsegwenzjalità tagħha u x'inhi l-portata tagħha?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta tiġi kkonfrontat b'tali domanda issib ċerta diffikultà biex twieġeb!", "Il-kelma ''infrastruttura'' se tinbidel bil-kelma ''sistema'' għaliex illum meta nagħmlu riferenza għall- modi ta' telekomunikazzjoni iktar milli nirriferu għalihom bħala infrastructure, qegħdin nirriferu għalihom bħala sistemi ta' telekomunikazzjoni.", "Għalhekk dehrilna li fl-emendi li qegħdin nagħmlu r- riferenza li f'ċertu sens qiegħda ssir anakronista għall-modi ta' telekomunikazzjoni, nieħdu l-okkażjoni biex inbiddluha minn \"infrastructure\" għal system.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Mela f'daqqa waħda sibna xi ħaġa li mhijiex konsegwenzjali.", "Din hija xi ħaġa li qed issir biex naġġornaw ruħna ma' dak li hu għaddej u mhux għaliex hija konsegwenzjali.", "Jiena bir-rispett kollu ngħid li ma naqbilx ma' din l-interpretazzjoni.", "\"Infrastructure\" f'ċerti pajjiżi Ewropej tintuża ħafna iktar minn \"sistema\" u b'sens ħafna ikbar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Ċertament li hemm differenza bejn \"infrastruttura\" u \"sistema\".", "Infrastruttura hija l-carrier li bih jasal is-signal, jasal is- servizz u s-sistema tista' tkun diġitali jew mod ieħor, it-teknika kif jiġi magħmul is-sinjal.", "Il-Ministru għandu nies tekniċi u suppost jgħidulu d- differenza.", "Anke meta ħarġet il-liċenzja għall-Maltacom kien hemm spjegazzjoni ċara bejn l-infrastruttura u s-sistema għaliex dawn huma żewġ affarijiet differenti.", "Il-carrier ma tistax tgħid li hu s-sistema.", "Is- servizz li bih tipprovdi l-carrier huwa infrastruttura.", "Issa s-sistema li tintuża tista' tkun diġitali jew sistema ISDN.", "Nistaqsi lill-Ministru kif se jirriferi għaliha meta jagħmel sistema, għax irid jissepara bejn sistema u infrastruttura.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Biex ma jgħidulniex li qed naħlu l-ħin, ħalli nipprova nifhem x'qed jintqal.", "Minflok \"infrastruttura ta' telekomunikazzjoni\" se nibdew ngħidu \"sistema ta' telekomunikazzjoni\" u mbagħad id-definition se tibqa' l-istess.", "Qed nifhem tajjeb jien?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Liema definizzjoni?", "ONOR ALFRED SANT: Subparagrah 1(2) jgħid:", "\"The word \"system\" shall substitue the word \"infrastructure\" as follows: in the definitions of \"authorisation\", \"authorised provider\", \"private telecommunications infrastructure\", private telecommunications service ...''.", "Jiġifieri jien kont qed inħares - u għalhekk kont qed nittituba - lejn id- definizzjoni tat-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997 li tgħid:", "\"\"infrastruttura ta' telekomunikazzjonijiet privati\" tfisser infrastruttura ta' telekomunikazzjonijiet utilizzata minn provditur awtorizzat ...\"", "Issa se nibdew ngħidu \"\"sistema ta' telekomunikazzjonijiet privati\" tfisser infrastruttura ...\" u d-definition tibqa' l-istess?", "Id-diċitura biss se tinbidel?", "Għax allura għandna raġun aħna.", "Qed tiddefinixxi bħala \"infrastruttura\" u mhux se tibqa' ssejħilha infrastruttura, se tgħidilha \"sistema\".", "Din ma tagħmilx sens.", "Jien għalhekk tħawwadt għal ftit mumenti.", "ONOR ĊENSU GALEA: Qed nipprova nsib id-definizzjoni ta' \"infrastructure\" bil-verżjoni Ingliża issa.", "ONOR ALFRED SANT: Bl-Ingliż qiegħda hekk.", "\"\"private telecommunications infrastructure\" means a telecommunications infrastructure utilised by an authorised provider to provide private telecommunications services only;\"", "Issa inti se tagħmilha hekk:", "\"\"private telecommunications system\" means a telecommunications infrastructure utilised by an authorised provider to provide private telecommunications services only.\"", "Ma tagħmilx sens.", "Jekk qed tiddefiniha diġà bħala \"infrastructure\", għaliex f'daqqa waħda qed tgħidilha \"system\"?", "Jien għalhekk tħawwadt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Anke meta kien hemm il-kwestjoni tal-Melita Cable TV, dawn bdew jiġġieldu fuq l-infrastruttura mhux fuq is-servizz, għax jużaw infrastruttura.", "Għalhekk qed ngħidlek li \"sistema\" hija differenti minn \"infrastruttura\".", "Ma bdewx jiġġieldu fuq is-servizz imma bdew jiġġieldu fuq l-infrastruttura għax wieħed qal li kellu d-dritt iżommha għalih u l- ieħor beda jgħid li għandu jużaha ħaddieħor ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Bir-rispett kollu, naħseb li issa veru qed immorru at a tangent għaliex l-infrastruttura fiżika, il-pajpijiet u l-cable, li hemm diversi argumenti fuqhom, hija xi ħaġa totalment differenti minn dak li qed nitkellmu fuqu bħalissa.", "Il-kelma ''infrastruttura'' jew inkella l-kelma ''sistema'' mhijiex tirriferi għall-pipe jew inkella għall-cable.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, il-ġlied li kien hemm u li għadu f'ċertu sens pending huwa fuq l-infrasttura fiżika, fuq il-pajpijiet, fuq il-cable u dawn l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) Jekk taf iktar milli għandha quddiemha n-naħa tal-gvern, għid x'inhuma l-kwestjonijiet illi hemm!", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Dak il-punt jista' jiġi tackled at a later stage.", "Il- punt tiegħi huwa dan.", "Qed tiddefinixxi \"sistema\" billi tgħid li hija \"infrastruttura\" għax kulma qed tagħmel huwa li d-definition ta' \"private telecommunications infrastructure\" qed tagħmilha \"private telecommunications system\", imbagħad id-definizzjoni ta' wara tibqa' l- istess.", "Din x'sens fiha?", "Ma nistax nifhem.", "Għalhekk jien għidtlek li infrastruttura hija l-bażi ta' kif iħarsu lejn l-affarijiet.", "Inti stess qed iżżommha \"infrastructure\" bħala l-meaning tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, ir-riferenza għal \"sistemi\" diġà għaddejnieha f'paragrafu (f) ta' subklawsola 4(3) ta' dan l-abbozz li qed iwaqqaf l-awtorità dwar il-komunikazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistaqsi x'għandha x'taqsam.", "Din hija riferenza għal sistemi ta' telekomunikazzjonijiet, li twieġeb ukoll id-domanda tal- konsegwenzjalità, għalkemm għall-mument mhux dan huwa l-punt.", "F'dan l- abbozz ta' liġi għat-twaqqif ta' l-awtorità dwar il-komunikazzjoni, minflok it-terminoloġija \"infrastruttura\" qiegħda tintuża t-terminoloġija \"sistema\", u bħala konsegwenza f'din id-definizzjoni qed tinbidel ukoll il- kelma \"infrastruttura\" biex tiġi \"sistema\".", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Imma qed iżżomm mal-meaning ta' infrastruttura.", "Dan huwa l-punt tiegħi, għax qed tiddefiniha bħala \"sistema\" u mbagħad fid- definition qed tħalli l-istess kelma ''infrastruttura'', allura ma tagħmilx sens.", "Se mai ikollok tgħid li l-Communications Authority Bill huwa żbaljat.", "Jekk is-sistema qed tiddefiniha bħala \"infrastruttura\", x'inhu l- punt?", "Ma nistax nifhem.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Meta jien semmejt id-differenza bejn \"infrastruttura\" u \"sistema\", il-Ministru rrifera għall-kwestjoni li kien hemm bejn il- Maltacom u l-Melita Cable TV.", "Imma l-kwestjoni bejniethom inqalgħet għaliex kien hemm sistema digital li l-Maltacom biss kellha d-dritt għaliha, kellha monopolju, u qalet li l-Melita Cable mhijiex awtorizzata li tużaha.", "U għalhekk hemm differenza bejn \"infrastruttura\" u \"sistema\" għaliex il-Melita Cable kellha infrastruttura, imma ma kellhiex permess biex tuża s-sistema digital.", "Dik kienet il-kwestjoni oriġinali li kienu daħlu l-qorti fuqha.", "Imma l-kwestjoni tal-pajpijiet kienet tirrigwarda azzjonijiet li ħadu.", "Din bħal meta kien hemm il-kwestjoni ta' l-internet għax min kien qed juża s-sistema tal-Maltacom u min kien qed juża l-infrastruttura tal- Maltacom.", "Meta mbagħad ġew biex jużaw l-infrastruttura tal-Melita Cable qamet kwestjoni mal-Melita Cable.", "Mela hemm differenza kbira bejn is- sistema u l-infrastruttura.", "Is-sistema kienet hemm u l-kwestjonijiet kollha kienu nqalgħu għaliex riedu jużaw l-infrastruttura.", "Fil-fatt meta ġejna biex nagħmlu l-Att ta' l-1997 biex jirregola t-Telekomunikazzjoni qgħadna attenti ħafna fuq l-infrastruttura.", "Il-Maltacom kien għad kellha l- monopolju allura iktar u iktar ridna nkunu ċari dwar xi tfisser l- infrastruttura u xi tfisser is-sistema.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, wieħed irid jipprova ma jikkomplikax il- ħajja iktar milli hija diġà kkomplikata.", "Bir-rispett kollu, l-Onor.", "Mizzi qed jitkellem fuq l-infrastruttura fiżika, dak li tista' tara inti quddiem għajnejk, il-wire imdendel jew il-pipe taħt l-art.", "Is-sistema hija l-mod kif il-komunikazzjoni twassal il-messaġġ tagħha u l-Onor.", "Mizzi f'ċertu sens għamel riferenza għaliha wkoll meta qal li hemm distinzjoni bejn infrastruttura u sistema.", "Mr Chairman, nistgħu naslu għal sitwazzjonijiet fejn tip partikolari ta' telekomunikazzjoni ma jkollux infrastruttura li wieħed jista' jmissha b'idejh.", "Dik tibqa' sistema però ma jkollhiex infrastruttura li wieħed jista' jaraha u jmissha l-ħin kollu.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, il-Ministru issa qed jgħidilna li \"sistema\"u \"infrastruttura\" huma differenti, għax \"sistema\" tista' tinkorpora affarijiet mhux materjali, over and above ta' l-infrastruttura.", "Mela minn banda jgħidilna li \"infrastruttura\" u \"sistema\" huma differenti, li \"sistema\" tinkorpora affarijiet li mhumiex materjali u li għandhom x'jaqsmu ma' infrastruttura u min-naħa l-oħra qed iħalli d-definition li hemm fl-Att ta' l-1997 li jirregola t-Telekomunikazzjoni li tgħidlek illi din li qed isejħilha \"sistema\" hija \"infrastruttura\".", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Rigward dan il-punt li qed jagħmel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "L-emenda tgħid hekk: \"The word ''system'' shall substitute the word ''infrastructure''.", "Ħalli nieħdu l-każ li semma hu ta' \"private telecommunications infrastructure\".", "Issa l-liġi ta' l-1997 tgħid:", "\"''private telecommunications infrastructure\" means a telecommunications infrastructure ...''.", "L-emenda qed tgħid: \"The word ''system'' shall substitute the word ''infrastructure'' as follows: In the definition of \"private telecommunications infrastructure\".", "Ma nafx id-drafters x'jgħidu, imma naħseb li hekk hi.", "Jien ma neskludix li 'il quddiem hemm diġà fil-liġi d- differenza bejn infrastructure fiżika ...", "(Interruzzjonijiet) Meta niġu biex ngħidu, kif hemm żgur fil-liġi, li l-infrastruttura li diġà teżisti, u sal-lum hija proprjetà tal-Maltacom, għandu dritt jużaha kulħadd, hemmhekk naħseb ngħidu li dik hija sistema ta' infrastruttura fiżika li teżisti.", "Jiġifieri naħseb li l-kelma ''infrastruttura'' teżisti x'imkien.", "Il- Ministru qed jikkonfermali li meta qed nemendaw l-emenda mhux qed nemendaw il-kliem tad-definition imma qed nemendaw id-definition kollha.", "Jiġifieri d-definition tiġi taqra hekk:", "''\"private telecommunications system\" means a telecommunications system utilised by an authorised provider to provide ...''.", "Issa kif fhimt dan kollu - għax nammetti li hawnhekk trid tkun tekniku - illum meta qiegħed tirregola trid tirregola s-sistemi.", "Issa meta nitkellmu fuq l-infrastrutturi li jistgħu jkunu żviluppati minn xahar għal xahar u minn sena għal sena naħseb li teknikament jaqbillek titkellem iktar fuq is- sistemi milli fuq l-infrastruttura li hija neċessarja biex inti topera xi kwalità ta' servizz fit-telekomunikazzjoni.", "Veru li l-aħjar ħaġa hija li jkollok l-esperti u jitkellmu l-esperti, però dan mhuwiex xi punt ta' prinċipju.", "Aħna qegħdin ngħidu li fid-definizzjonijiet tal-lum u skond l- esiġenzi tal-lum trid tuża l-kelma ''sistema'' biex inti tirregola u meta ssemmi l-kelma ''infrastruttura'', il-kelma assoċjata f'moħħna lkoll hija xi ħaġa fiżika.", "Jekk għandek il-pajpijiet għaddejjin biex tgħaddi l-cables minnhom, dik hija infrastruttura.", "Tista' ssejħilha service imma l-kelma ''system'' hija iktar attinenti għall-mod kif joperaw illum f'dan il-qasam ta' teknoloġija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Ħalli nġib eżempju ta' dak li qed jiġri issa.", "Se jagħtu liċenzji lil żewġ kumpanniji tal-mobile telephony.", "Jekk jiġi ħaddieħor u jgħid li se jagħmel sistema ta' telephones mhux mobile, juża l- infrastruttura tal-mobile telephony imma ma jużax l-istess sistema għax se juża sistema ta' telephones oħra, allura hemmhekk ma taħsibx li hemm differenza?", "Dażgur li hemm differenza fejn tidħol it-telekomunikazzjoni!", "L-infrastruttura hija l-provider, il-carrier li tieħu ħafna sistemi u mhux neċessarjament sistema waħda.", "Imma mbagħad tista' - għax ikun hemm regolamenti - tgħid lil kumpannija li mhix awtorizzata biex tuża t-tali sistema għax hija awtorizzata tuża sistema partikolari biss.", "Hawn se jidħlu ħafna problemi għax l-infrastruttura tista' tieħu ħafna sistemi, imma inti tista' tgħidlu li l-infrastruttura li se jġib trid timxi ma' ċerti regolamenti u ma jistax ikollu infrastruttura li tieħu kollox.", "Allura d-differenza bejn il-kelma ''infrastruttura'' u l-kelma ''sistema'' rridu nispjegawha ċara fit-telekomunikazzjoni.", "Ma jistax ikun iddaħħal il- kelma \"sistema\" minflok \"infrastruttura\".", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI: Il-verità hi li l-kelma ''infrastruttura'' ma kenitx preċiża.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq \"sistemi\".", "X'infrastruttura għandek bżonn biex tħaddem sistema ta' telekomunikazzjoni li dejjem titbiddel?", "Nafu bil-problema li hawn wara l-monopolju li ngħata lil Vodafone, bil-Maltacom tgħid li se ddaħħal sistema ta' mobile mhux fuq l- istess frequency, imma hija sistema oħra.", "Naturalment kull waħda minnhom irid ikollha l-infrastruttura biex tħaddem dik is-sistema.", "U l-kelma ''sistema'' illum hija ferm iktar wiesgħa mill-kelma ''infrastruttura''.", "Allura hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sistemi.", "Naħseb li l-ispjegazzjoni hija li llum nafu x'inhuma s-sistemi u fi ftit xhur oħra jew fi ftit snin oħra jistgħu jkunu sistemi differenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, sub-paragrafu 2(2) ta' l-iskeda qed iħassar numru ta' tifsiriet biex minflokhom jidħlu tifsiriet ġodda li huma wkoll konsegwenzjali għall-bidliet li qegħdin nitkellmu dwarhom.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR ALFRED SANT: Nixtieq spjega għaliex dawn qed jitħassru.", "Ovvjament mhux fuq \"infrastruttura\", għax tkellimnieha diġà.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, tajjeb wieħed jgħid li għalkemm qegħdin jitħassru wħud mid-definizzjonijiet li kif jeżistu llum m'għadhomx iktar meħtieġa, f'sub-paragrafu 2(3) se jidħlu definizzjonijiet oħrajn li jaqblu ma' l-emendi li kellna fil-liġi l-oħra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR JOE MIZZI: Il-Ministru qisu jrid jagħti l-impressjoni li m'hemmx differenza.", "Allura jekk tneħħi telephony x'hemm li se jissostitwixxiha?", "Per eżempju, fax m'għandhiex x'taqsam ma' telephony, imma jekk nagħmel telefonata jew nittrasmetti u nitkellem bit-transmitter ma' radio amateur ieħor, dik hija telephony.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jispjegali eżatt dwar dan.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fl-Att ta' l-1997 li qegħdin nemendaw it- tifsira tal-kelma ''telephony'' tgħid:", "\"\"telephony\" means the transmission of spoken messages by an electro- magnetic system\".", "Jiġifieri mhux qiegħda titkellem fuq is-sistemi li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Mizzi iżda fuq sistema speċifika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemmhekk \"telephony\" qiegħda spjegata b'dik is-sistema, imma għalkemm illum il-voice messages jistgħu jiġu trasmessi b'sistema digital, xorta tibqa' telephony.", "Meta l-messaġġi ma jkunux permezz ta' voice, imbagħad hemm technical term ieħor għalihom.", "Jista' jkun li messaġġ jiġi trasmess permezz ta' sistema diġitali u jista' jiġi trasmess b'sistema ta' transmitter fuq il-baħar.", "Hemm ħafna tipi, imma jibqa' l-fatt li huwa telephony.", "Ma jistax ikun li tneħħiha din u ma jkun hemm xejn flokha.", "Trid tiddistingwi bejn messaġġ bil-voice u messaġġ mod ieħor.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, qed nitkellmu fuq affarijiet li qegħdin quddiemna biex narawhom.", "Jekk wieħed jara sub-paragrafu 2(3) jsib it- tifsira ta' \"telefonija\".", "Id-definizzjoni \"\"telephony\" means the transmission of spoken messages by means of an electro-magnetic system\" qed titneħħa, imma minflokha se tidħol oħra.", "Jekk wieħed jara d-definizzjoni bil-Malti jsib li din tgħid:", "\"\"telefonija\" tfisser il-provdiment kummerċjali għat-trasport sew pubbliku sew dirett ta' diskors li jkun qed isir f'dak il-waqt stess permezz ta' network wieħed jew iktar ta' switches pubbliċi b'dak il- mod li kull utent jista' juża tagħmir konness ma' punt ta' terminazzjoni ta' network sabiex jikkomunika ma' xi utent ta' tagħmir ieħor konness ma' xi punt ta' terminazzjoni ieħor;\"", "Imbagħad naturalment hemm il-verżjoni Ingliża ta' l-istess sistema.", "Mela qed ngħidu li d-definizzjoni ta' telephony fil-liġi l-qadima ma baqax iktar skop għaliha, però minflokha hemm definizzjoni ta' \"telefonija\" ġdida u iktar wiesgħa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Din id-definizzjoni kif tiddeskrivi t-transmission ta' voice messages in air u mhux through cable?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien nista' nagħmel l-istess domanda: Kif kienet qabel id-definizzjoni ta' \"telephony\" għar-rigward ta' voice messages mhux through cable?", "Qabel kellna definizzjoni xotta xotta li kienet tgħid \"\"telephony means the transmission of spoken messages by an electro- magnetic system\".", "Hawnhekk għandna tifsira ferm iktar wiesgħa li tgħid:", "\"\"telefonija\" tfisser il-provdiment kummerċjali għat-trasport sew pubbliku sew dirett ta' diskors li jkun qed isir f'dak il-waqt stess permezz ta' network wieħed jew iktar ta' switches pubbliċi b'dak il- mod li kull utent jista' juża tagħmir konness ma' punt ta' terminazzjoni ta' network sabiex jikkomunika ma' xi utent ta' tagħmir ieħor konness ma' xi punt ta' terminazzjoni ieħor;\"", "Il-punt li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Mizzi probabbilment hawn xi definizzjoni oħra għalih x'imkien ieħor.", "Inti qed tirriferi għall- wireless, hux hekk?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qed inqajjem dan il-punt għaliex issa ġejna fis- sitwazzjoni li jekk xi ħadd ikun qed jitkellem fuq broadcasting station u qed jirrispondih xi ħadd lura - jista' jkun qiegħed connected ma' broadcasting station ieħor - din se tidħol telephony.", "U l-liċenzji tal- broadcasting ma jkoprux telephony u tat-telephony ma jkoprux il- broadcasting.", "Issa nixtieqek tispjegali dawn l-implikazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Onor.", "Mizzi jgħidli dawn il-punti partikolari li qed isemmi kif kienu deskritti fil-liġi ta' qabel meta t- tifsira ta' ''telephony'' kienet b'mod mill-iktar xott?", "Illum isiru diversi telefonati permezz ta' l-istruzzjonijiet tar-radju u tat- televiżjoni.", "Kif inhuma kkontrollati sal-lum?", "X'differenza se tinħoloq minn issa 'il quddiem fil-mument li jkollna d-definizzjoni l-ġdida?", "Wieħed jista' jiddiskuti dan il-punt li qed jitqajjem min-naħa ta' l-oppożizzjoni, però x'inhi d-differenza bejn illum u għada li jkollna definizzjoni ġdida ta' \"telefonija\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-punt huwa li qabel kienet vaga u meta wieħed kien isemmi \"telephony\" ftit jew wisq kien ikun qed jirriferi għat-telefonati, u llum bil-metodu kif qed tiddeskriviha inti qed tkopri wkoll is-sitwazzjoni fejn ikun hemm broadcasting station li m'għandux liċenzja għal telephony imma bl-ispjegazzjoni li qed tagħmel inti jkun qed isir telephony.", "Nerġa' ngħid li qabel kienet vaga imma kienet tiftiehem li qed tirriferi għat- transmission by telephony, imma kif qed tiġi deskritta issa qed jidħlu ħafna implikazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-Onor.", "Mizzi qajjem il-punt ta' meta persuna tagħmel telefonata fuq stazzjon tar-radju jew stazzjon tat- televiżjoni u dak il-messaġġ jiġi trasmess lis-semmiegħa.", "Il-pożizzjoni attwali hi li fil-mument li telefonata tiġi trasmessa permezz ta' stazzjon tar-radju jew tat-televiżjoni, dik ma tibqax iktar telefonata imma ssir trasmissjoni.", "Allura l-liġi li tapplika fuq dak il-messaġġ trasmess m'hijiex il-liġi tat-telekomunikazzjoni imma l-liġi tax-xandir.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura xi ħadd li jaqbad ma' stazzjon permezz ta' l- internet u jgħaddi voice, taħt liema liġi jaqa'?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt dan il-punt diġà ssemma mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni u għedna wkoll li dik il-parti tat-trasmissjoni taqa' taħt il- leġislazzjoni li tirregola x-xandir u mhux taħt il-leġislazzjoni li tikkontrolla t-trasmissjoni ta' l-internet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kien hemm min beda jagħmel telefonati through l- internet u pprovaw ħafna affarijiet biex iżommuhom għax lill-kumpanniji hekk titfagħhom il-baħar.", "Mela issa dawn jistgħu jsiru.", "Inti għadek kemm iddeskrivejt li ''telephony'' tfisser meta jkun hemm diskors għaddej dirett.", "Allura dawn jistgħu jużaw dik is-sistema, jgħaddu through l- internet u jaqbdu mal-broadcasting station.", "Huwa illegali meta jsir hekk, imma jekk telephony se tiġi deskritta hekk x'se tagħmel?", "Se tipproteġiha u tgħid li tista' tagħmilha jew se tiġi illegali l-parti kollha, anke meta tagħmilha normali?", "Dan li nixtieq inkun naf jien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jiena napprezza dawn il-punti li qed jitqajmu għaliex bħalissa fil-pajjiżi kważi kollha tad-dinja hawn dibattitu għaddej, madanakollu nerġa' nagħmel riferenza għall-punt li semmejt iktar kmieni.", "Qed ngħidu li meta telefonata tasal għand il-broadcasting station u tibda ħierġa fuq il-mezzi tax-xandir, ma tibqax telefonata minn punt għal punt imma ssir vuċi minn punt wieħed għal diversi destinazzjonijiet.", "U hemmhekk il-leġislazzjoni li tirregola hija dik marbuta max-xandir u mhux din.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta inti għandek link u qed tgħaddi diskors minn broadcasting station, qed tagħmel komunikazzjoni ma' xi ħadd, dik se tkun covered b'liċenzja tal-broadcasting jew b'liċenzja tat-telephony?", "Kif ġiet deskritta issa, għandek bżonn żewġ liċenzji jew liċenzja waħda?", "Irridek tispjegali din għaliex issa se jkun hemm il-komplikazzjonijiet fuq dan, bħalma kien hemm komplikazzjonijiet meta l-Melita Cable TV riedet tgħaddi wkoll messaġġi diġitali, jiġifieri riedet li jkollha dritt li tgħaddi wkoll il-voices.", "U kienet inqalgħet kwestjoni għax il-Maltacom ma ħallithiex.", "X'se jiġri issa, se niftħulha t-triq mal-ewwel lill-Melita Cable TV?", "Għax hekk jidhru l-affarijiet minn din id-definizzjoni!", "Issa se nispiċċaw li kulħadd jista' juża dan is-servizz ta' telephony.", "Irrestrinġejna l-mobile telephony għal żewġ stations biss, imma fid-definition ta' \"telephony\" ma rrestrinġejna xejn.", "M'hemmx sistema ta' telephony iktar għax issa hemm deskrizzjoni li tkopri kollox, kull messaġġ li jgħaddi bħala voice.", "Jiġifieri lanqas tista' tagħmel dawn ir-restrizzjonijiet li qed ngħidu li jista' jkun hemm.", "Anke pajjiżi moderni u żviluppati f'dan il-qasam jgħidu x'inhi s-sistema ta' telephony u jispjegaw x'inhi s-sistema ta' digital telephony.", "Imma kif qed nagħmluha hawnhekk donnu aħna sirna aħjar minn kulħadd u għedna li telephony tkopri kollox.", "Hemm ħafna sistemi ta' telephony u jrid ikollok anke tipi ta' liċenzji differenti għal tipi ta' telephony.", "Kif qed tiġi definita hawnhekk, m'hemmx imsemmija dawk it-tipi differenti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Naqleb ftit is-suġġett u mmur għal subparagraph 2(3) tas-Second Schedule, fejn hemm id-definizzjoni ta' \"exclusive privilege\".", "Din hija definizzjoni ġdida li għadna ma tkellimniex fuqha, mhijiex konsegwenzjali għal dan l-abbozz ta' liġi għax lanqas biss tkellimna fuq \"exclusive privilege\".", "Safejn naf jien din hija liġi ta' liberalizzazzjoni, fejn qed niftħu s-suq u fl-istess nifs qegħdin nagħtu definizzjoni ta' \"exclusive privilege\" li fl-aħħar tispiċċa bil-kliem \"undertake an activity to the exclusion of others.\"", "Jekk b'dan l-abbozz aħna qed ngħidu li qed nilliberalizzaw, kif qed indaħħlu definizzjoni ġdida ta' terminu li suppost kulħadd jitkexkex minnu?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, meta nitkellmu fuq liberalizzazzjoni ma jfissirx li kulħadd jagħmel li jrid.", "Xorta waħda jrid ikun hemm regolamentazzjoni għal dak is-servizz li jkun qed jingħata minn xi ħadd partikolari.", "U hawnhekk tajjeb wieħed jgħid xi tfisser privileġġ esklużiv:", "\"\"privileġġ esklużiv\" tfisser id-drittijiet mogħtija lil persuna waħda jew iktar permezz ta' xi strument legali, kontrattwali, regolatorju jew amministrattiv li jirriserva lil dik il-persuna jew dawk il- persuni d-dritt li jipprovdu servizz, li jħaddmu sistema jew li jmexxu xi attività b'esklużjoni ta' ħaddieħor.\"", "Li qed jingħad f'din id-definizzjoni huwa li jekk xi ħadd, per eżempju, ikollu liċenzja tal-mobile telephony, għalkemm is-servizz jista' jkun simili għal ta' ħaddieħor għax it-tnejn huma mobile systems, dan ma jistax f'daqqa waħda jaqbad il-frekwenza ta' ħaddieħor u jeħodhielu.", "Hawnhekk huwa l-privileġġ esklużiv li tuża dik is-sistema b'mod partikolari fuq is- settur li tkun qed titkellem fuqu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk il-Ministru għandu xi eżempji in partikolari f'moħħu għandu jsemmihom, però xorta jibqa' l-fatt li jekk int se ddaħħal definizzjoni bħal din - li nerġa' ngħid hija klawsola li ma tistenniex li tiltaqa' magħha f'liġi bħal din li suppost qed tiftaħ is-suq - nistennew li tkun iżjed ċara dwar dawk il-każi fejn l-awtorità taħseb li għandha ddaħħal xi privileġġ esklużiv.", "Naħseb li f'liġi bħal din il- konsumatur jistenna spjegazzjoni iżjed ċara ta' fejn l-awtorità tista' iddaħħal l-exclusive privilege.", "S'issa ma naħsibx li l-Ministru tana spjegazzjoni ċara.", "Jekk aħna se niftħu s-suq, pass wara pass u sena wara sena, dawn il-każi ta' exclusive privilege għandhom jonqsu drastikament u jiġu utilizzati sempliċement biex naraw li ma jkunx hemm tnaqqis fil- kwalità.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-Onor.", "Buhagiar qed jistaqsi x'inhi r- raġuni li proprju f'liġi fejn qegħdin nitkellmu dwar liberalizzazzjoni jkollna definizzjoni ta' \"privileġġ esklużiv\".", "Ma' dak li għedt qabel xtaqt inżid li bilfors irid ikollok definizzjoni ta' x'inhu \"privileġġ esklużiv\" għax hija konsegwenzjali per eċċellenza għal-liġi li se twaqqaf l- awtorità dwar il-komunikazzjoni.", "Jekk permezz ta' din il-liġi se jitneħħew ċerti drittijiet esklużivi li għandhom l-operaturi tal-lum, allura bilfors irid ikun hemm definizzjoni ta x'inhu \"dritt esklużiv\" li per konsegwenza jkun jista' jitneħħa eventwalment skond ma għandna fil-pjan nazzjonali.", "Jiġifieri d-definizzjoni ta' \"privileġġ esklużiv\" f'dan il-każ huwa l-mod ta kif tiddefinixxi x'inhuma d-drittijiet li sal-lum huma eżistenti u li se jitneħħew permezz tal-liberalizzazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: F'dak li ddiskutejna s'issa fl-abbozz ta' liġi għat- twaqqif ta' l-awtorità dwar il-komunikazzjoni minn fejn toħroġ li se jkun hemm drittijiet esklużivi?", "Minn imkien ma toħroġ!", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li huwa konsegwenzjali għax fil-communications Authority Bill hemm dan id-dritt li jista' jingħata jew li jista' jitneħħa?", "L- ewwelnett \"privileġġ\" u \"esklużiv\" ma tagħmilx sens għaliex privileġġ bilfors se jkun esklużiv.", "L-indulġenza per eżempju mhux esklużiva?", "Il- Misilmin ma jistax ikollhom indulġenzi, dak privileġġ.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma nixtieqx nidħol fil-kontroversja ta' kif jingħataw u ma jingħatawx l-indulġenzi u jekk hux esklużivi inkella le.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li privileġġ bilfors ikun esklużiv.", "Imma privileġġ esklużiv għal organizzazzjoni waħda, privileġġ esklużiv għal persuna waħda, jew inkella jista' jingħata privileġġ lill-poplu Malti kollu kemm hu li ma jkunx esklużiv?", "Jekk niġu f'dan, jista' jingħata lill-popli kollha tad- dinja!", "Privileġġ ma jimplikax bilfors esklussività.", "Żgur mhuwiex il-każ f'din id-definizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed titkellem fuq privileġġ irid ikun hemm xi forma ta' esklussivita' fih għax inkella m'hu privileġġ xejn.", "Issa jekk ikunu l-Maltin kollha jew il-kattoliċi kollha xorta privileġġ!", "Privileġġ by definition huwa esklużiv.", "Meta qed tużaw din it-terminoloġija ta' \"privileġġ esklużiv\" għallinqas ikkonfortawna li teżisti fis-sistemi regolatorji ta' barra, imma l-punt tiegħi huwa iktar minn hekk.", "Id- definizzjoni ta' \"privileġġ esklużiv\" kif inhi konsegwenzjali fuq dak li għamilna s'issa ?", "U diġà qajjem dan il-punt l-Onor.", "Buhagiar u għadna mingħajr risposta.", "Il-prinċipju ta' \"privileġġ esklużiv\", jekk se ngħidulu prinċipju, kif joħroġ minn dak li ddiskutejna s'issa?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, joħroġ proprju bil-kontra għaliex qegħdin ngħidu li bħala konsegwenza li għandna liġi li mhux se tħalli aktar l-eżistenza tal-monopolji, ċerti drittijiet li huma ta' xi wħud iridu jitneħħew minn kif jeżistu sal-lum.", "Dan huwa eżempju per eċċellenza konsegwenzjali għal-liġi li għandna quddiemna, mhux b'mod remot imma b'mod l-iktar dirett.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, se jkolli nerġa' naqleb is-suġġett u nerġa' ninkoraġġixxi lill-Ministru biex jaħseb iżjed fuq din il-liġi.", "Għax wara li għamilna sigħat sħaħ nitkellmu fuq il-fatt li inti beħsiebek tbiddel il-kelma ''infrastructure'' għall-kelma ''sistema'', se nerġgħu naqgħu fl-istess nasba.", "Ħares daqsxejn lejn subparagraph 2(3), fejn se tidħol definizzjoni oħra li tgħid: \"public telecommunications system\" means a public telecommunications infrastructure ...\"", "X'se nagħmlu hawnhekk, se ndaħħlu sistema bħala kelma ġdida minflok \"infrastructure\" jew se nagħmlu bil-kontra?", "Hemmhekk issa qed nagħmlu bil-kontra.", "Wara li għamilna ħin twil niddiskutu għaliex għandha tidħol il-kelma ''sistema'' minflok il-kelma ''infrastruttura'' issa se naħdmu bil-kontra għax qed ngħidu li \"public telecommunications system\" means a public telecommunications infrastructure\".", "Jien nissuġġerixxi li nerġgħu naħsbu daqsxejn fuqha din.", "Il-parlament ġie mħawwad b'dan il-mod, aħseb u ara l- qrati kif se jkunu mħawdin!", "L-oppożizzjoni dan li qed tgħid, li l- affarijiet ma sarux bis-serjetà.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-argument tas-serjetà ma nafx kemm-il darba ġebbidnieh u dawwarnieh matul id-diskussjoni kollha.", "Sħabna tan-naħa l-oħra l-ħin kollu għaddejjin jisparaw li l-affarijiet ma sarux bis-serjetà u mingħajr bażi ta' xejn, kontinwament jitolbuna li nerġgħu nikkonsidraw il- pożizzjoni tagħna, bl-iskop biss li jipprovaw jiskreditaw xi punt partikolari.", "Kieku wieħed jistaqsi sempliċement għalfejn fid-definizzjoni ta' \"sistema ta' telekomunikazzjonijiet pubbliċi\" qed jingħad li din tfisser \"infrastruttura ta' telekomunikazzjonijiet pubbliċi\", wieħed ikun jista' jara jekk hemmx il-bżonn li hawnhekk ukoll il-kelma ''infrastruttura'' issir \"sistema\".", "Ma jfissirx li ma jkunx hemm il-ħsieb wara dan kollu.", "Issa niċċekkja wkoll jekk il-kelma ''infrastruttura'' hawnhekk tagħmilx iktar sens mill-kelma ''sistema'' u jekk il-kelma ''sistema'' tagħmel iktar sens hawnhekk, bil-qalb kollha nibdluha għall- kelma ''sistema''.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għall-mument nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-Klawsola u l-Emenda għaliha baqgħet aġġornata.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġonament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Ġunju, 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Josè Herrera.", "ONOR.", "JOSÈ HERRERA: Mr Speaker, dan l-aħħar ingħataw żewġ sentenzi fil- qorti li għaddew qisu xejn m'hu xejn, però huma żewġ sentenzi li fl- opinjoni tiegħi jagħtu skoss qawwi tas-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Il-veru każ li skossawha.", "U niskanta kif la l-ministru tal-ġustizzja u la ħadd min- naħa tal-gvern ma kkummenta xejn fuq dawn il-pronunzjamenti daqstant importanti tal-qrati.", "Dawn is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali kkundannaw bil-qawwa l-mod kif żewġ proċessi kriminali ġew kondotti, fejn ġie kkritikat b'mod dirett l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali.", "Għall-ewwel darba l-Qorti Kostituzzjonali kkundannat l-aġir ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u kkundannat ukoll il-Qorti Kriminali għall-mod ta' kif mexxiet dawn iż-żewġ kawżi.", "X'kienu dawn iż-żewġ kawżi?", "Dawn iż-żewġ kawżi jikkonċernaw tliet atti ta' akkuża dwar serq li kienu jmorru lura għas-sena 1979 jew 1980, jiġifieri 20 sena ilu.", "Irriżulta li wieħed minn dawn il-każi li ġie konkluż quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fl- 1983 ma ġie appuntat qatt quddiem il-Qorti Kriminali, u t-tnejn l-oħra, għad li ġew appuntati, ġew appuntati snin sħaħ wara u dejjem b'xi mod jew ieħor kien ikun hemm differiment u dawn il-proċessi ma saru qatt.", "Apparti minn dan, il-Qorti Kostituzzjonali kkundannat il-ħela ta' żmien fir-rinviji u kkummentat inter alia li waħda mir-raġunijiet għal dan id-dewmien esaġerat hija li l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali flok ma jagħmel rinviji dettaljati u konklużivi, jagħmel rinviji inutli biex tittawwal il- proċedura.", "Dawn huma żewġ sentenzi monumentali li jimmiraw b'mod dirett lejn il-kunċett tad-due process fi żmien raġonevoli.", "Dawn huma affarijiet serji għax il-kwestjoni tad-dewmien tal-qrati issa ġiet pronunzjata mill- istess Qorti Kostituzzjonali.", "Ma kenitx l-ewwel darba, imma naħseb li kienet l-ewwel darba li l-Qorti Kostituzzjonali ppronunzjat li fi tliet proċessi kriminali f'daqqa nkisru d-drittijiet tal-bniedem ta' l-akkużat.", "Mr Speaker, aħna fl-aġġornament nieħdu l-ispunt minn affarijiet ta' importanza li jiġru lilna jew li niltaqgħu magħhom at face value u nqajmuhom f'dan il-parlament.", "Huwa skandlu li f'pajjiż demokratiku proċess kriminali jdum 20 sena u jkun għadu lanqas biss beda l-ġuri.", "U se ngħid ħaġa oħra in konnessjoni mad-dewmien li lill-Ministru Gatt m'humiex qed jagħtuh l-informazzjoni korretta dwarha.", "Bir-rispett kollu l- awtoritajiet qed jiddieħku bih f'affarijiet sensittivi.", "Dan qed niddikjarah pubblikament wara li ftit taż-żmien ilu jien interpellajt lill- Ministru Gatt biex jgħid kemm hemm kawżi li ilhom aktar minn ħames snin għas-sentenza - mhux kemm hemm kawżi li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin, imma kemm hemm kawżi li ilhom għas-sentenza aktar minn ħames snin - u r-risposta li ngħatat kienet li m'hemmx iktar minn tlieta, meta jien personalment għandi aktar minn ħames kawżi li ilhom differiti għal sentenza għal aktar minn ħames snin.", "Jiġifieri l-informazzjoni li qed tiġi mgħoddija lill-Ministru tal-Ġustizzja mhux qed tkun korretta.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Anġlu Farrugia li qed jgħidli li hu għandu kawża li ilha differita għas-sentenza għal aktar minn sitt snin.", "Mela jien qed ngħid hawnhekk li l- Onor. Austin Gatt mhux qed jiġi stmat bħala Ministru tal-Ġustizzja, m'hu qed jiġi stmat xejn għaliex l-informazzjoni li qed tiġi mgħoddija lilu qed tkun kompletament skorretta.", "Dan il-parlament huwa sovran u għandu dritt li jindaga fuq kollox.", "Aħna hawnhekk nirrappreżentaw lill-pajjiż kollu u għandna dritt li nindagaw ukoll fuq il-qrati, fuq il-maġistrati u fuq l-imħallfin ukoll.", "Jien nippretendi li meta deputat parlamentari jagħmel domanda lill-ministru konċernat, dak il-ministru għandu jingħata l-informazzjoni kollha minnu rikjesta.", "Kienet saritlu domanda oħra fuq inkjesti konklużi jew le.", "Meta l-ministru staqsa lill-ġudikanti wħud minnhom ma ridux jirrisponduh u hu qagħad għaliha.", "Mela l-ministru tal-ġustizzja jipprova jġib tagħrif għal mistoqsija idonea ta' deputat parlamentari u r-reazzjoni tkun: Isma' dik mhux affarik, ma rridux ngħidulek, u hu joqogħod għaliha!", "Bir-rispett kollu, il-parlament huwa sovran u għandu dritt jindaga fuq kulħadd u fuq il- qorti wkoll.", "Jekk din l-informazzjoni kienet mitluba fil-parlament, trid tingħata.", "Mhix skuża li tgħid li l-maġistrat jew ir-reġistratur ma jridx jagħtik l-informazzjoni.", "Il-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l- affarijiet.", "U għalhekk il-poplu qed jitlef il-fiduċja fil-qrati.", "X'jiġifieri, mela baqa' xi baqar sagra f'Malta!", "Il-poplu għandu dritt ikun jaf ċerta informazzjoni.", "Mr Speaker, biex inkompli fuq l-istess linja ta' ħsieb, fuq l- insostenibilità tas-sistema ġudizzjarja tagħna, se nitkellem fuq kwestjoni li l-Onor.", "Anġlu Farrugia bħala shadow minister tal-ġustizzja ġejjin bosta drabi f'dan il-parlament u għamel sewwa ħafna li qajjimha f'dibattiti fuq ir-radio ukoll.", "Bħala avukat lili ukoll tinteressani l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għax ikolli x'naqsam magħha kuljum.", "Tal-Partit Nazzjonalista dejjem jiftaħru li huma jimxu mar-rule of law.", "Fit-tmeninijiet u fis- sebgħinijiet dejjem kienu jgħajru lilna tal-Partit Laburista li konna aħna li nżebilħu l-qrati.", "Aħna forsi konna ngħajtu però huma tal-Partit Nazzjonalista li jżebilħu l-qrati b'mod fin.", "Hija għarukaża li jkollok sentenzi tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji, sentenzi pronunzjati mill-qrati li minnhom m'hemmx appell, huma finali, imbagħad il- gvern jiġi jaqa' u jqum minnhom għaliex ma jogħġbuhx u bla ebda mod ma jimplimentahom!", "Ma tistax twaqqa' s-sistema ġudizzjarja ta' pajjiż iktar għar-redikolu minn meta jkollok gvern li jgħid: Jien aqwa mil-liġi, jien aqwa mill-qrati!", "Jien niġi naqa' u nqum x'jgħidu l-imħallfin, jien hekk irrid nimxi!", "Jien mhux se noqgħod insemmi dawn il-każi wieħed wieħed għax l-Onor.", "Anglu Farrugia semmiehom.", "Kien hemm każi fejn l-inġustizzja mmaterjalizzat ruħha bl-iktar mod ċar u tond.", "Per eżempju, fil-każ ta' George Galea rebaħ il-kawża għax qalulu li kienu ħadulu l-liċenzja tiegħu ta' hawker f'Tas- Sliema vilment għaliex riedu jakkomodaw lil xi ħadd ieħor nazzjonalista.", "Naturalment il-qorti ordnat li dan għandu jingħata l-liċenzja lura, imma nonostante sentenza bħal din, xorta waħda l-awtoritajiet b'arroganza schiacciante qed jgħidu li jiġu jaqgħu u jqumu mill-qrati.", "Mela jien ngħid hawnhekk fil-parlament li l-Partit Nazzjonalista m'hu veru xejn li jemmen fil-ġustizzja, m'hu veru xejn li jemmen fid- demokrazija, m'hu veru xejn li jemmen fir-rule of law.", "Jekk jemmen fir- rule of law, mhux bil-paroli jrid jimxi imma bil-fatti.", "U dawn huma l- fatti.", "Trid tagħti eżempju u mhux imbilli tippriedka.", "Huwa faċli li tkun fl-oppożizzjoni u toqgħod tippriedka u tagħmel eloġiji kbar f'mass meetings u tikkritika lil individwi u tagħmel show kif konna naraw fit-tmeninijiet.", "Dawn kienu jippontifikaw u kważi kulħadd kien jemmen li n-Nazzjonalisti biss huma l-paladini tad-demokrazija u tal-ġustizzja, li konna wasalna fi stat li jekk ma jitilgħux in-Nazzjonalisti fil-gvern se tispiċċa d- demokrazija f'pajjiżna.", "In-Nazzjonalisti jagħtu lip service b'mod sottili u b'mod fin.", "Fi żmien ir-Rumani l-imperatur kien jitmellaħ mis-senat, però biex jimpressjona kien taparsi joqgħod jisma' lis-senat.", "Fil-fatt ngħidulha senatus consultum, kienu jagħtuh il-parir, u hu kien jagħtihom lip service, joqgħod iparla magħhom imbagħad jagħmel fattih.", "Dan il-gvern qed jagħmel l-istess; joqogħod ifaħħar il-prinċipji tar-rule of law u l- qrati tagħna, però fil-prattika qed jinjorahom u jżeblah l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien dejjem nipprova nieħu l-ħin f'dan il-parlament biex inwassal dak li l-poplu jkun qed jilmenta fuqu.", "Kif qal l-Onor.", "Herrera, fil-ħin ta' l-aġġornament għandna nitkellmu fuq topics li jinteressaw liċ-ċittadin.", "Naħseb dan se jkun l-aħħar aġġornament tiegħi qabel nibdew il-btajjel tas-sajf.", "U issa li deħlin fix-xhur sajfin inħoss li rridu nsaħħu l-kampanja ta' edukazzjoni biex kulħadd jipproteġi ruħu mill-ħsara li tista' tagħmillu x-xemx.", "Għalkemm napprezza ħafna l-ħidma tal-health education unit fi ħdan id-dipartiment tas-saħħa, jien hawnhekk dejjem għedt u nkompli nisħaq li jeħtieġ jiġu vvotati aktar flus bl-iskop li nkomplu nedukaw lill-poplu.", "Aħna lkoll naqraw dwar il-mard li tikkaġuna x-xemx, speċjalment il-kanċer tal-ġilda, però hemm nies oħrajn li forsi ma jaqrawx.", "Għalhekk jeħtieġ issir kampanja ta' tagħlim iktar qawwija fuq il-ħsara li tagħmel ix-xemx meta nkunu esposti għaliha għal ħin twil.", "Illum fit-toroq tara ħafna pubbliċità fuq attivitajiet li jsiru u fuq prodotti u servizzi oħra.", "Jiena naqbel ħafna magħhom dawn għax meta wieħed ikun għaddej bil-karozza jew bil- mixi bilfors jiġbdulu l-attenzjoni.", "Għalhekk huwa importanti li l-gvern jagħti iktar finanzi lill-health education unit ħalli dan ikun jista' jkompli jagħmel kampanja ta' edukazzjoni dwar il-ħsara li tagħmel ix-xemx lill-bniedem.", "B'finanzjament aħjar il-health education unit ikun jista' jagħmel ħafna iktar reklami fuq il-mezzi tax-xandir u anke fuq il-gazzetti.", "Anke fuq ix-xtajtiet tagħna għandha tagħmel reklami biex toħloq awareness dwar il-ħsara li tagħmel ix-xemx.", "Dawn ir-reklami jridu jkunu effettivi għaliex nisimgħu ħafna nies li ma jagħtux kas dawn l-affarijiet, imma mbagħad meta jiffaċċjaw il-problema ta' skin cancer imbagħad ikun too late.", "F'dawn ix-xhur tas-sajf, meta l-industrija tat-turiżmu tkun fl-aqwa tagħha, tajjeb li nżommu wkoll ix-xtut tagħna nodfa.", "Hemm bajjiet li tieħu pjaċir tarahom nodfa u hemm bajjiet oħrajn li jeħtieġ li l-gvern jgħin akts- ar, permezz tal-kunsilli lokali, biex jinżammu aktar nodfa.", "Minn dan il-parlament nawguraw ukoll lit-tfal u liż-żgħażagħ li jkollhom riżultat tajjeb ta' l-eżamijiet għax ħafna minnhom diġà spiċċaw l-eżamijiet u oħrajn għadhom għaddejjin bl-eżamijiet.", "Aħna jimpurtana xi jsir mill- bieb ta' dan il-parlament 'il barra.", "Dawn huma affarijiet li għaddejna minnhom aħna wkoll u nifhmu li llum jekk ma tkunx tajjeb ma tistax tikkompeti.", "Infakkar ukoll liż-żgħażagħ li ż-żmien tas-sajf ma jiġix biex jixxalaw biss, imma għandhom jinteressaw ruħhom f'affarijiet oħra li jiswewlhom aktar 'il quddiem f'ħajjithom.", "Insemmi wkoll l-iskola sajf fejn iktar minn affarijiet akkademiċi jistgħu jitgħallmu xi crafts u anke jsiru aktar familjari mal-computer.", "Nissuġġerixxi li anke fis-sajf l-iskejjel tagħna jagħtu opportunità lit-tfal u liż-żgħażagħ biex ikomplu jitgħallmu iktar fuq il-computer.", "Mr Speaker, nittama wkoll li jinfetħu aktar opportunitajiet għat-tfal u ż- żgħażagħ li ġejjin minn familji bi dħul baxx għax dawn ma jkunux jaffordjaw jixtru computer lit-tfal.", "U jien nemmen li llum computer fid-dar sar xi ħaġa importanti.", "Nittama li pajjiżna jibda jifhem li l-problemi soċjali taż-żmenijiet tal-lum mhumiex il-problemi soċjali tas-sebgħinijiet.", "Il- Partit Laburista kien fehem il-problemi li kellna fil-pajjiż dak iż-żmien u għamel pajjiż ħanin b'tant benefiċċji soċjali li neħħa t-tallaba mit-toroq.", "Imma ż-żmenijiet tal-lum jitolbu benefiċċji soċjali differenti.", "Jien qed nipprova nsemmi ftit mill-ilmenti li nisma' mingħand in-nies li niltaqa' magħhom kuljum.", "Bħalissa fl-uffiċini ta' kull deputat li hawn hawnhekk qed jidħlu lmenti li qed jinżammu ħafna benefiċċji tar-relief.", "Jien ma rridx ngħid li min kien qiegħed jabbuża għamel tajjeb, però jeħtieġ li d-dipartiment tas-sigurtà soċjali jħaffef ix-xogħol ta' investigazzjoni fuq dawn il-każi ta' nies li twaqqfilhom ir-relief għaliex jista' jkun hemm min forsi ma kienx qed jabbuża verament, allura jkun qiegħed ibati.", "Aħna m'aħniex favur l-abbużi, anzi l-Partit Laburista fis-sena u għaxar xhur li kien ilu fil-gvern ipprova jagħmel mill-aħjar li seta' biex inaqqas l- abbużi.", "Meta għamel il-miżura li tħallas 50ċ ma' kull riċetta biex tieħu mediċini b'xejn m'għamilhiex b'kapriċċ imma għamilha biex idaħħal kultura fost iċ-ċittadini li mhux għax oġġett tieħdu mingħand il-gvern allura huwa b'xejn, imma tal-gvern qed tħallas għalih inti stess.", "Huwa tajjeb li nnaqqsu l-abbuż, imma mhux sewwa li min ma kienx qiegħed jabbuża jibqa' żmien twil mingħajr relief.", "Li qed nitlob jien hu li kull każ jitqies on its own merits għaliex nafu b'każi li huma ġenwini.", "Irrid ngħid ukoll li ġew xi anzjani jilmentaw li cream bl-isem ta' ''Efudix'' fi żmien sena minn Lm3.90 għola għal Lm14.73-il kaxxa qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - u għaldaqstant il-gvern għandu jara li jkun hemm iżjed kontroll fuq il-prezzijiet.", "Għal min jista' jħallas ma jkun ġara xejn, imma min għandu dħul baxx żgur li ma jistax jixtrih aktar minn darba.", "Qed nitkellem f'isem in-nies li jiftħu qalbhom magħna dwar it- tbatijiet tagħhom.", "Jien dejjem emmint li dan il-parlament għandu jkun il-leħen tal-poplu Malti u Għawdxi għax fl-aħħar mill-aħħar mhux qegħdin jisimgħuna l- Laburisti biss, imma jkun qiegħed jismagħna kulħadd.", "U għalhekk inkun nixtieq inwassal dak li jgħiduli għax dan jista' jkun qiegħed jaffettwa lil ħafna nies.", "Jien ġew għandi persuni, kemm anzjani u kemm żgħażagħ, li għandhom dħul baxx u qaluli kemm qed ibatu għaliex ikollhom jixtru mediċini għoljin ħafna għax ma jkunux jistgħu jingħatawlhom mill-isptar.", "Nittama li l-gvern jibda jagħraf aktar x'inhuma l-problemi soċjali ġodda li għandna f'pajjiżna ħalli jimxi b'ġustizzja ma' kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Parnis jipproċedi bit-talba tiegħu?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Jien xtaqt nitkellem fuq żewġ suġġetti.", "Nibda dwar il-każ tal-hospital surveillance officers u s-security guards fid- dipartiment tas-saħħa.", "F'Ottubru ta' l-1991 dawn kienu ġew iċċertifikati li kienu temmew b'suċċess kors ta' erba' xhur training f'hospital surveillance minn Mejju sa Settembru ta' l-1991.", "Fl-1992 il-ministru responsabbli mill-home affairs kien ħatar lil dawn il-persuni biex jaqdu dmirijiethom fid-dipartiment tas-saħħa b'seħħ mit-23 ta' Diċembru in konnessjoni ma' xogħol fis-servizz pubbliku.", "Sal-lum dawn għadhom jittewbu u wħud minnhom ġew saħansitra mhedda li lanqas se jkomplu bix-xogħol li kienu qed jagħmlu hemmhekk.", "Nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li jirrigwardaw dan is-suġġett.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra mis-CGMO, datata 31 ta' Ottubru 1991 li tiċċertifika t-tkomplija ta' kors ta' taħriġ f'hospital surveillance; u", "Ittra tal-ħatra ta' hospital surveillance officer datata 30 ta' Diċembru 1992.", "Dan iwassalni biex nitkellem dwar il-mod kif jaħdem il-gvern Nazzjonalista.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm nies Laburisti li huma kapaċi, minkejja li jkunu waslu biex jieħdu l-ħatra, meta jiġi għalihom il-gvern Nazzjonalista jara kif jaqbiżhom.", "Kif qal l-Onor.", "Herrera, l-istess ġara fil-każ tas-sentenzi li joħorġu mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji li jiena diġà ħriġt stqarrijiet għal waħda, tnejn, tlieta fuqhom.", "Dawn huma Laburisti li sofrew inġustizzja taħt gvern Nazzjonalista u l-gvern lanqas għandu d-diċenza li jirrispondi l-istqarrijiet tiegħi.", "Nafu li qed jagħmel minn kollox biex ma jonorax dawn is-sentenzi.", "Mr Speaker, issa nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministru għall- agrikoltura u sajd dwar kwalità ta' bexx li jintuża fil-biedja, każ li għaddihuli espert Għawdxi.", "Id-deskrizzjoni oriġinali ta' dan il-prodott li qed jiġi importat minn pajjiż fl-Ewropa minn aġent li jirrappreżenta dan il- bexx f'Malta tgħid li dan ma jistax jintuża għal ċerti prodotti agrikoli.", "Iżda meta dan il-prodott jiġi Malta u ssir translation tad-deskrizzjoni, jinqaleb kollox ta' taħt fuq u din tiġi tgħid li jista' jintuża għal dawk il-prodotti li ma jistax jintuża fuqhom.", "Minbarra li dan huwa insult għall- intelliġenza tal-bidwi li qed jużah, huwa insult ukoll għall-konsumatur li jista' jieħu prodott b'bexx ħażin.", "U jekk il-ministru jitlobni lest li ngħaddilu l-informazzjoni kollha biex dan il-każ jiġi nvestigat.", "Mr Speaker, każ ieħor li xtaqt inqajjem fil-ftit minuti li fadalli huwa dwar nisa anzjani li huma separati minn żwieġhom kemm de facto u kemm de jure, fejn id-dipartiment tas-servizzi soċjali jiddividi ċ-cheque tal- pensjoni u jagħti nofs lir-raġel u nofs lill-mara.", "Meta jiskopru li fl- antik ir-raġel kellu arretrati ta' ħlas ta' bolol jew xi multi, id- dipartiment jaqbad u jaqsam dik il-multa jew dawk l-arretrati dovuti nofs għall-mara u nofs għar-raġel.", "Dan mhux sew għax il-mara f'dawn il-każi partikolari m'għandhiex issofri mar-raġel għax huwa traskurat jew għax ma ħax interess li jħallas dak li kellu jħallas lill-gvern.", "Meta l-gvern jiskopri - għax kif qal il-Ministru Gonzi, qed isir eżerċizzju ħalli jinġabar dak li huwa dovut - li dan ir-raġel għad għandu penali xi jħallas, m'għandux jaqta' miċ-cheque tal-mara nofs il-penali li kien responsabbli minnhom ir-raġel.", "Inħeġġeġ lid-dipartiment biex jinvestiga dan il-każ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Ġunju 2000, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAL-LIĊENZJI - LOD/6956/85", "16799.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-każ mad-dipartiment tal-liċenzji Nru. LOD/6956/85 u l-fatt li dan il-każ ilu pendenti għal snin twal meta l- persuna in kwestjoni dejjem kellha ċertifikati mediċi dwar l-istat tajjeb tagħha, jista' l-Ministru jara kif jiġi rimedjat l-inkonvenjent li kull sena din il-persuna tiffaċċja sabiex tipprovdi ċertifikati lid-dipartiment tal-liċenzji?", "Jista' l-Ministru jara li ġentilment isir il-kordinament meħtieġ ħalli dan il-każ jiġi finalizzat u din il-persuna ma tiffaċċjax aktar inkonvenjent?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li meta xi persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan ikollha xi kondizzjoni medika, id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet jirriferi l-każ għand l-Occupational Health Unit għal parir.", "Ovvjament id-dipartiment jimxi fuq il-parir li jingħata.", "F`dan il-każ partikolari, id-dipartiment kien oriġinarjament ingħata l- parir li l-persuna kkonċernata għandha tiġi eżaminata kull sena qabel tiġġeddilha l-liċenzja.", "Id-dipartiment sena wara l-oħra kien jerġa` jitlob parir mediku sakemm fl-1985, ġejna nformati li l-eżami mediku għandu jibda` jsir kull sentejn.", "F`Novembru 1996 id-dipartiment ġie mogħti l-parir li din il-persuna hija tajba biex issuq vettura basta li wara tlett snin terġa tiġi eżaminata.", "Fil-fatt tliet snin wara, eżattament fid-19 ta` Ottubru 1999, id- dipartiment informa lil persuna kkonċernata li trid tibgħat ċertifikat mediku kif indikat mit-tabib tal-gvern.", "Id-dipartiment ma rċeviex risposta.", "Ittra oħra reġgħet intbagħtet lil persuna kkonċernata fl-10 ta` April 2000, iżda s`issa id-dipartiment għadu ma rċieva xejn.", "BUĠIBBA - FUNTANA", "16800.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom tneħħiet il-funtana tal- pjazza ta' Buġibba?", "Meta tneħħiet u għaliex baqgħet ma twaħħlitx lura?", "Jista' l-Ministru jara li jsir il-kordinament meħtieġ mad-dipartimenti jew il-kuntratturi konċernati ħalli għas-sajf li ġej tkun ġiet imwaħħla mill- ġdid?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "BIEDJA U SAJD - MALTA - LIBYA", "16801.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru jaf li se jaġġornani dwar il-kontinwazzjoni tal-ħidma li saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn fuq il-protokoll bejn Malta u l-Libya fl-oqsma tal-biedja u sajd, jista' jinfurmani bid-dettalji u l- programm ta' kontinwazzjoni li għandu għal matul din is-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li l-program ta' ħidma bejn Malta u l- Libja fl-oqsma tal-Biedja u s-Sajd għas-sena 2000 jinkludi:-", "1.", "Il-wasla tal-kumplament ta' grupp ta' studenti għal kors ta' sena fit- teknika ta' trobbija tal-ħut.", "2.", "L-għajnuna teknika oħra bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-bini ta' Masġar Għarbi kif ukoll ko-operazzjoni fil-qasam ta' organic farming.", "MUŻEW", "16926.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet tal-Mużew biex jipproteġi l-faċċata tal-\"klinika\" fi Pjazza Għar id-Dud f'Tas-Sliema, l- aħħar fdal tal-bini ta' dar vittorjana tas-seklu 19 f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħal f'każijiet oħra, id-Dipartiment tal-Mużew qed iżomm taħt attenzjoni dak li hu materja ta' konservazzjoni ta' wirt u fejn ikun hemm każijiet ta' żvilupp ta' bini jikkoordina ma' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "KULLEĠĠ VOKAZZJONALI - IMPJEGATI", "16992.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kondizzjonijiet ta' xogħol, bħal paga, eċċ., se jiġi offrut il-principal li se jmexxi l-kulleġġ vokazzjoni l-ġdid u li reklami dwar il-post tiegħu dehru fil-ġurnali fl-aħħar jiem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mogħti l-parir li f'dan l-istadu għadu mhux il-mument opportun li jingħad x'kondizzjonijiet ta' xogħol u salarju se jiġu offruti lill-prinċipal li se jmexxi l-kulleġġ vokazzjonali.", "TRACER STUDIES", "16993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux tracer studies għas-sena skolastika 1998- 1999, u jekk iva jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-informazzjoni meħtieġa biex isir it- Tracer Study diġa' ġiet miġbura mill-iskejjel u ssettjata għall-istampa.", "Qed jiġi kkonsidrat li fil-ġejjieni qrib it-tagħrif miġbur jiġi ppubblikat.", "SKEJJEL - STUDENTI", "16994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena skolastika 1998-1999 kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel: Fra Diego Bonanno; Teresa Maria Nuzzo; Lorenzo Manche'; Furtu Selvatico; San Ġużepp Ħaddiem?", "B'liema tip ta' ċertifikati, snajja' u kwalifiki spiċċaw dawn l-istudenti u f'liema oqsma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li kienu fl-aħħar sena skolastika 1998-1999 f'dawn l-iskejjel huma:", "Skejjel - Subien Studenti Form V L.Manche' Ospizio, Floriana 26 San Ġużepp, Paola 45 F. Selvatico, Naxxar 50 Subtotal 121", "Skejjel - Bniet", "M.T. Nuzzo, Ħamrun 36", "Fra D. Bonanno, Marsa 39 Subtotal 75", "Informat ukoll li ċ-ċertifikati li jispiċċaw bihom dawn l-istudenti huma ċ-ċertifikati ta' tmiem il-kors fl-iskola.", "EŻAMIJIET - SEC", "16995.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fis-sessjoni ta' Mejju, 1999 tas-SEC, kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-iskejjel privati u f'liema suġġetti?", "X'riżultati kisbu?", "Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "It-tagħrif dwar it-tielet parti għadu ma wasallix.", "SKEJJEL TAL-KNISJA -EŻAMIJIET SEC", "16996.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fis-sessjoni ta' Mejju 1999 tas-SEC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li qagħdu għal dan l-eżami mill-iskejjel tal-knisja u f'liema suġġetti?", "X'riżultati kisbu?", "Kemm kien hemm studenti fl-aħħar sena ta' dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "It-tagħrif dwar it-tielet parti għadu ma wasallix.", "DITTA BORG BROS", "17010.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal- lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?", "Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li t-tenders li ġew awarded lid- Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi għal ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra huma:", "Novembru 1998 - Ġarr ta' għamara u affarijiet mill-Ministeru fi Triq ir- Repubblika għal Palazzo Spinola - kwotazzjoni nru.", "598 datata 14/11/98 - Lm1,400", "Jannar 2000 - Ġarr ta' mudelli tal-proġetti relatati mal-Kumpless tal- White Rocks minn Palazzo Spinola għal Triq San Pawl, il-Belt u mill-Belt għall-Kumpless tal-White Rocks - Lm46.00", "Ġunju 2000 - Ġarr ta' 'safe' kbir mill-ewwel sular ta' l-Auberge d'Italie għal store fi Triq il-Merkanti il-Belt - Lm80.50", "Dawn it-tenders ingħataw b'direct order skond il-proċeduri viġenti fis- servizz pubbliku.", "SAĦĦA - MENINGITE", "17045.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' meningite sena b'sena f'dawn l- aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant illi sena b'sena il-każi ta` meningite f'dawn l-aħħar għaxar snin u fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt, li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Sena", "1990 - 4 1991 - 5 1992 - 6 1993 - 6 1994 - 14 1995 - 8 1996 - 19 1997 - 20 1998 - 46 1999 - 37 1/1/2000-30/4/2000 - 19", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "17046.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw mies minn mal-Maltacom minn mindu daħlet l-early retirement scheme?", "Kemm kellhom żmien u kemm ħadu kull wieħed?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.", "MOBILE PHONES - REPEATERS", "17047.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fejn huma mwaħħlin ir-repeaters li qegħdin jintużaw illum għall-mobile telephony?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija parlamentari ssir lill-Ministru ikkonċernat.", "ATM MACHINES - SERQ", "17048.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' frodi u/jew serq minn użu ħażin ta' ATM machines din is-sena u s-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-1999 u matul din is-sena, sal-15 ta` Ġunju, in-numru ta` rapporti li l-Pulizija kellha dwar frodi/serq relatat ma` l-ATM`s kien ta` 10 u 8 rispettivament.", "QORTI - PROSTITUZZJONI", "17049.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena?", "Kemm minnhom kienu riċedivi?", "X'weħlu din id-darba u fid-drabi ta' qabel?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u l-15 ta` Ġunju ta` din is-sena, il-Pulizija ressqet disa' persuni quddiem il-Qorti fuq każi ta` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni.", "Tlieta minnhom kienu nstabu ħatja ta` dan ir-reat drabi oħra.", "Dawn il-każi għad m`humiex deċiżi, filwaqt li fil-passat dawk misjuba ħatja kienu weħlu pieni ta` priġunerija, multa jew probation.", "ĦABS - DROGA", "17050.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabet droga ġewwa l-ħabs din is-sena u kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga ġewwa l-ħabs din is-sena?", "X'weħlu għal dan l-abbuż?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena, sas-16 ta` Ġunju, kien hemm tlett okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-ħabs.", "F`żewġ okkażjonijiet minn dawn it-trab instab ġewwa l-ħabs, filwaqt li fil-każ l-ieħor it-trab instab fuq priġunier waqt tfittxija li saret fuqu meta nġieb il-ħabs mill-Qorti.", "Dawn it-tlett każi għadhom qed jiġu nvestigati mill-Pulizija.", "Ninsab informat ukoll li bejn l-1 ta` Jannar u s-16 ta` Ġunju, 2000, saru 253 test ta` l-urina u 18-il persuna rriżultaw pożittivi.", "Bħala kastig 16-il priġunier tilfu komplissivament total ta` 834 ġurnata remission, filwaqt li żewġ priġunieri ma ngħatawx kastig peress li kienu laħqu ġew rilaxxati mill-ħabs qabel ma kien wasal ir-riżultat tat-test.", "DJAR - SKEMA \"Q\"", "17070.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma dawk li għamlu użu minn Skema \"Q\" għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jindika l-lokalita' li tirrigwarda l-applikazzjoni?", "Jista' jgħid kemm intlaqgħu u kemm ġew rifjutati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perjodu speċifikat fil- mistoqsija saru ħames applikazzjonijiet taħt Skema Q, li kollha ġew aċċettati.", "Il-lokalitajiet minn fejn saru kien kif ġej:", "Gudja Mosta Naxxar Paola Qrendi", "DJAR - SKEMA \"P\"", "17071.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"P\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija kien hemm żewġ applikazzjonijiet taħt Skema P li minnhom waħda ġiet aċċettata u l-oħra qed tiġi proċessata.", "Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applikazzjonijiet kienu x-Xewkija (Għawdex) u Santa Luċija.", "DJAR - SKEMA \"N\"", "17072.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"N\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema każi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li sakemm skadiet Skema N fis-7 ta' Ottubru 1999, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 15-il applikazzjoni taħt din l- iskema.", "Min dawn, tmienja ġew approvati, ħamsa ġew rifjutati u tnejn ġew irtirati mill-applikanti.", "Ir-raġunijiet għar-rifjut kienu d-dħul li jeċċedi t-Lm 8,000, emfitewsi temporanja l-applikant kien diġa ikkwalifika taħt Skeda 16.", "Il-lokalitajiet minn fejn saru l-applikazzjonijiet kienu kif ġej:", "Victoria (Għawdex) Sliema Ħamrun Birgu Wied il-Għajn Żabbar Paola Żajtun Safi", "DJAR - SKEMA \"M\"", "17073.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"M\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Ottubru u s-7 ta' Ottubru 1999, meta skadiet Skema M, l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt din l-Iskema.", "DJAR - SKEMA \"L\"", "17074.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"L\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1.10.99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi għar-rigward ta' l-aħħar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perjodu speċifikat sas-7 t'Ottubru 1999 meta skadiet l-iskema, kien hemm total ta' erba' applikazzjonijiet taħt Skema L, li minnhom tnejn ġew approvati u tnejn ġew irtirati mill-applikanti.", "Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l- applikazzjonijiet huma kif ġej:", "B'Kara Santa Venera Żabbar Żebbuġ", "DJAR - SKEMA \"K\"", "17075.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward ta' Skema \"K\" kemm kien hemm applikazzjonijiet għal perijodu 1/10/99 - Ġunju 2000?", "Jista' jagħti l-lokalita', kemm ġew milqugħa u kemm applikazzjonijiet ġew rifjutati u fuq liema bażi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija saru 14 l-applikazzjoni taħt Skema K li kollha ġew aċċettati.", "Il-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-applkazzjonijiet kienu kif ġej:", "Attard Mġarr Żabbar Birżebbuġia Mosta Żurrieq Buġibba Pembroke Burmarrad Qala (Għawdex) Iklin Siġġiewi", "BORMLA - TRIQ IL-ĠDIDA - BOZZA", "17118.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fi Triq il-Ġdida ma' Blokk 4, f'Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l- azzjoni meħtieġa.", "ETC - IMPJIEGI", "17119.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tirreġistra għax-xogħol tkunx eliġibbli għal pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna mhix prekluża milli tirreġistra waqt li tkun qed tirċievi Pensjoni għal Min Jirtira jew xi pensjoni għar-Romol, iżda hija prekluża li persuna tirreġistra waqt li tkun qed tirċievi xi pensjoni għal Invalidita'.", "BEACH CLEANERS", "17120.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm il-sejħa għal supervisor mal-beach cleaners, saret minn Settembru 1998 sal-lum?", "Kemm applikaw f'kull każ?", "Mil-liema lokalita' kien kull applikant?", "Kemm ingħataw il-grad ta' supervisor?", "Minn liema lokal kienu dawk magħżula?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab informat li ma saret l-ebda sejħa għal supervisor mal-beach cleaners.", "UNIVERSITA' - DOTTORAT FIL-MEDIĊINA", "17124.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress illi f'Malta s'issa għad mhux qed jiġi organizzat kors li jwassal għal Dottorat fil-Mediċina Veterinarja u għaldaqstant studenti b'xewqa li jsegwu din id-dixxiplina qed ikunu kostretti illi jsiefru a spejjeż tagħhom u tal-ġenituri tagħhom meta ma jkunux ingħataw xi forma ta' għajnuna jew scholarship, jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra illi dawn l- istudenti, li huma ftit fin-numru, jingħataw xi forma ta' stipendju/għajnuna finanzjarja mill-gvern?", "Jista' jikkonferma li a bażi tal-kostituzzjoni tagħna, partikolarment kapitlu 2, artiklu 11(1)+(2), imsaħħin bil-kliem \"fondamentali għall- iggvernar tal-pajjiż f'artiklu 21 ta' l-istess kapitlu, għandu f'konsultazzjoni mal-kabinett, jirrakkmanda illi dawn l-istudenti tal- Mediċina Veterinarja, illi kieku kien hawn kors f'Malta, kienu jikkwalifikaw biċ-ċertifikati li għandhom, jingħataw \"kontribuzzjonijiet lill-familji\" jew \"toroq ta' studju\" kif hemm f'art.", "11 (2) biex jilħqu l- ogħla modi ta' edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-talba fil-mistoqsija diġa' qed tiġi kkonsidrata għall-implikazzjonijiet tagħha.", "DJAR - SLUM CLEARANCE", "17127.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li jidher li se jkun hemm slum clearance fl-area ta' Santa Liena, Bormla, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-djar li se jkunu nvoluti għax hemm preokkupazzjoni fost ir- residenti dwar min minnhom se jintlaqat?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-pjanti ta' l-istess proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-familji affettwati mill-proġett kollha jafu bil- ħsieb tal-Gvern billi qabel saru l-pjanti tal-proġett u tkejjel il-bini kollu affettwat.", "L-indirizzi affettwati huma dawn:", "Hanover Hill, 1-9 Hanover Street, 13-25 Irish Street, 26-38 St Helen Street, 38-45 St Mark Street, 32-42 Eagle Street, 25-32", "Billi l-proġett għadu qed jistenna l-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma nħossx li jkun prudenti li jitpoġġew il-kopji tal-pjanti fuq il- Mejda tal-Kamra f'dan l-istadju.", "COTTONERA REHABILIATION COMMITTEE", "17128.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Cottonera Rehabiliation Committee?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-membri tal-Cottonera Rehabilitation Committee huma dawn:", "Chairman: --------- Is-Sur Chris Spiteri B.E.&A (Hons), MSc(Edin), A&CE Members: -------- Is-Sur Lorenzo Zahra Is-Sur Maurice V Debono B.Pharm, BSc Spec (London), MinstP Is-Sur Paul Muscat Is-Sur John Boxall Is-Sur James Farrugia Is-Sur Mark Lombardo Is-Sur Albert Borg Is-Sur Lawrence Farrugia Is-Sur Michael Zarb Is-Sur Vince Cassar A&CE - Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet)", "Secretary/Coordinator: ---------------------- Is-Sur Ray Bondin MA Bar.", "Stud.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "17130.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996?", "Lil min ingħataw?", "X'kienet l-akkuża u/jew akkużi?", "X'kienet il-piena inflitta?", "X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda?", "Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.", "GWADJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "17132.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Persuni bħal tobba, nurses, eċċ. għandhom permess speċjali mill- Kummissarju tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jipparkjaw il-vetturi f'postijiet li mhux suppost isir parking fihom, sakemm ikunu fuq ix-xogħol uffiċjali tagħhom.", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti wardens xorta qed joħorġulhom ċitazzjoni tal-kontravenzjoni tat-traffiku?", "Jaf il-Ministru li dan ifisser telf ta' ħin, kemm tal-persuni konċernati kif ukoll tat- tribunal?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-permess speċjali maħruġ mill-Kummissarju tal- Pulizija hu permess li jista` jiġi wżat biss meta t-tobba u n-nurses ikunu fuq xogħol uffiċjali tagħhom.", "Kemm il-darba pulizija jew gwardjan lokali jkollu suspett li l-permess speċjali jkun qed jiġi abbużat, l-pulizija jew gwardjan għandu obbligu li joħroġ ticket.", "KUNSILLI LOKALI - LOCAL WARDENS", "17133.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kunsill lokali jirrifjuta talba bil-miktub li jagħti l-isem tal-kuntrattur li jipprovdi l- wardens tal-lokal?", "Għaliex talba bil-miktub lill-kunsill lokali biex jiddentifika l-isem ta' warden li n-numru tiegħu jidher fuq ċitazzjoni għal kontravenzjoni tat-traffiku tiġi wkoll miċħuda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress illi ma għandi ebda nformazzjoni dwar it-talba u r-risposta li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, nitolbu biex jgħaddili l-informazzjoni msemmija.", "INTERPRINT", "17144.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 16923 dwar l-Interprint?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li n-negozjati dwar din l-intrapriża għadhom għaddejjin, ma jkunx prudenti li f`dan l-istadju jingħataw dettalji.", "POLITIKA SOĊJALI - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "17145.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16912, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm ittri maqbuda mhux għand Posta Ltd imma għand il-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'hemm ebda ittri maqbuda għand il-ministeru, dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ħlief għal 70 ittra tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali li hemm bżonn li jkunu reġistrati.", "TURIŻMU - COMPUTERS", "17146.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16914?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li ma nxtara' ebda tagħmir mingħand Medway Ltd bejn is-snin 1992 u 1996.", "CCF - PRIĠUNIERI", "17154.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ħarbu priġunieri mis-CCF, mill-lock ups, miċ-ċentri ta' detenzjoni u minn sptarijiet?", "Jista' jagħti id-dati meta dawn ħarbu?", "Min kienu dawk li ħarbu?", "Meta nqabdu?", "X'passi kriminali u dixxiplinarji ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti biex tispeċifika l- perijodu li dwaru qed tintalab din l-informazzjoni.", "SPTAR SAN LUQA - MAKNI TAL-ĦASIL", "17155.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm makni tal-ħasil tal-kuriduri fl-Isptar San Luqa?", "Kemm minn dawn il-makni li kienu bil-ħsara llum 16 ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li fis-16 ta` Ġunju, tliet makni minn erba' makni li jintużaw biex inaddfu l-kurituri kienu bil-ħsara.", "Qed tiġi stabbilita l-kawża ta` din il-ħsara.", "GWARDJANI LOKALI - ĊITAZZJONIJIET", "17156.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw tickets f'kull belt u raħal f'Għawdex mill-wardens mill-ġurnata li dawn bdew joperaw f'Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sad-19 ta` Ġunju 2000 f`Għawdex ingħataw dawn iċ- ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali:", "Rabat 183 Żebbuġ 55 Għajnsielem 45 Munxar 33 Xewkija 19 Nadur 10 Qala 9 Sannat 6 Kerċem 1", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "PENSJONIJIET", "175.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li qiegħed insemmi separatament hijiex qed tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET", "176.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex qed tieħu l- pensjoni kif suppost?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - PROĠETT FL-IMSIDA", "177.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkompla l-proġett ta' bini ta' djar ġewwa l-Imsida ħdejn l-għajn u meta l-familja li qed insemmi separatament u li qed tgħix f'kondizzjonijiet mill-agħar se tingħata post xieraq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "178.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament, se tingħata l-flus tal-mard, u meta se jibagħtu għalih biex jarah il-board billi ma jistax jaħdem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "179.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament se tingħata post xieraq fejn tgħix?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET", "180.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li kien ex-surġent ta' l-Armata Ingliża, u li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex qed tieħu il-pensjoni li ħaqqha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI - INJURY BOARD", "181.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara illi l-injury board terġa' tiftaħ il-każ tal-persuna li qed insemmi separatament u li kienet weġgħet fuq ix-xogħol xi snin ilu u li għadha tbati sal-lum?", "Jista' l-Ministru jara illi l-board ta' l-invalidita' terġa' tara lil din il- persuna billi llum hija marida aktar minn qabel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - SUSSIDJII", "182.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament u li hija separata hijiex intitolata għal sussidju fuq il-kera u tistax tixtri l-flat tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - ĦASIL TA' MUTURI", "184.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi ġewwa Garden Street, Gżira ġo ħanut li ismu qed nibgħatu separatament qed isir ħasil ta' muturi tal-baħar u qed ikun hemm riħa ta' petrol fil-flats ta' fuq, jista' l-Ministru jara jekk dan huwiex kontra il-permess kif maħruġ tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemm xejn fil-liċenzji tal- pulizija eżistenti fuq il-post li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant li jipprekludi l-attivita' msemmija.", "Pero' jekk hemm xi ħadd li jħoss li qiegħed ibati minn xi inkonvenjent minħabba dan il-post tan-negozju, dejjem jista' jagħmel ilment formali mal-pulizija, kif huwa meħtieġ skond il-liġi."]} {"filename": "20001209_454d_par.doc", "date": "2000-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 454 Is-Sibt, 9 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 454", "Is-Sibt, 9 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.12 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "454", "Is-Sibt, 9 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ MINUTI 528", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 528", "TQEGĦID TA' KARTI 531", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI 532", "AĠĠORNAMENT 565", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 565", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 453 li saret fis-7 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "INTERN - DIRECT ORDERS", "21890.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm hu l-valur ta' dawn id-direct orders?", "Kemm tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "5119.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għalkemm il-mistoqsija parlamentari li qed jirriferi għaliha l-Ministru m'hijiex qiegħda quddiemi, jidhirli li fir- risposta ma ngħatatx l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien dejjem tajt informazzjoni dettaljata.", "Issa jekk hemm xi raġuni valida b'riferenza għal xi branka partikolari, nagħtih dik l-informazzjoni wkoll.", "AFFARIJIET BARRANIN - DIRECT ORDERS", "21891.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' direct orders li nħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is- sena?", "Kemm hu l-valur ta' dawn id-direct orders?", "Kemm minnhom tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress illi l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tirrikjedi ħafna żmien u enerġija biex tinġabar, ma nara l-ebda skop li dan isir sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Huwa ovvju li din in-naħa tal-Kamra jkollha l- interess tagħraf liema mill-voti ta' l-estimi li jiġu approvati se jservu għal pagamenti pendenti li ma jkunux tħallsu mill-fondi allokati għal din is-sena.", "Naħseb li din it-tip ta' informazzjoni tista' toħroġ meta jingħad kemm jeżistu pagamenti pendenti għal dawk li huma tenders li nħarġu kif ukoll għal dawk li huma direct orders.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Il-mistoqsija tirriferi direttament għal direct orders.", "Hemm regoli tal-gvern li jirregolaw direct orders li jistgħu jinħarġu sa ċertu limitu u mbagħad hemm każi li jekk wieħed jeċċedi dak il-limitu, ikun irid permess mill-ministru tal-finanzi.", "Kieku l-mistoqsija saret fil- kuntest tat-tieni parti, jiġifieri liema kienu dawk id-direct orders li l- kap tad-dipartiment partikolari ma kellux id-diskrezzjoni li jagħmilhom, kieku wieħed jifhimha; u jekk il-mistoqsija ssir b'dak il-mod, jiena ma nsib l-ebda diffikulta' li nirrispondiha għax f'dak il-każ in-numru jkun limitat ħafna.", "Isir ħafna xogħol b'direct order kull minuta - ngħidu aħna, meta nordnaw biskuttini għal-laqgħat tal-MEUSAC jew nordnaw xi lapsijiet! - u allura kif inhi l-mistoqsija kważi huwa impossibbli li tirrispondiha mingħajr ma tieħu ċertu tul ta' ħin.", "Nerġa' ngħid li kieku wieħed kellu jiffoka fuq aspetti partikolari nifhimha, imma kif inhi magħmula l-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol u ħafna ħin biex wieħed jirrispondiha.", "U allura jekk ma jkunx hemm raġuni speċifika għala rridu nagħmlu din ir-riċerka kollha, ma nħossx in- neċessita' li wieħed għandu jagħmilha.", "Jekk imbagħad wieħed jiffokaha mill- aspett tal-kap tad-dipartiment, eċċ., dak id-dritt li jingħata lilu mir- regoli taċ-ċivil, hemmhekk wieħed ikun jista' jirrispondi għax hemmhekk ikun qed jiffoka ferm iżjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-korrettezza nixtieq niġbed l-attenzjoni tal- Ministru li jien kulma rrid inkun naf huwa kemm ħarġu direct orders, kemm minnhom tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu.", "Dik hi l-istorja kollha!", "Jien m'iniex qed nistaqsih kemm ġew ordnati lapsijiet jew kemm ġew ordnati biskuttini!", "Bir-rispett kollu, m'iniex qed nara dak li qed jgħid il- Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Biex tasal għal dak ir-riżultat xorta trid tiftaħ il- files kollha, item item, u tgħoddhom flimkien.", "Jiġifieri hemm xogħol konsiderevoli x'wieħed jagħmel, iżjed u iżjed meta għandek dipartimenti differenti.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed jillimitaha, allura jkun hemm skop li wieħed jirrispondiha.", "Jekk wieħed jiffoka d-domanda u jgħid li għandu xi suspett li l-kap ta' ċertu dipartiment ma użax id-diskrezzjoni tiegħu tajjeb, allura hemmhekk wieħed jindagaha, imma b'mod ġenerali tirrikjedi wisq xogħol li tiġġustifika li ssir dik ir-riċerka kollha.", "POLITIKA SOĊJALI - DIRECT ORDERS", "21892.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' direct orders li nħarġu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena?", "Kemm hu l-valur ta' dawn id-direct orders?", "Kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għax risposta li kien ta l-Prim Ministru għal mistoqsija parlamentari nru.", "5127.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dwar il-mistoqsijiet preċedenti li jien kont għamilt lill-Ministru dwar familji li jabitaw f'bini perikoluż, kienet saret xi follow-up?", "Kien hemm xi żviluppi mill-investigazzjonijiet li qegħdin isiru sabiex jiġi identifikat il-każ tagħhom, bil-għan li dawn isibu akkomodazzjoni alternattiva li ma tipperikolax il-ħajja tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-proċess li bih l-awtorita' tad-djar qiegħda tinvestiga l-applikazzjonijiet kollha li hemm pendenti mad- dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali miexi u miexi b'ritmu tajjeb ħafna.", "Dan jinkludi wkoll l-applikazzjonijiet ta' dawk li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva minħabba perikli fid-dar tagħhom.", "L-eżerċizzju għadu m'huwiex komplut u skond l-aħħar informazzjoni f'laqgħa li kelli nhar il-Ħamis li għaddew, nittamaw li l-proċess jitlesta sa l-aħħar tas-sena jew mhux aktar tard mill-ewwel ġimgħatejn tas-sena d-dieħla.", "Mill-inspections li jsiru jirriżulta li perċentwali sostanzjali tal-postijiet ma jkunux verament fi stat perikoluż kif ikun indikat fl-applikazzjoni.", "Meta jinstab li l-postijiet ikunu perikolużi, id-dipartiment jagħmel ħiltu biex jiġu identifikati soluzzjonijiet adatti għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri għandi nifhem li hemm target date biex is- sitwazzjoni tiġi rrimedjata għal dawk il-familji li verament qegħdin jgħixu f'bini perikoluż.", "Hemm xi żmien partikolari meta se jkun imwettaq dan il- programm?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sa massimu nofs Jannar tas-sena d-dieħla, suppost li nkunu lestejna l-eżerċizzju kollu ta' spezzjonijiet fil-postijiet li qed issir applikazzjoni għalihom.", "L-identifikar ta' soluzzjoni jiddependi minn ħafna ċirkostanzi, fosthom l-availability tal-post kif ukoll alternattivi oħra.", "Irrid nenfasizza illi l-awtorita' tad-djar għandha skemi li huma ġenerużi ħafna għal dak li għandu x'jaqsam ma' sussidju sostanzjali.", "Is-soluzzjoni għal dawn il-postijiet - sija dawk li jkunu sidien tagħhom l-applikanti stess u sija jekk ikunu postijiet ta' sidien privati pero' mikrijin lill- applikanti - ma tkunx neċessarjament li tiġi identifikata akkomodazzjoni alternattiva, imma jista' jkun li tintuża waħda mid-diversi skemi li bis- saħħa tagħhom l-awtorita' tad-djar tiffinanzja x-xogħlijiet neċessarji biex mhux biss il-periklu jitneħħa imma biex il-post jiġi abitabbli.", "Naturalment il-mira tagħna hi li l-post jiġi abitabbli f'kondizzjoni tajba u allura ma nkunux kuntenti biss li sempliċement jitneħħa l-periklu.", "Irrid inkun ċar ma' l-applikanti kollha li mhux bilfors l-unika soluzzjoni li jkun hemm hija li tinstab akkomodazzjoni alternattiva.", "Jekk naraw li hemm soluzzjonijiet oħrajn f'forma ta' skema li tiffinanzja t-titjib fil- post jew it-tneħħija tal-periklu, ninsistu li nużaw dik is-soluzzjoni.", "Pero' ma nistax ngħid sa meta se tinstab xi soluzzjoni għax iċ-ċirkostanzi jkunu jiddependu minn sitwazzjonijiet oħrajn, fosthom l-availability ta' postijiet vojta u ta' postijiet li jkunu adatti.", "Kultant jinqalgħu ċerti diffikultajiet għax ikollok familja li tikkonsisti f'persuna waħda jew tnejn u mbagħad ikollok post li jkollu tliet kmamar tas-sodda.", "Jiġifieri wieħed irid jikkonsidra dawn iċ- ċirkostanzi kollha.", "Is-soluzzjoni m'hijiex biss li nsibu post alternattiv - ħafna nies javviċinaw lid-dipartiment b'moħħhom deċiż li dik tkun l-unika soluzzjoni - imma wkoll li nsibu soluzzjonijiet oħrajn.", "Dan huwa parti minn servizz sħiħ li l-pajjiż joffri f'dak li għandu x'jaqsam ma' problemi fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, peress li jiena ġej minn distrett fejn hemm diversi postijiet vojta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-rapport li għamlet il-kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal- liġijiet tal-kera wasalx għand il-gvern?", "Jekk le, x'jista' jsir sabiex dan ir-rapport jasal mill-aktar fis?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, dan ir-rapport għadu ma wasalx, allavolja ili ninsisti maċ-chairman ta' din il-kummissjoni - l-Avukat Micallef, li ftit xhur ilu laħaq imħallef - minn ħmistax wara li jien sirt ministru.", "L-informazzjoni li kien tani l-Avukat Micallef innifsu hi li l-kummissjoni qablet fuq il-pożizzjonijiet kollha u li hu kien fil- proċess li jipprepara rapport dettaljat tal-pożizzjonijiet miftehma fi ħdan il-kummissjoni.", "Infakkar li dik kienet kummissjoni li twaqqfet fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti, li fiha hemm rappreżentanti tal-partiti politiċi, waħda minnhom kienet ġiet nominata mill-Partit Nazzjonalista meta konna fl-oppożizzjoni.", "L-informazzjoni li tani l-Avukat Micallef innifsu hi li l-kummissjoni ħadmet, il-proposti saru u hemm pożizzjoni ta' qbil u li baqa' hi biss kwestjoni li hu, bħala chairperson ta' dik il- kummissjoni, jiġbor in-noti kollha f'forma ta' rapport u mbagħad ir-rapport jitressaq uffiċjalment lill-gvern.", "Matul dawn is-sentejn li għaddew kelli okkażjonijiet numerużi ħafna li niltaqa' ma' l-Avukat Micallef u permezz tar-rappreżentanti tiegħi inħeġġuh ħalli dan ir-rapport jitlesta, għax ma jagħmilx sens li l-proċess ikollu jerġa' jibda mill-ġdid minħabba li r- rapport ikun għadu ma ġiex kompilat.", "L-aħħar komunikazzjoni li kelli ma' l-Avukat Micallef kienet permezz ta' ittra li jiena bgħattlu xi erba' ġimgħat ilu, fejn erġajt tlabtu biex jekk jista' jkun sa l-aħħar ta' din is-sena jibgħatli dan ir-rapport.", "Jekk l- Avukat Micallef bħala chairperson ta' din il-kummissjoni ma jippreżentalix dan ir-rapport, l-unika alternattiva li jibqagħli vijabbli hi li ninnomina persuna biex tiltaqa' ma' dan l-avukat u għallinqas tittraskrivi hi l-punti li jiġu ddettati, li jkunu punti ta' ftehim.", "Nittama ħafna li dan il-proċess jingħalaq, u jingħalaq malajr kemm jista' jkun, għax dan huwa suġġett importanti li ħaqqu diskussjoni u konsiderazzjoni fid-dettall, anke fuq livell ta' dibattitu nazzjonali, u dan ma jistax iseħħ qabel ma jkolli dan id-dokument f'idejja.", "Naħseb li kulmin kien f'dik il-kummissjoni jixtieq jara li l-frott tax-xogħol kollu li sar matul is-sentejn li ħadmu f'din il-kummissjoni, isir realta' u jsir dibattitu nazzjonali biex inkunu nistgħu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fiċ- ċirkostanzi kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema ġodda fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sa Diċembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21947.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni 172 tas-17 ta' Novembru 2000, il-ħin tad- diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi:", "VOT 52 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,518,547 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 53 - KUNSILLI LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 10,599,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 53 - Kunsilli Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 54 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,476,764 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 54 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT XIII - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,119,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, nibda biex inressaq il-mozzjoni li naħseb nistgħu nsejħulha tal-lira!", "VOT 52 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 13,691\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 13,690\".", "Delete the figure \"Lm 13,691\" and substitute therefor the figure \"Lm 13,690\".", "Mr. Chairman, illum se nittrattaw żewġ oqsma li għandhom impatt soċjali, dak tal-ġustizzja u dak tal-kunsilli lokali.", "Jiena se nittratta biss il- qasam tal-kunsilli lokali, waqt li l-qasam tal-ġustizzja se jiitkellem fuqu l-kollega tiegħi l-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "Dan il-proċess amministrattiv ta' l-hekk imsejjaħ gvern lokali beda seba' snin ilu u naħseb li llum ikun f'waqtu li wieħed jagħmel assessment ta' l-andament ta' l-affarijiet.", "L-iskop tal-kunsill lokali kien li d-deċiżjonijiet li jolqtu l-aktar lil- lokal u liċ-ċittadini fil-lokal ikunu aktar qrib lejn iċ-ċittadin.", "F'kelma waħda permezz tal-kunsilli lokali l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tar- residenti tal-lokalita' jkunu mismugħa aktar, jitwasslu aktar, u ċ- ċittadini f'dik il-lokalita' jkollhom ukoll l-entita' eletta minnhom li tissalvagwarda u ġġib 'il quddiem l-interessi ta' dik il-lokalita' partikolari jew ta' dak ir-reġjun.", "Din hija ħaġa pożittiva għax il-gvern ċentrali, bl-istrutturi kkomplikati tiegħu, qiegħed dejjem jikber u mhux jonqos, u minħabba f'hekk l-idea ta' rolling back the frontiers of goverment naħseb li ngħiduha pero' ftit inwettquha.", "Ta' min jgħid ukoll li r-rwol il-ġdid li qed jassumi l-gvern huwa biss dak ta' regolatur.", "Biss biss dan l-aħħar, barra l-awtoritajiet diġa' eżistenti - u l-awtoritajiet huma l-gvern fil-forma ta' regolatur - hawnhekk waqqafna xi tlieta jew erba' awtoritajiet ġodda li ovvjament se jkunu qegħdin jinfluwenzaw il- ħajja ta' kuljum minħabba li l-gvernijiet lokali se jkollhom x'jaqsmu ħafna ma' dawn l-entitajiet.", "Dan qed ngħidu biex nuri li għalkemm il-kunsilli huwa entita' awtonoma, għax hekk tgħid il-liġi - hekk hu u hekk għandu jkun - pero' fil-ħidma eżekuttiva tagħhom il-kunsilli lokali huma parti mill-amministrazzjoni pubblika u qegħdin iħaddmu flus pubbliċi.", "Minħabba f'hekk huwa tajjeb li wieħed joqgħod attent biex il-ħidma amministrattiva tagħhom ma tiżviluppax b'mod li tispiċċa b'ħafna burokrazija żejda, bħalma sfortunatament żviluppa l-gvern ċentrali.", "Din lanqas għandu jkun fiha dawk il-loopholes jew nuqqasijiet li jipprevalu fl-amministrazzjoni pubblika ċentrali.", "Huwa importanti li l-amministrazzjoni fuq livell lokali tiżviluppa b'tali mod u manjiera li tkun aktar effiċjenti u aktar trasparenti.", "Mr. Chairman l-ewwel aspett li wieħed irid iħares lejh huwa l-mod kif jitħaddmu l-finanzi fil-kunsilli lokali.", "Hawnhekk wieħed jista' jinnota konfużjoni fiċ-ċifri bejn dak li ngħad fl-estimi, dak li ngħad fid-diskors tal-budget u dak li jkun intqal matul is-sena.", "U dan irrid insemmih fl- isfond ġenerali ta' dak li qed tallega u ssostni din in-naħa b'fatti loġiċi.", "Per eżempju, minkejja dak li jingħad, ħadd ma jinnega li l- kontijiet tad-dawl u l-ilma għolew matul is-snin 1998, 1999 u 2000.", "Kulmin irċevihom jammetti li r-rati għolew.", "Jiena m'inix xjentifiku - għax kieku ma kontx nieħu l-professjoni legali - pero' l-loġika tgħidli li l-impatt ta' dawn il-kontijiet għandu jirrifletti ruħu wkoll fiż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Fil-każ tal-kunsilli lokali ukoll naraw dan il-logħob biċ-ċifri qisu għandna surrealiżmu ta' l-istatistika.", "Fir-rapport tal-ministru f'paġna 73 jingħad li:", "\"L-allokazzjoni għall-kunsill lokali għal din is-sena li qegħdin fiha hija ta' Lm9.7 miljun u din mistennija li tiżdied bi kważi Lm0.6 miljun għas-sena 2001.\"", "Din id-diska biex ngħid hekk ħareġ jirrepetiha wkoll, b'vuċi feruża, iċ- chairman ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali dakinhar stess li tħabbar il-budget.", "Jien ma nagħtihx tort għax naħseb li ma kienx għadu ra jew daħal fil-kontenut taċ-ċifri.", "F'paġna 5 ta' dan ir-rapport jingħad hekk:", "\"Din is-sena l-gvern kompla jikkonsolida l-appoġġ tiegħu lill- gvernijiet lokali billi żidilhom il-finanzjament b'16.7% jew b'Lm1.5 miljun u b'hekk tella' l-finanzjament għal Lm10.5 miljun\".", "Mela għal din is-sena, skond il-ministru tal-ġustizzja, il-finanzjament tal-kunsilli lokali suppost li kien Lm10.5 miljun; iżda skond il-ministru tal-finanzi, sitt ġimgħat wara, l-allokazzjoni kienet ta' Lm9.7 miljun.", "Imbagħad, jekk wieħed idur fuq l-estimi, dawn jgħidu ċar u tond li t- totalita' tal-fondi li l-kunsilli kellhom f'idejhom fis-sena 2000 kienet ta' Lm10.5 u Lm10.24 miljun taħt programmes and initiatives.", "Mela issa, skond l-estimi uffiċjali, l-allokazzjoni għall-kunsilli lokali hi ta' Lm10.24 miljun.", "Mela l-ministru tal-finanzi jgħid li se nżiduhomlhom b'Lm0.6 miljun, il-ministru tal-ġustizzja ftit ġimgħat qabel jgħid li kienu Lm10.5 miljun u l-estimi jgħidu li għas-sena d-dieħla dawn l-Lm10.5 miljun se jsiru Lm10.24 miljun, jiġifieri Lm0.26 miljun anqas.", "Dawn huma tliet dokumenti uffiċjali, bl-istatistika endorsed mill-ministru tal- finanzi u mill-ministru tal-ġustizzja.", "U allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Il-ministru tal-finanzi ma jafx kemm ta fondi lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali?", "Sur President, jien naf li l-ministeru jkun jaf l-affarijiet tiegħu sew, imma b'rispett reċiproku dan ma jafx li l-fondi allokati għall-kunsilli huma Lm10.5 miljun?", "Il-fondi li għandna hawnhekk, li issa huma għad- dispożizzjoni tal-ministru biex jallokahom skond il-formola, li minkejja d- difetti tagħha hija formola oġġettiva u t-tnejn naqblu magħha .....", "(Interruzzjonijiet) Pero' l-fatt jibqa' li tliet dokumenti uffiċjali tal- gvern juru konfużjoni fiċ-ċifri.", "U jiena għalhekk skantajt kif anke ċ- chairman ta' l-assoċjazzjoni ħareġ jirringrazzja lill-ministru għax dawn ħadu flus aktar matul din is-sena.", "Hemm dilemma dwar x'hemm għad- dispożizzjoni tal-kunsilli lokali.", "Lill-kunsilli fl-aħħar mill-aħħar dak hu li jinterressahom biex kull wieħed minnhom ikun jista' jagħmel il-ħidma tiegħu, ilesti l-inizjattivi li jkun ippjana u jagħmel il-ħidmiet soċjali tiegħu.", "Wara kollox mingħajr flus ma tantx tista' tagħmel ħidmiet.", "Mela l- lifeblood tal-kunsilli lokali tkun f'idejn il-gvern ċentrali, u din mhux bil-flus biss imma anke permezz ta' għajnuna diretta.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li minkejja dak li qal il-ministru fid-diskors tal-budget, effettivament il-finanzi tal-kunsilli lokali se jonqsu b'Lm0.26 miljun għas- sena d-dieħla.", "U dan fid-dawl tar-responsabbiltajiet addizzjonali li matul din is-sena l-kunsilli lokali ġew mgħobbija bihom, fosthom il-proċess tad- devoluzzjoni, li bħala prinċipju hemm qbil fuqu, għax kulħadd irid li l- kunsilli lokali jiżviluppaw fl-aħjar interess tall-komunita'.", "Jiena naħseb li ċertu diskors jingħad għall-konsum tal-media, li sfortunatament min-naħa tagħhom dawn jaħtfuh mingħajr ma janalizzaw l-affarijiet sew.", "Mr. Speaker, kif irridu li l-kunsilli lokali jitgħabbew b'aktar piżijiet meta l-fondi se jonqsu?", "Il-kunsilli lokali issa għandhom ukoll il- maintenance tat-toroq.", "Il-ministru qal li se jagħtihom Lm0.6 miljun aktar, pero' mill-estimi - paġna 332 - jidher li dan mhux minnu għax issa se nżidulhom ukoll l-ispejjeż tar-rimpjazzament tal-bozoz, u mid-dehra diġa' bdew ħerġin l-ordnijiet!", "Imbagħad f'dan ir-rigward wieħed jibda jara wkoll affarijiet tad-daħk.", "Per eżempju, illum f'gazzetta lokali ġie rrapportat li ċerti kunsilli għandhom ordni biex jieħdu ħsieb l-istreet lighting f'Palace Square Valletta, l-Imsida, Tal-Pieta' u l-Furjana, għax f'Jannar tas-sena 2001 ġej xi ministru minn Ireland.", "La ġej xi ħadd minn barra nieħdu ħsieb li nirranġaw daqsxejn il-pajjiż, imqar għal erbat ijiem!.", "Għax anke l-ittra stess tgħid:", "\"Ħudu ħsieb li sal-5 ta' Jannar ikunu lesti u erġgħu ċċekkjaw l- affarijiet biex sat-8 ta' Jannar kollox ikun in place\".", "Jiġifieri issa lill-kunsilli qed ngħabbuhom b'din ir-responsabbilta' u qed nagħmlu pressjoni fuqhom ukoll.", "Qed ngħid dan mhux għax m'għandux ikun li l- affarijiet isiru sew, pero' ovvjament irridu naraw bil-fatti u mhux bil- kliem biss li ssir il-ħidma neċessarja biex lill-kunsilli lokali ngħinuhom ukoll.", "Mr. Chairman, barra minn hekk wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali hija milquta ħażin ukoll bil-VAT.", "Jiena qed nikkalkula li 12% mill-flus allokati se jmorru lura għand il- gvern bħala VAT - 12% u mhux 15%, mhux għax ir-rati tal-kunsilli lokali huma mnaqqsin, imma biex wieħed jelimina dak il-ftit xogħol amministrattiv li huma meħlusa mill-VAT - u jekk naqtgħu 12% minn Lm10.5 miljun insibu li f'idejhom il-kunsilli kellhom biss Lm9.24 miljun.", "Jekk nieħdu l-istess kriterji għas-sena d-dieħla nsibu li jibqgħalhom f'idejhom Lm9.1 miljun.", "U meta ħarist lejn l-1997 biex nara l-kunsilli lokali kemm attwalment kellhom f'idejhom, naraw li l-allokazzjoni kienet ta' Lm8.7 miljun, li jekk minnhom tneħħi ftit anqas minn 5% - biex nibqgħu bl-istess kriterju - insibu li dawn effettivament f'idejhom kien baqgħalhom Lm8.3 miljun.", "Mela d- differenza f'idejn il-kunsilli lokali bejn l-1997 u s-sena 2001 se tkun bejn wieħed u ieħor ta' Lm0.7 miljun jew Lm0.8 miljun.", "Tgħiduli allura din mhux żieda?", "Imma jien qed insemmi ta' l-1997 għax kienet l-aħħar sena ta' gvern Laburista, meta kien hemm kritika persistenti li konna naqqasna l- allokazzjoni.", "Huwa veru li dik kienet parti mill-policy tal-gvern biex inaqqas l-operational costs tiegħu, pero' mbagħad kien hemm skemi oħrajn biex jgħinu lill-kunsilli lokali.", "Mela d-differenza bejn l-allokazzjoni ta' l-1997 u l-allokazzjoni t'issa, li tant niftaħru biha, hija minima ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Mhux imbilli ngħidlek li se nżidek Lm10, biex imbagħad neħodlok Lm7 minnha u tibqa' bi Lm3 f'idejk!", "Din hi r-realta' li qed jiffaċċjaw il-kunsilli.", "Il-finanzjament fuq il-karta jidher li qed jiżdied, pero' effettivament qed jiżdiedu wkoll ir-responsabbiltajiet mingħajr ma tiżdied l-allokazzjoni finanzjarja u assistenza oħra.", "Issa ta' min jgħid li gvern Laburista kien beda jonfoq aktar f'dak li huwa embellishment ta' żoni turistiċi, bħal Buġibba u San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa, Marsaxlokk u Marsascala.", "Dawn huma partijiet minn Malta li jservu għall-ġid tal-Maltin kollha jekk insebbħuhom.", "Filwaqt li fl-1997 kien hemm ivvotati madwar Lm3 miljun biex isir dan l-embellishment, kemm għas-sena li qegħdin fiha kif ukoll għas-sena 2001 l-allokazzjoni hija ta' Lm1 miljun.", "Issa huwa ovvju li dan it-titjib kienu qed jibbenefikaw minnu anke l-kunsilli.", "Dak kien kontribut tal-gvern ċentrali in kind għal ħidmet il-kunsill.", "Jekk saru t-toroq f'Buġibba u l-kunsill lokali ma ħallasx sold, mhux il-kunsill lokali bbenefika?", "Jekk kważi tlestew il-ġnien pubbliku u l-promenade li hemm Birżebbuġa, mhux il-kunsill lokali qed jibbenefika?", "Il- kunsill lokali materjalment ma ħax flus iżda xorta waħda bbenefika, u issa l-kompitu tal-kunsill hu li jagħmel il-manutenzjoni.", "Hawn tidħol ir- responsabbilta' tal-kunsill.", "U mhux aċċettabbli li nies minn Buġibba jagħmluli complaints minħabba t-telqa li tipprevali għax il-kunsill ma jkunx għamel il-manutenzjoni, ma jkunx għamel it-tindif neċessarju u ma jkunx għamel il-ħidma li huwa obbligat li jagħmel.", "U anke f'lokalitajiet oħrajn, din hija xi ħaġa li m'għandhiex titħalla u l-kunsill għandu jara x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu.", "U jekk il-kunsill m'għandux il-fondi neċessarji biex jagħmel dan għandu jara x'jagħmel, jitkellem mal-ministru u mad-dipartimenti konċernati ħalli jipprova jġib għajnuna materjali u għajnuna fiżika.", "Mr. Chairman, dan kien l-ewwel kumment dwar il-qasam tal- finanzi.", "Jiena nkompli nsostni li fiċ-ċifri ppreżentati hemm nuqqas ta' qbil li qed iħalli impatt fuq ħidmet il-kunsilli.", "Issa niġu għal element ieħor importanti ta' kif il-kunsilli jħaddmu l- flushom.", "Għandna każi fejn kunsilli qegħdin jonfqu aktar minn dak li jkun allokat lilhom.", "Dan huwa kuntrarju għal dak li tistipula l-liġi, u l- kunsilliera, speċjalment is-sindku, bħala l-mexxej tal-kunsill, u s- segretarju eżekuttiv, li għandu l-poter li jara r-regoli finanzjarji u r- regoli kollha tas-settur pubbliku, ikunu qed iġorru responsabbilta' meta jaqbżu l-budget finanzjarju allokat lill-kunsill.", "Hija kontra l-liġi li taqbeż il-budget finanzjarju.", "Effettivament dawn ikunu qed ixekklu lill- kunsill ta' warajhom minħabba li jgħabbuh bid-dejn.", "Barra minn hekk, m'huwiex tollerabbli li jkollok kunsill li ma jibgħatx l-accounts tiegħu fejn jista' jkun hemm ċerti debiti li jkunu dovuti minnu.", "Per eżempju, fil- każ tal-kunsill lokali tal-Mosta, il-ministru ħa l-azzjoni neċessarja li tagħtih il-liġi u jien nappoġġja dik l-azzjoni perfettament.", "Dik l-azzjoni terġa' tikkonferma dak li aħna konna għedna żmien ilu, meta konna indikajna n-nefqa żejda fil-kunsill lokali tal-Mosta bħala mossa politika.", "Jien naqbel mal-ministru li ħa dik l-azzjoni.", "Biex inkunu qegħdin ngħidu kollox, din il-kwestjoni ilha ġejja, u dan in-nuqqas fl-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi jinsab ukoll f'kunsilli lokali oħra, u dawn iridu joqogħdu attenti li ma jkomplux jiksru l-liġi.", "Il-fondi pubbliċi jridu jkunu minfuqa b'mod ċar u l-kunsilli jridu jagħtu rendikont sħiħ ta' x'jonfqu.", "F'dan il-każ irridu nassiguraw li l-metodi, ir- regoli jew is-sistemi użati jkunu sempliċi u trasparenti u rridu naraw ukoll li l-kunsilli jkunu marbuta magħhom.", "Nerġa' ntenni li n-nuqqasijiet li aħna nimputaw fuq is-sistema tal-gvern ċentrali m'għandhiex tmur fuq il- kunsilli lokali.", "Is-sistemi ta' amministrazzjoni mħaddma mill-kunsilli lokali jridu jkunu aktar effiċjenti, u meta xi ftit taż-żmien ilu tkellimt fuq l-għoti ta' ċerti tenders mill-kunsilli, jien kont qed nitkellem f'dan l-ispirtu.", "Għalkemm mhux dejjem li l-orħos tender hija l-aħjar, pero' ċertament f'kull tender - u aktar u aktar meta tintgħażel waħda aktar għolja - għandha tingħata r-raġuni għaliex tkun intgħażlet.", "Hu x'inhu l- eżitu tad-deċiżjoni, huwa importanti li dan ikun spjegat bl-aktar mod ċar, tekniku u ġustifikat waqt id-diskussjoni u anke fil-minuti tal-kunsilli.", "U fid-dawl ta' dawn is-sitwazzjonijiet jien illum se nitlob liċ-chairman tal-public accounts committee biex jesiġi li l-kunsill lokali tal-Mosta jagħti spjegazzjoni tan-nuqqasijiet u ta' l-hekk allegata vjolazzjoni tar- regolamenti quddiem il-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi.", "L- iskop ewlieni ta' dan m'huwiex li wieħed jiċċensura lill-kunsill - dak il- pass jieħdu l-ministru għax dak huwa l-poter li tagħtih il-liġi - pero' aktar minn hekk biex fil-public accounts committee isir eżami biex wieħed jara xi kriterji jistgħu jinħarġu għall-ġid tal-kunsilli kollha.", "Dan għandu jsir għax meta l-poplu jara li l-amministrazzjoni fil-kunsilli hija bl- aktar mod trasparenti, b'mod speċjali dik finanzjarja, ikabbar il-fiduċja fil-kunsilli.", "Fl-opinjoni tiegħi, Sur President, l-issue ta' l- accountability tal-kunsilli hija issue importanti u allura se nibqa' nisħaq fuqa.", "Din is-sena kellna każi fejn proprjeta' pubblika ġiet mgħoddija lill- kunsilli lokali biex dawn jutilizzawha, jieħdu ħsiebha u biex ukoll jagħmlu joint ventures mal-privat.", "Huwa tajjeb li jsir dan għax huwa parti mill- proċess tad-devoluzzjoni, pero' naħseb li hu tajjeb ukoll li bħala Kamra tar-Rappreżentanti kull sena jkollna informazzjoni ta' dak li qed isir.", "Biex wieħed jittrasferixxi proprjeta', hemm kriterji preċiżi fil-Land Disposal Act u ħafna drabi din trid issir b'riżoluzzjoni mill-parlament biex jiġi studjat l-iskop għaliex se tingħata dik il-proprjeta'.", "Jekk l- iskop ma jiġix osservat, imbagħad jista' jkun hemm l-effett li dik id- deċiżjoni tiġi kkritikata għax dik il-proprjeta' ma tkunx qed tiġi użata għall-iskop li tkun ġiet mogħtija għalih.", "Barra minn hekk, jekk dak l- iskop jinbidel trid terġa' tgħaddi riżuluzzjoni oħra fil-parlament.", "Din hija ħaġa tajba għax wara kollox dik hija art pubblika.", "Dik l-art la hija tal-ministru, la tal-membri parlamentari u lanqas tal-kunsilliera u għalhekk huwa importanti li l-kunsilliera jagħtu rapport lil din il-Kamra dwar kif il-proprjeta' mogħtija lilhom tkun qed tiġi wżata.", "Din il-proposta qed nagħmilha hawnhekk b'mod formali ħalli l-proprjeta' tiġi amministrata bl-aktar mod trasparenti.", "U huwa aktar u aktar importanti li jkun hemm dawn iċ-checks and balances meta l-kunsilli jagħmlu joint ventures mal-privat għall-utilizzazzjoni u l-użu ta' dik il-proprjeta'.", "Fuq kollox il-kontroll u ċ-checking isir għall-ġid ta' l-istess kunsilli u għall-ġid ta' l-istess komunita'.", "Fil-ħin li fadal nixtieq nitkellem ukoll dwar il-proċess tad-devoluzzjoni tal-poter mill-gvern ċentrali għall-kunsilli lokali, Sur President.", "Huwa importanti li dan il-proċess isir.", "Hemm ukoll l-aspett soċjali, li huwa qasam ieħor importanti li l-kunsilli jridu jagħtu kas.", "Imma għal issa nitkellmu ftit fuq il-proċess ta' devoluzzjoni.", "L-għanijiet tad- devoluzzjoni stipulati fir-rapport tal-ministeru huma li tkompli togħla l- kwalita' tal-ħajja, li jitkattar is-sens ċiviku fil-lokalita' - f'kelma oħra li jkollna soċjeta' aktar responsabbli - u li s-sistemi tal-gvern ikunu għad-dispożizzjoni tal-poplu u mhux bil-maqlub.", "Dawn huma tliet għanijiet bażiċi għaliex id-devoluzzjoni suppost għandha taħdem aħjar fl- interess taċ-ċittadin.", "L-għanijiet huma sbieħ imma jien dejjem inżomm saqajja ma' l-art u nara kif se naslu għalihom.", "U fost l-affarijiet l-aktar importanti hemm li l-kunsilli jkollhom l-għodda finanzjarja, fiżika u materjali biex ikunu jistgħu jaqdu il-funzjonijiet tagħhom sew.", "Ejja nieħdu l-każ tal-problema tat-tibdil tal-bozoz.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-korporazzjoni Enemalta għal xi raġuni jew oħra m'hijiex geared għal servizz tant sempliċi f'post ċkejken bħal Malta.", "Veru li l-istreet lighting tissuplixxieh hi, pero' m'hijiex kapaċi tagħtihom is- servizz hi u tagħmel il-bdil ta' bozoz kif rikjest mill-kunsill lokali.", "Din il-korporazzjoni m'għandhiex il-ħila li mill-eluf li għandha jaħdmu magħha jkollha unit biex dawn l-affarijiet jimxu b'mod effiċjenti, biex bozza ma ddumx sitt xhur biex tinbidel.", "Ġieli bozza maqtugħa ma tinbidilx jekk il- ministru ma jċempilx u jgħajjat xi għajta mad-district manager biex imur jirranġaha!", "Tajjeb li nżommu quddiem għajnejna li l-Enemalta kważi f'kull lokalita' għandha d-distrett jew l-uffiċċju tagħha u jiena ma nistax nifhem kif dawn l-uffiċċji kollha lanqas huma kapaċi jlaħħqu biex jibdlu bozza.", "Kemm hu impenjattiv dan ix-xogħol!", "F'lokalitajiet fejn hemm il-bini ġdid għandna residenti li saħansitra ħallsu Lm700 biex setgħu ngħataw is-servizz tad-dawl.", "Każ tipiku huwa Triq id-Deheb Fin f'Ħal Qormi, fejn hemmhekk hemm biċċa triq ta' 300 metru u r- residenti t'hemmhekk ħallsu Lm700 għal dan is-servizz pero' sal-lum dan is- servizz għadu inkomplet.", "U minkejja t-talbiet li jsiru mill-membri parlamentari li joħorġu fuq dak id-distrett - u l-kunsill sa ċertu punt jagħmel il-parti tiegħu wkoll - dawn ir-residenti xorta għadhom fl-istess sitwazzjoni.", "La għandna din is-sitwazzjoni vis-a-vis l-istreet lighting, allura mhux bilfors li l-kunsilli jaċċettaw li dan ix-xogħol jeħduh huma?", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm effettivament huma attrezzati biex dan ix- xogħol jagħmluh huma, u din hija waħda mill-problemi vinkolanti tad- devoluzzjoni.", "Mhux imbilli ngħidu li bid-devoluzzjoni għandi l-poter.", "X'se jiġri issa jekk dak il-poter ma nistax inwettqu?", "Qabel, kull fejn kien ikun hemm bozza maqtugħa, il-kunsill seta' jgħid li għamel ir-rapport u li qed jiġri wara d-district manager li min-naħa tiegħu mhux qed jaqdih.", "Sal-lum kunsill jista' jgħid hekk imma s-sena d- dieħla le.", "Mis-sena d-dieħla 'l quddiem irid jgħidlu li fi żmien 24 siegħa, fi żmien tliet ijiem, dik il-bozza trid tinbidel.", "U jekk se jassumu ukoll ir-responsabbilta' ta' l-estensjoni tad-dawl f'ċerti postijiet - issa biex inkun realistiku jiddependi wkoll mill-komplikazzjoni tax-xogħol - irid jgħidlu li fi żmien ġimgħa dak is-servizz irid ikun estiż, u mhux neħodlu Lm700 meta s-servizz normali huwa Lm50!", "Qed ngħid Lm700 għax daqshekk ħallsu dawn in-nies ta' din l-area partikolari, u dawn għadhom ma ħadux ir- rebate u għadhom b'servizz inkomplet.", "Imbagħad hemm areas oħra fejn ikollok low voltage, fosthom il-lokalita' ta' Ħal Farruġ u anke fit-tarf ta' Ħal Luqa.", "Qed insemmi dawn il-każi għax narahom u mmiss magħhom kuljum.", "U l- Enemalta għandha lokalitajiet f'kull distrett u m'hijiex kapaċi testendi dan is-servizz essenzjali.", "Issa biex nitkellem b'mod aktar ġenerali rrid ngħid li skond id-diskors tal-budget, iż-żidiet li ngħataw lill-ħaddiema tal-gvern huma performance- related.", "Issa fejn hi l-performance li qegħdin nistennew?", "Qed insemmi każ tipiku fejn minħabba l-inkompetenza ta' entita' pubblika se jispiċċaw ibatu l-kunsilli lokali.", "Jiddispjaċini ngħid li hija inkompetenza, u jien ma nistax nifhem kif ma jiġix organizzat unit li jagħti dan is-servizz b'mod effiċjenti, sakemm din il-mossa ma tfissirx li l-kunsilli lokali se jkunu mgħobbija biex iħallsu għad-dawl fit-toroq, bil-korporazzjoni tiċċarġja lill-kunsilli biex tiġbor aktar flus biex forsi tagħmel tajjeb għat-telf fuq ix-xiri taż-żejt minħabba d-deċiżjoni famuża li nħassru l-hedging agreement!", "Forsi minħabba dan issa se naslu biex il-kunsilli lokali jkunu mġiegħla jħallsu għad-dawl fit-toroq!", "Imbagħad effettivament x'jiġri?", "Jiġri li biex niffrankaw nibdew naqtgħu d-dawl fit-toroq!", "L-istess ħaġa fil-proċess tal-wardens.", "Il-law enforcement hija xi ħaġa li fil-prinċipju naqblu magħha, pero' rridu nkunu saqajna ma' l-art u naċċettaw li biex ikollok enforcement effiċjenti jrid ikun imxerred ma' Malta kollha.", "Irridu naċċettaw ukoll il-fatt li l-law enforcement qatt m'hu se jkun self-financing, għal raġuni sempliċi li jekk se jkun effettiv in- nies se tkun aktar aware u aktar se tobdi r-regolamenti u allura d-dħul mill-kontravvenzjonijiet se jonqos.", "It-tielet punt huwa li għandek ċerti areas fejn ikollok konċentrament ta' popolazzjoni, li se jkollhom introjtu tajjeb - per eżempju Tas-Sliema, G'Mangia ħdejn l-isptar, Paceville u Buġibba - pero' lokalitajiet oħra li m'humiex daqstant ċentrali se jaħdmu b'telf.", "U dan diġa qegħdin narawh wara ftit xhur.", "Sur President, dan qed ngħidu għaliex wieħed irid jagħmel assessment ta' l-affarijiet meta jgħaddu għad-devoluzzjoni u mhux sempliċement għax il- ħaġa għaddiet allura solvejna l-problema.", "U ħafna kunsilli qed iwassluli l- messaġġ - issa jekk qed jigdbu huma qed nigdeb jien - li għalihom is- sistema tal-wardens m'hijiex sostenibbli.", "Mill-banda l-oħra lanqas ma rridu naslu li nwaqqfu dan il-proċess għax inkella tkun qed traqqa 'l hawn u tħassar 'l hemm.", "Irrid ngħid ukoll li l-idea tal-law eforcement m'għandhiex tkun konnessa biss mal-kwestjoni tat-traffiku.", "It-traffiku huwa importanti, imma mbagħad għandu jkun hemm ukoll enforcement vis-a-vis it-tindif u ż- żamma ta' l-ambjent.", "Jien naf li din m'hijiex xi ħaġa faċli u għalhekk qed ngħid li dan il-kunċett qatt ma jista' jkun self-financing.", "U jekk aħna rridu nimbuttaw din il-ħaġa 'l quddiem, iridu jsiru ukoll law enforcement agencies bejn is-suldati, il-pulizija, etc. biex il-gvern jara kif se joħloq xi tip ta' partnership.", "Din is-sena wkoll għaddejjna lill-kunsilli lokali l-kunċett ta' customer care.", "Issa apparti li l-ġbir tal-liċenzji se jibda jsir fil-lokalita' - tajjeb, u dan aħna naqblu miegħu għax jiffaċilita' l-amministrazzjoni għan- nies - imma ma' dan se jkun hemm ukoll il-complaints tan-nies.", "U l-kunsill jgħaddi l-complaints tan-nies lid-dipartiment u hemmhekk se jieqfu l- affarijiet.", "Għaliex?", "Għax għandek is-sistema ċentrali tal-gvern kif żviluppat matul l-għexieren tas-snin li ma tagħtix kas.", "U din hija problema mhux tal-bieraħ, mhux tal-lum, imma problema li ċertament trid tiġi indirizzata.", "U fl-opinjoni tagħna din trid tiġi indirizzata billi jinħolqu l-partnerships neċessarji ma' ċerti dipartimenti tal-gvern u ma' ċertu kunsilli lokali, fejn inkunu nistgħu ntejbu l-effiċjenza ta' l- amministrazzjoni pubblika.", "Jiena nerġa' ntenni li jkun żball kardinali li lill-kunsilli ngħaddulhom xi toroq oħra arterjali jew distributorji.", "Jiena ma nafx kif se ssir din il-ħaġa għax qisha għadha qed tinħadem.", "Mela fi żmien amministrazzjoni Laburista kien hemm ir-road co-ordinating unit, imbagħad għax inbidel il-ministeru u t-toroq marru f'idejn ministeru ieħor, apparentament dan il-unit ġie xolt!", "Issa problema komuni tinqala' mill-fatt li lill-kunsilli ma javżawhomx meta l-korporazzjonijiet ikunu se jagħmlu xi xogħlijiet fit-toroq.", "Issa jekk aħna nemmnu fil-public private partnership - issemmiet fid-diskors tal-budget - għalfejn wara disa' xhur ta' ħidma dan il-unit tneħħa?", "Lill- kunsilli lokali nistgħu nużawhom bħala strument biex intejbu l-effiċjenza, u l-ħaġa trid tinħadem ministeru, ministeru.", "(Interruzzjonijiet) Imma għalfejn ġie xolt dan?", "X'kienu d-difetti tiegħu?", "Tejbu kemm trid, għamel improvement fuq il-performance tiegħu kemm trid, imma ma jagħmilx sens li tħassar xi ħaġa li tkun inbdiet.", "Veru li x-xogħol ta' dan il-unit huwa xogħol diffiċli, pero' jiena kont nissikkahom biex ikomplu jimbuttaw flimkien mal-ministeru u ma' l-entitajiet l-oħrajn, u minkejja d- diffikultajiet kien hemm il-goodwill minn kulħadd.", "U sa fl-aħħar għaqqduh.", "Mela allura dak ix-xogħol kollu għalfejn inħalluh jitħarbat?", "Illum x'għandna?", "Illum għandna t-toroq imħarbtin, fi stat diżastruż.", "Ħafna drabi l-kunsilli jagħmlu r-resurfacing ta' xi triq, imbagħad tiġi l- korporazzjoni, hi liema hi, u terġa' tħaffirilhom u nerġgħu back to square one.", "Dawn huma l-problemi u trid titkellem b'mod prattiku u b'saqajk ma' l-art għar-raġuni sempliċi li dawn l-affarijiet jaffettwaw lill- komunita' .", "Sur President, x'ħin tiġbor riassunt ta' sena sħiħa ssib ħafna affarijiet xi tgħid u x'wieħed għandu jikkonsidra, imma fl-aħħar ftit minuti nixtieq nitkellem fuq kif jaġixxu s-sindki fil-lokalitajiet.", "Sal-lum, fil-maġġor parti tal-kunsilli lokali hemm armonija sħiħa minkejja d-diverġenza ta' opinjonijiet politiċi, pero' hemm ftit lokalitajiet li ma jaħdmux b'dan il- mod u lil dawn għandna niġbdulhom l-attenzjoni.", "Is-sindku għandu jkun il- persuna li tgħaqqad lin-nies u mhux li tifred lin-nies.", "Is-sindku jrid jieħu l-passi, jrid ikun leader veru u jkollu l-kwalitajiet idonei li jgħaqqad u jmexxi l-kunsill fl-aħjar interess tal-lokalita'.", "Insemmi ukoll il-konsultazzjoni li l-kunsilli jridu jagħmlu mar-residenti.", "Huwa intollerabbli li jsiru l-laqgħat mar-residenti u wara ħadd ma jagħti kas ta' dak li jkunu qalulhom ir-residenti.", "Każ tipiku li għaddej bħalissa huwa fir-raħal ta' Ħal Luqa, fejn ir-residenti stess għamlu petition li ppreżentajniha hawnhekk.", "Il-kunsilli lokali jridu jwettqu affarijiet fil-ħidma tagħhom ta' kuljum biex verament jaslu li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadin.", "Dan tal-ħolqien tal- kunsilli lokali kien pass fit-triq it-tajba u naqblu miegħu.", "Lill-kunsilli lokali rridu nkabbruhom għax irriduhom aħjar u, biex dan isir, illum wasal iż-żmien li tinħoloq sistema fejn isiru reassessments jew, kif tgħid section 66 tal-liġi, jinħolqu kriterji ta' performance indicators.", "Jekk m'humiex diġa introdotti, dawn għandhom jiġu introdotti u mħaddma u minn żmien għal żmien għandhom jiġu mtejba.", "U dan għandu jsir fl-aħjar interess tal-kunsilli lokali stess u taċ-ċittadini kollha.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr. Chairman, nistqarr bla tlaqliq li ma nsibx l- iċken diffikulta' ningħaqad ma' l-Onor.", "Charles Mangion fuq l-emenda li ressaq.", "Sieħbi qal li din l-emenda hija tal-lira, imma jien naħseb li l- ministru se jibqa' jissemma mhux għal-lira imma għall-mijiet ta' liri fil- mod kif għolla t-tariffi tal-qrati u li b'riżultat t'hekk il-qorti ġabu kważi magħluq.", "Ovvajment hija konswetudni li titressaq l-emenda pero' dan ma jistax jingħad fil-każ tat-tariffi.", "Dawn daħlu bħal sajjetta fil-bnazzi s-sajf li għadda permezz ta' legal notice u poġġew il-qrati tal-ġustizzja f'pożizzjoni li kważi ma jiffunzjonawx.", "Jien nixtieq li meta jirrispondi l- ministru jgħidilna x'inhu n-numru ta' kawżi li ġew preżentati minn Ottubru 'l quddiem, komparat man-numru ta' kawżi li ġew preżentati fis-snin l- imgħoddija.", "U jekk għandu din l-istatistika jgħidilna jekk huwiex veru li n-numru ta' kawżi ordinarji naqas.", "Sur President, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra mibgħuta minni lil persuna mill-Mosta fl-24 ta' Ottubru 2000 dwar pipe ta' l-ilma għaddej minn mal-bejt mingħajr il-permess tas-sid.", "Dan huwa każ ta' wieħed anzjan f'wheelchair mill-Mosta, li jrid jagħmel kawża fuq pipe ta' l-ilma li xi ħadd abbużivament poġġielu fuq il-ħajt tal-bejt tiegħu u li qed idejqu, peress li minħabba dan l-imbierek pipe dan il-povru ma jkunx jista' jiċċaqlaq.", "Biex jagħmel kawża u jitlob lill-qorti tordna biex jitneħħa dak il-pipe ta' l-ilma, dan l-individwu jrid jonfoq Lm350.", "Dan hu l-ġenn li ħoloq il-gvern Nazzjonalista bil-mod kif għoġbu jgħolli t-tariffi tal- qorti!", "(Interruzzjonijiet) Biex tippreżenta kawża dikjaratorja, hi x'inhi, m'hemm l-ebda distinzjoni u ma tagħmel l-ebda differenza jekk intix mis-saff ta' fuq jew mis-saff t'isfel.", "U minħabba li l-finanzjament tal- kawżi sar daqshekk għoli, dan il-bniedem li rriferejt għalih issa jrid joqgħod b'din l-inġustizzja ma' wiċċu.", "Sur President, tajt dan l-eżempju - u nista' nagħti ħafna aktar eżempji - biex inħeġġeġ lil dan il-gvern jerġa' jaħsibha għax it-tariffi li ċapċpilna fl-ewwel ta' Ottubru huma assolutament astronomiċi u ma jagħmlux sens.", "Il-poplu Malti qed jiġi mċaħħad milli jirrikorri għall-qrati tal-ġustizzja.", "Eżempju ta' kawża oħra huwa dak ta' grupp ta' bdiewa ġewwa l-Mellieħa li jgħixu minn fuq ir-raba'.", "Skond kuntratt li kienu għamlu fl-1966 taħt gvern Nazzjonalista, iċ-ċens għandu jiġi rivedut mill-gvern ma' għeluq it-33 sena.", "Tafu kif ġie rivedut iċ-ċens?", "Dawn kienu jħallsu Lm1.50 fis-sena u issa ċ-ċens għamluhulhom Lm135 it-tomna.", "Dan ġenn!", "Kieku jkollok tiżra' d- deheb f'din l-għalqa wkoll lanqas tifdihom, aħseb u ara meta dan se jiżragħha bil-patata jew bil-basal!", "Issa dawn iridu jagħmlu kawża u biex iġibu sentenza dikjaratorja bir-reġistru jridu jonfqu Lm350 kull bidwi.", "Sur President, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt li sar fis-7 ta' April, 1966 bejn in-nutar tal-gvern u persuna mill-Mellieħa.", "Ngħid għalija l-gvern ma jistax jibqa' għaddej kif inhu għaddej u hemm bżonn urġenti li jirrevedi dawn it-tariffi, allavolja f'dan il-parlament diġa' saru bosta tentattivi.", "Fil-fatt l-aħħar tentattiv kienet il- mozzjoni tiegħi f'isem l-oppożizzjoni tad-19 ta' Ottubru u dakinhar bi ftit ma ġibnihiex żewġ għax m'għaddietx b'vot wieħed, għax kien hawn 28 min- naħa tal-gvern u 27 min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jien minn hawn inħeġġeġ lill-gvern Nazzjonalista biex jagħmel reviżjoni jekk verament irid li ssir il-ġustizzja.", "Int ma tistax tiddeċiedi li tgħolli t-tariffi b'mod li awtomatikament tkun qed tgħid lin-nies biex ma jidħlux il-qorti.", "Dan hu li effettivament qed jiġri.", "B'dawn it-tariffi l-ewwelnett in-nies iridu ħafna flus biex jibdew kawża u t-tieni nett anke l-istess finanzjament tal-kawża jiġi għoli.", "Fil-każ tat-tariffi jiena rrid ngħid li fl-opinjoni tiegħi l-kamra ta' l- avukati kaxkret saqajha mal-ministru.", "Il-kamra ta' l-avukati kellha tkun aktar qawwija fil-kritika tagħha u tieħu pożizzjoni aktar skjetta.", "Għax issa barra li qed ibati l-pubbliku qed ibatu wkoll l-avukati li m'humiex kuntenti bl-andament ta' l-amministrazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja.", "Per eżempju, kif tista' biss taħseb li tagħmel sens li meta tintrebaħ kawża ta' Lm1000 tat-tribunal tat-talbiet iż-żgħar jew kawża quddiem maġistrat, dak li jkun irid iħallas aktar minn Lm120 biex japplika s-sentenza billi jmur jagħmel subbasta!", "Biex tagħmel subbasta fuq kawża ta' Lm1000 tiġik l- istess prezz ta' wieħed li jagħmel subbasta fuq kawża ta' eluf kbar ta' liri.", "Issa din ma tarax li ma tagħmilx sens!", "In-nies qalulu lill-ministru dwar din is-sitwazzjoni, pero' l-Onor.", "Austin Gatt jibqa' jwebbes rasu.", "Mr. Chairman, il-ministru dejjem iserrħilna moħħna li m'hemmx għalfejn ikun hemm aktar spazju fiżiku fil-qorti.", "Issa jekk tara l-estimi tas-sena 2000/2001 dwar improvements to property, issib li hemm ivvotati Lm2,000.", "Tista' tgħidli b'Lm2,000 x'se tagħmel?", "Naħseb li lanqas il-faċċata tad-dar tiegħi ma tagħmel, aħseb u ara kemm se tagħmel impovements to property fil- qorti kollu!", "B'Lm2000 lanqas il-lift li aktar ma jaħdimx milli jaħdem ma tirranġa!", "U mhux billi l-ministru jmur fuq it-television u joqgħod jikkritika lil dak u lil ieħor.", "Dan mhux sew għax jekk jaf x'inhu jiġri fil- qorti u jaf li hemm ċerti affarijiet li m'humiex mexjin sew, m'għandux għalfejn imur fuq it-television imma għandu jaqbad u jieħu l-passi.", "Bħalma għandu jieħu passi fuq inkjesta li hemm għaddejja u li jien nispera li tiġi konkluża malajr, hu min hu dak li daħal fuq is-sistema tal-computers fil- qrati u lagħab mal-verbali tal-kawżi tas-seduti ta' l-imħallfin, dejjem jekk ma jkunx xi wieħed aktar gustuż minni u allura jiġi protett!", "Int ma tistax tħalli dawn l-affarijiet jiġu ttollerati u jien ċert li dan se tagħmlu.", "Dawn huma affarijiet li jindikaw li hemm xi ħaġa ħażina fis- sistema, Sur President.", "(Interruzzjonijiet) Ħa ngħidlek fuq il-problema ta' spazju u anke ngħidlek x'qal il-Maġistrat Cassar ġimgħa ilu.", "Dr. Cassar waħħal notice mal-kamra ta' l-avukati u ma' kullimkien fejn qal li minħabba nuqqas serju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, hu kellu jħassar is-seduta kollha tal-bord tal-kera u ddeferixxa kollox.", "Issa jekk għandux raġun il-ministru jew Dr Cassar ma nafx.", "Kulma naf hu li kien hemm ħafna nies isallu fil-kuriduri.", "Jiġifieri dawn mhux qegħdin jieħdu pjaċir bis-sistema kif inhi.", "L-istess per eżempju meta seduti sħaħ jitħassru.", "Imbagħad qed ikollna każi repetuti ta' bomb scares, fejn kull meta jċempel telephone, anke jekk tkun waqt ġuri, kulħadd irid joħroġ 'il barra għax xi ħadd ikun ċempel li hemm bomba.", "Allura din is-sistema se tibqa' sejra hekk?", "Il-ministru jmissu jaqbad ma' l-awtoritajiet Ingliżi u jistaqsihom x'jagħmlu fil-qrati Ingliżi meta jkun hemm każi bħal dawn.", "Hemmhekk meta jkun hemm ġuri kull siegħa jċemplulhom li se jtajru kull m'hemm, speċjalment meta jkun hemm ġuri ta' xi ħadd b'konnessjonijiet ma' l-IRA.", "Imma hemmhekk ħadd ma joħroġ 'il barra għax illum għandek sistema ta' security fl-awli permezz ta' explosive detectors.", "Sur President, lill-ministru jien ngħidlu li bi ftit flus tista' tissolva l-problema kollha, pero' l-flus li għandu ma tantx jidher li qed iħaddimhom sew.", "Nafu li se jintefqu Lm245,000 għall-NPAA.", "Kieku mqarr jonfoq nofshom għal din is-sistema li semmejt ikun qed isolvi din il-problema darba għal dejjem.", "Għax nerġa' ngħid li kull meta jkun hemm bomb scare kulħadd jitlaq 'il barra, u sa ċertu punt ma tagħtihomx tort għax la ma tkunx armat tgħid li din xi darba se tieħu.", "Il-verita' hi li din tista' tarma għaliha u hemm bżonn li jsir xi ħaġa fuq din il-ħaġa.", "Qed naqgħu għar-redikolu kull darba li xi ħadd sempliċement jagħmel telefonata anonima.", "Jien naħseb li kieku wieħed kellu jistudja l-mod kif isiru dawn it-telefonati anonimi, meta jsiru u x'kawżi jkun hemm għaddejjin fil-qorti dak il-ħin, wieħed għandu mnejn jasal biex jiġbor ċerti indizji.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq in-numru tal-maġistrati, Sur President.", "Minkejja li żied in-numru tal-maġistrati, il-ministru jaf li hemm problema kbira bejn il-maġistrati dwar kif qed jitqassam ix-xogħol.", "Hemm maġistrati li qed jispiċċaw jagħmlu xogħol li huma ma jħossux li għandhom jagħmlu għal ċerti raġunijiet.", "Hemm taħwid kbir bejniethom u l-ministru jrid jara kif se jsolvih dan.", "Nitlob lill-ministru jgħidilna xi ħaġa wkoll dwar il-karozzi li se jixtri għall-maġistrati.", "Min se jkun ix-xufier tagħhom?", "Iżda l-isbaħ waħda, Sur President, hija fil-każ ta' l-istudenti tal-liġi li jmorru jistudjaw fil-librerija li qegħda tixxotta kuljum.", "L-akar kotba riċenti huma dawk li tatna l-Ambaxxata Amerikana meta l-President de Marco kien għadu ministru.", "Barra minn hekk jekk student imur jagħmel photocopy irid iħallas 50c ta' kull paġna, jiġifieri jekk jagħmel erba' faċċati minn ktieb dan irid iħallas Lm2 minn butu.", "Dwar it-trasferiment tar-reġistru għall-għassa tal-Belt irrid ngħid li waqa' l-Embassy, niżlu isfel u ma nafx kemm ħaffru, tellgħuh u lestewh - għadu kif jinfetaħ - u n-nies għaddejjin jixtru, iżda r-reġistru għadu ma niżilx għall-għassa tal-Belt!", "X'inhu dan id-dewmien tat-trasferiment tar- reġistru għall-għassa tal-Belt meta x-xogħol beda qabel l-Embassy?", "Naf li hemm kuntrattur, imma allura dan huwa xi kuntrattur li jista' jagħmel li jrid?", "X'inhu jżomm milli jsir dan it-trasferiment?", "Fir-rapport ta' ħidma tal-ministeru għandna miktub li:", "\"When the transfer of the registries to the ex-Valletta police station is finalised, the space vacated by the registries in the Annexe will be refurbished to serve the requirements of the family court and as offices for the master\".", "Mela ħalli niġi għall-kwestjoni tal-family court, Sur President.", "Il- ministru qal li ma kienx kuntent bir-rapporti tagħna u għamel rapport ieħor.", "Issa se nibdew it-tielet sena ta' gvern Nazzjonalista u għadna mingħajr family court.", "U jekk hawn xi ħaġa li verament hija mistennija li xi darba tibda tiffunzjona hija l-family court.", "Jekk il-ministru jasal wasla sal-qorti - u jagħmel tajjeb li jiġi ta' spiss, għalkemm meta introduċa t-tariffi l-ġodda għamel żmien ma jersaqx l-hemm! - anke meta jkun hemm il-kawżi tas-Sekond'Awla, jibda jara b'għajnejh kemm hu aħjar li jkollna l-family court għal diversi raġunijiet.", "Dwar il-family court se nerġa' nsemmi l-każi għax il-poplu Malti bil-każi jrid jifhem, Sur President.", "Per eżempju, kien hemm każ ta' mara b'ħamest itfal li kellha titlaq mid- dar għax żewġha kien jifflaġellaha.", "Din damet ix-xhur biex ħadet id- digriet.", "Jien mhux qed inwaħħal f'dawk li jaħdmu għax il-kawżi hawnhekk dejjem jikbru.", "Tibda tara kull file isfar daqsxiex ħiereġ mil-lockers!", "Il- ħtieġa li jkun hemm xi ħaġa tiffunzjona hija urġenti.", "S'issa għadna ma wasalniex għalkemm din is-sena hemm ivvotati xi Lm30,000 għall-family court.", "Din il-problema tal-family court ma tistax tiġi delayed aktar.", "Għandna problema ta' domestic violence qawwija u għandna l-problema li l- każi ta' separazzjoni qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Hemm ukoll il-problemi ta' l- adozzjoni.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm huwa importanti li kemm jista' jkun malajr tibda tiffunzjona l-family court.", "Il-chaos li hemm fis- Sekond'Awla huwa tremend - agħar minn suq li nsibu f'Medina - b'mod speċjali meta jkun hemm is-seduti għaddejjin.", "Din hija xi ħaġa li jien jidhirli li l-ministru jrid jittrattaha mhux bil-paroli biss, u nerġa' ngħid li m'għandux jipprova jġib l-iskuża tal-fondi biex jagħmel ċertu refurbishment għax biex imur jonfoq kważi Lm0.25 miljun għall-NPAA għandu.", "Jekk lili tistaqsini x'jiġi l-ewwel jekk hux il-problemi ta' pajjiżi jew l- acquis ngħidlek l-ewwel jiġu l-problemi ta' pajjiżi.", "Kwart ta' miljun lira għall-NPAA hija somma sostanzjali ħafna għall-vot li għandu l-ministeru.", "Fuq is-sitwazzjoni tal-ġurijiet irrid ngħid bl-aktar mod ċar u b'ċertezza li hemm ħafna ġurijiet pendenti fil-kamp kriminali u dawn bilfors irid ikollhom l-avukat tal-fqar, li fil-ġurijiet huwa l-Avukat Joe Mifsud.", "Dr Mifsud huwa ħabib tiegħi, bniedem intelliġenti, ta' l-affari tiegħu u kapaċissimu u m'hemmx dubju li fil-kamp kriminali huwa wieħed mill- aħjar persuni, pero' ma jistax ikompli jagħmel dan ix-xogħol waħdu.", "X'se jagħmlu dawn il-ġurijiet pendenti li kollha qed jistennew il-legal aid?", "Jien ma naħsibx li se tagħtihom wieħed minn tar-Rota!", "Hemm Joe Mifsud u hemm Malcom Mifsud, pero' b'daqshekk ma naħsibx li se tissolva l-problema.", "Hemm ukoll ġurijiet li b'xi daqsxejn fwieħa jew intiena politika dawn dejjem qed jaqgħu lura!", "Issa jekk din jidħolx fiha l-ministru jew il-gvern kollu kemm hu ma nafx.", "Li naf żgur hu li hemm ġew xi ħaġa qed jiġri.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti appelli kriminali qatt ma jiġu appuntati.", "Jien ma rridx insemmi ismijiet imma dawn għal xi raġunijiet jew qed jibżgħu li xi darba ssir ġustizzja f'dan il-pajjiż jew inkella hemm ċertu biża' ieħor.", "Il-ministru jaf li justice delayed is justice denied.", "(Interruzzjonijiet) Meta fuq il-legal aid kien hemm l-abbuż għamilt sew li ħadt il-passi, imma issa ħalli ngħidlek x'inhu jiġri jien fil-qorti tal-maġistrati rigward il- kwestjoni tal-legal aid.", "Fil-qrati inferjuri hemm diffikulta' f'dawk li qegħdin fuq il-lista għax sfortunatament mhux kulħadd ikollu t-tendenza li jaħdem fil-kamp kriminali u ħafna minnhom jaħdmu fil-kamp ċivili - m'hemmx għalfejn insemmu ismijiet, hawnhekk qed nara xi avukati li ċertament kollha jafuhom - u dawn qegħdin jaħdmu fuq proċeduri kriminali għax qegħdin fir- Rota.", "Qed issir ġustizzja?", "Jien mhux qed ngħid għax dawn mhux qed jagħmlu ħilithom, imma jekk bniedem aktar kapaċi jaħdem fuq iċ-ċivil u meta jiġi għall-kamp kriminali qisu jaqbdu s-sulluzzu, dan xi tridu jagħmel?", "B'hekk mexjin l-affarijiet!", "Mr. Chairman, is-sitwazzjoni quddiem il-qorti tal- maġistrati, fil-kamp kriminali fejn għandek il-legal aid, m'hijiex waħda feliċi.", "Dawn m'humiex kummenti tiegħi biss imma huma wkoll kummenti ta' ġudikanti li bħalma jitkellmu miegħi, naħseb li jitkellmu mal-ministru wkoll.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq it-translators.", "F'dan il-każ il-ministru għamel sew li qata' l-abbużi.", "Għandna kawżi ta' nies li jiġu mill-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq u jitkellmu bil-lingwa Għarbija u b'hekk ikollok tappunta translator.", "Jien m'inix wieħed minn dawk li naf ħafna bl-Għarbi imma hemm min jgħid li jifhem ħafna bl-Għarbi u minflok jieħu l-fee tal- legal aid qed imur jagħmilha ta' translator u b'hekk qed joħorġu l-eluf tal- liri.", "Din il-ħaġa tista' ssolvi ruħha billi jiġu mpjegati xi żewġ translators.", "B'dan il-mod toħroġ b'ħafna irħas għax dawn it-translators jibdew ikunu bil-paga.", "Jekk hemm abbuż minn din il-ħaġa allura l-ministru jrid jiffaċċjaha - hemm translator partikolari li jiġi appuntat dejjem hu - u jiena konvint li jekk jiġu mpjegati żewġ translators nispiċċaw noħorġu ħafna irħas u naħseb li jkollna xi ħaġa aħjar ukoll.", "Mr. Chairman, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kwestjoni tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji.", "L-ewwel ħaġa hawnhekk il-ministru għandu responsabbilta' kbira li jara li dan jibqa' jiffunzjona.", "Jien informat li dan it-tribunal għandu ħajja ta' ħames snin, jiġifieri skond il- liġi f'Ġunju ta' l-2001 dan se jieqaf jiffunzjona.", "Issa jekk tara kemm inqatgħu kawżi, kemm baqa' kawżi x'jinstemgħu u kemm hemm kawżi għaddejjin tasal għall-konklużjoni li dan it-tribunal baqagħlu xogħol għal mhux anqas minn tlieta jew erba' snin oħra.", "Dan ifisser li hemm bżonn li jkollna estensjoni ta' żmien għal dan it-tribunal u jiena nispera li l-ministru beda jaħseb biex jagħmel dan.", "Għax issa x'inhu jiġri?", "L-Imħallef Farrugia Sacco jaf li sa Ġunju ta' l-2001 ma jistax ilesti għax għandu ħafna kawżi li għadhom qed jiġu appuntati, oħrajn qegħdin f'nofs leħja u oħrajn li waslu għas-sentenza, u meta tmur quddiemu għat-trattazzjoni l-Imħallef jitfa' l-kawża għas-sentenza.", "U dan qed jitfaħhom kollha għall-10 ta' Mejju ta' l-2001.", "Issa l-Imħallef jaf li sa l-10 ta' Mejju lanqas jekk jagħmel bħal Santu Wistin m'hu se jlaħħaqhom kollha!", "Il-ministru jrid jara li ssir xi ħaġa malajr biex dan it-tribunal jerġa' jiġi appuntat.", "Jekk ma jagħmilx hekk aktar jissaħħaħ l-argument tagħna li tan-naħa l-oħra ma jridux li dan it-tribunal jibqa' jiffunzjona.", "Sur President, qed ngħid li tan-naħa l-oħra ma jridux li dan it-tribunal jibqa' jiffunzjona għax minn għaxar kawżi forsi qed jintrebħu tnejn u kultant tlieta.", "Jekk kumbinazzjoni tintrebaħ kawża kontra l-gvern, jibdew jinqalgħu l-problemi kollha fejn ninvolvu lill-PSC .....", "(Interruzzjonijiet) Imma għalkemm il-vot tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji jaqa' taħt il-prim ministru, il-verita' hi li l-funzjoni tiegħu taqa' taħt il-ministeru tiegħek.", "Barra minn hekk jekk fl-1997 kien hemm ivvotati Lm200,000, kif tela' gvern Nazzjonalista fl-1998 dawn niżlu għal Lm137,000 li minnhom intefqu biss Lm28,487.", "Fl-1999 kien hemm ivvotati Lm105,000 li minnhom intefqu Lm39,000.", "Is-sena l-oħra kien hemm ivvotati Lm50,000 u din is-sena Lm50,000 ukoll.", "Dan meta għall-kummissjoni b'erba' min-nies biex tiddeċiedi kemm in-Nazzjonalisti batew taħt il-Laburisti din is-sena ġew ivvotati Lm100,000.", "Issa ta' min jgħid li din il-kummissjoni waqfet tiffunzjona meta fl-1995 twaqqaf l-ombudsman.", "Dan ifisser li ġew ivvotati Lm100,000 għal xi ħaġa li prattikament ma teżistix!", "Issa jista' jkun hemm xi Nazzjonalist li nsejtuh u qed jheddidkom u ddeċidejtu li tagħtuh xi ħaġa!", "Sur President, kawża quddiem dan it-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji hija kawża normali u m'għandux ikun hemm delaying tactics min- naħa tal-gvern.", "Per eżempju, kull meta tintilef kawża quddiem dan it- tribunal, il-kummissarju tal-pulizija jaqla' minn kollox biex jara li ma tiġiex japplikata s-sentenza u dan mhux sew.", "Jekk kien hemm xi ħadd li ma kienx canvasser ta' ministru Nazzjonalista kif tlajtu fl-1987 u neħħejtulu l-liċenzja tal-gabbana u issa ħa r-raġun mit-tribunal, m'għandniex noqgħodu nagħmlu dawn id-delaying tactics.", "Dan għadu sal-lum jgħaddi mill- kalvarju kollu biex forsi jerġa' jaħdem.", "Dawn l-affarijiet m'għandhomx isiru u għandna naraw kif nagħmlu biex dawn l-inġustizzji nsolvuhom malajr.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nistaqsi fuq dawn l-affarijiet għax għalkemm m'humiex qegħdin taħt il-vot tiegħek, naħseb li kellek x'taqsam fihom.", "U rigward dan it-tribunal, anke fuq Għawdex, jien diġa' għamiltlek aċċenn għax hemm problema kif qed jiġu miġbura l-provi u naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jara x'se jagħmel.", "Sur President, niġu għat-tribunal tat-talbiet iż-żgħar li dwaru l- ministru se jippreżenta xi emendi.", "Issa dan it-tribunal jaħdem b'ċerta effiċjenza u anke l-clearance rate tiegħu hija waħda tajba, imma jekk kemm- il darba l-kompetenza tiegħu se tiżdied minn Lm250 għal Lm1,500, bulk kbir ta' kawżi li kienu quddiem il-maġistrati se jmorru quddiem dan it-tribunal.", "Issa fuq dan it-tribunal se jkun hemm ġudikanti part-time li ħafna minnhom tant se jkunu loaded li biex huma joqogħdu jiktbu s-sentenzi u x-xhieda - għax dawn mhux bħall-maġistrati jew l-imħallfin li jkollhom l-istaff tagħhom - se jkissru l-professjoni tagħhom.", "U uħud minnhom diġa' kissruha għaliex biex ilestu ċerti affarijiet jispiċċaw ma jiftħux l-uffiċċju.", "U allura ladarba se nżidu dan ix-xogħol naħseb li wasal iż-żmien li dawn il- ġudikanti jsiru full-time.", "Din hija xi ħaġa li teżisti f'pajjiżi oħra.", "Sakemm dawn it-tribunali tat-talbiet iż-żgħar tħallihom fuq skala żgħira mhux se jkollok problema, imma issa dawn ma baqgħux hekk għax minn Lm100 tlajna għal Lm250 u issa minn Lm250 qegħdin naqbżu għal Lm1,500.", "Ma tgħidx li minn Lm250 tlajna għal Lm500 - id-doppju - imma tlajna għal Lm1,500.", "Mr. Chairman jiena nħoss li din il-problema għandha tiġi indirizzata issa.", "U fl-opinjoni tiegħi, jekk il-ministru jiltaqa' magħhom ikun aħjar.", "Illum il-kawżi quddiem it-tribunal tat-talbiet iż-żgħar qed jidħlu f'ħafna eċċezzjonijiet u allura jieħdu l-ħin.", "U dawn qegħdin jikbru ħafna.", "Jien nista' ngħid li ġieli jkollok kawżi li tant ikollhom eċċezzjonijiet legali li jispiċċaw anke wara sena u nofs.", "Dan ma jkunx tort tal-ġudikant jew ta' l-avukati imma minħabba l-ħafna xogħol li jkun irid isir.", "Mr. Chairman, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kwestjoni tal-master.", "Dan l- aħħar il-ministru reġa' qal li s-sistema tal-master ma tiffunzjonax u li hu m'huwiex kuntent biha.", "Il-mistoqsija toħroġ waħidha: Are we going to live with it?", "Jekk aħna se nkomplu naħdmu biha, allura hemm bżonn isiru emendi legali biex din verament tibda tiffunzjona.", "Dawn l-emendi għandhom isiru wara li l-ministru jitkellem mal-partijiet interessati f'seminars li jittrattaw il-problemi tal-qrati.", "Billi jsir seminar fuq l-Ewropa m'aħniex se nsolvu l-problemi tal-qorti.", "Imbagħad fuq kollox l-Unjoni Ewropea hija problema tal-gvern, għax hu jrid jidħol fiha!", "Għandu jsir seminar ħalli naraw għaliex fis-sistema tal-master għad baqgħalna l-problemi.", "Jien meta kont l-Ingilterra f'Lulju li għadda l-Ambaxxata Ingliża rranġatli mal-Qorti Ingliża biex immur nara kif taħdem is-sistema tal-master.", "(Interruzzjonijiet) L-avukati u l-qrati Ingliżi aċċettaw il-mod li bih titħaddem din is-sistema.", "L-avukati tagħna mhux qed ikunu daqshekk dixxiplinati biex jidħlu fis-sistema u allura trid tara kif se tiġi applikata ċerta dixxiplina.", "Is-sistema tal-master hija kwestjoni ta' rispett lejn il-ġudikant u allura jekk hemm xi ħaġa nieqsa rridu nindirizzawha.", "Irrid ngħid ukoll li l-maġġoranza ta' l-avukati m'humiex kuntenti bil-mod kif imxiet il-kamra ta' l-avukati fuq ħafna affarijiet, speċjalment fuq is-sistema tal-master.", "Hemm bżonn niddiskutu biex nipprovaw insolvu dawn il-problemi kollha fil-qrati tagħna, inkluż il-kwestjoni tal- master.", "F'dan il-każ huwa importanti ħafna li tiġi instigata fiduċja fis- sistema.", "Mr. Chairman, xtaqt nagħmel kumment ukoll dwar l-attorney general.", "Qed jingħad l-uffiċċju tiegħu se jinqasam f'żewġ branches, waħda tinidirizza l- kamp kriminali u l-oħra tindirizza l-kamp ċivili.", "Issa jien ma nafx x'inhu jiġri għax din il-ġimgħa kulħadd jinsab imsiefer minbarra wieħed li kien qiegħed f'ġuri.", "J'Alla jkun hemm ħafna xogħol barra ladarba jkun fl- interess tal-pajjiż, imma li kulħadd jinzerta msiefer lili ma ddoqqlix!", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li meta wieħed ikun se jsiefer lilek jibagħtulek memo biex jinformawk li fl-assenza tiegħu se jkun qed imexxi ta' warajh, imma li ma jkun hemm ħadd ....!", "Imma apparti din, veru li dan se jinqasam fi tnejn?", "Issa se jkun hemm żewġ kapijiet biex ħadd ma jieħu għalih!", "U jekk hu hekk, hemm xi raġuni għalfejn se jsir hekk?", "Milli qaluli dan se jsir hekk minħabba li d-dipartiment illum kiber.", "Imma possibbli li dan kiber b'tali mod li nħasset il-ħtieġa li naqsmuh fi tnejn?", "Mr. Chairman, jien inħeġġeġ b'mod qawwi lill-ministru biex jara dawn il- problemi, speċjalment il-ġennata tat-tariffi, għax issa mhux jien tlift fiduċja fil-qorti imma anke n-nies.", "Hawnhekk għandi cutting minn \"l- orizzont\" u ittri oħra \"Tlift il-Fiduċja fil-Qrati\".", "Mhux sew li l-poplu Malti jibda jitkellem b'dan il-lingwaġġ.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Hawn il-permess biex l-Onor.", "Farrugia jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ dokumenti li rrifera għalihom?", "(Onor. Membri: Iva).", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li jien bgħatt lil persuna mill-Mosta fl-24 ta' Ottubru 2000 dwar pipe ta' ilma għaddej minn mal-bejt mingħajr permess tas-sid; u", "Kopja ta' kuntratt li sar fis-7 ta' April, 1966 bejn in-nutar tal- gvern u persuna mill-Mellieħa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa ta' l- oppożizzjoni u l-ħin li għad fadal huwa għan-naħa tal-gvern.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr. Chairman, f'dan l-intervent xtaqt ngħid xi ħaġa dwar l-avvanzi li qed isiru fid-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "Jien naqbel perfettament mal-kunċett tal-kunsilli lokali u nsostni li dawn huma parti sħiħa mill-operat ta' l-Istat u mill-id li aħna nsejħulha l-eżekuttiv.", "Nemmen ħafna li aktar ma din tingħata attenzjoni aktar ikollna riżultati tajba għaċ-ċittadini Maltin u jkollna aktar sens li l-pajjiż kollu miexi l-quddiem.", "Il-pajjiż miexi l-quddiem għax il-kunsilli lokali għandhom id-don li jidħlu f'aktar dettal milli wieħed jista' jistenna mill-gvern ċentrali.", "Mhux biss imma meta l-kunsill lokali jkun wieħed ta' l-affari tiegħu allura l-flus ta' l-istat jintnefqu b'aktar attenzjoni u responsabbilta' u jagħtu aktar riżultat.", "Dan insejħulu l-value for money fejn dak li jkun jieħu return tajjeb ta' dak li jkun qed iħallas.", "F'dan id-dawl naħseb li bejn wieħed u ieħor, għalkemm hemm l-eċċezzjonijiet - u huma dawn li jidhru aktar - il-maġġoranza tal-kunsilli lokali huma mmexxija b'sens kbir ta' responsabbilta' u b'sens ta' kontroll fl-infiq.", "Għandek ukoll inizjattivi ġodda f'dak li għandu x'jaqsam l-għarfien aħjar tal-wirt kulturali ta' kull belt u raħal.", "Jiena nieħu pjaċir nara li diversi kunsilli lokali għandhom 'il fuq fl-aġenda tagħhom l-irranġar ta' diversi postijiet storiċi li huma għadhom fil-belt jew fir-raħal tagħhom.", "Per eżempju riċentement rajna l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi li ppreserva t- tron ta' Pinto b'tant attenzjoni u għarfien.", "Din l-Art Ħelwa stess ħadet ħsieb tfaħħar lill-Perit Alan Saliba li għamel dan ix-xogħol u li tat preservazzjoni tal-wirt storiku li għandu dan il-post.", "U ladarba qegħdin fiż-żifna tajjeb ukoll li ngħidu li hija ħaġa tajba li hemm 15-il kunsill lokali li qegħdin affiljati bħala membri ġewwa Din l-Art Ħelwa.", "Tajjeb li wieħed iħeġġeġ aktar kunsilli lokali jidħlu u jiffurmaw parti minn fondazzjonijiet u minn istituzzjonijiet simili.", "Ta' min igħid ukoll li kull sena wieħed jinnota li kull kunsill lokali jagħmel avvanzi fuq dak li jkun għamel is-sena ta' qabel.", "Kull sena qed naraw proċedura sħiħa, moviment sħiħ għal devoluzzjoni aħjar tal-poter.", "Per eżempju f'pajjiżi bħall-Irlanda xogħol li kien qed isir mill-posta bħal xogħol li jirċievu ħlasijiet u jagħtu l-faċilita' liċ- ċittadini biex jidħlu fl-internet illum qed jagħmluh il-kunsilli lokali.", "B'dan il-mod ma jkollniex bżonn uffiċċju tal-posta f'kull belt u raħal u dan jagħmel ħafna sens.", "U jagħmel ħafna sens li f'din il-linja wieħed jagħti aktar saħħa speċjalment meta nafu li minn April ta' din is-sena kellna avvanz kbir fil-komputerizzazzjoni permezz tal-link bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali u anke bejn il-kunsilli lokali nnifishom.", "Daħlu ħafna sistemi bħal l-ADSL li jippermettu lill-kunsilli lokali biex jaħdmu aħjar.", "Kien hemm ukoll id-dħul fis-seħħ tal-ħidma tal-gwardjani lokali.", "Dawn ukoll huma parti minn dan l-avvanz komputerizzat.", "Meta bniedem jingħata ticket fuq xi nuqqas dik awtomatikament tiġi reġistrata dak il-ħin stess u allura jkollok ħafna aktar kontroll.", "U naħseb li tgħaqqad lill-kunsilli lokali b'sistema tajba ta' komputerizzazzjoni hija ħaġa utili u għandha tiġi msaħħa.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta' wieħed jinnota li hemm erba' affarijiet li għandhom ukoll effett fis-sena li ġejja.", "L-ewwel ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta' nafu li l-gvern diġa għadda 22 biċċa proprjeta' li kellu f'idejh biex jiġu amministrati mill-kunsilli lokali nnifishom.", "Hemm ukoll 25 każ ieħor ta' proprjeta' pendenti li finalment se jgħaddu lill-kunsilli lokali.", "L-istess għandu jingħad għall-faċilitajiet sportivi.", "Dan il-gvern qiegħed jagħti ħafna importanza lill-isports.", "Bil- fatti qiegħed jagħmel ħafna ħidma favur l-isports u din is-sena se jkun għadda 26 faċilita' sportiva lil 17-il kunsill lokali ieħor.", "Il-kabinett diġa' approva din il-ħaġa u bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mad- dipartiment ta' l-artijiet.", "L-istess għandu jingħad għal-libreriji.", "Għandna 12-il librerija reġjonali li issa qegħdin jiġi amministrati mill-kunsilli lokali.", "U fuq dan il- binarju tajjeb li wieħed jgħid ukoll li ta' min jara jekk hux possibbli li wieħed jibdel is-sigħat ta' dawn il-libreriji reġjonali b'tali mod li tfal ta' l-iskola li jispiċċaw wara t-tlieta jkunu jistgħu jmorru u jieħdu kotba min hemmhekk.", "Tajjeb li l-ftuħ ta' dawn il-libreriji jestendi ukoll għas- Sibt filgħodu jew għas-Sibt wara nofsinhar biex in-nies li jaħdmu jkollhom ukoll il-faċilita' li jmorru u jieħdu l-kotba.", "Ovvjament id-devoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' dawn il-libreriji ma tfissirx li d-dipartiment m'huwiex se jibqa' jibgħat il-kotba li regolarment kien jibgħat.", "Fid- distrett tiegħi għandi l-kunsill lokali tal-Birgu li dan ġie f'idejh l- Auberge D' Angleterre fejn hemm librerija reġjonali u mid-domandi parlamentari li nagħmel regolarment irriżultali li d-dipartiment dejjem jibgħat numru kbir ta' kotba lil dawn il-libreriji.", "Wieħed irid jgħid ukoll li l-istess kunsill lokali nnifsu għamel inizjattivi biex iżid huwa stess id-dħul tal-kotba hemmhekk.", "L-istess għandu jingħad għal dak li għandu x'jaqsam mal-bus shelters.", "Il- gvern se jgħaddi ukoll il-bini u l-manutenzjoni ta' dawn il-bus shelters lill-kunsilli lokali.", "Tajjeb li qiegħed isir dan pero' ovvjament wieħed dejjem irid jimxi b'ċerta kawtela u attenzjoni għax għalkemm il-bus shelters iservu bħala mezz ta' kif wieħed jinqeda għall-karozzi tal-linja pero' min-naħa l-oħra wkoll wieħed irid joqgħod attent li ma jiċċaqilqux min-naħa għall-oħra għax ħafna drabi dawn ikunu ta' nkonvenjent kbir għal min ikollu dawn il-bus shelters quddiemu.", "Se naraw ukoll tibdil ma' dak li għandu x'jaqsam mal-ħlasijiet tal-kera.", "Fill-fatt mill-1 ta' Novembru ta' din is-sena numru kbir ta' kunsilli lokali bdew jerċievu l-ħlasijiet tal-kera li s-soltu wieħed kien jibgħat għand id-dipartiment ta' l-artijiet.", "Hawnhekk ukoll qed nerġgħu nnaqqsu ċertu piż minn fuq il-gvern ċentrali u ngħabbuh lill-kunsilli lokali pero' b'mod feliċi għax iċ-ċittadin aktar ikun komdu li jmur fl-uffiċju tal- kunsill lokali milli joqgħod jidħol il-Belt.", "Avvanz ieħor li għandu jagħti spinta aktar il-quddiem lill-kunsilli lokali għandu jkun dak tat-tibdil u twaħħil tal-lampi tat-toroq.", "Fil-fatt diversi kunsilli lokali jkollhom ħafna lmenti mingħand ir-residenti tagħhom minħabba f'din il-problema.", "L-istess għandu jingħad għall-operazzjoni tal-gvern li se tippermetti aktar ħaddema tal-gvern li jiġu ttrasferiti mal-kunsilli lokali.", "Bħalissa hemm 90 impjegat li diġa qegħdin f'din is-sistema u naħseb li hija ħaġa tajba li wieħed ikompli javvanza aktar fuq din it-triq.", "L-istess fuq dawk li qed ngħidulhom permessi temporanji.", "Permessi għal tħaffir f'toroq pubbliċi, depożitu ta' materjal ta' bini, divertimenti okkażjonali, vending machines u bejgħ temporanju ta' ikel jew xorb aħna qegħdin ngħidu li dawn kollha se ngħadduhom lill-kunsilli lokali.", "Mr. Chairman dan hu mod għaqli u intelliġenti ta' kif tagħmel l-affarijiet għax jekk int iċċaqlaq bil-mod il- mod il-workload minn fuq il-gvern ċentrali għal fuq il-kunsili lokali r- residenti u ċ-ċittadini jkunu moqdija aħjar u jkun hemm anqas burokrazija u problemi.", "Dan id-dipartiment qed jidentifika fejn huma l-akbar problemi li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini.", "U jekk wieħed jibqa' jieħu din il-linja naħseb li r-riżultat se jibqa' jkun wieħed ta' suċċess kull sena.", "Ovvjament dan dejjem jiddependi minn kemm il-kunsill lokali jaħdem tajjeb.", "Dawn id- devoluzzjonijiet li aħna qegħdin insemmgħu jkollhom suċċess skond kemm il- kunsill lokali li jħaddimhom ikun serju u kemm ikollu ġewwa fih kunsilliera li jkunu nies ta' l-affari tagħhom u li jifhmu r-responsabbilta' kbira li huma għandhom fuqhom.", "Jien insellem lil diversi kunsilliera li tant tant jieħdu xogħlhom bis-serjeta' li jispiċċaw li l-ħajja personali tagħhom tispiċċa.", "Issa ta' min ifakkar li dan huwa xogħol assolutament volontarju.", "Tajjeb li wieħed iħares ukoll u jikkonċentra ftit fuq il-każijiet ta' kunsilli lokali li ma jkunux qegħdin joperaw tajjeb.", "Wieħed jinnota li waħda mill-miżuri li naħseb għandha tidħol u li se tidħol hija li kull kunsill lokali jipprepara rapport finanzjarju kull tliet xhur.", "Dan ikun speċi ta' management report li kull kunsill lokali għandu jippreżenta lid- dipartiment.", "Hija idea tajba li wieħed jissoda aktar il-konċett ta' l- auditing li jsir min-naħa tad-dipartiment speċjalment f'ċerti kunsilli lokali fejn ikun hemm ċerti dnubiet bħal meta xi kunsill jagħti donazzjonijiet li m'għandux jagħti jew inkella jonqos li jagħti ċertu informazzjoni finanzjarja.", "Naħseb li f'dik id-direzzjoni l-kunsilli lokali jridu jifhmu li huma accountable mhux biss lejn il-poplu fil-ġurnata meta terġa' ssir l-elezzjoni imma huma ukoll accountable lejn il-gvern ċentrali.", "Jien insostni u nemmen li aktar ma jkun hemm din l-accountability aktar ikun aħjar.", "L-infiq tal-pajjiż għandu jiġi kkontrollat miż-żewġ naħat tal- Kamra anke permezz ta' domandi parlamentari sia mill-oppożizzjoni u kemm min-naħa tal-gvern.", "Li tieħu lil dawn il-kunsilli lokali quddiem il- kumitati tal-Kamra naħseb ukoll hija talba f'din id-direzzjoni.", "Wara kollox aktar ma tissoda id id-dipartiment aktar aħjar għax aktar tagħti possibbilta' ta' effiċjenza.", "Kif jgħidu l-Ingliżi a stitch in time saves nine.", "Jekk wieħed jikkontrolla mill-bidu ċerti nuqqasijiet jiffranka milli jasal f'pożizzjoni ħażina aktar 'il-quddiem.", "Nagħlaq billi ngħid li l-aspett tal-kunsilli lokali huwa wieħed ta' suċċess u bi pjaċir wieħed jara li tan-naħa l-oħra tal-Kamra qegħdin jaqblu ma' dak li qegħdin nagħmlu.", "Wieħed irid jgħid li aktar ma jkun hemm responsabbilta' u aktar ma jkun hemm ħidma ta' kontroll aktar aħjar għall- pajjiż u għalina b'mod ġenerali.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, nibda mill-qasam tal-kunsill lokali u nidħol mill-ewwel fuq il-finanzjament.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Mangion jaf jagħmilhom in-numri, pero' din is- sena għoġbu juża argument bil-kuntrarju għal dak li uża s-sena l-oħra.", "Is- sena l-oħra, meta kien hemm finanzjament ta' Lm9.6 miljun u Lm0.84 miljun oħra speċifikament imniżżlin f'funds not withdrawn in previous years, l- Onor. Membru kien qal li dawk ma ngħodduhomx għax huma flus li kienu allokati għas-snin preċedenti, flus li l-kunsilli ma kenux ħaduhom.", "Dak kien l-argument, imma din is-sena l-Onor. ħabib tiegħi jrid jgħoddhom.", "Issa jew kienet żbaljata l-pożizzjoni s-sena l-oħra jew qiegħda żbaljata llum.", "Ir-realta' hija li nafu li s-sena l-oħra kien hemm vot speċjali ta' Lm0.84 miljun, li kienu fondi speċjali not withdrawn mill-kunsilli lokali minn mindu twaqqfu l-fondi speċjali sa meta qtilnihom.", "(Interruzzjonijiet) Mela le!", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): L-Onor.", "Charles Mangion, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Ministru qed jitkellem fuq cash flow resources tal-kunsilli.", "Fl-1997 u 1998, meta kont jien ministru, il-kunsilli lokali kellhom cash flow resources ta' Lm12.5 miljun.", "Dak iż-żmien il-ħabib tiegħi kien jgħid kemm konna nnaqqsu l-finanzjament tal-kunsilli lokali.", "Jekk irid nista' nagħtih tagħrif dwar cash flow resources tal-kunsilli lokali għall-perijodu bejn Diċembru 1996 u Marzu 1998.", "Nista' anke npoġġi dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor.Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, ma naħsibx li qed nitkellmu fuq cash flow resources, għaliex jekk se nitkellmu fuq cash flow resources allura rridu naraw il-cash flow ta' kull kunsill lokali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-allokazzjoni ta' kull sena li jkun hemm għall-kunsilli lokali.", "U r- realta', tajba jew ħażina - ovvjament tan-naħa l-oħra ma togħġobhomx - hi li din is-sena għat-tielet darba konsekuttiva għandna żieda ta' Lm0.6 miljun, żieda li twassal għal żieda komplessiva ta' Lm2.4 miljun fit-tliet budgets li għamel dan il-gvern, b'kuntrast mat-tnaqqis ta' Lm1.5 miljun li kien hemm fiż-żewġ budgets li ressaq gvern Laburista.", "Jiġifieri fl-istess perijodu ta' sentejn, biex inqabblu kollox like with like, l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali taħt gvernijiet Nazzjonalisti żdiedet b'Lm2.5 miljun, waqt li taħt gvernijiet Laburista naqset b'Lm1.5 miljun.", "Dak it-tnaqqis dak iż-żmien kien jirrapreżenta 15% u llum din iż-żieda tirrappreżenta 30%.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra graph li turi dan bl-iktar mod ċar.", "Mr Chairman, biex nirrispondi għall-argument ta' l-Onor.", "Mangion li kkuntrasta l-VAT mas-CET - u hawn naqbel ma' l-Onor.", "Membru li l-kalkolu ta' 12% huwa realistiku, għax id-differenza bejn is-CET u l-VAT kienet 10% - jekk tieħu li aħna lill-kunsilli lokali żidniehom b'Lm2.5 miljun minn wara li spiċċa l-gvern Laburista, u jekk minn din is-somma tnaqqas l- element tal-VAT, iż-żieda effettiva fl-agħar ipotesi tiġi Lm1.5 miljun.", "Qed ngħid fl-agħar ipotesi għax meta tara l-kontijiet li qed jitħallsu - għaliex dawk nistgħu niċċekkjawhom u fil-fatt iċċekkjajnihom - ir-realta' hija ħafna iktar ogħla, u aħna nikkalkolaw li bejn wieħed u ieħor iż- żieda reali tvarja minn Lm1.8 miljun għal Lm2 miljun.", "Dik hija l-verita'.", "Irrid ngħid ukoll, Mr Chairman, li għal din is-sena hemm żewġ elementi that do not feature f'dawn l-Lm10.24 miljun li għandhom il-kunsilli lokali.", "L-ewwel ħaġa għandek it-trasferiment mingħand il-lands tal- liċenzji hekk imsejħa 5-day permits għall-fieri u għat-tombli.", "Skond il- kalkoli li għamilna mal-lands, minn dawn il-liċenzji l-kunsilli lokali huma mistennija li jieħdu Lm0.15 miljun oħra.", "It-tieni ħaġa, bis-sistema l- ġdida tar-renewal tal-liċenzji u l-management tagħha, il-kunsilli lokali huma wkoll mistennija jdaħħlu Lm0.25 miljun oħra fuq bażi ta' sena.", "Dan ifisser żieda oħra ta' Lm0.4 miljun, li allura għal din is-sena se tkun qed tfisser żieda effettiva ta' Lm1 miljun u mhux ta' Lm0.6 miljun kif għandna hawnhekk biss.", "Mr Chairman, xtaqt ukoll nagħti ħarsa fuq fuq lejn kif qed naħdmu mal-kunsilli lokali.", "L-ewwel prinċipju li applikajna ħafna din is-sena kienet konsultazzjoni wiesgħa u kontinwa.", "Il-business plans għas-sena l-oħra saru b'konsultazzjoni sħiħa ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Għal kull inizjattiva li ħadna, jekk kenitx devoluzzjoni tal-gvern, jekk kenitx sistema tal-kirjiet jew kenitx is-sistema tal-liċenzji li qed naħdmu fuqha, waqqafna project team u f'kull project team hemm rappreżentant ta' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Kull xahar l-uffiċċju tiegħi u d- dipartiment jiltaqgħu ma' l-eżekuttiv ta' l-assoċjazzjoni biex jiddiskutu x- xogħol kollu li jkun għaddej.", "Kull xahrejn ukoll niltaqgħu ma' l-eżekuttiv ta' l-assoċjazzjoni tas-segretarji tal-kunsilli lokali.", "Għal kull inizjattiva li għandha x'taqsam mat-teknoloġija ta' l- informatika għamilna user acceptance teams li jipparteċipaw fihom il- kunsilli lokali direttament.", "Fil-fatt iktar 'il quddiem se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha li pparteċipaw f'dawn il- user acceptance teams.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm l-affarijiet qegħdin nagħmluhom hand in hand mal-kunsilli, mhux darba imma kontinwament, f'kull xahar, f'kull laqgħa li ssir u f'kull proġett li hemm.", "Jekk qed nitkellmu fuq id-devoluzzjoni tal-bozoz tat-toroq, hemm rappreżentant ta' l-eżekuttiv li f'kull laqgħa li nagħmlu ma' l-Enemalta jkun hemmhekk preżenti jagħti s- suġġerimenti tiegħu u jagħmel monitoring ta' x'qed jiġri.", "Jiġifieri meta ssir id-devoluzzjoni jkun hemm il-qbil totali min-naħa ta' l-assoċjazzjoni.", "Naħseb li kienet importanti wkoll din is-sena l-kisba li għamilna fejn fl- aħħar se nirriorganizzaw il-free services branch.", "Naħseb li anke fi żmien l- Onor. Mangion kienu bdew xi affarijiet biex il-grades hemmhekk jiġu riorganizzati.", "Fil-fatt fl-aħħar ħarġu l-calls u nispera li fil-bidu tas- sena d-dieħla l-proċess kollu jkun mitmum.", "Hawnhekk jien irrid nirringrazzja lin-nies tal-free services branch tax-xogħol kbir li għamlu.", "Ma naqbilx ma' l-Onor.", "Mangion fuq ir-rimarka li għamel en passant fuq il- water services corporation.", "L-agreement li aħna għamilna mal-water services corporation fuq ir-resurfacing tat-toroq kien wieħed mill- prijoritajiet li kellhom il-kunsilli lokali.", "Meta sirt segretarju parlamentari, naħseb li l-ewwel u l-ikbar ilment kien ix-xogħol li kien qed isir mill-water services corporation.", "Illum il-kunsilli huma sodisfatti b'dan l-agreement u jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' kunsilli li daħlu għal dan l-agreement u qed iħaddmuh b'sodisfazzjon.", "Sinċerament ngħid li ma ġiex kunsill wieħed jgħid li dak mhux il-mod tajjeb.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li s'issa ddevolvejna 22 biċċa proprjeta' lill-kunsilli lokali u qed naħdmu fuq 25 applikazzjoni oħra.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll lista ta' dawn il-proprjetajiet u fejn wasalna fuqhom fil-każ li għandna applikazzjonijiet.", "Se npoġġi wkoll sample agreement ta' kif normalment isiru dawn il-kirjiet.", "Irrid ngħid li l- kunsilli lokali, fl-opinjoni tiegħi, qed juru immaġinazzjoni kif jużaw din il-proprjeta', imma rridu nħajruhom ftit iktar biex jinvolvu wkoll lis-settur privat fl-ideat tagħhom.", "Bi pjaċir inħabbar ukoll, Sur President, kif inti stess għedt fid-diskors tiegħek, li jew sa l-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla, 26 faċilita' sportiva li diġa' jeżistu se jgħaddu għand 17-il kunsill lokali differenti.", "Qed ngħid bi pjaċir għaliex ħdimna ħafna biex identifikajna dawn il-postijiet fejn kienu, ħdimna ħafna biex nidentifikaw it-titolu ta' l-art u ħdimna ħafna biex niżguraw li din ma tikkozzax mal-politika tal- gvern fejn hemm sports association bħala direct user.", "F'dan il-każ dak nagħtuh lill-user direttament.", "Illum se ngħaddu 26 faċilita' u din il-ħaġa żgur li hija a feather in the cap ta' dan il-gvern.", "Mr Chairman, dan kollu qed ngħidu għaliex dan kollu jikkuntrasta mas-sentejn li għamel fil- gvern il-Partit Laburista.", "Fis-sentejn li għamel il-Partit Laburista fil-gvern, l-unika vera inizjattiva konnessa mal-kunsilli lokali kienet li daħħlu lill-kunsilli lokali bħala partners fl-ischool building programme, biex jirranġaw l- iskejjel.", "Dak biss sar f'sentejn, u jien ngħid li dan ma kienx tort ta' l- Onor. Mangion - għax naf li kellu l-ideat, naf li kien ministru tajjeb - pero' sfortunatament il-kap tal-Partit Laburista ma jemminx fil-kunsilli lokali u żamm il-politika tal-kunsilli lokali lura.", "U għalhekk nistagħġeb kif issemma' dalgħodu l-embellishment programme.", "Meta sar l-embellishment programme ta' Buġibba, il-kabinett immexxi minn Dr. Alfred Sant kien iddeċieda li Buġibba titneħħa minn taħt il-ġurisdizzjoni tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Dik id-deċiżjoni ma ġietx attwata minħabba numru ta' affarijiet, fosthom il-problema teknika li l-parlament kien laħaq spiċċa, pero' hija deċiżjoni recorded tal-kabinett immexxi minn Dr. Sant.", "Daqshekk kienu importanti għalihom il-kunsilli lokali!", "Sur President, se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-faċilitajiet sportivi li se jingħaddu lill-kunsilli lokali, kif ukoll is-sample agreement li qed nipproponu li jsir hawnhekk.", "Sur President, inti wkoll irriferejt għad-devoluzzjoni tal-libreriji, u kien nixtieq li pubblikament nirringrazzja lid-direttur tal-libreriji, is- Sur Philip Borg, li mingħajru ma konniex naslu.", "Għalija huwa xempju ta' kif persuna mpjegata fis-servizz pubbliku għandha timxi mal-kunsilli lokali.", "Nixtieq kieku kull direttur li għandna fil-gvern u fil-korpi parastatali jieħu l-eżempju tiegħu.", "Dan mhux iċedi lill-kunsilli lokali, anzi jinnegozja tajjeb, jirrispettahom, jagħtihom ir-risposti, jemmen fid- devoluzzjoni u jaħdem id f'id magħhom.", "Jien nirringrazzjah u verament inżommu ta' xempju għal ħafna nies oħra.", "Se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal- Kamra lista ta' libreriji devoluti kif ukoll is-sample agreements li saru.", "Kuntrast ieħor kbir bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista kif jittrattaw mal-kunsilli lokali huwa proprju fejn tidħol il-kwestjoni tal-bus shelters.", "Fil-każ tal-bus shelters il-gvern Nazzjonalista ddeċieda li l-maintenance tagħhom jgħaddih lill-kunsilli lokali, flimkien ma' somma ta' Lm50,000 lill-PTA, li normalment nivvotawlha somma flus fil-budget għal dan il-għan.", "Aktar 'il quddiem se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ agreements li saru fi żmien il-gvern immexxi mill-Partit Laburista ma' JF Soler Ltd u ma' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku rigward kiri ta' spazju ta' bus shelters, żewġ affarijiet li ma sar xejn minnhom.", "Il-gvern iddeċieda li jagħmel din id-devoluzzjoni, ħabbarnieha f'din il-Kamra li se nagħmluha, flimkien ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali ħriġna public call for interest għal min irid jieħu f'idejh il-maintenance tal-bus shelters, bil-kondizzjoni pero' li l-ispiża għal kunsilli lokali tkun zero.", "Ta' min jgħid li kellna diversi nies li urew interess.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposed agreements f'dan il-każ ukoll.", "Effettivament li se jiġri huwa li r-responsabbilta' tal-bus shelters se tgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "Dawn iridu jibnuhom skond pjanti jew sketches approvati minn qabel mill-planning authority.", "L-assoċjazzjoni se tagħmel agreement ma' min tagħżel hi biex jieħu ħsieb dak il-maintenance u jkollu advertising - il-PTA iżżomm ċerti areas għaliha biex tagħmel l-affarijiet tagħha - u allura prattikament il-kunsilli lokali sejrin jiggwadanjaw ħafna minn dan it-tip ta' agreement.", "Sur President, int ukoll irriferejt għall-ħidma li għamilna s-sena l- oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' information technology, ħidma li hija importanti ħafna għax illum il-kunsilli lokali kollha huma on line ma' kull dipartiment tal-gvern u ma' kull korporazzjoni li hi magnet.com.", "Din hija ta' importanza kbira għall-futur tal-kunsilli lokali għax m'hemmx dubju li waqt li immedjatament rebħu billi għandhom l-internet, billi għandhom l-e- mail facilities, billi jistgħu jikkomunikaw bejniethom u jikkomunikaw mad- dipartiment u mal-ministeru, pero' żgur li fil-futur l-implimentazzoni ta' l-e-government - u din nitkellem fuqha iktar 'il quddiem - se tkun tfisser li s-servizzi jridu jiġu devoluti fuq bażi lokali elettronikament.", "B'dan il-mod qed nibnu għall-futur.", "Wara li kkonnettjajna lil kull kunsill lokali, iddeċedejna li ngħollu l-livell ta' connectivity u llum għandna 30 kunsill lokali li kollha għandhom l-ADSL u sa Jannar li ġej inkunu kkonnettjajna l-kunsilli lokali kollha.", "Sur President, fil-fatt diġa' għamilna pass żgħir f'dan is-sens u bħala l- ewwel servizz poġġejna fil-kunsilli lokali l-ħlas tal-kirjiet tal-gvern.", "Jekk m'iniex sejjer żbaljat, hemm xi 100,000 pagament xi jsiru u minn dan kollu l-kunsilli lokali se jieħdu management fee, li komplessivament nikkalkolaw li titla' sa Lm50,000.", "Fil-fatt jien informat li diġa' fl- ewwel tliet ġimgħat saru 100 pagament f'diversi kunsilli lokali għal sistema tajba ħafna u software tajjeb ħafna.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokumentazzjoni teknika fir-rigward tas-software biex nispjega l- vantaġġi li hemm f'din il-ħaġa.", "L-ewwelnett il-klijent m'għandux bżonn iktar joqgħod jidħol il-Belt bilfors biex iħallas.", "Barra minn hekk il- kunsill lokali qed joffri servizz għal min ma jafx juża computer hu stess, u anke l-lands iffrankaw numru ta' nies li kienu qegħdin fuq dawn il- pagamenti.", "Din kienet a win-win situation minn kullimkien.", "Sur President, żgur li s-sena l-oħra l-iktar devoluzzoni importanti kienet tal-gwardjani lokali.", "F'dan il-proċess ħdimna u għadna qed naħdmu flimkien mal-kunsilli lokali all the way.", "Isiru laqgħat regolari, hemm kumitat apposta li għadu qed jiltaqa' bl-iktar mod regolari, li fih huma rappreżentati l-kunsilli lokali, u nista' naċċerta lill-Kamra li ħadna ħafna pariri siewja anke mill-assoċjazzjoni.", "Il-proċess tad-devoluzzjoni kellu tliet miri.", "Kellu l-mira tas-serjeta' tal-proċess fih innifsu, kellu l-mira tas-serjeta' fit-tħaddim u kellu l-mira tas-serjeta' fl- implimentazzjoni tiegħu.", "F'dan il-proċess kellna prattikament tliet parametri li ridna naħdmu fuqhom u naħseb li rnexxielna.", "L-ewwel parametru kien li ridna ndaħħlu l-kultura li b'dawn it-tickets ma tirranġax, mhux kif kien jiġri qabel.", "Naħseb li dik irnexxielna nagħmluha.", "Illum mhux aktar bħal qabel, tkellem lil dak jew tkellem lill-ieħor, jew ma tagħtix kas, ma tħallasx u kollox jibqa' għaddej qisu m'hu xejn.", "Ridna ndaħħlu l-proċess fuq bażi ta' IT avvanzat u jiena niftaħar li kienu Maltin stess li għamlu dan il-proċess.", "Jiena nirringrazzja lill- kumpannija li żviluppat din is-sistema, id-Datatrak, li llum illonċjat ix- shares tagħha fuq l-istock exchange.", "Din hija kumpannija Maltija mmexxija mill-Maltin, ħaddiema Maltin li f'erba' xhur irnexxielhom jibnu sistema li hija seamless, mil-ħruġ tat-ticket sal-ħlas mal-liċenzja tal- kontravenzjoni.", "Ftit hawn sistemi li naf bihom jien fl-Ewropa kollha li jeħduk min-naħa għall-oħra.", "Ċertament li ridna nużaw is-sistema l-ġdida biex innaqqsu l-load mill-qorti u fil-fatt għamilna t-tribunali lokali.", "B'hekk naqqasna minn dik l-load tal-qorti u qed indaħħlu wkoll l-idea li l- kawżi jinstemgħu bil-ħin.", "Illum il-kawżi huma staggered kull nofs siegħa jew kull siegħa u mhux kulħadd jingħajjat fl-istess ħin.", "Ridna s-serjeta' fit-tħaddim ukoll, Sur President.", "L-ewwelnett is- serjeta' fit-tħaddim tiddependi ħafna mill-gwardjan.", "Għamilna kors fl-ETC li minnu ggradwaw 222 gwardjan u se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tagħhom.", "Ħriġna wkoll tenders għal warden services u għal authorised officers, u se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders li konna ħriġna f'dan ir-rigward.", "Kien hemm is-serjeta' fl-implimentazzjoni.", "Aħna ma ridniex il-popolarita' u jiddispjaċini għal xi kunsilli li din għadhom ma fehmuhiex.", "Jiena nikkundanna mingħajr riservi dak li qal is-sindku ta' Tas- Sliema, jumejn jew tliet ijiem ilu fil-gazzetta \"The Times\" fejn qal: \"Jiena naf li l-liġi ma tippermettix illi l-karrozzi jipparkjaw fil- kantuniera, iżda xorta waħda tajt ordni biex hemmhekk inħallihom jipparkjaw u għamilna l-boxes fejn jistgħu jipparkjaw\".", "Din l-attitudni hija inaċċettabli minn sindku li suppost qiegħed hemmhekk biex josserva l-liġi.", "Hija inaċċettabbli fuq kull livell apparti li billi tiżbogħ kaxxa fil- kantuniera ma tbiddilx il-liġi u t-ticket għandu joħroġ xorta.", "Jiġifieri apparti l-attitudni, dan qed jiżgwida lil min imur jipparkja.", "Hu inaċċettabli li jkollna sindku li huwa responsabbli għall-kunsill li jagħmel dikjarazzjoni u jgħid li għandu problema tat-traffiku u allura jiġi jitmellah mill-liġi.", "Dawn it-tip ta' cowboys m'għandniex bżonnhom fil- gvernijiet lokali.", "Fil-gvernijiet lokali għandna bżonn nies serji li meta jkun hemm diffikultajiet jaffrontawhom u jipprovaw isibu soluzzjoni.", "Is- soluzzjoni mhux dejjem tinstab pero' dan ma jfissirx li m'għandekx tirrispetta l-liġi.", "M'hemmx skużi meta niksru l-liġi.", "Mr Chairman, nikkundanna wkoll lil xi kunsilli li biex ikunu popolari jaħsbu li l-infurzar bil-wardens nistgħu nagħmluh b'nofs kedda.", "Għandna kunsilli b'popolazzjoni ta' xi 10,000 u jużaw il-wardens għal ftit sigħat biss.", "Għadhom kemm qaluli bil-każ tar-Rabat fejn is-servizz jużawh għal disa' sigħat fil-ġimgħa u Alla jbierek erba' sigħat minnhom il-wardens jagħmluhom il-Baħrija!", "Hemm kunsill ieħor ta' Santa Luċija - hawn Malta ovvjament, mhux Għawdex - li jagħmillek il-wardens mar-roundabout fuq il- main road biex ma jdejqux lir-residenti!", "Fix-Xagħra jużawhom sagħtejn fil- ġimgħa!", "Dawn mhux kunsilli serji, u din għedtha personalment lis-sindki u issa qed ngħidha uffiċjalment.", "Min jibqa' sejjer hekk nirtirawlu d- delega.", "Irridu nħaddmu lill-gwardjani fil-lokal.", "Jiena nifhem li kulħadd għandu bżonn il-popolarita', inkluż aħna li qegħdin hawn ġew, pero' ma nistgħux ninjoraw l-obbligi li għandna biex inkunu popolari.", "Dan huwa avviso ai naviganti!", "Mr Chairman, minn mindu bdiet titħaddem is-sistema' s'issa nħarġu 95,000 ticket, 80% mill-wardens u 20% mill-pulizija.", "Il-valur totali tagħhom huwa ta' Lm1.2 miljun, li minnhom kważi Lm0.5 miljun huma diġa' mħallsin u l- oħrajn jitħallsu iktar ma jgħaddi żmien, peress li issa hemm il-connection mas-sistema' tal-liċenzja u allura meta tmur tħallas il-liċenzja, jekk ikollok ticket trid tħallas il-multa minn hemmhekk.", "S'issa fl-għaxar tribunali saru wkoll 22,000 kawża, ħalli npoġġu numru ta' statistika differenti biex kulħadd ikollu idea ċara ta' kif qed jaħdmu l-wardens kif ukoll kif qed jaħdmu t-tribunali.", "Ovvjament m'huwiex kollox tajjeb għax hemm problemi li aħna beħsiebna niffaċċjaw.", "Pero' dawn niffaċċjawhom mhux billi ngħidu li aħna nitmellħu minn kollox u nitmellħu mill-liġi.", "Il- problemi rridu niffaċċjawhom fuq it-tajjeb li bdejna biex intejbu dak li forsi mhuwiex daqshekk tajjeb.", "Żgur li l-problema prinċipali hija li l-wardens qegħdin jikkonċentraw ħafna fuq it-traffiku u ħafna inqas fuq l-environment.", "Is-sena d-dieħla se ndaħħlu re-training programmes għall-wardens kollha u se nenfasizzaw ħafna l-bżonn tal-ħarsien ta' l-environment.", "Hawn irridu issa l-koperazzjoni vera tal-kunsilli lokali.", "Jiena naf b'post partikolari - u m'hemmx għalfejn noqgħod insemmih - fejn dejjem tisma' lil min igorr li hemm ċerta triq li n-nies għamluha miżbla.", "Hemmhekk hemm għalqa miftuħa u kulħadd jitfa' l-imbarazz fiha, imbagħad tiċċekkja r-rotta tal-wardens u ssib li l- warden ma jibagħtuhx hemmhekk!", "Dan qed ngħidu biex nuri li ma nistgħux nippretendu li noqogħdu ngorru fuq xi ħaġa mbagħad mhux kulħadd jagħmel is- sehem tiegħu.", "Is-sena d-dieħla se nagħmlu dawn il-korsijiet għall-wardens, li naħseb u nispera li se jkollhom effett.", "Mill-1 ta' Jannar ukoll dieħla in vigore l-liġi popolarment magħrufa bħala l-liġi tal-klieb.", "Illum fil-gazzetti hemm l-ewwel ittra kontra dan ir-regolament li se nagħmlu, pero' aħna deċiżi li nibqgħu sejrin bih.", "Sejrin ukoll indaħħlu fuq is-sistema numru ta' bye-laws li diġa' jeżistu tal-kunsilli lokali li ħafna minnhom ma kenux għadhom qegħdin fis-sistema'.", "Dan se nagħmluh biex il-wardens ikunu jistgħu joħorġu t-tickets dwarhom.", "Is-sena d-dieħla wkoll nispera li niffirmaw reporting agreement mal- planning authority biex il-wardens ikunu jistgħu jiċċekkjaw f'isem il- planning authority numru ta' kontravenzjonijiet taħt dik il-liġi partikolari.", "Ovvjament l-aktar problema li tissemma' - u ssemmiet ukoll mill-Onor.", "Mangion - hija dik tas-sustainibility finanzjarja tas-sistema'.", "Jien nemmen li sistema' li qed tiġġenera l-finanzi - u din is-sistema s'issa żgur li se tiġġenera Lm1.5 miljun fis-sena - għandha tkun self-sustaining.", "Issa jekk dak il-Lm1.5 miljun jonqos għal Lm0.5 miljun wieħed jerġa' jitkellem, pero' s'issa żgur li se niġġeneraw Lm1.5 miljun, u b'dan l-ammont ma nemminx illi s-sistema' mhijiex self-sustained.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx problemi, biex inkunu ċari.", "Hemm problemi, per eżempju, li mhux kulħadd qed jiġbed l- istess ħabel.", "Jekk ikollok il-kunsill lokali tar-Rabat jagħmel disa' sigħat fil-ġimgħa u l-kunsill lokali ta' Birkirkara għandu sittin siegħa fil-ġimgħa, kif suppost, ovvjament tar-Rabat mhux qed jiġbed l-istess ħabel u allura trid tiġi rranġata dik is-sitwazzjoni.", "Jista' jkun ukoll li l-istruttura li għandna ta' għaxar gruppi trid tinbidel, u f'xi lokalitajiet, fejn m'għandekx load qawwi ta' traffiku, jista' jkun li rridu ninżlu minn żewġ gruppi għal grupp wieħed.", "Jiġifieri jien ma neskludix li dan iseħħ fil-każ taż-Żurrieq u fil-każ tal-grupp ta' Ħal Luqa, u b'dan il-mod ukoll il-kunsilli jkunu qed jiffrankaw ċerti spejjeż.", "Jista' jkun illi rridu nagħmlu reviżjoni ta' kif qed jitqassam l-income u ndaħħlu iktar politika ta' solidarjeta'.", "Jiena m'għandix dubju li hemm ċerti postijiet li għandhom ħafna inqas multi milli jista' jkollhom postijiet oħra - il-Gudja ma tistax tikkomparah ma' Raħal Ġdid; Pembroke ma tistax tikkomparah ma' Tas-Sliema, li qegħdin fl-istess grupp - u allura jista' jkun li għandna ndaħħlu politika ta' solidarjeta' fejn ngħidu li min għandu income qawwi u se jagħmel ħafna profitt mis-sistema', irid jirriserva ċertu ammont ta' income biex isostni lil min m'huwiex f'dik is- sitwazzjoni.", "Sur President, hemm numru ta' spejjeż differenti li naħseb is-sena d- dieħla wkoll nistgħu naqtugħhom.", "Biex nagħmlu dan kollu jiena nemmen li rridu nitkellmu fuq iċ-ċifri u mhux noqogħdu naraw kunsill wieħed kif inhu sejjer.", "Minħabba f'hekk ħriġna call for tenders għal ditta ta' awdituri biex jagħmlu analisi finanzjarja ta' l-ewwel sitt xhur.", "Dan it-tender ħareġ u se npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nispera li dawn jibdew jaħdmu dalwaqt biex ikollna almenu l-ewwel riżultati li nkunu nistgħu naħdmu fuqhom.", "Jiena ma ngħidx li l-problema prinċipali llum hija l-profittibilita'.", "Il- problema prinċipali llum hija l-cash flow, għar-raġuni li bdejna norbtu mas- sistema' tar-renewal tal-liċenzji mill-1 ta' Novembru biss, u allura bejn Marzu u l-aħħar ta' Ottubru l-multi li kienu qed jinħarġu mit-tribunali ma kenux qed jiġu collected ħlief fil-każ ta' min ikun mar iħallas huwa waħdu.", "Din il-loophole għalaqniha billi mill-1 ta' Novembru kulmin qed imur jirrinnova l-liċenzja se jkollu jħallas anke' dak tal-passat.", "Dan ifisser li s-sitwazzjoni tal-cash flow issa għandha tibda titjieb.", "Sur President, għas-sena d-dieħla żgur li waħda mill-iktar inizjattivi importanti se tkun id-devoluzjoni tal-bozoz tat-triq.", "Aħna kif ħdimna f'dan il-każ?", "L-ewwelnett għamilna assessment ma kull kunsill lokali ta' kemm qed jitlob bozoz ġodda u dawn ippjantajniehom fuq il-GIS.", "Se npoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra mapep mill-geographic information system tal-field services branch li juru l-pożizzjoni geografika ta' kull lampa f'toroq eżistenti u ta' kull lampa ġdida rikjesta mill-kunsilli lokali.", "Il-kabinett iddeċieda li jgħaddi din il-funzjoni lill-kunsilli lokali.", "Qed nagħmlu x-xogħol kollu flimkien ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsill lokali u din is-sena allokajna finanzjament ta' Lm0.3 miljun għall-kunsilli lokali biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il-pass li jmiss huwa li noħorġu expression of interest għall-kuntratturi biex naraw min hemm interessat għal dan ix-xogħol.", "Għandna implementation team li se jkun rappreżentattiv tal-players kollha, inkluż tal-kunsill lokali, u qegħdin naħdmu flimkien ma' l-Enemalta fuq procedure manual.", "Jiġifieri rridu nagħmlu l-proċeduri ta' kif se jitbiddlu l-bozoz u jitwaħħlu, l-istandards li jridu jiġu osservati, is-safety u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-proċess.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu niftehmu flimkien mal-kunsilli lokali fuq liema bażi ta' reġjonalita' se ssir din il-biċċa xogħol.", "Din żgur ma tistax tinħadem b'kull kunsill lokali għalih.", "Irridu naraw jekk hux se naħdmu fuq il-bażi ta' l-għaxar gruppi eżistenti jew inkella nnaqqsux in-numru tal-gruppi.", "It-target huwa li nibdew f'April.", "Punt importanti ħafna għas-sena d-dieħla - irriferejt għalih int, Sur President, hija s-sitwazzjoni ta' kif qed jaħdmu l-kunsill lokali.", "Aħna dehrilna li wara seba' snin ta' esperjenza ta' kunsilli lokali, wasal iż- żmien li nagħmlu operations review sħiħa tal-workflow li hemm fil-kunsill lokali, ta' l-ammont ta' nies li għandhom il-kunsilli lokali, tal- faċilitajiet li għandhom fil-kunsilli lokali u anke nagħmlu management review ta' fejn qegħdin, fejn naħsbu li sejrin u allura xi bżonnijiet għandna mal-kunsilli lokali.", "Barra li se nagħmlu review, żgur li se nagħmlu wkoll riforma fil-kwalifiki tas-segretarji eżekuttivi u fit- training tagħhom, u se nagħmlu review tal-ħaddiema tal-gvern li hemm assenjati mal-kunsilli lokali.", "Dan se nagħmluh bi qbil ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u jiena nħeġġeġ lill-ETC biex terġa' ddaħħal l-iskema li kellha flimkien mal-kunsilli lokali.", "Sur President, nispera li jkollna l-opportunita' wkoll li nagħmlu re- training programme għall-ħaddiema industrijali tal-gvern għal xogħol klerikali mal-kunsilli lokali.", "Kif se ngħid iktar 'il quddiem, qed nagħmlu esperiment fil-qasam tal-qorti f'dan it-tip ta' re-training u naħseb li jekk jirnexxi żgur nistgħu napplikawh għall-kunsilli lokali tagħna.", "Naqbel ukoll ma' dak illi qal l-Onor.", "Mangion fuq is-serjeta' finanzjarja li għandna fil-kunsilli.", "Jiena ma naqbilx għal kollox mal-mod kif qed jiġu rrapportati l-accounts.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra accounts tal-kunsill lokali tal-Birgu li on paper juru excess expenditure ta' Lm34,000, jiġifieri nefqu Lm34,000 iktar milli daħħlu s-sena l-oħra.", "Imma dawn għandhom depreciation ta' Lm63,000 li Lm60,000 minnhom huwa fuq capital works.", "Jiġifieri hawn x'qed nagħmlu aħna?", "Kunsill jaqbad Lm50,000, jibni triq, il- Lm50,000 indaħħluhomlu fl-accounts dik is-sena li jħallas imbagħad nibdew niddiprezzawlu.", "Imma jekk ma jagħmel xejn kunsill ma tistax tiddeprezzalu!", "Mela kunsill kważi kważi biex ma jurix li qiegħed in the red, jaqbillu ma jagħmilx it-triq biex ma jiddiprezzax.", "Issa l-gvern qatt iddipprezza t-toroq li jagħmel jew il-lampi tat-toroq?", "Jiġifieri on paper il-Birgu qed jidhru li għamlu loss ta' Lm34,000, pero' jekk tneħħi d- diprezzament fil-fatt issib li għamlu profitt ta' Lm30,000 u mhux telf ta' Lm34,000!", "Allura l-ewwel ħaġa rridu niddiskutu l-istruttura ta' l- accounts, għalkemm xorta hemm min qed jagħmel deficit.", "Jiena kont, safejn naf jien, l-ewwel ministru li ġegħelt lil dawn il- kunsilli li għamlu deficit jitilgħu quddiem il-PAC.", "Nieħu gost illi l-Onor.", "Mangion qabel miegħi fuq din il-mossa.", "F'dan il-każ naħseb għamilna l-ewwel pass li kien neċessarju.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal- kunsilli lokali kollha kif spiċċaw is-sena l-oħra, biex ikun hemm indikazzjoni ċara dwar min għamel deficit u min m'għamilx, bil-provision li mhux qed naqblu għal kollox fuq l-interpretazzjoni ta' dan x'inhu u x'mhux.", "Sur President, dak li rriferejt int fid-diskors tiegħek jiena naqbel miegħu u se ngħid x'se nagħmlu s-sena d-dieħla.", "Ma naqblux ukoll ma min qed jinjora l-provision tad-donazzjonijiet.", "Għandna żewġ problemi u se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li ġbarna mingħand il-kunsilli lokali tad-donazzjonijiet kollha li għamlu fis-snin passati.", "Min din il-lista wieħed jintendi li hemm żewġ affarijiet.", "L- ewwelnett issib donazzjonijiet esaġerati ta' Lm5,000, Lm7,000 u dawn minn kunsilli żgħar.", "Kien hemm donazzjonijiet lil assoċjazzjonijiet li m'humiex fil-lista ta' dawk approvati biex jieħdu donazzjoni.", "Dak huwa abbuż.", "Imbagħad hemm abbużi oħra li ma joħorġux minn dawn il-listi.", "Hemm l-abbuż ta' fejn jingħataw kuntratti lil xi ħadd li ma jkunx kompetenti li jagħmel ix-xogħol konċernat biex inkunu nistgħu nagħtu donazzjoni.", "Għandna clubs tal-football li jieħdu ħsieb il-latrini u għandna assoċjazzjonijiet reliġjużi li jaqtgħu l-ħaxix!", "Aħjar ma nibdix insemmi għax ma nispiċċa qatt!", "Dawn huma donazzjonijiet moħbija.", "Imbagħad għandna l-kuntratti ma' clubs, ma' assoċjazzjonijiet biex irendu xi servizz u Alla jbierek hawn involuti Lm7,000 u Lm10,000!", "Dawn kollha jridu jinqatgħu.", "Jiena naħseb li kulħadd jaf fuq min qed nitkellem u huma jafu wkoll, pero' din is-sena se nniżżlu l-mannara fuq dawn l-affarijiet.", "Fuq dawn l-affarijiet irridu nagħmlu ħaġa u rridu nagħmluha ż-żewġ naħat.", "Qed ngħid hekk għax m'għandnex nipprovaw napprofittaw irwieħna bil- problema tal-kunsilli.", "Jiena ma qbiltx mal-mod kif il-gazzetta \"l-orizzont\" - u sa ċertu punt anke l-Partit Laburista - ipprovat taqleb il-problema tal- Mosta.", "Dwar dan il-każ se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d- dokumentazzjoni kollha rigward nuqqasijiet finanzjarji ta' dan il-kunsill, inkluż dokumentazzjoni ta' l-awditur u tad-dipartiment.", "Jiena ma ktibtilhomx fuq id-deficit mhux għax m'għandhomx deficit, imma għax almenu dan il-kunsill id-deficit naqqsu b'Lm70,000.", "Ma jidhirlix li għandi nikkundanna lil dan il-kunsill li ma kienx responsabbli għad-deficit meta fil-fatt dan id-deficit naqqsu b'terz, imma li ma jibagħtux l-accounts fiż- żmien ta' dak nikkundannah, u kien fuq hekk li jiena ktibt.", "Jiena ma ppruvajtx nieħu vantaġġ politiku mill-fatt li l-kunsill lokali ta' Bormla - u naħseb hawnhekk ħadd għadu ma semmiha din ħlief wieħed, imma professjonalment - li m'huwiex kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista, impjegaw persuna bħala clerk kontra l-liġi.", "Lil dawn bgħattilhom avviż formali kif bgħatt lil tal-Mosta u għedtilhom li jekk se jibqgħu jippersistu se naqtgħalhom l-allocation ta' clerk mill-flus tagħhom.", "Wara dik iltaqa' l- kunsill u ddeċieda li jneħħieh, pero' rridu nkunu serji f'kollox u mhux nippruvaw nieħdu vantaġġ politiku minn ċerti ċirkostanzi li jkun hemm.", "Se npoġġi l-karti kollha dwar dan il-każ ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L- agħar kienet tal-kunsill lokali tan-Naxxar.", "Se nagħmel kollox fuq il-Mejda tal-Kamra li jikkonċerna lin-Naxxar, pero' żewġ affarijiet ngħid biss fuq in-Naxxar.", "Niftakru li l-għażla f'dan il-każ kienet saret prattikament b'vot unanimu.", "Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Mangion li vot unanimu ma jfissirx kollox, pero' naraw mill-karti jekk ifissirx kollox.", "F'dan il-każ għamilna investigazzjoni serja u ma rriżulta xejn mill-investigazzjoni.", "Wara li għamilna l-investigazzjoni u l-fatti rriżultaw mod ieħor, jiena ktibt lil min ilmenta mal-KIP li l-akkużi li kienu qed jagħmlu kienu akkużi ta' korruzzjoni u allura setgħu jmorru għand il-kummissjoni kontra l- korruzzjoni.", "Dawn ma marrux.", "L-appell tiegħi huwa biex ma nippruvawx nieħdu vantaġġ politiku minn affarijiet li jiġru f'kull kunsill.", "M'għandniex nippruvaw ngħidu li n-Nazzjonalisti tajbin kollha u l-Laburisti ħżiena kollha jew bil-maqlub, għax il-verita' qegħda x'imkien fin-nofs.", "Sur President, li huwa żgur hu li rridu nieħdu l-accounting kollu bis- serjeta'.", "Is-sena d-dieħla se ndaħħlu proċeduri ġodda.", "Jiena diġa' għedt li d-dipartiment irid ikun on line ma' l-accounts li għandhom il-kunsilli lokali biex inkunu nafu x'qed jiġri.", "Aħna stess bħala dipartiment irridu ndaħħlu internal review procedures ħafna iktar serji u rridu naraw kull tliet xhur x'qed jiġri u nqabblu l-budgets ma' l-actual spending li qed isir.", "Ma rridux nibqgħu nagħmlu kif qed nagħmlu llum, li nirreaġixxu sena jew sena u nofs wara, imma rridu niċċekkjaw il-minuti ta' kull kunsill lokali biex niżguraw li dan miexi bil-liġi u nispera li nkunu nistgħu nikontrollaw.", "Sur President, ngħaddi issa għall-qasam l-ieħor li huwa l-qasam tal- ġustizzja.", "L-ewwel ħaġa, x'inhi l-problema?", "Ilum irrid nirrispondi xi affarijiet li qal l-Onor.", "Anġlu Farrugia, pero' x'inhi l-problema?", "Il- problema fil-qorti hija d-dewmien.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kull qorti li għandna f'Malta, mill-1967 sal-lum, updated sa l-aħħar tax-xahar li għadda.", "Anke din hija achievement, Sur President.", "Jiena qatt ma rajt statistika ta' qorti hawnhekk.", "Għamilnieha s-sena l- oħra, sa sena lura, pero' għal din is-sena tejjibniha għax għandi ċ-ċifri sa l-aħħar tax-xahar li għadda, qorti qorti.", "Minn din l-istatistika mill- ewwel nidentifikaw fejn hi l-problema.", "Sur President, jekk tħares lejn dawn iċ-ċifri mill-ewwel tinduna x'inhuma r-riżultati prinċipali ta' din is-sena, naturalment sa l-aħħar ta' Novembru.", "Fil-qrati ċivili kellna disposal rate ta' 99%, jiġifieri jekk daħlu 100 kawża inqatgħu 99 minnhom.", "Fit-tribunali ċivili, jiġifieri l- bord tal-kera, small claims, eċċ. kellna disposal rate ta' 94%.", "Fil- kriminal superjuri kellna rata ta' 94% u fil-kriminal inferjuri kellna rata ta' 107%.", "Dawn huma ċifri li m'humiex ħżiena.", "Bejn wieħed u ieħor qed inlaħħqu pero' mhux qed naqtgħu l-backlog, dak li qed jiġri.", "U rrid infaħħar lill-qorti tal-maġistrati li konsistentiment għat-tieni jew it- tielet sena konsekuttiva kienet l-unika parti li qed tnaqqas il-backlog.", "Iżda sfortunatament mhux kullimkien morna tajjeb.", "Sur President, per eżempju fl-appell ċivili superjuri d-disposal rate kienet biss ta' 82%.", "Fl-appelli kriminali superjuri, id-disposal rate kienet biss 50% u din hija rata nkwetanti.", "Fl-ismall claims, id-disposal rate kienet 84% minkejja li żidna aġġudikatur u minkejja li 1,003 kawża minn 1800 huma ċeduti.", "Dan ifisser li kulma kien hemm kienu xi 300 sentenza.", "Onestament ma narax għaliex fl-ismall claims m'għandniex inkunu 100% bit-tliet aġġudikaturi li hemm.", "Fil-fatt daħlu b'kollox 1,900 kawża fl-ismall claims, li 1,332 minnhom ġew ċeduti u kellna 340 sentenza.", "Inkwentanti ħafna wkoll l-land arbitration board.", "Sentejn ilu nqatgħu żewġ sentenzi, is-sena l-oħra żewġ sentenzi u din is-sena disa' sentenzi.", "Totalment inaċċettabli, u nieqaf hemm.", "Inkwetanti wkoll il-qorti ta' Għawdex.", "Bir-rikorsi u bl-affarijiet kollha, minn superjuri sa l-inferjuri, hemmhekk b'kollox jidħlu 540.", "Jien nippretendi li għandhom itiru kollha, iżda għandna disposal rate forsi ta' 100 minnhom minn maġistrat wieħed u 200 min-naħa l-oħra.", "Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Ma jistax ikun ukoll li f'Għawdex għandna assenjati 110 inkjesta bejn tliet maġistrati li ma jservux hemm pero' dawn il-kawżi għadhom f'idejhom.", "Din is-sena lanqas seduta waħda ma saret u lanqas biss inħelset waħda minnhom.", "Ma jistax ikun li nibqgħu hekk.", "Issa jien ma nassenjax, mhux kif qal l-Onor.", "Farrugia.", "Jien m'għandix nindaħal liema maġistrat għandu jkollu liema kawżi, anzi biddilna l-Kostituzzjoni biex proprju ma jindaħalx il-ministru.", "L-Onor.", "Farrugia ma jistax jiġi jgħidli: Mur indaħal għax xi maġistrat għandu kawżi li ma jixtieqx jagħmilhom.", "Dik jaraha mal-Prim Imħallef, pero' mill-banda l-oħra ma jistax ikun li jiena ma nsemmix leħni hawnhekk f'isem kulħadd u ngħid li tliet maġistrati bejniethom għandhom 110 inkjesta, uħud minnhom li jmorru lura għaxra jew tnax-il sena u m'hu qed jiġri xejn fuqhom.", "Sur President, jiddispjaċini ngħid li jiena ma naqbilx ma ħafna mill- affarijiet li qal l-Onor Farrugia.", "Ma naqbilx għax jidher li l-linja ta' l- Onor. Membru hi l-linja tradizzjonali, jiġifieri li għandek tipprova taqbad mal-problemi ż-żgħar mingħajr ma tagħmel strateġija biex tmur għall- problemi veri u essenzjali.", "L-istrateġija tal-gvern hija ċarissima, semmejniha diversi drabi u mhux se noqgħod nirrepetiha.", "Aħna qed ngħidu li l-gvern għandu jiżgura li jkun hemm amministrazzjoni soda, amministrazzjoni effiċjenti u li jkun hemm il-human resources, imma l-ġudikatura trid tiżgura li b'mod effiċjenti tagħmel case management u l-avukati jridu jirrikonoxxu li d-dinja nbidlet.", "X'għamilna min-naħa tagħna s-sena l-oħra?", "Mill-mod kif tkellem l-Onor.", "Anġlu Farrugia qisu ma sar xejn min-naħa tagħna!", "Is-sena l-oħra appuntajna manager li xogħlu hu li jieħu ħsieb proġetti ġodda fil-qorti.", "Appuntajna wkoll grupp taħt id-direttur ta' l-istatistika biex ikollna sistema' ta' statistika professjonali.", "Appuntajna - qisu ma jafx biha, ma nafx kif ma jafx biha! - dak li jien insejjaħlu l-courts group.", "Uffiċjalment hemm rappreżentati l-ġudikatura, il-kamra ta' l-avukati u l-kamra tal- prokuraturi legali, u jien min-naħa tiegħi nnominajt tliet avukati li għandi fiduċja kbira fihom minħabba l-esperjenza tagħhom, cioe' Dr. Joe Zammit Maempel, Dr. Pawlu Lia u Dr. Joe Giglio.", "Aħna niltaqgħu darba kull tliet ġimgħat u niddiskutu kull ħaġa taħt il-kappa tax-xemx.", "Imma jiena m'għamiltx kif għamlet l-amministrazzjoni preċedenti li l-ewwel appuntat grupp biex jirrapportaw fuq l-operat tal-master u fuq ir-riformi l-oħra fil- qorti ...", "Meta tawni kopja tar-rapport qaluli: Dan tagħna, għamilnih f'isimna u f'isem ħadd iktar, għax aħna ma nirrappreżentaw lil ħadd!", "Jien din ma togħġobnix għax jien irrid l-uffiċjalita', jien irrid it-timbru ta' l-uffiċjalita'.", "Sur President, saħħaħna b'mod fantastiku l-human resources fil-qorti.", "Illum m'għandniex problemi iktar ta' deputati reġistraturi.", "Wasalna biex insolvu wkoll il-problema tal-court messengers għax issa deħlin xi sebgħa oħra.", "Ħa nerġgħu ndaħħlu deputati reġistraturi, għamilna żewġ assistenti diretturi u għamilna wkoll żewġ diretturi.", "Jiġifieri żgur li ma nistgħux niġu akkużati li m'aħniex qegħdin insaħħu din il-parti, Sur President.", "Issa l-pass li jmiss għas-sena d-dieħla huwa li nirriorganizzaw it-tqassim tal- human resources fil-qorti, pero' rridu nirriorganizzawhom billi naffrontaw mhux il-pezzi bukkuni.", "X'tip ta' qorti", "rridu aħna?", "Illum għadu jagħmel sens, per eżempju - u żgur illi rridu niddiskutuha din - li jkollna l-joint post ta' reġistratur u direttur ġenerali?", "Għandna nibqgħu hekk jew għandna nisseparaw?", "Ir-reġistri tagħna kif għandhom ikunu, superjuri u inferjuri, jew kriminali u ċivili mbagħad f'kull wieħed taqsam?", "Għaliex m'għandux ikollna reġistratur jew assistent reġistratur responsabbli mill-mandati, mis- subbasti, eċċ?", "Illum teknikament m'għandniex.", "Illum ir-reġistru kriminali superjuri liema assistent reġistratur huwa responsabbli għalih?", "Il-qorti ta' Għawdex tista' tibqa' bla reġistratur imma jkollok biss assistent reġistratur li filli jirrispondi lir-reġistratur Malta u filli jirrispondi għall-amministrazzjoni tal-ministeru għal Għawdex?", "Din hija ħaġa problematika fl-organizzazzjoni tal-qorti.", "Din irrid nieħu ħsiebha - u ovvjament se nieħdu ħsiebha - f'organigramma sħiħa ta' kif inti trid tibni l-qorti long-term, bil-problemi li għandek illum u li se tiffaċċja 'l quddiem.", "U dan sejrin nagħmluh żgur is-sena d-dieħla.", "Sur President, irrid ngħid ukoll illi anke mal-ġudikatura żammejna laqgħat regolari.", "Jiena darba kull tliet ġimgħat niltaqa' mal-Prim Imħallef.", "Barra li niltaqa' mal-Prim Imħallef u ma' min iġib hu, skond il- problemi li nkunu qed niddiskutu, diġa' għedt li l-ġudikatura hija rappreżentata fuq il-courts group, fejn niltaqgħu ukoll darba kull tliet ġimgħat.", "Hemm l-Imħallef Noel Arrigo u l-Maġistrat Antonio Mizzi.", "Barra minn hekk żammejna żewġ laqgħat plenarji mal-maġistrati u ma' l-imħallfin, waħda mingħalija f'Ġunju u l-oħra f'Ottubru.", "Sur President, jiena niskanta kif l-Onor.", "Farrugia qal li ma nafux x'se nagħmlu fuq il-karrozzi.", "Jiena naħseb għamilt sagħtejn naqla' bumbardament sħiħ mill-maġistrati u minn kulmin kien preżenti.", "Issa mbagħad min ma ġiex għal dik il-laqgħa u ġie jitmellaħ, dak jagħmel hu issa.", "Imma lil min kien hemmhekk spjegajnilu kollox u anke biddilna ċerti affarijiet fuq suġġerimenti tagħhom stess.", "Jiġifieri żgur li hemm għaddej djalogu kontinwat.", "Sur President, irridu wkoll nikkonċentraw biex insaħħu l-kapaċita' ta' l- imħallfin.", "Kienet xi ħaġa tal-mistħija li meta jien sirt parliamentary secretary fl-1998, l-imħallfin kellhom computers tip 486.", "Illum min għandu Pentium 1, Pentium 2 jew Pentium 3.", "Biddilnilhom ukoll il-computers illi għandhom id-dar.", "Dawn lanqas scanner ma kellhom fl-uffiċċju.", "Jiġifieri ma kellhomx l-iktar affarijiet bażiċi imma llum għandhom.", "Ħafna iktar importanti minn hekk - u se npoġġi l-karti relattivi fuq il- Mejda tal-Kamra - nista' ngħid li qegħdin fil-proċess biex inħarrġu lil dawk li huma msejħin court assistants u fil-fatt diġa' ħarġet call for applications.", "L-imħallfin u l-ġudikatura m'għandhomx secretarial help.", "Kif jista' jkun tkun ġudikant u ma jkollokx lil xi ħadd jittajpjalek!", "Għalhekk ħriġna call for applications biex nagħmlu re-training għal court assistants u nisperaw li din il-ħaġa tirnexxi.", "Jekk tirnexxi nużawha wkoll biex nagħmlu l-istess ħaġa fil-konfront tal-human resources li għandhom bżonn il- kunsilli lokali.", "Issa the next step hija l-uffiċċju għall-ġudikatura.", "Diġa' għandna sketches iktar milli ħaġa oħra - diġa' rahom il-Prim Imħallef - u rridu naħdmu ħafna iktar hemmhekk għax jiddispjaċini ngħid li waqajna lura.", "Il-perit inkarigat ma għamilx delivery fil-ħin, pero' huwa importanti li jkollna uffiċċju suret in-nies għall-ġudikatura.", "Sur President, nitlob lill-Onor.", "Farrugia ma jerġax jirrepeti li għandna bżonn iktar awli.", "Mhux aktar awli li għandna bżonn imma użu aħjar ta' l- awli eżistenti.", "Jien meta mort niltaqa' mal-kamra ta' l-avukati għedtilhom li se noħroġ ordni - l-ewwel ħriġtha verbalment u issa se nagħmilha permezz ta' legal notice - biex l-ismall claims tribunal ma jibdiex jiltaqa' qabel nofsinhar.", "Ma jistax ikun li kulħadd irid jiltaqa' fid-9.00 a.m. Issa jekk il-maġistrati u l-imħallfin ma jridux ibiddlu huma .....", "Kif inhi l-liġi ma nistax nimponi fuqhom, pero' fuq l-ismall claims nista' u l-ismall claims tribunal f'nofsinhar se jibda jiltaqa'.", "Ma jistax ikun li għandna edifiċju jilqa' l-miljuni u mbagħad l-awli jintużaw bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. biss!", "Jien qatt ma għedt li l-imħallfin u l-ġudikatura għandhom bżonn iżidu s-seduti għax tlieta jew erba' seduti fil-ġimgħa huma altru minn biżżejjed.", "Li ma jistax ikun huwa li kulħadd jibda fid-9.00 a.m., u din hi li trid tinbidel u mhux iktar awli għax spazju hemm biżżejjed.", "Hemm bżonn ri-organizzazzjoni ta' l-ispazju.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-human resources fil-qorti.", "Din is-sena mpjegajna żewġ avukati biex jaħdmu għall-qorti u 13-il deputat reġistratur.", "Issa dan wara li s-sena l-oħra konna mpjegajna xi sebgħa jew tmienja, għax qabel kien hemm nuqqas ta' xi 15.", "Issa rridu nagħmlu call oħra biex ikollna reserve pool.", "Jien irrid li jkolli disa' deputati reġistraturi fuq ir-riħ għal meta jimrad xi ħadd.", "Daħħalna wkoll ħames court messengers u għandhom jidħlu ħdax oħra.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra agreement ta' flexibility bejn il-court recorders u l-court messengers biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol ta' xulxin.", "Dan l-agreement se jmexxi ħafna iktar 'il quddiem il-qorti.", "Kif għedt għas-sena d-dieħla, qed nipprevedu li ndaħħlu iktar deputati reġistraturi, inżidu xi ħaġa fil-minor staff, se ndaħħlu l-court assistants u noħolqu a judiciary team.", "Ladarba jien ikolli l-court assistants impjegati, deputat reġistratur u żewġ minor staff ma' kull imħallef u maġistrat - jiġifieri messaġġier, uxxier jew court recorder - allura nkun nista' ngħid li dak huwa t-team ta' kull ġudikant u nassenjah lilu, anke amministrattivament.", "Il-qorti ma jridx ikollha x'taqsam ma' meta jieħdu l- leave jew meta ma jeħdux il-leave għax dak jarah l-imħallef.", "Naturalment ikollu ċerti parametri fiex jaħdem imma dak huwa t-team tiegħu, qisu l- personal staff li għandu kull ministru.", "Hekk se naħdmu għaliex hekk ħaqqhom il-ġudikatura tagħna, li jkollhom team suret in-nies.", "U sa l-aħħar tas- sena d-dieħla naħseb li se nkunu wasalna.", "Għamilna wkoll complementing exercise qawwi fejn rajna x'għandna bżonn għall-quddiem fil-qorti u se nippreżentawh lill-MPO fil-bidu tas-sena d- dieħla.", "Is-sena d-dieħla wkoll irridu noħolqu uffiċċju madwar il-Prim Imħallef għax hija tal-mistħija li l-prim imħallef m'għandux segretarju.", "Dan jekk ikollu bżonn jittajpja ittra jrid iqabbad jew lid-deputat tiegħu jew irid jara lil min iqabbad, ħaġa tal-mistħija.", "Ma jistax ikun, u għalhekk nispera li s-sena d-dieħla nagħmluha.", "Imxejna ħafna żgur fuq l-IT, Sur President.", "Naħseb li hawn m'għandix wisq bżonn nirrepeti x'għamilna, żgur li l-website hija eżempju biżżejjed.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD-Rom aġġornata fuq dik li kienet ħarġet qabel, pero' żgur li mhux se nagħmel bħall-Onor.", "Farrugia li nikkummenta fuq inkjesta li hemm għaddejja.", "Dak ix-xogħol ma nagħmlux jien għax l-ewwel nara l-inkjesta u mbagħad nikkummenta.", "Għas-sena d-dieħla, jekk insolvu l- problema ta' kif qegħda strutturata d-database inkunu għamilna żewġ avvanzi partikolari; waħda minnhom li nagħmlu l-formoli kollha tal-qorti on line - u allura bniedem ikun jista' jagħmel downloading tagħhom minn hemmhekk u mhux joqgħod imur il-qorti - u t-tieni li jkollna s-sentenzi kollha li qed jingħataw on line ukoll mill-website, u hemmhekk inkunu għamilna pass kbir 'il quddiem.", "B'mod ġenerali qegħdin nagħtu kas ukoll ta' l-amministrazzjoni.", "Per eżempju, qegħdin naħdmu mal-kummissjoni tal-persuni b'diżabilita' biex din tagħtina suġġerimenti x'għandna bżonn inbiddlu fil-qorti biex il-bini jkun aċċessibbli minn kullimkien.", "Qegħdin inkomplu nnaddfu l-istores ta' l- esebiti - u din hija t-tieni sena - minn ħafna mbarrazz antik li issa tneħħa.", "Se nbiddlu s-sistema ta' l-arkivji, fejn se nneħħu l-arkivji ta' l-1950 u qabel biex nikkreaw iktar spazju fil-qorti.", "Il-proċedura tal- bookbinding se tinbidel ukoll fuq parir li tawna ta' Santu Spirtu li m'għandux isir binding imma għandu jibqa' kollox fuq bażi kemm jista' jkun loose leaf.", "Naħseb li biddilna bil-qawwi l-cleaning procedures li għandna u għamilna diversi affarijiet oħra.", "Naturalment l-aktar importanti għas-sena d-dieħla, fl-opinjoni tiegħi, hi l-kwestjoni tad-distribuzzjoni ta' l- ispazju.", "Nispera li naslu biex ikollna pjanti ġodda ta' kif nużaw l-ispazju eżistenti.", "M'għandniex bżonn iktar spazju imma għandna bżonn niddistribwuh aħjar.", "L-iktar importanti, Sur President, hija l-istrateġija li qed nadottaw biex nittekiljaw il-backlog.", "Jiena ma naqbilx mal-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja li rridu nżidu l-imħallfin biex nittekiljaw il-backlog.", "L-Onor.", "Farrugia kien qal - ma qalhiex illum imma qalu d-darba l-oħra - li jien ma tajtx kas dak li kitbet il-kummissjoni, meta qalet li għandna bżonn inżidu l-imħallfin.", "Jien ma naqbilx li għandna bżonn inżidu l-imħallfin.", "Ara mill-1967 sal-lum l-istrateġija kienet li nżidu l- imħallfin, fil-fatt irdoppjajnihom u l-backlog tela' 1,000%.", "Il-backlog trid tattakkah b'metodu differenti.", "L-ewwel irridu nieħdu eżempju minn dak li qed jiġri llum fit-tribunali lokali.", "Hemmhekk m'għadniex nibagħtu għal 300 ruħ kollha fit-3.00 p.m., kif kienu jagħmlu meta kienu għadhom il- kummissarji l-Belt.", "Illum tibgħat għal 20 ruħ fit-3.00 p.m., 20 ruħ oħra kwarta wara u 20 ruħ oħra kwarta wara, jiġifieri f'ħinijiet differenti.", "U dan hu l-kunċett li rridu nużaw, u mhux nibqgħu nippretendu li għax inżidu n-numru ta' l-imħallfin allura se nsibu s-soluzzjoni tal-qorti!", "Fuq l-ismall claims tribunal jiena diġa' għedt li minn 1,700 kawża li nqatgħu sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena, 1,400 kienu ċeduti u kien hemm sentenza fuq 300 każi.", "Hemmhekk tlieta min-nies hemm.", "Issa veru jiktbu kollox huma, pero' noqogħdu attenti x'qed ngħidu u ma nesaġerawx.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jien ngħid li l-qabża ta' l-ismall claims għal Lm1,500 se tagħmel differenza għaliex l-unika vera differenza li qatt saret fil-qorti hija meta biddilna l-kompetenzi.", "Meta għollejna l-kompetenzi dejjem kellna suċċess, għax b'dan il-mod tkun qed tnaqqas il-formalita' tal- proċedura u dik hi li tagħmel id-differenza.", "Allura rridu nsegwuha.", "Għalhekk saret il-proposta ta' tibdil fil-każ ta' l-ismall claims u fil-każ tal-qorti tal-maġistrati.", "Kif diġa' għedt, lill-qorti tal-maġistrati jien pubblikament faħħartha hawnhekk għaliex għat-tieni jew it-tielet sena konsekuttiva qed taqta' kawżi iktar milli qed jidħlu,fiċ-ċivil u fil-kriminal.", "Irridu nfaħħruha ta' dan, u allura jekk hawnhekk għandna s-saħħa, ejja nibnu fuq din is- saħħa.", "Dan huwa r-raġunament.", "Irridu nnaqqsu l-ammont ta' kawżi li qed jidħlu l-qorti, irridu nnaqqsu l-ammont ta' kawżi li qed imorru fuq u dik għandha tkun id-differenza.", "U b'li se nagħmlu naħseb u nispera li jkollha effett.", "Fil-family court ukoll hemm il-problemi.", "Il-problema hi li jien ma rridx nagħmel qorti tal-familja imma rrid nagħmel struttura li tgħin lill- familja, li possibbilment ma twassalx sal-qorti.", "Il-problema kbira hi l-mod kif din is-sistema tibniha, jiġifieri l-mod kif torbot il-ġurisdizzjoni ċivili mal-ġurisdizzjoni kriminali.", "Din hi diffikulta' immensa, kif se tagħmilha diffikulta' kbira legali.", "Jiġifieri għandna studji li ma jaqblu xejn bejniethom, għax wieħed jgħidlek mod u avukat ieħor jgħidlek mod ieħor.", "Jiġifieri hawn dawn il-problemi, pero' din is-sena naħseb li nkunu wasalna.", "Pero' rridu nagħmlu xi ħaġa li mhux nagħmlu qorti tal-familja imma nagħmlu proċedura biex tgħin lill-familja, u l-qorti tmur fl-aħħar meta veru trid tkun qiegħed in extremis.", "Sur President, irridu wkoll nagħżlu iktar l-arbitration.", "Iva, il-gvern iddeċieda li f'kull tender li toħroġ mill-1 ta' Settembru 'l quddiem ikun hemm arbitration clause inkorporata fit-tender.", "Jekk mhux se nbiddlu l- mentalita' li kollox irid jiġi riżolt mill-qorti, il-problema tal-qorti se tibqa' ma' wiċċna.", "U din hija parti mill-problema tagħna l-avukati.", "Irridu nammettu li aħna lin-nies ma nipprovawx niddiswaduhom milli jidħlu l-qorti u jmorru arbitraġġ minflok.", "B'din il-mentalita' m'aħniex se naslu.", "Issemmiet ukoll il-problema tal-legal aid, Sur President.", "Jien ma nafx kemm hemm diffikultajiet fil-ġurijiet.", "Illum hemm assistent, u dan wara li kienet milqugħa proposta ta' l-Onor.", "Farrugia li Dr. Malcolm Mifsud formalment ikollu assistent.", "Kienet ħarġet call for applications u llum nista' ngħid li Dr Mifsud għandu assistent u anke beda jagħmel il-ġurijiet; fil-fatt għamel xi tnejn mingħalija.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk mhux appuntati l-ġurijiet .....", "Sinċerament ma nistax nifhem għaliex.", "Li naf huwa li dan l-aħħar iltqajt ma' l-imħallfin tal-qorti kriminali u qaluli li kull ġuri li hemm huwa appuntat.", "Fl-opinjoni tiegħi r-riforma tal-legal aid kienet suċċess.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk intgħażlu xi avukati li jaħdmu iktar fiċ-ċivil milli fil-kriminal ma nafx.", "Jien ma kontx fuq l- għażla.", "Kien hemm l-Avukat Joe Mifsud li kien chairman tal-panel.", "(Interruzzjonijiet) Issa naħseb li jridu jerġgħu joħorġu.", "Fuq tat-translator naf min hi l-persuna - l-Onor.", "Farrugia seta' semmih imma forsi minħabba l-politika ma semmiehx, għaliex naħseb li għall-istess persuna qed nirriferu - iżda din ma naħsibx li se nsolvuha.", "F'dan il-każ għad hemm ir-racket ta' l-esperti, imma din ukoll irridu nittrattawha għalkemm ma naħsibx li se nilħqu nagħmluha din is-sena u se jkollna nipposponuha għas-sena 2002.", "Jien ngħid li fis-sena 2001 għandna iktar nikkonċentraw fuq il-kwestjoni tal-master, fuq l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u fuq in-notifiki.", "Dawn irridu naħdmuhom b'dawk il-court groups li semmejt qabel, fejn għandna l-imħallfin, il-maġistrati, il-kamra ta' l-avukati, il-kamra tal-prokuraturi legali u dawk it-tliet avukati li semmejt.", "Naħseb li bħala preċedenza hija ħafna iktar importanti li nsibu soluzzjonijiet għal dawn l-affarijiet milli din ta' l-esperti.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll, Sur President, għaliex jien m'għandi xejn x'naħbi, kemm il-business plan tas-sena l-oħra b'dak li ksibna, kif ukoll il-business plan dettaljata għas-sena d-dieħla.", "Se nagħmel l-istess fil-każ tal-kunsilli lokali u għall-e-government, li issa nagħlaq bih, biex kulħadd ikun jaf lejn fejn miexi dan il-ministeru.", "Dawn il-business plans għandhom dettaljat għas-sena d-dieħla liema huma l-aims partikolari li qed nippruvaw nilħqu.", "Ħafna drabi ma nilħquhomx kollha imma nippreferi naħdem b'dak il-mod.", "L-aħħar qasam li xtaqt nitkellem fuqu, Sur President, huwa l-qasam ta' l- e-government.", "Irridu nifhmu x'qed ngħidu b'e-government għaliex s'issa naħseb li għandna ma kkomunikajniex biżżejjed dak li wieħed irid ifisser.", "Għalija b'e-government inkun qed infisser l-għan li nagħmlu riforma fl- istruttura amministrattiva pubblika bl-għajnuna tat-teknoloġija ta' l- informatika.", "Jiġifieri mhux l-informatika huwa l-għan imma t-tibdila ta' l- istrutturi kif jaħdem bihom il-gvern; it-teknoloġija huwa biss mezz kif tasal għaliha.", "Biex is-servizzi pubbliċi jibdew jingħataw b'effiċjenza - jew ejjew ngħidu b'aktar effiċjenza - b'sigurta' u kunfidenzjalita', iridu jkunu aċċessibbli għal kulħadd mid-djar stess taċ-ċittadini tagħna jew mil- lokal li hu viċin tagħhom - u mhux biss qed nitkellem fuq persuni b'diżabilita' imma anke persuni li ma jafux jużaw l-informatika - għal 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Sur President, s'issa ħriġna żewġ white papers - u se npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra - waħda dwar il-leġislazzjoni u l-e- commerce, li fil-fatt diġa' għaddiet mill-istadju ta' kumitat u baqa' biss it-third reading; u oħra iktar importanti l-viżjoni u l-istrateġija li għandna dwar l-e-Malta.", "Irrid ngħid li din diġa' kellha effett pożittiv ħafna u dan nista' ngħidu almenu mill-interess li sibna barra minn Malta.", "Ħafna kumpanniji kbar multi-nazzjonali kitbu u oħrajn ġew Malta.", "Jien personalment iltqajt mal-Microsoft; li urew interess qawwi u naħseb meta noħorġu public call juru l-interess.", "F'dan il-każ żgur li għandna viżjoni li turi ċar lejn fejn irridu mmorru.", "Sur President, is-sena l-oħra wkoll ippruvajna kemm jista' jkun nissensibilizzaw l-opinjoni pubbilka għal dan is-suġġett il-ġdid.", "Ma ngħidx li rnexxielna biżżejjed pero' naħseb li bdejna xi ħaġa.", "Ridna nuru wkoll f'dan il-budget li aħna mhux paroli biss.", "Jekk wieħed jara l-budget isib li din is-sena, jekk tgħodd kollox flimkien, hemm ivvotati Lm8 miljun għall-IT, Lm0.3 miljun minnhom speċifikament għall-proġetti ta' l-e- government.", "Irrid ngħid ukoll li l-kabinett iddeċieda li jwaqqaf cabinet committee li jibda jiltaqa' mis-sena d-dieħla fuq public service reform programme, u semmejnih public service reform programme u mhux e-government cabinet committee għaliex ir-realta' hi li l-gvern qed jaħdem bi programm u mhux li ndaħħlu t-teknoloġija biss.", "Prinċiparjament għas-sena d-dieħla qed nippremettu li nwaqqfu l-e-Malta commission fl-ewwel tliet xhur u nistabilixxu f'kull ministeru dak li nsejħulu information management unit.", "Żgur li kull ministeru - żgħir, kbir jew le - irid ikollu persuna li tmexxi dan il-kunċett ta' l-IT mal-ministru u ma' l-istaff tal-permanent secretary u jara li dan kollu jinżel 'l isfel.", "Irridu - u dan huwa importanti ħafna - insibu strategic partner.", "Beħsiebna noħorġu international call fejn nitolbu expression of interest minn kumpanniji kbar.", "Nagħmilha ċara li m'aħniex interessati f'kumpanniji li jridu jiġu hawn biex ibiegħu - biex nixtru faċli, ma tantx għandek bżonn toqgħod toħroġ international calls - imma rridu xi ħadd li se jinvesti f'Malta flimkien ma' l-investiment li jrid jagħmel il-gvern u flimkien ma' l-investiment tas-settur privat.", "Irridu nqajmu l-involviment tas-settur privat u rridu nibdew naħdmu fuq dak li huwa essenzjali.", "Irridu nibdew naħsbu wkoll kif se nistrutturaw - din tista' tieħu sentejn - dak li huwa l- public key infrastructure.", "Mingħajr public key infrastructure, jiġifieri li inti jkollok ċavetta sigrieta li tkun tafha inti biss biex ikollok aċċess għal ċerti sistemi u biex tagħti l-awtorizzazzjoni għal ċerti affarijiet, dan il-proġett ma jqumx fuq saqajh.", "Fl-istess ħin irridu wkoll, Sur President, inkomplu niddeliverjaw sistemi ġodda lill-pubbliku.", "Għas-sena d-dieħla diġa' kelli l-opportunita' nirriferi għall-kwestjoni tas-sistema tal-kirjiet li ddevolvejna u żgur li s-sena d-dieħla se jkollna l-possibbilta' li nvaraw żewġ sistemi oħra, waħda minnhom sistema ta' applikazzjoni, renewal u kanċellazzjoni ta' liċenzji kummerċjali.", "Illum għandna rebus għax ħanut tat-te' jrid seba' liċenzji differenti minn xi tliet dipartimenti differenti!", "Ilna tmintax-il xahar prattikament - jien u l-Onor.", "Edwin Vassallo - naħdmu l-ewwel fuq liġi ġdida u t-tieni fuq il-migrazzjoni tal-liċenzji mingħand il-pulizija għal awtorita' kompetenti.", "Biex inġib eżempju, fil-każ ta' petrol station ma nafx għaliex trid mhux biss il-permess ta' l-Enemalta li tħallas kull sena, pero' trid tħallas ukoll permess lill-pulizija.", "Il-permess tal- pulizija neħħejnih u nkorporajna dak li hemm bħala provision fil-permess ta' l-Enemalta, u allura dak li jkun ikollu permess wieħed.", "Jiġifieri qed naħdmu b'din is-sistema amministrattiva li riedet ħafna attenzjoni.", "Għandna l-ewwel draft tal-liġi lesta, pero' iktar minn hekk għandna sistema li bnejniha prattikament mill-ġdid bl-għajnuna ta' diversi ministeri.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-liċenzji kollha li huma involuti f'dan il-proċess u s-systems analysis li għamilna biex nibnu l-proċess.", "Prattikament qed nipprovaw innaqqsu l-burokrazija u nagħmlu liċenzja waħda applikabbli għal kollox u mhux diversi liċenzji.", "Irrid ngħid li mhux kullimkien irnexxielna.", "It-tieni sistema li naħsbu li nistgħu nvaraw is-sena d-dieħla hija dik tal-customer care.", "Bnejna sistema - u hawnhekk se npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokumentazzjoni relattiva - li se tippermetti lil kull ċittadin minn Malta jew Għawdex imur il-kunsill lokali tiegħu u jirreġistra complaint, jara file, jistaqsi għal file jew jistaqsi kull domanda lil kull dipartiment tal-gvern.", "Se jkollna dedicated software system li jgħidulha workload software - din jużawha ħafna telephone companies u billing companies kbar biex jagħmlu tracking ta' x'ikun qed jiġri - li tippermetti lil dak li jkun jirrapporta li per eżempju x'imkien hemm il-ħmieġ, jew ngħidu aħna li tal-bar qed jibqa' miftuħ tard.", "Se jkollna sistema kif din tista' ssir kemm tramite l-internet kif ukoll tramite l-kunsilli lokali.", "Nisperaw ukoll li din nagħmluha s-sena d-dieħla.", "Sur President, fl-opinjoni personali tiegħi jien ngħid li dan il-proġett huwa importanti għall-futur ta' Malta.", "Dan kollu ma jfissirx li l-problemi li għandna, speċjalment fil-qasam tal-ġustizzja, ma rridux nieħdu ħsiebhom, pero' rridu nieħdu ħsiebhom konxji li rridu naħdmu lkoll flimkien.", "Ħafna drabi l-Onor.", "Farrugia jakkużani li nimxi bla ma nisma' l- pariri.", "Jiena nerġa' nsemmilu lil min jagħmel parti mill-court group biex jistaqsihom kif naħdmu.", "Dawn huma l-Imħallef Noel Arrigo, il-Maġistrat Antonio Mizzi, Dr Joe Azzopardi għall-kamra ta' l-avukati u s-Sur Edgar Montanaro bħala r-rappreżentanti tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u Dr Joe Zammit Maempel, Dr Pawlu Lia u Dr Joe Giglio.", "(Interruzzjonijiet) Staqsihom kif naħdmu f'dan il-grupp!", "Meta ma naqblux, fl-aħħar mill-aħħar irrid nieħu deċiżjoni wkoll.", "Jien ukoll irrid neħodha, pero' konsultazzjonijiet hemm.", "Irridu nifhmu li fil-qasam tal-ġustizzja m'aħniex se nġibu riformi billi nparlaw.", "M'aħniex se nagħmlu r-riformi mingħajr ma nbiddlu ħafna prattiċi li ilhom jeżistu u li ħafna drabi ma jaqblux għal kulħadd.", "Meta kont fil- kamra ta' l-avukati u għedtilhom li l-ismall claims se jibdew jiltaqgħu f'nofsinhar, l-avukati pprotestaw u sabuha bi tqila li joqogħdu l-qorti sas- 2.00 p.m. (Interruzzjonijiet) Taħdimx fl-ismall claims, għażel!", "Pero' ma jistax ikun li għall-kumdita' ta' l-avukati ma nbiddlux ċerti prattiċi.", "Jien nispera li dan jifhmu kulħadd.", "Il-gvern qed jagħmel il-parti tiegħu u qed jinvesti iktar flus, u jekk wieħed jeżamina ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux Lm2,000 għandna għall-improvements!", "Mur ara l-vot kapitali!", "Għall- kapital għandek Lm0.25 miljun għall-qorti biss.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-gvern qiegħed jinvesti u qegħdin inżidu l-human resources.", "Pero' dan kollu ma jkunx biżżejjed jekk ma nkunux kapaċi, flimkien mal-ġudikatura, nibdlu ħafna mis-sistemi antiki li għandna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistaqsi jekk hawnx il-permess biex il- Ministru jqiegħed id-dokumenti li semma fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, inqiegħed id-dokumenti li semmejt iktar qabel fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Graph li turi l-finanzjament tal-kunsilli lokali bejn l-1994 u l-2001;", "Court statistics għas-snin bejn l-1967 u l-1999;", "Tagħrif dwar is-sitwazzjoni tal-court assistants;", "Kopja tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għal post ta' court assistant maħruġa fil-31 ta' Novembru 2000;", "Draft training programme għall-membri tal-ġudikatura;", "Addendum għall-ftehim dwar klassifikazzjoni, regrading u assimilazzjoni tal-court registry support class u l-court recorder grades;", "Edizzjoni ta' Ġunju 2000 tas-CD Rom bil-liġijiet ta' Malta;", "Dokument intitolat \"Ġustizzja 2000 – kisbiet fil-qasam tal-ġustizzja\";", "Dokument intitolat \"Ġustizzja 2001 – miri ta' ħidma fil-qasam tal- ġustizzja\";", "White paper on the legislative framework for information practices maħruġa f'Mejju 2000;", "White paper on the vision and strategy for the attainment of e- government maħruġa f'Ottubru 2000;", "Lista ta' liċenzji devoluti lil kull aġenzija in konnessjoni ma' l-e- government;", "Systems analysis and design – licence agency system li sar mill-MITTS f'Novembru 2000;", "Analisi ta' lmenti reġistrati waqt il-fiera internazzjonali tas-sena 2000;", "Draft ta' sistema ġdida ta' klassifikazzjoni taħt is-sistema ta' customer care;", "Lista tal-membri ta' l-user acceptance teams fi ħdan il-gvern lokali;", "Lista ta' kunsilli lokali li ffirmaw ftehim mal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma;", "Informazzjoni dwar proprjeta' devoluta lill-kunsilli lokali;", "Mudell ta' ftehim ta' devoluzzjoni ta' proprjeta' tal-gvern lill- kunsilli lokali;", "Informazzjoni dwar applikazzjonijiet pendenti minn kunsilli lokali għal devoluzzjoni ta' proprjeta' tal-gvern;", "Tagħrif dwar faċilitajiet sportivi li se jgħaddu għand il-kunsilli lokali;", "Mudell ta' ftehim ta' devoluzzjoni ta' faċilita' sportiva tal-gvern lill-kunsill kokali ta' l-Isla;", "Lista ta' libreriji li għaddew lill-kunsilli lokali matul l-2000;", "Mudell ta' ftehim ta' devoluzzjoni ta' librerija lokali lil kunsill lokali; Ftehim dwar kiri ta' spazju fuq bus shelters iffirmat fit-12 ta' Marzu 1997 bejn JF Soler Ltd u l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku;", "Proposta dwar il-bini u l-manutenzjoni ta' bus shelters;", "Dokumentazzjoni teknika dwar locality rent payment system;", "Tabella bil-pagamenti tal-kera li tħallsu fil-kunsilli lokali bejn s-6 u t-30 ta' Novembru 2000;", "Statistika ta' applikanti li temmew b'suċċess il-kors ta' gdwardjani lokali sas-6 ta' Diċembru 2000;", "Tender għall-provvista ta' servizzi ta' gwardjani lokali lil diversi kunsilli lokali;", "Tender għall-provvista ta' servizzi ta' uffiċjal awtorizzat lil diversi kunsilli lokali;", "Analisi u tagħrif ieħor dwar kontravenzjonijiet maħruġa minn gwardjani lokali f'kull lokalita' matul l-2000;", "Statistika ta' każijiet tal-pulizija u tal-gwardjani lokali mressqa quddiem it-tribunali lokali;", "Skeda ta' bye-laws li se jinforzaw il-gwardjani lokali;", "Enforcement reporting agreement bejn l-awtorita' ta' l-ippjanar u l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali;", "Tender ta' l-interim financial review tal-kunsilli lokali u skeda ta' tenderers;", "Mapep minn geographic information system tal-field services branch li turi l-pożizzjoni geografika ta' kull lampa ta' triq eżistenti u ta' kull lampa ġdida rikjesta mill-kunsilli lokali; Lista ta' ħaddiema tal-gvern mal-kunsilli lokali;", "Audited accounts tal-kunsill lokali tal-Birgu għas-sena li għalqet fil- 31 ta' Marzu 2000;", "Tagħrif dwar kunsilli lokali li temmew is-sena 1999-2000 b'deficit;", "Tagħrif dwar donazzjonijiet mill-kunsilli lokali bejn l-1995 u l-2000;", "Kopja ta' korrispondenza rigward nuqqasijiet finanzjarji mill-kunsill lokali tal-Mosta;", "Kopja ta' korrispondenza rigward l-ingaġġ illegali tas-segretarja mal- kunsill lokali ta' Bormla;", "Kopja ta' korrispondenza rigward l-investigazzjonijiet ta' allegazzjonijiet dwar it-tender għal ġbir ta' skart domestiku maħruġa mill-kunsill lokali tan-Naxxar;", "Dokument intitolat \"Kunsilli Lokali 2000 – kisbiet fil-qasam tal- kunsilli lokali\"; u", "Dokument intitolat \"Kunsilli Lokali 2001 – miri kunsilli lokali\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Se nressaq il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għal-Vot 52 kif imressqa mill-Onor.", "Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti.", "Fin-12.31 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda għal-Vot 52 kif imressqa mill-Onor.", "Mangion.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "285", "FAVUR : 29", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joseph | | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa ngħaddi biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il- Voti tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali:", "VOT 52 - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,518,547 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 52 - Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 52 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 53 - KUNSILLI LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 10,599,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 53 - Kunsilli Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 53 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT 54 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,476,764 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 54 - Ġudizzjarju, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 54 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi", "VOT XIII - MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,119,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIII għaddiet.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 52, 53, 54 u XIII kienu ġew approvati mill- Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Diċembru 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2001", "It-Tnax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru ta' l-Intern", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn,11 ta' Diċembru, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIRECT ORDERS", "21890.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill- Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?", "Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5119.", "DIRECT ORDERS", "21891.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?", "Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "JOE BORG: Peress illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tirrikjedi ħafna żmien u enerġija biex tinġabar, ma nara l- ebda skop li dan isir sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l- informazzjoni mitluba għandha tingħata.", "DIRECT ORDERS", "21892.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?", "Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal risposta li kien ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5127 ta' l-10 ta' Marzu 1999.", "DIRECT ORDERS", "21893.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill- Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?", "Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar- risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5127.", "OVERTIME", "21894.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill- ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?", "X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat illi l-ammont ta' Overtime li nħadem fil-Minsiteru ta' l-Agrikolutra u Sajd minn Jannar sa Novembru ta' din is- sena, dipartiment b'dipartiment, u kemm tħallas u għadu ma tħallasx, kien kif ġej:", "Fid-Dipartment tas-Servizzi Korporattivi kien hemm 1914.25-il siegħa u tħallsu LM5,925.90.", "Fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien hemm 3697.83-il siegħa u tħallsu LM7,141.55.", "Fid-Dipartiment ta' l-Aquakultura u Sajd kien hemm 6332.28-il siegħa u tħallsu LM17,741.77.", "Fid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji nħaddmu 5088 siegħa u tħallsu LM9,037.29, inħadmu 8341 siegħa li jammontaw għal LM15,880.56 li għadhom ma tħallsux.", "Dan il-ħlas isir meta l-klijienti tad-Dipartiment ikunu ħalsu l- kontijiet li għalihom sar ix-xogħol.", "Kien hemm ukoll 2297 siegħa li jammontaw għal LM4,390.40.", "Dan il-ħlas ser isir dal-waqt.", "Fil-Green Week saru 1406.875 siegħa u tħallsu Lm2,774.27, għall-Potato Export saru 4806 siegħa u tħallsu LM9,130.93.", "Fit-Trade Fair saru 2991.5 siegħa u tħallsu LM5,774.46, fil-waqt li fil-World Food Day saru 12-il siegħa u tħallsu LM19.23.", "OVERTIME", "21895.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill- ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?", "X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "HOUSING AUTHORITY", "21944.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Housing Authority minn Settembru 1998 sal-lum?", "Min liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sas-6 ta' Diċembru 2000 daħlu sitt impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar.", "Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "San Ġwann Kappara Tarxien Żurrieq Kalkara Qormi", "MALTACOM", "21945.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Maltacom minn Settembru 1998 sal-lum?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MDC", "21946.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-MDC minn Settembru 1998 sal-lum?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-1998 il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed minn Birżebbugia, ieħor mill-Mellieħa u ieħor minn Ħal-Għaxaq.", "Fl-1999 ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda, wieħed minnhom kien Student-Ħaddiem.", "Dawn it-tnejn huma mis-Swieqi.", "Matul din is-sena l-Korporazzjoni impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed barrani u tnejn minn tas-Sliema.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "21947.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sal-lum?", "Minn liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin iddaħħlu 10 ħaddiema ġodda kif jidher fl-Iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din il-lista ma tinkludix lil dawk ir-reklutati ġodda bħala \"Trainee Correctional Officers\" peress li l-ħatra tagħhom bħala \"Correctional Officers\" issir biss jekk jgħaddu mill-eżami li jridu joqogħdu għalih wara li jtemmu t-taħriġ.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "21948.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta minn Settembru 1998 sal-lum?", "Min liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li bejn Settembru 1998 u Novembru 2000 daħlu b'kollox 94 membri ġodda fil-Forzi Armati, li ġew minn ibliet u rħula kif jidher hawn taħt:", "MALTA", "|Belt/R|Nru| |Nru| |Nru | |aħal | | | | | | |Attard|4 |Marsa|3 |Sliema|1 | |B'Kara|4 |Melli|1 |St. |1 | | | |eha | |Julian| | | | | | |s | | |B'Bugi|2 |Mosta|4 |St. |1 | |a | | | |Paul's| | | | | | |Bay | | |Cospic|3 |Mqabb|2 |Sta. |3 | |ua | |a | |Lucia | | |Dingli|1 |M.Sca|2 |Sta. |3 | | | |la | |Venera| | |Fgura |2 |Naxxa|2 |Tarxie|3 | | | |r | |n | | |Floria|1 |Paola|1 |Vallet|5 | |na | | | |ta | | |Gudja |1 |Pembr|1 |Zabbar|4 | | | |oke | | | | |Gzira |1 |Qawra|1 |Zebbug|2 | |Ghargh|1 |Qormi|6 |Zejtun|1 | |ur | | | | | | |Hamrun|2 |Qrend|1 |Zurrie|2 | | | |i | |q | | |Kalkar|1 |San |4 | | | |a | |Gwann| | | | |Luqa |3 |Siggi|2 | | | | | |ewi | | | | | | | | |Total |82 |", "GĦAWDEX", "|Belt/R|Nru| |Nru | |Nru | |aħal | | | | | | |Gh'Sie|1 |Qal|1 |Vict|4 | |lem | |a | |oria| | |Kercem|1 |San|1 |Xewk|3 | | | |nat| |ija | | |Nadur |1 | | | | | | | | | |Tota|12 | | | | | |l | |", "AIR SUPPLIES", "21949.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Supplies minn Settembru 1998 sal-lum?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu ndikat mill- Onorevoli Interpellant ġew impjegati tlitt ħaddiema ma' l-Air Supplies.", "Dan sar fl-1999.", "Il-ħaddiema huma minn Birkirkara, Ħal-Qormi u Ħal- Tarxien.", "SERVIZZI EKONOMIĊI", "22014.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21081?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan- \"National Programme for the Adoption of the Aquis\" (NPAA), document pubbliku maħruġ f'Settembru ta' din is-sena mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fejn hemm identifikat liema Korpi jew Units għandhom jiġu mwaqqfa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' ċerti direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Kif wieħed jistenna hemm diversi persuni li ġejjin mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Segretarjati u mill-Korporazzjonijiet li huma nvoluti f'dan il- proċess u li jagħtu sehemhom fl-oqsma partikulari tagħhom kif ikun hemm bżonn.", "F'ċerti setturi partikulari, fejn hi rikjesta ċerta esperjenza, li mhux bilfors issibha fil-Ministeru, fis-Segretarjati jew fil-Korporazzjonijiet, tintalab il-kontribuzzjoni minn konsulenti wara talba pubblika.", "INTERN", "22015.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21083?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta` Malta fl- Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta` l-operat ta` l-istrutturi ta` ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilita` tad-dekasteru tiegħi.", "Ma hemmx units li twaqqfu jew li s`issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta` sħubija fl-U.E.", "AGRIKOLTURA U SAJD", "22016.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21084?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi.", "Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta' sħubija fl-U.E.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI", "22017.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21085?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li ma ġewx iffurmati units jew xorta oħra ta' gruppi oħrajn fid-Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- Dekasteru tiegħi.", "EDUKAZZJONI", "22018.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21087?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fid-dekasteru tiegħi hemm tlett units li għandhom xogħol relatat ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma l- European Union Programmes Unit, l-Euro Med Youth Action Programme u l- University of Malta European Programmes Technical Assistance Unit.", "L-għan prinċipali ta' l-European Union Programmes Unit huwa li jippromwovi, jorganizza u jevalwa l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea i.e.", "Leonardo, Socrates, Youth, Culture 2000, Fifth Framework Programme.", "S'issa dan il-Unit għadu impjega biss Segretarju Eżekuttiv wieħed u l-għażla qed issir wara sejħa pubblika.", "L-għan prinċipali ta' l-Euro Mediterranean Youth Action Programme hu li jipprovdi skambji għall-għaqdiet taż-żgħażagħ mill-Ewropa u l-Mediterran.", "Fuq dan il-programm hemm biss persuna waħda li taħdem bi ħlas li hu ta' Lm3.20 fis-siegħa għal 15-il siegħa fil-Ġimgħa.", "L-għan prinċipali ta' l-University of Malta Eruopean Programmes Technical Assistance Unit hu li jagħti assistenza teknika lill-membri kollha ta' l- Universita` kif ukoll lil entitajiet oħra lokali fit-tfassil u implementazzjoni ta' programmi mnedija mill-programmi Ewropej.", "S'issa għadu ma ġie mpjegat ħadd f'dan il-Unit li mhux mistenni jibda jiffunzjoni qabel it-2 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.", "GĦAJN TUFFIEĦA - BANJIJIET RUMANI", "22033.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20959?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Banjijiet Rumani instabu f'Ġunju tal- 1929, waqt xogħlijiet tad-Dipartiment ta' l-ilma.", "Dan il-post ilu numru ta' snin b'aċċess ristrett għall-pubbliku ġenerali, iżda kien possibli li wieħed jidħol u jżur is-sit wara appuntament u fil- preżenza ma' uffiċjali tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Illum dan l-appuntament jista' jsir billi tikkuntattja il-Museums Officer responsablbi għall-Mużew ta' Antikitajiet Rumani r-Rabat.", "Fl-1961 kienu nbnew kmamar fuq il-mużajk ta' dan biex dawn jiġu mħarsa mill-elementi.", "Fl-1978 kienu saru xogħlijiet ta' restawr minn restawratur Libjan fuq il-mużajki.", "Fl-1995 restawratur Tuneżin għamel rapport aġġornat fuq il-mużajki.", "Kurrentement qed jitħejjew pjanijiet għas-salvagwardja u l-preżentazzjoni ta' dan is-sit mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, b'kollaborazzjoni ma' l- Awtorita` tat-Turiżmu u d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.", "SKEJJEL - KUNSILLI SKOLASTIĊI", "22034.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21088?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UE", "22044.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħal ma diġa' ħabbart f'okkażjoni oħra, fid- 9 ta' Ottubru, 2000, għan-nom tal-Gvern Malti, iffirmajt ftehim biex Malta tissieħeb fl-Aġenzija Ewropeja għall-Ambjent.", "L-Onorevoli Interpellant jaf li jiena ressaqt mozzjon lill-Ispeaker tal-Kamra biex dan il-ftehim jinġieb għar-ratifika tal-Parlament.", "Malli dan isir, Malta ssir membru sħiħ f'din l- Aġenzija b'rappreżentanza fuq il-Management Board u bid-dritt tal-vot.", "Kif jidher fit-test tal-ftehim, li kopja tiegħu kienet annessa mal-mozzjon, il-ħlas għas-sħubija ta' Malta f'din l-Aġenzija għat-tlett snin li ġejjin (2001/2003) huwa ta' Euros 36,000, Euros 46,000 u Euros 56,000 rispettivament.", "Kif insiru membri ta' l-Unjoni Ewropeja, il-ħlas tas- sħubija jibda jsir mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Sħubija f'din l-Aġenzija se tgħin biex Malta, permezz tad-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent, tkun f'pożizzjoni li tipparteċipa f'dawk l- inizjattivi li tieħu l-Aġenzija favur l-ambjent.", "Dawn l-inizjattivi jinkludu network fost il-pajjiżi membri għall-bdil ta' informazzjoni dwar l- oqsma kollha ambjentali u l-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ, u fil- Kumitat Xjentifiku.", "Malli nsiru membri ta' l-Aġenzija, ċittadini Maltin ikunu jistgħu japplikaw għall-impjieg ma' l-Aġenzija filwaqt li esperti Maltin fil-qasam ta' l- ambjent ikunu jistgħu jiġu ngaġġati mill-Aġenzija bħala konsulenti.", "UE", "22045.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UE", "22046.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UE", "22047.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: L-ebda dipartiment f'dan il-Ministeru m'hu qed jippartecipa f'xi programm ta' l-Unjoni Ewropea.", "UE", "22049.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Portijiet hu nvolut f'żewġ inizjattivi li jiffurmaw parti mill-'Euro Mediterranean Partnership'.", "Dawn huma:", "1.", "Media Project 7 - Hgħdorgraphgħ for the Mediterranean", "2.", "Multi-Annual Rolling Work Programme for Maritime Transprot in the Mediterranean L-għan ta' Project 7' hu l-miljoramnet tas-Sezzjoni ta' l-Idografija fi ħdan l-Awtorita' Marittima.", "Bħalissa, persuna waħda qed tieħu sehem f'dan il-proġett.", "L-għan tal-'Multi-Annual Rolling Work Programme' hu li jippermetti lill- Awtoritajiet tal-pajjiżi parteċipanti biex jippjanaw 'policies' għall- futur għal portijiet marittimi, liema 'policies' ikunu bbażati fuq statistika dettaljata u eżatta, kif ukoll biex jifformulaw metodoloġija ta' l-istatistika komuni.", "Bħalissa, żewġ persuni qed jieħdu sehem f'dan il- programm.", "Il-ħlas relatat ma' 'Projeċt 7' sar kollu mill-unjoni Ewropea u jlaħħaq madwar Lm40,000, filwaqt li ħlas kollu għall-'Multi-Annual Rolling Work Programme' ukoll sar mill-unjoni Ewropea u s'issa, laħħaq madwar Lm7,000.", "UE", "22050.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 22008 f'seduta 453", "SWIEQI - BINI ABBANDUNAT", "22066.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-Pulizija u mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-ilment mibgħut fis-16 ta' Novembru, 2000 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dwar il- perikli li qed jikkaġuna l-bini abbandunat li jinsab fil-kantuniera ta' Triq it-Tiben ma' Triq id-Dris fis-Swieqi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija avżat lis-sid tal-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant sabiex ineħħi kull periklu li jista` jkun hemm.", "Ninsab infurmat ukoll illi sfortunatament bil-liġi kif inhi bħalissa l- Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tistax tintervjeni f`dan il-każ peress li ma jirriżultax li hemm xi bini mingħajr jew mhux skond xi permess ta` żvilupp.", "Fl-Abbozz ta` liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp, hemm il-proposta li l-Awtorita` tkun tista` tieħu passi f`każijiet bħal dawn.", "SKEJJEL - SIR TEMI ZAMMIT", "22067.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Minstru jgħid fl-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa f'liema suġġetti hemm nuqqas ta' għalliema?", "Kemm ilhom b'dawn in-nuqqasijiet?", "Meta se jintbagħtu l-għalliema nieqsa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li hemm xi nuqqas ta' għalliema fl-iskola sekondarja Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa.", "STABBILIMENT PUSCHKA", "22071.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandu s-sid tal-Pescatore biex jopera l- istabbiliment Puschka wara l-11.00 p.m. u li qed jirreklama għalihom fir- reklam li qed jintbagħat separatament?", "Fl-aħħar tliet xhur, x'passi ħadu l-pulizija biex jiżguraw li s-sid irrispetta l-liġi fil-ftuħ ta' l-istabbiliment tiegħu?", "X'passi ħadu l- pulizija biex jiżguraw li s-sid irrispetta l-liġi fil-ftuħ ta' l- istabbiliment tiegħu?", "X'passi jonqosha tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tara li s-sid qed jimxi mal-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat- Tweġiba li jiena kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12266, ninsab infurmat illi l-Pulizija qed iżżomm dan il-post taħt sorveljanza u kull meta nstab li kien hemm xi ksur tal-kondizzjoni tal-liċenzji l- Pulizija ħadet il-passi meħtieġa skond il-liġi.", "Għal dak li jaqa` taħt ir-responsabbilita` ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi l-Awtorita` ħadet passi biex jitneħħew strutturi ta` l- aluminium fil-parti ta` quddiem (entratura) u dan wara l-ħruġ ta` Avviż ta` Twettieq.", "Ninsab infurmat ukoll li saret applikazzjoni b`referenza PA 3948/00 \"to carry out modifications to facade and remove illegal structures consisting of an aluminium glazed porch and to sanction glazing of porch\".", "Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fl-4 ta` Diċembru 2000.", "L-Awtorita` mbagħad tara x`passi jistgħu jittieħdu jekk kemm il-darba din id-deċiżjoni ma tiġix appellata."]} {"filename": "19990114_050d_par.doc", "date": "1999-01-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 50 Il-Ħamis, 14 ta' Jannar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 50", "Il-Ħamis, 14 ta' Jannar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "50", "Il-Ħamis, 14 ta' Jannar, 1999", "WERREJ MINUTI 64", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 640", "TQEGĦID TA' KARTI 644", "MOZZJONIJIET MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻ LEGALI NRU.", "254 TA' L-1998 645", "AĠĠORNAMENT 666", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 672", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 694", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Niġbed l-attenzjoni li fil-Minuti tal- bieraħ hawn tliet Membri mniżżlin bħala assenti li fil-fatt kienu preżenti.", "Dawn kienu l-Onor.", "Joe Debono Grech, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u l- Onor. Ninu Zammit.", "Hemm iktar korrezzjonijiet għall-Minuti?", "(Onor. Membri: No)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 49 li saret fit-13 ta' Jannar, 1999, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI - CONSULTANCY SERVICES", "1630.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1208?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, peress li m'għandniex il-mistoqsija parlamentari quddiemna, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet tittratta?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-mistoqsija kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li taw servizz u consultancy services lill-kunsilli lokali matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998; għal liema proġetti taw is-servizz tagħhom dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għal kull proġett?\".", "U r-risposta kienet tikkonsisti f'diversi faċċati.", "GĦARGĦUR - SUPER 1 TV", "1640.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom panelli mwaħħlin ma' l-arblu tal-Għargħur is-Super 1 TV u kemm minnhom qed jintużaw?", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li hemm uħud mill-antenni li m'humiex jintużaw?", "Kemm huma u ta' min huma?", "F'każ li dawn l-antenni li m'humiex jintużaw jinqalgħu, ikun possibbli li jitwaħħlu oħrajn minflokhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien mgħarraf mill-Awtorita' tax-Xandir li hi responsabbli mil-liċenzji ta' Super 1 TV kif ukoll mill-arblu tal- Għargħur li minn spezzjoni riċenti jirriżulta li l-istazzjon għandu disa' panelli mwaħħlin ma' l-arblu.", "Minn dawn qed jintużaw sebgħa.", "Qed jinġabar tagħrif dwar it-tieni parti tal-mistoqsija u aktar informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "PRIM MINISTRU - KUNTRATTI", "2317.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-perjodu mill-1 ta' Novembru 1998 sat-30 ta' Novembru 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika:", "(1) Min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) Lil min intalbu quotations; (3) Kemm kienet kull quota; (4) Min rebaħ il-kuntratt; (5) Jekk ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl- affermattiv; (6) Fiex kienu jikkonsistu u; (7) Kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il- Mejda tal-Kamra.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "2706.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' l-impjegati barranin, full-timers, part-timers, dawk impjegati fuq xogħol ta' konsulenza, eċċ., fi ħdan is-servizz pubbliku?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartiment qed iservu l- imsemmija persuni?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid minn liema pajjiż ġejjin dawn il-persuni?", "Kemm hu s-salarju bażiku ta' dawn l-impjegati?", "X'benefiċċji oħra għandhom inklużi l-allowances?", "Meta jispiċċa l-kuntratt tagħhom?", "X'qed jagħmel il-Gvern biex jittrejnja persuni Maltin biex eventwalment jieħdu post dawn il-barranin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru issa ġiet miġbura u qiegħed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "2881.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk fil-preżent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Fil-preżent għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-partijiet kollha interessati.", "Huwa l-għan tal-Gvern li dawn id-diskussjonijiet iwasslu għal ftehim aħħari, bl-inqas piż finanzjarju fuq l-amministrazzjoni u fl-aħjar interess tal-ħaddiema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-partijiet kollha interessati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-partijiet interessati huma l-ħaddiema, il-Gvern u l-kumpannija NOVITA' li magħha kien hemm arranġamenti dwar x'kellu jiġri mill-Kalaxlokk wara li jispiċċa l-kuntratt tat-Terminal 2.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-unions humiex qed jiġu kkonsultati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt nista' ngħid li l-unions qed jiġu konsultati u involuti fid-diskussjonijiet il-ħin kollu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Il-ħsieb tal-Gvern Laburista kien li jgħaddi liġi mill-Parlament biex ħaddiema tal-Kalaxlokk jingħataw prijorita' biex jidħlu jaħdmu mal-gvern.", "Filwaqt li nifhem li peress li għadhom għaddejjin id- diskussjonijiet wieħed ma jkunx jista' jgħid ċerti affarijiet, jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għallinqas huwiex beħsiebu jikkonsidra dik il-liġi li kienet qed tiġi proposta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għalkemm ma xtaqtx nitkellem fuq dawn l-affarijiet, irrid ngħid li l-liġi li kienet proposta mill-Gvern Laburista lili xxukkjatni xi ftit għal diversi raġunijiet.", "L-ewwelnett kienet liġi li bażikament kienet tikkonsidra lil dawk il-ħaddiema li attwalment qegħdin jaħdmu bħala unemployed u kienet se tkun soċjalment inġusta ma' dawk is- 7,000 ruħ li jinsabu qegħda, għaliex kien qed jiġi propost li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk jingħataw preferenza f'kull post vakanti li jista' jkun hemm mal-gvern.", "It-tieni nett ma rridux ninsew il-preokkupazzjoni li kien jesprimi l-ex- Prim Ministru, l-Onor.", "Alfred Sant dwar in-numru ta' ħaddiema mal-gvern u x'piż kienu jimponu fuq il-pajjiż.", "Għalhekk kont sorpriż meta ntqal li dawn il-ħaddiema għandhom jiġu assorbiti mill-gvern.", "Fl-opinjoni tiegħi, din tista' tgħid li kienet l-iktar soluzzjoni faċli, pero' ma kenitx soluzzjoni tajba għaliex kienet se tkompli żżid il-piż fuq il-gvern.", "Fil- fatt il-Gvern Nazzjonalista mill-ewwel għamilha ċara li dik it-triq ma kenitx miftuħa u kellha tinstab soluzzjoni oħra.", "Għalhekk aħna qed nipprovaw insibu soluzzjoni oħra bil-koperazzjoni ta' kulħadd u minn hawn irrid nirringrazzja lill-partijiet kollha interessati għaliex kulħadd qed jagħti sehmu.", "F'dan il-pajjiż hawn maturita' biżżejjed biex nirrealizzaw li l-impjiegi mal-gvern m'humiex is-soluzzjoni għal din il-problema għaliex inkella filwaqt li nkunu qed insolvu problema, inkunu qed inżidu diffikultajiet kbar mal-famuża ħofra li kienet tissemma ħafna mill-gvern preċedenti.", "U ma rridux ninsew minn xiex għaddejna meta qabel l-elezzjoni ta' l-1987 iddaħħlu madwar 8,000 ruħ jaħdmu fis-servizz pubbliku bir- riżultat li llum dawn jiswew lill-gvern madwar Lm30 miljun fis-sena.", "Barra li dawn huma piż finanzjarju fuq il-pajjiż, huma wkoll riżors moħli għaliex żgur li ma kienx hemm bżonn li jiddaħħal dak in-numru kbir ta' nies mal-gvern.", "Per eżempju, dak iż-żmien fil-Kalaxlokk kien hemm iktar minn 1,500 ħaddiem li ħafna minnhom kienu ġew mis-settur privat preċiżament qabel l-elezzjoni biex ikollhom an easy job mal-gvern b'paga garantita.", "Jien naħseb li jkun żball kbir għall-pajjiż jekk nimxu f'din id-direzzjoni; diġa' kellna dan it-tip ta' problemi u ma jistax ikun li jirrepetu ruħhom.", "Għalhekk irid ikollna biżżejjed kuraġġ biex insibu soluzzjoni bl-għajnuna ta' kulħadd.", "Aħna dak li qed nipprovaw nagħmlu u qed nikkonsidraw diversi options flimkien mal-unions u l-kumpannija NOVITA' li kellha ċerti contractual obligations.", "Jien issorprendejt ruħi wkoll kif il-Gvern preċedenti ma esiġiex li jinżammu dawn il-contractual obligations imma qisu qata' qalbu u sab the easiest solution li wieħed jista' jimmaġina.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li żgur ma jkunx jaqbel għal pajjiżna li nimxu fit-triq li kien mexa biha l-Gvern Laburista preċedenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Naħseb li l-Ministru jaf li l-ħaddiema tal- Kalaxlokk kienu se jiġu mpjegati mal-gvern jekk ikun hemm bżonn ta' ħaddiema u mhux jiġu mpjegati b'kapriċċ.", "Apparti minn dan, nixtieq inkun naf jekk f'każ li ma tinstabx soluzzjoni, il-gvern huwiex qed jikkonsidra xi alternattiva oħra għal dawn il-ħaddiema.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, il-punt li rrid nagħmel huwa li ma tistax tgħid li lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk iddaħħalhom jaħdmu mal-gvern jekk ikun hemm bżonn meta hemm 7,000 ruħ oħra jirreġistraw.", "Il-ħaddiema tal-Kalaxlokk ma jistgħux jingħataw preferenza fuq dawn is-7,000 persuna meta dawn kellhom kuntratt ta' xogħol li kien jobbliga lill-kumpannija NOVITA' għal numru kbir ta' snin.", "Ma naħsibx li din kienet tkun soluzzjoni ekwa.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiġifieri x'jiġri jekk ma jintlaħaqx ftehim, irrid ngħid li ma naħsibx li huwa r-rwol ta' dan il-Parlament li jirrispondi mistoqsijiet ipotetiċi.", "Wieħed irid jispera li jintlaħaq ftehim u ma nistgħux nikkonsidraw sitwazzjonijiet ipotetiċi bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Wieħed ma tantx jista' jemmen ir-risposta tal- Ministru meta jitkellem dwar in-nies żejda mal-gvern għaliex il-Gvern Nazzjonalista xorta daħħal nies mal-gvern minkejja dak li kien jgħid.", "Pero' apparti minn hekk, aħna hawnhekk qed nesprimu l-preokkupazzjoni tagħna bħala membri parlamentari li nirrappreżentaw parti mill-poplu Malti, inkluż ħaddiema tal-Kalaxlokk, u qed nagħmlu dawn il-mistoqsijiet għaliex il-ministru eskluda totalment il-ħsieb li kien hemm qabel, cioe' li jekk ikun hemm vakanzi mal-gvern tingħata preferenza lill-ħaddiema tal- Kalaxlokk.", "Allura l-mistoqsija tiġi waħedha: F'liema direzzjoni mexjin dawn id-diskussjonijiet ladarba diġa' ġiet eliminata possibbilta' minnhom?", "Nittama li dawn id-diskussjonijiet ma jispiċċawx bħal fil-każ ta' dawk il- ħaddiema li kienu jaħdmu x-Shipbuilding u l-Malta Drydocks li kienu ngħataw somma flus u ntbagħtu jaħdmu f'fabbriki li llum nafu li fallew qabel bdew bil-konsegwenza li dawn il-ħaddiema spiċċaw barra u batew huma u l-familji tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett l-Onor.", "Interpellant huwa żbaljat meta qed jimplika li taħt Gvern Nazzjonalista preċedenti n-numru ta' nies mas- settur pubbliku żdied.", "Irrid ngħid li kien hemm żmien meta l-impjiegi temporanji taħt l-iskema tad-Dejma, eċċ., kienu jiġu klassifikati separatament.", "Imbagħad l-impjiegi temporanji bdew jiġu klassifikati mat-total ta' l-impjiegi fis-settur pubbliku.", "Għalhekk meta tan-naħa l-oħra jħarsu lejn iċ-ċifri - u din smajnieha kemm-il darba qabel l-elezzjoni fuq ċerti stazzjonijiet tar-radju - ma jkunux qed iqabblu like with like għaliex jekk tqabbel like with like u teskludi jew tinkludi l-impjiegi temporanji skond il-każ dejjem issib li taħt Gvern Nazzjonalista l-impjiegi mas-settur pubbliku naqsu bl-eluf.", "Issa wieħed irid jifhem li meta impjegati tal-gvern jirtiraw mis-servizz iridu jiġu replaced minn impjegati oħra pero' dejjem irridu noqogħdu attenti dwar f'liema kategoriji jkun hemm bżonn li jiġu impjegat n-nies.", "Per eżempju, żgur li m'għandniex bżonn nimpjegaw nies in the labourer category għaliex f'dik il-kategorija hemm eċċess ta' ħaddiema.", "Jien nixtieq nistaqsi lil tan-naħa l-oħra fejn kien beħsiebhom jimpjegaw lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Il-pożizzjoni tal-Kalaxlokk kienet straightforward għaliex il-kumpannija li ħadet il-kuntratt ta' Terminal 2 tat garanzija li se tassorbi lil dawn il-ħaddiema għal 50 sena, pero' minħabba ċerti diffikultajiet dan ma seħħx.", "Dan ma jfissirx li l-gvern għandu jaqta' qalbu li jsib soluzzjoni.", "Huwa importanti li tinstab soluzzjoni biex dawn il-ħaddiema jkunu produttivi f'pajjiżna u l-pagi tagħhom ma jħallsuhomx it- taxpayers Maltin.", "Il-ħaddiema stess tal-Kalaxlokk jgħidulna li huma jridu xogħol produttiv u mhux li joqogħdu jitgħażżnu.", "Għalhekk qed nipprovaw insibu d-diversi toroq li mbagħad wieħed jista' jagħżel minnhom biex dawn in-nies iħossuhom utli u l-paga tagħhom ikunu qed jaqilgħuha b'mod ġustifikat għax ikunu qed jagħmlu xogħol adattat għas- snajja' tagħhom.", "F'dan is-sens il-gvern imur aħjar għax ma jerfax il-piż li jassorbi 477 ruħ li jiġu jiswewh iktar minn Lm2 miljun fis-sena.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Membri jifhmu li b'Lm2 miljun l-gvern jista', per eżempju, jagħmel iktar xogħlijiet fl-isptarijiet tagħna u jkompli jinvesti fis-settur edukattiv.", "Għalhekk irridu nkunu żguri li t-triq li nagħżlu tkun tagħmel sens għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien staqsejt lill-Ministru jekk fil-preżent huwiex jikkonsidra soluzzjonijiet oħra u nispera li din id-darba jirrispondini.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Niskuża ruħi ma' l-Onor.", "Interpellant jekk ma fhimtux tajjeb imma s-soluzzjoni trid tinstab bil-koperazzjoni anke tal- kumpannija NOVITA' li kellha ċerti contractual obligations.", "F'dan il- pajjiż ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni fejn jiġi ffirmat ftehim, ikun hemm ċerti contractual obligations, jitħallsu miljuni ta' liri extra minħabba dawn il-contractual obligations u mbagħad meta jispiċċa l-kuntratt nagħmlu kif kien se jagħmel il-Gvern Laburista u nassorbu lil dawn il-ħaddiema mal- gvern.", "Ma rridx nippolitiċizza din il-kwestjoni, imma sfortunatament din kienet is-sitwazzjoni.", "Ftit wara li ħadt ir-responsabbilta' ta' ministru jien sibt quddiemi sitwazzjoni tal-biki u kulħadd isemmili l-kwestjoni tal-Kalaxlokk.", "Meta kont ministru qabel kont involut f'ċerti diskussjonijiet u peress li kont naf li kien hemm ċerti contractual obligations ma stajtx nifhem din il- kwestjoni tal-Kalaxlokk!", "Sfortunatament il-gvern preċedenti kien qata' qalbu, pero' żgur li ma kontx qed nistenna s-sitwazzjoni li sibna quddiemna, fejn ħaddiema li kienu qed jaħdmu kienu se jiġu konsidrati bħala unemployed biex l-ewwel opportunita' li jkun hemm għal xogħol mal- gvern jeħduha huma billi jingħataw preferenza fuq dawk li ilhom jirreġistraw għal diversi snin.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: B'dan il-mod kienet se ssir diskriminazzjoni bejn ċittadin u ieħor, u l-famuża frażi \"iċ-ċittadin l-ewwel\" kienet se tiġi applikata billi ċerti ċittadini jingħataw preferenza fuq ċittadini oħra!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fl-Istamperija tal-Gvern bejn l-1996 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3291.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fis-segretarjat privat tal-Ministru għall- Politika Soċjali u fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3451; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fis-segretarjat privat tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u fis-segretarjat privat tas- Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3450.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport \"The Right to Work – A study on Youth and Unemployment\" datat Ottubru 1998, ippreżentat matul il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 3073;", "Lista li turi l-għadd ta' talbiet minn ġenituri sabiex idaħħlu lil uliedhom fil-kindergarten f'Ottubru 1998 u Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3391; u", "Tagħrif dwar impjegati fis-segretarjat privat tal-Ministru ta' l- Edukazzjoni u fis-segretarjat privat tas-Segretarju Parlamentari fl- istess Ministeru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3452.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Lista li tagħti dettalji ta' kirjiet u ċnus ta' fortizzi u partijiet minn fortizzi mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3332.", "MR SPEAKER: Stqarriiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Leo Brincat, jekk jogħġbu, iressaq il-mozzjoni numru 36 kif tidher fuq l- aġenda.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻ LEGALI NRU.", "254 TA' L-1998", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, nipproponi illi:", "Minħabba li l-Avviż Legali Nru. 254 ta' l-1998 dwar Regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Finanzi Ġenerali jmur kontra dak li tipprovdi l-Kostituzzjoni fil-Kapitlu IX, dwar il-Finanzi, u dan għar- raġunijiet li ġejjin:-", "1.", "Il-Kostituzzjoni tipprovdi li jkun hemm il-Fond Konsolidat, li ma jippermettix ħafna fondi separati, jekk il-fond il-ġdid ma jkunx għal skop speċifikat, u l-Avviż Legali ma joħloq l-ebda \"fond bi skop speċifiku\"; filwaqt li l-Avviż Legali jirreferi għall-fondi separati u ġeneriċi;", "2.", "Illi l-Ministru tal-Finanzi għandu obbligu li d-dħul u ħruġ jorbot ma' kull sena finanzjarja, u ma jistax għalhekk iħalli li flus jitħallsu mill-Fond Konsolidat f'sena partikolari jekk mhux bl-approvazzjoni ta' l- estimi, approvati kif trid il-Kostituzzjoni;", "3.", "Illi waqt li l-Kostituzzjoni tipprovdi għal meta jkun hemm ħtieġa ta' nefqa akbar minn dik prevista fl-estimi, ma tagħtix lok li ammonti mhux minfuqa jiġu carried forward għas-sena ta' wara;", "4.", "Illi dawn ir-raġunijiet huma wkoll konfermati mill-artikli kollha li hemm fl-istess Kapitlu tal-Kostituzzjoni;", "Minħabba wkoll li s-sistema ta' fondi separati tista' toħloq possibbilta' ta' anqas kontroll mill-Parlament fl-infiq tal-flus, u dan peress li dak li jkun approvat f'sena jista' jispiċċa li jitħallas anke snin wara, u dan in- nuqqas ta' kontroll mhux fl-interess ta' l-amministrazzjoni preċiża tal- finanzi;", "Din il-ħtieġa ta' kontroll parlamentari tkompli tikber fir-rilevanza tagħha meta wieħed iqis il-gravita' tal-problema tad-deficit strutturali li ilu jiffaċċja l-pajjiż għal bosta snin;", "Dan il-Parlament għaldaqstant jirrevoka, iħassar u jannulla l-Avviż Legali Nru 254 ta' l-1998 dwar regolamenti ta' l-1998 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-Finanzi Ġenerali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li saret fil-11 ta' Jannar, 1999, il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni bil- winding up għall-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-ħin se jinqasam indaqs bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra bl-introduzzjoni u l-winding up isiru mill-Onor.", "Brincat.", "Jien informat li min-naħa ta' l-Oppożizzjoni hawn erba' kelliema u min-naħa tal-gvern hawn żewġ kelliema.", "Qed nifhem ukoll li l-ħin tas- seduta se jittieħed kollu, jiġifieri l-mistoqsija ssir fid-9.00 p.m. u l- votazzjoni tittieħed għoxrin minuta wara, jiġifieri fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, fl-10 ta' Diċembru kienet saret konferenza stampa miż-żewġ deputati mexxejja tal-Partit Laburista, li għaliha kont preżenti jiena wkoll, fejn tajna notice pubblika li l-għada konna se nippreżentaw mozzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra kif titlob il- proċedura biex nesprimu l-oġġezzjoni tagħna għal avviż legali partikolari.", "Il-ħsieb tagħna hu li dan l-avviż legali kif ippreżentat mill-gvern jiġi mħassar għax fil-fehma tagħna jagħti lill-ministru tal-finanzi, ikun min ikun, poteri diskrezzjonali wesgħin wisq.", "Fil-fehma teknika tal-Partit Laburista dan il-legal notice huwa anti-kostituzzjonali u jmur kontra l- kontroll effettiv ta' l-ispiża pubblika.", "Fil-fatt nixtieq nispjega x'jgħid dan l-avviż legali ħalli min qed isegwi jkun jista' jifhem aħjar x'qed ngħid.", "L-avviż legali jgħid li:", "\"Iżda l-Ministru jista' iktar minn hekk jawtorizza bil-miktub li fondi li jkunu ġew approprjati f'xi sena finanzjarja għal xi skop għandhom jitqiegħdu f'kont separat minn fejn dawk il-fondi jkunu jistgħu jinħarġu, wara tmiem dik is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew approprjati dawk il-fondi, għall-iskopijiet li għalihom dawk il-fondi jkunu ġew oriġinarjament approprjati; iżda kull ammont żejjed li jibqa' f'dan il-kont għandu ma' l-għeluq ta' dan il-kont, jiġi trasferit għall-Fond Konsolidat.\".", "Fil-fehma tagħna, fil-prattika dan ifisser li l-ministru qed jagħti poteri diskrezzjonali lilu nnifsu barra l-kontroll tal-Parlament biex meta jfettillu jkun jista' jitfa' f'kont separat flus allokati għal xi skop speċifiku biex iktar tard meta jidhirlu l-istess Ministru dawn ikunu jistgħu jintnefqu mingħajr il-bżonn li l-Ministru jerġa' jersaq quddiem il- Parlament biex il-flus li jkun baqa' jiġu vvotati mill-ġdid.", "Dan huwa pass li b'mod ċar jista' jwassal għall-infiq ta' fondi pubbliċi mingħajr l- awtorizzazzjoni tal-Parlament.", "Jiena ngħid li jekk dan kien l-għan tal- Gvern mhux talli ma kellux jitressaq legal notice baxx baxx, imma kont nippretendi li l-gvern iressaq leġislazzjoni komprensiva dwar l-accrual system kif indikat anke fid-diskors tal-President, għaliex kif inhuma l- affarijiet il-legal notice joħloq ħafna suspetti mingħajr neċessarjament ma jilħaq l-għan proprju li għandu f'moħħu l-gvern tal-ġurnata.", "Il-Kostituzzjoni tgħid b'mod ċar li għandu jkun hemm Fond Konsolidat li ma jippermettix il-ħolqien ta' fondi separati sakemm il-fond ma jkunx għal xi skop speċifiku.", "Pero' permezz ta' dan l-avviż legali, il-gvern qed idaħħal konċett ġdid u anomalu biex ammonti ta' flus mhux minfuqa jkunu jistgħu jitħallew mhux għas-sena ta' wara, imma għas-snin ta' wara.", "Meta flimkien ma' sħabi ddiskutejna din il-kwestjoni fuq livell ta' grupp parlamentari ridna nemmnu li l-gvern seta' ħa dan il-pass għax kien miżgwidat min-nies tekniċi tiegħu.", "Iżda jekk dan ma kienx il-każ u l-gvern għamel dan minn rajh, allura l-argument jieħu żvolta oħra.", "Aħna nemmnu li f'dan ix-xahar li għadda minn mindu tajna n-notice tal-kontestazzjoni dwar l-avviż legali l-gvern kellu żmien biżżejjed biex jirrifletti dwar l- implikazzjonijiet legali u kostituzzjonali ta' dak li kien qed jipproponi.", "Aħna konna għidna mill-bidunett li jekk il-Gvern iwebbes rasu dwar din il- kwestjoni konna lesti li nirrikorru anke għal mezzi legali.", "Fil-prinċipju nippreferu naslu bil-kelma t-tajba, iżda issa ovvjament kollox jiddependi mill-attitudni li se jieħu l-gvern.", "U l-fatt li f'dan ix-xahar ma kien hemm l-ebda żvilupp min-naħa tal-gvern ma tantx jibgħat sinjal pożittiv lil din il-Kamra.", "Jekk il-gvern se jibqa' jippersevera, allura ma jkollniex triq oħra ħlief li nieħdu l-passi kostituzzjonali meħtieġa.", "Jien naħseb li nagħmlu żball jekk inħarsu lejn dan il-pass tal-gvern b'mod iżolat għaliex huwa importanti li norbtuh ukoll mal-mod kif il-gvern kien beħsiebu jgħaddi l-liġi li temenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l- Erarju biex ikun jista' juża l-proklama tal-President għall-ġbir tat-taxxa tal-VAT u jipposponi d-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT għal wara li tidħol fis-seħħ din it-taxxa.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju m'għaddiex minħabba pressjoni min-naħa tal-Partit Laburista għalkemm xorta waħda ma konniex feliċi dwar il-mod kif id-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT ġie infilzat fid- dibattitu dwar il-budget bil-VAT tispiċċa qisha l-perżuta fis-sandwich tal- budget.", "Dan kien kollu xogħol ta' l-għaġġla bil-gvern jillimita l-ħin tad- diskussjoni għal kulħadd fl-istadju tal-Kumitat u jillimita anke d- diskussjoni għall-membri tiegħu waqt is-Second Reading fejn minflok ħa l- opportunita', kif kellu l-obbligu li jagħmel, biex ifisser il-vantaġġi u l- merti ta' dak li kien qed jipproponi lill-poplu Malti, għamel sarima ma' ħalq kulħadd, inkluż ma' ħalqu stess, u applika l-giljottina parlamentari.", "Dan jispjega l-fatt li meta bdiet din is-sena li qegħdin fiha kien għad hawn ħafna nies sajmin dwar x'kellu jiġri mad-dħul tal-VAT u effettivament inqalgħet konfużjoni kbira.", "Wieħed jista' jimmaġina s-sitwazzjoni f'dan il- pajjiż kieku l-VAT daħlet fis-seħħ u l-Parlament kien ikun għad irid jibda jiddiskutiha mill-bidu!", "Din kienet is-sitwazzjoni ipotetika li konna se niġu fiha kieku l-Partit Laburista ma ħax il-pożizzjoni li ħa u kkontesta l-liġi tal-proklama.", "Għalhekk aħna nħossu li rridu nħarsu lejn dan l-avviż legali bħala ħolqa f'kullana sħiħa ta' passi abbużivi min-naħa tal-gvern li qed jieħu lill- oppożizzjoni for granted għax bħalissa għandu s-saħħa numerika ta' siġġijiet fil-Parlament.", "Dan kollu la jawgura tajjeb għat-trasparenza fl- operat tal-gvern u lanqas għall-iskrutinju parlamentari xieraq li għandu jkun hemm kontinwament fuq il-ħidma tal-gvern.", "Fil-fehma tagħna, dan l- avviż legali huwa stonatura daqs il-liġi tal-proklama li l-gvern kien determinat li jgħaddi, imbagħad aktar tard qal li ma kienx hemm bżonnha aktar - niftakar dan id-diskors jingħad fil-House Business Committee - għax id-dibattitu dwar il-liġi tal-VAT kien se jsir fil-Parlament qabel ma l- liġi tiġi effettivament fis-seħħ.", "Madankollu, jekk m'iniex sejjer żball, fil-winding up tal-VAT debate, il-Ministru tal-Finanzi kien sostna li xorta kien għadu interessat li jgħaddi dik il-liġi infami mill-istadji kollha għal dak li jista' jinqala' fil-ġejjieni.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-aġenda li għandu quddiemu dan il-Parlament isib li l-liġi tal- proklama għadha qed tistenna li tiġi ttrattata minn dan il-Parlament fi stadju ulterjuri.", "Dan kollu jibgħat sinjal ċar li n-naħa l-oħra mhux biss hija konfuża fl-aġir politiku tagħha, iżda juri ċertu ton ta' arroganza anke min-naħa tal-ministri Nazzjonalisti.", "Jien nistieden lill-kelliema tal-gvern biex meta jiġu għall-intervent tagħhom jipprovaw jiġġustifikaw l-aġir tal-gvern f'dan ir-rigward l-aktar dwar dak li wassalhom biex idaħħlu dan il-konċett ġdid li fondi mhux utilizzati jkunu jistgħu jiġu carried forward għas-snin ta' wara.", "Huma x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Ministru, tajbin kemm huma tajbin u ġenwini kemm huma ġenwini, jibqa' l-fatt li fil-legal notice qed jinjora l-fatt li l-Fond Konsolidat ma jippermettix il-ħolqien ta' diversi fondi separati sakemm ma jkollhomx għan speċifiku.", "Il-Grupp Parlamentari Laburista jħoss li għalkemm dan huwa avviż legali proċedurali, effettivament in its own way qiegħed jimmina d-demokrazija parlamentari.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tispeċifika li l-Ministru tal-Finanzi jrid jippreżenta lill-Parlament qabel jew mhux aktar tard minn 30 jum mill-bidu tas-sena finanzjarja l-estimi ta' dħul u nfiq tal-gvern għas-sena finanzjarja.", "Fil-prattika dan ifisser li l- fondi jridu jiġu allokati f'dik is-sena partikolari biss.", "Issa jekk irridu saħansitra nbiddlu l-provvedimenti tal-Kostituzzjoni, dan irid isir bl- approvazzjoni ta' two-thirds tal-Kamra.", "Pero' ma naħsibx li dan huwa the issue at stake li għandna quddiemna llum.", "Aħna nħossu li mhux talli m'għandux jitnaqqas il-ħin għad-diskussjoni dwar miżuri fiskali u monetarji li jkun qed jieħu l-gvern, talli għandhom jissaħħu l-poteri tal- Parlament li jissorvelja n-nefqa ta' finanzi pubbliċi.", "Dan imur lil hinn mill-operat tal-Public Accounts Committee li għalkemm għandu l-poteri tiegħu, għandu ċerti poteri aktar ridimensjonati.", "Fil-fehma tagħna, dawn il-miżuri jitolbu diskussjoni sħiħa, miftuħa u serja, u mhux li sempliċement jiġu implimentati billi jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra legal notice fil-bidu ta' seduta parlamentari.", "L-għaġġla m'għandhiex tkun skuża biex il-gvern imexxi kif qed jagħmel.", "Mr Speaker, dan m'huwiex filibustering min-naħa tagħna biex niġġammjaw il-business tal-Kamra, iżda huwa pass responsabbli intiż biex jagħti iktar accountability lil dan il-Parlament.", "Irrid nemmen li dawn huma prinċipji li kull wieħed u waħda minna jemmen fihom u għaldaqstant għandna nħaddnuhom mingħajr ebda riserva, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.", "S'issa r-record tal- gvern fl-erba' xhur li ilu fil-poter ma kien tajjeb xejn f'dan ir-rigward.", "L-ewwel liġi ġdida li ressaq quddiem il-Parlament f'din il-leġislatura kienet il-liġi tal-proklama u mbagħad beda jiċċaqlaq u mar lura fuq id- deċiżjoni li kien ħa minħabba l-protest ġudizzjarju li għamilna fil-qorti u minħabba li l-esperti legali tiegħu qalulu li kellu ċans kbir li jitlef il-kawża kostituzzjonali.", "Aħna għandna għaliex nifhmu li dan l-avviż legali wkoll huwa anti-kostituzzjonali, kif jikkonfermaw in-nies legali tagħna.", "Jien naf li fuq il-liġi tal-proklama kien hemm diversi nies li wrew l-għadab tagħhom, fosthom il-korpi kostitwiti li tkellmu pubblikament, bħall-GRTU, il-European Movement, il-General Workers Union u l-UĦM, u korpi oħrajn li kellmu lill-gvern privatament u qalulu biex ma jagħmilx ħmerijiet ta' l-għaġġla dwar liġi importanti u kontroversjali bħalma kienet il-liġi tal-value added tax.", "Pero' nagħmlu ħażin jekk fuq il-liġi tal-proklama nwaħħlu biss fil-Ministru tal-Finanzi, għaliex il-Prim Ministru nnifsu fid-diskors tiegħu dwar il-budget iddefenda l-liġi tal- proklama.", "Dan imur kontra l-ispirtu li kien jitkellem bih l-Onor.", "Fenech Adami qabel l-elezzjoni meta kien jgħid li jrid consensus fuq it-taxxi u fuq il-finanzi ta' pajjiżna.", "Kulħadd jiftakar it-titolu b'tipi kbar li kien hemm fil-ġurnal lokali \"The Times\", tal-5 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet: \"PM defends use of revenue safeguard law to introduce VAT\".", "Min tkaża pubblikament ma kienx tkaża biss bl-għaġġla, iżda kien tkaża wkoll bl- aġir tal-gvern u bit-twessiegħ tad-definizzjoni tal-liġi li kellu f'moħħu l- gvern.", "Jiena nemmen li l-gvern għadu fil-pożizzjoni li jbiddel triqtu u għemilu matul din il-leġislatura.", "Jekk jagħmilx dan jew le nkunu nafu meta naraw jekk huwiex beħsiebu jippersevera fit-triq ta' l-arroganza parlamentari jew le.", "Mr Speaker, fl-aħħar paragrafu tal-mozzjoni tagħna nagħmlu riferenza għad- deficit strutturali li għandu l-pajjiż.", "Il-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali għal Settembru/Diċembru 1998 jenfasizza li l-build-up għal deficits akbar konsekuttivi ilu ġej is-snin.", "Fil-fatt jekk immorru lura - u dan għedtu f'artiklu li ktibt dan l-aħħar - nsibu li l-ewwel warning shot kien ġie min-naħa tas-Sur Anthony Galdes meta kien għadu Gvernatur tal- Bank Ċentrali.", "L-istess ministru kien ammetta li d-deficit strutturali li għandna quddiemna ilu snin jintiret.", "Ir-rapport tal-Bank Ċentrali jitkellem dwar \"significant hikes in the deficits which were observed in 1994 and 1996\", apparti mis-snin ta' wara, u jitkellem ukoll dwar dak li jsejjaħ \"the snowballing of the fiscal deficits through time which took place as government expenditure increased consistently and persistently over the years whilst an erratic pattern developed in growth in government revenue\".", "Jiena ngħid li fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni finanzjarja, ikun min ikun fil-gvern irid jifhem il-bżonn ta' trasparenza kontinwa u dixxiplina fiskali.", "Il-qagħda fiskali ta' pajjiżna titlob dixxiplina stretta fl- amministrazzjoni pubblika tal-fondi pubbliċi, dixxiplina mill-gvern tal- ġurnata - sew jekk huwa soċjalista u sew jekk huwa ta' tendenza demokristjana - dixxiplina mill-awtoritajiet monetarji u dixxiplina mill- eżekuttiv innifsu.", "Wisq nibża' li għalkemm smajna ħafna dwar deficits fil- budget, dan se jkun sempliċement paying lip service lid-deficits u mhux jindirizzah head on, kif jeħtieġ li jsir fis-sitwazzjoni preżenti.", "Jidher ukoll li s-sitwazzjoni tal-VAT - u mhux se nidħol fiha biex ma nkunx kontenzjuż - ħarbet lil dan il-gvern għaliex għalkemm għamel xi laqgħat qabel ma l-liġi daħlet fis-seħħ, qed jerġgħu jsiru xi laqgħat oħra minħabba diversi teething problems li kien hemm biex titħaddem il-liġi tal- VAT il-ġdida li suppost kellha tkun iktar user friendly mill-ewwel waħda ta' l-1995.", "Dwar ir-reazzjoni negattiva tal-konsumaturi nħalli għall- istess konsumaturi biex iwieġbu.", "Dawn kienu qed jistennew li 40,000 prodott se jorħsu, pero' sal-ġurnata tal-lum ma raħas l-ebda wieħed.", "Għall- kuntrarju issa qed nerġgħu naraw l-editorjal ta' \"In-Nazzjon\" jattakka lin- negozjanti, li tant kien inċensa fil-kampanja elettorali, u f'artiklu partikolari bit-titolu \"Serq fid-dawl tax-xemx\" reġgħu fetħu l-kanuni politiċi fuqhom.", "F'din is-sena finanzjarja l-gvern, irid u ma jridx, se jkollu jġib diversi liġijiet u mozzjonijiet finanzjarji għad-diskussjoni quddiem dan il- Parlament u jien inħoss li jkun qed jonqos serjament jekk jipprova jillimita d-diskussjoni f'xi waħda minnhom.", "Minkejja ċerti attentati li saru fil-bidu biex jidhru iktar politically correct milli kienu bejn l-1987 u l-1996, jidher li issa ddeċidew li jmorru lura għall-istess tattika ta' tmexxija ta' l-imgħoddi, stil li kien antagonizza ħafna nies bla bżonn minħabba l-mod kif ċerti Ministri kienu draw jaraw lin-nies dubbien.", "Mr Speaker, aħna bħala oppożizzjoni se nwieġbu in kind, skond kif jimxu magħna u jittrattawna u skond kif jittrattaw lil din il-Kamra in ġenerali.", "Irrid nagħmilha ċara li m'aħniex nitolbu favuri lin-naħa tal-gvern; qed nesiġu biss rispett lejn din il-Kamra u lejn il-Kostituzzjoni tagħna, u qed ninsistu għal trasparenza sħiħa fl-operat tal-gvern b'mod partikolari fid- dawl tal-qagħda finanzjarja attwali tal-pajjiż.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, huwa importanti li wieħed iħares lejn kif huwa regolat il-qasam tal-finanzi ġenerali tal-gvern f'pajjiżna, li bażikament huwa regolat minn Kapitlu 174 tal-liġijiet ta' Malta, jiġifieri l-Financial Administration and Audit Act.", "Barra minn hekk hemm ir- regolamenti prinċipali li ġew imfassla permezz ta' Avviż Legali Nru. 40 ta' l-1966 u b'mod aktar fundamentali permezz ta' Kapitlu 9 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Għalhekk huwa tajjeb li din in-naħa tal-Kamra tagħmel użu mill- ispirtu ta' l-Interpretation Act li jipprovdi li regolamenti li jsiru bis- saħħa ta' atti eżekuttivi jistgħu jiġu kontestati fil-Parlament qabel ma jiskadi ċertu perjodu ta' żmien.", "Meta wieħed iħares lejn dak li qed jiġri taħt l-enabling law, li hija l- Financial Administration and Audit Act, isib li l-gvern qed jintroduċi emendi għar-regolamenti prinċipali biex jagħti lilu nnifsu mano libera fl- amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi fi żmien meta universalment fil- politika dejjem qed tikber l-għajta għal iktar accountability, għal iktar maniġġjar effiċjenti tal-fondi pubbliċi u kontrolli adegwati li jagħtu sodisfazzjon lill-poplu.", "Irrid ngħid li taħt din l-amministrazzjoni diġa' kien hemm diversi okkażjonijiet fejn, għax il-gvern għandu ħames deputati iktar mill- oppożizzjoni, wera arroganza politika billi pprova juża mezzi sabiex dan il- Parlament jiġi bypassed, kif ġara fil-kwestjoni ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "F'dak il-każ il-gvern kien għamel attentat biex jevita d-diskussjoni fuq il-liġi tal-VAT qabel ma tiġi introdotta.", "Imma wara pressjoni politika li saret min-naħa ta' l-oppożizzjoni, b'ħames membri inqas milli għandha n-naħa tal-gvern irnexxielna nikkonvinċu lill- gvern li m'huwiex omnipotenti u m'huwiex qed jgħix waħdu fil-pajjiż, imma jrid joqgħod għall-istituzzjonijiet u r-regolamenti ta' pajjiżna.", "Meta l- gvern jipprova jieħu fuqu ċerti poteri li m'humiex tiegħu u jibda jnaqqas mis-separation of powers li huma l-Parlament, l-eżekuttiv u l-ġudizzjarju, jibda l-gwaj għall-pajjiż.", "U jien ngħid li kien pass f'dik idirezzjoni meta l-gvern ried li l-Parlament jiġi bypassed.", "Issa lkoll nafu li s- separazzjoni ta' dawn it-tliet poteri hija importanti għad-demokrazija ta' kull pajjiż.", "Ħalli nirriferi għall-avviż legali li qed nitkellmu dwar biex nuri kemm huwa open-ended.", "\"Iżda l-Minisru jista' iktar minn hekk jawtorizza bil-miktub li fondi li jkunu ġew approprjati f'xi sena finanzjarja għal xi skop għandhom jitqiegħdu f'kont separat minn fejn dawk il-fondi jkunu jistgħu jinħarġu wara tmiem dik is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew approprjati dawk il-fondi għal skopijiet li għalihom dawk il-fondi jkunu ġew oriġinarjament approprjati; iżda kull ammont żejjed li jibqa' f'dan il-kont għandu ma' l-għeluq ta' dak il-kont jiġi trasferit għall-Fond Konsolidat.\".", "Jiena nistaqsi: Fejn hi l-approvazzjoni tal-Parlament għal din il-ħaġa?", "Għalhekk bir-raġun kollu din in-naħa tal-Kamra qed tqajjem dan il-każ quddiem il-Parlament.", "Dan l-avviż legali qed jgħid li se jinħoloq fond ġdid separat mill-Fond Konsolidat li huwa ta' natura ġenerali u l-gvern se jitfa' dak li se jibqagħlu fl-aħħar tas-sena ...", "(Interruzzjoniiet) Le, mhux fil-Fond Konsolidat.", "Nitolbok biex ma tinterrompinix; issa jkollok ċans twieġeb.", "Jekk ma ridtx tfisser hekk, għid li dik ma kenitx l- intenzjoni tiegħek, imma l-avviż legali jgħid ċar u tond li l-fondi jitqiegħdu f'kont separat.", "Dan il-Parlament għandu proċeduri li tfasslu żmenijiet ilu wara snin ta' esperjenza u ma naħsibx li dik l-esperjenza politika kollha għandha tintrema b'sempliċi emenda ta' ministru li jagħti poteri lilu nnifsu biex jimxi kif irid f'dawn l-affarijiet.", "Huwa veru li ħafna drabi l-Parlament għandu rwol retrospettiv fis-sens li jara kif ikun sar l-infiq wara li jkun ġie approvat, u jista' jkun li l-ħsieb tal- Ministru huwa li jagħmel pass fid-direzzjoni ta' l-accrual system peress li s'issa aħna nimxu fuq cash based system.", "Pero' l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod u għalhekk wieħed ikollu jidħol f'dawn l-affarijiet.", "Sal-lum is-sistema tagħna hija li jitressaq il-budget bil-voti ta' kull ministeru u jekk sa l-aħħar tas-sena l-flus allokati ma jkunux intnefqu, dawk il-flus jintilfu – ħafna drabi din hija l-espressjoni li tintuża għalkemm fir-realta' ma jiġrix hekk - fis-sens li joħorġu mis-sistema wżata għaliex peress li hija cash based, jgħodd dak li attwalment joħroġ u dak li attwalment jidħol.", "Jekk ikun hemm kont li għadu ġej jew għad hemm xi flus li jridu jidħlu ma jitteħdux in konsiderazzjoni għaliex is-sistema preżenti ma tikkalkolax dawn l-affarijiet.", "Barra minn hekk, fis-sistema tagħna m'hemmx dak li nsejħulu carrying forward imma jsir il-proċess tal-budget li jibda minn meta jibdew jiġu ppreparati l-estimi.", "Pero' issa f'daqqa waħda donnu li dan il-proċess kollu sar a sham u qed jingħad li jekk dak li jkun hemm ivvotat fil-budget għal sena partikolari ma jintnefaqx, jiġi carried forward għas-snin ta' wara!", "Jiġifieri f'dan il-Parlament nistgħu niġu fis-sitwazzjoni ironika li nkunu qed niddiskutu estimi għas-sena li jkun imiss meta fil-fatt dawk l-estimi ma jkunux jirriflettu r-realta' tal- fondi li jkunu ħerġin minn dan il-famuż kont separat biex jintnefqu fl- ekonomija tagħna?!", "Mela b'dan l-avviż legali li qed jemenda r-regolamenti finanzjarji qed tonqos il-viġilanza tal-Parlament għaliex se jkun hemm inqas kontroll fuq dan l-iskrutinju li jsir darba fis-sena kif ukoll fuq is- supplementary estimates.", "Il-gravita' ta' din is-sitwazzjoni tkompli tikber meta wieħed iqis id-deficit strutturali li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "Illum nieħu pjaċir li n-naħa l-oħra tal-Kamra qed tammetti li teżisti din il- problema tad-deficit wara li għal snin sħaħ ġiet injorata.", "Skond il- consolidated accounts structure li ġew ippreżentati mal-budget ta' din is- sena, wieħed jinnota li d-dejn żdied b'mod sostanzjali ħafna fi żmien l- amministrazzjoni Nazzjonalista għax minn Lm87 miljun fl-1987 sploda b'aktar minn tmien darbiet dak l-ammont għal Lm516.5 miljun fl-1996, is-sena li fiha nbidlet l-amministrazzjoni.", "Id-dejn tal-korporazzjonijiet minn Lm166 miljun fl-1993 żdied għal Lm463 miljun fl-1996.", "Dawn iċ-ċifri juru mismanagement tal-finanzi min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista.", "Eżempju klassiku li qed jiġini f'moħħi huwa meta introduċew il-VAT għall-ewwel darba fl-1995 fejn l-ewwel qalu li se jiġbru Lm110 miljun u eventwalment spiċċaw biex ġabru Lm78 miljun.", "Waqt il-laqgħat tal-Public Accounts Committee wkoll dħalna f'każijiet ta' dan it-tip ta' mismanagement b'figuri li jiġu inflated u ma jkunux qed jirriflettu r-realta' tas-sitwazzjoni.", "Jien ngħid li ma wasalniex biex nagħtu stima minn sena għal oħra, aħseb u ara kemm se naslu biex nagħtu stimi sas-sena 2004!", "Issa għalfejn qed tidħol din l-emenda permezz ta' l-avviż legali?", "Dan il- kont ġdid diġa' nħoloq?", "Nafu li anke fl-estimi għas-sena li għaddiet konna mexjin lejn deficit ta' madwar Lm69 miljun pero' fl-aħħar tliet xhur sploda 'l fuq.", "Dan il-kont li qed jingħad li għandu jinħoloq se jagħti l- possibbilta' lill-Ministru li fejn irid ipinġi l-affarijiet b'mod ikrah ħafna u fejn irid, forsi għaliex tkun qed toqrob l-elezzjoni, ipinġihom b'mod sabiħ?", "Huwa veru li bis-sistema li għandna ta' cash accounting fil- prattika jinqalgħu ċerti problemi għaliex ħafna drabi jiġu vvotati tant flus għall-proġetti u sakemm joħorġu t-tenders u jgħaddu ċerti proċeduri, il-flus li jkun hemm allokati lanqas jintnefqu.", "Għalhekk nużaw il-famuża frażi \"li dawn il-flus jintilfu\", għax ma jiġux carried forward.", "Pero' dan ma jfissirx li l-ministru jista' jieħu r-riedni u l-poter f'idejh biex imexxi u jagħmel ir-regolamenti kif irid hu.", "Il-gvern, jekk irid, jista' jressaq emendi serji għall-Financial Administration and Audit Act li jiġu diskussi fil-Parlament u forsi anke fil-Public Accounts Committee u flimkien naraw kif nistgħu ntejbu s-sistema preżenti fl-aħjar interess nazzjonali.", "Dan it-tip ta' emenda tagħti l-fakulta' lill-ministru, ikun min ikun, li jekk, per eżempju, fil-bidu ta' sena partikolari li forsi fiha tkun se ssir l-elezzjoni, jiġu vvotati flus iktar milli jkun hemm bżonn għal xi item partikolari u mbagħad jara li d-deficit ma jkunx se jaqbeż l-ammont previst, jibdew ħerġin dawn il-flus żejda biex il-gvern jidher sabiħ mingħajr il-bżonn ta' accountability lejn dan il-Parlament.", "Dan huwa juggling bl-accounts għaliex il-budget li nkunu qed niddiskutu ma jkunx jirrifletti dak li realment ikun qed isir fil-pajjiż.", "Huwa ħażin li jkollok kollox open-ended mingħajr l-ebda limitu u mingħajr time-frames.", "Kif inhi s-sistema llum ikun hemm estimu għal sena u taf fejn trid tasal fl- infiq tiegħek imma issa b'dan l-avviż legali f'daqqa waħda qed jitwarrbu dawn il-parametri.", "Nagħlaq billi ngħid li dan l-avviż legali biex jemenda r-regolamenti finanzjarji huwa anti-kostituzzjonali u għalhekk qed nitolbu lil dan il- Parlament biex jirrevokah.", "Jien ngħid li dan m'huwa xejn ħlief tentattiv min-naħa tal-gvern biex ikompli jaħrab mill-iskrutinju tar-rappreżentanti tal-poplu u mill-proċedura neċessarja ta' l-estimi ġenerali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, il-mozzjoni ta' l-oppożizzjoni li qed titlob li jitħassar dan l-avviż legali hija bbażata fuq żewġ premessi; l- ewwelnett li b'dak li qed isir qed tinkiser l-ogħla liġi tal-pajjiż, li hija l-Kostituzzjoni, u t-tieni nett li b'dan l-avviż legali qed jitnaqqas il-kontroll tal-Parlament.", "Huwa interessanti - u dan huwa kruċjali għall- argument li se nagħmel jien - li fil-mozzjoni tagħha l-oppożizzjoni m'hijiex tgħid li l-avviż legali sar ultra vires il-Financial Administration and Audit Act - għaliex dan l-avviż legali nħareġ bis-saħħa ta' artiklu 4 tal-Financial Administration and Audit Act - u lanqas m'hi qed tgħid li dan ir-regolament inħareġ oltre l-poteri mogħtija lill- Ministru minn dan il-Parlament bis-saħħa tal-Financial Administration and Audit Act.", "Huwa inutli li noqogħdu ngħidu li there is no taxation without representation għaliex il-prinċipju kostituzzjonali huwa li biex isir xi forma ta' ħlas mill-Fond Konsolidat tinħtieġ l-awtorizzazzjoni tal- Parlament permezz ta' liġi.", "Issa l-Financial Administration and Audit Act għaddiet minn dan il-Parlament fl-1962.", "Pero' n-naħa l-oħra la qed tikkontesta din il-liġi u lanqas qed tgħid li dan ir-regolament sar bi ksur ta' din il-liġi.", "Fil-fatt din il-liġi tagħti dritt lill-ministru li jagħmel regolamenti li ma jkunux bi ksur tal-liġi, liema regolamenti jistgħu jsiru:", "\"... for the collection, receipt, custody, issue, expenditure, care and management of all public monies.\".", "Għalkemm wieħed jista' jikkritika li dan il-provvediment fil-liġi huwa vast, effettivament kien sar mill-Parlament fl-1962 u s'issa ħadd għadu ma ħassru.", "Għalhekk il-ministru għandu dritt jirregola wkoll l-ispiża kif jinġibdu l-flus mill-Fond Konsolidat.", "F'dan l-avviż legali qed jingħad li mill-flus diġa' approprjati għal skop speċifiku l-Ministru jista' joħloq separate account għal item partikolari li jkun hemm commitment dwarha matul dik is-sena finanzjarja pero' li jkun għadu ma sarx il-ħlas għaliha, u dak il-ħlas jista' jsir mill-Fond Konsolidat, bis-saħħa tar-regolament li joħroġ mil-liġi mgħoddija minn dan il-Parlament, anke f'sena wara li tkun skadiet dik is-sena finanzjarja.", "Ħalli nifhmu eżattament x'qegħdin ngħidu f'termini iktar sempliċi.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li b'dan li qed jiġi propost flus approprjati minn dan il-Parlament għal xi skop partikolari se jintużaw għal xi skop ieħor.", "Dan huwa wieħed mid-difetti fl-argumenti ta' l-oppożizzjoni kif espressi fil-press release li ħarġet, meta ntqal li l- ministru se jkun jista' juża dawn il-flus għal xiex irid.", "Dan m'hu veru xejn.", "Għalkemm wieħed jista' jargumenta li anke bis-saħħa tal-liġi kif inhi llum dan kważi jista' jsir, permezz ta' l-avviż legali l-ministru qiegħed jintrabat li dawk il-flus li jkun tefa' fis-separate account ma jistax jużahom għal skop differenti minn dak stabbilit fl-Att dwar l- Approprjazzjoni li jkun tressaq fl-aħħar tal-budget.", "Jiġifieri jekk il- flus ikunu ġew approprjati biex jinbnew it-toroq, il-ministru ma jistax jużahom biex, per eżempju, issir xi spiża kapitali fil-Korp tal-Pulizija, u jekk ma jirnexxilux jużahom għat-toroq, għax forsi l-kont finali jkun inqas mill-ispiża awtorizzata oriġinarjament mill-Parlament, dawk il-flus iridu jmorru lura fil-Fond Konsolidat.", "Fil-fatt se nikkwota eżatt mir- regolament biex nifhmu aħjar x'qegħdin ngħidu:", "\"Iżda l-Ministru jista' iktar minn hekk jawtorizza bil-miktub li l- fondi li jkunu ġew approprjati f'xi sena finanzjarja għal xi skop għandhom jitqiegħdu f'kont separat minn fejn dawk il-fondi jkunu jistgħu jinħarġu, wara tmiem dik is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew approprjati dawk il-fondi, għall-iskopijiet li għalihom dawk il- fondi jkunu ġew oriġinarjament approprjati;\".", "L-oppożizzjoni kien ikollha raġun targumenta bil-mod kif qed targumenta kieku l-ministru se jkun jista' juża dawn il-fondi għal xiex irid, għaliex f'dak il-każ tkun qed tinkiser ir-rieda tal-Parlament kif espressa fl- Appropriation Act.", "Mr Speaker, jien naħseb li l-argumenti ta' l- oppożizzjoni m'għandhomx bażi għaliex kemm ilni f'dan il-Parlament dejjem niftakar li f'kull budget il-gvern jonfoq iktar minn kemm ikun ġie awtorizzat li jonfoq bil-Liġi dwar l-Approprjazzjoni.", "F'każ li tinqala' spiża ta' emergenza jew xi proġett li ma jkunx previst, il-gvern x'jagħmel?", "Wara li jonfoq dak li jkollu jonfoq, iressaq fil- Parlament estimi supplimentari, kif inhu awtorizzat li jagħmel bil- Kostituzzjoni, biex tintalab l-awtorizzazzjoni tal-Parlament ħalli retroattivament tiġi sanzjonata dik in-nefqa supplimentari li tkun saret imma li ma tkunx għadha ġiet awtorizzata mill-Parlament.", "Għalkemm is- supplementary estimates huma importanti ħafna għaliex jittrattaw miljuni kbar ta' liri, nafu li ħafna drabi dawn jgħaddu malajr fl-aħħar ftit minuti qabel ma l-Parlament jaġġorna għall-vaganzi tal-Milied.", "Imma jekk il- Kostituzzjoni tippermetti li fl-aħħar mill-aħħar il-Parlament jissanzjona n- nefqa li jkun għamel il-gvern iktar milli kien awtorizzat li jonfoq, iktar u aktar jista' l-ministru, bis-saħħa ta' regolament maħruġ taħt liġi mgħoddija mill-Parlament, jonfoq flus li kienu ġew approprjati għal dak l- iskop.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq spiża ikbar minn dik approprjata, imma fuq fondi li ma jkunux laħqu ntnefqu fuq xogħol li jkun sar u għalhekk dawn il-fondi jitqiegħdu f'account separat biex jitħallsu fis-sena ta' wara.", "Mr Speaker, jien ngħid li jekk il-gvern jista' jonfoq iktar minn dak li jkun ġie awtorizzat basta jressaq supplementary estimates fil-Parlament, bl- istess argument il-ministru jista', permezz ta' regolament maħruġ taħt liġi li għaddiet minn dan il-Parlament, jerfa' għas-sena ta' wara dawk il- flus li jkunu diġa' ġew ivvotati għal skopijiet li jkunu ġew diskussi fil- budget imma li ma jkunux intnefqu.", "Jiġifieri m'huwiex veru li ma jkunx hemm kontroll mill-Parlament għaliex il-Parlament ikun diġa' ddiskuta fil- budget l-ispiża li għandha ssir.", "Huwa veru li f'din il-Kamra ma niddiskutux kull item li jkun hemm fil-budget imma napprovaw kull item separatament u kwalunkwe membru parlamentari għandu dritt iressaq emenda biex tonqos l-ispiża fuq xi item partikolari bħalma jsir meta titressaq emenda biex titnaqqas lira mis-salarju ta' ministru.", "Ma tistax issir talba biex tiżdied l-ispiża għaliex f'dak il-każ ikun meħtieġ il-warrant tal- President, imma l-oppożizzjoni tista' tressaq mozzjoni biex tnaqqas xi spiża partikolari.", "Mr Speaker, ħalli niġi issa għall-punt kostituzzjonali.", "F'subsection (1) ta' section 102 tal-Kostituzzjoni nsibu li:", "\"All revenues and other moneys raised or received by Malta shall, unless Parliament otherwise provides, be paid into and form one Consolidated Fund. \".", "Hawnhekk diġa' hemm l-eċċezzjoni \"unless Parliament otherwise provides\" u mbagħad hemm eċċezzjoni oħra li hija:", "\"... (not being revenues or other moneys payable into some other fund, being a fund established by or under any law for the time being in force in Malta for a specific purpose)\".", "Mela għar-rigward ta' l-argument ta' l-Onor.", "Cilia dwar il-ħolqien ta' fond separat, il-Kostituzzjoni ma tgħidx li ma jistax jinħoloq fond ieħor bis- saħħa ta' liġi.", "Il-kelma \"liġi\" fil-Kostituzzjoni tfisser an Act of Parlament jew leġislazzjoni sussidjarja għaliex wara kollox leġislazzjoni sussidjarja għandha forza ta' liġi daqs Att tal-Parlament.", "Dan ifisser li l-Parlament stess approva li l-gvern jista' joħroġ regolamenti għaliex fis- sistema tagħna l-gvern m'għandux il-poter li jaqbad u jgħaddi xi ħaġa li għandha forza ta' liġi bħalma, per eżempju, għandu l-Gvern Taljan li jista' joħroġ id-decreti leggi, għalkemm dawn xorta waħda wara jrid iressaqhom fil-Parlament.", "F'pajjiżna r-regolamenti joħorġu bis-saħħa ta' an enabling law li tkun għaddiet mill-Parlament.", "Issa għall-Kostituzzjoni l- leġislazzjoni sussidjarja għandha forza ta' liġi u fil-fatt f'section 124 tal-Kostituzzjoni li tittratta l-interpretazzjoni tal-kliem insibu li:", "\"\"law\" includes any instrument having the force of law and any unwritten rule of law,\"", "- jiġifieri anke r-regoli tal-liġi mhux miktuba, basta nkunu nafu x'inhuma, huma kkonsidrati bħala liġi -", "\"and \"lawful\" and \"lawfully\" shall be construed accordingly.\".", "Dan ifisser li meta l-Kostituzzjoni tuża l-kelma \"law\" ma tkunx qed tillimita ruħha għall-Acts of Parlament biss, imma tkun qed tinkludi wkoll il-leġislazzjoni sussidjarja – illi li kieku kellna niġbruha f'daqqa nsibu li tammonta għal eluf ta' paġni - li ssir intra vires taħt xi Att tal- Parlament u allura tinkludi wkoll regolament li joħroġ taħt xi liġi.", "Allura anke kieku kellna nikkonsidraw l-account bħala fond separat - m'iniex qed ngħid li dan huwa l-każ - dan huwa permissibbli li jsir anke b'regolament.", "Subsection 102 (2) tal-Kostituzzjoni tipprovdi tliet metodi dwar kif jistgħu joħorġu l-flus mill-Kaxxa ta' Malta:", "\"No moneys shall be withdrawn from the Consolidated Fund except to meet expenditure that is charged upon the Fund by this Constitution...\",", "u hawnhekk ir-riferenza hija għal ċerti salarji, bħalma huma s-salarji ta' l-imħallfin, tal-maġistrati, tal-membri tal-Public Service Commission u s- salarju ta' l-Avukat Ġenerali li huma a direct charge on the Consolidated Fund.", "It-tieni metodu kif jistgħu joħorġu flus mill-Fond Konsolidat huwa permezz ta' \"any other law for the time being in force in Malta\".", "Dan ifisser li regolament validament maħruġ taħt liġi, kif inhu dan ir- regolament - għax l-Oppożizzjoni lanqas qiegħda tattakka li dan ir- regolament ma sarx skond il-Financial Administration and Audit Act – għandu jitqies bħala law u allura permezz tiegħu jistgħu joħorġu flus mill-Fond Konsolidat bis-saħħa ta' dak ir-regolament.", "It-tielet metodu huwa:", "\"... or where the issue of those moneys has been authorised by an Appropriation Act or under section 104 of this Constitution.\",", "jiġifieri l-budget.", "F'section 104 jingħad li meta ma jilħaqx jgħaddi l- budget qabel ma tibda s-sena finanzjarja, il-ministru responsabbli mill- finanzi jista' jawtorizza l-ħruġ ta' flus mill-Fond Konsolidat \"for the purpose of meeting such expenditure as he may consider necessary to carry on the government of Malta\".", "Dan huwa ħruġ ta' flus mhux awtorizzati mill- budget għax il-budget ikun għadu m'għaddiex.", "Issa fil-każ partikolari li għandna quddiemna qed nitkellmu fuq flus li ġew ivvotati fil-budget u l- ministru qiegħed jintrabat li meta jpoġġihom f'separate account jonfoqhom biss għall-iskopijiet li jkun approva l-Parlament oriġinarjament fl- Appropriation Act.", "Jien jidhirli li din il-mozzjoni m'għandhiex tiġi aċċettata mill-Parlament għax hija bbażata fuq premessi mingħajr bażi.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Sur President, segwejt b'attenzjoni d-diskors tal- kollega tiegħi, l-Onor.", "Tonio Borg, u jiddispjaċini li m'għandix ħin biżżejjed biex nanalizza l-argumenti mil-lat kostituzzjonali kif għamel hu.", "Pero' meta wieħed jiġi biex jittratta din il-mozzjoni hemm ċerti prinċipji li forsi ta' min ifakkru ftit fihom.", "Huwa veru li l-legal notice per se ħarġet taħt parent act li hija l-Financial Administration and Audit Act li taħtha l-ministru konċernat jista' jagħmel ċerti regolamenti.", "Pero' l- oppożizzjoni bir-raġun issostni li parti mill-bye-laws li għoġbu jagħmel il-gvern taħt l-ambitu ta' din il-liġi huma ultra vires, fis-sens li l- gvern mar oltre l-ispirtu tal-liġi li tagħtih is-saħħa li jagħmel dawk ir- regolamenti.", "Bħala prinċipju huwa biss il-Parlament li jista' jgħaddi l- liġijiet, imma llum huwa prinċipju affermat u aċċettat li l-Parlament jista' jiddelega lill-eżekuttiv u lil ċerti entitajiet oħra l-poter li jistgħu jagħmlu ċerti regolamenti.", "Nafu wkoll li meta l-Parlament jiġi biex jgħaddi dawk il-bye-laws irid jilleġisla b'attenzjoni u dejjem taħt l- umbrella tal-liġi li tagħtih dak il-poter ħalli ma jmurx oltre.", "Fil-fatt is-sistema parlamentari tagħna hija differenti minn dik ta' ċerti pajjiżi għaliex f'pajjiżna l-Kostituzzjoni tagħna hija suprema għal kollox.", "Għalhekk dan il-Parlament irid dejjem jilleġisla taħt il-kappa tal-liġi suprema u meta ministru jagħmel bye-laws taħt xi parent act irid jaderixxi b'mod ristrett taħt dik il-liġi li tagħtih is-saħħa li jagħmel dawk ir-regolamenti.", "Jekk ma jsirx hekk allura jeżisti makkinarju ieħor li permezz tiegħu jista' jiġi dikjarat li dawk ir-regolamenti huma ultra vires.", "L-Interpretation Act tagħti s-saħħa lil dan il-Parlament li jissindika l- bye-laws li joħorġu għalkemm ħafna drabi jgħaddi dak li jkun irid il-gvern għax ikollu l-maġġoranza parlamentari.", "Pero' mbagħad għandna l-Qorti Kostituzzjonali li tissindika dak li jagħmel l-eżekuttiv biex tissalvagwarda r-rieda ta' dan il-Parlament.", "Jiġifieri jekk ministru jeċċedi l-poteri mogħtija lilu u dan il-Parlament, nonostante dak li tipprovdi l-Interpretation Act, iħalli kollox għaddej, allura l-materja tista' tmur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali li għandha l-poter li tenfasizza s-supremazija ta' dan il-Parlament billi tobbligah jannulla dawk ir-regolamenti.", "Sur President, aħna m'aħniex qed ngħidu li r-regolamenti kollha huma anti-kostituzzjonali u ħżiena, imma qed nitkellmu partikolarment fuq artiklu 2 ta' dawn il-bye-laws li permezz tiegħu dawk il-flus li ma jkunux intnefqu f'sena partikolari minflok li jerġgħu jidħlu fil-Fond Konsolidat issa se jkunu jistgħu jitqiegħdu f'kont apparti u l-ministru se jkollu l- poter li jiddisponi minn dawn il-flejjes kif jidhirlu hu.", "Issa aħna qed ngħidu li dan l-artiklu huwa anti-kostituzzjonali u, kif spjegaw tajjeb l- Onor. Cilia u l-Onor.", "Brincat, huwa wkoll politikament skorrett.", "Jien nixtieq nikkummenta mil-lat legali.", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Borg, ġebbed xi ftit l-interpretazzjoni tal-kelma \"liġi\" u kieku ma pprovax iġebbed din it- tifsira kważi lanqas kien ikollna għalfejn niddibattu għaliex bl-iktar mod sempliċi kien jiġi manifestat li dawn ir-regolamenti huma ultra vires.", "Il- Kostituzzjoni tagħna hija ċara dwar kif għandhom jitmexxew il-fondi ta' l- Istat, pero' l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Borg, ipprova jġebbed it-tifsira tal- kelma \"liġi\".", "Pajjiżna bħala stat demokratiku ħass li ċerti drittijiet u prinċipji tant huma sagrosanti li kellhom jiġu sanċiti f'Kostituzzjoni miktuba.", "Il-Kostituzzjoni tagħna hija l-liġi suprema ta' dan il-pajjiż u peress li l-maġġoranza ta' l-artikli tagħha huma entrenched mhux faċli li jiġu emendati għax tinħtieġ l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament biex tbiddilhom.", "Ir-raġuni hi li f'sistema parlamentari bħal tagħna fejn għandna biss żewġ partiti, min ikollu l-maġġoranza tas-siġġijiet jista' jagħmel dak li jrid.", "Li kieku f'Malta ma kellniex Kostituzzjoni miktuba, kien ikollna dittatorjat parlamentari u mhux demokrazija parlamentari għaliex kien ikollna sitwazzjoni fejn il-gvern tal-ġurnata jkun jista' jilleġisla fuq xiex irid, meta jrid u kif irid.", "Mentri fis-sistema parlamentari tagħna għandna sistema ta' checks and balances u ċerti prinċipji fundamentali u kardinali li nsibu fil-Kostituzzjoni tagħna huma l- pedamenti tad-demokrazija tagħna.", "Għalkemm il-Kostituzzjoni tagħna hija biss parti mill-ewwel volum tal-liġijiet ta' Malta - fil-fatt il- Kostituzzjoni tagħna hija rqiqa ħafna - wara l-kapitlu li jittratta l- ġudikatura tagħna, insibu kapitlu sħiħ li jirregola l-finanzi ta' l-Istat.", "Dan juri l-importanza li l-Kostituzzjoni tagħna tagħti lill-mod kif l-Istat jutilizza l-finanzi tal-pajjiż.", "Il-kollega tiegħi ta interpretazzjoni espansiva ħafna lill-kelma \"liġi\" u lil artiklu 102 tal-Kostituzzjoni ta' Malta biex jiġġustifika l-bye-laws li għamel il-Ministru konċernat.", "Ħalli nikkwota artiklu 102:", "\"Id-dħul kollu u l-flejjes l-oħra kollha miġbura jew imdaħħla minn Malta (li ma jkunux dħul jew flejjes oħra li jitħallsu f'xi fond ieħor, li jkun fond imwaqqaf minn jew skond xi liġi...\".", "Jien ngħid li l-kelma \"skond\" f'dan l-artiklu għandha tingħata interpretazzjoni għaliha.", "Fil-Kostituzzjoni tagħna, kważi aktar minn meta niġu biex ninterpretaw liġijiet oħra, irridu ninterpretaw l-ispirtu tal- liġi u naraw x'inhu l-verb tal-liġi mhux b'mod espansiv imma b'mod ristrettiv għaliex dawn huma l-uniċi prinċipji fundamentali li jirrikonoxxi l-Istat.", "Jekk nibdew nagħtu tifsira daqstant wiesgħa lil ċerti prinċipji li jkunu entrenched fil-Kostituzzjoni tagħna nkunu qed inwaqqgħu għar- redikolu l-istess Kostituzzjoni u nkunu qed nistultifikaw il-veru skop li għalih għandna Kostituzzjoni miktuba.", "Il-kelma \"skond\" tfisser xi ħaġa għaliex kieku hemm il-kliem \"imwaqqfa minn jew taħt xi liġi\" nkunu qed nitkellmu fuq xi regolamenti li jistgħu jsiru taħt xi liġi, pero' l- Kostituzzjoni tuża l-kliem \"skond xi liġi\".", "Allura l-Kostituzzjoni trid tfisser li l-uniku metodu kif l-Istat jista' jiddisponi minn flejjes mingħajr ma jutilizza l-Fond Konsolidat huwa billi jew il-Parlament iwaqqaf xi fond partikolari jew ikun hemm xi fond speċifiku mwaqqaf b'xi liġi mgħoddija minn dan il-Parlament u mhux xi fond sussidjarju mwaqqaf taħt l-ambitu ta' xi liġi tramite d-deskrizzjoni wżata minn xi Ministru.", "X'inhu l-ispirtu tal-Kostituzzjoni tagħna?", "Il-Kostituzzjoni trid li fejn jidħlu fondi pubbliċi l-Parlament ikollu kontroll assolut u komplet.", "Issa l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Borg, ried ikompli jġebbed u qal - u hawnhekk kien qed jirriferi għal artiklu 104 tal-Kostituzzjoni - li jista' jinqalgħu ċirkostanzi fejn ministeru jew dipartiment jonfoq iktar milli jkunu ġew allokati fondi lilu fl-Att dwar l-Approprjazzjoni u ġab l-argument li la f'dak il-każ il-Parlament jirratifika l-infiq wara li jkun sar, allura fl- istess Kostituzzjoni qegħdin naraw ċirkostanza fejn il-Ministru konċernat jista' jonfoq aktar flus milli jkunu ġew direttament allokati lilu.", "Pero' hawnhekk l-Onor.", "Borg qiegħed jikkontradixxi lilu nnifsu bl-istess interpretazzjoni li ta lill-kelma \"liġi\" f'artiklu 102 għaliex kieku kien kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Borg kieku artiklu 104 tal-Kostituzzjoni tagħna jkun a dead letter.", "Kieku, kif qed jgħid l-Onor.", "Borg, il-Kostituzzjoni tagħna tipprovdi li l-gvern tal-ġurnata jista' jonfoq iktar minn dak li jiġi vvotat lilu u mbagħad wara dak l-infiq jiġi sanzjonat mill-Parlament within a certain period, kieku ma kienx ikun hemm il-bżonn ta' artiklu 104.", "(Interruzzjonijiet) Kieku m'hemmx artiklu 104, il-ministru ma jistax jonfoq aktar minn dak li jiġi vvotat lilu.", "Sur President, jista' xi ħadd isemmili artiklu ben definit fil-Kostituzzjoni tagħna li jikkontempla ċirkostanzi bħal dawk li qed issemmi n-naħa l-oħra?", "Aħna qed nikkritikaw lill-gvern li qed jabbuża mill-Kostituzzjoni u qed iżeblaħ lil dan il-Parlament għax nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn over the years ikun akkumula ċertu ammont ta' flus jew inkella fl-Appropriation Act jiġu vvotati ċerti ammonti ta' flus li forsi ma jkunx hemm bżonnhom kollha biex at one point in time ikun hemm ċertu ammont ta' kapital li l-gvern ikun jista' jiddisponi minnu kif jidhirlu hu mingħajr is-sindikar ta' dan il-Parlament.", "Din hija r-raġuni għaliex in-naħa l-oħra trid tgħaddi dawn il-bye-laws.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, xi kultant lanqas temmen lill-istess widnejk meta tibda tisma' ċertu argumentazzjoni li tmur kompletament kontra dak li hawn miktub iswed fuq l-abjad.", "M'iniex se noqgħod nidħol fl- argumentazzjoni legali li smajna llum f'dan il-parlament dwar l- interpretazzjoni tal-kelma \"liġi\".", "Kif spjega tajjeb l-Onor.", "Borg, il- Kostituzzjoni tagħna tgħid b'mod ċar li liġi tinkludi wkoll legal notices li jsiru taħt xi liġi imma l-Onor.", "Herrera, li għadda wkoll mill-istess manglu ta' edukazzjoni legali u probabbilment minn taħt l-istess professuri, qalilna kompletament l-oppost għax iddeċieda li dak li qed nagħmlu aħna huwa ultra vires u beda jikkwota mhux b'mod preċiż il-kelma miktuba tal-Kostituzzjoni.", "Dan narawh ukoll fil-motivazzjoni tal-Partit Laburista meta ħareġ il-press release biex jinformana li se jressaq din il- mozzjoni biex jitħassar il-legal notice.", "Fil-press release qalulna li din il-legal notice se tagħti l-awtorita' lill-ministru li jivvota flus għal skopijiet speċifiċi u li l-ministru jista' jfaddal dawn il-flus biex iktar tard ikunu jistgħu jintnefqu għal skopijiet differenti.", "Imma l-mozzjoni li għandna quddiemna kif kienet ippubblikata dak inhar tgħid ċar u tond li:", "\"... dawk il-fondi jistgħu jintnefqu biss għall-iskopijiet li għalihom ikunu ġew oriġinarjament approprjati\".", "Fil-fatt, bir-rispett kollu lejn kulħadd, jien illum ippretendejt li se nagħmlu debate ta' żewġ minuti u jqum l-Onor.", "Brincat u jgħid li żbaljaw.", "(Interruzzjonijiet) Fir-realta' dawn qegħdin jibbażaw l-argumenti tagħhom mhux fuq miżinterpretazzjoni imma fuq misreading.", "Jekk hawnhekk qed ngħidu li dawn il-fondi fil-futur jistgħu jintużaw biss għal skopijiet li għalihom ikunu ġew oriġinarjament approprjati, kif tiġi tgħidli li dawn il-fondi se tużahom għal xiex trid?", "Għalhekk jien niskanta kif niġu f'dan il-parlament u ngħidu dak li rridu ngħidu, irrispettivament jekk għandniex raġun jew jekk hemmx loġika f'dak li qed ngħidu.", "Sur President, fir-realta' x'inhu jiġri?", "Ġejna hawnhekk il-ġurnata tal-Ħamis biex noqogħdu nitkellmu fuq dan l- iżball min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Illum is-sitwazzjoni hi li għandna l- Financial Administration and Audit Act, u taħt dan l-Att ħarġu r- regolamenti finanzjarji li jispeċifikaw is-sistema u l-proċeduri ta' l- accounting tal-gvern.", "Dawn il-financial regulations imorru lura għall- 1962, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq 37 sena ilu, meta anke l-professjoni ta' l-accountancy tista' tgħid kienet għadha fl-infanzja tagħha.", "Il-Gvern Malti wiret u adotta s-sistema ta' accounting li kien juża l-gvern kolonjali u f'dawn ir-regolamenti bażikament qed ngħidu li l-gvern f'sena partikolari għandu juri bħala nefqa dak kollu li jkun ħallas għalih.", "U qiegħed inkun daqshekk speċifiku biex nifhmu x'aħna ngħidu.", "Jiġifieri l- accounting system tal-gvern tesiġi li f'sena partikolari jidħlu bħala spejjeż mhux dak li jkun intnefaq mill-gvern imma dak l-infiq li jkun tħallas mill-gvern, u din hija l-cash accounting system li jaħdem fuqha l- Gvern.", "Allura fis-sistema tagħna għandna sitwazzjoni fejn m'hemmx trasparenza reali għaliex fil-cash accounting system tista' ssir kwalunkwe tip ta' manipulazzjoni ta' kif wieħed juri x'nefaq jew x'ma nefaqx f'sena.", "Per eżempju, jekk din is-sena tibni l-ikbar edifiċċju imma tkun se tħallas sitt xhur oħra, allura għal din is-sena qisu ma sar xejn.", "Dan ifisser li anke jekk realment tkun għamilt ħafna spejjeż imma l-payment voucher għal xi raġuni jew oħra ma tgħaddix mit-teżor, allura għall-budget dik l-ispiża qisha ma saritx.", "Din hija s-sistema ta' accounting li dan il-pajjiż għadu jopera sal-lum.", "Sur President, issa rrid infakkar li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra jaqblu li l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu mexjin b'dan il-mod u li wasal iż-żmien biex minn sistema bbażata fuq flow ta' flus naqilbu għal sistema ta' accounting bl-accrual system, li hija sistema professjonali u aċċettata minn kulħadd.", "X'inhi l-accrual system?", "Accrual system tfisser li biex tagħmel accountability tajba trid turi l-pożizzjoni reali ta' x'qiegħed jiġri u tinterpreta l-attivita' reali f'ċifri ta' flus u tippreżentahom f'kont - wara kollox l-accounting huwa l-kwantifikazzjoni u l-valwazzjoni ta' dak li kien qiegħed jiġri biex tippreżenta statement u stampa ta' dak li ġara.", "Issa jien hawnhekk nixtieq nikkwota minn diskors li kien għamel l-Onor.", "Alfred Sant meta kien qiegħed jindirizza lil Henley Allumni Association fiċ-Chamber of Commerce fil-21 ta' Marzu, 1998 fejn fost ħafna affarijiet sbieħ qalilhom:", "\"It is time to seriously contemplate adopting an accrual based accounting standard for the whole of government financial statements and budgets.", "This will ensure that expenses are recognised when they are incurred rather than when they are paid and that all assets and liabilities are valued and reported in the balance sheet.\".", "Dan ifisser li qed naqblu li rridu ngħaddu għal accrual system li tassigura li l-ispejjeż teħodhom into account mhux meta tħallashom imma meta tagħmilhom.", "L-Onor.", "Leo Brincat kien qalilna wkoll fis-26 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, ftit ġimgħat qabel ma' għamel din il-mozzjoni biex jiġi mħassar l-avviż legali, li:", "\"Kulmin kien fil-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi jaf kemm ħlejna sigħat niddiskutu dwar il-bżonn li naqilbu gradatament għas-sistema ta' accruals ħalli s-sistema tal-gvern ma tibqax waħda cash-based imma ssir accrual-based.", "Għalhekk jekk il-Gvern Nazzjonalista se jimxi f'din id-direzzjoni u j'Alla jimxi fiha jkun sempliċement qiegħed ikompli bil-passi li mexa bihom il-Gvern Laburista.\".", "Allura għalfejn qed jipprova jwaqqafna issa?", "Dan ifisser li qegħdin naqblu li għandu jkollna accrual-based accounting system li tfisser li l-ispejjeż ma jidħlux meta tħallashom imma meta tagħmilhom.", "Issa x'aħna ngħidu f'dan il-legal notice li l-oppożizzjoni qed titlob li jitħassar?", "F'dan l-avviż legali qegħdin ngħidu li meta flus ta' vot mgħoddi minn dan il-parlament ma jkunux intnefqu, minflok joqgħod iħokk idejh li ffranka xi Lm1 miljun u li d-deficit se jonqos b'Lm1 miljun, il-ministru jista' jgħid li jekk dawk l-ispejjeż ikunu saru jridu jidhru li saru dik is-sena u allura jiġu mgħoddija kont fit-treasury clearance fund - fond li diġa' jeżisti - biex meta fil-fatt jitħallsu dawk l-ispejjeż ikunu jistgħu jitħallsu minn dan il-kont.", "B'dan il-mod ikun hemm iktar reporting tajjeb ta' accounting għaliex l-ispejjeż li jkunu saru din is-sena jidhru fil- budget li jkunu saru u mhux jidhru fis-sena ta' wara meta l-ispejjeż ma jkunux saru.", "Sur President, jien informat li fil-każ tal-mediċini, il- Gvern Laburista kien qed jagħti instructions lin-nies tekniċi biex jagħmlu dak li qed ngħidu li se nagħmlu aħna fil-legal notice.", "Jiena m'iniex se noqgħod infarfar l-ebda responsabbilta' minn fuq spallejja u qed nagħmel dan il-kumment għax l-Onor.", "Leo Brincat qal li jien stajt ġejt miżgwidat mit-tekniċi.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' żgwidar għaliex jien naf kif taħdem l-accrual accounting system pero' naf ukoll li bil-financial regulations li għandna fil-preżent ma tistax titħaddem din is-sistema.", "L- Onor. Brincat bħali jaf li ma tistax iddaħħal l-accrual system fis-settur governattiv mil-lum għall-għada, l-ewwelnett minħabba ċerti affarijiet tekniċi li trid tittieħed deċiżjoni fuqhom bħal, per eżempju, tagħżilx jekk tivvalutax il-fixed assets li għandek jew le u t-tieni nett trid tbiddel il-mentalita' ta' l-amministrazzjoni governattiva kollha li s'issa ħadmet fuq bażi ta' cash system.", "Sur President, qiegħed ngħid dawn l- affarijiet għaliex għaddejt minnhom u m'iniex qed ngħidhom biex sempliċement inkun għidthom.", "Fl-accrual system l-ispejjeż ikunu saru u allura la għandek commitment ta' ħlas - jista' jkun ukoll li l-ħlas ma tkunx taf x'se jkun b'mod preċiż imma f'dak il-każ tista' tistmah - trid tieħu dik l-ispiża fis-sena li jkun sar il-commitment, irrispettivament meta tħallas.", "Fis- sistema li għandna preżenti, jekk il-gvern jibni blokk flats din is-sena u jkun għadu jikkustinja mal-kuntrattur fuq il-kontijiet, jitqies li l-ispiża ma tkunx saret u allura nibdew ngħidu li nkunu ffrankajna mill-vot tal- housing għal din is-sena.", "Imma l-blokk flats nkun nbena u allura l-ispiża xorta trid tidher fil-budget tal-housing tas-sena d-dieħla u mhux se jinbena xi blokk flats ieħor bil-flus li trid tipprovdi iktar 'il quddiem biex jitħallas il-kuntrattur!", "Allura mhux aħjar ngħidu li fit-tali sena inbena blokk flats u d-dipartiment tal-housing nefaq tant flus f'dik is- sena biex jitħallas il-kuntrattur?", "Issa anke jekk id-dipartiment ikun għadu jikkustinja mal-kuntrattur jista' jagħmel stima ta' kemm jaħseb li se jħallas lill-kuntrattur, jiċċarġja l-consolidated fund u dawk il-flus jiġu mfaddla fi treasury clearance fund biex meta jintlaħaq qbil mal-kuntrattur il-flus joħorġu mit-treasury clearance fund u ma niċċarġjawx il- consolidated fund.", "Sur President, nixtieq li qiegħed ninftiehem ħalli nkunu nafu preċiżament x'inhu jiġri.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Cilia beda jintima li l-gvern ma jafx x'se jagħmel bil-bilanċi li jibqgħu.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li niġi kkwotat mill- ministru pero' f'ebda mument m'għidt dak li qiegħed jgħid hu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Allura jista' l-Onor.", "Cilia jgħidilna x'qal?", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cilia intima li l-gvern ma jafx x'se jagħmel b'xi bilanċ li jibqa' f'xi kont.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, jien fl-ebda mument ma għidt li l-gvern ma jafx x'se jagħmel bil-flus li jibqa', anzi għidt li l-gvern jaf ben tajjeb xi jkun qiegħed jagħmel meta fl-aħħar tas-sena jħalli xi ħaġa żejda biex jonfoqha meta jrid hu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma anke hawnhekk qiegħed tmeri s-sewwa magħruf.", "Naħseb li l-Onor.", "Cilia ma qarax sewwa x'hawn imniżżel għaliex aħna hawnhekk qed ngħidu li l-gvern ma jistax jonfoq kif irid imma jrid ikun hemm spiża speċifikata li tkun ġiet ivvotata għal xi proġett partikolari.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cilia ma qalx li aħna qegħdin ngħidu li meta jibqa' bilanċ fil-kont se jmur lura fil-fond konsolidat.", "(Interruzzjonijiet) Ma fhimtux dak li huwa ovvju u għalhekk qegħdin ngħidu li żbaljajtu.", "Per eżempju, il-gvern jivvota Lm1 miljun biex jibni blokk flats.", "Issa jekk il-blokk flats jinbena u l-kuntrattur ma jitħallasx, il- gvern ma jistax jgħid li dawk il-Lm1 miljun iffrankahom imma jrid jaħseb għalihom billi jipprovdi Lm1 miljun fil-consolidated fund.", "Issa jekk lill- kuntrattur iħallsu Lm900,000 flok Lm1 miljun u dak il-kont partikolari jingħalaq ...", "(Interruzzjonijiet) M'aħniex qed inħallu kont wieħed imma hemm kont għal kull transazzjoni.", "Onor. Cilia, inti qiegħed tassumi li se noħolqu xi fond ġdid imma aħna m'aħna se noħolqu l-ebda fond ġdid.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq kontijiet li jiġu miftuħa fit-treasury clearance fund, li huwa speċi ta' fond li l-gvern għandu in suspense.", "Issa kif il- kont speċifiku ta' dan il-blokk flats jingħalaq għax il-kuntrattur ikun tħallas, il-Lm100,000 l-oħra li jibqa' jridu jmorru lura fil-consolidated fund u l-ministru ma jistax jużahom għal xiex irid.", "Issa d-dubji u s- suspetti nistgħu nqajmuhom fuq kulħadd u kulħadd jaf kemm ipprovajna nfarrku nies fuq id-dubji u s-suspetti għaliex dawn m'għandhomx limitu.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq amministrazzjoni ordinarja ta' gvern.", "Jekk f'sena nimportaw bi Lm12 miljun mediċina u għaliex l- amministrazzjoni fid-dipartiment konċernat ma tlaħħaqx tipproċessa l- invoices kollha tal-mediċini li jibagħtulha s-suppliers u tibqa' ma tħallashomx, ma jfissirx li l-gvern ikun iffranka dawn il-flus għaliex il- mediċini jkunu nxtraw u daħlu fl-ispiżerija tal-gvern u allura irrispettivament jekk ħallasthomx jew le trid turi li nfaqthom.", "Nerġa' ntenni li l-istruzzjonijiet li kienu qed jagħtu tan-naħa l-oħra meta kienu fil-gvern huma dawk li qed ngħidu aħna f'dan l-avviż legali.", "Aħna kulma għamilna huwa huwa li sibna l-mezz b'din l-emenda biex dak li naqblu fuqu nkunu nistgħu nimplimentawh, pero' ma nafx għaliex issa qed jikkritikawh.", "Qed insemmi l-mediċini għax ġejt informat li speċifikament fuq il-mediċini ngħataw struzzjonijiet bħal dawn u assolutament m'iniex qed nikkritika dawn l-istruzzjonijiet.", "Issa meta nisma' lill-Onor.", "Cilia jgħid li noqogħdu nfaddlu l-flus biex meta tiġi elezzjoni nibdew nonfqu l-flus bl-addoċċ ....", "Sur President, jien nappella biex inkunu saqajna ma' l-art u jien qed ngħid li dawn il-flus iridu jintnefqu għall-istess skopijiet speċifiċi li għalihom ikunu ġew ivvotati.", "Anke kieku kellek tassumi li - li ċertament m'huwiex il-każ - flus li kienu ġew ivvotati pero' ma ntnefqux ġew imwarrba ...", "(Interruzzjonijiet) Imma nistgħu nonfqu l-miljuni ta' liri biex nagħmlu t-toroq fl-għelieqi mingħajr ma jkun hemm flus ivvotati għal dan l-iskop u ma nħallsux għalihom, imbagħad meta tħallashom jitressaq supplementary estimate biex turihom.", "Imma aħna qed nitkellmu fuq it-trasparenza vera jew qed nitkellmu fis-sħab?", "Insemmi każi oħra.", "Per eżempju, meta konna qed ninnegozjaw il-collective agreement tal-ħaddiema tal-gvern, konna nafu li kien se jkun hemm spejjeż ta' arretrati konnessi ma' dak il-collective agreement.", "Issa sistema tajba ta' accounting tgħidlek li jekk taf li għandek spiża fuq il-pagi, għandek tistmaha u teħodha fis-sena ta' meta ħadmu n-nies u mhux teħodha fis-sena ta' meta jitħallsu n-nies li jistgħu jkunu xi tliet snin wara.", "Issa ħalli naraw x'ġara fir-realta' fl-1998.", "F'Diċembru ta' l-1998 tħallsu l-arretrati pero' dak il-pagament kien ikopri spiża ta' l-1996 u ta' l-l997.", "Jiġifieri fl-1998 kellna nuru spiża u dħul mit-taxxi fuq dik l-ispiża carried over mill-1996 u mill-1997.", "Issa aħna qegħdin ngħidu li rridu nbiddlu din is-sistema għaliex kieku fl- 1996 dehret l-istima ta' l-1996, fl-1997 dehret l-istima ta' l-1997 u fl- 1998 dehru l-arretrati ta' l-1998, bl-aġġustamenti ta' l-istima ta' l-1996 u l-1997.", "B'dan il-mod l-affarijiet jimxu b'iktar serjeta', b'accountability ikbar u bil-possibbilta' li verament inkunu nafu x'inhuma t-trends ta' l-ispejjeż tal-gvern, billi nkunu nafu verament xi ntnefaq f'sena u mhux trid toqgħod tanalizza kull ċifra biex tara jekk hijiex ta' din is-sena partikolari jew inkella hijiex dovuta għal xi spiża li tkun ilha tiġi akkumulata minn xi għaxar snin qabel.", "Niftakar meta sirt ministru tal-finanzi fl-1992 kont tlabt informazzjoni lid-dipartiment ta' l-inland revenue dwar taxxa miġbura f'xi snin partikolari u meta bdejt nanalizza dawn iċ-ċifri nnotajt li ma kenux jagħmlu sens.", "Imbagħad irrealizzajt li dawk kienu ċifri ta' l-assessments li kienu ħarġu f'dik is-sena pero' ma kenux iċ-ċifri ta' l-assessments ta' dik is-sena partikolari.", "Jiġifieri jekk lil Mr 'X' ikunu assessjawh ta' għaxar snin f'daqqa - u kulħadd jaf kif l-inland revenue department jaf jaqbad mal-file ta' xi individwu, jagħmillu l-istorja ta' ħajtu u jibgħatlu xi għaxar kontijiet f'daqqa - l-ammont ta' taxxa ma tkunx ta' dik is-sena biss.", "Dawn it-tip ta' ċifri ma jagħmlux sens u ma jgħinukx biex tistabilixxi trends jew forecasts.", "Dawn huma l-affarijiet li qed nipprovaw inbiddlu b'dan l-avviż legali.", "Se nsemmi xi problemi oħra li jinħolqu b'din is-sistema ta' cash accounting li qed nużaw illum.", "Per eżempju, nafu li hawn nies li ilhom jistennew snin twal sabiex jitħallsu ta' l-art li l-gvern esproprjalhom ħafna snin ilu.", "Bis-sistema li għandna sal-lum din l-ispiża qisha ma saritx għax għada ma tħallsitx.", "B'effett ta' din l-emenda qed ngħidu li jekk fl-1999 il-gvern jesproprja biċċa art, għandu juri l-ispejjeż ta' l-esproprjazzjoni ta' dik l-art f'dik is-sena li esproprja u jalloka l-fondi għaliha biex meta jasal f'agreement ma' sid dik l-art biex iħallas, ikun jista' jħallsu minn dawn il-fondi.", "Kieku kellna s-sistema ta' l-accruals minn snin ilu, kieku m'għandniex il- problemi li għandna llum b'ħafna minn dawn it-tip ta' arretrati li għandu jħallas il-gvern.", "Irrid ngħid li l-arretrati li għandu jagħti l-gvern fuq esproprjazzjoni ta' art jammontaw għal miljuni kbar ta' liri.", "Jiġifieri dan huwa dejn li ilu jakkumula għexieren ta' snin pero' ma jidhirx.", "Issa min-naħa l-oħra l-gvern juri d-dħul tiegħu mill-income tax pero' bis- sistema li għandna llum l-arretrati ta' l-income tax - għalkemm huwa stabilit kemm għandu jagħti lura - ma jidhrux bħala spiża għall-gvern sakemm ma jħallashomx.", "Pero' bis-sistema ta' l-accruals li rridu ndaħħlu, jekk nirċievu flus illum u nafu li għandna nagħtu kreditu fuqhom, dak il- kreditu rridu nnaqqsuh mid-dħul u nipprovdu għalih din is-sena ħalli n- nies ma jibqgħux jistennew is-snin qabel ma jibdew jirċievu xi arretrati lura.", "Sur President, f'din il-legal notice qed nagħtu l-possibbilta' li nibdew namministraw l-accounts tal-gvern bis-sistema ta' l-accruals.", "Dan huwa ħażin?", "Wara kollox iż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu ma' din is-sistema.", "L-oppożizzjoni qalet li għandha s-suspetti u d-dubji tagħha dwar dak li qed jagħmel il-gvern, pero' jien ngħid li għalkemm min ikollu ħafna dubji jkun skrupluż xorta jmur l-infern bl-iskrupli!", "Fir-realta' x'inhu jiġri, Sur President?", "Per eżempju, għandna kuntratturi li qed jilmentaw li ma tħallsux ta' xogħol li għamlu fuq bini tat-toroq.", "Issa bis-sistema li għandna, għalkemm dawn it-toroq inbnew, għall-accounts tal-gvern ma jeżistux għax għadhom ma tħallsux.", "Dan m'huwiex tajjeb u għalhekk qed nipprovaw inbiddlu s-sistema biex inkunu nistgħu nirranġaw dawn l- affarijiet.", "Fil-każ tal-pensjonijiet, ġieli jinqalgħu każi fejn ikunu jridu jsiru reviżjonijiet tal-pensjonijiet u bis-sistema li għandna bħalissa l-effett ta' dawn ir-reviżjonijiet jittieħed fl-accounts tal-gvern mhux meta tittieħed id-deċiżjoni li ssir ir-reviżjoni imma meta jsir il-ħlas.", "Dan ifisser li jekk id-dipartiment tas-servizzi soċjali idum erba' snin ikarkar biex jagħmel ir-reviżjonijiet, nibdew nuruhom bħala spejjeż fis-snin li fihom jitħallsu dawn ir-revised pensions.", "Nerġa' nirripeti li ilna naħdmu b'din is-sistema f'pajjiżna għal għexieren ta' snin u issa la ż-żewġ naħat tal-Kamra qed naqblu li l-affarijiet għandhom jinbdlu aħna qed nipprovaw nagħmlu l-ewwel pass biex nilħqu dan l-oġġettiv.", "Meta aħna konna qed namministraw dan il-pajjiż bejn l-1992 u l-1996, bdejna mexjin f'din it-triq u kellna diversi nies li kienu qed jistudjaw is-sistemi ta' l- accounting tal-gvern u fl-ewwel okkażjonijiet li kellna biex nagħmlu affarijiet ġodda, bdejna mill-ewwel fuq is-sistemi ta' accruals.", "Per eżempju, meta waqqafna l-kunsilli lokali konna speċifikajna li jridu jużaw is-sistema ta' accrual accounting.", "Sur President, jien assolutament ma nistax nifhem l-oġġezzjoni ta' l-oppożizzjoni għal dan il-legal notice għaliex aħna konna nformajniha li konna se nibdew il-proċess edukattiv biex nibdew indaħħlu s-sistema ta' accruals.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Leo Brincat jaqbel miegħi li għadna m'aħniex f'pożizzjoni li naqilbu l- financial regulations tagħna u nimponu l-accrual system fuq l- amministrazzjoni tal-gvern f'daqqa waħda.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, li nista' ngħid huwa li l-Ministru kien qalli li dan l-avviż legali jirrigwarda xi ħaġa sempliċi dwar l- introduzzjoni ta' l-accruals.", "Imma meta aħna flejna l-implikazzjonijiet tiegħu, bilfors kellna nieħdu l-pożizzjoni li ħadna hawnhekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI.", "Tista' l-oppożizzjoni tgħidilna x'inhuma dawn l- implikazzjonijiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli Dalli, nixtieq ninformak li fadallek għaxar minuti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Brincat li għadu kemm ikkonferma l-abbokkament li kellna fejn jien informajtu li konna se nagħmlu l-ewwel pass biex naqilbu għas-sistema ta' l-accruals u għalhekk jien ippretendejt li s-seduta tal-lum ma kenitx se tieħu fit-tul.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li aħna se noħolqu fondi ġodda meta dan ma jidher imkien fil-legal notice.", "Barra minn hekk, l-oppożizzjoni qed tgħid li l- Kostituzzjoni ma tippermettix li jinħolqu fondi ġodda, mentri min jaqra l- Kostituzzjoni tajjeb jinduna li din tgħid bil-kontra ta' dak li qed tgħid l- oppożizzjoni u fil-fatt tikkontempla li jinħolqu fondi ġodda.", "Kif qal l- Onor. Tonio Borg, artiklu 102 tal-Kostituzzjoni jgħid li d-dħul u l-ħruġ tal-gvern għandhom jiġu mħallsa minn u charged to the consolidated fund sakemm ma jkunx hemm xi liġi oħra mgħoddija minn dan il-parlament li tippermetti li jintefgħu jew jiġu mħallsa minn xi fond ieħor.", "Fil-fatt il- liġi li tippermettilna nutilizzaw fondi oħra hija l-Financial Administration and Audit Act, li taħtha jaqgħu l-financial regulations.", "Din hija l-liġi li għandna fil-pajjiż taħt il-Kostituzzjoni li tawtorizza l- ħolqien ta' fondi oħra u aħna qed ngħidu li qed nemendaw ir-regolamenti li diġa' jeżistu biex noperaw fond partikolari minnhom.", "Il-Financial Administration and Audit Act, li ilha mwaqqfa mill-1962, ħolqot il- contingency fund, it-treasury clearance fund, il-pensions fund u s-sinking fund.", "Imbagħad l-oppożizzjoni tressaq protest quddiem il-Qorti Kostituzzjonali għaliex qed tgħid li l-gvern għandu biss il-consolidated fund!", "Sur President, il-ministru tal-finanzi għandu ħafna poteri u fil-fatt skond il-liġijiet ta' pajjiżna jista' jagħmel erba' xhur japprova infiq mingħajr budget.", "Allura fuq dan l-avviż legali se noħolqu d-dubji u s- suspetti?", "Nerġa' nsostni li dan huwa l-ewwel pass biex nibdew indaħħlu s- sistema ta' accrual accounting u jien għadni nassumi li l-oppożizzjoni taqbel li għandha tidħol.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa ma tistax tgħidli li taqblu fil-prinċipju għax is-sistema ta' l-accruals hija xi ħaġa ta' fatti u trid tiġi mħaddma.", "Issa jien qed ngħid ukoll li rridu training process and a cultural change fl-amministrazzjoni governattiva biex naqilbu għal accrual system u ma nistgħux nbiddlu l-financial regulations kollha għaliex dawn huma kollha mibnija fuq il-konċett ta' cash accounting.", "Jien naħseb li naqblu li ma jistax ikollna financial regulations li jipprovdu għal cash accounting u accrual system f'daqqa.", "Jekk se naqilbu biex nibdew noperaw l-accrual system, irridu nġibu a new set of financial regulations f'dan il-parlament li jipprovdu għal accrual system.", "Issa dan l-avviż legali qed jagħtina l-faċilita' li nibdew dan l-educational exercise billi qed ngħidu li jekk isiru spejjeż f'sena waħda, jista' jsir accrual għalihom għas-sena d-dieħla u abbażi ta' dan nibdew inderru man mano lin-nies x'inhuma dawn is-sistemi ta' accruals.", "Ma jagħmilx sens li nipprovaw nagħtu l-idea li dawn se jkunu fondi moħbija xi mkien u li ħadd m'hu se jkun jaf x'se jkunu għaliex dawn se jkunu fondi fit-treasury clearance fund u kull sena l-awditur jagħmel analisi dettaljata tal- kontijiet kollha li jkun hemm f'dan il-fund fil-financial report tiegħu.", "Jiġifieri li l-oppożizzjoni toqgħod tgħid li l-ministru se jkollu dawn il- flus f'xi fond moħbi x'imkien ħalli meta tiġi l-elezzjoni jkun jista' jroxx il-bżar fl-għajnejn huwa argument fażull għax min ried jagħmel hekk, għamlu meta ma kellux flus imfaddla u minn flus li lanqas kienu budgeted.", "Sur President, ir-raġuni vera wara din il-mozzjoni kienet parti minn eżerċizzju ta' marketing li għamel il-Partit Laburista f'Diċembru fuq ir- Revenue Safeguard Act.", "Jien m'iniex se nidħol fil-merti ta' din il-liġi pero' ngħid biss li din għadha fuq l-aġenda parlamentari u nispera li tgħaddi minn dan il-parlament għaliex ir-Revenue Safeguard Act għandna bżonnha fil-pajjiż biex meta l-gvern jiġi biex jibda jiġbor it-taxxi ma jiġborhomx illegalment imma jkun covered b'liġi.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onor. Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Illum m'għadniex inħaddmu sistema finanzjarja jew ekonomika ta' żmien in-nanniet imma nispera li qed inħaddmu sistema finanzjarja u ekonomika tal-millennju l-ġdid u għalhekk peress li l- istrutturi ta' tassazzjoni huma differenti milli kienu 30 sena ilu, ma nistgħux nipprovdu għalihom bl-għodda ta' 30 sena ilu.", "Il-mossa ta' l- oppożizzjoni dwar ir-Revenue Safeguard Act kienet biex mingħalihom juru l- arroganza tal-gvern.", "Jien ngħid li dan il-gvern m'huwa arroganti xejn u nispera li l-oppożizzjoni tifhem li l-pariri legali li ngħatat kienu ħżiena u li dawn l-affarijiet finalment qed isiru a favur ta' amministrazzjoni aħjar f'pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Onor.", "Leo Brincat biex jgħaddi għaIl- winding-up.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, l-espressjoni Ingliża wżata għal min jagħmel ħafna plejtu fuq ix-xejn hija li jkun qiegħed jagħmel a storm in a teacup u naħseb din hija l-interpretazzjoni li n-naħa tal-gvern ipprovat tagħti lill-mozzjoni mressqa min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista għaliex għal darba darbtejn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Dalli qalilna li jmissna għamilna intervent ta' żewġ minuti biex niskużaw ruħna li milli għidna m'hemm xejn u li konna żbaljati.", "Kieku l-argument kien daqshekk sempliċi aħna żgur ma konniex niddejqu nammettu li ħadna żball, pero' nista' nassigurah li dan l-avviż legali flejnih bir-reqqa kollha fuq livell ta' grupp parlamentari, tajnih l-attenzjoni kollha neċessarja, ħadna l-aħjar pariri legali li stajna nieħdu minn dak li kellna available fi ħdan il- partit u l-konklużjoni tagħna kienet li dak li għandna quddiemna huwa anti- kostituzzjonali.", "X'għamel il-Gvern bl-interventi interessanti li kien hawn miż-żewġ kelliema tan-naħa tal-gvern?", "Iż-żewġ kelliema, wieħed espert legali u l-ieħor espert fil-qasam tal- finanzi, ħarbu mis-sustanza tal-mozzjoni.", "Fil-fatt, il-Ministru Dalli tkellem fuq il-press release u ftit li xejn tkellem fuq is-sustanza tal- mozzjoni u ż-żewġ kelliema wessgħu l-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni bħaċ-chewing gum u wrewna triq nofs kedda ta' kif għandna nibdew naslu għal accrual system.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħi, jien stess urejt li kont fhimt x'seta' kellu f'moħħu l-gvern u għidt - u naħseb il-Ministru Dalli fehemni għax kien attent għal dak li kont qiegħed ngħid - li jista' jkun li l-gvern qed juża dan l-arranġament piecemeal biex jipprova jasal għall-introduzzjoni ta' accrual system.", "Fil-fatt dan irriżulta minn dak li qal il-Ministru Dalli.", "Issa jekk din kienet l-intenzjoni - u jien lest li nieħu l-kelma tal-ministru għalkemm kostituzzjonalment xorta nħoss li l- Gvern huwa żbaljat - jiena ngħid li riforma radikali bħal din żgur m'hijiex se ddaħħal kultura ġdida fost il-poplu Malti kollu billi tipprova tintroduċiha baxx baxx permezz ta' legal notice għaliex din għandha titressaq f'forma ta' liġi komprensiva.", "Għalhekk nerġa' ngħid li anke jekk l-intenzjonijiet tal-gvern huma serji u ġenwini, il-gvern xorta waħda lagħab il-karti tiegħu ħażin u uża l-għodda żbaljata biex jipprova jilħaq il-miri tiegħu.", "Issa l-gvern ipprova jdawwar il-mejda tal-karti n-naħa l-oħra u qalilna li aħna konna se nadottaw l-istess sistema fil-qasam tal-mediċini.", "Irrid ngħid li aħna kulma għamilna kien li peress li kien hemm diversi suppliers ta' mediċini li kien ilhom snin sħaħ ma jitħallsu, dehrilna li parti minnhom effettivament kellhom jitħallsu u qabbadna lid-dipartiment tal-finanzi biex isibilna triq legali u kostituzzjonali kif dan seta' jsir.", "Pero' l-Onor.", "Dalli huwa kompletament żbaljat meta qed jimplika li aħna konna se nadottaw l-istess sistema li jrid jadotta l-gvern illum għax is- suġġeriment lanqas biss kien sarilna min-naħa tan-nies tekniċi, aħseb u ara kemm stajna nadottaw suġġeriment anti-kostituzzjonali li lanqas biss kien sar lil-gvern ta' dak iż-żmien.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet to put the record straight għal dawk kollha li forsi segwew dan id-dibatitu għal dawn l-aħħar sagħtejn u kwart.", "Jiena, bħall-Ministru Dalli, m'iniex bniedem legali imma rrid nagħmel żewġ osservazzjonijiet fuq l-interpretazzjoni tal- Kostituzzjoni bħala layman u ovvjament min hu legali jista' jikkorreġini f'dan ir-rigward.", "Fejn il-Kostituzzjoni tittratta l-qasam tal-finanzi, dejjem titkellem dwar fond imwaqqaf minn jew skond xi liġi mgħoddija minn dan il-parlament u ma ssemmix lill-ministru.", "Fil-fatt din il-legal notice ġiet tabled mill- ministru u m'hemmx l-approvazjoni ta' din il-Kamra.", "Subartiklu (3) ta' artiklu 102 jgħid li \"ebda flejjes m'għandhom jiġu rtirati minn xi fond pubbliku li ma jkunx il-fond konsolidat\", u dejjem ssir riferenza skond il- liġi jew skond xi liġi li dak iż-żmien tkun qed isseħħ f'Malta.", "Ma jidhirlix li regolament maħruġ b'avviż legali għandna nitfgħuh fl-istess keffa ta' liġi u forsi l-esperti legali jistgħu jikkorreġuni f'dan ir- rigward.", "Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni ma tgħidx li l-ministru jista' jiftaħ kontijiet ġodda b'mod ġenerali u jiġbor kollox fihom.", "Jekk jinfetaħ fond speċifiku, irid ikun hekk awtoriżżat minn din il-Kamra u mhux mill-ministru.", "Għalhekk illum rajna li dan il-parlament ġie ridott forsi min-nies legali għal qorti ġdida b'ħafna logħob bil-legaliżmi.", "Iżda l- argument politiku prinċipali, li kien il-main thrust wara l-mozzjoni ta' l- oppożizzjoni, cioe' li hemm bżonn li jiġi ttrattat l-aspett ta' l- iskrutinju u l-aspett ta' trasparenza, ma ġiex indirizzat la min-naħa tal- Ministru Borg u lanqas min-naħa tal-Ministru Dalli.", "Wieħed irid jifli dawn l-affarijiet in layman's language, għaliex is-suġġett huwa tekniku u jista' jkun anke aridu għal min qiegħed isegwi dan id-dibattitu u forsi m'huwiex intiż fis-suġġett.", "L-ewwelnett irrid ngħid li meta tivvota flus f'budget ma tistax tħallas bil-quddiem u fl-istess ħin dak li ma tkunx infaqt ma tistax titfgħu f'suspense accout li jrid jerġa' jiġi vvotat mill-parlament.", "Dan l-avviż legali huwa attentat ieħor min-naħa tal-gvern biex jipprova jaqbeż l- estimi ta' din il-Kamra.", "Għalhekk aħna ħadna din il-pożizzjoni għaliex fil-fehma tagħna ma tistax tagħmel carry forward għal sena oħra amministrativa mingħajr ma turi x'qed tagħmel.", "Dan imur kontra r- regolamenti finanzjarji li jeżistu f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Użajtu għodda ħażina u anti-kostituzzjonali biex tbiddluhom u meta niġu għall-fatti naraw min għandu raġun!", "L-argumenti li ġab il-gvern la kkonvinċew lilna u wisq inqas ma jistgħu jikkonvinċu l-opinjoni ta' dawk li qed jisimgħuna.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu nġibu l-iskużi ta' expediency u ta' effiċjenza fil-business tal-Kamra għaliex dawn m'humiex argumenti aċċettabbli għal din il-Kamra.", "Inutli li l-ministru jgħid li se jinħoloq fond bi skop speċifiku għaliex il-legal notice tirriferi biss għal fondi separati u ġeneriċi.", "Pero' l-Kostituzzjoni tipprovdi li jkun hemm il-fond konsolidat li ma jippermettix ħafna fondi separati jekk il-fond il-ġdid ma jkunx għal xi skop speċifiku u tgħid ukoll li l-ministru tal-finanzi għandu l-obbligu li jorbot id-dħul u l-ħruġ tal-gvern ma' kull sena finanzjarja u ma jistax iħalli flus jitħallsu mil-fond konsolidat f'sena partikolari jekk mhux bl-approvazzjoni ta' l-estimi approvati kif trid il- Kostituzzjoni nnifisha.", "L-iktar punt kardinali huwa li filwaqt li l-Kostituzzjoni tipprovdi għal meta jkun hemm ħtieġa ta' nefqa ikbar minn dak previst fl-estimi, ma tagħtix lok li ammonti mhux minfuqa jiġu carried forward għas-sena ta' wara.", "Fil-fehma tiegħi, dawn il-punti ma ngħatawx l-attenzjoni meħtieġa min-naħa tal-gvern meta artikolat l-argumenti tagħha biex tiġġustifika l- legal notice li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru Dalli fix- xahar ta' Novembru.", "Min-naħa tagħna qabel ma sar dan id-dibattitu konna nemmnu - u nkomplu nemmnuh issa b'iktar konvinzjoni wara li smajna l- kelliema tal-gvern - li dan il-kontroll kien ikun dejjem meħtieġ, iżjed u iżjed meta wieħed iqis il-gravita' tad-deficit strutturali li ilu jiffaċċja pajjiżna.", "Ladarba qed insemmu d-deficits, hija ironija li gvern lanqas biss kellu d-diċenza li jirreaġġixxi għal dak li akkużah bih l-Onor.", "Alfred Sant f'din il-Kamra meta kien qed jirrispondi għall-budget speech fejn kien għamilha ċara li jekk naġġustaw l-ispejjeż għall-1998 billi nnaqqsu minnhom dawk attributable għas-snin l-imgħoddija kif ukoll spejjeż kapitali li ma kenux budgeted for għall-1998, insibu li f'din is-sena ġdida finanzjarja l-budgetary gap mhux biss se tkun ta' Lm103 miljun jew aktar iżda f'termini reali se tkun tirrappreżenta żieda ta' 8% fuq id-deficit attwali tas-sena l-oħra.", "Dan l-argument ma ġie ttrattat bl-ebda mod min- naħa tal-Gvern lanqas biss biex tirribattih meta s-soltu għal kull ħaġa ta' xejn toħroġ press statements biex tirribatti l-argumenti li jkunu saru min-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista.", "Aħna għandna d-dubji tagħna kemm dan il-gvern se jirnexxilu jrażżan bis-serjeta' l-problema tad-deficit fil- pajjiż.", "Għandna dubji serji dwar l-operat tal-liġi tal-VAT, li bdiet taħdem b'ħafna skossi mill-1 ta' Jannar u għandna dubji serji dwar kemm il- VAT effettivament se twassal biex trażżan l-għoli tal-ħajja, tikkontrolla l-ekonomija s-sewda u anke trażżan l-evażjoni tat-taxxa.", "Mr Speaker, quddiemna għandna pjan finanzjarju tal-gvern li huwa mifrux fuq medda ta' sitt snin, imma l-indikazzjonijiet juru li l-gvern se jmur off target mill-ewwel sena.", "Issa jekk il-gvern se jmur off target mill- ewwel sena, kif nistgħu nibqgħu nagħtu kredibilita' u jkollna fiduċja f'dawk il-projections li qed jagħmel il-gvern li suppost għandhom jeħduna sas-sena 2004?", "Il-gvern kien diżonest ma' l-elettorat anke meta ġie għad- deficit reduction.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex fil-manifest elettorali li bih rebħu l-elezzjoni li għaddiet b'ċertu konvinzjoni f'dak li huwa termini ta' voti, huma qalu li matul din il-leġislatura se jniżżlu d-deficit għal 3% tal-kejk nazzjonali.", "Jekk naraw il-projections li qed jagħmel il-gvern - u hawn irrid nirrimarka li l-gvern qed jagħmel projections sas-sena 2004, is-sena li fiha tkun diġa' saret l-elezzjoni ġenerali u jkun għadda ċertu żmien mill-elezzjoni ġenerali, anke kieku dan il-gvern kellu jagħmel it-terminu sħiħ tiegħu - insibu li l-gvern qed jipproġetta li l-figura tilħaq madwar 4%.", "Dan ifisser li l-gvern stess qed jagħmilha ċara li qata' qalbu li jipprova jilħaq il-miri mniżżla fil- manifest elettorali tiegħu li fuqhom rebaħ l-elezzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-deficit ta' 4%, kif speċifikat fil-projections, huwa ta' l-istructural deficit.", "Id-deficit kif dejjem nifhmuh bħala deficit, wara ċertu financing bħal per eżempju ta' sale of assets, huwa ta' 3% and below.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ħadt nota ta' dak li qal il-ministru biex ma niġix deflected minn dak li qed ngħid.", "Kif għidna fid-diskussjoni li kellna quddiemna l-bieraħ f'din il-Kamra, il-gvern qed jorbot kollox mar-riforma fit-tassazzjoni u mat-tkabbir fit-tax base tal-pajjiż innifsu.", "Jiena ngħid li jekk il-gvern irid jilħaq l-għanijiet tiegħu jrid jagħmel żewġ affarijiet importanti, pero' hemm dubji serji kemm il-gvern jista' jilħaq dawn l-għanijiet.", "X'inhuma dawn l-għanijiet?", "L-ewwelnett hemm bżonn li jagħmel efficiency gain sostanzjali f'dak li huwa revenue collection u għad irridu naraw fil-prattika kemm il-gvern se jirnexxilu jagħmel dan u mhux billi sempliċement isiru declarations of intent f'din il-Kamra u barra din il-Kamra.", "It-tieni nett irridu naraw kemm il-gvern se jkun effikaċi u effettiv meta jiġi għal dak li huwa expenditure management, iżjed u iżjed billi r-record tiegħu f'expenditure management fis-snin desgħin kien wieħed ta' għajb li żgur ma tantx jawgura tajjeb għar-records li jista' jkollu fis-snin li ġejjin, inkluża s-sena finanzjarja li ninsabu fiha bħalissa.", "Il-gvern għandu joqgħod attent ħafna anke għat-twissijiet li għamel l- Bank Ċentrali fil-quarterly review report għal Settembru/Diċembru 1998, li ħareġ xi erbat ijiem ilu, fejn qed jgħid ċar u tond li \"there is need for a more prudent fiscal stance\".", "Jiġifieri l-Bank Ċentrali qed jagħmilha ċara li hemm bżonn ta' iktar prudenza fil-mod ta' kif il-gvern qed jittratta l-problemi fiskali.", "Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali qed jagħmilha ċara li għalkemm hemm min qed jgħid li ċerta domanda tista' tiżdied fix-xhur li ġejjin, is-sitwazzjoni xorta għadha fraġli ħafna u jgħid li \"the strength of external demand in the coming year is as yet uncertain\".", "Dwar il-VAT il-Bank Ċentrali jgħid bejn wieħed u ieħor dak li pproġetta l-gvern, cioe' li l-imports suppost jiġu irħas.", "Fil-fatt il-Bank Ċentrali qed jgħid li \"a boost to imports is expected, particularly in view of the relative drop in the price of imports which should result from the new indirect tax system\".", "Imma minn dak li rajna mill-1 ta' Jannar sal- lum, jidher ċar li hemm dubji serji kemm il-gvern se jirnexxilu jraħħas l- importazzjoni fil-pajjiż meta ħafna prodotti li suppost m'għolewx għolew u prodotti oħra li suppost kelhom jorħsu għolew wkoll.", "Imma dwar dan nitkellmu f'okkażjonijiet oħra.", "Mr Speaker, irrid nenfasiżża li l-Gvern Laburista ħalla current account u balance of payments situation li kienu in surplus u għalkemm kien hemm ċertu contraction f'dak li jissejjaħ il-merchant trade deficits, kien hemm net inflows iktar qawwija meta ġejna għal dak li huwa dħul tal-gvern, kemm minn dawk li huma servizzi u kif ukoll minn dak li huwa investment income.", "Fil-ġimgħat li ġejjin li ġejjin se jkollna okkażjoni f'din il-Kamra nitkellmu kif dan il-gvern, li tant tkaża bis-self li għamel Gvern Laburista, se jkollu jirrikorri huwa wkoll għal self ta' madwar Lm100 miljun.", "Dan l-item qiegħed fuq l-aġenda ta' din il-Kamra u għalhekk nimmaġina li se nittrattawh fil-ġimgħat li ġejjin bl-attenzjoni li jixraqlu.", "Fl-aħħarnett nixtieq insemmi x'inhuma t-targets tal-gvern ħalli meta niġu għall-fatti 'l quddiem inkunu nistgħu naraw jekk ġewx milħuqa jew le.", "Dawn it-targets huma l-estimated effects li suppost għandu jkollhom il- budgetary measures li ntroduċa l-gvern fil-budget.", "Għal dak li huwa reduction fil-fiscal deficits, il-gvern qed jgħid li se jnaqqsu b'Lm9.6 miljun fl-1999 u b'Lm14 miljun fis-sena 2000, u Lm2.8 miljun f'dawk li huma other taxes li se jintroduċi plus social security u Lm3.2 miljun fis-sena 2000.", "Fil-ġimgħat li ġejjin meta jkollna okkażjoni oħra li nitkellmu fuq il- finanzi niddiskutu kemm il-Gvern se jirnexxilu jilħaq dawn l-objectives.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li din il-mozzjoni hija intiża biex tilħaq ħames għanijiet: Hija intiża biex tiftaħ għajnejn il-gvern u anke għajnejn iċ-ċittadini li qegħdin nirrappreżentaw f'dan il-parlament; hija intiża biex issaħħaħ l-operat tal-parlament; hija intiża biex tenfasizza l- bżonn ta' trasparenza u accountability fix-xogħol tagħna; hija intiża biex tissottolinea d-delikatezza li biha għandna nittrattaw suġġetti fiskali u monetarji; u fl-aħħarnett hija intiża biex tisħaq għal iktar rispett lejn il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif mressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u għoxrin minuta oħra.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.20 p.m.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 147 FAVUR : 27", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe|Vella George | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA: 32", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEKAER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar, 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap 12.", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, Kap 268.", "Mozzjoni ta' Sfiduċja f'Mr Speaker.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "Irrid infakkar lill-Kamra li dwar il-mozzjoni ta' sfiduċja f'Mr Speaker, intlaħaq qbil fil-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra li jkun hemm seduta waħda allokata għad- diskussjoni ta' din il-mozzjoni u l-proċedura li tintuża prattikament tkun l-istess waħda li ntużat għad-diskussjoni tal-mozzjoni li kellna quddiemna llejla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Tony Abela.", "ONOR.", "TONY ABELA: Mr Speaker, matul il-ġimgħa li għaddiet meta l- Ministru għall-Politika Soċjali kien qed jagħlaq il-liġi dwar is-sigurta' soċjali, hu saħaq li mill-iktar fis possibbli dan il-pajjiż għandu jieħu dawk il-passi meħtieġa biex jistudja immedjatament il-ħtieġa tar- ristrutturazzjoni f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-politika soċjali.", "Meta nitkellmu fuq servizzi soċjali m'għandniex naħsbu biss fil-ħlas tal- pensjonijiet imma rridu ninkludu s-servizzi soċjali kollha li jingħataw minn mindu mara tiskopri li hija tqila sakemm il-bniedem jiġi nieqes.", "Illum nafu li hemm biss erba' ħaddiema għal kull pensjonant li qed jikkontribwixxu biex ikunu jistgħu jingħataw il-pensjonijiet, biex tingħata għajnuna lill-istudenti, lil dawk li għandhom bżonn ta' social housing u biex tingħata għajnuna lil persuni b'diżabilita' ħalli jkunu jistgħu jgħixu b'mod diċenti.", "Għalhekk flimkien irridu naraw kif dan il-pajjiż se jkun kapaċi jkompli jagħti dawn is-servizzi soċjali mingħajr ma jibqa' jkollna l-iżbilanċ li qed jirriżulta fil-budget ta' kull sena bejn id-dħul u l-ħruġ tal-gvern.", "Huwa importanti li tinstab soluzzjoni li għalkemm forsi tista' tweġġa' lil xi ftit, tkun sostenibbli għall-futur ta' dan il-pajjiż.", "Aħna nafu li żmien 15-il sena oħra se jkun hawn biss żewġ ħaddiema jikkontribwixxu għal kull pensjonant, pero' la l-popolazzjoni tagħna se tkompli tikber, se jkollna bżonn ta' iktar servizzi tas-saħħa, iktar djar ta' l-anzjani u iżjed flus biex bħala pajjiż inkunu nistgħħu nsostnu dawn l-affarijiet.", "Għalhekk huwa importanti li l-poplu tagħna jassumi r-responsabilitajiet tiegħu f'dak li huwa ħlas ta' taxxi dovuti lill-gvern ħalli l-problema ta' l-iżbilanċ fiskali tonqos.", "Għalkemm sfortunatament ikun hawn min jipprova jieħu vantaġġ politiku minn dawn is- sitwazzjonijiet, jien konvint li kemm il-gvern u kif ukoll l-oppożizzjoni kapaċi jitilgħu tarġa 'l fuq mill-mentalita' ta' politika partiġġjana ħalli naslu biex nagħtu soluzzjoni dejjiema lill-poplu Malti f'dan ir-rigward.", "Fil-ftit minuti li għandi nixtieq nitkellem fuq problema li ngħatat prominenza mill-ġurnal lokali \"The Malta Independent\" madwar żewġt iĦdud ilu, dwar dak li qed jiġri fid-dinja tal-kummerċ ta' madwarna bħalissa.", "Fil-Malta trade fair grounds isiru fieri varji li l-poplu jattendi għalihom bi ħġaru biex jixtri l-bżonnijiet tiegħu u dan isir kemm matul il-fiera l- kbira tas-sajf u kif ukoll fid-diversi fieri partikolari li jkun hemm.", "Sal- lum dawn il-fieri tieħu ħsiebhom it-trade fair corporation, li hija a non- profit making organisation u hija rappreżentata mill-gvern, minn diversi constituted bodies u mill-esibituri li jieħdu sehem fil-fieri.", "Din il- korporazzjoni tissejjaħ a non-profit making organisation mhux għax ma tagħmilx qligħ matul is-sena imma għax hija impenjata li l-qligħ li tagħmel kull sena terġa' tinvestih fl-istess grounds li hemm.", "Minkejja li nbidlu ż- żmenijiet u żviluppat l-ekonomija tal-pajjiż, min waqqaf il-korporazzjoni rnexxilu b'għaqal isib mezz kif kull settur rappreżentat ikollu s-say tiegħu u fil-fatt fil-memorandum of association ta' l-istess korporazzjoni nsibu li ħadd ma jista' jipprova jieħu over tas-sitwazjoni minn kif inhi.", "Kull qligħ reġistrat fis-sena jerġa' jiġi investit biex jitjieb il-post ta' l-esibizzjoni u l-istess fieri jkunu ta' livell aħjar minn sena għal oħra.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar sitt snin il-livell tal-fiera għola u l- affarijiet esibiti żdiedu b'mod sostanzjali u dan juri s-sens ta' għaqal, kuraġġ u ħeġġa min-naħa tal-korporazzjoni, li rnexxilha tagħti kontribut kbir lill-kummerċjant u lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan il-fattur wassal lill-korporazzjoni biex tmur fuq is-sidien ta' l-art biex tipprova tara jekk huwiex possibbli li tixtri t-trade fair grounds ħalli x-xogħol u l- investiment li jsir fl-istess proprjeta' jibqa' jitgawda għal dejjem mill- poplu tagħna.", "Il-korporazzjoni ntalbet il-ħlas ta' Lm2 miljun għal din l-art u dak iż-żmien kienet talbet lill-Gvern Laburista biex jeżentaha mil- ħlas tal-boll.", "Fil-fatt il-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Leo Brincat, permezz ta' ittra maħruġa mill-istess ministeru aċċetta din it-talba pero' għamel ċerti kondizzjonijiet li b'mod l-iżjed sfaċċat setgħu jibbenefikaw minnhom uħud minn dawk li llum jifformaw parti mill- istess korporazzjoni u fl-istess ħin taw daqqa ta' ħarta lil dawk li kienu f'minoranza fil-korporazzjoni għax ma setgħux iwasslu l-kelma tagħhom jew jużaw il-veto tagħhom għal ċerti affarijiet.", "Huwa importanti li din il- korporazzjoni li tirrappreżenta diversi entitajiet b'interessi differenti jkollha l-veto ħalli min għandu s-saħħa ma jkunx jista' jkisser jew joħloq xi sistema li biha jgħattan lil min hu iżjed dgħajjef minnu b'tali mod li ż- żgħir ma jkunx jista' jipproteġi l-pożizzjoni tiegħu.", "B'din il-famuża ittra l-ministeru weġġa' sfaċċatament lill-esibituri għaliex kienet qed tiġi llobbjata sistema li biha l-korporazzjoni eżistenti kienet se tiġi sostitwita biex tkun kontrollata totalment mill-mexxejja ta' diversi constituted bodies li dak iż-żmien kienu qed jipprovaw jintgħoġbu mal- gvern.", "Dawn in-nies qed jipprovaw jagħmlu karambola kontra l-kummerċjant u kontra n-nies li jżuru l-fieri għaliex għadhom sal-lum jipprovaw ibiddlu s-sistema biex minn entita' li tinvesti l-qligħ tagħha fiha nnifisha, ssir entita' li l-qligħ jitqassam f'dividends jew b'xi mezz ieħor fejn il-flus jibdew jgħibu u nispiċċaw biex ikollna entita' ġdida li tkun il-money- maker tal-constituted bodies.", "Fuq quddiem fost dawn in-nies insibu lil Carlo Cini, li sfortunatament sal-lum għadu l-president tat-trade fair corporation.", "Dan il-bniedem kien wieħed minn dawk li wera ruħu favur il- Gvern Laburista u forsi laħaq wieħed minn dawk li kien jissejjaħ bħala benefattur jew ħabib tal-partit mill-ministri ta' dak iż-żmien.", "Irrid ngħid ukoll li s-Sur Carlo Cini pprova jagħmel ċerti laqgħat malajr biex l- affarijiet jgħaddu baxx baxx pero' ġie kkontrollat minn diversi membri oħrajn.", "Fil-fatt hemm diversi parteċipanti fl-istess korporazzjoni li qed jipprovaw jagħmlu karambola biex il-power sharing u d-decision-making jispiċċa milli jinqasam fuq kulħadd u jkun f'idejn erba' minn nies, bil- konsegwenza li l-korporazzjoni kif nafuha llum, li għandha l-weights and measures tagħha u tista' żżomm lil xi ħadd milli jipprova jgħaffeġ lil ħaddieħor, tispiċċa darba għal dejjem.", "Kieku kellu jiġri hekk jibdew jikkmandaw biss il-constituted bodies u l-parteċipanti fl-istess fieri, li finalment huma n-nies li jħallsu flimkien maċ-ċittadini biex il- korporazzjoni tibqa' għaddejja, ma jkollhom l-ebda say.", "Issa smajna li dawn qed jipproponu xi emendi żgħar f'din il-korporazzjoni ġdida li jridu joħolqu, pero' jien nappella lill-Ministru Josef Bonnici biex jara sewwa dak li forsi tant ġie mkebbeb u muri sabiħ lill- amministrazzjoni preċedenti u ma jħallix min jipprova jbiddel is-sistema għaliex inkella jispiċċa x-sharing of power u ssir karambola li toħloq diskriminazzjoni favur dawk li jħaddnu l-fehmiet tas-Sur Carlo Cini u l- klikka tiegħu.", "It-trade fair corporation, kif inhi komposta llum, lesta tixtri l-art u m'għandhiex bżonn tingħaqad gommorra mal-gvern tal-ġurnata, hu min hu, biex tixtri l-art.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-gvern għandu unilateralment u bla ma jagħmel il-kondizzjonijiet li ġew proposti mill- klikka, jeżenta lill-istess korporazzjoni mit-taxxa tad-dokumenti u jekk hemm bżonn jagħtiha anke tax holiday għal perijodu ta' snin biex mhux biss tkun tista' tixtri l-art imma tkompli l-embellishment tal-post mingħajr ma jkollha għalfejn tgħolli l-prezzijiet tal-parteċipanti u tal- viżitaturi tal-fieri.", "Nagħlaq billi nitlob lill-Ministru Bonnici - forsi mhux lilu personalment imma iktar lil ta' madwaru - biex ma narmux dak li ħadem tajjeb u li għadu jaħdem tajjeb sal-lum u ma nħallu li jsir l-ebda trade-off fit-trade fair corporation għaliex ma nistgħux nafdaw lil min irid jieħu over.", "Fil- fatt, darba oħra f'aġġornament ieħor inkun nista' nelabora aktar fuq dan is-suġġett.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimark?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, dan l-aħħar attendejt għal seminar li ġie organiżżat mill-kunsill lokali ta' Tal-Pieta' u ta' Gwardamanġa dwar it-tniġġiż ta' l-arja.", "Bħala membru parlamentari li nirrappreżenta dawn il-lokalitajiet il-kunsilliera ta' Tal-Pieta' u ta' Gwardamanġa talbuni biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra petizzjoni li ġiet iffirmata mir-residenti biex il-gvern jara x'jista' jagħmel biex jonqsu l- emissions miċ-ċmieni ta' l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa u anke tal- power station tal-Marsa.", "Fil-fatt il-petizzzjoni tgħid hekk:", "\"Aħna hawn taħt iffirmati, nappoġġjaw lill-Kunsill Lokali ta' Tal- Pieta' fil-kampanja sabiex titqajjem kuxjenza mmedjata fost l- awtoritajiet u l-pubbliku in ġenerali dwar l-emissjonijiet miċ-ċmieni ta' l-inċeneratur ta' l-Isptar San Luqa u l-power station tal- Marsa.\".", "Naħseb li nista' npoġġi din il-petizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Naturalment titqiegħed bħala paper laid u mhux bħala petizzjoni.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni minn residenti ta' Tal-Pieta' u Gwardamanġa favur kuxjenza dwar l-emissjonijiet miċ-ċmieni ta' l-inċineratur ta' l- Isptar San Luqa u l-power station tal-Marsa.", "Fil-leġislatura l-oħra kont għamilt diversi interventi fl-aġġornament ta' din il-Kamra biex il-kwestjoni ta' l-inċineratur ta' l-Isptar San luqa tiġi ttrattata mill-iktar fis possibbli.", "Fil-fatt f'Mejju ta' l-1997, fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista, kont għamilt mistoqsija lill-ministru tas- saħħa, fejn kont staqsejtu:", "\"Jista' l-ministru jgħid x'inhuma l-iżviluppi dwar l-inizjattiva li qed jieħu l-gvern biex jonqos l-combustion residue mill-inċineratur fl- Isptar San Luqa?\".", "Il-ministru tas-saħħa ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Michael Farrugia, kien weġibni li:", "\"F'dawn l-aħħar xhur ...\",", "- u kien qed jinkludi żmien l-amministrazzoni Nazzjonalista ta' qabel -", "\"... kienu bdew isiru diskussjoniiet ma' persuni konċernati rigward l- iżvilupp ta' sistema ta' waste management modern u effiċjenti għall- iskart ta' l-isptarijiet.", "Kienu saru wkoll preżentazzjonijiet minn ditti privati biex juru x'sistemi ġodda ta' waste management kien hemm fis-suq barra minn Malta.\".", "Aktar tard fl-istess xahar kont tlabt lill-ministru tas-saħħa biex jgħid fejn isir l-inceneration tal-waste ta' l-isptarijiet l-oħra f'pajjiżna, fosthom l-Isptar Sir Paul Boffa, l-Isptar Mount Carmel, l-Isptar San Vincenz de Paule, l-Isptar Zammit Clapp u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Kont tlabtu garanziji dwar l-iskart radjoloġiku fl-Isptar San Luqa biex dan żgur ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tar-residenti fl-inħawi u tlabtu wkoll l-inċidenza ta' mard li huwa marbut mat-tniġġiż ta' l-arja, b'mod partikolari l-marda tal-bronkite kronika, il-marda tal-kanċer fil-pulmun u l-marda ta' bronchial asthma fil-gżejjer Maltin b'mod ġenerali u kif ukoll fil-lokalitajiet tal-Marsa, ta' Tal-Pieta', il-Ħamrun u Gwardamanġa.", "It- tweġiba għal din il-mistoqsija kienet li:", "\"L-iskart radjoloġiku li jiġi prodott mill-iSptar San Luqa jiġi dispost wara li jgħaddi biżżejjed żmien minn fuqu li jiggarantixi li l- attivita' tiegħu tkun waqgħet għal livelli inokwi.", "Materjal dijanostiku jew terapewtiku li jkollu half life twila jinżamm ġewwa holding tanks għal perijodu ta' żmien suffiċjenti biex jiġi de-attivat qabel ma jiġi mormi jew inċenerat.", "Il-miżuri li jittieħdu huma fuq rakkomandazzjoniiet ta' l- International Commission on Radiological Protection.", "Jien sodisfatt li l-Isptar San Luqa qed josserva rakkomandazjonijiet internazzjonali għal dak li jirrigwarda skart radjoloġiku\".", "Meta wieħed jiġi għall-figuri ta' inċidenza ta' mard, huwa interessanti li wieħed jinnota li għal dak li jirrigwarda l-kanċer fil-pulmun, filwaqt li f'pajjiżna b'mod ġenerali r-rata għal kull 1,000 persuna hija ta' 0.36, fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Pieta', Gwardamanġa u l- Marsa r-rata hija ta' 0.42.", "Dan ifisser li r-rata hija kemm xejn għolja f'dawn il-lokalitajiet milquta sew mill-inċineratur ta' l-iSptar San Luqa u kif ukoll mill-power station tal-Marsa milli fil-bqija tal-gżejjer Maltin.", "Għal dak li jirrigwarda n-numru ta' admissions fl-Isptar San Luqa b'każijiet ta' bronkite kronika, dak li aħna nsejħulu acute exacerbation ta' chronic bronchitis, jirriżulta li filwaqt li fil-gżejjer Maltin ir-rata hija ta' madwar 0.57 għal kull 1,000 persuna, fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Pieta', Gwardamanġa u l-Marsa r-rata hija ta' 0.64.", "Għaldaqstant, anke għal dak li jirrigwarda bronkite kronika jew bronkite akuta, żgur li admissions minn dawn l-inħawi huma iktar frekwenti milli mill-bqija tal-gżejjer Maltin.", "Pero' b'mod sorpriż ninnota li għal dak li jirrigwarda l-ażma n-numru ta' admissions fl-isptar kien iktar għoli b'mod ġenerali mill-gżejjer Maltin milli milll-inħawi tal-Ħamrun, Pieta', Gwardamanġa u l-Marsa.", "Fil-fatt għal kull 1,000 admission ta' ażma r-rata kienet ta' 1.55 għall-gżejjer Maltin u 1.37 għal-lokalitajiet tal-Ħamrun, Pieta', Gwardamanġa u l-Marsa.", "Wieħed irid jiftakar ukoll li l-marda ta' l-ażma hija iktar komuni fit- tfal u peress li f'dawn il-lokalitajiet hemm inqas tfal milli hemm fi bliet u rħula oħra f'pajjiżna, jista' jkun li dan il-fattur ikollu effett fuq dawn il-figuri.", "Barra minn hekk, l-Isptar San Luqa huwa iktar viċin dawn il-lokaitajiet u allura jista' jkun li n-numru ta' admissions jkun iktar qawwi.", "Hemm fatturi oħrajn li jistgħu jikkawżaw dan il-mard, fosthom it-tipjip u allura f'postijiet partikolari fejn, per eżempju, ikun hemm aktar ħaddiema ta' l-id wieħed jistenna li t-tipjip ikun iktar frekwenti u għaldaqstant jista' jaffettwa dawn il-figuri.", "Fl-1997 kont għamilt mistoqsija oħra lill-ministru tas-saħħa dwar il- kwestjoni ta' l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa u l-ministru kien weġibni li fiċ-ċumnija ta' l-isptar hemm ħames exhaust pipes, erba' mill-boilers u wieħed mill-inċineratur.", "Hu qalli li mill-boiler ġieli joħroġ duħħan iswed iżda normalment ma jkunx hemm tniġġiż viżibbli u meta fl-1996 ġie analizzat ir-rubbish ta' l-isptar biex jiġi identifikat x'jikkawża dan id-duħħan iswed, irriżulta li dan kien dovut għar-rimi ta' materjal tal-plastic u biex dan jiġi evitat saqqijiet ma baqgħux iżjed jinħarqu fl-isptar u l- plastic u autoclaves jiġu mormija fil-miżbla tal-Magħtab.", "Irrid ngħid li f'Ottubru ta' l-1997, il-ministru kien qal li d-dipartiment tas-saħħa kien għadu qed jistudja fid-dettall pjanijiet ta' waste management għall-futur.", "Sur President, f'din il-leġislatura jien erġajt għamilt mistoqsijiet lill-ministru tas-saħħa, l-Onor.", "Louis Deguara, fejn staqsejtu:", "\"Jista' l-Ministru jibda jara li jsiru analisi ta' diversi gassijiet tossiċi minħabba l-inċeneratur ta' l-Isptar San Luqa bħalma tagħmel il- Korporazzjoni Enemalta fil-każ tal-power station tagħha, peress li d- dipartiment tas-saħħa għandu jkun minn ta' l-ewwel biex jagħti eżempju għal dak li jirrigwarda tniġġiż ta' l-arja?\".", "Hija paradossali li filwaqt li l-Korporazzjoni Enemalta teżamina l-arja fl- inħawi tal-power stations biex tkun ċerta li l-livell ta' tniġġiż ta' l- arja għal dak li jirrigwarda diversi gassijiet tossiċi huwa inqas mill- ogħla ammont aċċettabbli internazzjonalmenti, id-dipartiment tas-saħħa sal- ġurnata tal-lum għadu ma jagħmilx dan l-eżerċizzju.", "Meta jien sħaqt li d- dipartiment tas-saħħa għandu jkun minn ta' quddiem nett biex jeżamina t- tniġġiż ta' l-arja għaliex xogħlu primarjament huwa li jipproteġi s- saħħa taċ-ċittadini Maltin mhux biss f'livell ta' kura imma anke f'livell ta' prevenzjoni, il-Ministru Louis Deguara weġibni li d-dipartiment tas- saħħa kien qed jistudja x'metodi ta' analisi għall-gassijiet tosiċi fl-arja jistgħu jsiru fl-akwati ta' madwar l-inċeneratur ta' l-Isptar San luqa.", "Huwa importanti li jkollna riżultati mill-iktar fis possibbli kemm għal dak li jirrigwarda żvilupp ta' sistema ta' waste management għall-iskart ta' l- isptarijiet f'pajjiżna u kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-metodi dwar analisi ta' gassijiet tossiċi fl-arja fl-akwati ta' madwar l-inċeneratur ta' l-Isptar San Luqa.", "Qabel nagħlaq, Sur President, nixtieq nagħmel riferenza għall-epidemija ta' l-influwenza li qed taħkem il-gżejjer tagħna bħalissa.", "Irrid nieħu din l-okkażjoni bħalma diġa' għamilt f'okkażjoniiet oħra fuq il-media biex inserraħ ras il-poplu Malti li l-influwenza fil-parti l-kbira tal-każijiet m'hijiex qed tagħmel xi ħsara ta' barra minn hawn u fil-fatt qed ikollna s- sintomi tad-deni, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-għadam, għejja, sogħla anke agressiva, flissjoni u f'xi każijiet ikun hemm sintomi ta' gastro- enteritis.", "Jiena bħala tabib tal-familja rajt wkoll diversi każijiet ta' influwenza u għalkemm insib sinjali ta' infjammazzjoni fil-griżmejn jew kultant xi daqsxejn bronkite imma żgur li m'hemmx lok għall-allarm.", "Filwaqt li huwa minnu li tfal li jbatu bl-ażma huma iktar suxxettibbli għall-attakki ta' l-ażma, u anzjani li jbatu b'heart failure jew bronkite kronika huma iktar suxxettibbli għal xi komplikazzjonijiet, bħalma hija dehydration speċjalment fil-każijiet ta' deni għoli, nemmen li m'hemmx lok għall-allarm.", "Dan qed ngħidu għax m'ilux kont fl-Isptar San Luqa qed inżur xi pazjenti u kont impressjonat bin-numru esaġerat ta' pazjenti li hemm rikoverati fis-swali tal-mediċina.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "Fid-9.53p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TA' QALI - INDUSTRIAL ESTATE", "2882.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iżviluppi li ntlaħqu mill-5 ta' Settembru 'l hawn fl-Industrial Estate ta' Ta' Qali?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' industriji żgħar u kbar li joperaw minn Ta' Qali fil-preżent u kemm iħaddmu ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-iżviluppi li ntlaħqu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn fl-Industrial Estate ta' Ta' Qali huwa dawn li ġejjin:", "a) beda x-xogħol fuq wieħed minn tliet car parks ippjanati bħala parti mill-proġett ta' żvilupp ta' din iż-żona.", "b) qed jiġu ppreparati l-ispecifications għal xogħol ta' upgrading ta' servizzi u toroq.", "ċ) qed jiġi ppreparat construction management plan biex jirregola x- xogħlijiet li jridu jsiru, liema pjan irid jiġi sottomess għall- approvazzjoni ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "d) l-MDC hija nformata wkoll li waslet biex tiġi pproċessata applikazzjoni għall-permess li hija kienet għamlet biex jinbena administration block li jservi l-ħtiġijiet ta' din iż-żona.", "In-numru ta' industriji żgħar u kbar li joperaw minn Ta' Qali huwa 67.", "Dawn l-Industriji iħaddmu bejniethom 195 persuna fulltime, 20 part-timers u sitt outworkers.", "WSC", "2940.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex fil- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jseħħ dak li ntqal fid-diskors tal- Budget 1999:", "\"nistennew li din il-Korporazzjoni żżid l-effiċjenza tagħha għax ħadd ma jista' jippretendi li l-poplu jħallas minn imnieħru, kemm fil-prezz ta' l-ilma jew f'taxxi oħra għal ineffiċjenza u ħela li għandhom jispiċċaw\"?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li għalkemm dan l-aħħar l-attenzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet ikkonċentrata fuq l- irranġar tal-problemi li ġew ikkaġunati mill-użu ħażin tas-sistema tal-ħruġ tal-kontijiet fl-aħħar sena.", "Qed isir eżerċizzju li permezz tiegħu mhux biss jiġu ddentifikati l-problemi li qed ixekklu l-effiċjenza fil- korporazzjoni, iżda wkoll jitfasslu miżuri biex l-effiċjenza tiġi ammeljorata.", "TAXXI INTERNI - KONTRIBUZZJONIJIET SOĊJALI", "2941.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jdaħħal il-Gvern matul l-1999 miż- żieda fil-kontribuzzjoni soċjali ta' l-impjegati minn 8.33% għal 9% tal- paga bażika?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hu stmat li ż-żieda fil-kontribuzzjoni tas-sigurta soċjali ta` l-impjegati minn 8.33% għal 9% tissarraf b`kollox fi dħul ta` Lm4.8 miljuni, li minnhom il-Gvern stess ikun ikkontribwixxa Lm1.6 miljuni (terz) bħala kontribuzzjoni ta` l-istat.", "Dan ifisser dħul net ta` Lm3.2 miljuni.", "ESTIMI ĠENERALI 1999 - ŻIEDA FIL-PREZZIJIET", "2942.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jdaħħal il-Gvern miż-żieda mħabbra fl- aħħar Budget matul l-1999: ta' 10ċ fuq pakkett sigaretti king size; ta' 10ċ fuq pakkett sigaretti standard; fuq is-sisa tat-tabakk għas-sigaretti tal-brim?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Permezz taż-żidied fid-dazju tas-sisa mħabbra fl-aħħar budget fuq sigaretti King Size u Standard Size u fuq it-tabakk għas- sigaretti tal-brim, l-erarju tal-Gvern hu mistenni li jiżdied b`madwar Lm2.0 miljuni.", "SWIEQI - TRAFFIC LIGHTS", "2943.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jieħu l-passi meħtieġa biex fis- Swieqi jonqsu l-perikli li hemm għal dawk li joħorġu bil-karozza min-naħa tal-Green Grove Guest House u minn taħt il-bridge għal Regional Road?", "Jistgħu jsiru traffic lights f'dawn iż-żewġ postijiet fis-Swieqi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "2959.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal dak li hemm f'paġna 70 tad-diskors tal-Budget 1999 fejn jingħad:", "\"Se nitkellmu mal-unions biex nindirizzaw il-problema ta' nies żejda f'ċerti gradi.\".", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew il-laqgħat mal-unions dwar din it- tema?", "Min se jmexxi dawn il-laqgħat min-naħa tal-Gvern?", "Il-Gvern kemm jaħseb li għandu ħaddiema żejda u f'liema gradi qegħdin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi l-laqgħat mal-Unions dwar nies żejda f'ċerti gradi sejrin jibdew fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.", "Dawn id-diskussjonijiet, li sejrin jitmexxew mill-Management and Personnel Office għan-naħa tal-Gvern, sejrin jiġu inkwadrati fil-qafas ta' eżerċizzju li diġa nbeda, u li qiegħed jiffoka fuq il-kapaċitajiet tal- ħaddiema fil-gradi industrijali u kif dawn il-kapaċitajiet jistgħu jiġu żviluppati u wżati b'mod aktar effiċenti u effettiv.", "In-numri dwar iż-żejjed u n-nieqes fil-kapaċitajiet ta' dawn il-ħaddiema għall-ħtiġijiet ta' l-operat tal-Gvern jiġu determinati meta dan l- eżerċizzju, kif ukoll il-laqgħat mal-Unions, jilħqu stadju aktar avvanzat.", "PA - APPLIKAZZJONI 4801/97", "2961.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Il- Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta beħsiebu jikkonsidra s-sottomissjoni dwar l-applikazzjoni 4801/97 biex il-guest house Green Arches fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar tinbidel fi skola li tgħallem l-Ingliż lil barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li Appell Nru. 527/98 dwar l- applikazzjoni msemmija, ġie diferit għad-deċiżjoni, wara li l-perit ta' l- appellant, fit-13 ta' Novembru, 1998 għamel is-sottomissjonijiet tiegħu.", "Ninsab informat ukoll li d-deċiżjoni dwar dan, se tingħata fil-futur qarib.", "KUNTRATTURI - ĦLASIJIET", "2963.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-protesta li saret riċentement minn numru ta' kuntratturi minħabba l-fatt li għadhom ma tħallsux għad-dovuti xogħlijiet li għamlu numru ta' snin ilu, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi ta' din is-sitwazzjoni u ċioe' meta se jibdew isiru dawn il-pagamenti dovuti lill-imsemmija kuntratturi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Proprju xi ġranet qabel ma` numru ta` kuntratturi għamlu l-protest li qiegħed jaċċenna għalih l-Onor.", "Interpellant, kien ġie mwaqqaf kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Ministru tal-Finanzi, tad- Dipartiment tal-Kuntratti u tad-Dipartiment tat-Toroq biex jevalwa t- talbiet li għamlu l-kuntratturi u jiġi assigurat li x-xogħol sar u sar sewwa ħalli jkun jista` jitħallas.", "Diġa' sar progress u għadd ta` kuntratti li jiswew `l fuq minn Lm250,000 ġew verifikati u mgħoddija għall-ħlas.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONANTI", "2964.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-anomaliji fil-Liġi tas- Sigurta' Soċjali li neħħa l-Gvern preċedenti Laburista bħal fil-każ tal- pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi u tal-pensjonanti romol irġiel, (armel), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' pensjonanti f'Malta u Għawdex li bbenefikaw minn dawn il-miżuri ġodda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar in-numru ta' pensjonanti li bbenefikaw minn żieda fil-pensjoni bl-ammendi ta' l-4 ta' Ottubru, 1997 nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 1096.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru wkoll, li n-numru ta' rġiel li bbenefikaw minn Pensjoni tar-Romol bl-ammendi li daħlu fis-seħħ b'effett mit-3 ta' Jannar, 1998 huwa għaxra (10).", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - KAŻIJIET", "2965.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fejn iċ-ċittadini rrapportaw lid-Dipartiment tal-Konsumatur matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?", "Kemm tressqu każijiet quddiem il-Qorti tagħna sabiex id- dipartiment jiddefendi l-interessi tal-konsumaturi msemmija, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "SENA NUMRU TA' ILMENTI REGISTRATI KAZIJIET IMRESSQA L-QORTI", "1994 644 3 1995 521 3 1996 864 1 1997 724 1 1998 773 -", "Tajjeb wieħed jgħid li l-interessi tal-konsumatur ma jiġux imħarsa biss meta każ jitressaq quddiem il-qorti, għax kif għidt fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 1981, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal- Konsumatur għandu l-funzjoni ta' medjazzjoni u hija l-policy ta' l-istess dipartiment, bħalma hija l-prattika fl-Ewropa, li jeduka kemm lill- kummerċjant kif ukoll lill-konsumatur.", "Jittieħdu passi legali kontra l- kummerċjant meta dan ma jirregolax ruħu wara li tkun inġibditlu l- attenzjoni għall-irregolarita'.", "KUNSILLI LOKALI - RIJABILITAZZJONI TA' WIDIEN", "2966.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu lid-dipartiment u/jew il-ministeru sabiex jiġu rranġati u/jew rijabilitati l-widien li jinsabu fil-konfini tal-lokal tagħhom?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjonijiet tal- Ministeru għal dawn it-talbiet u ċioe' meta se jiġu sodisfatti t-talbiet ta' dawn il-kunsilli lokali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kunsilli lokali li magħhom kien diskuss xogħol fuq widien, kienu ta' Ħaż-Żebbuġ u ta' Ħal Qormi.", "Wied Baqqiegħa u Wied Qirda, kif ukoll fejn it-Troll, Ħaż-Żebbuġ sar ammont konsiderevoli ta' xogħol.", "Ix-xogħol ikompli kif it-temp jippermetti.", "Wied is-Sewda u Tal-Ħlas, bejn Żebbuġ Road, Attard u Tal-Blat, Qormi, ġie mnaddaf kollu, barra li saru wkoll tiswijiet ta' lqugħ ta' l-ilma.", "Ix- xogħol għadu sejjer u aktar 'il quddiem għad irid jinbena pont fejn il- pumping station ta' l-ilma Tal-Ħlas.", "Qiegħed isir ukoll xogħol fejn is-sit magħruf bħala l-\"Erba' Qaddisin\", Ħal-Qormi li wkoll huwa parti mix- xogħlijiet tal-Widien.", "ENEMALTA - ĠUGARELLI TAL-MILIED", "3009.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta' rigali ta' ġugarelli tal- Milied tal-Korporazzjoni Enemalta f'dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA - KAROZZI TAL-KUMPANNIJA", "3010.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li għandhom karozza tal-kumpannija fil-Korporazzjoni Enemalta?", "Min huma dawk li jieħdu l-allowance kull xahar talli jużaw il-karozza tagħhom?", "Hemm min fil-Welfare Committee tal- Korporazzjoni Enemalta juża l-karozza tal-kumpannija u fl-istess ħin jieħu l-allowance talli suppost qed juża l-karozza tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MALTACOM - LINJI TAT-TELEPHONES", "3011.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li l-Maltacom qed tippjana li taqta' eluf ta' linji abbonati li waqgħu lura fil-ħlas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2934, mhux fl-interess tal-Maltacom li tagħmel restrizzjonijiet jew taqta' l-linji lill-abbonati, pero' tkun kostretta tagħmel dan wara li jkunu ttieħdu l-passi elenkati fit-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija msemmija fuq.", "SPTAR MONTE CARMELI - FATTIGI", "3012.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi f'rapport li kien sar qabel l-elezzjoni ta' l-1996 mid-Dipartiment tas- Saħħa kien intqal li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm fattigi żejda, jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jgħid fejn jinsabu dawn il-fattigi żejda?", "Jekk hemm fattigi żejda, għaliex f'dawn l-aħħar snin ċerti postijiet f'dan l-isptar ma baqgħux jinżammu nodfa daqs qabel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PAWLU BOFFA", "3031.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-gabbana ta' Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid tinfetaħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li d-Dipartiment ta' l-Artijiet, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, qed jikkonsidraw jekk u liema mill-kondizzjonijiet speċjali fl- aħħar ftehim tal-kirja, li kien sar fl-20 ta' Ottubru, 1997 għandux jibqa' responsabbli għalihom il-kerrej prospettiv jew għandhomx jgħaddu taħt ir- responsabbilita' tal-kunsill lokali.", "SANTA LUĊIJA - BINI TA' DJAR", "3032.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jinbnew flats jew maisonettes faċċata ta' Triq Katarina Vitale, Santa Luċija?", "Jekk se jinbnew flats, kemm se jkunu għolja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-art li qiegħda biswit l-iskola ġdida ta' Santa Luċija, il-proġett jikkonsisti fi 18 il-maisonette u garaxxijiet.", "SANTA LUĊIJA - XOGĦLIJIET FIL-GROUND", "3033.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol fuq il-ground tal- football ta' Santa Luċija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fil-ground tal-football ta' Santa Luċija kien ippjanat li jsir mill-Klabb tal-Football tal-lokal.", "Il- Klabb kien ingħata s-somma ta' Lm5,200 li ġiet approvata fil-31 ta' Awissu 1998 bħala għajnuna biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "Se nkompli nsegwi l- kwestjoni.", "KUNSILLI LOKALI - MARSA", "3034.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li hemm ippjanati mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-poplu Marsi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` konċernata.", "TARXIEN - ASFALTAR TA' TOROQ", "3035.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw tarmac għas-sena 1999 fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal pjan għall-kisi ta` toroq madwar Malta, naturalment inkluż Ħal Tarxien.", "Meta dan il-pjan ikun iffinalizzat inkun nista' nagħti l- informazzjoni meħtiega.", "DJAR - POSTIJIET VOJTA", "3036.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet vojta tad-Dipartiment tal-Housing f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali bħalissa għandu 17-il post vojt madwar Malta u Għawdex.", "GĦAQDIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - TALBIET GĦALL-GĦAJNUNA", "3069.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2277?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li daħlu 35 talba għall-għajnuna għal iniżjattivi minn Għaqdiet ta' Żgħażagħ.", "Dawn it-talbiet jaqgħu kollha taħt l-Item 4185 - Programmes and Initiatives.", "L-għaqdiet li applikaw huma:", "Uffiċċju Parrokkjali Bormla Grupp Żgħażagħ Vittoriosani Members in Christian Rights Organisation Juventutis Domus Sacra Familia Third World Group Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu' Għaqda Voluntiera Sta Venera Malta Canoe Club Mosta Youth Centre MUSEUM Subien Żebbuġ Tony Lawrence Dance School Moviment Era Ġdida AIESEC Malta University Sports Club Żebbuġ Vikings Football Club Tonio Bonello Malta Shotokan Karate Int.", "Federation Żgħażagħ Azzjoni Kattolika Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina Għaqda tal-Konsumaturi ECO Żgħażagħ għal Dinja Magħquda Miriam Cauchi Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi SACES Antonio Depasquale Youth Centre B'Bugia San Ġwann Scout Group Dingli Parish Drama Circle AEGEE Valletta Inizjamed Malta Girl Guides Association Klabb Letterarju tal-Junior College Don Bosco Youth Centre Savio Vocational Club", "Ma naħsibx li huwa etikament korrett li tixxandar informazzjoni dwar il- proġett jew l-attivita' ta' dawn l-għaqdiet u kemm hi s-somma li ġiet mitluba minn kull għaqda.", "Id-deċiżjoni dwar kif jingħataw dawn il-fondi tittieħed minn bord dipartimentali li jiġi maħtur għal dan il-għan u li fuqu jkun hemm ukoll rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "GĦAQDIET SPORTIVI", "3070.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2276?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien u s-Segretarju Parlamentari kellna diversi laqgħat ma' għaqdiet sportivi, taż-żgħażagħ u volontarji.", "L-għan prinċipali ta' dawn il-laqgħat kien li jkomplu jissaħħu r-rapporti eżistenti bejn dawn l-assoċjazzjonijiet u l-gvern f'kull qasam.", "VOT KAPITALI NUMRU 13", "3071.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2092, jista' l- Ministru jgħid liema huma l-commitments li diġa' jeżistu u liema huma dawk il-proġetti kapitali l-oħra li qed ikunu ppjanati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2412.", "ŻGĦAŻAGĦ - ATTIVITAJIET", "3072.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri numru 2060?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena s-Sezzjoni Żgħażagħ tad- Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se torganizza skambju ma' Ċipru u madwar erba' skambji ma' l-Italja.", "Dawn l-iskambji huma regolati bi Protokolli mal-pajjiżi rispettivi.", "Intlaħaq ukoll qbil biex isiru żewġ skambji mal- Ġermanja, u wieħed ma' l-Ingilterra, Slovakia, Turkija u t-Tunisija rispettivament.", "Se jiġu ffinanzjati numru kbir ta' attivitajiet fosthom il-ħarġiet kulturali, għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet taż-żgħażagħ, il-Youth Specialisation Studies Scheme, ħlasijiet ta' membership għal istituzzjonijiet internazzjonali, kif ukoll exhibitions, pubblikazzjonijiet, seminars u konferenzi.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦGĦ - RAPPORT", "3073.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1964?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma dawn:", "President: Lorraine Napier (Moviment Zghazagh Partit Nazzjonalista) Vici-President: Anthony Cremona (Studenti Demokristjani Maltin) Segretarja Ġenerali : Claudette Azzopardi (Kerygma Żgħażagħ) Segretarja Internazzjonali: Ruth Bajada (Ghaqda tal-Malti Universita') Tezorier: Andre' Chetcuti (Kunsill Studenti tal- Junior College) Youth Services Secretary: David Muscat (Nixxiegha Kulturali) Youth Studies Secretary: Maronia Scerri (Ghaqda Studenti tal-Ligi) Corporate Andrea Gera de Petri (Studenti Demokristjani Relations: Maltin) Projects Secretaries: Maria Cassar (Zghazagh Haddiema Nsara)", "Kevin Cutajar (Kunsill Studenti Universitarji) Mario Sacco (CMTU Youths)", "Dawn il-membri ġew nominati mill-għaqdiet imsemmija pero' fil-kunsill ma jkunux qegħdin jirrappreżentaw lil dawn l-għaqdiet iżda liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "It-tliet membri li kienu ġew nominati mis-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ Sport Kultura u Arti jiġifieri Claudette Baldacchino, Brandon Pisani u Godwin Xuereb offrew ir-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern.", "It-tliet rappreżentanti l-ġodda huma Vicky Spiteri, Alessandro Farrugia u Cedric Farrugia.", "Il-ħidma li wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tinkludi parteċipazzjoni f'diversi seminars u korsijiet dwar fatti u problemi li jolqtu liż-żgħażagħ fil-ħajja tal-lum u tal-ġejjieni u anke dwar ir-rwol tagħhom fis-soċjeta' fil-qasam lokali u internazzjonali.", "Il-membri tal- kunsill se jkomplu jimpenjaw ruħhom bil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess taż- żgħażagħ.", "Din il-ħidma se tinkludi konferenzi kemm Malta kif ukoll barra, organizazzjoni ta' Jum iż-Żgħażagħ u seminar dwar il-politika nazzjonali fuq iż-żgħażagħ.", "Kopja tar-rapport bit-titlu \"The Right to Work\" li ġie ppreżentat fil- laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "ATTIVITAJIET SPORTIVI", "3074.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2061?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fost l-attivitajiet sportivi li se jiġu ffinanzjati mil-line item 4178 tal-Vot tad-Dipartiment ta' l-Isport hemm il- Konferenza Ewropea ta' l-Isport, Skola Sport, Sport for All u inizjattivi oħra sportivi li jieħu d-dipartiment matul is-sena.", "L-organizazzjonijiet li se jiġu megħjuna huma l-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għaqdiet sportivi.", "Din l-għajnuna tiġi offruta primarjament għal parteċipazzjoni f'tournaments internazzjonali, organizzazzjoni ta' tournaments internazzjanali f'Malta u titjib tal-faċilitajiet.", "Kull talba tiġi kkonsidrata fuq il-merti tagħha.", "DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U ARKIVJI - TRASFERIMENTI", "3093.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal- 31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil- post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - TRASFERIMENTI", "3094.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tad-Djar?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi matul il-perijodu indikat, ma ingħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "It-trasferimenti fid-dipartimenti tal-Gvern huma regolati mill-esiġenzi tas-Servizz.", "AWTORITA' TAD-DJAR - TRASFERIMENTI", "3095.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-Awtorita' tad- Djar?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-Awtorita' tad-Djar ma sar ebda trasferimenti u m'hemm ebda ħsieb li jsiru.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - TRASFERIMENTI", "3096.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998 saru tmien trasferimenti mid-dipartiment u żewġ trasferimenti għal mad- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Bħalma jaf l- Onor. Interpellant, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed f'fażi fejn xogħol li kien qed isir Malta, beda jiġi pproċessat ġo Għawdex.", "Fil-futur qarib hu ttamat li dan il-proċess jitkompla.", "Dan it-trasferiment ta' xogħol ser iġib miegħu trasferiment ta' ħaddiema, sew fid-dipartiment kif ukoll barra mid-dipartiment, skond kif ikun meħtieġ.", "DJAR TA' L-ANZJANI - TRASFERIMENTI", "3097.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Djar ta' l- Anzjani?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-Djar ta' l-Anzjani bejn id-29 ta' Ottubru u l- 31 ta' Diċembru, 1998 sar trasferiment wieħed.", "Dan sar fuq talba tal- persuna innifisha.", "Għalissa, m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru trasferimenti oħra.", "DOI - TRASFERIMENTI", "3098.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-DOI?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat illi matul il-perijodu msemmi kien hemm żewġ trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.", "Dawn it- trasferimenti saru fuq talba personali ta' l-uffiċjali nvoluti.", "Fil-futur qarib jista' jkun hemm żewġ trasferimenti oħra, wieħed biex jiġi uffiċjalizzat transfer għas-Segretarjat Privat tiegħi u l-ieħor fuq talba ta' l-impjegat konċernat.", "MOSTA - TRIQ RADDET IR-ROTI - TISWIJA", "3156.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk Triq Raddet ir- Roti, Santa Margerita, Mosta hijiex taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill jew tal-Gvern Ċentrali biex tiġi rranġata?", "Billi din it-triq hi forma ta' għalqa u billi fiha hemm għad ta' djar bi trabi, possibbli li jsir xi ħaġa biex din it-triq tiġi rranġata?", "Jaħseb il-Ministru li toroq bħal dawn għandhom jingħata prijorita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija għadha qatt ma ġiet asfaltata u għalhekk hija responsabbilta` tad-Dipartiment tat-Toroq li jagħti l-asfalt lil din it-triq wara li jitlesta` l-izvilupp li qed isir fiha u jkunu tqiegħdu s-servizzi neċessarji ta` taħt l-art b`mod permanenti biex it-triq ma terġax tinqala`.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija id-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal programm ta` prijoritajiet meħtiega sabiex jitwettqu x-xogħolijiet meħtieġa madwar Malta.", "BARRIERI TAL-QAWWI - GRADING", "3157.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk: hemmx grading tal-materja prima li jipproduċu l-barrieri tal-qawwi; u issir sorveljanza sabiex jiġi stabilit li fil- planki u/jew konkos użat għas-soqfa jintużawx ramel u żrar ta' kwalita' rikjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PROPRJETA' - ŻURRIEQ", "3158.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid: kemm hemm plots fiż-Żurrieq li mhumiex żviluppati u li huma proprjeta' tal-gvern/Joint Office; dawn il-plots jiġu allokati jew inkella żviluppati u wara allokati; u jekk dan il-proċess m'huwiex pendenti, dawn il-plots se jiġu mdawra b'ħitan bħal ma jiġu mġiegħla jagħmlu s-sidien ta' plots oħra fil-lokalita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien informat li mill-proprjeta' li ġiet trasferita lill-Gvern mill-Knisja, l-Uffiċċju Konġunt iddentifika 34 plot fiż-Żurrieq li m'humiex żviluppati.", "20 minn dawn il-plots se jiġu ttrasferiti lill- Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati għal akkomodazzjoni soċjali.", "Hemm il-ħsieb li l-plots battala f'idejn l-Uffiċċju Konġunt jiġu kollha trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati.", "ŻURRIEQ - ŻONA INDUSTRIJALI", "3159.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1466/98, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ stante illi mid-dokumenti li qed jintbagħtu separatament, jirriżulta li l-Kummissarju tal-Pulizija eċċeda u biddel l-iskop li għalih inħareġ il-permess 4690/93?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess kummissarju setax ikollu tali fakulta' ladarba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qatt ma tat l-awtorizzazzjoni tagħha?", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu sabiex dan il-permess u ċioe' TL/G/16/95 skorrettament konċess jiġi rtirat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-kwestjoni li dwara qed issir il- mistoqsija, hija s-suġġett ta' proċeduri fil-Qorti li għadhom sub judice u li fih l-Onor.", "Interpellant hu personalment involut.", "PULIZIJA - TEAM TAL-JUVENTUS FL-MIA", "3286.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija on duty fl-arrivals section ta' l- Ajruport Internazzjonali sabiex jikkontrollaw il-folla dak inhar li wasal it-team tal-Juventus f'Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kien hemm 25 pulizija.", "VAT II - ŻIEDA FIL-PREZZIJIET", "3287.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu irrapportati żidiet fil-prezzijiet kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-VAT II?", "Liema kienu dawn l-items?", "B'kemm għollew?", "Kemm kien hemm każi fejn il-Ministeru intervjena sabiex jassigura li ċerti prodotti jorħsu kemm suppost?", "Liema kienu dawn il-każi?", "X'miżuri konkreti qed jieħu l-Ministeru biex jiżgura jekk żidiet f'ċerti servizzi kenux ġustifikati jew le?", "Kemm saru investigazzjonijiet dwar żidiet konnessi mas-settur tas- servizzi?", "Kemm daħlu ilmenti fuq is-servizzi?", "Kemm daħlu ilmenti fuq il- freephone jum b'jum kemm ilha li reġgħet iddaħħlet il-VAT?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-VAT, daħlu fil- Consumer Complaint Unit tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur 143 rapport dwar żidiet fil-prezzijiet.", "Ir-rapporti li daħlu fuq il-Freephone 120, jum b'jum, kienu kif ġej:-", "DATA NUMRU TA' LMENTI", "4.01.1999 11 5.01.1999 12 6.01.1999 27 7.01.1999 16 8.01.1999 27 11.01.1999 39 12.01.1999 11 TOTAL 143", "SPTARIJIET PRIVATI - XOGĦLIJIET", "3288.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar l-offerti li saru lill-gvern biex jiddelega xogħol fl-isptarijiet privati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma nħosx li għandi nagħti dettalji f'dan l-istadju.", "LUKANDI", "3289.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm lukandi li huma under construction?", "Kemm hemm li qed jiġu upgraded?", "Kemm mistennija jipprovdu sodod individwalment?", "F'liema kategoriji jinsabu?", "Kemm inbnew lukandi ġodda u saru upgradings mill-1995 sal-lum sena b'sena?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - TURISTI", "3290.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu l-average durations tat-turisti li żaruna mill-1995 sal-lum, sena b'sena, skond il-kategorija tal-akkomodazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - ĦADDIEMA", "3291.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm persuni u f'liema gradi kienet komposta l-istamperija tal-Gvern għas-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "STAMPERIJA TAL-GVERN - KOTBA STAMPATI", "3292.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew stampati mill-istamperija tal- Gvern mill-1945 sal-lum, liema huma t-titoli tagħhom u kemm minnhom inbiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena informat li l-informazzjoni li tista' tinġabar tmur lura għall-aħħar ftit snin biss.", "Id-dettalji li għadhom qed jinġabru jingħataw f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - SPEZZJONIJIET", "3293.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spezzjonijiet mid- Dipartiment tas-Saħħa ġewwa stabbilimenti ta' l-ikel u hotels tul is-sena 1998 u kemm ittieħdu passi legali fuq dawn l-ispezzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul 1998 id- Dipartiment tas-Saħħa għamel 880 spezzjoni f'lukandi u 27,451 spezzjoni gewwa stabilimenti ta' l-ikel.", "Id-dipartiment ħareġ ukoll 147 kap t'akkuza konessi ma' dawn l-ispezzjonijiet.", "Peress li l-Onor.", "Interpellant ma specifikax it-tip ta' stabilimenti ta' l-ikel, l-informazzjoni li qed tingħata tirrigwarda spezzjonijiet f' dawn il-kategoriji ta' stabbilimenti kollha li jipprovdu l-ikel.", "Dawn huma:", "|fran |mtiehen | | |tad-dqid | |fabbriki ta' |fabbriki | |l-ghagin |tad-dadam | |hwienet li jahdmu|fabbriki | |u jbieghu l-helu |tal-laham | |fabbriki |restaurants u | |tal-minerali |snack bars | |hwienet tal-kafe |hwienet | | |tal-laham | |hwienet tax-xorb |fabbrika | | |tal-prodotti | | |tal-halib | |hwienet tal-merca|irziezet | | |tal-baqar u | | |moghoz | |cold stores |kjoskijiet | |fabbriki |irziezet | |tal-inbid |ghat-trobbija | | |tat-tigieg | |bicceriji |bejjiegha | |tat-tigieg |bl-ingross | |vetturi li jgorru|vetturi li | |l-halib |jgorru l-laham| |vetturi li |bejjiegha | |minnhom jinbiegh |tal-haxix | |il-hobz | | |hwienet tal-hut |hwienet fejn | | |jinbiegh | | |tigieg u bajd |", "XGĦAJRA - TOROQ", "3330.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinkariga rappreżentanti tad- dipartiment tat-toroq sabiex jieħdu ħsieb jagħmlu rapport ta' l-istat tat- toroq ġewwa r-raħal tax-Xgħajra billi minn dawn hemm numru li ġew asfaltati u hemm oħrajn li għadhom ma ġewx asfaltati u hemm bżonn li jsiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir l-ispezzjoni.", "LANDS DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3331.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm100 iżda li ma jaqbżux il-Lm200 bħala ħlas fis-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' kirjiet u ċnus li jirċievi l-ħlas tagħhom id-Dipartiment ta' l-Artijiet minn għand il- pubbliku in ġenerali li huma l' fuq minn Lm100, iżda li ma jaqbżux il-Lm200 fis-sena hu ta' 2,239.", "Dan in-numru jinkludi kirjiet u ċnus dwar flats, djar u plots li jiġu allokati mid-Dipartiment tas-Social Housing u l-Awtorita' tad-Djar.", "LANDS DEPARTMENT - KIRJIET/ĊNUS", "3332.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali ta' fortizzi u partijiet minn fortizzi u jippreżenta elenku ta' l-imsemmija bid-data ta' meta dawn bdew u meta jispiċċaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' kirjiet u ċnus ta' fortizzi u partijiet minn fortizzi mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet hu ta' (22) tnejn u għoxrin.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - SKOLA TA' ĦAŻ-ŻEBBUĠ", "3335.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Il- Ministru taf li l-klassi ta' Year 1 fl-iskola taż-Żebbuġ,Għawdex ilha mingħajr għalliem/għalliema għal dawn l-aħħar xahrejn?", "Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex din il-klassi tinstabilha għalliem/għalliema?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l- vakanza msemmija diġa' mtliet.", "SPTAR ĠENERALI - TOBBA", "3336.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm suppost ikun hemm tobba fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fix-shift ta' bil-lejl?", "Dawn it-tobba jistgħu joħorġu mill-isptar waqt li jkunu on duty?", "Jista' l-Ministru jgħid meta toħroġ ambulanza fuq emerġenza hux suppost li jkun hemm tabib, ġo fiha jew le?", "L-ambulanzi f'Għawdex huma mgħammra bl-apparat kollu neċessarju f'każ ta'persuna li tkun qegħda ssofri taħt attakk ta' qalb?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel il- mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "3354.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema preżentement jaħdmu ma' Kalaxlokk?", "Kemm hemm ħaddiema li qegħdin jirċievu l-paga d-dar iżda ma jmorrux għax-xogħol?", "X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-ħaddiema kollha ta'Kalaxlokk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KLANDESTINI", "3363.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l- Mnistru jgħid x'inhuwa n-numru ta' klandestini f'Malta?", "X'inhu jsir biex dawn jirritornaw lura pajjiżhom?", "Kemm qed jiswew lill-pajjiżna biex dawn jinżammu Malta?", "Kemm intnefqu flus fuq dawn in-nies f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent hawn 33 persuna li daħlu direttament Malta bħala klandestini.", "Dan in-numru ma jinkludix 51 barrani miżmuma mill-Armata li nġiebu Malta fuq vapur Russu fis-6 ta' Diċembru, 1998, u 31 barrani miżmuma mill-Pulizija li nġiebu Malta fuq vapur Libjan fit-28 ta' Diċembru, 1998.", "Meta barrani jinstab li jkun Malta klandestinament, l-ewwel li tagħmel il- Pulizija huwa li tipprova tistabillixi l-identita' u n-nazzjonalita', biex isir kuntatt ma' l-Ambaxxata konċernata sabiex ikun ripatrijat.", "Ikun hemm każi fejn jintalab status ta' refuġjat u għalhekk il-każ jiġi riferut lill- Uffiċċju ta' l-UNHCR f'Malta.", "Rigward il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija ninsab informat li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra.", "ĦABS ĊIVILI - FESTIN GĦAR-RESIDENTI PRIĠUNIERI ŻGĦAŻAGĦ", "3364.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex ma sarx il-festin għar-residenti priġunieri żgħażagħ?", "Għalfejn dan twaqqaf meta l-ftehim bejn il-voluntiera u l-ħabs għall- organizzazzjoni ta' l-attivita' sar tliet ġimgħat qabel id-data tal-festin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-festin li rreferit għalih l- Onor. Interpellanti ma sarx minħabba malintiż ġenwin.", "ĦWIENET - PRODOTTI", "3365.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jaf il- Ministru li hemm ħwienet li għollew il-prodotti u s-servizz b'iktar minn 15% VAT?", "X'inhu jagħmel il-gvern biex jikkontrolla u ma jsirx abbuż?", "Jekk jinstab li jkun sar abbuż, x'se tkun il-penali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li m`hemm ebda prodott jew servizz li minħabba l-introduzzjoni tal-VAT għandu jogħla b`iktar minn 15%.", "Dan għaliex taħt is-sistema tat-Taxxa tad-Dwana u tas- Sisa (CET) ħafna mill-prodotti importati kienu intaxxati b`wieħed u għoxrin fil-mija (21%), dawk li huma bil-levy b`ħamsa fil-mija (5%).", "Dan minbarra li wieħed irid jikkonsidra wkoll tax creep li ħafna prodotti u servizzi kellhom taħt is-sistema tas-CET minħabba li ma kienu jingħataw ebda refunds.", "Bħalissa għaddejja ħidma sħiħa mid-dipartiment taħt il-Ministeru tas- Servizzi Ekonomiċi biex issir sorveljanza fuq ċaqliq ta` prezzijiet.", "Id- dipartiment tal-VAT ukoll qed jibgħat għadd ta` spetturi fi ħwienet u stabbilimenti biex jaraw li kull ċaqliq fil-prezzijiet ikun ġustifikat u jkun jirrifletti r-rati l-ġodda ta` taxxa anke fejn il-prezzijiet suppost jorħsu.", "GĦAWDEX - TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "3366.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal it-tħaffir u x-xogħol fuq il-proġett tat-tħaffir taż-żejt f'Għawdex fuq il-Bir Madonna taż-Żejt?", "Jista' l-Ministru jgħid humiex se jittieħdu xi deċiżjonijiet ġodda fuq it- tħaffir?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li t-tħaffir tal-bir f'Kerċem wasal fond ta' madwar 7,650 metru u li minn hawn u ftit ġranet oħra l- karatteristiċi tal-blat se jiġu rreġistrati u studjati biex wara jsiru l- provi ta' produzzjoni meħtieġa.", "Ir-riżultati ta' dawn il-provi mistennija jkunu magħrufa kmieni fi Frar.", "Deċiżjonijiet dwar it-tħaffir jittieħdu kuljum, dejjem skond il-programm ta' tħaffir u l-eżiġenzi tax-xogħol.", "ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI", "3367.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki, gradi u x'xogħol se jagħmlu f'Malta dawk in-nies li ħarġilhom permess biex joqogħdu Malta skond l-artikolu 7 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217) Nru. 951 li dehret fuq il-gazzetta tal-Gvern ta' Malta bin-numru 9186?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li dawk il-barranin li qed tirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellanti huma persuni li għandhom permess biex joqogħdu Malta (residence permit holders).", "Dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu hawn Malta.", "RAĦAL ĠDID - TOBBA", "3368.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm suppost hemm tobba fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm tobba available fil- polikliniċi biex jaraw il-pazjenti barra mid-djar?", "Jaf il-Ministru li kien hemm każi fejn meta ċemplu għat-tabib ġew imwieġba li mhux bilfors imur tabib għax m'hemmx tobba biżżejjed u l- pazjent joqgħod jistenna għalxejn?", "Għandu xi ħsieb il-Ministru biex jirranġa din il-problema għal dawn il- ġranet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' tobba li suppost hemm fic-Ċentru ta' Raħal Ġdid huwa ta' 30.", "In-numru ta' tobba li jkunu qed jagħmlu viżti fid-djar ivarja skond il- ħin tal-ġurnata.", "Dan ivarja bejn 1 u 3.", "Nirriferi lill-Onor Interpellant għall-stqarrija li ħareġ id-Dipartiment tal-Kura Primarja fil-31 ta' Dicembru, 1998 f'dan ir-rigward li ggib in- numru 2280/98.", "GROUNDS TAL-FOOTBALL", "3388.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn grounds tal-football proprjeta' tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex u liema huma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid- dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CLUBS TAL-FOOTBALL", "3389.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-clubs tal-football f'Malta u f'Għawdex li saru proprjetarji ta' grounds tal-football u meta ġew mgħoddija lilhom mill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid- dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CLUB TAL-FOOTBALL TAS-ST.", "GEORGE'S", "3390.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-club tal-football tas-St.", "George's ikollhom ground tal-football tagħhom hekk kif imwiegħed żmien ilu fil-bidu tas-snin disgħin minn Gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ground tal-football li qiegħed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien maħsub li seta' jifforma parti mill-kumpless sportiv li kien hemm propost għall-area tal-Kottonera.", "Qiegħda ssir evalwazzjoni tal-pjanijiet tal-proposti li saru s'issa.", "SKEJJEL - KINDERGARTEN - APPLIKAZZJONIJIET", "3391.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn ġenituri li matul din is-sena xtaqu jibagħtu lil uliedhom fil-kindergarten, lokalita' b'lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li talbiet minn ġenituri biex idaħħlu lil uliedhom fil-kindergarten kienu kif jidhru fil-listi li tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "3392.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna b'diżabilita' llum għandha l-blue sticker?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal blue sticker?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fil-preżent hemm 1,765 li għandhom il-blue sticker waqt li hemm 30 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati.", "SKEJJEL - JUNIOR LYCEUM", "3393.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti f'kull Junior Lyceum, skola skola, sena b'sena minn kemm ilhom li twaqqfu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se jibda l-proċess biex tinġabar din l-informazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - DAY CENTRE'", "3422.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetaħ Day Centre għall-Anzjani ġewwa Raħal Ġdid, peress li day centre f'din il-lokalita' tkun utli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li jinfetaħ day centre f'Raħal Ġdid.", "BORZA TA' MALTA", "3423.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jelabora dwar il-pjan li kien hemm sabiex il-Borsa ta' Malta titrasloka għal post ġdid f'Garrison Church fi Pjazza Castille?", "Jekk għad hemm dan il-ħsieb, meta huwa maħsub li se jitwettaq?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-ħsieb li l-Borża ta` Malta tiġi allokata post ġdid fil-Garrison Church fi Pjazza Kastillja jmur lura minn mindu beda n-negozju fuq il-Borza fl-1992.", "Pero` kif jaf l-Onor.", "Membru, il-post ma setgħax jiġi rijabilitat qabel ma jiġi vakat mill-impjegati kollha tal-Posta.", "Fil- fatt, jien informat li l-Posta għad fadlilha sezzjoni zgħira ta` mpjegati li tieħu ħsieb il-PO Boxes tal-Belt.", "Madanakollu, il-Kunsill tal-Borża ħa ħsieb jagħmel u jipprepara dak kollu li hu meħtieġ biex ikun f`pożizzjoni li meta joħorġu l-permessi neċessarji, u l-post ikun vakat għall-kollox, ix-xogħol jibda bla dewmien.", "Kif wieħed jista jantiċipa, il-preparazzjonijiet riedu jassiguraw li jiġu salvagwardjat il-valur storiku tal-post u tad-dintorni u għalhekk kien hemm il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim, kemm ma` l-HAC u l-VRP, minbarra minn mal- PA.", "Jien infurmat li jidher li soluzzjonijiet li jissodisfaw l-partijiet kollha konċernati issa nstabu l-permessi neċessarji mistennijja li jinħarġu.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jifhem allura li l-ħsieb li jitwettaq il-proġett għadu hemm.", "MALTACOM - CSO", "3424.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat finali, bl-isem ta' kull kandidat, għall-eżami b'riferenza għall-internal call for customer service officer fil-Maltacom li ħarġet fil-11 ta' Settembru, 1998)?", "Jista' l-Ministru jagħti l-breakdown ta' marki lil kull kandidat f'kull suġġett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - INFERMIERA", "3425.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li fil-mistoqsija parlamentari numru 2874 jiena staqsejt min hu responsabbli u nkarigat grad grad fid-Dipartiment tas-Saħħa li jagħti t- transfers u mhux għaliex, jista' l-Ministru għalhekk jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 2874 mill-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'ghandix x'inzid mar-risposta li kont tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 2874", "SPTARIJIET - SODOD", "3426.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti l-bed state ġurnata b'ġurnata f'kull sala tal-mediċina mill-1 ta'Jannar, 1999 sal-lum?", "Kemm suppost tesa sodod kull sala f'sitwazzjoni normali mingħajr korsija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru tas-sodod ta' kull sala tal-medicina f'sitwazzjoni normali hija hekk:", "|M1 |M2 |M3 |M4 |M5 |M6 |M7 |M8| |31 |31 |33 |33 |21 |31 |23 |32|", "Il-bed state f'kull sala tal-medicina mill-5 ta' Jannar, 1999 sal-lum hija hekk:", "|Date|M1|M2|M3|M4|M5|M6|M7|M8|CT|EN| | | | | | | | | | |S*|T*| |05/0|49|39|44|43|25|47|29|46|9 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |06/0|44|37|46|39|29|34|32|37|8 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |07/0|49|43|42|37|27|47|33|47|7 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |08/0|45|42|44|27|25|43|30|47|7 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |09/0|49|41|44|37|28|40|30|44|3 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |10/0|38|42|42|38|30|47|23|38|4 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |11/0|47|41|45|44|30|47|27|47|4 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |12/0|47|45|32|42|23|41|26|47|4 |4 | |1/99| | | | | | | | | | | |13/0|42|43|38|45|25|44|26|46|3 |5 | |1/99| | | | | | | | | | | |14/0|46|48|45|46|24|39|19|40|2 |5 | |1/99| | | | | | | | | | |", "*Pazjenti tal-medicina li kellhom jiddahlu f'dawn is-swali.", "SPTARIJIET - PROFESSJONIONAL UNIT", "3427.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-impjegati li jaħdmu fil-Professional Unit?", "Kemm għamlu overtime xahar b'xahar minn Settembru 1998 sal-lum dawn l-impjegati f'xi sezzjoni oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jezizti l- ebda Professional Unit.", "BIRKIRKARA - TARMAC", "3428.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb mill-gvern li l-private roads bl-isem ta' Santa Rita u F. Geveste, f'Birkirkara jingħataw il-kisi ta' tarmac meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fi Triq Santa Rita għadu ma jistax isir għax il-mains ta` l-ilma għadhom temporanji filwaqt li fi Triq Geveste għad jonqos żvilupp xi jsir qabel tkun tista` tiġi asfaltata.", "GĦAWDEX - KUNSILL TAL-KULTURA", "3429.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'għamel s'issa u x'beħsiebu jagħmel il-Kunsill tal- Kultura fi ħdan il-Ministeru f'Għawdex sabiex jiġi mfakkar it-300 sena mill- mewt tal-Pittur Mattia Preti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Kunsill tal-Kultura fl-ewwel laqgħa li jmiss jagħmel se jiddiskuti x'attivitajiet għandhom jiġu organizzati matul din is-sena.", "BAŻILIKA KOLLEĠJALI TA' SAN ĠORĠ", "3430.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-gvern preżenti li jkomplu d- diskussjonijiet u jattwa proġett flimkien mal-Bażilika Kolleġjali ta' San Ġorġ tal-Belt Vittorja li jinfetaħ Mużew ta' l-Arti Sagra fi ħdan l-istess bażilika u f'post ta'l-istess bażilika?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fis-27 ta' Diċembru, 1998 twaqqfet il-\"Fondazzjoni Belt Vittorja'' bil-għajn li tħares il-Wirt Artistiku u Storiku tal-Bażilika ta' San Ġorġ u biex twaqqaf u tmexxi Mużew fejn ikunu esibiti xogħlijiet saljenti mill-kollezzjoni ta' l-istess Bażilika.", "Il-Ministeru għal Għawdex huwa dispost li jagħti s-sostenn tiegħu lil din il-Fondazzjoni safejn hu xieraq u possibbli.", "GĦAWDEX - MUŻEW TAL-FINE ARTS", "3431.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li f'Għawdex bħal Malta jinfetaħ Mużew tal-Fine Arts?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Hija x-xewqa tiegħi li f'Għawdex ukoll ikollna Mużew tal-Fine Arts.", "WIRT PATRIMONJALI", "3432.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li ħafna mill-wirt patrimonjali u rikkezzi tal-gżira Għawdxija jinsabu esibiti f'mużewijiet f'Malta (bħal dak Marittimu) waqt li oħrajn jinsabu maħżuna f'diversi postijiet f'Malta (bħal, per eżempju, il-fdalijiet li kienu nstabu fix-Xagħra, Għawdex u li dwarhom kien sar studju u esebizzjoni fil-Ministeru t'Għawdex), tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-intenzjoni tal- gvern preżenti dwar dawn ir-rikkezzi li jappartejnu lil Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Hija l-policy tal-Ministeru għal Għawdex li, fejn hu xieraq u safejn hu possibbli, il-wirt patrimonjali ta' Għawdex ikun esibit f'Għawdex stess.", "ARTISTI GĦAWDXIN - GĦAJNUNA", "3433.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid hijiex il-policy tal-Gvern preżenti li jgħin lill-artisti Għawdxin bl-istess skema li kienet ġiet introdotta f'Għawdex qabel ma kien hemm bidla fl-amministrazzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, f'dawn l-aħħar tliet xhur kemm artisti Għawdxin ibbenefikaw minn din l-iskema?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-Ministeru għal Għawdex huwa mpenjat li jkompli jgħin l-iżvilupp u t-tkattir ta' l-Arti f'Għawdex.", "Fil-fatt jiena nformata li nhar it-Tnejn, 18 ta' Jannar, 1999 se joħorġu applikazzjoni għal għajnuna biex jintlaħaq dan il-għan.", "L-applikazzjoni jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kultura sal-ġimgħa 26 ta' Frar, 1999.", "Matul dawn l-aħħar tliet xhur kien hemm 4 artisti u 4 għaqdiet involuti fil-qasam artistiku li bbenefikaw mill-iskema.", "ARTISTI GĦAWDXIN - ESIBIZZJONIJIET", "3434.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid f'dawn l-aħħar tliet xhur kemm saru esebizzjonijiet minn: (a) artisti Għawdxin; (b) barranin; u (ċ) Maltin fis-sala ta' l- esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex?", "Kemm hemm applikanti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fis-Sala ta' l-Esibizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar tliet xhur saru ħames esibizzjonijiet kif jidher hawn taħt: 1. waħda mill-Kumitat iwaqqaf biex ifakkar il-ġrajjiet ta' l-1798 2.", "Perception' skultura u pittura mill-artisti Rebecca u Nicolette Vella 3.", "Shapes' pittura mill-mouth painter Francis Camilleri 4.", "Wirja ta' presepji mill-Għaqda Ħbieb tal-Prespju - Għawdex 5.", "Wirja ta' dried flowers mill-Gozo Agric.", "Indus. & Cult.", "Society Dawn kollha minn artisti Għawdxin.", "Hemm 11-il applikant biex itellgħu wirjiet fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn huma 7 Għawdxin, 2 barranin u 2 Maltin.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "3437.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja persuni fil-qorti b'xi akkuża ma ddaħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-Qorti qisha xi media event u tagħmel show bihom?", "Jistgħu jiddaħħlu mill-entratura ta' wara l- qorti kif kien jiġri qabel, partikolarment għal raġunijiet ta' sigurta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li nħareġ digriet mill-Qorti dwar is- suġġett tal-mistoqsija li qed jintalbu aktar kjarifiki dwaru.", "TARXIEN - DAR TAL-KEJKA", "3438.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1815 dwar id- Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien, jista' l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra ta' Lm54,224 biex ġiet restawrata?", "Jista' l-Ministru jwieġeb ukoll l-aħħar żewġ mistoqsijiet tal-mistoqsija parlamentari numru 1815 ċioe' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm watchman u x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal din id-dar storika issa li tlestiet ir-restawrazzjoni?", "Din se tiġi mgħoddija lill-kunsilli lokali?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Skond l-informazzjoni li għandi l-ispiża ta' Lm54,224 biex ġiet restawrata d-dar tal-Kejka, hija maqsuma kif spjegat hawn taħt:", "Lm50,110 Labour Lm 3,224 Materjal Lm 500 Drenagg Lm 390 Professional Fees (Konsulent Privat) ------------ Lm54,224 ------------", "Rigward l-aħħar parti, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.", "ATTARD - FOOTBALL GROUND TA' L-ISKOLA", "3439.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-football ground ta' l-iskola ta' H'Attard peress li fl-istat li hu ma jistax isir użu minnu la mill- istudenti ta' l-iskola u lanqas mill-club tal-football tar-raħal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hu previst li l-itranġar tal-ground tal- football jinbeda ladarba jkun lest ix-xogħol fuq il-bini tas-sala l-ġdida ta' l-iskola għaliex ma jkunx għaqli li jinbeda xogħol fuq il-ground qabel ikunu ħarġu l-inġenji kollha minnu.", "Sadanittant, il-kuntrattur qed jiġi mitlub ineħħi t-terrapien li skava mill- post fejn se ssir is-sala biex parti mill-ispazju ta' dan il-ground ikun jista' jsir użu minnu mill-aktar fis possibbli.", "QAWRA - XOGĦLIJIET", "3440.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' triq ġdida quddiem il-boathouses fil-Qawra peress li fl-istat li tħalliet ma jistax isir użu mill-istess boathouses?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li din it-triq kienet qiegħda ssir bħala parti mill-proġett ta` l-embellishment ta` Buġibba, iżda l-Planning Authority ħarġet enforcement notice` fuq dan ix-xogħol għaliex ma kienitx qed tinbena skond il-pjanti.", "WSC - ISO9000", "3441.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Water Services Corporation biex akkwistat ISO9000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LUQA - SERVIZZ TA' DAWL U ILMA", "3442.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw servizz permanenti ta' l-ilma u d-dawl il-household fi Triq id-Dokkiena, Ħal-Luqa, peress li issa l-main prinċipali ġie mgħoddi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "NAXXAR - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ", "3443.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinbeda x-xogħol ta' drenaġġ fi Triq il-Konti Manduca, Naxxar, meta t-triq kollha hija mibnija u abitata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi hemm kawża bejn xi residenti f'din it-triq li tirrigwarda proprjeta' privata li rridu ngħaddu minnha biex inqabbdu l-main.", "Peress li din il-kawża qiegħda SUB-JUDICE, id- Dipartiment qed jistenna li tinqata' qabel ma x-xogħol jitkompla, għax fil- fatt kien inbeda u kellu jieqaf ħesrem minħabba din il-kwestjoni.", "ENEMALTA - LINESMEN", "3445.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' linesmen li mpjegat il-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998?", "Kemm hemm postijiet aktar vakanti ta' linesmen ma' l-Enemalta?", "Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi ta' linesmen?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠELAT - IMPORTAZZJONI", "3446.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġelat importat għandu levy ta' 70% u impożizzjoni oħra ta' 3ċ-il unit u magħhom qiegħda tiġi nkluża VAT ta' 15%?", "Jikkonsidra l-Ministru li ammont daqstant għoli ta' taxxa fuq ġelat importat qiegħed jgħolli l-prezz b'mod esaġerat?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant, li l-levy ta` sebgħin fil-mija (70%) u ta` tlett ċenteżmi (3ċ) kull unit fuq il-ġelat importat ilha teżisti għal numru ta` snin, inkluż matul iż-żmien li kienet fis-seħħ il-liġi tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET).", "Il-ħsieb tal-Gvern hu li, filwaqt li jżomm kemm jista` jkun rata waħda ta` taxxa tal-VAT, jara jekk għandux isir aġġustament fil-levy biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli kemm jista` jkun.", "Fil-każ tal-ġelat wieħed ifakkar li l-ġelat f`family packs ta` volum mhux inqas minn 500 millitru mhux taxxabbli.", "SIĠĠIEWI - TISWIJA TA' TOROQ", "3447.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra serjament l-istat terribbli ta' triq ġdida ma' Triq Nikola Sauri u Triq Bari fis-Siġġiewi; kif jistgħu jixhdu r-ritratti li qed jintbagħtu separatament?", "Jikkonsidra l-Ministru li din it-triq tingħata prijorita' meta wieħed jikkonsidra li l-ilma tax-xita qiegħed jidħol saħansitra fid-djar tar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel l-ispezzjoni meħtieġa f`din it-triq sabiex jiġi determinat x`livell ta` prijorita` tista` tingħata.", "ŻEBBUĠ - DAWL", "3448.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħtini data meta dawn il-lampi fit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ (lista qed tintbagħat separatament) se jiġu msewwija peress li ma jixgħelux?", "Jikkonsidra l-Ministru li barra li tinbidel il-bozza jiġu ċċekkjati kemm il-fuse ta' kull bozza u kemm jekk hemmx xi wires maqtugħin f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEBBUĠ - CABLES TAD-DAWL", "3449.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jordna li jitneħħew il-cables tad-dawl minn mal-bini ta' 15a, Mamo Street, Ħaż-Żebbuġ, skond l-applikazzjoni magħmula mis-sid ta' l-istess dar li saret kmieni s-sena l-oħra?", "(Kopja ta' l- applikazzjoni u ittra qed jintbagħtu separatament) Minħabba l-fatt li dawn il-cables ġew dikjarati li huma unsafe, ma jidhirlux il-Ministru li dawn għandhom jitneħħew mingħajr aktar dewmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI", "3450.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privati tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Qed nagħti fuq iż-żewġ Skedi annessi, immarkati 'A' u 'B', l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-impjegati fis- Segretarjati Privati kemm tiegħi kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru.", "Id-dmirijiet tad-diversi gradi msemmija huma skond ir-responsabbiltajiet elenkati għal dawn il-karigi fid-diversi Segretarjati Privati tal-Ministeri tal-Gvern, kif spjegat fil-ktejjeb li kopja tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra fil-bidu ta' din il-leġislatura.", "Kopja taż-żewġ skedi 'A' u 'B' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - IMPJEGATI", "3451.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, jista' l- Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lista ta' dawk il-persuni li sal-lum iffirmaw il- kuntratt/ftehim meħtieġ sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-Politika Soċjali u f'dak tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Soċjali tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Din il-lista tipprovdi wkoll l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor.", "Membru.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "3452.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ismijiet tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d- dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tas-Segretarjat Parlamentari tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TAL-FINANZI - IMPJEGATI", "3453.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, jista' l -Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: S`issa ġie ffirmat Private Secretariat Agreement ma` seba` persuni kif ġej:", "Grad Dipartiment\\Agenda Dmirijiet", "1.", "Senior Principal Maltacom plc (on loan) Personal Assistant 2.", "Senior Principal Law Courts Private Secretary 3.", "Corp. Training Manager M.I.T.T.S. Asst.", "Private Secretary 4.", "Clerk Treasury Department Secretariat Officer 5.", "Clerk Local Council Department Secretariat Pool 6. n\\a Minn barra Personal Driver \\ Security 7. n\\a Minn barra Personal Driver \\ Security", "---------------------------", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - SKOLA ĠUŻE' D'AMATO", "W9.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li jattendi l-iskola ta' Ġuże' D'Amato, Tarxien, se jkollu facilitator miegħu minħabba li mhux jattendi skola u dan ilu sa mill-bidu tas-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-każ se jiġi kkonsidrat."]} {"filename": "20011205_659d_par.doc", "date": "2001-12-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 659 L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 659", "L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.03 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "659", "L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 742", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 742", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD 747", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI.", "(IT-TIELET QARI)", "ANIMAL WELFARE BILL (THIRD READING) 774", "AĠĠORNAMENT 774", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 775", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 658 li saret fl-4 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - LANDSCAPING", "30046.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Issa li l- gvern ħabbar fil-budget li se jsir landscaping aħjar tal-pajsaġġ, jista' l- Ministru jara li parti mill-flus ivvotati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ fil-qasam tad-djar Ta' Pennellu, fil-Mellieħa?", "Fid-dawl li matul dawn l-aħħar tmien snin il-kunsill lokali tal-Mellieħa ħalla l-embellishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza li dawn ix-xogħolijiet isiru immedjatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari nru.", "30042.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li jien kont għamilt din il-mistoqsija lill- Ministru responsabbli mill-qasam ta' l-agrikoltura, lill-Ministru responsabbli mill-ambjent u lill-Ministru responsabbli mill-politika soċjali u dawn fit-tweġiba tagħhom kollha rriferewni għal xi ministeru jew dekasteru ieħor, jista' l-Ministru jgħidli lil min għandi nindirizza din id- domanda?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament m'għandix dawn id-dettalji, pero` meta wieħed qed jitkellem dwar embellishments f'areas differenti jrid iżomm quddiem għajnejh li l-flus li jiġu vvotati għal dan il-għan jiġu mifruxa madwar il-pajjiż kollu biex kulħadd ikun jista' jgawdi minnhom.", "Jien naħseb li din id-domanda għandha tiġi mwieġba mill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma peress li l-gvern ukoll ħabbar numru ta' proġetti għal-landscaping tal-pajsaġġ u peress li huwa normali li l- embellishment fil-qasam tad-djar ikun responsabbli għalihom id-dipartiment tal-housing u se mai d-dipartimenti tal-kunsilli effettivament jiddeċiedu huma fuq il-proġetti tal-budgets tagħhom, jista' jagħti l-każ li din il- mistoqsija għandha tmur ukoll lid-dipartiment tal-housing?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiena nista' nitkellem mill-esperjenza li għandi fil-kunsill lokali tan-Naxxar.", "L-embellishment li sar fil-housing estates tan-Naxxar sar primarjament b'kollaborazzjoni bejn il-kunsill lokali u l- ministeru tal-politika soċjali u ovvjament għalhekk qiegħed ngħid lill- Onor. Farrugia biex jirriferi lill-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, pero` dan qiegħed ngħidu mill-esperjenza tiegħi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid aktar dettalji jkun aktar xieraq jekk jistaqsi bil-miktub lill-ministru nkarigat mill-kunsilli lokali dwar kemm jilħaq ċertu vot ta' flus.", "MELLIEĦA - BDIEWA", "30054.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li t-triq li jużaw il-bdiewa fl-inħawi ta' Ġebel Inbark fl-irdum tal-Qammiegħ, fil-Mellieħa hija mudlama u qed tikkawża diffikultaijiet minħabba l-fatt li qed jidlam kmieni, jista' jara li tiġi stallata bozza ġdida ħalli jkun evitat kull perikolu għall-istess bdiewa?", "Jekk fl- affermattiv meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.", "MELLIEĦA - IRDUM IL-QAWWI", "30057.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li t-triq li jużaw il-bdiewa li tagħti għall-Irdum il-Qawwi, fl-Aħrax tal-Mellieħa, tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża inkonvenjent kbir għall-istess bdiewa, jista' l-Ministru jara li din tiġi rranġata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jippreżenta pjanta lit- taqsima ta' l-agrikoltura u żvilupp rurali biex jispeċifika liema triq jixtieq li tiġi rranġata biex din tkun tista' tiġi kkonsidrata mal-lista ta' talbiet għat-tiswija ta' toroq tal-bdiewa.", "Bħalma jaf kulħadd, id-dipartiment tal-biedja għandu vot żgħir li nippruvaw inġebbduh kemm jista' jkun biex ċerti areas u toroq rurali li jintużaw mill- bdiewa fil-kampanja, jiġu asfaltati u cioe` jiġu mgħoddija bil-qatran għalkemm in-norma hi li d-dipartiment jipprovdi l-concrete u l-bdiewa li jużaw din l-istess mogħdija, jiftehmu bejniethom biex dak il-concrete jwittuh huma għal livell aċċettabbli biex ikunu jistgħu jgħaddu bl-inġenji li jintużaw fir-raba`.", "Jien nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jgħaddi s- site-plan tal-mogħdija li qed jirriferi għaliha lin-nies konċernati ħalli din tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt nagħmel punt ta' kjarifika u mistoqsija fl-istess ħin.", "It-talbiet li għamlu l-bdiewa f'dan ir-rigward – kemm rigward l-Irdum il-Qawwi fl-Aħrax tal-Mellieħa kif ukoll rigward Ġebel lnbark - saru lill-uffiċċju ta' l-extension service.", "Jista' l-Ministru jivverifika għal aktar informazzjoni min-naħa tiegħu dwar dawn it-talbiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, fil-mistoqsija hemm imsemmija t-triq li jużaw il-bdiewa li tagħti għall-Irdum il-Qawwi fl-Aħrax tal-Mellieħa.", "L- aħjar ħaġa hi li din il-mogħdija tiġi mmarkata fuq site-plan permezz ta' highlighter bl-isfar sabiex it-tekniċi tad-dipartiment jindunaw għal-liema area qegħdin nirriferu, ikunu jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' concrete neċessarju - jieħdu t-tul, il-wisa' u l-ħxuna li normalment tingħata t-triq – u tkun tista' ssir stima ta' l-ammont ta' concrete li hemm bżonn.", "Imbagħad ovvjament tkun tista' toħroġ l-istima tal-finanzi.", "Nispera li fit- futur immedjat din it-talba tiġi milqugħa u attwata.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI TA' L-SKA", "30077.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu l-benefiċċji soċjali ta' l-SKA matul l-aħħar ħames snin sena b'sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li għal xi raġuni jew oħra twaqqfitilhom l-għajnuna għall-mard kien hekk:", "Fl-1997 kien 930, fl-1998 kien 1033, fl-1999 kien 1068, fl-2000 kien 1600 u bejn Jannar u Ottubru ta' l-2001 kien 1205.", "HOUSING", "30078.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja residenti fl-indirizz li qed jintbagħat separatament qed tiġi nformata li m'huwiex possibbli li tixtri l-appartament tagħha minħabba problemi dwar it- titolu ta' l-art meta mbagħad fl-istess block hemm familja li xtrat l- appartment b'arranġamenti ma l-Awtorita` tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qabel ma tbigħ xi proprjeta` tal-gvern lill-inkwilini rikonoxxuti, l-Awtorita` tad-Djar titlob il-permess meħtieġ mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Ninsab informat li fil-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant, fejn sar il-bejgħ f'Diċembru 1992, l-imsemmi dipartiment kien informa lill-awtorita` li setgħet tmexxi bil-bejgħ ta' l-appartament.", "Sussegwentement ġie ppubblikat l-Avviż Legali li juri li l-appartament ġie trasferit lill- Awtorita`.", "Fil-każ l-ieħor fejn ma sarx il-bejgħ, id-dipartiment ta' l-artijiet informa lill-Awtorita` li l-appartament in kwestjoni kien mibni fuq art li tappartjenti lil fondazzjoni reliġjuża u għalhekk, sakemm jiġi stabbilit jekk il-gvern huwiex is-sid jew huwiex biss amministratur ta' dik l-art, ma kienx rakkmandat li bini fuq dik l-art jinbiegħ.", "Għaldaqstant il-bejgħ ta' dan l-appartament ma setax isir.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Napprezza t-tweġiba tal-Ministru Deguara imma peress li l-każ issa ilu pendenti sa mill-1992, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex forsi tinstab soluzzjoni?", "Irrid infakkar li hawnhekk qed nitkellmu dwar żewġ appartamenti li jinsabu fl-istess sular u fl-istess block.", "Għandi nifhem li fil-file forsi hemm riferenza għal xi teknikalita` li biha jitħaffu l-proċeduri sabiex dawn l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru l- appartament tagħhom kif awtorizzat mill-istess Awtorita` tad-Djar?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tas-Saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, m'għandix risposta dettaljata għall- query li qed iqajjem l-Onor.", "Farrugia.", "Jidher li l-kriterji dwar jekk isirx bejgħ jew le huma stabbiliti u ma naħsibx li hemm lok fejn wieħed iqajjem xi dubji.", "Għalkemm hawnhekk m'għandix id-dettalji li qed jitlob l-Onor.", "Farrugia, għadhom kif informawni li l-qasma bejn ħabel u ieħor tgħaddi eżattament minn nofs Block D u din tista' tispjega għaliex nofs il-bini jista' jinbiegħ u n-nofs l-ieħor ma jistax jinbiegħ.", "Filwaqt li nemmen li hemm raġuni valida għaliex fuq l-istess sular hemm appartament li seta' jinbiegħ filwaqt li ieħor ma setax, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda bil-miktub lill-ministru konċernat.", "ENEMALTA", "30080.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm dawl adegwat fi Sqaq A/1 MRUZ, Triq San Franġisk, ir-Rabat peress li fil-preżent hemm ħafna dlam li kien kaġun ta' diversi waqgħat ta' anzjana ta' 82 sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhi l-policy tal-korporazzjoni Enemalta f'ċirkostanzi ta' din ix-xorta fejn anzjani li jkunu ta' eta` kbira, bħal fil-każ ta' din l-anzjana, ikunu ilhom jistennew dan it-tip ta' servizz għal numru ta' snin?", "Jista' jara x'qed jikkawża dan id-dewmien?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment il-gvern huwa mpenjat biex jgħin liċ- ċittadini kollha, b'mod partikolari lil dawk li jkollhom xi bżonnijiet speċjali u lill-anzjani.", "Wieħed irid jara x'inhu dan il-każ partikolari.", "Kif kulħadd jaf, id-dwal ta' ħafna lokalitajiet bħalissa qed jgħaddu f'idejn il-kunsilli lokali u wieħed irid jara jekk tkunx saret it-talba għal dawn id-dwal.", "It-talbiet għad-dwal huma driven mill-kunsilli lokali, jiġifieri huma jagħmlu t-talbiet fejn jixtiequ li jkun hemm imdawwal fil- lokalitajiet tagħhom.", "Naturalment il-kunsilli lokali jħarsu wkoll lejn il- ħteġijiet taċ-ċittadini l-aktar anzjani u jagħtuhom l-attenzjoni xierqa.", "Dwar dan il-każ ma nistax ngħid aktar ħlief li se ssir l-investigazzjoni u naraw jekk huwiex il-każ li l-isqaq imsemmi jiġi mdawwal aktar.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Fil-kontest tar-risposta li għadu kif ta l-Ministru jista' jagħti feedback dwar x'inhi l-qagħda preżenti bejn il-kunsilli lokali u l-Enemalta fil-kwestjoni tad-dawl u cioe` x'arranġamenti saru u jekk hux il-kunsilli lokali kollha qegħdin inklużi f'dan l-arranġament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, din hija materja li jkollna diversi mistoqsijiet dwarha u fil-fatt prorpju l-bieraħ kien hawn il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali li żied parti mir-risposta tiegħu ma' dak li kien qed jingħad.", "Is-sitwazzjoni preżenti hi li hemm diversi kunsilli lokali li ngħaqdu bejniethom u peress li ħarġet talba għal offerti biex isir xogħol ta' bdil ta' bozoz, dawn qed jevalwawha huma.", "Hemm kunsilli lokali li għadhom ma ħadux din l-opportunita`.", "Il-problema li teżisti u li jien dejjem rajt f'dan il-qasam, hi li kemm ilhom li twaqqfu l-kunsilli lokali, is-sistema kienet dejjem li l-kunsill lokali jagħmel it-talba u l-Enemalta talloka l-bozoz skond il-budget tagħha, skond it-talbiet li jkollha u skond il-prijoritajiet li jkollu l- kunsill lokali.", "Nista' ngħid li f'dawn l-aħħar tliet snin il-budget ta' l-Enemalta fuq id- dwal irduppjajnih u naturalment xorta waħda jibqa' jkollok talbiet partikolari.", "Id-diffikulta` hi li ma kienx hemm linkage bejn ir-riżorsi available u t-talbiet li jsiru.", "Jien mill-ewwel deherli li għandu jkun hemm vot apposta għax għal ħafna snin dan kien amministrat mill-Enemalta, jiġifieri kien qed joħroġ mill-vot ta' l-Enemalta u l-gvern ma kien qed joħroġ xejn għalih.", "Allura kellna sitwazzjoni fejn it-talbiet mhux dejjem ikunu relatati mar-riżorsi li l-kunsilli lokali jkollhom available għat-tip ta' servizzi li jagħtu, inkluż li jiżguraw li l-post ikun imdawwal sewwa.", "F'dan l-istadju mexjin bil-proċess li l-kunsilli lokali ikollhom il-vot speċifiku, dan fil-fatt diġa` ngħata, u għaddej ix-xogħol biex isir dan it- take over ta' responsabbilta` mill-kunsilli lokali.", "Sfortunatament pero`, diversi kunsilli lokali donnhom ippreferew is-sistema tal-lum, li jitolbu lill-Enemalta li twaħħal il-bozoz mhux a spejjeż tagħhom u l-vot li l-gvern ivvota għall-bozoz jeħduh xorta u jużawh għal affarijiet oħra.", "Din is- sitwazzjoni qed twassal għal ċirkostanzi li m'humiex aċċettabbli u kif tħabbar il-bieraħ ukoll mill-ministru responsabbli għall-kunsilli lokali, din is-sitwazzjoni m'hijiex se tiġi tollerata aktar.", "Fil-fatt jekk kunsill lokali ma jagħmilx l-arranġamenti tiegħu sa April li ġej, ma jkollux il- flus għad-dispożizzjoni tiegħu biex ikun jista' jsir dan ix-xogħol.", "Kif wieħed japprezza, din hija materja li għandha twassal għal responsabbilta` fejn għandha tkun fuq il-livell lokali biex jiddawlu l-postijiet fil- lokalita`.", "GĦALLIEMA TA' L-ISTORJA TA' MALTA", "30191.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Nirriferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28719.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi fis- sitwazzjoni ta' dan l-għalliem peress li xi ġenituri qaluli li s'issa t- tfal tagħhom għadhom qed jiġu mgħallma l-Istorja ta' Malta bl-Ingliż u li skond it-tweġiba tiegħek l-ilmenti ilhom isiru għal aktar minn tliet snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tieħu l-passi meħtieġa fil-limiti ta' l-att dwar l- edukazzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm għalliema li ħadu l-warrant u x'inhuma l-obbligi li jġorr miegħu dan il- warrant?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan l-aħħar kelli l-okkażjoni nippresjedi l-għoti ta' 316-il warrant lil għalliema nisa u rġiel.", "Bħalma nafu, il-kwantita` kbira ta' għalliema huma nisa filwaqt li n-numru ta' għalliema rġiel huwa limitat.", "Fil-liġi dwar l-edukazzjoni l-warrant ifisser il-liċenzja ta' l-Istat biex l-għalliema jkunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi dan il-fattur huwa wieħed storiku li kien daħal taħt il- gvern preżenti fl-1988 meta sar l-att dwar l-edukazzjoni fi żmien il- Ministru Ugo Mifsud Bonnici u dakinhar l-għalliema ġew mogħtija status professjonali bħal dak tat-tobba, l-avukati, il-periti, l-inġiniera u l- accountants.", "Kien hawn żmien meta l-awtoritazzjoni uffiċjali ta' l-Istat biex teżerċita professjoni kien ristrett għal professjonijiet tradizzjonali u cioe` ta' l-avukati, tat-tobba u tal-periti.", "F'dawn l-aħħar snin żviluppa l-kunċett ta' x'inhuma professjonijiet u daħlu l-professjonijiet il-ġodda, fosthom il-professjoni ta' l-għalliema.", "Dan l-istatus professjonali mhux biss huwa status legali li joħroġ mill-att dwar l-edukazzjoni imma huwa wkoll status li ġie rikonoxxut fil-ftehim kollettiv li għamlet l-MUT mal-gvern.", "Dan huwa rikonoxxut fil-manjiera kif inhu stmat u kif inhuma l-kondizzjonijiet tal-ħlasijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-għalliema.", "Jiena nħobb nenfasizza ħafna li l-obbligi li jġib miegħu l-warrant huma differenti ħafna mill-obbligi li jġib miegħu s- sempliċi mpjieg ta' għalliem mal-gvern.", "Hemm obbligi li jemerġu mill- kuntratt tax-xogħol li huma stabbiliti fil-ftehim kollettiv.", "Min jerfa' l- unur ta' l-istatus tal-professjoni, iġorr miegħu wkoll ċerti obbligi, għax il-professjoni tfisser li min se jeżerċita d-dmirijiet, se jeżerċitahom fuq miżura qawwija ta' ġudizzju personali li hu jkun qiegħed jagħmel fl-għoti ta' dak is-servizz fil-konfront tal-klijenti tiegħu, li f'dan il-każ huma l- istudenti.", "Allura l-warrant iġib miegħu obbligu li huwa ħafna akbar u usa mis-sempliċi kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Jien inħobb nenfasizza wkoll li fil-każ ta' l- għalliema, f'ċertu sens bħal fil-każ tat-tobba u anke f'każijiet oħrajn, il- professjoni m'hijiex sempliċi professjoni imma hija vokazzjoni.", "Huwa fit- twettieq tal-vokazzjoni li aħna nkunu nistgħu nirrispettaw l-obbligi tagħna professjonali.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2002", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 258 tas- 26 ta' Novembru, 2001 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikultura u Sajd): Mr Chairman, nipproponi:", "VOT 46 - MINISTERU GĦħALL-AGTIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 11,177,000 li titħallas mil-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "VOT X - MINSITERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,810,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta l-Estimi Ġenreali ta' Nefqa għas- sena 2002.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 46", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Personal Emoluments", "Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm13,769\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm13,768\".", "Delete the figure \"Lm13,769\" and substitute therefor the figure \"Lm13,768\".", "Sur President, nipproponi wkoll li jitneħħewlu Lm2 oħra talli għollew il- qbiela għal Lm4.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, tajjeb li niċċara li dan il-budget huwa ta' nsult għall- intelliġenza u l-kapaċita` tan-nies fil-minsteru tal-biedja, tal-bdiewa, tar-raħħala, tas-sajjieda u tal-ħaddiema fl-agro-industrija u fl-industrija ta' l-ipproċessar.", "M'hemmx dubju li r-rabja espressa mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni meta ndirizza l-kritika tiegħu għall-budget u li skanta biha l- Prim Ministru tirrappreżenta dan l-insult.", "Permezz ta' dan il-budget se nkomplu naraw l-inċertezza li kellna dawn l-aħħar tliet snin f'dan il-qasam anke fis-snin li ġejjin proprju għaliex dan il-budget m'huwiex jindirizza l- veru żvilupp sostenibbli li neħtieġu biex ikollna settur li tabilħaqq irendi u jkun vijabbli għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "U m'hemmx dubju li dawn l-istess sentimenti ta' rabja espressi mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni se jkunu qed jesprimuhom il-bdiewa, il-produtturi tat-tiġieġ, produtturi tal- majjal, produtturi tal-ħalib, industrijalisti u ħaddiema li jaħdmu fil- mistier tas-sajd u tal-biedja kemm bħala nies tekniċi kif ukoll bħala nies tas-sengħa fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.", "Filwaqt li niftaħru bil-miljuni kbar tal-liri li se nagħtu bħala sussidji sabiex dan is-settur ikun jista' jirristruttura ruħu, insibu per eżempju, li produttur tal-bajd frisk għandu inqas minn milleżmu sussidju fuq kull bajda li jipproduċi, u ċioe` erba' ċentiżmi fuq tużżana bajd.", "Dan meta fl- istess li l-gvern qed ineħħi 6ċ7m minn fuq il-levy ta' protezzjoni.", "Imbagħad insibu, Sur President, li fis-sena 2008, meta allura l-levy oriġinali ta' 48ċ titneħħa kollha, il-gvern se jagħti ċenteżmu sussidju fuq tużżana bajd.", "Sur President, m'hemmx dubju li meta qed nisimgħu lill- Ministru Ninu Zammit jitkellem dwar l-għexieren ta' miljuni ta' liri li se nġibu biex nissusidjaw, ma nippretendux li ftit milleżmi jew ċenteżmi fis- sena 2008 se jkun biżżejjed biex tabilħaqq pajjiżna jwettaq il-bidliet hekk imsejħa sostenibbli importanti biex pajjiżna jaġġorna u jkun konformi mar- regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalliha li l-istess Prim Ministru qal li ma sar ebda investiment bis-serjeta' fis-snin l-imgħoddija - u m'inix se noqgħod nikkontesta jekk sarx investiment jew le f'dan l-istadju - u li hemm bżonn isir dan l-investiment kollu.", "Huwa għalhekk li jiena m'għandix dubju li r-rabja li esprima l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-kritika tiegħu għal dan il-budget, se jesprimuha wkoll il-produtturi tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex li b'tant sagrifiċċju, b'tant sigħat ta' xogħol u b'tant kapaċita' f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames ġenerazzjonijiet dejjem għarfu jipproduċu dan il-prodott frisk għall-konsumatur lokali u għall- industrija tat-turiżmu.", "Sur President, l-istess sitwazzjoni nsibuha fil-każ tal-mushrooms.", "F'dan il- każ is-sussidju se jkun ftit iktar mill-milleżmu fuq kull kilo.", "Jiġifieri filwaqt li kellna ftit anqas minn milleżmu għal bajda frisk, issa għandna ftit iktar minn milliżmu għal kilo mushrooms.", "F'dan il-każ insibu wkoll li fl-1 ta' Jannar li ġej se jitneħħew 24ċ mil-levy li tipproteġi lil din l- industrija f'pajjiżna b'detriment għal dawn in-nies li minn sena għal oħra jipproduċu prodott ta' kwalita` u minn sena għal oħra, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, dejjem jinvestu biex jagħmlu l-prodott tagħhom ta' kwalita' aħjar u iktar kompetittiv.", "Minn sena għall-oħra dawn jagħmlu l- investiment meħtieġ biex din l-industrija tkun aktar integrata fis-suq lokali.", "Hawnhekk ta' min li barra li hemm 380,000 konsumatur din l- industrja tagħmel ukoll catering għall-fuq miljun turist fis-sena.", "Lil dawn se nibdew niżmantellawlhom il-levy b'14ċ mil-lira li għandhom imbagħad minn Jannar ta' l-2002 se nagħtuhom milleżmu u nofs u fl-aħħar ta' l-2002 nagħtuhom ċenteżmu fuq kull kilo.", "Dan ifisser li anke dawn se jkunu qed jesprimu l-istess rabja l-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u konna miegħu l-grupp parlamentari Laburista - fil-kritika tiegħu għal dan il-budget u dan aktar u aktar meta jafu li finalment id-dinja kollha għandha protezzjoni għall- biedja.", "Dan nafuh kemm minn dak li żviluppa mill-Unjoni Ewropea u kemm f'dik li hija s-sitwazzjoni tal-pajjiżi kollha tad-dinja membri tal-World Trade Organisation.", "Dwar dan irrid ngħid li għalkemm fil-meeting li sar fil- Qatar intweriet l-intenzjoni, pero' ebda kwota, ebda tariffa, ebda special safeguard provision for agricultural produce ma tneħħiet.", "Sur President, jiena nerġa ngħid li ma kontx nippretendi dawn it-tip ta' sussidji meta għandna l-Prim Ministru li qed jgħid li ma sar ebda żvilupp bis-serjeta' u meta għandna l-Ministru Ninu Zammit jgħid li ġejjin għexieren ta' miljuni ta' liri bħala għajnuna.", "L-istess Ministru Zammit qagħad jispjega anke kemm il-Ġermanja tinvesti fl-agrikoltura tagħha, pero' hawnhekk irridu ngħidu li l-Ġermanja mhux bħal Malta, għax din tirċievi kemm bl-10% u kemm bid-90% li l-Unjoni Ewropea tagħti għall-gvernijiet tal- pajjiżi membri tagħha biex jiżviluppaw l-agrikoltura.", "Sur President, l-istess sitwazzjoni tirrepeti ruħha - ovvjament b'ċifri differenti – rigward prodotti oħra.", "Fil-każ tal-patata se jagħtu sussidju ta' 1.5 mils fuq kilo imbagħad jagħtu 1ċ fis-sena 2008.", "Fil-każ tat-tadam se jagħtu 1.5 mils f'Jannar li ġej u se jneħħu l-levy ta' 8ċ5m.", "Mela l- protezzjoni se tibda tonqos b'8ċ5 imbagħad insibu li s-sussidju li se jingħata huwa 1.5 mils fil-kilo.", "Imbagħad fl-aħħar sena se jingħata ċenteżmu.", "Mela se nneħħu levy ta' 60ċ fil-kilo fuq it-tadam frisk imbagħad se nagħtu sussidju ta' 1ċ u dan meta nafu kemm jirrikjedi xogħol, kemm il- ħajja trid togħla għal dawn in-nies tax-xogħol u naturalment kemm iridu jintroduċu żviluppi li m'humiex marbuta mal-karatteristika u mal-ħteġijiet tal-gżejjer tagħna imma li jkunu marbuta ma' dak li timponi fuqna l- politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar ukoll li minkejja li jgħidu li l-politika Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran ma teżistix, l-istess gvern qed jipprova jinnegozja pakkett speċjali għall-agrikoltura tagħna, u dan għal raġuni li bir-regoli tal-politika komuni agrarja ta' l-Unjoni Ewropea s- settur ta' l-agrikoltura f'pajjiżna ma jibqax ekonomikament vijabbli.", "Aħna min-naħa tagħna nagħrfu li dan is-settur f'pajjiżna jiġġenera eluf ta' impiegi full-time u part-time u jiġġenera medja ta' Lm70 miljun ta' attivita' ekonomika fis-sena, huma wkoll is-sors tal-provvista ta' l-ikel tal-Maltin u Għawdxin u tal-miljun turist li jżuru l-gżejjer tagħna fis- sena u qed ngħidu dawn l-affarijiet forsi l-gvern ibiddel fehmtu u mhux biex inkunu scaremongers.", "U dwar dan nitkellem aktar 'il quddiem meta nagħmel riferenza anke għal dak li rriżulta lill-gvern minn studju.", "Dan kien jgħajjar lili l-ewwel wieħed scaremonger - dak iż-żmien kien għad jiktiblu l-artikli l-PRO tiegħu, tal-ministeru, is-Sur Bugelli fejn semma' idle congesture - imbagħad insibu li effettivament kellu jitlob supply measures u jipprova jinnegozja anke metodi ...", "THE CHAIRMAN: Point of order, il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta jinkitbu, Mr Chairman, normalment narahom jien, jiġifieri l-input ikun tiegħi mhux ta' xi PRO.", "(Interruzzjonijiet) Barra minn hekk, mhux sew li jissemmew nies li ma jkunux hawn ġew.", "Inkunu daqsxejn diċenti, jekk jogħġbok.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-punt hu li ntqal li jiena nbeżża lin-nies bil- babaw pero' mbagħad irriżulta li l-gvern kellu jitlob sensiela ta' supply measures biex ovvjament jipprova jagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi ta' politika bħal dik.", "Dan juri kemm hi korretta, trasparenti u realistika l- politika Laburista li nagħmlu u niżviluppaw l-eqreb relazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea imma mhux ta' sħubija sħiħa.", "M'hemmx dubju li fost in-nies li jkunu suġġett għal din id-disfatta huma l-biedwa, ir-raħħala, is-sajjieda u huwa s-settur ta' l-agro-industrija li kif għedt, f'pajjiżna jiġġeneraw attivita' ekonomika annwali ta' madwar Lm70 miljun fis-sena.", "Sur President, il-gvern jiftaħar bil-miljuni li se jagħti mbagħad meta wieħed jagħsar isib li fil-fatt is-sussidji li qed jagħti huma biss loqom.", "Hemm ukoll każi fejn jaċċellewraw ftit is-sussidji fejn jibdew minn 7 mils fil-kilo għal 5ċ fis-sena 2008.", "Jiġifieri minn Jannar li ġej jibdew sussidji ta' 7 mils fil-kilo u mmorru lura għal 5ċ fil-kilo fis-sena 2008.", "Fil-każ tal-frawli se nneħħulhom 14ċ f'dik li hija protezzjoni u se nagħtuhom 7 mils.", "L-istess bħall-ħawħ.", "F'dan il-każ se nneħħulhom 7ċ f'dik li hija protezzjoni u se nagħtuhom 7 mils.", "L-istess bħall-berquq.", "Fuq dan il-prodott se nneħħulhom 7ċ f'dik li hija protezzjoni tal-levy u se nagħtuhom 7 mils.", "Fil-każ tal-lanġas se nneħħulhom 5ċ bil-protezzjoni u se nagħtuhom 7 mils.", "Fil-każ tal-bettieħ se nneħħulhom 8ċ u se nagħtuhom 7 mils.", "Fil-każ tal-larinġ ta' Malta se nneħħulhom 5ċ u nagħtuhom 7 mils.", "Imbagħad fl-aħħar sena fil-każ tal-frawli nkunu neħħejna protezzjoni ta' Lm1 u se nagħtuhom 5ċ.", "Sur President, jien nixtieq li xi ħadd min-naħa tal-gvern ifehmni kif bi ftit milleżmi se jkun possibbli għall-bdiewa u r-raħħala tagħna li jwettqu dak l-iżvilupp li hu qed jippretendi.", "Qed ngħid \"qed jippretendi\" għaliex fil-fatt insibu li l-gvern fir-raba' budget tiegħu la għandu flus ivvotati u lanqas qiegħed ipoġġi fit-twettiq il-politika tiegħu għal dak li suppost huwa l-pjan nazzjonali għall-produzzjoni agrikola organika.", "Jien naf li l- gvern m'għandux pjan nazzjonali għal din it-tip ta' produzzjoni agrikola.", "Jiena għamilt diversi mistoqsijiet matul dawn l-aħħar tliet snin dwar dan is-settur.", "Tlabt lill-ministru jinformani x'ġara mill-e-mail li kien bagħtlu f'Ottubru 1998, jiġifieri xahar wara li sar ministru, Dr Ricardo Cozzo tal-kumpannija Bioagrico.", "Din il-kumpannija hija akkreditata mill-E- farm biex tiċċertifika l-prodotti organiċi mkabbra b'mod organiku fil- Mediterran u li magħha, aħna bħala gvern u bħala ministeru kellna diġa' ħidma ongoing dwar kif nistgħu nintegraw il-produzzjoni agrikola organika fil-gżejjer tagħna.", "Peress li Dr Cozzo għadu ma rċieva ebda informazzjoni nkluż mill-ministru, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi mistoqsijiet li kien wieġeb il-Ministru fi Frar ta' l-1998 fejn kien qal hekk:", "\"L-Interpellant japprezza l-fatt li l-Ministeru qed jibni u jorganizza l-mezzi kollha meħtieġa fuq il-livelli professjonali bil-għan li din il-fergħa bis-serjeta' tgħaddi għall-fatti mill-paroli\".", "Illum, f'Diċembru ta' 2001 irrid spjegazzjoni għaliex f'dan il-budget mhux qed jivvota flus u lanqas hemm pjan nazzjonali għall-produzzjoni agrikola organika minkejja dawn l-insulti li mill-paroli ngħaddu għall-fatti.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fl-istess budget il-gvern la qed jivvota flus u lanqas qed iħejji pjan għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- iżvilupp ta' l-agro-turiżmu fil-gżejjera tagħna.", "Aħna nafu li fi gżira bħal tagħna jagħmel ħafna sens li niżviluppaw l-agro-turiżmu pero' bħal fil-każ tat-tliet budgets li għaddew, f'dan il-budget la qed jivvota flus u lanqas għandu pjan nazzjonali għall-iżvilupp ta' l-agro-turiżmu f'pajjiżna.", "Wieħed għandu jistenna li xi ħadd igħid ukoll x'inhuma t-targets tal-gvern anke fid-dawl ta' dak li kkummentat l-Unjoni Ewropea dwar il-management tas- settur tal-biedja fil-gżejjer tagħna.", "Hawnhekk m'inix qed nirriferi għall- kapaċita' personali tal-ministru jew għall-kapaċita' personali tan-nies tad- dipartiment imma qed nirriferi għall-andament sħiħ tat-tmexxija tal-gvern Nazzjonalista.", "L-istess m'hemm l-ebda pjan nazzjonali għar-riabilitazzjoni tal-kampanja tal-gżejjer tagħna, u dan minkejja li ntqal li gvern preċedenti Laburista ma kien għamel xejn.", "Issa ta' min igħid li wara sitt xhur tiegħu, gvern Laburista kien vara proġetti importanti fosthom ir-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa u numru ta' inizjattivi oħra ta' tħammil ta' widien li kien isir kemm mid-dipartiment ta' l-ambjent u mid-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi.", "Kien hemm ukoll l-inizjattiva li kienet għaddejja mid-dipartiment ta' l-ambjent sabiex jitneħħew it-tankijiet u jiġu sostitwiti jew b'ħitan tas-sejjieħ jew b'siġar biex ikunu ta' lqugħ għall-bdiewa u fl-istess ħin ma jkunux ta' detrimenti għall-karatteristika rurali tal-gżejjer tagħna.", "F'dan il-każ mhux talli m'hemmx pjan nazzjonali dwar ir-riabilitazjoni tal- kampanja talli wkoll jien għamilt sensiela ta' mistoqsjiet u rriżulta li lanqas inbnew ħitan tas-sejjieħ imqar biex jiġu riabilitati l-ftit li ġġarfu matul il-maltemp.", "Gvern Laburista kien qed jgħallem lill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l- agrikoltura b'teknoloġija moderna biex minkejja li m'humiex periti jew esperti, dawn jindirizzaw il-bżonn li f'pajjiżna nindirizzaw il- hydrological cycle, jiġifieri l-ilma tax-xita, il-problema tas-soil erosion u l-problema ta' l-ekoloġija tal-flora u l-fawna.", "Dan qed ngħidu għax minħabba nuqqas ta' manutenzjoni li seħħet fil-kampanja tal-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar erbgħin sena, ħafna ħitan jaqgħu, tintilef il-ħamrija, jintilfu l-uċuħ tar-raba' u jinqerdu ħafna karatteristiċi.", "Wara sitt xhur li konna ilna fil-gvern aħna bdejna niżviluppaw dawn l-inċentivi.", "Aħna ridna wkoll inġibu lill-Maltin u lill-Għawdxin konxji ta' dan l-iżvilupp u ridnihom ikunu jafu li aħna nirrikjedu li f'pajjiżna nkunu konformi ma' l- istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, mill-banda l-oħra fit-tliet snin ta' dan il-gvern fil-qasam ta' l-organic farming ma sar ebda progress, u dan tiddikjarah l-Unjoni Ewropea f'paġna 40 tal-progress report dwar Malta.", "F'paġna 43 ta' l-istess rapport l-Unjoni Ewropea tiddikjara wkoll li fejn jidħol l-iżvilupp rurali tal-gżejjer tagħna l-gvern la għandu strateġija u lanqas kapaċita' amministrattiva.", "L-importanti hu li matul dawn it-tliet snin abbandunajna ċerti inizjattivi li ttieħdu mill-gvern Laburista fosthom rigward il- proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa li konna qed nagħmluh bl- iktar mezzi flessibbli u maturi u skond in-normi kemm tal-politika globali u kemm tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, minn dan li qed ngħid nixtieq nieħu spunt biex nirringrazzja lill-ġurnal \"The Times\" li kien għeni meta jiena kont qed nimbotta biex jitwaqqa' bridge tal-konkos li kien qed jinbena b'mod illegali flok l- iżvilupp li kien maħsub.", "Jiena dan għamiltu biex dan il-wied ma jkomplix jiġġaraf minn dik li hija karatteristika tiegħu.", "Sur President, jiena qed ngħid dan kollu biex nuri li aħna wkoll konna bdejna proġetti, għalkemm mhux b'ħafna daqq tat-trombi.", "Ħafna drabi jintqal li kien hemm proġetti maħsuba li jsiru minn gvern preċedenti u aħna abbandunajnihom.", "Dan sar għax l-aġenda ta' kull gvern tinbidel.", "Per eżempju meta kont ministru sibt li l-gvern preċedenti, permezz ta' l-Onor.", "Censu Galea li dak iż-żmien kien il-ministru responsabbli, kien qed jara li jsir coastal green bank.", "Kien hemm il-ħsieb li jiġu xi ajruplani u jiżirgħu żerriegħa ma' l-irdumijiet bil-għan li titħaddar Malta, u għal dan kien hemm maħsub li jintefqu xi Lm1.5 miljun.", "Dan huwa proġett utli u importanti, pero' aħna ħsibniha mod ieħor.", "U jien min-naħa tiegħi niftakar li dak iż-żmien iddiskutejna l-kwestjoni ma' l-uffiċjali kollha nkluż il- permanent secretary u mal-persuna li dak iż-żmien kien id-direttur ġenerali Dr Franco Serracino Inglott – u dan huwa wieħed mill-iktar diretturi li kulħadd jirrikonoxxi, li huwa ta' stoffa u serva għal numru ta' snin kemm taħt gvern Laburisti u taħt gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti u twarrab għal xi sena biss minn sieħbi l-Ministru Ninu Zammit, u George Cardona...", "(Interruzzjonijiet) Imma llum.", "Kemm inbidlu l-affarijiet illum!", "Ma' dawn in-nies tkellimna b'mod realistiku u għedna li jagħmel ħafna sens li jkollna coastal green bank, pero' jagħmel iktar sens li nagħmlu proġett ta' riablitazzjoni tal-widien fejn hemmhekk m'għandniex ilqugħ għall-ilma tax- xita, m'għandniex protezzjoni għall-ħitan tas-sejjieħ.", "Minħabba dan in- nuqqas il-bdiewa tul tletin jew erbgħin sena tilfu ħafna ħamrija u din kellna nerġgħu nagħtuhielhom biex jerġgħu jgħollu l-livell tal-ħamrija li għandhom fuq l-uċuħ tagħhom.", "Dawn kollha kienu pjanijiet mingħajr daqq ta' trombi u mingħajr il-ħafna buzzwords li jintużaw illum.", "Wara li ftehmna li nagħmlu l-proġett ta' riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes ftehmna wkoll li nagħmlu proġett ta' żewġ serer speċjalizzati għaliex l- għan tal-Ministru Gatt u tal-Ministru Censu Galea li ċ-ċentru tal- micropropagation irendi għall-ġid komuni tal-bdiewa ma kienx qed jintlaħaq.", "Fil-fatt meta mort hemmhekk rajt ħafna pjanti pero' ma kienx hemm nies li jaħdmu f'dan il-qasam li kienu qed jitħarrġu.", "Wara li rajna hekk qbilna flimkien li jagħmel iktar sens li flok bank taż-żerriegħa nagħmlu żewġ serer speċjalizzati ħalli nipproduċu dwieli, xtieli u siġar ħielsa mill- mard u fl-istess ħin li jkollna l-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il- Qlejgħa għaddej.", "Jiena nixtieq lill-Ministru jispjega x'ġara dwar dan il-proġett biex almenu ma nkunux qed indaħħqu lin-nies biss b'dawn id-dibattiti imma nkunu qed nagħtu raġuni għal dak li hemm ħażin.", "Jiena nistax nifhem kif infaqna dawn il-miljuni ta' liri f'dan l-iżvilupp u sal-lum għadna m'aħniex kapaċi nipproduċi dwieli, xtieli u siġar ħielsa mill-mard.", "Dan minkejja li dan il- proġett kienu bdewh l-ex-ministru Gatt u l-Ministru Censu Galea u komplejt niżviluppah jien.", "Dan huwa insult mhux lejn il-bdiewa imma lejn in-nies kapaċi li huma fi ħdan il-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd.", "Issa ta' min igħid li min kien inkarigat – u minħabba f'hekk jien kien ikolli problemi miegħu - kien isiefer kważi kull xahar u li ma kontx noqgħod attent anke kull ġimgħa.", "Dan qed ngħidu għax wara dan is-safar kollu dan il-bniedem ma jistax jgħid li m'għandux in-knowhow jew il-kwalitajiet.", "Naħseb li dwar dan xi ħadd irid jagħti rendikont lill-poplu.", "Sur President, nixtieq ngħid li aħna ridna nagħmlu dawn is-serer bl-iskop li almenu fis-sena 2000 jew 2001 ikollna xi forma ta' produzzjoni ta' siġar biex imbagħad niżirgħuhom fil-widien li nkunu ħammilna u rranġajna.", "B'dan il-mod aħna ridna nagħmlu l-landscaping.", "Aħna ma qgħadniex nistennew lill- Unjoni Ewropea tgħidilna fl-paġna 43 li m'għamilna xejn f'dak li jidħol l- iżvilupp rurali tal-gżejjer tagħna.", "Dan konna qed nagħmluh minkejja li kellna applikazzjoni għal sħubija fl- Unjoni Ewropea ffriżata.", "Kieku f'dawn it-tliet snin konna aħna fil-gvern dan il-proġett kien ikun seħħ u mhux ikun għadu on paper bħala l-pjan tagħna biex niżviluppaw l-agro-turiżmu.", "Dan ridna nagħmluh għax jagħmel sens u bil-għan li noħolqulu swieq mhux ta' l-esportazzjoni imma fejn nistgħu nbiegħu.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li lanqas hemm pjan għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-biedja.", "Matul dawn it-tliet snin jiena ġejt imżeblah dwar l-esportazzjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid li meta konna fil-gvern jiena kont iddiskutejt din il-kwestjoni mat-tliet persuni li semmejt aktar kmieni u li magħhom kont kontinwament naħdem fil-qrib, u wasalna għall-konklużjoni li l- esperjenza tal-Ministru Gatt u l-esperjenza tal-Ministru Galea fil-qasam ta' l-esportazzjoni kienet qed tindirizza skop partikolari u ma rnexxietx minħabba numru ta' fatturi.", "Dwar l-esportazzjoni kkritikawna li ma ntlaħaqx l-iskop.", "Intqal ukoll li kien fjask meta ma ġiex esportat cherry tomatoes u frawli, imma mbagħad ta' min jirrikonoxxi li dawn kienu inizjattivi importanti.", "Ikun tajjeb li kull ministru jipprova jsib xi prodotti ġodda li nkunu nistgħu nesportaw.", "Aħna wara din l-esperjenza pprovajna nsibu xi prodotti li ma kinux suġġett għal ċerti problemi kif kellhom iċ-cherry tomatoes u l-frawli.", "L-Unjoni Ewropea timponi kwota, tariffa jew kontrolli oħra fuq dawn il-prodotti u aħna pprovajna nsibu prodotti oħra fosthom il-kosbor u l-ispinaċi li ma jirrikjedux serra.", "Fuq dawn il-prodotti ma tistax tista' tiġi applikata sustanza artifiċjali jew bexx u prattikament stajna nimmarkitjawhom bħala chemical free u hekk għamilna.", "Fil-bidu kellna seba' bdiewa li mbagħad telgħu għal għaxra, u fit-tieni stadju, meta għat-tieni kuntatt minflok 15ċ kienu qed idaħħlu 25ċ fil-kilo kellna 38 bidwi li daħal f'din il-ħaġa.", "X'ġara, Sur President?", "L- ewwelnett irrid infakkar li fix-xitwa ta' l-1998 kien għamel kwantita' ta' silġ - u kulħadd kien skanta kif niżel dan is-silġ u b'ċajta kien intqal li diġa' qegħdin Svizzera fil-Mediterran – u dan għamel ħafna ħsara.", "Minħabba f'hekk kellna nirrikorru għall-importazzjoni tal-ħaxix u fil-fatt konna anke baxxejna l-levy tal-protezzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nipprova nispjega l-verita'.", "Imbagħad jekk inti ma tridx tagħti kasha f'idejk.", "Effettivament kellna ndaħħlu jdejna fil-but kif wara kollox għamlu ministri preċedenti.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li aħna konna nġibu food quality assurers minn barra biex ifehmu lill-bdiewa xi jfisser li inti tesporta prodott.", "Barra minn hekk, kull tliet xhur jew kull xahrejn aħna konna nqabbdu nies kapaċi biex jagħmlu survey dwar dak li qed jagħmlu l-bdiewa.", "Dan għamilnieh għax aħna bħala dipartiment ħloqna l-inizjattiva imma mbagħad fl- istess ħin ma tlaqnihomx għal rashom, u konna nsegwuhom biex inkunu nafu x'qed jagħmlu.", "Il-Ministru qagħad isemmi l-bebbux u mhux bebbux.", "Hawnhekk irrid infakkar li dawn huma prodotti chemical free u allura bilfors ikunu suġġett ta' ċerti affarijiet.", "Issa llum x'ġara minn dawn il-kumpanniji?", "Dawn qed imorru Ċipru, l-Eġittu u pajjiżi oħra biex minn hemm jixtru l- istess produzzjoni, u minkejja dan il-Ministru la ltaqa' mal-bdiewa u lanqas iltaqa' mal-kumpannija.", "(Interruzzjonijiet) Jekk se mai ma tridnix nikkritikak li qgħadt tagħmel ħafna diskors barra minn loku, għax ma bgħattx għal dawn il-bdiewa u għedtilhom li jekk iridu jesportaw prodott iridu jikkoreġu l-iżbalji li kellhom?", "M'għamilx hekk għax dwar dawn l- affarijiet il-Ministru m'għamilx pjan.", "Jien ngħidlu bl-iktar mod sinċier u bl-iktar mod leali lejn il-ġurament li ħadt li nkun fidil u leali lejn il-Kostituzzjoni tal-pajjiż u lejn il-poplu tiegħi biex jieħu interess f'din il-kwestjoni.", "Jekk ma jridx ikellem lill- bdiewa, għandu jibgħat għal Dr Adrian Zammit li kien it-tekniku inkarigat biex jispjegalu x'inhuma l-argumenti tiegħu u biex almenu jisma' l-opinjoni tiegħu.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li l-iżvilupp nkattruh b'mod sostenibbli u b'mod li jifhmuna n-nies.", "M'għandna qatt ninsultaw l-intelliġenza u l-kapaċita' tal-bdiewa, kif infakkar qed jagħmel dan il-budget permezz tas-sussidji loqom li qed jivvota l-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, il-gvern jaf li m'aħniex se nibbenefikaw mid-90% tas- sussidji, imma se nibbenefikaw mill-10% li l-Unjoni Ewropea tagħtina minħabba li m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu z-zokkor, iċ-ċereali, farms kbar tal-laħam aħmar inkluż il-ħaruf.", "Aħna m'għandniex art biżżejjed biex inwaqqfu farms kbar biex ikollna biżżejjed produzzjoni lokali f'ħalib biex nagħmlu l-butir u l-ġobon u l-by-products kollha u m'għandniex art biżżejjed biex inkabbru s-siġar taż-żebbuġ ħalli nieħdu s-sussidji biex nagħmlu ż-żejt taż-żebbuġ.", "M'għandniex art biżżejjed biex inkabbru r-ross u t-tabakk.", "Minkejja dan, Sur President, il-gvern jinsab konvint li Malta se tibbenefika bl-istess mod bħall-Ġermanja.", "X'ġara per eżempju, issa li l-gvern sab l-art mill-iżvilupp tal-fabbrika tal-ħalib?", "Mela għandna fabbrika li ilha erbgħin sena u li nafu li trid tinbidel biex il-prodott tagħna jkun tabilħaqq sab l-art, pero' l-gvern din ma bidilhiex.", "Mela l-gvern jgħid li r-raħħala jridu jagħmlu r- restructuring, pero' mbagħad min-naħa tiegħu l-gvern qal li se jibni l- fabbrika tal-ħalib u ma bnihiex.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, imbagħad tirranġaw minn wara mar-raħħala.", "(Interruzzjonijiet) Intkom meta ridtu tiddeċiedu li tneħħu l-levy, taf x'għedtulhom lir-raħħaħa, barra li ma ddiskutejtux magħhom?", "Għedtulhom li l-levy se titneħħa wara li nsiru membri imbagħad irriżulta li l-levies ta' protezzjoni se jibdew jiġu żmantellati minn Jannar li ġej.", "(Interruzzjonijiet) Dan qalu l-Ministru għall- Affarijiet Barranin.", "Jekk tafu kif tiddeċiedu fl-aħjar interess tal-poplu mela allura għaliex m'għamiltux il-fabbrika tal-ħalib?", "Jew m'huwiex fl- interess tal-poplu li tagħmlu dan l-iżvilupp?", "Ilkom tgħidu tant bir- ristrutturar!", "Illum il-Prim Ministru qed jikkonferma li ma sarx investiment.", "Mela allura għaliex m'għamiltuhx?", "Se noqogħdu nitfgħu l-ġebla u naħbu idejna?", "Għaliex qed noqogħdu nfehmu lill-bdiewa li jridu jbiddlu u min-naħa tagħkom ma jsir xejn?", "B'dan il-mod qed titfa' liż-żiemel quddiem il-karattun.", "Dan x'tibdil hu, x'ristutturar huwa dan?", "Hekk qed tagħmlu intom.", "L-istrutturar mhux fil-fabbrika biss bħala struttura jrid isir.", "Irid isir ukoll żvilupp u immodernizzar fix-sheds tal-Pitkalija.", "L-istess fil-packing station f'Ta' Qali.", "Hemmhekk ma sarx l-investiment biex naraw liema huma dawn ix-xita ta' prodotti li issa suppost se nesportaw meta nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istess, per eżempju, fiċ-ċentru tal-frott.", "Kelli nkun jien b'diversi PQs li nagħmel biex jitnaddaf dan il-post għaliex il-kwantita' ta' ġrieden li kien hemm hemmhekk kienu qed iwerwru lil kulħadd.", "U dan meta niftaħru li rridu nirristrutturaw.", "(Interruzzjonijiet) Il-pjan u l-istrutturar fil-kwarantina tal-pjanti u ta' l-annimali sar biex inkunu konformi ma' l-acquis.", "Dan huwa insult lejn l-intelliġenza u lejn il-kapaċita' tan-nies fil-mistier tal-biedja.", "Filwaqt li l-gvern qed jgħidilhom biex jirristrutturaw, qed jagħtihom ftit mils fuq kull kilo u dan barra li hu ma jagħmilx l-investiment li hemm bżonn u li jrid isir nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li l-iżvilupp ta' l-iskola tas-sajd konna niddiskutuh jien u sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo regolarment.", "Aħna konna gvern tal- Maltin u ta' l-Għawdxin kollha, u ma konniex noqogħdu ngħidu li m'aħniex tobba u nagħrfu lin-nies mill-kulur tal-wiċċ jew mill-fiżika tagħhom.", "Meta telqgħet il-problema bejn il-permanent secretary Dwardu Gauci Borda u l- Profs.", "Agius, jien lil sieħbi l-Onor.", "Bartolo mill-ewwel għedtlu li rridu nirrispettaw il-kapaċita' ta' dawn it-tnejn min-nies.", "Jien iddikjarajt mill-ewwel li se nkompli nappoġġja l-inizjattiva li ried jieħu l-permanent secretary tiegħi pero` fl-istess ħin jien informajtu li għalkemm irrid li hu jkollu l-freehand imma ma rridx nitlef il-kwalitajiet u s-servizzi tal- Profs.", "Agius.", "Informajt b'dan lill-Profs.", "Agius biex jibqa' kosulent għax dan ikun il-bniedem ideali li f'pajjiżna jibnilna l-iskola tas-sajd.", "U iva, nista' ngħid li flimkien konna qed naraw jekk hux possibbli li nagħmluhom ħbieb.", "Jiena nista' ngħid li minkejja li fl-ewwel seminar li għamilna dwar is-sajd tat-tonn kien inqala' l-inkwiet, pero' dawn it-tnejn kienu preżenti fuq l- istess mejda.", "Aħna ma ridniex li nitfgħu l-affarijiet u nħalluhom imbagħad naraw x'jiġri u noqogħdu nispiċċaw biex ikollna xi segretarju parlamentari, kif għamel l-Onor.", "George Pullicino li qagħad jgħid li fiċ-ċentru ma sar xejn.", "Ħalliha li mbagħad l-istess ministru ġie hawn u wieġeb li xi ħaġa fiċ-ċentru sar.", "X'sar fiċ-ċentru, Sur President?", "Jaqaw l-Onor.", "George Pullicino nesa li d-dipartiment tas-sajd qed iħallas Lm40,000 fis-sena f'konsulenti.", "Nesa li s-segretarju permanenti kien qed imexxi d- delegazzjoni li marret tiddiskuti l-multileteral u l-bilateral bejn Malta u Brussell?", "Dan kif jista' ma nsejjaħlux insult lejn l-intelliġenza u l- kapaċita' tal-bniedem?", "U issa li hemm gvern Nazzjonalista dan ma sarx għax mhux veru hemm il-qalb.", "M'hemmx id-determinazzjoni, m'hemmx l-għaqal, m'hemmx ir-rieda, m'hemmx il-galbu, m'hemmx l-inizjattiva u m'hemmx il- wens.", "Tan-naħa l-oħra jidħqu bina meta nsemmu dawn l-affarijiet, imma huma jweġġgħu lin-nies tagħhom stess bihom dawn l-affarijiet.", "Il-gvern jaqbillu joqgħod attent, għaliex l-agħar ħaġa li jista' jagħmel hija meta jarmi l- intelliġenza tal-bniedem.", "Sur President, niġi issa għall-argument tar-ristrutturar.", "Il-gvern min-naħa tiegħu mhux talli m'għamilx ristrutturar imma talli lanqas għamel pjan nazzjonali f'dak li aħna niftehmu bih bħala kunċett tal-produzzjoni agrikola organika.", "Issa dan fir-raba' budget u wara li l-Ministru ilu tliet snin jgħid li mill-paroli jrid jgħaddi għall-fatti.", "Imma ħalli niġi għall-kwestjoni tar-ristrutturar.", "Jien għandi nifhem li l-gvern messu għamel mezz kif f'dawn it-tliet snin il- biċċerija tilħaq EU standards.", "Jekk aħna marbutin li naġġornaw ruħna mal- politika agrarja ta' l-Unjoni Ewropea u ma' l-istandards tagħha, għaliex f'dawn it-tliet snin ma ġibniex EU standard fil-biċċerija biex nagħmlu kuraġġ lir-raħħala tagħna u lill-produtturi tal-majjal u taċ-ċanga biex jinvestu?", "Kif se nippretendu li dawn jinvestu bil-milleżmu u biċ-ċenteżmu li se nagħtu fuq il-majjal?", "Dawn kif se jagħmlu r-ristrutturar li hemm bżonn biex jintegraw f'dan il-kobor kollu ta' sistemi li huma sistemi marbutin għall-economy of scales ta' 400 miljun konsumatur u mhux għal economy of scales ta' 380,000 konsumatur?", "Dan ukoll huwa insult lejn il- kapaċita' u l-intelliġenza tan-nies tal-mistier, jiġifieri tal-bdiewa, tar- raħħala, tas-sajjieda u ta' l-agro-industrijalisti, Sur President.", "Ma jistax ikun tpoġġi lil dawn in-nies f'pożizzjoni bħal din sempliċement għaliex inti ossessjonat li ssieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Niġi issa għall-producers' organisation, Sur President.", "Fil-pajjiżi, speċjalment ta' l-Unjoni Ewropea hemm sistemi li jagħmlu sens, li daqskemm irridu nikkontrollaw il-produzzjoni tal-bdiewa, tar-raħħala, tas-sajjieda u ta' l-agro-industrija, daqstant ieħor irridu nikkontrollaw l-importazzjoni.", "Mela x'tagħmel l-Unjoni Ewropea?", "Fl-istrutturi tagħha għandha 87 tariff quotas.", "Issa l-Ministru jgħid li l-protezzjoni trid tispiċċa fid-dinja kollha.", "Jiena nistaqsih: Mela tariff quota x'inhi?", "Jien infakkar lill- Ministru x'weġibni f'waħda mill-mistoqsijiet riċenti.", "Dan qalli li meta saret membru tal-WTO Malta ma ntrabtitx bi kwoti.", "Mhux veru!", "Fil-fatt Malta għandha qafas wisq aħjar, u din hija l-fehma ta' l-esperti kbar.", "Qed jikkonferma hu stess fil-mistoqsija li jien għamiltlu dwar il-WTO li skond l-esperti kbar għandna qafas wisq aħjar u se jiżmantellah.", "Issa dan se jagħmlu meta jaf li se jgħabbi lill-poplu tagħna, , lill-bdiewa tagħna, lir- raħħala tagħna, lis-sajjieda tagħna b'dawn il-kwoti li żgur ma jirrappreżentawx il-bżonn tagħhom, imma jirrappreżentaw il-bżonn tal-popli tal-pajjiżi membri.", "Imbagħad x'insibu iktar, Sur President?", "Insibu li dak li jipproduċu l- bdiewa u r-raħħala jridu jikkontrollawh u dak li jiġi mportat le.", "Dan il- prinċipju m'hu prattikat ma' ħadd.", "Dawn jgħidu li l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran ma tagħmilx sens imma hija l-politika tagħhom li ma tagħmilx sens.", "Ma jagħmilx sens li jiżmanetallaw il-protezzjoni meta l-istess Unjoni Ewropea fi ħdan il-WTO għandha reġistrat 87 tariff quota u għandha reġistrata 539 special provision for agriculture produce biex jipproteġu ċerti prodotti ta' l-agrikoltura ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri.", "Imbagħad niġu hawn u ngħidu li l-protezzjoni trid tispiċċa!", "Dan m'huwiex biss insult lejn l-intelliġenza u l-kapaċita` tan-nies fil-mistier tal- biedja imma huwa insult lejn il-kapaċita' u l-intelliġenza tal-konsumaturi u tan-nies tax-xogħol f'pajjiżna fejn qed ngħidulhom li l-kontrolli se jispiċċaw pero' jekk aħna nidħlu membri fl-Unjoni Ewropea, il-ħaruf ta' New Zealand ...", "(Interruzzjonijiet) Għax aħna ma tlabniex special measure fuq kwalunkwe laħam aħmar imma tlabna biss fuq beef.", "Dan ifisser li jekk nidħlu fl-EU aħna se nkunu suġġetti fuq il-laħam tal-ħaruf li aħna ma nipproduċux hawn.", "Aħna la għandna industrija, la għandna raħħala li jipproduċuh dan, la għandna agro-industrija u lanqas għandna investiment.", "Mela issa dan il- ħaruf se jkun suġġett ta' kwota.", "Meta l-Ministru hawnhekk kien qed jgħid li din il-kwota tinqasam mal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien f'Novembru li għadda minn jeddi mort u ltqajt ma' New Zealand farmers – u jekk irid nagħtih l-indirizzi biex jiltaqa' magħhom huwa wkoll - u tlabthom jgħiduli eżatt kemm se tkun il-kwota li se jkollha allokata.", "Irriżulta li l-kwota hija ta' 225,000 tunnellata, jiġifieri jiġu 0.6 of a kilo għall-konsumaturi fis-sena ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għedtilhom biex jgħiduli kemm hi l-kwota li se tkun allokata għalina għax il-ministru lili fehmni li hemm kwota ta' xi 42,000 jew 43,000.", "Hu qalli li hemm kwota ta' Lm225,000 u biex Malta tilħaqha trid tikkompeti mas-supermarkets u ma' l- importaturi ta' Munich, ta' Lisbona u ta' Pariġi.", "Jien għedtlu li l- ministru qed jgħid li minn dawk il-225,000 aħna se jkollna kwota.", "Qalli li huwa veru li se jkollna kwota imma permezz ta' sistemi kummerċjali li allura jew inħallsu dan il-prezz jew le.", "Dan jiena kollu vverifikajtu u dan ifisser li l-Ministru huwa skorrett meta jgħid li mhux veru li se jkun hemm splużjoni fil-prezz.", "Jien dwar dan nistiednu biex jara x'jgħid sieħbu l-Ministru Josef Bonnici li qal li meta se jkun hemm il-kwota l-prezz se jogħla.", "Sur President, minħabba dawn il-kwoti li aħna bi sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea se nkunu suġġett għalihom se jiġrilna li bħalma ġralhom Canary Islands li jħobb jirriferi għaliha anke l-Ministru.", "Qaluli li fil- Canary Islands hemm domanda għan-New Zealand lamb li ma jistgħux jissodisfawha u dan għaliex għalkemm m'hijiex gżira stat bħall-Malta, Canary Islands hija parti mill-Unjoni Ewropea imma u hija marbuta bir- regoli ta' l-Unjoni Ewroepa.", "Sur President, jiena semmejt il-ħaruf ta' New Zealand bħala eżempju.", "Mela sewwa, se nneħħi l-levy tiegħi u mbagħad bdejt indaħħal dazji fuq prodotti li l-ministru qal li dawn huma prodotti taż-żibel.", "Jien m'inix se noqgħod nidħol f'dan l-argument jekk hux taż-żibel jew le pero' nixtieq insemmi l- każ tal-corned beef.", "Dan il-gvern għadda liġi din is-sena li permezz tagħha l-prodotti proċessati ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma huwa l-corned beef, minn 1ċ2 għollih għal 7ċ fil-kilo.", "Issa meta tlabt lill-Ministru Dalli biex jagħti garanzija lill-oppożizzjoni Laburista li din iż-żieda se tiġri biss fuq dan il-prodott u mhux fuq firxa ta' prodotti oħra ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea, il-ministru dakinhar qalli li ma jistax jagħtini din il-garanzija.", "Issa hawnhekk ta' min igħid li aħna nimpurtaw 75% ta' dak li jikkonsmaw u għandna protezzjoni fuq 25% ta' dak li jirrigwarda s-settur ta' l- agrikoltura u tas-sajd.", "Mela aħna għandna biss protezzjoni limitata.", "Nerġa' ngħid li minn sena għal oħra dan is-settur jiggarantixxi eluf kbar ta' impjiegi full-time u part-time li jiġġeneraw attivita' ekonomika ta' Lm70 miljun plus li l-bdiewa jikkultivaw madwar 100,000 tomna raba' biex isebbħu lill-pajsaġġ.", "Dan ngħidu fl-isfond li biex iżomm il-ġonna u r- roundabouts u s-centre strips fi stat tajjeb il-gvern iħallas medja ta' Lm4 miljun fis-sena.", "Sur President, f'dan l-isfond kollu ma jagħmilx sens u tabilħaqq qed inweġġgħu u ninsultaw l-intelliġenza u l-kapaċita' tal-bdiewa meta nagħtuhom 6 mils f'sussidju.", "Hawnhekk irridu niftakru li barra li jgħixu huma, bil-flus il-bdiewa jridu jipproteġu l-ftit ta' art li għandhom mill- elementi tar-riħ u l-ilma bil-melħ li kontinwament ikissruhom u biex jagħmlu dak li hemm bżonn dwar in-nuqqas ta' ħamrija li hemm fuq l-uċuħ tar- raba'.", "Sur President, lill-bidwi qed ngħidulu li aħna se nikkontrollaw x'jipproduċi, pero' fl-istess ħin huwa jrid ineħħi l-levy tiegħu.", "Per eżempju, jien kelli ittra li rċevew il-bdiewa mingħand il-koperattiva tagħhom li informat lill-bdiewa li jridu jieħdu inqas minn dak li ordnaw f'dak li hu żriegħ tal-patata.", "Għaliex?", "Għax hekk huma l-kondizzjonijiet.", "Skużi, mela minn banda qed ngħidu lill-bdiewa li ċ-ċansijiet ta' l- esportazzjoni kibru, qed ngħidulhom ukoll biex ikunu iktar sostenibbli u kompetittivi imma mbagħad qed ngħidulhom li ma jistgħux jipproduċu kemm iridu.", "Dan barra li qed nagħtuhom is-sussidju miżeru li diġa' semmejt.", "Il- Ministru għandu jispjega dan ix-xenarju għax in-nies m'humiex qed jifhmu dak li qed jiġri.", "Sur President, x'insibu aktar dwar il-patata?", "Insibu li l-gvern se jneħħi l-levy għall-patata li ġejja mill-Unjoni Ewropea pero` l-Unjoni Ewropea mhux se tagħmel l-istess għall-patata li se tiġi esportata minna.", "Almenu l- gvern missu pprova jirranġa biex iż-żmien jiżdied ħalli flok 2,000 tunnellata Sante` u 4,000 tunnellata Alfa jlaħħqu jesportaw 10,000, għax f'dak iż-żmien ikun hemm suq kbir.", "Bdew inaqqsu l-levy tagħna u dan meta l- Unjoni Ewropea tapprova almenu tliet ġimgħat estenzjoni sew qabel u sew wara d-data stabbilita.", "Again, Sur President, dan huwa insult mhux biss għall-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda.", "Dan mhux insult biss għall-konsumatur imma huwa insult ukoll għall-gvern.", "Jien għandi nippretendi li meta se niżmantella dawn il-levies kollha, l-uniku oġġett li jista' jivvantaġġa lill-bdiewa Maltin huwa li jiġi rranġat iż-żmien biex huma jkunu jistgħu jesportaw aktar patata, pero' din il-kondizzjoni l-gvern ma ġabhiex.", "Dawn huma l-affarijiet, Sur President, u meta nsemmuhom aħna nkunu qed nitkellmu bis-serjeta' u bir-responsabbilta' li għandna kemm bħala oppożizzjoni u kemm bħala gvern alternattiv li jrid imexxi 'l quddiem il-ġid komuni tal- Maltin u l-Għawdxin u mhux inġibu d-djun kif għamel il-gvern Nazzjonalista matul dawn l-aħħar tliet snin.", "Sur President, il-ministru lili spiss jibagħtni nfittex fuq il-website ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien ippruvajt infittex fuq il-website ta' l-Unjoni Ewropea u ma rnexxilix niskopri liema huma l-85 tariff quota.", "Jiena nixtiequ jgħid ukoll għal xiex inhuma dawn il-kwoti.", "Jekk dawn il-kwoti qegħdin hemm biex jipproteġu lill-bdiewa ta' l-Unjoni Ewropea allura mela mhux veru li l-protezzjoni trid tispiċċa.", "Mela se mai inħallu l-protezzjoni tagħna hemm kif anke kontu qed twegħdu intom stess lill-bdiewa.", "Il-Ministru għandu tekniċi biżżejjed, ilhom ġejjin u sejrin il-Portugal.", "Naf ukoll li t- technicians u l-esperti fuq il-WTO huma nies kapaċi - u dawn ħdimt magħhom jien ukoll - u allura jistgħu jagħtuh identifikazzjoni dwar x'ġara fil- Portugal fir-rigward ta' dawn il-protezzjoni.", "Qed nistaqsi dawn il- mistoqsijiet għaliex meta jien f'dawn it-tliet snin tlabt lill-Ministru Josef Bonnici u lill-viċi prim ministru dwar jekk il-gvern għamilx impact assessment ta' x'se jkun l-impatt għall-konsumatur fil-gżejjer tagħna u għall-industrija tat-turiżmu meta rridu nitgħabbew b'dawn il-kwoti u b'dawn il-539 special safeguards li l-Unjoni Ewropea timponi fuq il-popli u l- gvernijet tal-pajjiżi membri kont informat li l-impact assessment ma sarx u lanqas hemm ħjiel jekk hux se jsir.", "Sur President, il-gvern dejjem jipprova jagħti tumakka lill-kelliema ta' l- oppożizzjoni billi jgħid li ma teżistix il-politika ta' Svizzera fil- Mediterran, jiġifieri li nagħmlu l-aqwa relazzjonijet speċjali u li ninnegozjaw l-aqwa rabtiet possibbli ma' l-Unjoni Ewropea pero' mbagħad qed jgħid li għandna bżonn pakkett speċjali.", "Mela allura kif tgħidu li l- politika tagħna ma teżistix?", "Mela l-politika tagħna teżisti u hija l- politika li jaqbel għal pajjiżna.", "Meta konna fil-gvern sieħbi l-ex-ministru u ex-viċi prim ministru l-Onor.", "George Vella kien ilaqqgħani ma' nies mill- Unjoni Ewropea u lil dawn konna nfehmuhom, per eżempju, li aħna għandna bżonn immedjat li ninnegozjaw fost oħrajn dwar din il-kwestjoni ta' l- esportazzjoni tal-patata.", "Konna ngħidulhom ukoll li aħna ma niċċarġjawhomx levy fuq il-patata taċ-chips lesta taħt it-2.5 kilo u min-naħa tagħhom huma jridu jirrispettaw il-fatt li hemm bżonn li l-istaġun jitwal ġimgħa fil- bidu u jitwal bi ħmistax oħra fl-aħħar ħalli l-esportazzjoni tagħna tabilħaqq tkun tista' tkompli tiġi mibnija u dan irrispettivament Malta tidħol jew ma tidħolx membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Again, Sur President, x'insibu?", "Insibu li f'dan ir-rigward illum għandna gvern li jibgħat lili biex infittex fuq il-website ta' l-Unjoni Ewropea dwar x'inhuma l-kwoti fuq il-ħaruf, fuq New Zealand beef u fuq 85 prodott li huma suġġett ta' kwota li m'hi xejn ħlief protezzjoni li tgħolli l-prezz għall-konsumatur.", "Issa ħalliha li dawn qed jgħidu li se jneħħu l-levies biex iroħħsu l-prodotti għall-konsumatur.", "Permezz ta' dawn il-kwoti l- protezzjoni qiegħda hemmhekk imma b'xorta oħra u din se tkun imposta fuq 75% tal-prodotti ta' l-ikel li nimportaw.", "Qed ngħid dan għax irridu niftakru li ħafna mill-każijiet mhijiex il-materjal prima biss li tkun suġġett ta' dazju imma anke l-prodott lest.", "Ħalli nġibu eżempju żgħir biz- zokkor.", "Meta kont infehmhom li mhux iz-zokkor biss huwa suġġett tal-kwoti mill-Unjoni Ewropea, imma anke z-zokkor bħala kompożizzjoni fi prodotti ta' ġelati, tal-ġamm, u f'numru ta' prodotti oħra tan-naħa l-oħra kienu jidħku bija u jgħidu li qed inbeżża' lin-nies bil-babaww.", "Illum kienu huma l-ewwel nies li talbu special supply measure dwar dawn il-prodotti, u għamlu hekk għax jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea nkunu suġġett ta' dawn l-integrated tariffs of the European communities.", "F'dan il-każ qisu għandek erba' ħitan ta' Berlin.", "Mela għandek l-ewwel il-ħajt tat-tariff quota u mbagħad għandek il-ħajt ta' l-ispecial safeguards imbagħad għandek il-ħajt tat- tariff quota u on top of all this hemm dawk li jgħidulhom l-export refunds.", "Mela allura l-export refunds jissussidjaw sija z-zokkor bħala materja prima u sija z-zokkor bħala kompożizzjoni fiċ-ċikkulata li wkoll fiha trab tal-ħalib u fiha ingredjenti oħra, bħala zokkor fil-gallettini, bħala zokkor fil-ġammijiet.", "U meta l-gvern jitlob supply measures fuq dawn l- affarijiet kollha jkun qed jikkonferma kemm huwa veru li l-kontrolli jeżistu.", "Għaliex il-gvern ma jispjegax li se nneħħu l-kontrolli tagħna biex inkissru lill-ftit bdiewa, raħħala, produtturi tat-tiġieġ u tal-majjal u lill-ftit agro-industrija li għandna fil-gżejjer tagħna?", "Sur President, irrid ngħid ukoll li rigward l-industrija tal-majjal, għalkemm għedna li l-prezzijiet se jorħsu pero' meta għamilna r-rapport irriżultalna li hemm prodotti ta' l-għalf tal-majjal li se jogħlew bejn 30% u 50% fil-prezz, u hemm prodotti għall-produtturi tat-tiġieġ li se jogħlew bejn 15% jew 18%.", "Mela l-gvern qed jitlob supply measure biex dawn ma jogħlewx imma mbagħad fl-istess ħin se jiżmantella l-protezzjoni tal-levy.", "Il-prezz majjal ilu ma jiżdied mill-1994.", "(Interruzzjonijiet) Fiż-żmien, il-produtturi tal-majjal biegħu 11-il miljun majjal minn 8.5 miljun!", "Imma apparti dan ...", "(Interruzzjonijiet) Fuq l-esportazzjoni...", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Dalli wkoll jagħmel ħażin joqgħod jisma' minnek!", "Imma ħalli niġi għall-punt tal-majjal, Sur President.", "Mela aħna nafu li l- produtturi tal-majjal tliet xhur ilu talbu 3ċ żieda għax kien ilu ma jogħlielhom il-prezz mill-1994 'il hawn u issa għolielhom kollox.", "(Interruzzjonijiet) Ir-raħħala li jipproduċu l-ħalib mhux huma qed jitolbu ż-żieda imma l-koperattiva tagħhom għaliex dawk għandhom arranġamenti li meta toħroġ il-Lm1.50 żieda l-koperattiva tagħhom tħallashom bħala raħħala talli jipproduċu l-ħalib u allura mill-1994 jew mill-1995 'il hawn ħadu 2ċ5 żieda fil-gallun tal-ħalib.", "Għalkemm il-koperattiva ma ħadithiex imma r- raħħala ħaduha.", "Fil-każ tal-produtturi tal-majjal le, u allura bir-raġun dawn qed jitolbu 3ċ oħra.", "X'ġara?", "Mela l-gvern jaf li jrid jogħlielhom il- prezz ta' l-għalf u allura qed jitlob supply measure biex ikun jista' jixtrih minn fejn irid u bi prezz irħis li jrid minn sorsi oħra.", "Issa jista' jkun li dawn is-sorsi ma jkunx aċċettati mill-istandards ta' l- European Union.", "(Interruzzjonijiet) Erħilu dak l-argument, mhux se noqogħdu nidħlu fil-mertu tiegħu aħna, pero' l-fatt hu li flok almenu dan irrispetta li huma għandhom prezz ta' 84ċ qabad u qalilhom: Ara, jien se nagħtikom 1ċ il-kilo sussidju pero' mill-80ċ tridu tniżżlu għal 60ċ.", "Dan ifisser li l- gvern lanqas biss ġibed average price bejn l-84ċ u l-87ċ li qed jitolbu huma.", "(Interruzzjonijiet) Kif x'qed inħawwad?!", "Jgħidli jekk hux veru jew le li talbuh 3ċ?", "(Interruzzjonijiet) Dażgur, għax l-iskop tiegħek huwa li tkun parti minn din il-politika tal-gvern li tinsulenta l-intelliġenza u l- kapaċita' tan-nies.", "(Interruzzjonijiet) M'intix kapaċi tgħid li l- prodotturi tal-majjal talbuk 3ċ żieda.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien ngħidlek, għax jien hawnhekk ħadt ġurament ta' rġulija.", "Inti ppruvajt tevita anke li tirrispondi dwar il-permanent secretary...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dwar dan jien għamiltlu ħafna mistoqsijiet minn dawn it-tliet xhur 'il hawn u ma rrispondinix.", "Il-Ministru jrid jaħbi għax huwa parti minn din is-sistema politika ta' gvern jrid jinsulta l-kapaċita' u l- intelliġenza tal-mistier tal-biedja.", "U l-loqom ta' sussidji li qed jagħti jixhdu dan li qed ngħid, u dan minkejja li tissemma' ċ-ċifra ta' Lm2.38 miljun.", "L-istess tneħħija ta' levy hija ħafna akbar minn dak is-sussidju ta' protezzjoni li se jagħti għal dawn in-nies.", "Sur President, jien nixtieq li f'dawn il-ħames minuti li baqagħli nagħmel nagħti xi raġunijiet għaliex aħna nemmnu fil-politika li minn Malta nagħmlu Svizzera fil-Mediterran.", "Aħna nirrealizzaw li l-agrikoltura tagħna li minnha tiddependi l-provvista ta' l-ikel frisk għal 380,000 ċittadin u industrija ta' miljun turist, ma tista qatt tkun ekonomikament vijabbli taħt umbrella ta' politika komuni ta' l-Unjoni Ewropea u f'dik l-economy of scales enormi.", "Infakkar, Sur President, li d-densita' tal-popolazzjoni tagħna jekk tikkalkula t-turisti li jżuruna minn xahar għal ieħor hija ta' 1,300 ruħ f'kilometru kwadru, u minħabba f'hekk diġa' għandna problema biex inkabbru s-settur ta' l- agrikoltura.", "Imbagħad jerġa' minħabba dan iċ-ċokon ta' art diġa' għandna problemi oħra li ma nibbenefikawx għal 90% tas-sussidju li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-gvernijiet u lill-popli tal-pajjiżi membri sabiex jiżviluppaw l- agrikoltura tagħhom.", "Issa barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea torbot lill- popli tal-pajjiżi membri b'regoli komuni fuq dak li jirrigwarda l- importazzjoni kemm tal-materja prima ta' l-ikel u kemm tal-prodotti finished ta' l-ikel.", "Minħabba l-problema tan-nuqqas ta' art ma nibbenefikawx mis-sussidju u b'dan il-mod se nheddu serjament il- flessibilta' li jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin bħala konsumaturi u l- flessibilta' li jgawdu l-industrija tat-turiżmu, l-agro-industrija, l- industrija ta' l-ipproċessar fis-swieq internazzjonali, kemm meta jixtru l- prodotti li ma jipproduċux il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda tagħna u sija l-prodotti li ma jipproduċux l-agro-industriji tagħna.", "Aħna għandna biss kontrolli ċkejkna pparagunati ma' dawn il-kontrolli tal-politika komuni agrarja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ta' l-Unjoni Ewropea lilna ma jgħidulniex li m'għamilna xejn fi tliet snin jew li lanqas għadna bdejna naġġornaw ir-regoli tagħna mar- regoli tagħhom.", "Malta hija gżira li apparti forsi l-Belt u l-Furjana ftit jew wisq teżisti ftit agrikoltura kullimkien.", "Din hija karatteristika ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk kulħadd jinteressah li l-prodott ta' Malta, speċjalment il-patata li dejjem ġabet prezzijiet tajba, jkunu mtejjba fil- kwalita' biex inkomplu nkabbru s-swieq ta' dan il-prodott pero' l-gvern x'għamel dwar dan kollu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Jiena nixtieq li l- Ministru jagħti rendikont ta' x'se jagħmel biex ikun konformi mal-kummenti li għamlet l-Unjoni Ewropea permezz tal-progress report tagħha dwar Malta.", "Jiena nixtiequ jispjega għaliex ma teżistix din il-politika.", "Irrid ngħid ukoll li f'dan kollu għandna nerfgħu dak li nifilħu.", "Nagħlaq billi ngħid l-aħħar sentenza fuq is-sajd, Sur President.", "X'inhi l- pożizzjoni tad-dipartiment tas-sajd fuq il-purseiners?", "Għal xi żmien konna qed naqblu li peress li rridu jkollna żona ta' konservazzjoni, ma jagħmilx sens li nistadu b'sistemi li jheddu l-annimali protetti, fosthom il-frieken u d-dniefel.", "M'hemmx dubju li l-użu tal-purseiners huwa ta' theddida.", "Il- gvern x'qed jiddeċiedi?", "Qed jiddeċiedi li jagħmel l-ibħra tagħna bla konservazzjoni u allura jdaħħal l-użu tax-xibka tal-purseiner jew inkella jrid jikkontrolla biex tabilħaqq l-istocks tal-ħut fil-periferija u fil- kosta tas-sajd tagħna tabilħaqq ikunu protetti u jibqgħu sostenibbli kemm għal-lum kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet tal-futur?", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Issa skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin kollu li għad fadal huwa għall- gvern.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, huwa pjaċir tiegħi li jien ġej minn kostitwenza rurali ħafna u li l-bdiewa huma fost l-aktar ħbieb tiegħi u fost l-iktar nies li jiena nieħu pjaċir niddiskuti magħhom.", "Sur President, il-pilastri ta' l-ekonomija ta' pajjiżna jinqasmu fuq tlieta, illum il-ġurnata anke fuq erbgħa.", "Dawn il-pilastri huma l- industrija tal-manifattura, is-servizzi f'dawk li huma t-turiżmu, il- korporazzjonijiet imbagħad għandna l-agrikoltura li għalkemm hija fuq skala ħafna iżgħar minn dak tal-manifattura u dak tas-servizzi imma għandha importanza ħafna.", "Illum nistgħu ngħidu li għandna r-raba' pilastru li huwa dak ta' l-informatika u t-teknoloġija.", "Minn banda t-tliet pilastri l-oħra jridu jissupplixxu din l-invenzjoni moderna, u min-naħa tagħha l- informatika u t-teknoloġija trid tissupplixxi dawn il-pilastri biex tkompli ssaħħaħhom u tagħtihom iktar forza.", "Sur President, l-oppożizzjoni kemm-il darba tgħid li dawn it-tliet snin ġew moħlija.", "Fiex ġew moħlija dawn it-tliet snin, Sur President?", "Sar titjib f'kull settur ta' l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Per eżempju, qatt sar breakthrough fl-edukazzjoni bħal dak li sar f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Il- popolazzjoni fl-universita' wkoll mill-1987 sal-lum kibret minn 700 jew 800 għal 8,000 persuna, daqslikieku għandek popolazzjoni ta' raħal jew inkella belt ġewwa Malta.", "Fis-settur tas-saħħa pubblika wkoll għamilna ħafna u rridu nagħmlu ħafna iktar.", "Fl-ambjent ukoll għamilna ħafna u fost oħrajn irrestawrajna ħafna affarijiet u nidejna proġetti li dalwaqt se nibdew naraw il-frott tagħhom.", "Fis-servizzi soċjali wkoll għamilna progress enormi f'dawk il-programmi ta' fejda kbira.", "Hawnhekk daħħalna magħna wkoll lill-NGOs.", "Sur President, x'għamilna rigward l-agrikoltura?", "Hawnhekk qed nagħmlu injezzjoni qawwija u rridu nagħmlu revoluzzjoni.", "Jiena jiddispjaċini nisma' lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Noel Farrugia jagħmel ċerta kritika.", "Allura m'hemm xejn pożittiv fl-agrikoltura?", "Iva allura kollox qed isir ħażin?", "Jiena ngħid li aħna ma rridux naraw dan is-settur minn lenti waħda.", "Ma rridux ninsew li l-agrikoltura rridu narawha minn perspettiva iktar wiesgħa.", "Dawn huma l-ftit nies li fadlilna li qed jieħdu ħsieb ir-raba' u qed jieħdu ħsieb jitimgħuna.", "Issa dan il-qasam irridu nirristrutturawh biex inkunu nistgħu nagħmlu l-qabża li rridu nagħmlu.", "Jiena nixtieq nagħti xi ftit figuri biex nuri t-titjib f'dan il-qasam.", "L-ewwel ħaġa li għamilna matul din is-sena kienet li minn dan il-parlament għaddejna l-att dwar l-iżvilupp industrijali fejn daħħalna għall-ewwel darba l-iżvilupp agrikolu.", "Qabel kien hemm li jingħata sussidju f'dik li hija akkwakultura fuq skala kbira.", "Din ġiet emendata b'mod li issa se jingħata sussidju fuq sajd u akkwakultura fuq skala kbira.", "Dan ifisser li fil-promozzjoni ta' l-iżvilupp industrijali se ndaħħlu wkoll is-sajd jew l- akwakultura fuq skala kbira.", "Imbagħad żidna wkoll agrikoltura fuq skala kbira.", "Illum il-ġurnata daħħalna wkoll ortikoltura, agrikoltura u trobbija ta' bhejjem fl-irziezet.", "Dawn huma, Sur President, l-affarijiet li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista biex jippromowovi l-agrikoltura u s-sajd ġewwa pajjiżna.", "Sur President, kif jistgħu jgħidu li bqajna dejjem l-istess meta fl-1998 il- vot rikorrenti tad-dipartiment ta' l-agrikoltura naqas b'Lm200,000 u dak kapitali naqas b'Lm0.5 miljun?", "Kif tista' tagħmel il-progress b'dan in- nuqqas meta llum il-ġurnata trid tikkompeti?", "X'għamel il-gvern Nazzjonalista?", "L-ewwelnett fl-ewwel sena tiegħu reġa' stabbilixxa dak li kien hemm qabel, u l-vot rikorrenti żiedu b'Lm1.5 miljun għal Lm7,934,000.", "Il-vot kapitali wkoll żiedu b'Lm1 miljun.", "Hemm tara s-serjeta' tal-gvern li jrid jippompja l-finanzi sabiex jara l-progress fl-agrikoltura.", "Issa din is-sena għandna rikorrenti Lm11 miljun u kapitali kważi Lm2 miljun.", "Ma rridx noqgħod nirrepeti dak li qal il-Prim Ministru fir-risposta tal- budget għal dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta qal li qegħdin naħlu bejn Lm8 miljun u Lm13 miljun fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea meta dawn jistgħu jingħataw lill-anzjani, lill-isptarijiet, lis-saħħa pubblika, lis- servizzi soċjali pero' ngħid biss li għar-rigward ta' l-agrikoltura, fis- sena kurrenti għandna Lm2 miljun, il-gvern kulma se joħroġ huwa Lm700,000 u l-oħrajn ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Din hija l-injection li qed tagħti l- Unjoni Ewropea.", "Nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea rridu nirristrutturaw b'mod speċjali l-agrikoltura.", "Sur President, huwa għajb għal min qed jagħmel propaganda ħażina dwar dan il-punt.", "Huwa għajb għal min qed jiltaqa' mal-koperattivi u jurihom in-naħa s-sewda biss fuq din il-ħaġa, għax hemm ħafna affarijiet pożittivi li se jakkwista l-bidwi.", "Dawn l-affarijiet aħna diġa' rrepetejthom u se nkompli nirrepetihom.", "X'tagħmel l-Unjoni Ewropea għall-bdiewa?", "Jien għandi f'idejja leaflet dwar l-agrikoltura minn dawk li jitqassmu fuq l-European Union meta mmorru Brussells.", "Il-bidwi dan li rridu nispjegawlu, mhux nidħku bih imma ngħidulu l-verita`.", "Huwa vera li l-bidwi huwa konservattiv, mhux Malta biss imma fid-dinja kollha u hawn min ma tantx ikun jixtieq jagħmel progress u meta tinjettah allura jibda joqmos u huwa għalhekk li din is- sena l-gvern se jivvota Lm2 miljun bħala għajnuna lill-bidwi u dawn iż-Lm2 miljuni m'humiex il-millenżmu fuq kull patata kif qal l-Onor.", "Noel Farrugia imma huwa l-injezzjoni biex il-bidwi jkun jista' jagħmel titjib fil-farm, fl-għelieqi u fil-makkinarju li juża biex ikun jista' jipproduċi l-aħjar.", "Sur President, jiena ma nafx għaliex lill-Unjoni Ewropea qegħdin immaqdruha hekk.", "Din qed tgħallimna u qegħdin nieħdu xi ħaġa minnha li nidħlu jew ma nidħlux membri għandna bżonnha.", "Jiena nixtieq insemmi t-tliet punti l-iktar prinċipali fil-European model of agriculture.", "L-ewwelnett jingħad li għandu jkun hemm:", "\"... modern and competitive farming sectors capable of occupying a leading possession on the world market while safeguarding domestic producers, living standards and income.\"", "Jiena nistaqsi: Illum hawn xi bidwi li għandu l-living standards tiegħu salvagwardati bħalma għandhom impjegati oħrajn?", "L-Unjoni Ewropea l-ewwel ħaġa li tagħmel huwa li tara li l-living standards u l-income tal-bidwi jkunu xierqa.", "It-tieni punt kardinali huwa li jkun hemm:", "\"A sustainable efficient farming sector that uses hygenic and environmental friendly production methods and gives consumers the quality products they desire.\"", "Jiġifieri mhux kemm tipproduċi, imma l-kwalita`, u din waħda mill- affarijiet li jrid jifhem il-bidwi.", "Bħalma qal l-Onor.", "Ninu Zammit il- bieraħ fi programm fuq ir-radju, fl-antik kienu jaqbdu l-ixkejjer tal- patata għall-esportazzjoni u fihom jitfgħu affarijiet oħra flimkien mal- patata biex tiżen ħafna.", "Dak iż-żmien spiċċa.", "Illum qed isir il-grading fil- punt ta' esportazzjoni tal-prodotti tagħna.", "Illum l-affarijiet minn barra nirċevuhom fi crates ippakkjati sbieħ għax hekk tridhom l-awtorita'.", "Anke l-apparenza kultant tiftaħlek l-aptit.", "B'dan il-mod ukoll aħna rridu nippreżentaw l-affarijiet.", "It-tielet punt kardinali hu:", "\"A farming sector that serves rural communities, reflecting their rich tradition and diversity and whose role is not only to produce food but also to guarantee the survival of the countryside as a place to live and work and as an environment in itself.\".", "Hawnhekk qed nagħtu każ ta' l-ambjent ukoll.", "Dan li rridu nispjegaw lill- bdiewa.", "Huwa veru li l-bidwi huwa mdorri fir-remissa u forsi b'dawk il- biċċtejn għodda imma llum irid jimmodernizza bħal kull fabbrika oħra.", "Hawnhekk nixtieq inġib eżempju bit-turiżmu.", "Kieku ma rrinovajniex ħafna lukandi kien ikollna dan in-numru ta' turisti u din il-kwalita' ta' turisti?", "Assolutament le.", "Aħna ġieli nsiefru u naraw il-kwalita' ta' lukandi.", "Illum il-ġurnata l-first class u s-second class hotels lanqas għadhom jeżistu.", "Illum għandek three, four or five class, u hawn ukoll il- five plus.", "Sur President, min jibbenefika mill-common agricultural policy?", "Jibbenefikaw from farmers to consumers.", "Hawnhekk jingħad li:", "\"It guarantees farmers a regular income and assures that European farming is compatible and consumers receive a steady supply of quality products.\".", "Hawn, Mr Chairman, irridu nipperswadu lill-bidwi biex jagħmel ir- ristrutturazzjoni fil-farms jew l-għelieqi tiegħu.", "Hemm bżonn li dan jonfoq il-flus u l-gvern se jagħtih biex jagħmel dan.", "Fejn qatt qabel il-gvern Malti kien jiggarantixxi l-living standards tal-farmers?", "Jiena nerġa' nikkwota għaliex importanti li jkunu jafuhom dawn.", "Ikun hemm:", "\"... direct payments to farmers are being increased to guarantee a stable income.\".", "Mhux bħalma ġara din is-sena.", "Billi tħawwel ma tagħmel xejn, għaliex jekk m'hawnx ilma, ma jikbirlekx il-prodott, u hawnhekk l-Unjoni Ewropea tiggarantilek a stable income and a fair standard of living.", "Imbagħad għandek direct assistance taken into account.", "Hawnhekk jingħad li:", "\"... important factors such as employment, natural handicaps to farming and above all the extra services performed by farmers on behalf of society such as preserving the countryside ...\".", "U min jippreservaha l-kampanja?", "Mhux il-bidwi jew il-kaċċatur?", "Aħna forsi mmorru fil-kampanja daqsxejn is-Sibt jew il-Ħadd u naħseb iktar inħammuġuha milli nieħdu ħsiebha, għaliex wara li tagħmel l-ewwel xita tibda tara n-nies jaqilbu l-ħitan tas-sejjieħ biex ifittxu għall-bebbux.", "Issa f'dan il-każ l-Unjoni Ewropea u l-gvern huma committed li jgħinu lill- bidwi mhux biss fix-xogħol tiegħu imma anke fl-ambitu ta' l-ambjent.", "Sur Presidnet, biex nuri kemm l-Unjoni Ewropea m'hijiex il-babaww irrid ngħid li din se tiggarantilna ħafna affarijiet fosthom li:", "\"... the member states will be able to vary the amount of aid grants to funds based on criteria such as the number of employees, general level of income and ceilings for individual holdings.\".", "Dan juri li m'huwiex veru dak li jgħidu lill-bidwi li mill-Unjoni Ewropea ma nieħdu xejn.", "Il-gvern qed jagħti prova ċara dwar kemm se nibbenefikaw għax f'dawn it-tliet snin li ġejjin se nagħtu Lm8 miljun.", "Din is-sena se nibdew b'Lm2 miljun, is-sena d-dieħla jingħataw Lm3 miljun u s-sena ta' wara Lm3 miljun oħra.", "Hawnhekk irrid ngħid li jrid ikun hemm il-koperazzjoni biex naslu għal dan.", "Jekk ma jkollniex koperazjoni minn diversi settur ma jistax ikun li naslu.", "Irid ikun hemm koperazzjoni bejn il-bdiewa u l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Hemm il-pjan ta' struttura li bħalissa qed jiġi rivedut u jeħtieġ ħafna li dan jiġi emendat għal dak li tista' tesiġi l-Unjoni Ewropea biex tagħti dik l-għajnuna biex lill-bidwi tagħna nżommuh fil-progress li jeħtieġlu.", "Jien għamilt rapport u iktar tard nagħtih lill-Ministru ta' l-Intern li huwa responsabbli għall-awtorita' ta' l-ippjanar u anke nagħti kopja lill-istess awtorita' ta' l-ippjanar biex huma jiddiskutu dawn il-proposti li jien qed nagħmel.", "Sur President, f'pajjiżna għandna nuqqas ta' irrigation water.", "Issa nafu li llum il-ġurnata jkun hemm diversi applikazzjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar għat-tħaffir ta' boreholes u ta' ġwiebi partikolarment għaliex il-Water Services Corporation m'għadux jagħti permessi għat-tħaffir ta' boreholes.", "Din il-ħaġa m'hijiex fair għal ħafna, pero' ta' min jirrealizza li qed issir ħafna ħsara lill-aquifer minħabba overextraction.", "Għalkemm l- awtorita' ta' l-ippjanar illaxkat ħafna rigward il-bini ta' ġwiebi jeħtieġ ukoll li partikolarment id-dipartiment ta' l-agrikoltura jara x'sistemi jista' jsib biex anke l-bdiewa l-oħra jkunu jistgħu jsaqqu mill-ilma riċiklat li jipproduċi l-impjant ta' Sant Antnin u li minnu jsaqqu l-bdiewa tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jien naħseb li għan-naħa ta' fuq ta' Malta għandu jinstab dan il-mezz ukoll.", "Jien naf li n-naħa tal-Lawrenti l-Water Services Corporation fl-1987 kienu bnew ġibjun enormi u dan mhux qed jintuża.", "Dan qiegħed fi stat ta' abbandun.", "Forsi b'investiment mill-Unjoni Ewropea nistgħu nagħmlu riċiklaġġ ta' ilma anke tad-drenaġġ u nippreservawh hemmhekk.", "Hemmhekk m'hemmx bogħod ħafna mill-baħar taż-Zurrieq jew inkella f'Għar Lapsi fejn tista' tarmi r-residue li jista' jifdallek.", "Sur President, każ ieħor li huwa diffikultuż jirrigwarda l-vetturi u l- makkinarju tal-bdiewa.", "Hija ħaġaassurda li d-dipartiment ta' l-agrikoltura jagħmel it-toroq bil-konkrit meta inti għandek daqshekk fragmentazzjoni ta' għelieqi imma mbagħad il-bidwi ma jingħatax permess mill-awtorita' ta' l- ippjanar biex jagħmel il-passaġġ għall-għalqa tiegħu bil-konkrit imma tħallih biss jagħmlu bil-ħamrija.", "Wara li tagħmel ix-xita dan ma jkunx jista jibqa' għaddej bil-makkinarju jew bit-trakkijiet minn fuq il-ħamrija.", "Naħseb li din hija policy ħażina tal-planning authority u hemm bżonn li tiġi modifikata biex l-aċċess għall-bdiewa jkun jista' jsir ukoll bil- konkrit.", "Għandna wkoll il-kwestjoni ta' l-istrutturi essenzjali for the agriculture.", "Huwa veru li saru diversi emendi anke fid-development notification order pero' għadu mhux biżżejjed.", "Irrid naraw min huma verament il-farmers, irridu naraw min verament qiegħed ikun ġenwinament qed jaħdem għall- agrikoltura u rridu nbiddlu l-policy li biex inti tingħata permess biex tagħmel farmhouse trid tkun reġistrat full-time farmer u jrid ikollok 20 tomna raba'.", "Min huma dawn il-bdiewa li għad fadlilhom 20 tomna raba'?", "Niddubita hawnx 20 minnhom bil-fragmentazzjoni li saret.", "Meta japplika part- time farmer diffiċli ħafna biex jingħata permess jew inkella jaqilgħulhom fwiedhom.", "Ma jistax ikun.", "Jiena nifhem li l-awtorita' ta' l-ippjanar trid tipproteġi l-art, imma jeħtieġ li tara l-bżonnijiet veri tal-bidwi u trattab l-affarijiet fir-rigward tagħhom.", "Dan qed ngħidu b'mod ispeċjali fid-dawl tal-fatt li llum il-ġurnata l-part-time farmers qed jipproduċu aktar prodotti agrikoli mill-full-time farmers.", "Mhux se noqgħod insemmi ħafna figuri pero' biżżejjed ngħid li fl-aħħar sitt snin, fin-northwest local plan kien hemm 350 applikazzjoni mill-bdiewa.", "Dan huwa rapport tal- planning authority.", "Minn dawk ħarġu biss 120 u l-oħrajn, jiġifieri 230, ġew refused.", "Kif tista' tinkoraġġixxi l-bidwi b'dan il-mod?", "Jiena ma rridx niftiehem li kulmin jitlob biex jibni kamra għandu jingħata permess imma għallinqas għandna nkunu xi ftit aktar lenjanti.", "Fis-south of Malta local plan kien hemm 200 applikazzjoni, 80 ġew approvati u 120 refused.", "Jiena mhux qed ngħid li għandna naqbdu u nibnu lill-kampanja tagħna kif ġieb u laħaq imma għħandna nagħmlu d-design guidelines serji għall-ġranet tal-lum bil-ħsieb li llum jew għada se nkunu parti mill-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb ukoll li l-bdiewi wkoll għandu bżonn l-inkoraġġiment u bżonn fejn ipoġġi l- makkinarju tiegħu.", "Mr Chairman, dwar il-greenhouses ukoll hemm bżonn tiġi emendata l-klawsola li tgħid li l-greenhouses irid jiġu mgħottijin b'xi ħaġa.", "Jekk inti għandek greenhouse tkun trid massimu ta' sunlight.", "Kif jista' jkun imbagħad il- planning authority tagħmillek iċ-ċipress u trid tagħmel iż-żebbuġ?", "Greenhouse hija ħaġa riversibbli.", "Anke l-Bambin ineħħiha, għax jekk jagħmel daqsxejn riħ ukoll iqaċċathom.", "Barra minn hekk illum il-ġurnata hawn greenhouses li jintramaw u jiżżarmaw.", "Ma jistax ikun li l-planning authority tkompli tinsisti li madwarhom ikomplu jinżergħu s-siġar.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-land ownership tad-divisions.", "Meta jmut il- missier jew xi ħadd, l-art trid jinqasam bejn it-tnejn u ħafna drabi l- awtorita' ta' l-ippjanar ma tagħtix permess li razzett jinqasam.", "Jekk missieri minn għaxar tomniet raba' ħallieli ħamsa u lill-ħija l-ieħor ħamsa wkoll, kif jien ma nistax naqsmu dan ir-razzett?", "Dan ma jagħmilx sens.", "Jeħtieġ li nkunu daqsxejn moderni f'dawn l-affarijiet.", "Mr Chairman, jien nifhem li l-bidwi għandu jagħmel planning aid imma mbagħad m'għandniex nimmultawh Lm800 Lm1,000 jew Lm2,000 biex jagħmel landscaping.", "Jien ma naqbilx ma' dawn it-tip ta' multi.", "Hemm bżonn li nbiddlu l-mentalita'.", "Ħalli tgħidlu li biex toħroġlu l-permess hu jrid jagħmel tajjeb billi jsewwi xi ħajt tas-sejjieħ li jkollu, imma mhux inwaħħlu Lm800 u qabel naraw jikbru s-siġar dawk ma nagħtihomlux lura.", "Din ma tagħmilx sens!", "Ejja niftħu daqsxejn moħħna!", "Jiena naqbel mal-proċeduri, mal-liġijiet u mar-restrizzjonijiet ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma f'dik li hija agrikoltura għadha wisq marbuta ma' sistema li ma tbiddlitx u mal-konservazzjoni tal-bdiewa wkoll.", "Sur President, tajjeb ukoll li wieħed jidħol fil-materja tar-residential farmhouses pero' dan m'inix se nagħmlu issa għax daqwaqt isirli l-ħin.", "F'dan il-każ hemm policy stramba ħafna li jekk tmut, il-farmhouse tiegħek ma tistax tgħaddi għand terzi persuni jekk mhux għand l-armla jew inkella wliedek.", "Din ukoll ma tagħmilx sens.", "Mela jien ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi?", "Jekk lil bniedem qed nagħtih dak il-farmhouse!", "Jekk ma nagħmilx kif speċifikat fir-regolamenti dan se jibqa' derelict.", "Naraw ħafna kmamar u farmhouses fl-għelieqi.", "Għaliex dan?", "Lis-sidien tagħhom mhux qed jagħtuhom iċ-ċans biex jirranġawhom.", "Jekk għandek ħtieġa agrikola għandek iżżommu u għandek tirrestawrah.", "U din irridu naħdmu fuqha.", "Hemm provision fejn wieħed ikun jista' jirrestawrah, imma tant qiegħda restrittiva li kulħadd jaqta' qalbu minnha.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li naħseb li qatt qabel ma saru diskussjonijiet dwar l-agrikoltura bħalma sar fil-MEUSAC.", "Il-partijiet iltaqgħu kollha flimkien b'moħħ miftuħ u għall-ewwel darba forsi poġġejna n- nies kollha interessati madwar mejda u tlabnihom jagħtuna l-proposti tagħhom.", "Issa aħna se nagħmlu s-sottomissjoni lill-Unjoni Ewropea fuq dawn il-proposti.", "Hekk mexjin f'din il-ħaġa, u inutli jiktbu fil-gazzetti kontra dawn l-affarijiet.", "Dan qed ngħidu għax f'\"The Business Times\" inkitbu ċerti affarijiet.", "Dan barra li fuq gazzetti oħra qegħdin noħonqu kollox.", "Ejja naraw il-ġid ta' l-agrikoltura.", "Dan is-settur, għalkemm huwa żgħir, jeħtieġ li nagħtuh l-importanza tiegħu għaliex aħna niddependu minnu.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid tirrigwarda t-tuna penning.", "Dan l-aħħar anke jien qlajt diversi kritika fuq it-tuna penning għal dawk il-permessi li ħarġu.", "Huwa veru li dawn il-farms jistgħu joħolqu ċerti oġġezzjonijiet, pero' nixtieq niggarantixxi – u dan għamluh anke diversi ministeri differenti - li sa l-aħħar ta' Frar li ġej irid ikun hemm policy ġdida fuq il-fish farm units kollha inkluż dawk tat-tuna, tad-dott u ta' l-awrat.", "Se nagħmlu programm sħiħ bil-monitoring il-ħin kollu u minn dakinhar 'il hawn kull applikazzjoni li trid tkun in line ma' din il-policy.", "Sur President, dan huwa qasam importanti ħafna li jista' jħalli ħafna flus lill-ekonomija ta' Malta, pero' jista' wkoll iħalli impatt fuq l-ambjent.", "Kien hemm ittri fuq il-gazzetti u kummenti wkoll fuq ir-radjijiet dwar l- impatt li jista' jħalli fuq l-ambjent partikolarment tal-baħar pero' bir- regolamenti li jistgħu joħorġu u bil-monitoring li se jsir u li se tidħol għalih l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ministeru ta' l-ambjent ninsab żgur li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar.", "Hawnhekk ta' min ngħid li m'aħniex se nħallu lill-individwu, jagħmel hu r-rapport imma se jkun hemm monitoring uffiċjali u l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu l-azzjoni skond dak il- monitoring.", "Ngħid ukoll li min m'huwiex se jżomm mar-regolamenti, jista' jkollu kemm ikollu investiment għax m'hi se tintwera l-ebda ħniena miegħu.", "Dan huwa trial period li għamilna s'issa.", "Din hija t-tieni sena li forsi kellna t-tuna penning u nispera li għas-snin li ġejjin ikollna xi ħaġa aktar organizzata u mhux b'mod esperimentali.", "Jien nawgura li dak li baqa' minn dan is-settur tant u tant importanti għall-ħajja tal-bniedem jiġi salvagwardat.", "Irridu naħdmu ħafna aktar u ma rridux nippretendu minn dak li jista' jagħti l-gvern biss.", "Aħna nafu li s- sena l-oħra, per eżempju, kien hemm Lm70,000 għat-toroq tal-bdiewa.", "Bl- għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea f'sena waħda jew inkella f'sentejn nistgħu nagħmlu t-toroq kollha li jkollna bżonn għall-aċċess tal-bdiewa.", "Nawgura lill-bdiewa, Mr Chairman, biex ukoll ikollhom l-aħjar staġun minkejja n- nuqqas ta' xita għall-prodotti tagħhom.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru Ninu Zammit biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Chairman, nixtieq fil-ħin li fadalli nagħti tweġiba għad-diversi mistoqsijiet u għad- diversi kummenti li saru f'din il-Kamra dalgħodu.", "L-Onor.", "Noel Farrugia qal li l-Kap tiegħu, Dr Alfred Sant tkellem bir-rabja hawn ġew dwar il-bdiewa u din l-istess rabja qed jesprimuha l-bdiewa u raħħala wkoll.", "Dan iġiegħlni nikkonferma li Dr Alfred Sant ukoll il-memorja tiegħu ma twassalx.", "Dr Alfred Sant jaf li l-bdiewa fil-preżent m'humiex irrabjati.", "I l-bdiewa jafu li għandhom gvern li bis-serjeta' qiegħed jaħseb u qed jagħmel riforma radikali fis-settur agrikolu.", "Jien persważ li Dr Alfred Sant jiftakar meta l-bdiewa verament kienu rrabjati.", "Dawn kienu rrabjati erba' snin ilu bil-miżuri li daħħal il-gvern ta' Dr Sant fit- tariffi ta' l-ilma.", "Dakinhar lill-bdiewa tal-majjal mhux talli ma tahomx iż- żieda bħalma tahom gvern Nazzjonalista fl-1995 meta tahom 14ċ kull kilogramm talli baltilhom dawn it-tip ta' tariffi.", "Dr Alfred Sant taf x'ried jagħtihom fl-1998, Sur President?", "Ried jagħtihom taxxa ta' Lm7 kuljum fuq il-konsum ta' l-ilma.", "Taxxa ta' Lm7 kuljum li f'sena titla' għal Lm2,704.", "Fejn qabel bidwi għal average ta' 100,000 metru kubru ta' ilma kien iħallas mal-Lm91.80ċ bil-meter b'kollox, bit- taxxa ta' Dr Alfred Sant għal dan l-istess ammont kien ikollu jħallas Lm2,704.", "Dik kienet iż-żieda li ried jagħti lir-raħħal tagħna bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran.", "U mn'Alla kien il-poplu li qam u neħħa l-gvern ta' Dr Alfred Sant u reġa' daħħal gvern li jieħu ħsieb is-setturi kollha tal-pajjiż!", "Dalgħodu semmielna wkoll l-ispecial measures for political programme for Maltese agriculture.", "Il-kritika li għamel fuq dan jiena naraha unfair u diżonesta.", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed ngħid li l-Onor.", "Noel Farrugia huwa diżonest imma hija diżonesta` li tiġi tikkwotali ċ-ċifri ta' l-ewwel sena meta l-levies qed jitneħħew bil-mod il-mod.", "Jekk tara l-ewwel sena jkun hemm perċentaġġi żgħar.", "Jekk tieħu, per eżempju, it-tadam għall- ipproċessar, se jitnaqqaslu mill-import levy ta' 15% pero' xorta se jibqagħlu levy għolja ħafna li jibqa' profitabbli biex jidħol fil-pajjiż.", "L-istess għall-patata, tnaqqsilha perċentaġġ żgħir, pero' jibqagħla levy fuq perċentaġġ, jiġifieri xorta jibqa' profitable li tidħol il-prodott minn barra.", "Se jkun hemm l-għajnuna meta jkun hemm ftit li xejn import penetration għas-suq tal-prodotti agrikoli.", "Irrid infakkar ukoll x'qal Dr Alfred Sant erba' snin ilu, u li għamel sew l- Onor. Farrugia li dalgħodu wkoll reġa' semmiha.", "Dr. Alfred Sant kien qal li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran:", "\"With free trade we will still have the option of buying what we want from where we want to buy, although ...\",", "- u hawn hi issa s-sunnara –", "\"... we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables.\".", "Dr Alfred Sant dan stqarru iswed fuq l-abjad.", "Bil-politika tiegħu ta' Svizzera fil-Mediterran il-levies kollha għandhom jitneħħew u allura jkollna importazzjoni ta' prodott agrikolu fi kwantitajiet bla rażan minn barra bi prezzijiet li l-bdiewa u r-raħħala tagħna ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom.", "Sur President, il-poplu m'huwiex beċċun.", "Din bħal meta Dr Alfred Sant qabel l-1996 kien qal li jerġa' jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Issa hawnhekk qed jgħidilna bid-dikjarar li se jneħħi l-protezzjoni, u l-poplu jista' jobsor x'inhu ġej.", "(Interruzzjonijiet) Il-poplu jista' jobsor x'inhu ġej għaliex meta qal li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma dawn għollihom aħseb u ara meta diġa' ddikjara li se jneħħi din il- protezzjoni.", "Li rrid ngħid hu, Sur President, li l-protezzjoni trid titneħħa anke' bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Issa tan-naħa l-oħra qed igħidu li jekk titneħħa l-protezzjoni ikollna importazzjoni ta' prodotti bla rażan u bi prezzijiet li l-bidwi u raħħal ma jkunx jista' jikkompeti magħhom, li allura tfisser il-qerda tas-settur agrikolu f'pajjiżna.", "Għall-kuntrarju, l-politika tal-gvern Nazzjonalista ....", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: On a point of order.", "Dan li qed jgħid huwa irrelevanti għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel dikjarazzjonijiet li l- gvern Laburista jerġa' jdaħħal il-levies li jkun neħħa dan il-gvern.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Issa ma nafx jekk l-Onor.", "Farrugia huwiex qed imeri lill-Kap tiegħu.", "Kif ngħidu bil-Malti, dan beżaqha fl-1998.", "(Interruzzjonijiet) Issa jilagħqha jekk irid.", "Din hija l-verita`.", "Huwa qalha u l-poplu dik jemmen.", "Din hija stqarrija iswed fuq l-abjad li l- levies fuq il-prodotti agrikoli f'pajjiżna jitneħħew anke` bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran.", "L-Onor.", "Farrugia semma' wkoll l-organic farming.", "Jien ukoll naqbel ma' l- organic farming, għax fl-istonku tiegħi ma nħobbx inwaddab kimika, pero' ejjew ma noqogħdux niġu nagħmlu plejtu hawnhekk sempliċement għax jogħla daqsxejn il-bexx għall-bidwi.", "Jekk jogħla l-bexx, erħilu jogħla.", "Jien ħaġa waħda ngħid, li biex insiru organic ma nistax jien naqbad infaqqa' subgħajja u nsir organic.", "Biex issir organic trid programm fuq perijodu ta' snin.", "Il-biedja tagħna rridu nnaqsulha bil-mod il-mod l-ammont ta' sustanza u l-ammont ta' kimika li tuża.", "Jien persważ li bil-mod il-mod fuq perijodu ta' snin bħalma qegħdin jagħmlu pajjiżi oħra - għax aħna m'aħniex se nivvintaw ir-rota - nimxu lejn sitwazzjoni fejn inkunu organic jew kważi organic.", "Jien ngħid li f'pajjiżna f'ċerti affarijiet diġa' qegħdin kważi organic.", "Jekk nieħdu l-patata, għall-grazzja ta' Alla, bil-miżuri li ħadu l-bdiewa u bis saħħa taż-żewġ gvernijiet li dejjem jgħidu u jħambqu, għandna ċerti prodotti li huma kważi organic.", "Anke hawnhekk, aħna diġa' għaddejna ċerti liġijiet kontra l-pestiċidi.", "Għaddejna l-liġi tal-plant quarantine li biha niggarantixxu li jintuża l-inqas ammont teknikament possibbli ta' kimika fuq il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li f'pajjiżna daħlet ukoll l-integrated pest management, jiġifieri nużaw annimali u insetti oħra biex dawn jieklu u jeqirdu l-insetti li normalment jagħmlu ħsara fl-uċuħ tar-raba'.", "Issemma' wkoll il-proġett tal-Qlejgħa li għamlet parti sostanzjali minnu l- amministrazzjoni preċedenti.", "L-Onor.", "Farrugia semma li kien hemm xi ħadd għamel planka.", "Dan kien hemm xi ħadd irresponsabbli li għamel planka tal- konkrit - dawgħa b'Alla ngħidilha jien - min-naħa għall-oħra.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ ittieħdu l-passi neċessarji mid-dipartiment responsabbli biex din l-eyesore tneħħiet.", "Issemma' l-micropropogation centre, jiġifieri ċ-ċentru li għandna Ħal-Lija fejn isir it-tkabbir tax-xtieli u r-root stocks.", "Iva, dan inbeda mill- gvern Nazzjonalista, tkompla fiż-żmien il-Labour u lestejnih aħna.", "Dan il- proġett sar bl-għajnuna tal-gvern Taljan, u hawnhekk nixtieq ngħid grazzi lil kull min ta sehmu.", "Hemmhekk issa trid tibda ssir il-produzzjoni ta' root stocks ta' siġar minna stess għax wasal iż-żmien - u jien diġa' tajt l- instructions f'dan ir-rigward - li l-importazzjoni tispiċċa.", "Iċ-ċifra li semma l-ħabib tiegħi Noel kienet ta' Lm150,000 jew Lm120,000 ...", "(Interruzzjonijiet) Din is-sena kienet ta' Lm430,000.", "(Interruzzjonijiet) Insomma, hi kemm hi, il-fatt hu li jien all out li l-importazzjoni f'dan il- qasam trid tispiċċa.", "Hemmhekk għandna nies imħallsa minn flus il-poplu u dak ix-xogħol irid jibda jsir.", "U mis-sena d-dieħla jridu jibdew jitkabbru x- xtieli li nipproduċuhom aħna stess.", "Għandna l-kapaċita', għandna l-għodda, għandna l-istrutturi u allura bix-xieraq li dan ix-xogħol ma jibqax jiġi impurtat imma jibda jsir hawn Malta.", "Saret riferenza wkoll fuq l-agro-turiżmu.", "Irrid ngħid li dawn il-proġetti ta' l-agro-turiżmu jkunu fil-Buskett u Wied Incita, u saru l-pjanti biex dawn il-proġetti jkunu jistgħu jiġu attwati.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia semma wkoll l-export tal-ħaxix bħall-kosbor li kien sar meta hu kien ministru.", "Fuq export ta' ħxejjex kemm jista' jkun ma mparlax, imma ladarba rrefera għaliha sieħbi l-Onor.", "Farrugia jkolli nirriferi għaliha jien ukoll.", "Dan kien proġett ekonomikament fjask.", "Ma kienx cost-effective.", "Tant ma kellhomx biex jitħallsu l-ispejjeż li ttieħdu Lm13,500 li kienu dovuti lill-bdiewa għall-esportazzjoni tal-patata, jiġifieri flus il-bdiewa, u ttieħdu wkoll Lm8,000 mill-vot li kellu jagħmel tajjeb għall-ħsarat ta' l-għarar.", "Dawn marru kif ngħidu bl-Ingliż, down the drain.", "F'dan il-każ l-iżball kien il-marketing.", "Hawnhekk ma kenux il-bdiewa li għamlu l-iżball imma min mexxihom biex jagħmlu dan l-export.", "L-Onor.", "Farrugia qal tajjeb li dan kien chemical free.", "Huwa veru li kien chemical free, pero' ma kienx bebbux free għaliex tant kien fih bebbux li mir- rapporti li hemm fil-files issib li hemm toqob li tgħaddi munita tal-lira minn ġo fihom!", "Barra minn hekk dawn esportajnihom ġo kaxxi bil-logo ta' l- Air Malta.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hemm imniżżel fil-file.", "Esportawhom ġo kaxxi tal-kartun bil-logo ta' l-Air Malta, il-linja nazzjonali ta' l- ajru!", "Din hija l-froġa ta' l-export!", "U din il-froġa mhux il-bdiewa għamluha.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, jien hawnhekk poġġejt u nerġa' nġib fuq il-mejda tal-Parlament ir-rapport li sar mill-membru li kien fil-bord ta' dik l-esportazzjoni u jara kif esportaw ħaxix li kien fih toqob li minnhom tgħaddi munita tal- lira u li dan kien ippakkjat ġo kaxxi bil-logo ta' l-Air Malta.", "Nerġa' ngħid, Mr Chairman, mhux il-bdiewa li għamlu ħażin, imma dawn ġew immexxija ħażin.", "Issemmiet ukoll lil-fabbrika tal-ħalib.", "Jien irrid ngħid li kif tlajna fil- gvern kellmuni r-raħħala u riedu site biex jagħmlu l-fabbrika fuqha.", "Is- site sibniha, ir-raħħala għamlu kumitat, fittxew diversi sites, għamlu l- analisi tas-site ħadu in consideration is-servizzi bħall-ilma, id-drenaġġ, id-dawl, l-elevation fejn qiegħda s-site, kemm għandek l-arja nadifa u dawn l-affarijiet kollha.", "Is-site sibniha u ġiet approvata mill-Kabinett ukoll pero' għal xi raġuni l-koperattiva tar-raħħala ma tridx tibda x-xogħol.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Farrugia qed jgħid aqbad u ibniha.", "Fil-kuntratt hemm imniżżel li l-gvern jista', bi ftehim dejjem magħhom, jibni din l- istruttura bil-ġebel u saqaf u mbgaħad jiċċarġja lir-raħħala bit-8%.", "Din hija ġennata.", "Jien lir-raħħala ma rridx inneżżagħhom erwenin.", "Jekk aħna nibnulhom l-istruttura mbagħad inniżżlulhom fil-kuntratt li niċċarġjahom bit-8% hekk inkunu qed nagħmlu.", "Issa huma jistgħu jagħmlu dan permezz ta' loan bis-6%, jiġifieri jibnuha bis-6% u jiffrankaw 2% għaliex jekk jibnilhom hu, il-gvern se jiċċarġjahom bit-8%.", "Hekk trid tagħmel in-negozju minn fuq ir-raħħala!?", "Biex imbagħad ir-raħħala jerġgħu jagħmlu claim biex ngħollu l-ħalib?!", "Imbagħad min se jħallas?", "Mhux il-mara tad-dar se tħallas?", "(Interruzzjonijiet) L-affarijiet għandhom isiru bil-għaqal.", "Nafu li l-MDP għandha flus.", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd ixammar u kulħadd jagħmel id- dover tiegħu, u din id-dairy plant tinbena għall-ġid tal-konsumatur.", "Irridu niftakru li wara kollox il-biedja la jmexxiha Noel Farrugia, la Ninu Zammit u lanqas il-ministri li ġew qabilna.", "Il-biedja u l-agrikoltura tmexxiha b'mod partikolari l-mara tad-dar.", "U din trid tidħol f'moħħ kulħadd, Sur President.", "Il-mara tad-dar hija l-konsumatur u l-konsumatur iħallas prezzijiet kif jixraq għall-prodott li jkun safe.", "J'Alla kulħadd idaħħal ġo moħħu li din id-dairy għandha ssir għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxin.", "Semmielna wkoll il-ġrieden fil-Pitkalija.", "Il-kwestjoni tal-ġrieden ġieli semmejtha jien ukoll.", "Fil-Pitkalija għal min ma jafx, hemm sezzjoni tal- ħxejjex u hemm sezzjoni li hija tal-frott tal-partikolar, jiġifieri din m'hijiex tal-gvern.", "Din is-sezzjoni qiegħda għand il-partikolar, jiġifieri n-negozjanti u l-aġenti u hemmhekk iħallu ħafna ħmieġ.", "Dwar dan aħna ġbidnilhom l-attenzjoni u.....", "(Interruzzjonijiet) Fuq tal-frott iva, ħadna l-passi.", "Tkellimna mal-Land Department biex dik l-area trid tiġi miżmuma nadifa kif suppost.", "L-Onor.", "Farrugia qal ukoll li fi żmienu ried jagħmel xi skola tas-sajd pero' l-iskola tas-sajd ma saritx.", "Fi żmienna din ma baqgħetx fuq il-karta.", "Aħna għamilna skola tax-xjenza tas-sajd, qiegħda taħdem bis-serjeta', u bdejna l-kors is-sena l-oħra.", "(Interruzzjonijiet) Qed tgħidli għalissa għandna l-Profs.", "Agius.", "Għalissa.", "Aħna f'Malta mhux il-Profs.", "Agius biss għandna.", "Bir-rispett kollu lejh, il-Profs Agius huwa tajjeb pero' għandna nies oħra tajbin ukoll u mhux se noqgħod insemmihom.", "J'Alla jasal iż-żmien, ma ndumux u l-Profs.", "Agius ukoll jagħti l-kontribut tiegħu.", "Għax il-Profs.", "Agius jaħdem l-universita' u għandu l-istudenti l-universita'.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla l-istudenti jibbenefikaw kemm jistgħu u jagħmlu l-aħjar użu mir-risorsi li għandna.", "J'Alla jasal iż-żmien u ma ndumux ħalli anke l-istudenti ta' l-universita' jiġu integrati f'din l-iskola tax- xjenza tas-sajd li għandna f'San Lucjan.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-permanent secretary.", "Jien irrid ngħid dak li diġa' għedt hawnhekk f'dan il-parlament fir-rigward tal-permanent secretary li kien hemm u spiċċa.", "Il-kliem li għedtlu għedtulu f'wiċċu fil-preżenza ta' persuna oħra li qiegħda hawn ġew u li ma nixtieqx insemmi.", "Issemmew ukoll il-producers' organisations.", "Irrid ngħid li l-producers' organisation hija l-għodda li permezz tagħha l-bdiewa jridu jingħaqdu biex jipproduċu prodott ta' kwalita' aħjar u jkunu għaqlin li jikkontrollaw skond id-domanda ta' pajjiżna.", "Din irid jifhimha kulħadd.", "Jekk se nippretendu li se nibdew nagħmlu Malta kollha tadam, forget it, m'intix se tieħu s-sussidju fuq Malta kollha.", "Lanqas jekk tagħmel Malta kollha patata għall-konsum lokali.", "Ix-xogħol ma jitħaddimx hekk.", "Ix-xogħol jitħaddem billi naf kemm huma l-quotes ta' dawk il-prodotti li nipproduċu...(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Farrugia qal li z-zokkor ma nipproduċuhx.", "Mela xi darba xi ħadd ipproduċa z-zokkor f'pajjiżna!", "Jekk m'għandniex mezzi kif irridu nipproduċuhom dawn l-affarijiet?!", "(Interruzzjonijiet) Kieku aħna self-sufficient fihom, iva.", "Din hija l- politika tagħna, dan il-pakkett skond dawk iċ-ċifri li storikament aħna dejjem introduċejna biex il-poplu Malti u Għawdxin ikun moqdi bi ħtieġijiet tiegħu tal-prodotti agrikoli.", "Permezz tal-producers' organisations jingħaqdu huma bħala bdiewa, bħala raħħala biex ikomplu jipprovdu prodotti ta' kwalita' u talli għamel hekk u talli jżomm l-ambjent sabiħ, talli jżomm l-ambjent f'kondizzjoni tajba, iva l-poplu Malti se jwieżen lill-bdiewa u r- raħħala biex ikomplu jipproduċu dan il-prodotti ta' kwalita'.", "Issemma wkoll id-dejn.", "Dwar din tad-dejn, meta inti tgħid waħda jien ngħidlek tnejn.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Farrugia jmissu jtakar li fi żmien li għamlu fil-gvern, huma ssellfu u żiedu d-dejn b'Lm0.5 miljun kuljum.", "L-Onor.", "Farrugia jmissu jiftakar fl-istraġi li ħallew, jiġifieri ma noqogħdux insemmu dawn l-affarijiet.", "B'dan il-mod ma nagħmlux ġid lill- pajjiż. jJkk għamilna żball ejja nirranġawh.", "Warajna jiġu wliedna u warajhom iridu jiġu wlied uliedna.", "Ejja ma noxrux il-ħwejjeġ maħmuġin fuq barra.", "U ladarba semma' d-dejn jien nixtieq ngħidlu li aħna niżżilna d- deficit diġa' għal Lm82 miljun, issa se nniżżluh għal Lm77 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Intom ħallejtu deficit ta' Lm150 miljun.", "Għamiltu dejn ta' Lm0.5 miljun kuljum.", "(Interruzzjonijiet) Dan skond iċ-ċifri li ppubblikajtu intom!", "U ejja ma noqogħdux induru mal-lewża!", "Sur President issemmiet ukoll iż-żieda.", "Hawnhekk ta' min igħid li fl-1994, tal-majjal ħadu żieda ta' 14ċ kull kilo.", "Għamlu t-tender u għadha qed tiġi studjata.", "Jekk it-talba tkun ġustifikata, dan il-gvern qatt ma jgħid le, għax dan huwa gvern ta' kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Intom it-taxxa ta' Lm7 kuljum fuq kull razzett għamiltu.", "Dik aħna m'għamilnihiex u lanqas se nagħmluha.", "Sur President, jien smajt ukoll id-diskors li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni bħala kritika għall-budget u niżżilt xi notamenti.", "Dr Alfred Sant qal li jerġa' jdaħħal il- levies.", "Jien nerġa' nagħmel riferenza għal dik l-istqarrija li kien għamel huwa stess u li għadu marbut magħha.", "Il- poplu jaf kif jirraġuna Dr Alfred Sant.", "Il-poplu m'huwiex fidil, u jiftakar li meta Dr Afred Sant kien qal li se jbaxxi t-tariffi, dan għamel bil- kontra meta sar prim ministru.", "Il-poplu jaf ukoll li Dr. Sant għamel dikjarazzjoni iswed fuq l-abjad bir-ritratt b'kollox, li se jneħħi l- levies u allura l-poplu konvint li anke l-politika ta' Svizzera fil- Mediterran għal hemm se twassal.", "Il-politika ta' Svizzera fil-Mediterran ma tfisser xejn ħlief - u hemm id-dokumenti jikkonfermaw dan – li l- importazjoni tal-prodotti agrikoli tibda ssir bla rażan b'mod li l- prezzijiet ikun tant baxxi li l-bdiewa u r-raħħala tagħna ma jkunux jistgħu jikkompetu magħhom.", "Dan awtomatikament ikun ifisser il-qerda tal-biedja f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Sant qal ukoll li skond il-kalkoli tiegħu - u jien qatt ma rajthom dawn il-kalkoli, la jien u lanqas ħadd ma rahom - b'din ta' l-Unjoni Ewropea il-poplu jiffranka lira u jrid joħroġ Lm5.", "Din il-calculation għadni ma rajtha mkien u nixtieq xi darba Dr Alfred Sant jurini xi ħaġa minnhom.", "(Interruzzjonijiet) Qabel kellna l-istorja ta' agħtini sitta u nagħtik sold, u hawnhekk qed ngħidu li se nagħtik Lm1 u neħodlok Lm5.", "Nixtieq inkun naf kif inħadem dan il-kalkolu.", "Nixtieq inkun naf jekk jaħdimx fuq l-istess prinċipju ta' agħtini sitta u nagħtik sold.", "Jekk niftakar sewwa s-sitta qed tirreferi għas-sitt ħabbiet.", "L-Onor.", "Farrugia semma wkoll il-kwestjoni tal-ħaruf u tal-kwota u staqsa dwar x'se jiġri.", "Se jiġri li fejn tidħol l-importazzjoni tal-ħaruf aħna għandna kwota.", "Jekk m'iniex żball aħna nimportaw xi 800 tunnellatta ta' ħaruf.", "Din nimportawha minn New Zealand biex nikkunsmawha aħna.", "Qalulna bosta drabi li kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea ma nkunux nistgħu nagħmlu din l-importazzjoni.", "Dan m'hu minnu xejn.", "It-800 tunellata tagħna tiżdied mal-kwota ta' 120,000 tunellata li għandha l-Unjoni Ewropea.", "Ninnegozjaw biex it-800 tagħna tiżdied mal-kwota ta' l-Unjoni Ewropea (Interruzzjonijiet) Mhux hekk isiru l-affarijiet fid-dinja ċivili?", "Dan ifisser li mhux se jiżdied il-prezz bil-mod kif jgħidilna l-Onor.", "Farrugia fil-gazzetti u f'diversi statements.", "Dan mhux se jiżdied b'500% kif qed jgħid l-Onor.", "Farrugia imma kulma jiżdied huwa bejn 10% u 11%.", "(Interruzzjonijiet) Il-kalkoli aħdmuhom sewwa, għaliex il-poplu mhux baħnan jew fidil.", "Kulħadd jaf jaħdem bil-calculator, m'għadux iż-żmien ta' l- antik li mmorru għand l-avukat u n-nutar biex jaqralna l-ittra.", "Mr Chairman, nixtieq nirreferi wkoll għall-programm tagħna.", "Il-programm tagħna huwa li l-levies se jitneħħew u din it-tneħħija se ssir b'mod gradwali.", "Min qed jgħid li l-levies se jitneħħew f'daqqa huwa żbaljat u jkun qed jigdeb.", "Il-levies mhux se jispiċċaw f'daqqa imma se jispiċċaw b'mod gradwali.", "Dan barra li se jkun hemm għajnuna finanzjarja.", "Dan il- pakkett ta' għajnuna, special package, jitla' għal għexieren ta' miljuni ta' liri fuq perijodu ta' snin.", "Għall-ewwel sena huwa kkalkolat li l- għajnuna se tkun Lm2 miljuni, għat-tieni sena Lm3 miljun oħra u għat-tielet sena Lm3 miljun oħra.", "Din se tkun għajnuna diretta għall-istakeholder, jiġifieri għall-bidwi, għar-raħħal u ftit ukoll għall-proċessuri.", "Se jkun hemm ukoll iż-żmien tat-transizzjoni biex nagħtu ċ-ċans li l-istess operaturi, l-istess bdiewa u raħħala jagħmlu r-ristrutturar neċessarju.", "Mr Chairman, hawnhekk irrid nagħmilha ċara li min qed jaħseb li kulħadd se jibda ġej għaliex irid għal hekk, irid għal hekk, u biex jixtri hekk huwa żbaljat.", "Dan mhux se jsir hekk.", "L-għajnuna kollha li tingħata se tkun relatata ma' l-irċevuta fiskali.", "Din se taħdem bħas-sistema li biha s- sajjieda tagħna jibbenefikaw minn provvista ta' fuel duty free.", "Fuq is- sajjied aħna konna lħaqna ftehim li għal kull 94ċ3 valur ta' ħut li jdaħħal fil-pixkerija jew inkella jġib irċevuta fiskali biex turi li jkun biegħu s- sajjied jieħu litru diesel duty free.", "Din l-iskema se taħdem bl-istess mod u parti mill-għajnuna se tkun ibbażata fuq il-produzzjoni bil- kilogrammes u parti oħra tkun ibbażata fuq l-area, jiġfieri kemm il-tomna jaħdem il-bidwi.", "F'dan il-pakkett finanzjarju hemm imdaħħlin il-prodotti li huma l-iktar sensittivi.", "Per eżempju, għandek it-tadam, fejn għall-ewwel sena nipproduċu storikament 15,000 tunnellata ta' tadam.", "It-target għas-sena d- dieħla huwa li nipproduċu 15,000 tunnellata tadam u s-sussidju se jkun maħdum fuq dan l-ammont.", "Għandna l-patata.", "Meta nitkellmu fuq il-patata, qegħdin nitkellmu fuq il-patata għall-konsum lokali u mhux fuq il-patata għall-export.", "Hawnhekk qegħdin nibbażaw iċ-ċifri tagħna fuq il-produzzjoni ta' 23,000 tunnellata patata għall-konsum lokali.", "Imbagħad għandek is- settur l-ieħor ta' ħxejjex fis-settur tal-frott li huma flimkien, li għandek ċertu ammont ta' tunnellaġġ.", "Hemm ukoll is-settur tal-majjal li kull sena aħna noqtlu madwar 11,000 tunnellata majjal.", "Għandek is-settur tat-tjur fejn qed nikkalkolaw li għandna 7,000 tunnellata.", "Hemm ukoll il- bajd.", "L-Onor.", "Farrugia qal li f'kull bajda jkun hemm farka sussidju, imma rridu niftakru li l-produzzjoni tal-bajda tikkonsisti f'10 miljun bajda fis- sena.", "Għandna wkoll l-oqsma tal-produzzjoni ta' l-imbid u l-għasir ta' l- għeneb li wkoll se jibbenefikaw minn dawn iż-Lm2 miljun li se jingħataw is- sena d-dieħla.", "Nerġa' ngħid, Mr Chairman, li kollox huwa marbut ma' irċevuti fiskali, jiġifieri biex il-bidwi u r-raħħal jibbenefika jrid juri l-irċevuta ta' kemm daħħal prodott fil-Pitkalija, jew inkella kemm biegħ prodott li idealment ikun kollox through one market, fil-Pitkalija, pero' jekk ikun hemm xi oħrajn li jbiegħu lil tar-ristoranti wkoll jiġu aċċettati jekk jiġu bl-irċevuta u dan biex isir l-audit trail", "Issemmew ukoll l-ispecial supply measures u l-ispecial support measures f'dak li jirrigwarda prodotti li ma nkabbrux f'pajjiżna.", "Lilna l-Bambin bagħtna ġo din il-gżira żgħira - u nirringrazzjah kull ħin u kull mument li bagħtni hawn - fejn ma nistgħux inkabbru l-qamħirrum, ix-xgħir, il-qamħ u z- zokkor għax m'għandniex art, m'għandniex ilma u m'aħniex f'pożizzjoni ġeografika ideali.", "Dawn il-prodotti minn żmien in-nanniet u l-bużnanniet u l-kavallieri dejjem daħħalnihom minn barra.", "Ovvjament ladarba nidħlu fl- Unjoni Ewropea l-prezzijiet se jinbidlu u hawnhekk fejn se nitolbu dak li jissejjaħ special supply measure.", "Ejja nieħdu l-qamħirrum.", "Aħna nużaw bejn wieħed u ieħor 50,000 tunnellata qamħirrum fis-sena u allura fuq dan il- prodott se nitolbu special supply measure.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Jekk nieħdu Spanja u l-Portugal li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl- 1986, dawn ta' kull sena sal-lum u anke s-sena d-dieħla u ta' wara għandhom special supply measure fuq 2.5 miljun tunnellata qamħirrum.", "Dak li qed nitolbu aħna huwa 2% biss ta' dak li jieħdu l-Portugal u Spanja flimkien u ladarba Spanja u l-Portugal ingħataw special concession fuq 2.5 miljun tunellata ma nimmaġinax li aħna se niġu rifjutati fuq din in-nitfa ta' 50,000 tunnellata.", "L-istess se jsir fuq iċ-ċanga, fuq iz-zokkor u fuq diversi affarijiet oħra.", "Imbagħad hemm is-support measures.", "Anke fejn jidħol l-importazzjoni taż- żriegħaħ, hawn irridu nagħmlu l-enfasi li meta tintalab special support measure il-prodott trid tużah għall-konsum tiegħek biss.", "Ma tistax tippretendi li aħna se nitolbu li nġibu z-zokkor bi special supply u mbagħad nerġgħu nesportawh lejn l-Unjoni Ewropea.", "Lilna jagħtuna bi ftehim li ninnegozjaw dak l-ammont li aħna nikkonsmaw f'pajjiżna biss.", "Ma nistgħux inġibu over and above biex nerġgħu nużawh għall-export.", "Sur President, irrid issa nagħmel riferenza għall-import quota.", "Qed jgħid li l-Unjoni Ewropea għandha import quota.", "Biex kulħadd jifhimna, jekk inti għandek produzzjoni biżżejjed għall-poplu tiegħek u għandek is-surplus, inti tagħmel kwota, restriction, ta' kemm għandek timporta prodott minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea biex tiggarantixxi li l- produzzjoni lejn l-Unjoni Ewropea tlaħħaq mad-domanda li jkollhom l-istess pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tagħna, Mr Chairman, għandna tariff quota fuq il-ħaruf għax ma nipproduċux ħaruf biżżejjed għalina.", "L-istess fuq iċ-ċanga.", "(Interruzzjonijiet) Kif nagħmel tariff quota fuq iċ-ċanga meta nafu li dak li nieklu rridu nimportawh?", "Ma nagħmlux ir-restrictions, x'nagħmlu?", "Noqgħod inżid it-taxxi biex ngħollih lill-mara tad-dar?", "Jekk m'hemmx produzzjoni lokali allura għalfejn tagħmilha?", "(Interruzzjonijiet) Ma taħdimx hekk.", "(Interruzzjonijiet) Meta jinqala' l-mard imbagħad nieħdu l- prekawzjonijiet li ħadna.", "Kien hawn żewġ mardiet li għall-grazzja ta' ħanin Alla ħlisna minnhom bis-saħħa tax-xogħol li għamlu l-veterinarji.", "Dawn għamlu biċċa xogħol tajba fuq il-foot and mouth disease.", "Lanqas il-BSE ma daħlet fil-pajjiż u dan grazzi għalihom u għall-miżuri li ħadu, li kienu iżjed ħorox, u iżjed ibsin minn dawk li ħadu diversi pajjiżi msieħba fl- Unjoni Ewropea.", "B'dan il-mod iggarantew u għadhom jiggarantixxu li dan il- mard jibqa' jinżamm 'il bogħod minn xtutna.", "Sur President, nixtieq issa nsemmi daqsxejn fuq fuq ix-xogħol li sar matul din l-aħħar sena.", "Irrid ngħid li bl-għajnuna ta' kulħadd, anke ta' l- oppożizzjoni, għaddejna sitt liġijiet minn dan il-parlament matul din is- sena li huma l-liġi tas-sajd, l-immaniġġar tas-sajd, il-liġi fuq il- kontroll tal-pestiċidi, il-liġi dwar il-kwarantina tal-pjanti, il-liġi dwar l-imbid kif ukoll il-liġi tas-servizzi tal-veterinarji.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil kull min ta sehmu.", "M'inix se noqgħod insemmi lil dak u lill-ieħor pero' rrid infakkar li dawn kienu kollha liġijiet immirati għall- food safety, b'mod partikolari biex indaħħlu f'pajjiżna l-kunċett li kull prodott li jiġi mkabbar għall-ikel irid ikun ċertifikat li jkun safe.", "Hawnhekk nieħu l-opportunita` biex nappella lill-poplu Malti biex ikompli juża l-prodott Malti għax aħna, il-bdiewa u s-sajjieda, qed niggarantulu prodott li jkun bnin u safe għall-ikel.", "Sur President, ngħid xi ħaġa fuq il-patata.", "Irrid ngħid li għal din is- sena wkoll kellna prezzijiet tajbin.", "Il-varjeta' Sante` ġabet prezz tajjeb ta' Lm14 u l-varjeta' Alfa ġabet prezz tajjeb ukoll ta' Lm11.27.", "Hawnhekk irrid ngħid grazzi u prosit lil kulmin huwa involut.", "Nibda minn min qed jimporta lejn l-Olanda u nieqaf sa kull persuna f'pajjiżna, b'mod partikolari l-bdiewa li huma n-nies li jkabbru l-prodott.", "Irrid nagħti prosit b'mod partikolari lill-bdiewa għall-mod kif bil-mod il-mod qegħdin inaqqsu l-użu tal-bexx b'mod partikolari fil-qtugħ tal-faxxina u għall-mod kif din is-sena bl-aktar mod serju daħħalna t-traceability ħalli nkunu nafu mil-liema għalqa u mil-liema biedwi jkun ġie kull lott li ġie esportat.", "Il- fatt biss li jkollok prodott ta' kwalita' ukoll iġiblek prezzijiet tajbin.", "Sur President, aħna nġibu prezzijiet tajbin għall-patata tagħna għaliex huwa prodott bikri.", "Irrid ngħid li barra l-fatt li f'pajjiżna m'għandniex kobor biżżejjed biex inkabbru kemm irridu l-produzzjoni tagħna, aħna rridu nibqgħu nesiġu li nesportaw kemm jista' jkun b'mod bikri.", "Ir-raġuni hija għax jekk inti taqbeż l-aħħar ta' Mejju u tidħol għal nofs Ġunju tibda dieħla patata minn pajjiżi oħra.", "Aħna għandna fama tajba għall-patata tagħna pero' meta jaqbiżlek nofs Mejju u Ġunju tant tibda dieħla patata fis- swieq Ewropew li l-prezz jibda jaqa'.", "Imbagħad ikun inutli toqgħod tipproduċi żżejjed.", "B'dan il-mod inkun biss qed naħli r-riżorsi tiegħi ta' l-ilma u dan ir-riżors jiswa l-flus ukoll.", "Irridu nagħmlu target li l- esportazzjoni nagħmluha jekk jista' jkun f'Marzu, April u fil-bidu ta' Mejju.", "Irrid ngħid ukoll li għamilna kuntratt over and above fejn ġie garantit li l-overpricing, jiġifieri dak li jingħata ....(Interruzzjonijiet) Dan issa ġie garantit u allura l-prezzijiet għall-Alfa u Sante` is-sena d-dieħla għandhom ikunu aħjar milli kienu din is-sena.", "Barra dan kollu għandna kuntratt ieħor over and above għall-esportazzjoni ta' 600 tunnellata patata oħra u dan se jitħallas bil-prezz ta' meta jintbagħat.", "Jiġifieri jekk l- alfa tkun qed tiġi esportata bil-prezz ta' 34.6 gilders kull xkora ta' 25 kilogramm, u l-patata ta' varjeta' ġdida għaliex hemm erba' varjetajiet ġodda, jiġu esportati fl-istess perijodu, dawn jitħallsu bi prezz għoli ta' 30.6 gilders li meta taqlibhom għal-liri Maltin u taqta' l-ispejjeż għandu jiġi madwar Lm12-il qantar.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li hemm assoċjazzjoni ta' Peter Axisa li din qiegħda taħseb jekk tesportax il-patata hi.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jekk ikun hawn assoċjazzjoni li lesta li tesporta l-patata hi, din trid tidħol responsabbli għall-esportazzjoni kollha hi, jiġifieri anke għax- xiri taż-żerriegħa, u trid tiggarantixxi lill-bidwi minn qabel prezzijiet għall-prodott.", "Jiġifieri jekk hawn xi ħadd mingħalih li se jkabbar il- patata għall-esportazzjoni u mbagħad iħalliha ma' wiċċna hawnhekk, ngħidlu li din mhux se toħroġ għall-konsum lokali, għaliex b'dan il-mod nispiċċaw b'surplus u allura tbaxxi l-prezz lill-bidwi.", "Biex niggarantixxu li l- prezzijiet għall-bidwi tagħna jibqgħu stabbli, aħna qegħdin ngħidu li jekk hawn xi ħadd li lest jesporta over and above dawn iż-żewġ kuntratti jrid jagħmel tajjeb finanzjarjament biex jiggarantixxi l-prezzijiet lill-bdiewa kif ukoll irid jiggarantixxi u jintrabat li dik l-esportazzjoni jrid jagħmilha kollha hu.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-micropropagation centre.", "Hawnhekk nerġa' norbot ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Farrugia li iva, fiċ-ċentru ta' Ħal Lija bis-serjeta' rridu nibdew inkabbru x-xtieli kemm tal-frott u kemm siġar oħra ornamentali, endemiċi u indiġeni biex inkomplu nħaddru pajjiżna.", "Bħalma jaf kulħadd, hemm areas kbar f'pajjiżna, fosthom lejn Delimara, li llum ma fihomx xtieli u siġar.", "Aħna se naħdmu flimkien u niġbdu ħabel wieħed flimkien ħalli nħaddru dawn l-areas li huma barren għall-ġid ta' kulħadd.", "Rigward it-tkabbir tas-siġar taż-żebbuġ irrid ngħid li d-dipartiment baqa' għaddej ilaqqam is-siġar taż-żebbuġ u jekk m'inix sejjer żball din is-sena laqqam mas-7,000 siġra.", "Is-sena l-oħra kien laqqam 5,000 siġra.", "Din il-moda tat-tkabbar taż-żebbuġ dieħla sewwa fil-pajjiż.", "Issa daħal ukoll il-kunċett il-ġdid li ż-żebbuġ jiġi magħsur biex inkunu nistgħu nagħmlu ż-żejt.", "Għalissa hawn min qed jgħidlu hobby u hawn min qed jagħmel xi ftit flus minnu, pero' jien inħeġġeġ li t-tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ inkomplu għaddejjin bih.", "Huma affarijiet sbieħ li nkabbru s-siġar taż-żebbuġ għax barra hija siġra li tagħti frott bnin u li minnu nagħmlu ż-żejt, din is- sigra hija ever green u allura ssebbaħ lill-pajsaġġ ta' pajjiżna.", "Rigward is-sajd irrid ngħid li saru diversi xogħlijiet fuq mollijiet u fuq slipways f'diversi portijiet żgħar li għandna f'pajjiżna.", "Fil-preżent qed isir ix-xogħol fl-infurzar ta' dak il-moll li hemm fejn Delimara power station biex jekk Alla jrid insewwuh darba għal dejjem.", "Irrid ngħid ukoll li s-sena l-oħra s-sajjieda bbenefikaw minn għotjiet ta' għexieren ta' eluf ta' liri biex jirranġaw u jimmodernizzaw l-opri tal-baħar tagħhom.", "Irrid infakkar ukoll bħalma jiftakru s-sajjieda stess, li tul dawn l-aħħar snin ibbenefikaw minn roħs fl-ispiża tax-xiri tal-fuel għaċ-ċifra ta' madwar Lm110,000.", "Għalkemm għandna madwar 400 sajjied dan ma jfissirx li hemm 400 bastiment għaliex hemm inqas bastimenti.", "Jekk teħodhom dawn il-250 bastiment tas-sajd, dawn ibbenefikaw minn għajnuna mingħand il-poplu Malti li f'sena titla'għal Lm110,000.", "Sur President, se jsir ukoll overhaul tal-pixkerija u se nkomplu nimmodernizzawha ħalli tkompli tħaddem il-ħteġijiet tal-pajjiż fil-futur immedjat.", "Irrid ngħid ukoll li għadha kemm ingħatat għajnuna finanzjarja fuq self lill-koperattivi tas-sajjieda ħalli dawn idaħħlu f'pajjiżna sistemi ta' kaxxi ġodda tal-plastik għall-industrija tas-sajjied.", "Min jinżel sa fejn hemm il-ministeru tal-biedja u sajd jara dawn il-kaxxi tal- ħut ħodor li huma ġodda u li waslu diġa`.", "(Interruzzjonijiet) Rajthom dawn il-kaxxi, Onor. Farrugia?", "(Interruzzjonijiet) Jekk dawn għoġbu lill- Onor. Evarist Bartolo li jiġi min-naħa tal-Mellieħa li hija area fejn tradizzjonalment hemm is-sajjieda għandhom jogħġbu lill-Onor.", "Noel Farrugia ukoll!", "Sur President, irrid ngħid li f'San Luċjan għandna grupp ta' xjentisti Maltin u Għawdxin żgħażagħ u jien bħala Malti ninsab ferħan bihom.", "Dawn verament qed jagħmlu riċerka u qed jaħdmu wkoll fuq speċi oħra.", "Jekk jirnexxi dan l-esperiment din l-ispeċi tibda' titkabbar fil-fish-farms f'pajjiżna flimkien ma' l-ispnott u l-awrat.", "Irrid ngħid ukoll li din is-sena kellna xi problemi fis-settur tal-qbid u ta' l-esportazzjoni tat-tonn.", "Il-problema bdiet inizjalment minħabba li kien hemm żewġ koperattivi li waħda ħarġet bit-tender u l-oħra ma ħarġitx, jiġifieri kien hemm disgwid bejniethom.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm disgwid bejniethom imbagħad kien hemm ċerti inċidenti oħra, pero' bl- għajnuna ta' kulħadd erġajna laqqajna lill-koperattivi tas-sajjieda u kif rajna dan l-aħħar fil-mezzi tax-xandir, issa s-sajjieda ftehmu li bejniethom joħorġu tender waħda għall-esportazzjoni tat-tonn u l-qbid tat- tonn.", "Jien lil dawn is-sajjieda ngħidilhom prosit talli ftehmu fuq din u l- awgurju tiegħi hu li anke għall-futur ikomplu jiftehmu fis-setturi kollha tal-qasam tas-sajd.", "Kien hemm ukoll inċidenti fil-qasam tal-qbid tal-lampuki pero' jien informat li min-naħa tad-dipartiment hemm it-tekniċi tagħna li qegħdin jitkellmu mat-tekniċi tat-Tuneżini ħalli flimkien isibu l-aħjar mod kif jaħdmu biex ma jinqalgħux inċidenti ta' dan it-tip.", "Rigward is-servizzi veterinarji rrid ngħid li dawn qegħdin jaħdmu biex jinbnew incinerators fil-pajjiż, wieħed li jkun fixed u l-ieħor li jkun mobile.", "Qed isir ukoll xogħol biex tiġi stallata linja ġdida tal-majjal fil-biċċerija l-ġdida.", "Qed isir ukoll training ta' biċċiera żgħażagħ ħalli jkollna r-riżorsi umani neċessarji f'din l-industrija tal-qatla tal-bhejjem f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li baqa' għaddej l-upgrading tal-laboratorju u baqa' jsir ix-xogħol fuq sistemi ta' identification text li għandhom jitwaħħlu mal-widnejn ta' l-annimali jew ma' xi parti oħra tal-ġisem ta' l- annimal ħalli b'hekk inkomplu niggarantixxu li jkollna t-traceability u nkunu nafu minn fejn ikun ġej kull kilo li jidħol fil-biċċerija.", "Sur President, dwar il-micropropagation centre li għandna f'Ħal Lija diġa' tkellimt.", "Irrid ngħid li barra dan ix-xogħol li sar aħna żidna l-ammont ta' serer, u għamilna ċ-ċensiment tad-dwieli kollha li għandna fil-pajjiż.", "Qegħdin jagħmlu d-DNA fuq kull varjeta' tad-dielja li għandna fil-pajjiż u f'dan il-qasam għaddej xogħol ta' riċerka kif suppost u kif jixraq.", "Irrid ngħid ukoll li se jibda l-maintenance work fil-farm ta' l-Għammieri.", "Hemm dik it-triq li qisha triq fid-deżert u issa se tiġi rranġata.", "Għal dan il-għan diġa' ħarġu t-tenders.", "Barra minn hekk hemmhekk se jkun hemm servizzi ġodda.", "Per eżempju se nagħmlu wkoll substation waħda biex naqtgħu l-losses.", "(Interruzzjonijiet) Qed nara lil George Cardona jagħti b'rasu!!!", "George Cardona jibża' mis-switches u mid-dawl u għalhekk se nagħmlu substation waħda b'tali mod li nneħħu ċ-ċans li jkollna lil xi ħadd jieħu xi xokk ta' l-elettriku.", "Biex inkomplu fuq il-farm ta' l-Għammieri rrid ngħid li se nkomplu l- maintenance work u se jkompli l-immodernizzar neċessarju biex dan il-farm ta' l-Għammieri nerġgħu ntellgħuh għall-istandard li kien fil-passat.", "Irrid ngħid ukoll li hawnhekk kif ukoll fil-Pitkalija sar xogħol ħalli tiddaħħal iżjed is-sistema ta' l-informatika.", "Per eżempju fil-point of sales tal-Pitkalija għamilna t-trinek neċessarji, għaddejna l-fibre optic cable neċessarju biex tkun tista' tiddaħħal is-sistema ta' l-informatika.", "Sur President, i rrid ngħid ukoll li barra li għaddej ix-xogħol fuq il- point of sales biex b'hekk jiġi kontrollat il-proġett kollu tal-bejgħ u tax- xiri tal-prodott tal-bejjiegħa, fir-rigward tal-Pitkalija qegħdin f'kuntatti u għaddejjin diskussjonijiet mad-diriġenti tal-koperativa ċentrali biex naħdmu flimkien ħalli naraw kif ikollna Pitkalija suret in- nies għall-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "B'dan qed infisser li aħna rridu pitkalija fejn ikollok il-faċilitajiet kollha, fejn il-bidwi bil-kumdita' kollha jdaħħal il-prodott tiegħu, li l-prodott li jdaħħal il-bidwi jkun jista' jiġi mwieżen ħalli b'hekk inkunu nistgħu niggarantixxu anke l-ħlas permezz ta' dak il-pakket finanzjarju li semmejt fil-bidu.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li dan il-budget juri l-impenn tal- gvern li dan is-settur verament isaħħu u jkompli jżommu sostenibbli għall- futur.", "U l-impenn, Mr Chairman, huwa konkret uhuwa viżibbli fejn għas-sena d-dieħla hemm Lm2 miljun u għas-snin li ġejjin hemm Lm8 miljun.", "U jekk wieħed jara kemm kien il-vot għall-agrikoltura u sajd fis-sena 1998 u jqabblu ma' dan is-sena u s-sena d-dieħla, jsib li fl-1998 il-vot kollu tal- biedja u sajd kien ta' ftit inqas minn Lm7.5 miljun.", "Għas-sena d-dieħla dan il-vot tela' għal madwar Lm13 miljun.", "Dan ifisser li żidna l-vot b'75%, Dan qed insemmih biex wieħed ikun jista' jara l-injection finanzjarja li dan il-gvern qed jagħti biex ikompli jsaħħaħ u jagħmel dan is-settur iżjed sostenibbli.", "Dan kollu qed isir biex ikun jista' jiġi mwettaq il-mission statement tagħna li jgħid li f'pajjiżna għandu jkollna produzzjoni ta' tkabbir ta' prodotti ta' kwalita' bnina, varjeta' ta' prodotti bi prezzijiet adegwati għall-konsumatur pero' li jħallu wkoll dħul xieraq u ġust għar-raħħal biex il-biedja tibqa' sostenibbli u tibqa' tiggarantixxi li jkun hemm inqas impatt negattiv fuq l-ambjent li aħna ngħixu ġo fih.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 46 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001.", "Billi intalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fin-12:30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- emenda għall-Vot 46 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "330", "FAVUR: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 46 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 11,177,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettajata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 46 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT X - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,810,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot X għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 46 u X tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR.", "SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI.", "ANIMAL WELFARE BILL", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali.", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda..", "MR.", "SPEAKER: Issa nistieden lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħ.bu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2002-01-06", "Is-Sitt Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għas-Saħħa", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2001 fis-6:00p.m. bl-aġenda kif komunika mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 258 tas-26 ta' Novembru, 2001..", "MISTOQSIJIET GĦALL-TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - EQUIPMENT AND FURNITURE IN SCHOOL VOTE", "30203.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-vot ta' equipment u furniture fl- iskejjel, skola bi skola għas-sena skolastika 2000-2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Numru 30193 ta' l-istess Onor. Membru."]} {"filename": "20020417_724d_par.doc", "date": "2002-04-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 724 L-Erbgħa, 17 ta' April, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 724", "L-Erbgħa, 17 ta' April, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "724", "L-Erbgħa, 17 ta' April, 2002", "WERREJ", "MINUTI 118", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 118", "TQEGĦID TA' KARTI 125", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 125", "AĠĠORNAMENT 148", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 153", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 723 li saret fis-16 ta' April, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "LINO CAUCHI - SEJBIEN TA' KADAVRU FIL-BUSKETT", "32302.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: X'kienu l- konklużjonijiet li wasal għalihom f'Marzu 1989 il-maġistrat inkwerenti fl- inkjesta dwar is-sejbien ta' kadavru fil-Buskett, liema konkluzjonijiet intbagħtu lill-Avukat Ġenerali?", "Meta f'Lulju ta' l-1989 l-Avukat Ġenerali bagħat lura l-inkartament lil Dr David Scicluna, x'kienu preċiżament it- terms of reference li fuqhom kellu jaġixxi l-Maġistrat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Jien informat li peress li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom mexjin, il- konklużjonijiet tal-Maġistrat fl-inkjesta f'dan l-istadju huma kunfidenzjali u għalhekk ma tistax tingħata informazzjoni dwarhom u lanqas tista' tingħata informazzjoni dwar xi terms of reference li l-Avukat Generali seta' deherlu li għandu jikkomunika lill-Maġistrat inkwerenti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma jidhirlux il-Ministru li din m'hijiex risposta sodisfaċenti u li l-affarijiet ma sarux sew meta dan il-każ ilu li seħħ minn Marzu ta' l-1989?", "Ma jidhirlux li kellu jagħti risposta differenti u jgħid fil-pubbliku dak li għandu jingħad dwar dan il-każ għax il-poplu huwa interessat li jkun jaf il-verita` u li min hu ħati jinqabad?", "Nammetti li forsi l-Ministru ma jistax jgħid ċerti affarijiet li huma ta' importanza, imma ma jidhirlux li għandu jagħti xi informazzjoni biex il- poplu in ġenerali iserraħ moħħu li l-affarijiet mexjin sew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jiena sodisfatt bir-risposta li tajt għax bħal kull persuna oħra jien marbut bil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Il-liġi ta' pajjiżna tipprovdi li l-att ta' l-inkjesta, speċjalment waqt li l- inkjesta tkun għadha għaddejja, jibqgħu kunfidenzjali u ma jiġux ippubblikati.", "It-termini tad-domanda jirriferu speċifikament għall-atti ta' l-inkjesta u mhux - kif se jirriżulta miż-żewġ domandi sussegwenti dwar l-istess każ - fuq informazzjoni li hija anċillari għall-inkjesta.", "Fil- fatt għaż-żewġ domandi li ġejjin wara se nagħti l-informazzjoni kollha li stajt nagħti, imma billi din id-domanda tirriferi għall-kontenut speċifiku ta' l-inkjesta, m'iniex lest li biex nissodisfa l-kurżita` ta' xi wħud, nikser il-provvedimenti tal-Kodiċi Kriminali tagħna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, kieku qed nitkellmu fuq sempliċement kurżita`, wieħed jifhem li l-Ministru jwieġeb kif wieġeb, pero` ma naħsibx li din hija kwestjoni ta' kurżita` għax hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa trivjali.", "Minħabba li għaddew numru ta' snin minn mindu ġara l-każ, il-Ministru għandu xi ħjiel dwar it-time frame u f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bil-liġi, il-ministru tal-ġustizzja huwa projbit li jkollu aċċess għall-atti ta' l-inkjesta bħalma hu projbit kull ministru u kull ċittadin ieħor Malti u Għawdxi, ħlief ovvjament għall-maġistrat li jkun qed jikkonduċi l-inkjesta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-istess bħall-Onor.", "Bartolo jien nemmen li l-poplu Malti u Għawdxi jrid ikun jaf il-verita` tal-fatti mhux b'kurżita` imma biex issir ġustizzja u allura l-Ministru f'dan il-każ ma naħsibx li qed jara x'qed jaħseb il-poplu għax kull meta l-poplu jikteb fil-gazzetti juri biċ-ċar li dak li qed jagħmel, qed jagħmlu biex issir ġustizzja.", "Ma jidhirlux il-Ministru li permezz ta' dak li nkiteb pubblikament fil- gazzetti intefa' dell fuq li l-inkjesta ma saritx kif suppost, li kien hemm xi affarijiet irregolari u li allura r-riżultat biex tkun tista' ssir ġustizzja ma seħħx?", "Il-Ministru jaħseb li l-affarijiet saru sewwa?", "Jinsab ippreokkupat li hemm xi affarijiet li ma sarux kif suppost?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-għatx għall-ġustizzja m'hijiex xi prerogattiva ta' xi parti ta' dan il-poplu, anzi jekk irridu nitkellmu f'termini politiċi, nistgħu ngħidu li din in-naħa għandha interess kbir fil-ġustizzja fuq il-mewt ta' Lino Cauchi għax l-ispekulazzjonijiet - almenu dawk li jsiru fil-gazzetti – ċertament li jitfgħu dell fuq konnessjonijiet li seta` kien hemm meta n-naħa l-oħra kienet fil-gvern u kien hemm ċerti dealings fuq proprjeta` u fuq sistema ta' ħruġ ta' permessi.", "Almenu pubblikament fil-gazzetti dan huwa li nkiteb bħala motiv u allura jekk wieħed irrid jispekula fuq dan il-motiv – u jien ma rridx nagħmel hekk għax ċertament fil-kariga tiegħi ta' ministru tal- ġustizzja l-aħħar wieħed li għandi nibda nispekula fuq dawn l-affarijiet - nista' ngħid ħafna affarijiet li jistgħu jgħadduli minn moħħi, pero` jien nippreferi ma nagħmilx hekk.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Jose` Herrera fid-dibattitu tal-bieraħ fuq il-liġi li għandna bħalissa, li waħda mill-agħar affarijiet li jsiru fil-politika hija li ndendlu lin-nies u nattakkawhom – kien qed jitkellem f'kuntest ta' libelli - mingħajr ma jkollna l-fatti jew il-konklużjonijiet f'idejna.", "Allura jien nirrispetta l-konfidenzjalita` ta' l-inkjesta, nirrispetta l-obbligu li għandi kostituzzjonalment u mil-liġi li nżomm il- kunfidenzjalita`, pero` kif għedt, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jieħu paċenzja sakemm ngħaddu għat-tieni u għat-tielet mistoqsija parlamentari, li proprju jirrispettaw l-allegazzjonijiet li saru, li l-Attorney General ma rriferiex lura u ċerti affarijiet oħra, li huma fit-termini taż-żewġ domandi l-oħra.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi jarahom jinduna li fihom se nirrispondi fid-dettall għax ma jikkonċernawx l-inkjesta direttament imma jikkonċernaw ċerti allegazzjonijiet li qed jiġu miċħuda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, bħala bniedem lajk fil-liġi - nispera li din il-mistoqsija tkun għall-benefiċċju wkoll tan-nies li ma jkunux midħla tal-proċeduri u ta' x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet ta' ministru f'ħaġa bħal din – u filwaqt li nifhem dak li qal il-Ministru, li ma jistax jidħol, jgħaffeġ, jgħawweġ u jgħaġġel proċeduri li m'għandux dritt jagħmel, m'għandna l-ebda mekkaniżmu fil-pajjiż biex ikollna xi forma ta' time-frame ħalli l-inkjesta ma ddumx ittawwal bla bżonn?", "Il-Ministru spjega li hu mhux se jaqbad u jistaqsi x'ġara, jekk din l- inkjesta saritx tajjeb, meta saret u għala qed iddum.", "Imma fil-mekkaniżmu kollu li għandna, inkluż il-kunsill għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, ma teżistix xi ħaġa biex biha jkun hemm xi forma ta' accountability u ta' pressjoni fuq min ikun qed imexxi inkjesta bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tajjeb li forsi nispjega b'mod sempliċi x'inhu l- iskop ta' l-inkjesta.", "Inkjesta ssir meta jkun hemm indikazzjoni ta' delitt jew reat fejn m'hemmx persuna li tista' tiġi akkużata, jew għax ħadd ma jaf minn min sar dak ir-reat jew delitt, jew għax il-pulizija weħidha ma jkollhiex provi biżżejjed biex f'dak l-istadju takkuża lil xi ħadd.", "L-iskop ta' l-inkjesta hu li quddiem maġistrat jinġabru u jiġu esebiti l- provi li jistgħu jwasslu għal xi konklużjoni.", "Il-liġi għandha termini fiha nnifisha ta' kemm inkjesta tista' iddum għand maġistrat u f'liema żmien irid jibgħatha lura lill-Attorney General, li huwa msejjaħ \"ir- rinviju\", u mbagħad l-Attorney General jista' jew jissodisfa ruħu bil- konklużjoni, jew jista' jirrimettiha lura għal iżjed investigazzjoni mill- maġistrat.", "Ħafna inkjesti jispiċċaw bla konklużjoni għax minkejja l-provi li tkun tellajt, il-qorti tgħid li m'hemmx identifikazzjoni ta' xi persuna possibbli li tista' titpoġġa taħt att ta' akkuża u allura tirrinvija mingħajr ma tindika x'att ta' akkuża jista' joħroġ jew kontra min jista' joħroġ.", "U jiefqu hemmhekk.", "Jekk 'il quddiem jinstabu traċċi oħra konnessi ma' dak il-każ, l-Attorney General jerġa' jirrinvjah lura, pero` li inkjesta ddum ittawwal jew ma ttawwalx hija relattiva għall-provi u għall-konklużjonijiet li jkun hemm.", "Jiġifieri hemm terminu f'liema żmien għandha tiġi konkluża inkjesta imma l- konklużjoni vera hija li jitpoġġa xi ħadd taħt akkuża.", "Pero` jitpoġġa xi ħadd taħt akkuża jekk fl-inkjesta jirriżultaw il-provi.", "Fil-każ fatti speċi ta' Lino Cauchi, l-inkjesta għadha ma waslitx li hemm identifikazzjoni ta' xi ħadd li jista' jitpoġġa taħt l-att ta' akkuża.", "U dik hija l-aħjar konklużjoni ta' inkjesta.", "Inkella li jiġri hu li din tiġi rinvjata għand l-Attorney General, meta l-Attorney General isir jaf - direttament jew permezz tal-pulizija - li jista' jkun hemm bżonn ġbir ta' provi oħra, jerġa' jibgħatha lura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qed nifhem li f'dan l-istadju l-aħħar kelma hija ta' l-Attorney General?", "U x'marġini ta' deċiżjoni personali għandu biex jiddeċiedi jew le hemmx provi?", "Dan suppost joħroġ mir-rapport tal- maġistrat li jkun għamel l-inkjesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-konklużjoni hija f'idejn il-maġistrat.", "Il- maġistrat fl-aħħar ta' l-inkjesta jgħid li hu jidhirlu li m'hemmx provi biżżejjed biex jitpoġġa xi ħadd taħt l-att ta' akkuża jew inkella jista' jgħid li l-provi juru li Austin Gatt għandu jitpoġġa taħt l-att ta' l- akkuża.", "F'każ li tkun it-tieni, l-Attorney General għandu dritt tan-nullae prosequi, jiġifieri li minkejja li l-maġistrat wasal għal dik il- konklużjoni, jgħid li hu ma jaqbilx ma' l-opinjoni tal-maġistrat.", "Pero` imbagħad għandek ċerti salvagwardi fil-liġi, jiġifieri li n-nullae prosequi jrid jagħmilha bil-miktub, irid jinforma biha lill-President tar- Repubblika u jrid jagħti wkoll xi informazzjoni lill-Parlament.", "Jiġifieri għandu l-accountability pubblika għaliex jieħu dik it-tip ta' deċiżjoni, ta' nullae prosequi.", "Jekk il-maġistrat jiddeċiedi li m'hemm provi kontra ħadd, ma jfissirx li l- Attorney General ma jistax jgħid li fl-opinjoni tiegħu hemm biżżejjed provi li xi ħadd jitpoġġa taħt att ta' akkuża u jerfa' r-responsabbilta` hu li jakkużah.", "Jiġifieri hemm checks and balances fiż-żewġ naħat tal-proċess, kemm ta' l-inkjesta kif ukoll mid-deċiżjoni li jieħu l-Attorney General.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, qed nifhem tajjeb li f'dan il-każ huwa r-rapport tal-maġstrat li m'huwiex konklussiv?", "Jew hija d-deċiżjoni ta' l-Attorney General li m'hemmx fuq xiex jipproċedi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' nikkonferma li m'hijiex id-deċiżjoni ta' l- Attorney General, fis-sens li m'hemmx nullae prosequi kontra xi ħadd għax dik kienet tkun uffiċjali.", "Jiġifieri jekk m'hemmx in-nullae prosequi m'hemmx konklużjoni li xi ħadd jitpoġġa taħt att ta' akkuża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, fl-ewwel parti tat-tweġiba l-Ministru qal hekk:", "Jien informat li peress li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom mexjin, il-konkluzjonijiet tal-Maġistrat fl-inkjesta f'dan l-istadju huma kunfidenzjali.", "Mela minn naħa qed niġu mgħarrfin li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom mexjin imma min-naħa l-oħra qed jintqal il-punt li l- konklużjonijiet tal-maġistrat fl-inkjesta f'dan l-istadju huma kunfidenzjali, jiġifieri qed nitkellmu dwar konklużjonijiet.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, anke jekk il-Ministru jħoss - u nifhem it-thinking tiegħu - li m'għandhomx ikunu pubbliċi f'dan l-istadju, partijiet direttament konċernati, bħall-familjari tal-vittma, ma jistgħux jinżammu aġġornati dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Le, il-liġi tipprovdi li l-inkjesta hija kunfidenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk fhimt sew, il-Ministru ried jagħti x'jifhem fir-risposta tiegħu għad-domanda li għamel l-Onor.", "Bartolo li l- inkjesta hija kważi magħluqa.", "(Interruzzjonijiet) Dan m'intix tgħidu uffiċjalment imma hekk qed tgħid għax qed tgħid li l-Attorney General la oġġezzjona u lanqas qabel, jiġifieri m'għamel xejn, u allura qed tikkonkludi li l-inkjesta hija magħluqa u sempliċement hemm xi ħaġa li qed iżżomm milli tkun uffiċjalment magħluqa.", "(Interruzzjonijiet) Jien nistaqsi qiegħed.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk ngħaddu għat-tieni u għat-tielet domanda, dawn se jirrisponduk preċiżament għal dan li qed tgħid u jgħidulek fejn qiegħed il- proċess.", "Fil-fatt għalhekk jien għedt biex nieħdu paċenzja u naslu għat- tielet domanda għax din issegwi l-proċess kif sar bejn l-Attorney General u l-qorti u l-konklużjoni tagħha hija fejn hu l-proċess illum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, mir-risposta li ta l-Ministru lill-Onor.", "Bartolo jiena fhimt li l-inkjesta hija kważi magħluqa.", "Jien ikkonkludejt li l-Attorney General ra kollox imma ma kkummentax, qisu r-riżultat finali wassal li hemm xi ħaġa li ma jista' jakkuża lil ħadd u allura indirettament tista' tgħid li din hija kważi lesta, imma forsi m'hijiex magħuqa uffiċjalment.", "Jien qed nerġa' nistaqsik għax hekk fhimtha, biex jekk mhux hekk u dak il- kumment li għamilt inti għad-domanda li għamel l-Onor.", "Bartolo mhux hekk, tispjegali daqsxejn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien għedt li inkjesta tiġi magħluqa biss meta xi ħadd jitpoġġa taħt att ta' akkuża, għax allura tingħalaq l-inkjesta.", "Ħadd għadu ma tpoġġa taħt att ta' akkuża, u allura l-inkjesta għadha miftuħa.", "Id-differenza li forsi tista' tagħmel hija li tgħid: L-inkjesta hija attiva jew qiegħda rieqda x'imkien?", "Issa ejjew nagħmlu din id-distinzjoni.", "It-tielet domanda turik li l-inkjesta għadha attiva u se nantiċipa allura li l-aħħar riferenza lura saret fis-16 ta' Novembru, 2001.", "It-tielet domanda se tagħti r-rinviji kif saru bejn il-maġistrat u l-Attorney General, meta l-Attorney General reġa' bagħtu għand il-maġistrat biex jinvestiga aktar, meta spiċċat dik l-investigazzjoni, meta reġa' bagħtu eċċ. eċċ.", "LINO CAUCHI - INKJESTA MAĠISTERJALI", "32306.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Pullicino Orlando) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Fil-22 ta' Frar, 2002 f'\"In- Nazzjon\" deher hekk:", "\"F'Lulju ta' l-1986, rapport tal-pataloġista Iain Eric West, il-kap tad- dipartiment tal-mediċina forensika ta' l-Isptar Guy, jikkonkludi li l- fdalijiet fil-bir huma ta' Lino Cauchi\".", "Jista' l-Ministru jikkonferma din l-asserzjoni?", "Jekk inġibdet din it-tali konklużjoni u jekk kien hemm indizzju tant qawwi li kien sar delitt, x'kienet ir-raġuni uffiċjali li ebda maġistrat ma tqabbad fl-1986 biex jagħmel inkjesta fuq dan l-omiċidju?", "Min kien l-uffiċjal jew uffiċjali li naqsu li jieħdu d-deċiżjoni biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali fuq il-qtil ta' Lino Cauchi u mhux kellhom jgħaddu tliet snin oħra qabel ma l- Maġistrat David Scicluna għalaq l-inkjesta tiegħu fuq is-sejba tal-kadavru f'bir ġol-Buskett?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li mill-atti tal-proċess verbali ma jirrizultax li Iain Eric West qatt xi darba għamel xi rapport li fih ikkonkluda li l-fdalijiet misjuba huma ta' Lino Cauchi.", "Kien ħaddieħor, li ġie nominat speċifikament għal dan l-iskop, li rrapporta dwar ir-rizultati f'April ta' l-1988.", "Wara li saru xi investigazzjonijiet ulterjuri u nstemgħu xhieda oħra, bl- aħħar xhud jinstema' fl-1 ta' Marzu, 1989, il-proċess verbali ingħalaq għall-ewwel darba fl-20 ta' Marzu, 1989.", "L-inkjesta dwar l-għejbien u l-omiċidju volontarju ta' Lino sive Paul Cauchi issokta fuq talba ta' l-Avukat Generali b'rinviju tat-3 ta' Lulju, 1989.", "Għalhekk ma nikkonfermax l-asserzjoni magħmula mill-Onor.", "Interpellant peress li l-fatti kollha allegati fl-interpellanza m'humiex korretti.", "LINO CAUCHI – PROĊESS VERBAL - RINVIJI", "32307.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI (f'isem l-Onor.", "Jeffrey Pulicino Orlando) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: L-Avukat Ġenerali fl-24 ta' Frar, 2002 kiteb hekk fil-\"Malta Today\":", "\"The record has been referred back by my office to the magistrate conducting the inquiry several times.\"", "Kemm-il darba sar dan il-referral back?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat li l-proċess verbal ġie konkluz l-ewwel darba fl-20 ta' Marzu, 1989.", "Sar rinviju fit-3 ta' Lulju,1989 u ġie rimess lill-Avukat Generali fil-21 ta' Ottubru, 1996.", "Reġa sar rinviju fit-23 ta' Jannar, 1997 u ġie rimess lura fis-27 ta' Mejju, 1997.", "Reġa ġie rinvjat lura lill-maġistrat fis-7 ta' Awissu, 2001 u ġie rimess lura fis-7 ta` Settembru, 2001.", "U sar rinviju ieħor fis-26 ta' Ottubru, 2001 u ġie rimess lura fis-16 ta' Novembru, 2001.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jilluminani ftit - għax intlift b'dawn ir-rimessjonijiet kollha – f'dan l-istadju fejn qiegħed?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jekk insegwi sew l-iter tal-proċess fis-16 ta' Novembru l-maġistrat għalaq l-inkjesta u bagħtu għand l-Attorney General.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jiġifieri dan ir-rapport tal- maġistrat issa jiġi eżaminat mill-Attorney General u fuq il-bażi tal- konklużjonijiet li jista' fih ir-rapport tal-maġistrat, jiddeċiedi jekk hemmx fuq xiex jipproċedi jew le.", "Sewwa qed nifhem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ovvjament, jekk il-konklużjoni tal-maġistrat hija li ndika lill-persuna li jista' joħroġ att ta' akkuża kontra tagħha, l- Attorney General għandu terminu ta' żmien li skadielu - u allura qed nippresumi li m'hemmx - fejn jiddeċiedi li jew joħroġ dak l-att ta' akkuża jew inkella jagħmel in-nullae prosequi bil-konsegwenzi l-oħra kollha.", "Pero` t-termini għaddew u allura l-probabbilita` hi li l-inkjesta ma waslitx għal xi konklużjoni.", "Jekk ma waslitx għal xi konklużjoni, kif qed nippresumi, fil-normalita` tal- każijiet kollha, l-Attorney General iżomm dak il-proċess miftuħ biex jara jekk għandhomx isiru eżamijiet oħra, jekk għandhomx xi xhieda oħra jew inkella jekk inqalgħet xi xhieda oħra ġdida, jerġa' jirrinvjah lura lill- maġistrat biex jisma' dik ix-xhieda ġdida.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri huwa minħabba f'hekk li fl-ewwel tweġiba tiegħu l-Ministru uża l-kliem ''l-investigazzjonijiet għadhom mexjin'' għax il-proċess għadu ma spiċċax.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Għax teknikament jekk inti ma tasalx fl-istadju ta' l- inkjesta għall-konklużjoni li joħroġ att ta' akkuża kontra xi ħadd, l- investigazzjoni tibqa' għaddejja.", "Issa attivament x'qed isir min-naħa tal- pulizija ovvjament ma nistax nirrispondi jiena, pero` l-investigazzjonijiet jibqgħu għaddejjin fuq kull każ kriminali li huwa riżolt u ma spiċċa bl- ebda att ta' akkuża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiġifieri jekk qed nifhem sew la issa ntbagħat għand l-Attorney General u l-Attorney General skadielu ż-żmien, allura ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Użajt il-kliem \"skadielu ż-żmien\" kieku l- konklużjoni ta' l-inkjesta kienet li nstab li xi ħadd għandja toħroġlu att ta' akkuża, skadielu ż-żmien għan-nullae prosequi.", "Billi ma sarx in-nullae prosequi, allura ovvjament ma kien hemm ħadd indikat li għandu joħroġlu att ta' akkuża.", "Dak huwa t-terminu.", "Il-bqija m'hemmx żmien għall- investigazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor,.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura issa f'dan l-istadju, l-inkjesta tista' tiġi ppublikata wara ċertu żmien jew xorta trid tibqa' mistura u ma jkun jaf ħadd biha sakemm xi darba jiġi akkużat xi ħadd?", "Għax jekk ma jiġi akkużat ħadd jew ma jiġi indikat ħadd li jista' jiġi investigat, allura din se tibqa' dejjem pendenti u tkun għadha ma ngħalqietx u ma tista' toħroġ l- ebda informazzjoni dwar din l-inkjesta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-inkjesta hi dejjem kunfidenzjali anke jekk jiġi akkużat xi ħadd.", "Bil-liġi tagħna l-inkjesta dejjem tibqa' kunfidenzjali.", "Fil-fatt l-ewwel proċess kriminali kieku toħroġ akkuża, huwa l-istadju tal- kumpilazzjoni tal-provi, li forsi ċerti nies jarawha żejda għax fil- verita` li tkun qed tagħmel fil-kumpilazzjoni, quddiem maġistrat ieħor, hija li terġa' tisma' x-xhieda kollha li tkun instemgħet fl-inkjesta, tant kemm tibqa' kunfidenzjali l-inkjesta.", "Fir-realta`, kieku kellha toħroġ att ta' akkuża kontra Austin Gatt, l-ewwel stadju m'huwiex li jinstema' l-ġuri.", "L-ewwel tagħmel fażi fejn hemm sejħa tal-kumpilazzjoni tal-provi, fejn prattikament il-pulizija jew l-Attorney General jerġgħu jtellgħu l-provi kollha li jkunu nstemgħu fl-inkjesta, tant kemm tibqa' kunfidenzjali l-inkjesta sa l-aħħar!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien nifhem li dan qed jinżamm fl-uffiċċju ta' l- Attorney General.", "Allura f'każ li jkun hemm xi leak dwar l-inkjesta, min jista' jkun accountable għal dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunfidenzjalita` ta' l-inkjesta hija xi ħaġa li amministrattivament hija trattata b'serjeta` kbira.", "Fil-fatt tradizzjonalment – din baqgħet tradizzjoni osservata skrupolożament - kull ċaqlieq tal-file li jsir huwa locked b'ċerta assidwita` u allura tkun taf preċiż għand min qiegħed il-file f'kull ħin, fis-sens li min huwa adett għal dawn l-affarijiet mhux jaqbad il-file, jieħdu l-qorti u jħallih hemm imma jieħdu fl-uffiċċju tal-maġistrat speċifiku, isib id-deputat reġistratur, jiffirmawlu ċerti nies, eċċ., u l-istess mil-lat tan-naħa ta' l-Attorney General.", "Issa jekk ikun hemm leak, imbagħad wieħed jinvestiga minn fejn saret il- leak, jekk tasal għax naħseb rarament qatt wasalna biex inkunu nafu minn fejn isiru l-leaks u għalfejn isiru l-leaks, pero` almenu tkun taf fejn qiegħed il-file; s'hemm nista' ngħid jien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nipprova nsegwi pero` qed nitfixkel fil- kliem li qed jgħid il-Ministru meta qed jgħid li hu nformat li l-proċess ġie konkluż.", "Allura x'ġie konkluż?", "X'hemm allura milli jżomm li jiġi ppubblikat dak li qed jingħad u dak li qed jiġi mistoqsi fid-domandi?", "Jekk hemm xi ħaġa li ġiet konkluża u la ġiet konkluża naħseb li sar follow-up tagħha u allura għandha tiġi magħrufa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jkompli s-sentenza.", "Fil-fatt is-sentenza tgħid li jien informat li l-proċess verbali ġie konkluż l-ewwel darba fl-20 ta' Marzu, imbagħad sar ir-rinviju, reġa' ġie rimess, sar ir-rinviju u reġa' ġie rimess.", "Jiena spjegajt diversi drabi li anke meta jiġi konkluż finalment, anke kieku proċess verbali, hu x'inhu – ejja nieħdu serq ta' elettriku – u ssir inkjesta u jiġi konkluż li Tizju seraq id-dawl, dik l-inkjesta qatt ma tiġi ppubblikata għax hija koperata mill-Kodiċi Kriminali tagħna bil- kunfidenzjalita`.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni li l-pubbliku jrid ikun jaf jew ma jridx ikun jaf.", "Il-liġi tagħna, li ilha hemmhekk issa minn żmien żemżem - u jien sinċerament ma naħsibx li għandha tinbidel għax hija tajba - fil-bażi ta' l- inkjesta, biex inti tkopri li l-ewwelnett l-investigaturi ...", "U hawnhekk irridu npoġġu kollox fil-kuntest u niftakru li m'għandix akkużat, għadni qed ninvestiga, għadni qed niġbor il-provi biex nasal għall-akkużat u għalhekk huwa ħażin li l-inkjesti jiġu leaked, kif ġew leaked m'ilux wisq ċerti inkjesti oħra li saru, għax min-naħa trid tipproteġi lill- investigaturi u min-naħa l-oħra d-drittijiet potenzjali li persuna akkużata jista' jkollha.", "Għalhekk ma rridux neħduha b'mod leġġer li ngħidu li nippubblikaw.", "Għax inti tkun qed tippubblika f'sitwazzjoni fejn m'għandekx akkużat, pero` jista' jkollok akkużat potenzjali li b'dik il-pubblikazzjoni tilledilu d- drittijiet meta jiġi akkużat.", "U għalhekk nerġa' nsostni u nfakkar li l- ewwel fażi ta' l-akkuża kriminali hija l-kumpilazzjoni, fejn tiġi prattikament ripetuta x-xhieda ta' l-inkjesta u m'għandniex niċċaqilqu allura mill-prinċipju tal-kunfidenzjalita`.", "Jien nifhem li kulħadd jixtieq li naslu għall-konklużjoni ta' din l- inkjesta.", "Jien nifhem li l-omiċidju kif kien u fiż-żmien li kien u għar- raġunijiet li kulħadd ikkonkluda li kienu, toħloq ċertu misteru u interess anke fl-istorja kollha ta' pajjiżna.", "Imma Allaħares aħna, bħala politiċi responsabbli, biex nagħlqu din l-inkjesta u naslu għall-konklużjonijiet biex il-pubbliku jissodisfa ruħu mill-konklużjonijiet tagħha, niksru l- prinċipju tal-kunfidenzjalita`.", "Naħseb li dak huwa prinċipju tajjeb u li għandna nsostnuh.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għas-sena 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 82 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 dwar Stabbilimenti ta' Akkomodazzjoni Turistika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 81 ta' l-2002 - Regolamenti tas-sena 2000 dwar Sustanzi fl-Ikel li jikkontaminaw.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 83 ta' l-2002 - Ordni ta' l-2002 dwar id-Delega ta' l-Amministrazzjoni ta' Faċilitajiet (Kunsill Lokali Safi).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 t'April, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo huwa in possession of the House u s'issa ħa 25 minuta.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-bieraħ kont qed nagħmel il-punt li biex il-korruzzjoni tkun teżisti, irid ikun hemm sistema u mġieba li jippermettu l-korruzzjoni u jrid ikun hemm ukoll kultura soċjali li biha l- korruzzjoni tkun tista' tieħu l-ħajja.", "Il-bieraħ kont qed ngħid ukoll li hija responsabbilta` ta' l-Istat li joħloq mekkaniżmi li jinvestigaw u jiġġieldu l-korruzzjoni biex kemm jista' jkun din il-pjaga soċjali tiġi kkontrollata u indirizzata at source.", "Kif għedt il-bieraħ, għalhekk huwa importanti li fl-amministrazzjoni pubblika jkollna internal auditing serju fejn l-internal auditors ma jirrispondux lill-ministru konċernat imma lill- Uffiċċju ta' l-Awditur Nazzjonali, li huwa uffiċjal tal-Parlament, għax ma nistgħux niġġieldu l-korruzzjoni jekk l-istituzzjonijiet li jikkontrollaw il-korruzzjoni jispiċċaw istituzzjonijiet tal-gvern ineffettivi li joħorġu sempliċement timbru tal-kondotta tal-gvern biex juru kemm il-gvern tal- ġurnata huwa tajjeb.", "Il-bieraħ semmejt ukoll il-fatt li pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn ħafna drabi r-relazzjonijiet personali, il-ħbiberiji, il-parenteli u l-familji huma iktar b'saħħithom mil-liġijiet, mir-regolamenti u mill- istituzzjonijiet, għandu sfidi ikbar mill-pajjiżi l-kbar biex jiġġieled il- korruzzjoni.", "Madanakollu m'hijiex biss ir-responsabbilta` ta' l-Istat li jiġġieled il-korruzzjoni imma anke tas-soċjeta` ċivili, u jien semmejt speċifikatament lill-Knisja Kattolika fejn għedt li ħafna drabi hija ħasra li l-għaxar kmandamenti li għandha l-Knisja Kattolika jeżistu biss għall- isfera privata tal-ħajja u mhux għall-isfera pubblika wkoll, fejn ikun hemm is-serq, ikun hemm l-iskartar mix-xogħol u jkun hemm il-korruzzjoni, qisu għall-Knisja Kattolika ta' pajjiżna l-kunċett tad-dnub soċjali ma jeżistix.", "Semmejt ukoll ir-responsabbilta` tal-partiti politiċi li jibdew jippubblikaw il-finanzjament tagħhom ukoll biex b'hekk niġġieldu l-idea - li rrid ngħid li mhux dejjem tkun żbaljata - li l-partiti politiċi jistgħu jinxtraw minn min jagħtihom il-flus.", "Naturalment ħadd ma jagħti xejn ta' xejn u min jagħti l-flus lill-partiti politiċi xi darba jew oħra se jerġa' jirrikorri għandhom biex jieħu l-\"grazzi\", u ħafna drabi l-\"grazzi\" tkun li jipprova jinfluwenza fuq dawn il-partiti politiċi ċerti policies biex bihom ikun jista' jaġevola lilu nnifsu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jkollna trasparenza fis-sistema tal-finanzjament tal-partiti politiċi.", "Istituzzjoni oħra li hija importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma l-mezzi tax-xandir, pero` jiddispjaċini ngħid li l-mezzi tax-xandir ta' pajjiżna qed jonqsu ħafna f'dan il-qasam u qed iħaddmu sistema perikoluża ħafna, u hawn qed nirriferi partikolarment għal dawk il-mezzi tax-xandir li m'humiex tal-partiti politiċi.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax issa ejjew inkunu sinċieri u nammettu li huwa ovvju li l-partiti politiċi ma jużawx il-media tagħhom bħala watchdog fuqhom infushom imma jużaw il- media tagħhom biex jinbħu u jigdmu lill-partit politiku l-ieħor.", "Fil-fatt meta dawn jagħmlu xi investigazzjoni jew inkella jsemmu każijiet ta' korruzzjoni, dejjem isemmu lill-partit politiku l-ieħor, u dik il-media li tissejjaħ \"indipendenti\" ...", "Per eżempju, biżżejjed insemmi ġurnal lokali \"indipendenti\" bl-Ingliż li joħroġ kull nhar ta' Ħadd u anke stazzjonijiet tar-radju u tat-television \"indipendenti\", li jħaddmu sistema perikoluża ħafna.", "Madanakollu kif għedt diġa', irridu nieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li fis- soċjeta` tagħna teżisti l-problema ta' l-inċest, jiġifieri tar- relazzjonijiet mill-qrib, li teżisti f'kull soċjeta` żgħira, fejn min ikun qed imexxi dawn l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni jkollu interessi kummerċjali li ma jweġġax lill-gvern tal-ġurnata, fosthom minħabba li jkun irid jieħu kuntratti oħra, u dan apparti li minħabba s- simpatiji politiċi li jista' jkollu, ma tantx se jinvestiga lil min jifforma parti mill-gvern li huwa jappoġġja malajr.", "Imbagħad agħar minn hekk, għandna sistema - u din hija sistema li matul dawn l-aħħar tliet snin il-Gvern Nazzjonalista kompla jferrixha, ixerridha u jsaħħaħha - li biha opinion makers, jiġifieri dawk in-nies li jiktbu fuq il-gazzetti u li jippreżentaw programmi tar-radju jew inkella programmi televiżivi minħabba li jkollhom kuntratti jew sponsorships mill-gvern jew inkella minn kumpanniji pubbliċi, meta jiġu biex jiktbu fuq il-gazzetti jew inkella biex jippreżentaw xi programm, b'xi mod jew ieħor dejjem jattakkaw lill- Oppożizzjoni u jiddefendu jew jagħmlu apoloġiji għall-Gvern Nazzjonalista.", "Naturalment dawn in-nies ikunu jafu liema id tkun qed titmagħhom u għalhekk huma mhux talli ma jigdmuhiex imma talli jbusuha u jilagħquha.", "Madanakollu, li hu interessanti hu li meta jingħad li l-Kodiċi ta' Etika għandha torbot lill-ġurnalisti lokali, dan il-konflitt ta' interess jibqa' ma jissemmiex u dawn l-opinion makers qatt ma jiddikjaraw l-interess tagħhom, fosthom, per eżempju, l-interess li jirbħu kuntratti tal-gvern jew inkella li jingħataw sponsorships minn kumpanniji pubbliċi.", "Issa ġaladarba semmejt l-isponsorships, hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li ħafna drabi dawn l-isponsorships lanqas ikunu jagħmlu sens.", "Per eżempju, kif tista' tispjega għaliex kumpannija bħall-Gozo Channel tħoss il- bżonn li tisponsorja programm fuq ix-xandir pubbliku, anke jekk tkun taf li b'hekk se titlef eluf kbar ta' liri?", "Huwa ovvju li meta jiġri hekk, ikun hemm konflitt ta' interess billi min ikun qed jippreżenta dawn il-programmi fuq ix-xandir pubbliku jkun qed jieħu xi kuntratti mill-gvern jew inkella jkun qed jitħallas mill-gvern taħt xi forma jew oħra, fosthom billi jinħatar f'kummissjoni, f'fondazzjoni jew f'bord, pero` ħaġa ta' l- iskantament, ħadd qatt ma jiddikjara dawn l-interessi.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid il-bieraħ, jien naħseb li waħda mill- affarijiet li tgħin biex fil-pajjiż ikun hawn iktar trasparenza hija billi kif aħna, bħala membri parlamentari, għandna d-dmir li niddikjaraw x'inhuma l-interessi tagħna - u hekk għandu jkun - anke l-imħallfin, il-maġistrati u l-ġurnalisti għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' interess, u meta qed insemmi lill-ġurnalisti m'iniex qed nirriferi biss għall-edituri jew inkella għal dawk li huma ħaddiema regolari fl-istituzzjonijiet tal-media imma wkoll għal dawk li jiktbu artikli fuq il-gazzetti regolarment jew inkella jippreżentaw programmi televiżivi jew tar-radju.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li suppost f'soċjeta` indipendenti, demokratika, ħielsa u miftuħa, il-media għandha għan importanti ħafna fis-sistema taċ- checks and balances, anke biex tara x'accountability għandhom dawk li jmexxu, f'pajjiżna din ma tiġrix għax ħafna drabi n-nies li jinfluwenzaw bl- opinjonijiet tagħhom huma mħallsin jew mixtrijin.", "Min qed jismagħni jista' jaħseb li qed nesaġera meta qed insemmi l-kelma \"mixtrijin\", imma fil-fatt dawn hekk ikunu, \"mixtrijin\", għax ikunu qed jakkwistaw ċerti kuntratti jew fondi mill-partit fil-gvern, u allura naturalment dawn m'humiex se jigdmu l- id li tkun qed titmagħhom, imma b'hekk tkun qed tinħoloq klima ta' tixrid ta' iktar korruzzjoni.", "Biex il-korruzzjoni tonqos f'pajjiż, irid ikun hemm sistemi effiċjenti, trasparenti u accountable.", "Aħna lkoll bnedmin, ilkoll nistgħu nonqsu u naqgħu għat-tentazzjonijiet li jkollna fil-ħajja pubblika u jekk ikollna moħħna mistrieħ li l-media li qed inżoqqu u li qed ngħalfu żgur li m'hijiex se tinvestigana u żgur li m'hijiex se tgħassisna, anzi m'hijiex qiegħda hemm biex tgħasses lilna imma biex tgħassisna mill- Oppożizzjoni u biex tigdeb u tinbaħ lill-Oppożizzjoni, allura iktar u iktar tinħoloq sitwazzjoni perikoluża.", "Jien ngħid li meta kull tant żmien f'pajjiżna tqum diskussjoni fuq il- Kodiċi ta' Etika ta' l-istampa u tal-ġurnali, għandu jkollna l-onesta` li nidħlu f'dan il-qasam.", "Kif għedt kemm-il darba, għallinqas il-mezzi tal- media tal-partiti politiċi għandhom jiddikjaraw x'inhi l-aġenda tagħhom, allavolja huwa ċar daqs il-kristall x'inhi l-aġenda tagħhom.", "Il-media hekk imsejħa kummerċjali u indipendenti jkollha dawn l-intriċċi, dawn ir-rabtiet u dawn ix-xbieki wkoll, imma jkunu moħbija, u allura min ikun qed jaqrahom iktar jista' jkollu l-innoċenza li jaħseb li dak li jkun qed jingħad, ikun qed jingħad mingħajr l-ebda interess partiġjan.", "M'hemmx għalfejn insemmi l- ħsara kbira li jagħmlu dawn l-affarijiet lil soċjeta` demokratika, speċjalment meta jkollok sistema fejn il-partijiet fil-gvern jipprovaw jaħtru n-nies tagħhom kullimkien bir-riżultat li dawn, minflok ma jgħinu biex jinkixfu dawk l-affarijiet li ma jkunux qed isiru tajjeb, kulħadd itaptap fuq spallejn xulxin u kulħadd jipprova jgħatti l-problemi bl-aħjar mod li jista', u b'hekk il-problema tal-korruzzjoni tkompli tikber dejjem iktar.", "Mr Speaker, kif għedt il-bieraħ, biex isiru ċerti bidliet, irid ikun hemm ir-rieda politika li jsiru dawn il-bidliet, u jiddispjaċini ngħid li llum jien ma tantx qed nara li hemm din ir-rieda politika.", "Ħalli nieħu eżempju wieħed biss biex nuri kemm din ir-rieda politika m'hijiex qiegħda hemm, u dan se nagħmlu billi nsemmi l-każ li qed iseħħ bħalissa fir-rigward tal- Casino` di Venezia.", "Meta s-Sajf li għadda ġie launched il-Casino` di Venezia, it-Taljani, flimkien mal-Ministru Zammit Dimech, tgħidx kemm qalu li kien se jiġbed turisti dan il-casino`, fosthom turisti min-naħa t'isfel ta' l-Italja, mill-Mediterran, mill-Iżrael, mill-Eġittu u minn ħafna pajjiżi oħra, pero` rriżulta li l-Casino` di Venezia, matul ix-xhur li ilu jopera hawn Malta, tilef Lm1.5 miljun, għalkemm Corradini, li kien responsabbli minn dan il-casino` matul dawn l-aħħar xhur qed jgħid li din is-somma hija esaġerata u li fir-realta` l-Casino` di Venezia tilef inqas minn nofs din is-somma li ssemmiet.", "Madanakollu li nsib inkwetanti ħafna jien huwa li filwaqt li f'dawn l-aħħar jiem qed jerġa' joħroġ il-Ministru Zammit Dimech jgħid li l-investiment se jkompli jikber għax il-Casino` di Venezia tal-Birgu se jiftaħ lukanda fil- qrib, fil-kunsill komunali ta' Venezja qed tissejjaħ inkjesta dwar it- tmexxija tal-Casino` di Venezia li hemm f'Venezja stess kif ukoll dwar il- Casino` di Venezia li hemm fil-Birgu.", "Imma min-naħa tal-gvern donnu m'hu qed jiġri xejn.", "Forsi jkun hawn min iġib l-argument li l-Casino` di Venezia hija entita` privata u li ma jistax ikun noqogħdu ninvestigaw lis-settur privat ukoll, imma aħna nafu, per eżempju, kemm hemm nies li sal-ġurnata tal-lum għadhom jistaqsu dwar il- każijiet tad-Daewoo u tal-Priceclub, liema mistoqsijiet għadhom qatt ma ġew imwieġba.", "Ta' min jgħid li membru parlamentari Taljan, li huwa wkoll membru tal- Parlament Ewropew, qed jagħmel rapport fejn fih qed jitlob li ssir inkjesta mill-Ministru ta' l-Intern Taljan fuq l-operat tal-Casino` di Venezia kemm ġo Venezja nnifisha kif ukoll ġol-Birgu.", "Pero` nerġa' ngħid li min-naħa tal-gvern donnu m'hu qed jiġri xejn, anzi l-Ministru mhux talli qed jieħu l- attitudni ta' business as usual u li m'hu qed jiġri xejn ħażin fil-Casino` di Venezia imma talli qed jagħti l-impressjoni li tant kollox sejjer tajjeb fir-rigward tal-Casino` di Venezia li l-investiment li sar fuq dan il- casino` se jkompli jikber.", "Jekk wieħed jaqra r-rapporti tal-Casino` di Venezia jsib li dawn jinsabu inkwetati ħafna fuq ir-rapporti li ħarġu minn Malta u qed jgħidu li dawn ir-rapporti mhux biss se jolqtu negattivament lill-Casino` di Venezia li hemm fl-Italja imma anke lill-Casino` di Venezia li hemm f'postijiet oħra fil-Mediterran u se jagħtu reputazzjoni ħażina lil dan il-business.", "Imma madanakollu nerġa' nirripeti li hawn Malta qisu m'hu qed jiġri xejn u qed tkompli tingħata l-impressjoni li kollox sejjer tajjeb.", "Mr Speaker, kif konna qed ngħidu, huwa importanti li niġġieldu l- korruzzjoni, kemm mil-lat ta' moralita` pubblika kif ukoll mil-lat ta' effiċjenza, anke minħabba li fl-aħħar mill-aħħar huma ċ-ċittadini li jkunu jridu jħallsu għal din il-korruzzjoni għax kif nafu, il-korruzzjoni tkompli żżid in-nefqa pubblika.", "Madanakollu dan il-kliem kollu li qed ngħidu jisfa' fix-xejn jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika li l-korruzzjoni tiġi miġġielda tassew u li jitwaqqfu istituzzjonijiet li jżommu lill-korruzzjoni milli ssir, jew inkella meta ssir, iwaqqfuha u jinvestigawha.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, f'pajjiżna hemm ħafna nies li meta jisimgħu lil xi ħadd jitkellem fuq il-politika jew fuq il-politiċi, moħħhom imur fuq il-korruzzjoni.", "Fil-fatt spiss nisimgħu l-espressjoni: Il- politiċi għaliex qegħdin; mhux biex iħaxxnu bwiethom?", "Anzi mhux talli hekk imma talli hawn min jgħidlek: X'fettillek iċċappast fil-politika?", "Fiha nnifisha il-kelma \"ċċappast\" tindika li hemm il-ħmieġ u li aħna l-politiċi dħalna fil-professjoni ta' l-\"imċappsin\".", "Jien naħseb li ħafna minn dawk li qed jisimgħuna llejla tbissmu wkoll meta semgħu li aħna l-politiċi se nagħmlu liġi biex biha nnaqqsu l-korruzzjoni, u jien persważ li bħalissa qed jogħlew ħafna ħuġbejn u ħafna nies qed jgħidu: U iva; din se tkun liġi oħra bħall-oħrajn!", "Mr Speaker, jien naħseb li sfortunatament din il-perception li għandhom in- nies lejn il-politika u lejn il-membri parlamentari hija bbażata fuq ċerti esperjenzi li nisimgħu dwarhom, anke jekk dawn l-esperjenzi jkunu saru f'pajjiżi oħra u mhux f'pajjiżna, għax meta ssir xi inkjesta fuq xi ħadd li jkollu ċerta responsabbilta` u ċertu poter u dan jinstab ħati, tgħidx x'furur iqum fil-pajjiż u kultant anke barra l-pajjiż!", "Jeħtieġ li nifhmu li kif jgħid il-Malti \"il-biegħa hi mħallta\", u Allaħares kellna nassumu li l-politiċi kollha huma maħmuġin, li l-politiċi kollha huma korrotti jew inkella li l-politiċi kollha qegħdin hemmhekk biex iħaxxnu bwiethom.", "Imma sfortunatament, filwaqt li meta l-membri parlamentari jaġixxu b'mod tajjeb, dan ftit li xejn nisimgħu dwaru, meta l-membri parlamentari jaġixxu b'mod ħażin, jinqala' kjass sħiħ, u din il-ħaġa ssir fi kwalunkwe qasam.", "Per eżempju, normalment il-gazzetti ma jirrapportawx kemm-il miljun ruħ jużaw l- ajruplan kuljum u ma jiġri xejn, imma jirrapportaw biss meta jseħħ xi inċident b'xi ajruplan, bħal meta jaqa' ajruplan u jmutu xi 50 jew 60 passiġġier.", "Ħafna drabi l-pożittiv ma tantx jinstema', u huwa n-negattiv li jagħmel l- aħbarijiet.", "Fil-fatt dan qalu Mark Anthony stess meta kien qed jitkellem fuq il-mewt ta' Julius Caesar fejn qal li ħafna drabi n-nies jibqgħu jiftakru l-ħażin u t-tajjeb jindifen.", "Jien m'iniex qed ngħid dan biex niskolpa lil kulħadd b'mod ġenerali, pero` jkun tajjeb jekk nifhmu li jeżistu ħafna politiċi, kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra, li huma onesti, integri u jixtiequ li l-affarijiet jimxu kif għandhom jimxu.", "Kulmin daħal fil-politika biex jagħti kontribut siewi lil pajjiżu u għalih l-interessi ta' pajjiżu jiġi fuq quddiem nett, ma jista' jittollera l- korruzzjoni bl-ebda mod.", "Forsi hawnhekk m'huwiex il-lok fejn wieħed joqgħod jagħmel eloġju sħiħ fuq l-aspett morali u etiku tal-korruzzjoni, imma li titfa' fuq spallejn kull leġislatur, fuq kulmin huwa mdaħħal fil-politika, fuq is-sindki u fuq il- kunsilliera r-responsabbilta` ta' l-impatt negattiv li tħalli l-korruzzjoni fuq l-aspett ekonomiku, diġa' tkun qed titfagħlhom responsabbilta` kbira fuqhom.", "Mr Speaker, bħalissa l-OECD qed taħdem ħafna fuq il-korruzzjoni u qed isiru ħafna studji, rapporti u laqgħat li qed jikkwantifikaw l-impatt li għandha l-korruzzjoni fil-qasam politiku ta' madwar id-dinja kollha.", "Bħalma ngħad diġa' matul dan id-dibattitu, il-korruzzjoni tolqot lit-taxpayer direttament għax fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun qed jiġi mormi meta mhux suppost jiġi mormi, dak li jkun qed jingħata meta mhux suppost ikun qed jingħata u dak li jkun qed jiġi meħud meta mhux suppost ikun qed jiġi meħud ikun qed iħallas tiegħu t-taxpayer, u allura huwa interessanti li wieħed jikkwantifika kemm pajjiż jonfoq flus minħabba l-korruzzjoni.", "Jekk wieħed jieħu n-nefqa li pajjiż jagħmel minħabba l-korruzzjoni mil-lat purament ta' accounting, ikun jista' jargumenta li l-flus li jonfoq pajjiż biex iwaqqaf miżuri, strutturi u awtoritajiet biex jilqgħu għall- korruzzjoni huma worth it.", "Imbagħad hemm l-aspett ta' investiment ukoll għax investitur ġenwin li jimxi skond ir-regoli u li ma jkunx lest li jidħol fiċ-ċirku tal-korrotti billi jipprova jagħmel il-flus minn fuq il- korruzzjoni m'huwiex se jmur jinvesti f'pajjiż li jkun magħruf għall- korruzzjoni.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-korruzzjoni ttellef ħafna flus lill-pajjiż, mhux biss direttament kif ukoll indirettament.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jara wkoll l-aspett kriminali li ġġib magħha l- korruzzjoni.", "Ħafna drabi l-korruzzjoni ma sseħħx minn xi persuna jew tnejn imma jkunu involuti fiha diversi nies li jkunu ġejjin minn strati differenti, li l-ewwel jibdew jgħinu lil xulxin u mbagħad maż-żmien jibdew saħansitra jirrikattaw lil xulxin, u iktar ma din ix-xibka tikber, is-swaba tagħha iktar jibdew joqorbu lejn iċ-ċentru tal-poter.", "Madanakollu, kif jgħid il-Malti, il-ħuta minn rasha tinten, u jien ma nistax nimmaġina ċittadini li jkunu dejjem osservaw ir-regolamenti u kienu retti fix-xogħol tagħhom u mbagħad f'daqqa waħda jibdew jikkorrompu, anke jekk f'affarijiet żgħar, billi per eżempju, jisirqu xi ħaġa minn fuq il- post tax-xogħol, jagħlqu għajnejhom għal xi ħaġa, jagħtu xi ħaġa lil xi ħadd li mhux suppost jagħtuhielu jew jaġevolaw lil min mhux suppost jaġevolaw.", "Mhux l-ewwel darba li meta persuni nqabdu jagħmlu xi att ta' korruzzjoni, huma jġibulek l-argument li ġaladarba l-ministri u l-politiċi jagħmlu hekk, jistgħu jagħmlu hekk huma wkoll, u din hija xi ħaġa li tpoġġi responsabbilta` enormi fuq il-Parlament.", "Jiddispjaċini jekk forsi hawn min qed jiddejjaq bil-priedki li qed nagħmel, għax huwa veru li dawn huma kollha priedki, pero` ġaladarba lkoll nafu bil-perikli li ġġib magħha l- korruzzjoni, hemm bżonn li jinstaddu l-loopholes li jeżistu fil-liġi ħalli min ikun qed jikkorrompi ma jkollux minn fejn jgħaddi.", "Mr Speaker, l-ikbar messaġġ li jista' jwassal il-gvern ma jistax iwasslu permezz tal-liġijiet imma jista' jwasslu permezz ta' l-aġir tiegħu.", "L- eżempju jkaxkar, u dak il-gvern li fil-perception tan-nies ...", "Għax għalkemm hemm min jgħid li ma jimpurtahx xi jgħidu n-nies, ħafna drabi tkun trid toqgħod attent ukoll xi jgħidu n-nies, speċjalment aħna l-politiċi, għax jekk stess il-perception tan-nies tkun żbaljata, fiha nnifisha dik il- perception diġa` tkun qed tħallilek timbru ħażin.", "Jien nemmen li l- perception tan-nies tinħoloq minħabba ħafna fatturi, u jkun kollu għalxejn li noqogħdu nippriedkaw u nagħmlu l-liġijiet jekk imbagħad il-perception tan-nies fil-konfront tagħna bħala politiċi u bħala professjonisti ma tkunx nadifa.", "Jekk l-eżempju li nkun qed nagħti jien, bħala politiku u bħala professjonist, ikun ħażin, imbagħad ma nkunx nista' nippretendi li ċ- ċittadini ma jikkorrompux.", "Mr Speaker, biex il-perception tan-nies fil-konfront tagħna l-politiċi tkun waħda tajba, huwa importanti wkoll li l-politika tkun trasparenti billi ma jsirux affarijiet minn taħt jew inkella fi kmamar magħluqa.", "Ħaġ'oħra importanti li ssir biex in-nies ma jkollhomx perception ħażina tagħna l- politiċi hija li nagħtu account għal kull ħaġa billi nispjegaw kif it-tali ħaġa tressqet quddiemna, għaliex sar hekk u mhux mod ieħor, kemm din il- ħaġa qamet flus lill-poplu u jekk inkunu żbaljajna, irridu nammettu li żbaljajna.", "Nixtieq insemmi wkoll il-ħela u l-isparpaljar għax issa ejjew ngħidu l- verita`; impjegat tal-gvern kif jista' jġib ruħu kif suppost fl-uffiċċju tiegħu meta qed jkun jara sparpaljar fuq livelli kbar minn min ikun qiegħed fuqu, meta jara lil ta' fuqu jaġixxi bħallikieku qegħdin fi żmien ir- reġina, jiġifieri bħallikieku l-affarijiet li jarmi, li jaħli u li jixtri ma kenux tagħna, u mbagħad joħroġ it-tenders ...?", "Issa hawnhekk jien qed nirriferi għal affarijiet żgħar, u meta per eżempju, qed insemmi t-tenders, m'iniex qed nirriferi għat-tenders li jintefgħu biex jinbena xi sptar jew xi triq imma għal dawk it-tenders li jsiru biex id-dipartiment ikun jista' jixtri l-karti u l-istationery, pero` jekk inti tagħlaq għajnejk għal dawn l-affarijiet iż-żgħar, xorta waħda tkun qed tikkorrompi għax dawn l- affarijiet iż-żgħar ukoll jikkaġunaw telf lill-pajjiż.", "Ħafna drabi ż-żgħir jgħidlek: Issa jien se noqgħod inħabbel moħħi kif nistgħu niffrankaw ftit liri meta ħaddieħor qed jarmi l-mijiet ta' l-eluf u l-miljuni?!", "Għalhekk, kif għedt diġa', il-messaġġ li jwassal min ikun qiegħed fuq nett huwa importanti ħafna, mhux biss fl-istil ta' ħajja pubblika li jgħix imma saħansitra fl-istil ta' ħajja privata li jgħix.", "Per eżempju, żgur li tkun qed tagħti impressjoni ħażina jekk l-ewwel tiddikjara li ma taqlax salarju, lanqas il-minimum wage, imbagħad tidħol fil-Parlament u wara sentejn membru parlamentari tibda tiġri b'karozzi lussużi u tibni villa enormi.", "Dak li jkun żgur se jikkonkludi li jew mhux veru li inti ma kontx taqla' salarju qabel ma dħalt membru parlamentari jew inkella li qed ikollok dħul minn x'imkien ieħor, u huwa f'dawn il-każijiet fejn tinbet il- perception tal-korruzzjoni.", "Il-perception tal-korruzzjoni tista' tinbet ukoll meta n-nies jaraw lil xi membru parlamentari jieħu l-kampanja elettorali bħala l-ħajja u l-mewt għalih għax in-nies jibdew jistaqsu: Imma dak li qed jagħmel, dan veru qed jagħmlu bi mħabba għan-nazzjon u għax veru jrid jagħti kontribut lill-pajjiż, jew inkella qed juża lill-Parlament bħala mezz kif idaħħal it-tripplu, erba' darbiet iktar jew għaxar darbiet iktar mis-salarju li kien idaħħal qabel ma sar membru parlamentari?", "Jien qed nitkellem b'dan il-mod għax dan huwa d-diskors li jgħidu n-nies fit- toroq.", "Hekk kif membru parlamentari jinduna li l-istil ta' ħajja li jkun qed jgħix ma jkunx jirrifletti l-mezzi ta' l-għajxien tiegħu, huwa għandu jispjega r- raġunijiet li għalihom ikun qed jgħix dik it-tip ta' ħajja - għax wara kollox, dan seta' kiseb kemxa flus ġmielha minn xi wirt li jkun ħallielu l- bużnannu - biex b'hekk ineħħi minn moħħ in-nies dawk il-ħsebijiet li jitfgħu dell ikrah fuq il-Parlament.", "Mr Speaker, min għandu l-poter f'idejh - u llum il-ġurnata l-membri parlamentari u l-kunsilliera għandhom il-poter f'idejhom - jista' jwettaq korruzzjoni jew biex ipatti għal xi obbligazzjoni li jista' jkollu jew inkella biex joħloq obbligazzjoni ħalli mbagħad din tissarraflu f'iktar akkwist ta' ġid.", "Thomas Jefferson, il-famuż kittieb taċ-charter tal- Kostituzzjoni Amerikana, jgħid hekk:", "\"Whenever a man has cast a long eye on them ...\"", "- u hawnhekk Thomas Jefferson qed jirriferi għall-poteri -", "\"... a rottenness begins in his conduct.\",", "jiġifieri meta wieħed jitfa' għajnejh fuq il-poteri li jkollu u jagħmel minn kollox biex ma jitwarrabx minn dawn il-poteri, hemmhekk jibda dieħel it-tħassir fil-kondotta tiegħu.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu saru interventi interessanti ħafna, u peress li tkellmu diversi membri parlamentari legali fuq l-aspett legali ta' dan l-abbozz ta' liġi, jien qed nitkellem iktar fuq il-lat etiku ħalli wieħed jifhem għaliex aħna, bħala membri parlamentari, qed inressqu dawn l- abbozzi ta' liġi.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li filwaqt li smajna interventi serji ħafna minn sħabi, fosthom mill-Onor.", "Anġlu Farrugia, mill- Onor. Jose` Herrera, mill-Onor.", "Marie Louise Coleiro u mill-Onor.", "Charles Mangion, li rriflettew bis-serjeta` fuq x'inhuma l-poteri u l-constraints ta' dan l-abbozz ta' liġi, bir-rispett kollu smajna żewġ interventi pwerili li fl-opinjoni tiegħi, lanqas jagħmlu dehen lil dan il-Parlament.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax, per eżempju, jien ma nistax nifhem kif filwaqt li suppost f'din il-Kamra qed nitkellmu fuq il-korruzzjoni bl-iktar serjeta` u qed nipprovaw indaħħlu kampanja ta' ndafa f'moħħ in-nies, qamu żewġ membri parlamentari min-naħa l-oħra biex jipprovaw jagħmlu political mileage billi qagħdu jsemmu każijiet ta' korruzzjoni li ġraw fil-passat.", "Apparentement illum il-gvern Nazzjonalista, minħabba li kulħadd jaf kif inhu qiegħed bħalissa, qed jipprova jaljena l-opinjoni pubblika, imma jien jiddispjaċini li min jippretendi ċertu pompożita`, imbagħad jaqa' f'ċerti dettalji.", "Per eżempju, smajna lil min isemmi l-inkjesta li kien saret fuq il-Mid-Med Bank snin ilu, wara li kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista.", "Jien nistaqsi: Għalfejn qed nitkellmu b'dan il-mod?", "U allura, l-Onor.", "Membru li tkellem fuq dan il-każ, għaliex ma kompliex jispjega għalfejn l- ex-Imħallef Anastasi - li llum huwa mejjet - u l-gvern ta' dak iż-żmien ħallew dan il-każ fuq l-ixkaffa għal snin sħaħ tant li mbagħad spiċċa biex waqa' bi preskrizzjoni?", "Minflok ma għamel l-akkużi, kien ikun aħjar li kieku dan l-Onor.", "Membru spjega x'ġara, jekk jaf.", "L-istess Onor. Membru semma wkoll il-każ tal-Lay Lay.", "Possibbli li hawn min jiġi f'dan il-Parlament jipprova jħammeġ lill-membri tan-naħa l-oħra b'affarijiet li jmisshom iħammġu ħafna iktar lil min qed jgħidhom?!", "Kulħadd jaf li meta dan il-każ tressaq quddiem il-qorti, ġie ddikjarat li min għamel l-akkużi, jiġifieri Ivan Camilleri u s-Sur Degiorgio, lanqas kellhom il-guts imorru l-qorti biex jiddefendu l-akkużi tagħhom u spiċċaw biex tilfu l-kawża hands down, u għalhekk ma nistax nifhem kif illum qed jiġi Onor. Membru min-naħa l-oħra jgħidilna li l-Gvern Laburista ta' bejn l- 1996 u l-1998 kellu għalfejn jistħi fuq il-kwestjoni tal-Lay Lay, u dan iktar u iktar ma nifhmux meta naf li hemm mistoqsijiet kbar wara l-każ ta' Sciberras Grioli, anke minħabba l-fatt li l-Prim Ministru ma ċaħadx li f'okkażjoni minnhom ammetta li kien jaf li dak li kien qed jagħmel Sciberras Grioli kien ħażin, imma kien obbligat lejh.", "Jien nistaqsi: Possibbli li huwa dan il-mod li bih nixtiequ niddibattu hawn ġew?!", "Mr Speaker, jekk hawn ġew nixtiequ niddibattu b'dan il-mod, allura jien se mmur kontra dak li għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi u nerġa' nfakkar dawk il-każijiet li taw isem ħażin lil dan il-Parlament billi lill-Onor. kollega tiegħi ngħidlu - insomma, aħjar ngħidlu Onor. Dottor għax dan hekk iridha - Għaliex ma ssemmix kif inbena ċ-ċentru tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Tal- Pieta`!", "Jekk huwa ma jafx kif inbena dan iċ-ċentru, jien malajr ngħidlu.", "Huwa semma lil Lorry Sant, Alla jagħtih miljun ġenna, kif Alla jagħti miljun ġenna lil Karmenu Caruana, pero` jien ikolli nsemmi l-fatt li Karmenu Caruana kien jibgħat għall-kuntratturi u jgħidilhom: Isma', jekk kemm-il darba tagħmlulna s-saqaf b'xejn jew inkella jekk tibnulna din il- biċċa b'xejn aħna nagħtukom dan il-kuntratt!", "Jew inkella jekk tagħmlu tliet xhur taħdmu f'din l-istamperija - għax dak iż-żmien iċ-ċentru tal- Partit Nazzjonalista kien għadu jikkonsisti biss fi stamperija - nagħtikom impjieg ta' pulizija.", "Dawn l-affarijiet ma jafhomx l-Onor.", "Dr Jason Azzopardi?!", "Għax jekk ma jafhomx, ikun aħjar jekk imur ifittixhom, kif ifittex ukoll biex ikun jaf x'kien għamel il-gvern tiegħu ma' Gaul, li b'Lm100 kien tah lil Kemmuna għal 150 sena.", "Dan kien jew ma kienx abbuż tal-poter?!", "Din kienet jew ma kenitx korruzzjoni?!", "Mr Speaker, dawn l-affarijiet m'għandhomx jerġgħu jirripetu ruħhom f'dan il- pajjiż, u huwa għalhekk li aħna qed ngħidu: Ejjew inħalluh il-passat!", "Ejjew nimxu u nagħmlu l-liġijiet mingħajr ma noqogħdu naqilgħu dawn l- affarijiet, li jħammru wiċċ kull membru parlamentari serju li kien hawn fil- Parlament matul dak iż-żmien!", "Jien lil Dr. Onor. Jason Azzopardi ngħidlu: Taf min kien Poulson?", "Poulson kien dak il-ħabib li kellu l-gvern tiegħek u li nkitbu sa kotba sħaħ fuq il-korruzzjoni tiegħu!", "Poulson kien dak il- bniedem li kien involut fit-taparsi bini ta' l-isptar ta' Għawdex li kien bena l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien!", "Poulson tant hu famuż għall- ħmieġ tiegħu li l-ktieb \"Standards in Public Life - 20th Century Cases of Misconduct and Current Public Opinion\", li bdiet toħroġ il-kummissjoni ta' Lord Nolan, liema kummissjoni se nitkellem fuqha iktar 'il quddiem, jgħid hekk fuq dan il-bniedem:", "\"Financial impropriety on a major scale was however revealed in the early 1970s.", "The architect John Poulson befriended civil servants, local councillors, local council officials, nationalised industry, national health service employees and members of parliament, paid them varying amounts in cash and kind, and then used their influence to secure contracts.\".", "Fil-fatt wieħed minn dawn il-kuntratti kien proprjament il-kuntratt li tah il-Partit Nazzjonalista għall-isptar ta' Għawdex, Mr Speaker!", "Jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Dr. Jason Azzopardi nsiehom dawn l-affarijiet!", "Imbagħad dan il-ktieb ikompli jgħid hekk:", "\"As a result of their involvement with Poulson, officials in central and local government and prominent local politicians were imprisoned, as was Poulson.", "The then Home Secretary Reginald Maudling and two other MPs were criticised by a House of Commons select committee.\".", "Kif qed taraw, jekk tridu li noqogħdu naqilgħu l-ħmieġ, aħna nafu kif naqilgħuh il-ħmieġ!", "Lill-Onor.", "Dr. Jason Azzopardi jien ngħidlu wkoll: Inti kif tispjega l-fatt li ministru tal-gvern preżenti waqqa' deċiżjoni li ħa t-tendering committee ta' l-isptar San Raffaele?!", "X'hemm wara dan kollu?!", "Għax il-poplu, bir-raġun, jibda jaħseb u jistaqsi xi skopijiet hemm wara dan kollu.", "U ġaladarba l-Onor.", "Dr. Jason Azzopardi jaħseb li huwa bravu daqshekk, jien stennejtu jispjegalna wkoll kif seħħew il-każijiet tad-Daewoo u tal-Mid-Med Bank, li semmew sħabi.", "Lil Dr. Onor. Jason Azzopardi jien ngħidlu wkoll li minkejja li jattendi għal ħafna laqgħat barra minn Malta, ma jafx x'inhu jingħad, per eżempju, dwar il-privatizzazzjoni li qed jagħmel dan il-gvern bil-moħbi tant li ministru lanqas biss jaf x'inhu jagħmel ministru ieħor, u għalhekk se ngħidlu kif jaħsbuha l-awtoritajiet parlamentari tal-lum dwar il-privatizzazzjoni billi nikkwota wieħed mir-rapporti tal-44th Commonwealth Parliamentary Association ta' New Zealand, li fost affarijiet oħra jitkellem fuq il-bżonn \"to maintain accountability to parliament in an era of corporatisation and privatisation.\"", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"The majority view emphasized ...\"", "- hawnhekk dan ir-rapport kien qed jirriferi għall-membri parlamentari li kienu preżenti għal din il-laqgħa -", "\"... that corporatisation and privatisation should not create a chance of disposing of public enterprises to friends or relatives of public officers.\"", "- This sounds familiar, Mr Speaker!", "Donnu min qed jismagħna qed jobsor li smajna xi ħaġa bħal din! -", "\"The process should aim at pleasing the people who are being served and not to be an opportunity for the unscrupulous and greedy few who are connected to the decision makers.", "To ensure a transparent and responsible disposal of public enterprises, the members emphasized the need to involve parliament right from the beginning.", "Parliaments are the institutions that have legislative and oversight powers and are a very crucial line of defence to safeguard populations.\".", "L-Onor.", "Dr. Jason Azzopardi jmur ħafna laqgħat barra u naħseb li dawn l- affarijiet jafhom, imma għal xi raġuni jew oħra ma ħassx li kellu għalfejn jgħidhom.", "Insomma, ejjew ngħiduha kif inhi, fil-grupp parlamentari tiegħu ma tantx għandu ċans jitkellem fuq dawn l-affarijiet għax lanqas biss jiltaqgħu, imma jien persważ li meta kien se jsir il-bejgħ tal-Mid-Med Bank, huwa staqsa kif minkejja li kien se jsir bejgħ importanti bħal dan, il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi lanqas kien jaf x'qed jagħmel il- Ministru tal-Finanzi.", "Jekk irridu noqogħdu nsemmu l-passat, nistgħu nkomplu nsemmu, pero` issa ħalli nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid qabel.", "Mr Speaker, il-pajjiż ilu jħoss li hemm bżonn li jkun hemm ċertu kontroll biex tiġi evitata l-korruzzjoni għax hija tendenza naturali tal-bniedem li jipprova jara kif se jagħmel biex jakkwista iktar flus u poter.", "Madanakollu aħna ma qbilniex mal-pass li għamel il-Gvern Nazzjonalista li waqqaf kummissjoni kontra l-korruzzjoni fi ħdanu stess għax ma jagħmilx sens li meta kummissjoni tiġi biex tattwa d-deċiżjonijiet tagħha, tkun tiddependi mill-istess Prim Ministru li waqqafha.", "Għalhekk aħna konna għedna mill-bidu nett li m'għandniex fiduċja f'din il- kummissjoni, anzi morna pass iktar 'il quddiem u pproponejna li minflok din il-kummissjoni jitwaqqaf tribunal ta' l-inġustizzji li jkollu l-poter li jagħti l-kumpens hu stess u ma jkollux għalfejn jirrikorri għand il-prim ministru bir-riskju li dan, għax ma jkollux grazzja ma' wiċċ dak li jkun se jingħata l-kumpens, ma jaċċettax it-talba tat-tribunal, kif fil-fatt ġara f'ħafna każijiet li tressqu quddiem il-kummissjoni bil-konsegwenza li ħafna baqgħu ma ħadux il-kumpens li kellhom jieħdu.", "Ara bit-twaqqif ta' tribunal ta' l-inġustizzji, kien ikun hemm iktar awtonomija u kien hemm ċans ikbar li l-individwu jieħu dak li jkun ħaqqu.", "Mr Speaker, donnu ħadd mill-Membri tan-naħa l-oħra m'għandu interess li jitkellem f'dan id-dibattitu għax kulma tkellmu membri min-naħa l-oħra kienu biss tnejn, u hawnhekk qed niftakar il-kritika li għamel lill-Partit Laburista wieħed minn dawn l-Onor.", "Membri.", "Fil-fatt dan l-Onor.", "Membru qal li fi żmien il-Partit Laburista kien hemm korruzzjoni istituzzjonalizzata.", "Jien naħseb li kien ikun aħjar li kieku dan l-Onor.", "Membru qalilna kemm tqassmu fridges u washing machines fid-distrett tiegħu mill-Community Chest Fund lejliet l-elezzjoni u kemm dawn l-appliances ġew għand nies li tant ma kellhomx bżonnhom li spiċċaw biex biegħuhom!", "Din ukoll hi korruzzjoni.", "Dan ukoll huwa mod kif titfa' l-flus tal-poplu fejn mhux suppost biex tirbaħ il- voti.", "U jekk nibdew insemmu l-każijiet tal-passat ma nieqfu qatt, u fil-fatt jien għalhekk staqsejt għalfejn se ninżlu f'dan il-livell li noqogħdu nsemmu l- każijiet tal-passat, pero` jekk imbagħad noqgħod naqla' d-daqqiet ta' sieq, ma nistax ma nagħtix imqar daqqa waħda jien, iktar u iktar meta qed tipprova tingħata l-impressjoni li l-membri tan-naħa l-oħra huma qaddisin bir-raġġiera u aħna l-membri ta' din in-naħa xjaten bil-qrun, bid-denb u bil-foxxna f'idejna.", "Aħna mhux ilkoll umani?!", "U allura ejjew nammettu li fil-passat saru l-iżbalji minna lkoll kemm aħna!", "Issa lilna, il-membri ta' din in-naħa, qed jgħidulna biex nagħmlu l-apoloġiji fuq dak li għamilna fil- passat.", "Jien nistaqsi: Minn fejn se nibdew bl-apoloġiji tagħna; minn dak li sar fi żmien Strickland fejn kienu jitfgħulu s-soldi warajh kull fejn imur biex iġennuh?!", "Jew inkella minn meta kienu ddaħħlu l-corrupt practices fejn kienu jheddulek ruħek jekk ma tivvotax lill-Partit Nazzjonalista?!", "Tistgħu tgħiduli x'korruzzjoni kien hawn fil-pajjiż li kienet ikbar minn dik li kienu jheddulek ruħek jekk ma tivvotax lill-Partit Nazzjonalista?!", "Min se jagħmel apoloġija fuqha din?", "Aħna lesti li nagħmlu apoloġija lill-poplu, pero` aħna rridu wkoll li lill-poplu ngħidulu li rridu nimxu 'l quddiem u ma rridux noqogħdu nagħżqu fl-ilma; dak li jgħidulu water treading, fejn taparsi nkunu qed nimxu fl-ilma u fil-verita` nkunu qed nibqgħu fejn inkunu, qisna xi ħmar tas-sienja.", "Il-Partit Laburista huwa partit progressiv li jrid jara l-ġid u l-indafa f'dan il-pajjiż, u fit-22 xahar li għamilna fil-gvern tajna xiehda li dan hu li rridu.", "Fil-fatt kien għalhekk li l-membri tan-naħa l-oħra u dawk kollha li jappoġġjawhom qabdithom ferneżija matul dawk it-22 xahar u ma ridux li nkomplu mmexxu lill-pajjiż aħna; għax l-indafa u l-integrita` bdew jidhru.", "Imma kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, jekk irridu nimxu 'l quddiem għandna nħallu l-problemi kollha fil-ġenb u naraw biss kif se neqirdu l-korruzzjoni, li tolqot l-ekonomija u l-investiment tal-pajjiż.", "Jew issa se ngħidu li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, il-korruzzjoni f'pajjiżna se tinqered u se jkollna l-indafa wkoll?!", "Għax naħseb li ma fadalx wisq biex nibdew ngħidu hekk ukoll.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra qalulna li huma waqqfu ħafna istituzzjonijiet, mhux bħalna.", "Min ma waqqafx istituzzjonijiet?", "Aħna, li per eżempju, iġġelidna tooth and nail biex inwaqqfu l-Public Accounts Committee?!", "Fil- fatt jien kont li ġġelidt biex jitwaqqaf dan il-kumitat, u dan ngħidu kemm b'umilta` kif ukoll b'ċertu ftaħir.", "Aħna konna li ġġelidna biex jitwaqqaf il-Public Accounts Committee għax il-Membri tan-naħa l-oħra tgħidx kemm kaxkru saqajhom minħabba li l-Ministru ta' l-affarijiet barranin ta' dak iż- żmien, l-E.T. il-President Guido de Marco, kien ried li jitwaqqaf il- Foreign Affairs Committee, pero` aħna konna ħassejna mill-bidu nett li l- Public Accounts Committee kellu jitwaqqaf malajr kemm jista' jkun ħalli jkollna post fejn inkunu nistgħu nperrċu l-affarijiet.", "Biex inkun fair, irrid ngħid ukoll li finalment kien hemm kooperazzjoni totali miż-żewġ naħat tal-Kamra biex jitwaqqaf il-Public Accounts Committee, inkluża l-kooperazzjoni ta' l-Onor.", "Gonzi, li dak iż-żmien kien Speaker, u fil-fatt mhux biss irnexxielna nwaqqfu l-Public Accounts Committee imma wkoll il-kumitati l-oħra ta' dan il-Parlament.", "Ta' min iżid jgħid li bejn l-1990 u l-1996 aħna, il-Membri ta' din in-naħa, konna ntrabatna li jekk stess jinbidel il-gvern, konna se nibqgħu nżommu dawk ir- regolamenti li konna qed nagħmlu dak iż-żmien, fosthom, per eżempju, li jekk tliet membri tal-Public Accounts Committee jitolbu inkjesta, din l- inkjesta għandha ssir, allavolja dawn it-tliet membri jkunu f'minoranza, u għalhekk morna oltre minn dak li għamel il-Public Accounts Committee Ingliż.", "Kif qed naraw, jekk kemm-il darba nagħmlu l-affarijiet flimkien u ma noqogħdux inniggżu lil xulxin jirnexxielna nagħmlu dak kollu li rridu.", "Mr Speaker, aħna, bħala Partit Laburista, waqqafna wkoll kummissjoni fi ħdan il-partit tagħna stess biex nassiguraw li l-membri parlamentari tagħna jġibu ruħhom politikament korrett, u bdejna naraw ir-riżultati.", "Fil-fatt b'unur ngħid li aħna konna l-ewwel partit politiku ta' dan il-pajjiż li waqqaf kummissjoni ta' dixxiplina u ta' viġilanza fi ħdanu stess.", "Ara l- Membri tan-naħa l-oħra qatt ma waqqfu xi kummissjoni simili minkejja li aħna stedinnihom kemm-il darba biex jagħmlu dan.", "Allura kif jista' jiġi xi ħadd jgħidilna li aħna, bħala partit, ma għamilna xejn biex neqirdu l- korruzzjoni, u li kien il-Partit Nazzjonalista li għamel kollox?!", "Dan huwa kollu paroli vojt li jingħad sempliċement għall-gallerija, biex mingħalina ntellgħu l-points, imma l-istorja u l-fatti qegħdin hemmhekk u ħadd ma jista' jmerihom.", "Mr Speaker, ħaġ'oħra li għamilna aħna meta konna fil-gvern - u kien unur għalija li kelli l-okkażjoni li nagħmel dan - kien li ġibna lill-famuż Lord Nolan hawnhekk, li kien il-bniedem li ġie mqabbad mill-Parlament Ingliż biex jagħmel rapport fuq l-istandards in public life, u għamilna public lecture.", "Issa hawn forsi jkun hawn min jgħid: Billi ġibtu lil Lord Nolan hawnhekk?!", "Dan huwa veru, pero` huwa veru wkoll li aħna rridu nimxu skond dak li rrakkmanda hu, u minkejja li dalwaqt jiskadieli l-ħin li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi, nixtieq insemmi xi ftit mill-prinċipji li tkellem fuqhom Lord Nolan, anke għaliex filwaqt li issa aħna se nagħmlu r- regolamenti, ma nafux fuq xiex se nimxu, x'se jkunu l-kriterji, min se jkun dak li jiddeċiedi x'inhi korruzzjoni u x'm'hijiex korruzzjoni, fejn huma n- normi, x'inhuma l-parametri, fejn tibda u fejn tispiċċa l-korruzzjoni, fejn tibda u tispiċċa n-negliġenza u safejn nistgħu naslu.", "F'wieħed mid- dokumenti tiegħu, Lord Nolan qal hekk:", "\"Holders of public office should take decisions solely in terms of public interest.", "They should not do so in order to gain financial or other material benefits ...\" u dan li ġej ikun tajjeb jekk nisimgħuh sew, Mr Speaker! -", "\"... for themselves, their family or their friends.\",", "għax hawn ġew meta ssemmi lit-tfal, lin-neputijiet u lill-ħbieb tal-ħbieb kulħadd jibda jaqbeż.", "Dan mhux jien qed ngħidu imma Lord Nolan, jiġifieri jekk wieħed jinnota li wlied xi membru parlamentari, ħutu, ħbiebu jew il- ħbieb ta' ħbiebu qed jiħxienu, anke jekk stess huwa jibqa' rqiq, ta' min jinvestiga.", "Mr Speaker, Lord Nolan ma indirizzax lill-membri parlamentari biss imma anke lis-civil servants, mill-ikbar sa l-inqas wieħed, fejn fost affarijiet oħrajn dan qal li dawn m'għandhomx ipoġġu ruħhom f'pubblikazzjonijiet finanzjarji m'individwi jew m'organizzazzjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw il-qadi ta' dmirijiethom fl-aspett uffiċjali.", "Lord Nolan tkellem ukoll fuq l-objectivity, fuq l-accountability, fuq l-openness, fuq l-honesty u fuq il- leadership.", "M'għandix ċans nidħol f'kull ħaġa li qal fid-dettal, pero` minkejja li dak kollu li qal jidher ovvju, fil-prattika dawn l-affarijiet mhux dejjem jitwettqu.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nistaqsi: Billi ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi mill-Parlament, aħna se nbiddluhom is-sistemi tagħna?", "Il-gvern se jbiddel il-mod kif qed jaħdem u se jnaqqas il-lok ta' abbużi u ta' korruzzjoni?", "Jien nistaqsi wkoll: Billi ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi mill-Parlament, il-gvern se jnaqqas il-lok li l-poplu jissuspetta li qed issir il-korruzzjoni, anke jekk fil-verita` din ma tkunx qed issir?", "Per eżempju, jien semmejt il-mod kif qed jipprivatizza l-gvern preżenti u t- taħdidiet li qed isiru bil-moħbi, u semmejt ukoll x'qed jirrikmandaw il- membri parlamentari fi ħdan il-Commonwealth Parliamentary Association.", "Pero` jien nistaqsi: Il-Parlament fejn hu involut?", "Min qed jiskrutinja x'qed isir?", "Il-każ ta' l-HSBC issa għadda u mar għand ix-xjaten, pero` issa x'qed jiġri?", "Min qed jinnegozja?", "Hemm tanġenti?", "Hemm perkaċċi?", "Ma nafx.", "Issa hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi kwart kunserva imma qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' liri.", "Aħna niftakru li minkejja li kien fatt magħruf minn kulħadd li l-ajruplani RJ 70s ma jiswewx tebaq fwiedhom, meta tlajna fil-gvern aħna, sibna ordni ta' erba' ajruplani oħra ta' dan it-tip.", "Meta sirt ministru u kont sejjer inżur lil Rifkind, il-foreign minister Ingliż, kienu ppreparawni minn hawnhekk li dan se jistaqsini fuq dawn l-ajruplani, u fil-fatt lanqas ilħaqt iltqajt miegħu Brussels li ma qallix biex niltaqa' miegħu f'Londra, u kif dħalt fl-uffiċċju tiegħu ġewwa Londra mal-ewwel staqsieni x'se nagħmlu fuq l-RJ 70s.", "Jien, min-naħa tiegħi għedtlu: Xi tridna nagħmlu jekk ta' qabilna kienu diġa' tefgħu xi Lm1 miljun kapparra fuqhom?!", "Aħna għadna sal-lum imsallbin b'dawn l-ajruplani, u jien ma nemminx li min ordnahom kien daqshekk ċuċ li ma kienx jaf li fl-Awstralja kien hemm rapporti li dawn it-tip t'ajruplani ma jistgħux itiru fil-għoli ħafna minħabba li jiġu kkaġunati ċerti problemi meta jinġema' s-silġ fuq il- ġwenħajn ta' dawn l-ajruplani.", "Fil-verita` min ordna dawn l-ajruplani kien jaf kollox, u jien m'iniex se noqgħod insemmi x'kienu l-perkaċċi, x'ġara wara li dawn l-ajruplani ġew ordnati u min kien involut fix-xiri ta' dawn l- ajruplani għax dawn huma affarijiet li kulħadd jafhom, pero` żgur li m'hemmx trasparenza f'din il-kwestjoni kollha.", "Imbagħad xi ngħidu għall-konsulenzi li qed jagħti dan il-gvern, Mr Speaker?", "Quddiemi jien għandi ittra li ġiet indirizzata lili u li ssemmi persuna li minkejja li għadha kif iggradwat ħames xhur ilu, din diġa' sabet postha mal- gvern bħala policy officer.", "Imma l-iktar ħaġa li tinkwetani lili hija li dawn l-affarijiet qed jikkorrompu l-imħuħ tan-nies, u dan li qed ngħid tant hu minnu, li din il-persuna li bagħtitli din l-ittra tafu kif spiċċat l- ittra tagħha?", "Fil-fatt hija spiċċat l-ittra tagħha billi qaltli hekk:", "\"Qed tara, Onor. Vella, x'differenza minna!", "Aħna ma nitgħallmu qatt!\"", "Kif qed taraw, din il-persuna spiċċat l-ittra tagħha billi bagħtitli l- messaġġ li aħna għandna nkunu korrotti u għandna nemmnu fin-neputiżmu bħal ħaddieħor għax inkella ma jivvotawlniex.", "Din hija l-ikbar akkuża serja li qed nagħmel f'dan il-kontest; li b'dan l-aġir qed nikkorrompu l-mentalita` tan-nies għax qed indaħħlulhom il-mentalita` li għandhom jibqgħu jsiru l- pjaċiri, li għandu jibqa' jsir in-neputiżmu u li għandha tibqa' ssir il- korruzzjoni, u meta wara l-elezzjoni li jmiss il-Partit Laburista jieħu l- gvern f'idejh, irid jiffaċċja din il-mentalita`, li issa ilha s-snin tiġi korrotta.", "Illum din il-mentalita` tant daħlet 'il ġewwa li kulħadd qed jittama li jiggwadanja job mal-gvern, li jiggwadanja transfer biex imur jaħdem x'imkien ieħor aħjar jew inkella li jiggwadanja l-kuntratti.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar snin rajna lill-gvern Nazzjonalista joħloq kemm Alla ħalaq impjiegi f'awtoritajiet li joħloq hu stess biex idaħħal jaħdmu hemm lill-ħbieb u lill-ħbieb tal-ħbieb bħala chairpersons biex żgur ikunu komdi u sostnuti.", "Issa hawn ma rridux ninsew li meta persuna tinħatar chairperson, din mhux biss tingħata paga tajba imma tingħata wkoll il-perks fejn jekk, per eżempju, iċ-chairperson tkun mara u jkollha tfal żgħar, tingħata s-servizz ta' nanny biex tieħu ħsieb lit-tfal, u jekk il-Ministru tal-Finanzi jiddeċiedi li jibda jintaxxa l-perks, imbagħad il-gvern jara kif jagħmel biex jagħti lil dawk li jingħataw il-perks xi ħaġa żejda ħalli dak li jeħdilhom żgur li jerġa' jagħtihulhom lura.", "Nistgħu nagħmlu liġijiet kemm irridu, imma jekk aħna m'aħniex se nbiddlu l- mentalita` li daħħal il-Gvern Nazzjonalista lill-poplu Malti u Għawdxi u m'aħniex se niġbdu linja dritta biex dan il-pajjiż ma jitħammiġx iktar bil- korruzzjoni u bin-neputiżmu, m'aħniex se nimxu 'l quddiem.", "F'pajjiżna hawn kultura kbira ta' korruzzjoni u ta' neputiżmu fejn jekk ma jkollokx għajnejk blu bħal tal-Membri tan-naħa l-oħra, ma jkollokx ċans timxi u jekk tkun trid tagħmel xi ħaġa minn din in-naħa, tkun trid bilfors tissieħeb ma' xi ħadd min-naħa l-oħra, tagħmel gamorra bejnek u bejnu u tagħtih sehmu biex tmexxi.", "Din hija xi ħaġa tal-waħx u tal-biki, u nħoss li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jifhem darba għal dejjem li ma nistgħux inkomplu mexjin b'dan il-mod għax wara kollox id-dannu hu stess qed ibatih permezz ta' l-amministrazzjoni ħażina ta' dan il-gvern kif ukoll permezz ta' flusu għax il-flus li qed jintnefqu b'dawn it-tip ta' abbużi huma flus li qed iħallashom il-poplu Malti u Għawdxi f'taxxi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Billi l-Onor.", "Silvio Parnis qed jiġbed l-attenzjoni għal nuqqas ta' quorum is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.27 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jien ukoll ħassejt li għandi nitkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili għax huwa importanti li kull wieħed u waħda minna jagħti l-opinjonijiet tiegħu dwar abbozz ta' liġi bħal dan.", "F'dan il-Parlament ngħaddu ħafna liġijiet, pero` sfortunatament ftit ikun hemm każi fejn dawn il-liġijiet jiġu attwati bis-serjeta`.", "F'pajjiżna l-korruzzjoni tinħass, u għalhekk ikun tajjeb jekk kull wieħed u waħda minna noħorġu bi proposti u b'ideat tajbin għal dan l-abbozz ta' liġi, li tant huwa importanti.", "Huwa veru li kull abbozz ta' liġi li jitressaq quddiem dan il-Parlament huwa importanti, pero` dan l-abbozz ta' liġi huwa importanti għax irid jibdel il-mentalita` ta' wħud mill-Maltin u l-Għawdxin li jippretendu li jieħdu anke dak li m'huwiex ħaqqhom li jieħdu.", "L-għanijiet u raġunijiet ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, li huwa magħmul minn biss ftit paġni, jgħidu hekk:", "\"L-għan ta' l-Abbozz hu biex jintroduċi d-dritt li jintalab kumpens għal danni kaġunati permezz ta' korruzzjoni.\".", "Huwa biss min bata xi inġustizzja li jista' jgħid verament xi tfisser il- kelma \"inġustizzja\".", "Jien dejjem ngħid li l-iktar nies li jbatu inġustizzji huma nies innoċenti u l-iktar li jgawdu minnha huma nies li għandhom moħħhom jilħqilhom.", "Il-Partit Laburista ġie mgħajjar kemm-il darba li kellu fi ħdanu nies korrotti, u forsi l-makna ta' pubbliċita` tal- Partit Nazzjonalista kienet l-iktar makna ta' pubbliċita` effettiva biex jasal dan il-messaġġ.", "Issa hawnhekk jien ma jien se nagħmel l-ebda akkuża fuq jekk hijiex ġejja xi riħa ta' korruzzjoni min-naħa ta' min qed imexxi lil dan il-pajjiż, u li se ngħid biss huwa li nittama li permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi, kulmin ikun sofra xi inġustizzja jingħata d-dritt li jitlob kumpens u fuq kollox jieħu dak li bi dritt huwa tiegħu għax jien nemmen li hemm nies li għandna ngħinuhom verament u għandna nuruhom li tista' ssir ġustizzja magħhom ukoll.", "Per eżempju, il-bieraħ, waqt li kont qed nagħmel il-home visits, żort dar f'kantuniera li qiegħda f'St Michael Street ġewwa l-Marsa.", "Fil-fatt f'din id-dar tgħix familja fejn il-missier, li għad għandu biss 44 sena, jgħaddi l-ġurnata kollha fis-sodda minħabba marda kiefra li ħakmitu.", "Dan il- bniedem qisu qiegħed f'ħabs għax minħabba t-taraġ, lanqas biss jista' jinżel isfel u għalhekk nistgħu ngħidu li dan jinsab priġunier f'daru stess.", "Issa jien nistaqsi: Possibbli li kulmin ħa xi terran mingħand il- gvern kollha kienu ħaqqhom jieħdu dan il-post iktar milli ħaqqu dan l- individwu?", "Jien m'iniex qed insemmi lil din il-familja minħabba l-kulur politiku tagħha għax meta tara każ soċjali bħal dan ftit jibqgħalek interess tara jekk din il-familja hijiex Laburista jew Nazzjonalista.", "Il- missier ta' din il-familja ilu jitħabat ħafna biex forsi jingħata terran mingħand il-gvern bit-tama li l-ħajja tiegħu ssir iktar faċli, pero` forsi leħnu m'huwiex b'saħħtu daqs ta' ħaddieħor jew inkella ma jdejjaqx lil min hu responsabbli mit-tqassim tal-postijiet tal-gvern daqskemm idejqu ħaddieħor.", "Aħna, fil-ħajja politika tagħna, niltaqgħu ma' nies li jiġu għandna ta' spiss biex jitolbuna l-istess ħaġa - u fil-fatt għandna l-Membri Parlamentari kważi dejjem jiġu l-istess nies - filwaqt li mbagħad niltaqgħu ma' nies oħrajn li jitolbuna xi ħaġa darba u jieqfu hemmhekk bir-riżultat li ħafna drabi min ikollu wiċċu jagħtih, jieħu dak li jkun ħaqqu iktar minn ħaddieħor li forsi jkun iktar mistħi.", "Ovvjament min jaf kemm hawn każijiet oħra bħal dan li għadni kemm semmejt, u għalhekk huwa importanti li bħala pajjiż, nagħmlu xi ħaġa biex issir ġustizzja ma' kulmin qed isofri.", "Aħna l- Membri Parlamentari kollha umani, u nispera li għax se ngħaddu abbozz ta' liġi dwar il-korruzzjoni, in-nies ma jaħsbux li aħna kollha anġli bil- ġwienaħ, pero` rrid ngħid li kien il-Partit Laburista, permezz tad-deputat mexxej Laburista Dr Joe Brincat, li introduċa s-sistema tal-punti fil-qasam tal-housing, u fil-fatt Dr Joe Brincat, għax ħass li kellu jintroduċi din is-sistema tal-punti biex issir iktar ġustizzja u jkun hemm iktar trasparenza, kien saħansitra spiċċa biex tilef postu fil-Parlament.", "Il-Partit Laburista, minkejja d-difetti tiegħu, sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu ipprova jagħmel ġustizzja ma' kulmin kien ħaqqu f'dan il-pajjiż, u dan urieh bil-fatti kemm-il darba.", "Ara taħt gvernijiet Nazzjonalisti, in- nies tagħhom ikunu jafu minn qabel li se jieħdu post tal-gvern.", "Per eżempju, jien naf b'każ fejn wieħed kien jgħid minn qabel ma tqassmu l- postijiet li se jieħu post Santa Luċija, u fil-fatt dan veru ħadu.", "Naf ukoll b'każi fejn filwaqt li min kellu paga baxxa baqa' ma ħax post tal- gvern, min kellu paga tajba rnexxielu jakkwista post tal-gvern, u dawn l- affarijiet bilfors joħolqu d-dubji.", "Jien nistaqsi: Minkejja li f'dan il- Parlament nitkellmu ħafna fuq il-ġustizzja soċjali, qed issir ġustizzja soċjali verament f'dan il-pajjiż?", "U l-korruzzjoni vera qed neqirduha?", "Il- Prim Ministru preżenti kien jgħid li meta jkun hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, il-korruzzjoni tinqered, pero` llum xorta waħda qed naraw ħafna każijiet ta' nies li qed ibatu inġustizzji.", "Jien nistaqsi wkoll: Min kien ħaqqu jieħu post tal-gvern snin ilu u sal-lum dan baqa' ma ngħatalux, x'kumpens se jieħu?", "Meta tressaq quddiem dan il-Parlament l- abbozz ta' liġi dwar il-persuni b'diżabbilta`, iż-żewġ naħat qablu ma' dan l-abbozz ta' liġi u fil-fatt għadda unanimament, pero` jien nistaqsi: Il- leħen tal-persuni b'diżabbilta` kemm qed jinstema' verament?", "Sieħbi l-Onor.", "George Vella kkwota ittra li rċieva mingħand persuna li wriet id-diżapprovazzjoni tagħha għar-rettezza li mexa biha l-Partit Laburista meta kien fil-gvern għax il-Partit Nazzjonalista, meta jkun fil- gvern, ma jimxix bl-istess mod.", "M'ilux, waqt li kont qed inżur familja fid- dar tagħha, l-omm u l-missier talbuni biex biex għallinqas wieħed mit-tlett itfal li għandha ndaħħluh jaħdem mal-gvern, pero` jien ma nħobb inwiegħed xejn ħalli mhux imbagħad jitla' l-Gvern Laburista u jiġu jħabbtuli l-bieb għax jgħiduli li jien wegħdthom li jekk jitla' l-Partit Laburista fil- gvern, se ndaħħlilhom lit-tifel jaħdem mal-gvern.", "Biex niftehmu, kieku nwiegħed lil dawn l-omm u l-missier li jekk jitla' fil- gvern il-Partit Laburista se ndaħħlilhom lit-tifel jaħdem mal-gvern u mbagħad ma nżommx kelmti, dawn ikollhom raġun jgħiduli li dħakt bihom, imma hawn Membri Parlamentari li għax ikollhom kilba għall-voti u għall-poter, jagħmlu dawn it-tip ta' wegħdiet, u hawn qed nirriferi għall-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Meta jkollok il-poter f'idejk, tista' taqa' daqs tazza ilma fit-tentazzjoni li twiegħed, imma din taf taħdem kontra tiegħek ukoll għax li wara li tkun waddabt il-ballun, fl- aħħar jerġa' jiġi ma' wiċċek.", "Mr Speaker, jien nixtieq li f'dan il-pajjiż jasal żmien fejn in-nies tat- triq, il-ħaddiema, il-persuni b'diżabbilta` u l-anzjani jibdew iħossu li t- trasparenza qed tiġi attwata bis-serjeta` u mhux ippriedkata biss.", "Il- Partit Laburista, fil-ftit xhur li għamel fil-gvern, ipprova jimxi bi trasparenza u min-naħa tiegħu, il-leader tagħna l-Onor.", "Alfred Sant ipprova jagħmel xi ħaġa ġdida, ipprova joħloq mentalita` iktar moderna u iktar Ewropea, u fil-fatt kulmin fehem din it-tmexxija ġdida sab li kienet tajba.", "Hekk kif il-Partit Laburista tela' fil-gvern, mal-ewwel wiegħed li se jkun gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, pero` l-poplu dan ma fehmux, u ma fehmux mhux għax ma fehmnihilux aħna.", "Il-mandat tagħna kien ċar, imma l- problema kienet li min kellu interess li jfixkel ipprova jitfa' l-ħatab fin- nar billi bdew jgħidu lil-Laburisti: Wara li l-partit tagħkom ilu għaxar snin fl-oppożizzjoni, issa għax qiegħed fil-gvern u wasal it-turn tagħkom li takkwistaw xi ħaġa, qegħdin jagħlqulkom il-bibien ma' wiċċkom!", "Fil-fatt għadna sal-lum niltaqgħu ma' Laburisti rrabjati minħabba li aħna, meta konna fil-gvern, imxejna b'mod rett u ma qagħdniex inħarsu lejn il- kulur politiku tan-nies, u forsi għamilna żball ukoll li lil min fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ġie maqlugħ minn fuq il-post tax-xogħol tiegħu biex jeħodlu postu ħaddieħor, aħna m'għamilniex ġustizzja miegħu meta konna fil- gvern.", "Fil-fatt anke jekk wieħed jara kemm ħarġu transfers fi żmien il- gvern Laburista, isib ...", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li daqskemm ħriġtu transfers intom ħareġ transfers il-Gvern Laburista!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom m'hemmx cross debates.", "Onor. Parnis, jekk jogħġbok kompli bl-intervent tiegħek u indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jekk l-Onor.", "Membru jrid jgħid xi ħaġa, jien lest li nagħtih iċ-ċans li jagħmel dan, pero` ...", "(Interruzzjonijiet) Jien m'għedtx li ma sar l-ebda transfer fis-sena u 11-il xahar li l-Partit Laburista għamel fil-gvern, pero` żgur li ma sarux transfers daqskemm saru fl-għaxar snin li għamel fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Trid xi darba npoġġu bilqiegħda ħdejn xulxin u nibdew insemmu t-transfers li saru taħtkom?!", "Ħares lejn il-Laburisti u ara kif inhuma indannati dawn għax aħna, meta tlajna fil-gvern, ma tajna transfer lil ħadd jew inkella tajna transfer lil ftit!", "Fil-fatt illum jien nirrealizza kemm konna injoranti li ħallejna lin-nies tagħkom imexxu d- dipartimenti tal-gvern huma għax in-nies tagħna batew taħthom.", "Meta ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u jitla' fil-gvern il-Partit Laburista, jien inkun minn ta' quddiem nett li nara li ssir ġustizzja man-nies tagħna għax wara kollox kulħadd għandu dritt jgħix bħal ħaddieħor u mhux sew li hemm min ilu jbati inġustizzji għal snin sħaħ filwaqt li ħaddieħor mhux talli ma batiex matul dawn is-snin imma talli gawda kemm felaħ.", "Jien m'iniex qed ngħid li se nagħmlu xi rivoluzzjoni kbira meta jitla' fil-gvern il-Partit Laburista, imma ħadd ma jista' jinnega l-fatt li kien hemm diversi nies li batew minħabba t-twemmin politiku tagħhom.", "L-Onor.", "Tonio Borg semma t-transfers, u jien nistiednu biex jgħidilna kif kienu ttrattati l-ħaddiema Laburisti u l-ħabsin taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Kif għedt diġa', meta konna fil-gvern aħna mxejna b'mod rett, pero` għax imxejna b'dan il-mod, in-Nazzjonalisti bdew jattakkaw u jidħku bin-nies tagħna għax bdew jgħidulhom li minkejja hemm fil-gvern il- Partit Laburista, xorta waħda n-Nazzjonalisti għadhom imexxu.", "(Interruzzjonijiet) Iva, in-nies tagħna kienu jħossu li minkejja li kien hemm fil-gvern il-partit Laburista, kontu għadkom tmexxu intom, u fil-ħin tal-break intom kontu tmorru tikkukkanjaw kontra l-Laburisti, pero` jien ma rridx noqgħod insemmi x'sar u x'ma sarx taħt gvernijiet Nazzjonalisti għax inkella noħolqu polemiċi kbar.", "Mr Speaker, ta' min isemmi wkoll x'qed isir fil-qasam ta' l-impjiegi taħt Gvern Nazzjonalista fejn minkejja li persuna tkun qed taħdem, għas-sempliċi raġuni li din tkun Nazzjonalista, jgħidulha biex titlaq minn dak l-impjieg u tmur tirreġistra ħalli mbagħad idaħħluha taħdem x'imkien ieħor li jkun aħjar.", "U mbagħad xi ngħidu għall-ħaddiema li qed jidħlu jaħdmu f'dawn l- awtoritajiet li qed jinħolqu jew inkella għal min qed imexxi dawn l- awtoritajiet?", "Minkejja li fost il-poplu Malti u Għawdxi hemm diversi nies li huma kapaċi jmexxu awtorita`, dawn l-awtoritajiet mhux dejjem qed jiġu mmexxija minn dawn in-nies għax f'dan il-pajjiż mhux kemm inti kapaċi jgħodd imma lil min taf.", "Fil-fatt il-gvern Laburista pprova wkoll ineħħi din il-mentalita` minn fost il-poplu, pero` għax ipprova jagħmel hekk bata.", "Illum qed joħroġ ħafna dmugħ tal-kukkudrilli minħabba li l-Gozo Channel qiegħda tfalli jew falliet.", "Dażgur li tfalli l-Gozo Channel!", "Imissha ma tfallix!", "Staqsu lill-Onor.", "Giovanna Debono jekk għandhiex biex tfalli l- Gozo Channel!", "Il-Gvern Laburista kien għamel minn kollox biex irażżan in- nefqa pubblika ħalli jipprova jqajjem lil pajjiżna fuq saqajh, imma mbagħad kulħadd jaf x'rigal ħa għax għamel dan!", "Il-karozzi, il-mobiles u l- affarijiet kollha li jinxtraw għall-Ministru jinxtraw minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk dan l-infiq għandu jiġi kkontrollat.", "Minkejja li l-Partit Laburista għandu l-iżbalji u d-difetti tiegħu wkoll għax ħadd ma jista' jgħid li hu perfett, kien hu li ħa l-inizjattiva li jwaqqaf bord ta' dixxiplina u viġilanza fi ħdanu stess, u fil-fatt, għax ressaq lil xi nies quddiem dan il-bord minħabba li dan huwa partit li jemmen fit- trasparenza, huwa tilef lin-nies.", "Jekk il-Partit Nazzjonalista jemmen fit-trasparenza verament, jien nistiednu biex jaħtar bord ta' dixxiplina u viġilanza huwa wkoll, pero` ċertament ma kienx trasparenti, per eżempju, il-mod kif il-Mid-Med Bank, li kien bank tal-poplu Malti u Għawdxi, inbiegħ lill-HSBC bix-xejn.", "Imbagħad xi ngħidu għall-fatt li issa l-anzjani se jibdew ikollhom iħallsu 75 ċenteżmu biex isarrfu l-pensjoni u 75 ċenteżmu oħra biex isarrfu ċ-ċekk tal- mard, jekk ikunu intitolati għalih?", "Illum trid tagħmel wegħda biex tinqeda mill-HSBC, u dan mhux jien biss qed ngħidu imma l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Żgur li l-poplu m'huwiex kuntent bil-mod kif sar il-bejgħ tal-Mid- Med Bank lill-HSBC.", "Anke meta tkun se tiġi pprivatizzata xi entita` pubblika, huwa importanti li jkun hemm iktar trasparenza f'dak li jsir għax inkella jkollu raġun il-poplu Malti u Għawdxi li jitlef il-fiduċja fina l- Membri Parlamentari kollha.", "Per eżempju, jien personalment, u persważ li anke Membri Parlamentari oħrajn, ma jeħdux gost li aħna l-Membri Parlamentari niġu mpoġġija kollha f'keffa waħda għax filwaqt li hemm minna min huwa shark mill-kbar, il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari huma ġenwini u jagħmlu x-xogħol tagħhom fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Mr Speaker, minkejja li l-Membri tal-Partit Laburista dejjem jiġu mpinġija bħala xjaten u l-Membri tal-Partit Nazzjonalista dejjem jiġu mpinġija bħala qaddisin, huwa fatt magħruf minn kulħadd li l-Partit Laburista dejjem emmen fil-ġustizzja u fit-trasparenza.", "Sieħbi l-Onor.", "George Vella semma l- martirju li għaddew minnu l-Laburisti tas-sittinijiet, u jien inżid ngħid illi li kieku llum dawn in-nies kellhom jieħdu kumpens għat-tbatijiet li għaddew minnhom minħabba li emmnu fil-Partit Laburista, min jaf x'kumpens jieħdu!", "La jien u lanqas l-Onor.", "Joseph Cuschieri, li qiegħed ħdejja, m'għexna f'dawk iż-żminijiet, imma l-istorja tas-sittinijiet xorta waħda ġiet imwassla lilna.", "Kif għedt diġa', normalment huma dawk li l-iktar huma żgħar fis-soċjeta` li jsibu ruħhom vittmi tal-korruzzjoni.", "Illum id-dipartiment tas-sigurta` soċjali qed jgħaddi lill-pensjonanti ta' dan il-pajjiż minn għarbiel.", "Jien naqbel li m'huwiex sew li dak li jkun jitħalla jisraq, u fil-fatt meta xi kultant iċempilli xi ħadd biex jgħidli li jrid jagħti xi Lm1,000 lid- dipartiment tas-sigurta` soċjali minħabba li xi snin qabel ma kienx iddikjara l-flus li kellu l-bank, jien ngħidlu: Allura jien xi tridni nagħmillek?", "Pero` min-naħa l-oħra ma naqbilx li għandna mmorru fl-estrem l- ieħor fejn għax xi anzjana tkun qalgħet xi 50 ċenteżmu iktar milli tkun iddikjarat, jaqtgħuha mil-lista ta' dawk li huma intitolati għall-kartuna r- roża u għall-pensjoni tal-mard, iktar u iktar meta lkoll nafu li qed isiru ħafna abbużi ikbar minn hekk, u dawn l-abbużi jitħallew jibqgħu jabbużaw għax ikunu backed minn xi nies kbar.", "Biżżejjed insemmi lil min minkejja li jkun qed jaħdem, fir-reġistru tax- xogħol ikun jidher bħala li ma jaħdimx u allura jibqa' jirreġistra xorta waħda.", "Issa hawnhekk jien qed nitkellem f'isem dawk in-nies li qed ibatu u li allura qed jersqu lejna l-Membri Parlamentari biex jingħataw ftit tama u għajnuna.", "Hemm anzjani li titħassarhom meta kif għedt diġa', minħabba li ma jkunux iddikjaraw xi ħaġa żgħira, jaqtgħuhom mil-lista ta' dawk li huma intitolati għall-kartuna r-roża u għall-pensjoni tal-mard.", "Fil-fatt ħafna minnhom jgħidulek: Jaħasra, jien kulma għandi l-bank huma biss xi Lm300 għall-funeral.", "Anke meta ġieli jiġu l-anzjani għandi biex ngħinhom jimlew il-formola ta' l-income tax, ħafna drabi meta nistaqsihom xi flus għandhom il-bank, dawn jgħiduli li kulma għandhom flus il-bank huma xi Lm300 għall- funeral.", "Għalhekk huwa importanti li meta niġu biex ngħaddu abbozz ta' liġi bħal dan, naraw li dan ikun abbozz ta' liġi li jkun qed jgħin u li jkun ta' wens għal min hu verament batut fis-soċjeta` tagħna għax inkella se nkunu ġejna hawnhekk biex naħlu l-ħin.", "Jeħtieġ li meta ngħaddu dan l-abbozz ta' liġi, dawk li huma l-iktar batuti fis-soċjeta` tagħna jibdew iħossu li qed issir xi ħaġa, u jien nittama wkoll li abbozz ta' liġi bħal dan ikun pożittiv u nibdew nieħdu l-affarijiet bis-serjeta` verament.", "Mr Speaker, sieħbi l-Onor.", "George Vella tkellem dwar kif tqassmu l- affarijiet tal-Community Chest Fund lejliet l-aħħar elezzjoni.", "Staqsuhom lin-nies tal-Kottonera kemm tqassmu fridges, cookers u washing machines ġol- Kottonera fl-aħħar xhur ta' qabel l-elezzjoni.", "Dan jistgħu jgħiduhulna wkoll l-Onor.", "Chris Agius u l-Onor.", "Rita Law, li setgħu jaraw b'għajnejhom it-teatrini li kienu jsiru dak iż-żmien, u nixtieq li xi darba ssir xi statistika li turi f'liema l-iktar xhur tqassmu affarijiet tal-Community Chest Fund.", "Jien m'iniex kontra li nqassmu l-affarijiet lil ħaddieħor, anzi jien wieħed minn dawk li kieku nista' nqassam kollox, pero` trid tara li inti tkun qed tagħti lil min ikun fil-bżonn verament u mhux tagħti lil min ikun jista' u mbagħad min ikun fil-bżonn jibqa' b'xejn.", "Mr Speaker, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nuri x-xewqa tiegħi li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, kulħadd jifhem li dan il-pajjiż huwa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u għalhekk jekk irriduh jimxi 'l quddiem, jeħtieġ li naħdmu flimkien.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk għada pitgħada pajjiżna jkun imfarrak u mkisser bil-korruzzjoni, min se jiret dan kollu?", "Mhux il-Gvern Laburista?", "Għalhekk nittama li f'dan il-pajjiż issir xi ħaġa llum qabel għada għax il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu pajjiż nadif immexxi bi trasparenza u li jkun 'il bogħod mill-korruzzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fil-ħajja tagħmel kemm tagħmel qatt ma jkun biżżejjed, u l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, minkejja l- laqta pożittiva tiegħu, wieħed jista' jgħid faċilment li huwa biss abbozz ta' liġi kosmetiku.", "Li jgħodd m'huwiex kemm aħna l-Membri ta' dan il- Parlament ngħaddu liġijiet imma kemm il-liġijiet li nkunu għaddejna jkunu qed jiġu mħaddma u kemm ikunu qed jittieħdu passi kontra min jiksirhom.", "Kemm jista' jkun, għandna naraw li ma jkunx hemm loophole waħda fil-liġi, u l-leġislatur għandu d-dover u d-dmir li fl-abbozz ta' liġi li jkun qed jippilota ma jagħmilx biss affarijiet kosmetiċi, li fihom infushom ikunu pożittivi, imma mbagħad l-essenzjal ma jindirizzahx.", "Fl-opinjoni tiegħi, l- abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum qed jindirizza suġġett li huwa importanti ħafna għax il-korruzzjoni f'pajjiż korrott timmina u tolqot il- morali u l-ġustizzja ta' l-istess pajjiż b'mod dirett, hu liema pajjiż hu, anzi bil-korruzzjoni mhux biss il-morali u l-ġustizzja tal-poplu jiġu mminati imma anke l-gvernijiet.", "Forsi hawn gvernijiet li jargumentaw li dawk in-nies li jkollhom ċertu poter ikollhom x'jiggwadanjaw mill- korruzzjoni, u fil-fatt dan huwa veru, imma l-poplu ta' dak il-pajjiż u l- pajjiż innifsu ma jkunux qed jiggwadanjaw imma jkunu qed jitilfu f'diversi oqsma, mhux biss fl-oqsma tal-moralita` u tal-ġustizzja imma anke fil-qasam tad-demokrazija.", "Fil-fatt matul is-snin rajna kif pajjiżi ferm ikbar minna tant inħakmu bil- korruzzjoni, u d-demokrazija tagħhom tant ġiet mhedda minħabba din il- korruzzjoni, li f'dawn il-pajjiżi sar saħansitra kontro-stat kontra l-gvern u kien hemm anke każi fejn il-gvern ġie mneħħi b'forza mill-poplu.", "F'kull pajjiż hemm limitu għal kollox, u meta inti jkollok poplu li titlob minnu s- sagrifiċċji u l-għajnuna biex tissaħħaħ is-sitwazzjoni ekonomika tal- pajjiż, u min-naħa tiegħu, il-poplu jibda jagħmel dawk is-sagrifiċċji u jagħti dik l-għajnuna, tkun trid tagħti rendikont lill-poplu u ma tkunx tista' taġixxi b'mod li filwaqt li tkun qed titlob dawn is-sagrifiċċji u din l-għajnuna mingħandu, imbagħad fl-istess ħin ikollok sezzjoni fl- amministrazzjoni jew fl-eżekuttiv ta' l-istess gvern li tkun għaddejja b'xalata t'abbużi li kulħadd jagħlaq għajnejh għalihom u kollox jibqa' għaddej.", "Naturalment dan li qed ngħid jgħodd ukoll għal pajjiżna, u fil-fatt għalhekk id-demokrazija hija importanti, għax il-poplu wkoll għandu l- limiti tiegħu u mhux dejjem huwa lest li jissapporti tmexxija korrotta għal ħafna żmien fejn filwaqt li huwa jkun qed jintalab li jagħmel is- sagrifiċċju, l-erbgħa li jkunu viċin tal-poter ikunu għaddejjin xalata.", "F'pajjiżna kien hemm drabi fejn kien hemm suspetti ta' korruzzjoni u saru kampanji sħaħ kemm kontra individwi li m'humiex politiċi kif ukoll kontra individwi politiċi, jiġifieri aħna m'aħniex qed nitkellmu dwar dan is- suġġett l-ewwel darba imma huwa suġġett li smajnieh kemm-il darba.", "Isiru ħafna diskorsi kbar dwar il-korruzzjoni, imma l-importanti huwa li naraw ir- riżultati bil-fatti, jiġifieri mhux kemm isiru diskorsi kbar dwar il- korruzzjoni jgħodd imma li ma jkollokx pajjiż fejn l-amministrazzjoni eżekuttiva u l-poplu jkunu jgħumu fil-korruzzjoni.", "Din hija l-iktar ħaġa fundamentali u importanti biex pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem, pero` minkejja dan, sena wara l-oħra nisimgħu b'nies li jiġu mċappsa bil-korruzzjoni għax sfortunatament ġieli jkun hemm każi fejn biex wieħed jieħu vantaġġ politiku jew inkella biex jagħmel eżerċizzju propagandistiku jpoġġi fuq mejda ħaruf ta' sagrifiċċju, li jista' jkun persuna.", "Mr Speaker, jien inħobb nitkellem ċar u tond u għalhekk inħoss li għandi ngħid bla tlaqliq li peress li f'din id-dinja kulħadd huwa uman, jien moralment konvint li hawn sezzjonijiet tal-media li bil-kompliċita` ta' xi wħud mill-politiċi, huma lesti li jkissru u jissagrifikaw persuni għal mandat politiku, anke jekk deep down ikunu jafu li dak li jkunu qed jagħmlu, ma jkunx daqstant ġustifikat.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan imur kontra l-morali, u jmur iktar u iktar kontra l-morali Kristjana, li tant niftaħru biha f'dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, kull darba li tkun qed toqrob l-elezzjoni u tkun waslet il- kampanja elettorali, dejjem tqum l-issue tal-korruzzjoni għax il- politikanti jafu li kulmin jaqla' ħobżu b'mod ġenwin u kulmin iġib il-flus biex jgħajjex lill-familja tiegħu b'mod nadif, jiġu influwenzati faċilment bid-dikjarazzjonijiet li jsiru kontra l-korruzzjoni.", "Per eżempju, jien infakkar li 15-il sena ilu l-Prim Ministru li għandna llum kien wiegħed iswed fuq l-abjad li bi gvern immexxi minnu, il-korruzzjoni kienet se tinqata' bl-għeruq u x-xniexel, u tant kienet saret enfasi fuq din id- dikjarazzjoni li l-Prim Ministru kien saħansitra qal ukoll li min ikun jaf li qed issir xi korruzzjoni u ma jiġġilidhiex, ikun korrott huwa wkoll.", "Bla dubju ta' xejn, dawn huma dikjarazzjonijiet li jaqbel magħhom kulħadd, imma l-iktar ħaġa importanti m'hijiex li sempliċement taqbel ma' dawn id- dikjarazzjonijiet imma li tattwa dak li suppost tkun temmen fih.", "Wara kollox, il-poplu ma jkejlekx b'dak li tgħid imma b'dak li tkun kapaċi tattwa, u meta tħares lejn it-13-il sena li l-Prim Ministru ilu jmexxi lil dan il-pajjiż, tistaqsi: Imma dak li wiegħed li se jagħmel il-Prim Ministru 14-il sena ilu, fil-fatt ġie attwat?", "U x'inhuma r-riżultati, jew inkella, kif jgħidu l-Ingliżi, x'inhu l-bottom result ta' kollox?", "Naħseb li lkoll naqblu li l-kliem li qal il-Prim Ministru 14-il sena ilu kien kliem sabiħ ħafna tant li tista' tgħid li dan kien kliem taz-zokkor, imma sforunatament sal-lum il-ġurnata dan il-kliem għadu ma sarraf assolutament f'xejn, u iktar 'il quddiem se nispjega għal xiex qed ngħid dan.", "Illum kulħadd qed jirrealizza li f'dan il-pajjiż għadhom jeżistu ħafna mistoqsijiet dwar il-korruzzjoni, u hawn min saħansitra jemmen li matul dawn l-aħħar snin il-korruzzjoni mhux talli ma naqsitx u mhux talli ma nqatgħetx mill-għeruq u x-xniexel imma talli kibret u nfirxet ħafna iktar minn qatt qabel.", "Fil-fatt huwa għalhekk li sal-lum għadhom ma ngħatawx tweġibiet ċari għall-mistoqsijiet li għadhom jeżistu dwar il-korruzzjoni.", "Issa ħalli niġi biex nispjega għaliex il-wegħdi li għamel l-Onor.", "Fenech Adami 14-il sena ilu qatt ma setgħu jiġu mwettqa.", "Per eżempju, ħalli nsemmi każ li diġa' semmewh sħabi; il-każ tal-bejgħ tal- Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Illum kulħadd jammetti li l-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC ma sar bl-ebda trasparenza, u fil-fatt anke l-gvern tal-ġurnata qal li għandna nassiguraw li meta tkun se tiġi pprivatizzata xi entita` oħra, din il-privatizzazzjoni ma għandhiex issir bil-mod kif saret dik ta' l-HSBC, fejn fost affarijiet oħra li saru, daħal ministru ieħor minflok il- ministru li suppost kien responsabbli minn dan il-bejgħ u għaffeġ kollox waħdu.", "Imbagħad xi ngħidu għall-qerq li sar waqt il-proċess tal-bejgħ tal- Mid-Med Bank u għal kemm ġew imwiegħda affarijiet matul dan il-proċess?!", "Lill-ħaddiema ta' dan il-bank, biex jagħlqulhom ħalqhom, qalulhom li se jkollhom opportunitajiet kbar.", "Qalulna wkoll li dan il-bank internazzjonali se jġib opportunitajiet kbar f'dan il-pajjiż.", "Imma fil-fatt x'ġara u x'għamel l-HSBC malli wasal hawn Malta?", "L-ewwel m'għamel kienet skema biex il-ħaddiema ta' dan il-bank jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom!", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-fees kontra fees li introduċa dan il-bank lill-konsumatur tant li llum il-Malta Financial Services Centre qed tinvestiga lill-istess HSBC biex tara jekk dan il-bank jistax jintroduċi dawn il-fees kollha jew le.", "Jien nistaqsi: Dawn huma l-opportunitajiet il-ġodda li ġab l-HSBC?", "Jien qatt ma niftakar li l-Mid-Med Bank u l-Bank of Valletta, liema banek huma purament Maltin, daħlu fi kwestjonijiet daqstant jaħarqu mal-Malta Financial Services Centre minħabba l-miżati li jimponu fuq il-konsumaturi tagħhom, u meta qed insemmi lill-konsumaturi m'iniex qed nirriferi għal dawk il-businessmen li jmorru jiddepożitaw l-eluf ta' liri kuljum ġol-bank imma qed nirriferi partikolarment għall-pensjonanti u għal dawk li jgħixu bil-benefiċċji soċjali, li llum, biex isarrfulhom iċ-ċekk li jirċievu, qed jiġu ċċarġjati 75ċ.", "Jien ma nafx x'interess kien hemm biex fil-proċess ġew imwegħda tant affarijiet sbieħ filwaqt li mbagħad meta dan il-bank beda jiffunzjona kulħadd induna li fil-verita` qed jiffunzjona b'mod totalment differenti minn dak li ġie mwiegħed.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-għoti tal-kuntratt ta' l-isptar San Raffaele fejn sal-lum jien għadni ma nistax nifhem kif il-kumitat tal-kuntratti jiddeċiedi mod u mbagħad jidħol ministru u jwaqqa' dik id-deċiżjoni.", "Dawn huma affarijiet li għad irid ikun hemm risposta dwarhom għax hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq ċenteżmi, fuq ftit eluf jew inkella fuq miljun 'l hemm u miljun 'l hawn imma qed nitkellmu fuq għexieren ta' miljuni.", "Id-deputat mexxej tal-Partit Laburista, l-Onor.", "George Vella, semma x-xiri ta' l-RJ 70s u l-irresponsabbilta` ta' min mar kontra l-pariri li ngħatawlu u ħa d-deċiżjoni li nixtru dawn it-tip t'ajruplani, biex għadna mwikkijin bihom sal-ġurnata tal-lum.", "Fil-fatt illum l-AirMalta qed tara kif se tbigħ il-flotta kollha tagħha biex tixtri flotta ġdida oħra.", "Iċ-ċittadini għandhom raġun jagħmlu l-mistoqsijiet dwar dawn l-affarijiet għax wara kollox, huma ċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi.", "Imbagħad xi ngħidu għall-każ tad-Daewoo?", "Fuq dan il-każ l-istess; baħħ, ma tisma' xejn.", "Meta kienet qed issir il-kampanja elettorali tal-kunsilli lokali, jien għamilt mistoqsija, imma baqa' ħadd ma weġibha.", "Il-gvern preżenti raħħas id-diesel filwaqt li fl-istess żmien tħabbar il-budget u l-gvern qal li l- prezzijiet tal-petrol u tad-diesel se jkunu aġġustati skond il-prezzijiet fis-suq internazzjonali.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando, on a point of order.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Speaker, jien nixtieq li roħos id- diesel għax għandi karozza diesel, pero` fil-fatt huwa l-petrol li raħas u mhux id-diesel.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: U iva, insomma!", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Le, imma għandna nkunu preċiżi, u ta' min jgħid ukoll li r-raġuni għaliex raħas il-petrol u mhux id-diesel hija li d-diesel huwa pollutant iktar mill-petrol, jiġifieri hemm raġuni ġenwina għal dan.", "Barra minn hekk, jien ma nistax nimmaġina x'għandu x'jaqsam ir- roħs tad-diesel jew tal-petrol ma' l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, li jitkellem dwar il-korruzzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession of the House u għalhekk għandu dritt li jkompli jitkellem.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien nixtieq ikolli l-opportunita` li nisma' lill-Onor.", "Pullicino Orlando jitkellem f'dan il-Parlament, għalkemm, jekk irid, għad għandu ċ-ċans li jitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi!", "Mr Speaker, proprjament jien ridt nirriferi għall-petrol, jiġifieri nirringrazzja lill-Onor.", "Pullicino Orlando talli ġibidli l-attenzjoni għall- iżball żgħir li ħadt.", "(Interruzzjonijiet) Isbaħ milli tkun preċiż fil- ħajja m'hawnx!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, għandna sitwazzjoni fejn fis-suq internazzjonali hemm il-biża' li l-prezz tal-petrol se jogħla, fl-aħħar budget il-gvern ħabbar li l-prezz tal-petrol u d-diesel f'pajjiżna se jinbeda jaħdem fuq formola skond il-prezz internazzjonali u mbagħad fl- istess ħin illum il-gvern qed iraħħas il-prezz tal-petrol.", "Issa biex niftehmu, jien m'iniex kontra r-roħs fil-prezzijiet.", "Ħaddieħor jgħid: Ħalluhom ħalli jogħlew il-prezzijiet, imma jien m'iniex favur li l- prezzijiet jogħlew.", "Huwa tajjeb li l-prezzijiet jorħsu, imma dan kollu għaliex ikun sar?", "Per eżempju, aħna konna nsemmu l-hedging agreement, imma apparti l-hedging agreement, jista' jkun hemm xi ħadd li jkollu interess li jorħos il-petrol minħabba li, per eżempju, ikun hemm xi ħadd li xtara kumpannija tal-karozzi?", "Jien ma nafx, u nixtieq li jkun hawn min iwieġeb.", "(Interruzzjonijiet) Għandu jkun l-Onor.", "Pullicino Orlando stenbaħ wara tliet snin u nofs!", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Dan l-argument qed jiġġebbed iż-żejjed.", "Qed isiru allegazzjonijiet li raħħasna l-prezz tal-petrol għar-raġunijiet ta' korruzzjoni.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Għall-informazzjoni tiegħek, jien kulma qed nagħmel hija mistoqsija.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jien naħseb li l-kumpannija tal-karozzi li jixtri dak li jkun tkun timporta kemm karozzi petrol kif ukoll karozzi diesel, imma nerġa' ngħidlek li ġebbidt l-argument iżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession of the House, u għalhekk nitolbu biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien għamilt mistoqsija ċara, liema mistoqsija se nerġa' nirripetieha.", "Issa jekk l-Onor.", "Pullicino Orlando jrid jerġa' jqum iwieġeb u jassigurani li m'huwiex hekk, jista' jagħmel dan, imma jien kulma qed nagħmel hija mistoqsija.", "Dawn it-tip ta' deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr l-ebda raġuni jew jittieħdu għax forsi jkun hemm xi ħadd li xtara kumpannija tal-karozzi u jkollu interess li jorħos il-petrol?", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nagħmel mistoqsija u issa nistenna tweġiba ħalli nkun nista' nserraħ moħħi u l-kuxjenza.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nagħmel mistoqsija u ma semmejt lill-ebda individwu.", "ONOR.", "TONIO BORG: Dik id-deċiżjoni jeħodha l-gvern, liema deċiżjoni l- gvern preżenti diġa` ħadha, u nitlob lill-Onor.", "Cuschieri biex jekk irid jitfa' d-dubji, jissostanzjahom billi fost affarijiet oħra, isemmielna għal liema kumpannija qed jirriferi.", "Issa hekk jonqos, li noqogħdu nraħħsu l- petrol minħabba xi kumpannija!", "Bħal dak li qallu li meta l-petrol jogħla, jogħla minħabba xi kumpannija wkoll!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien għamilt mistoqsija ċara u tonda.", "(Interruzzjonijiet) Le, jien m'għamilt l-ebda allegazzjoni; kulma għamilt kienet biss mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession of the House u għalhekk nitolbu biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ħadtuli kwarta mid-diskors tiegħi, u dan meta jien qed nagħmel sempliċement mistoqsija!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Cuschieri għandu xi ħaġa li jrid jissostanzja, nitolbu biex jissostanzjaha!", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Issa inti weġibtni u għalhekk serraħtli l- kuxjenza u l-morali tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom ejjew inżommu l-ordni għax ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: L-iStanding Orders jgħidu li min jagħmel allegazzjoni jrid jissostanzjaha, u l-Onor.", "Cuschieri qed jagħmel din il-mistoqsija biex jinsinwa li l-gvern raħħas il-petrol biex jaġevola xi kumpannija li timporta l-karozzi.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Dan m'hu veru xejn, Mr Speaker!", "Onor. Borg, inti m'intix qed tgħid il-verita`!", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, inti hekk qed tagħmel!", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Cuschieri biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien għamilt mistoqsija li l- Ministru Tonio Borg weġibhieli, u jien nirringrazzjah talli weġibhieli għax b'hekk serraħli l-morali u l-kuxjenza.", "Nittama biss li dak li qed jgħid huwa l-verita`, pero` jien għamilt mistoqsija, il-Ministru Tonio Borg refa' u se jibqa' jerfa' r-responsabbilta` tat-tweġiba li ta, u ta' dan jien nirringrazzjah.", "(Interruzzjonijiet) Lili qed tgħaġġibni b'dan l- entużjażmu, Onor. Pullicino Orlando!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Pullicino Orlando, bil-permess ta' l-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Speaker, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil sieħbi l-Onor.", "Cuschieri tal-permess li tani biex nitkellem.", "Fil-fatt jien nixtieq nitkellem biex ngħid lill-Onor.", "Cuschieri li kull pajjiż qed jipprova jinkoraġġixxi lin-nies biex jużaw il-petrol minflok id-diesel għax il-petrol iniġġeż l-arja ħafna inqas mid-diesel.", "(Interruzzjonijiet) Imma tiegħi diesel ukoll, Onor. Debono Grech!", "Dak kien l-iskop li għalih il-gvern raħħas il-petrol, u ejjew ma nkomplux ninsinwaw affarijiet li ma jeżistux.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Cuschieri biex, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Allura l-Onor.", "Membru qed jgħidli li jekk jien għandi karozza diesel, għandi narmiha?!", "Prosit, kemm jirraġuna!", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, huwa tajjeb li jien għamilt din il- mistoqsija għax b'hekk il-Ministru Tonio Borg qam iweġibha u se jibqa' jerfa' r-responsabbilta` tat-tweġiba tiegħu, bħalma jien se nibqa' responsabbli għall-mistoqsija li għamilt.", "Issa ħalli ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq il-kunsilli lokali.", "Jien naf li l-uffiċjali pubbliċi, fosthom is-sindki, il-kunsilliera u l- impjegati fid-dipartimenti tal-gvern, huma responsabbli minn għemilhom, pero` niddiżappunta ruħi meta nara li għalkemm isiru diversi akkużi fil- konfront tal-kunsilli lokali, meta lill-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali, li huwa wkoll il-Ministru li qed jippilota dan l-abbozz ta' liġi, membru parlamentari jagħmillu mistoqsija parlamentari dwar xi kunsill lokali, dan jgħidlek biex iġġib it-tweġiba mingħand il-kunsill lokali konċernat, iktar u iktar għax m'hemm l-ebda regola li torbot lill-kunsilli lokali li jwieġbu l-mistoqsijiet li jagħmlu l-membri parlamentari.", "Jien nistaqsi: Fejn hi t-trasparenza f'dan il-Parlament?", "Mela l-flus li qed jiġu vvotati lill-kunsilli lokali m'humiex flus pubbliċi li jiġu vvotati u approvati minn dan il-Parlament?", "Allura b'liema dritt il-Ministru jġiegħel deputat imur għand il-kunsilli lokali biex ikun jaf xi ħaġa li tikkonċerna lilhom?", "Aħna nafu li din m'hijiex prattika normali u l-Ministru qed juża dan l-atteġġjament biex ma jweġibx għad-diversi akkużi li qed isiru fil- mistoqsijiet parlamentari.", "Mr Speaker, riċentement irċevejt ittra li l-Ministru rċieva kopja bħalha - u m'iniex se nagħmel mistoqsija parlamentari dwar dan għax naf li m'iniex se nirċievi tweġiba - liema ittra tittratta dwar kumpannija li m'iniex se niddejjaq insemmiha.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara mal-ewwel li jien m'għandi l-ebda interess f'dan il-każ, u qed nitkellem biss fuq dan is- suġġett bħala kelliem għall-kunsilli lokali.", "Fil-fatt din l-ittra titkellem dwar it-tender li ħareġ il-joint committee tal-kunsilli lokali tan-north district - jiġifieri dan il-joint committee jiġbor diversi kunsilli lokali fih - fuq il-famuża devoluzzjoni ta' twaħħil u tiswijiet ta' bozoz għax minn erba' tenders li ntefgħu, dan il-kumitat iddeċieda li jagħżel l-ogħla tender.", "Jien naf li mhux bilfors l-irħas tender tkun l-aħjar waħda għax jista' jkun li t-tender tkun l-iktar waħda rħisa minħabba li jkun se jintuża xi materjal jew inkella jkun se jsir xi xogħol inferjuri, pero` din l-ittra qed tgħid - u jien nesiġi li ssir investigazzjoni dwar dan - li l-materjal u x-xogħol li ġie propost fl-irħas tender huma ta' kwalita` ogħla mill-materjal u mix-xogħol li ġie propost fl- ogħla tender.", "Hawn irrid nenfasizza wkoll li d-differenza fil-prezz bejn l-irħas tender u l-ogħla tender m'hijiex ta' ftit ċenteżmi imma hija ta' eluf ta' liri.", "Biżżejjed ngħid li l-prezz li qed titlob l-ogħla tender li ntefgħet huwa d- doppju ta' l-irħas tender.", "Jien nittama li l-Ministru jitkellem fuq dan il- każ għax jekk ma jagħmilx dan, aħna se nerġgħu nqajmu dan il-każ.", "Issa ħalli ndur għal dak li kont qed ngħid fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax żgur li m'huwiex l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi li jiġu diskussi ċerti każijiet individwali.", "Mr Speaker, jien naħseb li m'għadux iż-żmien li jkun il-gvern biss responsabbli li jara li f'pajjiżna ma jkunx hawn korruzzjoni.", "Huwa d-dover u d-dmir ta' kull ċittadin li jara li fil-pajjiż ma jkunx hawn korruzzjoni.", "Illum ninsabu fid-disa' leġislatura ta' dan il-Parlament u għalhekk fl- opinjoni tiegħi, kellna ċans biżżejjed biex nimmaturaw politikament u biex nagħmlu dikjarazzjonijiet kontra l-korruzzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li billi waqqafna kummissjoni dwar il-korruzzjoni li għandha l-fiduċja tal- gvern biss ma solvejna xejn, u jien naħseb li llum wasal iż-żmien li l- gvern u l-oppożizzjoni jpoġġu fuq l-istess mejda bis-serjeta` - u mhux b'gimmicks politiċi - biex l-ewwel u qabel kollox jiddeċiedu darba għal dejjem li s-suġġett tal-korruzzjoni, li huwa suġġett serju ħafna, ma jibqax jintuża bħala yo-yo bejn il-partiti politiċi għax fl-aħħar mill-aħħar b'hekk mhux il-partiti politiċi qed ibatu imma s-soċjeta` in ġenerali.", "Aħna, li llum niftaħru tant fuq kemm il-poplu tagħna mmatura - u suppost aħna mmaturajna miegħu, anzi suppost aħna mmaturajna iktar mill-poplu għax nirrappreżentawh - għandna nifhmu li l-korruzzjoni timmina l-valuri, id- demokrazija u anke l-amministrazzjoni fil-pajjiż, u għalhekk huwa fl- interess ta' kulħadd, kemm fl-interess tal-poplu, kemm fl-interess tal- gvern, kemm fl-interess ta' l-oppożizzjoni, kemm fl-interess tal-partiti politiċi kif ukoll fl-interess tal-pajjiż li kemm jista' jkun il- korruzzjoni tiġi miġġielda u eliminata bis-serjeta`.", "Hija ħasra li l-kummissjoni dwar il-korruzzjoni li għandna llum ma tgawdix il-fiduċja taż-żewġ partiti politiċi għax huwa d-dover tagħna lkoll li nibnu flimkien soċjeta` nadifa f'pajjiż li jkollu tmexxija nadifa verament.", "Huwa importanti li jkun hemm qbil bejn il-partiti politiċi li jiġġieldu l- korruzzjoni ta' pajjiżna fuq l-istess mejda u bl-istess għodda, liema għodda għandha tkun f'idejn l-oppożizzjoni daqskemm għandha tkun f'idejn il- gvern tal-ġurnata, anzi jien nissogra ngħid li din l-għodda għandha tkun iktar f'idejn l-oppożizzjoni milli għandha tkun f'idejn il-gvern tal- ġurnata.", "B'hekk biss nistgħu nassiguraw li l-ġid komuni u r-riżorsi ta' pajjiżna qed jintużaw u jitqassmu b'mod ġust, b'mod nadif u b'mod trasparenti u mhux b'sistema li ma tiddependix minn kemm taf jew x'ħaqqek imma tiddependi minn lil min taf, kemm inti b'saħħtek u kemm qiegħed viċin il-kurituri tal-poter.", "Aħna l-politiċi b'hekk biss nistgħu nkattru l-fiduċja tal-poplu fina nfusna u b'hekk biss nistgħu nuruh li kulmin joffri lilu nnifsu għas-servizz tal- poplu u tal-pajjiż ikun qed jagħmel hekk b'ġenwinita` u mhux biex jistagħna hu u ta' madwaru.", "B'hekk biss inkunu nistgħu nassiguraw ukoll li kull sfera tas-servizz pubbliku u l-amministrazzjoni ta' pajjiżna tkun qed taħdem b'mod nadif verament.", "Naf li forsi min qed jismagħni ngħid dan il- kliem qed jaħseb li qed noħlom, imma jien ngħid li jekk dak li qed ngħid se nħalluh ħolm biss, aħna stess se nkunu qed inkissru dak li f'pajjiżna ksibna b'ħidmietna tul is-snin, jiġifieri l-ġustizzja, id-demokrazija u l- morali, li huma t-tliet pilastri li fuqhom isserraħ is-soċjeta` tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Cuschieri jikkonkludi d-diskors tiegħu billi semma l-ġustizzja, id-demokrazija u l- morali għax dawn huma tliet konċetti li jien nassoċjahom bl-iktar mod intimu mal-Gvern Nazzjonalista.", "Naħseb li jkun tajjeb ukoll li wieħed jorbot dawn il-konċetti ma' kif żviluppat il-politika, speċjalment mill- 1987 'l hawn meta saret bidla kbira f'dan il-pajjiż.", "Imma issa ħalli niġi biex nitkellem fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum huwa abbozz ta' liġi li jittekilja materja ta' importanza kbira fit-tmexxija ta' kull pajjiż bl- iktar mod ċar.", "Id-diskors fuq il-korruzzjoni jista' jkun diskors politiku maħdum bi strateġija politika - u forsi f'dan il-pajjiż kellna wisq minn dan it-tip ta' diskors - u jista' jkun ukoll diskors li huwa indirizzat biex pajjiżna jkollu tmexxija serja b'mod li ċ-ċittadini jħossuhom sodisfatti u jħossu li għandhom il-mezzi biex jassiguraw li l-affarijiet isiru sew.", "Jien naħseb li l-politikanti jridu joqogħdu attenti ħafna li ma jkunux huma stess li biex jakkwistaw xi vantaġġ immedjat, bl-azzjonijiet u bil-kliem tagħhom jagħmlu ħsara anke fil-mod kif in-nies iħarsu lejn il-ħajja politika ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, abbozz ta' liġi bħal dan qed jindirizza l-materja tal- korruzzjoni bl-iktar mod serju għax mhux biss qed jagħmilha ċara li l- korruzzjoni hija xi ħaġa ta' natura kriminali imma qed jagħti wkoll drittijiet ċivili lill-vittmi tal-korruzzjoni biex jaġixxu mhux biss kontra min ikun għamel l-att tal-korruzzjoni imma anke kontra min kellu d-dover li jassigura u jieħu azzjonijiet raġunevoli biex dak l-att ma jsirx.", "Jien naħseb li anke bħala konċett, dan huwa konċett importanti f'pajjiż demokratiku, għax id-demokrazija ma tagħtix biss id-dritt li wieħed imur jivvota darba kull ħames snin imma tagħti wkoll id-dritt lill-Istat li jassigura li l-kontribut li ċ-ċittadini jagħtu permezz tat-taxxi li jħallsu jkunu qed jintużaw b'mod ġust u ma jkunux qed jiġu mċappsa bil-korruzzjoni.", "Ħaġ'oħra li togħġobni f'dan l-abbozz ta' liġi partikolari hija li dan qed jagħmilha ċara li mhux biss uffiċjal tal-gvern jista' jagħmel att ta' korruzzjoni imma anke uffiċjal ta' xi korporazzjoni mwaqqfa bil-liġi.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed joħloq ukoll xibka li biha qed jagħti twissija lil kulmin jista' jkollu t-tentazzjoni li juża l-pożizzjoni tiegħu biex jagħmel xi att ta' korruzzjoni.", "Kull att ta' korruzzjoni li jsir fil-pajjiż, dan ikun ta' ħsara għas- soċjeta` kollha, u għalhekk huwa tajjeb li l-Onor.", "Cuschieri semma l- morali.", "Jien nemmen ukoll li huwa importanti li f'dan il-pajjiż nagħmlu enfasi fuq is-sens ta' servizz lejn in-nazzjon li mhux biss għandhom il- politiċi imma għandu kulmin jaħdem fis-settur governattiv.", "Nagħmlu ħażin jekk inħarsu lejn dan l-abbozz ta' liġi bħala abbozz ta' liġi li huwa kontra l-korruzzjoni biss għax fil-verita` dan l-abbozz ta' liġi huwa favur li jkollna moralita` pubblika għolja fil-livelli kollha tas-settur pubbliku tagħna u qiegħed ukoll joħloq drittijiet legali u ċivili għal min ikun qed ibati l-konsegwenzi tal-korruzzjoni, jiġifieri dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed jistrieħ fuq il-liġi kriminali biss u jieqaf hemm.", "Naħseb li l-introduzzjoni ta' dawn id-drittijiet ċivili turi li dan il-pajjiż qiegħed jieħu l-korruzzjoni bl-ikbar serjeta` għax b'hekk wieħed mhux biss jista' jieħu l-korruzzjoni mill-aspett kriminali tagħha imma anke mill-aspett ċivili.", "Ta' min jgħid li dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi wkoll perijodu ta' għaxar snin, li huwa perijodu pjuttost twil - u hekk għandu jkun - għall-vittmi ta' l-atti ta' korruzzjoni biex jieħdu dak li ħaqqhom, jiġifieri nistgħu ngħidu li dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti ċans biżżejjed liċ-ċittadini li jkunu sofrew minn atti ta' korruzzjoni biex jieħdu dak li jkun ħaqqhom.", "MR SPEAKER: Onor. Frendo, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Iva.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa nitlob lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 22 t'April, 2002 fis- 6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap. 319", "Mozzjoni għat-Tiġdid tat-terminu tal-Kummissjoni Permanenti kontra l- Korruzzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Kumitat;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard. ---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "Il-Ministru ta` l-Intern u l-Ambjent.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, l- Onor. Geroge Vella, f'din il-Kamra, għamel interventi u staqsa dwar il- kondizzjonijiet ta` klandestini li jinsabu taħt detensjoni - kontra ħafna minnhom hemm ordni ta` deportazzjoni - kemm fil-kumpless tal-pulizija kif ukoll fil-kumpless ta` l-armata.", "Biex ngħid il-verita` jiena ħadt gost li tqajmu ċerti punti għax naħseb li huwa tajjeb li f'dan il-Parlament jitqajmu ilmenti mhux biss dwar Maltin imma anke dwar barranin li jinsabu detenuti f'pajjiżna.", "Ħadt gost ukoll li l-ombudsman, kif għandu dritt bil- liġi li għamilna aħna spontanjament, qiegħed jinvestiga ftit mill-ilmenti ħalli jekk nistgħu nirranġaw ċerti affarijiet nirranġawhom, pero` rrid ngħid li rridu nikkorreġu ċerti impresjonijiet ħżiena li forsi wieħed jista` jieħu wara d-diskors li għamel l-Onor.", "Vella.", "Mr Speaker, il-pajjiż huwa dak li hu, żgħir u limitat fir-riżorsi tiegħu, u f'daqqa waħda kellu quddiemu problema fejn ftit iżjed minn 200 persuna niżlu x-Xlendi f'Għawdex.", "Dawn kienu klandestini li żiedu l-piż fuq il- korp tal-pulizija, meta wieħed iqis li diġa` kellna klandestini oħrajn detenuti mill-istess korp.", "Naħseb jiena li ma nkunux qed nikxfu sigrieti għax kulħadd jaf li għal żmien twil taħt gvernijiet differenti, anke fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra, id-detensjoni ta` l-immigranti illegali kienet tkun f'Ta' Kandja, fil-post li għandhom l-SAG li huwa l-istess post li ġie kkritikat mill-Onor.", "Vella.", "Anzi jekk immur iktar lura nista` ninformah li dawn il-klandestini, fi żmien, kienu anke jkunu miżmuma l- ħabs.", "Jiġifieri dawn in-nies li d-dinja kollha ma tqishomx bħala kriminali xorta waħda kienu jinżammu l-ħabs.", "Jien niftakar li xi żmien ilu kont għedt li mhux sew li dawn jibqgħu jinżammu f'Ta` Kandja, għedt ukoll li jiena kontra li dawn jinżammu l-ħabs jew fid-depot tal-pulizija, ħlief f'każ ta` emerġenza, anke jekk d-depot tal-pulizija mhux intenzjonat li jżomm nies iktar minn 48 siegħa.", "Mentri ħafna minn dawn in-nies, minħabba li jqattgħu l-passaporti tagħhom qabel ma jiġu hawnhekk tkun diffiċli li jintbagħtu lura lejn pajjiżhom u allura jdumu ħafna iktar minn 48 siegħa.", "Hawn min dam ix-xhur biex ġie ripatrijat, in parti tort tiegħu stess għax ikun qatta` d-dokumenti ta` l- ivjaġġar.", "Kien għalhekk li wara ħafna taħbit, iġbed minn hawn u iġbed minn hemm, ġie identifikat post ġewwa Ħal Far li ġie inawgurat proprju fl-4 ta' Marzu li għadda.", "Jiġifieri jekk kien hawn gvern li għamel xi ħaġa għad- detensjoni ta' l-immigranti illegali kien proprju dan il-gvern u għandi l- unur ngħid li kont jien li mbuttajt, anke wara rapport li kien hemm mill- ombudsman sabiex nagħlqu Ta' Kandja u niftħu ċentru ġdid ta` detensjoni fil- post li identifikajna ġewwa Ħal Far.", "Fil-fatt, kif diġa` għedt, dan infetaħ fl-4 ta` Marzu li għadda.", "L- intenzjoni kienet li kull min qiegħed f'Ta` Kandja jmur Ħal Far, fil-fatt hekk ġara, u nagħmlu refurbishment f`Ta` Kandja ħalli nkunu nistgħu nużawh f'każ li jkollna bżonn ta` iktar spazju.", "F'dan il-post ġewwa Ħal Far, li anke ġabuh fuq it-television, għandhom il-kċina u hemm is-servizzi kollha meħtieġa u ġie mfaħħar anke minn għaqdiet mhux governattivi.", "Mr Speaker, irrid ngħid li għal żmien twil ma kien jista` jidħol ħadd f'dawn il-postijiet ta` detensjoni.", "Imbagħad ġew il-Jesuit Refugee Service u l-UNHCR.", "Imbagħad kont intervjenejt jiena u tajt permess lill-bord tal- visitauri tal-ħabs biex ikunu jistgħu jżuru dawn il-postijiet ta` detensjoni, li strettament ma jaqgħux legalment fil-ġurisdizzjoni tal-bord tal-visitaturi tal-ħabs, ħalli jkunu jistgħu jaraw is-sitwazzjoni kif inhi, għax tajjeb li jkun hemm il-verifika.", "Il-ministru ma jistax joqgħod jmur kull fejn hemm l-immgranti illegali biex jara jekk naqashomx xi ħaġa.", "Allura huwa tajjeb li niftħu dawn il-postijiet.", "U riċentement, wara li saret talba minn tar-Red Cross anke dawn jistgħu jmorru hemmhekk.", "Naturalment ma jmorrux hemmhekk biex jissendikaw imma biex jaraw x'hemm bżonn ħalli jgħinuhom u jaraw jekk hux qed jiġu ttrattati tajjeb u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.", "Kien għalhekk li aħna ftaħna dak il-post f'Ħal Far u rrid ngħid li llum is-sitwazzjoni hija din: Hemm 52 immigrant illegali fiċ-ċentru ta` detensjoni l-antik ġewwa Ta' Kandja, hemm 104 f'Lister Barracks ġewwa Ħal Far, hemm 65 fl-immigration centre l-ġdid li għadu kif infetaħ ftit iktar minn xahar ilu u hemm 56 Ħal Safi fil-barracks ta` l-armata.", "Naturalment din hija soluzzjoni temporanja.", "Issa meta tkun iffaċċjat b'sitwazzjoni bħalma ma kellna dan l-aħħar wieħed bilfors irid juża l-postijiet kollha li għandu available u sfortunatament, bħala emerġenza, kellna nerġgħu nużaw Ta` Kandja għax ma kienx hemm postijiet iktar fejn dawn jistgħu jinżammu.", "Kulħadd jaf ikun bravu imma ħadd ma joffri soluzzjonijiet.", "Issa jekk tgħidli jekk iniex kuntent bis-sitwazzjoni f'Ta' Kandja ngħidlek li le m'iniex kuntent u huwa proprju għalhekk li aħna għalaqnieh u ftaħna ċentru ġdid f'Ħal Far.", "Imma f'sitwazzjoni ta` emerġenza l-kummissarju tal- pulizija bilfors kellu jieħu d-deċiżjoni li jiftaħ Ta` Kandja wkoll.", "Issa altru tgħid li hemm xi defiċjenzi fis-sistema u altru li tiddiskrevih, kważi kważi, qisu xi kamp ta` konċentrament ta` Milosevic u tgħid li d- detenuti qed jitilfu l-piż u qed jingħataw l-ikel ta` fuq l-ajruplani.", "Dan mhux minnu.", "Mhux veru li jingħataw l-ikel ta` fuq l-ajruplani għax l-ikel li jagħtu fuq l-ajruplani, minħabba l-kostruzzjoni ta` spazju, jkun ftit.", "Anzi l-ikel jintbagħat mill-kċina tad-depot u sabiex ma jiksaħx jitpoġġa ġo containers tal-ġablow.", "Anke għall-ħabs hekk jagħmlu.", "Ma naħsibx li huwa fair li niddeskrivu dan l-ikel bħala ikel ta` l-ajruplani għax jinbagħat f'containers tal-ġablow biex jibqa` sħun.", "Mr Speaker, lil tar-Red Cross aħna għednilhom li jistgħu jdaħħlu tobba sabiex jgħinu lin-nies li għandhom problemi mediċi u safejn naf jiena dejjem inqdew medikament.", "Fil-fatt intużaw anke l-health centres sabiex jieħdu ħsieb dawn id-detenuti li hemm f'Ħal Far u f'Ta' Kandja.", "Issa nisperaw li ħadd ma jippretendi li għax huwa klandestin jiġi ppreferut addirittura mill-Maltin.", "M'għandux jippretendi li għax hu klandestin imur fil-health centre u jaqbeż il-kju.", "Ħadd m'għandu jippretendi li għax huwa detenut jiġi ppreferut mill-kondizzjoni li għandu ħaddieħor Malti li qiegħed iħallas it-taxxa u li qiegħed jistenna fil-kju biex jinqeda.", "Fuq l- ikel irrid ngħid li fir-rigward taċ-ċentru f'Ħal Far hemm kċina fiċ-ċentru stess ħalli wieħed jevita li joqgħod iġib l-ikel mid-depot u fil-każ Ta` Kandja fejn m'hemmx kċina l-ikel jinġieb mid-depot tal-pulizija.", "Dwar kemm jingħataw ħin ta' rikreazzjoni dawk detenuti f'Ta' Kandja jiena informat li jingħataw tliet kwarti kuljum u tlabt lill-kummissarju tal-pulizija jekk jistax iżid dan il-ħin ta` rikreazzjoni u jġibu għallinqas daqs dak ta` Ħal Far.", "Wara kollox dawn huma nies detenuti u na ninsewx li kien hemm nies li ħarbu jew ipprovaw jaħarbu minn Ta` Kandja.", "Proprju riċentement ipprovaw jaħarbu.", "Issa ma jistax ikun li nikkritikaw lill-pulizija meta jaħarbu u fl-istess ħin nikkritikawhom għax iżommuhom ġewwa.", "Dawn iżommuhom ġewwa anke għal raġunijiet ta` sigurta`.", "Pero` jiena għedt lill-kummissarju tal- pulizija li jekk id-detenuti ta` Ħal Far għandhom ċertu ammont ta` sigħat li fihom jistgħu joqogħdu barra – hemmhekk għamilnielhom fejn jilgħabu l- basketball u hemm il-bandli f'każ li jkun hemm it-tfal – anke lid-detenuti f'Ta' Kandja, għalkemm dan huwa post temporanju, wieħed għandu jagħtihom aktar opportunita` joħorġu barra.", "Mr Speaker, peress li iċ-ċentru f'Ħal Far huwa ġdid u ftaħnih proprju biex nagħlqu Ta` Kandja, lill-kummissarju tal-pulizija għedtlu wkoll li malli Ta` Kandja jisvojta, għax hemm nies oħra detenuti li m'għandhomx x'jaqsmu mal-każ tax-Xlendi u li dalwaqt jiġu deportati, dan jingħalaq u ma jkunx hemm bżonn iktar li nużawh.", "Irrid ngħid ukolli li jiena informat li dawn jiġu fornuti bi ħwejjeġ, żraben, ikel u xorb, sigaretti, cards tat- telephone u affarijiet oħra ta` rikreazzjoni kemm mill-gvern kif ukoll mill- NGOs li qegħdin jgħinu f'dan il-qasam.", "Nista` ngħid ukoll li televsion għandhom kemm f'Ħal Far kif ukoll f'Ta` Kandja u informat ukoll li kull darba li jkun hemm bżonn li jmorru l-isptar jew inkella fil-health centres dawn jittieħdu immedjatament.", "Issa lill-pulizija waslitilha kunsinna ta` sodod ġodda, għax qabel kienu jintużaw is-sodod ta` l-armata, biex proprju ntejbu dawn il-kondizzjonijiet.", "Issa jiena noqgħod għar-rapport li se jagħmel l-ombudsman dwar jekk nistgħux ntejbu iktar dawn il- kondizzjonijiet.", "Jekk nistgħu ntejbuhom, ibqa` ċert li ntejbuhom.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett nixtieq nagħmel kummnet dwar dak li qal l-Onor.", "Vella fil-konfront tiegħi meta qal:-", "\"L-affarijiet li smajt nispera li m'huwiex l-Onor.", "Tonio Borg li qalhom u li għamilhom.\".", "Ma speċifikax x'inhuma dawn l-affarijiet.", "Imbagħad qal ukoll li –", "\"M'għandniex nagħmlu kummenti li mhux se ngħidhom hawn u li ma jirriflettu xejn tajjeb fuq kollega tiegħi ....\"", "- qed jirreferi għalija -", "\"...li safejn naf jien meta kien fil-Kunsill ta' l-Ewropa kien fuq kummissjoni li kienet iddur il-ħabsijiet ta' l-Ewropa biex tara li s- sitwazzjoni tal-miżmuma fil-ħabsijiet tkun skond in-normi tad-diċenza u kont nippretendi li jkollu iktar widnejh lesti biex jisma` l- problemi u lil min qiegħed jipprova jagħti daqqa t'id ħalli l- affarijiet jitranġaw.\".", "Jiena ma nafx x'inhuma dawn l-affarijiet li sema` fuqi.", "Ma nafx, forsi sema` li jien għamilt il-liġi tar-refuġjati sabiex għall-ewwel darba jkollhom id-drittijiet li ma jistgħux jinbagħtu lura sakemm ikollhom l- applikazzjoni tagħhom pendenti!", "Forsi sema` li tajthom id-dritt li jistgħu jaħdmu, meta taħt gvernijiet differenti - kemm taħt il-gvern tagħhom u kemm taħt il-gvern tagħna - mhux biss ma konniex inħalluhom jaħdmu talli jekk japplikaw biex jaħdmu konna nneħħulhom l-istatus ta` refuġjat!", "Jiena bħala ministru ta` l-intern kont insistejt li nosservaw l-obbligi internazzjonali tagħna biex jekk wieħed huwa rikonoxxut bħala refuġjat, sakemm tingħata s-sentenza ta` refuġjat, ma jistax jitkeċċa u konna waqqafna organu biex jiddeċiedi dawn l-affarijiet.", "Barra ninnhekk waqt li qabel il-karti kienu jmorru Ruma u tgħidx kemm kienu jdumu biex jiġu lura Malta, waqqafna kummissarjat tar-refuġjati u tajnihom ukoll dritt ta` appell sabiex jekk ma jaqblux mas-sentenza tal-kummissarju jkunu jistgħu jappellaw mis-sentenza.", "Jiġifieri ma nafx x'inhuma dawn l- affarijiet li sema` fuqhom.", "Forsi sema` li jiena u l-Onor.", "Gonzi se nagħtuhom id-dritt tar-relief.", "Jiġifieri dawk ir-refuġjati li kieku kienu Maltin kienu jikkwalifikaw għar-relief għax mhux qed jaħdmu u huma head of households se nagħtuhom ir-relief ukoll.", "Jista` jkun li qal hekk biex jipprovokani ħalli nara li l-affarijiet isiru sew.", "Jekk għamel hekk, nirringrazzjah.", "Pero`, mhux biex niftaħar, kemm ili ministru ta` l-intern bnjena ħabs ġdid għad-detensjoni ta` min jaħbat mal-liġi, bnejna lock-up ġdid ħalli min jiġi arrestat ikun ittrattat b'mod dinjituż għax kellna lock-up li kien iħammrilna wiċċna u issa bnejna detention centre ġdid għall-immigranti illegali.", "Issa jekk tgħidli li Ta` Kandja m'huwiex perfett, naqbel miegħek li dan m'huwiex perfett u se naraw li kemm jista` jkun intejbu l-kondizzjonijiet, imma li wieħed jagħti l- impressjoni li dan huwa xi pajjiż tat-tielet dinja li ma jafx ikun ċivilizzat fil-konfront ta` min ikun detenut, kemm jekk hu Malti kif ukoll jekk hu barrani, naħseb li hija impressjoni żbaljata li jiena kelli l- obbligu li nikkorreġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq li f'dan il-Parlament nfakkar l-avveniment tal-holocaust li 54 sena ilu sar fuq il-Lhud.", "Dan kien avveniment ikrah u kull min kellu l-okkażjoni li jżur il-kampijiet ta` konċentrament ta` Dachau, Bergen-belsen, Auschwitz u kampiijiet oħra seta` jara l-ħruxija u l-persekuzzjoni kontra l-poplu Lhudi li sfortunatament kien ilu għal żmien twil jiġi vvittimizzat.", "Dan kien avveniment ħorribbli.", "Tajjeb li bl-iktar mod qawwi ngħidu kemm kienet ħaġa ħażina din il- persekuzzjoni tal-popli, sempliċement għax huma l-poplu li huma u għalhekk tajjeb li tiġi mfakkra din il-ġurnata biex qatt u qatt ma jerġgħu jsiru dawn l-affarijiet fid-dinja ċivilizzata.", "Nafu li madwar sitt miljun Lhudi ġew esterminati fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija u nisperaw li dawn it-tip ta' affarijiet ma jsiru qatt iktar, sew jekk tkun Lhudi u sew jekk tkun ta` xi nisel ieħor.", "Dan it-tip ta` preġudizzju kontra poplu u kontra individwi li huma membri ta` poplu jmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-ġieħ li għandu kull bniedem u kull poplu li hawn f'wiċċ id-dinja.", "Mr Speaker, tajjeb li b'wiċċna minn quddiem ngħidu li l-poplu Lhudi u l- Istat Iżraeljan għandhom d-dritt jgħix f'borduri siguri li jħallu lill- poplu Lhudi jilħaq il-milja tiegħu u jiżviluppa u jipparteċipa fil- komunita` dinjija li fil-fatt jagħmel parti minnha bħal kull poplu ieħor.", "Pero` rrid ngħid ukoll li daqskemm għandu l-poplu Lhudi d-dritt illi jgħix f'borduri siguri – u hawn wieħed jikkundanna b'mod qawwi s-sistema ta` human bombs li jsiru fuq l-Istat Lhudi.", "Ma naħsibx li xi ħadd se jirbaħ xi ħaġa b'dan it-tip ta' attivitajiet u azzjonijiet politiċi.", "Għalhekk wieħed irid jikkundanna affarijiet bħal dawn għax f'dawn l-attakki jweġġgħu nies innoċenti.", "Pero' wieħed irid ukoll jgħid b'mod ċar li fl-artijiet li huma viċin tal-poplu Lhudi jeżistu artijiet oħra tal-poplu Palestinjan u dan il- poplu għandu dritt għall-Istat tiegħu.", "Issa ilu żmien twil, minn ftit wara t-tieni gwerra, li dan il-poplu ġie miċħud mill-identita` tiegħu u mid- drittijiet fundamentali ta` poplu u ta` Stat.", "Kulħadd jaf li dawn la għandhom dritt għall-passaport biex ikunu jistgħu jivjaġġaw, la għandhom dritt għall-assistenza soċjali, la għandhom dritt ta` sigurta` u lanqas għandhom dritt għal servizzi mediċi.", "Dan huwa poplu li sfortunatament huwa vittimizzat u kkalpestat b'mod li ma jixraqx lid-dinjita` tagħhom bħala poplu.", "U tajjeb li ngħidu li dan huwa ħażin ukoll.", "Jiena, li kelli l- okkażjoni nistudja kemm ma` studenti Lhud kif ukoll ma` studenti Palestinjani kienet iddejjaqni u tagħtini ġewwa li l-poplu Palestinjan m`huwiex stmat fid-drittijiet tiegħu daqs popli oħra.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħidu wkoll li l-politiku Malti huwa politiku matur u huwa konxju ta` dawn iċ-ċirkostanzi li qegħdin jiġru f'artijiet li, għalkemm huma 'l bogħod, m`humiex daqshekk 'il bogħod.", "Il-politiku Malti huwa konxju ta` l- inġustizzji li jsiru, kemm ma` naħa kif ukoll ma` oħra, b'mod li poplu jew individwi jiġu mgħaffġa u ttrattati, kif jgħidu bl- Ingliż, bħala the underdogs u d-drittijiet fundamentali tagħhom, bħala poplu jew bħala bniedem, ma jiġux rispettati.", "F'Malta nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li t-tliet partiti politiċi, iż-żewġ partiti l-kbar u l-partit l-ieħor, jirrispettaw kemm id-dritt tal-poplu tal-poplu Iżrael li jgħix f'borduri siguri kif ukoll id-dritt tal-Palestinjani li jgħixu fl- Istat tiegħu bil-mexxejja tiegħu u bil-miżuri ta` sigurta` kemm soċjali kif ukoll miżuri finanzjari oħra li jħoss li għandu jieħu.", "Meta l-komunita` Palestinjana f'Malta talbitna biex nuri s-solidarjeta` tagħna mal-poplu Palestinjan jiena kont wieħed minn dawk li mort għal dik il-mixja u b'mod paċifiku wrejt ix-xewqa li jkun hemm dan il-pass kbir 'il quddiem biex il-poplu Palestinjan jieħu d-drittijiet tiegħu.", "Miegħi kien hemm membri oħra tal-partiti politiċi kollha f'Malta li ħassew ukoll li kien hemm inġustizzja bażika fejn il-poplu Palestinjan kien qiegħed iħossu li huwa the underdog u kellu raġunijiet reali u uffiċjali tiegħu li tista` tgħid li huma raġunijiet vera u kellu għalfejn jipprotesta għax kien qed ikun ukoll vittma tal-vjolenza.", "Sfortunatament ir-reazzjoni mill-poplu Palestinjan, fejn individwi kienu qed jisplodu lilhom innifishom u jweġġgħu lin-nies, hija waħda kundannabbli wkoll u bl-ebda mod ma rrid ninftiehem li naqbel ma` dak li qed jagħmlu l- Palestinjani, anzi nikkundannah bl-iktar mod qawwi.", "Pero` ma nafx kif meta l-partiti politiċi qegħdin jaqblu fuq din il-kwestjoni – ma tantx naqblu fuq kollox, imma fuq din il-kwestjoni qegħdin naqblu - l-ambaxxatur Lhudi għal Malta, bħalissa insejt x'jismu, qal li li l-politiċi Maltin huma naive.", "Ma rridx noħloq polemiċi, pero` bl-ebda mod ma naċċetta li xi ħadd jgħid li l-poplu tagħna u l-politiċi ta` pajjiżna huma b'xi mod naive, u fl-opinjoni tiegħi kienet kelma żejda li qal l-ambaxxatur Lhudi.", "Allura, to put the record straight jiena niċħad din it-tip ta` label li l-ambaxxatur Lhudi ta lill-politiċi Maltin.", "Il-politiċi Maltin għandhom ħafna difetti – jien inkluż – pero` wieħed ma jistax ngħid li huma naive.", "Dan kien proprju attakk fuq il-politiċi Maltin.", "Jista` jkun li jkun hemm xi individwi li jiżbaljaw pero` bħala mhux sew titfa` l-klassi politika Maltija kollha taħt il-kappa ta` naive.", "Jekk il-politiċi Maltin kienu naive għax kienu qed jitolbu li jkun hemm ġustizzja vera fl-art fejn twieled, għex u miet Sidna Ġesu Kristu u għax kienu qed juru xewqa li jkun hemm il-paċi f'din iz- zona tant imqallba u li jkun hemm withdrawal ta' l-azzjoni militari kontra l-postijiet Palestinjani mil-Lhud u li anke jkun hemm waqfiet minn dawn il-bombi mill-Palestinjani kontra l-Lhud, allura lill-Ambaxxatur Lhudi ngħidlu li kienu naive ukoll il-President Bush u s-Segretarju ta` l-Istat Amerikan Colin Powell għax dawn qed jitlob l-istess ħaġa.", "Ngħidlu wkoll li kienu naive anke l-presidenza tal-kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u il-Kunsill tas- Sigurta' tan-Nazzjonijiet Magħquda li iktar minn darba ħareġ mozzjoni biex isejjaħ għall-irtirar tat-truppi Lhud mill-artijiet okkupati Palestinjani.", "Naħseb ukoll li allura kien naive l-Qdusija Tiegħu l-Papa li talab biex ikun hemm din il-paċi f'din l-art imqaddsa.", "Mr Speaker, huwa tajjeb li aħna l-politiċi nesiġu li l-unika triq 'il quddiem hija dik tad-djalogu strutturat.", "Din il-kwestjoni m'hijiex kwestjoni li ttajjar jew tiddistruġġi naħa jew oħra.", "Għandhom isiru laqgħat ta` djalogu strutturat mingħajr pre-kondizzjonijiet wara li jkun hemm dan il-withdrawal importanti u wara li jieqfu dawn il-bombi qerrieda biex is-sigurta' taż-żewġ naħat tkun assigurata.", "M'hemm l-ebda triq oħra 'l quddiem.", "Ħadd m'hu se jinżel mis-sema biex ilaqqagħhom lil dawn iż-żewġ popli.", "Iridu jifhmu huma li the only way forward is to sit round a table and reach an agreement.", "Dan rajnih fil-passat u jgħodd ukoll għall-futur.", "Huwa tajjeb li l-gvern Malti qal li jaqbel mal-missjoni tas-Segretarju ta` l-Istat Amerikan, Colin Powell, biex iż-żewġ naħat jiddjalogaw għax naħseb li s-Segretarju ta` l-Istat Amerikan qiegħed f'pożizzjoni partikolari li jista` jlaqqa` ż-żewġ naħat ta` dawn il-popli li qegħdin f'dan il-konflitt imdemmi.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li dwar dan il-konflitt, Malta waħedha ftit hu li tista` tagħmel.", "Aħna bħala pajjiż żgħir nistgħu nsemmgħu leħinna, li għalkemm jinstema` l-effett tiegħu jkun limitat.", "Pero` Malta bħala membru ta` l-Unjoni Ewropea jew bħala pajjiż kandidat ta` l-Unjoni Ewropea allinejat ruħha mal-pożizzjoni ta` l-Unjoni Ewropea li hija piu` o meno fuq dawn il-linji li jiena semmejt, u fl-isfera internazzjonali dan l- allinejament ikollu ħafna iktar saħħa milli jkollu pajjiż żgħir individwali waħdu.", "Allura dan juri b'mod ċar li l-vuċi ta` Malta fl-Unjoni Ewropea, f'affarijiet internazzjonali, tista` tkun ħafna iktar qawwija milli hija bħalissa meta qed ngħumu waħedna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 22 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EUROPEAN UNION - WTO", "31114.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset special safeguards li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas- sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "31112 dwar l-istess materja waqt is-seduta nru.", "723.", "EUROPEAN UNION – WORLD TRADE ORGANIZATION", "31115.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset dazji, tariffi tat-Taric li huma uħud mill- forom ta' kontrolli fuq tal-biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas-sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "31112 dwar l-istess materja waqt is-seduta nru.", "723.", "EUROPEAN UNION - WORLD TRADE ORGANIZATION", "31116.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għall-aħħar laqgħa fil-Qatar (Doha) tal-WTO jista' l-Ministru jinfurmani kemm l-UE naqset export refunds li huma uħud mill-forom ta' kontrolli fuq tal-biedja li timponi fuq il-pajjiżi membri tagħha għas- sentejn li ġejjien u għall 5 snin li ġejjien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "31112 dwar l-istess materja waqt is-seduta nru.", "723.", "ĦAMRUN - BANKINA", "31142.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li quddiem l-istitut ta' Cini l-Ħamrun il-bankina ilha maqlugħa aktar minn 3 ġimgħat?", "Peress li f'dan l-istitut hemm residenti anzjani, jista' jintervjeni sabiex ix- xogħolijiet meħtieġa jsiru mmedjatament u bla aktar telf ta' ħin u ta' nkonvejnjent għall-pedestrians?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsilli.", "PLANNING AUTHORITY – BEACH HOUSES", "31171.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Peress li l-awtorita' ta' l-ippjanar ikkonfermat li mhux se jsir ebda żvilupp fejn hemm l-art agrikola fl-Għarmier fejn se jiġu żviluppati l- beach houses, jista' jassigurani li se jkun sostnut bis-serjeta u ċioe li jassigurani li fejn hemm art agrikola din ma tiġiex meqruda imma tibda tinħadem mill-bdiewa ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtorita` ta` l-ippjanar taqbel bis-sħiħ mal-politika li tipprotegi r-raba saqwi li hemm fl-inhawi tal-pjan ta` azzjoni tal- Marfa.", "L-iżvilupp tal-art agrikola, in ġenerali, huwa ikkontrollat bil-policies tal-pjani lokali u tal-pjan ta` struttura.", "L-awtorita` ma tidħolx fil- kwistjoni għandhiex titkompla tinħadem mill-bdiewa tal-lokal jew ta` lokalijiet oħra.", "THE MALTA-EU STEERING AND ACTION COMMITTEE", "31180.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġunijiet li fil-laqgħat tal- MEUSAC ir-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda ma qablux mat-42 proposta għall-arrangamenti speċjali dwar is-settur tal-biedja lokali li l- gvern se jinnegozja ma' l-UE?", "Għaliex il-gvern ma rrispettax il-pozizzjoni ta' dawn ir-rappreżentanti tal-bdiewa u estenda aktar id-diskussjoni fil- pajjiż?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li għandu mhix korretta.", "Qabel il-laqgħa tal-MEUSAC, kienu saru żewġ turni ta' taħdidiet formali mar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala dwar proposti li kien fassal il-gvern għal arranġamenti speċjali fil-qasam tal-biedja.", "Dawn iż-żewġ turni saru oltre taħdidiet oħrajn mhux uffiċċjali li nżammu ma' uffiċċjali tal-gvern.", "Wara dawn it-taħdidiet saret il-laqgħa tal-MEUSAC li għaliha kienu mistiedna r-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala, korpi kostitwiti, organiżżazzjonijiet mhux governattivi u rappreżentanti tal-gvern.", "Il- laqgħa ħadet il-ħin tagħha u sar qbil dwar numru ta' tibdiliet għall- pożizzjoni li ġew miftiehma u aċċettati.", "Il-pożizzjoni ta' Malta li kienet tirrifletti t-tibdiliet kollha ssuġġeriti waqt il-laqgħa tal-MEUSAC, ġiet aċċettata mill-kumitat tal-kabinett tal-ministri u ppreżentata lil- kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-kummenti tagħha.", "Il-pożizzjoni ta' Malta li ġiet diskussa fil-MEUSAC ma kinietx tinkludi dik il-parti li tirrigwardja it-tneħħija tal-levies u l-programm li jrid jipprepara l-gvern biex itaffi l-impatt ta' l-arranġamenti ġodda, filwaqt li jagħti ċans lill-bdiewa u raħħala sabiex iwettqu r-ristrutturazzjonijiet meħtieġa.", "Peress li dan id-dokument kien għadu mhux lest f'dak l-istadju, ir-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala ma xtaqux li jikkonkludu l- pożizzjoni ta' Malta dwar il-biedja mingħajr ma jkun sar qbil fuq il-parti li tirrigwardja l-levies.", "Ix-xewqa tar-rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala kienet li l-qbil għandu jkun fuq il-pakkett kollu, cioe' kemm fuq il- pożizzjoni miftiehma kif ukoll fuq il-proposti li kien għad iridu jiġu mressqa.", "Sar ftehim, pero', li f'każ ta' qbil fuq id-dokument li għad irid jiġi diskuss dwar il-levies, ma jkunx hemm il-ħtieġa li jerġa jiġi diskuss mill-ġdid l-ewwel dokument, cioe' dak li kien tressaq quddiem il-MEUSAC.", "Għalhekk il-gvern altru milli rrispetta il-pożizzjoni ta' dawn ir- rappreżentanti tal-bdiew u raħħala.", "QORMI - TRIQ 10 TA' SETTEMBRU", "32604.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "30795 dwar Triq l-10 ta' Settembru f' Ħal Qormi, u għat-tweġiba għaliha, fid-dawl tal- fatt li l-problema tal-għargħar f'din it-triq mhix kwistjoni tal-livell mal- wied kif indikat, iżda kwistjoni ta' kif taqleb it-triq minħabba li għadha mingħajr tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellanta għar- risposta parlamentari nru.", "30795, tajt struzzjonijiet lid-direttorat għat- toroq biex fil-każ li din it-triq tista' tiġi rranġata mingħajr ma jiġu kkaġunati aktar problemi ta' għargħar fl-akwati, jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ fiha jitwettaq.", "ESTS – COURSE TA' STONE CARVERS", "32605.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru bil-kundizzjonijiet mill-agħar li qed jaħdmu fihom studenti ta' l-ESTS li qegħdin fil-course ta' stone carvers?", "Jaf li dawn qed jiġu mġiegħla jaħdmu kważi full time mal-privat bi ħlas ta' Lm53.16 fil-ġimgħa?", "X'qed jagħmel id-dipartiment jew x'se jagħmel biex iwaqqaf dawn l-abbużi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-iskultura u t-tinqix tal-ġebel tal-franka jiġġeneraw trabijiet fini minħabba n-natura tal-materjal innifsu u l-proċessi meħtieġa waqt ix-xogħol.", "Informat li minħabba li n-numru ta' studenti li qed jattendu bħalissa huwa relattivament kbir, hemm il-ħsieb li l-workshop ta' l-artiġjanat fil-ġebel jitkabbar u jiġu stallati extractors skond il-ħtieġa.", "Il-kors ta' stone carvers huwa ta' tlett snin u jifforma parti mill-iskema ta' l-apprendistat imsejħa extended skill training scheme.", "Fl-ewwel sena tal-kors il-parteċipanti jridu jattendu l-istabbiliment edukattiv il-ġimgħa kollha u jirċievu stipendju ta' Lm40 fix-xahar.", "Matul it-tieni u t-tielet sena l-apprendisti jattendu l-istabbiliment edukativ għal jumejn u ġurnata, rispettivament.", "Matul dan il-perjodu l-apprendisti jirċievu stipendju ta' Lm40 fix-xahar mingħand id-dipartiment ta' l- edukazzjoni u Lm20.50 u Lm21.46 fil-ġimgħa fit-tieni u t-tielet sena rispettivament mingħand min qed jipprovdi t-taħriġ prattiku.", "Għal aktar tagħrif l-Onor.", "Membru tista' tirreferi lill-ETC li hi responsabbli mill-fażi ta' xogħol ta' l-apprendistat.", "TESTIJIET TA' L-ARJA - AREA TA' MARSINA - QORMI", "32606.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jaf il-Ministru li minkejja d-diversi mistoqsijiet u tweġibiet fil-pożittiv min-naħa ta' l-ministru dwar mugrufun li joħroġ minn laundry fl-area ta' Farsina, Ħal Qormi, il-problema għadha teżisti u saħħet in-nies għadha f'riskju?", "X'inhuma r-raġunijiet li ma jittiħdux il-passi meħtieġa biex din il-problema tingħeleb darba għal dejjem?", "X'testijiet saru min- naħa ta' l-awtoritajiet ta' l-arja biex tiġi iċċekkjata l-arja minħabba l- emissions?", "X'tip ta' modifikazzjonijiet talab li jsiru, mill-kumpanija tan- negozji indikata u kif ġie mistqarr mill-ministru fit-tweġiba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi spetturi tad-direttorat għall- ħarsien ta` l-ambjent għamlu 7 spezzjonijiet din is-sena fl-area indikata mill-Onor.", "Interpellanti.", "Ma jirriżultax li f`dawn il-ġranet u ħinijiet kien hemm emissjonijiet eċċessivi ta` dħaħen minn dan l-istabbiliment.", "ENEMALTA - SUBSTATION", "32653.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokazzjoni se tiġi nstallata s- sub station ta' l-elettriku fl-akwata magħrufa bħala ta' Farsina f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-korporazzjoni Enemalta ilha żmien tipprova takkwista art fl-inħawi ta' Farżina jew aktar preċiż lejn tarf Triq ix-Xitwa n-naħa ta' Tal-Ħammieri biex tinbena substation fuqha.", "S'issa l-korporazzjoni għadha ma sabitx art u tapprezza jekk tingħata informazzjoni dwar art jew propjeta' oħra fl-inħawi msemmija li huma għall- bejgħ.", "ENEMALTA", "32654.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-korporazzjoni Enemalta se tieħu l- passi meħtieġa biex fl-area ta' Triq l-Iżbandola u t-toroq tal-madwar f'Ħal Qormi, tgħolli l-vultaġġ tad-dawl biex ir-residenti ma jibqgħux ibatu konsegwenzi ta' ħsarat fl-appliances ta' elettriku eċċ.?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mill-korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fl-area imsemmija hemm bżonn tinbena substation sabiex tiġi eliminata l-problema ta' vultaġġ baxx.", "Fil- fatt il-proċess biex tinbena tali substation jinsab fl-ewwel stadju tiegħu.", "HOUSING – OFFERTI GĦALL-APPARTAMENTI TAL-GVERN", "32655.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hux se joħorġu b'offerti xi garages ġewwa l-housing estate magħruf bħala Ta' Farsina f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Infurmat li l-awtorita' tad-djar m'għandiex proġetti dwar garaxxijiet fil-lokalita' indikata mill-Onor.", "Interpellanti.", "BANEK F'MALTA", "32674.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara d-deċiżjoni tal-commonwealth li tissospendi lil Zimbabwe u li ministri u uffiċjali għolja tal-gvern tal-President Robert Mugabe ma jitħallewx isiefru u li jiġu iffurzati l-assi tagħhom, jista' jgħid jekk il-banek f'Malta ġewx mogħtija struzzjonijiet f'dan is-sens?", "Saret riċerka biex jiġi żgurat jekk ministri/uffiċjali ta' Zimbabwe għandhomx flus investiti hawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor. interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "PETROL/DIESEL - PREZZIJIET", "32699.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid b'liema formula qed jiġi ffissat il- prezz tal-petrol u d-diesel kull 3 xhur għall-konsumatur?", "Kif qed jiġi kkalkulat dan il-prezz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-formula, li qed tiġi applikata għall-ewwel darba, tħares lejn iċ-ċaqlieq tal-prezz taż-żejt tul perjodu ta' tlitt xhur; f'dan il-każ mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu ta' din is- sena.", "F'dawn l-aħħar tlitt xhur, kien hemm ċaqlieq l-isfel fil-prezzijiet internazzjonali tal-petrol u tad-diesel.", "Għaldqstant, u a bażi ta' din il- formula, il-prezz tal-petrol, kemm biċ-ċomb kif ukoll bla ċomb, ġie mraħħas b'ċentezmu kull litru għal 35 ċenteżmu il-litru għall-petrol bla ċomb u 38 ċenteżmu il-litru għall-petrol biċ-ċomb.", "Il-prezz tad-diesel f'Malta huwa sinifikament orħos mill-prezz fuq is-suq internazzjonali.", "Għal din ir-raguni ma saret ebda bidla fil-prezz ta' dan il-prodott li baqa' 21c5 kull litru.", "SKOLA PRIMARJA - ŻEJTUN", "32700.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ministeru u d-diviżjoni ta' l- edukazzjoni dwar l-ittra mibgħata mill-kunsill lokali Żejtun fid-data tal- 25 ta' Marzu 2002 dwar xogħol fl-iskola primarja B, Żejtun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn naħa tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ssejħet laqgħa bejn il-partijiet kollha konċernati li jinkludu l-uffiċjal inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet mid-diviżjoni, il-kuntrattur, il-perit maħtur mill-kunsill lokali, is-sindku u s-segretarju ta' l-istess kunsill.", "Din il-laqgħa saret nhar il-Ħamis 28 ta' Marzu, fejn l-ilmenti kollha msemmija fl-ittra ġew mgħoddija għall-attenzjoni tal-kuntrattur biex jiġu rranġati.", "Il-kuntrattur aċċetta li jagħmel it-tibdiliet meħtieġa biex dawn jiġu 'in regola' ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.", "ENEMALTA", "32709.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat f'valur ta' flus is-serq tal-enerġija elettrika pprovdut f'sena sħiħa mill-Enemalta?", "Kemm huwa stmat f'valur ta' flus l-ammont ta' enerġija elettrika pprovduta għall-sena sħiħa mill-Enemalta li għal xi raġuni jew oħra hi ma titħallasx tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li mhux possibbli li tingħata stima fi flus tas-serq ta' elettriku li jsir f'sena.", "Dan għaliex il-korporazzjoni Enemalta tista' tasal biss biex tistma fuq bażi soda bejn dak li jkun ħareġ mill-power stations u dak li jkun ġie reġistrat fuq il-meters tal- konsumaturi.", "It-telf jinqasam bejn technical lossess in the system of distribution u n-non technical losses.", "Huwa stmat li ħamsa fil-mija jirrappreżetaw it-technical losses li jseżistu f'kull sistema ta' l-elettriku u għaldaqstant il-persentaġġ jista' jvarja.", "Il-bilanċ jirrapreżenta in-non technical losses li fost oħrajn jinkludu s- serq ta' elettriku, meters difettużi, stimi baxxi, u meters li ma jinqrawx.", "L-ahhar sena li kienet ġiet awditjata (Settembru 2000) it-telf kollu kien jammonta għal 17.33 fil-mija, li minnu madwar ħamsa fil-mija kienu technical losses.", "Il-bilanċ ta' 12.33 fil-mija jirrappreżenta in-non technical lossess li jekk tieħu medja tar-rati li bihom jinbiegħ l- elettriku, il-volum stmat ikun qrib is-Lm6.8 miljun f'sena.", "Jekk tieħu biss il-volum biex jiġi ġġenerat l-elettriku, l-ammont huwa stmat li jkun ta' Lm5.55 miljun.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "32721.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Mill-1 ta' Jannar 2002 sa llum jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet minħabba ksur tal-liġi f'dawn il-grounds tal-football:", "1 l-istadium nazzjonali 2 ic-centenary stadium 3 il-Gozo stadium 4 il-Victor Tedesco stadium 5 il-Hibernians ground f'Kordin Lema huma l-akkużi prinċipali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant, kien hemm 14-il persuna li ttieħdu proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba ksur ta` liġi fi grounds tal-football.", "Dawn kienu jinvolvu 3 persuni fl-Istadium Nazzjonali, 2 fis-Centenary Stadium, 2 fil- Gozo Stadium, 6 f`Victor Tedesco Stadium u 1 fil-Hibernians Ground.", "L- akkużi prinċipali kienu dwar imġieba abbużiva, kliem u ġesti oxxeni, dagħa u insulti.", "REFEREES - NEFQA", "32723.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Nirriferi għat-tweġiba għall-mistoqsijja tiegħi nru.", "32252.", "Jista' l- Ministru jgħid kemm s'issa hija l-ispiża għar-referees għal din is-sena tal- football?", "Din is-sena żdiedu l-fees?", "Kemm jitħallsu l-uffiċjali għal kull logħba?", "Peress li l-istaġun se jispiċċa dal-waqt, il-gvern se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħlas tar-referees normalment isir fl- aħħar ta' l-istaġun.", "S'issa saru 88 logħba u mistenni li jsiru 20 logħba oħra sa' l-aħħar ta' l-istaġun.", "Il-miżati għal kull logħba din is-sena żdiedu minn Lm7 għal Lm8 fil-każ tar-referees u minn Lm5 għal Lm5.50 fil- każ ta' l-assistenti tar-referees.", "Il-Malta employees sports association għamlet talba lid-direttur taż-żgħażagħ u sport biex tingħata xi forma ta' għajnuna biex tagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż.", "Din it-talba għadha qed tiġi kkunsidrata.", "PULIZIJA - TIPJIP", "32727.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Mill-1 ta' Jannar sa llum jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna ittellgħet il-qorti talli inqabdu ipejjpu:", "1 f'karozzi tal-linja? 2 fl-isptarijiet? 3 fis-swali ta' divertiment/ċinema eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kien hemm erba' (4) persuni li nqabdu jpejpu f'post fejn it- tipjip huwa projbit.", "Dawn kienu fl-isptar San Luqa.", "PULIZIJA – LIĊENZJI TA' BOUNCERS/GĦASSIESA", "32728.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid dawk li jissejħu bouncers jew għassiesa tas-sigurta f'postijiet ta' divertiment għandhom bżonn liċenzja tal- pulizija?", "Jekk le, ma jaħsibx li dawn jieħdu sehem f'xi kors organizzat mill-pulizija dwar kif jittrattaw in-nies, dwar kontroll fi ġlied, koperazzjoni mal-pulizija eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "23014.", "MALTA EMPLOYEES SPORTS ASSOCIATION", "32730.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumitat li jmexxi l-malta employees sports association qed jipproponi li biex jitnaqqsu l-ispejjes tal- uffiċjali, jintużaw kemm jista' jkun uffiċjali tal-football (referees) li jaħdmu mal-gvern?", "Saru xi taħdidiet uffiċjali mal-awtoritajiet tal- football dwar dan?", "Jiffkonferma li hemm uffiċjali li jieħdu sehem fil- logħob waqt li jkunu xogħol u b'hekk qed jieħdu l-paga l-istess u anke ħlas għal logħba?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kumitat tat-tmexxija tal-Malta Employees Sports Association ilu jagħmel użu minn uffiċjali tal-football li jaħdmu mal-gvern u korpi parastatali għal diversi snin.", "Ir-referees dejjem kienu u għadhom jitħallsu għal-logħbiet kollha li jirrefjaw inkluż dawk organizzati mill-Malta Employees Sports Association.", "Bħalissa għaddejin taħditiet bejn il-kumitat tat-tmexxija tal-M.E.S.A. u uffiċjali tal-Malta Football Association u Malta Football Referees Association bl-iskop li jintlaħaq ftehim biex jitnaqqsu l-miżati tar-referees.", "KUNSILL EDUKATTIV GĦAL GĦAWDEX - MCAST", "32747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru.", "32431 u ċioe jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-fehma tal-kunsill edukattiv għal Għawdex dwar xi preżenza għandu l-MCAST f'Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-kunsill edukattiv għal Għawdex huwa tal­fehma li jew (1) kull Istitut ta' l­MCAST jkun jista' jagħti permess lill­iskola post­sekondarja Sir Mikelanġ Refalo biex tmexxi korsijiet li jkunu utli għall­istudenti Għawdxin u l­istudenti jagħmlu l­istess eżamijiet jew (2) li l­MCAST jiftaħ MCAST Gozo Centre f'post f'Għawdex.", "SEXUAL HARASSMENT", "32749.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħek kemm kien hemm rapporti dwar sexual harassment minn kollegi tax-xogħol fis-sena 1999, 2000, 2001?", "F'liema oqsma, kumpaniji pubbliċi, dipartimenti saru dawn ir-rapporti?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SIR ADRIAN DINLI JUNIOR LYCEUM", "32750.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq il-junior lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke?", "X'hemm maħsub li jintemm mix-xogħol sa l-aħħar ta' Diċembru 2002?", "X'xogħol se jsir fis-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol li qiegħed isir fil-junior lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke hu ikkonċertrat fuq naħa waħda (wing 1) ta' l- iskola, u miexi b'ritmu tajjeb.", "Bħalissa, ix-xogħol strutturali huwa kważi lest.", "Jonqos xogħol strutturali konness mal-main staircase ta' dik in-naħa ta' l-iskola.", "Issa bdiet il-fażi ta' stallazzjoni ta' servizzi, u dalwaqt ukoll jibda xogħol ta' finishes.", "Minn Ottubru u matul 2003, huwa maħsub li jibda jsir xogħol konness man-naħa l-oħra (Wing 2) ta' l-iskola, kif ukoll it-tkomplija tal-parti ċentrali tal-bini.", "ENEMALTA - SQAQ BORMLA - BORMLA", "32771.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq 39 Sqaq Bormla, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "OPERAZZJONI", "32774.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun tista issirilha l-operazzjoni li għandha bżonn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija nru.", "13567 f'seduta 235.", "PULIZIJA - TRADING LICENCES", "32795.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-kumpanija Starfruit Ltd?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar dettalji sabiex inkun nista` nikseb it-tagħrif meħtieġ."]} {"filename": "20010305_506d_par.doc", "date": "2001-03-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 506 It-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 506", "It-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "506", "It-Tnejn, 5 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 188", "KUNSENS GĦAL ATTI 188", "PETIZZJONI 188", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 189", "TQEGĦID TA' KARTI 192", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2) (IT- TIENI QARI)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 193", "AĠĠORNAMENT 212", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 218", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 505 li saret fis-27 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ngħarraf lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:-", "Att Nru. VIII ta' l-2001 - Att ta' l-2001 li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni; u", "Att Nru IX ta' l-2001 - Att ta' l-2001 li Jimplimenta Miżuri ta' l- Estimi.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, qed nippreżentalek petizzjoni ffirmata mir-residenti ta' Triq Arznell, San Pawl il-Baħar, u mill-impjegati fl- iskola internazzjonali ta' l-Ingliż dwar il-bżonn ta' ċertu xogħol fil- lokal.", "Dawn bl-umiltà kollha qed jitolbu biex ix-xogħol ta' embellishment li kien diġà beda taħt amministrazzjoni Laburista fl-1997 jitkompla għax bħalissa l-kondizzjoni ta' din it-triq hija waħda tal-biki u trid issir mill-ġdid.", "Għaldaqstant dawn qed jagħmlu din il-petizzjoni lil din il- Kamra biex, jekk jogħġobha, tara li tiġbed l-attenzjoni meħtieġa, b'mod partikolari tad-dipartiment tat-toroq, biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa fuq din it-triq.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23123.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22790?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel domanda dwar id-day school ta' Santa Marija fl-Imsida.", "Il-ġenituri tat-tfal li jattendu din l- iskola ġew informati li l-iskola se tagħlaq.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-ġenituri ġewx ikkonsultati u kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diġà kelli l-opportunità li f'din il-Kamra nagħti informazzjoni fuq dan is-suġġett, fis-sens li l-iskola speċjali li għaliha qed issir riferenza hija skola fejn in-numru ta' studenti huwa wieħed limitat u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, anke fid-dawl tat-titjib li nixtiequ nġibu f'dan is-servizz, iddeċidiet li din l-iskola tikkonvertiha f'ċentru ta' riżorsi għall-qasam tat-tfal bi bżonnijiet speċjali, tfal li għandhom bżonn sistema ta' edukazzjoni inklussiva u li għandhom bżonn ċertu support.", "Allura qed jittieħdu l-miżuri biex issir transizzjoni bl-akbar għaqal possibbli.", "Għandna xi tfal li jkunu jridu jattendu fi skejjel bħalma huma San Miguel, hemm oħrajn li jistgħu jmorru l-Wardija u oħrjan li jmorru l-Guardian Angel.", "B'dan il-mod il-faċilità li għandna l-Imsida nkunu nistgħu nittrasformawha f'ċentru ta' riżorsi li fih ikun hemm uffiċjali u nies speċjalizzati f'dan il-kamp, bl-iskop li nikkordinaw aħjar it-titjib u l- programmi li huma meħtieġa f'dan il-qasam.", "B'hekk inkunu nistgħu nimbuttaw b'mod iktar effettiv programmi ta' taħriġ, programmi ta' riżorsi għal skejjel speċjali oħrajn u anke għal skejjel normali, primarji u sekondarji - u dan dejjem qed isir iktar urġenti u importanti - li fihom għandna tfal li qegħdin taħt l-iskema ta' inclusive education.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ladarba l-Ministru għoġbu jirrispondi mistoqsija fuq tfal bi bżonnjiet speċjali, jista' jgħidilna meta hemm il- ħsieb li jkun hemm pool ta' persuni - naf li hu diffiċli għax mhijiex soluzzjoni faċli - li jkunu jistgħu jissostitwixxu facilitators jew kindergarten assistants li għal xi raġuni jew oħra jkunu assenti u minħabba f'hekk it-tfal ma jitħallewx jattendu l-iskola?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien qed nittama li dawn in-nies jiġu mpjegati fl- iqsar żmien possibbli, dejjem suġġett għax-xogħol li jrid isir mid- diviżjoni biex timpjega lil dawn in-nies u torganizzahom flimkien.", "Jien ngħid li din il-pool ta' facilitators tista' tagħtina soluzzjoni immedjata iżda temporanja.", "Nemmen li s-soluzzjoni rridu nkomplu ninsistu għaliha fuq raġunijiet ftit iktar differenti.", "Hemm diskussjonijiet li nemmen li għandhom jagħtuna frott anke ma' l-MUT fuq dan is-suġġett, però l-proċess li nispera li jibda jagħtina xi riżultati ta' individualised educational programme naħseb li għandu jwassal għal sitwazzjoni fejn tfal li jiġu ċċertifikati bħala tfal li għandhom bżonnijiet speċjali imma li mhux neċessarjament jispiċċaw barra mill-klassi jekk ma jmurx il-facilitator għaliex ikunu tfal li jkollhom ċerti diffikultajiet jekk wieħed juża s-sens komun u l-iskola tkun qed issegwi ċerta policy għandna nsibu mezz kif dawn it-tfal jibqgħu fil-klassi.", "Ħafna drabi jkun hemm xi facilitator oħra li tista' żżommhom sakemm jiġi ċċertikat li dawn it-tfal la se jkunu ta' ħsara għalihom infushom, la ta' ħsara għal ħaddieħor u lanqas ikunu tfal li jagħmlu xi disturb partikolari fil-klassi.", "Naħseb li l-idea ta' pool facilitators għandha ssolvi parti mill-problema f'dan ir-rigward però mhix se ssolvi kollox.", "B'danakollu xorta waħda hemm bżonn li jkollna dan il-pool ta' facilitators u nittama li din il-miżura tkun tista' tiġi implimentata mill-aktar fis possibbli.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "23493.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22744?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Bil-liġi nkjesti maġisterjali huma konfindenzjali u konsegwentement l-informazzjoni tista' tinġabar biss mill-maġistrat inkwerenti.", "Saret talba apposta lil kull maġistrat mid-direttur ġenerali tal-qorti u s-segwenti magistrati taw din l-informazzjoni:", "Dr. Silvio Meli xejn Dr. Michael Mallia 1 Dr. Noel Cuschieri 84 Dr. Abigail Lofaro 114 Dr. Saviour Demicoli 13 Dr. Joseph Apap Bologna 361 Dr. Giovanni Grixti 50", "Dawn il-maġistrati ma tawx id-dettalji l-oħra u kien hemm maġistrati li ma rrispondewx.", "Nixtieq ngħid ukoll li jien ma naqbilx li l-principju tal-konfidenzjalità ta' l-inkjesti jestendi għan-numru pendenti jew għal meta bdew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Imma jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu jsir dawk l-ammont kbir ta' nkjesti li għadhom m'humiex konklużi?", "Dawn qed joħolqu ħafna tbatijiet għax ċerti kawżi ilhom pendenti s-snin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, jien ċert li l-Onor.", "Farrugia jaf li t- tqassim tax-xogħol bejn il-maġistrati mhuwiex kompitu tal-ministru - ħlief f'każi eċċezzjonali ħafna - imma huwa prinċipalment f'idejn il-Prim Imħallef.", "Jaf ukoll li l-ministru tal-ġustizzja m'għandux funzjoni ta' dixxiplina fuq il-maġistrati, imma l-awto-ġestjoni tal-ġudikatura titfa' r- responsabbiltà kolleġġjali fuq il-maġistrati stess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-Ministru fir-risposta tiegħu qed jgħid li hemm maġistrati li ma tawx l-informazzjoni dwar kemm għandhom inkjesti mhux magħluqa.", "Bħal fil-każ tal-kawżi ċivili, dawn l-inkjesti pendenti wkoll joħolqu tbatija għal dawk li jkunu involuti fihom, b'mod speċjali għal dawk li jkunu jridu li tingħalaq l-inkjesta biex imbagħad ikunu jistgħu jipproċedu ulterjorament.", "Mhux sewwa li jkollna nkjesti li jdumu biex jingħalqu snin sħaħ.", "Allura jidhirlu l-Ministru li għandu jkun hemm żmien stipulat biex inkjesta tingħalaq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett tajjeb li ma niġġeneralizzawx għax mhux kull inkjesta hija ekwivalenti għal oħra.", "B'danakollu naħseb li n-numru ta' nkjesti pendenti li hemm quddiem ċerti maġistrati huwa inaċċettabbli u naħseb ukoll li l-fatt li hemm numru ta' nkjesti li ilhom pendenti ħafna - għalkemm kif għedt mhux kull maġistrat jara l-informazzjoni – ukoll huwa inaċċettabbli.", "F'żewġ okkażjonijiet separati ktibt lill-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja fejn indikajt li ma naqbilx mar-rifjut tal- maġistrati li jagħtu din l-istatistika bażika, u f'każi oħra ktibt fuq numru ta' nkjesti fil-qrati ta' Għawdex - fejn din l-istatistika kienet available - u għedt li mhux aċċettabbli li din is-sitwazzjoni tibqa'.", "Imma nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jifhem li d-distinzjoni bejn l- eżekuttiv u l-ġudikatura timponi li jien nista' nasal biss sa ċertu punt u ma nistax nasal oltre minn hekk.", "Bil-liġi hemm it-termini kif inkjesta għandha tiġi magħluqa u meta għandha tiġi magħluqa.", "Irrid ngħid ukoll – biex inkunu ċari - li mhux dejjem ikun tort tal- maġistrat għax ċerti nkjesti jiddependu mill-opinjoni u mill-analisi ta' l- esperti.", "F'ċerti kampi għandna problemi kbar ta' nuqqas ta' esperti għax m'għandniex numru biżżejjed ta' esperti indipendenti - niftakru li bil-liġi dawn ma jistgħux ikunu mpjegati tal-gvern - u allura l-esperti li għandna jitgħabbew b'ħafna każi u sfortunatament idumu ma jagħmlu r-rapport tagħhom.", "Jiġifieri wieħed irid iħares ukoll lejn il-problemi l-oħra.", "Però xorta nibqa' ngħid li għad hemm numru kbir ta' nkjesti li messhom inqatgħu qabel u nistenna li l-awto-regolamentazzjoni tal-ġudikatura testendi wkoll - jew direttament bejn il-ġudikatura jew tramite l-kummissjoni għall- amministrazzjoni tal-ġustizzja - biex wieħed jiġbed l-attenzjoni fejn għandu jiġbidha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien ma kontx qed nippretendi li l-Ministru jmur personalment fuq xi maġistrat u jistaqsih għaliex għadu m'għalaqx l- inkjesta .", "Però l-Ministru jżomm laqgħat regolari mal-President tal-Qrati, u anke fil-laqgħlat tal-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja jista' jiġbdilhom l-attenzjoni għal dan.", "Kif japprezza l-istess Ministru, hemm ċerti nkjesti li fihom ikun hemm problemi anke ta' familjari li jkunu qed jistennew ċerta riżultanza mill-inkjesta.", "Jiena naf b'każi fejn għandek familji li lanqas ikunu jistgħu jidħlu fil-post tal-ġenituri tagħhom sakemm tingħalaq l-inkjesta minħabba li l-maġistrat ikun qed jistenna xi riżultati mingħand l-espert.", "Allura f'dan is-sens, għalkemm il- maġistrat huwa untouchable, naħseb li l-awtoritajiet jistgħu jibagħtu messaġġ li mhux sewwa li dejjem jitqabbdu l-istess esperti meta dawn ikunu diġa' mgħobbijin bix-xogħol u meta hawn nies oħra li jistgħu jitqabbdu biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Ma naħsibx li jkun fair għas-soċjetà li nibqgħu sejrin b'din is-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nikkondividi għal kollox il-preokkupazzjoni espressa mill-Onor.", "Farrugia.", "Nassigurah li kif qajjimt formalment mal- kummissjoni għall-aministrazzjoni tal-ġustizzja l-inaċċettabilità ta' ċerti sitwazzjonijiet, inqajjimha wkoll fil-laqgħat regolari li jkolli mal-Prim Imħallef.", "Per eżempju, fil-Qorti ta' Għawdex għandna nkjesta fuq biċċa serqa li ilha mil-1988, xi ħaġa totalment inaċċettabbli.", "Però, kif diġa' għedt, jiena nista' nasal biex niġbed l-attenzjoni - u ġbidtha diversi drabi - però iktar minn hekk ma nistax nagħmel.", "Jien tippreokkupani wkoll l-għażla ta' l-istess nies bħala esperti fuq ċerti affarijiet.", "Nifhimha li l-esperti fil-fingerprints huma limitati għax prattikament hemm wieħed u ma nafx x'se jiġri meta jispiċċa dan l- espert, però f'taqsimiet oħra żgur li għandna numru ta' nies li jistgħu jiġu nnominati.", "Jien naqbel mal-kontenzjoni li l-maġistratura għandha tkun libera li tagħżel hi l-esperti tagħha u mhux jimponihomlha l-gvern - u hekk għandu jkun – però nitlob ukoll li l-maġistratura tifhem li ma tistax dejjem tibqa' tagħżel l-istess nies għal ħafna każi għax dan qed iwassal għal ħafna dewmien inġustifikat, meta f'diversi oqsma għandna mhux espert wieħed jew tnejn imma ħafna iktar minn hekk, nies li huma available biex jagħmlu l-inkjesti.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA – SOIL SCIENCE", "23647.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal- biedja li tħarrġu fuq l-analisi tal-livelli ta' l-ilma u tal-ħamrija matul l-1999 u s-sena 2000?", "Min ikkordina t-taħriġ tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-istudenti kollha tal-kulleġġ jitħarrġu fuq l-analisi tal-livelli ta' l-ilma u tal-ħamrija kemm fil- kulleġġ kif ukoll fil-laboratorji fl-Għammieri.", "Is-suġġett soil science qiegħed fl-ewwel sena tas-sillabu waqt li s-suġġett tal-mikroboloġija qiegħed fit-tielet sena.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA – ORGANIC FARMING", "23648.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti fil-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq il-produzjoni agrikola organika matul 1999 u 2000?", "Fuq liema varjetajiet tħarrġu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-produzzjoni agrikola organika huwa suġġett ġdid u s'issa f'dan il-qasam sar biss xi xogħol fuq id-dwieli.", "Il-kulleġġ bħalissa qiegħed f'kuntatt ma' l-Italja biex fil-futur qrib l- istudenti jmorru Bologna biex jitħarrġu iktar f'dan il-qasam.", "Il-kulleġġ qed jistħarreġ kif dan it-taħriġ jista' jsir permezz tal-programm Leonardo..", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq li l-Ministru jelabora ftit aktar dwar l- istudenti li se jmorru Bologna biex ikomplu jitħarrġu.", "Qed issir konsultazzjoni mad-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju ma tantx hemm wieħed xi jgħid, fis- sens li dan huwa l-programm ta' dan il-kulleġġ.", "Naf li jkunu qed isiru konsultazzjonijiet mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u meta l-kwestjoni tkun iktar konkreta wieħed ikun jista' jagħti l-informazzjoni.", "Kif indikajt fir-risposta, il-kulleġġ qiegħed jippjana li jagħmel proposta u applikazzjoni biex din iż-żjara tkun tista' ssir taħt il- programm edukatttiv ta' l-Unjoni Ewropea Leonardo.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar membri ta' staff mhux akkademiku fl-Universita' ta' Malta li ngħataw allowance - li mhix qualification allowance - bejn l-1996 u l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24090.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 42 ta' l-2001 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikli ta' l-Att ta' l-2001 li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi; u", "Avviż Legali Nru 43 ta' l-2001 - direttiva għall-ħruġ ta' Lm30 miljun 6.65% stocks tal-Gvern ta' Malta 2016;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 33 ta' l-2001 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2001 dwar is-Sigurezza tal-Prodotti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) Mr Speaker, f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-2001 - avviż dwar kumpannija msemmija;", "Modifika ta` kull ftehim u liċenza tas-sistema tal-cable maħruġ lill- Melita Cable p.l.c., skond artikolu 46 ta` l-att ta` l-1997 li jirregola t-Telekomunikazzjoni;", "Modifika ta` kull ftehim u liċenza tas-sistema ta` radio-paging maħruġ lil Telepage Ltd, skond artikolu 46 ta` l-Att ta` l-1997 li jirregola t-Telekomunikazzjoni;", "Modifika tal-liċenza tas-sistema u servizzi ta` radio tracking mahrug lil Datatrak Systems Ltd, skond artikolu 46 ta` l-Att ta` l-1997 li jirregola t-Telekomunikazzjoni;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar irziezet liċenzjati mal-pulizija biex irabbu t-tiġieġ, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23757;", "Tabella li turi l-għadd u t-tip ta' reati kriminali rrapportati f'Santa Venera bejn l-1997 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23987; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar il-pagi u allowances li jirċievu mpjegati fil-fondazzjoni għas-servizzi mediċi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23948.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 31 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 dwar estradizzjoni (pajjiżi barranin speċifikati);", "Avviż Legali Nru 32 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 dwar il- konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni għal reati fiskali;", "Avviż Legali Nru 34 ta' l-2001 - regolamenti ta' l-2001 li jemendaw il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (emenda nru 2);", "Avviż Legali Nru 35 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 36 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 37 ta' l-2001 - ordni ta' l-2001 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 38 ta' l-2001 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' partijiet mill-Att ta' l-1995 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 39 ta' l-2001 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' artiklu 5 ta' l-Att ta' l-1995 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;", "Avviż Legali Nru 40 ta' l-2001 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' ċerti artikli ta' l-Att ta' l-2001 dwar il-Proċeduri Legali;", "Avviż Legali Nru 41 ta' l-2001 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' parti mill-Att ta' l-2001 dwar il-Proċeduri Legali; u", "Skeda li tagħti tagħrif dwar l-allokazzjoni ta' fondi lill-kunsilli lokali għall-perjodu 2001-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA (EMENDA NRU.", "2)", "CONSTITUTION OF MALTA (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Frar, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, din il-ġimgħa kien hawn min ħa l- okkażjoni – għalkemm forsi din messna stennejniha peress li nhar is-Sibt se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali – u tħajjar jinterpreta l- pożizzjoni tagħna bħala li għandna xi ħaġa kontra l-kunsilli lokali.", "Kellna lill-viċi prim ministru fuq NET Television u anke kellna lill-prim ministru siequ fuq l-oħra fil-każin tal-Mosta jipprovaw ipinġuna li aħna qed nipprovaw nostakolaw xi ħaġa.", "Fil-verita' aħna nemmnu li dan huwa proċess li trid tħallih jimmatura mhux kif għamel il-Partit Nazzjonalista, li qatt ma ta dan iċ-ċans għar- raġunijiet li spjegajt qabel.", "Kieku verament gvern Nazzjonalista ried jaħdem fl-interess taċ-ċittadin, kien ikun ferm aħjar li l-kunsilli lokali jitħallew jimmaturaw u ċ-ċittadini jitħallew jagħżlu persuni ta' fiduċja biex imexxu l-kunsilli.", "Pero' dan il-Partit Nazzjonalista qatt ma riedu.", "Kif spjegajt fl-aħħar intervent tiegħi, fil-kunsilli lokali hemm democratic deficit għax spiċċajna f'sitwazzjoni ta' dominanza Nazzjonalista, li mbagħad ħafna drabi tirrifletti ruħha f'arroganza.", "Għalhekk li ġejna kostretti li nerġgħu nsibu l-bilanċ - nistgħu ngħidu li issa dan il-bilanċ ilħaqnieh - pero' l-Partit Nazzjonalista għandu jara li għal darba ma jkunx daqshekk arroganti.", "Kieku verament sħabna tan-naħa l-oħra kienu serji, ma joqogħdux jagħmlu ħafna kummenti żejda waqt kampanja elettorali meta l-Att li jemenda l-Kostituzzjoni għadu quddiem il-parlament.", "Meta għandek dibattitu għaddej fuq artiklu ġdid fil-Kostituzzjoni, m'għandekx tħalli l- emozzjoni politika tiġri bik u tmur f'każini politiċi u fuq NET television u tibda tisparla 'l hinn 'l hawn.", "Dik m'hijiex serjeta'.", "Issemma ħafna l-kunsill lokali tal-Mosta fejn l-indħil politiku huwa sfrenat.", "Ta' min jgħid li s'issa dan il-kunsill dejjem kien immexxi minn kunsilliera Nazzjonalisti għax s'issa fil-Mosta dejjem kien hemm aktar Nazzjonalisti għalkemm id-distakk kulma jmur dejjem jonqos.", "Jien ma nafx kif lejliet l-elezzjoni tal-kunsilli lokali n-Nazzjonalisti qed jipprovaw jipperswadu lill-pubbliku li l-iżbilanċ finanzjarju li hemm fil-kunsill lokali tal-Mosta huwa kollu dovut għall-fatt li meta konna aħna fil-gvern ma tajnihomx flus biżżejjed.", "Meta smajt dan jien għedt bejni u bejn ruħi: Possibbli l-pubbliku huwa daqshekk mazzun!", "Riċentement is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għamel konferenza stampa u kellu quddiemu lil tal-gazzetti.", "Pero' meta jien fittixt fuq il-kwestjoni taħraq li teżisti fuq il-problema finanzjarja tal-kunsill lokali tal-Mosta u kif il- Partit Nazzjonalista mexxa dan il-lokal, ma sibtx linja waħda li tispjega dak li pprovaw jipperswaduna bih l-Onor.", "Fenech Adami, l-Onor.", "Austin Gatt u kulmin kien hemm il-bieraħ fil-każin Nazzjonalista tal-Mosta.", "Fil-laqgħa tal-bieraħ fl-aħħar mumenti ħareġ is-sindku jqassam detailed accounts fuq x'ġara u ma ġarax.", "Allura fejn hi l-verita'?", "Kif tista' tkun daqshekk kredibbli meta din il-problema ilha teżisti u ilna nsemmuha f'dan il- parlament snin sħaħ!", "Mhu veru xejn li hemm it-trasparenza.", "Il-Malti jgħid li biex tiskonġra trid tkun pur.", "Dawn ma jistgħux jattakkaw lilna meta għandhom daqshekk problemi.", "Il-verita' hi li l-Partit Nazzjonalista ma tantx għandu biex jiftaħar bil-kunsill lokali tal-Mosta.", "Dan huwa eżempju ċar kif m'għandux jitmexxa kunsill lokali, kemm jekk ikun hemm maġġoranza Nazzjonalista kif ukoll meta jkun hemm maġġoranza Laburista.", "Ħaġa oħra interessanti li għamlu l-kunsilliera Nazzjonalisti tal-Mosta kienet li dawru t-traffiku.", "Fejn qabel biex tidħol il-Mosta l-ewwel kont trid tgħaddi minn quddiem il-knisja, biddlu r-rotta biex dak li jkun jgħaddi minn warajha.", "Imma l-bieraħ il-Ministru Ċensu Galea qalilna li t-traffiku se jerġgħu jdawruh ħalli l-ewwel dak li jkun jgħaddi mill-pjazza tal-Mosta.", "Dawn qed jagħmlu hekk biex jisirqu l-voti.", "Taħsbu li l-Mostin mhux se jerfgħuhielkom fil-komma din nhar is-Sibt!", "Jekk ma jagħmlux hekk verament ma jkunu qed jifhmu xejn għax din hija ġirja għall-voti.", "Dak li ridna aħna issa qed jaqblu miegħu huma u naħseb li għad jiġi żmien meta tan- naħa l-oħra jaqblu wkoll li l-kunsilli lokali għandhom ikunu ħielsa.", "(Interruzzjonijiet) X'ma għamlux lejliet l-elezzjonijiet ġenerali ta' Settembru 1998!", "Dawn għamlu mandati ta' inibizzjoni fil-qorti u saħansitra l-Onor.", "Edwin Vassallo ntefa' f'nofs il-pjazza!", "Lanqas naf x'ma għamlux dawn u issa qed jgħidu li fiċ-ċirkostanzi attwali għandhom jerġgħu jdawru t-traffiku.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Censu Galea deher fuq NET television iżda staħa jgħid li biex titwessa' Triq il-Ħtajriet ħadu proprjeta' ta' familji Laburisti li ma kellhomx ħliefha, imbagħad djar li jappartjenu għal werrieta Nazzjonalisti ma messuhomx.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx jekk jiġux minnek imma qalu li dawn kienu ta' xi ħadd mill-Belt!", "Jien mhux qed ngħid li din it-triq ma kellhiex titwessa', imma mhux sew li lil min waqqgħulu d-dar u lil min ħallewhielu hemm biex ibiegħha Frank Salt!", "Din hija d- demokrazija sħiħa li temmnu fiha!", "Dan huwa l-kunċett ta' kif immexxu l- kunsill lokali fil-Mosta!", "Biex tara l-affarijiet sew mhux toqgħod sieq fuq sieq fil-każin tal-Mosta trid imma tagħmel passiġġata mat-toroq tal-Mosta u tibqa' tiela' sal-housing estate bħalma għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L-aħħar darba l-leader tagħna qabad u mexa matul Gafa' Street u baqa' tiela' sa fuq u kulħadd fetaħlu, Laburisti u Nazzjonalisti.", "Imqar li kieku l-prim ministru jmur sa Ta' Mlit forsi jinduna bit-telqa u d-diżastru li hemm hemmhekk!", "Kultant hemm ikun qisu wieħed minn dawk il-ghettos ta' Brixton ġewwa Londra u tibża' tgħaddi minn hemm għax jew tara xi annimal stramb ħiereġ minn x'imkien ...", "(Interruzzjonijiet) Kif qatt jista' l- pubbliku Malti jieħu l-gvern Nazzjonalista bis-serjeta'!", "Il-gvern jiftaħar bl-emenda kostituzzjonali u jgħid li minkejja li l-oppożizzjoni qed taqbel fil-prinċipju qed tattakka l-kunċett tal-kunsilli lokali.", "Aħna nattakkaw lil dawk il-kunsilli lokali mmexxija minn Nazzjonalisti li mhux veru għandhom għal qalbhom l-interess tal-lokal imma ħsiebhom biss biex ikunu kuntenti huma bħall-anġli tal-festa u biex ikunu paraventu għall- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Biex tara x'ġara u ma ġarax fil-kunsilli lokali trid tagħmel l- investigazzjonijiet.", "Qed ngħid dan għax ̧ per eżempju, ġieli jiġri li xi ħadd ikun semma xi ħaġa li se joħorġu t-tenders u mbagħad jiġu fformati kumpanniji qabel ma joħorġu dawn l-istess tenders u Alla jbierek it-tender jirbħuha huma.", "Dawn huma affarijiet ta' l-għaġeb u Allaħares tkun taf min ikun hemm warajhom dawn il-kumpanniji.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq tenders ta' xi bankina jew fanal imma qed nitkellmu fuq mijiet ta' eluf ta' liri.", "Għalhekk il-prim ministru għandu jara li jagħmel an open debate dwar x'ġara u ma ġarax f'dawk il-kunsilli lokali li fihom hemm dominanza ta' kunsilliera Nazzjonalisti u kif ingħataw ċerti kuntratti.", "Dawn l-affarijiet għandu jgħidhom barra 'l parlament ħalli n- nies ikunu jistgħu jistaqsuh u hu jkun jista' jweġibhom.", "B'hekk nistgħu naslu biex inkunu nafu l-verita' u naraw min huma l-persuni konċernati li ħadu dawn it-tenders, forsi nsibu li hemm ukoll xi parentela ma' xi ħadd li għandu t-tmexxija ta' dawn il-kumpanniji li qed jieħdu kuntratti kbar.", "Kif nistgħu ndaħħlu l-kunċett kostituzzjonali li jpoġġi fuq nett il- kunsilli lokali mbagħad ma naħsbux li għandu jkun hemm qafas ieħor awtonomu li jkun 'il fuq mill-kunsilli lokali, li jkun suġġett għall-parlament u li jkollu l-poter li jinvestiga u jara l-andament tal-finanzjament ta' dawn il-proġetti u li l-affaijiet ikunu qed isiru b'mod trasparenti u ħieles?", "Ma jistax ikollok dibattitu serju jekk ma noħorġux il-fatti kif inhuma.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Gonzi quddiemu kellu qatta Nazzjonalisti u ħadd minnhom ma kellu l-kuraġġ ilissen l-iċken kritika meta hemm tant x'tikkritika.", "Sur President ̧ nhar is-Sibt li għadda attendejt għal waħda mill- konferenzi li organizza l-ministeru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "F'din il-konferenza – jiddispjaċini li attendenza kienet waħda fjakka, pero' naħseb li t-timing tal-konferenza ma kienx tajjeb minħabba li qegħdin lejliet l-elezzjonijiet - ingħad kemm huwa importanti li ninkludu l-NGOs u l-għaqdiet volontarji mal-kunsilli lokali.", "Issemma li l-kunsilli lokali għandhom jinjettaw dik l-attivita' biex dawn l-NGOs u l-għaqdiet volontarji jagħtu l-parti tagħhom, pero' min-naħa l-oħra ma rridux immorru għall- estrem u nitilqu bil-ħsieb, kif donnu qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista, li nneżżgħu r-responsabbilta' tal-gvern ċentrali u ngħaddu kważi kollox lill-gvern lokali biex b'xi mod nisvestu ruħna minn din ir-responsabbilta'.", "Per eżempju, il-kunsilli lokali ma jistgħux jagħmlu tajjeb għal ċerti affarijiet li suppost jieħu ħsiebhom id-dipartiment tas-saħħa.", "Dawn l- affarijiet irridu noqogħdu attenti għalihom għax m'għandniex nitilqu bl- idea li donnu qisna m'aħniex kuntenti kif immexxu aħna pero' nistgħu nkunu kuntenti billi ngħaddu l-problemi fuq ħaddieħor.", "Kif għedt fil-bidu ta' l- intervent tiegħi llejla, il-kunsilli lokali rridu nħalluhom jimmaturaw.", "Per eżempju, il-gwardjani lokali mhumiex aċċettati kullimkien u allura hemm bżonn li din il-problema nindirizzawha u mhux naqbdu u naqtgħu linja.", "Fil-konferenza li semmejt aktar qabel issemmiet il-kwestjoni tar- reġjonalita' pero' meta aħna konna ġbarna l-kunsilli lokali tan-nofsinhar ta' Malta biex naraw xi proġetti nistgħu nagħmlu magħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni, infrastruttura, ippjanar u dwar problemi soċjo- ekonomiċi, tan-naħa l-oħra kienu ddieħku bina.", "Per eżempju, f'Għawdex hemm ċerti kunsilli lokali li jistgħu jagħmlu ħafna xogħol imma għandek kunsilli lokali oħrajn li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Għax kif nista' nippretendi li l-kunsill lokali ta' Kerċem jew ta' l-Għasri, per eżempju, jagħmlu ċerti proġetti meta l-popolazzjoni tant hija limitata!", "Allura wieħed bilfors ikollu jagħmel xi ħaġa on a larger scale u aħna konna korretti meta konna qed naħsbu fuq din il-linja.", "Per eżempju, meta konna fil-gvern diġa' konna qed naħsbu li Għawdex għandu jkollu l-kunsill reġjonali tiegħu.", "Din hija xi ħaġa importanti biex nimxu 'l quddiem u għalhekk aħna qegħdin ngħidu li fil-Kostituzzjoni għandna nirrikonoxxu l- eżistenza tal-gvernijiet lokali.", "Għandna wkoll il-kwestjoni li l-Għasri ̧ per eżempju, għandu l-kunsill lokali tiegħu u Fleur-de-Lys m'għandux, xi ħaġa li ilha tiġi dibattuta pero' donnu li għadna m'aħniex naraw biżżejjed l-interess tal-lokal.", "Sur President, issa rrid nitkellem ftit fuq l-emenda ta' artikolu 44 tal- Kostituzzjoni li titkellem fuq dawk il-persuni li jkunu Malta u jkollhom dritt għall-freedom of movement.", "Dwar dan il-Partit Laburista kien ħareġ white paper għax f'pajjiżna minn dejjem kien ikun hawn il-barranin.", "Per eżempju, niftakar li meta kont tifel ħdejna kien ikun hemm ħafna suldati Ingliżi li xogħolhom kien Ta' Qali, li kienu jinżlu hemmhekk biex jixorbu jew biex jagħmlu passiġġata, u ovvjament kien ikun hemm min jiltaqa' ma' xi Maltija u jispiċċa biex jiżżewwiġha, pero' dik hija parti mill-ħajja.", "Sa hawnhekk m'hemm xejn ħażin, pero' x'inhu jiġri f'pajjiżna llum?", "Apparti l- problema finanzjarja, għandna wkoll il-problema ta' l-immigrazzjoni illegali u hemm bżonn nagħtu s-sehem tagħna biex din il-problema ma tkomplix tikber, għalkemm l-indikazzjoni hija li qed tikber.", "Pero' minkejja dan, jidher li l-gvern Nazzjonalista ma jidhirx li huwa daqshekk ħerqan biex verament jindirizza din il-problema.", "X'qed isir ma' korpi ta' pulizija viċini, bħat-Taljani, il-Griegi u l-Għarab biex tiġi organizzata task force internazzjonali ħalli fejn tkun qed issir immigrazzjoni illegali jkun hemm assistenza immedjata?", "Per eżempju, fil-Karibew, fejn hemm ħafna gżejjer bħal Malta - tant jaħirbu nies li minn Kuba jmorru l-Ġamajka, mill- Ġamajka jmorru l-Amerka, minn Montserrat imorru St Lucia u minn St Lucia jmorru Puerto Rico eċċ. - hemmhekk ingħaqdu flimkien għax irrealizzaw li ma jistax ikun li jibqgħu waħedhom.", "Sur President, ma nistax ma nikkumpatixxix membri tal-korp tal-pulizija li weġġgħu meta daħal il-vapur \"Carthage\" li minnu niżlu ħafna Tuneżini.", "(Interruzzjonijiet) Kif tista' żżommhom dawn?", "Kien hemm pulizija li qalgħu xebgħa u kien hemm min saħansitra gidmulu wiċċu.", "Allura bilfors trid tagħmel xi ħaġa li tkun ikkordinata.", "Ma tistax tikkonvinċi lilek innifsek li b'dawn li għandna naħdmu.", "Hawhekk ma nistax ma nsemmix ̧ per eżempju, li ħafna Tuneżini jew Sirjani qed isibu tfajla li tkun għadha kemm għalqet 18-il sena li wara li jeħduha tiekol u tixrob u wara li jagħmlulha ħafna parties, dawn jieħdu grazzja magħha u jiżżewġuha u mbagħad dawn il- barranin jieħdu l-exempt status.", "Per eżempju, nafu li fl-1999 kien hemm 258 li ngħataw exempt status.", "Ovvjament ikun hemm każi ġenwini għax mhux kull barrani li jiżżewweġ Maltija jkun qed jabbuża.", "U għalhekk aħna naqblu li fejn jidħol żwieġ għandu jkun hemm żmien ta' mhux inqas minn ħames snin qabel wieħed jingħata ċ-ċittadinanza Maltija għax b'hekk wieħed ikun jaf jekk dak ikunx żwieġ ta' konvenjenza jew le.", "Issa jekk xi ħadd jinqabad li għalkemm ma jkunx separat bil-liġi iżda jkun separat de facto, il- ministru xorta għandu l-poter li fl-interess pubbliku ma jagħtihx iċ- ċittadinanza.", "Dawn il-każi mhux se tkun taf bihom mill-gazzetti imma trid tiltaqa' magħhom fit-triq.", "Dan tkun għaddej mit-triq u jiġi wieħed jgħidlek li għalkemm lit-tifla ta l-aqwa edukazzjoni u ta trobbija tajba, din spiċċat biex iżżewġitlu Sirjan jew Libjan – jien m'għandi xejn kontra s- Sirjani u l-Libjani - imbagħad wara xi seba' snin reġgħet spiċċat għand ommha b'ħafna problemi.", "Għalhekk jien nemmen li rridu nkunu ħarxa f'dawn l-affarijiet għax hemm bżonn li nipproteġu lit-tfajliet u ġuvintur Maltin li sforz l-immaturita' jidħlu f'dawn il-problemi.", "Pero' min-naħa l-oħra rridu naraw li legalment l-affarijiet nagħmluhom aktar diffiċli u allura hemm bżonn li ndaħħlu miżuri, anke kostituzzjonali, li jindirizzaw din il- problema.", "Per eżempju, għandna każi ta' tfal li twieldu f'pajjiżna iżda spiċċaw barra minn Malta fejn forsi biddlu wkoll iċ-ċittadinanza u tilfu ċ- ċittadinanza Maltija.", "Jien naf b'ħafna problemi anke biex wieħed jieħu l- edukazzjoni.", "Għalhekk jidher li f'dan ir-rigward il-gvern Nazzjonalista m'għandux foresight għax f'dak li għandu x'jaqsam ma' freedom of movement għalxejn tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid hekk għax jekk nidħlu fl- Unjoni, tilleġisla kemm tilleġisla u tagħmel kemm tagħmel tibdil kostituzzjonali, wieħed jista' jiġi hawnhekk u ma tkunx tista' tikkontrollah.", "Ladarba jkun daħal ikun daħal u jkun sar parti mill- istruttura ta' l-Unjoni Ewropea.", "Teżisti konvenzjoni li tgħid li jekk koppja tkun f'Malta ̧ per eżempju, u l-mara twelled hawnhekk, dik it-tarbija jkollha dritt li tiġi tgħix hawnhekk.", "Fil-fatt din riedu jwessgħuha pero' kien hemm oppożizzjoni minn ċerti pajjiżi.", "Jekk hawn pajjiż traskurat f'dawn l-affarijiet li ħalla din il-problema tikber u tiskala huwa l-Italja u issa hemmhekk qegħdin jippruvaw jindirizzaw il-problema.", "Dik hija problema tagħhom għax il-problemi tagħna aħna rridu nindirizzawhom.", "Ħafna drabi nitkellmu fuq iben jew bint koppja li jkun ilhom miżżewġin aktar minn ħames snin, imma x'jiġri minn dawk l-ulied ta' koppja li għal xi raġuni jew oħra tkun isseparat?", "Minkejja li aħna suppost irratifikajna l-konvenzjoni dwar il-kustodja u suppost għandna kollox jaħdem tajjeb, fil- verita' meta ġejna biex inħaddmu din il-konvenzjoni kien hemm xi problemi.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-każ ta' dik il-koppja Għawdxija li tqajjem fil- Parlament Ewropew u li dwaru ġejna kkritikati minn pajjiżi oħra bħall- Ingilterra.", "Per eżempju, jien għandi korrispondenza sħiħa anke ma' waħda mill-membri parlamentari li qajmet il-każ u din lili staqsietni x'ġara.", "Fil-fatt minkejja li rratifikajna konvenzjoni għal waħda tnejn, u minkejja li suppost qegħdin naraw li digrieti Ingliżi jiġu ipso facto rikonoxxuti mill-qrati tagħna, spiċċajna biex dħalna f'battalja legali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nista' ngħidlek li l-problema mhijiex min-naħa tagħna.", "Aħna għamilna l-konvenzjoni applikabbli għall-Ingliterra pero' l- Ingliterra m'għamlithiex applikabbli għal Malta.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Qed nieħu pjaċir li l-Ministru qed iweġibni għax ifisser li segwa din il-kwestjoni.", "(Interruzzjonijiet) Mela ladarba hemm xi ħaġa li mhux qed tiffunzjona għandna nirrapportaw lil The Hague għax mhux sew li aħna noqogħdu ngħaddu liġijiet internazzjonali, nagħmlu draft conventions u kumitati mbagħad ikun hemm xi ħaġa min-naħa tagħhom li ma taħdimx.", "Il-kritika tagħhom għandhom iżommuha għalihom għax jien iddispjaċieni meta jibagħtuli rapporti fuq il-każ ta' dik it-tifla Għawdxija, qisu aħna għandna xi ħaġa x'nirrispondu.", "Jien kont nippretendi li toħroġ stqarrija mill-ministeru dwar dan għax membru parlamentari Ewropew ...", "Fl-opinjoni tiegħi – din se ngħidha for record purposes, forsi tinqabad minn xi ħadd jew mill-press u jgħadduha lill-Gvern Ingliż – ladarba dan mhuwiex nuqqas min-naħa tagħna, għandhom jibilgħuh huma u mhux spiċċajna biex tellajna l-costs tal-qrati għal din il-koppja għal eluf ta' liri, qisu hemm xi racket min-naħa tagħna.", "L-affarijiet ġew għoljin ħafna u fil-fatt għalhekk ma setgħux jaslu for an out-of-court settlement.", "Din hija l-verita' u jien qed ngħid dan proprju għax qed nitkellmu dwar il- freedom of movement tat-tfal.", "Per eżempju, dan kollu jirrifletti ruħu fuq dawk li twieldu qabel l-1989.", "Rigward dan fil-Kostituzzjoni hemm ħafna dati - dawk li twieldu qabel l- 1964, dawk li twieldu qabel l-1989 eċċ - allavolja wieħed jifhem li x'imkien you have to draw a line, imma l-verita' hi li min twieled wara l- 1989 qed ibati l-konsegwenzi tal-Kostituzzjoni.", "Hemm każi fejn barrani li żżewweġ Maltija safa armel qabel ħames snin taż-żwieġ.", "F'dan il-każ il- liġi qed tagħmilha ċara - u aħna naqblu magħha - li f'każ bħal dan il- freedom of movement jingħata xorta, daqslikieku l-persuna barranija tkun ilha tgħix Malta ħames snin.", "Dawn huma kollha problemi li għandhom jiġu indirizzati għax per eżempju l- istatistika turi li mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Settembru tas-sena li għaddiet, f'Malta kien hawn 87 żwieġ bejn rġiel Maltin u nisa barranin u f'Għawdex kien hemm 19.", "Fl-istess perjodu n-numru ta' ż-żweġijiet bejn nisa Maltin u rġiel barranin laħaq il-154.", "Quddiem din id-differenza ta' kważi d-doppju wieħed għandu għalfejn jallarma ruħu, anke meta mbagħad jara x'inhu jiġri fir-rigward tas-separazzjonijiet.", "Hawn xi ħadd li jista' jipprova jikkonvinċi ruħu li f'Malta m'hawnx problema bis-separazzjonijiet, Sur President?", "Il-ministru dejjem jgħid li l-problema m'hijiex kbira u jiċċitalna li matul is-sena 2000 ġew ippreżentati 124 kawża biss quddiem il-qorti.", "Dan huwa veru, imma ma rridux ninsew in-numru ta' kawżi li jinfetħu quddiem is-Sekond' Awla biex issir il-famuża separazzjoni bonarja, fejn minflok tingħata sentenza mill- qorti jiġi ffirmat kuntratt bejn iż-żewġ partijiet mill-avukati u b'hekk il- kwestjoni tiġi deċiża f'inqas żmien.", "Ta' min jgħid li ħafna mill-problemi relatati mas-separazzjoni jinħolqu proprju minħabba dan il-famuż kuntratt bonarju.", "Dan għaliex id-dipartiment ta' l-income tax ma jirrikonoxxix il- manteniment li jiġi ordnat li jingħata permezz ta' kuntratt bonarju imma jikkonsidra biss dak il-manteniment li jiġi approvat b'sentenza tal-qorti.", "Dan ifisser li wara li żewġ persuni jkunu ffrankaw lill-awtoritajiet kawża oħra ma' dawk li l-qorti diġa' għandha pendenti, isofru inġustizzja ta' din ix-xorta u jkollhom jiddikjaraw huma f'isimhom il-manteniment li jkunu ordnati li jagħtu lill-partner l-ieħor.", "Din hija ġennata u għalhekk ma nistax nifhem x'qed nistennew biex nirranġaw din is-sitwazzjoni u nemendaw il-liġi.", "Kieku jsir hekk is-separazzjonijiet bil-qorti jitnaqqsu għax huma ħafna dawk li jagħżlu li ma jidħlux għal separazzjoni bonarja proprju minħabba din il-kwestjoni ta' l-income tax.", "Mr Speaker, fl-1997 meta l-Partit Laburista kien fil-gvern ġew ippreżentanti 176 kawża ta' separazzjoni quddiem il-qorti ta' Malta.", "Fl- 1998 in-numru niżel għal 121 waqt li fl-1999 reġa' tela' għal 229.", "Minn dawn il-kawżi kollha l-qorti qatgħet biss 82.", "Jekk wieħed jara x'qed jiġri fil-qorti jsib li ħafna mill-barranin li dwarhom qed titressaq din l-emenda kostituzzjonali ma jippreżentawx ruħhom il-qorti għax jibżgħu li jekk iż- żwieġ tagħhom jiġi annullat jitkeċċew mill-pajjiż, peress li fl-interess pubbliku l-ministru jista' jagħmel kollox.", "Jien naħseb li la f'pajjiżna għandna problemi ta' din ix-xorta, u iktar u iktar la pajjiżna huwa żgħir, għandna noqogħdu attenti li filwaqt li nagħtu d-drittijiet lil min jistħoqqlu, ma nesaġerawx għax pajjiż żgħir bħal tagħna malajr jimtela', kemm bil-ġid kif ukoll bil-ħsara.", "Minkejja li aħna naqblu ma' dawn l- emendi, nixtiequ li min-naħa l-oħra l-liġijiet proprji li jitkellmu dwar iċ- ċittadinanza, l-exempt status eċċ, jiku kkontrollati u fl-interess pubbliku ċerti drittijiet jiġu mwaqqfa.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li m'huwiex sew li l-Partit Nazzjonalista jibqa' għaddej bil-kritika sfrenata kontra l-Partit Laburista.", "Aħna hawnhekk qed nippruvaw noħolqu dibattitu serju dwar dawn l- emendi, speċjalment dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali, u għalhekk nixtiequ li dak kollu li hu fl-interess tagħna l-Maltin jiġi ssalvagwardat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, illum qed nassistu għal emenda fil- Kostituzzjoni, xi ħaġa mhux daqshekk komuni.", "F'dan id-diskors irrid naċċenna l-iktar għall-paragrafu li qed jintroduċi l-kunsilli lokali fl- ogħla liġi tal-pajjiż, peress li dwar affarijiet oħra diġa' tkellmu membri oħra.", "Li rrid ngħid biss hu li tkun ħaġa tajba kieku l-familja Maltija ma nirriduċuhiex għal waħda ta' konvenjenza.", "Bl-emenda kostituzzjonali dwar il-gvernijiet lokali, il-gvern qed jagħti rikonoxximent akbar lil dawn il-kunsilli għax qed jagħmilhom parti mill- Kostituzzjoni.", "Bħalma l-Belt Valletta ġiet rikonoxxuta mill-Kunsill ta' l- Ewropa bħala world heritage site, issa l-gvern Nazzjonalista qed jirrikonoxxi l-kunsilli lokali mhux biss bil-liġi ta' l-1994 li stabiliethom imma anke fil-Kostituzzjoni.", "Dan qed isir skond iċ-charter tal-local self-government tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jgħid:", "\"The powers of local authorities must be recognised in legislation or better still, in the Constitution.\".", "Ta' min jirrakkomanda li l-kunsilli lokali jingħataw dan iċ-charter tal- kunsill ta' l-Ewropa għax minnu jistgħu jitgħallmu ħafna.", "Per eżempju, il- litmus test for subsidiarity jgħid li:", "\"This right must be implemented by assigning to these authorities a minimum number of basic responsibilities enshrined in law or better still, in the Constitution.\".", "Dan hu dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Huwa unur għalina li nemmnu li l-kunsilli lokali għandhom ikunu enshrined fil- Kostituzzjoni.", "Dan qed nagħmluh ukoll tant kemm aħna konvinti mill-ġid li qed jagħmlu l-kunsilli, għax issa biex dawn jitneħħew irid ikun hawn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri parlamentari, xi ħaġa kważi impossibbli li ssir.", "Mr Speaker, il-partit mhux biss ikkrea u ta sura legali lill-kunsilli lokali imma aktar minn hekk f'dawn l-aħħar seba' snin tahom iktar minn Lm70 miljun biex ikunu jistgħu jagħmlu l-embellishment kollu li jkun hemm bżonn fil-lokalita' tagħhom.", "Qabel kien jiġri li l-areas li fihom ikunu joqogħdu l-ministri biss kienu jibbenefikaw minn xi ħaġa u l-inħawi l-oħra ħafna drabi kienu jibqgħu b'xejn għax ma kien ikun hemm ħadd li jagħmel pressure.", "Għalkemm il-Partit Laburista approva l-introduzzjoni tal-kunsilli lokali, f'dawk is-sentejn li għamel fil-gvern lill-kunsilli naqqsilhom il-fondi u għalhekk dawn ma setgħux jaqdu d-dmirijiet tagħhom kif mixtieq.", "Permezz ta' din l-emenda aħna qed ninkoraġġixxu lill-kunsilli lokali biex ikomplu bil- ħidma tagħhom.", "Nieħu din l-okkażjoni biex ngħid li anke l-gvern ċentrali qed jagħti s-sehem tiegħu, Sur President.", "M'hemmx dubju li f'pajjiżna hawn ħafna affarijiet xi jsiru u barra minn hekk iċ-ċittadini Maltin ma jeqfux milli jitolbu iżjed xogħlijiet.", "Pero' l- poplu jrid jifhem li bil-finanzi limitati li għandu l-pajjiż ma jistax isir kollox f'daqqa u għalhekk hemm bżonn li jsiru ċerti prioritajiet.", "Jien naħseb li l-kunsilli lokali għandhom jifhmu iktar li l-ewwel li għandu jsir huwa dak li hu l-iktar neċċessarju.", "Per eżempju, jien naqbel li l-bankini għandhom jiġu rranġati jew jerġgħu jsiru mill-ġdid, pero' ma nistgħux nonfqu r-riżorsi kollha fuqhom biss għax jekk f'xi toroq hemm bżonn ta' culverts ta' l-ilma dawn għandhom isiru immedjatament biex b'hekk titnaqqas il-problema ta' l-ilma li jiġri fit-toroq.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel priorita' għal ċerti lokalitajiet m'humiex il-bankini imma affarijiet oħra li qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għaċ-ċittadin.", "Għalhekk nappella lill- kunsilli lokali biex jagħrfu sewwa x'inhuma l-prioritajiet tal-lokalita' li jamministraw.", "Mr Speaker, punt ieħor li xtaqt nagħmel f'dan l-intervent jirrigwarda l- għaqda bejn il-kunsilliera.", "Jien nixtieq li jasal iż-żmien li l-kunsilliera ma jiġux imħajra jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali mill-partiti politiċi imma jagħmlu dan minn jeddhom għax iħossu d-dmir li jikkontribwixxu għall- ġid tal-lokalita' tagħhom.", "Għalkemm huwa veru dak li qal il-Partit Laburista, jiġifieri li l-Maltin għadhom ma ħaddnux il-kunsilli lokali fil- kultura tagħhom, jien ninkwieta meta dan id-diskors jingħad minn partit politiku għax dan jista' jfisser li hawn min għandu jemmen biss fiċ- ċentralizzazzjoni tal-poter, u dan huwa ħażin ħafna.", "Illum l-għerq tad- demokrazija huwa proprju l-fatt li ċ-ċittadin jitħalla jagħmel dak li jħoss li hu ta' l-akbar ħtieġa għalih u għall-komunita'.", "Ma nistgħux nibqgħu nħaddnu l-ideat antiki li l-gvern ċentrali jaf kollox, jaf x'għandha bżonn kull lokalita' u x'għandu bżonn kull ċittadin.", "Fil-prinċipju reali tagħha, id-demokrazija tagħti l-poter liċ-ċittadini biex jiggvernaw il- lokalita' tagħhom.", "Dan hu dak li għamel il-Partit Nazzjonalista bil-ħolqien tal-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li huwa importanti ħafna li nedukaw lil dawk li għadhom jemmnu fiċ-ċentralizzazzjoni tal-poter u ma fehmux il-prinċipju tas- sussidjarjeta'.", "L-appell li nagħmel lill-poplu Malti huwa li minbarra li joħroġ jivvota fl-elezzjonijiet lokali, iħoss id-dmir li jieħu l-poter f'idejh.", "Jekk ma ndaħħlux dan il-prinċipju fil-mentalita' tal-poplu se jkollna turnout baxxa, xi ħaġa li għadha qatt ma ġrat, għax s'issa l- average tal-voti mitfugħa kien ta' 70%.", "Jien nappella lir-residenti tal- 21 lokalita' li fihom se jsiru l-elezzjonijiet biex minbarra li jmorru jivvotaw, jagħmlu dak kollu possibbli biex jeleġġu l-aħjar kandidati.", "(Interruzzjonijiet) Ma rridux ninsew id-differenza enormi li hemm bejn il- kunsilli lokali u l-parlament.", "Għalkemm fil-kunsilli lokali hemm l- ideoloġiji tal-partiti politiċi, dawn m'humiex gvern u oppożizzjoni, u jagħmel ħażin min jemmen dan.", "Ladarba persuna tiġi eletta f'kunsill lokali, l-iskop tagħha m'huwiex li tqiegħed fil-prattika l-ideoloġija ta' dak il- partit li tkun tħaddan imma li taħdem flimkien mal-kollegi tagħha għall-ġid tal-lokalita'.", "Mr Speaker, hemm ħafna iktar x'wieħed jgħid dwar il-kunsilli lokali.", "Nerġa' ngħid li jekk il-kunsilliera jaraw ir-rakkomandazzjonijiet li ħareġ il-Kunsill ta' l-Ewropa, ikunu jistgħu jifhmu aħjar ix-xogħol li se jkun fdat f'idejhom.", "M'hijiex ċajta li wieħed ikun kunsillier għax jekk xejn ir- responsabbilta' li taqa' fuqu hija kbira.", "Quddiemi għandi d-dokument li ġie addottat mill-committee of ministers fis-17 ta' Marzu 1999, liema dokument jgħid ċar u tond x'inhuma r-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilliera, foshtom li dawn iridu jaħdmu fedelment għall-ġid tal-lokalita' u tar- residenti tagħha.", "Rigward is-servizzi pubbliċi u d-dritt għall-użu tagħhom, dan id-dokument jgħid hekk:", "\"Local public services should ensure the principle of equality for users in a complete and practical way and they should respect the principles of non-discrimination.\".", "Bħalissa qed nisimgħu diversi lmenti dwar il-fatt li l-kunsilli lokali qed jikkonċentraw il-ħidma tagħhom fuq dawk l-areas fejn ikun hemm maġġoranza ta' xi partit jew ieħor.", "Jien minn hawn nikkundanna dan l-aġir għax ix- xogħol għandu jinqasam mal-lokalita' kollha.", "Għalkemm il-gvern ma jistax jindaħal fid-deċiżjonijiet li jieħdu l-kunsilli lokali - u jagħmel sew - ma nistgħux nippermettu dan l-aġir.", "Il-kunsilli lokali qegħdin hemm biex ikunu responsabbli biżżejjed li x-xogħol iqassmuh mal-lokalita' kollha u jekk jista' jkun b'mod ugwali.", "Hemm diversi affarijiet oħra li jiena nixtieq li l-kunsilli lokali jifhmu l-importanza tagħhom, bħal per eżempju r-referenda, li jistgħu jsiru meta tkun se tiġi deċiża xi ħaġa ta' ċerta importanza sabiex id-deċiżjoni tkun tal-lokalita' kollha u mhux ta' dawk eletti fil-kunsill biss.", "Barra minn hekk, il-foreigners fil-lokalita' jkunu jistgħu jagħtu sehem importanti wkoll fix-xogħol tal-kunsill.", "Fil-fatt dwar dan il-Kunsill ta' l-Ewropa għamel paper sħiħa, fejn qal li ladarba dawn in-nies għażlu dik il- lokalita' partikolari biex jabitaw fiha, żgur li jistgħu jagħtu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom.", "Għal dan kollu ma nistax ma nfaħħarx ir-riżultati miksuba mill-kunsilli lokali.", "Jekk m'iniex sejjer żball, tliet darbiet fis- sena d-dipartiment tal-kunsilli lokali jagħmel rapport ta' l-achievments ta' kull kunsill.", "Jien naħseb li dan ir-rapport għandu jkun pubblikat biex kull kunsill lokali jkun jaf fiex qiegħed, meta mqabbel ma' kunsilli ġirien.", "S'issa minn dawn ir-rapporti jidher li fil-maġġoranza tal-kunsilli lokali qiegħed kulma jmur isir improvement.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li rrid ngħid tirrigwarda d-day centres.", "Jien naqbel ħafna ma' dawn id-day centres li qed ikunu ta' ġid kemm għall- anzjani kif ukoll għaċ-ċittadini in ġenerali, peress li minbarra li jorganizzaw ħarġiet u attivitajiet għall-anzjani jagħtu wkoll korsijiet dwar il-computer u l-internet kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar.", "Nittama li attivitajiet bħal dawn ikomplu jiżdiedu għax ir-rwol tal-kunsilli m'huwiex li jsebbaħ il-lokalita' biss imma anke li jeduka liċ-ċittadini ta' dik il-lokalita'.", "Id-day centres, bħal-libreriji u ċertu bini ieħor, jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Filwaqt li ninkoraġġixxi t- twaqqif ta' day centres, ma nistax ma nenfasizzax il-bżonn ta' night centres.", "L-akbar biża' ta' ħafna anzjani m'huwiex kif se jqattgħu il- ġurnata imma kif se jgħaddu l-lejl.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li għalkemm dawn jinvolvu iktar spejjeż mid-day centres, il-kunsilli lokali jibdew jaħdmu fuq in-night centres biex l-anzjani li jinsabu waħedhom ikollhom il-wens u ma jkollhomx il-biża' li jista' jinqalgħalhom xi ħaġa matul il-lejl.", "Jien nappella lill-21 lokalita' li fihom se jsiru l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali biex jagħżlu l-aħjar kandidati li qed jikkontestaw.", "Il- partiti politiċi għamlu propaganda qawwija dwar dawn l-elezzjonijiet, speċjalment il-Partit Nazzjonalista, li iktar milli bħala propaganda, ta importanza lil dawn l-elezzjonijiet għax verament jemmen fil-ġid li qed jagħmel l-kunsilli lokali.", "Jien nittama li f'kull lokalita' li fiha se jsiru l-elezzjonijiet jinkisbu r-riżultati mixtieqa.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, quddiemna f'din il-Kamra għandna abbozz ta' liġi li jipproponi li l-Kostituzzjoni, l-ogħla liġi tal-pajjiż, isirulha żewġ tibdiliet fl-opinjoni tiegħi importanti.", "Waħda minnhom tirrigwarda l-kontroll taż-żweġijiet ta' konvenjenza, il-kontroll ta' l- abbużi li qed isiru, b'mod partikolari f'dawn l-aħħar snin, minn nies li kienu qed jużaw dak Ii tgħid il-Kostituzzjoni biex ikollhom dritt għaċ- ċittadinaza Maltija, imbagħad ovvjament jagħmlu dak li jiġihom f'rashom li jagħmlu.", "It-tieni emenda f'dan l-abbozz hija biex il-kunċett tal-gvern lokali jiġi minqux fil-Kostituzzjoni.", "Jien m'iniex se nitkellem fuq l-ewwel emenda, fejn tidħol il-kwestjoni taż-żweġijiet ta' konvenjenza, għax sħabi diġà tkellmu fuqha u konvint li dawk li għandhom moħħ legali jistgħu jitkellmu aħjar dwar il-valur u l-bżonn ta' dan it-tibdil.", "Però xtaqt li nagħmel ir- rimarki tiegħi rigward it-tieni parti ta' dan l-abbozz, fejn tidħol il- kwestjoni tal-kunsilli lokali.", "Sur President, jien ma nafx kif esponenti ewlenin ta' dan il-gvern fil- passat kienu jitkellmu tant fuq ir-rikonċiljazzjoni - ilkoll aħwa Maltin u affarijiet bħal dawn kienu jgħidulna – iżda anke meta jiġu biex jitlobu l- appoġġ ta' l-oppożizzjoni, meta jridu minna - għax wara kollox iridu jakkwistaw l-appoġġ ta' l-oppożizzjoni biex jagħmlu tibidliet bħal dawn - xorta ma jiddardrux li jinsulentaw u jużaw lingwa li tweġġa' u addirittura anke jigdbu.", "Qed nirriferi b'mod partikolari għat-ton li tkellem bih il- Ministru Tonio Borg fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu u anke għal dak li qal il- prim ministru l-bieraħ ġewwa l-Mosta.", "Jien ma kontx niskanta daqshekk kieku kellhom jgħaddu xi mitejn sena u kellu jkun hemm reviżjoniżmu ta' l- istorja, xi ħaġa li ġrat kemm-il darba, imma trid tkun veru espert biex tbiddel l-istorja minn ftit snin 'il hawn!", "Nimmaġina li min sema' lill- ministru fl-introduzzjoni tiegħu fuq dan l-abbozz seta' ħa l-impressjoni li l-Partit Laburista kien kontra d-devoluzzjoni tal-poter, kien kontra li jkun hemm strutturi li bihom il-poter ċentrali tal-gvern jiġi mgħoddi lil strutturi oħra fil-periferija tal-pajjiż.", "Dan li qal il-ministru ma jistax ikun iktar 'il bogħod mill-verità u din m'hijiex l-istorja politika riċenti ta' pajjiżna.", "Il-ministru qalilna li l-gvern ta' Fenech Adami qed iressaq din l-emenda u se jdaħħal dawn il-provvedimenti fil-Kostituzzjoni għax lill-Partit Laburista mhux ta' min jafdah għax jekk jerġa' jitla' fil-gvern kapaċi jtajjar il-kunsilli lokali.", "Din hi l-impressjoni li ta l-Onor.", "Tonio Borg.", "Jekk fhimtu ħażin niskuża ruħi, però jien kont qiegħed hawn u parti mid- diskors smajtu fuq ir-radju u segwejt kull kelma li qal.", "Jien ngħid li assolutament m'huwiex aċċettabbli li meta trid tikkonvinċi lill-membri ta' l-oppożizzjoni li dawn l-affarijiet se jsiru għall-ġid tal-pajjiż, biex takkwista ż-żewġ terzi li għandek bżonn biex tbiddel il-Kostituzzjoni, fl- istess ħin tinsulentahom f'wiċċhom meta qed tbiddel l-istorja riċenti u anke tagħmel ċerti allegazzjonijiet.", "Nixtieq għar-record - għaliex ħaddieħor ikollu ċ-ċans jitkellem fuq affarijiet oħra f'dan id-dibattitu - ngħid kemm dak li qal il-Ministru Tonio Borg m'hu veru xejn.", "Bil-permess tiegħek, Sur President, nixtieq immur lura ftit fl-istorja għall-1976 meta l-Partit Laburista kien ried idaħħal il-kunċett tan-neighbourhood committees, il-kumitati tal-ġirien.", "Dak iż-żmien dan kien kunċett popolari ħafna ġewwa l-Italja - per eżempju, fil-bliet ta' Milan, Napli u Ruma - u ġewwa Sweden.", "Dawn il- kunċetti kienu qed jiġu żviluppati ħalli jkun hemm xi forma ta' koperazzjoni bejn iċ-ċentru u l-periferija.", "Nista' naqra mill-programm elettorali tal-Partit Laburista ta' dak iż-żmien ħalli dawk li jaħsbu li l- istorja nibtet fis-snin li għaddew u li qabel il-Partit Nazzjonalista ma kien jeżisti xejn, ikunu jafu li l-istorja mhux la kemm tilgħab biha.", "Dak li huwa miktub ma tantx tbiddlu pero' tista' forsi tiddevja l-attenzjoni ta' xi ħadd u tidħak bih.", "Mela kien hemm miktub hekk:", "\"Għall-ħarsien ta' l-indafa tas-soċjetà gvern Soċjalista jwaqqaf kumitati tal-ġirien - neighbourhood committees - biex iħarsu kull aspett tal-ħajja soċjali u jagħtihom is-saħħa biex l-abbużi li jkunu qed isiru jieqfu.", "Dawn il-kumitati jgħinu lill-pulizija fil-kontroll tal-prezzijiet fil-ħwienet, fl-indafa tat-toroq u l-ħarsien mit-tinġis u ħwejjeġ oħra li jolqtu l-ħajja ta' kuljum.\"", "Dan kien kunċett wiesa' li kien meħud mill-kumitati tal-ġirien li kienu qed jagħmlu f'pajjiżi oħra.", "U x'kienet ir-reazzjoni, Sur President?", "Ir-reazzjoni ta' min illum qed jippoppa sidru li huwa xi pijunier ta' dawn l-ideat - fuq kollox kif dejjem jagħmel il-Partit Nazzjonalista – kienet li jeħodha qatta' bla ħabel kontra dik l-idea u jibda jdaħħal id- dubji f'ras in-nies.", "Fil-fatt kienu ħarġu bil-catchphrase li dawn huma kumitati ta' l-ispjuni, li dawn se jkunu qegħdin hemmhekk biex jispjunaw fuq in-nies ħalli jagħmlu l-ħsara lil min ma jaqbilx magħhom.", "Tant hu hekk li dak iż-żmien kienet anke ħarġet il-gidba - u llum hemm min għadu jirrepetiha, u smajnieha tiġi ripetuta fid-dibattitu li kellna fuq il- kunsilli lokali fl-1993 f'dan il-parlament - li dawn ma kenux se jkunu kumitati demokratiċi.", "Fil-fatt dan m'hu veru xejn għaliex fid-Diskors tal- President ta' dak iż-żmien - u naqra minnu - jingħad hekk:", "\"F'idejhom il-kumitati tal-ġirien, li jiġu magħżula f'elezzjoni demokratika li tinżamm fi żmien qasir, ikollhom l-indafa ta' l- ambjent, l-isports u l-ġranet tal-btala, il-ħarsien taż-żgħażagħ mid- drogi u minn tentazzjonijiet għall-avventuri kriminali, il-ħarsien tal- prezzijiet ta' ħwejjeġ essenzjali għall-ħajja, il-ġbir tal-flus ta' xi liċenzji u drittijiet u setgħat oħra bħal dawn.\"", "Kien hemm viżjoni għax ħafna mill-affarijiet li kien qed jitkellem fuqhom il-Partit Laburista fil-1976 huma preċiżament l-affarijiet li qegħdin jagħmlu l-kunsilli lokali proprju llum, anzi qegħdin nipprovaw naspiraw li nagħtuhom id-dritt li jagħmlu għax biċċiet minnhom għadhom lanqas qegħdin jagħmluhom sal-lum.", "Dak iż-żmien kien hemm ħafna li qablu ma' din l-idea, fosthom \"The Times of Malta\" u l-moviment azzjoni soċjali, il-MAS.", "Dawn kienu favur tagħha u kien hemm enfasi enormi li l-partiġjaniżmu politiku kellu jkun imwarrab f'dawn il-kumitati.", "Fi kliem ieħor ma kellux ikun hemm partiġjaniżmu politiku f'dawn il-kumitati.", "Infatti fil-ħarġa ta' Frar ta' l-1976 \"The Times of Malta\" intqal hekk:", "\"Government should ensure the proper non-political role of neighbourhood committees right from the very start.\"", "L-istess jgħidu għaqdiet oħra.", "Mela mhuwiex veru u jmur kontra l-istorja tal-pajjiż li xi ħadd jiġi hawn u jipprova jbellagħha lin-nies li l-Partit Laburista kien kontra d-devoluzzjoni tal-poter, li l-Partit Laburista kien kontra li jkun hemm xi struttura lokali li tgħin lill-gvern ċentrali fl- amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Meta dħalt għall-ewwel darba f'dan il-parlament f'Jannar ta' l-1978, wara ftit xhur il-prim ministru ta' dak iż-żmien kien staqsieni jekk kontx lest li nibda nattendi għal-laqgħat tal-Kunsill ta' l-Ewropa, fejn kienet ikkristallizzat ruħha l-konferenza tal-kumitati ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali.", "L-iskop kien li minn hemm inġibu lura ftit ideat ħalli naraw kif nistgħu nsaħħu dan it-tip ta' kunċetti li kien hemm fil-programm elettorali ħalli nibdew nimplimentaw xi forma ta' tmexxija lokali ġewwa pajjiżna.", "Dawn huma fatti storiċi u min irid jibqa' jgħid l-gideb, min irid jibqa' jgħid li l-Partit Laburista kien kontra ...", "ONOR.", "TONIO BORG: F'16-il sena m'għamiltuhomx!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Issa oqgħod ismagħni!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Int għajjartni giddieb!", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mhux l-ewwel darba!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "M'hemmx cross debate.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kellna lilkom ixxewxu lin-nies li dawn se jkunu spjuni tal-gvern!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inkomplu għaddejjin kif konna.", "L-Onor.", "Vella, jekk jogħġbu, jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: La qed jidħol għaliha ngħidlu li kuxjenza m'għandux min ħalla baruni tad-droga jaħrab minn Malta u lanqas biss kellu d-diċenza jagħmel inkjesta parlamentari ħalli nkunu nafu għaliex ħallewh jaħrab.", "(Interruzzjonijiet) Hemm qiegħda l-kuxjenza!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għandna kif smajna li ministru tal- Gvern Portugiż rriżenja għax waqa' pont ta' 200 metru li ilu mibni ma nafx kemm-il sena, imma l-ministru tagħna għadu hawn!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Vella jkompli bl-intervent tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern u ħareġ bl-idea li jkollna l-kunsilli lokali ħalli s-swaba' tal-qarnita jaslu sat- trufijiet kollha, aħna rajna li kellu jkun hemm mezz - u din kienet okkażjoni fejn seta' jintlaħaq consensus - kif wieħed jiddiskuti kif se jaħdmu dawn il-kunsilli lokali.", "Ħalliha li meta ġie l-Bill quddiem il- Kamra fl-1993 kien totalment differenti mill-white paper li kienu ħarġu biha, imma jibqa' l-fatt li anke dakinhar aħna pprovajna niddiskutu mal- gvern u niftħulu għajnejh għaliex ridna li dawn il-kunsilli lokali li kien se jagħmel ikunu tassew għall-ġid taċ-ċittadin.", "M'għandix iċ-ċans noqgħod nidħol f'dak kollu li għadda minn dak iż-żmien, però m'hemmx dubju li meta l-Partit Laburista ra li l-għan tal-Partit Nazzjonalista kien li jkollu kunsilli partiġjani li jkun jista' jikkontrollahom miċ-ċentru, aħna għedna: Din x'tip ta' devoluzzjoni ta' poter hi!", "Qegħdin nitkellmu bis-serjetà meta ngħidu li rridu nagħmlu devoluzzjoni tal-poter, noħolqu kunsilli lokali biex skond il-karta jkollhom ċerti poteri, imma fl-istess ħin irridu nżommuhom marbutin mal- partit?", "U l-Partit Laburista dak iż-żmien għamilha ċara li kien favur parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadin fid-deċiżjonijiet.", "Nista' nirriferi għal dak li hemm miktub fid-dikjarazzjoni li kien ħareġ il-Partit Laburista f'Marzu ta' l-1993, meta għamilha ċara li aħna qatt ma konna kontra l- kunsilli lokali imma kontra l-politiċizzazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Infatti għedna, u nikkwota:", "\"Aħna rridu li l-kunsilli lokali jkunu kunsilli taċ-ċittadini u mhux kunsilli tal-partiti.", "Kull kandidat għall-elezzjoni lokali għandu jkun nominat fuq bażi individwali.", "Ħadd m'għandu jibda mill-vantaġġ li jkollu l-appoġġ ta' xi partit jew li warajh ikollu l-fondi ta' xi negozju qawwi.\"", "Ftit minuti ilu għadni kemm smajtek tgħid, Sur President, li jeħtieġ jasal iż-żmien fejn l-individwu jħoss li għandu joħroġ għall-kunsill għax iħoss li għandu kontribut x'jagħti u jħoss li dan jista' jagħmlu irrispettivament mill-kulur u l-appartenenza politika.", "Il-verita' hi li l-Partit Laburista baqa' jgħidha din it-tema imma l-Partit Nazzjonalista, għax minn dejjem ried jagħmel kapital politiku, kien qed jgħid li l-Partit Laburista ma jridx il-kunsilli lokali.", "Dan m'hu veru xejn għax anke meta mbagħad sar id- dibattitu fil-parlament, aħna għedna ċar u tond li rridu kunsilli għaċ- ċittadin u mhux kunsilli għall-partit.", "U ma ninsewx li dak iż-żmien anke l-Knisja kienet qablet li hekk għandu jkun, għax kienet qed tara l-għaqal li wieħed iżomm 'il bogħod milli jippolarizza l-kunsilli lokali b'politika partiġjana.", "Imma minkejja l-punti kollha li qajjimna fil-parlament, il- Partit Nazzjonalista kien għaddas rasu u baqa' għaddej, għax la jkollok il- maġġoranza taħseb li inti ma jista' għalik ħadd!", "Sur President, f'dikjarazzjoni li ħriġna għall-gazzetti f'Ġunju ta' l- 1993 konna għamilnieha ċara li filwaqt li naqblu mal-kunsilli lokali, aħna tal-Partit Laburista nemmnu fuq il-ħtieġa li l-kunsilli lokali jkunu kunsilli taċ-ċittadin għaċ-ċittadin u mhux tal-partit għall-partit.", "Għedna wkoll li nemmnu li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali kellhom jitħallew għaċ-ċittadini nfushom mingħajr ma' l-partiti politiċi jippreżentaw il- kandidati tagħhom.", "Għedna wkoll - u dan qed ngħidu for the record - li t- tmexxija tal-kunsilli lokali għandha tinqata' mill-kontroversja politika u tkun ittrattata bħala ħidma fejn iċ-ċittadini jistgħu jiltaqgħu, jiddiskutu bejniethom u jieħdu deċiżjonijiet amministrattivi flimkien li jkunu siewja għall-komunità tagħhom.", "F'din id-dikjarazzjoni aħna għedna wkoll li l- Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien qies l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali bħala sfida partiġjana.", "Minn hawn wieħed jista' jara li filwaqt li aħna konna qed nipprovaw niftħu għajnejn il-gvern u għajnejn il-poplu ħalli nħallu l-parteċipazzjoni fil-livell lokali għal dawk li huma public- spirited u għal min għandu x'jagħti għal-lokalità tiegħu, il-Partit Nazzjonalista baqa' ma jridx jisma.", "Jekk kemm-il darba wieħed iqalleb il-gazzetti ta' dak iż-żmien u jara x'kien il-ħsieb tal-Partit Nazzjonalista - fosthom \"il-mument\" tas-7 ta' Frar ta' l-1993 li għandi quddiemi - isib li s-segretarju ġenerali tal- Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien qal li:", "\"Il-kunsilli lokali se jkunu sfida kemm politika kif ukoll partiġjana ...\"", "- jiġifieri kienu diġà qed jippreparaw ħalli jilqgħu għall-isfida partiġjana li kienu jafu, għax m'humiex boloh, li se toħroġ mill-kunsilli lokali kif kienu qed jipproponuhom – - \"Il-kunsilli lokali huma fl-istess ħin sfida partiġjana għax il-Partit Nazzjonalista jrid iressaq il-kandidati tiegħu, irid jorganizza ruħu għal kull elezzjoni li ssir u jrid jeleġġi kemm jista' jkun kandidati.", "Dan se jimponi preparazzjoni kbira u twila min-naħa ta' l- organizzazzjoni ċentrali, mill-kumitati sezzjonali u minn min jixtieq jikkontesta bħala kandidat.", "Se nkunu qed nagħmlu mini-election kull darba, u rridu nippreparaw ruħna għal kull waħda daqs li kieku kienet elezzjoni ġenerali.\"", "Nerġa' ngħid li dan huwa parti mir-rapport tas-segretarju ġenerali tal- Partit Nazzjonalista ta' Frar 1993.", "Hawn qed jgħiduha ċar u tonda li qegħdin jitkellmu fuq iċ-ċentralizzazzjoni ta' l-isforz, tal-kordinazzjoni, ta' kif trid tmexxi dawn l-elezzjonijiet, ħalli permezz tagħhom u permezz tal-partit ikollok l-ikbar numru ta' kunsilliera, li iktar 'l isfel l- istess s-segretarju ġenerali jsejħilhom kunsilliera lokali eletti fl- interess tal-Partit Nazzjonalista u mhux kunsilliera eletti fl-interess tar- raħal jew tal-belt li tkun.", "Naturalment dawn mhux kollha kienu jaqblu bejniethom allavolja dak iż- żmien kont tieħu l-impressjoni li dawn qaqoċċa, bħalma konna nieħdu l- impressjoni fiż-żmien meta kienu qed isiru l-ewwel diskussjonijiet ma' l- Unjoni Ewropea imma mbagħad taqra l-biografija ta' Ċensu Tabone u tinduna x'kien għaddej.", "Per eżempju, hawnhekk għandi wkoll x'kien qal dak iż-żmien Guido de Marco.", "Dan kien qal hekk:", "\"Partit politiku għandu rwol importanti, iżda kunsill lokali m'għandux ikun politiċizzat b'mod li jkun replika tal-parlament.", "Inkella dan jista' jwassal biex il-kunsill lokali minflok li jkun utilizzat għall- ġid tal-post, jispiċċa biex jaġixxi għall-għanijiet politiċi li jmorru 'l hinn mill-post in kwestjoni u jkun strumentalizzat għal skop ta' politika nazzjonali partiġjana.", "Dan mhux għaqli għal ħadd li jsir\".", "U dak li llum qiegħed fl-ogħla kariga ta' l-Istat ma nafx kif jirreaġixxi meta jisma' lill-kap tal-partit li tiegħu kien membru dak iż-żmien, iħeġġeġ lin-nies ħalli l-vot tal-kunsilli lokali tas-Sibt li ġej jistrumentalizzah biex mingħalih dan ikun jista' jużah bħala indikazzjoni ta' kemm għandu jew m'għandux appoġġ għall-politika tiegħu fuq bażi nazzjonali.", "Għalhekk poġġewh President tar-Repubblika lil Guido de Marco biex ma jkomplix jgħid fejn ma jaqblux flimkien!", "Dan li għadni kif qrajtilkom huwa diskors ta' l- 1993 u mhux ta' xi 100 sena ilu, diskors li stajna naqrawh fil-gazzetti però fil-parlament dawn l-affarijiet baqgħu għaddejjin kif riedhom Fenech Adami.", "Minkejja li aħna għedna x'se jiġri, dan il-partit li għandu għan wieħed biss, il-poter, ġie jaqa' u jqum minn dak kollu li hu loġiku u minn dak kollu li jagħmel ħafna sens, u spiċċajna biex minn dak kollu li lil Fenech Adami qalulu anke ċerti membri tal-partit tiegħu stess, bħalma qed insemmi jien, ma ta kasu xejn u baqa' għaddej jagħmel dak li deherlu li għandu jagħmel.", "Sur President, il-Partit Laburista żamm kelmtu u għall-bidu ma daħalx għall-elezzjonijiet tal-kunsilli u ħalla lill-Partit Nazzjonalista jirranka l-magna tiegħu u jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu f'dawn il-kunsilli.", "Però minkejja l-prinċipji li jkollok, ma tistax imbagħad tfarfar mir- responsabbiltà meta tara li strument bħal dan li kieku jintuża tajjeb jista' jservi ta' għodda għad-demokrazija fil-pajjiż, jiġi abbużat biex wieħed jifrex is-swaba' tal-partit fil-komunita', u aktar u aktar meta mbagħad tibda tara li l-flus li l-gvern iġib mit-taxxi, mid-dazji u minn affarijiet bħal dawn jibdew jiġu amministrati bla ma int, bħala oppożizzjoni, ikollok kontroll fuq dawk il-miljuni kollha li jibdew jiġu minfuqa.", "U jien naħseb li jekk hemm rwol ewlieni ta' parlament dan huwa li jissorvelja n-nefqa pubblika.", "U meta l-Partit Laburista beda jara li dawn il-kunsilli lokali saru parlamenti żgħar, awtoritajiet żgħar li qegħdin jonfqu flus il-poplu, allura l-partit beda jħoss il-bżonn li jerfa' r- responsabbiltà la n-naħa l-oħra ma reditx tisma', biex ikun anke hu f'pożizzjoni li jikkontrolla dak li kien qed isir f'dawn il-kunsilli lokali.", "Effettivament meta l-Partit Laburista ra li tan-naħa l-oħra se jibqgħu għaddejjin bil-partiġjaniżmu fil-kunsilli lokali, kif kulħadd jaf, ħa d- deċiżjoni iebsa li jibda jieħu parti bħala partit f'dawn il-kunsilli lokali.", "Hemm min għadu ma jifhimhiex din is-sitwazzjoni u hemm partitarji Laburisti li għadhom jistaqsuna għaliex ċedejna.", "U jien nirrispondi b'dan il-mod: Kif nistgħu nħallu kunsilliera organizzati fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kunsilliera ddikjarati li huma fl-interess tal-Partit Nazzjonalista mis-segretarju ġenerali stess tal-partit, kunsilliera kkontrollati fid-deċiżjonijiet tagħhom miċ-ċentru taħt l-isem farsa tad- devoluzzjoni tal-poter u taħt l-isem farsa tas-sussidjarjetà, jagħmlu dak li qed jagħmlu mingħajr ma l-Partit Laburista jkollu jidħol għaliha?", "Sur President, minkejja dan kollu għadna ngħidu sal-lum u nkomplu ngħidu li aħna ma naqblux li għandu jkun hemm il-preżenza tal-partiti politiċi f'dawn il-kunsilli lokali.", "U l-mument li l-Partit Nazzjonalista jaqbel magħna, bħalma ghadha kif esprimiet is-Sinjorija tiegħek, li aħna niftħu l- bibien għaċ-ċittadini li mhumiex reġistrati mal-partiti politiċi, ċittadini li għandhom x'jagħtu għall-lokal iżda li ma jixtequx jidħlu bejn il-morsa tal-partiti politiċi u jikkontestaw l-elezzjoni kontra l-magna tal-partiti politiċi fil-kunsilli lokali, aħna nkunu kuntenti li nħallu lil dawn in- nies fil-lokal jerfgħu r-responsabbiltà ħalli jagħmlu dak li għandhom jagħmlu.", "Sur President, int semmejt ħafna affarijiet ta' fejda li wieħed jista' jagħmel, u r-ritornell tiegħi huwa dan: Biex tagħmel dawn l-affarijiet hemm bżonn tkun Laburist jew Nazzjonalist?", "Biex il-kunsilli lokali jwettqu dawk l-affarijiet li tkellmet dwarhom is-Sinjorija tiegħek, hemm għalfejn tkun abbinat ma' partit politiku?", "X'jidħol il-partiġjaniżmu fiha l-istorja kollha?", "Jidħol biex nagħtu l-fuel lill-partiti, bħalma rajna fil-laqgħa tal-Mosta l-bieraħ, bil-ġerarkija kollha preżenti, ħalli nagħmlu s-saħħa fuq dak il-lokal, ħalli nagħmlu propaganda, ħalli mbagħad inkunu nistgħu nsarrfu dak l-appoġġ li jirriżulta bħala appoġġ għall-politika nazzjonali.", "Allura bis-serjetà nemmnu li meta int tagħmel pressjoni bħal dik fuq lokal bħal dak, min se jmur jivvota se jkollu l-interessi tal-lokal l-ewwel u qabel kollox?", "Jien konvint li ċ-ċittadini ta' kulurb Nazzjonalista fil- Mosta, li kellhom ir-riżervi tagħhom dwar kif ħadem il-kunsill lokali tal- Mosta f'dawn l-aħħar seba' snin, jekk jaraw il-prim ministru u l-allat kollha tal-Partit Nazzjonalista jokorbulhom biex jagħtu l-appoġġ ħalli jkunu jistgħu jsarrfuh f'mandat, se jkollhom bla ma jridu jmorru against their better judgement u minflok jiddeċiedu li jiċċensuraw lil dawk li għamlu dak l-isparapaljar ta' flus, b'rispett għall-partit ikunu kostretti ma jurux iċ-ċensura tagħhom.", "Din hija d-demokrazija?", "Din hija t- trasparenza?", "Irridu li fil-kunsilli lokali jkollna friegħi tal-partit li mmorru nagħmlu l-almu tagħna kollu ħalli dawn jagħtuh il-poter?", "Aħna, bħala leadership, qegħdin immorru fil-lokalitajiet fejn hemm l- elezzjonijiet u qegħdin inħeġġu lin-nies biex ipoġġu l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-lokal tagħhom, biex jeleġġu lil min jidhrilhom huma li hu l- iktar bniedem adatt, sinċier, onest, kapaċi ħalli jmexxi l-lokal.", "U meta nagħżlu n-nies tagħna nagħmlu l-almu tagħna li nagħżlu l-aħjar nies għaliex aħna nemmnu li mhux veru li dan se jirrifletti fuq x'se jkun l-eżitu tal- politika nazzjonali.", "X'għandu x'jaqsam dan!", "Mela l-problemi tal-lokal, il- problemi tat-toroq, il-problemi tal-bozoz, il-problemi tal-culverts, il- problemi ta' l-aspett soċjali għandhom jirriflettu ruħhom fuq jekk nidħlux jew le fl-Unjoni Ewropea!", "X'għandu x'jaqsam dan!", "Qalilhom il-prim ministru li issa l-kunsilli lokali jkollhom ħafna flus ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk ikunu daqs il-Lm100 miljun li kienu wiegħdu li kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea għandhom fuqhiex jorbtu!", "Jiġifieri min irid jorbot rasu jorbot rasu u min irid jemmen dawn l-affarijiet jemminhom ukoll, għaliex tiskanta kultant fejn kapaċi naslu!", "Sur President, jien nista' ngħid li meta ġejna ppreżentati min-naħa l- oħra bil-proposta li din il-kwestjoni tiġi minquxa fil-Kostituzzjoni ma kellna l-ebda problema biex niddeċiedu.", "Jien mill-bidu nett għedt li aħna naqblu mal-kunċett tad-devoluzzjoni tal-poter u, kif spjegajna lin-nies tagħna meta tkellimna f'ċerti postijiet, ma nsibu l-ebda diffikultà li minn issa 'l quddiem ikun hemm xi forma ta' gvern lokali.", "Iżda jien nipproponi li nieqfu hemm għax aktar ma ndaħħlu klawsoli u aktar ma nikkwalifikaw, aktar għada pitgħada niġu daharna mal-ħajt biex ninterpretaw.", "Jien m'iniex legali imma naħseb li wara dawn is-snin kollha hawn ġew illum bdejt nifhem xi ftit f'dawn l-affarijiet.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari għad- diċitura ta' l-abbozz li għandna quddiemna fejn fl-abbozz jingħad li:", "\"L-Istat, filwaqt li jirrikonoxxi l-prinċipji ta' sussidjarjetà, għandu jadotta sistema ta' gvern lokali li biha t-territorju ta' Malta jinqasam f'dak l-għadd ta' lokalitajiet hekk kif jista' minn żmien għal żmien jiġi stabbilit b'liġi ...\".", "Allura issa li se nbiddlu l-Kostituzzjoni, għaliex mill-prinċipji kollha għandna ngħidu li dan huwa kkwalifikat bil-fatt li nirrikonoxxu l-prinċipji tas-sussidjarjetà?", "M'għandi xejn kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà, imma għaliex ma ngħidux ukoll li skond il-prinċipji tat-trasparenza, skond il-prinċipji ta' l-accountability, skond il-prinċipji demokratiċi u nagħmlu elenku ta' prinċipji li nippretendu li l-kunsilli lokali għandhom jaħdmu fuqhom?", "Jien naħseb li fejn tidħol il-Kostituzzjoni, fejn għandna l- eprem liġi tal-pajjiż, aktar ma tkun xott u ċar u mhux tagħti lok għall- ekwivoku aktar aħjar.", "Aħna qegħdin naqblu li mil-lum 'il quddiem, sakemm ma jkunx hemm żewġ terzi oħra fil-parlament għada pitgħada li jkunu jaqblu li jbiddlu ċ-ċirkostanzi, għandu jkollna forma ta' gvern lokali u nieqfu hemm.", "Imbagħad kif jiġu eletti, kemm ikun hemm reġjuni, jekk ikollhomx salarju sta għall-gvern tal-ġurnata biex jara dan.", "Aħna qegħdin naqblu li għandu jkun hemm forma ta' gvern lokali imma mhux skond il-prinċipji tas- sussidjarjetà għax allura jien ngħid: Għaliex mhux skond il-prinċipji tad- demokrazija, mhux skond il-prinċipju tat-trasparenza u mhux skond il- prinċipju ta' l-accountability?", "U hemm elf prinċipju ieħor li nista' nsemmi.", "Hawnehkk nappella lill-ministru biex jaħseb fuq dan li qegħdin ngħidulu għax, kif sfortunatament qed naraw, ċerti termini llum forsi qed naqblu fuqhom, imbagħad għada wieħed jibda jagħti ħafna interpretazzjonijiet u kulħadd jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Sur President, kif għedt fil-bidu, ma tistax taħdem, tikkopera u tipprova tagħti kontribut meta int għandek gvern li filwaqt li jridek taħdem miegħu jinsulentak.", "(Interruzzjonijiet) Iva, jinsulentak.", "Il-prim ministru l- bieraħ qal li aħna ma naqblux mal-kunsilli lokali għaliex konna kuntenti li jiġu n-nies għandna jitolbuna l-pjaċiri.", "Dan minn fejn jivvintahom dawn affarijiet, qisu hu għandu xi koċċ qaddisin madwaru, xi koċċ nies bir- raġġiera li qatt ma kellhom klijenti u qatt ma kellhom lil ħadd iħabbtilhom il-bieb!", "Mhux se nsemmi jekk kellhomx kriminali jorqdu wara biebhom!", "U jien nistaqsih lill-prim ministru: Inti raġel biżżejjed biex tagħmel dikjarazzjoni llum stess li l-ministri tiegħek u l-membri parlamentari tiegħek m'għandhomx nies iħabbtulhom il-bieb biex iqabbżuhom u jaħdmu għalihom?", "X'diskors vojt hu dan!", "Naħseb li ried jimpressjona ġewwa l- Mosta, jew xtaq inessi t-taħwid tal-figuri ta' l-eluf kbar tad-djun li hemm.", "Dan mhux diskors li għandu jiġi minn prim ministru li qed jippretendi li din in-naħa taqbel miegħu biex inbiddlu l-Kostituzzjoni ħalli ndaħħlu l-kunsilli lokali.", "Se mai wieħed irid jara x'kienu qegħdin jagħmlu n-nies li jissemmmew li kienu qed jorqdu wara l-bieb!", "Għalfejn kienu qegħdin hemm, għall-pjaċiri jew inkella biex jipproteġuh, jew biex jipproteġihom?", "X'kienu qegħdin jagħmlu dawn?", "U mela jiġi jgħidilna li l- Partit Laburista ma riedx li jkun hemm il-kunsilli lokali għax kien jieħu gost li n-nies imorru għandu biex jaqdihom!", "Dan diskors vojt u xejn aktar, diskors bla sens li lanqas tippretendih minn prim ministru, imma naħseb li meta jkun fil-każini jinsa li hu prim ministru u jibda jisparla kif ġie ġie!", "Sur President, punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar kif jistgħu jiżviluppaw għada pitgħada l-kunsilli.", "Hawnhekk m'għandix ċans nidħol biex nipprova nagħmel xi assessment ta' kif ħadmu sal-lum.", "M'hemmx dubju li hemm min ħadem tajjeb u hemm min ħadem ħażin, però issa qegħdin nisimgħu li għandna mmorru għall-kunċett tar-regionalism.", "Allura anke f'din aħna konna kontra?", "Kien proprju meta konna fil-gvern aħna li bdejna nġibu l-kunsilli lokali flimkien biex jaħdmu bħala reġjun.", "Ma tistax ma ssemmihomx dawn l- affarijiet.", "Kif ġie l-famuż pjan soċjo-ekonomiku għas-south ta' Malta?", "Mhux minn kunsill wieħed, tnejn jew tlieta imma minn numru ta' kunsilli li aħna għednielhom li għandhom jaħdmu flimkien għax għandhom problemi komuni soċjali u ekonomiċi li jridu jattakkawhom flimkien.", "Aħna għamilnieh dak ir-rapport, u dan il-gvern li issa qed jiftaħar li jaqbel mar-reġjonaliżmu jista' jgħidilna x'għamel b'dak ir-rapport?", "Jista' jgħidilna huwiex se jkompli jaħdem fuqu?", "Jista' jgħidilna huwiex se joħorġu minn fuq l-ixkaffa u jibda jadottah wara dak ix-xogħol kollu li sar fuqu?", "Allura aħna kif irridu nemmnu li dan mhux diskors vojt, li din m'hijiex sempliċement propaganda politika partiġjana biex trebbħek il-voti u mbagħad mill-għada ninsew dak li għedna!", "Sur President, jien nemmen li dawn huma okkażjonijiet fejn jekk irridu nuru maturità politika, iridu jispiċċaw dawn il-ħafna ħrejjef, dan il- gideb, dawn l-akkużi u statements mitfugħin bl-addoċċ biex nogħġbu lill- partitarji.", "Dawn huma affarijiet serjissimi, speċjlament meta se nbiddlu l- Kostituzzjoni, u allura ma nistgħux naċċettaw li jkun hemm dawn it-tip ta' statements mitfugħin bl-addoċċ li ma jagħmlux ġieħ la lil dan il-parlament u inqas u inqas lil min jagħmilhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, meta kont student tal-liġi, waħda mill-ewwel liġijiet li kont niġi mgħallem kienet il-Kostituzzjoni.", "Ma nixtieqx inkun pompus, imma bħala l-ogħla liġi tal-pajjiż inħoss ċerta solennità meta qegħdin niddibattu emenda fil-liġi suprema tagħna, fil-liġi li tingħata l-iktar importanza fuq il-liġijiet l-oħrajn kollha.", "Mr Speaker, wieħed irid mill-ewwel jgħid li li inti tagħmel emenda kostituzzjonali u ddaħħal fil-Kostituzzjoni l-kunċett tal-kunsilli lokali hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "U huwa tajjeb ħafna wkoll li hawn qbil bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra li din tkun tagħmel parti mill-Kostituzzjoni.", "Jien ħadt pjaċir li din l-emenda qed tagħmel ukoll attentat li ssemmi ċerti prinċipji.", "Fl-istess Kostituzzjoni għandek lista ta' prinċipji li skond il- liġi tagħna, għalkemm qegħdin hemmhekk bħala dikjaratorji, meta tiġi l- qorti ma tistax tapplikahom.", "Għalhekk hija ħaġa tajba li f'din l-emenda qed indaħħlu l-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Dan il-prinċipju jfisser li inti tieħu ħsieb li l-poter jiġi wżat mhux biss minn gvern ċentrali, mhux biss minn ftit nies imma minn iktar nies.", "Naħseb li parti mill-mertu huwa wkoll tal-familja demokratika kristjana fid-dinja li aħna naraw id- demokrazija bħala valur ftit differenti minn kif jarawh ideoloġiji politiċi oħrajn.", "Il-ħsieb ta' parteċipazzjoni tal-poplu f'dak li aħna nsejħu demokrazija parteċipattiva hawnhekk jieħu iktar u iktar importanza.", "Don Luigi Sturzo f'wieħed mill-ħsebijiet tiegħu jgħid li l-bniedem għandu dmir li jipparteċipa fil-ħajja pubblika ta' pajjiżu.", "Mhux biss l-Istat irid iħajjar il-parteċipazzjoni imma l-istess ċittadin għandu fuqu l- obbligu li jieħu sehem fil-politika.", "Dan jgħodd kemm għal dawk li jemmnu kif ukoll għal dawk li ma jemmnux.", "U aħna bħala rappreżentanti ta' dan il- parlament għandna nieħdu ħsieb li jkun hemm l-iktar strutturi tajbin sabiex il-poplu jkollu l-possibbiltà li jagħmilha.", "Ippermettili nikkwota dak li kien jgħid Sturzo għax inħoss li huwa importanti:", "\"Partecipare significa quindi esprimere tutta la propria individualità e la propria socialetà e contribuire a sconfiggere le tentazioni autoritarie e anti-democratiche.\"", "Il-ħsieb huwa li kull bniedem għandu d-dmir li jipparteċipa fil-ħajja pubblika u politika fil-pajjiż.", "Jien niddejjaq meta jkun hemm min jippreżenta l-politika bħala xi ħaġa maħmuġa jew li tista' tiċċappas minnha.", "Il-politika hija waħda mill-attivitajiet l-iktar importanti li l- bniedem jista' jidħol għalihom.", "Jien mhux se nsemmi lil Cicerun u awturi antiki, għax naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra qrajniehom, però żgur li s- sehem tagħna fil-politika huwa importanti ħafna u jeħtieġ li nħeġġu iktar persuni biex jagħtu sehem fil-politika.", "Il-parteċipazzjoni fil-politika ssir iktar faċli u iktar realistika jekk inti tingħaqad ġo partit politiku.", "Meta tingħaqad ġo partit politiku tkun tista' twettaq konkretament xi ħaġa għal pajjiżek.", "Forsi ma taqbilx ma' dawn iż-żewġ partiti politiċi, trid tagħmel partit ieħor tiegħek, imma l- partit jibqa' dejjem strument demokratiku u effettiv biex kulħadd jikkontribwixxi f'din id-direzzjoni.", "Għalhekk f'dan id-dawl wieħed ma jifhimx biżżejjed il-biża' li tiġi espressa li meta tingħaqad ma' partit politiku allura tkun qiegħed tonqos minn din il-parteċipazzjoni.", "Hemm ħafna xogħol importanti xi jsir, u għalhekk f'dan is-sens l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali huma parti sħiħa minn proċess li aħna nħaddnu fid- demokrazija, il-proċess li wieħed imur jivvota.", "Huwa l-poplu li jagħżel ir- rappreżentanti tiegħu u jagħżilhom mhux biss hawnhekk f'dik li hija leġislatura imma anke f'dak li huwa esekuttiv.", "Għax wieħed irid jgħid - dan il-punt sostnejtu diversi drabi - li l-kunsilli lokali jagħmlu parti sħiħa mill-esekuttiv tal-pajjiż u m'humiex branch maqtugħa kompletament.", "Fil-proċess tad-demokratizzazzjoni ta' kull pajjiż, fosthom pajjiżna, kif jgħid tajjeb Hans Kelsen, il-vot irid ikun preżenti mhux biss fil- leġislatura imma anke fil-parti amministrattiva.", "Għalhekk huwa interessanti dak li qegħdin nagħmlu hawnhekk, fejn qed ngħidu li d- demokrazija ma nħalluhiex biss fil-livell ta' nies li jivvotaw għan-nies fil-parlament imma qed nipprattikawha wkoll f'livell ieħor.", "Aħna stajna għażilna toroq oħrajn, għax hemm min jgħid li fil-kunsilli lokali aħjar jekk kemm-il darba flok tagħmel vot għad-demokrazija tagħżel in-nies li għandhom ikunu hemm.", "U huma ħafna li jaħsbu li aħjar tagħżel bniedem tekniku, però kif jgħid tajjeb Norberto Bobbio, it-teknokrazija u d- demokrazija ma jistgħux jgħixu flimkien, waħda tmur kontra l-oħra.", "Veru li kien hemm żmien meta kien hemm min jaħseb li l-poplu huwa injorant, u allura għax il-poplu hu injorant m'għandux ikollu d-dritt li jkollu f'idejh il-poter tal-pajjiż.", "Però dawk iż-żmenijiet għaddew illum u wieħed irid jiftaħ iktar il-bibien tal-parteċipazzjoni tal-poplu fid-demokrazija.", "Hans Kelsen, li huwa avukat li kiteb id-duttrina pura tad-dritt, jgħid li ġeneralment huma l-partiti li jkunu fl-oppożizzjoni li jitolbu li l- kunsilli lokali jidħlu fil-liġi u mhux dawk li jkunu fil-gvern.", "Is-soltu l- partiti fil-gvern, jekk jaċċettaw li jdaħħluha, idaħħluha b'ħafna riżervi biex il-poter ftit jitilquh minn idejhom.", "Però f'dan il-pajjiż ġara preċiż il-kontra għax kien il-partit fil-gvern li nsista li l-kunsilli lokali jidħlu fil-liġi.", "U stranament dak iż-żmien, għal raġunijiet differenti, kif spjega l-ħabib tiegħi tan-naħa l-oħra, kien hemm ċerta titubanza u ċerta oppożizzjoni għal dan il-kunċett.", "Wieħed irid jirreġistra wkoll li għalkemm fil-bidu kien hemm min qalilna li m'aħniex se nsibu nies li jkunu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jerfgħu dan il-piż, illum mhux talli nsibu min irid jikkontesta talli nsibu diversi kunsilli lokali fejn hemm ġlied kbir għall-voti, għall-kunsens, għax il-vot huwa l-kunsens elettorali.", "F'din id-dimensjoni wieħed irid jgħid li l-kunsilli lokali għandhom ħafna vantaġġi.", "L-ewwel vantaġġ huwa li taħrab mill-biża' taċ-ċentralizzazzjoni tal-poter.", "Aħna qegħdin immorru preċiżament il-kontra tal-ħsieb ideoloġiku li l-poter għandu jkun ċentralizzat.", "Wieħed Franċiż, De Tocqueville kien kiteb trattat jismu \"Democracy in America\" u dan kien qal:", "\"I think that extreme centralisation of government ultimately enervates society and this, after a length of time, weakens the government itself.\"", "Jiġifieri ċ-ċentralizzazzjoni tal-poter, flok għandu l-effett tajjeb li jissoda lill-gvern, maż-żmien idgħajfu.", "Għal dak li kiteb De Tocqueville, ċertu Philips Bradley jikkummenta hekk:", "\"His warning against the dangers inherent in centralisation of administration is therefore all the more timely.", "Active popular participation by the people in the governmental process, by voting for their governors and by sharing in the making of policy or its implementation at the grassroots, is the only guarantee that centralisation of administration will not lead finally to executive dictatorship\".", "Jiġifieri meta l-poplu jivvota għal min għandu jkun ir-rappreżentant tiegħu fil-kunsilli lokali jkun qiegħed jieħu sehem fit-tfassil ta' policies u l- implimentazzjoni tagħhom.", "Għax illum il-kunsilli lokali qed joħorġu bil- programmi elettorali tagħhom fejn jgħidu x'beħsiebhom jagħmlu fil-lokalità, allura dak huwa garanzija kontra l-effett negattiv taċ-ċentralizzazzjoni.", "Punt ieħor interessanti u li fih x'tifhem skond l-istess De Tocqueville huwa li:", "\"Democratic nations often hate those in whose hands central power is vested but always love that power itself.\"", "Jiġifieri l-poplu jħoss ċerta għira lejn dawk li għandhom il-poter u d- deċentralizzazzjoni tal-poter li ġabu l-kunsilli lokali jneħħi dan is- sentiment.", "Punt ieħor pożittiv li daħal bil-kunsilli lokali huwa li wieħed jagħmel distinzjoni aħjar bejn il-poter ta' l-eżekuttiv u l-poter tal- leġislatura.", "F'wieħed mill-kotba tiegħu, Ciriaco De Mita jgħid hekk fuq il- problemi li għandhom l-Italja f'din id-dimensjoni:", "\"E vero che è rimasta la confusione di ruoli fra esecutivo e legislativo, con la tendenza a interventi eccezionali dell'uno o' dell'altro destinati a incidere negattivamente sul buon andamento e sulla imparzialià' della pubblica amministrazzione.\"", "Iż-żewġ ambiti ta' leġislattiv u esekuttiv jagħmlu pressjoni fuq l- amministrazzjoni, u dan iġib effetti negattivi fuq l-andament tajjeb u l- imparzjalità ta' l-amministrazzjoni pubblika.", "Punt ieħor huwa li l-kunsilli lokali jirnexxilhom jamministraw aħjar għax jistgħu jidħlu f'iktar dettall f'dak li jkun hemm bżonn isir.", "Jien diġà kkwotajt lil De Tocqueville, imma tant huwa tajjeb li nħoss li għandi nerġa' nikkwotah f'parti oħra fejn jgħid:", "\"The partisans of centralisation in Europe are wont to maintain that government can administer the affairs of each locality better than the citizens can do it for themselves.\"", "Jiġifieri qiegħed jgħid li dawk li qegħdin fil-gvern ċentrali jaħsbu li huma iktar kapaċi li jmexxu u jagħmlu l-affarijiet għall-postijiet lokali miċ-ċittadini li joqogħdu fil-post innifsu.", "Huwa jkompli jgħid:", "\"This may be true when the central power is enlightened and the local authorities are ignorant.\"", "Jiġifieri dan jista' jkun veru meta għandek żbilanċ kbir bejn dawk li qegħdin fiċ-ċentral u dawk li qegħdin fil-kunsilli lokali li huma injoranti.", "De Tocqueville jkompli jgħid:", "\"I am persuaded, on the contrary, that in this case the collective strength of the citizens will always conduce more efficaciously to the public welfare than the authority of the government.\"", "Imbagħad ikompli jgħid:", "\"However enlightened and skilful a central power may be, it cannot of itself embrace all the details of the life of a great nation.", "Such vigilance exceeds the powers of man.", "And when it attempts unaided to create and set in motion so many complicated springs, it must submit to a very imperfect result.\"", "Jiġifieri l-kunsilli lokali għandhom il-vantaġġ ulterjuri li jidħlu fid- dettalji ta' l-affarijiet li bniedem fil-poter ċentrali, ikun kemm ikun intelliġenti, qatt ma jista' jifhem il-problemi realistiċi li n-nies jiltaqgħu magħhom kuljum, u dan il-kunsilli lokali qegħdin jagħmluh.", "F'dan is-sens allura li tagħmel emenda kostituzzjonali għaliha fiha iktar u iktar sens.", "Però jien dejjem sostnejt f'din il-Kamra li l-emenda għandha tkun fis-sens li l-kunsilli lokali, kif daħlu fil-kapitlu legali tagħna 363, għandhom ikunu parti mill-eżekuttiv, mhux parti seperata u indipendenti.", "Fil-Kostituzzjoni Ġermaniża, il-basic law, hemm artikli 84 u 85 li jqiegħdu b'mod ċar il-kunsilli lokali Ġermaniżi taħt il-kappa ta' l- esekuttiv.", "Għad-differenza ta' dak li hemm fl-Italja, fejn il- Kostituzzjoni tagħmel parti separata, aħna fil-liġi tagħna l-kunsilli lokali m'għandhomx id-dritt jagħmlu liġijiet.", "Dawn jistgħu jagħmlu bye- laws, li huma kkontrollati mill-ministru.", "Jekk wieħed jara ftit l-artikoli rilevanti tal-liġi, artikoli 33 u 34, wieħed mill-ewwel jifhem li l- kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jamministraw il-flus li ngħaddulhom minn hawnhekk.", "Veru li għandhom il-politika tagħhom ta' kif jiġu minfuqa l- flus, jew kif għandek taħsel triq, jew kif għandek tirranġa triq jew inkella x'tip ta' bankina għandek tagħmel.", "Għandhom dik id-diskrezzjoni, però m'għandhomx d-diskrezzjoni jagħmlu liġijiet li japplikaw għal dak il- post u dan huwa wkoll perikoluż.", "Tant huwa perikoluż li jekk wieħed jara artikoli 34 u 35 tal-liġi jinduna li, per eżempju, taħt is-subartikolu (4) żammejna d-dritt li l-ministru mhux biss jista' jemendahom imma jista' jirrifjutahom dawn il-bye-laws jekk jidhirlu li mhumiex tajbin.", "Dan kollu huwa tajjeb.", "Apparti minn hekk, l-iskop tal-bye-laws huwa limitatissimu għax qiegħed \"for the purpose of carrying out its functions and for the prevention and suppression of nuisances in the locality.\"", "Jiġifieri l-kunsill għandu l- fakultà li jagħmel xi bye-law li tkun applikabbli għal-lokalità partikolari wara li tiġi approvata mill-ministru, bil-kondizzjonijiet kollha, u min ma jobdix waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ikun ħati wkoll ta' reat kriminali.", "Ebda kunsill lokali m'għandu d-dritt jagħmel xi liġi hu għax il- liġijiet nagħmluhom aħna.", "Huma jridu jobdu d-direttivi li aħna nagħtuhom, għalkemm artikolu 33 jagħti ħafna diskrezzjoni x'jagħmlu u ma jagħmlux.", "Però dawn mhumiex leġislatura bl-ebda mod.", "Il-fatt li nivvotaw għalihom hu sempliċement parti mill-proċess tad-demokratizzazzjoni u ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini tagħna.", "F'dan is-sens huwa żbaljat l-argument li jsir min-naħa l-oħra fuq il- kwestjoni tal-politika.", "Il-politiċizzazzjoni tal-kunsilli lokali titqiegħed f'ambitu fejn m'għandux x'jaqsam, għax il-politiċizzazzjoni ma tidħolx f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-esekuzzjoni tal-liġijiet.", "Fl-esekuzzjoni tal-liġijiet jew tal-funzjonijiet amministrattivi li għandek tagħmel ma tidħolx il-politika.", "Il-politika tidħol biex ittella' nies li huma kapaċi jmexxu f'post partikolari, li huma kapaċi jieħdu r-responsabbiltà, u l- partit qiegħed jagħmel forma ta' garanzija li n-nies li qiegħed iħajjar biex joħorġu fuq il-lista tiegħu huma nies ta' l-affari tagħhom.", "Ħadd ma jista' jaħlef għal ħadd u ħadd ma jista' jaħlef għat-tentazzjonijiet li nies tajbin, jew nies inqas tajbin - ħalli ma ngħidulhomx ħaġ'oħra - isibu quddiem għajnejhom.", "Però dan ma jfissirx li l-parteċipazzjoni ta' partit politiku fil-kunsill lokali hija ħażina.", "Il-ħin ma tantx jippermettili imma xtaqt nikkwota ftit ieħor biex nuri l- mod ċar ta' kif Hans Kelsen jispjega din il-ħaġa:", "\"Il principio di legalità che domina, per definizione, ogni atto esecutivo, esclude ogni influsso politico sull'esecuzione delle leggi, sia da parte dei tribunali che da parte delle autorità ammistrattive.", "Questo è il solo significato legittimo che l'esigenza di una spoliticizzazione delle funzioni dello stato possa avere in ogni regime democratico, anzi in ogni stato.", "Percio' l'esigenza legittima di una spoliticizzazione nel senso ristretto di un'eliminazione degli influssi politici esercitati sull'esecuzione della legge e' perfettamente compatibile col riconoscimento il piu' ampio dei partiti e con la consagrazione giuridica della loro esistenza da parte della costituzione.\"", "Jiġifieri wieħed ma jridx iħallat ħaġa ma' oħra.", "Il-pożizzjoni politika ta' partit hija essenzjali biex iċ-ċittadin jipparteċipa.", "Din hija xi ħaġa li dwarha għandna nkunu realistiċi u nkunu saqajna ma' l-art.", "Ħafna drabi dawk li jkunu magħrufa m'għandhomx problema, kważi jistgħu joħorġu għal rashom u jiġu eletti.", "Kellna diversi kazi ta' nies li għax magħrufa ħarġu għal rashom u telgħu, però mbagħad isibu ruħhom waħedhom.", "Hawnhekk ilkoll nafu li fil-politika trid tidħol f'ċerta alleanza ma' nies biex inti twettaq ċerti miżuri.", "Tista' ġġib qbil ta' ħafna nies indipendenti, imma kemm hu aħjar li jkollok numru ta' nies li diġà huma fi ħdan partit, diġà għandhom programm politiku u kapaċi jwettquh, milli għadek trid tibda mill- bidu fejn iġġib dawn in-nies kollha biex jibdew jaħsbu.", "B'dan il-mod nitilfu ħafna ħin u f'dan is-sens huwa tajjeb li inti jkollok il-pożizzjoni politika mdaħħla hemmhekk .", "Tajjeb ukoll li wieħed jara kif inhuwa mpostat l-artiklu taħt il-basic law Ġermaniża, fejn inti għandek il-pożizzjoni tal-kunsilli lokali.", "Taħt artikolu 38 ta' l-Att dwar il-kunsilli lokali aħna ngħidu hekk:", "\"Local councils should have the right to challenge in court any decision which in any way interferes with the free exercise of their powers granted by this Act.\"", "Din hija ftit kontra t-trend ġenerali tal-kunsilli lokali fuq skala iktar internazzjonali, għax il-ħsieb huwa li l-funzjoni tal-kunsilli lokali tkun limitatissima.", "M'għandhomx funzjoni ġenerali.", "Wieħed m'għandux jagħti general powers.", "Sur President, biex nagħlaq ngħid li fl-Amerika jgħidu:", "\"In general, in the absence of clear authority, the rule is that the local government does not possess a particular power and any doubtful activity will be classified as illegal.\"", "Jiġifieri tajjeb li forsi wieħed idaħħal b'mod iktar espliċitu għalkemm diġà qiegħda hemmhekk impliċita li l-poter li għandu l-kunsill lokali huwa dak li hemm fl-Att biss.", "Xejn iktar u xejn inqas u inti ma tistax tagħmel iktar minn hekk.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li din hija riżoluzzjoni li tagħti iktar importanza lid-demokrazija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-bieraħ il-poplu Svizzeru, għal darb'oħra bl-iktar mod ċar, permezz tal-vot tiegħu rrifjuta l-idea li pajjiżhom jinbela' mill-Unjoni Ewropea, u qed ngħid \"għal darb'oħra\" għax din diġa' ġrat diversi drabi oħra.", "Per eżempju, din ġrat meta fl-1992 kien hemm attentat biex l-Isvizzera timxi għal dik li hija msejħa bħala l- European economic area, l-EEA, u dan fl-isfond tal-politika dikjarata tal- Kunsill Federali Svizzeru li eventwalment l-Isvizzera ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Pero` fl-1992 meta l-poplu vvota, qata' ħesrem din il- linja politika għaliex ivvota kontra u allura l-gvern federali ta' dak iż- żmien iddeċieda li jitfa' fuq l-ixkaffa l-idea li jimbotta biex pajjiżu jsir membru ta' l-Unjoni.", "Naturalment ġaladarba l-poplu Svizzeru ma wasalx għal-livell ta' l-EEA, inqas u inqas nimmaġina li kien lest li jmur iktar 'il bogħod u jasal għal-livell ta' sħubija.", "Meta wieħed jaqra d-dokument tal-politika barranija ta' l-Isvizzera ta' l- 1993 – din issa ġie updated b'dokument ieħor tas-sena 2000, pero` aħna se nibqgħu nitkellmu fuq dak ta' l-1993 - isib li minkejja li l-poplu kien iddikjara li ma jridx li pajjiżu jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, f'dan id-dokument hemm miktub li l-għan tal-Kunsill Federali - li huwa qisu l-Parlament ta' l-Isvizzera - huwa li jwassal lill-Isvizzera għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Dan id-dibattitu baqa' għaddej għal snin sħaħ biex illum jinsabu f'sitwazzjoni fejn filwaqt li l-Kunsill Federali qed jibqa' jiddikjara x'inhu l-għan politiku tiegħu, kull darba li l-poplu jsib l-okkażjoni jew jingħata l-okkażjoni biex jesprimi ruħu, bħalma għamel il- bieraħ, dan qiegħed kull darba jiddeċiedi li għallinqas għalissa m'huwiex interessat li jmur għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Imma minkejja dan kollu, id-dokument tal-politika barranija ta' l-Isvizzera li ġie updated is-sena l- oħra xorta waħda jitkellem fuq l-istess linji tad-dokument ta' qablu, cioe` li l-mexxejja politiċi ta' l-Isvizzera joħolmu li jwasslu lill-Isvizzera għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Jien niftakar li waqt dibattitu li konna qed nagħmlu hawnhekk, lill-prim ministru f'nota ta' l-aħħar kont għedtlu: Intom se jiġrilkom bħall-Isvizzeri għax il-politiċi jridu jmorru għal sħubija fl-Unjoni imma l-poplu ma jridx li jsir dan.", "U l-bieraħ ġrat xi ħaġa li hija ħafna iktar ċara u elokwenti minn dak li ġara fl-1992.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li fl-Isvizzera hemm moviment li huwa simili ħafna għall-moviment \"Yes to Europe\" li għandna f'pajjiżna .", "Fil-fatt fil- fervur ta' dan il-moviment Svizzeru biex jimbotta lil pajjiżu lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni, kważi addirittura kellu jmur kontra l-parir tal-Kunsill Federali u mbotta biex ikun hemm referendum.", "Naturalment il-Kunsill Federali m'huwiex qed jaqbel ma' dan ir-referendum għax qed ixomm x'inhu l- feeling tal-poplu Svizzeru vis-à-vis l-Unjoni Ewropea.", "Allura peress li kien jidher ċar li l-poplu Svizzeru ma jridx imur għal sħubija sħiħa fl- Unjoni, l-Isvizzera ddeċidiet li tissottometti numru ta' proposti lill- Kummissjoni Ewropea biex jiġu diskussi ċertu oqsma ta' koperazzjoni bilaterali.", "M'għandix ħin noqgħod nidħol fid-dettall, pero` l-Isvizzera u l-Unjoni waslu biex fl-1999 qablu fuq seba' setturi.", "Mr Speaker, min is-sena l-oħra mar Nizza, ġie hawnhekk jipprova jiddieħak bina għax qalilna li anke l-President tal-Kunsill Federali ta' l-Isvizzera qal li pajjiżu se jmur għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Jiġifieri dan ma kellux id-dehen u s-sens li jifhem illi d-distakk bejn xi jridu l-politiċi u bejn x'irid il-poplu qiegħed hemmhekk.", "Huma ġew hawnhekk u qalulna: Il- politika tagħkom ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran ma tagħmilx sens għax anke l-Isvizzera trid tmur għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea!", "Li ma qalux kien li mhux l-Isvizzera kienet qed tgħid li trid tmur għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea imma l-President tal-Kunsill Federali.", "Illum jien nistaqsihom: Għadkom issostnu li l-poplu Svizzeru jrid imur għal sħubija fl-Unjoni Ewropea wara l-vot ta' nhar is-Sibt?", "Għax dak li qal il-president mod u dak li qal il-poplu l-bieraħ huwa totalment differenti.", "Qed nagħti dan il-background għax kulħadd jaf li f'pajjiżna, billi għandna gvern li huwa ossessjonat li jrid imur għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, minflok ma jipprova jikkonvinċi lill-poplu li l-aħjar triq għal Malta hija sħubija sħiħa fl-Unjoni, telaq għat-triq żbaljata li s- sħubija sħiħa fl-Unjoni hija l-uniku triq li għandu pajjiżna.", "Hawnhekk tinfaqa' l-bużżieqa għax l-argument tagħna sa minn snin ilu kien li filwaqt li aħna bħala pajjiż żgħir fil-Mediterran irridu li jkollna relazzjonijiet mill-aħjar ma' l-Unjoni Ewropea, u filwaqt li aħna minħabba n-natura ta' l- ekonomija, ta' l-esportazzjoni, ta' l-importazzjoni u tal-kultura tagħna rridu nirrikonoxxu li ma jistax ma jkollniex relazzjonijiet mill-aħjar ma' l-Unjoni Ewropea, aħna nemmnu li dawn ir-relazzjonijiet għandhom jitfasslu fil-qafas ta' x'inhuma ċ-ċirkostanzi, il-bżonnijiet u l-limitazzjonijiet ta' pajjiżna, Sur President.", "Aħna ma nemmnux li dak li jiffittja f'pajjiżi oħra, bħall-Italja, Franza u l-Ingilterra bilfors jiffittja fil-każ ta' pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Dan huwa argument li xbajna ngħiduh, u beħsiebna nkomplu ngħiduh ħalli l-poplu jifhem li l-gidba li kien jgħid il-Partit Nazzjonalista fil-passat li aħna partit kontra l-Unjoni Ewropea taqa' - illum ma tantx għadna nisimgħuhom jgħiduha - għax aħna m'aħniex partit kontra l-Unjoni imma partit kontra s- sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "Ara ħaddieħor jista' jkun jaqbillu li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, imma aħna kif nistgħu nippontifikaw x'jagħmel ħaddieħor?", "Hemm min hu ġej u sejjer f'pajjiżna biex jipprova jara x'inhu l- aħjar għalina, imma jien naħseb li ħadd iktar minna ma jista' jgħid x'inhu l-aħjar għal pajjiżna.", "Aħna għandna nfasslu politika li filwaqt li twassalna u tqarribna lejn l-Unjoni kemm jista' jkun, ma nkunux qed nerfgħu piżijiet jew nieħdu miżuri li jkunu ta' ħsara għas-setturi tal-popolazzjoni Maltija.", "Ovvjament l-iktar ħaġa faċli għalina kienet tkun dik li ngħidu lill-poplu li se nerfgħu fuq spallejna r-regolamenti kollha ta' l-Unjoni billi mmorru għal sħubija sħiħa, pero` allavolja din it-triq li qed nagħżlu aħna m'hijiex faċli m'għandniex nilbsu l-ġlekk ta' ħaddieħor.", "Nifhem li mhux dejjem faċli lanqas li nfissru lill-poplu xi triq qed nieħdu u allura biex nipprovaw indaħħluha f'ras in-nies x'għandna f'moħħna, aħna qed ngħidu li nixtiequ li minn Malta nagħmlu Svizzera fil-Mediterran.", "M'hemmx għalfejn ngħid kemm dan is-slogan qanqal rimarki redikoli u ta' żuffjett mill-membri tan-naħa l-oħra.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm saħansitra min wasal biex ipprova jbellagħha lin-nies li aħna qegħdin ngħidu li għandu jkollna l-muntanji u s-silġ u l- baqar bil-qanpiena, imma dan għamlu min ried jirredikola l-politika u lilu nnifsu.", "Fil-verita' lin-nies ħadd ma waqaf biex jispjegalhom li hemm mudelli oħra ta' kif inqarrbu u nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Nazzjonalista jrid imur għal sħubija sħiħa, good luck to them!", "Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista qed jgħid: Jien irrid noqrob lejn l-Unjoni Ewropea, u rrid li jkolli iktar relazzjonijiet viċini ma' l- Unjoni, imma ma nistax nagħmel bħalma jagħmel ħaddieħor u nsir membru sħiħ ta' l-Unjoni għax meta nagħmel il-kontijiet kollha nsib li fl-aħħar mill- aħħar iktar ikolli żvantaġġi milli vantaġġi jekk nagħmel dan.", "Meta l- membri tan-naħa l-oħra raw li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar nies bdew jifhmu l-politika tal-Partit Laburista, irreaġixxew għal dan billi qalu li hemm triq waħda biss lejn l-Unjoni Ewropea u din hija t-triq tas-sħubija.", "Saħansitra waħda mill-gazzetti lokali bl-Ingliż irrapportat ukoll li xi ħadd mill-membri tan-naħa l-oħra qal li there is no alternative.", "Imbagħad xi ngħidu għall-ministru ta' l-affarijiet barranin li kellna qabel l-Onor.", "Joe Borg!", "Dan kien jipprova jagħti l-impressjoni li jekk ma nisseħbux fl- Unjoni Ewrepea, se jkun hemm it-theżżiż tas-snien, se jkun hemm id-dlam u se nkunu qegħdin mitluqin għal rieħna mingħajr ħadd ma jagħti kasna.", "Ngħid għalija dan huwa disservice u nuqqas ta' rispett fil-konfront ta' l- elettorat.", "Għandu jkun li l-Partit Nazzjonalista jaħseb li l-elettorat huwa stupidu u jista' joqgħod ibellagħlu r-ross bil-labra.", "Fil-fatt il- Partit Nazzjonalista kien qed jipprova jbellagħha lill-elettorat li hekk kif nirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni, din kienet se tagħtina Lm100 miljun.", "Sur President, jien nemmen li bil-mod il- mod qed nikkonvinċu lil iktar u iktar nies jaraw li din m'hi xejn għajr ħrafa.", "Riċentement kien hawn f'pajjiżna l-Kummissarju Verheugen, li huwa inkarigat mit-tkabbir, u dan qal ċar u tond li m'hemmx sħubija à la carte, jiġifieri ma tistax tissieħeb fl-Unjoni u mbagħad toqgħod tagħżel x'jgħodd u x'ma jgħoddx għalik.", "Fil-fatt aħna għalhekk nemmnu li m'għandniex immorru għal sħubija sħiħa fl-Unjoni għax ma nistgħux nippretendu li mmorru għal sħubija u nagħżlu x'irridu u ma rridux.", "Jekk issir membru se jkollok terfa' kollox, u għax nafu li jekk nerfgħu kollox se jkollna ħafna żvantaġġi ...", "Aħna m'aħniex wiċċna tost u m'għedniex li rridu nsiru membri pero` r-responsabbiltajiet ma rriduhomx.", "F'dak il-każ dak li jkun kien ikollu dritt jgħid li aħna qegħdin nitolbu membership à la carte, imma aħna la qed nitolbu membership à la carte u lanqas qed nitolbu set menu.", "Aħna ma rridux nieħdu dak li l-Unjoni qed toffri lil kulħadd.", "Aħna interessati li nsaħħu r-relazzjonijiet ta' bejnietna pero` rridu li nagħmlu ftehim differenti milli din għamlet ma' pajjiżi oħra għax aħna għandna karatteristiċi differenti minn pajjiżi oħra.", "L-ebda membru jew applikant ta' l-Unjoni m'hu gżira bħalna.", "L-ebda membru jew applikant ta' l-Unjoni Ewropea m'għandu popolazzjoni daqstant żgħira bħalma għandna aħna, ħlief il-Lussemburgu, li huwa każ partikolari.", "L-ebda membru jew applikant ta' l-Unjoni m'għandu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi tagħna.", "Allura għax f'pajjiżna hawn min m'għandux immaġinazzjoni u m'huwiex kapaċi jinnegozja trattat speċjali – u hawn qed ngħid għan-Nazzjonalisti – għandna nġiegħlu lill-poplu jibla' dak kollu li qed tbellagħlna l-Unjoni Ewropea!", "Insomma, l-Unjoni m'hi qed tbellagħlna xejn għax huma l-politiċi Maltin - u nispera f'Alla li dawn ma jkollhomx l-appoġġ tal-poplu - li qed iħallu lill-Unjoni tlibbisna l-uniformi tas-sħubija.", "Jien lill-Unjoni ma nagħtihiex tort li qed tlibbisna l-uniformi tas-sħubija għax la tkun membru trid tilbes uniformi u trid tagħmel dak kollu li jgħidulek huma!", "Mr Speaker, aħna qed ngħidu: Għaliex m'għandniex nagħmlu kif għamlu pajjiżi oħra?", "Fil-fatt jien għalhekk bdejt bl-Isvizzera għax l-Isvizzeri wrew li teżisti triq oħra.", "M'hux veru dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista li hemm triq waħda biss għalina.", "Jien nistaqsi: Smajna xi darba li għax l-Isvizzera m'hijiex membru ta' l-Unjoni, l-Unjoni Ewropea ma tridx li jkollha x'taqsam magħha?", "Min qalu dan!", "Nammetti li d- diskussjonijiet li nagħmlu ma' l-Unjoni Ewropea jafu jkunu diffiċli, mela le!", "Nammetti wkoll li dawn id-diskussjonijiet jistgħu jieħdu fit-tul, mela le!", "Pero` jien bl-ebda mod ma naħseb li pajjiżi m'għandux is-saħħa li jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea bħalma kellha s-saħħa li tinnegozja ma' l- Unjoni l-Isvizzera.", "Jekk l-Isvizzera għandha ċertu valuri għall-Unjoni, jien konvint li pajjiżna wkoll għandu ċerti valuri għal Unjoni.", "M'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod għax dan smajnieh.", "Biżżejjed ngħid li meta konna fil-gvern, mexxejna l-politika tagħna 'l quddiem.", "Aħna kulma riedna kien relazzjoni speċjali bbażata fuq it-twaqqif ta' żona ta' kummerċ industrjali ħieles, b'konsiderazzjonijiet speċjali għas- settur agrikolu u agro-industrijali u ftehim fuq medda ta' oqsma differenti, xjentifiċi, soċjali, finanzjarji, politiċi u ta' sigurta`.", "Dan kollu huwa mniżżel on black and white.", "Fil-fatt dan l-agreement ġie ffirmat f'April ta' l-1998 minni, li ffirmajt f'isem il-Gvern Malti, u minn Robin Cook - dak iż-żmien ministru ta' l-affarijiet barranin Ingliż, meta l-Ingilterra kellha presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea - li ffirma f'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna ffirmajna dan l-agreement biex ifittxu jibdew id-diskussjonijiet ħalli r-relazzjoni ta' pajjiżna ma' l-Unjoni Ewropea tiġi approfondita.", "Allura kif jista' xi ħadd jgħid li meta konna fil-gvern dawn tawna l-cold shoulder, ma kellmuniex u qalulna li m'għandhomx x'jaqsmu magħna għax jew iridu sħubija jew xejn!", "Min qalu dan ħlief Fenech Adami u sħabu biex jipprovaw ibellgħuha lill-poplu Malti?", "Imma l-poplu Malti m'huwiex iblah, u huwa għalhekk li dejjem insemmulu s- slogan tagħna ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran.", "Aħna lill-poplu Malti qed ngħidulu: Araw l-Isvizzera x'qed tagħmel!", "Biżżejjed ngħid li fl-1999 l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea rnexxielhom jifformolaw ftehim bejniethom.", "Ovvjament l-Isvizzera wkoll għandha l- vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, pero` din hija kwestjoni ta' give and take.", "Allaħares fin-negozjati xi ħadd jieħu kulma jaħseb li se jieħu fil-bidu jew iċedi kulma jkun irid ħaddieħor!", "Ara fin-negozjati li qed jagħmel il- gvern Nazzjonalista, 99% ikollu jagħmel hekk għax qed jinnegozja fuq pakkett li huwa riġidu u ftit li xejn hemm spazju fejn wieħed jiġġebbed fuqu.", "Jekk wieħed iċedi xi ftit fin-negozjati għal Malta, ikollu joqgħod attent għax jaf li jekk se jċedi lilna jkollu jagħti l-istess trattament lil numru ta' pajjiżi oħra li huma applikanti bħal Malta.", "Huwa ħafna iktar diffiċli li wieħed jinnegozja fl-isfond tas-sħubija u jipprova jagħmel xi eċċezzjonijiet milli li jkun liberu li jieħu pakkett ta' negozjati u jgħid: Isma', jien minn dan se nipprova nieħu minnu dan, dan u dan.", "Jista' jkun li inti tipprova tieħu 100 u forsi minflok 100 jirnexxielek tieħu 75 jew 80, imma hemmhekk hi l-kapaċita` tan-negozjati.", "Meta konna fil-gvern aħna f'xahar irnexxielna niffirmaw dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea t'April 1998, pero` issa din it-tip ta' relazzjoni se titwaqqaf.", "Meta dan l-aħħar kien hawn Verheugen u aħna tkellimna miegħu fil- kwartieri tagħna, dan reġa' qalilna dak li jgħidilna s-soltu kull darba li jkun preżenti fil-laqgħat tal-kumitat konġunt li jkollna bejn Malta u l- Parlament Ewropew ġewwa Brussels - u jien ma nagħtihx tort li jgħidilna hekk - cioe` li hu ma ġiex biex jiddiskuti l-alternattiva tal-Partit Laburista għax dan il-partit m'huwiex qiegħed fil-gvern u allura this alternative is not on the table.", "Imma xi ħadd bravu qal, kif sema' lil Verheugen jgħid dan il-kliem: Qed taraw kif ġiet skartata l-alternattiva tal-Partit Laburista!", "Imma din m'hijiex xi ħaġa ovvja?", "Anke meta nkunu qed niddiskutu abbozz ta' liġi, aħna nitkellmu fuq dak l-abbozz ta' liġi li jkun hemm fuq il-mejda u mhux fuq l-abbozzi ta' liġi l-oħra li jkunu għad iridu jiġu jew li jkunu għaddew!", "Jagħmel sens li llum Verheugen jgħid: Jien qiegħed hawn biex niddiskuti l-prijorita` tal-gvern tal-ġurnata.", "Pero` jien ngħid b'ċerta responsabbilta` - u nistenna li jmeruni jekk dan li qed ngħid m'huwiex veru – li meta mbagħad kellimnieh aħna u huwa ġie mbottat biex jagħti risposta, qalilna: Jekk kemm-il darba jkun hemm tibdil fil-gvern, il-gvern bħala gvern demokratiku jġib il-proposti tiegħu, u aħna bħala istituzzjoni demokratika npoġġu madwar mejda u nibdew nitkellmu.", "Mela m'hux veru li jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea jkun hemm id-dlam u t- theżżiż tas-snien.", "Lanqas mhu veru li jekk ma nidħlux fl-Unjoni, ta' l- Unjoni Ewropea se jgħidulna li m'għandhomx x'jaqsmu magħna, kif kien jgħid xi ħadd!", "Mela din hija gidba, daqskemm hija gidba tal-Lm100 miljun li qatt ma ġew.", "Mr Speaker, dak li ġara l-bieraħ ġewwa l-Isvizzera huwa konferma għal darb'oħra ta' kemm il-poplu Malti għandu jiftaħ għajnejh minn min qed jipprova jbellgħu l-ħmerijiet rigward l-Unjoni Ewropea, minn min fl-1992 bellgħu li se nidħlu fl-Unjoni wara erbat ijiem, minn min bellgħu li hekk kif nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa fl-Unjoni se jiġu f'pajjiżna Lm100 miljun, minn min bellgħu li se jiġi l-investiment fil- mument li nerġgħu nibdew niddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk illum hawn min qed jiblagħha li m'hemmx triq oħra għal pajjiżna ħlief dik ta' l-Unjoni Ewropea, jien ngħidlu li m'hemmx triq oħra għall-Partit Nazzjonalista għax jekk din il-linja politika tfalli, huwa m'għandu l-ebda alternattiva politika oħra.", "Ara l-Kunsill Federali Svizzeru huwa iktar intelliġenti u għax jaf li l-opinjoni pubblika hi dik li hi, anke fl-iktar partijiet ta' l- Isvizzera li normalment wieħed kien jippretendi li jkunu favur is-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, din id-darba kien hu stess kontra li wieħed jisforza lill-elettorat biex jikkommetti ruħu.", "M'għadux iż-żmien li l- politiċi jaħdmu b'ċerta makakkerija u jipprovaw iqarrbu lill-poplu lejn l- Unjoni Ewropea jekk kemm-il darba l-poplu kull darba qed jgħidilhom b'iktar saħħa: Le.", "Jien lill-Partit Nazzjonalista nistaqsih minn hawnhekk: Jekk il-poplu Malti u Għawdxi jgħidlek le għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea f'referendum jew f'elezzjoni, x'inhi l-alternattiva tiegħek?", "X'se tagħmel bħala politika barranija?", "Għax inti bbażajt kollox fuq hekk, inkluż il- biżibilju ta' liġijiet li qegħdin ngħaddu minn dan il-parlament, liema liġijiet qed ngħadduhom biex niġu konformi ma' dak li jrid Brussels.", "Jien nerġa' nistaqsi: X'tagħmel int, Sur Partit Nazzjonalista, jekk kemm-il darba l-poplu jgħidlek li dik l-alternattiva ma jridhiex?", "Il-Partit Laburista qed jgħid bl-iktar mod ċar li l-linja li qed jieħu hija fattibbli.", "Fil-fatt qed naraw li l-Unjoni Ewropea stess qed tikkonsidraha dik il-linja, u aħna lill-poplu Malti ngħidulu: Għalfejn għandek titgħabba b'dak il-piż kollu li qed jipprova jgħabbik bih ħaddieħor bla m'għandek l- ebda garanzija ta' x'se jiġri?", "Qed ngħid dan għax ir-rapporti li għamel il- Ministru Borg qed iżommhom moħbijin għax qal li jekk kemm-il darba informazzjoni sensittiva ssir magħrufa, jista' jużaha l-partit fl- oppożizzjoni.", "Dik demokrazija!", "Il-ministru qed jibża' li fatti oġġettivi li hemm fir-rapporti li qed jgħid li għandu jintużaw mill-oppożizzjoni biex jibbilanċjaw id-dibattitu f'dan il-pajjiż, biex nilluminaw l-imħuħ tan-nies biex jieħdu deċiżjoni li tkun fl-aħjar interess tagħhom u biex il-poplu jkun informat dwar x'inhu tajjeb u ħażin fis-setturi differenti li jolqtu lilu.", "Imma l-ministru u l-gvern Nazzjonalista ma jridux li l-poplu jkun jaf iż-żewġ naħat tal-munita, l-aqwa li jinformaw lil tal-klikka li għandhom fil-MEUSAC!", "Meta sar dak il-ftehim li semmejt l-ewwel fl-1999 bejn il-Gvern Svizzeru u l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Svizzeru tgħidx kemm ta informazzjoni lin-nies dwar l-Unjoni.", "U biex żgur ma jmurx kontra dak li jrid il-poplu jew inaffar lil xi ħadd, tgħidx kemm għamel enfasi li l-ftehim ta' l-1999 bl- ebda mod m'huwa xi rbit li jwassal lill-Isvizzeri għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-politiċi m'humiex boloh u jafu li għalkemm huma għandhom l- opinjonijiet tagħhom, imbagħad iridu jirrispettaw anke l-opinjoni tal- poplu.", "Issa rridu ngħidu kollox għax min-naħa l-Unjoni Ewropea qiegħda timbotta biex ikollha relazzjonijiet ma' l-Isvizzera f'diversi oqsma, fosthom f'dik li hi armonizzazzjoni ta' taxxa u proċeduri bankarji, waqt li min-naħa tagħha l-Isvizzera qed tgħid lill-Unjoni Ewropea: Lili jinteressawni ċerti setturi, imma jekk lilek jinteressawk setturi oħra ejjew niddiskutuhom.", "Dan huwa l-mod kif għandna nimxu aħna, u huwa għalhekk li qed ngħidu li għandna nkunu Svizzera fil-Mediterran.", "Mr Speaker, ma stajtx ma niftaħx ftit fuq dak li ġara fl-Isvizzera l- bieraħ għax dan huwa dawl li jista' jiftaħ għajnejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Kif qed naraw, ħaddieħor li għandu għal qalbu n-newtralita`, li għandu għal qalbu l-indipendenza u li għandu għal qalbu l-munita tiegħu, sejjer aħjar mill-Unjoni.", "Fil-fatt ir-rata ta' qgħad li għandu pajjiżna hija ħafna aktar baxxa minn dik ta' l-Unjoni Ewropea u rata ta' inflazzjoni tagħna tinsab aktar 'l isfel minn ta' ħaddieħor.", "Għalhekk jekk aħna rridu l- aħjar għal pajjiżna, għandna nkunu intelliġenti biżżejjed li ngħidu: Isma', ħaddieħor dawn l-affarijiet qed jagħmilhom, qed iwittielna t-triq u nkunu boloh jekk aħna nibilgħu kollox għax il-gvern Nazzjonalista jrid jagħmel hekk.", "Ejjew nieħdu l-affarijiet bil-mod.", "Ejjew nagħmlu l-ewwel pass billi nwaqqfu relazzjonijiet iktar fil-qrib ma' l-Unjoni Ewropea.", "X'jiġri fil-futur hija xi ħaġa li jarawha ta' warajna.", "Ara l-Isvizzeri qalu li l-pożizzjoni tagħhom żgur li m'humiex se jerġgħu jċaqalquha qabel għaxar snin oħra.", "Illum aħna qed ngħidu li l-immedjat huwa l-iktar importanti.", "Għalhekk ejjew inwaqqfu r-relazzjoni ta' Malta bħala Svizzera fil-Mediterran għall-interess tal-poplu kollu u għal ċerti setturi partikolari, biex dawn ma jinħaqrux, u mbagħad x'jagħmlu l-ġenerazzjonijiet ta' warajna, dik inħalluha għalihom.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2001 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23713.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari nru.", "21523 u 22809, jista' l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jirrispondi d-domanda u jikkonferma jekk il- prattiċi tal-laboratorji fil-kimika farmaċewtika twaqqfux kompletament?", "Kemm ilu għaddej u meta se jispiċċa dan l-eżerċizzju ta' reviżjoni u mmodernizzar fil-prattiċi fil-kimika farmaċewtika?", "B'riferenza għat-tweġiba li ma ngħatatx għal mistoqsija nru.", "22809, jista' l-kap tad-dipartiment tal- farmaċija jirrispondi jekk kienx hemm xi prattiċi ta' laboratorji oħra li twaqqfu?", "Jassigura l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li l-materjal ta' kimika u preparazzjoni ta' formulazzjonijiet farmaċewtiċi li jintuża preżentament għal prattiċi huwa materjal mhux skadut?", "Għaliex fit-tweġiba tiegħu l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija l-ewwel jgħid li ried jagħmel ekonomija fis-sena akkademika 1999-2000 u mbagħad jitlob Lm300,000 għal nefqa fil-laboratorji fis-sena akkademika 2000-2001?", "X'inbidel minn sena għal oħra?", "Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija, practitioners jew pharmacy practitioners li qed joffru taħriġ lill-istudenti tal- farmaċija qed jiżguraw livell akkademiku ta' universita' b'reputazzjoni?", "Kif qed jiġi assigurat dan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara l-kwantita` kbira ta' mistoqsijiet imwieġba fuq id-dipartiment tal-farmaċija ta' l-Universita` ta' Malta, joħroġ ċar li hemm membri ta' l-istaff ta' dan id-dipartiment li jixtiequ jinqdew bil- parlament għal skopijiet ulterjuri.", "Minħabba li l-interess tal-mistoqsija huwa f'dan l-istadju suġġett dirett għall-iskrutinju ta' l-Universita`, jidhirli li hu aktar opportun nirriferi l-materja lir-Rettur ta' l- Universita`.", "Ma jkolli ebda diffikulta` li l-Onor.", "Membru jikkomunika mar- Rettur għar-reazzjonijiet tiegħu.", "DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA - KAMRA TA' L-ISPIŻJARA", "23714.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22805, jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija li ma saret l-ebda taħdida formali mal-kamra ta' l-ispiżjara tul is-sena akkademika 1999-2000?", "Jikkonferma l-kap tal-dipartiment tal-farmaċija li m'għandu l-ebda dokumentazzjoni li jevidenza l-laqgħat informali u kordjali li saru mal- kamra ta' l-ispizjara fis-sena akkademika 1999-2000?", "Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija x'inhu r-rwol tal-kamra ta' l-ispiżjara?", "Jikkonferma l-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jekk din is-sena akkademika 1999-2000 ġewx diskussi jew deċiżi l-estenzjoni tal-kors tal-farmaċija għal ħames snin u l-bidla tat-titlu tal-kors tal-farmaċija minn B.Pharm għal M.Pharm?", "Fl-opinjoni tal-kap tad-dipartiment tal-farmaċija dawn it- tibdiliet jagħmlu impatt fuq min diġa' jippratika jew jirrappreżenta l- professjoni?", "Għaliex l-kamra ta' l-ispiżjara ma ġietx ikkonsulata formalment fuq dawn il-bidliet?", "Jista' jispjega l-kap tad-dipartiment tal- farmaċija kif il-kamra ta' l-ispiżjara tista' toħroġ b'rakkomandazzjonijiet pożittivi u tanġibbli jekk ma ġietx ikkonsultata formalment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23713.", "UNIVERSITA - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22794, x'mekkaniżmi interni u esterni qed juża d-dipartiment tal-farmaċija biex jara li l-istudenti li jattendu l-kors tal-farmaċija qed jilħqu l-istess livell akkademiku u prattiku milħuq f'pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti?", "Jikkonferma li dan il-livell huwa l-istess livell milħuq f'pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti?", "Il-kap tad-dipartiment tal-farmaċija jiżgura li kors tal-farmaċija lokali jilħaq id-direttivi u rakkomandazzjonijiet ta' l- Unjoni Ewropea fuq il-korsijiet tal-farmaċija?", "X'jgħidu dawn l-istess direttivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23713.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "23718.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22802, jista' l- kap tad-dipartiment tal-farmaċija jiddiskrivi dawn l-affarijiet fuq il- korsijiet tal-farmaċija fir-Renju Unit: id-dewmien ta' dan il-kors tal- farmaċija, x'iridu jagħmlu l-istudenti biex jingħataw warrant u għaliex inbidel t-titlu tal-kors tal-farmaċija?", "Il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija qatt ressaq rakkomandazzjonijiet ta' natura akkademika jew prattika fil-farmaċija quddiem l-organi jew il-persuni kompetenti universitarji u kien respint?", "Ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu mill- fakulta' quddiem is-senat dwar it-tibdil tat-titlu fil-kors tal-farmaċija jaqgħu taħt dan?", "Fuq liema bażi qatt seħħ respint?", "Fl-opinjoni tiegħu, il- kap tad-dipartiment tal-farmaċija x'jirrappreżenta f'għajnejn l- Universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23713.", "TROBBIJA TAT-TIĠIEĠ", "23756.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-irziezet li għandhom il-permessi meħtieġa mill- awtorita' tas-saħħa biex irabbu t-tiġieġ?", "Ta' min huma dawn l-irziezet u fejn jinsabu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23756, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-saħħa ma joħroġ l-ebda permessi dwar trobbija tat-tiġieġ.", "Tali permessi joħorġu mill-pulizija u mid-dipartiment ta' l-agrikoltura u sajd.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill- ministri konċernati.", "PULIZIJA - TROBBIJA TAT-TIĠIEĠ", "23757.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn irziezet li għandhom il-permessi meħtieġa tal- pulizija biex irabbu t-tiġieġ?", "Liema huma dawn l-irziezet, x'jisimhom, fejn huma u ta' min huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SKEJJEL - STREAMING", "23811.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex, minkejja li fl-iskejjel primarji jsir l-istreaming, il-karti ta' l-eżamijiet ikunu l-istess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-differenzjar f'eżami biex jagħmel tajjeb għad-diversita` fl-abilita' tat-tfal tista' ssir, sew b'karti differenti kif ukoll b'karti ggradati.", "Fis-sistema preżenti l-karti li jiġu miċ-ċentru huma ggradati.", "BDIEWA - SURVEY AGRIEKOLOĠIKU", "23829.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa li jesportaw il- patata li baqalhom isiru s-survey agriekoloġiku?", "Meta se jsirilhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "23827.", "SURVEY AGRIEKOLOĠIKU", "23830.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Eng Emile Mouchazel ma baqax responsabbli milli jkompli s-survey agriekoloġiku", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li Eng.", "Emile Mouchazel qatt ma kien responsabbli mis-survey agri-ekoloġiku jew xi survey ieħor b'konnessjoni mad-dipartiment tal-biedja.", "WIDIEN - RIABILITAZZJONI", "23831.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-gvern preċedenti Laburista kien beda pjan ta' riabilitazzjoni tal-widien ħalli tikber il-ħażna ta' l-ilma ġiri bil-għan li l-prodotti agrikoli lokali jissaqqew b'ilma ġiri flok bl-ilma ta' l- irrigazzjoni, jista' l-Ministru jinformana liema huma dawk il-proġetti li saru matul l-1999 u 2000 sabiex jitkompla dan il-pjan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li fil-files tal-Ministeru jew tad- dipartiment tal-biedja ma jirriżultax li kien hemm xi pjan ta' riabilitazzjoni tal-widien ħalli tikber il-ħażna ta' l-ilma.", "Kien hemm proġett wieħed ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa u dan tlesta safejn kien ippjanat.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "23832.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Ministeru rabat l- esportazzjoni ta' l-2,000 tunnellata Sante' ma' perijodu ta' erba' ġimgħat?", "X'jiġri jekk il-bdiewa ma tibqalhomx patata f'dan il-perijodu u min se jagħmel tajjeb għat-telf li jista' jkun kawżat?", "Kemm minn din il-patata trid tinġarr fuq reefer trailer biex tasal fil- perijodu miftiehem u min se jagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezz li tvarja l-esportazzjoni bikrija ta' l-Alpha li tinġarr b'container reefer?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minħabba li s-Sante' tilħaq qabel l-Alpha, inħolqu żewġ swieq separati għal dawn iż-żewġ varjetajiet u sabiex dawn ma jfixklux in-negozju ta' xulxin fl-Olanda ikun hemm intervall ta' ġimgħa bejn l- għeluq tas-Sante' u l-ftuħ ta' l-Alpha.", "Dan sar mhux biss biex ikunu jistgħu jiġu esportati 7,000 minflok 6,000 tunellata, kif kien miftiehem oriġinarjament, iżda fuq kollox biex jiżdiedu l-prezzijiet tal-patata ta' Malta għall-benefiċċju ta' min ikabbarha.", "It-tip ta' ġarr li jintuża biex tinġarr il-patata jiddependi miċ- ċirkostanzi tal-mument u jekk il-patata titgħabbiex fuq road trailers jew containers dan ma jaffettwax il-prezz tagħha.", "Infatti, filwaqt li l-prezz ta' l-Alpha huwa marbut mat-tunellaġġ dak tas-Sante' jiddependi mid-data fuq il-bill of lading jew tas-CMR, jiġifieri meta ikun telaq minn Malta.", "PA - BAĦRIJA", "23868.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani jekk hemmx proposti quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex din tibdel l-iskeda taz-zona tal-Baħrija u l-periferija tagħha u tinvolvi r-raba' tal-bdiewa tal-Baħrija?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtorita` ta` l-ippjanar irċeviet numru ta` talbiet sabiex tibdel l-iskema taż-żona ta' l-iżvilupp tal-Baħrija.", "Sadanittant l- abbozz tal-pjan lokali għall-majjistral ta` Malta (NWLP) se jkun pubblikat fi żmien qasir għall-konsultazzjoni pubblika.", "Ma jfissirx illi kull talba li ssir lill-awtorita` għal bidla fl-iskema tkun aċċettata.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IL-BATTERIJA TAŻ-ŻONQOR", "23898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk cabin cruiser li jinsab fi Triq il-Batterija taż-Żonqor f'Marsccala, faċċata ta' dar numru 73, jistax jinżamm fit-triq għal xhur sħaħ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-cabin cruiser in kwestjoni titneħħa mit-triq.", "INCOME TAX - REFUNDS", "23913.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'policy qiegħed jimxi biha d-dipartiment tat-taxxi interni fir-rigward ta' refunds ta' l-income tax?", "Jista' jgħid kemm hemm taxpayers pendenti li għandhom refund, sena b'sena, u l-ammont ta' kull sena?", "Meta jaħseb li dawn il-pendenzi jiġu kkjarifikati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din il-mistoqsija saret kemm-il darba.", "M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt f'mistoqsijiet parlamentari nri.", "15313 u 16937 rispettivament.", "QORMI - TRIQ DUN ĠORĠ FENECH", "23914.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex fi Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi, jispiċċa l-iżdingar, issir it-triq u titneħħa dik li qed tiġi żviluppata fi scrapyard?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 (Seduta 392)", "QORMI - TRIQ CARMELO CAMILLERI", "23915.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex Triq Carmelo Camilleri, Ħal Qormi, tiġi mnaddfa biex jitneħħa l-iżdingar u tiġi meħlusa mill-ġrieden?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 (Seduta 392).", "SKEJJEL - BULLYING", "23916.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'qed isir biex il-każi ta' bullying li ġieli seħħew fl-Iskola Ġuże Galea, Ħal Qormi jiġu kkontrollati?", "X'qed isir biex il-bullies jiġu mogħtija l-għajnuna biex joħorġu minn din il-problema u x'qed isir biex jiġu mħarsa t-tfal l-oħra li jistgħu jispiċċaw vittmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kap ta' l-iskola ġie kkuntatjat u qal li l-każi kollha qegħdin taħt il-kontroll tiegħu.", "Saru wkoll kuntatti mal- counsellor ta' l-Iskola u mal-membri tal-protect, u dawn qalu li ebda każ ma ġie rriferut lilhom mill-Iskola Ġuże` Galea ta' Ħal-Qormi.", "SPTAR SAN LUQA - IMPJEGATI B'DIŻABILITA'", "23917.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jaf l-Ministru xi spejjeż żejda l-impjegati b'diżabilita' li jaħdmu fl-isptar San Luqa qed ikollhom jidħlu fihom?", "Jista' jgħid hemmx xi pjani biex dawn l-impjegati ma jkomplux iżiedu l-piżijiet finanzjarji li għandhom?", "Jekk iva. dawn x'inhuma?", "Jekk le, jista' l-Ministru jgħid hux se jindaga biex jara x'jista' jsir ħalli dawn l-impjegati jiġu mogħtija għajnuna li għandhom bżonn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li xi ħaddiema b'diżabilita' li jaħdmu fl- Isptar San Luqa jużaw trasport organizzat minn grupp volontarju.", "Ta' dan is-servizz iħallsu 75c kuljum flok 60c kieku jużaw it-trasport pubbliku.", "Għalhekk dawn il-persuni jħallsu 15c iktar kuljum meta jmorru għax-xogħol.", "Ser ngħaddi s-suġġeriment lill-Ministru tal-Politika Soċjali biex jara x'jista' jsir.", "RAĦAL ĠDID - PJAZZA", "23923.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule f'Raħal Ġdid (Kunsilli Lokali, Paola)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-kunsill lokali Paola ma ssottometta l-ebda talba għad-devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule biex isir xi proġett.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ LUQA - PELICAN LIGHTS", "23924.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex, anke wara l- mistoqsija parlamentari tiegħi stess ta' ftit xhur ilu dwar il-bżonn u l- ħtieġa ta' pelican lights ġewwa Triq Luqa, Raħal Ġdid, dawn l-istess pelican lights jitwaħħlu mill-aktar fis possibbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq mar biex jibda x-xogħol f'nofs Diċembru u sab oġġezzjonijiet minn nies fil-lokal għat-twaħħil tal-pelican lights fejn hu propost li jsiru.", "Għalhekk dawn l-oġġezzjonijiet qed ikunu mgħoddija lill-bord għall- kontroll tat-traffiku biex ikunu kkunsidrati.", "RAĦAL ĠDID - PACE GRASSO", "23925.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jintlaħaq xi forma ta' arranġament jew ftehim ma' l-MFA sabiex il-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid ikun jista' jibda jintuża mit-tfal ta' l-iskejjel tal-faċċata ta' dan il-ground li m'għandhomx spazju biżżejjed fejn jilagħbu jew jirrikreaw rwieħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18884 fuq is-suġġett.", "Informat li għadha għaddejja korrispondenza bejn is-Segretarju Parlamentari u l-Malta football association biex l-MFA tħallas il-kera dovut għall-użu tal-Ground Pace Grasso u biex l-istudenti ta' l-iskola Ġuże` Damato jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan il-ground mingħajr ħlas.", "ĠUDJA - KAPELLA TA' STA.", "LUĊIJA", "23926.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jintlaħaq xi forma ta' arranġament sabiex il- kapella ta' Sta.", "Luċija, fil-bidu tal-Ġudja, tinfetaħ għall-pubbliku (anke jekk jeħtieġ bi ftehim mal-knisja)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kappella ta' Santa Luċija, li tinsab fil-konfini tal-kunsill lokali ta' Santa Luċija, hija proprjeta` tal-knisja (proprjament hija proprjeta` tal-Kapitlu tal-Kattidral).", "Din il-kappella rurali li nbniet fis-seklu 16 hija ta' importanza arkitettonika kbira billi hija eżempju tajjeb, u pjuttost rari, ta' stil ta' bini vernakulari Malti.", "Billi l-proprjeta` tal-kappella m'hijiex f'idejn il-gvern, id-dipartiment tal-mużewijiet ma jistax jagħmel arranġamenti għall-ftuħ ta' dan il-bini storiku.", "Informat li d-dipartiment tal-mużewijiet se jagħmel kuntatt ma' l- awtoritajiet tal-knisja sabiex jiġi stabilit jekk xi forma ta' arranġament jista' jintlaħaq sabiex dan il-monument jiġi kkurat u apprezzat mill- pubbliku.", "PA - ENFORCEMENT OFFICER", "23927.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il enforcement officer hemm impjegat mal-planning authority?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` enforcement officers u senior enforcement officers impjegati ma` l-awtorita` ta` l-ippjanar hu ta` 28.", "POWER STATION - PRECIPITATORS", "23928.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa sabiex jinxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa?", "Hemm xi ħsieb jew ħtieġa li jitwaħħlu aktar precipitators?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "FRINGE BENEFITS – TAXXA", "23943.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits diplomatiċi Maltin residenti barra il-pajjiż li jkunu ntitolati għal ċerti allowances?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tax guide dwar l-ivvalutar ta' fringe benefits li għadu kif ħareġ id-dipartiment tat-taxxi interni.", "Dak li hu kklassifikat bħala fringe benefits li huma ntitolati għalihom diplomatiċi Maltin residenti barra l-pajjiż huma wkoll regolati minn dawn il-guidelines skond il-każi speċifiċi.", "FRINGE BENEFITS - MINISTRI", "23944.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, il- ministri tal-kabinett meta ġieli jieħdu magħhom in-nisa tagħhom meta jsiefru fuq xogħol tal-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li vjaġġar li jsir strettament għal finijiet tax-xogħol (business travel) mhux kkonsidrat bħala fringe benefit.", "Spejjeż extra li mhumiex bħala business travel huma taxxabbli.", "FRINGE BENEFITS", "23945.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, dawk l-impjegati li f'ċirkostanzi ta' safar barra l-pajjiż ta' membri tal- familji tagħhom għal kura, ġieli jkollhom xi spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mpjegati li jkollhom spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu, għal kwalunkwe raġuni minbarra dawk imsemmija speċifikament fit-tax guide bħala eżenti, ikunu qed jirċievu dan il-benefiċċju minħabba r-relazzjoni ta' mpjieg mal-employer tagħhom.", "Dawn l-ispejjeż imħallsa għalhekk jikkostitwixxu fringe benefits.", "WSC - SANTA LUĊIJA", "23946.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "21714, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet u x'miżuri ttieħdu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-Ilma ordnat lill-kuntrattur jirranġa x-xogħol li kien għamel fl-entratura msemmija.", "Il-kuntrattur għadu ma tħallasx ta' dan ix-xogħol u mhux ser jitħallas qabel isir ix-xogħol meħtieġ.", "Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ir-residenti qatt ma ġew billed għal żewġ metri kwadri konkos.", "UE - KAĊĊA U NSIB", "23947.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper flimkien ma' xi skeda reletati dwar il-pożizzjoni tal-gvern rigward il- kaċċa u l-insib vis a vis in-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "JOE BORG: Peress illi għad iridu jsiru n-negozjati fuq il-kapitolu tal-ambjent m'hijiex il-policy tal-gvern li n-negotiating position paper issir pubblika.", "Dan ikun jista jsir appena n-negozjati jkunu proviżorjament magħluqa.", "Ta' min jerġa' jirripeti li din in-negotiating position tiġi ċirkolata lill-membri kollha tal-MEUSAC appena titlesta u li l-Malta Labour Party kien u għadu mistieden li jieħu sehem fil-laqgħat ta' l-istess MEUSAC.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - IMPJEGATI", "23948.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fuq il-kotba tal-fondazzjoni għas- servizzi mediċi?", "X'inhu x-xogħol tagħhom?", "Kemm qed jitħallsu pagi u allowances?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-lista tan-nies impjegati mill-FMS, ix-xogħol tagħhom, il-pagi u l-allowances li jirċievu tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAN ĠWANN - DRENAĠĠ", "23949.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tiġi rimedjata l-problema li hemm ta' l-ispiera tad- drenaġġ kantuniera ma' block 15A Fl.2, Stefanotis Str, San Ġwann.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm kantuniera ma' Blokk15A Flat 2, Stefanotis Street, San Ġwann, ser tinbidel fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla ma' waħda mill-ġodda peress illi dawn jissiljaw aktar u mistennija tispiċċa r-riħa fl-inħawi kull meta tferra l- pompa tal-pumping station ta' San Ġwann.", "IMPJIEGI", "23950.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tiġi kkunsidrata għall- xogħol ta' computer data clerk mill-ETC minħabba li ilu jirreġistra xi żmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta separatament, preżentament qiegħda tirreġistra bħala data entry operator kif ukoll għal xogħol ta' telephone & switchboard operator.", "Għaldaqstant il-korporazzjoni kull meta jkollha xi vakanza għal dawn ix-xogħlijiet tissottometti l-isem ta' din il-persuna.", "Hekk ġara u din il-persuna ġiet riferuta għal-xogħol ta' data entry operator mal-Gozo Channel Co. Ltd. u għal xogħol ta' operations clerk mal-Malta Freeport Corporation.", "WHITE ROCKS - IMPJEGATI", "23951.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Possibbli li l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-white rocks li huma casual u li qed jiffirmaw il-kontroll tax-xogħol xahar b'xahar?", "Hemm ħsieb li dawn isiru tal-post?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal- mistoqsija hi fl-affermattiv waqt li għat-tieni, hi fin-negattiv.", "ŻEJTUN - TRIQ L-ISQOF EMLE.", "GALEA", "23952.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli ssir spezzjoni ta' Triq l-Isqof Emle Galea, Żejtun, bit-tama li jsiru xi culverts għall-ilma tax-xita għax din it-triq fix-xitwa tkun għadira waħda bir-residenti bilkemm ikunu jistgħu jidħlu jew joħorġu minn darhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex it- triq tkun spezzjonata u biex jiddiskuti l-każ imqajjem mill-Onor.", "Interpellant mal-kunsill.", "DJAR - IMPJEGAT", "23956.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġunijiet li wasslu biex is-Sur Victor Sciberras Grioli tkeċċa, jew ġie mġiegħel jirreżenja, mill-impjieg tiegħu ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Jista' jgħid ukoll jekk hu bħala ministru kienx involut f'din id- deċiżjoni jew jekk kienx ikkonsultat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant reġgħet lura mas-servizz pubbliku wara deċiżjoni unanima tal-bord ta' l-awtorita' li kellu jiġi terminat is-secondment ma' l-istess awtorita'.", "Jien ġejt informat bid-deċiżjoni li ttieħdet mill-bord u li din kienet waħda unanima.", "JUNIOR COLLEGE - DIXXIPLINA", "23957.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura tad-dixxiplina fil-junior college fuq l- istudenti?", "Jista' jgħid taħt min taqa' d-dixxiplina?", "Jista' jgħid jekk mit-twaqqif tal-junior college s'issa kienx hemm studenti li tkeċċew?", "Jista' jgħid minn liema korsijiet tkeċċew u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dixxiplina fuq l-istudenti fil-kulleġġ jieħdu ħsiebha il-prinċipal u l-viċi prinċipal.", "Madanakollu huma jikkonsultaw ma' l-istaff akkademiku, l-assistent reġistrar u l-bord tal- junior college biex jeżerċitaw l-awtorita` tagħhom.", "Biex jieħdu ħsieb iż-żamma ta' l-attendenza, il-prinċipal u l-viċi jikkonsultaw kontinwament mal-bord tal-junior college, is-subject coordinators u l-assistent reġistrar.", "Bħala regolamenti u kondotta waqt l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena, biex l-istudenti jitilgħu mill-ewwel għat-tieni sena, il-junior college jimxi f'kollox mas-sistema ta' l-Universita`.", "Dawn jaqgħu taħt ir- responsabbilta` ta' l-assistent reġistrar li jirrappreżenta r-reġistrar ta' l-Universita`.", "Minn mindu twaqqaf il-junior college ma kien hemm ebda student li tkeċċa.", "KUNSILL LOKALI", "23958.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġb mistoqsija parlamentari nru.", "23857?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "INTERPOL - KLANDESTINI", "23959.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-erba' suspettati mitluba mill- Interpol dwar allegazzjonijiet in konnessjoni ma' involviment fin-negozju tal-klandestini għadhom ma' ġewx mogħtija lill-Interpol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi huwa minnu illi hemm it-talba mill-pulizija Taljana biex jiġu esegwiti xi talbiet ta` estradizzjoni n konnessjoni mal-każ dwar attivita` ta` klandestini.", "Il-pulizija Maltija ilha tassisti lill-pulizija Taljana f`dan ir-rigward u ser tibqa` tassistiha.", "Minħabba illi r-rekwisiti meħtieġa mill-liġi għadhom ma ġewx sodisfatti, it-talba in kwistjoni għadha ma tistax tiġi esegwita f`dan l- istadju.", "KUNSILL LOKALI", "23960.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "23856?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "23700.", "BUSINESS - NISA", "23961.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23751, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nisa attendew għal dawn il- programmi ta' taħriġ minn kemm ilhom isiru?", "Jista' jgħid kull meta jsiru dawn il-korsijiet?", "Jista' jgħid kemm hu twil kull kors?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-programm ta' small business management ilu jsir fil-Valletta training centre minn Novembru 1998.", "Għall-programmi li ġew organizzati f'dan il-perijodu, attendew 59 mara.", "Dawn il-korsijiet jiġu miftuħa hekk kif ikun hemm numru adekwat ta' applikazzjonijiet.", "L-applikazzjonijiet għal dan il-kors huma dejjem miftuħa.", "Il-kors ta' small business management hu magħmul minn dawn il-korsijiet:", "|starting a |15 hrs| |business | | |negotiating |15 hrs| |skills | | |managing finance |50 hrs| |managing people |15 hrs| |managing markets |30 hrs| |managing |30 hrs| |operations | | |entrepreneurship |15 hrs|", "TA' ĠIORNI - TINDIF", "23962.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-soft areas li hemm fi Triq Eric Brockman, Triq Hans Stumme u Triq Carlo S Zabarella f'Ta Ġiorni issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa, jiġu mnadfa u s-siġar li hemm fl-area jiġu miżbura?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "19922 (Seduta 392).", "MANDALAY ROAD - PEMBROKE", "23964.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk garaxijiet li jinsabu Mandalay Road (Sqaq il- Fortizza) faċċata tal-Verdala School biswit id-djar residenzjali ta' qasam tad-djar Sant' Andrija f'Pembroke humiex mikrija lil xi individwi?", "Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jara li dawn il-garraxijiet jittieħdu lura mill-Gvern peress li waslitli informazzjoni li dawn jinsabu okkupati minn indiviwi bla awtorizzazjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-garaxxijiet indikati fiż-żona mill-Interpellant qatt ma ġew allokati mid-dipartiment ta' l-artijiet lil xi individwi.", "Id-dipartiment tat-taqsima proprjeta` tal-gvern qiegħed jagħmel l- investigazzjonijiet neċessarji.", "PEMBROKE - MANDALAY ROAD", "23967.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Mandalay Road (Sqaq il- Fortizza) triq li qatt ma ġiet asfaltata u li tinsab fil-qasam tad-djar Sant' Andrija f'Pembroke tingħata l-asfaltar peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PEMBROKE - MANDALAY ROAD", "23969.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Mandalay Road (Sqaq il-Fortizza) triq li qatt ma ġiet asfaltata u li tinsab fil-qasam tad-djar Sant' Andrija f'Pembroke tingħata l-asfaltar peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li dan il-pasaġġ huwa wieħed antik ta` żmien is-servizzi, id-dipartiment tat-toroq qiegħed jara ma` l-awtorita` ta` l- ippjanar jekk dan hux ser jibqa' kif inhu jew jiġi żviluppat aktar biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.", "FORTIZZA SANT'ANĠLU", "23981.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kif ser ikun l-aċċess lejn il-fortizza ta' Sant'Anġlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-aċċess lejn il-Fortizza ta' Sant'Anġlu ser ikun minn ġor-rixtellu ta' ħdejn ix-xatt (sea gate).", "Dan l-aċċess fil- fatt diġa' beda jintuża matul dawn l-aħħar xhur.", "Saru diversi xogħlijiet mill-gvern u llum dan l-aċċess huwa mdawwal tajjeb u mnaddaf.", "Issewwew ukoll xi ħsarat li kien hemm fis-sistema ta' l-ilma tax-xita u kienu wkoll irranġati kmamar għall-watchman tal-gvern li jassess il-forti, u għalhekk issa l-watchman qed ikun ma' dan l-aċċess.", "Ta' min jgħid li dan l-aċċess ġie wżat waqt konferenza ta' l-Ordni tal-Kavallieri u ma kien hemm ebda problemi għall-karozzi biex jgħaddu minn dan l-aċċess.", "ZURRIEQ - TRIQ WIDNET IL-BAĦAR", "23982.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni wara l-fatt li l-lift stallat fi Ent D, fi Triq Widnet il- Baħar, Żurrieq sa mill-ġurnata li ġie stallat qatt ma ħadem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt dan il-każ lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestiga.", "PRODOTTI TAL-KARTA - ĦADDIEMA", "23983.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "23742 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tal-prodotti tal-karta għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fil-pubblikazzjoni Economic Survey pubblikat mid-diviżjoni tal- politika ekonomika.", "PRODOTTI TAL-LASTIKU - ĦADDIEMA", "23984.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "23744 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe: jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal- manifattura tal-prodotti tal-lastiku għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal- lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija ta' qabel.", "AWTORITA' TAD-DJAR", "23985.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija nru.", "23773, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-istess persuna jiġi terminat is-secondment tiegħu?", "F'liema dipartiment qed jaħdem issa l-istess persuna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23956 f'din l-istess seduta.", "Ninsab informat li l-persuna li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant qiegħda taħdem fil-management and personnel office.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "23986.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23771, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista ta' l-applikanti kif mitlub fil-mistoqsija nru.", "23771 jiġifieri l-post minfejn huma u l-punti li kellhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikanti li ġew allokati kienu minn diversi lokalitajiet madwar Malta u l-punti tagħhom ivarjaw bejn 142 u 17.", "PULIZIJA - REAT KRIMINALI", "23987.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reat kriminali kien irrapportat li seħħ f'Santa Venera, sena b'sena mill-1994 sa tmiem is-sena li għaddiet, u x'kienu r-reati rrapportati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant beda jinżamm taħt forma komputerizzata mill-1 ta` April 1997, u huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "CALLIPERS", "23988.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-persuna li tieħu l-qisien tal- callipers ilha ma tiġi Malta minn Settembru 2000?", "Billi dawn il-callipers jintużaw minn tfal b'diżabilita' ħalli jkunu jistgħu jimxu, suppost li jinbidlu kull sitt xhur?", "Billi dawn il-callipers jiġu jiswew bejn Lm1200 u Lm1500 kull calliper, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li persuna tinġieb ħalli tieħu l-qisien ta' dawn il-callipers?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23988 qiegħda tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN VINCENZ DE PAULE", "23989.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Rigward il-blokk il-ġdid fl-SVPR, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) x'sar f'dan il-blokk wara ħruġ ta' tenders; (2) x'sar f'dan il-blokk wara li ntalbu quotations; (3) x'sar f'dan il-blokk bis-sistema ta' direct order?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara l-ħruġ tat-tenders mid-dipartiment tal- kuntratti, dawn ġew evalwali u ħarġu l-letter of acceptances mid-direttur tal-kuntratti.", "Meta u jekk kien hemm il-bżonn li jintalbu quotations, dawn ukoll ġew evalwati u ntagħżlet l-orħos offerta.", "Kien hemm ukoll direct order ta' LM31,476 lill-korporazzjoni Enemalta għas-sub-station.", "PREMJU TAL-KTIEB", "23990.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Rigward il-premju tal-ktieb, jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2000 ġewx ippremjati dawk li ppubblikaw kotba fl-1998?", "Jista' jgħid meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet ħalli jingħataw il-premju tas-sussidji dawk li ppubblikaw kotba fl-1998 u fis-sena 2000 rispettivament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Novembru 2000 ġew ippremjati kotba li ġew ippubblikati fl-1998.", "Qed jittieħdu passi biex jiġi organizzat il- premju tal-kotba li ġew ippubblikti fl-1999 u fl-2000.", "B'KARA - TRIQ PSAILA", "23991.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Psaila, B'Kara, d-Dipartiment tat-toroq hux jieħu ħsieb", "1.", "Il-problema tal-għargħar ta' l-ilma tax-xita u jekk fl-affermattiv fejn se jintefa' l-ammont kbir ta' ilma tax-xita li jinġabar propju fil-parti tat-triq fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet?", "2.", "Ħasibx għaż-żieda li tant hemm bżonn ta' lampi tat-toroq (street lighting)?", "3.", "Ħasibx għal bus shelters tul it-triq minħabba li s'issa l-passiġieri qatt ma kellhom fejn jistkennu u jekk fl-affermattiv kemm u fejn se jsiru?", "4.", "Ħasibx għal pedestrian crossing jew pelican lights u jekk fl-affermattiv kemm u fejn se jsiru?", "5.", "Għax għadhom ma nbnewx it-toroq tal-qasam tad-djar tal-gvern binja Indipendenza (ħdejn il-knisja l-antika ta' Santa Venera) li issa tant qed ikunu wżati minkejja l-istat ħażin tagħhom u minkejja li kellhom ikunu lesti s-sena li għaddiet?", "6.", "Għax għadha ma ġietx resurfaced Trejqa Fleur de Lys li wkoll kienet tifforma parti mill-programm tad-dipartiment tat-toroq għax-xogħlijiet li kellhom isiru qabel tibda triq Psaila?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fuq il-punti msemmija mill-Onor.", "Interpellant mill-paragrafu 1 sa 4 qed tittieħed azzjoni fuqhom fit- twettieq tal-proġett, u fil-każ ta` l-ilma tax-xita qed jiġu dentifikati postijiet fejn ser jinbnew slow discharge basins biex jikkontrollaw il-flow ta` l-ilma tax-xita.", "Dwar ix-xogħol fil-qasam tad-djar tal-gvern Binja Indipendenza u fi Trejqa Fleur-de-lys dan mhux inkluż fil-kuntratt preżenti, għalhekk ix- xogħol fihom isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-dipartiment.", "PA - APPLIKAZZJONI", "23992.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għaliex applikazzjjoni, li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament, ma ġietx aċċettati meta bħalissa ma hemm ħadd biex jimla din il-vaganza meta mill-kunsill u mill-awtorita' ta' l-ippjanar ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġiet rifjutata minħabba li l-post li dwaru saret l-applikazzjoni mhux rikonoxxut bħala car park.", "FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "23993.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu passi biex tissolva darba għal dejjem u possibbilment issa li qed isiru xogħlijiet fl-inħawi - l-problema tad- drenaġġ li teżisti fil-qasam tad-djar tal-gvern magħruf bħala Binja Indipendenza Santa Venera (fl-inħawi tal-Knisja l-antika) billi ma' kull ħalba xita qed ifur għat-toroq ta' l-istess qasam tad-djar u jibqa' nieżel għal Triq Psaila li bħalissa qed tinbena mill-ġdid?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23899 (Seduta 505).", "MALTACOM - TELEPHONE - TRANSFER", "23994.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Maltacom jaħdmu fuq il-każ ta' transfer ta' telephone, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li t-talba ta' l-abbonat li għalih qed issir riferenza sabiex isir trasferiment tal-linja tat-telefon daħlet għand il-Maltacom fil-21 ta' Frar li għadda.", "Sadanittant intbagħtet ittra lill-abbonat fejn ġie mitlub biex jiffirma l-kuntratt tal-Maltacom biex it- trasferiment mitlub ikun jista' jsir.", "DAR SAN ĠUŻEPP", "23995.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-gvern jirranġa l- pitch tal-football ta' Dar San Ġużepp, il-Ħamrun, liema talba issa ilha tiġġedded minn sena għal oħra mill-1993 u meta, fin-nuqqas ta' postijiet simili ta' rikreazzjoni fl-inħawi, f'dan il-ground isir fost oħrajn it- taħriġ kuljum ta' għexirien ta' tfal li jattendu n-nursery u tat-team tal- football tat-tieni diviżjoni ta' Santa Venera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ground tal-football ta' dar San Ġużepp, Santa Venera huwa proprjeta` tal-Knisja.", "Ilhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali ta' Santa Venera, rappreżentanti tal-club tal-football ta' Santa Venera lightings u Santa Venera football nursery u d-diriġenza tad-dar dwar it-tiswijiet meħtieġa.", "Sal-lum għadu ma ntlaħaqx ftehim finali bejn l-entitajiet kollha dwar ix- xogħol u l-finanzjament tiegħu, iżda informat li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "DAWL/ILMA/TELEPHONE - KONTIJIET", "23997.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li kontijiet tad- dawl u ilma jibdew jingħataw ma' dawk tat-telephone?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba hija fin-negattiv.", "ENEMALTA - TRIQ IL-KBIRA - SAN ĠUŻEPP", "23998.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-korporazzjoni Enemalta beħsiebha tkompli bix-xogħol tagħha li tneħħi l-lampi minn nofs Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, u tqiegħedhom fil-ġnub tagħha bħalma diġa' għamlet fil-parti ta' l-istess triq li tagħmel mal-konfini tal-Ħamrun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li x-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għandu jitkompla fil-futur mhux 'il bogħod flimkien ma' xogħlijiet simili oħra.", "KUNSILLI LOKALI", "23999.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, issa li kienet ippubblikata l-iskeda l-ġdida li fuqha qed tinħadem l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali, hemm kull kunsill ingħata fondi għal kull parti ta' din l-iskeda u x'kien it-total ta' l-allokazzjoni ta' kull kunsill?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazjoni mitluba.", "Hu importanti li nżid li l-kunsilli lokali għandhom id-dritt li jispustaw il-fondi min vot għall-ieħor u għalhekk jiddeċiedu huma biss kemm jonfqu f`kull settur.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "24000.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid jekk it-talba tal- familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall- akkomodazzjoni soċjali hijiex se tintlaqa' issa li fuq ordni tal-qorti (sentenza annessa) ġew ordnati jiżgumbraw mill-fond li huma preżentement jokkupaw u li għaldaqstant ser jispiċċaw homeless fil-15 ta' Marzu, 2001?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali jaf bil-każ u qiegħed jieħu l-passi meħtieġa.", "BORMLA/BIRGU - DILETTANTI TAL-BAĦAR", "24001.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jagħmel il-laqgħa mas-sajjieda u d- dilettanti ta' l-opri tal-baħar minn Bormla u l-Birgu, bħalma sar ma' dawk ta' l-Isla?", "Jista' jiggarantixxi lil dawn li fil-ftehim magħhom se jżommu l-istess kundizzjonijiet li sar ma' l-għaqdiet tal-baħar ta' l-Isla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Apparti mill-fatt li diġa' kelli laqgħat ma' rappreżentanti ta' sajjieda u dilettanti ta' l-opri tal-baħar mill- postijiet indikati, ma jkolli ebda diffikulta' niltaqa' ma' dawn ir- rappreżentanti, hekk u meta javviċinawni biex niffissaw laqgħa f'data u ħin li jkunu komdi għal kulħadd.", "SKEJJEL - CARETAKERS", "24002.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma li supervision li kienu jagħmlu l-caretacers fl- iskejjel tal-gvern fil-primarja mhux se jibqgħu jitħallsu tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma kien hemm ebda kambjament fil- kundizzjonijiet li jirregolaw is-supervision.", "ĊITTADINANZA", "24004.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija dwar l-istess persuna, jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ ċ-ċittadinanza (OPM/NAT/155/76) għal din il-persuna li issa ilha li applikat għal diversi snin u li fir-risposta preċedenti tennejt li risposta dwarha ser tingħata f'qasir żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-każ tal-persuna li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ser jiġi deċiż dalwaqt.", "WIRELESS AND TELEGRAPHY - INTERFERENZA", "24006.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li residenti hawn taħt indikati, qed ikollhom interferenza esaġerata fuq it-television?", "(P. Ellul u E. Gatt, Triq il-Gendus, Bormla) Jista' jgħid ukoll jekk id- dipartiment tal-wireless sabx x'kien il-fault wara rapporti li saru lilu?", "X'ser ikun il-pass li jmiss sabiex dan l-inkonvenjent jispiċċa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-telegrafija mingħajr fili għamel investigazzjoni fl-inħawi msemmija u jirriżulta li l- interferenza qed tiġi kkawżata minn overload fil-boosters li joperaw barra mit-transmission band tat-TV għal ġewwa tal-GSM.", "Minn testijiet li saru fuq l-istazzjon tal-GSM fil-viċinanza jirriżulta li dan qed jopera skond ir- regolamenti.", "Jien informat ukoll li din l-inkonvenjenza tista` tiġi mneħħija billi jinbidlu l-boosters tar-residenti affetwati jew jitwaħħlu filtri addattati.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "24008.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti f'Mount Carmel li ġew discharged f'Jannar u Frar u wara kellhom jerġgħu jiġu admitted?", "Jista' jaqsam din il- lista f'kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li matul Jannar u Frar kien hawn 19-il pazjent - 13 rġiel u 6 nisa - li ġew discharged u kellhom jerġgħu jidħlu ġo l-isptar minħabba relapse.", "MALTA EU INFORMATION CENTRE", "24010.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa issa mill-Malta EU Information Centre fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku?", "ONOR.", "JOE BORG: Rendikont ta' l-ispejjeż li ċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea għamel fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku sa l-aħħar ta' Diċembru 2000, ingħata fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23008.", "L-ispejjeż li ċ-ċentru għamel fuq avviżi u materjal stampat għall- pubbliku mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Frar għadhom qegħdin jinħadmu.", "EU - MINISTRI - ŻJAJJAR", "24012.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lil pajjiż kull żjara tad- diversi ministri u/jew prim ministri mid-diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ġew Malta fuq żjajjar uffiċjali s-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "VAPURI TAL-GWERRA", "24014.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'ġurisdizzjoni għandu l-Gvern Malti fuq vapuri tal-gwerra li jkun qed iżuru pajjiżna?", "Jista' jgħid jekk baħrin barranin jistgħux jużaw armi biex jiddefendu ruħhom jew il-vapur f'każ ta' xi attakk terroristiku meta jkunu sorġuti fil-port tagħna?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-materja li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant hija regolata minn liġijiet internazzjonali applikabbli wkoll f'Malta.", "VAPURI MILITARI - BAĦRIN", "24015.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew Malta baħrin fuq vapuri militari li żaru pajjiżna, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin, u ta' liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni li talab l-Onor.", "Interpellant qiegħda tinġabar.", "Peress li l-uffiċjali li qed jiġbru din l-informazzjoni jridu jmorru lura ħames snin fir-riċerka tagħhom u jridu jikkonsultaw diversi sorsi (files), l-Onor.", "Interpellant jifhem li dan l-eżerċizzju jrid ftit tal-ħin sew.", "Għalhekk l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.", "BOMB HOAXES", "24016.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' bomb hoaxes is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm 82 każ ta' bomb hoaxes fis-sena 2000.", "PURCHASING POWER STANDARDS", "24047.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa, jew skond l-aħħar kalkoli, x'inhu l-GDP per capita ta' pajjiżna?", "Jista' jgħid x'figura jilħaq meta espress f'purchasing power standards?", "Jista' jgħid din il-figura f'PPS kif tikkompara bħala perċentwal ma' dik li hija l-medja ta' GDP per capita tal-15 il-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-GDP per capita' ta' pajjiżna huwa ta' Lm3,975 għas-sena 2000.", "Din iċ-ċifra hija proviżorja.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Membru li l-GDP per capita, espress f'purchasing power parities (PPP), huwa kkalkolat mill- Eurostat li għadha ma ppubblikatx din iċ-ċifra.", "Madanakollu minn informazzjoni preliminari jidher li ċ-ċifra mħabbra hija madwar tlieta u ħamsin fil-mija tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "GĦAJNUNA FINANZJARJA", "24050.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23750 li oriġinarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe jista' jgħid jekk teżistix xi forma ta' għajnuna finanzjarja min-naħa tal-gvern lil nisa li fetħu jew jixtiequ jiftħu business tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-IPSE toffri għajnuna finanzjarja u teknika fi ħdan il-programmi ta' l-assistenza lil kulħadd, kemm jekk ikun raġel kif ukoll jekk tkun mara.", "L-assistenza tingħata lil min fetaħ jew jixtieq jiftaħ negozju ta' natura li tikkwalifika taħt il-programmi ta' l-IPSE.", "L-IPSE qed tikkunsidra li fil-futur jitnedew programmi speċifiċi ta' għajnuna lil nisa li jkunu jixtiequ jibdew negozju.", "STAMPERIJA TAL-GVERN", "24053.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23752, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie stampat A Day in Her Life' u fejn tqassam?", "Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-ktieb A Day in Her Life ġie ordnat mill- Ministeru tal-Politika Soċjali u stampat mill-Istamperija tal-Gvern fl- aħħar ta' Jannar 2001.", "Il-ktieb ser jiġi ppubblikat nhar it-Tlieta 6 ta' Marzu 2001 bħala parti mill-attivitajiet tal-Jum Internazzjonali tal-Mara.", "Kopja tal-ktieb tista' titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wara din id-data.", "SIĠAR INDIĠENI", "24061.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema siġar indiġeni qed jiġu protetti mill-PA u x'miżura ttieħdu matul dawn l-aħħar sentejn biex jipproteġu dawn l-ispeċi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-awtorita` ta` l-ippjanar tipproteġi s-siġar indiġeni u arkeofiti kollha permezz ta` inizjattivi differenti.", "Dawn jinkludu: skedar ta` siġar individwali, gruppi ta` siġar jew imkejjen b`għadd imdaqqas ta` siġar bil-provvedimenti ta` l-artiklu 48 ta` l-Att dwar l- Ippjanar ta` l-Iżvilupp;", "preparazzjoni ta` policies li jissalvagwardjaw is-siġar jew postijiet msaġġra (fost dawn hemm policies fil-Pjan ta` Struttura u fid-diversi Pjani Lokali);", "preparazzjoni ta` linji gwida li jippromwovu, b`mod pro-attiv, it-tħawwil ta` siġar, pjanti u arbuxelli bħala parti minn landscaping schemes approvati ma` proġetti ta` żvilupp;", "implimentazzjoni tal-policies u linji gwida msemmija kemm b`kundizzjoni f`permessi individwali kif ukoll billi, flimkien mad-dipartiment ta` l- agrikoltura u s-sajd, jagħtu pariri lil individwi dwar x`tipi ta`siġar wieħed għandu jħawwel f`postijiet differenti kif ukoll kif wieħed jista` jevita li jagħmel ħsara lil siġar stabbiliti u jintegrahom fl-iżvilupp propost.", "Ħafna minn dan ix-xogħol isir fuq bażi kontinwu iżda f`dawn l-aħħar snin ġew ukoll speċifikament skedati diversi siġar jew imkejjen msaġġra fosthom is-Salini, diversi nħawi kostali (permezz ta` l-iskedar ta` l-irdumijiet ta` Malta), widien b`ammont konsiderevoli ta` siġar u arbuxxelli (fosthom Wied Għomor, Wied il-Lunzjata, Wied ix-Xlendi u oħrajn), u l-Buskett (dan ta` l-aħħar kien ukoll protett permezz ta` Ordni ta` Konservazzjoni u l- awtorita` ta` l-ippjanar qed taħdem mal-Ministeru ta` l-Agrikoltura sabiex il-provvedimenti ta` l-ordni jiġu attwati).", "Imkejjen oħra li jinkludu siġar ta` importanza ġew ukoll individwati permezz ta` studji li jsiru għall-preparazzjoni tal-pjani lokali kif ukoll permezz ta` kollaborazzjoni mad-dipartiment għall-ħarsien ta` l-ambjent.", "Hemm il-ħsieb li dawn l- imkejjen jiġu protetti ukoll filwaqt li nkomplu ninkoraġġixxu t-tħawwil ta` siġar possibilment ukoll permezz ta` proġetti ta` afforestazzjoni f`żoni li ġew abbandunati jew sfreġjati matul is-snin.", "SIĠAR - PROTETTI BIL-LIĠI", "24064.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani x'tip ta' siġar huma protetti bil-liġi u kemm fin-numru jitqiesu bħala masġar?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk speċifikament is-siġra tal-prinjol tistax tiġi maqlugħa u mħawla f'post ieħor meta tikkonsidra li jkollha tant żmien u li ħafna esperimenti ta' dan it-tip ma arnexxewx?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Att Legali 12 ta' 2001 maħruġ mill-ministeru għall- ambjent bi ftehim mal-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd jipproteġi siġar lokali li jikkonsistu fi 11 il-ġimnospermi u 45 il-anġjospermi fi skeda I u skeda II li tinkludi kemm siġar imħarrsa u kif ukoll dawk imħarrsin strettament.", "Din il-liġi \"masġar\" tfisser dawk l-inħawi fejn jikbru mhux anqas minn għoxrin siġra, sew jekk dwan jikbru b'mod naturali, sew jekk ikunu tħawlu, kemm fuq art pubblika kemm fuq art privata.", "It-trasferiment tas-siġar tal-prinjol ġeneralment jirnexxi l-iktar meta dawn ikunu għadhom żgħar kemm fl-eta' kif ukoll fid-daqs, biss jiddependi wkoll minn fatturi ta' tip ta' ħamrija li tinsab fiħ is-siġra, xi stress jew mard li tkun għaddiet minnu u l-kura li tingħata wara li terġa' tiġi mħawwla.", "M'hemm l- ebda regola ġenerali fuq is-suċċess li jista' jinkiseb minn dan l- eżerċizzju għax prattikament kull każ irid jiġi trattat skond il-meriti tiegħu.", "VAPURI - SKART", "24068.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "23779, jista' l-Ministru jgħid kif persuni liċenzjati jiddisponu minn skart li jitniżżel mnin fuq il- vapuri fil-portijiet tagħna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- kontroll ta' l-iskart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna, huwa kkontrollat mill-Avviżi Legali 83 ta' 1967 kif emendat b'Avviż Legali 22 ta'1-1968 u 150 ta' l-1976, kif ukoll bl-Avviż Legali 125 ta' 1-1993.", "Għaldaqstant peress li d-direttur ta' l-agrikoltura u sajd huwa awtorizzat permezz ta' dawn l-avviżi legali biex jilliċenzja u jinforza tali regolamenti, nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill- ministru konċernat.", "OPERAZZJONI", "24069.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta mistennija li ssir l-operazzjoni tal-vini verilużi tal- persuna li isimha u l-indirzz qed jintbagħt separatament li ilha tistenna biex issirilha l-operazzjoni minn Awissu 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' domanda parlamentari nru.", "13567.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ", "24070.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa ħalli tiġi mdawwla Triq Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "SPINA BIFIDA", "24075.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn tfal f'Malta u Għawdex li jbatu bl-ispina bifida?", "Kemm minnhom ġew invistati fil-klinika tal-ispina bifida?", "X'inhi l- proċedura li tintuża biex tfal bl-ispina bifida jiġu mgħajta ħalli jiġu nvistati fil-klinika tal-ispina bifida?", "Kemm ilha miftuħa l-klinika ta' l-ispina bifida?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat illi l-istatistika kif mitluba ma tinżammx.", "Kemm ilu jinżamm ir-reġistru ta' l-anomaliji konġeniti, bejn is- sena 1993 u s-sena 2000 ġew irreġistrati li twieldu 24 tarbija bi spina bifida fil-gżejjer Maltin.", "Sal-lum it-tfal bi spina bifida jiġu eżaminati u segwiti fuq bażi regolari fl-outpatient clinic tal-pedjatrija ġenerali fl-Isptar San Luqa.", "B'żieda ma' dan minn xi tliet snin 'l hawn qegħda ssir sessjoni madwar dabra kull sitt xhur li fiha bejn tmien u għaxar t'itfal li jsofru minn spina bifida jiġu assessjati minn team multidixxiplinarju ta' tobba speċjalisti, infermiera, fiżjoterapisti u occupational therapists.", "F'dawn is-sessjonijiet speċjali jiġi deċiż pjan ta' kura speċifika għal kull każ.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI", "24084.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "23732?", "ONOR.", "JOSEF BONNIĊI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - LABORATORY ATTENDANT", "24088.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' sigħat ta' overtime li ħadmet il- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il- mistoqsija, laboratory attendant, fid-dipartiment tal-farmaċija fl- Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar?", "Jista' jgħid jekk għanduk permess li jagħmel xogħol barrani?", "Jista' jgħid jekk għandux permess li jagħmel xogħol barrani waqt il-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA'", "24089.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma l-informazzjoni li għandi li wara li daħal ir- reġistratur ta' l-Universita' daħlu warajh l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija bħala impjegati full-time fl-Universita' ta' Malta.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Diċembru 1991, l-Universita` għamlet 1191 ħatra, fosthom tat-tliet persuni ndikati, għalkemm m'inix f'pożizzjoni li nikkonferma r-relazzjoni ta' l-aħħar persuna ndikata.", "F'kull każ jien assigurat li m'hemm l-anqas l-iċken ħjiel ta' irregolarita` fil-ħatra tat- tlett persuni indikati u għalhekk ma nifhimx għal liema raġuni saret id- domanda sakemm l-Onor.", "Membru ma jridx jimplika li persuni li b'xi mod, fil- qrib, jew mill-bogħod direttament jew indirettament ikunu relatati ma' xi uffiċjal ta' entita` pubblika għandhom ikunu preklużi milli japplikaw u jiġu konsidrati għal ingaġġ ma' l-Universita`.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "24090.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-membri mhux akkademiċi fl- Universita' ta' Malta li ngħataw allowance (mhux qualification allowance) mis-sena 1996 'l hawn sena b'sena?", "1.", "Kemm hi l-allowance ta' kull wieħed minnhom?", "2.", "Għal-liema raġuni ngħatat jew għada tingħata din l-allowance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista ta' membri ta' l-istaff mhux akkademiku li ngħataw allowance (mhux qualification allowance) mis-sena 1999 'l hawn sena b'sena tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "24091.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm ingħataw flus kapitali u rikorrenti fid- dipartiment tal-farmaċija fl-Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? (2) xi proġetti ta' riċerka qegħdin għaddejjin bħalissa? (3) min qed jagħmilhom? (4) kemm ħarġu papers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Rigward it-tieni, it-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "23713 f'Seduta 506.", "UNIVERSITA' - FARMHOUSE", "24092.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-farmhouse tal-mediterranean institute fl- Universita' ta' Malta hix qed tintuża bħala residenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-farmhouse tal-Mediterranean institute fl-Universita` ta' Malta mhix qed tintuża bħala residenza.", "UNIVERSITA'", "24093.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tar-reġistrar, director of finance, librarian, u l-estates & works manager fl-Universita' ta' Malta?", "Taħt liema sejħa għal applikazzjoni kull wieħed minn dawn ġie appuntat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li, bil-premessa li ħatriet ma jsirux biss fuq kwalifiċi akkademiċi partikolarment meta l-pożizzjoni tkun ta' natura amministrattiva, anke għaliex il-kwalitajiet meħtieġa ma jitkejlux biss bil- kwalifiċi akkademiċi, u dan hu aċċettat u pprattikat f'kull organizzazzjoni kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll f'azjendi privati, il-kwalifiċi akkademiċi ta' l-uffiċjali msemmija huma: Ir-reġistratur: ċertifikat ta' għalliem u diploma in education (administration and management).", "Is-sejħa għal applikazzjonijiet għall- post ta' reġistratur kienet ħarġet fis-27 ta' Awissu 1991.", "Direttur tal-finanzi: diploma in business law and accounting.", "Is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta' direttur tal-finanzi kienet ħarġet fit-22 ta' Awissu 1997.", "Direttur tal-bibljoteka: baċillerat u liċenzjat (Master's) fit-Teoloġija (B.D. & Lic.", "D) mill-Universita` ta' Malta u Master in Library and Information Science (M.A.) mill-Universita` ta' Sheffield fl-Ingilterra.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post tad-Direttur tal-Bibljoteka ta' l-Universita` kienet ħarġet fit-22 ta' Awissu 1997.", "Estates & works manager: M.A. cost engineer, M.R.I.C.S. (Bldg) member of institution of chartered surveyors (London - 15 years), MSc facilities management (Edin).", "Is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta' Estates & works manager kienet ħarġet fl-24 ta' April 1996.", "UNIVERSITA'", "24094.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-kuntratti li ngħataw mill-precincts office ta' l-Universita'?", "Kemm kienu jammontaw?", "Kemm kien hemm minnhom direct orders?", "Min ħa dawn il-kuntratti u għal liema xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - DIRECT ORDERS", "24095.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm direct orders u kemm ingħataw minnhom dawn l- aħħar sentejn fl-Universita' ta' Malta?", "Kemm kienu jammontaw b'kollox?", "Liema kienu dawk il-kumpaniji li ħadu id- direct orders?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ADMINISTRATIVE ASSISTANT", "24096.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija li jaħdem fl-Universita' ta' Malta bħala clerk se jingħata l-promozzjoni ta' administrative assistant biex wara dan ikun trasferit għaċ-ċentru ta' l-universita' f'Għawdex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna indikata ma ngħatatx promozzjoni ta' administrative assistant \"biex wara jkun trasferit għaċ- ċentru ta' l-Universita` f'Għawdex\".", "Il-persuna ndikata applikat wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet minn persuni ggradwati u ntgħażlet għax għandha l-kwalifiċi u l-kapaċitajiet meħtieġa.", "L-Universita` timla' l- postijiet li jkun hemm vakanti skond il-ħtieġa b'dawk il-persuni li jkunu l- aktar adatti biex jimlew dawk il-postijiet.", "IMPJIEGI - MANIFATTURA TAT-TESSUTI", "24101.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "23738 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' jgħid liema kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tessuti għax-xahar ta' Settembru mill- 1995 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 23983 waqt is-seduta tal-lum stess.", "MALTACOM", "24120.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, ma ħax is-somma li hu ntitolat għaliha meta dan spiċċa mill-Maltacom ftit taż-żmien ilu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "OBESITA'", "24124.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' nies li jbagħtu mill-obesita'?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li studju li sar f'1992 (Galea et al, 1992) fuq tfal ta` erba` snin wera li 8% tas-subien u 10% tal-bniet għandhom il- ħxuna.", "Studju ieħor li sar fuq tfal ta` bejn il-5 u l-10 snin (Muscat, 1990) wera dan:", "tfal ta` 5 snin, 13% tas-subien u 12% tal-bniet għandhom il-ħxuna tfal ta` 10 snin, 19% tas-subien u 24% tal-bniet għandhom il-ħxuna", "Instab fil-MONICA survey tal-1984: Irġiel", "| Eta`|% ta` ħxuna | |24-34 |14 | |35-44 |25 | |45-54 |24 | |55-64 |28 |", "Nisa", "| Eta` |% ta` ħxuna | |24-34 |15 | |35-44 |29 | |45-54 |47 | |55-64 |54 |", "F'Malta ma hawnx statistika aktar riċenti fuq il-prevalenza tal-ħxuna fost il-poplu Malti.", "OBESITA'", "24125.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm jikkalkula li il-problema tal-obesita' qed tiswieħ flus fis-sena il-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li mhux possibbli li d-diviżjoni tas-saħħa tasal għall-kalkolu tan-nefqa mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "OBESITA'", "24126.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'qed isir fuq il-prevenzjoni tal-obesita' mill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-dipartiment għall-promozzjoni tas- saħħa għandu diversi kampanji u inizjattivi li jolqtu l-problema tal-ħxuna f'pajjiżna: Pubblikazzjoni 'Pariri biex tnaqqas il-piż żejjed' li huwa gwida ta` kif wieħed għandu jitlef il-piż.", "Tmexxija ta` programmi għat-telf ta` piż li isiru fiċ-ċentri tas-saħħa u iseħħu tlett darbiet fis-sena.", "Kampanja 'Ċaqlaq' li tolqot l-attivita` fiżika.", "Din tinkludi pubblikazzjoni 'Ċaqlaq.", "Suġġerimenti biex inkunu aktar attivi' sabiex tagħmel lin-nies aktar konxji dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika.", "Kampanja 'Dieta Mediterranja' li l-għan tagħha huwa sabiex tippromwovi l- benefiċċji tad-dieta tradizzjonali tagħna, dik Mediterranja.", "Din tlinkludi ktejjeb 'Ikel Bnin.", "Il-Mod Mediterranju', u riċetti Mediterranji.", "Pubblikazzjoni 'CINDI Dietary Guidelines for Health Professionals' li huwa mmirat għal professjonisti fil-qasam tas-saħħa u huwa gwida fuq l- aħħar riċerka dwar l-ikel u s-saħħa.", "KONTRIBUZZJONIJIET", "24129.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' skema għal dawk il-persuni li ma ħalsux l-ammont ta' kontribuzzjonijiet neċċessarji sabiex jikkwalifikaw għal pensjoni u li jixtiequ jħallsu l- bilanċ dovut?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma teżisti l- ebda skema kif imsemmija minnu għalkemm l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi f'ċerti każi u taħt ċerti kriterji li ssir talba biex jitħallsu xi kontribuzzjonijiet b'lura.", "Iżda, f'dan il-każ id-direttur ma jistax joħroġ kont b'lura li jmur lura aktar minn ħames snin kalendarji mid-data tat-talba magħmula mill-assigurat.", "Huwa opportun hawn li nenfasizza l-isforzi ta' dan il-gvern biex f'pajjiżna tidħol kultura fejn iċ-ċittadin iħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-ħin biex sitwazzjonijiet kif indikati mill-Onor.", "Interpellant jiġu evitati u b'hekk la jbati l-assigurat u l-anqas il-familja jew l-eredi tiegħu.", "HEAD CORPORATE SERVICES", "24130.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-head corporate services li ġie maħtur fil-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - HEAD OF COMMUNICATIONS", "24133.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-head of communications li ġie maħtur fil-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - OVERTIME", "24135.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar għal ħlas ta' overtime li l-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi ħadmu fix-xogħol li sar fil-bajja taħt it-Taormina Kiosk f'San Ġiljan.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li wara investigazzjonijiet u taħdidiet li saru ma' l-awtorita' tat-turiżmu, ftehmna li l-ħaddiema nvoluti jitħallsu nofs dak li qed jitolbu.", "Naħseb li din hi soluzzjoni ġusta.", "Dawn se jitħallsu fil-jiem li ġejjin.", "WSC", "24136.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt tal-financial controller li ġie maħtur fil-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPIŻERIJI", "24140.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li se jingħalqu xi spiżeriji tal-gvern?", "Jekk iva, liema spiżeriji u għaliex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma hemm l-ebda ħsieb li jingħalqu xi spiżeriji tal- gvern fiċ-ċentri tas-saħħa.", "DJAR - ZABBAR - TENDERS", "24141.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa għal tender ta' plot għal garage fi Triq il-Luq kantuniera ma Triq il-Fraxxnu, fil-housing estate ta' Ħaż-Żabbar, li fuqha (il-plot) diġa' nħareġ permess għall-iżvilupp mill- planning authority (Ref PA 04364/99)", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-dipartiment ta` l-artijiet huwa marbut li ma joħroġx għall-offerti art tal-gvern jekk ma jkunx hemm approvazzjoni mill- awtorita` ta` l-ippjanar għal skop li l-art tkun ser tingħata għalih.", "Ninsab informat illi f`dan il-każ irriżultat diskrepanza bażika fil- pjanti li ġew approvati mill-awtorita` u għaldaqstant l-ebda azzjoni ma tista` tittieħed qabel din id-diskrepanza tiġi rranġata.", "Il-perit imqabbad mill-applikanti ġie mgħarraf b`dan kollu."]} {"filename": "19940713_295d_par.doc", "date": "1994-07-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiðjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 295 L-Erbgóa, 13 ta' Lulju, 1994 Stampat fl-Uffiððju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 295", "L-Erbgóa, 13 ta' Lulju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgóet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 295 L-Erbgóa, 13 ta' Lulju, 1994 WERREJ", "MINUTI 667", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI 667", "TQEGÓID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 673", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA ABBOZZ TA' LIÍI KONTRA INSIDER DEALING INSIDER DEALING BILL Kumitat 674", "ABBOZZ TA' LIÍI DWAR ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI FINANCIAL INSTITUTIONS ACT Kumitat 690", "AÍÍORNAMENT 698", "MISTOQSIJIET - IMWIEÍBA BIL-MIKTUB 705 MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 294 li saret fit-13 ta' Lulju, 1994, íew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEÍIBIET ORALI", "MSIDA - PARTI TAR-RING ROAD MADWAR L-UNIVERSITA'", "19543.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riúorsi Umani: Kemm hi twila l-parti tar- ring road madwar l-Universita' li qed tiddawwal bis-sistema tas-Solar Panels?", "Kemm twaóólu minn dawn il-panels?", "Kemm íiet tiswa s-sistema b'kollox?", "Hemm il-ósieb li partijiet oóra ta' l-Universita' tuúa l-istess sistema ta' eneríija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riúorsi Umani): Jien informat li bóalissa qegódin jiddawlu madwar sittin metru tar-ring road ta' l-Universita' u parti mill-car park bis-sistema tas-solar panels.", "Twaóólu óames panels b'lampa fuq kull naóa li swew Lm825-il wieóed, inkluú materjal u xogóol.", "Dan il-proíett sar fuq baúi sperimentali u qiegóda ssir evalwazzjoni tal- performance ta' din is-sistema.", "Fuq baúi ta' din l-evalwazzjoni wieóed ikun jista' jieóu deðiújoni dwar jekk partijiet oóra ta' l-Universita' juúawx l- istess sistema ta' eneríija.", "SKEJJEL - ÚGÓAÚAGÓ LI SE JISPIÐÐAW L-ISKOLA", "19586.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riúorsi Umani: Kemm huwa maósub li se jispiððaw úgóaúagó mill-iskola fit-tmiem ta' din is-sena skolastika góaliex ikunu góalqu s-16-il sena?", "Jista' l-Ministru jagóti breakdown ta' kemm se jispiððaw minn:", "(a) skejjel ta' l-Istat; (b) skejjel tal-Knisja? (c) skejjel privati?", "Kemm minn dawn iú-úgóaúagó huma bniet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-góadd ta' tfal li mistennija jispiððaw il-livell sekondarju huwa dan:", "| |Subien|Bniet|Total| | | | | | |Skejjel |769 |1,699|2,468| |statali | | | | |Skejjel |749 |508 |1,257| |tal-Knisja | | | | |Skejjel |84 |49 |133 | |privati | | | | | | | | | |TOTAL |1,602 |2,256|3,858|", "IMPIEGI - ÚGÓAÚAGÓ TAÓT IS-16-IL SENA", "19587.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riúorsi Umani: Kemm inqabdu úgóaúagó taót is-16-il sena jaódmu mill-1 ta' Jannar, 1994 sal-lum?", "Liema xogóol kienu qed jagómlu?", "X'passi ttieódu kontra s-sidien?", "Beósiebu l-Ministru jara li l-uffiðjali responsabbli júidu fl- attivitajiet ta' sorveljanza tagóhom matul ix-xhur tas-sajf biex jiúguraw li flok ikunu jaódmu, úgóaúagó taót l-eta' jgawdu l-btajjel tas-sajf?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li disat itfal taót is-16-il sena nqabdu jaódmu bejn Jannar u Íunju ta' din is-sena, prevalentement fil-qasam tas-servizzi turistiði.", "Kull kaú kien rapportat lid-dipartimenti tal-Gvern li góandhom interess fil-materja.", "Il-kaúi kollha kienu rapportati wkoll lill-Pulizija biex din tipproðedi kontra s-sidien.", "Góax-xhur tas-sajf, jiíu intensifikati l-ispezzjonijiet.", "LOGÓOB TAL-LOTTU/SUPER FIVE", "19588.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Kemm kien l-ammont (fi flus) ta' logóob:", "a) tal-lottu ta' nhar ta' Sibt; b) tas-Super Five xahar b'xahar, minn Jannar sa Mejju?", "Kemm kien hemm rebó kull xahar?", "Kemm kien hemm rebó li ma ssarrafx kull xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta góal din id-domanda hija kif íej:", "L-ammont (fi flus) ta' logóob:", "(a) Tal-lottu ta' nhar ta' Sibt (b) Tas-Super Five xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kien kif jidher hawn taót:", "| |Lottu |Super Five | | |Lm |Lm | |Jannar|995410 |290366 | |Frar |800330 |442538 | |Marzu |793634 |952594 | |April |1009916 |426550 | |Mejju |814917 |335375 |", "Kull xahar kien hemm dan ir-rebó:", "| |Lm |Lm | |Jannar |550469 |129906 | |Frar |444345 |129442 | |Marzu |430671 |474369 | |April |565812 |251412 | |Mejju |447737 |157961 | | | | |", "Rebó li ma ssarrafx kull xahar huwa kif jidher hawn taót:", "| |Lm |Lm | |Jannar |5445 |2077 | |Frar |5327 |2869 | |Marzu |3253 |5358 | |April |6716 |2992 | |*Mejju |2712 |815 |", "Rebó li ma ssarrafx góal Mejju juri biss l-ammont góall-ewwel íimgóatejn góax il-íukaturi góandhom 30 íurnata úmien biex jitolbu l-ólas.", "PULIZIJA - ÐITAZZJONIJIET", "19589.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: Mill-1 ta' Jannar sal-lum, xahar b'xahar, kemm ingóataw ðitazzjonijiet mill-pulizija talli:", "1) Vetturi daólu fil-Belt Valletta mingóajr ma kellhom il-liðenzja móallsa biex jagómlu dan;", "2) Góal parking óaúin fl-istess Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali): Ninsab informat li matul l-ewwel xhur ta' din is-sena nóaríu dawn ið- ðitazzjonijiet góal vetturi talli daólu l-Belt Valletta mingóajr ma kienu liðenzjati biex jagómlu dan:", "Jannar 245 Frar 291 Marzu 324 April 295 Mejju 301 Íunju 113 (sas-16 ta' Íunju)", "Fl-istess úmien il-Pulizija tal-Belt Valletta óaríu dawn ið- ðitazzjonijiet lil persuni talli ipparkjaw óaúin fil-Belt Valletta:", "Jannar 755 Frar 971 Marzu 670 April 562 Mejju 799 Íunju 202 (sas-17 ta' Íunju)", "Peress li l-istatistika tað-ðitazzjonijiet maóruía mit-Taqsima tat- Traffiku ma tinúammx separatament góal kull belt u raóal ta' Malta, in- numru ta' ðitazzjonijiet góal ipparkjar projbit fil-Belt Valletta ma tinkludix ið-ðitazzjonijiet maóruía minn din it-Taqsima.", "PULIZIJA - ÐITAZZJONIJIET", "19590.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: Jista' l-Ministru jgóid kemm saru ðitazzjonijiet mill-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-lum talli vetturi daólu fil-Belt ta' l-Imdina meta ma kellhomx permess jagómlu dan?", "Kemm matul l-istess úmien intalbu permessi biex vetturi mhux is-soltu awtorizzati jagómlu dan?", "Jista' l-Ministru jagóti figuri xahar b'xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mill-bidu ta' din is-sena sas-17 ta' Íunju inóaríu dawn ið-ðitazzjonijiet góal dóul fl-Imdina minn vetturi mhux awtorizzati:", "Jannar 45 Frar 30 Marzu 53 April 15 Mejju 48 Íunju 21", "TOTAL 212", "Góat-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant góat- tweíiba li tajt góal mistoqsija parlamentari numru 14389.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jista' l-Ministru jieóu ósieb li, apparti fil- weekends, meta l-aktar li jkun hemm tentazzjoni li wieóed jikser il- provvediment tad-dóul fl-Imdina, matul il-íimgóa ssir sorveljanza biex ir- regolament li ma jidóolx traffiku fl-Imdina jiíi osservat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nimpenja ruói biex is-suííeriment ta' l-Onor.", "Tonio Borg inwasslu góand l-awtoritajiet tal-Pulizija - li naf li anke matul il- íimgóa jagómlu ronda fl-Imdina - u nappella li dawn jipprovaw jagómlu óilithom biex kemm jista' jkun jikkontrollaw is-sitwazzjoni.", "Jien napprezza li mhux dejjem ikun possibbli li s-sitwazzjoni tiíi kontrollata mija fil-mija.", "FURJANA: DITCH STREET - SIGN TA' \"NO CROSSING\"", "19865.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: Il-Gvern góandu ósieb biex Portes des Bombes, limiti tal-Furjana, appena tibda Ditch Street, min-naóa tal-Furjana fejn fuq naóa hemm ir-railing u passaíí minn fejn jistgóu jaqsmu n-nies, tingóalaq u titwaóóal sign ta' no crossing minóabba inðidenti fatali, kif anke kellna fil-passat qrib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru góall-Ambjent): Is-suííeriment ta' l-Onor.", "Interpellant íie mgóoddi lill-Bord góall-Kontroll tat-Traffiku góal aktar investigazzjoni.", "ÓABS ÐIVILI - SKORTA MAL-PRIÍUNIERI", "19866.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: X'inhu l-kriterju li bih jiíi deðiú jekk priíunier jittellax il-qorti bi skorta waóda jew b'úewí skorti mill-óabs?", "Góaliex meta priíunier ikun fl-iskorta qed iwaqqfuhom xorta pulizija oóra fit-triq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Normalment priíunier jittella' l-qorti bi skorta waóda, imma hemm xi priíunieri li jitilgóu l-qorti akkumpanjati b'úewí skorti, dan bóala mezz ta' aktar sigurta' f'kaúijiet speðifiði fejn l- Awtoritajiet tal-Pulizija jew Óabs jikkonsidraw li jkun neðessarju.", "Góal aktar sigurta' hija óaía normali li íieli íew iððekkjati xi priíunieri waqt li jkunu bl-iskorta barra l-Óabs.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li aóna nkunu l-qorti, spiss naraw priíunieri skortati u jien nieóu l-impressjoni li jkun hemm wisq priíunieri fil- kuriduri.", "F'sitwazzjonijiet bóal dawn huwa impossibbli li wieóed iúomm kontroll mija fil-mija mil-lat ta' sigurta'.", "Wieóed irid jiftakar li hemmhekk ikun hemm ukoll il-pubbliku.", "Góalhekk jistgóu jittieódu passi sabiex il-priíunieri jinúammu fl-góassa tal-Pulizija tal-Belt u jittellgóu biss meta jkun imisshom il-kaú?", "Dan qed ngóidu bóala suííeriment góaliex filwaqt li fil-óabs hemm ðerta sigurta' - per eúempju, hemm ið-ðensura ta' l-ittri u l-kommunikazzjonijiet ma' barra huma ristretti óafna, affarijiet li naf li l-Ministru qed jieóu ósieb sabiex jitjiebu óalli jkun hemm aktar kommunikazzjoni - imbagóad ikun hemm ðerti nuqqasijiet proprju fil-mument meta dawn jistgóu jiíu f'aktar kuntatt man-nies.", "Din m'hijiex l- impressjoni tiegói biss, imma ta' diversi avukati.", "Góalhekk jista' wieóed jikkonsidra dan is-suííeriment li semmejt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naqbel ma' l-Onor.", "Borg li jistgóu jinqalgóu problemi f'diversi aspetti meta l-priíunieri jiíu akkumpanjati góall-kawúi tagóhom fil-qorti u góall-búonnijiet mediði fl-isptar jew f'xi ðentru tas- saóóa.", "Il-kwestjoni ta' kif tiíi regolata l-preúenza tal-priíunieri fil- qorti li jkunu hemmhekk fid-9.00 a.m. - anke jekk il-kaú tagóhom finalment jispiðða jinstema' f'12.00 p.m. u fis-1.00 p.m. - hija problema li qed tikkawúa mhux biss inkonvenjent góall-qorti, imma wisq aktar góall- amministrazzjoni tal-Faðilita' Korrettiva ta' Kordin.", "Ir-raíuni hija li meta dawn il-priíunieri jkunu móollija fil-kuriduri tal-qorti, anke fil- preúenza ta' l-iskorta, jista' jkun hemm kuntatt mal-familjari u mal- pubbliku in íenerali, u dan assolutament m'huwiex desiderabbli.", "Fil-fatt tkellimt mal-Ministru tal-Íustizzja fuq din il-problema u huwa maósub li jkun hemm attentat ta' arraníamenti li permezz tagóhom il-persuni li jkollhom il-qorti jinúammu fis-sigurta' tað-ðelel li góandna fil-qorti stess u jissejóu meta l-kawúi tagóhom ikunu waslu quddiem il-maíistrati jew l-imóallfin.", "Hemm daqsxejn ta' kumplikazzjoni dwar kif wieóed jikkommunika.", "Naóseb illi eventwalment irid ikun hemm xi sistema ta' kommunikazzjoni, ngóidu aóna permezz ta' telephone jew inkella intercom, biex l-awla partikolari tkun tista' ssejjaó lill-priíunier konðernat f'óin qasir imma adegwat, biex dan jitla' góall-kawúa tiegóu.", "Il-materja qiegóda tiíi kkonsidrata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naósibx li jkun xieraq li l- priíunieri jitóallew mid-9.00 a .m. sa l-12.00 p.m. fið-ðelel.", "Jidhirli li góandu jkun hemm waiting-room li fiha jkunu jistgóu joqogódu jistennew il- priíunieri kollha, naturalment immanettjati.", "Góaliex m'hix óaía xierqa li joqogódu jistennew fið-ðelel ta' l-góassa tal-Belt.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk huwiex minnu li bniedem mið-Ðentru tal- Faðilitajiet Korrettivi ta' Kordin li jingóata permess biex imur id-dar jew jattendi góal xi attivita' soðjali, irid ióallas hu ta' l-iskorta, li naturalment tista' tqumlu sa Lm8.", "Jekk huwa minnu, dan ikun ta' ostaklu góal min ma jkollux il-flus biex ióallas óalli jkun jista' jagómel uúu minn din il-faðilita'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Góar-rigward ta' l-ewwel parti ta' l-intervent ta' l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici nilqa' l-kumment li góamel u neóduh in konsiderazzjoni meta din is-sistema tibda titóaddem fil-qorti.", "Góar- rigward tat-tieni punt, s'issa s-sitwazzjoni hija illi meta jintalab il- permess - óafna drabi ma jkunx jiddependi mill-awtoritajiet tal-óabs - id- deðiújoni dwaru tiddependi jew minn awtoritajiet oóra jew mill-Ministeru tal-Íustizzja jew addirittura mill-Uffiððju tal-President tar-Repubblika.", "Góaliex biex persuna tkun tista' toóroí mill-Óabs biex jew tattendi attivita' tal-familja jew góal xi skop ieóor, tkun trid issir petizzjoni.", "Waóda mill-kondizzjonijiet regolarment tkun li l-iskorta tkun a spejjeú tal-priíunier innifsu.", "Napprezza l-argument ta' l-Onor.", "Membru li jista' jkun hemm kaúi fejn minóabba n-nefqa jkun hemm priíunieri li ma jistgóux ióallsu u allura ma juúufruwixxux minn din il-possibilita'.", "Din hija materja illi tkun tista' tiíi kkonsidrata wkoll mill-amministrazzjoni l-ídida li qed tiddaóóal f'dan il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk jippermettili, nixtieq nagómillu domanda addizzjonali.", "Ma jidhirlux il-Ministru illi dawk il-persuni li jkunu detenuti u li jiníabu l-qorti æal proðessi - bóala regola - m'hemmx æalfejn ikunu mmanettjati.", "Kull persuna tinæata l-ewwel opportunita' li tiíi l-qorti mhux immanettjata u jekk tabbuúa minn dik l-opportunita', sussegwetement imbaæad tiíi mmanettjata.", "Ma naósibx li æandna nissoííetaw lill-priíunieri li jidhru l-qorti mmanettjati quddiem in-nies meta jkunu æadhom jistæu jinstabu innoðenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.LOUIS GALEA: Din hi materja li tolqot is-sigurta' tal-persuni kollha nvoluti u filwaqt li naturalment aóna bóala deputati u bóala Gvern æandna dritt illi naæmlu policy, f'dan l-istadju ma nazzardax naæti opinjoni fuqha.", "Hemm l-awtoritajiet konðernati illi jaósbu huma æal dawn l- affarijiet.", "S'issa hemm din is-sitwazzjoni u jekk ikun hemm ðerti úviluppi ma nara ebda raíuni æaliex din is-sitwazzjoni kif fissirha l-Onor.", "Membru m'æandhiex ukoll tiíi konsidrata.", "Meta wieóed jiíi moæti att ta' fiduðja f'dawn l-okkaújonijiet u jikser dak l-att ta' fiduðja, imbaæad jkollu jóallas il-konsegwenzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, issemmiet l-eventwalita' li priíunieri jinæataw il-permess biex joóoríu æal okkaújoniet soðjali.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Ministru min jiddeðiedi jekk iridx jaæti dan il-permess u jekk hemmx xi lista ta' xi okkaújonijiet partikolari li góalihom jingóata l- permess, per eúempju l-mewt ta' omm il-priíunier.", "Jien smajt b'kaúi fejn min ikun æadu lanqas æadda proðess, ikun hemm affarijiet serjissimi involuti u jitóalla joóroí 'il barra.", "Úgur li kieku l-aówa jew il-qraba tal-vittima saru jafu fejn qieæed kienet tinqala' xi waóda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-poúizzjoni hija li hemm lista ta' ðirkostanzi fejn l-inmate jitóalla joóroí mill-óabs.", "Dan ifisser li íiet stabbilita policy ðara bi qbil mal-Ministeru tal-Íustizzja li f'dawk ið- ðirkostanzi, il-parir li jinæata lill-President tar-Repubblika rigward permess góall-óruí mill-óabs, ikun parir fl-affermattiv æar-rigward ta' l- okkaújonijiet.", "Dawn l-okkaújonijiet jinkludu kaúijiet ta' mewt, íenituri jew familjarji li qeædin l-isptar, úwieí ta' xi óadd mill-aówa u okkaújonijiet oóra ta' qrabi; hemm stabbilit anke sa liema grad ta' affinita'.", "Din il-policy íiet stabbilita ftit tax-xhur ilu, jekk m'iniex sejjer úball.", "Qabel kien hemm nuqqas ta' policy u ma neskludix li f'dak il- vacuum ta' policy seta' íara dak li qed jgóid l-Onor.", "Membru.", "L- okkaújonijiet l-oóra fejn wieóed jista' jara priíunieri barra mill-óabs huma f'okkaújonijiet ta' community work, sistema li llum góadna assolutament fil-bidu tagóha.", "S'issa xi priíunieri diía' ttieódu fið- Ðentru tar-Riabilitazzjoni ta' Kordin fejn góamlu xogóol ta' siwi konsiderevoli u anke f'xi post ieóor biex jagómlu xi xogóol fil-komunita'.", "Dan góamilnieh bóala test biex meta nifformalizzaw aktar ix-xogóol ta' priíunieri fuq proíetti tal-komunita', naraw x'inhuma l-esiíenzi, l- esperjenzi u kif góandhom jiíu regolati l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru góas-Sigurta' Soðjali.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru góas-Sigurta' Soðjali): Mr Speaker, nafu li l-priíunieri jagómlu minn kollox biex joóoríu mill-óabs u jmorru l- isptar, jew bóala out-patients - kuljum ikun hemm numru ta' priíunieri fl- Out-Patients - jew anke bóala in-patients.", "Fil-fatt kien hemm priíunieri li íieli anke belgóu msiemer apposta biex jagómlu perjodu fl-isptar.", "Jista' l-Ministru jgóid jekk lil dawk il-priíunieri li jattendu l-Out- Patients humiex qed ipoííuhom f'kamra li hemm magómula apposta góalihom óalli b'hekk jiíu evitati l-kuntatti li kien ikun hemm mal-familjari tagóhom, bil-problemi li dawn iíibu magóhom, inkluú il-passaíí ta' droga?", "Qabel kienu joqogóu jistennew mal-pulizija fil-kafeterija.", "Pero' mbagóad kienet saret kamra apposta.", "Issa dik il-kamra qiegóda tintuúa?", "Barra minn hekk, hemm xi ósieb li ssir ward apposta - St Michael's Ward - góall-priíunieri biex jiíi evitat dak il-moviment tal-priíunieri fil-wards l-oóra?", "Nafu li dawn íieli kienu vjolenti u saóansitra íieli ssawtu nurses.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, naf li l-kamra li qed jirreferi góaliha l- kollega tiegói tintuúa.", "Jekk tintuúax f'kull kaú u kull meta suppost li tintuúa, ma nafx.", "Naturalment jien ma nkunx hemmhekk il-óin kollu.", "Íieli kelli okkaújoni li nkun l-isptar, innotajt irregolarita' f'dan ir-rigward u ttieódu passi kontra l-iskorta li kienet on duty.", "Pero' naf li din il- kamra tintuúa góax íieli góaddejt minn hemmhekk u rajt priíunieri ma' l- iskorta tagóhom.", "Góar-rigward tal-ward, irrid ngóid li St Michael's Ward se ssir bóala parti mill-proíett ta' refurbishment.", "Il-ósieb huwa li din il-ward ikun fiha erba' sodod biex jiíu akkommodati priíunieri li jkunu jinótieíu rikoveru góal kura akuta fl-isptar.", "B'hekk minflok joqogódu jiíru fil- wards normali, ikunu jistgóu jinúammu f'din il-ward.", "Naturalment, fil- fehma tiegói, ma tistax tagómel regola assolutament riíida f'dan ir- rigward.", "Per eúempju, priíunier li jkollu búonn attenzjoni ta natura ortopedika, ngóidu aóna góal traction fit-tul u affarijiet bóal dawn, flok jinúamm fil-wards normali, ikun f'din il-ward speðjali.", "Imma jkun hemm ðirkostanzi, bóal ngóidu aóna kura fis-CCU, jew fejn xi óadd ikun góamel xi operazzjoni ta' ðertu entita' li tkun tenótieí post-operative care ta' ðertu tip li ma tistax tagótiha ío din il-ward apposta, u f'dawn il- kaúijiet ikunu fil-wards normali.", "Inúid ngóid illi qed jittieódu l-passi biex tiíi rraníata aójar is- sitwazzjoni tal-kura medika góall-popolazzjoni ta' Kordin.", "Riðentement, il-Ministeru tal-Finanzi ta l-kunsens tiegóu biex inkunu nistgóu nibnu group practice ta' tobba illi jkun jista' joffri coverage ta' 24 siegóa góal íimgóa sóióa góall-popolazzjoni kollha tal-óabs.", "Sal-lum góandna uffiðjal mediku misluf mid-Dipartiment tas-Saóóa illi qiegóed jagóti attenzjoni full-time f'din l-istituzzjoni.", "Hemm ukoll konsulenti li júuru lill-priíunieri skond il-ótieía minn úmien góal úmien.", "Pero' s- sitwazzjoni preúenti xejn m'hi sodisfaðenti.", "Sabiex intejbu din is- sitwazzjoni u l-priíunieri jkun jista' jkollhom il-kontinwita' tal-kura u jinbena relationship bejn it-tabib u l-priíunieri - óaía li llum ma tistax issir permezz tal-health centres, ósibna li nintroduðu group practice ta' tobba li l-ewwelnett ióossu s-sejóa li góandhom jagótu dan is-servizz.", "Barra minn hekk, dawn iridu jkunu approvati mill-awtoritajiet tas-Saóóa kif ukoll tal-Faðilitajiet Korrettivi ta' Kordin, u li mbagóad bejniethom jipprovdu coverage sóió bi klinika aójar, b'attendenza ta' xi nurse u ta' xi persuni li jkunu jifhmu f'dan il-qasam.", "Irrid ngóid illi fil-Master Plan hemm ippjanat li jinbena kumpless mediku ðkejken kompletament ídid fil-parti l-ídida tal-óabs.", "Dan il-kumpless se jkun jista' jagóti kura f'kaú ta mard normali, f'kaú ta' mard mentali u anke f'kaú ta' problemi konnessi mad-droga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Ministru góamel aððenn f'risposta minnhom illi hemm il-pjanijiet li wieóed jilliberalizza iktar f'dawk li huma kuntatti ta' priíunieri mad-dinja barra l-óabs.", "Jista' jamplifika iktar dwar dan?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Galea.", "Fil-qosor, góax skada l-óin. jekk jogóíbok.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-aktar óaía li tiíini f'rasi huma dawk li nsejóulhom contact visits li permezz tagóhom il-familjari jkunu jistgóu jikkommunikaw mal-priíunieri wiðð imb'wiðð mingóajr barriera tal-óíieí jew inkella ta' xi wire jew gates oóra.", "Hemm maósub ukoll li jkun hemm kuntatti bejn l- góaqdiet volontarji speðjalizzati f'dan il-qasam.", "Pero' m'huwiex previst illi jiíu liberalizzati regoli li jirregolaw il-kuntatt bejn l-inmates u l- persuni li ma jiíu xejn minnhom, ólief kif previst fir-regolamenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-óin tal-mistoqsijiet góadda.", "Tqegóid ta' karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGÓID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Inqiegóed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviú Legali Nru. 78 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-UNITA;", "Avviú Legali Nru. 79 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' Rwanda;", "Avviú Legali Nru. 80 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' Haiti; u", "Avviú Legali Nru. 81 ta' l-1994 - Regolamenti ta' l-1994 dwar Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward ta' Georgia.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Finanzjarju maóruí mit-Teúor æas-sena 1993.", "Kopja ta' dan ir-rapport se titqassam lill-Onor.", "Membri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru góall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Inqiegóed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviú Legali Nru. 77 ta' l-1994 - Ordni ta' l-1994 dwar il- Kummissarju ta' l-Artijiet (Trasferiment ta' Drittijiet u Responsabbiltajiet) (Nru 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Íurnata.", "ORDNIJIET TAL-ÍURNATA", "ABBOZZ TA' LIÍI KONTRA INSIDER DEALING", "INSIDER DEALING BILL", "L-ordni góall-Kumitat íie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-13 ta' Lulju, 1994", "Klawsola 2 - Tifsir.", "(Kont.)", "Clause 2 - Interpretation.", "(Cont.)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Góal klawsola 2 nipproponi din l-emenda:", "\"D\" Fit-test Malti tas-subklawúola (1) taæha minflok il-kliem \"\"negozjant ta' barra s-suq\"\" daóóal il-kliem \"\"off market dealer\"\".", "\"D\" In the Maltese text of subclause (1) thereof, susbstitute the words \"\"negozjant ta' barra s-suq\"\" with the words \"\"off market dealer\"\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"Ð\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ð\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsja hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 2, kif emendata æaddiet u íiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liíi .", "Klawsola 3 - Projbizzjoni ta' negozju tal-borúa minn insiders, eðð.", "Clause 3 - Prohibition of stock exchange deals by insiders, etc.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"E\" (a) Fis-subklawúoli (1) u (2) taæha, óassar il-kliem \"fis-sitt xhur preðedenti\" kull fejn jinsabu;", "(b) óassar il-paragrafu (b) fis-subklawúola (1) taæha, u l-paragrafu (ð) jiíi ndikat bóala paragrafu (b);", "(ð) óassar il-paragrafu (b) fis-subklawúola (2) taæha, u l-paragrafi (ð) u (d) æandhom jiíu ndikati bóala paragrafi (b) u (ð), rispettivament;", "(d) is-subklawúola (3) taæha æandha titóassar, u minflokha tidóol is- subklawúola (3) ídida kif íej:", "\"(3) Id-dispoúizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta' dan l-artikolu æandhom japplikaw fejn:", "(a) individwu jkollu informazzjoni li huwa jkun xjentement akkwista jew irðieva, direttament jew indirettament, minæand individwu ieóor li jkun konness ma' kumpannija partikolari jew li f'xi úmien kien hekk konness, u", "(b) l-individwu ta' l-ewwel ikun jaf jew ikollu raíuni biúúejjed æalfejn jemmen li l-individwu l-ieóor ikollu l-informazzjoni bis-saóóa li hu jkun hekk konness.\"; u", "(e) fis-subklawúola (6) taæha, óassar il-kliem \"ikun kiseb (direttament jew indirettament),\" u daóóal minflokhom il-kliem \"ikun kiseb jew irðieva xjentement, direttament jew indirettament,\".", "\"E\" (a) In subclauses (1) and (2) thereof, delete the words \"in the preceding six months\" wherever they appear;", "(b) paragraph (b) in subclause (1) thereof shall be deleted, and paragraph (c) shall be indicated as paragraph (b);", "(c) paragraph (b) in subclause (2) thereof shall be deleted, and paragraphs (c) and (d) shall be indicated as paragraphs (b) and (c), respectively;", "(d) subclause (3) thereof shall be deleted, and a new subclause (3) shall be inserted as follows:", "\"(3) The provisions of subsection (4) of this section shall apply where -", "(a) an individual has information which he knowingly obtained or received, directly or indirectly, from another individual who is connected with a particular company or was at any time so connected, and", "(b) the former individual knows or has reasonable cause to believe that the latter held the information by virtue of being so connected.\"; and", "(e) in subclause (6) thereof, substitute the words \"has knowingly obtained (directly or indirectly),\" with the words \"has knowingly obtained or received, directly or indirectly,\".", "Mr Chairman, f'din il-klawsola qeædin nispeðifikaw il-metodi u l- kondizzjonijiet li góandhom x'jaqsmu mal-projbizzjoni ta' insider dealing, jiíifieri r-relazzjonijiet ta' persuna li tkun qed taæmel id-deal mal- kumpannija li fix-shares taæha jkun sar id-deal.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'inhi r-raíuni li fis-sub-paragrafu 3(1) u partijiet oóra ta' l-istess klawsola góandna l-kelma \"knowingly\".", "Din il-parti tgóid hekk:", "\" Subject to the provisions of section 5 of this Act, an individual who is, or at any time in the preceding six months has been, knowingly connected ...\".", "Góalfejn hemm \"knowingly\"?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jkun li persuna tkun daólet f'relazzjoni ma' kumpannija mingóajr ma tkun taf bóal fil-kaú ta' merger ta' kumpannija.", "Jista' jkun hemm perjodu li fih din il-persuna ma tkunx taf b'din it-tip ta' merger u ma tkunx taf li hija góandha x'taqsam mal-kumpannija li tkun íiet merged.", "Góalhekk din góandha tkun taf li jkun qed isir deal.", "Jistgóu jinqalgóu kaúi fejn ikun hemm relazzjoni bejn persuna u kumpannija u l-persuna ma tkunx taf li teúisti din ir-relazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk wieóed jara t-tliet kontiníenzi kontemplati f'paragrafi (a), (b) u (c) ta' subsection 3(1) isib li dawn jeskludu din il-possibilita'.", "Fil-fatt dawn il-paragrafi jgóidu hekk:", "\"(a) he holds by virtue of being connected with the company; and", "(b) it would be reasonable to expect a person so connected, and in the position by virtue of which he is so connected, not to disclose except for the proper performance of the functions attaching to that position; and", "(c) he knows is unpublished price sensitive information in relation to those securities.\".", "Góalhekk ix-xjenza hija preúunta fiha nnifisha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwel waóda hija vera li teskludi li bniedem ma jkunx jaf li góandu konnessjoni góax kieku m'góandux ix-shares tal- kumpannija pero' t-tnejn l-oóra ma jeskludux.", "Per eúempju, l-aóóar paragrafu jgóid:", "\"he knows is unpublished price sensitive information in relation to those securities.\".", "Jiíifieri jkun jaf li din hija price sensitive information pero' mhux bilfors li hu góandu relazzjoni mal-kumpannija li fuqha jkun jaf dik l- informazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Paragrafu (b) se jinqata' barra u se jibqa' paragrafu (a) u paragrafu (ð)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skond paragrafu (ð) jista' jkun illi jkun jaf li l- informazzjoni li jkollu hija price sensitive, pero' mhux bilfors ikollu konnessjoni ma' dik il-kumpannija.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI:.", "Niíu góal paragrafu (d) ta' subclause 3 (2) li jgóid hekk:", "\" ... or involving one of them and securities of the other ...\"", "Trid tkun informazzjoni li tirrigwarda t-tnejn f'daqqa jew any one of them, allura naóseb li rridu ngóidu \"or securities of the other\" u mhux \"and securities of the other\".", "Id-diffikulta' hija jekk góandhiex tkun \"and\" jew \"or\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qegódin nitkellmu fuq il-possibilita' ta' transazzjoni bejn úewí kumpanniji u jridu japplikaw úewí kriterji biex ikun hemm il-projbizzjoni.", "Jekk jiena nkun direttur ta' kumpannija \"X\" it- transazzjonijiet tiegói m'humiex limitati biss góal transazzjonijiet f'kumpannija \"X\".", "Imma jekk kumpannija \"X\" daólet f'kuntratt kbir, per eúempju f'kumpannija \"Y\", u dan se jaffettwa lil kumpannija \"Y\" u jien naf din l-informazzjoni as an insider ta' kumpannija \"X\" góax il-kuntratt sar bejn \"X\" u \"Y\", allura t-transazzjonijiet f'securities ta' \"Y\" góalija huma projbiti.", "Jiíifieri ú-úewí kondizzjonijiet iridu jappliakw, min góandu l-informazzjoni jrid ikun uffiðjal ta \"X\" u l-affarijiet ikunu jinvolvu securities ta' \"Y\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Paragrafu (a) ta' subsection (3) jgóid hekk:", "\" ... an individual has information which he knowingly obtained ...\".", "Issa hawnhekk qed nerígóu ngóidu mhux \"knowingly connected\" imma \"knowingly obtained\".", "X'irridu ngóidu bil-kliem \"xjentement akkwista\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kwestjoni dwar il-kelma \"knowingly\" jew \"xjentement\" hija thread fil-Bill kollu.", "L-intenzjoni hi li l-abbuú mill- insider information ikun sar xjentement u mhux b'kumbinazzjoni.", "Il-kelma \"knowingly\" qed indaóóluha hemmhekk biex ma jkunx hemm xi informazzjoni ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subparagrafu (ii) ta' paragrafu (a) ta' subklawsola 3 (3) jæid hekk:", "\"the former individual knows or has reasonable cause to believe held the information by virtue of being so connected; and\".", "Æal minn qed tæid æal former individual?", "ONOR.", "JOHN DALLI:", "\"the former individual knows or has reasonable cause to believe held the ....\"", "Jien din qed neóodha an individual.", "Æandna an individual obtaining information from another individual.", "La deher individual kien connected mal-kumpannija partikolari u l-ewwel individwu:", "\"the former individual knows or has reasonable cause to believe held the information by virtue of being so connected; and\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk intom taqraw subparagrafu (ii) ta' paragrafu (a) ta' subklawúola (3) (3) ...", "MR CHAIRMAN: Tkellem fuq il-microphone, jekk joæíbok.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: ... mal-governing word, jiíifieri -", "(3) The provision of subsection (4) of this section shall apply where -", "(a) an individual has information which he knowingly obtained (directly or indirectly) from another individual who -", "(ii) the former individual knows or has reasonable cause to believe held the information by virtue of being so connected; and\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiíifieri qeædin næidu li the other individual, l- persuna li qed taæti l-informazzjoni kellha dik l-informazzjoni, u l- persuni li rðeviet l-informazzjoni - the former individual - kienet taf li l-persuna minæand min qed tirðievi l-informazzjoni - li allura hija tkomplija tat-(ii) ma' the other individual - kellha dik l-informazzjoni minóabba l-konnessjoni li kellha mal-kumpannija l-oóra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa niíu æal-subparagrafu (ii) tal- paragrafu (a) tas-subklawúola (4) jæid jekk:", "(4) \"Subject to the provisions of section 5 of this Act, in the cases contemplated in subsection (3) of this section, the former individual shall not himself deal - \".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq din li konna qed niddiskutu kien fil-fatt íew re- worded skond l-emenda, Onorevoli Mifsud Bonnici biex tara daqsxejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subsection 4 jidhirli æadha hekk issa.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa qeæda óafna aójar.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subsection (4) id-diffikulta' tieæi hija li kif inhi qiegóda, il-projbizzjoni biex jinnegozja, \"to deal\", m'hija marbuta æal ebda úmien góax tgóid:", "\"Subject to the provisions of section 5 of this Act, in the cases contemplated in subsection (3) of this section, the former individual shall not himself deal -\".", "Issa skond l-emenda proposta qed jingóad li he shall not deal at any time.", "Din hija l-intenzjoni tagóna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-terminu mhux qed jiíi limitat biú-úmien kalendarju, pero' bis-sustanza ta' l-informazzjoni li jkollu.", "Din il-limitazzjoni tibqa' sakemm l-informazzjoni li góandu jkun kisibha meta kien fil- kumpannija, tkun price sensitive information u tkun unpublished.", "Naturalment jekk imbagóad jiíu pubblikati financial statements u l- unpublished information issir published information, hu jkun jista' jagómel deals regolarment.", "Góalhekk il-limitazzjoni m'hijiex bi úmien kalendarju.", "Pero' sakemm ikun hemm il-kondizzjonijiet li semmejt u li huma elenkati fl- Abbozz ta' Liíi, tibqa' l-projbizzjoni ta' l-insider dealing.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura wieóed li kien, ngóidu aóna, direttur ta' kumpannija jew inkella public servant, jibqa' ma jista' jinnegozja anke sa sitt xhur wara?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk l-informazzjoni li jkollu ma tkunx available góax- shareholders l-oórajn, fis-suq ikollu vantaíí fuq ix-shareholders l-oórajn u góalhekk m'góandux jinnegozja.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-aktar kaú li nara delikat hu ta' min diía' hu shareholder f'kumpannija.", "Jekk dan ikun jaf li se jiíru affarijiet li se jwaqqgóu l-prezz tax-shares ta' dik il-kumpannija, ma jkun qed jagómel xejn óaúin jekk jipprova jbigó ix-shares.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma meta jbigó dawk ix-shares ikun qed jimbrolja lil min jixtrihom.", "Jekk jaf li l-valur li qed jieóu góal dawk ix-shares m'huwiex il-valur reali, imma huwa inflated góax ix-xerrej m'góandux l- informazzjoni li góandu hu, ikun qed jesplojtja lix-xerrej.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta bniedem joffri shares góall-bejgó, dik l-offerta fiha nnifisha tinfluwenza l-prezz; tbaxxi l-prezz góax hemm is-supply.", "Jekk wieóed ma joffrix shares góall-bejgó, imma jkun hemm domanda góalihom, dik id-domanda fiha nnifisha tgóolli l-prezz.", "Allura meta dak ix-shareholder jiíi biex ibigó, il-fatt li jkun qed ibigó jista' jbaxxi l-prezz .", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' l-prezz ma jiíix iffissat biss minn domanda u supply.", "Veru li finalment huwa ffissat minn domanda u supply, pero' dawn huma nfushom huma influwenzati mil-livell ta' informazzjoni li jkun hemm fis-suq.", "Jekk wieóed li góandu shares f'idejh, ikollu ðerta informazzjoni li min qed ifittex li jixtri shares, jimla portfolio ta' insurance company jew xi óaía oóra, m'æandux ...", "Jekk ix-xerrej ma jkollux l-informazzjoni kollha, jista' jaóseb li hi kumpannija tajba u allura joffri ðertu prezz æax-shares ta' dik il-kumpannija, æax mill-informazzjoni pubblika u mill- projections kollha li jista' jaæmel, it-trend tkun tindika li se jkun hemm ðerta konsistenza u se jibbaúa d-deðiújoni tieæu fuq l-informazzjoni li æandu.", "Imma f'kaú li xi óadd li góandu shares f'dik il-kumpannija, ikollu informazzjoni li tindika mod ieóor u jbiæ ix-shares lil min m'góandux dik l- informazzjoni, ikun qed ibigólu under false pretences.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma min jiddomanda x-shares u jsib li m'hemmx available supply taæhom, ikollu jæolli l-prezz li joffri, jekk verament ikun iridhom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma joffri dak il-prezz æax hu jkun qed jassumi li hemm ðerti ðirkostanzi.", "Kieku jkun jaf li dawk ið-ðirkostanzi se jitbiddlu, forsi ma joffrix dak il-prezz u ma jersaqx biex jixtri.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma malli jæolli l-prezz, b'dak il- prezz attraenti jattira shareholders oóra li m'æandhomx dik l- informazzjoni, biex ibiæu x-shares tagóhom.", "Jiíifieri billi jkollok ðerta informazzjoni ma timpedixxix li jkun hemm xiri ta' shares, ladarba jkun hemm id-domanda.", "Inti ma pprovokajtx id-domanda billi poííejt fuq il- market supply of shares, imma din íiet ispirata minn ðirkostanzi oóra.", "La inti ma pprovokajtx id-domanda m'æamilt xejn óaúin, æax id-domanda hi ta' óaddieóor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma inti qed tirkeb fuq informazzjoni li æandu óaddieóor u li taf li hi óaúina, góax góandek informazzjoni differenti.", "Fil-fatt l-insider dealing isir ukoll bil-kontra; jista' jsir kemm b'xiri kif ukoll b'bejæ, meta wieóed joffri biex ibiæ shares li jkollu.", "F'ðirkostanzi ta' liquid stock exchange ikun hemm xiri u bejæ ta' shares normali, æax bniedem óafna drabi jbiæ u jixtri shares ....", "Per eúempju, l- institutions il-kbar ibigóu u jixtru shares mhux biss æax jieódu poúizzjoni fuq kumpannija partikolari, imma wkoll æax ikollhom ðerti parametri fl-investment portfolio taæhom u jkunu jridu júommu dawk il- parametri.", "Per eúempju, ðertu persentaíí tal-portfolio tagóhom iridu jinvestuh f'ðertu tip ta' industrija, ðertu pensentaíí fi blue chip companies, oórajn f'bonds tal-Gvern.", "U meta jkollhom ðaqliq fil-portfolios ikollhom ibigóu jew jixtru biex iúommu dawn il-parametri li jpoííulhom quddiemhom il-policy makers.", "Pero', dan jaódem fuq l-informazzjoni li teúisti.", "Aóna rridu níibu sitwazzjoni, bóalma teúisti f'pajjiúi oóra - wara kollox, hawnhekk we are not re-inventing the wheel - fejn min ikollu informazzjoni li óaddieóor m'æandux u allura æandu possibilita' ta' lopsiding fis-suq, góax fis-suq ma jkunx hemm the \"perfect\" information, informazzjoni diðenti æal kulóadd, jiíi projbit milli jinnegozja góax inkella nikkawúaw sitwazzjoni fejn wieóed jesplojtja lill-ieóor, xi óaía li fil-fatt m'æandhiex tkun.", "Jekk jien góandi informazzjoni li l-prezz tax- shares se jonqos bin-nofs u bniedem ikun irid jixtri minn dawn ix-shares góax m'góandux l-istess informazzjoni, jien nista' nbigólu bi prezz góoli, imma dan ma jkunx sewwa.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru góas-Servizzi Ekonomiði): Inti jista' jkollok informazzjoni li tista' tinduðik biex tixtri æax tkun taf minn íewwa li l-kumpannija sejra tant tajjeb li se úúid id-dividends u li hemm xi óadd li jrid jeóodha u allura l-valur tax-shares minn Lm1 jistæu jsiru Lm2.", "Imbaæad jista' jkun li jkollok informazzjoni li dik il- kumpannija tant sejra óaúin li mhux se tiddikjara dividend, æandha óafna losses, u allura meta inti tbiæ b'dak il-valur góax óaddieóor ma jkollux dik l-informazzjoni, tkun qed taqla' æax qed titlef inqas.", "Allura l- insider dealing jista' jsir both ways.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma jien inóoss li l-qofol taæha hu li any price sensitive information must be made public, u dak kollox.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Imma jien qed nirreferi góal informazzjoni before it is made public.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, inti ma taæmilhiex public.", "Allura min jinqabad - góax ma jkunx hemm intermedjarju, ma jkunx magóruf min kien jaf dik l-informazzjoni - jeóilha xorta.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Imma inti tkun taf qabel il-pubbliku.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa veru li price sensitive information æandha tiíi maæmula pubblika.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma m'hawnx l-obbligu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'hawnx obbligu f'din il-liíi, imma meta niíu góall- Companies Act, fejn tæid x'tip ta' informazzjoni trid tiíi made public, u meta naraw l-istock exchange rules li jispeðifikaw it-tip ta' nformazzjoni u l-frekwenza ta' l-informazzjoni li æandha tæaddi lill-pubbliku, insibu dan l-obbligu u r-regolamentazzjoni ta' kif il-price sensitive information æandha tæaddi lil óaddieóor.", "U price sensitive information tista' tkun diversa.", "Per eúempju, jien direttur ta' kumpannija ta' kostruzzjoni, æamilna deal mal-Kuwajt u se nieódu kuntratt ta' $1,000 miljun li se jibda tliet snin oóra.", "Jekk jien naf din l-informazzjoni bóala direttur, ma nistax immur fuq is-suq u noqæod nixtri x-shares tal-kumpannija tieæi.", "Dak huwa insider dealing óaúin u jekk nagómel hekk inkun qed nisfrutta lix- shareholders li qabel kienu nvestew fil-kumpannija.", "Sakemm isir dan il- kuntratt, jew sakemm jiíi úvelat li dan jeúisti, jien ma nistax naæmel dawk id-deals u sakemm dik tibqa' unpublished information ma nistax naæmel deals ta' dik il-kwalita'.", "Allura jien bóala direttur - u hawnhekk tiíi l- motivazzjoni - æandi l-inðentiv li naæmel din l-informazzjoni pubblika kemm jista' jkun malajr.", "Barra minn Malta kull tliet xhur ið-chief executives ta' kumpanniji li huma kkwotati fl-istock exchanges ta' New York, Londra, eðð., jaæmlu meetings ma' l-analisti kollha ta' l-istock exchange u jaæmlu press conferences fejn jæaddu l-informazzjoni kollha li æandhom, æax huma inðentivati u motivati li jaæmlu pubblika l-informazzjoni kollha possibbli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 3 (5) m'æandniex úmien stipulat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan hu l-istess argument.", "It-time limit huwa l- perjodu sakemm l-informazzjoni tibqa' unpublished price sensitive information.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma mbaæad f'subklawsola (6) insibu l-kliem \"no longer contemplated\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, æaliex il-fatt li an offer is not contemplated jista' jaæmel effett fuq il-prezz.", "Jekk fis-suq il-published information hi - din taódem bil-kontra - li l-kumpannija se taæmel issue oóra u jien bóala direttur naf li dan m'hux veru, allura din tiíi unpublished information li jista' jkollha price sensitiveness.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"E\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 4 - Abbuú ta' informazzjoni miksuba f'kapaðita' uffiðjali.", "Clause 4 - Abuse of information obtained in an official capacity.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Klawúola 4 æandha tiíi emendata kif íej:", "(a) fit-test Ingliú tal-klawúola 4, óassar il-kelma \"servant\" kull fejn tinsab u daóóal minflokha il-kelma \"employee\";", "(b) fil-paragrafu (a) tas-subklawúola (1) taæha, minflok il-kliem \"jew li tkun xjentement inkisbet minn individwu (direttament jew indirettament)\" daóóal il-kliem \"jew li tkun inkisbet jew íiet riðevuta xjentement minn individwu, direttament jew indirettament,\";", "(ð) il-paragrafu (b) tas-subklawúola (1) taæha æandha titóassar u l- paragrafu (ð) æandu jiíi indikat bóala paragrafu (b);", "(d) fis-subklawúola (2) taæha, minflok il-kliem \"xjentement ikun kiseb kwalunkwe informazzjoni tali (direttament jew indirettament)\" daóóal il-kliem \"xjentement ikun kiseb jew irðieva kwalunkwe informazzjoni tali, direttament jew indirettament,\";", "(e) fil-paragrafu (ð) tas-subklawúola (3) taæha, minflok il-kliem \"jew (skond il-kaú) miksuba minnu\" daóóal il-kliem \"jew, skond il-kaú, miksuba jew riðevuta minnu\"; u", "(f) is-subklawúoli (4) u (5) taæha æandhom jiíu móassra.", "\"F\" Clause 4 shall be amended as follows:", "(a) in the English text of clause 4, delete the word \"servant\" wherever it appears and substitute therefor the word \"employee\";", "(b) in paragraph (a) of subclause (1) thereof, substitute the words \"or is knowingly obtained by an individual (directly or indirectly)\" with the words \"or is knowingly obtained or received by an individual, directly or indirectly,\";", "(c) paragraph (b) of subclause (1) shall be deleted and the present paragraph (c) shall be indicated as paragraph (b);", "(d) in subclause (2) thereof, substitute the words \"knowingly obtained any such information (directly or indirectly)\" with the words \"knowingly obtained or received any such information, directly or indirectly,\";", "(e) in paragraph (c) of subclause (3) thereof, substitute the words \"or (as the case may be) obtained by him\" with the words \"or, as the case may be, obtained or received by him\"; and", "(f) subclauses (4) and (5) thereof shall be deleted.", "Mr Chairman, klawsola 4 tikkonsidra u tirregola insider dealing li jista' jsir minn uffiðjal pubbliku li jkun jaf informazzjoni minóabba l-poúizzjoni tieæu, kif ukoll xi kommunikazzjoni li jista' jaæmel lil óaddieóor fejn jista' juúa din l-informazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'dan ir-rigward góandi l-istess diffikulta' li semmejt qabel.", "Æaliex kull darba qed nuúaw il-kliem \"knowingly obtained\".", "Xi rridu næidu biha?", "Din il-kelma jew æandha xi sinifikat ta' mportanza jew m'æandhiex.", "Irridu niftakru li meta mmorru l- qorti fuq akkuúa, xi óadd se jaæti mportanza lil din il-kelma \"knowingly\".", "X'inhi t-tifsira taæha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kelma \"knowingly\" qed tidóol fil-liíi biex nassiguraw li l-informazzjoni li tista' tintuúa minn óaddieóor bóala skuúa biex jivvizzja deal ...", "L-ewwel konna qed insemmu l-kaú ta' xi óadd li se jkun f'poúizzjoni li ma jistax jaæmel deal.", "Issa qed nirreferu góal xi óadd li kiseb dik l-informazzjoni u jaf l-elementi taæha, per eúempju f'dan il-kaú jaf li din hi informazzjoni miksuba minæand public official li æandu insider information.", "Jekk jien inkun qed nitkellem ma' bniedem u dan jaætini informazzjoni, pero' jien ma nafx li dan il-bniedem bóala uffiðjal æandu konnessjonijiet ma' xi kumpannija li allura tæaddilu ðerta insider information u naæmel dealing fuq din l-informazzjoni, li góalija kienet biss gossip, I would not knowingly be extracting information f'dan is- sens.", "Jista' jkun ukoll li ma nafx li l-informazzjoni li qed tæaddili hija unpublished.", "Il-fatt li jien uúajt informazzjoni ma jfissirx li din l- informazzjoni awtomatikament taqa' taót il-projbizzjonijiet ta' dan l-Att, imma rrid nipprova li jien naf li dik hija unpublished information u li min æaddihieli kisibha bóala xi óadd konness mal-kumpannija.", "Jekk ma jiíix provat li jien naf dawn l-affarijiet, allura d-deal li nkun æamilt ma jiíix ivvizzjat minn insider dealing.", "Æal dik ir-raíuni qed indaóólu l-kelma \"knowingly\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma aóna nippretendu li jekk public servant jiúbalja u jæaddi informazzjoni lili, jien naf li úbalja imma l-informazzjoni tahieli, allura m'góandix nutilizza din l-informazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk inti taf li dik l-informazzjoni jafha minóabba l- poúizzjoni tiegóu, hemmhekk you are knowingly receiving the information.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma I would not have solicited the information; ikun góaddiehieli hu.", "Góaliex nagómel óaúin jekk naódem fuqha, jiíifieri jekk inbigó jew nixtri shares?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qegódin ngóidu illi jekk xi óadd illi jkun xtara dawk ix-shares ióoss li b'xi mod íie abbuúat, jista' jipproðedi kontrik, góax inti óadt azzjoni fuq informazzjoni illi mhux suppost óadt azzjoni fuqha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien jidhirli li qiegóda míebbda wisq.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' l-kelma \"knowingly\" taælaqha.", "Il-prova trid issir illi jiena kont naf li dik l-informazzjoni qed tiíi mingóand min mhux suppost tiíi góax góandu ðerta konnessjoni, kont naf li hija informazzjoni price sensitive u kont naf li hija unpublished.", "Jiíifieri jrid ikun hemm dawn il-kondizzjonijiet kollha.", "\"Knowingly\" qed tillimita favur min qed jagómel id-deal u qed tillimita kemm tista' tipprova li l-informazzjoni hija vera.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, niíbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiú.", "Fis-7.15 p.m. il-Kumitat íie sospiú u l-Kamra rriúumiet fis-7.16 p.m.", "MR SPEAKER: Peress li hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "L-ordni góall-Kumitat íie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Klawsola 4 - Abbuú ta' informazzjoni miksuba f'kapaðita' uffiðjali (Kont.)", "Clause 4 - Abuse of information obtained in an official capacity.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" góaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 4, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 5 - Azzjonijiet mhux projbiti bl-artikoli 3 u 4 ta' dan l-Att.", "Clause 5 - Actions not prohibited by sections 3 and 4 of this Act.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Góal din il-klawsola góandi emenda:", "\"Í\" Klawúola 5 æandha tiíi emendata kif íej:", "(a) Fil-paragrafu (b) tas-subklawúola (1) taæha, minflok il-kliem \"jew trustee f'falliment\" daóóal il-kliem \"jew kuratur f'falliment jew amministratur ieóor li d-dmirijiet u l-funzjonijiet tieæu huma regolati bil-liíi;\"; u", "(b) Minnufih wara s-subklawúola (2) taæha daóóal is-subklawúoli (3) u (4) íodda kif íej:", "\"(3) Xejn f'dan l-Att ma æandu jitqies bóala li jipprojbixxi funzjonarji jew impjegati tal-Bank Ðentrali ta' Malta meta jaíixxu f'din il-kapaðita', milli jwettqu xi operazzjoni jew milli jaæmlu xi óaía oóra fir-rigward ta' politika monetarja, ta' kambju jew ta' tóaddim ta' dejn pubbliku.", "(4) Il-prova li æandha tiíi applikata eððezzjoni msemmija f'dan l- artikolu æandha tiníieb mill-persuna akkuúata b'offiúa taót dan l- Att.\".", "\"Í\" Clause 5 shall be amended as follows:", "(a) In paragraph (b) of subclause (1) thereof, substitute the words \"or trustee in bankruptcy\" with the words \"or curator in bankruptcy or other administor whose duties and functions are regulated by law;\"; and", "(b) Immediately after subclause (2) thereof, there shall be inserted the new subclauses (3) and (4) as follows:", "\"(3) Nothing in this Act shall be deemed to prohibit officers or employees of the Central Bank of Malta, acting in such capacity, from carrying out any transaction or from doing any other thing in pursuance of monetary, exchange rate or public debt-management policies.", "(4) The burden of proving that an exception provided by this section applies shall lie on the person charged with an offence under this Act.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq nikkonsidraw il-poúizzjoni ta' \"liquidator, receiver or trustee in bankruptcy\" li issa íew \"kuratur f'falliment jew amministratur ieóor li d-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegóu huma regolati bil-liíi\".", "Qed ngóidu illi dak li jagómel in good faith jista' jagómlu.", "Ma nafx xi rridu ngóidu bil-kliem \"in good faith\".", "Nimmaíinaw illi l-persuna illi akkwistat price sensitive information projbita u taf mingóand persuna oóra li ma jmisshiex úvelatha hija l- kuratur f'falliment.", "Allura din m'hijiex se taíixxi fuq l-informazzjoni li akkwistat?", "Naóseb li jekk ma taíixxix tkun qed tonqos.", "Ma nafx x'irridu ngóidu bil-kliem \"in good faith\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Wieóed jista' jippreúumi illi l-likwidatur is acting in good faith; jiíifieri we are stating the obvious meta qegódin nispeðifikawha.", "Ma nagómlu xejn óaúin li nispeðifikawha pero' fil-fatt mhux qed tagómel differenza fit-text.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Paragrafu (a) ta' subklawsola 5 (1) tgóid hekk:", "\"doing any particular thing otherwise than with a view to the making of a profit or the avoidance of a loss (whether for himself or another person) by the use of that information;\".", "X'tista' tkun din?", "Jew tagómel profitt jew tevita t-telf!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Irridu nispeðifikawhom it-tnejn.", "Din m'hijiex biss kwestjoni of making a profit.", "Kieku kelli b'Lm100 shares u begóthom b'Lm50, góalkemm f'dak il-kaú m'góamiltx profitti imma tlift, il-fatt illi kieku ma óadtx l-azzjoni minóabba l-insider dealing information li góandi kont inbigóhom bil-prezz ta' Lm30, ifisser li ffrankajt telf ta' Lm20.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, niíbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum. .", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat huwa sospiú.", "Fis-7.24 p.m. il-Kumitat íie sospiú u l-Kamra rriúumiet fis-7.25 p.m.", "MR SPEAKER: Peress li hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "L-ordni góall-Kumitat íie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Chales Mangion, President tal-Kumitati, jippresedi.", "Klawsola 5 - Azzjonijiet mhux projbiti bl-artikoli 3 u 4 ta' dan l-Att.", "(Kont.)", "Clause 5 - Actions not prohibited by sections 3 and 4 of this Act.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subklawsola 5 (2) tgóid hekk:", "\"An individual shall not, by reason only of his having information relating to any particular transaction, be prohibited -", "(c) ... from doing that thing in order to facilitate the completion or the carrying out of the transaction.\".", "Dan xi jfisser?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fit-test Ingliú hemm formatting óaúin ta' dik is- sentenza; wieóed jinduna bih jekk iqabblu mat-test Malti.", "Paragrafu (c) ta' Subklawsola 5(2)(c) góandha tiíi taqra hekk:", "\"by the provisions of section 4 from doing anything\",", "imbagóad dan il-paragrafu", "\"If he does that thing in order to facilitate the completion or the carrying out ot the transaction.\"", "ikun japplika góal paragrafi (a), (b) u (c).", "Allura qegódin ngóidu illi jekk tranúazzjoni tkun bdiet u xi persuna tiíi a konoxxenza ta' xi fatt minn dawn li qegódin ngóidu, it-tranúazzjoni trid titkompla u m'góandhiex titwaqqaf milli titkompla.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Í\" góaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 6 - Negozjar ta' barra s-suq f'titoli reklamati.", "Clause 6 - Off-market deals in advertised securities.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'din il-klawsola qegódin nestendu l-provisions ta' sections 3, 4 u 5 góal deals li jsiru off-market, jiíifieri mhux deals illi jsiru biss fuq l-iStock Exchange.", "Hawn qed nippreparaw góal meta jkollna kumpanniji ta' dan it-tip.", "MR CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 7 - Restrizzjoni fuq il-promozzjoni ta' negozjar ta' barra s-suq barra minn Malta.", "Clause 7 - Restriction on promoting off-market deals abroad.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola qiegóda tkabbar ix-xibka góal dealings li jsiru barra minn Malta fuq securities illi kieku d-deal tkun saret Malta, jinqabdu b'din il-liíi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'paragrafi (a) u (b) ta' subklawsola 7 (1) hemm il-kliem \"other than a recognised stock exchange\", jiíifieri stock exchange li m'huwiex recognised.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Paragrafu (a) ta' subklawsola 7 (1) tgóid hekk:", "\"counsel or procure any other person to deal in those securities in the knowledge or with reasonable cause to believe that that person would deal in the securities outside Malta on any stock exchange other than a recognised stock exchange; or\"", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiíifieri jekk ikun recognised stock exchange jista' jagómel deal?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 7 tgóid hekk:", "\"An individual who, by reason of his having information, is for the time being prohibited by any of the provisions of sections 3 or 4 of this Act from dealing in any securities shall not:-", "(a) counsel or procure any other person to deal in those securities in the knowledge or with reasonable cause to believe that that person would deal in the securities outside Malta on any stock exchange other than a recognised stock exchange; or\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mhux \"any stock exchange\" trid tiíi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnekk qed nitkellmu fuq off-market deals u speðifikament fuq deals li ma jsirux fuq l-istock exchange.", "Æalhekk qieæda hekk.", "Klawsola 7 tittratta speðifikament fuq off-market deals.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma ólief fit-title, imkien m'hawn refernenza æal off-market deals.", ".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta nitkellmu fuq deals \"on any stock exchange other than a recognised stock exchange\", nifhmu off-market deals.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subsection 7 (3) qed næidu illi li tiffaðilita l-completion jew the carrying out of a transaction, m'hux projbit.", "Din jien qed naraha scappatoia kbira.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, m'hix scappatoia imma prattiðita', fis-sens li jekk transazzjoni tkun inbdiet u l-informazzjoni ksibtha waqt li t- transazzjoni tkun bdejtha, m'hemmx góalfejn twaqqafha.", "Jiíifieri tkun tista' biss tkompli t-transazzjoni u mhux tirrinegozja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 8 - Stabilizzazzjoni tal-prezzijiet.", "Clause 8 - Price Stabilisation.", "\"Ó\" Minnufih fit-tmiem tal-klawúola 8 æandu jidóol il-proviso kif íej:-", "\"Iúda l-obbligu li jiíi ppruvat li dan l-artikolu japplika jkun fuq il-persuna akkuúata b'offiúa taót dan l-Att.\".", "\"Ó\" Immediately at the end of clause 8, there shall be added the following proviso:", "\"Provided that the burden of proving that this section applies shall lie on the person charged with an offence under this Act.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma b'din x'ðirkostanzi qeædin nipprevedu?", "Hawnhekk qeædin næidu li l-provisions fi kawsoli 3, 4, 6 jew 7 ma jimpedux lill-individwu milli jaæmel xi óaía bl-iskop li jistabbilizza l- prezzijiet tas-security.", "Imma din hija xi óaía artifiðjali, jiíifieri li jistabbilizza hu l-prezz tas-securities u mhux ióalli s-suq jistabbilihom hu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Hawnhekk jista' jkollok ðirkostanzi fejn, per eúempju, f'bonds tal-Gvern, wieóed irid jifluwenza l- prezz taæhom naturalment æaliex æandek impatt fuq ir-rata ta' l-imæax billi r-rata ta' l-imæax u l-prezz tal-bonds huma relatati u allura l-Ministru jista' joóroí regoli fejn il-Bank Ðentrali ikollu policy ta' price stabilisation biex l-interest rate taæhom does not flactuate b'mod li jóoss li huwa eððessiv.", "Baúikament din hija l-intenzjoni, li tóalli option ta' price stabilisation f'ðertu ðirkostanzi as prescribed by the Minister.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda \"Ó\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Ó\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 9 - Mandatorji.", "Clause 9 - Mandatories.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 9 qeædin nirregolaw il-funjzoni ta' mandatorju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma æaliex din qed naæmluha æall- mandatorji biss u mhux æal kull persuna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Æax il-mandatorju jkollu brief speðifiku minæand persuna biex ikun mandatorju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-advice mhux mill-mandanti tieæu óadu.", "L-advice jieódu minn terza persuna.", "Æaliex din hija limitata æall- mandatorji biss?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qeædin nipprovaw nirregolaw ir-relazzjoni ta' mandatorju li, per eúempju, ikun trustee li æandu fil-kustodja tieæu shares ta' óaddieóor u allura æandu responsabbilta' li jaæmel dak kollu possibbli æall-íid ta' dawn ix-sahres ta' óaddieóor u æall-benefiððju ta' min fdalu dan l-inkarigu f'idejh.", "Pero' fl-istess óin hu personalment æandu insider information.", "Allura dan jiíi f'konflitt ta' x'se jaæmel.", "Jekk jieóu azzjoni favur il-prinðipal tieæu waqt li qed juúa din l-insider tieæu jiíi f'konflitt.", "Allura æal dan il-kaú speðfiku fi klawsola 9 qeædin næidu li l- way-out qed narawha li jmur æand persuna oóra li m'æandhiex l-istess insider dealing u fuq dawk ix-xhares partikolari li fuqhom hu æandu insider dealing jidderieíi ruóu fuq il-parir taæha minæajr ma jinfluwenzaha bl- insider dealing li æandu æad-deðiújoni u l-parir li trid taætih.", "Din hija sitwazzjoni diffiðli u æalhekk qeædin nispeðifikaw u qeædin nipprovaw insibu soluzzjoni æaliha f'din il-klawsola.", "Hawnhekk æandna l-konflitt ta' mandatorju li jrid jaíixxi fl-aójar interessi ta' dak li fdalu íidu f'idejh u li fl-istess óin æandu blokk ta' kemm jista' jaíixxi æaliex hu æandu insider information.", "Allura qed næidu li l-aójar mod huwa li prattikament mhux jieóu deðiújonijiet hu imma jmur æand min huwa kapaði jaæti parir u allura jaíixxi fuq dawk ix-shares partikolari fuq il-parir li jinæata.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 æaddiet u nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 10 - Pieni æal reati.", "Clause 10 - Punishment for offences.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 10 qeæda tiddefinixxi l-penalitajiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hemm xi raíuni góaliex f'subclause 10 (3) it-transazzjoni projbita m'hijiex voidable?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien se niððekkja, pero' naóseb, góaliex jekk tkun mod ieóor tista' toóloq inðertezza kbira fir-reíistri tax-shares ta' kumpannija.", "Naturalment hemm dritt ta' kumpens imma t-transazzjoni tibqa' góaddejja góaliex inkella qatt ma nkunu nafu fiex aóna.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-kwestjoni li min ikun bata ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ikollu kumpens finanzjarju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jrid ifittex góad-danni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ifittex góad-danni góall-kumpens finanzjarju.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Wara li l-Gvern ikun óa Lm0.25 miljun mingóandi ma nafx x'danni se jkollu ðans óaddieóor jieóu mingóandi!", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 11 - Setgóa góall-góemil ta' regolamenti.", "Clause 11 - Power to make regulations.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Góal din il-klawsola se nipproni dawn iú-úewí emendi:", "\"I\" Klawúola 11 æandha tiíi emendata kif íej:", "(a) fit-test Ingliú tas-subklawúola (1) taæha, minflok il-kliem \"It if appears\" daóóal il-kliem \"If it appears\";", "(b) fit-test Ingliú tas-subklawúola (1) tal-klawúola 11, minflok il- kliem \"public servants\" daóóal il-kliem \"public employees\"; u", "(ð) minnufih wara s-subklawúola (3) taæha, daóóal is-subklawúola (4) ídida kif íej:", "\"(4).", "Il-Ministru jista' b'regolamenti jippreskrivi il-proðeduri, ótiíijiet u kundizzjonijiet sabiex tiíi stabbilita ko-operazzjoni mill- awtoritajiet kompetenti Maltin ma' awtoritajiet kompetenti barranin æall-finijiet tat-twettiq tad-dmirjiet taæhom ta' sorveljanza u ta' investigazzjoni fir-rigward ta' insider dealing, u jista' æal dan il- æan, jipprovdi æal bdil ta' informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet;", "B'dan iúda illi, f'kull kas, kull informazzjoni hekk mibdula æandha tibqa' soííetta æall-obbligu ta' segretezza professjonali li tkun torbot lill-funzjonarju li jkun impjegat jew li kien impjegat ma' l- awtoritajiet kompetenti li jirðievu din l-informazzjoni.\".", "\"I\" Clause 11 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (1) thereof, for the words \"It if appears\", substitute the words \"If it appears\"; and", "(b) in the English text of subclause (1) thereof, for the words \"public servants\" substitute the words \"public employees\"; and", "(c) immediately after subclause (3) thereof insert a new subclause (4) as follows:", "\"(4) The Minister may by regulations prescribe the procedures, requirements and conditions for the establishment of co-operation by the competent authorities in Malta with foreign competent authorities for the purpose of carrying out their supervisory and investigatory duties in relation to insider dealing, and may, for this purpose, provide for exchanges of information between such authorities;", "Provided that in every such case, any information so exchanged shall remain covered by the obligation of professional secrecy to which the person employed or formerly employed by the competent authorities receiving the information is subject.\".", "\"J\" Minflok il-kliem \"1993\" fis-subklawúola (3) tal-klawúola 11, æandhom jidælu l-kliem \"1994\".", "\"J\" For the words \"1993\" in subsection (3) of clause 11, there shall be substituted the words \"1994\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"J\" .", "Dawk favur?", "(Onor. membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"J\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"I\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"I\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 12 -Emendi æall-Att dwar il-Borúa' ta' Malta, Kap. 345", "Clause 12 - Amendments to the Malta Stock Exchange Act.", "Cap.", "345", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, æal din il-klawsola nixtieq inressaq úewí emendi:", "\"K\" Minflok il-paragrafu (b) taæha, daóóal il-paragrafu (b) ídid kif íej:", "\"(b) fis-subartikolu (1) ta' l-artikolu 17 tieæu, minflok il-kliem \"ta' l-artikolu 16,\" æandhom jidólu l-kliem \"ta' l-artikolu 16 jew mill-awtorita' kompetenti taót l-Att ta' l-1994 dwar Servizzi ta' Investiment\"; u\".", "\"K\" Subclause (b) thereof shall be deleted and a new subparagraph (b) shall be inserted as follows:", "\"(b) in subsection (1) of section 17 thereof, substitute the words \"of section 16,\" with the words \"of section 16 or by the competent authority under the Investment Services Act, 1994\"; and\".", "\"L\" Minflok il-kliem \"1993\" kull fejn jinstabu fil-klawúola 12, æandhom jidólu l-kliem \"1994\".", "\"L\" For the words \"1993\" wherever they occur in clause 12, there shall be substituted the words \"1994\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"L\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"L\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi emenda \"K\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"K\" æaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, æaddiet nem. con u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seóó", "Clause 1 - Short title and commencement", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, æal din il-klawsola æandi emenda:", "\"M\" Fis-subklawúola (1) taæha, minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1993 kontra Insider Dealing\" daóóal il-kliem \"l-Att ta' l-1994 kontra Insider Dealing\".", "\"M\" In subclause (1) thereof, substitute the words \"the Insider Dealing Act, 1994\" for the words \"the Insider Dealing Act, 1993\".", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi emenda \"M\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Emenda \"M\" æaddiet. nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, æaddiet nem. con u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "It-Titolu æadda nem. con. u íie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk il-Kumitat jaqbel nipproponi li l-Iskrivan tal- Kamra jkun awtorizzat sabiex jikkoreíi xi úbalji ta' ortografija u xi emendi oóra úgóar li jista' jkun hemm búonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membnri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jikkoreíi xi úbalji ta' l-ortografija u xi emendi úgóar li jista' jkun hemm búonn.", "Il-Kamra rriúumiet u l-Ministru tal-Finanzi rrapporta l-Abbozz ta' Liíi mæoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIÍI DWAR ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI", "FINANCIAL INSTITUTIONS ACT", "L-Ordni æal Kumitat íie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viði President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, dan l-Abbozz jiíbor fih óafna mill- klawsoli li diía' skrutinajna u æaddejna fil-Banking Bill u fl-Investment Services Bill.", "Anke d-definizzjonijiet li qed naraw hawnhekk, barra mid- definizzjoni ta' financial institution, huma definizzjonijiet li diía' rajnihom.", "Financial institution qed tiíi definita bóala dik l-istituzzjoni li tislef jew tinvesti a riskju taæha.", "Jiíifieri istituzzjoni li ma teóux flus li l-fondi taæha ma jiíux minn depoúiti ta' l-individwu u speðifikament qed næidu li huma istituzzjonijiet li ma jaqæux la taót il- Banking Bill u lanqas taót l-Investment Services Bill.", "Imbaæad - jekk m'iniex sejjer úball - mad-definizzjoni æandna schedule li tispeðifika l- attivitajiet li jistæu jaæmlu dawn il-financial institutions.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq li naæmel referenza æad- definizzjoni ta' \"company\" u æal dik il-parti li tirrigwarda", "\"a company registered or incorporated outside Malta under the laws of any country provided that such company, if not constituted in Malta, has complied with the provisions of any law ....\".", "Jekk hija kumpannija incorporated outside Malta kif næidu \"if not constituted in Malta\"?", "Jien naóseb li dik il-fraúi hija úejda.", "Meta niíu æall-kumpannija barra minn Malta aóna qed ninkludu wkoll partnership, kostitwita barra minn Malta?", "Æal Malta qed ninkluduha, imma jekk ikun hemm partnership kostitwit barra minn Malta, dik tiíi bóala kumpannija hawn Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt naóseb li jkun æaqli li ninkludu partnership, æalkemm fil-Banking Bill óallejnihom barra, pero' fil-financial institutions naóseb li nistæu ninkluduhom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Id-definizzjoni ta' \"group of companies\" li tfisser \"companies having a common holding company, including the holding company\" hija wúata bnadi oóra?", "Jekk stess hija wúata bnadi oóra ma jistax wieóed jaóseb li hija ristretta iú-úejjed meta qed torbotha taót l-umbrella ta' \"holding company\"?", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn æandek erba' kumpanniji, b'common shareholding forsi mhux ugwali, jew inkella jekk mhux common æandek óafna overlapping tax-shareholding, to all intents and purposes, ikunu a group of companies minæajr ma jkun hemm a holding company.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naóseb li hemm nistæu nidólu f'diffikultajiet.", "Jekk ikollok a shareholding running a thread within various companies ma jfissirx li dawn huma group, for all intents and purposes.", "Group huwa meta huwa strutturat bóala group.", "Kulma qed næidu huwa li qed nillimitaw æall-istruttura ta' group of companies li hija holding u subsidiary.", "Naturalment jista' jkun hemm subsidiaries ta' subsidiaries.", "Jista' jkun li fis-subsidiaries tas-subsidiaries ikun hemm other shareholders involved li mhux ix-shareholders oriíinali tal-holding primarju.", "Pero' l-intenzjoni tad-definizzjoni hija li nirristriníu in an organised group of companies u mhux sempliðement xi óadd jæid li hemm fil ta' shareholding li jaqbel bejn din il-kumpannija u oóra u allura dawn huma group.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Waóda mid-definizzjonijiet tgóid li:", "\"\"financial institution\" means any person whose regular occupation or business is the carrying out of: (a) any activity listed in the Schedule to this Act;\"", "Issa waóda mill-activities listed in the schedule f'item 9 hija \"Advice to undertakings on capital structures\".", "Dik tirrendik a financial institution.", "Jekk ikun hemm a firm of consultants li jaætu advice on capital structure huma saru a financial institution.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qed nitkellmu wkoll fuq industrial strategy, jiíifieri consultant on industrial strategy.", "F'financial institutions qed niíbru l-attivitajiet li jsiru fil-pajjiú li jkun hemm relazzjoni fil-baúi finanzjarji bejn xi óadd professjonali u xi óadd li huwa l-klijent.", "Naturalment æalhekk daóóalna ðerti flessibilitajiet ta' kif dawn se joperaw, bóalma diía' æidna fis-Second Reading, dwar il-livell tar- regolamentazzjoni taæhom u li óafna affarijiet li fil-Banking Bill æamilnihom b'liíi issa qed næidu li aójar naæmluhom b'ðerti regolamenti.", "Tant se jkollna a myriad of activities taót din l-umbrella li ma tistax tæid li rridu naæmlu dawn it-tip ta' regolamenti, pero' b'direttivi nkunu nistæu nispeðifikaw æal kull tip x'æandhom ikunu.", "ONOR.", "LINO SPITERI: L-ispjega tal-Ministru hija kollox sew fiha nnifisha, so far as it goes, imma mbaæad meta tóares iújed mill-qrib lejn ix-schedule issib li trid tóares iújed.", "Items 1 sa 7 fil-lista ta' l- activities naóseb li huwa b'mod ðar li jaqæu taót id-definizzjoni ta' financial institution æax qed taæmel ðerti attivitajiet, qed testendi ðertu kapital li allura you have to fund it u l-liíi qed tæid that you must not fund it out of deposits.", "Is-sebgóa li huma góandhom tema góaddejja minn ío fihom - hawn qegóda l-koerenza - li nóoss li hija ðara imma l-erbgóa items l-oóra le.", "F'item 8 góandna \"participation in share issues and provision of services related to such issues\" jiíifieri góandek taólita ta' úewí affarijiet distinti minn xulxin.", "\"Provision of services related to such issues\" hija óaía u \"participation is share issues\" tista' tkun l-attivita' ta' unit trust, investment trust u sicav.", "Dik hija attivita' li taqa' taót l-Investment Services Bill.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Tista' imma jekk taqa' taót l-Investment Services Bill tkun eskluúa minóabba l-klawsola stess.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Imma mbagóad góandek \"and the provision of services related to such issues\".", "F'item 9 tgóid:", "\"Advise to undertakings on capital structures, industrial strategy and related questions and advise and services relating to mergers and the purchase undertakings.\".", "Item 9 sóióa u nofs item 8 ma jirrigwardawx bilfors financial institutions u m'góandek il-ótieía ta' l-ebda avvanz ta' kreditu however funded biex tagómilhom.", "Qed tipprovdi servizz biss u servizz li normalment - partikolarment f'pajjiúna - huwa pprovdut - jista' jkun ipprovdut mill- banek jew mill-financial institutions - mill-accounting firms jew anke minn stockbrokers which doesn't make them a financial institution.", "Jien nissuííerixxi lill-Ministru biex financial institution ióalliha ppernjata fuq id-distinzjoni li góamilna góar-rigward ta' funding.", "Mela allura l- ewwel trid tagómel il-premessa li teótieí kapital x'tavvanza u t-tieni trid tagómel il-kondizzjoni - li qiegóda fil-liíi diía' - li dak il-kapital ma jridx ikun misjub bit-taking of deposits.", "Imma ladarba tkun góamilt dik id- distinzjoni u dik il-premessa dawn iú-úewí attivitajiet ma nóossx li góandhom jaqgóu taót id-definizzjoni tagóha.", "Item 9 tgóid \"portfolio, management and advice\" u din m'hijiex a financial institution fit-termini li qed ngóidu hawnhekk.", "L-iStock Exchange Act tipprovdi góall- istockbrokers li minbarra li jagómluha ta' stockbrokers jistgóu jagótu advice u biex tagóti advice trid tkun liðenzjat.", "Jien kont argumentajt hawn íew li peress li anke góandna l-Membri Parlamentari jiíu góall-parir fuq investimenti allura se nieódu l-liðenzja aóna?", "Il-Ministru kien irrisponda li min jagóti advice irid ikun lest li jíorr il-piú tiegóu.", "Jien dan l-argument nifhmu imma mbagóad jekk wieóed jilliðenzja ruóu bóala advisor, imbagóad se jsir financial institution ukoll?", "Góalhekk items 9 u 11 m'humiex posthom hemmhekk.", "Jekk kemm-il darba l-Ministru jrid ióalli item 8 biex indaóólu waóda mill-functions li kienu jagómlu dawk li kienu jissejóu merchant banks antiki fl-Ingilterra partikolarment u fil-Íermanja llum il-íurnata, nissuííerixxi lill-Ministru biex jaqlibha biex tiíi \"the provision of services related to share issues and participation in such issues\".", "Dik hija l-function antika ta' merchant banking li tgóid li góandek il-flus ta' financial institution - li probabbilment diía' qed tipprovdi t-tielet attivita', venture or risk capital u probabbilment anke financial leasing u l-attivita' ta' lending etc - ...", "Jista' jkollok istituzzjoni li qed tiffonda lilha nnifisha mhux b'depoúitu u waóda mill- attivitajiet li minn úmien góal úmien tiíi msejóa biex tagómel hija preðiúament li tgóin lil xi kumpannija to launch on the local stock exchange or a foreign stock exchange u barra minn hekk tgóinha wkoll billi hi stess turi l-fiduðja tagóha fiha u tieóu participation inizjali f'dak li qed jiíi launched.", "Jekk dik il-parti ddawwarha item 8 jista' jibqa' hemmhekk imma jien nissottometti lill-Ministru biex fuq items 9 u 11 jería' jaósibha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Góandna naraw jekk hemmx affarijiet bóal industrial strategy li tista' titneóóa.", "Barra minn hekk irrid nara eúattament kemm irridu ndaóólu consultancy services f'din l-umbrella.", "Aóna ridna li kull liíi li tiíbor l-attivitajiet li setgóu jaqgóu barra mil-liíijiet l-oórajn niíbruhom lura into the regulation framework u allura góalhekk qed inkunu widespread fiha.", "Ðerti affarijiet jista' jkun li m'hemmx ótieía góalihom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naóseb li l-Ministru jista' forsi júomm f'moóóu din il-konsiderazzjoni.", "Aóna qed ngóidu li financial institution trid tkun kumpannija jew partnership.", "Mela individwu ma jistax jagómel ix-xogóol ta' financial institution u allura jista' jagómel consultancy.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux ma jistax imma ma jkollux búonn ikun regolamentat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, ma jistax.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aóna mhux qed ngóidu li l-attivitajiet huma to the exclusion of financial institutions.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Klawsola 3 tgóid hekk:", "\"No business of a financial institution shall be transacted in or from Malta except by a company ...\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din inúommuha f'moóóna.", "Mr Chairman, nitlob il-permess tal-Kumitat biex klawsola 2 tiíi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata u l-klawsola íiet posposta.", "Klawsola 3 - Liðenzji góall-kummerð ta' istituzzjonijiet finanzjarji.", "Clause 3 - Licences for business of financial institutions.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fi klawsola 3 qed nitkellmu fuq licensing u din tekwipara ma' klawsola 5 tal-Banking Bill.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq the carrying out of activities ta' financial institution in Malta minn kumpannija li m'hijiex Maltija u fost affarijiet oóra din tipprovdi risk capital góal xi intrapriúa f'Malta.", "Dan íej projbit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, mhux projbit.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nispera li ma jaqax taót klawsola 3 bóala projbit.", "Il-kaú tipiku huwa the issuing of travellers' cheques American Express.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aóna qed ngóidu li jekk kumpannija li hija barra minn Malta tipprovdi kapital lil kumpannija f'Malta, t-tranúazzjoni ma tkunx saret f'Malta imma tkun saret barra u allura ma taqax taót l-ambitu ta' dan li qed nagómlu.", "Fil-kaú l-ieóor il-financial institution hija l-aíent li se jieóu ósieb it-travellers' cheques li semmejna.", "Huwa l-bureau li jinnegozja fihom u dan se jkun regolamentat taót din il-liíi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Jista' l-Ministru jikkjarifika jekk kemm-il darba l- Gvern - u speðifikament it-Teúor - humiex se japplikaw góal-liðenzja ta' financial institution?", "Qed ngóid dan góax item 6 huwa \"guarantees and committments\" u t-Teúor góandu iújed minn Lm400 miljun garanzija outstanding.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il- Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Konna qed niddiskutu klawsola 2 u naóseb li sibna soluzzjoni li se naqsmu l-iskeda f'úewí skedi; l-iskeda li hija ovvjament financial institution se tkun dik li se tkun inkorporata fid-definizzjoni ta' financial institutions u fit-tieni skeda se jkun hemm funzjonijiet li kull min góandu liðenzja ta' financial institution jista' jagómilhom ukoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura mhux it-tieni parti tagóha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma se núidu mat-tieni parti.", "Fil-liðenzja li nagótu lil financial institution aóna nkunu nistgóu nilliðenzjawha biex tagómel l- affarijiet tat-tieni skeda wkoll.", "Dik tidóol fi klawsola 3 li qed nippreparaw emenda góaliha.", "Góalhekk fi klawsola 3 se ndaóólu l-konðett li jista' jkun individwu li jagómel dawk il-funzjonijiet fit-tieni skeda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma l-individwu li jagómel dawk il- funzjonijiet se jkollu búonn liðenzja?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, ma jkollux búonn liðenzja.", "Fil-fatt góalhekk l- iskeda qed naqsmuha fi tnejn.", "Issa nitlob il-permess tal-Kumitat biex klawsola 3 tiíi posposta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingóata u l-klawsola íiet posposta", "Klawsola 4 - Applikazzjoni góal liðenzja.", "Clause 4 - Application for a licence.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 4 tispeðifika l-applikazzjoni góal-liðenzja u hija l-istess bóal klawsola 6 tal-Banking Bill.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta wieóed jara s-setgóat tat-tribunal, ma nsibux li \"a refusal to grant a licence\" hija appellabbli.", "Hemm xi raíuni góal din?", "Subklawsola 21 (2) qed tgóid hekk:", "\"Any person who is aggrieved by a decision of the Competent Authority:\".", "- jiíifieri refusal m'hijiex waóda mill-kaúijiet meta jkun hemm appell.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija l-istess bóal fil-Banking Bill.", "Anke fil- Banking Bill dan l-argument góamilnih u din hija l-istess sitwazzjoni fejn góidna - jekk niftakru sew - li góal xi raíuni l-Awtorita' jista' jkollha xi xamma óaúina jew xi informazzjoni oóra li tirrifjuta bniedem li jkun applika góal-liðenzja.", "Jiíifieri dan huwa Ðentru li nistgóu ngóidu li góandna l-fiduðja fih u li se jieóu deðiújonijiet sani.", "In the first place dan ið-Ðentru jiddeðiedi li ma jagótihx liðenzja, fis-sens li jirrifjutah u allura dak m'góandux góalfejn joqgóod jagóti sodisfazzjon góaliex irrifjutah.", "Is-sodisfazzjon jidóol meta l-Awtorita' tkun aððettat bniedem li jkun parti minn dan l-environment li se jkollna f'pajjiúna, u wara tieóu azzjoni kontrih u tirrevokalu l-liðenzja.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nittama li l-poúizzjoni legali m'hijiex illi jekk ma jkunx hemm raíunijiet, allura ma tistax tirrifjuta l- application.", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola 6 (1) insibu li d- determination tagómilha obbligatorja within six months.", "Veru li d- determination tista' tkun refusal imma jekk inti tissodisfa dawk il- kriterji li hemm espressi ma jkunx hemm refusal.", "Kulma tista' tagómel il- Competent Authority huwa li timponi kondizzjoni li ma tiíix aððettabbli jew inkella ma tistax tiíi aððettabbli, imma li tirrifjutaha bla ma tagóti raíunijiet ma nafx kemm tista' ssir.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, tista' tirrifjuta.", "Fil-fatt f'subkalwsola 5 (3) hemm li \"grant or refuse to grant a licence applied under this Act\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 4 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 5 - Óruí ta' liðenzja.", "Clause 5 - Issuing of a licence.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Góal din il-klawsola góandi din l-emenda:", "\"A\" Fit-test Ingliú tal-paragragu (a) tas-subklawúola (1) tal-klawúola 5, minflok il-kliem \"equal to amount\" góandhom jidólu l-kliem \"equal to such amount\".", "\"A\" In the English text of paragraph (a) of subclause (1) of clause 5, for the words \"equal to amount\" there shall be substituted the words \"equal to such amount\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn huma wkoll regolamentazzjonijiet dwar il-óruí ta' liðenzji li huma meóudin mill-Banking Bill.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki, jekk jogóíobkom?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Minsitru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" góaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 6 - Restrizzjoni u tóassir ta' liðenzja.", "Clause 6 - Restriction and revocation of a licence.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 6 tittratta fuq restrizzjonijiet u revokazzjonijiet ta' liðenzji.", "Din ukoll hija meóuda mill-Banking Bill ólief góal xi ftit tibdiliet.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 7 - Avviú ta' proposta ta' tibdil, restrizzjoni jew tóassir ta' liðenzja.", "Clause 7 - Notification of proposed variation, restriction or revocation of a licence.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 7 hija wkoll dwar restrizzjonijiet.", "Din hija notifika ta' tibdil, restrizzjonijiet jew revoka ta' liðenzja.", "Din ukoll tixbaó lil subklawsola 9 (5) tal-Banking Bill u klawosla 8 ta' l- Investments Services Bill.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawosla 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 8 - Ftugó ta' fergóat.", "Clause 8 - Opening of branches.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 8 tirrigwarda ftugó ta' branches u din ukoll ittieódet minn klawsola 11 tal-Banking Bill.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subclause 8 (2) góandha tkun limitata góal dawk incorporated in Malta biss jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din tgóid hekk:", "\"Unless with the written consent of the Competent Authority, no financial institution incorporated in Malta may open a branch agency or office, or set up or acquire any subsidiary in any place outside Malta.\".", "Jiíifieri f'kaú li jkunu jridu l-consent ta' l-Awtorita' f'Malta, il- financial institution trid tkun inkorporata f'Malta.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 9 - Avviú ta' parteðipazzjoni jew kontroll ídid jew mibdul.", "Clause 9 - Notification of new or variation in participation or control.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 9 tixbaó klawsola 13 tal-Banking Bill u klawsola 10 ta' l-Investments Services Bill.", "Din tirrigwarda n-notifika góal meta jkun hemm participation jew control ta' istituzzjoni li se jiíi ídid jew inkella se jinbidel.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawosla 9.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 10 - Trasazzjonijiet projbiti.", "Clause 10 - Prohibited Transactions.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola tirrigwarda transazzjonijiet li ma jistgóux isiru mill-financial institutions u tillimita ruóha góal xi wóud minn dawk li projbixxejna fil-kaú ta' banek.", "Dawn qegódin góad-diretturi jew góal xi óadd li jiíi minnhom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma nafx æaliex æandu jkun hemm din il- projbizzjoni, ladarba fin-nofs hemm il-fondi tal-financial institutions stess, u mhux ta' third parties.", "Allura r-riskju huwa ta' l-institutions stess.", "Meta naæmlu dawn il-projbizzjonijiet, lil min qed nipproteíu?", "Per eúempju, financial institution li ma taætix credit facilities lil ufiððjal taæha góal aktar minn sena salarju, æalfejn ...", "Jekk trid taæmel hekk bi flusha, affariha; tirriskja hi.", "Meta hemm il-flus ta' terzi, nifhem li tagómel ðerti projbizzjonijiet, imma meta m'hemmx fin-nofs il-flus ta' terzi, æalfejn tagómel dawn il-projbizzjonijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt l-Onor.", "Mifsud Bonnici æandu raíun.", "Hawnhekk m'aóniex qed nipproteíu lid-depoúitanti, bóalma qed nipproteíu fil- kaú ta' banek, pero' l-ósieb hu li s-sistema finanzjarja totali fil-pajjiú æandha búonn ðerta protezzjoni wkoll.", "Peress li financial institutions jinvestu f'kumpanniji jew azjendi oóra, jekk tikkollassa financial institution minóabba xi affarijiet mhux trasparenti u óúiena li jsiru, tista' tikkaíuna ripple effect fuq fis-sistema finanzjarja kollha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk l-investiment ikun sar u mhux kien hemm is-sottoskrizzjoni u æadhom ma óallsux l-investiment, l-investiment attwalment ikun sar.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jkun hemm biss committment, jiíifieri l- investiment attwali ma jkunx góadu sar.", "Meta jiena æandi arraníament ma' financial institution, u allura bnejt edifiðju ta' proíett fuq assigurazzjoni li íej ðertu financing, jekk dik il-financial institution tikkollassa, prattikament tikkollassa magóha lili wkoll jekk jien ma nkunx nista' nibdel malajr is-sors tal-finanzjament tieæi, li mhux dejjem ikun possibbli.", "Dawn il-financial institutions barra own funds ikollhom ukoll funds li jistæu jissellfu minn istituzzjonijiet oórajn.", "Jiíifieri jista' jkun hemm ðerti kredituri, li jkunu ta' ðerta entita', li jkunu uncovered ukoll.", "Hawnhekk m'aóniex qed nipprojbixxu l-óafna transazzjonijiet oóra li projbejna lil bank milli jaæmel minóabba d-depoúitanti.", "Hawnhekk qed nipprojbixxu l-iktar l-internal lending lilhom infushom, bóal self lil diretturi u uffiðjali.", "Fil-verita' dan jista' jkun abbuú.", "Góalhekk f'dan il-kaú qed nillimitaw ruóna æal dan biss.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nixtieq niíbed l-attenzjoni æad- definizzjoni ta' \"financial institution\", fejn qed jingóad li ma jistæux jieódu depoúiti jew other repayable funds from the public.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan ifisser li ma jistæux jaæmlu debenture issues.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Hekk tfisser \"repayable funds from the public\"?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, \"from the public\", jiíifieri mhux from an institution, mhux minn bank, æax minn bank jista' jissellef.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-financial institution ma tistax tissellef mingóand individwu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma tistax toóroí debenture issues.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jistax individwu jagómillu loan? .", "ONOR.", "JOHN DALLI: Individwu iva, imma l-konðett huwa \"the public\".", "Who is the public?", "Financial institution ma tistax tagómel public issue, li tista' tiíi sottoskritta minn óafna nies.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 11 - Istituzzjonijiet finanzjarji li ma jkunux jistgóu jonoraw l- obbligi.", "Clause 11 - Financial Institutions unable to meet obligations.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, góal din il-klawsola nipproponi din l- emenda:", "\"B\" Minflok il-kliem \"il-Gvernatur tal-Bank Ðentrali\" fil-paragrafu (a) tal-klawúola 11, u minflok il-kliem \"lill-Gvernatur tal-Bank Ðentrali fil-paragrafu (b) ta' l-istess klawúola, æandhom jidólu l-kliem \"L-Bank Ðentrali\" u \"lill-Bank Ðentrali\" rispettivament.", "\"B\" For the words \"the Governor of the Central Bank\" in paragraph (a) of clause 11, and for the words \"inform the Governor of the Central Bank\" in paragraph (b) of the same clause, there shall be substituted \"the Central Bank\" and \"inform the Central Bank\" respectively.", "Din l-emenda hija b'konsegwenza góas-suííeriment li æamel l-Onor.", "Lino Spiteri waqt is-Second Reading.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" æaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, æaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "Klawsola 12 - Setgóat u dmirijiet tal-Ministru.", "Clause 12 - Powers and duties of the Minister.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Klawsola 12 tiddeskrivi l-poteri u d-doveri tal- Ministru li íew meóudin minn clause 3 tal-Banking Bill.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-poteri tal-Ministru jew tal-Competant Authority?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 12 (1) tgóid hekk:", "\"It shall be the duty of the Minister to exercise the powers conferred upon him by this Act to ensure compliance by financial institutions with the provisions of this Act and conditions of their licences.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kotnra?", "Agreed.", "Klawsola 12 góaddiet nem. con. u íiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liíi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-óin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriúumiet u l-Viði President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jería' jiltaqa'.", "AÍÍORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viði Prim Ministru u Ministru góall-Affarijiet Barranin): Nipproponi l-Aííornament tal-Kamra góal nhar il-Íimgóa, 15 ta' Lulju, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liíi dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liíi dwar Taxxa fuq il-Valur Miújud - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liíi dwar Segretezza Professjonali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerðjali Internazzjonali ta' Malta - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar Servizzi ta' Investiment - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar il-Kummerð Bankarju - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda t-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi kontra Money Laundering - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jirrikonoxxi Trusts - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi kontra Insider Dealing - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar ir-Reíistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði ta' Organizzazzjoni u Proðedura Ðivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar it-Tribunal æal Talbiet Úæar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar iú-Úwieí - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði Ðivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Kodiði tal-Liíijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taórií - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni æall-Iúvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Ordinanza dwar l-Æajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Att dwar l-Uffiððju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liíi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liíi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileííi u s-Setæat tal- Kamra tad-Deputati - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogóíobkom?", "L-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, meta l-bieraó il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni kien qiegóed jikkonkludi d-diskors tiegóu ta' l-Aííornament qal li issa huwa ú-úmien tal-kuraíí u mhux il-íimgóa li góaddiet, u dan naturalment góamlu b'referenza góar-riúenja tal-kollegi tiegói, l-Onor.", "Lino Gauci Borda u Lawrence Gatt.", "L-ewwelnett irrid ngóid li góar-rigward tal- kuraíí, úgur li ma nistax nispira ruói mill-istess Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "Naturalment l-implikazzjoni hija li Louis Galea góandu jkollu l-kuraíí bóalma kellhom sóabu.", "Jiena rrid nibda dan l-intervent tiegói llejla billi nassigura lill-Kap ta' l-Oppoúizzjoni li jekk ikun il-kaú u fil-mument opportun, úgur li m'huwiex se jonqosni l-kuraíí li nirriúenja mill-inkarigu tiegói ta' Ministru.", "Irrid nagómilha ðara wkoll li jien disponibbli bl- aktar mod sóió u óieles, biex mingóajr ebda tnikkir, dak li jidhirlu li góandi nagómel il-Kap tal-Gvern, dak li huwa jqisu li huwa fl-interess tal- pajjiú u tal-Gvern, jiena nagómlu bla ebda dispjaðir ta' xejn, Mr Speaker.", "Qed ngóid hekk góaliex jien fermament dejjem emmint, fis-snin twal li ilni fil-politika - góadni nemmen bl-akbar qawwa - li s-servizz tiegói fil-óajja pubblika u politika góandu skop uniku u esklussiv, li nkun ta' servizz, dejjem skond l-aójar óila u kapaðitajiet tiegói, góan-nazzjon u góall-poplu kollu.", "U m'góandix l-iðken dubju li malli nóoss li nista' nservi lill-pajjiú aójar jekk inwarrab, nassigurak li dan nagómlu bla ebda telf ta' óin.", "Pero' tajjeb ngóid ukoll li l-kuraíí wieóed ma jkollux búonnu biss biex jirriúenja u jwarrab imma tridu wkoll sabiex tkun tista' tagómel óiltek kollha - anke jekk m'hux bla diffikultajiet u mhux mingóajr anzjeta' - biex tibqa' hemm u tiffaððja kull attakk, twieíeb, tispjega u tiððara, u anke biex bi trasparenza u b'íustizzja toóroí il-verita' u jiíu stabbiliti r-responsibilitajiet kollha u jiíu stabbiliti wkoll l-entitajiet ta' dawn ir-responsabilitajiet.", "Irid ikollok il-kuraíí ukoll li mhux you go for shelter imma li tibqa' hemm taffaððja l-attakk, biex jintgóaúlu l-attakki íusti mill-attakki iníusti u biex l-attakki iníusti, jkunu jistgóu jiíu mxejna.", "Forsi dwar dan il-punt aktar 'il quddiem ikolli óin nitkellem aktar.", "It-tieni riflessjoni li rrid nagómel, Mr Speaker, hija li nistaqsi x'inhuma l-motivi tal-Kap ta' l-Oppoúizzjoni u nistaqsi verament x'inhu jipprova jagómel.", "Qed jipprova jaqdi dmiru u jassigura l-interess pubbliku jew inkella jservi l-interessi partiííjani, dojoq, preíudikati, b'oppoúizzjoni distruttiva b'kampanja ta' miúinformazzjoni?", "U góaliex nistaqsi dan, Mr Speaker?", "Góaliex inpoííi fid-dubju l-motivi tal-Kap ta' l- Oppoúizzjoni fuq din il-kwestjoni?", "Jien informat li l-Oppoúizzjoni ilha úmien konsiderevoli taf bid-dokumenti li qiegóda tiððita.", "Jien informat li nhar is-Sibt kienet diía' ddeðidiet li l-Óadd tagómel konferenza stampa.", "Informat - u dan jafu kulóadd - li kien ippjanat artiklu fil-íunal \"Kull Óadd\".", "B'danakollu, wara li kien diía' deher l-artiklu fil-\"Kull Óadd\", il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni kiteb ittra lill-Prim Ministru li wassalhielu l- Óadd fid-9.00 a.m. u f'din fl-ittra qallu li huwa jippretendi li l-Prim Ministru jagóti rendikont lill-poplu ta' l-informazzjoni li kien qed iwassallu.", "Pero' minflok ma l-Kap ta' l-Oppoúizzjoni qagóad jistenna óalli jara l-Prim Ministru x'reazzjoni se jagómel góal dik l-ittra li bagóatlu, dritt dritt mar jagómel konferenza stampa u qal lill-istampa li góadu kif ta ittra lill-Prim Ministru, biex joóroí kollox fil-íurnali u biex jilóaq l-aóbarijiet ta' nofsinhar.", "Irrid ngóid li meta jkollok Kap ta' l-Oppoúizzjoni li jippretendi s-serjeta', li jippretendi li huwa x- xempju ta' kif góandhom jimxu l-affarijiet u li jippretendi li huwa xempju tal-íustizzja, u mbagóad jikteb ittra lill-Prim Ministru fid-9.00 a.m., jgóidlu biex jara l-affarijiet u fil-11.00 a.m. dritt dritt imur jagóti konferenza stampa u jkompli jagómel sensiela ta' allegazzjonijiet, assunzjonijiet u miúinformazzjoni, jien ma nistax ólief niddubita mill- motivi ta' íenwinita' tal-Kap ta' l-Oppoúizzjoni.", "Góadna lanqas bdejna niððaraw il-kwestjoni u l-media ta' l-Oppoúizzjoni kienet diía' qed tiddeskrivih bóala l-iskandlu ta' l-isptar San Raffaele, l-iskandlu tal- kuntratt ta' Lm50 miljun.", "B'hekk lill-poplu jpoííuh eúattament fejn iridu f'din il-kampanja ta' miúinformazzjoni.", "Il-bieraó il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni x'qal verament?", "L-ewwelnett dan irrepeta l-fatti kollha ta' l-ittra li kiteb u li qegódin fil-\"Kull Óadd\".", "Ma úiedx informazzjoni ídida ma' dak li diía' konna nafu.", "Huwa qal ukoll li minn dawn il-fatti kollha joóoríu tliet issues, li jien issa rrid nitkellem fuqhom wieóed wieóed.", "L-ewwelnett qal li óaía serja kienet li, meta fl-14 ta' Frar, 1994, jien bgóatt quddiem il-Kabinett ir-rapport tal-Pre-Qualification Assessments Committee, jien lill-Kabinett dak inhar ma nformajtux bit-tagórif li rriúultali tlett ijiem qabel - jiíifieri fil-11 ta' Frar, 1994 - dwar l- ishma li l-Iníinier Farrugia góandu fil-kumpannija PPB Malta Limited.", "Din l-issue li qed jgóid li jien óbejt lill-Kabinett naturalment hija marbuta mal-qofol tal-kontroversja.", "L-ewwelnett jien irrid nería' nsostni dak li ktibt fl-ittra tiegói lill-Prim Ministru.", "Jien nixtieq li din inpoííiha fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' l- annessi li tajt lill-Prim Ministru.", "Æalkemm il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni kellu din l-ittra, meta l-bieraó poíía fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tieæu, æaúel li ma jpoííix l-ittra li jien ktibt lill-Prim Ministru.", "Æalhekk nixtieq li, bil-permess tal-Kamra, inpoííi din l-ittra flimkien ma' l-annessi li jien hemiút ma' l-ittra lill-Prim Ministru.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess inæata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inpoííi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra datata 10 ta' Lulju 1994 mibæuta minni lill-Prim Ministru; u", "Ittra datata 29 ta' Novembru, 1993 mibgóuta minni lis-Sur Emmanuel Farrugia.", "Mr Speaker, jien insostni dak li hemm miktub f'din l-ittra, jiíifieri li l-Iníinier Farrugia, mill-15 ta' Frar íie terminat lilu l-inkarigu.", "Jiíifieri æal dawn l-aóóar óames xhur l-Iníinier Farrugia ma kienx Project Director u ma kellu l-ebda inkarigu li jibqa' jkun persuna marbuta mal- proíett.", "Mr Speaker, irrid naæmilha ðara li aóna - meta næid aóna nkun qed næid il-Bord tal-Foundation for Medical Sciences and Services - óadna din id-deðiújoni wara diskussjoni, wara li jien fil-15 ta' Frar 1994 irrelatajt lill-Bord.", "Din id-deðiújoni ittieódet biex nassiguraw li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-mod kif se jsir ix-xoæol.", "Ridna nassiguraw li óadd ma jkun jista' jiddubita dwar il-proðess tat-tender, dwar kif se jsiru l-affarijiet u dwar kif se jkompli jiúviluppa l-proíett.", "Jien nería' nsostni li l-ewwel darba li jien sirt naf li l-Iníinier Farrugia æandu ishma u hu azzjonista fil-kumpannija PPB Malta Limited huwa fil-11 ta' Frar 1994 æal xi l-4.00 p.m. Din id-data li qed issemmi l-Oppoúizzjoni li jien kelli din l-informazzjoni xi darba f'Diðembru ma nistax nifhem kif jistæu jæiduh u ma nafx æal liema dokument qed jirreferu.", "Sal-lum æadhom ma ððarawx din il-óaía.", "Qed jæidu li æandhom dokument, pero' lill-poplu m'humiex qed jæidulu x'inhu.", "Mr Speaker, anke hawn hawn úlejalta.", "Qed jimmiúlidjaw æaliex jekk f'idejhom æandhom fatti, l-onesta' titlob li æandhom ipoííuhom a konjizzjoni tal-poplu.", "Jien insostni din il-poúizzjoni li l-ewwel darba li sirt naf b'dan is-sehem f'din il-kumpannija kien fil-11 ta' Frar 1994.", "M'iniex se noqæod nirrepeti x'æamilna æaliex kulóadd jaf li jien a tanburo battente, kif jæidu, mill-ewwel laqqajt il-Bord ta' l- Foundation for Medical Sciences and Services.", "Ma stajtx inlaqqæu s-Sibt jew il-Óadd u t-Tnejn kellna óafna x'naæmlu.", "Pero' t-Tlieta kienet l-ewwel íurnata li stajna u laqqæajt il-Bord u dan iddeðieda li jittermina.", "Mr Speaker, it-tieni punt li nixtieq naæmel dwar din il-kwestjoni huwa li jien nirrespiníi bil-qawwa kollha kull imputazzjoni ta' xi qerq bi sóabi fil-Kabinett jew ta' xi interess tal-poplu.", "Dan qed næidu æaliex l- atteííjament tieæi fuq din il-kwestjoni fuq ir-rapport u l-konkluújonijiet tal-Pre-Qualification Assessment Committee li aóna óadna lill-Kabinett, huwa atteííjament li íej minn konvinzjoni morali li l-proðess u r-riúultat ta' dan il-Pre-Qualification Assessment Committee ma kien bl-ebda mod influwenzat b'xi mod deðiúiv u wisq inqas viziat bil-preúenza ta' l- Iníinier Farrugia bóala membru fuq dan il-kumitat u Segretarju tieæu.", "Jien irrid næid, Mr Speaker, kif sawwart dan il-konvinðiment.", "Góaliex il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni qal li jien sempliðement straót fuq dak li qalli s- Segretarju Permanenti Maurice Zarb Adami li kien ukoll membru ta' dan il- Kumitat.", "Jien kelli dik id-dikjarazzjoni.", "Imma issa rrid niððara wkoll xi óaía oóra li qal il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni æaliex anke hawn ma kienx korrett u ma kienx eúatt.", "Jien ma wasaltx æal dan il-konvinðiment æaliex qalli hekk is-Segretarju Permanenti Maurice Zarb Adami.", "Jien wasalt æal dan il-konvinðiment b'razzjonalita' u b'raíuni wara li eúaminajt l- affarijiet kollha.", "U meta wieóed jeúamina l-affarijiet, Mr Speaker, isib li hawn diversi fatti li meta tarahom oííettivament, mhux bil-lenti imðajpra u preíudikata li qieæda tadotta l-Oppoúizzjoni æax hekk ma tasal qatt ....", "L-ewwelnett, x'inhu l-iskop tal-kumitat, Mr Speaker?", "L-iskop tal-kumitat m'huwiex dak li qed tæid l-Oppoúizzjoni.", "X'qed tæid l-Oppoúizzjoni?", "Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni, allavolja l-Oppoúizzjoni æandha d-dokumenti f'idejha biex tkun taf li mhux veru hu hekk, qed jæid li \"l-æan ta' dan il-kumitat kellu jkun li jóares lejn it-tenderers li jistæu jkunu interessati f'dan il- proíett u jaæmel selection ta' dawk it-tenders li jistæu jkunu aððettabbli\".", "Il-mod kif ipoííiha faðilment jista' jiíi interpretat li donnu dan il-kumitat kien se jaæúel min jaæmel il-kostruzzjoni ta' l- isptar, Mr Speaker.", "Naturalment hu se jæid li m'hux hekk qed jæid u jpoííiha f'óafna kliem, imma tant ma jpoííihiex b'mod ðar u tant ivarja dikjarazzjoni minn oóra li jien ma neskludix li jkun qieæed jiíi miftiehem li dan il-kumitat kellu bóala inkarigu li jipprova jaæúel min jaæmel it- tender.", "U din hija assolutament 'il boæod ferm mill-verita'.", "X'inhi n- natura ta' l-eúerðizzju li kellu jaæmel dan il-kumitat, Mr Speaker?", "Jiena xi xhur ilu poííejt fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta' San Raffaele Hospital Malta Pre-Qualification Document, u f'din il-kopja hemm ukoll il-kriterji ta' x'kellu jaæmel dan il-Kumitat.", "L-ewwelnett x'kienu t-terms of reference ta' dan il-kumitat?", "Dawn kienu tnejn; l-ewwelnett li jaæmel rakkommandazzjoni dwar in-numru ta' kuntratturi li æandhom ikunu mistiedna li jaæmlu offerta, u t-tieni liema huma dawk il-kumpanniji li æandhom jidólu f'dik li hija short list.", "Æaliex, Mr Speaker?", "Æaliex l-esperjenza u l-góaqal urew li flok toóroí tender u tóalli lil kulóadd japplika, góandek l-ewwel tagómel short list biex tassigura li min se jagómel l- offerta prima facie góandu l-kompetenza, il-óila u l-possibilta' li dak il- proíett li se jidóol góalih verament góandu l-kapaðita' li jagómlu.", "X'kellu jara dan il-kumitat?", "Dan il-kumitat la ddiskuta u lanqas seta' jiddiskuti xi specifications, xi prodott speðifiku, xi forma ta' struttura jew xi kwalita' ta' prodott u ma setax jidóol f'dawn l-affarijiet góaliex ma kenux fit-terms of reference tiegóu.", "Lanqas kien hemm il-possibilta' fiúika li jidóol góax it-tender kienet góadha qed tiíi ddisinjata, it- tender documents kienu góadhom qed jiíu fformulati.", "Bit-terms of reference li kellu ma seta' jidóol fl-ebda evaluation biex ikun jista' jagóti xi indikazzjoni ta' min se jieóu jew ma jeóux t-tender.", "Dan ma kellu x'jaqsam xejn mat-terms of reference ta' dak il-kumitat.", "Il-proðess biex wieóed jagómel valutazzjoni góad irid isir.", "Lanqas biss góadu íie kostitwit l- adjudicating committee li jrid isir skond ir-regolamenti tal-liíijiet tagóna, skond ir-regolamenti li jimxi bihom it-Teúor u skond il-policies li huma addottatti fil-qasam tat-tendering.", "Dan huwa proðess li góadna lanqas ersaqna lejh.", "Allura x'góamel dan il-kumitat?", "Dan il-kumitat ried jara óames ówejjeí, u din m'hijiex xi óaía ídida góax dawn il-óames ówejjeí li se nsemmi ilhom pubbliði - tpoííew fuq il-Mejda tal-Kamra - xhur sóaó.", "Dan il-kumitat l- ewwelnett ried jara l-esperjenza li góandhom, dawk il-persuni li applikaw u dawk li qalu li huma interessati li jitfgóu t-tender, l-esperjenza tagóhom fi proíetti kbar illi jinkludu sistemi komplessi elettromekkaniði; it- tieni óaía li kellu jeúamina hija l-istruttura organizzattiva u maniíerjali u l-istaff tekniku li góandhom dawn il-kumpanniji; it-tielet óaía, kellu jeúamina l-kapaðita' tagóhom li jipprovdu sistema ta' quality assurance waqt li jkun qed isir ix-xogóol; ir-raba', ried jara x'riúorsi ta' project management góandhom in konnessjoni ma' kostruzzjonijiet ta' sptar, u fl- aóóar kellu jara jekk hux veru li góandhom il-capability finanzjarja biex ikunu jistgóu jsostnu dik l-organiúúazzjoni u dak ix-xogóol li huwa maósub.", "Dan biss kellhom jaraw u ma jidólu xejn fi kwestjonijiet ta' concrete, ta' sistemi ta' elettriku, ta' plumbing jew affarijiet oóra.", "Dan qatt ma íie diskuss.", "Dan biss li kellu jagómel il-kumitat.", "U nería' ngóid li dawn huma ówejjeí li huma pubbliði.", "Irrid ngóid li d-diskussjoni saret b'mod eúawrjenti kif juri r-rapport tal-Pre-qualification Assessment Committee.", "Ir-rapport u d-deðiújoni kienu unanimi.", "Il-Board of Foundation for Medical Sciences and Services ra dan ir-rapport u qabel - il-Bord u mhux Louis Galea - li æandna nressquh quddiem il-Kabinett æall-approvazzjoni tieæu.", "II-Kap ta' l-Oppoúizzjoni qed jæid li fil-11 ta' Frar jien sirt naf li l- Iníinier Farrugia huwa azzjonista fil-kumpannija PPB Malta Ltd u li fl-14 ta' Frar lill-Kabinett ma qæadtx næidlu dan il-fattur.", "Mr Speaker, nería' næid li jien óassejtni konvint moralment li dak ir-rapport bl-ebda mod ma kien preíudikat.", "Huwa rapport li fil-fehma tieæi ma kien hemm xejn li jneóóilu mill-validita' tieæu u jien bl-akbar serenita', illum appoííjat ukoll mill-Bord tal-Fondazzjoni, stajt immur quddiem il-Kabinett minæajr ma nidóol fil-kwestjoni l-oóra li kienet tolqot lill-Bord tal-Fondazzjoni - fil-fatt il-Bord óa konjizzjoni taæha fil-15 ta' Frar, 1994 ...", "Il- Kabinett fil-fehma tieæi ma kienx tenut li joqæod jidóol f'dik il-materja ladarba l-Bord tal-Fondazzjoni - u jien mieæu - kellna dan il-konvinðiment morali li ma kienx hemm raíuni æaliex wieóed iúommu lura.", "Æalhekk jien nería' næid li l-Kap ta' l-Oppoúizzjoni m'æandu l-ebda dritt li jipprova jæid li jiena, b'xi mod, óbejt xi óaía lill-Kabinett.", "Irrid nería' nsostni dak li jiena ktibt fl-ittra lill-Prim Ministru, li llum il- íurnata - anke dan hu pubbliku imma ma qaluhx allavolja jafuh - ...", "Æax huma qed jæidu li b'xi mod hemm sitwazzjoni fejn din is-sistema li tissejjaó concrete Predalles slabs se tiíi preferuta.", "Jien nería' næid li t-tender documents li llum huma pubbliði juru li dan m'hux veru æaliex fl- ewwel volum hemm ðar li min se jissottometti l-offerti æandu d-dritt ukoll li jissottometti proposti alternattivi u allura æandu d-dritt li jipproponi sistemi, prodotti u materjal li m'hux neðessarjament huma koperti mill- ispecifications kif nafuhom sal-lum.", "U allura fuq din l-ewwel kwestjoni li qanqal il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni jien insostni li qed jaæmel miúinformazzjoni u li m'æandux æaliex isostni dan l-argument.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Sant semma wkoll il-punt li m'hux maæruf il-mod kif íie maæúul dan il-proxxmu.", "Il-mod huwa pjuttost sempliði, imma ma fadalx óafna óin biex inkun nista' nidóol fid-dettall.", "Oriíinarjament il-persuna li l-Gvern kien qed jindika biex tmexxi dan il-proíett kollu ðertu úmien twil ilu ma kien óadd iktar ólief Dr. Andre' Camilleri, li kien General Manager tal-Malta Development Corporation.", "Kien hemm mument meta l-Gvern ra jekk minóabba l-esperjenza li kellu setax jispostah biex jieóu over dan ix- xoæol.", "Fil-fatt il-Gvern avviðina lil Dr. Andre' Camilleri biex jara jekk hux willing li jieóu dan ix-xogóol.", "Ir-risposta ta' Dr. Camilleri kienet li fejn il-Gvern jaóseb li hu jista' jservi lill-pajjiú l-aójar, hu jkun lest li jservi.", "Jiíifieri konna prattikament óadna din id-deðiújoni.", "Niftakar li waóda mill-affarijiet li qamu kienet li hu jkun jirrikjedi l- assistenza ta' xi óadd li hu tekniku, u jien kont æidtlu li hu æandu esperjenza vasta f'dan il-kamp, jagómel suííerimenti u aóna nikkonsidrawhom.", "Fil-fatt xi íranet wara kien qalilna li hu jaf lill- Iníinier Emmanuel Farrugia, li hu bbaúat fi Franza u li hu bniedem li æandu kompetenza in materja, góandu ðerta esperjenza u jaóseb li jkun bniedem kapaði.", "Mr Speaker, ninsisti li f'dan l-istadju lil Emmanuel Farrugia jien ma kontx nafu minn Adam u llum naf li la missier il-mara ma kien jafu minn Adam u lanqas il-mara tieæi ma kienet tafu minn Adam.", "Skoprjena li dan jiíi minna bil-mod komplikat li spjegajt, óafna wara li konna tkellimna.", "Meta bdew mexjin l-affarijiet, u l-kwestjoni ta' l-isptar il-ídid San Raffaele kienet qed tieóu l-kors tagóha bil-mod, kien hemm úviluppi iktar mæaííla fil-qasam ta' l-airport.", "Imbagóad il-Gvern qal li hemm búonn ta' xi óadd biex jaæmel din it-tranúizzjoni tal-Malta International Airport Company Limited u góalhekk qabad lil Dr. Andre' Camilleri u qallu: Insa dik il-óaía; ejja óalli taæmel din il-biðða xoæol.", "Sussegwentement imbagóad intgóaúel is-Sur Philip Rizzo, u meta dan óa over kien óa over ukoll is-suííeriment - eventwalment id-deðiújoni tal-Bord - li Emmanuel Farrugia jkun il-Project Director.", "Dan hu l-mod kif Emmanuel Farrugia ntæaúel biex ikun jista' jmexxi.", "Il-verita' x'inhi?", "Il-verita' hi li llum itterminajnielu ...", "Góad æandna kwestjonijiet mieæu dwar il-ólas.", "Kif intqal, intalbet eúenzjoni mit-taxxa dwar il-kumpens tiegóu góax hu nsista li jitóallas bir-rati li jitóallsu bihom esperti ta' din il-kwalita' fis-suq internazzjonali.", "Il-Ministeru tal-Finanzi m'aððettax li jakkordja din l-eúenzjoni mit-taxxa u allura góad góandna din il-kwestjoni.", "Imma din tibqa' kwestjoni bejn employer u employee li l-impieg tiegóu íie terminat.", "Issa jekk din il-kwestjoni nsolvuhiex amikevolment, bil-qorti jew b'arbitraíí hija materja li ma naósibx li hija ta' interess partikolari.", "Nería' ngóid li m'hux veru li b'xi mod bqajna ninegozjaw miegóu biex ikompli.", "Irrid ngóid li meta tterminajnielu l-impieg, fil-15 ta' Frar, hu ma aððettax it-teúi tagóna li kien hemm a conflict of interest.", "Qalilna li jekk il-Bord jiddeðiedi li jitterminalu l-inkarigu, jaððetta d-deðiújoni tal-Bord u jara l-pendenzi li jifdal aktar tard.", "Pero' aóna góidnielu li peress li huwa ilu involut sena u nofs f'din il-óaía u konna qegódin fl-aóóar stadji biex niffinalizzaw id-disinn u t-tender document, jista' jkun hemm il-búonn li hu jiíi msejjaó biex mill-informazzjoni li góandu jagóti tweíibiet u spjegazzjonijiet biex ix-xogóol li nbeda jkun jista' jiíi konkluú.", "Imma mill-15 ta' Frar 'il quddiem l-inkarigu tiegóu íie terminat u ma baqax lanqas ikun aktar involut direttament fil-proíett.", "Sussegwentement fil- fatt kien meótieí li jagóti xi spjegi u li jispjega affarijiet ta' natura teknika imma mill-bqija ma kellux konvolíiment f'affarijiet oóra.", "Irrid niðóad, Mr Speaker, li kien hemm ukoll xi protezzjoni.", "Ngóid l-aóóar kumment.", "Fit-tielet punt tiegóu, l-Onor.", "Sant semma lis- Segretarju Permanenti.", "L-ewwelnett jiena diía' góidt li m'huwiex veru li straót fuqu u mhux veru li s-Segretarju Permanenti Maurice Zarb Adami qalli - u nikkowta lill-Kap ta' l-Oppoúizzjoni - \"ma jimpurtax li kien hemm dak il-qerq góaliex wara kollox il-Kumitat kien unanimu\".", "L-ewwelnett li r- rapport huwa unanimu jirriúulta mir-rapport.", "M'hemm góalfejn jgóidlek óadd, u d-domanda li góamiltlu jiena kienet: Jidhirlek li l-preúenza tiegóu influwenzat b'xi mod deðiúiv dan il-proðess?", "U r-risposta tiegóu kienet li fil-fehma tiegóu \"le\" góaliex ir-rapport kien unanimu u ma dehrlux li kien hekk.", "Jiena nería' ngóid, Mr Speaker, darba li kont konvint li r-rapport mhux vizjat - nería' ngóid tikkonvinði ruóek mill- proðess kollu li tara.", "Æalhekk lanqas hemm ótieía li nistaqsi lis-Sur Tony Galdes, ið-Chairman ta' dak il-Kumitat, dwar din il-materja - ...", "Dwar dak li qal il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni li s-Segretarju Permanenti Maurice Zarb Adami m'huwiex leali góall-poplu, ngóid li din hija kalunja li l-Onor.", "Sant imissu jistói jgóidha fil-konfront ta' ðittadin li huwa ta' l-affari tiegóu óafna.", "U ma jiíix il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni u jgóid li Maurice Zarb Adami huwa xi óaía li tista' tmexxih bóal pupu.", "Æaliex min jaf iú-Zarb Adamijiet - u Maurice Zarb Adami huwa wieóed minnhom - jaf li dawn m'humiex nies li tista' tmexxihom bi spaga.", "Jien irrid ngóid li kont favur li jkolli lilu bóala Segretarju Permanenti góaliex naf li bil-fama u bl- esperjenza li góandu.", "Fil-verita' m'huwiex bniedem li jagómel rubber- stamp, li lill-Ministru se jiddejjaq jgóidlu \"le\".", "Irrid ngóid li fiú- úmien li ilna flimkien mhux l-ewwel darba li qalli le.", "Il-Kap ta' l-Oppoúizzjoni qal li ú-úmien tal-kuraíí huwa issa u jiena nagólaq billi ngóidlu li ú-úmien tal-kuraíí veru kien meta aóna konna fl- Oppoúizzjoni.", "Ma noqogódx nagómel listi.", "(Onor. membri: Hear, hear) Pero' anke issa huwa ú-úmien tal-kuraíí u dan il-Gvern il-kuraíí qed jurih bil- bidliet kbar li qed jagómel.", "Irrid ngóidlu li jekk illum huwa úmien tal- kuraíí huwa úmien tal-kuraíí góalina imma huwa úmien tal-kuraíí góalih ukoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-óin.", "Il-Kamra hija aííornata góal nhar il-Íimgóa, 15 ta' Lulju, bl-aíenda kif kommunikata mill-Viði Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aííornat mingóajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET - IMWIEÍBA BIL-MIKTUB", "MIA - MAGNETTA TAL-BILJETTI TAL-PARKEÍÍ", "19950.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru góat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Hemm xi raíuni partikolari góaliex mhux dejjem qed topera l-magnetta tal-biljetti tal-parking fil-Malta International Airport il-Gudja (per eúempju fis-26 ta' Íunju, 1994), b'konsegwenza li ma ngóatawx riðevuti góall-ólas ta' 15c kull darba?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li qiegóed isir xogóol fuq is- sistema awtomatika li tóaddem il-\"carpark\" ewlieni ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u li din is-sistema tista' tkun góalhekk wieqfa góal xi óinijiet.", "Dan ix-xogóol hu marbut mal-fatt li qegódin jittieódu miúuri sabiex tiúdied l-effiðjenza tal-óruí mill-\"carpark\" u jinkludi tqegóid ta' cables íodda, rraníar tas-\"software\" li jopera l-\"carpark\" kif ukoll xoghlijiet tekniki ohra.", "Tul il-perjodu li jkunu qeghdin isiru dawn ix-xogólijiet il- carpark jitóaddem fuq baúi manwali.", "Fil-fatt, dak inhar tas-26 ta' Gunju il-pubbliku kien qiegóed jintalab ióallas 15c irrespettivament ta' kemm ikun dam fil-carpark.", "Infakkar li 15c hu l-ólas minimu góal parking fl-ajruport.", "VALLETTA: TRIQ SAN PAWL/TRIQ MERKANTI - SKIPS", "19951.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: B'referenza góall-iskips f'St. Paul's Str, Valletta u Merchants Str, Valletta, góaliex íieli qed idumu ma jitbattlu tlett ijiem?", "X'mekkaniúmu jeúisti fi ódan id-dipartiment konðernat biex íaladarba li jkun imtela' skip dan ma jibqax hekk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: In forza tal-kuntratt li jirregola l-kiri ta' l-iskips imsemmija, dawn - bóal kull skip ieóor - mimlijin jew le góandhom jitbattlu kuljum.", "Seta' kien il-kaú li góal xi raíuni jew oóra tinqabeú íurnata, jew nofs ta' nhar, iúda din tkun l-eððezzjoni u úgur li mhux ir-regola.", "VALLETTA - APPARTAMENTI TA' CITY GATE PROJECT", "19972.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li góar-rigward tal-flats ta' City Gate Project, il-kanðell li qabel kien ikun miftuó u li wara li tnaddfet l-arkata u núebgóet, issa jinsab magóluq bi tbatija góar-residenti, dan jista' jería' jibda jinfetaó billi kulóadd ikollu ðavetta la Ingliúa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant góat- tweíiba li tajt góall-mistoqsija parlamentari numru 19173 (Seduta 282).", "AWTORITA' TAD-DJAR - APPLIKANTA FILE NO.", "H02146", "19978.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jagóti nformazzjoni sóióa u kompluta dwar il-kaú ta' l-applikanta Mrs Ellul minn Óal Luqa bil-file No. H02146?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: L-applikanta Ms Ellul giet allokata fond f'Hal Luqa bl-applikazzjoni H02146 fl-1990.", "Fl-1992, l-istess Ms Ellul regghet applikat ghal akkomodazzjoni alternattiva b'applikazzjoni Nru. H10125.", "F'Ottubru 1993, Ms Ellul giet offruta fond iehor f'Hal Luqa li ghal xi raguni rrifjutat.", "PERSUNI B'DIÚABILITA' LI JATTENDU L-ISKEJJEL TAL-GVERN/PRIVAT", "20138.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riúorsi Umani: Kemm huwa n-numru ta' persuni b'diúabilita' f'pajjiúna li jattendu l-iskejjel tal-Gvern u tal-Privat?", "Liema huma dawk l-opportunitajiet li jestendi l-Gvern sabiex persuni b'diúabilita' jieódu korsijiet speðjali wara l-óin tax-xogóol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-góadd ta' persuni b'diúabilita' fl-iskejjel huwa ta' 495 f'dawk statali, 43 f'dawk tal-Knisja, u 23 f'dawk privati.", "Meta t-tfal jilóqu l-eta' li jitilqu mill-iskola, dawn jirðievu taórií fið-Ðentri li jaqgóu taót il-Ministeru tal-Politika Soðjali jew mill- Korporazzjoni góax-Xogóol u Taórií.", "TFAL IBATU MINN DIÚABILITA'", "20139.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: Skond l-aóóar statistika tal-Gvern sena b'sena matul dawn l- aóóar óames snin kemm twieldu tfal ibatu minn diúabilita'?", "Kemm minn dawn it-tfal kellhom diúabilita' fil-vista ta' góajnejhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li m'hemmx sistema nazzjonali ta' notifika dwar persuni li jitwieldu jbatu minn diúabilita'.", "Góalhekk id- Diviújoni tas-Saóóa mhiex f'poúizzjoni li tagóti statistika uffiðjali f'dan ir-rigward.", "PERSUNI B'DIÚABILITA' - EÚENZJONI TAD-DAZJU FUQ KAROZZI", "20140.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm-il talba góall-eúentazzjoni tad-dazju minn fuq karozza góall-persuni b'diúabilita' íiet rifjuta matul dawn l-aóóar óames snin?", "X'kienu r-raíunijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull talba góal eúenzjoni minn dazju fuq karozza góal persuni b'disabilita' dejjem íiet approvata kemm-il darba kien hemm ir-rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali góal Persuni b'Disabilita' li tkun ipproðessat it-talba skond il- policy eúistenti.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - PREZZ GÓOLI TAL-LAÓAM TAÐ-ÐANGA", "20175.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: KIf jispjega l-fatt l-Ministru li minkejja li tbaxxa l-prezz tal-laóam tað- Canga frika matul dawn l-aóóar snin il-konsumatur baqa' jóallas l-istess prezz góal dan it-tip ta' laóam?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforam lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta góal din id-domanda tingóata f'xi seduta oóra.", "ESPORTAZZJONI TA' PATATA", "20176.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19701 dwar l-esportazzjoni tal-laóam?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kwantita' ta' laham li originat f'Malta u li giet esportata lejn l-Ewropa fl-ahhar seba' snin kienet hekk.", "SENA KWANTITA' (KILOGRAMMI)", "1987 XEJN 1988 262,494 1989 20,325 1990 XEJN 1991 XEJN 1992 61,738 1993 XEJN", "Minbarra dan il-laham, kwantita' ta' laham iehor, li origina mill-Italja, nhadem f'Malta u rega' gie esportat lejn destinazzjonijiet ohra.", "DIPARTIMENT TA'L-AGRIKOLTURA - IMPORTAZZJONI TA' FNIEK", "20177.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgóid kemm kien hemm talbiet lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jiíu mportati fniek f'Malta?", "Jekk iva, kemm íew importati u fuq liema baúi nóaríu l-liðenzji meótieía?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: F'dawn l-ahhar 12-il xahar id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura ma rrakkomanda l-ebda licenzja ghall-importazzjoni ta' fniek maqtula.", "Kull domanda li kien hemm íiet rifjutata.", "Kull domanda góall-importazzjoni tal-fniek tar-razza tigi milqugha sakemm jigu sodisfatti l-kondizzjonijiet tas-sahha u tal-genetika.", "Matul din is- sena saru tliet talbiet ghal total ta' 230 ras li 100 minnhom kienu ghad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "ISLA - MANUTENZJONI TAL-GROUND", "20288.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieóu passi sabiex jirranía l-ground ta' l-Isla, idawwru b'óajt u jagómel gate tal-óadid biex inaqqas il-vandaliúmu u kull min hu nteressat juúah fil-kwiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suííeriment ta' l-Onor.", "Interpellant íie nnotat.", "ISLA - MANUTENZJONI TAX-XATT", "20289.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieóu passi sabiex ix-Xatt ta' l-Isla ssirlu bankina u din issir bil-madum jew bi slabs speðjali biex tagóti dehra aójar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Is-suííeriment ta' l-Onor.", "Interpellant íie nnotat.", "BORMLA: SAN ÍWANN T'GÓUXA - ART UÚATA GÓAR-RIMI TA' SKART", "20290.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress li f'San Íwann t'Góuxa, Bormla, hemm art li hi wúata biex kulóadd jitfa' l-iskart u góalhekk biex jitrabbew l-insetti u l-írieden góall-inkonvenjenza tar-resident, hu possibbli li minflok din l-art titóalla bla uúu jinbena blokk ta' appartamenti u 16-il garage góall-uúu ta' min joqgóod hemm?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Is-suggeriment ta' l-Onor.", "Membru qieghed jigi nnotat.", "BORMLA: SAN ÍWANN T'GÓUXA- SIÍAR", "20291.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li f'San Íwann t'Góuxa, Bormla, is-siíar li hemm jieódu l-attenzjoni li jixirqilhom; ikun hemm burduri aójar góall- irqajja ta' óamrija u jinúergóu xi fjuri jew ever green biex l-ambjent ikun aójar?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: San Gwann t'Ghuxa huwa nkluz fil-programm ta' tindif u tnehhija ta' sigar mahruqa li d-dipartiment ta' l-Agrikoltura fassal ghal gejjieni qarib.", "It-tahwil ta' sigar u pjanti jsir bhas-soltu mill-harifa 'l quddiem jigifieri fl-istagun tat-tahwil.", "Dan fejn hu possibli ghax f'din l-area hemm il-htiega ta' xoghol strutturali bhal tiswijiet ta' hitan u passaggi li jrid isir mid-dipartiment koncernat.", "KALKARA - ÚBIR TA' SIÍAR FI TRIQ SANTU ROKKU", "20292.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru góall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Peress li fi Triq Santu Rokku, ódejn Wied Góammieq, il-Kalkara, hemm bosta siíar li góandhom búonn ta' úabra u attenzjoni, jista' l- Ministru jordna biex dan ix-xogóol isir?", "ONOR.", "ÐENSU GALEA: Bosta mis-sigar fil-post imsemmi huma fuq art privata.", "Is-sigar li hemm fir-roundabout se jinzabru aktar tard dan ix- xahar.", "FGURA - \"SLOW\" SIGN F'HOMPESCH ROAD", "20293.", "L-ONOR.", "MANUEL BORDA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: Minóabba l-fatt li minn Hompesch Road, il-Fgura, il-karozzi góandhom tendenza li jgóaddu bi speed qawwi, jista' l-Ministru jagóti ordni biex ftit qabel ir-roundabout tat-Tip Top isir \"Slow\" sign?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tiegóu sejra titressaq quddiem il-Bord góall-Kontroll tat-Traffiku góall- konsiderazzjoni.", "SPTARIJIET - SKRIVANI KAÚWALI", "20320.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Úvilupp Soðjali: B'referenza góall-mistoqsija parlamentari numru 18283, jista' l- Ministru jgóid meta se jidólu l-casual clerks imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx deðiújoni dwar meta.", "KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTA' SOÐJALI", "20321.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru góas-Sigurta' Soðjali: B'referenza góall-mistoqsija parlamentari tiegói numru 19889, fejn informajtni li d-Dipartiment tas-Servizzi Soðjali talab lill-Avukat Íenerali tar-Repubblika biex joóroí ittri íudizzjarji kontra 740 sid li ma óallsux il-bolla tal-óaddiema, fejn informajtni li óaríu mandatti kontra 122 sid, jista' l-Ministru jgóidli jekk is-sidien l-oóra li ma óaríux mandatti kontrihom, irðevewx l-ittri íudizzjarji mill-Uffiððju ta' l-Avukat Íenerali tal-Kuruna?", "Góandi nifhem li dawn kollha óallsu l-bolli dovuti tal-óaddiema wara li rðevew l-ittri íudizzjarji, ladarba kontra dawn ma óariíx mandatt?", "Dawk is-sidien li óareí mandatt kontrihom, jiíifieri 122 wieóed, issa kollha óallsu?", "Il-mandatti msemmija kollha íew esegwiti mill-Ministeru?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mis-740 kaz ta' sidien li ma hallsux il- kontribuzzjoni tas-Sigurta' Socjali ta' l-impjegati taghhom, u li harget ittra gudizzjarja kontrihom, 166 hallsu kollox, 54 lahqu ftehim mad- Dipartiment biex ihallsu dawn il-kontribuzzjonijiet fuq perjodu ta' zmien, filwaqt li 398 qeghdin jigu processati biex jittiehdu passi legali ulterjuri kontrihom.", "Inzid nghid li l-figura ta' 122 ta' sidien li nhareg mandat kontrihom kien in-numru ta'kazijiet li kien ghadhom pendenti fl-ahhar ta' Gunju 1994.", "Fil-fatt minn Jannar 1993, fuq talba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali, l-ufficcju ta' l-Avukat tar-Repubblika kien hareg mandati kontra 33 sid iehor li l-kazi taghhom gew solvuti sa l-ahhar ta' Gunju 1994.", "KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTA' SOÐJALI", "20322.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru góas-Sigurta' Soðjali: B'referenza góall-mistoqsija parlamentari tiegói numru 19889, jista' l- Ministru jgóid kemm hu l-ammont dovut fi ólas ta' bolli lill-óaddiema mis- 740 sid li ntbagótitilhom ittra íudizzjarja biex ióallsu?", "Kemm minn dan l- ammont tóallas mis-sidien?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: L-ammont dovut fi hlas ta' bolli tal-haddiema mis-740 sid li ntbaghtilhom ittra gudizzjarja biex ihallsu, hu Lm1,928,620.", "Minn dan l-ammont diga' thallsu Lm429,900.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - TAXXA PAYE", "20323.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza góall-mistoqsija parlamentari tiegói numru 19038, jista' l- Ministru jgóidli kemm hu l-ammont dovut minn dawk id-987 sid li ma óallsux it-taxxa tal-óaddiema wara li qatugóilhom mill-paga?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellenat li l-informazzjoni mitluba qiegóda tiníabar u tingóata iújed 'il quddiem.", "KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTA' SOÐJALI", "20324.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru góas-Sigurta' Soðjali: B'referenza góall-mistoqsija parlamentari tiegói numru 19037, billi numru ta' sidien úvelat minnek li ma óallsux il-bolla tal-óaddiema, jiíifieri 1184, huwa allarmanti u billi góidtli li d-Dipartiment qed jistenna li jkollu riúultat dwar l-identita' ta' dawn is-sidien permezz tal- komputerizzazzjoni tas-sistema fid-dipartiment, tista' tgóidli meta se titlesta din is-sistema komputerizzata?", "Ma tistax twaqqaf \"task-force\" fid-dipartiment biex kull íimgóa tara liema huma dawk is-sidien li ma jkunux góaddew il-flus tal-bolli lid- dipartiment biex b'hekk il-problema ma tirkibniex?", "Tista' tordna li fil-programm tal-komputerizzazzjoni tax-xogóol fid- dipartiment tittella' lista kull íimgóa ta' dawk is-sidien li ma jkunux óallsu l-bolla tal-óaddiema biex b'hekk ikun aktar faðli li jsir follow-up ta' dan l-abbuúi, li l-Interpellant iqis li huma serjissimi?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Kif diga' ghidt fit-twegiba ghall-mistoqsija parlamentari numru 19037, (kopja mehmuza), il-komputerizzazzjoni tas- sistemi kollha tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali trid iz-zmien.", "Illum m'inix f'pozizzjoni li nghid meta s-sistemi se jkunu kollha komputerizzati.", "Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Interpellant li n-nuqqas ta' hlas ta' kontribuzzjonijiet minn sidien hu abbuz serjissimu, tant hu hekk li kont diga' tajt struzzjonijiet li fis-sistema komputerizzata dwar il-hlas tal- kontribuzzjonijiet irid ikun hemm il-facilita' li min jonqos li jhallas jigi identifikat fil-pront.", "SIÍRA TAL-ÓARRUB", "20325.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru góall-Ambjent: Jista' l-Ministru jordna biex is-siíra tal-óarrub li qed tonqos kull sena minóabba l-iúvilupp li hawn, tiíi dikjarata siíra protetta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment góall-Óarsien ta' l- Ambjent qiegóed jaódem fuq regolamenti góall-óarsien tas-siíar.", "Dawn iridu jsiru b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li llum jieóu ósieb il-óarsien tas-siíar.", "Nirreferi ukoll l-Onor.", "Interpellant góat-tweíiba li tajtu góall- mistoqsija parlamentari numru 19997 Seduta Nru. 288 góar-rigward il-miúuri li tista' tieóu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar."]} {"filename": "20011121_645d_par.doc", "date": "2001-11-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 645 L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 645", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "645", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 175", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 175", "TQEGĦID TA' KARTI 181", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 181", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 181", "AĠĠORNAMENT 202", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 206", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 644 li saret fl-20 ta' Novembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - TAGĦLIM TA' L-INGLIZ LILL-BARRANIN", "29315.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' l- iskejjel kollha li fis-sajf li għadda ntużaw għat-tagħlim ta' l-Ingliż lill- barranin u f'kull każ jgħid ma' liema skola jew organizzazzjoni sar il- ftehim għall-użu ta' l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-iskejjel li krew xi parti mill-iskola tagħhom għall-iskop imsemmi huma dawn:", "In Lingua School of Languages", "Lily of the Valley, Girls' Secondary School, Mosta", "Antonio Bosio, Boys' Secondary School, Gzira (15 classes)", "Primary School, St Julian's (classes and part of yard)", "Primary School, Msida", "Education English Centre", "Vincenzo Bugeja, Boys' Secondary School, Santa Venera", "European Community Language School", "Sir Luigi Preziosi, Girls' Secondary School, St Andrew's (Classes, yard and offices)", "NSTS English Language Institute", "Primary School, Lija (classes and one office)", "Calypso Academy of English Language Sir MA Refalo Centre for Further Studies, Victoria, Gozo.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk id- dipartiment ta' l-edukazzjoni rċeviex xi rapporti dwar għalliema li kienu assenti għal-lezzjonijiet fl-iskola tar-Rabat minħabba l-impenn tagħhom li jmexxu l-canteen ta' l-istess skola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa għadhom ma rriżultawlix dawn it-tip ta' ilmenti.", "UNIVERSITA` TA' MALTA", "29473.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm hemm studenti minn Bormla, Birgu, Isla, Fgura, Kalkara, Xgħajra u Zabbar irreġistrati fl-Universita` ta' Malta?", "Jista' jindika s-sess tagħhom sena b'sena u l-korsijiet rispettivi li qed jieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET", "29614.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Jose` Herrera) staqsa lill- Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi fi ħdan id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll minn huma ċ-chairman, iċ-chief executive officers, id-diretturi u l-konsulenti legali ta' dawn l-istess entitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, it-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INCOME TAX - KONTRIBUZZJONI SETTORJALI", "29593.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru.", "16037 għas-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari nru.", "16651 f'seduta 312 u 16842 f'seduta 317.", "PENSJONANTI", "29594.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala pensjonanti ġewwa n- Naxxar, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr u l-Mellieħa?", "Kemm minnhom jirċievu l-pensjoni f'kull kategorija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru): Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinqasam hekk:", "| |Irtir|Romol|Invalid|Total| | |ar | |ita' | | |Naxxar |485 |202 |355 |1042 | |Għargħu|114 |72 |87 |273 | |r | | | | | |San |386 |183 |288 |857 | |Pawl | | | | | |il-Baħa| | | | | |r | | | | | |Mġarr |149 |53 |107 |309 | |Mellieħ|349 |135 |232 |716 | |a | | | | |", "Pensjoni mhux Kontributorja", "Naxxar 29 Għargħur 11 San Pawl il-Baħar 40 Mġarr 14 Mellieħa 26", "GĦAWDEX - ŻVILUPPI", "29759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- istatistika dwar kif sejrin l-oqsma ekonomiċi differenti f'Għawdex skond it- tagħrif li jiġbor l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar il-ħolqien ta' ġid f'pajjiżna u l-iżvilupp ekonomiku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jiena nformat li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika qed jimpenja ruħu sabiex tinġabar statistika bażika dwar Għawdex.", "Fil-fatt hemm il-ħsieb li fil-futur tinħareġ pubblikazzjoni separata li tkun tiġbor fiha statistika dwar din il- gżira.", "GĦAWDEX - QGĦAD", "29760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-aħħar statistika dwar il-qgħad f'Għawdex?", "Jista' t-tagħrif jingħata b'mod li juri kemm minnhom huma irġiel, nisa, l- eta` li għandhom, x'livell edukattiv u ta' snajja għandhom, u mil-liema lokalita` ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l- informazzjoni mitluba dwar persuni f'Għawdex li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Settembru 2001.", "GĦAWDEX - IMPJIEGI", "29763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l- istatistika ta' l-uffiċċju nazzjonali dwar l-istatistika dwar il-qagħda ta' l-impjiegi f'Għawdex:", "1) fis-settur pubbliku 2) fis-settur privat fl-oqsma differenti 3) dawk li jaħdmu għal rashom 4) biedja 5) sajd?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din l-informazzjoni hija bbażata fuq l- aħħar stħarriġ dwar il-qasam tax-xogħol li joħroġ mil-labour force survey li sar matul Ġunju li għadda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li tul dawn l-aħħar 30 sena kienet il- prattika tal-gvernijiet Maltin li jipproteġu s-settur tal-biedja u l- impjiegi marbuta miegħu permezz ta' strutturi anke marbuta mal-protezzjoni tal-levy – li għalkemm ma jitħallsux mill-konsumaturi huma soġġetti li jinċentivaw u jagħtu l-protezzjoni meħtieġa lill-industrija lokali - jista' l-Ministru jispjega kif mhux se jkun hemm telf ta' impjiegi meta dawn il- levies jitneħħew?", "Meta l-Ministru attenda għall-konferenza tal-WTO fil-Qatar, ma rriżultalux li fl-Unjoni Ewropea ġew irreġistrati 539 special safeguard provision for agricultural produce u 87 tariff quota sabiex tabilħaqq jipproteġu s-settur tal-biedja u l-industrija ta' l-ikel li l-istess Unjoni Ewropea tiddefinixxi bħala prijorita`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fl-1987 il-gvern kien sab sitwazzjoni fejn f'ħafna każi l-protezzjoni kienet bil-forma ta' liċenzja u prattikament kien hemm projbizzjoni ta' importazzjoni ta' prodotti minn barra kemm f'oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura kif ukoll f'oħrajn li m'għandhomx jaqsmu ma' l-agrikoltura.", "Aħna biddilna din it-tip ta' politika billi s-sistema ta' liċenzji ġiet imwarrba ħlief f'każijiet ta' logħob tan-nar, affarijiet ta' saħħa, eċċ. Dak iż-żmien kellna ħafna stqarrijiet fejn kien jintqal li kienu se jintilfu numru ta' impjiegi minħabba li l-gvern kien se jilliberalizza.", "Fil-fatt f'\"l-orizzont\" kien ġie rrapportat li madwar 10,000 impjieg kienu qed jiġu mhedda.", "U minflok aħna għamilna sistema ta' levies temporanji - kemm fuq prodotti industrijali kif ukoll fuq prodotti agrikoli – biex jagħtu nifs lis-settur protett biex huwa jaġġusta u jimmodifika, pero` dawn kien hemm cost tagħhom.", "Meta kien hemm is-sistema tal-liċenzji, ma kienx hawn kompetizzjoni f'ħafna oqsma u l-konsumatur kellu jibla' litteralment dak li jsib, bil-prezz li jsib u bil-kwalita` li jsib.", "Aħna dehrilna li din ma kenitx korretta u għalhekk għamilna s-sistema tal-levies.", "Dawn il-levies għamilnihom biżżejjed għoljin f'ċertu każi, li wkoll kellhom daqsxejn minn dan l-effett, jiġifieri li kienu kważi qed iwasslu għal ċerti prodotti minn barra li jekk jidħlu jkunu għoljin ħafna fil-prezz u jkunu projbittivi.", "U bdejna bil-proċess ta' liberalizzazzjoni.", "Illum għall-grazzja t'Alla, tan-naħa l-oħra jaqblu li l-proċess ta' liberalizzazzjoni sewa ta' ġid lill-pajjiż.", "Dawn mhux hekk kienu jitkellmu 13 jew 14-il sena ilu!", "Dak iż-żmien kulħadd kien ibeżża' bil-possibbilta` ta' telf ta' eluf ta' impjiegi u llum dan kollu żvinta fix-xejn għax minflok ma tlifna l-impjiegi, iggwadanjajnihom.", "Il-konsumatur ġie protett aħjar għax issa għandu l-kompetizzjoni u mhux it-taxxa fuq l-importazzjoni qawwija kif kienet jew il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni kif kienet, u s- sitwazzjoni mxiet 'il quddiem.", "Naturalment kien hemm xi kumpanniji, bħal dik taċ-ċikkulata, li ma baqgħux jipproduċu pero` kien hemm oħrajn li rristrutturaw.", "Pero` overall il-liberalizzazzjoni wasslet għall-kreazzjoni ta' impjiegi u għat-tkattir tal-ġid – anke l-Partit Laburista jaqbel ma' dan – u dan kontra dak li kienu jgħidu qabel.", "U huwa fatt dokumentat li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ammetta li l-liberalizzazzjoni ġabet progress.", "Jiena ngħid li kulma qed nagħmlu bħalissa huwa fl-istess pass ta' liberalizzazzjoni u sfortunatament l-iżball qed jirrepeti ruħu min-naħa ta' l-oppożizzjoni għax filwaqt li dak iż-żmien żbaljaw - u llum ammettew li żbaljaw fuq il-fatt ta' liberalizzazzjoni - illum qed jikkommettu eżatt l- istess żball.", "Meta wieħed jiżbalja u jammetti li żbalja jkun qed joħroġ ta' nies imma li jerġa' jiżbalja fuq prattikament l-istess ħaġa, ma tinftehimx.", "Issa l-politika tal-gvern hi li nimxu 'l bogħod mis-sistema tal-levies għax dawn kienu temporanji, mhux għall-prodotti industrijali biss imma anke għall-prodotti agrikoli.", "Fuq il-prodotti industrijali hemm madwar 400 levy li naqset f'dawn l-aħħar tliet snin u hemm fażi oħra li se tonqos fl-1 ta' Jannar, 2002.", "U dan qed iwassal għal tnaqqis fil-prezz ta' diversi prodotti.", "Per eżempju, is-sena li għaddiet kellna tnaqqis fuq ħafna prodotti li għandhom x'jaqsmu mas-sapun, detergents, eċċ. u issa bdejna bl- ewwel fażi ta' tnaqqis ta' 20% tal-levies fuq prodotti bħall-għamara u f'Jannar dawn se jonqsu bi 30%.", "Jiġifieri f'temp ta' ftit iktar minn sena l-levy se tkun naqset bin-nofs fuq prodotti importati.", "Minkejja dan, ċertu xogħol, bħal dak ta' l-għamara, xorta għadu għaddej b'rata għolja u għall- grazzja t'Alla nħolqu wkoll inizjattivi ġodda.", "Per eżempju, illum hemm tliet kumpanniji kbar li għall-ewwel darba qegħdin jingħaqdu flimkien fuq proġett biex jesportaw l-għamara u jfornu hotel li qed tinbena barra minn Malta bl-assistenza ta' l-MDC u ta' l-IPSE.", "U aħna dan hu li rridu għax is-suq tagħna huwa żgħir wisq u ma jistax jagħti avvanz biżżejjed għal setturi li jiddependu fuqu biss.", "Dan huwa l-punt prinċipali fuqhiex hija bbażata l-politika ekonomika ta' dan il-gvern.", "Is- suq tagħna tant huwa żgħir li m'huwiex biżżejjed biex wieħed jiffoka fuqu jekk irid verament javvanza l-istandard of living ta' min qed jaħdem f'dak is-settur u għalhekk irridu nsibu sistema kif nistgħu naġġustaw din is- sitwazzjoni.", "Aħna qed ngħidu li dawk il-levies li huma rilevanti jistgħu jitnaqqsu, hemm levies li m'humiex daqshekk rilevanti, hemm ukoll levies fuq prodotti ta' l-agro-processing food li għad iridu jiġu diskussi ma' l- operaturi ta' dan is-settur u din se twassal biex il-protezzjoni tonqos.", "Pero` aħna qed ngħidu li mhux se nħallu l-affarijiet hemmhekk.", "Aħna rridu naqblu ma' min huwa konċernat fis-settur ta' l-agro-food sector biex naraw kif dan is-settur nistgħu ngħinuh b'modi differenti u mhux sempliċement nagħmlu taxxa fuq il-prodotti importati, li finalment xorta se jħallasha l-konsumatur.", "Aħna rridu nagħmlu assistenza aktar diretta u identifikata li twassal biex ikun hemm din ir-ristrutturizzazzjoni għax nemmnu li twassal għal titjib fl-istandard of living tal-pajjiż.", "Din tinvolvi bidla, imma bħalma ġara bejn l-1987 u l-1988, meta bdejna nilliberalizzaw, u kien hemm predictions ta' doom and gloom, dwar din il- bidla hemm min qed jagħmel l-istess predictions u sfortunatament mhux qed ikollu viżjoni biżżejjed biex jara kif wieħed jista' jirriforma l-agro- industrial sector, li għandu l-limitazzjonijiet tiegħu għax ma jistax jibqa' jiddependi biss fuq is-suq tagħna, u wieħed itejjeb il-prodott, il- kwalita` u l-aċċess tas-suq.", "Din hi l-istrateġija.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa x'pożizzjoni ħadet Malta fil-WTO meta delegazzjoni magħmula mill-ministeru tiegħi u mill-ministeru għall- affarijiet barranin kienet marret Doha.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, on a point of clarification.", "Id- domanda tiegħi kienet dwar it-tariff quotas u l-ispecial safeguard position for agricultural produce.", "Jien għedt ukoll li pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u dawk barra mill-Unjoni Ewropea u li huma membri tal-WTO, kollha għandhom din il-forma ta' protezzjoni għall-agrikoltura u s-settur tas-sajd tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dik hija parti li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea u nsemmi xi ħaġa fuqha aktar tard, pero` il-pożizzjoni li ħa l- gvern Malti f'Doha, kienet li aħna lkoll naqblu li l-liberalizzazzjoni fil- kummerċ twassal għat-tkattir tal-ġid internazzjonali, pero` enfasizzajna – forsi hija l-ewwel darba li din saret b'mod konkret – li hemm dawk li nsejħulhom non-trade concerns.", "Dawn jgħidu li hemm affarijiet rilevanti li m'għandhomx x'jaqsmu biss mal-kummerċ internazzjonali fis-settur ta' l- agrikoltura.", "Aħna rridu nagħtu attenzjoni lil dan is-settur mhux biss għax qed jipproduċi l-affarijiet għall-ikel imma għax huwa tajjeb biex inżommu l- għelieqi tagħna okkupata u maħduma mill-bdiewa, għax dan jagħmel tajjeb għall-ambjent u għall-kampanja tagħna.", "Mr Speaker, huwa interessanti li dan huwa l-istess argument li l-Unjoni Ewropea qiegħda ssostni.", "Il-commissioner ta' l-agrikoltura, Fischler, laqqa' flimkien 40 pajjiż, fosthom il-candidate countries kollha u diversi gżejjer żgħar bħal tagħna, u wieħed mill-argumenti li domna niddiskutu għal sagħtejn sħaħ f'dik il-laqgħa kien kif se nsaħħu t-text, li finalment qbilna dwaru, u ġie rifless ukoll l-argument tan-non-trade concerns.", "Dan huwa argument rilevanti ferm anke fin-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea għax iwassal biex wieħed jagħti attenzjoni speċjali lil dan is- settur li jista' jagħmel programm ta' riformi.", "Peress li dan is-settur għandu ċerti karatteristiċi li huma unique - aħna m'għandniex farms kbar bħal dawk li ssib fl-Unjoni Ewropea imma huma pjuttost small plots bir- rubble walls biex iżommu l-ħamrija, eċċ., - ħadna l-pożizzjoni - li l- Ewropa kienet qed tmexxi fil-WTO flimkien ma' pajjiżi oħra u li aħna qbilna magħha u sostnejniha – u għedna li dawn in-non-trade concerns huma rilevanti ħafna għalina u fuq din il-bażi aħna rridu nagħtu assistenza lis- settur ta' l-agrikoltura.", "Din kienet il-pożizzjoni uffiċjali li forsi għall-ewwel darba ġiet spjegata b'dan il-mod.", "Aħna f'dawn l-issues ta' non- trade concerns irridu niddiskutu anke ma' l-Ewropa biex naraw kif nistgħu nirristrutturaw is-settur.", "L-aħħar punt li semma l-Onor.", "Interpellant kien dwar it-tariff quotas, eċċ. Dawn ma tantx huma rilevanti għalina.", "Fis-settur agrikolu għandna s- sistema ta' levies li kważi kultant tagħmel il-prodott importat projbittiv jew inkella jkollok taxxa li tvarja skond l-istaġun, daqqa tkun għolja ħafna u daqqa tkun baxxa ħafna.", "Għalina din it-tip ta' taxxa m'hijiex rilevanti wisq u dawn il-quotas naħsbu wkoll li m'humiex rilevanti.", "Aħna ma noqogħdux nikkontrollaw l-importazzjoni billi nagħmlu limitu artifiċjali fuq kemm jista' jidħol prodott minn barra.", "Hawn min din is-sistema togħġbu għax minflok ma tintaxxa l-prodott qed tgħid li jista' jidħol biss ċertu ammont minnu u din twassal għal ċerta kompetizzjoni għax dak il-prodott se jidħol bil-prezz tiegħu u mhux bil-prezz artifiċjali bit-taxxa fuqu.", "Aħna jidhrilna li din it-tip ta' sistema m'hijiex daqshekk adattata għalina, li jkun ferm aħjar jekk aħna nagħtu assistenza diretta lis-settur agrikolu tagħna u b'hekk inkunu nistgħu ngħinu fir-ristrutturar li hemm bżonn isir.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, il-mistoqsija tiegħi hija referibbli speċifikatament fuq il-pożizzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea mhux fuq il-pożizzjoni li ħadet Malta.", "Peress li f'Doha l-Unjoni Ewropea nsistiet li tibqa' tenfasizza l-protezzjoni agrikola tagħha mhux biss fir-rispett ta' tariff quotas imma fir-rispett ta' items twal fil- qasam tal-biedja preferibbli għal-levies u sussidji għall-esportazzjoni, ma jirriżultax minn dak li qed jgħid il-Ministru li hu u l-gvern li japartjeni għalih huma kontra l-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea?", "Għax bl-istess argument li kien kontra l-levies għal Malta, għandu jkun kontra l-levies fl-Unjoni Ewropea; ma tistax tkun favur it-tneħħija tal- levies f'Malta u kontra li jitneħħew mill-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea f'Doha ħadet il-pożizzjoni li fil-qasam agrikolu ssostni sensila sħiħa ta' sussidji u levies fuq il-biedja.", "Allura l-Ministru u l-gvern tiegħu huma kontra dan is-sostenn li qed tagħti l-Unjoni Ewropea fil-WTO biex iżżomm il- levies u s-sussidji għall-esportazzjoni tagħha fil-qasam tal-biedja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant m'huwiex qed ikun accurate għax id-dokument finali li l-Ewropa qablet miegħu kien li tara x'jista' jsir biex l-export subsidies jitneħħew.", "Fil-fatt dan qiegħed fit- text.", "Il-problema hija li altru tpoġġi l-pożizzjoni waqt li n-negozjati għadhom qed jibdew u għadhom qed jiġu diskussi u altru l-pożizzjoni li finalment tasal għaliha wara li tikkonsidra kollox!", "U l-Ewropa dak li għamlet, aċċettat ħaġa li għall-ewwel ma reditx taċċettaha, jiġifieri li l- export subsidies over a period of time jiġu phased out.", "Din qiegħda fit- text u kien hemm problemi kbar fuqha biex tiġi aċċettata u fl-aħħar ġiet aċċettata.", "Damu lejl sħiħ jinnegozjaw - kien hemm affarijiet oħra li huma rilevanti wkoll kemm għall-Ewropa u kemm għalina - u waslu għall- kompromess li jnaqqsu l-export subsidies.", "Il-pożizzjoni li poġġejt jien ta' Malta ma kenitx waħda fejn qed tgħid li aħna nissapportjaw l-Ewropa mija fil-mija fuq kollox.", "Il-pożizzjoni li poġġejna aħna hija kif tinteressa lilna.", "L-Ewropa qed tpoġġi argumenti oħra li la ma kenux daqshekk rilevanti għalina, la dħalna fihom u lanqas għaddejna ġudizzju fuqhom.", "Jien m'għaddejtx ġudizzju fuq l-export subsidies u lanqas biss semmejthom fl-istqarrija u fid-diskussjonijiet li kellna.", "Peress li fis-settur tagħna hemm dawn in-non-trade concerns, u dan huwa punt importanti ħafna, aħna dehrilna li dan is-settur jistħoqqlu u ma nkunu qed niksru l-ebda dikjarazzjoni tal-WTO, billi aħna ngħinu lis-settur tagħna b'mod dirett mhux permezz ta' levies, jew permezz ta' projbizzjoni ta' l-importazzjoni, jew billi aħna nkunu f'pożizzjoni li ma nħallux kompetizzjoni tidħol minn barra, imma billi ngħinu lis-settur agrikolu bil- mod li jidhrilna li jwassal għar-ristrutturizzazzjoni ta' dan is-settur.", "Din hija l-pożizzjoni li ħadet Malta u m'hemm l-ebda inkonsistenza mal- pożizzjoni ta' l-Ewropa.", "L-Ewropa argumentat dwar affarijiet oħra, fosthom dwar l-export subsidies u finalment aċċettat ukoll li dawn l-export subsidies għandhom imorru fuq numru ta' snin.", "Dik kienet a big change fil-pożizzjoni ta' l-Ewropa wkoll.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwiex aware il-Ministru li fil-briefing li taw ir- rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura fi Bruselles, f'Pariġi u f'Berlin, għamluhielhom ċara li l-pożizzjoni ta' l- Unjoni Ewropea f'Doha tfisser li l-export subsidies fuq il-biedja u l- levies fuq il-biedja m'humiex se jitneħħew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, id-dokument jgħid li l-export subsidies għandhom jiġu riveduti with a view to being reduced and phased-out.", "Il- kelma phased-out hija ċara kemm għal din in-naħa kif ukoll għal tan-naħa l- oħra.", "Ejja niftakru x'sar f'Doha.", "F'Doha nfetaħ round ieħor ta' negozjati.", "Tan-naħa l-oħra kultant tagħmel dawn il-misjudgments billi taqbad biċċa minn hawn, taqbad biċċa minn hemm, tagħmel storja, tieħu l- konklużjoni u tipprova tagħmel l-implikazzjonijiet fuq Malta!", "U din tkun kollha bbażata fuq ir-ramel, Mr Speaker!", "Il-pożizzjoni ta' l-Ewropa kienet li l-export subsidies ikunu phased-out over a period of time.", "Dik hija r-round li qed tikkommetti ruħha li tidħol fiha bħala punt ta' partenza fin-negozjati tagħha.", "Hija ċara u ma naqbilx mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta jgħid li dan m'huwiex il-każ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar il-qgħad f'Għawdex fit-30 ta' Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29760.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-20 ta' Novembru, 2001)", "Klawsola 10 - Ċentru Malti għar-Restawr.", "Clause 10 - Malta Centre for Restoration.", "(Posposta fl-20 ta' Novembru, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, għal klawsola 10 għandi din l-emenda:", "\"J\" Klawsola 10 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) subklawsola (1) tagħha għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala paragrafu (a) tagħha, u minnufih wara l-paragrafu (a) kif enumerat mill-ġdid għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(b) Il-missjoni taċ-Ċentru hi li dan isir ċentru ta' eċċellenza għat- tagħlim, taħriġ, riċerka u prattika tal-konservazzjoni, restawr, manutenzjoni, tmexxija u preżentazzjoni tal-patrimonju kulturali, u biex jipprovdi servizzi u konsultazzjoni, dwar il-konservazzjoni u restawr skond ma jista' jkun meħtieġ minn korpi oħra, kemm pubbliċi u kemm privati.\"; u", "b) minflok subklawsola (3) (iv) għandha tidħol is-subklawsola li ġejja: \"sa erba' membri nominati mill-Bord, minn fost l-istituzzjonijiet li jikkoperaw maċ-Ċentru, u maħtura mill-Ministru flimkien ma' l- Universita' ta' Malta.\".", "\"J\" Clause 10 shall be amended as follows:-", "(a) subclause (1) thereof shall be renumbered as paragraph (a) thereof, and immediately after paragraph (a) as renumbered there shall be added the following new paragraph:", "\"(b) The mission of the Centre is to become a centre of excellence for the teaching, training, research and practice of conservation, restoration, maintenance, management and presentation of the cultural heritage, and to provide conservation and restoration services and consultation as may be required by other bodies, both public and private.\"; and", "(b) subclause (3) (iv) is to be deleted and substituted by the following:", "\"up to four members nominated by the Board, from among the institutions co-operating with the Centre, and appointed by the Minister jointly with the University of Malta.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Funzjonijiet taċ-Ċentru.", "Clause 11 - Functions of Centre.", "(Posposta fl-20 ta' Novembru, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal klawsola 11 għandi din l-emenda:", "\"K\" Klawsola 11 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "1) f'paragrafu (b) minflok il-kliem \"li jagħti parir\" għandhom jidħlu l-kliem \", wara konsultazzjoni mas-Sovrintendenza,\";", "2) f'paragrafu (i) minflok il-kliem \"jistabbilixxi u jmantni\" għandhom jidħlu l-kliem \"jippromwovi, jistabbilixxi, u jmantni\" u fit-test Malti minflok il-kelma \"failitajiet\" għandha tidħol il-kelma \"faċilitajiet\";", "3) f'paragrafu (j) minflok il-kliem \"u artiġjanali livelli\" għandhom jidħlu l-kliem \"u artiġjanali\";", "4) minflok paragrafu (k) għandu jidħol dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(k) li jippromwovi u jorganizza l-attivitajiet ta' tagħlim u ċertifikazzjoni tiegħu fil-parametri tar-Regolamenti ta' l-2000 dwar Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta' Malta b'mod li jippermettu progrediment minn livelli vokazzjonali għal dawk professjonali.\",", "u fil-marġini għandhom jidħlu l-kliem \"AL 215/2000.\"; u", "5) minnufih wara l-paragrafu (k) għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej: \"(l) li jidentifika ħiliet meħtieġa fis-settur kollu tal-patrimonju kulturali u l-mezzi kif dawn il-ħiliet jistgħu jkunu żviluppati, waqt li jinkoraġġixxi u jgħin ukoll żvilupp professjonali kontinwu għal dawk il-persuni li jaħdmu f'kull qasam tas-settur.\".", "\"K\" Clause 11 shall be amended as follows:-", "1) in paragraph (b) immediately after the words \"to advise\" there shall be added the words \", following consultation with the Superintendence,\";", "2) in paragraph (i) for the words \"to set up and maintain\" there shall be substituted the words \"to promote, set up and maintain\" and in the Maltese text for the words \"failitajiet\" there shall be substituted the word \"faċilitajiet\";", "3) in paragraph (j) for the words in the Maltese text \"u artiġjanali livelli\" there shall be substituted the words \"u artiġjanali\".", "4) paragraph (k) shall be deleted and substituted by the following:", "\"(k) to promote and organize teaching and certification activities within the parameters of the Malta Professional and Vocational Qualifications Regulations 2000 in such a way as to allow for progression from vocational to professional levels.\",", "and in the margin thereof to include the words \"LN 215/2000.\"; and", "(5) immediately after paragraph (k) there shall be added the following new paragraph: \"(l) to identify skills required throughout the cultural heritage sector and the means by which such skills can be developed, while also encouraging and supporting continuing professional development for those persons working in all occupations in the sector.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"K\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Strateġija Nazzjonali dwar il-Patrimonju Kulturali.", "Clause 12 - National Strategy for Cultural Heritage.", "(Posposta fl-20 ta' Novembru, 2001)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal klawsola 12 għandi din l-emenda:", "\"L\" Klawsola 12 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) f'subklawsola (1) wara l-kliem \"għandhom jiġu kkonsultati.\" għandhom jiżdiedu l-kliem: \"Il-Ministru għandu jpoġġi dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun lest, u l-Kamra għandha tiddedika seduta waħda għad-diskussjoni.\".", "\"L\" Clause 12 shall be amended as follows:-", "(a) in subclause (1) after the words \"as the Minister may deem proper.\" there shall be added the following words: \"The Minister shall cause a copy of such document to be laid on the Table of the House as soon as it is ready and the House shall dedicate one sitting for a discussion on it.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Il-Kumitat ta' Garanzija.", "(Kont.)", "Clause 14 - Committee of Guarantee.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-bieraħ konna qed nispjegaw il- mekkaniżmu ta' koordinament fil-qasam tal-wirt kulturali ta' pajjiżna u ġie rikonoxxut minn kulħadd li d-defiċjenza gravi li teżisti f'dan il-qasam hija n-nuqqas ta' koordinament li jeżisti bejn l-aġenziji pubbliċi - kemm bejn dawk li huma regolatorji kif ukoll bejn dawk li m'humiex - u n-nuqqas ta' affjatament u ta' tisħib effettiv u proattiv mal-membri kollha ta' l- għaqdiet volontarji u tas-settur privat li huma ħerqana li jagħtu kontribut f'dan ir-rigward.", "Aħna ħassejna li kienet xi ħaġa minn ewl id-dinja li biex dan il-koordinament iseħħ u biex iġġib lil kulħadd flimkien bl-obbligu ta' liġi, jinħtieġ li jinħoloq dan il-mekkaniżmu li fil-fatt qed noħolqu, u aħna jidhrilna li l-kumitat ta' garanzija qed jiġbor fi ħdanu lil dawk kollha li huma involuti.", "Sur President, ta' min jgħid li mal-persuni li se jikkomponu lil dan il- kumitat jien se nipproponi li tiżdied persuna oħra, liema persuna se tkun maħtura mill-ministru li jkun responsabbli minn Għawdex.", "B'hekk fuq il- kumitat ta' garanzija se jkun hemm il-president, li kif għedt diġa', se jkun bniedem li għandu ċertu axxendenza fil-pajjiż, se jkun hemm tliet persuni li ġejjin mill-ministeri responsabbli mit-turiżmu, mill-ambjent u minn Għawdex, se jkun hemm dawk li qed imexxu lill-entijiet pubbliċi f'dan il-qasam, jiġifieri s-sovrintendent, il-president ta' l-aġenzija \"Patrimonju Malta\", il-president taċ-ċentru tar-restawr u l-president ta' l- awtorita` ta' l-ippjanar, u mbagħad se jkun hemm ukoll ir-rappreżentant tal- kummissjoni għall-patrimonju kulturali kattoliku biex anke l-knisja Kattolika jkollha preżenza f'dan il-kumitat ta' garanzija u b'hekk mhux biss ikollha l-opportunita` li tiddefendi l-patrimonju kulturali tagħha imma wkoll li tagħti kontribut għal dan il-koordinament flimkien ma' tliet persuni oħra li jiġu maħtura mill-ministru minn fost persuni li jaħdmu fil- qasam tal-patrimonju kulturali u f'organizzazzjonijiet mhux governattivi ddedikati għall-patrimonju kulturali.", "Sur President, aħna qed nimponu li mill-inqas il-kumitat ta' garanzija jiltaqa' darba kull xahrejn, jiġifieri qed ngħidu li jekk ma jiltaqax darba kull xahrejn, teknikament tkun qed tinkiser il-liġi.", "It-tama tiegħi hi li s-seduti jsiru b'mod regolari, u m'għandix dubju li fil-bidu jsiru ħafna iktar spiss minn darba kull xahrejn.", "Ta' min jgħid ukoll li l-quorum qed jiġi deċiż b'ħames membri, jiġifieri hawnhekk il-quorum qed niffaċilitawh.", "Fl-opinjoni tiegħi n-numru tal-membri tal-kumitat ta' garanzija huwa raġunevoli ħafna.", "Fil-fatt hawnhekk qed nitkellmu fuq 12-il persuna, li kollha se jkunu nies ta' l-affari tagħhom li għandhom responsabbilta` kbira fil-pajjiż, u jien għandi għax ikolli fiduċja li dawn se jkunu lesti li jiddedikaw il-ħin li hemm bżonn - u aħna se nobbligawhom li jagħmlu dan - għal dan il-qasam.", "Issa ħalli ngħaddi biex nispjega l-funzjonijiet ta' dan il-kumitat.", "Sur President, jien beħsiebni nsaħħaħ il-missjoni ta' koordinament fil- kumitat ta' garanzija, u infatti qed nistenna li jġibuli proposta b'xi tibdil ħalli nkunu nistgħu niddiskutuha flimkien.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti terms of reference lil kull enti li qed tissemma hawnhekk, fosthom lis-sovrintendenza, lill-aġenzija \"Patrimonju Malta\" u liċ-ċentru Malti għar-restawr, pero` minħabba li l-kumitat ta' garanzija ma jistax jużurpa t-terms of reference ta' dawk l-enti, f'subklawsola (6) ta' klawsola 14 qed ngħidu \"mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att\", jiġifieri l-kumitat ta' garanzija jrid jirrispetta t-terms of reference ta' dawk l-enti.", "Anzi aħna nżidu ngħidu li wieħed mix-xogħlijiet tal-kumitat ta' garanzija għandu jkun li jassigura li dawn l-enti qed josservaw it-terms of reference li għandhom u jikkoordinawhom flimkien mat- terms of reference ta' l-entijiet l-oħra li qed insemmu, u fil-fatt hawnhekk irridu nżidu biċċa oħra biex nenfasizzaw kemm hu importanti dan il- koordinament.", "Dan kien punt li tqanqal minn proposta ta' \"Din l-Art Ħelwa\" u għalkemm fl-opinjoni tiegħi dan il-punt kien diġa' ċar, ma sibt l-ebda diffikulta` li nkompli nenfasizzah biex nassiguraw li l-kumitat ta' garanzija jifhem ir-rwol importanti li għandu f'dan ir-rigward.", "Minbarra l-funzjoni li jikkoordina b'mod effettiv, il-kumitat ta' garanzija għandu wkoll il-funzjonijiet li jiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn l- aġenziji differenti li jkollhom din ir-responsabbilta`, li jagħti pariri lill-gvern fuq l-istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kif ukoll li jiġbed l-attenzjoni tal-gvern, ta' xi organizzazzjoni jew ta' xi persuna dwar xi azzjoni urġenti li tista' tkun meħtieġa fil-qasam tal-patrimonju kulturali.", "Jien nemmen li l-għodda ta' dan il-kumitat għandu jkollha ċerta saħħa morali fuq dak li jkun.", "It-tama hi li meta dan il-kumitat jesprimi ruħu, ikun qiegħed jesprimi ruħu minħabba l-importanza ta' l-oġġett li jkun qiegħed jittratta, speċjalment meta jkun hemm bżonn azzjoni urġenti.", "Sur President, hawnhekk qed ngħidu li l-kumitat irid jiltaqa' regolarment u jikkonsulta mill-inqas kull erba' xhur ma' l-NGOs li jkunu qed joperaw fil- qasam tal-patrimonju kulturali.", "Din hija funzjoni importanti għax permezz tagħha mhux biss qed ninvolvu direttament lill-volontarjat li jaħdem f'dan is-settur bi preżenza fil-kumitat tal-garanzija u f'entijiet oħrajn, imma qegħdin ukoll nobbligawh li għallinqas darba kull erba' xhur dan irid jiltaqa' man-non-government organisations.", "Huwa veru li l-NGOs ikollhom diversi laqgħat, kemm mal-gvern, kemm mal-ministru konċernat, kemm ma' l- oppożizzjoni kif ukoll m'oħrajn, pero` dawn il-laqgħat ma jsirux regolarment u allura aħna riedna noħolqu ħolqa bejn l-għaqdiet volontarji u l-kumitat ta' garanzija biex ikun hemm a two-way traffic; sew biex l-NGOs iwasslu l-fehmiet, il-kritika, is-suġġerimenti u l-ilmenti tagħhom għand il- kumitat ta' garanzija kif ukoll biex il-kumitat ta' garanzija jkun jista' jagħti l-fehmiet tiegħu u jagħti gwida lil dawn l-għaqdiet fuq il-ħidma li tkun qed tiżvolġi f'dan is-settur.", "Imbagħad subklawsola (6) ta' klawsola 14 tgħid ukoll li l-kumitat għandu:", "\"(f) jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li toriġina mid- disposizzjonijiet ta' dan l-Att u fuq kull ħaġa oħra li tiġi lilu riferita mill-Ministru;", "(ġ) jisma' u jiddeċiedi appelli li jsirulu skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.\".", "Sur President, dawn huma funzjonijiet li jirrikjedu ċerta diskussjoni u anke ċerta rfinatura f'dan l-istadju ta' kumitat.", "Għaliex?", "Għax speċjalment meta nkunu qed nittrattaw is-setgħat speċjali ta' l-Istat, ikun hemm ċirkostanzi fejn is-sovrintendent jew awtoritajiet oħra li għandhom funzjoni taħt dan l-abbozz ta' liġi jkunu jistgħu jieħdu ċerti deċiżjonijiet u jagħtu ordnijiet u direttivi ta' diversi tipi fil-konfront ta' l-individwi, ta' l-organizzazzjonijiet u tal-privat.", "Naturalment dawk il-każijiet li jġorru magħhom proċeduri u pieni kriminali jibqgħu jiġu trattati skond il-liġijiet kriminali fil-qrati tagħna, pero` mbagħad hemm dawk id-deċiżjonijiet li huma iktar ta' natura amministrattiva.", "Issa l- liġi, f'ħafna minn dawn id-deċiżjonijiet, ma tipprovdi l-ebda rikors għall- kontestazzjoni ta' deċiżjoni amministrattiva - meta qed ngħid hekk irrid nagħmilha ċara li dan qed ngħidu bla preġudizzju għad-drittijiet taċ- ċittadini kollha li jikkontestaw kull ħaġa taħt il-kappa tax-xemx fil-qrati ordinarji tagħna - u allura aħna qed noffru rimedju biex jekk xi ħadd iħossu aggravat minn xi deċiżjoni amministrattiva li tkun ittieħdet, ikun jista' jappella quddiem dan il-kumitat ta' garanzija.", "Għaliex qed nagħmlu dan?", "Għax jekk wieħed jeżamina s-setgħat speċjali ta' l-Istat u jħares lejhom minn ċerta lenti jsib li huma qawwija ħafna u allura aħna ridna noħolqu a check and balance biex inkunu kemm jista' jkun ċerti li min jieħu d-deċiżjoni jkun ikkonfortat li dik id-deċiżjoni tista' tgħaddi minn skrutinju ta' konsiderazzjoni ta' grupp ta' nies li f'din il-materja għandhom jiddeċiedu kemm fl-interess tal-patrimonju kulturali imma wkoll b'rispett għad-drittijiet ta' l-individwi.", "S'issa għadna ma ħsibniex x'jiġri jekk il-kumitat ta' garanzija jiddeċiedi talba għal reviżjoni ta' appell minn xi deċiżjoni li jkun ħa s- sovrintendent, u allura naħseb li jkun tajjeb jekk iktar tard nagħmlu emenda biex nagħmluha ċara li sovrintendent ma jistax ikun imħallef tiegħu nnifsu jew ta' ħaddieħor.", "Issa se nħalli f'idejn il-kollegi tiegħi biex jagħmlu l-intervent tagħhom huma wkoll ħalli flimkien nipprovaw intejbu din il-klawsola.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta niġu biex nikkonsidraw u nirriflettu ftit fuq dan il-kumitat ta' garanzija, għandna nżommu quddiemna punt li fil-klawsoli li għamilna s'issa ħadna ħsiebu, pero` naħseb li fi klawsola 14 m'aħniex qed nieħdu ħsiebu biżżejjed jew inkella qed neħduh for granted.", "Fil-klawsoli li ddiskutejna s'issa semmejna l-bżonn ta' linkage bejn il-gvern, bejn l-għaqdiet volontarji non-governattivi u bejn is-settur kummerċjali.", "Issa jien qed nara li filwaqt li l-linkage bejn l-għaqdiet non-governattivi u bejn l-istrutturi pubbliċi qiegħed hemm, qed inħallu barra lis-settur kummerċjali, u jien naħseb li għandna ndaħħlu r- rappreżentanza tas-settur kummerċjali fil-kumitat ta' garanzija għax l- għaqdiet volontarji non-governattivi f'dan is-settur ma jiddejqu xejn li jkollhom relazzjonijiet mas-settur privat, anzi jgħidu li parti mill- ispirtu dinamiku u qawwi li għandhom, anke biex jagħmlu xogħol importanti f'dan is-settur, ġej mis-sinerġija tagħhom mas-settur kummerċjali.", "Aħna għandna dak li fl-Ewropa jissejjaħ the third sector għax għandna lis-settur pubbliku, lis-settur privat u lill-għaqdiet volontarji non-governattivi.", "Per eżempju, ir-rappreżentanza tal-bord taċ-ċentru Malti għar-restawr qiegħda miftuħa sa erba' membri, liema membri jintgħażlu mill-bord minn fost l-istituzzjonijiet li jikkooperaw maċ-ċentru, jiġifieri m'għandna niddejqu xejn jekk organizzazzjoni kummerċjali tkun qed tikkoopera maċ- ċentru, anzi fis-settur edukattiv kemm-il darba sħaqna kemm hu importanti li nsaħħu l-education business links.", "Jien naħseb li llum wasal iż-żmien li ninqatgħu mill-mentalita` li malli tmiss man-negozju, se tara flus biss.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li jekk wieħed jattendi l-attivitajiet li jorganizzaw \"Din l-Art Ħelwa\" u l-\"Fondazzjoni Patrimonju Malti\" jara li r- rappreżentanza tan-nies tan-negozju f'dawn l-attivitajiet tkun di prima persona, jiġifieri m'huwiex biżżejjed li dawn jagħtu l-appoġġ tagħhom lill- għaqdiet volontarji non-governattivi imma jkunu hemm di prima persona, bħala protagonisti, u allura jien nissuġġerixxi li ndaħħlu wkoll ir- rappreżentanza tas-settur kummerċjali fil-kumitat ta' garanzija.", "Issa għandhiex tirrappreżenta lis-settur kummerċjali fuq dan il-bord il-Malta hoteliers and restaurants association jew inkella r-riferenza għandhiex tkun iktar vaga hija kwestjoni oħra.", "Forsi ma tkunx idea ħażina jekk ikunu l-korpi kostitwiti li jirrappreżentaw lis-settur kummerċjali, kif isir f'oqsma oħra, pero` wieħed għad irid jara eżattament kif se jfassal din il- proposta.", "Sur President, wara li għaddejt dan il-kumment fuq ir-rappreżentanza tal- kumitat ta' garanzija, issa nixtieq nikkummenta daqsxejn fuq il- funzjonijiet ta' dan il-kumitat, u proprju se niġi għal paragrafu (ċ) ta' subklawsola (6), li jgħid hekk:", "\"jagħti pariri lill-Gvern fuq l-istrateġija nazzjonali għall- patrimonju kulturali;\".", "Ma nafx inkunx qed infettaq jekk nistaqsi għaliex hawnhekk il-kliem \"l- istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali\" huma miktuba b'ittri żgħar filwaqt li fi klawsola 12 dan il-kliem qed jinkiteb b'ittri kbar għax hawnhekk qed nitkellmu fuq dokument preċiż ta' l-istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali.", "Jien nifhem li x-xogħol tal-kumitat ta' garanzija għandu jkun an ongoing process u li mhux għax sar dokument ta' l- istrateġija nazzjonali darba, allura wieħed se jibqa' jirreaġixxi biss dwar dak id-dokument, imma naħseb li b'xi mod jew ieħor ir-riferenza għar-rabta bejn il-kumitat ta' garanzija u l-gvern, u l-pariri li dan ta' l-aħħar jagħti għall-istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali m'għandhomx jibqgħu daqshekk vagi.", "Wieħed jista' jistaqsi: Imma m'huwiex for granted li l-pariri li jagħti l-gvern se jiġu kkonsidrati għad-dokument ta' l- istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali?", "Jien qed ngħid - u naħseb li qed ngħid tajjeb - li fi klawsola 12 l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jagħmilha ċara li hemm dokument, li jissejjaħ \"Strateġija Nazzjonali għall-Patrimonju Kulturali, li huwa benchmark ta' x'qed nagħmlu u ta' fejn aħna sejrin, u bħala benchmark nazzjonali naħseb li jkun tajjeb jekk il-kumitat ta' garanzija jkollu xi forma ta' rabta ma' dak id- dokument.", "Naħseb li wieħed jista' jirranġa din is-sitwazzjoni billi f'paragrafu (ċ) ta' subklawsola (6), il-kliem \"l-istrateġija nazzjonali għall-patrimonju kulturali\" jinkitbu b'ittri kbar.", "Naturalment il-fatt li aħna qed nissuġġerixxu li ndaħħlu emenda bħal din bl-ebda mod ma jfisser li qed ngħidu li l-kumitat ta' garanzija m'huwiex se jkun qed jirreaġixxi għall-affarijiet kurrenti li jkunu għaddejjin u li d-dokument ma jkunx ħaseb dwarhom għax ir-realta` hija ħafna iktar ikkomplikata minn kull dokument u minn kull pjan li wieħed jista' jfassal.", "Issa ħalli niġu għal paragrafu (d) ta' subklawsola (6), li jgħid li l- kumitat għandu:", "\"jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern jew ta' xi organizzazzjoni jew persuna dwar xi azzjoni urġenti li tista' tkun meħtieġa fil-qasam tal- patrimonju kulturali;\".", "Aħna qed ngħidu li se jkollna kumitat li jiltaqa' mill-inqas darba kull xahrejn.", "S'issa għadna ma tkellimniex dwar il-loġistika ta' dan il-kumitat u wieħed ma jippretendix li jitkellem issa dwar dan, pero` dan il-kumitat se jkollu post li jkun tiegħu fejn ikun jista' jiltaqa?", "Dan il-kumitat se jkollu mqar persuna waħda bħala staff?", "In vista tal-fatt li din l- organizzazzjoni se tiltaqa' mill-inqas darba kull xahrejn - għalkemm aktarx li mbagħad tibda tiltaqa' ħafna iktar spiss minn hekk - x'se jiġri?", "X'se jsir biex wieħed jiġbed l-attenzjoni għall-azzjoni urġenti li jkollha bżonn tittieħed?", "Il-problema m'hijiex l-intenzjoni imma kif se jkun l-ingranaġġ tal-mekkaniżmu, u naħseb li rridu nirriflettu daqsxejn iktar dwar dan.", "Meta mbagħad niġu għal paragrafu (e) ta' subklawsola 6, insibu li dan jgħid hekk:", "\"jiltaqa' regolarment u jikkonsulta, mill-inqas, kull erba' xhur, ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi ...\".", "Jien naħseb li fix-xogħol ta' konsultazzjoni u fil-laqgħat li jsiru regolarment wieħed għandu jinkludi lis-settur kummerċjali wkoll.", "Tkellimna kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament dwar l- importanza tat-turiżmu kulturali.", "Kif jafu ħafna minna, iktar ma jgħaddi ż- żmien in-numru ta' siti li għandhom patrimonju kulturali u li huma managed mis-settur privat iktar qed jiżdied - aħna nawguraw li dan in-numru jkompli jiżdied - u allura naħseb li s-settur kummerċjali għandu jkun preżenti fil- laqgħat u fil-konsultazzjonijiet li l-kumitat ta' garanzija se jagħmel regolarment mas-settur privat.", "Aħna mhux l-ewwel darba li nagħmlu l- kritika li n-negozjanti jridu biss u m'humiex lesti li jagħtu, pero` filwaqt li xi drabi jkollna raġun li nagħmlu din it-tip ta' kritika, ikun hemm ukoll drabi oħra fejn ma jkollniex raġun.", "Jien naħseb li wieħed mill- modi ta' kif jista' jkollna politika inklussiva huwa billi ndaħħlu lis- settur kummerċjali bħala sieħeb ugwali anke f'dan il-livell ħalli wieħed ma jibqax jirrikorri biss għand is-settur kummerċjali għall-isponsorships jew għall-fondi biss imma b'hekk inkunu qed nissensibilizzaw lil dan is-settur iżjed biex fil-konsiderazzjonijiet kummerċjali li jagħmel idaħħal ukoll is- sensibbilta` li hemm bżonn fil-qasam tal-wirt storiku u kulturali.", "Issa se niġi biex ngħaddi kumment fuq paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6), li jgħid illi l-kumitat ta' garanzija se:", "\"jisma' u jiddeċiedi appelli li jsirulu skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Att.\",", "Kif diġa' qal il-Ministru, dan il-paragrafu kif inhu espress huwa vag u qed jagħti l-impressjoni li l-kumitat ta' garanzija se jkun speċi ta' bord ta' appell jew qorti ta' appell.", "Jien naħseb li kif s'issa għamilna sforz biex l-istrutturi l-oħra kollha li waqqafna jkunu flessibbli u jkollhom funzjoni ċara u diretta, hekk ukoll għandna nagħmlu sforz biex nifhmu aħjar x'qed ngħidu f'paragrafu (ġ).", "F'liġijiet ta' pajjiżi oħra jeżistu mekkaniżmi bħal dawn.", "Per eżempju, filwaqt li hemm pajjiżi fejn inti ma jkollokx ċans tappella jekk tittieħed id-deċiżjoni li l-post fejn tkun toqgħod ikun listed, jiġifieri jekk il-post tiegħek ikun daħal fl-inventarju tal- patrimonju kulturali, hemm pajjiżi fejn inti jkollok id-dritt to delist your property.", "Imbagħad hemm ukoll pajjiżi li għandhom struttura simili għall-kumitat ta' garanzija, anke jekk imsemmi mod ieħor, u hemm pajjiżi oħra fejn l-appell isir lill-ministru prinċipali direttament.", "Per eżempju, fil-każ ta' l- Ingilterra hekk jiġri.", "Sur President, kif qal il-Ministru, paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6) huwa miftuħ ħafna, u dan jista' joħloq problemi kbar għall-istrutturi biex jiffunzjonaw.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett irrid nirringrazzja lill- Onor. Bartolo għall-kummenti kostruttivi li għamel filwaqt li ngħid mal- ewwel li rigward ir-rappreżentanza tas-settur kummerċjali m'għandux ikun hawn diffikulta`, pero` naturalment issa rridu nsibu formula kif nagħmlu dan, u donnha l-aħjar formula li qiegħed insib jien hija li f'paragrafu (i) ta' subklawsola (1), li jgħid:", "\"tliet persuni oħra maħtura mill-Ministru minn fost persuni li jaħdmu fil-qasam tal-patrimonju kulturali u f'organizzazzjonijiet mhux governattivi ddedikati għall-patrimonju kulturali.\",", "inżidu \"... u persuna oħra attiva fil-qasam kummerċjali.\"", "Idealment kieku jkun aħjar jekk inkunu iktar preċiżi, pero` almenu l-kelma \"attiva\" tindika li l-persuna li tintgħażel trid tkun qed tgħix ir-realta` tal-qasam ekonomiku u kummerċjali.", "Diġa' rriferejt għall-emenda li se tagħti lill- ministru responsabbli għal Għawdex id-dritt li jkollu persuna nominata u maħtura minnu.", "Meta mbagħad niġu għall-funzjonijiet ta' dan il-kumitat, insibu li paragrafu (a) ta' subklawsola (6) jgħid li l-kumitat għandu:", "\"mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Att, jikkoordina l-Entitajiet imwaqqfa taħt l-artikoli 7, 8 u 10 ta' dan l- Att;\".", "Issa aħna qed nipproponu li nżidu l-kliem \"u jiżgura kollaborazzjoni mill- iktar viċin bejn l-aġenziji differenti b'responsabbilta` diretta jew indiretta għall-protezzjoni u għat-tmexxija tas-settur tal-patrimonju kulturali\", pero` naħseb li iktar milli nżidu dan il-kliem f'paragrafu (a) għandna nemendaw paragrafu (b).", "Paragrafu (b) qed jgħid:", "\"jagħmilha possibbli li jkun hemm, ...\".", "Issa jien naħseb li minflok il-kliem \"jagħmilha possibbli\", biex dan il- paragrafu ma jibqax fluwidu, għandha tidħol il-kelma \"jiżgura\".", "Sur President, jien naqbel ukoll ma' l-Onor.", "Bartolo li f'paragrafu (ċ) ta' subklawsola (6) l-ewwel ittra tal-kliem \"l-istrateġija nazzjonali għall- patrimonju kulturali\" tkun miktuba b'ittri kbar għax jekk inħalluhom ittri żgħar jista' ma jkunx ċar biżżejjed li qed nirriferu għad-dokument \"Strateġija Nazzjonali għall-Patrimonju Kulturali\".", "Imbagħad f'paragrafu (ċ) għandna nżidu wkoll li l-kumitat ta' garanzija għandu \"sussegwentement jissorvelja u jsegwi l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija kif addottata mill-gvern u skond id-direzzjoni tal-ministru\".", "F'ċertu sens dan huwa ovvju, imma naħseb li huwa tajjeb li anke dak li huwa ovvju jiġi speċifikat fil-liġi.", "Qabel ma ngħaddi biex nikkummenta fuq paragrafu (d) ta' subklawsola (6), irrid ngħid li għandna nilqgħu s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Bartolo li qed jissuġġerixxi li anke f'paragrafu (e) nirriferu għas-settur kummerċjali, u allura nżidu l-kliem \"... u dawk li joperaw fis-settur kummerċjali.\"", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6)", "Sur President, iktar ma naħseb fuq dan il-paragrafu iktar donni qed nersaq lejn is-soluzzjoni li nipproponi li jiġi mħassar għax jekk noqogħdu nirriflettu nsibu li f'każ li xi ħadd ikollu l-proprjeta` immobbli tiegħu li tiġi skedata, diġa' hemm l-awtorita` ta' l-ippjanar li tipprovdi l- manjieri kollha possibbli għall-appelli meħtieġa u mbagħad jifdal biss tipi ta' deċiżjonijiet amministrattivi, li dwarhom jien ngħid li hemm rimedju ieħor għax minbarra li hemm il-qrati ordinarji, hemm ukoll l-ombudsman.", "Dan il-paragrafu kien daħal meta kienet qed tiġi kkonsidrata s-setgħa ta' l- Istat li jekk ikun jaf li hemm oġġett, bħal per eżempju, pittura, għall- bejgħ u s-sovrintendent iqis li dik il-pittura hija ta' patrimonju kulturali u ta' ċertu valur għan-nazzjon, dan jista' jidħol bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ u jgħidilhom li dik il-pittura se jixtriha hu.", "Meta kienet qed tiġi diskussa din is-setgħa, kien hemm min deherlu li wieħed ikun qed jazzarda li jagħti lill-Istat din is-setgħa, pero` jekk xi ħadd jidhirlu li dan huwa ndħil abbużiv min-naħa tas-sovrintendent, dak dejjem jista' jiġi kkontestat fil-qrati tagħna.", "Naħseb li l-Onor.", "Bartolo kellu raġun meta qal li jekk lill-kumitat nagħtuh il-funzjoni li qed jipproponi paragrafu (ġ), jiġifieri li \"jisma' u jiddeċiedi appelli li jsirulu skond id- disposizzjonijiet ta' dan l-Att\", dan il-kumitat se jispiċċa qisu xi tribunal amministrattiv mgħobbi b'dawn il-ħafna \"iġbed 'l hawn u iġbed 'l hinn\" biex jinbidlu ċerti deċiżjonijiet u jiġi sfokat mill-funzjoni proprja tiegħu.", "Għalhekk naħseb li l-aħjar ħaġa hi li nressqu emenda biex il- funzjoni li tissemma f'paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6) tiġi mħassra.", "Issa ħalli niġu għal paragrafu (d) ta' subklawsola (6).", "Paragrafu (d) jgħid li l-kumitat għandu:", "\"jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern jew ta' xi organizzazzjoni jew persuna dwar xi azzjoni urġenti li tista' tkun meħtieġa fil-qasam tal- patrimonju kulturali;\".", "M'hemmx dubju li jekk aħna rridu verament li l-kumitat ta' garanzija jkollu l-istima tal-poplu u ta' kulħadd, dan irid jingħata l-istatus, u l-istatus ma jiġix biss mil-liġi imma anke minn ċerti affarijiet materjali, bħal per eżempju, mill-post fejn jiltaqa' u mill-appoġġ u mill-faċilitajiet li dan ikollu.", "Naturalment m'aħna se nagħmlu xejn lussuż għax lanqas biss naffordjawh dan, imma huwa inutli li nwaqqfu kumitat ta' garanzija, nippretendu li dan jiltaqa' darba kull tliet jew erba' ġimgħat u ma nipprovdulu l-ebda faċilitajiet.", "Jien persważ li xogħol il-president ta' dan il-kumitat m'hux se jkun biss li jkun preżenti għal-laqgħat li jsiru imma wkoll li jsegwi l-affarijiet u jkollu konsultazzjonijiet fuq bażi regolari ma' l-uffiċjali kollha biex ikun jista' jidderieġi minn hemmhekk.", "Naturalment imbagħad hemm bżonn ukoll li l-kumitat ta' garanzija jirregola ftit il-proċedura tiegħu, u fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi diġa' qed jagħmilha ċara li l-kumitat ta' garanzija għandu jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu.", "Issa meta ngħid \"proċeduri\" m'iniex qed nirriferi biss għall-proċeduri li jsiru waqt il-laqgħat għax kumitat ikollu ċerti funzjonijiet li jmorru lil hinn mil-laqgħat li jagħmel.", "Per eżempju, kumitat irid ukoll jiddeċiedi.", "Naturalment dejjem trid tħalli l-leeway li jekk, per eżempju, kumitat jgħidlek li għandu bżonn għaxar skrivani, tgħidlu li għaxar skrivani ma taffordjahomx.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Meta jiskatta l-mument fejn il-kumitat ta' garanzija jrid jiġbed l- attenzjoni?", "Naħseb li din hija diffiċli li wieħed jippreċiżaha u jilleġislaha u allura jrid iħalliha fis-sensittivita` tal-president tal-kumitat ta' garanzija.", "Ħafna affarijiet jaslu through the grapevine, jiġifieri permezz tal-mezzi tat-telekomunikazzjoni, permezz ta' informazzjoni anonima, permezz ta' kuntatti formali u anke permezz ta' kuntatti mill-iktar informali.", "Naħseb li hija bl-assidwita` tal-president u tal-membri tal-kumitat ta' garanzija li jkunu qed isegwu lil dan is-settur li l-kumitat jiddeċiedi li, per eżempju, fit-tali ħaġa ma jistax jieħu azzjoni.", "Jien nittama li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-awtoritajiet konċernati jidraw jintervjenu meta jaraw li quddiemhom għandhom każ urġenti, jew inkella aħjar minn hekk, jipprevjenu, pero` mhux l-ewwel darba li minkejja li ħaġa tkun dehret fil- gazzetta u jkun raha l-kap tad-dipartiment u l-ministru konċernat, ma jiġri xejn xorta waħda.", "Quddiemna għandna kumitat ta' garanzija li għandu jgħarbel il-każijiet li jiġu quddiemu u jiddeċiedi jekk, per eżempju, it- tali lment huwiex ġustifikat jew inkella jekk it-tali ħaġa hijiex urġenti, u naħseb li din hi l-manjiera kif wieħed irid jittekilja l-każijiet li jiġu quddiemu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, l-ewwelnett jien naqbel ukoll li għandna nħassru paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6).", "Meta mbagħad niġu għal paragrafu (d) ta' l-istess subklawsola, irrid ngħid mal-ewwel li fl- opinjoni tiegħi, l-emenda li ressaq il-Ministru saħħet ħafna r-rwol tal- kumitat ta' garanzija, liema rwol huwa proprju dak li jara jekk il-pjan li hemm imfassal huwiex qed jiġi mwettaq.", "Fuq l-istrutturi li għandna s'issa xi drabi jkun hemm ilmenti ġustifikati filwaqt li drabi oħra jkun hemm ilmenti li m'humiex ġustifikati.", "Per eżempju, ġieli minħabba l-ħafna xogħol li jkollhom in-nies li huma mpenjati fl-istrutturi eżistenti, idumu ma jagħtu r-rispons tagħhom għall-proposti li jsirulhom, pero` issa wieħed jista' jdur fuq il-kumitat ta' garanzija u jgħidlu li minkejja li huwa ressaq proposta għal inizjattiva fit-tali struttura, ma sema' xejn dwar dan.", "Jien inħoss li l-president tal-kumitat ta' garanzija se jkollu rwol importanti ħafna ta' leadership għax biex jiġbed l-attenzjoni ta' l- awtoritajiet jew ta' xi struttura fuq xi ħaġa żgħira ma nimmaġinax li bilfors se jkollu joqgħod ilaqqa' lill-kumitat, u allura iktar u iktar tikber l-importanza li l-persuna li tintgħażel ikollha ċerta dinamiżmu u taħdem f'dawn il-parametri li qed infasslu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal klawsola 14 għandi din l-emenda:", "\"M\" Klawsola 14 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) f'subklawsola (1) tagħha minflok il-kliem \"minn ħdax-il membru kif ġej:\"għandha tidħol il-kelma \"hekk:\", u minnufih wara paragrafu (c) għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(d) persuna maħtura mill-Ministru responsabbli għal Għawdex;\",", "u l-paragrafi l-oħra ta' din is-subklawsola għandhom jiġu rinumerati mill-ġdid (e) sa (j), u wara l-kliem \"għall-patrimonju kulturali\" fil- paragrafu (j) kif rinumerat mill-ġdid għandhom jiżdiedu l-kliem \"u persuna oħra attiva fil-qasam kummerċjali.\";", "(b) subklawsola (6) għandha tigi emendata kif ġej:", "(i) f'paragrafu (b) minflok il-kliem \"jagħmilha possibbli li jkun hemm,\" għandhom jidħlu l-kliem \"jiżgura li jkun hemm,\";", "(ii) f'paragrafu (c) minflok il-kliem \"l-istrateġija nazzjonali għall- patrimonju kulturali\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Istrateġija Nazzjonali għall-Patrimonju Kulturali, u sussegwentement jissorvelja u jsegwi l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija kif addottata mill-Gvern u skond id-direzzjoni tal-Ministru\";", "(iii) f'paragrafu (e) minnufih wara l-kliem \"fil-qasam tal-patrimonju kulturali\" għandhom jidħlu l-kliem \"u ma' dawk li joperaw fis-settur kummerċjali\";", "(iv) paragrafu (g) għandu jitħassar; and", "(c) minnufih wara subklawsola (6) għandha tiżdied din is-subklawsola ġdida li ġejja:", "\"(7) Membru li jkollu xi interess dirett jew indirett f'xi kuntratt jew f'xi azzjoni oħra magħmula jew proposta li ssir mill-Kumitat, għandu jiżvela x-xorta ta' l-interess tiegħu fl-ewwel seduta tal- Kumitat wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti.", "Dak il-kxif għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta u tali membru għandu jirtira mis- seduta waqt li dak il-kuntratt jew azzjoni tkun qed tiġi diskussa jew deċiża mill-Kumitat.\".", "\"M\" Clause 14 shall be amended as follows:", "a) in subclause (1) thereof for the words \"of eleven members as follows\" there shall be substituted the words \"as follows:\", and immediately after paragraph (c) there shall be added the following new paragraph:", "\"(d) a person appointed by the Minister responsible for Gozo;\",", "and the other paragraphs shall be re-enumerated anew (e) to (j), and after the words \"to cultural heritage\" in the renumbered paragraph (j) there shall be added the words \", and another person active in the commercial sector.\";", "(b) subclause (6) shall be amended as follows:", "(i) in paragraph (b) the word \"enable\" shall be substituted by the word \"ensure\";", "(ii) in paragraph (c) the words \"the national strategy for cultural heritage\" shall be deleted and substituted by the words \"the National Strategy for Cultural Heritage and subsequently oversee and monitor the implementation of the strategy as adopted by Government and as directed by the Minister;\";", "(iii) in paragraph (e) immediately after the words \"in the field of cultural heritage\" there shall be added the words \"and with persons operating in the commercial sector\";", "(iv) paragraph (g) shall be deleted; and", "(c) immediately after subclause (6) there shall be added the following new subclause:", "\"(7) Any member who has a direct or indirect interest in any contract or other action made or proposed to be made by the Committee, shall disclose the nature of his interest at the first meeting of the Committee after the relevant facts have come to his knowledge.", "Such disclosure shall be recorded in the minutes of the meeting, and such member shall withdraw from any meeting while such matter is discussed or decided by the Committee.\".", "Sur President, nixtieq inżid biss żewġ kummenti, l-ewwelnett billi ngħid li aħna qed inħassru l-possibbilta` ta' appell minn deċiżjonijiet amministrattivi, pero` din forsi jkollna ċans nirrikonsidrawha meta nkunu qed nitkellmu dwar is-setgħat ta' l-Istat.", "Żiedna wkoll klawsola li tirrigwarda l-conflicts of interest għax din kienet inqabżet.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Forum nazzjonali.", "Clause 15 - National Forum.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Qabel ma jibda jitkellem il-Ministru nixtieq ngħaddi kumment li m'huwiex fuq is-sustanza ta' din il-klawsola imma huwa fuq il-mod kif inhu mfassal dan l-abbozz ta' liġi.", "Ma taħsbux intom ukoll li jkun aħjar jekk klawsola 16, li tirrigwarda l-fond dwar il-patrimonju kulturali u li huwa amministrat mill-kumitat ta' garanzija, tiġi qabel klawsola 15?", "Jien naħseb li jkun jagħmel iktar sens jekk klawsola 16 tiġi qabel klawsola 15 - proprju għax din il-klawsola qed titkellem fuq fond amministrat mill-istruttura tal-kumitat ta' garanzija, li għadna kemm iddiskutejna - u mbagħad klawsola 15 tiġi klawsola 16 għax b'hekk inkunu qed inġibu lill-protagonisti kollha li jissemmew f'dan l-abbozz ta' liġi flimkien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija idea tajba li jien naqbel magħha u għalhekk meta nispiċċaw id-diskussjoni se nressaq emenda sabiex nagħmel ir- renumbering ta' dawn iż-żewġ klawsoli, pero` naħseb li għalissa nistgħu niddiskutuhom kif inhuma.", "Sur President, aħna qed nipproponu li darba f'sena l-entijiet li qed inwaqqfu - jiġifieri s-sovrintendenza, l-aġenzija patrimonju Malta, iċ- ċentru Malti għar-restawr, il-kumitat ta' garanzija, il-kummissjoni għall- patrimonju kulturali kattoliku, il-kummissjonijiet, id-dipartimenti u l- entijiet tal-gvern li huma involuti, is-sindki tal-kunsilli lokali u l- organizzazzjonijiet mhux governattivi - għandhom jinġiebu flimkien f'forum nazzjonali bl-iskop li jkunu jistgħu jagħmlu diskussjoni fuq dan is-settur.", "Meta konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, kien hemm min staqsa: Biex isir forum nazzjonali hemm bżonn li dan joqgħod jissemma fil-liġi?", "Strettament le, m'hemmx għalfejn, jiġifieri f'ċertu sens li kieku ħallejna barra dak li tista' torganizza bi ftit sens komun, dan l-abbozz ta' liġi seta' kellu immaġni iktar sempliċi u żnella, pero` jekk inħarsu lura nsibu li dawn l-entitajiet ftit li xejn iltaqgħu flimkien.", "Fil-fatt dawn iltaqgħu flimkien biss sporadikament, f'mumenti ta' kriżi, bħal per eżempju, meta seħħet dik it-traġedja fl-Imnajdra jew inkella meta xi kultant il-gvern ħass il-bżonn li jlaqqagħhom flimkien.", "Għalhekk naħseb li jkun jagħmel sens li llum, li qed inżidu l-kuxjenza fuq dan il-qasam, darba f'sena l-entitajiet involuti jiġu mistiedna għal forum nazzjonali.", "Naturalment għal dan il-forum jiġu mistiedna wkoll dawk l- organizzazzjonijiet mhux governattivi li jkunu ġew reġistrati mis- sovrintendenza bħala organizzazzjonijiet li għandhom l-għan ewlieni li jieħdu ħsieb il-patrimonju kulturali, nies mill-Universita` ta' Malta u minn istituzzjonijiet edukattivi oħra u kulmin juri interess li jattendi għal dan il-forum għax jien qed nifhem li forum bħal dan jiġi msejjaħ xahar jew xahar u nofs qabel, jiġifieri kulmin ikun interessat ikollu ċans jinforma lil min ikun qed jorganizza dan il-forum li jixtieq jattendi.", "Sur President, ta' min jgħid li d-diskussjoni li se ssir f'dan il-forum se tkun fuq rapport li jrid iħejji u jippreżenta s-sovrintendent dwar l-istat tal-patrimonju kulturali.", "Qed ngħidu wkoll li l-president tal-forum se jinħatar mill-ministru konċernat, u l-ministru, min-naħa tiegħu, jista' jagħmel regolamenti biex isiru l-minuti ta' kull laqgħa tal-forum u jintbagħtu lilu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naqbel li l-forum nazzjonali jissemma fil- liġi għaliex sfortunatament f'Malta m'huwiex ovvju li n-nies jiltaqgħu flimkien biex jiddiskutu x'għandhom jagħmlu dwar xi ħaġa.", "Naf li l- istruttura hija miftuħa u kulmin huwa interessat jista' jattendi, imma naħseb li ma tkunx idea ħażina li anke hawnhekk, insemmu lis-settur kummerċjali, għax ġaladarba għamilna emendi biex insemmu lil dan is-settur fi klawsoli oħra, ikun aħjar jekk insemmuh f'din il-klawsola wkoll.", "Fil-liġi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar hemm miktub speċifikament meta għandhom isiru l-public hearings u jekk m'iniex sejjer żball, għandha provvediment li jgħid speċifikament li meta jkun se jsir xi public hearing, issir ċerta pubbliċita` dwaru ħalli n-nies jiġu informati bih.", "Għalhekk huwa importanti li fil-liġi jkun hemm stipulat li meta jkun se jsir xi public hearing, bħal meta, per eżempju, ikun se jsir xi forum nazzjonali għall-patrimonju kulturali, isir avviż pubbliku dwar dan fejn f'dan l-avviż jiġi speċifikat meta se jsir dan il-forum u fejn se jsir.", "Sur President, għandi żewġ suġġerimenti oħra, li wieħed minnhom ma naħsibx li hemm għalfejn jissemma fil-liġi, pero` naħseb li l-ieħor ma tkunx idea ħażina li jissemma fil-liġi.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 15 tgħid hekk:", "\"Il-Forum jiddiskuti l-istat tal-patrimonju kulturali b'mod ġenerali wara li jisma' rapport dwaru li jitħejja mis-Sovrintendent.\".", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li fi klawsola 7, meta tkellimna dwar id- dmirijiet tas-sovrintendenza, ma semmejniex li wieħed mid-dmirijiet tiegħu huwa li jagħmel dan ir-rapport.", "Wieħed jista' jgħid li qed infettaq, imma jien inħoss li dan ir-rapport huwa funzjoni importanti ħafna fir-rwol tas- sovrintendent u għalhekk nissuġġerixxi li kif f'pajjiżna daħlet id-drawwa li jsiru state of the environment reports - u huwa importanti ħafna li tkompli titrawwem il-kuxjenza dwar kemm huwa importanti li l-istate of the environment report joħroġ darba fis-sena - hekk ukoll għandu jsir fir- rigward ta' l-istate of the national heritage report.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li għandu jiġi segwit il-format ta' l-istate of the heritage report li jippreżenta l-kunsill ta' l-Ewropa meta jkun qiegħed janalizza s- sitwazzjoni tal-patrimonju kulturali ta' xi pajjiż.", "Fil-fatt anke l-UNESCO toħroġ status report dwar dan il-qasam u f'dan ir-rapport tagħmel analisi ta' dak il-heritage li jkun at risk.", "Sur President, jien nissuġġerixxi wkoll li l-proċeduri tal-forum li jkunu ppubblikati m'għandhomx jintbagħtu biss lill-ministru imma għandhom jintbagħtu lill-ministru u lill-kumitat ta' garanzija.", "Huwa veru li l- president tal-kumitat ta' garanzija se jkun preżenti għal dan il-forum, pero` b'hekk tkun qed tinġibed l-attenzjoni tal-kumitat ta' garanzija għal dak li jkun qed isir.", "Fil-fehma tiegħi b'dan il-mod inkunu qed insaħħu r- rabtiet li għandu jkun hemm bejn l-istrutturi differenti li jaħdmu flimkien għall-għan tal-ħarsien u l-promozzjoni tal-wirt storiku u kulturali tagħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naqbel ma' dawn il-kummenti u fil- fatt lestejt emenda li nista' nipproponiha.", "Nipproponi din l-emenda:", "\"N\" Klawsola 15 għandha tigi emendata kif ġej:-", "(a) klawsola 15 għandha tiġi rinumerata bħala klawsola 16;", "(b) f'subklawsola (1) immedjatament wara l-kelma \"konsulenti,\" għandhom jidħlu l-kliem \"rappreżentanti tas-settur kummerċjali,\";", "(c) f'subklawsola (5) minnufih wara l-kliem \"lill-Ministru\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"u lill-Kumitat ta' Garanzija;\"; u", "(d) minnufih wara subklawsola (5) kif emendata għandha tiżdied din is- subklawsola ġdida li ġejja: \"(6) Il-Ministru għandu jagħti avviż pubbliku bil-quddiem xahar qabel ma jiltaqa' l-Forum.\".", "\"N\" Clause 15 shall be amended as follows:", "(a) clause 15 shall be renumbered as clause 16;", "(b) in subclause (1) immediately after the word \"consultants,\" there shall be added the words \"representatives of the commercial sector,\";", "(c) in subclause (5) immediately after the words \"to the Minister\" there shall be added the words \"and to the Committee of Guarantee.\"; and", "(d) immediately after subclause (5) as amended there shall be added the following new subclause:", "\"(6) The Minister shall give advanced public notice a month before the meeting of the Forum.\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"N\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Fond dwar il-Patrimonju Kulturali.", "Clause 16 - Cultural Heritage Fund.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, kif għedna qabel, klawsola 16 se tiġi klawsola 15 b'emenda li se nippreżenta iktar tard.", "Din il-klawsola qed twaqqaf il-fond dwar il-patrimonju kulturali, li kif diġa' ssemma se jiġi amministrat mill-kumitat ta' garanzija.", "Ma naħsibx li din hija xi ħaġa li se jkollha effett immedjat imma qed naħsbu fit-tul biex nibdew nibnu fiduċja f'dawk l-istrutturi li qed noħolqu bil-mod il-mod b'mod u manjiera li organizzazzjonijiet kummerċjali u anke individwi jkunu jistgħu jgħaddu xi somma mill-fondi li jkollhom disponibbli biex dawn ikunu jistgħu jintużaw għall-ġid tal-patrimonju Malti.", "Sal-lum meta kien isir dan, kienu jinqalgħu ċerti diffikultajiet.", "Per eżempju, sal-lum jekk xi ħadd ried jagħti Lm1,000 lill-gvern favur il-patrimonju kulturali, din is- somma kien irid jgħaddiha lid-direttur tal-mużewijiet, liema direttur min- naħa tiegħu ried jgħaddiha lill-ministru tal-finanzi biex ipoġġiha fil-fond konsolidat.", "Fil-fatt m'ilux wisq li jien iltqajt ma' sitwazzjoni fejn persuna - li m'iniex se nsemmih b'ismu hawnhekk - xtaqet tagħti Lm1,000 lid- dipartiment tal-mużewijiet biex jixtri vetrina, pero` minkejja li issa diġa' għaddew sena u nofs minn mindu din il-persuna wriet ix-xewqa tagħha, sal-lum għadna ma sibniex mod kif nutilizzaw din l-Lm1,000 tant li fl-aħħar mill-aħħar lil din il-persuna kelli nagħtiha l-parir li minflok ma tagħti din l-Lm1,000 fi flus, tistaqsi lid-direttur kif irid din il-vetrina, li se tintuża għall-esebizzjonijiet, u tixtriha hi.", "Issa ma nafx jekk din il- vetrina nxtratx jew le, pero` jien semmejt dan il-każ biex nagħti ftit ħjiel tal-burokrazija li għadha teżisti f'dan is-settur.", "Illum, bit- twaqqif tal-fond dwar il-patrimonju kulturali, li se jkun amministrat mill- kumitat ta' garanzija, il-flus li se jkun hemm f'dan il-fond se jintużaw unikament għal skopijiet ta' riċerka, ta' konservazzjoni jew inkella għal skopijiet ta' restawr tal-patrimonju kulturali.", "Ovvjament irrid inżid ngħid li kull sena se jkun hemm dikjarazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' dan il-fond, u din id-dikjarazzjoni titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'subklawsola (1) ta' klawsola 16 qed jingħad li l-fond dwar il-patrimonju kulturali huwa: \"... korp magħqud b'personalita` ġuridika distinta, u li jirċievi u jamministra l-ammonti ta' flus kollha mogħtija taħd id- disposizzjonijiet ta' dan l-Att kif ukoll flejjes oħra li jistgħu jiġu mogħtijin b'rigal minn sorsi mhux governattivi.\".", "Għaliex qed ngħidu dan, Sur President?", "Għax il-fond huwa personalita` ġuridika fih innifsu li se jgawdi mid-drittijiet, mir-responsabbiltajiet u mid-dmirijiet ta' personalita` ġuridika, jiġifieri se jkun anke soġġett li jiġi mħarrek.", "Fil-fatt il-fond kif ikun rappreżentat jista' anke jiġi mfittex, u dan qed nagħmluh biex nassiguraw is-serjeta` jew aħjar, biex niżirgħu ġo fih l-ingredjenti ta' fond nazzjonali li ħaqqu li jingħata fiduċja, li ħaqqu li jiġi fdat u li ħaqqu li jiġi mogħni b'dawk l- affarijiet li jista' jiġġestixxi.", "Naturalment hawn m'aħniex qed nitkellmu biss fuq ammonti ta' flus għax il-fond jista' jikkonsisti wkoll f'pitturi, fi skulturi, fi ċeramika jew fi proprjeta` biex din tiġi wżata għall-ġid tal-patrimonju kulturali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nagħmel żewġ riflessjonijiet.", "L- ewwelnett irrid ngħid li kif għadu kemm qal il-Ministru, ġieli niltaqgħu ma' każijiet fejn nies iħallu bħala wirt il-proprjeta` tagħhom li tkun wirt storiku u kulturali importanti.", "Jien sinċerament nawgura li wieħed mill- ewwel xogħlijiet li jagħmel dan il-kumitat ta' garanzija huwa li jħares daqsxejn lejn dik il-proprjeta` li ngħatat lil dan il-qasam minħabba li fiha ċerta valur storiku għax sal-lum il-politiku mhux dejjem kien jiddisponi minn dik il-proprjeta` bi kriterji trasparenti.", "Fil-fatt ġieli kellna anke nies f'kariga amministrattiva li ddisponew minn dan il-wirt.", "Issa hawnhekk jien m'hu se ngħaddi l-ebda ġudizzju fuq l-intenzjonijiet ta' dawn in-nies għax ħafna drabi dawn kienu jgħaddu din il-proprjeta` lil ħaddieħor biex ma jħalluhiex mitluqa, pero` llum naħseb li jeżistu alternattivi oħra ta' kif dan jista' jsir.", "Issa ta' min jirrimarka li hawnhekk tant qed nitkellmu fuq wirt kbir li meta l-awditur kien ipprova jagħmel inventarju ta' x'ħallewlna missirijietna bħala wirt - fosthom proprjeta`, kotba u pitturi - huwa sab problemi kbar biex jagħmel dan.", "Għalhekk huwa tajjeb li llum qed nirregolaw anke lil dan is-settur biex nipprovaw nirkupraw mit-taħwid li jeżisti.", "Fl-abbozz ta' liġi dwar il-logħob li ddiskutejna riċentement, kien hemm lista sħiħa ta' min se jikkwalifika u min m'huwiex se jikkwalifika għall- fond li twaqqaf permezz ta' dak l-abbozz ta' liġi.", "Fost l-entitajiet li se jikkwalifikaw issemmew l-għaqdiet kulturali, u jien kont issuġġerejt - u l- Ministru Dalli qal li kellu f'moħħu li jagħmel dan is-suġġeriment ukoll - li jikkwalifikaw anke inizjattivi li jikkonċernaw il-patrimonju kulturali.", "Meta l-gvern Ingliż ipprivatizza l-logħob, huwa għamel arranġamenti legali mal-kumpannija li ħadet il-logħob f'idejha biex persentaġġ minn dawk il- fondi li taqla' jmorru għal oqsma oħra, fosthom għall-edukazzjoni u għall- wirt storiku.", "Ma nafx jekk huwiex tard wisq li nissuġġerixxi li jekk hemm xi flus li jiġu mil-lottu u minn logħob ieħor u li se jitwarrbu biex imorru għall-wirt storiku u kulturali - forsi għall-bidu din tista' tkun deċiżjoni amministrattiva biss u m'hemmx għalfejn tissemma fil-liġi, għalkemm nafu li f'Malta rridu ngħidu dawn l-affarijiet b'kawtela għax mhux dejjem isir dak li nkunu qed nawguraw - dawn imorru direttament fil-fond dwar il-patrimonju kulturali.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment partikolarment għax inħoss li l- mod kif nistgħu nkabbru dan il-fond huwa importanti.", "Kif għadu kemm spjega l-Ministru, ġieli jkun hemm każijiet fejn entitajiet mis-settur privat jew individwi joffru xi kontribuzzjoni għall-patrimonju kulturali, u għalhekk huwa tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi qed jaħseb biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-amministrazzjoni ta' dan il-fond għax b'hekk inkunu qed nibnu iktar fiduċja f'dan il-fond.", "Jekk il- flus li jagħtu n-nies, anke jekk mhux esklussivament għall-patrimonju kulturali, jitqiegħdu fil-fond amministrat mill-kumitat ta' garanzija, inkunu qed ninċentivaw u ninkoraġġixxu lil iktar nies biex jagħtu l- kontribut tagħhom.", "Ma nafx jekk dan nistgħux insemmuh fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` anke jekk dan ma jissemmiex f'dan l-abbozz ta' liġi, sinċerament nawgura li bħala deċiżjoni amministrattiva, il-flus li jkunu mmirati għall-patrimonju kulturali għandhom imorru f'dan il-fond li qed jitwaqqaf u li se jkun amministrat mill-kumitat ta' garanzija.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li nistgħu nsibu din is-soluzzjoni billi ngħidu \"... u jamministra l-ammonti ta' flus kollha mogħtija taħt id- disposizzjonijiet ta' dan l-Att jew ta' atti oħra ...\".", "B'hekk inkunu qed naħsbu għal dawk il-flus li jiġu minn dawn it-tipi ta' sorsi.", "Nixtieq ukoll li nwessgħu l-frażi \"... flejjes oħra li jistgħu jiġu mogħtijin b'rigal minn sorsi mhux governattivi.\" billi nżidu l-kliem \"... kif ukoll oġġetti oħra mobbli jew immobbli.\"", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, ta' min jgħid li dan l-aħħar għadha kemm instabet xi ħaġa taċ-ċaqquf fil-baħar, u din ingħatat lid-dipartiment, pero` jien naħseb li huwa tajjeb li ċ-ċittadin komuni jkun jaf x'ikun qed jinstab mill-patrimonju Malti u għalhekk nixtieq nistaqsi jekk id- dipartiment tal-kultura jżommx xi forma ta' statistika ta' l-affarijiet antiki li għandu pajjiżna.", "Dan huwa tajjeb li jsir anke biex jiġi evitat li jinsterqu jew inkella jinqerdu affarijiet li jaqgħu taħt il-patrimonju vast tagħna għax b'hekk jekk pajjiżna jkollu assessment tal-wirt kulturali li għandna u one fine day tinstab xi ħaġa nieqsa, min ikun responsabbli minn dawn l-affarijiet jintalab jirrispondi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dak li qalet l-Onor.", "Rita Law huwa rilevanti, pero` wieħed irid jiddistingwi bejn oġġett mobbli u oġġett immobbli.", "Aħna konna qed nitkellmu fuq il-possibbilta` li ċittadini individwali jew inkella organizzazzjonijiet privati jiddeċiedu li jitfgħu xi ħaġa fil-fond tal-patrimonju kulturali.", "Per eżempju, xi ħadd jista' jħalli dar, li mhux neċessarjament tkun dar ta' valur kulturali imma jħalliha lill-fond, u mbagħad il-fond jikkummerċjalizzaha fl-interess tal- patrimonju kulturali.", "Hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq dak li jinstab għax dak li jinstab se jkun regolat, kif se naraw iktar tard.", "Kull ħaġa li għandha valur kulturali hemm obbligu bil-liġi li tiġi rrapportata u f'dan l-abbozz ta' liġi hemm partijiet li jirregolaw x'jiġri meta xi ħadd isib xi ħaġa li jkollha valur kulturali.", "Għar-rigward tal-mistoqsija li għamlet l-Onor.", "Law dwar jekk inżommux statistika tal-patrimonju kulturali, irrid ngħid li jeżistu ħafna bits and pieces ta' informazzjoni, fosthom fid-dipartiment tal-mużewijiet, fl- awtorita` ta' l-ippjanar u fil-knisja.", "Issa l-liġi qed taħseb biex dawn il- biċċiet ta' informazzjoni norganizzawhom aħjar u nagħmlu inventarju nazzjonali.", "Sur President, għal klawsola 16 għandi din l-emenda:", "\"O\" Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) klawsola 16 għandha tiġi rinumerata bħala klawsola 15; u", "(b) f'subklawsola (1) minnufih wara l-kliem \"taħt id- dispożizzjonijiet ta' dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew ta' xi Att ieħor,\" u minnufih wara l-kliem \"kif ukoll flejjes oħra\" għandhom jiżdiedu l-kliem \"jew oġġetti oħra mobbli jew immobbli.\".", "\"O\" Clause 16 shall be amended as follows:", "(a) clause 16 shall be renumbered as clause 15; and", "(b) in subclause (1) immediately after the words \"under the provisions of this Act\" there shall be added the words \"or under any other Act,\" and immediately after the words \"as well as other monies\" there shall be added the words \"or other movable or immovable properties.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: F'subklawsola (4) hemm riferenza għall-\"Fondi\" minflok għall-\"Fond\".", "Dan nassumi li hu żball, hux hekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fil-fatt il-kelma \"Fondi\" kif tidher f'subklawsola (4) ta' dan l-abbozz ta' liġi trid tiġi \"Fond\".", "Naturalment fl-aħħar aħna se nawtorizzaw lill-Iskrivan tal-Kamra biex idur ftit dan l- abbozz ta' liġi minħabba xi żbalji ortografiċi li jista' jkun hemm, pero` naħseb li din ikun aħjar li niġbdu l-attenzjoni għaliha biex ma tiskappax għax l-Iskrivan tal-Kamra jista' ma jqisx dan bħala żball ortografiku.", "Għalhekk se nressaq din l-emenda verbali:", "Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) fit-test Malti tagħha, f'subklawsola (4) minflok il-kelma \"Fondi\" għandha tidħol il-kelma \"Fond\"; u", "b) fit-test Ingliż tagħha, f'subklawsola (2) minflok il-kelma \"fund\" għandha tidħol il-kelma \"Fund\" u f'subklawsola (4) minflok il-kelma \"Funds\" għandha tidħol il-kelma \"Fund\".", "Clause 16 shall be amended as follows:-", "a) in the Maltese text, in subclause (4) thereof for the word \"Fondi\" there shall be substituted the word \"Fond\"; and", "(b )in the English text, in subclause (2) for the word \"fund\" there shall be substituted the word \"Fund\" and in subclause (4) for the word \"Funds\" there shall be substituted the word \"Fund\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela se npoġġi l- mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 - Ħatriet ta' persunal.", "Clause 17 - Staff appointments.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, peress li hawnhekk qlibna għal taqsima oħra, li hija msejħa \"Provvedimenti Amministrattivi u dwar il-Persunal\", nixtieq nibda billi nagħmel kumment ġenerali.", "Dan m'huwiex l-ewwel abbozz ta' liġi li qed inressqu quddiem dan il- parlament u li permezz tiegħu qed noħolqu enti pubblika biex tieħu x-xogħol ta' dipartiment tal-gvern għax tressqu diversi abbozzi ta' liġi ta' dan it- tip.", "Matul iż-żminijiet gvernijiet differenti ħolqu strutturi pubbliċi biex jagħtu servizz li sa dak il-mument kienu għadhom qed jagħtuh dipartimenti governattivi.", "Hawnhekk nistgħu nsemmu lill-korporazzjonijiet Telemalta u Enemalta, li riedu jaraw kif se jagħmlu użu minn nies li diġa' kienu qed jaħdmu f'dak is-settur.", "Mal-milja taż-żmien ġiet żviluppata din it-tip ta' proċedura li għandna f'din it-taqsima, u fil-fatt jekk, per eżempju, wieħed jaqbad din it-taqsima u jqabbilha mat-taqsima ta' l-abbozz ta' liġi li waqqaf lill-awtorita` tat-turiżmu, ma' l-abbozz ta' liġi li waqqaf lill-awtorita` ta' l-ambjent jew inkella ma' l-abbozz ta' liġi li waqqaf lill-awtorita` ta' l-istatistika, isib li prattikament din it- taqsima ġiet lifted lock, stock and barrel minn hemmhekk.", "Ta' min isemmi li qabel ma ġiet żviluppata din il-proċedura, din kienet ġiet diskussa mal- Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal- Ministeru tal-Finanzi.", "Jien qed ngħid dan kollu biex niġbed l-attenzjoni għall-fatt li hawnhekk m'aħniex qed noħolqu xi ħaġa ġdida li din il-Kamra qatt ma ddiskutiet.", "Fost kwestjonijiet oħra, din it-taqsima qed tirregola kif u b'liema proċedura se jinħatru l-impjegati li jiġu minn barra filwaqt li qed tirregola wkoll x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk l-impjegati pubbliċi li diġa' hemm fid-dipartiment tal-mużewijiet.", "Ta' min jgħid li jekk xi enti minn dawn li hawn imsemmija f'dan l-abbozz ta' liġi timpjega lil xi ħadd minn barra, din tkun trid bilfors tosserva l-provvedimenti tal- Kostituzzjoni jew inkella ta' xi liġi oħra, inkluż din il-liġi li qed niddiskutu, ġaladarba ssir liġi.", "Għaliex?", "Għax il-Kostituzzjoni tagħna tgħid li kulmin ikun se jitħallas minn fondi pubbliċi jkun irid jiġi ingaġġat skond il-provvedimenti ta' subartiklu (6) ta' artiklu 110 tal- Kostituzzjoni, li jagħmlu riferenza indiretta għall-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ.", "Fi klawsola 17 qed ngħidu wkoll li l-ħatra ta' uffiċjali u ta' mpjegati oħra ta' dawn l-entitajiet għandha ssir fil-każ tas-sovrintendenza mis- sovrintendent, fil-każ ta' l-aġenzija mill-president tal-bord tad- diretturi, fil-każ taċ-ċentru mill-president tal-bord tal-gvernaturi u fil- każ tal-kumitat ta' garanzija jew tal-fond tal-patrimonju kulturali mill- president tal-kumitat ta' garanziji.", "Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg jiġu deċiżi minn kull entita`, dejjem bl-approvazzjoni tal- ministru.", "Naturalment hawn wieħed irid japprezza li għalkemm il-proċedura hija fformulata b'din il-manjiera, il-kondizzjonijiet jgħaddu wkoll mill- proċess ta' approvazzjoni tal-Management and Personnel Office u tal- Ministeru tal-Finanzi biex wieħed jassigura ruħu li l-pattijiet u l- kondizzjonijiet li jkunu qed isiru jkunu qrib il-parametri stabiliti għas- settur pubbliku, jew inkella meta jkun hemm varjazzjoni mill-parametri stabiliti għas-settur pubbliku jkun hemm il-ġustifikazzjonijiet meħtieġa.", "Sur President, qed ngħidu wkoll li l-ħatra u l-impjieg għandhom isiru b'rimunerazzjoni u li din ir-rimunerazzjoni għandha tingħata lill-uffiċjali u lill-mpjegati skond kif ikun meħtieġ minn żmien għal żmien għat-twettiq u għall-funzjonijiet ta' l-entita` li tkun qed timpjegahom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, li jinkwetani ftit f'dan il-qasam m'huwiex x'hawn miktub fil-liġi imma x'qed jiġrilna fil-prattika.", "Jien nifhem li meta jiġu biex jinħatru persuni għal dawn it-tip ta' mpjiegi jinqalgħu ċerti komplikazzjonijiet prattiċi, bħalma per eżempju jinqalgħu jekk iddum ma tingħata tweġiba min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi jew inkella min-naħa tal-Management and Personnel Office, u għalhekk sinċerament inħoss li għandu jinstab mod iktar serju kif dawn il- komplikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu ttekiljati.", "Illum f'ċerti oqsma nsibu nies li minkejja li jkunu diġa' ngħataw ċerta kariga u bdew jaħdmu f'xi kunsill - per eżempju, bħalissa qed jiġini f'moħħi l-kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija - jew f'xi fondazzjoni, meta mbagħad nistaqsu x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħhom ningħataw risposta li l-kondizzjonijiet ikunu għadhom qed jiġu negozjati u li l-kuntratt ikun għadu qed jiġi miftiehem.", "Nenfasizza li hawnhekk jien qed ngħid li dawn il- persuni, minkejja li jkunu diġa` ħadu l-ħatra tagħhom u bdew jaħdmu, il- kondizzjonijiet tagħhom ikunu għadhom qed jiġu negozjati, u sinċerament jien inħoss li huwa importanti li nassiguraw ruħna li wieħed jinħatar u jibda jaħdem wara li jkunu spiċċaw in-negozjati fuq il-kondizzjonijiet tax- xogħol tiegħu.", "Jekk din il-problema qed tiġi kkawżata minħabba xi nuqqas min-naħa tal-Management and Personnel Office jew min-naħa tal-Ministeru tal- Finanzi, wieħed għandu jara kif isib proċedura biex il-mod kif in-nies jinħatru u b'liema kondizzjonijiet dawn jinħatru jkun ċar qabel ma dawn jibdew jaħdmu għax inkella nkomplu nżidu mal-kultura tas-suspetti li għandna f'pajjiżna u dawn l-użanzi jispiċċaw qishom f'formalita`.", "Jien naħseb li dawk il-persuni li jinħatru u jibdew jaħdmu filwaqt li l- kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ikunu għadhom qed jiġu negozjati jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu għax ikollhom familja x'jgħajxu, pero` ma nistax nifhem kif ir-rimunerazzjoni tagħhom tiġi deċiża ġaladarba l- kondizzjonijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx iċċarati.", "Jien nistaqsi wkoll: Mil-liema vot u b'liema livell ta' ħlas ikunu qed jitħallsu?", "Għalhekk jien nawgura li din is-sistema tirranġa ruħha llum qabel għada.", "Kif qal il-Ministru d-darba l-oħra - u issa se jkollna ċans nitkellmu iktar dwar dan meta niġu għal klawsola 18 - jeżistu problemi wkoll fir-rigward ta' dawk il-ħaddiema li għandhom ċerti gradi fis-settur pubbliku.", "Jekk fhimt lill-Ministru sew, huwa qal li anke minħabba r-realta` tad-deficit finanzjarju u l-limitazzjonijiet tar-riżorsi finanzjarji u umani li għandna, se jsir sforz biex kemm jista' jkun l-ewwel wieħed juża l- impjegati li diġa` hemm reklutati fis-settur pubbliku, pero` naturalment imbagħad ikun hemm ukoll każi fejn wieħed ma jsibx dak li jkun qed ifittex fis-settur pubbliku u għalhekk ikollu jirrekluta nies minn barra.", "Il- bieraħ semmejt il-kwestjoni tas-sostennibilita` taċ-ċentru Malti għar- restawr.", "Nerġa' nagħmilha ċara li jien ma semmejtx din il-kwestjoni biex naqta' qalb xi ħadd jew inkella biex ngħid li jekk aħna m'għandniex garanzija li se naslu 100%, allura ma nibdew xejn, imma s-sostennibilita` ta' l-istrutturi li qed inwaqqfu hija importanti.", "Fil-fatt dalgħodu stess deher artiklu fil-ġurnali - għalkemm ma nafx eżattament x'inhi l-bażi ta' dan l-artiklu, nassumi li hija fattwali - li jgħid illi skond dak li qalet l-Unjoni Ħaddiema Magħqudin, jidher li l-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali qed issib xi problemi biex toħroġ il-pagi.", "Jien bl-ebda mod ma qed nawgura li l-istrutturi li qed inwaqqfu jiġu fl-istess sitwazzjoni li ġiet fiha l-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali, imma naħseb li dan il-każ qed jgħinna nirrealizzaw kemm huwa importanti li qabel ma nwaqqfu l-istrutturi, nippjanaw fit-tul, ikollna ħsieb strateġiku u nżommu l-idea tas-sostennibilita` biex dak li nibdew, nibdewh u nkompluh bis-serjeta`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo jagħmel sens kbir, pero` naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed jagħmel ftit distinzjoni.", "Issemmiet il-kultura tas-suspetti.", "Aħna għandna l-kultura tas-suspetti li xi kultant ikunu infondati, xi kultant ikunu assurdi u xi kultant ikunu wkoll inġusti, pero` mbagħad ikun hemm ukoll suspetti li jkunu fondati.", "Jien naqbel li huwa importanti li għal dak li għandu x'jaqsam ma' mpjiegi f'entijiet pubbliċi ndaħħlu l-kultura ta' kemm jista' jkun trasparenza u ta' kemm jista' jkun serjeta` billi fost affarijiet oħra, jintgħażlu l-persuni li għandhom il-kompetenzi meħtieġa għax wara kollox il-fondi pubbliċi għandhom jiġu wżati bl-aħjar mod possibbli.", "Sur President, għadu kif issemma l-każ tal-foundation for international studies.", "Iva, il-foundation for international studies għandha ċerti diffikultajiet, pero` llum dawn qed jiġu trattati, u rridu wkoll nifhmu x'ġara.", "Fl-aħħar erba' snin din il-fondazzjoni ma żiditx il-personnel tagħha, pero` l-budget tagħha naqas minn Lm150,000 għal Lm90,000, jiġifieri naqas b'Lm60,000.", "Terġa' kien hemm ċirkostanzi li wasslu biex ċertu business li tagħmel din il-foundation naqas.", "Ta' min jgħid li l-foundation for international studies kienet torganizza ċerti korsijiet u attivitajiet għall-gruppi ta' Amerikani in konnessjoni mal-preżentazzjoni u mar-riċerka tat-tempji neolitiċi, pero` minħabba li nqalgħu ċerti diffikultajiet, dawn il-korsijiet u attivitajiet ma baqgħux isiru, għalkemm il-fondazzjoni diġa' għandha xi riżorsi li bihom qed tissupplimenta dak il-budget li jagħtiha l- gvern.", "Sur President, jien nistaqsi: X'inhuma l-funzjonijiet li għandha l- fondazzjoni għall-istudji internazzjonali llum u dawn il-funzjonijiet x'għandhom ikunu u kif għandhom jiġu rrazzjonalizzati?", "Bħalissa qed isiru diskussjonijiet bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-universita` biex jintlaħaq ftehim fuq kif inhu l-aħjar l-mod li bih il-fondazzjoni għall- istudji internazzjonali tiġi riorganizzata ħalli ma jibqax id-diffikulta` li min-naħa tiegħu, il-gvern jgħid li din il-fondazzjoni hija ta' l- universita` filwaqt li l-universita` tgħid li l-budget ta' din il- fondazzjoni dejjem ingħata mill-gvern u għalhekk hija tal-gvern.", "Jien nawgura li wara li jgħaddu dawn ix-xahrejn li fadal minn din is-sena, is- sena d-dieħla naraw kif l-aħjar inpoġġu lil din il-fondazzjoni fuq bażi soda.", "S'issa d-diskussjonijiet li qed isiru f'dan ir-rigward, qed isiru bejni u bejn l-universita`, jiġifieri jien għad irrid inressaq il-proposti lill-gvern, u mbagħad, wara li l-gvern jagħmel il-konsiderazzjonijiet xierqa, jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Issa niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-problema li tista' tinqala' meta xi ħadd ikun qed jagħti servizz lil xi enti li tkun twaqqfet imma l-kuntratt tiegħu jkun għadu qed jiġi nnegozjat.", "Naħseb li hawnhekk qed nirriferu b'mod speċifiku għall-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada fejn il- mistoqsijiet parlamentari li kelli dwar din il-fondazzjoni weġibthom fis- sens li l-kuntratt għadu qed jiġi nnegozjat.", "Ħalli nispjega, u naqsam din l-ispjegazzjoni fuq żewġ livelli.", "L-ewwelnett din id-diffikulta` fejn tista' tinqala'?", "Normalment dawn id-diffikultajiet ma jinqalgħux fir- rigward ta' dawk l-impjegati li jkunu mill-middle management 'l isfel imma jinqalgħu meta jkun se jiġi ngaġġat dak il-wieħed jew dawk it-tnejn li jkunu maħsuba li se jkunu l-fulkru ta' dik l-organizzazzjoni, jiġifieri din id-diffikulta` tinqala' fir-rigward tat-top management.", "Fi kliem ieħor, hawnhekk qed nitkellmu fuq meta jinħatar general manager jew inkella chief executive.", "L-ewwelnett ħalli nispjega kif evolvejna fil-każ tal-foundation for tomorrow schools.", "Aħna evolvejna l-ewwelnett billi kellna task force li kienet magħmula mis-Sur George Papagiorcopolo, mill-perit Anton Valentino, mis-Sur Etienne Borg Cardona u mid-direttur ta' l-ippjanar, is- Sur Joe Magro.", "Ta' min jgħid li d-direttur ta' l-ippjanar ma kien qed jieħu xejn speċjali imma kien qed jieħu s-salarju tiegħu.", "It-tliet membri l-oħra ta' din it- task force, li ddedikaw ħinijiet konsiderevoli biex żviluppaw il-proposti meħtieġa fuq in-nefqa kapitali li riedna nonfqu fuq firxa ta' numru ta' snin għall-proġett ta' l-iskejjel primarji u sekondarji, tħallsu fuq ir- rati ta' ċerta konsulenza.", "Ta' min jgħid li meta saru l-proposti meħtieġa, dawn marru għand il-Ministeru tal-Finanzi, marru għand il-Management and Personnel Office u fl-aħħar ġew ikkonsidrati.", "Meta twaqqfet l-FTS, aħna konna qed naħsbu biex waħda mill-persuni li kienet membru tat-task force - li m'iniex se nirriferi għaliha b'isimha - u li ħadmet biex issawru dawn il- proposti, tkun a full-time regular employee on contract tal-fondazzjoni.", "Madanakollu għalkemm inti tista' tistieden lil individwu biex jiġi ingaġġat, sta għalih li jaċċetta, u fil-fatt iċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-individwu konċernat ma kinux jippermettulu li jieħu kuntratt ta' impjegat mal-fondazzjoni.", "Mela allura x'ġara?", "Ġara li waqt li kienet qed issir id- diskussjoni jekk għandux ikun hemm dan il-kuntratt jew le, dan l-individwu baqa' għaddej abbażi ta' dawk l-arranġamenti li kienu diġa' fis-seħħ u li għalihom kien hemm l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa, u ġaladarba riċentement din il-kwestjoni ġiet definita u determinata, issa l-fondazzjoni se toħroġ call for applications biex imbagħad il-kuntratt jiġi ffinalizzat ma' l- individwu li jintgħażel.", "Jien qed ngħid dan kollu biex inserraħ moħħ il- Kamra li għalkemm huwa veru li meta nħatru l-membri ta' l-FTS konna għadna m'aħniex fil-pożizzjoni li ngħidu preċiżament x'kienu l-kondizzjonijiet tax- xogħol tagħhom, dan ma kienx ifisser li dak l-individwu kien qed jagħti s- servizzi tiegħu bla ebda kondizzjonijiet ta' xejn imma kien qed jagħti dawn is-servizzi abbażi ta' l-istess kondizzjonijiet li kien qed jaħdem bihom meta kien membru tat-task force li semmejt.", "Aħna se nkomplu nimxu b'din is- sistema sakemm insibu lill-persuna ideali għal full-time employee on contract ta' l-FTS, u waħda mid-diffikultajiet se tkun kif se nsibu the right people għax minbarra li din il-persuna jrid ikollha mix ta' skills, ta' kompetenzi u ta' atteġġjamenti li jkunu addattati għal dawn is- sitwazzjonijiet, kemm jista' jkun din il-persuna għandha tinstab mis-settur pubbliku stess għax jekk ma tinstabx mis-settur pubbliku, imbagħad tkun trid tiffaċċja r-realtajiet tas-suq.", "Issa jekk inżommu saqajna ma' l-art, aħna nafu li meta tapplika r-realtajiet tas-suq se ssib lil min jgħidlek li m'huwiex sew li inti qed titlob lil min ikun settled f'xi mpjieg ieħor biex jitlaq l-impjieg tiegħu u inti kulma tiggarantilu huwa kuntratt għal tliet snin, u dan qed joħloq ċerti diffikultajiet.", "Imma ħalli ngħaddi biex nispjega l-punti li qanqal l-Onor.", "Bartolo.", "Sur President, m'hemmx dubju li jien, bħala l-ministru responsabbli minn dan il-qasam, u l-persuni li se jkunu qed jaħdmu f'dan il-qasam irridu nassiguraw tliet affarijiet.", "L-ewwelnett għandna nassiguraw li kemm jista' jkun nagħmlu użu mill-impjegati li diġa' għandu l-gvern jew inkella li għandhom setturi pubbliċi oħrajn b'arranġamenti li jkunu iridu jsiru, għalkemm din ta' l-aħħar għall-gvern hija iktar diffikultuża.", "It-tieni nett irridu nġibu lin-nies li għandhom il-kompetenzi, l-atteġġjamenti u jekk hemm bżonn anke l-esperjenza meħtieġa għax mhux kulmin huwa kompetenti bilfors ikun tajjeb f'dan il-qasam imma jrid ikollu the right approach.", "It- tielet nett irridu nassiguraw l-osservanza tal-liġi u tar-regolamenti, is- serjeta`, il-ġustizzja u kemm jista' jkun it-trasparenza.", "Jien, min-naħa tiegħi, qed nipprova nimpenja ruħi biex nitgħallem mill-esperjenza kollha li għaddejt minnha f'dawn it-30 sena bħala politikant biex kemm jista' jkun dan li qed nipprovaw noħolqu nagħtuh bażi soda.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Trasferiment ta' uffiċjali pubbliċi.", "Clause 18 - Detailing of public officers.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola li żgur li tinteressa lil ħafna nies, u għalhekk ikun tajjeb li wieħed jispjegaha.", "Aħna qed ngħidu li waħda mill-miri importanti ta' dawn l-entitajiet għandha tkun dik li jagħmlu l-aħjar u l-ikbar użu tan-nies li diġa` huma mpjegati l- ewwel fid-dipartiment tal-mużewijiet u mbagħad, jekk hemm bżonn, anke f'dipartimenti oħra tal-gvern.", "Normalment meta uffiċjal pubbliku jingħata l-letter of appointment, jingħata ħatra skond il-call for applications kif approvata u proċessata mill-Public Services Commission - u allura jinħatar fit-tali grad bit-tali salarju biex imur jaħdem fit-tali dipartiment - u wara li tiġi spjegata lilu din il-ħatra, imbagħad jispjegawlu wkoll li bħala uffiċjal pubbliku, huwa obbligat li jservi skond l-esiġenzi tas- servizz pubbliku u li jista' jiġi trasferit kull fejn hemm bżonn.", "Fil-fatt ġieli kien hemm il-ħtieġa li uffiċjal pubbliku jiġi trasferit għal dipartiment ieħor minħabba l-esiġenzi tas-servizz pubbliku, imma issa, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, qed ngħidu li l-uffiċjal pubbliku mhux biss jista' jiġi trasferit minn dipartiment għal dipartiment imma anke minn dipartiment għal waħda minn dawn l-entitajiet pubbliċi li qed noħolqu hawnhekk għax jista' jkun hemm entita` pubblika li, per eżempju, tħoss il- bżonn li jkollha bżonn lit-tali kuraturi, lit-tali prinċipali u lit-tali amministraturi.", "Meta jiġri hekk, din it-talba tintbagħat lill-Management and Personnel Office, u wara li din it-talba tiġi kkonsidrata, isiru l- formalitajiet meħtieġa.", "Naturalment qabel ma jsir dan, isiru wkoll id- diskussjonijiet meħtieġa mal-unions konċernati biex l-affarijiet isiru bl- ikbar għaqal possibbli.", "Aħna rridu naħdmu b'manjiera li kemm jista' jkun ninkoraġġixxu lin-nies li jintalbu jmorru jaħdmu f'dawn l-entitajiet għax jekk ma nagħmlux hekk, dan ikun ta' detriment għal pajjiżna.", "Naturalment jekk imbagħad f'dak il-perijodu li fih uffiċjal pubbliku jintbagħat jaħdem f'entita` pubblika jkun se jirtira mis-servizz jew inkella jkun se jieħu xi promotion, l-ordni li jibqa' jaħdem f'dik l- entita` pubblika tkun tista' tiġi revokata biss mill-prim ministru, jiġifieri la mis-sovrintendent u lanqas mill-ministru konċernat.", "Anke jekk jien, bħala ministru responsabbli minn dan il-qasam, ma jkollix grazzja ma' xi uffiċjal pubbliku li jkun qed jaħdem f'entita` pubblika, jien ma nistax nagħti l-ordni li dan jerġa' jintbagħat fid-dipartiment tal-gvern li kien jaħdem fih qabel għax dik hija xi ħaġa li l-prim ministru biss jista' jagħmilha.", "Imbagħad subklawsola (3) titkellem fuq l-istatus ta' l-uffiċjali pubbliċi.", "Ta' min jgħid li dawk l-uffiċjali pubbliċi li jiġu mqabbda jaqdu dmirijiethom f'xi entita` pubblika, dawn xorta waħda għandhom jiġu trattati bħala uffiċjali pubbliċi, u dan ifisser li jkunu jistgħu jibqgħu jużufruwixxu ruħhom mill-benefiċċji ta' l-uffiċjali pubbliċi, inkluż dawk li huma msemmija fl-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet kif ukoll fl-Att dwar il- Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2002.", "Skond ftehim milħuq, din is-seduta se tixxandar dirett fuq it-televiżjoni mill-Public Broadcasting Services.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nibda biex ngħid li l-poplu Malti llum huwa magħqud fid-diskors li għamel fil-ġranet li għaddew l-Onor.", "Alfred Sant wara l-qtil tal-kuntistabbli Roger Debattista.", "Filwaqt li nikkondividi ma' dak kollu li ssuġġerixxa li tingħata l-pensjoni tal- pulizija daqs li kieku għamel is-servizz kollu lil mara tiegħu bħala armla, inżid ngħid li ma kenitx l-ewwel jew it-tieni darba li f'din il-branch tal- Bank of Valletta sar hold-up li wassal biex jinqatel pulizija.", "Minħabba f'hekk dan il-bank għandu jiddepożita somma kbira ta' flus f'isem il-mara u t-tfal ta' dan il-kuntistabbli biex sakemm isiru l-proċeduri kollha u sakemm dan il-gvern jiddeċiedi li jimxi fuq il-parir li l-Partit Laburista li tingħata din il-pensjoni jkun hemm xi ħaġa li tagħmel tajjeb għas- sofferenza li qed jgħaddu minnha martu, t-tfal u l-familjari tiegħu.", "Din hija traġedja kbira, u hija wkoll traġedja li rridu nitgħallmu minnha.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li ilna ngħidu li fil-korp tal-pulizija għandu jkun hemm fond speċjali biex jibbenefika minnu min jiġi mmankat serjament waqt il-qadi ta' dmirijietu f'reati ta' dan it-tip.", "Ovvjament jekk dak li jkun imut, imbagħad jibbenefikaw il-familjari.", "Hawnhekk irrid ngħid li kellna każijiet fejn kien hemm inċidenti.", "Bħalissa qed niftakar fit-tmenijiet meta kienu mietu l-membri tal-pulizija, Alla jaħfrilhom, Salvu Muscat u Joseph Hare u membri oħra ta' l-Armata meta splodiet patrol boat.", "Din hija xi ħaġa nazzjonali u wieħed irid jindirizzaha.", "Kif qed nitkellem fuq imwiet, minn hawnhekk nixtieq insellem ukoll lill-omm u t-tarbija li nqatlu f'Wied il-Għajn u anke lill-mibkija Sharon Attard u bintha Haley li l-bieraħ jiena u oħrajn attendejna l-funeral tagħhom.", "Dan kien Novembru ikrah u kellna bosta mwiet traġiċi fih.", "Lill-familjari tagħhom minn hawnhekk ngħidilhom li l-poplu Malti huwa magħqud magħhom fl- ispirtu, fit-talb u fis-solidarjeta`.", "Mr. Speaker, nixtieq issa nitkellem dwar l-oxxenitajiet li qed iwettaq il- gvern proprju qabel il-budget fil-konfront ta' nies li żgur m'għandhomx jagħtuh flus.", "Ħafna nies qed jirċievu rendikonti ta' taxxi bbażati fuq stima mill-Kummissarju.", "Ġieli kien jagħti l-każ li n-nies li rċevew dawn il- kontijiet lanqas ikunu ħadmu jew jekk ħadmu lanqas ikunu qalgħu iktar minn Lm200 fis-sena ta' stima in kwestjoni.", "Hawnhekk għandi waħda minn dawn l- ittri li ntbagħtet lil waħda li toqgħod in-Naxxar.", "Lil din qalilha li għandha tagħti Lm 300, flimkien ma' Lm5 għaliex daħħlet il-formula tard u ma' interessi ta' Lm 15 li b'kollox jammontaw għal Lm 320.", "Qalilha wkoll li dawn trid tħallashom sa l-aħħar tax-xahar.", "Din hija waħda mill-ħniżrijiet.", "Issa ta' min igħid li dawn m'humiex dovuti, Mr. Speaker.", "Li qed jiġri huwa li quddiem id-dipartiment tat-taxxi nterni qed ikun hemm kjuwijiet twal minn dawn in-nies.", "U lil dawn qed jgħidulhom li għalkemm veru li t-Lm 300 m'humiex dovuti pero' xorta waħda jridu jħallsu l-Lm15 interessi u l-Lm5 multa għaliex il-formula daħlet tard.", "Jiena ngħid lill-Ministru Dalli li llejla se jressaq il-budget li din hija taxxa oħra b'mod pulit.", "Nixtieq issa nerġa nitkellem fuq il-kwistjoni tat-tariffi tal-qorti.", "Nisperaw li llejla fil-budget il-ministru jħabbar roħs fit-tariffi tal- qorti.", "Dan qed ngħidu għaliex issa ż-żmien uriena li din is-sistema ma ħadmitx.", "Minħabba dawn it-tariffi weġġa' l-poplu, għalaqna l-bibien tal- ġustizzja u naqsu l-kawżi ċivili li jiġu reġistrati fil-qorti.", "Dan minkejja dak kollu li jgħid il-Ministru Austin Gatt li llum f'\"In-Nazzjon\" irrisponda lil sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia li kien f'konferenza tal-kumitat konġunt barra minn Malta fejn inqalgħet il-kwistjoni tal-qorti.", "Hawnhekk ta' min igħid ukoll li n-nazzjonalisti qegħdin jigdbu ma' Brussels għax qed jgħidu li fil-qorti hemm ċertu progress.", "Fejn hu l-progress!?", "Li issa qed ikun hemm nuqqas ta' dħul ta' kawżi li jiġu reġistrati minħabba t- tariffi?", "Rajna li l-każijiet ċivili, jiġifieri l-kawżi ż-żgħar naqsu b'aktar minn 50%.", "Naqsu wkoll kemm fil-Prim Awla u kemm fil-qorti tal- maġistrati u r-raġuni hija għaliex għolew it-tariffi tal-qorti.", "U huwa inutli li l-Ministru joqgħod idur mal lewża u jgħidli li l-kawżi kriminali naqsu għax naqsu l-każijiet kriminali fejn in-nies jmorru joqtlu, jisirqu u jiġġieldu.", "Il-ministru jkollu raġun jgħid li l-qrati sejrin tajjeb għax qed jinqatgħu iktar sentenzi - u minn hawnhekk jiena nirringrazzajhom f'isem il-poplu Malti li qegħdin jaqtgħu iktar kawżi – iżda mbagħad m'għandux jgħid li l- qorti sejjer tajjeb għaliex qegħdin jidħlu inqas kawżi.", "U Brussels ma kienx jaf biha din, għaliex il-Ministru pprova jbellagħlhom xi ħaġa differenti.", "U anki fuq il-kwestjoni tat-talbiet iż-żgħar jiġifieri dawk il-kawżi ċivili li ma jkunx hemm ammont ta' iktar minn Lm1500 involut, għolla t-tariffa fl- 1 ta' Ottubru 2000.", "Dan juri li dan huwa gvern li ma jinteressahx miż-żgħir u mill-klassi tan-nofs u jinteressah biss mill-kbir.", "U minħabba f'hekk jien ngħid li l-poplu għad jagħtih tweġiba.", "Mr. Speaker, lill-ministru ngħidlu wkoll biex joqgħod attent għal dak li qed jiġri fid-dipartiment.", "Fil-qorti għandu problemi kbar ta' tkeskis u ta' nies li qegħdin jgħaddu messaġġi lil ċerti nies fil-ġudikatura.", "Hemm imbagħad l-Avukat tar-Repubblika, Dr. Anthony Borg Barthet, li jaħseb li ma jista' jmissu ħadd.", "Jiena ngħidlu li tajjeb li jkun jaf id-dmirijiet tiegħu u x'tgħid il-Kostituzzjoni.", "Jiena mhux se nidħol f'din il-kwestjoni għalissa, pero` żgur li l-uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika, apparti li jrid ikun trasparenti, ma jridx jitfa' l-iċken shadow of doubt li dan jista' jkollu interessi li jkunu in conflict mal-pariri li jista' jagħti lil xi dipartiment jew lill-gvern.", "Jiena staqsejt domanda parlamentari u qiegħed nistenna r-risposta tagħha, dwar jekk huwiex il-konsulent legali tal-ministru Zammit Dimech meta sar il-ftehim tal-Kottonera Waterfront Group fit-8 ta' Marzu ta' 1999, u 'l quddiem niġi ngħid f'dan il-parlament għaliex qiegħed nagħmel din id-domanda.", "Mr. Speaker, f'isem il-poplu nixtieq nistaqsi wkoll jekk huwiex veru li Dr. Anthony Borg Barthet, l-Avukat tar-Repubblika, għandu sehem minn diversi kumpaniji privati reġistrati f'Malta u li qegħdin jinnegozjaw ma' nies li aħna nafuhom.", "Dan qed nistaqsih għax barra li jkun trasparenti, l-uffiċċju ta' l-Avukat tar-Repubblika għandu jkun jkun hu ta' eżempju ħaj għall-poplu Malti.", "Il-poplu Malti għandu jiġi assigurat li dak l-uffiċċju qiegħed jaqdi d-doveri tiegħu bl-iktar mod integru kif titlob il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna u kif jitolbu kodiċijiet oħra fosthom il-Kodiċi Kriminali ta' Malta.", "Is-soċjeta` għandha kull dritt li tiġi protetta u għandha kull dritt li ma tissuspettax li jista' jkun hemm xi ħadd li għandu konflitt ta' interess meta jagħti parir.", "Jiena nixtieq nitkellem ukoll dwar il-ħeġġa tal-gvern biex jinnomina lil Dr. Anthony Borg Barthet anke f'ċerti pożizzjonijiet fejn ikun jista' jieħu deċizjonijiet f'ċerti fondazzjonijiet.", "Jiena nistaqsi jekk din hijiex xi ħaġa li sserraħ il-moħħ.", "Ovvjament fuq dawn il-mistoqsijiet jiena għandi r- risposti, pero` nieħu pjaċir jekk il-gvern nazzjonalista jagħti l-veduti tiegħu fuq dawn il-punti.", "Jiena mhux qed nakkuża lil Ministru Austin Gatt jew lill-Prim Ministru, għaliex m'għandix għalfejn nipponta subgħajja qabel ma nisma' dawn il-fatti.", "Mr. Speaker, din is-sitwazzjoni ilha tirriżulta minn żmien il-ġuri ta' Ian Farrugia, fejn jien kont wieħed mill-avukati difensuri.", "Meta Ian Farrugia ħareġ liberat il-Prim Ministru ħass li m'għandux jaqbel mal-verdett u agħar minn hekk b'mod pubbliku wkoll Dr. Anthony Borg Barthet, qua Attorney General għamel ċerti statements f'dan is-sens.", "Ta' min igħid li din il-ħaġa qatt ma ġrat fl-istorja tal-ġudikatura ta' pajjiżna.", "L-Avukat tar- Repubblika esprima ruħu wkoll dwar in-newtralita` fejn f'ċertu sens qal li din issa hija xi ħaġa li m'għandniex għalfejn nikkonsidrawha iktar fil- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Jekk kemm-il darba jirriżultaw dawn l- affarijiet li qed insemmi allura jkun ċar x'għandu jagħmel Dr. Anthony Borg Barthet.", "Mr. Speaker, jiena nistenna risposta immedjata u fl-iqsar żmien possibbli min-naħa tal-gvern kemm fuq din ta' l-Avukat tar-Repubblika, kemm fuq it- tariffi kif ukoll fuq il-ħniżrijiet li qed isiru mid-dipartiment tat-taxxi nterni fil-konfront ta' nies innoċenti li qegħdin iġennuhom u jitfgħuhom fil-kjuwijiet għal xejn b'xejn.", "Grazzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Mr Speaker, dan l-aħħar kellna r-riżenja tas-Sur George Grech minn kummissarju tal-pulizija u ovvjament il-ħatra tas-Sur John Rizzo bħala l-kummissarju l-ġdid tal-pulizija.", "Nixtieq nieħu din l- okkażjoni biex minn hawnhekk nawgura lis-Sur Rizzo tal-ħatra l-ġdida tiegħu.", "Irrid ngħid li matul l-ewwel ġranet tal-ħatra tiegħu s-Sur Rizzo ħabbat wiċċu ma' każi ta' delitti delikati.", "Kellna d-delitt tal- kuntistabbli Debattista, kellna wkoll id-delitt ta' dik it-tarbija u l-omm imbagħad kellna anke l-għejbien ta' tarbija u omm li eventwalment instabu mgħarrqa ġo karozza.", "F'dan iż-żmien kellna wkoll il-ħarba ta' numru ta' klandestini li wara rriżultat f'qabda kbira ta' klandestini oħra madwar pajjiżna.", "Dan kien żmien delikat għall-kummissarju l-ġdid u li fih, bl- armonija, bir-rieda u mingħajr intriċċi - dan kif nista' nara l-affarijiet jien minn barra – kellu riżultati mixtieqa għal dawn il-każi, jiġifieri l- qbid tal-ħatjin fil-każi ta' delitti, s-sejbien ta' nies mitlufa, li mbagħad instabu mgħarrqa ġo karozza u anke tal-qabda ta' numru kbir ta' barranin illegali f'pajjiżna.", "Mr Speaker, f'dan il-parlament xhur ilu kont tkellimt u għamilt mistoqsijiet parlamentari lill-Viċi Prim Ministru dwar in-numru ta' barranin illegali li hawn jaħdmu f'pajjiżna.", "Il-Viċi Prim Ministru dakinhar ħa in konsiderazzjoni dak li kont qed ngħid, imma madankollu jiena nnotajt ukoll li kien hemm ċertu bruda fl-azzjoni.", "U ftit niftakar qabdiet kbar ta' barranin illegali f'pajjiżna bħal qabda li saret dan l-aħħar.", "Ta' min igħid li ħafna minnhom dawn ikunu qed jaħdmu jew inkella jużaw lil pajjiżna biex imbagħad jemigraw lejn l-Italja jew pajjiżi oħra.", "Naħseb ukoll li dawn il-barranin illegali ma bdewx jaslu f'pajjiżna mal-wasla tal- kummissarju l-ġdid.", "Dawn kienu ilhom hawnhekk fostna, imma jidher li kien hemm nuqqas ta' motivazzjoni jew inkella kien hemm nuqqas ta' rieda li jsir xi ħaġa biex dawn jinqabdu.", "Mr Spreaker, jidher li l-korp tal-pulizija ħa nifs ġdid fil-pulmun tiegħu taħt it-tmexxija l-ġdida tal-kummissarju l-ġdid u jidher ukoll li fil-korp tal-pulizija reġgħet bdiet tidher u tinħass l-armonija tant meħtieġa.", "Jien minn din l-ogħla istituzzjoni nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nawgura lill- kummissarju l-ġdid u l-assistenti tiegħu, kif ukoll lill-membri kollha tal- korp biex ikomplu jaħdmu għal ġid nazzjonali fl-interess taċ-ċittadin u j'Alla li din l-armonija u din il-ħidma tkompli u j'Alla ma jkunx hemm min ifixkel b'xi intriċċi biex dak li għandu jsir isir.", "Mr Speaker, jidher li anke f'dan il-każ kien hemm ħela ta' tliet snin biex sar it-tibdil meħtieġ, imma kif jgħid il-proverbju, aħjar tard milli qatt.", "Ir-riżultati li ngħataw dan l-aħħar jawguraw tajjeb għall-futur isbaħ fi ħdan il-korp tal-pulizija biex iċ-ċittadin Malti jħossu aktar sikur fil- ħajja tiegħu ta' kuljum.", "It-tieni punt li xtaqt nitkellem dwaru huwa s-settur turistiku.", "Fil-11 ta' Settembru, kif jaf kulħadd, seħħ l-att terroristiku ġewwa l-Istati li b'konsegwenza tiegħu żviluppat gwerra bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l- Afghanistan.", "Dak li ġara dakinhar u dak li qed jiġri bħalissa ġewwa l- Afghanistan ħoloq inċertezza kbira madwar id-dinja kollha.", "Ħoloq inċertezza anke' fejn tidħol l-ekonomija, u eventwalment anke pajjiżna jidher li b'xi mod jista' jintlaqat min din l-inċertezza li qed tissawwar.", "Jiena ngħid li kien f'waqtu l-appell tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta kellna l-mozzjoni ta' kundanna.", "Huwa ssuġġerixxa li jitwaqqaf kumitat parlamentari biex isegwi dak li jkun qiegħed jiġri u dak li jista' jolqot lil pajjiżna, speċjalment f'dik li hija ekonomija għax meta tintlaqat b'mod ekonomiku jistgħu jibdew ifeġġu jew jikbru wkoll il-problemi soċjali.", "Jien bqajt sorpriż kif in-naħa tal-gvern ħarbet minn din ir-responsabbilta' u ma aċċettatx l-invit tan- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, rigward il-problemi fis-settur turistiku f'pajjiżna, ħadd ma jista' jġib skuża li dawn qed jidhru minħabba dak li ġara fil-11 ta' Settembru.", "Il-Ministru tat-Turiżmu qal li dan l-avveniment jista' jkollu effett negattiv fuq il-qasam turistiku f'pajjiżna, pero' meta iħares lejn il-fatti u lejn l-istatistika li joħroġ il-gvern stess, isib li l-problema fil-qasam turistiku ilha ġejja minn xhur qabel.", "Jekk iħares lejn in-news release ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika dwar il-wasla tat-turisti f'pajjiżna għax-xahar ta' Lulju, wieħed isib li a paragun ma' Lulju tas-sena ta' qabel kellna tnaqqis ta' 2,200 turist.", "Jekk jara d-destinazzjonijiet li kien hemm tnaqqis minnhom wieħed isib li kellek tnaqqis mill-Awstrija, mill-Belġju, mill-Fillandja, minn Franza u tnaqqis kbir ta' kważi 4,000 turist fix-xahar ta' Lulju biss mill-Ġermanja.", "Kellek wkoll tnaqqis mil-Libja, tnaqqis ta' kważi 3,000 turist mill-Olanda u tnaqqis ukoll ta' ammont ta' turisti anke mill- Isvezja.", "Imbagħad kien hemm żieda mis-suq Ingliż li għamel tajjeb biex il- problema ma tkunx ikbar milli setgħet tkun.", "Li huwa problematiku f'dan kollu huwa li qed ikollna inqas turisti mill-pajjiżi li l-aktar konna qegħdin nimmiraw li ngħibu minnhom jiġifieri mill-Ġermanja u mill-Olanda.", "Mr Speaker, jien diġa` tlabt f'dan il-parlament biex il-Ministru tat- Turiżmu jagħti spjegazzjoni dwar dan kollu.", "Jien qed insemmi l-istatistika ta' Lulju pero' jekk imbagħad tqabbel b'mod globali minn Jannar sa Lulju ta' din is-sena ma' l-istess xhur tas-sena 2000 issib li minn Franza kellna nuqqas ta' 5,000, mill-Ġermanja kellna nuqqas ta' 30,000, mil-Libja kellna nuqqas ta' 8,000 u mill-Olanda kellna nuqqas ta' 7,000.", "Dawn huma d- destinazzjonijiet li l-aktar konna qed nimmiraw.", "Imbagħad mill-Isvezja kellna nuqqas ta' madwar 1,000 turist.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika ta' Awissu ssib l-istess.", "A paragun ma' Awissu tas-sena 2000, f'Awissu ta' din is-sena kellna nuqqas mill-Belġju u mid-Danimarka kellna nuqqas ta' madwar 4,000 turist mill-Ġermanja, kellna nuqqas ta' madwar 1,000 mil-Libja, nuqqas ta' kważi 3,000 turist mill- Olanda, nuqqas ta' turisti mir-Russja u kellna nuqqas ta' turisti mill- Isvezja.", "Jekk jerġa' jqabbel b'mod globali l-ewwel tmien xhur ta' din is- sena ma' l-istess żmien is-sena l-oħra jsib li mill-Belġju kellna 3,000 turist inqas, kellna nuqqas ta' turiżmu mill-Fillandja, bqajna fil-figura ta' 30,000 u iktar mill-Ġermanja, 9,000 mil-Libja, 9,000 mill-Olanda, 1,000 mill-Isvezja u b'mod globali – u din inkwetanti – kellna tnaqqis ta' madwar 9,000 turist.", "Jekk tħares lejn l-istatistika ta' l-ewwel tmien xhur mill- 1996 sas-sena 2001 issib li wara li tela' gvern Laburista kien hemm żieda ta' 40,000 turist, is-sena ta' wara kien hemm żieda ta' madwar 30,000 ieħor.", "Is-sena ta' wara reġa' kien hemm żieda wkoll, fis-sena 2000 bqajna kważi l-istess pero` din is-sena ħadna daqqa 'l isfel ta' 9,000 turist.", "Mr Speaker, din hija statistika inkwetanti li ma tawgurax tajjeb.", "Ħafna operaturi tat-turisti, il-ħaddiema fil-qasam turistiku, il-lukandiera, is- sidien tar-restaurants, bejjiegħa tas-souvenirs, sidien tal-coaches u l- minibuses u dawk kollha li jiddependu mit-turiżmu kollha jinsabu inkwetati.", "Dawn huma inkwetati wkoll wara li ġiet imposta liċenzja fuqhom u allura jien fil-budget tal-lejla, Mr Speaker, qiegħed nistenna li l-gvern b'xi mod iħabbar inċentivi biex jgħin lil dan is-settur li minnu jiddependu eluf ta' familji għall-għajxien tagħhom.", "Il-gvern għandu jerġa' jagħti skussatura 'l quddiem biex il-ħaddiema tagħna jkollhom ix-xogħol u biex dawk li diġa' qed jaħdmu ma jkollhomx l-impieg jkunx.", "Biżżejjed hija inkwetanti r-rata ta' 10,700 ruħ li skond l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika huma qegħda f'pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2001 fis-6:00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAWDEX", "29774.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis-sena skolastika 2000-2001?", "Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom?", "Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001?", "F'liema istituzzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li 172 tifel u 168 tifla temmew l- edukazzjoni Primarja tagħhom fis-sena skolastika 2000/2001.", "Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Membru għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27799.", "PULIZIJA", "29831.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rapurtati lill-Pulizija din is-sena li seħħew f'Paceville?", "X'passi ittieħdu mill-pulizija?", "Kemm fil- fatt huwa n-numru ta' pulizija li jkunu stazzjonati matul il-ġimgħa u fil- weekends?", "Huwa possibli li l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija għall- aħħar 5 snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant bid-dettalji għal dawn l-aħħar ħames snin mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.", "Madankollu, matul din is-sena, ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l- 15 ta` Novembru 2001, il-Pulizija kellha 423 rapport ta` reati allegati li seħħew ġewwa Paċeville.", "Dawn kollha ġew investigati mill-Pulizija skond il- liġi u bħala riżultat ta` dawn l-investigazzjonijiet ġew solvuti 61 każ, inklużi dawk ta` żewġ hold ups u każ ieħor ta` feriti gravi segwiti b`mewt.", "Ninsab infurmat ukoll minbarra l-Pulizija li jkunu xogħol fl-Għassa ta` San Ġiljan, matul il-ġimgħa ikun hemm 2 pulizija patrol matul il-lejl ġewwa Paċeville, filwaqt li fil-weekends dan in-numru jitla` għal 12 jew aktar, jiddependi skond il-commitments li jkollha l-Pulizija.", "KORDIN - FAĊILITA TA' KOREZZJONI", "29832.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinfurmani hekk huwiex maħsub li fil-futur jiġi trasferit lura fil- faċilita ta' korrezzjoni f'Kordin iċ-ċentru ta' korrezzjoni li hemm fl- Imtaħleb ir-Rabat, Malta?", "Jekk iva, meta?", "Jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: M`hemm l-ebda ħsieb li jsir dan it-trasferiment.", "ARMI REĠISTRATI", "29833.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħati breakdown ta' kemm huma n-numru ta' armi reġistrati mal- Pulizija f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 10 snin sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23048.", "Ma` dan wieħed irid iżid ir-reġistrazzjoni ta` 1,356 oħra li saru minn dakinhar sal-lum.", "PA", "29834.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew reġistrati ma' l-PA għall-iżvilupp tat-Tuna Pening matul dawn l-aħħar tlett snin sena b'sena u f'liema xhur u żmien tas-sena?", "Kemm minnhom ġew approvati, kemm jinsabu pendenti u kemm ġew rifjutati u/jew abbażi ta' reconsideration u/jew appell?", "ONOR.", "TONIO BORG: F`dawn l-aħħar tlett snin ġew reġistrati 9 applikazzjonijiet għall-iżvilupp tat-tuna penning.", "2 ġew reġistrati f`Diċembru 1998.", "Waħda ġiet approvata u l-oħra rtirata.", "1 ġiet reġistrata f`Novembru 1999 u għadha pendenti.", "1 ġiet reġistrata f`Marzu 2001 u ġiet approvata fl-istadju ta` rikonsiderazzjoni.", "2 ġew reġistrati f`April 2001 u ġew approvati.", "2 ġew reġistrati f`Mejju 2001 u ġew approvati.", "1 ġiet reġistrata f`Ġunju 2001 u għadha pendenti.", "MONITORING", "29835.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-monitoring li qed isir fir-Rabat sabiex ikun analiżat l-impatt tas-sistema one way fi Triq G.Borg Olivier dwar r-Rabat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaf li bis-sistema tal-one way il-ġdida ta` Triq Ġorg Borg Olivier ir- Rabat, żdied il-volum tat-traffiku fuq toroq oħra fiċ-ċentru tar-raħal.", "Jidher iżda li ħafna mill-karozzi li qed jagħddu miċ-ċentru tar-raħal qed jagħmlu hekk bla bżonn meta jistgħu jużaw toroq oħra li għalkemm huma ftit itwal f`dik li hija distanza joffru alternattiva ta` rotta li hija iqsar fil-ħin.", "Għaldaqstant il-Bord huwa tal-fehma li s-sistema l-ġdida għandha, għalissa, tibqa` kif inhi biex sewwieqa jidraw l-użu tat-toroq li jagħddu mill- periferiji ta` l-ibliet u l-irħula u mhux ta` dawk li jagħddu minn ġo nofshom.", "GĦAR BARKA - SERVIZZ TAL-KAROZZA TAL-LINJA", "29836.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar is-servizz tal-karozza tal-linja għall-Għar Barka u jinfurmani meta fil-fatt se jiġi fis-seħħ dan is-servizz?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28915.", "PULIZIJA", "29875.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement membri fil-Korp tal- Pulizija?", "Jista' wkoll jindika s-sess u l-grad tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri tal-Korp tal- Pulizija huwa ta` 1,759.", "It-tagħrif mitlub dwarhom hu kif ġej:", "|Kummissarju |1 | |Deputat Kummissarju |1 | |Assistenti |5 | |Kummissarji | | |Supretendenti |23 | |Spetturi Rġiel |55 | |Spetturi Nisa |11 | |Surġenti Maġġuri |2 | |Surġenti Rġiel |303 | |Surġenti Nisa |27 | |Kuntistabbli Rġiel |1,154 | |Kuntistabbli Nisa |177 |", "PULIZIJA", "29876.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm membri fil-Korp tal-Pulizija irriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta fis-snin 1999, 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001?", "Jista' wkoll jiġi indikat is-sess u l-grad tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw jew tneħħew jew spiċċaw bl-eta` jew mietu fis-snin 1999 u 2000 u matul din is-sena, sal-31 ta` Ottubru, kif ukoll il-grad u s-sess tagħhom hu kif jidher hawn taħt:-", "|GRAD |1999|2000 |2001 | |Commissioner |- |- |1 | |Assistant |- |1 |- | |Commissioner | | | | |Superintendent |1 |1 |- | |Inspector |1 |1 |6 | |Sargeant Major |- |1 |1 | |Sargeant (Male) |6 |5 |17 | |Sargeant |1 |1 |1 | |(Female) | | | | |Constable (Male)|14 |76 |28 | |Constable |6 |6 |3 | |(Female) | | | |", "BORMLA - MINA TAL-POLVERISTA", "29877.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-ambjent ta' madwar il-Mina tal-Polverista, Bormla tiġi rranġata u l-proġett li hemm maħsub li jsir jsir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sa fejn jien infurmat ma hemm l-ebda proġett għall-Mina tal-Polverista, Bormla.", "Li hemm żgur huwa proġett biex tiġi restawrata l-kantuniera tal-Polverista li tagħti lejn il-housing estate ta' San Ġwann t'Għuxa: dan ix-xogħol għandu jibda dalwaqt.", "APPELLATE BOARD", "29882.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jwaqqaf appellate board għad-dipartiment tal-kuntratti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jwaqqaf Public Contracts Appeals Board awtonomu u indipendenti li jkun awtorizzat jiddeċiedi appelli magħmula minn offerenti fit-termini tar-Regolamenti dwar ix-xiri pubbliku.", "STATE AID INVENTORY", "29883.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern Malti mistenni li jgħaddi l-istate aid inventory formalment lill-kummissjoni ewropeja?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-iState Aid Board ser jibgħat formalment l-inventarju fil-jiem li ġejjin.", "NATIONAL R & D AUDIT", "29884.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jippublika il-konklużjonijiet u il-findings tal-workshop li ġie organizzat mil-Malta Council for Science and Technology dwar National R&D Audit and Foresight Exercise in Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija qiegħed jorganizza numru ta' workshops bħala preparazzjoni għal National R&D Audit u Technology Foresight Exercise.", "Fil-workshops qed jiġu diskussi l-metodoloġija u l-programm ta' ħidma li għandhom jiġu segwiti.", "L-eżerċizzju ta' Audit diġa` ingħata bidu u jibqa' għaddej matul is-sena 2002 filwaqt li l-eżerċizzju ta' Technology Foresight għandu jingħata bidu fi Frar 2002 u jibqa' għaddej sa' Diċembru 2003.", "Konklużjonijiet m'humiex mistennija qabel dawn id-dati.", "KONVENZJONIJIET KONTRA L-KORRUZZJONI", "29885.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta Malta mistennija li tiffirma il-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption?", "Meta mistennija taċċedi għall- OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions kif wkoll meta mistennija tingħaqad mal- UN anti-corruption programme for Drug Control and Crime Prevention?", "Malta għandha xi ħsieb li tal-lineja ruħa mal-konvenzjoni għall-ħarsien tal- interessi finanzjarji tal-kommunita ewropeja u il-protokolli tagħha?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qiegħed jagħmel l- istudji meħtieġa sabiex ikun jista' jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal- iffirmar minn Malta tal-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption u dawk biex Malta taċċedi għall-OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions (avolja Malta għadha mhiex membru ta' l-OECD).", "Dwar il-UN Anti-Corruption Programme for Drug Control and Crime Prevention, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta, bħala stat membru tal-UN, diġa tattendi laqgħat ta' dan il-programm.Dwar it-tieni parti tal- mistoqsija, nixtieq ngħid li Malta qegħda tagħmel l-preparamenti neċessarji biex tallineja ruħha ma din il-Konvenzjoni u l-Protokolli tagħha.", "Din il- Konvenzjoni u l-Protokolli huma miftuħa biss għall membri ta' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk Malta tkun f'pożizzjoni li taċċedi għal din il- pożizzjoni meta tissieħeb fl-Unjoni.", "OFFERTI FUQ ART", "29886.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tinħareġ għall-offerti il-biċċa art li hemm tmiss mal-ex-fabbrika tal-ST Microelectronics f'San Ġwann?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l- Onor. Interpellant taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.", "ĠRIEDEN", "29887.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga l-ilment serju li hemm dwar ġrieden ta' kull daqs fi Triq PP Bezzina, San Ġwann?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv fit-triq indikata, illum l-20 ta` Novembru 2001.", "Infurmat ukoll illi matul din is-sena ma` ġie rrappurtat l-ebda ilment ieħor minn din l-istess triq.", "Il-problema ser tibqa` tiġi segwita` regolarment sakemm l-infestazzjoni tal- ġrieden tiġi kkontrollata."]} {"filename": "20010207_489d_par.doc", "date": "2001-02-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 489 L-Erbgħa, 7 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 489", "L-Erbgħa, 7 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "489", "L-Erbgħa, 7 ta' Frar, 2001", "WERREJ MINUTI 285", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI 285", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 287", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 488 li saret fis-7 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET- TWEĠIBIET ORALI", "INSTITUTIONAL HEALTHCARE -KONTIJIET PENDENTI", "22397.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 8 - institutional health care - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "MOUNT CARMEL - INSTITUTIONAL HEALTHCARE – KONTIJIET PENDENTI", "22407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 10 - institutional health care, MCH - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "BOFFA INSTITUTIONAL HEALTHCARE – KONTIJIET PENDENTI", "22410.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 11- institutional health care, SPBH - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "SAĦĦA - PRIMARY CARE – KONTIJIET PENDENTI", "22411.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lilll- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti u/jew ma għadhomx imħallsa taħt Item 12 - primary care - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "SAĦĦA - INSTITUTIONAL HEALTHCARE – KONTIJIET PENDENTI", "22493.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal- kontijiet pendenti u/jew mhux imħallsa taħt item 9 – institutionalh health care - fl-1 ta' Jannar 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22360.", "POSTIJIET TA' DIVERTIMENT - TFAL", "23099.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena l-oħra nqabdu tfal f'postijiet ta' divertiment meta mhux suppost jidħlu?", "Kemm inqabdu kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "|1996 | -| |1997 | 9| |1998 | 58 | |1999 |127 | |2000 | 8|", "INVESTIMENT BARRA MINN MALTA", "23100.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus Maltin barra sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Infakkar lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob għas-snin 1996-1999 diġa' ngħatatlu fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "16465.", "Il-figura għas-sena 2000 ingħatatlu fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22748.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidilna dawn iż-żewġ risposti li rriferiena għalihom x'kienu jgħidu?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix hawnhekk id-dettalji li qed jitlob l- Onor. Membru, pero' naħseb li faċli li wieħed jiġbor l-informazzjoni mir- records tal-parlament.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiena xtaqt nagħmel domanda supplimentari in konnessjoni ma' l-informazzjoni li qed nitlob u dawn id- dettalji għandi bżonnhom f'idejja.", "Jiena kont nippretendi li fil-file l- Ministru jkollu r-risposta oriġinali.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini, nerġa' ngħidlek li m'għandix l- informazzjoni fil-file.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma nistax naċċetta sitwazzjoni bħal din.", "Għaldaqstant qed insejjaħ quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-6.14 p.m. is-Seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jiddispjaċini ninformak li għadna mingħajr quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex jivverifika n- numru ta' dawk preżenti.", "L-Onor.", "Membri preżenti ġew magħduda.", "THE DEPUTY SPEAKER: In-numru ta' Membri preżenti huwa għaxra, bija b'kollox, u għaldaqstant niddikjara l-Kamra aġġornata għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Frar, 2001 fis-6.00 p.m. bl-istess aġenda ta' llejla.", "Fis-6.20 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "23101.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra talli ħallew tfal jidħlu f'postijiet ta' divertiment meta mhux permess matul is-sena l- oħra?", "X'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra l-pulizija ressqet quddiem il-qorti erba' persuni talli ħallew persuni taħt is-16-il sena f`postijiet ta` divertiment.", "Minn dawn wieħed ġie liberat, filwaqt li t-tlieta l-oħra għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-qorti.", "SUWIĊIDJI/OVERDOSES", "23102.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru suwiċidji u/jew overdoses is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Rigward każi ta' suwiċidju nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari nru.", "22454.", "Rigward każi ta' overdose nitlob l-Onor.", "Interpellant jirriferi għal mistoqsijiet parlamentari nri.", "20213, 18311, 18168, 15596, 15083, 13156, 13022, 12966.", "PULIZIJA - REATI", "23103.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rapportati lill-pulizija s- sena l-oħra?", "X'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22327.", "ETC - ĦADDIEMA BLA PERMESS", "23104.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għal ħaddiema jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-uffiċjali tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ma jagħmlux spezzjonijiet speċifikament biex jaqbdu ħaddiema jaħdmu mingħajr permess u għalhekk ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "Ninsab informat li matul is-sena 2000, l-uffiċjali tal-korporazzjoni għamlu b'kollox 6,888 spezzjoni.", "EDUKAZZJONI/UNIVERSITA' - INTERNET", "23202.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-segretarjat tiegħu u fl-Universita' jekk fl-amministrazzjoni waslux rapporti li xi membri ta' l-istaff akkademiku qed jidħlu fiċ-chat lines b'messaġġi sesswali u jieħdu sehem f'cyber sex fuq l-internet?", "Jekk waslu dawn ir-rapport ttieħdu xi passi?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fir-rigward tas-segretarjat lanqas biss qatt ma saret xi allegazzjoni fis-sens li qed isemmi l-Onor.", "Membru.", "Rigward l- Universita` jien informat li l-allegazzjoni li saret b'mod anonimu fl- amministrazzjoni ta' l-Universita` ġiet investigata immedjatament.", "Il- computing services centre ħareġ avviż lil kulmin għandu internet u e-mail account ma' l-Universita` li dan hu mogħti lilhom biex isir xogħol konness ma' l-Universita`.", "Il-computing services centre, mill-ewwel beda jinvestiga kemm dawn l-allegazzjonijiet huma vera biex l-Universita` tkun tista' tiddeċiedi tieħu passi u dawn x'għandhom ikunu.", "Mill- investigazzjonijiet li saru sa issa ma nstab xejn minn dak li kien allegat.", "EĠITTU/MALTA - PROTOCOL TA' KOPERAZJONI", "23228.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fid-dawl tal-protocol ta' koperazjoni bejn Malta u Eġittu fl-oqsma tal-biedja u sajd, kemm-il darba l-Ministru żar l-Eġittu u l-Ambaxxata Eġizzjana f'Malta matul l-1999 u s-sena 2000 sabiex imexxi dan il-ftehim 'il quddiem?", "Jista' jinformana liema huma l-oqsma ta' prijorita' għall-iżvilupp ta' din il-koperazzjoni min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista u/jew rakkomandati f'dan il-perijodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma saret l-ebda żjara minni ġewwa l-Eġittu, jew fl- Ambaxxata Eġizzjana f'Malta, matul l-1999 u s-sena 2000.", "Madankollu ninforma l-Onor.", "Interpellant li fid-dawl ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Egittu ġie mistieden f'Malta Prof. Mazen mill-Universita' ta' Assiut fl-Eġittu.", "Dan kien Malta bejn l-14 u l-21 ta' Jannar 2001, fejn saru diskussjonijiet dwar il-koperazzjoni fil-qasam fitopatoloġiku bejn il-ministeru ta' l-agrikoltura u sajd u l-Universita' ta' Assiut.", "Fl-ispirtu ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, delegazzjoni Maltija fil-qasam ta' l-agrikoltura u sajd ġiet mistiedna sabiex iżżur il-Kajr.", "Hu mistenni li din iż-żjara ssir f'qasir żmien.", "It-taħdidiet ser jittrattaw dwar dawn l-aspetti:", "(1) Pjanti", "(a) bdil ta' esperjenzi u informazzjoni xjentifika;", "(b) twaqqif ta' bank taż-żrieragħ fir-reġjun tal-Mediterran;", "(c) koperazzjoni teknika dwar maniġġ ta' ilma u fertilizzanti;", "2.", "Annimali (a) bdil ta' tagħrif dwar il-fniek, mogħoż u baqar;", "3.", "Sajd u Akwakoltura", "a) bdil ta' tagħrif dwar riċerka xjentifika fl-oqsma tas-sajd u akwakoltura.", "CHEAM - PROTOKOL", "23229.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani bl-aġenda tal-ministeru tiegħu u tad- dipartiment ta' l-agrikoltura u CHEAM skond il-protocol ta' koperazzjoni li jeżisti għal matul din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ftehim ta' koperazzjoni mac-CIHEAM beda fid-dawl tar-Raba' Protocol finanzjarju bejn Malta u l-Italja.", "Dan il-protocol skada fl-aħħar ta' Dicembru 2000.", "Il-ftehim bejn Malta u l-Italja għall-Ħames Protocol għadu qed jiġi diskuss u għalhekk fil-preżent ma hemm l-ebda ftehim bejn il-ministeru tiegħi u c-CIHEAM skond il-protocol għal matul din is-sena.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23243.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax issir laqgħa bejn uffiċjal fid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u l- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kif tista' tixhed il-Caritas hija l-mara ta' vittma ta' l-użura u saret taf li waqgħet lura b'erba snin fil-pagamenti tal-kera, biex tagħmel arranġament sostenibbli biex tħallas fuq medda ta' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-post indikat hu tal-privat u rekwiżizzjonat.", "Il-persuna ndikata ġiet informata b'ittra sabiex tħallas l- arretrati tal-kera direttament lil sid il-post.", "Għalhekk il-mod ta' kif jitħallsu dawn l-arretrati għandu jsir b'arranġament bejniethom.", "Madankollu ser nibgħat għal persuna konċernata biex naraw jekk tistax tiġi identifikata xi forma ta' għajnuna.", "ANĠINA", "23244.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħdu passi biex il- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata b'mod urġenti s-servizz tat-telecare peress li għadu kemm kellha bidu ta' attakk ta' anġina u tgħix waħedha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda applikazzjoni bl-isem indikat ma waslet fit-telecare section.", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "23247.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22813?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tweġiba għall-ewwel domanda hi fl- affermattiv.", "Intalbu l-flus mill-work resources fund biex wieħed jista' jkopri l-ispejjeż li ma jkunux koperti minn min jagħmel l-istedina.", "Fuq il- bażi li l-visti kienu qed isaħħu r-relazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali.", "Ir-rendikont tal-flus li ngħataw mill-Universita` huma dawn li ġejjin:", "|Infieq| | | | |Viżti |Passaġġi|Subsisten|Reg. | | | |ce | | |1.ESCP| | | | |Icelan|-- |312.00 |50 | |d | | | | |2.UK |-- |350.00 |-- | |3.FIP | | | | |Vienna|157.00 |320.00 |180 | |4.ESCP| | | | |Basel |- |240.00 |40 | |5.Coun| | | | |cil of| | | | |Europe|122.40 |127.60 |- | |Brusse| | | | |l | | | |", "|Dħul | | | |Internati|Socrates |Work | |onal | |Resource | |Office | |Fund | |-- |-- |360 | |350 |-- |-- | |-- |-- |651 | |-- |-- |280 | |- |250 |- |", "SAĦĦA - REVENUE OFFICE", "23250.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tiġi mitluba tagħti lura Lm200 lir- revenue office, department of health, 15, Merchant Street, Valletta?", "Jekk jirriżulta li l-persuna hija obbligata tħallas din is-somma konsiderevoli fi żmien qasir, jista' jsir arranġament biex tħallasha fuq medda itwal miż-żmien li ngħatat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament kienet bdiet kors ta` diploma in radiography u ma komplitx.", "Għalhekk għandha tirrifondi lura Lm200 bħala parti minn Lm400 li kienet ingħatat bħala grant.", "Dan l-ammont jista` jitħallas lura fi zmien sena permezz ta` pagamenti kull xahar.", "SKEJJEL - ASSISTENTI KAPIJIET", "23251.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ntgħażlu biex isiru assistenti kapijiet fl-iskejjel u qegħdin jistennew fil-lista biex jintbagħtu f'xi skola?", "Kemm minnhom huwa stmat li se jilħqu jiddaħħlu qabel il-lista tal- magħżulin tkun skadiet għax ikun għadda ż-żmien stipulat minn fuqha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa issa laħqu 46 assistent kap tal- primarja u 43 tas-sekondarja.", "Applikanti għall-primarja kien hemm 100 u għas-sekondarja kien hemm 156.", "Il-lista tas-sekondarja skadiet fid-29 ta' Jannar 2001.", "Dik tal-primarja tiskadi f'Settembru, 2001.", "Fil-primarja hemm erba' assistenti kapijiet li ser jagħlqu l-61 sena u tnejn li se jagħlqu s-60 sena.", "Dawn ta' l-aħħar għandhom dritt li jibqgħu sal-61 sena.", "MRL - TESTIJIET", "23370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' testijiet ta' l-MRLs li saru fuq il-laħam aħmar li nipproduċu lokalment?", "Fuq liema tip ta' laħam?", "Kemm fuq ċanga?", "X'riżultati nkisbu u x'rakkomandazzjonijiet addizzjonali saru sabiex ikun hemm aktar effiċjenza?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "HGT", "23384.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni f'Malta ta' laħam li jkun suġġett tal-HGT?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-HGT.", "HGT", "23385.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq importazzjoni ta' priżervijiet li jkun fihom prodott ta' laħam li jkun suġġett tal-HGT fil- kompożizjoni tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega ruħu aħjar xi jrid jgħid bl-HGT.", "PRODUZZJONI ĠENETIKAMENT MODIFIKATA", "23386.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kontrolli jsiru fuq l-importazzjoni ta' priżervijiet u prodotti li jkunu suġġett ta' annimali jew tjur magħlufa b'għalf suġġett ta' produzzjoni ġenetikament modifikata (GM Feeds) ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "MAKKINARJU REPROGRAFIKU - IMPORTAZZJONI", "23402.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid, bejn l-1995 u l-2000, kemm ġew importati: photocopy machines; fax machines; computer printers; scanners; kull makkinarju ieħor bi klassifikazzjoni differenti li jgħamel xogħol reprografiku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'dinis-seduta.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PENSJONANTI", "23403.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22914 dwar pensjonanti, qed nirriferi għal pensjoni tan-national insurance tal-ħaddiema tal-gvern li l-aħħar li ġiet riveduta kien għall-perijodu 1991-1998.", "Jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "PILLOLI CISAPRIDE", "23404.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi kien ġie ikkonfermat li kien hemm provista irregolari ta' pilloli cisapride minħabba f'xi problemi tekniċi ma' l-importatur dwar xi ċertifikati meħtieġa u wara li kien hemm provista limitata tagħhom f'Novembru dawn reġgħu jinsabu out of supply, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sitwazzjoni rigward il-pilloli Cisapride 10mg issa ġiet lura għan-normal u għalhekk dawn il-pilloli jinsabu fl-ispiżeriji tal-gvern ta` l-isptarijiet San Luqa, ta' Għawdex u Boffa, filwaqt li qegħdin jitqassmu lill-ispiżeriji ta` SVPR u Mount Carmel."]} {"filename": "20000214_240d_par.doc", "date": "2000-02-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 240 It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 240", "It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "240", "It-Tnejn, 14 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 865", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 865", "TQEGĦID TA' KARTI 869", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI (L-EWWEL QARI) 871", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRATTAMENT XIERAQ TA' ANNIMALI (L-EWWEL QARI) 871", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU 2) (IT-TIENI QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL (SECOND READING) 872", "AĠĠORNAMENT 892", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 899", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 239 li saret fid-9 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - OUT-PATIENTS", "13619.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Karl Chircop) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid- dipartiment ta' l-out-patients ta' l-Isptar San Luqa, matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): In-numru ta' pazjenti li ġew invistati fid-dipartiment ta' l-out-patients fl-Isptar San Luqa matul dawn l-aħħar għaxar snin hu hekk:", "Sena New Cases Follow Ups -------------------------------- 1990 90,586 230,300 1991 81,316 219,562 1992 79,076 226,369 1993 78,404 230,095 1994 79,224 235,870 1995 80,539 234,103 1996 77,790 241,744 1997 75,493 244,956 1998 75,059 249,293 1999 71,140 233,692 --------------------------------- Irrid ngħid li l-average ta' każi ġodda li jiġu eżaminati f'San Luqa kull sena jlaħħaq medja ta' 77,000; u f'dak li huwa follow-ups, jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri jsib illi fl-1998 ilħaqna ċifra record ta' 250,000 vista.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR MARIO GALEA: Billi bħalissa jidher li hemm kwestjoni bejn il-union tan-nurses u d-dipartiment tas-saħħa dwar is-superviżjoni ta' pazjenti li jkunu priġunieri fl-Isptar Monte Carmeli - u peress li jien kont naħdem hemm naf illi mhijiex sitwazzjoni faċli, għax kultant ikollok ċerti priġunieri li jkunu aggressivi u billi huma pazjenti, ċerta limitazzjoni kif tista' titratta magħhom hemm, allavolja jkollhom pulizija magħhom - jista' l-Ministru jinforma l-Kamra prattikament x'inhu jagħmel biex jintlaħaq ftehim b'mod aċċettabbli għal kulħadd dwar din il-kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett nixtieq ngħid li l-kwestjoni kollha qed tinqala' minħabba l-allegat nuqqas ta' sigurta' tan-nurses li jaħdmu f'ward 10 f'Monte Carmeli; anzi biex inkun iktar preċiż, l-allegazzjoni hija dwar nuqqas ta' sigurta' lin-nurses meta jkun hemm priġunier partikolari ġewwa ward 10.", "Hawn ta' min ifakkar illi kienet ittieħdet id-deċiżjoni sena ilu li ward 10 tingħalaq għal kulħadd, ħlief għall-priġunieri, deċiżjoni li kienet ittieħdet minħabba l-fatt illi d-diriġenti ta' l-isptar kienu ddeċidew illi mhuwiex għaqli li jkollok nies forsi b'passat kriminali, ħafna minnhom bi stejjer ta' traffikar jew abbuż mid-droga, li jitħalltu ma' pazjenti oħrajn ġewwa s-swali.", "U minħabba li din is-sala kienet se tintuża biss għall- priġunieri, ovvjament m'hemmx complement jew numru fiss ta' nurses illi jaħdmu fiha.", "Pero' dawk in-nurses li jaħdmu hemm kollha jaħdmu overtime.", "Barra dan ta' min jgħid ukoll illi shift ta' overtime f'din is-sala nhar ta' Ħadd jew f'xi festa jiġi jiswa lill-poplu Malti Lm44.41 u jekk ma jeħdux it-time-off waqt dan ix-shift iċ-ċifra titla' wkoll għal Lm45.56.", "Tajjeb inżid li ma' kull priġunier ikun hemm għassa pulizija kif ukoll nurse, li jkun qed jagħmel supervision kontinwa.", "Issa fil-każ ta' dan il- pazjent illi dwaru nqala' d-diżgwid, minħabba n-natural tiegħu li jista' jkun aggressiv, minflok li jkun hemm pulizija b'constant watch miegħu minbarra n-nurse ġie miftiehem li jkun hemm tnejn.", "Interessanti l-fatt li ħafna min-nurses li jaħdmu f'ward 10 huma l-istess nurses li jagħtu dan is-servizz ukoll fl-isptar ta' Corradino, fejn ħafna drabi jkun hemm preżenti biss żewġ nurses jew inkella nurse ma' żewġ gwardjani għal kull 50 ħabsi.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif inqala' dan id-diżgwid.", "Jiena naħseb li n-nurses iktar ikunu f'pożizzjoni perikoluża meta qegħdin ma' 50 priġunier milli ma' priġunier wieħed.", "Pero' minkejja li dawn il-priġunieri jkunu f'ward 10, xorta jibqa' l-fatt illi huma pazjenti waqt li qegħdin l-isptar u allura għandhom jiġu ttrattati bħala tali u jgawdu l-istess benefiċċji.", "Sadattant, minn meta ttieħdet id- deċiżjoni dwar ward 10 nistgħu ngħidu li ma nqala' xejn partikolari.", "Fil- fatt hemm iżjed probabbilta' li xi ħadd jiġi attakkat ġewwa l-emerġenza jew ġewwa health centre milli ġewwa ward 10!", "Issa l-Onor.", "Interpellant staqsieni x'passi qegħdin nieħdu.", "Irrispettivament minn dak li pprepiċita din il-kwestjoni, nista' ngħid li tkellimna mal-ministru ta' l-intern, u tkellimna mal-kummissarju tal- pulizija u anke mad-direttur tal-ħabs u ġie deċiż illi ward 10 se tkun taqdi funzjoni bħal dik li qiegħda taqdi St. Michael's ward fl-Isptar San Luqa.", "Jiġifieri din se tkun estensjoni tal-Corradino correctional facilities u se tkun ukoll manned minn gwardji speċjali tal-ħabs, minbarra naturalment minn-nurses.", "Naħseb illi d-diżgwid inqala' għax minkejja li jkun hemm pulizija ma' kull ħabsi preżenti - u f'dan il-każ partikolari, nerġa' nirripeti, kien hemm żewġ pulizija - donnu xi ħadd daħħal f'moħħ il- pulizija li xogħolhom f'ward 10 huwa biss illi ma jħallux il-priġunier jaħrab.", "U ovvjament inqalgħu ċerti inċidenti minuri fejn forsi l-pulizija ma tawx l-għajnuna mill-ewwel lin-nurses u dan qajjem ċertu allarm fost il- unions, li bi dritt għandhom l-obbligu li jaraw li jissalvagwardaw l- interessi tal-ħaddiema.", "Naħseb li l-punto di partenza tad-diżgwid kollu li hemm ġej mill-fatt, li minkejja li ngħataw assigurazzjoni mill-kummissarju tal-pulizija, il- unions baqgħu jinsistu li ma' dan il-priġunier irid ikun hemm membri ta' l- SAG dettaljati miegħu.", "Jiena naħseb li jekk wieħed iħares lejn din il- problema jinduna kemm mhuwiex ġustifikat dak li qed jitolbu n-nurses.", "Biex inkun prattiku nġib eżempju, li jekk fi skola jkollok ġenitur li jattakka teacher għal darba darbtejn ....", "Nista' nifhem li kemm l-awtoritajiet kif ukoll il-unions tan-nurses jitolbu l-protezzjoni tal-pulizija, pero' ma naħsibx li meta l-kummissarju qed jagħti garanzija l-unions għandhom jinsistu li jkun hemm ukoll membri ta' l-SAG.", "Dan huwa l-bidu ta' din it- tilwima kollha li bħalissa qiegħda tiġi diskussa mal-unions.", "Jiena nispera li dan huwa biss każ tal-mikrobu ta' San Valentinu wara dak tal-Y2K!", "Nittama wkoll li jirbaħ is-sens komun għaliex qed isir ħafna storbju fuq xi ħaġa li niddubita kemm il-unions għandhom dritt jinsistu mal-kummissarju tal-pulizija dwar x'tip ta' protezzjoni għandu jipprovdi ma' dawn il-pazjenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: La qed nitkellmu fuq il-wards, bħalissa hawn ċerta għagħa, speċjalment fost il-ġenituri, dwar l-għeluq tas-sala Wonderland.", "Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni x'wassal għall-għeluq ta' din il-ward u x'konsiderazzjoni qiegħda tittieħed għax-xewqa ta' għadd ta' ġenituri li din il-ward tibqa' miftuħa għas-servizz ta' tfal Maltin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Kellna diġa' kelliem ieħor li għamel din l-istess dikjarazzjoni (Interruzzjonijiet).", "Imma inti għamilt dikjarazzjoni li s- sala Wonderland se tingħalaq, anzi għadek kemm għedt li għalqet.", "Is-sala Wonderland mhux veru li ngħalqet.", "Kulma qiegħed jiġri hu li d-diviżjoni talbet lill-ispeċjalisti u lid- diretturi jagħmlu studju - peress li għandna żewġ wards tat-tfal illi l- bed occupancy tagħhom hija 50% biss - u la l-ministru u lanqas il-ministeru m'huma se jieħdu huma d-deċiżjoni jekk Wonderland tingħalaqx jew le.", "Imma qegħdin nitolbu l-parir ta' l-esperti biex naraw nistgħux namalgamaw is- servizzi li qegħdin jingħataw minn żewġ swali tat-tfal illi l-bed occupancy tagħhom hija 50%.", "B'hekk ikollna għad-dispożizzjoni ward ċkejkna fejn ikun jista' jsir assessment u investigazzjoni ta' pazjenti li jkunu ġew ammessi l-isptar - jew ikun hemm bżonn li jiġu ammessi - filwaqt li d-dinjanjosi tkun għadha ma ġietx stabilita.", "Qed nitkellem, per eżempju, fuq każ ta' chest pain, illi jista' jvarja minn attakk tal-qalb għal ulċera.", "Jekk ikollna din ir-rakkmandazzjoni, din il-ward se sservi proprju għal dan il- għan.", "Pero' nista' ngħid illi l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet.", "Ħadd ma qal, ħlief l-oppożizzjoni, li s-sala Wonderland se tingħalaq.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid nagħmel appell dwar ċerti affarijiet li l- ewwel jingħadu ġol-parlament - f'dan il-każ mhux mill-Onor.", "Cuschieri imma minn xi ħadd ieħor - u wara jibdew jinkitbu ittri fuq ittri fil-gazzetti u kulħadd jagħmilha fatta li s-sala Wonderland se tagħlaq.", "Ma naħsibx illi din it-tensjoni ġiet attenwata mill-istaff għax l-istaff kien l-iktar li kkontribwixxa biex jippropaga din id-diċerija li s-sala Wonderland se tingħalaq.", "B'danakollu, kif għedt, bħalissa qiegħed isir studju u nista' nikkonferma li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.", "Wieħed l-ewwel irid janalizza l-konsegwenzi ta' deċiżjoni bħal din, imbagħad ovvjament fuq il-parir ta' l- esperti jkun jista' jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Irrid ngħid ukoll illi dan it-tip ta' studju jsir biex tibqa' tiżdied l- effiċjenza tas-servizz billi nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi limitati li għandna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR MARIO GALEA: Mr Speaker, ippermettili nagħmel żewġ mistoqsijiet qosra.", "Għandi l-impressjoni, forsi żbaljata, illi kultant donnu jkun hemm ċerta leġġerezza għall-mod kif ċerti detenuti mill-ħabs ta' Kordin jiġu rriferuti fl-Isptar Monte Carmeli.", "Jistgħux isiru laqgħat, anke mad- direttur tal-ħabs jew mat-tobba nkarigati, għaliex mill-esperjenza li għandi meta kont Monte Carmeli donnhom jiġu rriferuti ċerti nies illi naħseb ikunu f'sensihom iktar minni?", "Din soġġettiva, kif qed jgħid il- ministru tal-ġustizzja u gvern lokali.", "Li qed ngħid jien hu li kultant din tista' sservi ta' get-away għal dak il-priġunier li jkun irid jiskappa minn Kordin u allura jivvinta xi ħaġa biex imur Monte Carmeli.", "It-tieni mistoqsija hija jekk huwiex qed jiġi kkonsidrat illi fl-out- patients, biex ikun hemm ftit iktar organizzazzjoni - forsi dan diġa' qed isir, ma nafx - jibdew jingħataw l-appuntamenti bil-ħin, minflok ngħidu lil kulħadd jiġi għad-9.00 a.m. Jekk qegħdin jingħataw appuntamenti bil- ħin, dawn qegħdin jinżammu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid nirriferi wkoll għall-artiklu li deher f'waħda mill-gazzetti, fejn intqal li ċertu pazjent kull meta jrid jaqbad u jmur l-Isptar Monte Carmeli.", "Dan mhu veru xejn.", "Fil-fatt biex priġunier jiġi rriferut minn Corradino correctional facilities għal Monte Carmeli, dan l-ewwel irid jiġi ċċertifikat minn psikjatra li jagħmel id- dijanjosi.", "Imbagħad meta jiddaħħal l-isptar jiġi assessjat mill-konsulenti ta' Monte Carmeli.", "Barra dan nixtieq ngħid illi l-ġimgħa d-dieħla se niftħu kamra ġewwa Corradino correctional facilities.", "Dan se jsir wara laqgħat mal-ministru ta' l-intern u mad-direttur tal-ħabs.", "Din il-kamra se sservi bħala sala ta' osservazzjoni ġewwa l-ħabs stess, sabiex qabel ma' pazjent jintbagħat Monte Carmeli, ikun jista' jagħmel perijodu ta' osservazzjoni on location ġewwa Corradino.", "Dwar it-tieni domanda ta' l-out-patients, kelli ċans nitkellem fit-tul il- ġimgħa li għaddiet.", "Se jkun diffiċli ħafna li dan in-nuqqas li għandna fl- out-patients jiġi korrett jekk mhux se tiġi estiża u rraffinata s-sistema ta' komputerizzazzjoni ġewwa l-isptar.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-proċess kien beda fl-1995 u fejn is-sistema qiegħda taħdem tajjeb - bħalma huwa fil- każ tad-diabetic clinic u fil-każ ta' l-ophtalmic clinic - dan il-garr dwar id-dewmien ma jeżistix.", "Meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri li għadni kemm semmejt dwar kemm nies jattendu l-out-patients, issib li għandek 250,000 ruħ imorru għal follow-up u madwar 77,000 jattendu bħala new cases.", "Meta tgħoddhom flimkien issib illi n-numru ta' nies li jattendu fl-out-patients ta' l-Isptar San Luqa ...", "Wieħed jista' jinnota wkoll li minn mindu daħħalna s-sistema fl-1995 ta' konsulent fil-health centres, in-new cases minn 80,000 diġa' niżlu għal 71,000.", "Jiġifieri kieku ma ħadniex dik il-miżura u m'aħniex nespandu fuqha, in-numru ta' każi kien jibqa' jiżdied.", "(Interruzzjonijiet) Meta wieħed jgħoddhom flimkien isib illi on average kull Malti jmur darba fis- sena l-Isptar San Luqa, jiġifieri hawn għandna indikazzjoni ċara li qed isir abbuż mis-sistema kollha.", "Barra minn hekk, wieħed irid iżid il- 100,000 pazjent li jattendu d-dipartiment ta' l-emerġenza darba fis-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR ADRIAN VASSALLO: Mela ward 10 l-ewwel għedna li ngħalqet u issa qegħdin ngħidu li ma ngħalqet xejn pero' inbidlet il-funzjoni tagħha!", "Jiġifieri issa kull priġunier li għandu problema mentali qiegħed jintbagħat f'ward 10?", "Dan ifisser li se jkollok il-priġunieri kollha, kemm dawk vjolenti kif ukoll dawk li mhumiex, miġburin f'ward 10.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Le, aħna qegħdin ngħidu li dan isir meta t-tabib jew il-psikjatra ġewwa Corradino correctional facilities jindividwa priġunier li jkollu bżonn ttrattament taħt osservazzjoni - jew ikollu bżonn kura speċjalizzata għal problemi psikoloġiċi - u allura jintbagħat f'ward 10.", "In fatti on average ikollna bejn tlieta u ħames priġunieri jew pazjenti kuljum f'ward 10.", "F'din il-ward ma jiddaħlux pazjenti li mhumiex priġunieri u dan konna ddikjarajnieh meta għalaqna s-sala u għedna li din se tingħalaq għall-pazjenti.", "U fil-fatt infetħet acute ward oħra ġewwa Monte Carmeli, li hija ward 2, fejn il-pazjenti jiġu ttrattati u jingħataw l-istess servizz li jingħataw f'ward 10 il-priġunieri.", "Irrid ngħid illi meta jkun hemm bejn tlieta u ħames priġunieri, ikun hemm bejn tlieta u ħames pulizija għassa magħhom, ovvjament minbarra n-nurses.", "Dan nagħmluh biex noffru protezzjoni u nagħtu garanzija ta' sigurta' lil dawk illi jkunu qegħdin jaħdmu f'sala10.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li lanqas li kien hemm każi ġodda f'dawn l-aħħar għaxar snin kien proprju fl-1999?", "Kif jista' l-Ministru jispjegali wkoll li f'dawn l-aħħar snin, l-inqas li kien hemm follow-ups kien proprju fl-1999?", "Jista' jgħidli x'inhi r-raġuni?", "Nispera li ma jgħidlix illi minħabba s-sistema tal-computers!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, donnu li hawn ġew għandna problema serja ta' komunikazzjoni bejnietna għax nitkellmu bil-Malti u xorta ma niftehmux!", "Il-computers jien ma semmejthom qatt.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li mhux il-computers biss ibatu mill-Y2K bug imma anke ċerti Onor. Membri!", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt illi jekk wieħed iħares lejn in-new cases li jattendu l-isptar isib illi n-numru ta' każi ġodda dejjem nieżel u għedt ukoll li fil-każ ta' follow-ups għandna l-istess trend, xi ħaġa li ilna nosservawha għal dan l-aħħar ħames snin.", "Imma dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-appuntamenti jew mal-komputerizzazzjoni!", "Anzi jiena għedt illi n- numru beda jonqos minn mindu bdejna noħorġu l-konsulenti minn ġo l-isptar għal ġol-health centres.", "Jiġifieri llum jekk inti new case u għandek bżonn tiġi investigat għal chest pain, għall-istonku, eċċ, għandna servizz ta' konsulent fil-mediċina li qiegħed jattendi ġewwa l-health centres u l- pazjent m'għandux għalfejn jibqa' jiġi rriferut bħala new case ġewwa l- isptar imma jiġi rriferut ġewwa l-health centre.", "Minn dawn il-konsulenti, li qegħdin inżiduhom, għandna erbgħa minnhom fil- mediċina u dawn qegħdin joffru a gatekeeper role, illi qabel kien esklussivament f'idejn it-tobba tal-privat.", "Dan ifisser li llum it-tobba tal-privat għandhom il-lussu li biex pazjent jiġi investigat minn konsulent, m'hemmx għalfejn jeħduh ġewwa l-isptar imma jista' jiġi investigat ġewwa l-health centre.", "U dan hu kostanti ma' dak li wegħedna fil-programm elettorali, li l-kura - anke dik speċjalizzata - kemm jista' jkun tingħata viċin il-klijent biex innaqqsulu l-inkonvenjent illi joqgħod imur ġewwa l-isptarijiet.", "Mela din m'għandha x'taqsam xejn mas-sistema tal-computers imma minħabba sistemi ġodda li daħlu wara l-ħatra ta' konsulenti fil-komunita'.", "Din hija sistema li se tkompli tiġi amplifikata biex noffru servizz iżjed komplet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vassallo.", "ONOR ADRIAN VASSALLO: Jiġifieri issa kwalunkwe priġunier, vjolenti jew le, se jibda jintbagħat f'ward 10?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Qegħdin ngħidu li din mhix kwestjoni ta' jekk il- pazjent ikunx vjolenti jew le.", "Jekk il-psikjatra jiddeċiedi li dan għandu bżonn constant watch allura jintbagħat f'ward 10.", "U din id-deċiżjoni kienet ittieħdet, kif għedt qabel, għaliex ma jidhrilniex li hija prattika tajba li jkollok pazjenti b'ċerti problemi li jiġu ttrattati f'wards mal- pazjenti l-oħra.", "Ħafna mill-każi li jkunu priġunieri u li jkollhom bżonn għajnuna psikjatrika ta' ċertu livell jiġu rikoverati f'ward 10, li s'issa għadha taqa' taħt l-isptar.", "Pero' hemm il-ħsieb li ward 10 tiġi bħalma llum għandna St. Michael's ward ġewwa l-Isptar San Luqa, ċioe' estensjoni ta' Corradino.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 23 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta;", "Lista ta' uffiċjali għolja fiċ-ċivil li għandhom karigi oħrajn, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13703;", "Tabella li turi r-rakkmandazzjonijiet tal-PSC dwar każi kriminali li fihom kienu involuti uffiċjali pubbliċi;", "Tabella li turi r-rakkmandazzjonijiet ta' l-istess kummissjoni dwar każi ta' dixxiplina li ġew investigati mill-bord ta' dixxiplina tal- PSC; u", "Tabella li turi r-rakkmandazzjonijiet ta' l-istess kummissjoni dwar każi ta' tkeċċija mis-servizz pubbliku minħabba assenteiżmu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13707; u", "f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 25 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita'; u", "Tabella li turi l-għadd ta' ħaddiema li tilfu l-impjieg bejn Settembru 1998 u Diċembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13886.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:- Avviż Legali Nru 24 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;", "Avviż Legali Nru 26 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar iċ-ċittadinanza;", "Tabelli li juru l-għadd, l-eta' u l-lokalita' ta' priġunieri fil- faċilita' korrettiva ta' Kordin miżmuma l-ħabs fuq każi relatati ma' droga, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13574;", "Kopja ta' action plan għal Ta' Qali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13705; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 17 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1998 tal-kors għal certificate u diploma in information technology;", "Avviż Legali Nru 18 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għad-Dip.", "P.E. (Primary);", "Avviż Legali Nru 19 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1998 tal-kors għall-grad ta' B.Eng.", "(Hons);", "Avviż Legali Nru 20 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 biex jemendaw ir-regolamenti ta' l-1994 tal-kors għall-grad ta' B.A. Leg. & Hum.", "Studies;", "Avviż Legali Nru 21 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għal undergraduate certificate in mentoring;", "Avviż Legali Nru 22 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-grad ta' B.A. u B.A. (Hons) in European studies;", "Kopja tar-rapport dwar course in dental technology li l-board of studies ta' l-Universita' ta' Malta bagħat lid-direttur ta' l- institute of health care, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13704; u", "Tagħrif dwar xogħol imwettaq mill-bord li jieħu ħsieb il-maintenance grants ta' l-istudenti post-sekondarji u terzjarji, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 13776.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabelli li juru l-allokazzjoni ta' fondi lil kull kunsill lokali għas- snin 1999/2000 u 2000/2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13719.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Ninu Zammit.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI", "ONOR NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Għaqdiet tal-Produtturi\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar Għaqdiet tal-Produtturi'' ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TRATTAMENT XIERAQ TA' ANNIMALI", "ONOR NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar Trattament Xieraq ta' Annimali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att dwar Trattament Xieraq ta' Annimali.''.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.2) BILL", "Ikompli mid-9 ta' Frar 2000", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Adrian Vassallo, huwa in possession.", "ONOR ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, jekk tippermettili mmur daqsxejn lura u nagħmel resume' qasir ta' dak li kont għedt nhar l-Erbgħa qabel ma' aġġornajna.", "Jiena kont qed ngħid illi sfortunatament, gvern wara l-ieħor ħafna drabi jħarsu lejn dan il-vizzju tat-tipjip bħala mod kif iżidu d-dħul tagħhom.", "U kont qed ngħid illi filwaqt illi fl-1998 il-gvern kien daħħal Lm14.5 miljun mid-dazju tas-sisa fuq it-tabakk, din is-sena huwa stmat illi l-gvern se jdaħħal Lm17-il miljun.", "Kont qiegħed ngħid ukoll illi ħafna nies, u naħseb anke gvernijiet, jinsew illi t-tabakk huwa vizzju illi fih in-nikotina, li hija droga bħall-oħrajn.", "Ħafna nies li jpejpu huma psikoloġikament jew fiżikament addicted għal din id-droga.", "Min-naħa l-oħra, imbagħad tisma' lil dawk li ma jpejpux li malli jogħla d-dazju tas-sisa fuq it-tabakk jgħidulek li s-sigaretti huma kapriċċ - bħalma kien hawn min f'din il-Kamra rraġuna u qal: Sewwa tagħmel jekk tgħollilhom il-prezz! - għaliex hawn min jaħseb li jekk jogħla l-prezz jonqos it-tipjip.", "Fil-fatt dan mhu veru xejn, ukoll jekk għal ftit ġranet jista' jonqos xi ftit it-tipjip għax, tgħolli kemm tgħolli l-prezz tas-sigaretti, xorta se jkollok nies li se jibqgħu jpejpu.", "Ngħid għalija naraha ħasra li qegħdin nonfqu tant flus f'dak li għandu x'jaqsam ma' prevention tat-tipjip, imbagħad wieħed isib illi l-health education unit mhix qiegħda tgħallem biżżejjed li mhux it-tipjip biss huwa ħażin, imma hu importanti wkoll kif għandek iġġib ruħek, f'dak li għandu x'jaqsam ma' exercise, ma' l-ikel, mal-ħxuna, mad-dieti, eċċ. Din is-sena dan il-unit se jingħata biss Lm35,000 meta huwa stmat illi l-gvern se jdaħħal Lm17-il miljun.", "Jista' jkun hawn min jgħid: U iva, l-aqwa qegħdin indaħħlu Lm17- il miljun!", "Mr Speaker, meta tikkalkola l-ammont ta' flus li l-pajjiż joħroġ sena wara sena biex nies illi jkunu ilhom ipejpu ma jibqgħux, u dan ikun kollu għalxejn, allura bilfors ma tħossokx sodisfatt.", "M'għandniex xi ngħidu, kulħadd jaf, kemm min ipejjep kif ukoll dawk li jkunu ħdejn min ipejjep, jiġifieri il-passive smokers, kemm it-tipjip iġib kwantita' kbira ta' mard.", "Għandek il-mard tal-qalb, il-mard ta' l-arterji periferali, il-mard ta' l- arterji tal-moħħ - li jistgħu jingħalqu u allura jkun hemm iktar ċans ta' puplesiji - hemm il-kanċer tal-pulmun, l-asthma, is-sinuses, il-barxa fl- istonku, eċċ. Sodda ġewwa l-Isptar San Luqa nikkalkolaw li tiswa - flimkien mat-testijiet li jsiru - mat-Lm80.", "Smajna l-ministru jgħid illi bypass tal-qalb tiswa Lm4,000.", "Ma' dan wieħed jista' jżid it-testijiet u l-X-rays kollha li jsiru, u t-telf ta' xogħol li jkun hemm minħabba persuni li jkunu morda.", "Qed ninsa nsemmi l-human cost ta' bniedem li jkun marad u bniedem li sfortunatament ikun miet.", "Il-human cost u l-human suffering ma tista' tikkalkolahom qatt.", "Il-flus li nonfqu minħabba l-mard li jġib it-tipjip jammontaw għal miljuni kbar.", "F'pajjiżi oħra jikkalkolaw li jintnefqu minħabba mard relatat mat-tipjip miljuni kbar, kważi nofs il-budget tas- saħħa.", "Meta tagħmel dawn l-ismoking cessation clinics tara li mhumiex biżżejjed.", "Illum jeżistu n-nicotine patches u l-acupuncture.", "B'danakollu meta wieħed iħares lejn l-istatistika jsib illi huwa diffiċli ħafna biex min jibda jpejjep jieqaf.", "Ma rridx ngħid li ma jkunx hawn imma l-maġġoranza ma tantx jirnexxielhom, speċjalment dawk li jkunu ilhom ipejpu għal snin twal.", "Għalhekk it-target għandhom ikunu tfal li għadhom l- iskola.", "It-tfal illi llum huma bbumbardjati kontinwament għax jaraw lill-ġenituri jpejpju, jaraw nies barra ipejpju, barra r-riklami u n-nies li jarawhom ipejpu fuq it-television.", "Jiġifieri llum it-tfal huma bbumbardjati kemm f'dak li għandu x'jaqsam mat-tipjip kif ukoll max-xorb.", "Għalhekk hemm irid isir l-isforz.", "Jiena naħseb illi sfortunatament f'pajjiżna mhuwiex qiegħed isir sforz biżżejjed biex lit-tfal nedukawhom u nipprovaw inbegħduhom mit-tipjip sa minn meta jkunu għadhom żgħar; illi postijiet pubbliċi li jkunu taħt is-saqaf, speċjalment dawk governattivi, għandhom ikunu no-smoking, bħalma hemm f'ħafna pajjiżi barra minn Malta.", "Dan jgħodd ukoll għar-ristoranti li għandhom ikollhom areas fejn wieħed jista' jpejjep u areas oħrajn fejn wieħed ma jistax ipejjep.", "U għal min jikser dawn ir-regolamenti għandu jkun hemm pieni ħorox.", "Nhar l-Erbgħa semmejt - u dan m'għandux x'jaqsam mat-tipjip - każ fejn persuna ttellgħet il-qorti u nstabet ħatja li qiegħda tbiegħ l-alkoħol lil tfal minorenni, u ta' dan weħlet Lm20.", "Kulħadd jaf illi hawn ħafna tfal illi jieħdu l-alkoħol.", "Jekk wieħed iħares lejn ċerti studji li saru jsib li llum tfal ta' eta' żgħira qegħdin ipejpju, jixorbu u saħansitra jabbużaw ukoll mid-droga, bħall-ħaxixa, eċċ. Irid ikun hemm ċertu ammont ta' deterrent - u jiena nemmen ħafna fid-deterrenti - biex dawn l-abbużi jkunu kkontrollati bis-serjeta'.", "Ta' min jgħid li f'sena tliet persuni biss ittellgħu l-qorti għax inqabdu jbiegħu l-alkoħol lit-tfal; u dan meta jekk tmur Paceville jew wara xi marċ tara tfal żgħar kollha bil-fliexken tal-birra f'idejhom.", "U miċ-ċifri li jingħataw f'dan il-parlament, Alla jbierek, naraw li mhu qed jinqabad ħadd.", "Forsi għax ħafna gvernijiet, sfortunatament, iħarsu lejn il-vizzju tat-tipjip bħala mezz ieħor kif iżidu d-dħul u l-erarju tagħhom.", "Ċertament għandha ssir ħafna iktar enfasi fuq dak li għandu x'jaqsam ma' health education.", "Naturalment mhux biss f'dak biss li għandu x'jaqsam mat- tipjip imma anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-alkoħol, mad- drogi u anke ma' living a healthy lifestyle.", "Per eżempju, f'pajjiżna hawn tfal li jaraw seba' sigħat television kuljum.", "Ma naħsibx illi dan huwa ta' ġid għalihom.", "Jiena ma nafx kif il-ġenituri tagħhom iħalluhom jagħmlu dan.", "Veru li l-ġenituri ħafna drabi lanqas ikunu d-dar għax ikunu jaħdmu jew ikollhom xi mpenji oħra, imma tixxokkja ruħek meta tisma' li t-tfal iqattgħu ħinijiet daqshekk twal quddiem it-television jew quddiem l- internet.", "Ħafna drabi ma' dawn it-tfal lanqas ikun hemm persuni kbar u Alla jaf xi jkunu qegħdin jaraw.", "Dan kollu jiffigura f'ċertu tip ta' edukazzjoni li għandek tagħti lit-tfal minn meta jkunu għadhom żgħar.", "U lit-tfal mhux se toqgħod tgħidilhom: Tarax l-internet, tarax hekk jew tarax hekk!", "Barra minn Malta qed isir ħafna research dwar ċerti programmi.", "Ħafna drabi dawn il-programmi jsiru f'auditorium ta' skola u mhux fi klassi waħda.", "Isiru speċi ta' plays biex it-tfal jgħallmuhom jagħmlu life interesting.", "Illum għandna problema kbira bit-tfal illi meta jaqbżu ċerta eta' jibdew ma jkunux iridu jmorru skola.", "Kulħadd ġej, min irid ċertifikat, min ma jridx imur, min għax iddejjaq, min għax iġiblek skuża ta' bullying, min għax qabad miegħu t-teacher, eċċ. Fl-opinjoni tiegħi l- iskola m'għadhiex daqstant interessanti.", "Li tmur l-iskola fit-8.00 a.m. u tagħmel sas-2.00 p.m., lezzjoni wara lezzjoni, mingħajr ma jkollok iċ-ċans titkellem ma' sħabek u tilgħab, ma tantx tattira lit-tfal.", "Meta jien kont l-iskola - ħafna minn sħabi ta' din il-Kamra konna fl-istess sena - konna ndumu sa l-4.00 p.m. Jien niftakar li anke marid kont inkun irrid immur għaliex kien ikollna diversi breaks barra l-ħafna attivitajiet.", "Imma llum l-iskola saret studju biss, titgħallem dejjem l-istess ħwejjeġ u tingħata ħafna homework.", "Dan lit-tfal ma jinteressahomx.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li dan qed jikkawża ħafna assenteismu.", "Dawn tfal huma, u t-tfal iridu jilagħbu, jesperimentaw u jitkellmu ma' xulxin.", "Għalhekk irridu nsibu metodi oħrajn kif ngħallmuhom.", "After all, il-frott ta' dak li tgħallimhom meta jkunu għadhom żgħar tieħdu meta dawn ikunu kibru.", "Pero' issa nixtieq ngħaddi għal xi ħaġa oħra għaliex, kulmin tkellem minn naħa l-oħra tal-Kamra, kulħadd semma illi fi 22 xahar gvern Laburista għamel 33 taxxa, u allura jingħad li aħna m'għandniex kuxjenza soċjali.", "Jiena naħseb illi l-iktar ħaġa li tgħodd mhux kemm tagħmel taxxi - għax taxxi tista' tagħmel kemm trid - imma kemm tiġbor flus mit-taxxi li inti tkun għamilt.", "Tajjeb naraw x'ġara mill-1998 sa din is-sena.", "Mhux se noqgħod insemmi ħafna affarijiet imma nsemmi biss ħames taxxi li jaf bihom kulħadd, u nibda bl-income tax.", "Fl-1998 gvern Laburista, li ma kellux kuxjenza soċjali, ġabar Lm110 miljun mill-income tax waqt li għas-sena li qegħdin fiha, gvern Nazzjonalista qed jaħseb biex jiġbor Lm137 miljun.", "Jiġifieri fi żmien sentejn mill-income tax il-poplu se jiġi mġiegħel iħallas Lm27 miljun iktar.", "Jekk inħarsu lejn is-social security, f'dik is-sena li kien hemm gvern Laburista - li lanqas għamilha kollha għax għamel biss tliet kwarti minnha - il-poplu ħallas Lm135 miljun f'bolla.", "Din is-sena gvern Nazzjonalista, li jgħid li għandu kuxjenza soċjali, qed jippjana li jiġbor Lm163 miljun, jiġifieri Lm28 miljun aktar minn fuq is-social security.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn id-dazju u s-sisa, wieħed isib illi fl-1998 l-gvern ħa lill- poplu Lm53 miljun filwaqt li din is-sena ħadlu Lm60 miljun, Lm7 miljun aktar.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liċenzji u l-multi, fl-1998 il-gvern li suppost ma kellux kuxjenza soċjali ġabar Lm60.5 miljun u din is-sena gvern Nazzjonalista qed jippjana li jiġbor Lm68 miljun, jiġifieri Lm7.5 miljun aktar.", "Fl-1998 il-gvern mis-CET daħħal Lm72 miljun.", "Din is-sena huwa stmat illi mill-VAT, li suppost hija iktar effiċjenti u b'iktar kuxjenza soċjali, il-gvern qed jistenna li se jiġbor Lm100 miljun, jiġifieri Lm28 mijun iktar.", "Jien mhux 33 taxxa semmejt imma ħamsa biss, ħames taxxi li kemm ilu hemm gvern Nazzjonalista għolew.", "Imbagħad dan il-gvern jiftaħar li għandu kuxjenza soċjali!", "Fil-fatt jekk tgħodd dawn l-extras kollha li l-gvern Nazzjonalista se jkun ġabar minn fuq il-poplu, wieħed isib illi fi żmien sentejn - veru ngħasar il-poplu u ma nafx x'baqagħlu joħroġ minnu, forsi llum naqra għaraq, imma erbat ijiem oħra jibda ħiereġ id-demm - il-poplu se jkun ġie mġiegħel iħallas madwar Lm100 miljun f'iktar taxxi.", "Jekk toqgħod tara kemm hawn nies, bit-turisti li jkun hawn kull xahar, issib illi fi żmien sentejn li l-Partit Nazzjonalista ilu fil-gvern kull persuna f'Malta, minn tarbija sa min għandu mitt sena, se jiġi qisu qed iħallas Lm200 addizzjonali.", "Jekk dan mhuwiex ingann, ma nafx x'naqbad insejjaħlu!", "Żieda ta' 20% fit-taxxi fi żmien sentejn, meta suppost illi għandna gvern li għandu kuxjenza soċjali kbira!", "Għalhekk il-poplu bir-raġun li jgorr meta jiftakar li f'sentejn il-gvern se jkun ħadlu Lm200 u ta' dan jagħtih Lm1 fil-ġimgħa!", "M'għandniex xi ngħidu, imbagħad jidħlu affarijiet oħra, li forsi jkun hawn min jgħid li dawn jidħlu taħt il-VAT, bħall-petrol li għola bi 15%; u mingħalija d-darba l-oħra l-petrol għola wkoll mingħajr ma kien hemm VAT fuqu.", "Rigward it-telephones issa għandek spejjeż oħra għax biex idaħħlulek is-servizz trid tixtri s-set int, barra milli jekk ikollok ħsara trid tħallas għaliha, filwaqt li t-tiswijiet ġewwa trid tagħmilhom int.", "L-aħħar darba l-Onor.", "Michael Asciak qal li trid tara x'sar meta konna hemm aħna u x'inhu jsir illum.", "Jiena lin-nies ngħidilhom: Morru araw jekk il-kontijiet li qegħdin tirċievu llum humiex kważi d-doppju ta' dawk li kkontu tirċievu fl-1998, u dan għadu mhu xejn!", "Lin-nies ngħidilhom ukoll: Dawru l-page - għax forsi ħafna minnhom ma ndunawx - u ħarsu lejn is- sussidju li kien jagħtikom il-gvern Laburista.", "Is-sussidju minn kważi Lm2 fuq kull persuna din is-sena niżel għal 60c, jiġifieri hemmhekk il-gvern diġa' ħa Lm1.40 oħra minn fuq kull persuna.", "Irridu ngħiduha wkoll din li s-sena d-dieħla sussidju ma jkun hemm xejn.", "Is-sussidju fuq il-ħobż spiċċa bl-iskuża li kienu qegħdin jabbużaw.", "Jekk dan hu minnu allura kellu jinqabad min kien qiegħed jabbuża.", "Is-sussidju fuq tal-linja spiċċa, bħalma se jispiċċa fuq l-ilma.", "Dawn iġibu kwalunkwe skuża għaliex se jispiċċaw dawn il-forom ta' sussidju, iżda ħadd minnhom m'għandu d-diċenza jgħid illi fir-realta' dawn iridu jitneħħew bilfors, bħalma jridu jitneħħew sussidji oħrajn jekk il-gvern irid ikompli miexi fi triqtu lejn l-Ewropa.", "Meta toqgħod taqra dawn l-ispejjeż kollha fuq il-VAT, fuq it-telephone, fuq id-dawl u l-ilma, barra l-ispejjeż tat-tobba u oħrajn, bilfors li tagħtik rasek.", "Illum anke jekk tmur tixtri f'supermarket issib li qegħdin jgħollu l- prezzijiet.", "Jien nistaqsi: Kif gvern Nazzjonalista se jagħti żieda ta' l- għoli tal-ħajja?", "Forsi se jagħti Lm1 jew Lm1.50?", "Ma jistax ikun illi l- poplu jibqa' sejjer hekk.", "Illum għandek is-self-employed li l-bolla għolitilhom għal 10%.", "Dawn huma nies li jekk jieħdu s-sick jitilfu l- introjtu tagħhom.", "Għalhekk ġieli jaħdmu extra sat-8.00 p.m. u dak il-ħin mhuwiex magħdud bħala overtime, bħalma m'humiex magħduda il-Ħdud u l-festi.", "Imbagħad lil dawn it-talin kulħadd jgħajjarhom ħallelin!", "Issa neħħewlhom il-levies ħalli jkomplu jfarrkuhom iktar, filwaqt li l-bolla minn Lm15 fil- ġimgħa telgħatilhom għal Lm18.", "Jiġifieri s-self-employed żdiditlu l-bolla għall-massimu issa, u meta qed ngħid massimu jfisser jekk taqbad iktar minn Lm5,000 fis-sena u mhux jekk taqbad xi Lm20,000.", "Morru staqsu lill- ħaddiema Maltin kollha jekk kienx hemm wieħed minnhom li sab iċ-cheque tal-paga biż-żieda!", "Il-gvern jagħti żieda ta' Lm1 fil-ġimgħa mbagħad il- ħaddiem isib cheque inqas minn qabel!", "Il-paga llum mikula bit-taxxi, bil- bolla balla u bl-income tax, u dawn mhux aħna żidniehom imma dan il-gvern fis-sentejn li ilu fil-poter.", "Mhux ta' b'xejn hawn inċertezza kbira fuq ix-xogħol!", "Hawn inċertezza kbira dwar jekk il-ħaddiema humiex se jkollhom pensjoni meta jaslu għall-eta' ta' l-irtirar.", "Dawn huma dawk li kienu jgħidulna li aħna m'għandniex kuxjenza soċjali!", "Il-pensjonant x'ħa f'dan il-budget?", "Ħa biss 67c, li jekk issarrafhom f'sigaretti - għax issa qegħdin nitkellmu fuq it-tabakk - issib li jiġi ħa 13-il sigarett u biċċa filter.", "Daqshekk ħa l-pensjonant!", "Daqshekk huwa stmat il-pensjonant, 67c fil- ġimgħa!", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vassallo jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Agreed)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR ADRIAN VASSALLO: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u lill-Kamra talli tawni ċ-ċans inkompli nitkellem.", "Il-pensjonanti jinsabu maħkumin b'inċertezza kbira għax ma jafux x'se jsir mill-pensjoni tagħhom.", "Jista' l-ministru jaċċerta lil dawn il-pensjonanti li s-sena d-dieħla se jieħdu ż-żieda li ħaqqhom fil-pensjoni?", "Għaliex mid-diskors li smajna fil- budget jidher illi hawnhekk beda jberraq ukoll.", "Lill-pensjonanti li qegħdin fid-djar tal-gvern u dawk li qegħdin fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule, minn 40% tal-pensjoni issa ħadilhom 60%.", "Jiġifieri taxxi fuq taxxi għal kulħadd u l-gvern jippretendi li kulħadd għandu jross iċ- ċintorin.", "Imbagħad hu, min-naħa tiegħu minflok iross iktar jaħli!", "Naraw per eżempju, illi din is-sena l-gvern qiegħed jaħseb illi se jonfoq kważi Lm900,000 f'safar.", "Mhux qed ngħid li ma jsifrux fuq ċertu xogħol, għax bilfors trid issiefer.", "Imma meta inti għandek dan id-dejn kollu u qed tross in-nies u toħdilhom minn ħalqhom dawn l-Lm100 miljun, għandek tmur ittajjar Lm1 miljun f'safar?", "Fuq it-television ġieli rajna li f'ċerti pajjiżi kien hemm bżonn illi jittieħdu ċerti miżuri ta' awsterita'.", "Per eżempju, ċerti ministri rajniehom imorru għax-xogħol bil-mixi jew bir-rota.", "Miniex ngħid li dawn għandhom imorru x-xogħol bir-rota, għax kieku jkunu qishom sejrin pellegrinaġġ bin-nies warajhom!", "Imma lanqas nippretendi li tixtri karozza ġdida wara sentejn - u kollha hekk għamlu dawn, u nefqu dawk l-eluf kbar ta' liri meta kulħadd qiegħed jiġi mġiegħel iross iċ- ċintorin - għax wara sentejn karozza tkun għadha ġdida.", "Fuq kollox iil- ministru mhux se joqgħod jiġri biha l-ħin kollu.", "Dan kemm jista' jiġri, mix- xogħol għax-xogħol!", "Imbagħad għandek il-konsorzji, dawk li se jieħdu ħsieb il-proġetti tal-Kottonera u ta' Manoel Island, li l-gvern ħelishom mill- boll ta' Lm4 miljun.", "Sewwa, mela l-poplu jħallas uu min għandu jiffranka jonfoq Illum kulħadd jaf illi n-nies qiegħda tibża' tonfoq u x'inhu ġej ħadd ma jaf għax ħlief għaks m'hawnx.", "Jien ma nistax nifhem kif dal-gvern ħoloq 1,300 job 'l hawn u 'l hemm.", "Allura l-qgħad kif ma jonqosx?", "Il-qgħad tiela' bil-mod u issa stabilixxa ruħu għal 8,000.", "Issa jasal is-sajf, meta jispiċċaw xi 2,500 student mill- iskola, u l-qgħad ikompli jisplodi.", "Hekk sejrin!", "Infetħu xi fabbriki?", "Kien hawn fabbriki li forsi kabbru ftit pero' ċertament ma kabbrux bir- rata li pajjiżna għandu bżonn.", "Minn barra ftit li xejn ġej investiment.", "Jekk tara x'inhu jiġri f'pajjiżna - u din l-iktar ħaġa li tinkwetani - issib li llum 15% tat-tfal illi jispiċċaw mill-iskola qed jispiċċaw illitterati, jiġifieri la jafu jaqraw u lanqas jiktbu.", "Fejn se jaħdmu dawn it-tfal 'l quddiem?", "Mela billi toqgħodu tgħidu li tridu tagħmlu minn pajjiżna ġenna tas-servizzi finanzjarji!", "U erbat ijiem oħra meta nidħlu fl- Ewropa se jkollna problemi oħra.", "Imma lkoll nafu li min hu illitterat ftit li xejn jista' jsib impjieg fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; dak miskin mhux tort tiegħu.", "B'danakollu, fl-opinjoni tiegħi, m'aħna nagħmlu assolutament xejn biex ngħinu lil dawn it-tfal.", "Rigward it-turiżmu, jiena nixtieq li jiġu iktar turisti f'pajjiżna pero' naħseb li hu daqsxejn impossibbli, għax wara li tilħaq ċertu limit dan ma jistax jibqa' jitla'.", "Imbagħad wara kollox kulħadd jipprova jisraq lit- turisti ħajjin, filwaqt li l-ħajja qiegħda togħlielhom u l-VAT qiegħda tikolhom.", "Biex tagħqad hawn telqa ma' kullimkien - araw it-toroq kollha mfarrkin! - imbagħad ngħidu li rridu t-turiżmu.", "Inti trid toħloq il-ġid u mhux tagħsar lil dak li jkun, għax iktar ma tagħsar iktar se jkun hawn nuqqas ta' spending power, u meta jkollok dan in-nuqqas u inċertezza l- istaġnar jikber, bħalma fil-fatt għandna u li m'għandix dubju li 'l quddiem se jkompli jikber.", "Il-proġetti li suppost ilhom li bdew għadhom ma bdew xejn u se jimxu pass ta' nemla.", "F'Manoel Island hemm proġett ta' Lm120 miljun over 20 years.", "Għax ma ngħidux li l-ekonomija tal-pajjiż għadha lanqas iċċaqalqet!", "Ħu l-bini tal-Hilton.", "Saru żewġ films li qamu $60 miljun f'temp ta' ftit xhur u baqa' ma ċċaqlaq xejn, aħseb u ara kemm se tiċċaqlaq l-ekonomija tal-pajjiż!", "Dan juri kemm illum hi marida l- ekonomija ta' pajjiżna meta jkun hemm investiment fuq dak it-tul ta' żmien.", "Ikunu se jibnu blokk u wara jimxu għal blokk ieħor.", "Dan żgur mhux se jħaddem l-eluf tal-ħaddiema li l-gvern qed jipprova jpinġi li se jaħdmu fih.", "Niġu għall-privatisation.", "Jekk il-flus li ddaħħal mill-privatisation tużahom sempliċement biex tħallas id-dejn - u hawn mhux se noqgħod nitkellem fuq il-flus li tilef il- pajjiż, allavolja Lm10 miljun 'l hawn u 'l hemm il-Prim Ministru qal li dawk m'huma xejn, dawk peanuts għal pajjiżna - fl-aħħar se jispiċċalek kollox.", "Imbagħad minn fejn se ġġib aktar flus?", "Aħna qegħdin nipprivatizzaw azjendi li kienu jirrendu ċertu ammont ta' miljuni fis-sena.", "Issa dawn il-miljuni fis-sena li kienu ġejjin mill-privatisation min se jħallashom?", "Se jħallashom il-poplu billi nkomplu nagħsruh bit-taxxi bħalma sar s'issa?", "Jien li nidħol fid-djar tan-nies u nitkellem magħhom kuljum qed nara li l-poplu qed ibati wkoll.", "Dak li qal il-Prim Ministru li ħadd mhu qed imut bil-ġuħ dak veru għax s'issa ħadd ma miet bil-ġuħ, pero' n-nies qiegħda tbati.", "Hawn eluf ta' nies li għandhom Lm120 pensjoni fix- xahar.", "Imma tnjen minn nies b'Lm120 kif jistgħu jgħaddu llum?", "Jiena naf pensjonanti li l-mara tagħhom qatt ma ħarġet taħdem qabel imma issa, għax ir-raġel bil-pensjoni, kellha toħroġ taħdem; pensjonanta din u bħalha hawn oħrajn.", "Nista' nagħti lista ta' każi simili li jinsabu f'diversi nħawi ta' Malta.", "Dawn il-miżuri li ħa l-gvern qed jgħid li mhumiex negozjabbli.", "Iżda jiena ngħid illi l-ħaddiema fil-GWU u fil-Partit Laburista se jsibu tarka u nispera li fil-futur qarib ma jkunx hawn inkwiet industrijali kbir għax din hija l-aħħar ħaġa li għandu bżonn pajjiżna.", "Jiena ma nafx għalfejn jaqbdu jitfgħu sweeping statements li dawn il-miżuri mhumiex negozjabbli.", "Fil-każ ta' l-universita' qalu li mhumiex negozjabbli imbagħad il-gvern quddiem il- unions safejn naf jien ċeda, bħalma ċeda ma' tad-dockyard u mal- Korporazzjoni Enemalta.", "Issa se tqum l-union u m'għandix dubju li b'daqsxejn pressure jiġri l-istess.", "Għax s'issa l-gvern dejjem ħareġ tellief meta pprova jiġġieled mal-unions u mal-ħaddiema.", "Jiena naħseb illi jkun ħafna aħjar illi minflok noqogħdu nimpikaw ma' xulxin nersqu aktar lejn xulxin u nitkellmu, għaliex b'hekk igawdu l-ħaddiema.", "Meta titkellem man-nies issir taf kemm hawn inċertezza kbira għax hemm il-VAT fuq l-ikel u fuq l-edukazzjoni, u l-withholding tax minflok 15% se ssir 20%.", "Se jibdew jibagħtu kontijiet lil nies li jmorru l-isptar għal xi operazzjoni, bl-iskuża li daħlu l-isptar, għamlu l-operazzjoni u li din ġiet tiswa Lm1,000.", "Imma x'inhu l-iskop ta' dan?", "L-iskop hu li erbat ijiem oħra jgħidulek: Mhux Lm1,000 se nitolbuk imma 10%, biex inti mbagħad tgħid: Ara l-gvern iffrankali Lm900!", "IIlum in-nies hi nkwetata, qiegħda tara l-income tagħha jonqos għax iċ- cheque qiegħda tirċevih bin-nieqes.", "Ix-xogħol naqas u min hu self-employed jaf x'qed ngħid.", "L-expenses qegħdin kulma jmorru jiżdiedu u n-nies xebgħet.", "The least we can afford to have issa hu l-inkwiet industrijali.", "Iżda dan qiegħed jerfa' rasu u m'għandi l-ebda dubju li r-risposta ta' kemm huma kuntenti n-nies u kemm in-nies ma jinsabux bil-ġuħ se jeħduha għada u nhar il-Ħamis meta l-poplu se juri lill-gvern illi xeba' u xeba' bil-kbir.", "Tkellmu man-nies u tipprovawx twebbsu raskom għaliex bħalma tliftu fil- passat terġgħu titilfu fil-futur!", "Terġgħu titilfu bilfors għax is-saħħa tal-ħaddiem qed tikber.", "Ir-rabja fost il-ħaddiema qiegħda tikber u l- ħaddiema issa qegħdin jingħaqdu.", "Għax kemm iddum taqla' ġo fik u tbati?", "Jien inħeġġeġ lil dawk illi ħassewhom ittraduti bil-230 wegħda tal- programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista biex issa juru l-għadab tagħhom, speċjalment għada u nhar il-Ħamis.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR HELENA DALLI: Illejla qegħdin nitkellmu dwar taxxa fuq is- sigaretti.", "Skond statistika li għandna - u li kkwotajna diversi drabi - ma nistgħux ma ninkwetawx bin-numru dejjem jikber ta' nisa li jpejpu, speċjalment żgħażagħ, uħud minnhom għadhom l-iskola.", "Studju li ħareġ il- ġimgħa l-oħra mir-Royal College of Physicians ta' l-Ingilerra jgħid illi n- nikotina hija iktar addictive mill-eroina.", "Tant hu hekk li iktar diffiċli tieqaf tpejjep milli taqta' minn kull forma oħra ta' abbuż mid-droga.", "Għaldaqstant hu importanti li nilħqu liż-żgħażagħ qabel ma dawn jibdew ipejpu, billi nuruhom il-ħsara li jġibu magħhom is-sigaretti.", "Jiena naqbel mal-kelliem ta' qabli, li l-Lm35,000 li hemm ivvotati għall-health promotion żgur li mhumiex biżżejjed biex nagħmlu xogħol bis-serjeta' dwar problemi li jġib miegħu t-tipjip.", "Minħabba f'hekk qed tiġina z-zalza ħafna iżjed ogħla mill-ħuta, għax l-ispejjeż tal-kura huma fenomenali.", "Kif qal ukoll il-kelliem ta' qabli - u kif juri dan l-istudju - huwa diffiċli ħafna li taqta' mis-sigaretti peress li n-nikotina hija l-iktar forma ta' droga li hi diffiċli biex tieqaf minnha.", "Għalhekk l-enfasi għandha tkun fuq it-tfal u fuq iż-żgħażagħ biex dawn ma jibdewx ipejpu, u b'hekk ma jkollhomx il-problema li jaqtgħu t-tipjip.", "Anzi jiena ngħid illi l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li npejpu quddiem it-tfal, għaliex dawn żgur mhux se jifhmuna meta ngħidulhom kemm huma ħżiena s-sigaretti meta fl-istess ħin jarawna npejpu quddiemhom.", "U nistgħu mhux inġibu reklami fuq kemm huwa ħażin it-tipjip għax sakemm it-tfal żgħar jibqgħu jaraw lill-ġenituri tagħhom jew lill-qrabathom ipejpu, żgur li mhux se jdaħħluha f'moħħhom li dan hu ħażin għalihom.", "Tajjeb niftakru li t-tfal iħobbu jimitaw lill-kbar.", "Għalhekk il-ġenituri għandhom jagħrfu l-ħsara li jagħmlu meta jpejpu quddiem it-tfal, mhux biss ħsara fiżika li tirrendihom ukoll f'passive smokers, imma anke ma rridux ninsew l-effett psikoloġiku li dan l-eżempju jħalli fuqhom.", "Għandna statistika li turi li waħda minn kull għaxar imwiet fost in-nisa kkawżati minn mard tal-qalb u mill-istroke, hija relatata mat-tipjip.", "Ta' min iżid ukoll l- imwiet bil-kanċer tal-pulmun.", "Għalhekk nisa li jieqfu jpepju jnaqqsu bil-kbir ir-riskju ta' attakk tal-qalb u ta' l-istroke.", "Irrid insemmi wkoll illi meta persuna jkollha ħafna strokes żgħar, aktar tard din tista' żżidilha d-deterjorazzjoni tal-moħħ.", "Mela anke n-nisa anzjani jkollhom x'jibbenefikaw min-nuqqas ta' tipjip.", "Meta niġu mbagħad għall-kanċer insibu li sebgħa minn kull għaxar każi ta' kanċer fil-pulmun fost in-nisa jiġu mit-tipjip.", "U dan it-tip ta' kanċer fil-pulmun żdied tul dawn l-aħħar snin, speċjalment fost in-nisa, tant li qabeż dak tas-sider, li huwa l-aktar kanċer komuni.", "Dejjem qed nitkellem fuq statistika dwar in- nisa, statistika li tgħid illi madwar nofs il-cancers tal-ħalq, tal- gerżuma u tal-pajp tan-nifs, u terz tal-cancers tal-frixa u ta' l-għonq ta' l-utru huma wkoll relatati mat-tipjip.", "Mhux biss hemm link mal-kanċer ta' l-għonq ta' l-utru imma t-tipjip jaffettwa wkoll partijiet oħra tas- sistema riproduttiva tagħna.", "Għalhekk nisa li jpejpu jistgħu jsibuha iktar diffiċli biex ikollhom it-tfal u jaslu għall-menopawsa ukoll xi sentejn jew tliet snin qabel.", "It-tipjip iżid ukoll ir-riskju ta' l-osteosclerosis .", "Ma nistgħux ovvjament ma nsemmux - la qegħdin nitkellmu fuq nisa li jpejpu - is- sistema riproduttiva u l-ħsara li ssir meta mara tpejjep waqt it-tqala.", "Dan għaliex il-velenu tas-sigarett jgħaddi mill-placenta u jaffettwa r-rata tat-taħbit tal-qalb tat-tarbija u l-proċess tat-teħid tan-nifs.", "Mhux biss imma meta l-omm tkun tpejjep it-tarbija tikber bil-mard u dan iwassal sabiex din titwieled ta' piż baxx, biex ma nsemmix ir-riskju li t-tarbija tista' tmut mat-twelid.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni ta' l-asthma li tista' taqbad lit-tarbija meta l-omm jew il-missier ipejpu fl-istess kamra, għax b'hekk l-ulied ikunu qegħdin ipejpu indirettament.", "Biżżejjed li aħna u wliedna nkunu esposti għad-dħaħen kif noħorġu barra; għallinqas għandna nevitaw dawn id-dħaħen għalina nfusna u għat-tfal tagħna meta nkunu ġewwa.", "Studju ieħor li sar mill-Universita' ta' Bristol minn Dr Peter Fleming jgħid illi 60% tal-cot deaths huma kkawżati minn ġenituri jew nies illi jpejpu ħdejn it-tfal tagħhom waqt li dawn ikunu reqdin.", "Anzi Dr Fleming isostni illi għal kull siegħa fil-ġurnata li tarbija tkun f'atmosfera fejn ikun hemm it-tipjip, ir-riskju ta' cot death jiżdied b'100%.", "Hawnhekk naraw x'riskju jkunu qegħdin ipoġġu lit-tfal fih dawk il-ġenituri li jpejpu fil-kamra fejn ikun hemm tarbija rieqda.", "Qed ngħid dan kollu għaliex naf li hawn nies illi jisimgħuna jew li jaqraw dak li jingħad hawn ġew.", "Għax ma nistgħu qatt nitkellmu biżżejjed fuq il-kruha, fuq il-ħsara u fuq il- problemi li jġib miegħu il-vizzju tat-tipjip.", "Iżda x'inhuma r-raġunijiet li minħabba fihom ħafna nisa jibdew ipejpu?", "Minn xi ftit riċerka li għamilt sibt - kif diġa' semma xi ħadd minn sħabi - illi l-biċċa l-kbira tan-nisa jibdew ipejpu qabel jagħlqu s-16-il sena u jagħmlu hekk għax iħarsu lejn it-tipjip bħala parti mill-ħajja soċjali.", "Ħafna żgħażagħ jistqarru li meta jpejpu jħossuhom aktar confident.", "Jaħsbu wkoll illi s-sigaretti jistgħu jgħinu persuna li tkun frustrata jew dipressa, speċjalment meta din tara li ftit għandha ċans li ssib xogħol jew inkella li tkompli l-istudji tagħha.", "Fil-fatt studju ieħor li kkwota minnu l-Onor.", "Evarist Bartolo wera li fil-livelli l-aktar baxxi, fejn hemm nies bla xogħol u bla edukazzjoni, jinsabu l-aktar nies li jpejpu.", "Fejn mitt sena ilu t-tipjip kien xi ħaġa ta' l-elite, issa nqaleb kollox u sar iktar komuni fost nies bla xogħol jew fost dawk illi m'għandhomx livell għoli ta' edukazzjoni.", "Ċerti nisa, speċjalment żgħażagħ, jibdew ipejpu għaliex ikunu nkwetati dwar il-piż u/jew id-dehra tagħhom.", "Dawn jaħsbu li permezz tat-tipjip ikunu jistgħu jrażżnu l-aptit billi jieklu inqas, allura jkunu jistgħu jżommu l-piż fil-livell illi jixtiequ.", "L-istess studju jikkonkludi li hawn iżjed nisa żgħażagħ, jiġifieri minn teenagers sal-bidu ta' l-għoxrinijiet, illi jpejpu milli hawn ġuvintur.", "Dan hu fatt inkwetanti ħafna, l-aktar meta wieħed jiftakar fil-mard li semmejt konness magħna n-nisa.", "Dan juri kemm għandu jsir aktar xogħol fil-qasam tal-prevenzjoni, ħalli kemm jista' jkun inbaxxu n-numru ta' nisa żgħażagħ illi jsiru smokers ġodda.", "Għax b'hekk biss jiġi evitat il-mard relatat mat-tipjip illi semmejt qabel.", "L-istudju mbagħad ikompli biex jeżamina ħalli jsib ir-raġuni għaliex dawk in-nisa li bdew ipejpu ta' eta' żgħira jkomplu jpejpu.", "Dan kollu jseħħ għax għalkemm it-tipjip iħalli effetti serji fuq is-saħħa, ħafna nisa jibdew isibu s-sigaretti bħala refuġju mill-pressjoni tal-ħajja.", "Issa peress li n-nisa jkollhom iktar ċans ta' livell baxx ta' għajxien minħabba jew pagi baxxi - u aħna nafu li overall in-nisa jaqilgħu inqas mill-irġiel - jew inkella għax il-benefiċċji li jkollhom ma jkunux biżżejjed, is- sigarett ikun l-uniku item ta' personal spending.", "Min-naħa l-oħra, niftakru li fir-rwol tan-nisa hemm il-ħsieb ta' l-oħrajn.", "In-nisa jieħdu ħsieb it-tfal, l-anzjani u jagħmlu ħafna xogħol domestiku.", "Dawn allura jħarsu lejn it-tipjip bħala a way of escapism.", "Dan sar magħruf wara li saru kuntatti ma' nisa li jpejpu u staqsewhom għaliex komplew jagħmlu hekk.", "Ħafna drabi dawn wieġbu: Għax jiena dejjem nieħu ħsieb ħaddieħor, għandi 'l ommi, lit-tfal, 'il missieri, pero' mbagħad għandi t-tipjip li huwa l- uniku ħaġa li jiena nagħmel għalija.", "Hekk jirraġunaw xi wħud.", "Imbagħad mhux ta' min jinsa lil dawk in-nisa iżolati d-dar, speċjalment dawk illi ma jsibux xogħol barra d-dar, jew inkella ma jistgħux imorru jaħdmu minħabba responsabbiltajiet familjari.", "Dawn allura jħossu t-tipjip bħala l-unika ħolqa li tgħaqqadhom mad-dinja soċjali.", "Hemm anke dawk in- nisa li jieħdu t-tipjip bħala break; break ta' ftit minuti biss 'il bogħod mit-tfal jew minn xi sitwazzjoni fuq ix-xogħol inkella minn xi ħaġa tedjanti li forsi jkunu qegħdin jagħmlu fid-dar.", "Jgħidulek: Ħa nieħu break ta' ftit minuti u npejjep sigarett.", "Dawn huma r-raġunijiet li jagħtu n- nisa għaliex ipejpu, raġunijiet illi jekk irridu naħdmu tassew fuq il- prevenzjoni, għandna nħarsu lejhom sew biex inkunu nistgħu nattakkaw il- problema mill-għeruq tagħha.", "Sur President, jien ngħid li inutli niġu hawnhekk, naghtu statistika", "u ngħidu li r-rata ta' nisa żgħażagħ li jpejpu hija ogħla minn dik ta' l- irġiel żgħażagħ.", "Once li mbagħad inkunu nafu r-raġunijiet, meta nagħmlu kampanji ta' prevenzjoni nkunu nistgħu nattakkaw dan il-vizzju b'mod aktar effettiv.", "Għax wara kollox veru li għandna l-figuri tal-livelli tat- tipjip bejn in-nisa u l-irġiel imma għandna biss idea, għax qatt ma tista' tkun taf eżatt minn dawn is-surveys.", "Imma b'dan il-mod kampanja ta' prevenzjoni tista' tkun aktar effettiva għax se tkun taf eżatt fejn għandek tattakka.", "Issa jien għandi dubji kemm iż-żieda fil-prezz tas-sigaretti se tgħin biex in-nies ipejpu inqas.", "Anzi min-naħa l-oħra naħseb illi se nżidu l-problema finanzjarja ta' ħafna familji, speċjalment ta' dawk bi dħul baxx.", "Għax kif diġa' qalu wħud minn sħabi, minn studji li saru jidher ċar li l-aktar li jpejpu huma dawk il-familji bi dħul baxx.", "La qed insemmi d- dħul ma nistax ma nitkellimx xi ftit fuq il-miżuri tal-budget u l-effetti li dawn qed ikollhom fuq id-dħul tal-familji tagħna.", "U kif dan il-gvern mhux qed jirnexxilu jkabbar l-ekonomija biex itaffi l-piż minn fuq dahar il- poplu.", "F'eżerċizzju li għamilna fost l-impjegati taċ-ċivil sibna li se jintlaqtu ħażin dawk minn scale 14 'il fuq.", "Dawn il-workings kont poġġejthom fuq il- Mejda tal-Kamra f'Diċembru li għadda, fi żmien il-budget.", "U mhux imbilli jiġi l-Prim Ministru, kif għamel il-ġimgħa l-oħra, u qisu qed itella' it- tombla, daqqa jgħid li se jiġu affettwati dawk minn scale 10 u mbagħad wara jgħid dawk minn scale oħra.", "Sadattant il-workings li jiena poġġejt ħadd ma kkontestahom.", "Iżda kemm aħna, kif ukoll il-GWU, minn dan l- eżerċizzju li għamilna sibna li dawk minn skala 14 'il fuq qegħdin jiġu affettwati ħażin.", "U minkejja li l-Prim Ministru jgħid li qed jitfa' l-piż fuq min jiflaħ, jiena ngħid illi hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq xi livelli għoljin li forsi ma jħossux daqstant it-tnaqqis imma qegħdin nitkellmu fuq clerks, kuntistabbli u livelli simili.", "Dawn kollha għandhom piż kbir ta' taxxi fuq spallejhom li ma jifilħux għalih.", "Iżda minkejja dan kollu, il-ġimgħa l-oħra fit-taħdidiet li kellu mal-GWU, il-Prim Ministru kull darba rrepeta l-istess ħaġa u qal: Il-piż qed jerfgħu min jiflaħ għalih.", "Meta nisimgħu dawn l-affarijiet aħna ngħidu li l-Prim Ministru m'għandux saqajh ma' l-art u li mhux qed jitkellem man-nies, għaliex kieku dawn jgħidulu li l-piż mhux qed iġorruh biss dawk li jifilħu għalih iżda wkoll dawk li ma jifilħuhx.", "Jiena diġa' tajt eżempju ta' minn liema skala ta' nies taċ-ċivil qegħdin iġorru dan il-piż, u żgur illi ħadd ma jista' jgħid illi dawk ta' scale 14 jifilħu għalih, kif qed jgħid il-Prim Ministru.", "Fl-aħħar tal-ġimgħa dawn l-impjegati u l-familji tagħhom se jkunu bejn Lm4 u Lm6 short minn dak illi kien jibqgħalhom f'idejhom mill-paga tas-sena l-oħra.", "Dan jgħodd minn scale 14 'il fuq sa scale 7.", "Dan jistona ħafna ma' dak li kien qal il- Prim Ministru xi xahrejn qabel il-budget - u qiegħed on record - f'intervista lil \"The Times\" illi għall-mistoqsija jekk hux se jżid it- taxxi wieġeb kategorikament: No. Kelma waħda li safejn naf jien ma tridx xi interpretazzjoni jew reading between the lines, għax lanqas lines m'hemm imma hemm biss kelma waħda b'żewġ ittri.", "Imma issa qegħdin naraw mod ieħor.", "Tajjeb li nifhmu illi mhux dawk illi jaħdmu mal-gvern biss intlaqtu minn dan li qed ngħid imma għandek 'il fuq minn 100,000 ħaddiem illi l-paga li rċevew fl-aħħar ġimgħa tax-xahar ħaduha b'inqas minn dik tax-xahar ta' qabel.", "It-take-home pay tagħhom kienet inqas minn l-aħħar waħda li ħadu s-sena l-oħra.", "Issa dawn il-ħaddiema qegħdin jaraw b'għajnejhom li għall-ewwel darba kemm ilhom jaħdmu, il-paga tagħhom effettivament naqset minkejja li ngħataw żieda għall-għoli tal-ħajja.", "L-effetti fuq il-pagi huma minħabba ż-żieda fil-bolla u fl-income tax, fejn fil-każ ta' persuna waħedha li tiddikjara li taqbeż Lm4,000 fis-sena dawn jaqbżu l-Lm1 żieda.", "U fil-każ tal- miżżewġin, fejn waħda mill-koppja taħdem, l-effetti tat-tnaqqis jinħassu minn Lm5,500 'il fuq.", "Pero', anke min jaqla' inqas minn hekk huwa affettwat.", "Fil-fatt ġew affettwati l-ħaddiema kollha minħabba ż-żieda fil- bolla.", "Barra dan, dawk illi jaqilgħu inqas, u allura ma kellhomx dak it- tnaqqis reali fil-paga, xorta waħda se jiġu affettwati miż-żieda fil- prezzijiet, bħaż-żieda ta' 15% VAT fuq il-petrol, biż-żieda fuq it- telephone, biż-żidiet fil-prezzijiet ta' l-ilma u ta' l-elettriku.", "Dawn awtomatikament sarilhom tnaqqis fil-livell ta' l-għajxien tagħhom.", "Issa mbagħad hemm dawk li minħabba li qegħdin jieħdu paga mnaqqsa jsostnu li se jkollhom inaqqsu minn dak illi soltu jonfqu.", "Għax jekk inti se tieħu paga mnaqqsa se toqgħod iktar attent x'se tonfoq.", "Dan ifisser - għax waħda torbot ma' l-oħra - li se tkompli tonqos l-attivita' ekonomika, li diġa' hija dgħajfa ħafna.", "Lilna waslitilna informazzjoni li meta xi ħaddiema taċ-ċivil marru għand il-prinċipal tagħhom biex jilmentaw li qegħdin jaqbdu paga inqas, qalulhom: Mis-sena d-dieħla se jkollkom żidiet sostanzjali!", "Għax iż- żidiet mis-sena d-dieħla se jidħlu fil-paga u mhux se jkunu f'forma ta' allowance, kif inhuma s'issa - hawn min qed jgħid illi se jkun hemm xi Lm20 żieda, pero' dan mhu veru xejn - għax iż-żieda se tibda tinħadem fuq il-collective agreement u skond f'liema skaluna tkun.", "Allura għal kull Lm1 illi jieħu l-labourer il-kap se jieħu Lm4, iżda qegħdin jagħmlu żball oħxon imexxuha li s-sena d-dieħla l-ħaddiema se jkollhom din iż-żieda ta' Lm20 u ma jgħidulhom xejn aktar.", "Fil-fatt ħafna qegħdin jistaqsu: Imma dan veru jew mhux veru?", "Minn dak li qed jingħad il-ħaddiem jiżfen fin-nofs, jipprova jagħmel patching u jagħmel sens minn dak illi qiegħed jisma'.", "Mhumiex qegħdin jgħidulhom li l-allowance ta' Lm13 fix-xahar li qed jieħdu bħalissa l-ħaddiema tal-gvern, kollha ħaduha across the board; jiġifieri kemm jekk inti l-AG u kemm jekk inti permanent secretary, dawn qed jieħdu Lm13 fix-xahar bħalma qed jieħu l-labourer.", "Issa sena oħra din mhux se jeħduha imma minflok se jieħdu biss żieda relattiva.", "Filwaqt li l- allowance għal din is-sena kienet għal kulħadd l-istess, sena oħra ż- żieda fil-paga se tkun relattiva għax filwaqt li dak li llum qed jieħu labourer qed jieħdu l-permanent secretary, id-director general u l-AG, mis- sena d-dieħla għal kull lira li se jieħu labourer, il-permanent secretary se jieħu Lm4.", "Jiġifieri min qed jgħid dawn l-affarijiet lill-ħaddiema tal- gvern, għandu jkollu ftit deċenza u ma joqgħodx jidħak bin-nies imma għandu jgħid l-affarijiet kif fil-fatt huma.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix anqas il-kwestjoni tal-pensjonijiet li ma ġewx aġġornati mal-ftehim kollettiv il-ġdid, għax suppost li l-ħaddiema tal-gvern li rtiraw bejn l-1996 u l-2000 kellhom jieħdu pensjoni aġġustata skond iż-żidiet li ttieħdu matul dawn is-snin.", "Diġa' mhijiex ġusta li tingħata żieda li ma tkunx parti mill-paga, kif fil-fatt ingħataw iż-żidiet lill-ħaddiema tal-gvern fil-perijodu msemmi, aħseb u ara kemm mhix ġusta aktar li ma tingħatax dak li jkun dovut lilek!", "Għalhekk il-pensjonanti li spiċċaw f'dak il-perijodu li semmejt issa qegħdin jieħdu pensjoni mnaqqsa.", "Dan irrid insemmih ukoll fl-isfond li l-persuna li llum hija segretarju parlamentari għall-anzjani, fil-kampanja elettorali kienet qalet illi l- pensjonanti se jibdew jieħdu pensjoni sħiħa, ħaġa li hija mniżżla wkoll fil-progamm elettorali.", "Hemm ukoll il-pensjonijiet tal-ħaddiema tal-gvern li marru ma' entijiet pubbliċi.", "Dawn, kemm bil-liġi kif ukoll bil-ftehim mal-union, bħal fil-każ tal-posta, huma ntitolati għall-pensjoni tal-gvern, jiġifieri għas-somma u għall-pensjoni, u skond l-Ordinanza tal- Pensjonijiet dawn suppost li jibqgħu jgawdu d-drittijiet f'dan ir-rigward anke fl-impieg il-ġdid tagħhom.", "Iżda l-gvern mhux qed jagħtihom dan id- dritt u kull darba li nistaqsi dwar dawn il-ħaddiema, il-gvern dejjem iġib ħafna skużi.", "Anke f'dawn l-entijiet hemm għadd kbir ta' ħaddiema li rtiraw bl-eta' u qegħdin jieħdu pensjoni mnaqqsa.", "Mr Speaker, irrid ngħid xi ħaġa dwar il-privatizzazzjoni, għax din ukoll hija xi ħaġa preokkopanti għal ħafna ħaddiema.", "Jekk inħarsu lejn il- white paper li ħareġ il-Ministru Dalli xi xahrejn ilu, ''Privatisation - Strategy for the Future'', insibu tabella dwar government services with the potential for privatisation in Malta.", "F'din it-tabella hemm lista ta' servizzi tal-gvern li jistgħu jiġu privatizzati u fosthom hemm il- mechanical, il-construction, il-maintenance, il-printing u t-tindif.", "M'ilux din kont qiegħda niddiskutiha ma' xi nies tal-union u ġejna f'konklużjoni li b'din il-privatizzazzjoni se jiġu affettwati eluf ta' ħaddiema.", "Nista' ngħid li diġa' qed titqajjem il-mistoqsija ta' x'se jiġri minn dawn il-ħaddiema u meta nsemmu din l-issue jgħidulna li għandhom jiltaqgħu mal-unions.", "Iżda meta niċċekkja ma' dawn insib li s'issa għadhom ma saru l-ebda laqgħat dwar din il-kwestjoni.", "La qiegħda nitkellem dwar dan is-suġġett nixtieq ukoll ngħid xi ħaġa dwar ir-riforma li kienet saret bejn l-1991 u l-1995, b'liema riforma kienu ġew ri-organizzati l-gradi ta' l-impjegati tal-gvern.", "Dakinhar kien inbeda eżerċizzju korrettiv biex jaraw fejn żviluppaw anomaliji f'dan l-eżerċizzju ta' riforma.", "Peress li ma saritx riorganizzazzjoni waħda imma kienu saru diveri għall-gradi differenti, u minħabba li kienu għaddew xi snin mill- ewwel agreement sa l-aħħar wieħed, kien meħtieġ li jsir eżerċizzju ieħor minħabba li fl-aħħar ftehim setgħu jinkisbu benefiċċji li ma kenux inkisbu f'dak li kien sar fil-bidu.", "Nista' ngħid li dan l-eżerċizzju għadu ma ntemmx.", "Mr Speaker, xtaqt insemmi wkoll l-famuża Lm10 li l-gvern tana sabiex tagħmel tajjeb għall-għoli fil-prezz tal-ħobż.", "M'hemmx għalfejn noqgħod ngħid jiena, għax in-nies diġa' qed jgħidu li dan huwa bżar fl-għajnejn, għax skond l-istatistika li joħroġ il-gvern stess jingħad li l-ħajja għoliet b'5%.", "Għiduli daqsxejn x'tista' tagħmel il-mara tad-dar b'Lm10 li se tingħata darba biss f'sena?", "U dan wieħed irid jarah ukoll fil-kuntest li fl-ewwel żewġ budgets ta' dan il-gvern il-piż tat-taxxi fuq il-ħaddiema żdied bi Lm42 miljun meta wieħed jikkonsidra ż-żieda fl-income tax, iż- żieda tal-bolla għal sena wara oħra, iż-żieda fil-prezz tal-ħobż, iż- żieda tas-sigaretti, tan-nolijiet tal-karozzi tal-linja, l-introduzzjoni tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel u ż-żieda fit-tariffi ta' l-elettriku u ta' l-ilma.", "Jiena niftakar - u dan m'ilux wisq - li meta l-gvern Laburista kien se jgħolli t-tariffi ta' l-elettriku u ta' l-ilma, f'dan il-parlament kien hemm min staqsa jekk kienx sar a social impact assessment fuq din il-miżura li kienet se tittieħed.", "Dakinhar kien anke ssemma a gender impact assessment għax kienu qalu li huma n-nisa li jimmaniġġjaw il-flus fil- household.", "Jiena ngħid li dawn l-assessments fi żmien gvern Laburista kienu saru u għalhekk kienu ġew riveduti t-tariffi.", "Pero' issa nixtieq nitfa' din il-mistoqsija lura u nistaqsi lil dan il-gvern jekk dawn l- assessments sarux qabel ma ttieħdu l-miżuri li għandna f'dan il-budget.", "Nerġa' ngħid li dan kellu jsir għax, kif nafu, id-dħul tal-familji se jonqos filwaqt li l-ispejjeż, kemm f'taxxi kif ukoll minħabba l-għoli tal- ħajja, se jiżdiedu.", "Kif għedt qabel, minħabba li huma n-nisa li jimmaniġġjaw il-flus tal-familja - għax is-soċjeta' tagħna hekk għadha taħdem - huma n-nisa li l-aktar se jkollhom uġigħ ta' ras biex jaraw kif se jagħmlu, biex bi dħul inqas u bi ħruġ iżjed jipprovaw iżommu l-istess livell ta' għajxien.", "Jiena m'iniex qed ngħid li għandhom jaraw kif se jgħollu dan il-livell ta' għajxien - għax bil-miżuri li ttieħdu f'dan il- budget huwa prattikament impossiblli - imma għallinqas jaraw kif jistgħu jżommu l-istess livell ta' għajxien.", "Jiena naħseb li ma sar l-ebda assessment, la s-social impact assessment u lanqas il-gender impact assessment.", "Kieku saru, kieku t-token ta' Lm10 kienu jibagħtuh lill-mara u mhux lir-raġel.", "Aħna ta' kuljum immorru fid-djar tal-kostitwenti ħalli nisimgħu x'għandhom xi jgħidu.", "Dwar din il-biċċa xogħol jiena mhux biss niltaqa' magħhom fi djarhom imma anke jċempluli regolarment u jgħiduli li ċ-cheque wasal imma r-raġel ma tahulhomx.", "Oħrajn jgħiduli li lanqas jafu jekk wasalx għax ir-raġel ma jurihomx kollox.", "Dan qed ngħidu għax aħna ma nistgħux naħsbu li fil-familji kulħadd kuntent u li l-affarijiet isiru bil- miftuħ.", "Nafu li hawn ħafna familji bi problemi u li għandna każi fejn l- Lm10 għal ħobż diġa' spiċċat jew għall-birra jew għal-logħob.", "U din hija sitwazzjoni reali, Sur Ministru!", "Qed narak tħares b'ċerta mistoqsija fuq wiċċek.", "Dawn huma r-realtajiet illi qegħdin ngħixu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR RITA LAW: Nipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Dalli tkompli bid-diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR HELENA DALLI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Hawn familji li minkejja li wasal iċ-cheque ta' l-Lm10 għall-għoli tal-ħobż, dawn il-flus diġa' spiċċaw u marru fejn mhux suppost kellhom imorru.", "Dawn in-nisa jilmentaw magħna billi jistaqsuna: Il-gvern jaf x'inhu jagħmel?", "Issa aħna nafu li fil-biċċa l-kbira tal-każi huma n-nisa li jixtru l-affarijiet ta' kuljum biex jitimgħu l-familja, b'danakollu ċ- cheque għand ir-raġel mar.", "Naturalment hawn familji li għandhom but wieħed, kulħadd jieħu l-flus għall-ħajja b'mod miftuħ, pero' għandna familji li għandhom problemi u mhuwiex daqshekk faċli li l-mara tieħu dak illi jkollha bżonn biex titma' familja.", "Kienet għal din ir-raġuni li qiegħda nsemmi li aħna konna ddeċidejna li ċ-cheque taċ-children allowance jintbagħat fuq isem il-mara, għaliex kellna ħafna każi fejn il-flus tat- tfal ma kinux imorru għat-tfal.", "Meta fl-1997 konna fil-gvern kien ikollna ħafna complaints mingħand nisa anzjani li r-raġel ma kienx jagħtihom parti mill-pensjoni u allura bdejna naraw kif nistgħu noħorġu żewġ ċekkijiet, wieħed għar-raġel u wieħed għal mara, f'każi fejn ikun hemm dawn il-problemi.", "U dan għax bis-serjeta' konna nagħmlu a gender impact assessment fuq il-policies tagħna.", "U l- gender impact assessment tista' tagħmlu meta jkollok kuntatt man-nies - f'dan il-każ ikollok kuntatt regolari man-nisa - tisma' l-problemi konkreti li jkollhom, u allura meta tkun se tagħmel policy ġdida bħalma kienet din ta' Lm10, ikollok diġa' f'moħħok x'għandek tagħmel.", "Meta ma tagħmilx hekk, allura kif ġara jiġri issa, u xi nisa jgħidulek: Jiena lanqas biss xammejthom l-Lm10 għax bagħtuhom fuq ir-raġel u lili ma tani xejn!", "Mhux qed ngħid li kulħadd ġralu hekk imma hemm ħafna każi fejn ġraw dawn l- affarijiet.", "U din hija area oħra fejn jidħlu problemi li jikkonċernaw l- aktar lin-nisa u fejn il-gvern donnu ma jridx jagħti l-attenzjoni tiegħu.", "Mhux se noqgħod insemmi l-liġi tal-vjolenza domestika, li reġgħet baqgħet fuq l-ixkaffa, jew dwar ix-shelters għal dawn in-nisa li s'issa għad ma kellna xejn ħlief kliem fuq iċ-ċentru għar-riċerka u d- dokumentazzjoni.", "Mhux se noqgħod nidħol f'dawn l-affarijiet imma rrid nuri kemm dan il-gvern ma jqishiex il-perspettiva tan-nisa u l-ħteġijiet tagħhom.", "Fil-fatt dawn l-issues issa tneħħew mill-qalba tat-tmexxija ta' dan il-gvern, bil-kuntrarju ta' gvern Laburista, li kien poġġa l-issues tan- nisa fil-qalba u ra li jittieħdu d-deċiżjonijiet dwarhom.", "F'Kastilja dawn il-policies kienu jiġu diskussi u kien hemm min jimbuttahom, imma issa qegħdin f'sitwazzjoni, fejn anke fuq ċuċata ta' Lm10 għall-ħobż, minkejja l- emanċipazzjoni kollha tagħna, għadna fis-sitwazzjoni li l-parti l-kbira huma n-nisa li jixtru l-ħobż.", "Xtaqt insemmi xi ħaġa li bħalissa qed jitkellem fuqha l-pajjiż kollu, tmur fejn tmur; qiegħda nirriferi għat-taħdidiet li saru l-ġimgħa l-oħra bejn il-GWU u l-gvern.", "Il-gvern ma jridx jaf, anke l-mod kif tkellem kien spiċċattiv.", "Jidher illi d-deċiżjoni diġa' ħadha u issa l-GWU ftit baqgħalha toroq x'tagħżel għajr dik illi tipprotesta u tieħu azzjonijiet, la darba l-gvern ma jridx jisma' bil-kelma t-tajba u jmur fuq il-mejda tan- negozjati kif jiddiskutu n-nies ċivili.", "Il-gvern jidher illi għalaq il- bibien kollha.", "U l-GWU qiegħda tgħidlu: Issa daqshekk!", "Anke n-nies qegħdin jgħidu: Issa daqshekk!", "Il-Partit Laburista jappoġġja lill-GWU fl- azzjonijiet illi se tieħu għax issa kulħadd xeba'; mhux il-GWU biss, tul dawn is-sena u nofs ta' gvern Nazzjonalista.", "Barra l-kwestjoni tal-budget għandek is-sitwazzjoni tal-welfare.", "Biżżejjed inħarsu lejn l-istat li jinsab fih il-qasam tas-saħħa.", "Għandek il-mod kif qed jiġu privatised ċerti azjendi, bħall-mod kif inbigħ il-Mid-Med Bank, li minnu l-gvern daħħal biss somma ta' darba.", "Imma nistaqsi: Din hi s-sistema, li nibdew inbigħu l-affarijiet, nieħdu minnhom somma darba, imbagħad daqshekk?", "Dawn huma kollha affarijiet illi qegħdin inisslu ħafna nkwiet fost in-nies, li mhux biss qegħdin jaraw din l-arroganza, mhux biss qegħdin jaraw illi dan il-gvern m'għandux ideat ġodda kif iġib il-flus, li m'għandux proġetti, m'għandux investimenti, biex imbagħad, kultant żmien, nisimgħu b'żieda fit-taxxi u fil-ħlasijiet għal servizzi.", "Minn hawn irid iġib il-flus dan il-gvern?", "Imbagħad meta nistaqsuh minn fejn se jġib il-flus, jiddeċiedi li jbigħ xi ħaġa, idaħħal somma għal dak il-mument u daqshekk.", "Fuq dawn l- affarijiet in-nies titkellem u tinsab imdejqa għax mhix qiegħda tara triq li tista' timxi fiha 'l quddiem.", "Sur President, jien nixtieq inħeġġeġ lill-ħaddiema kollha Maltin biex juru dak illi qegħdin iħossu, u nhar il-Ħamis jattendu għall-protesta li ser torganizza l-GWU.", "Aħna se nkunu hemmhekk għaliex irridu nagħtu s- support tagħna, għaliex il-complaints li qed ikollha l-GWU mill-ħaddiema huma l-complaints li niltaqgħu magħhom aħna wkoll kull meta mmorru fid-djar tan-nies.", "Huwa importanti għalhekk li nuru d-dwejjaq illi hawn fil- pajjiż, mhux biss għax il-gvern qiegħed jiddeċiedi li jżid id-dħul tiegħu imma għax dan qed jagħmlu billi jintaxxa lill-ħaddiema, flok joħloq proġetti, investimenti u xogħol ġdid.", "Din hi xi ħaġa li qiegħda toħloq klima ta' sfiduċja u ta' inċertezza u klima fejn in-nies mhux talli mhix qiegħda tgħolli l-livell ta' l-għajxien tagħha, jew qiegħda żżommu kif inhu, imma talli l-livell ta' l-għajxien qiegħed jiċċaqlaq.", "Minkejja dan kollu, il-gvern jibqa' għaddej u jibqa' jgħid illi l-piż jifilħu kulħadd.", "Iżda aħna nafu li minħabba l-miżuri tal-budget se tikber l- inugwaljanza fis-soċjeta' tagħna.", "U nagħti eżempju bir-rati ta' l-income tax u nsemmi lil min jaqla' l-iżjed.", "Hawnhekk għandek li min jaqla' Lm10,000 u min jaqla' Lm20,000 se jħallas l-istess, jiġifieri għandek min qed jaqla' d-doppju u se jħallas l-istess rata ta' income tax.", "Din mhijiex xi ħaġa ġusta.", "M'hemmx għalfejn immorru daqshekk 'il bogħod għaliex, kif għedt qabel, min jaqla' mill-paga minima 'l fuq kulħadd se jintlaqat.", "Jekk ma tintlaqatx mill-income tax ser tintlaqat mit-taxxi l-oħra, mill-15% fuq il-petrol, mir-ripple effect tad- dawl u l-ilma.", "Mhux kif qal il-Prim Ministru, li min jaqla' inqas minn Lm5,500 mhux se jintlaqat għaliex il-petrol, it-telephone, il-ħobż, id- dawl, l-ilma, kulħadd irid iħallas iżjed għalihom.", "Għax dawn kulħadd jużahom.", "Għalhekk m'hemmx dubju li l-miżuri ta' dan il-budget huma attakk fuq il-ġustizzja soċjali.", "U s-sitwazzjoni li għandna issa hija li d- deficit finanzjarju qed jiġi mdawwar f'deficit soċjali.", "Il-gvern qiegħed jipproġetta li jdaħħal dawn il-miljuni kollha li qegħdin insemmu mit-taxxi, mill-income tax u anke mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali.", "Pero' n-nies iridu jaraw il-konnessjoni bejn it-taxxi li jħallsu u dak li jsir fil-pajjiż.", "Il-konnessjoni bejn it-taxxi u l-infiq għandha tkun kemm jista' jkun evidenti.", "U jidhirli l-ġimgħa l-oħra smajt lil xi ħadd isemmi kemm dan mhuwiex minnu.", "Allura bir-raġun in-nies qiegħda tistaqsi: Għaliex qegħdin jgħabbuna bit- taxxi?", "Dawn it-taxxi fejn qed imorru?", "Kif aħna ma narawx riżultati ta' dawn it-taxxi li qegħdin inħallsu?", "Veru li bil-mod kif kiber l-Istat u l- komplessita' tiegħu din il-link intilfet, prinċipalment minħabba ċ- ċentralizzazzjoni tal-ġbir tat-taxxi u l-infiq.", "U għalhekk huwa diffiċli li n-nies tifhem iż-żieda fit-taxxi meta tara l-istat tat-toroq tagħna, meta tara s-servizz tas-saħħa tagħna sejjer lura, meta tara t-tnaqqis fl- investiment fl-edukazzjoni.", "Hija ħaġa ovvja li meta inti qed tħallas iżjed u meta l-gvern qed jagħfsek iżjed, it is only fair li inti titlob li tara iżjed investiment fl-edukazzjoni, aktar servizzi tas-saħħa u ċertament tippretendi li jkollok almenu toroq tajbin.", "Imma meta m'hemmx din il-link, u min-naħa tara l-gvern qed jagħfas u min-naħa l-oħra tara diżastru fit- toroq, tara ħerba fl-isptarijiet, nuqqas ta' investiment fl-edukazzjoni, bilfors li n-nies tistaqsi: Għaliex aħna mgħaddsin fit-taxxi u ma naraw xejn in return?", "Lanqas triq waħda suret in-nies m'għandna!", "Jiena naħseb illi huwa importanti ħafna li l-gvern, kwalunkwe gvern, mhux qed ngħid gvern Nazzjonalista jew gvern Laburista, jirrikonnettja.", "Għax jien kont qed ngħid illi l-konnessjoni nqatgħet bejn it-taxxa u s-servizz illi n- nies qegħdin jieħdu.", "Allura jeħtieġ illi ssir rikonnessjoni ħalli għallinqas għal ċerti taxxi jkun hemm ġustifikazzjoni.", "Tgħid għallinqas qed inħallas imma qed nieħu servizz, qed nieħu toroq tajbin, qed nieħu edukazzjoni tajba u qed nieħu servizz tas-saħħa tajjeb.", "Sur President, biex ikollna żvilupp ekonomiku jeħtieġ illi jkollna sistema serja ta' tassazzjoni.", "U mingħajrha ma jistax ikollok flus biex jinħolqu l-impiegi, ma jistax ikollok flus sabiex tinvesti u lanqas ma tista' toħloq sistema soċjali li tieħu ħsieb tiżviluppa lis-setturi tant importanti għall-ħajja tagħna, bħalma huma dawk ta' l-edukazzjoni u tas- saħħa.", "Lanqas ma tista' tiżviluppa s-servizzi soċjali.", "Għalhekk ngħid li s-sistema ta' tassazzjoni hija s-sinsla tas-sistema.", "Dan għaliex mingħajr dħul bis-serjeta' ma jistax ikollok ħruġ bis-serjeta' għat-tul u fuq kollox sostenibbli.", "Għaldaqstant huwa importanti li nqisu kull pass li nagħmlu, li kemm jista' jkun dan l-appoġġ inżommuh sħiħ.", "Dan għandu jkun il-messaġġ li jrid jintbagħat lis-soċjeta' tagħna, imma dan mhux qiegħed jiġri.", "Ċertament li ta' min ifakkar dak li avżana bih il-ministru tal-finanzi, li jekk il-miżuri iebsa li jittieħdu din id-darba ma jkollhomx riżultat, il- gvern ikollu jerġa' jgħolli t-taxxi.", "Għax dan huwa l-mezz li l-gvern sab biex ikabbar id-dħul tiegħu.", "U nafu li meta din tkun l-unika triq, ikun ifisser illi l-gvern ikun wasal fil-qiegħ nett, illi jkun nixef mill-ideat u li l-politika tiegħu tkun falliet.", "Fil-fatt minflok ma qed jiġbed l- investiment lejn il-pajjiż u joħloq ix-xogħol, minflok li qed joħloq attivita' ekonomika, għax spiċċawlu l-ideat kollha issa l-uniku mod ta' survival li qed isib huwa li jżid it-taxxi.", "Din hija waħda mill-iktar affarijiet faċli li wieħed jista' jagħmel.", "Fil-kuntest ta' dan kollu, hawn min jgħid illi l-aqwa mod biex tinvestiga soċjeta' huwa billi tanalizza l-finanzi pubbliċi tagħha.", "U l-ispirtu ta' poplu, il-livell kulturali, l-istruttura soċjali, il-policies tiegħu, dan huwa kollu miktub fl-istorja fiskali tiegħu.", "U jiena ngħid imneżża' minn ħafna kliem u retorika tal-politiċi, iċ-ċifri jitkellmu ħafna iktar mill- ħafna kliem illi nisimgħu hawn ġew, mill-ħafna intervisti li jkun hemm fuq il-gazzetti, mill-ħafna press releases li joħorġu.", "Huwa meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri li jkun jista' tassew jinvestiga soċjeta' u jifhem minn xiex dik is-soċjeta' tkun għaddejja u kif tkun għaddejja.", "U meta nħarsu lejn is-soċjeta' tagħna u nanalizzawha mill-angolu fiskali, ma tantx nistgħu nħarsu b'kuraġġ għal li ġej, speċjalment meta filwaqt illi l-gvern iżid l-għafsa fuq il-ħaddiema, ninnotaw li ma sar l-ebda sforz biex jitrażżan l-infiq tal-gvern.", "Ma nagħmlu l-ebda kuraġġ meta naraw li l- imgħax fuq id-dejn issa tela' għal aktar minn Lm1 miljun fil-ġimgħa.", "Dawn huma affarijiet illi ma jistgħux ma jinkwetawniex.", "Dawn huma affarijiet illi biex nifhmu tassew is-soċjeta' tagħna minn xiex għaddejja, irridu nħarsu lejhom waqt li nipprovaw nifhmu s-soluzzjonijiet illi qed jipprova jsib dan il-gvern u xi proġetti għandu biex titqajjem l-ekonomija tagħna.", "Meta tħares lejn dan kollu, meta tanalizza l-figuri, ssib ħafna affarijiet illi mhumiex inkoraġġanti minkejja li nisimgħu ħafna diskors li ilna nisimgħuh minn qabel l-elezzjoni dwar ġid, fiduċja u direzzjoni.", "Jiena ngħidilkom: Ħarsu ftit lejn il-figuri u żgur li la ssibu l-ġid, la l- fiduċja u lanqas id-direzzjoni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Sur President, suppost li quddiemna għandna abbozz ta' liġi li jittratta ż-żieda fid-dazju tas-sisa, kif imħabbra mill- Ministru Dalli fl-aħħar budget.", "Iżda fir-realta' li qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin nirriflettu fuq dnubietna, li f'termini politiċi m'huma xejn ħlief l-iżbalji kbar imwettqa minn gvernijiet preċedenti; u ma nistħix ngħid li l-akbar żbalji għamluhom gvernijiet Nazzjonalista.", "Inutli tipprova taħrab u ġġib l-iskużi biex mingħalik tikkonvinċi ruħek li l- istorja hija differenti, għaliex iddur fejn iddur dejjem f'post wieħed tasal .", "Il-problemi kbar li qegħdin niffaċċjaw illum ġejjin mill- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' l-1987 u minn dik ta' l-1992, b'mod speċjali dik ta' l-aħħar, minħabba l-mod kif il-gvern ippreġetta ruħu, minħabba l-mod kif mexa dwar l-infiq u minħabba l-mod kif kollox ħarab mill- idejn.", "Sur President, jien mhux se ngħid jekk wieħed għandux jgħolli s-sigaretti jew le imma se nitkellem dwar dawn il-problemi kbar li qegħdin jolqtu lill-ħaddiem, li r-responsabbilta' tagħhom taqa' kollha fuq il- Partit Nazzjonalista.", "Kieku tgħolli s-sigaretti biex in-nies ma tpejjipx aktar kieku ma tkunx ħaġa ħażina, imma l-verita' hi li din il-miżura li qed idaħħal il-gvern mhijiex qed issir b'dan il-ħsieb warajha.", "L-Onor Adrian Vassallo diġa' semma li biż-żieda ta' 67c fil-ġimgħa li dan il-gvern ta' kuxjenza soċjali ta lill-pensjonanti, ma ħallilhomx biex jixtru pakkett sigaretti.", "Lil dak il-pensjonant li jieħu sodisfazzjon jinżel sal-pjazza tar-raħal jitkellem ma' sħabu u fl-istess ħin ipejjep sigarett, għalfejn neħħejtulu dan l- iżvog?", "Lanqas biex jixtri pakkett sigaretti ma ħallejtulu!", "Kieku qegħdin tgħollu s-sigaretti mhux bl-iskop li żżidu r-revenue imma biex b'xi mod trażżnu t-tipjip, kieku xjentifikament din tirriżulta, allura ngħidilkom għolluhom u ġibuhom Lm4-il pakkett, bħalma għamlu fl-Ingilterra!", "Imma l- verita' hi ħafna differenti minn hekk.", "Fil-fatt mir-riċerka li saret s'issa jirriżulta - u l-iktar li wettqu riċerka f'dan il-qasam huma l-Amerikani, u tant hu hekk illi fl-Amerika fetħu l-akbar kawżi fil-qrati kontra kumpanniji tas-sigaretti ....", "Imma aħna mhux qegħdin hawn biex niddiskutu l-argumenti legali imma biex naraw kemm hu ġenwin il-gvern Nazzjonalista fl-intenzjonijiet tiegħu - u ma ninsewx li l-poplu Malti twikka b'dan il- gvern minħabba li ġie ngannat - li jgħolli s-sigaretti biex in-nies tnaqqas mit-tipjip, ħalli jkollna inqas mard u l-poplu ikun iktar b'saħħtu.", "Imma naturalment dan m'hu veru xejn għaliex dan mhuwiex ipprovat xjentifikament u f'Malta qatt ma sar studju f'dan is-sens.", "Hawn nixtieq nindirizza ruħi lill-istudenti ta' l-universita' u nitlobhom biex jibdew jagħmlu studji oġġettivi, studji li għandhom iwasslu biex wieħed jgħid iva jew le meta xi ħadd jistaqsi ċerti domandi.", "Għax li jiġri huwa li niġu hawn u kulħadd jibda jgħid dak li jrid u dak li jħoss mingħajr ebda prova ta' xejn.", "Il-parlament huwa istituzzjoni li jitlob li jkollna dejjem available informazzjoni bbażata fuq studji xjentifiċi, ħaġa li jiena ma sibtha qatt hawnhekk.", "U ma naħsibx illi l-gvern Nazzjonalista, li llum qed jagħtina dan l-att biex ikompli jemenda dak ta' l-1995 dwar id-dazju tas-sisa, qed jagħmel dan b'sens oġġettiv jew abbażi ta' xi studju xjentifiku.", "Dan ma jistax ikun veru.", "Mela dak li għandu l- vizzju tat-tipjip - medikament wieħed jista' jgħid li min ipejjep ikun qed jagħmel ħażin imma mhux dejjem jirnexxilek tikkonvinċih biex jaqta' s- sigaretti - mar ħażin u se jmur iktar ħażin għax il-gvern se jdaħħal aktar taxxi minn fuq dawn in-nies.", "Il-verita' hi li qatt ma kien hawn gvern li ssikka u ġabar daqstant taxxi, u faqa' fejn kien hemm bżonn jifqa', tant li laqat nies u kumpanniji, għax tahom terminu ta' żmien li fih irid jiġbor daqskemm ġabar ...", "(Interruzzjonijiet) J'Alla dak kollu li għandu jiġbor il- ministru jiġbru!", "Jiena naqbel illi b'xi mod trid tiġbor imma mhux b'dan il-mod, li ċertament ma jirriflettix il-politika li l-Partit Nazzjonalista kien jitkellem dwarha qabel l-elezzjoni.", "Sur President, matul il-kampanja kollha l-Prim Ministru kien jitkellem b'lingwa li kien qiegħed iwiegħed tnaqqis fil-piż tat-taxxi.", "U l-poplu Malti emmnu, bħalma emmnu f'ħafna affarijiet oħra.", "Imma l-verita' x'inhi?", "Mill-ewwel budget li għamel dan il-gvern inkixfet il-maskra u ġew imposti taxxi ġodda.", "Kellna żieda fl-income tax u fil-kontribuzzjonijiet tan- national insurance - dik li ngħidulha l-bolla, fejn qalulna li din is-sena se titla' għal 10%, u hekk ġara - kellna l-VAT u kellna ruxxmata impożizzjonijiet oħra.", "Iżda dwar dawn it-taxxi dak iż-żmien ħadd ma kien isemmi xejn.", "Ara jekk hawnx xi ħadd li lest li jqum u jgħid - u nisfida lil kull wieħed minn tan-naħa l-oħra tal-Kamra - jekk fil-kampanja elettorali qattx semmew, per eżempju, il-VAT?", "Lanqas qatt ma semmewha qabel l-elezzjoni ta' l-1998!", "Għaliex?", "Għaliex ma redux jikkommettu l- istess żball illi kien wassalhom għat-telfa ta' Ottubru 1996.", "Imma x'għamlu wara Settembru 1998?", "Eżattament kif rebħu l-elezzjoni daħħlu l- VAT.", "Allura dak mhux ingann?", "Ma nafx xi trid issejjaħlu, tradiment?", "Imma żgur li mhuwiex sens ta' rġulija min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, filwaqt li llum il-gvern qed jgħid li qed jagħti Lm1 żieda lil kulħadd, il-verita' hi li lill-ħaddiem mhux talli ma tahx din iż-żieda imma talli bil-mod kif qed jaħdem biex jinġabru t-taxxi, bil-mod kif qed tinqata' mill-paga l-10% tal-bolla, bil-mod kif il-gvern qed jiġbor dan kollu, dak li spiċċa jieħu d-dar il-ħaddiem effettivament qed ikun inqas mill-paga tas-sena l-oħra.", "Ara ssiblix fl-istorja ta' Malta meta dan qatt sar?", "Lilna kienu jgħidulna: Intom tibqgħu tissemmew bħala l-gvern tal- friża, u veru kien hemm żmien meta konna tal-friża imma kien hemm raġunijiet għaliex għamilna hekk.", "Barra minn hekk konna wkoll irġiel biżżejjed biex il-paga ma naqqasnihiex.", "Dawn il-miżuri li qed tagħmlu intom mhumiex tal-friża imma tat-tnaqqis!", "Dawn huwa rekord ġdid u tajjeb li kulħadd ikun jaf dan.", "Ta' min ifakkar li meta fi żmienna aħna konna nitħabtu biex inġibu l-investiment minn barra, sħabna tan-naħa l-oħra kienu jgħidulhom: Hemmhekk tmorrux għax hemmhekk police state!", "Dan qed ngħidu għax kultant ikun hawn min jikteb li ma jħossx ruħu komdu meta jfakkruh fl-affarijiet tal-passat.", "(Interruzzjonijiet) Għandi lista ta' affarijiet li jekk jiġi hawn ngħidhomlu!", "Sur President, jien insostni li meta gvern jiġi biex jimponi żieda tat- taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti għandu jara li jagħti spjegazzjoni xjentifika, ħaġa li żgur ma saritx.", "Meta l-Ministru Dalli għamel il-budget speech, jiena qgħadt attent bħalma nagħmel is-soltu u bdejt nfittex ħalli nara għaliex beda jgħid li kienu se jogħlew ċerti affarijiet.", "Sibt li kultant kien hemm raġunijiet imma kultant ma kienx hemm.", "Ftakart li meta konna nagħmlu l-budgets aħna, ukoll mhux kulħadd kien jaqbel ma' ċerti miżuri li konna nieħdu, imma dejjem kien ikun hemm raġunijiet għalkemm wieħed seta' ma jaqbilx magħhom.", "L-irġulija titlob illi jekk kulħadd ikun jaf illi hemm ħofra finanzjarja, allura kulħadd għandu jkun raġel biżżejjed u jgħid: Ġiet min fejn ġiet, din hija problema u rridu nammettu li teżisti u hemm bżonn nindirizzawha.", "Imma mhux hekk għamlu fl-imgħoddi l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu.", "Dawn qatt ma tkellmu fuq hekk, filwaqt li llum iridu jgħidulna li l-problema saret tant serja li saħansitra tista' tħalli warajha lil min imut bil-ġuħ.", "Mela filli qed nitkellmu fuq ġid, fiduċja u direzzjoni u investiment ġdid - lanqas naf x'ma qalux - filli issa l- importanti hu għall-gvern Nazzjonalista li n-nies ma tmutx bil-ġuħ!", "Għalhekk tajjeb illi wieħed jirrifletti fuq dan għax din mhijiex biss kwestjoni ta' żieda tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti, kif qed jipprova jpinġiha l-gvern.", "Kieku s-soċjeta' Maltija ma bdietx tiġi ssikkata b'tali mod li bdiet tweġġa', u kieku l-istandard of living m'huwiex nieżel, kieku forsi naslu biex ngħidu li dawn il-miżuri li qed idaħħal il-gvern jagħmlu daqsxejn sens.", "Imma l-gvern Nazzjonalista bit-taxxi li qed jimponi qed jattakka lil kulħadd, b'mod partikolari lill-klassi medja u liż-żgħir.", "Jien għandi statistika li turi illi madwar 60% tal-ħaddiema li d-dħul tagħhom huwa average għandhom il-vizzju tat-tipjip.", "Forsi jkun hawn min jistaqsini: Imma inti taqbel mat-tipjip?", "Dażgur li le!", "M'hemmx għalfejn tkun tabib biex tispjega - u tajjeb ngħiduha din, anke fil-parlament - illi s-sigaretti jagħmlu ħafna ħsara.", "Kulħadd jaf li medikament it-tabakk ma jagħmilx ġid.", "Lanqas ix-xorb, illi għola wkoll, ma jagħmel ġid imma kulħadd għadu għaddej jixrob fit-tiġijiet u fil-parties!", "Allura kollox irridu nattakkaw?", "Lill-ħaddiem li kien imur ix-xogħol b'karozza privata ġibtuh f'pożizzjoni li lanqas jista' jagħmel hekk.", "Fuq kollox lanqas jista' jagħżel li jmur b'tal-linja għax in-nollijiet għolew ukoll!", "Bqajna għaddejjin minn fuq kulħadd u ma ġibna rispett lil ħadd.", "Kif tista' ma titkellimx fuq dawn l-affarijiet?", "Illum pensjonant lanqas għandu biex jitla' sal-Belt u jieħu kafe', għax kollox għola mas-swemmiet; kulma tajtuh 67c fil-ġimgħa u żgur li dawn mhux se jservuh, mhux għall-pakkett sigaretti biss imma lanqas biex jagħmel kapriċċ żgħir!", "Allura xi żvog baqagħlu l- poplu Malti?", "Xejn!", "Sur President, jekk mingħalina li se nsolvu l- problemi billi nieħdu dawn il-miżuri u nieqfu hemm, ma tridx wisq biex tinduna li kollox se jikkraxxja.", "Hemm bżonn li din il-problema kbira insibulha soluzzjoni oħra, li tista' b'xi mod tirrimedja s-sitwazzjoni għall-ġid tal-ħaddiem.", "Illum il-ħaddiema jafu li biex lil dan il-gvern inġibuh f'sensih bilfors irridu nagħmlu xi ħaġa malajr kemm jista' jkun.", "Kemm se ddum titkellem ma' bniedem li ma jridx jisimgħek?", "Meta xi ħadd ikun irid jagħmel ta' rasu, allura biex inġiegħluh jismagħna jkollna nagħmlu dak li skond il-liġi nistgħu nagħmlu.", "Qatt ma kellna mumenti daqshekk koroh bħalma għandna llum, meta ħafna setturi qegħdin f'konfront dirett mal-gvern minħabba dawn il-miżuri drakonjani li ġabu lis-soċjeta' kważi għarkobbtejha.", "Għaliex m'aħniex nipprovaw niftħu twieqi oħra?", "Għax jekk inti tieħu ċerti miżuri u b'xi mod fl-istess ħin toħloq inċentiv x'imkien ieħor, għallinqas tkun qed tiftaħ toroq oħra biex ngħaddu minnhom.", "Imma llum billi lliberalizzajna t- tariffi mill-1 ta' Jannar x'ħadna?", "Sur President, nafu li bit-tneħħija tal-levies qed ikollna problemi ġodda, u lill-gvern navżah: Oqgħod attent x'se tagħmel b'dawk il-fabbriki li qegħdin fil-qasam tal-manifattura u li issa m'humiex aktar kompetittivi!", "Fi żmien sitta għaxar xhur - ma nagħtihomx sena - se jkollok splużjoni ta' aktar nies bla xogħol, imbagħad ara x'se tagħmel bihom!", "Għax kieku inti qiegħed f'pożizzjoni li tgħid: Il-politika tiegħi hija tajba għaliex għalkemm qed inneħħi l-levies, xorta qed nitfa' lil kulħadd fl-istess keffa, għaliex biex nagħmel tajjeb għal dawk li ma jifilħux id-daqqa qed noħloq investiment ieħor ...", "Kieku naf li dak li se nitilfu se nġibuh permezz ta' investiment ġdid, jien nasal biex ngħid: M'hemmx x'tagħmel!", "Iżda in real terms, kemm qed isir dan?", "Kemm ilu hemm il-gvern Nazzjonalista, x'investiment ġie minn barra, ħlief għat-take-over tal-Mid- Med Bank mill-HSBC, jekk trid issejjaħlu investiment dak?", "Hawn qegħda l- problema, Sur President.", "Għalkemm hawn ċerta liquidity, il-verita' hi li dawn il-flus li hawn fl-idejn mhumiex jissarrfu f'investiment fi proġetti ġodda u meta tara x'sar f'dawn l-aħħar sentejn fi proġetti ġodda ssib li ma sar xejn.", "Illum kulħadd sar jitfa' flusu f'depożiti fil-bank jew jinvestihom f'shares, donnu li m'għadx baqa' dik il-fiduċja biex wieħed jinvesti flusu band'oħra.", "Tkellem ma' l-industrijalisti tal-medium-sized industries u tara kemm dan hu minnu!", "Jiena naf xi wħud minnhom, Nazzjonalisti ġenwini - ma nafhomx kollha, għax uħud trid tkun daqsxejn close magħhom biex ikellmuk - li jgħidulek ċar u tond illi l-politika li miexi biha l-gvern Nazzjonalista mhijiex l-istess politika ta' żmien ilu.", "Żgur li ma jaqblux magħha u ssib min ikellmek apertament u jgħidlek: Jien Nazzjonalist pero', kif inhuma sejrin l-affarijiet illum il-ġurnata, aħjar kieku bqajtu intom fil-gvern għax ċertu investiment konna lesti nagħmluh bil-politika li kontu mexjin biha intom.", "Il-Ministru Dalli qed jidħak imma fil-fond ta' qalbu jaf illi kien hemm uħud minnhom li magħna marru tajjeb - u mela ma jafx! - u llum jixtiequ jaqtgħu idejhom u jreġġgħu l-arloġġ lura.", "(Interruzzjonijiet) Il-problema li kellna aħna ma kenitx li ma kellniex lil min ried jinvesti imma l-problema li kellna kienet li n-nies ma kenux qegħdin jifhmuna.", "Ara llum il-poplu Malti qed jifhem ħafna aħjar.", "Il- poplu Malti llum qed jifhem li aħna dejjem tkellimna b'mod ċar għax aħna wrejna s-sitwazzjoni kif kienet.", "Aħna nitkellmu ċar ma' kulħadd, anke mal- barranin.", "Nieħdu t-turiżmu, Sur President.", "Żgur li lkoll kemm aħna naqblu illi għandna bżonnu t-turiżmu, dik hija sine qua non.", "It-turiżmu Malta tridu bl-art u l-baħar, u allaħares dan kellu jieħu daqqa 'l isfel.", "Tgħidulix li qed nipprova nwerwer lin-nies jekk ngħid li anke hawn qiegħed iberraq mill-bogħod.", "Meta aħna konna fil- gvern - allavolja kien hemm il-ħofra finanzjarja li għamiltu intom - l- ewwel ħaġa li ħadna ħsieb kienet li biex niġbdu investiment ġdid lejn din l-industrija konna bdejna nirranġaw siti li huma turistiċi, biex għallinqas meta turist jiġi Malta jsib ambjent sabiħ u b'hekk ikollu għalxiex jiġi hawn, anke għal aktar minn darba.", "Issa din għandha a multiplier effect u se ngħid għaliex.", "Jiena nikkritika lill-gvern Nazzjonalista li f'dan ir- rigward, sena u nofs wara l-elezzjoni, għadu m'għamel l-ebda investiment f'dak li jista' jkollu influwenza diretta u anke indiretta fil-qasam tat- turiżmu, filwaqt li fis-sena u tmien xhur li aħna domna fil-gvern konna għamilna ħafna investiment f'dan ir-rigward, biex issa qegħdin igawduh in- Nazzjonalisti.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla jgawdih kulħadd għax din hija xi ħaġa ta' kulħadd!", "Sur President, tajjeb niftakru li dak il-barrani li jkun interessat li jiġi jinvesti f'Malta l-ewwel ħaġa li jara hija l-infrastruttura tal- pajjiż.", "Veru li meta n-Nazzjonalisti kienu fil-gvern irranġaw is-sistema tat-telekomunikazzjoni u rranġaw affarijiet oħra bżonjużi biex jiġbdu l- investiment, imma lanqas għandek tittraskura oqsma oħra.", "Trid tagħmel l- affarijiet sewwa biex jekk tiġi f'pożizzjoni li l-investitur lokali ma jibqax kompetittiv, almenu trid tkun ħadt ħsieb biex tibni attrazzjonijiet oħra biex tħajjar lil ta' barra jersqu 'l hawn.", "Għaliex il-costs telgħin u l-manifattura mhix qed tibqa' kompetittiva u l-ambjent mhux qed isir isbaħ.", "Aħna ninsabu f'sitwazzjoni ta' kriżi qawwija u l-gvern għandu r- responsabbilta' li jqum mir-raqda li jinsab fiha.", "Hemm bżonn li dan il- pajjiż isir isbaħ milli hu biex kemm jista' jkun jattira iżjed barranin.", "Ħadd m'hu jiġi hawn meta jaf l-istat preżenti tat-toroq li għandna, kif ukoll dak ta' l-infrastruttura.", "Għalhekk hu meħtieġ li jsir counter- balancing ta' dak li qed jintilef.", "Ejja nammettu li qed nkunu inqas kompetittivi u investiment m'hu ġej xejn.", "B'effett ta' dan se jiżdied il- qgħad, li diġa' tela' għal 8,000, u ma jistax ikun li ma jibqax tiela' kif inhuma sejrin l-affarijiet.", "Sur President, l-Onor.", "Gonzi u sħabu kienu jgħidulna qabel l-elezzjoni li mill-għada li jidħol fil-kariga gvern ġdid Nazzjonalista kienet se tinbet il-fiduċja fil-pajjiż, u l-investiment kellu jiġi bil-gelgul għax gvern Nazzjonalista ġdid kellu jkun gvern maġiku.", "Imma l-verita' x'inhi?", "Lanqas magics minn taħt il-mejda ma jaf jagħmel dan il-gvern għax kieku kellu xi ħaġa diġa' ħariġha!", "Il-verita' hi li wara tmintax-il xahar ta' amministrazzjoni Nazzjonalista diġa' għandna problema bin-nies qiegħda.", "Illum il-ġurnata dawk in-nies taħt it-30 sena li huma mingħajr xogħol jammontaw għal iktar minn 3,000, u dawk bejn it-30 u d-49 sena jammontaw għal aktar minn 3,500 - issa bil-miżuri kollha ta' dan il-gvern dawn ħadu daqqa oħra 'l isfel għax lil dawn il-gvern ma qalilhomx: Fejn jidħol il- petrol, fejn jidħol id-diesel u fejn jidħlu t-tariffi tad-dawl u l-ilma, lilkom se nagħtikom inċentiv żgħir, fis-sens illi meta tirċievu l-kont, ladarba ma taħdmux, allura se jkollkom riduzzjoni - u b'kollox hawn qegħdin nitkellmu fuq 8,000 ruħ qiegħda, fenomenu ġdid illi ilu ma jkollna bħalu.", "Qegħdin naraw f'ħafna instances li min qabel kellu job fiss, illum qegħdin iħaddmuh on a part-time basis, għaliex ħafna mill-employers m'humiex qed iħossuhom komdi f'din l-atmosfera ta' inċertezza li għandna u allura jippreferu jħaddmu part-timers.", "Din hi r-realta', din hi l-fiduċja u din hi d-direzzjoni ta' gvern Nazzjonalista.", "Kemm kellna wegħdiet u kemm kienu jgħidulna bl-Unjoni Ewropea u bil-miljuni li kellhom jiġu!", "(Interruzzjonijiet) Ħa jiġi Prodi, ħa ngħidulu bil-politika mċajpra u ossessjonata tal-Partit Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet) Forsi jmur lura b'nofs ilsien jew jibilgħu!", "Ġieli bela' lsienu f'postijiet oħra imma ma ġara xejn!", "Fuq kollox aħna ukoll nzertajna li nafu nies mill-qrib.", "Il-verita' hi li kienet il-wegħda ta' Fenech Adami li jekk nidħlu fl-Unjoni jibda ġej l-investiment iżda effettivament bil-maqlub ġara.", "Illum pajjiżna għandu problema kbira ta' nuqqas ta' investiment.", "Mela l-ossessjoni tal- Partit Nazzjonalista vis-a-vis l-Unjoni qed tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni għaliex l-ebda investitur ġdid m'hu qed jinteressa ruħu f'pajjiżna - issa dawn lilna kienu jgħidulna li ma konniex kapaċi nġibu investiment ġdid - u llum qed naraw li l-wegħdiet kollha li għamlu tal-Partit Nazzjonalista sfumaw fix-xejn.", "Sur President, illum għandna pajjiż fejn jeżistu iktar spejjeż biex tipproduċi l-istess struttura ta' liġijiet li diġa' jeżistu.", "Jien mhux qed ngħid illi m'hemmx affarijiet tajba f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "Diġa' għedtha u u anke ktibtha illi hemm direttivi li tajjeb li jkunu parti mil-liġijiet tagħna.", "Iva, hemm ħafna affarijiet li naqbel magħhom, pero' żgur li ma naqbilx illi kulma hemm għandu jiġi applikat għal pajjiżna fiċ-ċirkostanzi tagħna.", "L-istruttura tal-liġijiet tagħna trid tkun imsejsa fuq dak illi jista' jiġi applikat fl-interess tal-pajjiż, illi b'xi mod ikun jista' jattira, joħloq, jiġbed, ikattar u jxerred iktar ġid.", "Hu ħażin li mingħajr ma tagħmel valutazzjoni ta' dan kollu, tagħlaq għajnejk u tmur għal triq li tista' tkun tajba - imma tista' tkun ukoll ħażina - u ssodd widnejk għal dak li hu ħażin.", "Lili dan jinkwetani għaliex hemm min hemm fil-gvern, nixtieq li mingħandu r-responsabbilta' politika u amministrattiva jarah dan kollu, u nixtieq li għallinqas jara li jkun hawn xi forma ta' inċentiv għaliex bħalissa m'hawn inċentiv ta' xejn.", "Fil-fehma tiegħi ta' dan jaħti l-gvern Nazzjonalista u ħadd ħliefu.", "Sur President, wara sena u nofs ta' gvern Nazzjonalista nirrealizza dejjem aktar dan it- tradiment hekk kbir lejn il-poplu Malti, għaliex lill-poplu Malti urejtuh ħaġa u għamiltu oħra.", "Aħna tal-Partit Laburista lill-poplu Malti dejjem kellimnieh ċar.", "Anke llum mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, kif qal Dr Alfred Sant fil- konferenza ġenerali tal-partit, f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment lesti li naħdmu magħkom u nurukom kif għandkom taħdmu.", "Nurukom dak kollu li kien se jsir min-naħa tal-Partit Laburista fil-gvern, li kien se jġib investiment lejn il-pajjiż u allura kien se joħloq ix-xogħol.", "Aħna lesti li jekk intom taqblu magħna dan nagħmluh flimkien.", "Bħala partit responsabbli - u din hija s-serjeta' għalkemm qegħdin fl-oppożizzjoni - ngħidulkom dak li għedna fl-ogħla organu tal-partit tagħna, li f'dak li huwa investiment aħna lesti ngħinukom fejn jirrigwarda proġetti, u hemm lista ta' proġetti li konna se nagħmlu meta konna fil-gvern.", "Ara intom dan m'għamiltuhx, allavolja kellkom ċans tad-deheb illi turu lill-poplu Malti kemm intom irġiel.", "Fil-proġett tal-Kottonera intom misskom ivvotajtu magħna, mela kontrina!", "Għax hawn qegħdin nitkellmu fuq investiment illi se joħloq impjiegi ġodda fil-pajjiż u għan-nofsinhar ta' Malta kellna kollox lest biex nagħmlu ambjent isbaħ għat-turiżmu u nkattru l-investiment.", "Dak iż-żmien kellkom karta tad-deheb u armejtuha, u llum il-poplu Malti qed jisħetkom għax intebaħ bit-tradiment li għamiltu kważi sentejn ilu.", "Fil- ġranet li ġejjin dan se jġiegħel lill-poplu Malti jqum kontra tagħkom - għalkemm forsi diġa' kważi tard - kif għamel diġa' fid-dimostrazzjonijiet li ġew organizzati mit-trade unions.", "Sur President, ħadt pjaċir li l-UHM kitbitli u qaltli li lesta li tiltaqa' miegħi dwar dak li għedt jien fil-parlament.", "Il-UHM stqarret miegħi li għandha passat glorjuż fl-interess tal-ħaddiema.", "Jiena lest niltaqa' magħhom u nagħmel minn kollox biex immur ħalli nara kemm dawn verament għandhom għal qalbhom il-ħaddiema.", "Għaliex f'din il-kwestjoni li għandu quddiemu pajjiżna hemm bżonn li l-unions kollha jieħdu l-pożizzjoni li ħadet il-GWU u kulħadd flimkien jgħid: \"Issa daqshekk!\"", "Hekk jixraqlu l-gvern Nazzjonalista li qiegħed jgħaffeġ lil kulħadd.", "Jien nilqa' bil- ferħa l-istedina li għamluli l-UHM ħalli nfissrilhom il-fehma tiegħi dwar dak li għandu jsir fil-preżent.", "Illum ma tistax tħalli l-affarijiet għaddejjin qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jien irrid inkun responsabbli kemm lejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll lejn il-Partit Laburista, li dak li nemmen fih għall-ġid tal-poplu Malti ngħidu f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Mela fejn triduni ngħidu jekk jiena naf illi llum l-interessi tal-ħaddiema qegħdin jiġu indirizzati ħażin!", "Jekk jiena qed nara li hawn min qed jipprova jimmina l-istess organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, u jekk jien naf illi fil-gvern hemm min għandu interess li jxekkel dak kollu li huwa fl-interess tal-ħaddiema, allura mhux hawn irrid nitkellem!", "Għax jekk ma nitkellmux aħna, jekk ma ngħidux lill-poplu Malti kollu, ħaddiema u pensjonanti, illi għandna gvern li dak kollu li l-ħaddiem ħadem għalih matul is-snin issa se jeħodulu, min se jitkellem?", "Aħna rridu naraw illi dan kollu jasal fejn għandu jasal għax dan kollu ġabu b'idejh il-gvern Nazzjonalista, li jiddispjaċini ngħid hu gvern ta' ingann.", "Din hija l-istorja ta' l-ewwel sena u nofs tat-tmexxija ta' Fenech Adami u sħabu wara l-aħħar elezzjoni, storja kkaratterizzata kompletament b'ingann.", "Imbagħad bil-wiċċ tost kollu dawn imorru jitkellmu mal-poplu Malti, speċjalment mal-ħaddiema, u jgħidulhom: Imma kif ma tistħux titolbu ż-żieda!", "Ma tafux illi għandna problema finanzjarja kbira?", "Ma tafux illi llum irridu naraw kif se nsolvu il-problema tad-deficit?", "Imma jekk illum il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jemmen li teżisti din il-problema tad- deficit, allura meta l-Partit Laburista kien fil-gvern u kien qed jindirizza din l-istess problema, għaliex dak iż-żmien ma ħassejtux il- ħtieġa, kif donnkom li qegħdin tħossu llum?", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nipproponi li jkompli jistema'.", "ONOR KARL CHIRCOP: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Ladarba qegħdin tammettu li din hija problema - u llum kulħadd donnu qed jaqbel li din hija problema - għaliex meta konna aħna fil-gvern ma ħdimtux magħna biex din il-problema tiġi indirizzata?", "Wara kollox din aħna wrietniha mingħandkom!", "Il-verita' hi li dak iż-żmien aħna konna qed nindirizzawha din il-problema iżda intkom kontu tipprovaw tiddiħku bina.", "Illum intom qegħdin fil-gvern u qegħdin taraw kemm kellna raġun.", "(Interruzzjonijiet) Qisek qed tara xi ħaġa quddiemek, now you see it, now you don't. Dawn huma affarijiet li meta taħseb dwarhom tibda tgħid: Imma l-poplu Malti daqshekk huwa iblah li ma jarahomx l-affarijiet?", "Possibbli li llum intebaħ il-poplu b'dak li konna xbajna ngħidu aħna?", "Għalhekk nerġa' ngħid li dan huwa gvern ta' ingann għaliex ħadd ma basar illi l-gvern Nazzjonalista llum, xhur wara, se jpoġġi din il-problema quddiem l-istess poplu Malti, miż-żgħir san-nofs, għax ta' fuq ma tantx qed jiġu marsusin!", "Imma hawn qiegħda l-imma, għax kieku għandek problema finanzjarja kbira u b'xi mod tipprova tindirizza ruħek lejn ta' fuq, li ilhom igawdu s-snin, fiha u ma fihiex.", "Għalhek nittama li l-ministru, bl- iskwadra li se jagħmel, jibda jaqbad lil min għandu jaqbad, għax ta' fuq ilhom għaddejjin gallerija ġmielhom!", "Meta dan l-aħħar kont l-Ingilterra u ħaduni f'post fejn kien hemm diversi bejjiegħa, qaluli: Malta sejra tajjeb!", "Jien għedtilhom: Għaliex?", "U weġbuni: Għax il-parti l-kbira tal-Maltin jibdlu l-boat kull erba' jew ħames snin!", "U meta qed ngħid boat, ma nkunx qed ngħid xi kajjik jew xi frejgatina żgħira li s-sajjied jew dak il-part-time fisherman joħroġ biha barra l-port, jitfa' r-rixa u daqshekk; bil-kelma boat inkun qed nirriferi għal dawk li għandhom yacht kbir biżżejjed biex imorru fuq xi cruise.", "Meta smajt hekk inkwetajt, għax tajjeb illi jkun hawn min jonfoq imma li tisma' lil min jgħid li tant qegħdin minn ta' quddiem li nifilħu nixtru l-isbaħ biċċa tal-baħar mill-boatshow ta' Earl's Court ...", "Din hi xi ħaġa li ma titwemminx!", "Jien nistaqsi: Dawk li qegħdin fil-faxxa ta' fuq, kif se nittrattaw magħhom?", "Se nitkellmu biss fuq is-sigaretti u nħallu lil ħaddieħor jagħmel il-kuntrabandu?", "Bħalissa għandna kuntrabandu tas- sigaretti tad-ditta Marlboro imma hawn ħafna affarijiet oħra li wieħed jista' jabbuża minnhom.", "Meta nara dawn l-affarijiet nasal għall- konklużjoni li jew il-gvern ibiddel ir-rotta jew il-poplu jeħtieġ li jifhem.", "Għalhekk inħeġġu lill-poplu kollu biex ma jħallix lil min għal darba tnejn ibellagħlu kollox.", "Sur President, jiena r-radio ftit ikolli ċans insegwih - għax min ikun jaħdem il-ġurnata kollha ftit li xejn ikollu ċans jisma' r-radio - imma kultant nisma' Radio 101 biex nara x'inhuma jgħidu, u tiskanta x'joħroġ mill-phone-ins.", "Tisma' lil min hu miġugħ, tisma' lil min jilmenta b'xi ħaġa jew b'oħra, bħall-kwestjoni tad-dawl u l-ilma, li issa m'għadhiex l- istess storja ta' sitt xhur ilu ....", "Jien nixtieq li jkun hawn min jitkellem fuq din il-kwestjoni.", "Per eżempju, wieħed li joqgħod iż-Żejtun bagħtulu l-kont Wied il-Għajn; jew inkella tisma' lil min jilmenta li kont li sa ftit xhur ilu kien jiġih Lm30 illum qed jiġih Lm65!", "Issa jekk sena u nofs ilu inti ppredikajt u għedt illi inti difensur tal-batuti - għaliex għedt li għandek kuxjenza soċjali, għax hekk kien jaqbillek tgħid dak iż- żmien biex żgur timmina lilna li konna fil-gvern u konna naħdmu b'responsabbilta' sħiħa - illum min se jemmnek?", "Min se jeħdok bis- serjeta' issa meta qed jisimgħek tagħmel dawn l-insulti kollha lill-poplu Malti?", "Ftit ilu jien tkellimt f'aġġornament u għedt li m'għandkomx biex tistagħġbu intom in-Nazzjonalisti bil-politika leminija tal-partit ta' Jorge Haïder fl-Awstrija.", "B'politika bħal din, minflok li l-problemi tal- pajjiż jiġu indirizzati lejn min l-inqas għandu jweġġa', il-piz jintefa' fuq dawk li l-anqas jifilħu għalih.", "Min-naħa l-oħra, il-politika ċentrista la tmur 'l hemm u lanqas 'l hawn imma tipprova toħloq politika ta' bilanċ.", "Imma nistaqsikom jien: Fejn hu l-bilanċ tagħkom, intom li tiftaħru li kważi intom ċentristi u bil-kemm ma tgħidux li qed toqorbu lejn is- soċjaliżmu?", "Dik ħrafa!", "Jekk xi darba kontu qed tipprovaw tersqu lejna billi tibdew tħaddnu politika ħanina, politika ta' kuxjenza, dik issa spiċċat u taret mar-riħ għax mill-aħħar budget 'il hawn qridtuha!", "Il- parir li nagħtikom huwa li tibdew tkunu xi ftit kredibbli.", "Illum tliftu kollox għaliex il-wegħda li għamlu Fenech Adami u sħabu qabel l-elezzjoni, meta qalu li jridu jmexxu b'kuxjenza soċjali, issa saret żinnata.", "Fejn hi l-kuxjenza soċjali?", "Anke fejn jidħol il-qasam ta' l-edukazzjoni, qasam li suppost naqblu dwaru, jiġifieri li ngħallmu lil kulħadd jikteb u jaqra, din is-sena ivvotajtu Lm1 miljun inqas milli kien ivvota gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Din hija l-verita'.", "L-istess fejn jidħol il-qasam tas-saħħa u l- modernizzar u x-xiri ta' tagħmir ġdid għall-isptarijiet.", "Anke hawn qegħdin naraw l-ingann ta' dan il-gvern.", "Għalhekk fil-bidu jien għedt li din m'hijiex kwestjoni fid-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti u fuq it-tabakk.", "Għaldaqstant, Sur President, nerġa' nħeġġeġ lill-poplu Malti kollu biex ladarba dan il-gvern ta' Fenech Adami ma jridx jisma' u ma jridx jammetti s- sewwa magħruf, naqbdu flimkien toroq oħra leġittimi u bl-ordni, pero' toroq li jgħinuna inwasslu l-messaġġ tagħna, jekk hemm bżonn, anke barra minn Malta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li l-Onor.", "Membru kkonkluda d-diskors tiegħu u nitlob lill-Onor.", "Tony Abela biex jirrapporta progress.", "ONOR TONY ABELA (Chairman tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrapporta li waqt l-aħħar laqgħa tal-kumitat li saret nhar l-Erbgħa, l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi għadda b'diversi emendi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Dalli biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Frar, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker.", "Jgħidu illi justice delayed is justice denied.", "Ftit ġranet ilu l-qorti semgħet fid-dettall kif fil-5 t'April ta' l-1987 membri ta' l-SMU, jiġifieri l-ispecial mobile unit, li kienet twaqqfet taħt il-gvern soċjalista, sparaw bla ħniena fuq partitarji Nazzjonalisti fir-Rabat.", "Ċittadini mhux armati dakinhar li nzertaw ir- Rabat ġew milquta, uħud minnhom għall-mewt, b'tiri ta' arma tan-nar, illi llum ġie stabbilit bħala fatt illi ġew sparati mill-SMU.", "Is-Surġent Joseph John Grech ġie lliberat, iżda dan ma jfissirx li l-ispecial mobile unit kienet liberata, anzi f'dak il-ġuri ġie kkonfermat kważi bla ebda dubbju li wħud minn stakkament ta' madwar 28 membru ta' l-ispecial mobile unit sparaw u ferew xi nies.", "Din l-iskwadra, li kienu jgħidu li kienet imħarrġa mill-Koreani, kienet notorja għax kienet tintuża b'mod effettiv mill-gvern soċjalista ta' dak iż-żmien biex tipprova trażżan kull tip ta' oppożizzjoni kontra l-gvern li kien qed jiggverna bla maġġoranza.", "Nies li kienu r-Rabat dakinhar xehdu fil-qorti kif l-SMU sparaw biex iferu u joqtlu nies li mhux biss ma kienu qed jiksru ebda liġi, iżda li lanqas kienu armati.", "Per eżempju Fr. John Fsadni, xehed li ra membri ta' l-SMU jaġixxu bl-aktar mod inuman, xehed li semagħhom jgħidu kliem baxx u oxxen u jaqbżu bla ebda kontroll.", "Father Fsadni qal li ħassu mbeżża' x'ħin rahom lebsin balaklava u kellhom f'idejhom xi ħaġa ppuntata.", "Dawn rahom itajru - qed nikkwota mix-xiehda tiegħu fil-qorti - camera tar-ritratti minn idejn patri, ra wkoll armi tan-nar f'idejn membri ta' l-SMU, li kienu ċorma u li kienu qed jaġixxu bl-aktar mod inuman.", "Hekk xehed Fr John Fsadni.", "Fr BennyTonna, qassis ieħor li dak iż-żmien jidhirli li kien l-arċipriet tar-Rabat, xehed li l-istrateġija tal-pulizija dehret ċara.", "Dawn kellhom jimmiraw u jisparaw canisters tal-gass tad-dmugħ biex jagħtu n-nar lill- każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat meta fih kien għad hemm xi nies.", "Il-pulizija kienu lebsin - qed jgħid Father Benny Tonna - tip ta' uniformi skura ħafna u kienu armati.", "Skond l-esperti li xehdu fil-qorti qalu illi b'canister tal-gass tad-dmugħ tista' tagħti n-nar lil xi bini.", "Fil-fatt il- każin tal-Partit -Nazzjonalista dakinhar ingħata n-nar mill-membri ta' l- SMU waqt li fih kien għad hemm in-nies ġo fih.", "Is-Sur Joe Galea qal illi mir-Rabat ra nieżel vann mimli membri ta' l-SMU li bdew ikantaw \"Għax aħna ma' Karmenu, aħna magħqudin\".", "Is-Sur George Agius qal lill-qorti li ra lil Mario Pavia ferut ma' l-art, jirtgħod f'rokna ġo għadira demm.", "Is-Sur Ray Kerry min-naħa l-oħra, xehed li ra lil Mario Pavia ferut serjament u qallu: \"Laqtuni, laqtuni, se mmut, se mmut!\".", "Is-Sur Henry Scerri qal lill-qorti li meta kien ħdejn Mario Pavia ra lill-SMU jifformaw ringiela, jinżlu għarkobbtejhom, jimmiraw u jisparaw.", "Skond is-Sur Scerri l-SMU kellhom armi tan-nar li kienu qishom snieter isserrati ta' kulur iswed.", "Huwa wkoll ra lil Mario Pavia jaqa' ma' l-art ferut serjament u semgħu jibki, waqt li beda jgħid: \"Sparawli, sparawli, se mmut, se mmut!\".", "Joe Vella, bħal Mario Pavia, kien iddaħħal fl-intensive therapy unit, u dakinhar stess filgħaxija jien kont mort narahom jiġġieldu għal ħajjithom minħabba tiri sparati mill-SMU fir-Rabat.", "Joe Vella qal li kien fi triq dejqa tar-Rabat meta l-SMU immiraw u sparaw fuqu.", "Se nikkwota verbatim x'qal Joe Vella:", "\"Ma kont qed nagħmel xejn, kont sejjer lura d-dar.", "Sparaw showers ta' balal lejja.", "Bdejt inserrep minn naħa għal oħra tat-triq biex nipprova nevita t-tiri tagħhom.", "Bla ebda ħniena komplew jisparaw lejja u laqtuni f'rasi, f'idejja, f'għonqi, f'sidri u f'dahri.", "Ma ridux ikorruni biss, riedu joqtluni.", "Għad għandi s'issa l-bullets ġo ġismi li l-isptar ma setgħux joħorġuli.", "Rajthom veru krudili li minflok jgħiduli biex nieqaf sparaw fuqi bl-addoċċ biex joqtluni.", "Kieku ma kinetx għall-familja Micallef li fetħuli biebhom biex imsieken jipproteġuni, kieku Alla biss jaf x'sar minni!", "Waqajt tliet darbiet, iżda komplew jisparawli.", "Riedu joqtluni akkost ta' kollox.", "Kont waħdi u ma kont qed nagħmel assolutament xejn.\"", "Hekk temm jgħid Joe Vella li llum għadu ħaj b'miraklu.", "L-SMU ma waqfux hemm, Mr Speaker.", "Joe Vella, kien ferut serjament u fil-periklu imminenti tal-mewt u kellu tiri anke f'rasu u kien qed jiġġieled għal ħajtu għand il- familja Micallef li tatu l-protezzjoni.", "Il-qorti semgħet kif membri ta' l- SMU ippruvaw jidħlu bil-forza u b'mod mill-aktar selvaġġ għand il-familja Micallef billi wżaw lembubi u bdew jgħidulhom li riedu jidħlu għax ir-raġel li kellhom hemm ġew kien wieħed perikoluż.", "Il-familja Micallef minn wara l- bieb qalulhom: \"Hawn mhux raġel perikoluż għandna, hawn għandna raġel qed imut!\"", "Min bħali jaf lil Joe Vella, jaf li hu raġel kwiet u assolutament m'huwiex perikoluż.", "Huwa raġel tal-familja, illum anzjan.", "Li ma nistax nifhem kif raġel qed imut jista' jiġġustifika l-mod selvaġġ kif l-SMU li ppruvaw jidħlu ġo dik id-dar fejn l-imsejken Vella kien qed jingħata kura sakemm jeħduh l-isptar.", "Fil-fatt huwa ttieħed l-isptar ġo karozza privata, lanqas b'abbulanza.", "Għal dawn il-kriminali lebsin l-uniformi - għax din il-kelma tixraq lil dawk it-talin ta' l-SMU, speċjalment lil dawk li sparaw fuq nies mhux armati, kriminali lebsin l-uniformi, u filwaqt li dawn kellhom idejhom imċappsin bid-demm ta' nies innoċenti, min kien f'pożizzjoni li jagħmel xi ħaġa, hu min hu, ħalliehom - li tkun partitarju nazzjonalista kienet ġustifikazzjoni biżżejjed biex jisparawek u jippruvaw joqtluk!", "Mr Speaker, il-punt li naħseb ta' min jirrifletti dwaru hu li l- kondotta ta' Joe Vella hija waħda nadifa.", "Jiena għandi dubji serji ħafna jekk uħud minn dawk ta' l-SMU li kienu fir-Rabat jistgħux jgħidu l-istess ħaġa fuqhom infushom!", "Jista' jkun li għadhom ma ġewx identifikati u misjuba ħatja ta' dak li għamlu dakinhar, biss dan bl-ebda mod ma jista' jfisser li huma innoċenti.", "Mhux kull min qatel jew kull min seraq inqabad imma dan ma jfissirx li hu innoċenti!", "Is-supretendent tal-Pulizija Joe Rizzo xehed illi l-SMU kienu armati b'armi qishom snieter u l-esperti balistiċi kkonfermaw illi Mario Pavia, John Vella u Stephen Tanti kollha ntlaqtu wkoll mill-istess tipi ta' bullets li sejħulhom \"ċomb oħxon\".", "Stephen Tanti xehed li għadu sal-lum isofri b'diżabbilta' permanenti minħabba tiri li qala' fir-Rabat mingħand l-SMU.", "Il-qorti semgħet ukoll kif l-ebda skrataċ dakinhar ma nstabu fir-Rabat għax l-SMU kellhom ordni biex wara li jisparaw jiġbru l-iskrataċ kollha.", "Id-deputat kummissarju, is-Sur Anthony Mifsud Tommasi qal li dakinhar ir-riot squad ma obdewx l-ordnijiet tiegħu biex jirtiraw.", "Huwa qal li ra membri ta' l-SMU jżommu ġuvnott żgħir, filwaqt li oħrajn bdew jippruvaw imorru għalih.", "Is-Sur Mifsud Tommasi qal dawn il-preċiżi kelmiet fil-qorti:", "\"Ordnajt lin-nies tiegħi, jiġifieri lill-pulizija, biex jirtiraw iżda njorawni u ħadd minnhom ma obdieni.\"", "Li ma ntqalx mis-Sur Tommasi hu jekk hu, bħala deputat kummissarju, wara ħax l-inizjattiva biex jara li jittieħdu passi kontra l-membri kollha tal- pulizija li njoraw l-ordni tiegħu.", "Hu kien fid-dmir li jagħmel dan iżda hu qal biss li kien informa b'dan lill-Kummissarju ta' dak iż-żmien, Dr. Lawrence Pullicino.", "Mr Speaker, jiena għadni sal-lum ma nistax nifhem kif nies bħas-Sur Mifsud Tommasi rnexxielhom jibqgħu fil-korp tal-pulizija.", "Għax kont naħseb - u din hija l-opinjoni tiegħi, forsi żbaljata - li bħala deputat kummissarju, jekk tkun f'operazzjoni delikata bħalma kienet dik tar-Rabat, tagħti ordni lill-pulizija biex jirtiraw, u dawn jisfidawk u ma jobduhiex, allura hemm żewġ alternattivi: Jew ikollok il-kuraġġ u tinsisti akkost ta' kollox li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom inkella tirriżenja minn deputat kummissarju.", "Għax għalhekk kienu jiġru dawk l-affarijiet f'dawk iż- żmenijiet, Mr. Speaker, għax min kellu dmir jieħu azzjoni baqa' ma ħadhiex.", "U niskanta kif nies bħas-Sur Mifsud Tommasi they survived in the police corps.", "Mr. Speaker, jiena kont naħseb li korp tal-pulizija hu ċivilizzat, dixxiplinat u jobdi l-ordnijiet superjuri speċjalment f'operazzjoni delikata bħalma kienet dik tar-Rabat.", "Kont naħseb li l-korp jaġixxi fit- termini u fil-limiti li tagħtih il-liġi, għax ħadd m'hu 'l fuq mil-liġi, lanqas l-SMU.", "Iżda minflok, mix-xhieda tas-Sur Mifsud Tommasi wieħed jieħu l-impressjoni li dak iż-żmien minflok korp tal-pulizija dixxiplinat kellna qabda red indians lebsin ta' pulizija li kienu josservaw biss il-liġi tal- ġungla.", "U xi stramberija ta' SMU kellna fir-Rabat!", "Uħud mill-membri milli jidher kienu torox, għomja u jbatu bil-marda ta' l-amnesia.", "Fil-fatt fil-qorti dawn qalu li ma raw xejn, ma semgħu xejn u ma ftakru kważi xejn!", "Milli jidher kellhom abbilita' waħda, dik li jagħmlu Vjetnam ieħor mir-raħal pjuttost kwiet tar-Rabat.", "Jimmiraw, jisparaw, jiggassjaw, iferu u jekk mhux ukoll joqtlu.", "Kif qal uffiċjal għoli tal-pulizija fil-qorti, lil ta' l-SMU ħadd ma kien jindaħlilhom għax dawn ovvjament kienu l-krema tal-korp immexxija minn Dr. Lawrence Pullicino.", "Ta' l-SMU kienu l-aktar armati fil- korp, kienu nies magħżula - kif qalet Daphne Caruana Galizia f'wieħed mill- artikli tagħha - minn fost il-Laburisti u għalhekk kienu protetti mill- gvern laburista ta' dak iż-żmien.", "Mr Speaker, wara 13-il sena għad hawn numru ta' mistoqsijiet li għadhom mhumiex imwieġba.", "X'ġara minn dawk it-28 persuna ta' l-SMU, apparti John J. Grech li ġie lliberat?", "Fejn huma l-oħrajn?", "Uħud minnhom jista' jkun li għadhom sal-lum fil-korp u b'xi arma uffiċjali ta' l-istess korp!", "Jiena bħala ċittadin nista' nserraħ rasi illi fil-korp tal-pulizija m'għadx hemm membri illi 13-il sena ilu sparaw fuq nies mhux armati u li llum m'għadx għandhom arma tal-pulizija f'idejhom?", "Jiena bħala ċittadin ma jistax li jkolli rasi mistrieħa.", "Possibbli li għandna korp tal-pulizija daqshekk impotenti li fi 13-il sena ma kienx kapaċi jinvestiga u jara min minn dawk fi ħdanu kien spara fuq nies innoċenti fir-Rabat?", "Possibbli l-korp mhux kapaċi jinvestiga biex isir magħruf min ordna biex jiġbru l-iskrataċ wara li sparaw biex jaħbu kull traċċa, ħaġa li nafu li tellfet l-inkjesta maġisterjali li kienet saret?", "Min ta l-ordni biex jisparaw fuq nies mhux armati?", "Kellhom ordni minn min kien qed imexxihom jew ħadu l-inizjattiva huma stess?", "Min ipproteġihom wara?", "Għaliex ma sarux investigazzjonijiet bis- serjeta' meta ġie magħruf li dawn kienu sparaw u ferew għall-mewt nies innoċenti?", "Punt ġdid li ħareġ fil-qorti, Mr. Speaker, huwa dak li dawn jew iffalsifikaw id-dokumenti ta' l-istrongroom ta' l-SMU jew inkella kellhom f'idejhom armi oħra mhux uffiċjali.", "Għax fil-qorti qalu li l-munizzjon li ħarġu l-SMU reġa' daħal kollu lura u li sparaw biss canisters tal-gass tad- dmugħ.", "Dan meta Joe Vella u diversi nies oħra xehdu li l-SMU kienu sparaw fuqhom u ferewhom.", "Allura, jekk in-nies xehdu li l-SMU sparawlhom u l- esperti qalu li dawn intlaqtu b'ċomb oħxon, kif ta' l-SMU jgħidu li l- munizzjon li ħarġu daħħluh lura?", "Tgħid iffalsifikaw id-dokumenti?", "Mhux ħaġa kbira li ġara dan!", "Dak iż-żmien kollox kien jiġri!", "Kienu jinqatlu n- nies fid-depot u jintremew qisek kont qed tarmi kantun!", "Anke jisparixxu n- nies kienu dak iċ-ċmien.", "Dak iż-żmien minn kollox kien jiġri f'pajjiżna!", "Tgħid kellhom armi oħra mhux uffiċjali?", "Din ukoll hija mistoqsija li aħna għandna dritt insaqsuha!", "Mr Speaker, jien m'inix avukat, iżda nistaqsi bil-qawwa kollha u nitlob, kif qal il-ġurnal \"il-mument\" li għandha terġa' ssir inkjesta fuq l-operat kollu ta' l-SMU fiż-Żejtun u fir-Rabat.", "Jeħtieġ li nsiru nafu jekk dawn kinux involuti b'xi mod dirett jew indirett, per eżempju, fil-frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil!", "Jiena għandi informazzjoni li l-arma li nstabet fir- razzett ta' Pietru Pawl - li llum ġie ċċertifikat li kien frame-up - tpoġġiet waqt li kien hemm l-SMU għassa mar-razzett tiegħu!", "U jekk hu hekk, allura dik l-arma poġġewha jew ma poġġewhiex huma?", "Raw lil xi ħadd ipoġġiha u ħallewh jew ma raw lil ħadd?", "Jekk huma ma kinux involuti, ngħidu li ma kinux involuti, imma għallinqas ma nibqgħux b'dawn is- suspetti!", "Veru li bdiet tiġġerra l-kelma li waqt li Pietru Pawl Busuttil kien l-isptar - dan miskin kien qed jiġġennen - xi ħadd kien tah parir biex joqgħod attent u ma jorqodx bil-lejl għax setgħu jagħmlulu xi ħaġa?", "Nistgħu niċċekkjaw liema lejl kien u min kien xogħol dakinhar?", "Ftit ġranet ilu Pietru Pawl Busuttil qalli li bil-lejl xi nies tfew id- dawl, daħlu fuqu bit-torches baxx baxx u fetħu t-tieqa li tagħti għal isfel.", "X'kienu se jagħmlu dakinhar?", "Veru li kienu se jwaddbuh għal isfel lil Pietru Pawl Busuttil, iżda dan laħaq qam u beda jgħidilhom: \"X'se tagħmluli?\"", "Veru kien se jkollna t-tieni vittma?", "Ejjew ninvestigaw biex naraw dan huwiex veru jew le!", "Nistgħu nkunu nafu liema lejl kien.", "Jiena naf liema lejl kien.", "Il-Pulizija tista' tinvestiga min kien xogħol dakinhar.", "Għaliex għandna nibqgħu bis-suspetti?", "Jekk mhux għalxejn għandna nagħmlu ġustizzja ma' l-istorja.", "Dawn l-affarijiet veru ġraw jew ma ġrawx?", "Jew issa se jintesa kollox?", "Jiena l-ewwel wieħed deċiż li mhux se nħallihom jintesew dawn l-affarijiet, Mr Speaker!", "Nesiġi li għandha ssir inkjesta biex dawn l-affarijiet jiġu ċċarati!", "Min bħali għex dawk is-snin tal-biża' taħt gvern laburista żgur li jibqa' jistaqsi dawn il-mistoqsijiet u jistenna risposta.", "Dawn bħali jridu l-ispjegazzjonijiet.", "Iridu li ssir ġustizzja.", "Mhux ma nistgħux jew ma rridux ninsew, iżda m'għandniex ninsew.", "Jiena ngħid li għandna dmir ma ninsewx għax min jinsa jerġa' jġarrab, tgħid l-istorja!", "U għalhekk qed nitlob u ninsisti minn hawn illi għandha terġa' tinfetaħ inkjesta fuq l-operat kollu ta' l-SMU.", "Għandha tinfetaħ din l-inkjesta għaliex fit-8 ta' Novembru 1986, meta ġie mġiegħel jirriżenja Charles Cassar - u nagħmilha ċara, li jien m'inix qiegħed hawn biex niddefendi lil xi ħadd, u min għamel ħażin għandu jlaqqatha, hu min hu - l- \"orizzont\" tat-8 ta' Novembru 1996 kienet qalet:", "\"Cassar, li taħtu l-SMU għamlet ħniżrijiet fir-Rabat u fiż- Żejtun...\".", "Mela meta keċċew lil Cassar jew ġegħluh jirriżenja, l-\"orizzont\" qalet li ta' l-SMU għamlu ħniżrijiet fir-Rabat u fiż-Żejtun u llum jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidilna li dak kien frame-up.", "Għamlet ħniżrijiet l-SMU jew kien frame-up?", "Dawn imeru lilhom infushom, Mr Speaker.", "U dan hu punt importanti, għax waqt li f'dawk iż-żmenijiet diffiċli dan il-pajjiż kien qed jissielet, l-Onor.", "Alfred Sant ma kienx barra mix-xena.", "Hu kien fil- fatt il-president tal-Malta Labour Party, jiġifieri kien fl-ogħla kwartieri tal-partit li kien fil-gvern.", "Dan ifisser li l-Onor.", "Alfred Sant ma jistax jgħid li m'għandu ebda responsabbilta', diretta jew indiretta, għall-ħerba li kien hawn fil-pajjiż f'dawk iż-żmenijiet diffiċli meta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kienu mkasbra bl-aktar mod selvaġġ.", "Jekk kien jiġi ġurnalist jikkritika xi ħaġa f'pajjiżna kienu jgħidulu \"persona non grata\".", "Smajna xi ħaġa simili ftit ġranet ilu meta l-Onor.", "Alfred Sant qal lil Verheugen biex jigdem l-ilsien twil li għandu jew inkella jigdmuhulu huma.", "Dak il-kliem kważi fakkarni kif kien jagħmel Mintoff.", "Veru li dawn ma nbidlux!", "Imma meta mmorru lura għaż-żminijiet li qed nirriferi għalihom ta' min ifakkar li l-Onor.", "Alfred Sant kellu pożizzjoni għolja fil-partit.", "Ħalli nsemmi eżempju ta' dak li qed ngħid.", "Jien illum uffiċjal tal-partit tiegħi bħala segretarju tal-grupp parlamentari.", "Mela jekk il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jagħmel dawn il-ħniżrijiet, u l-pulizija jibdew jisparaw fuq in-nies u jien ma ngħid xejn, jien ukoll responsabbli, għax għandi responsabbilta' xi nġorr, aħseb u ara kieku nkun president tal- partit fil-gvern kif kien dak iż-żmien l-Onor.", "Alfred Sant.", "Mr. Speaker, kien f'dan iż-żmien ukoll li ġie maqtul Raymond Caruana fil- każin Nazzjonalista tal-Gudja.", "Raymond Caruana nqatel għal żewġ raġunijiet; għax kien supporter nazzjonalist u għax inzerta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja.", "Dak il-ħin, terroristi politiċi - iva kellna t- terroristi politiċi fosthom Żwieten illi kienu mrawma u protetti mill-Gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien u kulħadd kien jaf min huma - iddeċidew li joħorġu f'xi l-11.00 p.m. u jerġgħu jilagħbu logħba oħra bis-sub-machine gun li kellhom.", "Dak kien l-istess sub-machine gun li ġie sparat f'Tal- Barrani u f'Ħal Tarxien.", "Kien ukoll l-istess sub-maching gun illi ġie sparat waqt carcade fl-1 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. Dakinhar kienet inġabret hawn, quddiem il-Parlament, folla li kienet magħmula minn partitarji Laburisti magħrufa, fosthom Żwieten.", "Magħhom kien hemm Land Rover tat-Totò miż-Żejtun.", "Jekk hu kienx hemm ma nafx, u jien m'għandix x'naħbi, pero' li nista' ngħid hu li kien hemm Land Rover bil-laqam tiegħu fuqha.", "Dawn huma fatti u qed ngħidhom għax jiena ċert minnhom.", "Dik il-carcade waqfet quddiem il-każin tagħna ta' Ħal Tarxien u xi ħadd spara tiri ta' sub-machine gun.", "U jiena informat li s-supretendent, mar jinvestiga din l-isparatura xi 12-il siegħa wara li kienet saret, flok dak il-ħin stess.", "Ara x'pulizija kellna dak iż-żmien!", "Dik l-istess sub- machine gun, li ġiet modifikata fit-Tarzna ta' Malta, intużat ukoll biex biha inqatel Raymond Caruana.", "Jiġifieri ntużat f'carcade Laburista fil-5 ta' Diċembru 1996, intużat f'Tal-Barrani u ntużat biex inqatel Raymond Caruana u issa sirna nafu li ġiet misruqa mill-istrongroom tal-qorti.", "Ta' Raymond Caruana kien inċident serju ħafna, u dan ġie segwit b'inċident ieħor traġiku, il-frame-up ta' Pietru Pawl Busuttil li jiena nemmen, li ġie ppjanat u esegwit mhux bla involviment tal-pulizija għax fil-fatt l-SMU kienet ir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil, kif għedt diġa'.", "Għalhekk qed nistaqsi li ta' min ikun jaf, jekk dawn kellhomx x'jaqsmu direttament jew indirettament mal-każ.", "Iżda l-mistoqsija kruċjali hija din: Fuq min taqa' r-responsabbilta' ta' dan kollu?", "L-Onor.", "Alfred Sant, bħala President tal-Malta Labour Party, nassumi li kien f'pożizzjoni li jinfluwenza d-deċiżjonijiet u allura seta' juri li ma kienx jaqbel mal-ħniżrijiet li kienu qegħdin isiru, bħalma seta' jikkundannahom.", "Jekk internament dak iż-żmien ma rnexxilux jasal, jien ngħid li almenu kellu d-dmir illi jiddissassoċja ruħu pubblikament minn dak li kien qed jiġri u jirriżenja.", "U mela meta miet Raymond Caruana ġie bil- bukkett tal-fjuri!", "Imbagħad it was too late!", "Imbagħad il-froġa kienet laħqet saret!", "Kieku ħadna passi qabel, ma kienx hemm għalfejn imut Raymond Caruana!", "Raymond Caruana miet minħabba n-nuqqas ta' azzjoni minn min kellu r-responsabbilta' li jeħodha, ma ħadhiex.", "U wara l-inċidenti f'Tal- Barrani, il-Malta Labour Party missu ħadha l-lezzjoni f'dan il-pajjiż!", "Anzi jien ngħid li quddiem dawn l-inċidenti serji li kienu qed iseħħu jum wara l-ieħor ħadd ma kellu d-dritt li jibqa' sieket, lanqas il-president tal-partit li kien fil-gvern.", "Għax is-silenzju jfisser li int taqbel jew li tapprova dak li jkun qiegħed iseħħ.", "U li tapprova jfisser ħaġa waħda, li inti kompliċi.", "Is-skiet, speċjalment f'dawk iż-żminijiet kien ifisser kompliċita'.", "Min-naħa l-oħra, lil dawk li f'dawk iż-żmenijiet kissrulhom ħajjithom hemm verita' waħda li tista' tgħinhom biex terġa' tibnihielhom lura, verita' li trid u li tista' tiġi biss mill-mexxej laburista li llum reġa' qiegħed fuq quddiemnett tat-tmexxija ta' l-istess partit illi tant ġiegħel nies isofru fil-passat.", "Dan huwa l-istess persuna li llum jagħtina l- lectures fuq id-demokrazija, fuq it-trasparenza u kif hawnhekk għandna nkunu serji.", "Dr. Sant għandu ta' lanqas jammetti li l-partit tiegħu f'dawk iż-żmenijiet żbalja u li kien ċaħħad lil pajjiżu mid-demokrazija.", "Ma jistax ikun li Alfred Sant ikun daqshekk irresponsabbli u jgħid li dak li ġara fir-Rabat kien frame-up.", "Għallinqas, ejjew nagħmlu ġustizzja ma' l- istorja u ngħidu kif qalet l-\"orizzont\", li dawk kienu ħniżrijiet!", "Kif tibqa' tgħid li kien frame-up meta l-istess John J. Grech qal li dan ma kienx għax meta ħabbat il-bieb sabu magħluq.", "Jidhirli li xi ħaġa hekk qal, f'\"The Malta Independent\".", "Jiena ma nistax nemmen, ma narahiex tagħmel sens, u lanqas loġika, li Dr. Alfred Sant, iggradwat mill-Universita' ta' Harvard, jibqa' jiċħad din il-verita' li llum jafha kulħadd inkluż hu.", "Għax li tiżbalja darba huwa uman, imma li tippersisti fl-iżball għal 13-il sena sħaħ, l-inqas li tista' tgħid huwa li inti djaboliku.", "Għalhekk il- pożizzjoni ta' l-Onor.", "Alfred Sant ma tagħmilx sens!", "Dan messu jitlob apoloġija lill-poplu Malti u jgħid li l-partit tiegħu dakinhar żbalja filwaqt li jagħti garanzija li mhux se jerġgħu jiġru affarijiet bħal dawn.", "U mela jibqa' jgħid li dak kien frame-up u jiddefendi lil Haïder u jikkundanna lill-Partit Nazzjonalista għax qabel ma' l-Unjoni Ewropea li ċċensurat lil Haïder!", "Ejjew inkunu ġusti u nagħmlu ġustizzja ma' l-istorja!", "Hawn min jgħidilna: Insewhom, ħalluhom jistrieħu dawk il-katavri.", "Ħalluhom jistrieħu u aħna nistrieħu magħhom.", "Biex taħfer huwadiffiċli iżda possibbli imma min ġarrab biex jinsa huwa impossibbli.", "Għal min bħali ra u mess lil dawn il-vittmi - anke l-familja tiegħi kienet imsawta u tterorizzata fiż-Żejtun...", "Batejna u konna vittmi fiż-Żejtun, imma kien hemm min kien vittma ħafna aktar minna.", "Iva, Mario Pavia, Raymond Caruana u Pietru Pawl Busuttil, batew ħafna aktar minna.", "Jien rajthom ibatu smajt il-biki tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Mario Pavia u Joe Vella kienu bejn ħajja u mewt fl-ITU!", "Pietru Pawl Busuttil ġie mifrud mill-familja, bata ħafna u kien akkużat bi qtil li m'għamilx min-nies illi parti minn xogħlhom kien li jaraw li affarijiet bħal dawn ma jsirux u mhux li jagħmluhom huma stess.", "Imbagħad kien hemm vittma oħra.", "Lil dan ma stajtx inkellmu għax ma kienx se jkellimni.", "X'ħin rajtu ma kienx qed ibati.", "It-tbatija għalih kienet spiċċat, intemmet.", "Qed nirriferi għal Raymond Caruana li dakinhar jiena ħriġt bħala nurse mill-casualty u rajtu mejjet.", "Kien ħaddiem żagħżugħ li kellu futur u qatluh ġo għadira demm b'tiri ta' sub-machine gun għax kien nazzjonalist u għax kien fil-każin nazzjonalista tal-Gudja!", "Mr Speaker, jiena ngħid: Iva, ejjew nidfnuhom dawn il-katavri.", "Jiena wieħed minn dawk li lest li nidfnuhom u nħallihom jistrieħu, iżda qabel nidfnuhom ninsisti illi għandha ssir awtopsja ta' l-istorja ħalli nkunu nafu eżatt x'ġara.", "Ħalli nkunu nafu min kien responsabbli jew bl-azzjoni diretta tiegħu jew bin-nuqqas ta' azzjoni tiegħu, inkella min kien responsabbli bis-iskiet tiegħu!", "Għax anke s-skiet hu responsabbilta' li wieħed irid jerfa'.", "Meta fil-pajjiż jibdew jinqatlu n-nies jew jibdew jisparixxu għax ikollhom x'jaqsmu mal-pulizija bħalma qegħdin nisimgħu b'każ ta' persuna oħra, illi jista' jkun li kien hemm l-involviment, allura tibda titħasseb.", "Iżda hekk kien dan il-pajjiż, jinqatlu n-nies id-depot, il-pulizija tispara fuq persuni, oħrajn jisparixxu, tkun arrestat, toħroġ tgħid li sawtuk u mbagħad isibuk Ta' Qali mejjet b'tiri ta' arma tan-nar!", "Dawn huma affarijiet li għandhom jiġu investigati.", "Jiena għamiltha missjoni tiegħi - ukoll meta naf, Mr Speaker, li dan li qed ngħid jista' jħalli fuqi xi konsegwenzi - li ma nħalli lil ħadd jinsa.", "Se nibqa' nitkellem u nitlob li ssir inkjesta.", "Jekk baqagħli erba' snin oħra f'dan il-Parlament nibqa' nfakkarhom dawn l-affarijiet għax min jinsa jerġa' jġarrab, għalhekk kulma naf se nibqa' ngħidu.", "Dan m'inix nagħmlu għall- gost jew għall-vendikazzjoni.", "Jien ma rrid nagħmel vendikazzjoni lil ħadd, lanqas lil min sawwat lill-familja tiegħi imma ta' lanqas, aħna li batejna nixtiequ li ssir ġustizzja ma' l-istorja!", "Mhix ħaġa sewwa li nibqgħu ngħawġu l-istorja!", "Ejjew ma nibqgħux immeru l-fatti magħrufa u ngħidu li dak li ġara fir-Rabat kien frame-up!", "Jekk taqraw - jiena qrajtha qabel ma ġejt hawn - ix-xiehda li ħarġet fil- qorti bil-ġurament, inkluża dik ta' qassisin, m'għandu jkollkom l-ebda dubju li dakinhar l-SMU ma sparawx fuq in-nies, Allura kif niġu ngħidu li tar-Rabat huwa frame-up?", "Illum anke dak li Hitler wettaq f'Auschwitz, qed imorru hemm biex ifakkruh.", "Ċertament, mhumiex jagħmlu dan b'sens ta' vendikazzjoni, iżda biex dawk l-atroċitajiet li saru ma jintesewx.", "Allura f'dan il-pajjiż m'għandniex għalfejn infakkru dawn l-affarijiet?!", "Ma ninsewx lill-vittmi, imma ejjew nagħmlu ġustizzja ma' l-istorja, Mr Speaker.", "Min miet, min bata, min kissrulu ħajtu għandu dritt għall- verita'!", "U jiena ngħid, u nieqaf hawn, illi din il-verita' ħadd m'għandu dritt jiċħadhielhom lil dawk in-nies li batew, li mietu, li sparixxew; la l- gvern, la l-kap ta' l-oppożizzjoni, la l-kummissarju tal-pulizija, la l- pulizija u lanqas ħadd!", "Dawn iridu li ssir ġustizzja magħhom u ma' l- istorja.", "U jien se nibqa' ninsisti li ssir.", "Dan hu d-dritt tagħhom.", "U verita' waħda hawn, mhux kif kien jgħid l-Onor.", "Alfred Sant li hawn aktar minn verita' waħda.", "Jekk l-SMU kienu innoċenti, nagħmlu investigazzjoni u ngħidu li kienu nnoċenti.", "Jiena lest li nkun l-ewwel wieħed li nqum u ngħidilhom: \"Prosit, kontu innoċenti, ħsibna ħażin fikom\".", "Imma jekk ma kinux innoċenti għallinqas ngħidu li f'dawk iż-żmenijiet ġraw il-ħniżrijiet.", "Ejjew niftehmu bejnietna u waqt li nammettu li veru ġraw dawk il-ħniżrijiet, niddeċiedu illi dak li ġara darba taħt gvern soċjalista, issa jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, nagħtu garanzija lill-poplu Malti u Għawdxi li tant bata f'dawk iż-żmenijiet, li qatt u qatt aktar dawk l-istejjer ma jerġgħu jirrepetu ruħhom.", "Bdejt bil-kliem justice delayed is justice denied.", "B'dan l-istess l-kliem nispiċċa, Mr Speaker.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BANK ĊENTRALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12491.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: 1.", "Il-Bank Ċentrali impjega tliet ħaddiema ġodda mis-16 ta` Settembru, 1999 sal-4 ta` Jannar, 2000.", "Dawn kienu żewġ Research Officers u Micro Computer Technician.", "2.", "L-applikazzjonijiet għal Research Officers ħarġu f`Awissu 1999 wara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma setgħatx tissodisfa it-talba tal- Bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol.", "Rigward l-ingaġġ tal-Micro Computer Technician, il-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ setgħet tissodisfa t-talba tal-bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol u b`hekk ma kienx hemm il-ħtieġa li joħorġu applikazzjonijiet għal din il-vakanza.", "3.", "Il-persuna impjegata mill-Bank Ċentrali bħala Micro Computer Technician qatt ma kienet applikat għal dan l-impjieg.", "4.", "Il-kriterji li ntużaw għal mili ta` vakanza ta` Micro Computer Technician kienu:", "li l-kandidat jipposjedi l-Journeyman`s Certificate għal kors ta` Micro Computers Technician maħruġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ; u", "li l-kandidat għandu ta' lanqas tliet snin esperjenza f`ambjent kompjuterizzat f`bank.", "PORT ĦIELES - TRASFERIMENTI", "12492.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perijodu msemmi ma sarx trasferimenti ta` haddiema fil-Malta Freeport.", "Jekk fil-futur ikun hemm htiega li jsiru trasferimenti minhabba l-interessi ta` l-azjenda, allura dawn isiru.", "TARZNA - TRASFERIMENTI", "12493.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tat-Tarzna?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol isemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perijodu msemmi saru 14-il trasferiment fit-Tarzna ta` Malta.", "Dan iċ-ċaqlieq sar minħabba struttura ġdida fl-azjenda, promozzjonijiet, raġunijiet mediċi u mili ta` vakanzi.", "F`azjenda bħalma hija t-Tarzna ta` Malta dejjem jista` jkun hemm lok ghal trasferimenti ghar-ragunijiet li semmejt.", "MINISTERU TA' L-INTERN - TRASFERIMENTI", "12494.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-pulizija?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm 66 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.", "Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess korp u tal-pubbliku in ġenerali.", "PA - TRASFERIMENTI", "12495.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999, u l- 4 ta` Jannar, 2000, ingħataw erba' transfers fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar fejn erba' persuni ġew trasferiti minn unit għal ieħor.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas- servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "DIPARTIMENT TA' L-AVJAZZJONI ĊIVILI - TRASFERIMENTI", "12496.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis- 16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li kien hemm zewġ impjegati fid- Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili li ngħataw transfer bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000.", "F`każ minnhom, l-impjegat konċernat m`għażilx li jmur ma` l-MIA u baqa` mad-dipartiment fejn ix- xogħol tiegħu ma kienx aktar meħtieġ.", "Fil-każ l-ieħor, il-persuna konċernata ngħatat transfer għal mad-Direttur tal-Corporate Services fl- istess ministeru.", "EU - PERMESSI", "12897.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni minn pajjiżi membri ta' l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta u kemm hemm applikazzjonjiet pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` persuni li ġejjin minn pajjiżi membri ta` l-EU li għandhom permess jaħdmu Malta hu ta` 859.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar minn liema pajjiżi ġejjin il-persuni li dwarhom hemm applikazzjonijiet pendenti.", "It-total ta` dawn l-applikazzjonijiet hu ta` madwar 770.", "QORTI - ESPERTI", "12898.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus persuni mqabbda mill-Qorti biex iservu bħala \"esperti tal-Qorti\" matul is-sena 1999? kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpelant illi l-ammont ta` flus imħallsa direttament mill-Qorti lill-persuni li servew bħala `esperti tal-Qorti kien ta` Lm231,733.", "In-numru ta` esperti tal-Qorti li tħallsu kien ta` 192.", "QORTI SUPERJURI", "12899.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet pendenti quddiem il-Qorti Superjuri u dik tal-maġistati fl-aħħar tas-sena 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-aħħar tal- 1999 kien hemm pendenti:-", "Qrati Superjuri Qrati tal-Magistrati", "Prim`awla 11979 Ċivil 3165 Appelli Ċivil u Kost.", "1111 Tribunali u Bordijiet 3015 Appelli Inferjuri 83 Kriminal 7260 Appelli Bordijiet 70 Appelli Small Claims Trib.", "1 Appelli CCT 2", "Kriminal:Gurijiet 36 Appelli Gurijiet 16 Appelli Kriminal 161", "SAĦĦA - OPERAZZJONI TAL-HIP REPLACEMENT", "12900.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirlhom operazzjoni ta' hip replacement u knee replacement u kemm ilhom jistennew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Persuni li qed jistennew biex issirilhom operazzjoni ta' hip replacement hemm 172.", "Persuni li qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni ta' knee replacement hemm 843.", "L-aktar persuna li ilha fuq il-waiting list ilha tistenna madwar 20 xahar.", "SAĦĦA - KAŻI TA' INFECTIOUS DISEASES", "12901.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' infectious diseases matul is-sena 1999 u x'tip ta' marda kienet f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi n- numru ta' infectious diseases irrapportati matul l-1999 kien ta' 1169.", "Dawn jinqassmu kif ġej:", "Notifiable Disease Total Acute Flaccid Paralysis 5 Acute Viral Encephalitis 2 AIDS 5 Chickenpox 267 Shingles, Herpes zoster 20 Herpes Simplex 1 Erysipelas 3 Food Poisoning, Campylobacter 11 Food Poisoning, E. Coli 1 Food Poisoning, Salmonella 318 Food Poisoning, Shigella 1 Food Poisoning, Toxic 5 Food Poisoning, Unspecified 203 Hepatitis A 5 Hepatitis B 4 Hepatitis C 2 Legionnaire's Disease 3 Leishmaniasis , Cutaneous 14 Leishmaniasis, Visceral 8 Malaria (exogenous) 1 Measles 1 Meningitis, (Other bacterial) 14 Meningitis, Meningococcal 4 Septicaemia, Meningococcal 19 Mumps 98 Rubella 8 Scarlet Fever 2 Tubercolosis, Non-Pulmonary 3 Tubercolosis, Pulmonary 20 Typhus, Murine 44 Typhus, Tick-borne 17 Whooping Cough 60", "SAĦĦA - KAŻI TA' SUWIĊIDJI", "12902.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' suwiċidji u/jew attempted suicide matul is-sena 1999?", "Kemm kienu nisa u rġiel u x'eta' kellhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mir-records tad-Diviżjoni tas-Saħħa kien hemm 25 każ ta' suwiċidju fl-1999.", "Minn dawn kien hemm tliet nisa u 22 rġiel.", "L- etajiet kienu kif ġej:-", "Rġiel Nisa", "30 sena jew taħt 5 0 31 sa 40 sena 6 0 41 sa 50 sena 7 1 51 sa 60 sena 1 0 61 sena 'l fuq 3 2 TOTAL 22 3", "(ii) Attempted Suicide", "It-terminu attempted suicide mhuwiex preċiż fis-sens illi mhux kull min jagħmel ħsara lilu nnifsu għal tapposta jkun qed jipprova jikkommetti suwiċidju.", "Għaldaqstant jintużaw it-termini deliberate self harm jew parasuicide, termini aktar preċiżi.", "Matul l-1999 kien hemm 21 każ ta' deliberate self harm li ġew ammessi fl- isptarijiet tagħna.", "Kien hemm disa' nisa u 12-il raġel.", "L-etajiet kienu kif ġej:-", "Rġiel Nisa taħt 30 sena 0 4 31 sa 60 sena 10 5 61 sena 'l fuq 2 0 TOTAL 12 9", "(iii) Ta' min iżid illi kien hemm ukoll 205 każ ta' overdose li ddaħħlu fl- isptarijiet u li dwarhom saret konsulta psikjatra bħala parti mill- assessement.", "Dawn kienu mqassma f'86 raġel u 119-il mara.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TARMAC", "13173.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-maltemp kkawża ħafna ħsarat fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' għoti tat- tarmac f'din il-lokalita'?", "Jista' jara li f'dan il-programm ta' għoti ta' tarmac f'San Pawl il-Baħar jinkludi toroq Romano Perellos, Emanuele Pinto, Jean de la Valette?", "Jista' jgħid kemm-il metru tarmac ingħata f'San Pawl il-Baħar matul l-1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-toroq indikati huma parti minn xogħol ippjanat fl-inħawi ta` San Pawl il-Baħar.", "L-ammont ta` hot asphalt li ngħata f`San Pawl il-Baħar fis-snin indikati hu kif ġej:", "1997 - 1660m 1998 - 800m 1999 - 2474m", "Tajjeb wieħed jinnota li fit-tul ta` tarmac li sar fl-1998 irid jerġa' jinqala' gandott li minnu jgħaddi cable ta` l-Enemalta u ieħor tal-Melita Cable.", "Dan kien diġa magħruf qabel sar ix-xogħol fl-1998.", "Fl-istess ħin, hemm tul ta` 400m fix-xogħol li sar fl-1999 li fihom trid tinbidel is- sistema tad-drenaġġ.", "DJAR - KERA", "13188.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li f'mistoqsija parlamentari numru 12,558 l-Viċi Prim Ministru qal li l-kalkoli huma ħżiena, qed nibgħat kopja tal-P3 tas-sena 1996 u 1997, u għalhekk jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga mill-ġdid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li erġajt tlabt lid-dipartiment ikkonċernat sabiex jerġa' jaħdem is-sussidju rriżulta li m'hemm ebda żball.", "Għalhekk, m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12588.", "SAJJIEDA MALTIN", "13189.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru fil-ġurnal \"The Times\" ġie rrapportat li qal li l-CFP mhux se ġġib problemi għaliex, nikkwota l-kliem eżatt; \"There are mechanisms in place and mechanisms planned which safeguard the livelihood of the Maltese fishermen\", jista'l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il- \"mechanisms\" li l-Ministru qed jirriferi għalihom u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fost il- mekkaniżmi li għalihom kont qiegħed nirriferi kemm dawk li jinġabru flimkien taħt il-\"Financial Instrument for Fisheries Guidance\".", "Ma' dawn ġew amalgamati miżuri oħra mill-\"Aġenda 2000\".", "Wara li jsiru n- negozjati nkun f'pożizzjoni li nagħti d-dettalji tal-pakkett kollu.", "SAJJIEDA - TAC", "13190.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif il-Ministeru se jipproteġi l-ibħra Maltin u s-sajjieda Maltin u Għawdxin mill-quota hoppers li jkollhom il- permess jistadu skond agreed quota (TAC) li 'l quddiem l-Unjoni Ewropea timponi fuq is-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nibda billi ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi \"TAC\" tfisser Total Allowable Catch u mhux Agreed Quota kif qed jgħid hu mingħajr ma fittex qabel qalha.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-TAC`s jiġu ffissati kull sena mill-kunsill tal-ministri li jiltaqgħu għal dan il-għan kull Diċembru.", "Id-deċiżjonijiet jittieħdu fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu riżultat ta` studji xjentifiċi miġbura minn organizazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali bħall-International Council for the Exploration of the Sea (ICES).", "Ikun involut ukoll is-Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF), kompost minn esperti ta` kull pajjiż membru.", "Fil- Mediterran l-unika kwota li teżisti hija dik tat-tonn hu din hija stabbilita mill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT) u mhux mill-Kummissjoni Ewropea.", "Malta tosserva r-regolamenti u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT.", "L-Unjoni Ewropea għandha proċedura li permezz tagħha tistabilixx TAC's għall-ċertu ħut li jinqabad fl-Atlantiku u MHUX fil-Mediterran.", "Fil- Mediterran teżisti kwota fuq it-tonn biss li hi ffissata mill-ICCAT u adottata mill-Kummissjoni Ewropea.", "EU - EXCLUSION ZONE", "13191.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-exclusion zone tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea huma biss 12-il mil, jista'l-Ministru jgħid kif Malta se żżomm il-25 mil tal-kosta tas-sajd tagħha, wara li ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta tad-domanda ta' l-istess Interpellant numru 11638.", "EU - RIFORMI", "13192.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-EU Regular Report qal, u nikkwota eżatt: \"No progress in aligning legislation to the acquis has been reported\" u sostna li hemm bżonn \"a major reform of admistrative structures\" , jista' l-Ministru jispjega kemm se jiswew fi spejjeż lill-Gvern Malti dawn ir-rfiormi mposti mill-Unjoni Ewropea u minn fejn se jiġu l-fondi kollha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħafna mill-leġislazzjoni ġiet abbozzata u l- amministrazzjoni qed tiġi msaħħa.", "Il-Gvern qed iħejji pjan nazzjonali dwar dan li jinkludi pjan ta` finanzjament għall-miżuri neċessarji.", "TAXXA - PENSJONANTI", "13556.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Issa li l-pensjonanti ġew informati li l-ħlas tat-taxxa se jibda jinqata' mill-pensjoni tagħhom direttament, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi threshold ta' kemm jista' pensjonant iħallas mill-pensjoni tiegħu bħala ħlas tat-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ogħla rata li tista` titnaqqas mill-pensjoni hi skond ir-regoli tal-FSS.", "Tajjeb li wieħed jgħid li 89% ta` dawk il-pensjonanti li qegħdin jinqabdu bit-taxxa għandhom rata ta` inqas minn 10% tal- pensjoni.", "PENSJONANTI - TAXXA", "13557.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Issa li l-pensjonanti ġew informati li l-ħlas tat-taxxa se tibda tinqatagħlhom direttament mill-pensjoni, jista' l- Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għamilx social impact assessment fuq kif jistgħu jiġu milquta ċertu pensjonanti, minħabba din il-miżura?", "Jekk dan l-impact assessment sar, x'jirriżulta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-miżura ġiet mdaħħla wara kunsultazzjoni mill-Għaqda tal-Pensjonanti u kien hemm ukoll pensjonanti li talbu direttament lid-dipartiment biex it-taxxa titnaqqas mill-pensjoni.", "L-Onor.", "Interpellant messha tifhem li din il-miżura amministrattiva tevita li l-pensjonanti jkollhom iħallsu t-taxxa dovuta minnhom fl-aħħar tas-sena u minflok din tinfirex matul ix-xhur tas-sena.", "B'hekk, fl-aħħar tas-sena la jkollhom iħallsu taxxa u l-anqas ikollhom taxxa x'jieħdu lura.", "Din hi l-istess sistema li biha jħallsu l-impjegati kollha f'dan il-pajjiż.", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "13573.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Jannar, 2000 skond il-lokal minn fejn ġejjin?", "X'inhi l-eta' tagħhom, skond il-lokal tagħhom?", "X'inhuwa l-livell edukattiv tagħhom, skond l-eta' u l-lokal?", "Għal-liema mpjiegi qed jirreġistraw skond l-eta' u l-lokalita'?", "Kemm ilhom jirreġistraw, skond l-eta' u l-lokalita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mhux possibbli li din l-informazzjoni tinġabar fi ftit ġranet għaliex tirrikjedi eżerċizzju dettaljat wisq.", "Pero, l-Onor.", "Membru tista' tirriferi għall-istatistika ppubblikata mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika li fiha tweġiba għal uħud mill-mistoqsijiet tagħha.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "13574.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' inmates fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin li huma relatati ma' drogi?", "Jista' jagħti din l- informazzjoni bin-numru ta' persentaġġ ta' l-inmates kollha?", "Kemm hemm minnhom li huwa l-ewwel każ tagħhom?", "X'inhi l-eta' ta' l-inmates b'każijiet ta'drogi?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin?", "Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu l-programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fis-6 ta` Frar, 2000, in-numru ta` priġunieri li kienu l-ħabs dwar każijiet relatati mad-droga kien ta` 106.", "Din il-figura tirrapreżenta 49% tal-popolazzjoni tal-ħabs.", "Ninsab informat ukoll li minn dawn il-106, in-numru ta` dawk li għalihom kien l-ewwel każ hu ta` 49, filwaqt li n-numru ta` dawk li fil-preżent qed jagħmlu programm ta` riabilitazzjoni mid-droga hu ta` 19.", "It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellanti dwar il-lokalitajiet mnejn ġejjin dawn il-persuni u l-etajiet tagħhom hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ANZJANI - ŻABBAR", "13575.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jiftaħ dar ta' l-anzjani ġewwa Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li preżentement il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jiftaħ dar ta' l-anzjani ġewwa Ħaż- Żabbar.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - KARTA ROŻA", "13576.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju li ġie mħabbar fil-budget, dwar ir-reviżjoni ta' l-hekk imsejħa kartuna roża u safra, inbediex?", "Jekk inbeda, x'qiegħed isir?", "Jekk għadu ma nbediex, meta se jinbeda?", "Kif beħsiebu l-gvern jagħmel dan l- eżerċizzju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat li l-ewwel fażi ta' l-eżerċizzju li ġie mħabbar fil-budget dwar ir-reviżjoni ta' l-hekk imsejħa Kartuna Roża w Safra li jintitolaw persuna għal għoti ta' mediċini b'xejn inbeda.", "F'dan l- istadju ġie mwaqqaf kumitat fid-Dipartiment tas-Saħħa, u li fuqu hemm rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, biex tinġabar l- informazzjoni meħtieġa, bl-iskop li sussegwentement it-Task Force li għandha titwaqqaf u li se tinkludi wkoll rappreżentant tal-Ministeru tal- Finanzi, jkollha bażi fuqhiex taħdem.", "Għaldaqstant hu ndikat li għal aktar dettalji dwar l-istadju li wasal fih dan l-eżerċizzju, din il-mistoqsija tiġi riferuta wkoll lill-Ministru nkarigat mis-Saħħa.", "BIEB IL-BELT - PROĠETT", "13658.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-istudji tal-gvern biex iseħħ il-proġett ta' Bieb il-Belt li jinkludi l-venda tal-karozzi tal-linja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi saret out line development application lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u din qiegħda tiġi diskussa hemmhekk.", "BELT VALLETTA - TEATRU RJAL", "13659.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Bħala ministru responsabbli minn proġetti kapitali, jista jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern għall-bini mill-ġdid tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13658 ta' din is-seduta.", "AWSTRIJA - RELAZZJONIJIET BILATERALI", "13674.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjonijiet bilaterali ta' pajjiżna mal-Awstrija ġew effettwati mill-ħatra tal-gvern il-ġdid ċentru lemini?", "Jekk iva, kif?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta mal-Awstrija ma ġewx effetwati mill-ħatra tal-Gvern il-ġdid Awstrijak, għalkemm is- sitwazzjoni politika ta' dan il-Gvern ġdid qed tinżamm taħt osservazzjoni.", "QRATI MALTIN - ŻJARA PRESIDENZJALI", "13675.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li inti għażilt li ma tattendix l-ewwel żjara presidenzjali lill-qrati Maltin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-premessi tad-domanda tal-Onor.", "Interpellant huma żbaljati.", "Iż-żjara ma kenitx mill-President tar-Repubblika fil-Qorti iżda mill-President bħala chairperson tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja lill-ġudikatura.", "Kemm-il kummissjoni kif ukoll il-ġudikatura huma u għandhom jibqgħu indipendenti mill-gvern u konsegwentament jidhirli li l-ħaġa korretta kienet li jien la niġi mistieden u lanqas nattendi.", "Nista` nassigura lill-Onor.", "Interpellant li kieku ż-żjara saret mill- President tar-Repubblika lid-Dipartiment tal-Qorti kont inkun preżenti kif kien ikun d-dover u l-pjaċir tiegħi.", "WHITE ROCKS PROJECT - TENDERS", "13676.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jippubblika r-rapport tas-selection committee tat-tenders tal- White Rocks Project li skond ma' inti ġejt ikkwotat li għedt, kienu ikkonklużivi?", "Ma jaħsibx l-Ministru li l-atteġġjament tiegħu jista' jwassal biex ikun hemm xi ħadd mill-bidders prospettivi għal proġett li jasal biex jirtira?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Risposta tingħata f`seduta oħra.", "SEGRETARJU PERMAMENTI", "13677.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fis-sena 1992 int kont ġejt irrapportat mill-ġurnal tal-partit tiegħek stess li fil-kapaċita' tiegħek ta' Prim Ministru għedt li min jinħatar segretarju permanenti għandu jgawdi l-fiduċja sħiħa tal- ministri li jkun irid jaħdem magħhom?", "Għadek taħsibha l-istess?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li kulħadd jaqbel li Ministru jrid ikollu fiduċja sħiħa fil-kapaċita' ta' l-individwu li jservi fil-ministeru tiegħu bħala Segretarju Permanenti b'performance agreement għal perijodu ta' tliet snin.", "Madankollu, dan bl-ebda mod ma jfisser li segretarju permanenti għandu joffri r-riżenja tiegħu meta jkun hemm bidla fl-amministrazzjoni jew ta' ministru.", "GĦAWDEX - AIR STRIP", "13678.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Fid-dawl tal- oġġezzjonijiet ta' diversi gruppi ambjentali beħsiebek tibqa' tinsisti fuq il-proposta li jkun hemm air strip f'Għawdex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-materja ta' airstrip f'Għawdex tqajjmet f'seminar li sar f'Għawdex riċentament meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jien ntlabna nesprimu l-fehmiet tagħna dwarha.", "Filwaqt li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni esprima ruħu definitivament kontra l-bini ta' air strip għal raġunijiet li huwa sejħilhom ekologiċi, jien esprimejt ruħi li l-materja hija importanti għall-iżvilupp ta' Għawdex u teħtieġ konsiderazzjoni minn kull aspett, mhux lanqas dak ambjentali.", "Dwar raġunijiet ta' żvilupp ekonomiku jien esprimejt ruħi fis-sens li jidher li mezz ta' komunikazzjoni bejn iż-żewġ gzejjer bl-ajru, huwa essenzjali.", "Fl-istess waqt huwa magħruf li s-servizz attwali bil- helicopter la tista tistrieħ fuqu u lanqas m'huwa finanzjarjament vijabbli.", "Għedt ukoll li l-Air Malta ma tistax tibqa tissussidja dan is-servizz għal dejjem.", "Il-gvernijiet kellhom parir li s-servizz b'fixed wing aircraft huwa ħafna aktar finanzjarjament vijabbli.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jiena stedint l-udjenza u l-pubbliku in ġenerali li jkompli jiddiskuti fl-interess nazzjonali x'inhu l-aħjar li jsir.", "Għedt ukoll li l-gvern ma ħax deċiżjoni li terġa' ssir t-talba għal bini ta' l- air strip.", "QRATI - KAŻ TA' FERIMENT FUQ JOSEPH SPITERI", "13679.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għar-rapporti li l-qorti Maltija damet ma appuntat persuna biex tittraduċi dokumenti bl-iSpanjol konnessi ma' każ tal-feriment ta' Joseph Spiteri minn kadetti Cilejani, jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal dan id-dewmien?", "Dan ifisser li l-qorti ma kenitx sabet il-persuna/i adatti mill-bidu għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien informat illi l-Qorti insistiet li t-traduzzjoni tad-dokumenti mill-Malti għall-Ispanjol issir min persuna li mhux sempliċiment taf il-lingwa, iżda li l-kapaċita` taghha hi sostnuta min kwalifiċi akkademiċi.", "QRATI - KODIĊI KRIMINALI", "13680.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jifli l-proposta li l-kunċett tal-plea bargaining jiġi kristalizzat u ntrodott fil-Kodiċi Kriminali stante l-fatt li, filwaqt li jsir regolament fil-Qorti Kriminali u huwa konswetudini, qatt ma jseħħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u allura tajjeb li l-liġi tirregola dan l-istitut?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi dan is- suġġeriment qiegħed jiġi studjat.", "MALTACOM - ĦSARAT", "13681.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jivverifika għaliex, minkejja diversi talbiet, il- ħsara li hemm f'telephone number 441259 (fuq isem Gauci) għadha ma ssewwietx?", "Jista' jassigura li t-tiswija ssir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mir-records tal-Maltacom jirrizulta li n-numru tat-telefon in kwestjoni kien irrapportat li hu bil-ħsara fl-20 ta` Jannar, 2000, u meta saru t-testijiet meħtieġa permezz tal-line test system instab li fil-fatt ma kienx hemm ħsara.", "L-uffiċjal inkarigat ipprova jagħmel kuntatt mal-klijenta biex jinfurmaha b`dan, pero`, ma rnexxielux għaliex meta ċempel fuq in-numru rrapportat bil-ħsara ma kienx hemm tweġiba u l-klijenta ma ħallietx contact number ieħor meta rrapportat il-ħsara.", "Għalhekk min-naħa tal-Maltacom il-każ ġie magħluq.", "Wara li fid-9 ta` dan ix-xahar il-każ kien riferut lill-Maltacom, lines technician mill-exchange ta` Birkirkara reġa' fetaħ il-każ u għal darb`oħra ma nstabet ebda ħsara.", "Id-dar tal-klijenta ma kien hemm ħadd u tħallitilha nota biex tikkuntattja lill-uffiċċju biex ikun jista` jsir appuntament ħalli jsiru testijiet mill-master switch 'il ġewwa.", "Sadanittant, il-klijenta, proprju dakinhar stess, marret personalment fl- Uffiċċju Ċentrali tal-Maltacom fil-Marsa u sa dakinhar wara nofsinhar it- telefon kien qed jaħdem tajjeb, tant li l-Public Affairs Executive tal- kumpannija tkellem mal-klijenta li min-naħa tagħha kkonfermatlu li ma kienx fadlilha problemi.", "TRADE FAIR GROUNDS - BUSINESS CONVENTION", "13697.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13295, peress li l- Ministru wieġeb li l-Ministeru ma kienx responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja tal-business convention, jista' għalhekk jgħid f'idejn min kienet fdata din l-amministrazzjoni u jitlob l-informazzjoni mitluba?", "In kwantu għall-aħħar tweġiba, jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni ma' personnel in ġenerali kif impoġġija l-mistoqsija f'domanda parlamentari numru 13295, u mhux personnel mqabbad mill-Ministeru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-amministrazzjoni tal-konvenzjoni kienet fdata f`idejn il-Korporazzjoni tal-Fieri u ma narax raġuni għaliex għandi noqgħod nitlob tagħrif dwar finanzi u personnel.", "Minbarra l-fatt li din il- korporazzjoni hija indipendenti mill-gvern, żgur li għandha esperjenza fl- organizzazzjoni ta` attivitajiet varji konnessi mal-kummerċ u għaldaqstant taf tagħmel użu tajjeb kemm mill-finanzi kif ukoll mill-personnel għad- dispożizzjoni tagħha.", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - INFIQ FUQ REKLAMAR", "13698.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 13288, u b'mod partikolari l-parti li l-Ministru wieġeb li hija ta' \"natura kummerċjali\", jista' l-Ministru jgħid liema huma l-aġenti tar-reklamar konċernati, mingħajr ma jiżvela l-ammont ta'flus involuti għal kull azjenda biex ma jkunx hemm ħsara kummerċjali mit-tweġiba tal-Ministru?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat mill-Awtorita tat-Turizmu li l-agenti tar- reklamar li magħhom taħdem l-awtorita' huma dawn li gejjin:", "* Germanja * Svizzera Adam & Partner GmbH * Awstrija * Franza SFCP * Benelux CSO Marketing Communicatie * Skandinav * Renju Unit HDM Agency * Amerika Point Blank, Inc.", "MONUMENT TA' DUN MIKIEL XERRI", "13699.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4962, jista'l-Ministru jinformana jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-trasferiment tal-monument ta' Dun Mikiel Xerri għal Misraħ il-Palazz, il-Belt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix żviluppi ġodda x'nirrelata.", "KORP DIPLOMATIKU - UFFIĊJALI", "13700.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista'l-Ministru jagħti lista ta' l-uffiċjali li jagħmlu parti mill-korp diplomatiku u li qed iservu fis-segretarjat tal-Ministeru jew dekasteru ieħor?", "Jista'jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew kondizzjonijiet li ngħataw lil dawn l-uffiċjali?", "ONOR.", "JOE BORG: Hemm żewġ uffiċċjali mill-korp diplomatiku li qed iservu fis-segretarjat tiegħi b'kuntratt skond id-dokument Engagement of Staff for Private Secretariat' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 fis- 16 ta' Ġunju, 1999 u għalhekk m'hemmx għalfejn titqiegħed kopja tal- kuntratti speċifiċi ta' dawn iż-żewġ uffiċjali fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Hemm uffiċjal diplomatiku ieħor li qed iservi fil-Ministeru għal Għawdex.", "L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "Nixtieq inżid ngħid li żewġ uffiċjali oħra qed iservu fl-Uffiċċju tal- President u l-kuntratti tagħhom jinżammu f'dak l-uffiċċju.", "AFFARIJIET BARRANIN - UFFIĊJALI - KORSIJIET", "13701.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fid-dipartiment li bdew isegwu korsijiet minn Settembru 1998 sal-lum?", "Min huma?", "Xi grad għandhom?", "X'kors qed isegwu?", "Kif saret l-għażla?", "X'renumerazzjoni qed jirċievu?", "Kemm huwa twil il-kors li qed isegwu f'kull każ?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV", "13702.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-kumpless sportiv li se jsir fil- Kottonera se jkollu ground tal-football għal 5-aside biss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġett tal-Kumpless Sportiv fil- Kottonera jaħseb, fost faċilitajiet oħra, għall-bini ta' football ground 5- a-side skond rakkmandazzjonijiet tal-kumitat ad hoc li kien twaqqaf sabiex jevalwa l-ħteġijiet ta' Ċentri Sportivi Reġjonali, kif ukoll sussegwentement fuq pjanti mfassla b'konsultazzjoni ma' entitajiet kompetenti fil-qasam ta' l-isport nazzjonali.", "L-ewwel fażi tal-proġett ġie konkluż bl-approvazzjoni tad-disinn u sottomissjoni ta' applikazzjoni ta' żvilupp lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "13703.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min mill-uffiċjali għolja tas-servizz pubbliku li jaqgħu taħtu (mil-livell ta' direttur sa dak ta' segretarji permanenti) għandu xi xogħol/ħatra li qed jitħallas għalih/a?", "Fiex jikkonsisti dan ix- xogħol, din il-ħatra?", "F'kull każ x'inhu l-ħlas?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tabella li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BOARD OF STUDIES GĦAT-TEKNOLOĠIJA - RAPPORT", "13704.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li l- board of studies għat-teknoloġija bagħat fit-18 ta' Ġunju, 1997?", "Liema membri tal-bord iffirmaw dan ir-rapport?", "Min ma ffirmahx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rapport mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TA' QALI - ACTION PLAN", "13705.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-action plan għal Ta' Qali li għadu kif ġie ffinalizzat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja ta` l-action plan għal Ta` Qali tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "VETTURI LIĊENZJATI", "13706.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13486, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati li jidħlu l-Belt Valletta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li hemm 49,569 vettura liċenzjati biex jidħlu l-Belt.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PSC", "13707.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il deċiżjoni ttieħdet mill-Public Service Commission f'każi ta' dixxiplina kontra ħaddiema taċ-Ċivil?", "Jista' jikkjarifika t-tip ta' deċiżjonijiet li ttieħdu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Fil-mistoqsija tiegħu l-Onor.", "Interpellant ma ndikax għal liema perjodu ta' żmien jixtieq ikun jaf kemm saru rakkmandazzjonijiet mill-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar każi ta' dixxiplina.", "Għaldaqstant, l-informazzjoni li se nagħti hija dwar kemm saru rakkmandazzjonijiet matul l-1999.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikollu informazzjoni dwar xi perijodu ieħor ta' żmien, nistiednu jagħmel mistoqsija parlamentari oħra.", "Ninsab infurmat illi matul l-1999, in-numru ta' rakkmandazzjonijiet dwar każi ta' dixxiplina li għamlet il-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huwa ta' 100.", "Dawn huma maqsuma f'dawn it-tliet kategoriji:", "a)rakkmandazzjonijiet dwar każi kriminali fil-qorti li fihom ikunu involuti uffiċjali pubbliċi 44", "b)rakkmandazzjoniet dwar każi ta' reati serji ta' dixxiplina li ġew investigati mill-bord tad-dixxiplina tal-kjummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 50", "c)rakkmandazzjonijiet dwar każi ta' tkeċċija mis-Servizz Pubbliku minħabba assenteiżmu minn fuq il-post tax-xogħol 6", "Total 100", "It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar x'kienu dawn ir- rakkmandazzjonijiet huwa kif jidher fit-tabelli a, b u c li tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SVDP - ANZJANA", "13708.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- possibbiltajiet li l-anzjana - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - tidħol fl-iSptar San Vincenz fejn hemm ir-raġel tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-anzjana li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, applikat biex tidħol fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule fl-24 ta' Jannar, 2000.", "Hemm aktar applikanti nisa li għandhom l-irġiel residenti f'San Vinċenz de Paule u kollha qed jiġu kkunsidrati skond il-każ tagħhom.", "BIRGU - TRIQ N. LAIVIERA - DAWL", "13709.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-bozza li hemm quddiem id- dar numru 7, Triq N. Laiviera, Birgu, ma tibqax ta' inkonvenjent għar- residenti ta' din id-dar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ghaddejt l-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.", "BORMLA - NUGRUFUN", "13710.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitwaqqaf l- inkonvenjent li qed ikollhom ibatu r-residenti ta' Triq San Ġużepp u Triq il-Konservatorju, Bormla, peress li miċ-ċmieni fuq il-bejt tad-dar ta' l- anzjani f'Bormla qed joħroġ ħafna nugrufun, kif ukoll qed ikollhom ibatu minn storbju, speċjalment bil-lejl, mill-ġeneraturi li hemm fuq il-bejt?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa, jew hux se jibqgħu jbatu għal dejjem dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- inkonvenjent li nqala' miċ-ċmieni tad-dar ta' Bormla diġa' ġie rranġat.", "Ninfurmak ukoll li l-ġeneratur tad-dar ma jintużax bil-lejl, u għalhekk m'għandux ikun hemm storbju f'dan ir-rigward.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "13711.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li għamlu l-interviews għal vakanzi li kien hemm għal clerks mal-gvern dan l-aħħar?", "Kemm minnhom se jingħataw impjieg?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-ewwel 50 kandidat skond l-order of merit kif ippubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġew imsejħa għall-interview.", "Kif imħabbar fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fis-27 ta' Lulju, 1999 fil-Ġazzetta tal-Gvern se jimtlew 50 post.", "IMPJIEGI - ŻIDIET", "13712.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11756, fejn fir-risposta ntqal li l-persuna ndikata separatament kellha tiġi informata bil-miktub dwar il-pensjoni tagħha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir dan wara li għaddew aktar minn xahrejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata issa nformata dwar il-kalkolu tal-pensjoni tagħha.", "Jiena nformat li d-dewmien li kien hemm biex din il-persuna tkun informata kien dovut għall-investigazzjonijiet li riedu jsiru dwar is-salarji tal-post li kien jokkupa l-pensjonant u l-pensjonijiet tas-servizz li jirċievi.", "ZABBAR: TRIQ IL-LUQ - CULVERTS", "13714.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12941, jista'l-Ministru jara li ssir xi ħaġa temporanja, minħabba li diġa' jeżistu culverts sabiex ma tibqax issir ħsara lill-abitanti ta' Triq il-Luq meta tagħmel ix-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li saret spezzjoni wara d-djar li jagħtu fi Triq il-Luq fejn qed joqgħod l-ilma u d-dipartiment se jara jekk il-culverts humiex miżdudin.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "13715.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC timponix numru ta' xogħlijiet li persuna li qed tirreġistra għax-xogħol tkun tista' tinkiteb għalihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta persuna tiġi tirreġistra tingħata għażla sa ħames preferenzi ta' xogħol li tkun tista' tirreġistra għalihom.", "MALTA RACING CLUB - IMĦATRI", "13716.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Malta Racing Club jistgħux isiru mħatri fuq tiġrijiet li jsiru barra minn Malta?", "Jikkonferma l-Ministru li din is- sena mill-inqas darbtejn saru mħatri fuq tiġrijiet li saru barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel u tal- klieb tal-liepru huwa l-uniku wieħed fil-pajjiż li fuqu jistgħu jsiru imħatri b'mod organizzat.", "Din is-sena kien hemm darba biss li saru imħatri fuq tiġrijiet internazzjonali.", "Din kienet meta riċentement sar il-Prix d'Amerique fi Franza li xxandret diretta fuq TVM.", "Dan kien ukoll mezz sabiex il-Malta Racing Club jakkwista aktar introjtu.", "MALTA RACING CLUB - KUMITAT", "13717.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10816?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11148 li ngħatat f'Seduta Nru. 180.", "MALTA RACING CLUB - LAQGĦAT", "13718.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat minn mindu ġie maħtur il-kunsill tal-Malta Racing Club mis-sena li għaddiet sal-lum?", "Meta saru dawn il- laqgħat?", "X'attendenza kien hemm ta' kull membru ta' l-istess kunsill?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sal-ġimgħa 11 ta' Frar, 2000 saru 21 laqgħa mill-kunsill tal-Malta Racing Club.", "Dawn il-laqgħat isiru regolarment kull ġimgħa.", "Informat ukoll li f'kull laqgħa kien hemm biżżejjed attendenza sabiex jintlaħaq quorum u ssir il-laqgħa.", "KUNSILL LOKALI - ALLOKAZZJONI TA' FONDI", "13719.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-allokazzjoni li kull kunsill lokali ħa bħala budget għal din is-sena bil-formula l-ġdida?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-allokazzjoni ta' kull kunsill fil-budget għas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MOSTA - TOROQ", "13726.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba t-triq bl-isem Alley No.6 Main Street, Mosta hux kompetenza tal- kunsill lokali tal-Mosta li ssir jew le, u f'kull każ, jista' jinforma l- Kamra jekk din hijiex se tiġi rranġata billi qed jingħad li ilha snin twal biex issir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li se jirriżultaw minn dan il-programm.", "TAXXI INTERNI - CAPITAL GAINS TAX", "13727.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kwestjonijiet pendenti ta' capital gains tax ġewwa l-hekk imsejħa business section ta' l-income tax department u f'kemm żmien huwa previst li dawn il-pendenzi/arretrati jinħelsu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta` kwestjonijiet pendenti hu ta` 6068.", "Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex numru ta` assessuri jkunu allokati fuq dan ix-xogħol biex l-assessments kollha jkunu jistgħu jitlestew fl-iqsar żmien possibbli matul din is-sena.", "MALTACOM - APPELL NRU.", "6525", "13728.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex l-appell interpost minn Richard Carabott (Appell Nru. 6525) il-bord ta' l-appell tal-ħatriet fil-Maltacom u li ġie intavolat fl-24 ta' Diċembru, 1998, għadu sal-lum ma ġiex appuntat u lanqas mismugħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa l-bord ta` l-appelli dwar il-promozzjonijiet, wara li ttratta madwar 220 appell, qieghed jisma` l- madwar 125 appell pendenti dwar promozzjonijiet li kienu ħarġu bejn Lulju u Settembru 1998.", "L-appelli dwar il-promozzjonijiet fil-grad li għalih kienet applikat il- persuna msemmija fil-mistoqsija, li jammontaw għal disgħa, mistennija jiġu ttrattati wara li jkunu konklużi l-kumplament ta` l-appelli msemmija aktar `il fuq.", "ZEBBUĠ - TISWIJA TA' LAMPA", "13744.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11928, jista' l-Ministru jara li din il-lampa li ilha ma tixgħel għax aktar minn sena tiġi rranġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-lampa li għaliha qed issir riferenza tinsab fil-vicinanzi ta` kamra tan-nar f`Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ.", "Kemm din il-lampa kif ukoll il-linja ta` l-elettriku li tissuplixxiha kienu sofrew ħsara meta kienet splodiet l-imsemmija kamra tan-nar.", "Għaldaqstant il-korporazzjoni enemalta, għal raġunijiet ovvji, kienet kostretta li ssib post differenti fejn teħel din il-lampa.", "Naturalment meta dan il-post jiġi ddentifikat, isir ix-xogħol meħtieġ.", "MIMCOL/MGI LTD - SHAREHOLDING", "13766.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13284, jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar l-kumpanniji Malpro Ltd u Malprofuo Ltd bħal xi tip ta' operat għandhom, l-għanijiet għalfejn twaqqfu, kemm huwa t-turnover u kemm jħaddmu nies dawn il-kumpanniji li fihom l-MGI għandha shareholding?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "VRT - TESTIJIET", "13767.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-vetturi li diġa' sar l-VRT fuqhom sal-lum?", "Kemm kien hemm inġenji li weħlu mit-test?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12802.", "Iċ-ċifri għax-xahar ta` Jannar għadhom mhux magħrufa peress li l- operaturi tat-testing stations għandhom sa nofs ix-xahar ta` wara biex jibgħatu l-informazzjoni lid-dipartiment.", "Huma obbligati li jagħmlu dan sa nofs ix-xahar ta` wara.", "VRT", "13768.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-VRT test fuq l- ingenji tal-gvern?", "Kemm hemm ingenji li huma tal-gvern?", "X'tip ta' ngenji huma?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien nformat li l-vehicle roadworthiness test fuq l- inġenji tal-gvern isir bħal vetturi oħra jiġifieri meta jkun imisshom, skond ix-xahar tal-liċenzji.", "Il-gvern għandu `l fuq minn 1,500 vettura.", "Dawn huma ta` diversi tipi bħal karozzi, vannijiet, trakkijiet, gafef, eċċ.", "TABAKK", "13770.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati prodotti tat-tabakk dawn l-aħħar tliet snin 1997, 1998 u 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tali prodotti li fuqhom ma tħallas dazju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jidher hawn taħt:", "Prodotti tat-Tabakk impurtati fl-1997 - 1998 - 1999", "|Prodotti |1997 |1998 |1999 | |tat-Tabakk | | | | | |Lm |Lm |Lm | |Sigarri |189,1|158,3|148,37| | |06 |07 |8 | |Sigaretti |137,0|176,1|180,97| | |97 |65 |2 | |Tabakk |26,28|24,39|18,115| |tal-Pipa |6 |0 | | |Tabakk ieħor |3,839|4,088|4,674,| |immanufattura|,155 |,058 |434 | |t | | | | |Total għal |4,191|4,446|5,021,| |kull sena |,644 |,920 |899 |", "Prodotti maqbuda li fuqhom ma tħallasx dażju", "| |1997 |1998 |1999 | |Sigarett|232,900|986,040 |569,720| |i | | | |", "SHIPBUILDING - STRAY DOGS", "13771.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kellux complaints rigward stray dogs fix- Shipbuilding tal-Marsa, jew kienx b'xi mod involt bħala l-ministru responsabbli mill-ambjent fuq din il-problema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Ministru għall-Ambjent b'ebda mod ma kien involut f'din il-materja.", "WIED IL-GĦAJN: TORRI SAN TUMAS - RESTAWR", "13772.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr tat-Torri ta' San Tumas ġo Wied il-Għajn?", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix- xogħol u x'inhu ppjanat li jsir b'dan it-torri eventwalment?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li r-restawr tat-Torri ta' San Tumas hu maqsum f'erba' fażijiet.", "L-ewwel fażi hi kważi konkluża u kienet tikkonsisti fir-restawr tal-faċċata li tħares lejn in-Nofs in-Nhar.", "It-tieni fażi, dik tal-faċċata li tħares lejn il-Lvant, se jinbeda x-xogħol fuqha dan ix-xahar.", "Għad iridu jsiru l-preparazzjonijiet meħtieġa għar- restawr taż-żewġ faċċati l-oħra iktar tard din is-sena.", "Ix-xogħol jikkonsisti minn tiswija ta' ħsara fil-ġebel u bdil ta' travi u soqfa perikolużi fuq it-torrijiet.", "Għadu ma ġiex identifikat użu għat-torri.", "PULIZIJA - QTIL TA' KLIEB", "13773.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hijiex qed tinvestiga l-każ ta' qtil ta' klieb (The Malta Independent 3/2/2000, Times 2/2/2000, Times 3/2/2000) u jekk fl-affermattiv, jagħti informazzjoni fejn waslu tali investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-pulizija qed tinvestiga l-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant minkejja li ma kellha ebda rapport formali dwaru.", "SHIPBUILDING - KLIEB", "13774.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex \"jitneħħew\" 52, kelb mix-Shipbuilding tal-Marsa kif irrapportat fi gazzetti Maltin The Malta Independent 3/2/2000?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn in-nies li tqabbdu, jekk tħallsux u jekk tħallsu, kemm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ftit taż-żmien ilu, il-management tal-Malta Shipbuilding ħass il-bżonn li l-popolazzjoni tal-klieb li kienu jiggerrew f`dak il-post tiġi kkontrollata.", "In-numru kbir ta` klieb li kien hemm fit- tarzna kien qed ikun ta` periklu kemm għas-saħħa kif ukoll għas-sigurta` ta` l-istess ħaddiema u ta` nies ohra li kienu jżuru dan il-post.", "Barra minn hekk, nies mhux magħrufa, kienu ħadu d-drawwa li jħallu klieb wara l- bieb tat-tarzna bit-tama li l-ħaddiema jieħdu ħsiebhom.", "Meta xi xhur ilu l- Malta Shipbuilding talbet l-għajnuna ta` soċjeta` li tieħu ħsieb l- annimali, b`xorti ħażina ma setgħetx tgħin biex din il-problema tingħeleb.", "Għaldaqstant il-management ħa d-deċiżjoni biex in-numru ta` klieb fit- tarzna jitnaqqas.", "Sfortunatament din id-deċiżjoni ma ġietx esegwita b`mod għal kollox korrett.", "Numru ta` klieb ittieħdu f`postijiet miftuħa fejn setgħu jgħixu fil-liberta`.", "Din id-deċiżjoni, għalkemm meħuda b`intenzjoni tajba, setgħet ħolqot tbatija għal uhud minn dawn il-klieb u weggħet is- sentimenti ta` dawk li jħobbu l-annimali.", "Sabiex il-ħsara kkawżata minn dan l-inċident tittaffa, saru laqgħat ma` rappreżentanti tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-klieb li hemm fit-tarzna u ntlaħaq qbil fuq soluzzjoni umanitarja għal din il-problema.", "Il-management iltaqa` wkoll ma' rappreżentanti ta` l-Island Sanctuary ta` Marsaxlokk li wiegħdu l-għajnuna tagħhom fil-kura tal-ħafna klieb li fadal fit-tarzna.", "Min-naħa tagħha l-Malta Shipbuilding wiegħdet l-għajnuna tagħha biex din l- għaqda tkun tista` tagħti s-servizz tagħha lit-tarzna.", "Saru wkoll arranġamenti biex numru żgħir ta' ħaddiema jitħallew jidħlu fit-tarzna fi tmiem il-ġimgħa biex jitimgħu l-annimali.", "POSTA - PARCELS", "13775.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex n-nies tal-Belt Valletta ma jistgħux jirtiraw parcels mill-Posta meta mill-posta ta' bliet u rħula oħra jistgħu?", "Għaliex dawn iridu jmorru l-Marsa biex jirtiraw il-parcel post?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li għalissa, peress li l-Parcel Office jinsab il-Marsa, il-parcels iridu jiġu rtirati minn hemm.", "EDUKAZZJONI - MAINTENANCE GRANTS", "13776.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mindu twaqqaf il-bord li qed jieħu ħsieb il-maintenance grants ta' l- istudenti post-sekondarji u teżjarji kemm-il darba ltaqa'?", "Kemm iddeċieda dwar każijiet li kellu quddiemu b'talbiet minn studenti għal xi forma jew oħra ta' għajnuna?", "B'liema ammont ta' flus?", "Kemm għandu applikazzjonijiet pendenti quddiemu minn studenti?", "Meta qed jaħseb li jkun ikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KAROZZA", "13777.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid minn min tintuża l-karozza tal-gvern bin-numru li qed jintbagħat separatament?", "Għal-liema skopijiet u f'liema ħinijiet suppost tintuża?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-ebda karozza tal-gvern m'għandha dak in-numru msemmi.", "SPTAR SAN LUQA - EMERGENCY LAB - TESTIJIET", "13778.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il test isiru kull 24 siegħa fl-Emergency Lab ta' l- iSptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor joħorġu kuljum ambulanzi mill-Isptar San Luqa?", "Kemm minnhom ikollhom porter?", "Kemm imutu nies kull sena fl-iSptar San Luqa?", "Kemm jiġu admitted nies ġos-swali mill-Casualty Department?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-laboratorju ta' l-emerġenza jsiru madwar 1900 test kull 24 siegħa.", "Ikun hemm madwar 133 servizz ta' ambulanza kuljum.", "Ma' kull ambulanza jkun hemm porter.", "Matul l-1998 mietu 1518-il persuna fl-Isptar San Luqa.", "Il-figura proviżorja għall-1999 hija ta' 1506.", "In-numru ta' admissions fis-swali mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għas- sena 1999 kienu:-", "|Kirurġij|8,053 | |a | | |Mediċina|11,894 | |Pedjatri|1,523 | |ja | |", "NAXXAR - TRIQ IL-ĦANNEWIJA", "13779.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Wara li l-Ministru jikkonsulta mar-Roads Department jista' jara meta se ssir it-Triq il-Ħannewija, Naxxar li għalkemm hi abitata b'diversi residenti li ilhom żmien joqogħdu hemm, għadha aktar tixbaħ wiċċ il-qamar milli triq ta' pajjiż li qed jaspira li jkun fl-Unjoni Ewropea?", "Meta hu maħsub li ssir din it-triq?", "Kemm hu stmat li tiġi tiswa?", "Għaliex s'issa anqas biss għad hemm is-servizzi ta' utilities?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq ġiet spezzjonata u l- iżvilupp tagħha għadu lura ħafna.", "ĦITAN TAS-SEJJIEĦ - TINDIF", "13783.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998, liema kienu dawk l-areas li fihom saret tindifa tal-ħitan tas-sejjieħ minn tankijiet msadda u oġġett oħra, madwar Malta u Għawdex?", "Kemm huwa stmat li tneħħew minn dan il-materjal?", "X'qed isir minnu?", "Kemm tressqu nies il-qorti jew ġew imħarrka għaliex ma neħħewx materjal bħal dan minn fuq il-ħitan tas-sejjiħ f'dan i-perjodu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn Settembru 1998 kien hemm diversi areas minn fejn tneħħew xi tankijiet imsadda u oġġetti oħra minn Malta.", "Pero' l-areas li spikkaw l-aktar kienu s-Siġġiewi, Mġarr, Kirkop, Iklin, Fgura u limiti ta' Raħal Ġdid/Luqa.", "Huwa stmat li tneħħew madwar erba' mitt oġġett, l-aktar tankijiet imsadda.", "Dawn ġew mgħoddija lill-kuntrattur li qiegħed jgħaffiġhom bil- compactor.", "Ma jirriżultax li tressqu nies il-Qorti jew ġew imħarrka għaliex ma neħħewx materjal bħal dan minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ f'dan il-perjodu.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ - SCIENTIFIC OFFICER", "13784.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Fl- isfond tad-diżgrazzja li grat fiċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampunji mis-Scientic Officer tad-Dipartiment tad-Drenaġġ matul dawn l-aħħar 13-il xahar biex jissorvelja għal perikli li huma esposti għalihom ħaddiema bħal dawk li diżgrazzjatament tilfu ħajjithom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s'issa ma kienx fil- kompitu tas-scientific officer tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li jagħmel xogħol ta' health and safety.", "DRENAĠĠ - SUSTANZI", "13785.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi legali f'dawn l-aħħar 13-il xahar kontra nies li jbattlu ċertu sustanzi fid-drenaġġ kontra l-liġi ta' l-1993?", "X'passi qed jittieħdu kontra dawk il-lukandi jew stabbilimenti oħra li jitfgħu ilma mielaħ tal-baħar fid-drenaġġ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kull meta ġew identifikati xi abbużi, s-sid jew l-operatur ġie mġiegħel jirranġa n-nuqqas li kellu fi żmien raġonevoli u jekk dan ma setax isir l-operatur ingħata l-fakulta' li jidħol fi ftehim volontarju bl-avukat tiegħu fejn intrabat li jagħmel ix-xogħol meħtieġ fi żmien kif ġie miftiehem.", "Dan id-dipartiment ma joħroġ l-ebda permess biex jintuża l-ilma mielaħ tal- baħar bħala second class water.", "MAGĦTAB - SKART PERIKOLUŻ", "13786.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Biex tiġi evitata xi diżgrazzja minnn xi splużjoni ta' gass, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu matul l-aħħar sena, sabiex ma jiġix mormi skart perikoluż fil-Magħtab?", "X'tip ta' sorveljanza qed issir biex materjal ta' dan it-tip ma jitremix hemm?", "Kemm ittieħdu passi legali kontra nies li nqabdu jarmu skart tossiku, mħallat ma' skart ieħor mingħajr permess f'din il-miżbla, jew f'postijiet oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-preżent, il-Magħtab hi s-sit fejn jintrema' l-parti l-kbira ta' l-iskart perikoluż.", "Produtturi ta' skart perikoluż jenħtieġu li jinformaw id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent b'dan.", "Dan id-dipartiment jinforma d- dipartiment li jopera l-Magħtab biex dan jieħu l-miżuri neċessarji skond il- każ.", "Ma kienx hemm każi ta' persuni li nqabdu jħalltu skart tossiku ma' skart ieħor.", "SPTAR SAN LUQA - SECURITY OFFICERS", "13788.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-security officers fl-isptarijiet jistgħux jintużaw ħalli jassiguraw l-ordni fil-parking tal-vetturi peress li bħalissa teżisti anarkija sħiħa b'mod partikolari fl-iSptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-security guards fl-isptarijiet jieħdu ħsieb li l- parking tal-vetturi jsir bl-ordni.", "Ma jirriżultax li hemm xi tip ta' \"anarkija'' kif qiegħed jallega l-Onor.", "Membru.", "ŻABBAR - LIBRERIJA PUBBLIKA", "13789.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-librerija pubblika f'Ħaż- Żabbar qabel din għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-kunsill lokali, bħal per eżempju, numru ta' kotba għat-tfal, għall-kbar, b'liema lingwi u informazzjoni ta' interess għal pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qabel ma' l-Librerija Pubblika f'Ħaż- Żabbar għaddiet f'idejn it-tmexxija tal-kunsill lokali, kien hemm 4463 ktieb li minnhom 2755 kienu kotba għall-adulti u 1708 kotba għat-tfal.", "Dawn il-kotba kienu bil-Malti, Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż.", "L- ammonti ta' kotba b'kull ilsien imsemmi kienu kif ġej:", "|Malti |1578 | |Ingliż |2847 | |Franċiż |25 | |Taljan |10 | |Ġermaniż |3 |", "Informat ukoll li s-self ta' kotba minn din il-librerija fl-1999 laħħaq l- 14,179, jiġifieri żieda ta' 3479 ktieb fuq l-1998.", "Fl-aħħarnett informat li bħalissa fil-librerija ta' Ħaż-Żabbar qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex din tiġi komputerizzata.", "Il-hardware diġa' ġie nstallat u qed tiddaħħal l-informazzjoni bibljografika tal-materjal kollu li hemm fil-librerija sabiex jiġi kompilat katalogu elettroniku.", "KORDIN - ĠIBJUN - LEAKAGES", "13798.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13491?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li ma jidher li hemm ebda ħsarat fin- network ta` madwar il-gibjuni msemmija.", "Tajjeb jingħad li bħalissa l- gibjuni ta` Kordin li, effettivament huma tnejn, huma battala biex issirilhom manutenzjoni estensiva.", "MEU - ASSOCIATE CONSULTANT", "13800.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu s-salary scale għal associate consultant li qed tirreklama li trid timpjega bħalissa l-Management Efficiency Unit?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fil-każ tal-pożizzjoni ta' associate consultant mal-Management Efficiency Unit m'hemmx salary scale iżda band ta' salarji.", "Skond il-kompetenza u l-esperjenza tal-persuna magħżula jkun miftiehem salarju fl-aħħar stadju tan-negozjati tal-kuntratt.", "TRAFFIC CONTROL BOARD - VIBES", "13801.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li jpoġġi talba lit-traffic control board sabiex fil-viċinanza tal-Vibes isiru xi forma ta' prekawzjonijiet, kemm għat-traffiku kif ukoll għall-pubbliku, sabiex jiġi assigurat safe crossing min-naħa għal oħra ta' din it-triq traffikuża?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lill- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.", "B'KARA - TRIQ SANTA RITA - TOROQ", "13802.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi din is-sena jaħbat iċ-ċentinarju ta' Santa Rita, jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex Triq Santa Rita, Birkirkara, tiġi rranġata billi l-pelligrinaġġ ta' Santa Rita se jgħaddi minn din it- triq u barra minn hekk meta tagħmel ix-xita din it-triq tkun ta' inkonvenjent għar-residenti u dawk li jużaw din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għal offerti biex jinbeda x-xogħol f'dawn it-toroq.", "B'KARA: TAL-QATTUS - TOROQ", "13803.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex it-toroq f'Tal-Qattus, Birkirkara, jiġu rranġati billi, kif naħseb li jaf hu stess, it-toroq f'dan l-estate, speċjalment Triq Dr Paul Borg Olivier, jinsabu fi stat diżastruż?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' ħa passi biex jipprepara s-schedules tax-xogħol li jrid isir f'toroq ġodda f'din l-area, u t-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant qegħdha nkluża ma' dawn it-toroq.", "SPTAR MONTE CARMELI - SERQ TA' SIMENT/LUMINATI", "13804.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13307, jista'l-Ministru jwieġeb il- mistoqsija in konnessjoni mar-rapport li deher fil-ħarġa ta' l-\"KullĦadd\" tad-9 ta' Frar, 2000 li diġa' rċieva kopja tagħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l-KullĦadd ma ħarġitx fid- 9 ta' Frar, 2000.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - RAPPORTI", "13805.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti/rapporti li għadhom pendenti quddiem id-dipartiment tal-konsumatur?", "Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn ir-rapporti u kemm hemm personnel mad-dipartiment li jieħdu ħsieb l- investigazzjoni ta'dawn ir-rapporti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li sad-9 ta` dan ix-xahar kien hemm sebgħin ilment pendenti quddiem id-Dipartiment ghall-Affarijiet tal- Konsumatur.", "Minn dawn l-ilmenti, tnejn ilhom pendenti mill-1998, 43 mill- 1999 u 25 mis-sena kurrenti.", "Fil-prezent id-dipartiment ghandu tmien impjegati konnessi ma` l- investigazzjoni ta` l-ilmenti.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "13806.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jintervjeni fil-każ ta' persuna anzjana li l-partikolaritajiet tal- każ qed jintbagħtu separatament u li għandha bżonn operazzjoni u għad m'għandhiex appuntament u tinsab miġugħha ħafna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif diġa' għedt f'risposti preċedenti, dan l-aħħar inġibditli l-attenzjoni mil-legal advisor biex informazzjoni tingħata biss, jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda, tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub.", "Il-kunsens irid jispeċifika liema informazzjoni għandha tingħata.", "Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi mad-domanda.", "DJAR - PROBLEMI B'ILMA", "13807.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni fuq post, li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li qiegħed ikun hemm problema bl-ilma jqattar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "RAĦAL ĠDID - TELEPHONE BOX", "13808.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir telephone box fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, minħabba li hija ta' bżonn għal numru ta' ħaddiema tat-tarzna u residenti ta' dik l-area?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "VAT - REFUND", "13809.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħat separatament, tingħata refund tal-VAT wara xiri ta' van għal persuna b'diżabilita'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant qed tiġi pproċessata.", "BORMLA: TRIQ HANOVER - XOGĦLIJIET", "13810.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numru 13616?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li x-xogħol tat-tħaffir u tqegħid ta` kanen fi Triq Hannover, Bormla beda fl-aħħar ġimgħa ta` Jannar li għadda.", "Fl-ewwel ġimgħa ta` dan ix-xahar sar il-pressure testing u d-disinfezzjoni tal-kanen il-ġodda u fit-tieni ġimgħa bdew jitqabbdu s-servizzi tad-djar mal-kanen ġodda.", "Din hija l-proċedura normali f`dan it-tip ta` xogħol.", "GĦAQDIET KULTURALI - KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI", "13811.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11934 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1999 u li għadu ma tax tweġiba għaliha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 11934 li ingħatat f'Seduta Nru. 216.", "SAĦĦA - PRINCIPAL RADIOGRAPHER", "13812.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi f'Ottubru ta' l-1999 saru interviews għal post ta' principal radiographer u għaddew ħamsa u billi s'issa saru biss tnejn, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tlieta l-oħra li għaddew isiru kif qed jitolbu l-UĦH u l-GWU u d-direttur ġenerali?", "Billi jidher li hemm post u vacancies għalihom, hemm il-ħsieb li dawn isiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond il-Manpower Plan tad-Diviżjoni tas-Saħħa, inħatru żewġ Principal Radiographers.", "Bħalissa m'hemmx vakanzi aktar f'dan il-grad.", "Qed isiru diskussjonijiet mal-unions kkonċernati biex jintlaħaq ftehim dwar xi żieda ta' postijiet fil-gradi paramediċi, nkluż dak ta' principal radiographer.", "ZABBAR - TRIQ LABOUR - DAWL", "13814.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-Enemalta tinvestiga għaliex il-vultaġġ fi Triq Labour, Zabbar, qed jitbaxxa għal-livell ta' 180- 190 volts meta jien informat li għandu jkun 250 volts, bil-konsegwenza li qed isiru ħsarat f'apparat elettroniku?", "Possibbli jsiru investigazzjonijiet u din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata bla dewmien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi stabbilit x`qed jikkawża l-waqgħa fil- vultaġġ u eventwalment jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex is-sitwazzjoni tiġi rranġata.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KONSULENTI", "13815.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13128 li hija ta' importanza biex jintwera kif u b'liema serjeta' qed jitmexxew is-servizzi tas-saħħa llum?", "Jista' jirrispondi l-mistoqsija kollha billi nħoss li hija ta' interess għal membri tal-Kamra u tal-poplu kollu?", "Jista' jara li ħadd ma jevadi l-konsegwenzi ta' din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 13479.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "13816.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min mar jiżbogħ id-double lines f'parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun, meta marru u fuq struzzjonijiet ta' min?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li f`Diċembru li għadda l-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku rċieva talba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex isiru d-double yellow lines li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Fit-18 ta` Jannar, 2000 uffiċjali tal-bord marru fil-post biex jikkonsidraw it-talba u sabu li l-linji kienu diġa miżbugħa.", "Il-bord mhux f`pożizzjoni li jgħid min zebgħah il-linji in kwestjoni.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-MAĦSEL - TARMAC", "13817.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata u tingħata t-tarmac Triq il-Maħsel, Wied il-Għajn?", "Kemm-il triq ġiet asfaltata u/jew irranġata f'Wied il-Għajn minn wara l- aħħar elezzjoni u kemm intnefqu flus fl-istess perjodu fuq toroq f'Wied il- Għajn?", "Liema toroq se jsiru tul s-sena 2000 f'Wied il-Għajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq il-Maħsel ġiet spezzjonata flimkien ma` toroq li hemm bżonn jiġu asfaltati f`Wied il-Għajn.", "Diġa' ħarġu sejħiet għal offerti għal xogħlijiet f`diversi toroq li fil- każ ta` Triq il-Menħir diġa' tqabbad kuntrattur għaliha.", "Peress li x- xogħol għadu qiegħed jiġi ppjanat mhux possibbli li għalissa tingħata l- informazzjoni dwar kemm il-triq se tiġi asfaltata din is-sena f`Wied il- Għajn.", "Ninsab informat li d-Dipartiment tat-Toroq m'għamilx toroq f`Wied il- Għajn mill-elezzjoni `l hawn, iżda peress li kien hemm xogħol mill- Ministeru ta` l-Ambjent bħala parti mix-xogħol ta` l-`Embellishment`, l- Onor. interpellant hu mitlub jirriferi din il-parti tal-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.", "VAPUR CHIOS", "13824.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi precautions qed jittieħdu għal possibbilta' li l-vapur Chios jegħreq u joħroġ iż-żejt u d-diesel fil- baħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita` Marittima qed tieħu l- passi neċessarji biex tiddisponi mill-vapur.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI", "13825.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' l-allokazzjoni tal-fondi lill-kunsilli lokali għas-snin 1999 u 2000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13719.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "13826.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il- persuna li applikat u ġiet reġistrata bin-numru 12520 mad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali u li hija ħandikappata, għadha ma ġietx mogħtija akkomodazzjoni u dan meta l-applikazzjoni ġiet intavolata fis-sena 1995?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn fil-każ ta' din il- persuna anqas l-inspection għadha ma saret?", "Jista' jgħid għalfejn dan il-każ ma ġiex ittrattat bl-urġenza li ġew biha ttrattati każi oħra li nqdew fi ftit ġranet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni qed tkun ikkonsidrata flimkien ma' dawk l-oħra li iridu pjan terran fil-Birgu biss.", "NAXXAR - DRENAĠĠ", "13827.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2666, jista' l- Ministru jgħidilna fiex waslu x-xogħlijiet ta' drenaġġ u ta' surfacing fi Triq Andrea Debono, in-Naxxar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li wara li sar studju biex isir id-drenaġġ f'dawn l-inħawi nstab li din it-triq tifforma parti minn numru ta' toroq li s-sistema tad-drenaġġ tagħhom iridu jaqgħu ġo pumping station.", "Dan ifisser li din hija skema ta' extensions ta' drenaġġ mhux normali.", "Rigward il-pumping station, ittieħdu proċeduri biex tiġi esproprjata l-art fejn se ssir din il-pompa.", "Qegħdin jittieħdu passi wkoll biex tinħareġ offerta għal dawn l-estensjonijiet.", "Rigward xogħol ta' surfacing ta' l-istess triq, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13828.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 15959: meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t- talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13829.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 14447: meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t- talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13830.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 16151: meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t- talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13831.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni numru 14362: meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; kemm kellha punti; u x'kienet ir-raġuni wara t- talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament konfidenzjali.", "KUMITATI GĦAR-RIABILITAZZJONI", "13837.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'pagi u f'allowances iċ-chairpersons, il-membri u l-kordinaturi tal-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u Imdina f'dawn l-aħħar ħames snin (jew inkella minn meta ġew iffurmati fil-każ ta' dawk li m'ilhomx ħames snin)?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-unika persuna li titħallas huwa l-Kordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project, Cottonera Rehabilitation Project u ta' l-Imdina Rehabilitation Project.", "Din il-persuna tħallset hekk:", "Sena Salarju Allowance Lm Lm --------------------------------------------------- 1995 5,774.254 9.75 1996 5,822.998 26.00 1997 5,910.752 20.58 1998 5,798.004 220.00 (Inc. Bonuses & Collective Agreement) 1999 5,889.000 623.00 (Inc. Bonuses & Collective Agreement)", "SKEJJEL - SKOLA TAR-RESTAWR", "13838.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskola tar-restawr?", "Jista' jgħid kemm kien hemm applikanti biex jidħlu f'din l-iskola?", "Jista' jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu l-istudenti li hemm illum?", "Jista' jgħid kemm hemm għalliema fl-istess skola?", "Kemm kien hemm applikanti biex jgħallmu f'din l-iskola?", "Fuq liema kriterji ntgħażlu l-għalliema li hemm illum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Waqt li nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlametari 11107, 10965, 10416, 11565 u 11541, informat ukoll li bħalissa hemm:-", "a) 16-il studenti isegwu l-kors ta' erba' snin li jwassal għad-degree fil- Conservation and Restoration Studies", "b) 60 studenti li qegħdin jagħmlu l-kors preparatorju għall-eżamijiet tad- dħul li jmiss.", "Kulmin applika għall-kors preparatorju kien aċċettat.", "SKEJJEL - TFAJLIET PREGNANT", "13839.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti tfajliet li qegħdin jistennew tarbija, skond l-iSchoolgirl Mother's Unit huwa n-numru ta' dawk li għamlu kuntatt jew li ġew riferuti għal din il-unit.", "In-numru ta' studenti taħt is-16-il sena huwa ta' 10.", "In-numru ta' studenti li jattendu skejjel post-sekondarji bejn is-16-il sena u t-18-il sena huwa ta' 6.", "In-numru ta' tfajliet bejn is-16-il sena u t-18-il sena li waqfu mill- iskola jew mix-xogħol huwa ta' 22.", "WIED IL-GĦAJN - DAWL", "13840.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex il-familji li joqogħdu fi Triq ta' l-Għargħar, Wied il-Għajn, għadhom mingħajr bozza wara li dawn marru jilmentaw bosta drabi - kien hemm anke inċidenti minħabba li din l-area tinsab fi dlam ċappa - mal-kunsill lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta` l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ, u jekk ikun il-każ, jittieħdu l-passi meħtieġa.", "RAĦAL ĠDID/FGURA - TINDIF", "13846.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13407?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fil-programm ta` xogħlijiet għal din is-sena li fasslet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, m`hemmx inklużi x-xogħlijiet imsemmija fil-mistoqsija.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - REVIŻJONI TA' KERA", "13852.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kera biex jingħata s-sussidju lill-persuna li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija parlamentari u li tinsab tgħix bl-assistenza soċjali u għandha tliet itfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-persuna indikata imissha issirilha reviżżjoni tas-sussidju tal-kera f'Ġunju li ġej u dan jinħadem fuq id-dħul tagħha matul l-1999.", "PERSUNI B'INVALIDITA'", "13860.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tgħaddi bord mediku fuq bażi ta' invalidita' permanenti, x'miżuri jieħu d- dipartiment sabiex kull liċenzja li jista' jkollha dik il-persuna ma tibqax aktar valida?", "Kemm inqabdu persuni mill-ispettorat tad-dipartiment fis- snin 1998 u 1999 li kienu qed jaħdmu waqt li kienu ġew boarded out indefinittivament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma l-Onor.", "Membru li l-pussess ta' xi liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex tmexxi kummerċ jew negozju ma ttellifx id-dritt ta' persuna għal Pensjoni ta' l-Invalidita', sakemm dik il-persuna li tkun intitolata għal-Pensjoni għal-Invalidita' ma tkunx qed tagħmel xogħol bi qliegħ permezz ta' din il-liċenzja.", "Biex ma jiġix duplikat xogħol, fejn ikun jinħtieġ investigazzjoni dwar xogħol li jkunu qed jagħmlu persuni waqt li jkunu jirċievu Pensjoni ta' l- Invalidita', din issir mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq talba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Kemm-il darba persuna tinstab li qegħda taħdem waqt li tirċievi l- Pensjoni ta' l-Invalidita', il-pensjoni titwaqqaf minnufih u l-ħlas li jkun sar żejjed jintalab mill-persuna kkonċernata.", "Id-dipartiment ma jżommx statistika ta' kemm twaqqfu pensjonijiet minħabba r-raġuni msemmija.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13861.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tista' tagħmel persuna li għalkemm hi sid ta' darha mhijiex f'pożizzjoni finanzjarja li tagħmel it-tiswijiet neċessarji u se tispiċċa bis-saqaf jaqa' fuqha?", "Jaf il-Ministru li din il-persuna lanqas biss tista' tapplika għal akkomodazzjoni alternattiva, peress li hija sid tal- proprjeta' u se jkollha tibqa' f'din id-dar li tinsab fi stat perikoluż bil- perikoli kollha li dan iġib miegħu?", "Dettalji ta' din il-persuna qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna indikata tista' tapplika taħt l-iskema 2 ta' l-Awtorita' tad-Djar fejn tkun tista' tibbenefika minn għotja sa Lm1800 u self sussidjat sa Lm4000 biex tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji.", "ŻEBBUĠ - SPEZZJONIJIET TA' IRZIEZET", "13868.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fil-farms fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ mill-health inspectors tal-lokal?", "F'liema dati saru matul is-snin 1998 u 1999 u Jannar 2000?", "X'inhuma l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn il-farms?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġejt informat li matul iż-żmien indikat saru b'kollox 26 spezzjoni f'diversi rziezet wara xi lment.", "Minn dawn 11 saru fl-1998, 12 saru fl-1999 u 3 saru f'Jannar 2000.", "Il-parti l-kbira ta' dawn l-ilmenti kienu jirrigwardjaw problemi tad- drenaġġ.", "Ħafna minn dawn l-ilmenti ma kienux ġustifikati waqt li f'każi oħra sar ix-xogħol biex jitneħħa l-inkonvenjent.", "L-areas ta' Wied Qirda, Wied il-Baqqiegħa u Wied il-Kandlora, fejn jinstabu l-akbar numru ta' rziezet jiġu spezzjonati regolarment bħala rutina u partikolarment minħabba xi żbroff ta' drenaġġ mill-fosos ta' dawn l-irziezet.", "Spetturi tas-Saħħa jagħmlu spezzjonijiet ta' rutina fl-irziezet tal- bhejjem tal-ħalib billi dawn jiġu liċenzjati mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Rigward l-irziezet tal-majjali dawn huma liċenzjati mid-Dipartiment tal- Agrikoltura, u għaldaqstant spezzjonijiet isiru minn uffiċjali ta' dan id- dipartiment.", "ŻEBBUĠ - FARMS", "13869.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' farms li huma stabbiliti f'Ħaż-Żebbuġ li huma reġistrati mad-dipartiment ta' l- agrikoltura?", "Għal liema operat dawn il-farms huma liċenzjati?", "F'liema areas jinsabu u x'inhu l-indirizz uffiċjali (jew isem) ta'kull farm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Tlabt lil uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħi biex jiġbru l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "Kif tinġabar ngħaddihilu.", "KOTTONERA - KUMPLESS SPORTIV", "13871.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li ftit ilu l-Ministru qal li beda l-proġett tal-kumpless sportiv fil-Kottonera, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li d-disinn finali lanqas għadu wasal fuq il- mejda tiegħi m'iniex f'pożizzjoni inpoġġi d-dokument fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DRENAĠĠ - BINI TA' KAMRA", "13881.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa biex tinbena kamra għal pompi tad-drenaġġ bis- sump u l-pompi nklużi?", "Xi kemm qed ikun il-konsum tad-dawl li jintuża f'kamra tad-drenaġġ bħal dik fuq imsemmija?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Biex l-Onor.", "Interpellant ikun jaf kemm tiswa kamra għall-pompi tad-drenaġġ, bis-sump u l-pompi nklużi, jrid jagħti indikazzjoni ta' kemm trid tkun kbira din il-kamra u x'volum ta' drenaġġ trid tkopri.", "Mingħajr dawn id-dettalji, huwa mpossibbli biex wieħed joħroġ stima għax il-prezz jista' jvarja minn ftit eluf għal eluf kbar skond id- daqs tal-pumping station.", "PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP", "13882.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija li marru jagħtu d-demm matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar?", "Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar fil-korp tal-pulizija ġew introdotti miżuri ġodda ma' dawk il-membri li jagħtu d-demm, cioe' li jingħataw permess biss jekk ikunu first watch biss?", "X'effetti qed iħallu miżuri bħal dawn fuq l-għoti tad-demm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kull meta l-Korp tal-Pulizija jiġi nformat li jkun meħtieġ id-demm, jiġu notifikati l-għasses u s-sezzjonijiet kollha tal-Pulizija, sabiex min ikun jista` jmur jagħti d-demm.", "Din il- proċedura ilha tkun segwita u ma ġietx midbula.", "Ninsab informat ukoll li ma tinżammx statistika dwar kemm-il darba membri tal-Korp imorru jagħtu d- demm.", "DJAR - BORD TAL-KERA", "13883.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l- membri fuq il-bord li kien twaqqaf fi żmien amministrazzjoni Laburista dwar il-kera?", "Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord?", "X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "TILWIEM INDUSTRIJALI", "13884.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwiem industrijali, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tilwim industrijali, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kienu kif ġej:", "|1989 |68 | |1990 |66 | |1991 |54 | |1992 |43 | |1993 |75 | |1994 |70 | |1995 |61 | |1996 |46 | |1997 |60 | |1998 |72 | |1999 |92 |", "ETC - IMPJEGATI", "13885.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha ta' l-ETC?", "Jista' jgħid x'inhi l- paga ta' kull ħaddiem u x'inhuma l-fringe benefits?", "Jista' jgħid liema huma dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu fl-ETC mill-5/9/98 'il hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru trid ċertu żmien sabiex tinġabar u għalhekk.", "Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJIEGI", "13886.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tilfu xogħlhom mill-5/9/98 'il hawn?", "Jista' jispeċifika f'liema settur kienu jaħdmu dawn il-ħaddiema qabel ma tilfu xogħlhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella ta' kemm ħaddiema tilfu xogħlhom xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa tmiem Diċembru 1999 maqsumin f'setturi kif mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li din l-istatistika trid tinqara fid-dawl ta' kemm persuni oħra sabu mpjieg fis-setturi konċernati kif ukoll man-numru sostanzjali ta' impjiegi ġodda li nħolqu fis-settur privat matul il-perijodu minn Settembru 1998 sa Diċembru 1999.", "Parti minn din it-tweġiba kienet diġa' ġiet imwieġba fil-mistoqsija parlamentari numru 7561.", "DJAR - KAŻ TA' RICCARDO CESARE", "13887.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 13113 fejn ġie mistoqsi x'kienu d- diffikultajiet li kellu l-Gvern Nazzjonalista meta ddeċieda li ma jwaqqgħax il-blokki ta' flats fejn kien joqgħod is-Sur Riccardo Cesare fil-Furjana?", "Jista' jgħidilna file number ta' dawk l-inkwilini li kienu jgħixu f'dan il- blokk u li rrifjutaw post alternattiv?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - KOPERATTIVI", "13888.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħaddiem, f'xi dipartimenti, li wrew ix-xewqa li jiffurmaw koperattivi bejniethom?", "Jista' jgħid minn liema dipartimenti ġew u jekk it- talba tagħhom ġietx aċċettata?", "Liema servizz xtaqu joffru permezz tal- koperattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lil-Onor.", "Interpellant li bħalissa jeżistu tliet koperattivi reġistrati tal-Gvern,", "Dawn huma:", "1.", "Koperattiva tat-Tabelli u Sinjali tat-Traffiku 2.", "Koperattiva tal-Mastrudaxxi", "(Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Servizzi u Manutenzjoni)", "3.", "Koperattiva linen service Soċjeta' Limitata", "(Din il-koperattiva taqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa)", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li hemm talba mid-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni li bħalissa d-diskussjonijiet jinsabu fi proċess avvanzat, kif ukoll jeżisti proċess ieħor fi stat preliminari mad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura."]} {"filename": "20000714_347d_par.doc", "date": "2000-07-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 347 Il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 347", "Il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.10 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "347", "Il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 208", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 208", "TQEGĦID TA' KARTI 212", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAWTORIZZA LILL-GVERN BIEX JIRRATIFIKA L-FTEHIM BEJN IL-GVERN TA' MALTA U L-GVERN TA' L-ORDNI SOVRAN OSPITALIER TA' SAN ĠWANN TA' ĠERUSALEMM, TA' RODI U TA' MALTA MAGĦMUL F'MALTA NHAR IL-ĦAMSA TA' DIĊEMBRU 1998, U BIEX JAGĦMEL GĦALL-ĦWEJJEĠ KONSEGWENTI U ANĊILLARI GĦALIH (L-EWWEL QARI) 213 ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI (L-EWWEL QARI) 214", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI) CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 214", "AĠĠORNAMENT 230", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 234", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 346 li saret fit-12 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet rapport mingħand l-Ombudsman dwar it-trattament ta' immigrant detainees, liema rapport se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UE - PROGRAMMI SOCRATES U LEONARDO", "17731.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi strutturi operattivi jeżistu biex Malta tipproċessa u ssegwi l-applikazzjonijiet ta' studenti u żgħażagħ Ewropej biex jieħdu sehem fil-programmi Socrates u Leonardo billi jqattgħu żmien jistudjaw f'Malta?", "Kemm hemm nies jaħdmu f'dawn l- istrutturi?", "X'inhija l-funzjoni ta' kull persuni?", "X'inhuma l-ħlasijiet ta' pagi u spejjeż oħra ta' dawn l-istrutturi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-proċess ta' aċċetazzjoni ta' l-istudenti Ewropej li jiġu Malta fuq Erasmus-Socrates jinħadem mill-universitajiet Ewropej.", "L-Universita` ta' Malta toffri placement fil-korsijiet tagħha premezz tas-Socrates office.", "Is-Socrates office jaħdem permezz ta' żewġ graduate trainees, imħarrġa mis-Socrates TAO ġewwa Brussels, u jaħdem b'fondi li jingħata mill- Universita` ta' Malta li jiġu mill-institutional contract mal-Kummissjoni Ewropea.", "UE - PROGRAMM SOCRATES", "17732.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena akkademika 2000/2001 f'liema semester se jkunu jistgħu jieħdu sehem studenti universitarji fil-programm edukattiv Socrates ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kemm hemm studenti Maltin li s'issa wrew interess u applikaw biex jieħdu sehem f'Socrates?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti universitarji jistgħu jieħdu sehem minn Ottubru tas-sena 2000.", "Minħabba l-proċeduri tal-kummissjoni huwa aktar għaqli li l-istudenti Maltin jattendu fit-tieni semestru.", "'Il fuq minn 300 student applikaw għall-partijiet l-oħra tas-Socrates.", "UE - PROGRAMM SOCRATES", "17733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid s'issa l-Universita' ta' Malta kemm irċeviet talbiet u turija ta' interess minn studenti ta' universitajiet mill-Unjoni Ewropea biex jiġu Malta skond l-iskema tal- programm Socrates?", "Kemm tat risposti s'issa l-Universita' ta' Malta lill- istudenti universitarji Ewropej li jixtiequ jagħmlu semester hawn li jibda f'Ottubru 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` ta' Malta hi fost it-42 membru li jappartjenu għas-Santander group u l-Utrecht network.", "Mingħand dawn l-universita` irċeviet 96 talba biex tikkopera bħala partner fil- programm Socrates.", "It-technical assistance office ta' Brussels jista' jvarja dan in-numru.", "Il-policy ta' l-Universita` ta' Malta hija dik ta' balanced mobility.", "Meta d-direttorat ta' l-edukazzjoni u kultura ta' l-Unjoni Ewropea jagħti l-go-ahead, jiġu mgħarrfa l-istudenti Ewropej li ġejjin Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kif u għaliex in-numru jista' jvarja?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'din il-parti ta' dan il-programm għandek it- technical assistance office li jeżamina l-applikazzjonijiet li jkunu qed isiru għal dan l-iskop u jista' jagħti l-każ li t-talbiet li jkunu qed isiru jew iżidhom jew inaqqashom.", "ĊENTRU GĦAR-RESTAWR - INFIQ", "17756.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' nfiq u lil min sar il-ħlas mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu b'mod dirett jew indirett b'risq iċ-ċentru għar-restawr għall- perijodu mill-10 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'inhu antiċipat li tkun in-nefqa mill-istess ministeru jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fil-perijodu bejn l-1 ta' Lulju, 2000 u l-31 ta' Diċembru, 2000?", "Jista' jgħid x'commitments finanzjarji dawn għandhom b'risq l-istess ċentru li s'issa għadhom ma tħallsux jew inkella tħallsu biss partijiet minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi vverifikat u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRU GĦAR-RESTAWR - SAFETY SHOES", "17757.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li toħroġ sejħa għal kwotazzjonijiet fil-Gazzetta tal- Gvern tal-15 ta' Ottubru, 1999 għall-provvista ta' żraben għas-sigurta' taċ- ċentru Malti għar-restawr?", "Kemm hu antiċipat li tkun din in-nefqa?", "Kemm se jinxtraw żraben u mil-liema cost-centre u vot sejrin jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "11548.", "MUŻEWIJIET - PERITI", "17758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il- kunjom, l-indirizz u kopji tal-curriculum vitae ta' l-applikanti li applikaw għall-post ta' perit jew perit junior fid-dipartiment tal- mużewijiet, kif ukoll jgħid minn min sejjer ikun kompost il-bord ta' l- għażla filwaqt li jagħti d-dati li fihom sejrin isiru l-interviews għal dan il-post?", "B'riferenza għall-istess dipartiment, jista' jagħti struttura organizzattiva li fiha sejjer jaħdem l-istess perit jew perit junior, kif ukoll jgħid liema postijiet f'din l-istruttura huma diġa' mimlija u għal liema postijiet id-dipartiment jonqsu joħroġ sejħiet għal applikazzjoni biex jintlaħaq il-full complement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li diġa' tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "11549.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mit-tweġiba li qed jirriferi għaliha l- Ministru għandi nifhem li ma teżistix l-informazzjoni li ntalbet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-mistoqsija li għandi llum hija identika għal mistoqsija nru.", "11549 li saret fis-17 ta' Novembru, 1999 u li għaliha tajt l-informazzjoni mitluba fis-seduta nru.", "191.", "LANDSCAPING", "17883.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-programm ta' landscaping għas- sitt xhur li ġejjin għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fosthom ir-Rabat, il- Mosta, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, il-Qawra, Buġibba, in-Naxxar, l- Imġarr u l-Imtarfa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ninforma lill- Onor. Interpellant illi l-programm ta' landscaping ma jsirx għan-naħa ta' fuq biss imma jsir għal Malta kollha.", "Pero' ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat mit-taqsima ta' l-urban and rural landscaping illi għadu ma tfassalx il-programm għas-sitt xhur li ġejjin għax dan jiddependi fuq kemm xitel, arbuxelli u siġar jibqgħu ħajjin matul is-sajf u jiddependi wkoll fuq kemm se tkun il-produzzjoni finali fil-mixtla ta' Wied Inċita.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jekk qed nifhmu sew il-Ministru qed jgħid li d-dipartiment ta' l-urban and rural landscaping m'għandux pjan dwar kif se jwettaq il-proġetti maħsuba biex il-pajsaġġ Malti jissebbaħ.", "Jista' jgħid x'inhu dan il-pjan, jekk jeżisti?", "Jista' jgħid ukoll kemm saru diskussjonijiet mal-kunsilli lokali bil-għan li dan il-programm jindirizza wkoll il-bżonn tal-prijoritajiet tad-diversi lokalitajiet?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena m'għedt xejn minn dan kollu li qed jallega l-Onor.", "Interpellant.", "Filwaqt li nikkonferma li hemm qafas ta' programm, dan jiddependi minn kemm se jkollna xtieli u arbuxelli għad- dispożizzjoni tagħna meta jasal l-istaġun tat-tħawwil.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru m'għandux pjani dwar kemm se jkun in-numru ta' siġar li qed jaħseb biex iħawwel fis-sitt xhur li ġejjin bil-għan li l-programm ta' landscaping jiġi organizzat dejjem aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan huwa l-istess pjan li ilu jeżisti u ilu jitwettaq għal għexieren ta' snin u nerġa' nirrepeti li jiddependi fuq l-ammont ta' xtieli u siġar li jkunu available meta jasal iż-żmien tat- tħawwil.", "Jekk fl-aħħar tas-sajf ikollna kwantita' ta' xtieli, arbuxelli u siġar f'idejna biex jitħawlu - kif normalment ikollna - ma jkollna l-ebda diffikulta' li nimxu mal-programm kif imfassal, iżda jekk jiġi staġun li fih jinxef kollox jew jimirdu x-xtieli u s-siġar, il-pjan li jkollok trid twarrbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, għar-raba' darba nerġa' nistaqsi hemmx maħsub li jitħawlu siġar.", "(Interruzzjonijiet) Jekk m'għandux pjan jgħidli li m'għandux pjan, faċli daqshekk!", "Qed jgħid li s-siġar u x-xtieli jistgħu jmutu u jista' ma jkollniex available, imma ma qallix kemm kabbar siġar fix- xhur li għaddew biex iwettaq il-programm li bih ikun jista' jsebbaħ il- pajsaġġ Malti.", "Mil-laqgħat li saru, kemm hu n-numru ta' siġar li qed jitolbu l-kunsilli lokali?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mhux sew li mit-tħawwil tax-xtieli jaqbiżli għal mistoqsija oħra li m'għandha x'taqsam assolutament xejn dwar kemm kellna laqgħat mal-kunsilli lokali!", "Biex inġib din l-informazzjoni jien irrid nerġa' ndur fuq id-dipartiment.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, imma l-Ministru verament ma jafx x'inhu n-numru ta' siġar li d-dipartiment qed ikabbar biex ikunu jistgħu jitħawlu fil-lokalitajiet diversi ta' Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nistax nifhem kif jippretendini nkun naf kemm qed inkabbru siġar!", "Li naf huwa li d-dipartiment jara li jiġu mħawla xtieli, arbuxelli u siġar biżżejjed biex inkunu nistgħu nwettqu l- programm li għandna.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nerġa' ngħidlek li qafas ta' programm għandna.", "Id-dipartiment ħa ħsieb li jitħawlu arbuxelli, xtieli u siġar, u issa kif jasal iż-żmien biex dawn jibdew jitħawlu, id- dipartiment ifassal pjan skond dak li jkollu f'idejh.", "Per eżempju, jekk it- target ikun ta' 90 xitla u f'idejh għandu 100 xitla, iħawwel dawk il-100 xitla.", "Dawn huma affarijiet normali li jsiru meta jasal iż-żmien u skond xi jkollok f'idejk.", "Irrid ngħid ukoll li d-dipartiment jieħu ħsieb li jħawwel minn qabel biex ikollu ammont adegwat u jkun jista' jwettaq il- programm tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, b'riferenza għar-risposta għal mistoqsija preċedenti dwar il-ħatra tal-kumitat ta' l-urban and rural landscaping, jista' l-Ministru jgħidilna x'wasslu biex ġie jgħid li ma jarax il-bżonn li jerġa' jaħtar dan il-kumitat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, fil-verita' kien hemm kariga vakanti ta' direttur u din ma mtlietx.", "Mill-bqija d-dipartiment u s-sezzjoni hemm kienu u hemm għadhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien ma kontx qed nirriferi għas- sezzjoni jew għad-dipartiment imma għal-landscaping advisory committee.", "B'risposta għal mistoqsija preċedenti, il-Ministru kien qal li d- dipartiment ma kellux il-bżonn ta' dawn il-pariri u lanqas ma kellu bżonn ta' dan il-kumitat.", "Issa jien qed nistaqsih: X'inhi r-raġuni li ma jarax il-bżonn ta' ideat ġodda biex id-dipartiment ikun jista' jwettaq xogħol aħjar u xogħol aktar organizzat f'dak li huwa landscaping?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena niċħad kategorikament li xi darba għedt dan il-kliem li qed jallega fuqi l-ħabib tiegħi.", "Nerġa' ngħid li kien hemm kariga li permezz tagħha kien se jinħoloq job ta' direttur fil- qasam ta' l-urban and rural landscaping u dehrilna li din il-kariga m'għandhiex timtela'.", "F'din is-sezzjoni hemm kumitat li kien jiffunzjona qabel, għadu jiffunzjona u se jibqa' jiffunzjona.", "Dik hija l-istorja kollha.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, imma l-Ministru ma jistax jiċħad li stqarr li l-kumitat ma kienx lest li jerġa' jaħtru għax m'hemmx bżonnu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kumitat kien hemm, għadu hemm u se jibqa' hemm.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura għandi nifhem li dan il-kumitat reġa' ġie appuntat?", "Għax f'risposta għal domanda li għamiltlu xi tlieta jew erba' ġimgħat ilu, il-Ministru qal li dan il-kumitat tneħħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li dan il-kumitat - fih hemm nies li nista' nsemmihom, fosthom is-Sur Meli - hemm se jibqa'.", "(Interruzzjonijiet) Ir-riferenza li konna għamilna kienet biss dwar vacancy biex jintagħżel direttur fuq l-urban and rural landscaping u dehrilna li dak il-post nistgħu ngħaddu mingħajru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela filwaqt li xi ġimgħat ilu l-Ministru qalli li m'hemmx bżonn ta' dan il-kumitat, issa qed jgħid li hemm bżonnu u għaldaqstant ħa ħsieb li jara li jitwaqqaf!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dak x'qed tgħid int!", "MOSTA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "17884.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar fil-Mosta mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawlu?", "Xi programmi għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Mosta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat li matul is- sena 1999 fil-Mosta tħawlu 2,083 pjanta li kienu mqassma hekk:", "|centaurea |20 | |cypress |60 | |daisy |40 | |gallardia |50 | |geraniums |30 | |lantana |30 | |lavander |40 | |marygolds |200 | |myrtle |120 | |oleander |22 | |pinus |150 | |pomegranate |43 | |santolina |40 | |schinus |8 | |statice |450 | |stocks |250 | |tamarisk |290 | |tecoma |40 | |wallflower |200 |", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru.17883.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokumenti li jindikaw il-kriterji li jintużaw sabiex tiġi stabilita l- għajnuna finanzjarja li tingħata lill-għaqdiet sportivi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17933.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-memorandum of understanding iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2000 bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq dwar assistenza amministrattiva bejn l-awtoritajiet tad-dwana ta' l- istess pajjiżi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17907.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħarbiet ta' persuni mill-kustodja tal-pulizija bejn l- 1996 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17910.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja ta' fax mibgħuta mill-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma fil-31 ta' Mejju 1999 dwar ir-rikonoxximent ta' ċertifikat mill-iskola internazzjonali għax-xjenzi turistiċi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17942.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għall- fatt li ġejt miskwotat minn sezzjoni ta' l-istampa u nikkundanna bil-qawwa kollha l-istampa tal-MLP u tal-GWU li għoġobhom jgħawġu dak li għedt jien.", "Jien ikkwotajt silta mill-Kotba Mqaddsa għax deherli li kienet kuntestwali fil-kwestjoni li kien għaddej minnha l-pajjiż u jekk xi ħadd jidhirlu li l-kuxjenza tiegħu ma tistax taċċetta dan il-fatt, dak għandu jarah hu mal-kuxjenza tiegħu.", "Billi l-kliem li għedt jien qajjem interess fil-pajjiż, nixtieq inqiegħed is-silta li kkwotajt minnha fuq il-Mejda tal-Kamra, li hija meħuda mit-tieni ittra ta' l-Appostlu San Pawl lit-Tessalonkin, u hija ħafna aktar iebsa minn dak li għedt jien.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Sur President, huwa dritt tiegħi li nressaq ksur ta' privileġġ f'dawn iċ- ċirkostanzi, imma għalissa m'iniex se nasal s'hawn għax nippreferi ma nkabbarx l-affarijiet.", "Pero' rrid nisħaq dwar il-fatt li sezzjoni ta' l- istampa qed tkun irresponsabbli - qed nirriferi għal \"l-orizzont\" u għal super one television - meta tirrapporta ċerti affarijiet b'mod mgħawweġ kif għamlet f'dan il-każ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Jien ukoll nagħmel appell biex l-istampa tirrapporta bl-aktar mod fidil dak li jintqal hawn ġew.", "Mozzjonijiet?", "Il-Prim Ministru.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JAWTORIZZA LILL-GVERN BIEX JIRRATIFIKA L-FTEHIM BEJN IL-GVERN TA' MALTA U L-GVERN TA' L-ORDNI SOVRAN OSPITALIER TA' SAN ĠWANN TA' ĠERUSALEMM, TA' RODI U TA' MALTA MAGĦMUL F'MALTA NHAR IL-ĦAMSA TA' DIĊEMBRU 1998, U BIEX JAGĦMEL DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-ĦWEJJEĠ KONSEGWENTI U ANĊILLARI GĦALIH", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi l- Ewwel Qari ta' l-\"Abbozz ta' Liġi biex jawtorizza lill-gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern ta' l-Ordni Sovran Ospitalier ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm ta' l-Ordni ta' Malta magħmul f'Malta nhar il-5 ta' Diċembru 1998 u biex jagħmel dispożizzjonijiet għall- ħwejjeġ konsegwenti u anċillari għalih\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jawtorizza l-Gvern biex jirratifika l-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l- Gvern ta' l-Ordni Sovran Ospitalier ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm ta' l- Ordni ta' Malta magħmul f'Malta nhar il-5 ta' Diċembru 1998 u biex jagħmel dispożizzjonijiet tal-ħwejjeġ konsegwenti u anċillari għalih\", ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nipproponi l- Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Att dwar l- Iżvilupp Industrijali, Kap 325\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsiija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap 325\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-12 ta' Lulju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion huwa in possession.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, fl-aħħar seduta konna qed ngħidu li mis-snin tmenin 'l hawn għaddew diversi liġijiet dwar il-konsumatur minn dan il-Parlament - nista' nsemmi, per eżempju, it-Trade Description Act, il- Competition Act u l-Consumer Affairs Act - pero' minkejja dawn il-liġijiet kollha l-konsumatur xorta ma jħossux li huwa protett biżżejjed.", "Sfortunatament l-entitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi huma indifferenti għall-aħħar għall-bżonnijiet u għall-aspirazzjonijiet tal-konsumatur.", "Id- dipartiment għall-konsumatur, il-customers office u l-customers desk huma sempliċement irtokki kosmetiċi li ma jfissru xejn għax effettivament il- konsumatur bl-ebda mod mhu qed jinqeda aħjar u sfortunatament din hija s- sitwazzjoni attwali.", "Fost affarijiet oħra nixtieq insemmi l-każ tal-housing authority għax filwaqt li din tgħin lil individwi li jkunu se jixtru proprjeta' ġdida billi tissussidjalhom il-prezz bħala parti mill-proċess tagħha ta' social housing, fl-istess waqt taċċetta espliċitament li min ikun qed jakkwista din il-proprjeta' ġdida jrid jaċċettaha bid-difetti moħbija li jkun fiha.", "Allura meta għandna liġi li tgħidlek li kuntrattur u perit għandhom jibqgħu responsabbli għall-istruttura tal-proprjeta' għal 15-il sena, b'liema mod il-housing authority taċċetta u tinserixxi fil-kuntratti tagħha li min ikun qed jakkwista proprjeta' ġdida, proprjeta' li tkun qed tinbena jew proprjeta' li tkun għad trid tinbena - għandna każi fejn il-proprjeta' tal- housing authority tinbiegħ fuq il-pjanta u l-gvern idaħħal il-flus kollha tal-prezz tal-proprejta' fuq il-pjanta, għalkemm il-prezz ikun sussidjat - jrid jaċċetta li jekk dik il-proprjeta' jkollha xi difett moħbi, dak irid ibatih hu?", "Dan imur dijametrikament oppost għall-protezzjoni li l-liġi stess tagħti lil min ikun qed jixtri għax il-liġi ċivili tagħtik protezzjoni li jekk tixtri proprjeta', l-kuntrattur flimkien mal-perit, għandhom ir-responsabilita' li l-istruttura tkun b'saħħitha u li l-bini jkun skond l-arti u s-sengħa u ta' materjal tajjeb.", "Din hija garanzija espliċita fil-liġi.", "Allura minflok id-dipartiment jesiġi mal-kuntratturi tiegħu li jekk ix-xogħol ma jkunx ċertifikat minn perit ta' l-awtorita' li jkun mibni tajjeb skond il-permessi, li ma jkunx fih difetti moħbija u li l- materjal użat ikun ta' kwalita', jidher ċar li dan qed ipoġġi l-piż fuq min ikun qed jixtri u indirettament il-kuntrattur ikun qed jiġi eżonerat minn dan l-obbligu għax dik il-klawsola qatt m'għandha tiġi inserita fil- kuntratti.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: Allura min ikun qed jixtri għalfejn jaċċetta dawn l-affarijiet?", "Ir-risposta għal din il-mistoqsija hija li mhux kulħadd jista' jixtri mis-suq u allura jkollu jirrikorri għas-social housing għax ma jkollux għażla bil-konsegwenza li jrid jaċċetta l- kondizzjonijiet li tagħmillu l-awtorita'.", "Jien għalhekk qed ngħid li fil- preżent l-awtoritajiet stess m'humiex orjentati biex jiddefendu d- drittijiet tal-konsumatur għax l-awtorita' għandha titfa' oneru fuq il- kuntrattur fejn mhux biss tagħmillu l-penali imma żżomm lura l-ħlas sakemm il-bini li jkun sar ikun ġie ċertifikat li huwa strutturalment b'saħħtu u tajjeb.", "Issa ħalli nsemmi nuqqas ieħor, Sur President.", "Meta individwu jixtri proprjeta' fuq il-pjanta u jħallas il-prezz kollu, fil-kuntratt ma jkollux data meta l-proprjeta' se tkun lesta u available biex tkun tista' tintuża.", "Allura dan ikun ħallas il-prezz kollu, ħafna drabi jkun iddejjen mill-bank u jkun qed iħallas l-imgħaxxijiet għax ovvjament biex iħallas lill-housing authority jrid jissellef u ma jkunx jaf meta l-post se jkun lest.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq żgħażagħ li jkunu qed jipprovaw jippjanaw il-familji tagħhom b'ħafna sagrifiċċju u dawn iridu jaċċettaw id-difetti li jkun hemm moħbija fil-proprjeta'.", "Din hija xi ħaġa li ilha tiġri fil-housing authority u minkejja li jien professjonalment ilni noġġezzjona bis-sħiħ għaliha sfortunatament tibqa' tiġi inserita f'kull kuntratt.", "Għalhekk nappella li l-awtoritajiet governattivi juru li huma propensi lejn il-konsumatur billi jipproteġuh u jmexxuh 'il quddiem u mhux jittrattawh ħażin.", "Per eżempju, fil-privat bl- ebda mod ma jiġi aċċettat il-fatt li fuq proprjeta' ma jkunx hemm garanzija għad-difetti moħbija.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-Planning Authority li, fl-opinjoni tiegħi, għandha monopolju li mhuwiex ikkontrollat u bilanċjat u dwar dan il-ġimgħa l-oħra tkellem ukoll sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi, Sur President.", "M'hijiex ħaġa ħażina li jkollok regolatur li jaċċerta li l-iżvilupp isir skond il-permessi imma ċertament huwa ħażin meta dan ir-regolatur jiżviluppa b'tali mod u manjiera li kważi kważi d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu insindakabbli u allura ċ-ċittadini jħossuhom bla saħħa quddiem awtorita' li jkollha poter hekk qawwi.", "U mhux billi nagħmlu liġijiet li fuq il-karta jidhru sbieħ għax dawn ma jkunu jfissru xejn għall-individwu.", "B'dan il-mod inkunu qed nidħku bina nfusna għax minflok inkunu qed inkabbru l-kredibilita' ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż inkunu qed nimminaw l-istess kredibilita' tiegħu.", "Ovvjament huwa importanti li jkollok liġijiet drafted b'mod tajjeb pero' huwa aktar importanti li l-liġijiet jitħaddmu tajjeb.", "Hawnhekk nerġa' ntenni li għandna każijiet oħrajn ta' awtoritajiet tal-gvern li mhux qed jagħtu eżempju.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix, per eżempju, il-water services corporation.", "Nistgħu ngħidu li ma kienx hawn kunsill lokali li ma kellux argumenti ma' din il-korporazzjoni.", "Il-WSC għandha l-monopolju li tirregola s-supply, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-ilma pero' x-xogħol ma jsirx kif suppost u l-kuntrattur jitħallas xorta bil-konsegwenza li dak kollu li jkunu għamlu l-kunsilli lokali, bħal bankini u affarijiet bħal dawn, jerġa' jitkisser u jibqa' mħarbat.", "Dan kollu jikkrea ħafna skumdita' għar- residenti u l-kunsill lokali jibda jidher ikrah hu man-nies tal-lokal.", "Pero' minkejja dan kollu ma saritx pressjoni fuq il-WSC biex tesiġi li l- kuntratturi tagħha jkunu kwalifikati biex jagħmlu reinstatement tajjeb.", "Ix- xogħol li jingħata lill-kuntrattur m'għandux jingħata minħabba l-kulur ta' għajnejh jew minħabba l-ħbiberija ma' dak jew ma' l-ieħor imma għandu jingħata fuq bażi ta' tender u fuq il-patt li dak il-kuntrattur ikollu l- kwalifiki neċessarji u l-kompetenza neċessarja li x-xogħol jagħmlu tajjeb.", "Meta jkollok kuntrattur li ripetutament jagħmel xogħol ħażin, bħal fil-każ tal-WSC, dan m'għandux jingħata aktar xogħol u mhux imbagħad ngħabbu lill- kunsilli lokali biex jagħmlu r-reinstatement a spejjeż tagħhom.", "Il- kunsilli lokali diġa' għandhom il-problema li mhux qed iservuhom il-flus meta qed jitgħabbew b'responsabbiltajiet ġodda u l-ammont ta' flus effettivament qed jibqa' l-istess.", "Barra minn hekk lill-kunsilli lokali qed ngħidulhom biex jagħmlu r- reinstatement huma imbagħad jagħmlu claim għal refund mill-WSC.", "Mela minflok il-gvern qed jesiġi fuq korporazzjoni tiegħu li x-xogħol irid isir tajjeb u li din għandha timplimenta l-liġijiet tal-pajjiż, dan qed igħattilha u jgħid li r-responsabilita' tagħha għandhom iġorruhulha l- kunsilli lokali.", "U l-WSC imbierek Alla tibqa' miexja b'mod inkompetenti, ineffiċjenti u bla riżultat u fl-aħħar mill-aħħar iħallas il-poplu Malti.", "Hawnhekk ta' min igħid li din il-korporazzzjoni tieħu madwar Lm15 miljun sussidju kull sena.", "Dawn l-atteġġjamenti m'humiex konduċenti biex dak li qed jingħad hawnhekk jitwettaq.", "Hawnhekk qed ngħidu li d-drittijiet fundamentali tal-konsumatur għandhom ikunu rispettati għax hawnhekk tidħol ukoll l-attivita' ekonomika ta' pajjiżna.", "Meta nafu li s-servizz ta' korporazzjoni bħal din huwa essenzjali, minflok nipproteġi aktar il- konsumatur, il-konsumatur qed ikun at the mercy ta' dawn l-istess korporazzjonijiet li ħafna drabi jittrattawh bl-aktar mod irresponsabbli u indifferenti.", "Biex dawn il-korporazzjonijiet ikunu aktar effiċjenti u effettivi l-gvern għandu jara li dawn ikunu consumer oriented.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa bbażat fuq liġijiet simili li għandhom kemm pajjiżi żviluppati fil-qasam tal- konsumatur li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll pajjiżi oħra żviluppati f'dan il-qasam li mhumiex membri.", "Dan huwa każ tipiku li pajjiżna m'għandux bżonn li jkollu lil xi ħadd jimponilu x'irid jagħmel biex l-affarijiet tajbin jaddottahom.", "Sfortunatament ġieli tisma' nies li suppost jafu aħjar li jgħidulek li jekk inkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea ċerti affarijiet tajbin li hemm fl-Ewropa nkunu nistgħu nagħmluhom f'Malta, qisna aħna f'Malta m'aħniex kapaċi nimplimentaw dak li hu tajjeb u li m'aħniex kapaċi nagħrfu d-difetti tagħna u ma nafux nidentifikaw fejn irridu niżviluppaw.", "Lili dan joffendini għax dawk l-affarijiet li jikkreaw il-ġid u jtejbu l-iżvilupp soċjali, l-iżvilupp ekonomiku u l- iżvilupp morali tal-pajjiż għandna naddottawhom mingħajr ma jiġu mposti fuqna.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jiftaħ aktar id-definizzjoni tal-kelma \"konsumatur\".", "Fil-liġi l-antika l-konsumatur kien deskritt bħala:", "\"kull individwu li mhux bħala parti minn xi kummerċ, negozju jew professjoni, jixtri jew jikri oġġetti mingħand kummerċjant jew iqabbad is-servizzi ta' kummerċjant bi ħlas jew rikompens.\".", "Għalhekk hawnhekk qed nitkellmu fuq individwu li talab għal servizz u ħallas għalih jiġifieri mhux qed nitkellmu fuq servizz mogħti bħala rigal.", "Issa d-definizzjoni ta' \"konsumatur\" f'dan l-abbozz ta' liġi qed tinfetaħ aktar għax hawnhekk qed jiġi kkonsidrat bħala konsumatur anke individwu ieħor li ma jkunx il-konsumatur direttament.", "Per eżempju, f'dan l-abbozz ta' liġi l-protezzjoni qed tiġi estiża fuq dik il-persuna li tkun użat prodott partikolari difettuż, jew xi ħaġa oħra, li tkun xtratu persuna oħra, li mhux neċessarjament tkun membru tal-familja.", "Din hija xi ħaġa tajba għax inti ma tistax tgħid li konsumatur huwa biss dik il-persuna li tkun xtrat prodott jew tkun ordnat servizz.", "Kull min jagħmel użu minn prodott jew min ikun ingħata servizz jiġi kkonsidrat bħala konsumatur.", "Għalhekk ir-responsabilita' tat-trader jew ta' min ikun qed jagħti servizz tikber.", "Jekk fhimt tajjeb din id-definizzjoni ma tinkorporax kumpanniji jew persuni ġuridiċi.", "Fil-fatt klawsola (iii) li hemm taħt id-definizzjoni ta' \"konsumatur\" tgħid hekk:", "\"kull klassi jew kategorija oħra ta' persuni sew naturali sew ġuridiċi li jistgħu, minn żmien għal żmien, jissemmew bħala \"konsumaturi\" għal kull raġuni jew xi waħda mir-raġunijiet ta' dan l-Att b'regolamenti magħmulin mill-Ministru wara li jikkonsulta lill-Kunsill;\".", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: La f'dan l-abbozz ta' liġi qed niftħu aktar din id-definizzjoni li qed nitkellmu fuqha għaliex m'għandniex niċċaraw li persuni legali għandhom ikunu kkonsidrati wkoll bħala konsumaturi?", "Ħalli nieħdu eżempju ta' kumpannija jew partnership ta' law firm jew ta' grupp ta' accountants.", "Jekk dawn jagħmlu użu, bħala kumpannija jew bħala partnership u mhux bħala individwu, minn servizz ta' electrician u dan iweġġa' minħabba xi difett f'xi prodott jew minħabba difett fix-xogħol li jkun sar, allura dan mhux se jkun protett minn din il-liġi?", "Qed insemmi dan bħala eżempju pero' nħoss li hawnhekk għandha ssir emenda.", "Per eżempju, l-Onor.", "Hyzler li professjonalment jaħdem ħafna f'dan il-qasam tal- kummerċ jaf li l-użu tal-kumpannija bħala vejjikolu li magħha jsiru xogħolijiet u relazzjonijiet kuntrattwali qiegħed minn żmien għal żmien jikber.", "Illum dawn il-kumpanniji għandhom ingaġġati magħhom ħaddiema u individwi li ċertament se jagħmlu użu minn prodott partikolari.", "Għalhekk nemmen li m'għandniex inħallu din il-loophole u nissuġġerixxi li hawnhekk ninkorporaw ukoll persuni ġuridiċi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Naħseb li dan huwa punt importanti ħafna u ta' min jiċċarah mill-ewwel.", "Huwa minnu li d- definizzjoni ta' \"konsumatur\" baqgħet xi ftit ristretta u allura ma tinkludix il-persuni ġuridiċi li qed isemmi l-Onor.", "Mangion.", "Pero' naturalment dik il-klawsola li qed isemmi tagħti l-poter lill-ministru li jwessa' d-definizzjoni għaliex qed nantiċipaw li dalwaqt jasal iż-żmien li nwessgħuha.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' product liability m'għandux x'jaqsam konsumatur bħala konsumatur.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-injured party u impjegat għandu r-rimedji li tagħtih il-liġi indipendentement jekk prodott ikunx xtrah hu jew le.", "Jekk prodott ikun inxtara minn kumpannija l- persuna mweġġa' għandha tipponta subgħajha lejn min għandha tippontaha.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-Onor.", "Hyzler għall- ispjegazzjoni li ta speċjalment li qabel li din in-neċessita' qed tiġi antiċipata.", "Li qed ngħid huwa illi ladarba qed inwessgħu d-definizzjoni ta' \"konsumatur\", biex aktar inkunu ċari li l-liabilty tirriżulta minn din il-liġi għandna ninkorporaw ukoll lil persuni ġuridiċi u lin-nies ingaġġati minnhom.", "B'hekk inkunu qed nilqgħu għall-bżonnijiet u għall-iżvilupp li se jkun hemm fil-pajjiż.", "Issa nixtieq ngħid kif se jkun protett il-konsumatur.", "Min-naħa waħda għandna t-trader, min jipproduċi u dawk li jagħtu servizz li għandhom il- forza finanzjarja f'idejhom, li huma organizzati bir-reklamar qawwi u li jmexxu 'l quddiem l-iżvilupp ekonomiku bħal dawk li huma riżorsi finanzjarji u inizjattivi u min-naħa l-oħra għandek il-konsumatur individwali li quddiem din il-forza magħquda ma jħossux daqstant b'saħħtu anzi jħossu dgħajjef.", "U minkejja li nagħmlu l-liġijiet il-konsumatur xorta mhuwiex sodisfatt għax minkejja li meta tixtri prodotti bħal vettura jew fridge ikollok il-garanzija, jekk ikollok xi ħsara meta l-prodott ikun għadu taħt garanzija, ġieli jkollok toqgħod tiġġieled u tidħol f'xi kawża.", "Issa hawnhekk irrid nispeċifika li mhux kulħadd ikollu jirrikorri għal dawn l-affarijiet għax uħud mis-suppliers u mill-kummerċjanti jirrispettaw il-garanzija u jekk il-prodott li jkunu biegħu jkun difettuż, ikunu lesti li jirranġawh u anke jibdluh.", "Għalhekk maż-żmien bdiet tiżviluppa l-idea ta' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi.", "Peress li s-settur tal- manifattura, s-settur li jagħti s-servizzi, il-businessmen u t-traders huma organizzati tajjeb u huma forza ekonomika, l-konsumatur ħass il-bżonn li jrid jingħaqad u jkollu assoċassjoni li tagħtih il-protezzjoni neċessarja, jkollu min jirrappreżentah, ikollu min imexxilu 'l quddiem id- drittijiet tiegħu u min jagħtih il-pariri.", "Taħt il-liġi l-antika kellna a consumer association li kienet definita bħala għaqda volontarja li l-oġġettiv prinċipali tagħha huwa l-promozzjoni tal-consumer protection, l-edukazzjoni u t-tagħlim tal-konsumatur u f'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed indaħħlu l-konċett ta' qualifying body.", "MR SPEAKER: Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Mangion ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Mangion ikompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR.", "SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.05 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, naħseb li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkollu effett pożittiv fuq id-drittijiet tal- konsumatur f'pajjiżna għaliex ikompli jsaħħaħ id-drittijiet li fl-1994 kienu sabu posthom fil-Consumer Affairs Act li ħoloq l-istrutturi li għandna llum wara li ftit tas-snin qabel kienet ġiet ippreżentata white paper.", "Jekk wieħed iħares lejn dik il-white paper li għamel riferenza għaliha wkoll l-Onor.", "George Hyzler fil-preżentazzjoni tiegħu jsib li dik kienet white paper li kellha programm sħiħ ta' xogħol li kellu jsir f'dan il-qasam u li kienet intiża mill-ewwel li tant tkun dettaljata illi kien faċli li wieħed jaqbad id-dettalji tagħha u jdawwarhom f'liġi.", "Fil-fatt li ġara hu li l-ewwel sar parti minn dak il-proċess tal-white paper u issa qed issir it-tieni parti.", "Jien m'għandix dubju li jsiru partijiet oħrajn li mhumiex neċessarjament marbuta mal-white paper għax dawn huma affarijiet li jiqdiemu malajr.", "Pero' f'dan il-każ dik il-white paper għad għandha ħajja.", "U l-konċett kollu jkun żbaljat jekk wieħed iħares lejh qisu xi ġlieda bejn il-konsumatur u n-negozjant.", "Il-kunċett kollu hu li inti jkollok fair trading u li filwaqt li tipproteġi lill-konsumatur tipproteġi wkoll lil dak in-negozjant li jinnegozja b'mod ġust.", "In-negozjant li jinnegozja b'mod ġust u li jagħmel fair trading isib ruħu fi żvantaġġ jekk ma jkunx hemm xi ħaġa li torbot lin-negozjanti oħrajn li jimxu ma' ċertu livell u ma' standards ta' relazzjoni mal-konsumatur.", "Allura fi ħdan il-kompetizzjoni huwa mportanti wkoll li jkollok framework ta' protezzjoni għall-konsumatur bil-mod li tagħti l-liġi eżistenti u bil- mod kif din qed tiġi xprunata u żviluppata b'dawn il-bidliet li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Naħseb li l-aktar klawsola importanti f'dan l-abbozz ta' liġi hija klawsola 4 li qed tissostitwixxi artiklu 7 tal-liġi prinċipali.", "Hawnhekk il-ministru qed jingħata l-possibilita', wara li jikkonsulta l-kunsill - dan ifisser li dan mhux qed jagħmel il-proċess waħdu - li jagħmel regolamenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-affarijiet dwar il-konsumatur u li jagħti effett aktar lil dan l-abbozz ta' liġi.", "Hemm numru ta' affarijiet li huwa jista' jagħmel biex iħares lejn diversi affarijiet li jistgħu joħolqu framework aktar dettaljat.", "Id-dettalji ta' dan il-framework u dak li huwa awtorizzat li se jagħmel wara li jikkonsulta l-kunsill huma ħafna fil-qalba ta' dan is-suġġett.", "Fil-fehma tiegħi huwa importanti ħafna - hawnhekk qed nitkellem bħala membru parlamentari u mhux biex sempliċement insostni dan l-abbozz ta' liġi - li l-ministru - bla dubju ta' xejn hekk se jagħmel u hekk għandu jagħmel - jagħti pubbliċita' kemm jista' jkun lil dawn il-miżuri li jkun se jieħu rigward kif se japplika artiklu 7.", "Ladarba l-ministru se jagħmel ir- regolamenti dan jista' juża l-metodu tal-legal notice pero' naħseb li jkun jagħmel sens li jkun hawn dibattitu fil-pajjiż fuq l-aspett tal-konsumatur li ħafna drabi wieħed iħares lejh bħala xi ħaġa akkademika.", "Pero' hawnhekk m'hawn xejn akkademiku anzi dan kollu huwa fil-qalba ta' dak li ħafna pajjiżi qegħdin jagħmlu bħala politika tagħhom fil-qasam tan-negozju u fil-qasam tal-konsumaturi.", "Punt li xtaqt nitkellem fuqu huwa li wara li l-ministru jikkonsulta l- kunsill jista' jagħmel regolamenti dwar id-distance-selling arrangements u l-konklużjoni ta' agreements fejn il-konsumatur u n-negozjant ikunu 'l bogħod minn xulxin.", "F'dan il-każ il-ministru jrid jistabbilixxi ċerti aspetti.", "Per eżempju, f'paragrafu (e) li hemm taħt klawsola 4 hemm x'jista' jinkludi l-ministru u dan jirrifletti xi ftit ukoll id-direttiva li teżisti fl-Unjoni Ewropea li titkellem fuq id-distance-selling.", "Hawnhekk qed jingħad li meta jkollok sitwazzjoni fejn xi ħadd ikun qed jixtri xi ħaġa mingħand xi ħaddieħor u dawn ikunu 'l bogħod minn xulxin irid ikun hemm ċerti safeguards għall-konsumatur.", "Dan jista' jsir b'diversi modi.", "Għalkemm aħna nitkellmu ħafna fuq l-e-commerce il-verita' hi li l-kummerċ elettroniku f'dan l-istadju ta' żvilupp huwa ħafna aktar business to business milli huwa business to consumer.", "Pero' qed jiżviluppa wkoll il-business to consumer fid-dinja u allura huwa mportanti li wieħed iħares lejn dan l-aspett ukoll.", "Imbagħad hawn aspetti oħrajn li huma ħafna aktar business to consumer u li mhumiex sistemi elettroniċi pero' dawn l- affarijiet ma jiġux f'moħħ dak li jkun immedjatament.", "Per eżempju, llum għandek il-bejgħ by catalogue u f'pajjiżna l-catalogue sales qed jiżdiedu wkoll.", "Dan huwa tip ta' distance-selling u allura rridu nsibu mezz li bih nirregolaw il-bejgħ li jsir permezz tal-katalgi.", "Per eżempju, fl-Istati Uniti l-mail order tant huwa kbir li prattikament f'ċerti snin kien fil- livell ta' l-e-commerce mondjali.", "Jekk ftit tas-snin ilu kont tqabbel il- kummerċ mondjali fil-kummerċ elettroniku mal-kummerċ li kien isir fl-Istati Uniti rigward il-mail catalogues kont issibhom indaqs.", "Dan juri kemm kien kbir il-mail catalogue business fl-Istati Uniti.", "Il-punti li jissemmew fuq distance-selling huma punti importanti għax jagħtu l-possibilita' li prattikament ikun hemm a cooling-off period għall- konsumaturi.", "Issa dan hemm min jagħmlu għal sebat ijiem u hemm min jagħmlu għal aktar pero' l-pajjiżi jistgħu jħarsu lejn dan b'mod divers.", "Hemm ukoll perijodu msemmi fid-direttiva ta' kemm dan il-cooling-off period għandu jkun.", "F'pajjiżna għandna leġislazzjoni li mhijiex marbuta mad- distance-selling imma hija marbuta mad-door-to-door salesmen.", "Fil-fatt din ukoll għandha l-cooling-off period fiha għaliex in-nies faċilment jiġu nfluwenzati mill-persuna li tiġi turihom l-affarijiet biex tbigħilhom xi prodotti pero' jekk wara dawn ma jkunux ċerti mid-deċiżjoni li jkunu għamlu, din il-liġi tagħtihom il-possibilta' li ma jimxux mal-ftehim.", "L- istess ħaġa jiġri fil-każ tad-distance-selling.", "Id-distance-selling jagħtik l-istess possibilta' li tagħmel dan u din fil-fatt hija direttiva li tirrifletti leġislazzjoni li teżisti fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja u f'pajjiżi oħrajn għax din mhijiex xi ħaġa marbuta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' naħseb li jkun tajjeb li aħna niġu in-line u nagħtu protezzjoni aktar lill-konsumatur f'dan ir-rigward u prattikament illum hawn ħafna aktar impetus li l-liġijiet jiġu riveduti u upgraded.", "Qed ngħid dan bħala stat ta' fatt għaliex jien nemmen li peress li dan huwa settur li jinbidel kontinwament huwa mportanti li fir-rigward tal- protezzjoni tal-konsumatur ikollna l-possibilita' li kontinwament nagħmlu upgrading tal-liġijiet tagħna.", "Dak huwa wieħed mill-punti li xtaqt nagħmel.", "Nerġa' nenfasizza li, fil-fehma tiegħi, jkun tajjeb li jkun hemm pubbliċita' tajba għal dak li jkun qiegħed jiżviluppa l-ministru responsabbli mill-affarijiet tal-konsumatur rigward diversi areas pjuttost wiesgħa biex jattwa klawsola 4 ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed tissostitwixxi l-artiklu 7 tal-liġi prinċipali.", "Bidla oħra li qed issir f'dan l-abbozz ta' liġi li ma tantx smajt fuqha f'dan il-parlament hija dwar il-liability ta' prodotti difettużi.", "Direttiva dwar l-Unjoni Ewropea titkellem dwar dan ukoll.", "Barra minn hekk il-filosofija li qed tiżviluppa madwar id-dinja kollha hija li min jipproduċi xi ħaġa jrid ikollu liability assoluta għal dak li jipproduċi.", "Fil-fatt il-konċett ta' l-absolute liability li qed jiġi ntrodott f'dan l- abbozz ta' liġi huwa ta' protezzjoni enormi għall-konsumatur għax jiffrankalu l-briga li jekk ikun qiegħed f'qorti jkollu jġib il-provi hu ta' affarijiet li jkun diffiċli ħafna għalih li jġib il-provi tagħhom.", "Din hija protezzjoni għall-konsumatur u hija obbligu u oneru fuq min jipproduċi li fil-fatt irid joqgħod attent għall-mod kif jipproduċi.", "Din hija xi ħaġa li prattikament għandha effett dirett fuq kull min jixtri xi ħaġa f'pajjiżna.", "Illum kull min jixtri xi ħaġa f'pajjiżna se jkun protett għax il-produttur għandu liability assoluta u din tista' tkun ta' mportanza kbira għal min ibigħ prodott.", "Is-supplier tal-prodott irid jara li jkun possibbli li jiġi identifikat il-produttur għaliex huwa fl- interess tiegħu li jagħmel dan.", "Hemm ċerti partijiet minn dan l-abbozz ta' liġi li huma ta' nteress mhux biss għall-produttur imma wkoll għas-supplier u għalhekk ikun tajjeb li s-suppliers jieħdu nota ta' dan għaliex din hija xi ħaġa li tiffavorixxi l-konsumatur.", "Din mhijiex xi ħaġa li għandha tbeżża' lil xi ħadd u s-suppliers f'pajjiżna għandhom ikunu aware ta' dak li qed isir fil-parlament għax din hija xi ħaġa li taffettwa l-business tagħhom.", "Bla dubju ta' xejn dan huwa improvement fuq is-sitwazzjoni preżenti u dan kollu jġibna in-line ma' ħafna pajjiżi li jagħtu protezzjoni ta' dan il-livell.", "Naturalment din mhijiex xi ħaġa rivoluzzjonarja għalina jew għall-industrija tagħna għax aħna qed nitkellmu fuq pajjiż li l-aktar kummerċ li għandu huwa mal-blokk ta' l-Unjoni Ewropea fejn hemm dawn it-tip ta' konċetti.", "Pero' llum il-konsumatur Malti għandu protezzjoni li qabel ma kellux.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed jitkompla l-proċess li kien inbeda meta ħarġet il-white paper dwar il- kummerċ ġust.", "Dan huwa abbozz ta' liġi pożittiv li jagħti benefiċċji ġodda lill-konsumatur u li jagħti aktar framework sofistikat għal pajjiżna biex il-kummerċ ikun jista' jsir b'mod ġust u biex issir ġustizzja kemm man- negozjant kif ukoll mal-konsumatur.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, jien naqbel ma' dak li għadu kemm qal il-kelliemi ta' qabli fis-sens li hawnhekk qed inkomplu nagħmlu xi ħaġa pożittiva.", "Qabel xejn nixtieq ngħid min huwa l-konsumatur.", "Jien nemmen li xi darba jew oħra kulħadd xtara xi prodott jew għamel użu minn servizz u allura nistgħu ngħidu li kulħadd huwa konsumatur.", "Hemm konsumaturi li jafu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom pero' sfortunatament hemm konsumaturi oħrajn li ma jafux li jeżistu dawn id-drittijiet jew m'għandhomx il-mezzi li jeżerċitawhom.", "Kultant jekk prodott ma tantx ikun jiswa flus lanqas ikun worth it li toqgħod tiġri wara d-drittijiet tiegħek.", "Barra minn hekk kulħadd jifhem il-format legali u hawnhekk nixtieq nappella li meta tgħaddi l-liġi għandna nispjegawha b'mod sempliċi lil kulħadd biex b'hekk il- konsumatur la jkun qed jippretendi ż-żejjed meta ma jkollux dritt u lanqas ikun qed jitlef id-drittijiet tiegħu meta jkollu raġun.", "Jien ngħid li mhuwiex biżżejjed li tagħti l-għodda lill-konsumatur permezz tal-liġi imma huwa mportanti li tgħallmu kif juża dik l-għodda.", "Bħalissa mhux qed niddiskutu xi ħaġa ġdida għax kull gvern dejjem ħass il- bżonn li jsaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur, għalkemm xorta nemmen li f'ċerti aspetti l-liġijiet tagħna għad għandhom fejn jittejbu.", "Jien niftakar żmien meta l-partit Laburista kien isemmi l-konsumatur u kulħadd kien iħares lejh bl-ikrah għax ħadd ma kien jaf xi tfisser il-kelma konsumatur.", "Minn dak iż-żmien sal-lum imxejna biċċa sew pero' llum il- konsumatur qed iħossu qed igħum f'ġungla kummerċjali.", "Hawnhekk qed nirriferi kemm għall-bejgħ u għall-kiri kif ukoll għas-servizzi.", "Jekk il- konsumatur ma jkollux mod ta' redress kif jista' jieħu raġun naturalment dan se jħossu frustrat għax iħoss li xi ħadd ikun ingannah u ma jagħmel xejn.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti u nagħmlu żball jekk naħsbu li f'din il-liġi biss se nkunu qed insolvu kollox.", "Illum il-konsumatur mhux qed iħossu protett biżżejjed u kultant iħoss li ma jistax jieħu rimedju.", "Għalhekk jien ngħid li minkejja li huwa mportanti li nsaħħu l-liġijiet huwa aktar importanti li dak li diġa' għandna nressquh aktar lejn il-konsumatur.", "Kien hawn min tkellem dwar kif beda l-moviment tal-protezzjoni tal- konsumatur u kien hawn min semma kif il-President J.F. Kennedy kien semma erba' drittijiet prinċipali li għandu l-konsumatur li huma d-dritt tas- safety mill-prodotti tiegħu, id-dritt li l-konsumatur ikun informat tajjeb dwar il-prodott jew servizz li jkun se jixtri, d-dritt ta' l-għażla u d- dritt li kull konsumatur ikun jista' jinstema' u jkollu possibilita' ta' redress.", "Għal dak iż-żmien dawn kienu affarijiet tajbin imma llum l- affarijiet inbidlu u wieħed irid iħares mhux biss lejn x'qed isir f'pajjiżu imma wkoll lejn x'qed isir f'pajjiżi oħra għax illum l-ebda pajjiż ma jista' jgħid li huwa ħolqa indipendenti minn dak li jkun qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Naħseb li llum il-pajjiżi barranin qed iħarsu l-aktar lejn l-outlines għall-consumer protection li ħarġu l-United Nations biex jiġu addottati minn pajjiżi li jkunu se jagħmlu upgrading tal-consumer protection laws tagħhom.", "Naturalment f'dawn l-outlines hemm deskritta l-importanza li jrid jiġi mħares l-interess ekonomiku tal-konsumatur.", "Hawnhekk wieħed mhux biss irid igħid x'inhuma l-objectives imma jrid jara kif se jintlaħqu.", "Meta, per eżempju, nisma' l-gvern tagħna jgħid li ma jridx jindaħal fuq każijiet ta' over-pricing nibda ninkwieta.", "Kif tista' tħares l-interess ekonomiku tal-konsumatur imbagħad dan ma jsibx protezzjoni min-naħa tal- gvern kontra dawk li jkunu qed jitolbu prezzijiet esaġerati?", "Hawnhekk mhux biss qed nitkellem għall-Maltin imma qed nitkellem ukoll għat-turisti li jkunu qed iżuru l-gżejjer tagħna.", "Jien immur oltre minn hekk għax kultant ikun il-gvern stess li jkun qed jagħmel over-pricing meta jkun qed joħroġ b'kontijiet esaġerati u b'kontijiet żbaljati u ma joffri l-ebda redress lill-konsumatur.", "Il-consumer protection outlines tal-United Nations isemmu wkoll - jien naħseb li din hija xi ħaġa mportanti ħafna - il-bżonn ta' consumer education għax kif diġa' għidt, inutli tagħti l-għodda jekk imbagħad ma tgħallimx lin-nies kif jużawha.", "Hemm id-dritt ukoll li l-konsumatur jingħaqad fi gruppi oħra.", "Per eżempju, sieħbi l-Onor.", "Charles Mangion għadu kif semma kif negozjant, bejjiegħ, dak li jagħti servizz u professjonist ħafna drabi jkollhom l-għaqda tagħhom pero' llum il-konsumatur ukoll qed jitgħallem li biex iġib is-saħħa jrid jingħaqad huwa wkoll.", "Naturalment nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet dejjem tibqa' l-problema li l-gvernijiet jgħidu ħafna imma fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jagħmel dak li jaqbillu.", "Per eżempju, minkejja li ngħidu ħafna li kemm jista' jkun il-konsumatur għandu jiġi protett rigward safety u minkejja li kulħadd jaf xi ħsara jagħmlu s- sigaretti, ladarba l-gvern ikun qed idaħħal it-taxxi minn fuq is- sigaretti allura jinsa l-prinċipji, jinsa d-drittijiet tal-konsumatur u jħalli lil kulħadd għaddej.", "Għandek, per eżempju, d-dritt ta' l-għażla imma fl-aħħar mill-aħħar dan xi jfisser?", "Per eżempju, jekk jien membru ta' l-Unjoni Ewropea nista' nixtri prodotti mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kemm irrid pero' mbagħad biex nixtri prodott mill-Ġappun, biex nagħti eżempju, irrid inħallas ħafna dazji żejda.", "Nitkellmu ħafna fuq l-għażla imma mbagħad meta nibdew deħlin fil-fond insibu li dawn l-oġġettivi qegħdin biss fuq il-karta għax fil- prattika ma ssib xejn.", "Per eżempju, l-gvernijiet jesiġu li r-redress huwa dritt tal-konsumatur basta l-konsumatur ma jużax dan ir-redress kontra tagħhom.", "Jien ngħid li peress li ż-żmenijiet qed jinbidlu, jridu jinbidlu wkoll is-sistemi u r-regolamenti.", "Illum kulħadd jitkellem fuq l- e-commerce u fuq il-fatt li l-kummerċ m'għandux boundary għax illum tista' taqbad u tixtri permezz ta' l-internet.", "Għalhekk nagħmlu tajjeb li ma nħarsux biss lejn l-imgħoddi imma nħarsu b'lenti ħoxna lejn dak li qed jiġri fil-preżent u li se jiġri fil-futur immedjat.", "Hawnhekk m'inix qed nirriferi għal x'se jiġri ħamsa jew għaxar snin oħra għax bl-avvanz teknoloġiku tal-lum ħames snin diġa' huwa żmien twil ħafna.", "Jien qed nitkellem għal dak li jista' jiġri fi żmien sena, sentejn jew tliet snin oħra.", "Għalkemm il-gvern idaħħal il-liġijiet kultant il-privat aktar jagħti kas l-interessi tal-konsumatur.", "Per eżempju, hemm ħafna kumpanniji li għandhom dik li jgħidulha l-goodwill policy fejn mhux sempliċement ibiddlulek oġġett għax ikun difettuż jew ħażin imma għax ikollok second thoughts fuq xi ħaġa; jew għax ma jkunx għoġbok xi kulur jew għax tkun xtrajt xi ħwejjeġ li s- size tagħhom ma jkunx ġiek sew eċċ. Għalkemm dak li jbigħlek ma jkunx obbligat bil-liġi li jibdillek oġġett fil-prattika ssib ħafna li jakkomodaw lill-konsumatur aktar milli tgħid il-liġi.", "Imbagħad naturalment issib min lanqas il-garanzija ma jagħti kas u jkollok iddaħħal il-liġi biex il- garanzija tiġi onorata.", "Ġieli konsumatur ikollu ftit raġun u l-liġi tagħtih id-dritt kollu li jfittex dak ir-raġun u ġieli konsumatur ikollu raġun mija fil-mija imma l-liġi ma tagħtihx dritt li jkun jista' jfittex u jagħmel redress.", "Per eżempju, ftit tas-snin ilu fl-area tan-Nigret kien hemm surge qawwi min-naħa ta' l-Enemalta u r-residenti ta' dik l-area spiċċaw bil-videos, televisions u fridges maħruqin.", "Niftakar meta ġejt hawnhekk biex nara x'jista' jsir qaluli li ma tistax tieħu passi kontra l- Enemalta fuq każijiet bħal dawn.", "Dan ifisser li minkejja li aħna stess nagħmlu l-liġijiet hawnhekk dwar kif għandu jimxi bejjiegħ mal-konsumatur, dawn il-liġijiet mhux dejjem ikunu japplikaw.", "Jien ngħid li l-gvern irid jagħti eżempju anke permezz tal- korporazzjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt sħabi diġa' tkellmu fuq dawk l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawl, ilma u telephones u dwar saħħa, edukazzjoni, ġustizzja jew nuqqas ta' ġustizzja.", "Kultant tiddejjaq tara gvern jiddiskrimina biċ-ċar għax nies li jkollhom dritt għall-kumpens jibqgħu ma jingħataw xejn imbagħad ikun hawn każijiet fejn lanqas tkun taf għalfejn dak li jkun ikun ingħata kumpens.", "Dan ifisser li gvern jista' jimxi b'two weights and two measures.", "Għalkemm fil-liġi jkun hemm id- drittijiet, klawsola mhux dejjem tkun ċara u kultant jidħol l-element tar-raġuni ukoll.", "Ħafna drabi jkun hemm każijiet li jmorru oltre l- liġijiet.", "Per eżempju, jekk jien xtrajt prodott ħażin li kkaġunali xi ħsara, jien mhux biss għandi dritt li nibdel dak il-prodott imma għandi dritt ukoll li nitħallas għal dak id-dannu li nkun sofrejt minħabba dak il- prodott.", "Jekk, per eżempju, nixtri appliance li tkun difettuża li tikkaġunali short u ttajjarli d-dawl tad-dar kollha jiena għandi dritt li mhux biss immur għand tal-ħanut biex jibdilli l-appliance imma għandi dritt nitħallas tad-danni li nkun sofrejt.", "Jekk, per eżempju, jibagħtuli sett ta' għamara differenti minn dak li nkun ordnajt, għalfejn għandi nibgħatu lura u nħallas in-nies minn buti u mhux kollox ikun a spejjeż ta' min ikun bagħtuli ħażin?", "Barra minn Malta għandhom statistika ta' kemm iweġġgħu jew imutu nies kaġun ta' prodotti difettużi pero' hawnhekk mhux biss m'għandniex statistika imma lanqas nisimgħu b'dawn l-affarijiet.", "Ma naħsibx li f'pajjiżna dawn l-affarijiet ma jiġrux għax aħna speċjali imma naħseb li għalkemm ikunu qed jiġru, ftit li xejn inkunu qed nagħtu kashom.", "Lill- konsumatur kif qed ninformawh dwar dawn l-affarijiet u x'awareness campaigns qed nagħmlu?", "Xi programmi ta' edukazzjoni qegħdin isiru dwar dawn l-affarijiet?", "Issa nagħmlu ġimgħa niddiskutu dan is-suġġett hawnhekk imbagħad probabbilment malli noħorġu minn hawnhekk kollox jintefa' fl- arkivji u l-Bambin biss jaf kif dan l-imbierek konsumatur se japplika dak li nkunu qed ngħaddu mill-parlament.", "Nitkellmu ħafna fuq id-dritt ta' l- għażla u l-gvernijiet jiġġieldu biex ma jkunx hemm monopolji imbagħad inkunu qed nitkellmu fuq erbat jiem ilu - għax sena, sentejn, tlieta fil- politika m'huma xejn - u ssib li l-gvernijiet mhux talli mhux qed jaħdmu biex ineħħu l-monopolji imma huma stess qed jagħtu l-monopolji fuq ħafna affarijiet essenzjali fil-ħajja ta' kuljum.", "Għalhekk fit-teorija nagħmlu mod u fil-prattika u fil-ħajja ta' kuljum nimxu mod ieħor.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq id-dritt tar-redress, Sur President.", "Huwa veru li kulħadd għandu d-dritt tar-redress bil-liġi imma ħafna drabi dak li jkun ma jeżerċitahx għax jidħlu ħafna qrati, avukati u spejjeż, biex ma nsemmix id-dewmien taż-żmien u dak li jkun jaqta' qalbu.", "Pero' jekk wieħed jiftiehem bonarjament ma' dak li jkun biegħlu l-prodott jieħu dak li ħaqqu.", "Min-naħa l-oħra jekk wieħed imur il-qorti u jagħmel xi spejjeż biex jieħu l-kumpens, il-kumpens li jieħu mbagħad jista' jkun darbtejn jew tliet darbiet aktar minn kemm suppost jieħu u allura dan ikun vale la pena.", "Wieħed irid iħares ukoll lejn it-teknoloġija.", "Illum ir-relazzjoni bejn il- konsumatur u min jipprovdi l-prodott u s-servizz inbidlet sostanzjalment.", "Qabel wieħed kien jagħmel il-liġijiet fl-isfond ta' kif kien qed jitmexxa l- kummerċ dak iż-żmien imma llum qed naraw tibdil kbir.", "Per eżempju, llum għandek it-telemarket fejn isir bejgħ bit-telephone, għandek it-teleshopping, l-internet, id- digital television, u l-virtual malls fejn tara shopping centre kbir fuq monitor.", "Illum jeżisti wkoll l-on- line ordering u l-on-line payment ta' prodotti.", "Permezz ta' l-electronic lodgement services illum, biex nimla formola ta' l-income tax, per eżempju, nista' ndaħħal kollox fuq il-computer u nibgħatha lid-dipartiment tat- taxxa bl-e-mail mingħajr ma noqgħod nimla formoli.", "Fejn qabel biex nirriżerva vjaġġ u akkomodazzjoni kont noqgħod inċempel u mmur għand aġent ta' l-ivvjaġġar illum nidħol fl-internet u nista' nirriżerva akkomodazzjoni fejn irrid mill-kumdita' tad-dar tiegħi.", "Illum għandek on-line information, ordering, payment u delivery ta' information-based services.", "Illum pubblikazzjoni tista' tirċeviha on data mhux on paper.", "Per eżempju, llum biex nagħmel software tal-computer nista' nidħol fl-internet, inħallas u nagħmillu downloading direttament mingħajr ma jkolli diski u affarijiet bħal dawn.", "Naturalment dawn kollha huma affarijiet komdi li jġibu sfidi ġodda pero' naħseb li l-pajjiżi kollha madwar id-dinja għadhom ma sabux is- soluzzjonijiet dwar kif nistgħu nipproteġu lill-konsumatur mill-effetti ħżiena u mill-ingann li jista' jkollhom.", "Donnu li t-teknoloġija qed timxi b'pass aktar mgħaġġel mil-liġijiet li jsiru biex jipproteġu lill- konsumatur.", "Jien mhux qed ngħid li dawn l-affarijiet iġibu biss effetti ħżiena anzi dawn l-affarijiet iġibu opportunitajiet ġodda li ta' min jinkoraġġihom.", "Pero' fejn illum biex tikseb informazzjoni fuq prodott tidħol f'ħanut u tmiss dan il-prodott b'idejk, issa tista' tikseb dik l- informazzjoni through internet u kulma tara hija stampa.", "Issa inti tista' tiġi ngannat meta tmur u tifli l-prodott b'idejk aħseb u ara kemm tista' tiġi ngannat meta l-prodott qed tarah biss fuq stampa.", "Illum is- supplier tkun taf min hu għax titkellem miegħu f'ħanut imma meta tidħol fl- internet il-Bambin biss jaf ma' min tkun qed tagħmel deal.", "U kultant titkellem ma' supplier u jiġuk id-dubji kemm dan huwa ġenwin aħseb u ara kemm tista' tiddubita mill-ġenwinita' ta' virtual supplier.", "Imbagħad għandek il-kwestjoni ta' l-after-sales services għax kultant fuq l-internet jimxu tajjeb miegħek sakemm jieħdu l-flus imbagħad ma tkunx taf lil min se tfittex jekk xi ħaġa tmur ħażin.", "Per eżempju, mill- esperjenza tiegħi nista' ngħid li fuq l-internet hemm min jimxi tajjeb u hemm min jimxi ħażin.", "Qed ngħid hekk għax meta ġieli ordnajt xi kotba fuq l- internet ġieli ħriġt sodisfatt u ġieli ħadt xhur biex jibgħatuhomli u dan wara li trid toqgħod tiġri warajhom u wara ħafna telefonati u e-mails.", "Imbagħad għandek il-fenomenu l-ieħor li jirriferu għalih bħala disintermediation fejn qed jitneħħa l-middleman.", "Per eżempju, llum qed jitneħħa l-aġent ta' l-ivvjaġġar.", "Fejn qabel biex insiefer kont immur għand aġent u dan jgħaqqadli l-pakkett kollu, illum nista' naqbad mal- hotel, ma' l-airline u ma' min jikri l-karozzi direttament u nirranġa kollox.", "Għalkemm b'din is-sistema jista' jorħos xi ftit il-prezz jista' jkollok l-impatt negattiv li tikber il-gap bejn is-supplier u l-konsumatur.", "Per eżempju, llum għandek problemi ta' ġurisdizzjoni.", "Jekk illum jien nixtri prodott f'Malta mingħand aġent Malti naf li jekk jinqalagħli xi ħaġa, kemm jien u kemm hu qegħdin fl-istess ġurisdizzjoni legali Maltija imma meta jien qed nixtri xi ħaġa bl-internet mingħand xi ħadd Amerikan u tinqala' problema, liema ġurisdizzjoni legali se tapplika; tiegħi jew tiegħu?", "Ħafna minn dawn il-problemi għadna ma solvejnihomx.", "Jien ngħid li hemm bżonn nedukaw lill-poplu fuq dawn l-affarijiet.", "Pajjiżi oħrajn għandhom programmi sħaħ ta' tagħlim fl-iskejjel u għalliema li jagħmlu consumer education workshops biex jiġi żviluppat ambjent ta' suq aktar fair u aktar kompatibbli mat-trends tal-lum.", "Dan huwa mportanti ħafna għax it-tfal tal-lum huma l-konsumaturi u l-providers tal-prodotti u tas-servizzi ta' għada.", "Kif għidt, f'pajjiżi oħrajn il-consumer education hija parti mill-curriculum tat-tfal anke taħt it-tmien snin.", "Jien ngħid li dawn l-iskemi jistgħu faċilment jinħadmu bejn ministeri differenti għall- interess komuni tal-konsumatur u tan-negozjant.", "Qed ngħid dan għax aktar ma l-konsumatur iħossu safe aktar se jikber il-kummerċ u aktar se jiżdied il- business.", "Naturalment mat-tagħlim ġenerali jrid ikun hemm tagħlim effettiv ukoll fuq areas speċjalizzati, bħal, per eżempju, areas ta' insurance, proprjeta' u bini, servizzi professjonali u areas fil-kamp mediku, fil-kamp ta' l-arkitettura u fil-kamp notarili.", "Ovvjament dan it- tagħlim irid ikun marbut ma' policies, regolamenti u liġijiet.", "Hemm bżonn ukoll li jitkattru l-għaqdiet tal-konsumatur.", "Per eżempju, għaliex unions ma jipprovdux aktar saħħa lill-konsumatur?", "Illum il-unions għandhom fejn jimirħu u jistgħu jħarsu l-interess tal-ħaddiem mhux biss fis- suq tax-xogħol imma wkoll fis-suq tal-konsum.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar ix- xogħol li qed isir mill-NGOs b'memberships u mill-NGOs mingħajr memberships li joffru ħafna servizzi minn pariri sa azzjonijiet legali.", "Issa nixtieq ngħid kif dawn l-affarijiet japplikaw għas-settur tat- turiżmu.", "Illum kulħadd jaf kemm hija kbira l-importanza ta' dan is- settur.", "Fil-fatt minn survey li għadha kemm għamlet il-Malta tourism authority instab li kważi l-Maltin kollha - jekk m'inix sejjer żball kien hemm madwar 99% - jaqblu fuq l-importanza tas-settur tat-turiżmu.", "Pero' wieħed irid jagħraf ukoll li l-qasam tat-turiżmu huwa qasam kumpless ħafna għax fost affarijiet oħra dan jinkorpora fih it-trasport, l- akkommodazzjoni u servizzi oħrajn.", "Għalhekk aktar kemm ikun kumpless dan is-settur aktar wieħed irid iħares lejh bir-reqqa.", "Għalkemm l-individual travelling qiegħed jiżdied, ħafna turisti għadhom m'humiex qed jgħaqqdu l- pakkett huma personalment imma għadhom joqogħdu fuq dak it-travel agent tradizzjonali li mhux qiegħed hawn Malta biss imma qiegħed imxerred mad- dinja kollha.", "L-isfortuna fit-turiżmu hi li meta tixtri pakkett jew servizz tħallas bil-quddiem u l-prodott ma tkunx taf kif inhu u allura trid toqgħod fuq il-kelma ta' dak li jkun qed ibigħlek.", "U jekk tmur żmerċ fuq holiday mhux bħal meta tmur żmerċ fuq borma.", "Jekk tixtri borma ta' Lm6 u jkollok il- problemi, jkollok kwestjoni fuq Lm6 mhux bħal meta tmur holiday u l- affarijiet ma jmorrux kif tkun xtaqt.", "Illum ħafna familji jmorru holiday darba f'sena, wara sena sħiħa ta' xogħol u jekk dawn isibu l-problemi, apparti s-setback finanzjarju jista' jkollhom trauma mentali għax minflok ikunu straħu jiżdiedilhom aktar stress.", "Għalhekk il-gvern għandu jara x'inhuma l-best practices f'din l-area.", "Per eżempju, huwa veru li l-Unjoni Ewropea għandha programmi sħaħ fejn jidħol il-konsumatur imma jien ngħid li dwar il-konsumatur bħala turist għad hemm ħafna affarijiet x'jittejbu fid- direttiva li titkellem dwar travel packages u holiday tours.", "Jien nemmen li għandna naraw x'qed jagħmel ħaddieħor imma nemmen ukoll li jekk jista' jkun immorru aħjar minn ħaddieħor.", "Meta wieħed imur biex jixtri holiday package irid jara li l-affarijiet ikunu ċari mill-bidu nett u għandu jingħata informazzjoni sħiħa u mhux informazzjoni biċċa biċċa.", "It-travel agent m'għandux jieħu l-flus tal- konsumatur u mbagħad wara joqgħod igħidlu li ma nkludielux, per eżempju, t- transfer fees u l-breakfast għax dawk irid iħallas għalihom extra jew inkella jgħidlu li t-tours li jkun ħallas għalihom ikunu għall-mara u għalih u mhux għat-tfal ukoll.", "Mela l-affarijiet iridu jkunu eżatti u ċari mill-bidu nett.", "Barra minn hekk huwa mportanti wkoll li wara li t-travel agent ibigħ il-pakkett dan irid jibqa' responsabbli għall-klijenti tiegħu sakemm tispiċċa l-holiday u jarah lura Malta.", "Dan ma jridx jieħu l-flus u wara li jagħtih il-biljett ma jkollux x'jaqsam aktar miegħu.", "It-travel agent ird iħossu responsabbli biżżejjed biex jirrispondi mill-ewwel għall- ilmenti tal-klijenti tiegħu.", "Apparti minn hekk jekk travel agent ikun biegħ tour aħmar lil wieħed u tour blu lil ieħor m'għandux jaqla' lil wieħed u jibdlu mat-tour ta' l-ieħor biex jakkomoda l-esiġenzi tiegħu.", "It- travel agent irid iħares lejn l-esiġenzi ta' dak li jkun qed jieħu holiday u mhux lejn l-esiġenzi tiegħu.", "Punt importanti ieħor huwa li jekk parti mill-package tmur ħażin l-aġent irid ikun responsabbli biżżejjed li jipprovdi servizz alternattiv ta' l- istess livell jew ta' livell aħjar minn dak li jkun offra u nista' ngħid li l-lukandiera Maltin hekk jagħmlu.", "Jekk, per eżempju, 4-star hotel tkun overbooked il-lukandier irid jieħu ħsieb li lil dak li jkun ma jibgħatux fi 3-star hotel imma jibgħatu f'4-star hotel oħra jew f'5-star hotel.", "Għalhekk l-aġenti tagħna jridu jieħdu ħsieb li l-barranin jieħdu ħsieb l- interess tat-turist Malti daqskemm aħna nieħdu ħsieb l-interess tat-turist barrani.", "Hawnhekk irrid ngħid li anke l-gvern irid ikun responsabbli minn dawn l-affarijiet.", "Ma jistax ikollok lil Malta tourism authority li tirreklama u tgħid li hawn Malta għandna kollox sabiħ, għandna ħafna bnazzi, xemx u baħar pur imbagħad meta jiġu l-barranin hawn Malta jsibu li mill-ġenna li wegħednihom inkunu tfajnihom f'infern minħabba t-telqa, l- ħmieġ u t-toroq diżastrużi li għandna għax b'hekk inkunu qed ningannaw lit- turist.", "L-ambjent li għandna bħalissa qed jinkwieta ħafna lill-Maltin.", "Mhux sew li noqgħodu ngħidu li għandna l-blue flag beaches - j'Alla jkollna ħafna minnhom - u ma nsemmux is-sea pollution u d-drenaġġ li qed ifur fil-marinas u f'postijiet fejn jgħumu n-nies.", "Nitkellmu fuq in-noise pollution, imbagħad il-Bambin biss jaf minn xiex ikunu għaddejjin it- turisti residenti n-naħat ta' Paceville eċċ. Pero' fuq dan ma rridx inkompli ntawwal.", "Mr Speaker, nafu li hemm ċerti affarijiet li huma obbligu tal-privat li jagħmilhom u hemm affarijiet oħra li huma obbligu tal-gvern.", "Jien naf li hemm travel agents' associations serji u li jaħdmu ħafna pero' naturalment dejjem ikun hemm lok għal titjib.", "Jien persważ li aktar kemm jgħaddi żmien aktar qed isir titjib.", "Kif diġa' għidt għandna ħafna x'nitgħallmu minn pajjiżi barranin.", "Per eżempju, barra minn Malta hemm travel organisations li jagħmlu alerts u warnings lill-klijenti tagħhom fuq id- destinazzjoni li jkunu sejrin fiha u jgħidulhom biex joqogħdu attenti minn offerti li jistgħu jingannawhom.", "Dawn l-organizzazzjonijiet jagħtu informazzjoni fuq affarijiet mediċi u fuq affarijiet bħal passaporti eċċ. Per eżempju, dawn l-organizzazzjonijiet ta' l-ivvjaġġar jipprovdu servizz ta' medjazzjoni bejn il-konsumatur u t-travel agents membri tagħhom biex fejn ikun hemm disputes fuq l-ivvjaġġar dawn ikunu jistgħu jirranġaw b'mod mill-aktar ċivili u bl-inqas hassle u bl-inqas spejjeż għat-turist.", "Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom code of ethics tagħhom li kull membru jrid jimxi fuqhom u joħorġu consumer magazines fuq l-ivvjaġġar.", "Dawn huma kollha affarijiet tajbin li għandna nimxu fuqhom.", "Jien naħseb li meta waqqafna l-Malta tourism authority ħsibna xi ftit fuq dawn l-affarijiet imma jien ngħid li ħallejna xi affarijiet barra.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nipproponi li l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli jitkellem.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, on a point of order.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fil-11.07 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, kellna diversi kelliema li tkellmu b'mod interessanti ħafna fuq kif dan l-abbozz ta' liġi jolqot lill- konsumatur pero' jien nixtieq nitkellem ftit fuq kif dan is-suġġett jolqot l-ikel qabel ma jiġi proċessat.", "Jien naħseb li għandna bżonn nassessjaw ir-requirements minimi li għandu jkollna ġewwa pajjiżna rigward dak li għandu x'jaqsam mal- preparazzjoni ta' l-ikel.", "Wieħed irid jitkellem fuq konċetti minimi ta' saħħa u ta' welfare fl-agrikoltura u kif dan kollu jaffettwa lill-poplu inġenerali.", "Jien nemmen li l-aktar żewġ affarijiet importanti f'dan is-settur huma l-edukazzjoni u l-leġislazzjoni.", "Jekk meta tiġi biex tilleġisla ma ddaħħalx l-importanza ta' l-edukazzjoni jkollok leġislazzjoni ta' fuq il-karta li waħedha ma tiswa xejn.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li wieħed jitlob li ssir reviżjoni bis-serjeta' tal-liġijiet li jirrigwardjaw il-pestiċidi li jintefgħu fuq il-ħxejjex u l- frott biex dawn ma jinqerdux minn ċerti insetti u l-prodott ikun tajjeb biex joħroġ fis-suq.", "Irridu naraw kemm dawn il-pestiċidi li għandna fil- pajjiż humiex tajbin jew le u x'inhuma l-perijodi minimi meta l-ħaxix u l- frott ikun jista' jinqata' biex jitpoġġa fis-suq.", "Qed ngħid dan għax nafu li l-pestiċidi jibqgħu effettivi sa ċertu żmien u jekk wieħed ma jimxix skond kif ikun issuġġerielu l-manifattur dan jista' jkun ta' dannu għas- saħħa taċ-ċittadini li jkunu qegħdin jikkonsmaw il-prodott.", "Jien mhux se noqgħod nidħol f'affarijiet oħrajn li jirrigwardaw l-użu tal- pestiċidi li jidħlu fil-ħamrija u jispiċċaw fil-water table bil-konsegwenza li dawn jidħlu fis-sistema ta' l-ilma ta' taħt l-art.", "Pero' jkun tajjeb li naraw ftit x'qed jiġu mitmugħa l-bhejjem, per eżempju, u l-ambjent li jgħixu fih qabel ma dawn jintbagħtu għall-qatla.", "Wieħed irid jara li l- proċess minn meta l-bhejjem jitrabbew u jinqatlu sakemm jiġu mibjugħa jkun kif suppost.", "L-istess ħaġa ngħid għall-ħut u għal affarijiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel speċjalment fil-perijodi sħan tas-sajf.", "Ħafna drabi naraw bejjiegħa jbigħu kull tip ta' prodott taħt il-qilla tax- xemx u allura rridu noqogħdu attenti ħafna għax kultant żmien ikollna flare-up ta' food poisining.", "Għalhekk huwa mportanti ħafna li naraw li l- liġijiet jiġu nforzati u li l-konsumatur ikun edukat fuq dawn l-affarijiet.", "Issa nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa oħra li tirrigwarda l-konsumatur.", "Jien inħoss li l-konsumatur għandu jkollu r-rappreżentanza tiegħu f'kull settur tas-soċjeta' biex ikun jista' jsemma leħnu.", "Sfortunatament hawn Malta - jekk m'inix żbaljat - hawn għaqda waħda biss tal-konsumaturi.", "Apparti minn hekk hawn individwi oħrajn li jippruvaw jagħtu s-sehem kollu tagħhom mill- aħjar li jistgħu biex il-konsumatur ikollu leħen.", "Pero' xi ħaġa li għadha ma daħlitx fil-kultura Maltija hija li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin iħossu li huma parti minn din l-għaqda tal-konsumaturi.", "Ħafna drabi l- konsumaturi jidħlu f'din l-għaqda wara li jkunu ltaqgħu ma' xi problema pero' wara li l-għaqda tkun iġġieldet u forsi wkoll rebħet il-każ tagħhom dawn ma jkomplux jissapportjawha u joħorġu minnha.", "Issa hawnhekk ta' min igħid li l-membership fee hija xi 50c fis-sena pero' dawn huma l-fatti.", "Jien inħoss li din hija kultura ħażina għax tagħti ċ-ċans lil dak li jkun iqarraq bil-konsumatur.", "Mr Speaker, huwa faċli li nirrikonoxxu l-għaqdiet tal-konsumaturi u nagħmlu liġijiet favur tagħhom imma dawn l-għaqdiet tal-konsumaturi li huma organizzazzjonijiet mhux governattivi x'support qed ikollhom min-naħa tal- gvern biex ikomplu jagħmlu l-ħidma tagħhom?", "Il-gvern jista' jgħid li għandu dipartiment tal-konsumaturi li huwa mmexxi minn persuni ħabrieka pero' jidher ċar li dan id-dipartiment mhuwiex armat biżżejjed biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol kollu li ħafna drabi jiġi mitlub jagħmel biex ikun jista' jiġġieled għad-drittijiet tal-konsumaturi.", "Dalgħodu ssemmew ċirkostanzi, per eżempju, fejn il-konsumatur baqa' b'xiber imnieħer sempliċement għax ma jistax ifittex korporazzjonijiet jew dipartimenti tal-gvern.", "Pero' naħseb li l-akbar problema li jiltaqgħu magħha l-konsumaturi hija f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aġenziji ta' l- insurance.", "Ħafna drabi f'dan il-qasam il-konsumatur qed jispiċċa l-vittma ta' diversi klawsoli - hawnhekk qed nirriferi għal dawk li ngħidulhom l- ismall print jew affarijiet li ġieli jkunu between the lines - li ma jkunux ċari biżżejjed.", "Ħafna drabi jkun hemm biżibilju ta' paġni x'wieħed jaqra.", "Issa kultant lanqas min hu espert fil-lingwa Ingliża ma joqgħod jaqra d- dettalji kollha aħseb u ara kemm se jagħmel hekk min huwa illitterat.", "Dawk in-nies li jġibu polza tas-sigurta' - din tista' tkun polza tas- sigurta' li tkopri karozza, dar, safar, saħħa u affarijiet oħra - u ma jkunux jafu d-dettalji kollha u għalxiex ikunu qed jiffirmaw jiffaċċjaw ħafna problemi.", "Per eżempju, kemm hemm kumpanniji ta' l-insurance li meta tmur tagħmel insurance għall-karozza jistaqsuk kemm il-vettura tkun ilha barra?", "Ħadd ma jgħidlek li jekk karozza tkun ilha barra, per eżempju, sitt snin, il-valur jonqos minħabba d-depreciation u li allura jekk tinsteraqlek, tinħaraqlek jew inkella jekk tkun involuta f'xi inċident, dawn jagħtuk fuq Lm2,500, per eżempju, u mhux fuq il-prezz li tkun xtrajtha.", "Li naf hu li l-individwu mingħalih li jkun se jinxurja l-karozza fuq Lm4,000, biex nagħti eżempju, u jħallas fuq premium ta' Lm4,000 imma meta jkollu xi inċident jew inkella l- karozza tkun inħarqitlu jew insterqitlu, dan jieħu fuq premium ta' Lm2,500 u mhux fuq premium ta' Lm4,000.", "Hawnhekk irridu ngħinuh lill-konsumatur u għalhekk jien l-ewwel sħaqt fuq il-konċett ta' l-edukazzjoni.", "Minkejja li d-dipartiment tal-konsumatur joħroġ ammont ta' leaflets ħalli jkun jista' jeduka liċ-ċittadini u minkejja li dan id-dipartiment flimkien ma' l-għaqda tal-konsumatur imorru fuq l-istazzjonijiet tar-radju - ma nafx imorrux ukoll fuq l-istazzjonijiet tat-television - biex jipprovaw iwieġbu ċerti mistoqsijiet li jagħmlulhom l-individwi sfortunatament inħoss li mhux qed jaslu biżżejjed biex ikun hawn il-consumer power ħalli l-konsumatur ma jħalli lil ħadd iqarraq bih.", "Huwa importanti wkoll li wieħed jirrivedi wkoll ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur bankarju.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq is-safety ta' ċerti prodotti għax inħoss li l-konsumatur mhuwiex informat biżżejjed dwar dan.", "Hawnhekk nixtieq insemmi ċerti ġugarelli tat-tfal li jkollhom items irqaq li jkunu ta' periklu.", "Fl-opinjoni tiegħi l-bejjiegħ għandu jħoss id-dmir li jidderieġi lill-konsumatur fid-direzzjoni t-tajba u mhux l-aqwa li jbigħ.", "Nista' ngħid li aħna t-tobba niltaqgħu ma' każijiet, kemm l-isptar kif ukoll fil- privat, fejn tfal idaħħlu biċċiet minn dawn il-ġugarelli f'imnifsejhom u f'widnejhom.", "Dawn huma affarijiet perikolużi ħafna għax l-individwu li jixtri l-prodott ma jagħtix kas u min ikun biegħ jiġi jaqa' u jqum minn dawn l-affarijiet.", "Għalhekk nerġa' nisħaq fuq l-edukazzjoni li għandu jkollu l-konsumatur fuq dawn l-affarijiet.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-misleading advertising, Sur President.", "Jista' jkun hemm reklami u informazzjoni fuq pakketti ta' l-ikel jew tax- xorb li jkunu qed imexxu lill-konsumatur fid-direzzjoni l-ħażina.", "Per eżempju, ġieli tara pakketti li fuqhom ikun hemm imniżżel ''no added sugar'' pero' ma jkunx hemm imniżżel ukoll li l-prodott ikun fih iz-zokkor fih innifsu.", "Ġieli tiltaqa' ma individwu diabetiku li jkun qed jikkontrolla z-zokkor li jgħidlek li mhux qed jieħu affarijiet biz-zokkor pero' mbagħad igħidlek li jkun qed jixtri minn dawn il-pakketti li jkollhom imniżżel ''no added sugar'' għax ikun mingħalih li dawn ma jkollhomx zokkor.", "Individwu bħal dan ikun qed jagħmel il-ħsara lilu nnifsu għax dawn ma jkunux prodotti sugar free.", "Li jkun hemm ''no added sugar '' fuq pakkett m'hijiex xi ħaġa ħażina pero' prodott bħal dan ikun qed iqarraq bil- konsumatur li jaħseb li dak il-prodott huwa safe.", "Ta' min igħid li ħafna minn dawn il-pakketti jiġu minn barra minn Malta.", "Fil-fatt din il-ġimgħa jien kont Brussels fejn kont qed nattendi għall-kumitat li għandu x'jaqsam mal-consumer affairs u kwestjoni li qamet kienet dwar il-misleading advertising.", "Jekk verament għandna għal qalbna s-saħħa ta' l-individwi tagħna dan is-settur għandna neħduh bis-serjeta'.", "Sfortunatament ċerti manifatturi dawn l-affarijiet mhux dejjem jeħduhom bis-serjeta' u matul it- 22 xahar li għamilt bħala ministru nista' ngħid li spiss kont niltaqa' ma' każijiet relatati ma' din il-problema.", "Per eżempju, kultant ma jkollokx l- ingredjenti kollha li jkun fih prodott partikolari u ġieli tiltaqa' ma' prodotti li ma jkun fihom l-ebda informazzjoni.", "Per eżempju, darba minnhom xi ħadd għamel rapport lid-dipartiment tas- saħħa dwar prodott li fuqu ma kienx hemm informazzjoni.", "Fil-fatt kienu ntbagħtu health inspectors biex jassessjaw dan il-prodott u veru nstab li dan ma kellux informazzjoni fuqu.", "Meta mbagħad wara kienet inġibdet l- attenzjoni tal-manifattur, li huwa self-employed żgħir, dan ipprova jkellimni biex naqbeż għalih pero' jien żgur ma stajtx naqbeż għal xi ħadd li kien qed jagħti nuqqas ta' informazzjoni lill-konsumatur.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li għidt lil dan il-ħabib tiegħi kienet li jrid jirregola ruħu mal-liġi għax inkella jkun qed jikser il-liġi u allura dan kellu jaċċetta l-fatt li jrid jobdi l-liġijiet tal-pajjiż.", "Meta tingħata s-saħħa lill-konsumatur tkun qed tingħata s-saħħa wkoll lill-manifatturi u lill-kummerċjanti serji.", "Min m'huwiex serju għandu jeħodha kontra l- liġijiet li jipproteġu lill-konsumatur.", "Mr Speaker, m'huwiex biżżejjed li jkollok dipartiment tal-konsumatur governattiv imma huwa importanti wkoll li jkollok għaqdiet mhux governattivi u li jkunu indipendenti minn kull settur, li l-interess tagħhom ikun biss il-konsumatur.", "Il-konsumatur irid ikollu s-saħħa li jiġġieled anke dipartimenti governattivi għax ma nistgħux nibqgħu ngħidu lill-privat li jrid jobdi l-liġijiet u li jrid jirregolarizza ruħu ma' ċerti regoli mbagħad jekk il-konsumatur ikollu xi problemi mad-dipartimenti tal-gvern jew ma' xi korporazzjonijiet parastatali dan ma jkunx protett.", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi dwar il-food safety li kien qed isir bejn id-dipartiment tas-saħħa u l-FAO ilu jinħema ħames snin.", "Per eżempju, meta kien sar assessment tar-ristoranti kien instab li kien hemm ċerti ristoranti li kellhom livell baxx ħafna u waħda mid-direzzjonijiet li konna qegħdin nagħtu kienet li mhux noqogħdu naqbdu u nħarrku imma l-ewwel nedukaw biex dak li jkun igħolli l-livell tiegħu.", "Fil-fatt kienu qed jingħataw direzzjonijiet ta' x'tibdil huma mistenni li jsir biex wieħed igħolli l-livelli tiegħu.", "B'sodisfazzjon ngħid li wara assessment li kien sar sitt xhur wara, numru konsiderevoli ta' ristoranti li kienu fil- livell ta' isfel f'dak li għandu x'jaqsam ma' preparazzjoni ta' l-ikel bdew igħollu l-livell.", "Għalhekk qabel ma tibda tħarrek lil dak u lil ieħor għandek teduka mbagħad terġa' tassessja jekk dak it-tibdil li tkun tlabt li għandu jsir ikunx qed isir verament.", "B'hekk biss wieħed jista' jgħolli l- livell.", "Issa mbagħad jekk wieħed ma jimxix mat-tibdil li jkun qed jintalab minnu trid tieħu l-passi neċessarji għax min ma jkunx serju m'għandekx timxi miegħu bl-ingwanti.", "Huwa mportanti li dawn l-affarijiet inkomplu nsaħħuhom għax l-ikel għandu jingħata importanza kbira.", "Settur ieħor li nixtieq nitkellem dwaru huwa dak tal-mediċinali.", "Madwar tliet snin ilu, flimkien ma' l-għaqda dinjija tas-saħħa, kien qed isir xogħol minn espert li kien ġie mill-Islanda, biex il-liġijiet ta' pajjiżna li jirrigwardaw il- farmaċewtiċi li jmorru lura għexieren ta' snin jiġu updated skond il-bżonnijiet tal-lum.", "Sfortunatament għadna daqsxejn lura f'dan is-settur pero' agħar minn hekk huwa l-fatt li fis-suq tagħna għandna prodotti li mhumiex ta' kwalita' tajba u jekk wara li t-tabib jordna l- isem tal-mediċina, l-ispiżjar jibdilhielu jew jagħtih xi ħaġa oħra minflokha, din tista' ma tkunx tajba daqs dik li jkun ordna t-tabib bil- konsegwenza li l-pazjent ikun qed jieħu mediċina li ma tkunx qed taħdem fuqu kif suppost.", "Din hija s-serjeta' li rridu naraw u għalhekk hemm bżonn li l-liġijiet li jirrigwardaw il-farmaċewtiċi jiġu upgraded.", "Mr Speaker, aħna l-politiċi wkoll għandna ċerti responsabilitajiet għax in-nies li jtellgħuna għandhom dritt jingħataw rendikont ta' dak kollu li nagħmlu u li ngħidu daqskemm għandu dritt il-konsumatur.", "Per eżempju, xi jumejn ilu xi ħadd ipprova jeduka lill-GWU u jgħidilha li ż-żmenijiet tad- direct orders, bħal fil-każ tal-Kalaxlokk, spiċċaw.", "Allura xi ngħidu dwar id-direct order stmata li tlaħħaq madwar Lm83 miljun - minjaf kemm għad trid titla' aktar minn hekk! -li ngħatat lill-konsorzju Skanska għall-bini ta' l-isptar il-ġdid f''Tal-Qroqq?", "Forsi din m'hijiex direct order!", "Kont nistenna lil dan l-istess Onor. Membru jattakka lill-gvern li għadu kif ta direct order li suppost jiswa Lm83 miljun pero' kif għidt ġimgħa ilu f'dan il-parlament dan l-ammont jista' jisplodi 'l fuq.", "Lill-GWU ġew igħidu li ż-żmenijiet tad-direct orders u l-monopolji spiċċaw!", "Imbagħad għandna l- fondazzjoni għas-servizzi mediċi li biex tagħti kuntratt bażwi lill- Skanska, tesponi ruħha beraħ għal kwalunkwe manuvra min-naħa ta' Skanska.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nipproponi li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fil-11.52 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Peress li issa hawn quorum is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, wieħed jista' jgħid li bħalissa l- abbozzi ta' liġi kważi kważi qed ngħadduhom bil-mass production u kieku l- industrija timxi b'din ir-rata ilna li solvejna l-problema tad-dejn li għandna.", "Bl-emendi li qed nagħmlu f'dan l-abbozz ta' liġi għandna ntejbu l-liġi eżistenti pero' jekk ma jkunx hemm enforcement serju tal-liġijiet inkunu qegħdin naħlu ż-żmien tagħna u tal-poplu Malti kollu.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-konsumatur is being taken for a ride, kif jgħidu bl-Ingliż, u ladarba tgħaddi din il-liġi nisperaw li naraw titjib.", "Naħseb li kulħadd jixtri u kulħadd jagħmel użu minn xi servizz jiġifieri tista' tgħid li kulħadd huwa konsumatur.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, sar il-ħin u nifhem li se tibqa' in possession, hux hekk?", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Issa nitlob lill-Ministru għall-Ambjent biex f'isem il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Ġimgħa, 14 ta' Lulju 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Riżoluzzjoni dwar il-ħatra ta' Ombudsman.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat - Kumitat Permanenti.", "MR.", "SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena ma neħux gost noqgħod niġi u nirribatti ċerti statements li jsiru mill-kelliem ta' l-oppożizzjoni għall- biedja u s-sajd - fil-fatt ili ma nitkellem f'aġġornament naħseb iżjed minn xahar - allavolja nisma' ħafna ineżattezzi u nerħilhom għaddejjin.", "Iżda fid- dinja jiġri li meta tħalli ċerti affarijiet jiġu ripetuti mingħajr ma tagħti risposta, imbagħad dawk l-affarijiet jibdew jiġu mifhuma li huma l- verita'.", "Għaldaqastant wara li ilni xi xahar u nofs nisma' l-gideb, bilfors kelli niġi hawnhekk biex nagħti l-verżjoni ta' x'inhuma l-affarijiet fir- realta'.", "Nibda b'dak li ntqal hawnhekk il-bieraħt lura li ċerti Eastern Countries kandidati biex jiġu msieħba fl-Unjoni Ewropea ġew eżentati milli jħallsu d-dazju meta jimpurtaw lejn l-Unjoni Ewropea.", "Jien irrid ngħid li l-ġimgħa l-oħra ntlaħaq ftehim u ħareġ statement mill- Unjoni Ewropea li permezz tad-double zero option, kif jirriferu għaliha, ċerti pajjiżi kandidati ta' l-east jistgħu jimpurtaw lejn l-Unjoni Ewropea mingħajr ħlas ta' dazji, pero' fl-istess ħin l-Unjoni Ewropea tesporta l- prodotti lejn dawn il-pajjiżi mingħajr ma tħallas dazju.", "Li ma semmiex il- kelliem ta' l-oppożizzoni huwa li l-ġimgħa l-oħra l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li jispiċċaw il-famużi export refunds kollha fuq il-majjal.", "Jiġifieri, meta sa qabel il-ġimgħa l-oħra produttur ried jesporta l-majjal lejn pajjiż li jissejjaħ bħala third country - bħalma nikkwalifikaw aħna fil-preżent - dak il-produttur kien jibbenefika minn ammont ta' flus per kg mingħand l-Unjoni Ewropea biex dak il-majjal jiġi esportat bi prezzijiet baxxi.", "Appuntu l-ġimgħa l-oħra l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-export refunds fuq il-majjal jispiċċa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma barra l-majjal, kien hemm xi prodotti oħra bħaz-zokkor u l-butir li l-export refund fuqhom spiċċa ukoll?", "L-export refund fuq il-majjal biss spiċċa?", "Fuq il-butir baqa'?", "Fuq iz-zokkor baqa'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea fl-istatement li ħarġet neħħiet l-export subsidy scheme fuq il-majjal.", "(Interruzzjonijiet) Aħna fuq il-majjal qegħdin nitkellmu.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-Ministru qed jirriferi għad- diskors li jiena għamilt xahrejn ilu.", "Meta tkellimt fuq l-export refunds jien ma tkellimtx fuq l-export refunds tal-majjal biss.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru beda fuq premessa li ntqalu l-gideb.", "Din l- akkuża jrid jirtiraha.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "Issa għandi talba għal point of order mill-Onor.", "Mario Galea.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, hawn ftehim li huwa a konoxxenza tas- Sedja wkoll li l-Aġġornament jittieħed darba mill-oppożizzjoni u darba mill- gvern.", "Meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Farrugia jien kont ħdejn il-Ministru Ninu Zammit, konna qed nisimgħuh bil-kwiet u ħadd ma qagħad jinterrompih.", "Naħseb for fairness sake għandu jħallih jitkellem lill-Ministru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Ministru lili ma jistax jakkużani li qed nigdeb.", "Irid jissostanzja dak li qed jgħid.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, konna nisimgħu ħafna affarijiet fuq export orders u li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jispiċċaw l-export refunds.", "Issa hawnhekk qegħdin naraw li allavolja m'aħniex membri fl-Unjoni Ewropea, permezz ta' sempliċi statement il-ġimgħa l-oħra l-Unjoni Ewropea neħħiet l-export refunds.", "Id-direttivi faċilment jistgħu jiġu miżjuda, mnaqqsa u modifikati.", "U hawnhekk qegħdin naraw sezzjoni fejn ġew modifikati l-affarijiet u għaldaqstant irrid ngħid li kien għalhekk li jiena ma stajtx nagħti risposta fuq kif se jkunu r-regolamenti u d-direttivi fis-sena 2003, 2005 u 2008.", "Jiena naf li l-biedja u s-sajd huma affarijiet ħajjin u r- regolamenti jistgħu jiġu miżjuda, mnaqqsa jew modifikati.", "Ngħaddi issa għal punt ieħor.", "Issemmiet ukoll l-istorja tal-levy ta' 15% li titħallas fuq l- esportazzjoni tal-ħut.", "Irrid insemmi li sa l-1996 kien hemm understanding - l-Onor.", "Farrugia żgur jaf bih għax anki hu kien ħa l-action biex jipprova jirranġa u ma rnexxilux - illi meta niġu biex nesportaw il-ħut lejn l- Unjoni Ewropea kien hemm il-ħlas ta' taxxi ta' 15%.", "Fl-1996, il-ftehim kien li din il-levy titneħħa bil-mod il-mod fuq medda ta' tliet snin u fl- istess perjodu l-ammont ta' esportazzjoni tiżdied ukoll.", "Ġiet l-elezzjoni ta' l-1996, ġiet iffriżata l-applikazzjoni ta' sħubija u dan il-proċess kollu li permezz tiegħu kienet se tiġi mneħħija din it-taxxa ta' 15% sparixxa wkoll.", "Irrid ngħid li minn mindu ħadna l-gvern erġajna qajjimna dan il-proċess biex permezz tiegħu nkunu f'pożizzjoni li din it-taxxa fi żmien qasir, jekk Alla jrid - ma tistax tgħid jekk hux f'sena, f'sena u nofs, sentejn, j'Alla tiġi għada - titneħħa wkoll.", "B'dan il-mod l- industrija, b'mod partikolari ta' l-akwakultura li tipproduċi l-ħut, tkun f'pożizzjoni iżjed kompetittiva billi tkun tista' tkompli bl-esportazzjoni tagħha lejn il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li mill-1996 sal-lum seħħew żviluppi fejn diversi pajjiżi saħħew l-industrija ta' l- akwakultura tagħhom.", "Dawn ħatfu s-suq u filwaqt li dawn il-pajjiżi m'għandhomx il-problema li jħallsu 15% bħala levy, aħna sal-lum għadna fil- pożizzjoni li jkollna nħallsu 15% minkejja li konna bdejna dan il-proċess ta' akwakultura qabel uħud minn dawn il-pajjżi.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Farrugia qal ukoll li jiena ġibt kriżi fl-industrija tal-majjal.", "Issa l-industrija tal-majjal min imexxiha f'Malta, Ninu Zammit jew il-KIM?", "Mhux kollox f'idejn il-KIM!", "X'ġara?", "Ġara li dawn ġew f'pożizzjoni fejn qabel il-majjal kienu joqtluh bil-piż ta' 85 kg kull majjal, imma ddeċidew li l-piż tal-majjal iniżżluh għal 77 kg biex itejbu l- kwalita' għall-poplu Malti għax aktar ma l-piż tiegħu jkun baxx meta tieħdu għall-qatla aktar ikun ta' kwalita' tajba għall-mara tad-dar.", "Jekk wieħed jaqbad calculator wieħed mill-ewwel jinduna li jekk qabel kont toqtol 2340 ras fil-ġimgħa b'85 kg u issa qed toqtolhom b'77 kg allura qed toħloq shortage.", "Minħabba f'hekk ikollok sezzjoni, b'mod partikolari dik ta' l- ipproċessar, li ma tkunx tista' tieħu l-ammont kollu li jkollha bżonn biex twettaq l-industrija tagħha.", "Tkellimna kemm mal-proċessuri u kemm mal- produtturi u lħaqna ftehim biex kulħadd ikun jista' jinqeda sakemm nerġgħu ntellgħu l-produzzjoni.", "X'kien dan il-ftehim?", "Aħna ddeċidejna flimkien mal-kumitat tal-proċessuri u mad-diriġenti tal- KIM illi għal dawn it-13-il ġimgħa li ġejjin, fejn aħna nħossu li se jkollna shortage ta' majjal, il-proċessuri jimpurtaw ammont ta' majjal minn barra skond ċerti regolamenti li ġew miftehma anki mal-KIM.", "Jekk illum il- proċessur jixtri mingħand il-KIM bil-prezz ta' 82c per kg, kemm-il darba l- proċessur se jimporta minn barra dan il-majjal bis-72c dan irid iħallas id- differenza, jiġifieri 10c, bħala partial levy.", "Lill-koperattiva għidtilha li tista' timporta wkoll bl-istess sistema tal-proċessur pero' l- koperattiva m'hijiex daqshekk fidila li se tmur timporta bis-72c, tħallas it-10c partial levy u tgħaddih lill-proċessuri.", "Allura l-proċessuri ftehmu flimkien mal-KIM li l-proċessuri jimpurtaw huma l-majjal minn barra.", "Jien infurmat ukoll li min mill-proċessuri jinqabad ibagħbas mal-prezzijiet iddikjarati jeħel mhux biss il-partial levy imma wkoll il-full levy.", "Mr Speaker, intqal ukoll li jien ġibt il-kriżi.", "Il-kriżi mhux jiena ġibtha.", "Ma rridx nagħti sulfarini imma jkolli ngħid li l-kriżi ġiet fil- pajjiż meta xi ħadd fil-pajjiż beda jdaħħal f'moħħ ir-raħħala li kellna ċ- ċans f'dan il-pajjiż li nesportaw 10,000 majjal.", "Minħabba f'hekk kien hawn min beda jkabbar il-majjaliet għax mingħalih li se nżidu l-esportazzjoni u spiċċajna li kien hawn overproduction bir-riżultat li l-majjal beda jidħol overweight fil-biċċerija u l-produtturi bdew jitħallsu anqas għax kienu qegħdin joqtlu majjal ta' piż overweight.", "Aħna dik ma rriduhiex.", "Nerġa' ngħid li qalulna biex nesportaw 10,000 u spiċċajna esportajna 43 biss.", "Irrid ngħid li aħna llum mhux qed inkabbru bl-addoċċ, u dan għaliex irridu li nipprovdu lill-mara tad-dar kwalita' ta' majjal tajjeb.", "Sur President, issa niġu għall-patata Sante'.", "Is-sena l-oħra l-patata Sante' ġabet Lm14.20 il-qantar, din is-sena ġabet Lm13.39 il-qantar minkejja d-difetti li kellna.", "M'hemmx għalfejn noqogħdu nsemmu dawn l-affarijiet għax jiena nibża' li jekk insemmu dawn l- affarijiet ħaddieħor jinqeda bina u meta niġu biex ninnegozjaw jispiċċaw ibatu l-bdiewa.", "(Interruzzjonijiet) ...", "Issemma' bniedem hawnhekk li hu aġent.", "MR SPEAKER: Jekk hu possibbli ma jissemmewx ismijiet.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-patata Sante' din is-sena ġabet Lm13.39 minkejja li kellna l-problemi.", "Dan, għall-ammont ta' patata li esportajna huwa prezz tajjeb.", "Infakkar li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti l-prezz li kien iġib għall-patata kien average ta' Lm10.", "Hawnhekk għas-Sante' biss u din naqqasnilha minnha.", "Irrid ngħid ukoll li parti mis-somma hija dovuta għad-difetti li kellha.", "Irrid infakkar li l- patata ta' din is-sena ma ġietx bikrija, ġiet imwaħħra u l-bidwi, peress li hija mwaħħra beda jqaċċat il-faxxina, m'użax metodi sewwa biex iqaċċat din il-faxxina u allura kellna difetti.", "Kont qed naħseb din is-sena, li bil- like with like mat-terms li kellna mas-sena l-oħra, jiġifieri bil- kundizzjonijiet tas-sena l-oħra, kienet se ġġib il-prezzijiet tas-sena l- oħra.", "Jiddispjaċini ngħid illi bil-metodu li ntuża biex tinqala' l-patata kien hemm ċerti difetti li minħabba fihom il-prezz niżel għal Lm13.39.", "Irrid infakkar ukoll illi l-ewwel ħamest elef tunnellata tal-patata Alpha ġabet il-prezz ta' Lm13.39.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx ċans ta' overpricing għax bil-mod kif ġie nnegozjat il-kuntratt il-ġdid, iċ-ċans li jkun hemm overpricing spiċċa.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Farrugia, ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Issa in possession huwa l-Ministru għall-Agrikoltura.", "Dan l- Aġġornament huwa tiegħu u allura għandu d-dritt li jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, f'dan il-parlament spjegajt kemm-il darba li n-negozju tas-Sante' kien li nesportaw lot ta' 500 tunnellata fl-ewwel ġimgħa, lot ta' 500 tunnellata t-tieni ġimgħa u lot ieħor it-tielet ġimgħa.", "Issa ġara li l-lot ta' l-ewwel ġimgħa minflok kien ta' 500 kien ta' 24 tunnellata.", "Dan tort ta' min?", "Tort ta' l-oppożizzjoni?", "Tort tal-gvern?", "In- natura ġabet hekk.", "Fit-tieni ġimgħa marret 112-il tunnellata.", "Fit-tielet ġimgħa marret 300 tunellata, imbagħad il-kumplament mar fir-raba' u l-ħames ġimgħa iżda xorta rranġajna.", "B'hekk din id-darba l-prezz medju niżel għal bejn wieħed u ieħor Dutch Guilder 29.7, li attwalment jiġi ogħla mill-prezz li kien ġab l-Onor.", "Farrugia fi żmienu.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur għax inti dawwart iċ-ċifri u qed tigdeb!", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt huwa illi jiena poġġejt id-dokumenti kollha fuq il-Mejda tal-Kamra u tajt iċ-ċifri ta' kemm inbiegħet il-patata.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "(Għajjat) Onor. Farrugia, jekk jogħġbok ogħqod bil-qiegħda.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Biex nuri kif l-affarijiet kienu jsiru qabel, meta kien jesporta l-patata dan sa seraq lill-bdiewa Lm15,000 minn vot ieħor biex jgħatti l-falliment ta' l-esportazzjoni tal-ħaxix.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "FARRUGIA: Sur President, mhux sew li tippermettilu jagħmel dawn l- allegazzjonijiet.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din hija l-verita'.", "Għidli jekk hux qed nigdeb issa!", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili ftit.", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "FARRUGIA: Il-Ministru qed jgħid illi l-prezz tal-varjeta' Alpha kien ta' Dutch Guilder 30.6 u l-prezz tas-Sante' kien ta' Dutch Guilder 29.70.", "Mela allura qed jikkonferma li l-prezz ta' l-Alpha huwa aktar u għaldaqstant nitolbu jirtira l-kliem li jiena qed nigdeb!", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru u nitlob biex ma jintużax kliem li m'għandux jingħad.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qabel xejn irrid ngħid li l-kliem kollu li qal fir- rigward tiegħi qed nitfgħu fuqu.", "Issa jiena qed ngħid li l-prezz medju huwa ta' Dutch Guilder 29.7.", "Hawnhekk m'aħniex niftehmu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross-debates.", "Ministru, indirizza lis- Sedja jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-prezz tas-Sante' jvarja bejn Dutch Guilder 29, 30, 31.5 u 32.", "Anke l-prezz ta' l-Alpha jvarja bejn Dutch Guilder 23.6, 25.6, 27 u 30.6.", "Jien l-average qed nieħu.", "Imma issa ħalli nkompli għal punt ieħor.", "Il-patata għal darb'oħra ġabet prezz ta' Lm13.39 il-qantar u nfakkarkom li fil-passat, meta kien ministru l-Onor.", "Farrugia, il-bdiewa ma kenux jingħataw prezz ta' iżjed minn Lm10.", "Saħansitra kien hemm sena fejn biex ngħattu l-falliment tal-fjask ta' l-esportazzjoni tal-ħaxix lejn l- Ingilterra ħadna Lm15,500 mill-fond tal-ħsarat fl-uċuħ tar-raba'.", "Hawnhekk għidli jekk hux qed nigdeb jew le!", "(Interruzzjonijiet)", "Issemmiet ukoll l-enerġija.", "Qalilna li fi Stockholm fi Sweden qegħdin ikabbru prodott biex dan jużawh bħala fuel biex idawru l-boilers.", "Qabel xejn trid tara x'sistema se tuża u trid tara għandniex raba' biżżejjed f'dawn il-100,000 tomna li għandna.", "Qalilna wkoll li llum il-bdiewa ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jiena ngħidlu li qed idaħħaqni issa.", "Dan qalu meta bir-rati li ħarġu meta hu kien ministru għar-raħħala kont ta' l-ilma għar-raħħal li kien ta' Lm91.80 kien se jitla' għal Lm2,704 fis-sena.", "Veru jew mhux veru dan!", "MR SPEAKER: Ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan ifisser ili aħna mhux talli ma kissirniex il- biedja anzi aħna għall-kuntrarju erġajna tajna nifs lil din l-industrija u l-kont li kien se joħroġ il-gvern Soċjalista ta' dak iż-żmien biċ-ċifra ta' Lm2,704 erġajna niżżilnih għal Lm200 fis-sena.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "17885.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fir-Rabat mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fir-Rabat?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi matul l- 1999, fir-Rabat tħawwlu 4,125 pjanta li kienu tat-tip kif isegwi:", "Bianca 270 Centaurea 10 Cypress 13 Daisy 12 Diosma 100 Hibiscus 25 Ivy 10 Lantana 150 Myrtle 120 Myoporum 471 Oleandar 240 Olives 72 Phoenix 20 Pinus 297 Pistacia 10 Pittosporum 30 Prunus 6 Rosemary 1,555 Santolina 148 Stocks 500 Thuja 12 Thyme 50 Vitex 4 4,125", "Rigward l-aħħar mistoqsija nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17883.", "MELLIEĦA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "17886.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Mellieħa mid- dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fil-Mellieħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fil-Mellieħa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 1,042.", "It-tipi huma dawn kif ġej :", "|Cypress |12 | |Marygolds |200 | |Oleander |80 | |Pittosporum |25 | |Rosemary |300 | |Santolina |25 | |Statice |200 | |Stocks |200 | | |1,042 |", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17883.", "MĠARR - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "17887.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fl-Imġarr mid-dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena fl-Imġarr?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu fl-Imġarr mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l- 1999 kien ta' 21.", "It-tipi huma dawn li ġej :", "|Ficus |6 | |Laurus |3 | |Santolina |3 | |Tamarisk |3 | |Washingtonia |3 | | |21 |", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17883.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "17888.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'San Pawl il-Baħar mid- dipartiment ta' l-agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "Xi programm għandu d-dipartiment għat-tħawwil ta' siġar matul din is-sena f'San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi n-numru ta' pjanti li tħawwlu f'San Pawl il-Baħar mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999 kien ta' 352.", "It-tipi huma dawn li ġej :", "|Bjanka |12 | |Oleander |100 | |Pinus |170 | |Rosemary |70 | | |352 |", "Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17883.", "DJAR - NUMRI TAL-BIBIEN", "17905.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi r-residenti ta' partijiet minn San Gwann bħal Scotch Pine Street, ilhom li nbidlulhom in-numri tal-bibien tagħhom, liema tibdilha ġiet notifikata lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, x'inhi r- raġuni li ċekkijiet u korrispondenza għadhom jintbagħtu fuq in-numri l- antiki?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jiġi nfurmat b'tibdil fin-numri tal- bibien, dan jieħu immedjatament passi biex jemenda r-records tiegħu fuq is- sistemi tal-kompjuter biex kull ċekk u korrispondenza toħroġ fl-indirizz korrett.", "Huwa d-dmir ta' min inbidillu l-indirizz li jgħarraf b'dan it-tibdil lid- Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.", "AWTORITAJIET TAD-DWANA - MEMO", "17907.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l- aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "17908.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal- lokalitajiet u tal-age groups tal-persuni li nqatgħu mir-reġistrar għax- xogħol dan l-aħħar tliet xhur minħabba allegati abbużi min-naħa ta' dawn il- persuni?", "Tista' tagħti breakdown ta' kemm kienu ilhom jirreġistraw dawn il- persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.", "RIFORMA TAL-WELFARE", "17909.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare hijiex mistennija toħroġ rapport interim ieħor qabel dak finali?", "Jekk iva, meta?", "U rigward dak finali hemm xi data indikattiva meta mistenni jsir dan?", "Kemm-il darba ltaqgħet il-kummissjoni s'issa?", "Kif kienet l-attendenza tal-membri preżenti?", "Ix-xogħol sar mill-kumitat bħala kumitat jew inqasam f'livell ta' sub- committees u sub-groups?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għar-rapport tal- Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare li ħareġ f'April li għadda u fejn intqal li l-kummissjoni beħsiebha tlesti x-xogħol tagħha matul is-sena 2000 u li jista' jkun possibbli li toħroġ interim rapport ieħor rigward ir- riforma tal-pensjonijiet.", "Il-kummissjoni sat-12 ta' Lulju, 2000 tkun iltaqgħat 31 darba.", "Fl-istess waqt hemm xogħol ieħor għaddej mil-panel tekniku mwaqqaf mill-kummissjoni bl-għajnuna tal-bank dinji.", "S'issa ma kienx hemm xogħol ieħor minn sotto- kumitati.", "Ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi nidħol fid-dettall dwar l- attendenza tal-membri.", "Wieħed japprezza li dawn kollha għandhom impenji oħra li mhux dejjem jippermettu l-attendenza taghhom.", "Dwar dan tajjeb li nżid li saru arranġamenti biex membri li huma partikolarment mħabbta, jkunu jistgħu jibagħtu sostitut minflokhom biex ix-xogħol tal-kummissjoni jista' jibqa' miexi regolarment.", "PULIZIJA - ĦARBIET", "17910.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm kien hemm ħarbiet mill-kustodja tal-pulizija?", "Liema kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BORŻA TA' MALTA - DEPUTY CHAIRMAN", "17911.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi dan l- aħħar inħatar deputy chairman ġdid tal-Borża ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irriżenja jew tneħħa id-deputy chairman ta' qablu?", "Meta intemmet il-ħatra tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-deputy chairman tal-Borża, s-Sur Geroge Wells xeħet ir-reżenja tiegħu minn jgħeddu minħabba pressjoni ta' xogħol mhux konness mal-Borża.", "Ir-reżenja tiegħu kellha sfortunatament tiġi milqugħa b'effet mil-5 ta' Ġunju, 2000.", "KUMPANNIJI TA' L-IT", "17925.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji barranin ta' l-IT huma interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E- government?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Waqt li saru diskussjonijiet informali ma xi kumpanniji għadu kmieni wisq biex tingħata indikazzjoni konkreta ta` dak li qed titlob l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - IBĦRA MALTIN - KLIEB IL-BAĦAR", "17926.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm saru u waslu rapporti lill- pulizija ta' klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin?", "Jista' jagħti dawn id-dettalji sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika.", "AFM - IBĦRA MALTIN - KLIEB IL-BAĦAR", "17927.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm waslu u saru rapporti f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena, lill-Forzi Armati ta' Malta dwar klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: It-total ta' rapporti li waslu għand il-Forzi Armati dwar klieb il-baħar u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin huma murija hawn taħt:", "|1997 |xejn | |1998 |4 | |1999 |2 | |2000 (sal-lum) |3 |", "QRATI - KAWŻI ĊIVILI", "17928.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti quddiem il- qorti?", "Jista' jgħid: kemm minn dawn ilhom aktar minn erba' snin; quddiem liema maġistrat qegħdin; kemm minn dawn ilhom jiġu diferiti f'dawn l-aħħar sentejn sempliċement għas-sentenza; u x'inhu jikkawża d-dewmien għas- sentenzi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, l-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.", "SAN ĠWANN - TRIQ IL-BATALJUN", "17929.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq il-Bataljun, San Ġwann, tingħata t-tarmac u dan peress li sa issa qatt ma ngħatat tarmac minkejja li li r-residenti ilhom li ħallsu l-kontribuzzjoni tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-kunsilli lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x- xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li se jirriżultaw minn dan il- programm.", "BENNEJJA", "17930.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar ġew riveduti l-prezzijiet tal- bennejja?", "F'dan ir-rigward jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il- prezzijiet?", "Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jirrivedi dawn il-prezzijiet?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat lil-prezzijiet tal-bini ġew iffissati bi price control regulation fl-1980 (Govt.", "Notice No. 380, 25th July 1980).", "Minn dak iż-żmien 'l hawn dawn il-prezzijiet qatt ma ġew riveduti.", "Il-prezzijiet jidhru fl-Avviż Numru 380 tal-25 ta' Lulju, 1980.", "Hi l-policy tal-gvern li jħalli l-forzi tas-suq jirregolaw il-prezzijiet u għalhekk ma nħossux li għandna ninponu l-prezzijiet aħna.", "PULIZIJA", "17932.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jikkonferma li riċentement ġie aggredit u msawwat pulizija li kien stazzjonat fl-għassa ta' Sannat, Għawdex?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi kriminali kontra din il- persuna li ssawwat lil dan il-pulizija?", "U jekk il-pulizija kkonċernat minbarra is-swat li qala' ġiex fil-fatt trasferit u tneħħa mill-għassa ta' Sannat, Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-inċident li seħħ fejn l-iskola primarja ta` Sannat, nhar l-10 ta` Mejju 2000, ninsab informat illi l-pulizija kellha rapporti konflinenti fis-sens illi kemm il- kuntistabbli kif ukoll il-persuna nvoluta allegaw li kienet il-parti l-oħra li aggrediet.", "Għalhekk se jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra ż-żewġ partijiet.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi l- kuntistabbli nvolut baqa` stazzjonat fejn kien sa mill-1993, jiġifieri fid- Distrett t`Għawdex.", "Pero` dan ma baqax ikun assenjat xogħol fir-raħal ta` Sannat sabiex ikunu evitati inċidenti.", "GĦAQDIET SPORTIVI - FINANZJAMENT", "17933.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17450, min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord li jiddeċiedi kemm jagħtu u lil min jagħtu għotjijiet lill-għaqdiet sportivi u oħrajn?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji li jintużaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bord li jiddeċiedi l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi huwa magħmul minn:-", "Sur John Demanuele - Direttur Żgħażagħ u Sport", "Sur Anthony Ghio - Dipartiment Żgħażagħ u Sport", "Sur Victor Battistino - Assistentt Personali", "Sinjorina Tanya Zahra - Dipartiment Żgħażagħ u Sport (Segretarja)", "Il-kriterji li jintużaw sabiex tiġi stabbilita l-għajnuna huma kif muri fid-dokumenti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "17934.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn mindu reġa' twaqqaf sal-lum?", "Kemm intnefqu flus u fuq xiex kienu minfuqa, b'mod separat?", "Jista' jagħti lista tas-safar u min mar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "17938.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - PERSUNI LI RRIŻENJAW", "17939.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm rriżenjaw persuni minn maċ-Ċivil, sena b'sena, f'dawn l- aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol kellhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "AGRICULTURAL EXPORT MARKETING BOARD - MR ROBERT LAURENTI", "17940.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu s-Sur Robert Laurenti jokkupa l-kariga ta' chairman mal-Agricultural Export Marketing Board?", "Jista' jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?", "Jekk fin-negattiv, jista' għall- anqas jgħid x'rimunerazzjoni annwali għandu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-nomina tas-Sur Bobby Laurenti bħala chairman tal- Agricultural Export Marketing Board għas-snin 1999-2000 ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Lulju, 1999.", "Ic-chairman tal-board għandu onorarja ta' Lm750 fis-sena.", "WSC - KUNTRATTURI", "17941.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il-ħsarat mill- 1998 sal-lum?", "Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1998 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains l-oħra?", "Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?", "Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill- 1998 sal-lum?", "X'tip ta' xogħol ħażin sar?", "F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu?", "Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-mistoqsija hija identika għal dik numru 17520 magħmula mill-istess Onor. Interpellant, bid-differenza li din id- darba l-informazzjoni mitluba tkopri perijodu ta` sentejn u nofs minflok għaxar snin.", "Għalkemm din id-darba l-perijodu huwa iqsar, madanakollu xorta waħda nħoss li għandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li tenħtieġ kwantita' ta' riżors uman biex tinġabar.", "RUMA - AMBAXXATA MALTIJA", "17942.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17786 peress li mir-risposta jirriżulta li issa għaddew aktar minn sena u xagħrejn minn meta l-ittra tal-14 ta' Mejju, 1999 għaddiet lill-awtoritajiet Taljani; u peress li s'issa ma ġietx mogħtija lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma l-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid minn Mejju 1999 'il hawn x'follow up sar matul dawn l-aħħar sena u xagħrejn mill-Ambaxxata Maltija f'Ruma mal- awtoritajiet Taljani biex finalment tinkiseb ir-risposta u l-informazzjoni mitluba?", "Jekk ma sar l-ebda follow up, x'kienet ir-raġuni?", "Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet dwar l-ittra tat-18 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-individwu in kwestjoni ma ngħata l-ebda risposta jew informazzjoni dwar l-ittri li kien bagħat u saħansitra lanqas biss intbagħtlu acknowledgement?", "Peress li għandi l-kunsens ta' l-individwu biex nagħmel din it-talba li ġejja, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull korrispondenza li għaddiet bejn l-Ambaxxata Maltija f'Ruma u l-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ?", "ONOR.", "JOE BORG: Kif diġa' nformajt lill-Onor.", "Interpellant, l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma kitbet lill-awtoritajiet Taljani dwar dan il-każ fil-31 ta' Mejju, 1999.", "Qiegħed inpoġġi kopja tal-fax li ntbagħtet dak inhar fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan il-każ flimkien ma oħrajn simili, kien segwiet b'telefonati u diskuss f'laqgħat fosthom f'laqgħa li l-Ambaxxatur Malti kellu fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan f'Ottubru tas-sena l- oħra.", "Il-każ baqa jiġi segwit wara l-ittra tat-18 ta' Jannar 2000, u fil- fatt l-ambaxxata għada sal-lum għaddejja b'kuntatti ma' l-awtoritajiet Taljani biex tipprova iġġib risposta għar-rikjesta magħmula mill-individwu in kwestjoni.", "Minħabba s-serjeta' tal-kwestjoni u l-interessi tal-persuna konċernata l-ambaxxata qed tesiġi li meta tingħata r-risposta din għandha tkun bil-miktub.", "Peress li s'issa jidher li ma kenitx il-prassi li jintbghatu acknowledgments għal ittri li l-ambaxxati tagħna jirċievu, ħadt ħsieb li dan jibda jsir b'effett immedjat.", "FGURA - TRIQ A.M. VALPERGA - DAWL", "17944.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17752?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq A.M. Valperga fil- Fgura hija mdawwla adegwatament.", "Rigward abbużi msemmija mill-Onor.", "Interpellant, nissuġġerilha li tinforma bihom lill-awtoritajiet konċernati.", "DIPARTIMENT/AZJENDI PARASTATALI - IMPJEGATI", "17945.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministru, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin, u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "Fejn ġew impjegati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi xejn anqas minn 27 entita' bejn dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ KORDIN - BDIL TA' PIPES", "17950.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bħalma sar fil-flats blokk B, C u D Triq Kordin, Raħal Ġdid fejn ibiddlu l-main pipes ta' l-ilma, isir l-istess bdil fil-flat A, Triq Kordin, Raħal Ġdid minħabba numru ta' ilmenti li qiegħed ikun hemm minħabba kwalita' ħażina ta' l-ilma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi nistħarrġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-BIES - DAWL", "17951.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Bies, fiż-Żejtun, tiġi mdawla aħjar minħabba li hemm bozza waħda biss?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant biex jiżdied id- dawl fi Triq il-Bies iż-Zejtun, ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi mistħarrġa u jekk ikun meħtieġ id-dawl jiżdied.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL", "17952.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17791 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax- Xogħol, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel żewġ skavi arkeoloġiċi ġo Triq il-Vittmi Tax-Xogħol ġewwa Raħal il-Ġdid.", "Dawn il- każijiet kienu jirrigwardjaw:", "* L-iskav arkeoloġiku ta' tlett oqbra Puniċi fl-1994 - dawn instabu waqt xogħol ta' tqattih ta' blat in konnessjoni mal-livellar tat-triq.", "Id- Dipartiment tal-Mużewijiet ikkollabora bi sħiħ mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex dawn l-oqbra antiki ma' jinqerdux u jiġu protetti mal-ġenb ta' Triq il-Vittmi tax-Xogħol.", "* L-iskav ta' qabar Puniku ieħor fil-qrib ta' l-ewwel tlieta fl-1998 - dan instab waqt xogħol ta' kostruzzjoni ta' substation elettrika.", "Anki f'dan il-każ, id-Dipartiment tal-Mużewijiet ħadem ma' l-Enemalta ħalli s- substation jiġi mressaq, sabiex dan il-monument aekeoloġiku ma jinqeridx.", "Ix-xogħol ta' riċerka arkeoloġika f'dan is-sit minn naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa lest.", "Id-dipartiment huwa lest li jagħti l-konsulenza xjentifika tiegħu kemm il-darba isir proġett għat-tlestija tax-xogħlijiet ta' bini tat-triq ġewwa din iż-żona.", "Iżda l-kompetenza għat-tlestija tat-triq ma taqgħax taħt id- Dipartiment tal-Mużewijiet.", "FGURA - TRIQ IL-KARMELITANI - LETTER BOX", "17953.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir letter box fi Triq il- Karmelitani fil-Fgura, peress li din l-area hija ċentrali u l-letter box li għandhom dawn ir-residenti tinsab 'il bogħod mhux ħażin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li peress li Triq il-Karmelitani, Fgura tinsab viċin ħafna ta` Triq Hompesch fl-istess lokalita`, r-residenti ta` Triq il-Karmelitani jistgħu faċilment jinqdew bil-kaxxa ta` l-ittri li tinsab biswit is-sub post office fi Triq Hompesch, li jipprovdi s-servizzi postali meħtieġa għar-residenti ta` dawn l-inħawi.", "Fiċ-ċirkostanzi ma jidhirx li hemm ħtieġa li titwaħħal letter box fi Triq il-Karmelitani.", "FGURA - TRIQ REGGIE MILLER", "17954.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Pjazza Reggie Miller, Fgura, tingħalaq għat-traffiku u tibqa' biss għar-residenti, peress li qed tkun ta' perikolu kbir għat-tfal li jkunu qed jilgħabu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li rigward il-pjazza msemmija mill- Onor. Interpellant, id-dipartiment se jikkonsulta l-Bord għall-Kontroll tat- Traffiku u l-kunsill lokali.", "FINANZI - IMPJEGATI", "17959.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol jagħmlu fejn ġew impjegati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "FINANZI - IMPJEGATI", "17959.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol jagħmlu fejn ġew impjegati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - ABBUŻI", "17960.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid kemm inqabdu persuni jabbużaw minn xi benefiċċji soċjali din is-sena u x'passi se jieħu kontrihom d-dipartiment?", "X'tip ta' abbuż kien f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn mindu inħolqot it-taqsima tal-frodi u investigazzjonijiet inqabbdu 'l fuq minn 1000 każ ta' persuni li kienu qed jabbużaw mill-għoti ta' benefiċċji soċjali.", "Fil-każi kolha ttieħdet azzjoni mmedjata biex jinżamm jew jitnaqqas il-benefiċċju skond kif hemm provdut fil-liġi dwar is-sigurta' soċjali.", "Il-każi kollha milquta qed jiġu wkoll investigati biex jiġi stabbilit l- ammont li jrid jiġi mħallas lura.", "Numru ieħor ta' każi, u dawn ġew ukoll identifikati, għadhom fi stadju ta' aktar investigazzjonijiet.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "17961.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Gozo Channel is-sena l- oħra u din is-sena u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt:", "| | | | |Sena | | | | |1999 |2000 | | | | | |Seaman |11 | 2 | |Masters |- | 2 | |Deck Officers |1 |2 | |Electronic engineers |- |2 | |General Manager |- | 1 | |Master - Foreign |2 |2 | |Chief |1 |2 | |Engineers-foreign | | | |Financial Controller | - |1 | |Chief |1 |1 | |Engineers-Maltese | | | |Cabin Attendants |- |6 | |Customer Service |- | 4 | |Officers | | | |Customer Service |- |4 | |Operators | | | |Payroll Clerk |- |1 | |Accounts Manager |- |1 | |Business Development |-1 | | |Manager | | | |Handymen |- |2 | |Terminal Assistants |- |3 | |Totali |26 |27 |", "TRASPORT TAT-TFAL", "17976.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk: il-Konvenzjoni Dwar id- Drittijiet tat-Tfal 1990 hix tiġi osservata, u jekk fl-affermattiv x'inhi r-raġuni illi f'ċerti każi t-trasport ta' l-iskejjel jgħaddi għall- istudenti bejn is-5.45 a.m. u s-6.00 a.m.?", "Jista' jgħid jekk il-ftehim milħuq bejn il-mini buses u l-UBS u l- pulizija hux jiġi osservat fis-sens li l-istudenti ma jistgħux jinġabru qabel is-7.00 a.m.?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni.", "ŻURRIEQ - TRIQ KAN VINCENZ BUHAGIAR", "17977.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Kan Vincenz Buhagiar, Zurrieq, hijiex waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l-amministrazzjoni qiegħda tipprepara?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li din issir peress li l-inkonvenjent f'din it-triq huwa kbir ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment ikkonsulta mal-kunsill dwar il-lokalita` tat-triq imsemmija u ma jidhirx li hemm triq bl-isem Triq Kan Vinċenz Buhagiar.", "KURA TA' L-ANZJANI - CASE WORKERS", "17978.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid kemm applikaw case workers fid-dipartiment kura ta' l-anzjani?", "Jista' jgħid meta se jsiru l- interviews?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani ma ħareġ l-ebda applikazzjonijiet għall-case workers.", "PA - ŻURRIEQ", "17979.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformana jekk l-iżvilupp li qiegħed isir fuq is-sit aċċessibbli minn Sqaq it-Torri, fiż-Żurrieq, kontrada ta' Bubaqra, huwiex kopert bil- permessi kollha rikjesti mil-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-iżvilupp li qed isir fil-post li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant hu kopert bil-permessi numri PA 6155/98 u PA 3544/99.", "ĦAL FAR - GĦALQA \"TA' SQAJFA\"", "17980.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li s-sidien tal-għalqa \"Ta' Sqajfa\" fil-limiti ta' Ħal Far fi Triq il-Miżieb, (magħruf ukoll bħala limiti taż-Żurrieq), li kopja tal- pjanta qed tintbagħat separatament, jingħataw il-kumpens dovut lilhom mill- gvern talli ttieħed lilhom parti minn din l-għalqa li kellha s-siġar tad- dwieli biex titwessa' t-triq?", "Fiex waslu l-proċeduri peress li hemm xi nies oħra fl-inħawi li kienu diġa' ġew kompensati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-files L375/88 u L375/88/30 jirriżulta li fis-26 ta` Ġunju, 1989, id-Dipartiment ta` l-Artijiet għamel talba lid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura biex jissottometti stimi għal kumpens ta` uċuħ u benefikati oħra tar-raba` in kwestjoni li ġiet esproprijata mill-Gvern.", "Sal-ġurnata tal-lum id-Dipartiment ta` l-Artijiet irċieva diversi vouchers għal tali ħlasijiet dwar plots fil-viċinanzi, pero` għar-rigward il-Plot No. 30, dan l-uffiċċju m`għandu ebda pendenzi ta` pagament.", "Hu d-Dipartiment ta` l-Agrikoltura li jrid jara jekk hemmx xi kumpens dovut, u jekk ikun il-każ, dan jgħaddih lil dan l-uffiċċju għal pagament relattiv.", "Rigward il-ħlas ta` l-art esproprjata dan l-uffiċċju qed jistenna lis- sid/sidien biex jissottomettu l-provinjenza ta` l-istess art sabiex isir l- att finali ta` ħlas għall-istess art.", "SALINI - DAWL", "17981.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 17775 li ma weġibx?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fi Triq is-Salini qed isir section section, u l-ħsieb hu li tiddawwal kollha fażi fażi.", "Ix-xogħol mhux wieqaf.", "UNIVERSITA' - PROMOZZJONIJIET", "17982.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid għaliex l-applikazzjonijiet li ħarġu fl-Universita' ta' Malta għall-promozzjonijiet għall-gradi ta' lecturers, senior lecuture, associate professor u professor li kienu ħarġu fis-sena 1998, s'issa kważi sentejn wara, għadhom ma ngħatawx?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-promozzjonijet fi grad ta' lecturers u senior lecturers tlestew.", "Dawk fi grad ta' associate professor ma jistgħux jiġu terminati għal issa għax għadhom ma waslux l-assessments ta' l- applikanti mill-assessuri barranin.", "UNIVERSITA' - INCLUSIVE EDUCATION PROGRAMME", "17983.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid jekk jeżistix konflitt ta' interess dirett ġaladarba l- koordinatriċi ta' l-Inclusive Education Programme ġewwa l-Universita' ta' Malta hija wkoll waħda minn dawk li tmexxi l-Equal Partners Foundation li hija kumpannija privata?", "Kemm se tkun il-kontribuzzjoni ta' l-Universita' għas-seminar li se ssir f'nofs Lulju bejn din il-kumpannija privata u l-Inclusive Education Programme ta' l-Universita'?", "Kif se jinqasam l-introjtu minn dan is-seminar?", "Lil min qed tirrappreżenta l-koordinatriċi ta' dan is-seminar, lill- Universita' jew lill-fondazzjoni li tmexxi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - PERSUNI", "17985.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l- etajiet tal-persuni li jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawk li jinsabu fil-waiting list?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - ĦADDIEMA", "17986.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, wieħed wieħed, u x'taħriġ dawn ingħataw u x'taħriġ hemm maħsub li jingħata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "17987.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' twaqqif ta' relief ta' persuna li, l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħatu separatament ma' din il-mistoqsija, jiġi mgħaġġel u verifikat mill-aktar fis minħabba li din il-familja ma għandha l-ebda dħul ieħor?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "TARXIEN - BETTA STREET - BLK 5", "17988.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir it-tibjid ta' flat 2, Block 5, Betta Street, Tarxien?", "Jistgħu l-ħaddiema tad- dipartiment jivverifikaw li hemm il-bżonn li jsir dan it-tibjid?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r- responsabbilta' ta' tibjid fil-flat indikat hija ta' l-inkwilini.", "Id- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jagħmel biss it-tibjid tal- partijiet komuni."]} {"filename": "20001211_455d_par.doc", "date": "2000-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 455 It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 455", "It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.12 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "455", "It-Tnejn, 11 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 573", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 573", "TQEGĦID TA' KARTI 578", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI - 2001", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-INTERN 578", "AĠĠORNAMENT 612", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 612", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 454 li saret fid-9 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - OVERTIME", "21896.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill-impjegati tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime?", "Kemm minnu tħallas u kemm għad irid jitħallas?", "X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l- overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni)(f'isem il- Ministru għal Għawdex): L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TURIŻMU - OVERTIME", "21897.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill-impjegati tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime?", "Kemm minnu tħallas u kemm għad irid jitħallas?", "X'kienu r-raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l- overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POLITIKA SOĊJALI - OVERTIME", "21898.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill-impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime?", "Kemm minnu tħallas u kemm minnu għad irid jitħallas?", "X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - OVERTIME", "21899.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill- impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime?", "Kemm minnu tħallas u kemm għad irid jitħallas?", "X'kienu r-raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-overtime li sar fil-ministeru tiegħi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena jammonta għall- 2,275 siegħa u 15-il minuta, maqsumin kif jidhru hawn taħt:", "|SECTION | | | |SIGĦAT | |Office of the Permanent| | |Secretary |211.45 | |Corporate Services & | | |Protocol |2013.30 | |Bilateral Relations | | | |42.00 | |EU Directorate | | | |8.00 | |Total | | | |2,275.15|", "L-overtime li sar sal-31 ta' Ottubru 2000 tħallas kollu, filwaqt li dak li sar fix-xahar ta' Novembru 2000 ser jitħallas f'Diċembru 2000 għar- raġuni li l-overtime jitħallas bix-xahar lura.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lill-Ministru jirriżultalu li tressqu xi lmenti minn ħaddiema li ma tħallsux ta' l-overtime fil-pagament ta' Novembru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Safejn naf jien le.", "Pero' jekk l-Onor.", "Membru jagħmilli mistoqsija formali f'dan is-sens inkun nista' nġiblu l-informazzjoni.", "SAĦĦA - OVERTIME", "21900.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill-impjegati tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime?", "Kemm minnu tħallas lill-ħaddiema u uffiċjali?", "Kemm minnu għad irid jitħallas?", "X'kienu ir- raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "INTERN - OVERTIME", "21901.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm sigħat ta' overtime inħadmu mill-impjegati tad- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?", "F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema u uffiċjali?", "Kemm minnu jrid jitħallas?", "X'kienu ir- raġunijiet, jekk huwa l-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-ammont ta` overtime maħdum mill-impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru ta` l-intern bejn Jannar u Novembru ta` din is-sena hu kif ġej:-", "| | Sigħat | |Dipartiment | | |Segretarjat Permanenti | 1,174| |Ċittadinanza u | 2,322| |Expatriates | | |Reġistrazzjoni Ċivili | 2,984| |Sigurta' ta' l-Ajruport| | | |157 | |Awtorita' ta' | 25,013 | |l-Ippjanar | | |Protezzjoni Ċivili | 35,172 | |Servizzi Korrettivi | 66,573 | |Reġistru Pubbliku | 1,624| |Taqsima Proprjeta' | 4,753| |tal-Gvern | | |Uffiċċju Konġunt | 19,753 |", "Dwar l-overtime li nħadem fid-dipartiment tal-pulizija, nirriferi għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "21645.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lill-Ministru waslulu lmenti li xi ħaddiema baqgħu sal-ġurnata tal-lum ma tħallsux ta' overtime maħdum.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Lili ma jirriżultalix li kien hemm xi lmenti f'dan is-sens, pero' b'daqshekk ma jfissirx li dawn l-affarijiet ma jeżistux ġaladarba s-sistema hi li l-overtime jitħallas xahar b'lura.", "AIR MALTA - IMPJEGATI ĠODDA", "21950.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Air Malta group minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimenari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kien hemm xi żviluppi fir-rigward tan- negozjati bejn l-Air Malta min-naħa u l-first officers u l-kaptani min- naħa l-oħra, fid-dawl taċ-ċirkostanzi li tqajmu xi xhur ilu meta dawn l- uffiċjali kienu ħadu azzjoni industrijali biex jipprotestaw għall-mod ta' kif jidhrilhom li għandhom ikunu aġevolati l-kondizzjonijiet tax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, lill-Onor.", "Membru nista' ngħidlu li f'dawn l-aħħar xhur inbidel il-kumitat tal-union li tirrappreżenta l- pilots.", "Naf li qed isiru xi diskussjonijiet mal-kumitat il-ġdid, pero' s'issa għad m'għandix ħjiel jekk waslux fi ftehim.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI ĠODDA", "21951.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Gozo Channel minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bejn l-1998 u din is-sena daħlu 73 impjegat ġdid mal-kumpannija Gozo Channel.", "Dawn il-ħaddiema ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "H'Attard, Birkirkara, Bormla, il-Ħamrun, l-Ibraġġ, l-Iklin, il-Kalkara, l- Isla, il-Mellieħa, Raħal Ġdid, ir-Rabat, San Ġiljan, is-Swieqi, Ta' Xbiex, Ħal-Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żurrieq; Għajnsielem, Kerċem, Marsalforn, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, Ta' Sannat, Victoria, ix-Xagħra, ix-Xewkija u iż-Żebbuġ.", "Hemm ukoll min hu mill-Bulgarija, mir-Russja u mill-Kraina, u dawn qegħdin b'kuntratt definit.", "KORPORAZZJONI ENEMALTA - IMPJEGATI ĠODDA", "21952.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati mal-Korporazzjoni Enemalta minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "WSC - IMPJEGATI ĠODDA", "21953.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-water services corporation minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul l-1998 il-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda.", "Is-sena ta' wara impjegat erbgħa: wieħed mill-Birgu, wieħed minn Birkirkara, wieħed minn Ħaż-Żabbar u ieħor minn Buġibba.", "Matul din is-sena l-korporazzjoni mpjegat tmien ħaddiema ġodda, cioe' tnejn mill-Ħamrun u wieħed minn kull wieħed minn dawn il-postijiet: Santa Luċija, San Ġwann, in-Naxxar, St. Andrew's, Pembroke u San Ġiljan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl li qed ikomplu jiżdiedu l-ilmenti li f'numru ta' spieri l-ilma qed jitħallat mad-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħidli jekk il-WSC hijiex qed tikkomunika u tikkordina ma' dipartimenti oħra bil-għan li din il-problema b'xi mod jew ieħor tibda tiġi indirizzata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Primarjament il-WSC tiffoka fuq l-ilma tax-xorb, iżda nagħmilha ċara li lili ma jirriżultalix li saru xi lmenti dwar ilma tax-xorb li qed jitħallat ma' ilma tad-drenaġġ.", "Jista' jkun hemm xi każi ta' spieri fis-settur privat li għandhom din it-tip ta' problema, speċjalment meta tagħmel ħafna xita, pero' m'iniex informat li teżisti xi problema maġġura f'dan ir-rigward.", "CASUAL SOCIAL ASSISTANTS - REKLUTI ĠODDA", "21954.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda bħala casual social assistants minn Settembru 1998 sal-lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "PTA - IMPJEGATI ĠODDA", "21955.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mat-transport authority minn Settembru 1998 sal- lum?", "Mil-liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn Settembru 1998 sal-lum l- awtorita' dwar it-trasport pubbliku mpjegat disa' persuni ġodda minn:", "Qormi, Mosta, Sta.", "Venera, Msida, Fgura, Mellieħa, Nadur (Għawdex), B'Kara, Marsascala.", "TURIŻMU - PROGRAMMI UE", "22052.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l- Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħu qed jipparteċipaw?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, peress li d-domanda waslet għandna tard u kellha tintbagħat lid-dipartimenti kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'impatt jista' jkollhom l-integrated tariffs of the European Communities fuq l-industrija tat-turiżmu ġaladarba Malta ssir membru ta' l-Unjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, din id-domanda weġibtha qabel.", "Nista' ngħid li bħala ministeru m'aħniex se nagħmlu dak l-istudju li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Farrugia.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma peress li jirriżulta li se jkun hemm qabża sostanzjali fil-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel - naturalment dawn jilagħbu role importanti fl-industrija tat-turiżmu, prodotti bħal beef, in- New Zealand lamb u numru ta' prodotti oħra li mhux il-Maltin biss jikkonsmawhom imma anke t-turisti - allura l-Ministru qed jgħid li dan m'huwiex se jaffetwa l-industrija tat-turiżmu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien żgur li mhux qed ngħid hekk pero', kif jaf l- Onor. Membru, il-ministeru għat-turiżmu jaffetwawh ħafna affarijiet, inkluż l-ambjent.", "Aħna m'aħniex qed nagħmlu studju dwar l-impatt ta' l-adozzjoni ta' l-acquis mil-lat ambjentali iżda dan inħalluh f'idejn il-ministeru għall-ambjent, liema studju ovvjament jieħu l-aspett tat-turiżmu in konsiderazzjoni.", "Anke għal dak li għandu x'jaqsam mat-tariffi li għadu kif semma' l-Onor.", "Interpellant, nippreżumi li d-dipartiment tal-konsumatur u awtoritajiet oħra konċernati jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet u naturalment dak li japplika għal Malta japplika wkoll għall-barranin.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istudju li qed jagħmel il-ministeru għat-turiżmu minn flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, jinteressana żgur l- impatt ta' l-adozzjoni ta' l-acquis fuq l-SMEs, u aħna nafu li f'dan il- każ għandna s-settur ta' l-akkomodazzjoni kollha, is-settur ta' l-aġenti ta' l-ivvjaġġar kif ukoll kull qasam li għandu x'jaqsam mat-turiżmu proper.", "Oltre dak hemm studju dwar kif tista' tintlaqat il-professjoni tal-gwidi - aħna ngħidu li din ma tintlaqatx imma aħjar wieħed ikollu ċ-ċertezza f'dawn l-affarijiet - mill-adozzjoni ta' l-acquis.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri fid-dawl li anke l-NPAA qed jgħid li se jkun hemm problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet ta' l-ikel, u li dan se jħalli impatt negattiv fuq it-turiżmu, il-Ministru ma jinteressahx li janalizza aktar fil-fond dan l-istatement li hemm fl-NPAA?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Lili aktar jinteressani li niġi kkwotat tajjeb!", "Dak li għadu kif qal l-Onor.", "Farrugia ma jirrispekkjax dak li għadni kif għedt jien.", "Jien la għedt li ma jinteressanix u lanqas għedt li jista' jkun hemm impatt negattiv.", "Jien għedt li fir-rigward ta' dak li għadu kif semma' l-Onor.", "Farrugia, it-turiżmu m'huwiex se jagħmel studju.", "Dan m'huwiex suġġett li jolqot lit-turiżmu biss - lit-turiżmu jista' jolqtu b'mod periferiku - għax bħala konsegwenza diretta jew indiretta jista' jolqot lill-konsumaturi kollha Maltin.", "(Interruzzjonijiet) Issa negattivament jew pożittivament hija kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "Jien m'għedtux dan il-kliem.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - PROGRAMMI UE", "22054.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li jinsabu fid-dekasteru tiegħu qed jipparteċipaw?", "Liema huma dawn il-programmi?", "X'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar żieda fil-pagi tal-ħaddiema taċ-ċivil skond il-ftehim kollettiv, b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22082.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar talbiet pendenti quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar għal ftuħ ta' barrieri ġodda, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22086, u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru ta' l-ambjent li huma ssekondati mal-kunsilli lokali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22095.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IT-TNAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-INTERN", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Skond il-mozzjoni numru 172 tas-17 ta' Novembru 2000, il- ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Nistieden issa lill-Ministru ta' l-Intern biex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Chairman, nipproponi illi:", "VOT 42 - MINISTERU TA' L-INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,255,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru ta' l-Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 43 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm15,307,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 44 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,296,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 45 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,360,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 46 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm875,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Taqsima Proprjeta' tal- Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "VOT 47 - UFFIĊĊJU KONĠUNT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm400,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 47 - Uffiċċju Konġunt, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT 48 - REĠISTRAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm849,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Reġistrazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "VOT IX - MINISTERU TA' L-INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,388,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru ta' l-Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Chairman, għan-nom ta' l-oppożizzjoni nixtieq inressaq din l-emenda:", "VOT 42 - MINISTERU TA' L-INTERN", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 26,763\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 26,762\".", "Delete the figure \"Lm 26,763\" and substitute therefor the figure \"Lm 26,762\".", "Mr Chairman, bħal kull sena niltaqgħu fil-parlament biex naraw x'kienet il-performance tal-ministeru ta' l-intern tul is-sena li tkun għaddiet, però l-aktar li jinteressana huwa x'wieħed jaħseb li tista' tkun il- performance tal-ministeru ta' l-intern għas-sena li tkun ġejja.", "Jien xtarrejt id-diskors tal-budget sija meta kien qiegħed jaqrah il-Ministru John Dalli, u mbagħad wara qbadt id-diskors tal-budget - kif nimmaġina li għamlu l-kelliema ewlenin fuq din in-naħa u anke l-ministri u s-segretarji parlamentari - biex infittex naqra dak li għandu x'jaqsam mal-ministeru ta' l-intern.", "Minn dan id-diskors tant twil ta' 93 paġna, kien hemm riferenza ħafifa għall-ministeru ta' l-affarijiet interni.", "F'paġna 82 insibu dan il- kliem:", "\"F'dak li jaqa' taħt il-qasam ta' l-affarijiet interni, qed nallokaw is-somma ta' Lm900,000 biex ikompli x-xogħol fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, partikolarment fir-remand and administration building.\"", "Jien għandi feeling ta' déjà vu għax ilna nisimgħu dwar dan ir-remand and administration building.", "Filwaqt li s-sena l-oħra l-gvern alloka Lm1.1 miljun, din is-sena qiegħed jalloka bi Lm0.3 miljun inqas, jiġifieri Lm0.9 miljun għal dawn ix-xogħlijiet.", "Fid-diskors tal-budget hemm innovazzjoni għall-ministeru ta' l-intern rigward in-nefqa straordinarja, bħalma saret fil-ministeri l-oħrajn, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni ta' l-acquis communautaire li għandha x'taqsam ma' l-Unjoni Ewropea.", "F'paġna 86 jingħad li se ssir in- nefqa rigward ix-Schengen information system li tipprovdi għall-kontrolli fuq id-dħul ta' persuni f'Malta u l-immigrazzjoni.", "Jiġifieri minn dan id- diskors kollu hemm riferenza għal dawn iż-żewġ affarijiet għal dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà interna ta' pajjiżna.", "Jien inħossni diżappuntat li dwar ħaġa tant importanti, bħalma huwa l-ministeru ta' l- intern, ilqatna r-records tat-tul li tkellimna dwaru, għax hemm biss riferenza f'parti minn żewġ faċċati tad-diskors tal-budget tal-ministeru tal-finanzi.", "Meta mbagħad inħarsu lejn l-estimi finanzjarji u nidħlu naqra aktar fil- laħam, imbagħad inkunu nistgħu nixtarru x'beħsiebu jiġri fil-ministeru ta' l-intern.", "Mid-daqqa t'għajn profonda li tajt, sija mill-vot rikorrenti u sija mill-vot kapitali, nirrikonoxxi li fil-vot rikorrenti jidher li hemm vot akbar - u se nispjega għalfejn hemm vot akbar - però għal dak li għandu x'jaqsam mal-vot kapitali hemm tnaqqis sostanzjali.", "Jien beħsiebi naqsam id-diskors tiegħi billi nidħol ħafif ħafif f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċifri tal-budget, imbagħad jekk jibqa' l-ħin nidħol fuq dipartiment dipartiment.", "Nibda mill-vot rikorrenti fejn jien mort mal-ewwel għall- figuri tas-sahra, li bejn l-1996 u l-1998 l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet toqgħod tparla ħafna għax naqqasnieha.", "Però bħalma ġara f'oqsma oħrajn f'din l-istatistika ta' ingann tal-gvern Nazzjonalista, meta tela' fil-gvern beda jaqta' s-sahra mal-ewwel.", "Dan l-aħħar għamilt ħafna mistoqsijiet parlamentari lill-ministru ta' l- intern, u f'waħda minnhom tlabtu jagħti statistika ta' l-overtime li għandu x'jaqsam mal-korp tal-pulizija, għax il-ministeru ta' l-intern huwa ħafna aktar wiesa' u għandu responsabbiltajiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas- sigurtà interna ta' pajjiżna.", "Dawk se jitkellem dwarhom l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Fl-1998, fi żmien gvern Laburista - ħalliha li hemm xi tliet xhur ta' gvern Nazzjonalista - intnefqu b'kemm jiswew b'Lm276,954 f'overtime għall- korp tal-pulizija.", "Fl-1999 in-nefqa naqset għal Lm246,586, jiġifieri tnaqqis ta' bejn wieħed u ieħor Lm30,000 f'overtime.", "Sa Ottubru ta' din is-sena - għax għadna lanqas temmejna din is-sena - intnefqu inqas milli ntnefqu fl-1999 - Lm227,483.", "Hawnhekk qed naraw li l-figuri neżlin f'dak li għandu x'jaqsam ma' overtime fil-korp tal-pulizija.", "Mr Chairman, jien insemmi dan il-punt sena wara sena għaliex huma kull sena kienu joqogħdu jsemmu - ħalliha li domna 22 xahar biss - li qtajna 'l hawn u qasqasna 'l hemm.", "Issa għad irrid nitkellem dwar x'qegħdin iqasqsu f'dak li għandu x'jaqsam mal-korp tal-pulizija għax mhux qed nitkellmu biss fuq overtime, peress li l-ħofra issa m'għadhiex ħrafa, u billi l-espedjent politiku tal-ħrafa issa m'għadux japplika, għax issa mill-oppożizzjoni ġew fil-gvern u allura ġew f'sensihom.", "Dan il-punt irrid nibqa' nenfasizzah jien.", "U issa mhux talli dan il-gvern qiegħed inaqqas l-overtime, talli qiegħed iżid ir-recruitment fil-korp tal-pulizija.", "Jien niftakar il-kritika li kienet issir mill- ministru ta' l-intern attwali - dak iż-żmien ma kontx ministru ta' l-intern - rigward l-overtime u kienu għamlu paniġierku nazzjonali u paniġierku politiku dwar l-overtime.", "Però issa dan qiegħed jitnaqqas.", "Infakkar li din l-istess kritika jien għamiltha s-sena l-oħra wkoll għax kienu diġà tnaqqsu b'xi Lm10,000 overtime fil-budget għas-sena 2000 u din is-sena komplew tnaqqsu b'kemm jiswew Lm20,000 f'overtime.", "Anke mill-interpellanza li jien għamilt riċentement jirriżulta ċar u tond li mill-1998 sa Ottubru ta' din is-sena tnaqqsu bejn wieħed u ieħor Lm50,000 f'overtime fil-korp tal-pulizija.", "Issa se ndur fuq il-faċilità korrettiva ta' Kordin, fejn jidher ukoll li kien hemm tnaqqis.", "Fl-1998 kien hemm 99,000 siegħa overtime, fl-1999 kien hemm 78,000 u fis-sena 2,000 - almenu sal-31 ta' Ottubru - kien hemm 60,000 siegħa overtime.", "Jiġifieri neżlin hawnhekk ukoll.", "Dak iż-żmien l- oppożizzjoni Nazzjonalista kienu joqogħdu jlabalbu ħafna fuq il-bżonn tas- sahra u kienu jagħmlu kruċjata u paniġierki nazzjonali, u issa f'daqqa waħda l-ħofra m'għadhiex ħrafa u issa qegħdin inqaxxru minn hawn u minn hemmhekk.", "Mhux hekk biss, iżda f'affarijiet oħrajn, per eżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' operational and maintenance expenses tal-korp tal-pulizija, skond l-istatistika tal-budget, kien hemm tnaqqis ta' Lm55,000.", "Fis-sena 2000 ġew ivvotati Lm1,439,000 filwaqt li għas-sena d-dieħla hemm ivvotati Lm1,384,000.", "Meta qed nitkellmu dwar maintenance and operational expenses qegħdin nitkellmu dwar utilities li jrid jaħdem bihom il-korp tal-pulizija.", "Qegħdin nitkellmu dwar office services u dwar transport, fejn ukoll hemm tnaqqis sostanzjali.", "Tajjeb li wieħed iżid ir-recruitment fil-korp tal- pulizija, imma mbagħad trid tagħtihom ukoll biex jaħdmu.", "Milli jidher, minħabba l-ħrafa tal-ħofra, il-ministeru ta' l-intern għaddej bi proċess ta' tqasqis minn hawn u minn hemm - issa nitkellem fuq l-vot kapitali fejn hemm tqasqis massiċċ - però ġeneralment fil-vot rikorrenti hemm żieda li hija pronostikata minħabba li se jkun hemm recruitment ġdid u anke minħabba recruitment li sar is-sena l-oħra u aktar kmieni din is-sena.", "Però meta nidħlu għal dak li għandu x'jaqsam ma' spejjeż ta' overtime u ta' operational expenses insibu li beda jqaċċat minn hawn u minn hemm, ħalli mbagħad ivvotajna għall-ewwel darba Lm240,000 fil-vot kapitali sabiex niġu in line ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea li nitkellem iktar 'il quddiem dwarha f'dan id-dibattitu.", "Mela l-ministeru ta' l-intern qiegħed jipproġetta li jżid ir-recruitment, li hija ħaġa tajba.", "Aħna ridna nagħmlu recruitment imma ma laħħaqniex.", "Ejja nitkellmu ċar, aħna għamilna l-groundwork kollu u konna wasalna fil- proċess li ndaħħlu n-nies.", "Aħna konna li ddeċidejna li ngħollu l-istandard ta' edukazzjoni ta' min jiġi rreklutat fil-korp tal-pulizija.", "U dak għalfejn għamilnieh, biex indaħħlu jew biex ma ndaħħlux nies?", "Mela aħna se nagħmlu xi ħaġa biex nipprovaw ngħollu l-livell ta' min jidħol fil-korp tal- pulizija u mbagħad ma ndaħħlu lil ħadd!", "Aħna sibna riforma li kienet għaddejja minn proċess tas-sulluzzu taħt gvern Nazzjonalista u tajnieha boost, però finalment kien hemm l-animu li nżidu l-personnel fil-korp tal- pulizija.", "Naturalment imbagħad il-gvern Nazzjonalista sab kollox lest u llum il-ministru ta' l-intern jitkellem apertament u jgħid li tajjeb li aħna ngħollu l-livell ta' edukazzjoni tar-rekluti ġodda fil-korp tal- pulizija.", "Dan huwa ċertifikat sabiħ għall-gvern Laburista preċedenti.", "Fil-fatt il-gvern Nazzjonalista żied ir-recruitment u jidhirli li se jerġa' jżidu, imma m'huwiex se jagħtihom il-mezzi sabiex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod effettiv, u anke se jibda jqaċċat fuq l-ispejjeż li għandhom bżonn sabiex ikunu jistgħu jaħdmu.", "J'Alla wieħed jasal, u dik hija t-tama tagħna u nimmaġina tal-Kamra kollha, sabiex niġġieldu l-kriminalità b'mod effettiv.", "Però billi qed iżżid in-nies fil-korp tal-pulizija u mbagħad tnaqqsilhom mill-affarijiet li jridu jaħdmu bihom, allura kif se tasal għal dan il-għan?", "U tajjeb li wieħed jitkellem fuq fuq issa dwar il-kriminalità f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Mela kemm konna aħjar meta suppost konna agħar għax il-kriminalità żdiedet b'mod massiċċ u iżjed 'il quddiem ngħid fejn żdiedet!", "Però ma jagħmilx sens li inti qiegħed tqaċċat mill- operational and maintenance expenses u qiegħed suppost fl-istess ħin iżżid aktar nies fil-korp tal-pulizija.", "Mill-vot rikorrenti mmur għall-vot kapitali li fuqu nixtieq nagħfas naqra aktar.", "Fid-diskors tal-budget jien smajt li dan żdied imma fil-fatt il-vot kapitali in ġenerali se jkun naqas, anke jekk tneħħi dawk id-dipartimenti li as such, għalkemm jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru ta' l- intern, strictly speaking ma jaqgħux taħt is-sigurtà interna ta' pajjiżna.", "Fost dawn hemm id-dipartiment tal-lands, fejn hemm ukoll tnaqqis, imma dak jitkellem dwaru l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Jiġifieri għas-sena d-dieħla hemm tnaqqis ta' Lm102,000 fil-vot kapitali għall-intern għaliex filwaqt li għas- sena 2000 kienu vvotati Lm950,000, għas-sena d-dieħla l-vot kapitali naqas għal Lm848,000.", "Meta ħarist lejn il-klassifikazzjoni fit-tnaqqis sibt li, per eżempju, għal improvements to buildings, filwaqt li s-sena l-oħra ġew ivvotati Lm40,000 din is-sena ġew ivvotati Lm10,000.", "Il-vot tal-pulizija baqa' l- istess, jiġifieri Lm500,000, u bil-Lm500,000 li kien hemm is-sena l-oħra ma solvejnihomx il-problemi li kellna f'dak li għandu x'jaqsam ma' għases u vetturi tal-korp tal-pulizija.", "Fir-rigward tal-faċilità korrettiva ta' Kordin hemm tnaqqis ta' Lm300,000 ipparagunati mas-sena 2000, meta kienu vvotati Lm1,100,000, mentri din is-sena hemm ivvotati Lm900,000.", "L-aktar li ssawtu huma d-dipartiment tas-civil protection li fis-sena 2000 kellhom Lm571,000 bħala vot kapitali iżda għal din is-sena hemm ivvotati Lm175,000 bħala vot kapitali, jiġifieri tnaqqis ta' kważi Lm400,000.", "U dawn tnaqqsu fir-rigward ta' construction works and equipment.", "Issa meta int tieħu l-vot kapitali kollu fil-ministeru ta' l-intern issib li l-vot kapitali minn Lm4,031,000 fis-sena 2000 naqas għal Lm3,388,000, jiġifieri tnaqqis ta' Lm643,000 fuq il-vot kapitali.", "Però fil-fatt it- tnaqqis huwa ħafna akbar fil-vot kapitali għax kif spjegajt qabel, din is- sena għandna nefqa speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-vot kapitali, xi ħaġa li qatt ma ġrat fl-istorja ta' dan il-ministeru u fil-ministeri l- oħrajn kollha.", "Kif spjegajt qabel, il-gvern ivvota somom kbar ta' flus għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-allineament ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, il-famuża implimentazzjoin ta' l-aquis communautaire.", "U għal dan il-ministeru ġew ivvotati xejn inqas minn Lm240,000 sabiex il- liġijiet, il-proċeduri jew il-prattiċi li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru ta' l-intern jiġu at par ma' l-Unjoni Ewropea.", "Somma bħal din għandna fejn nonfquha fil-ministeru, ibda mill-karozzi tal- pulizija, l-għases u ħafna affarijiet oħra, imma l-gvern iddeċieda li jonfoq Lm240,000 għal dawn l-iskopijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta inti għandek dan il-one-off payment li ġie għall-ewwel darba - is-sena l-oħra ma kienx hemm - allura suppost li din is-sena żidna l-vot kapitali fuq dak li kien hemm is-sena l-oħra.", "Ejja ngħidu, għall-grazzja ta' l-argument, li l- vot kapitali baqa' kif kien is-sena l-oħra, kieku fuq l-istess ammont ta' flus li kien hemm ivvotati s-sena l-oħra kellhom jiżdiedu l-Lm240,000 li ġew ivvotatati biex niġu in line ma' l-acquis communautaire, iżda mhux hekk ġara.", "Minkejja din il-one-off payment li ġiet għall-ewwel darba, kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-vot kapitali.", "Ara kemm naqas il-vot kapitali biex nakkomodaw lill-Unjoni Ewropea!", "Filwaqt li l-vot kapitali suppost żdied, tant naqsu mill-ispiżi kapitali ta' l-intern li xorta spiċċajna b'Lm643,000 inqas bħala vot kapitali għall-ministeru ta' l-intern ipparagunat mas-sena l-oħra.", "Meta qed nitkellmu dwar vot kapitali qed nitkellmu dwar l-investiment għax f'dak li għandu x'jaqsam ma' vot rikorrenti m'għandekx real investment in net terms, għalkemm hemm element ukoll.", "Naturalment in the long term huwa l-vot kapitali fejn inti għandek real investment in real terms.", "Apparti minn hekk, li kieku ma ngħoddux dawn il-Lm240,000 li ġew mis- smewwiet biex niġu in line ma' l-acquis communautaire, kieku t-telf fil-vot kapitali kien ikun ħafna ikbar.", "Jien ikkalkolajt li kien ikun hemm tnaqqis ta' Lm883,000 fil-vot kapitali tal-ministeru ta' l-intern, kważi Lm1 miljun.", "Issa ħalli nkun ġeneruż u ngħid li taħt il-ministeru ta' l- intern taqa' wkoll il-government and property division - għalkemm strictly speaking din m'għandhiex x'taqsam mas-sigurtà interna ta' pajjiżna - bħalma hija l-awtorità ta' l-ippjanar, li għaliha ġew ivvotati Lm630,000.", "Anke hemmhekk hemm tnaqqis, imma m'huwiex il-kompitu tiegħi li nitkellem dwaru għax m'iniex il-kelliem ewlieni dwar dan.", "Issa mill-kalkoli tiegħi I am syphoning off dan il-vot mill-ministeru ta' l-intern sabiex niġu aktar viċin il-ministeru.", "Jien qiegħed ngħid li kien hemm tnaqqis ta' Lm643,000 minkejja l-ammont li ġie vvotat għall-aquis communautaire, u anke jekk wieħed jikkonsidra l- vot għal-land and property division.", "Imma anke jekk dawn inżidhom mal voti tal-ministeru, minn Lm643,000 it-tnaqqis jinżel għal Lm510,000.", "Jiġifieri meta wieħed mill-estimi jnaddaf dawk id-dipartimenti li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sigurtà interna ta' pajjiżna, xorta waħda l-vot kapitali jonqos b'Lm0.5 miljun.", "U dan qed inkun ġeneruż għax qiegħed ninkludi anke ż-żieda fil-vot kapitali li saret għall-finijiet ta' l-acquis communautaire.", "M'hemmx real investment in the long term, almenu f'dak li għandu x'jaqsam mal-vot kapitali.", "Jien niftakar li s-sena l-oħra l-ministru ta' l-intern kien qal li żied il-vot kapitali.", "Allura kif nista' jien ma nitkellimx li llum qed innaqqsuh!", "Veru li s-sena l-oħra żiduh imma llum qegħdin inaqqsuh, minflok sejrin 'il quddiem sejrin lura.", "U dan kollu minħabba l-ħrafa, mhux minħabba l-ħofra imma minħabba l-ħrafa.", "Allura tajjeb li wieħed jenfasizza li minħabba l-ħrafa, hemm tnaqqis f'ċerti areas li jolqtu direttament lill-korp tal-pulizija f'dak li għandu x'jaqsam ma' dħul, for the second time running, u hemm tqaċċit aktar sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' real investment, f'dak li għandu x'jaqsam mal-korp tal- pulizija.", "Peress li l-ħin qiegħed jagħfas ħalli mmur direttament għall-korp tal- pulizija.", "Din is-sena smajna ħafna dwar il-faċilità korrettiva ta' Kordin.", "Jiena ħallejt il-garġi tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra u ma nixtieqx li nerġa' nagħmel maratona f'dak ir-rigward u se nitkellem fuq il-korp tal- pulizija.", "Il-kriminalità din is-sena mhux talli żdiedet - u din ilna ngħiduha, ħarġet fuq il-media u ħarġet mill-istatistika - talli splodiet.", "Ilha tisplodi mis-sena l-oħra.", "Jien qed nagħmel din il-kritika għax niftakar lill-Onor.", "Tonio Borg dak iż-żmien joqgħod jikkritika lill-gvern Laburista li ċ-ċittadin kien vulnerabbli għax kinet naqqset il-preżenza tal- pulizija fit-toroq u żdiedet il-kriminalità, xi ħaġa li ma kenitx veru.", "Il- verita' hi li kienu daħlu prattiċi ġodda kif tiġi mkejla l-kriminalità.", "Issa nistgħu verament nipparagunaw, Sur President.", "Jekk inħarsu lejn l-istatistika naraw li taħt dan il-gvern, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Ottubru ġew kommessi 14,410 reati, filwaqt li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 1999, taħt gvern Nazzjonalista wkoll, ġew kommessi 15,855 reat.", "Din is-sena ksirna r-record!", "Ħalli mmorru lura għal parti minn żmien il-gvern Laburista.", "Mill-1 ta' Jannar 1998 sal-31 ta' Diċembru 1998 kien hemm 14,636 reat, u wieħed irid jiftakar li bejn Settembru 1998 u Diċembru 1998 kien hemm gvern Nazzjonalista.", "F'sena verament sħiħa taħt gvern Laburista, jiġifieri mill-1 ta' Jannar ta' l- 1997, sal-31 ta' Diċembru 1997 kien hemm 11,024 reat, jiġifieri kien hemm xi 4,000 reat inqas minn dak li se jiffigura din is-sena.", "Allura għalfejn fit-22 xahar li għamilna taħt gvern Laburista, l-Onor.", "Borg kien jikkritikana li kien hemm żieda fil-kriminalità?", "Però li ġara kien li fi żmienna kien hemm riforma fil-mod kif tiġi mkejla l-kriminalità u kien hemm aktar preċiżjoni fl-istatistika, u fejn qabel sa l-1996 l-istatistika kienet turi 7000 reat, imbagħad naturalment in-numru tela'.", "Il-Ministru Tonio Borg, li dak iż-żmien kien il-kelliem ewlieni ta' l- intern, kien approfitta ruħu mill-fatt li konna għamilna din ir-riforma fl- istatistika u qal li kienet żdiedet il-kriminalità u żdiedet bil-goff.", "Issa ħalliha li din is-sistema ta' ġbir ta' l-istatistika li għamilna aħna għadhom jużawha llum u għadhom jikkalkolaw l-istatistika tal-kriminalità bl- istess mod li konna bdejna nikkalkolawha aħna għax għamilnieha aktar preċiża.", "Allura issa huwa l-mument li wieħed jipparaguna, u huwa fatt li l- kriminalità żdiedet bejn wieħed u ieħor b'xi 2000 reat din is-sena, meta pparagunata ma' dak iż-żmien ta' gvern Laburista.", "Però l-falliment jirriżulta mill-fatt li matul l-1999 ġew solvuti 5,500 każ, jew ftit aktar, mill-15,855 reat li ġew kommessi dik is-sena.", "Issa tajjeb li jkun hemm one-off kultant, ikun hemm xi qabda kbira tad-droga fl-airport jew anke dan l-aħħar tal-Group 4.", "Tajjeb li ngħiduhom dawn l-affarijiet però ma nipprovawx naqbżu fuq il-karru ta' dawn is-suċċessi biex nipprovaw ngħattu l-problemi li hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà interna ta' pajjiżna.", "Għax inti trid tkejjel is-suċċess fil-korp tal-pulizija mhux billi tara biss li trid tnaqqas il-kriminalità imma li ssolvi l-każi.", "Allura meta inti tikkonsidra li minn 15,855 reat fl-1999 ġew solvuti anqas minn 6,000 reat, jiġifieri terz, lanqas tgħid in-nofs, allura tibda tistaqsi: Imma aħna allura qed nirbħuha l-ġlieda kontra l-kriminalità?", "Aħna ma nippretendux - biex ma nkunux ħmir - li se nsolvuhom kollha, imma almenu ma naslux san-nofs?", "Le, terz ġew solvuti!", "L-istess matul din is-sena, sat-13 ta' Novembru ġew solvuti 4,279 każ minn 14,410 reat kommessi sal-31 ta' Ottubru ta' din is-sena.", "Erġajna solvejna terz biss.", "Allura se nserrħu rasna li qegħdin nirbħu l-ġlieda kontra l-kriminalità?", "Meta jinqabad xi ammont ta' droga - u rrid nitkellem fuq l-airport għax jien kont ġejt ikkritikat meta kont ngħid li minn hemmhekk irridu naqbdu d-droga - u tikklassifika l-istatistika, tinduna li s-serq jaħti għal din l-isplużjoni fil-kriminalità.", "U din is-sena kellna serq record.", "M'għandix il-possibbiltà li nħabbar uffiċjalment iċ-ċifra preċiża però qegħdin f'pożizzjoni li nippronostikawha ż-żieda fis-serq.", "Fl- 1997 kien hemm 7,443 serqa u fl-1998 kien hemm 7,988, bqajna fl-istess baħar bejn wieħed u ieħor Fl-1999 tlajna għal 9,096 serqa.", "Meta nitkellmu dwar serq inkunu qed nirriferu għal petty crime u anke għal hold-ups u affarijiet serji, kemm serji u kemm inqas serji f'dak li jidher prima facie.", "Imma l-ħsara tal-kriminalità tkejjilha biż-żgħir u mhux bil-kbir.", "Fis-sena 2000 diġà ġew kommessi 8,897 serqa.", "Mill-mistoqsijiet parlamentari li għamilt jirriżultali li qegħdin jiġu kommessi mhux inqas minn 740 każ ta' serq fix-xahar.", "Mela jekk aħna neħduha bħala medja, sal- 31 ta' Diċembru żgur li se jinkiser ir-record li laħaq il-ministeru ta' l- intern taħt gvern Nazzjonalista s-sena l-oħra, meta it stood at 9,069 każ ta' serq, għax din is-sena se naqbżu l-10,000 każ ta' serq.", "Issa l-ministru ta' l-intern jgħidli li l-hold-ups naqsu.", "Tajjeb ngħidu li l-hold-ups naqsu, però r-record assolut f'dak li għandu x'jaqsam ma' hold-ups kien proprju dak tal-Group 4, u jidhirli li t-tieni wieħed kien ukoll taħt gvern Nazzjonalista qabel l-1996.", "Kien hemm żieda ta' 2,452 każ ta' serq mill-aħħar sena ta' gvern Laburista.", "Dan huwa r-record ta' gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriminalità.", "Wara li tikklassifikah tinduna li s-serq huwa raġuni għaliex żdiedet il- kriminalità.", "Issa l-ministru ta' l-intern se joqgħod jgħid li naqsu l- hold-ups, però jekk kien hemm tnaqqis fil-hold-ups, għall-grazzja ta' l- argument, dan ma kienx biżżejjed sabiex ikun hemm tnaqqis fl-istatistika ġenerali tal-kriminalità.", "Għaliex tistaqsi lil min tistaqsi fil-korp tal- pulizija, il-kawża soċjali għal dik it-tip ta' kriminalità li qiegħda ssir, jiġifieri tkissir ta' karozzi, serq snatch and grab, serq minn fuq il- persuna fid-dawl tax-xemx, kollha huma related mad-droga, il-pjaga soċjali ta' pajjiżna.", "Din hija r-raġuni għalfejn hawn din il-kriminalità kollha.", "Tajjeb li l-pulizija fejn taqbad ammonti sostanzjali ta' droga nfaħħruha, u m'għandniex nikkritikawha fejn imbagħad ikun hemm affarijiet li jidhru negattivi, għax imbagħad il-pulizija trid taħdem b'dak li jkollha.", "Meta konna fil-gvern aħna konna niġu kkritikati li naqqasna l-preżenza tal-pulizija.", "Kif jista' jkun?", "Aħna konna li bdejna riforma sabiex ikun hemm aktar civilianisation f'dawk il-postijiet fil-korp tal-pulizija li m'humiex core duties tal-pulizija.", "U bis-saħħa ta' dik ir-riforma stajna nqiegħdu aktar pulizija fit-toroq.", "U din tat riżultat għax fil-fatt kien hemm inqas kriminalità fi żmien gvern Laburista milli llum.", "Mela m'għandniex nirreġistrawh dak il-punt!", "Minkejja l-ħofra ħrafa u li bil-ġid u d-direzzjoni se nġibu kollox jimxi fuq ir-rubini, l-istat ta' l-għases kien tal-biki.", "Jien nista' nitkellem għall-għases fid-distretti li jkolli x'naqsam magħhom jien anke professjonalment.", "Hemm diżastru fl-għases, sa ġrieden jiġru tara!", "U bis-serjetà qed ngħid, Ministru.", "Kif ma tistħux!", "Riċentement kien hemm rapporti fil-media li f'xi vetturi tal-korp tal- pulizija, l-aktar tad-distretti, iqiegħdu kaxxa tal-minerali jew ta' l- inbid sabiex is-seat joqgħod dritt ħalli d-driver ma jegħlibx waqt li jkun qiegħed isuq!", "L-istess vettura jkollha l-bonnet marbut bil-firdiferru ħalli meta jkun qed isuq ma jitlagħlux ma' wiċċu waqt li jkun qiegħed isuq!", "U għadhom qegħdin jużawhom dawn il-vetturi fil-korp tal-pulizija.", "Kien hemm rapport ieħor dwar karozza li għandha l-windscreen imxaqqa, il-lampi ma jaħdmux, il-hazard lights u l-indicator lights ma jixegħlux, jiġifieri din karozza li qiegħda tikser saħansitra r-regolamenti kollha tat-traffiku!", "Dawk biex iridu jaħdmu?", "Dan m'huwiex tort tal-pulizija, imma tort tal- gvern li wiegħed il-ġid, fiduċja u direzzjoni u l-voti kapitali sabiex nirriformaw, u m'hu qed jiġri xejn, sejrin mill-ħażin għall-agħar.", "U dan mhux qed ngħidu jien.", "Imbagħad jiġi l-ministru joqgħod jiftaħar li huma qed jirranġaw dan kollu!", "Nista' nieħu attitudni negattiva dwar kif inhuma mexjin l-affarijiet, il-ministru jieħu attitudni pożittiva biex jiddefendi x-xogħol li qed jagħmlu fil-ministeru ta' l-intern imma l-fatt jibqa'.", "Fl- aħħar mill-aħħar mur staqsi lis-surġenti tal-pulizija u lill-ispetturi tal- pulizija biex qegħdin jaħdmu!", "U issa niġu għall-ispetturi tal-pulizija, dwar il-promotions li ngħataw dan l-aħħar b'rieħa qawwija ta' politika partiġjana.", "Dawn kienu jitkellmu dwar demoralizzazzjoni fil-korp tal-pulizija.", "Demoralizzazzjoni hemm issa.", "Mur staqsi lil dawk l-ispetturi li qbiżtu meta ġew biex jieħdu l-promotion għal supretendenti!", "Hemm tfal fil-veru sens tal-kelma kapaċissimi li tajtuhom bis-sieq, m'għamiltuhomx supretendenti.", "Hawnhekk nifraħ lil dawk li laħqu supretendenti, imma jiddispjaċini għal uħud minn dawk li baqgħu barra.", "Jien mhux se noqgħod insemmi ismijiet, imma ma nistax ma nsemmix każ ta' wieħed li għamilnieh officer in charge fi żmienna, jiġifieri kien jokkupa kariga ta' acting superintendent, kapaċissimu fil-frodi.", "Mhux talli ma tawhx il-promotion, mhux talli ma ħallewhx almenu kif kien, talli dan ġie demoted!", "Taħt gvern Laburista u għal ċertu żmien taħt gvern Nazzjonalista, dan kellu ma nafx kemm-il spettur u ma nafx kemm-il kuntistabbli taħtu, ma nafx kemm-il surġent taħtu, bil-limitazzjonijiet kollha li kellu fid-dipartiment tal-frodi għax neqsin min-nies.", "Dawn tawh bis-sieq u llum dan spiċċa umiljat b'żewġ kuntistabbli miegħu.", "Dan l-aktar wieħed li nħoss għalih minnhom kollha, u mhux imbilli jġibu l-iskuża li dan kien irriżenja ħames xhur mill-korp tal-pulizija u allura tilef postu, għax il-gvern Nazzjonalista mhux hekk mexa ma' min kien għamel bħalu.", "Tridu noqogħdu nsemmu eżempji?", "Mela s-seniority tapplika għalih meta jkun irriżenja u mbierek Alla mbagħad l-assistent kummissarju Joe Gauci kien irtira bil-pensjoni fl-1981, u fl-1987, kif tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, reġa' ngħaqad mal-korp tal-pulizija u f'Awissu ta' dik is-sena stess minn spettur ġie promoss għal supretendent u qabeż ma nafx kemm-il uffiċjal aktar senior tiegħu, u mbagħad ġie promoss għal assistent kummissarju addirittura.", "Mhux dak biss!", "Tridu nsemmu oħrajn?", "Tridu insemmu tal-ġakketta blu?", "Tridx insemmu lil Charles Demicoli?", "Charles Demicoli rtira fl-1980 on grounds of public policy mill-PSC.", "Fl- 1987, kif tela' gvern Nazzjonalista - ara x'ko-inċidenza, bil-preċiżjoni! - dan ġie promoss għal supretendent u reġa' ngħaqad mal-korp tal-pulizija.", "Issa dawn mhux irtiraw jew irriżenjaw għal ħames xhur imma għal snin twal.", "Aġġustawlu l-pensjoni u telaq mill-korp tal-pulizija mingħajr lanqas biss ma għamel minuta jagħmel xogħol tal-pulizija!", "M'hemmx xamma ta' politika partiġjana!", "Ħu wieħed minn Ħaż-Żebbuġi bħali, l-ex kummissarju Alfred Calleja.", "Dan ġie medically boarded out fl-1980, reġa' ngħaqad mal-korp tal-pulizija fl- 1987, kumbinazzjoni mal-bidla fil-gvern, u tawh promotion għal supretendent mal-ewwel u wara sar kummissarju tal-pulizija.", "Lil dan qegħdin taraw żejjed?", "Dan li kien acting superintendent?", "Qatt ħadd ma kien officer in charge u ġie demoted, imbagħad niġu nitkellmu dwar demoralizzazzjoni!", "Morru kellmuhom!", "Dan kien rakkomandat, u kellu l-preċedenzi kollha u, jekk m'iniex qiegħed niżbalja, anke l-kummissarju tal-pulizija attwali hekk kien ukoll, imma dan imbagħad laħaq supretendent, assistent kummissarju, imbagħad kummissarju.", "Jien mhux qed nirriferi għal dak il-każ biss, Sur President.", "Aħna bdejna s-sistema li kemm jista' jkun inżidu nies gradwati fil-korp tal-pulizija.", "Kien hemm min laħaq prokuratur legali dan l-aħħar iżda minflok tawh il-grad ta' supretendent, tefgħuh fil-prosecutions office fejn m'hu qiegħed jagħmel xejn!", "Qisu dak il-każ ta' l-MDC, fejn iħalluk hemmhekk ma tagħmel xejn!", "Dan lanqas biss back-up staff m'għandu.", "Dan l-aħħar smajna lill-ministru jgħid ħafna drabi li issa għandna l-prosecutions office.", "Morru fis-sular tal-kummissarju tal-pulizija fil-headquarters u taraw li dan waħdu qiegħed hemmhekk, lanqas back-up staff m'għandu!", "X'tip ta' prosecutions office se nagħmlu?", "Bħalissa persuna waħda ma' computer hemm U jekk jitilfu l- password tal-computer irid joqgħod iċempel lill-MITTS biex iġibha, ara kemm qegħdin tajjeb!", "Dawn huma l-affarijiet li jweġġgħu lill-korp tal- pulizija.", "Hemm każ ta' uffiċjal ieħor li n-Nazzjonalisti ma jaħmluhx personalment minħabba xi ħwejjeġ ta' l-imgħoddi, u dan kontinwament jinqabeż sena wara sena, promotion wara promotion.", "Jekk mhux tajjeb għal supretendent, mela għalfejn jgħallem lil dawk li jiġu warajh biex isiru supretendenti huma?", "Jekk m'huwiex tajjeb għal supretendent, lanqas m'hu tajjeb biex jgħallem lil ħaddieħor biex isir supretendent minfloku.", "Dawn x'kummiedji huma!", "Ovvja li hemm il-politika fin-nofs u mela niġu ngħidu li naddafna l-korp tal-pulizija mill-politika!", "Issa jien semmejt tlieta biss u mhux se noqgħod insemmihom b'isimhom.", "Morru kellmuhom!", "Araw naqra jekk humiex demoralizzati dawk in-nies, imma l-każ ta' l-ewwel wieħed li semmejt fil- veru sens tal-kelma vili.", "Issa forsi l-ministru jirrispondini għalfejn fil- każ ta' Alfred Calleja, fil-każ ta' Charles Demicoli u fil-każ ta' Joe Gauci jirranġaw kollox kif jinqaleb il-gvern, u mbagħad lil min hu kapaċi, anke aktar minnhom, u min organizzalhom u għadu hemm jagħtuh bil-frosta ħalli jiddemoralizzawh.", "Morru għidulhom, mela le!", "Ħalli nieqaf dwar il- korp tal-pulizija għax ma tantx baqagħli ħin.", "Ħalli ndur fuq il-faċilità korrettiva ta' Kordin li, kif diġà spjegajt, ħraqt il-garġi nitkellem dwarha din is-sena, imma mmur fuq punt li ma ssemmiex.", "Jien insostni li l-Kamra tar-Rappreżentanti ġiet żvijata meta jien għamilt mistoqsija parlamentari - mhux int, Ministru, żvijajtha għax inti li jagħtuk twieġeb - wara li kienu ħarbu dawk l-erbgħa mill-aktar diviżjoni sigura.", "Kien hemm uffiċjal ta' l-SRT li kien dettaljat li jaħdem hemm u kien qiegħed jilgħab id-darts barra.", "Imma t-tweġiba kienet li proprju dik il-ġurnata ma kien hemm ħadd assenjat mill-SRT biex jaħdem fid- division 6.", "Issa din xafra li taqta' minn żewġ naħat.", "Aħna nafu li kien qiegħed dettaljat, imma l-inkjesti mhux issa nagħmluhom għax jekk jirriżultaw bħall-inkjesta dwar is-swat tal-priġunieri, noqogħdu nidħqu bil- fatati għax is-swat sar u ħadd ma kien responsabbli.", "Meta jiġri hekk imbagħad tagħtih l-arja.", "Ara naqra, fejn suppost hemm il-krema tas-sigurtà tal-faċilità korrettiva ta' Kordin, l-SRT, biex jipproteġu lil min ma kienx qed jaqdi dmirijietu u biex ma jitteħdux proċeduri fil-konfront tiegħu mill- PSC, qalu li f'dik il-ġurnata ma kien hemm ħadd dettaljat mill-SRT biex jaħdem fl-aktar diviżjoni sigura tal-faċilità.", "Niġu ngħidu lill-Kamra dawn il-ħmerijiet!", "Jekk hu veru li ma kien hemm ħadd dettaljat, mela x'tip ta' sigurtà qed tinżamm fil-faċilità korrettiva ta' Kordin jekk l-iktar persuni li jirrappreżentaw il-krema tas-sigurtà fil-ħabs ma jkunux qegħdin dettaljati fid-diviżjon 6?", "You can run but you cannot hide!", "Veru ma kienx hemm dettaljati uffiċjali ta' l-SRT?", "Prosit!", "Dan ċertifikat ikrah għall-mod kif tinżamm is-sigurtà fl-iktar diviżjoni importanti tal-faċilità korrettiva ta' Kordin.", "L-istess persuna tliet ġimgħat ilu ħadet ġimgħatejn sick leave mill- faċilità korrettiva ta' Kordin u nqabdet fuq Super 1 television waqt programm sportiv qed tilgħab id-darts!", "Donnu biex jisfida.", "Ma tgħidx mar fuq in-NET, mar fuq is-Super 1 u nqabad hemm.", "Dan ġara matul il-ġimgħatejn li suppost kien sick leave u ċ-ċertifikati kollha mediċi kienu qegħdin fl- MI tad-depot tal-pulizija, għax dik hija l-proċedura.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Imbagħad ma jittieħdu ebda proċeduri kontra tiegħu għax jimxu skond il-kulur politiku.", "Din it-tieni darba li naqset din il-persuna.", "Issa jien se nagħmel mistoqsija lill-ministru biex tiġini xi risposta fażulla fuqha!", "Kulħadd jaf x'inhu għaddej hemm ġew.", "Jien nagħlaq fuq dan l-aspett billi ngħid li biex tilħaq l-istandards ta' sigurtà li l-gvern Nazzjonalista poġġa fil-faċilità korrettiva ta' Kordin, trid tkun taf kif jaħarbulek, trid tkun taf ma tkunx responsabbli mill-għatba 'l barra u mill-għatba 'l ġewwa u trid tkun taf tilgħab id-darts!", "Dak huwa l-kriterju ta' tmexxija fil-faċilità korrettiva ta' Kordin!", "Xtaqt nitkellem ftit rigward is-civil protection li din is-sena ġiet taħt skrutinju u kellha ċerta kritika.", "Rigward il-qasam marittimu lanqas tista' tgħid li ġie żmantellat għax qatt ma sar.", "Taħt gvern Laburista kellna ħafna pjani, per eżempju, għat-tugs, għas-Sea Salvor, u kellu jsir decompression chamber biex jaqdi l-funzjoni tiegħu aħjar, imma jidhirli li ma sar assolutament xejn.", "Kellhom isiru decompression chambers iżgħar anke fil-laneċ l-oħrajn, fosthom il-Melita, iżda ma sar proprju xejn.", "La qegħdin nitkellmu dwar il-life-saving fis-sajf, irrid nirriferi għal mistoqsija li kont għamilt fejn staqsejt meta beda l-life-saving fuq il- beaches u meta spiċċa din is-sena.", "Ġejt informat li beda fit-8 ta' Lulju.", "Jien nieħu l-ewwel għawma f'April, għalkemm forsi mhux kulħadd jagħmel bħali, imma f'Mejju n-nies jibdew jgħumu, u f'Ġunju żgur li ħafna nies ikunu qegħdin jgħumu.", "Għaliex lanqas l-ewwel tmint ijiem ta' Lulju ma kienu għadhom bdew?", "Meta bdew jegħrqu ħafna nies f'daqqa waħda ġejna konxji!", "Issa ħalli nitkellmu ċar, ċerti accidents m'huwiex possibbli li jiġu evitati, għaliex jiġru traġedji, imma almenu jkun hemm il-preżenza ta' dawn il-baywatchers.", "Mela beda fit-8 ta' Lulju u għalaq fil-15 ta' Settembru!", "In-nies jibqgħu jmorru jgħumu anke sa l-aħħar ta' Ottubru għax għandna sajf twil.", "Jeħtieġ li dawn ikunu preżenti hemmhekk, imbagħad jekk tkun preżenti u jegħriqlek xi ħadd m'huwiex diżunur, imma almenu hemm is- servizz u wieħed jipprova jagħmel li jista'.", "Dan mhux tort ta' l- amministrazzjoni, nitkellem ċar, imma jekk il-gvern ma jagħtikx biex taħdem ma tistax taħdem.", "It's as simple as that.", "Jien kont għamilt mistoqsija paralmentari dwar is-Sea Salvor u l- ministru qalli li bħalissa din hija mikrija lit-Tug Malta u f'każ ta' emerġenza nsejħulha.", "Dan x'servizz ta' emerġenza hu!", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili għax dalwaqt se nagħlaq u ma rridx nieħu mill-ħin tal-kollega tiegħi.", "Ikollhom iċemplu lit-Tug Malta f'każ li jinqala' xi inċident jew xi ħadd ikun qed jegħreq.", "(Interruzzjonijiet) Għandek raġun li għall- bunkering kellu jintuża, imma qiegħed hemmhekk għall-emerġenza.", "Allura jekk is-Sea Salvor hu mikri lit-Tug Malta, trid toqgħod iċċemplilhom biex jiġu u sadanittant l-emerġenza mhux tkun spiċċat imma tkun saret traġedja!", "Ad ogni modo nistgħu mmorru għall-aħjar.", "Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili għadu jibda jopera u issa naraw kif se jmur 'il quddiem.", "Naf li hemm nies ħabrieka li jridu jaħdmu kemm fit-tmexxija kif ukoll fl- operazzjonijiet.", "J'Alla s-sena d-dieħla tkun aħjar minn din is-sena, u allura jien nagħti the benefit of the doubt għax l-affarijiet jistgħu jkunu aħjar.", "Veru għamilna ftit kritika imma forsi din isservi biex almenu f'dak li għandu x'jaqsam mal-life-saving nibdew iktar kmieni fis-sajf u nispiċċaw iktar tard għax in-nies jibdew jgħumu ħafna qabel Lulju u jispiċċaw jgħumu iktar tard minn Settembru.", "Nagħlaq fuq l-illegal immigration, Sur President.", "Veru li qegħdin nitkellmu dwar il-bżonn li niġġildulha iktar però jeħtieġ tħares lejn l-airport, Ministru.", "Kultant taslilna informazzjoni lilna - u forsi tasal għandek ukoll - u l-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn!", "Noqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi abbużi li minflok jgħinu fil-ġlieda kontra l- immigrazzjoni illegali, ixekkluha.", "Ma rridx inkun speċifiku għax m'għandix provi, imma noqogħdu attenti.", "Ma rridx insemmi jekk huwiex pulizija jew uffiċjal ta' l-armata jew impjegat, imma ilni sena naf b'ċerti affarijiet.", "Forsi lill-ministru nkellmu anke privatament, imma qed nieħu dan l-ispunt sabiex min qed jismagħni u forsi għandu interess f'dak il-qasam, ikun jaf li aħna nafu.", "U nerġa' ngħid you can run but you cannot hide forever, il- ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser!", "Hemm bżonn li l-ministru jagħti iktar attenzjoni x'inhu għaddej fl-immigration.", "Mhux qed nitkellem dwar it- tmexxija għax l-assistent kummissarju huwa persuna responsabilissima.", "Ministru, jekk hemm problema din qiegħda at ground level u mhux fil-livelli l-aktar importanti tal-korp tal-pulizija.", "Jekk il-ministru jagħti aktar attenzjoni għal dan il-qasam, forsi dan li qed ngħid jien jista' jservi ta' deterrent.", "Jien qed nuża dan l-ispunt biex l-abbużi li hemm għaddejjin jieqfu immedjatament.", "Ara taħsbu li ma nafux x'inhu għaddej!", "Sur President, niġi għall-aħħar punt.", "Il-bieraħ fil-gazzetti qrajt dwar it-trattat li l-Gvern Malti beħsiebu jagħmel mal-Gvern Taljan fuq l-illegal immigration.", "Naħseb li kien hemm żball fil-mod kif din l-aħbar ġiet irrapportata.", "Ma naħsibx li l-Gvern Malti qed jaċċetta li aħna nieħdu lura mill-Italja dak li jkun telaq mingħandna mingħajr il-quid pro quo min-naħa ta' l-Italja.", "Kif ġabuha l-gazzetti, jagħtuk x'tifhem li t-Taljani m'humiex jintrabtu li jieħdu mingħandna dawk l-illegal immigrants li jkunu ġew mill-Italja.", "Naħseb li hemm ir-regola tar-reciprocity li jekk jiġu mill-Italja u jinqabdu Malta - u naturalment jiġi pprovat minn fejn ikunu ġejjin - għandna nibagħtuhom l-Italja mhux biss bħala place of transit, biex minn hemmhekk jaqbdu ajruplan u jeħduhom lura f'pajjiżhom, imma for all intents and purposes.", "Forsi l-ministru jista' jgħidilna wkoll kif se jiġi pprovat l-oriġini tal-persuna li tkun immigrant illegali għax naf li din hija bone of contention serja ħafna.", "Naf li dan il-proċess demografiku jiġri iktar min-nofsinhar 'il fuq, però b'rispett lejn ir-regola tar- reċiproċità forsi tajjeb li din il-parti nikkjarifikawha.", "Nagħlaq hawnhekk għax diġà ħadt ftit mill-ħin tal-ħabib tiegħi u niskuża ruħi minn issa, però definitely hemm bżonn li l-affarijiet jaħdmu b'iktar serjetà fil-qasam ta' l-intern, b'mod partikolari fil-korp tal-pulizija.", "Grazzi, Mr Chairman.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, nibda billi ngħid prosit lill-kollega tiegħi għad-diskors li għamel, anzi kien hemm ħafna aktar affarijiet li seta' jsemmi biex jikkompara maż-żmien meta aħna konna fil-gvern ħalli juri kemm verament konna mmexxu l-korp tal-pulizija b'serjetà għax ridna ndaħħlu d-dixxiplina.", "Meta l-kollega tiegħi qajjem il-kwestjoni tas-Sea Salvor, il-ministru min-naħa l-oħra qajjem il-punt li kien fi żmienna li pproponejna biex din nikruha lit-Tug Malta.", "Dan huwa minnu, imma konna pproponejna wkoll li l-crew tas-Sea Salvor ikun taħt is-civil protection department.", "Jiġifieri waqt li l-boat tkun chartered mat-Tug Malta, kienet se tkun available 24 hours u l-ispejjeż kienu se jkunu covered mill-flus li jidħlu minn Tug Malta Ltd.", "Żgur li s-sitwazzjoni ma kenitx eżatt kif qal il-ministru, u għalhekk li l-Onor.", "Gulia qal li llum is-sitwazzjoni qiegħda differenti minn kif konna pproponejna aħna.", "Illum is-Sea Salvor qiegħda mikrija mat-Tug Malta u meta tkun se tintuża jiġi l-crew li jkun hemm stand- by, jiġifieri mhijiex maintained 24 hours.", "Dik hi d-differenza li semma l- kollega tiegħi u aħjar inkunu ċari, Sur President.", "Meta wieħed jara x'jgħid il-budget fuq il-qasam ta' l-artijiet u fuq l- awtorità ta' l-ippjanar - it-Tnejn li huma jaqgħu taħt il-ministeru ta' l- intern - isib li qed naraw kif nagħmlu biex indaħħlu taxxi oħra - naturalment il-gvern ma jieħux pjaċir jgħidilhom taxxi - bl-iskop li nżidu d-dħul għal dawn l-oqsma.", "Per eżempju, l-awtorità ta' l-ippjanar se żżid ċerti multi u affarijiet bħal dawn, waqt li d-dipartiment ta' l-artijiet se jintroduċi ħlas addizjonali fuq iċ-ċnus.", "Li kieku b'dawn il-miżuri li qed jintroduċi l-gvern konna se nżidu l-effiċjenza jew konna se nagħmlu pass 'il quddiem fl-effiċjenza jew pass 'il quddiem biex jitnaqqsu l-abbużi, kont ngħid li dan huwa tajjeb.", "Fil-liġi dwar l-awtorità ta' l-ippjanar se jidħlu emendi li naqblu magħhom - għax ħafna minnhom jien kont stqarrejt pubblikament li għandhom isiru u konna ħadna l-inizjattiva aħna biex isiru - però xorta għadna 'l bogħod ħafna biex naqtgħu l-abbużi, fejn policy tiġi interpretata mod fil-konfront ta' persuna waħda u mbagħad tiġi interpretata b'mod differenti ma' persuna oħra.", "Ħalli nibda mid-dipartiment ta' l-artijiet li, kif diġà kont għedt, għandu nuqqas ta' riżorsi umani u jekk se nisseparaw ċerti oqsma fid- dipartiment, bilfors ikollna riżultati negattivi.", "Fil-fatt dakinhar daħku bija, però iktar tard l-awditur ġenerali ġibed l-attenzjoni li hemm nuqqas ta' riżorsi umani fid-dipartiment ta' l-artijiet u qal li hemm bżonn li l- affarijiet jiġu kkordinati aħjar jekk irridu li x-xogħol jimxi sew.", "Jiġifieri hemmhekk ingħatajt raġun.", "Min-naħa l-oħra, minkejja l-wegħdi kollha li se jsolvu l-problemi dwar il-bejgħ ta' artijiet u djar u proprjeta' oħra amministrata mill-joint office - dawk li qabel kienu tal- Knisja - għaddew sentejn u għadna fejn konna.", "Minkejja li ngħidu li hemm nuqqas ta' staff, xorta nistgħu naffordjaw nieħdu persuna mid-dipartiment ta' l-artijiet biex nibagħtuha f'ministeru, u ma jimpurtax li nħallu x- xogħol lura, l-aqwa li din il-persuna tmur mal-ministru għall-ambjent u tibda tagħmel Lm300 overtime fix-xahar.", "Jien kont diġà semmejt dan il-każ u ħadd ma tkellem dwaru.", "Jidher ċar li anke hawnhekk l-affarijiet mhux mexjin sew u lil min ikun tal-qalba naqduh, Sur President.", "Dan l-aħħar fid-dipartiment ta' l-artijiet tħabbret skema biex jiġi rikonoxxut iċ-ċens fuq ċerti artijiet, però qabel ħarġet din l-iskema jien kont għamilt mistoqsija parlamentari fejn staqsejt jekk hux se jkun hemm tibdil fil-ħlas taċ-ċens, u b'risposta l-ministru qalli li se jkun hemm tibdil żgħir li mhux se jservi ta' taxxa.", "Fil-fatt illum jirriżultalna differenti għax fil-Mellieħa hemm min kellu ċens li għalaq fl-1998 u f'daqqa waħda bagħtulu biex iħallas bl-għoli.", "Minn Lm1 jew Lm2 kull tomna, f'daqqa waħda ċ-ċens għollewulu għal kważi Lm100.", "Mr Chairman, nixtieq inpoġġi kopja tal-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra li ċerti individwi rċevew, b'riferenza għar-reviżjoni taċ-ċens pagabbli fuq biċċiet ta' art fil-Qammiegħ, il-Mellieħa.", "Irridu nagħrfu niflu għaliex ħarġet din l-iskema biex jiġi rikonoxxut iċ-ċens, Sur President.", "Jidher ċar li waħda mir-raġunijiet hija li d-dipartiment ta' l-artijiet m'għandux informazzjoni biżżejjed dwar il-proprjetà tal-gvern, minkejja l- flus li nefaq biex jiġbor din l-informazzjoni.", "Hemm ħafna mistoqsijiet li wieħed irid jagħmel dwar din l-iskema.", "Per eżempju, jekk nieħdu ċ-ċens mogħti lill-privat mill-Knisja, dan iċ-ċens għadu viġenti?", "Issa min se japplika, dak li għandu ċ-ċens fuq ismu jew dak li jaħdem l-art?", "Skond din l-iskema jidher li se japplikaw it-tnjen, imbagħad ma nafx x'se jiġri.", "Tajjeb li niċċaraw dawn l-affarijiet hawnhekk.", "Fil-każ ta' persuna li tkun ilha s-snin taħdem ir-raba' fuq art tal-joint office amministrata minn terzi, ta' min hu d-dritt, ta' dak li qed jaħdimha jew ta' dak li qed jamministraha?", "Huwa importanti li dawn l-affarijiet inkunu nafuhom.", "Kulħadd jaf li jekk ikollok art li min bigħhielek ma kenitx tiegħu imma kienet tal-Knisja, wara li jgħaddu 40 sena u ħadd ma jitkellem din issir tiegħek.", "Il-gvern jaf liema huma dawn l-artijiet?", "X'se jagħmel fuq dawn?", "Jekk xi ħadd għandu dritt li wara 40 sena jgħid li l-art saret tiegħu, din se jitlifha?", "Per eżempju, fejn ikun hemm razzett li fl-antik kien f'nofs ir-raba' u llum tela' l-bini fil-viċin, mad-dipartiment ta' l-artijiet dan għadu meqjus bħala qbiela?", "Kif se jiġi rregolat?", "Wieħed irid joqgħod attent għax f'din l-iskema jistgħu jsiru abbużi, ngħid jien, Sur President.", "Jista' jagħti l-każ li jekk wieħed ikun daħal f'art tal-gvern u suppost qed jaħdimha, f'ċertu perijodu jista' japplika biex jiġi rikonoxxut iċ-ċens tiegħu.", "Però nafu li se jkun hemm min mhux veru jkun qed jaħdem dik l-art imma xorta waħda japplika u jiġi rikonoxxut għax jagħmel pressjoni politika.", "Veru li skond l-iskema wieħed mhux bilfors jiġi aċċettat, imma noqogħdu attenti għax hemm ċans ta' abbuż.", "Min-naħa l-oħra nixtieq inkun naf x'inhi d-differenza bejn ċens u ieħor.", "Għax jidher li dawk li għalqilhom fl-1998, minn Lm1 jew Lm2 se jogħlielhom għal madwar Lm100, u hemm oħrajn li minn Lm1 kull tomna ċ-ċens se jogħlielhom għal Lm4.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Tajjeb li wieħed jispjega dawn l-affarijiet ħalli l-poplu jifhem x'inhu jiġri.", "Minkejja li biex taparsi nuru kemm hemm trasparenza meta nagħtu l-artijiet u ġejna fil- parlament b'riżoluzzjoni biex jingħataw ċerti artijiet, jidher ċar li dan ma kien xejn ħlief ħela ta' ħin għax l-abbużi xorta baqgħu jsiru.", "Fost dawn ma nistax ma nsemmix il-proġett tal-Kottonera, li nispera li jkolli ħin nitkellem dwaru iżjed 'il quddiem.", "Issa ħalli nkompli nitkellem dwar l-awtorità ta' l-ippjanar fejn lanqas nafu min qed imexxi, jekk huwiex il-ministru responsabbli mill-awtorità ta' l-ippjanar, jekk huwiex is-segretarju parlamentari għall-isports jew jekk jindaħalx ukoll il-ministru għall-agrikoltura u sajd.", "Ma nistgħux nifhmu għax filwaqt li l-awtorità ta' l-ippjanar tgħid li hawn biżżejjed art għall- bini, u allura m'hemmx bżonn li nagħtu artijiet oħra li mhumiex skedati għall-bini biex jinbnew, joħroġ l-Onor.", "Ninu Zammit u jgħid pubblikament li mijiet ta' tumoli ta' art se jkunu jistgħu jiġu żviluppati.", "Hawnhekk jien kont ikkritikajtu u kont staqsejtu x'inhu l-iskop tiegħu, imma dakinhar qagħdu jduru mal-lewża u raw kif għattewha.", "Jiġifieri jidher li l-Ministru Ninu Zammit qabad u fajjarha hu.", "X'interess hemm bejniethom ma nafx!", "Riċentement kien hemm il-kwestjoni ta' l-inċineratur fejn ġara l-istess ħaġa.", "Filwaqt li l-Ministru Ninu Zammit qal li l-gvern iddeċieda li jkun hemm inċineratur biex jaqdi lil kulħadd, min-naħa l-oħra l-ministru għall- ambjent kien qed jgħid li għadhom qed jiddeċiedu x'se jsir.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "L-istess meta kien hemm il-kwestjoni jekk biċċa art f'Ħal Far issirx barriera.", "Alla jbierek il-ministru responsabbli mill-awtorità ta' l-ippjanar ma qal xejn jekk din ikkommettietx ruħha jew le dwar dan, imma l-Ministru Ninu Zammit kien ħareġ jgħid li hemmhekk ma ssirx barriera.", "X'inhu jiġri fi ħdan il-gvern Nazzjonalista?", "Imbagħad jiġu l-NGOs jgħidulna li l-oppożizzjoni għandha turi l-pożizzjoni tagħha dwar l-art ta' Ħal Far!", "Skużi, aħjar jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu l- gvern għax meta jridu jgħidu li Ninu Zammit mhux responsabbli u meta jridu jgħidu li Ninu Zammit responsabbli!", "(Interruzzjonijiet) Meta niġi biex nivvota quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar, iva jien se nivvota kontra li hemmhekk issir barriera.", "Issa ħalli nuri l-ipokrezija tan-naħa tal-gvern fejn jidħol l-ippjanar ta' l-artijiet, Sur President.", "Meta quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar kien hemm diskussjoni biex issir simenterija f'site partikolari, kien hemm deputat min-naħa tal-gvern li mhux talli ma riedx li ssir simenterija fuq dik l-art talli lanqas ried li ssir simenterija mkien f'pajjiżna.", "Fil-fatt l-awtorità ta' l-ippjanar għamlitha ċara li hi qed tiddiskuti biss jekk issirx simenterija f'dik is- site u mhux jekk issirx simenterija f'pajjiżna.", "Min-naħa tiegħu dan id- deputat kien ressaq private member's motion fit-8 ta' Ġunju tas-sena l-oħra fejn kien qal li: \"No applications of this nature should be considered in any part of the Maltese islands.\"", "Bħala objects and reasons kien ġab il- fatt li d-daqs tal-gżira tagħna kif ukoll il-klima tirrendi inutli kull sforz ta' kontroll fuq tinġis minn trabijiet li jitnisslu mill-proċess tal- produzzjoni tas-siment, u jagħmlu dan it-tip ta' żvilupp perikoluż għas- saħħa pubblika.", "In-naħa tal-gvern ma kenux tkellmu jekk humiex kontra li ssir simenterija u ħallew din mozzjoni imdendlu.", "X'ġara?", "Is-sena l-oħra stess dan irtiraha.", "Għaliex irtiraha?", "L-awtorità ta' l-ippjanar kienet iddeċidiet li ma ssirx simenterija fuq dik is-site partikolari u mhux li ma ssirx f'pajjiżna.", "Jidher biċ-ċar li fi ħdan il-gvern Nazzjonalista hemm pressjonijiet, hemm intriċċi li min għandu l-iktar saħħa jmexxi.", "Mr Chairman, l-awtorità ta' l-ippjanar għamlet waste management subject plan for the Maltese Islands, ħalli wara li jsiru l-konsultazzjonijiet jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Iżda fl-istess waqt il-gvern ħareġ bi pjan għalih u naturalment beda jmexxih 'il quddiem.", "Jien nistaqsi lill- awtorità ta' l-ippjanar x'ġara u x'ma ħariġx biex il-gvern f'daqqa waħda ddeċieda li jitlaq għal rasu.", "Żgur li ma smajna b'ebda reazzjoni min-naħa ta' l-awtorità ta' l-ippjanar għax il-gvern qabad u ħareġ l-offerti.", "Is- sabiħa hi li kien il-gvern stess li ġab konsulent fuq l-imaniġġjar ta' l- iskart mill-Unjoni Ewropea, suppost biex naraw kif se nimxu, għax f'dan il- qasam hemm bżonn ta' pjan fit-tul.", "Għalhekk dan ġustament ħareġ bl-idea li jiltaqa' ma' kulħadd, anke mal-partiti politiċi għax jista' jkun li minn gvern għall-ieħor ikun hemm bidla fil-partiti - u hekk se jkun - u b'dan il- mod allura kulħadd ikun involut fil-pjan u naslu għal qbil dwaru.", "Fil-fatt kont irċevejt fax mis-sezzjoni ta' l-EU directorate fil- ministeru għall-affarijiet barranin - u din se npoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra - fejn informawni hekk:", "\"Bħalissa jinsab Malta Mr Michael Betts, konsulent fuq l-immaniġġjar ta' l-iskart, biex jagħti pariri lill-Gvern fuq dan il-qasam.", "Mr Betts wera x-xewqa li f'dan l-istadju jiltaqa' miegħek għal ftit minuti biex jintroduċi ruħu.", "Għaldaqstant huwa japprezza ħafna jekk forsi inti tkun tista' tiddedika ftit mill-ħin tiegħek biex tiltaqa' miegħu.", "Persważ li inti persuna li għandek aġenda mimlija, però peress li huwa jitlaq minn Malta għada wara nofsinhar, huwa japprezza li kieku kellkom tiltaqgħu llum jew għada filgħodu.\"", "Jien mill-ewwel ikkuntattjajt lil dan il-konsulent u ltqajna.", "Huwa għamilhieli ċara li hemm bżonn li dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart ikun hemm il-qbil ta' kulħadd ħalli nimxu 'l quddiem, inkella pajjiżna se jfalli f'dan il-qasam.", "Jien qbilt miegħu u wegħedtu li lest li nieħu sehem f'dan il-pjan f'isem l-oppożizzjoni u kellu jibgħatli x'informazzjoni kien ġabar dwar is-sitwazzjoni fejn jidħol l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Fil-fatt fit-2 ta' Novembru rċevejt ittra oħra fejn ġejt informat li Michael Betts dalwaqt ġej lura Malta biex inkomplu niddiskutu.", "Però mill- informazzjoni li wiegħed li jibgħatli - u bagħatli veru - jidher ċar li ħafna affarijiet huma allarmanti.", "Per eżempju, jgħid li: \"There is no clear delineation of responsibilities\" fejn jidħlu policy and legislative framework.", "Jgħid ukoll li: \"Existing structures hinder clear definition of responsibilities\".", "Juża frażijiet bħal \"no link between different sources of data\" u \"lack of co-ordination\".", "Dawn affarijiet żgħar li qed insemmi.", "Fejn tidħol public awareness jgħid li:", "\"There is no coherent and sustained programme addressed to all parties in the local context which is supported and complemented by actual waste management practice\".", "Imbagħad isemmi lack of enforcement across whole spectrum, police, local wardens, regulations, political favours, big and small, culture.", "Sur President, dawn l-affarijiet mhux qed ngħidhom jien imma qed jgħidhom barrani li ġie jara l-affarijiet hawn Malta.", "Kieku kont qed ngħidhom jien kontu tgħidu li dan kollu qed ngħidu biex nikkritika.", "Meta rrifera għat- tenders semma \"inconsistent tendering standards\" u \"no enforcement.\"", "Mela l-ewwel dan il-kliem jiġi jgħidulna espert barrani fuq is-sitwazzjoni ta' l- immaniġġjar ta' l-iskart, imbagħad il-gvern jiddeċiedi li joħroġ a call for applications wara li l-Unjoni Ewropea bagħtitlu dan l-espert biex forsi nagħmlu xi ħaġa flimkien bis-serjetà.", "Imbagħad jiġi xi ħadd min-naħa l- oħra jiftaħar li rridu nimxu 'l quddiem fil-qasam ta' l-ambjent biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Nesa li sħabu stess jgħidu li l-ambjent irridu ntejbuh għax għandna bżonn ntejbuh u mhux għax irridu nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Evidenti għal kulħadd li f'dan il-qasam qtajna lura.", "Hemm l-awtorità ta' l- ippjanar li suppost qed tmexxi hi wkoll, il-gvern imexxi min-naħa l-oħra u t-tnejn li huma ma jikkonsultawx ma' xulxin u ħadd ma jaf x'inhu jiġri.", "Ara meta jkun hemm xi ħadd bħali li jikxef li xi ħadd qed jindaħal politikament fl-awtorità ta' l-ippjanar, hemmhekk l-awtorita' malajr toħroġ stqarrija biex tipprova tgħatti wiċċ ħaddieħor!", "Meta tara dan ir-rapport issib li tista' tgħid m'hemm xejn ippjanat dwar land reclamation, Sur President.", "F'isem l-oppożizzjoni jien kont għamiltha ċara li dan huwa aspett li wieħed irid jikkonsidrah.", "Ma jistax ikun li wieħed ma jikkonsidrahx meta aħna gżira mdawrin bil-baħar.", "Veru li ken ġie aċċettat li jidħol bħala prinċipju, imma jiddispjaċini ngħid li minkejja l- paroli kollu li qed jissemma fir-realtà m'hemm xejn ippjanat.", "Issa se ngħaddi biex nitkellem fuq il-pjani lokali għax ma tantx fadalli ħin, Sur President.", "Jien diġà għedt li huwa tajjeb li jsiru pjani lokali, imma rridu noqogħdu attenti li ma jkunx hemm min jabbuża.", "Qed ngħid hekk għaliex jidher li hemm min qed jagħmel pressjoni biex meta jsiru dawn il-pjani lokali - u x- xniegħa miexja sew - ikunu jistgħu jidħlu xi areas li suppost m'humiex għall-bini.", "Fil-fatt kien hemm min qed imexxi xniegħa li għal kull tomna hemm min qed jitlob Lm3,000.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn!", "Jien ma nistax nifhem kif jimxu l-affarijiet fl- awtorità ta' l-ippjanar!", "ONOR.", "MEMBRU: Fejn ġie estiż?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għadu ma ġie estiż xejn, imma jien qed ngħidlek ...", "(Interruzzjonijiet) Iva, naf li jridu jgħaddu mill-parlament!", "(Interruzzjonijiet) Allura jien nista' neħodha li fl-ebda pjan lokali m'hu se jkun hemm estensjoni ta' artijiet għall-bini?", "Jien qed ngħid hekk għax is-segretarju parlamentari stqarr pubblikament li m'hemmx bżonn nagħtu extensions għax artijiet għall-bini hawn biżżejjed.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nissalvagwardaw li min ikun beħsiebu jispekola jkollu jerġa' jaħsibha għaliex m'għandux ċans peress li l-gvern ikun jiddikjara - u nispera li se jiddikjaraha - li fil-pjani lokali mhux se tiġi estiża art li m'hijiex għall-bini biex tiġi żviluppata.", "B'dan il-mod inkunu qed inwaqqfu l-abbuż u nispera li l-gvern joħroġ u jgħidha din.", "Kemm saru abbużi u l-awtorità ta' l-ippjanar tħallihom għaddejjin, naturalment skond min tkun il-persuna involuta!", "San Raffaele inbena bla permess u qed jerġa' jiġri l-istess issa.", "Ta' Bighi ġara l-istess, biex imbagħad wara ċerta pressjoni toħroġ l-awtorità ta' l-ippjanar u tgħid xi ħaġa.", "Imma x'ikun qed jinħema minn taħt ħadd ma jgħid.", "Għadu kemm inbena kumpless kbir ġo San Ġiljan fejn l-affarijiet ma mxewx sew lanqas.", "Issa nhar il-Ħamis quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar se nintalbu nivvotaw għall- permess biex isir tibdil minn hostel għal lukanda.", "Il-permessi l-oħrajn ħarġu u dan se jġibuh għalih, meta kulħadd jaf li meta għandek hostel m'għandekx bżonn parkeġġ imma ladarba se jkun hemm lukanda se jkollok bżonn parkeġġ.", "Imma din diġà moħmija u kulħadd jaf li l-permess se jgħaddi, affarijiet li ma jitwemmnux!", "L-istess bħalma ġara fil-proġett tal- Kottonera, Sur President.", "Minkejja li l-gvern qal li mhux se jindaħal, kienet l-awtorità ta' l- ippjanar li marret titkellem mal-gvern biex tikser ir-regolamenti, ħalli taqdi lill-gvern.", "U riedet taqdi lill-gvern biex issir spekulazzjoni għax l-uniċi permessi li ħarġu full ħarġu biex issir spekulazzjoni, biex jibnu dawk il-flats.", "U dakinhar ukoll suppost li sar traffic impact assessment, imma l-awtorità aċċettat li l-ewwel noħorġu permess u nibqgħu mexjin, imbagħad nirranġaw wara dwar it-traffiku.", "Kif jista' jkun tirranġa wara!", "Meta waħda mill-problemi prinċipali li hemm huwa t-traffiku, kif trid tirranġa wara li tkun tajt il-permess u jibda tiela' l-bini!", "Dan ħmieġ!", "In-nies t'hemmhekk mhux il-proġett ma jridux, ma jridux dan il-ħmieġ.", "Waqt li konna qegħdin niddiskutu dan il-proġett, jien kont ġbidt l-attenzjoni li xi ħadd fl-awtorità ta' l-ippjanar ried jagħmel emendi biex jagħmilha possibbli li xi ħadd ikun jista' jagħmel supermarket hemmhekk.", "U hekk se jsir, se jsir supermarket u se jeqred lil dawk il-ħwienet iż-żgħar li hemm fil-Kottonera!", "Mr Chairman, fejn taw kas l-istudju soċjo-ekonomiku li sar għan-naħa t'isfel ta' Malta li suppost kemm l-awtorità ta' l-ippjanar u kemm il-gvern kellhom jimxu fuqu?", "Jidher ċar li anke dawk li qablu miegħu abbandunawh.", "Anzi mhux talli hekk, talli dan l-aħħar ġew barranin u ħarġu bl-idea li se jagħmlu Cottonera revival plan, u meta staqsejthom jekk irriferewx għall- pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta, fejn hemm inklużi dawn is- siti, qalu li għadhom lanqas rawh.", "Meta qaluli li ma setgħux iġibu kopja, jiena offrejtilhom li nagħtihom il-kopja tiegħi, però ma ċemplulix l-għada biex nagħtihielhom!", "Għandna sitwazzjoni fejn minkejja li l-gvern jgħid li mhux se jindaħal fl-affarijiet li jikkonċernaw lill-awtorità ta' l- ippjanar, jidher ċar li qed jindaħal direttament biex jiggwadanja politikament.", "Il-prinċipji li fuqhom l-awtorità ta' l-ippjanar hija mibnija huma tajbin li tikkontrolla l-iżvilupp tal-bini u tħares l-ambjent, imma fir-realtà qed tagħmel hekk?", "Mhux vera qed tagħmel hekk għax lil min suppost ma tagħtihx permess tinterpreta l-policy b'mod li tkun tista' tagħtih il-permess, u lil min jidhrilha li m'għandhiex tagħtih il-permess ma tagħihx.", "Iva, hemmhekk tkun qed timxi tajjeb, imma fl-ewwel każ ma tkunx qed timxi kif suppost.", "Mr Chairman, sfortunatament ma kellix ħin biżżejjed u għalhekk kelli naqbad tliet punti mill-ħafna punti li ridt nitkellem dwarhom.", "Nixtieq nagħlaq billi ngħid li meta niġu issa biex niddiskutu l-emendi għal-liġi dwar l-awtorità ta' l-ippjanar, irridu nagħmluha ċara li l-policies ta' l- awtorità għandhom jgħoddu għal kulħadd l-istess.", "U dawk li jabbużaw fl- awtorità ta' l-ippjanar ma noqogħdux ngħattulhom u ngħidu li ħadu żball imsieken!", "Ħadu żball, kull darba jieħdu żball!", "Kemm se ddum tieħu żball?", "Allura lil wieħed ngħattulu, imbagħad lil min irridu nsallbu, nsalbuh.", "Jekk se nibqgħu nimxu f'din it-triq, jiddispjaċini ngħid li l-iskop ta' l- awtorità ta' l-ippanar se jkun falla.", "Mr Chairman, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li għamilt riferenza għalihom fid-diskors tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' fax mibgħuta mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin lill- Onor Joe Mizzi fit-2 ta' Ottubru 2000 b'riferenza għaż-żjara f'Malta ta' Mr Michael Betts, konsulent fuq l-immaniġjar ta' l-iskart; u", "Kopja ta' żewġ ittri mibgħuta mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lis-Sur Franġisk Vella u lis-Sinjura Anna Vella, it-tnejn mill-Mellieha, b'riferenza għar-reviżjoni taċ-ċens pagabbli fuq biċċiet ta' art fil- Qammiegħ, il-Mellieħa.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Issa l-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tan-naħa tal-gvern.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nibda biex nitkellem fuq l-uffiċċju konġunt li jamministra l-art li ġiet għand l- Istat, wara l-ftehim li kien sar mal-Knisja fil-bidu tas-snin disgħin, sabiex jamministraha hu u sadanittant il-gvern iħallas għall-iskejjel tal- Knisja.", "Kif għedna s-sena li għaddiet, matul din is-sena sar il-ftehim mal-Knisja sabiex inneħħu l-problemi dwar il-missing classifications ħalli nkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq l-applikazzjonijjiet ta' l-iskemi li ħarġu fl- 1995 u anke fl-1997, u assolutament m'hu veru xejn li kollox baqa' kif kien.", "Infatti kważi wasalna biex lestejna x-xogħol kollu fuq l- applikazzjonijiet pendenti ta' dawk l-iskemi li kien hemm.", "Irrid ngħid li matul is-sena li ġejja se noħorġu skemi oħrajn li huma intiżi sabiex ikun hemm fidi ta' ċnus kif ukoll xiri ta' proprjetà, kemm dik li llum qiegħda tintuża għal skop residenzjali kif ukoll proprjetà li għandha użu kummerċjali.", "Dawn l-iskemi huma bbażati fuq proposti li għamlet kummissjoni li waqqafna tul is-sena li għaddiet għal dan il-għan, liema kummissjoni issa għaddiet il-proposti u qegħdin narawhom sabiex fil-bidu tas-sena li ġejja noħorġu skemi ġodda.", "Matul din is-sena ħdimna mad-dipartiment ta' l-agrikoltura, mad- dipartiment ta' l-artijiet flimkien ma' l-uffiċċju konġunt biex ħriġna skema waħda li tindirizza mhux biss l-art li hija amministrata mill- uffiċċju konġunt, imma wkoll l-art li hija amministrata mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "Din hija skema dwar il-qbiela sabiex jiġu rregolarizzati dawk li llum jaħdmu art iżda ma kellhom l-ebda titlu sabiex jaħdmu din l-art.", "Jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, din l-iskema ntlaqgħet tajjeb u tajjeb ħafna, speċjalment minn dawk li dejjem kellhom mistoqsija kbira fuq rashom x'se jiġri minnhom.", "B'din l-iskema aħna tajnihom l-opportunità li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.", "L-Onor.", "Joe Mizzi fl-intervent tiegħu staqsa min jingħata preferenza f'din l-iskema, dak li sal-lum kien iħallas xi darba ċ-ċens jew dak li jaħdem l-art?", "Skond il-parliamentary policy, li kull skema li joħroġ id- dipartiment trid tkun allineata magħha, il-preferenza hija ċara, jiġifieri l-preferenza tingħata lin-nies li jaħdmu l-art.", "L-intenzjoni ta' meta dan il-parlament iddeċieda anke fuq kwestjoni ta' trasferiment ta' artijiet, kienet li l-preferenza tingħata lil min jaħdem l-art.", "Mela jekk ikollok sitwazzjoni fejn qed japplikalek wieħed li xi darba kien iħallas iċ-ċens u qed japplika l-ieħor li proprju hu jaħdem l-art, allura l-preferenza hawnhekk għandha tingħata lil min jaħdem l-art skond il-policy parlamentari li ddeċieda fuqha dan il-parlament.", "Issa x'jiġri jekk għandek qbiela viċin il-bini, viċin l-area ta' żvilupp?", "Il-policy ta' l-iskema tal-qbiela hija ċara; jekk qiegħda barra l-area ta' l-iżvilupp, allura timxi b'din l-iskema, imma jekk qiegħed ġewwa aħna m'aħniex qegħdin f'pożizzjoni u lanqas ma rridu nirregolarizzaw nies li daħlu ġo art li qiegħda ġewwa z-zona ta' l-iżvilupp biex imbagħad jispekola hu biha.", "Hawnhekk qed nirriferi għal min jagħmel l-applikazzjoni.", "Jekk inhu qiegħed ġewwa l-area ta' l-iżvilupp, allura huwa ċar li din l-iskema ma tapplikax għalih.", "Nixtieq ukoll nikkummenta fuq il-punt li qajjem l- Onor. Joe Mizzi li jista' jkollok abbuż f'din l-iskema dwar il-qbiela, Sur President.", "Waħda mir-raġuniijet li aħna għamilnieha ċara li kwalunkwe applikazzjoni tista' tiġi rrifjutata kienet proprju għalhekk, ħalli jekk jinstab li hemm abbuż jew hemm ċans ta' abbuż, allura wieħed lanqas biss jaċċetta l- applikazzjoni.", "Allura kif jiġi jgħidilna l-Onor.", "Mizzi li jidhirlu li m'hemmx trasparenza fit-trasferiment ta' l-artijiet.", "Filwaqt li nifhem ċerti argumenti ta' l-Onor.", "Mizzi, imma mhux sewwa li bħas-soltu jiġi hawnhekk iċappas u jitfa' l-allegazzjonijiet, imbagħad li weħel weħel, li qabad qabad!", "Jiġi jgħidilna li m'hawnx trasparenza meta l-liġi dwar dak li għandu x'jaqsam ma' trasferiment u amministrazzjoni ta' proprjetà aħna għamilnieha aktar ċara.", "U għamilna wkoll li kull trasferiment, l-ewwel jiġi diskuss fil-committee of the House u mbagħad jiġi hawnhekk biex ikun hemm iktar informazzjoni.", "Imbagħad semma l-iprokrezija, skond hu, ta' deputat dwar applikazzjoni li kien hemm quddiem il-planning authority.", "Jien li jolqotni huwa l-każ li jkollok riżoluzzjoni għall-art ta' l-iskola St. Michael's, li tgħaddi darbtejn b'mod unanimu mill-parlament, bl-Onor.", "Mizzi jivvota favur tagħha - l-ewwel tgħaddi meta huma kienu fil-gvern, imbagħad għaddiet fl-aħħar batch ta' trasferiment ta' proprjetà li għamilna fi żmienna - imbagħad l- applikazzjoni għall-iżvilupp titla' quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar ...", "(Interruzzjonijiet) Ivvotajt favur tagħha hawn ġew sabiex isir it- trasferiment, Onor. Mizzi!", "Imbagħad meta fis-26 ta' Ottubru telgħet l- applikazzjoni quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar, wara li anke fi żmienhom kuenu ressqu riżoluzzjoni għat-trasferiment ta' l-art biex tintuża bħala skola, l-Onor.", "Mizzi għamel bħalma għamel f'każi oħrajn.", "Hawnhekk mhux se noqgħod nidħol f'dak li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi fil-bord ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, biex la jinten u lanqas ifuħ, la jivvota kontra u lanqas jivvota favur!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dakinhar tal-votazzjoni jien kelli commitment ieħor għax kelli programm, allura kelli nitlaq qabel il-ħin u hu jafu dan.", "Apparti minn hekk, kont jiena li tlabt biex il-vot qatt ma jkun sigriet - jien dejjem ivvotajt fid-deher u qatt ma bżajt - u allura l- argument li qed iġib l-Onor.", "Pullicino ma jreġix għax nista' nġiblu l-provi u ngħidlu meta kien il-programm u fejn mort.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien niskanta kif l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li talab li l- vot ma jkunx sigriet meta kienu huma li għamlu l-emendi f'Lulju ta' l-1997 biex il-vot ikun sigriet!", "Din l-istess bħal meta ġejna biex niddiskutu l- estimi ta' l-awtorità ta' l-ippjanar u kien hawn l-Onor.", "Charles Buhagiar li qal li m'hawnx biżżejjed informazzjoni.", "Imma nesa li meta kienu huma fil-gvern f'Lulju ta' l-1997 - għax dawn ibiddlu d-diskors, fis-sens li meta jkunu dik in-naħa jkun mod u meta jkunu din in-naħa d-diskors ikun mod ieħor - minkejja l-oppożizzjoni li għamilna aħna, kienu huma li naqqsu l- aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi ħdan l-awtorità ta' l-ippjanar.", "Dawn mingħalihom li n-nies jinsew, mingħalihom li billi llum tgħid ħaġa u għada tgħid oħra, għan-nies kollox jgħaddi!", "Dakinhar li kien hemm l- applikazzjoni ta' l-iskola tas-St.", "Michael's quddiem il-bord ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, l-Onor.", "Mizzi telaq 'il barra.", "U kien hemm diversi okkażjonijiet - mhux se nsemmihom hawn għax m'għandix ħin imma darb'oħra nsemmihom - fejn l-Onor.", "Joe Mizzi ħareġ mill-bord ta' l-awtorità ta' l- ippjanar biex la jfuħ u lanqas jinten!", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma tistax tgħid li jien għamilt hekk biex la nfuħ u lanqas ninten.", "Jiena mhux bħalkom, jien mhux coward.", "Jien nivvota mhux naħrab minnha bħalma tagħmlu intom.", "Anke meta kont qed niġi mhedded, xorta waħda vvotajt u ma bżajtx.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: M'għandix biżżejjed ħin u l-Onor.", "Joe Mizzi qed jinterrompini biex mingħalih inaqqasli mill-ħin, imma ħa nkompli nsemmi iktar punti, Sur President.", "F'kumment ieħor huwa qal li t-tibdil li se nagħmlu fil-liġi ta' l-awtorità ta' l-ippjanar huwa tajjeb.", "J'Alla, u kif għedt pubblikament diversi drabi, aħna għadna bil-bieb miftuħ biex jekk huma għandhom xi proposti għal-liġi jressquhom.", "Iżda mhux jitkellmu fl- arja imma jagħmlulna proposti konkreti biex narawhom.", "L-abbozz ippubblikajnieh, imma aħna lesti li nikkonsidraw kwalunkwe emenda tajba sakemm tkun fl-ispirtu tat-tibdil li għamilna aħna.", "Il-bieb għadu miftuħ għal kulħadd.", "Rigward il-punt ta' l-interpretazzjoni ta' policies mill-awtorità ta' l- ippjanar, jiena nixtieq ngħid li ħadt gost bil-kumment li għadda l-Onor.", "Charles Buhagiar meta ġejna hawnhekk niddiskutu l-estimi ta' l-awtorità ta' l-ippjanar, fejn dakinhar faħħar ix-xogħol tajjeb li qiegħda tagħmel il- kummissjoni għall-kontroll ta' l-iżvilupp.", "Ara hemmhekk, ma sarx tgergir, anzi kif għedt l-aħħar darba, dakinhar l-Onor.", "Buhagiar kien aktar bilanċjat fil-kummenti tiegħu milli kien illum l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Issa ħalli nkompli fuq ix-xogħol tajjeb li għamilna f'areas oħrajn, Sur President.", "Semmejt l-uffiċċju konġunt u issa nitkellem rigward id-dipartiment ta' l- artijiet.", "Hawnhekk jidher ċar kemm kienet deċiżjoni tajba li għamel il- Prim Ministru li d-dipartimenti u l-aġenziji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-art f'pajjiżna jkunu taħt ministeru wieħed sabiex ikun hemm kordinazzjoni aktar bejniethom.", "Matul din is-sena ressaqna 40 riżoluzzjoni parlamentari għat-trasferiment ta' artijiet li marru għand għaqdiet filantropiċi, għaqdiet li jaħdmu favur iż-żgħażagħ bħall-iscouts u l-girl guides.", "Għaddejna artijiet anke lil numru ta' kunsilli lokali sabiex huma jkunu jistgħu jamministraw dik l-art minflok ma jamministra l- art il-gvern.", "Matul is-sena li għaddiet irnexxielna wkoll nibdew ngħaddu lura - għax sfortunatament għadna wkoll b'numru ta' dnubiet li writna mill- amministrazzjoni Soċjalista ta' qabel - żewġ biċċiet ta' art li kienu ttieħdu bis-sistema tal-BDA tas-snin tmenin imma ma ntużawx.", "Dawn tajniehom lura lis-sidien, kif għaddejna wkoll lura lis-sidien tliet biċċiet ta' art li kienu ġew esproprjati u ma kenux qed jintużaw.", "Anke hawnhekk qed nipprovaw inwettqu ġustizzja bil-limitazzjonijiet li għandna.", "Fid-dipartiment ta' l-artijiet ħdimna sabiex jinbeda l-proġett tal-land estate management information system, is-sistema komputerizzata li trid tgħinna ħafna aktar sabiex inkunu f'pożizzjoni namministraw l-art li għandu l-gvern.", "Minkejja d-diffikultajiet inizjali li kellha l-MITTS, matul din is-sena dan il-proġett ta' komputerizzazzjoni beda fir-realtà.", "Irrid ngħid li jekk qatt kien hawn record fil-qasam ta' ħlasijiet lis-sidien għall-art esproprjata, dan għamilnieh aħna.", "Għandna lista twila ta' persuni li l- gvern xi darba ħadilhom art u għad iridu jitħallsu tagħha, imma matul is- sena li għaddiet għamilna pass kbir li bih ibbenefikaw madwar 430 persuna u għall-ewwel darba ksirna r-record, mhux bi ftit imma bil-kbir, billi għamilna ħlasijiet ta' 'il fuq minn Lm4.5 miljun lill-persuni li tteħditilhom l-art.", "Minkejja li l-vot fl-estimi kien ta' Lm0.6 miljun aħna ma bqajniex fuq x'kien jiġri fil-passat u ħallasna biss is-Lm0.6 miljun imma jekk daħħalna aktar qassamna aktar.", "Jekk id-dħul tad-dipartiment ta' l-artijiet matul is-sena li għaddiet tela' għal Lm6.4 miljun, ħadna ħsieb li nagħtu porzjon kbir minnu lin-nies li għad iridu jitħallsu ta' artijiet li l-gvern xi darba ħadilhom.", "U jekk ma' l-Lm4.6 miljun tgħodd is-Lm0.6 miljun li se jitħallsu f'Diċembru, insibu li l-gvern se jkun ta Lm5.2 miljun bħala ħlas lin-nies matul din is- sena.", "Għal darb'oħra l-gvern, bil-limtazzjonijiet tad-deficit li għandna, anke hawnhekk se nkunu għamilna miżura oħra ta' ġustizzja mal-poplu Malti.", "Mr Chairman, id-dħul żidnieh ukoll bi kważi Lm1 miljun mill-bejgħ ta' proprjetà.", "Irnexxielna wkoll nagħmlu sistema biex il-ħlas tal-kirjiet ma jibqax aktar ċentralizzat fil-berġa tal-Baviera, fejn hemm id-dipartiment ta' l-artijiet, imma issa l-ħlas jista' jsir mill-uffiċini rispettivi tal- kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Irrid insemmi eżempju ċar ta' kemm hu tajjeb li d-dipartiment ta' l- artijiet illum qiegħed taħt l-istess kappa ta' ministeru li taħtu hemm ukoll l-awtorità ta' l-ippjanar.", "L-Onor.", "Joe Mizzi semma wkoll il-proġett ta' Baystreet f'San Ġorġ u qal li l-affarijiet ma sarux sew hemmhekk u bħas- soltu beda jitfa' l-kliem bl-addoċċ.", "Jekk m'iniex sejjer żball semma l- kelma \"skandlu\", għax dan jara skandlu f'kollox!", "Qal li hemmhekk l- affarijiet ma sarux sew għax ma sarx parkeġġ.", "Kif tridu jsir parkeġġ jekk kien hemm deċiżjoni li hemmhekk tkun pedestrian area!", "Kif jistgħu jgħaddu l-karozzi u jidħlu ġol-parking area!", "Għalhekk l-awtorità ta' l-ippjanar ħasbet sabiex jitħallsu l-flus għall-parkeġġ ħalli issa, b'kordinazzojni mad-dipartiment ta' l-artijiet, l-art li għandu l-gvern f'San Ġorġ li qabel kienet ta' l-Ingliżi, issa se tiġi żviluppata sabiex hemmhekk ikun hemm parkeġġ ta' 'l fuq minn 640 karozza.", "Dak il-parkeġġ se jsir mill-flus li nġabru mill-iskema li tissejjaħ commuted parking payment system u hemmhekk se jkun hemm ukoll attivitajiet kummerċjali oħra.", "Dan kien proġett pilota li nedejnieh din is-sena, fejn il-gvern jara l-applikazzjoni li jkun hemm quddiem l-awtorità ta' l- ippjanar biex jirrispondi għall-ħteġijiet li tindika l-awtorità, u b'dan il- mod l-art tintuża b'mod tajjeb fl-interess tal-komunità.", "Fl-istess ħin id- dipartiment ta' l-artijiet ikun qed jagħmel l-aħjar użu mill-proprjetà tiegħu.", "M'għandix ċans nitkellem fuq ħafna affariijet oħrajn, imma rrid insemmi li d-dipartiment ta' l-artijiet kif ukoll l-awtorità ta' l-ippjanar ħadmu fuq it-tenders u d-development briefs għal carparks tax-Chalet u ta' Qui-Si-Sana, li bejniethom se jipprovdu parkeġġ tal-karozzi li jesa' il fuq minn 1,100 karozza, apparti l-iżvilupp tax-chalet.", "Dawn it-tenders se joħorġu proprju fil-15 ta' dan ix-xahar wara diskussjoni twila li kien hemm ma' l-uffiċċju ta' l-avukat tar-repubblika.", "Id-dipartiment ħadem ukoll sabiex flimkien mal-ministeru ta' l-ambjent jiddiskuti mas-sidien li għandhom proprjetajiet fl-area tal-cruise terminal il-ġdid sabiex issir allokazzjoni ta' art għal dawn l-individwi, ħalli dan il-proġett ikun jista' jibda u nibdew nieħdu dak li hu pożittiv minn dan il- qasam għal pajjiżna.", "Id-dipartiment ta' l-artijiet beda wkoll is-sistema ta' farming-out - għax m'hemmx staff biżżejjed fid-dipartiment - ħalli periti privati jagħmlu valutazzjoni ta' artijiet esproprjati.", "B'hekk matul is-sena li għaddiet irnexxielna nagħmlu 'l fuq minn 274 evalwazzjoni ta' proprjetajiet bħal dawn ħalli nkunu nistgħu nħallsu lin-nies kemm jista' jkun malajr, minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji li għandna, kif diġà għedt.", "Qed tiġi rreġistrata wkoll l-art tal-gvern li m'hijiex qiegħda f'art reġistrabbli, kif indikata mid-dipartiment tar-reġistrazzjoni ta' l- artijiet.", "Il-Government Land Administration Act tas-sena 2000 kien ukoll xogħol ieħor li għamel id-dipartiment fi ħdan il-ministeru ta' l-intern matul is-sena li għaddiet.", "Rigward il-protezzjoni ċivili nimmaġina li l-Onor.", "Tonio Borg se jkollu parti mid-diskors tiegħu iddedikata għal dan, imma jien xtaqt insemmi erba' punti.", "L-ewwel ħaġa waqqafna mill-ġdid il-kumitat xjentifiku għall- protezzjoni ċivili, kumitat li sfortunatament ma kienx qiegħed jiffunzjona u rajna li dan jiġi revived.", "Għax jekk irridu li f'pajjiżna jkollna l- pjani ta' kontinġenza, irridu naraw li dawn jiġu magħmula.", "Huwa dan il- kumitat xjentifiku li jista' jgħinna sabiex għallinqas jiġu drafted dawn il- pjani ta' kontinġenza.", "Id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qiegħed hemmhekk bħala team ta' azzjoni, imma ħsibna li nwaqqfu t-team li jipprepara l-pjani ta' kontinġenza sabiex mal-kunsill nazzjonali tal- protezzjoni ċivili, inkunu nistgħu naħdmu fuq dawn il-pjan.", "Kif għamilna matul din is-sena u beħsiebna nagħmlu matul is-sena li ġejja, se naraw li l-ħafna għaqdiet volontarji li għandna f'pajjiżna li huma tajbin, jiġu nvoluti wkoll meta jkunu qed isiru l-pjani ta' kontinġenza, ħalli mhux naraw x'sehem jistgħu jagħtu meta tinqala' l- emerġenza, imma naraw minn issa x'sehem jistgħu jagħtu dawn l-għaqdiet volontarji bil-ħafna membri li għandhom.", "Ħsibna li l-ewwel pass ikun li nibdew niġbru informazzjoni dwar x'personnel għandhom dawn l-għaqdiet volontarji u naraw x'equipment għandhom biex ma jkunx hemm dupplikazzjoni.", "B'hekk inkunu nafu fejn hemm in-nuqqasijiet u mhux nispiċċaw inżidu l- apparat, jekk apparat għandna biżżejjed.", "Is-sena li ġejja beħsiebna nwaqqfu unit ta' rescue dogs fi ħdan id- dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Jekk Allaħares qatt ikollna terremot jew inkella splużjoni ġo xi bini għoli, u jkollna bżonn li nfittxu għall- persuni f'dak it-tifrik, sal-lum m'għandniex klieb għal tapposta li jkunu jistgħu jagħmlu tiftix ta' dan it-tip.", "J'Alla ma jkollniex bżonn nagħmlu tiftix bħal dan.", "J'Alla l-klieb ma jkollhomx għalfejn imorru fuq il-post, imma ma tafx x'emerġenza jista' jkollok, allura tajjeb li tieħu ħsieb.", "Beħsiebna li matul is-sena li ġejja nibdew ukoll is-servizz ta' numru wieħed ta' emerġenza.", "Sal-lum jekk tinqalagħlek emerġenza għandek mill- inqas erba' jew ħames numri fejn tista' ċċempel.", "Mis-sena li ġejja jkollok numru wieħed, il-112, imbagħad dak l-uffiċċju ċentrali jgħaddik fl-uffiċċji tas-servizzi ta' emerġenza oħrajn.", "In-numri li hemm preżenti llum beħsiebna nħalluhom għal xi żmien, għallinqas għal sena, peress li dak li jkun forsi ma jkunx għadu dara juża dawk in-numri, imma eventwalment immorru għal numru wieħed, il-112.", "Ngħaddi biex nitkellem fil-qosor fuq l-uffiċċju tal-passaporti, dipartiment ieħor li l-oppożizzjoni ma semmiet xejn fuqu.", "Matul is-sena li għaddiet għamilna passi kbar, avvanzi kbar f'dan l-uffiċċju, u tajjeb li nsemmuh.", "Mhux biss għandna premises ġodda għall-uffiċċju tal-passaporti, imma għandna website tajba fuq l-internet għat-tagħrif tal-pubbliku.", "Għandna l-one-stop shop li apparti s-service charter li daħal għalih dan l- uffiċċju, f'April ta' din is-sena daħħalna wkoll is-sistema diġitali ta' kif toħroġ il-passaport sabiex ikun hemm anke aktar sigurtà.", "Minflok ma tmur għand xi photographer tieħu r-ritratt tal-passaport, kif kienet is- sistema l-antika, issa tista' tmur hemmhekk u jeħdulek ir-ritratt huma fl- istess uffiċċju.", "Għamilna titjib billi żidna wkoll il-ħin lill-pubbliku u għas-sena li ġejja għandna pjanijiet li nintroduċu l-passaporti personalizzati għat-tfal u l-passaporti għar-refuġjati.", "Qegħdin naħdmu wkoll sabiex ikun hemm ħinijiet ġodda għall- pubbliku, aktar minn dak li għamilna din is-sena .", "Irrid insemmi punt wieħed rigward l-awtorità ta' l-ippjanar li kellna ċans nitkellmu iktar dwarha fl-estimi ta' l-awtorità nnifisha.", "L-Onor.", "Joe Mizzi qalilna li se nagħmlu taxxa, imma jien ngħidlu li mill-1992 il- ħlasijiet għas-servizzi li tagħtik l-awtorità ta' l-ippjanar ma żdiedu xejn.", "Meta tkellimna dwar l-estimi għedt li hemm neċessità sabiex ikun hemm żieda fil-ħlas sabiex jiġi bilanċjat il-budget ta' l-awtorità ta' l- ippjanar.", "Lill-Onor.", "Mizzi ngħidlu li ma baqagħlux kredibilita' wisq.", "Kull darba li jiġi hawnhekk jipprova jitfa' dell fuq l-awtorità ta' l- ippjanar billi jgħid lil hemm indħil politiku u rieħa politika fuq promozzjonijiet li jkun hemm fl-awtorità.", "Saħansitra wara li hu, Jimmy Magro u sħabu tan-naħa l-oħra għamlu żmien igergru kontra x-xogħol tajjeb li kien jagħmel il-Perit Cilia fit-taqsima tal-kontroll ta' l-iżvilupp, ġie hawnhekk l-aħħar darba u qalilna li lill-Perit Cilia neħħejnieh għaliex mhuwiex yes-man.", "Jiena lill-Onor.", "Mizzi ngħidlu: Kun kredibbli jekk taf tkun kredibbli!", "Għamilna tibdiliet sabiex insaħħu l-awtorità ta' l-ippjanar kollha u l- Perit Cilia ngħata promozzjoni, kif ingħata promozzjoni l-Perit Stephen Farrugia sabiex ikun hemm titjib.", "U jiena ħaġa waħda ngħidlu lill-Onor.", "Joe Mizzi u nieqaf hawnhekk.", "Jekk irid ikun kredibbli jitkellem bis- serjetà.", "L-aħħar darba kważi beda jgħid li jien u l-Ministru Tonio Borg noqogħdu naraw jekk in-nies humiex Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Jien niddikjara li qatt ma niċċekkja l-ħafna nies li jiġu jkellmuni jekk humiex Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Ma jinteressanix, jien nara biss il-każ, kif jara wkoll l-Onor.", "Tonio Borg.", "Naraw ukoll il-ħafna każi li sħab Joe Mizzi u d-deputati tan-naħa l-oħra jirriferulna.", "Ċertament li sħab Joe Mizzi ma jibagħtux lil dawn il-persuni jkellmuna għax aħna nagħmlu xi selection politika!", "Mr Chairman, fil-ftit ħin li kelli pprovajt kemm jista' jkun nindika bil- fatti l-passi pożittivi li għamilna fil-qasam tat-tmexxija ta' l-artijiet f'pajjiżna.", "Issa jkompli wkoll l-Onor.", "Tonio Borg fuq il-parti l-oħra tas- sigurtà li taqa' taħt il-ministeru ta' l-intern.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, kull diskussjoni dwar il-budget tal- ministeru ta' l-intern dejjem tqajjem interess u anke kontroversja, u Allaħares mhux hekk, għaliex dan il-qasam għandu jinteressa lil kulħadd.", "Hawn xi ħadd li ma jinteressahx is-serħan tal-moħħ, ir-rata tal- kriminalità, il-preżenza tal-pulizija fit-toroq tagħna jew l-inforzar tal- liġi jew l-ġlieda kontra l-krimnalità orgranizzata?", "Meta nħares lura lejn dawn l-aħħar sentejn, b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-gvern qatt ma investa fil-korp tal-pulizija daqs dawn l-aħħar sentejn.", "Qatt daqs dawn l-aħħar sentejn ma nvestejna fin-nies u f'riżorsi oħrajn.", "U niftaħar bis-suċċessi li wettqu l-pulizija f'dawn l-aħħar sentejn, li ma waqgħux mis-sema imma kienu dovuti għal iktar effiċjenza daparti tal-pulizija, u anke għal għall- investiment li għamel il-gvern.", "Issa se nuri kif iċ-ċifri tiegħi li huma pubbliċi juru dan l-investiment qawwi li kellu l-gvern fil-qasam ta' l- intern, Sur President.", "Mill-1998 il-ministeru ta' l-intern ma baqax responsabbli biss mill- pulizija, il-ħabs u l-ġlieda kontra l-kriminalità, iżda beda jkopri wkoll materji oħrajn verament importanti, fosthom l-awtorità ta' l-ippjanar, u t- taqsima proprjetà tal-gvern li kienet magħrufa bħala l-lands.", "Nispera li jkolli ħin biex nuri l-progress kbir li sar f'dan il-qasam.", "Il-ministeru ta' l-intern sar responsabbli wkoll mill-joint office, id-dipartiment taċ- ċittadinanza, l-uffiċċju tal-passaporti, l-uffiċċju tan-nutar tal-gvern u r- reġistru pubbliku.", "F'dawn l-oqsma ma ħallejna xejn bi kwietu, u niftaħru li ma ħallejna xejn bi kwietu.", "Aħna irriformajna kollox, minkejja li kien hemm min kien imdorri jieħu kollox bil-kwiet u ma tantx ħa ġost b'dan it- tibdil.", "Però jekk wieħed iħares lejn iċ-ċifri jiskopri li l-ikbar parti ta' l-ispiża tal-gvern fil-qasam ta' l-intern hija fuq il-pulizija.", "U se nibda bil-qasam tal-pulizija.", "Mr Chairman, huwa d-destin tal-korp tal-pulizija li jirbaħ kondizzjonijiet ġodda u tajbin taħt gvern Nazzjonalista u dawn jitteħdulu jew jitnaqqsulu mill-gvern Laburista.", "Fil-fatt kien il-gvern Nazzjonalista li fl-1993 daħħal riformi kbar fis-salarji tal-korp u kien il-gvern Laburista li, fis-sentejn li għamel fil-gvern, naqqas miċ-ċifri - li ma tistax tikkontestahom - Lm600,000 mill-but tal-pulizija, apparti l-ispiża kapitali li se niġi għaliha wkoll.", "Fil-budget ta' l-1998 naqqsilhom Lm600,000 mill-but lill-pulizija, u għal darb'oħra, issa huwa l-gvern Nazzjonalista li qed iżid sostanzjalment il-pagi u s-salarji tal-membri kollha tal-korp, mill-kbir saż-żgħir.", "Jien infakkar hawn li fid-dibattitu tas-sena l-oħra dwar il-budget, l-Onor.", "Gulia kien bassar l-apokalissi u kien qalilna:", "\"Alla biss jaf x'se jsir 'il quddiem, però nistennew aktar awsterità fil-budgets li għad iridu jiġu u li naturalment se jolqtu l-but tal- membri tal-korp tal-pulizija\".", "Mela ħalli naraw jekk din il-profezija seħħitx jew marritx żmerċ.", "Ħalli naraw din l-awsterità fil-but tal-membri tal-korp tal-pulizija.", "Mill-1 ta' Jannar li ġej kuntistabbli fil-korp tal-pulizija, li huwa l- iċken grad fil-korp kollu, se jiżdied 19% fil-paga bażika - issa m'iniex qed nikkonsidra l-overtime, l-extra duty u l-allowances - jiġifieri se jiżdied Lm66 fix-xahar.", "Surġent tal-pulizija - dawn li suppost huma kollha demoralizzati, li m'għandhomx x'jagħmlu, anzi mhux qed jiġu apprezzati tax-xogħol li jagħmlu - se jiżdied ukoll b'19%, li jiġu Lm77 fix- xahar.", "Għal spettur tal-pulizija - dawn ukoll demoralizzati, dawn li l- gvern jinjorahom, dawn li l-Onor.", "Gulia bassrilna li ġejja awsterità fuqhom - l-awsterità se tfisser żieda ta' Lm100 fix-xahar!", "J'Alla dejjem ikollna awsterità fil-budgets bħalma kellna f'dan il-budget!", "U b'hekk waqt li ħaddieħor naqqas il-kondizzjonijiet tal-pulizija, aħna bit-tradizzjoni, għaliex dejjem hekk għamilna, żidniehom.", "Ma tantx bassar tajjeb l-Onor.", "Gulia!", "Daqskemm kienet vera l-profezija tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kien qalilna li meta jitneħħew il-levies se jiġi l-qgħad u jitkeċċew in- nies!", "Minflok ġara hekk, il-qgħad naqas malli neħħejna l-levies ukoll.", "Fil-ġlieda kontra l-kriminalità, Sur President, minkejja l-kritika ta' l- oppożizzjoni li għamlet kulma setgħet, kif se nuri bil-fatti, biex tippolitiċizza din il-problema, kellna suċċessi mhux żgħar.", "Dan kien dovut għal investiment aħjar fin-nies u fir-riżorsi u għar-rabta importanti li kien hemm bejn il-korp tal-pulizija u s-servizz tas-sigurtà li taħt l- amministrazzjoni l-oħra kien se jiġi mwarrab kompletament, mentri aħna tajnieh saħħa ġdida.", "Wara s-suċċessi li kien hemm dan l-aħħar jien ħassejt li kelli nibgħat messaġġ ukoll ta' kongratulazzjoni lill-pulizija, b'mod speċjali lis-CID, għaliex verament kellna qabdiet tajbin tad-droga, u ġlieda iktar qawwija kontra l-kriminalità, u din l-effiċjenza laħqet il- quċċata tagħha meta, wara l-hold-up tal-Group 4, il-pulizija rnexxielha mhux biss issolvi l-każ, iżda li tiġbor ukoll kważi s-somma kollha.", "U x'kienet ir-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni dakinhar?", "U dan huwa l-ewwel att ta' akkuża tiegħi kontra l-mod kif l-oppożizzjoni qiegħda ġġib ruħha fil- qasam ta' l-intern.", "Wara l-hold-up tal-Group 4, l-Onor.", "Gulia ħareġ stqarrija fejn qalilna li l-poplu huwa xxukkjat bil-hold-up, li s-sigurtà ta' l-intern tal-pajjiż qiegħda tiġġaraf, li hawn serq rampanti mwettaq b'faċilità tal-meravilji fid-dawl tax-xemx!", "Qisna qed niktbu essay bil- Malti hawnhekk.", "Sur President, jgħidu li diskors żejjed lanqas għall-avukati m'hu tajjeb, aħseb u ara għal avukat kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar il-ministeru ta' l- intern!", "Għax id-destin ried li malli ħareġ din l-istqarrija skoprejna l- ewwelnett li ma kellhomx tort il-pulizija stess għaliex inzerta - għallinqas s'issa hekk hi l-akkuża - li s-sewwieq stess tal-vann kien kompliċi ma' min wettaq dan ir-reat, allura ma nafx x'jaħti l-gvern u x'taħti l-pulizija!", "Imbagħad agħar minn hekk huwa li meta l-pulizija rnexxielha tirkupra s-somma tal-flus, lanqas ħareġ stqarrija biex għallinqas jifirħilhom għax din kienet daqqa ta' ħarta kbira kontra l- kriminalità li ġabet it-tifħir tal-mezzi kollha tax-xandir u tas-setturi kollha tal-popolazzjoni.", "Meta sar il-hold-up ħareġ stqarrija, u mbagħad meta nstabu l-flus u ttellgħu n-nies il-qorti baqa' b'ħalqu magħluq u ma kienx raġel biżżejjed biex jifirħilhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar din il-kritika mingħajr direzzjoni ma tfissirx kritika lili jew lis-segretarju parlamentari, imma lill-iktar nies li qed jiġġieldu kontra l-kriminalità u li jirriskjaw ħajjithom kuljum.", "Allura bl-istess raġunament, x'imissni għamilt jien meta sar hold-up ta' Lm0.5 miljun fuq il-Group 4 ukoll u ma nġabarx sold wieħed?", "Dakinhar kienet l-ikbar serqa għaliex il-ġurnali għamlu żball meta qalu li saret fi żmien il-gvern Nazzjonalista - u reġa' rrepetiha l-Onor.", "Gulia hawnhekk - għax fil-fatt dik is-serqa saret fi żmien il-gvern Laburista.", "Mur fittex u ara jekk jien ħriġtx stqarrija biex nikkritika lill-pulizija għax sar hold- up li minnu lanqas ġie rintraċċat sold wieħed!", "Li kont nikkritika jien huwa li, kif se nuri biċ-ċifri, fi żmien gvern Laburista kienet qed tiżdied il-kriminalità b'rata mgħaġġla u ma kienx qed isir investiment fil-korp tal- pulizija nnifsu.", "U biex nuri kemm hemm dan l-element politiku fil-kritika dwar il-ministeru ta' l-intern nieħdu l-qasam tal-qbid tad-droga.", "Din is-sena kienet tabilħaqq tajba, by any standards, fil-qasam tal-qbid tad-droga.", "Aħna bħala gvern tajna l-għodda lill-pulizija, għaliex l-għodda rridu nagħtuhielhom aħna, u t-talent li tajniehom ħaddmuh u ħaddmuh tajjeb.", "Il-pulizija din is-sena ressqet 147 persuna l-qorti fuq traffikar, żieda ta' 27% fuq is-sena l-oħra.", "Ressqet 245 persuna fuq pussess ta' droga, żieda ta' 26% fuq is-sena li għaddiet; arrestat 694 persuna, u saru 652 raid.", "Jien qed inqabbel Jannar/Novembru ma' Jannar/Novembru tas-sena li għaddiet.", "Anke l-qabdiet tad-droga rreġistraw progress sinifikanti.", "Inqabdet 5 kilo eroina, żieda ta' ħames darbiet fuq is-sena li għaddiet, u nqabdu 5,000 pilloli ecstacy din is-sena kontra 500 tas-sena l-oħra.", "X'għamel il-kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar l-intern fuq dawn is- suċċessi?", "Ħareġ stqarrija fejn qal u nikkwota:", "\"Il-fatt li f'dawn il-jiem inqabdu ammonti sostanzjali ta' droga fil- gżejjer Maltin, huwa indikazzjoni ...\"", "- mhux ta' l-effiċjenza tal-pulizija -", "li matul dawn l-aħħar ftit xhur il-gżejjer Maltin imtlew b'ammonti akbar tad-droga mis-soltu.\".", "Tajba din!", "Meta tinqabad id-droga ngħidu: \"X'għarukaża, hawn problema tad- droga!\", u meta l-pulizija ma jaqbdux id-droga ngħidu: \"X'għarukaża, il- pulizija m'huma qed jagħmlu xejn!\"", "Din bħalma kien għamel il-kap tiegħu li fl-1999, meta l-qgħad tela' għal kważi 8,000 qal li ċ-ċifri kienu tajbin u s-sistema kienet taħdem tajjeb.", "Meta mbagħad il-qgħad niżel fi żmienna, allura ċ-ċifri saru mbagħbsa.", "Din tfakkarni f'meta konna tfal, meta konna nirbħu konna ngħidu li lgħabna tajjeb, u meta nitilfu konna nwaħħlu fir- referee.", "Hekk qed jipprova jagħmel l-Onor.", "Gulia wkoll.", "Anzi, biex nurih kemm aħna qatt ma ppolitiċizzajna l-qasam tad-droga u kemm ippolitiċizzawh huma, infakkru li f'Awissu ta' l-1996, meta kienet saret waħda mill-ikbar qabdiet tad-droga f'pajjiżna, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni ġie rrapportat li qal f'Birkirkara li ma jeskludix li s-sejba ta' container bid-droga fil-Port Ħieles ġrat apposta biex il-gvern jiddevja l-attenzjoni minn fuq dak li kien għaddej.", "U issa ittieħed il-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar l-intern li, minkejja li jsiru dawn is- suċċessi fil-qabdiet tad-drogi, qed jgħid li dan ifisser biss li l-problema qed tiżdied.", "Irrid ngħid li l-pulizija ħadmet ukoll u ħadmet bis-sħiħ fil-qasam ta' l- immigrazzjoni.", "U l-pjan ta' l-adozzjoni ta' l-acquis għandu jsaħħaħ iktar il-kapaċità tal-pulizija li jiġġieled il-fenomenu ta' l-immigrazzjoni illegali li mhuwiex fenomenu ta' Malta biss.", "Ta' min jgħid li anke l- Ministru Taljan, li għadu kif telaq il-bieraħ, wera l-apprezzament tal- ħidma tal-pulizija.", "Din is-sena ma tħallewx jidħlu f'pajjiżna 2,600 ruħ minħabba suspett li kellhom intenzjoni ulterjuri li jidħlu f'pajjiżna, biex jaħarbu u jmorru x'imkien ieħor.", "Ġew deportati b'ordni tal-qorti 500 ruħ.", "Dawn huma ċifri li juru kemm qed taħdem il-pulizija fil-qasam ta' l-intern.", "Il-kelliem ewlieni kkritikana għaliex ġiet ivvotata s-somma ta' Lm240,000 għan-NPAA, u kważi kważi ried jeskludihom mill-ispiża kapitali tal- ministeru ta' l-intern.", "Qishom dawn huma xi flus li qed inħallsuhom bħala taxxa lill-Unjoni Ewropea, qisna se naħarquhom fuq l-artal ta' l-adeżjoni tagħna għall-Unjoni Ewropea!", "Dan m'hu veru xejn.", "(Interruzzjonijiet) Lm100,000 minn dawn il-Lm240,000 sejrin proprju fil-qasam tal-pulizija.", "L- argument tiegħek kien li aħna lanqas suppost ngħodduhom mal-vot kapitali, qisna dawn se narmuhom fit-triq jew inkella se naħarquhom.", "Lm100,000 minnhom se jmorru fil-qasam tal-pulizija, fil-qasam ta' l-emmigrazzjoni, fil-qasam tal-ġlieda kontra d-droga u fil-qasam forensiku.", "Lm30,000 minnhom sejrin proprju biex nibdew nadottaw is-sistema ta' l-informazzjoni ta' Schengen, li hija sistema li meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea issaħħaħ il- fruntieri tagħna u mhux iddgħajjifhom.", "Peress li jkun hemm il-libertà ta' ċirkolazzjoni fl-area Schengen, li hija kważi l-maġġoranza tal-membri ta' l- Unjoni Ewropea, allura huwa importanti iktar li l-fruntieri ta' l-Unjoni Ewropea li qiegħda f'Shengel, ikunu iktar imsaħħa.", "Int ma tistax tikkritikana fuq l-immigrazzjoni illegali u mbagħad tikkritikana wkoll għax nivvotaw il-flus biex insaħħu l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali.", "Mr Speaker, jien niftakar li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra kont niddejjaq mhux daqstant li r-rata tal-kriminalità kienet qed tiżdied - għaliex din tiżdied kważi naturalment peress li tiżdied il-popolazzjoni u allura ċerta żieda tiġi reġistrata wkoll u aħna qatt m'għamilna l-paragun bejn żieda fil-popolazzjoni u żieda fil-kriminalità - imma li kien idejjaqni l-iktar kien li lanqas biss kienu jammettu li kien hemm il- problema.", "Kienu jistaqsu lill-Prim Ministru, li kien responsabbli minn dak il-qasam, x'kienet ir-rata tal-kriminalità, u kien jgħid li bejn wieħed u ieħor baqgħet l-istess bħas-sena ta' qabel.", "Imbagħad meta jien inħares lejn iċ-ċifri ta' Awissu 1997 u Awissu 1998 - ħalli ma jakkużanix li kienet inbidlet is-sistema tal-kejl – insib li f'sena kien hemm qabża minn 11,000 għal 14,600.", "Alla jbierek din il-qabża kollha dovuta għall-bdil tas-sistema!", "Meta staqsejt parliamentary question jien stess mill-oppożizzjoni kont ġbidtlu l-attenzjoni u staqsejtu jekk f'dawk iċ-ċifri li tani kienx hemm xi ħaġa ħażina peress li kien hemm qabża kbira.", "Jien stess mill-oppożizzjoni, minflok qgħadt noqgħod ngħajjat bl- iżball tal-gvern, staqsejtu t-tieni domanda parlamentari u l-Prim Ministru qalli li din iż-żieda kienet in parti dovuta għall-bdil fis-sistema ta' kif tinġabar l-istatistika.", "Allura veru li parti minn dik iż-żieda ta' sena sħiħa kienet dovuta għal dan il-fatt, imma in parti kienet dovuta għaliex żdied is-serq u żdiedet il-kriminalità.", "U issa naraw liema tip ta' kriminalità kienet qed tiżdied għaliex aħna qed inżommu l-istatistika tas- serq.", "Jien jibagħtuli record kuljum x'jiġri u ma jiġrix f'dan il-kamp u darba minnhom niftakar li rċevejt li nsteraq ġonġol ta' ħmar jew ta' żiemel.", "Dak huwa serq u l-hold-up tal-Group 4 huwa serq.", "Jiġifieri fl-istatisika dawn se jidhru 1 and 1.", "Dawk it-tnejn serq u mbagħad trid tanalizza dawk iċ-ċifri.", "Imma intom lanqas tammettu li kien hemm problema u għalhekk ma kienx qed isir investiment, anzi sar tnaqqis ta' l-investiment fil-korp tal-pulizija, ħaġa li rriversjajna aħna.", "Mela jekk nieħdu Awissu ta' l-1997 u Awissu ta' l-1998, fejn għandek l- istess sistema ta' kif tinġabar l-istatistika, insibu li f'Awissu 1997 kien hemm 1,445 reat u f'Awissu 1998 kien hemm 1,633 reat, żieda ta' 200 fuq ix- xahar tas-sena ta' qabel.", "U x'kien qed jagħmel il-gvern Laburista quddiem dan kollu?", "Qalilna lil ħareġ white paper - u issa niġu għaliha - li żżid id-drittijiet biss ta' l-akkużat issuspettat u mhux tal-pulizija.", "B'dik se niġġieldu l-kriminalità!", "Jew inkella għamlu din il-famuża riforma.", "Din il- famuża riforma kienet li naqqsu l-ħlasijiet tal-pulizija.", "U jaħasra anke l- ftit tajjeb li kien hemm fir-riforma deher ħażin ukoll għaliex ġie marbut mad-daqqiet ta' ħarta li ħadu l-membri tal-korp tal-pulizija fis-sentejn ta' żmienu.", "Il-kelliem tan-naħa l-oħra qalilna li din konna se nagħmluha, u din konna qed naħsbu biex nagħmluha u l-oħra kellna rapport fuqha.", "Forsi hemm ġustifikazzjoni għaliex ma laħqu għamlu xejn f'dak il-qasam, però sabu żmien biex jgħollu r-rati tad-dawl u l-ilma, biex inaqqsu d-dħul tal- membri tal-korp tal-pulizija, biex inaqqsulhom l-vot ta' l-overtime, biex inaqqsu lid-drivers u l-ispetturi, ir-roster ta' nhar ta' Ħadd u nhar ta' Sibt.", "F'dawk is-sentejn kien hemm żmien għal dan kollu, però jaħasra fi żmienhom ma kellhomx żmien biex jagħmlu l-affarijiet li qed nagħmlu issa aħna.", "Hemm ħafna affarijiet li jagħtuk sodisfazzjon meta tħares lejn ir-rata tal-kriminalità u lejn il-mod kif ħadmet is-CID b'mod ġenerali.", "Hija kumbinazzjoni jew huwa dovut għad-daqqiet kbar li s-CID tat lill- kriminalità, li l-hold-ups, li hija l-iktar forma serja ta' serq, naqsu bi 30% din is-sena fuq is-sena li għaddiet, u terġa' s-sena li għaddiet kienu naqqsu b'14% iktar fuq is-sena ta' qabel.", "Iktar impressjonanti mbagħad hija r-rata ta' hold-ups li ġew solvuti din is-sena.", "50% tar-reati ta' dawn it-tip ġew solvuti.", "Kien hemm ukoll l-effett pożittiv tal-patrols fis-sajf.", "Aħna żidna r- reklutaġġ, filwaqt li f'sentejn ma daħalx pulizija wieħed b'reklutaġġ għaliex ma kellhomx ċans.", "Biex inaqqsu l-vot tal-pulizija kellhom ċans, imma biex iżidu mqarr darba f'sentejn il-membri tal-korp ma kellhomx ċans.", "Aħna f'sentejn tliet darbiet ħriġna reklutaġġ tal-pulizija u minħabba f'hekk stajna nagħmlu patrols aħjar fis-sajf, li ħallew l-effetti tagħhom.", "Per eżempju, l-isnatch and grab naqas b'36% fuq is-sena li għaddiet.", "Is- serq mill-bajjiet, li jqajmu ħafna problemi u jdejqu ħafna lit-turisti, naqsu bi 13%.", "Ma jfissirx li għandna kollox miexi fuq ir-rubini u li m'hemmx ċerti aspetti li jagħtuna preokkupazzjoni, però qegħdin nindirizzaw il-problema.", "Per eżempju, x'qed iżid l-iktar iċ-ċifra tas-serq?", "La huma l-hold-ups u lanqas huma s-serq mir-residenzi.", "L-iktar li qed iżid ir-rata tas-serq m'huwiex is-serq tal-karozzi, imma s-serq mill-karozzi.", "Huwa veru li dan huwa l-iċken forma ta' serq, imma xorta huwa serq li jdejjaq lin-nies għaliex ħadd ma jieħu ġost li jsib li serqulu xi ħaġa mill-karozza.", "Is- serq mill-karozzi jikkostitwixxi 32% tas-serq kollu f'Malta, u huwa l-uniku fattur importanti li jgħolli ċ-ċifra tas-serq f'pajjiżna.", "Is-serq tal- karozzi żdied ftit, imma bażikament baqa' fejn kien.", "L-ikbar żieda fis- serq huwa s-serq mill-karozzi.", "Is-serq tal-karozzi li kien żdied fl-1997 u fl-1998, naqas fl-1999, reġa' naqas bi ftit, jew kważi tista' tgħid li baqa' l-istess fis-sena 2000, iżda r-rata ta' kemm karozzi ġew irkuprati, splodiet.", "Fil-fatt fl-1997, minn kull 100 karozza li nsterqu, Alla jbierek, 28 biss kienu jinstabu.", "U llum, peress li saħħaħna s-sezzjoni partikolari fuq il-vetturi u fuq il-vejikoli, wara sentejn u tliet xhur din għoliet għal 65%.", "Jiġifieri minn kull 100 karozza qed jiġu rkuprati 65.", "Investejna ħafna fil-korp tal-pulizija, kemm fin-nies, kemm fl- organizzazzjoni u kemm fit-tagħmir.", "Nibdew bin-nies; għamilna reklutaġġ darbtejn.", "Ħareġ reklutaġġ ieħor proprju fil-gazzetta tal-gvern dan l- aħħar, waqt li fis-sentejn ta' l-amministrazzjoni l-oħra, minkejja li kienu telqu 143 membru tal-korp ma sarx reklutaġġ wieħed ħlief, ħa nkun eżatt, ir- reinstatement li sar ta' xi 20 ruħ, eżatt qabel l-elezzjoni.", "Iva għollejna l-livell ta' edukazzjoni fil-korp tal-pulizija, minkejja l-kritika, għaliex taħsibx li din kienet xi ħaġa li taqbad u tagħmilha u ħadd ma jgħid xejn!", "Kien hemm minn qal: X'jiġifieri qed titolbu l-\"O\" levels biex jidħlu l- membri fil-korp tal-pulizija!", "Iva, aħna qed nitolbu l-\"O\" levels, mhux għaliex min m'għandux \"O\"levels mhux qed jagħti sehmu fil-korp tal- pulizija, imma rridu li jkollna taħlita ta' nies li għandhom l-iskola u oħrajn li, għalkemm m'għandhomx l-iskola, għandhom merti oħra.", "Issa n- numru tal-membri fil-korp tal-pulizija, li għandhom iktar minn school leaving certificate, żdied b'40% fuq is-sena li għaddiet.", "Żidna wkoll il-korsijiet ta' l-akkademja u għamilna bord ta' tmexxija b'nies minn barra l-korp u l-effett kien immedjat.", "Fl-1997/98 saru 29 kors u attendew 800 persuna.", "F'dawn is-sentejn, fl-1999 u fis-sena 2000 kellna 52 kors li minnhom ibbenefikaw 1,115 persuna.", "Jekk tgħidli iniex kuntent, ngħidlek li m'iniex kuntent għax irrid iktar mill-akkademja, pero` diġà hemm progress kbir għaliex daħħalna wkoll ċerta professjonalita` fil-mod kif titmexxa l-akkademja.", "Issa ħalli nitkellem dwar it-tagħmir.", "Jien ma niddejjaq u ma nixba' qatt infakkar lill-Kamra fil-wegħda li kienet għamlet l-oppożizzjoni qabel l- 1996 li se żżidu l-investiment fil-korp u li se ġġib tagħmir ġdid.", "Din kienet biss wegħda fiergħa elettorali għaliex meta tela' l-partit Laburista fil-gvern naqqas l-ispiża kapitali ta' Lm830,000 li kienet ivvotata fl-1996 għal Lm350,000.", "Ma naqsitx mal-ewwel; l-ewwel sena naqset għal Lm550,000 u fl-aħħar sena li għamlu fil-gvern naqset għal Lm350,000.", "Allura mhux ta' b'xejn li meta f'parliamentary questions kont nistaqsi dwar ċertu apparat, per eżempju, il-makna li tqabbel il-fingerprints, kienu jgħiduli li kienet taħdem, imma qed tissewwa għax inqalgħetilha l-ħsara.", "Meta sirt ministru sibt li din ma kienet qed taħdem assolutament xejn, u allura l-membri tas- CID ma setgħux jagħmlu xogħolhom sew.", "U naf għaliex ma kenitx qed taħdem u ma setgħux isewwuha; għax din weħidha tqum mal-Lm150,000 u ma kienx hemm flus biex tinxtara din il-makna importanti għas-CID.", "Aħna ħriġna t-tender u issa fil-fatt ġiet installata u dalwaqt se tibda tintuża biex insaħħu l- ġlieda kontra l-kriminalita`.", "Mr Chairman, nistgħu naraw l-ipokresija politika ta' l-oppożizzjoni meta s-sena li għaddiet l-Onor.", "Gulia għajjarna li naqqasna l-ispiża tan- national drugs intelligence unit, imbagħad tħares lejn iċ-ċifri u ssib li fl-1997 intnefqu Lm74,000 għan-national drugs intelligence unit, fl-1998 intnefqu Lm65,000, fl-1999 intnefqu Lm80,000 u fis-sena 2000 is-somma żdiedet għal Lm91,000.", "Jiġifieri l-unika darba li kienet naqset l-ispiża tan-national drugs intelligence unit kienet proprju fi żmien l- amministrazzjoni Laburista.", "Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni kkritikana wkoll għaliex naqqasna l- ispiża ta' l-overtime tal-pulizija.", "L-ewwelnett ċerti spejjeż qed jonqsu għaliex konna żidna l-allowances tal-pulizija eżatt wara l-elezzjoni ta' l- 1998 u anke għaliex qed inżidu n-nies fil-korp.", "Imma mbagħad, konvenjentament, ma jsemmix li din is-sena l-allowances tal-pulizija se jiżdiedu minn Lm1.37 miljun, kif kienu s-sena li għaddiet, għal Lm1.57, apparti ż-żidiet fis-salarji li se nagħtu fil-gradi kollha tal-korp tal- pulizija.", "Mela l-Onor.", "Gulia konvenjentement nesa jgħid li se jiżdiedu l- allowances tal-pulizija b'Lm200,000, imma ma nesiex isemmi li l-overtime se jonqos b'Lm10,000, li in parti huwa dovut ukoll għaż-żieda tar-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija.", "L-Onor.", "Gulia semma wkoll il-ħrafa li l-ispiża kapitali tal-ministeru ta' l-intern se tonqos Lm600,000, bħalma se tonqos l-ispiża għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Qalilna li s-sena l-oħra kien hemm ivvotati Lm571,000 għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u dan il-vot niżel għal Lm175,000.", "Pero` tajjeb infakkar li kellna protocol mal-gvern Taljan li se jiskadi fl-aħħar tas-sena, li minnu ħadna Lm7 miljun.", "Dawb użajniehom kollha u għalissa m'hemmx iktar fondi minn dan il-protocol li nista' ngħid li se nikkommettu ċertu ammont għal dan id-dipartiment.", "Xtrajna l-laneċ, is-Sea Salvor u l-Garibaldi, inxtraw 28 fire-engine, inkluż il-Euro-City, li inawgura proprju l-Ministru Bianco, u s-sala ta' l-operations waslet fil- fażi finali tagħha.", "Allura dan it-tnaqqis fl-ispiża kapitali kien dovut għall-fatt li l-proġett tal-protezzjoni ċivili tlesta.", "L-unika ħaġa li jifdal hija li nżidu ftit investiment fuq it-taħriġ, imma m'aħniex se nġibu iktar laneċ jew inkella iktar fire-engines, għax 28 huma biżżejjed.", "Ftaħna fire-station ġewwa Ħal-Far u fire-station ġewwa x-Xemxija ssussidjati wkoll minn dan il-protocol.", "Irrid ngħid kemm ivvotajna flus u effettivament infaqna s-sena li għaddiet, kif se nerġgħu nagħmlu din is-sena għall-korp tal-pulizija.", "Kien għalhekk, Onor. Gulia, li aħna, permezz ta' din iż-żieda fl-ispiża kapitali, żidna l-ispiża fuq il-bullet-proof vests.", "Ma kenux jeżistu fi żmienkom il-bullet-proof vests?", "Qatt ma kontu xtrajtu bullet-proof vests għall-korp tal-pulizija.", "Jikkritikawna minflok fuq il-preżenza tal- pulizija f'Paceville meta aħna kellna l-kuraġġ li nwettqu regolamenti li d- discos jispiċċaw fl-4.00 a.m., huma fejn huma, ġewwa jew barra.", "Anzi barra jridu jieqfu fis-2.00 a.m. Għamilna d-distrett ta' Paceville flimkien ma' San Ġiljan u lil Pembroke bħala distrett għalih b'supretendent għalih biss u introduċejna l-mobile police stations għax żidna l-investiment fil-korp tal-pulizija.", "L-Onor.", "Gulia qalilna li Lm500,000 m'humiex biżżejjed biex tirranġa l- għases.", "Jien naf li mhumiex biżżejjed biex tirranġa l-għases, pero` jekk Lm500,000 mhumiex biżżejjed, aħseb u ara t-Lm350,000 li kienu vvotati fl- aħħar budget tal-gvern Laburista fl-1998!", "Għallinqas aħna quddiem is- sitwazzjoni li sibna, minkejja r-restrizzjonijiet finanzjarji, żidnieha b'40% l-ispiża kapitali.", "Intom naqqastuha minn Lm800,000, kif kienet fl- 1996, għal Lm350,000 fl-1998.", "Issa ħalli niġi għall-vetturi.", "Fl-1997 kienu tawhom 10 karozzi b'xejn il- kumpannija tad-Daewoo, però fl-1998 ma nxtratx vettura waħda, anzi biex inkun eżatt, ġew trasferiti żewġ vetturi mingħand dipartimenti oħra tal- gvern, jiġifieri nġabu żewġ vetturi second-hand.", "Mentri fl-1999 il-gvern Nazzjonalista xtara 19-il vettura u fis-sena 2000 xtara 17-il karozza oħra.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad motorcycles xejn ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: No cross-debates, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, motorcycles xejn u allura kienu tat- traffic ...", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nterrompejtux u ma jinterrompinix, Sur President!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Point of order, Sur President?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia, on a point of order?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nitolbu ma jqarraqx biċ-ċifri għax din hija mistoqsija parlamentari li għamilt jien u weġibni huwa.", "Qiegħda hawnhekk.", "Trid li nqegħduha fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll?", "Fl-1997 xtrajna 20 għall- mobile squad u mhux 10.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan mhux point of order imma point of disorder.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Point of information.", "Kompli, Onor. Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-1998, meta saru l-ekonomiji, ma nxtratx vettura waħda, u fl-1997 kien hemm għaxar vetturi tad-Daewoo li tawhomlhom b'xejn.", "Għat-2001 minn Lm0.5 miljun hemm ivvotati Lm100,000 għall-mezzi tat- trasport tal-pulizija.", "Aħna niġġieldu lill-kriminalità anke bil-liġi, u fil-fatt għamilna proġett tajjeb fejn ikkonsultajna ma' l-Attorney General, u ppubblikajna white paper li se ssaħħaħ idejn il-pulizija, idejn il-prosekuzzjoni u l- Attorney General kontra l-kriminalita`.", "Jien għandi rispett kbir lejn Dr. Brincat li kien involut fit-tfassil tal-white paper fuq il-pulizija, mhux fuq il-kodiċi kriminali li kienet saret fis-sentejn ta' l-amministrazzjoni Laburista.", "Ma nixtieqx nippolitiċizza din il-white paper għax naħseb li s'issa ntlaqgħet tajjeb ħafna għax irċevejna kummenti pożittivi ħafna miż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Pero` nixtieq ngħid li l-mertu l-kbir ta' din il- white paper huwa li filwaqt li saħħet id-drittijiet tas-suspettat u d- drittijiet ta' l-akkużat, kif ipprovat tagħmel il-white paper ta' Dr Joe Brincat, aħna wkoll qegħdin insaħħu d-drittijiet tas-soċjeta` u d- drittijiet tal-vittmi tar-reati.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż nibqgħu bis-sistema ta' 150 sena ilu, li l-injured party, li l-vittma tar-reat imur il-qorti jixhed għax insteraq jew għax qala' xebgħa u jgħidulu: Jimporta toħroġ 'il barra għax issa xehedt inti u m'għandekx dritt tibqa' fil- proċess kriminali fejn serquk jew fejn sawtuk.", "F'din il-white paper qed nintroduċu d-dritt tal-vittma li jkun preżenti mill-bidu sa l-aħħar waqt dawn il-proċeduri.", "Se nintroduċu r-reat ġdid tal-konġura biex insaħħu iktar il-ġlieda kontra l-kriminalita`.", "Għax b'dawn il-loopholes kellna sitwazzjoni fejn il- pulizija jistgħu jintervjenu biss fil-mument meta xi ħadd jibda jwettaq ir- reat.", "Mentri issa bir-reat tal-conspiracy li hemm fil-white paper se nsaħħu jdejn il-pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.", "Il-mibegħda razzjali u l-użura se jsiru reati wkoll.", "Ħaġa importanti ħafna hija li se nagħtu d-dritt ta' appell lill-avukat ġenerali mis-sentenzi tal-qorti tal- maġistrati u anke mid-digrieti tal-liberta` proviżorja.", "Se jingħataw inċentivi ta' tnaqqis ta' pieni lil min jikxef il-kompliċi, irodd lura jew jagħmel tajjeb għal serq, frodi jew ħsara volontarja.", "Se ninkludu, għalkemm irfinajna, ċerti proposti li kien hemm fil-white paper maħruġa mill-amministrazzjoni preċedenti, partikolarment fil-kwestjoni ta' kif isiru l-arresti u l-perkwiżizzjonijiet f'pajjiżna.", "Mr Chairman, dwar il-ħabs kellna l-istess kritika, qisu l-ħarbiet mill- ħabs saru issa biss.", "L-Onor.", "Gulia qed jallega li kien hemm xi ħadd li suppost kien duty fil-ħarba ta' Marzu, meta fil-fatt ma kienx hemmhekk.", "Dik kienet ġiet investigata u rriżulta li dakinhar din il-persuna lanqas biss kienet ġiet assenjata duty għaliex fil-fatt ta' l-SRT kienu ħarġu qabel.", "Jiġifieri kien hemm żewġ gwardjani ma' erbgħa min-nies fid-division 6 tal-ħabs li naħseb kien biżżejjed u ma jirriżultax dan li qed jgħid.", "Issa jekk fil-fatt xhur wara sar xi abbuż, naturalment jittieħdu proċeduri jekk jirriżulta li kien hemm dak l-abbuż.", "(Interruzzjonijiet) Imma jien qed ngħidlek li fuq il-ħarba ta' Marzu dan li qed tallega inti, minkejja li ġie investigat, ma jirriżultax assolutament.", "Tant hu veru li fil-mument li ntrabtu dawk il-gwardjani, kienu żewġ gwardjani li ġew megħluba minn dawn l- erba' priġunieri minħabba li ntużat il-vjolenza fuqhom.", "Naturalment ħadd ma jieħu gost b'inċidenti bħal dawn, u fil-fatt żidna l-investiment hemmhekk.", "Daħlu l-closed circuit televisions f'partijiet mill-ħabs u issa tista' tgħid ittieħdu l-miżuri kollha skond ir-rapport tal-Brigadier Spiteri, u oħrajn se jiġu implimentati dalwaqt.", "Ta' min jgħid li konna tejjibna wkoll is-salarji tal-gwardjani, tajniehom id-dritt għall-pensjoni wara 25 sena wara li konna emendajna l-liġi f'dan is-sens.", "Niftakar li b'kumbinazzjoni l-għada li kienet saret it-tieni ħarba kien hawn delegazzjoni tal-kummissjoni Ewropea li kienet qed iżżur il- ħabs, u l-oppożizzjoni qalet li min jaf kemm dawn se jgħidu fir-rapport tagħhom li l-ħabs tagħna m'huwiex secure.", "U fil-fatt dawn irrapportaw: \"The prison appears to be efficiently run under strict and precise control.", "The administration is well in accordance with the minimum standards expected\" u fil-progress report tas-sena 2000, li ħareġ f'Settembru, il- kummissjoni Ewropea qalet ukoll li \"The prison conditions are satisfactory in Malta.\"", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom m'hemmx interruzzjonijiet.", "Kompli, Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien nista' ngħidlek li meta wieħed iqabbel - u għandi esperjenza diretta f'dan il-qasam - is-sitwazzjoni tal-ħabsijiet barra minn Malta, inkluż fl-Ewropa, mas-sitwazzjoni tal-ħabsijiet f'pajjiżna m'għandna għalxiex nistħu minn xejn, Onor. Gulia.", "Minn xejn m'għandna minn xiex nistħu!", "Per eżempju, minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni tal-ħabs, li ġieli telgħet għal 300, pero` l-average tagħha huwa 250, żammejna xorta waħda l- prinċipju ta' priġunier wieħed f'ċella waħda.", "Fl-ebda ħabs fl-Ewropa ma jeżisti dan.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġbok ieqaf mill-interruzzjonijiet.", "Kulħadd kellu l-possibbilta` li jitkellem u issa tinterrompix iktar, jekk jogħġbok.", "(Interruzzjonijiet) Jekk qed nitolbok biex ma tinterrompix ma tridx tkompli tinterrompi.", "Kompli, ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-divisions ġew refurbished, tlestiet il-common room ta' division 1 u qed isir ix-xogħol fuq common rooms oħrajn, id-division l- antika taż-żgħażagħ inbidlet f'sala għar-rikreazzjoni tal-priġunieri, tjiebu s-swali fejn il-priġunieri jiltaqgħu mal-qraba tagħhom, tbiddlet ukoll l-għamara fiċ-ċelel, saret strong room tal-ħadid għall-mediċini u saru wkoll showers u toilets anke għall-gwardjani.", "Anke fil-qasam ta' l-adozzjoni ta' l-acquis, bit-twettiq tal-mandat elettorali li għandna li aħna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, iżda wkoll sabiex insaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalita`, l-immigrazzjoni illegali u t- traffikar tad-drogi wettaqna wkoll l-impenji internazzjonali tagħna.", "Per eżempju, għaddiet għall-ewwel darba l-liġi dwar ir-refuġjati, li għandha tibda titħaddem fil-bidu tas-sena biex nibdew niddeċiedu aħna, u mhux ħaddieħor, min għandu jiġi kkonsidrat bħala refuġjat.", "Fl-istess ħin se nagħtu d-drittijiet kollha proċedurali li refuġjat jista' jkollu, anke biex jappella kontra deċiżjoni meta ma jingħatax l-istatus ta' refuġjat.", "Ġiet ratifikata l-konvenzjoni Ewropea kontra l-money laundering ta' l-1990, iffirmajna l-ftehim kontra t-traffikar illegali tad-droga mill-baħar ta' l- 1995 tal-council of Europe.", "Kif qal l-Onor.", "George Pullicino għamilna upgrading tas-sistema tal- passaporti tagħna b'security features ġodda u digitised images.", "Iffirmajna wkoll ftehim ta' kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga ma' Ċipru, l- Israel u t-Turkija u s-Slovakkja u l-Ungerija fis-sena 2000 u wasalna fil- fażi finali ta' ftehim mar-Renju Unit, it-Tuneżija, ir-Russja u l-Ġordan.", "Allura mhux ta' b'xejn li fil-progress report tas-sena 2000 tal-kummissjoni Ewropea ntqal li: \"On the whole Malta has achieved a reasonable level of alignment in the field of justice and home affairs\".", "Il-kummenti ta' l-Onor.", "Gulia fuq il-protezzjoni ċivili llum għallinqas kienu differenti mill-stqarrija li kien għamel fid-19 ta' Lulju għaliex illum qal li m'huwiex it-tort tagħhom u lanqas tort ta' l-amministrazzjoni li saru ċerti inċidenti fil-baħar.", "Pero` fl-istqarrija tad-19 ta' Lulju qal li l-mewġa ta' mwiet traġiċi fil-baħar tinkwetah u d-dipartiment tal- protezzjoni ċivili qiegħed fuq il-karta biss għax dan id-dipartiment iktar qed jiġbor katavri mill-baħar milli jevita t-traġedji.", "Issa jekk hawn nies dedikati, huma dawk tal-protezzjoni ċivili, u jekk hawn qasam fejn aħna investejna kien proprju fir-riżorsi umani tal-protezzjoni ċivili.", "Jien infakkar li meta tlajna fil-gvern aħna sibna li kien hemm korp ta' 60 ruħ li minnhom kien hemm xi 44 li ttieħdu miċ-ċivil, jiġifieri min kien ġardinar, min kien jaħdem il-public works, eċċ. Ħarġu l-applikazzjonijiet minn ġos-servizz ċivili, applikaw, għamlulhom kors ta' xahar u saru assistance and rescue officers.", "Kien hemm 11 oħra li ttrasportawhom mill- pulizija għal mas-civil protection, imbagħad kien hemm 50 ruħ, li wħud minnhom kienu kkwalifikati fit-tifi tan-nar u li kellhom esperjenza fit- tifi tan-nar, li ħallewhom barra.", "U l-intenzjoni ċara kienet li dawn imorru lura fl-għases tal-korp tal-pulizija.", "Uħud minnhom kienu bil- kwalifiki.", "U aħna x'għamilna?", "Dawk is-60 ruħ żammejniehom hemmhekk, pero`biex nagħtu opportunità lil dawk l-40 l-oħra li kienu se jitqaċċtu mill-fire-fighting u jintbagħtu fl-għases tal-pulizija - uħud minnhom ikkwalifikati - erġajna ftaħna l-applikazzjonijiet għall-membri tal-korp tal-pulizija li kellhom sentejn esperjenza biex jidħlu fil-protezzjoni ċivili.", "Jiġifieri aħna kważi rdoppjajnieh l-istaff tal-protezzjoni ċivili biex insaħħu t-tifi tan-nar u r-rescue operations u sabiex inkunu nistgħu npoġġu n-nies fil-fire-stations ġodda li nfetħu fix-Xemxija u f'Ħal-Far.", "Dan apparti li fix-xhur tas-sajf konna ddeċidejna li l-Garibaldi, li hija l- lanċa li konna rċevejna mill-protocol finanzjarju Taljan, tmur direttament fit-tramuntana ta' Malta biex tissorvelja l-fliegu bejn Malta u Għawdex u anke biex tgħin lill-għaqdiet volontarji fir-rescue operations u fil-life saving operations fil-bajjiet ta' Malta.", "(Interruzzjonijiet) M'għandha x'taqsam xejn, Onor. Gulia.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: No cross debates, jekk jogħġobkom.", "Ministru, jekk jogħġbok indirizza ruħek lejn is-Sedja.", "Ma rridx interruzzjonijiet.", "S'issa mexjin tajjab ħafna.", "Jekk jogħġbok, Onor. Gulia, ma rridx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-life saving operations mix-xejn, għax din inbdiet f'Ġunju ta' l-1996, irnexxielna ninvolvu lill-volontarjat billi nagħtuhom dinghies u mezzi oħra biex ikunu jistgħu joperaw ukoll mill-bajjiet.", "Anzi s-sena l-oħra u din is-sena estendejna dan is-servizz għal bajjiet oħrajn ukoll, u se nkomplu nestendu.", "Kemm hu aħjar ħdejn ix-xejn li konna sibna aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Gulia, żomm l-ordni!", "Kemm-il darba se ngħidlek?!", "ONOR.", "TONIO BORG: Għad fadalli ħafna dipartimenti li jaqgħu taħt il- ministeru tiegħi u xtaqt ngħid xi ħaġa dwarhom.", "Jiġifieri ċ-ċifri hemmhekk qegħdin; minn 60 persuna saru 104 fil-protezzjoni ċivili.", "Dawn is-60 ruħ li ħallewlna, Alla jbierek, kienu se jsalvaw lin-nies milli jegħrqu!", "Anke l-Malta Today kienet ħarġet editorjal biex tikkritikah li anke fuq it- traġedji tan-nies nipprovaw nirbħu l-propaganda rħisa politika.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Gulia, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-qasam tal-lands, fit-taqsima tal-proprjeta` tal- gvern ...", "(Interruzzjonijiet) Skużi ftit, jekk tridu ...", "Anzi l- attitudni tiegħu llum ...", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Borg, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħas-soltu; nieħu l-interruzzjonijiet minn din in-naħa u nindirizza lilek!", "Anzi, dak li semma hu huwa mod kif qed jippolitiċizza dawn it-traġedji wkoll għax fid-diskors tiegħu qatt ma semmiehom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa qbiżna l-limitu.", "Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "TONIO BORG: Issa għax qiegħed ngħid x'sar fil-qasam tal- protezzjoni ċivili qed jipprovaw jippolitiċizzaw ukoll din il-problema.", "L- istess fil-qasam tal-lands.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Lesta l-inkjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Mhux jien nagħmilha, Onor. Sant.", "Meta tkun lesta tiġi ppubblikata.", "Mhux jien qed nagħmilha, u jekk jirriżulta li hemm xi nuqqasijiet jittieħdu l-proċeduri.", "Mhux jien qed nagħmilha.", "(Interruzzjonijiet) Daqskemm tlestiet l-inkjesta li għamilt inti u l-Onor.", "Gulia fuq il-Gozo Channel u l-oħra fuq ix-xiehda f'każijiet tal-minorenni!", "Tlestew?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Borg, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "TONIO BORG: Għax jekk nindaħlilhom tgħidu li qed nindaħlilhom!", "Hemm il-maġistrat li jrid ilestiha u meta titlesta kulħadd jieħu s- sodisfazzjon li ħaqqu.", "Fil-qasam tal-lands, din kienet sena ta' attivita` kbira.", "Hawnhekk ukoll qalilna li naqqasna l-ispiża kapitali tal-kumpens għall-expropriations.", "(Interruzzjonijiet) Ismagħha ftit!", "L-ammont totali ta' kumpens imħallas mil-lands sa l-aħħar tas-sena se jkun ta' Lm5 miljun.", "Dan huwa record assolut li jagħtini sodisfazzjon kbir, iktar u iktar meta wieħed jara li fl- 1996 l-ammont kien ta' Lm830,000, fl-1997 kien Lm1.1 miljun, fl-1998 kien Lm925,000, u mbagħad fl-1999 tellajnieh għal Lm2 miljun - irdoppjajnieh mill-1998 għall-1999 - u fis-sena 2000 ħallasna Lm5 miljun.", "U dawn għand min qed imorru?", "M'humiex qed imorru għand persuna waħda imma, permezz ta' 100 kuntratt li sar proprju din is-sena, sa l-aħħar ta' din is-sena se jkunu bbenefikaw minn dawn il-kuntratti 600 individwu.", "Dan huwa verament prosit lil kulmin qed jaħdem fil-qasam tal-lands.", "Dan is-suċċess kien dovut għall-fatt li t-taqsima tal-proprjeta` tal-gvern qiegħda tiġbor arretrati li għandu jieħu l-gvern ħafna iktar minn qatt qabel, u qiegħda wkoll tkun iktar effiċjenti fl-organizzazzjoni tagħha u anke qiegħda ddaħħal iktar revenue minn bejgħ ta' proprjeta` li jidhirli din is-sena qabeż ukoll il-Lm1 miljun.", "Id-dipartiment tal-lands kompla jgħin ukoll lill-kunsilli lokali.", "Ħaddieħor kien kontra l-kunsilli lokali per principio u aħna mhux talli waqqafniehom, talli qed ngħinuhom issa billi qed nagħtu din il-proprjeta`.", "Dan il-poter li tgħaddi proprjeta` lill-kunsill lokali dejjem hemm kien, pero` huwa biss taħt dan il-gvern li qbadna proprjeta` pubblika u tajnieha lill-kunsilli lokali biex jamministrawha aħjar, anzi tajniehom il-fakulta` li bil-permess tal-lands, huma jkunu jistgħu wkoll b'ċerti salvagwardji, jittrasferixxuha lil ħaddieħor sabiex ikollna iktar effiċjenza u jiffinanzjaw aħjar il-ħidma tagħhom.", "Proprju issa ppubblikajna wkoll abbozz dwar l-amministrazzjoni ta' l- artijiet, li bih art ġestita mill-gvern taħt l-isem ta' fondazzjonijiet issir proprjeta` tal-gvern.", "Dan huwa importanti ħafna għax hemm ħafna housing estates li huma mibnija proprju fuq din l-art tal-fondazzjonijiet, li ma jistgħux jiġu trasferiti lill-inkwilini li joqogħdu f'dawn il-flats tal-gvern minħabba din il-problema.", "Għalhekk qed inressqu dan l-abbozz.", "L-istess dwar l-iskema tal-qbiela tar-raba'.", "Ma nafx xi kritika tista' tagħmel l-oppożizzjoni fuq din l-iskema meta aħna qed ngħidu li kulmin qed jokkupa art tal-gvern u qed jaħdimha u ilu jaħdimha għal sentejn, se jingħata t-titolu ta' qbiela.", "Jekk huwa bla titolu basta jħallas Lm50 darba u Lm4-il tomna, u dawn in-nies li qatt ma kellhom titolu, jingħataw it-titolu.", "L-oħrajn li għandhom titolu m'hu se jiżdidilhom xejn, allavolja kien hemm min xewwixhom u qalilhom li se ngħollulhom il-kera.", "Dawk jistgħu jibqgħu kif inhuma llum, jiġifieri meta llum qed iħallas lill-gvern Lm1 jibqa' jħallas Lm1.", "Iridu jħallsu Lm4-il tomna dawk in-nies li m'għandhomx titolu llum u jridu jakkwistaw it-titolu.", "Anzi aħna morna oltre minn hekk, u għedna li dawk in-nies li llum qed jaqsmu r-raba' bejniethom – meta jkollok lil xi ħadd li jmut u jħalliha lil ħames ulied u l-irċevuta toħroġ bejn ħamsa min-nies - dawk se nagħtuhom id- dritt li l-irċevuta toħroġ individwalment, u hemmhekk japplikaw taħt l- iskema.", "Pero` jekk iridu jibqgħu kif inhuma llum.", "U dawk li għandhom titolu, apparti li mhux se nżidulhom il-kera, però jekk iridu jaqsmu se tiżdied b'Lm4-il tomna, lanqas se jħallsu ta' l-istrutturi.", "Issa jekk hemm xi ħadd - li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-iskema din - li kellu kondizzjoni fil-kuntratt ta' ċens tiegħu li wara 33 sena jogħla b'ċertu metodu, dak irid jogħla.", "Issa jekk il-metodu nħadem ħażin ninvestigaw fid- dipartiment u naraw, imma din m'għandha x'taqsam xejn ma' l-iskema.", "L- iskema benefiċċji biss tista' tagħti.", "Ħadd m'hu se jmur lura mill- pożizzjoni kif inhu llum.", "L-agħar li jista' jmur huwa li jibqa' kif inhu llum, u jien konvint li issa, meta tagħlaq l-iskema f'Jannar, dawn l-istess nies li ġew imxewxa li se jgħollulhom il-kera u li se jkeċċuhom 'il barra jindunaw li mhux talli ma keċċewhomx 'il barra, talli għall-ewwel darba se jkollhom titolu fejn qatt ma kellhom titolu.", "Fil-qasam tar-reġistru pubbliku saret riforma kbira wkoll.", "Aħna nafu kif kienu jsiru r-riċerki fil-qasam ta' l-Insinwa; kulħadd idaħħal il-flus ħlief il-gvern.", "U terġa' r-riċerki ma kenux isiru b'mod komputerizzat, kollox bl-idejn.", "Mentri issa, grazzi għall-ftehim li għamel il-gvern ma' kumpannija privata, mingħajr ma joħroġ sold wieħed il-gvern, se jkollna sistema komputerizzata tar-reġistrazzjonijiet kollha fir-reġistru pubbliku ...", "(Interruzzjonijiet) Se ssir b'xejn din, Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "Se ssir b'xejn.", "Veru li għandhom l-esklussivita` għal għaxar snin, pero` minn issa d-data komputerizzata hija proprjeta` tal-gvern.", "Apparti minn hekk, ir-riċerki se joħorġu garantiti, jiġifieri mhux se jiġri, kif kien jiġri qabel, li jsir żball u ħadd ma jinżamm responsabbli tiegħu, għax meta kienu joħorġu hekk, minn taħt l-iskrivanija, ħadd ma kien jiffirmahom dawn.", "Iżda issa se jkunu - u diġà bdew - garantiti b'insurance, jiġifieri jekk ikun hemm żball tista' tfittex lill-gvern, u l- gvern huwa garantit għal Lm1 miljun.", "U t-tielet ħaġa, mill-15 ta' Jannar li ġej dawn ir-riċerki se jkunu uffiċjali.", "(Interruzzjonijiet) Issa kif tistgħu tikkritikaw din is-sisitema meta intom stess kontu qed taħsbu fuq l-istess linji però ma wettaqtuhiex?", "Issa għax wettaqnieha aħna qed jgħidulna li kollox kienu se jagħmlu.", "Tant għamlu żmien qasir li jistgħu jgħidu li kollox kienu se jagħmlu.", "Din kienu se jagħmluha, kollox kienu se jagħmlu.", "Fuq din il-kwestjoni sibna li kienu għaddejjin diskussjonijiet ma' l-istess kumpanija privata li llum qed tikkritikawna li għamilna kuntratt magħha.", "U aħna wara n-negozjati rnexxielna li nieħdu a very good deal għall-gvern.", "Il-gvern mill-VAT biss, li kienet tiġi kompletament injorata fuq ir-riċerki, qed idaħħal Lm1,000 fil-ġimgħa.", "Qabel taf kemm kien idaħħal il-gvern tar-riċerki, tad-data tiegħu stess?", "Lm200 f'sena.", "Lm200 f'sena!", "Mela issa qed indaħħlu Lm1000 fil-ġimgħa VAT biss, plus li għandna s-sistema komputerizzata tar-riċerki.", "Maż-żmien se jkollna d-data kollha mill-1858 sal-lum kompletament komputerizzata.", "(Interruzzjonijiet) Le m'hija kwalità ta' Ġaħan xejn, anzi hija ta' kwalità tajba ħafna, komputerrizzata u żgurissimu li issa qegħdin aħjar aħjar.", "Ħalli min ġie jgħidlek dan, min kien qed idaħħal l-eluf kbar tal-liri u ma jidhru mkien tgħidhielu din.", "Naturalment forsi f'eluf kbar ta' kuntratti li jkun hemm jista' jkun hemm xi żbalji, però l-eżattezza tagħhom hija aħjar minn dik li kien hemm qabel ma daħlet din is-sistema.", "Nagħlaq billi ngħid li diffiċli tgħaddi verdett fuqek innifsek, iżda naħsbu li f'dawn l-aħħar sentejn - ħaddieħor irid jagħtih il-verdett mhux jien - ipprovajna verament nużaw l-enerġija kollha tagħna sabiex inbiddlu dak li huwa ħażin u ntejbu dak li huwa tajjeb.", "Dan mhux sempliċi daqskemm wieħed jimmaġina.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jogħġbok, nitolbok tikkonkludi.", "ONOR.", "TONIO BORĠ: Kien hemm mumenti ta' sodisfazzjon u mumenti ta' diżappunt iżda x-xogħol sar, mhux kompletament ħieles mill-iżbalji, iżda jekk hemm l-iżbalji dawn huma ġejjin mill-ħidma u mhux min-nuqqas tagħha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot 42 kif imressqa mill-Onor.", "Kevin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra, skond il-mozzjoni ta' proċedura numru 172.", "Il-Kumitat ġie sospiż fin-12.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għall-Vot 42, kif imressqa mill-Onor.", "Kevin Gulia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "286 FAVUR : 29", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA: 35", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | | | | |", "L-Emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Voti tal- Ministeru ta' l-intern u nibda minn Vot 42.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 42 - MINISTERU TA' L-INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,255,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru ta' l-Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 42 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 43 - PULIZIJA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,307,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 - Pulizija, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 43 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 44 - SERVIZZI KORRETTIVI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,296,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 - Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 44 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi: VOT 45 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,360,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 45 - Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 45 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 46 - TAQSIMA PROPRJETA' TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 875,800 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 46 - Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 46 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 47 - UFFIĊĊJU KONĠUNT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 400,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 47 - Uffiċċju Konġunt, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 47 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 48 - REĠISTRAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 849,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 48 - Reġistrazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 48 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IX - MINISTERU TA' L-INTERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,388,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX - Ministeru ta' l-Intern, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot IX għaddiet.", "Fis-12.39 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48 u IX kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR.", "SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Diċembru 2000 fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2001", "Voti tal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "MR.", "SPEAKER: Nirringrazzjak, mela skond il-ftehim milħuq, il-Kamra hija aġġornata għal-lum, it-Tnejn 11 ta' Diċembru 2000, fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-12.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - PROGRAMMI", "22055.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħu qed tipparteċipa?", "Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom?", "Kemm persuni qed jieħdu sehem?", "Kemm hu l-ħlas ta' Malta u kemm hu ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena l-korp tal- pulizija pparteċipa f`diversi seminars u laqgħat organizzati taħt il- programmi OISIN, MEDA 1, u FALCONE kif jidher hawn taħt:", "|MEDA 1 |Konferenza dwar |3 | | |l-Etika | | | |tal-Pulizija li | | | |saret f`Pariġi | | | |bejn id-9 u t-13 | | | |ta` Settembru | | |FALCONE |Seminar |1 | | |internazzjonali | | | |dwar it-traffikar| | | |illegali ta` | | | |vetturi li saru | | | |fi Fuengirola, | | | |Malaga fi Spanja | | | |bejn is-17 u d-19| | | |t`Ottubru | | |OISIN |Seminar |1 | | |internazzjonali | | | |dwar l-analizzar | | | |tad-delitti li | | | |sar f`Madrid, | | | |bejn il-25 u s-27| | | |t`Ottubru | | |FALCONE |Seminar Money |2 | | |Laundering and | | | |Organised Crime | | | |li sar f`Pariġi | | | |bejn it-13 u s-16| | | |ta` Settembru | | | |2000 | | |OISIN |Seminar Crime |1 | | |Analysis in Drugs| | | |Investigations li| | | |sar f`Ruma bejn | | | |il-25 u t-28 ta` | | | |Settembru | |", "Peress li Malta kienet qed tipparteċipa bħala partner ma ħallset xejn minħabba li l-proġetti msemmija kienu kollha ffinanzjati l-parti kbira mill- Unjoni Ewropea u l-kumplament mill-pajjiż organizzattiv.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-korp tal-pulizija diġa` għandu wkoll konfermata l-parteċipazzjoni ta` uffiċjali fi proġetti tal-programmi FALCONE, GROTIUS u STOP.", "Dawn il-proġetti se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u għalhekk il-parteċipazzjoni ta` Malta se tkun mingħajr ħlas.", "Ninsab informat ukoll li l-awtorita` ta` l-ippjanar applikat biex tieħu sehem fi tlett proġetti taħt il-programm short and medium-term priority environmental action programme' (SMAP) u ieħor taħt il-programm tal-LIFE- Third Countries.", "Hu maħsub li n-numru ta` persuni mill-awtorita` ta` l-ippjanar li ser ikunu nvoluti bħala parti minn xogħlhom fil-proġetti taħt SMAP, jekk jiġu approvati, huwa ta` 12 filwaqt li n-numru ta` persuni li ser ikunu nvoluti fil-proġett taħt LIFE-Third Countries, jekk jiġi approvat, huwa ta` ħamsa.", "Peress li l-awtorita` ta` l-ippjanar qed tipparteċipa bħala partner biss f`dawn il-proġetti imsemmija, il-parteċipazzjoni ta` l-awtorita` ser tkun mingħajr ħlas.", "Apparti dawn il-proġetti msemmija hawn fuq, l-wtorita` ta` l-Ippjanar qed ikollha ukoll taħdidiet ma` pajjiżi oħra fuq proġetti taħt il-programm INTERREG III 2000 - 2006.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI ĠODDA", "22078.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal mistoqsija parlamentari nru 21521, fejn qali li jrid ikun jaf għalfejn qed nagħmillu l- mistoqsija biex iweġibni, jaf l-Ministru illi l-mistoqsija identika tpoġġiet quddiem il-kabinett kollhu separatament in konnessjoni mad- dekasteri rispettivi tagħhom u sal-lum kollha wieġbu mingħajr ma sabu l- istess oġġezzjoni tal-Ministru?", "Fid-dawl ta' dan it-tagħrif, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija nru.", "21521?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fit-tweġiba li tajt għall- mistoqsija numru 21521, jiena għidt li għandha tingħata raġuni valida għaliex kienet qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata.", "Dan għamiltu peress li n-numru ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli huwa mdaqqas u allura biex tinġabar tali informazzjoni jinħela ħafna żmien u enerġija lu jistgħu jiġu utlizzati aħjar.", "Madankollu jekk l-Onorevoli Membru qed jibqa' jinsisti biex jingħata dik l- informazzjoni kollha anke jekk mhux lest li jagħti raġuni valida, għaliex qed jitlobha u anke jekk konxju tal-ħela taż-żmien u riżorsi, l-istess informazzjoni tingħata meta tkun inġabret kollha.", "IMPJIEGI - REKLAMAR", "22079.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20357 dwar permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-kampi parastatali, jista' l- Viċi Prim Ministru jirrikonsidra t-tweġiba peress li skond risposti parlamentari ta' Ministri oħra dawn il-figuri ma jaqblux?", "Fil-fatt il-figuri huma ferm għola milli dawk mogħtija.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "SAN GWANN - TFIEGĦ TA' ŻEBGĦA", "22080.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jordna li jiġi nvestigat tfiegħ ta' kwantita ta' żebgħa li qed jintefgħa regolarment fil-kanal tal-ilma fit-triq tal-Lloyd's Shoes fl- Industrial Estate, San Ġwann?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li spezzjonijiet li saru minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent urew li vandali kienu qegħdin jitfgħu din iż-żebgħa fil-kanali ta' l-ilma.", "Il-każ ġie riferut lill-pulizija biex tagħmel l-istħarriġ neċessarju.", "Bil- każ ġie nfurmat ukoll iċ-Chairman ta' l-MDC.", "SERVIZZI SOĊJALI - UFFIĊĊJI", "22081.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "21764, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex l-area offices tad-dipartiment tas-servizzi soċjali li m'humiex aċċessibbli jsir ix-xogħol meħtieġ fihom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru ser jagħmel studju biex jiġi determinat liema mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, li preżentement mhumiex aċċessibbli, jistgħu possibilment isiru aċċessibbli u x-xogħol u l-ispiża meħtieġa biex dan isir.", "SERVIZZ PUBBLIKU - FTEHIM KOLLETTIV", "22082.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Rigward il-ftehim kollettiv il-ġdid taċ-Ċivil, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l- ħaddiema skala skala, kif wkoll kemm hemm ħaddiema f'kull skala?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat illi ż-żidiet li sejrin jieħdu l- ħaddiema taċ-Ċivil bil-Ftehim Kollettiv b'effett mill-1 ta' Jannar 2001 huma kif jidhru fit-Tabella 'A' hawn mehmuza u li sejjer nqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Rigward in-numru ta' ħaddiema f'kull skala ta' salarju l-Onorevoli Nterpellant mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.", "PA - LUKANDI ĠODDA - APPLIKAZZJONIJIET", "22083.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti lista' ta' l-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' lukandi ġodda f'Malta u f'Għawdex u jagħti wkoll il-post fejn hemm l- applikazzjoni biex jinbnew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej:", "|Nru.ta`applikazz|Lokalita` | |joni | | |1610/98 |San Pawl | | |il-Baħar | |5147/00 |San Ġiljan | |2994/98 |Għajn Tuffieħa | |6608/99 |Qala | |3883/00 |Għajnsielem | |6001/00 |Mellieħa | |1497/00 |San Ġiljan | |2551/94 |Mellieħa |", "BUDGET 2001 - STUDENTI UNIVERSITARJI", "22084.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-Budget 2001, kemm hemm flus ivvotati għax- xogħol tas-sajf ta' l-istudenti universitarji?", "Minn liema vot se jitħallsu dawn il-fondi?", "Kemm hemm studenti li huwa stmat li hemm fondi biżżejjed biex jitħallsu minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ammont ta' flus li se jintefqu fuq proġetti fis- sajf u li fihom se jkunu nvoluti l-istudenti huwa ta' LM150,000.", "Dawn il- flus se jintefqu kollha għat-tfal fl-iskejjel primarji u bi bżonnijiet speċjali taħt il-programm SkolaSajf.", "KAVALLIER TA' SAN ĠAKBU", "22085.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż mistennija jkopru t-Lm30,000 li hemm ivvotati għat-tmexxija tal-Kavallier ta' San Ġakbu?", "Il-pagi se jitħallsu minn dawn it-Lm30,000?", "Liema pagi se jitħallsu?", "Il-bqija tal-fondi biex jitmexxa San Ġakbu mnejn se jiġu?", "Hemm xi business plan għal 2001?", "Jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - BARRIERI - APPLIKAZZJONIJIET", "22086.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għal ftuħ ta' barrieri ġodda kemm f'Malta u Għawdex?", "F'liema lokalitajiet?", "Minn min saret kull talba?", "Meta saret?", "Hemm xi talbiet għall-estensjoni ta' barrieri?", "Jista' dwar dan jagħti wkoll l-informazzjoni miktuba hawn fuq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "22087.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għal mistoqsija parlamentari nru.", "21598 dwar in- numru ta' għalliema fid-diversi skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21855 ta' l-istess Onor. Membru.", "SKEJJEL - CANTEENS / TUCK SHOPS - IRĊEVUTI FISKALI", "22088.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid liema kontrolli qed isiru biex jiġi żgurat li l- canteens/tuck shops ta' l-iskejjel qed joħorġu rċevuti fiskali?", "Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-VAT fid-diversi skejjel?", "F'liema skejjel saru?", "Dawk li applikaw biex joħorġu rċevuta darba fil-ġimgħa, qed jagħmlu dan?", "Meta saru spezzjonijiet instabu xi canteens/tuck shops li ma jużawx cash registers u b'hekk ma jistgħux jagħtu rċevuta fiskali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id- dispożizzjonijiet ta' l-Avviż Legali 201 ta' l-1999, persuna li tagħmel provvista ta' ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab f'area ta' studju tista' tapplika għall-awtorizzazzjoni biex toħroġ riċevuta fiskali waħda ta' kuljum li tkun tkopri l-provvisti kollha magħmulin f'kull jum.", "Matul din is-sena sa' issa, saru għoxrin (20) spezzjoni minn spetturi tal- VAT fi skejjel differenti.", "Mhux galbu nsemmu f'liema skejjel saru l- ispezzjonijiet.", "Minn dawn kien hemm każ wieħed fejn l-operatur tal-canteen ġie rapportat li ma kienx qed jimxi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi.", "F'ħames każi oħra ma kienx hemm rapporti ta' abbuż, filwaqt li fil-kumplament tal-każi trid tittieħed aktar azzjoni.", "KUNSILLI LOKALI - MOSTA", "22089.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ħlasijiet huma attwalment dovuti mill-kunsill lokali tal-Mosta lid-dipartimenti jew aġenziji tal-gvern ċentrali jew azjendi pubbliċi? (a) Kemm huwa l-ammont dovut lil kull dipartiment jew aġenzija jew azjenda pubblika? (b) Għal liema perijodu jirreferu dawn l-ammonti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u b'awtonomija mharsa mil-ligi.", "Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill Lokali koncernat jew lid-dipartimenti koncernati.", "KUNSILLI LOKALI - MOSTA", "22090.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm kien l-ammont ta' dejn jew overspending li sar mill-ewwel kunsill tal-Mosta - 1994-1997?", "Kemm minn dan id-dejn tħallas mindu kien elett il-kunsill attwali?", "Lil liema dipartiment, aġenzija tal-gvern jew azjenda pubblika sar il-ħlas?", "X'inhi l-proċedura wżata f'każi bħal dawn u kif huma nvoluti s-sindku, is- segretarju u kunsilliera u/jew uffiċjali oħra responsabbli mill- amministrazzjoni finanzjarja fil-kunsill?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Audited Financial Statements tas-snin rispettivi li tqieghdu fuq il-Mejda tal- Kamra u allura huma dokumenti pubblici.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li tajt ghall-mistoqsija nru 22089.", "Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (A. L. 155 ta' l- 1993) u ghall-Proceduri ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (K.L.P 1/96).", "KUNSILLI LOKALI - MOSTA", "22091.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-ittra mibgħuta mill-Ministru lill-kunsill tal- Mosta fil-21 ta' Novembru, 2000 jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi laqgħat sussegwenti ma' l-istess kunsill, x'irriżulta f'dawn il-laqgħat u x'passi qed jieħu l-Ministru biex isostni t-twissija tiegħu fl- ittra imsemmija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministeru qed jistenna risposta ufficjali mill- Kunsill Lokali Mosta ghall-ittra tal-21 ta' Novembru 2000.", "SAĦĦA - SPTAR ZAMMIT CLAPP", "22093.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu kontra persuni li isimha qiegħed jintbagħat separatament dwar inċident li sar fil-ground floor ta' l- Isptar Zammit Clapp nhar l-1 ta' Diċembru, 2000?", "Jaf jew le l-Ministru li fost l-oħrajn il-persuna kellmet b'mod arroganti u dispreċċjattiv lil manager is-Sur Joseph Micallef u dan saħansitra quddiem iċ-chairman tal- bord il-Profs.", "Frederich Fenech?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħala entita awtonoma l-Isptar Zammit Clapp ħa passi dixxiplinarji skond il-Ftehim Kollettiv mall-Union ikkonċernat bħal ma jsir f'kull każ simili.", "Fil-każ tal-persuna msemmija jien infurmat li din tinsab sospiża.", "Nixtieq niċċara li ċ-Ċhairman tal-Bord il-Prof Fredrich Fenech ma kienx preżenti waqt l-inċident hawn imsemmi.", "AMBJENT - DIPARTIMENTI SEKONDATI MILL-KUNSILLI LOKALI", "22095.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mid-dipartimenti fir-responsabbilta' tiegħu li huma sekondati mall-kunsilli lokali?", "Jista' jagħti breakdown ta' dan in-numru ta' ħaddiema, kull kunsill lokali separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema assenjati mal-Kunsilli Lokali huwa ta' 90.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-ħaddiema kif huma mqassmin."]} {"filename": "19981211_029d_par.doc", "date": "1998-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 29 Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 29", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "29", "Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 454", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 454", "TQEGĦID TA' KARTI 460", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999 IL-ĦAMES JUM STABBILIT MINISTERU GĦALL-AMBJENT 460", "AĠĠORNAMENT 490", "RULING TA' MR SPEAKER 494", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 494", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm xi korrezzjonijiet għall-minuti?", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l- Onor. Jean Pierre Farrugia kien preżenti għas-seduta ta' dalgħodu.", "MR SPEAKER: Is-Sedja tieħu nota.", "Il-minuti jistgħu jiġu kkonfermati issa?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 28 li saret fil-11 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MR SPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-Rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 1997.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "OPM - MOBILE PHONES", "1286.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - MOBILE PHONES", "1287.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall- perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad- dekasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Membru, il-ministeru għall-affarijiet barranin kien qed jagħmel użu minn seba' mobile phones fl-uffiċċju ċentrali, u għaxra fil- missjonijiet ta' barra.", "L-apparati f'Malta, li huma kollha mixtrija, jintużaw minni u mis-segretarjat privat tiegħi, mis-segretarju parlamentari, mis-segretarju permanenti, mill-kap tal-protokoll u minn uffiċjali tal-ministeru - fuq bażi ta' roster - li jagħtu servizz lil min jenħtieġ xi għajnuna mill-ministeru wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - MOBILE PHONES", "1288.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il- mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fil-ministeru ta' l-edukazzjoni hemm żewġ mobile phones li huma mixtrija mingħand Telecell bil-prezz ta' Lm194.49,0 u l-ieħor mingħand Vodafone bil- prezz ta' Lm201.50,0.", "Dawn il-mobile phones qegħdin jintużaw mill- permanent secretary u mis-segretarjat tal-ministeru.", "Wieħed minn dawn il- mobile phones, dak tas-segretarjat, inxtara f'Ottubru 1998 u beda jiġi wżat minnufih; l-ieħor kien użat qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "Fis-segretarjat parlamentari qed jintuża mobile phone mis-segretarju parlamentari u tnejn oħra għall-użu ġenerali tas-segretarjat.", "Dawn iż-żewġ mobile phones kienu wżati minn uffiċjali li kienu jokkupaw karigi fis- segretarjat matul l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Il-kontijiet tal-mobile phone tas-segretarju parlamentari jitħallsu minn fondi tal-gvern, għalkemm is-set huwa proprjeta' tiegħu personali.", "Qed jintuża mobile phone ieħor miċ-chairman tan-national pool complex li, għalkemm il-kontijiet tiegħu jiġu mħallsa mill-accounts tal-pool, la huwa proprjeta' u lanqas huwa mikri mill-pool complex.", "Il-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali għandha bħala proprjeta' tagħha żewġ mobile phones li nxtraw bil-prezz ta' Lm89 u Lm96 u li jintużaw biss għall-programm elderhostel u jitħallsu minn dan il-programm.", "Il- mobile phones huma abbinati mal-programm u mhux mal-persuna.", "Il-Mediterranean conference centre għandha tliet mobile phones mixtrija mingħand Telecell/Vodafone.", "Wieħed inxtara Lm130 u t-tnejn l-oħra Lm170-il wieħed.", "Dawn il-mobile phones qed jintużaw mill-a/general manager, mill- head of operations u miċ-chargehand.", "Tnejn minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998.", "Din l-azzjoni ttieħdet biex l- uffiċjali għolja jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati f'każ ta' emerġenza, kif ġara dan l-aħħar waqt ħruq bil-lejl.", "Fil-perijodu mill-5 ta' Settembru sa' l-10 ta' Novembru, 1998 l- Universita' ta' Malta kellha erba' mobile phones għall-użu tagħha.", "Dawn l- erba' mobile phones kienu diġa' qegħdin jintużaw kollha qabel il-5 ta' Settembru u huma kollha proprjeta' ta' l-universita'.", "Dawn il-mobile phones qed jintużaw hekk: wieħed fir-rettorat, wieħed fid-dipartiment tax- xjenzi biomediċi u tnejn fid-dipartiment tal-bioloġija.", "L-aħħar tliet mobile phones imsemmija qed jintużaw fuq proġetti tar-raba' protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.", "Il-PBS għandha 20 mobile phone li kollha ġew mixtrija matul is-snin qabel il-5 ta' Settembru,1998.", "Dawn il-mobile phones qed jiġu wżati minn:- Abela Cost - Engineers, Abela Cost - OB Van-Big, Abela Cost - OB Van-Small, Abela Tony, Azzopardi Paul, Azzopardi Paul - News (4), Azzopardi Stephen, Christina Sylvana, Flores Charles, Galea Joe, Galea Joe - Sports, Inguanez John, Marshall Albert, Peresso George, Peresso George - Operations Radio, Psaila Andrew u Żammit Manuel.", "Fil-Malta Council of Science & Technology hemm żewġ mobile phones li qed jintużaw minn uffiċjali tal-kunsill.", "Iż-żewġ mobile phones huma t-tnejn mixtrija, wieħed inxtara tliet snin ilu mingħand ''it-Telephone Direct', mudell Ericsson, u nxtara għall-prezz ta' madwar Lm210.00.", "L-ieħor inxtara sena u nofs ilu mingħand 'The Phone Shop' - il-mudell huwa Motorola - għall- prezz ta' madwar Lm215.00.", "L-Ericsson kien jintuża miċ-chairperson tal-kunsill, Dr. Renè Balzan, sakemm irriżenjat fid-9 ta' Settembru, 1998.", "Ftit wara dan għamel użu minnu s-Sur Giovanni Buttiġieg għal xogħol relatat mal-ġimgħa xjenza u teknoloġija 1998.", "Is-sett l-ieħor qed jagħmel użu minnu l-kap eżekuttiv tal-kunsill, il-Perit Carmelo J. Barbara.", "It-tnejn kienu jintużaw qabel il- perijodu msemmi fil-mistoqsija parlamentari.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, id-dipartiment ta' l-eżamijiet, id- dipartiment tal-libreriji u arkivji, id-dipartiment tal-mużewijiet kif ukoll id-dipartiment tal-kultura ma jagħmlu użu min ebda mobile phone.", "MINISTERU TAL-FINANZI - MOBILE PHONES", "1289.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal- 10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:", "|Diparti|Mobil|Mixtrij|Użu |Użat| |ment |e |a | |i | | |Phone|Mikrija| |mill| | |s |/Nefqa | |-5/9| | |Użati|(b) | |/98 | | |(a) | | |(c) | |Finazi |4 |a. |a. |*3 | | | |Mixtri |Ministr| | | | |minn |u* | | | | |Hong |b. | | | | |Kong, |Segreta| | | | |Lm312 |rju | | | | |b,c,d. |privat*| | | | |Ma |c. | | | | |nxtrawx|Segreta| | | | |minn |rju | | | | |dan |Permane| | | | |il-mini|nti | | | | |steru |d. | | | | | |Direttu| | | | | |r | | | | | |Ġeneral| | | | | |i* | | |Kuntrat|1 |Mixtri |Direttu|-- | |ti | |mingħan|r | | | | |d | | | | | |Vodafon| | | | | |e, | | | | | |Lm165 | | | |Ċentru |2 |a. |a. |-- | |għas-Se| |Mixtrij|Chairma| | |rvizzi | |a minn |n | | |Finanzj| |Hong |b. | | |arji | |Kong, |Senior | | | | |Lm350. |Executi| | | | |b. |ve | | | | |Mixtri | | | | | |mill-U.| | | | | |K. | | | | | |Lm114.0| | | | | |7 | | | |Il-Borz|2 |Mixtri |a. |-- | |a ta' | |mingħan|General| | |Malta | |d |Manager| | | | |Telecel|u użu | | | | |l Ltd. |ġeneral| | | | |a. |i | | | | |Lm179.4|b. | | | | |9 |Chairma| | | | |b. |n | | | | |Lm225.0| | | | | |0 | | | |Bank |2 |a. |a. |-- | |Ċentral| |Mixtri |Gvernat| | |i ta' | |mingħan|ur | | |Malta | |d |b. użu | | | | |Vodafon|Korpora| | | | |e, |ttiva | | | | |Lm256.0| | | | | |0 | | | | | |b. | | | | | |Mixtri | | | | | |mingħan| | | | | |d | | | | | |Telecel| | | | | |l, | | | | | |Lm159.0| | | | | |0 | | |", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jispjegalna għall-kurżita' kif hemm mobile phones mixtrija minn Hong Kong?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naħseb li fiż-żjara li kien għamel Hong Kong il- ministru ta' qabli kien xtara dawn it-telephones.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - MOBILE PHONES", "1290.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal- 10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "MICHAEL ANĠELO REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn la nxtraw u lanqas inkrew mobile telephones mid-dipartimenti u organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt id- dikasteru tiegħi.", "Għaldaqstant il-pożizzjoni għadha kif kienet taħt l- amministrazzjoni preċedenti.", "Per eżempju, jien writt l-apparat li kien juża' l-predeċessur tiegħi.", "MINISTRU GĦALL-AMBJENT - MOBILE PHONES", "1291.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal- 10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid kemm hemm mobile phones użati; kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones; u kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): In-numru ta' mobile phones użati huwa ta' 22, erbgħa minnhom huma privati u l-kumplament kienu mixtrija qabel il-5 ta' Settembru, 1998.", "Dawn it-22 mobile phone huma wżati mid-direttur ġenerali tax-xogħlijiet, miċ-chairman BICC, minn għaxar uffiċjali tal-ministeru u minn għaxar uffiċjali tad-dipartiment għal ħarsien ta' l-ambjent.", "Ebda wieħed minn dawn ma beda jkun użat mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn.", "Ta' min jinnota li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm dawn il-mobile phones:", "|ministeru |12 | |diviżjoni | 3 | |tax-xogħlijiet | | |WSC |10 | |enemalta | 5 | |awtorita' ta' |12 | |l-ippjanar | | |dip għal ħarsien |10 | |ta' l-ambjent | | |TOTAL |52 |", "Għalhekk, anke biex il-paraguni jkunu jreġu aħjar, jekk taqta' barra l- entitajiet li llum ma jifformawx parti mill-ministeru, issib li qabel kien hemm 25 mobile phone jintużaw imqabbla mat-22 illum u li erba' minnhom inxtraw privatament.", "Fil-fatt fi żmien l-amministrazzjoni preżenti, fil- ministeru, ma nxtara ebda mobile phone ġdid u lanqas ma beda jintuża xi mobile phone ġdid.", "DJAR - KAŻ H 0015646", "1712.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinformani bl- iżviluppi tat-talba pendenti bir-ref No. H 0015646?", "Fil-fatt x'inhi l- policy tal-gvern sabiex każijiet bħal dawn jiġu ttrattati?", "Meta huwa pprogrammat li l-gvern jirrimedja għal dawn il-każijiet pendenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jara r-risposta li jiena tajtu għall-mistoqsija Nru. 1118 li tittratta dwar l-istess persuni.", "IPSE - File No. 980354/164/98", "1713.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani dwar il- follow-up tal-file IPSE 980354/164/98, u ċioe' jara li jiġi rimedjat il- każ sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, peress li l- informazzjoni għadha ma waslitx mingħand l-IPSE.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Speaker, billi ta' spiss il-Ministru jirrispondi li t-tweġiba jagħtiha f'xi seduta oħra, jista' issa jaġġorna lill-Kamra dwar inċident li sar dalgħodu fil-power station ta' Delimara?", "Il- Ministru huwa informat b'dan l-inċident li bih milli jidher ġiet affettwata parti mill-power station?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid ngħid li l-Onor.", "Membru m'huwiex korrett meta jgħid li spiss nirrispondi l-mistoqsijiet li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Meta nagħti din it-tip ta' tweġiba jkun hemm raġuni bħal, per eżempju, fil-każ tal-mistoqsija tal-lum, fejn l-IPSE ħasset li m'għandhiex tagħti t-tagħrif mitlub f'din il-Kamra.", "L-istess jiġri ħafna drabi fil-każ tal-Maltacom.", "Jiena naħseb li l-parlament għandu dritt għal ċerta informazzjoni pero' nippreferi nkun prudenti u l-ewwel nikkjarifika l-affarijiet mal-korporazzjoni in kwestjoni.", "Is-sitwazzjoni li sibt jien hija tali li f'ħafna każi dawn il- korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet ma jagħtux risposti għal ċerti domandi, u l-istess kienu jagħmlu taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Jien għidt dan ħalli nippreċiża l-affarijiet.", "Issa ħalli ngħaddi għad-domanda li saritli dwar l-Enemalta, għalkemm m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali dwar l-IPSE.", "Iva, Mr Speaker, dalgħodu ġara inċident fil-power station tal-Marsa u jiena mort hemmhekk u rajt il-ħsara li saret.", "Pero' biex inkunu ċari rrid ngħid li hemmhekk qed isir commissioning tal-combined cycle, li suppost kellha tibda topera f'April - ngħid id-dritt bqajt diżappuntat li dan il- kuntratt sal-lum għadu m'huwiex effettiv meta huwa impjant li għandna bżonnu - u jidher li kienu bdew parti mill-commissioning.", "Sar ċertu testing u għamlu l-firing-up tal-boiler u meta kienu qed isiru ċerti tests fuq is-safety valves kien hemm splużjoni f'pompa u f'parti minn connection ta' kanna li hemm ma' din il-pompa.", "Kien hemm splużjoni daqsxejn qawwija - dejjem qed nirriferi għall-combined cycle, jiġifieri din m'hijiex qed tipproduċi d-dawl - u b'effett t'hekk saret ħsara fit-twieqi u kien hemm ukoll xi ħaddiema - kienu qed jaħdmu ma' kuntrattur imma għall-grazzja t'Alla ma weġġa' ħadd minnhom - li kellhom qatgħa fuqhom mhux ħażin.", "Huwa tajjeb li ngħid li bħalissa qed isir stħarriġ - għaliex din il- combined cycle għadha ma ġietx commissioned - biex jaraw sewwa sew x'wassal għal dan l-inċident.", "Naturalment din hija xi ħaġa serja pero' hija xi ħaġa li bl-ebda mod ma taffettwa l-provvista tad-dawl - għaliex huwa impjant li għadu ma bediex jaħdem - u meta jien mort fuq il-post osservajt ukoll li fil-fatt dan l-impjant għadu daqsxejn lura milli jkun fully operational.", "Fil-fatt anke l-area ta' madwaru għadha kollha tajn u tħossok li qiegħed litteralment f'construction site.", "Jiġifieri nistgħu ngħidu li kien qed isir preliminary commissioning u għalhekk dan l-inċident bl-ebda mod m'hu se jaffettwa l-provvista.", "Rigward il-combined cycle, kif diġa' għidt, ninsab imħasseb ħafna dwar il- fatt li din kellha tiġi commissioned f'April tas-sena li għaddiet u fil- fatt għadha ma ġietx commissioned.", "Din il-combined cycle se tipproduċi 110 MW ta' elettriku - kważi kwart tal-produzzjoni tal-pajjiż - u se tkun tista' tnaqqas ukoll xi ftit l-użu tal-power station tal-Marsa, li dan l- aħħar kien qed jingħad - issemma anke f'dibattitu hawnhekk - li qed ikollha effetti ambjentali ħżiena minħabba d-dħaħen li tarmi.", "Jien naħseb li d- dewmien li sfortunatament qed ikun hemm sabiex dan l-impjant jibda jitħaddem qed iwassal għal sitwazzjoni fejn mhux biss tbati l-effiċjenza imma jbati anke l-ambjent u għalhekk huwa importanti li l-impjant tal-combined cycle jiġi commissioned kemm jista' ikun malajr.", "Kawża ta' dan l-inċident, ix-schedule żgur li se tintefa' aktar lura għaliex wieħed irid jara sewwa sew x'ikkaġuna din l-isplużjoni, jekk kienx hemm xi faulty equipment ta' xi sub-contractor jew kienx hemm xi ħaġa oħra li wasslet għal dan l-inċident.", "Kif għidt, għall-grazzja t'Alla ħadd ma weġġa', allavolja diversi nies ħadu qatgħa sewwa.", "Il-ftit ħsara li hemm hija waħda strutturali, fejn saret ħsara fil-pompa u nfaqgħu pajpijiet ta' iktar minn pulzier ħxuna, barra li tħaffret ħofra fl-art.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jekk jien informat tajjeb hemm xi tnejn jew tliet kumpanniji involuti f'din il-combined cycle.", "Billi l-apparat ma kienx għadu kkumissjonat u minn naħa tal-Korporazzjoni Enemalta ħadd ma kien għadu ffirma biex jieħu over dan il-combined cycle, jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għal dan l-inċident, jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew dawn il-kumpanniji barranin?", "Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni lill-poplu kemm se jdum ma jiġi kkummissjonat il-combined cycle?", "Issa li ġej il-Milied il-probabbilta' hi li d-domanda għall-enerġija tiżdied, jista' l-Ministru jserraħ moħħ il-poplu Malti li dan l-inċident mhux se jaffetwa l-provvista ta' l-enerġija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett din għadha ma ġietx commissioned, jiġifieri r-responsabbilta' mhijiex tal-Korporazzjoni Enemalta imma ta min ipproduċa l-apparat u tas-sub-contractors involuti.", "Jekk qed nifhem sew dan kien a turnkey project.", "Għadni ma nafx x'inhi r-raġuni li taħt l- amministrazzjoni preċedenti waqajna daqshekk lura fix-schedule.", "Kif ħadt il- ħatra ta' ministru tlabt biex nara għaliex kien hemm dan id-dewmien.", "Qaluli li l-equipment ma kienx għadu lest u kienu għadhom qed jaħdmu fuqu.", "Rigward is-supply tajjeb li ngħidu li hemm żewġ gas turbine generators, illi l-Gvern Nazzjonalista kien poġġa f'Delimara.", "Dawn qegħdin hemmhekk on stand-by għal dak li jista' jinqala'.", "Din il-combined cycle kienet tagħmilha possibbli biex jitnaqqas l-użu ta' ċertu apparat qadim fil-Marsa.", "Bħalissa s-supply qegħda tajba.", "L-impjant il-ġdid kien se jieħu parti mill- impjant il-qadim u naturalment issa jkollu jistenna sakemm isir l- istħarriġ.", "L-istħarriġ irid isir b'mod mgħaġġel kemm jista' jkun mingħajr ma jiġi f'periklu ħadd u mingħajr ma jkun hemm sitwazzjoni fejn ikollna apparat illi ma jkunx fully tested.", "L-informazzjoni li għandi hija li m'hemm assolutament l-ebda effett fuq il-provvista tad-dawl.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Lawrence Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar barra minn Malta minn uffiċjali fid-dikasteru tal- Ministru għall-Politika Soċjali bejn l-10 ta' Settembru u s-7 ta' Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2454.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-ħlasijiet li saru lid-ditta Megabyte mill- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn l-1993 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2442.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Kopja ta' pjanta li tindika barriera f'Birguma, limiti tan-Naxxar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2414.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA - ESTIMI ĠENERALI 1999", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "L-ordni għall-Kumitat ġiet moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitat, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-voti tal-ministeru għall-ambjent.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skond il-Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall- gvern.", "Issa nitlob lill-Ministru għall-Ambjent biex iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, nipproponi:", "VOT 33 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,822,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT 34 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,435,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "VOT VI - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,263,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Chairman, nipproponi li:", "VOT 33 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm 10,479\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm 10,478\".", "Delete the figure \"Lm 10,479\" and substitute therefor the figure \"Lm10,478\".", "Mr Chairman, illum se niddiskutu l-ministeru għall-ambjent, framment żgħir ta' dak li qabel kien il-ministeru għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni.", "Jekk wieħed jara l-mission statement ta' dan il-ministeru għall-ambjent, fost affarijiet oħrajn isib li dan il-ministeru għandu l- funzjoni:", "\"to provide a comprehensive quality service to government in the design and implementation of the infrastructure works and projects ...\"", "- dan qed nikkwotah mill-estimi, li jsemmu wkoll diversi proġetti li għal din is-sena se jingħataw attenzjoni -", "\"... to manage a strategy regarding collection and disposal of wastes and to provide ways and means for the recycling of wastes into useful products.\".", "F'dan il-mission statement l-ambjent lanqas biss jissemma, imma apparti dan jiena se nitkellem fuq il-ħames oqsma li jaqgħu taħt dan il-ministeru.", "Żgur li wieħed mill-aktar oqsma importanti huwa dak ta' l-infrastruttura.", "Issa jiena ma nistax nifhem, Mr Chairman, kif dan irid ikun il-ministeru li jara li l-gvern ikollu servizz infrastrutturali ta' kwalita' meta ħafna mis-servizzi infrastrutturali lanqas biss huma fir-responsabbilta' tiegħu.", "Issa jekk hemm servizz infrastrutturali li jekk mhux se nieħdu ħsiebu se jkun fattur li permezz tiegħu se nibdew nillimitaw l-iżvilupp, dan appuntu huwa dak tat-toroq.", "Il-bieraħ il-ministru għat-trasport u komunikazzjoni qal li ħadd ma tkellem fuq it-toroq, li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu.", "Fir-realta' ħadd ma tkellem fuq it-toroq għar-raġuni li aħna jidhrilna li t-toroq għandhom jaqgħu taħt il-ministeru għall-ambjent u mhux taħt il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Dan il-ministeru qiegħed jgħid illi huwa responsabbli għas-servizzi infrastrutturali kollha u billi t-toroq huma servizz infrastrutturali jiena se ngħid kelmtejn fuq it-toroq ukoll.", "F'Ottubru ta' l-1996, Gvern Laburista ġdid sab li fid-dipartiment tat- toroq ma kien jeżisti xejn.", "Kien hemm direttur, li kien perit, u l-istaff tiegħu imma ma kien hemm set-up ta' xejn u din is-sitwazzjoni aħna ridna nirranġawha.", "Analizzajna s-sitwazzjoni u ma domniex biex iddeċidejna li nġibu l-expertise neċessarju minn barra l-pajjiż.", "Fil-fatt ħriġna call for applications u ġew ingaġġati konsulenti Ġermaniżi sabiex jistudjaw is- sitwazzjoni u jagħtu struzzjonijiet lill-istudenti fl-universita' biex fil- futur ma jkollniex għalfejn nibqgħu niddependu dejjem fuq il-barrani.", "Kellhom ukoll id-dover li fl-aħħar nett jgħinu lid-dipartiment tat-toroq.", "Waħda mill-affarijiet illi dawn il-konsulenti riedu jagħmlu kienet illi jipprovaw jaraw, b'mod prioritarju, x'inhuma dawk l-azzjonijiet l-aktar importanti li jridu jittieħdu f'dan il-qasam.", "Dawn l-esperti ngħataw l- inkarigu sabiex, fost affarijiet oħrajn, iħejju master plan għat-toroq.", "Dawn bdew ix-xogħol u għamlu rapport inizjali li ġie diskuss f'konferenza - \"The Road Ahead\" - li saret f'Ġunju ta' din is-sena.", "Għal din il- konferenza attendew entitajiet u setturi li huma interessati f'din il- materja.", "Mhux biss attendew il-periti u n-nies tad-dipartiment imma attendew ukoll il-kuntratturi, il-kunsilli lokali, it-traffic control board u dawk kollha li b'xi mod jew ieħor seta' kellhom xi input f'dan il-qasam tant essenzjali għal pajjiżna.", "U mid-diskussjoni ħarġet l-idea li jitwaqqaf steering committee.", "Dan twaqqaf u fil-fatt semmejnih the road ahead steering committee, li kellu jaħdem fuq il-preparazzjoni ta' dan il- masterplan.", "U waħda mill-ideat li ħarġet dakinhar kienet li apparti l- bżonn li jsir masterplan, kien hemm ukoll il-bżonn li titwaqqaf awtorita' tat-toroq.", "F'din il-materja hemm ħafna partijiet interessati - hemm il- pulizija, hemm it-traffic control board, hemm il-planning authority, id- dipartiment innifsu, il-users, il-kunsilli lokali - u għalhekk inħass il- bżonn li jkun hemm xi ħaġa ċentrali li tiġbor lil kulħadd flimkien.", "Waqt din il-konferenza wkoll ġew identifikati ħames oqsma importanti li għandhom jiġu ndirizzati.", "L-ewwel qasam huwa d-disinn, il-metodu u materjal użat fil-kostruzzjoni tat-toroq; it-tieni qasam huwa s-sigurta' fit-toroq; it-tielet qasam huwa dwar il-programm ta' preventive maintenance; imbagħad kien hemm l-oqsma tat-taħriġ u tal-ħaddiema f'dan is-settur.", "Twaqqfu ħames working groups biex jaraw dawn is-suġġetti u biex il-konklużjonijiet tagħhom jiġu integrati fil-masterplan.", "Issa wara li sar dan ix-xogħol kollu, jiddispjaċini nisma' lill-Ministru Ċensu Galea jgħid li x-xogħol fuq il-masterplan waqa' lura.", "Sinċerament nittama li din l-inizjattiva - u jiena ngħid l-ewwel inizjattiva serja li qatt saret f'dan ir-rigward f'pajjiżna - titkompla bl-impenn li hemm bżonn.", "Irrid ngħid ukoll li matul ix-xhur li għaddew Gvern Laburista ħa ħsieb biex diversi toroq jiġu rranġati.", "Aħna ma qgħadniex nistennew illi jsir il-masterplan biex nagħmlu dan u apparti t-toroq li ġew ittrattati, saru diversi studji u ħarġu tenders li anke ġew aġġudikati.", "Fost oħrajn ġiet aġġudikata t-tender ta' Mdina Road, Qormi.", "L-inqas offferta jidhirli li kienet tlaħħaq il- Lm1.3miljun imma sal-lum ix-xogħol fuqha għadu ma bediex.", "Saru wkoll xogħlijiet f'areas residenzjali, per eżempju, fil-Qajjenza f'Birżebbuga, f'Ħal Farruġ f'Ħal Luqa, f'Tal-Ħofra Ħaż-Żabbar, HOS phase 3 f'Ħad-Dingli u f'ħafna postijiet oħrajn.", "Dawn l-areas kienu ilhom għal snin twal jibku sabiex isirulhom it-toroq.", "Inżid ngħid illi għal din is-sena u għas-sena d- dieħla kellna ppjanat illi fis-settur tat-toroq, bħala Gvern Laburista, konna se naqbdu nagħmlu t-tieni parti ta' Żabbar Road, dik il-parti msejħa Hompesch Road; konna se nagħmlu t-triq li tagħti mill-airport għall- freeport u konna se nagħmlu wkoll Psaila Street.", "Fil-fatt għall-ewwel parti ta' Psaila Street ħarġet it-tender u anke ġiet aġġudikata.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hi li hekk kif ħa l-inkarigu tiegħu, il-Ministru Ċensu Galea qal li s-sena d-dieħla jridu jiġu rranġati 76 kilometru ta' toroq.", "Jiena għidt li biex tirranġa 76 kilometru ta' toroq bis-serjeta' il-Bambin biss jaf xi spiża trid tagħmel!", "Effettivament fil-budget dan in- numru naqqsuh ftit u mis-76 kilometru li qal li jrid jirranġa l-ministru nżilna għal 75 kilometru, xorta medda ġmielha.", "Il-budget ta' din is-sena għat-toroq huwa ta' Lm6 miljun pero' minn dak il-budget kollu - kontra dak li ntqal fuq xi mezzi tax-xandir - kulma se jintnefaq biex effetivament nirranġaw it-toroq arterjali u distributorji huwa Lm1.8 miljun.", "U jiena ngħid: B'Lm1.8 miljun se tagħmel 75 kilometru ta' toroq?", "Jew se nerġgħu mmorru lura għas-sistema tal-patching?", "Għax hekk donnu li se nagħmlu, Mr Chairman.", "Din diġa' rajniha fit-Triq tas-Salini f'San Pawl il-Baħar.", "Din diġa' qalgħuha xi tliet darbiet imma biex tirranġaha darba għal dejjem dik it-triq trid taqlagħha mill-qiegħ.", "Jiġifieri meta tgħid li se tieħu ħsieb 75 kilometru ta' toroq arterjali b'Lm1.8 miljun tkunu qed tidħak bin-nies.", "Mdina Road weħidha - żgur ma fihiex 75 kilometru! - se tiġi tiswa' Lm1.3 miljun u niddubita hemmx kilometru tul.", "Allura kif se titratta 75 kilometru b'somma ta' Lm1.8 miljun?", "Mr Chairman, hawn jidher ċar li jew il-ministru huwa informat ħażin jew inkella dak li qed jgħid mhux qed jingħad in good faith.", "U meta ngħidu dawn l-affarijiet inkunu qed indaħħqu n-nies bina.", "Ara taħt Gvern Laburista ta' qabel, aħna kellna ħsieb dwar kif nistgħu nsibu l-fondi neċessarji sabiex it-toroq nirranġawhom.", "Aħna konna qed ngħidu li l-fondi kbar - u biex tirranġa t-toroq trid madwar Lm100 miljun - inġibuhom mill- privatisation.", "Fis-sena li għaddiet tajna persentaġġ mis-somma li ddaħlet mill-privatisation sabiex ngħinu lill-industriji ż-żgħar; din is-sena kellna l-ħsieb li dawn imorru towards social programmes partikolari; u s- sena ta' wara kellna l-ħsieb li dawn imorru għat-toroq.", "Min-naħa ta' dan il- gvern la fil-budget, la mill-Ewropa u minn imkien ma rajna xi somma li b'xi mod tista' tindikalna li se tintuża biex nirranġaw it-toroq.", "Wara li għamilt din in-naqra ta' introduzzjoni fuq it-toroq, Mr Chairman, nixtieq nitkellem fuq xi diparimenti li saru fi żmien Gvern Laburista sabiex jgħinu ħalli x-xogħol fit-toroq isir b'ħafna aktar serjeta'.", "Naħseb li wieħed mill-aktar dipartimenti importanti li sal-lum għadhom taħt il-ministeru ta' l-Onor.", "Francis Zammit Dimech huwa l-co-ordination unit.", "Dan il-unit sar sabiex qabel ma jsir xi xogħol x'imkien jaraw jekk hemmx xi problemi ta' utilities li jkunu għaddejjin minn taħt wiċċ it-triq - id-drenaġġ, l-ilma, l-elettriku, it-telephone u l-Melita cable - kif ukoll jaraw jekk hemmx problemi ta' għarar f'dik l-area partikolari.", "Fi kliem ieħor dawn jistudjaw is-sitwazzjoni u mbagħad jippermettu li x-xogħol isir.", "Mal-bidla tal-gvern, dan il-co-ordination unit ma baqax jintuża aktar.", "Issa dan il-co-ordination unit kien effettiv għax mis-670 triq li kkordinaw, triq waħda biss kellha bżonn terġa' tinqala' minħabba servizzi.", "Issa ġie l-ministru u qalilna li diġa' kellna każ fejn għaddejna s-servizzi infrastrutturali u rġajna qlajna t-triq.", "Mhux bilfors!", "Jekk ma tikkordinax l-affarijiet hekk se jibqa' jiġri.", "U jiena nappella lill-Ministru Zammit Dimech biex dan il-co-ordination unit jagħti kasu.", "Il-ħsieb tagħna għal dan il-co-ordination unit kien aktar 'il bogħod minn hekk.", "Il-ħsieb tagħna kien li ultimately dan il-unit iwassal biex tinħoloq geographical information system biex aħna nkunu nafu xi jkun hemm qabel ma naqilgħu triq.", "Għamilna unit ieħor fi ħdan id-dipartiment tal-bini u inġinerija, li wkoll jaqa' taħt l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, fuq strutturi u inġinerija ċivili.", "Lil dan il-unit tajnih l-inkarigu partikolari li jara kemm għandna bridges u jagħmel evaluation report fuqhom.", "Dawn huma bridges pubbliċi u jintużaw il-ħin kollu min-nies.", "Dawn kellhom jaraw fejn hemm il-ħsarat ħalli nibdew nirranġawhom.", "Fil-fatt il-ħsarat li qed nirranġaw f'dawn il- bridges bħalissa kollha ġew skoperti minn dan il-unit.", "Dan il-unit huwa mmexxi mill-Perit Oliver Debono.", "Lil dan u lin-nies li ħadmu fil-co- ordination unit, fost l-oħrjan lill-Eng.", "Frederick Azzopardi u lill-Eng.", "Vince Borg, nirringrazzjahom ta' l-impenn li wrew sabiex l-affarijiet isiru bis-serjeta'.", "Qabel ma kellna dan il-unit lanqas biss kellna record dwar fejn qegħdin il-bridges, aħseb u ara kemm konna nafu f'liema kondizzjoni kienu qegħdin!", "Ħaġa oħra li għamilna kienet unit għall-manutenzjoni ta' toroq arterjali u distributorji.", "Dan il-unit kien immexxi mis-Sur Dennis Grech u jiena nirringrazzjah ukoll tal-ħidma li ta.", "Xogħlu dan il-unit kien li jieħu ħsieb ċerti affarijiet li qabel bilfors ridna nagħtuhom lil kuntratturi privati bħal, per eżempju, biex nibnu triq jew biex inwaħħlu crash barrier.", "Nista' ngħid li llum il-ġurnata għandna l-equipment neċessarju u dawn l- affarijiet jagħmluhom in-nies tal-gvern.", "Meta l-ġimgħa li għaddiet staqsejt lill-Onor.", "Ċensu Galea għaliex dawn l-affarijiet qed jerġgħu jagħmluhom bil-kuntrattur, il-ministru rrispondieni li n-nies tal-gvern m'għandhomx il- ħin jagħmluhom.", "U ħallina!", "Dawk ma tajtuhomx lin-nies tal-gvern għax hekk jaqbel.", "In-nies tal-gvern kapaċi jagħmluh dan ix-xogħol u jekk aħna m'għamilna xejn fi 22 xahar, erġajna tajna x-xogħol lin-nies tal-gvern u dawn taw xhieda li kapaċi jagħtu l-frott meta tpoġġilhom sfida quddiemhom.", "Fost affarijiet oħrajn in-nies tal-gvern għamlu t-Triq tal-Ġnejna weħidhom.", "Din hija triq twila kilometru, komplikatissima, mibnija bil-konkos u kien dan il-unit li għamilha.", "Unit ieħor li għamilna u li għandu konnessjoni mat-toroq hu l-istorm water systems maintenance unit tas-Sur Joe Farrugia, li nirringrazzjah ukoll.", "Dan kien ċertament unit bżonjuż għax waħda mill-problemi kbar li għandna hi l-ħsarat li jiġru meta l-ilma tax-xita ma jiġix drained tajjeb.", "Jekk ikollok xi crack fit-triq jidħollok l-ilma, jherrilek il-pedament, it- triq tinżel u aktar ma jgħaddi żmien aktar tikber il-ħsara.", "Naturalment dan il-unit li jieħu ħsieb l-istorm water ma jeħux biss ħsieb il-culverts imma jieħu ħsieb il-qafas kollu u dan kien importanti li nagħmluh.", "Aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-ilma - hawnhekk forsi niddevja ftit - li jiġina tant għoli biex nipproduċuh, ma neħdux ħsiebu.", "L-ilma li jiġina b'xejn mis-sema u jaqa' fit-triq inħalluh sejjer il-baħar, mentri jekk aħna kapaċi naqbduh dan inkunu nistgħu nużawh, apparti li nevitaw ħsarat fl- infrastruttura u fil-proprjeta' ta' terzi u anke kultant nevitaw li xi ħadd jitlef ħajtu.", "U allura aħna ħassejna l-bżonn ta' masterplan fuq l- istormwater ħalli naraw kif se nittekiljaw din il-problema b'mod ħolistiku.", "Fil-fatt ġie nkarigat il-Perit Philip Grech sabiex jagħmel dan il- masterplan u kien qed ikun supervised mill-periti diretturi tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, il-Perit Amadeo Mifsud u l-Perit Joe Degaetano.", "Lil dawn in-nies nirringrazzjahom ukoll għall-ħidma tagħhom.", "Fl-istess waqt kellna unit ieħor li kien qed jimplimenta ċerti xogħlijiet huwa.", "U l-akbar proġett kien appuntu l-proġett li sar ġewwa Wied is-Sewda, fl-area ta' Tal-Ħlas ġewwa Ħal Qormi.", "Hemmhekk kellek problema fejn kull meta tagħmel ix-xita jegħreq kulħadd.", "Illum-il ġurnata hemmhekk sar proġett fejn ġie mnaddaf il-wied.", "Dan qed jitkompla - u jien nieħu pjaċir nara li dan ix-xogħol qed jitkompla anke taħt din l-amministrazzjoni - u bħalissa qed isir bridge ġdid ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau biex l-ilma jgħaddi aħjar u b'hekk nevitaw ċerti ħsarat.", "Il-Ministru Zammit Dimech qal li f'Birkirkara saru l-expropriations sabiex tinfetaħ it-tarf ta' Cane Street, biex ma jibqax ikun hemm blockage għall-ilma.", "Din naturalment hija parti mis-soluzzjoni.", "Il-ministru tkellem ukoll fuq it-tarf ta' Birkirkara Road, San Ġiljan, fejn qed issir tunnel sabiex jiġi drained l-ilma tax- xita li joħloq inkonvenjent.", "Dawn huma proġetti maħsuba fi żmien Gvern Laburista - u nista' ngħid li ħarġu t-tenders għalihom - u huwa tajjeb li jitkomplew minn dan il-gvern.", "Jiena nieħu pjaċir li affarijiet bħal dawn jitkomplew għax ma jistax ikun li kull meta jinbidel il-gvern inwaqqfu kollox u nerġgħu nibdew mill-ġdid, u huwa importanti li dan il-unit ikompli jaħdem.", "Infakkar li matul is-sena 1998, il-unit ta' l-istorm water nefaq aktar minn Lm1 miljun biex għamel madwar sitt kilometri ta' culverts.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi ta' din is-sena għal dan ix-xogħol isib allokazzjoni ta' somma flus relattivament baxxa ħafna.", "Jien nittama li jinstabu l-flus ħalli dan il-unit jibqa' jaħdem ħalli jkun jista' jkompli jgħin biex tissolva din il-problema.", "Fuq il-bankijiet ta' l-esperti qed nara wkoll lill-Perit Robert Musumeci, li kien il-persuna li ħadem ħafna fuq il-proġett tal-flood relief ġewwa Ħal Qormi.", "Jiena nirringrazzjah tax- xogħol li għamel hemmhekk ukoll.", "La qed nitkellmu fuq l-ilma rrid insemmi xi ħaġa wkoll fuq id-drenaġġ.", "Aħna kellna l-ħsieb - kif naħseb ukoll kellha fil-ħsieb tagħha l- amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel - li d-dipartiment tad-drenaġġ jiġi jagħmel parti mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.", "Aħna rridu li jkollna entita' waħda responsabbli għas-sorsi kollha ta' l-ilma u konna bdejna diskussjonijiet f'dan is-sens.", "Hawnhekk qed nara lill-Perit Kevin Gatt, li kien involut ħafna - illum huwa l-personal assistant tal-Ministru Zammit Dimech - u nirringrazzjah ukoll tal-ħidma tiegħu fis-snin li għaddew sabiex aħna naraw kif se ninfilsaw lid-dipartiment tad-drenaġġ mal-WSC.", "Ovvjament kien hemm il-problemi għax ma ridniex li korporazzjoni mgħobbija b'piżijiet finanzjari kbar inkomplu ngħabbuha b'dipartiment li forsi fih ħafna nies żejda.", "Fil-fatt qabbadna lill-MEU biex tagħmel studju tal- manpower li kien hemm fid-dipartiment tad-drenaġġ ħalli naraw kif dan jista' jiġi taken over mill-WSC.", "Ridna nagħmlu hekk għax aħna nemmnu li l- ilma kollu għandu jiġi handled minn korporazzjoni waħda.", "Ultimately irridu naslu f'sitwazzjoni li d-drenaġġ kollu nittrattawh u s-second class water li nipproduċu tkun responsabbli għalih korporazzjoni waħda.", "Diġa għaddejna l-istrument legali biex nagħmlu dan possibbli.", "Suppost li l-Koporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hija responsabbli għal dak l-ilma li joħroġ meta nittrattaw id-drenaġġ u allura l-pass li jmiss kellu jkun li naraw kif bil- mod il-mod se nressquhom lejn xulxin.", "Jiena ngħid li anke hawnhekk bqajna għaddejjin bix-xogħol fuq il- masterplan tad-drenaġġ, li kien inbeda taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.", "Matul is-sena li għaddiet spiċċajna x-xogħol fuq it-tkabbir ta' l-impjant ġewwa Sant'Antnin u lestejna x-xogħol fuq l-outfall ta' Wied Għammieq, kif ukoll ta' Ras il-Ħobż.", "Dawn huma kollha parti mix-xogħol tal-masterplan li kien hemm prevvist li jrid isir.", "Tajna wkoll it-tender u beda x-xogħol ta' konsulenza fuq il-proċess li jrid isir għan-naħa ta' fuq ta' Malta, fejn tidħol is-sistema tad-drenaġġ.", "Dawn huma affarijiet li jridu jsiru b'ċertu sens.", "Jien nittama li din l-amministrazzjoni tkompli fuq dak li konna bdejna aħna, ċioe' li ultimately d-dipartiment tad-drenaġġ jifforma parti mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ħalli permezz ta' hekk verament inkunu f'pożizzjoni li f'pajjiżna nużaw l-ilma b'mod mill-aktar effiċjenti.", "Wara li tkellimt fuq l-iskart likwidu, ngħaddi biex nitkellem ukoll fuq l-iskart solidu.", "Bħalma t-toroq huma fattur li jista' b'xi mod jillimita l-iżvilupp, fattur ieħor ambjentali li jista' jillimita l-iżvilupp huwa l-iskart solidu.", "Irridu nibdew naraw x'se nagħmlu bl-iskart solidu għax din hija problema li ilna nitkellmu ħafna fuqha.", "L-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996, taħt Dr. Stanley Zammit, kienet għamlet xi studju fuq il- waste; sar studju ieħor mis-CABE, l-advisory council fuq l-ambjent li kien twaqqaf taħt Gvern Laburista; u issa smajt lill-Ministru Zammit Dimech jgħid li se jsir studju ieħor dwar x'se nagħmlu bl-iskart.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin hekk għax saru biżżejjed studji u hemm bżonn li nieħdu azzjoni.", "Aħna fil-limitazzjoni taż-żmien li kellna bħala amministrazzjoni Laburista konna bdejna nieħdu ċertu tip ta' azzjoni.", "L-ikbar problema ambjentali maħluqa mill-iskart tinstab ġewwa l-Magħtab, fejn għandek eyesore enormi, apparti perikli għas-saħħa tal-bniedem u affarijiet bħal dawn.", "Aħna konna għidna: Ejja naraw naqra x'qed jidħol il-Magħtab u sibna li 85% mill-iskart ġej mill-industrija tal-bini.", "Minħabba f'hekk ippjanajna li nagħmlu target għal dan it-tip ta' skart.", "Konna għamilna diversi laqgħat ma' dawk kollha li kienu interessati fil- materja - kien jattendi wkoll l-Onor.", "Alfred Sant, bħala prim ministru, u konna naraw x'soluzzjonijiet jeżistu sabiex din il-problema nippruvaw nittekiljawha - u konna wasalna sabiex bħala soluzzjoni short to medium term konna qed nippruvaw insibu sites oħrajn fejn jista' jintefa' l-iskart mill-industrija tal-bini.", "Fil-fatt konna wasalna għal sistema fejn barrieri li ma jintużawx ikunu jistgħu jiġu lliċenzjati sabiex fihom jintrema l-iskart mill-industrija tal-bini.", "Konna daħħalna wkoll charge fuq l-iskart li jidħol ġewwa l-Magħtab.", "Din għamilniha mhux biex niġġeneraw xi revenue partikolari imma biex dak li jkun jibda jifhem il-kunċett tal- polluter pays, li bniedem irid iħallas tal ħmieġ li jaqla'.", "U naħseb li dan il-pass kien effettiv għax l-ammont ta' skart li beda jiddaħħal ġewwa l- Magħtab naqas.", "Aħna ma konniex kuntenti b'daqshekk għax ridna nħarsu lejn skemi oħra aktar long term.", "Fil-fatt għidna li waħda mill-ideat li nistgħu nistudjaw hija jekk l-iskart li jiġi mill-industrija tal-bini nistgħux nużawh biex nirreklamaw l-art.", "Għamilna working group żgħir - fih kien hemm il-Perit Charles Cassar, li qed narah hawnhekk quddiemi, u nirringrazzjah tal-ħidma tiegħu, il-Perit Griscti Soler, il-Perit George Buhagiar u naturalment id- direttur ġenerali - u dan il-kumitat għamel rapport, li kien għadu fil-fażi conceptual, ta' x'jista' jsir bl-iskart ta' l-industrija tal-bini sabiex dan nagħmlu land reclamation bih.", "Nittama li dan il-gvern ikompli jħares lejn din l-inizjattiva biex forsi nippruvaw nibdew insolvu din il- problema.", "Skart ieħor li wkoll ħadna azzjoni fuqu kien l-iskart organiku, l-iskart li ġej mid-djar.", "Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel kienet saret composting plant li qamet il-miljuni tal-liri imma li ma setgħetx tintuża għax kellha proċess difettuż li jħalli ħafna rwejjaħ fl- area ta' Wied il-Għajn u anke fiż-Żejtun.", "Aħna rajna xi stajna nagħmlu biex dan l-impjant jaħdem aħjar u nkarigajna lis-CABE sabiex tħares lejn is- soluzzjonijiet diversi.", "Kuntrarjament għall-pariri li kellu Gvern Nazzjonalista, fejn kien qed jgħidilna li biex nirranġaw dan l-impjant irridu nonfqu miljuni kbar ta' liri, dawn ġew b'soluzzjoni li kienet tinvolvi investiment relattivament żgħir ħafna.", "Fil-fatt aħna bdejna nħaddmu din is-sistema b'mod sperimentali sa Ġunju li għadda, u din tat riżultati tajbin għax l-irwejjaħ li kien jiġġenera l-composting plant naqsu ħafna.", "Illum, jekk taqra l-gazzetti, ftit li xejn għadek tisma' lmenti fuq din il-ħaġa.", "U hawnhekk nixtieq nirringrazzja wkoll, bħalma rrangrazjajt lil ħaddieħor, lid-direttur, is-Sur Vince Magri, li tant għen sabiex din is- sistema titħaddem tajjeb.", "Jiġifieri hemmhekk imxejna fid-direzzjoni t-tajba u nittama li dan il-gvern ikompli fuq dawn il-passi.", "Aħna kellna l-ħsieb li naraw x'possibbilta' hemm li din is-sistema ta' composting tiġi wkoll mifruxa ma' naħat oħra tal-pajjiż bħal, per eżempju, ġewwa Għawdex.", "Nittama li dawn it-tip ta' ħsebijiet wieħed jista' jkompli fuqhom.", "Pero' waħda mill-aktar affarijiet importanti li inti trid tagħmel jekk trid li jkollok kompost ta' kwalita' tajba hija li l-iskart li jinġabar mid-djar jiġi separat.", "Qabel ma ndaħħlu l-kultura tas-separazzjoni ta' l-iskart organiku mill-iskart inorganiku mhux se jkollna kompost ta' kwalita' tajba biżżejjed.", "Kienet bdiet kampanja, li fl-opinjoni tiegħi ma kenitx saret b'impenn biżżejjed mill-Gvern Nazzjonalista ta' qabel, u bħalu Gvern Laburista għamilna trial f'żewġ villaġġi f'Malta - Pembroke u Marsascala - fejn anke tpoġġew skips differenti għal tipi ta' skart differenti.", "Aħna nittamaw li dan il-gvern jibqa' għaddej bl-impenn neċessarju sabiex infehmu lin-nies l-importanza li l-iskart jiġi mifrud.", "Wara li tkellimt fuq l-iskart irrid nitkellem fuq l-indafa ġenerali.", "Pajjiżna huwa ġojjell imma jiddispjaċini ngħid li huwa ġojjell maħmuġ.", "Bil- kemm tista' ssejjaħlu ġojjell bil-ħmieġ li fih!", "Dan qisek għandek ġojjell b'ħafna tajn miegħu u qatt ma tarah ileqq.", "U din hija problema li donnha hija ta' kulħadd.", "Kienet problema ta' Gvern Laburista u hija problema ta' dan il-gvern ukoll.", "Jiena qrajt id-diskors li għamel il-Ministru Zammit Dimech, fejn qal li se nibdew nagħmlu clean-up campaign, u qal li jittama li sa nofs Diċembru nkunu wasalna biex inkunu naddafna Malta kollha.", "Ma nafx jekk bdietx din il-campaign imma jekk bdiet żgur li ma spiċċatx għax Malta għadha maħmuġa!", "Barra din il-kampanja l-ministru semma ħaġa oħra li hija interessanti, meta qal li hemm bżonn li nagħmlu struttura li permezz tagħha nkunu nistgħu nnaddfu kontinwament, u naħseb li din hija idea tajba.", "Hija xi ħaġa li ppruvajna anke aħna bħala Gvern Laburista, kellna programm imsejjaħ \"Embellish Malta Campaign\" - nammetti li ma kienx ħadem daqskemm xtaqna aħna - u nittama li dan il-gvern ikollu suċċess għax hija xi ħaġa li f'pajjiżna verament għandna bżonn.", "Għandna bżonn li l-pajjiż nidraw inżommuh nadif u nimpenjaw ruħna biex bis-serjeta' nżommuh nadif.", "Ladarba qed nitkellmu li nżommu pajjiżna sabiħ u nadif, ngħaddi issa għal suġġett ieħor.", "Gvern Laburista kien ħa tliet inizjattivi sabiex isebbaħ pajjiżna.", "Kellna l-proġetti ta' embellishment f'diversi areas, kellna l-proġetti tal- parks u kien hemm inizjattiva li kienet ittieħdet qabel u li bqajna għaddejna biha aħna, dik tar-rehabilitation committees għaċ-ċentri storiċi u urbani.", "Hemm bżonn li dan il-ministeru jara kif jiżviluppa l-potenzjal li għandhom ċerti areas.", "U dan kien l-embellishment project li beda jagħmel Gvern Laburista.", "Aħna ridna naraw kif se nsaħħu l-potenzjal turistiku u kummerċjali li għandhom diversi areas.", "Kif taf din il-Kamra, l-ewwel proġett ta' embellishment li tlaqna fuqu kien appuntu dak ta' Buġibba.", "Dan kien proġett li kellu suċċess kbir, grazzi għal kull min ħadem fuqu, mid- direttur ġenerali 'l isfel.", "Fuq dak il-proġett kellna ħafna ħaddiema tal- gvern impenjati, u lil dawn, inkluż lid-diretturi, nirringrazzjahom kollha.", "Dawn il-ħaddiema wrew biċ-ċar li meta jridu jaħdmu dawn kapaċi jaħdmu u jagħtu xogħol ta' kwalita'.", "F'dan il-proġett aħna kellna l-ħsieb li nkunu kapaċi nagħmlu embellishment f'public areas, b'mod partikolari l- promenades, u noħolqu firda fiżika bejn il-karozzi u l-pedestrians.", "Ridna li l-pedestrians li jimxu mal-promenade ma jitħalltux mal-karozzi.", "Fil-fatt fl-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba għamilna upgrading fil-promenade, għamilna improvement fl-aċċess għal Buġibba, ħloqna l-car parks fejn il- karozzi setgħu jipparkjaw flok jibqgħu deħlin fiċ-ċentru ta' Buġibba u ħloqna anke area pedonali fejn in-nies jistgħu jimxu mingħajr ma joqogħdu jħabblu moħħhom għax jaqilgħu xi daqqa ta' karozza.", "Illum il-ġurnata l- proġett sar u naħseb kulħadd japprezza li kien suċċess.", "Din is-sena konna aktar ambizzjużi u mill-proġett ta' Buġibba morna biex nagħmlu l-proġett tan-naħa t'isfel ta' Malta, li kien jikkonsisti f'Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa.", "Dħalna bl-istess impenn għax- xogħlijiet imma din id-darba batejna aktar għax ir-riżorsi li kellna bħala dipartiment kienu spread ħafna.", "Qabel kienu kkonċentrati fuq area waħda, dik ta' Buġibba, imma mbagħad iffokajna fuq tliet lokalitajiet u allura konna stretched ħafna aktar.", "Imma minkejja dan u minkejja li l-impenn xi ftit jew wisq kien affettwat mis-sitwazzjoni politika li kien hemm dak iż- żmien, il-proġetti saru u saru tajjeb.", "Per eżempju, jekk wieħed jieħu l- proġett ta' Birżebbuga, x'kienet l-akbar problema?", "Il-problema ta' Birżebbuga kienet li l-promenade kien jasal sal-bajja ta' San Ġorġ u n-nies li joqogħdu l-Qajjenza, apparti l-istat diżastruż tat-toroq tal-madwar, ma kenux jiffurmaw parti minn Birżebbuga.", "Aħna ridna nsibu mezz kif effettivament u fiżikament ir-residenti li jiffurmaw il-komunita' tal- Qajjenza, li tifforma parti integrali minn Birżebbuga, ikunu jistgħu jgħaddu min-naħa għall-oħra mingħajr ma jkollhom għalfejn jaqsmu dak il- barrier fiżiku li kien ġej mill-mod kif kienu laid out it-toroq u l- promenade.", "Fil-fatt dik kienet xi ħaġa li solvejniha, bħalma għamilna f'xogħlijiet oħra ġewwa Marsascala.", "L-istess, ġewwa Marsascala għamilna upgrading tal-promenade u din id-darba, bħalma għamilna wkoll ġewwa Birżebbuga, għamilna wkoll upgrading ta' areas residenzjali.", "Ġewwa Marsaxlokk ridna noħorġu l-karattru ta' fishing village.", "Jidhirli li x- xogħol li sar kien tajjeb - għad fadal ħafna x'isir - u nittama li s-sena d- dieħla jitkompla x-xogħol fuq phase 2 tas-south.", "Fost l-aktar biċċiet ta' xogħol importanti hemm ix-xogħol li jrid isir ġewwa Marsascala biex jinstab aċċess differenti għall-karozzi.", "F'Birżebbuga kellna proġett b'tema arkeoloġika, li kien jgħaqqad Borġ in-Nadur ma' Għar Dalam.", "Konna bdejna nagħmlu l-preparazzjonijiet għas-sena d-dieħla għall-proġett ta' embellishment li ridna nagħmlu fl-area ta' Paceville, San Ġiljan u Tas- Sliema.", "Anke dwar dik l-area konna bdejna d-diskussjonijiet u nispjega daqsxejn kif konna nagħmlu l-affarijiet.", "Wara li nagħmlu target ta' l- area fejn ikun se jsir il-proġett, konna nagħmlu laqgħa mal-kunsill jew kunsilli lokali involuti, dawn jgħidulna x'inhuma l-problemi li jaħsbu li hemm fir-raħal tagħhom, minn hemm nippruvaw noħorġu s-soluzzjonijiet, dawn is-soluzzjonijiet jiġu esposti għall-pubbliku, issir diskussjoni wiesa' bejn kulħadd, il-pjanti jiġu rranġati abbażi ta' dik id-diskussjoni, jiġu sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jsir ix-xogħol.", "Dan il-mudell konna nużawh għall-proġetti kollha u nittama li dan il-proċess jibqa' jsir.", "Irrid ngħid ukoll li mhux fis-south u f'Buġibba għamilna proġetti ta' embellishment imma kien hemm proġetti żgħar oħrajn, f'postijiet li forsi m'humiex areas turistiċi imma postijiet imfittxija ħafna mill-Maltin.", "Fost l-oħrajn insemmi l-proġett tal-Ġnejna, waħda milll-isbaħ bajjiet li għandna, u li l-aċċess għaliha kien daqsxejn skabruż.", "Kellna wkoll l-ewwel fażi tal-proġett ġewwa l-bajja tar-Rinella, fil-Kalkara, fejn il-kollega tagħna l-Onor.", "Joe Mizzi kien jgħid li n-nies tal-Kalkara ma kellhomx fejn jgħumu.", "Hemmhekk ukoll ridna nagħmlu proġett għax dik hija l-unika sandy beach li hemm fil-Kottonera.", "Kellna wkoll il-proġett ta' l-area ta' madwar San Anton, li ġie inawgurat mill-Eċċellenza Tiegħu l-President tar- Repubblika.", "L-ewwel ħaġa li kont tara, kif tasal ħdejn il-palazz presidenzjali, kien tal-ġelati u aħna dehrilna li dan mhux xieraq f'pajjiż ċivilizzat.", "Aħna rajna kif għamilna biex f'dik l-area mhux biss inneħħu lil tal-ġelati min-nofs imma nagħmlulha embellishment b'ċerta serjeta'.", "Ngħaddi ftit biex ngħid kelmtejn fuq il-proġett tal-parks nazzjonali.", "Waħda mill-inizjattivi li ridna nieħdu kienet li apparti areas kummerċjali u areas imfittxija mit-turisti, ridna nagħmlu wkoll embellishment ta' areas fejn il-Maltin u l-familji tagħhom jistgħu jikkreaw ruħhom.", "Ridna noħolqu parks fejn wieħed jista' jagħmel dan.", "Rajna x'kien hemm eżistenti.", "Kellna park eżistenti ġewwa Ta' Qali, li kien l-aktar ibbażat fuq attivitajiet sportivi, kellna l-area mmarkata li kellha ssir park ġewwa Delimara, u bħala kontinwazzjoni tal-proġett ta' embellishment ta' Buġibba u l-Qawra, ipproponejna li nagħmlu park fl-area ta' Burmarrad u park ieħor ġewwa l- Kottonera, f'dan il-każ heritage park.", "Meta dħalna għal dan ix-xogħol ma bqajniex inħarsu aktar lejn dawn ix-xogħlijiet bħal qisna se niddisinjaw xi ġnien imma ridna naraw kif se nirriġeneraw l-area involuta.", "Fil-fatt inizjattiva oħra li għamilna kienet li ħloqna environmental planning unit, immexxi mill-Perit George Buhagiar - jiena nirringrazzjah għall-ħidma tiegħu matul ix-xhur li għaddew - li jkun kapaċi jippjana dawn it-tip ta' proġetti b'mod ħolistiku.", "Bħalma kont qiegħed ngħid qabel, kull wieħed minn dawn il-parks kellu tema partikolari.", "Bħalma għidt, il-park ta' Ta' Qali kien aktar immirat lejn faċilitajiet sportivi; il-park ta' Delimara ridnih bħala nature park; u l-park ta' Burmarrad, fejn għandek is-salini, il-baħar u l-wied, fejn jaqa' ħafna ilma, ridna nagħmluh bħala park bit-tema prinċipali ta' l-ilma.", "Kif jaf kulħadd, l-esperti fil-qasam tal-waterscaping huma ċ-Ċiniżi, u jiena nirringrazzja lill-Gvern Ċiniż ta' l-għajnuna li tana sabiex inkunu kapaċi noħolqu ċerti features bl-ilma f'dan il-park.", "Konna bdejna wkoll il- heritage park tal-Kottonera - dan għadu fil-fażi konċettwali - u l-ħsieb kien li ma jibqax ikun hemm żvilupp madwar il-Cottonera Lines u madwar il- fortifikazzjonijiet.", "Jekk ma nagħmlux hekk il-bini jibqa' dejjem jersaq lejn is-swar, anke bir-riżultat li jgħattihom.", "Apparti li nżommu l-bini 'l bogħod, ridna wkoll inkabbru l-potenzjal kbir li għandhom is-swar.", "Il- planners kienu ngħataw brief sabiex jaraw kif jistgħu jagħmlu dan il-park b'mod ħolistiku.", "Fil-fatt dawn ma kellhomx iħarsu biss lejn il-heritage park innifsu imma kellhom iħarsu wkoll lejn l-iżvilupp propost f'dik l- area, ċioe' il-proġett tal-Cottonera waterfront, il-proġett ta' Sant'Anġlu u l-proġett tal-baċir Nru. 1.", "Ħadna diversi inizjattivi sabiex naraw li kemm jista' jkun dan ix-xogħol nagħmluh bin-nies tal-public works.", "Waħda mill-affarijiet li tgħallimna kienet li hemm bżonn li jkollna kontroll aħjar fuq il-mod kif jaħdmu n-nies tal-public works - meta ngħid hekk ma rridx niftiehem li qed nirriferi għall-iskartar, kif semma' ftit tal-jiem ilu l-Onor.", "Zammit Dimech - fuq il-mod kif tara li dawn in-nies jagħtuk xogħol ta' kwalita' tajba, li jkun jiswa' flus daqskemm ikun budgeted u li jwasslulek ix-xogħol fil-ħin ippjanat.", "Konna qed nitkellmu wkoll dwar il-possibbilta' li noħolqu dipartiment li konna qed insejħulu works efficiency department.", "Fil-fatt l- istudju fuqu kien sar mill-management efficiency unit fl-uffiċċju tal-prim ministru u konna wasalna fis-sens ta' struttura.", "Dan il-unit kien maħsub li mhux biss jagħmel monitoring tax-xogħol li jsir mill-ħaddiema tal-gvern imma jagħmel ukoll monitoring tax-xogħol kollu li kellu jsir anke mill- kuntratturi fuq proġetti tal-gvern.", "Aħna dehrilna li fl-aħħar mill-aħħar il-proġetti tal-gvern isiru bi flus il-poplu u huwa bix-xieraq li naraw li dawn il-flus jintnefqu tajjeb.", "Jiena nittama li din l-inizjattiva titkompla anke minn din l-amministrazzjoni.", "It-tielet inizjattiva li kienet baqgħet tiġi mġedda sabiex aħna nirranġaw u nsebbħu pajjiżna kienet dik taż-żewġ rehabilitation committees, dak tal- Belt u dak tal-Kottonera.", "Is-sena li għaddiet, meta jiena kont fuq in-naħa l-oħra bħala ministru, kont għidt li se nippruvaw nagħmlu rehabilitation committee għar-Rabat u għall-Imdina.", "Iż-żmien ma ppermettilniex li nagħmlu dan pero' għallinqas ilħaqna saħħaħna l-qafas ta' dak li kien hemm billi tajna rappreżentanza akbar lil kunsilli lokali fuqhom.", "Dan għamilnieh biex ma jkollniex problemi ta' nuqqas ta' qbil bejn il-kunsilli lokali u l- kumitati nnifishom, imma apparti minn hekk ridna nsaħħuhom ukoll biex jidħlu għal xogħol ta' ċerta entita'.", "Per eżempju, waħda mill-ideat tal- kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kienet li ċ-ċentru kummerċjali tal-belt kapitali ta' Malta jiġi kollu pedestrianised - meta ngħid iċ-ċentru nkun qed nirriferi għat-toroq konfinanti min-naħa waħda minn Merchants Street sa Old Bakery Street, u min-naħa l-oħra minn South Street sa Archbishop Street - bħalma ssib fi bliet oħrajn barra minn Malta.", "Jekk nagħmlu pedestrian areas fiċ-ċentri tal-bliet ewlenin, fejn bniedem ikun jista' jimxi bil-liberta' kollha u mingħajr xkiel, apparti li ovvjament inkunu qed innaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku lil dawk l-areas inkunu qed nagħtuhom ambjent xieraq u adatt.", "Nista' ngħid, Sur President, li fil-każ tal-Belt Valletta konna bdejna b'Zachary Street - hemmhekk barra li ppavimentajna t-triq għamilna ukoll xogħol ta' dawl ġdid - u mbagħad għaddejna biex nagħmlu l-pavimentar ta' Republic Street.", "Fil-fatt ix-xogħol fuq Republic Street kien jikkonsisti f'żewġ fażi, peress li naturalment ma stajniex nibdew il-pavimentar tat- triq qabel ma nibdlu s-servizzi infrastrutturali.", "Dan il-proġett ħa żmien aktar milli kien maħsub għax inqalgħu ħafna problemi.", "Sfortunatament mhux in-negozjanti kollha li joperaw minn Republic Street ikkoperaw mal-gvern, bil-konsegwenza li x-xogħol waqa' lura.", "Issa dan il-proġett jonqsu t-tielet fażi, ċioe' li l-mixegħla tkun tali li tkun tixraq lit-triq prinċipali tal- Belt Valletta u li jiġu mnaddfin il-faċċati tal-ħitan li jagħtu għal fuq it- triq.", "Apparti minn hekk konna qed naħsbu wkoll li matul is-sena d-dieħla nkomplu bil-pavimentar tat-toroq u konna qed naħsbu li nagħmlu dik il-parti ta' Melita Street bejn Zachary Street u Republic Street.", "Apparti minn hekk il-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien involut ukoll fuq proġetti oħrajn li kien qed jipproponi l-gvern u l-ħsieb kien li dan il- kumitat jara li jiġi upgraded id-dħul għal ġol-Belt, mill-Bieb tal-Bombi sal-Belt innifisha.", "Konna qed naħdmu fuq diversi proġetti sabiex dan l- aċċess għall-Belt prinċipali ta' pajjiżna jiġi enhanced.", "Fost il-proġetti li konna qegħdin naħdmu fuqhom kien hemm ukoll il-proġett għal-bus terminus ġdid.", "Dak li għandna llum la jservi għall-passiġġieri u lanqas għax-xufiera u hemm bżonn li jiġi rranġat.", "Kien hemm jaħdem ukoll il-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Kottonera.", "Fl- opinjoni tiegħi l-aktar żewġ proġetti importanti li għamel dan il-kumitat kienu dak ta' Couvre' Porte ġewwa l-Birgu, fejn għandek id-dħul prinċipali għall-belt qadima tal-Birgu, liema area ġiet pavimentata u refurbished, u l- proġett tat-tindif tal-mina ta' Għajn Dwieli.", "Minn din il-mina għandek l- aċċess għal ġol-Kottonera u jiena ċert li din qatt ma tnaddfet mill-gwerra 'l hawn.", "Kienet sewda faħma, tistħi tgħaddi minnha u ma nistax nifhem kif konna qegħdin nippretendu li investituri jersqu lejn il-Kottonera.", "Jiena nittama li jibqgħu għaddejjin b'dan il-proġett ta' tindif.", "Hemmhekk kellu jsir ukoll dawl adattat u pavimentar, jiġifieri kien hemm proġett sħiħ li nittama li jitkompla.", "Ladarba qed nitkellmu fuq ir-restawr ma rridx ninsa nsemmi r-restoration unit fi ħdan il-building and engineering department, immexxi minn żewġ periti żgħar imma kapaċi ħafna, Norbert Gatt u Claude Borg.", "Dawn qed jaħdmu bis-serjeta' sabiex jaraw kif il-patrimonju li għandna jinżamm fi stat tajjeb.", "Anke hemmhekk ħadna l-inizjattiva sabiex inġibu ċertu expertise li ma kellniex u konna għamilna agreement ma' l-Universita' ta' Bologna sabiex jitwaqqaf restoration centre hawn Malta.", "Dawn jgħallmuna kif nieħdu ħsieb il-patrimonju tagħna.", "Huwa dan il-patrimonju li jagħmilna pajjiż u li jagħmilna Maltin u jekk mhux se nagħrfu nieħdu ħsiebu se nitilfu l- indentita' tagħna.", "Aħna fil-pajjiż lanqas għandna inventarju suret in-nies tal-fortifikazzjonijiet tagħna.", "Dawn huma affarijiet li rridu nagħmluhom.", "Issa jiena naf li jqumu ħafna flus u ssemmiet il-figura li hemm bżonn Lm100 miljun sabiex nirrestawraw il-fortifications ta' pajjiżna.", "J'Alla nsibu ż- żejt u nibdew!", "Imma anke jekk ma nsibux iż-żejt għandna bżonn nibdew nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet, għax aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jaqgħu biċċiet.", "Fil-ftit ħin li fadalli rrid nitkellem ukoll fuq il-parti ta' dan il- ministeru li tieħu ħsieb proġetti kapitali.", "Fost il-proġetti li qed jissemmew hemm il-proġett Malta 2000 - jew in-national art centre, kif ipprova jsejjaħlu l-gvern - u l-proġett tas-sea passenger terminal.", "Hemm ukoll il-proġett tal-Cottonera waterfront, għandna l-proġett ta' Manoel Island u Tigne' u mbagħad hemm il-proġett ''Connections'', li jgħaqqadhom ilkoll flimkien.", "Milli stajt nifhem minn intervent li ġie rrapportat li għamel il-ministru jidher li dan se jitkompla wkoll.", "Il-mudell ta' dawn il- proġetti huwa wieħed sempliċi.", "F'pajjiżna għandna proprjeta' li hija mitluqa bħal, per eżempju, Manoel Island, il-Cottonera waterfront jew Pinto Wharf.", "Hemmhekk għandek ħafna bini storiku qed jaqa' biċċiet għax bħala pajjiż qatt ma kellna riżorsi finanzjarji biex inkunu kapaċi nżommu f'kondizzjoni tajba u allura Gvern Laburista kien sab mudell kif filwaqt li dak il-bini jinżamm fi stat tajjeb, nużawh għal xi ħaġa li tagħmel sens.", "U hekk ħarġu dawn il-proġetti.", "Il-mudell huwa sempliċi ħafna.", "Barra li niġġeneraw il-flus għal pajjiżna u nkabbru l-investiment, ridna naraw ukoll li dan il-patrimonju ma jibqax jispiċċa.", "Dan huwa l-kunċett wara dawn il- proġetti u nittama li dan il-kunċett ma jintilifx.", "Xtaqt ngħid kelmtejn ukoll dawn żewġ inizjattivi oħrajn li ttieħdu, Mr Chairman, l-inizjattiva tal-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal- bini, fejn għall-ewwel darba ħloqna organu fejn tista' ssir diskussjoni wiesa' fuq il-bini f'pajjiżna mis-setturi kollha u l-inizjattivi l-oħrajn li għamilna b'mod partikolari dik ta' l-accessibility unit.", "Dan huwa unit fi ħdan il-building and engineering department li jara li l-bini pubbliku jsir aktar aċċessibbli għan-nies b'diżabilita'.", "Mr Chairman, nagħlaq billi ngħid illi r-rwol ta' dan il-ministeru huwa wieħed li jagħti wiċċ ġdid lil pajjiżna.", "Hemm bżonn nibnu Malta ġdida u moderna.", "Il-ministeru jista' jagħmilha din imma jiddispjaċini ngħid li mill- budget li għandna ma tantx jidher li dan se jsir.", "L-ammont ta' flus li hemm ivvotati għall-qasam ambjentali din is-sena naqas b'mod sostanzjali, imma minkejja kollox jiena nawgura lill-kollega tiegħi l-Ministru Francis Zammit Dimech li jkompli għaddej bl-inizjattivi li kienu nbdew tajjeb ħafna mill- amministrazzjoni ta' qabel Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, kif jaf kulħadd illum huwa l-jum dinji ta' l-asthma u propju llum ukoll hija l-ġurnata meta qed niddiskutu l- ambjent.", "Wieħed irid jiftakar li din il-marda hija kkaġunata proprju min- nuqqas ta' tħaris ta' l-ambjent u mit-tinġiż ta' l-arja.", "Jiena naf li l- gvernijiet kollha ppruvaw jagħmlu xi ħaġa u niftakar li qabel ma tela' l- Partit Laburista fil-gvern, Dr Stanley Zammit kien ipprova jagħmel xi ħaġa imma kien hemm min beda jżommu min-naħa tad-dipartiment.", "Meta tela' l- Partit Laburista fil-gvern u kien hemm responsabbli l-Onor.", "George Vella, daħal hu personalment u ra illi jsir studju dwar il-kwalita' ta' l-arja f'diversi zoni.", "Saru anke diskussjonijiet biex ikun hemm tender biex jinxtara makkinarju li jevalwa t-tniġġiż ta' l-arja.", "Fil-fatt f'mistoqsija parlamentari l-ministru kkonferma dan.", "Qed ngħid dan għax waqt li qed niddiskutu dan il-ministeru, ikun tajjeb jekk wieħed jagħti direzzjoni dwar kif l-ambjent se jiġi tackled.", "Ikun tajjeb jekk dan il-gvern jara x'kien qiegħed jagħmel tajjeb il-gvern ta' qablu biex dak it-tajjeb jibqa' sejjer.", "U f'dawn il-ġranet smajt lill- kelliema tal-gvern jgħidu li dan huwa budget li jagħti direzzjoni.", "Jiena nemmen li veru dan il-budget jagħti direzzjoni.", "U x'inhi d-direzzjoni ta dan il-gvern rigward l-ambjent?", "Jiddispjaċini ngħid li m'hu veru xejn li l- ambjent huwa għal qalb dan il-gvern.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax waħda mill-ewwel miżuri li ħa hi li għolla l-prezz tal-petrol bla ċomb u ġabu fuq l-istess livell tal-petrol biċ-ċomb.", "L-istess fejn jidħol il-pitrolju, ħa inizjattiva biex dawk li qabel kienu jabbużaw u jużaw il-pitrolju minflok diesel jerġgħu jibdew jagħmlu hekk.", "Minn dawn iż-żewġ miżuri joħroġ ċar illi l-affarijiet ma tantx huma sbieħ fejn jidħol l-ambjent.", "Ara l-Gvern Laburista preċedenti, dan mill-ewwel ħass il-ħtieġa li jinvesti f'kampanja favur l-ambjent.", "Beda jħejji wkoll qafas sod biex 'il quddiem ikunu jistgħu jiġu evitati problemi illi jiġu ġġenerati minħabba l-progress.", "Messaġġ negattiv ieħor li ta l-gvern, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- ambjent, kien illi proprju kif tela' fil-poter neħħa l-kap tal-bord konsultattiv biex jifforma policies fuq l-ambjent.", "Tajjeb li ngħid li dan il-bord kien ħa diversi inizjattivi, fosthom dwar l-impjant ta' Marsascala, li wasslu biex l-irwejjaħ t'hemmhekk kienu naqsu ħafna.", "Jiena ma nistax nifhem kif dan il-gvern jgħid li jrid isaħħaħ il-ġlieda kontra min jipprova jagħmel ħsara lill-ambjent.", "Per eżempju, Gvern Laburista preċedenti kien fassal diversi policies u waħda minnhom kienet dwar is-separazzjoni ta' l- iskart.", "Sieħbi semma li dan il-proġett kien bdieh f'Marsascala u Pembroke u l-gvern bdieh f'dawn il-postijiet għar-raġuni li f'dawn l-inħawi l-aktar li hemm huma familji żgħażagħ.", "Fi żmienna d-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent kien jiġbor fih l-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l- ambjent.", "Per eżempju, kien jiġbor fih it-tisħiħ tal-kampanja, illi l- uffiċċju tiegħu qiegħed Kordin; il-PCCU, il-pollution co-ordinating control unit, taqsima li tħares l-ibħra minn xi eventwalita' ta' tniġġiż miż-żejt, sitwata bejn il-Birgu u l-Kalkara; l-impjant ta' Sant'Antnin f'Wied il- Għajn u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-PCCU.", "Il-problema ewlenija li kellha din it-taqsima kienet ġejja min-nuqqas ta' riżorsi umani.", "Kien hemm ukoll min jilmenta illi ma kellhiex linja ċara fejn tibda u tispiċċa l-funzjoni tagħha.", "Fil-fatt kien hemm min kien tal- fehma li kellu jkun hemm distinzjoni ċara bejn din it-taqsima u t-taqsima tal-protezzjoni ċivili.", "U kemm jien, meta kont ministru, u kemm l-Onor.", "George Vella konna ddiskutejna din il-problema u konna sibna soluzzjoni.", "Fil-fatt konna qbilna li l-contingency plan isir minn din it-taqsima imma mbagħad meta jkun hemm xi diżastru dan il-pjan jiġi kkordinat mill- protezzjoni ċivili.", "(Interruzzjonijiet) Dan ma jfissirx li konna kuntent bis-sitwazzjoni għaliex Allaħares kellna xi diżastru għax ma nafx x'kien jiġri.", "U mhux billi taħt il-protokoll Taljan ġibna xi opra tal-baħar u xi opri oħrajn, għax bihom biss ma konniex se nsolvu l-problemi.", "(Interruzzjonijiet) Assolutament ma kien hemm xejn!", "Gvern Laburista kien konxju ta' dan u meta d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili ġie biex jifforma dipartiment marittimu, apparti s-search and rescue, ra wkoll li jrid ikun f'pożizzjoni li jkun jista' jipproteġi l-kosta f'każ ta' xi diżastru nazzjonali kkaġunat mit-tniġġiż taż-żejt.", "U x'għamel?", "Fil-fatt waħda mill-opri li ordna, li hija s-salvage tub, din ordnaha speċifikament f'każ li jinqalgħu dawn id-diżastri, għal xi salvage, u għal kull ħaġa li tista' tiġri fil-portijiet u fl-ibħra tagħna.", "Dan id-disinn mhux tawhulna t-Taljani imma għamilnih aħna u ħsibna għalih aħna.", "Ħsibna wkoll illi barra din l-opra jkun hemm ukoll opra oħra li hija l- fireboat.", "Din hemm bżonnha mill-aktar fis possibbli għaliex, kif jaf kulħadd isir ħafna bunkering ta' bastimenti madwar il-kosta tagħna, viċin l- art, u alla ħares jinqala' xi ħruq.", "Minkejja illi l-kumpannija li tagħmel l-bunkering tagħti l-garanziji li jekk ikun hemm xi ħruq dawn għandhom xi ħaġa biex ikunu jistgħu jilqgħu għalih, fir-realta' ma kien hemm xejn.", "Din hija s-serjeta' tal-gvern preċedenti.", "Minkejja dan kollu nista' ngħid illi għalkemm waħda mill-opri ġiet u l-oħra trid tiġi f'Marzu, jidher li dan id-dipartiment u l-pjan li kellu sfaxxaw.", "Nispera illi mill-iktar fis possibbli jaraw kif se jagħmlu biex iġibu dawn l-opri.", "U dawn mgħandniex inġibuhom u norbtuhom ix-Xatt tal-Birgu imma għandna nużawhom b'tali mod illi l-gvern ikun jista' jdaħħal introjtu minnhom u jħallihom jaħdmu, għax jekk tħallihom weqfin dawn tagħmlilhom il-ħsara.", "Taħt gvern preċedenti diġa' kien hemm pjan dwar kif kellu jsir dan u nispera li dan il-gvern ikompli miexi fuq dak il-pjan.", "Taqsima oħra li taqa' taħt id-dipartiment ta' l-ambjent kienet dik tal- countryside.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li dan id-dipartiment ħadem, l-iktar fejn kien hemm ħitan tas-sejjieħ.", "Il-ħitan tas-sejjieħ u l-girni ġew ukoll protetti permezz ta' regolamenti li l-Gvern Laburista għamel f'Jannar li għadda.", "Fil-fatt nista' ngħid li 60% tan-nies minn jeddhom neħħew l- imbarazz li kellhom fuq il-ħitan wara li saru konsultazzjonijiet magħhom, u allura wieħed jista' jgħid li dawn ir-regolamenti kellhom sehem importanti fejn għandu x'jaqsam l-ambjent.", "Nispera illi nibqgħu nagħmlu l- ispezzjonijiet ħalli ma nerġgħux nibdew bl-istorja li minflok ħitan tas- sejjieħ ikollna tankijiet.", "Id-dipartiment kien ħa ukoll inizjattiva edukattiva - u biex inti tirnexxi trid iddaħħal l-edukazzjoni - u organizza diversi seminars li fihom ipparteċipaw mas-70 skola, u din hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Mr Chairman, bla ma ninstema' prusuntuż naħseb li jenħtieġ li l-oppożizzjoni tgħasses sew dak illi kisbet fil-ftit xhur li damet fil-gvern.", "Jiena nemmen li l-pedamenti li rnexxielna nibnu għandhom ikomplu jissaħħu u qabel ma jsir xi proġett, għandu l-ewwel ikun hemm konsiderazzjoni dwar l-impatt ambjentali.", "Dan aħna għamilnih u għamilnieh bil-provi, u biex nagħti eżempju se nsemmi meta ġejna biex nagħmlu l- kuntratti biex nesploraw għaż-żejt.", "Waqt li għamilna kuntatti pożittivi biex kumpanniji jiġu Malta ħalli jħaffru għaż-żejt, min-naħa l-oħra fejn jidħol l-ambjent għamilna kondizzjonijiet stretti.", "U minkejja li l-Onor.", "Mugliett, għan-naħa ta' l- oppożizzjoni, dakinhar kien akkuża lill-Gvern Laburista li la ġab permess u lanqas biss kien għamel environmental impact assessment - fil-fatt dan ma kien veru xejn għaliex il-permess kien intalab u l-environmental impact assessment sar; anzi b'wiċċi minn quddiem ngħid li dik kienet l-unika darba f'pajjiżna li sar environmental impact assessment, fejn jidħol it-tiftix għaż-żejt - kont nieħu aktar pjaċir kieku l-istess Onor. Membru, li llum jifforma parti mill-Gvern Nazzjonalista, kien qiegħed hawn preżenti għax forsi kien iqum u jgħidilna għala proprju f'parti oħra tax-xogħol li sar - jiġifieri meta kienet se tittella' ċerta kimika u kien se jsir ħruq ta' gass on site - dawn qabdu u aġixxew mingħajr ma kellhom l-awtorizzazzjoni tal-Planning Authority - erħilha li mbagħad applikaw għax l-applikazzjoni tefgħuha nhar it-Tnejn li għadda - u mingħajr ma għamlu environmental impact assessment.", "Issa naraw jekk l-Onor.", "Mugliett jiġbidx l-attenzjoni tal-gvern tiegħu dwar din biex juri kemm verament iħobb l-ambjent!", "Imma dan ma jagħmlux għax jidher ċar li dan il-gvern mhux l-ambjent jogħġbu imma l- propaganda, bħalma għamel qabel l-elezzjoni biex jinganna lill-poplu ħalli jieħu l-poter.", "Bħal ma ġara, fil-każ tat-tfittix taż-żejt, dawn akkużawna fil-gazzetti illi rmejna materjal tossiku f'barriera.", "Illum li qegħdin fil- gvern ma qalu xejn fuq hekk għax jafu li din hija gidba faħxija li saret qabel l-elezzjoni bħala propaganda.", "F'ġieh is-sewwa issa, għidu min kien il-giddieb.", "Issa ħalli nurikom aktar kemm tħobbu l-ambjent!", "Meta mill-istazzjon tad-Deutsche Welle kienu se jispiċċaw in-nies mill- impjieg, intom kontu għidtu: Dawk l-impjiegi se tħallathom ma' dik l-art kollha li tista' tingħata lill-poplu!", "Imbagħad insibu li l-gvern stess applika lill-Planning Authority biex il-post jinbidel f'residential area biex l-art ikun jista' jgħaddiha lil xi ħadd.", "U jidher ċar li saru tentattivi mal-Planning Authority biex jitneħħew xi nies li forsi setgħu indikaw li ma kenux jaqblu ma' din il-manuvra.", "(Interruzzjonijiet) U jien minn hawn inpoġġik responsabbli illi l-affarijiet isiru kif suppost għaliex diġa' qed isir il-manuvrar.", "Dwar dan nitkellem iktar tard meta niddiskutu l-Planning Authority.", "Dawn huma n-nies li għandhom kuxjenza għall-ambjent, Mr Chairman!", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, irrid inżid xi ħaġa ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar dwar il-proġetti kapitali li kienu nbdew bis-sħiħ matul l-1997, proġetti bħalma huwa l-famuż proġett tal-Kottonera, il-proġett ta' Manoel Island u Tigne', dak tal-cruise liners u proġetti oħra li kienu ntiżi biex primarjament iħeġġu attivita' ekonomika mis-settur privat.", "Barra minn dan, kienu se jiġu żviluppati siti żdingati u mitluqin biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut lil Malta.", "L-Onor Buhaġiar qal li Malta hija ġojjell li ma napprezzawx għax inħobbu nżommu l-ħmieġ u barra minn hekk għandna ħabta li oġġett ma niżviluppawħx kif għandna niżviluppawħ.", "Issa niġi għall-proġett ta' Manoel Island.", "Il-ministru ġie rreġistrat jgħid li matul is-sentejn ta' Gvern Laburista ma sar xejn dwar dan il-proġett imma fl-istess nifs qal ukoll li se jkun l- ewwel proġett kbir li se jkun on line.", "Jiena ma nistax nifhem kif ma sar xejn u issa f'daqqa waħda dan il-proġett, li jinvolvi investiment ta' Lm140 miljun, se jkun l-ewwel proġett li se nimbarkaw fuqu.", "U għalhekk, Mr Chairman, f'dan il-ħin qasir li għandi nixtieq nagħmel highlighting tal- passi 'l quddiem li għamel Gvern Laburista fuq dan il-proġett.", "Li nista' nikkonferma hu li Gvern Nazzjonalista preċedenti kien dam jitkellem għal erba' snin u ma sar xejn konklussiv għax sa' l-1996 lanqas il-pjanti preliminari ma kienu ġew finalizzati mal-Planning Authority, aħseb u ara kemm il-proġett kien mexa' 'il quddiem.", "Matul l-1997, il-Gvern Laburista beda diskussjonijiet mal-consortium li kien qiegħed miexi fuq dan il-proġett, il-MIDI, u fost l-affarijiet illi ħadna f'idejna immedjatament kien hemm dak illi ridna ngħollu l-valur tal- proprjeta' minn dak li kien wasal biex jiftiehem fuqu Gvern Nazzjonalista.", "Bl-arranġamenti tal-gvern preċedenti kien se jitħallas biss ċens, ground rent, imma bl-arranġamenti l-ġodda konna ġibna kemm iċ-ċens kif ukoll premium ta' Lm40 miljun.", "Jekk tqabbel dak li kien wasal għalih fin- negozjati Gvern Nazzjonalista ma' dak li wasal għalih Gvern Laburista, naraw illi bħala net present value taħt Gvern Nazzjonalista konna se ndaħħlu Lm28 miljun u b'dak li wasal għalih Gvern Laburista konna ndaħħlu madwar Lm47 miljun.", "Mela dak kien l-ewwel pass.", "Mhux hekk biss imma fin- negozjati l-Gvern Laburista kien wasal biex jinnegozja mal-consortium illi jkollu sehem mill-profitti meta tkun tlestiet l-ewwl fażi tal-proġett, xi ħaġa li l-gvern ta' qabilna lanqas biss kien ħolom biha.", "Tajjeb li nsemmu wkoll ix-xogħol infrastrutturali.", "Filwaqt li taħt l- agreement ta' Gvern Nazzjonalista preċedenti x-xogħol infrastrutturali kellu jsir mill-gvern - u dan kellu time-frame, bil-konsegwenza li jekk ma jasalx jeħel il-penali - aħna wasalna biex irranġajna mal-consortium li l- infrastruttura jieħu ħsiebha hu u dak l-investiment li jonfoq f'infrastruttura jkunu pre-payments ta' dak il-premium li għadni kemm irriferejt għalih.", "Mela konna qegħdin nassiguraw li mingħajr ma tiżdied in- nefqa tal-gvern, dan ix-xogħol kienu lesti biex jeħduh f'idejhom il- consortium u llum lill-gvern ngħidlu prosit għax għadu miexi fuq dik il- linja.", "Kien hemm ukoll il-kwestjoni bejn iċ-ċens temporanju u ċ-ċens perpetwu, li tant għamel plejtu fuqu l-gvern, imma anke din ġiet aċċettata.", "Aħna konna qed ngħidu li l-parti tas-siti li se tiġi żviluppata kummerċjalment u residenzjalment kienet se tkun b'ċens perpetwu, bil-kumplament, l-ikbar parti li jridu jisfruttaw l-iżviluppaturi, tkun b'ċens temporanju.", "Issa d- differenza li qed jissuġġerixxi l-gvern hi li d-developers jeħduħa b'ċens temporanju pero' jagħti d-dritt lil min jakkwista minn għandhom li jkun jista' jikkonverti f'ċens perpetwu.", "Logħob bid-diskors fuq ċnus nistgħu nagħmlu kemm irridu imma l-effett finali huwa li l-prinċipju li ġie adottat minn Gvern Laburista, u li tant kienet tikkritika l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, qed jiġi adottat illum ukoll.", "Sur President, sa Lulju ta' din is-sena l-brief ta' l-iżvilupp fuq iż- żewġ siti kien tlesta u jiena nitlob il-permess tal-Kumitat biex inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' development brief dwar Tigne' u Manoel Island mgħoddi mill-Midi Consortium lill-Onor Charles Mangion, bħala chairman tan- negotiating team tal-Gvern Malti.", "Infakkar lill-kumitat li d-draft tal-kuntratt diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra", "Mr Chairman, l-ikbar problema kienet il-problema tal-vacant possession, pero' minn Marzu ta' din is-sena Gvern Laburista ħa ħsieb biex il- consortium jara li jinbena blokk appartamenti ta' l-istess kobor, u bl- istess footprint, biex il-gvern ikun jista' jalloka flats lir-residenti ta' Tigne'.", "Sar ukoll ftehim mad-Drydocks - għax iltaqgħu ż-żewġ partijiet, jiġifieri l-MIDI u d-Drydocks - dwar kif id-Drydocks tieħu parti mill-art reklamata u hemmhekk dik l-industrija tiżviluppa aktar.", "Rigward il-Medserv, sar l-arranġament biex iI-Medserv titlaq minn hemmhekk u tmur Ħal Far.", "Baqa' problemi oħra imma l-Ministru jaf li kien hemm pjan dwar kif il- vacant possession tkun tista' tiġi tackled.", "Ikolli nagħlaq hawnhekk imma dan qed ngħidu, Sur President, biex nuri lill- poplu u anke lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra illi Gvern Laburista kien ħadem bis-sħiħ għax verament ried imexxi lil dawn il-proġetti 'l quddiem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Chairman, kunċett importanti li l-Partit Nazzjonalista reġa' daħħal meta tela' fil-gvern kien li waqqaf ministeru għall-ambjent.", "Qabel il-ministeru li jieħu ħsieb l-ambjent, għal raġunijiet illi l-Partit Laburista fil-gvern deherlu li kellu jagħmel, kien amalgamat mal-ministeru ta' l-affarijiet barranin.", "Dik kienet deċiżjoni tagħhom pero' jiena naħseb li l-pajjiż jixraqlu illi jkollu ministeru għall-ambjent per se u se ngħid għaliex.", "Ngħid għalija huwa importanti ħafna li l-kunċett ta' l-ambjent jerġa' jingħaqad ma' dak illi kien qabel il-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi għaliex ilkoll nafu li x-xogħlijiet pubbliċi għandhom effett drastiku fuq l- ambjent.", "Fermament inħoss li l-ambjent irridu nibdew nifhmuh fis-sura tiegħu, fin-natura tiegħu u nagħtuh il-valur veru illi jistħoqqlu.", "Huwa fatt illi t-tendenza hi li l-bniedem iħares lejn l-ambjent bħala xi ħaġa sekondarja jew xi ħaġa li taffettwa t-tħaddim ta' l-ekonomija għax hija fin- natura tal-bniedem li aktar iħares lejn il-qligħ tal-flus.", "Jien wisq nemmen li għandna nibdew inħarsu lejn l-ambejnt b'mod differenti.", "Huwa fatt li l-ekoloġija u l-ambjent kienu jeżistu ħafna qabel kien jeżisti l-bniedem u allura naħseb illi rridu nirrealizzaw li hemm bżonn indaħħlu l-ekonomija fl- ambjent u mhux l-ambjent fl-ekonomija.", "Dan huwa punt kardinali għax ħafna partiti barra minn Malta jdaħħlu ċerti kunċetti ambjentali u soċjali fl- ekonomija u fis-suq.", "U kien proprju l-ħsieb demokristjan illi poġġa fuq trepied il-fatt kardinali illi minbarra s-suq għandu wkoll ikollna bħala valuri l-aspett soċjali u l-aspett ekoloġiku.", "Jien hawnhekk m'iniex se nitkellem fuq l-aspett soċjali - nafu li l- oppożizzjoni għamlet l-iżball illi neħħiet l-aspett soċjali bħala valur prinċipali fit-tħaddim ta' l-ekonomija u ta' dan batiet il-konsegwenzi - imma nixtieq nenfasizza l-valur intrinsiku li rridu nagħtu lill-aspett ambjentali.", "L-aspett ekoloġiku jrid jitħaddem bħalma titħaddem l-ekonomija soċjali u bħalma jitħaddem l-aspett soċjali.", "U huwa importanti li dan il- konċett ta' eco-social market nibdew nagħtuh l-importanza li ħaqqu.", "U llum nafu kemm l-ambjent u l-ekoloġija jikkontribwixxu lejn is-suq.", "M'huwiex is- suq kontra l-ekoloġija jew kontra l-ambjent imma hemm relazzjoni li taħdem both ways.", "Nafu illi l-ambjent jgħin biex is-suq jikber u nafu illi s-suq jgħin biex inżommu l-ambjent aħjar.", "Jekk ikollna iktar qligħ fil-pajjiż nistgħu nagħtu iktar riżorsi għall-konservazzjoni ta' l-ambjent, waqt u jekk ikollna ambjent pulit f'pajjiżna dan jgħin biex l-ekonomija tagħna tmur 'il quddiem.", "Każ ċar huwa dak tat-turiżmu.", "Dan huwa każ klassiku għax nafu illi attenzjoni ambjentali twassal biex it-turiżmu f'Malta jikber u jħalli aktar frott.", "Dan qed ngħidu anke fl-ambitu tal-fatt illi d-Diskors tal-President isemmi illi jenħtieġ li jkollna pjan fit-tul dwar ir-riżorsi tax-xemx u tar- riħ.", "Jistgħu wkoll jintużaw riżorsi oħra bħalma huwa l-mewġ tal-baħar imma t-teknoloġija hawn għadha lura.", "Huwa importanti illi dan il-pjan nazzjonali ta' l-enerġija nibdew inħaddmuh.", "Naf li dan kien l-ewwel budget u l-gvern elenka l-prioritajiet li ħass li kellu jsegwi għas-sena li ġejja pero' dan qiegħed fid-Diskors tal-President, li huwa l-pjan tal-ħames snin li ġejjin u jien m'għandix dubju li f'dan iż-żmien se naraw pass kbir 'il quddiem f'dan l-aspett.", "Niġi għal punt ieħor u se nitkellem fuq l- edukazzjoni tal-Maltin.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li l-vot għall-edukazzjoni ambjentali din is- sena żdied minn Lm2000 għal Lm4000.", "Tgħiduli ammont żgħir pero' statistikament huwa vot irduppjat u dan huwa importanti għax jiena naħseb li jeħtieġ li nagħtu aktar importanza lill-aspett edukattiv favur l- ambjent.", "Fil-pajjiż tagħna għad m'hawnx grasp ta' kif is-sistemi ekoloġiċi jorbtu ma' xulxin u mal-ħajja tal-bniedem u ta' kif is-sistemi ekoloġiċi jidħlu fl-aspettattiva soċjali u fl-aspettiva ekonomika tal- bniedem.", "Mr Chairman, il-curriculum nazzjonali fih id-difett illi lill-istudenti nġegħluhom jistudjaw bilfors il-fiżika bħala suġġett tax-xjenza.", "Jiena naħseb – u dan għidtu fil-passat u nerġa' ngħidu issa – li dan huwa żball kbir għax il-bioloġija tiġbor fiha l-kunċetti fiżiċi u kimiċi kif applikati fil-ħajja.", "U naħseb li dan għandu jkun il-kunċett li jirbaħ f'dik li hija għażla ta' tagħlim jekk irridu nagħżlu xjenza waħda.", "Jiena nissuġġerixxi li tidħol il-bioloġija jew almenu illi jidħol course ta' xjenza integrata.", "(Interruzzjonijiet) Hawn qegħdin ngħidu għall-istudenti li ma ħadux ix-xjenzi, bħal dawk li se jsiru avukati.", "Jiena ma nemminx li l-fiżika weħidha qed twassalna fejn għandha twassalna.", "Hemm ċerti ċikli, bħall-carbon cycle, li jentieġ jidħlu fis-syllabus tagħna, inkella m'aħniex se naslu f'dik li hija edukazzjoni ambjentali.", "Irrid inżid ukoll dwar l-importanza tal-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ambjent.", "Nafu li l-kunsilli lokali kellhom sehem kbir biex l- ambjent f'pajjiżna jiġi 'l quddiem u jiena nitlob lill-gvern illi jibqa' jipprovdi servizz tajjeb meta jiġi biex jikkompeti għal kuntratti li joħorġu l-kunsilli.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Għaliex is-servizz li jagħti l-gvern huwa servizz relattivament tajjeb għal prezz li wieħed iħallas pero' naħseb li hemm lok fejn jista' jitjieb ukoll.", "Fil-fatt hemm numru sostanzjali ta' kunsilli illi m'humiex qed jużaw is-servizzi tal- gvern u għalhekk naħseb li l-gvern, bħala kompetitur fil-qasam tal- kuntratti, għandu jara kif jista' joffri servizz aħjar.", "Mr Chairman, fl-estimi ġenerali nsibu wkoll illi l-gvern irid isaħħaħ id- dipartiment ta' l-ambjent.", "Dan huwa pass tajjeb 'il quddiem, u rridu nagħmluh mingħajr ma l-gvern jimpjega nies addizzjonali minn barra, f'dawk li huma spetturi ambjentali u uffiċjali.", "Jissemma' wkoll li jiġu mpjegati l- environmental officers, jiġifieri dawk li jkollhom degree mill-universita'.", "Importanti ħafna li f'dan id-dipartiment u f'dan il-ministeru jidħlu nies assolutament professjonali illi jkunu jafu x-xogħol tagħhom.", "Sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi semma' kemm huwa importanti li jitkompla wkoll il-pjan ta' kontinġenza taż-żejt.", "Aħna għandna problemi bit-tankers taż- żejt u mhux biss f'każ ta' xi diżastru.", "Fil-fatt nafu li ħafna mit-tankers meta jfettlilhom jaqbdu u jbattlu ż-żejt li jkollhom fil-baħar biex inaddfu t-tankijiet u għalhekk dan il-pjan ta' kontinġenza għandu jkompli għaddej bir-ritmu illi kien għaddej bih qabel, jekk mhux imtejjeb ukoll.", "Punt importanti li nsibu fil-budget huwa l-vot fejn se nibdew l-air pollution monitoring programme.", "S'issa f'Malta qatt ma sar kejl ta' dak li huwa tinġis ta' l-arja, speċjalment mill-karozzi u mill-industrija.", "Dejjem nisimgħu n-nies igorru fuq il-power station tal-Marsa, fuq iċ-ċumnija ta' l- isptar jew fuq il-foga tal-karozzi u ta' l- industrija imma qatt ma sar studju xjentifiku ħalli nippruvaw inkejlu l-ħsara li qed issir.", "Qabel ma tiddeduċi li qed issir il-ħsara trid tkun kapaċi tkejjel il-ħsara u jiena nifraħ meta nara li l-gvern qed jipprovdi madwar Lm120,000 għal air quality monitoring.", "Jiena nista' nitkellem mill-esperjenza limitata li għandi meta l-kunsill lokali ta' Birkirkara kien iddeċieda illi jniedi proġett - u dan kien swielna mhux iktar minn Lm250 f'sena - biex jindikalna t-tinġis ta' l- arja.", "Dan l-eżerċizzju wera b'mod ċar li għandna livelli ta' sulphur dioxide at the upper limit of normal, jiġifieri qegħdin nibdew nidħlu f'diffikultajiet respiratorji u ambjentali.", "Għalhekk huwa tajjeb illi dan l-air pollution monitoring isir ħalli nkunu nistgħu nidentifikaw fejn għandna l-problemi u nieħdu l-passi biex dawn il-problemi jiġu evitati.", "Meta jiena spiċċajt minn sindku fil-fatt kont ħriġt rapport.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "George Vella qed jgħid li ħalla kollox lest.", "J'Alla huwa hekk imma lill-Onor.", "Membru nfakkru li kien hu li pprova jwaqqafna milli nagħmlu l-istudju ta' l-arja, bl-iskuża li ma kienx il-kompitu tagħna bħala kunsill li nagħmlu eżerċizzju bħal dak.", "Fil-fatt imbagħad kien reġa' bdielhom.", "(Interruzzjonijiet) Ma sraqna xejn minn tas-sanita'!", "Konna qegħdin nagħmlu xogħol li issa se jibda jagħmlu l-gvern, pero' l-pilot project sar u jindika li hemm problemi.", "L-Onor.", "Mizzi semma' illi llum huwa l-jum dinji ta' l-asthma.", "Nafu li f'pajjiżna l-każi ta' l-asthma huma d-doppju tan- normal iżda ma nafux x'inhu s-sors - żgur li m'hijiex l-akaċja jew ħafna affarijiet oħra illi konna naħsbu li huma l-kaġun - għalkemm nafu fi żgur li hemm raġunijiet ta' tinġis fid-djar li jistgħu jkunu huma li qed jikkawżaw l-asthma, pero' ħadd ma jeskludi li t-tinġis ta' l-arja qiegħed jikkontribwixxi għal dawn il-problemi.", "Mr Chairman, f'dik li hija sewage treatment insibu li l-gvern huwa marbut li sa l-aħħar tas-sena 2000 dan il-proġett ikun finalizzat.", "F'paġna 218 il- vot għal dan il-għan żdied ukoll b'Lm150,000.", "Dan il-proġett kien raqad ftit taħt l-amministrazzjoni preċedenti u issa għandu jingħata imbuttatura forsi naslu biex ma jkollniex tniġġiż tal-baħar, kemm biex ikollna ammont ta' ilma għat-tisqija u kemm biex ikollna fertilizer li nistgħu nużaw f'postijiet agrikoli.", "U nasal għall-aħħar punt tiegħi u se nitkellem daqsxejn dwar solid waste management.", "Nafu li l-problema ta' skart qiegħda dejjem tikber u jien informat li s-sena l-oħra bħala household waste irmejna 900,000 tunnellata żibel.", "Dan l-ammont dejjem qed jikber, għandna problemi li m'għandniex fejn inqegħduh, għandna problemi għax tqiegħdu fejn tqiegħdu se jniġġeż u għandna problemi li dan jista' jippenetra u jniġġeż l-aquifer.", "Fil- programm hemm li se jitkompla wkoll il-landscaping fuq is-siti eżistenti tal-Magħtab u ta' Wied Fulija u huwa importanti wkoll li jiġu identifikati siti alternattivi.", "Importanti wkoll illi l-pilot project tas-separazzjoni ta' l-iskart at source, li qed jitħaddem f'Marsascala u Pembroke, jitwessa għall-pajjiż kollu biex inkunu nistgħu nibdew nirriċiklaw l-iskart organiku u inorganiku għall-bżonnijiet tagħna.", "Hemm bżonn ukoll li wieħed jibqa' jħares lejn il-problema tas-solid waste management ta' l-impjant ta' Sant Antnin b'moħħ miftuħ.", "L-Onor.", "Mizzi qal li s-sistema preżenti naqqset ħafna mill-problemi ta' rwejjaħ li kien hemm pero' dik m'hijiex l-unika sistema magħluqa.", "Hemm sistema magħluqa li tissejjaħ ukoll tunnel u din għandha tiġi evalwata tajjeb għal dak li huwa cost effectiveness.", "Din għandha tiġi riċerkata u ndagata biex jekk tħalli iktar qligħ nibdew nikkonsidraw li nużaw lilha minflok dik preżenti.", "Mr Chairman, qabel nagħlaq nixtieq nerġa' nisħaq fuq kemm kien importanti u fuq kemm ħadt gost illi kważi terz tad-Diskors tal-President jittratta suġġetti ambjentali.", "Jiena ċert li f'dawn il-ħames snin li ġejjin il-Gvern Nazzjonalista se jkompli mhux biss jattwa proġetti kapitali ġodda imma jkompli fuq dawk li diġa nbnew, anke minn meta konna fil-gvern tliet snin ilu.", "Ħafna mill-proġetti li qegħdin jissemmew mill-oppożizzjoni fil-fatt inbdew minn Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien u jiena ċert li taħt Gvern Nazzjonalista s-suġġett ta' l-ambjent se jikber fl-importanza tiegħu u se nqegħduh fuq il-pedestall li jixraqlu.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, l-ewwelnett nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li ntervenew f'dan id-dibattitu għad- diskorsi li għamlu.", "Naturalment nifraħ lill-kelliema kollha, inkluż lill- Onor. Charles Buhagiar, li jsegwi b'mod dirett il-ministeru tiegħi.", "Nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Joe Mizzi, lill-Onor.", "Charles Mangion u naturalment lill-Onor.", "Michael Asciak għall-mod preparat u studjus li għamlu l-interventi tagħhom.", "Nimmaġina li naqblu li dan huwa ministeru li jolqot bl-iktar mod viżibbli l-ħajja f'pajjiżna u anke jekk mhux dejjem naqblu fuq l-inizjattivi li jittieħdu, naħseb naqblu li l-ministeru għall- ambjent irid ikun fulkru ta' attivita' u ta' impenn.", "Fil-fatt kif inhu organizzat il-ministeru fil-preżent hemm l-enfasi tar-rabta bejn il- proġetti li jitwettqu u l-konsiderazzjonijiet ambjentali.", "Kien hemm l-argument dwar kif l-aħjar jitqassmu l-ministeri.", "Tista' targumenta li l-infrastruttura tinkludi t-toroq u allura t-toroq għandhom ikunu f'idejn min għandu t-taqsima tax-xogħlijiet.", "Tista targumenta wkoll li t-trasport illum huwa suġġett vast u importanti ħafna u jkun tajjeb li dan ikun f'ministeru għalih.", "Naturalment dawn huma għażliet li jagħmlu gvernijiet differenti u li jistgħu jiġu ġustifikati.", "Qed ngħid dan b'riferenza għar-rimarki li għamel l-Onor.", "Buhagiar dwar il-fatt li t-toroq jaqgħu taħt il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Dan ma jfissirx li ma jkunx hemm kordinazzjoni bejn dak il-ministeru u l-ministeru għall- ambjent, bħal fil-każ ta' proġetti ta' embellishment li jirrikjedu input ta' toroq u bankini ġodda.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsa wkoll jekk il-unit ta' l-istormwater għadux jifforma parti mill-ministeru għall-ambjent.", "Fil-fatt dan għadu jifforma parti mill-ministeru għall-ambjent pero' min jieħu ħsieb it-toroq naturalment jista' jitlob is-servizzi tagħhom.", "Nagħmel ukoll riferenza għar-rimarka dwar jekk hemmx flus biżżejjed ivvotati għal din is-sezzjoni.", "Naturalment is-somma ta' Lm60,000 ivvotata għas-sena d-dieħla għal inizjattivi ta' stormwater management m'hijiex biżżejjed.", "Il-gvern preċedenti kien ivvota Lm50,000 għal din is-sena pero fil-fatt kien nefaq iżjed għaliex dan il-qasam għandu rabta ma' l-ippjanar tat-toroq u rabta wkoll mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u allura l-gvern kien jieħu inizjattivi fuq stormwater management billi juża wkoll fondi mid- dipartiment tat-toroq jew permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Dik hija għażla li għamel ukoll il-gvern preċedenti mingħajr ma żied il-vot b'mod dirett u jiena nawgura li fis-sena l-ġdida nagħmlu l-istess, jiġifieri ma nonfqux biss Lm60,000 imma nonfqu aktar.", "Ma naħsibx li għandi noqgħod inwieġeb fuq it-toroq la dawn jiffurmaw parti minn ministeru ieħor.", "Bl-istess argument nistgħu ngħidu li l-ambjent jinkludi l-agrikoltura wkoll u noqgħod nitkellem fuq l-agrikoltura.", "Jiena m'għandi xejn kontra s-suġġett imma naħseb li rridu nimxu bil-ministeri kif inhuma organizzati pero', biex nagħmel rimarka dwar it-toroq, irrid ngħid li s-somma vvotata għat-toroq hi identika għal dik li kienet ivvotata għall- 1998.", "L-Onor.", "Buhagiar qal li kien hemm ħsieb li jsir hekk u jsir hekk fuq it-toroq.", "Il-ħsebijiet fil-ħajja jkunu ħafna imma naturalment il-kejl irridu neħduh fuq dak li jitwettaq fir-realta'.", "Sar ukoll il-kumment li qishom l-affarijiet marru lura għax kienet se ssir konferenza f'Ottubru, eżatt wara l-elezzjoni, u din ma saritx.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jaf li dik il-konferenza kienet qed tistenna li jitlesta r-rapport ta' l-esperti Ġermaniżi u żgur mhuwiex tort tal-gvern il- ġdid li dak ir-rapport għadu mhux lest.", "Nispera li jkun lest dalwaqt biex wieħed ikompli bl-inizjattivi.", "Ma rridx ninqabad fit-tentazzjoni li nibqa' nwieġeb fuq it-toroq, pero rrid inwieġeb il-kumment ta' l-Onor.", "Buhagiar li qalilna li meta leħaq hu ministru sab sempliċement direttur u l-istaff tiegħu.", "Ħsibtu se jagħlaq billi jgħid li ħalla lid-direttur, l-istaff tiegħu u ma nafx kemm nies imma dan ħalla lid-direttur u l-istaff tiegħu, biż-żieda ta' żewġ esperti Ġermaniżi, jekk dik trid tgħidilha żieda.", "Anke fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti mhux l-ewwel darba konna nqabbdu esperti Ingliżi biex jgħinu fil-qasam tat-toroq.", "L-Onor.", "Buhagiar għamel l-għażla favur esperti Ġermaniżi u ma naħsibx li għandu jkollna xi ġlied fuq l-aspett tan- nazzjonalita' f'dan il-qasam!", "J'Alla li bl-għajnuna ta' esperti u b'dipartiment imsaħħaħ nimxu l'quddiem f'dan ir-rigward, kif m'għandi l- ebda dubju huwa determinat li jagħmel l-Onor.", "Ċensu Galea bil-kordinazzjoni totali ta' bejnietna.", "L-Onor.", "Buhagiar semma wkoll il-co-ordination unit.", "Jiena naħseb li min għandu t-toroq taħt id-dikasteru tiegħu jrid jagħmel kordinazzjoni ta' x'inhu x-xogħol marbut mat-toroq u ma' l-ippjanar tagħhom.", "Minħabba f'hekk il-co-ordination unit għandha tkun marbuta ma' fejn hemm it-toroq u allura l-ministeru għat-trasport naturalment se jieħu ħsieb biex jagħmel il-co- ordination unit hu.", "In-nies li kienu jiffurmaw il-co-ordination unit qabel kellhom xogħol ieħor, li huma kompetenti fih ukoll, għandna l-ikbar rispett lejhom ukoll u m'għandi l-ebda dubju li dawn jistgħu jikkontribwixxu fix- xogħol li kellhom qabel ma kienu f'dak il-unit.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsa wkoll jekk hemmx l-istess ħsieb li aħna ninkorporaw is-sezzjoni tad-drenaġġ mal-Water Services Corporation.", "Dik hija liġi li kienet saret fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Din hija ħaġa li tagħmel sens pero' trid issir wara li jkun implimentat il-masterplan.", "Mhux se ngħid ikun implimentat kollu imma almenu nkunu wasalna fi stadju fejn inkunu ppurifikajna l-ilma tad-drenaġġ kollu qabel ma dan imur fil-baħar.", "U jagħmel sens li d-dipartiment ikompli bl-impenn tiegħu f'dan ir-rigward.", "Dan hu impenn li aħna bħala gvern se nsaħħuħ għax huwa mpenn importanti ħafna.", "Nafu li hemm rabta wkoll ta' obbligi internazzjonali fuq pajjiżna u ma naħsibx li hemm għalfejn immur sentejn lura u ngħid li Gvern Nazzjonalista kien miexi bil-ħsieb li nkomplu l-proġett ta' San Pawl il- Baħar imbagħad tela' l-Gvern Laburista u deherlu li għal raġunijiet ambjentali għandu jmexxi b'mod differenti.", "Naturalment aħna ħadna wkoll konjizzjoni ta' dak il-fatt u llum qed isiru environmental impact assessments ġodda.", "Ladarba dak il-masterplan ikun twettaq, id-dipartiment tad-drenaġġ irid ikun inkorporat fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma.", "Din il-korporazzjoni jrid ikollha wkoll rwol qawwi għar-rigward ta' l- istormwater unit.", "Jiena naħseb li dawn huma kollha oqsma li għandna nikkordinaw flimkien.", "Mr Chairman, irrid ngħid ukoll li l-fatt li l- kollega tiegħi dam kważi nofs siegħa jitkellem fuq qasam li jappartjeni għal ministeru ieħor jiena nieħdu bħala kumpliment għaliex dan ifisser li m'hemmx punti ta' kritika partikolari fuq kif il-ministeru għall-ambjent qed jindika li jrid imexxi fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Bla dubju, l-Onor.", "Buhagiar tkellem ukoll dwar affarijiet li naqblu dwarhom, per eżempju, dwar il-fatt li l-clean up campaign m'hijiex kompluta.", "Aħna ħadna inizjattivi f'diversi nħawi tal-pajjiż, inkluż l- inħawi ta' Bormla fejn kellek dawk il-munzelli ta' skart illegali miġbura.", "Jiena għidt li għalkemm dawn m'humiex fil-parti 'l kbira responsabbilta' tal-gvern ċentrali, xorta għandhom jitneħħew.", "Dan m'għamilniehx biex nagħtu sinjal li l-gvern se joqgħod dejjem imur jiġbor l-iskart illegali imma biex jekk post tkun naddaftu, tkun tista' tagħmel proċeduri ta' enforcement iktar qawwija wara.", "Parti mill-problema li għandna – naħseb li l-Onor.", "Charles Buhagiar jaqbel – hi problema ta' infurzar ta' liġijiet.", "Ma jistax ikun li gvern, ikun min ikun, jieħu l-inizjattivi hu biex inaddaf area partikolari imbagħad b'irresponsabbilta' jew anke biex jevita l-fees ta' dumping, li huma raġonevoli, bniedem imur iwaddab fejn ifettillu.", "U huwa f'dan is-sens ukoll li l-gvern irid isaħħaħ il-poteri tal-kunsilli lokali.", "Aħna nemmnu li flimkien ma' inizjattivi li jieħu l-gvern ċentrali, għandu jkun hemm enforcement aktar qawwi fil-livell lokali permezz ta' wardens u permezz ta' strutturi legali biex Malta tinżamm iktar nadifa u, dan il- ġojjell li naqblu li għandna, jekk ma jkunx mikxuf kompletament almenu jibda' jleqq minn x'imkien.", "Naħseb li f'dan ir-rigward irridu napprezzaw ukoll li hemm diffikultajiet legali li jolqtu l-gvernijiet kollha u l-ikbar diffikulta' legali li naħseb irridu nindirizzaw b'mod serju fix-xhur li ġejjin hi dik fejn isir dumping.", "Post pubbliku tista' tmur tnaddfu u tagħmel proċeduri ta' enforcement imma fejn ikollok dumping f'għelieqi privati jqumu d-diffikultajiet kollha immaġinabbli.", "Tista' tmur tnaddaf post privat?", "Għandek tmur tnaddaf post privat?", "X'inhuma l-obbligi tas- sid?", "Dan suppost jagħmel boundary wall mal-proprjeta' tiegħu biex hemm ma jsirx dumping site.", "Ħafna drabi mbagħad tqum id-diffikulta' li ma tkunx taf min hu s-sid - jekk tmur tnaddaflu f'daqqa waħda tiskopri malajr min hu - pero' nemmen li anke f'dan il-każ hawn bżonn miżuri legali aktar qawwija.", "Saret riferenza wkoll għall-embellishment projects.", "Naturalment naqblu li dawn huma ħaġa pożittiva.", "(Interruzzjonijiet) Hemm l-istess kordinazzjoni li nifhem li kien hemm qabel bejn il-ministeru li dakinhar kien jissejjaħ għax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni u l-ministeru għat-turiżmu.", "Il- kordinazzjoni bejn dawn il-ministeri hija indispensabbli ladarba qed nitkellmu fuq embellishment ta' siti ta' importanza turistika.", "Naturalment ix-xogħol f'Buġibba jrid jitkompla.", "Jiena wieħed minn dawk li kont għidt anke mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, li x-xogħol f'Buġibba fil-parti l-kbira tiegħu huwa xogħol pożittiv, u l-kollega tiegħi probabbli jaqbel li anke hemm saru ċerti żbalji li setgħu ġew evitati, mhux l-inqas li sar xogħol mingħajr il-permess jew kontra l-permess kif maħruġ mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar, u allura rridu nagħmlu wkoll ċerti interventi biex nirrimedjaw għal hekk.", "Is-servizzi ġodda għal boathouses huma lesti u issa rridu nagħtu aktar spazju għall-manuvrar ta' l-opri tal-baħar.", "Qed nirriferi għat-triq ta' aċċess għall-Qawra boathouses li trid tkun imwessa'.", "Barra minn hekk il- main tad-drenaġġ kien jgħaddi mis-sit tax-xogħol u naturalment din hi xi ħaġa oħra li rridu nirrimedjaw għaliha.", "Nimmaġina wkoll li l-kollega jaqbel li dak il-ħajt ta' lqugħ li kien imwaqqaf, anke jekk kellu skop strutturali partikolari, żgur li m'għandux jitħalla fl-istat li hu.", "M'għandniex noħolqu ħajt mostruż ta' din il-kwalita', qisna qbadna xi parti mill-ħajt ta' Berlin u ġibniha Buġibba!", "Dawn huma interventi li jridu jsiru biex wieħed itejjeb aktar u b'daqshekk ma rridx nonqos milli ngħid li l-kunċett fih innifsu kien wieħed tajjeb.", "Naħseb li huwa importanti li dan nirrikonoxxuh u li nimxu wkoll b'dan is-sens ta' korrettezza reċiproka fil-parlament.", "Naturalment il-proġetti ta' Marsaxlokk, ta' Birżebbuġa u ta' Wied il- Għajn se jitkomplew.", "Fil-każ ta' Marsaxlokk nista' ngħid li ġew sottomessi l-pjanti lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex l-area ta' quddiem il-knisja tiġi pedestrianizzata.", "Dan sar ukoll wara qbil bejn il-kunsill lokali, il- kappillan u l-embellishment committee u x-xogħol mistenni jibda immedjatament wara li joħorġu l-permessi meħtieġa.", "Rigward l-area fejn il- Hunters Tower, ix-xogħol ta' embellishment li kien inbeda taħt l- amministrazzjoni preċedenti fil-fatt mistenni jitkompla pero' anke hawn irridu li jkun hemm il-qbil bejn il-partijiet konċernati.", "Bħalissa l-area ta' Xatt is-Sajjieda hija okkupata mill-bejjiegħa tal-monti u qegħdin nagħmlu l-isforzi kollha meħtieġa biex fejn kien hemm il-ground tal- football jingħata bħala sit alternattiv lill-bejjiegħa ta' nhar ta' Ħadd.", "Hawn irridu nikkordinaw ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar pero' rridu nifhmu li l-permessi mhux dejjem joħorġu fil-mument jew bil-mod li tkun tixtieq, u naħseb li din ukoll hija esperjenza li jgħaddu minnha l-gvernijiet kollha.", "Barra dak ta' Marsaxlokk għandna wkoll l-impenn għal Marsascala.", "Preċedentement jiena kelli l-opportunita' nsegwi l-impenn qawwi ta' meta konna għamilna l-proġett ta' drenaġġ f'Marsascala, meta ridna neliminaw darba għal dejjem problema li kienet akkumulat għal snin twal.", "Anke hawn qed nagħtu l-importanza biex ikun hawn l-embellishment kollu meħtieġ fis- sena l-ġdida.", "Se nagħmlu dan ġewwa Birżebbuġa wkoll.", "Il-kollega tiegħi semma li ġewwa Birżebbuġa hemm il-bżonn li tgħaqqad il-Qajjenza mal-bajja ta' Birżebbuga.", "Fil-fatt qed jiġi propost li jitnaqqas it-traffiku minn din l-area billi ssir by-pass aktar il fuq.", "Il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar f'dan ir-rigward inħareġ u x-xogħol mistenni jibda dalwaqt.", "Rigward l-embellishment projects irridu nagħtu weighting qawwi ħafna lill- konsiderazzjonijiet li jkunu qed jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Ngħid hekk għaliex jekk, per eżempju, tmur għand il-kunsill lokali ta' San Pawl il- Baħar dawn jgħidulek: Isma', jiena ridt li l-parking tat-taxis ikun mod u f'daqqa waħda ħarġu ordnijiet differenti.", "L-embellishment projects m'humiex qegħdin hemmhekk biex il-gvern ċentrali, bl-intenzjonijiet kollha tajba immaġinabbli, jieħu fuqu poteri li kienu għaddew lil kunsilli lokali.", "U l- kordinazzjoni mal-kunsilli lokali trid tkun aħjar milli kienet s'issa meta twettqu xogħlijiet bħal dawn.", "Il-kunsilli lokali għandhom mhux biss l- importanza tagħhom imma għandhom il-poteri reali bħala l-gvernijiet lokali fl-areas li huma jirrappreżentaw u l-kordinazzjoni magħhom trid issir.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-parks, u se nibda' fuq dak li hemm ippjanat għal Burmarrad.", "Aħna mpenjati li nagħmlu l-iżvilupp li huwa meħtieġ fl-area ta' Burmarrad, b'kordinazzjoni mal-kunsilli lokali li għandhom ġurisdizzjoni f'din l-area u skond is-suġġerimenti li tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha riservi fuq ċerti suġġerimenti li saru għal kif jista' hemmhekk jsir l-iżvilupp pero' jiena nemmen li din hija diskussjoni li għadha miftuħa.", "Irrid ngħid ukoll li d- diskussjonijiet ma' l-Ambaxxata Ċiniża f'pajjiżna, li kienu qed isiru mal- gvern preċedenti, għadhom għaddejjin b'ritmu ta' entużjażmu reċiproku qawwi ħafna u l-istess offerti ta' għajnuna fil-fatt ġew estiżi lill-gvern preżenti.", "Naturalment hemm ukoll ippjanati parks f'Delimara u ieħor fil-Kottonera, il-Cottonera heritage park.", "Fid-dawl tal-prinċipju li rridu proġetti ta' riġenerazzjoni totali għall-area tal-Kottonera, nista' nassigura lill- kollega li dan ta' l-aħħar inqisu b'impenn partikolari.", "Jiena wkoll nirringrazzja lill-persuni kollha li għamlu x-xogħol rikjest fuq dan il- heritage park u jiena rrid li fil-fatt dan il-proġett jingħata attenzjoni partikolari sabiex ngħaġġluh.", "Il-kollega semma' wkoll il-ħtieġa ta' works efficiency department.", "Nista' ngħid li tlabt lis-segretarju permanenti u lid-direttur ġenerali tax- xogħlijiet biex b'kordinazzjoni ma' l-assistent personali fil-ministeru u mad-diretturi konċernati jagħmlu eżerċizzju ta' restructuring ta' din it- taqsima.", "Parti mir-restructuring irid isir minħabba l-mod kif huwa organizzat il-ministeru.", "Meta l-Onor.", "Charles Buhagiar kien responsabbli, il-ministeru kien organizzat b'mod differenti u kien ħoloq, tajjeb jew ħażin, dipartiment bl-isem lands and construction.", "Issa jekk il-lands u l- construction huma fl-istess ministeru tista' tħallihom flimkien imma jekk le, il-construction trid tkun marbuta ma' dak il-ministeru li għandu t- taqsima xogħlijiet, li tinkludi l-BICC u anke l-BICD.", "Dan huwa r- restructuring li huwa meħtieġ.", "Irid ikun hemm ukoll restructuring biex kull taqsima titmexxa bl-aħjar mod u tagħti l-aqwa servizz lill-poplu Malti.", "Għalija dak huwa l-kejl u nispera li nkun nista' nelabora fuq dan il-ħsieb aktar tard.", "Kemm jagħmel sens, per eżempju, li inti jkollok unit li jieħu ħsieb ix-xogħol li joriġina mingħand il-kunsilli lokali u fl-istess ħin in-nies f'dan il-unit ikunu qegħdin on stand-by għal kwalunkwe' proġett kapitali li jkun f'moħħ il-gvern?", "Per eżempju, inti jkollok nies li qed jagħmlu x-xogħol f'lokalita' u f'daqqa waħda tiġi ordni biex in-nies kollha jmorru Buġibba jaħdmu fuq proġett kapitali tal-gvern.", "Dan m'huwiex mod.", "Jekk irridu nkunu ta' servizz lejn il-kunsilli lokali rridu norganizzaw ruħna aħjar biex lill-kunsilli lokali nagħtuhom servizz effiċjenti.", "Biex nagħmlu dan irridu naslu fi stadju fejn ikollna ħaddiema tal-gvern detailed fuq xogħol ta' natura kapitali u oħrajn detailed fuq xogħol kuntrattwali li jiġi mingħand il-kunsilli lokali.", "Dan hu l-mod kif irridu mmexxu, u jekk ma nagħmlux hekk nispiċċaw qisu bħal dak il-kuntrattur li jagħmillek ix-xogħol meta assolutament m'għandu xejn x'jagħmel u meta tidħollu biċċa xogħol kbira jaħrab 'l hemm u jħallik lampa stampa.", "Ma naħsibx li t-taqsima xogħlijiet għandha titmexxa b'dan il-mod, u dan huwa eżempju prattiku ieħor ta' ristrutturazzjoni.", "Fir-ristrutturazzjoni rridu ninkorporaw ukoll il-prinċipju ta' ispettorat serju li jeżerċita dixxiplina.", "Il-gvern preżenti huwa kburi li hu ġeneruż mal-ħaddiema tal-gvern u huwa kburi li issa laħaq il-ftehim li kien baqa' fuq l-ixkaffa mal-gvern preċedenti.", "Dan il-ftehim mhux biss ifisser li ħaddiem jitħallas b'mod adegwat tax-xogħol li jagħti imma jfisser ukoll li l-ħaddiem irid jagħti", "stima ikbar lejn ix-xogħol tiegħu.", "Issa dan trid tagħmlu bi spettorat li jeżerċita' bis-serjeta' iktar dixxiplina.", "Issa fl-aħħar tas-sena mhuwiex l- aħjar żmien biex tibda dan l-ispettorat għax ikollok l-akkumulu kollu tal- leave - kulmin ma jkunx marad fil-bidu tas-sena, allajbierek jimrad fl- aħħar tas-sena - u jkollok dawk li jmorru għal kaċċa u jkollok il-problemi kollha immaġinabbli.", "Li rrid ngħid hu li jiena naħseb li rridu nagħmlu new year's resolution u ngħidu li mill-bidu tas-sena d-dixxiplina trid tkun inforzata.", "Dan għidtu internament fil-ministeru u dan hu l-messaġġ li rridu nwasslu flimkien ma' idea konkreta oħra li hemm fid-diskors tal-budget, li wieħed jibda jkejjel l-overtime mhux biss bis-sigħat wara l-ħin normali tax-xogħol - ikun hemm xi wħud li jaħdmu l-ħinijiet ta' l-overtime u ma jkunux ħadmu matul il-ġurnata, jew ikun ma jiflaħx matul il-ġurnata u filgħaxija f'daqqa waħda jsir jiflaħ - imma ma' kemm tagħmel xogħol aktar minn dak li huwa b'mod raġonevoli meqjus li għandu jitwettaq matul il-ġurnata normali tax- xogħol.", "Issa din tista' torbotha ma' kunċetti ta' mqieta u ma' kunċetti ta' kif tippjana x-xogħol aħjar.", "Tista' torbot din ma' kif inti tħares lejn is- servizz kollu li trid tagħti u ma' miri preċiżi li tagħmel rigward kemm trid tagħmel xogħol, sa liema ġurnata u bi pjan organizzat.", "Naturalment wieħed irid jistudja u jagħmel id-dettalji preċiżi ta' kif dan irid isir, pero' dan lanqas għandu jkun sostitut waħdu għad-dixxiplina li inti tagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħek lill-gvern li qed jirrikonoxxi x-xogħol tiegħek.", "Saret ukoll riferenza qawwija għall-qasam ta' l-ambjent.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar qal li jekk taqra l-mission statement ma ssibx riferenza għall- ambjent.", "Jekk il-mission statement tifhmu li huwa l-ewwel żewġ paragrafi, naturalment ngħidlu li għandu raġun imma jekk tkompli taqra l-paġni kollha ssib riferenzi twal ħafna għal dak li jrid isir fil-qasam ta' l-ambjent.", "Tkellem ukoll l-Onor.", "Michael Asciak u b'riferenza għal dak li qal irrid ngħid li bl-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea attivata mill-ġdid, għalina fil-qasam ta' l-ambjent ifisser sfidi u opportunitajiet ġodda.", "Irridu nsaħħu d-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent.", "Dan se nagħmluh ukoll bl-għajnuna tal-management efficiency unit.", "Ħriġna wkoll call for applications għal tliet environmental officers addizjonali għaliex dan huwa dipartiment li rridu nagħtuh importanza.", "Irrid ngħid ukoll li bl-għajnuna ta' konsulenti barranin qed jitfassal qafas għal liġi ġdida għall-ħarsien ta' l-ambjent, b'kordinazzjoni mal-United Nations Development Programme.", "Fl-istess waqt hemm il-grupp ta' esperti lokali li huma taħt il-kappa tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija li qed jaħdmu fuq state of the environment report.", "Dan huwa rapport maħsub sabiex jagħti stampa sħiħa dwar l-istat ta' l-ambjent f'Malta fil-preżent, u aħna beħsiebna nippubblikawh.", "Irridu wkoll naħdmu fuq waste management.", "(Interruzzjonijiet) Jiena veru semmejt studju ieħor pero' nista' nassigura lill-kollega li l-iskop m'huwiex li nagħmlu xi studju interminabbli.", "Jiena l-ewwel ħaġa li għamilt f'dan il-qasam hu li laqqajt flimkien lin-nies kollha li għandhom input fuq waste management.", "Ma jistax ikun li minħabba l-mod kif ikunu d- dipartimenti, minħabba personalitajiet u minħabba kwalunkwe' raġuni immaġinabbli ma nħarsux lejn il-waste management bħala suġġett wieħed.", "Il- waste management għalija jibda at source, mid-djar tagħna.", "Kif jinħareġ l- iskart mid-djar tagħna?", "Nistgħu nagħmlu separation f'dak il-livell jew inħallu kollox f'livell komunali permezz ta' skips kbar?", "Jew is-separation isir kemm fid djar kif ukoll fuq livell komunali?", "Fejn imur meta jinġabar l- iskart?", "Il-Magħtab?", "Jiġi riċiklat?", "Jiġi wżat?", "Għamilt dawn il-punti kollha għax irridu nifhmu li din il-ħaġa katina, ħaġa marbuta ma l-oħra.", "Per eżempju, l-impjant tar-riċiklaġġ jaħdem aħjar kieku inti jkollok separation at source.", "X'tibgħat il-Magħtab jiddependi ħafna mill-policies li jkollok fuq il-re-use and recycling.", "Veru ttieħdet l-inizjattiva li jsir dumping ta' terrapien f'barrieri apposta imma ma naħsibx li wieħed għandu jkun kuntent b'dak li ġara s'issa.", "Per eżempju, irid ikollok ukoll il- kunċett tas-sanitary land fills u kunċetti oħra biex jingħata l-aħjar servizz għall-pajjiż.", "Fil-ministeru għall-ambjent staqsejt jekk hemmx xi ħadd ieħor li jrid jagħti input fuq dan is-suġġett.", "L-Awtorita' ta' l- Ippjanar ukoll taħdem fuq dan il-qasam imma ma jistax ikun nibqgħu nagħmlu rapport wara l-ieħor mingħajr ma nintegraw flimkien x'irid isir.", "Fix-xhur u fis-snin li ġejjin irid ikollna waste management strategy biex darba għal dejjem ngħidu x'inhuma l-passi kollha li rridu nieħdu f' dan ir- rigward.", "U l-passi mhux biss irridu neħduhom biex neliminaw l-eyesore tal- Magħtab imma biex l-istrateġija li tintuża tkun dejjem dik li l-aktar tirrispetta l-ambjent u saħħet il-poplu Malti.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ħarsien akbar lill-ambjent ifisser ħarsien akbar ukoll għas-saħħa tal-poplu kollu.", "Dan l-aħħar intużat is-sistema ta' l-ecopod.", "Jekk din hijiex is-sistema ideali għal pajjiżna jiena nibqa' xettiku pero' aħna mhux se naqbdu dik is- sistema u nneħħuha jekk ma jkollniex sistema aħjar minnha.", "Issa din hemm il- problemi marbuta magħha.", "Hemm problemi ta' spazju u hemm il-problema li biex inħaddmu dik is-sistema kellna nerġgħu nibdew nużaw Tal-Fulija, li kien post li ma konniex qed nużaw qabel.", "Dan qed ngħidu biex ma naħsbux li hemm xi soluzzjoni li hija bla problemi.", "L-impenn tagħna favur l-ambjent jinkludi wkoll kontroll ta' l-iskart fil- livell industrijali.", "Irridu nerġgħu niftħu dikussjonijiet mal-Federazzjoni ta' l-Industrija u mal-Kamra tal-Kummerċ dwar ġbir separat ta' l-iskart mill-packaging waste.", "Naħseb li fuq il-kwalita' ta' l-arja tkellimna biżżejjed.", "Għamilna policies ukoll - dawn saru permezz ta' avviżi legali fi żmien Gvern Nazzjonalista preċedenti - favur il-bottlers li jużaw fliexken tal-ħġieġ.", "L-Onor.", "Joe Mizzi semma' wkoll il-pitrolju.", "L-ewwelnett naħseb li l-użu abbużiv tal-pitrolju għandu jkun kontrollat b'mezzi oħrajn, per eżempju bil- mezz li inti tagħti l-kulur lill-pitrolju biex jekk ikun hemm min jagħmel dak l-abbuż ikun jista' jinqabad.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern preċedenti kellu quddiemu rapport datat 21 ta' Lulju li sar mill-Inġ.", "Philip Borg, assistant head petroleum division fil-Korporazzjoni Enemalta.", "Dan ir- rapport huwa fuq il-light heating oil u jitkellem dwar it-tip ta' duħħan li jipproduċi u jgħid hekk:", "''This type of smoke is totally unacceptable in residential areas where most of the cottage industry is based and therefore LHO receives bad publicity.''.", "Dan ir-rapport jgħid ukoll kif il-light heating oil jirriproduċi kimikament dak li jissejjaħ sulphuric acid, dak li huwa wkoll magħruf bħala acid rain, u jitħaddet ukoll fuq effetti negattivi fuq is-saħħa tar-residenti li jkunu viċin l-industrija li tuża l-light heating oil.", "Jgħidilhom ukoll x'kien qed jiġri, fis-sens li:", "''Most of the bakeries are situated in densely populated villages and their welfare depends heavily on the good relations with the neighbours.", "The bakers are therefore concerned that if they shift to light heating oil, the pungent smell eminating from the chimneys would bring a reaction from the neighbours and lobbying would start in order to expel the bakeries out.''.", "Jitkellem ukoll dwar problemi li kienu diġa' qed jiffaċċjaw uħud li jaħdmu b'dik is-sistema ta' forn u bħala konklużjoni jagħlaq b'dan:", "''If one were to ignore the inconvenience caused to neighbours by the foul smell resulting from the burning of light heating oil, the ill effects of the gases on the hearth of the imported ovens cannot be overlooked.''.", "Jiġifieri dan jagħlqilhom ukoll b'argument ekonomiku.", "Dan kollu ġie injorat mill-amministrazzjoni ta' qabel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, la qed jikkwota minn dak ir-rapport, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista l-Ministru jgħid ukoll jekk fir-rapport hemmx parir li jeżistu diversi tipi ta' light heating oil b'persentaġġ ta' sulphur ħafna inqas minn 1.8%.", "Ir-rapport isemmi li bil- mod kif qed taħdem il-power station tal-Marsa, din qed tipproduċi effetti ħżiena?", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien ma nsibx diffikulta' li nqiegħed ir- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiddispjaċini ngħid lill-kollega tiegħi li dan ma fihx il-konklużjonijiet li qed isemmi hu pero' la qed isemmi l- livell tas-sulphur anke fl-emissions tal-power station, irrid ngħidlu li l- gvern preżenti ħa d-deċiżjoni li jmur għal kwalitajiet ta' żjut li huma superjuri mil-lat ambjentali.", "Mr. Chairman, issemmiet ukoll id-Deutsche Welle.", "Naturalment naf għalfejn l-Onor.", "Joe Mizzi semma' d-Deutsche Welle, u jekk irid joqgħod jistaħba wara subajh jiena ngħidlu li aħna mhux se noqogħdu nistaħbew wara subajna.", "Din hija applikazzjoni li l-gvern preżenti qed jagħmel bħala riżultat ta' letter of intent li ħarġet fi żmien il-gvern preċedenti, li kien intrabat mal-Perit Dom Mintoff li bħala post alternattiv għal ''L-Għarix'' kellu jingħata sit fil-Fawwara.", "Kien hemm l-obbligu wkoll li jekk ma joħroġx permess fuq il-Fawwara - u għandi l-pjanti kollha fuq il-Fawwara, kif sottomessi mill-gvern preċedenti - allura jrid jinstab sit ieħor bi qbil mal-familja Mintoff jew jitħallas kumpens.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jgħidli li jitħallas fi flus.", "Jiena f'dan ir-rigward se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra mibgħuta mill-ministru tal-ġustizzja ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Gavin Gulia, lill-prim ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, bid-data tal-15 ta' April, 1998 u f'dik l-ittra ntqal hekk:", "''Mintoff wants agreement signed next week.''.", "Dr Sant wieġeb lil Dr Gulia li sakemm jirrikmandalu hu jaqbel miegħu.", "Fil- kuntratt hawn miktub li l-kumpens bħala valur fuq id-dar ta' Delimara huwa ta' Lm230,000.", "Issa l-valur ta' Delimara qed jirriferi għal ''L-Għarix.''.", "Issa jekk inħarsu lejn il-famuża idea ...(Interruzzjonijiet) Qed jitfgħu l- botti għaliex dan qiegħed fil-park nazzjonali ta' Delimara.", "Jekk tħares lejn il-boundaries tal-park nazzjonali ta' Delimara ssib li ''L-Għarix'' qiegħed ġol-park nazzjonali ta' Delimara u d-Deutsche Welle qiegħed ġol- park nazzjonali ta' Delimara wkoll.", "Issa d-Deutsche Welle huwa mibni diġa' u safejn naf jien l-applikazzjoni - li qed nifhem li l-Onor.", "Mizzi mar jaraha - hija biex il-footprint ta' dak il-bini tibqa' eżatt kif inhi.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Vella qed jgħid li għax jiena ħabib tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Issa se ngħidlek min għamilha l-camorra.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi, point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwlnett ma jistax jimputa għaliex mort nara dak il- file Jien mort nara dak il-file għaliex hemm rapporti - u jekk hu raġel ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra - illi xi ħadd qed jara kif jagħmel biex jiġu bypassed.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ħalli nispjega lill-Onor.", "Vella kif ikollok camorra.", "Jiena se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra ta' l- Onor. Gulia lil Dr Sant bir-rakkmandazzjoni tal-kuntratt fuq Delimara, fejn ir-residenza ta' Mintoff qed tiġi stmata Lm230,000.", "Taf x'inhi l-ikbar sorpriża u l-ikbar camorra, Sur President?", "Il-valutazzjoni saret għaxart ijiem wara din l-ittra.", "Mela l-Onor.", "Gulia naħseb li kien profeta u kieku n- nies kienu jafu bil-kwalitajiet tiegħu kienu jibdew jirrikorru għandu biex jaqtalhom in-numri tas-super five!", "Forsi ma jmorrux għandu għaliex mar- Lm10, 000 żmerċ peress li hu rrakkmanda Lm230,000 ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: On a point of order, l-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dak issa sirna nafu bih.", "Il-Ministru għandu jiddikjara jekk il-Gvern Malti jħossx ruħu marbut legalment b'sempliċi letter of intent.(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN:.", "L-Onor.", "Zammit Dimech, jista' jkompli.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, dan m'hu point of order xejn.", "Il-kollega tiegħi jibqa' jinsisti f'din il-Kamra li l-intenzjonijiet tal-gvern preċedenti ma kenux intenzjonijiet.", "Aħna assumejna li dawn huma nies biżżejjed li meta juru inten, dan ikun intent u mhux non-intent u aħna mexjin fuq l-intent tagħhom, to the letter.", "Dawn iż-żewġ dokumenti li semmejt se nqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dak iż-żmien dan kollu nżamm sigriet.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jgħidilna jekk skond il-letter of intent, il- propjeta' ta' ''L-Għarix'' ta' Mintoff għaddietx lill-Gvern Malti.", "Din ma setgħetx tgħaddi lill-Gvern Malti għax letter of intent ma torbotx.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma naqbel assolutament xejn miegħu.", "Dik il- letter of intent torbot u jekk l-Onor.", "Gulia kien qed jipprova jagħmel xi karrotta quddiem xi ħadd fallielu hu u min qabbdu jagħmilha.", "Pero' jiena niġi għal suġġett ieħor, il-proġett tal-Kottonera.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE CHAIRMAN: On a point of order, l-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, il-mozzjoni ta' proċedura tgħid bl- aktar mod ċar illi l-aħħar nofs għandu jitħalla għall-gvern.", "Jiena naħseb li s-Sedja m'għandhiex taċċetta dan il-burdell.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE CHAIRMAN: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fid-9.12 p.m. il-Kumitat kien sospiż minħabba diżordni u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq li d-diskussjoni tkompli bl-ordni.", "Veru li kultant ikollna xi daqsxejn ta' kontroversja imma jkun hemm okkażjonijiet fejn wieħed ikun jista' jirrispondi.", "Il-ministru għandu dritt jirrispondi kif inhi l-fehma tiegħu.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kont se nibda nitkellem fuq il-proġett tal- Kottonera.", "L-ewwelnett kulma rridu naffermaw huwa li t-tliet consortia li kienu ġew shorted listed fi żmien il-gvern preċedenti għadhom kollha interessati fil-proġett; u l-gvern preżenti, kif kelli l-okkażjoni nindika diversi drabi, qiegħed jagħmel diskussjonijiet magħhom għaliex aħna naraw ukoll il-possibbilta' li l-proġett tal-Kottonera jista' jitkabbar b'mod li jinvolvi iktar minn consortium wieħed.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern preżenti se jkun ferm iktar konsistenti mad- development brief oriġinali kif kien ħareġ fi żmien il-gvern preċedenti.", "Dan kien qal li d-development tax-xatt tal-Kottonera jrid ikun wieħed mill- Isla sal-Birgu kollu - din qiegħda fid-development brief u ħarġu l-pjanti – u jekk jista' jkun nestenduh sal-Kalkara bl-inklużjoni ta' dock Nru. 1.", "F'daqqa waħda dawn il-prinċipji stabiliti waqgħu u l-Isla nqatgħet barra - hemmhekk kemm jgħaddu l-boats u n-nies jistgħu joqogħdu jxejrulhom! - il- Kalkara intesiet kompletament u d-dock Nru. 1 kienu se jaraw wara jekk isirx.", "Hekk kienet l-aħħar pożizzjoni.", "Barra minn hekk, l-area fejn hemm dak il-bini fi stat dilapidat - li qiegħed taħt il-Forti Sant'Anġlu u li kellu jkun parti mill-iżvilupp - f'daqqa waħda inqatgħet barra.", "U mhux biss sar hekk iżda l-gvern qabel ried li jgħaddi titolu ta' proprjeta' favur min jagħmel l-iżvilupp u jżomm l-aċċess għalih.", "Jiena naħseb li ried isir bil- maqlub, jiġifieri jsir skond suġġeriment sempliċi li tajna aħna lill-gvern dak iż-żmien.", "Aħna konna għidnilu: Inti żomm il-proprjeta' u agħti aċċess lil ħaddieħor.", "Dan diġa' għidnih lit-tliet consortia u dawn kollha għadhom jiddiskutu mal-gvern.", "Imbagħad fil-brief kien hemm ukoll li x-xatt tal-Birgu, jekk jista' jkun, isir pedestrian area u l-gvern kien aċċetta l-limitazzjonijiet li jagħtuh il-consortium li se jagħmel l-iżvilupp.", "Meta mbagħad ġie l-kuntratt hawnhekk qalu li dan ma japplikax għall-parti li tagħti għall-Forti Sant'Anġlu.", "Jiġifieri x'għamel il-gvern preċedenti?", "L-area ta' taħt il- forti qatagħha 'l barra u żamm id-drittijiet fuqha.", "Din tfisser li l-ftehim li ried il-gvern preċedenti ta' l-Onor.", "Alfred Sant ma' l-Ordni tal- Kavallieri ta' San Ġwann kien jikkonkludi mhux biss it-trasferiment ta' sovranita' fuq dak il-forti - għax dawn kellhom il-fissazzjoni f'moħħhom li f'Malta jagħmlu speċi ta' Citta' del Vaticano! - imma riedu wkoll jagħmlu footprint akbar li jagħtuha lill-Ordni.", "Talli Malta tagħmel dan kollu, kull sena fil-Palazz il-Belt il-Gvern Malti kellu jirċievi falkun jew seqer.", "Dan kien se jsir b'ċerimonja simbolika ħafna marbuta ma' jum ir-Repubblika.", "Jiena ma nafx x'kienu jgħidu l-ambjentalisti, peress li mhux suppost isir negozju bil-falkuni!", "(Interruzzjonijiet) Silta mid-draft li kien hemm dak iż-żmien kienet tgħid hekk:", "\"Considering that the Order enjoys the prerogative of sovereignty which is already internationally recognised and which was excercised in the past over the territories of Rhodes and Malta...\".", "(Interruzzjonijiet) Dawn ħassew il-bżonn li jkun hemm harmonious co- existence.", "Naturalment l-Onor.", "Alfred Sant kien qed iħossu qisu l- Imperatur Carlo V, probabbli beda jimmaġina li qed jinnegozja fl-1523 ma' L'Isle Adam - u ma nafx kif ma ġitux f'rasu li jmur jagħmel xi medjazzjoni mar-Re ta' Franza, billi jħobb lil Franza wkoll - u qal: Mela issa jiena ħaqqni nirċievi falkun fis-sena!", "(Interruzzjonijiet)", "Dan ikompli jgħid hekk:", "\"In recognition of the said obligations ...\"", "THE CHAIRMAN: On a point of explanation, l-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien naħseb li l-ministru qed jimmislijdja lill- Kamra għax l-Onor.", "Alfred Sant minn hawnhekk spjega l-intenzjonijiet x'kienu.", "THE CHAIRMAN: Point taken.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan id-dokument se nqegħdu fuq il-Mejda tal- Kamra wkoll biex forsi n-nies jifhmu lill-Onor.", "Alfred Sant aħjar.", "Pero' issa niġi għal suġġett ieħor.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar irrifera wkoll għall-park ta' Ta' Qali.", "Dan aħjar ma semmiehx għax fuq il-park ta' Ta' Qali għandna stejjer twal xi ngħidu.", "Kif kien jitmexxa dan il-park ta' Ta' Qali?", "Il-gvern preċedenti - issa li se ngħid żgur ma jaqax la taħt ix-xogħlijiet pubbliċi u lanqas taħt il-kostruzzjoni - kien iddeċieda li jagħti ħajja lill-park ta' Ta' Qali billi jorganizza l-kunċerti.", "Taf kif kienu jitmexxew dawn l-affarijiet?", "L- ewwelnett f'sentejn sar telf ta' Lm182,000 minn dawn il-kunċerti.", "Dawn forsi m'humiex ħela ta' flus?", "Il-biljetti kienu joħorġu f'kull forma, biljetti discounted, biljetti bi prezz ...", "THE CHAIRMAN: On a point of order, l-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Ir-rapport ta' l-awditur imeri dak li qed jgħid bħalissa l-Ministru Zammit Dimech (Interruzzjonijiet) L-awditur hawnhekk qal li f'sentejn kien hemm telf ta' Lm50,000.", "Il-ministru qed jgħid li t- telf kien ilaħħaq Lm182,000.", "Mr Chairman, jiena naħseb li l-ministru għandu jkun fattwalment korrett u jekk jikkwota għandu għallinqas jikkwota tajjeb.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena qed nikkwota mir-rapport ta' internal audit li jiena tlabt li jsir fuq din il-materja, li jinkludi wkoll iċ-ċifri ta' din is-sena - li m'humiex inklużi fir-rapport li qed jikkwota minnu l- Onor. Charles Buhagiar - u jiena se nqiegħed estratt minn dan is-suġġett fuq il-Mejda tal-Kamra li jindika telf totali ta' Lm182,000.", "Jaf il- ministru li kien hemm qabel kif kienu jsiru l-kontijiet biex jaraw id-dħul u l-ħruġ fuq dawn il-kunċerti?", "Kien hemm kumitat immexxi minn Carmel Camilleri - issa dan Camilleri daqqa jiffirma bħala chairman ta' Ta' Qali National Park u daqqa kien jiffirma bħala l-personal assistant tal-ministru - u dan Carmel Camilleri kiteb liċ-chairman tal-Mid-Med Bank, Alfred Mifsud, fl-1 ta' April - m'hijiex kwestjoni ta' April Fool''s Day għax imbagħad ġrat veru! - u qallu li jridu jgħaddu l-flus lil dawn il-kantanti li jiġu minn barra u qallu:", "\"In order to safeguard the actual holding of these concerts, as they have already been officially launched in a press conference last week, your aid in this matter is appreciated.\"", "U dan kompla qallu:", "- \"Since M & E Marketing and Entertainment Co. Ltd. ...\"", "- issa din l-M & E Marketing and Entertainment Co. Ltd. m'hijiex xi kumpannija tal-gvern imma għandhom interess dirett fiha Massimo Ellul, il- mara tiegħu u impjegat ieħor tal-gvern -", "\"... who bank at your Cospicua branch will be supervising and managing the events in question, maybe we can find a scenario by which the latter mentioned can enjoy a temporary facility from your bank for the sum in question.", "We can guarantee immediate payments...\"", "- aqta' kemm saru dawn l-immediate payments! –", "\" ...within 48 hours after the concerts.", "Thus payments will be effected 48 hours after the following dates.\", u jagħtih l-istaġun kollu kif kellu jkun.", "Jiġifieri infetaħ kont f'isem kumpannija privata u l-flus kienu jidħlu hemm u joħorġu minn hemm.", "Imma din x'serjeta' hi!", "Issa mbagħad l-overdraft ma fdewhx u kien hemm differenza ta' Lm43,000.", "Tafu kif jifduh imbagħad?", "Jaqbdu l-flus kapitali tal-proġetti u jwaddbuhom hemm.", "Dik tajba!", "Dik accounting system!", "U dan kollu jsir permezz ta' Massimo Ellul.", "Ġiet f'idejja leaflet tiegħu ta' qabel l- elezzjoni u din tgħid hekk:", "\"Vot lil Massimo jfisser vot lil Alfred Sant.", "Massimo ġie appuntat bħala konsulent tal-kumitat Park Nazzjonali Ta' Qali", "THE CHAIRMAN: Onor. Louis Buhagiar, on a point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, hawn ġew m'għandniex insemmu nies li mhumiex membri ta' din il-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa membru fil-ħajja pubblika, Sur President.", "Il-leaflet kienet tgħid:", "\"Minn post mitluq u minsi taħt il-Partit Nazzjonalista, fejn il-flus kienu jisparixxu minflok ma jintużaw kif suppost, twaqqaf park nazzjonali li kapaċi jissodisfa x-xewqat rikreattivi, kulturali u turistiċi ta' pajjiżna.\"", "Qal li kienu jisparixxu l-flus!", "(Interruzzjonijiet) Apparti li se nqiegħed din il-leaflet u anke l-ittra mibgħuta liċ-Chairman tal-Mid-Med Bank fuq il- Mejda tal-Kamra, irrid anke nikkummenta fuq il-flus mitlufa li ssemmew.", "Jien tlabt li jiċċekkjaw jekk dawn il-biljetti humiex kollha hemm - u biljetti hemm kemm trid għaliex hemm ta' dawn il-kunċerti, hemm ta' block tickets u hemm anke ta' kull avveniment - u se nagħti żewġ eżempji.", "Per eżempju, kienu ħarġu block tickets għall-kunċert ta' l-iStatus Quo u Fish flimkien bi Lm17-il wieħed.", "Biljetti stampati kien hemm 1,500 li minnhom kien hemm 575 accounted for - jiġifieri mibjugħa, ritornati jew mhux mibjugħa jew marru jiġbruhom mingħand ir-retailers - u 925 li ma kenux accounted for.", "Dan ifisser li kien hemm biljetti għall-valur ta' Lm16,000 li kienu unaccounted for.", "U dawn li nstabu s'issa.", "Għal kunċert ieħor, din id-darba ta' l-Iron Maiden u d-Deep Purple, ġew stampati 2,000 biljett bid-Lm19-il wieħed.", "Minn dawn il-biljetti kien hemm 1,300 accounted for, filwaqt li unaccounted for kien hemm 700, valur ta' Lm13,000.", "Total of unaccounted for tickets: Lm29,000.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ta' b'xejn li meta dawn kellhom talba minn dipartiment ieħor biex dak il-park ma jibqgħux imexxuh huma u jgħadduh lill-kunsill lokali tal-Mosta kienu laqqgħu l-kumitat - dan kien il-5 ta' Mejju - fejn kienu qalu hekk:", "\"Is-Sur Camilleri ressaq quddiem il-kumitat ittra li rċieva mid- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Din l-ittra kienet tirrigwarda kontijiet li dan id-dipartiment għandu pendenti mal-park kif ukoll biex l-amministrazzjoni tal-park taqa' f'idejn il-kunsill lokali tal- Mosta.", "Għal dan il-punt iċ-chairman oġġezzjona ...\",", "- dażgur li joġġezzjona! -", "\"... u ġie deċiż li dan il-pass ma jistax jiġi mwettaq u li l- amministrazzjoni tal-park għandha tibqa' f'idejn id-dipartiment tax- xogħlijiet pubbliċi.", "Is-Sur Ray Camilleri għandu jieħu ħsieb li jikteb lid-dipartiment ta' l-agrikoltura li din it-talba ma tiġix milqugħa.\".", "Naturalment dawn irnexxielhom.", "Jiġifieri bejn id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi u d-dipartiment ta' l-agrikoltura rebħu ta' l-ewwel għaliex dawn kellhom il-flus u kienu jużaw il-kapital biex anke jisponsorjaw iż-żfin u l-kunċerti u naħseb verament nistgħu nitkellmu fuq żifna kapitali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aktar 'il quddiem inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal- Kamra estratt minn dawn il-minuti.", "Issemma ċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti.", "Jien nista' nieħu kważi l-ħin kollu fuq dan pero' ħalli l-ewwel naraw x'irridu aħna għal dan iċ-ċentru.", "Hawnhekk irridu niftakru li kien sar statement - ma naħsibx li għandi l-ħin li noqgħod nikkwota minnu - mill-Onor.", "Alfred Sant fejn kien qal li l- problema ta' kif tidħol Bieb il-Belt solviha u kien qal li minn dawk is- snin kollha li għaddew ukoll minn żmien il-brodu , issa solva kollox hu.", "Kien qal ukoll li kellhom jitwaqqfu xi kumitati - kien hemm kumitat immexxi minnu b'xi ħames ministri fih, jiġifieri spiċċaw f'sitwazzjoni fejn kien hemm tnejn jew tliet ministri għal kull offerta li saret, u kellhom magħhom lil George Abela, għaliex dak iż-żmien kien għadu ma rriżenjax minn konsulent personali tal-prim ministru, u kien għadu jifforma parti minn sotto-kumitati tal-kabinett - u allajbierek, kollox kien se jkun riżolt!", "THE CHAIRMAN: Onor. Zammit Dimech, niġbidlek l-attenzjoni li għad baqagħlek żewġ minuti.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Aħna nafu l-istorja kif evolviet dakinhar imma llum iċ-ċentru nazzjonali ta' l-arti huwa lura on track li jkun verament ċentru nazzjonali ta' l-arti, b'mira preċiża li l-ewwel fażi tiegħu, jew aħjar x-xogħol fuq St James Cavalier jintemm sa l-aħħar ta' Diċembru tas-sena d-dieħla u li mbagħad inkomplu fuq il-kumplament tal- proġett, li jinvolvi s-sit tat-Teatru Rjal.", "Sur President, issa se nagħmel xi ħsebijiet biex nagħlaq bihom.", "L- ewwelnett meta nitkellmu fuq proġetti irridu nifhmu proġetti bis-serjeta' u mhux kemm tfaqqa subgħajk u ngħidu li tlaqna.", "Alfred Sant kien jgħid: Tlaqna.", "U veru tlaqna!", "Imma taf kif telaq, Sur President.", "Spiċċa bla falkun u bla gvern!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Dażgur li telaq!", "U kif telaq!", "Tellquh mit-tmexxija!", "(Interruzzjonijiet) U tlaqna!", "U veru tlaqna!", "THE CHAIRMAN: Ikkonkludi, Onor. Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President aħna serjeta' rridu.", "Irridu li jkun hemm ukoll l-ikbar rabtiet viċini bejn il-ministeru għall- ambjent u d-dipartiment tal-kunsilli lokali.", "Fl-aħħar mill-aħħar irrid - u dan hu l-ħsieb li xtaqt nagħlaq bih, Sur President - li nkejlu s-suċċess tagħna mhux biss minn kemm proġetti nagħmlu imma wkoll mill-impatt soċjali u uman ta' kull proġett li rridu nwettqu bis-serjeta' għall-aħjar ġid tal- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport datat 21 ta' Lulju, 1998 mill-assistant head tal-petroleum division tal-Korporazzjoni Enemalta, dwar l-użu ta' light heating oil fl-ifran;", "Kopja ta' ittra u draft agreement bejn il-Gvern Malti u l-Perit Dom Mintoff mibgħuta mill-Onor Gavin Gulia, Ministru tal-Ġustizzja, lill- Prim Ministru fil-15 ta' April, 1998 dwar kumpens għal esproprjazzjoni ta' fond f'Delimara;", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-Perit Carmel Busuttil u l-Perit John Sciberras fid-dipartiment ta' l-artijiet lill-Kummissarju ta' l-Art fil-25 ta' April, 1997 dwar proprjeta' immobbli f'Delimara;", "Kopja ta' draft agreement bejn il-Gvern Malti u l-Ordni Militari ta' San Ġwann dwar il-Forti Sant'Angelo;", "Kopja ta' ittra miċ-Chairman tal-park nazzjonali liċ-Chairman tal-Mid Med Bank fl-1 ta' April, 1998 dwar kunċerti internazzjoni f'Ta' Qali matul l-1998;", "Kopja ta' fuljett maħruġ mis-Sur Massimo Ellul, kandidat Laburista, flimkien ma' analisi ta' spejjeż dwar kunċerti f'Ta' Qali għas-sena 1998 maħruġa mill-ministeru għall-ambjent; u", "Estratt mill-minuti tal-laqgħa tal-kumitat tal-park nazzjonali Ta' Qali fil-ministeru tax-xogħlijiet pubbliċi u kostruzzjoni, li saret fil-5 ta' Mejju, 1997.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Buhagiar għall-Vot 33.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Il-Kumitat ġie sospiż fl-9.40 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Vot Nru. 33 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "17", "FAVUR: 30 L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "KONTRA 35 L-Onor. |Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace Victor | |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen|Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Vot 33 tal-Ministeru għall-Ambjent:", "VOT 33 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 19,822,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa, dejjem skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "VOTAZZJONI NRU.", "18", "FAVUR: 35 L-Onor. |Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace | |Michael |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen|Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30 L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles| |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian| |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 33 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 34 - AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,435,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 - Ambjent, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 34 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT VI - MINISTERU GĦALL-AMBJENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 7,263,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għall-Ambjent, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VI għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li l-Voti 33, 34 u VI kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Politika Soċjali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 12 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjoni ta' Proċedura", "Mozzjoni ta' Proċedura dwar seduti konnessi ma' l-Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Point of order.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Fl-aġenda li għadha kemm tressqet mill-ministru għall- politika soċjali hemm mozzjoni li għandha x'taqsam ma kif se nirregolaw ix- xogħol tal-Kamra inkwantu għall-abbozz ta' liġi dwar il-VAT.", "Jista' jekk jogħġbu l-ministru jinformana jekk din għaddietx jew ġietx diskussa fil- Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Abbozz ta' din il-mozzjoni ta' proċedura għaddejtu f'idejn il-whip ta' l-oppożizzjoni nhar l-Erbgħa li għadda.", "Jien informajtu li minħabba t-three day notice kelli nippreżentaha l-Erbgħa stess, pero' staqsejtu jekk l-oppożizzjoni tridx li aħna nitolbu lill- iSpeaker isejjaħ laqgħa tal-House Business Committee biex niddiskutuha hemmhekk.", "Il-whip ta' l-oppożizzjoni informani li ried jikkonsulta u ġie jkellimni kwarta jew 20 minuta wara fejn qalli li l-oppożizzjoni kienet se żżomm laqgħa tal-grupp parlamentari tagħha l-Ħamis, l-għada, u wara jinformawni.", "Jien informajt lill-whip - u għidtlu li jista' jikkwotani uffiċjalment - li jien kont se nibqa' miftuħ għas-suġġerimenti li l- oppożizzjoni tkun tista' tagħmilli fir-rigward ta' din il-mozzjoni.", "Minn dakinhar sal-lum ma erġajt ġejt avviċinat minn ħadd.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri qed nifhem tajjeb li din ma ġietx diskussa fil-House Business Committee?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Diġa' spjegajt li jien tlabt li ssir laqgħa tal- House Business Committee.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nerġa' nistaqsi: Hija l-prattika li mozzjoni bħal din titressaq l-ewwel quddiem il-House Business Committee?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirripeti għat-tielet darba li jien stedint lill- whip ta' l-oppożizzjoni biex din il-mozzjoni ta' proċedura tiġi diskussa f'laqgħa tal-House Business Committee l-Erbgħa, qabel ma ppreżentajt il- mozzjoni lill-Iskrivan tal-Kamra.", "Ir-risposta li jien ħadt kienet li l- oppożizzjoni kellha laqgħa tal-grupp parlamentari l-Ħamis u allura kelli nirċievi risposta wara.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma hija l-prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inżommu ftit ordni ħalli nkunu nafu x'inhu jingħad.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-opportunita' lill-oppożizzjoni biex din tiġi diskussa fil-House Business Committee saret u saret darbtejn.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien irrid inkun naf jekk hijiex il-prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee.", "Iva jew le?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien m'għandix għalfejn nirripeti dak li għidt.", "Offrejt darbtejn, anzi tliet darbiet biex tissejjaħ laqgħa tal- House Business Committee.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mhux toffri trid għax it takes two to tango.", "Jien qed nistaqsik: Hija l-prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il- House Business Committee?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Li nista' ngħid jien hu li minn nhar l-Erbgħa sal- lum din hija l-ewwel darba li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jagħmel xi forma ta' kumment dwar il-procedure motion.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, jien qed nistaqsi jekk hijiex il- prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee.", "Mhux noqogħdu ninħbew quddiem il-fudge li nistaqsu x'taħseb l- oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Jien naħseb li smajna biżżejjed issa.", "(Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Il-point of order tiegħi huwa jekk hijiex il-prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela issa f'din il-Kamra spiċċajna nagħmlu session ta' question and answer!", "Hawn ġew ma nimxux bi question and answer.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien nitlob ruling, Sur President.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ruling fuq xiex?", "X'ruling qed titlob?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk hijiex il-prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mela r-rulings jintalbu hekk, biex bniedem jaqta' kurżita'!", "Fuq xiex inhu dan ir-ruling?", "X'ruling hu?", "Dan m'huwiex point of order, Mr Speaker.", "Dan m'huwiex point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nitlob ruling, Sur President, fuq jekk hijiex il- prattika li mozzjoni bħal din titressaq quddiem il-House Business Committee.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid jagħmel point of order jagħmlu imma għandu jikkwota r-regolament u mhux jagħmel mistoqsija.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed nagħmel point of order, Sur President, u l-Onor.", "Gonzi m'għandux dritt li jipprova jdawwar dak li qed ngħid jien.", "Il- mistoqsija hija jekk hijiex il-prattika li mozzjoni bħal din għandhiex l- ewwel titressaq quddiem il-House Business Committee.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom titkellmux f'daqqa.", "Jien naħseb li wieħed irid jistabilixxi ċerta relazzjoni ta' diskors.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tajjeb!", "Mela, Sur President, iċċensura lill-Onor.", "Gonzi li waqqafni u daħal fuqi meta kont qed nitkellem jien.", "MR SPEAKER: Naħseb li kien hemm cross debate fejn wieħed ma tax ċans lill-ieħor jitkellem.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela ċċensura lit-tnejn fil-każ!", "(Interruzzjonijiet) Mhux int waqqaftni!", "MR SPEAKER: Kien qiegħed jitkellem il-Ministru Gonzi fejn kien qed qiegħed jispjega l-pożizzjoni min-naħa tal-gvern.", "F'dan il-mument jien naħseb li smajna biżżejjed u issa lest li ngħaddi biex naġġorna l-Kamra għal għada s-Sibt.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ALFRED SANT: Le, skużi, Sur President!", "Qed nitlob ruling u ma noqogħdux nilagħbu iktar.", "Qed nitlob ruling dwar jekk hijiex il-prattika li mozzjoni bħal din l-ewwel titressaq quddiem il-House Business Committee.", "Għid iva jew le jekk għandek il-ħila!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Int qed tgħid li m'huwiex point of order?", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Issa aħjar ukoll!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jimporta nitkellem ftit jien issa.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Mr Speaker, bir-rispett kollu għamilna laqgħa tal-House Business Committee li damet għaddejja sagħtejn u nofs u jien qlajt fwiedi biex nipprova nikkonvinċi lill-membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni ħalli jagħtuni xi indikazzjoni biex inkunu nistgħu nfasslu programm ħalli nkunu nistgħu niddibattu din il-liġi.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri qed jikkonferma li hekk hu.", "Wara li għamilt dan il-ħin kollu nistieden lill-membri ta' din il-Kamra jaraw it- traskrizzjoni ta' dak li ntqal fil-House Business Committee, it-tweġiba finali kienet li l-gvern għandu r-regolamenti kollha, għandu l-proċeduri stabiliti anke bil-Kostituzzjoni - u ġiet ikkwotata anke l-Kostituzzjoni - u għalhekk għandu juża l-metodi tiegħu.", "Din kienet it-tweġiba.", "Jiġifieri kieku ridt, wara l-laqgħa tal-House Business Committee ta' nhar it- Tnejn, jien stajt qbadt, ktibt il-mozzjoni ta' proċedura, ippreżentajtha u ma kont ngħid xejn lil ħadd għaliex wara kollox dan hu preċiżament x'qaltli biex nagħmel l-oppożizzjoni.", "Imma d-diċenza min-naħa tal-gvern, u allura min-naħa tiegħi, kienet titlob - kif fil-fatt għamilt - li jien nitkellem mal-whip tan-naħa ta' l-oppożizzjoni u ngħidlu: Din se nippreżentaha u rrid bilfors nippreżentaha l-Erbgħa minħabba li se nġibha għad-diskussjoni s-Sibt.", "Dak inhar kont għidtlu wkoll: Jien lest li nitlob lill-iSpeaker biex illejla stess, jiġifieri l-Erbgħa, iżomm laqgħa tal-House Business Committee biex niddiskutu dan l-abbozz.", "Għidlu m'inix se nippreżenta l- abbozz ta' din il-mozzjoni qabel ma inti tgħidli jekk għandniex nagħmlu laqgħa tal-House Business Committee biex niddiskutuh.", "It-tweġiba tiegħu kienet - l-Onor.", "Mizzi qiegħed hawnhekk, jekk irid issa jqum u jgħidli li minn dan kollu m'hu veru xejn - li se jmur jikkonsulta.", "Jien tajtu kopja ta' l-abbozz f'idejh, b'dokument ieħor li m'huwiex parti mill-abbozz, li prattikament jagħti l-ħinijiet kollha tad-dibattitu, u l-Onor.", "Mizzi ġie 20 minuta wara u qalli: Aħna għandna laqgħa tal-grupp parlamentari Laburista għada l-Ħamis u konsegwentement m'huwiex għaqli li ssir laqgħa tal-House Business Committee llejla, imbagħad nerġa' nkellmek.", "Jien dak il-ħin, quddiem l-Onor.", "Mario Galea - nerġa' nirripeti li jekk mhux veru l-Onor.", "Mizzi jikkoreġini issa - għidtlu: Jien allavolja se nippreżenta l-mozzjoni llejla biex tidħol fil-motion book xorta ninsab miftuħ għas-suġġerimenti tan-naħa ta' l-oppożizzjoni għiduli wkoll biex fil- laqgħa tal-grupp parlamentari jikkwotani uffiċjalment - u wżajt il-kelma \"uffiċjalment\" - fuq din.", "U għadda l-Erbgħa, għadda l-Ħamis u sal-lum il- Ġimgħa l-unika darba li smajt xi forma ta' kumment kien illejla f'dan il- point of order li qed iqajjem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx imma ppermettuli nistaqsi: X'irid isir iktar minn hekk?", "X'jista' jsir iktar minn hekk, Onor. Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Din l-istqarrija kollha tikkonferma l-point of order tiegħi, Sur President.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidu li mhux point of order.", "X'jiġifieri mhux point of order!", "Iva, point of order u l-point of order huwa dan, Sur President.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hu qal li ried u lili ma jħallunix nitkellem!", "MR SPEAKER: Onor. Membri, inżommu l-ordni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu l-fakulta' li jitkellem.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għadna kemm smajna stqarrija twila u sħiħa li tikkonferma l-point of order tiegħi, Sur President.", "Jiġifieri hawnhekk għandna mozzjoni ta' proċedura li tressqet u ġie ammess ukoll mill-Kap tal- Kamra li kien se jressaqha quddiem il-House Business Committee.", "Il- kwestjoni hija sempliċement jekk għandhiex titressaq qabel jew wara li jiltaqa' l-grupp parlamentari Laburista.", "(Interruzzjonijiet) Issa l-punt huwa dwar jekk hijiex il-prattika li mozzjoni ta' proċedura bħal din l- ewwel tiġi diskussa quddiem il-House Business Committee.", "X'żamm lill-Kap tal-Kamra milli jsejjaħ House Business Committee biex kif jiġri s-soltu tiġi diskussa din il-mozzjoni ta' proċedura?", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Din hi l-mistoqsija.", "Din hi l-mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ftit minuti.", "Il-Kamra ġiet sospiża fl-10.00 p.m. u rriżumiet fl-10.25 p.m.", "RULING TA' MR SPEAKER", "MR SPEAKER: Dwar il-punt imqajjem mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, is-Sedja kkonsultat mar-records tal-parlament u jirriżulta li l-Mozzjoni Nru. 81 mgħoddija mill-parlament fit-13 ta' Ottubru, 1997 ma kenitx ġiet diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Xorta waħda s-Sedja tirrileva li m'hemm l-ebda regolament tal-Kamra li jgħid li mozzjoni simili trid tiġi l-ewwel diskussa fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal għada s-Sibt, 12 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fl-10.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦABS ĊIVILI - ESTENSJONIJIET", "1714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-istqarrija riċenti tal-Ministru dwar l-estensjonijiet l i qed isiru fil-Ħabs Ċivili, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' ħaddiema u l-gradi tagħhom li jridu jiġu mpjegati sabiex imexxu l- operat tal-Ħabs Ċivili meta jitlesta l-proġett?", "Kif se jkunu s-sejħiet ta' dawn il-vakanzi?", "Se jkun hemm kumpanniji privati li se jmexxu dan l- operat?", "ONOR.", "TONIO BORG: S`issa, mill-estensjoni ġdida waslet biex titlesta Diviżjoni waħda li ser ikun fiha 36 ċella.", "Din id-Diviżjoni hi pproġettata li tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-ħabs għall- ewwel darba.", "Mhux maħsub li jkun hemm żieda fuq in-numru ta` ħaddiema eżistenti biex titmexxa din id-Divijoni ġdida, billi l-istaff preżenti li qed imexxi d- Diviżjoni taż-żgħażagħ fil-parti antika tal-ħabs ser jiġu trasferiti għad- Diviżjoni ġdida hekk kif tibda titħaddem.", "Id-Diviżjoni l-oħra li fiha ser jitqiegħdu l-priġunieri mhux sentenzjati, u li hi l-akbar proġett tal-ħabs, għadha fl-istadju tal-bidu ta` kostruzzjoni u baqa` mill-inqas sentejn biex titlesta.", "Għalhekk mhux ipproġettat li jiddaħħlu nies għalissa fuq dan it-tieni proġett.", "Dwar il-gradi tal-ħaddiema fil-ħabs, infakkar lill-Onor.", "Interpellant li f`Mejju 1994 kien intlaħaq ftehim dwar is-salarji u kundizzjonijiet tal- ħaddiema tal-ħabs.", "Dan il-ftehim kien ukoll iffissa l-gradi ta` impjegati fis-servizzi korrettivi, kif ġej: -", "|Correctional |fi skala 5 | |Managers | | |Assistant |fi skala 7 | |Correctional | | |Managers | | |Correctional |fi skala 9 | |Supervisors | | |Senior Correctional|fi skala | |Officers |10-11 | |Correctional |fi skala | |Officers |14-17 |", "Dwar l-aħħar mistoqsija, m`hemmx ħsieb li l-ħabs jitmexxa minn kumpanija privata.", "ĦABS ĊIVILI - GWARDJANI", "1715.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' gwardjani fil-preżent fil- Ħabs Ċivili?", "Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti tal-gwardjani fil-Ħabs Ċivili fil-mument u meta ħerġin is-sejħiet għall-applikazzjonijiet?", "Kemm kien in-numru ta' gwardjani li tkeċċew u/jew irriżenjaw minn din il-kariga matul l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali fir-rank ta` gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa ta` 165.", "Fil-preżent in-numru ta` vakanzi ta` Gwardjani (i.e.", "Correctional Officers) hu ta` 14.", "Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta` gwardjani li spiċċaw mis-servizz f`dawn l-aħħar erba` snin hu kif ġej:-", "1995 - 30 1996 - 14 1997 - 4 1998 - 2", "RABAT - TAL-KATAKOMBI - ILMA TAX-XITA", "1716.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi wara kull maltempata bix-xita l-ilma ta' l-inħawi taċ-Ċjaki, fir-Rabat qed jiżbokka fi Triq Kanonku G. Gatt Said b'riżultat li wara jispiċċaw mgħarqa r-residenti ta' l-inħawi f'Tal-Katakombi, fir-Rabat, jista' l-Ministru jinvestiga din il-problema u jirrimedja b'soluzzjoni?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan l-ilment.", "BEEF BURGERS - IMPORTAZZJONI", "1717.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema kriterji approva t- tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers importati?", "Fil-fatt, fuq liema beef burgers se titħallas 10c levy minflok 80c?", "Ma' liema koperattiva/għaqdiet tal-bdiewa u raħħala kkonsulta dwar din id-deċiżjoni u x'kienet il-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/koperattivi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġerixxi l-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - VETTURI", "2120.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li vetturi reġistrati mal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni hemm 5 u mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 29.", "Ma kienx hemm vetturi li nxtraw bejn is-6 ta' Settembru 1998 u 28 ta' Ottubru 1998.", "Hemm tlett vetturi (ta' l-art) reġistrati f'isem is-Segretarjat Parlamentari u tlieta oħra f'isem id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.", "Id- dettalji tagħhom huma dawn:", "Numru ta' Ghamla Dipartiment/Sezzjoni Registrazzjoni", "GVN071 Mercedes Segretarju Parlamentari GVN070 Skoda Segretarju Parlamentari BBB306 Rover Segretarju Parlamentari DAM591 Peugeot Staff-Marsa Sports Section GAC652 Rover Derettur Zghazagh u Sport GUH061 Tractor Marsa Sprots Grounds", "Ma hemm ebda vettura tal-baħar reġistrata f'isem is-Segretarjat Parlamentari jew f'isem id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u ma nxtrat ebda vettura matul il-perjodu indikat.", "Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet għandu żewġ karozzi f'ismu.", "WAħda hija għad-dispożizzjoni esklussiva tad-Direttur - GAN521 Mażda 323 Saloon, u l- oħra tintuża għal qadi kollu tad-Dipartiment - GVN125 Subaru 1600 Station Wagon.", "Ebda vettura ma nxtrat minn dan id-Dipartiment mis-6 ta' Settembru 1998 sat- 28 ta' Ottubru 1998.", "Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għandu tlett karozzi reġistrati.", "Dawn huma:", "Numru tal-Karozza Tip", "AAB661 Peugeot GVN046 Seat Ibiza GVN329 Renault", "Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ma xtara ebda karozza.", "Id-Dipartiment tal-Kultura għandu 3 vetturi reġistrati li ebda waħda minnhom ma nxtrat bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998.", "Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu vettura waħda (Toyota Hiace) reġistrata f'ismu.", "Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 ma ġiet mixtrija ebda vettura.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KAROZZI TAL-KIRI", "2121.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad- dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirijiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l- offerti jew peremzz ta' direct orders?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li karozzi tal-kir mal-Ministeru hemm 7 filwaqt li mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 17.", "Il-kerrejja ta' dawn il-karozzi huma (a) Swift Rent a Car, (b) Autorentals and (c) Butterfly Garage.", "Dawn il-kirjiet saru permezz ta' Treasury tender 206 ta' din is-sena, bl- eċċezzjoni ta' żewġ karozzi li nkrew, waħda, minħabba li fid-Diviżjoni ma kienx hemm fondi sabiex tinxtara karozza, skond Performance Agreement, għal Direttur, u l-oħra mikrija għal konsulent skond ftehim ta' kuntratt.", "L-ispiża tlaħħaq għal Lm111.74 kuljum.", "Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ma għandu ebda karozzi tal-kiri għad- dispozizzjoni tiegħu.", "Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għandu erba' karozzi tal-kiri li tlieta minnhom huma taħt il-1200cc u waħda 'l fuq minn 1200cc.", "Hemm żewġ karozzi oħra li huma 'l fuq minn 1200cc li qed jintużaw fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari.", "Il-karozzi qegħdin mikrija b'kuntratt li kien ingħata wara sejħa għall- offerti.", "Il-kuntratturi huma Del Carm Ltd u Butterfly Garage.", "Ir-rata tal-kiri hija ta' Lm3.45 għall-karozzi taħt l-1200cc u Lm3.75 għall- karozzi fuq il-1200cc.", "Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għandu karozza waħda tal-kiri għall- użu tiegħu.", "Il-kerrej tal-karozzi \"DAK 152\" huwa d-Direttur tal-Libreriji u Arkivji.", "Il-Dipartiment fil-kiri ta' din il-karozza juża l-istess kuntratt tad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Il-kuntratt sar mid-Diviżjoni bl-offerti u x- xogħol ingħata lil Auto Rentals Company Ltd.", "L-ispiża għal kiri ta' din il-karozza hija ta' Lm3.60 kuljum.", "Id-Dipartiment tal-Kultura għandu 3 karozzi tal-passiġġieri u van wieħed tal-kiri li huma mikrijin mingħand Del Carm Ltd u Butterfly Garage.", "L-ispiża tlaħħaq l-ammont ta' Lm16.60 kuljum.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, id-Dipartiment għandu żewġ karozzi u pick-up mikrija.", "Il-karozzi u pick-up huma mikrija mingħand il-Butterfly Garage Co. Ltd, Autorentals Co. Ltd u Lawrence Mercieca.", "L-ispiża ta' kuljum tammonta għal Lm19.75.", "PORT ĦIELES - IMPJEGATI", "2126.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' l- Ministru jagħti il-lokalitajiet minn fejn huma dawk li ġew impjegati l- ħaddiema in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 801 ma jkunx etikament ġust li nagħti dettalji dwar persuni li jkunu ġew impjegati ma' Korporazzjoni.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - RESERVED PARKING", "2183.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex applikazzjoni għal reserved parking ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi pproċessata bla telf ta' żmien peress li din l- applikazzjoni saret f'Awissu ta' l-1998 wara li l-applikazzjoni oriġinali li kienet saret f'April, 1998 intilfet mid-dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-Servizz tal-Keep Clear/Reserved Parking Areas quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.", "Minħabba ċerti diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha numru sostanzjali t'applikazzjonijiet pendenti.", "Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati mill-aktar fis possibbli u hu ttamat li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien qasir.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "2232.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1029 u t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1115, jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jwettaq din il- wegħda elettorali?", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bdewx jew le diskussjonijiet f'dan is- sens u jekk bdew ma' min?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandix x'inżid mat-Tweġiba li kont tajt għall- Mistoqsijiet Nri.", "1115 u 1029.", "IMPJIEGI - ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "2286.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb tal-Gvern li l-ħaddiema li huma assistenti soċjali każwali jinqalbu minn self-employed għal part-timers mal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Li l-Assistenti Soċjali Każwali jinqalbu minn 'self-employed' għal 'part-timers' mal-Gvern hija wegħda li l-P.N. għamel fil-programm elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni ġenerali u li dan il- Gvern ser iwettaq aktar 'il quddiem.", "EDUKAZZJONI - VJAĠĠI GĦALL-ISTUDENTI", "2287.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl-ewwel xahrejn tas-sena skolastika 1998-1999, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm saru vjaġġi għall-istudenti primarji, sekondarji; 2) kemm ġew jiswew dawn il-vjaġġi: i) għall-primarji; ii) għas-sekondarji; 3) x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tħallas għall-vjaġġi li ġenwinament isiru u kemm fil-fatt hemm bżonn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-ewwel xahrejn tas-sena skolastika 1998/99, l-għadd ta' vjaġġi għat-tfal ta' l-iskejjel kulljum kien:", "Skejjel Primarji - 170 filgħodu u l-istess numru filgħaxija Skejjel Sekondarji - 536 filgħodu u l-istess numru filgħaxija", "L-ispiża involuta kienet ta' madwar Lm39,000 għall-iskejjel primarji u ta' madwar Lm152,000 għall-iskejjel sekondarji.", "It-talbiet għall-ħlas isiru lill-kapijiet ta' l-iskejjel li jiċċertifikaw li l-vjaġġi jkunu effettivament saru.", "Meta vjaġġ ikun miftiehem li jsir imma fil-fatt ma jsirx, il-Kap ta' l-iskola javża b'dan lid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni li tgħaddi l-pagamenti għall-vjaġġi biss li jkunu effetivament saru.", "L-għadd ta' vjaġġi li hemm bżonn isiru hu dak li jkun ġie deċiż qabel tibda s-sena skolastika, u skond in-numru ta' studenti li jkollhom bżonn trasport.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "2288.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ġew barranin jistudjaw l-Ingliż fl- iskejjel ta' Malta u Għawdex li jgħallmu l-Ingliż lil barranin matul: 1) Ġunju 1998; 2) Lulju 1998; 3) Awissu 1998; u 4) Settembru 1998; b) kemm għandna minn dawn l-iskejjel bħalissa; c) kemm għandna persuni bil-warrant biex jgħallmu f'dawn l-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, ser ikolli nwieġeb f'xi seduta oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "2289.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali?", "Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex huma dawn l-applikazzjonijiet?", "F'kull każ, kemm ilha tistenna l-applikazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi sal-4 ta' Diċembru 1998, kien hemm 3005 applikazzjoni pendenti.", "L-applikanti huma minn madwar Malta u Għawdex kollu.", "L-applikazzjonijiet ilhom għal perjodu ta' żmien li jvarja mill-l988 sal-4 ta' Diċembru 1998.", "AIR MALTA - XIRI TA' BILJETTI TA' L-AJRU", "2363.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministru ma tanix l- informazzjoni li tlabt f'mistoqsija parlamentari numru 1724 dwar x'ammont ta' flus għandha tieħu l-Air Malta mil-Libja għal ħlasijiet ta' xiri ta' biljetti ta' l-ajru meta f'dawn il-jiem fi tweġiba għall-mistoqsija supplimentari wieġeb li dan l-ammont huwa ta' Lm13-il miljun?", "Xi problema sab jagħtiha bil-miktub meta ma sab l-ebda problema simili jwieġeb bil-fomm?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tajtx tweġiba bil-miktub għall-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 1724, għas-sempliċi raġuni li fil-ħin li t-tweġiba ġiet mgħoddija lill-Iskrivan tal-Kamra kif titlob il-proċedura, tali informazzjoni ma kienitx għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Infatti l-informazzjoni waslitli ftit tal-ħin qabel dħalt għas-seduta parlamentari ta' dakinhar u għalhekk kif għidt ma kienx possibbli li din tiġi nkluża fid-domanda relattiva.", "SKEJJEL GĦAWDXIN - GĦALLIEMA", "2364.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jgħallmu fl-iskejjel Għawdxin li ma ħarġux mill-kulleġġi tat-taħriġ għall-għalliema, li m'għandhomx B. Ed, PGCE jew warrant permanent, li m'għamlux il-kors tal-pedagoġija kif ipprovdut fil-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MOT?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li hemm tliet għalliema fl- iskejjel Għawdxin li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni mogħtija fl-interpellanza.", "KUMITAT TAL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM - ATTIVITAJIET", "2369.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minn Settembru 1998 s'issa, jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet organizza l-Kumitat għall-Jeddijiet tal-Bniedem li kien twaqqaf biex fuq livell ta' skejjel u fuq livell nazzjonali ifakkar il-50 sena mid- Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "Peress li dawn il-valuri li hemm bżonn jibqgħu jinxterdu fl-iskejjel biex isiru parti sħiħa mill-kultura tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, hemm il- ħsieb li kumitat simili jibqa' attiv matul din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-25 ta' Settembru ssejħet laqgħa tal-Kumitat biex jitkomplew it-tħejjijiet tal-programm.", "F'din il-laqgħa ġejt infurmat li l- membri appuntati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni (u Kultura) kienu offrew ir-riżenja tagħhom minħabba raġunijiet ta' proċedura.", "Il-Kumitat qua Kumitat, għaldaqstant, ma baqax kostitwit u l-attivitajiet maħsuba biex ifakkru l-anniversarju kellhom jieqfu.", "Sa fejn hu magħruf minni, ma jirriżultalix li dan il-Kumitat reġa' twaqqaf.", "Fuq livell kurrikulari u mhux fuq livell ta' Kumitat, iż-żewġ 'membri' min- naħa tad-Diviżjoni, u cioe' Ms Josephine Vassallo u Mr Philip Said komplew bl-attivitajiet ta' tifkira ma' l-iskejjel.", "F'din id-direzzjoni:", "1.", "L-istudenti ta' l-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti ġew mistiedna permezz ta' ittra ċirkulari mid-dipartiment tal-kurrikulu biex jipparteċipaw fi 'Pjan ta' Azzjoni' fil-komunita' tagħhom b'riżq il-ħarsien tad- Drittijiet tal-Bniedem.", "Diversi skejjel primarji u sekondarji ħadu sehem f'dan il-proġett imniedi mill-Ġnus Magħquda.", "Il- ħidma tagħhom tinsab reġistrata fuq il-website globali: CyberSchoolBus.un.org.Human Rights.", "2.", "Id-dipartiment ta' l-Istudju Soċjali fil-Junior Lyceum tal-Bniet 'Maria Reġina' Blata l-Bajda, ikkoordina programm ta' attivitajiet interkurrikulari u inter-skolastiku biex ifakkar il-ħamsin sena tad- Dikjarazzjoni.", "L-attivitajiet qegħdin isiru bejn is-7 u l-11 ta' Diċembru 1998.", "3.", "Se ninqdew bil-kompetizzjoni ta' Europe at School li għas-sena 1999 għandha bħala tema 'Human Rights and I'", "Dawn l-attivitajiet huma maħsuba biex inkomplu nxerrdu fost it-tfal u ż- żgħażagħ fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji l-kultura ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-kuxjenza għall-obligazzjonijiet soċjali.", "KUNSILLI LOKALI - KONFINI", "2406.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Wara diversi lmenti minn diversi kunsilli lokali fuq il-konfini tal-lokal tagħhom u wara li diversi kunsilli ma ħarġux sodisfatti b'dak li ddeċidiet il-kummissjoni li twaqqfet apposta biex teżamina dawn l-ilmenti, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tittieħed xi inizjattiva fil-futur qarib biex din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Talbiet għat-tibdiliet fil-konfini tal- lokalitajiet huma regolati mill-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il- Kunsilli Lokali li jipprovdi hekk:-", "Tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill-Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni mal- Ministru, il-Kunsill Loklai konċernat u, fejn hu possibbli, mar-residenti lokali.", "Il-Kummissjoni Elettorali għandha tagħmel dan it-tibdil permezz ta' avviz legali fil-Gazzetta.", "Dan ifisser li l-Kummissjoni Elettorali bħala awtorita indipendenti u awtonoma, għandha ġurisdizzjoni esklussiva fid-deċiżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal-konfini.", "BIRŻEBBUGA - IL-BAJJA S-SABIĦA", "2407.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li parti mix-xogħol li kellu jsir fuq il-proġett ta' Birżebbuga, partikolarment fil-parti tal-Bajja s-Sabiħa sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma ma jaqlibx għal fuq il-bajja, għadu ma sarx?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk dan l-ilqugħ u culverts humiex se jsiru?", "Jekk fl- affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru pjanti ġodda partikolarment li juru l-'invert levels' tal-culverts eżistenti biex tiġi addottata l-aħjar sistema sabiex l-ilma tax-xita ma jaqax fuq ir-ramel.", "Wara li joħorġu t-tenders neċessarji, jibda x-xogħol li mistenni jkun lest sa Ġunju 1999.", "SKEJJEL - MARIA REGINA JUNIOR LYCEUM", "2408.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iskola ta' Maria Regina Junior Lyceum tal- Blata l-Bajda minn tliet għalliema tal-Business Studies l-istudenti tal- Form 3 u Form 4 spiċċaw b'għalliema waħda?", "Peress li dawn l-istudenti ilhom b'għalliema waħda mill-bidu ta' Novembru, meta jaħseb li se jerġa' jkollhom għalliema available?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mit-tliet għalliema tal-Business Studies fl-Iskola ta' Maria Regina Liceo tal-Bniet, Blata 'l-Bajda, żewġ għalliema qegħdin b'ċertifikat ta' mard.", "Fil-każ ta' dik l-għalliema li ilha nieqsa mid-9 ta' Novembru ntbagħat għalliem ieħor biex jieħu l-lezzjonijiet tagħha.", "Għal-lezzjonijiet ta' l-għalliema l-oħra għadu ma nstabx għalliem.", "Iż-żewġ għalliema huma mistennija lura l-iskola wara l-vaganzi tal-Milied.", "BIRKIRKARA - FLEUR DE-LYS - PELICAN LIGHT", "2409.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jindaga biex jara jekk tistax issir pelican light quddiem il-knisja tal-Karmnu (Parroċċa) fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Irreferejt is-suġġeriment ta` L-Onor.", "Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT", "2410.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Malti għall-Isport u lil min jirrappreżentaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-membri tal-Kunsill Malti għall-Isport għadhom l- istess għalkemm bagħtu r-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern.", "KUMITAT OLIMPIKU MALTI - GĦAJNUNA FINANZJARJA", "2411.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata għajnuna finanzjarja l-Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin?", "Kemm hu maħsub li jingħata s- sena d-dieħla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, ser ikolli nwieġeb f'xi seduta oħra.", "VOT KAPITALI NUMRU 13", "2412.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-commitments li diġa' jeżistu kif ukoll xi proġetti kapitali oħra qed ikunu ppjanati u dan b'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2092 mogħtija f'Seduta Numru 21?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proġetti kapitali li hemm committed mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport jinkludu xogħlijiet fuq il-canopy ta'l-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, bini ta' dressing rooms fil-Lyceum ta' Kordin, Pitch tal-boċċi f'Bormla, xiri u installazzjoni ta' laboratory equipment għall-Kumitat Olimpiku Malti.", "In-nefqa se tkopri wkoll xogħol preliminari konness mal-bini tat-tlett ċentri sportivi.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "2413.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2091, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' qed isib li jinforma lill-Kamra kemm qed jitħallsu l- konsulenti, kemm dawk full-time kif ukoll dawk part-time?", "F'każ li ma għandu l-ebda diffikulta', jista' jagħti l-figura ta' kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa m'hemm ebda konsulent li qed jitħallas.", "B'effett mill-1 ta' Ottubru 1998 tlabt lis-Sur Richard Muscat jaġixxi ta' Konsulent fi ħdan il-Ministeru fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' kultura u lil Dr. Simon Busuttil LL.D. biex jagħti pariri fuq kwestjonijiet konnessi mal-programmi tal-U.E. fil-kamp edukattiv.", "Qed jiġu proposti l- kundizzjonijiet normali fuq bażi ta' kuntratt għal dan ix-xogħol u li jridu jiġu approvati mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Meta dan jiġi definit inkun nista ninforma 'l Kamra.", "Barra minn hekk nikkonsulta ma' diversi persuni oħra skond il-bżonn.", "NAXXAR - BARRIERA TA' BIRGUMA", "2414.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara jekk il-Barriera ta' Birguma, fil-limiti tan-Naxxar hijiex qed topera bil-permessi meħtieġa u jekk hu l-każ, sa liema distanza mill-qtugħ tal-blat għall-ewwel għalqa li tmiss mal-barriera jista' jitqatta' dan il-blat skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Minerals Board?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-barriera li ġġib l-applikazzjoni numru 4762/97/15A, inħareġ il-permess fil-11 ta` Settembru, 1998; il-permess hu marbut b`kondizzjonijiet u pjanti approvati.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` pjanta immarkata PA4762/97/15A.", "MOSTA - TRIQ PATRI ĠUŻE' DELIA", "2415.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsir l-istreet lighting meħtieġ ħafna fi Triq Patri Ġuże' Delia, fil-Mosta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra", "GĦARGĦUR - TRIQ DUN SALV ZARB", "2416.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Dun Salv Zarb, fil- Għargħur fejn parti minnha hija għalqa f'nofs it-triq, tiġi minnufih esproprjata u b'hekk tinfetaħ it-triq sew u jkunu jistgħu jsiru x- xogħlijiet neċessarji u t-triq tkun miftuħa bħala waħda regolari peress li din it-triq hija kollha mibnija u fiha numru kbir ta' residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din it-triq partikulari hi waħda min dawk li ġew diskussi mal-Kunsill Lokali tal-Għargħur.", "Id-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal il-mod kif din it-triq tkun tista tingħata wiċċ.", "QRATI - ARMA LI BIHA NQATEL RAYMOND CARUANA", "2417.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkonferma li l-arma li allegatament qatlet lir- Raymond Caruana fil-Ġudja naqset mill-iStrong Room tal-Qorti?", "Jekk ir- risposta hi fl-affermattiv, meta naqset?", "Jikkonferma l-Prim Ministru li r-rapport dwar il-frame ups li fih kien jissemma l-frame up ta' Pietru Pawl Busuttil naqas ukoll mill-Uffiċċju tal- Prim Ministru fi żmien il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nikkonferma li l-arma li allegatament qatlet lil Raymond Caruana fil-Gudja kienet waħda mill-oġġetti li naqsu mill- Istrong Room tal-Qorti fis-serqa li saret fit-18 ta` Settembru 1993.", "Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għar-rapport ta' Inkjesta li kien għamel l-Imħallef Godwin Muscat Azzopardi.", "Dan ir-rapport kien naqas fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u għadu nieqes.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "2418.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-applikant, li ismu qed jintbagħat separatament, li xi ġimgħat ilu applika għal driving licence u li din għandu bżonnha ħafna minħabba esiġenzi kbar familjari, jibgħatu għalih biex jagħmel l- eżamijiet meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PA - REF.", "PAB 587/95 E", "2419.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara x'azzjoni ttieħdet f'dik li hija enforcement kontra l-persuna li tilfet l-appell tagħha fil-Planning Appeals Board (Ref.", "PAB 587/95 E) 5MS u ECF 95/94 u dan in konnessjoni ma' bini ta' taraġ u għeluq ta' viżjoni għad-dannu ta' terzi, meta l-istess terzi nteressati għadhom qegħdin jistennew li l-persuna responsabbli treġġa' lura x-xogħlijiet illegali li wettqet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onor.", "Membru mhix korretta.", "PAB 587/95/E jirrigwarda żvilupp fil-Qawra diġa' deċiż mill-Bord ta' l-Appelli filwaqt li ECF95/94 jirrigwarda żvilupp permess mill-Awtorita' tal-Ippjanar f'Tal-Balal limiti ta' l-Iklin.", "Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jipprovdi r- referenzi preċiżi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji.", "EIB - FTEHIM MAL-GVERN MALTI", "2420.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l-Gvern Malti f'Diċembru ta' l-1995 kien għamel ftehim mal-European Investment Bank biex jissellef ECU 15miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm kien għamel użu minn dan is-self?", "Fiex wasal dan il-proġett li għalih sar il-ftehim?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li sa issa ma ġiet utilizzata l-ebda somma minn dan is-self u li għalhekk il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jerġa' jiġi nnegozjat dan il-ftehim.", "Il-proġett huwa fil-fażi ta' formulazzjoni ta' proposti fit-Tramuntana ta' Malta u f'Għawdex biex l-istess proposti jkunu sottomessi għal studju ta' impatt ambjentali liema studju diġa' tlesta l-ewwel fażi biex jiġi sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "TIGNE' - REVERSE OSMOSIS", "2421.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm trains b'kollox fl-impjant tar-reverse osmosis ta' Tigne'?", "Kemm minn dawn qegħdin jaħdmu?", "X'se jsir minn dan l-impjant?", "Kemm kien ġie jiswa?", "Kemm hemm nies jaħdmu fih bħalissa u x'qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-impjant ta' Tigne kien jikkonsisti f'ħames trains u ilu wieqaf minn April 1996.", "Jiena nfurmat li dan l-impjant ser jitneħħa biex jagħmel wisa' għall-proġett ta' Tigne.", "Dan l-impjant kien ġie jiswa Lm3.2 miljuni u bħalissa hemm biss uffiċjali tas-sigurta' jagħmlu għassa miegħu.", "WSC - PRODUZZJONI TA' ILMA", "2422.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l- ilma, kemm kien l-ammont imħallas (billed) u kemm kien il-persentaġġ ta' unaccounted for water, sena b'sena, mit-twaqqif tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma fl-1992?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "EIB - TARIFFI TAD-DRENAĠĠ", "2423.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi Artiklu 6.09 tal-ftehim bejn id-Drainage Department fid- Dipartiment ta' l-Ambjent u l-European Investment Bank December 1995 jaħseb għal tariffi fuq id-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħid kemm u kif mit- tariffi fuq l-ilma kif preżentati dan l-aħħar se jmorru għal dan l-iskop?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Artikolu 6.09 tal-ftehim ma jispeċifikax li jkun hemm tariffi fuq id-drenaġġ iżda li jkopru dan l-element.", "Infakkar li meta l-amminstrazzjoni preżenti introduċiet it-tariffi l-ġodda, li kien fihom roħs sustanzjali fuq dawk imposti mill-Gvern Laburista, l- għan ewlieni f'din ir-roħs kien l-aspett soċjali.", "WSC/ENEMALTA - DUAL TARIFF SYSTEM", "2424.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation tħallasx lill-Enemalta fuq il-bażi ta' dual tariff system skond kemm tuża enerġija matul il-ġurnata jew matul il-lejl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas lill-Korproazzjoni Enemalta fuq bażi ta' dual system tassumi li l-impjanti jaħdmu l-istess bil-lejl u bin-nhar.", "POWER STATIONS - ENERĠIJA", "2425.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif hi mqassma d- domanda għall-enerġija mill-power stations, siegħa b'siegħa, matul il- ġurnata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - ASFALTAR", "2440.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 1999 se jingħataw it-tarmak?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2056.", "TAXXI INTERNI - KONSULENT", "2441.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament inħatarx konsulent fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt li ngħata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-kuntratt ta` konsulenza mal-persuna msemmija għadu mhux finalizzat.", "WSC - ĦLAS LID-DITTA MEGABYTE", "2442.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 2191 li diġa' saret darbtejn qabel, jiġifieri mistoqsijiet parlamentari numru 1819 u 1379?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "WSC - POLICY ĠDIDA", "2443.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li applikaw qabel il-Budget biex idaħħlu jew daħlu s-servizz ta' l-ilma mill-Water Service Corporation humiex se jiġu iċċarġjati?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy l-ġdida?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif kien tħabbar fil-konferenza dwar it-tariffi l- ġodda tad-dawl u ta' l-ilma, il-ħlas dovut għal installazzjoni għandu jsir kemm minn dawk li applikaw qabel kif ukoll minn dawk li applikaw wara l- Budget.", "Rigward il-policy l-ġdid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-futur ser jiġi ppubblikat avviż legali fejn ikun hemm aktar tagħrif.", "DETOX CENTRE - PAZJENTI", "2444.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu pazjenti id-Detox Centre, St Luke's kuljum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istatistika eżatta li tinġabar dwar in-numru ta' pazjenti li jattendu ċ-Ċentru tad-Detox f'St. Luke's tinġabar fuq bażi ta' kull xahar.", "Għaldaqstant skond l-aħħar statistika huwa kkalkulat li bħalissa fid-Detox qed jattendu media ta' madwar 450 persuna kuljum.", "DIPARTIMENT TAD-DWANA - REĠISTRAZZJONI TA' TELEVISIONS", "2445.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati televisions tal-kulur mad-Dipartiment tad-Dwana matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u l-qisien tagħhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi r-reġistrazzjoni tat-television isir mill-PBS, għalhekk nissuġġerixxilu li jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PBS - REĠISTRAZZJONI TAT-TELEVISIONS", "2446.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati televisions tal-kulur mal- Public Broadcasting Services matul is-snin 1995,1996,1997 u 1998 u l-qisien tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-reġistrazzjoni ta' televisions tal- kulur kienet hekk:", "1995 19,654 1996 22,161 1997 14,709 1998 (Jan-Nov) 12,231", "Il-Public Broadcasting Services ma jkolliex l-informazzjoni mitluba dwar il- qisien tagħhom.", "QRATI - KAŻ TA' AVUKATA", "2447.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li l-każ li hemm pendenti fl-ismijiet li qed jintbagħtu separatament fejn jittratta każ ta' avukata li fiċ-ċirkostanzi hi u l- familja tagħha sofrew u għadhom isofru ħafna fuq kwestjoni li ġiet ħafna u ħafna fl-idea tiegħi inutilment minfuħa mill-awtoritajiet, jara li jreġġa' kollox lura u jara li jsir dak mistħoqq favur din l-istess avukata u l- familja tagħha li fuq kollox diġa' saritilha ħafna ħsara kemm fil- professjoni u fis-soċjeta' għal xejn?", "Il-Prim Ministru ma jarax li jekk jibqa' hekk sieket din l- inġustizzja fiċ-ċirkostanzi se tkompli titwal?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru jirrigwarda proċeduri ta' dixxiplina li saru fuq avukatessa, li kienet uffiċjal pubbliku, mill-kap tad-dipartiment tagħha.", "Dawn kienu proċeduri li jirrigwardaw allegata insubordinazzjoni.", "Din l- uffiċjal irriżenjat mis-servizz u għażlet li l-proċeduri dixxiplinarji ma jitkomplewx kontra tagħha.", "Iżda għamlet ċitazzjoni fil-Qorti fuq punt preliminari li nqatet kontra tagħha, u wara li appellat, il-Qorti ta' l- Appell ikkonfermat l-ewwel deċiżjoni.", "Issa għamlet kawża Kostituzzjonali fuq l-istess punt, tilfitha fl-ewwel stanza u hemm Appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fuq l-istess punt.", "Jidher li kienet l-avukatessa li nefħet il-każ u ġabet fuqha l-konsegwenzi li qed issemmi, bil-ħafna proċeduri li għażlet li tiftaħ fil-Qorti.", "F'dan l-istadju wieħed irid issa jistenna li jiġi deċiż l-Appell Kostituzzjonali.", "KUNSILLI LOKALI - BORD TA' INKJESTA", "2451.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Bord ta' Inkjesta mwaqqaf mid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il-każ tal-Gżira ħass illi m'għandux jieħu aktar konjizzjoni tal-każ sakemm din il-kwestjoni tibqa' sub-judice?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Permezz ta' ittra datata 31 ta' Awissu 1998 lill-Onor Freddie Portelli, Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali, ic- Chairman tal-bord maħtur mill-istess Ministru fisser li l-proċeduri legali mibdija quddiem il-Qorti Ċivili rrendew il-pożizzjoni tal-bord prekarja u għaldaqstant diffiċli li jasal għall-konklużjonijiet mixtieqa.", "Fl-istess ittra ġie ritenut li: Minħabba li din il-kwistjoni issa tinsab sub judice il-bord iħoss li ma għandux jieħu aktar konjezzjoni tal-Każ.", "Wara bidla fl-amministrazzjoni, il-Prim Ministru, bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali qabel li l-Investigazzjonijiet mibdija minn dan il-bord għandhom jiġu posposti sakemm jiġu konklużi l-proċeduri legali, u dan peress li dawn il-proċeduri jistgħu jwasslu għall-proċeduri ulterjuri permezz tal-Pulizija jekk jinstabu provi sodi dwar dan.", "MINISTERU TAS-SIGURTA SOĊJALI - ŻJARAT BARRA MINN MALTA", "2454.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mid-dikasteru tiegħu li għamlu żjarat barra minn Malta mill-10 ta' Settembru sal-lum?", "Minn min kienu magħmula dawn id- delegazzjonijiet, x'kien l-iskop tad-delegazzjoni, kemm kienet l-ispiża, x'kien il-perjodu li għamlu msiefra u lil liema aġenzija/i sar il-ħlas?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "VAT - FORMOLI", "2455.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min jipprintja l-VAT form, jekk hux l-Istamperija tal-Gvern jew inkella xi stamperija privata?", "Jekk hija stamperija privata, liema hi?", "Fiż-żewġ eventwalitajiet kemm jiswa l-printing ta' dawn il-kotba ta' l- irċevuti tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "ANZJANI - HOMEHELP", "2456.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-Homehelp għall-anzjani: (1) kemm nies applikaw għal din l-iskema; (2) kemm nies ingħataw dan is-servizz; (3) kemm kienu impjegati CSAs; (4) kemm swiet din l-iskema kull sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2456 l- informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - FAMILJI B'ĠENITUR WIEĦED", "2457.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2095, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' inqas minn Lm4,000?", "Kemm se tiswa l- miżura soċjali ġdida li se tolqot lil din il-kategorija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru.", "2282.", "DJAR - HOUSING UNITS", "2458.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena mill- 1988 sa l-1998, kemm il-gvern ipprovda housing units kull sena u kemm swew dawn il-units?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kapitali tal-Housing Authority għall-bini ta' units ġodda (mhux maintenance) għas-sena 1999?", "Jista' jgħid ukoll kemm se jipprovdu housing units ġodda (esklużi requisitions); kemm minn dawn se jkunu għall-bejgħ u kemm se jkunu mikrija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni voluminuża mitluba mill-Onor.", "Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu kienet ingħatat fit-Tweġiba għal Mistoqsija W1443 waqt il-leġislatura preċedenti.", "Din it-Tweġiba kienet ingħatat għall-aħħar ta' Frar ta' din is-sena.", "Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI - FURJANA", "2459.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti anzjani mid-dar ta' l-anzjani tal-Furjana?", "F'liema dar privata jew hotel ġew alloġġjati?", "X'inhuma r-rati bażiċi li qed jiġu mħallsa mid-dipartiment għal dawn l-anzjani?", "Hemm rati extra li jridu jitħallsu f'każ ta' użu ta' medical sundries disposable?", "Sabiex l-anzjani jintbagħtu f'dan il- post/postijiet, ġew maħruġa tenders?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2020.", "M'għandi xejn x'inżid ma din ir-risposta.", "FGURA/ZABBAR - KATUSI TAD-DRENAĠĠ", "2481.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat mid-dipartiment li jsir tibdil ta' katusi tad-drenaġġ ġewwa l-Fgura, Zabbar u Xgħajra tul is-sena 1999?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jinbidlu l- katusi fi Triq in-Nissieġ, Żabbar u ħdejn Cottoner Avenue, l-Fgura.", "Barra minn hekk, qed isir 'adjudication' ta' tender għall-master plan design fuq is-sistema tad-drenaġġ tas-South, fejn ix-xogħol ta' infrastruttura propja jibda fi żmien tlett snin.", "PULIZIJA - FGURA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "2482.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx maħsub li l- għassa tal-pulizija ġewwa l-Fgura tiġi mkabbra għall-ħtiġijiet u esiġenzi preżenti tal-post, li kull sena jibqa' jikber?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi għalissa għad m'hemmx dan il- ħsieb.", "PULIZIJA - WIED IL-GĦAJN - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "2483.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hi l-aħħar darba li saritilha manutenzjoni l-għassa tal-pulziija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li din tiġi ċeduta għal skopijiet kulturali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ilu ħafna ma' jsir mauntenzjoni f'din l-Għassa prinċiparjament minħabba l-fatt illi kien hemm il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija kienet se tkun inkorporata fil-bini taċ-Ċentru Ċiviku li kellu jinbena.", "Jiena nfurmat ukoll li hemm il-ħsieb illi parti minn dan il-bini jibda jintuża mill-Girl Guides tal-lokal.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KIRJIET/ĊNUS", "2484.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux il-Lm100 bħala kera fis-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-pubbliku in ġenerali u li l-kera/ċens tagħhom hija Lm100 jew anqas huwa ta' 16,613.", "MATTIA PRETI - ESIBIZZJONI TAL-PITTURI", "2485.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li peress li s-sena li ġejja jaħbat l-anniversarju mill- mewt ta' l-artist Mattia Preti, issir esibizzjoni speċjali tal-pitturi li għandu f'idejh l-Istat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Kollega, is-sena li ġejja jaħbat it-tielet ċentinarju mill-mewt ta' Mattia Preti, il-pittur kbir tal- Barokk li ta kontribuzzjoni verament straordinarja lill-wirt kulturali Malti, b'mod partikolari fil-kamp ta' l-arti.", "Bħal reġjuni oħra fejn Mattia Preti kien attiv, Malta wkoll, permezz ta' inizjattivi tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, ħejjiet programm kommemorattiv għal dan l-avveniment.", "Fost l-inizjattivi li ttieħdu s'issa, wieħed jista' jsemmi s-sett ta' erba' Telecards li ħarġet il-Maltacom, li jirriproduċu pitturi magħrufa ta' Preti.", "Reċentament Maltapost Ltd ħarġet ukoll sett t'erba' bolli b'xogħlijiet ta' l-istess artist, waqt li l-Air Malta ipprerparat kalendarju għal 1999 bil-pitturi ta' Preti li qegħdin fil-Mużew ta' l-Arti.", "Bejn 23 ta' Diċembru 1998 u 15 ta' Frar 1999 il-Mużew ta' l-Arti se jorganizza żewġ wirjiet importanti - waħda tikkonsisti f'disinji oriġinali ta' Preti - xi wħud minnhom mislufin minn Mużewijiet barranin - u l-oħra ta' artisti kontemporanji li se jkunu mistiedna jinterpretaw l-ispirtu tax- xogħol ta' Mattia Preti.", "Fis-7 ta' Jannar hu maħsub li ssir ċerimonja reliġjuża kommemorattiva fl- Oratorju ta' San Ġwann, il-Knisja li Preti ttrasforma f'wieħed mill-aqwa monumenti ta' l-arti Barokka u fejn Preti nnifsu jinsab midfun.", "Qed isiru wkoll preparazzjonijiet biex wirja ta' pitturi ta' Mattia Preti imħejjija mill-Museo Civico di Taverna tinġieb pajjiżna f'April u Mejju 1999.", "Din il-wirja intitolata 'Il Giovane Mattia Preti' tikkonsisti f'xogħlijiet li dan l-artist ipproduċa qabel ma wasal Malta u, għalhekk, tikkomplimenta sew ix-xogħlijiet tiegħu diġa' familjari għalina hawn Malta.", "Mhux eskluż li ssir wirja oħra b'xogħlijiet ta' Preti.", "Fil-Budget tad- Dipartiment tal-Mużewijiet għas-sena 1999 hemm ivvotata s-somma Lm15,000 biex ikopru l-ispejjeż konnessi ma' dawn l-attivitajiet.", "ORDNI TAL-KAVILLIERI TA' SAN GWANN - FALKUN", "2486.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għal falkun li l-Gvern Laburista kien qed jiftiehem dwaru ma' l- Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann bħala ħlas talli l-Gvern Malti kien se jagħtihom il-Forti Sant'Anġlu, billi l-falkun skond il-liġijiet ta' pajjiżna huwa meqjus bħala tajra protetta u allura la tista' tinqabad titrabba ħajja u wisq inqas tinqatel, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'kien se jagħmel bil-falkun il-Gvern ta' qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-immaġinazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward ma tlaħħaqx ma' dik li seta' kellu l-Gvern preċedenti li kien tant akkanit li, għal raġunijiet li żgur jaf aħjar minni, jingħata falkun kull sena.", "POULTRY PROCESSORS ASSOCIATION", "2487.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni lit-talba li saritlu mill-Poultry Processors Association?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba li saret mill-Poultry Processors Association qed tkun ikkunsidrata.", "PALAZZ TA' L-INKWIŻITUR - RESTAWR", "2488.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr wasal il-Palazz ta' l-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu u jekk tul is-sena d- dieħla huwiex se jkun lest il-proġett kollu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol ta' restawr fil-Palazz ta' l- Inkwiżitur miexi skond ir-riżorsi disponibbli.", "Bħalissa qed jinbarxu l- ħitan minn qoxra ħoxna ta' tibjid antik.", "Qed jitneħħa terrapien mirdum f'ċerti kmamar u qed ikun mibdul jew restawrat ġebel u ċangatura, jinfetħu bibien u twieqi li kienu mblukkati u qed jinbnew faċilitajiet sanitarji ġodda għall-viżitaturi.", "Matul l-1998 tlesta l-laboratorju u depożitu għall-kollezzjoni tal-ħwejjeġ.", "Hu maħsub li x-xogħol strutturali jitkompla matul l-1999.", "Il-proġett mhux ser ikun lest is-sena d-dieħla."]} {"filename": "20021209_831d_par.doc", "date": "2002-12-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 831 It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 831", "It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "831", "It-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 423", "KOMUNIKAZZJONI 423", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 423", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 431", "KONDOLJANZI 432", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI 433", "AĠĠORNAMENT 466", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 467", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 830 li saret fid-9 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "KOMUNIKAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet kopja tar-rapport tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji għas- sitt xhur bejn it-2 ta' Ġunju u l-1 ta' Diċembru, 2002 u dan skond Artiklu 10 ta' l-Att Nru. VII ta' l-1997.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MATSEC: SYSTEMS OF KNOWLEDGE - RESITS", "36863.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Kemm kien hemm studenti post-sekondarji li fi tmiem is-sena akkademika 2001-2002 weħlu fil-proġett ta' l-estetika li jridu jagħmlu bejn l-ewwel u t-tieni sena biex jissodisfaw il-kriterji tal- bord tal-Matsec tas-systems of knowledge?", "Kemm minn dawn l-istudenti li weħlu tħallew joqogħdu għar-resit?", "Kif ġew informati dwar dan ir-resit?", "Min ħa d-deċiżjoni u fuq liema kriterji jkun hemm studenti li jitħallew jagħmlu resit u oħrajn li jitħallew fil-għama?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): L-informazzjoni li qed tintalab trid tinġabar mill-iskejjel, imma b'mod ġenerali r-rwol tal-Matsec fejn jidħlu l-proġetti tas-systems of knowledge huwa dan:", "Il-proġett ta' l-estetika fis-systems of knowledge huwa assessjat mill- għalliema stess lejn tmiem l-ewwel sena tal-kors fl-iskejjel post- sekondarji.", "Bejn Ġunju u Lulju, il-bord tal-Matsec jimmodera l-marki li jkunu ngħataw.", "Imbagħad fl-aħħar ta' Frar tat-tieni sena tal-kors, l- iskejjel jintalbu jibagħtu l-marki taż-żewġ proġetti estetiku u teknoloġiku lill-uffiċċju tal-Matsec.", "Il-moderazzjoni tat-tieni proġett issir bejn Marzu u April.", "Jekk fl-aħħar tal-kors il-kandidati ma jkollhomx il-marka minima fiż-żewġ proġetti, ma jitħallewx jagħmlu l-eżami tas-systems of knowledge f'Mejju iżda jingħataw iċ-ċans li jtejbu l-proġetti li jkunu weħlu fihom biex ikunu jistgħu jagħmlu l-eżami f'Settembru.", "Il-kandidati kollha li jkunu f'din is-sitwazzjoni jkunu mgħarrfa b'ittra b'dan ir-regolament.", "SKOLA SIR ADRIAN DINGLI - MANUTENZJONI TAL-BJUT", "36864.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'passi ttieħdu biex jiġi investigat x'wassal biex jidħol ħafna ilma fil-bini ta' l-iskola Sir Adrian Dingli wara x-xita li għamlet?", "Min mill-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada kien responsabbli għas-sorvelja tat-tqegħid ta' membrane fuq il-bejt li minn fuqu daħal l-ilma?", "Min kien responsabbli għas-sistema tal-culverts li suppost iservu biex l-ilma jibqa' għaddej?", "X'passi se jittieħdu dwar in- nuqqasijiet fix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nuqqasijiet li qed jirriferi għalihom l- Onor. Membru ġew investigati u nista' ngħid li wara xita qawwija, daħal ilma minn ma' katusa ta' ventilazzjoni tad-drenaġġ u minn parti mis-saqaf fejn kien għadu għaddej ix-xogħol fuq il-membrane.", "Kien hemm ukoll culvert li nstadd wara li x-xita ġarret zokk ta' madwar tliet piedi li nqabad ġo manhole u miegħu weħel xi terrapien ieħor.", "Ittieħdet azzjoni immedjata biex titranġa l-ħsara u biex ma jerġgħux ikunu ripetuti inċidenti simili.", "Il-kumpannija tal-periti responsabbli mis-sorvelja tax-xogħlijiet hi architecture projects.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRASPORT SKOLASTIKU", "36865.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Meta se jissolvew in-nuqqasijiet fit-trasport skolastiku bejn San Pawl il-Baħar u l-junior lyceum Mikiel Anton Vassalli, fejn regolarment is-subien qed jitwasslu lejn l-iskola u lejn id-dar bilwieqfa f'karozza li qed tkun ippakkjata bit-tfal ġejjin mill-Mellieħa?", "Kemm suppost hemm karozzi biex iwasslu bla periklu lit-tfal ta' dawn iż- żewġ lokalitajiet differenti?", "Kemm fil-fatt qed imorru minn dawn il- karozzi biex jagħmlu l-vjaġġ meħtieġ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dak li qed jilmenta minnu l-Onor.", "Interpellant kien jeżisti fil-bidu tas-sena skolastika, pero` f'dawn l- aħħar ġimgħat dan l-ilment ma baqax jiġi rrapportat.", "Meta saret verifika rriżulta li l-kuntrattur li jipprovdi dan is-sevizz kien jipprovdi żewġ vetturi li jesgħu 53 persuna minflok tliet vetturi normali ta' 36 persuna.", "Il-kuntrattur ġie mwissi biex jirranġa s-sitwazzjoni sabiex it-tfal ma jirkbux bilwieqfa waqt il-vjaġġ.", "SKOLA SIR TEMI ZAMMIT - GĦALLIEM TAL-HOME ECONOMICS", "36866.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Meta se jintbagħat għalliem tal-home economics li hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit ta' l- Imtarfa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-vakanza ta' għalliem tal-home economics li kien hemm nieqes fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit ta' l- Imtarfa imtliet.", "MĠARR - TORRI TAL-LIPPIJA", "36867.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'passi se jittieħdu biex jiġi salvat it-torri tal-Lippija, fil-limiti ta' l-Imġarr, li jinsab fil-periklu li jiġġarraf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' għallinqas il-Ministru jgħid xi tħejjijiet qegħdin isiru biex it-torri inkwestjoni ma jiġġarrafx?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien tlabt din l-informazzjoni lid- dipartiment tal-mużewijiet u appena jkolli risposta nkun nista' ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li lill-Ministru għadha lanqas waslitlu l- informazzjoni u sadanittant dan it-torri hekk storiku jinsab f'periklu imminenti li jiġġarraf, jista' almenu jgħidilna meta hemm il-ħsieb li jibdew ix-xogħlijiet fuqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se ninforma ruħi u nieħu l-passi li jkunu opportuni skond il-każ.", "PBS - INTERVIEWING TECHNIQUES LECTURES", "36868.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Could the Minister confirm the recent engagement of PBS personnel to lecture employees from a leading local institution in interviewing techniques?", "If in the affermative, does such an activity fall within the terms of the object clause of the State broadcasting company?", "Was the engagment a direct order to PBS or was the State company accommodating someone who may have been commissioned to do the job?", "Did PBS cost the job prior to undertaking it, whether it had been directly engaged or not?", "What exactly did this undertaking cost PBS?", "Were PBS and its employees remunerated for their efforts?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li waħda mill-proposti tat-task force li kont waqqaft biex tagħti pariri fuq ir-ristrutturar tal-PBS, kienet issuġġeriet li jiġu żviluppati oqsma ta' ħidma kummerċjali.", "Meta bank lokali talab is-servizzi tal-PBS biex impjegati tiegħu jitħarrġu fl-użu tal- media, il-PBS qieset din it-talba bħala possibilita` li tifrex il-ħidma tagħha f'dan il-qasam.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru dwar costings u ħlas hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma tingħatax hawnhekk, iżda informat li l- PBS għamlet il-qligħ minn din l-inizjattiva.", "L-impjegati tal-PBS li taw it- taħriġ ingħataw remunerazzjoni peress li ħadmu barra l-ħinijiet normali tax- xogħol.", "Il-kunsulent tal-PBS li mexxa t-taħriġ ma tħallasx għal dan ix- xogħol.", "L-Onor.", "Membru żgur jieħu gost ikun jaf li t-taħriġ li ngħata mill-PBS kien apprezzat ħafna mill-bank konċernat u li l-PBS qed tistħarreġ kif tista' ssaħħaħ il-ħidma tagħha f'dan il-qasam.", "RABAT: GĦAR BARKA - DWAL", "37397.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li d-daħla tal-qasam tad-djar ta' Għar Barka, fir-Rabat, min-naħa tal-knisja tħalliet mudlama, jista' il-Ministru jara li jinvestiga u jirrimedja bi stallazzjoni ta' bozoz ġodda sabiex f'dawn l-inħawi mudlama ċappa jkun hemm dawl adegwat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "RABAT: GĦAR BARKA - TRASPORT PUBBLIKU", "37398.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jinformani għaliex is-servizz tat- trasport pubbliku baqa' ma ġiex estiż għal Għar Barka?", "Xi problemi jeżistu fil-mument li qed jimblokkaw dan l-aċċess bżonjuż għall-komunita` ta' Għar Barka?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar- risposta ta' mistoqsija parlamentari 28915.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri sussegwentement ma kienx hemm żviluppi abbażi ta' l-estensjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Veru li saru diversi laqgħat bejn l-awtorita' u s- sidien tal-karozzi tal-linja, iżda sfortunatament dan is-servizz għadu ma ġiex provdut.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' jkun il-każ li x-xufiera qegħdin isibu diffikulta' biex dan is-servizz jiġi estiż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Biżżejjed wieħed iħares lejn id-domandi parlamentari li saru dwar dan is-suġġett biex jinduna li kien hemm żmien meta x-xufiera tal-karozzi tal-linja ma xtaqux li jiġi estiż is-servizz f'dawn l-inħawi minħabba ċerti problemi, fosthom il-kondizzjoni tat-triq inkwestjoni.", "Fil- fatt dawn il-problemi llum ġew riżolti.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar grupp ta' persuni li sfortunatament m'huwiex faċli li tittratta magħhom u tikkonvinċihom dwar il-bżonn li jagħmlu ċerti affarijiet.", "Minkejja l-volonta' kollha li jingħad li hemm min-naħa tas- sidien tal-karozzi tal-linja li jagħtu dan is-servizz, s'issa dan għadu ma ġiex provdut.", "Probabbilment se naslu f'pożizzjoni fejn l-awtorita' jkollha timponi ruħha fuq dawn is-sidien biex jgħaddu minn dawk l-inħawi.", "BIĊĊERIJA: LINJA TAL-MAJJAL - ACCIDENTS", "37399.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm accidents fuq il-linja tal- majjal fil-biċċerija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li n-numru ta' accidents fuq il-linja tal-majjal fil-biċċerija matul din is-sena kien ta' għaxra, cioe' tnejn f'Jannar, tnejn oħra f'April, tnejn f'Mejju, wieħed f'Lulju, wieħed f'Settembru u tnejn f'Novembru.", "BIĊĊERIJA - HEALTH AND SAFETY REPORT", "37400.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-aħħar rapporti tal-health and safety officers li żaru l-biċċerija matul din is-sena?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li uffiċjali mill-awtorita' għas-saħħa u s-sigurta' fil-post tax- xogħol – din l-awtorita' twaqqfet mill-gvern preżenti - żaru l-biċċerija fid-29 ta' Settembru li għadda bħala parti minn eżerċizzju li jikkonċerna postijiet tax-xogħol tal-gvern u f'dan il-kontest qed inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra b'rakkomandazzjonijiet li ntbagħtet minn uffiċjal ta' din l-awtorita' lid-direttur ġenerali tat-taqsima ta' l-ikel u servizzi veterinarji wara li saret l-imsemmija żjara.", "Jien informat li ttieħdu u qed ikomplu jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jkunx hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-ħaddiema fil-biċċerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li ttieħdu u se jkomplu jittieħdu l-miżuri meħtieġa, jista' jinformana liema parti ġiet attwata minn dak ir-rapport?", "Liema huma r-rakkmandazzjonijiet l-oħra li jridu jitwettqu u meta se jitwettqu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fil-file li għandi quddiemi m'għandix din l-informazzjoni, pero' ir-rapport qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u allura wieħed ikun jista' jara r-rakkmandazzjonijiet li hemm.", "BIĊĊERIJA - XOGĦLIJIET", "37401.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid meta suppost kellu jkun lest ix-xogħol fil- biċċerija u x'inhi r-raġuni li għadu ma tlestiex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fil- biċċerija bħalissa għaddejjin bosta xogħlijiet li skond il-kuntratt ma jidhirx li kellhom jitlestew u fil-fatt għadhom ma tlestewx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jinformana meta kellhom jispiċċaw ix-xogħlijiet li għalihom qed tirriferi l-mistoqsija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, skond ir-risposta kif ingħatat jidher li ż-żmien li fih kellu jsir dan ix-xogħol partikolari għadu m'għaddiex.", "BIĊĊERIJA - MAKKINARJU", "37402.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid x'apparat jew makkinarju ġdid insteraq mill- biċċerija u kemm huwa l-valur tiegħu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li ma jidhirx li kien hemm xi serq ta' apparat ġdid mill-biċċerija.", "Jekk l-Onor Interpellant jaf b'xi ħaġa, nitolbu jgħaddili t-tagħrif li jista' għandu, biex ninvestiga.", "Hekk isiru l-affarijiet bis-serjeta' u mhux billi nitfgħu s-suspetti permezz ta' mistoqsija.", "PULIZIJA - KAŻI TA' STUPRU U ATTENTATI TA' STUPRU", "37463.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru u attentati ta' stupru li ġew irrapportati lill-pulizija?", "F'liema lokalitajiet saru?", "Jista' jgħid ukoll jekk ittieħdux passi bil-qorti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi sa l-aħħar t`Ottubru 2002 kien hemm 11-il każ ta` allegazzjonijiet ta` stupru.", "Għaxar persuni tressqu l-qorti fuq dawn il- każi waqt li erba` każi għadhom qed jiġu nvestigati.", "Kien hemm ukoll żewġ każi oħra barra l-ħdax fejn il-kwerela ġiet irtirata.", "Informat ukoll illi dawn il-każijiet ġew irrapportati li seħħew f'San Ġiljan, il-Fgura, Raħal Ġdid, il-Buskett, Birkirkara, l-Imsida, iż-Żurrieq, l-Isla, ir-Rabat, Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ.", "LABOUR SUPPLY - TNAQQIS", "37486.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti spjega jew raġuni għat-tnaqqis li kien hemm fil- labour supply bejn is-sena 2001 u s-sena 2002?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-labour supply tidher li hi dovuta għal diversi skemi ta' irtirar kmieni bħal dik tat-tarznari, tal-Maltacom u tal- banek.", "Għal aktar dettalji nirriferi lill-Onor.", "Membru għal paġna 55 ta' l- economic survey Jannar - Settembru 2002.", "PHYSIOTHERAPY - MELLIEĦA", "37514.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Anġlu Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33770 - fejn il-Ministru qal li din d-domanda hija ta' natura personali u li għandha tigi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13567 - jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaga f'dan l-każ peress li l-familja qiegħda tbati immensament u allura din il-materja tigi segwita skond il-proċedura ndikata mill-Ministru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Id-diviżjoni tas-saħħa ma tipprovdix servizz ta` fiżjoterapija fid-djar.", "ENVIRONMENT LANDSCAPING CO.", "LTD.", "37516.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Prim Ministru: Peress li ma ngħatatx risposta għall-mistoqsija parlamentari 37405, jista' l-Prim Ministru jgħid kif qiegħed jiġi mħallas il-consortium environment landscaping company ltd?", "Xi proċedura qiegħda tintuża għax-xiri ta' makkinarju, siġar u oġġetti oħra li jintużaw fix-xogħol?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ta' ħidma li dan il-public private partnership irid iwettaq fit-12-il-xahar li ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): Nissuggerixxi lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministru tal-finanzi.", "DIRETTORAT TAT-TOROQ", "37517.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti d- dettalji dwar l-akkwist ta' art li sar mid-direttorat (ex dipartiment) tat- toroq għal xogħol konness mal-bini ta' toroq matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "Jista' jagħti l-lokalita' tal-proprjeta' akkwistata, id-data tal- kuntratt, il-valur tal-kuntratt u l-isem tan-nutar li ppubblika l-kuntratt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jiena nformat illi l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsia parlamentari numru 36708 għadha qed tinġabar u għalhekk l-eżerċizzju se jiġi estiż biex ikopri l-perjodu indikat f'din il-mistoqsija wkoll.", "SIGURTA' SOĊJALI - BONUS", "37529.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-bonus ta' Diċembru ta' koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jasal għax għadhom ma rċevew xejn?", "Tista' l-koppja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali ħa l-passi biex jitħallas il-bonus lill-koppja msemmija.", "SVPR - SOCIAL WORKERS", "37530.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu ġewwa l-SVPR u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-residenza ta' San Vinċenz hemm żewġ social workers, bin-numru jiżdied skond il- bżonnijiet ta' l-istess residenza.", "RAĦAL ĠDID – TRIQ IT-TRAMUNTANA - DWAL", "37531.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li titranġa bozza li ilha mitfija 17-il ġurnata fi Triq it-Tramunata, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "SOCIAL WORKERS - VACANCIES", "37532.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu postijiet ta' social workers li huma battala?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata twegiba f'xi seduta oħra.", "SOCIAL WORKERS - VACANCIES", "37533.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministu jgħid kemm għandu postijiet ta' social workers li huma battala?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk is-social workers jaqgħux kollha taħt il-ministeru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hemm social workers li huma mpjegati ta' l- aġenzija Appoġġ.", "Uħud minn dawn jaħdmu ma' l-istess aġenzija u oħrajn huma assenjati biex jaħdmu f'dipartimenti tal-gvern.", "Pero' hemm dipartimenti tal-gvern li għandhom social workers impjegati direttament magħhom.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Mr Speaker, jien informat li persuni f'ċerti ċentri ta' l-anzjani jaħdmu fuq kuntratti ta' sitt xhur.", "Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy li torbot flimkien il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' persuni li jistgħu jiġu assimilati ma' social workers?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif spjegajt diġa', hemm social workers li huma impjegati ma' l-aġenzija Appoġġ u oħrajn li huma impjegati fid-dipartimenti partikolari.", "Dawk li huma mpjegati fl-aġenzija \"appoġġ\" huma koperti bi ftehim kollettiv li għad fadallu punt x'jiġi diskuss u bħalissa qiegħed jiġi riżolt fil-livell ta' tribunal industrijali.", "Il-ftehim kollettiv li ġie nnegozjat għall-ħaddiema ma' l-aġenzija Appoġġ huwa kemm jista' jkun simili għall-ftehim kollettiv li ġie negozjat għall-aġenzija \"sedqa\" ħalli l-kondizzjonijiet tagħhom ikunu simili għal xulxin bejn iż-żewġ aġenziji.", "Dawk is-social workers li huma impjegati fid-dipartimenti tal-gvern, huma koperti bi ftehim kollettiv tal-gvern u allura għandhom il-kondizzjonijiet taħt il-ftehim kollettiv sħiħ tal-gvern.", "Meta nitkellmu dwar persuni li jaħdmu fid-day centres, irridu noqogħdu attenti jekk hux qed nirriferu għal dawk li huma kkwalifikati bħala social workers, jew care workers, jew xi ħadd impjegat bħala casual.", "Għalhekk nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jagħtini ftit aktar dettalji biex inkun nista' inwieġeb b'mod aktar preċiż din il-parti tal-mistoqsija.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li tajjeb li jkollna policy armonizzata fuq dawn il-kategoriji?", "Għax donnu jidher li ma' l-aġenziji hemm ċertu tip ta' ftehim u mal-gvern hemm tip ta' ftehim differenti.", "Imbagħad xtaqt li nidħlu aktar fid-dettall ma' dak li għandu x'jaqsam ma' care workers, fejn hemm kategoriji differenti u jidħol l-alliment ta' casual u jekk intix ittrenjat jew le.", "Hemm xi policy armonizzata fihom dawn?", "Għax naħseb li diġa' qed indaħħlu ċerta struttura ta' anomala fil-mod kif qegħdin nitkellmu dwar dawn l- affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-kuntrarju, it-tweġiba hija ċara.", "Hemm policy ta' armonizzazzjoni fil-kondizzjonijiet tax-xogħol bejn is-social workers, oħrajn li m'humiex kwalifikati bħala social workers u ħaddiema ta' l-aġenziji differenti li għandu l-gvern.", "Għar-rigward ta' social workers, l-armonizzazzjoni trid issir ukoll bejn il- kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu ma' l-aġenzija kif ukoll ma' dawk li jaħdmu fid-dipartimenti tal-gvern u allura huma koperti bil-ftehim kollettiv tal-gvern.", "Matul dawn l-aħħar sentejn sar sforz qawwi biex il-kondizzjonijiet ta' xogħol li ġew negozjati fuq livell tal-ftehim kollettiv tal-gvern fis- settur pubbliku kollu, ikunu simili u viċin kemm jista' jkun mal- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fi ħdan l-aġenziji.", "Jiġifieri t-target hu li jkun hemm armonizzazzjoni sal-massimu possibbli – tifhimha li jkun hemm ċertu varjazzjonijiet – fil-kondizzjonijiet tax- xogħol tas-social workers.", "Il-mira tagħna hi li idealment ikollna l- aġenzija Appoġġ li timpjega s-social workers u mbagħad tipprovdihom hi fid- diversi dipartimenti jew bżonnijiet li għandu l-gvern fis-settur pubbliku.", "U din hemm anke raġuni warajha.", "Normalment ix-xogħol ta' social worker jinvolvi ċerti pressjonijiet li t- tip ta' xogħol iġib miegħu.", "Dawn jaħdmu ma' każijiet ta' ċerta diffikulta' u kulħadd jirrikonoxxi li jistgħu jikkawżaw dak li jgħidulu burn-out fil- professjoni minħabba l-pressures enormi li wieħed jgħaddi minnhom.", "Għalhekk huma importanti ħafna li jkollna l-armonizzazzjoni biex tippermettilna ċertu flessibbililta'.", "Għax jekk social worker tkun qiegħda taħdem f'settur partikolari, jista' jasal iż-żmien li minħabba raġunijiet ta' pressjoni, ta' tensjoni u ta' burn-out, il-flessibbilita' stess tkun tippermetti li din is-social worker tkun tista' tiċċaqlaq minn settur għal ieħor u b'hekk tirriżolvi l-pożizzjoni tagħha b'dan il-mod.", "Irrid ngħid ukoll illi fil-qasam tas-social workers wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-kambjament li seħħ matul dawn l-aħħar ħames snin f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalifiċi.", "Sa ftit ta' żmien ilu biex ikollok il-kwalifika ta' social worker kellek bżonn diploma ta' l-universita'.", "Illum il-livell għola u m'għadux possibbli li tiggradwa bħala social worker b'diploma biss imma jrid ikollok degree ta' l-universita'.", "Allura fl-arranġamenti kollha li ddiskutejna u li huma koperti bil-ftehim kollettiv kellna nindirizzaw din l-issue partikolari għax għandek ħaddiema li huma kwalifikati bħala social workers bid-diploma u għandek oħrajn li qegħdin jiggradwaw bil-livell ta' degree.", "U allura kellna bilfors nidħlu fl-issue ta' jekk il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn is-social workers, dawk kwalifikati b'diploma u oħrajn li huma kwalifikati b'degree għandhomx ikunu differenti.", "Nafu li fis-settur pubbliku l-fatt li inti jkollok degree, jintitolak għal ċertu kondizzjonijiet mentri jekk inti għandek diploma, jintitolak għal kondizzjonijiet ħarira differenti.", "Dawn kienu l-issues kollha li ġew ittrattati waqt in-negozjati tal-ftehim kollettiv u nirrepeti li dan jonqsu aspett wieħed partikolari għax għad m'hemmx qbil dwaru.", "Pero' iż-żewġ naħat qablu li għandu jiġi sottomess lit-tribunal industrijali biex jieħu deċiżjoni fuqhom hu u mbagħad minn hemm inkunu nistgħu nimxu.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jistaqsi x'inhuma d-differenzi li llum jeżistu bejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandu social worker li jaħdem fis-settur pubbliku u l-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandu ħaddiem ma' aġenzija, jiġifieri bejn settur pubbliku fid-dipartimenti u l-aġenziji tal-gvern, allura fis-settur pubbliku wkoll pero' separati.", "Illum il- kondizzjonijiet tax-xogħol u l-kondizzjonijiet ta' pagi ġew prattikament l- istess, jiġifieri bl-istess skali u bl-istess progression.", "Naturalment min hu impjegat ma' l-aġenzija qiegħed closed, mentri min hu impjegat f'dipartiment tal-gvern jista' jiġi trasferit minn dipartiment għal ieħor.", "Sadanittant qegħdin naħdmu u wasalna fi stadju finali fit-tħejjija ta' abbozz ta' liġi li jirregola l-professjoni ta' social workers u nittama li kmieni s-sena d-dieħla dan l-abbozz ikun jista' jiġi ppubblikat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura): Mr Speaker, nixtieq inressaq każ ta` ksur ta' privileġġ kontra rapport fl- aħbarijiet ta` Super 1 Radio.", "Nirriferi għan-news item li għadha kif ħarġet fuq Super 1 Radio fis-5:45 p.m. u se nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kemm it-tape kif ukoll it-transcript ta' l-item in kwestjoni.", "L-item jirriferi għad-diskussjoni ta` dalgħodu fil-parlament u jibda b'dawn il-kliem:", "''Id-Deputat Laburista Charles Buhagiar jiżvela fil-Parlament kif persuna fis-Segretarjat tal-Ministru Francis Zammit Dimech spiċċat tinnegozja art tal-gvern u tiffranka lill-consortium Midi.'.'", "Fit-tweġiba tiegħi dalgħodu, li m'hi riflessa bl-ebda mod korrett fl- aħbarijiet tas-Super 1 Radio, spjegajt li l-persuna in kwestjoni huwa uffiċjal pubbliku u aġixxa biex jiffranka flus lill-gvern u mhux lill- consortium Midi.", "Din hija aħbar totalment żleali fil-konfront ta' dak li kien diskuss dalgħodu fil-parlament u allura qed niġbed l-attenzjoni immedjata tas-Sedja għal dan il-mod diżonest kif Super 1 Radio rrapporta dak li ġara fil-Parlament dalgħodu f'dibattitu parlamentari.", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' transcript ta' l-aħbarijiet ta' One News tas-5:45 p.m. kif ukoll kopja ta' tape.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Cassette recording ta' rapport li xxandar fl-aħbarijiet ta' Super 1 Radio nhar it-Tnejn, 9 ta' Diċembru 2002, fis-5:45 p.m., u transcript ta' l- istess rapport dwar diskors li sar fil-parlament fis-seduta ta' filgħodu ta' dakinhar stess.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja ħadet notament ta' dak li ntqal u tara l- każ u tkun tista' tagħti ruling aktar tard.", "Ngħaddu issa għal Kondoljanzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali.", "KONDOLJANZI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dalgħodu tħabbret il-mewt tas-Sur Emanuel Vella, missier il-kollega tagħna l-Onor.", "George Vella.", "Naturalment f'okkażjonijiet bħal dawn hija l-prattika sabiħa ta' din il-Kamra li nesprimu s-sens ta' solidarjetà tagħna mal-kollegi tagħna, speċjalment f'dawn il-mumenti meta jkunu tilfu lil xi ħadd qrib minn tal-familja.", "F'dan il-każ l-Onor.", "Vella tilef lil missieru.", "Il-missier huwa l-figura ċentrali f'kull familja u m'għandix dubju li t-telfa għal Dr Vella u għall-familja Vella kollha hija telfa kbira.", "Jien personalment ma kontx nafu lill-papa ta' Dr Vella, però m'għandix dubju li hija telfa kbira għall-familja kollha.", "Għalhekk nixtieq li f'isem din in-naħa tal-Kamra, u bla dubju f'isem il-Kamra kollha, nieħu din l- okkażjoni biex inwassal il-kondoljanzi lil Dr Vella u lill-familja Vella kollha kemm hi u li nagħti l-impenn tiegħi biex ikun hemm il-preżenza wkoll tagħna fil-funeral li se jsir għada.", "Allura nitlob lis-Sejda biex twassal il-kondoljanzi lill-familja Vella f'isem il-Kamra kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ningħaqad mas-sentimenti li għadu kemm esprima l-Viċi Prim Ministru u f'ismi u f'isem l-oppożizzjoni Laburista nagħti l-kondoljanzi mill-aktar profondi u sinċieri lill-ħabib tagħna George, u lill-familja tiegħu għat-telfa kbira li ġarrbu.", "Jien iltqajt diversi drabi ma' missier George li kien persuna kwieta, kalma, dedikata, toqgħod lura imma tkun qed tosserva tajjeb x'ikun għaddej.", "Naf kemm ħadem biex iġib 'il quddiem lill-familja tiegħu u naf kemm il- ħabib tiegħi George kien qrib ta' missieru u kemm kien jieħu ħsiebu.", "Għalhekk naf kemm intlaqat bil-kbir bit-telfa li ġarrab, għalkemm forsi kien qiegħed jistenniha dawn l-aħħar tlett ijiem.", "L-Onor.", "George Vella kien Brussell fuq xogħol u qalulu li missieru kien qaleb għall-agħar u kellu jiġi minnufih lura.", "Evidentement kien imdejjaq b'dak li kien għaddej u ħassha bi kbira, pero' fl-istess ħin wieħed jitfarraġ bil-fatt li għex ħajja twila b'mod tajjeb u b'mod li ta xiehda tal-valuri tal-familja Maltija.", "Naħseb li dan jagħti konsolazzjoni kemm lil George, kemm lil ħutu u lill-familja kollha tiegħu.", "Jien nagħti l-kondoljanzi tiegħi lil George mhux biss bħala sieħbi fil- politika, imma bħala ħabib kbir tiegħi li matul l-aħħar għaxar snin ħdimna spalla ma' spalla flimkien, u t-telfa tiegħu in parti nħossha wkoll bħala t- telfa tiegħi.", "Nassigurah mis-simpatija kollha, mill-kondoljanzi kollha u mill-faraġ kollu li nistgħu nagħtuh aħna ta' l-oppożizzjoni Laburista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal lill-familja Vella s-sentimenti espressi f'dan il-parlament.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "L-ordni għalI-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-mozzjoni numru 307 ta` l-20 ta' Novembru, 2002 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Issa nitlob lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta` l-Edukazzjoni): Mr Speaker, nipproponi:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 37,741,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,016,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 701,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 20 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,160,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,150,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 17 -", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Personal Emoluments", "Item 11 - Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm27,911\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm27,910\".", "Delete the figure \"Lm27,911\" and substitute therefor the figure \"Lm27,910\".", "Sur President, tista` tgħid li l-budgets ippreżentati minn gvern Nazzjonalista tul dawn l-aħħar erba' snin kienu kollha magħmulin bl-istess mod, tista' tgħid li kellhom l-istess qafas.", "Ħafna retorika, kliem sabiħ li ovvjament ma jonqos qatt, u kollox miexi sew minkejja li ħaddieħor għandu l- problemi.", "Fil-faff smajna anke lill-Prim Ministru jgħid li kemm Franza, kemm Italja kif ukoll il-Ġermanja għandhom ħafna problemi.", "Imma f'Malta kollox miexi tajjeb.", "Tan-naħa tal-gvern jgħidu li kollox miexi tajjeb u meta aħna nikkritikaw il-ħażin jgħidulna li dan qed nagħmluh biex inbeżżgħu lin-nies.", "Dawn qed jippreżentaw budget b'ħafna logħob bil-figuri biex iġibu l-boċċa qrib il-lik, imma meta tfittex fil-fond ma ssib sustanza ta` xejn.", "Ma ssib l-ebda proposta serja li tista` tħalli xi frott.", "Sur President, waħda mill-ftit affarijiet ġodda f'dan il-budget, apparti mill-kwestjoni tal-ballet li issa saret kważi ċ-ċajta, hija li fl- introduzzjoni tad-diskors tal-budget il-Ministru tal-Finanzi qalilna li s- saħħar ta' Oz ma jeżistix.", "Li hu żgur huwa li matul dawn l-aħħar erba` snin, kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, eżista ċertu dragula li xorob kemm felaħ taxxi mingħand il-poplu.", "Biżżejjed wieħed jgħid li l-piż tat-taxxi żdied b'aktar minn Lm265 miljun, meta tieħu wkoll id-dħul proġettat għas-sena d-dieħla.", "Dawn huma figuri li kkonfermahom wkoll il- Ministru Dalli fid-diskors tal-budget ta' ġimgħa ilu.", "Sur President, jiena nixtieq nitkellem ftit fuq il-qasam ta' l-isport f'pajjiżna.", "Ftit tal-ġimgħat ilu għaddejna l-liġi dwar l-isport li fuqha ħadna madwar tmintax-il seduta.", "Din il-liġi titkellem l-aktar dwar it- twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Isport b'mod differenti milli nafuh illum.", "Sall-lum, titkellem ma' min titkellem għadu ħadd ma jaf x'se jiġri.", "Wieħed kien jistenna li f'dan il-budget isib xi ħaġa b'mod aktar dettaljat li forsi tagħti indikazzjoni ta` x'se jiġri.", "Pero` kulma sibna hija sentenza żgħira li tgħid li d-dipartiment ta` l-isport se jispiċċa u minfloku se jieħu over il-Kunsill Malti għall-Isport li għadu kemm twaqqaf permezz tal- liġi li għaddejna.", "Bħalissa għandna sitwazzjoni fejn is-settur ta' l-isport jinsab wieqaf.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss, imma qed jgħiduh dawk li qed jaħdmu f'dan il-qasam.", "Bħalissa qisu waqaf kollox – u dan mhux minħabba l- bidla li se ssir għax kieku wieħed jifhem u japprezza li jista` jkun hemm diffikultajiet - u kulħadd qed jistenna x'se jiġri għax s'issa ħadd ma jaf x'se jiġri.", "Jien ngħid li dan huwa nuqqas ta' ippjanar serju.", "Naħseb li l- estimi kellhom għall-inqas jagħmlu xi provision serju biex din il-bidla mid- dipartiment għall-kunsill tkun tista' ssir b'inqas skossi.", "F'dan il-budget ma sibna xejn li jista' jagħti xaqq dawl ta` dak li għaddej bħalissa.", "Pero' naturalment kif għedna fil-kritika tagħna meta konna qed niddiskutu l-liġi dwar l-isport hemm min qed jistenna dawk li jissejħu jobs for the boys.", "Ovvjament lil dawn se nassigurawlhom post f'dan il-kunsill u naħseb li dawn ma tantx qed jinkwetaw, anzi għax huma tal-qalba għandhom moħħhom mistrieħ.", "Dan ngħidu aktar u aktar fid-dawl ta' dak li ġara tul dawn l-aħħar erba' snin fejn tista' tgħid li s-segretarjat privat ħa over x-xogħol mingħand id- dipartiment.", "Id-dipartiment ftit li xejn kien involut fil-ħidma marbuta ma' l-isport għax proprju l-ħidma kienet qed tiġi mmexxija mis-segretarjat privat aktar milli mid-dipartiment.", "Sur President, ġaladarba dan li l-budget kien qed jitkellem fuq l-aħħar erba` snin tajjeb naraw ftit dan il-gvern x'kien wiegħed fil-kampanja elettorali ta' qabel l-aħħar elezzjoni.", "Waħda mill-wegħdi li għamlu kienet li 1% tan-nefqa kapitali tal-gvern tkun fuq l-isport.", "Għal darba oħra jgħidu mod u jagħmlu ieħor.", "Qed ngħid dan għaliex l-ispiża kapitali maħsuba mill-Ministeru tal-Finanzi għas-sena 2003 skond dan il-budget hija ta' Lm94 miljun.", "Meta wieħed jagħmel daqsxejn kalkoli l-vot kapitali għall-isport gaħs-sena d-dieħla huwa ta' Lm550,000.", "Dan l-ammont tiġi 0.58% ta' l- ispiża kollha.", "Għadna daqsxejn 'il bogħod mill-1% li l-partit Nazzjonalista kien wiegħed fil-kampanja elettorali.", "Pero` barra minn dan nisimgħu lin- naħa tal-gvern isemmu bosta xogħlijiet li għaddejjin u li jridu jsiru.", "Dan huwa tajjeb u naturalment ix-xogħol huwa meħtieġ ukoll li jsir.", "Iżda meta wieħed jara l-estimi - u aħna qed nitkellmu fuq il-budget biex nitkellmu anke fuq il-finanzi - ma nsibux fondi biżżejjed għalihom.", "Jien nistaqsi: X'qed jiġri, jew inkella x'se jiġri?", "Jitħallsu s-sena ta' wara u mbagħad naraw is-sena d-dieħla fejn naslu f'dak li huwa ħlasijiet ta' xogħlijiet li jkunu għaddejjin?", "Se nonfqu l-flus għal xi open day li titħassar minħabba rieda li ġiet mis-sema u l-aqwa li nkunu berbaqna xi Lm4,000 jew Lm5,000 biex nagħmlu daqsxejn propoganda biex nuru li qed nagħmlu xi ħaġa fil-qasam sportiv?", "Hekk ġara fil-każ tal-kumpless sportiv tal-Kottonera.", "Kellha ssir l-open day il-bieraħ, li għaliha ntnefqu xi ftit tal-flus mhux ħażin biex issir daqsxejn propoganda u ma nfetaħ xejn.", "Issa meta se jkun lest dan il- kumpless?", "Qed jingħad li se jkun lest għall-aħħar ta' Frar.", "J'alla jkun lest, għax hemm bżonn li jkun lest.", "Qed ngħid dan biex ma jiġrix kif kien ġara fl-1993 meta kienet qed tinbena l-pixxina nazzjonali, meta l-atleti tagħna ma kellhomx iċ-ċans li jittrejnjaw bis-serjeta` biex jieħdu sehem fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar.", "Nittama li s-sena d-dieħla ma jerġax jiġri l-istess f'dak li għandu x'jaqsam mal-kumpless sportiv tal-Kottonera.", "Nittama wkoll li dan il- kumpless jitlesta minn kollox qabel ma niftħuh, u mhux niftħuh b'nofs ix- xogħol għad irid isir.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar wkoll li qabel l- elezzjoni l-partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jibni tliet ċentri sportivi.", "S'issa nafu li dak tal-Kottonera jinsab fi stadju avvanzat, pero' fuq l-oħrajn x-xogħol għadu ferm lura.", "Sur President, nixtieq nitkellem ftit fuq il-Malta racing club.", "Ħafna drabi ma tantx nitkellmu fuq dan l-isport, pero` kulħadd jaf li hawn numru kbir ta' delettanti taż-żwiemel li jinteressaw ruħhom f'dak li jkun għaddej.", "Jidher ċar li s-segretarju parlamentari li suppost hu fdat mill- isport u ż-żgħażagħ ma tantx hu responsabbli minn dak li jiġri fil-qasam tat-tiġrija taż-żwiemel.", "Qed ngħid dan mhux biss għax sentejn ilu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni kien ħatar l-kumitat meta s-segretarju parlamentari kien l-Awstralja, imma anke minħabba li l-problemi li minn żmien għall-ieħor jinqalgħu ma jsibu refuġju għand ħadd jew inkella jsibu refuġju għand kulħadd.", "Ta` min jgħid ukoll li hemm Ministru ieħor li jidher interessat minn dak li jkun għaddej fil-Malta racing club.", "Qed nirreferi għall-Ministru tal-Finanzi li jidher li jieħu interess partikolari f'dak li jkun għaddej hemmhekk.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax filli fil-bidu tas-sena ma jkunx hemm il-ħsieb li jsiru ċerti xogħlijiet, jew inkella jkun hemm il-ħsieb pero` ma jkunx hemm il-flus ivvotati - din xi ħaġa li drajniha - imbagħad jidħol il-Ministru tal-Finanzi li minn x'kien isib il-flus.", "Huwa tajjeb li nsibu l-flus għall- isport imma huwa essenzjali li jsir ippjanar bis-serjeta` u li d- deċiżjonijiet jeħodhom min hu politikament responsabbli u mhux jeħodhom xi ħadd għal xi interessi oħrajn.", "Allura qed jiġri li parti mill-ispiża kapitali li qed tiġi vvotata għall-isport qed tiġi deċiża mill-Ministru tal- Finanzi li m'huwiex direttament responsabbli mill-qasam ta' l-isport f'pajjiżna.", "M'ilux smajna li dan l-aħħar il-ministeru tal-finanzi għamel tajjeb u nefaq is-somma ta` Lm300,000 għaż-żewġ proġetti, dak ta' l- entratura u dak ta' l-flood lighting, li saru fil-Marsa racing course.", "Din hija xi ħaġa tajba, imma wieħed irid jgħid li dawn ma kenux ippjanati mill- bidu, imma f'daqqa waħda l-flus ġew minn x'imkien għal xi raġunijiet oħrajn.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi dwar min qed jagħmel kontroll fuq in- nefqa li qed issir ġewwa l-korsa tal-Marsa.", "Qed ngħid dan għax qed jingħad li biex saret l-entratura intnefqet is-somma ta` Lm87,500 u hemm suspetti kbar ta` kemm verament intnefqu dawn il-flus kollha.", "Hemm dubji serji kemm verament ix-xogħol li sar jiswa dak l-ammont ta` flus.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid fuq il-Malta racing club hi dwar jekk il-gvern għandux il-ħsieb li din tiġi privatizzata.", "U forsi tajjeb li jkollna risposta, mhux dejjem noqogħdu naħarbu minn din il-mistoqsija.", "Sur President, ngaħddi issa biex nitkellem ftit fuq Skolasport.", "Nafu li dan l-aħħar it-tariffi li t-tfal iħallsu biex jinkitku fi Skolasport minn Lm10 telgħu għal Lm15.", "Ta` min jgħid li sa l-1989, sakemm kien hemm gvern Laburista, t-tariffa kienet ta' Lm6.", "Barra minn hekk it-tfal kienu jingħataw tracksuit, u din ma jħallsux għaliha.", "Illum it-tariffa minn Lm6, erba` snin ilu, saret Lm15 u jingħataw T-shirt li huwa sponsored.", "Il- mistoqsija li tqum hija fejn qed imorru dawn il-flus meta suppost li hemm parti minn vot li hu maħsub li jmur proprju għal Skolasport.", "Nafu x'diffikultajiet jiltaqgħu magħhom ċerti ġenituri għax mhux kulħadd ikun jista` jaffordja jħallas tariffa b'żieda bħal din, speċjalment jekk ikollhom aktar minn tifel jew tifla waħda.", "Allura naħseb li tajjeb li nżommu dawn l-affarijiet quddiem għajnejna.", "Sur President, kumment ieħor li nixtieq ngħaddi huwa dwar is-Lm60,000 li kienu ngħataw mill-Ministru Refalo qabel l-1996 sabiex isir il-pitch tal- waterpolo ta' San Ġiljan.", "Tgħidli dan x'għandu x'jaqsam mal-budget għas- sena d-dieħla?", "Għandu x'jaqsam għax Lm60,000 kienu jagħmlu tajjeb ħafna biex inżidu l-vot ta' l-isport.", "Din is-sena kien hemm sentenza mill-qorti fejn ċanfret il-mod abbusiv li ġew mgħoddija dawn il-flus qabel l-elezzjoni l-1996.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: X'sar biex dawn il-flus jinġabru lura?", "Fiex waslet l-investigazzjoni li qed jagħmel l-uffiċċju nazzjonali ta' l- awditur?", "X'passi ttieħdu biex b'mod amministrattiv jinġabru lura dawn il- flus?", "Qed nistaqsi dan għax għax fl-aħħar mill-aħħar dawn il-flus ingħataw pero` x-xogħol ma sarx.", "Fil-fatt jekk wieħed imur jara l-waterpolo pitch ta' San Ġiljan jara li hemmhekk ma sar l-ebda xogħol.", "Sur President, nixtieq ngħaddi kumment żgħir fuq il-pixxina nazzjonali.", "Bħalissa din ma tantx tinstab fi stat tajjeb u meta fl-1 ta' Ġunju tas-sena d-dieħla se norganizzaw il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar kont nistenna li l- vot għall-pixxina nazzjonali jkun xi ftit aktar biex jagħmel tajjeb ħalli jsiru ċerti xogħlijiet li hemm bżonn isiru.", "Pero` s-somma vvotata hija l- istess bħal tas-sena l-oħra, jiġifieri Lm80,000.", "Dan l-aħħar qiegħed jingħad li l-gvern qed jeżenta mill-ħlas tal-VAT it- tagħlim tal-ballet u tal-mużika.", "Tajjeb wieħed jgħid li kien proprju l- partit Nazzjonalista fil-gvern li daħħal il-VAT anke fuq affarijiet li messu qatt ma impona ħlas tal-VAT fuqhom.", "Nista` nsemmi l-ħlas tal-VAT fuq xiri ta' strumenti mużikali, fuq oġġetti relatati ma` l-edukazzjoni u ma` l- isport.", "Issa li l-Ministru tal-Finanzi beda jneħħi daqsxejn it-toqol li impona hu stess bħala ministru ta' gvern nazzjonalista qed nqisuha bħala xi rebħa kbira li l-VAT ġiet mneħħija minn fuq it-tagħlim tal-ballet u tal- mużika.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi jekk iż-żfin l-ieħor hux se jikkwalifika għal din l-eżenzjoni mill-VAT.", "Jiena ma naħsibx għax fil-każ l-Ministru kien isemmi ż-żfin kollu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi l-ħafna persuni li huma attivi fil-qasam ta' l-isport u li qed jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex proprju jsibu fondi biex imexxu 'l quddiem l-attivita` sportiva tagħhom.", "Dan minħabba l-ispejjeż żejda li qed ikollhom jagħmlu, speċjalment minħabba li l-ħlas tal-VAT u naħseb li l-gvern messu kkonsidra wkoll dawn s-sagrifiċċji li dawn in-nies qed jagħmlu u forsi kien ikun tajjeb li lil dawn jeżentahom ukoll mill-ħlas tal-VAT.", "Sur President, nixtieq nitkellem issa fuq il-qasam taż-żgħażagħ.", "Kemm nisimgħu fuq iż-żgħażagħ, imma smajna xi ħaġa f'dan il-budget f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur taż-żgħażagħ?", "Għal darba oħra budget wara l- ieħor, u dan huwa l-ħames budget, ma nsibu xejn li hu mmirat b'mod partikolari għaż-żgħażagħ.", "Ma nsibu xejn biex b'xi mod nibdew niffaċċjaw il- problemi li għandhom ż-żgħażagħ tagħna.", "F'diskors ta' sagħtejn l-Ministru ma semmiex darba waħda biss liż-żgħażagħ, ħlief biex inqeda bihom għall- propoganda favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk iż-żgħażagħ ma jiġux minsijin.", "X'inhuma l-problemi jew l-isfidi li għandna llum fil-qasam taż-żgħażagħ f'pajjiżna?", "Ċertament li fuq quddiem nett hemm in-nuqqas ta' xogħol u ta' opportunitajiet ġodda, ħaġa li tippreokkupa lil bosta pero` mhux lill-gvern.", "Illum f'pajjiżna hawn nuqqas ta' opportunitajiet u rridu nkunu aħna bħala Maltin li naħdmu bis-serjeta` ħalli jkollna dawn l- opportunitajiet f'pajjiżna.", "Tajjeb li ngħidu li l-ebda triq m'hi xi bakketta maġika u se jġibilna l-investiment, la dik ta' sħubija sħiħa kif iridu n-nazzjonalisti u lanqas dik partnership kif irridu aħna.", "Inutli li l-Ministru tal-Finanzi joqgħod isemmi ħafna affarijiet u jagħti wieħed x'jifhem li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea kulħadd joqgħod b'idejh fuq zaqqu u l-affarijiet isiru waħedhom.", "Hija ħrafa, hija gidba u l-ebda triq m'hi xi bakketta maġika għal din is-soluzzjoni, imma rridu nkunu aħna bħala Maltin li naħdmu għaliha.", "Fil-manifest elettorali ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 in-nazzjonalista qalulna li wieħed mill-akbar dispjaċiri li ġabilna il-gvern ta' Alfred Sant huwa li 40% tan-nies jirreġistraw għax-xogħol huma żgħażagħ taħt it-30 sena, li m'hemmx dubju li għandhom il-ħila u r-rieda jaħdmu kieku jsibu x- xogħol.", "Issa wieħed jimmaġina li llum m'għandniex din it-tip ta' problema.", "Allura x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "Is-sitwazzjoni tal-qgħad illum hija li 49% ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol huma żgħażagħ taħt it-30 sena.", "Mela jekk kien fi żmienna dan kien wieħed mill-akbar dispjaċiri llum x'inhu meta għandek 49% taż-żagħżagħ taħt it-30 sena li qed ifittxu x-xogħol?!", "Naħseb jien t-tweġiba tiġi waħedha.", "X'soluzzjoni qed jagħtina l-gvern għal din il-problema tal-qgħad?", "Is-soluzzjoni, skond il-gvern hi, li nsiru membru fl-Unjoni Ewropea u mbagħad l-opportunitajiet jiġu waħedhom.", "Jekk inħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni nsibu li hija agħar minn dik ta` pajjiżna.", "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ taħt il-25 sena huwa ta' 16% b'mod ġenerali, pero` mbagħad issib li dan ivarja f'diversi postijiet u saħansitra joqrob 30% f'ċerti postijiet.", "Issa meta nafu li l-problema tal-qgħad hija l-ikbar problema li għandhom il-pajjiżi ta` l-Unjoni ma naħsibx li billi ningħaqdu magħhom se nsolvu din il- problema f'pajjiżna.", "Dan m'iniex ngħidu biex inmaqdar jew biex inbeżża`.", "Qed ngħidu għax dawn huma il-fatti.", "Qed nikkwota minn dak li ħareġ l- Eurobarometer f'Settembru 2002, l-istatistika mogħtija mill-istess Unjoni Ewropea.", "Tajjeb wieħed jgħid li l-Unjoni qed tagħmel l-isforzi tagħha biex dan ma tħallihx jiġri u ma jkomplix jiġri għax taf li qed taqa` lura ma` pajjiżi bħal Gappun u bħall-Amerika f'dan il-qasam.", "Pero' ngħiduh biex nagħtu l-istampa kollha u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikunu jafu li l-ebda soluzzjoni mhi xi bakketta maġika imma rridu naħdmu aħna bħala Maltin biex noħolqu l-opportunitajiet ġodda f'pajjiżna.", "L-akbar uġigħ ta' ras għal dawk li jmexxu l-Unjoni Ewropea, u anke għaż- żgħażagħ, hu proprju n-nuqqas ta' xogħol.", "Allura meta noqogħdu npenġu l- Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa li tirrimedja għal kollox b'mod awtomatiku nkunu qed nagħtu stampa li hija ferm 'l bogħod mir-realta`.", "Fil-fatt issib żgħażagħ mill-istess pajjiżi membri ta' l-Unjoni li jgħidulek li minħabba l- inċertezza fuq il-post tax-xogħol jew minħabba nuqqas ta' xogħol jaħsbuha darbtejn biex jagħmlu familja.", "Meta nafu dawn l-affarijiet rridu nagħtu stampa aktar ċara u wiesgħa liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Sur President, huwa veru dak li qalu fil-manifest elettorali tagħhom li m'hemmx dubju li ż-żgħażagħ tagħna, fil-maġġoranza tagħhom, għandhom il- ħila u r-rieda jaħdmu kieku jsibu x-xogħol.", "Pero` jiddispjaċini ngħid li fil-maġġoranza mhux żgħira tagħhom hemm min għandu diffikultajiet serji ta' ħiliet.", "Din hija problema oħra li rridu nħarsu lejha biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin verament ikollhom iċ-ċavetta għall-opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu għada pitgħada.", "Pero` mhux se nidħol fid-dettall ta' dan għax konvint li sieħbi, l-Onor.", "Evarist Bartolo, se jitkellem dwar dawn il- problemi.", "Sur President, problema oħra li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ tagħna hija fil- qasam tal-housing.", "Il-miżura li ħa l-Ministru Dalli biex itaffi xi ftit l- ispejjeż fil-boll hija xi ħaġa tajba għax kull qatra tgħodd u ċertament li ż-żgħażagħ jieħdu gost li għallinqas jiffranka xi ħaġa tal-flus.", "Pero` ċertament li rridu nħarsu lejn lejn il-prezzijiet esaġerati li bihom qiegħda tinbiegħ il-proprjeta`.", "Sfortunatament dak li ġie negozjat min-naħa tal-gvern ma' l-Unjoni Ewropea ma tantx jagħtina l-assikurazzjoni li l- proprjeta` f'pajjiżna mhux se tkompli togħla.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna biss imma qed jgħiduh dak li huma involuti f'dan il-qasam.", "Allura li tiffranka sa Lm150 min-naħa, pero` mbagħad ikollok tħallas aktar eluf biex tixtri l-proprjeta' tiegħek ma naħsibx li hija xi ħaġa pożittiva.", "Hawnhekk ta` min jgħid xi ħaġa fuq l-għoli tal-ħajja.", "Jekk wieħed jara l-economic survey li ġie mpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru tal-Finanzi nsibu li fil-maġġoranza tal-każi l-ħajja qed togħla għal dawk il-kumditajiet li l- aktar li jagħmlu użu minnhom huwa ż-żgħażagħ fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tat-trasport u ta' l-entertainment li huma intrinsikament marbutin maż- żgħażagħ.", "Allura meta wieħed jara li bejn l-1998 sas-2002 uħud mill-akbar żidiet kienu fil-housing u f'affarijiet oħra li jintużaw l-aktar miż- żgħażagħ wieħed ma jistax jgħid li dan il-budget qed joffri xi ħaġa li b'mod jew ieħor tindirizza l-għoli tal-ħajja.", "Naf li din hija problema diffiċli tittekiljaha, naf li hija problema ta' kull gvern, pero' trid għallinqas tipprova tagħmel sforz biex il-ħajja ma tkomplix togħla b'mod partikolari fl-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qasam taż-żgħażagħ.", "Sur President, nixtieq ukoll ngħid xi ħaġa żgħira fuq il-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u bla tlaqliq ikolli ngħid li dan il-kunsill spiċċa għodda politika f'idejn il-gvern Nazzjonalista.", "Ħsiebu biss biex ixejjer l-istess bandiera għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u allura ċertament li l- kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ m'huwiex rappreżentattiv taż-żgħażagħ kollha li jagħmlu parti mis-soċjeta' Maltija.", "Hija ħasra li issues oħrajn li huma ta' importanza għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin qed jiġu traskurati għall-aħħar u qed jimxu b'mod purament politiku.", "Nista` ngħid li dan il- kunsill li jsejjaħ lilu nnifsu nazzjonali m'huwa nazzjonali xejn.", "Nixtieq ukoll nistaqsi x'se jiġri mid-dipartiment taż-żgħażagħ, issa li spiċċa waħdu.", "Nafu li dan id-dipartiment qabel kien responsabbli mill- youth, sport and culture.", "Imma issa l-kultura nqatgħet minn miegħu u l- isport se jgħaddi għand il-kunsill Malti għall-isport li twaqqaf permezz tal-liġi li għaddiet proprju din is-sena.", "Allura d-dipartiment taż-żgħażagħ se jibqa` waħdu.", "Allura jkun tajjeb li xi ħadd jgħidilna x`se jiġri dwar id-dipartiment taz-zgħażagħ.", "Sur President, dan il-budget li ppreżentalna l-gvern Nazzjonalista huwa budget testment u f'kull testment ikun hemm il-wirt.", "X'inhu l-wirt li qed iħalli dan il-gvern?", "Il-wirt tal-gvern Nazzjonalista se ikun deficit u dejn li issa jlaħħaq Lm1.5 biljun.", "U min se jintlaqat l-aktar minn dan l- ispreġju li għandna fil-finanzi pubbliċi?", "Naturalment l-aktar li se jintlaqtu minn dan l-ispreġju finanzjarju huma ż-żgħażagħ.", "Dan il-wirt li se jħalli gvern Nazzjonalista, jiġifieri wirt tad-dejn u d-deficit, se jħallsu għalih uliedna.", "Iżda l-isfortuna hi li din id-darba mhux dawk tal- ħbieb tal-ħbieb, imma uliedna fil-veru sens tal-kelma, ulied il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Inutli l-gvern joqgħod jgħid li saħħaħna pajjiżna.", "Naturalment bil-kliem tista' tgħid li trid u li jogħġbok għax li jgħodd huma l-fatti.", "Il-fatti li qed iħoss il-poplu Malti u Għawdxi huma ferm differenti minn dak li qed inpenġi l-gvern.", "Jekk il-gvern hu kuntent biċ- ċifri veri li għandu, li juru li l-pajjiż huwa marid finanzjarjament, allura verament li l-futur tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna huwa mhedded.", "Aktar minn qatt qabel pajjiżna għandu bżonn ta` bidla fil-gvern.", "Din il-bidla fil-gvern mhux se tkun xi bakketta maġika, kif qalilna l- Ministru Dalli.", "Aħna qatt m'għedna dan.", "Pero' għallinqas l-bidla fil-gvern terġa' ġġibna saqajna ma' l-art mhux fl-istilel.", "Aħna bħala gvern Laburista nipprovaw ineħħu l-isfiduċja li l-partit Nazzjonalista daħħal fil- mentalita' tal-Maltin u l-Għawdxin, li qisu jrid ikun ħaddieħor li jsolvilna l-problemi tagħna.", "Qisu aħna m'aħniex kapaċi nsolvu l-problemi tagħna għax ma nafux x'inhuma l-problemi u l-isfidi li għandu pajjiżna.", "Iva, rridu nneħħu din l-isfiduċja li daħħal il-partit Nazzjonalista fost il- Maltin u l-Għawdxin u rridu naħdmu flimkien f'partnership ma' kulħadd għall- futur aħjar għaż-żgħażagħ u għall-familji tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, \"f'idejna ċ-ċavetta għall-futur ta' uliedna\".", "B'dan il-kliem għalaq id-diskors tal-budget tiegħu l- Ministru tal-Finanzi, John Dalli.", "Jekk hawn xi ħadd hawn ġew, mill-65 membru parlamentari, li jien personalment żgur m'iniex lest nafda l-futur ta' wliedi f'idejh huwa l-Ministru tal-Finanzi John Dalli.", "U żgur li ma jistħoqqlux li nafdaw f'idejh il-futur ta' wlied il-familji Maltin u Għawdxin għax fl-għaxar snin, kemm ilu Ministru tal-Finanzi, John Dalli spiċċa mhux biċ-ċavetta għall-futur ta' wliedna, imma b'mażżra m'għonq uliedna.", "Nerġa` ngħid li fil-budgets li ressaq, sena wara sena, spiċċa jorbot mażżra m'għonq uliedna.", "Altru minn ċavetta għall-futur ta' uliedna.", "Il-wirt kbir li se jħalli l-Ministru tal-Finanzi John Dalli mill-budgets li ilu jressaq f'dawn l-aħħar 10 snin, ħlief għal żewġ budgets, huwa d-dejn tal-pajjiż li tellgħu għal Lm1500 miljun.", "Dan żgur qed jhedded il-futur ta' wliedna għax bdejna nħallsu aħna diġa`, qed inċaħħdu lill-uliedna minn affarijiet li nistgħu nagħmlu għalihom anke fil-qasam ta' l-edukazzjoni għaliex il-gvern għolla t-taxxi u għolla l-ħlasijiet biex inħallsu d- deficit li tella` l-Ministru John Dalli u l-Gvern tiegħu u jekk wieħed jagħti ħarsa lejn kemm qed nonfqu fuq l-imgħaxijiet għad-dejn isib li għal kull Lm1 li qed nonfqu fuq l-edukazzjoni primarja u sekondarja qed nonfqu mill-inqas Lm1.50 biex inħallsu l-imgħaxijiet għad-dejn.", "Dan ifisser li qed nonfqu iżjed fuq il-passat milli ninvestu fuq il-futur minħabba d- dnubiet u minħabba l-mod irresponsabbli kif mexxa l-gvern tal-Ministru John Dalli.", "Il-passat ta' l-isparpaljar huwa mażżra m'għonq uliedna li flok tgħinhom jgħumu fil-baħar mqalleb tas-seklu 21 qed tissogra li tniżżilhom fil-qiegħ.", "\"Miskin\", użaha din il-kelma dan l-aħħar l-Onor.", "John Dalli.", "Kellu bżonn kapaċi jattakka l-problemi tal-pajjiż bl-istess mod li jħobb jgħajjar u jattakka lilna.", "Miskin qal.", "Veru miskin, imma l-pajjiż kif fallewh u msieken aħna u uliedna.", "X'ċavetta għall-futur ta' uliedna jekk lill- uliedna se nagħtuhom pajjiż b'ambjent mħassar, mgħarraq taħt id-dejn u resqin lejn futur, jekk tgħaddi tal-Ministru tal-Finanzi u sħabu, li pajjiżna jerġa' jissottometti ruħu għal deċiżjonijiet mhux li jeħduhom il- Maltin u l-Għawdxin iżda li jittieħdu f'istituzzjonijiet fejn jiddominaw l- pajjiżi l-kbar u fejn se jistmawna ta' żgħar.", "Għaliex?", "Għax jekk wieħed jara kif qed ifasslu l-kunsill tal-ministri ta' l-Unjoni Ewropea, kif qed ifasslu l-bank ċentrali Ewropew u kif qed ifasslu anke l-parlament ta' l- Unjoni Ewropea malajr tinduna lilna kif qed jistmawna ta' żgħar.", "Ftit ilu konna Brussell, kulma kien qed jiġi miltub minflok ħames membri fil- Parlament Ewropew ikunu sitta u trid taraw lil Gunther Verheugen aħmar aktar mis-soltu jgħid: X'jiġifieri, intom tippretendu li Malti jiswa daqs għaxar Ġermaniżi?", "Jekk nagħtukom sitt siġġijiet fil-Parlament Ewropew ifisser li kull membru parlamentari minn Malta jirrappreżenta 80,000 ċittadin u kull membru parlamentari mill-Ġermanja jirrappreżenta 800,000 ċittadin.", "Dan huwa l-futur sabiħ li jridu għal uliedna.", "Iridu jħassru l- wirt ta' l-indipendenza nazzjonali ta' l-1964 u anke l-ħelsien mill-bażi tal-barrani fejn għalaqna kapitlu li għal sekli sħaħ konna nsefftru lill- barrani militarment.", "U min irid li pajjiżna jerġa` jsir kolonja imma mqartas b'mod differenti, b'karta tal-fidda issa, għax taparsi minn sovranita` nazzjonali se ngħaddu għal xi ħaġa akbar, sovranita` li naqsmu ma' pajjiżi akbar minna, dak huwa kliem ta' ingann għaliex se nitilfu l- jedd li mmexxu lilna nfusna bla ma nirbħu l-jedd li ninfluwenzaw bis- serjeta` dak li qed jagħmlu l-pajjiżi l-kbar għax kif qed ifasslu l- istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea l-kbar irid jiddominaw.", "Meta konna Brussell tkellimt ma` diversi diplomatiċi u anke ma` Ewro- deputati membri tal-Parlament Ewropew u wrejthom kif il-Ministru tal- Finanzi kien għadu kemm għalaq id-diskors tal-budget tiegħu għas-sena 2003, fejn spiċċa bil-wegħda li kull problema li hawn fil-pajjiż ssolvihielna s- sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Din hija gidba kbira daqs dik tal-Lm100 miljun fis-sena li kellhom jiġu minn Brussell, u dan qabel ma nidħlu għax imbagħad wara li nidħlu ara x`miljuni kbar se jiġu!", "Imma issa sintendi għax ma ġabux il-miljuni, u l-miljuni tista' tgħoddhom, spiċċajna bil-wegħda li b'garanzija se nsolvu l-problemi kollha għax il-Ministru tal-Finanzi meta ressaq il-budget tiegħu ma qalx li jekk ikollna sħubija sħiħa tgħinna nimxu.", "Le, dan iggarantixxa li bis-sħubija sħiħa se nsolvu kollox.", "Spiċċajna li pajjiżna qisu se jiġrilu bħal dik il-ħrafa li tirrakkonta li kien hemm żrinġ ikrah ħafna, bisitu s-saħħara t-tajba u minn żrinġ ikrah sar prinċep sabiħ.", "Hekk penġiha s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea l- Ministru tal-Finanzi John Dalli.", "Jew biex ngħid iktar minn hekk, qisu l- pajjiż kollu se jmur Lourdes u jkollu l-garanzija li jfieq minn kull marda li għandu.", "Aħna nafu kemm imorru pellegrinaġġi hemmhekk minn kull pajjiż fid-dinja, inkluż minn Malta imma ħadd ma jingħata l-garanzija li se jfiq.", "Jgħidulhom li jekk tiġihom tajba jistgħu jfiqu, u jkun hemm min ifiq.", "Imma mhux hekk għamel il-Ministru tal-Finanzi John Dalli.", "Dan ta l-garanzija li kull marda li għandna f'pajjiżna, għax imorru fi Brussell u ninżlu fl-ilma mirakoluż tas-sħubija sħiħa, se nfiqu minnha.", "Sintendi hawn min għandu raġun jemmen fil-mirakli għax hawn min kellu x-xorti li f'pajjiżna għamel mirakli ikbar mill-mirakli li naqraw fil-vanġelu.", "Per eżempju, fil-vanġelu l-ilma nbidel f'inbid biss.", "Ara f'Malta hawn min kellu l-kapaċita` li jbiddlu f'whisky.", "Anke fil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, għallinqas kien hemm il-ħobż u dan tkattar u tema` eluf ta' nies.", "Imma hawn Malta hawn min mix-xejn għamel il- miraklu u kattar il-miljuni.", "Huma nies bħal dawn li jemmnu fil-mirakli għaliex nies oħra l-mirakli jagħmluhom bil-maqlub.", "Ikunu għamlu s- sagrifiċċji, ikunu qalgħu l-flus u l-miraklu hu kif il-flus li qalgħu b'tant sagrifiċċju għebulhom għax marru f'taxxi u fi ħlasijiet tal- kontijiet.", "Dawn taxxi li suppost imorru biex itejbu u jsaħħu servizzi pubbliċi bħal dak tas-saħħa u bħal dak ta' l-edukazzjoni.", "Imma għalkemm in- nies iħallsu t-taxxi ma jinqdewx u biex jinqdew jipprovaw jaraw kif jinqdew privatament, meta jaslu u jekk jaslu.", "Sur President, il-lingwaġġ li uża l-Ministru tal-Finanzi John Dalli fl- aħħar tad-diskors tiegħu ma kienx lingwaġġ ta` proġett politiku, imma kien aktar lingwaġġ ta` riklamar jew ta` faith healer falz.", "Lingwaġġ ta' dawk li jittraffikaw l-illużjonijiet u anke jittraffikaw id-drogi.", "John John Dalli qalilna - u se nikkwota kelma b'kelma - li bi sħubija sħiħa niggarnatixxu l-aqwa livelli f'kollox, fl-ambjent, fit-toroq, fl- isptarijiet, fl-iskejjel, fis-servizzi pubbliċi u privati, fl-għajnuna soċjali u fis-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.", "Jien din għalija hija waħda mill-akbar ħmerijiet li qatt smajt jingħadu hawn ġew għaliex turi injoranza grassa dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kif qaluli d-diplomatiċi Ewro-deputati li tkellimt magħhom, dan huwa tip ta' diskors li jagħmel ħsara anke lill- Unjoni Ewropea nnifisha għaliex tibni l-aspettattiva tan-nies fuq li l- Unjoni Ewropea hi xi għajn jew bir mirakoluż fejn titfa` x-xewqat tiegħek u jsiru realta`.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex hekk.", "Sur President, ma jagħmilx sens u turi li ma tafx il-fatti li tgħid li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiggarantixxi bilfors futur aħjar għal uliedna.", "Ftit ilu mill-istitut UNICEF, Innocenti Research Centre ta' Firenze, ħareġ studju dwar il-qagħda tat-tfal fl-Unjoni Ewropea li juri kif il-livell tal-ħajja tagħhom tvarja minn pajjiż għall-ieħor - issa dawn kollha huma membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea - u l-qagħda tagħhom tvarja skond il-livell ta' żvilupp f'inħawi differenti u skond il-politika ekonomika u soċjali ta' kull gvern differenti.", "Per eżempju, jekk nieħdu l- Italja nsibu li hemmhekk hemm l-ogħla rata ta' tfal li jgħixu fil-faqar fl- Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt 21% tat-tfal Taljani jgħixu fil-faqar kif tkejlu l-Unjoni Ewropea stess.", "Issa l-Italja ilha fl-Unjoni 44 sena u xorta 21% tat-tfal Taljani jgħixu fil-faqar.", "Fil-Finlandja, li hija fost l-aħħar pajjiżi li daħlu fl-Unjoni nsibu 3% tat-tfal li jgħixu fil-faqar.", "Tista` tidħol f'mitt Unjoni Ewropea għaliex jekk bħala gvern tħaddem politika ekonomika u soċjali fejn tħalli nħawi sħaħ jaqgħu lura, dawn se jaqgħu lura u l-Unjoni Ewropea mhix se tiggarantixxi futur aħjar għal dawk li jgħixu f'dawk l-inħawi li inti tkun ħallejt jaqa` lura.", "Tajt l-eżempju ta' l- Italja li ilha 44 sena membru fl-Unjoni.", "Sur President, imbagħad il-Ministru tal-Finanzi, John Dalli, fl-għeluq tad- diskors tiegħu qal ħmerija kbira oħra.", "Dan qal li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiggarantixxi li jkollna l-aqwa skejjel.", "Ma jafx x'qed jgħid u meta l-injoranza u l-arroganza jitħalltu flimkien m'hawnx taħlita agħar minnha.", "Ftit ilu l-OECD, ħarġet l-istudju li għamlet dwar il-kwalita` ta` l-edukazzjoni fi 32 pajjiż differenti, fosthom hemm pajjiżi l-iżjed avvanzati fid-dinja.", "Dan l-istudju li jismu PISA, Programme for International Student Assessment, huwa bbażat fuq testijiet li jsiru fuq l- adoloxxenti ta' 14 u 15-il sena biex ikejlu l-ħiliet tagħhom fit-tħaddim tal-lingwa, fil-matematika u fix-xjenza u l-kapaċita` li japplikaw dak li tgħallmu fl-iskejjel biex isolvu problemi fid-dinja reali.", "Minn dan l- istudju jirriżulta li l-aqwa sistema edukattiva hija dik tal-Korea t'Isfel, warajha hemm dik tal-Ġappun, imbagħad hemm tal-Finlandja, tal-Kanada u ta` l-Awstralja.", "Jiġifieri fost l-aqwa ħames sistemi edukattivi fid-dinja mill- Unjoni Ewropea l-Finlandja biss hemm.", "Imma dak mhux mertu ta' l-Unjoni Ewropea jew għax qiegħda fl-Unjoni Ewropea, imma għax tħaddem politika edukattiva fejn l-islogan tagħha, li għalija huwa eċċezzjonali u brillanti, huwa quality and equality, kwalita` u ugwaljanza.", "Il-Finlandja tkejjel is-suċċess edukattiv tagħha kemm bis-suċċess ta' dawk li jimxu 'l quddiem u x'differenza hemm bejn dawk li jimxu u dawk li jaqgħu lura u l-Finlandja hija fost il-pajjiżi, bħal Korea t'Isfel u l-Ġappun, fejn d-differenza bejn dawk li jirnexxu u dawk li jiġu lura hija ftit.", "Is- sistemi edukattivi li jfallu huma fejn jirnexxu ftit u hemm differenza kbira bejn dawk li jirnexxu u dawk li jaqgħu lura.", "Fil-fatt il-Finlandja hija fost l-aħħar li daħlet fl-Unjoni Ewropea u ġiet ferm qabel pajjiżi bħall-Italja, Franza u l-Ġermanja li ilhom 44 sena fl-Unjoni.", "Interessanti li r-Repubblika Ċeka, li għadha lanqas daħlet fl-Unjoni Ewropea, tinsab fl- għaxar post u wkoll ferm quddiem pajjiżi oħra li ilhom fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk hija ħmerija kbira u ingann li tgħid li sħubija sħiħa fl-Unjoni tiggarantixxi skejjel mill-aqwa.", "L-Unjoni Ewropea stess tafha din għax fil- laqgħa tal-kapijiet ta` l-Istat ġewwa Lisbona qalet li tinsab inkwetata ħafna li s-sistema edukattiva tagħha qed taqa` lura meta mqabbla ma` x'qed jiġri f'pajjiżi bħal Ġappun, Singapore u l-Awstralja u li trid taħdem u tara naraw x'tagħmel biex tlaħħaq ma` dawk li qed jgħadduha.", "Allura kif imbagħad niġu npenġu lill-Unjoni Ewropea bħala garanzija għas-suċċess edukattiv f'pajjiżna?!", "Skejjel mill-aqwa ma jiggarantihom ħadd u xejn ħlief politika għaqlija mill-gvern tal-pajjiż billi jġib flimkien lil kulħadd biex isir minn kollox biex l-akbar numru possibbli ta' tfal u żgħażagħ jirnexxu fl-edukazzjoni.", "Illum nafu iżjed minn qatt qabel li s-suċċess personali u s-suċċess tal- pajjiż jiddependi iżjed u iżjed mis-suċċess edukattiv, li min-naħa tiegħu jitkejjel jekk hux suċċess mhux sempliċement bil-ħiliet tat-tagħlim formali imma b'kemm dak li qed titgħallem f'istituzzjonijiet edukattivi inti qed tarma lit-tfal u liż-żgħażagħ biex ikunu kapaċi jsolvu l-problemi u jiffaċċjaw l-isfidi tas-seklu 21.", "Sur President, pajjiżna mhux qed jieħu sehem fi studji internazzjonali bħal dawn u hemm bżonn nibdew nieħdu sehem fi studji bħal dawn għax inkunu nafu kif nitqabblu mal-bqija tad-dinja.", "Wara kollox aħna qed nikkompetu mal- bqija tad-dinja għall-investiment u s-swieq, u aktar ma jgħaddi ż-żmien l- ħolqien tal-ġid ekonomiku u soċjali qed jintrabat dejjem iżjed ma' l- edukazzjoni.", "L-investiment nafu li qed imur fejn isib nies imħarrġa u kapaċi jaħdmu prodotti u joffru servizzi ta' kwalita` tajba u bi prezz tajjeb.", "Aħna għandna ħafna tfal u żgħażagħ li qed jiġu mormija mis-sistema edukattiva tagħna għaliex kif diġa` għedt il-kwalita` edukattiva ma tkejjilhiex biss bin-numru ta' dawk li jirnexxu u jimxu 'l quddiem u jiggradwaw mill-universita`, iżda tkejjilha wkoll minn dawk li jeħlu u jaqgħu lura fil-primarja, ma jirkuprawx fis-sekondarja, ma jkomplux jistudjaw u jitħarrġu u jipprovaw jidħlu fid-dinja tax-xogħol mingħajr il- ħiliet meħtieġa għad-dinja tas-seklu 21.", "Aħna għandna wisq tfal u żgħażagħ li qed jiġu mormija mis-sistema edukattiva, u mhux billi jiġi l-Ministru John Dalli jparla fil-vojt fid-diskors tal-budget tiegħu fuq knowledge society, meta qed nitilfu tant eluf ta' tfal u żgħażagħ mis-sistema edukattiva tagħna joħorġu wara 12-il sena mingħajr il-ħiliet bażiċi għas- soċjeta' u l-ekonomija tas-seklu 21.", "Għandna nħawi sħaħ f'Malta u f'Għawdex fejn it-tfal u ż-żgħażagħ qed jaqgħu lura, mhux biss għax ma jġibux iċ-ċertifikati li għandhom bżonn biex ikomplu jistudjaw jew biex jidħlu jaħdmu iżda lanqas biss jersqu għal dawn l-eżamijiet.", "Per eżempju, għal kull ġuvni u tfajla li jġibu ċertifikat Matsec fil-livell intermediate u advanced minn Bormla hemm erba' li jġibuh minn Ħ'Attard.", "Din it-tip ta' diżugwaljanza territorjali tgħidilna ħafna dwar is-sistema edukattiva tagħna mill-kindergarten sa l-Universita` u wara.", "Għandna diżugwaljanzi sħaħ f'pajjiżna li ssibhom f'kull livell tas-sistema edukattiva u mhux jittieħdu passi serji biex dawn l-iżvantaġġi jiġu megħluba.", "Jista` jgħidilna l-Ministru John Dalli kif dawn li qed jaqgħu lura fl-edukazzjoni bħalissa, sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se tiggarantilhom li jmorru 'l quddiem.", "Per eżempju, mod ieħor kif inkejlu kemm għandna sistema li tippromwovi s-suċċess fil-kwalita` u l-ugwaljanza, quality and equality nistgħu narawh mill-fatt li minn 15,175 li qed ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena 27 biss huma persuna b'diżabilità, jiġifieri 0.1%.", "Meta ressaq id-diskors tal-budget il-Ministru John Dalli ma qalilna xejn jekk il-ħajja għal dawn it-tfal u żgħażagħ li qed jaqgħu lura hijiex se ssir iżjed diffiċli bir-regoli ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, għax il-gvern għad irid jgħidilna jekk aċċettax li se jdaħħal il-VAT fuq il- kotba u l-materjal stampat, xi ħaġa li żgur tolqot ħażin ħafna l-qasam ta' l-edukazzjoni.", "S'issa smajna li l-gvern qed jitlob li ma tidħolx il-VAT fuq l-ikel u fuq il-mediċinali, bħall-Irlanda u l-Ingilterra.", "Imma ma smajna xejn fuq il- kotba u l-materjal stampat.", "Qagħad jiftaħar li neħħa l-VAT minn fuq il- ballet u minn fuq il-mużika, wara li kien daħħalhom hu stess, imma ma kellux il-kuraġġ jgħidilna jekk aċċettax ukoll li jdaħħal il-VAT fuq il- kotba u l-materjal stampat, kif għandhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief fl-Irlanda u r-Renju Unit li huma biss ukoll m'għandhomx il-VAT fuq l- ikel u fuq il-mediċina.", "X'se jagħmel il-gvern?", "Il-gvern diġa` daħħal il-VAT fuq il-bini u x-xiri ta' tagħmir fil-qasam edukattiv, u dan qed jolqot ħażin il-qasam edukattiv għax minn kull nefqa edukattiva li tagħmel qiegħed jigdem kull darba 15% u iżjed.", "Issa se jaċċetta li jdaħħal il-VAT fuq il-kotba, ir-rivisti u l-materjal stampat ukoll?", "Din it-taxxa tagħmel ħafna ħsara l-iżjed lil dawk li qed jaqgħu lura fil-kitba u fil-qari għax tgħolli l-ispejjeż ta' l-edukazzjoni u tagħmilha iżjed diffiċli għal dawk bi dħul baxx u medju li jlaħħqu ma' l- ispejjeż edukattivi.", "Jien nixtieq nistaqsi wkoll jekk il-gvern huwiex se jaċċetta l-VAT fuq it- tagħmir għall-persuni b'diżabilita`, fosthom, VAT fuq il-hearing aids, VAT fuq il-walking sticks for the blind.", "Qed nistaqsi din il-mistoqsija għax meta għaxart ijiem ilu konna fi Brussell kien hemm l-Ewro-deputat Laburista mill-Ingilterra Mark Watts li għamel kritika qawwija lil Verheugen u lill- Kummissjoni Ewropea talli trid iddaħħal il-VAT f'Malta fuq il-kotba u t- tagħmir għall-persuni b'diżabilita`, min-naħa tal-gvern - u kien hemm membri u ministri min-naħa tal-gvern u anke n-negozjatur ewlieni s-Sur Richard Cachia Caruana - ma qalux lil Watts li aħna ma rridux VAT fuq il- kotba u fuq it-tagħmir ta' persuni b'diżabilita`.", "Ma smajna xejn.", "Issa lil Watts tgħidx kemm jikkwotawh il-ġurnali Nazzjonalisti meta jsibu xi kelma li biha jistgħu jattakkaw lill-partit Laburista, imma oħroġ il- għaġeb din id-darba miskien Mark Watts la spiċċa fil-front page ta' \"in- nazzjon\" u lanqas spiċċa fil-paġni ta' ġewwa.", "U kulma kien qed jagħmel kien li jaqbeż għal Malta!", "U tħossok tistħi li tara Ewro-deputat mill- Ingilterra jaqbeż għal Malta iktar mill-ministri u deputati tal-gvern li kienu preżenti għal dik il-laqgħa fi Brussell!", "Hemm ħaġa oħra interessanti li l-Ministru tal-Finanzi John Dalli għandu jispjegalna.", "X'se jagħmel il-gvern dwar id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea tas-sena 2002/38/EC li se tidħol fis-seħħ sa l-1 ta' Lulju tas-sena 2003?", "Din tgħid li għandu jkun hemm il-VAT fuq is-servizzi ta' informazzjoni u attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u rikreattivi.", "Jiġifieri x'se jagħmel b'din id-direttiva l-Ministru tal- Finanzi John Dalli wara li ġie jiftaħar li neħħa l-VAT minn fuq il-ballet u l-mużika?", "Il-gvern se jagħmel bħalma qed jagħmel f'oqsma oħra, jiġifieri jieħu passi biex jittaffa dan l-uġigħ qabel ir-referendum u l-elezzjoni, biex imbagħad ikun tard wisq meta n-nies jindunaw u jibdew iħossu l-uġigħ?", "X'se jagħmel fuq id-direttiva, 2002/38/EC li trid tidħol fis-seħħ sa l-1 ta' Lulju tas- sena 2003?", "Nerġa' ngħid li din se ddaħħal il-VAT fuq attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u rikreattivi.", "Għalhekk jien għedt li dan il-budget mhuwiex ċavetta għall-futur ta' wliedna, imma mażżra ma' għonq uliedna.", "Dan il-budget ma joffri l-ebda tama ġdida lil eluf ta' tfal u adoloxxenti li qed jaqgħu lura fil-primarja u fis-sekondarja.", "Il-gvern jiftaħar li qed jonfoq miljuni kbar fl- edukazzjoni, iżda minn dawn ftit biss - jien ngħid qatriet - li qed imorru fejn tassew jgħodd, fil-klassijiet, fil-kotba u f'mezzi oħra biex it-tfal jieħdu edukazzjoni ta' kwalita`.", "Fl-aħħar erba' snin il-gvern ma nvestiex fit-taħriġ u fil-formazzjoni ta' persuni li hemm bżonn biex jappoġġjaw lill-iskejjel.", "Gvern Laburista se jieħu ħsieb biex b'inizjattivi ġodda jilħaq lil dawk it-tfal f'Malta u Għawdex li qed jaqgħu lura minn età żgħira u jibqgħu ma jitgħallmux jiktbu u jaqraw.", "Ir-riżultati ta' l-eżamijiet għad-dħul tal-junior lyceum - li jien inqishom mhux sempliċi min jidħol u min ma jidħolx, min jgħaddi u min jgħaddix, iżda benchmark ta' x'ħiliet ikunu kisbu t-tfal mill-edukazzjoni primarja tagħhom - għandhom jinkwetawna.", "Per eżempju, fl-aħħar eżami għaddew biss terz tas-subien Għawdxin li temmew l-edudkazzjoni primarja tagħhom.", "X'ħin niġu għas-subien Maltin insibu li 39% biss għaddew.", "Nerġa' ngħid, jien għalija dan mhux biss kejl ta' min daħal il-junior lyceum u min kellu jmur fi skola sekondarja ġenerali, iżda x'kompetenzi kisbu t-tfal fl-edukazzjoni primarja tagħhom.", "Għaddew 48% bniet Maltin, inqas min-nofs, u l-istudenti Għawdxin qed jaqgħu lura wkoll iżjed minn dawk Maltin fl-edukazzjoni sekondarja tagħhom.", "Dan se jitfa' lura lilhom u lil Għawdex meta Għawdex se jkun qed jiffaċċja sfidi ikbar biex isir iktar vijabbli, biex jikkompeti u jimxi 'l quddiem fid-dinja tas-seklu 21.", "U għall-ministru għal Għawdex qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Toħroġ rivisti jleqqu bil-kulur, tiftaħar kemm bajdet ħitan tal- ġebel, iżda sadanittant it-tfal u ż-żgħażagħ tad-demm u l-laħam Għawdxin qed jitħallew jaqgħu lura.", "It-tfal Għawdxin u Maltin se jkomplu jaqgħu lura għax il-gvern m'għandux ir-rieda li jsolvi l-problemi tagħhom.", "Parti minn din is-soluzzjoni hi investiment qawwi fit-taħriġ tal-psikologi edukattivi u ta' għalliema mħarrġa biex jaħdmu ma' tfal b'diżabilità u b'diffikultajiet biex jitgħallmu.", "Nerġa' ngħid, jista' il-Ministru Dalli jispjega kif sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiggarantixxi li jfaqqsu l- psikologi edukattivi li għandna bżonn, l-għalliema mħarrġa biex jgħallmu lit-tfal fid-dyslexia u tfal f'oqsma oħra?", "Il-Ministru Galea jiftaħar li l-gvern qed jonfoq ħafna flus fuq it-taħriġ għall-għalliema, imma fil-budget tiegħu tas-sena d-dieħla l-gvern naqqas in- nefqa fuq it-taħriġ ta' l-għalliema b'terz, minn Lm300,000 għal Lm200,000.", "Sadanittant dan it-taħriġ qed jaqa' lura fl-oqsma li l-iżjed għandna bżonn.", "Anke jekk nibdewh issa se nkunu qed naraw il-frott tiegħu fis-snin li ġejjin.", "Għalhekk intilfu dawn l-erba' snin.", "Jien nikkwota minn rapport li għamel iċ-chairman ta' l-istatementing moderating panel, is-Sur Salvu Demicoli - li nsellimlu minn hawn għax- xogħol li jagħmel u minkejja li kien qal li rtira minn kap sab l-enerġija biex jidħol jagħmel dan ix-xogħol diffiċli - li għamilha ċara li m'hemmx ċans li jintlaħqu l-miri tal-politika dwar l-edukazzjoni inklussiva jekk ma jitħarrġux iżjed psikologi edukattivi, koordinaturi għall-edukazzjoni speċjali u għalliema speċjalizzati biex jgħinu fiċ-ċentru ta' l-SpLD fil- Furjana, ta' l-ispecific learning difficulties, fosthom dawk li għandhom il- kondizzjoni tad-dyslexia.", "Dawn l-oqsma tħallew jaqgħu lura.", "Għandna biss ħames psikologi edukattivi biex ilaħħqu ma' 70,000 student, tliet għalliema biex jgħinu lil madwar 7,000 student li għandhom id-dyslexia u erba' għalliema biex jgħinu lil iżjed minn 60 student neqsin mis-smigħ.", "U l- aħħar taħriġ serju f'dawn l-oqsma, b'vot ferm inqas, sar fis-sentejn ta' gvern Laburista.", "Gvern Laburista għamel biss sentejn skolastiċi u kien fetaħ il-korsijiet tal-psikologi edukattivi.", "Dak iż-żmien tgħidx kemm għajruna li jmissna nistħu li daħħalna n-numru li daħħalna biss.", "Imma aħna daħħalna dak in- numru għax min-naħa ta' l-università qalulna li dawk in-numri biss jistgħu jissorveljaw u jħarrġu.", "Allura kemm imissni ngħajjar aktar jien lill- gvern Nazzjonalista li fl-aħħar erba' snin ma reġax fetaħ il-kors ta' psikologi edukattivi!", "Konna ftaħna l-kors ukoll għal dawk li jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali biex ikunu mat-tfal neqsin mis-smigħ.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn minn 12 niżlu għal 4.", "Kemm imissni ngħajjar iktar jien!", "Interessanti li dak iż-żmien dawk in-nies li tant kienu ġrew - u sewwa għamlu - biex jinfetaħ il-kors issa qegħdin kwieti.", "Għax sfortunatament - anke jekk hawn min jidher bir- raġġieri tad-dija biex jiddefendi l-persuni b'diżabilità - meta jkun hemm gvern Laburista jagħmel ħafna pressjoni, u meta jkun hemm gvern Nazzjonalista joqgħod kwiet u joqgħod mutu u jħalli dawn it-tip ta' nuqqasijiet serji għaddejjin.", "Imbasta jekk ikollna xi mixja l-Belt immorru biex nidhru quddiem u jekk ikollna xi ikla jew xi riċeviment immorru, speċjalment fejn ikun hemm tar-ritratti, imma mbagħad l-affarijiet serji li tassew jgħinu lit-tfal b'diżabilità nħalluhom jaqgħu lura.", "Fi żmien il-gvern Laburista konna bdejna nsaħħu l-SpLD, iċ-ċentru għal dawk li għandhom il-kondizzjoni tad-dyslexia, għaliex qed nitilfu mijiet ta' tfal li nafu fejn se jispiċċaw.", "Konna bdejna wkoll kors fit-taħriġ ta' l- għalliema biex jgħallmu l-informatika.", "Għax anke f'dan il-qasam m'huwiex biżżejjed li noqogħdu nitkellmu fuq knowledge foresight u fuq l-informatika u n-knowledge society, jekk imbagħad lanqas għandna min jgħallem l- informatika lit-tfal tagħna fl-iskejjel sekondarji.", "Għandna bżonn iżjed taħriġ għall-għalliema ta' l-edukazzjoni primarja biex l-informatika u l- computers isiru parti mill-proċess sħiħ ta' l-edukazzjoni.", "Apparti li ma sarx iżjed taħriġ kif kellu jsir f'dan il-qasam, hija ħasra li ntremew instructors li kienu jgħallmu fl-iskejjel tas-snajja' u ntbagħtu jgħallmu suġġetti li mhumiex tagħhom.", "Hija ħasra wkoll li ntremew għalliema kwalifikati mill-università li kellna fl-istituti tekniċi u li mhumiex jgħallmu fl-MCAST, fil-kulleġġ Malti għall-arti, xjenza u teknoloġija, proprju n-nies li l-iżjed ġew imħarrġa f'dan il-qasam.", "Jekk naraw x'għandna bħala riżultati tas-sistema edukattiva tagħna, insibu li mill-iskejjel sekondarji qed joħorġu 2,000 ġuvni u tfajla kull sena mingħajr il-ħiliet meħtieġa biex isibu xogħol stabbli u qed jispiċċaw f'periklu li jinqabdu fiċ-ċirku vizzjuż tal-qgħad, tad-drogi u tal- kriminalità.", "Fil-budget għas-sena d-dieħla m'hemm ebda ċavetta għall-futur ta' dawn iż- żgħażagħ.", "Nafu x'inhi s-soluzzjoni.", "Hemm bżonn pjan edukattiv qawwi għall-iskejjel sekondarji ġenerali biex dak li jiġi mgħallem hemm u kif jiġi mgħallem jagħmel iżjed sens għal dawk l-istudenti u jservihom aħjar għall-ħajja u d-dinja tax-xogħol.", "Ħafna minn dawn it-tfal qed jaqgħu lura fil-primarja.", "Iżjed minn nofs it-tfal fil-primarja f'Malta u f'Għawdex qed jaqgħu lura.", "Ħafna mill-iskejjel fejn jitgħallmu għandhom bżonn pjan ta' żvilupp serju u pjan ta' taħriġ għall-għalliema biex jaffrontaw il-problemi speċifiċi li għandhom f'kull lokalità u mhux norganizzaw in-service courses, fejn laqat laqat, mingħajr ma nindirizzaw il-problemi li kull għalliem għandu f'kull lokalità speċifika.", "Nerġa' ngħid li l-gvern mhux jinvesti fit-taħriġ ta' psikologi edukattivi, għalliema biex jgħallmu l-informatika u għalliema biex jgħinu lit-tfal li għandhom il-kondizzjoni tad-dyslexia u b'diffikultajiet oħrajn.", "Jekk wieħed janalizza l-adoloxxenti li joħorġulna mill-iskejjel sekondarji ġenerali jsib li 90% ta' dawk l-adoloxxenti qed joħorġu mingħajr ċertifikazzjoni.", "Dawn ilaħħqu ma' l-2,000, daqskemm iggradwaw ftit ilu mill-università.", "Aħna għandna żewġ gradwazzjonijiet, gradwazzjoni li tiġi ċċelebrata mill-istudenti ta' l-università, u gradwazzjoni siekta u traġika ta' meta tispiċċa sena skolastika oħra u joħorġu 2,000 bla ċertifikazzjoni u mingħajr ħiliet.", "Mr Chairman, 60% ta' l-istudenti mhux qed ikomplu jistudjaw meta jagħlqu 16- il sena u fost dawk li jkomplu jistudjaw u jitħarrġu wara li jagħlqu s-16- il sena hemm ħafna li jibdew u mhumiex ikomplu.", "Fl-ewwel sentejn tiegħu l- MCAST ħalla barra mijiet ta' studenti minkejja l-wegħda li jidħol kull min japplika.", "Qed nispiċċaw b'ħafna żgħażagħ bla snajja' u mingħajr il-ħiliet meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna.", "Għandna iżjed minn 3,000 bla xogħol fil-kategorija taż-żgħażagħ li mhux biss huma bla xogħol - xi ħaġa iktar serja minn hekk! - mhumiex impjegabbli.", "Jien ngħid li tlifna wkoll il-ħaddiema tas-sengħa li jirtiraw mit-tarzna u l-instructors li kienu jgħallmu fl-iskejjel tas-snajja' li setgħu, b'inizjattiva bi sħab bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l- korporazzjoni ta' impjiegi u taħriġ, jingħataw skemi ta' taħriġ, iżda minn dan m'hu qed isir xejn.", "Minn dawk li qed ikomplu jistudjaw meta jagħlqu s-16-il sena għandna nofs iż-żgħażagħ li qed jersqu għall-Matsec fil-livelli intermediate u advanced u ma jgħaddux.", "Hemm bżonn ta' iżjed serjetà fl-università biex l- istituzzjonijiet ta' hemm ġew jagħtu tassew kas il-bżonnijiet ta' l- istudenti.", "Minflok jittieħdu passi biex nirranġaw dawn l-affarijiet qed immorru għall- aktar ħaġa faċli, qed inwebblu lin-nies b'garanzija mirakoluża sempliċement għax nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "U dan huwa inġust ma' l-Unjoni Ewropea nnifisha u ma' dawn iż-żgħażagħ.", "Flok qegħdin naffrontaw il-problemi u nsolvuhom b'mod realistiku, qed ngħidulhom jemmnu mhux fis-saħħar ta' Oz, għax wara għaxar snin skopra li s-saħħar ta' Oz ma jeżistix, imma fis- saħħar ta' Brussell.", "Issa skopra s-saħħar ta' Brussell li jiġi b'bakketta maġika u jsolvi dawn il-problemi kollha.", "Jeżistu soluzzjonijiet għal dawn il-problemi u aħna bħala partit Laburista lesti li niddedikaw l-enerġija, l-entużjażmu u l-attenzjoni kollha tagħna biex insolvu dawn il-problemi.", "Għalina t-tfal u ż-żgħażagħ kollha jiġu l-ewwel.", "Irridu nġeddu l-edukazzjoni biex isiru kapaċi u jkollhom suċċess biex jgħixu bħala ċittadini attivi fis-soċjetà miftuħa tal-lum u lesti li jaħdmu fl-ekonomija avvanzata tas-seklu 21.", "Ilkoll kemm aħna, mill-oqsma ta' l-edukazzjoni tas-saħħa, tal-ħarsien soċjali, ta' l-ekonomija, ta' l-ambjent, naħdmu flimkien biex niżviluppaw f'uliedna fiduċja fihom infushom u l-ħiliet biex jiffaċċjaw b'suċċess it- taqlib qawwi fid-dinja tal-lum u ta' għada.", "Għandna bżonn naħdmu flimkien ħafna mal-qasam tas-saħħa.", "L-isudenti tagħna huma fost l-iżjed li jbatu minn ħxuna fid-dinja.", "Studju ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa jpoġġina fost l-ogħla li jbatu minn problema ta' obeżità minn età żgħira, minħabba dak li jieklu u minħabba li ma jeħdux sehem regolari fl-isport.", "Anke dak huwa falliment tas-sistema edukattiva u tat- trobbija tal-familji.", "U nafu li dan iġib mard tal-qalb u tad-diabete.", "Studju inkwetanti ħafna li ħareġ dan l-aħħar mill-awtoritajiet tas-saħħa juri li kwart ta' l-istudenti sekondarji tagħna fl-età ta' bejn il-11 u l- 15-il sena diġà bdew ipejpu.", "Għadna ma solvejniex il-problema tal-ġarr ta' basktijiet tqal u l-problemi ta' l-iskoljożi u tad-dahar qed ikomplu jinxterdu fil-primarja u fis-sekondarja.", "Barra minn hekk, aħna l-iktar pajjiż fid-dinja fejn l-istudenti għandhom suġġetti u fost l-iqsar ħin li jqattgħu fl-iskola.", "L-esaġerazzjonijiet li għandna biex inlaħħqu ma' dak kollu li nagħtuhom qed itellef t-tfulija u ż- żogħżija ta' ħafna mit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna u jmarradhom bin-nervi.", "Għandna sistema li iktar milli hi edukattiva hija sistema kattiva.", "Sadanittant il-problemi ta' l-adoloxxenti dejjem jikbru.", "Problema oħra li għandna hija li jibdew jixorbu l-alkoħol minn kmieni.", "Għalhekk għandna bżonn ta' tisħiħ ta' l-edukazzjoni fil-kindergarten u fil-primarja.", "Il- flus għandna nonfquhom fuq it-tfal, first things first!", "Mela tispiċċa bl- uffiċini tal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi fl-Imtarfa Alla jbierek mgħammrin b'kollox, imbagħad il-bqija ta' l-iskola tħalliet fl-istat li hi.", "Min jgħallem u min jeduka ruħu hemmhekk jara d-differenza.", "Għalihom il- prijorità hi l-uffiċini ta' l-uffiċjali u mhux l-ambjent fejn issir l- edukazzjoni, jiġifieri fil-klassiijet.", "Sadattant ma nafx fejn wasal ix- xogħol li kellu jsir fuq il-kwestjoni tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola ta' l-Imtarfa.", "Għax aħna kellna ministri Nazzjonalisti li l-aktar li daħħlu mhux riformi fl-edukazzjoni imma żiemel ħdejn l-iskola tal-Fgura, il- mushrooms taħt l-iskola ta' l-Imtarfa u affarijiet bħal dawn.", "Anzi issa ż- żiemel iċċaqlaq mill-Fgura, imma l-mushrooms taħt l-iskola ta' l-Imtarfa għadhom hemm.", "Jien informat li l-apparat ta' l-extractors ġie, imma ma nafx għaliex għadu ma twaħħalx.", "Veru li l-gvern qed iħallas lill-kuntrattur li ġabu biex iżommu f'xi maħżen u għadu ma twaħħalx, u sadanittant il-foga mill- mushrooms għadha ħierġa u toħnoq lill-għalliema u lill-istudenti hemmhekk?", "Apparti minn hekk, il-kritika li għandi għax-xogħol li qed tagħmel il- fondazzjoni għas-servizzi edukattivi hi li l-ewwelnett ma tteħdux ir- rakkmandazzjonijiet ta' l-istħarriġ li kien sar dwar il-problemi tal-qari u tal-kitba fost it-tfal ta' seba' snin li kien sar fl-1999.", "U ma tteħdux għaliex hemmhekk kien indikat ċar liema huma l-iskejjel li kellhom bżonn intervent, li mhux kollha kienu fid-distrett tal-ministru.", "Imma allura għax ma jkunux fid-distrett tal-ministru ma tgħinhomx lit-tfal ta' dawk il- postijiet?", "M'għandekx tgħin lit-tfal ta' l-iskejjel ta' Għawdex?", "Issa ftakret il-Ministru għal Għawdex li għandha tgħinhom lit-tfal Għawdxin u għadna ma nafux x'qed jiġi organizzat.", "Apparti minn hekk, l-inizjattivi li qed isiru wara l-ħin ta' l-iskola mhux qed jilħqu lit-tfal li l-aktar għandhom bżonn.", "Meta aħna nkunu fil-gvern beħsiebna nimxu b'mod differenti.", "Ikun hemm ħidma qawwija waqt il-ħin ta' l-iskola stess u għat-tfal kollha b'inizjattivi kontinwi favur il-kitba u l- qari, it-tħaddim ta' l-ilsna tal-Malti u l-Ingliż, matematika, xjenza u teknoloġija.", "Nerġa' ngħid li taħt gvern Laburista jitwettaq pjan edukattiv ġdid għas- sekondarja ġenerali b'kontenut iżjed rilevanti għall-istudenti biex jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn biex jirnexxu fid-dinja tal-lum.", "Se niżguraw tmexxija aħjar ta' l-eżamijiet tal-Matsec, u biex naqtgħu s-suspetti u d- diskors li jingħad indaħħlu d-dritt li l-istudenti jaraw il-karta meta jitolbu reviżjoni.", "Mr Chairman, nassiguraw li taħt gvern Laburista jsiru sillabi aħjar fl- iskejjel kollha bis-sehem sħiħ ta' l-għalliema u bl-iskejjel statali, bl- iskejjel tal-knisja u bl-iskejjel privati.", "Kull skola titmexxa bi pjan ta' żvilupp serju mfassal u mwettaq demokratikament.", "Gvern Laburista lest imexxi l-qasam edukattiv b'politika ta' partnership ma' l-għalliema, ma' l- istudenti, mal-ġenituri, ma' l-imsieħba soċjali.", "Dis-sentejn li għamilna fil-gvern bejn 1996 u l-1998 tajna prova ta' dan, urejna kif kapaċi naħdmu ma' kulħadd, naħdmu flimkien għall-ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.", "Hemm bżonn li jissaħħaħ il-junior college, li ftit ilu f'laqgħa li kellu mal-ġenituri smajna lill-prinċipal jgħid kif lanqas għandu budget biex jista' jiżviluppa l-junior college.", "Irid iġib il-flus mill-università biex iħallas lill-għalliema tiegħu.", "Għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-junior college, l-MCAST, il-higher secondary tan-Naxxar, l-istitut għall-istudji turistiċi u l-università.", "Hemm bżonn li l-iskemi ta' l-apprendistat jiġġeddu u hemm bżonn li niftħu opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ.", "Għandna problema li diġà bdiet tinħass li ħafna kumpanniji qed isibu liż- żgħażagħ mhux ippreparati għad-dinja tax-xogħol meta jirreklutawhom.", "Is- soluzzjoni hi li nagħmlu rabta aħjar fuq kull livell bejn l-edukazzjoni u l- ħolqien tal-ġid.", "Flok jaħdem fuq dawn il-problemi l-gvern jinħela f'ħafna konferenzi stampa, jitħabbru ħafna inizjattivi u jsir ħafna ftaħir li qed jintnefqu l-miljuni kbar, iżda mbagħad l-iskejjel ma jarawx dan it-titjib li tant jingħad li qed isir.", "Aħna lesti li naħdmu bil-politika ta' partnership kemm lokalment u kemm internazzjonalment.", "Infakkar li aħna konna bdejna nieħdu l-passi biex jiftaħ l-uffiċċju ta' Socrates fl-università, biex tiddaħħal il-European credit transfer scheme, il-ECTS li mingħajrha l-istudenti tagħna ma setgħux jieħdu sehem fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Lesti li nieħdu inizjattivi ta' partnership, kif konna diġà bdejna nieħdu ma' universitajiet Amerikani, ma' l-università ta' Londra, ma' l-istitut ta' l- edukazzjoni fl-università ta' Londra biex nibnu u ntejbu s-sistemi edukattivi f'pajjiżna.", "Lesti naħdmu ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam, ma' l-istituzzjonijiet ta' l-OECD, il-kunsill ta' l- Ewropa, il-UNESCO, il-Commonwealth kif ukoll istituzzjonijiet fl-Istati Uniti, fl-Awstralja u fil-Kanada.", "U nagħtu wkoll l-appoġġ qawwi lill- International Student Exchange Programme.", "Dawn huma inizjattivi li nieħdu fuq kull livell edukattiv.", "Mr Chairman, se naħdmu wkoll biex ikun hawn politika serja fil-qasam tax- xjenza u teknoloġija l-ewwelnett billi fit-tmexxija edukattiva ta' dan il- qasam inpoġġu nies kwalifikati u serji, mhux nies ma jifhmux, li l-unika kwalifika tagħhom tkun li huma fin-network tal-ħbieb tal-ħbieb, ħsiebhom biex isiefru u għax jorganizzaw xi seminar jaħsbu li biżżejjed.", "Hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam u mhux qed isir.", "U nistgħu nagħmluh biss b'partnership serju bejn l-oqsma edukattivi u ekonomiċi u anke sehem fi programmi internazzjonali.", "Irridu niżguraw imbagħad tmexxija onesta, serja u nadifa biex it-taxxi li jħallsu ċ-ċittadini jmorru għall-ġid tat-tfal u ż- żgħażagħ kollha fl-edukazzjoni u mhux għal ftit ħbieb tal-ħbieb.", "Hawn ġew diġà semmejt min jaf kemm-il darba l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "Intqal ħafna diskors dwar kemm kellha timxi b'mod effiċjenti.", "Interessanti tara kemm jitħallas iċ-chief executive tagħha, li għandu iżjed minn Lm12,000 fis-sena, jiġifieri kważi daqs is-segretarju permanenti u iżjed mid-direttur ġenerali u d-diretturi li għandna fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni bħal Mary Vella, Cecilia Borg, Mary Rose Mifsud, Lawrence Zammit, u Joyce Pullicino.", "Insellem lil dawn l-uffiċjali kollha, li wħud minnhom qegħdin hawn, għax- xogħol li jagħmlu.", "Imma xi trid tagħmel?", "Dawn jitħallsu inqas milli jitħallas iċ-chief executive tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada.", "Imbagħad nistagħġbu kif ċerti impjegati pubbliċi jiddemotivaw ruħhom!", "U x'qed nieħdu tal-ħlas esaġerat li għandhom l-irjus tal-fondazzjoni?", "Kif semmejt diġà, din il-fondazzjoni ssellfet Lm15 miljun mill-APS Bank.", "Nixtieq inkun naf kemm intnefqu minn dawn il-Lm15 miljun?", "Kemm intnefqu mit-Lm3 miljun li taha l-ministeru ta' l-edukazzjoni?", "Sadattant in-nies jimpressjonaw ruħhom jisimgħu li qed jintnefqu Lm60 miljun u Lm70 miljun.", "Però n-nies ikejlu b'dak li jaraw fl-iskejjel u fil-klassijiet u la jkejlu b'li jaraw fuq it-televiżjoni u lanqas b'li jaraw fil-billboards.", "Mr Chairman, l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur qed jagħmel tajjeb li qed jinvestiga kif qed taħdem il-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada għax hemmhekk se jsib ħafna irregolaritajiet, dejjem jekk l-investigazzjonijiet isiru kif għandhom isiru.", "Naf li qed isir sforz biex kemm jista' jkun jaraw kif jagħmlu l-make-up fuq dawn l-irregolaritajiet imma diġà spjegajt u anke ktibt fuq kif din bdiet tikser ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern mit-twelid tagħha.", "Fis-6 ta' Novembru tas-sena 2001, ftit iżjed minn 13-il xahar ilu, is- segretarju permanenti fil-ministeru tal-finanzi Joe Scicluna kien diġà kiteb li l-mod kif kienet qed timxi din il-fondazzjoni jiskredita anke l- konċett ta' fondazzjonijiet u aġenziji oħra għall-mod kif qed taħdem.", "Anke d-direttur tal-kuntratti J.V. Spiteri u uffiċjali oħra pubbliċi ġibdu l- attenzjoni tal-fondazzjoni dwar ksur tar-regolamenti finanzjarji tal-gvern fil-ħruġ ta' l-offerti u l-għoti tal-kuntratti.", "Ta' min isemmi rapport li għadu kemm ħareġ dan l-aħħar mill-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur - din id-darba mhux fuq il-fondazzjoni ta' l- iskejjel ta' għada - fuq in-nuqqasijiet tal-management systems unit, l-MSU u tal-MITTS li sparpaljaw iżjed minn Lm110,000 fid-dħul tas-sistema kompjuterizzata amministrattiva fl-iskejjel.", "F'dan il-qasam ħafna nies igħidu li ħallsu għal Rolls Royce u ħadu Mini Minor second-hand u qisu ma jiġri xejn għaliex peress li fin-nofs hemm biss it-taxxi taċ-ċittadini ̧ ħadd ma jirrispondi.", "Jien ngħid li bħalma ġie awditjat dak il-proġett aħjar jiġi awditjat ukoll l-użu ta' l-informatika fid-dipartimenti l-oħra tal-gvern għaliex isir ħafna paroli fuq kemm aħna avvanzati f'dan il-qasam imma r-riżultat jitkejjel fuq kemm jitjiebu s-servizzi u mhux fuq kemm jintnefqu flus.", "Irridu naraw jekk in-nies humiex isibu sistemi aħjar, aktar effettivi u humiex jinqdew aħjar.", "Basta ħafna fondazzjonijiet u aġenziji li suppost jaħdmu aħjar miċ-Ċivil u b'sistemi aġġornati li jispiċċaw iqumu ferm iżjed u b'riżultati agħar.", "Dawn jispiċċaw ukoll repubblika għalihom – hawnhekk nista' nsemmi liċ-Ċentru Malti għar-Restawr fejn min imexxi huwa mħallas ferm iżjed miċ-chief executive tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għax għandu Lm15,000 - fejn min imexxi jagħmel li jrid, jonfoq kif irid u jħaddem lin-nies bil-kondizzjonijiet li jrid.", "Fil- fatt issa qed jibgħat għalihom ukoll u jistqasihom x'kondizzjonijiet iridu biex jaħdmu maċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Ikun tajjeb li nisimgħu x'wassal biex jitħassru r-relazzjonijiet ta' dan iċ-ċentru mal-gvern Taljan li wassal anke lill-Ambaxxatur Taljan biex jikteb pubblikament dwar dan.", "Fil-ġimgħat li għaddew semmejt l-irregolaritajiet li qed isiru fil- ħlasijiet ta' l-iskemi ta' l-apprendistat u nistaqsi x'passi ttieħdu fuq dawk l-abbużi u dawk in-nuqqasijiet.", "Ikun ġust li minbarra li semmejt li hemm apprendisti li qed jitħallsu meta mhux suppost qed jitħallsu għaliex ikunu weħlu jew ma jkunux komplew jattendu, isiru verifiki simili fl- istipendju u fl-użu ta' l-ismart card fil-junior college u fl-università għaliex dawk it-tip ta' verifiki għadhom lanqas bdew.", "Inkella jiġri li l- iskrutinju ta' l-awditur isir fejn l-inqas jigdem.", "Dawk l-oqsma huma barra ċ-Ċivil imma xorta jkunu qed jisparpaljaw it-taxxi jekk ma jmexxux sewwa.", "Allura huwa mportanti li jsiru r-rendikonti ta' kif jintużaw l-istipendji u l-ismart card għaliex f'dan il-parlament kemm-il darba ngħata rendikont, u sewwa jsir, biex benefiċċji soċjali li huma means tested bħaċ-children allowance, bħall-benefiċċji tal-mard u bħall-pensjoni, issir verifika fuqhom biex jaraw fejn qed isiru l-abbużi u sadanittant l-ismart card u l- istipendji jibqgħu ma jiġux awditjati kif suppost.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Bartolo, niġbidlek l-attenzjoni li għad baqgħalek biss żewġ minuti.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma jistax ikun li baqgħali żewġ minuti biss!", "Jien hawn baqgħali seba' minuti żgur.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iż-żewġ naħat ftiehmu li l-ħin tas-seduta tal-lum jiskadi fid-9:40 p.m.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien ma kellix ċans niddiskuti l-problema kbira tal-matematika li għandna f'dan il-pajjiż.", "Il-problema tal-matematika hija serja daqs il-problema ta' l-Ingliż u ssibha anke f'livelli għolja tas- soċjetà!", "Imma ħalli nkomplu.", "Minbarra n-nuqqasijiet fit-tmexxija finanzjarja f'dan il-ministeru naħseb li hemm ukoll tmexxija ħażina fil-mod kif jiġu trattati impjegati f'oqsma li jaqgħu taħt dan il-ministeru.", "Fost dawn insemmi lil dawk il-persuni li kienu ntgħażlu biex imorru jaħdmu fil-Kavallier ta' San Ġakbu li wara li għasruhom, irmewhom.", "Anke l-UĦM tilmenta bil-mod arroganti li mexa magħhom il-Ministru Louis Galea.", "Fil-fatt minn dak li jingħad jidher li ċ- ċentru mhuwiex jitmexxa b'mod serju u hemm ħafna toqob fl-amministrazzjoni u fid-dħul u l-ħruġ tal-flus.", "Għalhekk ġew imwarrba nies serji minn hemm.", "Hemm inċertezza kbira wkoll fost il-ħaddiema tad-dipartiment tal-kultura.", "Fl-1 ta' Jannar jibda jaħdem il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti imma l-ħaddiema huma fil-għama dwar x'se jiġri minnhom.", "Dawk li ntgħażlu s'issa għall-kunsill ġejjin mis-segretarjat tal-ministru kif ġara fil-Kavallier ta' San Ġakbu.", "M'hemmx għalfejn ngħidu, dawk li jaħtar ministru jista' jneħħihom ministru ieħor.", "Il-ħaddiema huma demoralizzati għax ma jafux x'se jiġri minnhom.", "Per eżempju, impjegati li jappoġġjaw lill-partit Nazzjonalista qed jilmentaw li mhuwiex biżżejjed li tkun partitarju Nazzjonalista biex tiġi ppreferut imma trid tkun fin-network favorit tal- ministru.", "L-istess ngħid għal dawk li jaħdmu fil-qasam tal-mużewijiet li qed jinżammu fil-għama dwar x'se jiġri minnhom.", "Dawn ma jafux x'inhu għaddej u għandhom ħafna inċertezza fuq il-futur tagħhom.", "Nies onesti li ilhom is-snin jagħtu servizz f'dan il-qasam qed jibżgħu li se jintremew.", "Smajna lill-Ministru John Dalli jgħajjar lil din in-naħa f'dan il-parlament bħala waħda tal- qedem.", "Pero' jien kont nippreferi illi kieku dan uża din l-espressjoni biex igħid kemm ivvota aktar flus għall-ħarsien tal-qedem, bħall-ħarsien tal- wirt storiku.", "Minkejja li sar ħafna paroli wara l-attakk fuq l-Imnajdra u minkejja li qalu kemm għandna nħarsu l-wirt storiku, f'dan il-budget ma nsibux flejjes ġodda vvotati biex jitħares dan il-wirt storiku.", "Fid- dibattitu fuq l-Imnajdra niftakar li kien ġie l-Ministru Galea jressaq pjan li kien ippreżentat minn Dr. Cannataci li sejjaħlu pjan ta' azzjoni.", "Pero' minkejja l-miljuni l-kbar ta' flus li ssemmew - jekk m'iniex sejjer żball kienu ssemmew xi Lm100 miljun għaliex donnu dan il-kliem għandu xi seħer maġiku għall-partit Nazzjonalista - la rajna pjan, la rajna azzjoni u wisq inqas rajna miljuni ta' flus għall-ħarsien tal-wirt storiku.", "Ma nafux lanqas jekk dan il-qasam jaqax taħt dan il-ministeru jew jaqax taħt il- ministeru ta' l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Qed ngħid dan għax dan ħlief jiġi hawn u jiftaħar x'għamel fil-ħarsien u fir-restawr tal-wirt storiku ma jagħmilx.", "Per eżempju ̧ aħna ma nafux x'koordinazzjoni teżisti maċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Jeżistu wkoll nuqqasijiet kbar f'qasam li ma tantx niddiskutuh u li sfortunatament ma tantx jinteressa nies.", "Qed nirriferi għall-qasam tar- riċerkaturi fil-biblijoteki u fl-arkivji nazzjonali.", "Hemmhekk hemm nuqqas ta' ħaddiema u m'hemm ebda inizjattivi ġodda ħlief li rdoppja l-ħlas tal- fotokopji.", "Per eżempju ̧ fil-biblijoteka tal-Belt qatt ma sar il-lift li kien imwiegħed u b'toilet wieħed iridu jinqdew l-impjegati u l-pubbliku.", "Barra minn hekk f'Santu Spirtu hemm biss erba' impjegati li jagħmlu ħafna xogħol - nixtieq insellmilhom minn hawn – li qegħdin jaqtgħu qalbhom.", "Il- post li għandhom l-Imdina mhux jiftħuh għax m'għandhomx b'min.", "Riċerkaturi serji ta' twemmin politiku differenti jgħidu kif bħalissa għaddejjin mill-agħar żmien fix-xogħol tar-riċerka.", "Din hija traġedja għal pajjiżna għax għalkemm ma tinħassx minn ħafna nies ̧ ir-ruħ tal-pajjiż tiddependi minn kemm ir-riċerkaturi tagħna kapaċi jitfgħu dawl ġdid fuq l- imgħoddi ta' pajjiżna.", "L-aċċess qed jingħalaq mhux biss għar-riċerkaturi l- kbar iżda anke għal studenti ta' skejjel sekondarji.", "Per eżempju, minkejja li l-librerija tal-Mosta infetħet b'ħafna pubbliċità ̧ b'ħafna pompa u b'ħafna quality service charters, illum aktar hija magħluqa milli miftuħa.", "Irrid ngħid kelma wkoll fuq il-pastażata ta' fiera tal-ktieb li kellna din is-sena.", "Din is-sena l-fiera kienet qisha l-monti u ġew erbgħa min-nies taparsi jbigħu l-kotba.", "Il-fiera tal-ktieb li suppost kellha tiġi organizzata aħjar minn qatt qabel minħabba l-kunsill nazzjonali tal-ktieb, assolutament kienet tal-mistħija.", "Jien nagħlaq billi ngħid li dawra ma' l-oqsma li jaqgħu taħt dan il- ministeru turi biċ-ċar li dan il-ministeru għandu bżonn bidla fid- direzzjoni li qabad u għandu bżonn direzzjoni ġdida kif wara kollox għandu bżonn dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal issa huwa għall-gvern.", "Għalhekk insejjaħ lill-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President ̧ id-diskors tal-budget fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni li jsir mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni issa drajnih għax bl-aġġettivi li tisma' tħossok qiegħed fid-doomsday.", "Jien għadni niftakarhom ċerti frażijiet li saru fi snin oħrajn.", "Per eżempju, is- sena l-oħra l-Onor.", "Bartolo kien qal li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm atmosfera vvizzjata.", "Darb'oħra kien qal li qegħdin noqtlu l-futur tat- tfal tagħna u llum qal li għandna gvern li qed jorbot mazzra m'għonq uliedna.", "Qal ukoll li l-ministri Nazzjonalisti aktar huma rinomati għall- mushrooms milli għar-riformi.", "Jien ngħid li aħjar il-mushrooms mill-ħafna riformi li għamlu gvernijiet Soċjalisti li jien ġarrabthom kollha.", "Fost dawn ir-riformi kien hemm it-tneħħija ta' l-eżamijiet, l-introduzzjoni tad- trade schools, l-apprendist/skolar u l-ħaddiem/student.", "Jien nieħu pjaċir nisma' diskorsi dwar żgħażagħ mormija.", "Per eżempju ̧ fi żmieni 200 żagħżugħ fis-sena biss setgħu jidħlu l-università u l-cohort kienet ta' 5,000.", "Allura ż-żgħażagħ l-oħrajn ma kenux mormija?", "Jien nixtieq li xi darba xi ħadd jagħmel studju jew riċerka dwar x'ġara minn dawk iż-żgħażagħ.", "Minjaf kemm-il ġenerazzjoni ta' żgħażagħ tlifna!", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li kienu jmorru fit-trade schools.", "Per eżempju, missieri li kien mastrudaxxa kienu jiġu għandu ħaddiema li qabel kienu jmorru t-trade schools biex jitgħallmu s-snajja' imma Alla jbierek, minkejja li kienu jagħmlu s-snin hemmhekk ̧ ħadd minnhom ma kien joħroġ bis-sengħa kif suppost.", "Per eżempju, oħti li hija sena akbar minni kienet bdiet tistudja għal nurse u kellha wkoll il-kwalifiki kollha biex tkompli sa l-università imma l-kors kien jiftaħ darba kull tliet snin.", "Pero' dak iż-żmien ma konniex nagħmluhom id-diskorsi ta' żgħażagħ mormija għax lanqas kellna 10% li kienu jkomplu l-edukazzjoni post- sekondarja.", "Mill-iskejjel kollha post-sekondarji li hawn forsi l- Fellenberg kienu fetħu tan-naħa l-oħra.", "Issemmew ukoll il-perċentwali ta' żgħażagħ b'diżabilità li qegħdin igawdu mis-sistema edukattiva tagħna.", "Ma rridux ninsew li fi żmenijiet gvernijiet Soċjalisti ma kienx hemm budget għall-edukazzjoni inklużiva.", "Dawn l-affarijiet ma rridux ninsewhom.", "Imbagħad illum nikkritikaw jekk hux se jkun hemm il-VAT fuq il-bastun l-abjad ta' persuna li ma tarax!", "Staqsew ukoll kif qed inħarrġu liż-żgħażagħ tagħna għat-teknoloġija tal- lum.", "Per eżempju ̧ ftit ilu mort seminar l-università u qam Maurice Zarb Adami jgħid li meta kien fil-kunsill ta' l-università din il-bidla ma setgħux jantiċipawha.", "Jien fi żmieni fl-università la rajt ġebla tinbena u lanqas rajt l-introduzzjoni ta' computer wieħed u dan kien fl-aħħar tas- snin tmenin.", "Daqshekk konna kapaċi nantiċipawhom il-bidliet imbagħad illum ingorru għax m'għandniex iż-żgħażagħ ippreparati!", "Niftakar lill-Perit Dom Mintoff jgħid li dak li tagħmel b'computer tagħmlu b'lapes u l-karta!", "It-tibdil ma jsirx mil-lum għal għada.", "Intqal li rridu nagħmlu pjan għall-edukazzjoni.", "Fi żmien gvern Laburista lanqas kurrikulu minimu nazzjonali ma kien jeżisti.", "L-ewwel wieħed kien għamlu l-ex-president Ugo Mifsud Bonnici meta kien ministru.", "Dawn l- affarijiet irridu niftakruhom.", "Pero' drajnihom is-slogans tal-partit Laburista.", "Dan l-aħħar ħarġu bis-slogan ta' gvern għajjien; forsi pprovaw ifakkru fis-slogan li kellhom qabel l-elezzjoni ta' l-1971.", "Dawn huwa slogan riċiklat ieħor bħalma huwa s-slogan ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Lanqas fl-islogans m'għandhom kreattività u oriġinalità.", "Gvern huwa magħmul minn ministeri u hemm diversi modi kif tkejjel l- effettività ta' ministeru.", "Naħseb li wieħed mill-modi kif tista' tkejjel kemm kien tajjeb ministeru huwa l-ewwelnett mill-armonija fl-istess ministeru.", "Intqal li kien hemm atmosfera vizzjata imma ma ssemmiex in- numru ta' ftehim kollettivi li saru.", "Naħseb li llum il-ġenituri huma trankwilli ħafna aktar milli kienu meta kont student jien bir-riformi kollha li kienu jagħmlu l-gvernijiet Soċjalisti.", "Mod ieħor kif tista' tkejjel l-effettività ta' gvern u ta' ministeru huwa permezz tal-ħidma parlamentari.", "Irridu niftakru li fl-aħħar sena dan il- ministeru ġie ħames darbiet quddiem dan il-parlament.", "Fil-fatt iddiskutejna l-liġi dwar il-kunsill għall-kultura u l-arti, il-liġi dwar il- patrimonju Malti, ir-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' proprjetà lil għaqdiet sportivi u volontarji, il-liġi dwar l-isport u l-liġi dwar ir- rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki.", "Naħseb li dan kollu jirrifletti ħidma u ċerta viżjoni mhux fl-edukazzjoni biss imma wkoll fl-isport, fiż- żgħażagħ, fil-kultura, fl-arti ̧ fil-kwalifiki u fl-impatt ta' l-edukazzjoni fil-qasam tax-xogħol.", "Mod ieħor kif nistgħu nkejlu l-effetivita' ta' ministeru huwa billi nqabblu proġetti li kienu jeżistu taħt iż-żewġ gvernijiet u naraw x'għamlu bihom.", "Naħseb li l-aktar eżempju ċar ta' proġetti li nistgħu nsemmu huwa s- settur vokazzjonali.", "Intqal li gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma ntroduċew riformi imma din kienet riforma li kien bdiha l-predeċessur tagħna ̧ l-ex- ministru Michael Falzon fl-1995.", "Fil-fatt dan għamel white paper, għamel legal notice u pjanijiet ta' żvilupp kapitali u mbagħad tela' gvern Laburista fl-1996 ̧ reġa' għarbel kollox, reġa għamel ċerti studji, biddel il-legal notice u ma mexxiex il-proċess b'pulzier wieħed.", "Meta mbagħad aħna erġajna tlajna fil-gvern fl-1998 dan il-proġett sibnieh fejn ħallieh l- ex-ministru Michael Falzon u kellna nerġgħu nibdew kollox mill-ġdid biex fi żmien sentejn ̧ daqskemm kien dam gvern Laburista ̧ waqqafna l- fondazzjoni, ħtarna l-bord ta' diretturi, ħtarna l-kunsill għall-kwalifiki professjonali u vokazzjonali, sar xogħol infrastrutturali, sar xogħol ta' żvilupp ta' kurrikulu u sena wara, ftaħna l-istituti u bdejna ndaħħlu l- istudenti ġodda fihom.", "Bil-bidla kollha li għamilna fit-technology education żidna n-nefqa.", "Kemm għajruna dak iż-żmien li qed nagħlqu t-trade schools!", "Issa ftit ġimgħat ilu kellna dikjarazzjoni mill-Onor.", "Bartolo li m'għandniex nerġgħu mmorru lura għat-trade schools.", "Illum qed inkomplu fuq dan ix-xogħol u hawnhekk irrid insemmi l-upgrading li sar f'Tarġa Gap.", "L-ewwelnett aħna kważi qed inbatu s-suċċess li ġibna aħna f'dan is-settur.", "Qed ngħid hekk għax illum hemm min qed japplika għall-università jew għall-MCAST u hemm min qed japplika għat-tnejn.", "Jista' jkun li n-numri ta' min qed japplika huma ftit inflated għax ikollok min qed japplika għat-tnejn.", "Aħna tejjibna l-kultura għall-istudenti li jkomplu jaħdmu u allura naħseb li ħaqqna ftit credit ta' l-istima li ġibna f'dan is-settur.", "Nixtieq insemmi proġett ieħor li kien f'idejn iż-żewġ gvernijiet u naraw x'għamel bih gvern Laburista u x'għamel bih gvern Nazzjonalista.", "Hawnhekk qed nirriferi għal Bighi.", "F'Bighi mhux proġett wieħed kien hemm imma tnejn.", "Qabel l-1996 f'Bighi konna se nagħmlu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u kellna budget għar-restawr pero' mbagħad tela' gvern Laburista u għamel iċ-Ċentru Malti għar-Restawr għax inkella kien se jitlef xi fondi mill-Unjoni Ewropea.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Sur President ̧ id-diskors tal-budget fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni li jsir mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni issa drajnih għax bl-aġġettivi li tisma' tħossok qiegħed fid-doomsday.", "Jien għadni niftakarhom ċerti frażijiet li saru fi snin oħrajn.", "Per eżempju, is- sena l-oħra l-Onor.", "Bartolo kien qal li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm atmosfera vvizzjata.", "Darb'oħra kien qal li qegħdin noqtlu l-futur tat- tfal tagħna u llum qal li għandna gvern li qed jorbot mazzra m'għonq uliedna.", "Qal ukoll li l-ministri Nazzjonalisti aktar huma rinomati għall- mushrooms milli għar-riformi.", "Jien ngħid li aħjar il-mushrooms mill-ħafna riformi li għamlu gvernijiet Soċjalisti li jien ġarrabthom kollha.", "Fost dawn ir-riformi kien hemm it-tneħħija ta' l-eżamijiet, l-introduzzjoni tad- trade schools, l-apprendist/skolar u l-ħaddiem/student.", "Jien nieħu pjaċir nisma' diskorsi dwar żgħażagħ mormija.", "Per eżempju ̧ fi żmieni 200 żagħżugħ fis-sena biss setgħu jidħlu l-università u l-cohort kienet ta' 5,000.", "Allura ż-żgħażagħ l-oħrajn ma kenux mormija?", "Jien nixtieq li xi darba xi ħadd jagħmel studju jew riċerka dwar x'ġara minn dawk iż-żgħażagħ.", "Minjaf kemm-il ġenerazzjoni ta' żgħażagħ tlifna!", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li kienu jmorru fit-trade schools.", "Per eżempju, missieri li kien mastrudaxxa kienu jiġu għandu ħaddiema li qabel kienu jmorru t-trade schools biex jitgħallmu s-snajja' imma Alla jbierek, minkejja li kienu jagħmlu s-snin hemmhekk ̧ ħadd minnhom ma kien joħroġ bis-sengħa kif suppost.", "Per eżempju, oħti li hija sena akbar minni kienet bdiet tistudja għal nurse u kellha wkoll il-kwalifiki kollha biex tkompli sa l-università imma l-kors kien jiftaħ darba kull tliet snin.", "Pero' dak iż-żmien ma konniex nagħmluhom id-diskorsi ta' żgħażagħ mormija għax lanqas kellna 10% li kienu jkomplu l-edukazzjoni post- sekondarja.", "Mill-iskejjel kollha post-sekondarji li hawn forsi l- Fellenberg kienu fetħu tan-naħa l-oħra.", "Pero f'sentejn m'għamel xejn u meta tlajna fl-1998 konna qed nirriskjaw li nitilfu dawk il-fondi.", "Aħna għarbilna l-viżjoni u sa tliet xhur wara konna ddeċidejna li joqogħdu ż-żewġ istituzzjonijiet jiġifieri l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u ċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Illum dawn iż- żewġ istituzzjonijiet kabbru l-ħidma tagħhom u fil-fatt iċ-Ċentru Malti għar-Restawr qed jirċievi l-ħidma tiegħu.", "Il-fondi tal-protocol Taljan ħadnihom kollha u erġajna applikajna għal aktar.", "Naħseb li hemm differenza fil-mod kif jaħdmu ż-żewġ gvernijiet u naħseb li fuq dawn irridu niġġudikawhom u mhux fuq l-aġġettivi li jingħadu.", "Semmew il-programmi Ewropej u qalu li firxu t-tapit għall-parteċipazzjoni f'dawn il-programmi għax għamlu biċċa ta' uffiċċju f'Socrates.", "Dik hija l- parteċipazzjoni!", "Meta tlajna aħna ħlief dak il-biċċa uffiċju ma kienx jeżisti pero' aħna mill-ewwel għidna li rridu nipparteċipaw fil-programmi Ewropej.", "Fil-fatt f'Lulju ta' l-1999 niedejna l-Euromed youth exchange programme, f'Jannar tas-sena 2000 introduċejna ż-żewġ programmi, is- Socrates u l-Leonardo, fi Frar ta' l-2001 introduċejna l-programm Youth u f'Settembru ta' l-2001 ipparteċipajna fil-fifth framework programme.", "L- importanti mhuwiex li tintroduċi l-programm imma li tasserixxi l- parteċipazzjoni across the board.", "Huwa mportanti li l-iskejjel, l-għaqdiet taż-żgħażagħ u l-istituzzjoni tar-riċerka jibdew jipparteċipaw.", "Niftakar li f'diskors ieħor l-Onor.", "Bartolo pprova jnaqqas il-merti ta' dawn il- programmi u qal li fil-programmi Socrates u Leonardo 3% biss jipparteċipaw.", "L-ewwelnett anke kieku jkunu 3% kull sena li jipparteċipaw ukoll hija sostanzjali pero' mhux veru li jipparteċipaw 3% biss.", "Fl-università hemm 12% li huma eliġibbli għall-Erasmus u fil-Comenius qed jipparteċipaw 62 skola u 260 student universitarju fis-sena.", "Fil-programm Leonardo jipparteċipaw 150 student u hemm 47 proġett ta' riċerka.", "Imbagħad hemm 21 għaqda taż-żgħażagħ li pparteċipaw fil-programm Youth f'sena waħda.", "Dawn huma l-affarijiet li qed iġibu l-bidliet kollha fis-setturi.", "Jien ħadt sehem fil-launching ta' Comenius project u nista' ngħid li skola sħiħa tkun qed tipparteċipa għax ikun hemm min jipprepara s-CDs, isiru exhibitions u jinbidlu l-għalliema jiġifieri effett ta' proġett huwa l-iskola kollha, Sur President.", "Din hija bidla mill-qiegħ fl-edukazzjoni informali, fl-edukazzjoni inter- kulturali, fit-taħriġ ta' għalliema u professuri u anke għal min mhuwiex involut direttament f'dawn il-ħidmiet.", "Aħna rajna kunsilli lokali jidħlu għal ħidma fost iż-żgħażagħ meta l-liġi ma tobbligahomx biex jidħlu f'din il-ħidma.", "Hawnhekk tidħol ukoll il-kultura ta' riċerka u l-kultura ta' mobilità għax dan huwa wkoll mod kif nippreparaw liż-żgħażagħ tagħna għal din il-kultura.", "Suppost il-ministeru ta' l-edukazzjoni huwa l-aktar ministeru li għandu jkun konċernat mill-preparazzjoni taż-żgħażagħ tagħna.", "Qed ngħidu li s-sena d-dieħla se nipparteċipaw fil-Culture 2000.", "Naħseb li hemm differenza bejn dak li għamel gvern Laburista u dak li għamilna aħna.", "Pero' naħseb li għandna obbligi aktar minn hekk.", "Per eżempju, bħalissa l-partit Laburista qed jagħmel ħafna spots u għalija huma kollha spots ipotetiċi fuq x'fih il-partnership.", "Kif tista' tgħid x'fih il- partnership jekk inti għadek ma bdejtx tiddiskutih ma' min se jkun partner tiegħek?", "Per eżempju ̧ jien nixtieq li tan-naħa l-oħra jgħidulna x'se jagħmlu programm bi programm, jekk hux se jsibu l-fondi jew jekk hux se jattwawhom kollha.", "Għax ma jagħmlux spot fuq il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea ħalli ż-żgħażagħ ikunu jafu?", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-isport.", "Wieħed jista' jkejjel l- effettività ta' gvern fl-isport mill-infiq kapitali, mill-proġetti ġodda, mill-istrutturi li bdejna, mill-edukazzjoni sportiva, mill-għajnuna li jingħataw lill-assoċazzjonijiet u mir-riżultati miksuba.", "Naħseb li aħna ħdimna f'dawn l-oqsma kollha.", "Ovvjament mhux dejjem għandna nimpinġu fuq ir-riżultati pero' sport żgħir li qiegħed jipprometti u qiegħed jġib ir- riżultati huwa riflessjoni ta' l-infiq li għamilna.", "L-Onor.", "Abela staqsa kif għas-sena d-dieħla qed ngħidu li se nagħmlu ċertu nfiq u ma jirriflettix hawnhekk.", "Ċertu nfiq ma jirriflettix għax aħna qed inħallsu pass pass mal-proġett.", "Per eżempju, fil-proġett tal-Kottonera l- kuntratturi diġà tħallsu madwar Lm1.3 miljun għax l-infiq qiegħed isir mal- bini tal-proġett.", "Pero' hawnhekk ta' min igħid li fis-sentejn ta' gvern Soċjalista l-vot kapitali kien ta' Lm0.25 miljun u minnu fl-1997 nefqu Lm150,000 u fl-1998 nefqu Lm100,000.", "Issa aħna din is-sena diġà nfaqna Lm1.3 miljun fi proġetti kapitali sportivi.", "Għalhekk id-differenza qiegħda hemmhekk.", "Imbagħad staqsiena jekk kienx hemm flus għad-dawl eċċ. J'Alla nkomplu nsibu l-flus.", "Naħseb li l-proġett minnu nnifsu huwa tajjeb u naħseb li l-flus se jkunu minfuqa tajjeb ukoll.", "Din is-sena dan il-parlament ħa ħafna żmien jiddiskuti l-isport.", "L-ewwel kellna r-riżoluzzjoni li permezz tagħha għaddejna 34 faċilità lill- għaqdiet sportivi.", "Imbagħad kellna l-liġi dwar l-isport u darba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien kiteb li ma kienx jaf xi ħtieġa kien hemm għaliha.", "Naħseb li dan jirifletti kemm it-tmexxija tal-partit Laburista hija maqtugħa minn dan il-qasam tal-volontarjat.", "Qed ngħid dan għax din il-liġi kien hemm bżonnha għax m'hawn ebda struttura kif tagħti personalità ġuridika lit-tmexxija ta' faċilitajiet, m'hawn ebda struttura kif tagħmel ir-regolamentazzjoni fuq id-doping, m'hawn ebda struttura kif tirreġistra entitajiet u m'hawn ebda struttura kif issolvi ċerti disputes li jinqalgħu.", "Għalhekk altru li kellna bżonnha l-liġi.", "Sur President ̧ jien ma naħsibx li fil-budget għandu jkun hemm ċerti dettalji pero' jien se ngħid x'għandna f'moħħna.", "Sa Jannar inkunu ħtarna l-kunsill u fil-fatt qed nirranġaw l-uffiċini biex is-sede ta' dan il- kunsill ikun il-Marsa.", "Ovvjament sakemm dawn ikunu lesti l-Kunsill Malti għall-Isport se jmur fl-uffiċini tal-kumpless tal-Kottonera li se jkun lest fi Frar meta nkunu wkoll ħtarna t-tmexxija tal-kumpless.", "Mhux bilfors li l- ħaddiema jiġu detailed mill-ewwel mal-Kunsill Malti għall-Isport pero' aktar tard fis-sena jkunu detailed dawk li jidhrilna li jkunu importanti.", "Mhuwiex vera li għamilna din il-bidla għall-job for the boys.", "Din xbajt nismagħha u naħseb li tirrifletti minn fejn tkun ġejja.", "Issemmiet ħafna l-iSkolasport.", "Jien nixtieq inwessa' d-diskussjoni fuq l- edukazzjoni sportiva għax anke hemmhekk ħdimna.", "Staqsew għalfejn għollejna t-tariffa.", "Aħna ridna li fi Skolasport ikun hemm coaches imħarrġin u mhux kull persuna li tinqala' minn kullimkien nagħmluha coach.", "Għalhekk biex iġġib coach trid tħallsu u kull coach li hemm minn Lm2 fis- siegħa qegħdin jitħallsu Lm4 kull siegħa.", "Wara kollox il-coaching għandu aspetti etiċi għax hemmhekk tfal ikun hemm.", "Qed nużaw ukoll il-faċilità tar-Razzett tal-Ħbiberija.", "Ovvjament ladarba qed immorru f'faċilitajiet privati wieħed irid iħallas għalihom.", "Illum Skolasport hija strutturata, għandha kurrikulu, għandha continuity, għandha progression fit-tagħlim u fiha wkoll valuri veri.", "Pero` aktar minn hekk l-aktar li jagħtini sodisfazzjon huwa t-twaqqif ta' l- Institute for P.E. and Sport li għadda mis-senat u mill-kunsill ta' l- universita`.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se naraw il-ħidma tiegħu u l-viżjoni li għandna hija li l-isport jidħol fl-MCAST.", "Per eżempju, f'dawn l-aħħar ġranet rajna reklami għal heads of institutes – hemm wieħed for community services – li fihom hemm imsemmi l-isport għax irid jibda jkollna strutturi li permezz tagħhom nibdew inħarrġu facility managers, administrators, eċċ.", "Sur President, l-aktar ħidma li tidher fil-qasam sportiv hija l-qasam kapitali u din is-sena għamilna ħafna xogħol dwar dan.", "Fil-fatt lestejna l- ground tas-Salinos li ma nafx kemm kien ilu mibni, lestejna s-sala ta' l- isport għall-universita` li fis-sentejn ta' gvern Laburista ma ċċaqlaq xejn fiha u tajna spinta lix-xogħol fil-Marsa.", "Dawn huma t-tliet proġetti li staqsewna dwarhom.", "Pero' l-pjani għal proġetti reġjonali oħrajn qegħdin hemmhekk.", "Per eżempju, it-tfassil kollu tal-Karwija qiegħed fil-business plan tagħna ta' l-2004.", "Issa ħalli ngħid ftit x'għamilna fil-Marsa.", "Hemmhekk għamilna l-piling works kollha li swew Lm70,000; se nagħmlu car park ̧ changing rooms u sub- stations li huwa ppjanat li jqumu xi Lm100,000; għamilna l-korsa taż- żwiemel, id-dawl u l-entratura li ammontaw għal Lm300,000; f'Jannar se nibdew ir-resurfacing ta' l-athletic track li se jqum Lm90,000 u se nagħmlu xogħol fit-tram trail li se tqum madwar Lm10,000 ħalli mhux kulħadd ikollu juża bilfors it-track ta' l-atletika.", "Għalhekk altru milli ma nvestejniex fil-Marsa.", "Dan minbarra xogħol ieħor li għamilna fi snin preċedenti ta' turfing, floodlighting, etc.", "Sur President ̧ avvanzajna ħafna fix-xogħol tal-Kottonera u mhux billi ngħidu li nfaqna madwar Lm4,000.", "Jekk jagħtuni stima jien lest li nwieġeb dettall dettall.", "Fuq il-pubbliċita` għall-open day nista' ngħid li nfaqna ftit mijiet għaliex infaqna bil-għaqal.", "Pero` ħalli ngħid x'għamilna.", "Aħna lestejna l-kostruzzjoni, avvanzajna fil-finishes, fis- servizzi u fix-xogħol tal-landscaping u qed nimmiraw li nlestu fi Frar.", "Irridu niftakru li dan ix-xogħol kollu għamilnih f'inqas minn 22 xahar għax l-ewwel ġebla hemmhekk tqiegħdet f'Ġunju ta' l-2001.", "Dan ifisser li f'inqas minn 22 xahar ̧ daqskemm damu tan-naħa l-oħra fil-gvern, aħna bnejna kumpless ta' 'il fuq minn Lm2 miljun.", "Bħalissa għaddejja ħidma wkoll fuq il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li tan- naħa l-oħra ma qalu xen dwar dan.", "Fil-fatt qed issir preparazzjoni kbira u qed isir ċertu nfiq biex l-assoċjazzjonijiet iġibu t-tagħmir.", "Nixtieq insemmi wkoll il-ħidma kollha li qed issir biex jinġabru l-isponsorships u nista' ngħid li hemm żieda ta' Lm130,000 ivvotati għall-organizzazzjoni ta' din l-attivita`.", "Dan minbarra l-Lm200,000 li se jmorru bħala għajnuna teknika.", "Ta' min isemmi wkoll iż-żieda enormi ta' flus li ħadu l- assoċjazzjonijiet sportivi biex jagħmlu l-ħidmiet tagħhom.", "Tant hu hekk li f'erba' snin bejniethom se jkunu ħadu aktar minn Lm1 miljun.", "L-Onor.", "Abela tkellem fuq iż-żgħażagħ u semma n-nuqqas ta' xogħol u n- nuqqas ta' opportunitajiet pero` rridu nitkellmu fuq l-edukazzjoni informali li qed nagħmlu.", "Aħna ħdimna ħafna ma' l-għaqdiet taż-żgħażagħ u għandna diversi proġetti ta' appoġġ għal dawn l-istess għaqdiet. |kun tajjeb ukoll li wieħed jissottolinea ż-żieda enormi li kien hemm anke fil- budget għal dawn l-għaqdiet.", "Per eżempju, is-sena l-oħra l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika ħareġ statistika li wriet li d-dħul għall- istess għaqdiet żdied b'mod enormi.", "Dan kollu assigura li l- parteċipazzjoni fl-istess għaqdiet tiżdied b'mod enormi wkoll.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-programmi Ewropej, fosthom il-programm \"Youth\".", "Meta nitkellmu fuq iż-żgħażagħ m'għandniex nitkellmu biss fuq il-problemi li ġejjin minn barra, li ġejjin mill-effett tal-media u li ġejjin ukoll minna stess imma rridu nitkellmu wkoll fuq in-naħa t-tajba tagħhom.", "L-Onor.", "Bartolo semma l-ISEP.", "Nista' ngħid li lil dawn tajnihom appoġġ enormi din is-sena biex ikunu jistgħu jwettqu ċerti ħidmiet.", "Per eżempju, bħalissa qed nagħmlu reviżjoni tal-politika nazzjonali dwar iż-żgħażagħ.", "Għall-ewwel darba din il-politika se tkun imsejsa fuq ir-riċerka biex tinkwadra l-oqsma kollha li jmissu maż-żgħażagħ.", "Imbagħad l-Onor.", "Abela staqsa x'se jiġri mill-bqija tad-dipartiment pero' anke fil-qasam taż-żgħażagħ irridu naraw jekk għandniex nibqgħu b'dipartiment u din hija xi ħaġa li qiegħda f'moħħna.", "Minkejja li huwa diffiċli li ddaħħal it-tibdiliet kollha aħna għandna viżjoni; naħseb mhux tan-naħa l-oħra biss għandhom xi monopolju tat-tfassil tal-viżjonijiet.", "Aħna qed naraw ħafna ħidma fejjieda titwettaq mill-istrutturi li waqqafna.", "Per eżempju, wieħed mill-istrutturi li qed nipproponu li nwaqqfu huwa s- segretarjat permanenti għall-Euromed Youth Forum.", "Aħna għamilna poposta lill-kummissjoni u din aċċettatielna għaliex rat li l-ħidma ta' l- istrutturi Maltin hija effiċjenti, tajba u tgawdi l-appoġġ ta' għaqdiet internazzjonali oħrajn.", "Sur President, meta l-Onor.", "Bartolo tkellem fuq ix-xjenza u t-teknoloġija qal li appuntajna nies li huma fin-network tagħna.", "Pero' jien ngħid li m'hemmx paragun bejn kif kien il-kunsill fi żmien il-gvern Laburista u kif inhu llum.", "Qal ukoll li meta jitilgħu huma fil-gvern jagħmlu l- partnerships.", "Aħna dawn għamilnihom u nista' ngħid li m'hemmx programm internazzjonali aqwa mill-programm ta' l-Unjoni Ewropea għar-riċerka għax dan jiftaħlek il-bibien kollha.", "Per eżempju, wara li l-Prim Ministru mar iċ- Ċina ġew riċerkaturi Ċiniżi jistaqsuna fuq Malta u l-potenzjal ta' riċerka li għandna għaliex dan jiftħilhom il-bieb biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fi proġetti għar-riċerka taħt is-sixth framework programme.", "Fost l- entitajiet li aħna mseħbin fihom nista' nsemmi l-JRC u s-sħubijiet li qed nagħmlu fuq l-awditjar.", "Sur President, illum nistgħu nkejlu settur settur x'għandna u nista' ngħid li hemm ċertifikati tajbin.", "Per eżempju, fil-life-long learning pajjiżna qiegħed aħjar mill-medja ta' l-Unjoni Ewropea u dan huwa riżultat li rridu niftakruh.", "Qed nagħmlu diversi proġetti biex inkunu nistgħu naħdmu aktar f'dan is- settur.", "Jekk pajjiżna jrid li jkollu tkabbir sostenibbli rridu ninvestu fl-innovazzjoni.", "L-innovazzjoni ma tiġix awtomatikament imma trid tinvesti fiha.", "Issa dan ma jsirx billi jkollok xi inċentiv fiskali biss imma jsir billi jkollok programmi għar-riċerka.", "Fil-fatt bħalissa qed naraw kif nagħmlu proposta biex pajjiżna jkollu l-programm tiegħu għar-riċerka.", "Per eżempju, minn hawn u ftit ġranet oħra se nwaqqfu istituzzjoni li tkun broker tat-teknoloġija għall-SMEs.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-innovation relay centre u din għandha tkun parti min-network ta' aktar minn 65 innovation relay centres fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-EFTA.", "Dan kollu juri li l-partnerships li jsemmielna l-partit Laburista diġà għamilnih f'dan il-qasam u dawn qed jagħtu wkoll ir-riżultati.", "Is-sena li għaddiet kienet sena li fiha mhux biss wettaqna proġetti imma ħdimna wkoll fuq viżjonijiet li fuqhom se tkun imfassla l-ħidma tagħna fil- futur.", "Fil-fatt għaddejna liġijiet dwar l-arti, il-mużewijiet, il-kultura, l-isport u r-restawr.", "L-Onor.", "Bartolo staqsa min qed jieħu ħsieb ir- restawr; jekk hux il-ministeru responsabbli mir-riżorsi jew inkella ċ- Ċentru Malti għar-Restawr.", "Illum nafu li l-accountability u r-reporting lines huma kollha ssettjati fil-liġi.", "J'Alla jkun hawn 100 entita` li tagħmel ir-restawr għax dak hu li għandna bżonn f'dan il-pajjiż.", "Kif konna ddikjarajna fil-bidu ta' din il-leġislatura m'aħniex kuntenti li nibqgħu bl-istess strutturi li kellna dejjem.", "Ridna nbiddluhom dawn l-istrutturi u biddilnihom fl-oqsma kollha, pero` l- oppożizzjoni dejjem kienet kontra kull bidla fejn ikun hemm bidla minn dipartiment għal xi entita` oħra u dan minkejja li sibna diversi eżempji ta' ineffiċjenza, ta' skartar u ta' ħela.", "L-oppożizzjoni donnha tippreferi l-ineffiċjenza għall-proġetti ġodda.", "Irid ikollok impenn, enerġija u direzzjoni biex twaqqaf l-istrutturi li aħna waqqafna din is-sena.", "L-Onor.", "Abela qal li l-wirt ta' dan il-gvern huwa d-dejn imma jiena ngħid li l-wirt ta' dan il-gvern huwa l-istrutturi li waqqafna, il-pattern ta' infiq għaliex illum għandek pattern fuq, per eżempju, edukazzjoni inklussiva, fuq proġetti kapitali ta' l-iskejjel u anke diversi strateġiji bħal life long learning, eċċ. Naħseb li l-poplu għandu żewġ mudelli minn fejn jagħżel, id-diskors duħħan – inkluż dak ta' partnership tal-partit Laburista – u l-fatti fejn il-ħidma tagħna tidher fl-istrutturi, fi proġetti kapitali u fi strateġiji fit-tul.", "Il-poplu Malta se jżomm dawn l- affarijiet f'moħħu meta jiġi biex jieħu d-deċiżjonijiet importanti s-sena d-dieħla.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru ta' l- Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naħseb li l-ħidma u l-kisbiet fl- oqsma ta' l-edukazzjoni, kultura u sports qatt ma jistgħu jkunu l-frott ta' xi protagonist partikolari.", "Fix-xogħol ta' l-iskultura edukattiva u kulturali, m'hemmx id-daqqa ta' artist jew imgħallem wieħed.", "Kulħadd u kollox b'mod jew b'ieħor mal-milja taż-żmien iħallu l-marki, waħda wara l- oħra, li minnhom jixilfu l-karattru, l-intelliġenza u l-ħiliet taċ- ċittadini preżenti u futuri.", "Allura f'dan il-qasam, hemm is-sehem ta' ħafna protagonisti u fosthom hemm il-ġenituri, l-iskejjel u l-għalliema, il-knisja, l-għaqdiet reliġjużi u għaqdiet volontarji, mezzi tal- komunikazzjoni u l-istituzzjonijiet politiċi, ewlieni fosthom il-gvern tal- ġurnata.", "Fi ftit kliem, l-ambjent kollu għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp f'dan il-qasam.", "Għalhekk, anke din is-sena jien irrid nirringrazzja lil dawk kollha li taw milli setgħu u qdew dmirhom fil-proċess edukattiv u kulturali fejn il- ħidma ma tintemm qatt u tikseb kemm tikseb riżultati, dejjem hemm lok fejn dawn jitjiebu.", "Din id-darba, ma rridx ninsa nirringrazzja wkoll lil diversi ambaxxati u istituti barranin, bħall-British Council, l-Istituto Culturale Italiano, l-Alliance Francais, l-ambaxxata Ġermaniża, dik Ċiniża u diversi oħrajn għaliex matul is-snin, infirxet kollaborazzoni valida fl- edukazzjoni u fil-kultura li fil-fehma tiegħi tagħmel ħafna ġid lit-tfal u liż-żgħażagħ Maltin.", "Kif mistenni, u anke kif inhu xieraq, meta niddiskutu l-vot ta' dan il-ministeru, l-oppożizzjoni tista' tgħid iffokat il-kummenti tagħha fuq l-edukazzjoni u naturalment fuq l-operat tal-gvern.", "Issa x'inhi t-teżi ta' l-oppożizzjoni u x'inhi r-reazzjoni tiegħi għal din it-teżi?", "Sur President, jien nemmen li isbaħ mill-verita`, sew jekk tgħoġobni u sew jekk le, ma hawnx u fl-edukazzjoni, l-verita` ma tistax taħbiha għaliex din jafuha, l-ewwel u qabel kulħadd, it-tfal u l-istudenti, anke jekk ħafna minnhom ma jafux jesprimu xi jħossu.", "Il-verita` fuq l-edukazzjoni ta' pajjiżna jafuha l-ġenituri, l-għalliema, l-employers u l-barranin imma min jisma` l-oppożizzjoni titkellem, jieħu l-impressjoni li f'Malta l- edukazzjoni marret kompletament il-baħar, li taħt il-gvern tal-ġurnata tal- lum, l-edukazzjoni m'għandha l-ebda sens ta' direzzjoni u tista' tgħid li m'hu qed jiġri xejn.", "Il-kelliem ta' l-oppożizzjoni f'dan is-settur staqsa għaliex il-ministru tal-finanzi huwa mażżra.", "Jekk qed jirriferi għal kwestjonijiet tad-deficit, allura naħseb il-ministeri tal-finanzi tal- pajjiżi żviluppati kollha huma mażżra, ibda mill-Istati Uniti u ibqa` sejjer fl-UE inkluż l-Ingilterra.", "Naħseb li l-preċedessur tal-ministru tal-finanzi tal-lum huwa mażżra ikbar għaliex jekk naraw id-deficit li għamel f'sentejn, l-ammont jiġi daqs it- total tad-deficit li sar bejn l-1987 u l-1996.", "Imbagħad mażżra għaliex fi 17-il sena ta' gvern Laburista nvestew Lm4.5 miljun biss kapital fl- edukazzjoni?", "Inżid magħhom is-sentejn li għamel l-Onor.", "Bartolo, fejn dan investa kważi erba` darbiet daqskemm investa l-istess gvern tiegħu fis-17- il sena, jiġifieri f'19-il sena, dawn investew Lm21 miljun waqt li l-gvern tagħna nvesta Lm60 miljun fl-edukazzjoni fi 15-il sena.", "Dan jgħidilna li minn dan il-vot tal-ministeru, qatra qed tmur għall-edukazzjoni.", "Jien għamilt kalkolu malajr fejn dan il-ministeru qed jiġi vvotat lilu bejn wieħed u ieħor Lm100 miljun u jiena nikkalkola li kważi Lm95 miljun minnhom se jmorru kollha direttament fl-edukazzjoni.", "Issa dan qalilna li jridu jmorru fl-iskejjel.", "Naturalment jifhem bħali li meta qed inħallas miljuni kbar lill-għalliema, lill-professuri, lil-lecturers, lit-technicians, lill-instructors, lill-kindergarten, lill-facilitators, dawn kollha miljuni li qed imorru fil-klassijiet.", "Mela kif jista` jkun wieħed jittieħed bis-serjeta` meta jgħid li dawn il-flus kollha huma \"qatra\".", "Għamel paneġirku sħiħ fuq il-kwestjoni tal-VAT u nesa li anke s-CET, il- famuża taxxa tal-gvern Laburista kienet taħseb sabiex titħallas it-taxxa fuq il-materjal u l-apparat li jintuża fil-qasam ta' l-edukazzjoni u issa dan il-biki tal-kukkudril għaliex ma jafux hux se jħallsu l-VAT fuq il- bastun abjad u fuq ħaġa u fuq oħra.", "Imma din serjeta`!?", "Dan huwa d-diskors pre-elettorali li l-gvern Laburista se jintroduċi fi ftit tax-xhur oħra?", "Fuq dan irridu nibnu l-edukazzjoni futura ta' pajjiżna?", "Nistgħu ngħidu li l-oppożizzjoni llum għandha sistema ta' kondotta ta' negattiviżmu pero` jien nemmen li din is-sistema ta' kondotta ta' negattiviżmu qiegħda therri l-kredibbilta` ta' dan is-suppost gvern alternattiv ta' pajjiżna.", "Meta wieħed jara naqra x'qed jiġri, jinduna li mhux talli l-edukazzjoni ma marritx il-baħar talli Malta għandha waħda mill- aħjar sistemi ta' edukazzjoni li tagħti fost l-aħjar riżultati li hawn fid- dinja.", "Din hi verita` li jmissa b'idejh kulħadd, inluż l-oppożizzjoni li wara kollox hija mimlija żgħażagħ u adulti li ġejjin minn kull klassi li jħabbtuha ma' kulħadd bl-intelliġenza, bil-ħiliet u bil-kreattivita` tagħhom.", "Ħafna minnhom mhux frott tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna?", "Allura kif inpinġuha b'din il-manjiera?", "Mertu ta' dan l-gvern tal-ġurnata biss?", "Dażgur li le.", "Mertu tal-gvernijiet kollha li Malta kellha sal-lum inkluż gvernijiet Laburisti, pero` mertu wkoll ta' ġenituri Maltin u Għawdxin, ta' l-għalliema, ta' l-universita`, tal-knisja, mertu ta' kulmin f'Malta fil-milja taż-żmien ħadem bil-fatti fuq it-twemmin li l-aqwa riżorsa li għandna hi aħna stess, il-Maltin u l-Għawdxin Sur President, veru mertu ta' kulħadd iżda ma nistax ma ngħidx li huwa wkoll mertu kbir tal-politika, ta' l-istrateġija u l-ħidma ta' dan il- gvern.", "Dan ifisser li m'hemmx x'tikkritika?", "Dażgur li le, il-kritika ssir kemm mill-oppożizzjoni u kemm minn oħrajn bħall-ġurnali u xi kultant tkun kritika ġusta.", "Xi problemi jistgħu jissewew mill-ewwel imma oħrajn għandhom bżonn iż-żmien u r-riżorsi biex jissewew u kull meta l- oppożizzjoni tikkritika b'mod ġust, din tkun qed tagħmel ġid.", "Dan jien nirrikonoxxih u napprezzah pero` huwa veru wkoll li ċerta kritika ma tkunx ġusta u mhux dejjem tkun mibnija fuq il-verita`u meta jiġri hekk, ħsara ssir lill-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Ħalli naqbdu ftit il-kwestjoni ta' fejn aħna u m'aħniex, per eżempju, fuq l- aspett tal-litteriżmu.", "L-oppożizzjoni Laburista u l-kelliemi ta' dan is- settur b'mod in partikolari huwa speċjalista tal-manipulazzjoni tal-figuri u ta' l-istatistika.", "Mhux jagħtik l-istampa kollha bis-sabiħ u bl-ikrah tagħha imma jaqbad li jixtieq hu u mbagħad ifassal stampa oħra kif huwa espedjenti għall-iskopijiet partiġġjani u politiċi tan-naħa l-oħra.", "Fil- litteriżmu, meta xi ħadd jistaqsini jekk iniex sodisfatt bis-sitwazzjoni f'dan il-qasam, jiena nirrispondih fin-negattiv għaliex anke jekk jifdal bniedem wieħed biss Malti jew Għawdxi f'Malta li ma kisibx il-bażi edukattiva ta' kwalita`, ukoll ngħid li l-gwerra għadha ma ntrebħitx.", "Pero` bejn li ngħidu hekk u bejn li mmoru fl-estrem ieħor hemm differenza kbira.", "Aħna rridu li f'Malta u Għawdex ma jispiċċa ħadd bla ħiliet bażiċi għad-dinja tax-xogħol tal-lum, li mhux biss titlob ħiliet ta' litteriżmu kif aħna dejjem interpretajnih imma titlob ukoll ħiliet ta' komunikazzjoni, ta' teknoloġija ta' l-informatika u żvilupp sħiħ ta' karattru u allura rrid nippremetti dawn il-kummetti li se nagħmel billi ngħid li veru li fadal ħafna xi jsir biex ħadd f'Malta ma jispiċċa bla edukazzjoni bażika ta' kwalita`.", "Dan qed jispira ruħu mill-Fillandja u jiena naħseb li dan jista' iħares ukoll lejn x'qed nagħmlu f'Malta llum għax anke dak li qed nagħmlu f'Malta llum huwa immirat lejn kwalita` u ugwaljanza.", "Naturalment, wieħed ma jistax jaqbad u jgħid li hu se jagħżel x'inhuwa l-kejl ta' kif se jkejjel il-livell ta' l-edukazzjoni għax jew hemm kejl standard jew m'hemmx.", "Ma tistax tbiddel l-istandard u l-goalposts kif inhu konvenjenti għall- politika tiegħek!", "L-ewwelnett ejja naraw fejn wasalna minn meta bdejna, ma nistgħux ngħidu kemm fadlilna biex naslu biss imma rridu ngħidu x'biċċa triq lestejna.", "Jien ngħid li fl-aħħar 50 sena, f'Malta għamilna passi ta' ġgant u minn dinja ta' 190 pajjiż, aħna ninsabu ma' l-ewwel 30 pajjiż li jinkludu l-pajjiżi l-iktar żviluppati, inkluż il-Fillandja.", "Meta niġu ġudikati għas-sistema edukattiva tagħna, aħna ninsabu ma' l-aħjar 30 pajjiż u qegħdin fil-high development index mal-Fillandja.", "Il-Fillandja qiegħda aħjar minna imma m'aħniex 'il bogħod ħafna minnha anqas.", "Jien ngħid li qatt daqs illum ma kien hawn f'Malta daqstant Maltin u Għawdxin li għandhom livell tajjeb ta' edukazzjoni u litteriżmu u qatt ma kien hawn daqstant Maltin li komplew l-istudji post-sekondarji u terzjarji u waslu biex iggradwaw mill-universita` minn daqstant varjeta` ta' korsijiet daqs illum.", "Imbagħad hemm ukoll dak li huwa l-kejl statistiku.", "U l-kejl statistiku ta' Malta u ta' barra jaqbel.", "Jekk naraw iċ-ċensiment ta' l-1995 – u mhux se nikkwotah – għamilna ftit tables fil-ministeru biex inpoġġihom fuq il- mejda tal-Kamra.", "Jekk naraw il-United Nations Human Development Report tas- sena 2002 fuq statisitka tas-sena 2000 u jekk naraw il-UNESCO literacy report tas-sena 2002 fuq statisitka tas-sena 2000, naraw li Malta għandha rata ta' illiteriżmu li niżlet minn 11.2% fl-1995 għal 8% fis-sena 2000 u dan, jekk tieħu l-etajiet kollha tal-popolazzjoni – jiġifieri inklużi dawk li għandhom iktar minn 90 sena fejn f'dan il-bracket, l-illiteriżmu hu ta' 34%.", "Ma jingħadx li r-rata ta' dawk illiterati taħt il-15-il sena hija ta' 2.4% biss u li r-rata fost iż-żgħażagħ ta' bejn 15-il u 24 sena niżlet minn 4% għal 1.4%!", "Dan hu ovvju!", "Jekk immorru fl-1970 - meta telgħu fil-gvern huma - r-rata ta' illiteriżmu kienet mod u meta niżlu kien anqas.", "Alla ħares le!", "Din se tkompli tinżel sakemm kważi nġibuha fix-xejn.", "Dan id-diskors irid jintqal biex ma nibqgħux ngħidu li f'Malta hawn 12% illiterati, dan hu l-average u jekk inti teżamina l-figuri, tara li qabel il-gwerra, kien hemm rata mod, u imbagħad din ir-rata bdiet niżla wara l- gwerra, fis-70's niżlet iktar u issa niżlet ħafna iktar.", "Ir-rata ta' illiteriżmu taż-żgħażagħ li tiegħlin hi 2.4%.", "Taħsbu li aħna kuntenti( Dażgur li le!", "Min iridhom dawn it-2.4% fid-dinja tal-lum( Imma mhux ngħidu kemm aħna għadna lura!", "Kieku l-Onor.", "Bartolo mhux informat dettaljatament - ħafna drabi jkun informat qabli fuq x'qed jiġri fil- Minsteru ta' l-Edukazzjoni - kieku nittolleraha din imma li jibqa' jgħid li r-rikkmandazzjonijiet tar-rapport tal-literacy survey ta' 1999 ippubblikat fis-sena 2000 ma ġewx ssegwiti, din għalija hi inġustizzja għal kulmin qed jaħdem f'dan is-settur.", "Mhux imbilli ngħidu kemm napprezzaw ix-xogħol li qed jagħmlu d-diretturi u nsemmuhom wieħed, wieħed imma mbagħad ma nirrikonoxxux ix-xogħol li qed jagħmlu dawn id-diretturi!", "Jiena għandi hawn, lista tar-rikkmandazzjonijiet, waħda, waħda, li kellna nagħtu r- riżultati ta' l-iscores lill-iskejjel konċernati u hekk għamilna, u li kellna nidentifikaw dan l-iskejjel u naħdmu b'dawn l-iskejjel u hekk qed nagħmlu.", "Fuq kull rikkmandazzjoni qed isir ix-xogħol, Sur President.", "Ejja ngħidu li dak is-survey sab li l-biċċa l-kbira tat-tfal kienu qegħdin jagħmlu progress tajjeb literacy fil-Malti u fl-Ingliż u rridu nennenfasiżżaw li meta nitkellmu fuq kwestonijiett ta' literacy, irridu nenfasiżżaw li l- impenn għal literacy hu responsabbilta` ta' kull skola u ta' kull għalliem għax kultant nibdew nixiftjawha r-responsabbiltia`.", "Issa r- responsabbilita` qiegħda fuq kulħadd u trid tintrefa' u mhux insibu l- iskużi, minħabba każijiet ta' ċerta diffikulta` u wieħed jispiċċa offloaded lill-aġenziji l-oħra, jsir case study, jinbagħat s-CDAU jew ħaġa oħra.", "Irridu nenfasiżżaw li meta nitkellmu fuq il-problema ta' literacy irridu ngħidu wkoll li din responsabbilta` ta' kulħadd, imma l-ewwel u qabel kollox hija responsabbilta` ta' kull skola u ta' kull għalliem.", "It-tieni nett, veru m'aħniex qegħdin naħdmu( M'aħniex qegħdin naħdmu meta naraw il-programm li jissejjaħ il-complementary education li beda f'year 2, estendejnieh għal year 3, imbagħad għal year 4, u f'Jannar li ġej se naqbdu t-tfal ta' year 1 li għandhom ċerta diffikulta`, u meta żidna n-numru ta' complementary education teachers?", "M'aħniex qegħdin naħdmu meta naraw li l- literacy unit intensifika u żied il-ħidma tiegħu( Darba qalulna li ma tajniex fondi lil-literacy unit.", "Għalhekk mort nara x'fondi ħa fl-1998, u sibt li ħa Lm750, u fi żmieni ħa kważi Lm19,000 kull sena.", "Jiġifieri mal-ħidma li qed jagħmlu l-complementary education, hemm ukoll il- ħidma li qed jagħmel dan il-unit fi 11-il skola primarja identifikata f'Malta, f'żewġ skejjel f'Għawdex u f'erba' area secondary schools f'Malta u hemm sitt literacy support tutors u co-ordinators biex isir monitoring tal-livell tal-literacy fl-iskejjel li ġew identifikati fis-survey bħala li għandhom bżonn appoġġ.", "X'qed jiġri llum( U għal dan ikkontribwixxa anke l- Onor. Bartolo.", "Mr Chairman, qatt daqs illum fl-iskejjel tagħna, fost il-kapijiet u l- għalliema ma kien hawn kuxjenza li nagħtu top priority lil-literacy daqskemm qed nagħtu issa.", "Ara fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, ħares lejn l-ischool development plans ta' l-iskejjel tagħna, ara x'qed jiġri mill- fakulta` ta' l-edukazzjoni fl-universita`, ara x'qed tagħmel il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi, u hemm issib li hemm din l-awareness kollha.", "Dan is-survey sar fl-1999, kellu jiġi ripetut ma' l-istess tfal, u ġie ripetut is-sena l-oħra wkoll.", "Din kienet waħda mir-rakkmandazzjonijiet li saru.", "Jiġifieri dawn huma t-tfal kollha ta' Malta li issa laħqu l-eta` ta' għaxar snin.", "Reġa' sar is-survey fuqhom u qegħdin naħdmu flimkien ma' l- universita`, ma' Dr Charles Mifsud, mad-direttur tad-dipartiment tal- kurrikulu Miss Mary Vella, man-national foundation for education research, ma' l-Universita` ta' Londra u l-Universita` ta' Sheffield.", "U issa, kif kien irrakkmanda dan is-survey, irridu naraw in-numeracy, għax mhux biżżejjed li naraw il-literacy tal-Malti u ta' l-Ingliż.", "Bdejna billi sar il-pilot test fin-numeracy u malli t-test jiġi konvalidat inkunu nistgħu nagħmlu l-monitoring tiegħu, bħalma għamilna fil-każ tal-Malti u ta' l-Ingliż.", "Apparti li qed naħdmu fuq il-language development pilot project.", "Il-ħidma tal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi.", "Trid veru ma tkunx serju biex isemmi ż-żewġt uffiċini li din il-fondazzjoni għandha fl-iskola sekondarja ta' l-Imtarfa!", "Ma jgħidilniex kemm kienet idea tajba li din il- fondazzjoni tmur taħdem minn ġo skola!", "Ma jgħidilniex li f'dik l-iskola aħna investejna kważi Lm100,000 biex nattakkaw din il-famuża problema tal- mushrooms li minn kważi sena u nofs, sentjen 'l hawn ma smajtx ilment ieħor fuqha!", "Qabel il-media Laburista kienet tkun ippakkjata b'din l-aħbar tal- mushrooms.", "Bdejna nieħdu l-miżuri u kien hemm amministrazzjoni ta' l-iskola differenti.", "Għadna ma solvejnihiex għal kollox għax għadna niddiskutu mas- sid t'hemmhekk biex nipprovaw niftiehmu fuq ċerti miżuri li rridu nieħdu.", "Pero` ħadd ma jista' jinnega li llum il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi qed tagħmel ġid kbir u li aħna daħħalna manjiera innovativa.", "Tajjeb nifhmu x'qed ngħidu meta ngħidu fondazjzoni għas-servizzi edukattivi għax issa skoprew l-Amerka tal-Labour; li jridu jsaħħu l-proċess edukattiv ta' matul il-ġurnata!", "Mhux hekk qed nagħmlu( Mhux biss qed nagħmlu hekk matul il-ġurnata, talli qed nestendu l-ħin ta' l-iskola bis-saħħa tal- fondazzjoni għas-servizzi edukattivi, bis-saħħa ta' dawn li qed insejħulhom activity teachers.", "Għad irridu naslu biex fl-iskejjel kollha jkollna teachers ta' sport, ta' drama, ta' kreattivita`, ta' arti, ta' craft li jibdew fl-10:30 a.m. u jispiċċaw fl-4:30 p.m. B'hekk inkunu estendejna l- ġurnata ta' l-iskejjel kollha primarji.", "Qed naħdmu id f'id mal-kapijiet, ma' l-għalliema u mal-ġenituri.", "Din il- fondazzjoni li għadha kif bdiet - sena ilu kienet għadha qed taħgmel l- ewwel passi tagħha - diġa` hija preżenti f'20 ċentru u qiegħda taħdem b'metodoloġiji differenzjati, f'kontest ta' mixed ability, qed tħaddem family literacy, u qed tidħol għal inizjattivi innovattivi.", "L-ideat li qegħdin jaħdmu fuqhom kienu interessanti biżżejjed biex jiġi sottomess proġett taħt l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea u ħadu Lm60,000 fejn qegħdin jaħdmu ma' partners - dak il-partnership! - mill-Ingilterra, mill-Belġju, minn Ċipru, mil-Litwanja, minn Spanja, mir-Rumanija u mill-Italja.", "Niġi għaIl-kwestjoni ta' l-ispecial learning difficulties unit.", "Sodisfatt bil-progress( Le, m'iniex. m'iniex se nidħol fir-raġunijiet għaliex ma wasalniex, għax hemm raġunijet ta' strutturi u hemm raġunijet ta' tkaxkir tas-saqajn ta' kif għandna nipproċedu fuqhom.", "Sur President, issemmiet il-kwetjoni tat-taħriġ tal-psikoloġisti.", "Kull min segwieni jaf li waħda mill-ewwel insistenzi li għamilt mad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni hija biex din timbarka fuq programm ta' taħriġ ta' nies speċjalizzati fil-kamp ta' persuni bi bżonnijeit speċjali, fil-qasam ta' tfal li għandhom problemi tas-smiegħ, problemi ta' dawl u problemi ta' dyslexia.", "Imma m'iniex sodisfatt.", "Veru ma sarx biżżejjed, u jiddispjaċini li ma ndħaltx b'mod iktar dirett biex inkun nista' nara li l-affarijiet isiru.", "Imma kultant troppo buonta` bestialita` jgħid it-Taljan.", "Naturalment jekk jindaħal il-Minsitru jiġi akkużat li qed jikser ir- regolamenti għax hawn hi l-problema!", "Jien nimxi skond ir-regolamenti kemm nista', pero` r-riżultat tar-regolamenti nafu x'inhu.", "F'Jannar ta' l-1998, fi żmien il-Minsitru Bartolo, l-universita` kienet ġabet l-advert fil- gazzetti biex isir masters in psychology, u kienet inħolqot idiffikutla` bejn l-universita`, id-dipartiment tas-saħħa u ħafna kwestjonijet ta' regolamenti eċċ. Sa meta tlajna fil-gvern aħna f'Settembru kienet għadha mhix solvuta din il-problema.", "Sa Novembru 1998 qbadt din il-kwestjoni billi ġibt lil kulħadd flimkien, in-nies tal-politika soċjali, tas-saħħa u ta' l-edukazzjoni u ftehemna mad-dipartiment tal-psikoloġija ta' l- universita` li aħna noħorġu l-flus bejnietna, li d-dipartiment ta' l- edukazzjoni jisponsorja numru ta' impjegati tiegħu u l-universita` tkun tista' ddaħħal tlieta oħra.", "U sa fl-aħħar beda dan il-course u spiċċa f'Lulju.", "Illum qegħdin f'diskussjonijiet - nipsera li issa spiċċaw - biex l- universita` tkun tista' taċċetta r-regolamenti li dan il-course jibda jsir fuq bażi regolari.", "F 'Awissu li għadda jien insistejt ma-senat ta' l- universita` li m'għandhomx itawlu din il-kwestjoni u informat li mis-sena d- dieħla dan il-course tal-masters in psychology jibda jsir fuq bażi regolari.", "Issa dan ġab il-figura maġika ta' 2,000 żagħżugħ li kull sena jispiċċaw bla ħiliet bażiċi ta' xogħol.", "Tingħad darba, tnejn, tlieta u titwemmen din.", "Naturalment, l-Onor.", "Bartolo, li huwa lecturer fid-dipartiment tal- communications fl-Universita`, m'huwiex xi persuna li ma jafx kif għandu jbella' l-affarijiet anke jekk ikollhom bażi fażulla.", "Hawn min jgħid li huwa a very good spin-doctor.", "Jien ippruvajt niċċekja naqra dawn l-2,000 żgħażagħ u eżaminajthom mil-lat ta' dik li hija literacy bażika u sibt li fost il-grupp ta' bejn il-15 u 24 sena, ir-rata ta' literacy bażika hi 98.6%.", "Imbagħad ġibt l-informazzjoni mill-Matsec fejn kien hemm li minn madwar 5,000 student li jispiċċaw il- form V, 4,000 ġabu għalinqas ċertifikat f'suġġetti tas-SEC.", "Ovvjament, għadna lura.", "(Interruzzjonijiet).", "Dak figuri biss semma', x'inti tgħid Onor. Debono Grech!", "Jgħidlek biex ma ssemmix figuri u jekk ma ssemmix figuri, għax m'intix tgħid il-figuri u meta tgħid il-figuri, ibiddlu l-goalpost!", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja isma' ftit (Interruzzjonijiet).", "Issa din kontradizjoni oħra, il-ħin kollu jgħid kemm ir-riżultati akkademiċi m'humiex xi riżultat esklussiv tal- kapaċita` u l-ħila ta' dak li jkun imma imbagħad dan jibbaża l-argument tiegħu fuq ir-riżultati akkademiċi.", "Min ma ġabx xi 'O' level ma jfissirx li mhux kapaċi u m'għandux ħiliet bażiċi tad-dinja tax-xogħol.", "Jiena naf nies li huma fost l-aħjar negozjanti u nies li għamlu suċċess u dan m'għandhomx 'O' level wieħed.", "Qalulna li m'għandniex ħafna nies li qed ikomplu l-istudju tagħhom.", "Minn rapporti tal-guidance and counselling unit għas-sena 2000, naraw li 65% ta' dawk li spiċċaw il-form V, komplew għal xi studju post sekondarju mill- ewwel waqt li oħrajn ma jkomplux mill-ewwel imma jidħlu wara xi żmien.", "L- istatistika turi li fl-aħħar ħames snin, xi 4,700 student daħħlu għal xi course post sekondarju kull sena filwaqt li din is-sena daħħlu 4,820 f'course post sekondarju.", "Bħalissa, fil-korsijiet post sekondarji għandna komplessivament 9,278, żieda netta ta' 402 fuq is-sena l-oħra.", "Mela kif dawn jaqbdu din il-figura ta' 2,000, noħolqu slogan biha u nibqgħu nittimbrawha( Jien ngħid li dan mhux ġust, għax din hi figura manipulata u qarrieqa.", "L-istess jekk nieħdu l-ETC, mort u staqsejt biex jgħiduli s-sitwazzjoni fuq dawk li jispiċċaw il-form V. In-numru ta' dawk li huma taħt it-18-il sena u li marru jirreġistraw għall-ewwel darba bejn Lulju u Settembru - hawnhekk għandna ftit avarija għax jaf ikollok xi ħadd ta' 16 jew 17-il sena – kien 425 fejn 56% minnhom huma ta' 'O' level standard, 6% oħra għandhom 'A' level standard u 37% għandhom l-ischool leaving certificate.", "Meta tara x'għandha l-ETC u tara l-educational achievement ta' l-age group bejn 16 u 20 sena, minn 1,338 li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Settembru 2002, 42 biss ma jafux jiktbu u jaqraw.", "Qed insemmi dawn il- figuri biex nuri li m'hemmx xi figura partikolari li tista' taqbad u testrapolaha barra mill-kontest tagħha kif iħobb jagħmel l-Onor.", "Bartolo biex joħloq slogan u jibda jirrepetiha sa kemm fl-aħħar, kulħadd jibda jemminha.", "Fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kurrikulu nazzjonali, sar kwantita` kbira ta' xogħol.", "Dan hu proġett u strateġija li qed taħdem u diġa` qed tagħti riżultati fl-iskejjel tagħna u veru li fadal ħafna xogħol x'isir pero` ma nistgħux ngħidu li l-affarijiet m'humiex sejrin għall-aħjar.", "Jekk titkellem ma' nies li huma oġġettivi, jkunu laburisti jew nazzjonalisti, jgħidulek li f'dan il-kamp hawn moviment pożittiv u challenging fil-qasam ta' l- edukazzjoni li qed jagħmel ħafna ġid.", "Huwa proċess li qed imiss il-livelli kollha mil-kindergarten u jibqa' sejjer sal-primary, secondary u jolqot l- information technology education.", "Dan qal li armejna l-instructors, ara kif tista' tarmi l-instructors meta taqbad 180 minnhom u tibgħathom l- Universita` jagħmlu course biex jitħarġu kif jgħallmu t-technology education ħalli jieħdu ċertifikat f'dan il-qasam ħalli kemm jista' jkun, ikollna teachers tat-technology education li ġejjin minn fost l-instructors biex it-technology education tkompli tinfirex fl-iskejjel kollha sekondarji tas-subien u bniet inkluż fil-junior lyceums.", "L-istess jekk naraw il-personal and social development, il-component tal- home economics u naraw kif inhu miexi, ix-xogħol li qed isir biex isir ir- riforma tat-tagħlim tax-xjenza bl-introduzzjoni tal-co-ordinated science.", "Għalhekk, jiena ngħid li mhux ġust li wieħed jitkellem bil-manjiera kif tkellem l-Onor.", "Bartolo.", "Dan kien inġust ħafna anke meta tkellem fuq il- kwestjoni tat-training għax bil-kemm ma jagħtix l-impressjoni li fi żmienu sar ħafna u issa m'hu qed isir xejn!", "Jien mhux se noqgħod naħli ż-żmien ngħid x'sar u x'ma sarx fi żmienu pero` jekk wieħed jara x'qed jiġri, jiena rrid ngħid li oġġettivament qatt ma sar taħriġ ta' l-edukaturi daqskemm sar f'din is-sena u l-Onor.", "Bartolo jaf li jkollok kemm jkollok rieda li tagħmel it-taħriġ, tippjana kemm tippjana, tinvesti kemm tinvesti, xorta għandek outside factors fejn f'daqqa jista' jiġi xi ħadd u jikkmanda lil oħrajn biex ma jmorrux għas-sessions tat-training u dan iridu nżommuh f'moħħna wkoll.", "Aħna kellna staff development process f'kull skola inkluż tal-Knisja u tal-privat fejn 2,400 għalliema attendew 85 course f'Lulju u f'Settembru, tħarrġu l-kindergarten assistants bejn Ottubru u Diċembru ta' din is-sena, it-teachers kollha ta' year 6 attendew korsijiet f'developing language teaching strategy, it-teachers kollha tal-year 4, attendew korsijiet fi story mode of teaching, saru writing workshops, it-taħriġ tal- focus groups, kellna l-Council of Europe seminar for literacy challenges and opportunities, kellna l-association of commonwealth examinations and accreditation bodies fuq l-enpowering teachers in classroom assessment, kellna l-commonwealth association for science technology and maths educators for teaching science and technology u għandna d-dipartiment tal- kurrikulu li jiċċekkja l-kwalita`, is-suitability, u l-cost ta' dak li qed ikun qed isir.", "Naħseb li wieħed ma jkunx ġust li jgħid li f'dan il-kamp mhux qed isir xejn għax qatt ma sar daqskemm qed isir issa.", "Imbagħad jiġi u jgħid li t-taħriġ sar fejn laqat laqat!", "Jiena m'iniex se ngħid li kollox hu perfett u hemm fejn intejbu u nirranġaw, Sur President.", "Rigward l-MCAST, Sur President, dan miexi tajjeb u din is-sena qed nivvotawlu Lm2 miljun aktar milli vvotajna s-sena li għaddiet, Lm 4.5 miljun bejn ir-rikkorent u l-kapital.", "Il-ħsieb huwa li aħna nibdew indaħħlu l-istituti l-oħrajn li jmiss biex b'hekk aħna nżidu l-varjeta` tal- korsijiet, insaħħu l-korsijiet li hemm u nżidu kemm jista' jkun l-ispazju u l-għodda.", "Qegħdin naħdmu biex dan il-kulleġġ ikun it-tieni kolonna ta' l- edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja f'pajjiżna.", "Sal-lum kellna kolonna waħda, il-kolonna ta' l-Universita` u issa qed nibnu it-tieni kolonna, dik tal-Malta College of Art, Science and Technology.", "Is-sena d-dieħla nispera li fit-tliet istituti ta' l-art and design ta' l-electronics u ta' l- information and communication and technology, nogħlew livell ieħor biex nibdew il-higher national diploma level fis-suġġetti tagħhom u naħdmu għall- istrutturar ta' l-iskema ta' l-apprendistat u hemm diversi ħwejjeġ oħrajn li mhux sejjer nidħol fid-dettall f'dan l-istadju.", "Semmejt l-iskema ta' l-apprendistat u fuq din irrid ngħaddi kumment.", "Mela jkun hemm uffiċjal minn ġewwa li jgħaddi dokument preliminari lill-Onor.", "Bartolo u dan jiżvela dak id-dokument.", "Mhux talli hekk, talli dan injora kompletament l-ispjegazzjoni li tajt jien f'dan il-parlament u baqa` jgħid u jsostni li hemm l-iswed meta jiena kont urejtu biċ-ċar li dak li qed isemmi hu abjad.", "Jiena hawnhekk għandi rapport ta' Joyce Pullicino, id-direttur tal-further studies and adult education biex nurih li dak li hu qed jipprova jgħid kemm hawnhekk u kemm f'\"The Times\", fil-\"Maltastar.com\", fit-\"Torċa\" u fil- \"Kulħadd\" - dejjem jgħid l-istess ħaġa minkejja li dan jaf li dak li qed jgħid hu żbaljat – mhux minnu u sejjer inpoġġi dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fl-Universita` għamilna rivoluzzjoni strutturali ġo dan il-pajjiż fejn jekk inħarsu lejn il-popolazzjoni ta' l-istudenti, insibu li fl-1983 kien hemm 1,300 u minn dawn, kwart biss kienu nisa.", "Fl-1987, meta tlajna aħna, kien hemm 1,400 u dan ifisser li f'ħames snin, l-istudenti żdiedu biss bi ftit iktar minn mija u terz biss kien nisa.", "Fl-1992, qbiżna l-4,155 u cioe` f'ħames snin, żdiedu b'2,700 fejn in-numru ta' nisa sar daqs ta' l-irġiel u issa qegħdin 7,700 fuq dawk li kien hemm fl-1987 u għandna iktar nisa mill- irġiel.", "Jekk naraw in-numru ta' gradwati, naraw li fl-1970 gradwaw 119, fl- 1975 gradwaw 236, fl-1980 gradwaw 182 u minnhom kien hemm 24.72% nisa, fl- 1985 gradwaw 219 u minnhom 22.3% nisa, fl-1987 gradwaw 252 u 27% biss kienu nisa, fl-1990 gradwaw 409 u 42.5% kienu nisa, fl-1995 gradwaw 1,290 u 50.2% nisa u fl-2000, gradwaw 1,718 u 51% nisa.", "Din is-sena gradwaw 2,048 u ftit aktar minn 53% minnhom nisa.", "Din hi rivoluzzjoni, Sur President!", "Dan huwa li qed nagħtu lill-pajjiż, hawn qed imur l-investiment li qed jagħmel il-pajjiż inkluż l-investiment kbir fl-istipendji.", "Il-klassi tal- ħaddiema qatt ma kellha opportunitajiet għat-tagħlim sa l-ogħla livell daqskemm ġab l-gvern nazzjonalista, qatt Sur President!", "Meta kien hemm fil- gvern, is-suppost gvern tal-ħaddiema għal 17-il sena, ma kienux kapaċi jżidu l-gradwati ħlief bi ftit għexieren.", "Rigward l-FTS, jien anke hawn diġa` spjegajt kif l-FTS qed tissellef il- flus, din ma sselfitx Lm15 miljun, din fetħet faċilita` ma' l-APS Bank bil- formalitajiet u l-kuntratti legali kollha meħtieġa biex ikollha għad- dispożizzjoni tagħha, investiment ta' Lm15 miljun li tonfoqhom mal-milja taż-żmien.", "Hekk għidna fil-pjan li se nagħmlu, li rridu nibnu l-iskejjel kollha li għandna bżonn f'Malta u Għawdex u nirranġaw l-iskejjel kollha tal- gvern u ntuhom il-kwalita` u l-istandards li jitlob il-kurrikulu nazzjonali.", "Dan irridu nagħmluh f'perjodu qasir u qed ngħidu li sa l-2010, l-iktar, dan il-proġett irrid jitwettaq imma dan il-proġett għandu x-xabla ta' Damocles fuq rasu għax l-oppożizzjoni Laburista qed tgħid li malli titla', dan il-proġett se twaqqfu, se jagħlaq l-FTS u titfa' lil kulħadd il- barra u terġa` tibda kollox mill-bidu.", "Din hi bħal famuża frażi ta' Dr Alfred Sant, li forsi għaxar snin oħra ċ- ċirkostanzi jinbidlu fuq l-UE u hemmhekk imbagħad naraw u nerġgħu nibdew.", "Dan hu l-futur li tan-naħa l-oħra rridu jagħtu liż-żagħżagħ tagħna u lil uliedna, li joqogħdu twiddling their thumbs for about ten years or for about twenty years, perhaps the circumstances will change u imbagħad jibdew.", "Din hi l-viżjoni ta' dan il-bniedem u tal-partit Laburista!.", "Meta jiena sirt ministru, irrealizzajt x'għandu jsir għax huma, damu sitt snin biex ikkonvinċew ruħhom li mhux xi tieqa mkissra hemm u bieb mkisser hawn hemm biss.", "Fejn qatt tkellmu fuq l-iżvillup sħiħ ta' l-iskejjel primarji u sekondarji.", "Veru kellhom bżonn u għandhom bżonn approach radikali, imma l-ewwel ħaġa li attakkajna aħna - għax hemm kienet il- priorita` u llum iż-żmien tana raġun – kien li l-investiment jiġi channeled ġo l-Universita` Sur President għax kieku ma għamilnix hekk, kieku m'għandniex 9,000 student u 2,000 gradwat, kieku m'għandix nies li jistgħu jaħdmu fis-servizzi finanzjarji, is-servizzi legali, l-inġinerija u postijiet oħra simili.", "Hemm kienet il-priorita` u issa wasal it-turn ta' l- iskejjel l-oħra.", "Ma din, tista' taqbel u tista' ma taqbilx imma din kienet il-politika ta' dan il-gvern u għalhekk, aħna qegħdin ngħidu li aħna addotajna approach radikali, innovativ u ambizzjuz b'din l-organizzazzjoni.", "Aħna pruvajna nkellmu tan-naħa l-oħra u meta sar ir-rapport tat-task force, jiena għedt li nixtieq li dan il-proġett ma jkunx il-proġett tal-gvern imma jkun proġett nazzjonali, il-proġett tal-millenju u għalhekk qetilhom biex imorru għand il-partit Laburista u jfehmuh x'qegħdin naħsbu u x'qed jirriżultalna fejn biex nibnu skola tal-gvern qed tiġina d-doppju ta' skola tal-privat u li biex nibnuha, ndumu tliet darbiet aktar milli jdum il- privat u xorta jkollna ħafna tħarbiet fix-xogħol kif isir.", "Għidulhom lill- Laburisti, li l-aħjar manjera li dak li japplika għall-business, japplika għall-edukazzjoni.", "Min fil-business ma jinvestix fit-tul fejn ikollu prodott f'idejh u imbagħad iħallas l-investiment fskond il-qliegħ li jkollu?", "Jekk dan hu prinċipju tajjeb fil-business, għaliex dan mhux tajjeb biex intejbu l-iskejjel tagħna?", "Taf x'kienet ir-risposta tagħhom, Sur President.", "L-Onor.", "Bartolo lanqas biss attenda għal din il-laqgħa għaliex biex jattakka u jinsinwa, dan first class, imma biex jiġi u jara x'qed jiġri, hekk le, ma jiġix minkejja li nistiednuh!", "Ma jiġix biex jiddiskuti u jagħti l-kritika kostruttiva tiegħu.", "Le, dan ma jaqbilx, ma jiġix, ma jridx li nissellfu biex jinvestu fit-tul.", "Aħna r-raġunament tagħna kien li hekk tibni skola llum, din l-iskola ddum tieħu l-frott minnha 40 sena.", "Il-biċċa l-kbira ta' l-iskejjel tagħna hu mibnijin jew qabel il-gwerra jew fil- ħamsinijiet u s-sittijiet jew inkella qbadna bini tas-servizzi ingliżi u għamilnihom skejjel.", "Pero` dak li nbena, għadna nużawh sal-lum, l-iskola ta' Bormla għalqet mitt sena u sal-lum għada sservi bħala skola.", "Allura, x'fiha ħażin li nissellfu Lm 3 miljun illum meta din se tagħtini l- frott għal 40 sena.", "Imma dawn ma jagħtux każ, jgħidu li mhux tajjeb u jridu jibqgħu għaddejjin bis-sistema l-antika, liema sistema ħaddimniha matul il- 50 sena li għaddew, hija sistema mimlija difetti.", "Dan il-futur ministru ta' l-edukazzjoni jiġi jaqbad ma salarju ta' Lm 12,000 taċ-chief executive tal- FTS, Sur President.", "Dan ma jgħidx li kellu żewġ konsulenti li kienu jieħdu Lm 38,000 bejniethom!", "Ma jgħidilniex li saru kuntratti ma speċjalisti u arkitteti li kienu jieħdu Lm 3,800 fix-xahar, Sur President!", "F'dawk ix-xahrejn ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1998, kien hemm eċċess fuq il- budget ta' Lm800,000.", "Ma nistax nifhem b'liema skrupolosita ġew osservati r- regolamenti, Sur President.", "Jiena jekk irrid, nista' noqgħod nidħol fid- dettal u nara kif ġew moħlija eluf ta' liri fi żmienu.", "Insemmi eżempju wieħed ta' Marsaxlokk, hemm ħajt li kien qed jinbena fi żmienhom, jaqa' waqt li jkun qed jinbena, ikomplu jibnuh, ma jinvestigawx, jerġa' jaqa' għal darb'oħra bil-maltemp u imbagħad insibu li l-vireg tal-ħadid li konna naraw tielgħin minn fuq – allura konna naħsbu li hemm l-ħadid isfel ukoll – kienu imniżżlin żewġ piedi biss l-isfel u għamlu hekk apposta ħalli min jarah jaħseb li hemm il-vireg.", "Illum dak il-ħajt hu perikoluż, jrid jaqa' kollu u jinbena mill-ġdid.", "Imbagħad jiġi hawn u jgħid li l-FTS ma tosservax ir-regolamenti!", "Insemmi l-flejjes kbar li ntefqu fuq play area li ma qabel fuqha ħadd.", "Jekk wieħed jeżamina l-affarijiet, irid ngħid Sur President, li r-rekord ta' l-FTS hu ħafna differenti minn kif ipinġiha l-Onor.", "Bartolo.", "L- FTS hi organizzazzjoni ġdida, qed tinbena u trid tissaħħaħ.", "Jiena nagħmilha ċara għal darb'oħra li jiena ma napprova l-ebda varjazzjoni mir-regolamenti pero` rridu naraw ir-regolamenti x'jgħidu!", "Ir-regolamenti ma jgħidux li ma tistax tagħti direct orders jew departmental orders.", "Ir-regolamenti qegħdin hemm biex jgħinu u mhux biex inti ssir skjav tagħhom kif qed jipprova jagħmilhom l-Onor.", "Bartolo.", "L-Onor.", "Bartolo għandu jkollu s-sodisfazzjon li dan naqqas ir-ritmu li bih kien għaddej dan il-proġett pero` billi għamel hekk, mhux jiena se inbati imma t-tfal u l-iskejjel!", "Ma ġara xejn, meta l-FTS tkun aktar b'saħħitha, tkun fil-pożizzjoni li tista' tirregola aktar imma sakemm jiġri hekk, biex dan ikun iżjed fariżej mill-fariżej, dan naqqas ir-ritmu li bih kien għaddej dan il-proġett.", "Mill-punto di vista tiegħu, dan ikun rebaħ u nagħtuh 100 points; żgur li ma ħaqqux jgħaddi mill-istatistika imma!", "Il-budget oriġinali ta' Sir Adrian Dingli skond l-istima tad-division of education, approvata mill-Onor.", "Bartolo kienet ta' Lm 4.5 miljun imma dan il-proġett sar mill-FTS b'ħafna anqas.", "Fuq il-proġett ta' Marsascala, ġabuli tender biex niffirmha sabiex nonfqu Lm 430,000 ħalli nibnu ħames klassijiet, imma jiena għedt possibbli trid tonfoq daqshekk!", "Illum il- proġett sar bi ftit aktar minn Lm 70,000 biss.", "Jekk naraw il-proġett tal- Karwija, naraw li dan kien proġett li kien stimat li se jiswa aktar minn Lm 5 miljun imma dan se jsir b'Lm 3 miljun bl-isports complex reġjonali.", "Jiġifieri jekk l-FTS titlaq illum, din diġa` frankat lill-gvern Lm 3 miljun.", "Dan ma jgħidux l-Onor.", "Bartolo imma!", "Hemm ħafna affarijiet li qed isiru.", "Nispera li t-tender ta' l-iskola ta' Ħal Safi u Ħal Kirkop tingħata qabel l-aħħar tas-sena.", "Għamilna l-outline plan għall-iskola primarja ta' Pembroke fejn qbilna mal-MEPA fejn se ssir din l-iskola.", "Għandna diversi permessi fuq swali f'diversi lokalitajiet f'Malta u hemm xogħol kbir in the pipeline.", "Hemm kwestjonijiet oħra bħal dan ir-rapport ta' l-awditur nazzjonali fuq is- sistema tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Dan hu eye opener u r- rikkmandazzjonijiet li qed isiru qed noħodhom bis-serjeta`.", "Diġa` tkellimt mal-Ministru Austin Gatt, li hu responsabbli għall-e-government, biex inkunu nistgħu naraw kif l-aħjar li nimxu fuq dawn ir-rikkmandazzjonijiet u hawnhekk, jiena ċert li nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Hemm kwestjonijiet oħrajn li mhux se nilħaq ngħid fuqhom bħal kwestjonijiet ta' patrimonju kulturali, fejn kellna ħafna diskussjonijiet.", "F'dan is-settur hemm pjan li jrid jitwettaq, Sur President.", "Hemm iċ-ċentru tar-restawr li l-Onor.", "Bartolo qatt ma żar.", "Jiena nistiednu jmur bħal ma mar l-ambaxxatur Taljan, fejn dan ħa gost ħafna.", "Għandna relazzjonijiet tajbin ma' instituti ta' l-istat Taljan fil-qasam tar- restawr u qed inkomplu nżiedu, kif għandna ma' pajjiżi oħrajn.", "Jiena nistieden l-Onor.", "Bartolo biex jieħu delegazzjoni tal-partit Laburista f'dan iċ-ċentru u l-Onor.", "Mugliett jurih – kif qal- x'sar f'dik il-parti ta' Bighi.", "Sur President, qed isir ħafna xogħol tajjeb fil-qasam edukattiv u naturalment, dejjem hemm lok fejn stajna nagħmlu aktar u żgur li fadal ħafna x'isir pero` rrid ngħid li jiena flimkien ma l-Onor.", "Mugliett ħadna gost naħdmu.", "Kellna sodisfazzjon u privileġġ li ħdimna fuq program vast bl- aħjar ħila tagħna, wettaqna l-program elettorali b'viżjoni mill-isbaħ u b'direzzjoni li fuqha jaqbel kulħadd, anke l-oppożizzjoni.", "Ovvjament, irridu nkomplu naħdmu anke f'dan il-kamp biex inkunu kemm jista' jkun inklussivi.", "Sur President, aħna nħossu li ż-żmien li qed nippreparaw għalih hu żmien importanti għal pajjiżna u għal familja Maltija.", "Għandna quddiemna opportunita`, dik ta' l-UE, li se tiftħilna bibien u spazji li huma importanti u essenzjali għal futur taż-żgħażagħ tagħna u għat-tkabbir ta' pajjiżna u għalhekk, aħna għandna nagħmlu ħilitna kollha – u mhux noqogħdu nistennew li jinbidlu ċ-ċirkostanzi u nispiċċaw nidħlu mat-Turkija! – biex din l-opportunita` li għandna, noħduha issa ħalli f'paċi u sigurta`, nkabbru l-prosperita` u ngħollu l-kwalita` tal-ħajja għall-poplu kollu tagħna.", "Sur President, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid- diskors tiegħi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 9 ta' Diċembru 2002 mibgħuta lili mid-director further studies & adult education dwar riżultati preliminari tal- verifika nazzjonali dwar it-technicians apprenticeship scheme; u", "Diversi graphs u tabelli dwar ir-rata ta' l-illitteriżmu f'Malta.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Carmelo Abela għal Vot 17.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-Mozzjoni 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.40 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 17 kif imressqa mill-Onor.", "Camelo Abela.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "373", "FAVUR : 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe | |", "KONTRA: 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici Antoine| |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici Carmelo| |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George | |Debono Giovanna |Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech Francis | |Galea Louis | |", "L-emenda m' għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jinfetħu l-bibien.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-voti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 37,741,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 17 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 - EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 51,016,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 18 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 19 - LIBRERIJI U ARKIVJI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 701,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 - Libreriji u Arkivji, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 19 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 - ŻGĦAŻAGĦ U SPORT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,160,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 - Żgħażagħ u Sport, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 20 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT III - MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 9,150,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III - Ministeru ta' l- Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot III għaddiet.", "Fid-9.48 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 17, 18, 19, 20 u III tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 10 ta' Diċembru, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2003", "Is-Sitt Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar Transazzjonijiet Esterni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 10 ta' Diċembru fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9:50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SPTAR SAN LUQA – PERSUNI B'OVERDOSE", "37534.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġewwa il-casuality department ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Ġunju 2002 u x'tip ta' pilloli jew sustanza oħra ħadu?", "Kemm kienet l-eta` ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1 ta' Ġunju sat-8 ta' Diċembru 2002 daħlu b'kollox 147 persuna b'overdose fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l- Isptar San Luqa.", "L-akbar sustanzi komuni huma opiates, anti-depressants (l-aktar amytripline) u anxiolytics (l-aktar derivati tal-benzodiazepines).", "L-eta` tal-persuni tvarja minn 15 sa 80 sena.", "ĦAL LIJA - SQAQ SEGUNA", "37548.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk fi Sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati?", "Jekk sar, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li minn riċerki li saru mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma jirriżultax li sar bini fuq art tal-Gvern fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "DJAR – PIETA' – STALLAZJONI TA' LIFT", "37549.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l- applikazzjoni li kienet saret sabiex jiġi nstallat lift fi Block B1, Housing Estate, Pieta`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar, talba għal installar ta' lift fi blokki tal-Gvern tkun ikkonsidrata kemm-il darba dawn il-blokki jkunu fil-lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Floriana u Valletta jew f'lokalitajiet oħra f'Malta u Għawdex fejn fil-blokk tal-Gvern tkun tabita persuna b'diżabilita' ta' mobilita'.", "Ninsab informat li fil-blokk indikat mill-Onor.", "Interpellant m'hemmx persuna b'diżabilita' ta' mobilita' u għalhekk l-applikazzjoni ma tistax tiġi kkonsidrata favorevolment.", "QRATI – ATTI TA' INKJESTI", "37550.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li għadhom esebiti fl-atti ta' inkjesti li kien qed imexxi l-Maġistrat Cuschieri li illum ġie elevat għal Imħallef peress li l-ebda maġistrat m'hu qed isegwi x- xogħol tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DAR IL-MEDITERRAN – IMPJEGATI", "37551.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif u meta se tiġi attwata sentenza tat-Tribunal ta' l- Investigazzjoni ta' l-Ingustizzji tas-7 ta' Frar 2002 li tikkonċerna l- ħaddiema ta' Dar il-Mediterran?", "Japprezza l-Ministru li issa għadda żmien konsiderevoli minn meta t- Tribunal afferma li huma kienu sofrew inġustrizzja u ta r- rakkmandazzjonijiet appożiti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-implimentazzjoni tas- sentenza tat-Tribunal qeghda tigi kkonsidrata.", "TOROQ", "37552.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru, b'mod spedit, jordna li quddiem l-istage tal-Bombi (Portes des Bombes) isir xi ħaġa biex ma tibqax dik l-għadira ta' l-ilma li takkumula bir-riżultat li vetturi jtajru l-ilma proprju fuq in- nies li jkunu qed jistennew ix-xarabank?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat illi d-Direttorat tat-Toroq għadu kif ħareġ sejħa għall-offerti biex isir xogħol fil-junctions tal-lokalita' in onnessjoni mal-proġett tal-Park and Ride tal-Bombi u x-xogħol indikat mill- Onor. Interpellant se ssir bħala parti minn dan ix-xogħol."]} {"filename": "20000719_354d_par.doc", "date": "2000-07-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 354 L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 354", "L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "354", "L-Erbgħa, 19 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 475", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 475", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (IT-TIENI QARI) MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (SECOND READING) 478", "AĠĠORNAMENT 494", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUG 499", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 353 li saret fid-19 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "AMBJENT - IMPJEGATI", "17919.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' l- ambjent jaħdmu fuq central strips u jagħmlu xogħol ieħor ta' tindif fil- ħinijiet li jkun hemm l-aktar traffiku?", "Ma tistax tinstab sistema fejn isir xogħol f'ħinijiet fejn it-traffiku ma jitħarbatx?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li l-ħaddiema tas-sezzjoni għall-ambjent nadif jaħdmu f'ħinijiet kif ikun il- bżonn.", "F'toroq u arterji traffikużi x-xogħol isir bil-lejl imma fejn ma jkunx jista' jsir bil-lejl, forsi minħabba nuqqas ta' dwal, ix-xogħol ikollu jsir bi nhar.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-mistoqsija li se nagħmel m'għandhiex x'taqsam direttament mat-toroq.", "Peress li r-residenti tal-Fgura u ta' Ħal Tarxien ilhom żmien twil iressqu complaints li qed ikun hemm ħafna trab f'dawk l- inħawi - fil-fatt l-ombudsman kif ukoll l-awtorita' ta' l-ippjanar ġew mgħarrfa dwar dan - u wara li saret analisi kien hemm l-indikazzjoni li żewġ entitajiet kienu qed jiksru l-liġi u joħolqu pollution fl-arja, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi kontra dawn l-entitajiet?", "Ladarba l- Ministru jaf x'inhuma r-riżultati, għala għadu ma indikax lil min se jressaq biex din il-problema tiġi solvuta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, niċħad li b'xi mod għandi indikazzjoni ta' min hi r-responsabbilta' ta' dan kollu.", "Li nista' ngħid f'dan l-istadju huwa li l-esperti barranin li qabbadna ntbagħtulhom kampjuni li nġabru fix-xahar ta' Lulju.", "(Interruzzjonijiet) Ir-rapport għadu ma wasalx għandna u mhux mistenni li jkun f'idejna qabel Settembru.", "Naturalment abbażi ta' dan ir-rapport xjentifiku rridu nagħmlu wkoll analisi tas-sorsi kollha li jistgħu jkunu kaġun ta' dan il-pollution biex naraw jekk hemmx kompatibilta' bejn dak li qed jinstab fid-djar tan-nies, b'mod partikolari fuq il-bjut, u dak li jkun prodott f'postijiet differenti.", "Ladarba l-analisi u r-rapport finali jkunu lesti, il-gvern ikun jista' jieħu l-passi skond il-liġi.", "Nisperaw ukoll li sa l-aħħar tas- sena, permezz ta' liġi ġdida rigward l-ambjent, inżidu l-poteri ta' enforcement li s'issa ma kenux jeżistu.", "Jiġifieri għalkemm il-proċeduri eżistenti huma limitati, aħna xorta se nibqgħu nagħmlu dak kollu li nistgħu.", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, bħalissa diġa' hemm proċeduri pendenti fil-qorti dwar scrapyard li jista' jkollna suspett li x-xogħol fuqha qed jikkaġuna dan l- inkonvenjent, għalkemm m'aħniex ċerti, u li nista' nwiegħed lill-Onor.", "Mizzi u lil din il-Kamra hu li meta jkollna r-rapport finali li jagħti analisi preċiża li tindika s-sors tal-problema, l-ewwel ħaġa li nagħmel hu li dak ir-rapport nagħmlu pubbliku u nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra u mbagħad naraw x'rimedji nistgħu nieħdu skond il-poteri amministrattivi li għandna.", "Aħna beħsiebna wkoll insaħħu l-liġi biex l-ambjent jiġi mħares aktar minn qatt qabel għax jekk xi ħadd ikun qed jikkaġuna inkonvenjent, m'għandniex noqogħdu fuq provvedimenti antikwati taħt il-Kodiċi tal- Liġijiet tal-Pulizija billi lil dak li jkun nammonuh li qed jagħmel il- ħsara u li qed ikun ta' nuisance għall-ġirien, imma mbagħad l-proċeduri kontra tiegħu jdumu ma jittieħdu u nibqgħu mingħajr rimedju effettiv.", "Nista' ngħid bl-aktar mod frank u bl-aktar mod ċar li l-gvern m'għandu l- ebda interess ħlief li jkollu l-mezzi u l-poteri kollha meħtieġa biex iħares l-ambjent skond rapporti xjentifiċi preċiżi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm numru ta' ħaddiema ta' l-ambjent jaħdmu ġewwa l- Kalkara u tneħħa ħafna żibel minn ġo għalqa fi Triq il-Kapuċċini kif ukoll f'diversi postijiet fil-Kottonera, jista' l-Ministru jgħidilna x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment ta' l-ambjent biex l-eyesore li ilu jeżisti għal dawn l-aħħar tliet snin jitneħħa darba għal dejjem?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Niftakar li l-Onor.", "Interpellant kien talabni nieħu ħsieb li jsir intervent fl-inħawi tal-Kalkara u postijiet oħra u din it-talba kienet saret ukoll mill-kunsill lokali u aħna konna lqajniha.", "Fil-każ ta' Triq il-Kapuċċini ...", "(Interruzzjonijiet) Qed issirli domanda jekk kienx hemm is-suspett li din l-art setgħet kienet privata.", "Li nista' ngħid hu li l-argument li tista' tkun art privata baqa' jsirli anke meta żort is-sit min-naħa tal-qraba ta' persuna li l-Onor.", "Mizzi jafha.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li ma jaqbilx magħhom dawn in-nies.", "Jekk xi ħadd huwa proprjetarju ta' biċċa art - jekk ikun xtraha jew wiritha x'imkien jirriżulta li tkun tiegħu - jaf x'għandu jagħmel biex iġibilna prova li l-art hija tiegħu.", "Issa apparti l-kwestjoni jekk hemmx titolu ta' proprjeta' privata jew le, aħna ma nistgħux immorru nnadfu siti ta' art privata wkoll.", "Fejn qed nifhmu li dik l-art tkun pubblika mmorru u nagħmlu t-tindif bl-aktar mod vast bħalma għamilna f'dan il-post, bħalma għamilna fl-area tar-Rinella u bħalma għamilna wkoll ġewwa Bormla b'kollaborazzjoni sħiħa mal-kunsill lokali.", "Il-unit għal ambjent nadif - immexxi mis-Sur Joe Farrugia u nistgħu ngħidu li jgawdi r-rispett mhux biss tiegħi imma tal-membri kollha ta' din il-Kamra għax jafu kemm huwa ħabrieki - fih madwar 200 ruħ u huwa organizzat ħafna u jagħmel interventi kontinwi.", "Imma naturalment ma jistax jissostitwixxi xogħol li jkun irid isir fl-intern ta' l-ibliet u rħula ħlief meta tkun xi ġimgħa partikolari u jkun hemm il-kollaborazzjoni tal- kunsilli lokali li jaħdmu bil-lejl u bi nhar, jagħmlu litter picking, jagħmlu s-soft landscaping u jieħdu wkoll miżuri moderati ta' embellishment.", "Filwaqt li fil-bidu ta' l-istaġun turistiku ġieli rajna ċerta telqa fil-pajjiiż, illum bit-twaqqif ta' dan il-unit id-dehra ta' pajjiżna qed tagħmel differenza kbira u allura għandna nkunu rikonoxxenti lejn ix-xogħol li qed jagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru huwa aware li saret riċerka mill- universita' u rriżulta li fil-Kottonera hemm ċertu tip ta' trab li huwa allarmanti u li huwa ta' detriment ħafna għas-saħħa?", "Jekk ma jafx biha din is-sitwazzjoni, se jieħu l-inkarigu li jistaqsi l-universita' dwar dan l- istudju li sar u jinforma lil din il-Kamra x'passi se jittieħdu għal sitwazzjoni hekk allarmanti?", "Jista' l-Ministru jitlob ukoll lill-EPD biex jinformawh jekk hemmx rapporti dwar żewġ entitajiet li qed iniġġsu l-arja fil-Fgura?", "Jista' jgħidilna min huma dawn iż-żewġ entitajiet u x'passi se jittieħdu kontra tagħhom?", "Liema huma s-siti li marru jispezzjonaw biex jaraw jekk it-tniġġiż hux ġej minn hemm?", "Mr Speaker, irrid ngħid li jiena m'għamilt riferenza għall-ebda scrapyard, għax għandi l-opinjonijiet tiegħi ta' minn fejn seta' ġie dan il- pollution u fil-fatt għandi tliet postijiet f'moħħi.", "Fi żmien meta jien kont ministru kont għamilt studju għal xahar sħiħ u skoprejt minn fejn kien ġej, imma dak iż-żmien ma kienx hemm mezzi xjentifiċi biex wieħed ikun jista' jieħu passi legali.", "Ma jaħsibx il-Ministru li m'għandux għalfejn jistenna sa Settembru - mhux qed ngħid li għandu jieħu passi legali - biex jagħmel monitoring b'mod direttament f'dak il-post li jiġi indikat li t- tinġis ta' l-arja ġej minnu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ħalli nipprova nifhem l-argumenti varji li qed jagħmel l-Onor.", "Mizzi.", "Safejn naf jien ir-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Mizzi ma sarx mill-universita' imma minn professur li jgħallem l-universita'.", "Dan ir- rapport kien ikkummissjonat privatament u min għamlu kellu diskussjoni ma' uffiċċjali tad-dipartiment għal ħarsien ta' l-ambjent.", "Fil-fatt kien hemm differenza ta' opinjoni bejniethom b'mod partikolari jekk il-kampjuni li ttieħdu humiex xjentifiċi biżżejjed għall-iskop ta' analisi li għandna bżonn.", "Jiġifieri rapport kummissjonat privatament naf li jeżisti u naf ukoll li l-uffiċjali tad-dipartiment għal ħarsien ta' l-ambjent qegħdin jikonsidrawh, pero' safejn jien informat l-universita' - jekk trid tirriferi għaliha bħala universita' - jew min b'mod speċifiku ħadem fuq ir- rapport, qed jaqbel li hemm dubju jekk il-metodu wżat fir-rapport ta' l- esperti - li ħadmu fuq sitwazzjonjiet simili f'diversi pajjiżi u huma żgur nies ta' kompetenza xjentifika imma anke min għamel ir-rapport min-naħa Maltija - huwiex wieħed li jagħtik riżultat li tista' tkun ċert minnu.", "Naturalment wara li naraw ir-rapport ta' l-esperti u r-rapport li sar privatament, nikkonsidraw kollox u naraw fuq liema bażi nistgħu nimxu.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija u ċioe' jekk nagħmlux monitoring aktar iffokat fuq fejn jista' jkun is-sors, naturalment jekk fix-xahar ta' Awissu jkollna indikazzjonijiet preliminari li juruna li minn possibilita' ta' għaxra s-sorsi huma tnejn jew tlieta, aħna niffokaw aktar fuq dawk it- tnejn jew tlieta, mela le.", "Din hija proċedura normali li nużaw.", "L-Onor.", "Mizzi qal \"anke jekk ma nużawx proċeduri legali\".", "Għaliex qalli hekk?", "Naturalment għax hu jaf li għad m'hemmx il-bażi biex tipproċedi legalment.", "Issa jekk inkunu ċerti li s-sors hija ditta partikolari jew attivita' kummerċjali partikolari jew attivita' oħra, naturalment l-inqas li jkun jista' jsir huwa li nitkellmu anke ma' l-entita' involuta biex apparti possibilita' ta' proċeduri, jibdew volontarjament jieħdu l-miżuri li hemm bżonn.", "Meta r-rapport jasal m'għandix għalfejn nistenna iżjed pero' s'issa m'għandix indikazzjoni li se jasal qabel.", "Rigward jekk wieħed għandux jagħti l-lista tal-postijiet kollha li żaru l- esperti, ma nafx jekk sakemm joħroġ ir-rapport dik l-informazzjoni hijiex waħda konfidenzjali pero' f'kull każ m'għandix il-lista hawn quddiemi.", "Imma jekk l-Onor.", "Mizzi jixtieq forsi jagħmilli mistoqsija bil-miktub, jien dispost niddiskuti miegħu l-informazzjoni li għandi wara li niġborha b'mod dettaljat u b'hekk inżomu lil xulxin informati.", "Fit-tweġiba li tajt dakinhar li saret il-protesta organizzata mill- kunsill lokali tal-Fgura l-ewwel ma għedt fl-istqarrija tiegħi kien li din hija problema serja.", "Huwa inutli li noqogħdu ndeffsu rasna fir-ramel u nipprovaw ngħidu li din il-problema ma teżistix, pero' rridu nirriżolvuha b'mod serju anke issa li fl-aħħar se jkollna dan l-istudju li kien hemm bżonn li jsir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nitlob lill-Ministru jaħfirli dwar dan il- punt għax din hija xi ħaġa li tinħass ħafna fid-distrett elettorali tagħna u kemm jien kif ukoll l-Onor.", "Mizzi ħadna sehem f'din id-demostrazzjoni li għamlu n-nies tal-Fgura.", "Jien naħseb li l-pubbliku jixtieq ikollu moħħu mistrieħ li d-dipartiment konċernat qed jagħmel xogħlu tajjeb u qed idur il- postijiet kollha fejn hu possibbli li qed ikun hemm dawn l-emission ta' fumes.", "Għax ma jistax ikun li hemm daqshekk trab imxerred mad-distrett kollu u m'hemmx tapping tajjeb ta' din il-ħaġa.", "Jien m'għandix dubju mill- impenn tal-Ministru - għax kif diġa' tkellimna diversi drabi naf li qiegħed attent ħafna - pero' xtaqtu jwieġeb pubblikament dwar din il-ħaġa u jitkellem dwar ix-xogħol kbir li qed isir ħalli n-nies tal-Fgura u tad- distrett ikollhom moħħhom mistrieħ.", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant u lil kulmin jagħmel mistoqsijiet għax jagħtina l-opportunita' nispjegaw x'qed isir.", "Hawnhekk bażikament qed nitkellmu fuq ħaġa li nista' naqsmuha f'żewġ aspetti.", "Din tikkonsisti f'analisi tal-kampjuni biex wieħed ikollu l- kontenut preċiż ta' dan it-trab - li mhux biss idejqek imma li jista' jkollu inkonvenjenti oħra assoċjati miegħu - u naraw x'inhi l- kompożizzjoni preċiża tiegħu, anke għax b'hekk ikollna bażi aktar xjentifika kif tasal għas-sors ta' dak l-inkonvenjent.", "Mela l-ewwel aspett ta' l-istudju li qed jagħmlu l-esperti hu li jkollna analisi preċiża tal- kontenut ta' dan it-trab u l-kampjuni jkunu miġbura fuq medda ta' żmien u minn diversi postijiet biex b'hekk ikun jista' joħroġ rapport suffiċjenti.", "Dik hija l-ewwel parti.", "It-tieni, fejn tkun qed tifformola teorija u tajt li l-probabilta' ta' dak il-pollution ikun ġej minn ċerta tip ta' attivita' jew minn tip ta' attivita' oħra, trid tmur fis-siti ta' entitajiet differenti, tara l-operat tagħhom, x'materjal jużaw, jekk għandhomx xi sistema ta' ċmieni jew prekawzjonijiet ambjentali u tipprova tara il-kompatibilita' bejn il- kampjun ta' x'jinstab għand in-nies u x'jistgħu jkunu s-sorsi varji.", "Naturalment dawn huma l-aktar żewġ fatturi prinċipali imma mbagħad hemm elementi oħra li jistgħu jkunu relevanti - mhux l-inqas id-direzzjoni tar- riħ - biex wieħed ikun jista' jorbot aktar jekk dan hux ġej minn sors wieħed jew ieħor.", "Dan kollu qed ninsisti li jsir malajr.", "Fil-fatt illum stess kelli laqgħa ma' l-uffiċjali tad-dipartiment għal ħarsien ta' l-ambjent biex ngħaġġlu aktar l-analisi li qed nagħmlu u meta dan id-dokument ikun għandi - j'Alla jkun għandi qabel l-aħħar ta' Settembru - nagħmluh pubbliku u nieħdu l-proċeduri kollha li hemm bżonn għar-rigward tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Lulju.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed iwaqqaf l-awtorita` ta' Malta dwar ir-riżorsi.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jistaqsi jekk kemm-il darba l-awtorita` li qed titwaqqaf hijiex se tilħaq l-iskopijiet li qed tiġi mwaqqfa għalihom, jiġifieri biex tkun ir-regolatur ta' dawk l-attivitajiet u l-operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tal-minerali.", "Tkun verament ħasra li kieku dan l-abbozz ta' liġi qed jitressaq biex sempliċement il-gvern jaddotta dak li qed timponielu l-Unjoni Ewropea minħabba l-ossessjoni li għandu u li hija magħrufa minn kulħadd li jrid akkost ta' kollox isieħeb lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea kemm jista' jkun malajr.", "Mr Speaker, meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lil dan l-abbozz ta' liġi jsib li minbarra l-awtorita` ta' Malta dwar ir-riżorsi hawnhekk qed jitwaqqfu wkoll tliet direttorati; id-direttorat għar-regolament tar- riżorsi ta' l-enerġija, liema direttorat se jkun responsabbli mir- regolament ta' kull prattika li tirrigwarda l-ġenerazzjoni, it- trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista u l-użu ta' l-enerġija, ikun x'ikun is-sors ta' l-enerġija, id-direttorat għar-regolament tar-riżorsi ta' l-ilma, li se jkun responsabbli għar-regolament ta' kull prattika li tirrigwarda r-riżors ta' l-ilma, id-drenaġġ u l-iskart likwidu kif ukoll id- direttorat għar-regolament tar-riżorsi minerali, li se jitwaqqaf għar- regolament ta' kull prattika li tirrigwarda r-riżorsi minerali.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn it-tieni skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jkun jista' jara kif se jkunu se jiffunzjonaw dawn id- direttorati u kif se jittekiljaw il-problemi li bla dubju ta' xejn tista' tiltaqa' magħhom l-awtorita`.", "Mr Speaker, kif għedt diġa' l-ewwel direttorat, liema direttorat jissemma fl-ewwel skeda, se jkun responsabbli mir-regolament ta' kull prattika li tirrigwarda l-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni, il- provvista u l-użu ta' l-enerġija, ikun x'ikun is-sors ta' l-enerġija.", "Issa jekk wieħed iħares lejn Taqsima 7 tal-programm elettorali tal-gvern Nazzjonalista jsib li dan qed iwiegħed li se jinkoraġġixxi l-użu ta' l- enerġija solari, anke b'eċċezzjoni mit-taxxi u mis-sussidji, u qed jgħid li llum jeżistu sistemi li bihom l-enerġija ġenerata mix-xemx fl-aqwa tagħha tiġi trasferita fil-grid ta' l-Enemalta bi tnaqqis ekwivalenti tal-konsum li l-arloġġ ta' residenza jkun qed jirreġistra f'ħinijiet oħra.", "Madanakollu llum kulħadd jaf li minkejja l-propaganda kbira li saret mill- oppożizzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1998 li se jraħħas il-kontijiet tad- dawl u l-ilma, sal-lum il-familji u l-pensjonanti Maltin u Għawdxin għadhom jirċievu fi djarhom kontijiet għoljin li ħafna drabi ma jkunux jifilħu jħallsuhom.", "Mr Speaker, kif kellna l-okkażjoni li ngħidu kemm-il darba f'din il- Kamra, sfortunatament pajjiżna għadu qed isib ċerti diffikultajiet biex jippromwovi s-sors ta' l-enerġija solari.", "Hawnhekk kemm-il darba smajna wkoll li għalkemm teżisti l-possibbilta` li nipprovdu l-elettriku mir-riħ permezz ta' l-imtieħen, pajjiżna ma jiflaħx għal spiża kbira bħal din minbarra li għandna wkoll problema ta' spazju fejn jistgħu jitpoġġew dawn l- imtieħen.", "Jibqa' wkoll il-fatt li ta' kuljum pajjiżna jonfoq miljuni kbar ta' liri f'żejt li jixtri minn barra, pero` dment li s'issa għad ma kellniex ix-xorti li jkollna r-riżors naturali tagħna biex nipprovdu l- enerġija, jien naħseb li issa wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu investiment biex inkunu nistgħu nagħmlu użu mill-iktar teknoloġiji moderni, fosthom billi nagħmlu użu anke mill-imtieħen, bħalma jagħmlu pajjiżi oħra.", "Minbarra li dan iservi ta' kontribut kbir għall-ambjent, tkun qiegħda wkoll tiġi ffrankata l-ispiża tal-gvern.", "Mr Speaker, fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm imwiegħed ukoll li l-gvern Nazzjonalista jinkoraġġixxi sistemi solari anke fejn jidħlu stabilimenti u djar privati, u dan b'eżenzjoni mit-taxxi u mis- sussidji.", "Pajjiżi oħra moderni - u hawn m'iniex qed nirriferi biss għall- pajjiżi Ewropej imma anke għall-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq - qed jagħtu attenzjoni kbira lill-enerġija li tiġi permezz tax-xemx jew tar-riħ u l- gvernijiet ta' dawn il-pajjiżi qed jinkoraġġixxu dawn is-sistemi bis-sħiħ għax b'hekk qed jiġu ffrankati miljuni kbar ta' liri li normalment jintnefqu fiż-żejt u fil-power stations, liema riżorsi finalment iħallu impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Jien naħseb li issa wasal iż-żmien li l- gvern Malti jibda jinċentiva lill-familji Maltin u Għawdxin jistallaw dawn it-tip ta' sistemi fi djarhom.", "Kulħadd jaf li, per eżempju, illum min jibni dar irid bilfors jagħmel il-bir.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li qiegħda regolamentata wkoll bil-liġi.", "Madanakollu jien naħseb li wasal ukoll iż-żmien li l-gvern joħloq ċerti inċentivi biex jippromwovi l- istallazzjoni ta' dawk it-tipi ta' sistemi solari li bihom jiġi ġġenerat id- dawl fid-djar.", "Għall-grazzja t'Alla, aħna bħala pajjiż ingawdu x-xemx fil- maġġoranza l-kbira tax-xhur tas-sena u allura nistgħu nipprovdu sistemi ta' l-enerġija permezz tan-natura iktar minn pajjiżi oħrajn.", "Mr Speaker, kif għedt meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l- affarijiet tal-konsumatur, wasal iż-żmien li nikkontrollaw dak li joħroġ miċ-ċmieni tal-power stations.", "Il-konsumatur Malti qed iħallas flus tajbin biex jirċievi l-enerġija ġewwa daru u għalhekk huwa xieraq li mbagħad huwa jingħata servizz tajjeb.", "Aħna nafu wkoll li jekk kemm-il darba konsumatur jonqos milli jħallas il-kont tad-dawl u l-ilma, irid iħallas ċerta penali, u għalhekk jien ngħid li llum wasal iż-żmien li l-konsumatur iqum biex jieħu d-drittijiet tiegħu fejn tidħol saħħtu jew inkella s-servizz li jkun qed jingħata.", "Ħalli nispjega aħjar x'qed ngħid.", "L-ewwelnett irridu ngħidu li huwa fatt magħruf minn kulħadd li l-materjal li joħroġ miċ-ċmieni tal- power stations li għandna f'pajjiżna ilhom jagħmlu ħsara lis-saħħa tal- bniedem għal snin twal.", "Issa hawnhekk ma nixtieqx li jkun hawn min jaħseb li qed ngħid dan għal xi gvern jew ieħor imma għax kif għedt diġa', huwa fatt. Meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-affarijiet tal- konsumatur jien kont għedt li huwa mistenni li ssir rivoluzzjoni kbira fl- Amerka fejn jidħol it-tipjip, u dan minħabba li kien hemm min kien qiegħed ifittex lill-kumpanniji tas-sigaretti għad-dannu li kkaġunawlu.", "Jekk irridu nkunu verament responsabbli, allura anke aħna, liċ-ċittadin Malti u Għawdxi rridu nipprovdulu d-dritt li jfittex għad-danni lil min ikun ikkawża ħsara lil saħħtu.", "Jien nemmen li b'hekk il-kumpanniji u l- korporazzjonijiet ta' pajjiżna jkunu iktar responsabbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-materjal li jintuża biex tiġi pprovduta l-enerġija u b'hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li ċ-ċittadin qed jiġi assigurat li saħħtu hija ssalvagwardata verament.", "F'każ li dan ma jsirx, nemmen li għandu jinstab xi rimedju alternattiv.", "Mr Speaker, meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar l-affarijiet tal-konsumatur jien għedt ukoll li sal-lum il-liġijiet ta' pajjiżna għadhom m'humiex qed jagħtu dritt ta' rimedju lill-konsumatur meta minħabba xi nuqqas li jkun sar min-naħa tal-korporazzjoni jew tal-kumpannija tiġi kkawżata ħsara f'xi domestic appliance jew f'xi apparat ieħor li l- konsumatur jista' jkollu fid-dar tiegħu.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għandniex naraw biss li l-konsumatur josserva dak kollu li tgħid il-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas tas-servizz li jkun qed jingħata imma għandna naraw ukoll li meta korporazzjoni jew kumpannija tipprovdi servizz, għandha tkun responsabbli biżżejjed li f'każ li tonqos milli tagħmel dan, hija tipprovdi xi tip ta' rimedju lill-konsumatur.", "Aħna nafu b'każijiet ta' familji li wara li ħadmu b'tant tbatija biex xtraw id-domestic appliances li kienu jeħtieġu fid-dar tagħhom, spiċċa biex inħarqilhom kollox sempliċement minħabba li wara li marrilhom id-dawl, reġa' ġie lura b'vultaġġ qawwi.", "Nafu wkoll li kien hemm min minħabba din il-kawża ġiet ikkaġunata ħsara fis-sistema kollha tad-dawl tad-dar tiegħu, pero` sfortunatament sal-lum il-konsumatur għadu ma ngħata l-ebda rimedju f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Nerġa' ngħid li jien inħoss li bħalma ċ-ċittadin huwa fid-dmir li jirregola ruħu mal-liġijiet ta' pajjiżna, daqstant ieħor is-service provider għandu jipprovdi rimedji għall-ħsara li jista' jikkawża.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk insemmi l-korporazzjoni tal-Maltacom, li ntrabtet li jekk fi żmien xahar l-applikant ma jinqediex għal servizz ġdid tat-telephone, huwa jkollu dritt ifittex lil din il-korporazzjoni.", "Allura jien nistaqsi: Fil-każ ta' l-Enemalta u tal-water services corporation għaliex m'għandniex nagħmlu l-istess?", "Riċentement jien semmejt areas sħaħ li qed jirċievu kwalita` ta' ilma ħażina ħafna sal-punt li wieħed la jista' jixrob minnu u lanqas jista' jaħsel bih.", "Dakinhar jien għedt li l-konsumatur ma jistax jibqa' jingħata dan it-tip ta' servizz, għal liema servizz huwa qiegħed iħallas flus tajba.", "Aħna nafu li f'pajjiżna saru investimenti kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Biżżejjed insemmu n-numru ta' reverse osmosis li nbnew f'pajjiżna, liema reverse osmosis m'humiex qed jintużaw kollha għax illum tant qed nipproduċu ilma f'pajjiżna li m'għandniex bżonn inħaddmu l- impjanti li għandna kollha.", "Għalhekk hawn wieħed jistaqsi għalfejn inħasset il-ħtieġa li jinbnew dawk l-impjanti kollha.", "Ikun tajjeb jekk ngħid ukoll li meta staqsejt kemm sar investiment f'dawn l-impjanti kollha bqajt mingħajr tweġiba, jiġifieri dak li għandu dritt ikun jaf il-poplu għadu m'huwiex magħruf.", "Mr Speaker, wieħed ma jistax jitkellem dwar l-enerġija elettrika ta' pajjiżna mingħajr ma jsemmi l-bini kontroversjali tal-power station ta' Delimara.", "M'għandix dubju li kulħadd għadu jiftakar b'liema pompożita` nfetħet din il-power station u l-ħsara ambjentali li din għamlet, pero` minkejja dan kollu sfortunatament sal-lum għadna nsofru l-qtugħ tad-dawl bil-konsegwenza li kumpanniji kbar, bħall-ST Microelectronics (Malta) Ltd., ġew effettwati ħażin b'miljuni kbar ta' liri f'dik li hi esportazzjoni u produzzjoni.", "Imbagħad tiġi f'dan il-parlament u tisma' lil min jgħid li llum m'għadniex nisimgħu u naraw avviżi li se jsir qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku!", "Fil-fatt il-verita` hija proprju l-kontra, pero` min ma jsegwix jew min hu maqtugħ mir-realta` forsi m'għadux jara dawn l- affarijiet.", "Biss biss jekk wieħed jixgħel it-television isib li channel minnhom ta' kuljum iġib l-avviżi ta' fejn ikun se jsir il-qtugħ fis-sistema elettrika tagħna.", "Madanakollu jien l-iktar fattur li ma nistax nifhem huwa kif minkejja dak l-investiment qawwi u minkejja dak l-infiq kbir li sar mill-gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1987 u 1996 biex inbniet il-power station ta' Delimara, sal-lum din il-power station għadha m'hijiex kapaċi tipprovdi l-elettriku b'mod totali.", "Nispera li għallinqas hemm min qed jagħti kas tal-materjal li qed jintuża biex jiġi pprovdut l-elettriku mill- power station ta' Delimara għax l-ambjent diġa' saritlu ħsara biżżejjed meta sar il-bini ta' dik il-power station innifsu, u din il-ħsara jinnotaha kulmin għandu verament għal qalbu l-ambjent.", "Fil-fatt ikun interessanti jekk wieħed ikun jaf x'impatt qed iħalli l-materjal li qed jintuża mill- power station ta' Delimara fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Mr Speaker, wieħed mid-direttorati li qed jitwaqqfu permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkun responsabbli mill-iskart likwidu.", "Kulħadd jaf li hawn min jabbuża u jitfa' dan it-tip ta' skart fl-ibħra Maltin u Għawdxin.", "Huwa tajjeb li l-gvern qiegħed iwaqqaf din l-awtorita`, pero` jkun iktar tajjeb jekk kemm-il darba l-gvern innifsu jagħti eżempju billi jara li d-drenaġġ, li finalment hu responsabbli minnu hu, ma jintefax fix-xtajtiet ta' pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament sal-lum f'pajjiżna għad għandna diversi areas fejn il-baħar qed jiġi kkontaminat, u s-settur turistiku tagħna ma jaffordjax din il-ħsara kollha.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll ir-rapport finali li sar fuq dawk il-ħaddiema tad- dipartiment tad-drenaġġ li tilfu ħajjithom ftit tax-xhur ilu.", "Jien nixtieq li f'pajjiżna jkollna leġislazzjoni b'saħħitha li tipprovdi pieni ħorox lil min ikun qed ipoġġi l-ħajja ta' ħaddieħor fil-periklu, u qed ngħid dan għaliex minn dan ir-rapport irriżulta li għad hemm ċerti nuqqasijiet f'dik li hi provvista ta' lbies protettiv għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad- drenaġġ.", "Ta' min jgħid li minn mistoqsija parlamentari li għamilt irriżulta wkoll li ilu ħafna ma jsir studju dwar x'tip ta' gassijiet tossiċi joħorġu mill-ispieri tad-drenaġġ u kien wara dak l-inċident li semmejt li ngħatat spinta biex isir dan it-tip ta' studju.", "Huwa veru li aħjar li dan it-tip ta' studju jsir tard milli ma jsir qatt, pero` nkunu qed niżbaljaw jekk nibqgħu nieħdu l-briga li nagħmlu dak li għandna nagħmlu biss wara li jseħħ xi inċident fatali.", "Kull membru ta' dan il-parlament ħass dispjaċir kbir meta sema' bil-mewt traġika ta' dawn il-ħaddiema u lkoll kemm aħna nixtiequ li min hu responsabbli mid-dipartiment tad-drenaġġ jagħmel xogħlu bis-serjeta` u fost affarijiet oħrajn jassigura li l- ħaddiema ta' dan id-dipartiment ikunu attrezzati kollha b'ilbies protettiv waqt li jkunu qed jaħdmu.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn it-tieni skeda ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jsib li fost affarijiet oħra din qed temenda l-Att dwar it-Taxxa fuq Bunkering taż-Żjut.", "Issa aħna nafu li matul dawn l-aħħar xhur qamet kontroversja sħiħa dwar il-mod li bih qed jiġi mixtri ż-żejt f'pajjiżna u konna qbilna li għandna wkoll nieħdu ċerti miżuri biex nipproteġu l-ibħra territorjali Maltin u Għawdxin bis-serjeta` ġaladarba ma jeżistix mezz ieħor kif jista' jasal iż-żejt għandna ħlief li jiġu fl-ibħra ta' pajjiżna bastimenti kbar biex iwasslulna ż-żejt li tant ikollna bżonn biex inħaddmu l-enerġija tagħna.", "Sfortunatament meta jkunu qed isiru dawn it-tipi ta' traġitti ġieli l-vapuri jkollhom xi inċidenti wkoll, u eżempju ta' dan nista' nsemmi l-vapur \"Erika\", li lkoll kemm aħna nafu xi ħsara ambjentali għamel.", "Jien nemmen li ċerti pajjiżi, bħalma hija Franza, huma attrezzati biżżejjed biex meta jinqalgħu dawn it-tip ta' inċidenti dawn jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jevitaw li jitwettaq xi diżastru naturali jew ekoloġiku, pero` sfortunatament sal-lum pajjiżna għadu m'huwiex attrezzat biex jilqa' għal dawn it-tip ta' inċidenti bil-konsegwenza li jekk Alla ħares qatt iseħħ xi inċident ta' dan it-tip fit-territorju tagħna, dan jikkaġuna diżastru naturali u jħalli effett negattiv fuq it-turiżmu, li tant huwa importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed nirriferi biss għal dawk il-bastimenti li jidħlu fl-ibħra territorjali Maltin biex iwasslulna ż-żejt imma anke għall-bastimenti l- oħra li jgħaddu mill-ibħra territorjali Maltin biex imorru f'xi pajjiż ieħor.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli bl-intervent tiegħek.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membr: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-7.10 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, illum qed niddiskutu t-twaqqif ta' l- awtorita` ta' Malta dwar ir-riżorsi, liema awtorita` fost affarijiet oħra se tkun responsabbli mill-elettriku, mill-ilma u mill-minerali.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li r-regolatur se jkun separat mill-provider, pero` qabel ma nkompli fuq dan il-punt nixtieq li ma jkun hawn ħadd min jaħseb li meta titwaqqaf din l-awtorita` se jsir miraklu mil-lum għal għada għax ikun qiegħed jgħaġġel wisq.", "Mr Speaker, jiddispjaċini ngħid li nnotajt ċerta konfużjoni fid-diskorsi li għamlu l-kelliema tan-naħa tal-gvern dwar dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Per eżempju, filwaqt li wħud mill-kelliema tan-naħa tal- gvern qalu li għandna verament biex niftaħru bis-servizz ta' ilma li għandna u li m'hemmx raġuni valida għaliex għadna qed nimportaw l-ilma fil- fliexken meta għandna kwalita` ta' ilma tant tajba, min-naħa l-oħra kien hemm oħrajn li pprovaw iserrħu moħħ in-nies u qalulhom biex ma joqogħdux jinkwetaw mill-kwalita` ta' l-ilma tal-vit li qed jiġu pprovduti bih għax hemm pajjiżi oħra, anke ġewwa l-Amerka, li l-kwalita` ta' l-ilma tagħhom hija agħar minn tagħna.", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li bħal-lum ġimgħa fi Brussels ltaqa' kumitat li kien jirrigwarda l-ambjent, is-saħħa pubblika u l-konsumatur, u tul din id-diskussjoni ssemma li hawn Malta teżisti problema f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma.", "Fil-fatt kien qed jiġi suġġerit li wieħed għandu jħalli l-ħames snin li ġejjin ...", "Għax hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li bejn il-ħitan tal-bini ta' l-Unjoni Ewropea qed jingħad li l-grupp li jmessu jidħol fl-Unjoni Ewropea se jidħol fl-2005 u mhux fl-2003, kif qed jgħidu l-membri tan-naħa l-oħra.", "Terġa' qed jingħad li biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea l-pajjiżi applikanti apparti l-ħames snin li ġejjin se jingħataw ħames snin oħra, jiġifieri b'kollox se jingħataw perijodu ta' għaxar snin, u dan sabiex matul dan il-perijodu jilħqu jagħmlu ċerti tibdiliet, speċjalment fil-qasam ta' l-ambjent, għax ħafna minn dawn it-tibdiliet biex tagħmilhom irid ikollok flus mhux ħażin.", "Imma l-iktar punt interessanti hu li waqt dan il-kumitat kien hemm min qal li m'huwiex aċċettabbli għall-pajjiżi applikanti li jistennew għaxar snin oħra qabel ma jsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u li l-fattur uman jiswa iktar mit- tibdiliet li jeħtieġu jsiru.", "Wieħed kien qed jittama li l-Unjoni Ewropea kienet se tgħin finanzjarjament lill-pajjiżi applikanti biex jagħmlu dawn it-tibdiliet, pero` dan ma sarx, u dan minkejja li l-istess unjoni qed tgħid lil dawn il-pajjiżi li ma jistgħux isiru membri sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea qabel ma jkunu għamlu dawn it-tibdiliet.", "Ta' min jgħid li waqt dan il-kumitat Malta ssemmiet b'isimha meta kienet qed tiġi diskussa l-kwalita` ta' l-ilma.", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea qed tenfasizza li għandu jsir it-tibdil meħtieġ sabiex il-kwalita` ta' l-ilma tal-vit li għandna f'pajjiżna titjieb għax il-kwalita` ta' l-ilma li għandna m'hijiex dik mixtieqa.", "Huwa veru li hemm pajjiżi li għandhom kwalita` ta' ilma agħar minn tagħna, pero` bħal f'kull ħaġa oħra, aħna għandna nħarsu lejn min hu aħjar minna u mhux lejn min hu agħar minna.", "Ħafna drabi l-ilma li jittella' mill-aquifer jitħallat ma' dak l-ilma li jkun ġej mir-reverse osmosis.", "Fil-fatt spiss nisimgħu kemm hu importanti li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji u bis- serjeta` sabiex l-ilma li jkun ġej mill-aquifers tagħna jkun kemm jista' jkun pur.", "Per eżempju, meta ftit tal-jiem ilu kont qed nitkellem fuq l- abbozz ta' liġi dwar il-konsumaturi semmejt li b'xi mod jew ieħor il- pestiċidi jeffettwaw l-ilma ta' taħt l-art.", "Sfortunatament anke f'dak li hu drenaġġ qed ikollna ċerti problemi, u dan mhux biss għaliex fl-aħħar mill-aħħar id-drenaġġ qiegħed jispiċċa fil-baħar bil-konsegwenza li qed jikkontamina l-baħar imma anke għaliex id-drenaġġ ta' l-annimali li joħroġ mill-farms qed jaffettwa l-aquifer ta' l-ilma li jkun hemm taħt l-art.", "Nistħi ngħid li ma' l-inqas xita li tagħmel it-toroq tagħna mhux biss jimtlew bl-ilma tax-xita imma anke bid- drenaġġ li joħroġ mill-ispieri u mill-farms, għax ħafna drabi meta s-sidien tal-farms jaraw li ġejja x-xita jiftħu x-xatba biex \"tiknes kollox ix- xita\".", "Mr Speaker, mhux l-ewwel darba li ġie rrapportat li ġewwa s-Salini hemm l- ilma kkontaminat b'ħafna metalli tqal.", "Ovvjament mhux il-baħar li hemm fis- Salini biss huwa kkontaminat imma diversi postijiet oħra, u dan minkejja li aħna nafu li wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija Maltija huwa t-turiżmu.", "Għaliex qed insemmi t-turiżmu?", "Għax kif nafu, il-maġġoranza l-kbira tat- turisti jiġu jżuru lil pajjiżna biex igawdu l-ibħra tagħna u mhux biex imorru ġo xi swimming pool minħabba li l-baħar ikun ikkontaminat.", "Matul ix- xhur tas-sajf id-dipartiment tas-saħħa ta' kuljum joħroġ avviżi dwar dawk il-bajjiet li jkunu kkontaminati bid-drenaġġ.", "Issa hawnhekk nistaqsi: Il- bajjiet l-oħra li ma jissemmewx li huma kkontaminati sa liema livell ma jkunux ikkontaminati?", "Qed ngħid dan għaliex jekk wieħed jassessja t- testijiet li jsiru mid-dipartiment tas-saħħa jsib li ħafna postijiet madwar Malta ma jiġux meqjusa bħala kkontaminati għas-sempliċi raġuni li ma jkunux jaqbżu l-livell li jwassal lil wieħed biex jgħid li t-tali post huwa kkontaminat, pero` ħafna minn dawn il-postijiet ikunu viċin ħafna ta' dan il-livell.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li Malta qed tiġi kkritikata għalihom bejn il-ħitan ta' l-Unjoni Ewropea hija proprjament għaliex huma jqisu l-kontaminazzjoni ta' l-ilma baħar madwar Malta bħala xi ħaġa inaċċettabbli.", "Mr Speaker, jien nittama li din l-awtorita` li qed inwaqqfu permezz ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jkollha s-saħħa u l-kuraġġ li tressaq ċerti proposti 'l quddiem.", "Per eżempju, kif kulħadd jaf il-petrol bla ċomb daħal f'Malta ftit tas-snin ilu, u meta dan iddaħħal f'pajjiżna kien irħas mill-petrol biċ-ċomb sabiex b'hekk il-konsumatur jiġi mħeġġeġ juża l-petrol bla ċomb.", "Madanakollu xi sentejn ilu beda jintqal li l-poplu Malti u Għawdxi sar konxju mill-fatt li l-petrol biċ-ċomb jagħmel ħsara lill- ambjent u ttieħdet id-deċiżjoni stramba li l-prezz tal-petrol biċ-ċomb u ta' dak bla ċomb jiġi l-istess.", "Issa jekk hemm xi ħaġa li aħna konxji minnha, din hi li l-livell taċ-ċomb hawn Malta huwa kkonsidrat bħala wieħed relattivament għoli, saħansitra ogħla mill-average li nsibu f'pajjiżi oħra, u dan huwa kollu riżultat ta' dan l-imbierek petrol biċ-ċomb.", "Mela minflok ma raħħasna l-petrol bla ċomb iktar biex inkomplu nħeġġu n-nies jużaw petrol bla ċomb, hawn Malta ħadna din il-famuża deċiżjoni li nġibu l-petrol biċ-ċomb u l-petrol bla ċomb bl-istess prezz.", "Issa nittama li għallinqas il-membri ta' l-awtorita` li se nwaqqfu, li se jkunu magħżulin mill- ministru, ikollhom il-kuraġġ jirrikmandaw li l-petrol bla ċomb jerġa' jiġi orħos mill-petrol biċ-ċomb.", "Mr Speaker, f'dan il-Parlament kemm-il darba saru dibattiti sħaħ dwar il- pitrolju, pero` minkejja dan kollu sfortunatament sal-lum għadna nsibu lil min iħallat id-diesel mal-pitrolju, u hawnhekk qed nirriferi partikolarment għal min għandu inġenji kbar.", "Issa jien m'iniex se noqgħod nidħol fit- teknika u nistaqsi kemm wieħed jaqbillu li jixħet il-pitrolju fil-makna ta' l-inġenji tiegħu, pero` huwa fatt li dan qed jiġri u għalhekk wieħed irid jassessja kemm ikun għaqli li wieħed iħalli l-pitrolju ferm irħas mid- diesel bit-tentazzjoni li wieħed ikun lest li kontra kull pariri tekniċi li wieħed jista' jingħata jibqa' xorta waħda jħallat il-pitrolju mad-diesel bil-problemi għall-ambjent li dan jista' joħloq.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi nistaqsi: Illum il-gvern qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna biex joħloq regolatur jew inkella biex b'hekk ikun jista' jasal biex jieħu passi oħrajn, bħal per eżempju jdaħħal il- liberalizzazzjoni?", "Aħna nafu li meta jkun hemm liberalizzazzjoni ħafna drabi wieħed imur għal-laħma u l-għadma jħalliha.", "F'dan il-Parlament smajna li jista' jsir ftehim bejn kulħadd biex xi ħadd mis-settur privat iġib minn barra ċerti makni li jipproduċu l-elettriku u mbagħad dawn il- makni jiġu connected mas-sistema eżistenti li għandha l-Enemalta ...", "U ejja!", "Mela ma nafux fejn hi l-laħma?!", "Il-laħma mhux hemm qiegħda imma fil- provvista tal-fuels, tal-petrol, tad-diesel u ta' l-aviation fuel.", "Hemmhekk qiegħda l-laħma, u aħna nafu li ma' l-inqas liberalizzazzjoni li jagħmel il-gvern fejn ikun hemm il-laħma se jkun hemm il-queue filwaqt li fejn ikun hemm l-għadma kulħadd se jwarrbilha.", "Madanakollu xi ħadd irid jagħmel tajjeb għall-għadma, u l-għadma qiegħda fil-provvista ta' l- elettriku.", "Mr Speaker, żgur li lkoll niftakru kemm kien għamel għagħa u kjass il- gvern ta' l-Onor.", "Fenech Adami qabel l-elezzjoni li għaddiet fuq il- prezzijiet tad-dawl u l-ilma, u dan minkejja li kulħadd kien jaf li dawn is- servizzi kienu qed jiġu ssussidjati mill-gvern Laburista.", "Madanakollu meta tela' fil-gvern, il-partit Nazzjonalista ddeċieda li mhux talli ma jnaqqasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma imma talli jkompli jgħollihom, u minkejja l- impressjoni li qed jipprova jagħti l-gvern preżenti, dawn il-prezzijiet splodew 'il fuq bil-konsegwenza li qed jeffettwaw ħażin lil diversi familji li kellhom income baxx ħafna u li għalhekk kienu qed igawdu minn prezzijiet sussidjati.", "Fil-fatt il-verita` hi li llum min għandu income baxx ħafna qed ikollu jħallas ħafna iktar għal dawn iż-żewġ servizzi.", "Ta' min jgħid ukoll li l-gvern qed jgħid li beħsiebu jkompli jżid it-tariffi tad-dawl u l- ilma bil-mod il-mod sakemm naslu biex inkunu nistgħu nimxu mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea li jgħidu li dawn il-korporazzjonijiet iridu jkunu self-financing, jiġifieri jekk ma jkunux qed joperaw bi qligħ, almenu jkunu jridu jdaħħlu daqskemm ikunu qed joħorġu.", "Allura jekk se nilliberalizzaw min jiġi hawnhekk ħadd m'hu se jidħol f'settur li ma jkunx qed jiġi ssussidjat imma jidħol f'dak is-settur li jkollu l-laħma.", "Terġa' d-dħul li qed tagħmel bħalissa l-korporazzjoni Enemalta fuq is-supplies tal-fuels, tal-petrol, ta' l-aviation fuel u tad-diesel biex tkun tista' tissussidja l- elettriku jrid jispiċċa wkoll.", "Hawnhekk forsi wieħed jista' jistaqsi: L-awtorita` li se nwaqqfu b'dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna x'se tirregolarizza?", "Se tirregolarizza li min jipprovdi s-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma ma jistax imexxi b'telf?", "Huwa tajjeb li l-gvern qed ifarfar ċerti affarijiet fuq l- awtorita`, pero` ġaladarba l-membri ta' din l-awtorita` se jkunu magħżula mill-ministru stess jien wisq nibża' li l-gvern se jinħeba wara din l- awtorita` biex ikompli jżid it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma filwaqt li se jinsa l-aspett soċjali għal kollox.", "Aħna għandna nkunu konxji ta' dak li għandu f'moħħu l-gvern għax ħafna drabi f'dan il-parlament inressqu affarijiet bl-uniku għan li nżellġu xi ftit l-istampa li jkollu f'moħħu l- gvern.", "Hija xi ħaġa pożittiva li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jifred ir- regolatur minn dak li qed jipprovdi s-servizz, pero` sfortunatament minn taħt għaddej riħ ieħor għax mhux kulħadd għandu l-kuraġġ to call a spade a spade.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem ftit fuq it-tiftix taż-żejt.", "Mr Speaker, meta l-gvern Laburista kien qed iħaffer għaż-żejt f'Għawdex, il-Prim Ministru xeba' jiftaħar u jgħid li huwa informat li f'pajjiżna m'hawnx żejt, pero` għal xi raġuni jew oħra, imbagħad hekk kif tela' fil- gvern mhux talli ma baqax iħaffer għaż-żejt imma talli kompla jħaffer iktar 'l isfel.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li persuni li jifhmu fit-tiftix taż- żejt qed jgħidu li l-possibbilta` li jinstab iż-żejt viċin Malta hija tajba ħafna u għalhekk huwa importanti li wieħed jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji.", "Madanakollu sakemm jinstab iż-żejt jeħtieġ li naħdmu bil- għaqal u b'moħħna ħalli ma nkomplux inkabbru d-deficit strutturali ta' pajjiżna.", "Ta' min ifakkar li meta kien hemm fil-gvern il-partit Laburista, l-Enemalta kienet iddeċidiet li tagħmel il-hedging, jiġifieri li tixtri l- prezz taż-żejt għal diversi snin bil-prezz li jkun qed jinbiegħ dakinhar li jkun ġie ffirmat il-ftehim, u tgħidx kemm kienu qalu affarijiet il-membri tan-naħa l-oħra meta kien ġie ffirmat dan il-ftehim!", "Dan minkejja li kien fatt magħruf minn kulħadd li l-prezz taż-żejt kellu jisplodi 'l fuq, u fil- fatt hekk kif tela' fil-gvern il-partit Nazzjonalista qabad u ddeċieda li jibda jixtri ż-żejt bil-prezz tas-suq bil-konsegwenza li l-ftehim li kien sar fi żmien l-amministrazzjoni Laburista mhux talli ġie mwarrab imma talli anke setturi oħrajn, bħall-Air Malta, li kienu qed jitħajru jiffirmaw ftehim ta' hedging għall-fuel li kienu qed jixtru, iddeċidew li jkomplu jixtru bil-prezz tas-suq biex ma jmorrux kontra r-rieda tal-gvern Nazzjonalista.", "X'kien ir-riżultat ta' dan kollu?", "Ir-riżultat ta' dan kollu kien li komplejna nħaffru l-ħofra finanzjarja ta' pajjiżna għax ilkoll kemm aħna nafu kif splodew 'il fuq il-prezzijiet taż-żejt.", "Fil-fatt jekk m'iniex sejjer żball il-prezz taż-żejt matul dawn l-aħħar għaxar snin qatt ma kien għoli daqskemm hu għoli llum.", "L-istess ħaġa sar fir-rigward ta' l-aviation fuel biex minflok ma pprovajna nimlew il-ħofra finanzjarja tal-pajjiż komplejna nħaffruha.", "U l-gvern preżenti kif qed jipprova jimla l-ħofra finanzjarja tal-pajjiż?", "Huwa qed jipprova jimla l-ħofra finanzjarja tal-pajjiż billi qed jintaxxa lill-poplu dejjem iktar, u minkejja li suppost kellhom jorħsu 40,000 prodott bl-introduzzjoni tal-VAT, il-gvern spiċċa biex ħa lill-poplu Lm30 miljun f'VAT, f'income tax u f'taxxi oħra.", "Kieku almenu l-gvern Nazzjonalista għaraf jibża' għal dawn il-Lm30 miljun fiha u ma fihiex, pero` l-gvern preżenti ddeċieda li jberbaqhom, bħalma berqaqhom, per eżempju, meta ddeċieda li għandna nixtru ż-żejt bil-prezz tas-suq, bil-konsegwenza li llum il-poplu qed ikollu jħallas iktar flus biex jingħata s-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Issa meta fil-budget li jmiss il-gvern jerġa' jgħolli t-tariffi tad-dawl u l-ilma, se jgħidlu l-verita` lill-poplu, ċioe` li huwa kellu jgħolli dawn it-tariffi minħabba li ma kienx għaqli biżżejjed bil-konsegwenza li llum qed ikollu jixtri ż-żejt bil-prezz tas-suq?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "MIn qed jipproponi?", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Michael Farrugia jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ġaladarba l-kelliema ta' l-oppożizzjoni m'humiex qed jingħataw extension minkejja li qed ikollhom iktar xi jgħidu, inħossni kostrett li nsejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-7.56 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, jien persważ li l-membri kollha ta' din il-Kamra qed jaqblu ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Li ma naqbilx biss jien hu mal-prinċipju li hawnhekk se nwaqqfu awtorita` oħra.", "Fil-fatt jien naħseb li anke l-poplu Malti u Għawdxi ddejjaq jisma' bit- twaqqif ta' iktar awtoritajiet.", "Huwa veru li kien hemm bżonn li jitwaqqfu ċerti awtoritajiet, bħalma hi dik tat-trasport, biex b'hekk dak kollu li jaqa' taħt xi qasam partikolari jinġabar taħt kappa waħda, pero` meta din is-sena rajt li qed jitwaqqfu dawn l-awtoritajiet kollha bdew jidħluli ċerti flieles f'moħħi u bdejt nistaqsi lili nnifsi: Dan għaliex qed isir?", "Mela l-gvern m'għandux biżżejjed nies biex jagħmlu x-xogħol li tagħmel awtorita`?", "Hemm bżonn li nidħlu f'iktar spejjeż?", "U għaliex qed ngħid li meta nwaqqfu awtorita` nkunu qed nidħlu f'iktar spejjeż?", "Għax biss biss meta twaqqaf awtorita` tkun trid taħtar chairman, ...", "U llum rajna fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari kemm jitħallsu ċ-chairmen biex imexxu dawn l- awtoritajiet, u dan minbarra l-ispejjeż tal-karozzi u ta' perkaċċi oħra.", "Biżżejjed ngħid li llum waqajna fl-assurdita` li chairman ta' kumpannija, li għandu ħafna u ħafna inqas responsabbilta` minn ministru, huwa mħallas it-tripplu ta' kemm hu mħallas ministru.", "Għaliex qed ngħid li chairman ta' kumpannija għandu ħafna u ħafna inqas responsabbilta` minn ministru?", "Għax in the long run huwa l-ministru li jrid imur quddiem il-poplu biex jgħid x'għamel u x'm'għamilx.", "Jintqal ħafna dwar kemm għandhom salarji tajbin il- ministri, pero` ftit li xejn jintqal dwar kemm dawn il-ministri jkollhom jagħmlu sagrifiċċji biex imexxu l-oqsma li jkunu responsabbli minnhom 'il quddiem.", "Mr Speaker, jien ma nistħix ngħid li meta kont responsabbli mill-qasam tal-posta kont sibt li wħud miċ-chairmen tal-bordijiet li kellna mwaqqfin lanqas biss kienu jafu x'inhu għaddej, u għalhekk hemm bżonn li l-ministri - u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għall-ministri tal-lum, jiġifieri tal-gvern Nazzjonalista imma anke għall-ministri Laburisti li se jkollna iktar 'il quddiem - jaraw x'ikun qed isir sewwa sew fil-qasam li jkunu responsabbli minnu u ma jħallu lil ħadd jgħaddihom minn għajn il-labra.", "Jien għandi kull rispett lejn iċ-chairmen, pero` huwa inaċċettabbli li chairman ma jkunx jaf x'inhu għaddej mill-qasam li jkun responsabbli minnu.", "Per eżempju, fil-Gozo Channel Company Ltd. tant kellna chairmen irresponsabbli li wħud minnhom lejliet l-elezzjoni ffirmaw kuntratt li mbagħad kellu jitwekka bih il-gvern Laburista preċedenti.", "Biżżejjed ngħid li dawn iċ-chairmen tant kienu irresponsabbli li lanqas biss indunaw li din il-kumpannija kienet falluta u li lanqas biss kien hemm biżżejjed flus biex jitħallsu l-pagi u l-bolol tal-ħaddiema.", "Jien nistaqsi: Kif se nivvintaw li nwaqqfu awtorita` oħra dwar ir-riżorsi meta ħafna mir-riżorsi diġa' jaqgħu taħt ministeri oħrajn?", "Issa jista' jkun li dan isir għax il-gvern tant huwa magħfus mill-Unjoni Ewropea li ma jistax iżomm in-nies tiegħu li dan ivvinta kappa oħra biex ikun jista' jdaħħalhom hemmhekk.", "Jekk almenu n- nies li qed jgħidu li hemm żejda mal-gvern imorru jaħdmu ma' din l- awtorita` well and good, pero` jien ma nemminx li dawn se jingħataw ċans jerġgħu jmorru mal-gvern fi żmien sena biss imma nemmen li din il-unions se jużawha bħala lever billi jgħidu li s'issa għad ma sar l-ebda ftehim u li allura sakemm ikun lest il-collective agreement il-ħaddiema li jkunu marru jaħdmu ma' l-awtorita` għandu jkollhom dritt jerġgħu jmorru jaħdmu mal- gvern, anke jekk il-perijodu ta' sena jkun għadda.", "Jekk dan hu l-każ, jien wisq nibża' li se jkun hemm ħafna li jmorru jaħdmu ma' din l-awtorita` sakemm jiksbu xi promotion u mbagħad jerġgħu jmorru jaħdmu lura mal-gvern.", "Jien naħseb li din hija biss skuża sabiex inkunu nistgħu ndaħħlu jaħdem fl- awtoritajiet lil min irridu aħna, bħalma ġara fil-każ tal-freeport fejn nies li qatt ma kienu rreġistraw intbagħtu jirreġistraw għal xi drabi u mbagħad spiċċaw jaħdmu f'din il-kumpannija.", "Dawn l-affarijiet ma jagħmlu unur lil ħadd, u hawnhekk irrid nagħmilha ċara li ġaladarba jerġa' jitla' fil-gvern il-partit Laburista dawn l-awtoritajiet kollha jridu jispiċċaw ħalli l-poplu Malti u Għawdxi ma jkomplix jiġi misruq.", "Illum il-gvern Nazzjonalista qed jgħid lill-ħaddiem biex inaqqas minn dak li akkwista.", "Jiġifieri aħna rridu nġibu lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin fis-sitwazzjoni li kienu fiha qabel l-1971 fejn lanqas biss kienet teżisti l-minimum wage?", "F'din is-sitwazzjoni se nġibuh lill-ħaddiem; li lanqas se jkollu dritt għall-vaganzi?", "Jiġifieri dak kollu li rebaħ taħt gvernijiet Laburisti se nerġgħu neħduhomlu?", "Mr Speaker, jien wieħed min-nanniet hawn ġew u niftakar li meta l-gvern Laburista kien iddeċieda li jagħti ċ-children allowance lill-ewwel tliet ulied biss, il-membri tan-naħa l-oħra kienu qalulna: Mela r-raba' wieħed bagħal?", "Jien ngħidilhom: Ir-raba' wieħed bagħal x'jiġifieri?", "Imma ara n- Nazzjonalisti qatt ma qalulu lill-poplu li huma ma jridux jafu b'children allowance imma jsemmu biss il-family allowance!", "U dan għaliex?", "Għax filwaqt li bil-family allowance il-gvern ikun jista' jagħti lill-poplu kemm irid għax din l-allowance tiġi kkalkolata skond il-means test, biċ-children allowance il-gvern Nazzjonalista kien marbut li jagħti kollox.", "Issa hawnhekk hawn min iġib l-argument: Imma allura dak li jaqla' Lm20,000 fis- sena għandu dritt għaċ-children's allowance?", "Dażgur li għandu dritt!", "Jekk dak iħallas income tax iktar minni!", "Issa ovvjament hawnhekk jien qed nirriferi għal min hu onest u jiddikjara kollox u mhux għal dak li ma juri xejn.", "Ġaladarba għal kull Lm1 li qed inħallas jien huwa qed iħallas Lm2,000, min jaqla' Lm20,000 f'sena jkun qed jgħinni biex nibgħat lil uliedi l-iskola b'xejn u biex ninqeda mis-servizzi ta' l-isptar b'xejn.", "Imma din ħadd mill-membri tan-naħa l-oħra ma qalhielu lill-poplu, bħalma ma qalulux li meta jitilgħu fil-gvern huma kienu se jkeċċu lill-ħaddiema ta' Kalaxlokk jew inkella li l-ħaddiema jridu jaġġustaw ruħhom.", "X'iridu jgħidu biha li l-ħaddiema jridu jaġġustaw ruħhom?", "Jiġifieri wara li l-ħaddiema u l-GWU iġġieldu tant biex iġibu l-ħin tax-xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa issa se nġiegħluhom jibdew jaħdmu s-Sibt ukoll?", "Għedtulu lill-poplu li fl- Ewropa qed jiġġieldu biex il-ħin tax-xogħol minn 40 siegħa jiqsar għal 35 siegħa?", "U dan ifisser ukoll li l-ħaddiema se jitilfu l-leave?", "Għajjattu tant intom biex takkwistaw il-voti meta neħħejna l-festi pubbliċi!", "Fil- fatt intom wasaltu saħansitra biex għedtu lill-poplu li jekk kemm-il darba terġgħu titilgħu fil-gvern, se terġgħu tiddikjaraw il-festi pubbliċi li neħħa l-gvern Laburista bħala festi pubbliċi.", "Ara l-festa ta' Corpus, għalkemm hija ikbar minn dik ta' San Ġużepp, il-gvern Nazzjonalista baqa' ma ddikjarahiex bħala festa pubblika.", "Lanqas meta Kristu tela' s-sema ma ddikjaraha bħala festa pubblika!.", "Issa r-reliġjon tagħna hija bbażata fuq Kristu u mhux fuq San Ġużepp jew fuq San Pietru u San Pawl, imma billi l- gvern Nazzjonalista kien jaf li jekk stess jiddikjara t-tifkira tat-Tlugħ ta' Kristu fis-Sema bħala festa pubblika ma kienx se jakkwista voti, huwa ddikjara bħala festi pubbliċi l-festa ta' San Ġużepp u ta' San Pietru u San Pawl!", "Imma issa ħalli nkompli.", "X'se ttellfulu iktar lill-ħaddiem?", "(Interruzzjonijiet) Se jċedi?!", "Mela ma jċedix il-ħaddiem!", "Jien l-ewwel wieħed li lest li nċedi, pero` mbagħad mhux jiġi l-perit England u nagħtuh Lm172,000 talli għamel gozz bozoz jitfu u jixgħelu!", "Jien lest li nċedi.", "Aħna għal Malta għamilna daqstant sagrifiċċji!", "Aħna għalhekk ma konniex inġibu ċikkulata minn barra; biex il-ħaddiem jaħdem, u dak iż-żmien għamilna ċerti restrizzjonijiet fuq id-dħul tat-televisions tal-kulur minħabba li ma kellniex flus.", "Imma intom mhux hekk għedtulhom lill-ħaddiema!", "(Interruzzjonijiet) Le, aħna m'għamilna l-ebda opra, imma meta fl-1987 intom tlajtu fil-gvern ħallejnielkom Lm500 miljun fil-Kaxxa ta' Malta biex imbagħad intom ħraqtuhom!", "Dawn l-affarijiet għidulhom lill- ħaddiema!", "(Interruzzjonijiet) Ara intom, wara li bnejtu l-power station ta' Delimara spiċċajtu f'sitwazzjoni fejn lanqas tistgħu tixtru spare parts għax il-kumpannija li xtrajtu l-makkinarju mingħandha spiċċat!", "U mbagħad xi ngħidu għall-Gozo Channel?!", "Meta qrajt il-kuntratt tal-Gozo Channel sibt li virga tal-welding tiswa 5c, u dan meta li kieku ħallejtuhom jaħdmuha l-ħaddiema tax-shipbuilding jew tad-dockyard kienet tiġi tiswa 2c.", "Imma bl-agreement li għamiltu intom kellkom tixtru virga tal-welding bil- prezz ta' 5c, u dan meta l-kumpannija tixtriha bil-prezz ta' 1c5!", "Dawn l- affarijiet imesskom tgħidulu lill-ħaddiem!", "Mr Speaker, meta kont qed nipprova nirranġa l-Posta Ltd. u lill-Gozo Channel Company Ltd. is-Sur Gafa' kien iġibni fuq il-gazzetta fejn kien jgħid li l-ħaddiema għandhom breakdown u stress kbir fuqhom għax kienu għadhom ma jafux x'se jiġri fil-Posta Ltd.", "Illum seħibkom Gafa' qed jgħidilkom u ġab fuq il-gazzetta li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk għandhom breakdown u stress kbir fuqhom?", "Mela niġu ngħidu li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk marru tajjeb għax iġġelditilhom il-GWU!", "L-union l-oħra kienet tgħajjarha tant lill-general workers union li m'hijiex qed tiġġieled għad- drittijiet tal-ħaddiema!", "L-union l-oħra bejn l-1971 u l-1987 riedet li l- ħaddiem jaqla' Lm9 fil-ġimgħa, imma aħna minn Lm2.50 fil-ġimgħa lill- ħaddiem irnexxielna nagħtuh il-minimum wage u tajnih żieda ta' xi Lm4.", "Imbagħad meta għamilna l-wagefreeze intom ħriġtu tgħajruna.", "Fl-aħħar budget li għamel Dr Borg Olivier, Alla jaħfirlu, almenu kien onest u qal li huma se jħallu s-siġġijiet tal-gvern u m'humiex se jagħmlu budget għax fil- Kaxxa ta' Malta ma kienx hemm flus.", "Mr Speaker, illum għaliex qed infaqqsu awtorita` oħra?", "Mhux biex inħaddmu n-nies tagħna fiha, u biex inkunu nistgħu nwaqqfu chairman u vice- chairman ieħor?", "Imbagħad lil dawn ma tkunx trid tagħtihom karozza wkoll u timlihielhom bil-petrol?", "U kulħadd jaf x'kien qed jiġri ġaladarba kien hemm il-policy li meta ċ-chairman jew il-vice-chairman jispiċċa minn dik il- kariga jieħu l-karozza għal kollox; meta kienu jkunu waslu biex jispiċċaw kienu jibdlu l-karozza, allavolja l-oħra kienet tkun għadha f'sitwazzjoni tajba, biex b'hekk meta jispiċċaw minn dik il-kariga jkollhom karozza ġdida fjamanta..", "Dawn l-affarijiet għedtuhomlom lill-ħaddiema?!", "Ara meta għedt dawn l-affarijiet jien qamu l-irwiefen kollha u tgħidx kemm għajruni u qaluli li rrid inkisser dawk l-agreements!", "Għalija dawn l-agreements m'huma xejn għajr biċċa karta u hekk kif nerġgħu nitilgħu fil-gvern - għax jien nemmen li llum il-ħaddiem fetaħ għajnejh - jien l-ewwel wieħed li mmur fil-konferenza ġenerali tal-partit u nitkellem fuq dan is-serq tal-poplu.", "Issa ejjew ngħidu l-verita`; jien, għax jien chairman jew direttur, xi dritt għandi li meta nispiċċa l-kariga tiegħi nieħu l-karozza li nxtrat minn flus il-poplu?", "Aħna l-membri parlamentari, li l-maġġoranza tagħna jkollna nħabbtu wiċċna kuljum man-nies, xi drittijiet għandna iktar minn ħaddieħor?", "Xejn!", "Allura mnejn safejn nagħtu dawn id-drittijiet liċ- chairmen u lill-vice-chairmen ta' l-awtoritajiet?", "Issa daħlet drawwa oħra wkoll; tal-babysitter!", "Issa hawnhekk m'iniex qed ngħid li qed nipprovdu babysitter għal dik il-mara li qed ikollha bilfors toħroġ taħdem biex tlaħħaq mal-ħajja, tafux!", "Ara dik, lit-tfal tagħha jkollha tħallihom għand ommha jew f'xi nursery!", "Hawnhekk qed nirriferi għaċ-chairmen.", "Ara għal dawn, għandna flus!", "Għax-xjuħ u għall-morda m'għandniex!", "Imbagħad ix-xjuħ imorru l-ispiżerija tal-gvern għall-pilloli u jgħidulhom li m'għandhomx!", "Mr Speaker, jien nistaqsi: L-awtorita` li se nwaqqfu x'riżorsi se tieħu ħsieb?", "Mela hemm bżonn awtorita` biex nieħdu ħsieb ir-riżors ta' l-ilma?", "Xi ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra qal li aħna m'għandux għalfejn ikollna nkwiet fuq l-ilma għax din is-sena għamlet xita biżżejjed.", "Huwa veru li din is-sena għamlet xita biżżejjed, imma issa x-xita ilha li waqfet minn Marzu!", "Forsi se nwaqqfu din l-awtorita` minħabba t-tiftix taż-żejt.", "Mela tajjeb; il-membri tan-naħa l-oħra kienu jgħidulna li m'hawnx żejt u issa huma qed iwaqqfu awtorita` biex isibu ż-żejt!", "Imma ejjew ngħiduha kif inhi: Biex insibu ż-żejt hemm bżonn inwaqqfu awtorita`?", "Biex insibu ż- żejt huwa biżżejjed li jkollna bniedem ta' l-affari tiegħu li jiftiehem mal- kumpannija li tkun se tħaffer, ...", "Hekk isiru l-affarijiet u mela nwaqqfu awtorita`!", "Biss biss iċ-chairman ta' din l-awtorita` ma jistax ikun li jifhem f'kull riżors li għandna f'pajjiżna!", "Possibbli li fil-pajjiż m'għandniex nies kapaċi biżżejjed biex isibu l-ilma?!", "Il-bdiewa ma kellhom l-ebda awtorita', imma kollha ħaffru u rnexxielhom isibu l-ilma!", "Din l- istorja tixbah lill-ħabiba tiegħi l-awtorita` ta' l-ippjanar, li biex nagħmel tieqa rrid inġib 10,000 perit bil-konsegwenza li din it-tieqa tiġi tiswini iktar minn blokk bini.", "U ejjew ma nkomplux indaħħku n-nies bina!", "Meta nkun se nikkonkludi dan id-diskors se ngħid għaliex qed jitwaqqfu dawn l-awtoritajiet kollha.", "Mr Speaker, din id-darba lill-partit Laburista ħadd m'hu se jagħmillu bsaten fir-roti meta jerġa' jkun fil-gvern.", "Dan mhux qed ngħidu b'xi forma ta' theddid imma qed ngħidu sempliċement għax aħna biss nafu minn xiex għaddejna u mhux beħsiebna nerġgħu ngħaddu minn dan il-martirju.", "Fl-Air Malta kien hemm loaders li kienu ilhom jaħdmu hemm sena sħiħa u għax kienu għadhom casual ġew imkeċċija - għax kumbinazzjoni nstab li dawn kollha ma kenux tajbin! - biex daħal minflokhom ħaddieħor.", "Mr. Speaker, għalhekk qed inwaqqfu din l-awtorita` llum?", "Jien nixtieq inkun naf kemm se timpjega nies din l-awtorita`.", "Jew huwa l-ministru li se jiddeċiedi kemm se jidħlu nies ma' din l-awtorita`?", "U kemm se jkun imħallas iċ-chairman tagħha din?", "Nixtieq li jgħiduli wkoll fejn se naslu billi nwaqqfu din l-awtorita`.", "Jiġifieri l-għada li titwaqqaf din l- awtorita` se nsibu ż-żejt u se jibda jkollna ilma biżżejjed?", "X'riżorsi għandna iktar f'pajjiżna?", "Forsi l-ġebla Maltija?", "U ejjew ma noqogħdux nidħku bin-nies!", "Naħseb li dalwaqt se ngħidulhom li se nibdew infittxu d- deheb, ir-ramm u ċ-ċomb ukoll!", "Meta l-poplu jisma' li se nwaqqfu awtorita` dwar ir-riżorsi n-nies min jaf kemm jaħsbu li għandna riżorsi!", "Naturalment imbagħad lil din l-awtorita` nagħmlulha ċ-chairman, il-vice-chairman, is- segretarju tal-bord, ...", "Insomma, bejn wieħed u ieħor din l-awtorita` se tqum lill-gvern mat-Lm80,000.", "Imbagħad ovvjament lil din l-awtorita` nkunu rridu nsibulha uffiċċju wkoll, jiġifieri lill-gvern se tiġi tiswih mat-Lm3 miljun.", "U mbagħad liċ-chairman ma nkunux irridu nagħtu lilu u lill-mara daqsxejn ta' karozza?", "Imbagħad ma nkunux irridu nagħtuh it-telecell ukoll?", "U ta' taħtu ma jkunux iridu telecell ukoll biex ikunu jistgħu jkellmuh?", "Qed ngħidulu lill-poplu Malti u Għawdxi li qed inwaqqfu dawn l-awtoritajiet biex inkunu nistgħu nimpjegaw lin-nies tagħna?", "Ovvjament issa l-membri tan- naħa l-oħra kollha se jqumu jmeruni u jgħiduli li f'din l-awtorita` se jiddaħħlu jaħdmu anke nies Laburisti.", "Issa meta titwaqqaf din l-awtorita` għiduli kemm daħlu nies Laburisti f'din l-awtorita`.", "Huwa veru li għall- ewwel se nibagħtu lill-ħaddiema tal-gvern hemmhekk, pero` mbagħad nibdew nipprovaw indejquhom ħalli jmorru minn fejn ġew u b'hekk inkunu nistgħu ndaħħlu lin-nies tagħna, bħalma sar fl-awtoritajiet l-oħra!", "Biex lili ma jħallunix fil-Medserv Ltd., lil dak li poġġew minfloki ma tawhx il-kariga ta' general manager, kif kont jien, imma biddlulu n-nomenklatura għal managing director.", "Ikun interessanti jekk wieħed isemmi wkoll x'kien jgħid il-kuntratt ta' dan il-managing director, u din hija xi ħaġa li qatt ma nkitbet fl-ebda kuntratt.", "Fil-fatt dan il-kuntratt kien jgħid li jekk il- managing director, għal xi raġuni jew oħra, jirriżenja, dan għandu jieħu somma, anke jekk ikun irriżenja minn jeddu.", "Issa mill-qorti rriżulta, wara dak il-gideb kollu li sar, li lili mhux il- bord jew iċ-chairman tal-Medserv Ltd. keċċewni imma l-ministru qalilhom biex ikeċċuni.", "Hawn jien nistaqsi: B'dan il-mod se naħdmu fl-awtoritajiet li nwaqqfu?", "Din hi s-serjeta` kollha?!", "Semmejt il-każ tiegħi għax minkejja li ili 14-il sena niġġieled, il-każ tiegħi ma jsemmih ħadd.", "Ara min kien segretarju u tkeċċa, lil dak tajnieh Lm40,000!", "(Interruzzjonijiet) Lil Meilak?!", "Inti lil Meilak biss issemmi?!", "Lil Grima ma ssemmihx?", "Dak ma seraqhomx?", "Lil Meilak qed issemmi?!", "Lil Meilak intom ridtu tkeċċuh bilfors!", "(Interruzzjonijiet) Ara intix kapaċi tiġġustifika għaliex keċċew lili!", "(Interruzzjonijiet) U mela agħlaq ħalqek għax jien fuqi nitkellem.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħidulu lill-poplu u mela biex jaġġusta ruħu!", "X'jaġġusta jaġġusta!", "Dak li rebaħ il-ħaddiem, dan rebħu għax kien kapaċi jiġġieled għad-drittijiet tiegħu.", "Ara qabel ma tela' l-gvern Laburista fl-1971, imkien ma kienet titħaddem il- policy li l-ħaddiem għandu jaħdem biss 40 siegħa fil-ġimgħa.", "(Interruzzjonijiet) Inti għandek kuraġġ tgħidilhom lill-ħaddiema tax-xatt li se jispiċċaw?", "Għidilhom li se jispiċċaw meta tkun Ħal Qormi, u għidilhom li anke l-wirt se jneħħulhom għax qed jgħidu li m'għandhomx dritt għalih!", "Għidilhom ukoll li jekk jistrajkjaw intom se ġġibulhom lil tat- Texaco biex jaħdmu minflokhom!", "Għidilhom li issa reġgħu ġejjin bħalma kienu qabel; f'idejn il-foreman, u li l-foreman iħaddmek biss jekk tagħtih xi tiġieġa jew xi ħaġa oħra!", "Sa l-1971 il-ħaddiem tax-xatt ma kellu xejn, imma lil dan m'għamilnielu l-ebda awtorita`.", "(Interruzzjonijiet) Intom iż- żgħar kollha tidħku, imma tidħku għax ma tafux mil-liema martirju għadda l- ħaddiem Malti!", "Il-ħaddiem Malti la kellu awtoritajiet, la kellu pensjoni, la kellu bonus u lanqas kellu children's allowance, li issa intom se tneħħuhielu.", "Tgħid il-bonus se tneħħuhulu wkoll lill-ħaddiem?", "Meta l- partit Laburista ta lill-ħaddiem Malti u Għawdxi Lm8 bonus kien hawn wieħed f'dan il-parlament - illum dan l-individwu huwa mejjet u allura m'iniex se nsemmih b'ismu - li qalilna: Kif se tkissruh pajjiż!", "Imbagħad qam sieħbu ta' ħdejh u qalilna: Imma dan il-bonus għamiltuh għall-ħaddiema tal-gvern biss!", "U l-ħaddiema l-oħra kif se jeħduh?", "Madanakollu bis-saħħa tal-GWU il- ħaddiema kollha ħaduh.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li qabel ma kienx hawn unions ħlief il-GWU, imbagħad il-partit Nazzjonalista vvinta l-MAS biex ikisser lill-GWU u mbagħad twaqqfet ukoll l-UĦM.", "Mela l-UĦM ma messhiex fetħet ħalqha u qalet lill-gvern Nazzjonalista biex ma jneħħi l-ebda benefiċċji?", "(Interruzzjonijiet) Possibbli, Onor. Hyzler, li l-UĦM lesta li tikkoopera miegħek u tneħħi l-benefiċċji lill-ħaddiema?!", "Il-UĦM imissha tkun ta' l-affari tagħha biżżejjed u tqum tgħid lill-gvern Nazzjonalista li ma taqbilx miegħu.", "U mela jiġi jgħidli li se jneħħili l-leave?!", "Iss, tajjeb ukoll!", "Mela jien biex nixtri dari nagħmel id-dejn għax b'Lm70 fil- ġimgħa jidhirli li nkun nista' naqta' d-dejn filwaqt li nitma lill-familja, nilbes diċenti u jkolli karozza, u mbagħad jiġi l-gvern u jgħidli: Issa minn Lm70 se tibda taqla' Lm30!", "Imma dan x'jiġifieri?!", "Imbagħad jiġi jħallasli d-dejn il-gvern?!", "Ibdewha intom l-avukati, it-tobba u l- professuri din!", "U mbagħad dan kollu biex taħtru chairman t'awtorita` u tipprovdulu s-servizz ta' nanny u ta' xufier!", "Għaliex ma tħallsux lill- ħaddiema ta' Kalaxlokk minflok ma tagħtu t-telecells liċ-chairmen?", "Għaliex ma tħallsux lill-ħaddiema ta' Kalaxlokk minflok ma tagħtu liċ-chairmen il- karozza bil-petrol b'kollox u l-allowance biex taparsi jitla' Għawdex għax- xogħol u mbagħad jitla' biex jieħu vaganza?!", "Ara issa ħriġna niftaħru li qasmu iktar nies bejn Malta u Għawdex minn kemm kienu qasmu fi żmien il- gvern Laburista, qisna skoprejna l-Amerka!", "L-Onor.", "Debono aħjar tgħidilna li minkejja li Posta Ltd. saret kumpannija privata, huwa l-poplu Malti u Għawdxi li jrid iħallas id-dejn li ħalliet din il-kumpannija!", "Anke l-Gozo Channel company Ltd. hija kumpannija privata, pero` huwa l-poplu Malti u Għawdxi li jrid iħallashom il-Lm50 miljun u mhux il-kumpannija!", "Mela lill-Gozo Channel mhux il-gvern irid jagħmlilha l-letter of comfort, bħalma se jagħmel lil din l-awtorita` li se nwaqqfu?!", "Dawn huma l-affarijiet li rridu ngħidulu lill-poplu!", "U mela niġu ngħidulu li se nwaqqfu awtorita` dwar ir-riżorsi?!", "L-ewwelnett aħna x'riżorsi għandna?!", "Forsi l-ilma?!", "Allura se nonfqu dawn il-miljuni ta' liri kollha biex tieħu ħsieb l-ilma?", "Mela l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma x'inhi tagħmel?", "Allura se nwaqqfu awtorita` ġo korporazzjoni?", "Jiġifieri issa se nwaqqfu awtorita` fl-awtorita` ta' l-ippjanar ukoll?!", "(Interruzzjonijiet) Għandkom raġun tidħku għax kieku anke jien nidħak!", "X'ma tidħkux; dħaktu daħka bih bħal dik lill-poplu!", "Imisskom ma tidħkux; lill-poplu twegħduh lil Alla u mbagħad lanqas lix-xitan ma ssibulu!", "Dan għandna ngħidulu lill-poplu u mela li għandna nnaqqsu l-benefiċċji!", "Jekk tridu, naqqsuhom il-benefiċċji, imma l-aqwa li jitnaqqsu l-benefiċċji ta' kulħadd!", "Per eżempju, l-ewwel jien irrid nara liċ-chairmen imorru d-dar b'tal-linja u mhux bl-air-conditioner fil-karozza filwaqt li lill-ħaddiema dejjem ngħidulhom biex jaħdmu iktar għax inkella nnaqqsulhom il-benefiċċji!", "Allaħares ma kenitx il-general workers union għall-poplu Malti u Għawdxi għax kieku dan għadu mfarrak u imkisser sal-lum!", "Biżżejjed ngħid li kieku ma kienx għall-GWU u għall-partit Laburista, illum pajjiżna m'għandux skejjel b'xejn, li kieku ma kienx għall-GWU u għall-partit Laburista, ...", "U tistgħu tgħajruna miżżewġin u poġġuti kemm tridu!", "Aħna interess wieħed għandna; li lill-ħaddiem intellgħuh dejjem 'il fuq.", "Mela f'liema sitwazzjoni triduh lill-ħaddiem intom?!", "Fis-sitwazzjoni li kien meta konna naħdmu fil-Malta Rubber Ltd., quddiem forn b'Lm4 fil-ġimgħa?", "Kieku ma kienx għall-GWU illum il-ħaddiema lanqas vacation leave u sick leave m'għandhom!", "Dawn l-affarijiet irridu ngħidulu lill-ħaddiem u mhux li se nwaqqfu awtorita` dwar ir-riżorsi!", "Konna ngħajruhom tant lill-pajjiżi komunisti li mħallsin bis-soldi u li jmorru bil-kupun!", "Allura aħna hekk se nġibuhom lill-ħaddiema Malti u Għawdxin issa; bil-kupun?", "Jien niftakar li meta l-partit Laburista kien neħħa r-ration fl-1972, tgħidx kemm kien hemm twerżiq u għajjat, u dan meta kulma kien hawn bir-ration kien l-għaġin, iz- zokkor, il-ħobż, iż-żejt u s-sapun!", "Kienu jgħidulna: Se toqtluh bil-ġuħ lill-poplu Malti u Għawdxi!", "Imessna waqqafna awtorita` wkoll dak iż-żmien biex inneħħu r-ration!", "Insomma, Mr Speaker, jien xejn ma ħadtha bi kbira li l-Onor.", "Hyzler qal li għandna nnaqqsu l-benefiċċji tal-ħaddiema għax taħt il-gvernijiet Nazzjonalisti l-ħaddiem qatt ma ngħata benefiċċji.", "Per eżempju, meta kontu tgħajruna matul il-leġislatura preċedenti minħabba li daħħalna 50ċ miżata għal kull riċetta li ssir għal pilloli b'xejn, intom lill-poplu m'għedtulux li qabel ma tela' l-gvern Laburista ta' l-1971 kulmin kien ikun qed jiġi rikoverat fl-isptar kien ikollu jħallas 50ċ kuljum.", "Qed nara lit-tabib kollega tiegħi jidħak, u għandu raġun jidħak!", "Ikun tajjeb jekk lil dan il- kollega tiegħi nfakkru li kien il-gvern Laburista li neħħa l-mard tas-sider u l-lebbra minn Malta.", "Ara li kieku dak iż-żmien kien hemm fil-gvern il- partit Nazzjonalista, dawn in-nies żgur li kienu jmutu!", "(Interruzzjonijiet) Inti ma tiftakarx għax kont għadek żgħir, imma kien il- gvern Laburista li bagħat lil dawn il-morda l-Awstrija u l-Isvizzera u ġabhom imfejqin.", "Kien il-gvern Laburista wkoll li meta tela' fl-1971 neħħa dak il-ħmieġ li kien hemm l-Imgieret u ma ħalliex dik is-sitwazzjoni li kien hemm fejn lill-imġiddmin kienu jsakkruhom u jitimgħuhom bħall- annimali.", "(Interruzzjonijiet) Bħala tabib inti jmissek tafhom dawn l- affarijiet!", "Ara dak iż-żmien il-gvern Laburista kien irnexxielu jagħmel dan kollu mingħajr ma jwaqqaf awtoritajiet.", "Kien il-gvern Laburista wkoll li lill-ħaddiema tax-xatt iffissalhom il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom għal 40 siegħa fil-ġimgħa u ordna li jibdew jaħdmu huma fil-portijiet.", "Ara l- partit Nazzjonalista lill-ħaddiema tax-xatt kien jgħidilhom: Intom qed tkissru lil Malta!", "Mhux veru; il-ħaddiem tax-xatt qatt ma kisser lil Malta, anzi bis-saħħa tiegħu u tat-tarznari l-ħaddiem Malti rebaħ dak li għandu llum; fosthom l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, il-pensjoni, is-sick leave, l-injury leave, ...", "Din hi l-istorja tal-partit tal-ħaddiema, u issa toqogħdux tgħajruna bil-vjolenza.", "Jekk tridu titkellmu fuq il- vjolenza, nitkellmu u ngħidu min kien jagħmel il-vjolenza!", "L-ebda ħaddiem fid-dinja kollha ma rebaħ xejn mingħajr ma ġġieled.", "Jien kont ħaddiem u naf x'jiġifieri li tkun ħaddiem.", "Jien ħdimt ukoll bil-lejl, u naf ukoll x'jiġifieri kemm ibati ħaddiem bil-lejl.", "Jien ħdimt ix-xatt u naf kemm ibatu l-ħaddiema tax-xatt.", "Jien ħdimt il-Forsheda (Malta) Ltd. quddiem il- fran u naf x'jiġifieri taħdem fil-fran fis-sħana t'Awissu għal Lm4 fil- ġimgħa.", "Kienu l-gvern Laburista u l-GWU li tellgħu lill-ħaddiema 'l fuq, u dan mingħajr ma waqqfu l-ebda awtorita`.", "Meta l-ħaddiem iġġieled fis-sette giugno l-ewwel kulħadd mar jinħeba u mbagħad kulħadd ġie jirkeb minn fuq dahar il-ħaddiem għax dakinhar il-professjonisti u s-sinjuri ma ġġieldux.", "Anke meta ġġieled għall-ħelsien fl-1958 - li issa l-membri tan-naħa l-oħra jridu jerġgħu jbigħu lill-Ewropa - il-ħaddiem iġġieled mingħajr ma qagħad iwaqqaf l-awtoritajiet.", "Il-ħaddiem Malti huwa intelliġenti, u ma tagħtuhx tort li reġa' tella' lilkom għax intom wegħdtuh lil Alla jiżfen.", "Intom tafu x'intom tgħidulu lill-ħaddiem Malti?", "Li se nagħmlu welfare state, jiġifieri se mmorru nħabbtu l-bibien, nittallbu u min jiftħilna jgħidilna \"Alla jgħinek\", bħal dak li qallu li lil uliedna se nitimgħuhom lil \"Alla jgħinek\".", "Tafu x'imissna ngħidulu lill-ħaddiem?", "Li din l-awtorita` li qed inwaqqfu se nwaqqfuha biex inpaxxu erbgħa min-nies.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu llum huwa konferma ta' kemm il-gvern preżenti għadu jemmen li l-unika soluzzjoni biex pajjiżna jimxi 'l quddiem hija billi nżidu iktar taxxi fuq il-poplu u iktar spejjeż fuq l-amministazzjoni tal-Gvern, f'dan il-każ fuq it-tmexxija tar-riżorsi ta' pajjiżna.", "Dan jistona ħafna mas-sitwazzjoni li qed jiffaċċja l-gvern bħalissa.", "X'inhi din is-sitwazzjoni, Sur President?", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li teżisti sitwazzjoni fejn il-gvern, hu min hu, ma jiflaħx għall-ispiża tas-sorsi ta' l-enerġija tad-dawl u ta' l-ilma, u l-vittmi ta' din is-sitwazzjoni huma l-pensjonanti, in-negozjanti ż-żgħar, dawk in-nies li jaqgħu taħt il-middle u l-lower class u r-romol, li ma jistgħux ilaħħqu mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jirċievu.", "Mr Speaker, naturalment hemm problemi oħra li huma marbuta mas-sors ta' l- enerġija tad-dawl u l-ilma u li l-poplu qed jilmenta dwarhom.", "Per eżempju, filwaqt li l-bieraħ u llum aħna konna qed nagħmlu dan id-dibattitu, il- provvista tad-dawl f'pajjiżna kienet sospiża f'diversi lokalitajiet.", "Uħud mir-residenti tar-Rabat u tal-Mosta informawni li huma kellhom il-provvista tad-dawl sospiża għal sigħat twal.", "Madanakollu llum il-gvern minflok m'hu qed jiġi hawnhekk u qed jiffaċċja din ir-realta` billi jipprovdi servizzi iktar garantiti u billi jagħraf li l-poplu Malti u Għawdxi ma jiflaħx iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jirċievi, huwa ġie jiffilosofizza t-twaqqif t'awtorita` oħra li suppost għandha twettaq ir- regolarizzazzjoni ta' dawn is-sorsi ta' l-enerġija.", "Sieħbi l-Onor.", "Debono Grech għamel sew li matul id-diskors tiegħu semma x'kiseb il-ħaddiem matul is-snin u l-gvern għamel ħażin li minflok ma ħares lejn il-bżonn urġenti li s-soċjeta` tagħna teħtieġ, qed iħares lejn id- direzzjoni politika li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea, anke jekk jaf li biex iħares lejn din id-direzzjoni qed ifalli.", "Biżżejjed ngħid li biex jipprovdi s-sors ta' l-enerġija tad-dawl u l-ilma, il-gvern preżenti qed ikabbar id-deficit minn sena għall-oħra bil-konsegwenza li issa l-piż m'hux qed jinħass biss mill-amministrazzjoni tal-gvern ċentrali imma mill-poplu kollu.", "Imbagħad il-membri tal-gvern qed jiġu hawn u minflok ma qed jipprovaw jindirizzaw dawn il-problemi qed imorru għal sistemi ta' standards li dawk in-nies li jsejħu lilhom infushom intellettwali qed isejħulhom macro.", "Issa jien m'iniex se noqgħod nispjega xi tfisser \"macro\" - dan se nħallih għal min jemmen li aħna rridu mmorru mis-sistema li għandna għal sistema ikbar - imma għallinqas spjegawlu lill-poplu li llum biex insostnu l-istandards tagħna fallejna u li għandna gvern li ma jafx minn fejn se jġib il-finanzjament li għandu bżonn biex jipprovdi s-sorsi ta' enerġija tad-dawl u l-ilma f'pajjiżna.", "Madanakollu llum il-gvern qed jgħidilna: Tinkwetawx, imma aħna t-tariffi tad-dawl u l-ilma se nkomplu ngħolluhom għax nemmnu li għandna bżonn li minn karozza mini minor għal karozza rolls royce.", "Hawnhekk qed insemmi l-karozzi għax il-gvern l-istess ħaġa qed jgħidilna għall-karozzi; qed jgħidilna biex nixtru karozzi aħjar filwaqt li hu m'huwiex qed jirranġalna t-toroq.", "Il-gvern preżenti qed iħeġġiġna biex ngħollu l-istandards tagħna filwaqt li hu m'huwiex qed jirrikonoxxi l-problema fattwali li għandu ma' wiċċu l-poplu, ċioe` dik li ma jiflaħx iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma qed jiġi f'dan il- parlament biex jindirizza l-aġenda li qed timponielu l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, aħna nafu li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jiġi mressaq quddiem dan il-parlament biex pajjiżna jirregola l-qafas leġislattiv tiegħu ħalli jkun konformi ma' l-acquis communitaure.", "Ara mbagħad il-problemi veri u l-aġenda vera li għandna bżonn nindirizzaw u li l-poplu qed jistenniena li nitkellmu fuqha hawn ġew qed tiġi sparpaljata.", "L-importanti hu li issa qed infaqqsu awtorita`, li f'din l-awtorita` mhux qed ikun hemm ir-rappreżentanza tal-konsumatur u li aħna komdi.", "Imma skużi, il-poplu mhux dan qed jistenna mingħandna imma li nfehmuh iswed fuq l-abjad x'se nagħmlu biex minflok ma nżidulu l-ispejjeż iktar billi nwaqqfu dejjem iżjed awtoritajiet, nindirizzaw il-kriżi serja li għandna fis-sorsi ta' l-enerġija tad-dawl u l-ilma.", "Jien m'għandix dubju li l-membri tan- naħa l-oħra m'humiex se joqogħdu jiddiskutu l-operazzjoni ta' l-awtorita` li se nwaqqfu, jiġifieri nafu li dan il-parlament qiegħed ukoll iċaħħad lilu nnifsu milli jiddiskuti prinċipju u sitwazzjoni importanti ħafna, ċioe` s-sors ta' l-enerġija tad-dawl u l-ilma.", "Imbagħad, Mr Speaker, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll l-operat tal-gvern matul dawn l-aħħar 20 xahar.", "Jekk kellha ssir xi ħaġa matul dawn l-aħħar 20 xahar biex ikollna management aħjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iżvilupp rurali ta' pajjiżna, wieħed kien jistenna li l-gvern kien se jwettaq politika li tabilħaqq tindirizza diversi proġetti, speċjalment f'dak li hu l-ippriżervar ta' l-ilma ġieri.", "Għaliex jinħass dan il-bżonn?", "Għax huwa fatt innegabbli li matul dawn l-aħħar 20 sena nqerdu ħafna sistemi li kienu indirizzati biex ikun hemm ċertu management fil-water catchment.", "Jien naħseb li ma nkun qed nikxef l-ebda sigriet lanqas jekk ngħid li nqerdu ħafna mis-sistemi tal-kanali ta' l-ilma ġieri li kienu jeżistu fil-kampanja, li nqerdu ħafna mill-ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja u li nqerdu ħafna mill-ispieri u mill-bjar li kienu jilqgħu l-ilma ġieri.", "Jien ġej mil-lokal tar-Rabat u naf li matul dawn l-aħħar 20 sena numru ta' familji li kienu mdorrijin jużaw il-bjar u l-ispieri tagħhom illum spiċċaw ma jużawhomx għax huma kkontaminati.", "Jien naħseb li m'hemmx għalfejn noqgħod insemmi kull diffikulta` li għandhom iż-żoni rurali ta' pajjiżna biex jirrealizza li hemm bżonn li jsir iktar studju dwar kif jistgħu jinstabu r-rimedji meħtieġa f'dan il-qasam.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk inqabblu x'sar matul l-20 xahar li għamel fil-gvern il-partit Laburista preċedenti u x'għamlu l-gvernijiet Laburisti ta' qabel ma' dak li sar matul l-aħħar 20 xahar ta' gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, nibda biex inqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra rapport li deher f'rivista prominenti Mediterranja li titkellem dwar l-ekonomija, l- agrikoltura u l-ambjent fir-reġjun tal-Mediterran.", "Ta' min jgħid li din ir- rivista, li proprju ħarġet fix-xahar ta' Diċembru tas-sena li għaddiet, tkellmet dwar il-genetically modified organisms and specific quality products in Europe, dwar il-marketing of organic food in the Mediterranean, dwar the demand for red meat, poultry and fish in Tunisia u dwar il- hydraulic management and environmental restoration of Chadwick Lakes in Malta.", "Bil-permess tal-Kamra, jien se nqiegħed din ir-rivista fuq il-Mejda tal-Kamra biex nikkonferma l-importanza li għandu dan il-proġett, mhux biss għal pajjiżna imma anke għal dak li qed jiġri fil-pajjiżi ta' madwar ir- reġjun tal-Mediterran.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Artiklu intitolat \"Hydraulic management and environmental restoration of Chadwick Lakes in Malta\" li deher fil-pubblikazzjoni \"MEDIT – Prospettive e Proposte Mediterranee - Rivista di economia, agricoltura e ambiente\" datat Diċembru 1999, u kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 12251 tas-17 ta' Jannar 2000 dwar laqgħat taċ-CHEAM.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, niġbidlek l-attenzjoni li sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, Mr Speaker.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "KUMITATI PERMANENTI", "ONOR.", "TONY ABELA (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nirrapporta l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat - Abbozz Nru 72 - mgħoddi mill-Kumitat għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi b'emendi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa sar il-ħin għall-aġġornament.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju 2000, fis-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Għaqdiet Koperativi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq nitlob lill- ministru konċernat jagħmilli jikkjarifikali fuq xi fatti li nġiebu a konjizzjoni tiegħi.", "Jidher li erbat ijiem wara l-elezzjoni ta' l-1998, li fiha l-Partit Nazzjonalista reġa' ħa l-gvern f'idejh, kien hemm manuvrar fil-Bank of Valletta li fl-agħar ipotesi jista' jiġi definit bħala ħmieġ u fl-aħjar ipotesi juri nuqqas ta' etika u irregolarita'.", "X'inhuma dawn il- fatti?", "Mr. Speaker, l-istorja bdiet fl-1994 meta l-Bank of Valletta kien għamel kawża għas-somma ta' madwar Lm542,000 kontra l-allura kumpannija Planka Limited.", "Din il-kawża kienet intrebħet fis-27 ta' Jannar, 1994 imma madankollu ma sarux xi sforzi biex il-bank jesegwixxi dik is-sentenza.", "Fl- 1995, din il-kumpannija, li kien jisimha Blanca Limited bidlet isimha u sadanittant sar jisimha Mixer Limited.", "Is-shares ta' Mixer Limited inxtraw minn kumpannija oħra li jisimha Asset Investment Limited.", "Mr. Speaker, aktar tard nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l- kuntratt ta' akkwist ta' din is-soċjeta'.", "So far so good pero' ġara li fid- 9 ta' Settembru, 1998 fil-Bank of Valletta saru żewġ kuntratti interessanti ħafna - u saru t-tnejn flimkien dawn - li fl-opinjoni tiegħi fl-aħjar ipotesi jagħtu lok għal suspett.", "Fl-ewwel kuntratt Mixer Limited ittrasferiet il-proprjeta' tagħha kollha lil kumpannija oħra li jisimha Mixer Concrete Works Limited.", "Nitlob il- permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv.", "Inzerta li l-proprjetarji ta' Mixer Concrete Works Limited huma l-istess azzjonisti li kienu tal-kumpannija l-oħra, jiġifieri Mixer Limited.", "U għal dan il- għan allura nesebixxi d-dokumenti D, E u F li huma estratti mill-memorandum and articles of association relattivi.", "Dakinhar stess sar kuntratt ieħor fejn il-Bank of Valletta ħareġ loan ta' Lm737,000 u overdraft facility ta' Lm100,000 lil Mixer Limited.", "Dan sar dakinhar stess li Mixer Limited spiċċat mingħajr lanqas sold fil-kont jew biċċa proprjeta'.", "Huwa veru li l- kumpannija ġdida Mixer Works Limited daħlet garanti għal dan is-self pero' x'inhuma r-rimarki tiegħi fuq dan kollu?", "Mr. Speaker, dwar dan hemm żewġ ipotesi.", "L-ewwel ipotesi hi li dan is- self ma kienx self ġdid imma kien novazzjoni, jiġifieri agreement ġdid li assomilja ġo fih l-ewwel dejn li semmejt qabel u li kien hemm sentenza tal- qorti fuqu.", "F'dan l-istadju rrid insemmi x'tgħid il-liġi fuq novazzjoni.", "Il- liġi tagħmilha ċara li biex ikun hemm novazzjoni din trid tkun espliċita u l-kuntratt u d-debitu l-antik irid jiġi addirittura kkanċellat.", "Mela l-liġi tagħmilha ċara x'inhuma r-rekwiżiti biex inti jkollok novazzjoni.", "Issa ejja ngħidu li ma kienx hemm novazzjoni.", "X'jirriżulta mill-artiklu 1181 tal-Kodiċi Ċivili jekk ma kienx hemm novazzjoni?", "L-ewwelnett mill- istatement tal-bank \"Dok.", "Y\" ma tantx se nitgħallmu wisq imma min tani l- informazzjoni tani wkoll statement għax irriżulta li ftit qabel ma sar dan il-kuntratt kien hemm avvanz ta' xi flus.", "Issa jekk ma kienx hemm novazzjoni, allura x'ġara?", "Allura l-bank ippermetta li jsir transfer minn kumpannija għal kumpannija oħra magħmula mill-istess nies u reġa' ta loan kbir ta' 'l fuq minn Lm700,000 plus overdraft ta' Lm100,000.", "Sa ċertu punt s'hawnhekk il-bank huwa salvagwardjat, għaliex il-proprjeta' li ġiet trasferita ġiet valutata għas-somma ta' Lm700,000, pero' ta' min igħid li f'dak il-kuntratt hemm ukoll kanċellament ta' dawk 'il fuq minn Lm540,000 li l-bank diġa' kellu sentenza favur tiegħu dwarhom u allura ġie svestit minn qualsiasi garanzija fuqhom.", "Jekk inhu hekk, allura dan huwa skandlu.", "Kif għedt qabel, hemm min qed jgħid li din setgħet kienet novazzjoni, jiġifieri illi dak id-dejn assorba ġo fih id-dejn l-ieħor, pero' l-kuntratt ma jgħidx hekk.", "Il-kuntratt jgħid li dak huwa self ġdid.", "Issa jekk il-bank m'għamilx dak li hemm fil-kuntratt allura kien hemm xi arranġament intern bejn in-nies interessati.", "Jekk inhu hekk allura hemm ukoll ċerti domandi x'wieħed jistaqsi.", "Mr. Speaker, jagħmel sens illi l-bank jippermetti manuvra bħal din, jiġifieri l-assi ta' kumpannija jmorru f'kumpannija oħra meta hu diġa' kellu sentenza fuq dik il-proprjeta' u seta' jesegwixxi?", "X'kienet ir-raġuni li hu ppermetta li dik il-proprjeta' kollha tiġi trasferita għal kumpannija oħra u hu jibqa' debitur tal-kumpannija oriġinali u l-kumpannija l-oħra tiġi guarantor?", "Hija ħaġa misterjuża, pero' hekk ġara.", "Huwa normali li l- bank jagħti dawn it-tip ta' faċilitajiet mingħajr ma jitlob għall-garanziji personali tad-diretturi?", "Garanziji personali tad-diretturi jew ta' l- azzjonisti għal dan id-dejn kollu m'hemmx.", "Barra minn hekk ma jagħmilx sens li l-bank jislef lil kumpannija dawk il-flus kollha meta jaf li din m'għandhiex aktar assets u li x-xogħol tagħha se jibda jiġi ġestit minn kumpannija oħra.", "Jekk ġara hekk, mela hemm novazzjoni, pero' d-dokumenti jgħidu mod ieħor.", "Id-dokumenti juru li dan hu self, pero' jekk ġara hekk u sar xi arranġament intern dan jista' jkun sar għaliex il-bank daħal f'kollużjoni ma' min kien qed imexxi l-Mixer Limited, il-kumpannija l- antika, biex jgħinha tiddefroda l-kredituri l-oħra kollha li għandha.", "Dak iż-żmien il-bank u kulħadd kien jaf li s-soċjeta' Mixer kellha krediti kontra tagħha li jammontaw għal mijiet ta' l-eluf ta' liri.", "Setgħet saret collusion bejn min qed jiġġestixxi dik is-soċjeta' u l-bank sabiex dik is- soċjeta' taħbi l-assets tagħha f'kumpannija oħra, il-bank jibqa' bir- riżerva tiegħu għax daħlitlu garantor u l-oħrajn li għandhom jieħdu mijiet ta' l-eluf ta' liri jibqgħu jċiċċu u ma jeħdux one cent?", "Jekk ġara hekk, dan huwa ħażin, għax il-bank mhux qiegħed hemm biex jgħin lid-diretturi ta' kumpanniji b'dan il-mod.", "Din hija nuqqas ta' serjeta' u nuqqas ta' etika.", "Mr. Speaker, din l-istorja kollha kompliet tikkomplika ruħha għax fil-21 ta' Mejju ta' l-1999 sar rikors mill-Bank of Valletta kontra Mixer Limited biex irendi eżekuttiva dik is-sentenza ta' l-1994 li semmejt qabel fejn il- bank kien rebaħ iktar minn nofs miljun lira.", "Dan sar wara ħames snin.", "Issa jekk il-bank se jgħid li fit-tieni dejn hemm novazzjoni, għalfejn fit-21 ta' Mejju, 1999 sar rikors biex jerġgħu jrendu dik is-sentenza eżekuttiva?", "Jiena ma qiegħed nakkuża lil ħadd pero' qed nitlob kjarifika.", "Jekk mhux hekk, allura l-bank qed jgħaffeġ, qed iħawwad u ma jafx x'inhu jagħmel.", "Punt ieħor li donnu jsaħħaħ din it-teżi hu li fit-13 ta' Jannar tas-sena 2000 ċeda din il-kawża.", "Mela l-legal office mingħalihom li l-bank għadu kreditur ta' dik is-somma imma mbagħad probabbilment qalulu - u mill-atti ma jirriżultax dan - li f'dan il-kas kien hemm novazzjoni u għalhekk ċeda kollox.", "Pero' huwa suspettuż kif il-bank lanqas jaf u qiegħed imexxi meta suppost dak id-dejn huwa qatlu.", "Dan jikkrea suspett u jitlob kjarifika.", "Mr. Speaker, wara dan kollu, fis-7 ta' Lulju tas-sena 2000 infetħet kawża mill-Bank of Valletta kontra ż-żewġ kumpanniji, wieħed minnhom bħala garantor u wieħed minnhom bħala debitur prinċipali biex dan id-debitu kollu jiġi kanonizzat.", "Issa jekk l-ewwel debitu kien inkluż fit-tieni debitu, għaliex hemm żewġ proċeduri, wieħed għall-ammont kollu u l-ieħor għall- ammont oriġinali?", "Ma nafx.", "Nitlob kjarifika.", "Jekk saret novazzjoni din xorta waħda saret kontra l-prattika, għax huwa skorrett li bank jagħmel manuvri bħal dawn biex jassisti u jeħles xi kumpannija mill-kredituri tagħha.", "Barra minn hekk m'hijiex prattika ta' bank jislef flus lil kumpannija meta jaf li din mhux se tiffunzjona aktar.", "Lanqas ma tagħmel sens li tgħatti dak is-self mingħajr ma titlob li jkollok garanzija personali mid-diretturi jew mill-azzjonisti.", "Ma tagħmilx sens u tagħti lok għal suspett illi jgħaddu dawk l-eluf kbar ta' liri u l-bank ma jinsistix fuq il-garanazija personali li dejjem tintalab.", "Mr. Speaker, biex nikkonkludi rrid ngħid li jiena mhux qed nallega korruzzjoni.", "Qed nallega biss li ġraw ċertu fatti li jagħtu xamma ta' suspett li l-bank svesta lilu nnifsu b'tali mod illi tilef 'il fuq minn nofs miljun lira biex jassisti xi ħbieb tiegħu a skapitu ta' terzi.", "Nirringrazzjak, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra d- dokumenti li rrefera għalihom l-Onor.", "Herrera?", "(Onor. Membri: Iva)", "ONOR.", "JOSE HERRERA: Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopji ta' żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Kummerċ mogħtija fis-27 ta' Jannar 1994 u fis-7 ta' Lulju 2000 rispettivament dwar kawżi bejn Bank of Valletta p.l.c. u l-kumpanniji Planka Limited, Mixer Limited u Mixer Concrete Works Limited, flimkien ma' dokumenti oħra rilevanti.", "MR.", "SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr. Speaker, servizzi li dejjem nippretendu li jingħataw b'mod regolari ħafna drabi qed ikunu sospiżi.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għas-sospensjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku li qed ikun hawn kuljum madwar Malta kollha.", "Il-bieraħ kien hemm sospensjoni tal- provvista tad-dawl f'diversi postijiet fosthom ir-Rabat, u llum reġa' kien hemm sospensjoni ta' l-elettriku f'ħafna inħawi inkluż f'Ħ'Attard.", "L-ewwel punt li xtaqt nagħmel hawnhekk huwa li hemm il-ħtieġa li l-gvern tramite l- Enemalta jara daqsxejn din is-sitwazzjoni li qed tikkawża inkonvenjent u danni lil ħafna nies.", "Mr. Speaker, illum-il ġurnata l-mod kif jinħadem ix-xogħol ħafna drabi jiddependi mill-elettriku.", "Illum kulħadd juża l-computers, kulħadd juża sistemi li jaħdmu bl-elettriku u sospensjoni fl-elettriku għaddejja l-ħin kollu tikkawża danni kbar.", "Jiena xtaqt nitlob lill-ministru konċernat kif ukoll lill-Enemalta biex jgħidu ċar x'qiegħed jiġri.", "Jista' jkun li jew m'għandniex produzzjoni biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda jew inkella s- sistema tal-produzzjoni m'hijiex tajba biżżejjed.", "Li naf żgur hu li din il- problema żgur għandha tiġi addressed.", "Ma jistax ikun nibqgħu għaddejjin bis-sistema fejn ġurnata jkollok id-dawl u l-għada ma jkollokx.", "Mr. Speaker, nixtieq inqajjem punt ukoll dwar li qed jiġri bħalissa ġewwa l-Madliena biex naqdu ċerti ħbieb.", "Ftit taż-żmien ilu kien hemm applikazzjoni minn ċerti persuni sabiex iwettqu żvilupp ġewwa l-Madliena.", "Din l-applikazzjoni saret f'area fejn suppost jinbnew vilel biss.", "Issa meta ngħidu \"applikazzjoni għal vilel\" aħna nifhmu li f'area partikolari jistgħu jibnew żewġ sulari.", "Minkejja dan dawn is-sinjuri li għamlu din l- applikazzjoni barra li bnew iż-żewġ sulari tagħhom, bnew basement u bnew ukoll it-tielet sular minn mat-triq, jiġifieri b'kollox hemm erba' sulari jew inkella bejn wieħed u ieħor 55 filata.", "X'ġara?", "Dawn is-sinjuri dehrilhom li l-basement għandu jsir aċċessibbli wkoll allura għamlu applikazzjoni lill-planning authority sabiex jemendaw il-livelli tat-triq.", "Issa aħna qegħdin nitkellmu fuq triq li fiha joqogħdu n-nies.", "Hija triq stabbilita, jiġifieri tista' tgħid li naħa minnhom hija kollha mibnija, imma minkejja dan tbaxxew il-livelli tat-toroq biex jakkomodaw lil dawn it- talin.", "Minħabba f'hekk issa ġejna f'sitwazzjoni li f'kantuniera partikolari fil-Madliena għandna bini b'erba' sulari jiġifieri għandna bini li fih 55 filata għoli mil-livell tat-triq.", "Mr. Speaker, wieħed jista' jimmaġina x'ifisser dan.", "L-ewwelnett dan imur kontra kull tip ta' prattika li tiftaħar biha l-awtorita' ta' l-ippjanar tal-height limitations.", "It-tieni nett meta tagħmel dan, lill-ġirien kollha li jkunu bnew ċertu livell, se tispiċċa tgħarrqilhom il-qatranijiet.", "Dawn jispiċċaw li jkunu qegħdin hemmhekk għal xejn għax effettivament it-tieqa se titbaxxa u din toħloq problemi kbar speċjalment f'areas, bħalma hi din l- area partikolari, fejn inti għandek toroq li għadhom m'humiex ifformati.", "B'dan il-mod tispiċċa qisu għandek banju f'parti mit-triq u meta mbagħad tagħmel ix-xita ħadd ma jkun jista' jgħaddi.", "Dan jiġri għax meta jitbaxxa l- livell ta' parti minn triq waħda, tispiċċa tinħoloq speċi ta' hollow kbira.", "Biex s-sitwazzjoni aktar tikkomplika ruħha, f'toroq oħrajn li jagħtu għall- istess area bħal Triq il-Veduta u Triq il-Majjistral intefa' qatta' ġebel kbir bil-konsegwenza li ħadd ma jista' jgħaddi minnhom.", "Mela issa ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna triq ġewwa l-Madliena li min-naħa jekk tagħmel ix-xita ma tgħaddix minnha għax iżżomm ħafna ilma u min-naħa ma tgħaddix lanqas għax xi ħadd waddab il-ġebel.", "Minħabba f'hekk in-nies li joqogħdu fi Triq il-Veduta m'għandhomx minn fejn jgħaddu.", "Mr. Speaker, dan il-każ jiena diġa' kont qajjimtu f'dan il-parlament permezz ta' interpellanza.", "Fiha staqsejt lill-ministru konċernat dwar il- materjal li twaddab f'din it-triq imma l-ministru rrisponda li xi ħadd bena ħajt fit-triq.", "Dan m'hu veru xejn!", "M'hemm l-ebda ħajt f'din it-triq partikolari.", "Li hemm huwa - u hawnhekk għandi r-ritratti li nitlob il- permess li npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra - ħafna ġebel kbir f'nofs it-triq.", "Issa jekk dan il-ġebel tgħid li hu ħajt, ma nafx, imma dan lanqas ħajt tas- sejjieħ ma tgħidlu!", "Dan ifisser li l-ministru ma vverifikax il-fatti!", "(Interruzzjonijiet) Qed nirriferi għal interpellanza 17,830.", "Din hija misleading għax mhux veru li hemm ħajt.", "Hemm ħafna imbarazz li xi persuna irresponsabbli tefgħet hemmhekk għax ma riditx li n-nies jgħaddu minn quddiemu.", "Issa minflok il-Ministru ħa l-inkarigu li jibgħat lil xi ħadd b'gaffa jneħħi dan il-ġebel qal li hemmhekk hemm ħajt.", "Din hija l-verita', u jiena nistieden lill-Ministru biex jivverifika l-informazzjoni li ngħata fuq din it-triq partikolari u jerġa' jirrispondini fuqha.", "Dan huwa li qed jiġri ħafna drabi.", "Biex aħna naqdu lil xi ħadd, allura l-oħrajn kolha ma jimpurtaniex minnhom.", "U hekk ġara f'dan il-każ.", "Mr Speaker, nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kemm l- interpellanza li kienet saret minni kif ukoll ir-ritratti li juru l-istat diżutli li qegħda fih din it-triq u l-mod kif din it-triq tbaxxiet għoli ta' tmien piedi biex jiġi moqdi xi ħadd ħalli l-basement tiegħu jiġi mal- livell tat-triq u ma jibqax aktar basement.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex dawn id-dokumenti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 17830 tal-11 ta' Lulju 2000, dwar Triq il-Majjistral, Madliena, flimkien ma' diversi ritratti ta' l- istess triq.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m. kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUG", "QORTI TAL-MINORENNI", "17920.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li tressqu quddiem il- qorti tal-minorenni fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "X'kienu l-akkużi prinċipali?", "X'kienu l-etajiet tat-tfal li tressqu quddiem din il-qorti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA", "17931.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Wara d-deċiżjoni tal-Gvern li membri tal-ġudikatura m'għandhomx jkunu membri ta' bordijiet tal-gvern, sportivi eċċ, jista' jgħid liema imħallfin/maġistrati: irriżenzjaw minn xi kariga li kienu qed jokkupaw; u għadhomx qed jokkupaw xi kariga kif imsemmiaj aktar 'il fuq?", "X'inhi din il- kariga?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Id-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant mhijiex preċiża għaliex il-gvern jista jiddeċiedi biss dwar bordijiet governattivi.", "Rigward assoċjazzjonijiet volontartji bħal dawk sportivi l-gvern jagħmel biss suġġeriment li jidirlhu li hemm inkompatilibita bejn l-indipendenza tal- ġudikaturi u s-sehem attiv f`assoċċjazzjoni volontarja.", "Jekk dan is-suġġeriment jintlaqax jew le hu f`idejn kull membru tal- ġudikatura .", "MIŻBLIET", "17993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-miżbliet approvati f'Malta u Għawdex?", "Matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, x'kien l-ammont ta' materjal li ntefa' f'kull miżbla?", "Kemm f'kull każ kien hemm materjal ta' kostruzzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ammont ta' materjal li ġie depożitat f'dawn il-lokalitajiet fil-perjodu bejn Jannar u Ġunju 2000 kien jammonta għal 724,750 tunnellata f'Malta, fi-waqt li dak ta' Għawdex huwa stmat li jammonta għal madwar 53,000 tunnellata.", "L-ammont ta' materjal ta' kostruzzjoni li daħal fil-miżbla tal-Magħtab kien ta' 622,633 tunnellata.", "Fil-miżbla Tal-Qortin jidħol ammont żgħir ta' materjal ta' kostruzzjoni biex jitgħatta l-wiċċ ta' l-iskart l-ieħor.", "POWER STATIONS - CIRCUIT BREAKERS", "17994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx servizz ta' manutenzjoni regolari fuq is-circuit breakers fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara?", "Qabel il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, meta Malta u Għawdex sfaw bla dawl għal ħin twil, jista' l-Ministru jindika meta sar l-aħħar xogħol ta' manutenzjoni fuq is-circuit breakers?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li meta unit partikolari ikun mitfi, l-inġiniera tal-power stations jieħdu l-opportunita` jagħamlu l- manutenzjoni meħtieġa.", "Ninsab informat li l-aħħar unit li ġie spezzjonat fil-power station tal-Marsa kien dak tal-generator transformer numru 4 u dan sar fit-2 ta` Lulju ta` din is-sena.", "SKEJJEL", "18004.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl- iskejjel liċenzjati biex joperaw f'Malta fejn hemm il-maġġoranza assoluta ta' tfal huma ċittadini Maltin, jista' jgħid jekk ir-reliġjon, storja ta' Malta suġġetti simili għandhomx jiġu mgħallma bil-lingwa Maltija?", "Fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC il-karti għal dawn huma bil-Malti jew biż-żewġ lingwi?", "Jista' jgħid jekk fil-futur qarib hux se jkun hemm xi tibdil fil-mod u l- lingwa li bihom se jsiru l-karti għal dawn l-eżamijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'riferenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Membru għal dak li jgħid il-Kurrikulu Nazzjonali, paġna 104.", "\"Kull skola għandu jkollha strateġija għat-tagħlim tal-lingwi.", "Huwa rrikmandat li l-ilsna jiġu mgħallma permezz ta' dak l-ilsien stess, li barra l-Malti anki l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon u l-PSD jiġu wkoll mgħallma bil-Malti, u l-oħrajn (barra l-ilsna barranin) bil- Ingliż.", "Rikmandat ukoll li jkun hemm progrmmi ta' tisħiħ fejn meħtieġa għall-ilsna uffiċjali ta' Malta, u l-użu tal-code switching fil-każi fejn l-Ingliż joħloq problemi kbar\".", "Informat li l-eżamijiet għaċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) li jsiru bil-Malti u bl-Ingliż huma:", "L-Istudji Ambjentali L-Istudji Soċjali It-Tagħlim Reliġjuż", "Fil-livell intermedju taċ-Ċertifikat tal-Matrikola s-suġġetti li jsiru biż-żewġ lingwi huma:", "L-Oqsma ta' l-Għerf It-Tagħlim Reliġjuż Fil-livell avvanzat taċ-Ċertifikat tal-Matrikola l-uniku suġġett li jsir bil-Malti u bl-Ingliż huwa:", "It-Tagħlim Reliġjuż", "Il-Bord tal-Matsec qiegħed jirrevedi s-sillabi in vista tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid.", "ENEMALTA - IMPJEGATI ON LOAN", "18082.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-Enemalta Corporation ?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa hemm tliet ħaddiema minn azjendi oħra mislufa lill-Korporazzjoni Enemalta.", "Dawn qed jagħmlu xoghol ta' handyman, labourer u technical instructor rispettivament", "WSC - IMPJEGATI ON LOAN", "18083.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan mal-Water Services Corporation?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li bħalissa l-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma għandha jaħdmu magħha żewġ ħaddiema mislufa minn azjendi oħra.", "Wieħed huwa mpjegat bħala welder burner u l-ieħor bħala xufier ta' trakk.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI LOKALI", "18090.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - KONSULENTI", "18099.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju 2000?", "Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "18103.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17839?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 18047.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - SUPPLEMENTARI TAR-RELIEF", "18104.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17840?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 18047.", "PATATA - PREZZIJIET", "18152.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li prezz li ġabet il-varjeta' Sante', cioe' 1,200 tunnellata bikrija, kien ta' 29.70 guilder kull xkora ta' 25 kilo u l-varjeta' Alpha bikrija ġabet 30.60 guilder fuq l-ewwel 3,000 tunnellata?", "Jista' l-Ministru jara li l-bdiewa li kabbru u esportaw l-alpha bikrija ma jingħatawx prezz anqas minn dak ta' Lm12.39 il-qantar li ngħata lill- varjeta' Sante fuq 1,2000 tunnellata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EKONOMIJA - RIĊEVIMENTI", "18153.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - SAFAR", "18154.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MAJJAL", "18155.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jikkawża n-nuqqas ta' 2,000 ras tal- majjal fil-qatla tal-majjal għal Ottubru, Novembru u Diċembru li ġej skond it-timbru li għandu d-dipartiment tas-servizz veterinarju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minn informazzjoni li għandi mill-Uffiċċju tas- Servizzi Veterinarji ma jirriżultalix li se jkun hemm in-nuqqas li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - SAFAR", "18156.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal- ministeru tiegħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SAFAR", "18157.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-taghrif mitlub huwa kif gej:", "|Dipartiment |Safar |Ricevimen| |Entita | |ti | | |LM |LM | | | | | |Ministeru |29,195.0|1,650.00 | |tal-Finanzi |0 | | |Lottu |1,386.53|Xejn | |VAT |Xejn |Xejn | |Tezor |1,539.96|Xejn | |Dwana |3,340.00|295.00 | |Kuntratti |Xejn |30.00 | |Taxxi Interni|1,560.00|Xejn | |Borza ta |22,958.0|Xejn | |Malta |0 | | |Centru |14,420.0|Xejn | |ghas-Servizzi|0 | | |Finanzjarji | | | |Bank Centrali|32,625.8|1,173.00 | | |8 | |", "UNIVERSITA' - DOTTORAT FIL-MEDIĊINA", "18203.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17737?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` ta' Malta bħalissa ma toffrix kors fil-Mediċina Veterinarja.", "Hemm bosta suġġetti oħra li l- Universita` ma toffrix korsijiet fihom.", "Mhux possibbli li l-Universita` toffri l-korsijiet fis-suġġetti kollha immaġinabbli li wieħed ikun jixtieq isegwi.", "Naturalment kulħadd jista' jagħżel liema suġġett jixtieq jistudja iżda bħal kull għażla oħra fil-ħajja, kollox għandu l-prezz tiegħu.", "L-istudenti jafu liema korsijiet jistgħu jsegwu fl-Universita` tagħha fejn ma jħallsu xejn.", "L-għotjiet ta' manteniment lill-istudenti fil-livell post-sekondarju jew fl- Universita` huma ggvernati mill-Avviż Legali 162 ta' l-1999 u mhux l- istudenti kollha li jattendu l-Universita` jieħdu dawn l-għotjiet jekk ma jissodisfawx il-kwalifiċi ta' dan l-Avviż Lrgali.", "L-Artiklu tal-Kostituzzjoni li għalih għamel riferenza l-Onor.", "Membru fit- tieni parti tad-domanda tiegħu, qatt ma kien u ma jistgħax ikun interpretat kif qed jissottometti hu.", "Il-pajjiż dejjem għaraf u wettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi edukazzjoni sa l-ogħla livell lil studenti kapaċi u meritevoli.", "L-Istat dan jagħmlu mhux biss billi joffri edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tiegħu, imma wkoll kif tipprovdi l-Kostituzzjoni, permezz ta' scholarships u provvedimenti oħra.", "DJAR - BIRGU - REQUISITION", "18204.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17738?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi t-talba għadha qiegħda tiġi kkonsidrata.", "SERVIZZ PUBBLIKU - MESSAĠĠIERA", "18205.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ETC qed titlob għal vakanzi ta' messaġġiera maċ-Ċivil?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi skond il-ftehim li hemm mal-unions, ir-reklutaġġ tal-messaġġiera fis-Servizz Pubbliku isir wara sejħa għall-applikazzjonijiet minn fost uffiċjali pubbliċi fi skala ta' salarju mhux ogħla minn Skala 17.", "Għalhekk mhux minnu dak li qed isaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant.", "PULIZIJA - ĊITTADINANZA", "18214.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħidilna fiex waslet l-applikazzjoni taċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikazzjoni li għamlet il- persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.", "SAĦĦA - NURSES BARRANIN", "18215.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma li l-kuntratti ta' l-istaff tan-nurses barranin, li bħalissa huma mpjegati mad-dipartiment tas-saħħa, m'humiex se jiġu mġedda, kif diġa' ġara fil-każ ta' nurse Ingliża?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-kuntratti ta' infermiera barranin li bħalissa huma mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa qed jiġu mġedda dejjem jekk l-impjegat ikun ta' servizz sodisfaċenti u skond il-ħtiġijiet tas-servizz.", "OPM - KORPORAZZJONIJIET", "18231.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KORPORAZZJONIJIET", "18232.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalukwe organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-lista ta' l-entitajiet li jiffurmaw parti mid- dekasteru li għalih jiena responsabbli kienet ġiet ippubblikata fil-ħarga tal-Gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Settembru, 1998.", "Informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bord tat-tmexxija ta' kull entita' kif ukoll ir-remunerazzjoni relattiva, ingħatat preċedentement meta ġew imwieġba diversi mistoqsijiet dwar il-materja.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "18234.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17539?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Quddiem il-Qorti ta` l-Appell hemm 773 kawżi ċivili u 60 kawża kostituzzjonali pendenti fit-28 ta` Gunju, 2000.", "QRATI - KAWŻI ĊIVILI", "18235.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17538?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Kawżi Ċivili pendenti fit-28 ta` Gunju 2000 hemm:", "|Prim` Awla |8861 | |Rikorsi Kostituzzjonali |99 | |Inferjuri |2421 | |Tribunal tat-Talbiet |613 | |Żgħar | | |Bord li jirregola l-Kera|411 | |Bord tal-qbiela |139 | |Land Arbitration Board |153 |", "SPTARIJIET - TWELID TA' TRABI", "18236.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17512?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-Dipartiment ta' l- Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu l-informazzjoni dwar it-twelid tat-tfal lil ommijiet taħt it-18-il sena (Maltin u Barranin) minn informazzjoni mogħtija mill-Isptar Karin Grech lir-reġistru tal-Maternity Information System (MIS) għall-perjodu mis-sena 1994 sal-1998.", "Għas-sena 1999 l- informazzjoni hija fuq livell Nazzjonali mogħtija lin-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project fid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni fuq is-Saħħa.", "|Total Births to | | |Teenaged mothers (< | | |18 yrs.) | | |Years |Total| | |Birth| | |s | | | | |1994 |71 | |1995 |74 | |1996 |91 | |1997 |100 | |1998 |93 | |1999 |87 |", "|Teenage Pregancies (<18 yrs) | | | | | | | |according to Age | | | | | | | |Age |199|199|199|199|199|199| |(yrs.)|4 |5 |6 |7 |8 |9 | | | | | | | | | |13 |- |- |1 |- |1 |- | |14 |2 |3 |3 |3 |4 |4 | |15 |8 |7 |12 |12 |12 |8 | |16 |21 |29 |30 |26 |28 |23 | |17 |37 |33 |45 |58 |47 |51 | |Total |68 |72 |91 |99 |92 |86 | | | | | | | | |", "|Teenage Pregnanies (< 18 yrs) | | | | | | | |according to Marital Status | | | | | | | |Marita|199|199|199|199|199|199| |l |4 |5 |6 |7 |8 |9 | |Status| | | | | | | |Single|29 |41 |58 |63 |69 |74 | |Marrie|37 |31 |33 |36 |23 |11 | |d | | | | | | | |Sepera|- |- |- |- |- |1 | |ted | | | | | | | |Total |68 |72 |91 |99 |92 |86 |", "Minħabba li d-dettalji fuq kull lokalita' jinkludu numri żgħar ma nħossx li għandi nagħmel pubblika din l-informazzjoni, imma lest ngħaddiha lill- Onor. Intrepellant b'mod konfidenzjali.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KORPORAZZJONIJIET", "18237.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet iwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: 1. (a) Law Commission imwaqqfa fl-1980 skond l-att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji.", "(b) Law Commissioner (Prof G. Mifsud Bonnici) - ex Prim Imħallef Honorarium ta` Lm3600 fis-sena.", "2. (a) Ċentru ta` l-Arbitraġġ ta` Malta Bord maħtur fi Frar tal-1998 skond l-Att II tal-1996.", "(b) Chairman u membri tal-Bord", "|Dr. Max Ganado |Lm5414 p.a.| |Dr. Godwin Muscat |Lm4088 p.a.| |Azzopardi | | |Joseph George |Lm3660 p.a.| |Vassallo | | |Helga Ellul |Lm3660 p.a.| |Carlo Cini |Lm3660 p.a.| |Edward Woods |Lm1500 p.a.| |Mario Grech |Lm1500 p.a.| |Dr. A. Borg Barthet |Lm1500 p.a.| |(ex officio) | | |George Fenech | Lm1500 | | |p.a. |", "(c) Ħadd minn dawn il-membri (oltre il-membru ex-officio) m'hu mpjegat fiċ-ċivil.", "3. (a) Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni - Att XXII tal-1988", "Imħallef Dr. Albert Manche`(irtirat) Chairman - Lm5414 p.a.", "Avukat Dr. Raymond Zammit - membru - Lm3660 p.a.", "Lt.", "Col.", "John Harrison (irtirat) - membru - Lm3660 p.a."]} {"filename": "20000710_341d_par.doc", "date": "2000-07-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 341 It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 341", "It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "341", "It-Tnejn, 10 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 5", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA' 6", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 32", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 340 li saret fis-7 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR - OPTHALMIC DEPARTMENT - ĦSARAT", "17326.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħmel investigazzjoni kemm jista' jkun malajr dwar il-makna ta' l-angiogram/IVFA fl-opthalmic department ta' l-Isptar San Luqa?", "Din il-makna, li hija l-unika waħda f'pajjiżna u li titqies importanti ħafna biex il-pazjenti isirulhom testijiet bir-reqqa f'għajnejhom, ilha għal xi żmien bil-ħsara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li l- fluorescein angiogram machine li hemm fid-dipartiment ta' l-oftalmija għadha bil-ħsara u ġiet iddikjarata obsolete.", "Qed jiġi pproċessat tender biex tinxtara digital fluorescein angiogram ġdida.", "Dan il-proċess wasal fl- aħħar fażi tiegħu u huwa mistenni li l-makna l-ġdida tkun stallata fi żmien tliet xhur.", "MELLIEĦA - POMPA TAL-PETROL", "17571.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru wara li ġie ppreżentat b'petizzjoni biex ma tinbeniex pompa tal-petrol wara l-ground tal-football fil-Mellieħa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Il- petizzjoni ġiet preżentata lili bħala deputat tad-distrett u nista' ngħid li l-kontenut tagħha se jiġi diskuss ma` l-awtoritajiet konċernati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Minn mindu waslitlu din il-petizzjoni, jista' jgħidilna l-Ministru liema awtoritajiet ġew ikkuntatjati biex magħhom tiġi diskussa din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Effettivament il-petizzjoni waslet għandi xi 15-il ġurnata ilu.", "Kif jaf kulħadd, kważi l-ħin kollu tiegħi dawn l-aħħar ġimgħat iddedikajtu kompletament għal-laqgħat li kellna tal-parlament u kien assolutament impossibbli għalija li nibda kuntatti ma' xi ħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jgħidli kienx hemm diskussjonijiet mal- ministeru responsabbli mill-isports minħabba li hemm il-ħsieb li l-pompa tal-petrol titpoġġa biswit il-football ground?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien personalment ma kontx involut f'xi diskussjonijiet ma' l-ebda awtorita' partikolari u jekk kienx hemm diskussjonijiet ma' entitajiet oħrajn jiddispjaċini imma m'iniex f'pożizzjoni li ngħid.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta l-Ministru qed jgħid li hu min-naħa tiegħu ma bediex id-diskussjonijiet minħabba li kien impenjat bil-laqgħat tal- parlament, dan ifisser li hu favur il-pożizzjoni li qed jieħdu l-firmatarji tal-petizzjoni?", "Qiegħed jirrikonoxxi li l-iżvilupp tal-pompa tal-petrol aktarx huwa wieħed negattiv għas-soċjeta' sportiva kif ukoll għar-residenti ta' l-inħawi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena m'għedt xejn minn dan.", "Fl-aħħar mill-aħħar hija l-planning authority li nsistiet illi l-pompa ssir f'dak il- post. Li qed ngħid hu li se nara li jkolli diskussjonijiet mad-diversi awtoritajiet li jistgħu jkunu involuti f'dan il-proċess ħalli tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-Ministru qed jgħid li l-planning authority insistiet li l-pompa tal-petrol issir f'dak is-sit u għalkemm il- planning authority ma taqax taħt id-dekasteru tiegħu, issa nafu li l- Ministru se jkollu diskussjonijiet magħha.", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtorita' qed tinsisti li l-pompa tal-petrol issir f'post fejn diġa' jeżistu faċilitajiet sportivi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'għandix dubju li waħda mill- awtoritajiet li magħhom iridu jsiru d-diskussjonijiet hija proprju l- planning authority.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq inkun naf sarx studju separat dwar l-impatt ambjentali għax safejn naf jien m'hawn l-ebda pompa tal- petrol f'Malta li topera viċin ground tal-football u allura ma nafx jekk dan il-każ tal-Mellieha huwiex l-ewwel wieħed li qed jiġi kkonsidrat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li dawn it-tip ta' studji ambjentali jsiru mill-planning authority u minn organizzazzjonijiet oħrajn involuti.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun li saru - anzi naf li saru - pero' m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb la għall-kontenut ta' dak ir- rapport u lanqas x'inhija l-pożizzjoni finali ta' l-EIA fuq din il- kwestjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jiċċara l-pożizzjoni meta jgħid li se jagħmel il-kuntatti dwar il-pożizzjoni kif imressqa?", "Dan ifisser li hu qed isostni dak li qed jitolbu r-residenti permezz tal- petizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-pożizzjoni li tawni r-residenti meta wassluli l-petizzjoni tagħhom kienet li huma wkoll jixtiequ li tinstab soluzzjoni.", "U d-direzzjoni li rrid nieħu jien meta niltaqa' ma' l- awtoritajiet konċernati hija li tinstab pożizzjoni li mhux bilfors tkun waħda assolutista", "Nippreferi li din il-kwestjoni partikolari tiġi diskussa bis-serjeta' neċessarja imma mhux fil-parlament.", "Nafu li jeżistu diversi diffikultajiet u problemi dwar din il-kwestjoni, imma jiena bħala deputat fid-distrett m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb għal dawn it-tip ta' domandi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, bil-permess tiegħek nixtieq indawwar il- mistoqsija fuq il-Ministru Tonio Borg, forsi għandu l-informazzjoni hawnhekk.", "X'inhi r-raġuni li l-planning authority qed tinsisti li l-pompa tal-petrol issir propju maġenb il-ground tal-football?", "Qed ngħid dan għax naf li jeżisti post ieħor li jista' jkun aċċettabbli għad-developers fl- idea tiegħi l-planning authority m'għandhiex issib problema f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, jiena kont ħadt id- deċiżjoni li ma nweġibx fuq applikazzjonijiet individwali, għax allura nistgħu nħassru l-liġi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u ngħidu lill- ministru responsabbli biex jibda joħroġ il-permessi ndividwali hu.", "Li naf hu li huwa veru li l-awtorita' kienet qed tindika dak is-site bħala l-aħjar wieħed pero', għalkemm jiena ma nindaħlilhiex mil-lat ta' planning, ġbidtilha l-attenzjoni għall-fatt li saret dik il-petizzjoni - din ġiet iċċirkolata lil diversi nies, inkluż lili - ħalli jekk huwa possibbli tinstab soluzzjoni fuq art oħra.", "Sur President, jekk hemm art oħra tal-gvern li tista' sservi għal dan l- iskop u mil-lat ta' planning m'hemmx diffikulta, jiena bgħatt messaġġ biex jekk jista' jkun wieħed isib soluzzjoni.", "Veru li mil-lat ta' planning kollox għandu jibqa' f'idejn l-awtorita' ta' l-ippjanar - u Allaħares ma jkunx hekk - pero' wieħed għandu jikkonsidra wkoll l-concerns tar-residenti u jekk kollox jiġi solvut billi tingħata art oħra li tkun tajba wkoll għal min irid jagħmel petrol station, allura kulħadd ikun kuntent.", "Ċertament li m'hawnx xi domma f'dawn l-affarijiet.", "Pero' wieħed irid japprezza li teżisti awtorita', illi tiddeċiedi hi fit-tajjeb u fil-ħażin - bħalma hemm qorti li tiddeċiedi hi - u wieħed għandu jagħti kas mhux biss tal- petizzjonijiet li jsiru mir-residenti imma anke tal-konsiderazzjonijiet ta' l-ippjanar.", "Jiena naħseb li tista' tinstab soluzzjoni f'dan is-sens, pero' l-aktar li nista' nagħmel hu li nikkommunika dawk l-affarijiet li tqajmu f'dan il- parlament u dawk li tqajmu mir-residenti, pero' s'hemmhekk nista' nasal.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel punt ta' spjegazzjoni.", "Jiena l-mistoqsija għamiltha mhux biex il-Ministru jindaħal jekk jingħatax il-permess jew le imma biex inkun naf x'inhi r-raġuni li l-planning authority qed tieħu dik id-deċiżjoni, aktar u aktar meta nafu li jista' jkun hemm soluzzjoni tajba għal kulħadd, kemm għar-residenti, kemm għad- developers kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' ppjanar.", "Naturalment l-awtorita' ta' l-ippjanar trid tirrispondi lill-parlament ukoll u sakemm il-mistoqsijiet isiru b'ċertu mod, naqbel ma' dak li qed jgħid il-Ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri, Sur President, jiena qed nifhem li l- pożizzjoni hi li min-naħa tal-gvern qed issir talba bil-għan li jinstab sit ieħor ħalli jekk ikun possibbli ma jiġux ddisturbati la r-residenti u lanqas il-ground innifsu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kważi hekk, Onor. Farrugia, għax jiena m'għedtilhomx biex isibu sit ieħor.", "Għedtilhom li hawn dawn il-concerns tar-residenti u li jekk tinstab art oħra li fiha jista' jsir dak l-iżvilupp, allura nkunu lqatna żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "DINGLI - MOBILE PHONE ANTENNA", "17572.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l- ministeru wara li rċeva petizzjoni ffirmata minn 309 persuna dwar talba biex titneħħa mobile phone antenna minn fuq il-bini ta' l-iskola primarja ta' Ħad-Dingli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari 15272 u 16578 fejn fost l-oħrajn għedt li bord governattiv ġie mwaqqaf apposta sabiex jindirizza din il-kwestjoni u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Peress li kien hemm stqarrijiet pubbliċi li d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li ma jitwaħħlux mobile phone antennas fl-iskejjel, dan ifisser illi l-mobile phone antenna li tinsab fl- iskola ta' Ħad Dingli m'hijiex se titneħħa minn hemmhekk?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett irrid nikkoreġi l-impressjoni li d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni talbet li jinqalgħu jew jitwaħħlu xi antennas.", "Il-pożizzjoni uffiċjali hi li stante li hemm bord governattiv li qiegħed jistħarreġ il-kontroversja li nqalgħet dan l-aħħar fuq il-mobile phone antennas, se jiġu sospiżi n-negozjati li kienu diġa' in the pipeline, jiġifieri dawk id-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru bejn l-iskejjel u n-nies interessati f'dan il-kamp biex jitwaħħlu dawn l-antennas.", "Dawn ġew sospiżi sakemm inkunu nafu x'inhija l-opinjoni tal-bord governattiv, kompost minn esperti fil-qasam tas-saħħa, u allura għadna f'din il- pożizzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Il-Ministru għandu indikazzjoni meta dan il-bord se jlesti r-rapport tiegħu?", "Qed ngħid dan għax hemm diversi minn dawn l- antennas mwaħħlin anke fuq bini privat u hemm ħafna residenti li qed iqajmu oġġezzjoni, inkluż residenti minn Santa Venera u oħrajn.", "Meta hu mistenni li jkun hemm rapport definittiv ħalli ta' l-inqas ikun hemm policy ċara dwar it-twaħħil ta' dawn l-antennas?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Probbabbilment il-bord se jirrelata fi ftit ġimgħat oħra.", "Pero' tajjeb li ngħid illi d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni flimkien mad-dipartiment tal-wireless telegraphy diġa' għamlu numru ta' testijiet dwar ir-radjazzjoni li jagħtu dawn il-mobile antennaes u l-konklużjoni hi li r-radjazzjoni hija fil-limiti ta' l-istandard internazzjonali li tistabilixxi d-WHO.", "Naħseb illi huwa importanti li din il-materja nitrattawha b'ċertu professjonalita' u oġġettivita'.", "M'hemmx dubju illi l-ewwel u l-ogħla konsiderazzjoni illi kull gvern jagħti hija lis-saħħa pubblika pero' mill-esperjenza tiegħi ta' disa' snin ministru responsabbli mis-saħħa, nista' ngħid li kien hawn diversi issues li jqanqlu kontroversja u kultant anke stejjer ta' l-ewwel paġna fil- ġurnali, b'ċertu sensazzjonaliżmu, li mbagħad meta tpoġġihom għat-test oġġettiv u strett xjentifiku ssib li wieħed ma jkunx qiegħed jittratta l- materja b'mod tajjeb.", "U malli ra din il-kontroversja - avolja mill-pariri tal-wireless telegraphy, minn dokumentazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea tad- WHO u minn dokumentazzjoni oħra, il-gvern diġa' għandu indikazzjonijiet illi dawn ma jagħmlux radjazzjoni li tmur oltre l-limiti stabiliti għas- saħħa tal-bniedem - il-gvern ħass il-bżonn illi jkollu r-regolatur tiegħu, u ċioe' id-diviżjoni tas-saħħa, bin-nies tagħha, biex jikkonfermaw dan u mhux noqogħdu sempliċement fuq din id-dokumentazzjoni.", "Naturalment m'għandi lanqas l-iċken dubju li din id-dokumentazzjoni tkun saret fuq bażi xjentifika stretta għax dawn huma ħwejjeġ illi d-WHO ma tiċċajtax magħhom assolutament.", "Il-pajjiżi tad-dinja kollha, inkluż l- Amerika, għandhom rispett kbir ħafna għal dan ix-xogħol xjentifiku li jsir mad-WHO u allura meta ngħid hekk ma rridx niftiehem illi d-WHO ma tagħmilx ix-xogħol tagħha tajjeb, imma l-gvern naturalment jagħmel tajjeb li jkollu r-regolatur tiegħu biex jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Nispera li fi ftit ġimgħat oħra l-bord ikun jista' jagħtina l- opinjonijiet tiegħu u mbagħad nirregolaw ruħna skond dawn l-opinjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jiġifieri apparti li naqbel mal-Ministru li ħafna minn dak li jidher fl-ewwel paġni jkun duħħan, u apparti l-importanza tal- ħatra ta' bord governattiv, għandi nifhem li dawn twaħħlu qabel ma saru konsultazzjonijiet ma' xi rapporti tad-WHO eċċ., jew kienu diġa' saru min- naħa tal-gvern jew min-naħa tad-dipartiment tas-saħħa u wara li twaħħlu wieħed ried jara s-sitwazzjoni aktar fil-fond?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett tajjeb li wieħed jgħid li dawn il-mobile phone antennas ilhom diġa' aktar minn għaxar snin imwaħħlin, inkluż ta' Ħad-Dingli, u l-ispecifications tagħhom kienu diġa' jindikaw li jaqgħu fil-limiti u fl-istandards stabiliti mid-WHO.", "Naturalment nifhem li fi żmien għaxar snin wieħed ikun kompla jindaga l-materja u li jistgħu jemerġu xi ċirkostanzi partikolari.", "Irrid ngħid ukoll li biex jitwaħħlu dawn l-antennas kellha titressaq applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar seduti fit-tribunali lokali, għal mistoqsija parlamentari nru 17779.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETA'", "Ikompli mis-7 ta' Lulju, 2000", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Ir-riżoluzzjoni li qegħdin niddiskutu tinvolvi t- trasferiment min-naħa tal-gvern ta' estensjonijiet konsiderevoli ta' art hekk imsejħa \"art pubblika\", apparti l-fatt ukoll li waħda mir- riżoluzzjonijiet tinvolvi kambjament f'kuntratt li kien diġà ġie approvat minn din il-Kamra.", "Qed nirriferi għall-każ tat-tibdil fil-kuntratt ma' Five Star Hotels Ltd.", "Naħseb huwa tajjeb u għaqli li trasferimenti bħal dawn li jinvolvu assi pubbliċi jkunu diskussi minn din il-Kamra biex il- poplu jkun jaf li t-tali kumpannija jew dik l-entità għandha biċċa art li hija pubblika, u jkun jaf ukoll l-iskop preċiż li għalih ikun sar dak it- trasferiment ta' art pubblikua li hija skarsa.", "B'hekk il-poplu jaċċerta ruħu li dan it-trasferiment qed isir b'mod għaqli fl-interess pubbliku.", "Apparti minn hekk huwa importanti li fil-kuntratt ikun assigurat li anke jekk jgħaddi perijodu ta' żmien twil - f'ċerti okkażjonijiet huwa ta' 49 sena u f'okkażjonijiet oħra ġieli jilħaq id-99 sena - l-għan li għalih l- art tkun ġiet trasferita, jiġifieri l-interess pubbliku, jibqa' jiġi osservat matul dak il-perijodu kollu.", "Sur President. assolutament m'hemmx kwestjoni ta' kontroversji fil-każ tal-maġġor parti tat-trasferiment ta' artijiet lill-entitajiet li huma soċjali, sportivi, trejdjunjonistiċi u anke NGOs għaliex it-trasferiment qed isir b'għan soċjali.", "L-aktar li wieħed jista' jagħmel osservazzjoni huwa dwar liema entitajiet qed jingħataw dawn il-faċilitajiet.", "Fost l- entitajiet sportivi qed tissemma wkoll entità ta' l-atletika li se tingħata post minn fejn tista' topera.", "Naħseb li llum wasal iż-żmien aktar minn qabel li meta l-gvern, ikun min ikun, ikun qed jagħti għajnuna lill- għaqdiet sportivi, joqgħod attent li t-tqassim ta' din l-għajnuna jsir bl- aktar mod bilanċjat ħalli anke għaqdiet li forsi m'humiex popolari daqs għaqdiet oħrajn imma ċertament huma importanti, jingħataw ukoll l-għajnuna li tixirqilhom.", "Qed ngħid dan għaliex donnu fil-pajjiż għandna propensità li ċerti għaqdiet sportivi dejjem jieħdu l-limelight minħabba l-popolarità tal-football kemm fir-rigward ta' l-għajnuna min-naħa tal-gvern kif ukoll fir-rigward ta' għajnuna mis-settur privat.", "Jekk wieħed ikollu jfittex sponsorships għal għaqdiet jew teams tal-football, aktar faċli li jsib għajnuna f'dik il-linja milli kieku wieħed kellu jfittex sponsorships u għajnuna anke mis-settur privat għal għaqdiet sportivi oħra li għandhom skop soċjali importantissimu li għalkemm ma jidhirx imma jinħass ħafna.", "Dawn dejjem ikollhom il-problema tal-finanzi.", "Mr Speaker, waħda mid-dixxiplini sportivi li qed tikber fl-importanza tagħha għax hemm aktar nies li qegħdin jipparteċipaw fiha imma ċertament hija nieqsa mill-għajnuna, hija l-atletika.", "Din qed insemmiha għaliex mhux biss huwa sport li jinteressa lili personalment imma għax l-atletika mhux dejjem tirrikjedi team involvement - jista' jkollok numru ta' nies individwali li jkunu membri ta' organizzazzjoni - għax bażikament huwa sport li jiżviluppah l-individwu.", "L-atletika qed tagħti aktar opportunità liż-żgħażagħ jiżviluppaw it-talenti tagħhom, speċjalment fl-iskejjel u anke wara li jkunu spiċċaw mill-iskejjel.", "Aħna nemmnu, kif jiġi ripetut kemm-il darba, li għandha tingħata kwalunkwe opportunità għall-isport fl-iskejjel tagħna.", "F'ħafna mill-kuntratti li għandna quddiemna d-dħul li l-gvern se jagħmel miċ-ċnus jew kirjiet li jkun qed idaħħal minn sena għal sena - ħafna minnu ta' natura nominali - se jkun allokat għal dak li huwa msejjaħ sports fund.", "Għaldaqstant huwa importanti li nevalwaw it-tqassim ta' dawn il-fondi mill- gvern b'mod li kull settur sportiv jingħata l-importanza tiegħu.", "Fid-dawl ta' dan wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll l-għajnuna u l- isponsorships li dak is-settur sportiv partikolari jirċievi minn kumpanniji privati.", "Jiġifieri meta wieħed ikun qed jara kemm se jagħti għajnuna m'għandux iħares biss lejn il-popolarità ta' l-isports partikolari imma jrid iħares ukoll lejn l-iżviulpp tal-potenzjal li sport partikolari jkun qed jagħti lill-individwi, jew inkella lit-team f'każ ta' teamwork, kif ukoll il-possibbiltà li dak l-isport jiżviluppa aktar għall-ġid tal- komunità.", "Wieħed mill-oqsma li naħseb jikkwalifika għal dawn it-tliet parametri huwa bla dubju l-isport ta' l-atletika fejn l-individwu jkollu l- possibbiltà jiżviluppa t-talenti tiegħu individwalment.", "Dan nistgħu narawh mill-parteċipazzjoni internazzjonali ta' individwi Maltin li dejjem taw riżultat pożittiv għal pajjiżna, minkejja l-limitazzjonijiet li jkollhom.", "Minkejja li t-taħriġ tagħhom ma jkunx dejjem professjonali fis-sens li jkun full-time, imma jkunu qegħdin jipprattikawh b'mod part-time, xorta waħda dawn in-nies bl-għajnuna li jsibu - u din l-għajnuna ħafna drabi tkun fuq bażi volontarja u minn organizzazzjonijiet volontarji - u bis-sagrifiċċju personali tagħhom, dawn jirnexxilhom jagħtu prestazzjonijiet tajbin barra minn pajjiżna ma' atleti li jkunu mħarrġa fuq livell professjonali u jkollhom aktar opportunitajiet.", "L-atleti tagħna jirnexxilhom joffru sfida - ċertament bl-aktar mod amichevole, imma xorta tibqa' sfida - u għalhekk wieħed dejjem jipprova jtejjeb il-performance tiegħu biex wieħed jirbaħ il- premju li jkun hemm fil-kompetizzjoni partikolari.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Joe Debono Grech semma l-għaqdiet tas-cycling li għalkemm m'humiex daqstant numerużi imma għandek numru konsiderevoli ta' individwi li japparteċipaw f'dan l-isport.", "Dawn ftit li xejn jirċievu għajnuna u ħafna drabi jkollhom joħorġu l-flus huma stess biex jipparteċipaw internazzjonalment.", "Din hija realtà li kienet teżisti qabel, għadha teżisti llum u ċertament mhix xi ħaġa li se ssolvi ruħha malajr minħabba l-limitazzjonijiet tal-pajjiż.", "Ikun għaqli li min huwa responsabbli fil-qasam ta' l-isport jikkonsulta ma' l-organizzazzjonijiet kollha konċernati.", "Ċertament hija problema għax hemm ħafna organizzazzjonijiet individwali li għalkemm ikunu qed jipparteċipaw fl- istess qasam sportiv kulħadd ikun irid jieħu l-importanza fuq ħaddieħor.", "Hawnhekk imbagħad tidħol l-inizjattiva tal-gvern jew ta' min ikun qed imexxi biex jgħaqqad lil dawn l-organizzazzjonijiet flimkien, speċjalment meta jkunu f'qasam sportiv komuni.", "B'dan il-mod it-tqassim ta' din l- għajnuna jsir b'mod aktar ekwu u jagħti kull opportunità lill- organizzazzjonijiet kollha li, kif diġà għedt, ħafna mill-membri jkunu qed jagħmlu x-xogħol b'mod volontarju.", "B'hekk tinkoraġġihom ħalli jagħtu aktar mill-ħin tagħhom mhux biss għall-ġid tal-membri tagħhom, imma fl-aħħar mill- aħħar għall-ġid tal-komunità.", "Hemm qbil unanimu li tingħata din it-tip ta' għajnuna anke għaliex l-isport mhux biss jgħin liż-żgħażagħ jikkonċentraw l-enerġiji tagħhom fuq qasam li huwa ta' ġid għalihom mil-lat ta' self-discipline u ċertu commitment pożittiv lejn il-ħajja, imma wkoll biex ngħinu lill-kampanja ta' preventive health li għaddejja llum.", "Għalkemm id-dipartiment tas-saħħa jagħmel ħafna pubbliċità dwar preventive health, dawn l-organizzazzjonijiet bl-attivitajiet li jagħmlu jistgħu appuntu jħeġġu ħafna aktar nies biex jipparteċipaw.", "Mr Speaker, jien fil-bidu għedt li fl-għotja ta' art pubblika, tingħata lil min tingħata, wieħed mill-aktar elementi importanti huwa li jiġi salvagwardat kontinwament l-iskop pubbliku li għalih tkun ingħatat dik l- art.", "Din hija ħaġa li fi kwalunkwe settur għandha tiġi osservata.", "Jekk wieħed jieħu l-każ ta' social housing, meta d-dipartiment tal-housing ikun qed jalloka proprjetà bi prezzijiet sussidjati, dan idaħħal klawsola fil- kuntratt - u huwa tajjeb li din il-klawsola tiġi nserita fil-kuntratt għax qabel dawn id-djar kienu qed jiġu kkummerċjalizzati - li qabel ċertu perijodu, ġeneralment ta' għaxar snin, dak l-individwu ma jkunx jista' jittrasferixxi jew ibigħ din id-dar lil terzi.", "Jekk kemm-il darba din id- dar tinbiegħ fis-suq miftuħ kwalunkwe sussidju jkollu jitħallas lura.", "Dan isir bl-iskop li dak li jingħata bħala għajnuna soċjali - li kull taxpayer ikun kkontribwixxa indirettament għalih - l-individwu jew individwi li jibbenefikaw minnu ma jkunu jistgħu qatt jisfruttawh għall-interessi personali tagħhom.", "F'dak il-każ is-sussidju li jkun irċieva għandu effettivament jitħallas lura lill-gvern, lis-soċjetà.", "Fil-kuntratti li għandna quddiemna dan huwa wieħed mill-iktar punti li wieħed irid joqgħod attent għalih, speċjalment fl-għotja tal-kuntratti b'enfitewsi.", "Bħalma jaf kulħadd iċ-ċens huwa differenti mill-kirjiet u jista' jiġi ttrasferit, jista' jiġi nnegozjat u bniedem jista' anke jissellef fuq l- enfitewsi li jkollu.", "Għaldaqstant għalkemm fil-kuntratt ġustament hemm stipulat li ma jistgħu bl-ebda mod iċedu, jissullokaw jew jittrasferixxu l- proprjetà lil terzi ħlief għal xi faċilitajiet ta' bar jew catering - u bħala każ partikolari qed nieħu dan il-kuntratt ta' l-iscouts association - hemmhekk wieħed ukoll irid juża ċerta kawtela għax il-faċilitajiet ta' catering jew ta' bar jistgħu jkunu kkummerċjalizzati bl-aktar mod estensiv.", "Għalkemm għandna dik il-kondizzjoni, fl-istess klawsola hemm li din ir- restrizzjoni ma tapplikax f'każ li jsir trasferiment b'subbasta ta' xi bank jew istituzzjoni finanzjarja.", "Filwaqt li nifhem l-iskop ta' din l-esklużjoni, peress li meta l-MDC kienet qed tagħti biċċiet ta' art għal żvilupp industrijali b'ċens għal 65 sena, waħda mill-problemi li kellna kienet appuntu meta dawn jissellfu mill- banek.", "Issa f'każ ta' subbasta, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li din l-eċċezzjoni tista' tagħti lok għal abbuż lampanti u jista' jiġri li jkollok proprjetà li tiswa ħafna aktar mill-ammont ta' ċens li l-gvern ikun qed jieħu - il-gvern jista' jassigura introjtu ħafna aktar, imma fil-fatt ikun qed jieħu income ħafna inqas minħabba l-iskop soċjali - u effettivament dik il-proprjetà li tkun prime site tispiċċa f'idejn individwu għal skopijiet kummerċjali.", "Naħseb li din hija waħda mill- affarijiet li kull wieħed minna hawnhekk ma jixtiqhiex u għaldaqstant is- sitwazzjoni tiġi self-explanatory.", "Mr Speaker, jekk aħna ma rridux li art pubblika li tkun prime site tispiċċa f'idejn individwu wara għaxar snin, ħmistax-il sena biex dan jikkummerċjalizzaha u minkejja l-qligħ li jkun qed jagħmel l-individwu xorta l-gvern jibqa' jdaħħal dak l-ammont ta' ċens miżeru, jien nissuġġerixxi li nħallu l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-kuntratti, jiġifieri li l-entità soċjali tieħu l-art b'kirja jew b'ċens relattivament baxx u li f'każ ta' bejgħ b'subbasta l-proprjetà tkun tista' tiġi ttrasferita lil terzi u ma jkunx hemm il-projbizzjoni ta' trasferiment, però r-rata taċ-ċens inizjali tiġi ffissata kummerċjalment u fl-istess kuntratt jiġi stipulat li għal dik l-entità in kwestjoni ċ-ċens ikun imnaqqas.", "Mela l-gvern diġà qed jistabilixxi a priori l-valur kummerċjali ta' dik il-biċċa art, fl-istess waqt qed jassigura li l-entità soċjali qed tħallas prezz nominali, u fil-kuntratt jista' jiġi inserit li f'każ ta' bejgħ b'subbasta fejn il-proprjetà tista' taqa' f'idejn il-privat, hu min hu, u bi dritt - għax hekk tgħid il-liġi u l-liġi nirrispettawha lkoll - iċ- ċens li jkun irid jitħallas huwa b'rata kummerċjali kif diġà stabbilit fil- kutratt.", "B'dan il-mod inkunu qed nassiguraw li l-entità sportiva tħallas prezz nominali, inkunu qed nagħtu l-possibbiltà li dik l-entità tkun tista' tissellef mingħand istituzzjoni finanzjarja ħalli tiżviluppa dawk il- faċilitajiet, imma nkunu qed nagħtu wkoll il-faċilità li dik l-art tingħata bħala garanzija, jiġifieri tiġi kostitwita ipoteka fuqha u jekk ma jsirx il- ħlas lura tas-self tkun tista' tinbiegħ b'subbasta.", "Iżda minkejja li nkunu qed nagħtu dawn l-opportunitajiet kollha, fil-każ li l-art tiġi f'idejn individwu privat bis-saħħa tas-subbasta - għax dik hija l-unika eċċezzjoni għat-trasferiment - min jakkwistaha jkun irid iħallas bir-rati kummerċjali għal dik il-proprjetà.", "Dawn huma prinċipji li jiġu stabiliti anke fil-privat.", "Meta jkun hemm xi ħadd li jrid jagħti art jew proprjetà tiegħu biex tiġi żviluppata, dawn huma t-tip ta' safeguards li jsiru biex min ikollu l-art jassigura income diċenti.", "Mr Speaker, jien nissuġġerixxi li fl-ewwel klawsola fejn qed tiġi stabilita r-rata ta' ċens pagabbli għandha tidħol ir-rata kummerċjali.", "Din mhix l-ewwel darba li l-gvern fl-għotja jew fil-bejgħ mill-housing authority stabilixxa l-prezz tal-bejgħ bil-prezz kummerċjali, ħalliha li l- individwu mbagħad iħallas il-prezz issussidjat.", "Jiġifieri l-gvern diġà jipprattikah dan il-concept.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li f'dawn il- kuntratti r-rata taċ-ċens tkun ir-rata kummerċjali, tiġi aġġustata u ridotta amministrattivament ħalli l-entità tħallas ammont anqas, però jkun stipulat ukoll li f'każ ta' bejgħ b'subbasta l-prezz jew ir-renta li titħallas tkun renta kummerċjali.", "B'hekk inkunu qed nassiguraw li l- proprjetà pubblika li hija l-proprjetà ta' kulħadd il-gvern ikun qed jutilizzaha għal skopijiet soċjali imma fl-istess waqt jassigura kif għandu jkun id-dħul xieraq minn dik il-proprjetà f'ċerti ċirkostanzi.", "Punt ieħor li joħroġ ukoll minn dan il-kuntrant hija klawsola 7 dwar l- esproprjazzjoni.", "Hawnhekk għandna l-klawsola li l-gvern jista' jeżerċita d- dritt li fl-interess pubbliku jesproprja l-art.", "Ċertament il-problema li tinqala' f'ċirkostanzi bħal dawn hija kemm se jkun il-kumpens għal dik l- esproprjazzjoni.", "Bħalma l-gvern hawnhekk ħaseb biex ikollu d-dritt - u għandu dritt dejjem - li jesproprja, anke jekk mhix qiegħda inserita, naħseb li biex wieħed jevita kwestjonijiet futuri li jispiċċaw il-qorti u li nafu kemm jieħdu tul ta' żmien, ikun tajjeb li l-kriterji kif jiġi ffissat il-kumpens jiġu definiti jew nirriferu għal xi forma ta' arbitru li jiddetermina hu l-kumpens, jew inkella jinstabu xi kriterji oħrajn ħalli l- kumpens jew kif jiġi definit il-kumpens ikun stipulat fil-kuntratt.", "Punt ieħor huwa rigward il-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Indirettament u anke direttament f'ċerti kuntratti tinħass il- parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Jien inħeġġeġ lil dawn l-entitajiet biex jikkomunikaw mal-kunsilli lokali għaliex nassigurahom li fil- maġġoranza tagħhom il-kunsilli jħarsu pożittivament lejn dawn l- attivitajiet soċjali u sportivi, u ċertament isibu l-għajnuna kollha mingħandhom.", "Dawn il-faċilitajiet se jkunu sited f'diversi lokalitajiet u se jkunu taħt il-kappa ta' l-awtorità tal-kunsilli lokali, allura għandhom jikkomunikaw magħhom minn qabel ħalli r-relazzjonijiet ikunu stabbiliti fuq bażi tajba mill-bidu nett.", "Nagħlaq billi nagħmel riferenza għall-kuntratt tal-Five Star Hotels Ltd. fejn il-gvern qed jimmodifika dan il-kuntratt biex flok tinbena l-hostel li kellha tinbena skond il-kuntratt oriġinali, titħallas is-somma ta' LM25,000 min-naħa tal-kumpannija.", "Xtaqt nistaqsi lill-ministru tat-turiżmu jekk il- bini ta' din il-hostel huwiex aktar bżonnjuż jew inkella jekk il- faċilitajiet li kienet se tipprovdi din il-hostel issa humiex qed jiġu provduti minn xi sors ieħor.", "Hemm xi bidla ta' xi policy?", "Għaliex meta fl- 1992 kien hemm il-ħsieb li tinbena din il-hostel, dak l-obbligu kien ibbażat fuq politika tal-gvern.", "Allura l-fatt li qed jinbidel jirrifletti xi bidla fil-politika tal-gvern?", "Issa se jkun il-gvern li jibniha din il- hostel?", "Jekk niftakar sew fid-dibattiti ta' dak iż-żmien il-ministru tat- turiżmu kien għamel enfasi konsiderevoli fuq l-obbligu tal-kumpanija li tikkontribwixxi biex tinbena din il-hostel fl-interess tat-turiżmu stess, biex ikollna nies preparati f'din l-attività ekonomika hekk importanti għall-pajjiż.", "Allura l-fatt li llum mhux se tinbena din il-hostel ifisser li l-bżonn inbidel jew inkella dak il-ħsieb ġie kompletament abbandunat?", "Mr Speaker, dawn kienu l-ftit kummenti jew suġġerimenti li kelli jien rigward dawn il-kuntratti.", "Nagħlaq prattikament kif bdejt billi ngħid li l- aktar ħaġa importanti hija li l-iskop pubbliku li għalih tingħata din il- proprjetà jibqa' jiġi osservat.", "Aħna llum għadna qegħdin inbatu minħabba n- nuqqas ta' ħsieb li kien hemm fil-każ ta' Chambrai li prattikament għadu in shambles, għaddej minn id għall-oħra, u qed issir spekulazzjoni rampanti fuqu.", "Għalkemm għaddew għaxar snin, il-benefiċċju li suppost kien maħsub bħala l-għan ewlieni ta' dik l-għotja ta' madwar 90 tomna art għadu mhux qed jinħass sal-lum.", "U fl-opinjoni ta' ħafna nies hemmhekk jidher u jinħass li saret biċċa negozju għall-benefiċċju tal-ftit li sal-lum għadhom jikkummerċjalizzawh.", "Din hija xi ħaġa li m'għandhiex tirrepeti ruħha u għaldaqstant fil-kuntratti għandna ndaħħlu dawk il-klawsoli neċessarji biex nassiguraw li l-benefiċċju li l-pajjiż għandu jieħu meta jsiru trasferimenti bħal dawn jibqa' jieħdu fil-perjodu kollu li fih l-art tkun ingħatat.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, kif qal l-Onor.", "Mangion, għandna riżoluzzjoni li nazzarda ngħid li mhix kontroversjali għax hawn qbil fil- prinċipju.", "Din ir-riżoluzzjoni qed issir biex dan il-gvern ikun awtorizzat mill-parlament biex jagħmel trasferiment ta' numru ta' proprjetajiet.", "Hawn żewġ tipi ta' kuntratti, dawk li huma b'ċens u oħrajn li huma b'kera, u l- proprjetà li qed tingħata tista' tinqasam ukoll fi tnejn.", "Hemm faċilitajiet li huma diġà eżistenti bħalma huma pitches tal-boċċi, kumplessi sportivi u pixxini ta' l-għawm, imbagħad hemm virgin land, fejn xi klabb ikun talab biċċa art biex jibni, per eżempju, kumpless sportiv, u peress li l-gvern m'għandux struttura diġà lesta f'dak il-post qed jagħti biċċa art.", "Ta' min jgħid, kif diġà semma l-kelliem ta' qabli, li r-renta marbuta ma' dawn it-trasferimenti m'hijiex bi prezz kummerċjali iżda hija b'rata sussidjata, anzi sussidjata ħafna.", "L-iskop ta' dawn it-trasferimenti żgur mhuwiex li l-gvern jaqla' l-flus, anzi huwa aktar soċjali.", "Il-qofol ta' dawn it-trasferimenti jolqtu entitajiet sportivi, allura t-trasferiment qed isir permezz u taħt is-superviżjoni tal-kunsill Malti ta' l-isports.", "Irrid infakkar li l-kunsill Malti għall-isports ġustament għandu rappreżentanza wiesgħa, inkluż mill-oppożizzjoni.", "F'kull trasferiment li qed isir qed jiġu stabiliti ċerti regoli li jridu jiġu osservati minn dik l-entità li se tgawdi minn dik il-proprjetà.", "Hawnhekk se nagħmel parentesi żgħira għaliex naħseb li mhux biżżejjed li nagħmlu kuntratti tajba ħafna fejn ikun hemm regolamenti u obbligazzjonijiet, iżda huwa importanti li dawn inħarsuhom u nimxu magħhom.", "Mhux qed ngħid li mhux se jiġri hekk, imma f'Malta qegħdin u nafu li kultant uħud jintrabtu li jħallsu ċerti obbligazzjonijiet imbagħad jonqsu milli jagħmlu dan.", "Diġà ssemma l-każ tal-Five Star Hotels Ltd. liema kumpannija fl-1992 kienet intrabtet li tibni hostel għall-institute for tourism studies li kellu jiġi jiswa madwar Lm25,000 u din fil-fatt baqgħet ma bnitux.", "Forsi mn'Alla għaliex l-ITS qed tgħid li aktar milli tinbena hostel hemm bżonn li l-flus jingħataw biex tissewwa l-istruttura ta' l-ITS.", "Jien m'għandix problema għax jekk l-ITS jaħsbu li dawk il-flus jistgħu jiġu wżati aħjar billi tissewwa l-istruttura eżistenti, good luck to them.", "Il-punt li qed nipprova nagħmel huwa li wara li l-parlament japprova din ir-riżoluzzjoni, il-pass li jmiss ikun li xi ħadd jagħmilha ta' watchdog biex jara li kull entità li se tgawdi biċċa art jew struttura diġà eżistenti tħares l-obbligazzjonijiet tagħha u tosserva r-regoli li se ngħid x'inhuma.", "Per eżempju, f'każ ta' trasferiment ta' art li għad trid tiġi żviluppata, il-gvern se jorbot lill-entitajiet li se jgawdu minn dan it- trasferiment b'timeframe ta' kif għandu jsir l-iżvilupp.", "Mhux se nagħtuhom biċċa art b'ċens jew b'kera biex sempliċement ikollhom asset, imma huma marbuta li jagħmlu l-iżvilupp li qalu li se jagħmlu.", "Hemm ukoll regoli dwar il-benefikati li trid tagħmel dik l-entità partikolari, jiġifieri kemm trid tinvesti fuq dik il-biċċa art.", "Dan kollu ġie miftiehem fil- kuntratt, allura issa huwa importanti li xi ħadd jagħmel is-supervisjoni biex jara li dak li ntrabtu li se jagħmlu jagħmluh.", "Mhux biżżejjed li din il-Kamra tapprova t-trasferiment ta' dawn il-proprjetajiet imma importanti wkoll li min qed jintrabat li jagħmel żvilupp, skond prinċipji li diġà kien hemm qbil dwarhom, issa jagħmlu u jagħmlu fiż-żmien diġà stabbilit.", "Għax kif diġà għedt għandna tendenza hawn Malta li nintrabtu b'ċerti affarijiet imbagħad nillaxkaw.", "Fil-każ ta' dawn il-kuntratti qed isir kuntratt għal kull trasferiment, jiġifieri mhux kuntratt li jgħodd għal kollox imma kuntratt tailor-made għal dik l-art partikolari u għalfejn se tintuża, u skond min se jeħodha, jekk tkunx entità sportiva jew waħda filantropika.", "Fil-fatt tul dawn l- aħħar 20 xahar - u hawnhekk nirringrazzja lil dawk kollha involuti, lill- uffiċċju tas-segretarju parlamentari għall-isports fil-ministeru ta' l- edukazzjoni, lil-lands, lill-planning authority, lill-ministeru ta' l- intern u lill-kunsill Malti għall-isports - bosta nies kienu involuti f'ħidma intensiva biex jaraw l-istatut ta' kull entità li kienet se tgawdi minn dan it-trasferiment, jaraw x'qed titlob, jaraw x'beħsiebha tagħmel b'dik il-biċċa art jew faċilità li din il-Kamra qed tintalab tgħaddilha u kif se tagħmel użu minnha.", "Imbagħad skond dak kollu li ħareġ sar kuntratt fejn il-gvern jissalvagwardja l-interessi tiegħu u l-entità jsirilha kuntratt skond il-bżonnijiet tagħha.", "Dawn il-kuntratti huma kollha fuq l- istess prinċipji iżda dejjem skond il-ħteġijiet għalfejn dik l-art se tgħaddi f'idejn xi għaqda jew entità.", "B'kollox se jsiru 30 trasferiment li huma b'ċens u tnax li huma b'kera - fil-maġġoranza tagħhom huma għaqdiet jew entitajiet sportivi, naħseb aktar minn 90% minnhom, imbagħad għandek il-girl guides u l-iscouts ukoll - u barra dawn it-42 trasferiment hemm ukoll għaxar korrezzjonijiet.", "Ta' min jgħid li taħt il-gvern preċedenti kienet bdiet din is-sistema għax kienu saru xi 24 trasferiment ta' proprjetà u sfortunatament kien hemm żball f'ċerti qisien ta' l-artijiet li ngħataw.", "Dawn affarijiet li jiġru u mhux qed ngħid dan bi kritika imma qed nispjega x'inhu jiġri biss.", "Fl-1987 jew fl-1988 saru trasferimenti fejn il-qisien li jiddeskrivu ċerti artijiet li ġew trasferiti do not tally with the extent of the land given, allura indirizzajna dan l-iżbilanċ mhux biex dawn l-entitajiet involuti jitilfu xi ħaġa minn dak li akkwistaw, iżda biex il-qisien ikunu reali u dak li jitniżżel fil-kuntratt jirrifletti l-biċċa ta' art li jkunu se jieħdu.", "B'kollox hemm madwar 60 trasferiment li 42 minnhom, kif diġà għedt, huma entitajiet sportivi.", "L-oħrajn huma NGOs, għaqdiet filantropiċi, scouts, girl guides, down's syndrome association etc. Fosthom hemm il-Malta aviation museum li għall-ewwel darba se jkollhom titlu biex ikun jista' jiġi żviluppat dan il-mużew ta' l-avjazzjoni.", "Mr Speaker, nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq il-planning authority f'relazzjoni diretta ma' dawn it-trasferimenti.", "Waqt din ir-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' proprjetà smajna diskorsi li kienu prattikament fuq l-awtorità ta' l-ippjanar li fl-opinjoni tiegħi kienu kompletament out of order.", "Jien mhux se nagħmel dak l-iżball.", "Ta' min jgħid li l- eżerċizzju ta' l-għoti jew kiri ta' l-artijiet sar b'konsultazzjoni u bi qbil ma' l-awtorità ta' l-ippjanar, kif ukoll mad-dipartiment ta' l- artijiet u d-dipartimenti l-oħra involuti.", "Jiġifieri l-awtorità ta' l- ippjanar qed taqbel fil-prinċipju li dawn is-siti msemmija fir- riżoluzzzjoni jgħaddu lil dawk l-entitajiet partikolari imsemmija.", "Fil-każ ta' Birżebbuġa, per eżempju, jien informat li talbet li tara l-pjanti preliminari biex tara x'għandha f'moħħha din l-entità u mhux għall- approvazzjoni.", "Jiġifieri kellna eżerċizzju ta' konsultazzjoni, ma sarx bl- approvazzjoni tal-planning authority, biex inkunu ġusti magħhom.", "Kulma ġara kien li dawn kellhom l-informazzjoni kollha dwar liema art se tingħata, lil min se tingħata din l-art, għalxiex se tintuża u kif se tintuża, u kien hemm każi fejn talbu wkoll il-pjanti preliminari.", "F'każ wieħed żgur, probabbli iktar minn wieħed.", "Wieħed japprezza li l-planning authority issa għandha dmir, mhux dritt imma għandha d-dmir ukoll li tagħmel il-vetting tagħha meta dawn l-entitajiet jissottomettu l-pjanti għall-approvazzjoni.", "Irrid nagħmel punt ieħor li nittama li jittieħed bi kritika kostruttiva għaliex meta tiltaqa' ma' wħud mill-membri tal-planning authority tinduna kemm huma sensittivi għall-kritika.", "Mid-dehra dawn jippretendu li aħna d- deputati nivvotawlhom il-flus u mbagħad m'għandniex id-dritt li nikkritikaw l-operat tagħhom.", "Naħseb li huma totalment żbaljati u, jeħduha kif jeħduha, jien wieħed minn dawk li kont kritiku lejn l-awtorità ta' l- ippjanar, u hekk beħsiebni nibqa'.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li wara dan l-isforz u wara li sar dan ix-xogħol kollu ta' 20 xahar biex jiġi studjat liema entitajiet se jgawdu minn dawn it-trasferimenti tal-proprjetà u b'liema kuntratti se jingħatawlhom, u wara li din il-Kamra ddiskutiet dawn it-trasferimenti ta' proprjetà għal madwar ħames seduti u wieħed jittama li tapprovahom ukoll, naħseb issa huwa importanti li l-awtorità ta' l-ippjanar ma tispiċċax il-bottleneck biex isir l-iżvilupp minħabba burokrazija żejda, dewmien mhux ġustifikat jew inkella nuqqas ta' rispett lejn il-klijenti tagħhom.", "Ladarba l-awtorità ta' l-ippjanar fil-prinċipju qed taqbel li tali biċċa art tgħaddi lil dik l-entità, meta din l-entità tissottometti l-pjanti - mhux qed ngħidu li tagħmel rubber-stamping u tgħaddi kollox għaliex qablet din il-Kamra, f'każ li taqbel - wieħed jittama li l-awtorità ta' l-ippjanar ma tispiċċax il-bottleneck kif ġieli spiċċat f'każijiet oħra, fejn prattikament idumu s-snin biex jiġi approvat permess.", "Għandna esperjenza qarsa ta' meta l-awtorità ta' l-ippjanar tiddeċiedi li ddum għaliex kontra dak li qal il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra, li l-awtorità ta' l-ippjanar hija kkontrollata mill-ministru, ir-realtà hija għal kollox differenti minn hekk.", "Jekk hawn consensus f'din il-Kamra dan żgur huwa dwar il-fatt li aħna t-tnejn aħna kritiċi għall-awtorità ta' l-ippjanar.", "X'inhuma l-konklużjonijiet li joħorġu mit-trasferimenti ta' dawn l- entitajiet?", "Bla dubju, jekk kollox imur skond kif ippjanat, u jekk kulħadd iħares l-obbligazzjoni tiegħu, naħseb li se jkollna żvilupp - għalkemm mhux dak l-iskop wara dan kollu, imma ta' min isemmih - kbir f'daqqa li naħseb li għandu jagħmel xi ftit effett fuq l-ekonomija għaliex se jkun hemm diversi entitajiet li ħadu biċċa art li jridu jiżviluppawha, jew ħadu faċilitajiet li jridu jirranġawhom.", "Imma x'inhu l-iskop veru tat- trasferiment ta' din il-proprjetà lil dawn l-entitajiet?", "Ħafna drabi ssir kritika - li jien ngħid li hija ġustifikata mhux f'Malta biss imma anke barra minn Malta - li ż-żgħażagħ m'għandhomx biżżejjed mezzi ta' divertiment jew passatemp fil-lokalitajiet tagħhom jew inkella fil-viċinanza ta' fejn joqogħdu.", "Jiena ngħid li veru m'hawnx biżżejjed, għalkemm compared ma' wħud minn pajjiżi oħra forsi għandna iktar minn uħud, u wħud mill-pajjiżi għandhom iktar minna.", "Jien ngħid li m'hawnx biżżejjed u ma rridux nilludu ruħna li b'dawn it-trasferimenti li se nagħmlu se jkollna biżżejjed faċilitajiet sportivi.", "Probabbli jgħaddu għaxar snin oħra u min ikun hawn flokna xorta jibqa' jgħid li m'hawnx biżżejjed faċilitajiet sportivi.", "Huwa ħażin jekk ngħidu li issa għamilna kollox għaliex qed nagħmlu dawn it-trasferimenti ta' proprjetà.", "Kulma qed nagħmlu huwa pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex qed nagħmlu pass biex ikun hawn aktar faċilitajiet sportivi u l-iktar importanti huwa li jkunu mmexxija b'mod serju u b'mod responsabbli fuq gwidi ċari.", "Mr Speaker, kif diġà għedt l-entitajiet sportivi li se jieħdu dawn il- faċilitajiet se jkollhom is-superviżjoni tal-kunsill Malti għall-isport ħalli jassiguraw li ż-żgħażagħ f'diversi lokalitajiet u anke dawk li mhumiex żgħażagħ - għaliex illum hawn ħafna li mhumiex daqstant żgħażagħ li jipprattikaw l-isport u jagħmlu tajjeb - isibu mezz alternattiv fejn iqattgħu l-ħin ħieles.", "Hija ħaġa tajba li din il-Kamra qed tagħmel dan l- investiment fil-faċilitajiet sportivi għaliex qed inżidu l-opportunitajiet fejn diversi nies jistgħu jipprattikaw dixxiplini differenti ta' l-isport u qed inżidu l-aċċess għall-isport, għaliex jekk inti għandek faċilità sportiva - mhux f'kull lokalità għaliex forsi impossibbli - viċin ta' fejn toqgħod, awtomatikament qed iżżid l-aċċess bit-tama li tħajjar aktar nies jipprattikaw l-isport li jogħġobhom.", "Jien segwejt id-diskors ta' l-Onor.", "Joe Debono Grech dwar il-bżonn li nagħmlu xi ħaġa biex intejbu l-livell ta' l-isportivi tagħna u jien naqbel miegħu.", "Ma noqogħdux nilludu ruħna li se nkunu għamilna kollox billi tajna dawn il-faċilitajiet, imma naħseb li iktar ma tipprovdi faċilitajiet iktar se tħajjar nies biex jipprattikaw dixxiplini sportivi differenti.", "Allura wieħed jittama li - mhux b'dan li qed nagħmlu biss għax il-problema hija kumplessa bħalma hija s-soluzzjoni - dan ikun pass żgħir biex intejbu l-livell ta' l-isportivi f'pajjiżna.", "Nagħmel parentesi żgħira biex ngħid li meta intervistaw lil Pele' u staqsewh kif beda fil-football, dan qal li kellu ballun taċ-ċarruta u kien joħroġ barra fit-triq u joqgħod jilgħab bih.", "Issa jien mhux qed ngħid li b'dan li qed nagħmlu se jkollna xi Pele' f'Malta għada!", "J'Alla, imma ma tantx jien wieħed minn dawk li nħobb noħlom.", "Jiġifieri b'dan li qed nagħmlu mhux se nagħmlu mirkali imma naħseb li huwa pass fid-direzzjoni t- tajba.", "Jiena nittama li dan li qed nagħmlu fl-aħħar mill-aħħar isarraf biex inħajru aktar żgħażagħ biex iqattgħu l-ħin ħieles jipprattikaw u jedhew fl-isport li wara kollox - dan huwa l-iktar punt importanti - huwa a healthy habit.", "Apparti minn hekk, forsi l-isport jista' jżomm liż-żgħażagħ tagħna ftit aktar 'il bogħod minn postijiet kummerċjali ta' divertiment oħra li sfortunatament uħud minnhom illum tant saru marbuta ma' l-abbuż ta' sustanzi perikolużi, l-alkoħol u tipjip.", "L-isports mhux biss joffri passatemp li jagħmlek aktar b'saħħtek fiżikament u anke psikoloġikament - u dan huwa pprovat xjentifikament - iżda wkoll fih innifsu huwa inkompatibbli ma' ċerti vizzji li huma detrimentali għas-saħħa.", "Min jipprattika xi sport bis-serjetà jaf li l- isport u t-tipjip ma jmorrux flimkien.", "L-isport u l-abbuż mis-sustanzi perikolużi ma jmorrux flimkien.", "Għalhekk naħseb li dan huwa pass żgħir fid- direzzjoni t-tajba mingħajr ma nkun qed noħlom li se nsolvu kollox permezz tat-trasferiment ta' dawn l-artijiet.", "Naħseb diversi għaqdiet sportivi għall-ewwel darba se jkollhom il-faċilitajiet tagħhom bit-titlu tagħhom u jamministrawhom huma fuq gwidi u taħt is-superviżjoni tal-kunsill Malti ta' l-isport.", "Imma se jkollhom ukoll ċerta awtonomija anke ekonomika għaliex naħseb li l-iskop ta' ħafna minnhom huwa li jżewġuhom ma' attività kummerċjali sabiex l-għaqda sportiva tagħhom tkun aktar sostenibbli.", "Hawnhekk irrid nirriferi għal xi ħaġa li qal l-Onor.", "Charles Mangion, fis- sens li huwa importanti li l-aspett kummerċjali ma jsirx l-iskop.", "L-aspett kummerċjali huwa importanti biex l-għaqda jkollha l-finanzi għax nafu li waħda mill-ikbar problemi li għandhom l-għaqdiet sportivi hija li jridu joħorġu ħafna flus.", "Għalhekk hija ħaġa tajba li jżewġu l-faċilità sportiva ma' ċertu investiment ekonomiku.", "Imma l-attività kummerċjali għandha tkun biss mezz biex jilħqu l-iskop tagħhom, jiġifieri li tiżdied l-aċċessibbiltà ħalli aktar u aktar nies mil-lokal jipprattikaw l-isport.", "Insemmi l- eżempju tal-pixxina ta' Wied il-Għajn li l-ministru preċedenti responsabbli mill-isport, l-Onor.", "Michael Refalo, kien għaddieha lill-kumitat tal- waterpolo ta' Wied il-Għajn.", "Naħseb li dawn irnexxielhom mhux biss jagħmlu a happy balance billi jużaw l-attività kummerċjali biex ikunu jistgħu jsostnu l-attivitajiet sportivi tagħhom, imma rnexxielhom joħolqu xi ħaġa li ma kenitx teżisti qabel.", "Il-pixxina tal-waterpolo ta' Wied il-Għajn illum hija aċċessibbli għan-nies kollha tal-lokal.", "Per eżempju, f'dawn ix- xhur tas-sajf dawn mhux biss jorganizzaw barbecues fejn ikollhom ħafna nies u għandhom bar fejn imorru familji sħaħ, imma aktar minn hekk jiftħu l- pixxina tal-waterpolo.", "Kull min irid imur fil-pixxina ta' Wied il-Għajn iħallas Lm1 u jista' jagħmel ġurnata jgħum hemmhekk.", "Barra li qed jipprovaw jaqilgħu ftit flus, li hija ħaġa tajba, awtomatikament din saret aċċessibbli għal dawk kollha li jridu jmorru.", "Naħseb li dan bejn wieħed u ieħor għandu jkun il-prinċipju li għandu jmexxi dawn l-entitajiet sportivi.", "Għal uħud mill-entitajiet sportivi li se jagħmlu użu minn dawn il- faċilitajiet ifisser ħafna iktar minn hekk.", "Per eżempju, il-Malta tennis federation m'hijiex se tibqa' tagħmel użu mill-faċilitajiet ta' ħaddieħor imma se jkollha l-faċilità tagħha għall-ewwel darba.", "L-istess għall-judo federation.", "Fuq il-kwestjoni tar-regoli diġà semmejt li issa jrid ikun hemm il-watchdog li jara li r-regoli jiġu osservati.", "Jien naqbel ukoll mal- kummenti li għamel l-Onor.", "Charles Mangion dwar il-parteċipazzjoni tal- kunsilli lokali.", "Dawn għandhom jiġu involuti mhux biss fit-trasferiment tal-proprjetà imma anke fil-management tagħhom.", "Il-kunsilli lokali għandhom role importanti ħafna x'jilagħbu għax fil-fatt huma ilhom jitolbu li jkun hemm faċilità sportiva fil-lokal tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li jriduha u jien konvint li jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha tagħhom.", "Dawn huma l-kummenti li rrid nagħmel.", "Naħseb li all in all ir- riżoluzzjoni li għandna quddiemna hija pożittiva u m'għandux ikun hawn kontroversja fuqha, għalkemm ovvjament kulħadd għandu dritt jagħmel il- kritika tiegħu biex din ir-riżoluzzjoni tkun aħjar.", "Imma għal dawk ir- raġunijiet pożittivi jien naħseb li din il-Kamra għandha tapprova din ir- riżoluzzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, għandna quddiemna riżoluzzjoni maqsuma f'disa' dokumenti li biha qed jiġu ttrasferiti diversi proprjetajiet u artijiet bil-kera jew biċ-ċens lil diversi għaqdiet sportivi u soċjali, kif ukoll għaqdiet oħra.", "Aħna bħala oppożizzjoni naqblu fil-prinċipju ma' din ir-riżoluzzjoni biex dawn il-proprjetajiet jgħaddu għand dawn l-għaqdiet sabiex ikollhom is-siti minn fejn jistgħu jippromwovu d-dixxiplina sportiva tagħhom b'awtonomija sħiħa.", "Imma tajjeb li, kif qal qabli l-Onor.", "Galea, wara li jgħaddu dawn il-proprjetajiet lil dawn l-għaqdiet, ikun hemm sorveljanza, ikun hemm il-watchdog li jara li jiġu osservati bl-akbar serjetà dawk il-kondizzjonijiet li fuqhom tkun ingħatat dik il-proprjetà.", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għaliex jekk tħares lejn din ir-riżoluzzjoni ssib li dokument minnhom juri li l-ftehim li kien sar snin ilu ma kienx ġie onorat u qed jiġi rranġat ukoll permezz ta' din ir-riżoluzzjoni.", "Jien ma nħossx li dan huwa sew, speċjalment fejn tidħol xi kumpannija kummerċjali.", "Anke fejn jidħlu għaqdiet sportivi u soċjali, jien nemmen li għandu jkun hemm sorveljanza ħalli naċċertaw ruħna li art jew proprjetà li tgħaddi għandhom tiġi żviluppata u tintuża fl-aħjar interess pubbliku u għall-iskop ewlieni li dan il-parlament ikun approva l-istess trasferiment.", "Għalkemm se jkunu finanzjarjament awtonomi u taħt is-sorveljanza tal-kunsill Malti ta' l-isport, il-gvern minn żmien għal żmien għandu jissorvelja dak li jkun qed isir f'dawn is-siti u l-faċilitajiet.", "Jien nemmen li once li dawn l-artijiet jiġu ttrasferiti, l-għaqdiet sportivi flimkien mal-kunsill Malti għall-isport, mas-segretarjat responsabbli mill-isport u ma' l-awtorità ta' l-ippjanar għandhom iħejju pjan kif is-sit li jkunu ngħataw ikun se jiġi żviluppat.", "Qed ngħid li l- pjan għandu jitħejja flimkien ma' l-awtorità ta' l-ippjanar ħalli mbagħad ma jinstabux diffikultajiet biex jingħataw il-permessi, u biex jiġu stabiliti t-targets tal-fażijiet kif għandu jsir ix-xogħol b'mod li kulmin irid juża s-sit għad-dixxiplina sportiva tiegħu jkun jista' jagħmel hekk bl- akbar faċilità.", "Permezz ta' dan il-pjan mhux sempliċement ngħaddu l-art, ngħaddu l-proprjetà, imma wieħed ikun jaf eżattament kif se tiġi żviluppata dik il-proprjetà aktar 'il quddiem.", "Xtaqt nitkellem dwar proprjetajiet fil-lokalità ta' Pembroke li hija parti mid-distrett fejn nikkontesta jien.", "Hawnhekk insibu li se jgħaddu diversi proprjetajiet lill- għaqdiet sportivi, fosthom il-BMX club, il-judo club, u l-island radio model club.", "L-ewwelnett fil-laqgħat li saru f'dan ir- rigward jidher li dawn mhux qed jaqblu mal-prezzijiet li qed jiġu mitluba għall-kirjiet tagħhom f'din il-lokalità.", "Xi sena u nofs ilu saru laqgħat kemm mal-kunsill lokali u anke mas-segretarju parlamentari għall-isport, imma minn dakinhar jidher li l-affarijiet iġġammjaw u ma sar xejn iżjed.", "Irrid ngħid hawnhekk li l-kunsill lokali u anke l-għaqdiet infushom jinsabu diżappuntati għaliex xtaqu li qabel jiġu trasferiti għandhom dawn l- artijiet, il-ftehim ikun wieħed komplut.", "Xtaqt nirrimarka wkoll dwar il-fatt li fil-kuntratti ta' dawn it- trasferimenti, fejn qabel il-kunsilli lokali kienu jingħataw id-dritt li jużaw għal 15-il ġurnata fis-sena l-artijiet li jkunu ġew trasferiti għand xi għaqda sportiva jew soċjali fil-lokalità tagħhom, din id-darba dawn il- 15-il ġurnata fis-sena ġew maqsuma bejn il-gvern u l-kunsill.", "Dan ifisser li l-kunsill lokali se jitnaqqaslu ż-żmien li fih jista' juża din il- proprjetà matul is-sena.", "Kien hemm diversi kunsilliera u anke sindki li qaluli li ma jaqblux ma' din it-tip ta' klawsola u jixtiequ li l-kunsill ikollu aktar aċċessibilità għal dawn il-postijiet kif fil-fatt kellu qabel.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Charles Mangion, irridu ndaħħlu l-kultura ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli u dawn l-għaqdiet, imma kif inhu l- kuntratt awtomatikament l-għaqdiet jistgħu faċilment jinjoraw il-kunsill.", "Jien naħseb li l-kunsill lokali għandu jkollu ċerta awtorità fuq art li qiegħda fil-lokalità tiegħu, għalkemm mhux awtorità assoluta.", "Naħseb li wieħed seta' jikkonsidra iktar bis-serjetà qabel jieħu dan il-pass li l-15- il ġurnata fis-sena li fihom l-kunsill jista' juża din il-proprjetà jinqasmu bejn il-gvern u l-kunsill.", "Xtaqt nitkellem dwar għaqdiet sportivi oħra li wkoll xtaqu li jingħataw xi proprjetà.", "Fost dawn insemmi l-assoċjazzjoni tat-torball li meta jagħmel l-intervent tiegħu l-Onor.", "Noel Farrugia, bħala l-fundatur tagħha, żgur li se jitkellem dwarha ħafna iktar fid-dettall milli naf jiena.", "It- torball hija għaqda sportiva ta' nies neqsin mid-dawl li ntroduċew ukoll logħba għalihom f'Malta.", "It-talba tagħhom għal sit fejn ikunu jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom issa ilha pendenti għal numru ta' snin twal u sal-lum għadhom ma ngħatawx sit minn fejn joperaw.", "Naħseb li wasal iż- żmien li nikkonsidraw bis-serjetà t-talba tagħhom.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-ground tax-Xagħra tal-Furjana li nafu x'kontroversja nqalgħet dwaru qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "Fix-Xagħra tal-Furjana hemm ground sabiħ li saru ħafna spejjeż fih biex inżera' t-turf u kien jintuża kemm mit-team tal-Furjana u anke mit-tfal tal- Furjaniżi.", "Kien hemm oġġezzjonijiet kbar biex fix-xagħra ma jsirux iċ- ċelebrazzjonijiet tal-millennju.", "Kien hemm twissijiet dwar il-ħsara li kienet se ssir, imma kien hemm min webbes rasu u xorta għamel l- attivitajiet li kellu jagħmel hemmhekk bir-riżultat li t-turf spiċċa diżastru.", "Sa ftit tal-ġranet ilu kienet qisha għalqa tal-patata, anzi naħseb li għalqa tal-patata hija lussu ħdejn l-istat li kienet fih ix- Xagħra tal-Furjana.", "Hija ħaġa tajba li issa reġgħu bdew ix-xogħlijiet, imma jiena ngħid li din hija spiża kapriċċuża minħabba li kien hemm min webbes rasu u ried jagħmel bilfors l-attivitajiet hemmhekk.", "Wara kollox l- ispiża se toħroġ mill-fondi pubbliċi, mill-fondi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Insemmi wkoll il-pendenza li hemm dwar l-iżvilupp tal-ground fejn jittrejnjaw il-players tal-Valletta football club.", "Nafu li ħafna mit-teams tal-premier division għandhom il-ground tagħhom, allura hawnhekk wasal iż- żmien li din il-problema tiġi solvuta.", "Qed nirriferi għas-Salinos ground, li jinsab fi stat xejn pjaċevoli.", "Għandi informazzjoni li l-affarijiet mexjin, imma mexjin bil-mod wisq għax jidher li m'hemmx superviżjoni ta' kif qed isiru l-affarijiet.", "Jeħtieġ li ngħaġġlu x-xogħol għall-ġid ta' l- isport Malti u għall-ġid tat-tfal li jattendu hemmhekk biex jipprattikaw d- dixxiplina sportiva tagħhom.", "Proġett ieħor li issa ilu pendenti mhux ħażin huwa l-landscaping fil- housing estate li hemm Ta' Ġiorni li semmejtu kemm-il darba f'dan il- parlament.", "Mhux se naqta' qalbi, nibqa' nsemmih sakemm nara li jitwettaq.", "Hemm il-pjanti li suppost huma approvati mill-awtorità ta' l-ippjanar, iżda ma nafx x'inhu jiġri eżattament għaliex daqqa jgħidu li huma approvati u daqqa jgħidu li jridu jiġu emendati, u din l-istorja ilha sejra għal snin twal.", "Hemm ukoll ground tal-football u playing-field għaż-żgħażagħ ta' dik l-akkwata li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar intrabat li jibnihom a spejjeż tiegħu skond ftehim li kien sar mal-kunsill lokali dwar bini ta' flats fejn il-kunsill kien ċeda biċċa art.", "Imma sal-lum għadu ma sar xejn.", "Id-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar issa wasal biex ilesti l- proġett li kien ippjana hu u mhux sew li issa joqgħod jittituba biex joħroġ il-fondi ħalli jagħmel il-ground u l-playing-field li kien intrabat li jagħmel.", "Mr Speaker, hawnhekk nixtieq nappella wkoll lill-kunsill lokali ta' San Ġiljan biex jilħaq ftehim dwar kif se jiġi wżat dan il-post mill-uniku club tal-football li hemm San Ġiljan, Ta' Ġiorni Wolves Football Club, li biex jagħmlu t-training dawn ikollhom joħorġu barra l-lokalità.", "Naf li f'San Ġiljan hemm club ieħor tal-football li huwa l-Melita FC, imma dawk issa ngħataw proprjetà ġewwa Pembroke biex jagħmlu użu minnha.", "Mr Speaker, aħna naqblu fuq din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna, imma xtaqt nagħmel xi ftit osservazzjonijiet.", "Fost oħrajn, jien segwejt id- diskors ta' l-Onor.", "Jason Azzopardi u nħoss li huwa pprova jippolitiċizza din ir-riżoluzzjoni, minkejja li m'hijiex kontroversjali.", "Hawnhekk hawn ftehim fuq il-prinċipju, għalkemm jista' ma jkunx hemm qbil fuq xi dettalji dwar kif dawn l-artijiet jiġu trasferiti għand għaqdiet sportivi u soċjali.", "Imma l-Onor.", "Membru għoġbu jipprova jippolitiċizzaha u joqgħod isemmi li din ir-riżoluzzjoni ma fihex xi għoti ta' art lil xi partit politiku.", "Dawn l-affarijiet jiskantawni!", "Bl-istess argument ta' l-Onor.", "Azzopardi, nixtieq infakkru kif għaddew lill-partit il-każini Nazzjonalisti ta' Ta' Xbiex u Santa Luċija.", "Nesa kif il-McDonald's għaddiet għand ħbieb tal- qalba viċin il-kap tiegħu?", "Però dan m'huwiex il-punt ta' din ir- riżoluzzjoni, imma hawnhekk qegħdin nitolbu lill-parlament japprova t- trasferiment ta' siti lill-għaqdiet sportivi u għaqdiet b'għan soċjali.", "L- iskop ta' dan huwa biex liż-żgħażagħ tagħna ndaħħlu fihom aktar spirtu ta' eżerċizzju fiżiku permezz ta' l-isports u ndaħħlu aktar kultura ta' għajnuna soċjali permezz ta' għaqdiet oħra.", "Dan huwa l-ispirtu ta' din ir- riżoluzzjoni.", "Mr Speaker, hemm numru ta' għaqdiet oħra li mhumiex żgħar u li għadhom ma bbenefikawx mit-trasferiment ta' dawn l-artijiet, li hemm bżonn naħsbu fihom 'il quddiem.", "Jien nagħlaq billi nawgura li dawn il-proprjetajiet u artijiet li qed jgħaddu lil dawn l-għaqdiet jintużaw tajjeb u jkun hemm sorveljanza sħiħa ta' dak li jkun qed jiġri fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li għandhom għal qalbhom l-isport u anke l-attivitajiet soċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, din ir-riżoluzzjoni hija interessanti għaliex turi li fl-aħħar tas-seklu li għadda u fil-bidu ta' dan is-seklu aħna biddilna l-linja ġenerali li s-soltu kienet tittieħed mill-gvern.", "Fil-bidu ta' meta ġew l-Ingliżi hawn Malta kien sar survey biex jaraw f'idejn min qiegħda l-proprjetà u rriżulta li terz tal-proprjetà kienet f'idejn il-gvern, terz f'idejn il-privat u terz ieħor f'idejn il- Knisja.", "Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn daħlet il-famuża liġi tal- manomorta li ma tippermettix lill-Knisja li tieħu ċerta proprjetà.", "Illum ż- żmenijiet inbiddlu.", "Kulħadd jaf bil-ftehim li sar bejn il-gvern u l- Knisja, fejn il-gvern ħa f'idejh numru kbir ta' proprjetajiet u allura mill- aħħar għaxar snin tas-seklu li għadda sal-lum il-gvern sab ruħu bi kwantità kbira ta' proprjetà f'idejh.", "Għalkemm ngħidu li din il-proprjetà qiegħda f'idejh għaliex huwa reġistrat bħala proprjetarju, mhux neċessarjament kollha hija wżata mill-gvern għaliex hemm diversi proprjetajiet li huma mogħtija b'kirjiet jew bi ċnus lil individwi privati.", "Filwaqt li mill-bidu tas-seklu li għadda l-preokkupazzjoni prinċipali kienet ta' kif inti tieħu art privata biex tagħmilha pubblika, jidher li t- teħid permezz ta' esproprjazzjoni ta' art mingħand il-privat għall-pubbliku tul is-seklu kollu bil-mod il-mod naqset ħafna.", "Wieħed irid jgħid li issa l-boxla nbidlet u l-linja li qiegħda tittieħed hija kif proprjetà li qiegħda f'idejn il-gvern - mhux proprjetà li ttieħdet lill-privat, imma proprjetà li hija diġà tal-gvern jew għaliex ġiet mingħand il-Knisja jew għaliex kienet għandu minn ġenerazzjonijiet passati - mingħajr ma wieħed jitlef l-iskop pubbliku tagħha, jiġifieri li tiġi wżata għall-ġid tal-poplu kollu in ġenerali, tgħaddi f'idejn organizzazzjoni li tkun qiegħda twettaq skop speċifiku li mhuwiex ta' natura privata imma ta' natura pubblika.", "Mr Speaker, meta l-gvern qed jgħaddi dawn il-prorpjetajiet lid-diversi istituzzjonijiet ikun qed jirrikonoxxi li l-ħidma li qed jagħmlu hija ta' ġid għall-poplu Malti kollu.", "F'dan is-sens wieħed jifhem iktar u iktar l- importanza ta' din ir-riżoluzzjoni li hawn quddiemna llum.", "L-ewwelnett bħala linja li tapplika għalihom kollha, dawn qed jiġu rikonoxxuti permezz ta' titolu speċifiku, sija l-assoċjazzjonijiet li diġà qegħdin fil-post u sija dawk li jridu jidħlu fil-post, sabiex għan-nom tal-gvern jagħmlu xi ħaġa ta' natura sportiva, ta' natura filantropika, ta' natura li hija marbuta mal-formazzjoni aħjar u mar-rikreazzjoni aħjar tal-poplu in ġenerali li l-Istat innifsu jħoss li mhuwiex qiegħed f'pożizzjoni li jagħmel.", "Dan huwa mod tajjeb ta' kif wieħed jiddelega l-poter lil xi ħadd li huwa interessat u ta' kif wieħed jinvolvi b'mod dirett is-settur tal- volontarjat.", "Fil-maġġoranza tagħhom dawn huma nies li volontarjament jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom għal dawn l-organizzazzjonijiet.", "Għalhekk b'din l-għotja legali, għaliex dan huwa titolu legali - u hawn hija l- importanza ta' din ir-riżoluzzjoni kollha - aħna qegħdin nagħtu lil dawn l- għaqdiet rikonoxximent fis-sens legali.", "Mr Speaker, din il-linja li qed jieħu l-gvern hija importanti biex ikompli jħajjar iktar persuni li jridu jipparteċipaw fil-kamp filantropiku u fil-kamp sportiv għaliex b'dan il-pass l-Istat qiegħed juri li mhux qed jinjora jew joġġezzjona għal dak li qegħdin jagħmlu dawn l-għaqdiet.", "Anzi tant il-gvern iħoss li l-ħidma tagħhom hija għall-ġid tas-soċjetà in ġenerali, li qiegħed jagħtihom is-saħħa legali fuq l-art jew il-proprjetà li joperaw fiha biex ċerti affarijiet li qabel ma setgħux jagħmlu, issa jkunu jistgħu jagħmluhom.", "U jekk jagħmlu xi kostruzzjoni jew xi tibdil illum għandhom moħħhom mistrieħ li jkunu qed jagħmluha b'mod legali u l- pubbliku jkun jaf li t-tali organizzazzjoni m'hijiex hemmhekk fuq bażi temporanja imma fuq bażi permanenti.", "Ovvjament il-kelma \"permanenti\" hija wkoll relattiva, però dan it-titolu se jagħti ċerta forza lil dawn il- persuni li jiddedikaw tant ħin għall-club partikolari tagħhom, għan-namra partikolari tagħhom, għax qegħdin jingħataw iktar pedament b'saħħtu fuqxiex joperaw.", "Min għandu esperjenza f'dawn il-clubs bħalma għandi jien, fis- sens li jien konsulent legali ta' ħafna clubs, jinnota li l-fatt li jkollhom fuq isimhom il-proprjetà b'ċens jew b'kiri jagħtihom iktar saħħa biex jimxu 'l quddiem fil-ħidma tagħhom.", "U f'dan id-dawl il-gvern mhux biss qiegħed jirrikonoxxi l-ħidma tagħhom imma qiegħed jipprova jgħinhom - ovvjament bil-limitazzjonijiet li l-gvern għandu f'idejh - u qed jinkoraġġihom biex jimxu iktar 'il quddiem.", "Huwa interessanti wkoll li hawn numru kbir ta' clubs tal-boċċi fejn jipprattikaw dan l-isport li huwa purament nazzjonali.", "Pajjiżi oħrajn jilagħbuha din il-logħba tal-boċċi però f'forom differenti.", "Il-mod kif nilagħbuha hawn Malta huwa tipikament Malti, huwa parti mill-wirt kulturali u soċjali tagħna.", "Wieħed jirrealizza kemm il-clubs tal-boċċi f'Malta huma b'saħħithom għaliex jiġbdu kwantità kbira ta' nies biex jaraw il-partiti tal-boċċi li jsiru.", "Huwa importanti li nibqgħu nżommu din it-tradizzjoni u nsaħħuha.", "Wieħed irid jgħid ukoll li tul iż-żmenijiet dejjem ibbenefikaw b'xi mod b'għajnuna min-naħa tal-gvern.", "Però din l-għajnuna issa se tittrasforma ruħha f'titolu ta' ċens lill-clubs tal-boċċi ta' Birżebbuġa, ta' Ħal-Lija, ta' Raħal Ġdid, ta' Senglea, ta' Ħal Tarxien, ta' Ħaż-Żabbar, ta' St. Peter's ta' Triq San Leonardo li huwa fil-konfini ta' bejn ix- Xgħajra u Ħaż-Żabbar, taż-Żejtun, ta' Ħaż-Żebbuġ u taż-Żurrieq.", "Jiġifieri f'din ir-riżoluzzjoni l-gvern qed jagħti iktar rikonoxximent għall-ħidma kbira li qiegħda ssir minn dawn il-persuni fil-clubs tal-boċċi u b'hekk dawn se jkunu jistgħu jimxu iktar 'il quddiem.", "F'din ir-riżoluzzjoni qed tispikka l-preżenza ta' diversi tennis clubs li qed jingħataw importanza kbira, speċjalment żewġ tennis clubs li qegħdin Kordin li għandhom saħħa kważi nazzjonali.", "Qed nirriferi għat-tennis club ta' Kordin u għall-VLTC li xi soċji minnhom waqqfu r-Rinella tennis club.", "Wieħed irid jgħid li r-Rinella tennis club ittrasforma l-post kompletament minn dak li kien qabel u għamluh aċċessibbli għal diversi nies.", "Għalhekk huwa tajjeb ħafna li qed nagħtuhom titolu ta' kera.", "Jiġifieri huwa ċar li l-iskop ta' dawn il-konċessjonijiet lid-diversi clubs li ħafna minnhom ilhom joperaw snin twal, huwa li nagħtuhom rikonoxximent u nagħtuhom ukoll saħħa f'dak li qed jagħmlu.", "Mr Speaker, kien hawn min ta l-impressjoni li fil-konċessjonijiet mhux se jkun hemm kontroll, però jekk wieħed iħares ftit lejn il-kuntratti jsib li għamilna kontroll fuq dak li se jagħmlu dawn il-clubs.", "Kontroll mhux fis- sens li se nindaħlulhom fil-ħidma tagħhom imma li ma nħalluhomx joħorġu barra mill-parametri li qegħdin nagħtuhom.", "Fil-fatt f'diversi minn dawn il- kuntratti wieħed isib artikolu li jgħid li l-club huwa direttament responsabbli lejn il-kunsill Malti għall-isports li jirrappreżenta lis- segretarju parlamentari responsabbli mill-isport.", "Għal dan il-għan, kull persuna nkarigata mill-kunsill Malti għall-isport għandha titħalla tidħol biex tagħmel, f'każ ta' bżonn, spezzjoni tal-faċilitajiet sportivi, ossia tal-proprjetà trasferita.", "Jiġifieri kważi f'kull kuntratt hemm ir- responsabbiltà fuq il-kunsill Malti għall-isport.", "Qed ngħid kważi f'kull kuntratt għaliex hemm xi kuntratti li huma mogħtija lil soċjetajiet li mhumiex sportivi u ovvjament hemmhekk il-kunsill Malti għall-isport m'għandu x'jaqsam xejn.", "Però qegħdin inżommu d-dritt li l-kunsill Malti għall-isport, li korrettement qiegħed ikun delegat mis-segretarjat parlamentari għall-isport, imur jissorvelja x'inhu qed jiġri hemmhekk.", "Barra minn dan, qegħdin nimponu klawsola importanti li tgħid li kull club għandu jagħmel polza tas-sigurtà dwar riskji għal terzi persuni u kontra l- ħsarat fl-imsemmija proprjetà.", "Dan huwa avvanz ieħor fuq il-kuntratti li kienu jingħataw qabel għaliex f'konċessjonijiet enfitewtiċi li l-gvern kien jagħti mhux dejjem kienu jeżistu ċerti klawsoli, speċjalment din il- klawsola.", "Hawnhekk qed indaħħlu l-konċett li l-club irid jagħmel insurance policy biex iħares lilu nnifsu kontra dak li jista' jiġri lil terzi persuni li jmorru hemmhekk u jweġġgħu u biex il-proprjetà li qegħdin nagħtuhom tiġi preservata wkoll b'garanzija ta' polza ta' assigurazzjoni.", "Mr Speaker, qegħdin nimxu pass iktar 'il quddiem għaliex qegħdin nimponu li l-club jagħti kopja ta' l-accounts tiegħu kull sena lill-kunsill Malti għall-isport.", "Quddiemi għandi wieħed minn dawn il-kuntratti tal-clubs tal- boċċi li jgħid li l-club għandu jkun affiljat ma' l-assoċjazzjoni jew federezzjoni nazzjonali, kif ukoll reġistrat mal-kunsill Malti għall- isport.", "Il-club huwa obbligat li jagħti lil kunsill Malti għall-isport kopja ta' l-istatut, l-isem tal-membri tal-kumitat u jibgħat kopja ta' l- accounts.", "Il-club huwa obbligat ukoll li jinforma lill-kunsill Malti għall- isport bi kwalunkwe tibdil li jkun sar fl-istatut.", "Wieħed jieħu l-impressjoni – li forsi l-kelliema ta' qabli ma ridux jagħtu, imma forsi meta jismagħhom jitkellmu l-pubbliku in ġenerali hekk jaħseb - li aħna qegħdin sempliċement nagħtu konċessjoni enfitewtika jew ta' kirja in ġenerali u mbagħad dawn jagħmlu li jridu.", "Dan bl-ebda mod m'huwa l-każ, anzi jekk wieħed jara ftit dawn il-klawsoli jara li qegħdin nidħlu fil-fond ta' din l-għaqda.", "Għaliex meta qed titlob lill-għaqda tibgħatlek l-accounts kull sena, l-ismijiet tal-membri tal-kumitat, u jekk tibdel l-istatut trid tibgħat kopja tiegħu, dawn huma affarijiet li jsiru normalment meta wieħed irid is-serjetà.", "Imma aħna mhux biss għedna li din hija ħaġa normali li ssir, iżda daħħalnieha bħala parti mill-kuntratti tal- konċessjonijiet li qegħdin nagħtu.", "Sur President, hemm klawsola li ma tantx issemmiet, però naħseb li għandha jkollha importanza, fejn qegħdin ngħidu li fl-użu tal-faċilitajiet sportivi tal-club m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni minħabba kulur, razza, reliġjon jew politika jew sess.", "Naħseb li din hija wkoll avvanz ieħor għaliex wieħed jista' jkollu l-impressjoni li fil-club tiegħu jista' jagħżel hu min ikunu s-soċji jew jagħżel hu min jista' jiffrekwentah.", "Wieħed jifhimha li jekk ikun hemm bniedem li qed jaqla' l-inkwiet fil-club jew huwa bniedem li wieħed ma jistax jafdah jew li għandu sentimenti ħżiena, allura jżommu barra.", "Dan mhux l-artikolu indikat hawnhekk.", "Però mbagħad wieħed ma jistax jagħti d-dritt lil dawn il-clubs li jeskludu n- nies minn proprjetà tal-gvern li qiegħda hemm għal skopijiet pubbliċi.", "Ma nistgħux, per eżempju, ngħidu li dawk kollha li ma joqogħdux f'ċerta lokalità ma jistgħux jagħmlu użu minn dan il-club partikolari jew mill- faċilitajiet partikolari.", "Ma nistgħux lanqas ngħidu li dawk kollha li huma mawmettani jew li huma kattoliċi jew li huma protestanti ma jistgħux jidħlu fil-club tagħna.", "Il-fatt li qed ngħidu li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni fil-club juri l-importanza li dan ikun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali.", "Sur President, qed indaħħlu wkoll il-klawsola tal-youth nursery għaliex ħafna drabi f'dan il-pajjiż, mingħajr ma rridu, għandna d-drawwa li l-youth nursery mill-ewwel ngħaqqduha ma' clubs tal-football.", "Mentri hawnhekk qed indaħħlu l-konċett ta' youth nursery anke f'dak li għandu x'jaqsam mal- clubs tal-boċċi.", "Dan il-kuntratt partikolari li għandi quddiemi jgħid li l- proprjetà tkun ukoll għall-użu tal-youth nursery ta' l-istess club u fil- ħinijiet ta' l-iskola.", "L-immobbli tinfetaħ għall-użu tat-tfal ta' l-iskola bla ħlas ħlief għal servizzi provduti ta' tindif u sigurtà.", "Jekk ma jkunx hemm qbil dwar dan il-ftehim, il-kwestjoni tmur quddiem il-kunsill Malti għall-isports u d-deċizjoni tiegħu tkun finali.", "Sur President, wieħed irid jirreġistra li qegħdin nagħmlu avvanz għaliex mhux sempliċement qegħdin ngħidu li se nagħtu dan il-club u mbagħad dawn jagħmlu li jridu, imma l-gvern stess qiegħed jistabilixxi direzzjoni ta' kif għandhom jimxu dawn il-clubs.", "Il-gvern qed jgħid li għandhom jiġu stabbiliti youth nurseries minn dawn id-diversi clubs sportivi u l- faċilitajiet ikunu miftuħa wkoll għat-tfal ta' l-iskola.", "Jekk kemm-il darba jkun hemm diffikultà bejn il-club u l-headmaster jew il-headmistress ta' l-iskola dwar il-ħin meta dawn jistgħu jużawhom, allura l-kwestjoni tmur quddiem il-kunsill Malti għall-isports li jieħu deċiżjoni finali hu.", "Jiġifieri l-kunsill Malti għall-isports se jkun l-arbitru bejn iż-żewġ naħat.", "Issa wieħed forsi jistaqsi x'jiġri jekk nagħtu kas dawn jonqsu, x'arma għandna f'idejna biex inżommuhom u nġibuhom in line?", "Għandna artiklu 18 li jgħid li l-gvern għandu d-dritt li jħassar u jxolji dan iċ-ċens temporanju fil-każijiet li ġejjin: L-ewwel każ huwa jekk isir użu differenti minn dak stipulat aktar 'il fuq; jekk l-enfitewta jokkupa art li m'hijiex inkluża fil-konċessjoni; jekk l-enfitewta jtemm l-attività sportiva tiegħu; u jekk l-enfitewta jonqos li jħallas iċ-ċens għal tliet snin.", "Meta ngħidu li jsir użu differenti minn dak stipulat ifisser li jekk kemm-il darba tinkiser waħda minn dawn il-klawsoli tista' tiġi xolta l-konċessjoni enfitewtika.", "Għalhekk huwa tajjeb li din il-klawsola partikolari wieħed jagħmel iktar enfasi fuqha meta jiġi ffirmat il-kuntratt.", "Sur President, insibu riproduzzjoni ta' l-istess natura fil-kuntratti, fl- iskritturi tal-kirjiet, anzi f'xi partijiet is-sitwazzjoni hija ftit aktar ċara għar-rigward tal-ksur ta' dawn il-provvedimenti.", "Però jien kont se nissuġġerixxi li l-kirjiet ma jibqgħux ta' natura privata biss.", "Wieħed jifhem li l-kuntratt tal-kera jippermetti li għall-validità tal-liġi wieħed jagħmel skrittura privata u dan ikun biżżejjed.", "Iżda f'dan il-każ, meta tieħu in konsiderazzjoni n-natura pubblika tagħhom, naħseb tajjeb li wieħed juża dispożizzjoni partikolari tal-liġi li tagħti l-fakultà li dawn l- iskritturi privati biex jiġu insinwati.", "Tajjeb li l-insinwa jkollhom kopja tagħha biex il-pubbliku in ġenerali, jekk irid iġib kopja tagħha, imur fl- uffiċċju tan-nutar pubbliku u jikseb kopja ta' dan il-kuntratt mingħajr ma jkun hemm id-diffikultà li kull darba wieħed imur il-lands u jitlob kopja ta' l-iskrittura privata.", "Jiġifieri l-pubbliċità ta' dawn il-kuntratti hija importanti ħalli jkunu għad-dispożizzjoni ta' kulħadd u dan jgħin ukoll biex wieħed joqgħod għall-kondizzjonijiet li hemm speċifikati.", "Sur President, jien inħossni sodisfatt li numru kbir minn dawn il- konċessjonijiet se jibbenefikaw minnhom il-clubs fit-tieni distrett elettorali, fosthom il-Birgu, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara, li ilhom ħafna jagħtu l-ħidma tagħhom, għax dan ifisser li x-xogħol tagħhom qed jiġi rrikonoxxut.", "Dan huwa wkoll in line mal-politika ta' dan il-gvern li jagħti ċerta prijorità lin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Għalhekk jien iddispjaċieni meta smajt kelliem min-naħa l-oħra li qisu għamilha l-linja tiegħu li dak kollu li nipprovaw nagħmlu hawnhekk jara kif ikissru jew jipprova jagħti impressjonijiet żbaljati billi daħal fuq kwestjonijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan li qed nagħmlu hawnhekk.", "Apparti minn hekk dan il-kelliem ipprova jieħu l-kredtu ta' xogħol ħaddieħor bħallikieku huwa frott ta' dak li kien qed jagħmel huwa.", "Wieħed irid ifakkar li fil-bidu ta' din il-leġislatura dan il-gvern approva proġett enormi għall-Kottonera.", "Jiġifieri ma kenitx l-ewwel darba li din in-naħa tal-Kamra tat attenzjoni lil dawk in-naħat, u jekk il-kelliem tan- naħa l-oħra ried jgħid il-verità, seta' jgħid li x-xogħol hemmhekk kien diġà nbeda f'amministrazzjonijiet Nazzjonalisti qabel.", "U hija żbaljata l- impressjoni li pprova jagħti hawnhekk li f'dik il-parti Tal-Ħawli, faċċata ta' De La Salle, aħna għamilna tabella li se jsiru xi xogħlijiet u m'għamilna xejn, għax kulmin jaf il-post jaf li saru diversi xogħlijiet hemmhekk.", "Veru li dawn ix-xogħlijiet sfortunatament ma tkomplewx, imma l- kelliem tan-naħa l-oħra għandu biċċa responsabbiltà huwa wkoll għax ma jistax jgħid li huwa ma kellux il-fakultà li jagħmilha din, però għażel li ma jagħmilhiex, telaqha.", "Dan kellu l-istess żmien li kellna aħna biex jagħmilha u m'għamilhiex, mentri aħna għamilnieha mill-ewwel.", "Issa jekk kemm-il darba qed jipprova jixħet dell ikrah fuqha, bħallikieku xi ħaġa ħażina, qiegħed jiżbalja.", "Fl-iskola ta' Verdala se jsiru faċilitajiet sportivi li jkun jista' jużahom ukoll il-club tal-football tas-St Georges, u l-fatt li huma viċin ta' xulxin jippermettilhom jagħmlu użu tajjeb minnhom.", "Hemmhekk se nagħmlu biċċa xogħol kbira għall-clubs tal-boċċi wkoll, għax għalkemm wieħed jagħmel affarijiet għall-ġid tal-post, forsi ma jiftaħarx biżżejjed u ma jfakkarx biżżejjed il-ġid li jkun sar, mentri l-parti l-oħra, sfortunatament, għażlet li tipprova taqbad xi nuqqas 'l hemm u 'l hawn mingħajr ma tħares lejn il-linja ġenerali u tagħti l-vista sħiħa u tgħid it- tajjeb u l-ħażin.", "Kulħadd jaf isib ix-xagħra fl-għaġina, imma mbagħad fl- aħħar tal-ġurnata wieħed irid iħares lejn il-ġid in ġernerali li jkun sar.", "Sur President, jien ninsab sodisfatt b'dawn il-konċessjonijiet.", "Hemm clubs oħra li jimmeritaw l-attenzjoni u iktar 'il quddiem tul din il- leġislatura nispera li jingħataw ukoll dawn il-konċessjonijiet jew kirjiet skond il-każ.", "Naħseb li huwa wkoll mertu tas-segretarju parlamentari responsabbli li din ir-riżoluzzjoni ġiet kemm jista' jkun malajr fuq l- aġenda tagħna, meta qed niddiskutu liġijiet ta' natura nazzjonali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, qed niddiskutu t-trasferiment ta' 61 biċċa ta' proprjetà pubblika, jekk nieħdu anke l-emendi li qed niddiskutu - 47 minnhom se jgħaddu lill-għaqdiet sportivi nazzjonali u lokali, l-iżjed tal-football, 14 lill-clubs tal-boċċi, 11 lill-clubs tat- tennis, 7 lill-clubs tal-waterpolo, 5 lill-clubs ta' l-atletika, 3 lill- clubs taċ-ċikliżmu, waħda lill-club tal-qdif u oħra lill-club tal-judo, 4 lill-iscouts u waħda lill-girl guides; qegħdin jibbenefikaw ukoll żewġ għaqdiet tal-passatemp, għaqda tad-diżabilità, il-mużew f'Ta' Qali, trade union, skola, ambaxxata u lukanda - u ngħid mill-ewwel li tajjeb li ngħinu u nappoġġaw l-iżvilupp ta' dawn l-għaqdiet.", "Jekk nikkonċentra ftit fuq ir-rabta bejn sports u saħħa, ngħid kemm hu importanti li nifhmu aktar, mhux bid-diskors biss iżda bil-fatti, li jekk irridu nbiegħdu l-mard fiżiku u mentali f'pajjiżna, għandna bżonn l-isports u l-eżerċizzju fiżiku biex negħlbuhom.", "Il-mard li għandu x'jaqsam mas- sistema ta' ċirkolazzjoni u mal-kanċer juri l-istil ta' ħajja kif ngħixu, x'nieklu u x'nixorbu.", "Allura tajjeb li nifhmu aħjar ir-rabta bejn l- isports u s-saħħa u kemm hu important li s-saħħa ma tibqax titqies bħala kura mill-mard, iżda proprju l-istil ta' ħajja kif ngħixu.", "Għalhekk ma nistgħux inkunu favur l-impenn ta' l-isports u fl-istess ħin ma neħduhiex kontra t-tipjip u ma narawx kif inqattgħu l-ħin ħieles.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-ħin ħieles.", "Mhux l-ewwel darba li r-rata ta' kemm għandna ħaddiema part-time f'pajjiżna titqies bħala xi ħaġa pożittiva.", "Mill-aħħar statistika uffiċjali tal-gvern insibu li 12% tal- ħaddiema full-time, għandhom ukoll xogħol part-time u nafu li dawn għandhom xogħol part-time minħabba li kieku joqogħdu fuq il-paga tagħhom mill-full- time biss, ma jkunux jistgħu jlaħħqu.", "Meta jkollok tagħmel ix-xogħol full- time u miegħu tagħmel ix-xogħol part-time, il-mistoqsija li tistaqsi hija x'ħin ħieles jibqagħlek għall-familja, x'ħin ħieles jibqagħlek għall- isports, x'ħin ħieles jibqagħlek għall-impenji l-oħra komunitarji u soċjali f'diversi għaqdiet li hawn imsemmija fir-riżoluzzjoni li qed ngħaddulhom xi proprjetà?", "Għalhekk qabel ma nsemmu l-istatistika ta' kemm għandna ħaddiema part-time, tajjeb li nifhmu għaliex qed jiżdiedu l-ħaddiema part- time u x'effett qed iħallilhom fuq il-kwalità tal-ħajja, għaliex min jagħmel żewġ xogħlijiet ħafna drabi mhux qed jgħix il-ħajja umana, la mal- familja u lanqas fis-soċjetà.", "Ma jistax ikun li pajjiżna jkun repubblika tan-nemel imġienen jiġru min-naħa għall-oħra biex ilaħħqu ma' l-affarijiet mingħajr ma jieqfu sewwa u jaraw x'tip ta' kwalità ta' ħajja qed jgħixu.", "Il-ħajja u s-saħħa tagħna tiddependi wkoll minn kif nimmaniġġjaw l- istress u l-kwalità tal-ħajja, kif għedt, hija marbuta ma' l-istil ta' ħajja, mat-tinġis ambjentali, l-arja, l-ilma u l-art.", "U jekk wieħed jara l- istatistika uffiċjali jsib li fl-aħħar snin żdiedu l-imwiet marbuta ma' mard respiratorjali u gastro-intestinali.", "Qed tiżdied ukoll il-problema tal-mard mentali.", "Il-pressjoni psiko-soċjali qed tikber u qed twassal għal anzjetajiet u dipressjoni, konsum għoli ta' mediċini, il-mentalità ta' apple for every ill, abbuż ta' droga u alkoħol.", "Naħseb li meta niddiskutu l-isports u l-impenn komunitarju tajjeb li narawh f'dan l-isfond ukoll.", "Fil-fatt m'hemmx dubju li l-akbar sfida li għandu pajjiżna quddiemu hi kif l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tiegħu se jmur ma' kwalità tajba tal-ħajja.", "Hemm min jargumenta bl-istatistika, mhux sempliċiment bil-preġudizzju jew biex ikun allarmista, li l-iżvilupp tagħna kif inhu mhuwiex iżjed sostenibbli.", "Ninsabu f'xifer ta' diżastru għaliex l-ekosistema tagħna ma tiflaħx iżjed u deċiżjonijiet żbaljati jew nuqqas ta' deċiżjonijiet serji se jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni u jidher li bħala poplu, aħna m'aħniex lesti nħallsu l-prezz ta' kwalità ta' ħajja tajba.", "Irridu l-kumdità, irridu li ħaddieħor iħares il-liġi u aħna rridu ngħixu kif irridu, ma jimpurtaniex minn ħaddieħor u mill-effett li nħallu fuq ta' madwarna.", "Sur President, jeħtieġ li d-deċiżjonijiet li nieħdu jkunu integrati għaliex għandna sitwazzjoni fejn minn naħa ngħaddu l-faċilitajiet, ngħaddu l-fondi lill-għaqdiet sportivi biex jimmaniġġjaw il-faċilitajiet tagħhom u min-naħa l-oħra, bħalma ġara fil-każ tal-ground tal-football tal-Mellieħa, għandna art li hemm bżonn li tiġi żviluppata bħala spazju rikreattiv u sportiv u l-awtorità ta' l-ippjanar qed tinsisti li tgħaddiha lil min irid jiżviluppa pompa tad-diesel u tal-petrol hemmhekk.", "Deċiżjonijiet bħal dawn ma jagħmlux sens, speċjalment meta l-komunità tal-Mellieħa m'hemmx dubju li se tkompli tikber u hemm bżonn li faċilitajiet bħal dawn ikomplu jikbru, u d-deċiżjoni trid tittieħed issa qabel ikun tard wisq.", "Sur President, kif għedt diġà l-pressjoni psiko-soċjali fis-soċjetà tagħna qed tiżdied u se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin.", "In-numru ta' karozzi dejjem jiżdied fit-toroq tagħna qed iħalli stress fuq l-arja, fuq saħħitna.", "Se jkompli jiżdied il-bini u l-popolazzjoni.", "Huwa kkalkulat li fl-20 sena li ġejjin se nilħqu ma' l-400,000 ruħ, li jfisser li d-densità tal-popolazzjoni f'pajjiżna se tkompli tiżdied, u nafu x'effett iħalli dan fuq il-kwalità tal-ħajja, l-anzjetà u n-nervi.", "Fil-fatt anke l-għaqda dinjija għas-saħħa tgħid li meta jkun hemm sproporzjon bejn l-għadd ta' nies u t-territorju li jokkupaw - għax aħna għandna territorju żgħir - ikun hemm ċertu mard patoloġiku, li jista' jkun fiżiku jew mentali, li jiżviluppa minħabba din id-densità.", "Fl-20 sena li ġejjin se nilħqu d- densità ta' 1,264 persuna f'kilometru kwardru li hija qawwija.", "Il-bini se jgħatti 20% tat-territorju tagħna.", "Niftakru ftit li fil-bidu tas-seklu għoxrin 4% biss ta' pajjiżna kien mibni, u sa 20 sena oħra se jkollna 20% ta' l-art mibnija, filwaqt li l-popolazzjoni fis-seklu għoxrin kienet in- nofs ta' dik li hi llum.", "Waqt li qed jikbru dawn il-problemi, fl-istess ħin qed tikber il-kuxjenza favur stil ta' ħajja f'sikkitha.", "Jekk wieħed jara ftit is-survey tal- values 2000 isib li fl-għaqdiet taż-żgħażagħ u ta' l-iscouts l-isħubija hija ta' 2%, li hija pjuttost baxxa.", "Fix-xogħol volontarju għall-għaqdiet ta' dan it-tip is-sħubija hija ta' 3%, fl-għaqdiet ta' l-anzjani u tad- diżabilità hemm sħubija ta' 3% u bħala xogħol volontarju fihom hija ta' 5%.", "Interessanti li fl-għaqdiet ta' l-isports u tar-rikreazzjoni s-sħubija hija fost l-ogħla għax hija ta' 9%.", "Hija ogħla milli hi fil-partiti politiċi u bejn wieħed u ieħor hija daqs is-sħubija fit-trade unions, u x- xogħol volontarju fihom huwa ta' 6%.", "Ir-rata ta' sħubija fil-Knisja biss hija ogħla mill-għaqdiet sportivi għax hija ta' 15%.", "Meta nanalizzaw kif ħafna jqattgħu l-ħin ħieles tagħhom, jekk għandhom ħin ħieles għax, nerġa' ngħid, min qed jagħmel aktar minn job wieħed m'għandux ħin ħieles, xorta waħda 39% jammettu li l-ħin ħieles għalihom ifisser li joħorġu mal-ħbieb, imorru fil-ħwienet tax-xorb, fid-discos u divertiment biss u ma jersqux lejn faċilitajiet sportivi.", "Meta nsemmu x- xorb u d-discos naħseb ta' min jerġa' jgħid li f'pajjiżna għadna laxki wisq u liż-żgħażgħ u lit-tfal tagħna qed inħalluhom wisq jitilgħu f'kultura li tittollera ħafna x-xorb eċċessiv ta' l-alkoħol.", "Ftit kuxjenza dwar id- droga nxterdet mhux ħażin, iżda l-alkoħol għadu meqjus bħala li mhuwiex problema.", "Jiena naħseb li rridu nagħmlu iżjed kemm għat-tipjip, għaliex l- istatistika turina li t-tipjip fost l-adoloxxenti qed jikber u dik hija xi ħaġa li rridu niġġieldu bil-qawwa kollha, u l-istess għax-xorb ta' l- alkoħol.", "Jien minn hawn irrid ngħid prosit għad-deċiżjoni li ħadet il-Knisja li tipprojbixxi d-discos fil-festi tal-parroċċi għaliex dawn huma affarijiet li jagħmlu l-konsum eċċessiv ta' l-alkoħol aċċettabbli.", "Jien għalija mhux aċċettabbli l-użu eċċessiv ta' alkoħol fil-marċijiet ta' filgħodu, fejn adoloxxenti u anke tfal jixorbu l-alkoħol.", "Affarijiet bħal dawn mhumiex aċċettabbli u mhux qed iqabbdu lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda fi stil ta' ħajja tajba li qed nitkellmu dwarha, fuq il-bżonn ta' l-isports u ħajja f'sikkitha u kwalità ta' ħajja li hija riflessa wkoll fil-ħin ħieles.", "Ħafna drabi tagħti sens lil ħajtek skond x'tagħmel fil-ħin ħieles tiegħek, kemm timpenja ruħek fis-soċjetà, kemm timpenja ruħek għall-ġid tal- komunità.", "Irrid nagħmel ukoll riferenza għal studju li tqassam hawn ġew dan l-aħħar dwar young people in Gozo li għamel studju ta' 21% ta' l-Għawdxin li huma bejn l-età ta' 15 u 30 sena.", "Irrid ngħid li kont diżappuntat b'dan l- istudju għax meta nonfqu l-flus biex issir riċerka ta' din it-tip għandna niżguraw li r-riċerka ssir bis-serjetà.", "Inħoss li ħafna minn dak l-istudju m'huwiex serju għax hemm kontradizzjonijiet sħaħ li anke min għamlu jurihom.", "Per eżempju, 40% taż-żgħażagħ Għawdxin qalu li jqattgħu l-ħin ħieles tagħhom billi joħorġu, imbagħad jipprattikaw l-isport, mixjiet, imbagħad imorru l-gym.", "Imma xi tfisser li joħorġu?", "Kif tpoġġi fl-istess kategorija \"li toħroġ\" ma' \"li tagħmel l-isports\", \"li tmur għal mixjiet\" jew \"li tmur il-gym\"?", "Fil-fatt 60% qalu li l-aktar li jieħdu gost hu li joħorġu mal-ħbieb, imorru d-discos, fil-ħwienet tax-xorb u r-ristoranti.", "Liema waħda minnhom hi tajba?", "Kif tista' l-kategorija tad-divertiment u l- ħruġ mal-ħbieb tpoġġiha fl-istess kategorija ta' kif iqattgħu l-ħin ħieles tagħhom fl-isports, f'mixjiet u fil-gym?", "Interessanti wkoll li ftit huma ż-żgħażagħ li semmew il-Gozo sports complex.", "U ta' min jistaqsi x'użu qed isir mill-Gozo sports complex.", "Tajjeb li nagħmluhom dawn il-mistoqsijiet għaliex ħafna drabi f'Malta nieħdu gost nibnu l-ġebel, nieħdu gost indaħħlu l-għamara, nieħdu gost nagħmlu l-equipment, imbagħad qisna ma tantx nagħtu kas x'użu jsir minn dak l-equipment u minn dak il-bini.", "Jien naħseb li importanti li nagħtu kas dawn l-affarijiet.", "Nagħmel riferenza wkoll għal studju interessanti ħafna li ħareġ aktar kmieni din is-sena, li naħseb huwa ta' kwalità ħafna aħjar minn dak ta' young people in Gozo, li sponsorjat l-awtorità tax-xandir, bl-isem ta' young people and the broadcasting media.", "Minn dan l-istudju joħroġ ċar li f'pajjiżna t-tfal u l-adoloxxenti aktar jaraw l-isports milli jipprattikawh.", "Ċifra inkwetanti turina li jqattgħu bejn nofs siegħa u seba' sigħat kuljum quddiem it-television.", "Is-subien jaraw l-iżjed il- football.", "Dan huwa mod passiv kif jgħaddu l-ħin ħieles tagħhom għax it- television minnu nnifsu jitlob biss konċentrazzjoni baxxa, sforz mentali u fiżiku mill-anqas u jwassal imbagħad għall-passività fil-bqija tal-ħajja.", "Dan huwa marbut ukoll ma' l-istil tal-ħajja u mal-mod kif inqattgħu l-ħin ħieles tagħna.", "U għalhekk tajjeb li nħeġġu aktar parteċipazzjoni.", "Però l- appelli mhux biżżejjed.", "Sur President, għandna bżonn ta' bidla fis-sistema edukattiva u jien minn hawn nerġa' nagħmel appell lis-senat ta' l-università biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu u jagħmel l-isports suġġett eżaminabbli fis- SEC.", "Jekk wieħed jara l-IGCSE li jagħmluh ċerti skejjel f'Malta, fosthom ta' St. Edward's, dan jorbot l-isports mas-saħħa.", "Jiġifieri aħna mhux se nagħmlu eżami f'kemm tiġri jew eżami fuq ir-regoli ta' l-isports, iżda kif l-isports jintegra fil-ħajja tiegħek, kif timmaniġġja l-ħajja tiegħek ta' kuljum.", "U għalhekk naħseb li curriculum ta' l-isports imfassal b'dak il- mod ta' rabta bejn sports u stil ta' ħajja jagħmel ħafna ġid.", "Mill-iskola rridu nibdew ninkoraġġixxu lit-tfal jieħdu sehem fl-isports u f'għaqdiet oħrajn għaliex meta titkellem kemm ma' għaqdiet reliġjużi u kemm ma' għaqdiet ta' l-iscouts, dawn jgħidulek li jkollhom t-tfal u l- adoloxxenti magħhom iżda meta jersqu l-eżamijiet aktar jitbaxxa n-numru ta' dawk li jieħdu sehem.", "Nafu li din il-bidla m'hijiex sempliċement kwestjoni li ddaħħal aktar l-isports fl-iskejjel u ddaħħal l-eżami ta' l-isports, iżda li l-eżamijiet iridu jkunu mfassla b'mod differenti.", "Mhux qed nitkellem għall-eżamijiet ta' l-isports biss iżda għall-eżamijiet kollha u hemm bżonn ta' bidla fir-role ta' l-iskejjel.", "L-iskejjel tagħna m'għandhomx jibqgħu kif inhuma, ħafna drabi rziezet fejn insemmnu l- istudenti tagħna bl-għalf żbilanċjat tat-tagħlim bl-amment għall-biċċerija ta' l-eżamijiet.", "Hemm bżonn li nagħmlu l-almu kollu tagħna biex inbiddlu dawn l-affarijiet.", "Aħna nafu li f'pajjiżna għandna bżonn li jirnexxu aktar żgħażagħ milli qed jirnexxu.", "Jekk wieħed jara l-aħħar statistika uffiċjali tal-qgħad, dik ta' Mejju, isib li minn 7,091 bla xogħol hemm 38%, 2,697, li huma taħt it- 30 sena li 1,529 minnhom - aktar minn 57% - ħarġu mill-iskola bla kwalifiki u bla snajja'.", "Dawn se jsibuha diffiċli jaħdmu f'ekonomija li qed titlob ħiliet aktar avvanzati minn qatt qabel.", "Ħafna minn dawn iż-żgħażagħ jiġu esklużi mis-soċjetà, ikollhom stima baxxa tagħhom infushom, jaqgħu lura, jitħabtu mal-periklu tad-drogi u tal-kriminalità u ma ssibx li jieħdu sehem fl-isports u f'għaqdiet oħra imma jidħlu f'ċertu ċiklu ta' ħajja passiva.", "Jekk irridu nimpenjaw ruħna bis-serjetà rridu nagħtu kas dawn l-affarijiet ukoll.", "Hemm bżonn ta' impenn serju fl-isports għal kulħadd, mhux bħala slogan u mhux billi naħtru nies li qalbhom ma tkunx hemm biex imexxu l-moviment sports għal kulħadd.", "Hemm bżonn li jkun hemm nies li tassew huma dedikati biex jaraw li l-moviment sports għal kulħadd tassew ikun sports għal kulħadd.", "M'hemmx dubju li għandna bżonn aktar anzjani jieħdu sehem fl- isports għax jagħmlilhom tajjeb ħafna li jieħdu sehem fl-isports, bħalma jagħmel tajjeb li jkun hemm aktar nies ta' mezza età li jagħmlu hekk u aktar parteċipazzjoni fl-isports minn persuni b'diżabilità.", "Hemm bżonn aktar impenn biex l-għaqdiet sportivi jinfetħu iżjed għas-sehem ta' persuni ta' kull età u ta' persuni b'diżabilità.", "Jekk wieħed jara l-qasam ta' persuni b'diżabilità fejn jeżisti l-impenn sportiv ħafna drabi jsib li jeżisti f'ghetto, maqtugħin għalihom.", "Hemm skop fejn jikber iżjed, l-aktar fejn mhux sports kompetittiv iżda sports għall-gost, sports għal kulħadd.", "U nerġa' ngħid li għandu jinfirex f'kull età u għandu jkun hemm - ħaġa li ilna ngħiduha iżda s'issa ftit li xejn sar fil-prattika - l-użu ta' l- iskejjel bħala ċentri tal-komunità u kordinazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-iskejjel.", "U fuq hekk nixtieq ngħid xi ħaġa.", "Mr Speaker, jien wieħed minn dawk li nemmen ħafna li lill-kapijiet ta' l- iskejjel governattivi għandna nagħtuhom aktar poteri biex imexxu l-iskejjel tagħhom.", "Però nagħmlilhom appell minn hawn biex ma jesaġerawx fir-rati ta' ħlas li wħud minnhom qed jiċċarġjaw lill-kunsilli lokali u lill-għaqdiet volontarji li jridu jagħmlu użu mill-iskola u l-faċilitajiet tagħha.", "Ħafna drabi l-għaqdiet volontarji nfushom u l-kunsilli lokali nfushom jkunu għenu lill-iskola u naħseb li huwa mportanti li ma jiċċarġjawx rati li jagħmluhielhom diffiċli biex jimpenjaw ruħhom.", "Lanqas dawn l-għaqdiet li qed ngħaddulhom il-faċilitajiet m'għandhom ikollhom l-atitudni li l-għaqda tagħhom hija xi riżerva esklussiva għall-membri tagħhom biss.", "Qed ngħaddulhom ġid komuni u minnu għandu jsir ġid komuni.", "Mr Speaker, kif qalu kelliema oħra, għandna bżonn ta' sorveljanza aħjar fuq l-użu tal-proprjetà u tal-fondi li ngħaddu lill-għaqdiet għaliex mhux l- ewwel darba li kien hemm abbużi minn dan il-ġid li għaddejnielhom.", "Per eżempju, jien insemmi s-Lm60,000 lill-waterpolo club ta' San Ġiljan biex isiru faċilitajiet hemmhekk bħala pixxina.", "X'sar minnhom dawk il-flus?", "L- istess fil-każ tal-Valletta football club li għaddewlhom mill-anqas LM50,000 għall-ground tas-Salinos, x'sar minnhom dawk il-flus?", "Jien niftakar li fl-1998 uffiċjali tal-ministeru tal-finanzi kienu ġibduli l- attenzjoni li l-mod kif kien sar l-għoti ta' flus lill-Valletta football club ma kienx skond ir-regolamenti finanzjarji u kienet anke saret inkjesta.", "Riżultat ta' dik l-inkjesta kienet saret rakkmandazzjoni dwar kif għandhom jingħataw il-fondi lill-għaqdiet sportivi u s-sorveljanza li għandha ssir biex dawk il-fondi jintużaw tajjeb.", "Aktar milli wieħed joqgħod ifittex il-ħtija u jipponta s-subgħajn, jien irrid li nħarsu lura lejn l-esperjenza li kull amministrazzjoni kellha f'dan il-qasam u nitgħallmu min-nuqqasijet u mill-iżbalji.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Mr Speaker, jien kont involut meta għaddew il- flus lill-Valletta football club, però ta' min isemmi li parti mill-flus għaddew taħt l-amministrazzjoni l-oħra wkoll.", "Aħna qed ninsistu biex il- Valletta football club ilestu l-proġett li ntrabtu li jagħmlu u fil-fatt wasalna fi ftehim li aħna ngħaddulhom il-parti tal-commitment li fadal, LM50,000 oħra, basta jlestu l-proġett sa ftit xhur oħra.", "Jidher li dan se jsir u għalhekk il-poplu jkollu xi ħaġa x'jara għall-flus li jkunu għaddew.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li l-każ tal-Valletta football club u l- każ l-ieħor tas-LM60,000 li għaddew lill-waterpolo club ta' San Ġiljan li ma nafux x'sar minnhom, juru aktar ċar kemm hu importanti li ma jkunx hemm sempliċement ittra li l-ministru jibgħat lit-team tal-football fejn jgħidilhom li se jagħtihom LM100,000 biex jirranġaw il-ground.", "Ma naħsibx li l-affarijiet għandhom isiru hekk.", "Għandna nagħmlu struttura aktar serja bi proċeduri aktar ċari ta' kif jgħaddu dawn il-flus, tal-ftehim li jkun hemm u tas-sorveljanza biex dan il-ftehim jinżamm miż-żewġ naħat.", "Mhux biżżejjed li l-ministeru jew is-segretarjat parlamentari jissorveljaw, mhux biżżejjed!", "F'din ir-riżoluzzjoni qed nitfgħu r-responsabbiltà fuq il-ministeru jew is-segretarjat parlamentari li jissorveljaw, però rridu nammettu li ta' spiss jingħalqu l-għajnejn minħabba konnessjonijiet ta' kostitwenza, favuri, eċċ. U dan huwa ħażin għax imbagħad indaħħlu sfiduċja fost in-nies li jkunu jafu li għaddew il-flus, jaraw li x-xogħol ma sarx u tkompli din l- idea li l-fondi pubbliċi qegħdin hemm biex tabbuża minnhom u mhux biex taħdem bihom.", "Din ir-riżoluzzjoni qiegħda għad-diskussjoni u m'għandix dubju li tista' tiġi mtejba l-idea li se nipproponi jien.", "Jien nissuġġerixxi li nagħmlu struttura ġdida taħt il-parlament li fiha jkun hemm rappreżentanza tal- ministeri ta' l-isports, ta' l-artijiet, tal-finanzi - u anke tal- ministeru għall-politika soċjali meta nkunu qed nittrattaw dwar proprjetà li għaddiet lill-għaqda ta' persuni b'diżabilità - ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u tal-kumitat tal-kontijiet pubbliċi.", "S'intendi l- membri jinbidlu skond lil min tkun tikkonċerna l-proprjetà trasferita.", "Il- kumitat b'din l-istruttura jibda jiltaqa' kull tant żmien biex jara x'użu qed isir minn fondi u proprjetà pubblika u jekk il-ftehim hux qed jiġi onorat.", "Għaliex jien naħseb li rridu nissorveljaw aħjar l-użu kemm ta' l- għoti ta' proprjetà u kemm ta' l-għoti ta' fondi.", "Jien ftit ilu għamilt mitoqsija parlamentari dwar kemm ingħataw flus din is-sena lill-għaqdiet sportivi.", "Fil-bidu ta' Lulju kelli risposta li sa nofs din is-sena 67 għaqda differenti kienu ingħataw LM126,460.", "U bilfors iqumu ċerti mistoqsijiet dwar il-kriterji ta' kif jingħataw, lil min jingħataw u kemm jingħataw.", "Skond din it-tweġiba, per eżempju, in-Neptunes waterpolo club ingħataw LM15,000.", "Għaliex ingħataw dawk il-flus?", "Fl- istess post imbagħad insibu li s-Sliema aquatic sports club ingħataw Lm2,500.", "Il-Marsascala sports club ingħataw Lm9,000, it-Tarxien local council ingħata Lm4,520.", "Il-kunsill lokali tal-Mellieħa - nassumi għal xi ħaġa li għandna x'taqsam ma' l-isports - ingħata Lm125.", "Kif tiddeċiedi li għaqda tingħata Lm15,000 waqt li oħra tingħata Lm2,500?", "Kif tiddeċidi li kunsill lokali minnhom jingħata Lm4,520 u kunsill lokali ieħor jingħata Lm250?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex jien naħseb li kif qed nitolbu trasparenza aktar mill-għaqdiet volontarji u rriduhom jagħmlu rapporti awditjati tal-flus li jiġbru minn fuq il-Maltin u l-Għawdxin, hekk ukoll hemm bżonn aktar accountability u aktar trasparenza anke min-naħa ta' l- amministrazzjoni, bħala gvern, tal-mod kif iħaddem il-fondi pubbliċi f'dan il-qasam, il-kriterji li bihom jingħataw dawn il-fondi u l-użu li jsir minnhom.", "Naf li fit-taqsima tal-ministeru għall-politika soċjali hemm unit li tagħti l-flus lill-NGO's. Huma jsostnu li hemmhekk għandhom il-kriterji li l-għaqdiet jissottomettu l-proġetti u fuq dawk il-proġetti mbagħad jagħtuhom il-flus.", "Nagħmlu tajjeb li għall-għaqdiet sportivi naħsbu bl- istess mod anke biex inneħħu l-idea - li jekk wieħed irid ikun sinċier naħseb li jrid jammettiha - li l-affarijiet ma jingħatawx fuq bażi ta' kostitwenza.", "Jiġifieri meta nkun ministru jien igawdu d-distretti li nitla' minnhom jien u meta jkun ministru xi ħadd ieħor jipprova jara li jgawdu l-għaqdiet li jaqgħu taħt id-distrett tiegħu.", "Jien sinċerament inħoss li għandna bżonn ta' proċeduri aktar trasparenti u ta' mekkaniżmi aktar ċari kif jingħataw dawn il-fondi ħalli niżguraw li jintużaw għall- iskop li jkunu ngħataw.", "Jiena naħseb li hemm għajnuna oħra li nistgħu nagħtu lill-għaqdiet sportivi u anke lill-għaqdiet volontarji non-governattivi li f'pajjiżi oħra jsejħulhom it-tielet settur għax la huma settur governattiv u lanqas huma settur kummerċjali.", "F'pajjiżi oħra, fosthom ir-Renju Unit, hemm rati ta' ħlas speċjali tad-dawl u l-ilma għall-football clubs, allura filgħaxija fix- xitwa, meta jużaw id-dawl artifiċjali, ir-rati tagħhom ikunu aktar favorevoli.", "F'Malta diversi għaqdiet ta' l-isports jistgħu jibbenefikaw minn dawn ir-rati, mhux biss tal-football imma anke tat-tiġrijiet taż- żwiemel li jistgħu jibdew isiru filgħaxija minflok fis-sħana tax-xemx.", "Anke fil-każ tal-basketball clubs u clubs oħrajn li l-isports tagħhom jista' jintlagħab taħt id-dawl artifiċjali.", "Anke d-Dar tal-Providenza tista' tibda tgawdi minn dawn ir-rati speċjali tad-dawl u l-ilma għax jien informat li d-Dar tal-Providenza, għallinqas sa ftit ilu, kellha kont enormi tad-dawl u ta' l-ilma.", "Nafu li f'istituzzjoni bħal din bilfors trid tuża ħafna dawl u ilma u l-kont ġiehom eluf kbar ta' liri.", "Naħseb li jkun tajjeb li jkun hemm rati speċjali għal dawn it-tip ta' istituzzjonijiet li m'humiex għall-profitt ħalli b'dan il-mod inkunu qed ngħinuhom.", "Mr Speaker, hemm xi mistoqsijiet li nixtieq nagħmel fuq xi partijiet minn din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Per eżempju, b'riferenza għal dokument \"E\" inkun korrett jekk ngħid li l-gvern kien obbliga lilu nnifsu permezz ta' klawsola 14 tal-kuntratt oriġinali li jtejjeb u jiżviluppa l- infrastruttura tal-madwar sa tmiem l-1993?", "Hawnhekk qed ngħidu għall-bini tal-lukanda Corinthia f'San Ġorġ, San Ġiljan.", "Fin-nuqqas ta' dan jekk mhux sejjer żball il-Corinthia Group kellu jingħata rebate.", "Dan ir-rebate ingħata?", "B'riferenza għal dokument \"E\" fejn qed nagħtu proprjetà lill-Malta Aviation Museum Foundation, m'hemmx dubju li aħna naqblu ma' ħaġa bħal din.", "Anzi aħna diżappuntati li din it-tip ta' sħubija bejn il-privat u l- pubbliku m'hijiex qed tiġri diġà f'oqsma oħra.", "Per eżempju, jien għadni sal-lum ma nafx x'ġara mill-proġett li kien hemm għall-BOVI mal-fergħa internazzjonali tal-Bank of Valletta biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jiġu żviluppati fuq public private partnership scheme.", "Kien hemm kollox lest, għaddew is-snin u s'issa għadna ma nafu xejn, bħalma għadna ma nafux meta se jinfetaħ l-imbierek hypogeum li issa jidher li se tidħol għalih il- fondazzjoni patrimonju.", "Jiġifieri aħna naqblu li dawk l-għaqdiet li jaħdmu favur il-wirt storiku ngħinuhom b'dan il-mod.", "Fl-istess ħin li qed nitkellmu fuq il-Malta aviation museum ta' min iqajjem il-mistoqsija dwar x'se jiġri minn Ta' Qali.", "Qed jingħad ħafna diskors li l-firxa kollha ta' art li hemm Ta' Qali hemm il-ħsieb li tgħaddi kollha lil xi kuntrattur privat.", "Nassumi li se joħorġu t-tenders imma dan il-kuntrattur diġà għamilha fatta u għandu anke l-pjanti lesti ta' kif se jiżviluppa l-inħawi.", "Għalhekk qed nistaqsi x'se jiġri?", "Dokument \"J\" jitkellem dwar is-St.", "Michael Foundation, skola privata f'Tal-Balal, fejn forsi fl-aħħar wasalna biex tibda tinbena din l-iskola.", "Din hija tkomplija fuq dak ix-xogħol li konna għamilna aħna qabel u issa wieħed jittama li l-awtorità ta' l-ippjanar toħroġ malajr il-permessi meħtieġa biex l-iskola tkun tista' tilqa' t-tfal fiha għaliex jien informat li fil-bini li għandhom f'Pembroke m'hemmx spazju biżżejjed u se jkollhom problema biex fis-snin li ġejjien iżommu t-tfal f'dik l-iskola taħt saqaf wieħed.", "Allura wieħed jappella lill-awtorità ta' l-ippjanar biex toħroġ il- permessi maħtieġa.", "Mr Speaker, aħna naqblu in ġenerali ma' dawn it-trasferimenti ta' l-art u tal-proprjetà lill-għaqdiet differenti.", "Kif diġà għedna, huwa importanti li jkun hemm strutturi li jissorveljaw aħjar l-użu li jsir ta' dan il-ġid komuni kemm meta jingħataw fondi u kemm meta tingħata proprjetà.", "Naħseb li għandna nibnu fuq it-tradizzjoni li bdejna li, għalkemm għadha dgħajfa, imma fil-fehma tiegħi hija tajba, jiġifieri li nagħmlu strutturi taħt il- parlament aktar milli taħt il-gvern tal-ġurnata, bl-involviment ta' l- Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u ta' kumitati parlamentari bħal dak tal- kontijiet pubbliċi.", "B'hekk insaħħu t-tradizzjoni li waqt li ċertament huwa l-gvern tal-ġurnata li jieħu d-deċiżjonijiet, il-parlament ikollu aktar poteri biex jissorvelja l-użu li jsir mill-fondi u mill-proprjetà pubblika li tkun għaddiet lil dawn l-għaqdiet.", "Jiena nemmen li l-aħjar tkun struttura taħt il-parlament għax naħseb li s- segretarjat jew il-ministeru konċernat la għandu l-ħin, la għandu l-mezzi u kultant lanqas ir-rieda politika li jissorvelja l-affarijiet jekk sarux sewwa jew le.", "U hawnhekk qed ngħid għal kulħadd.", "Mhux qed ngħid għal xi naħa jew oħra imma għal kulħadd.", "Mr Speaker, anke fejn tidħol l-istruttura tal-kunsill Malti għall-isport jien nappella li nsibulha r-role proprju tagħha.", "Jien għandi rispett lejn ħafna min-nies li qegħdin f'dik l-istruttura, imma nħoss li fl-aħħar sentejn neżżgħuh mir-role tiegħu lill-kunsill Malti għall-isports.", "Inħoss li dawk in-nies li hemm fih jistgħu jiġu trattati ħafna aħjar għaliex illum dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn mat-tqassim tal-fondi, nindaħlulhom f'ħafna affarijiet u jħossu li tilfu ħafna mill-poter li kellhom, poter li fil- fehma tiegħi żgur li ma kenux se jeżerċitawh biex jibnu xi imperu.", "Dan huwa poter espress biex jimpenjaw ruħhom bis-serjetà fl-isports u lanaqs iridu jiġu xi struttura li meta xi ħaġa tfalli x'imkien ieħor, bħal fil-każ tal-moviment sports għal kulħadd, imbagħad jgħadduha lill-kunsill Malti għall-isports biex jipprova jirranġa dak li falla fih ħaddieħor.", "Għalhekk jien sinċerament, filwaqt li nieħu gost li nappoġġja din ir- riżoluzzjoni fid-direzzjoni fejn sejrin, naħseb li huwa fl-interess tal- pajjiż kollu, fl-interess tan-nies li jħallsu t-taxxi, fl-interess tal-ġid komuni li jkollna sorveljanza aħjar ta' l-użu li jsir minn din il-proprjetà pubblika u mill-fondi pubbliċi.", "Mhux biss fl-isports imma anke fil-qasam kulturali u fil-qasam ta' l-għaqdiet tal-volontarjat.", "Nerġa' ngħid li kif aħna qed nitolbu li l-bqija tas-soċjetà tkun aktar accountable u tagħti aktar rendikont ta' x'ikun qiegħed isir, hekk ukoll naħseb li għandna nagħtu eżempju aħna meta niġu biex inħaddmu l-fondi u l-proprjetà pubblika u l-użu li jsir minnhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, kif diġà qalu l-kelliema taż-żewġ naħat, ix-xogħol li għandha quddiemha l-Kamra jittratta dwar aktar għajnuna lill-għaqdiet tal-volontarjat f'pajjiżna, dawk sportivi, soċjali, kulturali u edukattivi.", "Fl-opinjoni tiegħi din ir-riżoluzzjoni qed tindirizza bżonn importanti ħafna speċjalment fost iż-żgħażagħ ħalli dawn jidħlu aktar fir- responsabbiltà tat-tmexxija ta' pajjiżna.", "Qed ngħid hekk għaliex jien nemmen li l-għaqdiet tal-volontarjat għandhom l-istess funzjoni li għandna aħna r-rappreżentanti tal-parlament, jiġifieri li nġibu 'l quddiem l- interessi tas-soċjetà Maltija.", "M'hemmx dubju li f'mod aktar definittiv l- għaqdiet tal-volontarjat u l-għaqdiet sportivi f'pajjiżna għandhom l-istess obbligu u għandhom l-istess role.", "Jien għandi ċertu interess personali f'uħud minn dawn l-għaqdiet li se nitkellem dwarhom għaliex jien dejjem ħassejt li biex inkun ta' ġid għall- komunità ridt nimpenja ruħi biex inwettaq fil-prattika dak li nemmen, jiġifieri li dawn l-għaqdiet iġiegħlu liż-żgħażagħ jaqsmu r-responsabbiltà tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Għalhekk il-parteċipazzjoni tiegħi f'dawn l- għaqdiet kienet esperjenza li bqajt ngħożż u niftakar.", "Għaldaqstant wieħed jirrealizza kemm ikun ta' diżappunt għal min jaqsam dawn l-ideat, meta jirriżultalu li għaqdiet partikolari f'pajjiżna ntesew kompletament jew intefgħu fuq xkaffa.", "Fil-ftit ħin li għandi beħsiebni nitkellem dwar żewġ attivitajiet sportivi f'pajjiżna, waħda ta' l-off-road - l-isport tal-muturi - u sport ieħor li jipprattikaw il-persuni neqsin mid-dawl.", "Skond l-istanding orders jien diġà ddikjarajt l-interess personali minħabba li fl-imgħoddi kont fundatur ta' dawn l-għaqdiet, però lil hinn minn hekk żgur li m'għandix interess ieħor u nispjega għaliex.", "Flimkien ma' żgħażagħ neqsin mid-dawl jien ħdimt biex f'pajjiżna titwaqqaf assoċjazzjoni li tgħinhom jintegraw ruħhom fl-ambjent modern tas-soċjetà Maltija.", "Aħna konna rajna kif mhux biss ninċentivaw lill-persuni nieqsa mid-dawl jitgħallmu jużaw s-sistema tal-kompjuterizzazzjoni ħalli jidħlu fix-xenarju modern, imma konna ħdimna bil-għaqal, mingħajr ma tajna fastidju lil ħadd, biex noħolqu sport u attività rikreattiva li jkunu jistgħu jipprattikawha l-persuni nieqsa mid- dawl Maltin u Għawdxin.", "Meta għamilna dan m'għamilniehx biss fl-interess tas-soċjetà tal-persuni nieqsa mid-dawl f'pajjiżna, imma għamilnieh ukoll biex nindirizzaw ċerti bżonnijiet li għandu l-pajjiż.", "Mr Speaker, sakemm twaqqfet it-torball blind association f'pajjiżna ma kien hawn ebda kunsill nazzjonali għall-isports, ebda kumitat olimpiku Malti, ebda skola f'Malta u f'Għawdex li kienet tispeċjalizza biex tintegra fil-kamp sportiv lill-persuni nieqsa mid-dawl.", "U grazzi għal din l- inizjattiva tat-torball, bit-tajjeb jew bil-ħażin, għall-ewwel darba f'pajjiżna bdejna naraw żgħażagħ neqsin mid-dawl jilagħbu l-logħba tal- ballun.", "F'din il-logħba għalkemm ma jarawx il-ballun huma jisimgħuh permezz ta' ġonġol apposta u bdew jipprattikaw dan l-isport ma' players tat- team nazzjonali Malti tal-football li bdew jinteressaw ruħhom u f'ambjent differenti bdew jintegraw magħhom.", "Mingħajr pressjoni fuq il-gvernijiet għall-finanzjament, dawn għamlu dan ix-xogħol kollu b'mod volontarju.", "Bis-saħħa tat-torball blind association introduċejna numru ta' attivitajiet sportivi oħra.", "Għall-ewwel darba numru ta' ċiklisti għomja bdew joħorġu fit-triq meta f'pajjiżna kienet introdotta t-tandem, rota b'żewġ seats fejn iċ-ċiklist ta' quddiem ikun jara.", "Naturalment kien hemm numru ta' inizjattivi oħra li komplew jiġu żviluppati minn dawn l-għaqdiet.", "U jien ma nistax nifhem x'inhija r-raġuni li għaqda bħal din f'pajjiżna ma tkunx rikonoxxuta billi tingħata post li ilu abbandunat minn meta telqu s- servizzi Ingliżi, mill-1974, l-Isolation Hospital li hemm wara l-isptar ta' l-Imtarfa.", "Tajjeb li ngħidu li barra l-iskop sportiv din it-torball blind association għandha wkoll l-iskop kreattiv.", "Fi ħdan dan iċ-ċentru riedet tara x'tip ta' workshops u attivitajiet oħra edukattivi setgħet tipprovdi li permezz tagħhom il-persuni b'diżabilità f'pajjiżna jintegraw ruħhom fil- ħajja ta' kuljum.", "Niftakar li kienu saru diversi kampanji ta' ġbir ta' fondi.", "L-ewwel waħlda kienet ta' 16-il xahar meta ġew ippubblikati l- pjanti ta' kif iridu jiżviluppaw dan l-Isolation Hospital li nerġa' ngħid ilu abbandunat sa mill-1974 meta kien għadu taħt is-servizzi Ingliżi.", "L- għan tagħhom kien li, barra milli jorganizzaw ruħhom, jintroduċu proġetti li tabilħaqq huma ta' fejda għall-persuni li ma jkunux għomja minn twelidhom, imma li jkollhom l-isfortuna li jitilfu d-dawl minħabba xi mard, fosthom id-diabetes, jew inkella minħabba xi inċident.", "Għal numru ta' snin din l-għaqda ripetutament ilha tiċċaħħad milli tiżviluppa l-faċilitajiet li teħtieġ biex proprju tkun tista' twettaq dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Ser tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, se nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI(Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it-Tnejn, 10 ta' Lulju 2000, fis-6.00pm b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards – Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Victor Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Mr Speaker, fix-xhur sajfin ħafna huma dawk il- Maltin u Għawdxin li jmorru maġenb il-baħar sabiex jirrilassaw u jiddevertu flimkien mal-familja tagħhom.", "B'dispjaċir ngħid li ta' kull sena n-numru ta' inġenji tal-baħar qiegħed jikber u l-periklu qed jikber magħhom, pero` minkejja li issa għandna d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, il-poplu għadu m'huwiex moqdi kif għandu jkun.", "Filwaqt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' għargħar u ħruq dan id-dipartiment huwa effiċjenti ħafna, f'dak li għandu x'jaqsam ma' sorveljanza fil-bajjiet jiddispjaċini ngħid li la hu, la l-pulizija u lanqas l-armata m'huma qed jagħmlu biżżejjed.", "Dawk li jikru l-inġenji tal-baħar qed juru nuqqas ta' responsabbilta` kbira meta jikruhom lil tfal ta' 10 jew 12-il sena għaliex qed joħolqu inkonvenjent enormi lill-pubbliku u qed ikunu wkoll ta' periklu.", "Huwa tajjeb li jsiru xi tip ta' regolamenti, pero` sakemm niddiskutuhom żgur li jilħaq jgħaddi s-sajf u n-nies ikunu għaddew sajf ieħor mingħajr protezzjoni.", "Għaldaqstant jien xtaqt nissuġġerixxi li wieħed jimxi mar- regolamenti bażiċi u jħalli s-sens komun jipprevali.", "Nerġa' ngħid li huwa importanti li l-pulizija tkun mgħammra biżżejjed sabiex tkun tista' tissorvelja l-bajjiet tagħna b'mod aħjar.", "F'Għawdex għandna ħafna bajjiet sbieħ li minbarra li huma ffrekwentati mill-Għawdxin stess, jiġu jżuruhom anke turisti, kemm Maltin kif ukoll barranin.", "Għalhekk huwa mportanti li jkunu sorveljati b'mod tajjeb ħalli kemm jista' jkun innaqqsu l-inċidenti.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi jirrigwarda t-tfal li għadhom ta' eta` li jmorru l-iskola.", "Dan l-aħħar kellmuni xi ommijiet u qaluli li qabdu lit- tfal tagħhom ta' tmien snin jixorbu l-birra.", "Jien jidhirli li dan huwa nkwetanti ħafna għaliex filwaqt li l-ġenituri jkunu moħħhom mistrieħ li t- tfal tagħhom qegħdin l-iskola, qiegħed jirriżulta li fil-break dawn it-tfal qed imorru fil-ħwienet u jixtru dawn l-affarijiet.", "Voldieri għalkemm għandna regolamenti li jitkellmu dwar it-tipjip u x-xorb xorta waħda għad għandna ħwienet li huma rresponsabbli u jbigħu xorb u sigaretti lit-tfal żgħar.", "Għalkemm forsi jkun hawn min jaħseb li dawn huma affarijiet żgħar u mhux importanti, fil-fatt huma ta' importanza kbira għall-pajjiż għaliex b'hekk qegħdin inrawmu ġenerazzjoni li mhux biss tagħmel li trid u tikser ir- regolamenti imma li anke tiela' b'ċerti vizzji bil-barka ta' kulħadd.", "Niringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, waqt dan l-aġġornament xtaqt nitkellem ftit dwar dak li għaddej minnu d-distrett elettorali li niġi elett minnu jien, jiġifieri t-tieni distrett.", "Kif aċċennajt kemm-il darba, jien wieħed minn dawk li naħseb li deputat, minbarra li jitkellem fuq affarijiet ta' natura nazzjonali għandu wkoll jikkonċentra fuq dak id- distrett li jkun qed jirrappreżenta.", "Huwa veru li bħala pajjiż aħna għandna sistema elettorali ftit differenti minn, per eżempju, l-Ingilterra għaliex filwaqt li hemmhekk jirrappreżenta distrett elettorali deputat wieħed, fil-każ tagħna distrett elettorali jirrappreżentawh ħamsa.", "Madanakollu kull deputat għandu diversi dmirijiet u responsabbiltajiet, fosthom dik li jitkellem fuq il-problemi tad-distrett elettorali tiegħu.", "Mr Speaker, il-bieraħ kien hemm żewġ festi fid-distrett elettorali tiegħi; tal-Karmnu ġewwa l-Fgura u ta' San Ġużepp ġewwa l-Kalkara.", "Il- Fgura kien beda bi ftit nies pero' mbagħad kiber u żviluppa tant li llum qed jiġi kkonsidrat bħala ċentru li jipprovdi diversi servizzi, kemm għar- residenti kif ukoll għal nies ta' bliet u rħula oħrajn.", "Per eżempju, ikun interessanti li ngħid li ftit ilu jien sibt xi domandi parlamentari li kien għamel in-nannu tiegħi, il-Gross, fejn kien qed jaqbeż għall-ftit nies li kienu joqogħdu ġewwa l-Fgura billi kien qed jitlob lill-ministri konċernati biex jgħaddulhom is-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Kif diġa` għedt, dan il- lokal illum żviluppa enormament, pero` madanakollu xorta baqa' jiġi marbut ma' Ħaż-Żabbar u ma' Raħal Ġdid f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi, u dan minkejja li l-maġġoranza tar-residenti tal-Fgura ġejjin mill-Kottonera.", "Fl-opinjoni tiegħi, ġaladarba l-Fgura għandha daqstant residenti, hemm bżonn jinstab post ġewwa dan il-lokal li minnu r-residenti jkunu jistgħu jingħataw is-servizzi postali, anke biex nevitawlhom l-inkonvenjent li kull darba li jirċievu ittra reġistrata jkollhom imorru Ħaż-Żabbar jew Raħal Ġdid.", "Wara kollox illum dan ma jistax jissejjaħ kapriċċ imma huwa bżonn u naħseb li jagħmel ukoll sens kummerċjali għaliex il-Fgura fih innifsu sar ċentru.", "Ta' min hawnhekk wieħed jgħid li anke l-festa tal-Madonna tal- Karmnu, liema festa tiġi organizzata mill-komunita` ta' l-ordni tal-Karmelu li b'tant devozzjoni u dedikazzjoni mhux biss qed jagħtu rikonoxximent reliġjuż imma jorganizzaw festa li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed issir popolari.", "Illum uħud mir-residenti tal-Fgura twieldu u tgħammdu f'dan il- lokal u meta żżewġu baqgħu joqogħdu hemmhekk.", "Mr Speaker, ta' min wieħed jara wkoll li r-residenti tal-Fgura jinqdew mis-servizzi kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurta` soċjali.", "Jien ma rridx ninstema' bħallikieku waqajt mis-sema u qed noħroġ b'ħafna soluzzjonijiet, pero` naħseb li huwa ta' dwejjaq għal diversi pensjonanti u għal nies li japplikaw għaċ-children's allowance jew għal family benefits oħra li kull darba jkollhom imorru Ħaż-Żabbar biex jinqdew.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-problemi li qed isibu dawk ir-residenti li sa ftit taż- żmien ilu kienu jagħmlu ma' Raħal Ġdid u issa ġew jagħmlu mal-Fgura.", "Dawn qed ikollhom taħwid enormi; filwaqt li t-tberik isirilhom mill-knisja ta' Raħal Ġdid, jivvotaw għall-kunsill lokali tal-Fgura.", "Xtaqt ngħid ukoll li ħadt pjaċir ħafna meta nfetaħ il-ġnien ħdejn il- każin tal-boċċi, proġetti li bla dubju ta' xejn huwa mertu kbir tal-gvern preżenti.", "Fil-fatt jien kont preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tiegħu u minn hawnhekk nieħu l-opportunita` sabiex inħeġġeġ għal aktar investiment fil-Fgura ħalli b'hekk lil din il-lokalita` nagħtuha l-importanza li tixirqilha.", "Illum il-Fgura m'għadhiex subborg imma saret ċentru ta' importanza kbira, u fost affarijiet oħrajn dan jixhdu l-fatt li wieħed mill- banek kummerċjali bena stabbiliment enormi ġewwa dan il-lokal u investa fih sew.", "Pero` dan m'huwiex biżżejjed; hemm iktar banek li jistgħu jimxu fuq dan il-pass.", "Imma issa ħalli nitkellem ftit dwar il-problemi tat-traffiku.", "Mr Speaker, fortunatament bħalissa għaddej il-proċess tat-tendering għal Triq Hompesch, liema xogħlijiet imma se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "Kif jaf kulħadd, Triq Hompesch hija waħda mill-arterji prinċipali tal-pajjiż u għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed jipprova jsolvi xi wħud mill-problemi li għandha din it-triq.", "Per eżempju, fejn il-Keyhole Bar hemm traffic island li qiegħda toħloq ħafna inċidenti tat-traffiku u għalhekk ikun tajjeb illi min hu responsabbli jara x'jista' jagħmel biex jevita inċidenti simili.", "Wieħed għandu jara wkoll li jipprovdi soluzzjonijiet għall-problemi li l- Fgura tista' tiffaċċja minn hawn u ftit taż-żmien ieħor.", "Ħalli issa ngħaddi biex nitkellem ftit dwar il-Kottonera.", "Bħalissa l-Kottonera għaddejja minn fażi verament interessanti għaliex fl- aħħar inbeda l-proġett tal-Kottonera.", "Naturalment wieħed jista' jipprevedi minn qabel li kulmin se jkun involut f'dan il-proġett se jiltaqa' ma' xi diffikultajiet jew ostakli, pero` jien persważ li bi ftit ħsieb u raġuni wieħed ikun jista' jissuperahom.", "Hemm bżonn li naraw kif lill-Kottonera nistgħu nipprovdulha ħajja aħjar.", "Jien tkellimt diversi drabi f'dan il- parlament rigward il-Kottonera u l-bżonnijiet kbar li għandha u jien personalment ngħid li jidher ċar li l-gvern qed jinvesti ħafna fiha.", "Mid- diversi domandi parlamentari li għamilt jien jidher li d-dipartimenti ta' l- ambjent, tal-kultura, tas-servizzi ekonomiċi u ta' l-agrikoltura qegħdin jagħtu sehemhom biex jagħtu l-attenzjoni meħtieġa għal dak li hemm bżonn isir ġewwa l-Kottonera.", "Jien li kont preżenti kemm meta sar il-kuntratt tal-Kottonera, kemm fil- PAC meta ġie diskuss il-proġett, kif ukoll fid-dibattitu li kien hawn f'din il-Kamra dwaru nista' ngħid li dan huwa kuntratt tajjeb ħafna u li għandu jiġi rispettat u attwat skond ix-xewqa ta' din il-Kamra li vvotat għalih.", "Huwa importanti ħafna li min ħa l-konċessjoni enfitewtika għandu joqgħod attent biex josserva dak li hemm fil-kuntratt u ma jaħsibx li għandu l- carte blanche li jagħmel li jrid.", "Qed ngħid dan għaliex ġieli nisma' ċerti affarijiet li xejn ma jaqblu ma' dak li ddeċidejna u vvotajna għalih aħna.", "Dawn it-tip ta' problemi qed jiffaċċjahom il-Ministru Zammit Dimech u wieħed għandu jagħtih kredtu kbir għall-biċċa xogħol kbira li qed jagħmel biex iċaqlaq lill-operaturi u biex jara li jsir dak li hemm bżonn isir.", "Naħseb li b'mod ġenerali wieħed jista' jgħid li dan il-proġett miexi 'l quddiem, pero` ovvjament aħna umani u wieħed ma jistax jippretendi li se jkollna l-perfezzjoni u li m'aħniex se niltaqgħu ma' ċerti diffikultajiet waqt li jkun qed jitwettaq dan il-proġett.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi hemm ħafna affarijiet żgħar li jekk wieħed idurhom ftit ikun qed jelimina ħafna eyesores.", "Jekk nieħdu l-Isla naraw li hemm diversi affarijiet mitluqa, fosthom diversi ħadid mixħut fl-art u ħmieġ.", "Riċentement mar kuntrattur jagħmel ċerti xogħlijiet fit-triq prinċipali u mela din it-triq bit-trab.", "Fil-fatt jien saħansitra għamilt mistoqsija parlamentari biex forsi d-dipartiment ta' l-ambjent jagħmel xi ħaġa u fl-aħħar din it-triq titnaddaf għax ir- residenti t'hemmhekk spiċċaw kważi b'deżert quddiemhom bit-trabijiet li għandhom.", "Mr Speaker, ma nistax ma ngħidx ukoll li l-ħidma li saret għall-proġett tal-Kottonera kif ukoll il-ħidma li qed issir mill-kumitat tar- riabilitazzjoni tal-Kottonera, liema ħidma qed tiġi kkoordinata mis-Sur Ray Bondin, qiegħda tħalli diversi riżultati pożittivi.", "Per eżempju, wara ħafna żmien il-kappella tal-Madonna tas-Sokkors ġiet irrestawrata.", "Hija x- xewqa tiegħi - u fil-fatt għamilt anke domanda parlamentari f'dan ir- rigward - li issa din il-kappella tiġi miftuħa permanentement u forsi jinfetaħ ukoll uffiċċju ta' informazzjoni ħalli n-nies li jżuru dawn it- tlett ibliet ikunu jafu x'hemm x'tara f'dak li għandu x'jaqsam ma' storja.", "Irrid ngħid ukoll b'ċertu sodisfazzjon li minn risposta li ngħatatli għal domanda parlamentari li għamilt jirriżulta li finalment il-mina ta' Santa Liena se tiġi mnaddfa kompletament.", "Xi żmien ilu din il-mina kienet diġa` ġiet imnaddfa, pero` minħabba t-traffiku kbir li jgħaddi minn hemmhekk u minħabba li ma tingħatax attenzjoni għall-indafa ta' dan il-post kien reġa' nġabar ċertu ħmieġ.", "Malli ġie elett bħala deputat kont għamilt numru kbir ta' domandi parlamentari dwar din il-mina u bi pjaċir ngħid li din issa se tiġi rranġata.", "Din hija ħaġa pożittiva ħafna għax b'hekk qed tiġi pprovduta attrazzjoni turistika oħra.", "Irridu nifhmu li iktar ma jkollna postijiet li huma ta' interess għat-turist u għall-pubbliku in ġenerali iktar jersqu nies lejn il-Kottonera, u f'din id-dimensjoni ngħid li m'hemmx belt waħda ġewwa l-Kottonera li hija isbaħ mill-oħra għaliex it-tlieta għandhom is-sbuħija u l-istorja tagħhom.", "Fil-fatt jekk turist iqatta' xi ġurnata jew jumejn il-Kottonera jkollu ħafna x'jara.", "Jien kemm-il darba semmejt il-postijiet ta' interess li hemm fil-Kottonera ġewwa dan il- parlament.", "Per eżempju, inħobb insemmi l-knisja ta' Santa Tereża fejn b'ħidma kbira mill-patrijiet karmelitani qed titqaxxar iż-żebgħa kollha tal- knisja u tal-kunvent biex b'hekk il-post qed jingħata dehra verament impressjonanti.", "Ta' min isemmi wkoll żewġ wirjiet privati; il-Vittoriosa 1565 u l-Birmula heritage, u naħseb li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba l-fatt li anke s- settur privat qed jipprova jmexxi 'l quddiem l-affarijiet storiċi u ta' kultura li wieħed jista' jara.", "Fil-fatt tul din l-amministrazzjoni t-tieni distrett qed jingħata ferm iktar importanza milli wieħed kien jistenna.", "Din hija parti mill-wegħda elettorali li għamilna qabel l-elezzjoni.", "Ovvjament biex inkunu nistgħu nagħmlu dak li għandna ppjanat irridu ż- żmien, il-ħin u l-finanzi.", "Fil-fatt il-finanzi huma r-raġuni għaliex ingħataw il-konċessjonijiet enfitewtiċi, pero` min-naħa l-oħra hemm min jgħidilna li l-proġett tal-Kottonera tajnieh lill-ispekulaturi.", "Jien ngħidilhom li aħna kkuntrattajna ma' l-istess nies li kienu qed jikkuntrattaw magħhom huma.", "Ladarba l-gvern m'għandux mezzi finanzjarji biżżejjed biex jagħmilhom hu, bilfors kellu jirrikorri għas-settur privat.", "Ovvjament iktar ma wieħed jinvesti fi proġett, dan iktar se jikseb suċċess għax ġaladarba min jinvesti f'dan il-proġett ikun jaf li se jieħu lura iktar flus, iktar jinteressa ruħu fih.", "L-ispekulazzjoni ssir meta wieħed jisfrutta mingħajr ma jħalli xejn warajh.", "Jista' jkun hemm xi wħud li qed jibżgħu li bil-proġett li qed isir, il-Kottonera se titlef xi ftit l- identita` li kellha qabel.", "Dan huwa minnu, pero` fl-istess ħin il- Kottonera se tiggwadanja ħafna minn dan il-proġett.", "Wieħed mid-deputati ta' din il-Kamra ġie jiddikjara quddiem kulħadd li se jagħmel minn kollox biex il-proġett tal-Kottonera ma jsirx, imma jien nemmen li l-Kottonera se tiggwadanja mhux ftit minn dan il-proġett u minkejja l-ostakli li jistgħu jinqalgħu u li jistgħu jinħolqu minn min jikkomplika l-affarijiet fejn m'hemmx bżonn u jressaq id-dinja fit-tarf.", "L-aħħar rimarka tiegħi hi li wieħed irid dejjem iħares 'il quddiem, u jien ngħid li t-tieni distrett se jkompli miexi ferm iktar 'il quddiem taħt din l-amminstrazzjoni.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 10 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUKAZZJONI - PROJECTS OFFICE", "17573.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 9003, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' Dr Joseph A. Cannataci u tal-Perit Claude Busuttil li fl-istess tweġiba kien ingħad li s-salarju u l-benefiċċji oħra tagħhom kienu għadhom qegħdin jiġu negozjati?", "Jista' l-Ministru f'kull każ jgħid, jekk tali kuntratti għadhom ma ġewx konklużi x'inhu s-salarju u l-benefiċċji li dawn l- individwi qegħdin jistennew li jgawdu minnhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nikkonferma li s-servizzi ta' Dr Joseph A. Cannataci u ta' Dott. Claude Busuttil qegħdin jingħataw lill-istess ministeru bħala parti minn pakkett ta' servizzi li l-Ministeru jingħata mill-Malta University Services Ltd.", "Ir-remunerazzjoni mħallsa mill-MUS Ltd hi kif ġej:", "Dr J. Cannataci - Lm15 fis-siegħa sa limitu ta' Lm15,000 fis-sena, flimkien ma' allowance għal karozza ta' Lm1200.", "Claude Busuttil - Lm8,400 p.a. + bonus statutorju allowance tal-petrol - Lm20 fil-ġimgħa.", "Għalkemm taqa' taħt l-Universita`, l-MUS Ltd hija kumpannija kummerċjali u għaldaqstant mhix il-prassi li jsiru pubbliċi bil-mod kif qed jitlob l- Onor. Membru l-kuntratti li din il-kumpannija jkollha mal-persuni li tqabbad biex jagħti servizzi meħtieġa.", "EDUKAZZJONI - PERITI", "17574.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju 1999 rigward il-ħtieġa ta' servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-individwi jew soċjetajiet li sal-lum tqabbdu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jagħtu tali servizzi billi jqiegħed kopja tal-kuntratti relattivi ma' dawn l-individwi jew soċjetajiet fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll jgħid f'kull każ intalabx il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi biex tali servizzi jingħataw?", "Jekk fl- affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat- tali approvazzjonijiet kif ukoll tat-tali talbiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qabbad soċjeta` ta' periti, Mangion and Mangion, biex jagħtu s-servizzi tagħhom għal skola.", "Qabbad ukoll lis-soċjeta` ta' periti EMDP biex jagħmlu xogħol fuq uffiċċju fil-bini ċentrali tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Floriana.", "Informat li l-ħlas li kien dovut ma kienx jirrikjedi li jintalab permess mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali servizz jingħata.", "PERITI PRIVATI", "17575.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju 1999 mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad- disinn u superviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ntalabx li jiġu ngaġġati tali individwi jew soċjetajiet kif ukoll jgħid x'qegħdin jitħallsu għat-tali servizzi kif ukoll kemm hu previst li sejjer ikun l- investiment totali tal-gvern fuq il-proġetti rispettivi li dawn qegħdin jaħdmu fuqhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tal- Finanzi ma kellu ebda talba mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni rigward servizzi ta` periti privati jew soċjetajiet ta` periti kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi b`riżultat ta` l-avviż li deher fil-Gazzetta tal- Gvern tat-22 ta` Ġunju, 1999.", "KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DIŻABILITA'", "17615.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' eżaminatx il-kmamar fiċ-ċentru ta' matul il-jum f'Ħal Far indikati bħala unit ta' ħajja indipendenti?", "Taħseb il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita li dawn il-kmamar huma adattati, minkejja li huma mimlija umdita' wżati bħala mħażen għall- imbarazz?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, inkluż dak ta' Ħal Far, hu r-responsabbilta' tad-direttur, servizzi korporattivi fi hdan il- Ministeru għall-Politika Socjali u ghalhekk l-ispezzjoni imsemmija f'din il- mistoqsija parlamentari mhijiex responsabbilita' tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita'.", "Meta l-kummissjoni tircievi lmenti tat-tip imsemmija, il-kummissjoni tgħaddiehom lil dan id-direttur u tara li dawn l-ilmenti jigu nvestigati kif suppost.", "Mir-rapport sottomess lill-kummissjoni minn dan id-direttur, joħroġ li l- kamra wżata bħala unit ta' ħajja indipendenti hija adattata għal dan l- iskop.", "Ilha tintuża hekk għal xi sena u nofs mill-persuni b'diżabilita' li jgħaddu xi ftit sigħat kuljum f'din il-kamra jitħarrġu fit-tmexxija ta' dar f'hajja indipendenti.", "Tant m'hemmx umdita' f'din il-kamra li giet miżbugħa xi sena u nofs ilu u ma ħarget l-ebda umdita'.", "Bħalissa qed tiġi rranġata biex tkun aċċessibbli għal wheelchair users, u nxtara l-apparat meħtieġ li se jintuża mill-klijenti.", "PULIZIJA - ĊITAZZJONIJIET", "17641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħareġ il-korp tal- pulizija matul l-ewwel xhur tas-sena?", "Jista' jagħti breakdown ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet f'Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta` ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet maħruġa mill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur ta` din is- sena kien ta` 55,245 f`Malta u 1,720 f`Għawdex.", "Ta` min hawnhekk jispjega li din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma ta` statistika u ġiet miġbura manwalment, u dan kien possibli peress li kienet tkopri perijodu relativament qasir.", "REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI ĠODDA", "17642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi u vetturi fil-preżent fil-gżejjer Maltin separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ġew irreġistrati 8,977 vettura ġdida.", "In-numru ta` vetturi irreġistrati f`Malta u Għawdex huma 252,111 u 22,889 rispettivament.", "GOZO CHANNEL - KAROZZI/VETTURI", "17643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi li wżaw is-servizz tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur tas- sena?", "X'kienet il-pożizzjoni għall-istess perijodu fis-snin 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat", "MARFA - XOGĦLIJIET", "17644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-iżvilupp li qed isir qrib il-moll u s-slipway tal-Marfa, jista' l-Ministru jassigurana li se jibqa' jkun hemm aċċess għall-pubbliku u għas-sajjieda?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti ta' kif huwa approvat li jsir il-landscaping fl-inħawi u fejn se jsir l-aċċess għas-slipway u l-moll tal- Marfa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m`għandhiex applikazzjonijiet pendenti u lanqas ħarġet xi permess li jaffettwa l-aċċess għall-moll u s-slipway li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab informat ukoll li mhux qed isir l-ebda żvilupp li jagħlaq l-aċċess għal l-istess moll u slipway.", "MEDIĊINI - CONTROL CARDS", "17645.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' control cards maħruġa ġewwa Malta u Għawdex separatament għall-mediċini narkotiċi jew psikotopiċi fil-mument?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` control cards għan-Narkotiċi u sustanzi Psikotropiċi li nħarġu matul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999 u din is-sena sat-30 ta` Ġunju 2000 huwa kif ġej:", "Sena Control Cards maħruġin", "--------------------------------------------------- Malta Għawdex Total --------------------------------------------------- 1996 19807 1519 21326 --------------------------------------------------- 1997 21841 1641 23482 --------------------------------------------------- 1998 21350 1667 23017 --------------------------------------------------- 1999 22124 1749 23873 --------------------------------------------------- 2000 11053 1537 12590 ---------------------------------------------------", "FARM ESPERIMENTALI", "17657.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'annimali mietu fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?X'ikkawża l-mewt tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ammont t'annimali li mietu dawn l-aħħar sitt xhur kienu dawn:244 tjur, 39 nagħaġ u mogħoż, 4 baqar, 1339 fniek, 2 ħmir, 2 ponies u 1 bagħal.", "FREEPORT - VETTURA GĦAL ĠARR TA' L-IMPJEGATI", "17735.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17612?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant li l-vettura li tintuża għat-trasport tal-ħaddiema tal-Port Ħieles fuq il-lant tax-xogħol għandha kollox in regola u skond il-liġi.", "SERVIZZ SIGRIET - TELEPHONE TAPPING", "17736.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba s-servizz sigriet ġie awtorizzat jagħmel tapping tat-telephone?", "Jista' jgħid ukoll x'mekkaniżmu hemm f'dan is-sens u x'passi jittieħdu biex jiġi assigurat li ħadd mill- persuni li għandhom aċċess għat-tapping ma jabbuża b'tapping mhux awtorizzat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8273.", "KOTTONERA - WATERFRONT GROUP", "17747.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid, jekk issa li tħabbar ftehim bejn id-Ditta Campers and Nicholson u l-Cottonera Waterfront Group, dan il-ftehim hux suġġett għall- ħlas tat-taxxa tal-boll?", "Jekk fl-affermattiv, il-gvern se jiġbor din it- taxxa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi l-Gvern ma jidħolx fuq kuntratti bejn terzi persuni iżda kulħadd huwa obbligat li jimxi mal-liġi.", "FGURA - TRIQ A.M. VALPERGA - DAWL", "17752.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiddawwal it-Triq A.M. Valperga, Fgura speċjalment l-area ta' quddiem il-Mina ta' Bormla, peress li ftit li xejn jeżisti dawl u qed ikun suġġett għal abbużi?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti?", "Meta saru dawn l-applikazzjonijiet?", "Meta se jiżdiedu fanali/bozoz ġodda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "KUNSILLI LEGALI - ĠEMELLAĠĠI", "17770.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17626, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ min kienu u min se jkunu l-persuni u kunsilliera li siefru jew se jsiefru?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirriferi lil-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17626.", "NAXXAR - TELGĦA TA' ALLA U OMMU", "17773.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq magħrufa t-Telgħa ta' Alla u Ommu fin-Naxxar tingħata d-dawl u tinkesa bit- tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ħareġ sejħa għall-offerti għal xogħol ta` rekostruzzjoni ta` din it-triq u l-proġett hu maħsub li eventwalment ikompli xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-BA (LEGAL & HYMANISTIC STUDIES)", "17774.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sistema l-ġdida tal-orali li ġiet introdotta din is-sena fil-kors tal-BA (Legal and Hymanistic Studies) u tal- LLD peress illi hemm studenti li qed jibagħtu għalihom għall-orali u oħrajn li ma jafux jekk hux se jibagħtu għalihom jew le?", "Jista' jgħid kemm fiha marki l-orali bħala perċentaġġ mit-total peress li ħadd mill-istudenti ma jaf x'inhu jiġri?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sistema ta' l-orali kif issa introdotta fil-fakulta` tal-liġi ġiet introdotta wara konsultazzjoni sħiħa ma' l- għalliema fil-fakulta`, ma' l-istudenti tal-fakulta` u wara l-approvazzjoni tas-Senat.", "Din is-sistema tpoġġi l-eżamijiet li jsiru fil-fakulta` fuq l- istess binarju li jintuża fil-fakultajiet l-oħra.", "Għalhekk l-orali ma għandux marki assenjati għalih, imma jintuża biex jiddetermina l-grad ta' student fejn l-eżaminaturi jkunu ndeċiżi fuq il- bażi ta' l-iskritt xi grad preċiż jista' jingħata.", "Għalhekk l-istudent jista' biss jibbenefika mill-oral billi l-grad li jkun ġab fl-iskritt ma tkunx tista' titnaqqaslu.", "L-oral jintuża biss biex jiġi determinat il-grad ta' l-istudenti li jkunu każijiet borderline, per eżempju bejn F u D bejn l-average C u D+ jew fejn ikun ħa jġib grad għoli ħafna biex wieħed jiddeċiedi l-istudent ikunx verament ħaqqu dak l-għola grad.", "SALINI - DAWL", "17775.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jek hemmx il-ħsieb li triq is- Salini titkompla tiddawwal u jgħid għaliex dan ix-xogħol huwa wieqaf?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Iva.", "GĦAJN DWIELI - TINDIF", "17776.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-ħaxix ħażin u folt ħafna li hemm biswit il- flats tal-binja Kordin quddiem il-Knisja ta' Għajn Dwieli, liema ħaxix jinsab bejn il-flats u l-moskea ta' l-Għarab jitneħħa għaliex apparti r- riskju li jaqbad fis-sħana tas-sajf qed iservi sabiex isur abbużi warajh?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "GWARDJANI LOKALI", "17778.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16695?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 16695.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 16846.", "Mill-ammont dovut ta` Lm 185,646 sat-13 ta` Ġunju 2000, ġew imħallsa Lm58,596 (31.6%).", "Mhux il-każ li din l-informazzjoni tiġi maqsuma ġurnata b`ġurnata.", "TRIBUNALI - KAWŻI", "17779.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16696?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija parlamentari numru 16696 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "KUNSILLI LOKALI - ĦLASIJIET", "17780.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16697?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-1994 sal-lum għadha qed tinġabar, nagħti tweġiba f`xi seduta oħra.", "FURJANA - TRIQ IL-FOSOS", "17781.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 17402, qed nirriferi għall-binja magħrufa bħala \"Bini tal-Gvern\".", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Prima facie jidher li teknikament is-sistema tal- lift tista' tigi nstallata.", "RUMA - AMBAXXATA MALTIJA", "17786.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li korrispondenza li ntbagħtet lill-Ambaxxata Maltija f'Ruma u li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament minn persuna, li isimha wkoll qiegħed nibgħat separatament, fl- 14 ta' Mejju, 1999 u 18 ta' Jannar, 2000 għadha ma ġietx imwieġba u saħansitra lanqas intbagħtet acknowledgement?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li l-azzjoni meħtieġa dwar is-suġġett tal-korrispondenza tal-14 ta' Mejju, 1999 ittieħdet b'mod immedjat.", "L-ittra tal-14 ta' Mejju 1999, li waslet fl- Ambaxxata fil-25 ta' Mejju 1999, kienet segwita minn azzjoni uffiċċjali ma' l-Awtoritajiet Taljani fil-31 ta' Mejju, 1999.S'issa għall-korrispondenza tal-31 ta' Mejju, 1999 baqgħet ma nagħtat l-ebda risposta uffiċjali minn naħa tal-Gvern Taljan.", "Għalhekk l-Ambaxxata Maltija f'Ruma għadha mhix f'pożizzjoni li tagħti tweġiba jew tipprovdi aktar informazzjoni lill- persuna konċernata.", "SERVIZZ PUBBLIKU - KUMMISSJONI DWAR DIXXIPLINA", "17787.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoring ħalli jkun magħruf sewwa kif qegħdin jaħdmu r-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ntrodotti mill-1 ta' Frar, 2000?", "Jekk fl-affermattiv, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport preliminari dwar ħidma bħal din għall-ewwel erba' xhur (Frar-Mejju)?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat illi wara l-pubblikazzjoni tar- Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (proċedura ta' dixxiplina) saru u għadhom qed isiru diversi sessjonijiet ta' taħriġ kemm għall-kapijiet tad-dipartimenti kif ukoll għall-uffiċjali ogħlja dwar kif ir-regolamenti għandhom jiġu mħaddma.", "Saru wkoll diversi laqgħat ta' informazzjoni għall-uffiċjali fil-livell iżjed 'l isfel biex ikunu jafu bl- implikazzjonijiet tar-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina.", "Ir-regolamenti l-ġodda jipprovdu għal deċentralizzazzjoni tad-dixxiplina u mhux il-ħsieb li jsir monitoring kontinwu miċ-ċentru dwar kif dawn qed jitħaddmu.", "Madankollu hemm il-ħsieb li ssir evalwazzjoni ta' kif tħaddmu dawn ir- regolamenti fl-aħħar ta' din is-sena b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "EWROPA TWO SPEED", "17790.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kif qed iħares il-Gvern Malti lejn il- kunċett li dejjem qed jevolvi - b'mod partikolari min-naħa Franċiża - dwar Ewropa Two Speed?", "ONOR.", "JOE BORG: Għadu kmieni biex wieħed jispekola dwar kif se tiġi riformata l-Unjoni Ewropea bi qbil bejn il-gvernijiet kollha tal-15-il pajjiż membru.", "Madankollu ma naqbel xejn li l-proposta Franċiża tirrigwardja Ewropa Two Speed.", "Ta' min wieħed jgħid illi, iżjed milli Ewropa Two Speed, il-proposti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Konferenza Intergovernattiva jirrigwardjaw reinforced co-operation.", "Wieħed irid jistenna kif se jiżviluppa dan il-kunċett fix-xhur li ġejjin qabel ma jikkummenta dwaru.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-VITTMI TAX-XOGĦOL", "17791.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17519 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax- Xogħol, Raħal Ġdid?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Minn stħarriġ li sar, irriżulta li dawn huma fdalijiet antiki u huma taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal- Mużewijiet.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "EUROPEAN VOICE - AVVIŻI", "17792.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas il-Gvern Malti għal avviżi (advertisments) ta' paġni sħaħ fuq ġurnali bħal European Voice?", "Kemm ġie jiswa l-avviż fil-ħarġa tax-xahar li għadda fuq dan il-ġurnal, li kien jikkonsisti f'paġna sħiħa u kien jitratta fost l-oħrajn id- dimensjoni Mediterranja ta' Malta dwar it-tkabbir li jmiss ta' l-Unjoni?", "Kemm saru riklami ta' din ix-xorta fuq dan il-ġurnal u kemm swew lil pajjiżna?", "ONOR.", "JOE BORG: B'risposta għall-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellanta nixtieq ngħid li saru żewġ avviżi (advertisements) mill-Ministeru ta' l- Affarijiet Barranin fuq il-European Voice.", "Dawn deheru fil-ħarġiet ta' Settembru 1998 u dik tax-xahar li għadda li għamlet riferenza għaliha l- Onor. Interpellanta.", "Dawn iż-żewġ avviżi swew 330,000 Belgian Francs ċioe' madwar Lm3,340.", "IMPJIEGI - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "17793.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu nies mir-reġistru tax-xogħol (Part 1) mill-ETC minn Settembru 1998 sal-lum, xahar b'xahar?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet tagħhom u skond ir- raġuni li għaliha jew maqtugħa mir-reġistru tar-reġistrar għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "FMS - MEMBRI", "17794.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-membri tal-Foundation for Medical Services?", "Kemm qed jitħallsu kull wieħed u x'għandhom allowances?", "Fuq liema kriterji qed jingħataw dawn l-allowances u meta ngħatawlhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dawn huma l-membri tal-bord tal-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi u l-ħlas u l-allowances li qed jieħdu.", "Board Member Honorarium Allowances Date of Per Annum appointment _________________________________________________________________", "Dr. J.L. Pace Lm7,000 Car + Mobile + Home Phone19 Feb 1999 Mr. Rene' Formosa Lm4,500 Mobile + Home Phone 19 Feb 1999 Mr. Albert Attard Lm2,500 Nil 19 Feb 1999 Dr. Ray Busutti Lm2,500 Nil 19 Feb 1999 Dr. Ray Xerri Lm2,500 Nil 19 Feb 1999 Mr. D. Spiteri Gingell Lm2,500 Nil 19 Feb 1999 Dr. N. Azzopardi MuscatLm2,500 Nil 19 Feb 1999 Mr. E.C. Micallef Lm2,500 Nil 10th May 2000 Mr. Saviour Sciberras Nil Nil 10th May 2000", "Is-Sur Formosa kien appuntat vice president fis-17 ta' Marzu u rriżenja mill-kariga u minn membru tal-bord fit-22 ta' Ġunju, 2000.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, nirriferi l-Onor.", "Membru għall-istatut ta' l-FMS.", "DIPARTIMENT GĦAL GĦAWDEX - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "17795.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw warnings u kemm ittieħdu passi jew azzjonijiet dixxiplinarji kontra uffiċjali u mpjegati skond kull grad fid- dipartimenti li jaqgħu taħtha, bejn l-1 ta' Frar, 2000 u l-aħħar ta' Mejju 2000?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PJAZZA SAN FRANĠISK - PROĠETT TA' TWESSIGĦ", "17796.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal sidien li għadhom ma tħallsux tal- proprjeta' esproprjata mingħandhom in konnessjoni mal-proġett ta' twessigħ ta' Pjazza San Franġisk?", "Fiex wasal kull każ pendenti?", "X'passi ttieħdu mill-ministeru biex jitħaffef il-proċess ħalli jsir il- ħlas dovut?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - TRAFFIC LIGHTS", "17797.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li saru ħsarat lit-traffic lights ta' Triq ir-Repubblika (Salib it-Tiġrija) ir-Rabat, Għawdex, meta ntlaqtu minn vetturi għoljin?", "F'kull każ, sar rapport lill-pulizija mis-sewwieq konċernat?", "Kemm kienet tammonta l-ħsara li saret?", "X'passi ħadet il- Ministru biex il-ħsara tissewwa a spejjeż ta' min għamilha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTRU GĦAL GĦAWDEX - SAFRA", "17798.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ħallas il-ministeru għal Għawdex għas-safra li għamlu dan l-aħħar is-Segretarju Permamenti u d-direttur tal-Customer Services il-ġdid biex marru l-Greċja?", "Għal-liema raġuni marru?", "Tista' l-Ministru tgħid kif issir l-għażla biex uffiċjali għolja jmorru fuq safriet bħal dawn?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-uffiċjali li qed tirriferi għalihom l-Onor Interpellant attendew konferenza tal-Kummissjoni tal-Ġżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferali u Marittimi tal-Ewropa.", "L-ispejjes relattivi kienu skond ir-rati stabbiliti mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Ċirkolari Nru 123/99.", "L-għażla ta' l-uffiċjali saret biex jinkiseb l-akbar benefiċċju possibbli mill-konferenza msemmija.", "GĦAWDEX - PJAZZA SAN FRANĠISK/TRIQ DR ANTON TABONE", "17807.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kuntrattur Malti li ħadem fuq il- paviment tal-Pjazza San Franġisk u Triq Dr Anton Tabone għadu sal-lum ma tħallasx?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "HAC - TWAQQIGĦ TA' IMĦAŻEN", "17808.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkwota l-kummenti li taw l-HAC u d-Dipartiment tal- Mużewijiet dwar it-twaqqigħ ta' imħażen storiċi fix-xatt tal-Birgu li ssemmew f'mistoqsija parlamentari numru 17614?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-HAC li jifforma parti minnu d-Direttur tal- Mużewijiet għamel spezzjoni fuq is-sit u dwar dan il-lok partikolari qal:", "Il-kumitat jaqbel mal-proposta li ż-żewġ imħażen tal-cooperage jistgħu jitwaqqgħu, u dan minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih, kif fil-fatt jidher mir-ritratti sottomessi'.", "POWER STATION - LIGHT FUEL OIL", "17809.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17668?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għat- turbini tal-gass.", "Dawn it-turbini huma ddisinjati li jaħdmu bil-gas oil (diesel) bħala fuel u l-pjan tal-Korporazzjoni Enemalta hu li dan it-tip ta` fuel jibqa` jintuza.", "Qed jiġi kkonsidrat ukoll proġett ta`pipeline ta` gass naturali, li jekk jigi attwat, il-fuel uzat fit-turbini tal-gass jinbidel f`wieħed ta` gass naturali.", "MFSC - TAX PRACTICES", "17812.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid sa meta mistennija li jitlestew ir-rakkmandazzjonijiet tal- working group li kellha twaqqaf l-MFSC in konnessjoni mar-rapport riċenti ta' l-OECD dwar harmful tax practices?", "X'tibdiliet leġislattivi mistennija jsiru f'dan ir-rigward?", "Hemm xi reporting date mill-OECD?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f`xi seduta oħra.", "WSC - KUNTRATTURI", "17813.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il- ħsarat mill-1995 sal-lum?", "Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1995 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?", "Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?", "Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill- 1995 sal-lum?", "X'tip ta' xogħol ħażin sar?", "F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu?", "Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dak li għedt waqt is-Seduta Nru. 333 meta wegibt il- mistoqsija numru 17520, li hija identika ghal dik ta` llum, bid-differenza li f`din il-mistoqsija l-perijodu huwa ta` ħames snin flok ta` għaxra, japplika għal din il-mistoqsija wkoll."]} {"filename": "20010605_547d_par.doc", "date": "2001-06-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 547 It-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 547", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "547", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 262", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 262", "TQEGĦID TA' KARTI 265", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET (IT-TIENI QARI)", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL (SECOND READING) 266", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-S0ĊJETAJIET KOPERATTIVI (IT-TIENI QARI)", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL (SECOND READING) 287", "AĠĠORNAMENT 289", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 294", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 546 li saret fl-4 ta' Ġunju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZI EKONOMIĊI - ADVISERS", "25254.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisers u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu globalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm hemm advisers u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħi u kemm tħallsu globalment is-sena l-oħra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR GEORGE VELLA: Sur President, fid-dawl tar-rapport li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra rigward irregolaritajiet fiċ-ċentru ta' l-akwakultura, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-proċeduri li normalment jittieħdu f'każ bħal dan?", "Dan ma jien qed ngħidu bl-ebda animu personali kontra ħadd.", "Qed nistaqsi biss in vista tal-ħafna paroli li jsir illi suppost qegħdin nipprovaw nikkontrollaw il-ħela u t-tberbiq tal-flus.", "X'qed isir biex filwaqt li għandna deficit li ma nistgħux nikkontrollawh, ma jibqgħux isiru ċerti abbużi?", "Jien nista' ngħid li ġieli nzertajt nies jarmu televisions fiż-żibel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien li nista' ngħid hu li meta fl-1998 ħadt l-inkarigu ta' ċerti korporazzjonijiet, sibt li dawn kellhom ħafna konsulenzi.", "Il-Maltacom, per eżempju, kellha konsulenzi ta' mijiet kbar ta' eluf ta' liri li jiena kelli d-dubji tiegħi kemm dawn kienu neċessarji.", "Fil-fatt is-sena ta' wara rnexxielna nnaqqsu dawn il-konsulenzi b'mod qawwi.", "(Interruzzjonijiet) Hawn qed nitkellmu dwar konsulenza li tqum madwar Lm1 miljun u mhux dwar xi television li ntrema fiż-żibel!", "Irridu nżommu kollox fil-perspettiva.", "L-oppożizzjoni dejjem titkellem fuq id- deficit u l-ħela.", "Il-verita' hi li aħna sibna ħafna ħela, qed nippruvaw nikkontrollawha u qegħdin nieħdu l-miżuri kollha neċessarji.", "Fil-Malta Shipbuilding, per eżempju, naqqasna s-sussidju b'Lm1 miljun u minn Lm6 miljun niżżilnieh għal Lm5 miljun.", "Mhux sew li l-oppożizzjoni tipprova turi l-kontra fuq affarijiet li jqumu ħafna inqas.", "Veru li dawn l- affarijiet ukoll irridu nikkontrollawhom, imma ma nafx kemm hu sew li jiġi xi ħadd u jitkellem fuq xi television set mormi u jinjora l-fatt illi f'dawn l-azjendi li semmejt ffrankajna miljuni ta' liri!", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar il-Maltacom, l-Onor.", "Mizzi suppost jaf għax hu kien involut direttament u nista' nistaqsih jekk kienx hu personalment li approva dawn il-konsulenzi.", "Meta tridu nibdew inperrċu d-dnubiet!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-adviser li tqabbad mill-ministeru tal-finanzi sabiex jirrelata dwar l-issue taz- zokkor u l-impatt fuq l-ekonomija ta' pajjiżna kieku kellna nissieħbu fl- Unjoni Ewropea?.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien konvint li l-Onor.", "Interpellant jaf li qegħdin fl-istadju tan-negozjati u fil-fatt hemm talba speċifika minn Malta fuq dan il-punt.", "Wieħed irid allura jistenna u jara kif dawn in-negozjati se jipproċedu fuq dan il-punt.", "L-aħħar informazzjoni li għandi hi li l-Unjoni se tipproċedi biex tnaqqas is-sussidju fuq iz-zokkor, b'tali mod li allura l-prezz fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni se jkun dejjem iktar viċin il-prezz tas-suq dinji.", "Jiġifieri jidher li f'dan il-każ il-problema taf issolvi ruħha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' l-Ministru jagħtina spjega, mhux b'mod politiku imma b'mod tekniku, għaliex l-esportazzjoni fl- ewwel erba' xhur ta' din is-sena naqset fuq l-ewwel l-erba' xhur tas-sena li għaddiet, kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni fl- ewwel erba' xhur ta' din is-sena, dejjem apparagun ma' l-ewwel erba' xhur tas-sena li għaddiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'għandix id-dettalji kollha hawnhekk, pero' mill- memorja nista' ngħid li l-importazzjoni ta' industrial supplies naqset primarjament f'April aktar milli fl-ewwel erba' xhur tas-sena.", "Iva veru, kien hemm tnaqqis fl-esportazzjoni imma interessanti li t-trade gap naqset ukoll.", "Jiġifieri n-net result tat-tnaqqis fl-esportazzjoni u tnaqqis fl- importazzjoni kien wieħed fejn l-iżbilanċ naqas minn dak li kien is-sena ta' qabel għall-istess perijodu.", "L-informazzjoni li għandi jiena hija li hemm ċerti esportaturi li għandhom prodotti li sejrin lejn l-Amerika, b'mod partikolari li għandhom x'jaqsmu mas-settur ta' l-IT u s-settur tal-karozzi, li minħabba s-slowdown li kien hemm fid-domanda ġew influwenzati wkoll.", "Din m'hijiex xi ħaġa ġdida u ġieli għaddejna minnha.", "Naturalment wieħed irid josserva s-sitwazzjoni dejjem b'attenzjoni, imma l-informazzjoni li għandi hi li l-kumpanniji konċernati qegħdin jagħmlu minn kollox biex jipprovaw itejbu s- sitwazzjoni.", "Pero' naturalment dan ma jiddependix minnhom biss għax ikun hemm affarijiet esterni oħra li jinfluwenzaw.", "Rigward il-prodotti għall-konsum, il-bidla m'hijiex xi ħaġa kbira u jekk m'iniex sejjer żball hija prinċiparjament dovuta għal xi durable goods.", "Per eżempju, huwa fatt li l-importazzjoni tal-karozzi f'dawn l-aħħar erba' xhur naqset, pero' rridu ngħidu wkoll li s-sena li għaddiet kienet f'livell għoli ħafna.", "Fil-fatt konna qegħdin nimportaw aktar minn 1,000 karozza fix- xahar, li għalina huwa livell għoli anke storikament.", "Jekk wieħed iqis li f'Malta hawn reġistrati madwar 200,000 karozza u li s-sena li għaddiet kellna 12,000 karozza ġdida fit-triq, toħroġ weħidha li r-replacement value huwa qawwi ħafna.", "Allura jista' jkun li jkollok dawn it-tip ta' adjustments, li naturalment ir-raġunijiet tagħhom ivarjaw kemm mill-aspett tad-demand kif ukoll mil-lat tas-supply, għax ġieli jkollok ċerti sitwazzjonijiet fejn is-suppliers ikunu qed joffru ċertu special lease u dik taffettwa.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma jidhirlux il-Ministru li f'dawn iċ-ċirkostanzi fejn fl-istess żmien li qed tonqos l-esportazzjoni qed tonqos ukoll l- importazzjoni, wieħed m'għandux għalfejn jiġbed l-ebda konklużjoni ewforika dwar il-fatt li t-trade gap ċkienet?", "Ma jafx li tnaqqis fuq din il-bażi jindika element ta' riċessjoni?", "Jaqbel il-Ministru li hemm bżonn ta' miżuri ġodda min-naħa tal-gvern biex jistimula l-ekonomija meta jidher ċar li l-ekonomija bħalissa qed iċċaqlaq ġwenħajha lejn l-art?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, hemm diversi indikaturi li wieħed juża, wieħed minnhom id-domanda tan-nies għax-xogħol.", "Per eżempju, kien hemm każ ta' fabbrika li kienet tagħmel in-nuċċalijiet u din għalqet, u jiena segwejt il-mod kif imxew l-affarijiet.", "Nista' ngħid li l-ministeru għas- servizzi ekonomiċi - flimkien mal-ministeru għall-politika soċjali – waqqaf employment restructuring unit, li ċ-chairman tagħha huwa s-Sur Victor Scicluna, bl-idea li meta jkun hemm xi ċaqliqa bħal din nipprovaw kemm jista' jkun naraw jekk dawk in-nies li jkunu se jitilfu x-xogħol jistgħux jiġu placed f'post ieħor tax-xogħol at an earlier stage, u allura you prevent the problem from growing biex dawn l-impjegati ma jispiċċawx għal tul ta' żmien fuq ir-reġistru ta' l-unemployed.", "Jirriżulta li persentaġġ għoli mill-ħaddiema fil-fatt ġew assorbiti b'mod qawwi, anzi kien hemm min kellu iktar minn offerta waħda.", "Din qed ngħidha b'mod dirett u hija indikattiva.", "Nista' ngħid ukoll li fil-kostruzzjoni llum għandna problema ta' domanda għan-nies għax diversi kumpanniji m'humiex qegħdin isibu nies biżżejjed.", "Għamilna eżerċizzju dwar dan ma' l-ETC u ddiskutejna fit-tul.", "Dawn huma indikaturi li huma relevanti, pero' rridu nifhmu wkoll li peress li l- ekonomija ta' pajjiżna hija open għall-international trade, il-linkage bejn l-esportazzjoni u l-importazzjoni hija qawwija ħafna.", "Jekk tieħu ċerti kumpanniji li jesportaw prodott ta' valur għoli, issib li l-ammont li jesportaw huwa bbażat ħafna fuq l-ammont li jimportaw, u allura it follows li meta wieħed inaqqas l-esportazzjoni se jnaqqas ukoll l-importazzjoni.", "Dan inzerta wkoll fix-xhur meta t-turiżmu ma jkunx daqshekk għoli, fejn normalment ikollna a lean period fl-ewwel erba' xhur tas-sena.", "Jiena fil- fatt għadni ngħid li għandna ħafna kumpanniji li għandhom pjani biex jespandu, kemm mill-aspett ta' l-MDC u l-applikazzjonijiet li jidħlu, kif ukoll mill-aspett ta' proġetti li qed jiġu sottomessi biex jibdew jaħdmu, Iva, ir-ritmu ekonomiku għadu għaddej b'qawwa u m'hemm l-ebda indikazzjoni li hemm xi slowdown partikolari.", "Naturalment mhux l-ewwel darba li kien hemm tnaqqis fl-esportazzjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball fl-1997 kien hemm tnaqqis ukoll fl-esportazzjoni f'xi prodotti ta' l-elettronika u għal xi xhur l-esportazzjoni naqset u mbagħad reġgħet irkuprat meta kellek recovery fi swieq barranin.", "Pajjiżna tant jiddependi fuq swieq barranin illi 95% tal-GDP huma prodotti jew servizzi esportati u dan jaffettwa mill-ewwel b'mod qawwi l-impatt ta' xi riċessjoni jew slowdown barra minn Malta.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, peress li huwa interessanti tisma' lill-Ministru jgħid li allavolja hemm tnaqqis fl-esportazzjoni u tnaqqis fl-importazzjoni kollox sejjer tajjeb xorta waħda, u peress illi l-Ministru semma' l-indikatur ta' l-impjiegi, nixtieq nagħmillu dawn id-domandi.", "L- ewwelnett meta qed jitkellem fuq in-nies li qed jerġgħu jsibu mpjieg, ma jaħsibx li qiegħed jisfoka l-kwestjoni?", "Għax effettivament mhux dak hu l- punt.", "Il-punt huwa dwar dawk in-nies li m'għandhomx impjieg u dawk in-nies li qed jitilfu l-impjieg at the margin u mhux fiċ-ċentru.", "Huwiex minnu illi bħalissa għaddejja kontroversja interna bejn on the one hand l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika u on the other hand l-ETC dwar il-kejl ta' l-unemployed?", "Huwiex minnu li effettivament f'dak li għandu x'jaqsam mal-kejl ta' l-unemployed, il-kejl ta' l-ETC m'huwiex kejl tajjeb ta x'inhi l-kwestjoni tal-qgħad?", "Huwiex minnu, per eżempju, li xi ħadd li huwa fully employed u xi ħadd li jmur jieħu biċċa xogħol mal-broadcasting authority, jispiċċa ttimbrat bħala fully employed - għandi każi quddiemi - u jispiċċa wkoll fuq l-istatistika tal-part-timers?", "Huwiex minnu wkoll illi meta wieħed iħares lejn l-istatistika tal-qgħad, is- COS jirriżultalu li l-unemployment rate hija ħafna iktar qawwija minn dik li qed tindika ċ-ċifra maħruġa mill-ETC?", "Huwiex minnu wkoll, kif qal is-Sur Tufigno, iċ-chairman ta' l-ETC, li fil-każ tal-construction waħda mir- raġunijiet għala l-construction industry mhux qed issib lil min tħaddem, hija preċiżament għax qed tagħti salarji baxxi apposta biex tkun fil- pożizzjoni li timporta jew tuża ħaddiema minn barra li jkunu lesti jaċċettaw pagi baxxi?", "F'dan il-kuntest reċessjonarju, ma jaħsibx il-Ministru li l-istatistika u l- indikaturi li qed jikkwota hu, fil-qasam ta' l-impjiegi wkoll issa, għandhom bżonn li jingħataw ħarsa kritika għax l-affarijiet mhumiex sejrin daqshekk tajjeb?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nifhem dan id-doom and gloom approach tan-naħa l-oħra pero' kultant it is taken too far, anke mill-aspett li wieħed jistenna ċertu livell ta' diskussjoni minn naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex smajna ripetutament, anke issa mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li l-unemployment figures ta' l-ETC u tas-COS ma jaqblux.", "Pero', kif jaf l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-ETC tiġbor ċifri skond in-numru ta' nies reġistrati, waqt li s-COS, tagħmel survey, u tistaqsi direttament jekk dak li jkun iridx jaħdem.", "Ngħid għalija m'huwiex aċċettabbli li jkollok sitwazzjoni fejn il-Kap ta' l- Oppożizzjoni joħroġ jimmislijdja b'dan il-mod għax żgur jifhem x'inhi d- differenza.", "Li wieħed jgħidli li qed jieħu żball nifhimha, imma mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma nistennihomx dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk we are not comparing like with like, kif iħobb jagħmel hu meta jkollna xi diskussjoni hawn ġew.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jagħmel comparison ta' like with unlike u allura r-riżultat tiegħu ma jreġix.", "Dan huwa kollu driven minn din l-ossessjoni li qegħdin jgħidu li hawn riċessjoni.", "L-effetti tar-riċessjoni stajna narawhom meta Dr Sant kien prim ministru u l-qgħad kien żdied b'1,500.", "Issa l-qgħad naqas b'1,200 jekk nieħdu like with like, jiġifieri s-sentejn ta' gvern Laburista mas- sentejn ta' gvern Nazzjonalista.", "Anke jekk nieħdu l-investiment over the same period, nistgħu ngħidu li fis-sentejn tal-gvern ta' Dr Sant dan niżel rock bottom għax niżel bi 30%, waqt li l-investiment fil-manifattura tela' tliet darbiet fl-aħħar sena.", "Wisq nibża' illi s-sitwazzjoni hi li l-oppożizzjoni is driving torwards this doom and gloom position u npoġġu kemm inpoġġu argumenti quddiemha, dawn tinjorahom u tibqa' għaddejja fuq din it-triq.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' impjegati fl-OPM li ħadu aktar minn tlett ijiem sick leave, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25454.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Business and financial plan tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' għas-sena 2001; u", "Tagħrif dwar permessi pproċessati mill-awtorita' tad-djar għall- istallar ta' lifts, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "26242.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar advisers u membri ta' bordijiet fid-dikasteru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25255; u", "Tagħrif dwar xiri ta' vetturi mill-ministeru u entitajiet oħra fid- dekasteru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25528.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar barranin li għandhom permess ta' residenza f'Malta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25258.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar advisers u membri ta' bordijiet fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25257.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RESTITUZZJONI TA' ĊERTI ARTIJIET", "REVERSION OF CERTAIN LANDS BILL", "L-ordni għat-tieni qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Ġunju 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet", "MR SPEAKER.", "Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa in possession.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, se nipprova nkun telegrafiku, fis-sens li se nkompli għaddej nespandi l-punti li semmejt il-bieraħ.", "L-ewwelnett il-bieraħ għedt li hemm żewġ oqsma li fuqhom inħoss li għandna nikkonsidraw dan li qed jiġi ppreżentat quddiemna llum.", "L-ewwel problema ta' dan il-pajjiż hi fir-rigward tal-proprjeta' u ta' l-art u l-użu tagħhom.", "Imbagħad it-tieninett f'dan il-kuntest, insibu l-kwestjonijiet li qed jitqanqlu fir-rigward tan-negozju li jsir fuq proprjetajiet u artijiet minħabba l-proposta tal-gvern attwali li akkost ta' kollox idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwel punt hu li fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, li jkun hawn nuqqas t'artijiet jew ta' proprjeta' jew li jkun hawn talba li tkun iktar qawwija mis-supply f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta' u ma' artijiet hi ħaġa li wieħed jistenniha.", "Din hi a long-term trend, tendenza qawwija li ilha għaddejja snin twal, kważi matul is-sekli.", "Wasalna fi żmien fejn qed nilħqu l-limitu ta' kemm nistgħu nimxu 'l quddiem, għax jekk tabilħaqq irridu bilanċ bejn art li qed tintuża għar-residenza u art li qed iżżomm ċertu ambjent naturali, faċilment nistgħu ngħidu li resqin lejn il-limitu ta' kemm tista' tiġi żviluppata l-art ta' pajjiżna.", "Naħseb li dan qed ikollu żewġ riżultati, Sur President.", "L-ewwel riżultat hu li qed tkompli tirriafferma ruħha t-tendenza li l-valur tal-proprjeta' u ta' l-art f'pajjiżna jibqa' tiela' akkost ta' kollox, anke meta jkollok riċessjoni.", "Meta jkollok riċessjoni u jkollok titlu ta' proprjeta' jew ta' art, tista' tkun garantit li dak it-titlu mhux se jonqos mill-valur tiegħu imma se jiżdied.", "Dan qiegħed iktar u iktar iwassal għal problemi dwar kif se nkunu qed nirrisolvu t-talbiet u l-kwestjonijiet li hawn fil-pajjiż għal residenza.", "Dawn qed jispiċċaw sfrattati u frustrati.", "Bħalissa waħda mill-problemi soċjali kbar hi meta koppji żgħażagħ jiġu biex ikollhom il-flat jew id-dar tagħhom.", "Il-mistoqsija l-kbira hi dwar kiri u dwar xiri u dwar kif se jiġu ffinanzjati l-kirijiet u x-xirjiet ta' art u ta' proprjeta'.", "Kif jidħol il-gvern f'dan kollu?", "Il-gvern jidħol f'dan kollu għar-raġuni li l-ewwelnett għad baqagħlu proprjetajiet kbar li t-titlu tagħhom għadu mhux iċċarat.", "Din issemmiet kemm il-darba f'dan l-abbozz, li l-inkwilini ma jistgħux jixtru l-post tagħhom għax it-titlu għadu mhux ċar.", "Barra dan hemm patafjun ta' proprjetajiet li ġew mogħtija lill-gvern mill-Knisja li faċilment jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'mod li jekk isiru skond strateġija soċjali maħsuba tajjeb, jistgħu jgħinu biex il-livell tal-kirjiet u l-livell tal- prezzijiet tal-bejgħ ikun iktar viċin li jista' jiġi milħuq minn koppji żgħażagħ.", "Bħalissa qed insegwi mhux ħażin dak li qed jgħid il-gvern attwali u dak li jgħidu l-istanzi differenti tal-gvern attwali biex nara jekk hemmx xi strateġija fuq din il-ħaġa, imma nista' ngħid li m'hemm assolutament xejn!", "Iqum ukoll il-punt dwar jekk l-artijiet li għadhom mhux żviluppati hemmx iċ- ċans li wieħed jiżviluppahom fi proġetti li bihom ikun jista' jdaħħal fis- suq ċertu ammont ta' proprjetajiet li jkunu ġodda u li jkunu affordable.", "Din m'hijiex ħaġa faċli.", "Fil-ftit żmien li konna fil-gvern, ippruvajna niżviluppaw il-kunċett ta' housing estate kbir f'Pembroke.", "Din forsi hi l- aħħar area f'pajjiżna li baqa' biex tiġi żviluppata b'dan il-mod, pero' skond il-jargon tal-lum din kellha tinħadem bil-private-public partnership.", "Dan ifisser li jkun hemm joint venture bejn il-gvern u l-privat li permezz tiegħu l-privat jiżviluppa u jingħata titlu fuq l-art kollha, fejn parti minnu tiġi żviluppata bħala residenzi totalment kummerċjali u l-parti l- oħra tiġi żviluppata bħala residenzi li jkunu iktar affordable minn koppji u minn familji li huma ta' dħul medju u forsi anke ta' dħul baxx.", "B'dan il-mod ikollok dik li jgħidulha cross-subsidisation, jiġifieri li bil- fondi li jkun qed idaħħal is-settur privat bil-kummerċjalizzazzjoni tal- proġetti f'dik l-area ta' Paceville li taħbat lejn il-proġett ta' Portomaso, mingħajr spiża extra għall-budget tal-gvern, ikun jista' jbiegħ u jibni housing estates fin-naħa l-oħra ta' fuq bi prezzijiet li jkunu jistgħu jintlaħqu minn koppji żgħażagħ, koppji ġodda u familji ġodda.", "Iżda minn studji li għamilna jirriżulta li ħaġa bħal din m'hijiex daqstant faċli li tkun vijabbli skond il-mekkaniżmi tas-suq, fis-sens li ma jkunx hemm biżżejjed qligħ min-naħa ta' l-elementi kummerċjali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu cross-subsidisation u jkunu jistgħu jagħmlu spalla jew iġorru l-piż ta' l-elementi l-oħra, cioe' ta' units ta' djar u flats li jintefgħu fis-suq bi prezz li jkun jista' jintlaħaq aktar.", "Qed ngħid dan biex nindika li din il-ħaġa m'hijiex faċli imma ċertament irid ikun hemm xi forma ta' interess f'dan is-suġġett.", "L-ewwelnett il-proprjetajiet tal-gvern u l-proprjetajiet tal-kurja li għaddew lill-gvern għadhom mhux regolarizzati u mogħtija lill-privat.", "It- tieninett għandu jkun hemm xi forma ta' proġett li tabilħaqq iwassal biex jitpoġġew fis-suq residenzi - issa mhux qed nitkellmu fuq każi soċjali - għall-koppji u familji li għandhom dħul ftit iktar minn baxx, jiġifieri dħul medju.", "Dawn bħalissa jinsabu lampa stampa u ma jistgħux jitilqu 'l quddiem.", "Qed jaraw li l-unika triq li għandhom quddiemhom hija li jispiċċaw imdendla għal tletin jew erbgħin sena b'mortgage li iktar ma jgħaddi ż- żmien iktar qed isir tqil.", "It-tielet eżempju hu l-argument ta' dawk id-djar u residenzi li huma privati u li jinsabu vojta.", "Il-gvern għandu responsabbilta' soċjali u politika għalihom u wieħed irid jara kif se jagħmel biex jinċentiva u jirranġa ħalli għallinqas jitpoġġew fis-suq.", "Nixtieq infakkar li meta kien hemm gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien sar proġett fil-Furjana.", "Bl- għajnuna tal-kunsill lokali tal-Furjana, bl-għajnuna ta' l-għaqdiet volontarji tal-Furjana u bl-għajnuna tal-Kappillan tal-Furjana, konna għamilna survey biex naraw u nistabilixxu elenku ta' min kienu l- proprjetajiet vojta li kien hemm fil-Furjana.", "Hawnhekk nixtieq nagħti ġieħ lill-ex ministru Freddie Portelli li kien mexxa dan il-proġett.", "L-ewwel għamilna elenku tal-postijiet vojta tal-Furjana, imbagħad bdejna bil-mod il- mod inlaqqgħu s-sidien ta' dawn il-postijiet vojta biex naraw x'inhu jżommhom milli jattivawhom.", "Hemmhekk hemm area oħra ta' leadership min-naħa tal-gvern li hija meħtieġa biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' residenzi, kemm tal-gvern u kemm tal-privat, b'xi mod jew ieħor l-assi li diġa' jeżistu nużawhom bl-iktar mod qawwi.", "Ma jistax ikun li nħallu, kif hemm ikkalkulat, 20% ta' l-istock ta' residenzi ma jintużawx u nħalluhom vojta – vojta fis-sens li min kien joqgħod fihom m'għadux joqgħod hemm u mar joqgħod f'post ieħor, anke minħabba raġunijiet ta' anzjanita' – jew magħluqa u ma jintużaw għal xejn.", "Din m'hijiex kwestjoni li l-gvern juża xi liġi biex jieħu f'idejh dawn il- postijiet, imma l-gvern jista' b'ċertu ammont t'ideat ġodda jinċentiva biex dawn il-postijiet jintużaw ħalli min qiegħed nieqes minn post fejn jgħix, ikollu fejn jista' jmur mingħajr ma nkunu qegħdin nagħmlu talba ikbar fuq ir-riżorsi naturali.", "Naħseb li din hija ħaġa li ta' min iħares lejha, iktar u iktar għax fi gżira bħal din fejn l-art hi nieqsa, u li iktar ma jgħaddi żmien iktar qed tonqos, ma nistgħux nagħlqu għajnejna għall- problemi li qed niffaċċjaw.", "Dan hu l-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel jirrigwarda n-negozjati għal sħubija sħiħa li qed isiru bejn il-gvern ta' Dr. Fenech Adami u l-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-affarijiet li kull membru ta' l-Unjoni jrid jaċċetta hi li ċ-ċittadini u l-ażjendi ta' kull pajjiż membru għandhom il-ħelsien u d-dritt sħiħ li jixtru u jinnegozjaw art jew proprjeta' fit-territorji ta' membri oħra.", "Din hi parti mill-freedom of movement, parti mill-politika ta' ħelsien, ta' ċaqliq, ta' moviment u ta' negozju li hu bbażat fuqhom il-kunċett sħiħ ta' l-Unjoni.", "Hawnhekk jidħol punt importanti għax minn fost il-pajjiżi kollha li qegħdin jinnegozjaw biex jidħlu membri fl-Unjoni, Malta hi l-iċken pajjiż territorjalment li qatt kien hawn.", "F'dik li hi popolazzjoni forsi nħabbtuha mal-Lussemburgu, pero' mill-memorja nista' ngħid li dan il- pajjiż huwa minn ħmistax sa għoxrin darba ikbar minn Malta bħala territorju.", "Ċipru bħala popolazzjoni huwa d-doppju ta' Malta jew ftit inqas mid-doppju, imma bħala territorju huwa mal-ħmistax-il darba akbar minn Malta.", "Dan li qed ngħid juri biċ-ċar li qed nitkellmu fuq każ kompletament partikolari, każ fejn politika li tkun tagħmel sens għal pajjiżi kbar, għalina ma tkunx tagħmel daqstant sens jekk tiġi implimentata.", "Meta magħna kellna l-ministru Tedesk għall-affarijiet Ewropej, dan għamilha ċara li l-Franċiżi jixtru artijiet fil-Ġermanja u li l-Ġermaniżi jixtru artijiet fi Franza.", "Din il-ħaġa lil dawn il-pajjiżi m'hijiex se taffettwahom, assolutament m'hemmx problema.", "L-istess per eżempju meta kellna politiċi oħra minn pajjiżi Ewropej, bħal Simites tal-Greċja.", "Dawn tant għandhom gżejjer fil-Greċja li billi jkun hemm gżira waħda kbira daqs Malta li tittieħed mill-Ġermaniżi, żgur li mhux se toħloq problemi.", "Il- problema tagħna hi li aħna għandna biss żewġ gżejjer, jew tlieta jekk indaħħlu Kemmuna, jew erbgħa jekk indaħħlu Kemmunett jew ħamsa jekk indaħħlu l-Fifla, u l-gżejjer ta' San Pawl ukoll jekk trid!", "Il-punt hu li hemm ħafna differenza.", "Dan hu kunċett kompletament differenti meta qed titkellem fuq gżira żgħira bħal Malta li trid tassumi r-regoli tal-moviment ħieles f'dak li għandu x'jaqsam ma' proprjeta', ma'artijiet u ma' residenzi b'dan il-mod.", "Jekk inħarsu lejn il-gżejjer Spanjoli - kemm-il darba jsemmiha sieħbi l- Onor. George Vella għax għandu esperjenza diretta tagħha - bħan-naħa ta' Mallorca per eżempju, naraw kif dawn ġew infarinati u kif il-proprjetajiet inxtorbu kollha mill-barranin bħala residenza sekondarja jew third home, l- iktar mill-Ġermaniżi.", "Ftit ilu hawnhekk kellna ħabib tagħna mill-Parlament Ewropew li qalilna li sejjer lura d-dar għall-vaganzi.", "Id-dar tiegħu kienet ir-residenza sekondarja li kellu f'waħda mill-gżejjer Spanjoli.", "Ovvjament il-livell ta' l-għixien tiegħu hu ħafna iktar għoli minn dak ta' l- Ispanjoli stess li jifilħu jixtru dik l-art.", "Dan xtraha - sewwa għamel, good luck to him! - imma għallinqas l-Ispanjoli jistgħu jgħidu li għandhom it-territorju kollu t'hemmhekk li tista' tmur fih minbarra l-gżejjer.", "Aħna fejn se mmorru?", "Kemmunett ma naħsibx li tista' tiżviluppaha u ma jidhirlix li qed jiżviluppawha u ma naħsibx li hi żviluppabbli!", "F'dan il-kuntest dawn huma l-affarijiet li wieħed irid iħares lejhom u għalhekk nidħak meta jkun hawn xi deputat tal-Parlament Ewropew bħal Mr Watts li bir-rispett kollu jpoġġi mistoqsijiet farseski.", "Għalhekk ngħidu li tilef rasu!", "Mela aħna l-kwestjoni kollha hi dwar jekk tkunx fil- Kummissjoni Ewropea jew jekk tkunx fil-Parlament Ewropew, biex nibda minn din!", "Il-punt hu dwar jekk din il-politika Ewropea ta' l-Unjoni tgħoddx għal Malta, minkejja li hi tajba kemm hi tajba għall-Ingliżi.", "Sewwa jagħmlu l- Labour Party Ingliż li jappoġġjawha jekk jaħsbu li għall-Ingilterra tgħodd!", "Sewwa jagħmlu l-SPD tal-Ġermanja li jappoġġjawha jekk jaħsbu li għalihom tgħodd!", "Minn hemm trid titlaq, jiġifieri kif din taffettwa lil Malta.", "X'jiswa - jekk hu veru - li jkollok lil xi ħadd fil-Kummissjoni Ewropea jekk dan se jkun qed jippresjedi fuq politika li qed tkisser lil Malta?", "Jagħmel sens dan?", "Jien ngħid li aħjar ma tmissx magħha mill-ewwel.", "Dan l- ewwel punt.", "Kif tapplika għalina l-politika ta' l-Unjoni Ewropea fl-oqsma differenti?", "Fil-qasam tal-bejgħ u x-xiri tal-proprjeta', jiena ngħid li din hija waħda mill-affarijiet - u għalhekk qed inqajjem dan il-punt - li ma tapplikax għalina.", "Huwa dnub kbir li ddaħħalha f'pajjiżna, mhux għax għandna xi ħaġa kontra l-Ingliżi jew kontra l-Franċiżi jew kontra l-Ġermaniżi jew kontra xi ħaddieħor, ma tarax!", "Kien il-Partit Laburista u l-gvern Laburista li fis- snin sebgħin fetaħ il-bibien kbar tat-turiżmu u li daħħal investiment qawwi fl-industrija mill-Ġermanja u minn Franza f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri li xi ħadd jgħid li hemm xi xenofobja f'dan kollu, jiena ngħidlu li din hi sempliċement żgarratura.", "L-argument mhux jekk tkunx fil-kummissjoni jew tkunx x'imkien ieħor - dak hu argument ukoll imma tasal għalih wara - imma dwar kif se taffetwana l-politika ta' l-Unjoni.", "Il-verita' hi li fil-qasam li qed nitkellmu dwaru, il-qasam tax-xiri u l-bejgħ ta' proprjeta' u ta' residenzi, il-politika ta' l-Unjoni taffettwa bil-kbir jekk nidħlu membri sħaħ.", "Iż-żgħażagħ, il-familji żgħażagħ u l-familji ta' dħul mezzan, diġa' għandhom problema kbira biex jippustjaw ruħhom f'residenza li jkunu jistgħu jaffordjaw.", "Issa mhux qed nitkellem fuq każi soċjali, jiġifieri dawk li m'għandhomx dħul u jinsabu lampa stampa, imma qed nitkellem fuq il-klassi medja u fuq il-klassi tal-ħaddiema li t-tfal tagħhom qed jippruvaw isibu post fejn joqogħdu.", "Hemm ħafna nies maqbudin mill-gerżuma b'dan il-mod.", "Immaġina li f'dan il-qafas ta' gżira żgħira u kkonċentrata bħal tagħna jkun hawn ħelsien sħiħ, ħelsien kbir enormi biex jiġi ħaddieħor minn barra u jixtri u jinnegozja kif irid.", "Diġa' għandna sistema fir-residenzi tal- pajjiż fejn kollox huwa marbut mal-fatt li l-valuri qatt m'huma se jinżlu imma dejjem se jitilgħu 'l fuq.", "Waħda mir-raġunijiet għall-istalemate ekonomiku u finanzjarju li għandna hu preċiżament li l-banek kienu u għadhom imdorrijin li jagħtu self fuq il- bażi li l-valur tal-proprjeta' jitla' 'l fuq.", "Imma anki meta jispiċċaw f'pożizzjoni fejn dak il-valur ma jistax jiġi rrealizzat fi flus kontanti, dawn jibqgħu jżommu dak il-valur ħalli jkunu jistgħu eventwalment iżommu l- balance sheet tagħhom jidher li għadu qawwi.", "Allura qed nispiċċaw f'sitwazzjoni, kif spiċċajna bħalissa, li kollox hu marbut mal-valur tar- real estate u l-cashflow.", "Il-problemi ta' cashflow qed jiżdiedu fil-pajjiż imma dak huwa punt differenti li ta' min jikkonsidrah ukoll.", "Issa immaġina x'jiġri jekk in-negozju fil-proprjeta' jinfetaħ ukoll għall- Ewropej.", "Dan huwa l-punt li rrid nagħmel.", "L-informazzjoni li għandi hi li l-gvern mhux qed jinnegozja b'saħħtu fuq dan il-punt, anzi l-gvern lest li bħas-soltu jċedi l-armi.", "Fuq dan il-punt m'hemmx mod kif pajjiżna jista' jakkomoda ruħu għar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkun qed joħloq gwaj kbir u problemi kbar għall-familji żgħażagħ tagħna, għall- familji tal-ħaddiema tagħna, għall-familji ta' l-impjegati kollha tagħna.", "Dan mhux biss għalissa imma għal li ġej, għax il-futur se jiġi mtektek b'dan il-mod.", "Naħseb iktar milli l-gvern joqgħod jgħid dwar kif qed jippubblika l-kapitli fuq dak li diġa' għadda, ikun jaqbillu li jippubblika x'qed jagħmel fuq dan il-każ u bl-iktar mod ċar jgħid x'qalulu min-naħa Ewropea, x'qed jipprepara hu u x'inhuma l-pariri li għandu fuq din il-ħaġa.", "L-informazzjoni li għandi tgħid li l-affarijiet m'humiex kif qed jgħidhom il-gvern, imma li hemm ħafna iktar problemi milli qed isemmi.", "Dan tajjeb li ninnotawh għax ma nistgħux nibqgħu sejrin b'dan il-mod, qisu kollox ma jimpurtax u kollox jgħaddi, l-aqwa li nippriedkaw favur l-Unjoni u nġibu lil min jgħidilna kemm immorru tajjeb fl-Unjoni.", "Imbagħad meta nanalizzawhom każ wara każ nisimgħu l-problemi li jistgħu jinqalgħu mill-qrib.", "Jiena xbajt nisma' mingħand nies differenti li diġa' qed ilestu biex min-naħa tagħhom imorru x'imkien ieħor sabiex imexxu n-negozji tagħhom.", "Din li jmorru jaħdmu x'imkien ieħor għalihom m'hijiex problema, imbagħad il-ħaddiema u n-nies tax-xogħol, il-managers tagħhom iridu jaraw x'għandhom jagħmlu huma.", "Ma naħsibx li għandna nitilqu b'dan il-mod ukoll fil-qasam tar-residenzi u tal- postijiet li fihom jistgħu jgħixu l-Maltin u l-Għawdxin sabiex jixtru u jmexxu 'l quddiem il-futur tal-familji tagħhom.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi hu li matul dan id-dibattitu, jiena bħal ħaddieħor, kont iddiżgustat bil-mod partiġġjan, u fl-opinjoni tiegħi stupidu, kif il-kelliema tal-gvern tkellmu dwar l-imgħoddi.", "Jekk hemm xi ħaġa li l-gvernijiet Laburisti differenti ma nistgħux nikkritikawhom fuqha hi ċertament l-impenn li kellhom matul is-snin sabiex jiffaċċjaw il- problema tar-residenzi.", "L-ikbar progress li sar matul is-snin f'pajjiżna kien minn gvernijiet Laburisti li ma qagħdux lura milli jipprovaw isolvu kif setgħu u bl-iktar mod li setgħu l-problemi tad-djar u tar-residenzi fil- pajjiż.", "Minkejja dan tisma' kelliema differenti tal-gvern jipprovaw ibiddlu l-istorja, iħawdu l-istorja, fil-fatt iħammġu l-istorja, fuq punt bħal dan.", "Din hija ħaġa redikola u issa li qaleb il-millennju l-ġdid, kont nistenna iktar maturita' f'dawn l-affarijiet!", "Mhux se noqgħod insemmi l-letarġija sħiħa tal-gvern ta' Borg Olivier fis- snin sittin, f'dak li għandu x'jaqsam ma' djar.", "Jiena mhux wieħed minn dawk li għandi xi ħaġa kontra George Borg Olivier, anzi kemm il-darba faħħartu.", "Faħħart lilu u mhux lill-gvern tiegħu, għax il-gvern tiegħu kien mitruħ mhux ħażin.", "Fis-snin sittin wieħed jiftakar it-tip ta' stalemate li kien hawn fil-pajjiż.", "Minkejja l-emigrazzjoni li kien hemm, fil-housing pajjiżna kien iġġammjat.", "Veru li fis-snin sebgħin u anke fis-snin tmenin kien hemm ċerti difetti, pero' wieħed irid jgħid li minkejja dan, l-isforzi li saru sabiex tiġi ffaċċjata l-problema tal-housing kienu ġenwini.", "Minkejja dan tisma' diskorsi partiġġjani mimlija qrusa u ħdura min-naħa tal- gvern.", "Dawn x'tip ta' perspettiva għandhom fuq il-pajjiż?", "Jiena wieħed minn dawk li għalkemm nikkritika bil-kbir lin-naħa tal-gvern u l-Partit Nazzjonalista, meta jkun iż-żmien u l-waqt ngħid li ċerti affarijiet li għamlu kienu tajbin jew saru b'rieda tajba, imma meta tisma' t-tip ta' diskors ta' l-Onor.", "Tonio Borġ, bir-rispett kollu...", "U ma rridx nuża kelm'oħra għax imbagħad joqogħdu jittimbrawni.", "Imma dan x'diskors hu fuq ħaġa li m'għandhiex tkun daqstant kontroversjali?", "Mhux iż-żewġ naħat jaqblu li l-proprjetajiet li ma ntużawx taħt il-liġi tal-BDA għandhom jingħataw lura?", "Forsi n-naħa l-oħra tibqa' dejjem tilgħab il-logħba politika!", "Il-liġi tal-BDA kellha t-tajjeb tagħha u kellha l-ħażin tagħha.", "Mhux kollox hekk?", "Imma li konsistentement jitkellmu b'dan il-mod partiġġjan u mimli ħdura fuq ċerti affarijiet li m'għandux ikun hemm kontroversja fuqhom, dan imbagħad iżżejjed.", "Ħalliha li joqogħdu jilagħbuha tal-qaddisin il-ħin kollu!", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu li hemm bżonn li n-naħa tal-gvern jimmaturaw ftit.", "Ma jistgħux jibqgħu qishom qegħdin jgħixu fi żmien fejn huma l-qaddisin sanzjonati minn ma nafx liema kapitlu u ma jaċċettawx li jagħmlu l-iżbalji!", "Dawn il-ħin kollu jagħmlu l-iżbalji u ma jaċċettawhomx, imbagħad ħaddieħor hu kollu swidija!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Din x'tip ta' mentalita' hi!", "Din hi l-mentalita' miskina ta' nies li tant trawmu f'sentiment elitista li lanqas qegħdin jifhmu li iktar ma jkomplu għaddejjin, il-pedament ta' taħthom aktar qed jiġi mminat.", "Jista' jekk jogħġobhom għallinqas ikollhom ftit umilta' personali u jippruvaw jaraw l- affarijiet b'mod ftit iktar distakkat?", "Jistgħu jipprovaw iħarsu lejn l- affarijiet b'mod ftit iktar oġġettiv, mhux qishom maqbudin f'din il-barma li kull ħaġa li jaraw madwarhom hija ffiltrata minn ċerta ideoloġija, fejn kull ħaġa li jagħmlu huma hi tal-qaddisin u kull ħaġa li jagħmel ħaddieħor hija tax-xjaten?", "Jistgħu għallinqas jipprovaw li f'dan il-parlament jużaw din il-metodoloġija, ħalliha li fil-gazzetti tagħhom, fuq it-televiżjoni tagħhom u fuq ir-radju tagħhom jagħmlu mod ieħor?", "Imbagħad dawn jgħidu għalina!", "Ovvjament għandhom is-segwaċi tagħhom li l-ħin kollu jtambrulhom din il-ħaġa.", "Imma jekk wieħed oġġettivament jara x'jintqal u x'isir, kemm nistgħu nibqgħu għaddejjin hekk f'dan il-pajjiż, fejn in-naħa tal-gvern tippretendi li hija l-qaddisa u ħaddieħor li ma jmissx magħhom u ma jaqbilx magħhom hu x-xitan?", "Jekk kien hemm xi ħaġa li kkonvinċietni li nagħmel dan l-argument kien preċiżament id-dibattitu fuq dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Għax jekk kien hemm xi ħaġa li ma kellhiex tkun kontroversjali u ma kellhiex għalfejn toħroġ il-ħdura kienet preċiżament din, jiġifieri li l-artijiet li ma ntużawx taħt il-BDA jingħataw lura.", "X'inhi l-problema?", "Mhux kulħadd jaqbel li l-BDA kellha l-aspetti tajbin tagħhom u l-aspetti li ma rnexxewx?", "Għalfejn noqogħdu naqilgħu ħafna affarijiet?", "Jiena nista' nagħmilha daqskemm naf eżempji ta' x'ġara u ma ġarax fis-snin sittin, fis-snin tmenin u fis-snin disgħin - uħud minnhom għandhom x'jaqsmu miegħi personali - imma mhux se noqgħod insemmihom u mhux se noqgħod naqla' l-ħdura.", "Dan hu l- appell tiegħi, Sur President.", "Naf li n-naħa l-oħra għandha l-media kollha magħha biex turi lin-nies kemm hija qaddisa, imma n-nies saru inqas stupidi milli jaħsbuhom in-naħa tal- gvern.", "Jafu jagħrblu u jagħrfu l-affarijiet u jafu jifhmu li mhux billi r- retorika uffiċċjali tibqa' għaddejja b'dan il-mod, qisu l-qaddisin qegħdin fuq naħa u x-xjaten qegħdin fuq naħa oħra, in-nies taf tgħarbel, tifhem u tagħraf.", "Mhux se noqgħod nagħmel paragun ta' naħa u ta' oħra.", "Nista' nagħmel hekk jekk irrid imma mhux se nagħmilha.", "L-appell tiegħi huwa dan li f'dan il-parlament nistgħu nikkritikaw lil xulxin kemm irridu, imma ejja nneħħu u nbaxxu l-livell ta' ħdura u ta' partiġġjaniżmu f'affarijiet fejn m'hemmx partiġġjaniżmu fuqhom jew li m'għandux ikun hemm.", "Ejja nħarsu lejn l-istorja li għaddiet tas-snin sittin, tas-snin sebgħin, tas-snin tmenin u tas-snin disgħin b'ċertu ammont ta' oġġettivita' u fair play.", "Nerġa' nirrepeti żewġ punti li għamilt fil-bidu u nagħlaq, Sur President.", "L-ewwel waħda hi li ninsabu fi żmien fejn iktar u iktar il-gvern irid juri leadership fl-użu ta' l-art u tal-proprjeta' imma mhux qed jagħmel hekk.", "It-tieni punt huwa vis-a-vis t-talba tal-gvern biex akkost ta' kollox idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "F'dan il-każ il-mod kif qed jiġu spustati l-argumenti diplomatiċi ħalli jiddefendu u jħarsu l-interessi tal- Maltin mhux qiegħed hemm.", "Iktar u iktar għal raġuni sempliċi dwar l- applikazzjoni f'Malta tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, dwar kif ċittadini minn kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jkollhom il-fakulta' li jixtru u jbiegħu, jinnegozjaw f'residenzi u fi proprjetajiet f'kull pajjiż ieħor inkluż f'Malta.", "Dan mhux se japplika tajjeb għal Malta.", "Se jkun kontra l- interessi tal-Maltin u l-Għawdxin għar-raġuni sempliċi li Malta se tkun l- iktar pajjiż żgħir f'dan il-qafas.", "Għalhekk l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam se titfa' u se tkisser iċ-ċans tal-Maltin u l-Għawdxin li jkollhom futur aħjar f'pajjiżhom, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċessibilita' tar-residenzi li huma u l-familji tagħhom jkunu jistgħu jiddisponu minnhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, segwejt b'attenzjoni kbira l-intervent li għadu kemm sar mill-kap ta' l-oppożizzjoni rigward l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fejn tidħdol il-kwestjoni tal-proprjeta'.", "Jien ukoll xtaqt nagħmel intervent fuq dan l-aspett għaliex din mhux l-ewwel darba li jiena stess bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni għall-intern, għamilt stqarrijiet għan-nom ta' l-oppożizzjoni Laburista dwar l-impatt tas-sħubija ta' Malta flejn tidħol il-kwestjoni tal-proprjeta'.", "Waħda mil-libertajiet li tħaddan l-Unjoni hi l-liberta' tal-moviment ħieles ta' kapital, free access of capital.", "Dan huwa suġġett li ma tantx għandu x'jaqsam ma' l-intern għax forsi għandu aspetti li iktar joqorbu lejn il- finanzi, pero' żgur li għandu effett indirett fuq il-qasam ta' l-intern għax huwa l-ministru ta' l-intern li joħroġ il-permessi tar-residenza f'pajjiżna.", "Għalhekk kull deċiżjoni li tittieħed f'dak li għandu x'jaqsam ma' xiri ta' proprjeta' taffettwa anke lill-ministeru ta' l-intern għax huwa li joħroġ il-permessi tar-residenza.", "Għalhekk ma nistgħux naġixxu qisna fi straitjacket u ma narawx dak li qed jiġi propost li jsir fin- negozjati li l-Gvern Malti qed jagħmel biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' xiri ta' proprjeta'.", "Ejja nipprovaw noħorġu d-distinzjoni bejn kif inhi l-pożizzjoni llum - u kif dejjem kienet, salv għal xi modifikazzjonijiet, b'interventi leġislattivi li saru minn żmien għal żmien minn dan il-parlament - meta barrani, mhux biss ċittadin mill-Unjoni Ewropea, jiġi biex jixtri proprjeta' f'pajjiżna, u kif din is-sitwazzjoni tista' tinbidel radikalment bl-isħubija ta' Malta fl- Unjoni.", "Ħalli nibdew kif kienet il-pożizzjoni u kif għadha bħalissa fix- xiri tal-proprjeta', Sur President.", "Iċ-ċittadin Malti u kulmin għandu l-exempt status prattikament jista' jixtri proprjeta' kemm irid.", "Jekk Gavin Gulia jrid jixtri proprjeta' waħda li hija dar, jista' jixtriha liberament.", "Jekk irid Gavin Gulia jista' jixtri iktar minn dar waħda u jista' anke jixtri raba' kemm irid, jista' jikri, jista' jixtri u jista' jagħmel li jrid.", "Mhux biss iċ-ċittadin Malti jista' jakkwista proprjetajiet kemm irid għal skopijiet domestiċi, jiġifieri biex imur jgħix fiha jew forsi biex jaħdem biċċa għalqa, pero' bħala ċittadin Malti għandu wkoll kull dritt li jekk irid jispekula l- proprjeta' li jixtri.", "Dan ifisser li llum jixtri proprjeta' b'ċertu prezz, jistenna li s-suq ikun aħjar u mbagħad meta jara li l-prezzijiet qegħdin jogħlew, ibiegħ il-proprjeta' lill-ħaddieħor bl-iskop li jagħmel profitt.", "Dan hu pjenament aċċettabbli u kull ċittadin Malti għandu kull dritt li jagħmel hekk, u Alla jħares le!", "Dan qed nenfasizzah għax sirt naf b'ċerti affarijiet dwar kif bħalissa qed jiġu nnegozjati l-kondizzjonijiet dwar kif il-Maltin jixtru jew ma jixtrux il-proprjeta'.", "Issa din irrid niġi għaliha.", "Biex nagħmilha ċara, bħalissa anke ċittadin mill-Unjoni Ewropea jista' jixtri proprjeta' f'pajjiżna.", "Dan sabiex nirrestrinġi l-argument u ma nitkellimx biss fuq barranin, għax din hija regola li tapplika kemm għall- barranin kif ukoll għal ċittadini mill-Unjoni.", "Bħalma qal il-kap ta' l- oppożizzjoni, ma rridux inkunu xenofobiċi.", "Il-barranin jekk iridu jistgħu jiġu u jixtru l-proprjeta' f'pajjiżna, anke ċittadini mill-Unjoni jistgħu jagħmlu dan, pero' hemm ċerti restrizzjonijiet li m'humiex xenofobiċi assolutament għax jeżistu llum.", "Allura ladarba jeżistu llum, jekk lilna jsejħulna xenofobiċi, allura anke ta' qabilna kienu xenofobiċi!", "Allura dan pajjiż xenofobiku!", "Dawn jeżistu għax huma tailor-made għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna u huma ntiżi biex jissalvagwardaw u jipproteġu s-suq tal- proprjeta' f'pajjiżna.", "Ċittadin mill-Unjoni jista' jixtri proprjeta' f'pajjiżna, pero' ma jistax jixtri iktar minn proprjeta' waħda għal skopijiet ta' residenza.", "Irid ukoll iġib il-permess mingħand żewġ ministeri, il-ministru ta' l-intern jagħti l-permess ta' residenza u l- ministeru tal-finanzi jagħtih l-acquisition of immoveable property permit.", "Il-liċenzja għal din l-acquisition of immoveable property tingħata darba biss u għalhekk ma jistax jixtri iktar minn proprjeta' waħda għal skopijiet ta' residenza.", "Għalhekk hu loġiku li ċittadin mill-Unjoni Ewropea ma jistax lanqas jispekula, għaliex kif jista' jispekula proprjeta' waħda?", "Hemm ukoll distinzjonijiet fil-mod kif jingħata l-permess sabiex ċittadin mill-Unjoni Ewropea bħalissa jkun jista' jixtri proprjeta' f'pajjiżna.", "Biex nieħdu eżempju, dan ma jistax jixtri proprjeta' li hija inqas minn ċerta valur jekk hi dar żgħira, xi maisonette u ma jistax jixtri proprjeta' li hi inqas minn ċertu valur jekk hi dar ikbar.", "Bħalissa m'għandix id-dettalji f'moħħi, jiġifieri bħala ċifri, imma jidhirli li ma jistax jixtri maisonette b'inqas minn xi Lm25,000 jew Lm30,000 jew jekk hija dar kbira b'inqas minn Lm50,000.", "Fuq l-ammonti m'inix ċert, imma anke hemmhekk hemm ċerti restrizzjonijiet biex jipproteġu s-suq lokali.", "Dawn iċ-ċirkostanzi kienu saru tailor-made kemm minn din in-naħa u kemm min- naħa l-oħra, għax anke aħna fl-imgħoddi konna daħħalna provvedimenti leġislattivi biex nipproteġu s-suq lokali.", "U issa ma joqogħdux jippożaw tal- verġni n-naħa l-oħra!", "Riċentement saru ċerti restrizzjonijiet biex ċittadini mill-Unjoni u kull barrani ma jkunx jista' jixtri proprjeta' b'inqas minn ċertu valur.", "Fl-imgħoddi kien hawn consensus dwar kif ċittadini mill-Unjoni jistgħu jaqbdu u jixtru proprjeta' f'pajjiżna.", "Din hija s-sitwazzjoni kif tapplika llum.", "Ma nistax nitkellem dwar id-dritt ta' xiri ta' proprjeta' u ta' residenza ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea mingħajr ma mmiss ftit il-liberta' l- oħra, il-liberta' tal-moviment ta' persuni li f'pajjiżna tolqot direttament lill-ministeru ta' l-intern, peress li minn hemm joħorġu l-permessi tax- xogħol biex barranin jiġu jaħdmu.", "Nafu wkoll li ladarba Malta tissieħeb fl- Unjoni, il-ministeru ma jkunx jista' japplika iktar ir-restrizzjonijiet li bħalissa japplikaw f'pajjiżna.", "Dan sar fl-imgħoddi kemm minn din in-naħa tal-Kamra kif ukoll min-naħa tal-gvern, b'diversi interventi leġislattivi, sabiex is-suq tax-xogħol jiġi protett.", "Għax x'inhu l-iskop li tagħti d- dritt ta' residenza lil ċittadini barranin jekk ma tagħtihomx ukoll id- dritt li jaħdmu?", "Il-fatt hu li bħalissa biex ċittadin mill-Unjoni Ewropea jiġi jaħdem f'pajjiżna, irid iġib il-permess tal-ministeru ta' l-intern u ma jistax jagħmel xogħol li jaf jagħmlu Malti.", "Dawn ir-restrizzjonijiet ma sarux b'mod kapriċċuż jew b' xi mod xenofobiku, għax nimmaġina li dalwaqt se nibdew nisimgħu dawn il-kummenti banali ta' xenofobja mill-media li tappoġġja lill-gvern Nazzjonalista.", "Dawn saru anke mill-gvern Nazzjonalista, u saru sabiex jipproteġu s-suq lokali tax-xogħol, għax ma tistax tiddistingwi jew iżżomm distakkati d-dritt ta' residenza mid-dritt tax-xogħol.", "Jekk se tagħti l-liberta' sħiħa ta' moviment ta' persuni f'pajjiżna biex ikunu jistgħu jaħdmu għal skopijiet ta' xogħol, allura hu ovvju li r-regola hi li jkunu jistgħu jixtru wkoll proprjeta' mingħajr ebda restrizzjoni.", "Nemmen li b'dan il-mod spjegajt is-sitwazzjoni kif tapplika bħalissa.", "Mela ċittadin mill-Unjoni Ewropea jista' jixtri proprjeta' f'Malta imma għandu dawn ir-restrizzjonijiet.", "Issa jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni dan jispiċċa kollu - wisq probabbli billi ċittadin mill-Unjoni jingħata l-exempt status taħt l-Att dwar l- Immigrazzjoni, għax anke d-dritt li l-permess ta' residenza jingħata tramite dan l-Att, jagħtih il-ministru ta' l-intern – u meta ċittadin mill- Unjoni jingħata l-exempt status jiġi fuq l-istess livell ta' kwalunkwe ċittadin Malti u jkun jista' jixtri proprjeta' kemm irid, daqs kwalunkwe ċittadin Malti.", "Għar-realta' u għar-regoli ta' l-Unjoni dan jagħmel sens u ma jistax ikun mod ieħor għax ma tistax tiddiskrimina bejn ġurisdizzjoni u oħra.", "Jekk jien minn Ħaż-Żebbuġ nista' nixtri proprjeta' kemm irrid f'Ħaż- Żebbuġ u nista' nixtri proprjeta' wkoll f'naħa oħra ta' Malta għax dan huwa pajjiż wieħed.", "Ir-regola ta' l-Unjoni taħdem bl-istess mod u allura jekk ċittadin ta' l-Unjoni jista' jixtri proprjeta' fl-Ingilterra, jista' wkoll jixtri f'Malta u jista' jixtri bl-istess kondizzjonijiet u bl-istess liberta'.", "X'se jiġri minħabba dan, Sur President?", "Nafu li l-gvern Nazzjonalista talab deroga permanenti fuq id-dritt ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea sabiex jixtru proprjeta' kemm iridu f'pajjiżna.", "Għalfejn talab deroga permanenti?", "Seta' jitlob deroga permanenti għax hija moda li titlob deroga permanenti meta tkun pajjiż applikant u tkun qed tinnegozja, u aktar u aktar meta nafu li hemmhekk għandna problema kbira.", "Jiena naf li n-negozjatur ewlieni ta' Malta ma' l- Unjoni Ewropea huwa nkwetat ħafna fuq din il-biċċa tal-proprjeta', anzi kważi hu paranojku fuq din il-kwestjoni.", "Jien għandi informazzjoni li din saret ballun bejn l-Unjoni Ewropea u Malta minħabba li ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni u differenza bejn Malta u l-Unjoni.", "Jekk ċittadin Malti jista' jixtri kemm irid proprjeta' f'kull pajjiż imsieħeb fl-Unjoni, daqshekk ieħor ċittadin mill-Unjoni jista' jixtri kemm iridu proprjeta' f'pajjiżna.", "Jien għadda minn għala widnejja, minn sorsi informatissimi, li fin- negozjati l-Unjoni Ewropea din il-proposta tefgħetilhom lura lin- negozjaturi Maltin u qaltilhom li jekk huma jridu li ċittadini mill-Unjoni ma jixtrux proprjeta' kemm iridu f'Malta, allura bl-istess mod il-Maltin ma jixtrux proprjeta' kemm iridu anke f'Malta.", "Dan kien qed jissemma' almenu limitatament, u l-iskop hu biex id-diskriminazzjoni tispiċċa.", "Dan ifisser li sabiex neħilsu mill-possibbilta' li l-barranin ikunu jistgħu jiġu u jixtru proprjeta' hawn Malta, allura nimponu restrizzjonjiet fuq il- Maltin stess biex ma jixtrux proprjeta' kemm iridu.", "Din il-kwestjoni ssemmiet ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' artijiet agrikoli.", "Alla jħares il-gvern Nazzjonalista biex jippareġġja ma' l-Unjoni Ewropea jgħaddilu minn moħħu li jagħmel miżura bħal din!", "Lanqas tgħaddili minn moħħi li jinnegozjaha!", "Imma għandi sorsi informati tajjeb ħafna li jgħidu li dan it- tip ta' negozju ma' l-Unjoni kien qed isir sabiex il-Maltin ma jixtrux proprjeta' kemm iridu hawn Malta.", "Dan sabiex aħna niġu pariġġ mar- restrizzjonijiet li aħna nistgħu nimponu fuq il-barranin meta ċittadini mill-Unjoni jiġu biex jixtru proprjeta' f'pajjiżna.", "F'pajjiżna qed nispiċċaw li l-gvern qed jirrikonoxxi li għandna problema għax kieku mhux qed jitlob mill-Unjoni Ewropea deroga permanenti, pero' jistgħu jiġu bil-karrotta u jgħidu li se jipprovaw iġibu perjodu ta' transizzjoni qabel ċerti regoli jibdew japplikaw għal pajjiżna.", "X'ifisser perjodu ta' transizzjoni?", "Ifisser li ċerti regoli ta' l-Unjoni minflok jidħlu mill-ewwel hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni jibdew jidħlu wara erba', ħames, tmien jew għaxar snin.", "Imma anke jekk tagħmilha wara dan il- perjodu ta' transizzjoni ta' sentejn, tliet snin, erbgħa snin jew għaxar snin, il-fatt jibqa' li xi darba r-regola se tapplika.", "Għalkemm iċ- ċittadini mill-Unjoni ma jkunux jistgħu jixtru proprjeta' kemm iridu mill- ewwel, xi darba se jkunu jistgħu jixtru proprjetajiet kemm iridu f'pajjiżna.", "X'ifisser perjodu ta' transizzjoni?", "Ifisser li l-istat attwali f'pajjiżna rigward ix-xiri ta' proprjeta' hu ħafna aħjar mill-istat attwali li jeżisti fl-Unjoni bir-regola tal-liberta' tal-moviment ta' kapital u ta' persuni.", "Dan li jfisser, għax li kieku r- regoli li japplikaw fl-Unjoni Ewropea huma tajbin daqs dawk li jeżistu f'Malta jew huma aħjar minn dawk li jeżistu f'Malta, li kieku qegħdin saqajna ma' dahrna biex ir-regoli ta' l-Unjoni nagħmluhom japplikaw għal Malta mill-ewwel hekk kif Malta tissieħeb fl-Unjoni jew anke qabel.", "Din bħalma kienet il-kwestjoni tal-VAT u ħafna miżuri oħrajn.", "(Interruzzjonijiet) Xejn ma hu out of order għax qed nitkellmu dwar l- artijiet f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan li qed jgħid m'għandu x'jaqsam xejn mal-liġi u l-Onor.", "Membru qiegħed kompletament out of order.", "Jidher li lanqas biss qara l-liġi għax għadu lanqas irrifera għal artiklu wieħed tal- liġi!", "MR SPEAKER: Nappella lill-Onor.", "Membru biex iżomm mal-liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dan hu l-mod anti-demokratiku kif jagħlaqli ħalqi għax il-verita' toffendi!", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hu veru xejn!", "Hawnhekk hawn ċerta proċedura u min irid jitkellem fuqiex irid jista' jieħu aġġornament.", "Tista' titkellem, tista' tagħmel mozzjoni, tista' tagħmel li trid, imma ma tistax titkellem fuq kollox minbarra fuq il-liġi.", "Li tagħmilha bħala parti mill-argument tiegħek fuq il-liġi nifhimha, imma mhux li titkellem biss fuq il-kelma artijiet.", "Jekk jitkellem fuq il-housing nifhimha, imma mhux fuq punt bħal dan!", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Dażgur mela le, imma għadni ma wasaltx!", "Jien għandi r-restrizzjoni ta' l-40 minuta u l-gvern għandu t-tir li ma jħallinix nitkellem.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, jiena fid-dover li nagħmel appell lill- Onor. Membru sabiex iżomm mal-liġi li hawn quddiemna.", "L-għanijiet u r- raġunijiet qegħdin imniżżlin fil-liġi stess.", "Nitlob lill-Onor.", "Gavin Gulia biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Tliet kwarti mill-intervent ta' qabli li għamel il- kap ta' l-oppożizzjoni kien fuq dan l-argument ta' l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Mhux hekk biss għax anke l-Onor.", "George Vella għamel diskors fuq dawn l-affarijiet u ħadd ma waqqfu.", "Forsi l-ministru ma kienx fil-Kamra dak il-ħin, iżda l-aqwa li lili tellifni ħames minuti mid- diskors tiegħi!", "Dawn huma affarijiet li jiena ħriġt diversi stqarrijiet fuqhom u l-ministru qatt ma weġibhom.", "Naturalment għax issa qegħdin nitkellmu fuq affarijiet li jisgħu jiġu rrapportati, mhux jieħu pjaċir!", "(Interruzzjonijiet) Wasalt biex nagħlaq, Mr Speaker, u d-diskors kollu għamiltu minkejja l-intervent tal-ministru biex itellifni milli ngħid dik li hi verita' sagrosanta.", "Qed nitkellem dwar perjodi ta' transizzjoni li huma ntiżi sabiex l-istat attwali, tailor-made għal pajjiżna, jibqa' japplika anke jekk Malta qatt tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan hu mertu ta' kemm huma tajbin il-liġijiet tagħna.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jgħid li r-restrizzjonijiet li hawn f'pajjiżna bħalissa għax-xiri ta' proprjeta' minn ċittadini ta' l-Unjoni huma aħjar minn dawk ir-regoli li japplikaw fl- Unjoni għax li kieku l-gvern Nazzjonalista la jitlob perjodi ta' transizzjoni u anqas u anqas ma jitlob deroga permanenti.", "Nagħlaq billi nappella lill-gvern Nazzjonalista sabiex meta jiġi biex jittratta l-kwetjonijiet ta' proprjeta' ma' l-Unjoni Ewropea jieħu ħsieb l- interessi aħħarija taċ-ċittadini Maltin sabiex il-Maltin ma jiġux megħluba minn konsiderazzjonijiet ta' purchasing power.", "Aħna nafu li s-salarji f'pajjiżi Ewropej huma ħafna iktar b'saħħithom mill-pagi li nirċievu aħna l- Maltin.", "Jekk qatt Malta tissieħeb fl-Unjoni u ċittadin Malti jixtri proprjeta' fl-Unjoni kemm irid, kif ukoll ċittadini mill-Unjoni jixtru proprjetajiet kemm iridu f'pajjiżna, il-fatt jibqa' li aħna dejjem nibqgħu żvantaġġati għas-sempliċi raġuni li ċ-ċittadini mill-Unjoni għandhom pagi ħafna iktar b'saħħithom minn tagħna.", "Għax wara kollox hemm l-aspett finanzjarju wkoll.", "Għalhekk se jkunu iktar faċilitati li jixtru proprjeta' f'pajjiżna milli aħna nixtru proprjeta' f'pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, jiddispjaċini li l-ministru qam iwaqqaf lil sieħbi u jgħidlu li kien out of order għax fil-fehma tiegħi dak kollu li għandu x'jaqsam ma' art u proprjeta' u li jista' 'l quddiem jirriżulta f'inġustizzja jew diskriminazzjoni, jallaċċja tajjeb ma' din il- liġi.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' din il-liġi, anke minn dak li smajna mill-esponenti tal-gvern, huma sabiex tingħata lura art li b'xi mod kienet daħlet f'areas għall-iżvilupp, il-BDAs.", "Minn dak li qalu l-esponenti tal- gvern fhimt li fil-passat saret inġustizzja, jew għidulha li trid, u għalhekk din it-tip ta' art se terġa' lura għand is-sidien oriġinali tagħha.", "Hawnhekk issemmew ukoll każi ta' ħaddiema u familji li ngħataw plot, li wara snin sħaħ - hemm min ilu kważi għoxrin sena - u wara li nvestew flushom kollha u ħajjithom fix-xogħol għal sittin sena sħaħ, għax ħadu loan mill-banek biex bnew darhom, għadhom sal-lum bla konvenji.", "Dan wara li għamlu dan kollu sabiex iħallu lil uliedhom xi ħaġa wara mewthom, għax ħafna drabi l-ġenituri f'ħajjithom ikunu qed jaħsbu wkoll li jagħtu bidu aħjar lil uliedhom u li jħalluhom aħjar meta jmutu huma.", "Din ma ssemmietx biss min-naħa ta' l-oppożizzjoni imma ssemmiet ukoll min-naħa ta' l- esponenti tal-gvern u nifhem li dan kollu ssemma' għax dawn huma affarijiet li kkreaw ċerta tbatija fil-passat u għadhom qed jikkreawha.", "Din il-liġi qed titkellem fuq hekk u għalhekk ma nistax nifhem kif iqum il-ministru u jgħid li jkun out of order min jitkellem fuq dak li għandu x'jaqsam mal- qagħda tal-ħaddiema, bil-moviment ħieles tan-nies u tal-kapital, jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni.", "Jiena se nibda mill-punt li ħalla l-Onor.", "Gavin Gulia u qabel ukoll, bl- iktar mod abbli, il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dażgur li rridu nitkellmu fuq dan l-impatt!", "Ċerti affarijiet li qed jgħid il-gvern vis-a-vis in- negozjati tiegħu mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mal-proprjeta' u l-art f'pajjiżna, bil-loġika jidhru li ma jagħmlux sens għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwelnett qatt ma nisimgħu x'se jiġri jekk l-Unjoni ma tagħtix deroga għal dawn l-oqsma.", "Hemm il-fall-back position tal-perjodu transitorju - din semmiha wkoll l-Onor.", "Gavin Gulia qabli - u jekk il-kummissjoni jidhrilha li tagħti nifs lil Malta għal sentejn jew tlieta, wara x'se jiġri?", "Issa se nallaċċja ma' dan il-punt ċerti affarijiet li huma reali f'dan il- pajjiż.", "Dak li qed jgħid il-gvern f'dan ir-rigward jidher illoġiku.", "Għax kif jista' jkun li l-kummissjoni tagħti deroga fuq dan il-qasam u fl-istess waqt tagħmilha ċara li l-kwestjoni tal-moviment ħieles tal-persuni, anke jekk ikun hemm deċiżjoni li l-ħaddiema ta' l-Ewropa tal-Lvant ma jitħallewx imorru jaħdmu għal ċertu perjodu fil-pajjiżi membri illum, lill-Maltin u liċ-Ċiprijotti se tħallihom jistgħu jmorru jaħdmu fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea tal-lum?", "Kif jista' jkun li aħna jkollna din il-liberta' u l- oħrajn ma jkollhomx?", "Argument ieħor li ma jagħmilx sens u li jikkuntrastja bil-kbir hu l-eżempju ta' ħaddiem Taljan li bi sħubija sħiħa jkollu d-dritt li jiġi jaħdem hawn u jkollu d-drittijiet kollha la jkun qed jaħdem hawn.", "Min-naħa tal-gvern dejjem nisimgħu li dan għandu d-drittijiet kollha li għandhom il-Maltin, għax ikun qed jikkontribwixxi fis-sens ta' sigurta' soċjali u l-bolla, pero' ma jgħidx li d-dritt fundamentali ta' kull persuna hu li dan ikollu dritt għal housing.", "Jekk hux biex jixtri jew biex jikri, il-punt hu li la tkun aċċettajt il-moviment ħieles tal-persuni, b'mod awtomatiku trid taċċetta, anke jekk għas-saħħa ta' l-argument Malta tingħata deroga, li tagħti d-drittijiet l-oħrajn.", "U jiena ma nemminx meta jgħidu li l- affarijiet m'humiex qegħdin hekk.", "Għall-finijiet ta' dawk il-ħaddiema li jkunu ġew mill-ħmistax-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea - ma nafx kemm dawn se jkunu jaħdmu f'dan il-pajjiż - dawn se jkollhom ukoll id-dritt għal housing.", "Dan ifisser li din l-istorja tad-deroga hija biss eyewash u fil- fehma tiegħi l-istorja tal-perjodu transitorju hi iktar u iktar fallaċi.", "F'dan il-pajjiż l-art hi ħaġa limitata, u għalhekk dan il-fatt biss jippreżenta problemi, skarsezzi u nuqqas ta' supply.", "Fil-fehma tiegħi, li l-gvern jieħu l-fall-back position tal-perjodu transitorju hija sitwazzjoni tal-biża' f'dan ir-rigward.", "Ir-raġuni hi li aħna limitati fl-art u allura bħala konsegwenza, aħna limitati f'dak li hu shelter adegwat għaċ-ċittadini Maltin.", "Ma nistgħux inħarsu sal-ponta ta' mneħirna, ma nistgħux inħarsu għal-lum u nagħmlu l-affarijiet bl-iskossi għall-immedjat imma bilfors irridu nħarsu fit-tul.", "Irrid ngħid ukoll li ma nistax nifhem kif il-gvern Nazzjonalista jiġi quddiem in-nies u jgħajjar lill-Partit Laburista li l-Unjoni Ewropea ma tagħtix a la carte, imbagħad huma jridu jbellgħu lill-poplu li qed jinnegozjaw xi ħaġa a la carte bl- iktar mod fallaċi kif diġa' spjegajt!", "Issa niġi għall-punt tiegħi dwar kemm hemm bżonn li fejn jidħol dan il-qasam ma narawx sal-ponta ta' mneħierna.", "Fiżikament dan il-pajjiż għandu art limitata, kif spjega tant tajjeb Dr Alfred Sant fl-intervent tiegħu, fejn anke għamel paraguni ma' l-istess Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u dwar kemm aħna ma nistgħux nipparagunaw irwieħna ma' l-ebda Stat minnhom, mhux biss minħabba n-natura fiżika tagħna bħala pajjiż, imma wkoll mill-lat ta' żieda fil-popolazzjoni u t-tibdil demografiku fis-snin li ġejjin.", "Miegħi ġibt rapport li sar mill-awtorita' ta' l-ippjanar - Malta's future housing requirements – u dan ir-rapport janalizza l-perjodu mill-1995 u mbagħad iħares fit-tul sa l-2015.", "F'paġna tlieta ta' dan ir-rapport hemm paragrafu li jirriferi għal an \"increase in population from 361,700 in 1990 to 399,000 in 2010\".", "Ir-rapport jgħid ukoll li l-households fl-istess perijodu għandhom jiżdiedu from 114,000 to 143,000.", "Dan qed ngħidu għax jekk irridu nkunu responsabbli ma nistgħux niġu f'din il-Kamra u nitkellmu b'dan il-mod.", "Din inġustizzja trid tgħidilha, għax fil-passat kien hemm dawn is-sitwazzjonijiet u Alla jħares ma kienx hemm ċerti deċiżjonijiet u ċertu leadership mill-gvernijiet Laburisti biex ittaffiet xi ftit il-problema tal-housing f'dawk iż- żmenijiet.", "Imma ejja ngħidu għas-saħħa ta' l-argument li din il-liġi qed tiffoka fuq din il-parti fejn ċerti sidien itteħditilhom l-art u llum tista' tingħata lura.", "Jekk irridu nkunu responsabbli, f'dan l-istadju tat-Tieni Qari ta' din il-liġi ma nistgħux niffokaw biss qisna qed inħarsu min-naħa l-wiesa' tal-lembut u naraw dik il-parti dejqa t'isfel.", "Irridu bilfors nieħdu l- opportunita' u nitkellmu bl-iktar mod wiesa' fuq din il-problema għax din hi problema reali.", "Il-problema lanqas nistgħu nqisuha biss mill-aspett finanzjarju ekonomiku imma rridu nqisuha wkoll mill-aspetti ambjentali u soċjali, biex b'hekk inkunu qed inħarsu b'mod ħolistiku lejn dan il-qasam tant importanti.", "Dan hu importanti mhux biss minħabba ċ-ċokon ta' l-art tagħna u minħabba n-natura fiżika ta' dan il-pajjiż, imma wkoll minħabba t- tibdil demografiku u ż-żieda fil-popolazzjoni fis-snin li ġejjin.", "Dan minħabba l-fatt ukoll li aħna li nġorru r-responsabbilta' għandna dejjem naspiraw li l-poplu tagħna ma jiqafx sa ċertu livell.", "Mhux biss għandna naraw li jżomm il-livell ta' l-għixien tiegħu imma rridu nkunu katalisti sabiex inkomplu nkabbrulu l-kwalita' tal-ħajja tiegħu.", "Biex il-kwalita' tal- ħajja tal-poplu tagħna tikber bilfors irridu nqisu dan l-aspett tal- politika ta' pajjiżna b'mod ħolistiku.", "Xtaqt insemmi wkoll li f'din il-kwestjoni ta' l-art hemm anke l-aspett ta' housing soċjali - din issemmiet mill-kap ta' l-oppożizzjoni – u hemm ukoll l-aspett ta' dak li hu spazju industrijali.", "Dawn iż-żewġ problemi llum irridu nqisuhom għax iċ-ċifri uffiċjali tal-housing soċjali jindikaw li hemm qrib l-4,000 każ pendenti.", "Fil-fehma tiegħi, il-problema hi ħafna ikbar għax trid tgħodd ukoll numru ta' nies li jiġu b'diffikultajiet ta' housing soċjali, nies li qatt ma jissottomettu talba formali għax lanqas biss ikunu jafu minn fejn se jaqbdu jibdew.", "Jekk dawn ikunu qed jgħixu f'dar substandard jew inkella qegħdin jgħixu ma' familja oħra, lil dawn ma tistax tgħidilhom li qegħdin jgħixu f'shelter diċenti u li għandhom akkomodazzjoni kif suppost ikollu kull ċittadin Malti u Għawdxi, sempliċement għax m'għandhomx applikazzjoni pendenti.", "Lanqas ma rridu nħarsu biss lejn il-problema ta' l-art għax hemm ukoll il- problema ta' dik li nistgħu nsejħulha l-problema tal-qalba ta' l-irħula u l- ibliet tagħna.", "Hemmhekk għandek stock ta' bini li m'huwiex użat.", "Jekk dan tieħdu fil-kuntest tal-problemi ta' housing soċjali, tista' tgħid li għandek kapital nazzjonali mejjet.", "Fir-rapport \"Malta's future housing requirements\", li diġa' rriferejt għalih, hemm paragrafu li jġiegħlek tinkwieta.", "Minn analisi li saret mid-database tal-korporazzjoni għas- servizzi ta' l-ilma jidher li:", "\"Between 15%h and 20% of the existing dwelling stock is vacant, even allowing for the incidence of summer residences.", "This does not include new dwellings built in the last three years and this is therefore an underestimation\".", "Ir-rapport ikompli jgħid li jekk:", "\"This means that of the current stock of approximately 165,000 dwellings some 39,900 units are currently vacant or underutilised, although a more conservative estimate would suggest that this figure is nearer to 24,750 to 33,000 units.\"", "Mr. Speaker, min-naħa tal-gvern Laburista preċedenti kien qed isir sforz kbir biex ninċentivaw lis-sidien privati li għandhom djar magħluqin.", "Kultant issib ċerti problemi forsi fuq xi qsim ta' wirt u allura ċerti postijiet jispiċċaw magħluqa u saħansitra anke dilapidati u aħna rridu nikkonsidraw dan l-aspett ukoll.", "Numru minn dawn id-djar u units li qegħdin fil-qalba ta' l-ibliet u l-irħula tagħna f'ċertu sens huma magħluqin kważi kapriċċożament – kapriċċożament għal finijiet soċjali u mhux għal finijiet individwali – u dan meta llum nafu li mhux biss l-art qed issir unaffordable, imma saħansitra anki dawn it-tip ta' town houses jew units antiki fil-qalba ta' belt jew raħal.", "Dan l-argument hu l-iktar validu vis-a-vis dawk li qed jistennew is-social housing għax il-mezzi finanzjarji tagħhom huma tant limitati li bil-mezzi u bid-dħul li għandhom qatt ma jistgħu jaslu fil-qagħda li jieqfu fuq saqajhom fuq din il-ħaġa u bil-ħila tagħhom jaslu biex ikollhom dar jew unit adattata.", "L-istess nista' ngħid għall-koppji żgħażagħ li qed ifittxu biex jixtru jew jikru dak li l- mezzi tagħhom jifilħu.", "Minkejja li naħseb li anke l-gvern Nazzjonalista jagħti konsiderazzjoni kbira lejn dawn it-tip ta' units li huma magħluqin u li jistgħu jiġu utilizzati biex nilħqu mad-domanda kemm ta' social housing kif ukoll għal dawn il-koppji żgħażagħ, naħseb li wasal iż-żmien fejn għandna inkunu iktar viġilanti fuq dan.", "Hemm bżonn li jkun hemm iktar ideat ta' kif ninċentivaw lis-sidien ta' dawn id-djar li huma magħluqin.", "Dawn id-djar mhux biss huma magħluqin u qed issirilhom il-ħsara minħabba li jispiċċaw delapidati imma wkoll ħafna minnhom jispiċċaw ikerrhu toroq sħaħ fl-irħula u fl-ibliet tagħna.", "Nappella lill-gvern biex jagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex jinħolqu inċentivi sabiex dawn is-sidien jitħajru joħorġu fis-suq din it- tip ta' proprjeta' b'mod li jkun raġunat.", "Fi żmien il-gvern Laburista preċedenti kien hemm l-idea ta' skemi ta' kif is-sidien jistgħu jieħdu dak li ħaqqhom u fl-istess waqt dik il-proprjeta' tiġi utilizzata għal min m'għandux fejn joqgħod jew għal min qed jagħmel ħiltu biex isib fejn joqgħod u m'huwiex qed jirnexxilu.", "Għalhekk nappella sabiex din issir waħda mill-focus ħalli din l-art fil-qalba ta' l-ibliet u l-irħula, għax wara kollox housing unit hi fuq biċċa art, tiġi utilizzata fil-massimu tagħha.", "Vis-a-vis il-kwestjoni tal-kumplament ta' l-art f'pajjiżna, jekk nagħmlu użu minn dan l-istock eżistenti, allura mbagħad id- domanda għal ċertu bini li jkompli jieħu mill-ftit art li għandna f'pajjiżna tkun tista' tiġi regolata aktar.", "Dan jagħti iktar lok sabiex il- kampanja tagħna u l-ftit arja li fadlilna nkomplu ngawduha b'mod aħjar u b'inqas theddida għall-quddiem.", "Ir-rapport fuq future housing requirements isemmi ħaġa oħra interessanti fuq il-land availability.", "Ir-rapport jgħid li hemm biżżejjed art identifikata għal housing biex tkopri l-bżonnijiet tagħna fuq medda ta' snin mhux ħażin.", "Biex inkun testwali u korretta, dan ir-rapport jgħid hekk:", "\"There are five hundred and fifty two hectares, approximately five thousand and five hundred tumoli of vacant land zoned for housing in the temporary provisions schemes.", "Of this five hundred and fifty two hectares, some 10% is partly committed for development, comprising 8% covered by permits and 2% covered by applications.", "The available land for housing may be constrained by ownership or legal problems but provides, using central development density assumption, the capacity for an additional 42,600 dwelling units.\"", "Aktar kmieni jiena għedt li fuq medda ta' għaxar snin se jkun hemm il- ħtieġa ta' 29,000 household.", "Jekk niġu f'qagħda li rridu nibnuhom inkunu qegħdin inkopruhom bl-art li għandna u li hija zoned for housing fit- temporary provisions schemes.", "Forsi dak li jkun jistaqsi għaliex qed nitkellem fuq it-temporary provision schemes.", "Dawn bilfors trid tikkwotahom għax dawn oriġinarjament kellhom jiġu mibdula bil-pjanijiet lokali imma sal-lum għad hemm pjan lokali wieħed biss li hu lest u approvat.", "Dan minkejja l-fatt li l-pjanijiet lokali kellhom ikunu lesti u jieħdu post it-temporary provision schemes kompletament sas-sena 2000!", "Għalhekk bilfors irrid nikkwota t-temporary provision schemes.", "Il-fatt li dawn il-pjani lokali għadhom ma tlestewx ifisser li hawnhekk qisu għandna grey area, għax fil-verita' t-temporary provision schemes saru fl-1988.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn għaddew tnax-il sena għalhekk l-aġġornament huwa importanti u hu meħtieġ immens biex wieħed ikun jaf il-qagħda mhux biss tal-land availability imma wkoll ta' l- affarijiet l-oħra kollha li jikkorrelataw ma' dan il-qasam.", "Għaliex tlaqt minn dan il-punt ta' land availability?", "Dan minħabba li minkejja li dan ir-rapport tal-awtorita' ta' l-ippjanar qed igħid li fil- fatt jeżisti biżżejjed land availability għal 42,600 dar addizzjonali, imma xorta waħda tinħass skarsezza ta' art.", "Jien ngħidilha skarsezza artifiċjali għax dan ir-rapport - li nifhem li kien analizzat għax anki tabelli fih, jiġifieri ma kienx rapport ta' kafkaf - qed igħid li hemm aktar art milli hemm bżonn f'dawk li huma households fuq medda ta' għaxar snin pero' fl-istess waqt dan il-fatt ma jinħassx u llum il-prezz ta' l- art spara 'l fuq u qed jikkawża problema ta' affordability.", "Din il-ġimgħa xi ħadd qalli li plot f'Buġibba nbiegħet għal Lm100,000.", "Min qalli dan ma kienx qed igħidli b'mod fieragħ u din il-persuna ma kenitx taf li se niġi nitkellem fil-parlament imma kumbinazzjoni konna qegħdin nitkellmu fuq ċerta sitwazzjoni.", "Issa jiena ma nafx, għax anki jekk biċċa art tinbiegħ Lm100,000 għan-negozju u se ttella' numru ta' units fuqha, trid tara l-ewwelnett jekk hux se ġġib il-prezz ta' dik l-ispiża li tkun għamilt.", "Aħseb u ara meta tkompli żżid l-ispejjeż kollha biex tkun tellajt il-bini, għamilt il-finishings u ġġibu għall-bejgħ fis-suq!", "Hemmhekk iktar u iktar qed tkompli tgħolli l-prezz tal-bini!", "Din l-istess persuna qaltli li jinħass li hemm ċerti sidien li għandhom bċejjeċ kbar ta' art, per eżempju madwar 500 plot, li huma marbutin qishom in stock, jiġifieri li mhux qegħdin fis-suq u allura min jaf kemm tista' toħroġ units li mhux qegħdin fis-suq!", "Jiena ngħid li l-ħaddiem jara kif jagħmel, iwarrab sold, iwaddbu f'kont tal-bank u jħallas it-taxxa fuq id- dħul fuqu, imbagħad min f'pajjiżna jinvesti fl-art qed iżommha u ma jwaddabiex fis-suq u allura ma jiġix intaxxat!", "Forsi issa se niftiehem b'ċertu mod imma l-verita' hi li hawnhekk hawn ċerti diskrepanzi.", "Ħaddiem li jfaddal ftit mill-paga tiegħu jispiċċa bi 15% taxxa fuq l-imgħax li jieħu mill-bank u min għandu 500 plot li żammhom hemm, dan mhux intaxxat.", "Dan minbarra li jkun qed joħloq ċerta skarsezza li magħha ġġib sitwazzjoni ta' unaffordability fl-akkwist ta' housing units, partikolarment miż- żgħażagħ tagħna.", "Pajjiżi oħra għandhom taxxa fuq l-art ukoll.", "Hawn nixtieq ngħid xi ħaġa fuq iż-żgħażagħ, Sur President.", "Sfortunatament il-gvern mhux qed jagħti l-eżempju fejn jidħlu ż-żgħażagħ f'dan is-sens.", "Koppji żgħażagħ huma mgħobbijin bil-problema sabiex forsi jsibu post. Jekk jirnexxilhom isibu post jew biċċa art iridu jissallbu għal ħajjithom kollha fil-veru sens tal-kelma biex forsi jirnexxilhom iħallsu l-loan li jkunu ħadu mill-bank imbagħad il-gvern ikompli jintaxxa fuq li jintaxxa.", "Nista' ngħid li avviċinatni koppja żagħżugħa li wara li ħallsu t-taxxa fuq il-kuntratt u l-bqija bagħtulhom kont ukoll mid- dipartiment tad-boll fuq id-dokumenti.", "Din il-koppja ħallset il-boll u ġie l-perit biex jivverifika li dak li jidher fil-kuntratt huwa korrett kif suppost skond il-valur tal-bini.", "Wara li ħallsu dak li kellhom iħallsu, reġgħet intbagħtitilhom karta oħra mill-istess dipartiment fejn qalulhom li they had underdeclared u għalhekk iridu jħallsu an initial fine u l- kumplament!", "Din kienet kwestjoni ta' madwar Lm400.", "Dawn iż-żgħażagħ assolutament ma setgħux jikkonċepixxu x'qed jiġri.", "Dawn marru hemmhekk flimkien man-nutar tagħhom, u sar ħalf kontra ħalf biex jikkonvinċuhom li mhux veru qarrqu fil-kuntratt.", "Id-dipartiment ċaqlaq xi ħaġa minnhom pero' xorta weħlu l-multa.", "Din weħluha intortament għax mhux veru li stmawh inqas.", "Dawn spiċċaw hekk għax hekk iddeċieda l-gvern.", "(Interruzzjonijiet) Skużi, l-impjegati tal-gvern mhux fuq l-policy tal- gvern jaħdmu?", "Il-perit tal-gvern kien iddeċieda hekk.", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta waħda jibqa' l-fatt li qed isiru dawn il-ħneżrijiet kontra dawn iż-żgħażagħ.", "U din ma ġratx lill-koppja waħda biss għax kumbinazzjoni avviċinani xi ħaddieħor fuq proprjeta' oħra li m'hijiex residenzjali.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Coleiro.", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn naf jien din hi proċedura.", "Minkejja li l- amministrazzjonijiet ma jaqblux fuq ħafna affarijiet, fuq din qatt ma kien hemm kontroversja.", "Alla jħares il-ministru tal-finanzi - għax din taqa' taħtu - għandu l-poter li joqgħod jindaħal fil-valutazzjoni li jagħmlu l- periti għax inkella kulħadd jibda jmur għand il-ministru biex jagħmillu l- valutazzjoni hu!", "Min ma togħġbux il-valutazzjoni jista' jagħmel is- sottomissjonijiet tiegħu.", "Wara kollox ġieli jsiru żbalji u dawn jiġu korretti.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Dawn għamlu s-sottomissjonijiet u baqgħu b'xiber imnieħer.", "ONOR.", "TONIO BORG: Meta l-perit jibqa' jinsisti li l-valutazzjoni li jkun għamel hija tajba, jeżisti appell quddiem bord ta' tlieta min-nies indipendenti mill-gvern u jiddeċiedu huma.", "Din hi l-proċedura.", "Dejjem kienet hekk taħt kull amministrazzjoni u ma nbidel xejn minn dan.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-każ li qed insemmi jikkonċerna koppja żagħżugħa li xtraw l-ewwel dar tagħhom.", "Meta dawn in-nies ikunu ħallsu dak l-ammont ta' flus, u jkunu korretti u onesti, hija ħneżrija li għax il- perit tal-gvern jiddeċiedi hekk, immaterjalment kemm jagħmlu oġġezzjonijiet, jispiċċaw jagħmlu waiver tal-multa imma mbagħad xorta jkunu jridu jħallsu dik is-somma li jkun iddeċieda l-perit.", "Bir-rispett kollu lejn il-ministru, il-punt hu li jekk qed isiru dawn il-każi, jien nissuġġerixxi li lil dawn idduruhom għax dan mhux ġust fuq min hu żgħir.", "Jien qed nitkellem fil-kuntest ta' dawn il-koppji żgħażagħ li llum huma mgħobbijin fuq li huma mgħobbijin.", "Dawn jagħmlu ħilithom biex isibu fejn joqogħdu u meta jsibu fejn joqogħdu wara li jkunu damu s-snin ifittxu, jispiċċaw jissalbu għal ħajjithom.", "Biex tkompli tgħaxxaqha l-koppja tkun mingħaliha daħlet għal tant spiża tal-kuntratt biex imbagħad jispiċċaw iħallsu l-boll li jiddeċiedi l-perit.", "Imbagħad għal darb'oħra jerġa' jiddeċiedi xi ħaġa oħra u jerġgħu jkollhom joħorġu xi Lm200 oħra mill-but!", "Din ġrat ukoll lil xi ħadd li xtara garaxx u dan mhux ġust, Sur President.", "Jekk dan xtara garaxx b'tant flus u qed jiddikjara b'mod onest, xi dritt għandu l-perit tal-gvern li jmur jiddeċiedi u jagħti l-valutazzjoni li jfettillu hu?", "Hemm il-proċeduri ta' kif tipprova l-onesta' tal-bniedem u trid timxi skond dawk il-proċeduri u meta tiddeċiedi persuna waħedha!", "Il- ministru qal li hemm bord ta' tlieta min-nies u li hemm proċedura.", "Ħafna ċittadini lanqas jafu minn fejn ikunu se jibdew u jiġġennu malli jirċievu envelope bl-arma tal-gvern.", "Naħseb li l-ministru fil-professjoni tiegħu jaf x'jiġifieri.", "Min jaf kemm ikollu queues ta' nies li msieken ma jkollhomx background fil-ħajja!", "(Interruzzjonijiet) Din hi l-esperjenza li għandi.", "Jien naf nies li meta jirċievu envelope tal-gvern bilkemm ikunu jifilħu jiftħuh bil-biża'.", "Saħansitra nies li jkunu kapaċissimi anki akkademikament lanqas kważi jkunu jafu jaqraw il-formola.", "Għaliex għandna ngħaddu lil dawn iż-żgħar imsieken, lil dawn iż-żgħażagħ li għadhom qed jibdew id-dinja, minn ħafna martirji wara li jkunu ddeċidew li jissallbu għal ħajjithom u ngħidulhom li jekk għandhom oġġezzjoni għandhom il-bord ta' l-appell?", "Għaliex f'dan il-pajjiż irridu bilfors ngħaddu lin-nies mill- martirji, biex fuq kollox jieħdu dak li hu dritt tagħhom u b'ġustizzja?", "Barra minn hekk, qabel ma ġejt hawn issorprendejt ruħi.", "Għalhekk għedt li l-gvern mhux qed jagħti l-eżempju f'dawn l-affarijiet.", "Jien kont qiegħda għand familja li għandha home loan u li għandha wkoll skema ta' sussidju fuq l-interessi mill-awtorita' tad-djar.", "Din il-familja qaltli li waslet ir-reviżjoni li issa saret bi ħlas.", "Meta jibagħtu jgħidulek li wasalt għar- reviżjoni sabiex jaraw kemm se jissussidjawlek interessi fuq il-home loan, malli terġa' tapplika trid tħallas Lm10.", "Imbagħad trid teħel ukoll ħlas ieħor għax ikunu jridu jġibu l-work history tal-mara u tar-raġel.", "Dawn jiswew Lm1.50 kull wieħed.", "Mela dawn marru hemmhekk għall-għajnuna u spiċċaw, meta għadhom lanqas bdew, li ħarġu Lm13 mill-but.", "Dawn l-iskemi suppost li qegħdin hemm biex jgħinu lil min m'għandux il-mezzi, allura kif kull darba l-poplu jrid idaħħal idu fil-but?", "Din bħall-istorja ta' l- iskemi l-oħra fuq il-manutenzjoni!", "Qabel kont trid tħallas anke Lm30 u hemm skemi minnhom li anke jitilgħu sa Lm50 u Lm60 minħabba riċerki u affarijiet oħra ta' din ix-xorta.", "Konna xbajna nikkritikawha din l-istorja.", "Jien naf min spiċċa jissellef Lm30 sabiex iħallas l-ispejjeż.", "Din ġiet waived u issa inizjalment tħallas Lm5 imma ma ġietx imneħħija għal kollox.", "Meta japprovalek is-somma ta' per eżempju Lm1,000 għall-iskema ta' manutenzjoni ta' xi saqaf jew xi ħaġa oħra, jekk l-ispiża inizjali kellha tkun ta' Lm30, tiġik Lm1,000 neqsin it- Lm30.", "Mela ma kien hemm waiver ta' xejn!", "Dan bħal meta f'but wieħed m'għandi xejn u fil-but l-ieħor għandi xi ħaġa.", "Dawn l-affarijiet lanqas jagħmlu sens.", "Il-gvern irid ukoll f'ċertu sens jagħti l-eżempju, mhux kollox sar negozju.", "Xtaqt ukoll f'dan l-intervent - għax il-ħin qed jagħfas sew u ma naħsibx li nista' nittama f'xi estensjoni minn naħa tal-gvern - nitkellem dwar il-jum dinji ta' l-ambjent li nzerta llum.", "Dan il-jum kien ġie stabilit mill-Ġnus Maqgħuda fl-1972.", "Naħseb li hu f'waqtu li nirrimarkaw proprju dwar din il- ġurnata għax il-kwestjoni ta' l-art f'pajjiżna għandha wkoll dimensjoni ambjentali.", "Il-Ġnus Maqgħuda waqqfet dan il-jum biex tkabbar il-kuxjenza fuq temi ambjentali u tħeġġeġ lill-popli tad-dinja u l-komunitajiet biex huma stess imexxu 'l quddiem it-temi ta' l-ambjent, pero' hawnhekk kollox isir bil-maqlub.", "Hawnhekk ikollna ċ-ċittadini, komunitajiet sħaħ, li jesprimu ruħhom kontra ċerti affarijiet li jkunu se jaffettwawhom mill- qrib.", "L-aktar każ riċenti huma n-nies tal-Kalkara fuq il-wied tal-Kalkara.", "Iċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar qal li għad hemm biss applikazzjoni, speċi ma jimpurtax!", "Hekk konna nisimgħu sa ftit ġimgħat ilu fuq il-kwestjoni tal-Multigas.", "In- nies ta' Ħal Kirkop ħarġu jipprotestaw u jgħidu ċar u tond li f'Ħal Kirkop ma jridux li dik l-area tkompli tikber u ssir industrijali.", "Dan hu wieħed mill-ftit irħula li baqa' ġawhra rurali pero' se nkomplu ngħabbuh bil-ħmieġ ta' l-industrija.", "Mhux qed ngħid li jiena kontra l-iżvilupp - biex ma niġix interpretata ħażin kif kien hemm min ħa gost jagħmel - imma anke l- ispazju industrijali għandu jkollu l-ispazju tiegħu.", "F'dan il-pajjiż għandna spazju għall-iżvilupp industrijali u n-naħa ta' Ħal Far hemm area sħiħa.", "Hemmhekk ma joqgħod ħadd ħlief xi wiżgħa ġol-blat.", "Aħna għandna fejn nespandu l-industrija tagħna u m'hemmx għalfejn immorru ġo raħal li għadu wieħed daqsxejn rurali u nħarrbtuh.", "Il-komunita' Koppina ħarġet issemma' leħinha imma kollu għalxejn.", "Ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar qalulhom li din għadha biss applikazzjoni imma mbagħad xorta baqgħet għaddejja minn fuq ras kulħadd.", "Mhux hekk biss, imma to add an insult to injury pprovaw ibellgħulna r-ross bil-labbra billi qalulna Ii l-Multigas trid tmur ħdejn l-aqwa klijent tagħha biex tkun iktar kompetittiva u dan kollu.", "Din ngħidilha farsa, għax issa Alla jħares il-kompetizzjoni torbot ma' fejn ikun il-klijent tiegħek, għax kieku kull fabbrika li taħdem għall- esportazzjoni f'pajjiżna tispiċċa titlaq minn hawn għax l-ikbar klijent tagħha hu barra minn pajjiżna.", "Din ħrafa kbira.", "Barra minn hekk kien hemm ukoll min ipprova jiġbed is-saqajn billi jgħid li dawk li jipprotestaw ikunu erbgħa min-nies li qed jibżgħu li jitilfu l- valur tal-proprjeta'.", "Dawn l-erbgħa min-nies huma l-eżempju tipiku tal- familji tal-ħaddiema li nvestew ħajjithom fix-xogħol biex ikollhom dar suret in-nies għalihom u għal uliedhom, kif jixraq lil kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "Il-ħaddiem u l-familja tiegħu għandhom dritt jiġġieldu biex il- valur tal-proprjeta' tagħhom jinżamm kif suppost.", "Dan il-pajjiż ma jipprovdix alternattivi, fis-sens ta' spazji, fejn jekk bniedem iddejjaq joqgħod f'post imur f'post ieħor, għax l-art ma tagħtiniex din il- possibbilta'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Coleiro, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "MARIE LOUSIE COLEIRO: Sur President, qed tgħidli biex nagħlaq hawn għax inti taf li m'inix se ningħata extension min-naħa tal-gvern.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta kienet sospiża fit-8.08 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, allura nitlob lill-Ministru biex jagħmel il-winding- up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kellna waħda mill-iqsar liġijiet li fuqha naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra, pero' xorta waħda kellna waħda mill-itwal diskussjonijiet.", "Jien jibda jiġini s-suspett li meta ma naqblux indumu ħafna inqas niddibattu milli meta naqblu!", "Forsi għax meta naqblu jfisser li verament tkun liġi tajba u allura kulħadd jgħid li għamilha hu.", "Jien inħobb nikkwota lil xi ħadd li kien qal li: Victory has many fathers but defeat is an orphan!", "Meta ħaġa hija tajba kulħadd jipprova jassumi l- paternita' tagħha, imma meta xi ħaġa hija ħażina donnha ma jkollhiex ġenituri.", "Irrid ngħid ukoll li din il-liġi, ma nafx għaliex, ħadet ċerta direzzjoni fid-diskussjoni.", "Sur President, kont sorpriż ħafna meta l-kap ta' l-oppożizzjoni akkużani li b'xi mod daħħalt il-partiġġjaniżmu f'din id-diskussjoni meta ntroduċejt din il-liġi.", "Anzi jien qgħadt attent ħafna li ngħid li l-BDA saru b'ċerta buona fede pero' ma laħqux ċerti miri li kienu ntenzjonati għalihom.", "Bl- ebda mod ma kkritikajt lin-nies li effettivament ħadu dawn l-plots.", "Issa jekk għamilx żball il-gvern li m'għamilx kundizzjonijiet jew le hi ħaġ'oħra.", "Jekk m'għamilx kundizzjonijiet it-tort kien tal-gvern u mhux tan- nies li ħadu l-plots.", "Mela lin-nies tista' tikkritikahom meta bħala gvern li toħroġ il-plots tal-BDA ma tagħmilx ix-xogħlok tajjeb?", "Għandek tikkritika lil min ippermetta li jsiru dawn l-affarijiet.", "Sur President, qgħadt attent ħafna għaliex għidt li issa għaddew tmintax-il sena minn mindu għadda l-Att tal-building development area.", "Jeżistu artijiet li huma vojta għax ma nbnewx.", "Uħud minnhom lanqas biss kien hemm l- intenzjoni li jibnew għax kien hemm din il-famuża green belt madwar il- binjiet.", "Huwa sew li l-gvern jibqa' jżommhom?", "Aħna għidna li dan mhux sew.", "Dan il-parlament fl-1982 kien diġa' ta l-poter lid-dipartiment ta' l- artijiet biex dawn l-artijiet igħaddihom lura lis-sidien mingħajr ma joħroġhom bit-tender.", "Ladarba kienu saru proprjeta' tal-gvern, biex tagħtihom lura lis-sidien tagħhom stess, trid toħroġhom bit-tender.", "Mela l- gvern ikun ħadlek il-proprjeta' u ma jkollux bżonnha, biex jerġa' jagħtihilek ikollok tikkompeti ma' nies oħrajn bil-konsegwenza u l- possibbilta' li jeħodha ħaddieħor għax jew joffri aktar jew jagħmel xi ħaġa oħra li biha jeħodha hu!", "Aħna għidna: Huwa sew li biex ħadna l- proprjeta' għaddejna liġi u b'daqqa ta' pinna l-Ministru jieħu l-proprjeta' tan-nies għan-nom tal-gvern u l-gvern isir awtomatikament proprjetarju ta' dik il-proprjeta', imbagħad biex nagħtuha lura lin-nies hemm ħafna kumplikazzjonijiet?", "Għalhekk għidna li din il-proprjeta' għandha tingħata lura bl-istess mod u bl-istess ħeffa li biha kienet ittieħdet.", "Din hi l- qalba ta' din il-liġi.", "Imbagħad hemm kumplikazzjonijiet oħrajn u punti legali oħrajn li ssemmew partikularment mill-Onor.", "Mangion u mill-Onor.", "Herrera.", "Nista' ngħid li dawn kienu l-aħjar żewġ interventi min-naħa ta' l- Oppożizzjoni għax qagħdu fuq il-liġi u anki pproponew affarijiet oħrajn.", "Il-bqija ddiskutew ix-Chalet, il-proċess tat-tenders ta' l-artijiet, iddiskutejna l-wied tal-Kalkara u saħansitra dorna dawra ma' l-Unjoni Ewropea.", "Insomma għamilna tour ma' Malta kollha!", "Kulħadd iqum jitkellem fuq il-problemi tad-distrett tiegħu f'liġi li qalulna li hi liġi ta' l- artijiet!", "Jiena ma naħsibx li f'liġi dwar restituzzjoni ta' l-artijiet tal- BDA tista' titkellem fuq l-art, fuq il-baħar u fuqiex trid.", "Għax anke l- baħar, fl-aħħar mill-aħħar hemm l-art taħtu.", "F'dan il-parlament spiċċajna li d-dixxiplina tad-dibattitu marret verament il-baħar.", "Li wieħed jitkellem mhux biss fuq il-liġi imma fuq is-suġġett ta' wara l-liġi nifhimha, imma ma nistax nifhem kif wieħed jagħmel espożizzjoni u jitkellem fuqiex irid, basta jitkellem u jtawwal il-ħin biex kulħadd igħid li tkellimna fuq l-artijiet u għax għandna aġenda partikolari.", "Sur President, illum smajna lill-kelliem ewlieni dwar l-intern ta' l- oppożizzjoni li tkellem fuq kollox barra fuq din il-liġi.", "Għallinqas il- kap ta' l-oppożizzjoni qabad fuq xi punti oħrajn u l-mod ġenerali ta' l-użu ta' l-art, imma l-kelliem ewlieni dwar l-intern - u jiena għalhekk qajjimt point of order - tkellem biss fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalliha li lanqas dwar din il-ħaġa ma jaf sew l-affarijiet, għax id-dritt tar-residenza primarja għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea llum diġa' jeżisti.", "Dan hu biża' tal-babaw dwar l-Unjoni Ewropea, fejn daqqa naqbdu ma' ħaġa u daqqa naqbdu m'oħra.", "U hawnhekk ta' min jgħid li huwa eħfef li tbeżża' lin-nies b'dak li ma jafux x'inhu milli tispjega x'inhi l-verita' u x'inhuma l-proposti u l-effetti konkreti.", "Huwa ħafna eħfef li tagħmel hekk!", "Il-kwestjoni mhix dwar ir-residenza primarja, jiġifieri li ċittadin ta' l- Unjoni Ewropea jkollu d-dritt li jiġi hawnhekk u jgħix hawn bħala residenza primarja tiegħu.", "Din diġa' teżisti taħt artiklu 7 ta' l-Att dwar l- Immigrazzjoni u teżisti wkoll, kif qal l-Onor.", "Gulia, taħt il-permess li kwalunkwe barrani għandu bżonn, kemm jekk mill-Unjoni Ewropea u kemm jekk mhux, biex jakkwista l-proprjeta' hawnhekk.", "Il-kondizzjonijiet tant huma liberali li l-permess biex barrani jakkwista l-proprjeta' primarja tiegħu f'Malta hu formalita'.", "Jekk tara x'inhuma l-kondizzjonijiet, il-prezz tant hu raġonevoli li diffiċli ssib kif xi ħadd jista' jixtri xi ħaġa bi prezz inqas minn dak stabbilit bħala kundizzjoni fil-permess ta' l-acquisition of immoveable property by non-residents.", "Hu veru li din issa tiġi bi dritt mentri qabel ried jagħti l-permess il-ministru pero' jiena ma naf bl-ebda każ jew ftit kienu l-każijiet fejn dawn ġew irrifjutati.", "Jidhirli wkoll li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien twaqqaf xi grupp biex jara x'inċentivi jista' jżid sabiex il-barranin ikunu jistgħu jakkwistaw l-ewwel proprjeta'.", "Il-kwestjoni fin-negozjati assolutament m'hijiex dwar ir-residenza primarja imma fuq ir-residenza sekondarja, jiġifieri jekk ċittadin ta' l-Unjoni li akkwista proprjeta' waħda ikollux id-dritt li jakkwista residenza sekondarja.", "Issa residenza sekondarja tfisser li jkun residenti f'pajjiż ieħor pero' jkollu residenza sekondarja f'Malta jew inkella li diġa' jkollu proprjeta' f'Malta u jkun irid jixtri t-tieni proprjeta'.", "In-negozjati qed jikkonċentraw fuq dan.", "Hu fuq dan li wieħed għandu r-raġun kollu li jgħid li aħna pajjiż żgħir ta' 120 mil kwadru, li d-densita' tal-popolazzjoni hija ta' 1,000 ruħ kull kilometru kwadru u li dan hu fattur speċjali li ma ssibu mkien u fl-ebda applikant ieħor għal sħubija fl-Unjoni.", "Dan għandu jittieħed konsiderazzjoni tiegħu.", "Ma nistgħux ngħidu minn issa li n- negozjati mhux se jirnexxu għax mhux se jkun hemm deroga jew arranġament speċjali.", "Lanqas nistgħu ngħidu li jekk tingħata deroga pajjiżna se jiġi ttrattat b'mod speċjali u allura jkun hemm id-diskriminazzjoni.", "Fil-verita' m'hemm l-ebda wieħed mill-membri applikanti ta' l-Unjoni li għandu s- sitwazzjoni tagħna u tkun qiegħed tiddiskrimina meta inti tittratta tnejn min-nies li huma l-istess b'mod differenti.", "Meta tittratta b'mod differenti nies jew kwestjonijiet li huma differenti ma tkunx qed tiddiskrimina.", "Dan l-argument tal-Gvern Malti u huwa argument sod.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna niftakru diversi affarijiet li qalulna li mhux ġejjin u ġew.", "Kienu jgħidulna li Malta mhux se jkollha kummissarju.", "(Interruzzjonijiet) Tiftakruha din?", "Sa lejliet it-Trattat ta' Nizza, l- oppożizzjoni kienu jgħidu - u kitbuha u qaluha f'dan il-parlament - li m'għandna l-ebda garanzija li Malta se jkollha l-kummissarju tagħha.", "Kienu qalu li probabbilment mhux se jkollna kummissarju għaliex tant kienu se jiżdiedu membri fl-Unjoni li minħabba f'hekk kienet se tinħoloq sistema ta' roster li bih pajjiż ikollu dritt li jkollu kummissarju għal ċerta żmien u għal ċerta perjodu biss.", "It-Trattat ta' Nizza għadda s-sena li għaddiet u minnu ħareġ li Malta, meta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, se jkollha bi dritt il-kummissarju tagħha.", "Naturalment dan ma jkollux l-istess weight meta niġu għall-voti daqs kummissarju Ġermaniż jew li hu Franċiż, imma din tifhimha, għax ħadd m'għandu jippretendi li kummissarju ta' pajjiż ta' 400,000 ruħ għandu jkollu l-istess weight fil-voti daqs pajjiż ta' 80 miljun ruħ.", "Irrid ngħid li l-vot li taw lil Malta bħala weighting fil-kummissjoni, bħala proporzjon, hu ħafna aħjar minn dawk ta' pajjiżi oħra.", "Dan ifisser li huwa aħjar milli effettivament għandna llum.", "Ħaġa importanti, anke għas-sovranita' ta' pajjiżna, hi li pajjiżna se jkun preżenti fil-kummissjoni, irrispettivament mill-weighting tal-voti.", "Minkejja li qalulna li dik il-ħaġa m'hijiex ġejja, din ġiet.", "(Interruzzjonijiet) Fil-voti ħadd ma ppretenda li jkollna l-istess weighting bħall-pajjiżi l-kbar, imma l-preżenza hija importanti.", "Indipendentement jekk ikollokx tliet voti jew sitta, il-preżenza li intom kontu tgħidulna li m'hijiex ġejja issa ġiet.", "(Interruzzjonjiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan kollu out of order!", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li fil-winding-up nirrispondi għall-affarijiet li jkunu ntqalu, jekk l-affarijiet li ntqalu hawnhekk kienu out of order, allura bilfors ......", "Li mhux se nagħmel huwa li niddedika d-diskors tiegħi kollu fuq hekk.", "Ma rridx nikkommetti l-istess dnub li kkommettiet l- oppożizzjoni, inkluż l-Onor.", "Membru li hemm waħdu fuq in-naħa l-oħra tal- Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-Seduta kienet sospiża fit-8.08 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Li kont qed ngħid hu li l-idea li jkun hawn xi liberta' assoluta, bla limitu u bla restrizzjonijiet, kemm għar-rigward ta' xiri ta' proprjeta' kif ukoll rigward persuni li jiġu biex jaħdmu hawnhekk, hija skorretta.", "Jekk wieħed iħares lejn id-direttivi ta' l- Unjoni, partikolarment dawk tar-residenza, isib li apparti l-kwestjonijiet ta' sigurta' nazzjonali, li huma eċċezzjonali ħafna, il-gvern jista' ma jagħtix permess ta' residenza lil ċerti nies li ma jkollhomx insurance fuq il-mard jew inkella ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti b'mod li jsiru piż fuq is-sistema tas-sigurta' soċjali.", "Nixtieq nikkwota mid-direttiva 364/90 li tgħid li dawk il-persuni li jkollhom verament dritt tar-residenza f'Malta xorta waħda jridu jkunu koperti:", "\"by sickness insurance in respect of all risks in the host Member State and have sufficient resources to avoid becoming a burden on the social security system of the host Member State during their period of residence.\"", "Dan ifisser li l-idea li jkollok anki dritt għall-housing hija fallaċi.", "Jien ma nafx f'liema kuntest qalet dan l-Onor.", "Coleiro, għax jekk dak li jkun se joqgħod hawnhekk temporanjament biex jaħdem, dan probabbilment jikri u mhux jixtri.", "Saħansitra l-Onor.", "Coleiro żiedet iktar għax riedet tagħti l-impressjoni li ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu hawnhekk u jitolbu l-housing.", "Il-housing huwa parti mill-assistenza soċjali, għalhekk ladarba hija parti mill-politika soċjali jistgħu jsiru restrizzjonijiet li jkunu konnessi maċ-ċittadinanza.", "Ma nafx għalfejn ħriġna barra mis-suġġett daqshekk biex nippruvaw inbeżżgħu lin-nies li se togħla l-proprjeta', li kulħadd se jinvadina u li kulħadd se jixtri l- proprjeta' hawn Malta.", "Issa ta' min jgħid li l-liġi li għandna quddiemna qed tagħmel il-kuntrarju għax proprjeta' se tingħata lura liċ-ċittadini Maltin minħabba li kienet itteħditilhom mill-gvern.", "Għal żmien twil ħadd m'għamel xejn dwarha.", "Issa dan il-gvern, bl-istess liġi li gvern l-ieħor ħadilhom, qed jagħmel liġi minn dan il-parlament biex jagħtiha lura lis-sidien li ġew imċaħħdin minnha.", "Din mhux se jkollha l-ebda effett fuq il-kwestjoni ta' fejn tista' tibni jew le.", "Jidhirli li xi ħadd mill-oppożizzjoni staqsa x'se jiġri biex wieħed iġib permess biex jibni fuqha.", "Hi l-istess ħaġa bħalma jiġri fuq kwalunkwe proprjeta' oħra.", "Dak li qed nagħmlu llum b'din il-liġi bl-ebda mod m'huwa se jaffettwa l-kwestjoni ta' l-iskemi jew il-kwestjoni tal-pjani lokali.", "Hi kwestjoni biss ta' proprjeta'.", "Jekk qabel ma stajtx tibni, illum xorta ma tistax tibni.", "Jekk qabel, meta ħaduhielek, stajt tibni tista' tibni llum ukoll.", "Dan ifisser li ma se jkun hemm l-ebda differenza, sakemm ma nbidlux iċ-ċirkustanzi jew il-pjanijiet lokali minn dakinhar sal-lum.", "Ma se tagħmel l-ebda differenza għall-mod ta' jekk tistax tibni jew le.", "Jekk illum il-gvern seta' jibni fuqha u dik l-art se teħodha lura, inti wkoll tkun tista' tibni.", "Jekk il-gvern illum ma jistax jibni fuqha, int se tieħu art li fuqha ma jistax isir bini.", "Fil-fatt iktar se jkun hemm minn din it-tip ta' art, imma ma neskludix li hemm art oħra li f'dawn l-aħħar 13- il sena ħarġu l-permessi fuq dik l-area u allura min se jeħodha lura se jeħodha lura bil-permessi.", "M'hemmx għalfejn ngħid li hawnhekk mhux qed issir liġi biex taqdi lil dan jew lill-ieħor, kif forsi smajtu barra dan il- parlament.", "Din hi liġi li se taqdi lil kulħadd basta din l-art għadha ma ġietx żviluppata u li l-gvern m'għandux użu ieħor għaliha.", "Qiegħed ngħid dan għax naħseb li l-gvern suppost li għamel il-kalkoli u l-istudji tiegħu u m'għandhomx jiġu vvintati interessi pubbliċi jew skop pubbliku llum jekk għal 18-il sena dan l-iskop pubbliku qatt ma ġie f'moħħ il-gvern.", "Issa ser ngħaddi għal dak li semma' l-Onor.", "Evarist Bartolo, jiġifieri li l-proċess ta' l-esproprjazzjoni għandu jkun iktar trasparenti.", "Sur President, il-proċess ta' esproprjazzjoni hu dak li hu, jiġifieri li dipartiment jitlob l-esproprjazzjoni ta' art li tkun privata għal skop pubbliku.", "Kien hemm żmien meta dan kien isir ftit bl-addoċċ għaliex id- dipartiment li jitlob l-esproprjazzjoni ma kienx iħallas l-ammont ta' kumpens dovut lid-dipartiment tal-artijiet imbagħad id-dipartiment tal- artijiet kien ikollu jħallas lin-nies bil-konsegwenza li kien hemm ħafna każi fejn għax lid-dipartimenti din tiġihom b'xejn kienu jieħdu proprjeta' tal-privat iktar minn kemm ikun meħtieġ għal xi skop pubbliku.", "Jidhirli li xi ħames jew sitt snin ilu, it-taqsima tal-proprjeta' tal-gvern qalet li kull dipartiment u aġenzija tal-gvern jew korporazzjoni pubblika, li jrid l- art għal skop pubbliku biex issir substation jew biex tinfetaħ triq, irid jiddepożita għand id-dipartiment ta' l-artijiet l-ammont ta' kumpens li jrid jiġi mħallas lis-sidien privati tal-proprjeta'.", "Qabel ma jsir dan id- depożitu, l-ordni u d-dikjarazzjoni tal-President għall-espropriazzjoni ma joħorġux.", "L-eċċezzjoni hu d-dipartiment tad-djar.", "Minn dakinhar it- talbiet naqsu u anki l-ammont u d-daqs ta' l-artijiet naqas ukoll.", "Ma ninsewx li sal-1987 ħadd ma seta' jmur il-qorti biex jikkontesta jekk l- art li ħadulu tteħditx fl-interess pubbliku.", "F'Malta ma kien hawn l-ebda liġi li tagħti d-dritt lis-sid ta' art li tittieħed mill-gvern, sabiex jikkontesta quddiem il-qorti jekk dik l-art itteħditx għal skop pubbliku.", "Seta' jikkontesta l-ammont ta' kumpens u seta' jikkontesta jekk l-art hijiex tajba għall-bini jew le.", "Il-gvern seta' jgħid li hi barra mill-area ta' l-żvilupp u l-individwu seta' jgħid li hi ġewwa l-area ta' żvilupp.", "Jew inkella l-gvern, skond il-kriterji tal-liġi ta' l-akkwist tal- proprjeta' seta' jgħid li m'hijiex building site u l-individwu seta' jgħid li hi building site.", "Għal dawn stajt tmur quddiem il-qorti, imma ma stajtx tmur il-qorti biex tgħid li mhux veru li l-art ittieħdet għal skop pubbliku u li l-gvern qed jeħodha biex jagħtiha lill-privat.", "Mr. Speaker, bl-Att Numru XIV ta' l-1987 inkorporajna l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-liġijiet ta' pajjiżna.", "Din tagħti d-dritt lil kull Malti li jikkontesta jekk l-art li ttieħdet mill-gvern kienitx fl- interess pubbliku.", "Permezz ta' dan, il-proċess sar iktar trasparenti.", "Il- qrati ftit ftit bdew anki jrebbħu kawżi lill-individwi għax sabu li ċerti esproprijazzjonijiet ma sarux fl-interess pubbliku.", "Hu veru wkoll li jagħtu a margin of appreciation u diskrezzjoni wiesgħa ħafna lill-gvern li jiddeċiedi x'inhu fl-interess pubbliku, pero' wieħed ma jistax igħid li fl- opinjoni tiegħu ġnien pubbliku mhux fl-interess pubbliku.", "Dak jarah il- gvern, imma jekk l-interess huwa purament privat, bħal per eżempju l-art ikun ħadha l-gvern biex jagħtiha lil ħaddieħor għal skop mhux ta' housing imma għal skop esklussivament kummerċjali, hemmhekk iva bdew ifaqqsu l- kawżi li ntrebħu wkoll fuq il-kwestjoni ta' l-iskop pubbliku.", "Dan ifisser li kien il-gvern Nazzjonalista li fetaħ il-proċess tat-trasparenza f'dik li hija espropriazzjoni.", "Waqt dan id-dibattitu ssemmew żewġ problemi partikolari li għalkemm m'humiex intimament konnessi ma' din il-liġi, huma konnessi ma' l-artijiet tal-gvern.", "Dawn issemmew mill-Onor.", "Mangion, mill-Onor.", "Mizzi u partikolarment mill-Onor.", "Herrera - qbilt ħafna ma' dan ta' l-aħħar u qomt biex ngħidlu li qbilt miegħu - problemi li jirrigwardaw is-sitwazzjoni li aggravat matul is-snin ta' persuni li ngħataw art tal-gvern għal skop ta' social housing, jew inkella biex jibnu d-dar tagħhom b'għajnuna tal-gvern, u li sal-lum dik il-proprjeta' li tahom il-gvern għadha ma ġietx akkwistata mill-gvern b'titlu ta' proprjeta'.", "Minħabba f'hekk il-gvern ma jistax igħaddilhom il-proprjeta' għax hu stess għad m'għandux il-proprjeta'.", "Issa min qed jismagħni forsi qed jistaqsi dwar kif jista' jkun li l-gvern għandu l-art f'idejh pero' għadu mhux proprjetarju.", "Jista' jagħti l-każ li minkejja li ħarġet id-dikjarazzjoni tal-President, il-gvern ikun għadu m'akkwistax il-proprjeta' għaliex is-sidien ikunu qegħdin joġġezzjonaw għall-ammont ta' kumpens u għalhekk qabel ma jkun hemm sentenza tal-bord ta' l-arbitraġġ ta' l-artijiet ma jistax isir il-kuntratt.", "Qabel ma jsir il-kuntratt il-gvern ma jkunx jista' jgħid li huwa s-sid tal-proprjeta'.", "Il-gvern ikun jista' jużaha u jista' jibniha imma ma jistax jittrasferixxi l-proprjeta', għax ħadd ma jista' jagħti lil ħaddieħor xi ħaġa li hu stess m'għandux.", "Din hi l-ewwel sitwazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li taħt l-Ordinanza ta' l-Akkwist ta' l-Artijiet hemm provvediment, li ħafna gvernijiet sabuh konvenjenti, li bih flok jixtru l- proprjeta', flok jesproprjaw b'titlu ta' bejgħ assolut, jieħdu l-proprjeta' b'titlu ta' pussess u użu.", "Mhux se ndaħħal partiġġjaniżmu imma l-verita' rrid ngħidha bħala fatti.", "Minkejja li l-pussess u l-użu għadu jeżisti fil- liġi u minkejja li l-gvern preżenti jekk irid għandu d-dritt li juża dan, dan il-gvern, mill-1987 'l hawn ma ħariġx użu u pussess wieħed, jew aħjar fejn ħareġ, wara mbagħad esproprja b'titlu ta' bejgħ assolut.", "Il-każijiet ta' l-użu u pussess li għandna huma każijiet ta' qabel Mejju ta' l-1987.", "Jien mhux se noqgħod nikkritika lid-deputati Laburisti li staqsewna x'se nagħmlu fuq l-użu u l-pussess.", "L-użu u l-pussess sar fi żmienhom.", "Fi żmienna l-ftit każi li saru wara l-1987 ħadnihom b'bejgħ assolut.", "Jien mhux se ngħid hekk għax l-Onor.", "Herrera ma kienx hawnhekk dak iż- żmien.", "Huwa veru li jifforma parti mill-partit li għamel dawn l-affarijiet imma mhux se nikkritikah fuq hekk.", "Pero' lanqas nippretendu l-mirakli u li l-gvern jaqbad l-użu u l-pussess kollha u jixtri l-proprjeta'.", "Għax kieku kellu jagħmel hekk id-dejn li diġa' għandu man-nies li ħadilhom l-art b'bejgħ assolut jittrippla, biex ma ngħidx jikkwadriplika.", "Li se nippruvaw nagħmlu f'dawn iż-żewġ każi hu li nifformulaw pjan u nressqu liġi f'dan il- parlament biex naraw insibux soluzzjoni - xi skema jew liġi - għall-użu u l- pussess, li biha ngħinu lin-nies biex jaslu f'arranġament mal-gvern ħalli l- gvern jifdi b'rata ta' kapitalizzazzjoni dak l-użu u pussess.", "Din hija l- unika soluzzjoni li hi raġonevoli, għax l-oħra li taqbad u tgħid li tixtri l-użu u l-pussess m'hijiex raġonevoli.", "L-unika soluzzjoni raġjonevoli hi li wieħed jifdi dawn l-użu u l-pussess b'rata li tkun ferm iktar favorevoli mir-rata ta' meta jiftiehmu llum, li jidhirli li hi ta' xi 5% jew 6%.", "Fuq il-problema l-oħra tal-proprjeta' li m'għandhiex titlu, wieħed jiddepożita somma fil-qorti jew inkella f'kont li jkun interest-bearing account biex il-gvern isir proprjetarju ta' dawn l-artijiet esproprijati mingħajr il-preġudizzju li s-sid jikkontesta dak l-ammont.", "Għax inkella tkun ħafna unfair li ċċaħħadlu d-dritt għall-aċċess tal-qorti.", "Jekk jirnexxielna nagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet - u nisperaw li jkun hemm il- qbil unanimu tal-Kamra meta naslu biex nagħmluhom - inkunu solvejna problema li ntirtet minn amministrazzjoni għall-oħra.", "B'hekk inkunu qed nagħtu titlu lil min illum, minkejja li bena d-dar tiegħu, għad m'għandux titlu fuq il-proprjeta' tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi Dwar ir-Restituzzjoni ta' Art Esproprijata bis-Saħħa ta' l- Att għall-Iżvilupp tal-Bini\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tieni Darba.", "MR.", "SPEAKER: Il- Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nitlob li dan l-istess Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-Restituzzjoni ta' art esproprjata bis-saħħa ta' l-Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini\", jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-S0ĊJETAJIET KOPERATTIVI", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperattivi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAQ: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, huwa pjaċir tiegħi li għal darba oħra erġajt qiegħed quddiem din il-Kamra b'abbozz ta' liġi ieħor li hu ta' ċerta mportanza u ta' ċerta portata.", "Naħseb li dan l-abbozz ta' liġi jiġbor fih eżerċizzju li konna ilna biex nagħmlu bħala pajjiż, cioe' li nagħtu ħarsa lejn il-moviment koperattiv f'pajjiżna, l-iżvilupp jew l-żviluppi li seħħew u li qegħdin iseħħu f'dan il-qasam tal-koperattivi f'pajjiżna u b'riżultat ta' dik il-ħarsa - meta ngħid ħarsa jiġifieri analiżi tar-realtajiet ekonomiċi u soċjali tal-lum - naslu għal konklużjonijiet biex intejbu l- istrutturi eżistenti f'pajjiżna li jirregolaw il-qasam koperattiv.", "Dan bl- iskop li nkomplu nsaħħu esperjenza li tul is-snin irriżultat li kienet esperjenza pożittiva.", "Xtaqt nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi billi l-ewwelnett ngħid li dak li qegħdin nagħmlu llum f'din il-Kamra, bid-diskussjoni li qegħdin nibdew fuq dan l-abbozz, qegħdin inwettqu mpenn ieħor u parti mill-programm li konna poġġejna lilna nfusna bħala gvern fil-bidu ta' din il-leġislatura.", "Fil- fatt fil-paragrafu 101 tal-programm elettorali li dan il-gvern kien resaq bih quddiem il-poplu Malti għall-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 u li mbagħad sar il-programm tal-gvern hemm miktub dan li se naqra:", "\"Terġa' tingħata spinta biex jinħolqu koperattivi ġodda u biex jissaħħu dawk li diġa' jeżistu llum u dan b'mod speċjali billi jitwaqqaf unit biex iħajjar lill-ħaddiema jissieħbu f'koperattivi u biex igħin lil dawk li jkunu twaqqfu.", "Barra minn dan jiġu nkoraġġiti t-twaqqif ta' koperattivi ta' konsumaturi u koperattivi ta' negozji żgħar.\"", "Il-programm fih innifsu jiġbor is-sustanza tal-messaġġ li għal dan il-gvern u għall-partit li jien nirrappreżenta - pero' bħalissa qed nitkellem għan- nom ta' dan il-gvern - il-moviment koperattiv f'pajjiżna hu moviment importanti li rridu nkomplu nagħtuh l-għodda kollha neċessarja li għandu bżonn biex ikun jista' jimxi 'l quddiem, jissaħħaħ u biex ikun jista' jikkompeti fid-dinja ta' llum u fl-ekonomija Maltija moderna li hija aġġornata f'diversi oqsma u li tipprovdi realtajiet, opportunitajiet u sfidi ġodda għal dan il-moviment koperattiv.", "Dan irrid nenfasizzah għax se joħroġ b'mod iżjed qawwi aktar tard fid-diskors tiegħi.", "Mr. Speaker, l-ewwel punt li nixtieq nagħmel fl-introduzzjoni ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa biex kulħadd jifhem eżattament x'qegħdin nagħmlu.", "Aħna m'aħniex qegħdin nagħmlu xi ħaġa ġdida li qed titwieled issa.", "Li qegħdin nagħmlu llum f'din il-Kamra huwa kontinwazzjoni ta' proċess li ilu li beda snin twal, li gvernijiet differenti tawh l-ispinta biex ikun jista' jaqbad u li mexa u kiber tul is-snin.", "Tant m'aħniex qed nagħmlu xi ħaġa ġdida li għalkemm il-liġi li qegħdin nippreżentaw illum hija liġi ġdida, imma fiha nnfisha qiegħda tieħu l-post ta' liġi oħra li diġa' għandna fuq il-kotba tal-liġijiet tagħna.", "Din hi liġi li tirregola s-soċjetajiet koperattivi f'pajjiżna li saret fl-1978 jiġifieri 23 sena ilu.", "Din il-liġi tat l-infrastruttura legali li kien hemm bżonn biex il-moviment koperattiv, li kien diġa' jeżisti sal-1978, jaqbad ir-ritmu tiegħu.", "Aħna diġa' għandna liġi fuq il-kotba tagħna pero' hi liġi li issa għandha 23 sena fuqha u ilu s-snin jinħass il-bżonn li dik il-liġi, li kienet tajba għaż-żminijiet u għaċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu f'pajjiżna fl-1978 u li baqgħet tajba għal numru ta' snin, wasal iż-żmien li nirreveduha.", "U llum kulħadd jirrikonoxxi u hemm konsensus li ilu mifrux għal numru ta' snin li rridu nirreveduha.", "Irridu naraw x'affarijiet fiha li għadhom tajbin u allura nżommuhom pero' rridu naraw ukoll x'affarijiet għandha li nistgħu ntejbuhom jew li ż-żmien tana parir u qed jurina li għandna nneħħuhom.", "Wasal iż-żmien li f'dan il-proċess ta' reviżjoni nintroduċu kunċetti ġodda għaż-żminijiet ta' llum.", "It-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija dwar x'qegħdin nagħmlu b'dan l-abbozz ta' liġi hi li qegħdin naqbdu liġi li għandna diġa', ngħadduha minn manglu, jiġifieri nanalizzawha fir-realtajiet ta' llum, u nippruvaw b'ħilitna kollha ntejbuha biex mhux biss ikollna liġi aħjar u aktar aġġornata għar-realtajiet tagħna imma pjuttost li jkollna liġi li tkompli tgħin iżjed milli sar s'issa lill-koperattivi li jeżistu f'pajjiżna u koperattivi ġodda li jistgħu jitwieldu.", "Dan sabiex dawn il- koperattivi ikunu jistgħu jikkompetu, jiżviluppaw u jissaħħu f'ħidmiethom.", "Dan iġibni għat-tieni punt li xtaqt nagħmel fl-introduzzjoni ta' din il- liġi, li mbagħad ikolli ċ-ċans li niżviluppa ħafna iżjed meta nkomplu dan id-dibattitu fis-seduta li jmiss.", "Qegħdin nirrevedu liġi li għandna diġa' u qegħdin nippruvaw nagħmlu ħilitna biex intejbuha.", "Għaliex inħass il- bżonn li kellna nagħmlu dan l-eżerċizzju?", "Nerġa' nirrepeti li l-bżonn mhux issa nħass imma snin ilu.", "Hawnhekk ippermettili nsellem lil Dr. Joe Cassar, li llum hu maġistrat, li fi ftit snin qabel l-1996 kien segretarju parlamentari fil-ministeru ta' l-edukazzjoni u r-riżorsi umani dak iż- żmien, li flimkien ma' nies oħrajn tant ħadem, stinka u nvesta ħin u enerġija biex jara l-moviment koperattiv f'pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Qed nuża lilu għax hu kien il-persuna politika li finalment kien quddiem nett f'dan il-proċess ta' reviżjoni u ta' aġġornament.", "Dr. Cassar ħadem ħafna biex dan il-proċess ta' aġġornament ikun jista' jsir.", "Kien proċess ta' aġġornament li dak iż-żmien kulħadd riedu u li jien, naturalment meta writt ir-responsabbilta' ta' ministru għall-politika soċjali b'responsabbilta' wkoll għall-qasam koperattiv, sibt dan ix-xogħol kollu li kien sar bħala pedament li fuqu stajna nibnu u nippreżentaw dak li qed nippreżentaw illelja f'dan il-parlament.", "Nagħlaq b'din il-parentesi, b'rikonoxximent sinċier għax-xogħol li għamel Dr. Joe Cassar u għax-xogħol li għamlu tant nies oħrajn.", "Kont qed ngħid x'inhuma r-raġunijiet li wassluna għal dan il- pass u diġa' tajt ħjiel ta' raġuni minnhom, Sur President.", "L-ewwelnett il-liġi li għandna llum fuq il-kotba tagħna saret fl-1978.", "Din hi liġi li għandha 23 sena u aħna bħala politiċi u bħala membri parlamentari nifhmu, nafu u nirrealiżżaw li nagħmlu l-liġijiet mill-aħjar li nistgħu biex inwieġbu għar-realtajiet li qed ngħixu fihom.", "Nafu wkoll li trid proċess ta' aġġornament tal-liġijiet li jkollok fuq il-kotba tiegħek.", "Aħna konvinti li din il-liġi partikulari ta' l-1978 żgur li kien wasal iż- żmien biex tiġi aġġornata għar-realtajiet ta' llum.", "23 sena fil-ħajja ta' pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' żvilupp ekonomiku u soċjali huwa perjodu twil ħafna.", "It-tul ta' dan iż-żmien forsi huwa ħafna iżjed ta' mpatt fiċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu fihom.", "Aħna forsi ġenerazzjoni pprivileġġjata għax qegħdin ngħixu t-tieni rivoluzzjoni.", "Ir-rivoluzzjoni ndustrijali għexuha l-ġenerazzjonijiet ta' qabilna fil-bidu tas-seklu li għadda imma aħna f'pajjiżna qegħdin ngħixu r-rivoluzzjoni ta' l- informatika.", "Hija rivoluzzjoni li bħala fatt nafu li qed iġġib magħha bidliet kbar u mhux kbar biss.", "Anki r-rivoluzzjoni ndustrijali kienet ġabet bidliet kbar, pero' r-rivoluzzjoni ta' l-informatika qed iġġib bidliet kbar b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Jiena ngħid li 23 sena fil-kuntest ta' l-iżviluppi li kellna fid-dinja u f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin huwa perjodu ta' snin twil ħafna għalhekk irridu jew ma rridux bilfors ikollna nħarsu lejn il-liġijiet kollha ta' pajjiżna u naraw jekk dawn humiex qed jirrispondu għall-bżonnijiet tas-soċjeta' tagħna ta' llum bl-isfidi l-ġodda u bl- opportunitajiet il-ġodda li qegħdin niffaċċjaw.", "It-tieni raġuni għaliex ersaqna b'dan l-abbozz ta' liġi quddiem din il- Kamra hu l-konvinzjoni li għandna li l-mudell koperattiv hu mudell li għandna nappoġġjawh.", "Anki dan hu punt importanti ħafna u nittama li jkolli ċ-ċans li dan niżviluppah ftit iżjed aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi.", "Il-mudell koperattiv għandu affarijiet li jiddistingwuh minn mudelli oħrajn ta' kif tagħmel in-negozju f'pajjiżna, jiġifieri mill- kumpanniji, mis-soċjetajiet kummerċjali u mill-partnerships f'pajjiżna.", "Huwa mudell li hu mibni fuq ċerta valuri li ssibhom biss fil-moviment koperattiv u ma ssibhomx f'mudelli oħrajn ta' kif isir u jitmexxa l-kummerċ f'pajjiżna.", "Il-konvinzjoni tagħna hi li dan hu mudell li għandna ninkuraġġuh.", "Huwa mudell li bl-Ingliż igħidu li \"has stood the test of time\", jiġifieri uriena li fuq firxa ta' snin jista' jaħdem u għandu jaħdem.", "Pero' hu wkoll mudell li għandu bżonn l-appoġġ konkret ta' sistema leġislattiva sabiex tgħin lil dan il-mudell biex jiżviluppa.", "It-tielet raġuni mportanti għaliex ħassejna l-bżonn u anki l-urġenza li niġu b'dan l-aġġornament quddiem din il-Kamra huwa l-fatt li llum qegħdin ngħixu f'ambjent ekonomiku li hu totalment mibdul minn dak li kien jeżisti għoxrin jew tletin sena ilu.", "Ambjent ekonomiku fejn għandek iktar kompetizzjoni, fejn għandek ekonomija mibnija fuq il-kompetizzjoni, fuq l- effiċjenza, fuq il-kapaċita' li l-bniedem jagħmel l-aħjar użu possibbli tar- riżorsi kollha li għandu.", "Ambjent ekonomiku fejn qed joħorġu b'mod ħafna iktar b'saħħtu milli qatt kellna qabel l-interessi tal-konsumaturi u l- interessi ambjentali in ġenerali.", "Ambjent ekonomiku li hu mibdul mill- għeruq.", "M'hemmx paragun bejn l-ambjent ekonomiku li jeżisti llum meta mqabbel ma' dak li kien jeżisti tlieta u għoxrin sena ilu.", "Definittivament waħda mill-iktar affarijiet ċari daqs il-kristall hija li l-kompetizzjoni qiegħda tmexxi l-kummerċ f'pajjiżna.", "Dan fih innifsu huwa tajjeb, sakemm il-kompetizzjoni tkun ikkontrollata b'liġijiet li jissalvagwardaw l-interessi soċjali ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikolli nitolbok tieqaf hawn għalissa għax sar il- ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitolbok tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għall- għada l- Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2001 fis-6.00p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-ġurnata:", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperattivi - Tieni Qari (Kontinwazzjoni);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Kompjuteriżżata - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, il-bieraħ l-Onor.", "Joe Mizzi tkellem fuq xi każi rigward ċerti applikazzjonijiet u permessi li ħarġu mill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Fil-ħin li għandi xtaqt nagħti l-kontribut tiegħi u nsemmi xi punti li deherli li l-Onor.", "Mizzi ma kellux jinkludi fil-preżentazzjoni tiegħu tal-bieraħ f'din il-Kamra.", "Wieħed mill-proġetti li l-bieraħ l-Onor.", "Membri għoġbu jitkellem fuqu hu dak tal-lukanda Solemar li l-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar iddeċieda fuqu l-ġimgħa l-oħra.", "Jiena naf u nipprova kemm jista' jkun li meta nkun qed niddiskuti fatt, l-ewwel ngħid il-punti kollha imbagħad wieħed jagħti l-ġudizzju tiegħu.", "Biex wieħed jiġġudika irid għallinqas isemmi l-fatti kollha.", "Hawn min jgħid li d-deċiżjoni tas-Solemar hi immorali.", "Naf ukoll li hu immorali li ma ssemmix il-fatti kollha u l-fatti huma dawn li ġejjin.", "Jiena wieħed minn dawk li noqgħod ħafna lura milli nikkummenta minn qabel fuq deċiżjonijiet li tkun għad trid tiddiskuti l-awtorita' ta' l-ippjanar, imma issa hemm deċiżjoni u naħseb li tajjeb li wieħed isemmi l-fatti ta' dik id-deċiżjoni li ħa l-bord ta' l-ippjanar.", "L-ewwelnett imkien ma ssemma' li f'Awissu ta' l-1999 l-applikant kellu deċiżjoni favurih min-naħa tal-bord ta' appell.", "Issa liema bord ta' appell?", "Dan hu l-bord ta' appell li nnominah kollu l-Partit Laburista meta kien fil-gvern bejn l-1996 u l-1998.", "Il-Partit Laburista nnomina tliet membri fuq il-bord ta' appell.", "Irrid ngħid u npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- konklużjoni tad-deċiżjoni tal-bord ta' appell li qiegħda nkluża wkoll fir- rapport li d-direttorat poġġa quddiem il-membri tal-bord ta' l-awtorita'.", "Jidher ċar li l-Onor.", "Mizzi għal xi raġuni deherlu li ma kellux isemmi dan ir-rapport.", "Il-bord ta' appell jagħmel żewġ argumenti prinċipali.", "L- ewwelnett jgħid li kien hemm permess oriġinali maħruġ mill-bord ta' l- awtorita' sabiex tiġi estiża l-area biex ikun hemm iktar kmamar tas-sodda - taqbel jew ma taqbilx hija kwestjoni oħra, imma l-bord ta' appell dak kien iddeċieda – għax fl-1997 kien diġa' ddeċieda favur applikazzjoni oriġinali ta' lukanda iżgħar.", "Qal hekk, u nikkwota: \"Issa ġaladarba ngħata l-permess oriġinali huwa assurd anke minn punto di vista ta' planning li llum l-istess hotel ma jingħatax extension li huwa aġġunt naturali għall-iżvilupp oriġinali.", "Li ma jingħatax extension meta huwa bżonjuż huwa wkoll assurd.\"", "Din hija parti mid-deċiżjoni tal-bord ta' appell.", "Jien nifhem li d- deċiżjoni li ttieħdet il-ġimgħa l-oħra mill-bord ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar hi wkoll fid-dawl ta' din id-deċiżjoni tal-bord ta' appell.", "Punt ieħor li ma semmiex l-Onor.", "Mizzi hu li waħda mill-kondizzjonijiet għall-applikant hi li se jkollu jħott parti mill-lukanda.", "Din la l-Onor.", "Membru, u jkolli ngħid sfortunatament, anki ċerti partijiet tal-media lokali ma ndunawx li hi waħda mill-kondizzjonijiet, cioe' li fil-fatt se jkollu jħott parti mill-lukanda.", "It-tielet punt hu li l-applikant se jkollu jagħti Lm200,000 biex imorru fil- fond ambjentali sabiex jintużaw għall-proġetti ambjentali.", "Dan irid isir bħala kontribuzzjoni minħabba li hu minkejja li kellu d-deċiżjoni tal-bord ta' l-appell li jkabbar, kabbar iktar minn dak li kien deċiż mill-bord ta' l-appell.", "Ir-raba' fatt hu li hu importanti li wieħed jara l-istampa kollha abbażi ta' xiex iddeċieda l-bord ta' l-appell fejn rapport ta' konsulent indipendenti - mhux il-konsulenti ta' l-applikant - igħid li hemm mistoqsijiet fuq kemm huwa feasible li llum tmexxi lukanda fis-suq li għandek ta' 150 sodda.", "L-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet dik id-deċiżjoni fil-kwadru ta' dawn il-fatti kollha.", "Jista' jkun hemm min jaqbel u jista' jkun hemm min ma jaqbilx, imma għallinqas insemmu l-fatti kollha!", "Fuq kollox min se jitkellem fuq id-deċiżjoni fuq is-Solemar, Sur President?", "Żgur li ma jistax jitkellem l-Onor.", "Joe Mizzi li meta dan il-każ tela' quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar lanqas biss ħa sehem fid-diskussjoni.", "Dan kien hemm u telaq, dabbar rasu!", "Jiġifieri mhux talli ma vvotax iva jew le, imma lanqas biss ipparteċipa fid-diskussjoni.", "Jien nistaqsi: Forsi kellu xi struzzjonijiet minn ta' fuqu biex meta xi ħadd mill-partit, xi MC, imur jiġbor il-fondi għall-partit ikun jista' jgħid lill-applikant li r- rappreżentant tagħhom l-Onor.", "Joe Mizzi ma vvotax kontrih?", "Forsi biex lil xi ħadd ma tmurx tonqoslu xi commission minn fuq xi għotja lill-partit?", "Ma nafx!", "Jew forsi l-Onor.", "Mizzi ma vvotax fuq dan il-każ biex ma jidhirx ikrah ma' ħu l-mexxej tal-Partit Laburista li b'kumbinazzjoni hu mpjegat ta' l-applikant?", "Forsi dawn huma l-ħbieb tal-ħbieb!", "Li huwa żgur hu li l-Onor.", "Mizzi ma vvotax biex tinħatt biċċa mis-Solemar u biex jittieħdu mingħand l-applikant Lm200,000 biex jibbilanċja l-arroganza tiegħu stess.", "Dawn il-mistoqsijiet jekk irid iweġibhom l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Issa dan mhux l-ewwel eżempju fejn l-Onor.", "Mizzi l-ewwel lanqas biss jattendi, lanqas jiddiskuti, lanqas jivvota kontra, imbagħad jiġi hawn għall-irdoss ta' l-erba' ħitan ta' din il-Kamra u jitkellem kontra.", "L-Onor.", "Mizzi huwa membru fil-bord ta' l-awtorita' bħala r-rappreżentant ta' l- oppożizzjoni fl-awtorita'.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Membru tkaża wkoll li lit- team ta' \"Xarabank\" ma ħallewhx jidħol.", "Id-deċiżjoni kienet tal-bord.", "Fl- opinjoni tiegħi l-bord ta' l-awtorita' għamel żball li ma ħallihomx jidħlu.", "Imma kemm hi tajba din, mela hu jitkaża għax lil ħaddieħor ma daħħluhx u hu, li għandu d-dmir li jipparteċipa fid-diskussjoni, ikun hemm u jdabbar rasu u ma jivvutax!", "Din mhux l-ewwel darba u se nagħti eżempji oħrajn.", "Imbagħad l-Onor.", "Joe Mizzi l-bieraħ ġie hawn għall-irdoss ta' dawn l-erba' ħitan u tkellem fuq l-intriċċi.", "Fuq l-intriċċi ma nafx, imma naħseb li l- Onor. Joe Mizzi jifhem daqsxejn iktar fuq \"intriċċi\".", "Semmilna t-tieni każ, il-każ tal-Multigas, b'riferenza għal applikazzjoni li ġiet deċiża mill-bord ta' l-awtorita' fuq proġett biex ħdejn kumpannija li naħseb li diġa' hi waħda mill-ikbar kumpanniji li għandna, l-ST Thompson, ikun hemm dan il-proġett li jipprovdi u jissupplixxi lil din il- fabbrika bl-arja meħtieġa.", "L-Onor.", "Mizzi għandu memorja daqstant qasira li ma jiftakarx li meta l-partit tiegħu kien fil-gvern, il-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp ħarġet letter of intent biex fuq l-art fl-Ħal Kirkop jinbena dan l-impjant?", "Forsi nesa?", "Possibbli l-Onor.", "Mizzi għandu memorja daqshekk qasira?", "Ara meta huma kienu fil-gvern, dakinhar il-proġett ma kienx ħażin u issa għax qegħdin fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, issa dak li qabel kien tajjeb sar ħażin u l-ħażin ta' qabel illum igħidulu tajjeb.", "Kif jista' l-Onor.", "Joe Mizzi jitkellem fuq tal-Multigas meta l- applikazzjoni ġiet diskussa quddiem il-bord ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-Onor.", "Joe Mizzi kien assenti u ma vvotax?", "Kellu d-dmir li jkun preżenti imma għal darba oħra għoġbu jdabbar rasu.", "Forsi issa f'xi seduta oħra jiġi jgħidli li dakinhar kellu xi programm tar-radju u kellu jitlaq għax fuq applikazzjoni oħra li kont semmejtlu hu wkoll dabbar rasu!", "Din mhix waħda minn dawn it-tnejn li qed insemmi issa, imma applikazzjoni oħra.", "Hu qalli li dakinnhar ma setax jivvota u kellu jitlaq għax kellu programm fuq ir-radju.", "Dan wasal li jgħidli li jista' jkun li kellu programm fuq ir-radju dakinhar!", "Jista' jkun li anki dakinhar seta' kellu struzzjonijiet biex ma jmurx, ma jiddiskutix u ma jkunx preżenti u ma jivvotax?", "Issa se nitkellem fuq il-Kalkara, Sur President.", "L-ewwelnett ejja naraw l-istampa kollha ta' dan li qed jissemma' bħala l- wied tal-Kalkara.", "Il-wied tal-Kalkara huwa biss parti mill-istampa kollha u l-proposta ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar hija proprju biex issalva l- wied tal-Kalkara.", "Fl-area ta' l-iżvilupp, kif definiti fit-temporary provision schemes, dan il-parlament fl-1988 kien approva u stabilixxa fejn hi l-area ta' l-iżvilupp.", "Jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan id- dokument li ħareġ għad-diskussjoni u għall-konsultazzjoni pubblika.", "Wieħed jista' jara mappa numru ħamsa dwar kemm kienet l-art għall-iżvilupp, kif dan il-parlament approva fl-1988.", "Illum x'insibu?", "Fil-proposta ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar, jekk wieħed jara l-mappa sitta, isib li l-art għall-iżvilupp fil-Kalkara se tonqos b''il fuq minn 10,000 metru kwadru.", "Hu evidenti li għaxart itmien art li sa llum is-sidien tagħhom kienu jistgħu jiżviluppawhom issa se jinqatgħu mill-area ta' l-iżvilupp biex jiġi protett il-wied.", "Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta oħra, li hi iktar ċara, tal-parti li hija shaded bl-iswed, cioe' tal-parti li se tinqata' minn area ta' żvilupp.", "Dan kollu għalfejn?", "Aħna kellna l-kuraġġ li fl-1988 naqtgħu l- areas ta' l-iżvilupp f'dan il-pajjiż u qtajna fil-laħam il-ħaj.", "Illum l- awtorita' ta' l-ippjanar qed tagħmel proposta li terġa' taqta' fil-laħam il- ħaj biex tipproteġi l-wied.", "Imma issa nagħmlu differenza u nkunu rġiel ma' xulxin!", "Il-proposta titkellem fuq is-sit \"A\" u s-sit \"B\".", "Dak li hu s-sit \"B\" jirriferi għall-wied u s-sit \"A\" hi l-art li tħares fuq ix-xatt tal- Kalkara.", "Dan nippretendi li jintqal u mhux inħalltu ż-żewġ affarijiet f'daqqa.", "Jien niskanta għalfejn issa dan l-għaġeb kollu!", "Issa se jiġi salvat il-wied?", "Issa qed igħidu wħud li s-sit \"A\", jiġifieri dak li jħares fuq ix-xatt ta' Kalkara - jiġifieri mhux dak li jħares fuq il-wied - għandu jitħalla wkoll barra mill-area ta' l-iżvilupp?", "Dan ifisser li mhux biss jitħallew barra l-10,000 metru kwadru imma anki n-naħa l-oħra fejn ma jifformax parti mill-wied.", "Għalfejn issa?", "Il-pjan lokali draft ħareġ f'Ġunju ta' l-1997 meta l-Partit Laburista kien fil-gvern.", "Dan għal min diġa' nesa li f'dan il-pajjiż kellna gvern Laburista f'Ġunju ta' l-1997.", "Il-policy GK03, li tirriferi għal dan l- iżvilupp kienet diġa' hemm.", "Dakinhar ma qamux irwiefen, issa qed iqumu l- irwiefen!", "Taf kemm irċeviet risposti u sottomissjonijiet l-awtorita' ta' l- ippjanar meta ħareġ fl-1997?", "Ħa ngħidlek kemm?", "Ma tridx iktar minn id waħda għax fil-fatt l-awtorita' ta' l-ippjanar irċeviet tnejn fuq din il- policy GK 03 li tirreferi għall-area li qed nitkellem fuqha.", "Taf ta' min kienu?", "Waħda kienet tal-kunsill lokali, li qal li ma jsibx oġġezzjoni iżda talab fuq il-proposta tar-replanning, jiġifieri l-mod ta' kif se jsir l-iżvilupp, id-definizzjoni ta' kif se jsir l-iżvilupp, kif se jgħaddu t- toroq, jekk jingħatax żewġ sulari, erbgħa sulari, sitt sulari.", "Dik il- proposta li kien hemm fil-pjanta kienet tgħid li s-sidien għandhom jagħmlu dik il-proposta.", "Huma qalu li dak huwa żbaljat u għandha tagħmlu l- awtorita'.", "Huwa proprju l-eżerċizzju li qed isir issa!", "L-eżerċizzju tar- replanning qed tagħmlu l-awtorita' minflok is-sidien, għax l-awtorita' ta' l-ippjanar semgħet minn dak l-uniku punt li qajjem il-kunsill lokali dakinhar.", "Fuq kollox ma tantx kien hemm wisq tibdil fil-membri li jikkomponu l- kunsill lokali tal-Kalkara.", "Is-sindku nbidel, imma fil-membri ma tantx kien hemm wisq tibdil.", "Kien hemm kumment ieħor ta' persuna li l-art tiegħu tħalliet barra mill-area ta' l-iżvilupp.", "Din il-persuna staqsiet jekk hux se jkollha kumpens.", "Dakinhar, fl-1997, kien hemm biss żewġ kummenti.", "Meta ħareġ dan il-pjan fl-1997, fejn kien l-Onor.", "Joe Mizzi?", "Kien ministru bla portafoll fil-gvern ta' Alfred Sant.", "Dakinhar mhux ukoll il-proposta kienet li jinbena s-sit \"A\"?", "Dakinhar ma kellux oġġezzjoni?", "Dakinhar ma stembaħx l-Onor.", "Mizzi?", "Illum qed jitkellem l-Onor.", "Mizzi?", "Jekk dakinhar is-sidien ta' l-art kienu investituri, illum is-sidien ta' l-art t'hemmhekk huma spekulaturi?", "Dawn hekk jitkellmu, meta jkunu huma fil-gvern investituri, imbagħad appena jmorru fl-oppożizzjoni jibdew igħidulhom spekulaturi.", "Punt ieħor hu li fl-1997 l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet għamlet esibizzjoni li kumbinazzjoni saret f'Dar it-Tama.", "Fil-ftuħ ta' l- esibizzjoni, Patri Mark Montebello, dak li llum qiegħed fuq quddiem, mhux talli ma kienx esprima ruħu kontra imma talli kien qal li dan hu eżerċizzju ta' ppjanar tajjeb.", "Dakinhar ma kellux oġġezzjoni Patri Mark li l-bidwi li issa qed jitkellem fuqu kien se jispiċċa ma jaħdimx l-art?", "Ma nafx, forsi nbidel Patri Mark!", "Għax il-pjan għadu kif kien.", "Fuq kollox fejn kienu n- nies l-oħra?", "Irrid ngħid li fejn illum hemm il-wied saru tliet applikazzjonijiet għall-iżvilupp fil-wied matul kemm ilha teżisti l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ħadd m'oġġezzjona, inkluż il-kunsill.", "Meta kien hemm applikazzjonijiet għall-iżvilupp fil-wied ħadd ma ħarqitu qalbu għall- ambjent.", "Imma issa li l-wied qed jiġi salvat, issa qed jitkellmu biex jiġi salvat sit \"A\" li mhux il-wied imma li jħares fuq ix-xatt u qed igħidu li sit \"A\" m'għandux jinbena sabiex ma jitfarrakx l-ambjent.", "Xi ħadd iċċekkja fuq il-bidwi?", "Xi ħadd jaf li l-bidwi bena kostruzzjonijiet bla permess, ħarġitlu enforcement notice, appella minnha, tilifha, għamel applikazzjoni u fir-rapport li ntbagħatlu fl-1999 intqal li dik l-art qiegħda f'żona ta' żvilupp?", "Għandi kull rispett lejn il-bidwi li jaħdem din l-art imma jmissu ilu jaf li dik l-art li qed jaħdem qiegħda f'żona ta' l-żvilupp!", "Jekk qatt ma nduna qabel l-1999, wara li għamel l-applikazzjoni tiegħu kellu iswed fuq l-abjad u kien jaf li fl-1999 dik kienet art ta' żvilupp.", "Issa l-Onor.", "Joe Mizzi jiġi jgħidilna li dik kienet iffriżata!", "X'iffriżata?", "Hu veru li tan-naħa l-oħra jifhmu iktar fil-friża.", "Imma fuq din għandu żball!", "Din kienet iffriżata għax ma kienx sar ir-replanning imma mhux għax ma kienitx qiegħda art għall-iżvilupp!", "Art ta' l-żvilupp kienet u art ta' l-żvilupp baqgħet!", "Imma kienet iffriżata biex isir l- eżerċizzju ta' replanning li sar issa.", "Imbagħad l-Onor.", "Joe Mizzi jiġi jgħidilna li bejn qallhom imbħu u bejn qallhom timbħux għax il-gvern diġa' ddeċieda.", "Qisu ma jafx l-Onor.", "Joe Mizzi li dik l-art ilha hemmhekk erbgħin sena għall-bini u issa kulma se jsir hu li jonqsu għaxart elef metru kwadru art tal-bini.", "Qed jippruvaw igħidu, għallinqas hekk qal is- sindku, li li kieku ma kienx għall-Onor.", "Joe Mizzi kollox kien jibqa' mistur.", "Ma nafx!", "Mela s-sur sindku tal-Kalkara ma ndunax li fl-erbgħa u għoxrin t'April l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet ħarġet stqarrija u fl- istess ġurnata li ħarġet din l-istqarrija ħareġ id-dokument tal- konsultazzjoni pubblika?", "Id-dokument kollu tpoġġa fuq il-website ta' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jekk is-Sur Sindku jaħseb li dan hu l-mod kif tostor l-affarijiet allura jgħallimni għax jien ma nafx kif tostorhom.", "Għax hu diffiċli li l- affarijiet ikunu iktar miftuħin minn hekk.", "Taf għalfejn jista' jkun li ma ndunax?", "Dan minħabba li meta l-bord ta' l-awtorita' ddiskuta din il- proposta fil-5 t' April, dan l-item kien is-sitt item fuq l-aġenda tal-bord ta' l-awtorita' u wara r-raba' item l-Onor.", "Joe Mizzi dabbar rasu.", "Għal darb'oħra l-Onor.", "Joe Mizzi tant ħarqitu qalbu!", "Il-bieraħ qalilhom li se jkun fuq quddiem!", "Fejn kien fuq quddiem?", "Fejn kont fil-5 ta' April meta l- bord iddiskuta din il-proposta?", "Lanqas kont tfittxek b'nemes għax wara item 4 tlaqt 'il barra.", "Jien se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal- bord li juru li l-Onor.", "Joe Mizzi telaq 'il barra f'item 4 ta' l-aġenda li f'item 6 kellu jiddiskuti din il-proposta.", "Imma l-bieraħ qallhom li se jkun fuq quddiem!", "Fejn tkun affarik, Onor. Mizzi, iżda għallinqas ara li tkun preżenti u meta tkun mistoqsi taqbilx jew le għallinqas, indenja ruħek li tivvota u minn issa ngħidlek biex dakinhar tara li ma jkollokx xi mpenn fuq xi radju!", "Imbagħad implika li wieħed mis-sidien tas-sit \"A\" li hu Fino hu xi ħabib tal-ħbieb tagħna u sejjaħlu spekulatur.", "L-Onor.", "Joe Mizzi għandu l-wiċċ, igħidilna li Fino hu ħbieb tal-ħbieb?", "Nesa l-Onor.", "Joe Mizzi ma' min marru jindehsu biex jagħmlu l-ftehim rigward l-iżvilupp tal-proprjeta' tal-Partit Laburista f'Pembroke?", "Marru jifthemu ma' Fino biex ibiegħulu l-proprjeta' u għamluha iktar!", "Ħa nfakkar x'għamel il-Partit Laburista meta kien fil-gvern.", "Biex jaġevolaw lil Fino u biex igawdu huma bħala partit sabiex iġibu iktar prezz ta' l-art, għamlu pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar biex il- grad ta' konservazzjoni jitbaxxa, naħseb li għal xi għaxar darbiet.", "Jien nisfida lill-oppożizzjoni, lill-Onor.", "Joe Mizzi u lil kulmin irid biex jgħidilna jekk hux veru li għamlu pressjoni fuq l-awtorita' ta' l-ippjanar biex inaqqsu l-grad ta' konservazzjoni?", "Dakinhar Fino ma kienx xi ħabib tal-ħbieb imma kien iktar, dakinhar Fino kien ħabib mill-viċin tal-Partit Laburista!", "Ara din MC, is-Sur Manuel Cuschieri, ma jgħidhiex biex inessi x'għamlu huma meta kienu fil-gvern!", "Jien la għandi minn Fino u lanqas minn tal-Big Ben u ngħidha b'wiċċi minn quddiem.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Joe Mizzi kellu l-wiċċ jakkużani għax iltqajt ma' koppja li għandhom plot fuq dik l-art li qed insemmi.", "Dawn ilhom li xtrawha, xtrawha bl-għaraq ta' ġbinhom u ma jistgħux jibnuha għax l-art kienet iffriżata.", "Taf x'qal il-bieraħ għax iltqajt magħhom?", "Qal li jien missni għidtilhom li ma nindaħalx għax l-awtorita' ta' l-ippjanar hi awtonoma.", "Mela hu jiltaqa' ma' min irid u jien ma nistax niltaqa' maż-żgħir, ma nistax niltaqa' ma' din il-koppja li ilhom ibatu għal snin twal għax ma jistgħux jiżviluppaw l-art tagħhom.", "Imbagħad ġej jitkaża iktar!", "Ġie jgħidilna li l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha tikkonsidra xi wħud.", "Jista' l-Onor.", "Joe Mizzi jgħidilna liema għandha tikkunsidra?", "Aħna ma nagħmlux l-iżvilupp billi nnaqqu billi jgħidlna ta' dak u ta' l-ieħor.", "Dawn Onor. Joe Mizzi m'humiex il-promozzjonijiet li saru fil-Maltacom qabel l-aħħar elezzjoni!", "Jien semmejt dawn il-fatti biex nitfa' bilanċ fuq l-argumenti li ġew ippreżentati lil din il-Kamra.", "Meta l-Onor.", "Joe Mizzi jgħid iż-żgħir u l- kbir, infakkru f'żewġ affarijiet biss u nieqaf hawn.", "L-awtorita' ta' l- ippjanar kemm ilna aħna fil-gvern tajniha l-għodda biex tħott.", "Il-bieraħ ġie jiftaħar x'għamlu huma fuq l-ambjent.", "Ħa ngħid din biss x'għamlu huma.", "Huma rabtu idejn l-awtorita' ta' l-ippjanar biex ma tmurx tħott u d- dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi waqaf milli jagħti l-makkinarju lill- awtorita' ta' l-ippjanar sabiex din ma tmurx tħott.", "Aħna nemmnu fis- serjeta' ma' kulħadd u qed naħdmu biex l-infurzar tal-liġi f'Malta nagħmluh ma' kulħadd.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess biex id-dokumenti li rrifera għalihom is- Segretarju Parlamentari jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2001, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIE/BA BIL-MIKTUB", "ADVISORS", "25255.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ADVISORS", "25256.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li ma kien hemm l-ebda advisor jew membru ta' bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li tħallas xi remunerazzjoni matul is-sena 2000.", "ADVISORS", "25257.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill- Onorevoli Interpellant.", "Nixtieq inżid li a bażi ta' kuntratt ma' kumpannija privata (Law Firm) il-Ministeru jirċievi servizz ta' konsulenza fil-persuna tal-Kap tal-Malta-EU Information Centre bi ħlas ta' LM17,500 fis-sena (VAT inkluża).", "Il-Ministeru rċieva wkoll a bażi ta' Letter of Understanding iffirmat bejn il-Ministeru u l-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies, servizz ta' konsulenza fil-qasam tat-Teknoloġija ta' l- Informatika għall-ħlas ta' LM 5,900 fis-sena.", "BARRANIN RESIDENTI MALTA", "25258.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn barranin residenti Malta illum?", "Kemm minn dawn huma mill-pajjiżi membri ta' l-U.E. u kemm minn dawk applikanti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "TRASFERIMENTI", "25390.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li transfers fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office mill-11 ta' Settembru, 2000 sa llum li jikkonċernaw ċaqliq ta' nies minn Ministeru għall-ieħor jammonta għal ħamsa (5).", "Dawn it-trasferimenti saru fuq talba ta' l-istess impjegati.", "SICK LEAVE", "25454.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati taċ-ċivil li ħadu sick leave is-sena l-oħra?", "Kemm kien l-ammont ta' impjegati li qabżu aktar min 3 ijiem morda?", "Xi grad kellhom u min liema dipartiment tal-ċivil kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet, fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 658 impjegati, li minnhom 172 impjegat ħadu s-\"sick leave\"; minn dawn, kien hemm 135 impjegat li ħadu aktar minn (3) ijiem \"sick leave\" f'perjodu ta' sena.", "L-informazzjoni l-oħra miltuba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fir-rigward tal-Ministri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.", "MEDIGRAIN", "25524.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' qamħ maħżun fl- imħażen tal-kumpanija Medigrain f'Pinto Wharf il-Marsa matul is-sena 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet ma saritx ħażna ta' qamħ fl-imħażen tal-Kumpanija Medigrain fix-Xatt ta' Pinto l-Marsa.", "FORZI ARMATI", "25525.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-promozjonijiet li kellhom joħorġu fil- Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ta' Marzu 2001 għadhom ma' ħarġux?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi pressjoni biex dawn il-promozzjonijiet ma' joħorġux?", "Jekk fl-affermativ, minn min saru dawn il-pressjonijiet u għall- liema raġuni saru?", "Jista' jgħid x'inhi l-posizzjoni dwar dan id-dewmien fil-ħruġ ta' dawn il- promozjonijiet tal-Brigadier ta' l-Armata kif ukoll tal-Kap taċ-Ċivil?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nafx min fejn ġab l-idea l-Onorevoli Membru li xi promozzjonijiet fl-Armata kellhom joħorġu f'xi data partikolari.", "L- Armata riedet l-ewwel tirrevedi l-proċess kollu u toġġorna l-Promotion Assessment Report.", "Saru wkoll provvedimenti ġodda għal accelerated promotions li minnhom diġa bbenifikaw 34 suldat.", "L-eżerċizzju ta' reviżjoni issa tlesta u jien infurmat li l-promozzjonijiet li għadhom pendenti ser joħorġu sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.", "IMNAJDRA", "25526.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi, wara l-ħerba u l-att vandalu li sar fuq it-tempji Arkejologi tal-Imnajdra, iddikjara pubblikament li dan l-att sar bi tpattija jew bi protesta kontra xi deċisjoni tal-Gvern jew li b'xi mod dan il-każ kellu x' jaqsam mas-sigurta' tal-pajjiż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hi l-opinjoni tiegħi.", "ĦATRIET", "25527.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mal-Kumpanija Medigrain, apparti l-executive chairman ġew maħtura deputy chairman u general manager?", "Jista' jgħid min iddeċida li jsiru dawn il-ħatriet u separatament kemm jammontaw is-salarji jew rimunerazzjoniet ta' kull ħatra?", "Jista' jgħid x'kienet il-ħtieġa għal dawn il-ħatriet u jekk ingħatax l- approvazzjoni tiegħu għalihom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ħatra ta' Deputat Chairman u ta' General Manager fil-Kumpanija Medigrain saret għal raġunijiet ta' natura amministrattiva.", "Il-ħatra ta' Deputat Chairman, li għandu remunerazzjoni ta' Lm4000 fis- sena, u dik ta' General Manager, li għandu remunerazzjoni annwali ta' Lm13,000, saru wara li nkisbet l-approvazzjoni meħtieġa.", "MIMCOL", "25528.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karrozza nxtrat min kull kumpanija li taqa' fir-responsabilita tal-MIMCOL mill-1 ta' Jannar 1996 sa l-aħħar tas-sena 2000, f' liema data nxtrat u f'liema xahar u sena bdew jintużaw?", "Jista' jgħid kemm swew flus dawn il-karozzi lill-kumpaniji b' mod separat?", "Jista' jgħid jekk proċeduri li jeżistu biex jinxtraw dawn il-vetturi hux dejjem ġew segwiti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MALTA/EĠITTU - BIEDJA U SAJD", "25805.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24875 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jinformana bid-diskussjonijiet u l- progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Eġittu matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Diġa kelli l-okkazzjoni illi nirrispodi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari simili għal dik li għamel l- istess Interpellant lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, liema mistoqsija ġiet riferuta lili.", "Għaldaqstant nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal parti mir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru: 23228, cioe risposta li ngħatat fis-7 ta' Frar ta' din is-sena.", "Pero, naġġorna lil Onor. Interpellant dwar żviluppi li seħħew minn dakinhar l'hawn.", "Fi Frar li għadda delegazzjoni t' erbgħa uffiċjali minn dan il-Ministeru żaret l-Eġittu fejn iddiskutew il-produzzjoni ta' magħlef.", "L-Eġizzjani wegħduna li jagħtuna aktar tagħrif dwar iż-żrieragħ tagħhom.", "Qiegħda tiġi mistħarġa wkoll il-possibilta ta' bdil ta' studenti għal korsijiet qosra fl-Agrikoltura u Akwakultura.", "Inżid ukoll illi bħalissa għandna Uffiċjal Xjentifiku fuq kors tal- produzzjoni tal-Magħlef fl-Eġittu.", "Dan ġie sponsorjat miċ-CIHEAM.", "Bi ħsiebna nkomplu nsaħħu din il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Eġittu.", "MALTA/LIBJA - BIEDJA U SAJD", "25806.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24874 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jinformana bid-diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal-koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23226.", "Pero' ser ikomplu d-diskussjonijiet fil-laqgħa li jmiss tal-Protocol ta' Ko-Operazzjoni.", "KIM", "25807.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24882 meta ġiet diskussa mal-KIM id-deroga jew il-perjodu transizzjoni li ntalab fil- position paper dwar ir-regoli veterinarji ta' l-UE?", "X'proposti għamlet il- KIM u x'aċċettat il-KIM?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-meeting tas- S.I.M u tal-MEUSAC ir-rappreżentanza tal-KIM kienet qablet mad-dettalji tal-Position Paper rigward il-majjal.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "25808.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "24873 li oriġinarjament saret lill-Ministeru Għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati, parastatali li l-ħlasijiet tal-bolla tal-ħaddiema tagħhom ma humiex kollha mħallsa sa Diċembru tas-sena 2000?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li l-ħlasijiet tal-bolla tagħhom għad iridu jitħallsu, minkejja li fil-fatt il-ħaddiema jkunu ħalsu dawn il- pagamenti?", "X'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex jara li dawn il- ħlasijiet isiru?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn il- Kumpaniji għad fadlilhom xi bilanċ ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali x'jitħallas:", "|Sena |Kumpaniji|Kumpaniji | | |Parastata|Privati | | |li | | | | | | |1998 |3 |532 | | | | | |1999 |3 |772 | | | | | |2000 |2 |1043 |", "In-numru ta' ħaddiema li għad ma tħallsitx il-kontribuzzjoni tagħhom huwa dan:", "1714 għall-1998", "3319 għall-1999", "2815 għall-2000", "Id-Dipartiment qiegħed jieħu passi legali u amministrattivi neċessarji biex jiżgura li dawn il-ħlasijiet jgħaddu fl-iqsar żmien possibbli.", "UE", "25809.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Prim Ministru qal li f'Għawdex żar farm tat-tiġieġ li laħaq 95% tar-regoli u l-istandards ta' l-UE, jista' l-Ministru jinfurmani min ikkonferma dawn l-iżviluppi fid-Dipartiment tal-Biedja jew dak tas- servizz veterinarju u xżinhuma in-numru permess tal-PA?", "Jista' jinfurmani f'liema perċentwali waslu l-farms l-oħra f'Għawdex f'dawk li huwa regoli, standards u permessi tal-P.A.P.B?", "Jista' l-Ministru jinfurmani meta ntlabu li jsiru dawn il-bidliet mid- Dipartiment tas-servizz veterinarju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-biċċerija, u mhux il-farm, li żar il-Prim Ministru hija l-istess waħda li kienet ġiet inawgurata mill-Onor.", "Interpellant meta kien Ministru.", "Din hija biċċerija privata li fi kliemu stess għandha 'livell għoli ta' iġjene'.", "Inżid ngħid li l-Managing Director Tas-Sajku Poultry Products diġa applika biex ikabbar b'mod sostanzjali il-provvista tal-elettriku għall-imsemmi stabiliment, peress li b'mod kif stqarr fl-applikazzjoni tiegħu, \"the slaughtering plant is being upgraded to comply with the European Union directives and to conform with the required foodsafety standards known as HACCP\", u allura jkun 100% skond l-istandards Ewropej.", "CAP/UE - BDIEWA", "25810.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li f'mistoqsija parlamentari nru.", "24881 jirriżulta li l- ministeru għen lill-farmers' wine coperative tal-bdiewa, dan ifisser li l- koperattiva tat-tjur ma ġietx mogħtija l-għajnuna?", "Jekk le, jista' jgħid meta għen lill-koperattiva tat-tjur biex tassisti għal laqgħat fi Brussel ħall tkun aġġornata dwar dak li jitolbu regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Farmers' Wine Coperative talbet għall-għajnuna u din ġiet mogħtija.", "Fil-każ ta' koperattivi u għaqdiet oħra, tingħatalhom għajnuna meta din tiġi mitluba.", "Il-Ministeru dejjem għin u kkopera ma' korpi, individwi jew għaqdiet li talbuh għajnuna.", "KANNA TAL-ILMA", "25965.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jsiru it-tiswijiet dwar il-kanna tal-ilma maqsuma li hemm qrib flat 2, block E5, Ta' Xbiex Hsg Estate mingħajr il-bżonn li joqgħodu jinqalgħu l-madum tal-ikwilini?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BAGGAGE ROOM", "25966.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex il-baggage room tad-dwana tibda tinżamm f'mod aħjar u aktar nadif?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandi nifhem li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-uffiċini tad-Dwana fl-ewwel sular tal-Baggage Room peress li s-sular t'isfel fejn jidħlu/joħorġu l-passiġieri huwa responsabbilta' tal-Awtorita' Marittima.", "Id-Dwana għandha mpjegat regolari apposta f'dan il-post biex jieħu ħsieb inaddaf skond il-ħtieġa.", "Barra minn hekk, id-Dipartiment iġib kuntrattur biex jagħmel tindif ieħor bħal ħasil ta' ħġieġ, ta' bibien u twieqi f'dawn l-uffiċini.", "Id-Dwana kellha ppjanat li tagħmel refurbishing f'dan il-post, iżda billi dan il-bini ser jitwaqqa' biex jagħmel wisgħa għall-proġett tal- Cruise Terminal, inħass li m'għandhomx isiru dawn l-ispejjeż f'dan l- istadju.", "TAX REFUND", "25967.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jinħareġ lill-werrieta, it-tax refund tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li hi mejta li kienet toqgħod fi block E3, Fl.", "5 ta' Xbiex Housing Estate billi din issa ilha mejta għadd ta' snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDIPENDENTI", "26066.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa l-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti, x'jgħid l-istatut ta' din il-fondazzjoni dwar l-annual general meetings u kemm-il annual general meeting sar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Trasport għall- Ħajja Indipendenti twaqqfet fl-1994.", "Dwar il-Laqgħa Ġenerali Annwali l-istatut tal-Fondazzjoni jgħid:", "Kull sena, il-Bord għandu jsejjaħ laqgħa ġenerali annwali għall-membri tal- Fondazzjoni li matulha:", "i) il-Bord għandu jressaq għall-approvazzjoni r-rapporti annwali tas- segretarju u tat-teżorier;", "ii) il-membri għandhom jeleġġu minn fosthom żewġ rappreżentanti sabiex iservu fuq il-Bord tal-Fondazzjoni.", "Il-quorum ta' din il-laqgħa ġenerali għandu jkun ta' mhux anqas minn rappreżentant wieħed minn kull entita' fondatriċi u tletin fil-mija tal- membri li isimhom jidher fuq ir-reġistru tal-membri tal-Fondazzjoni.", "Sabiex ikun jista' joħroġ għall-elezzjoni, membru reġistrat tal-Fondazzjoni għandu jkun propost u ssekondat minn membri oħrajn, jew kwalunkwe Trustee.", "Membru reġistrat għandu juri bil-miktub li qed jaċċetta l-proposta.", "Notifika tal-laqgħa ġenerali annwali għandha tasal b'posta normali għand il- membri reġistrati mhux aktar tard minn sebat ijiem qabel id-data tal-laqgħa ġenerali annwali.", "Ninsab infurmat ukoll li l-ewwel laqgħa ġenerali annwali saret fit-12 ta' Ottubru 2000.", "Il-Fondazzjoni ma hijiex għaqda governattiva imma tirċievi għajnuna finanzjarja minngħand il-Gvern.", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDIPENDENTI", "26067.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u liema entita' jirrapreżentaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Fondazzjoni li għamlet referenza għaliha l- Onor. Interpellanti hi organiżżazzjoni mhux governattiva mwaqqfa bejn il- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti.", "Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi hu kompost kif ġej:", "Chairperson", "Is-Sinj.", "Connie Camilleri maħtura mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti", "Membri", "Is-Sur Joe Gasan, maħtur mill-Fondazzjoni Ħajja Indipendenti", "Is-Sur Neville Curmi, maħtur mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'", "Is-Sur Wenzu Dalli, maħtur mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita'", "Is-Sur Tonio Mercieca, maħtur mill-Laqgħa Ġenerali tal-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti", "Is-Sinj.", "Graziella Buttigieg, maħtura mill-Laqgħa Ġenerali tal-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti", "FONDAZZJONI TRASPORT ĦAJJA INDIPENDENTI", "26068.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il xufier ġew impjegati mal-Fondazzjoni Trasport Ħajja Indipendenti u kemm min dawn m'għadhomx jaħdmu mal-Fondazzjoni u għal liema raġuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li kien hemm tmien xufiera mpjegati mal-Fondazzjoni Trasport għall-Ħajja Indipendenti minn kemm ilha mwaqqfa l-Fondazzjoni.", "Ħamsa minnhom mgħadhomx mal-Fondazzjoni.", "Wieħed minnhom ġie tterminat l-impjieg tiegħu u l-erba l-oħra ħallew l-impjieg huma.", "PERSONAL ASSISTANT PROJECT", "26069.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex wasal il-proġett tal-personal assistant u liema diżabilitajiet ser jibbenefikaw minnu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz ta' Assistenza Personali (personal assistance) huwa maħsub biex jagħti sapport lil persuni b'diżabilita' severa fil-bżonnijiet personali tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja ta' kuljum.", "Il-Ministeru ddeċieda li titwaqqaf taqsima taħt il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (Foundation for Social Welfare Services) biex tiżviluppa dawn is-servizzi u servizzi oħra relatati.", "Il-Fondazzjoni ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għal kap ta' din it-taqsima.", "Il-proċess ta' selezzjoni għadu għaddej.", "Fil-preżent, il-Ministeru jagħti għotja fis-sena lill-Għaqda tal-Muscular Dystrophy biex jiffinanzja parti mill-ispiża li din l-għaqda tagħmel biex tagħti servizz limitat ta' assistenza personali.", "Irrid ngħid ukoll li permezz tas-servizz tal-home help, hemm numru ta' persuni b'diżabilita' severa li qed jingħataw servizz ta' \"assistenza personali\".", "Dan kien possibbli bil-politika tal-gvern kif imwegħda fil-programm elettorali tiegħu li \"servizzi speċjaliżżati għall-anzjani jkunu miftuħin ukoll għall- persuni b'diżabbilta' li għalkemm ta' eta' iżgħar ikollhom l-istess bżonnijiet bħall-anzjani\", liema politika ġiet addotta f'Ottubru ta' 1998.", "PULIZIJA", "26070.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija se tneħħi l-van żdingat li tħalla f' Ta' Ħlas Road, Ħal Qormi u li qed isiru abbużi fih?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet.", "9TH SCHEME", "26071.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal persuni li huma fuq in-9th Scheme li kienet ħarġet fl-1988, jiġifieri dawk li huma meqjusa bħala is-second tenants ta' plots mogħtija mill-Gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub li jressaq id- domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "HOUSING AUTHORITY", "26108.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax il-housing authority tikkunsidra li tinstalla lift fi block Misraħ Lewża, 5A, San Ġwann kif wkoll fi block 5D, Misraħ Lewża, San Ġwann?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra talbiet għal stallazzjoni ta' lifts fil-blokki ndikati jekk hemm tgħix fihom persuna li għandha diżabilita' ċertifikata.", "Jekk dan hu l-każ, għandha ssir applikazzjoni taħt Skema V lill-Awtorita'.", "GALLARIJA", "26109.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li tiġi irranġata il-gallarija tal- ħadid ta' misraħ lewża, block 5D, Fl.", "7 li tinsab f'kundizzjoni perikoluża ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BONUS STATUTORJU", "26110.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli li għax ikollho kuntratt ma ambaxxata barranija ibbażata f'Malta hemm personnel Maltin li la huma intitolati għall-bonus statutorju u lanqas għaż- żiediet għall-għoli tal-ħajja li jagħti il-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm l-Ambaxxati barranin huma koperti b'immunita' diplomatika, meta jkollu xi lment dwar kundizzjonijiet ta' l- impjieg minn impjegati Maltin li jaħdmu ma' dawn l-Ambaxxati, id- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg jagħmel dak possibbli biex l-ilment jiġi ndirizzat.", "ASSOĊJAZZJONI TAL-QTATES", "26154.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid li minkejja li hu qal li l-Assoċjazzjoni tal-Qtates ma kinetx se żżid mal-qtates li hemm fis-Santwarju tal-Qtates tal-Kulleġġ tal-Biedja, x'inhi r-raġuni li issa flok iżjed qtates qed iżomm l-klieb wkoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li ma humiex qegħdin jinżammu klieb fil- Kulleġġ tal-Biedja.", "PONT TAT-TRIQ REĠJONALI", "26159.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa l-lasktu fuq il- Pont tat-Triq Reġjonali li jgħaqqad il-partijiet differenti tat-triq peress li l-lakstu spiċċa u ħafna karozzi qed ikollhom skossi kbar huma u jgħaddu minn fuq il-pont?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-lakstu li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant huwa parti mill-expansion joint tal-pont.", "Minħabba n-natura speċjaliżżata ta' din il-parti tal-pont, id-Dipartiment tat-Toroq ipprepara l-ispecifications neċessarji, u hu mistenni li t-tender tiġi pubblikata.", "KORP TAL-PULIZIJA", "26169.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ex-pulizija jerġgħu jiġu recruited fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 25986 u Nru. 26021.", "MARD", "26170.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu passi urġenti biex it-tfajla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tistenna li tintbagħat fi sptar fl-Ingilterra peress li bħalissa hija muġugħa ħafna u lanqas biss tista' tixrob u tiekol, tintbagħat għall-kura malajr kemm jista' jkun peress li anke hemm il-biża li tista' tmut qabel titla l-Ingilterra ħames ġimgħat oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "AIR MALTA", "26184.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ma' l-Air Malta minn 1990 sal-lum?", "Jista' jgħid minn liema lokali ta' ġejjin il-ħaddiema illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema permanenti ma' l-Air Malta fil-31 ta' Marzu ta' kull sena bejn l-1990 u s-sena kurrenti kien hekk", "|1990 |1,444 |1991 |1,412 | | | | | | |1992 |1,391 |1993 |1,468 | | | | | | |1994 |1,554 |1995 |1,654 | | | | | | |1996 |1,715 |1997 |1,716 | | | | | | |1998 |1,709 |1999 |1,728 | | | | | | |2000 |1,745 |2001 |1,743 |", "Dawn il-ħaddiema ġejjin prattikament minn kull belt u raħal ta' Malta.", "TELEMALTA / MALTACOM", "26185.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mat- TeleMalta/Maltacom minn 1990 sal-lum?", "Jista' jgħid minn liema lokalita ġejjin il-ħaddiema illum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-numru ta' impjegati tal-Maltacom sena b'sena mill-1990 sa llum kien hekk", "|SENA |TELEMALTA/ |XANDIR | | |MALTACOM |MALTA | |1990 |1,609 |273 | |1991 |1,859 |247 | |1992 |1,805 |245 | |1993 |1,772 |218 | |1994 |1,753 |208 | |1995 |1,756 | | |1996 |1,773 | | |1997 |1,743 | | |1998 |1,686 | |1999 |1,511 | |2000 |1,401 | |2001 |1,395 |", "Il-ħaddiema li fil-preżent hemm jaħdmu mal-Maltacom ġejjin minn 67 lokalita' f'Malta u 15-il lokalita' f'Għawdex.", "MALTA STOCK EXCHANGE", "26186.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: JIsta' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bagħtu għalihom sabiex jagħmlu interview għal impjieġ ta' messenger/drivers mal- Malta Stock Exchange f'April/Mejju 2001?", "Min liema lokalita kien?", "Kemm kien ilu jirreġistra kull wieħed minnhom?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm xi uħud minnhom li kien jirreġistraw bħala disabled?", "Minn fejn kien min intgħażel, kemm kellu eta u kemm kien ilu jirreġistra għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li b'kollox kien hemm 48 persuna minn 23 lokalita' differenti li kienu jirreġistraw u li bagħtu għalihom għall-intervista dwar impjieg ta' messenger/driver mal-Malta Stock Exchnage f'April/Mejju 2001, li minnhom 23 kienu qed jirreġistraw bħala disabled.", "Dawn l-48 persuna kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal perijodi li kienu jvarjaw bejn dsatax-il sena u tlitt xhur.", "Ninsab infurmat ukoll li min intgħażel hu minn Ħal-Qormi, għandu 29 sena u kien ilu jirreġistra għax-xogħol mit-2 ta' Ġunju 1997.", "KARTI TA' L-IDENTITA", "26196.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-Uffiċċju Elettorali rrefera l-Mistoqsija lill-Kummissjoni Elettorali.", "Tweġiba tingħata hekk kif il- Kummissjoni Elettorali tibgħatli l-informazzjoni mitluba.", "VOT", "26197.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25998?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-Uffiċċju Elettorali rrefera l-Mistoqsija lill-Kummissjoni Elettorali.", "Tweġiba tingħata hekk kif il- Kumissjoni Elettorali tibgħatli l-informazzjoni mitluba.", "STREET FURNITURE", "26202.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema street furniture ittieħdet, insterqet jew inbidlet fil-pjazza ta' Buġibba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li street furniture li nbidlet kienet dik kollha li kien hemm fil-pjazza ta' Buġibba u arloġġ quddiem Santana Hotel.", "Dawn l-items ta' street furniture kienu twaħħlu b'inizjattiva ta' l-Action Committee Buġibba Embellishment u ma kienux jiffurmaw parti mix-xogħol imwettaq mit-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Dawn l- items ittieħdu f'maħżen tat-Taqsima fil-Qawra.", "Dwar serq, insterqet bollard waħda mill-ġodda li twaħħlu dan l-aħħar eżattament dik quddiem l-HSBC.", "COWI", "26208.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport COWI ġew implimentati s'issa?", "Liema huma dawk li għad iridu jiġu implimentati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-lista ta' rakkomandazzjonijiet proposti mill-konsulent COWI consult li ġew implimentati s'issa hija kif tidher hawn taħt.", "Il-proġetti huma rriferiti bir-referenzi li ntużaw fid-dokument tal-Master Plan tad-Drenaġġ, 1992.", "Proġetti f'Malta", "Referenza H1, San Andrija Referenza H4, Sliema East Referenza H5, Sliema West Referenza B2, Mosta - Lija Referenza C2, Żebbuġ - Qormi Referenza M7, Buġibba Referenza M8, Buġibba Referenza M9, Kennedy Grove Referenza M10, Triq San Pawl Referenza M13, Minn tax-Xama Referenza M14 u M15, Pwales u Xemxija Referenza M16, Pwales Pumping Station Referenza S6, Marsascala Referenza S9, Birżebbuġia", "Tkabbir u titjib fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f' Sant'Antnin", "Proġetti f'Għawdex", "Referenza G5, Mill-Qala Referenza G6, Mġarr Referenza G7, Għajnsielem Referenza G10, Sannat Referenza G12, Victoria Referenza G13, Victoria Referenza G14, Victoria Referenza G15, sa Ras il-Ħobż", "Il-proġetti li għad iridu jiġu mplimentati bażikament jikkonsistu f'dawn li ġejjin:", "Tisħiħ tal-pumping stations tal-Gżira u l-Imsida", "Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tal-Baħrija", "Skema tad-drenaġġ għat-Taqsima Industrijali ta' Ħal Far", "Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tan-Nadur u l-Għarb f'Għawdex", "Tlett impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ, wieħed Għawdex u tnejn f'Malta", "Madwar 10 km. ta' mejnijiet ġodda fl-inħawi tar-Rabat, B'Kara, Msida, Marsa, Tarxien u n-Naxxar", "9 mini li ser jintużaw għall-ħażna tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Marsa, Santa Venera, Siġġiewi, Luqa, Mellieħa u Żabbar", "Madwar 26 'retention basin' f'Malta u Għawdex skond ma titlob is-sistema tad-drenaġġ wara li jiġu mplimentati uħud mill-proġetti fuq imsemmija.", "PROVISTA' TA' L-ILMA", "26215.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "26128?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant tinkorpora ċertu dettalji u għaldaqstant wieħed jifhem li tali nformazzjoni ma tistax tingħata mil-lum għal għada.", "Madanakollu appena din l-informazzjoni kif mitluba tinġabar, din tiġi ppubblikata.", "PA", "26216.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' Operations Manager?", "Kemm-il persuna applikaw għall-ewwel sejħa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar reġgħet ħarġet is-sejħa għall-ingaġġ ta' Operations Manager minħabba li ma nstabux kandidati li, fl-opinjoni tal-Bord ta' l-Għażla, kienu jissodisfaw il-bżonnijiet ta' l-Organizazzjoni.", "In-numru ta' applikanti li jinkludi kemm dawk eliġibbli kif ukoll dawk mhux eliġibbli kien ta' disa' (9).", "ENEMALTA", "26217.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru.", "26129?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant tinkorpora ċertu dettalji u għaldaqstant wieħed jifhem li tali nformazzjoni ma tistax tingħata mil-lum għal għada.", "Madanakollu appena din l-informazzjoni kif mitluba tinġabar, din tiġi ppubblikata.", "PLANT YARD", "26219.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-plant yard (Godwin's Garage) li hemm fl- inħawi tal-Vibes , f'Tal Balal, hijiex koperta bil-permessi meħtieġa ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar u tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi rigward il-plant yard li hemm fl- inħawi tal-Vibes, jirriżulta li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq b'referenza ECF2/00 fit-3 ta' Jannar, 2000.", "Dan l-Avviż inħareġ talli nbena boundary wall u talli sar bdil ta' użu ta' l- art għall-ipparkjar ta' vetturi kummerċjali mingħajr permess.", "Ta' min jinnota li saret applikazzjoni għal żvilupp b'referenza PA1806/00 għall-bdil ta' użu ta' l-art u bini ta' boundary wall.", "Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp fil-11 ta' Diċembru, 2000, iżda l-applikant għazel li jitlob rikonsiderazzjoni tad- deċizjoni, liema talba qed tistenna li tiġi diskussa mill-istess Kummissjoni.", "Ninsab infurmat ukoll illi m'hemmx liċenzja tal-Pulizija fuq il-post imsemmi.", "OPEN AIR PARTIES", "26223.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn individwi li applikaw għal-open air parties fil- perjodu tas-sajf", "(1) Kemm ħarġu permessi (2) Kemm ma ħarġux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi s`issa l-Pulizija għad ma kelliex talbiet sabiex isiru open air parties matul is-sajf li ġej.", "RELIEF", "26226.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr, jinħareġ ir-relief ta' missier ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li m'għandhomx mezzi?", "JIsta' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żvilupp?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna minnu ndikata ġie maħdum u ser jitħallas l-Għajnuna Soċjali tal- Qgħad mit-30 ta' Mejju, 2001.", "MUSTERING ROOM", "26227.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni fil- mustering room tal-Mellieħa imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "25732?", "Xi rriżulta minn din l-ispezzjoni?", "X'deċiżjonijiet ittieħdu u kif se jiġu nfurzati dawn id-deċiżjonijiet biex titħares is- saħħa tal-ħaddiema milquta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-ispezzjoni fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant saret fl-14 ta' Mejju 2001.", "Min hu responsabbli mill-mustering room qed jintalab isib post alternattiv u li sakemm dan iseħħ jara li l-post ikun ventilat aħjar.", "ALLOWANCE", "26228.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25728?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "INFORMAZZJONI FUQ L-UE", "26229.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet id-deċiżjoni f'istituzzjonijiet post-sekondarji (bħal dik segretarjali Sir Hannibal Scicluna) li lil studenti li ma ridux jattendu laqgħat imsejħa ta' \"informazzjoni\" dwar l- Unjoni Ewropea qalulhom li se jaqtgħulhom mill-istipendju jekk ma jattendux?", "F'liema istituzzjonijiet post-sekondarji f' Malta - Għawdex studenti qatgħulhom mill-istipdenju għax ma marrux għal dawn il-laqgħat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "LEONARDO", "26238.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25987?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SWDP", "26239.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25991?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aġenzija APPOĠĠ għandha diversi servizzi li joffru għajnuna lil persuni li jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli.", "- Servizz ta' Diżabilita' Minn 1996 sa l-aħħar ta' Mejju dan is-servizz taha appoġġ lil madwar 20 persuna li ġew identifikati li jbatu minn autism.", "Madanakollu s-servizz ingħata lil madwar 769 persuna li għandhom xi tip ta' diżabilita'.", "- Servizz għall-Irġiel li jixtiequ jaħdmu fuq il-Vjolenza Tagħhom.", "Dan is-servizz li ġie mwaqqaf mill-1999 taha appoġġ lil 70 klijent raġel.", "- L-aġenzija ma toffrix servizz speċifiku għall-persuni li jkunu għaddejjin minn sitwazzjoni ta' grief.", "Madanakollu bosta persuni jagħmlu użu mis- servizz tas-Supportline 179.", "Huwa diffiċli biex tikkwantifika b'eżattezza kemm għamlu użu minħabba grief.", "- L-aġenzjija għandha servizz li ġie mwaqqaf minn 1996 ġewwa l-isptar Monte Carmeli fejn jingħata għajnuna lill-persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali.", "Dan is-servizz ta' social work minn 1996 s'issa ngħata lin- numru totali ta' 1,087 persuna.", "- Foster Care - Dan is-servizz ġie mwaqqaf f'Marzu tas-sena 2000.", "L-aġenzija b'dan is- servizz tħarreġ u toffri appoġġ lil persuni li jixtiequ jagħmlu fostering.", "Bħala talba biex tfal jiġu fostered l-aġenzija kellha 45 tifel u tifla fejn il-ġenituri bioloġiċi tagħhom aċċettaw li jingħata s-servizz.", "STANDARDS", "26241.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid sarux spezzjonijiet fi djar tal-anzjani privati sabiex jiġu assigurati ċerti standards bħal:", "i) tindif", "ii) alarm", "iii) telephone fil-Kamra", "iv) menu", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.", "HOUSING", "26242.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari nru.", "25936?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata li tirrifletti l-iżviluppi dwar permessi ipproċessati mill- Awtorita' tad-Djar għall-installar ta' lifts.", "INTENSIVE CARE BEDS", "26244.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' intensive care beds bħalissa?", "Huwa mistenni li jiżdied waqt li jibda jiffunzjona l-Isptar il-Ġdid?", "Kif jitqabbel bħaka persentaġġ ma' pajjiżi oħra fl-UE?", "Kemm-il persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru ta' General Intensive Care Beds huwa tlettax (13).", "Hemm erbgħa (4) intensive care beds fil-Cardiac Intensive Care.", "In-numru ta' sodod fl-ITU fl-Isptar il-Ġdid ser ikun ta' tnax (12), flimkien ma' tmienja (8) High Dependency Beds.", "Ser ikun hemm ukoll sitta (6) fis-CICU u ħamsa (5) fil-Paediatric Intensive Care.", "Fl-Isptar San Luqa fil-fatt qed jiġi żviluppat High Dependency Unit bi tmien (8) sodod u ser jinfetaħ ukoll Paediatric Intensive Care b'erbgħa (4) sodod.", "Diffiċli tqabbel ma' l-E.U. għax Malta minħabba f'turiżmu l-popolazzjoni kważi tirdoppja fis-sajf.", "Dwar kemm il-persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika dwar dan.", "DUAL CITIZENSHIP", "26245.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' dawk il-Maltin li joqgħodu barra min Malta, li applikaw biex jieħdu d-dual citizenship minn mindu daħlet fis- seħħ il-liġi sal-lum l-aħħar ta' Mejju?", "Mill-liema pajjiż ġejjin, u x'inhuma l-eta' ta' dawk li applikaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-każ taċ-ċittadinanza doppja, ir- rwol tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza huwa li min jagħmillu talba biex jiġi kkonfermat lilu jekk għandux dritt iżomm żewġ ċittadinanzi, id-Dipartiment joħroġ konferma bil-miktub jekk dan ikun il-każ.", "Ma tinżammx statistika ta` fejn joqogħdu dawk li jagħmlu talbiet simili kif qed titlob l-Onor.", "Membru.", "Fejn għandhom x`jaqsmu l-Maltin li jgħixu barra minn Malta, minħabba n- numru kbir involut, li qed jiġri huwa li fil-każ tal-persuni li jikkwalifikaw biex iżommu żewġ ċittadinanzi, l-Ambaxxata Maltija, jew il- Kummissjoni Għolja jew il-Konsolat fejn issir talba, jekk jikkonfermaw li dik il-persuna veru tikkwalifika biex ikollha żewġ ċittadinanzi, joħorġulha passaport Malti.", "Tajt istruzzjonijiet sabiex tinġabar iċ-ċifra ta` kemm ħarġu passaporti simili."]} {"filename": "19941216_374d_par.doc", "date": "1994-12-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 374 Il-Ġimgħa, 16 ta' Diċembru, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 374", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Diċembru, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.06 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 374", "Il-Ġimgħa, 16 ta' Diċembru, 1994", "WERREJ", "MINUTI 549", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 549", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1995", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT; U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU 82) 557", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1995)", "APPROPRIATION (1995) BILL", "L-Istadji Kollha 587", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1994", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1994 588", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1994 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82) 589", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1994)", "SECOND APPROPRIATION (1994) BILL", "L-Istadji Kollha 590", "AĠĠORNAMENT 591", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 592", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 373 li saret fis-16 ta' Diċembru, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL: MOSTA - STUDENTI", "22821.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jattendu l-iskejjel tal-Gvern tal-kindergarten fil-Mosta?", "Kemm hemm tfal fil-Mosta jistennew post f'dawn l-iskejjel?", "Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jalloka post għal dawn it-tfal Mostin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li b'kollox hemm 337 tifel u tifla jattendu l-kindergartens tal- Mosta u hemm 81 oħra li qegħdin jistennew biex jidħlu.", "Qed isir studju biex jinstab post adattat fejn dawn it-tfal ikunu jistgħu jattendu l- kindergarten.", "PULIZIJA - MANDATI", "23346.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Pulizija ġiet ordnata tesegwixxi mandati ta' akkumpanjament fil-konfront ta' Nazzareno Dalli li joqgħod fi 3, Farmhouse, Ciantar Lane, B'Kara Hill, St Julians biex jattendi għall-kawża Carmen Dalli et. vs La Ferla Anton Ċitazzjoni Nru. 785/91 (JSP)?", "Kemm-il darba esegwiet dawn il-mandati?", "Kemm-il darba fil-fatt akkumpanjat lill-imsemmi Dalli għall-kawża in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ġejt informat li l-Pulizija qatt ma ġew ordnati jesegwixxu mandati ta' akkumpanjament kontra l-persuna msemmija.", "MELLIEĦA: TRIQ SNAJJIN - XOGĦOL TA' TĦAFFIR", "23347.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu u b'liema riżultat dwar xogħol ta' tħaffir fi triq pubblika f'tarf Triq Snajjin ħdejn La-Pergola, fil-Mellieħa?", "Peress li x-xogħol beda fl-aħħar Sibt ta' Novembru u baqa' għaddej minkejja xi ordnijiet li ngħataw biex jieqaf, jista' l-Ministru jgħid kif baqa' għaddej ix-xogħol?", "X'passi se jittieħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li l-permess għall-estensjoni ta' la-Pergola Hotel ġie approvat fl-4 Novembru, 1994.", "Inbeda xi xogħol qabel ma ġie mpustat il-permess u nħareġ avviż biex tieqaf immedjatament u x-xogħol waqaf minnufih.", "Il-permess issa ġie mpustat.", "Naturalment l-Awtorita' ta' l-Ippjanar se tibqa' ssegwi jekk l-applikant hux qed jimxi strettament mal-permess maħruġ jew le.", "QRATI - KAŻ CARMEN DALLI ET.", "VS LA FERLA ANTON", "23348.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid meta jmiss seduta tal-każ Carmen Dalli et. vs La Ferla Anton Ċitazzjoni Nru. 785/91 (JSP)?", "Kemm-il seduta saret s'issa?", "X'passi ttieħdu biex dan il-każ jimxi 'l quddiem?", "X'riżultati taw dawn il- passi?", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Il-proċess tal-kawża huwa pubbliku u huwa faċli ħafna li wieħed jara kemm-il seduta nżammet u x'sar.", "Naturalment huma l-avukati tal-partijiet li jridu jieħdu passi u jirsistu biex jiġu ffissati, isiru seduti u jinstemgħu x-xhieda kollha.", "Il-liġi tagħtihom il-mezzi kollha biex jassiguraw dan anke bl-intervent tal-qorti.", "L-eżekuttiv ma jistax jindaħal lill-qorti dwar kawżi pendenti quddiemha.", "TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA", "23384.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija: Għaliex l-applikazzjoni 7330/92 biex jingħata telephone għadu bla servizz mentri min bena quddiemu, bil-post li lanqas hu komplut u li ħadd għadu ma joqgħod fih, diġa' ilu x-xhur bit- telephone?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li l-applikant għas-servizz tat-telefon bir-referenza AT/7330/92 għandu jiġi msejjaħ sabiex jiffirma l- kuntratt fil-ġimgħat li ġejjin.", "Is-servizz mistenni li jingħata fi żmien qarib.", "GĦAWDEX: QRATI - KAWŻI TAL-MAĠISTRATI MONTEBELLO U PERALTA", "23385.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Fi tweġiba preċedenti l-Ministru qalli li l-kawżi tal-Maġistrati Montebello u Peralta f'Għawdex ingħataw liż-żewġ maġistrati li hemm issa.", "Jidher iżda li għad hemm xi ħaġa li mhux qed taħdem meta kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex bħala qorti kriminali ġew trasferiti mis-7 ta' Diċembru għat-22 ta' Frar, 1995 (kważi tlett xhur) \"peress li l-Maġistrat li kellu jippresjedi din is- seduta ġie assenjat għal xogħol fil-Qorti ta' Malta u dak li ssostitwih hu okkupat b'xogħol ieħor fil-Qorti ta' Malta\".", "Ma jaħsibx il-Ministru li żewġ maġistrati mhux biżżejjed għax-xogħol li hemm Għawdex?", "Huwa sew li min ilu biex jidher il-qorti f'din l-okkażjoni jew jistenna sentenza mhux qed jingħata l-ġustizzja li jippretendi?", "ONOR.", "JOE FENECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija numru 21996.", "Huwa ċar li żewġ maġistrati, wieħed minnhom residenti u permanenti hemm, għandhom ilaħħqu xogħol ħafna aktar mis-sistema preċedentament eżistenti.", "Għalkemm qabel kien hemm tliet maġistrati, dawn kienu jaħdmu kull xahar wiehed ħmistax-il ġurnata, u t-tnejn l-oħra ġimgħa kull wieħed.", "Dan ifisser li qisu kien hemm maġistrat wieħed li jaħdem xahar sħiħ.", "Huwa naturali li fil-perjodu ta' tranżizzjoni ta' assenjazzjoni ta' xogħol ġdid, l-maġistrat li qabel kien jagħmel ġimgħa fix-xahar Għawdex u issa ser jgħamel ħmistax-il ġurnata kull sitt ġimgħat Għawdex, kellu jagħmel differiment ftit twil minħabba impenji li kien diġa assuma fil- Qorti ta' Malta.", "MR SPEAKER (L-Onor.", "Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk il-Ministru tal-Ġustizzja huwiex f'sitwazzjoni li jgħid jekk humiex se jittieħdu passi biex żewġ maġistrati jiġu impeached.", "ONOR.", "JOE FENECH: GĦadni ma nista' ngħid xejn fuq dan għax l-eżekuttiv irid jiddeċiedi x'se jagħmel.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "23386.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet din is-sena?", "Kemm saru bħala żwieġ ċivili biss?", "Kemm kien hemm każi fejn il-mara wriet ix-xewqa li ma tbiddilx kunjomha?", "Tinżamm statistika dwar kemm saru żweġijiet bejn tnejn ta' nazzjonalita' barranija?", "Dawn kollha żżewġġu bir-rit ċivili?", "ONOR.", "JOE FENECH: Huwa suġġerit li l-istess mistoqsija terġa' tiġi magħmula fil-bidu ta' Jannar, 1995.", "Dan minħabba li r-Reġistru taż-Żwieġ qegħdin jiffinalizzaw ir-rapporti għas-sena 1994, li se jkun lest fil-bidu ta' Jannar, 1995.", "Dan ir-rapport jinkludi wkoll l-informazzjoni mitluba mil-Onor.", "Interpellant u għalhekk it-tweġiba f'Jannar, 1995 tkun tinkludi l- informazzjoni kollha għas-sena sħiħa.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - INFERMIERA", "23514.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' infermiera skond id-diversi gradi fl-Isptar Sir Paul Boffa fil-preżent?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu postijiet vakanti f'kull grad?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-complement fl-Isptar Sir Paul Boffa huwa:", "Nursing Officer 8 Staff Nurse 14 + 2 1 on unpaid leave for 1 year 1 on one year unpaid maternity leave", "Għalhekk f'dawn il-gradi fil-preżent m'hemmx postijiet vakanti fl-Isptar.", "Il-postijiet vojta li huma fuq unpaid leave qegħdin jiġu mimlija mill-part- timers sew mal-ġurnata u anke bil-lejl.", "Dan ma jinkludix il-postijiet fin- Nursing Management li għalihom għaddej il-proċess ta' l-għażla.", "SPTAR SAN LUQA - INFERMIERA", "23515.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' infermiera skond id-diversi gradi fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu postijiet vakanti f'kull grad fil- preżent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-complement ta' infermiera fid- diversi swali fl-Isptar San Luqa huwa kif ġej:", "Complement Postijiet Postijiet Vakanti mimlija", "b'Acting", "Officer", "Nursing Officers 38 - 13 Deputy N.O .", "40 7 33 SN 209 20 - EN 213 12 -", "Biex ma jonqosx is-servizz lill-morda, l-postijiet vakanti fil-gradi ta' S.N. jew E.N. jintlew regolarment bl-użu ta' infermiera part-time jew casual, kif ukoll bl-użu ta' overtime fejn meħtieġ.", "Dan ma jinkludix il-postijiet fin-Nursing Management li għalihom għaddej il-proċess ta' l-għażla.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TFAL B'CAPILLARY MALFORMATION", "23516.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' tfal bi sfreġju f'wiċċhom minħabba capillary malformation fejn in-natura tal-każ kien jindika li kien hemm bżonn ta' kura b'urġenza u infatti ntbagħtu għal kura barra minn Malta?", "Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kien il- grading ta' l-isfreġju ta' kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li kien hemm żewġ każi ta' tfal bi sfreġju minħabba capillary malformations u li l-każ tagħhom kien jitlob li jintbagħtu għal kura barra minn Malta.", "Dawn iż-żewġ każi kienu fl-1994.", "Ma nħossx li għandi nagħti dettalji mediċi li b'xi mod jistgħu jiġu identifikati ma' pazjenti speċifiċi.", "FRANCESCO DE ASSIS QUEIROZ", "23517.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi l-priġunier Brażiljan Francesco de Assis Queiroz kien inżamm bħala pazjent fl-Isptar San Luqa għal 21 ġurnata parti fis-Sala MOD u xi ġranet oħra fis-Sala M7 fejn ukoll għamel użu mill-Hydrotherapy Pool għal 15-il darba, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' prevenzjoni ttieħdu billi skond l-awtoritajiet tas-saħħa, dan il-pazjent kien ibati minn tip ta' marda Hepatitis B li skond l-istess awtoritajiet iġġorr livell ta' infettivita' għolja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li f'dan il-każ ittieħdu l-miżuri kollha li normalment jittieħdu f'każi bħal dawn.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - KUMITAT KONSULTATTIV TAL-BIOETIKA", "23518.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 23158, wara li nnotajt il-lista ta' materja importanti li ddiskuta l-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika f'dawn l- aħħar sentejn, ma jidhirlux il-Ministru li s-suġġetti nnumerati 1,2,3,4, u 6 huma suġġetti ta' interess ġenerali u allura l-pubbliku għandu d-dritt għal dan it-tagħrif?", "Jekk id-diskussjoni fuq dawn il-materji hija ffinalizzata, id-Dipartiment tas-Saħħa beħsiebu jagħmilhom pubbliċi?", "Jien żgur interessat li jkolli kopja tar-rakkommandazzjonijiet magħmula mill- Kumitat fuq dawn is-suġġetti u nitolbok jekk hux possibbli li tpoġġi kopji tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-trattament tal-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika tas-suġġetti 4 u 6 li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant, jiġifieri t- trapjant ta' l-organi u l-promozzjoni tal-ħarsien tad-drittijiet tal- pazjent għadu fi stadju ta' diskussjoni.", "Rigward is-suġġetti 1, 2 u 3, jiġifieri t-teknoloġija riproduttiva, konsiderazzjonijiet etiċi fl-użu ta' l-Intrauterine Contraceptive Device (IUCD) u l-kunsens informat, nista' ninforma lill-Kamra, li aktar kmieni din is-sena kienet saret laqgħa inter-dipartimentali fejn ġew diskussi r- rapporti li fformula l-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika dwar dawn is- suġġetti.", "Fil-laqgħa kien hemm qbil ġenerali li r-rapporti kienu tħejjew b'reqqa kbira.", "Id-Diviżjoni tas-Saħħa beħsiebha tifli tajjeb il- proċedimenti ta' din il-laqgħa u tar-rapporti li kienu ppreżentati bl-iskop li eventwalment jiġu ppubblikati.", "SPTAR SAN LUQA - SERQ TA' LOŻOR", "23519.", "L-ONOR.JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement fl-Isptar San Luqa nsteraq ammont kbir ta' lożor ġodda?", "Dawn il-lożor insterqu mis-swali jew mill-istores?", "Kemm insterqu lożor b'kollox?", "X'investigazzjonijiet qed isiru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma wasal l-ebda rapport mis-swali jew mill-istores li kienu nsterqu xi lożor ġodda.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi informazzjoni iżjed speċifika nitolbu biex jgħaddiha lili privatament jew lil xi awtorita' oħra kompetenti fil-qasam tas-saħħa jew tal-Pulizija.", "MR SPEAKER : L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ladarba qed nitkellmu fuq investigazzjonijiet - ma nafx jekk il-Ministru wasallux xi rapport li jitratta dwar dan li se ngħid - nixtieq ngħid li f'nofs din il-ġimgħa, f'laqgħa li saret għax- shareholders u għas-suppliers tal-Cogefar f'Milan, l-inginier Bonanoni tal- Cogefar, filwaqt li b'dispjaċir qalilhom li din is-sena ma kenitx tajba għall-kumpannija, qalilhom ukoll li fit-13 ta' Diċembru waslitlu l-aħbar sabiħa li rebħu l-kuntratt tal-bini ta' San Raffaele f'Malta.", "Kif jista' jkun jingħad dan kollu meta jekk jien informat tajjeb, ix-xogħol ta' l- Adjudicating Board għadu għaddej?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jien ma nafx b'dan il-każ.", "Fil-fatt l-informazzjoni li għandi jien hija li x-xogħol ta' l-Adjudicating Board għadu għaddej.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Fil-fatt jien informat - ovvjament jekk din hijiex veru jew le se narawha fil-jiem li ġejjin - li għandha toħroġ ċaħda uffiċjali għax ma jistax ikun li l-Cogefar tgħid dawn l-affarijiet waqt li x-xogħol ta' l-Adjudicating Board għadu għaddej.", "(Interruzzjonijiet) F'laqgħa tal-Cogefar veru li ntqal dan id-diskors tant li jekk jien informat tajjeb għandha toħroġ smentita li dan id-diskors ingħadt.", "MANIKATA - TWESSIEGĦ TA' TRIQ", "23545.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan tad-Dipartiment sabiex titwessa' t-triq prinċipali tal-Manikata?", "Meta fil-fatt kien l-ewwel darba ppjanat li jsiru dawn ix- xogħlijiet u għaliex qed jitħalla abbandunat dan ix-xogħol tant meħtieġ biex isolvi l-ħafna problemi li għandha l-komunita' tal-Manikata?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija): Jiena nformat li x-xogħol li hemm bżonn isir f'din it-triq diga huwa nnotat u jsir skond il-prijoritajiet ta' xogħolijiet simili oħra.", "MEWT TA' KARL FRENDO - INKJESTA", "23546.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-riżultat (u dokumenti relatati) ta' l-inkjesta dwar il-mewt ta' Karl Frendo li nstab mejjet fil-25 ta' Frar, 1990?", "ONOR.", "JOE FENECH: Skond l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali, Kopji ta' Proċessi Verbali jingħataw biss skond id-diskrezzjoni ta' l-Avukat Ġenerali.", "Jien informajt lill-istess Avukat Ġenerali bit-talba ta' l-Onor.", "Interpellant li bagħatli kopji ta' l-istess u se npoġġiha fuq il-Mejda tal- Kamra.", "LAĦAM - PROĊESSAR TA' LAĦAM", "23547.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem L-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: X'kontrolli jsiru b'mod regolari fuq azjendi u individwi li jipproċessaw prodotti tal-laħam?", "Kemm- il darba l-veterinarju tal-Gvern jagħmel inspections?", "Xi proċeduri jittieħdu meta jiġi allegat li laħam mhux tajjeb qed jiġi proċessat?", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd): Id- Dipartiment tas-Servizz Veterinarju huwa responsabbli għall-qtil ta' l- annimali u spezzjoni tal-karkassi rigward ċanga, majjal, muntun, laħam tal- mogħoż u taż-żwiemel.", "Rigward ispezzjoni u kontrolli ta' proċessar ta' prodotti tal-laħam, is-Servizz Veterinarju huwa responsabbli biss fejn jidħlu stabbilimenti li jipproċessaw laħam għall-esportazzjoni lejn l- Unjoni Ewropea.", "Dawk l-azjendi jew individwi li jipproċessaw laħam biex jinbiegħ fil-lokal jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- laħam ikkundannat fil-biċċerija jiġi denatured u mirdum u għalhekk ma jistax jiġi pproċessat.", "Madanakollu fejn isiru allegazzjonijiet bħal dawk li hemm fid-domanda ssir ħidma kordinata bejn is-Servizz Veterinarju, id- Dipartiment tas-Saħħa u l-Pulizija biex jigu nvestigati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru Galea jekk sarux xi rapporti lid-Dipartiment li kien hemm każi fejn il-veterinarju jkun ikklassifika xi laħam bħala kkundannat iżda sakemm idawwar wiċċu jew jagħmel xi xogħol ieħor isib li dak il-laħam ikun sparixxa?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Ma nafx li kien hemm rapporti formali f'dan ir- rigward, madanakollu naf li jinżamm reġistru tal-laħam li l-veterinarju jkun ikkundanna u qabel ma joħroġ bħala laħam ikkundannat jiġi ċċekkjat minn fuq dak ir-reġistru.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - KAROZZA TAL-LINJA DIRETTI", "23548.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jkun hemm xi karozza tal-linja li taħdem direttament għall-iSptar San Vincenz de Paule jew miż-Żejtun jew imqar minn Raħal Ġdid?", "Billi hemm domanda kbira għal dan it-tip ta' servizz u dan minħabba numru mhux żgħir ta' nies li minn dawn l-inħawi jmorru jżuru qraba f'dan l-isptar hu possibbli li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ġentilment tikkonsidra din il-proposta?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tikkonsidra s-suġġeriment imressaq mill-Onor.", "Interpellant u qed tistabilixxi jekk teżistix domanda biżżejjed biex dan is-servizz ikun wieħed vijabbli.", "SKEJJEL: ŻEJTUN - GĦALLIEMA TA' L-INGLIŻ", "23550.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għad-domanda tiegħi numru 23110, jista' l-Ministru jgħidli x'irriżulta peress li din l-għalliema għadha assenti anke għal dawn l-aħħar ġimgħat?", "Mill-bidu tas-sena skolastika din diġa' falliet aktar minn 20 darba.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex dawn l- istudenti ma jibqgħux mingħajr għalliema u jaħlu l-ħin ma jagħmlu xejn?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Minn mindu weġibt il-mistoqsijiet parlamentari numri 23110 u 22965 dwar l-istess każ, irriżulta li l-għalliema partikolari li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant hija marida u li kienet ordnata mit-tabib tagħha biex ma tirrapportax għax-xogħol għalissa.", "Ma jidhirx li fil-mument hu l-każ li wieħed jaħseb biex tintbagħat għalliema oħra flokha.", "Jekk wieħed jara li l-assenza ta' din l-għalliema, dejjem skond ċertifikat mediku, se titwal, wieħed jieħu passi rimedjali biex l-istudenti ma jkomplux jitilfu l-lezzjonijiet ta' l-Ingliż.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, peress li miż-żewġ risposti li ħadt għall- mistoqsijiet li għamilt jidher li l-assenza mill-iskola ta' din it-teacher se titwal - mhux qed ngħid li m'għandhiex raġuni li l-assenza tagħha qed titwal, jiġifieri jien m'iniex qed ngħid kontra tagħha - ma jidhirlux il- Ministru li issa għandu jispeċifika kemm beħsiebu jtawwal?", "Milli jidher din il-ħaġa se titwal u sadanittant l-istudenti se jibqgħu mingħajr teacher.", "Jiġifieri l-Ministru se jagħti ċans ġimgħa oħra biex tidħol din l- għalliema, jew se jibqa' jgħid l-istess sa ma tispiċċa s-sena skolastika?", "Milli jidher hekk se jsir.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, fuq din il-kwestjoni saru mistoqsijiet parlamentari kemm mill-Onor.", "Mizzi kif ukoll mill-Onor.", "Evarist Bartolo.", "F'dak il-punt jien kelli anke rapport li fil-fatt din l- għalliema, minkejja li kellha ċertifikat mediku, kienet dehret barra u għalhekk jien għidt li rrid ninvestiga.", "L-investigazzjonijiet saru, iċċekkjajna kemm mat-tabib tagħna kif ukoll mat-tabib tagħha - għandna ċertifikati mediċi - pero' jien ma nistax noqgħod ngħid x'għandha u x'ma għandhiex.", "Naf żgur li ma jirriżultax li hemm affarijiet li għandhom jitwalu.", "(Interruzzjonijiet) GĦalhekk jien weġibt b'dak il-mod.", "Pero' mit-tip ta' ċertifikat li għandha - kien ġie anke vverifikat - ma jirriżultax li huwa każ ta' mard fit-tul u nispera li wara li jispiċċaw il- vaganzi tal-Milied is-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal.", "Fil-każ id- Dipartiment, bħal dejjem, jieħu l-passi li jkun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: La qed nitkellmu fuq assenzi u nuqqas ta' għalliema nixtieq li nistaqsi lill-Ministru jekk din il-ġimgħa kellux xi rappreżentazzjonijiet mill-istudenti ta' l-Iskola Nawtika fuq nuqqasijiet ta' għalliema.", "Jekk jien informat tajjeb, ħlief lezzjonijiet regolari minn żewġ għalliema fissi mhux ikollhom u ta' spiss jilmentaw li l-bqija tal-lezzjonijiet li suppost jingħataw minn għalliema part-time m'humiex qed ikunu kif suppost.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fl-Iskola Nawtika hemm problema ta' tliet suġġetti partikolari li kien jgħallimhom individwu impjegat full time mas-Sea Malta - kaptan tas-Sea Malta.", "GĦal darba darbtejn saru rappreżentazzjonijiet mas-Sea Malta biex jirrilaxxjaw lil din il-persuna għal ftit żmien biex jagħti dawn il-lezzjonijiet, pero' s'issa dawnn ir- rappreżentazzjonijiet ma tawx frott.", "Kellimt lill-Ministru u kellu jintervjeni hu ma' Sea Malta, pero' għadna f'dik is-sitwazzjoni.", "Sadanittant se nara jekk hux possibbli - għax la qalhieli rrid kważi nemminha - illi f'Malta hu biss jista' jgħallem dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien intervjenejt ma' Sea Malta, imma jgħiduli li m'għandhomx daqshekk kaptani għax telqulhom ma' ħaddieħor.", "They can't afford to let them go.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett il-Ministru jmissu jaf illi lanqas meta jkunu bil-vacation leave ma jħalluhom imorru n-Nautical School jgħallmu.", "Jiġifieri mhux meta jkunu fuq il-bastiment biss għax waqt li jkunu bil- vacation leave ma jħalluhomx lanqas.", "Jien nista' naċċertak għax nafhom kollha.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hekk, żgur ma kenitx hekk.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jmissu jaf illi biex tgħallem ċerti affarijiet li għandhom x'jaqsmu man-nawtika trid tkun master mariner għax dak huwa kkwalifikat biex jgħallem dawk l-affarijiet.", "Inti għadek kemm għidt li qisu dan biss hawn.", "Le, mhux hu biss hawn.", "Imma kull min jaħdem ma' Sea Malta ma jistax imur.", "Allura jista' l-Ministru jgħidli jekk hemmx xi attentat illi l-Iskola Nawtika tmur taħt il-Maritime Authority jew inkella taħt Sea Malta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Awtorita' Marittima għamlet suġġerimenti lill- Ministeru biex tinvolvi ruħha aktar fl-Iskola Nawtika, iżda min-naħa tal- Ministeru tiegħi m'hemmx qbil kif saru r-rappreżentazzjonijiet.", "Pero' ma jfissirx li ma tistax tinstab formola kif ikun hemm input ta' l-Awtorita' Marittima fl-Iskola Nawtika", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien ma naf bl-ebda moviment biex is-Sea Malta tieħu taħtha l-Iskola Nawtika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien semmejt Sea Malta u l-Maritime Authority għal tapposta għax jien naf li din ta' l-aħħar qed tagħmel attentat biex tieħu n-Nautical School.", "Jekk jiġri hekk jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjonil jassigura illi mhux se jkun hemm fees għoljin għal dawk li jridu jieħdu courses ta' yacht master jew ta' able seaman u courses simili.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa - ma nafx hux point of order - qed jgħid li semma xi ħaġa apposta li kien jaf li mhix vera biex jaqbadni f'xi ħaġa.", "GĦandu jkun kien qed jistadni!", "Allura għalfejn staqsieni fuq Sea Malta meta jaf bil-Maritime Authority.", "Biex ifixkilni, forsi nieħu żball u nagħti informazzjoni ħażina u mbagħad joqgħod jgħajjarni!", "(Interruzzjonijiet)", "Qed jipprovokani biex nagħtih informazzjoni ħażina.", "MR SPEAKER: Ippermettuli.", "Jien nisma biss dak li jiġi rreġistrat.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-kwestjoni tal-possibilita' li jkun hemm input ta' l-Awtorita' Marittima fl-Iskola Nawtika għadha qed tiġi diskussa u naturalment hemm ċerti korsijiet li jistgħu jitolbu flus għalihom.", "Per eżempju, l-Awtorita' Marittima trid li kull min għandu yacht, dgħajsa jew pleasure boat ikollu liċenzja u biex jakkwista din il-liċenzja, wieħed irid imur għal kors.", "Issa ma nafx għalfejn dawk in-nies li għandhom pleasure boat ma jħallsux biex jieħdu il-liċenzja.", "Jiġifieri n-nies li għandhom pleasure boat bilfors iridu jmorru għal kors fl-Iskola Nawtika biex jieħdu l-liċenzja għax inkella ma jkunux jistgħu jsuqu l-boat li għandhom.", "Ovvjament hemm livell ta' edukazzjoni vokazzjonali għal dawk in-nies li jkunu se jieħdu xi job f'dan ir-rigward u allura jkollhom bżonn ta' xi kors speċifiku.", "Imma s'issa s-sitwazzjoni qiegħda li ma jintalbux fees.", "Nista' nassigurah li din se tibqa' l-policy.", "Forsi l-Ministru konċernat jista' jispjega aħjar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Trasport.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien ma naħsibx li l-Awtorita' Marittima għamlet attentat biex tieħu l-Iskola Nawtika f'idejha imma għamlet dan bl-iskop li jkun hemm kollaborazzjoni aħjar.", "Jiġifieri m'hemmx xi gwerra għaddejja minn dan il-lat.", "Safejn naf jien, l-Awtorita' tkellmet biss mad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, fis-sens li għadha lanqas tkellmet magħna, bħala ministri.", "Pero' tajjeb li jkunu l-awtoritajiet u d-dipartimenti l- ewwel li jaraw jekk jistgħux jaslu għall-consensus qabel ma wieħed jieħu l- kwestjoni f'livelli oħrajn.", "M'hemmx dubju li jagħmel sens ukoll jekk ikun hemm kollaborazzjoni.", "Jiġifieri jidher li fuq dan qed naqblu.", "Naħseb li m'hemm l-ebda diffikulta' li jkun hemm kollaborazzjoni għaliex huwa l-interess tal-Gvern in ġenerali, huma min huma l-ministeri, li jkollna training marittimu tajjeb għax dan jorbot ukoll mal-kwestjoni tal- bandiera.", "KONDIZZJONIJIET TA' XOGĦOL/ PAGI TA' L-GĦALLIEMA", "23551.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tax- xogħol u l-paga ta' casual teacher u part-time teacher?", "X'inhuma d- differenzi ta' bejniethom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-gradi ta' casual teacher u ta' part-time teacher ma jeżistux.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-casual instructors u tal-part-time instructors.", "Il-casual instructor jitħallas bir-rata ta' Lm2.52,6 fis-siegħa u m'għandux dritt għal leave tal-mard.", "Meta l-casual instructor ikun ilu sena jaħdem b'full load, isir part-time instructor u jibda jitħallas salarju fiss ta' Lm219.58,3 fix-xahar.", "Il-part-time instructor igawdi d-dritt ta' 15-il ġurnata mard bil-paga.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1995", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT; U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (ORDNI PERMANENTI NRU 82)", "MR SPEAKER: Nixtieq ninforma lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq fis- seduta tat-18 ta' Novembru, 1994, din is-seduta se tixxandar dirett bir- radju.", "Barra minn hekk il-ħin ta' din is-seduta għandu jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "L-Onor.", "John Dalli, jressaq ir-Riżoluzzjoni tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nipproponi:", "Illi s-somma ta' tliet mija u wieħed u sittin miljun, erba' mija u tnax-il elf, ħames mija u tmien Liri Maltin (Lm 361,412,508) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill- Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali 1995 taħt il-Voti 1 sa 34, 36 sa 53 u I sa XIII tiġi mogħtija għan- Nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "li nressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1995).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, fi żmien ħmistax-il ġurnata oħra s- sena 1994 li kienet is-sena tal-familja tkun spiċċat.", "Matul din is-sena saru biss numru ta' konferenzi, seminars u laqgħat.", "Il-bqija fejn jirrigwarda l-familja kien hemm kompletament baħħ.", "Matul id-dibattitu li kien hawn f'dawn l-aħħar jiem ma kellniex ħin biżżejjed biex nitkellmu fuq dik il-parti fl-Estimi rigward dan il-qasam.", "Għalhekk fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi se naċċenna għal dan il-fatt kif ukoll se ngħid xi ħaġa fuq il-konsumatur.", "Jien se nibda bil-familja.", "Jekk wieħed iħares lejn paġna 77 li titkellem fuq l-istatus ugwali għan- nisa nsibu ħafna paroli pero' fatti ma nsibu xejn.", "Fil-preżent mhux il- catalyst li qed jiġi ssuġġerit għandna bżonn imma programm ta' azzjoni pożittiva ħalli f'pajjiżna jkollna tassew ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet, l-obbligi, d-dmirijiet, ir- responsabbilta' fil-familja , fl-isferi kollha tax-xogħol, fl- amministrazzjoni tal-pajjiż u fil-politika.", "Imma minflok ma sar dan, matul din is-sena, li kienet iddedikata lill-familja, kellna attakk fuq il- familji kif se nuri iktar 'il quddiem.", "X'inhu jissuġġerixxi l-Gvern għas- sena d-dieħla?", "F'Settembru ta' l-1995 se ssir il-Fourth World Women's Conference f'Beijing, iċ-Ċina.", "Skond il-Gvern, kollox se jkun geared għal din il-konferenza bħallikieku din se ssolvielna l-problemi kollha!", "Hawnhekk wieħed bilfors jiġuh f'moħħu ċerti mistoqsijiet.", "Aħna kif nistgħu nsolvu l-problemi kollha meta filwaqt li l-Commission for the Advancement of Women għandha bżonn Lm28,000 biex tkun tista' taħdem, għal din il- Kummissjoni hemm issuġġeriti biss Lm8,000?", "Hawnhekk ma rridux ninsew li suppost tul is-sena d-dieħla din il-Kummissjoni għandha tagħmel il- preparamenti u l-istudji kollha neċessarji għall-Konferenza ta' Beijing.", "Meta wieħed iqis li għal dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n- nisa hawn consensus nazzjonali, bilfors jistaqsi min se jattendi għal din il-laqgħa, minn min se tkun ifformata d-delegazzjoni governattiva li qed tiġi ssuġġerita u jekk id-delegazzjoni għandhiex tkun ifformata b'rappreżentanza wiesgħa ta' l-għaqdiet tan-nisa skond in-numru ta' sieħba li għandhom.", "Imma mkien ma nsibu li se jkun hemm xi istituzzjoni - hu neċessarju li jkollna din l-istituzzjoni - li tkun tista' ssaħħaħ u tiggwida lill-familja, b'mod speċjali fejn ikun hemm żwieġ mhedded, biex il- problemi tal-koppji involuti jkunu jistgħu jiġu mgħarbla b'mod professjonali 'l bogħod mill-qrati.", "Kieku noħolqu din l-istituzzjoni, fil- qrati jibdew jersqu biss dawk il-partijiet li ma jkunux irrikonċiljaw ruħhom wara li l-istituzzjoni tkun għamlet minn kollox biex tirrikonċiljahom.", "Jidher li aħna għadna 'l bogħod ukoll mill-formazzjoni tal-Qorti tal-Familja.", "GĦar-rigward ta' l-Estimi, fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali sar bejgħ ta' plastic bags manifatturati hemmhekk stess.", "Wieħed jistenna li jkun jaf xi affarijiet fuq dan ir-rigward, bħal min qed jimmanifattura dawn il-plastic bags, kemm huma l-ispejjeż għal din il-manifattura, xi prekawzjonijiet qed jittieħdu għal min qed jaħdem dawn il-plastic bags - speċjalment dawk li jkollhom x'jaqsmu mal-plastic direttament - u jekk dan iċ-Ċentru hux se jkompli jbiegħ dawn il-prodotti s-sena d-dieħla u allura ikollu japplika wkoll għar-reġistrazzjoni tal-VAT.", "Jekk qed ngħidu li għandu jkun hemm iktar impenn favur l-ambjent, allura mhux aħjar nibdew nitkellmu wkoll fuq inqas produzzjoni ta' plastic bags?", "Wieħed jistenna li l-Gvern ikun l- inqas wieħed li jħassar l-ambjent.", "Il-Gvern huwa l-iktar wieħed li għandu jieħu ħsieb u jħares l-ambent u għalhekk kienet ħaġa ta' l-iskantament il- fatt li dipartimenti tal-gvern jimmanifatturaw il-plastic bags.", "Ladarba d-diskussjoni qed issir b'mod ġenerali, se nieħu bħala sideline dan is-suġġett ta' l-ambjent li jirrigwarda t-traskuraġni esaġerata li kellna din is-sena rigward is-sistema tad-drenaġġ.", "Hija għarukaża li konna naraw in-naħa tal-lvant ta' Malta, kważi min-north sas-south tiegħu, firxa sħiħa ta' drenaġġ fil-baħar, apparti dak li kien qed ifur fit-toroq.", "Il- Gvern qed jgħid li diġa' beda biex jara kif se jagħmel biex jirranġa s- sistema tad-drenaġġ.", "Kellna għalfejn nistennew li naslu f'din is- sitwazzjoni biex nibdew nieħdu l-ewwel passi?", "Jekk fejn jirrigwarda l- ambjent il-Gvern qed jieħu l-affarijiet bis-serjeta', għax ma nibdewx nieħdu ħsieb dawk id-dħaħen suwed u esaġerati li joħorġu mill-karozzi tal- Gvern, speċjalment mit-trakkijiet b'riżultat ta' nuqqas ta' maintenance?", "Għax ma narawx il-mod kif qed jitħalla ċertu trab li qed joħloq pollution sħiħ fl-arja madwar Malta kollha u m'aħna qed nagħmlu xejn biex nikkontrollawh?", "Ma rridx insemmi wkoll il-mod żdingat u mitluq li nsibu t- toroq tagħna, speċjalment f'postijiet fejn ikun qed jitla bini ġdid kif ukoll f'postijiet qodma li ma ssirilhomx manutenzjoni.", "Jekk inħallu dawn l- affarijiet kif irridu nħajru lit-turisti ta' kwalita' għolja biex jiġu hawn Malta!", "Jiena ngħid li jekk ma noqogħdux attenti u se tibqa' teżisti din it- telqa u dan l-iżdingar, anke lil dawk it-tip ta' turisti li qed jiġu Malta bħalissa se nibdew ingerrxu.", "Biex nattiraw it-turiżmu rridu nagħmlu xogħol infrastrutturali fil-pajjiż ħalli meta jiġu t-turisti jkunu jistgħu jaraw ċerta serjeta' u ċerta' ordni.", "Ħalli nsemmi xi ħaġa fuq dak li jirrigwarda d-Dipartiment tal-Familja u Żvilupp Soċjali.", "Se nitkellem ftit fuq is-sussidji li jingħataw lill- istituzzjonijiet privati.", "Insibu li l-maġġoranza ta' dawn huma volontarji u meta tibda titkellem fuq flus li jingħataw dawn l-organizzazzjonijiet tistenna li jibda jkollna iktar informazzjoni ta' kif dawn qed jitqassmu fost id-diversi istituzzjonijiet.", "Jidher li diversi istituzzjonijiet ftit li xejn qegħdin jieħdu mit-tqassim ta' dawn il-flus.", "Minn mistoqsijiet li konna għamilna aktar minn darba f'dan il-Parlament, insibu li l-Hospice Movement ingħata biss ftit eluf bħala sussidju.", "Din hi għaqda li qed tieħu ħsieb lil dawk li jkunu waslu biex itemmu ħajjithom minħabba raġunijiet ta' mard tal-cancer, kif ukoll il-familjari tagħhom billi jipprovaw iħejjuhom għall-problemi li jistgħu jinqalgħu.", "Sfortunatament insibu għaqdiet oħra li ma jkollhomx il-backing neċessarju ta' nies li jkunu kapaċi jagħmlu lotteriji jew xi tip ta' fund raising ieħor, ħalli jtellgħu l-ammont ta' flus li jkollhom bżonn biex ikunu jistgħu joffru xi ħaġa aħjar għal dawk li jkunu waslu fl-aħħar ta' ħajjithom.", "Huwa tajjeb ukoll li nsemmu anke dipartimenti oħra fejn allaħares ma jkunx għal ċerti nies li jagħtuhom ħafna għajnuna.", "L-istituzzjoni privata volontarja \"Merħba Bik\" hija waħda li tgħin ħafna lil dawk in-nisa li jkunu msawta ħalli jsibu r-refuġju tagħhom u ta' uliedhom fiha, biex b'hekk ikunu protetti minn abbużi kbar min-naħa ta' żwieġhom.", "F'dawn l- istituzzjonijiet wieħed ikun qed jistenna ftit għajnuna ħalli nipprovaw intaffu ftit sofferenzi lil min ikun qed ibati.", "Wieħed jistenna wkoll li bħala sideline għandu jkun hemm aktar għajnuna mid-Dipartiment tal-Housing għal individwi li jkollhom ċerti problemi, kemm jekk ikunu nisa kif ukoll irġiel, speċjalment jekk ikunu problemi familjari.", "Nafu x'ammonti esaġerati ta' kiri qed jintalbu dawn in-nisa u rġiel, li ħafna drabi ma jkunux jistgħu jaffordjawhom u allura jħallulhom biss żewġ għażliet, dik li jissallbu jew inkella li jibqgħu ikkakkmati bil-problemi tagħhom.", "Insemmi issa ċ-Child Protective Service li jitkellem kontra l-abbuż tat- tfal mill-ġenituri, b'mod speċjali swat u abbuż sesswali.", "Hemm bżonn li kemm jista' jkun is-somma miżera ta' Lm5,000, li ġiet ivvotata f'dan il- Budget, tiġi mgħollija ferm iżjed ħalli jkollna servizz adegwat li jipprova jifhem il-problema reali li għandna llum ta' dawn it-tfal u li għandna bżonn noħolqu protezzjoni għalihom.", "Mr Speaker, imbagħad hemm il-Vot li jirrigwardja l-addozzjoni u l- fostering - illum għandna ftehim mar-Rumania u jista' jkollna wkoll ftehim ma' l-Albania - fejn hemm suġġerit Lm6,000 biex jitmexxa dan id- Dipartiment.", "Hawnhekk wieħed irid jistaqsi x'għajnuna u xi protezzjoni qed jagħti l-Gvern lill-individwi biex ma jiġux misruqa meta jmorru barra minn Malta ħalli jaddottaw it-tfal.", "Wieħed jista' jgħid li kważi ma sar l- ebda tibdil, għalkemm meta kien qed isir dan il-ftehim kien hemm ħafna daqq ta' trombi li se jkun hemm bdil esaġerat.", "Pero' fil-fatt insibu li l-ġenituri qed jitħallew għal riħhom.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li nitkellmu ftit dwar id-day care centres, jiġifieri fejn in-nisa li jaħdmu jistgħu jħallu lit-tfal tagħhom.", "Hawnhekk ukoll insibu Vot verament miżuru ta' Lm43,000 għall-programmi u inizzjattivi fejn jidħlu l-affarijiet soċjali tal-familja.", "Wieħed jista' jsemmi li l-unika somma sostanzjali li hemm ivvotata hi ta' Lm350,000 li se titqassam bejn l-istituzzjonijiet.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-problema attwali li għandna llum li ngħinu lill-familji.", "Din hija wada mill- affarijiet li l-Gvern mhux qed jagħmel.", "Illum il-ġurnata, minħabba s- sitwazzjoni ekonomika tal-pajjjiż - speċjalment kif splodiet dan l-aħħar l-inflazzjoni - qed insibu li l-ġenituri qed ikollhom inqas ħin liberu għalihom infushom u għall-familja tagħhom u inqas ċans biex jiżviluppaw il- kultura tagħhom u tal-pajjiż.", "Dawn qed jiġu effetwati anke minħabba ċerta propaganda li ssir minn konsumiżmu sfrenat u għalhekk qed jispiċċaw skjavi tax-xogħol ħallu jżommu l-istandard of living tagħhom.", "Veru li qed ikun hawn ħafna nies li jkollhom biex imorru jixtru u wieħed jista' jgħid: Imma araw in-nies kemm qed jixtru!", "Imma dan qed isir a skapitu ta' xiex?", "Dan huwa a skapitu tal-bażi tal-familja, kif suppost li hi fformata, jiġifieri iktar ħin għaliha, iktar ħin ħieles u iktar ħin li fih tkun tista' tiżviluppa ċerta kultura fiha nnifisha.", "Il-Gvern li huwa responsabbli minn dan kollu qed titfa' piż kbir fuq il-familja b'tali mod li qed ikollna tkissir ta' familji.", "Fejn jirrigwarda l-update soċjali l- wegħda tal-Partit Laburista tkun illi l-paga u l-benefiċċji li wieħed jieħu jkunu biżżejjed biex wieħed jgħix diċenti u mingħajr tqanċiċ.", "Biżżejjed wieħed jgħid illi tul dawn l-aħħar sitt snin ma kien hemm lanqas żieda waħda fiċ-children's allowance.", "Issa ngħid xi ħaġa dwar il-konsumatur.", "Jidher li m'hemm ippjanat xejn ġdid biex iċ-ċittadini jkunu iktar konxji u edukati fid-drittijiet tagħhom.", "Donnu aħna kuntenti li għaddejna l-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-aqwa li ssodisfajna waħda mill-wegħdiet li kien għamel il-Gvern lill- Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed wieħed jara l-problemi li wieħed jiltaqa' magħhom fid-dipartimenti tal-Gvern fejn wieħed jistenna li l-Gvern stess jagħti l-eżempju tiegħu.", "Semmejna kemm-il darba l-bżonn illi l-konsumatur ikollu rappreżentanza kbira fil-Kunsill li ġie mwaqqaf bil-Liġi għall- Affarijiet tal-Konksumatur, imma l-Gvern lest li jagħżel il-membri hu, imma l-għaqdiet tal-konsumatur iħallihom kompletament f'minoranza ħalli min ikun qiegħed hemmhekk jista' jagħti l-każ - j'Alla ma jkunx - illi jkollu obbligi lejn min jaħtru.", "Wieħed jara illi l-konsumatur l-inqas li qed ikollu say kif qed jitmexxew id-dipartimenti governattivi.", "Huwa impenn tal- Gvern Laburista li se jaħdem biex jagħti leħen lill-konsumatur f'deċiżjonijiet li jittieħdu f'dipartimenti governattivi u korpi parastatali fejn ikun se jintlaqat hu.", "Mhux se nitkellem fit-tul dwar dan.", "Biżżejjed il-poplu Malti jħares lejn it-toroq biex jara s-servizz li qed jagħtih il-Gvern.", "Telemalta żiedet il-prezzijiet għax issa minflok qed inħallsu tat-telefonata nħallsu tal-pulses, imma s-servizz mhux l-ewwel darba li jkun laxk, minkejja l-ħafna paroli.", "Jekk nieħdu l-Enemalta anke biex tingħata servizz ġdid għolew it-tariffi.", "Ta' min isemmi li kien il- Gvern stess li għolla l-ħajja, kien hu stess li għamel piżijiet fuq il- familji u kien hu stess li ħoloq sitwazzjoni imbarazzanti fi ħdan il- familji.", "Issemmiet ukoll il-Water Services Corporation fejn għas-servizz li tagħti qabel wieħed kien iħallas biss Lm1 imma issa se jibda jħallas kważi tliet darbiet iktar.", "Kien hemm ukoll żidiet fil-posta.", "Kien ikun hemm żmien fejn konna niftaħru b'dan id-dipartiment u konna ngħidu li dan kien xempju ta' kif għandhom jimxu d-dipartimenti tal-Gvern l-oħra.", "Issa anke f'dan id-dipartiment qed insibu li qed ikun hemm ċerti laxkezzi għax jidher li l-affarijiet m'humiex qed jimxu kif suppost.", "Jiġifieri ċ- ċittadin mhux qed ikun moqdi kif kien moqdi meta konna niftaħru bih, fejn kien l-aħjar dipartiment fost id-dipartimenti kollha governattivi.", "Ħalli nsemmi wkoll kif qed jintlaqat il-konsumatur għar-rigward ta' saħħa.", "Hemm allokat numru ta' miljuni ta' liri għall-Isptar San Raffaele u hawn naraw li l-istess konsulenti ma jaqblux li għandu jkun hemm sptar ġdid, anzi jsostnu u jgħidu li huwa importanti u urġentissimu li l-Isptar San Luqa jiġi mmodernizzat.", "Għalkemm hemm bżonn ta' ħafna apparat fl- istpar San Luqa pero' dan mhux qed jingħata.", "Fil-fatt dawn l-affarijiet qed jitħallew barra, l-aqwa li nibnu sptar ieħor ġdid meta dawk il-flus jistgħu jintużaw b'iktar għaqal fl-Isptar San Luqa.", "Jien m'iniex qed ngħid li m'hemmx bżonn li jirrinġaw ċerti affarijiet.", "Aħna naqblu wkoll li hemm bżonn li jittranġaw ċerti affarijiet fl-Isptar San Luqa.", "Hemm bżonn li jiġi mkabbar imma ma nħossux li għandna nonfqu daqshekk miljuni ta' liri fuq sptar ġdid meta għandna sptar ċentrali San Luqa li huwa nieqes minn ħafna affarijiet.", "Hawnhekk wieħed jibda jara l-problemi ta' sptarijiet oħrajn, bħall-Isptar Monte Carmeli u l-Isptar St. Vincent De Paule.", "Irridu naraw kif se nsolvu l-problemi ta' social cases li hemm fl-Isptar San Luqa li jirrigwardaw dawk l-anzjani li m'għandhomx dar fejn joqogħdu.", "Jiġifieri jekk insolvu dan wkoll ikunu taffejna ħafna mill-problemi ta' l-Isptar San Luqa.", "Ta' min isemmi wkoll li f'paġna 15 tal-Budget hemm ċerti allowances li qed jingħataw bħala żieda fuq dik tas-sena li għaddiet.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi għal darba oħra - fil-fatt kemm-il darba staqsejna mingħajr ma kellna risposta; għax din in-naħa tal-Kamra għandha dritt tkun taf; anke l- poplu Malti għandu dritt ikun jaf - kif tqassmu Lm0.25 miljun li l-Gvern kien ta lit-tobba li kienu strajkjaw u kienu telqu barra minn Malta fejn għamlu l-eluf ta' liri.", "Aħna għandna dritt li nkunu nafu r-risposta għal din il-mistoqsija bħalma għandna dritt ukoll inkunu nafu kif qed ikunu moħmijin ċerti affarijiet minn taħt kontra ċerti konsulenti li ħadmu fi żmenijiet ta' l-istrike bejn l-1977 u l-1987.", "Għandna naraw għaliex qed isiru u minn min qed isiru dawn l-affarijiet minn taħt.", "Jista' jkun li dawn l-affarijiet qed isiru min-nies li jgħidu lil dak li jkun li għandu bżonn operazzjoni jew li jċemplulu biex jagħmlulu appuntament - naturalment biex il-waiting list ma tkunx tidher twila - imma jkun ilu sentejn u nofs jistenna biex jingħata d-data ta' l-operazzjoni.", "Issa ħalli nitkellem fuq l-edukazzjoni.", "Fuq dan is-suġġett mhux se nitkellem fit-tul għax tkellmu fuqu l-kelliema ta' qabli.", "L-edukazzjoni għadha ma qabditx it-triq li wieħed jistenna u matul din il-ġimgħa fuq il- gazzetti nkiteb li hemm bżonn li l-edukazzjoni tibda tingrana u jkollna ideat ġodda.", "Nista' ngħid ukoll li l-qrati qed jitmermru.", "Kellhom isiru ċerti irtirati dwar il-fatt li l-maġistrati ma jilħqux imħallfin.", "Il-Ministru tal-Ġustizzja kellu jagħmel irtirata u kellu jpoġġi maġistrat bħala imħallef.", "Barra minn hekk fil-qrati l-affarijiet għadhom mhux mexjin tajjeb daqskemm jixtieqhom iċ-ċittadin Malti.", "Fil-fatt jidher li l-Gvern nesa l-aspett soċjali taċ-ċittadini u min hu fis-sakra u min hu mejjet għal qatra.", "Il-pensjonanti, n-nies bi problemi u l-familji numerużi qed isibu ruħhom fi problemi u huma mejtin għall-qatra.", "Il-qatra qed ikunu mejtin għaliha anke nies li m'għandhomx daqshekk problemi għax minħabba ċerti affarijiet li qed jagħmel il-Gvern qed jiġu magħfusa.", "Wieħed jara wkoll kif ċerti nies qed iħaxxnu bwiethom bil-kuntratti kbar li jingħataw.", "Kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-bidu ta' dawn id-diskussjonijiet fil-Parlament dawk li ħaxxnu bwiethom kienu n-nies li nvestew fil-banek.", "Għalkemm il-VAT għadha ma daħlitx fil-pajjiż, il-prezzijiet diġa' qed jogħlew.", "Waqt li konna qed niddiskutu l-liġi tal-VAT fil-Parlament - dan kien fi żmien il-World Cup biex ħadd ma jkun jaf x'qed jiġri - l-Ministru tal-Finanzi qal li l-prezzijiet u s-servizzi mhux se jogħlew.", "Mr Speaker, is-servizzi diġa' għolew qabel l-1 ta' Jannar u kien hemm ukoll id- dikjarazzjoni li ħarġet il-MAM wara li ġie suġġerit lilha minn kumpannija ta' accountants sabiex it-tobba jgħollu l-miżati li jieħdu għas-servizzi tagħhom u f'ħafna każi kważi jirduppjawhom.", "U dan kollu huwa effett tal- VAT li meta ġejna għall-prattika sibna li kollox huwa kontra ta' dak li kien qal il-Ministru tal-Finanzi fit-teorija.", "Mr Speaker, ma tantx fadalli ħin u għalhekk se nipprova ngħaġġel l-aħħar ftit punti.", "Il-Gvern kien issuġġerixxa li l-Oppożzizjoni tieħu parti fl- eżerċizzju tar-Retail Price Index u aħna għidna \"le\".", "L-Oppożizzjoni ma taqbilx li tieħu parti u l-Gvern għandu jara li jkun hemm korp indipendenti sabiex jieħu ħsieb dan l-indiċi u aħna m'aħniex se nħallu l-Gvern jinqeda bina fejn tirrigwarda din il-materja.", "Il-Ministru tal-Finanzi stess jgħid li dan m'huwiex wieħed reali u allura ż-żidiet kollha li ngħataw għall- għoli tal-ħajja lanqas huma reali.", "Niġi issa għall-prezzijiet ta' l-oġġetti.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa, malajr jara kif għolew il-prezzijiet f'dak li jirrigwarda ċerti prodotti.", "Per eżempju, insibu li l-prezz tat-tadam qiegħed kważi Lm1.50 kull kilo, wiżna patata tiswa Lm1.10, kwart tewm jiswa Lm0.50, bott Nescafe' tal-100 gramma minn Lm0.57 tela' għal Lm0.66, tal-200 gramma sar Lm1.20 u landa kbira tan-Nescafe' għoliet b'lm1.", "Bit-teletext b'kollox ma tantx jidher li se naslu biex nikkontrollaw l-għoli tal-prezzijiet.", "Il-Partit Laburista għamilha ċara li huwa kontra l-VAT u bħalma għamel ħafna wegħdiet oħra u wettaqhom - biżżejjed insemmi l-leadership ġdid, il-headquarters ġodda, stazzjon tat-television u l-ameljorament ta' l-istazzjon tar-radju - anke fil-każ tal-VAT, qed iwiegħed li malli jitla fil-gvern ineħħiha u din il- wegħda se jwettaqha.", "Mr Speaker, naraw sitwazzjoni tal-biki wkoll fejn jidħlu l-valuri għaliex min-naħa tal-Gvern naraw ċerta barka għall-affarijiet li qed isiru, saħansitra anke min-naħa tal-Prim Ministru - qed nirreferi għall-Isptar San Raffaele, għall-Freeport u għall-maħfra Presidenzjali ta' Queiroz.", "Aħna lill-Prim Ministru ngħidulu li m'għandniex fiduċja la fil-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji u lanqas fil-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.", "Jekk il-Gvern irid li jkun hemm tibdil jmissu jimplimenta l-miżuri li kemm-il darba ssuġġerejna aħna.", "Biex nagħlaq Mr Speaker, ngħid kif f'dawn l-aħħar ftit jiem rajna kif fil- qasam ekonomiku t-turiżmu kien l-uniku settur li baqa' jespandi, mill-bqija ma rajna l-ebda investimenti ġodda fl-industrija.", "Fejn huma l-kumpanniji hi-tech li spiss konna nisimgħu bihom, il-ħafna uffiċini li ftaħna barra minn Malta u l-ħafna \"fiduċja\" li ngawdu, skond kelliem min-naħa tal- Gvern?", "Hawnhekk irrid infakkar x'jgħidu l-Prim Ministru u l-ministri oħra meta jiġu minn barra minn Malta u jistaqsuhom x'jidhrilhom mis-safra li jkunu għadhom kemm għamlu.", "Ir-risposta dejjem tkun waħda pożittiva u ħafna sinjali ta' fiduċja; imbagħad meta wieħed ifittex isib il-baħħ u ma jsib xejn.", "Wegħdi iva, imma fil-prattika xejn.", "Insemmi kumpanniji, bħall-AMS li ġiet u sparixxiet u t-Technopark fil-Mosta li suppost kellu jkun hemm fih kumpanniji hi-tech - dan huwa xempju tal-baħħ u tal-fiduċja li jgawdi f'dan il-qasam dan il-Gvern!", "Meta il-konsum reali, l-investimenti fl-ekonomija, l-esportazzjoni, l-investiment industrijali u l-impiegi jibdew imajnaw, ikun ifisser li l-Gvern qed ifalli fil-politika ekonomika.", "GĦalhekk l- unika alternattiva hi bidla fl-ammintrazzjoni tal-pajjiż, jiġifieri li jkollna l-Partit Laburista fil-Gvern ħalli b'hekk ikollna nifs ġdid u ideat ġodda.", "Dan diġa' qed nuruh bir-rapporti li qed joħroġ il-Partit Laburista fuq l-updates of policy tal-partit u li se jkunu l-bażi tal-programm elettorali għall-elezzjoni li jmiss.", "Iċ-ċittadin għandu jkun l-ewwel f'ambjent ta' ġustizzja soċjali u l-ekonomija trid tkun waħda soda u mingħajr il-ħtieġa li nkunu mmexxijin mill-ebda pajjiż barrani.", "Mr Speaker, aħna kburin li aħna Maltin, kburin b'ilsinna u kburin bil- ħadddiema tagħna.", "Aħna għandna viżjoni ċara u realistika ta' fejn irridu nwasslu lil Malta tagħna; Malta newtrali, Malta non-allinjata u Malta Repubblika li ħelset mix-xkiel tal-barrani biex ma jerġax jiġi jikkmanda din il-blata f'nofs il-Mediterran.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, fost il-laqgħat li jkollna aħna l- Membri Parlamentari kien hemm waħda li laqtitni l-iktar - din saret din is-sena - meta tkellem l il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Shimon Perez.", "Dan semma ħafna kwotazzjonijiet u bqajt inżomm diversi minnhom.", "Id- dnub kien li ma kienx hemm ħafna Membri Parlamentari jisimgħu dak id- diskors, għalkemm is-sala kienet mimlija xorta.", "Per eżempju, f'ħin minnhom qal frażi li kienet tirreferi għall-Iżrael li huwa pajjiż żgħir - u kienet tirreferi anke għal Malta - meta qal li: \"not the size but the fertility of the country\"; jiġifieri mhux il-kobor tal-pajjiż imma x'fertilita' hemm biex ikun jista' jipproduċi ħalli jkun jista' jlaħħaq ma' ġganti ta' artijiet oħra li jkunu iktar żviluppati.", "Kwotazzjoni oħra li qal kienet: \"New future means different structures\", jiġifieri futur ġdid jeħtieġ strutturi ġodda.", "U l-aħħar kwotazzjoni li se nsemmi llum fost il-ħafna li qal kienet: \"University means not to learn but how to learn\", jiġifieri mhux biex titgħallem imma kif titgħallem.", "Jekk wieħed jikkonsidra dawn it-tliet kwotazzjonijiet, wieħed jara x'għerf fihom u kemm tista' tiżvolgihom f'diskorsi twal u mhux ta' għaxar minuti biss.", "Mr Speaker, ta' min jgħid ukoll li l-pajjiż tagħna huwa żgħir imma għandu fertilita' tajba, fis-sens li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fir- riżors naturali tiegħu, li huwa l-bniedem.", "Il-bniedem, li huwa l-ħaddiem, jagħmel kull mezz possibbli mhux biss biex jaqla' l-għajxien tiegħu imma wkoll biex jitgħallem malajr - għax huwa kuraġġuż - u biex jieħu inizjattiva fis-sens wiesgħa tagħha.", "Waqt id-diskors ta' l-Onor.", "Bartolo - fl-opinjoni tiegħi kien tajjeb ħafna - smajnih isemmi t-tfal ta' l-iskola u qal li sa l-eta' ta' seba' snin tkun taf fejn se jersqu fil-futur tagħhom.", "Wieħed jista' jagħmel ġudizzju anke ta' jekk it-tifel hux se jkompli l- iskola jew inkella huwiex se jagħżel xi trade.", "Dawn iż-żewġ ħwejjeġ huma tajbin, kemm min jagħżel li jkompli l-edukazzjoni terzjarja u anke min jagħżel xi sengħa teknika, għax il-pajjiż it-tnejn għandu bżonnhom.", "Mr Speaker, l-Gvern din is-sena qed jivvota Lm5 miljun biex għall-ewwel darba jintroduċi l-computers u l-informazzjoni teknoloġika fl-iskejjel primarji.", "Il-kummenti li saru dwar dan ma tantx kienu favorevoli.", "X'inhu l- iskop tal-Gvern?", "Illum il-ġurnata nsibu li fi żmien għaxar snin oħra ħadd ma jista' jkun computer illiterate, kemm jekk qiegħed fi skola, kif ukoll jekk jaħdem f'xi teknoloġija, makkinarju jew fi kwalunkwe produzzjoni.", "Il- bqija jekk il-pajjiż ma jaħdimx b'dan il-mod jista' jfalli u ma jarax il- futur tiegħu kif wieħed jixtiequ.", "Huwa proprju għalhekk li fl-fit-8 ta' Lulju, 1988 il-Prim Ministru - sena wara li telgħa fil-Gvern - kien kiteb lil diversi persuni biex jissieħbu ħalli f'Malta jinħatar il-Council for Science and Technology.", "Hawn il-Gvern kellu viżjoni fejn beda jara li l- futur tal-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem jekk fi ħdanu ma jkollux it- teknoloġija ta' l-informatika, mhux biss dik tal-computers imma anke ta' makkinarju komputerizzat u mħaddem minn teknoloġija ultra moderna.", "Jekk wieħed jara t-teknoloġija tal-lum il-ġurnata jsib li s-sena li deħlin fiha se tkun ħafna iktar sofistikata.", "Mr Speaker, meta l-Gvern kellu l-iskop li jintroduċi t-teknoloġija lit- tfal tal-primarja kien miexi fit-triq it-tajba u ma nafx għalfejn qed joġġezzjonaw.", "Illum il-ġurnata ssib tfal ta' ħames snin jew sitta li diġa' jafu jużaw il-computers u kif ma ssib l-ebda dar bla television, daqstant ieħor ma ssibx djar mingħajr computer, b'mod speċjali fejn hemm l-istudenti u t-tfal.", "Illum issib dawn il-video games li għandhom diski għalihom u bihom t-tfal ikunu qed jitgħallmu l-computer mingħajr ma jkunu ntebħu x'teknoloġija hemm f'dik il-kaxxa żgħira.", "X'għamel dan il-Council for Science and Technology f'Malta?", "Għamel diversi xogħol pero' wasal iż-żmien li dan ix-xogħol jiġi mplimentat.", "Ix-xogħol li għamel dan l-Istitut jeħtieġ li joħroġ fil-beraħ u m'huwiex biżżejjed li l-Ministru jpoġġi r- rapport ta' l-1991 u 1992 fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nafu li għandna n-nies, għandna in-knowhow, għandna min hu kapaċi jmexxi dawn is-suġġetti li ffinalizza dan il-Kunsill u jeħtieġ li dan ix-xogħol jibda jseħħ.", "Fost dawn insemmi l-information technology and telecommunications li fetħilna l- bibien, it-twieqi u l-ventilaturi mad-dinja kollha.", "Illum il-ġurnata smajna li se jgħaddi cable li se jibda min-naħa tal-Ġappun, jgħaddi mill- Mediterran u jmiss Malta wkoll.", "Għalkemm jeżisti dak il-bogħod kollu, dan il-cable se jgħaddi minn ġo qiegħ il-baħar u Malta se jkollha wkoll sehem minnu għax diġa' hija ppreparata għal din it-teknoloġija li għandhom l- iġganti fit-teknoloġija bħall-Ġappun, l-Amerika, il-Ġermanja, Franza u postijiet oħra fl-Ewropa.", "Mr Speaker, it-teknoloġija qiegħda titħaddem hawn Malta u għandna l-mezzi biex inħadmuha u niftħuha iżjed.", "Jenħtieġ li dawk l-industriji li m'għandhomx dik it-teknoloġija u għadhom jaħdmu b'mod primittiv, jinformaw ruħhom bit-teknoloġija moderna u dawk l-affarijiet li kienu jużaw għandhom jiġu scrapped għall-ġid tagħhom kif ukoll għall-ġid tal-pajjiż.", "Kif wieħed jista' jara hawn Malta t-teknoloġija l-iktar li nsibuha fil-banek.", "Il- banek li għandna Malta ħatfu t-teknoloġija b'mod sod u llum il-ġurnata dawk is-servizzi li qed jagħti l-ATM u affarijiet oħra bħalma huma r-readings ta' l-exchange control huma kompjuterizzati anke kull siegħa.", "Imbagħad ġie studjat ukoll il-programm Marine Resources Network.", "Malta hija gżira mdawra bil-baħar u għandha ħafna riżorsi mdawrin magħha.", "X'hemm x'isir studju dwar dan?", "F'hiex qiegħed jaħseb dan il-Kunsill ta' Xjenza u Teknoloġija?", "Qiegħed proprju jaħseb fuq il-coastal erosion li għandna, fuq il-fawna u l-flora li hemm f'qiegħ il-baħar u fuq il-features tal-blat li għandna b'mod speċjali lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta fejn għandna ħafna blat li wieħed għandu jikkonserva u jara x'qiegħed joffri anke għat-turiżmu u għal riċerki oħra ta' bijoloġija, eċċ. Ġie ssuġġerit li jitwaqqaf ukoll il-Marine Science Station li jkun konformi ma' dak li qed jiġi żviluppat f'diversi postijiet oħra tad-dinja sabiex dan l-istation ikun jista' jagħti l-frott tiegħu minn dak ir-riżors naturali li għandna madwar il-gżira tagħna.", "Hemm imbagħad l-energy network.", "Hawn Malta ma tiġix siegħa li ma toħroġx ix-xemx fi kwalunkwe ġurnata tas-sena u jien ma nafx għaliex għadna ma bdejniex inħaddmu s-solar energy.", "Din hija importanti ħafna u jiena nagħmel appell, b'mod speċjali lil Enemalta, sabiex tinvesti f'dan il- proġett.", "Dan ma jinvolvix spejjeż kbar u jekk stess ikun hemm xi ftit spejjeż għall-bidu tiffrankahom - u tiffranka ħafna iktar - meta tkun qed taħdem bis-solar energy.", "Anke d-dwal fit-toroq tagħna, għandhom jitħaddmu bis-solar energy.", "Jien nara ġonna hawn Malta li jkun mixgħula anke bil- lejl għaliex ma jkunu qed jikkonsmaw xejn peress li d-dawl ikun ġej mis- solar energy.", "Din hija mħaddma fil-privat, jiġifieri din il-ħaġa diġa' teżisti hawn Malta.", "L-aħħar ħaġa li ridt insemmi hija n-national laboratories li huma importanti ħafna għall-pajjiżna.", "Dawn għandna bżonnhom fl-industrija, fil- qasam tas-saħħa, fid-Dwana u fil-komunikazzjonijiet ta' l-ilma u nispera li dan il-laboratorju nazzjonali li tant għandna bżonnu jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Barra n-national laboratories għandna bżonn ukoll tip ta' laboratorju - m'hux laboratorju ta' xi mediċina jew ta' kimika - li janalizza d-database li ħafna dipartimenti illum il-ġurnata għandhom.", "Din id-database li qiegħda wkoll fl-industrija lokali għandha tidħol ukoll f'dan il-laboratorju sabiex wieħed ikun jista' jieħu l-informazzjoni at first hand at the tip of his fingers sabiex il-pajjiż ikun informat b'dawk l-affarijiet u janaliżża s-sitwazzjonijiet tiegħu f'kull ħin.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carm Lino Spiteri.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Mr Speaker, ftit tal-ġimgħat ilu kelli l- okkażjoni li nitkellem f'dan il-Parlament fuq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dak inhar jien għidt li naqbel ma' l-għanijiet tad-Development Planning Act għaliex din hija Liġi li eliminat kull ċans ta' kritika dwar korruzzjoni fil-ħruġ tal-permessi tal-bini.", "Jien naqbel ma' l-għanijiet tal-Liġi, pero' ma kontx naqbel u għadni ma naqbilx mal-mod kif qed tiġi amministrata din l-Awtorita'.", "Meta l-Prim Ministru fetaħ l-uffiċini l-ġodda ta' l-Awtorita' hu tkellem u ddeskriva l-għanijiet tagħha billi qal li din l-Awtorita' qegħda hemm biex tipprovdi għall-ippjanar ta' l-iżvilupp tal-pajjiż fuq bażi tajba u ta' kwalita' teknika, kemm għal dak li huma artijiet pubbliċi kif ukoll għall-artijiet privati.", "Qal ukoll li din l-Awtorita' għandha tkun il- makkinarju ta' kif jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet u l-permessi tal- bini u li għandha tkun il-mutur ta' l-ekonomija li jibqa' miexi b'ritmu kif mixtieq.", "Intqal ukoll li m'għandux ikun hemm inkonsistenza fid- deċiżjonijiet, li l-Awtorita' għandha tiggarantixxi li l-iżvilupp jibqa' miexi b'ritmu tajjeb u li għandu jkun hemm trasparenza biex hi tkun tista' tirbaħ il-fiduċja tal-poplu.", "Fid-diskussjoni dwar l-Estimi ta' l-Awtorita' ġie kkonfermat mill-Ministru għall-Ambjent li l-Awtorita' għandha awtonomija u ndipendenza sħiħa.", "Aħna nemmnu li l-Awtorita' għandna tkun indipendenti fejn jidħlu l- permessi tal-bini, pero' għandu jkun hemm xi organu jew xi mod kif id- deċiżjonijiet ta' l-Awtorita' jiġu monitored.", "Effettivament il-bieraħ stess għadna kemm smajna li nħareġ permess għal xi impjant li ma tantx kien mixtieq u li dan il-permess inħareġ anke fl-assenza taċ-Chairman.", "Il-Prim Ministru qal li wieħed mill-għanijiet ta' l-Awtorita' għandu jkun il- konsistenza - issa ħalli naraw jekk hemmx konsistenza fid-deċiżjonijiet.", "Jien nista' nitkellem fuq każijiet li għaddejt minnhom jien stess u hekk għandu jkun il-Parlament fejn il-Membri jsemmgħu l-esperjenzi li jkunu għaddew minnhom personalment jew inkella li ltaqgħu magħhom - dawn huma każijiet li l-uffiċċju tiegħi stess kien involut fihom.", "Insemmi każ fejn kont domt sentejn sħaħ nitħabat għal permess ta' biċċa art tajba għall-iżvilupp ġewwa Paceville li kienet mdawra b'bini għoli seba' jew tmien sulari.", "Domt nissielet ħafna mad-Director biex joħroġli l- permess għal-lukanda imma huwa beda jinsisti li għandi nikkonvinċi lill- klijent tiegħi biex jibni a multi-storey car park park.", "Fil-fatt domt sentejn u nofs niġġieled u nissielet magħhom biex joħorġu permess għal- lukanda.", "Fuq in-naħa l-oħra tat-triq kien hemm biċċa art oħra li kienet ġiet akkwistata żmien twil wara li kien akkwista l-art il-klijent tiegħi, u fuq dik il-biċċa art ħareġ il-permess.", "Għalhekk kont għidt lid-Director ta' l-Awtorita' li ma ridtx niddiskuti iktar u għidtlu biex joħroġli refusal biex b'hekk stajt immur quddiem id-DCC biex nikkontestah.", "Fil-fatt meta mort quddiem id-DCC, ikkontestajtu u anke rbaħtu.", "Hawn jidher li m'hemmx konsistenza fid-deċiżjonijiet għaliex il-lukanda tan-naħa l-oħra tat-triq malajr ħarġulha l-permess.", "Mr Speaker, jien ngħid li m'hemmx konsistenza fid-deċiżjonijiet għaliex ġara li lili pprovaw jagħtuni ħames sulari meta appoġġ miegħi - u anke fuq in-naħa l-oħra tat-triq - kien hemm bini mtella' diġa' bi tmien sulari.", "Huma nsistew ukoll li f'lukanda ta' 150 kamra nagħmel parking space ta' 242 karozza, fejn imbagħad huma stess - veru li charity begins at home - - fil-bini ta' l-uffiċċju l-ġdid ta' l-Awtorita' lanqas biss għandhom parking space biżżejjed għall-istess impjegati tagħhom u għan-nies li jmorru hemm.", "Jiġifieri għalihom ma jimportax li ma jagħmluhx dan.", "Għalhekk qed ngħid li m'hemmx konsistenza fid-deċiżjonijiet.", "Insemmi każ ieħor li ġara fil-Mosta, fejn fl-1987 kienu nħarġu permessi għal 56 plot u 16 minnhom kienu laħqu nbnew in shell form.", "Wara l-1987 kienu nżammu l-permessi għall-plots l-oħra li kienu diġa' laħqu nbnew.", "Jiġifieri dawn kienu ilhom mill-1987 lesti mibnijin in shell form u s-sena l-oħra ħarġu liċenzji għal tlieta minnhom biex jieħdu l-arloġġ tad-dawl u ta' l-ilma, imma lill-klijent tiegħi - nista' ngħid li qed nirreferi għall- Assistent Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Pawlu Attard - li kien wieħed minn dawn li bena magħhom għadhom ma tawhx liċenzja għal dan.", "Jien mort għand l-Awtorita' miegħu biex niltaqa' maċ-Chairman fuq din il-kwestjoni.", "Issa dawn ilhom jistudjaw u jagħmlu inkjesti għal tmien xhur, waqt li dawk it-tlieta li semmejt qabel diġa' daħlu u qed joqogħdu fil-post u l-klijent tiegħi għadu mingħajr liċenzja għall-arloġġ tad-dawl u l-ilma.", "GĦalhekk nixtieq inkun naf fejnha l-konsistenza fid-deċiżjonijiet.", "Kien intqal li d-Development Planning Act u l-istess Planning Authority għandhom jiggarantixxu l-iżvilupp tal-pajjiż - imma meta l-makkinarju ta' l-istudju ta' l-applikazzjonijiet u tal-ħruġ tal-permessi jimxi b'ritmu tajjeb.", "Bħalissa n-numru ta' permessi u applikazzjonijiet li hemm outstanding huwa kbir.", "Hawnhekk ngħid ċar u tond li d-dewmien mhux ġej mid- DCC, imma mid-Directorate, minn dawn il-ħafna konsulenti Ingliżi u oħrajn Maltin li jdumu biex jirrakkommandaw għandux joħroġ il-permess jew le, għax imbagħad meta tmur għand id-DCC ma ddumx.", "GĦadni kif ġejt informat li issa l-agenda biex jaraw liema u kemm files se jaraw mhux qed jagħmilha aktar iċ-Chairman tad-DCC - u ma nafx kif ċediha din - imma se jagħmilha id-Directorate biex imexxi liema files irid u jħalli liema jrid.", "Id-Directorate suppost qiegħed hemm biss biex jagħti parir jekk għandux joħroġ permess jew le, imbagħad id-DCC irid jiddeċiedi joħroġx il-permess jew le.", "Kieku verament qed jimxu b'ritmu tajjeb kieku vera nistgħu niggarantixxu l-iżvilupp tal-pajjiż, imma jiddispjaċini ngħid li kif miexja bħalissa l-Awtorita', bid-dewmien tad-deċiżjonijiet tal- permessi qegħdin innaqqsu r-ritmu ta' waħda mill-ikbar industriji tal- pajjiż, jiġifieri tal-bini.", "Qabel kien hemm l-Awtorita' - qed ngħid mill- 1987 'l hawn - konna mmorru għand il-kuntratturi u kienu jgħidulna li tant għandhom xogħol li ma jistgħux jidħlu għal xogħol ieħor qabel sitta jew tmien xhur oħra, u issa l-kuntratturi qed imorru għand il-periti jittallbu x-xogħol minħabba d-dewmien fil-ħruġ ta' ċerti permessi.", "Fil- ftuh ta' l-uffiċini l-ġodda l-Prim Ministru qal li għandhom jimxu b'iktar effiċjenza - qalilhom sew u l-awgurju kien tajjeb.", "Pero' rrid ngħid li mill-uffiċċju tiegħi biss bħala change of use, jiġifieri biex garage isir boathouse jew mini-market isir pizzerija, għad hemm erbgħa applikazzjonijiet li mill-1993 'l hawn għadhom ma tawniex risposta fuqhom - dan ifisser iktar minn sena - filwaqt li minn dawk ta' l-1994 għad fadal 20 - sfortunatament jieħdu naqra ta' żmien biex jarawhom!", "Irrid ngħid li fejn jidħlu permessi outside the scheme, quddiem l-Awtorita' għad għandi tliet applikazzjonijiet pendenti ta' l-1993 u għaxra li saru din is-sena - jien nipprova naqta' qalb il-klijent li jiġi jkellimni biex napplikalu għal permess outside the scheme u ninsisti miegħu li m'għandux għalfejn joqgħod jaħli l-ħin tiegħu u tiegħi u ta' l-Awtorita'.", "Pero' within the scheme, fejn suppost li fi tmien ġimgħat - skond il-liġi - joħroġ il- permess, għad għandi 16-il applikazzjoni pendenti li għamilt fl-1993 u 41 li għamilt din is-sena.", "Jiġifieri pendenti b'kollox għad għandi 23 applikazzjoni li għamilt fl-1993 u 71 li għamilt fl-1994.", "Bgħatt tliet applikazzjonijiet fis-27 ta' Settembru 1994 u sal-lum, jiġifieri tliet xhur wara, għadni mingħajr acknowledgement.", "Imbagħad hemm sebgħa applikazzjonijiet oħra li ilhi xahrejn nistenna acknowledgement.", "Pero' d-daħka hi tal-permess li għandi f'isem is-Sur Walter Ebejer ta' 4 Old Railway Track, Balzan.", "Dan kellu l-parapett ta' quddiem li kien qed jittikillu u ried jibdel il-ġebla biss - fil-fatt jien kont għidtlu li m'hemmx bżonn ta' permess, pero' hu qalli li ried ikun konformi - u saret l-applikazzjoni fit-2 ta' Awissu 1994 u ħareġ il-permess fl-14 ta' Ottubru, 1994 xahrejn u nofs wara - dan kemm jibdel biss il-ġebla.", "Skond mistoqsija parlamentari numru 23,151ta' l-Onor.", "Louis Cuschieri li saret f'seduta numru 352 tad-29 ta' Novembru, 1994 dan kien staqsa lill-Ministru kemm kien hemm applikazzjonijiet outstanding fl-1992 u kemm kien hemm fl- 1993.", "Il-Ministru rrisponda li fl-1992 kien hemm 144 u fl-1993 kien hemm 589 li kienu għadhom mhux deċiżi u qallu li dan kien minħabba raġunijiet differenti, fosthom li l-Awtorita' setgħet talbet lill-periti kkonċernati biex jagħmlu xi sottomissjonijiet oħra u dawn baqgħu ma ġewx ippreżentati.", "U ejjew inkunu onesti u ngħidu li aħna diġa' tajnihom il-pjanti u r- risposti li talbuna u huma tilfuhom!", "Mhux skuża li d-dokumenti ntilfu għax ġarrew min-naħa għall-oħra, għax issa ilhom hemmhekk.", "Anke l- acknowledgements m'humiex qed jibgħatuhom għax dawn messhom li ilhom li bagħtuhom.", "Mr Speaker, il-bieraħ fuq Radio 101 smajt lil Mr Kenely, iċ-Chairman ta' l-Awtorita', jgħid li issa bil-makkinarju li għandha l-Awtorita' l-poplu qed ikun moqdi aħjar fil-ħruġ tal-permessi.", "Naħseb li l-poplu stess jista' jirrispondi lil Mr Kenely hux qed jiġi moqdi aħjar.", "Il-Ministru kkwota lill-Perit Godwin Cassar, iċ-Chief Executive ta' l-Awtorita', li qal illi:", "\"The public profile of the Authority has risen beyond expectations.", "Much remains to be done.\"", "Jien ngħidlu li baqa' ħafna xi jsir, lanqas jaf hu kemm baqa'!", "Jien verament nawgura li jsir dak li baqa' jsir mhux biss għall-ġid tal- professjoni, għall-ġid taċ-ċittadin li jrid jibni d-dar tiegħu u forsi anke biex jinnegozjaha, imma wkoll għall-industrija tal-bini li hija waħda mill-ikbar industriji tal-pajjiż.", "Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-sena d-dieħla hija s-sena tal-prova.", "Nispera li tkun hekk.", "Meta ġejna biex niddiskutu l-Voti għall-Estimi ta' l- Awtorita' kont jien li ssekondajt lill-Ministru meta ppropona l-Mozzjoni għax veru kelli tama li s-sena li ġejja se tkun is-sena tal-prova.", "Kelli u għad għandi tama li jekk iridu l-Awtorita' jaħdmu bis-sens, bl-onesta' u bit-trasparenza, allura nkunu ħloqna liġi li minnha mhux ħareġ mostru imma li tkun qed titmexxa tajjeb għall-ġid tal-pajjiż kollu.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, minn kemm ilni nsegwi l-budget ta' kull sena - u dan ilni nagħmlu għal żmien twil, anke meta kont għadni lanqas biss ħlomt li noħroġ għall-politika - dan kien żgur l-iktar budget kwiet u l-inqas wieħed mistenni.", "Il-verita' hi illi għall-poplu Malti Budget Day kienet just another day.", "Dan juri kif dan il-Gvern mhux biss bidla kbira fil-mod kif inhu ppreżentat il-budget irnexxielu jagħmel, iżda anke kif il- poplu Malti mmatura b'mod illi spiċċat l-aspettattiva li kien ikun hawn fis- snin l-imgħoddija biex jara x'żieda se jieħu fil-paga u x'benefiċċji oħra - niftakar il-famuż roħs fil-prezz tat-tonn taż-żejt!", "Kien ikun hawn ukoll ħafna spekulazzjoni fuq liema kienu se jkunu dawk l-oġġetti li se jogħlew minħabba żieda fid-dazju.", "Fiż-żmien ta' lejlet il-budget kont tara ħafna nies jixtru u jaħżnu.", "Illum dan kollu spiċċa.", "Tista' tgħid li kulħadd ilu jaf minn ġranet qabel permezz tal-ġurnali li kien se jkun hemm żieda fil- paga biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja.", "L-unika żieda ta' taxxa li wieħed isib f'dan il-Budget kienet biss dik ta' fuq is-sigaretti.", "Irrid ngħid li din it-taxxa l-poplu lanqas ta każ tagħha u jiddispjaċini ngħid, bħala tabib, li għall-pazjenti li jpejpu, din iż-żieda fil-prezz tas-sigaretti ma nkwetathom assolutament xejn.", "Il-prezz tas-sigaretti f'Malta għadu tista' tgħid l-orħos fl-Ewropa, orħos saħansitra mis- sigaretti li wieħed jista' jixtri, per eżempju, mid-duty free shop ta' l- airport ta' Pariġi.", "Qabel ma wieħed jikkritika dan il-Budget, għandu jqis kemm il-Gvern qed jonfoq flus fuq il-kura fl-isptarijiet u fil-mediċini għall-mard ikkawżat mit-tipjip.", "Għalhekk jien kont nistenna li din iż- żieda tkun ħafna u ħafna aktar.", "Fl-opinjoni tiegħi, wara kollox, x'hemm ħażin li dak li qed imarrad lilu nnfisu, lil ħaddieħor u dak li qed jagħmel kapriċċ, iħallas għall-parti mill-kura ta' dan il-mard.", "Waqt li qed nitkellem fuq it-tipjip hemm bżonn kbir li l-liġijiet u r-regolamenti jiġu osservati u enforzati.", "Mhux billi passiġġier f'karozza tal-linja huwa pprojbit li jpejjep imma anke l-istess drivers għandhom ikunu pprojbiti li jpejpu għax ħafna drabi lilhom issib ipejpu waqt is-sewqan.", "Hemm bżonn li nintroduċu regolamenti fejn it-tipjip ikun ipprojbit f'postijiet pubbliċi, partikolarment fl-uffiċini tal-Gvern, fil-banek u postijiet oħra bħal dawn.", "Hemm bżonn li jsiru regolamenti biex ħadd ma jpejjep f'postijiet fejn isir bejgħ ta' ikel, bħal grocers, tal-laħam, tal-ħaxix, tal-ħut u oħrajn bħal spiżeriji, eċċ. Nieħu gost nara li Air Malta ntroduċiet numru ta' titjiriet fejn fl-ebda ħin ma jista' jsir tipjip.", "Numru ta' restaurants illum ukoll qed jirreservaw parti mill-post għal dawk li ma jridux ipejpu biex min ikun irid jiekol mingħajr id-duħħan tas-sigaretti, jista' joqgħod hemmhekk bi kwietu mingħjar ma jdejqu ħadd.", "Pero' jien ngħid li hemm bżonn li l-Gvern jinsisti li dan isir mir-restaurants kollha.", "Mr Speaker, waħda mill-iktar affarijiet importanti fl-opinjoni tiegħi li ressaq dan il-Budget kienet li se jingħata bidu għall-proġett ta' tagħlim tal-computer fl-iskejjel primarji.", "Dan ifisser li se nibdew nippreparaw lill-uliedna mill-bidu nett tat-tagħlim tagħhom hekk kif dawn jibdew jitgħallmu jaqraw u jiktbu fl-stess ħin jitgħallmu l-użu tal-computers.", "Ma nafx hawnx pajjiż ieħor li jagħmel jew li qed jagħmel dan.", "L-Oppożizzjoni tista' tgħid li bil-kemm tkellmet fuq dan il-proġett L-unika kritika li seta' kellhom iI-kelliema ta' l-Oppożizzjoni għal dan kienet li se ndaħħlu dan is-suġġett meta l-curriculum huwa mgħobbi biżżejjed.", "Dawn ikkritikawna wkoll li m'hawnx għalliema biżżejjed.", "Fl-opinjoni tiegħi dan juri biċ-ċar li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni minflok jinkoraġġixxu suġġett bħal dan fil-ħajja tal-lum qegħdin - jiddispjaċini ngħid - ikaxkru saqajhom.", "Issa fost il-bidliet kbar li ġab f'dan il-pajjiż Gvern Nazzjonalista dan introduċa l-użu tal-computers, partikolarment fid-diversi dipartiment u entijiet governattivi.", "Mhux biss jiddispjaċik imma litteralment tirrabja li Gvern Soċjalista tellef lil pajjiżna tista' tgħid ġenerazzjoni sħiħa ta' tagħlim ta' l-użu ta' l-informatika.", "Dan kien ta' ħsara kbira għal pajjiżna.", "Għaxar snin ilu proprju f'din il-Kamra waqt dibattitu fuq l-Estimi ta' l-Universita' l- Prim Ministru Soċjalista, l-Onor.", "Dom Mintoff ħareġ qatta bla ħabel kontra l-użu tal-computers fl-Universita' - mhux fl-iskejjel primarji - u tgħidx x'ma qalx kontrihom.", "Per eżempju, dan qal li l-computers li titfagħlhom jagħtuk u fuqhom qal ukoll \"rubbish in, rubbish out\".", "Din il-frażi għadni niftakarha għax dak kien żmien meta kulħadd kien qed jistenna li l- computers jidħlu Malta u jiżviluppaw.", "Imbagħad il-Prim Ministru joħroġ qatta bla ħabel kontra tagħhom!", "Kif għidt, dan kien biss għaxar snin ilu, jiġifieri sentejn u ftit qabel ma l-poplu Malti neħħihom mill-gvern.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Philip Muscat u jitkaża li m'għandniex għalliema biżżejjed!", "Dan huwa veru iżda l-ħtija ta' din is-sitwazzjoni taqa' fuqu u fuq sħabu li kienu kontra.", "Jien nissuspetta li kienu jibżgħu mill- introduzzjoni tal-computers.", "Tant hu hekk li dak iż-żmien biex wieħed jixtri computer għall-użu personali tiegħu, apparti mill-prezz għoli li ried iħallas tgħidx kemm formoli kien irid jiffirma.", "Issa dan ma kien se jtellef ix-xogħol lil ebda ħaddiem.", "Il-Gvern Nazzjonalista mhux talli ma beżax li l-użu tal-computers ma jġibx il-qgħad talli konxju mill-importanza ta' l-informatika fetaħ l- importazzjoni beraħ u nkoraġġih u stimulah.", "Kulħadd jaf li l-użu tal- computers minflok il-qgħad li s-Soċjalisti kienu jibżgħu minnu, kkontribwixxa ħafna biex inħolqu numru ta' impiegi ġodda.", "Dan il-Gvern għandu tassew għal xiex jiftaħar.", "Minkejja li dan il-proġett se jqum madwar Lm25 miljun mifruxin fuq ħames snin u minkejja proġetti oħra kbar li hemm bżonn li jsiru f'Malta, ddeċieda li dan il-proġett għandu jingħata priorita'.", "Hekk għandu jkun jekk irridu naraw li dan il-pajjiż jibqa' miexi bir-ritmu mgħaġġel fit-triq li qabad sabiex l-ekonomija ta' Malta tkompli sejra 'l quddiem.", "Dan il-proġett qed iħares lejn il-futur m'hux biss taż- żgħażagħ tagħna iżda saħansitra tat-tfal iż-żgħar.", "Gvern Nazzjonalista m'huwiex Gvern tas-second hand; m'aħniex lesti li niġbru dak li jarmi ħaddieħor.", "Dik il-mentalita' spiċċat, aħna rridu pajjiż modern, fiduċjużi fil-kapaċita' taċ-ċittadini Maltin u nemmnu li l-Malti jekk tagħtih l- opportunita' kapaċi daqs, u forsi anke aktar, minn ħaddieħor.", "Għalhekk aħna nemmnu li bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea il-Maltin m'hux talli m'humiex se jeħdulhom posthom il-barranin, talli jkunu huma li jistgħu jieħdu vantaġġ mill-possibiltajiet u l-opportunitajiet kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa li jinqalgħu permezz tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, tiġi meta tiġi.", "Mr Speaker, dan huwa budget b'direzzjoni ċara li m'hux biss jikkonsolida dak li rnexxielu jwettaq Gvern Nazzjonalista tul dawn l-aħħar snin iżda jkompli jwitti t-triq sabiex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem.", "L- Oppożizzjoni, f'eċċezzjonijiet żgħar, kienet tassew fqira fil-kritika u dan proprju minħabba l-fatt li dan huwa l-budget serju.", "Aħna ċari fil-viżjoni li għandna għal Malta u l-budget m'huwiex ibbażat fuq suspetti u nofs veritajiet li uża l-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta għamel ir-risposta tiegħu għal dan il-Budget.", "Dan ill-Budget huwa mibni fuq figuri u ċifri veri.", "Jien m'iniex se nikkwota ċirfi, iżda l-verita' hi l-l-poplu Malti stagħna bil-bosta tul dawn l-aħħar snin.", "Xiehda ta' dan m'hux biss huwa l-mod ta' kemm il-poplu ġemma flus li huwa rifless fiż-żieda fenomenali fid-depożiti fil-banek, imma wkoll ta' kif għola l-livell tal-ħajja tal-Maltin.", "Il- Malti llum isiefer ħafna aktar biex jiddeverti u jkabbar il-kultura tiegħu u qiegħed jattrezza daru b'aktar affarijiet soffistikati sabiex jgħix aktar komdu.", "Xhieda ta' dan huma n-numru ta' ħwienet ta' livell għoli li fetħu u qegħdin jiftħu.", "Jgħidu x'jgħidu, il-poplu Malti dan l-aħħar snin għolla l- livell ta' l-għajxien tiegħu bil-bosta u għalkemm l-Oppożizzjoni teqred u tokrob taħsibna li qed immutu bil-ġuħ meta l-verita' hija bil-maqlub; għandna poplu sinjur, ħawtiel u kuntent.", "Biex nikkonkludi, Mr Speaker, ngħid li dan huwa budget li juri biċ-ċar il-ħidma kbira li wettaqna u li se jkompli jwettaq il-poplu Malti fid- direzzjoni lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, jena smajt b'interess tliet speakers min-naħa l-oħra u nibda biex ngħid li l-ewwel ħaġa li laqtitni hija dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Vella dwar il-kalma li hawn.", "X'ma jkunx hawn kalma?", "Il-fatt li telqu t-television cameras mill-Parlament ...", "Meta kien hawn it-television cameras il-Kamra kient tkun mimlija daqs bajda, kulħadd bis- Sunday best u kulħadd joqgħod attent li jiġi inkwadrat tajjeb, imma issa li telqu l-cameras dan il-Parlament għandu bżonn is-solar energy biex ikun hemm dibattitu veru f'dan il-Parlament li qed inemnem!", "Iktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien, minflok ma dan il-Parlament qiegħed iservi bħala lok ta' dibattitu, iktar qiegħed iservi bħala lok ta' rubber stamping.", "Hawnhekk qed nitħassru lill-Clerk of the House għax qed ikun hawn id-divisions jinqraw l-ismijiet, imma rarissimu qed ikun hawn dibattitu veru, speċjalment fil-Committee Stage.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien, dawn l- affarijiet qed isiru iktar serji.", "Biżżejjed insemmu li kwantita' ta' leġislazzjoni lanqas biss hija miktuba lokalment imma qed tiġi importata minn barra b'ħafna konnotati bil- konsegwenza li lanqas inkunu nistgħu nittraduċuhom tajjeb u meta jiġu mqabbla ma' liġijiet oħra, dawn lanqas ikunu jinftiehmu.", "Hemm diversi liġijiet li għalihom qed jiġu taparsi \"experts\" biex jiktbuhom mingħajr ma jkunu realistiċi għas-sistema ġuridika ta' pajjiżna.", "Eżempju ta' dan huwa dak li sar fil-liġijiet dwar il-financial institutions.", "Skond dawn il- liġijiet, biex isir self trid il-permess tas-Central Bank; trid tara jekk intix kontra l-liġi jew le, jew jekk intix qed tagħmel business activity jew le, u allura tista' tasal fis-sitwazzjoni li biex issir loan bejn missier u bintu jista' jkun hemm bżonn il-permess tas-Central Bank.", "Ma nafx liema leġislatura ġewwa pajjiżna qatt kellha l-ħsieb li ddaħħal element bħal dan.", "Pero' hemm affarijiet oħra li għandna bżonn nagħmlu u li għandna nadottaw minn pajjiżi oħra, imma fl-istess ħin aħna għandna nadottaw minn pajjiżi oħra dak li hu solidu biss.", "Riċentement tkellmet il-General Workers' Union fuq dan il-punt meta qajmet il-kwestjoni tal-ħtieġa li jkun hemm referendum.", "Imma l-General Workers' Union tkellmet fuq ir-referendum limitatament għall-kwestjoni tat- taxxa tal-VAT.", "Il-General Workers' Union tkellmet ukoll fuq il-kwestjoni ta' l-għaqda ma' l-Ewropa għax jekk eventwalment ikun hemm bżonn ta' referendum, dan żgur ma jkunx jiddependi biss mill-Gvern Malti imma wkoll mill-istituzzjonijiet barranin li jkunu jridu dan ir-referendum ħalli jaraw jekk il-poplu vvotax favur jew kontra.", "Imma l-prinċipju fundamentali tar- referendum li għandna bżonn f'pajjiżna hu li llum iktar m'hu qed jgħaddi ż- żmien, it-taparsi programmi elettorali li jsiru m'hu qed ikunu jfissru xejn.", "F'pajjiżna iktar m'hu qed jgħaddi ż-żmien, iktar il-programm elettorali qed ikun biss ticket biex permezz tiegħu partit politiku jitla' fil-gvern.", "Once li partit jitla' fil-Gvern, dan għandu carte blanche li jagħżel il-leġislazzjoni li jrid billi juża xi kelma jew xi frażi - bħal \"Solidarjeta'\" li uża l-Partit Nazzjonalista u \"Nimxu iktar 'il Quddiem\" li uża l-Partit Laburista - imgħabad għandu d-dritt li jagħmel li jrid.", "Imma dan kollu huwa żbaljat.", "GĦalhekk jekk aħna verament nemmnu fid-demokrazija għandna nagħrfu l-bżonn li f'pajjiżna jidħol ir- referendum, kemm dak abrogattiv kif ukoll dak propożittiv.", "Sur President, jien għaliex qed ngħid dan kollu?", "L-iktar demokrazija li timxi fuq ir-rubini, li timxi mingħajr skossi u li hi l-inqas waħda li nisimgħu li fiha hemm kriżijiet u tiġbid 'l hawn u 'l hinn hija proprjament id-demokrazija Svizzera.", "Din hija demokrazija ta' pajjiż relattivament żgħir imma li għandu tradizzjoni demokratika kbira.", "Per eżempju, skond il-leġislazzjoni ta' dan il-pajjiż ministru jispiċċa mill-kariga tiegħu meta jiskadielu t-term, mhux bħal ċerti pajjiżi oħra fejn ministru jdum xi 40 sena fil-kariga.", "F'dan il-pajjiż ministru jispiċċa wara ċertu żmien mhux għax jitneħħa imma għax ikun skadielu t- term.", "Imma l-iktar ħaġa importanti f'dan il-pajjiż hi li l-poplu, li f'ismu suppost jiggverna kulħadd, ma jingħatax il-poter biss f'elezzjoni għax meta jiġi biex jivvota jista' jkun hemm kwantita' ta' issues differenti x'jiġu deċiżi u wieħed ma jkunx jaf jekk huwiex qed jivvota lit- tali partit fuq ċerta issue, jekk hux qed jivvota lill-partit l-ieħor għal issue differenti, jew inkella hux qed jivvota kontra t-tali partit għax ikun qarsu f'xi ħaġa jew ma qdiehx biżżejjed.", "GĦallinqas jekk f'pajjiżna jidħol ir-referendum ikun hemm il-possibbilta' li n-nies jesprimu l- pożizzjoni tagħhom fuq issues li ħafna drabi lanqas il-partiti ma jkunu jridu jiċċappsu magħhom.", "Fost affarijiet oħra nistgħu nsemmu l-kaċċa.", "Illum jien u dieħel il-Parlament tawni fuljett fuq il-kaċċa.", "Hawn Malta liema huwa dak il-partit li verament jieħu gost jidħol fi kwestjoni bħal din?", "Imma l-poplu x'irid verament?", "F'pajjiżi oħra sar referendum.", "Kien hemm fejn bir-referendum rebħet naħa u kien hemm fejn ir-referendum kien bla riżultat għan-naħa l-oħra.", "GĦalhekk hija x-xewqa tal-poplu li jkollna din il-possibilita'- imbasta r-referendum ma jkunx abrogattiv biss - fil- Kostituzzjoni tagħna.", "Imma din ma għandhiex tibqa' kif inhi llum, fis-sens li biex tkun tista' ssir ċerta leġislazzjoni, ikun irid ikollha magħha r- referendum.", "Jien inħoss li dak li ssuġġeriet il-GWU issuġġerietu għal aspett wieħed, jiġifieri li m'hijiex idea żbaljata li aħna wkoll ikollna dik il- possibbilta'.", "Jekk aħna nagħmlu dak li ssuġġeriet il-GWU ma jkollniex bżonn iktar ta' television cameras fil-Kamra tal-Parlament fejn ġieli minħabba li ċerti nies - qed ngħid dan kollu biex inkun preċiż għax inkella nkun qiegħed nikkritika lis-Sinjorija tiegħek -ma jkollhomx x'jgħidu joqogħdu jagħmlu l-istorbju għalxejn biex żgur jidhru li qegħdin fil-Kamra.", "GĦax inkella jekk ma joqgħodx imqareb kif jista' jinstema'?", "Jekk joqgħod imqareb, l-iSpeaker ikeċċih u allura n-nies żgur tinġibdilhom l-attenzjoni li qiegħed fil-Kamra.", "Min-naħa l-oħra jekk ma jagħmilhiex ta' l-aggressiv ma jidhirx li qed jiġġieled.", "GĦalhekk dan jibda jagħmilha ta' l-aggressiv biex in-nies jgħidu li dan il-Membru jiġġieled fil-Parlament.", "Imbagħad meta jintefa' s-switch u n-nies tat-television jiġu mitluba biex jirtiraw, hu jkun diġa' rtira qabilhom għax ġaladarba s-seduta ma tkunx baqgħet tixxandar fuq it-television għalih ikun spiċċa kollox.", "Din hija parti mill-kummiedja; fil-fatt l-Onor.", "Tonio Borg qed juża kelma importanti f'din il-kummiedja.", "Huwa importanti li aħna ma nibqgħux inkomplu din il-kummiedja imma minflok għandna nistudjaw il-prinċipju tar-referendum bis-serjeta' ħalli lill-poplu nkunu nistgħu nagħtuh say.", "Aħna ma għandniex nippretendu biss li ż-żewġ naħat jgħidu xi ħaġa differenti darba kull ħames snin biss għax jekk nibqgħu sejrin hekk, minflok ma mmorru għas-sustanza, nibdew immorru għax-xinxilli u għat-teatrini.", "Aħna rridu nippreparaw ruħna wkoll billi naraw kif se ngħaddu l-messaġġ permezz tal-media u naraw kif din se tipproġetta l-image.", "Dan l-aħħar wasalli dokument fejn kien se jkun hemm diskussjoni fuq media u kien hemm il-mistoqsija ta' x'inhu l-iktar importanti jekk hux is-sustanza, l-image jew il-forma.", "U jien għidt ara l- politika ta' pajjiżna lejn x'hiex inhi miexja.", "U hawn se niġi għal aspett ieħor tas-soċjeta' tagħna, qed nirriferi għas-civil service.", "Bħala ex-civil servant fil-qorti u fid-dwana, li ħdimt taħt Gvern Nazzjonalista - nittama li qdejt dmiri bħala civil servant mhux biss għall- Gvern Nazzjonalista imma għan-nies li kienu qed iħallsu t-taxxi biex nitħallas jien - illum b'rabja kbira għalija personali ngħid li f'pajjiżna qed tidħol il-mentalita' li huwa meħtieġ li fis-civil service, b'mod jew ieħor, l-aktar fil-funzjonijiet delikati fejn il-poplu għandu jkollu s- servizz ċivili li jiggarantilu kontinwita' fis-servizz, ndaħħlu l-element ta' l-appointees politiċi.", "Dawn ikunu bażużli li min jaf - anke jekk diġa' jkunu qegħdin jaħdmu mal-Gvern - kif jittorpedinaw lill-gvern tal- ġurnata ħalli jintgħoġbu man-naħa l-oħra.", "B'hekk il-promotion li ma jkunux jistgħu jieħdu bil-kapaċita' tagħhom jeħduha bħala political appointees, jekk imbagħad ma naslux għal sitwazzjoni agħar fejn dak li jkun Kap ta' Dipartiment għax jixraqlu u għax ta s-servizz lill-poplu, jiġi fuqu a political appointee u jagħmel bih li jrid.", "GĦalxejn noqogħdu nagħmlu MSU jew systems u methods oħrajn, jekk ma nimpjegawx nies li jridu jaħdmu verament għax jafu li l-lealta' tagħhom hija lejn il-pajjiż u mhux lejn il- ministru partikolari ta' dak id-dipartiment.", "F'dan il-pajjiż mhux biss resqin biex ikollna l-political appointees li jkunu addetti u jafu l-eżistenza tagħhom lill-gvern partikolari tal- ġurnata, imma saħansitra lil xi ministru partikolari.", "Minn żmien għal żmien din kienet teżisti imma issa li se naslu wkoll biex nistituzzjonaliżżawha u nagħmlu li l-persuni ta' fuq nett ikunu nies ta' timbru politiku, huwa assolutament kontra kull sens komun u kontra kull interess tal-pajjiż.", "Aħna ma nippretendux li s-civil servant ikun żleali lejn il-gvern tal-ġurnata għaliex dak huwa ħażin, pero' daqstant ieħor huwa ħażin li min għaliex ikun leali jiġi sottomess għal ħaddieħor għaliex l- ieħor ikun qed ixejjer il-bandiera u nispiċċaw ...", "Hemm eżempji klassiċi ta' nies li kellhom żewġt ibnadar; xejru l-bandiera taħt wieħed u mxew, u kif dik il-bandiera majnat bdew ixejru bandiera oħra u wkoll imxew 'il quddiem.", "Jien niftakar lil Dr. Albert Hyzler - ħalli nsemmi bniedem nieqes minn hawnhekk - li kellu fl-uffiċju tiegħu lil Gorġ Borg li qabel kien segretarju ta' Dr. Borg Olivier.", "Dr. Albert Hyzler kien jgħid li Ġorġ Borg bħala Kap ta' Dipartiment kien jimxi b'onesta', lealta' u serjeta'.", "Hemm civil servants oħrajn, Mr Speaker, li mxew imma bdew jindunaw li biex timxi 'l quddiem m'hux ix-xogħol li tagħmel jgħodd, imma kemm inti kapaċi toħroġ ilsienek u tilgħaq lill-partit li jkun fil-gvern jew inkella jekk ma jkunx fil-gvern tkun ġagbin ħalli tingħoġob.", "Kien hemm minn dawn ukoll, pero', Mr Speaker, sakemm is-civil servants ikunu qed juru l- lealta' tagħhom lejn il-pajjiż, ikun żball fundamentali li s-civil service b'xi mod jiġi politiċizzat.", "Mr Speaker, dwar is-civil service dan l-aħħar ġġie għandi individwu u ġabli dokument fejn lilu eskludewh mill-promotion b'rapport illi hu ma jaf bl-ebda mod kif se jikkontesta.", "M'għandux il-possibilita' li jkun jaf ir- raġunijiet.", "Il-UĦM li qed tidher għalih kellha tikteb lid-dipartiment biex tgħidlu illi hi, bħala union, ma tistax tkun taf jekk hux ġust jew le li m'hemmx ir-rakkommandazzjoni għall-promozzjoni ta' din il-persuna meta ma ngħatatx ir-rapport ta' effiċjenza illi għandha dritt għalih.", "Fuq liema bażi sar dan il-kriterju?", "Meta nisimgħu bl-eluf ta' liri li ntnefqu fl-MSU u l-affarijiet sostanzjali li rajna anke fuq it-television biex jgħidulna kemm kienu kapaċi jorganizzaw ...", "U s'issa kieku l-poplu kellu jagħmel referendum biex jgħid jekk l-MSU għandhiex tibqa' jew le, indipendentement mill-politika - bħalma tkellem l-Onor.", "Carm Lino Spiteri dwar jekk il- Planning Authority għandhiex tibqa' jew le - żgur li jgħid illi r-riżultat mhux dak mixtieq.", "(Interruzzjonijiet) Issa nitkellem fuq dik.", "Ma nistgħux nagħmlu paraventi billi noħolqu l-Planning Authority biex nagħmlu l-kriterji.", "Ma rridx li ministru jkollu diskrezzjoni assoluta li tista' toħloq il-problemi, pero' lanqas irid ikollu paraventu ta' diskrezzjoni assoluta.", "(Interruzzjonijiet) Għalfejn qed tgħid li mhux veru?", "Jien nagħti eżempju.", "Jekk lill-Onor.", "Carm Lino Spiteri ffaċċjawh bil-problema illi biex jibni ċerti flats irid ikollu l-garaxx u jekk ma jkollux il-garaxx irid iħallas ċertu ammont ta' flus, mela l-prinċipju mhux il-garaxx, imma l-flus!", "(Interruzzjonijiet) Qed tgħidli illi jiġi identifikat site għall-parking u jagħmluh b'dawk il-flus.", "F'postijiet fejn ikun kullimkien mimli fejn se toħloq dan is-site?", "Mela din hija fiction.", "F'areas diġa' ffullati fejn se toħloq l-ispazju, fuq il-bjut?", "Jiġifieri għalxejn jitħallsu l-flus.", "Dan huwa tipiku ta' l-ambjent Malti li aħna mdorrijin bih li l-flats u d-djar Maltin ma jkollhomx il-bieb mat-triq li tibda mill-first floor 'il fuq?", "Il-karattru tagħna mhuwiex dak.", "Aħna nies li nħobbu nimxu fit-toroq u li nħobbu nkunu barra, m'aħniex nies li nipparkjaw il-karozza taħt u naqbdu l-lift u nitilgħu fuq u ninħbew.", "Jien ġieli kelli l-opportunita' li mmur għand il-Planning Authority.", "Jien m'inix razzista - fil-fatt l-Irlandiżi huma l-aktar nies ħelwin fid-dinja - imma lanqas nippretendi li fil-boards ta' l-Awtorita' nitkellem bl- Ingliż u nissottometti ruħi għaliex jifhmu bl-Ingliż huma.", "Din hija forma ta' kolonjaliżmu.", "Mingħajr ma ngħabbu lis-civil service b'superstrutturi li ma jeżistux u li ma jkunux congenial mal-karattru u mat-tradizzjoni tagħna missna l-ewwel trial li għamilna kien li naraw in-nies kompetenti across the board bla ma nħarsu lejn il-kulur politiku.", "B'hekk dawn ikollhom il-pride tax-xogħol tagħhom mhux inwarrbuhom imbagħad nippretendu li ngħidulhom li qegħdin hemmhekk just to execute the orders jew biex ikunu gustużi ħalli jġibu lill-gvern tal-ġurnata 'l quddiem.", "Ħaġa oħra li interessatni kien il-kumment li għamel l-Onor.", "John Vella fuq il-kwestjoni tas-second-hand.", "Veru li dan il-Gvern ma jirrikorrix għas-second-hand u jmur għall-affarijiet ġodda u lussużi, pero' dan il- Gvern lanqas jaqbel mal-Gvern Nazzjonalista ta' żmien ilu.", "Bħalissa l- Onor. Tonio Borg - li niltaqa' miegħu l-Qorti - qed iġibli ftit ispirazzjoni.", "Fil-Qorti hemm żewġ lifts li saru fi żmien l-ex-Ministru Caruana iktar minn 25 sena ilu u għalkemm dawn il-lifts jaħdmu wieħed jippretendi li dawn wara dan iż-żmien taqbadhom ftit artrite jew ramatiżmu!", "Il-lifts il-ġodda mhux biss jieqfu kuljum ...", "Qabel kien hemm tabella li fuqha kien hemm miktub \"Id-dagħa jbaxxik\".", "Din kienet sewda bid-deheb fuqha pero' tant kienu jeħlu nies li naħseb li l-unika soluzzjoni kienet li jibdew jidgħu ħalli forsi jinżlu isfel, għax inkella jibqgħu mwaħħlin bejn sular u ieħor.", "Issa waħħlu tabella roża - (Interruzzjonijiet) biex tkunu tafu kien weħel il-Ministru - li fuqha hemm miktub li jekk jieqaf il-lift, wieħed għandu jżomm il-kalma, jdoqq l-alarm u jistenna.", "Pero' minn hawnhekk nissuġerilu li jerġa' jmur għat-tabella l- antika.", "Naf li d-dagħa jbaxxik, imma bit-talb titla' 'l fuq u għalhekk jekk ma jaħdmux il-buttuni, għallinqas taħdem xi waħda minn dawn iż-żewġ affarijiet!", "Aħna ma nistgħux nibqgħu bil-mentalita' li ngħidu għax qed jintnefaq għall-ġdid u għax ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru.", "Le, mhux veru.", "MR SPEAKER: Onorevoli, fadallek biss tliet minuti.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Sewwa, imbagħad ifakkruni meta jkunu għaddew!", "Fit-13 tax-xahar kont ġej minn barra u rajt tnejn min-nies jaħdmu fuq it- taraġ.", "(Interruzzjonijiet) Fuq l-oħra kien sar ftaħir fuqha.", "(Interruzzjonijiet) Dak li hemm fuq in-naħa ta' l-arrivals għandu n-nies miegħu l-ħin kollu u jekk jinqala' xi ħaġa ħażina, jaqilgħulu l-platform u dejjem jirranġawlu xi ħaġa minn taħt.", "Issa jekk qed tgħid li minn hekk jgħaddu miljun turist u dan suppost bil-projection il-ġdid, allura nistaqsi għal kemm nies ġie magħmul.", "Għall-opening?", "Ejja ma nkabbrux rasna żżejjed għaliex meta nibdew nisimgħu li lħaqna l-livelli u lħaqna \"hekk\" u \"hekk\", l-ewwel ħaġa li għandna bżonn nagħmlu hija li nieħdu l-kejl ta' rasna biex inkunu nafu x'size tal-kapell nilbsu.", "Imbagħad nixtruh u kull tant żmien nipprovawh ħalli naraw kibritilniex!", "Jidher li rasna qed tikber iżżejjed u minflok qed inkomplu biex inkunu nafu x'hemm bżonn bis- serjeta' x'jista' jsir fil-pajjiż, qed nispiċċaw nilbsu ħafna kpiepel biex nintgħoġbu għall-image, għall-irtokk u għat-teatrin, imma sfortunament jidher li iktar din hija l-linja moderna milli l-linja tas-sustanza.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimark?", "L-Onor.", "Louis Refalo.", "ONOR.", "LOUIS REFALO: Minn dak li ntqal mid-dibattiti tal-Budget jidher li għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni il-Partit Nazzjonalista qisu għamel kollox ħażin kemm ilu fil-Gvern.", "GĦalhekk ikun tajjeb jekk infakkru lill-ħbieb tagħna li tul dan iż-żmien kollu, speċjalment f'GĦawdex, il-Gvern Nazzjonalista ħaseb għal kollox.", "Id-Deputati GĦawdxin tan-naħa ta' l- Oppożizzjoni qatt ma semmew il-progress li sar f'kull settur ta' GĦawdex, speċjalment is-setturi ta' l-industrija u tat-turiżmu.", "Sur President, il-kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni lanqas ma semmew kemm qasmu passiġġieri bejn Malta u GĦawdex matul l-1993/94.", "Fil-fatt fis- sena 1993/94 qasmu 2.7 miljun persuna bejn Malta u GĦawdex, apparti dawk il-laneċ li jġorru n-nies privatament.", "Ma rridux ninsew ngħidu wkoll li s- sena l-oħra nġarru 53,000 persuna permezz tal-helicopter.", "Jien stennejt li l-kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni se jsemmu l-pontoons li saru ġewwa l- Port ta' l-Imġarr f'GĦawdex.", "Dan juri kemm aħna ħsibna għas-sajjieda u għal dawk li għandhom xi lanċa jew yacht.", "Fil-fatt iktar 'il quddiem aħna se nżidu dawn il-pontoons għax hemm domanda kbira għalihom.", "Sur President, il-kelliema tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma semmew xejn fuq il-wing il-ġdid li se jinfetaħ għada fl-Isptar ta' GĦawdex.", "Wieħed irid isemmi wkoll li dan il-wing suppost ilu li nfetaħ fuq it-23 sena ilu.", "Fil- fatt fi żmien il-Gvern Laburista kienu ġew sparpaljati Lm123,000 bil- konsegwenza li għalkemm dan il-wing kellu jinbena dak iż-żmien, dan baqa' ma nbeniex.", "Infakkar ukoll li fiż-żmien il-Gvern Laburista kien hemm erba' speċjalisti biss f'dan l-isptar filwaqt li llum, seba' snin u nofs wara, insibu li hemm madwar 16-il speċjalista.", "Mr Speaker irridu insemm wkoll l-emigranti li ġejjin lura minn barra, għax tan-naħa l-oħra minn dejjem jikkritikaw li kien il-Partit Nazzjonalista li eżilja lil dawn in-nies.", "Fl-1988 in-numru ta' GĦawdxin li emigraw kien 86 u fl-istess sena ġew lura 'l fuq minn 216 emingranti u fis- sena ta' wara telqu 66 u ġew lura 167.", "Fl-1994 sa Settembru telqu 29 u ġew lura madwar 154.", "Xi jfisser dan?", "Dan ifisser li matul sitt snin u disa' xhur f'GĦawdex ġew lura madwar 1,135 persuna.", "Huwa tajjeb ukoll li nsemmu li tul din l-Amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Gvern baqa' jżid ix-xogħol għal kulħadd.", "M'għadniex fi żmien li biex taħdem trid tmur titkarrab għand xi ħadd.", "Illum wara seba' snin u nofs ta' Gvern Nazzjonalista, il-liċenzji tal-ħwienet f'GĦawdex żdiedu bejn wieħed u ieħor għal 368, żieda ta' kważi 50 ħanut fis-sena.", "Mr Speaker, rigward it-turiżmu ma semmew xejn.", "Tajjeb insemmu li f'għaxar snin kien hawn żieda ta' 3,015 stabbiliment ġdid ta' l-ikel.", "Permezz ta' l-investiment li sar f'GĦawdex bil-bini ta' lukandi ġodda, in- numru ta' turisti żdied b'1.5 miljun.", "Tajjeb li nfakkru li fi żmienhom minflok ma kienu jaħdmu biex iġibu t-turisti, speċjalment dawk Ingliżi, kien moħħhom f'dak il-famuż slogan \"British go Home\".", "Lil dawn niftakruhom ibigħu l-proprjeta' tagħhom u jitilqu minn Malta.", "Allura dan tgħidlu gvern li ried li t-turisti jiġu hawn Malta?", "Mill-banda l-oħra f'dawn l-aħħar snin rajna żieda ta' 6% fin-numru ta' turisti, li matul is-sena li għaddiet nefqu Lm73 miljun.", "M'hemmx dubju li l-investiment li għamel dan il-Gvern fil-bini ta' lukandi ġodda ġewwa Għawdex kiber b'mod sostanzjali.", "Fejn qatt wieħed kien jobsor li għad ikollna lukandi bħal dawk li hemm ġo l- Imġarr u fix-Xlendi?", "Kien hemm żieda kbira wkoll ta' stabbilimenti ta' l- ikel li saħansitra ħolqot kompetizzjoni bejniethom tant li anke nies minn Malta jiġu biex jieklu ġewwa Għawdex.", "Il-kummerċ tul dawn it-tmien snin żdied sostanzjalment meta komparat mas- snin ta' qabel l-1987 meta kienu jiġu mportati madwar 4,000 karozza fis- sena.", "Tajjeb li wieħed isemmi li biex f'dak iż-żmien aġent jimporta karozza kellu bilfors jesporta għal barra minn Malta għaliex inkella l- gvern ta' dak iż-żmien ma kienx jagħtih liċenzja biex jimporta l-karozzi.", "Hawnhekk wieħed jiftakar meta l-Gvern Laburista kien iġġieled ma' Franza.", "Illum ma baqax jeżisti dak l-indħil tant li fi żmien sena ġew importati madwar 10,000 karozza li fosthom kien hemm ukoll karozzi ta' lussu.", "Mr Speaker, matul dawn l-aħħar tmien snin stajna naraw jinbnew ukoll kumplessi kbar bħal dak ta' Tiġrija Palazz u numru ta' estensjonijiet ta' fabbriki b'investiment Għawdxi bħal F X Borg li mhux biss qegħda f'Għawdex imma anke f'Malta.", "Fejn qatt wieħed kien jobsor li s-siment, il-ħadid u l- containers xi darba se jiġu Għawdex direttament minn pajjiżi barranin bil- vapuri li jibqgħu deħlin ġol-Port ta' l-Imġarr?", "Rigward it-toroq tajjeb li nsemmu li mill-1988 in-nefqa fuq tarmac u asphalt kienet ta' Lm3.8 miljun waqt li għall-1995 qed jiġi vvotat 'il-fuq minn Lm0.5 miljun.", "F'dan il- qasam bejn l-1972 u l-1986 - perjodu ta' 14 il-sena u disa' xhur - fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista ntnefqu biss Lm2.6 miljun.", "Il-konsum ta' l- ilma fl-1986 kien ta' 402 miljun gallun waqt li fl-1993 dan tela' għal 763 miljun li tfisser żieda ta' 363 miljun gallun jew 83%.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar fl-1994 intbagħtu 19.4 miljun gallun ilma minn Malta filwaqt li bejn l-1981 u l-1986 intbagħtu lejn Malta 735 miljun gallun ilma minn Għawdex u li minnhom 227 miljun gallun kienu ppumpjati mill-art u l-bqija kienu mid-distillatur.", "Mr Speaker rigward il-banek nixtieq ngħid li Lm50 miljun aktar ġew investiti f'Għawdex u li n-numru ta' kontijiet mal-banek telgħu minn 24,000 għal 42,000.", "Nagħlaq billi ngħid li dan huwa gvern li dejjem ħaseb biex il-flus jiġu vvotati bis-serjeta' bħalma ħaseb bis-serjeta' għal Għawdex.", "Qabel wieħed kien joqgħod pass lura qabel jgħid li huwa Għawdxi waqt li llum wieħed huwa kburi li huwa Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, ilna ħafna seduti niddiskutu n-nefqa tal-Gvern għas-sena d-dieħla li għandha l-għan prinċipali li ttejjeb is- servizz fid-dipartimenti konċernati bl-anqas spiża possibbli, imma fl- istess ħin b'effiċjenza akbar.", "Mill-esperjenza tal-passat jidher li dan il- għan mhux dejjem jintlaħaq u għalhekk xtaqt nitkellem dwar ċerti miżuri li żgur jistgħu jitwettqu faċilment mingħajr ebda spiża żejda ta' flus - anzi probbabilment ikun hemm iffrankar kbir ta' flus - u li bihom jistgħu jibbenefikaw numru konsiderevoli ta' nies.", "L-ewwel fatt li xtaqt nitkellem fuqu huwa dak, li ta' kull xahar, numru kbir ta' pazjenti, ħafna minnhom anzjani li għandhom 'l fuq minn 60 sena, imorru jiġbru l-mediċini mingħajr ħlas mill-polikliniċi tal-Gvern.", "Biex jagħmlu dan iridu ta' kull xahar imorru għand it-tabib privat tagħhom jew inkella joqogħdu fil-queue għal ħin twil biex jarahom it-tabib tal- poliklinika tad-distrett.", "Dan, kif għidt, iridu jagħmluh xahar wara l- ieħor, sena wara l-oħra, għall-istess tip, numru u kwalita' ta' mediċini.", "Jidhirli li dan huwa kollu bla bżonn.", "Hemm oħrajn li jħallu l-karta r-roża jew safra bil-lista tal-mediċini għand in-nurse tal-Gvern biex imbagħad din tgħaddiha lit-tabib sabiex jiffirmahilhom.", "Dawk li ma jistgħux jattendu huma stess ikollhom iqabbdu persuna oħra biex tmur minflokhom bil- konsegwenza li ħafna drabi din il-persuna titlef nofs ta' nhar xogħol.", "Għalhekk, Mr Speaker, minn hawn qiegħed nissuġġerixxi li din il-proċedura ta' tqassim ta' mediċini, minflok tibqa' ssir darba kull xahar tibda ssir kull tliet xhur għall-mediċini normali, jiġifieri dawk li m'humiex ikklassifikati bħala perikolużi u li l-pazjenti ma jistgħux jabbużaw minnhom.", "B'dan il-pass nistgħu niffrankaw ħafna tbatija lil kull min hu intitolat li jieħu l-mediċi s-sena kollha, niffrankaw ħafna xogħol lit- tobba, lin-nurses u lill-ispiżjara ġewwa ċ-ċentri minn fejn jitqassmu dawn il-mediċini u nnaqqsu n-numru ta' l-istaff involvut f'xogħol tedjanti, repetittiv u bla bżonn.", "Ovvjament jiena nikkalkola li l-istaff li hemm illum jista' jitnaqqas b'terz u dak it-terz li jitnaqqas jista' jintuża b'effiċjenza akbar f'postijiet oħrajn.", "Hemm ukoll dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn il-mediċini fuq special requisition.", "Il-każ ta' dawn huwa agħar għax ta' kull xahar minflok ma jmorru l-berġa l-ewwel iridu jmorru l-isptar, jistennew fl-Out-Patients biex il-konsulent sempliċement jiffirmalhom ir-riċetta, u mbagħad iridu jmorru l-ispiżerija biex iġibu dik il-mediċina.", "Mr Speaker, hemm ukoll bżonn urġenti li nedukaw lill-pazjenti dwar meta dawn jagħmlu użu mill-polikliniċi tagħna.", "Donnu għax dawn il-polikliniċi jipprovdu servizz mingħajr ħlas, kull min jaħdem fihom sar jitqies bħala l- pastaż ta' kulħadd.", "Għandha tinqata' s-sistema li meta pazjent ma jkollux x'jagħmel u jkun għaddej minn ħdejn il-polyclinic jaqbad u jidħol, daqqa biex jipprova l-pressjoni u daqqa għal xi ħaġa oħra, u minn fuq jippretendi li jinqeda wara ħames minuti.", "Hemm bżonn nintroduċu sistema ta' appuntamenti anke fil-polyclinics tagħna bħala follow-up treatment biex il- każ tal-pazjent jibqa' jiġi segwit mit-tabib wara li jkun ingħatalu appuntament li jkun konvenjenti kemm għall-pazjent kif ukoll għat-tabib.", "Għal darb'oħra smajna l-kritika tas-soltu li ħafna mill-pazjenti jgorru li wara li jkunu marru għall-appuntament fl-ispar ikollhom jistennew għal sigħat twal qabel ma jarahom l-ispeċjalista fl-Out-Patients.", "Dan kollu jista' jiġi evitat faċilment billi l-appuntamenti ta' l-Out-Patients ma jibqgħux jingħataw kollha fl-istess ħin, imma aktar u aktar jekk isir kontroll aħjar fuq min għandu jattendi u meta għandu jattendi.", "Jiena ċert - għax jgħiduli ħafna mill-pazjenti, li ħafna mill-garr jinqala' għax ċerti konsulenti jdaħħlu fil-lista ta' l-Out-Patients li jkunu se jinvistaw, numru ta' pazjenti li jkunu raw fil-kliniċi privati l-ġimgħa ta' qabel.", "Allura meta wieħed ikollu appuntament għat-8.00 a.m. u l-konsulent idaħħal sitt pazjenti oħra minn tiegħu, bi skuża li dawn huma każijiet li għandhom jiġu investigati urġentement, l-appuntament li bniedem ikun ingħatalu mill- isptar awtomatikament jittardja b'xi siegħa u nofs jew sagħtejn.", "Saret ukoll referenza għar-riżultati li jintilfu speċjalment fl-Out- Patients.", "Apparentement dawn qatt ma jintilfu meta jmorru mingħand il- pazjent għal-laboratorju imma huma u sejrin lura fis-swali jew inkella fl- Out-Patients.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li fl-isptar tiġi introdotta computerised system biex appena dawn ir-riżultati jkunu lesti, sew jekk ikunu ta' testijiet tad-demm u sew jekk ikunu ta' X-rays, jiġu mdaħħlin fil- computer ċentrali taħt l-isem u l-identity card number tal-pazjent ħalli mbagħad ikunu jistgħu jiġu rtirati mit-tabib li jkollu bżonnhom sew fis- swali kif ukoll fl-Out-Patients.", "Hemm ukoll min jipprova jfixkel u jagħmel intoppi a spejjeż tal-pazjent u għad-detriment tas-servizz tas-saħħa.", "Naf li kien hemm ċerti każijiet fejn nies li jaħdmu fil-laboratorji nqabdu ħerġin barra mill-isptar b'mazz investigazzjonijietl; ovvjament l- intenzjoni kienet li dawn l-investigazzjonijiet ma jerġgħux imorru lura.", "Mr Speaker, illum kulħadd jaf li minħabba kura aħjar, in-nies saru jgħixu aktar fit-tul u dan il-fatt iġib miegħu pressjoni akbar fuq is-servizz,i speċjalment fejn ikun hemm bżonn ta' rikoveru f'St. Vincent de Paule Hospital.", "Il-waiting-list ta' pazjenti biex jidħlu f'dan l-isptar kulma tmur qiegħda titwal.", "Jiena nemmen li dan huwa l-aħjar ċertifikat ta' kemm dan il-Gvern irnexxielu jimxi 'l quddiem f'dan il-qasam hekk importanti.", "Meta l-Partit Soċjalista kien fil-gvern kien iddeċieda li l-Gvern iżomm 60% tal-pensjoni tar-residenti ta' St. Vincent de Paule u jgħaddi l-40% l-oħra lill-pazjenti.", "Meta tela' l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, kien deherlu li dawn il-persentaġġi għandu jibdilhom u allura spiċċajna biex il-Gvern beda jżomm għalih 40% u jgħaddi 60% tal-pensjoni lil dawk li jkunu rikoverati hemmhekk.", "L-aħħar studju li sar madwar sentejn ilu, kien wera biċ-ċar li pazjent f'St. Vincent de Paule Hospital kien jiswa lill-Gvern madwar Lm12 kuljum.", "Illum hemm indikazzjonijiet li kieku wieħed jerġa' jagħmel dan l-istudju jsib li ċ-ċifra hija aktar viċin Lm14 kuljum.", "Għalhekk nemmen li dawn il-persentaġġi li llum huma stabbiliti għandhom jiġu riveduti, l-ewwelnett għax il-livell ta' kura u ta' kumdita' tela' ħafna - dan ħadd ma jista' jiċħdu - bil-konsegwenza li żied ukoll l-ispiża nvoluta, u t-tieni għax meta wieħed iqis li dawk il-pazjenti li huma rikoverati hemmhekk jirċievu kura mill-aħjar, kif ukoll ħwejjeġ, mediċini u affarijiet oħra b'xejn, bilfors trid tistaqsi lilek innifsek x'jagħmlu l- pazjenti b'60% tal-pensjoni li jibqgħalhom fil-but, jekk mhux jgħadduha lil qrabathom?", "Naħseb li din m'hijiex ġusta.", "Huwa misteru kbir ukoll kif anke dawk il-pazjenti rikoverati fl-isptar, li sfortunatament ħadd qatt ma jżurhom, xorta waħda ma jfaddlu xejn mill-pensjoni li jirċievu kull xahar.", "Jiena nemmen li kull min hu ġenwin u jaċċetta li titjib u effiċjenza fis- servizz iġġib magħha wkoll spejjeż akbar, la għandu jiskanta u lanqas juża l-argument li qed inpoġġi għal skopijiet partiġġjani jew inkella politiċi.", "Jiena qiegħed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet bl-akbar sens ta' responsabilita' għall-ġid tas-servizz u ta' dawk in-nies kollha li jinqdew bih.", "Nittama li xi wħud minn dawn is-suġġerimenti li qiegħed nagħmel jiġu attwati malajr kemm jista' jkun is-sena d-dieħla.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Illejla wasalna biex intemmu l-vjaġġ tagħna li ilu sejjer għal dawn l-aħħar għaxart ijiem dwar id-Diskors u l-Estimi tal- Budget li ppreżenta l-Ministru Dalli lil din il-Kamra fit-23 ta' Novembru, 1994.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu ried jagħti lil wieħed x'jifhem li l-poplu Malti u Għawdxi qed jagħmel xi vjaġġ fuq ajruplan li l- crew tiegħu huwa l-gvern preżenti u li minflok dan l-ajruplan qed jaħdem b'erba' makni qed jaħdem b'makna waħda.", "Min qed jgħix illum, speċjalment dawk il-persuni li ħadu nteress u segwew id-dibattitu dwar il-Budget, jafu li dan m'hux minnu; u ġaladarba l-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'huwiex jinduna kemm il-makni qed jaħdmu - hekk qal fid-diskors tiegħu - inqas u inqas jista' l-poplu jafda l-pilotaġġ ta' dan l-ajruplan f'idejn crew Soċjalista bil-pilota tiegħu l-Onor.", "Alfred Sant.", "Hekk qed jirraġuna l-poplu.", "Li forsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien jasal jgħid li matul dan il-vjaġġ kellu airpockets, forsi l-poplu kien jieħdu aktar bis-serjeta' għax naħseb li l-akbar airpocket li għadu jinħass hija bla dubju ta' xejn l-industrija tax-shiprepairing u tax-shipbuilding jew inkella l-industrija tar-tarznari.", "Dan għaliex fejn il-Marsa Dock - kif kienu semmewh fil-bidu tal-proġett - kellu jkun \"breakthrough\" u \"economically feasible\", jiġifieri li biż-żmien kellu jħalli qliegħ, illum qed naraw li l-Gvern kellu jerġa' jalloka Lm15 miljun f'sussidju liż-żewġ tarznari.", "Din is-somma ta' flus iġġib nofs l- iżbilanċ għall-1995 u dan qed isir b'sagrifiċċju għall-poplu Malti.", "Il- ħaddiema għandhom ikunu grati għal dan għaliex l-ebda ħaddiem minnhom ma ġie nformat b'ittra li l-impieg tiegħu huwa terminat kif kien sar fi żmien Gvern Soċjalista' meta dak il-gvern kien ta s-sensji lill-ħaddiema tal- Malta Shipbuilding fit-3 ta' Jannar, 1984.", "Issa, bil-wiċċ tost kollu, l- Oppożizzjoni qed tikkritika lill-Gvern Nazzjonalista li dan huwa gvern mingħajr qalb u ruħ soċjali.", "Mr Speaker il-makna waħda li skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qegħda taħdem illum, u li kienet fi kriżi kbira fi żmien il-Gvern Soċjalista', lill-poplu Malti qed iddaħħallu madwar Lm220 miljun fis-sena.", "L- Oppożizzjoni qegħda tgħid li din hija qagħda prekarja u allura jiena nistaqsi x'kienet il-qagħda meta fl-1980 id-dħul kien ta' Lm112 miljun u fl- 1985 dan niżel għal Lm70 miljun.", "It-turiżmu llum sar waħda mill-akbar industriji mhux biss f'Malta jew fl- Ewropa imma fid-dinja, tant li jekk inħarsu biss lejn il-Mediterran insibu li n-numru ta' persuni li jivvjaġġaw ilaħħaq il-100 miljun fis-sena.", "Matul l-aħħar sentejn f'Malta rnexxilna nieħdu 1% ta' dan il-volum iżda jekk inħarsu lejn il-gżira żgħira ta' Majorca nsibu li dawn jieħdu madwar 4 miljun turist fis-sena u għalhekk nemmen li għad fadal lok għal aktar żvilupp f'din l-industrija.", "Dan għaliex l-ewwelnett nemmen li Malta għandha ħafna aktar x'toffri u t-tieni għaliex id-domanda għall-iżvilupp ta' lukandi turi l-fiduċja li għandu l-industrijalist f'dan is-settur.", "Hawnhekk irridu niftakru li barra l-iżvilupp ta' Manoel Island, ta' Tigne' u ta' Chambrai, quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm 29 applikazzjoni pendenti għall-bini ta' lukandi ġodda u estensjonijiet ta' lukandi eżistenti.", "Il-Gvern preżenti huwa gvern serju għaliex kapaċi jieħu passi fejn jinħass li għandu jsir xogħol urġenti.", "Eżempju ta' dan hija l-problema tad- drenaġġ li għaliha l-Gvern qed jipproponi nefqa ta' madwar Lm8 miljun matul is-sena d-dieħla.", "Il-Gvern qed jagħti wkoll inċentivi lill-lukandiera permezz ta' soft loans fuq investiment li dawn jagħmlu bil-għan li jikkonservaw l-ilma u l-enerġija u permezz ta' tnaqqis ta' taxxa fuq qliegħ li jiġi nvestit fl-azjenda.", "Hawnhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ministri konċernati u tal- kunsilli lokali biex jagħtu aktar attenzjoni lill-ambjent ta' madwar il- lukandi u ż-żoni turistiċi.", "B'ambjent irrid infisser il-bankini, t-toroq, l-ixtut u l-ħmieġ ta' madwar il-lukandi għaliex inutli li nagħtu inċentivi lill-lukandi biex dawn itejjbu l-prodott tagħhom jekk meta mbagħad it- turist joħroġ min ġol-lukanda dan isib ruħu mdawwar bil-bankini mkissra u toroq mimlija toqob.", "Dan jista' jingħad fil-kaz taż-żona ta' Buġibba u l- Qawra li tinsab fi stat ħażin u allura hemm bżonn li jsir sforz ġenwin biex din iż-żona tingħata l-uplift li jistħoqilha.", "Għalhekk hemm bżonn li parti sostanzjali tan-nefqa ta' Lm3.9 miljun li ġew ivvotati fil-Budget għal dan il-qasam jiġu ndirizzati lejn din il-problema.", "Jekk hemm bżonn aktar fondi wieħed għandu jivvota ammont akbar u mhux jistenna sakemm inkunu f'tarf ta' kriżi.", "Mr Speaker is-suċċess li ksibna fit-turiżmu huwa riżultat ta' l-armonija, tat-tolleranza, tad-diskussjonijiet sinċieri u mingħajr piki u tad- diversifikazzjoni li ħadem għaliha l-Gvern preżenti fil-bidu ta' l- amministrazzjoni.", "Illum għandna nkunu aktar konxji minn din ir-realta'.", "Qegħdin nistudjaw il-possibilita' li nferrxu kemm jista' jkun in-numru ta' turisti fix-xhur tax-xitwa u hawn nemmen li għandu jsir anke studju biex Malta tidħol fil-qasam tal-fieri, għaliex f'dan il-qasam hemm lok ta' żvilupp kbir speċjalment biex wieħed jimla' l-lukandi tagħna fix-xhur ta' Novembru, Diċembru, Jannar, Frar u Marzu, meta l-occupancy rate tkun aktar batuta.", "S'intendi dan ifisser bini ta' fair grounds ġodda fuq skala internazzjonali - hawnhekk kull industrijalist jipparteċipa għaliex jaf bil-volum ta' kummerċ li attivita' bħal din tirrendi - li bis-saħħa tagħhom inkunu qegħdin insaħħu l-iżvilupp ta' servizz skond il-policy tal-gvern.", "Mr Speaker meta wieħed ikompli fuq il-proposti tal-Ministru tal-Finanzi f'dan il-Budget wieħed jieħu pjaċir jinnota aktar liberalizzazzjoni tal- kapital fi flus u f'investimenti li se jkunu jistgħu jagħmlu individwi jew kumpanniji f'azjendi u kumpanniji barra minn Malta, f'allowances għall- manutenzjoni tal-familja u għal skopijiet oħrajn.", "Ġaladarba sar dan nixtieq li l-Ministru jistudja l-possibilita' li fil-qasam tat-turiżmu, il- lunkandiera u t-tour operators lokali jingħataw il-possibilita' li jiftħu accounts f'munita barranija biex itaffu mill-piż li għandhom bħalissa.", "B'dan irrid infisser li minħabba li l-munita ta' ċertu pajjiżi, bħal per eżempju l-Lira Taljana li sofriet telfiet kbar f'dawn l-aħħar xhur, it-tour operators Taljani qegħdin iżommu lura mill-pagamenti tagħhom bir-riskju li tour operators Maltin ma jitħallsux.", "Dan ikun ifisser piż akbar fuq dan is- settur u allura b'dan il-mod inkunu qegħdin niggarantixxu li l-kredituri Maltin ikunu ġabru dak li kien dovut lilhom.", "Mr Speaker m'għandix ħin biżżejjed biex noqgħod nifli dak kollu li sar f'dan il-qasam imma ma nistax nifhem x'wiċċ irid ikollok biex tiġi f'dawn iż-żmenijiet f'dan il-Parlament u tgħaddi kummenti fuq il-baggage reclaim.", "Mela insew kif kienu jaslu l-bagalji fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista jew kif kienu jilqgħu lit-turisti f'Xatt ir-Risq jew f'Ras Ħanżir?", "Veru li dan kollu hu fil-passat, pero' kultant wieħed irid isemmihom dawn l- affarijiet biex infakkru fl-istat tal-biki li konna qegħdin fih.", "Intqal li t-turiżmu ma jfissirx biss dawk in-nies li deħlin ġo pajjiżna imma jfisser ukoll dawk il-Maltin li jsiefru 'l barra minn xtutna.", "Hawnhekk ukoll il-Ministru ħaseb biex itejjeb is-sitwazzjoni kemm f'dawk li huma flus li wieħed jista' joħroġ għall-vjaġġ u kemm biex titnaqqas il- burokrazija li kien hemm meta ġiet eliminata l-green form u meta s-sena d- dieħla mhux se tibqa' l-ħtieġa li l-passaport jiġi mmarkat b'dan l-ammont.", "Bl-introduzzjoni tal-VAT eliminajna wkoll il-levy li kien hemm fuq il- biljetti ta' l-ajru.", "Dan huwa fatt pożittiv ħafna għaliex nafu kemm hawn ilmenti u kemm naqraw ittri fil-gazzetti dwar il-prezzijiet għoljin li l- Maltin ikollhom iħallsu biex isiefru u dan bir-raġun.", "Hawnhekk għandi tabella li turi d-differenza fil-prezzijiet ta' kemm jiġi biljett għall- Maltin u kemm jiġi jiswa l-istess biljett bl-inċentiv li tat l-Air Malta lis-suq Sqalli.", "Biex nagħtu eżempju, jekk naraw il-prezz għar-rotta għal Amsterdam, Air Malta tat inċentiv ta' Lm116 kontra l-prezz ta' Lm139.", "Imbagħad jekk ngħoddu l-levy ta' Lm15.30, id-differenza bejn dawn iż-żewġ prezzijiet hija ta' Lm38.30.", "Hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħid li f'din id- differenza m'hijiex inkluża r-rotta Sqallija - Malta għax kieku kellha tiġi nkluża din ir-rotta d-differenza kienet titla' għal Lm92.70.", "Fil-każ ta' Bahrain hemm differenza ta' Lm203 filwaqt li għal Berlin hemm differenza ta' Lm119.", "Fid-destinazzjonijiet l-oħra kollha hemm differenza kbira imma peress li għandi ħin limitat, ma nistax insemmihom kollha.", "Ma rridx nikkritika l-konċett li bih Air Malta qiegħda tipprova tidħol fis-suq Sqalli biex tuża lil Malta bħala transit point minflok Ruma, imma ladarba Air Malta tista' toffri dawn il-prezzijiet, għandha tkun f'pożizzjoni li tagħti inċentiv lill-poplu Malti, speċjalment minħabba li din tiftaħar li hija linja nazzjonali.", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi billi ngħid li kuntrarjament għal dak li jgħidu l-Oppożizzjoni, jiġifieri li dan il-Budget kien ta' falliment, min-naħa tiegħi nsostni li dan kien budget bħal ta' qablu, cioe' l-inċentivi tiegħu huma ħafna u d-diżinċentivi huma ftit.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Sur President, għalkemm jien ma nistax niftaħar bħall-Onor.", "Refalo u nkun kburi li jien GĦawdxi, xorta waħda nħoss li għandi nitkellem fuq dak li hemm provdut fl-estimi dwar il-Vot tal- Ministeru għal GĦawdex.", "Dan qed ngħidu għax nistqarr mill-ewwel li bqajt diżappuntat ħafna b'dak li qal il-Ministru fid-diskussjoni dwar il-Vot għax inħoss li l-Ministru evita milli jindirizza l-problemi ewlenin tal-gżira ta' GĦawdex.", "Jien inħoss li l-ewwel kwestjoni li wieħed għandu jiddiskuti għas-snin li ġejjin hija l-forma ta' tmexxija li għandu jkollha l-gżira ta' GĦawdex.", "Meta twaqqaf il-Ministeru għal GĦawdex kien intqal li wieħed mill- oġġettivi ewlenin tal-Ministeru hu li jikkordina l-attivitajiet tad- dipartimenti governattivi.", "Dan kien l-ewwel oġġettiv iddikjarat mit-tliet oġġettivi ewlenin tal-Ministeru li kienu ddikjarati sena wara l-oħra.", "Jekk inħarsu lejn l-estimi ta' l-1988, ta' l-1989 u ta' l-1990 insibu li l-ewwel paragrafu jsemmi x'inhuma dawn l-oġġettivi.", "L-ewwel oġġettiv kien li jikkordina l-attivitajiet tad-dipartimenti governattivi.", "Dan kien il-punt li fuqu l-Oppożizzjoni Laburista kienet tikkritika lill-Gvern Nazzjonalista għax din in-naħa kienet dejjem tgħid li jekk il-Ministeru għal GĦawdex jikkordina d-dipartimenti, ma jkunx qed jilħaq l-iskop li għalih twaqqaf.", "Dan qatt ma jista' jkun effettiv jekk id-dipartimenti jibqgħu taħt ministeru jew ieħor.", "Jidher li matul dawn l-aħħar sentejn il-Gvern aċċetta din il-kritika fundamentali li kien jagħmillu l-Partit Laburista dwar dan il-punt.", "GĦaliex?", "GĦax insibu li s-sena l-oħra l-Gvern ma baqax jinsisti li wieħed mill-oġġettivi ewlenin huwa l-kordinament ta' l-attivitajiet tad- dipartimenti governattivi u ħass il-ħtieġa li xi dipartimenti ma jibqgħux iktar taħt il-ministeri rispettivi tagħhom imma minflok jgħaddu direttament taħt il-Ministeru għal GĦawdex.", "Fil-fatt din is-sena għaddew tliet dipartimenti taħt il-Ministeru għal GĦawdex u s-sena d-dieħla fl-Estimi hemm ippjanat li jgħaddu sitt dipartimenti oħra taħt dan il-Ministeru.", "GĦalhekk, kif qed naraw, iktar ma jgħaddi żmien iktar dipartimenti governattivi qed jaqgħu direttament taħt il-kontroll u t-tmexxija tal- Ministeru għal GĦawdex.", "Dan il-Ministeru mhux se jibqa' hemm biex jikkordina d-dipartimenti imma se jkollu t-tmexxija effettiva u l-kontroll dirett tad-dipartimenti governattivi.", "Hawnhekk se nsemmi proposta li l-Partit Laburista ilu jagħmilha żmien.", "Aħna konna ngħidu li GĦawdex għandu jaqa' direttament taħt l-Uffiċċju tal- Prim Ministru biex tinħoloq awtorita' li tkun fuq il-ministri oħra u d- dipartimenti kollha tal-Gvern ta' GĦawdex jibdew jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal- Prim Ministru.", "Fid-dokument \"Orizzonti Ġodda għal GĦawdex\", il-Partit Laburista qiegħed isostni dan il-punt li semmejt billi qed jgħid li għandu jinħoloq Uffiċċju tal-Prim Ministru u Segretarjat ġo GĦawdex stess.", "Dan id- dokument qed jipproponi biex f'dan l-Uffiċċju jkun hemm kemm Segretarju Parlamentari kif ukoll Segretarju Permanenti ħalli dawn ikunu jista' jkollhom kontroll dirett tad-dipartimenti kollha governattivi ġo GĦawdex.", "Illum minkejja li l-Ministeru għal GĦawdex għandu unit għall-maintenance u għall-construction, il-Works Department ma jaqax taħtu u għalhekk l-iktar xogħlijiet importanti li jsiru f'GĦawdex m'humiex ikkontrollati mill- Ministru għal GĦawdex.", "Din hi anomalija kbira u għalhekk din bilfors trid tiġi eliminata jekk aħna verament irridu li l-istruttura governattiva f'GĦawdex tkun organizzata aħjar mil-lum.", "Fuq dan il-punt il-Ministru ma qal xejn, iżda sempliċement indika li fl-Estimi hemm numru ta' dipartimenti li progressivament qed jiġu taħt il-Ministeru għal Għawdex u ftaħar li l- Vot għal Għawdex kiber għal Lm2.5 miljun mingħajr ma qal li l-Vot kiber għax taħt il-Ministeru għal Għawdex daħlu spejjeż u nfiq li qabel kienu taħt ministeri oħra.", "Tant hu hekk li filwaqt li fl-1994 kien hemm biss 250 impjegat governattiv li jaqgħu direttament taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex, għall-1995 insibu li n-numru ta' impjegati governattivi li se jaqgħu direttament taħt il-kontroll tal-Ministeru għal Għawdex se jkun ta' 631.", "Din tispjega l-infiq ikbar għas-sena d-dieħla taħt il-Ministeru għal Għawdex għax iktar dipartimenti qed jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "It-tieni problema kbira li l-Gvern ma qal xejn dwarha f'dan l-Estimi, fil- Vot dwar Għawdex, hija l-problema tal-funzjonament tal-kunsilli lokali ġewwa Għawdex u l-problema li qed tinħoloq bejn is-setgħat u l-funzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Għawdex u setgħat u l-funzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex.", "Jien stennejt li l-Ministru għal Għawdex jgħid kif se jagħmel biex ma jkunx hemm duplikazzjoni ta' xogħol u kif se jkun hemm kordinazzjoni ikbar milli hemm illum - illum m'hemm xejn - bejn dak li għandhom jagħmlu l-kunsilli lokali ġo Għawdex - hemm 13-il wieħed - u l- Ministeru għal Għawdex.", "Din hi problema li l-Partit Laburista diġa' ta kasha billi fil-proposti li għamel fid-dokument \"Orizzonti Ġodda għal Għawdex\" qal li għandu jkun hemm kunsill għad-distrett t'Għawdex - sejjaħlu kunsill reġjonali sempliċement mhux għax Għawdex huwa kkonsidrat bħala reġjun imma biex wieħed ifiehem li dan il-kunsill m'huwiex kunsill lokali u seta' sejjaħlu distrettwali - fejn fih barra l-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permanenti u d-Deputati kollha t'Għawdex kemm tal-Gvern kif ukoll ta' l-Oppożizzjoni, ikun hemm ukoll ir-rappreżentanti tal-kunsilli lokali t'Għawdex ħalli jkollhom il-post, il-lok u l-mod biex ilkoll flimkien ikunu jistgħu ifasslu dak li għandu jsir ġewwa Għawdex.", "B'hekk il-kunsilli lokali jkollhom iktar skop għall-attivitajiet tagħhom u anke l-gvern ċentrali, rappreżentant mill-Prim Ministru, mis-Segretarju Parlamentari, mis-Segretarju Permanenti u mid-Deputati ġo din il-Kamra jkollhom mod kif jikkontribwixxu aħjar għal tmexxija iktar effettiva u effiċjenti ta' Għawdex.", "Mela l-Partit Laburista ħaseb ukoll fuq din il- problema u l-Gvern ma qal xejn dwarha u donnu għalih ma teżistix jew ma jridx jagħti kasha.", "It-tielet kwestjoni li stennejt li l-Ministru għal Għawdex u l-Gvern f'dan id-dibattitu se jsemmu hija l-kwestjoni ta' pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Jekk wieħed ifittex l-estimi għall-1988, għall-1989 u għall- 1990, isib li l-oġġettiv ewlieni ieħor - barra dak li semmejt li kien jikkordina l-attivita' tad-dipartimenti governattivi ġewwa Għawdex - tal- Ministeru għal Għawdex kien li jfassal ad hoc pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Dan il-kliem huwa miktub espressament fl-estimi ta' l-ewwel tliet snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Issa għaddew tmien snin u dawn il-kliem m'erġajniex sibnihom fl-estimi tas-snin ta' wara imma l-pjan ta' żvilupp xorta baqa' ma sarx.", "Gvern Nazzjonalista, minkejja li fl-ewwel estimi tiegħu għas-sena 1988 qal li oġġettiv ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex kien li jfassal pjan ta' żvilupp għal Għawdex, fil-fatt dan l-oġġettiv qatt ma leħqu u qatt ma wettqu.", "Il-Partit Laburista, fil-policy document tiegħu \"Orizzonti Ġodda għal Għawdex\" qed jgħid li wieħed mill-iskopijiet ewlenin u prinċipali tal-kunsill reġjonali għal Għawdex huwa proprju dan, li jiddiskuti u jfassal pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Dan il-pjan imbagħad, wara li jiġi diskuss fil-kunsilli reġjonali għal Għawdex ikun irid jiġi sottomess għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "B'hekk wieħed ikollu idea ċara ta' kif wieħed ikun qed jippjana li għandu jkun l-iżvilupp ġewwa Għawdex fil-qasam ekonomiku, fil-qasam soċjali, fil-qasam edukattiv, fil- qasam tal-housing, fil-qasam tal-biedja, fil-qasam tas-sajd, fil-qasam tat- turiżmu u fl-oqsma kollha prinċipali.", "Wasalna fl-aħħar ta' dawn id- dibattiti ta' l-Estimi u dwar dan it-tielet punt il-Gvern baqa' sieket.", "Ma naħsibx li f'dawn l-aħħar għoxrin minuta se jqanqal dawn il-punti hekk importanti għat-tmexxija ta' Għawdex.", "Imbagħad wieħed jibqa' diżappuntat ħafna kif d-19-il strategic issue li fl-Estimi jingħad li l-Ministeru għal Għawdex irid li jiġu tackled u jrid jara kif se jaħdem fuqhom ma smajna xejn dwarhom u qishom ma jeżistux.", "L- ewwel kwestjoni hi l-provvista tad-dawl u ta' l-ilma u l-kwestjoni tad- drenaġġ, li l-Gvern qed jgħid li għaliha vvota l-flus biex ikun hemm bidu ta' kif il-kwestjoni tad-drenaġġ f'GĦawdex - din is-sena kienet waħda kritika - tibda tiġi solvuta.", "Pero', rigward kif se jiġu tackled il- problemi ta' l-ilma u tad-dawl f'GĦawdex m'hemm xejn konkret.", "Illum huwa evidenti li l-politika tal-Gvern dwar il-produzzjoni u l-provvista ta' l- ilma f'GĦawdex ma kenitx tajba, tant li llum hemm nuqqas kbir ta' ilma.", "Filwaqt li qabel il-Gvern Laburista kien jiġi kkritikat għax kien jimporta l-ilma minn GĦawdex, illum wasalna fi stat fejn GĦawdex irid jimporta l- ilma minn Malta.", "Il-Gvern għadu ma ddikjarax li beħsiebu jsolvi din il- problema bl-istess mod kif qed tiġi solvuta hawn Malta, jiġifieri billi jsir impjant tar-reverse osmosis f'GĦawdex.", "Il-Partit Laburista fil-policy document diġa' qal ċar u tond li filwaqt li ma ssirx ħsara lill-ambjent, se jittieħdu l-passi meħtieġa biex f'GĦawdex ikun hemm provvista adegwata ta' l-ilma.", "La wieħed ma jistax itella ilma iktar milli qed itella minn taħt l-art, is-soluzzjoni hi r-reverse osmosis.", "Rigward il-problema tad-dawl, il-Ministru qal li bis-sistema ta' cables ġodda li qed jgħaddu minn taħt l-art f'Malta, il-qtugħ tad-dawl f'GĦawdex se jispiċċa.", "Jiddispjaċini ngħidlu li din m'hijiex soluzzjoni, għax meta jinqata' d-dawl f'Malta bilfors li se jinqata' f'GĦawdex ukoll.", "Mela allura, jekk irid jelimina l-qtugħ ta' dawl f'GĦawdex ma jridx ibiddel il- cable mill-Mosta għaċ-Ċirkewwa, imma jrid tagħmel dak li kien diġa' ssemma 14-il sena ilu minn Enemalta, jiġifieri li jkun hemm power station żgħira mingħajr ma tagħmel ħsara għall-ambjent.", "Hawn ukoll, jekk wieħed irid jassigura - kif il-Partit Laburista qed jgħid li jrid jassigura - l- provvista ta' l-enerġija f'GĦawdex, ma jistax jibqa' jiddependi mit- trażmissjoni ta' l-enerġija permezz tal-cable minn Malta, imma jrid jipprovdi power station żgħira f'GĦawdex li tipprovdi l-enerġija kollha meħtieġa għal din il-ġżira.", "Niġu għal kwestjoni oħra li għall-Gvern donnha ma teżistix - qed nirreferi għall-industrijalizzazzjoni ta' GĦawdex.", "Il-Gvern fl-ewwel estimi li għamel għas-sena 1988 qal li jifhem u jemmen li l- industrijalizzazzjoni għandha tkun waħda mill-kolonni ta' l-iżvilupp f'GĦawdex.", "Ġew ivvotati ħafna flejjes biex inbnew fabbriki ġodda u l-Gvern ftaħar ħafna li nbnew sitt fabbriki fl-industrial estate tax-Xewkija. llum insibu li minkejja li ntnefqu dawk il-flejjes kollha biex inbnew u tkabbru fabbriki, in-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu hemm m'huwiex iktar minn dak li sab il-Gvern preżenti f'Mejju ta' l-1987.", "Il-Gvern fl-ewwel estimi tiegħu qal li se jimbarka fuq l-espansjoni tal-fabbriki fl-industrial estate tax-Xewkija u li jantiċipa li se jkun hemm żieda ta' 550 ħaddiema, imma fil-fatt m'hemmx din iż-żieda.", "Allura l-Gvern għandu jiddiskuti dan il-punt, imma lanqas qed jagħti każ li minkejja l-infiq ta' miljun ta' liri - għax intnefqu iktar minn Lm1 miljun - jibqa' l-fatt li n-numru ta' ħaddiema f'dan l-industrial estate ma kibirx in relazzjoni ma' l-ispiża kapitali li l-Gvern għamel matul dawn is-snin.", "Mhux qed ngħid li din m'għandhiex issir, imma qed ngħid li l-Gvern bilfors irid jara li mar ħażin fil-pjani u l-proġetti tiegħu għall-industrijalizzazzjoni tal-gżira ta' GĦawdex.", "Niġu mbagħad għall-kwestjoni mportanti tat-trasport bejn Malta u GĦawdex.", "Il-Gvern jiftaħar kemm żdiedu t-turisti li jmorru GĦawdex, inkluż il- Maltin, imma nesa li kien il-Gvern Laburista fl-1965 u fl-1966 li beda kampanja kontra l-kampanja ta' l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż- żmien li kienet tgħid lin-nies biex imorru Sqallija.", "F'kull okkażjoni li kien ikollna konna nippriedkaw lill-Maltin u ngħidulhom biex għall-vaganzi tagħhom minflok imorru Sqallija jew barra minn Malta imorru GĦawdex.", "Bejn l-1985 u l-1986 konna għamilna kampanja kostanti u konsistenti ħalli l- Maltin jibdew imorru GĦawdex.", "Fil-fatt f'dawk is-snin in-numru ta' Maltin li jmorru GĦawdex beda jiżdied b'mod konsiderevoli u minn dak inhar baqa' jiżdied.", "Mr Speaker, ma naħsibx li xi ħadd jista' jkun sodisfatt bil-vapuri li jbaħħru bejn Malta u GĦawdex, l-iktar dan il-Gvern.", "GĦaliex?", "GĦax fl- estimi ta' l-1992, il-Gvern kien qal li l-flotta tal-Gozo Channel qed tixjieħ u li l-kumpannija qed tagħmel pjani biex tbiddel u takkwista vapuri ġodda u għandha pjan li jinbnew vapuri ġodda u huwa ttamat - hawn miktub fl- estimi ta' l-1992 - li \"f'qasir żmien isiru l-ordnijiet għalihom\".", "Dan kien fl-1992, għaddew tliet snin u wasalna għall-Estimi ta' l-1995 u m'hawnx ħjiel la ta' vapuri ġodda u lanqas hawn xi ħaġa dwarhom.", "Kollox intesa minn dak li kien intqal tliet snin ilu.", "GĦalhekk il-flotta ma ġietx rinnovata għax, għalkemm inxtara l-vapur Calypso, ma tistax tgħid li hu xi vapur ġdid.", "Veru li huwa ta' ċerta kwalita' - kemm huwa adattat għaċ- ċirkostanzi klimatiċi ta' pajjiżna u tal-baħar hija kwestjoni oħra - pero' żgur li għandu numru ta' snin fuqu.", "Allura jibqa' l-fatt li dak li ppropona Gvern Nazzjonalista stess fl-estimi ta' l-1992 ma seħħx.", "Jien niskanta kif il-Ministru għal GĦawdex iqum u jagħmel siegħa jitkellem fuq il-Vot tiegħu u ma jgħid xejn fuq dawn il-problemi.", "Per eżempju, ma jgħid xejn lanqas fuq kemm din il-Kamra ġiet assigurata li se jiġi provdut an all weather service minn GĦawdex għal Malta u minn Malta għal GĦawdex, permezz ta' quay ġdid li kien se jinbena fl-GĦadira.", "Kienu ġew ivvotati l-flus għalih, beda x-xogħol, konna assigurat li dak il-quay kien meħtieġ ħalli kulħadd jassigura ruħu li jsir it-traġitt bejn iż-żewġ gżejjer - ikun x'ikun l-istat tal-baħar - għaddew is-snin u l-quay ma kompliex jinbena.", "Kienet saret kritika fuq il-post li kien intgħażel u mhux talli ma nbeniex il-quay ta' l-GĦadira talli l-quay l-antik taċ- Ċirkewwa li kien tkisser bil-maltemp is-sena l-oħra, sal-lum għadhom ma sewwewħx; beda x-xogħol imma ġejna għax-xitwa u dan xorta waħda ma jistax jintuża.", "Il-Ministru għal GĦawdex m'għandux kontroll fuq dan ix-xogħol għax qed isir hawn Malta - għalkemm dan iservi ta' trasport għal GĦawdex - pero' lanqas jipprova jiġġustifika għaliex il-quay ta' l-GĦadira ma sarx u għaliex il-quay taċ-Ċirkewwa ma tlestiex.", "Lanqas ma pprova l-Ministru għal GĦawdex jiġġustifika ruħu għaliex, per eżempju, vapur ġie rtirat mis-servizz u x'se tagħmel il-Gozo Channel biex tassigura li jkun hemm vapur ieħor minfloku.", "Il-Ministru ma qalilna xejn lanqas jekk huwiex se jsolvi l-kwestjoni tat-talba li hemm ta' kumpannija privati li trid tipprovdi servizz alternattiv minn Malta għal GĦawdex u minn GĦawdex għal Malta - qisu li din il-problema ma teżistiex għall- Ministru.", "Mr Speaker, hemm kwestjonijiet oħra bħal, per eżempju, l-kwestjoni ta' Chambrai u nsibu miktub fl-estimi ta' l-1988 li il-Ministeru għal Għawdex irid jagħmel pjan għall-iżvilupp turistiku ta' Għawdex u li t-turiżmu f'Għawdex irid jespandi up market - nikkwota l-kliem testwali li hemm fl- estimi fejn jingħad li:", "\"Bħala l-ewwel pass diġa' għamel prospectus għall-Forti Chambrai ħalli dan ikun l-ewwel pass li l-Gvern Nazzjonalista beħsiebu jagħmel għall-up market tourism ġewwa Għawdex.\".", "Għaddew sebgħa snin u nofs u l-Forti Chambrai mhux kien magħluq u baqa' magħluq, imma kien miftuħ u ngħalaq fuq deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista.", "Il-Gvern Laburista kien għamel ftehim - l-Gvern Nazzjonalista kien qal li dan kien illegali u rregolari - biex Forti Chambrai jerġa' jinfetaħ.", "Dan kien miftuħ u beda jitmexxa minn kumpannija Maltija - ta' Zammit Tabona - u l-Gvern Nazzjonalista iddeċieda li jagħlqu għax qal li dak il- ftehim li kien sar kien illegali.", "Tmien snin ilu l-Gvern Nazzjonalista għalaq il-Forti Chambrai, għamel pjani biex ikun jista' jwettaq dan il- proġett biex il-Forti Chambrai jerġa' jinfetaħ, imbagħad ittrasferixxa dan il-proġett lill-kumpannija ta' Memmo u sal-lum għadu ma sar xejn mill-Forti Chambrai.", "Mela tlifna seba' snin mingħajr ma dan il-post turistiku jiffunzjona, meta qabel dan kien qed jiffunzjona.", "Qabel is-sajf ta' l- 1987 il-Forti Chambrai kien beda jiffunzjona, u l-Gvern Nazzjonalista ma jmissux għalqu qabel ma' kellu pjani alternattivi biex iżommu miftuħ u funzjonali.", "Imbagħad spiċċajna bis-soltu ftaħir li qed isir progress f''ċerti oqsma.", "Fost affarijiet oħra smajna li f'dawn il-ġranet se jiġi nawgurat is- Silver Jubilee Ground bil-ħaxix.", "Imma x'jiġifieri?", "Għax ma' jgħidx li fl- estimi ta' l-1987 kien hemm il-flus ivvotati biex isir it-turf!", "Dan kellu jsir tmien snin ilu mill-Gvern Nazzjonalista.", "Smajna wkoll bl-isptar il-ġdid ta' Santa Tereża għall-pazjenti mentali - ġieli jsejħulu sptar u ġieli jsejħulu wing - li se jinfetaħ għada.", "Imma tafu meta tqiegħdet l-ewwel ġebla ta' dan il-wing ta' l-isptar?", "Din kienet tqiegħdet fit-18 ta' Frar ta' l-1989, ħames snin ilu.", "Il-Gvern ma' jgħidilniex għaliex ittieħed dan iż-żmien kollu biex tlesta dan ix-xogħol u għaliex intnefqu dawk il-flus kollha.", "Qalilna li ma ħadniex gost li ntnefqu dawn il-flus.", "Daż-żgur li nieħdu gost li jintnefqu l-flus ġewwa Għawdex, imma nieħdu gost meta naraw li qed jintnefqu kif suppost u mhux li jiġu sparpaljati u jinsterqu parti minnhom.", "Din il-Kamra lanqas biss ġiet informata bid-diffikultajiet tekniċi u l-problemi kbar li nstabu biex dan l-Isptar ta' Santa Tereża fil-fatt jkun jista' jitlesta.", "Jiena għalhekk għidt li jiddispjaċini ngħid li f'dawn l-Estimi d-dibattitu minn naħa tal-Gvern fuq il-Vot ta' Għawdex ma' sarx kif kellu jsir; għax filwaqt li jiftaħar fuq affarijiet li saru matul dawn l-aħħar tmien snin, il- problemi li hemm illum - xi wħud minnhom diġa' tkellimt dwarhom - il- Ministru ma' semmihomx.", "Jiena nittama li 'l quddiem jekk verament irridu li Għawdex ikollu sehem akbar fid-dibattiti u fil-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra, niġu hawnhekk ippreparati biex niddibattu l-problemi reali ta' Għawdex.", "Nispera li 'l quddiem taħt Gvern Laburista dawn il-problemi f'Għawdex ikunu jistgħu jiġu solvuti aħjar billi jitwaqqaf il-kunsill bir-rappreżentanti tal- kunsilli lokali ħalli jkunu huma li jikkontribwixxu għat-tmexxija aħjar ta' din il-gżira.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mr Speaker, meta wieħed jisma' diskors bħal dak li għadna kif smajna issa minn naħa l-oħra tal-Kamra bilfors jistaqsi jekk il-kelliemi ilux ħafna ma' jżur il-gżira Għawdxija - m'huwiex il-każ, għaliex nafu kemm l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jħobb jaqsam il-fliegu biex jiġi jżurna ġewwa Għawdex, u aħna nilqgħuh bil-qalb kollha.", "Ladarba m'huwiex il-każ, allura wieħed jasal għall-konklużjoni li l-kelliemi m'huwiex ġust fil-kritika tiegħu għaliex illum kulħadd jaf - mhux l- Għawdxin biss li jgħixu ġewwa Għawdex, imma anke kull Malti u kull barrani li jiġi jżurna - bil-progress kbir li sar f'din il-gżira u bl-iżvilupp sostenibbli li lkoll aħna qegħdin ingawdu.", "Pero' il-ħin huwa qasir għad- dispożizzjoni tiegħi u għalhekk ma rridx illi ninħela fuq dawn l- affarijiet.", "Mr Speaker, illejla nixtieq nitkellem fuq dan il-Budget mill-aspett ta' valuri.", "Dak li forsi ma' naqblux fuqu aħna ż-żewġ naħat tal-Kamra - lkoll naqblu fuq il-valuri - huwa x'nifhmu b'valuri u liema hi l-prijorita' ta' dawn il-valuri.", "F'dan il-Budget fl-istat tiegħi ta' omm u ex-għalliema fil- prijorita' ta' dawn il-valuri jiena nagħżel il-valur tal-familja u l-valur ta' l-edukazzjoni.", "Kif nifhimha jien, f'dan il-Budget - nitkellem dwar il- familja - l-aktar li marret tajjeb finanzjarjament hija l-familja.", "Infatti b'mod ġenerali biż-żieda fil-pagi u benefiċċji oħra b'kollox il- familja qed tingħata żieda ta' Lm3 fil-ġimgħa.", "Għalkemm dawn huma figuri u fatti konkreti, pero' aktar mis-siewi finanzjarju fihom infushom, jiena nara importanti l-valuri li jispiraw l-aspett finanzjarju.", "F'dan il-Budget ingħatat prijorita' l-familja.", "U jiena naqbel ma' dak li qal il-Ministru John Dalli fid-diskors tiegħu dwar il-Ministeru tal-Finanzi, fejn qal illi s-sitwazzjoni fil-pajjiż illum żgur li hija aħjar milli kienet fl- imgħoddi.", "Żgur illi llum il-familja Maltija u Għawdxija qed tgħix f'inqas tensjoni finanzjarja minn dik li għexet fl-imgħoddi.", "Dawn il-vantaġġi finanzjarji juru bil-fatti u b'miżuri soċjali - mhux bil-paroli biss - il- prijorita' u d-difiża tal-familja minn din l-Amministrazzjoni.", "Mr Speaker, jiena nħoss illi t-titjib finanzjarju rridu nqisuh fil-background fost l- oħrajn tal-Liġi tal-Familja tas-sena l-oħra u anke tas-sehem u ta' l-istand illi Malta ħadet fil-Konferenza tal-Kajr.", "Valur ieħor li spikka f'dan il-Budget huwa l-valur ta' l-edukazzjoni.", "Dan il-Gvern sa mill-bidu nett ta prijorita' u investa miljuni ta' flus fil- qasam ta' l-edukazzjoni biex isaħħaħ ir-riżorsi umani.", "Dan anke smajnih dalgħodu stess f'din il-Kamra mill-Prim Ministru.", "Jiena anke bħala ex- għalliema nixtieq nikkummenta fuq il-valur ta' l-edukazzjoni li joħroġ mill- Budget ta' din is-sena; u nsemmi punt wieħed li jien narah żvilupp li jagħmel unur lil dan il-Gvern, żvilupp kbir fl-istorja ta' l-edukazzjoni tagħna u żvilupp li bih inħossni sodisfatta li nagħmel parti minn din in- naħa tal-Kamra.", "Qed nirreferi għall-introduzzjoni tat-tagħlim tal-computer u l-informatika fl-iskejjel primarji.", "Dan huwa tagħlim illi għandu jiġi aċċettat minna l-ġenituri.", "Għalhekk jiena nappella lil sħabi ommijiet u missirijiet ta' Malta u Għawdex biex ninkoraġġixxu lill-uliedna - s'intendi dejjem b'mod prudenti - biex jieħdu dan it-tagħlim bis-serjeta'.", "L- introduzzjoni tat-tagħlim tal-computer u ta' l-informatika għandu jkun ta' challenge għall-għalliema li jgħallmu dawn is-suġġetti.", "Għalhekk jien nappella lill-għalliema sabiex dawn is-suġġetti jgħallmuhom b'entużjażmu, akkost anke ta' xi sagrifiċċji moħbija, pero' jiftakru li huma se jkunu verament il-bennejja edukattivi ta' uliedna.", "Jiena nappella wkoll mill- ġdid lill-ġenituri kollha sabiex inkunu rikonoxxenti lejn dawn l- għalliema, li mhux sempliċement qed jieħdu dan ix-xogħol bħala karriera u bħala sens ta' responsabbilta' f'dan il-mument storiku fl-istorja ta' l- edukazzjoni.", "Għalhekk għandna nkunu grati lejn dawn l-għalliema li jagħmlu mix-xogħol tagħhom missjoni b'vokazzjoni soċjali u morali.", "Kif qed nitkellmu fuq dan il-punt ta' l-edukazzjoni, Mr Speaker, nitolbok tippermettili nagħmel il-kummenti tiegħi dwar l-edukazzjoni b'mod ġenerali.", "Dan is-suġġett ta' l-edukazzjoni qed jiġi diskuss fuq livell internazzjonali, kemm f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra.", "Jien nemmen li l-livell ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna huwa relattivament għoli - forsi ogħla minn ħafna pajjiżi , mhux biss dawk sotto żviluppati bħalma huma dawk l-hekk imsejħa tat-Third World, imma l-livell ta' l-edukazzjoni f'Malta hu aktar għoli minn dak ta' pajjiżi li huma żviluppati iktar minna.", "Dan qed ngħidu b'mod ġenerali, għax l-eċċezzjonijiet issibhom f'kollox u kullimkien.", "GĦalhekk naħseb li l-istudenti Maltin u GĦawdxin f'ċertu punt għandhom iħossuhom kburin, u jkomplu jieħdu b'impenn l-istudji tagħhom, iżda minkejja dan l-apprezzament dwar il-livell għoli ta' l-edukazzjoni f'pajjiżna, għad hawn min isostni li s-sistema edukattiva f'pajjiżna - u f'pajjiżi oħra - m'hijiex qed tipproduċi frott sħiħ u adattat għall- iżviluppi politiċi, soċjali u kulturali li saru u qed isiru fid-dinja.", "Naħseb li din l-oġġezzjoni għas-sistema edukattiva in ġenerali, ta' min jikkonsidraha u ta' min jagħti kasha.", "Fost raġunijiet u argumenti kritiċi tas-sistema edukattiva preżentement u in ġenerali, wieħed jista' jsemmi bħala kawża li kemm hawn Malta kif ukoll f'pajjiżi oħra donnu saret ġirja sfrenata u pika m'hux raġonevoli għall- akkwist ta' ċertifikati fit-tfittxija għall-aħjar impjieg.", "Dan l-aspett mhux biss qed joħloq tensjoni m'hux flokha fit-tfal, fina l-ġenturi, fit- teachers u fl-istaff kollu ta' l-edukazzjoni, iżda wkoll f'uħud mill- istudenti li qed jimlew moħħhom bl-informazzjoni u qed iħallu qalbhom indifferenti jew aħjar kif qal xi ħadd li l-istudenti tagħna qegħdin jieħdu tagħlim teoretiku u qed nagħtuhom culture mingħajr ma nagħtuhom motivation u training sabiex dan iwassalhom għal sens ta' responsabbilta' u ta' valuri tal-ħajja umana.", "Jiena persważa li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani huwa konxju ta' din is-sitwazzjoni u qed jimpenja ruħu biex jirrimedja għal dan.", "Mr Speaker, nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nifraħ lill-Ministru Falzon għal mod kif qed imexxi l-Ministeru tiegħu.", "Fost punti oħra li l-Ministru Falzon qed jinsisti fuqhom, hemm l- awtonomija ta' kull skola, u quddiem din l-istqarrija ċara tal-Ministru, nażżarda nagħmel suġġeriment, li mhux bilfors jiġi adattat f'kull skola.", "Jiena nipproponi speċi ta' ingredjent ieħor fis-sistema edukattiva in ġenerali, proposta li titlob ġenerożita' min kull mingħandu xi konnessjoni mal-qasam edukattiv.", "Jiena qed nissuġerixxi li ssir ċerta' attivita',extra curriculum u extra campus, minn team ta' voluntiera, team li jkun magħmul minn xi wħud mit-teachers, minn xi wħud mill-ġenituri u anke minn xi membri mill-għaqdiet taż-żgħażagħ, fejn dan it-team bl-ispirtu ta' volontarjat - u aħna nafu kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu x-xogħol volontarju u kemm jinkoraġġih - żgur li jirrendi u jipproduċi credible models.", "Jien naħseb li din l-attivita', jiġifieri li tpoġġi fil-prattika t-tagħlim teoretiku, tkun ta' benefiċċju għall-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna.", "Mr Speaker, il-preżenza tiegħi f'din il-Kamra hija waħda li bħala Membru Parlamentari nirrappreżenta d-Distrett ta' GĦawdex u għalhekk nixtieq li nieħu l-opportunita' biex nifraħ lill-Ministru għal GĦawdex mhux biss għall-preżentazzjoni tiegħu f'dan il-Budget - kuntrarju ta' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici - imma anke għall-ħidma siewja li kontinwament qed titwettaq.", "GĦada se jsir il-ftuh uffiċjali ta' l-isptar il-ġdid mentali u tal-ġerjatrija.", "Dan se jkun monument ħaj ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista u se jkun hallmark u paġna importanti ħafna fl-istorja ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq insemmi - għamel referenza għalih anke l-kelliema ta' qabli - t-turf li hemm f'GĦawdex.", "Jien naħseb li Gvern Laburista kellu 16-il sena biex jagħmel dan it-turf u ma sarx u kellu jkun Gvern Nazzjonalista li għamlu.", "Il-players tagħna huma kburin u ferħana li, għall-ewwel darba fl-istorja sportiva t'GĦawdex, dawn se jkollhom l- opportunita' li jkunu jistgħu jilagħbu fuq it-turf bħal players oħrajn.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, illum qegħdin fi żmien ta' pluraliżmu f'kull aspett tal- ħajja u ma tistgħaġibx li jkun hawn min jikkritika b'mod negattiv il- Budget.", "Pero' jien persważa li l-maġġoranza tal-Maltin u GĦawdxin huma sodisfatti, anzi sodisfatti ħafna, b'dan il-Budget ta' valuri - valuri tal-familja, valur ta' l-edukazzjoni u valur tas-sussidjarjeta' kif qed titwettaq fil-policy tal-Gvern Nazzjonalista lejn GĦawdex.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, imiss lili bħala l-aħħar kelliemi għan- naħa tal-Gven li nitkellem dwar il-Budget.", "Nista' ngħid li dan kien budget ta' solidarjeta' u fuq din l-għajta li Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern u f'dawn l-aħħar snin wera kemm jemmen fis-solidarjeta'.", "Din l-għajta għamilha meta kien fil-gvern fis-snin għoxrin, għamilha meta kien fil-gvern fis-snin tletin, għamilha meta kien fil-gvern fis-snin ħamsin, għamilha meta kien fil-gvern fis-snin sittin u reġa' qed jagħmilha issa fis-snin tmenin u fis-snin disgħin.", "Din is-solidarjeta' tiġbor fiha l-aspettattiva soċjali tat-twemmin tagħna.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid li anke l-Labour Party jemmen f'dan il-konċett ta' solidarjeta'.", "Veru li meta kien fil-gvern, is-solidarjeta' kienet waħda mill-punti li aċċenna fuqha - wieħed jista' jgħid li kienet ħaġa tajba - pero' dejjem tibqa' din id-differenza fit-twemmin bejn iż-żewġ partiti politiċi.", "Il-Partit Nazzjonalista jemmen mhux biss fil-ħolqien liberu tal-ġid u d-distribuzzjoni ġusta u soċjali ta' dan il-ġid, imma anke fil-ħolqien liberu u fid-distribuzzjoni ġusta u soċjali.", "Sfortunatament, għalkemm meta s-Soċjalisti kienu fil-gvern wettqu solidarjeta' fis-servizzi soċjali, fallew f'ċerti oqsma oħra essenzjali għax kien hawn nuqqas ta' ħelsien fil-pajjiż, nuqqas ta' għażla u nuqqas ta' drittijiet fundamentali u naqsu li jwettqu ġustizzja vera u naqsu fir- rispett lejn l-individwi umani.", "Illum il-Gvern qed juri is-solidarjeta' kemm għax qed juri rispett lejn il-liġi u s-sistema demokratika u kemm bil- liġijiet li qed jgħaddi, bħal-Liġi tal-VAT.", "Hija forma ta' solidarjeta' l- fatt li rridu lill-pajjiż kollu jifhem illi hu d-dover tiegħu li jħallas it- taxxi għax dawn jintużaw għall-ġid tal-poplu kollu.", "Insemmu l-affarijiet li saru f'sena waħda mill-aspett ta' l-iżvilupp u sigurta' soċjali, per eżempju, il-liġi li ssaħħaħ l-ugwaljanza tal-mara; se jinbena l-Isptar San Raffaele; ir-refurbishment ta' l-Isptar San Luqa; Child Development Assessment Unit ġdid; Isotope Scanning Unit ġdid biex ninvestigaw aħjar; qed issir riforma fl-Isptar Mount Carmel u fil-Mental Health Act.", "F'GĦawdex għada se jinfetaħ sptar mentali u tax-xjuħ.", "Fl- Isptar Boffa sar linear accellerator ġdid li se jintuża għat-trattament tal- cancer; twaqqaf Is-SEDQA biex nittrattaw aħjar il-qasam tad-droga; se jibdew isiru open-heart surgeries minn specialist resident teams ta' Malta.", "Fl-Isptar ta' San Vinċenz sar żvilupp u tiġdid u ġie estiż is-servizz ta' handyman għall-anzjani kollha.", "Anke fil-qasam tas-sigurta' soċjali nsibu li bil-komputerizzazzjoni tas- servizzi minn Jannar li ġej l-anzjani kollha se jieħdu mill-ewwel iċ- cheques tagħhom li żdiedu bil-bonus ta' Lml.30 fil-ġimgħa; dawk li jbatu mill-epilessija se jieħdu pensjoni ta' diżabbilta'; dawk li jbatu minn autoimmune disease u għandhom endometriosis se jieħdu mediċini b'xejn; biex wieħed ikun jista' jieħu l-parental allowance l-income tiegħu jista' jkun sa kważi Lm3,000 fis-sena; il-means test ukoll żdied il-livell tiegħu; il- pensjonijiet żdiedu awtomatikament b'żewġ terzi taż-żieda tal-cost of living u min hu miżżewweġ u għandu pensjoni minima se jkollu erbgħa minn kull ħamsa ta' din iż-żieda.", "L-istipendju tad-drug addicts żdied minn Lm2.45 għal Lm7.00 fil-ġimgħa.", "Din hija forma ta' solidarjeta' li dan il- Gvern mhux biss jemmen fiha imma qiegħed iwettaqha fil-prattika.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, jien se nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Dan l-aħħar kont qed naqra u sibt sentenza li nħoss li għandha relevanza kbira għall-politiċi kollha li hawn f'dan il-Parlament, speċjalment tal-Gvern.", "Se nikkwota mill-Lumen Gentium li għal min ma jafx hija \"id-dawl tal-ġnus\" u kienet waħda mid- dokumenti tal-Konċilju Vatikan II.", "Din tgħid hekk:", "\"Kulħadd irid jiftakar li l-kondizzjoni privileġġjata tagħhom mhix ir- riżultat tal-merti personali tagħhom imma riżultat tal-grazzja speċjali ta' Kristu.", "GĦalhekk jekk xi ħadd ma jweġibx għal din il- grazzja fil-ħsieb, fil-kliem u fl-għemil mhux biss dik il-persuna ma tagħmilx doverha, imma tkun ħatja iktar minn ħaddieħor illi naqset minn doverha.\".", "Dan qed ngħidu għax kultant aħna l-parlamentari naħsbu illi wasalna fejn wasalna bis-saħħa tagħna biss, imma importanti li nagħtu rikonoxximent għal forzi oħra wkoll.", "Dan il-punt irrid nagħmlu għaliex bħala membri parlamentari dan ix-xogħol qed nagħmluh, qed nuru solidarjeta' u qed ngħinu lil ħaddieħor.", "Dan qed jagħmlu partikolarment il-Gvern illi qed jiffaċċja l-faqar il-ġdid li nsibuh fid-drogi, fil-familji mkissra, fil-faqar morali, fil-mard u fil-ħabs.", "Dawn kollha eżempji ta' faqar illi dan il-Gvern flimkien ma' l-Oppożizzjoni qiegħed jiffaċċja b'mod oġġettiv.", "Mr Speaker, billi wasal il-Milied nixtieq lill-Membri tal-Kamra kollha u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu Milied ħieni u ta' ġid.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Nirringrazzja lill- kelliema kollha u issa nitlob lill-istazzjonijiet tar-radju jieqfu jxandru din is-seduta.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni skond l- Ordni Permanenti Nru. 82 kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fit-18 ta' Novembru, 1994, din id- division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni il-Kamra ġiet sospiża fid-9.31 p.m. u rriżumiet fid-9.36 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill- Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni kif imressqa mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "263", "FAVUR : 33", "L-Onor", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Psaila Savona | | |Joe | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Rizzo Naudi John| |Demarco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Ċensu | | | | |", "KONTRA : 31", "L-Onor", "|Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard Montalto|Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist|Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Charles | | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Calleja Reno |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech |Sant Salvu | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Michael |Sandro | |Farrugia Noel |Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin |Vella Karmenu | |Mangion Charles| | | | |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas- sena 1995, tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is- Seduta Nru. 372 tal-15 ta' Diċembru, 1994.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994, il-Kamra tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 1995.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1995)", "APPROPRIATION (1995) BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-Ministru tal-Finanzi jista' jressaq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1995.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet mija u wieħed u sittin miljun, erba' mija u tnax-il elf, ħames mija u tmien Liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1995\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Ministru għas-Sigurta' Soċjali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1995.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, jressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet mija u wieħed u sittin miljun, erba' mija u tnax-il elf, ħames mija u tmien Liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1995\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1995 ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9.40 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994.", "VOTAZZJONI NRU.", "264", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Psaila Savona | | |Joe | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Rizzo Naudi John| |Demarco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Ċensu | |", "KONTRA : 31", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie| |Attard Montalto|Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist|Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Charles | | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Calleja Reno |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech |Sant Salvu | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Michael |Sandro | |Farrugia Noel |Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin |Vella Karmenu | |Mangion Charles| | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1994", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1994", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994, il-Kamra issa tgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari 1994 fl-istadji tagħhom kollha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President.", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkommanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn erbatax-il miljun, erbgħa u erbgħin elf u żewġ liri Maltin għas-servizz ta' sena finanzjarja 1994, kif dettaljata fl-Iskeda hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkommanda wkoll l-Abbozz ta' Approrprjazzjoni meħtieġ", "16 ta' Diċembru 1994", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 1994, kif dettaljata fl-Iskeda hawn mehmuża.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet", "Kopja ta' l-Iskedi msemmija fil-mozzjoni kienu tqassmu lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru. 372 tal-15 ta' Diċembru, 1994.", "Skond il-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994, il-Kamra għaddiet mingħajr diskussjoni l-istadji li kien baqa' dwar l-Estimi Supplimentari.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn erbatax-il miljun, erbgħa u erbgħin elf u żewġ liri Maltin addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskeda annessa għas-sena finanzjarja 1994.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r- Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1994 (ORDNI PERMANENTI NRU.", "82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn erbatax-il miljun, erbgħa u erbgħin elf u żewġ liri Maltin addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl-Iskeda approvata mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1994)", "SECOND APPROPRIATION (1994) BILL", "MR SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-ftehim milħuq fis-seduta tat-18 ta' Novembru, 1994 jistgħu jittieħdu fl-istadji kollha tiegħu fl-istess seduta.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erbatax-il miljun, erbgħa u erbgħin elf u żewġ liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1994\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.MANUEL BORDA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni għas-sena 1994 ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, klawsola 3 u t-Tieni Skeda, klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' m'iżjed minn erbatax-il miljun, erba' u erbgħin elf u żewġ liri liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1994\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun moqri t- Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess.", "Billi fid-9.47 p.m. intalbet votazzjoni din ittieħdet dak il-ħin stess skonc il-ftehim milħuq fit-18 ta' Novembru, 1994.", "VOTAZZJONI NRU.", "265", "FAVUR : 33", "L-Onor.", "|Asciak Michael |Galea Louis | |Bonello du Puis |Galea Mario | |George | | |Bonnici Josef |Gatt Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri Louis |Psaila Savona | | |Joe | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Rizzo Naudi | | |John | |Demarco Guido |Spiteri Carm | | |Lino | |Falzon Michael |Tabone Anton | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Ċensu | |", "KONTRA: 31", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard Montalto|Mifsud Bonnici | |John |Karmenu | |Bartolo Evarist|Mintoff Dom | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Joseph |Moran Vincent | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Charles | | |Buhagiar Louis |Portelli Alfred | |Calleja Reno |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech |Sant Salvu | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami | |Michael |Sandro | |Farrugia Noel |Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin |Vella Karmenu | |Mangion Charles| | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 19 ta' Diċembru, 1994 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Ratifika ta' l-Att finali ta' l-Uruguay Round of Trade Negotiations.", "Ninforma lill-Kamra li din is-seduta għandha tibda fis-6.00 p.m. mingħajr ma jittieħed il-ħin tal-mistoqsijiet u tispiċċa hekk kif tintemm id- diskussjoni fuq din il-mozzjoni.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Skond il-ftehim milħuq fit-18 ta' Novembru, 1994 il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Diċembru fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.49 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il- ftehim tat-18 ta' Novembru 1994.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - KUNSILLIERA", "23552.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali jgħid kif u min għandu jieħu passi biex jara li dawk il-kunsillieri li isimhom m'għadux jidher fir-Reġistru Elettorali li ħareġ f'Novembru 1994 jikkonformaw ruħhom ma' l-Att tal-Kunsilli Lokali Nru. XV ta' l-1993 Taqsima II para.", "12(j)?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-responsabbilta' taż-żamma tar-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali hija tal-Kummissjoni Elettorali u kwalunkwe talba biex jiġi vverifikat l-eżattezza tal-kontenut tar-Reġistru għandha ssir lil dik il-Kummissjoni.", "Id-Direttur tal-Kunsilli Lokali jista' jivverifika wkoll għall-finijiet ta' l-artikolu 12 (j) tal-Att tal- 1993 dwar il-Kunsilli Lokali jekk il-Membri eletti għall-Kunsilli jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' l-istess artikolu.", "FORZI ARMATI - XOGĦOL TA' GĦASSA FIL-ĦABS", "23553.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għad- domanda preċedenti tiegħi dwar xogħol ta' għassa fil-ħabs ta' Kordin minn membri tal-banda tal-Forzi Armati, jikkonferma l-Prim Ministru li dan ix- xogħol sar flok il-prison wardens sakemm dawn ta' l-aħħar attendew kors marbut mal-mestjier tagħhom?", "X'inhi r-raġuni li meta ntbagħtu bandisti biex jagħmlu dan ix-xogħol intbagħtu nies mingħajr knowledge dwar x'verament jirrikjedi ix-xogħol li ġew mitlubin jagħmlu?", "Jekk qabel skond kelliema tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament - Dr. Ugo Mifsud Bonnici 15.10.80 - kien ħażin li dawn il-bandisti jingħataw xogħol ieħor mhux marbut mal-mestjier tagħhom ta' bandisti kif f'daqqa waħda dan sar xi ħaġa tajba?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li bħalissa 53 \"Correctional Trainees\" qed jattendu Kors li jwassal għan-nomina ta' Gwardjan fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u dan skond sejħa approvata mill- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Dawn it-\"trainees\" jittieħdu minn fuq ix-xogħol tagħhom bħala \"Casual Correctional Officers\" biex ikunu jistgħu jattendu wkoll il-Kors imsemmi.", "Din hi l-ewwel darba li qed isir Kors ta' din ix-xorta, sew minħabba din ir-raġuni kif ukoll minħabba l-fatt li n-numru ta' priġunieri hu l-ogħla li qatt kien hemm fil-Ħabs, hu meħtieġ l-appoġġ ta' Membri tal-Forzi Armati sakemm il-proċess ta' reklutaġġ ta' Gwardjan u \"Correctional Officers\" jissodisfa l-bżonnijiet tat-tmexxija tal- Ħabs.", "Il-Ħabs, bħall-Armata, huwa servizz dixxiplinat u għalhekk Membru tal- Forzi Armati diġa' għandu tħejjija li hi bażi tajba għall-qadi ta' dmirijiet bħala Gwardjan fil-Ħabs.", "GŻIRA - KAŻ F'FOND NRU.", "113 FI TRIQ PONSONBY", "23554.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferik għall-istqarrija li hemm depożitata d-Depot tal- Pulizija bid-data tas-6 ta' April, 1993 dwar persuna li kienet toqgħod f'dar li kienet sid tagħha - f'113, Ponsonby Street, Gzira - li ġiet miċħuda mid-dritt li tkompli tgħix fiha fuq struzzjonijiet ta' l-Ispettur ta' dak inhar J. Abela a bażi ta' stqarrijiet mhux verifikati li saru mill- parti l-oħra fiż-żwieġ.", "Ma jħossx il-Ministru li b'dan l-aġir il-Pulizija kienet qed tikser id-drittijiet kostituzzjonali ta' din il-persuna li llum spiċċat mkeċċija mid-dar tagħha meta l-proċeduri legali għas-separazzjoni għadhom għaddejjin fil-Qorti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond ma informawni l-Pulizija l-Ispettur J. Abela qatt ma ta struzzjonijiet biex is-sid tad-dar 113, Ponsonby Street Gżira jitlaq mid-dar.", "Dan ir-raġel telaq mid-dar fuq ftehim bonarju mal-mara tiegħu wara li nqalgħu xi inċidenti bejniethom liema inċidenti anke waslu biex jkun hemm proċeduri fil-Qorti kompetenti għal separazzjoni.", "GUDJA - AKKWIST TA' ART REF.", "FILE NO.", "PW 3710/73", "23555.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi dwar il-file PW 3710/73 li jikkonċerna akkwist ta' art mill-Gvern biex jgħaddi triq fil-Gudja (referenza ittra tal-Perit H.A. Crockford lill-Kummissarju ta' l-Artijiet datata 12 ta' Ġunju, 1990 (Ref.", "L 742/73 Vol III).", "Billi skond din l-ittra l-Gvern akkwista art li minnha għaddiet it-triq imsemmija (art fuq il-pjanta mmarkata bl-isfar), jaf il- Ministru li dawk is-sidien ta' l-art lil min fuqha għaddiet din it-triq għadhom sal-lum ma tħallsux?", "Jista' l-Ministeru jaqta' din il-kwestjoni darba għal dejjem u jħallas lil dawn is-sidien?", "Kemm fiha area din l-art li minn fuqha għaddiet din it- triq?", "F'każi bħal dawn kif iħallas il-Gvern bi prezz kummerċjali jew bi prezz agrikolu?", "Min huma s-sidien milquta mill-akkwist ta' din l-art li minnha għaddiet it-triq minbarra Camilleri minn Ħal Safi u Farruġa miż-Żurrieq?", "Hemm xi sidien oħra?", "Kemm ittieħdet art mingħand kull sid biex minnha għaddiet it-triq minbarra dik l-art li kienet rekwiżizzjonata u issa wara ħafna taħbiet min- naħa ta' l-Interpellant ġiet mitluqa mid-Dipartiment ta' l-Artiiet u reġgħet ingħatat lura lis-sidien?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li din il-materja tikkonċerna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u nissuggerixxi li jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MANIKATA - DRENAĠĠ", "23556.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li d-drenaġġ ilu ħiereġ xhur fil-Manikata u qed initten l-għelieqi li ħafna minnhom fihom prodotti agrikoli?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23423 Seduta Nru. 366.", "ŻURRIEQ: TRIQ KARMENU ZAMMIT - DRENAĠĠ", "23557.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi wara intervent mill-Interpellant fuq ilma tad-drenaġġ li ħiereġ fi Triq Karmnu Zammit Street, iż-Żurrieq, l-Interpellant ġie mgħarraf minn ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li hemm kanna miftuħa li qed tobżoq id-drenaġġ għal barra t-triq, x'passi se jittieħdu biex min hu responsabbli li jqabbad din il-kanna mad-drenaġġ ma jħalliex ħiereġ fit-triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LUKANDA VERDALA - BEJGĦ", "23559.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar b'kemm inbiegħet il-Hotel Verdala?", "Il-flus kif se jinħarġu?", "Hemm indikazzjoni kemm se jkun inħareġ (risk) capital mix-xerrej u kemm se jkun il-finanzjament tal-banek?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-prezz għat-trasferiment tal-lukanda Verdala u l-appartamenti biswita huwa ta' Lm2.75 miljun.", "Għadu biss gie iffirmat il-konvenju u l-ħlas huwa responsabbilta' tax-xerrej.", "L- informazzjoni tkun tista tinkiseb mir-Registru Pubbliku wara l- pubblikazzjoni tal-kuntratt ta' trasferiment.", "AGRIKOLTURA - VOT TAL-CONTROL OF PLANT DISEASES AND INSECT PESTS", "23560.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi hemm proġettat nefqa anqas għall-Vot tal-Control of Pests għas-sena d-dieħla, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex qed jitnaqqas dan il-vot?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-parti l-kbira tal-Vot \"Control of Plant Diseases and Insect Pests\" kienet tkun minfuqha bħala sussidju fuq bexx ta' siġar fid-djar.", "Billi r-rati ta' ħlas ġew riveduti dan is- sussidju naqas.", "Illum il-ġurnata l-bdiewa kollha huma mgħammra sabiex ibixxu huma stess.", "Bdiewa li jintroduċu \"Integrated Pest Management\" qed jiġu ssussidjati minn vot ieħor.", "Pariri jinghataw b'xejn lil kulħadd.", "AGRIKOLTURA - ESPERIMENTAL UNIT", "23561.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi hemm madwar Lm22,000 fi tnaqqis mill-Esperimental Unit għall-estimi tas-sena d-dieħla, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex se jsir dan it-tnaqqis?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-parti l-kbira ta' dan il-vot kienet tintefaq fi ġwież u għalf tal-baqar.", "Billi bħalissa fl-Għammieri m'hemmx baqar, għax il-Unit tal-baqar ġie mtejjeb u mgħammar mill-ġdid permezz ta' 'milking parlour' ġdid u btieħi ġodda, mhux mistenni li jintnefqu flus fi ġwież u għalf daqs kemm kien jintnefaq fi snin oħra.", "L- friegħ il-ġodda mhux mistennija jaslu qabel April 1995.", "AGRIKOLTURA - INTERNATIONAL MEMBERSHIP", "23562.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Billi hemm madwar Lm4,000 fil-Vot ta' l-International Membership, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex qed iseħħ dan it- tnaqqis?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-ammont li jkun irid jitħallas kull sena lill-\"International Organisations\" ma jkunx dejjem l-istess.", "Huwa kkalkolat li għall-1995 hemm bżonn ta' Lm32,000.", "BIEDJA - ILMA NATURALI", "23563.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta l-ħtieġa tal-ħażna ta' l- ilma naturali għall-biedja huwa fattur ewlieni biex ikollok biedja ta' kwalita' ftit li xejn se jsir investiment f'dan ir-rigward?", "Għaliex meta dan l-ilma huwa tant meħtieġ biżżejjed insemmi l-ħofor għall- ilma li kellhom isiru llegalment mill-bdiewa biex ikollhom l-aċċess għal dan l-ilma, il-Ministeru qed jabbandunah daqstant?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li qed tingħata l-importanza meħtieġa f'dan il-qasam.", "Għad fadal ħafna xi jsir f'dan ir-rigward sabiex nirkupraw dak li ntilef matul is-snin mgħoddija.", "BUSKETT - RAZZETT STORIKU", "23564.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġetti li kienu qed isiru bejn il-Ministeru u studenti ta' l-Universita' dwar ir-Razzett Storiku tal- ġonna tal-Buskett li kull ma jmur dejjem qed jitħalla jiġġarraf?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien informat li l-proġett għadu qed jiġi koordinat bejn il-Ministeru u l-istudenti nvoluti."]} {"filename": "20000215_241d_par.doc", "date": "2000-02-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 241 It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 241", "It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "241", "It-Tlieta, 15 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA", "(EMENDA NRU.", "2) (IT-TIENI QARI)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL (SECOND READING) 7", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TISMIJA TA' MINISTRI F'DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI)", "DESIGNATION OF MINISTERS IN VARIOUS LAWS BILL (SECOND READING) 17", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-FORZI ARMATI", "TA' MALTA (IT-TIENI QARI)", "MALTA ARMED FORCES (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 24", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 33", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 240 li saret fl-14 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA - OFTALMIJA", "13495.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Francis Agius) staqsiet lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jintuża l- apparat magħruf bħala digital angiogram fid-dipartiment ta' l-oftalmija fl- Isptar San Luqa, liema apparat hu tant meħtieġ għal dijanjosi dejjem iktar aħjar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): L-apparat mistenni jibda' jintuża fi żmien tliet xhur oħra.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12497.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fiċ-ċentri tas-saħħa mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas kienu biss applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Dawn ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għal applikazzjonijiet għall- mili ta' postijiet fuq bażi permanenti tiġi pproċessata mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "Fil-fatt sejħiet għal applikazzjonijiet ħarġu mid-diviżjoni tas-saħħa fil-gazzetta tal-gvern tat-28 ta' Settembru, 1999 u tat-23 ta' Lulju, 1999.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, peress li jirriżulta li jsiru numru ta' ilmenti mill-pubbliku in ġenerali dwar nuqqas ta' faċilitajiet fiċ-ċentri tas-saħħa f'dak li huwa apparat u forsi anke neċessitajiet oħra meħtieġa għall-kura tas-saħħa taċ-ċittadin, jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern sabiex matul din is-sena jżid l-equipment neċessarju f'dawn iċ-ċentri tas-saħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li wieħed irid jara r-raġunijiet għaliex hemm ċerti restrizzjonijiet għall-espansjoni fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Aħna nemmnu li ċ-ċentri tas-saħħa jridu jagħmlu a gate-keeping role għall- pazjenti li jkunu deħlin l-isptar, u apparti milli joffru servizz ta' emerġenza fuq 24 siegħa jridu wkoll jiżviluppaw f'punt ta' riferenza għat- tobba li jaħdmu fil-privat.", "Naħseb li l-aktar ħaġa li qiegħda tirrestrinġina biex inkomplu nespandu ċerti servizzi huwa n-nuqqas ta' spazju fiżiku.", "Irridu niftakru li l-health centres kienu bdew bħala miżura ta' emerġenza u allura ma kenux inbnew apposta biex iservu l-funzjoni ta' health centre imma f'ħafna mid-drabi kien instab bini li kien diġa` tal-gvern u nbidel f'ċentru tas-saħħa.", "Dan ovvjament joffri ċerti restrizzjonijiet fuq żewġ livelli għax għandek numru ta' health centres, fosthom dak tal-Gżira, li huma strutturalment inaċċessibbli għan-nies - għaliex biex tieħu l-ewwel servizz trid titla' sular u nofs - u barra minn hekk is-servizzi tas-saħħa tant espandu fl-aħħar snin li fiżikament m'hemmx spazju fejn nistgħu nkomplu nespandu.", "Kien għalhekk fil-fatt li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħadet deċiżjoni li tgħid li meta jibda jinbena ċentru tas- saħħa jrid jinbena ġdid sabiex ikun hemm verament spazju fiżiku li jaħseb mhux biss għas-servizzi tal-lum imma wkoll għas-servizzi ta' għada.", "Fil- fatt meta wieħed iħares lejn x'ġara jsib li l-ewwelnett kienet infetħet health centre ġewwa Ħal Qormi - li nistgħu ngħidu kienet l-iżjed waħda moderna u spazjuża, u fejn ukoll ħsiebna għal ċerti faċilitajiet minn qabel - u s-sena li għaddiet infetħet il-health centre ta' Birkirkara - li sal- lum għadha qiegħda tagħti servizzi restritti - u ftit tal-ġranet ilu erġajna ftaħna dik ta' Bormla, fejn minkejja li bqajna nużaw l-istess struttura, din inbidlet radikament u ddaħħlu wkoll ċerti kunċetti ġodda, anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent tal-health centre u faċilitajiet għall-istaff.", "Pero` kif diġa` għedt, li wieħed jibqa' jespandi ċerti servizzi f'ċerti ċentri tas-saħħa se jkun diffiċli ħafna.", "Nista', per eżempju insemmi l-każ klassiku taċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta li jagħmel parti integrali minn blokk bini li fih hemm l-għassa u l-kunsill lokali.", "F'dan il-każ min-naħa għandek il-kunsill lokali fejn ovvjament aktar ma jgħaddulu funzjonijiet aktar se jkollu bżonn espansjoni, u min- naħa l-oħra għandek is-servizzi tas-saħħa li jridu jibqgħu jikbru.", "Jien ma naħsibx li huwa faċli li wieħed jaqbad u jċaqlaq health centre bħal tal-Gżira għal post ieħor għaliex il-postijiet fejn wieħed jista' jagħmel health centre ġdid huma limitati u fil-fatt aħna dejjem tlabna l- kooperazzjoni tal-kunsilli lokali biex jidentifikaw sites fejn inkunu nistgħu nagħmluh.", "Din is-sena beħsiebna nibdew fuq proġett ta' ristrutturazzjoni kbira ħafna fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid.", "Jien informat li għad iridu jitwaqqgħu żewġ sulari minn dan iċ-ċentru tas-saħħa għaliex sa ftit tas-snin ilu fis-sular ta' fuq kien għad hemm il-public works u meta l-post ġie vakat konna għamilna talba lil Lands Department biex neħduh aħna.", "Matul din is-sena dan il-proġett huwa mistenni li jkun beda u jkun wasal ukoll fi stadju avvanzat.", "Restrizzjoni oħra hija ovvjament in-nuqqas ta' staff.", "Aħna ninsabu għaddejjin bil-kunċett li kemm jista' jkun servizzi speċjalizzati li qabel kienu jingħataw esklużivament mill-isptar San Luqa, noħorġuhom fiċ-ċentri tas-saħħa u għal dan il-għan ħtarna numru ta' konsulenti.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li ċ-ċentri tas-saħħa joffru servizz tajjeb ħafna lill-pubbliku, ovvjament għad baqa' post u lok fejn jista' jsir titjib.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri skond dak li qal il-Ministru li se jiġri huwa li forsi jsir xi xogħol fil-bini taċ-ċentri tas-saħħa imma mhux se jkun hemm upgrading ta' l-apparat sabiex in-nies ikunu jistgħu jingħataw servizzi aktar professjonali minn dawk eżistenti.", "Qed nifhem sew jien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Le, forsi ma spjegajtx ruħi sew.", "Is-servizzi u l- apparat se jibqgħu jiġu upgraded.", "Kif għadni kemm għedt, qegħdin noħorġu l- ispeċjalizzazzjonijiet, fosthom ta' l-oftalmija, għal ġol-health centres, bl-għajnuna anke ta' għaqdiet volontarji, u nġab apparat sofistikat għall- glaucoma u screening tests oħrajn.", "Pero` ma rridx li tingħata l-idea li l- kwestjoni hija li tissupplixxi l-apparat għax il-problema m'hijiex li tipprovdi l-apparta.", "Il-makni ma jagħtux servizz iżda l-makni jgħinu biex tintlaħaq id-djanjosi u jikkonfermawha.", "Fil-mediċina l-aktar parti integrali biex inti tasal biex tagħmel djanjosi hija l-istorja u jekk tieħu storja tajba tal-pazjent tasal għad-djanjosi.", "Jiġifieri ma rridux indaħħlu l-kunċett li biex tasal għal djanjosi jew biex tagħti servizz aħjar irid ikollok apparat aħjar.", "Illum fiċ-ċentri tas-saħħa għandna faċilita` ta' X- rays u ECG, imma mbagħad il-problema tinqala' minħabba nuqqas ta' staff ikkwalifikat f'ċertu livell.", "Per eżempju, fil-każ ta' l-X-rays, dawn jittieħdu sas-1.00 p.m. jew is- 2.00 p.m., sempliċement għaliex m'għandniex staff biżżejjed biex iħaddem dawn il-makni.", "Anke kieku jkollok l-staff biex tħaddem dawk il-makni, meta tiġi għall-interpretazzjoni ta' X-ray, ħafna drabi - tiġi bżonn ta' a second opinion li tkun speċjalizzata.", "U hemmhekk ukoll għad għandna nuqqas ta' trained staff mhux fil-livell ta' tobba biss imma anke fil-livell ta' speċjalizzazzjoni.", "U allura qed jiġri li minkejja li hemm il-faċilita` biex wieħed jieħu X-ray ġewwa l-health centre, ħafna drabi dan l-X-ray ikun irid jiġi riferut ġewwa l-Isptar San Luqa, jarah il-konsulent u jibgħatlek ir-riżultat lura.", "Kif diġa` għedt, naħseb li waħda mill-affarijiet li nistgħu nagħmlu - fil-fatt qegħdin nattwawha - hija li jiġu kkreati postijiet ta' konsulenti speċifikament għall-kura primarja, jiġifieri biex jaħdmu ġol-health centres.", "Hemm bżonn li ndaħħluha f'rasna li servizz tajjeb mhux bilfors jiddependi mill-fatt li jkollok apparat sofistikat imma jiddependi minn kemm għandek nies speċjalizzati u kapaċi jinterpretaw dawk it-tip ta' riżultati.", "Jien nista' naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li minbarra x-xogħol strutturali, il-gvern qiegħed jimpenja ruħu wkoll biex iżomm l-apparat li hemm bżonn juża għas-servizzi li jingħataw fil-health centres fl-aħjar stat u fl-aħjar livell.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, b'riferenza għal dak li qal il-Ministru dwar diskussjonijiet li qegħdin isiru mal-kunsilli lokali - naturalment kien qed jirriferi għall-kunsill lokali tal-Mosta - xtaqt nistaqsih jekk dawn id-diskussjonijiet humiex qed isiru wkoll ma' kunsilli oħra fejn hemm iċ-ċentri tas-saħħa.", "Jekk inhu l-każ, x'inhi l-aġenda f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Aħna dejjem huwa l-pjaċir tagħna li niltaqgħu mal- kunsilli lokali u niddiskutu magħhom biex intejbu s-servizz li jingħata fil- komunita`, pero` l-aktar diskussjonijiet li saru huma ma' dawk il-kunsilli fejn huma stess qegħdin jirrealizzaw li nagħmlu x'nagħmlu se jkun diffiċli ħafna biex nipprovdu post fejn jistgħu jingħataw servizzi li titlob il- mediċina llum.", "Kont qiegħed nirriferi partikolarment għall-health centre tal-Gżira.", "Naħseb li fir-rigward ta' dan il-health centre, tagħmel x'tagħmel, anke jekk tintroduċi lift fih, hemm restrizzjonijiet kbar fuq il- possibbilta` li wieħed jista' jespandi s-servizzi, aktar u aktar meta hemm dipartimenti oħra, bħal dak tal-posta, li qed jokkupaw parti sostanzjali mill-istess bini.", "Mal-kunsill lokali tal-Mosta wkoll għaddejjin diskussjonijiet għaliex minkejja li kien hemm spazju adegwat meta nbeda s-servizz tal-health centre, nistgħu ngħidu li llum hemm tug of war bejn l-espansjoni tal-health centre u l-espansjoni tal-kunsill lokali.", "Safejn naf jien il-kunsill lokali tal-Mosta kien qiegħed jaħseb biex jagħmel carpark kbira wara l-knisja u kien sar is-suġġeriment biex id-diviżjoni tas-saħħa tkun tista' tieħu l- aħħar sular minn dak il-carpark.", "B'hekk ikollna possibbilta` ta' health centre mibni proprju bħala health centre u fl-istess ħin ikun hemm biżżejjed spazju għal espansjoni fil-futur.", "Kif diġa` għedt, id-diviżjoni hija lesta li tiltaqa' ma' kull kunsill lokali.", "Fil-fatt meta jittieħdu deċiżjonijiet radikali li jolqtu lill-komunita` kollha, id-diviżjoni dejjem ikollha dan it-tip ta' abbokkamenti mal-kunsill lokali.", "Ħafna mill-kunsilli lokali jiġu jkellmuna fuq l-istat li jinsabu fih il- bereġ tagħhom u għalkemm din is-sena ġiet ivvotata somma biex isir upgrading tal-bereġ, sakemm nibqgħu limitati f'ċerti postijiet ...", "Per eżempju, jien ma naħsibx li huwa d-dmir jew l-obbligu tad-diviżjoni tas- saħħa li ssib post alternattiv għall-health centre tal-Gżira, ngħid għalija l-aħjar nies li jistgħu jidentifikaw post li jista' jinbidel f'health centre ġewwa l-Gżira huma l-kunsill lokali u fil-fatt f'dan il-każ kien hemm dikussjonijiet b'dan il-għan.", "MCC - ĦADDIEMA ĠODDA", "12498.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Mediterranean conference centre mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr nista' ngħid applikazzjonijiet, jista' l-ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem maċ-ċentru fil-perijodu msemmi.", "INFRASTRUTTURA - TRASFERIMENTI", "12499.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-infrastruttura?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninforma lill- Onor. Interpellant li d-dipartiment ta' l-infrastruttura ma jeżistix.", "DOI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12500.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mad-DOI mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l- impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): Matul il-perijodu msemmi d-dipartiment kellu żieda ta' impjegat wieħed mill-Maltapost, wara li l-istess persuna xtaqet li tirritorna fis-servizz pubbliku skond ftehim applikabbli għall- istess ħaddiema.", "SEDQA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12501.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-Aġenzija Sedqa mis- 16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonjiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "U jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn is-16 ta' Settembru u l-4 ta' Jannar, 2000 l- aġenzija Sedqa impjegat żewġ persuni - waħda bħala data input operator għaċ-ċentru detox; u oħra bħala counsellor mad-diviżjoni tal-kura - u dawn iż-żewġ persuni ġew impjegati wara li saret talba lill-ETC, fejn kienu regolarment reġistrati nista' ngħid ukoll li dawn it-tnejn għaddew mill- proċess ta' l-impjieg kif stabilit mill-ETC.", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "12502.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati maċ-ċentru ħidma soċjali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikaw, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-dipartiment ħarsien tal-familja mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda.", "PULIZIJA - KAŻI TA' PROSTITUZZJONI", "12903.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti minħabba reati konnessi ma' prostituzzjoni matul is-sena 1999?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li matul l- 1999 tressqu quddiem il-qorti 130 persuna fuq reati konnessi ma' prostituzzjoni, li minnhom 110 kienu nisa u 20 kienu rġiel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'liaison isir bejn il- pulizija u dipartimenti oħra tas-servizzi soċjali - f'dan il-każ anke s- Sedqa - fir-rigward ta' problemi riżultanti minn dan it-tip ta' reat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fi ħdan il-korp tal-pulizija hemm grupp ta' nies membri fil-korp tal-pulizija li meta jaraw li xi ħadd li jkun akkużat bi kwalunkwe reat, mhux neċessarjament konness mal-prostituzzjoni, ikollu bżonn kura ta' natura soċjali, allura jsir kuntatt ma' l-aġenziji taħt il- ministeru tal-politika soċjali biex jieħdu każ individwali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li ħafna drabi jkun hemm nuqqas ta' koperazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-uffiċjali mħarrġa sabiex jagħmlu dan ix-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hemm żewġ spetturi nisa li jieħdu ħsieb il- victim support unit u ukoll hemm xi tliet membri oħra tal-korp li qegħdin jaħdmu full-time fuq każi bħal dawn.", "FESTI TAL-MILLENJU - NFIQ", "12904.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa totali biex jiġu organizzati d-diversi attivitajiet konnessi mal- wasla tal-millennju?", "Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dan l-istadju l-pożizzjoni għadha dik kif imfisser fit-tweġiba għal PQ nru.", "12511.", "PULIZIJA - REATI", "12905.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l- qorti matul is-sena 1999 għax kisru l-Litter Act?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 tressqu quddiem il- Qorti 63 persuna fuq reati konnessi mal-Litter Act.", "PULIZIJA - KAĊĊATURI/NASSABA", "12906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi u nassaba l-qorti matul is-sena 1999 u x'tip ta' reat allegatament wettqu dawn il-persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-1999 tressqu l-qorti 173 persuna fuq reati konnessi mar-regolamenti ta' l-1993 dwar ħarsien ta' l- għasafar u tal-fenek selvaġġ; ir-regolamenti ta' l-1993 dwar l-għasafar u l- fenek selvaġġ (speċi protetti u riservi naturali) u l-Ordinanza dwar l- Armi, Kap. 66.", "PULIZIJA - REATI", "12907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati lill-pulizija matul is-sena 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal tqegħid ta' karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni b'diżabilita` li qed jirreġistraw għax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13877.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar servizzi mogħtija minn smoking cessation clinics, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13792.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU.", "2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO.", "2) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Frar 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hemmx aktar rimarki l-Ministru Dalli jista' jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nibda billi ngħid Deo gratias!", "Din hija l-għaxar seduta li qegħdin nagħmlu fuq liġi li jaqbel magħha kulħadd u li titkellem fuq żieda ta' 10c sisa fuq pakkett sigaretti.", "Fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi - m'iniex beħsiebni ntawwal u nagħmel xi 25 siegħa oħra nitkellem! - nixtieq li nirriferi għal xi punti li tajjeb li wieħed jerġa' jsemmihom.", "F'din id-diskussjoni l-oppożizzjoni kkritikat u tkellmet dwar kollox - jgħidu li għaliex dan huwa money bill jistgħu jitkellmu fuq kollox, għalkemm ma nafx minn fejn ġabuha din - fosthom dwar l-ekonomija, dwar l-impjiegi, dwar l-għoli tal-ħajja, il-levies, il- privatizzazzjoni u saħansitra kellna lill-Onor.", "Cuschieri li qralna l- programm elettorali tagħna kollu!", "Jiena nixtieq li naqbad ċerti punti minn dawk li ssemmew u nweġibhom, ħalli nipprova nindirizza l-ħafna punti żbaljati u diżonestajiet fil-mod kif ġew interpretati ċerti fatti u ċifri, u npoġġu subajna fuq il-problemi veri tal-pajjiż u naraw kif inħolqu.", "Ħalli nibda mill-ħela li tant iħobbu jsemmu.", "Mr Speaker, kemm ġew jiswewħ lill-poplu Malti l-għaxar seduti li fihom qgħadna nisimgħu l-istess affarijiet?", "Mela dan mhux ħela wkoll!", "L- oppożizzjoni għandha aġenda li trid ittawwal id-diskors fil-parlament u minħabba f'hekk, minflok jagħmlu diskorsi ffokati li jistgħu jservu għal xi ħaġa, joqogħdu jogħxew jisimgħu lilhom infushom jitkellmu fuq dak li jiġi għal rashom.", "Tkellmu ħafna fuq fuq l-ekonomija.", "Din again hija l-aġenda ta' l-oppożizzjoni, li għandha l-interess li tkompli titfa' l-ekonomija lura, toħloq l-inċertezza u tara li l-operaturi ekonomiċi jibqgħu jgħumu f'baħar ta' inċertezza.", "Dawn huma esperti fl-inċertezza għaliex fl-20 xahar li għamlu fil-gvern kulħadd kien stordut, ħadd ma kien jaf fejn qiegħed u kellna kriżi, wara kriżi, wara kriżi.", "L-ewwel kellna l-kriżi tal- VAT, imbagħad kellna l-kriżi tad-dawl u l-ilma, imbagħad il-kriżi tal- budget, imbagħad fl-aħħar il-kriżi politika, liema kriżijiet lil dan il- pajjiż qatgħulu l-mudullun!", "Il-problema li għandha l-oppożizzjoni hija li ma tifhimx x'jiġifieri fiduċja.", "U li qed tipprova tagħmel bid-diskorsi u bil-press releases li qed toħroġ kull sekonda li jgħidu li l-ekonomija hija staġnata, huwa dak li fl-ekonomija stess jissejjaħ self-fulfilling prophecies, profeziji li jippruvaw lilhom infushom, għaliex jekk tkompli tgħid, tgħid u tgħid li l-affarijiet sejrin ħażin, in-nies jibdew jaħsbu li verament sejrin ħażin.", "Imma l-fatti m'humiex hekk, Mr Speaker.", "Dawn il-ħin kollu għaddejjin jgħidu hekk u ma jippruvaw xejn minn dak li jgħidu.", "U xi ġurnalisti fil-gazzetti jirriproduċu kull statement li jsir, qisu huwa xi fatt, mingħajr ma jaraw li dan jiġi ssostanzjat.", "Lili qaluli li nhar il-Ħadd li għadda l-Onor.", "Alfred Sant, f'wieħed mid- diskorsi tiegħu, qal li mis-CET daħħal daqskemm daħħalna aħna mill-VAT.", "Din hija gidba, Mr Speaker!", "Dan m'huwiex veru!", "Dan qabad u xeħet dan l- istatement mingħajr ma ssostanzjah, u jien persważ li se jibqa' u jibqa' jirripeti dan id-diskors għaliex dik hija t-tattika.", "Imbagħad il-gazzetti jibqgħu jirrepetu dak li jgħid hu u jgħinuh f'din il-propagazzjoni ta' gideb, bl-affarijiet jibqgħu għaddejjin.", "Ta' l-oppożizzjoni jagħmlu ħafna statements u jgħidu li l-ekonomija hija staġnata għaliex jgħidu li jkunu marru jkellmuhom xi nies.", "Minn hekk l-ekonomija hija staġnata, għaliex imorru jkellmuhom in-nies!", "Issa wieħed li għandu rasu fuq għonqu jaf li meta jmorru jkellmuh in-nies, qabel jiġi hawnhekk u jparla jrid janalizza u jnaqqas ħafna minn dak li jgħidulu, għaliex dawn ħafna drabi jkollhom interess f'dak li jkunu qed jgħidu.", "U għalhekk trid tagħżel u tgħaddi mill- għarbiel dak kollu li tisma' u mhux tiġi hawnhekk u tipprova tieħu opportunita`, għaliex tgħid li ġie xi ħadd jgħidlek li mar ħażin u allura l-ekonomija sejra ħażin!", "Ħalli naraw x'inhu jiġri fl-ekonomija llum.", "Mr Speaker, fil-preżent l-ekonomija reġgħet qed taqbad ir-ritmu tagħha u qiegħda tinxtered u tiddiversifika ħafna aktar milli kienet qabel, għalkemm għandna ċerti oqsma - semma wieħed tajjeb il-bieraħ l-Onor.", "Anġlu Farrugia, għalkemm semmih bi kritika u mhux b'analisi - fejn qed jiġi ddevjat ċertu kapital.", "U qed nirriferi għall-istock exchange, fejn ċertu kapital li qabel kien imur f'investiment illum qed jiġi ddevjat fil- logħob tas-sogru - u rrid nenfasizzaha din - għaliex ħafna qegħdin jaħsbu li l-istock exchange huwa xi sellum li bih titla' sas-seba' sema, imma aħna nafu bi stock exchanges li nfetħet l-art bihom.", "U jiena dejjem tajt a word of caution lil kulħadd biex mhux jirkeb fuq hypes imma jirkeb fuq is- sodizza u s-serjeta`; u mhux joqgħod fuq kemm jaħseb li se jagħmlu profitt mitt share mill-miljuni ta' shares li jkunu bidlu l-idejn bi prezz għoli imma jara dak il-prezz xi jfisser f'earnings ratio, f'possibbilta` u potenzjal tal-kumpanniji li jkun qed jinvesti fihom.", "U jien l-ħin kollu ngħid li l-istock exchange hemm bżonn li tagħmel kampanja ta' edukazzjoni biex teduka lill-poplu Malti.", "Jiena ma nibżax mill-ħafna sinjuruni u kapitalisti li qed jilagħbu fuq is-suq u lanqas nibża' mill-advisers tagħhom, imma nibża' għall-investitur iż-żgħir li jinbela' mill-istock exchange għaliex jibda jaħseb li kollox huwa deheb, imbagħad meta tiġi d- daqqa l-kapitalisti jkunu ħasbu għal rashom u l-investitur iż-żgħir jibqa' jgħum f'ilma baxx.", "Mr Speaker, l-ekonomija llum reġgħet tinsab miexja 'l quddiem, pero` għandna diversifikazzjoni u proċess ta' strutturar li jrid isir; u hemmhekk fejn jiena ngħid li rridu noqogħdu attenti.", "Aħna l-politiċi x'leadership se nagħtu lil dan il-pajjiż?", "Se jkun leadership li ngħidu lill-poplu biex jagħmel bħall-ostrich, jitfa' rasu fir- ramel u ma jagħtix kas ta' dak li qed jiġri madwaru!", "Jew inkella se ngħidulu biex iħares 'il quddiem, jara d-dinja kif qed tinbidel u jara li jimxi fl-istess direzzjoni li miexja l-kumplament tad-dinja?", "Aħna se nkunu dodos f'dan il-pajjiż jew se nkunu ajkli?", "Se nkunu razza ta' nies li jispiċċaw fix-xejn, għaliex jaħsbu li m'għandhomx għalfejn jinbidlu, jew inkella se nkunu razza ta' nies li għaliex kapaċi nagħrfu fejn hemm bżonn inbiddlu u kapaċi nagħmlu s-sagrifiċċju, allura jirnexxielna nkunu fost l- aqwa?", "U aħna nistgħu nkunu fost l-aqwa allavolja poplu żgħir.", "Aħna ma niddejqux li aħna żgħar għaliex nagħrfu li għalkemm hemm il- limitazzjonijiet u l-problemi li dan il-fatt iġib miegħu, hemm wkoll il- vantaġġi u l-opportunitajiet.", "U llum qegħdin naraw li l-playing-field ta' l-ekonomija qed tinbidel għal kollox.", "U jkun ħażin min jaħseb li hu leader u ma jagħrafx it-tibdil enormi li qed isir fl-ekonomija.", "Illum l-ekonomija m'għadhiex tfisser li tagħżaq l-għelieqi - ċertament li dak għadu importanti - imma llum l-ekonomija qed tixxiftja fi proċess ta' teknoloġija, ta' attivita` mentali, ta' internet u kummerċ elettroniku.", "Jekk aħna kapaċi nirkbu din il-mewġa, dawn huma l-affarijiet li se jaqtgħulna ħafna mill-iżvantaġġi li għandna ta' pajjiż żgħir u quddiemna allura jfeġġu l-istess opportunitajiet li għandhom pajjiżi kbar.", "Imma rridu ninbidlu għax ma nistgħux nirkbu din il-mewġa u nibqgħu fl-irdoss.", "Irridu nagħrfu l-futur ta' pajjiżna x'inhu u rridu nieħdu r-riskju li nimxu ma' dan il-moviment qawwi li hawn madwarna llum.", "Mr Speaker, il-bieraħ smajna lill-Onor.", "Anġlu Farrugia jgħidilna li huma kienu lesti li jgħinuna kieku għamilna l-proġetti li kellhom huma.", "Imma x'inhuma dawn il-proġetti li kellhom huma?", "Statement ieħor mitfuħ bl- addoċċ!", "Dak il-ħin li kien qed jitkellem jiena tlabtu jagħtini lista ta' dawn il-proġetti, pero` forsi ma semagħnix.", "X'kienu dawn il-proġetti?", "Il- proġett tal-Kottonera?", "Il-proġett ta' Manoel Island?", "Imma dawn proġetti tagħhom?", "Dawn ma kellhom ebda proġett ħlief kif se jdawru lill-Partit Laburista bit-tape biex jagħlqu x-xquq u jgħattu l-qsim ta' bejniethom!", "B'hekk hedew fl-20 xahar li għamlu fil-gvern, u l-poplu Malti dan jafu.", "Dawn tefgħu lill-poplu Malti f'Lm150 miljun deficit, li huma tellgħu bil- ħafna paroli tagħhom li se jikkontrollaw l-ispejjeż u se jikkontrollaw id- deficit.", "Iddamdmu quddiem il-problemi li kellhom u ma kenux jafu minn fejn se jibdew!", "Dik hija r-realta'.", "Mr Speaker, smajna ħafna wkoll dwar l-impjiegi, b'kelliem wara kelliem jgħidu li ntilfu 1,000 impjieg.", "U jiena bdejt nistaqsi lili nnifsi x'kienu qed jgħidu dawn il-kelliema ta' l-oppożizzjon u mort niċċekja ftit l- affarijiet.", "U sibt li jista' jkun li ntilfu 1,000 impjieg minn settur wieħed imma mhux mill-ekonomija tal-pajjiż.", "Dik hija d-diżonesta` ta' kif wieħed jinterpreta ċ-ċifri.", "Il-bidla trid issir, u jekk jiġi xi ħadd minnhom u jgħidli li tlifna 10,000 impjieg mis-settur tat-tessuti fl- industrija kemm ilna fil-gvern mill-1987 ngħidlu li veru dan, imma imbagħad l-ekonomija kollha rebħet għexieren ta' eluf ta' impjiegi.", "Allura ma tkunx diżonesta` li tgħid li tlifna 10,000 impjieg fis-settur tat-tessuti?", "U m'hijiex diżonesta` li tgħid li tlifna 1,000 impjieg?", "Minn fejn tlifnihom?", "Miċ-ċifri li rajt jirriżultali li minn mindu dħalna fil-gvern żdiedu aktar minn 700 impjieg fil-pajjiż.", "Xi tlifna 1,000 impjieg!", "Tilfu 1,000 impjieg huma fl-20 xahar ta' ġlied li għamlu bejniethom minflok ma qagħdu jiggvernaw kif kien l-obbligu tagħhom.", "Dawn kienu mehdijin bihom innifishom u minflok raw kif se jiggvernaw lil pajjiżna, tellfuna 1,000 impjieg.", "Mhux ta' b'xejn qaċċathom 'il barra l-poplu Malti!", "Imbagħad tagħhom jagħtuh lilna!", "Altru li hija diżonesta politika li jiġi hawn kelliem wara kelliem ta' l-oppożizzjoni u jgħidulna li kemm ilna fil-gvern tlifna 1,000 impjieg.", "Mr Speaker, isemmulna wkoll il-qgħad.", "Veru li l-qgħad żdied b'500 kemm ilna fil-gvern aħna pero` fl-20 xahar li għamlu huma l-qgħad żdied b'1,700.", "Dawn jiġu hawnhekk jitkellmu quddiemna u quddiem il-poplu Malti qishom qatt ma kienu fil-gvern; u veru li donnu hekk hu għaliex il-pajjiż irid jinsa malajr l-20 xahar tagħhom!", "Jien ngħidilhom li fi żmienhom intilfu 1,000 impjieg u l-qgħad żdied b'1,700.", "Dawn huma l-fatti, u mela joqgħodu jiġu jitkellmu hawnhekk wieħed wara l-ieħor u jinterpretaw l-affarijiet kif jaqbel lilhom!", "Jekk ma nkunux oġġettivi kif qatt jista' jkollna t-tama li nsolvu l-problemi li għandna?", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri qalilna li l- ħaddiema tal-Maltacom huma mbeżżgħin mill-futur tagħhom.", "Imma dan ma jistħix jiġi hawnhekk jagħmel statement bħal dan?", "Ma jafx l-Onor.", "Membru - insomma ma nafx jekk jafx! - li meta għamlu l-privatizzazzjoni tal-Maltacom fl-offerta li għamlu lix-shareholders lokali u l-iħirsa barranin li xtraw dawn ix-shares - illum bdejna nsiru nafu min huma dawn l-iħirsa! - qalulhom li l-kumpannija trid tnaqqas madwar 500 ħaddiem?", "Dakinhar l-Onor.", "Cuschieri kien fis-sħab!", "Illum jinsabu mhedda l-ħaddiema tal-Maltacom?", "Dwar il-Maltacom u s-settur tal-komunikazzjoni kulma rrid ngħid hu dak li għedt fil-budget, cioe' li kienet assurdita` min-naħa tal-gvern Laburista preċedenti li jagħmel din il-privatizzazzjoni u jagħti monopolju - illum m'iniex se noqgħod nidħol fuq il-prezz tax-shares - b'riżultat li għal pajjiżna ngħalaq wieħed mill-akbar bibien li hawn miftuħa fid-dinja llum biex jinħolqu l-impjiegi.", "Hemm fejn tara n-nuqqas ta' viżjoni totali li biha mexxa l-Partit Laburista meta kien fil-gvern.", "Imbagħad kellna anke lill-Onor.", "Helena Dalli tgħidilna li skond statistika tal-gvern il-ħajja għoliet b'5%.", "Imma din min qalha?", "Jiena niskanta u nitnixxef meta nisma' lil dawn in-nies ifaqqgħu ċifri u statements hawnhekk bl-addoċċ!", "M'hu veru xejn dan li qalet l-Onor.", "Dalli, Mr Speaker.", "L-istatistika tal-gvern turi li l-inflazzjoni għadha kkontrollata at 2.1%.", "U fuq il-levies x'ma qalulniex?", "Jien nixtieq nerġa' nfakkar fid-debate li sar hawnhekk ftit ilu fuq il-legal notice li ħarġet dwar il-levies, fejn ukoll kienu tkellmu ħafna deputati ta' l-oppożizzjoni.", "Mr Speaker, dakinhar kont staqsejthom għalfejn kienu qed jgħidu dak il- ħafna kliem meta fiż-żmien li kienu huma fil-gvern kienu qed jgħidu - m'iniex se noqgħod nikkwota l-programm elettorali, fejn kienu qalu li l- levies huma oxxenita` għaliex kienu qegħdin hemm biss biex jgħollu l- prezzijiet - li l-levies iridu jispiċċaw kollha sas-sena 2005.", "Din hi r- realta`, li filwaqt li aħna qed ngħidu li dawn għandhom jispiċċaw sas-sena 2003, huma kienu qalu li għandhom jispiċċaw sas-sena 2005.", "Wara li għedt hekk, dawn imbagħad għamlu emenda fejn qalu li jekk nibdlu d-data u nagħmluha 2005, huma kienu jivvutaw favur il-legal notice.", "U issa jiġu kollha hawnhekk, qishom Cassandra u Ġeremija, u jitkellmu fuq id-diżastri li se jkun hawn għax se nneħħu l-levies, minflok ma jgħidu li huwa importanti għal pajjiżna li nieħdu t-triq li għandna bżonn biex insewwu l- mod kif noperaw, u minflok ma jgħidu li huwa importanti li l-ekonomija nitfgħuha fuq it-track ta' l-effiċjenza ħalli ma nibqgħux fuq it-track tal- protezzjoni, li allura tippermettilna nagħmlu l-affarijiet bl-aktar mod ineffiċjenti u għal ftit taż-żmien nieħdu l-frott xorta daqslikieku qegħdin effiċjenti.", "Għaliex meta tkun ineffiċjenti u tkun komdu l-effiċjenza ma tfittixha qatt.", "U dawk is-sitwazzjonijiet li jeżistu fil-pajjiż, kemm fis- settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku, li huma hekk, irridu naqtgħuhom jekk dan il-pajjiż irridu verament infejquh.", "Irid ikollna l- kejl ta' l-effiċjenza f'kollox u f'kulma nagħmlu u jrid ikollna wkoll accountability sħiħa biex naraw jekk din l-effiċjenza hijiex tintlaħaq minn kulħadd.", "Kellmuna wkoll dwar il-privatizzazzjoni, u dwar dan irrid ngħid - aktar u aktar għaliex staqsieni l-Onor.", "Brincat - li kont tlabt feedback mingħand in-nies biex naraw x'jaħsbu fuq din l-issue kbira li għandna fil-pajjiż, u nista' ngħid li sal-lum irċevejt risposti mingħand iċ-chamber of commerce, il-MUBE u ċ-ċentru tal-Ġiżwiti.", "Li beħsiebna nagħmlu hu li norganizzaw konferenza għal nofs Marzu fuq dan il-kunċett ta' privatizzazzjoni imbagħad nibdew nipprogrammaw minn dik id-data 'l quddiem.", "Jidher li l-oppożizzjoni għadhom ma fehmuhx xi tfisser il-privatizzazzjoni għaliex l-eżerċizzju ta' privatizzazzjoni tagħhom kien biss wieħed finanzjarju, cioe' kif iġibu l- flus u jbigħu at a price u ma kellhomx il-viżjoni li dan l-eżerċizzju jdawruh f'wieħed ekonomiku.", "Anzi, kif għedt qabel, l-eżerċizzju tagħhom - u hawnhekk qed nirriferi għall-Maltacom - kien kontro-produċenti ekonomikament, għaliex minflok fetaħ l-ekonomija tagħna kompla għalaqha.", "Minbarra li permezz tagħha ġġib il-flus, il-privatizzazzjoni trid ukoll issir bi skop preċiż ekonomiku, trid issir bil-mod li l-azjendi li tkun se tipprivatizza jiġi njettat fihom enerġija ġdida, teknoloġija ġdida, mod ta' management modern u prattiċi ta' xogħol ġodda, ħalli jkunu jistgħu joħolqu aktar xogħol veru fil-pajjiż u jattiraw investiment akbar u jkunu jistgħu ukoll - aħna hekk nixtiequ - jimirħu barra minn pajjiżna u jsiru enti reġjonali.", "Dawk huma l-oġġettivi tagħna bil-privatizzazzjoni.", "Imbagħad smajna xi kummenti dwar punti oħra li ssemmew fil-budget.", "L- Onor. Joe Cilia tkellem fuq il-bearer accounts u qal li kien hawn min poġġa flusu f'bearer accounts biex forsi jaħbi mill-familja jew min xi ħaddieħor, u allura donnu ried jgħidilna li l-fatt li nneħħu l-bearer accounts jista' joħloq xi inkonvenjent jew tbatija lil dawn in-nies.", "Dak li qal l-Onor.", "Cilia jiena smajtu u ngħid li jista' jkun li huwa hekk, pero` ir-realta` hija li aħna rridu nersqu lejn sitwazzjoni fejn kemm jista' jkun nibqgħu nsaħħu l-isem serju li għandu pajjiżna fil-qasam tar-regolamentazzjoni finanzjarja u nneħħu kwalunkwe suspett li pajjiżna jista' jintuża għal money laundering.", "U l-bearer accounts, minbarra li huma mezz kif taħbi flusek biex imbagħad tieħu s-servizzi soċjali - bħal, per eżempju, iċ- children allowance - tista' tużahom ukoll għal money laundering.", "Illum pajjiżna għandu isem tajjeb fil-qasam internazzjonali, f'dawk li huma servizzi finanzjarji, u aħna ninsabu kuntenti b'dan u rridu nkomplu nsaħħuh dan il-qasam.", "Mr Speaker, fl-1994 konna għamilna sitt xhur f'dan il-parlament, dejjem bl-għajnuna ta' l-oppożizzjoni, ngħaddu liġijiet ta' servizzi finanzjarji.", "U dak iż-żmien dan kien monument għal pajjiżna, monument li minnu għad iridu jibbenefikaw uliedna u wlied uliedna, dejjem jekk inkunu għaqlin u ma nħallu lil ħadd jipprova jużah bħala xi element ta' rikatt fuq il-poplu Malti.", "Irridu nkunu għaqlin u oġġettivi fil-mod kif nittrattaw dan is- settur, liema settur għandu bil-koperazzjoni tas-setturi kollha jibqa' jissaħħaħ.", "Illum pajjiżna għandu isem tajjeb fil-qasam finanzjarju u dan irridu nkomplu nsaħħuh.", "U din il-miżura li ħadna fuq il-bearer accounts hija proprju sabiex ikompli jissaħħaħ l-isem ta' Malta f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Noel Farrugia qal li hawn accountants imdejqin - jien ma nafx għalfejn dawn għandhom ikunu mdejqin! - għaliex qal li tajnihom deadline sabiex jimlew il-karti tat-taxxi tal-klijenti tagħhom.", "Hawnhekk ukoll irrid ngħid li hemm bżonn li fil-pajjiż tiddaħħal kultura tas-serjeta`.", "Is- sena l-oħra konna tajna avviż fejn għedna li r-returns tat-taxxa jridu jintbagħtu sa l-aħħar ta' Settembru.", "Issa l-liġi dakinhar kienet tgħid li d-deadline kien sa l-aħħar ta' Ġunju, jiġifieri f'dawk it-tliet xhur l- accountants suppost kienu qed jippreparaw sabiex jibagħtu r-returns tal- klijenti tagħhom għal dik is-sena, pero` kulħadd kien imdorri bis-sistema li hemm data u ħadd ma jimpurtah minnha.", "U dan hu li tbiddel għaliex issa għednilhom li jekk ma jżommux mad-data, jeħlu multa għaliex is-serjeta` hekk titlob.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn Leave of House biex tkun tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "Hawn Leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Kont qed nitkellem dwar id-deadlines u rrid inkompli ngħid li din is-sena d-deadline hija l-aħħar ta' Ġunju - jew inkella disa' xhur wara li tagħlaq is-sena jekk huma kumpanniji - għaliex is-sena l-oħra kienet eċċezzjoni.", "Dawk huma d-dati u m'humiex se jiċċaqilqu.", "Issa nispera li ma jkunx hemm xi ħadd li jgħid kemm jien arroganti għaliex qed ngħid li m'humiex se jiċċaqilqu!", "Se jkollna serjeta` f'pajjiżna jew le?", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'returns ta' kumpanniji tat-taxxa jintbagħtu wara erba' jew ħames snin jew meta jkunu komdi.", "Hemm bżonn li ndaħħlu s-serjeta`.", "U din qed indaħħluha u l-inland revenue department se jibda jmexxi fuq min jagħmel dikjarazzjonijiet tard u nispera li bi qbil u bl-għajnuna ta' l-oppożizzjoni nissettjaw l-istrumenti sabiex inkunu nistgħu b'mod qawwi u serju nikkontrollaw il-kwalita` tar-returns li jirċievi l-gvern.", "Pero` dwar dan ikolli ċans nitkellem meta minn hawn u ftit ieħor ngħaddu liġi oħra mill-parlament bl-emendi fuq l-income tax.", "Qalulna wkoll dwar in-nefqa tal-gvern u kif ma sar ebda sforz biex titrażżan din in-nefqa.", "Issa jien ma nafx kemm-il darba għedt - u m'iniex se noqgħod nirrepeti - li meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern, bil-ħafna kliem u paroli li se jrażżnu n-nefqa tal-gvern xorta ma rażżnu xejn.", "Kemm- il darba smajna hawnhekk li n-nefqa tal-gvern fis-safar u f'affarijiet oħra f'dan il-budget żdiedet b'Lm0.6 miljun?", "Kif kulħadd jaf, din is-sena - kumbinazzjoni illum stess - bdejna l-proċess tan-negozjar ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan se jirrikjedi numru ta' nies miċ-ċivil li jitilgħu Brussels, jew fejn ikun hemm bżonn, biex jinnegozjaw dettal dettal l-aħjar kondizzjonijiet li bihom Malta tidħol fl-Unjoni.", "Allura x'jippretendu ta' l-oppożizzjoni li ma nagħmlux budget għalihom dawn l-affaijiet, biex taparsi ngħid li qed innaqqas l-ispiża tal-gvern?", "Din hija spiża raġonevoli li nafu li se ssir u għalhekk aħna rridu naħsbu għaliha.", "Imbagħad jiġu ta' l-oppożizzjoni jgħidulna li l-ispiża fis-safar żdiedet b'madwar Lm0.6 miljun!", "Dawn huma realtajiet li f'pajjiżna rridu niffaċċjaw u dak huwa li wieħed jagħmel bil-budgeting, ċoe' jara xi spejjeż hemm involuti matul is-sena u jipprovdi għalihom.", "Ħalli issa ngħaddi biex inwieġeb għal dak li ntqal fuq il-miżuri tal-budget.", "Xi ħadd qalilna - bħalissa ma nistax niftakar min kien - qal li qabel l-elezzjoni aħna konna ngħidu li tant kien se jkun hawn ġid li mhux se jkun hawn bżonn ta' taxxi aktar.", "Imma, Mr Speaker, meta ngħidu dawn l-affarijiet ma nkunux qed nisparaw fuq saqajna u nnaqqsu l-kredibilita` tagħna?", "Imma min qatt daħallu fil-qurriegħa ta' rasu li se jkun hawn xi gvern fil-pajjiż minn issa sa l-eternita` li ma jagħmilx taxxi?", "Jien nixtieq inkun ministru tal- finanzi f'dak il-gvern li jqassam biss!", "Imbagħad l-Onor.", "Marie Louise Coleiro qaltilna li l-gvern għażel it-triq il-faċli, u biex ma tkunx one down l-Onor.", "Helena Dalli qaltilna x'inhi t- triq il-faċli li tagħmel it-taxxi.", "Tidher l-Onor.", "Membru li ma kenitx ministru tal-finanzi u allura ma tafx x'jiġifieri tagħmel it-taxxi!", "Ara l- Onor. Leo Brincat li qiegħed quddiemi hawnhekk, jaf x'jiġifieri tagħmel it- taxxi, jaf x'gost tieħu meta tagħmel it-taxxi u jaf mil-liema turmenti tgħaddi meta tiġi biex tagħmel it-taxxi!", "Jekk hawn xi ħadd f'din il-Kamra li jaħseb li hija xi ħaġa faċli li tagħmel it-taxxi, allura għadu ma bediex l-ħajja politika tiegħu għaliex li tagħmel it-taxxi hija neċessita` fil- pajjiż li trid tgħaddi minnha pero` m'hijiex xi ħaġa faċli.", "Tagħmel ħafna ljieli ma torqodx meta se tkun se tagħmel it-taxxi u tgħaddi minn ħafna nkwiet intern, l-iktar f'pajjiż bħal tagħna, meta se tkun se tagħmel it- taxxi.", "U t-taxxi tagħmilhom għaliex temmen li jkunu neċessarji, imma altru li m'hijiex xi ħaġa faċli li tagħmel it-taxxi.", "Daqskemm m'hijiex ħaġa faċli li tenforzahom.", "Kulħadd jaf x'għagħa jqum fil-pajjiż meta jsiru attentati u biex jiġu enforzati t-taxxi.", "Tal-gazzetti u tal-media kultant jgħidu li l-gvern m'huwiex qed jagħmel sforzi biżżejjed biex jiġbor it- taxxi, imbagħad kif tibda tenforza l-liġijiet jibdew jgħidu li qed tixxotta lill-pajjiż mill-cash flow.", "'L hawn jew 'l hemm dawn dejjem jirbħu għaliex dejjem jgħidu xi ħaġa inkella ma jbigħuhiex il-gazzetta!", "Jien nixtieq li nisbu metodu kif ninjettaw l-oġġettivita` f'dan il-pajjiż.", "Meta bdejt nisma' lill-oppożizzjoni titkellem bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk dawn humiex l-istess nies li sa ftit xhur ilu kienu huma fil-gvern u għamlu żewġ budgets.", "Imma possibbli li għamlu żewġ budgets u m'għamlux taxxa waħda?", "Possibbli li jiġu hawnhekk quddiemna 15-il xahar wara li kienu huma fil- gvern u joqogħdu jgħidulna għaliex għamilna t-taxxi?", "Aur President, jien hawnhekk għandi lista tat-taxxi li għamlu fiż-żewġ budgets li għamlu.", "Fil-budget ta' l-1997 kienu għamlu levy fuq kull biljett tas-safar, żieda fid-dazju fuq spirti u sigaretti, żieda fid-dazju tal-petrol, żieda fis-sisa tad-diesel, żieda fit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq karozzi privati u importati, żieda fil-liċenzji annwali tal-karozzi privati u ta' vetturi kummerċjali, żieda fir-rata ta' reġistrazzjoni ta' pleasure crafts u l- liċenzji annwali tagħhom, żieda fil-prezz tal-pitrolju, żieda fir-rati ta' l-ilma, reviżjoni tar-rata tas-servizzi postali, dħul tas-sisa fuq il- birra.", "Dak f'budget wieħed, imbagħad ġie s-sequel u fih kellna reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma, l-elettriku u l-gass, tariffa ġdida fuq is-servizz tad-drenaġġ, ħlas ta' miżata fuq il-ħruġ ta' mediċini b'xejn, reviżjoni ta' miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-gvern - u hawnhekk għandi lista sħiħa ta' xi jfissru dawn il-liċenzji kull mod ta' ħajja tal-poplu Malti - żieda b'passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta, żieda fil-boll eċċ. eċċ. Mr Speaker, għadni f'nofs il-lista pero` se nieqaf hawnhekk u m'iniex se nsemmi aktar.", "Imma dawn imbagħad għandhom il-wiċċ jiġu hawnhekk u jgħidulna li aħna għamilna t-taxxi?", "Dawn li semmejt huma taxxi jew le?", "Dawn l-affarijiet żiedu l-pay packet tan-nies?", "Imma kif tista' titwemmen meta tiġi hawnhekk u tgħid dawn l-affarijiet!", "Kif qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd, fiż-żewġ laqgħat li aħna kellna mal-GWU dawn qalulna li hemm bżonn inbiddlu l-miżuri li għamilna u aħna għednilhom: Ejjew naraw il-miżuri waħda waħda u għidulna fejn irridu nbiddlu.", "Iddiskutejna l-miżuri waħda waħda u għednilhom: Xi triduna nbiddlu?", "Il-miżura ta' l-income tax?", "Aħna għednilhom li ma għamilniex bħal-Labour Party u qbadna ntaxxajna lil kulħadd imma qgħadna attenti li min jaqla' Lm100 fil-ġimgħa ma jeħilx sitt ħabbiet income tax oħra.", "U hawnhekk irrid inżid ngħid li jekk dawn li jaqilgħu inqas minn Lm100 fil- ġimgħa jaħdmu l-overtime u jaqilgħu sa Lm3,000 oħra, xorta waħda ma jħallsux aktar income tax għaliex il-withholding tax fuq l-overtime baqgħet 15% bħalma kienet.", "U lil tal-GWU għednilhom: Dan huwa n-nuqqas ta' ħsieb soċjali?", "Jiġifieri issa qed tgħidulna li min jaqla' Lm7,000 huwa ħaddiem?", "Lil dawn qegħdin tipproteġu?", "U huma qalulna: Le.", "Imbagħad ġejna għall- bolla u staqsejnhom jekk dik kenitx il-miżura li riduna nirrevedu u huma qalulna li fuq il-bolla ma kellhomx argumenti għaliex dik hija a deferred payment.", "Imbagħad staqsejnihom jekk reduniex nirrivedu ż-żieda għall- għoli tal-ħajja, imma dwar dan ukoll qalulna li m'hemmx argumenti għaliex dik hemm mod kif tinħadem u huma ma kenux se jgħidu li kellha tiżdied.", "Mela allura liema miżuri rieduna nirrivedu?", "Il-5% VAT fuq il-kont tat- telephone?", "U dwar dan nixtieq li nagħmel parentesi ħalli nikkoreġi l-ħafna ineżattezzi li ngħaddu mill-mod kif ħarġu l-kontijiet.", "Bħalma għedt fil-budget, il-kwestjoni tat-telephones hija li ddaħħlet VAT ta' 15% fuq il-kontijiet.", "Issa billi l-Maltacom sa l-1 ta' Jannar kienet exempt without credit, jiġifieri ma kenitx tieħu refund fuq l-ispejjeż li tagħmel, meta għamilnielha taxxa ta' 15% din ġiet eliġġibbli li tieħu refund u aħna kkalkolajna li l-Maltacom b'daqshekk kienet se tieħu madwar Lm1.7 miljun f'refunds li qabel ma kenitx tieħu.", "Issa aħna għedna lill- Maltacom li dawn ir-refunds m'għandhomx jidhru bħala profitti żejda għall- Maltacom.", "Tgħid mhux se noqgħod inpaxxi l-40% shareholders privati li hemm!", "M'għandhomx dawn jagħmluhom bħal profitti huma u allura għandhom jgħadduhom lill-konsumatur f'roħs fil-prezzijiet!", "U fil-fatt x'ġara?", "Ġara li l-Maltacom raħħsu l-prezzijiet tagħhom għall-konsumatur domestiku b'10% u żiedu l-VAT bi 15% biex id-differenza fil-prezz ġiet ta' 5% aktar milli konna nħallsu qabel.", "Issa f'waħda mill-gazzetti brava ħafna deher artiklu fejn intqal li l-Maltacom qed tiċċarġja 15% lin-negozji.", "Huwa veru dan imma l-15% n-negozjant jeħodhom lura bħala refund u allura jiġi li ma żidnilu xejn.", "U huwa għalhekk li jiena ngħid li l-gazzetti għandhom jiffilterjaw l-informazzjoni li tiġi mgħoddija lilhom u jaħsbu ftit qabel jaqbdu u jċafalsu.", "Min kiteb dak l-artiklu ried li lil tan-negozju nraħħsulhom ir-rati tat-telephone bi 15%, ħaġa li ma ridniex nagħmlu u m'għamilnihiex.", "In-negozjant qed jiġi ċċarġjat l-istess prezzijiet li kien jiġi ċċarġjat qabel imma bi 15% VAT fuqhom, liema 15% jieħu lura.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jgħidli li mhux kollha jeħdu r-refunds.", "Veru dan, imma allura minħabba dak li ma jeħux refund nagħti 15% rebate lil kulħadd?", "Il- gvern ma jaqbilx ma' dan.", "Imma issa ħalli nkompli nitkellem fuq id- diskussjonijiet li kellna mal-GWU.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li fil-laqgħat li kellna magħhom aħna staqsejna lil tal-GWU liema kienu dawk il-miżuri li reduna nirrivedu.", "Dwar l-income tax, il-bolla u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja diġa` għedt x'risposti kellna.", "Imbagħad staqsejnihom jekk jaħsbux li kellna nirrivedu l-miżura taż-żieda fil-prezz tal-petrol.", "U kif qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd, dawn il-meetings għalqu billi qalulna li minflok żidna l-prezz tal- petrol bi 15% f'daqqa kien missna żidnih b'5% kull sena għal tliet snin.", "Dawk kienu d-diskussjonijiet li kellna mal-GWU.", "Imbagħad jgħidulna arroganti!", "Tkun arroganti meta tisma' u ma tkunx trid tifhem, jew meta tmur għal-laqgħat b'idea fissa f'moħħok li l-gvern irid ibiddel l- affarijiet li għamel u meta tibda tisma' l-argumenti ma tifhimx, ma tammettix u ma taċettax li huma tajbin biex imbagħad tmur quddiem il- gazzetti u tgħid li bqajna status quo.", "Hemm qiegħda l-arroganza mhux meta qiegħed fil-gvern u qed tagħmel l-affarijiet bl-aħjar mod li tista' tagħmilhom, wara li tkun studjat u rajt li l-impatt soċjali jkun mill-inqas possibbli!", "Jiġifieri biex il-gvern ma jkunx arroganti irid iċċedi għat- theddid tal-unions!", "L-Onor.", "Adrian Vassallo qalilna li lil tad-dockyard u lil ta' l- universita` ċedejnilhom.", "Mhux veru, ma ċedejnilhom xejn!", "Din m'hijiex kwestjoni ta' ċċedi u ma ċċedix imma hija kwestjoni ta' fejn qiegħda r- raġuni.", "Allura meta niġu biex inressqu l-budget, x'se nagħmlu?", "Noqogħdu ninnegozzjaw kull budget li nagħmlu?", "It-taxxi tagħmilhom jekk, kemm u kif ikun hemm bżonn u mhux biex tieħu xi ħaġa.", "X'qed jieħu l-gvern billi jagħmel it-taxxi?", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd li jemmen li l-gvern jagħmel it-taxxi għalih!", "X'inhu dan il-kunċett li daħħalna, fejn se niġu f'sitwazzjoni li ma tistax tagħmel l-affarijiet sew imma trid tagħmilhom mgħawġin ħalli imbagħad jiġi xi ħadd jitolbok - għaliex dawn żgur ġejjin jitolbu - u jkollok iċċedilu xi ħaġa biex isalva wiċċu, basta kulħadd kuntent u kulħadd ferħan!", "Hekk iridu mmexxuh dan il-pajjiż?", "Jekk l- affarijiet tagħmilhom bl-addoċċ, bħalma saru fi żmien il-Labour, allura imbagħad bilfors li tibda tagħmel ċertu żlieq.", "U niftakru aħna l-kwestjoni tad-dawl u l-ilma.", "Dawn qabdu u bażwru dawk ir-rati bl-addoċċ biex imbagħad bdejna nisimgħu l-iskużi.", "L-ewwel ġabu l-iskuża li min tahom il- pariri qarraq bihom, imbagħad ġabu l-iskuża li ż-żejt kien qed jorħos meta ż-żejt kien ilu jorħos is-snin, imbagħad skuża wara oħra u bdew jiżżerżqu.", "Imma ġralhom hekk għaliex ma kenux fuq is-sod u għaliex l-affarijiet m'għamluhomx sew.", "Aħna qgħadna attenti meta għamilna t-taxxi f'dan il- budget.", "Mr Speaker, jgħidulna li s-settur medju tal-pajjiż inqaras.", "Jien dan għedtlu mill-ewwel ġurnata.", "Kulħadd l-istess inqaras dawk li huma fil- faxxa medja, inkluż jien, imma hawnhekk jien irrid nerġa' nfakkar meta fl- 1994 dawn l-istess nies gawdew madwar Lm900 minħabba l-breaks li tajna fit- taxxa.", "Issa hemm bżonn li l-pajjiż ikollu ċerti strutturi ta' finanzjament u dak huwa li qed nipprovaw nibnu f'pajjiżna.", "U x'inhi d-differenza bejn it-taxxi li għamilna aħna u dawk li għamel il-gvern preċedenti?", "Aħna ntaxxajna l-konsum, ħaġa li tista' tikontrollaha, filwaqt li tal-Labour intaxxaw id-dritt ta' l-użu tas-servizzi.", "Meta l-gvern Laburista għamel it- taxxi fuq l-arloġġ tad-dawl u fuq id-drenaġġ ma ntaxxax il-konsum ta' l- elettriku imma ntaxxa d-dritt li jkollok id-dawl u t-toilet fid-dar.", "Imbagħad għal dak li għandu x'jaqsam ma' karozzi - u għalhekk semmejt il- GWU - fl-ewwel budget tiegħu gvern Laburista mhux biss għolla l-petrol b'14% imma kien għolla wkoll il-liċenzji tal-karozzi b'Lm60 - u dan fuq karozza 1300 cc - ċioe' aktar minn Lm1 fil-ġimgħa.", "Jiġifieri dawn mhux biss intaxxaw 15% fuq il-konsum tal-petrol imma ntaxxaw ukoll id-dritt li jkollok karozza, anke jekk iżżommha f'garaxx!", "Imbagħad jiġu tal-GWU jgħidulna li 15% wisq!", "Fuq hekk se jmorru jimmarċjaw il-Belt?", "Immarċjaw, forsi mmur magħkom jien ħalli nniżżel xi ftit!", "(Interruzzjonijiet) X'arroganza?", "L-arroganza hija li tisma' l-argumenti u ma taċċettax li dak li qed jingħadlek huwa sewwa għaliex il-gvern jista' jkun li jkollu raġun.", "Arroganza meta għandek widnejk u ma tismax għaliex ikollok aġenda oħra!", "Smajna ħafna diskorsi hawnhekk - l-iktar fl-aħħar tliet seduti - u rajna x'kien l-indirizz tagħhom.", "Smajna r-rabble - rousing speech li għamel l- Onor. Anġlu Farrugia l-bieraħ.", "X'kienu l-intenzjonijiet tiegħu?", "Min jaf il-GWU b'liema aġenda miexja?", "Forsi l-aġenda ta' min jikteb fl-economic intelligence unit li jgħid li l-budget se joħloq problemi soċjali fil- pajjiż, u forsi dan irid li fl-issue li jmiss jgħid li kellu raġun!", "Hijiex forsi miexja b'dik l-aġenda l-GWU?", "Għaliex jien ma nafx min jiktbu l- economic intelligence unit; min kien jiktbu nafu imma min wirtu ma nafux!", "Min jaf b'liema aġenda mexjin?", "Mela jiġi jgħidli arroganti!", "Arroganti meta qed niltaqgħu mal-unions darba darbtejn, infhemuhom l-affarijiet u ma jġibulniex argument wieħed fejn jgħidulna li għandhom raġun?", "Arroganti għaliex ngħid li safejn naf jien għamilt l-affarijiet tajbin u nitlobhom jgħiduli fejn m'għamiltx tajjeb u jibqgħu ma jgħidulix u xorta jibqgħu għaddejjin b'li għandhom f'moħħhom?", "Min hu arroganti f'dan il-pajjiż?", "Ejjew nibdew inwaħħlu l-labels ma' min ħaqqu mhux noqogħdu nparlaw bl- addoċċ!", "Mr Speaker, qalulna ħafna affaijiet oħra u naħseb li kollha se nerġgħu nisimgħuhom minn hawn u ftit ieħor, meta ngħaddu l-liġi l-oħra, pero` ma smajniex lanqas kelma waħda biss - u ngħid lill-poplu Malti biex jismagħha sew din - dwar x'jaħsbu li għandha tkun is-soluzzjoni.", "F'għaxar seduti sħaħ li għamlu jparlaw ma qalux kelma waħda dwar x'kienu jagħmlu huma kieku kienu fil-gvern.", "X'inhi l-alternattiva?", "L-Onor.", "Brincat qalilna li lilhom kienu tawhom parir biex jgħollu l-income tax u l-ħlas tas-social security imma huma kienu qalu: Le.", "Imma allura dwar xiex qalu iva, jew għalxiex kienu qed jgħidu iva dawn?", "Għax issa se toqgħodilhom tal-\"le\", għaliex għal kollox \"le\" jgħidu.", "X'inhi s-soluzzjoni?", "Dawluna daqsxejn, għidulna dan id-deficit kif kontu se tnaqqsuh?", "Billi terġgħu tneħħu l-VAT u tagħmlu s-CET?", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek kif ġiet teżisti l- ħofra.", "Int ma kontx magħhom dak iż-żmien.", "Aħna ma qgħadniex nitwerwru u nwerwru lin-nies, dak m'għamilnihx aħna!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, kont qed ngħid li dawn lanqas qalulna kelma waħda dwar x'jaħsbu li għandha tkun is-soluzzjoni imma issa se jkollhom opportunita` oħra għaliex fuq l-aġenda tal-parlament diġa` qed jidher abbozz ta' liġi ieħor li permezz tiegħu se jidħlu fis-seħħ il-miżuri tal-budget u jien ċert li se nerġgħu nassistu għall-istess paroli.", "Jien naħseb li nistgħu nġibu t- tape ta' dawn l-għaxar seduti u noqogħdu ndoqqu lilu għaliex probabbilment l-istess affarijiet se nerġgħu nisimgħu!", "Jgħidulna, Mr Speaker, kif kienu se jnaqqsu l-ispejjeż u x'tip ta' taxxi kienu se jagħmlu.", "Dan huwa partit modern, programmat, miexi fuq ir-rubini u kollu proġetti!", "Jien naħseb li jekk jagħmlu project schedule tal-budget isibu x'kienu se jagħmlu u ma jagħmlux fil-ħames snin li ġejjin.", "Għidulu lill-poplu Malti ħalli jara ta' min huma l-aħjar soluzzjonijiet!", "Dak huwa li jrid jisma' mingħandkom il- poplu Malti mhux il-krib għaliex jaf jokrob kulħadd.", "Il-poplu Malti azzjoni pożittiva jrid mhux li toqogħdu tokorbu!", "Għidulna x'kontu se tagħmlu ħalli tkunu daqsxejn kredibbli!", "Issa ħalli niġi għall-ħofra.", "Xi ħadd mill-kelliema qal li fl-1987 aħna sibna l-kaxxa ta' Malta mimlija flus.", "Taf x'sibna fl-1987?", "Sibna pajjiż jokrob għall-ilma, pajjjiż imxennaq għal servizz tajjeb ta' telekomunikazzjoni u pajjiż jitlob għal servizz ta' l-elettriku li ma jinqatax kontinwament u li kaġun ta' hekk l- affarijiet li jkollok fil-fridge imorrulek u jkollok tarmihom kollha - dik hi l-għoli tal-ħajja mhux iż-żieda fil-prezzijiet ta' l-oġġetti! - jekk ma jkollokx tibdel ukoll il-fridge minħabba l-voltage tiela' u nieżel qisu yo- yo!", "Dak li sibna aħna fl-1987, pajjiż tar-raċanċ.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Anġlu Farrugia jgħidilna li biex iġġib l-investiment fil-pajjiż irid ikollok infrastruttura tajba!", "Veru, u aħna għalhekk għamilna dak kollu li għamilna.", "Issa ħalli niġi għad-deficit.", "(Interruzzjonijiet)", "Id-deficit fi żmienkom telaq ilebbet għaliex webbistu raskom u neħħejtu l- VAT.", "F'sena waħda aħna mill-VAT - u din kienet l-ewwel sena - daħħalna Lm30 miljun iktar milli daħħalna mis-CET, u hija gidba li tgħid li dan mhux veru.", "Ħalli naraw meta tħaffret il-ħofra?", "\"Fl-1983 f'Malta kien hawn wieħed għaref li kien kiteb hekk:", "\"Jekk il-gvern jaqbad jimpjega eluf ta' nies u jħallashom, malajr jifqa l-kaxxa ta' Malta u jkollu jżid it-taxxi fuq il-ħaddiema u fuq il-kumpanniji.", "L-ispiża fuq l-indusrija u fuq it-turiżmu togħla minħabba dawn it-taxxi, jintilfu aktar swieq, aktar kumpanniji Maltin ifallu u l-qgħad ikompli jiżdied.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-gvern ma jistax jispiċċa jimpjega lil Malta kollha fuq xogħol li mhux produttiv.\"", "Dan l-għaref li kiteb dan il-kliem ta' l-għerf f'\"it-Torċa\" tat-30 ta' Jannar, 1983 m'hu ħadd ħlief il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tal-lum, l-Onor.", "Alfred Sant.", "U kellu għajnejh miftuħa hu u sħabu meta erba' snin wara wettqu l-isfreġu f'pajjiżna li dan l-għaref qed jgħid li kien se jitwettaq.", "B'għajnejn miftuħa, fi ftit xhur wara li għaddiet l-emenda kostituzzjonali f'dan il-parlament li tiggarantixxi l-gvern lil min ikollu l-maġġoranza, biex mingħalihom jerġgħu jisirqu l-gvern bil-voti li jixtru fuq dahar il- poplu Malti, daħħlu 8,000 ruħ mal-gvern!", "Mr Speaker, meta sar dak l-isfreġju - u aktar 'il quddiem se npoġġi dan il-kalkolu fuq il-Mejda tal-Kamra - l-Onor.", "Alfred Sant kien president tal- partit u l-Onor.", "Coleiro kienet segretarja tal-partit.", "Kontu mpjegajtu nies li ma kienx hemm bżonn mal-gvern, farraktu l-ekonomija, kif kien qal l-Onor.", "Alfred Sant li se tagħmlu, fqajtu l-kaxxa ta' Malta, kif kien qal l- Onor. Alfred Sant li se tagħmlu, u sal-lum daħħaltu lill-pajjiż fi spejjeż ta' Lm631 miljun!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Coleiro qed tafferma li għamlet sew imma ma nafx kemm hi konxja li 69% tad-deficit ta' din is-sena huwa minħabba din id-deċiżjoni li ttieħdet meta l-Onor.", "Membru kienet segretarja tal-partit.", "Nista' ngħid li 78% tad-deficit li għandna f'pajjiżna jista' jiġi ttraċċat lejn din il-manuvra.", "U allura m'hijiex diżonesta` li jiġu tan-naħa l-oħra jgħidulna li l-ħofra għamilnieha aħna?", "Il-ħofra għamiltuha intom biex mingħalikom tisirqu l-gvern u biex tieħdu vantaġġ politiku.", "U jmisskom tistħu tqumu u tippuntaw subgħajkom lejna u tgħidulna li l-ħofra għamilniha aħna, imisskom tistħu!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, kuntrarjament għal dak li għamlu huma, meta aħna sibna dawn il-ħneżrijiet m'għedniex lill-poplu Malti biex jerġa' jmur fl-għerien imma xammarna l-kmiem u bdejna naħdmu ħalli nibnu l-ekonomija mit-tifrik li sibna min-naħa tagħhom.", "Dak hu li għamilna aħna fis-snin bejn l-1987 u l- 1996, u dak hu li se nerġgħu nagħmlu f'dawn il-ħames snin li ġejjin.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokument li rriferejt għalih aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella intitolata \"L-akbar kaġun tal-ħofra; Cost to Taxpayer of abusive employment in the public sector by the MLP Government before the 1987 election\".", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi issa l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas-Sisa\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fl-10.38 a.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda l-Att ta' l-1995 dwar Dazju tas- Sisa\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU: 231", "FAVUR: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA: 26", "L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TISMIJA TA' MINISTRI F'DIVERSI LIĠIJIET", "DESIGNATION OF MINISTERS IN VARIOUS LAWS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'diversi Liġijiet.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li nistgħu nsejħulu tekniku, fis-sens li hemm diversi liġijiet - 'il quddiem se nelenkahom - li jirriferu għal ministri partikolari li pero` maż-żmien is- suġġett ta' dawk il-liġijiet ma baqax jirriferi għalihom, għaliex minħabba li jkunu saru l-elezzjonijiet id-dmirijiet tal-ministri jkunu nbiddlu.", "Dawn huma l-iktar id-dikasteri li llum jaqgħu taħt il-ministru ta' l- intern, skond l-allokazzjoni tad-dmirijiet ministerjali.", "Li qed nipproponu aħna f'dan l-abbozz m'huwiex li ngħidu li l-ministru ta' l-intern jew xi ministru ieħor ikun responsabbli għal dawn l-affarijiet iżda qegħdin nipproponu emendi sabiex minflok f'dawn il-liġijiet jissemma ministru partikolari, jissemma l-ministru responsabbli għal dak is-suġġett li jkun hemm fil-liġi.", "U se nagħti eżempju.", "Per eżempju, fil-każ tar-reġistru pubbliku, li tradizzjonalment dejjem kien dikasteru li jaqa' taħt il-ministeru tal-ġustizzja imma minn Settembru 'l hawn beda jaqa' taħt il-ministeru ta' l-intern, m'aħniex se ngħidu li r- regolamenti konnessi miegħu għandu joħroġhom il-ministru ta' l-intern una volta għaliex dan il-gvern jew xi gvern ieħor jista' jerġa' jbiddel l- allokazzjoni tad-dmirijiet ministerjali u nispiċċaw bl-istess problema.", "Għalhekk aħna qed nipproponu li fil-liġi jkun hemm imniżżel \"il-ministru responsabbli għar-reġistru pubbliku\"; jekk dan ikun il-ministru tal- ġustizzja, ikun il-ministru tal-ġustizzja; jekk ikun il-ministru ta' l- intern, ikun il-ministru ta' l-Intern.", "Fost il-liġijiet li qegħdin nemendaw permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi hemm il-Kodiċi Ċivili fejn f'ċerti artikli tiegħu li għandhom x'jaqsmu ma' l-acts of civil status hemm riferenza għall-ministru responsabbli mill- ġustizzja u minflok issa se jidħlu l-kliem \"il-ministru responsabbli għar- reġistru pubbliku\" ikun min ikun.", "L-istess japplika għall-Att dwar il- Professjoni Notarili u l-Arkivji Notarili, fejn hemmhekk hemm riferenza kontinwa għall-ministru tal-ġustizzja.", "Illum l-arkivji notarili u l- uffiċċju tan-nutar tal-gvern jaqgħu taħt il-ministru ta' l-intern, pero` m'aħniex se ngħidu li l-ministru ta' l-intern se jkun responsabbli għall- uffiċċju tan-nutara imma se ngħidu li se jkun \"il-ministru responsabbli għall-affarijiet notarili\".", "L-istess japplika għall-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, fejn kull fejn hemm riferenza għall-ministru responsabbli għall- ġustizzja issa se jidħlu l-kliem \"il-ministru responsabbli għar-reġistru pubbliku\".", "Qed nagħmlu emenda żgħira oħra għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat- Traffiku.", "Aħna nafu li matul dawn l-aħħar seba' snin ħafna mix-xogħol konness mal-karozzi u mar-regolamenti tat-traffiku għadda għand il-ministru responsabbli mit-trasport u allura qed nagħmlu emenda għal artiklu 4 ta' din l-Ordinanza sabiex għall-finijiet tiegħu l-kelma \"ministru\" tkun tfisser \"il-ministru responsabbli għat-trasport\".", "L-istess se nagħmlu fil- każ ta' l-Att dwar id-Dekontroll.", "Din dejjem kienet amministrata mir- reġistru pubbliku u peress li r-reġistru pubbliku jaqa' taħt il-ministru ta' l-intern, allura qegħdin ngħidu li minflok \"il-ministru responsabbli għall-ġustizzja\" jidħlu l-kliem \"il-ministru responsabbli għar-reġistru pubbliku\".", "Hemm imbagħad lista twila ta' emendi għall-Immigration Act.", "Tradizzjonalment l-intern dejjem kien jagħmel parti mill-uffiċċju tal-prim ministru u aħna deherilna li peress li taħt diversi amministrazzjonijiet l- ministeru ta' l-intern ġie sseparat mill-uffiċċju tal-prim ministru, tajjeb li ngħidu \"l-ministru responsabbli għall-intern\" mhux iktar \"il-prim ministru\".", "Naturalment jekk il-prim ministru jkun responsabbli għall- intern ikun hu wkoll li japplika din il-liġi.", "Irrid ngħid hawnhekk pero` li ċerti affarijiet serji ħafna f'din il-liġi żammejnihom taħt idejn il- prim ministru.", "Mr Speaker, b'dan l-abbozz ta' liġi ħadna wkoll l-opportunita` sabiex noħolqu uffiċċju ta' nutar fil-joint office.", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi għaliex hemm bżonn ta' liġi biex isir dan.", "Dan għaliex il-liġi tan-nutara ma tippermettix li mpjegati pubbliċi jkunu nutara - jiġifieri nutar ma jistax ikun impjegat pubbliku ħlief fejn il-liġi tagħmel eċċezzjoni - iżda l-liġi tagħmel eċċezzjoni għan-nutara tal-gvern, tal- housing authority, tar-reġistru pubbliku u tal-lands.", "F'dawk il-każi biss in-nutara jistgħu jkunu wkoll civil servants.", "Aħna jidhrilna - jew għallinqas in-nies li jaħdmu hemmhekk jidhrilhom - li għandu jkun hemm nutar pubbliku mal-joint office u allura qegħdin nagħmlu l-emenda neċessarja sabiex inkunu nistgħu noħorġu l-applikazzjonijiet u naħtru nutar pubbliku ma' l-uffiċċju konġunt.", "Dan huwa dak li kelli xi ngħid għalissa, Mr Speaker.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, huwa veru li dan l-abbozz ta' liġi huwa wieħed tekniku pero` hemm storja warajh.", "Dan l-abbozz qiegħed jitressaq sabiex jirranġa dik li jiena nsejjaħ anomalija fil-mod kif ġew imqassmin id- dikasteri mill-gvern Nazzjonalista.", "Niftakar li meta xi xhur ilu - għall- ħabta ta' Ġunju tas-sena l-oħra - konna qegħdin niddibattu abbozz ta' liġi mressaq mill-ministru ta' l-intern dwar l-atti notarili, jiena kont ġbidt l- attenzjoni tal-Kamra għall-fatt li kienet ħaġa stramba ħafna li abbozz li jemenda liġi li minn dejjem ta' dejjem kienet f'idejn il-ministeru tal- ġustizzja, kien qed iressqu l-ministru ta' l-intern.", "Dan mhux b'nuqqas ta' rispett lejn il-ministru ta' l-intern għedtu - għax bħalma kien kapaċi jippilota liġijiet li diġa` għaddew minn dan il- parlament, kapaċi wkoll jippilota liġijiet oħra - pero` ħassejt li kien hemm xi ħaġa ħażina f'dan il-fatt.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi huwa ntiż sabiex jirrattifika dik ix-xi ħaġa ħażina, pero` fil-fehma tiegħi l- gvern qed javviċina din il-kwestjoni b'mod ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Iva, pero` xorta waħda jien qatt ma stajt nifhem kif fl-1998 - mhux b'nuqqas ta' rispett lejn il-ministru attwali, li nemmen li diġa` għandu ħafna fuq il-platt tiegħu peress li fid-dikasteru tiegħu, fost affarijiet oħra, għandu l-pulizija, iċ-ċittadinanza, is-sigurta` fl-ajruport u l- awtorita` ta' l-ippjanar - meta l-Prim Ministru kien ġie biex iqassam id- diversi dikasteri, qabad id-dipartiment tar-reġistru pubbliku u d- dipartiment tan-nutar tal-gvern u neħħihom mill-ministeru tal-ġustizzja - fil-fatt dak iż-żmien as such ma kienx jeżisti - u tefagħhom mal-ministeru ta' l-intern.", "Din hija xi ħaġa li lili dejjem sfuġġietli.", "Safejn naf jien, l-unika darba fejn il-ministru ta' l-intern kellu funzjoni wkoll ta' ministru tal-ġustizzja kien meta kien ministru tal-ġustizzja u ta' l-intern f'daqqa l-Prof.", "Guido de Marco.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li anke Dr Boffa antikament kellu dawn iż-żewġ funzjonijiet f'daqqa.", "Imma allura f'dawk iċ-ċirkostanzi l-persuna responsabbli mill- intern kienet qed taqdi funzjoni li għandha x'taqsam mal-ġustizzja għaliex kien qed jesprimiha tramite l-ministeru tal-ġustizzja li kellu l-ministru ta' l-intern stess.", "Hija anomala li jkollok ministeru ta' l-intern li jkun qiegħed jamministra ħwejjeġ li minn dejjem kienu affarijiet tal- ministeru tal-ġustizzja.", "Jistona wkoll il-fatt li affarijiet li għandhom x'jaqsmu man-nutara jagħmilhom il-ministru ta' l-intern.", "Irrid nerġa' nenfasizza li dan mhux qed ngħidu b'nuqqas ta' rispett lejn il-kapaċita` tal-ministru ta' l-intern attwali.", "(Interruzzjonijiet) Imma dik tgħidhiex Ministru għaliex imbagħad tirrifletti ħażin fuq l-ieħor!", "Dan l-abbozz ta' liġi qed ineħħi minn diversi liġijiet funzjonijiet li dejjem kienu responsabbilta` tal- ministru tal-ġustizzja.", "Per eżempju, il-Kodiċi Ċivili mhux il-ministru tal- ġustizzja jrid jemendah?", "Huwa veru dak li qal il-Ministru fid-diskors introduttorju tiegħu li m'aħniex qegħdin ngħidu li se jkun il-ministru ta' l-intern li se jibda jirregola l-Kodiċi Ċivili imma se jkun il-ministru responsabbli mir-reġistru pubbliku, pero` xorta waħda qegħdin inneħħu xi ħaġa li dejjem kienet f'idejn il-ministru tal-ġustizzja.", "U dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qed jitkellem biss dwar il-Kodiċi Ċivili imma qed jitkellem ukoll dwar l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Notarili, li l-emendi għalihom dejjem ġew proposti mill-ministru tal- ġustizzja.", "Għalkemm f'dan l-abbozz jissemmew diversi liġijiet - fosthom l- Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Notarili u l-Att dwar iż-Żwieġ - l-aktar li jolqotni huwa l-fatt li d-dipartiment tar- reġistru pubbliku u dak tan-nutar tal-gvern tneħħew minn taħt il-ministeru tal-ġustizzja u tpoġġew taħt il-ministeru ta' l-intern.", "Għal dawn l-aħħar 16-il xahar kien hemm l-anomalija fejn il-ministru ta' l-intern kien amministrattivament responsabbli għad-dipartiment tan-nutar tal-gvern u għad-dipartiment tar-reġistru pubbliku pero` r-responsabbilta` legali kienet għadha f'idejn il-ministru tal-ġustizzja.", "Allura meta l- ministru ta' l-intern kien jixtieq jagħmel ċerti tibdiliet jew regolamenti - għaliex huwa responsabbli mil-lat amministrattiv għal dawk iż-żewġ dipartimenti - kellu bżonn bilfors il-firma tal-ministru tal-ġustizzja.", "Nista' nimmaġina xi kwantita` ta' karti għaddiet matul dawn l-aħħar 16-il xahar bejn il-ministru ta' l-intern u l-ministru tal-ġustizzja!", "Din kienet sitwazzjoni anomala għall-aħħar u issa b'dan l-abbozz ta' liġi se tiġi rrettifikata.", "Jiġifieri mil-lum 'il quddiem il-Ministru Tonio Borg mhux se jkollu bżonn aktar il-firma tal-Ministru Austin Gatt!", "Mr Speaker, jiena nemmen li din m'hijiex sitwazzjoni feliċi u fil-fatt diġa` kelli okkażjoni nitkellem dwar dan meta konna qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li żgur għandu x'jaqsam mal-ministru tal-ġustizzja u kien ippreżentah il-Ministru Tonio Borg qua ministru ta' l-intern u kont ktibt artiklu li kont semmejt \"Portafolli bla Direzzjoni\".", "Jien nemmen li din il-kwestjoni nqalgħet proprju għaliex f'Settembru ta' l-1998 il-Prim Ministru ma ħatarx ministru responsabbli mill-ġustizzja mal- ewwel imma kien ħatar segretarju parlamentari.", "Pero` la dan is-segretarju parlamentari kellu l-għadma tal-qorti, faċilment seta' ħallielu dawn iż- żewġ dipartimenti - qed nirriferi għar-reġistru pubbliku u għan-nutar tal- gvern - imma għal xi raġuni dawn ingħataw lill-ministru ta' l-intern.", "Meta imbagħad ġara l-inevitabbli, jiġifieri meta l-Onor.", "Austin Gatt laħaq ministru responsabli mill-ġustizzja - kulħadd kien jaf li l-ħatra ta' segretarju parlamentari kienet biss manuvra temporanja u wara ftit xhur kien se jsir ministru tal-ġustizzja l-Onor.", "Austin Gatt, kif fil-fatt ġara - sfortunatament il-Prim Ministru ma tax lil Cesare dak li hu ta' Cesare u lil Alla dak li hu ta' Alla imma ta' lil Cesare dak li hu ta' Alla u lil Alla dak li hu ta' Cesare u spiċċajna biex il-ministeru tal-ġustizzja baqa' mingħajr dawn iż-żewġ dipartimenti li minn dejjem ta' dejjem kienu jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu.", "U allura jekk forsi kien hemm xi ġustifikazzjoni għalfejn dawn id-dipartimenti temporanjament sakemm kien hemm segretarjat parlamentari fl-uffiċċju tal-prim ministru marru taħt il- ministeru ta' l-intern, ċertament ma kienx hemm raġuni għalfejn meta eventwalment sar ministru responsabbli mill-ġustizzja l-Onor.", "Austin Gatt dawk iż-iż-żewġ dipartimenti ma jmorrux lura taħt il-ministeru tal- ġustizzja.", "Anke bħala pride tal-professjoni legali, irid ikollok ministeru tal-ġustizzja li jkun komplut.", "Il-ministru responsabbli mill-ġustizzja qatt ma kien biss responsabbli mill-qrati imma dejjem kien responsabbli wkoll min-nutara.", "In-nutar jieħu l- lawrja bħalma ħadtha jien u bħalma ħaduha l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, l- Onor. Tonio Borg u l-Onor.", "George Hyzler; u l-warrant tingħata mill- ministru responsabbli mill-ġustizzja mhux mill-ministru ta' l-intern.", "Jien naħseb li fuq din għandna naqblu mhux noqogħdu ndawru l-argument u ngħidu li qed nagħmlu dan biex sempliċement naħsbu għall-eventwalita` li d- dikasteri jerġgħu jiċċaqalqu.", "Tan-naħa l-oħra jafu li jekk mhux taħt dan il-gvern, taħt gvern ieħor aktarx li dawn iż-żewġ dipartimenti jerġgħu jmorru għand il-ministeru tal-ġustizzja u għalhekk qegħdin jagħmlu dan ħalli f'każ li jsir dan ma jkollniex għalfejn nerġgħu niġu hawnhekk quddiem il-parlament u naqilbu kollox imma jkollna liġi li tkun newtrali.", "Pero` jien naħseb li this is being tackled the wrong way.", "Jien personalment nemmen li aktar ma r-reġistru pubbliku u n-nutar tal-gvern jirritornaw malajr fil-ministeru tal-ġustizzja aktar ikun aħjar għaliex posthom huwa hemmhekk.", "Mr Speaker, apparti minn hekk, normalment ministru tal-ġustizzja jkun avukat - għallinqas dejjem hekk kien f'dawn l-aħħar 20 sena - għaliex hu jkun jifhem fl-affarijiet tal-qorti u fl-affarijiet notarili u mhux il- ministru ta' l-intern.", "Veru li l-ministru ta' l-intern attwali nzerta avukat u jifhem fl-affarijiet tal-qorti u fl-affarijiet tan-nutara, pero` il-ministru responsabbli mill-intern mhux dejjem ikun avukat, u kellna diversi li ma kenux.", "Għalkemm huwa veru li b'dan l-abbozz ta' liġi il- ministru responsabbli mill-intern mhux se jkollu bżonn aktar il-firma tal- ministru tal-ġustizzja meta jkun irid jippreżenta xi ħaġa, m'huwiex tajjeb li dawn iż-żewġ dipartimenti jibqgħu taħt il-ministeru ta' l-intern.", "Mr Speaker, illum il-Prim Ministru m'huwiex qiegħed hawnhekk għaliex jinsab l-Iżvezja jixxennaq li forsi Malta eventwalment tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, pero` xtaqt li qiegħed hawnhekk biex forsi jismagħni.", "Jien diġa` kont appellajtlu qabel biex jibdel din is-sitwazzjoni u nerġa' nappella minn hawnhekk sabiex din il-problema tiġi solvuta.", "Din assolutament m'hijiex xi mother of all battles, pero` din in-naħa tal-Kamra temmen li l- ministeru tal-ġustizzja għandu jkollu dipartimenti sħaħ tiegħu f'idejh u mhux f'idejn xi ministeru ieħor.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, għalkemm - kif qal tajjeb il- ministru fl-introduzzjoni tiegħu, din il-liġi hija waħda li tagħti indikazzjoni għal xi affarijiet tekniċi, m'għandniex nagħmlu l-iżball li nikklassifikawha bħala waħda kożmetika li kulma qiegħda tagħmel huwa biss li tibdel l-ismijiet.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni qiegħda tikkritika l-punt li l-funzjoni partikolari tar-reġistru pubbliku u tan-nutar tal-gvern qiegħda għall-ewwel darba tgħaddi f'idejn il-ministeru ta' l-intern u ma tibqax taħt il-kappa tal-ministeru tal-ġustizzja.", "Illum dawn iż-żewġ dipartimenti tant espandew li jagħmel sens li ma jibqgħux jaqgħu taħt il- ministeru tal-ġustizzja u naħseb li in the long run inkunu nistgħu naraw ukoll l-aspetti pożittivi ta' dan iċ-ċaqliq.", "Qed ngħid dan għaliex il-funzjoni tal-ġustizzja, li primarjament tittratta problemi ta' litigazzjoni u kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ġudikatura u l-prokuraturi legali, mhux dejjem issegwi l-istess ħsieb f'dak li għandu x'jaqsam mal-funzjonijiet tan-nutara.", "Fi żmenijiet oħrajn, in-nutara kont tista' tagħmel elenku tagħhom fuq ponot subajk, pero` llum l- ammont ta' nutara tant kiber li jagħmel aktar sens li wieħed jikkonċentra aktar fuq dan is-settur b'mod li jifirdu mill-ġustizzja, peress li l- problemi li jiffaċċjaw l-avukati, l-imħallfin, il-maġistrati u l- prokuraturi legali huma differenti minn dawk li jiffaċċjaw in-nutara.", "U ladarba wieħed mill-aktar aspetti importanti ta' din il-liġi huwa proprju l- emendi għall-att dwar il-professjoni notarili u l-arkivji notarili ma stajtx ma nagħmilx parentesi żgħira u kważi eloġju għall-funzjoni tan-nutar pubbliku.", "Ċerti drabi wieħed irid imur lura lejn il-liġi biex jiskopri li aħna segwejna prinċipju verament interessanti f'dak li għandu x'jaqsam man-nutar pubbliku għaliex għat-termini ta' artiklu 2 ta' l-istess liġi, in-nutar pubbliku huwa kkonsidrat bħala uffiċċjal pubbliku li huwa awtorizzat jirċievi atti fost il-ħajjin u testmenti, li jagħtihom fidi pubblika, li jwieġeb għall-kustodja tagħhom u li jagħti kopji u estratti ta' dawn l- atti.", "U jiena xtaqt nagħti ftit ta' importanza għal din il-kwestjoni tal- kustodja ta' dawn l-atti.", "Ngħid għalija jkun żball li wieħed iħares biss lejn in-nutar bħala xi ħadd li għandu funzjoni strettament legali u jieqaf hemm.", "Illum l-esperjenza tagħna qed turina li l-arkivjar tad-dokumenti tan- nutara fih ukoll aspett storiku kulturali.", "Per eżempju, Pietru Kaxaru li kien nutar fis-sena 1400, kien l-ewwel poeta Malti li uża l-lingwa Maltija - nieħu din l-opportunita` biex infakkar fl-opra tassew tajba li għamel Stanley Fiorini, fejn ippubblika d-diversi kuntratti tan-Nutar Giacomo Żabbara, li kien ħadem Għawdex - u hemm numru kbir ta' testmenti u kuntratti li ġew ippubblikati u li permezz tagħhom wieħed jista' jara x'kien l-oriġini tal-liġi f'dawk iż-żmenijiet.", "Minn dawn id-dokumenti storiċi wieħed jista' jara l-aspetti kulturali u soċjali ta' pajjiżna, u nistgħu ngħidu li dan kollu baqa' magħna, mertu tax-xogħol li jagħmel in- nutar pubbliku.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li Pietru Pawl Castagna fil-ktieb tiegħu kien fakkarna li l-antennati tagħna, wara li kienu jagħmlu ftehim ma' pajjiżi oħra, kienu jieħdu ħsieb li jibagħtu nutar biex jiġu ssiġillati dawn id-dokumenti.", "Infakkar per eżempju li waħda mid-diplomi li Malta ngħatat - qed nirriferi għad-diploma mill-Viċi Re ta' Sqallija biex ma tħallasx dwana - tniżżlet fl-atti tan-Nutar Antonio Falzon li tela' hemmhekk biex jieħu dan id-dokument u fit-30 ta' Jannar ta' l-1433 dan kien inqara quddiem l-Imħallef Matteo Delia u quddiem erba' xhieda.", "Infakkar ukoll li l-konservazzjoni ta' dawn id-dokumenti tant kien importanti għal missirijietna li huwa magħruf li l-universita` kienet iżżommhom ġo kaxxaforti taċ-ċomb proprju biex il-karti ma jitmermrux.", "Quddiem dan l- aspett storiku kollu - qed insemmi 600 sena ilu - wieħed jara b'liema diliġenza n-nutara żammew dawn id-dokumenti.", "Għalhekk jien ngħid li din il- liġi tkompli tagħti importanza akbar lin-nutara għaliex qegħdin inqiegħduha taħt ministeru separat minn dak tal-ġustizzja, pero` fl-emendi m'aħniex ngħidu li dan huwa l-ministeru ta' l-intern imma qed ngħidu li huwa l- ministeru responsabbli mill-affarijiet notarili.", "Naħseb li din hija deċiżjoni għaqlija għaliex billi din hija l-ewwel darba li dawn id- dikasteri qegħdin jinfirdu minn xulxin, wieħed ma jridx ikun marbut b'mod li jekk irid jerġa' jirritorna għas-sitwazzjoni kif kienet użata s'issa tul is-snin, ikun irid jerġa jgħaddi att bħal dan fil-parlament.", "Proposta oħra li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi hija dik ta' nutar pubbliku fl-uffiċċju konġunt.", "Din ukoll hija introduzzjoni ġdida, interessanti u tajba u naħseb li ta' min wieħed jikkonsidra jekk fil-futur għandux jibdel il-liġi - f'dak li għandu x'jaqsam mal-professjoni ta' l- atti notarili - għaliex fil-fatt qiegħda wkoll tiġi proposta emenda għal artiklu 24, fejn fih qed indaħħlu lin-nutar pubbliku fl-uffiċċju konġunt.", "Dan l-artiklu huwa tassew interessanti għaliex jgħid li n-nutara pubbliċi ma jistgħux jagħmlu ċerti forom ta' kuntratti, fosthom kuntratti li fihom waħda mill-partijiet fl-att tkun mart jew żewġ in-nutar jew tkun imħallta man-nutar bid-demm jew biż-żwieġ fil-linja diretta f'kull grad jew fil- linja kollaterali sat-tielet grad inklussivament.", "Jien naħseb li in vista ta' l-iżvilupp li sar u tal-kwantita` kbira ta' nutara li għandna, wasal iż- żmien biex wieħed jaħseb biex jara li anke nutara li jkunu appuntati mal- gvern, fosthom in-nutar pubbliku fl-uffiċċju konġunt, jiġu miżmuma milli jagħmlu dawn it-tip ta' kuntratti.", "Naħseb li jkun għaqli li jsir dan, speċjalment meta qed naraw li kull kuntratt li jsir isib ruħu hawnhekk fil- parlament, ċerti drabi wżat anke b'mod żbaljat.", "Peress li n-nutar pubbliku fl-uffiċċju konġunt se jkollu wkoll id-dmir - fost dmirijiet oħra - li jikkonserva l-atti li għandu dak l-uffiċċju u anke jirrilaxxa d-dokumenti uffiċjali - jekk xi ħadd jitlob kopja uffiċjali ta' wieħed minn dawn il- kuntratti huwa n-nutar pubbliku fl-uffiċċju konġunt li joħroġhom - jagħmel sens li tiġi eliminata l-possibbilta' li huwa jagħmel dawn it-tip ta' kuntratti.", "Mr Speaker, in ġenerali wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' l-emendi li hawn proposti f'dan l-abbozz ta' liġi għaliex huma emendi li se jagħmlulna ġieħ u naħseb li in the long run amministrazzjonijiet oħrajn se jsegwu dan l- eżempju u jżommu l-uffiċċji ta' l-atti notarili u tar-reġistru pubbliku separati minn dawk tal-ġustizzja.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela nistieden lill-Ministru sabiex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, kif diġa` għedt fl-introduzzjoni tiegħi, din hija liġi teknika.", "Fl-intervent tiegħu, l-Onor.", "Gulia ikkritika l- allokazzjoni tad-doveri - kif bsart li se jagħmel - pero` ma kkritikax il- liġi.", "Din il-liġi m'hijiex neċessarjament riżultat tal-bidla ta' l- allokazzjoni tad-doveri imma hija liġi li tgħid min huwa l-ministru responsabbli mid-diversi dekasteri.", "Dan huwa l-istil il-ġdid ta' kif isiru l-liġijiet.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġijiet illum isib li m'għadniex norbtuhom ma' dikasteru partikolari għaliex il-gvernijiet jagħmlu diversi bidliet fl-allokazzjonijiet tad-doveri tal-ministri.", "Per eżempju, fl-amministrazzjoni preċedenti kellna lill-Onor.", "Vella li kien responsabbli mill-affarijiet barranin u mill-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Wieħed jista' jikkritika dan u jista' ma jikkritikahx pero` jibqa' l-fatt li huwa l-prim ministru li jiddeċiedi kif jalloka d-doveri.", "Jien nista' noqgħod nikkritika l-fatt li meta kien hemm il-gvern Laburista, il-prim ministru kellu taħt idejh il-pulizija, il-Maltacom u mitt elf ħaġa oħra, filwaqt li l-Air Malta kienet taħt ir-responsabilita' tal-ministru tat- turiżmu minflok taħt il-ministru għas-servizzi ekonomiċi.", "Pero` jien nifhem li kull gvern - anke l-istess gvern u mhux biss gvern ta' natura politika differenti - ibiddel u anke joħloq ministeri ġodda.", "Il-verita' hi li b'din il-liġi l-allokazzjoni tad-doveri saret irrilevanti għaliex issa l- ministru responsabbli għar-reġistru pubbliku la se jkun il-ministru tal- ġustizzja bilfors u lanqas il-ministru ta' l-intern bilfors, imma se jkun proprju l-ministru responsabbli għar-reġistru pubbliku.", "Hemm xi ħaġa milli żżomm lill-prim ministru jgħid li għandu proġett għar-reġistru pubbliku u għalhekk iridu jagħmel parti mill-finanzi?", "Jekk per eżempju nħarsu lejn il- joint office naraw li t-trattattivi kienu saru mill-ministru ta' l- edukazzjoni, imbagħad għadda għand il-ministru tal-finanzi għaliex fil- ftehim kien hemm aspetti finanzjarji qawwija, imbagħad għadda għand il- ministru tal-ġustizzja u llum jinsab għand il-ministru ta' l-intern.", "Allura biex f'każi bħal dawn ma noqogħdux inbiddlu l-liġi erba' darbiet, qed nagħmlu liġi li tgħid li l-ministru responsabbli għall-joint office - biex nieħdu dan l-uffiċċju bħala eżempju - huwa proprju l-ministru responsabbli għall-joint office, hu min hu.", "Imbagħad l-Onor.", "Gulia kkritika l-fatt li r-reġistru pubbliku ma jibqax jagħmel parti mill-ministeru tal-ġustizzja.", "L-importanti m'huwiex taħt liema ministeru jaqa' imma r-riformi li jsiru; u jien nista' ngħid li l- akbar riforma li saret fir-reġistru pubbliku kienet proprju meta dan kien jaqa' taħt il-ministeru ta' l-intern mhux meta kien taħt il-ministeru tal- ġustizzja.", "Iċ-ċirkostanzi nzertaw tali li kemm jien kif ukoll il-ministru tal-ġustizzja t-tnejn li aħna avukati u fil-futur jista' jkun hemm prim ministru li jgħid li l-ministru ta' l-intern m'għandux ikun avukat u jaqbad u jitfa' r-reġistru pubbliku taħt ministeru ieħor.", "Jiġifieri l-poter kostituzzjonali tal-prim ministru li jqassam id-doveri ministerjali huwa wieħed assolut, u wieħed dejjem jista' jsib x'jikkritika.", "Per eżempju, f'pajjiżna kien hawn żmenijiet meta l-ministeri tal-ġustizzja u ta' l- intern kienu fdati fi bniedem wieħed.", "Issa jekk dan kienx minħabba l- kapaċitajiet partikolari ta' dak li jkun jew għaliex ma kienx hemm biżżejjed nies li jagħmlu ż-żewġ affarijiet, jew għaliex iż-żewġ ministeri huma relatati, ma tantx huwa mportanti.", "Nafu wkoll li f'ħafna mill-pajjiżi ta' l-Ewropa, il-ministru tal-ġustizzja u l-ministru ta' l-intern huma l- istess persuna.", "Jien niftakar li meta fl-ewwel tliet snin ta' gvern Nazzjonalista ta' l-1987-1992, il-Prof. de Marco kien sar ministru tal- ġustizzja u ta' l-intern kien qam pogrom sħiħ għaliex qalu li issa spiċċat is-seperation of powers u l-bniedem li huwa responsabbli għal min jarresta n-nies, jiġifieri l-pulizija, se jtellagħhom il-qorti u se jżommhom ukoll il-ħabs!", "(Interruzzjonijiet) Imma xorta waħda nħolqot din il-konfużzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm diversi ministeri li ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' xulxin u xorta waħda tawhom lill-istess persuna.", "Per eżempju, id-djar x'għandhom x'jaqsmu mal- kunsilli lokali jew mal-biedja?", "Xejn ħlief li l-prim ministru dak iż-żmien iddeċieda hekk!", "L-istess jista' jingħad għat-trasport li għal żmien twil kien f'idejn il-ministru reponsabbli mill-pulizija.", "B'din il-liġi t- traffic control board se jgħaddi għand il-ministeru tat-trasport li ilu għal żmien twil jagħżel in-nies hu u jien sempliċement niffirma.", "Mr Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid: What's in a name?", "A rose by any other name would smell as sweet!", "L-importanti m'huwiex taħt liema kappell jaqa' imma li l-affarijiet ikunu qegħin jitwettqu.", "U mingħajr ma niftaħar ngħid li f'dawn l-affarijiet li l-Onor.", "Gulia għandu ħeġġa kbira, bir- rispett kollu li għandu lejja, li jneħħihom mid-dikasteru tiegħi, saru riformi kbar fihom.", "Per eżempju, fir-rigward tan-nutara kien ilu jingħad li hemm bżonn li nsibu soluzzjoni biex il-kuntratti kollha jidħlu fl- uffiċċju tan-nutara, u dan għamilnih.", "Fil-każ tar-reġistru pubbliku wkoll għamilna riforma kbira - ovvjament mhux mingħajr prezz, għaliex jekk xi ħadd ikollu bukkun f'ħalqu u teħodulu ma tantx jieħu gost, pero` aħna nemmnu li l-gvern għandu jħares l-interessi tiegħu - għaliex ma stajniex nibqgħu b'sitwazzjoni fejn minn 17,000 kuntratt f'sena l-gvern idaħħal biss Lm200.", "U l-Onor.", "Gulia dan jafu għaliex kien ministru responsabbli mir- reġistru pubbliku.", "Pero` filwaqt li kulħadd kien jaf x'kien qiegħed isir, kulħadd iħares in-naħa l-oħra. llum għandna sistema - in parti managed minn kumpannija privata - fejn ir-riċerki qed joħorġu komputerizzati, garantiti u li minn fuqhom il-gvern qed idaħħal l-eluf ta' liri f'VAT kull xahar minflok il-Lm200 fis-sena li kien idaħħal qabel.", "Huwa veru li għad hemm ċerti problemi pero` wieħed jistenna li jrid jgħaddi ftit ta' żmien biex taqleb minn sistema li kienet ilha titħaddem għal 30 sena.", "Minbarra li b'hekk solvejna l-problema li kien hemm, il- gvern igwadanja wkoll mill-fatt li s-sistema tar-reġistru pubbliku se tkun komputerizzata, u dan in return ta' għaxar snin esklussivita` li ta lil kumpannija partikolari biex tikkomputerizzalu d-data kollha tar-reġistru pubbliku.", "Barra minn hekk il-gvern qed idaħħal dak li hu dovut lilu kull xahar, il-pubbliku se jkun moqdi aħjar u r-riċerki huma garantiti.", "Qabel, apparti mill-fatt li r-riċerki kienu jsiru manwali u allura kien ikun hemm id-diffikulta` li wieħed jaqra l-kitba, dawn lanqas kienu jkunu ffirmati, u jekk kien ikun hemm żball f'xi waħda minnhom ma kont tista' tfittex lil ħadd.", "Issa hemm kumpannija responsabbli u malli nirraffinaw is-sistema b'mod li din tkun qed tiffunzjona mija fil-mija, ir-riċerki jibdew jsiru wkoll uffiċjali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għal emenda fit-titlu ta' Ministri responsabbli għal ċerti dikasteri f'diversi liġijiet u għall-ħatra ta' Nutar Pubbliku ma' l- Uffiċċju Konġunt\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għal emenda fit-titlu ta' Ministri responsabbli għal ċerti dikasteri f'diversi liġijiet u għall-ħatra ta' Nutar Pubbliku ma' l- Uffiċċju Konġunt\" ikun trattat mill-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-FORZI ARMATI TA' MALTA", "MALTA ARMED FORCES (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, sa l-1971 il-piena tal-mewt kienet tagħmel parti mil-liġijiet ta' Malta pero`, minkejja dan, l-aħħar darba li din ġiet applikata kien fl-1943 fil-ġuri msejjaħ \"Ta' Moħħu\".", "Fl-1942 kien hemm l- eżekuzzjoni ta' Karmenu Borg Pisani, pero` mill-gwerra 'l hawn qatt ma ġiet esegwita l-piena tal-mewt, mhux għaliex ma ġewx ikkundannati nies għall- piena tal-mewt imma għaliex wara l-kundanna kien hemm bidla tal-piena għal waħda inqas.", "Jekk wieħed iħares lejn dak li jiġri fid-dinja jsib li għad hemm ħafna pajjiżi, uħud minnhom jikklassifikaw ruħhom bħala pajjiżi ċivilizzati, fejn il-piena tal-mewt għadha ammessa.", "Fl-Istati Uniti ta' l-Amerika hemm dibattitu kontinwu dwar jekk il-piena tal-mewt għandhiex tibqa' jew le u għalkemm hemm ċerti Stati li neħħewha, hemm oħrajn, bħall-Istati ta' Texas u ta' Virginia, li mhux biss jaċċettawha imma anke japplikawha.", "Kien hemm diversi tentattivi biex il-Qorti Suprema Amerikana tiddikjara l-piena tal- mewt bħala anti-kostituzzjonali pero` dawn it-tentattivi ma rnexxewx.", "Li rnexxew kienu t-tentattivi biex wieħed jirrestrinġi l-applikazzjoni ta' dan id-dritt, fis-sens ta' jekk per eżempju xi ħadd jipprova li hemm diskriminazzjoni razzjali fil-mod kif tiġi applikata l-piena tal-mewt jew inkella jekk wieħed jipprova li tant dam jistenna biex din tiġi applikata fil-konfront tiegħu, li allura dik l-istennija stess tkun ħolqot trattament inuman u degradanti.", "Dan iwasslek għall-konklużjoni li jekk il-piena tal- mewt tiġi esegwita minnufih m'hijiex trattament inuman pero` jekk iddum biex tiġi applikata tiġi trattament inuman.", "Mr Speaker, wara ċertu dibattitu li kien hawn dwar jekk il-piena tal-mewt għandhiex tiġi abolita, fuq proposta tal-gvern Laburista u bl-approvazzjoni tal-Kamra sħiħa, fl-1971 il-parlament kien neħħa l-piena tal-mewt mil-liġi tagħna pero` mhux mill-Kostituzzjoni tagħna, għaliex il-Kostituzzjoni tinkludi bħala wieħed mir-restrizzjonijiet għad-dritt tal-ħajja l-piena tal- mewt.", "Pero` l-istess Kostituzzjoni mbagħad tgħid li jrid ikun hemm liġi li tippermetti l-piena tal-mewt u aħna neħħejna dik il-liġi li tippermetti l- piena tal-mewt fil-Kodiċi Kriminali.", "Imma mil-lat kostituzzjonali jibqa' l- fatt li kieku gvern xi darba jerġa' jintroduċi l-piena tal-mewt, dak ma jkunx imur kontra l-Kostituzzjoni.", "Fl-1971 l-abbozz inizjali għall- abolizzjoni tal-piena tal-mewt kien jgħid li din kellha tiġi abolita fil- konfront ta' kulħadd ħlief għal min jipprova joqtol lill-kap ta' l-istat, jew lill-prim ministru.", "Pero` imbagħad iż-żewġ partiti kienu qablu fil- parlament li din kellha tiġi abolita fil-konfront ta' kulħadd għal kwalunkwe tip ta' reat, ħlief għal dak li jirrigwarda l-att dwar il-forzi armati.", "U allura l-piena tal-mewt ġiet abolita ħlief għall-persuni li jaqgħu taħt dixxiplina militari.", "Fl-1991 il-Gvern Malti ried jirratifika l-protokol numru 6 tal- Konvenzjoni Ewropea li tabolixxi l-piena tal-mewt u tippermetti l-Istati firmatarji tal-protokoll li jżommuha biss għar-rigward personnel militari fi żmien ta' gwerra.", "Għalhekk il-gvern kien emenda l-Att dwar il-Forzi Armati b'mod li kompla jirrestrinġi l-piena tal-mewt u ġabha tapplika biss għal dawk il-każi fejn reat jiġi kommess minn xi ħadd li jaqa' taħt dik il- liġi waqt żmien ta' gwerra.", "Jiġifieri f'każ li nkunu qegħdin fi gwerra u xi ħadd fil-militar jipprova jagħmel kolp ta' stat jew inkella jikkopera ma' l-għadu, allura f'dak il-każ, minkejja li kellna abolizzjoni tal-piena tal-mewt, tinżamm dik il-piena.", "B'dan il-mod aħna stajna nirratifikaw il- protokol numru 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.", "Issa li se nagħmlu b'dan l- abbozz ta' liġi huwa li nabolixxu wkoll dan il-każ eċċezzjonali fejn tista' tiġi applikata l-piena tal-mewt u minflokha tidħol piena ta' għomor il- ħabs.", "Issa hawnhekk hawn min jargumenta b'mod li jgħid li l-bniedem huwa maħluq xbiha t'Alla - jew inkella jekk ma teħux il-kunċett nisrani tgħid li l- bniedem għandu ċerti drittijiet għax huwa bniedem - u allura ħadd m'għandu s-setgħa jneħħi l-ħajja ta' ħadd, f'liema każ ma tagħmilx differenza jekk hux żmien tal-gwerra jew żmien tal-paċi jew jekk hux suldat jew inkella persuna normali ordinarja tas-soċjeta`.", "Iżda hawn min jgħid ukoll li għalkemm huwa veru li d-death penalty tmur kontra d-dinjita` tal-bniedem - il-ħajja tant hija prezzjuża li ħadd, lanqas l-Istat, m'għandu dritt ineħħiha - f'każ meta inti qiegħed f'sitwazzjoni tant estrema li għandek gwerra u xi ħadd li suppost qed jiddefendi lill-pajjiż u allura għandu dmirijiet speċjali qiegħed hu stess jikkopera ma' min qiegħed jattakka l- pajjiż fl-istat tal-gwerra, allura hemmhekk għandha tiġi applikata l-piena tal-mewt.", "Il-gvern iddeċieda li għandna nkunu konsistenti mija fil-mija u allura l-piena tal-mewt għandha tiġi abolita anke f'dan il-każ estrem u minflokha tidħol, kif ġara fil-Kodiċi Kriminali, il-piena ta' għomor il- ħabs.", "Mr Speaker, xtaqt nieħu din l-opportunita` biex infakkar lil kulħadd li piena ta' għomor il-ħabs tfisser dik li hi, jiġifieri tgħix u tmut ġewwa l- ħabs.", "U meta l-qorti tagħti din il-piena, dawk li jkunu qegħdin jiskontawha ma jgawdux mir-remission ta' terz li jieħdu l-priġunieri l- oħrajn; l-uniku mod kif dik is-sentenza ta' għomor il-ħabs tiġi mibdula huwa biss permezz ta' maħfra presidenzjali.", "U m'huwiex veru dak li jgħidu li għomor il-ħabs f'Malta tfisser 20 sena ħabs; meta jkun hekk li jkun ġara huwa li jew tkun ingħatat xi tip ta' maħfra, jew inkella ma tkunx ingħatat il-piena ta' għomor il-ħabs imma tkun ingħatat sentenza ta' 20 sena ħabs.", "Dan qed ngħidu biex nagħmilha ċara li f'Malta teżisti din it-tip ta' piena u preżentement hemm persuni ġewwa l-ħabs, għalkemm m'humiex ħafna, li qegħdin iservu piena għal għomorhom.", "Issa jekk wara li dawn ikunu servew 30 sena mill-piena tagħhom xi ħadd ikun jidhirlu li għandna nagħtuhom maħfra hija kwestjoni oħra, imma mil-lat legali l-piena ta' għomor il-ħabs hemm qiegħda u fejn ma teżistix għaliex ma tkunx ingħatat mill-qorti.", "U l- qorti għandha diskrezzjoni jekk tagħtix għomor il-ħabs.", "Anke l-idea li jekk il-verdett ma jkunx wieħed unanimu l-qorti ma tagħtix għomor il-ħabs hija żbaljata - veru li fil-prattika jsir hekk imma fil-liġi m'hemm xejn li jgħidlek li għandu jkun hekk - u m'hemm xejn xi jżomm lill-qorti biex f'każ ta' qtil ċar u vendikattiv, anke jekk il-verdett ikun ta' tmienja b'wieħed, tapplika l-piena ta' għomor il-ħabs.", "Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li xtaqt ngħid hija li b'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nemendaw ukoll artiklu 113 u qed ngħid li fejn wara li l-qorti marzjali tkun tat sentenza ta' priġunerija għal għomor il-ħabs, din tista' tirrikmanda bil-miktub lill-ministru fi żmien 24 siegħa xi jkun l-inqas perijodu li fil-fehma tagħha jkollu jgħaddi qabel ma l-priġunier jinħeles mill-ħabs.", "Pero` dan il-parir ma jorbotx.", "Fil-fatt f'każ partikolari fejn persuna ta' nazzjonalita` Għarbija kienet ġiet ikkundannata għal għomorha l- ħabs, l-imħallef issuġġerixxa li dan m'għandux joħroġ qabel ċertu żmien.", "Imma dik hija biss rakkmandazzjoni u ma jfissirx li dak il-priġunier ma jistax jagħmel aktar minn dak il-perijodu ġol-ħabs.", "Aħna deherilna li ladarba din teżisti fil-Kodiċi Kriminali, allura għandna ndaħħluha wkoll fl- Att dwar il-Forzi Armati.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena se nitkellem fuq dan l-abbozz mhux mil-lat legali pero`, bħalma għamel il-Ministru Borg, xtaqt nibda billi nagħti ħarsa lura lejn kif ġraw il-fatti.", "Ma rridux ninsew li qegħdin nitkellmu fuq il-piena tal-mewt u kull meta nitkellmu fuq dan is-suġġett it- tendenza hi li nkunu daqsxejn emozzjonali.", "L-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa sabiex jabolixxi l-piena tal-mewt saħansitra anke fi żmien ta' gwerra, u b'hekk jabolixxi għal kollox il-piena tal-mewt minn pajjiżna.", "Kif diġa` qal il-ministru, ikun hawn min jgħid li huwa sewwa li se jsir hekk għaliex il-ħajja hija prezzjuża u ħadd m'għandu dritt ineħħiha, pero` dan jista' jqanqal reazzjonijiet emozzjonali.", "U l-periklu ta' dan huwa li minflok wieħed ikun oġġettiv u jitkellem b'mod kalm, idaħħal ħafna reazzjonijiet emozzjonali li għalkemm ħafna drabi jkollhom valur u anke jagħtu ftit kulur lid-diskussjoni, ma jħalluhx ikun oġġettiv u fattwali.", "U għalhekk f'dan il-każ hemm bżonn ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq l- oġġettivita` u l-prinċipji morali u li kemm jista' jkun ikunu 'l bogħod mill-emozzjoni.", "Veru li min ikun għamel xi ħaġa ħażina lil għajru jew lil pajjiżu għandu jpatti għaliha, pero` meta tiġi applikata l-piena tal-mewt lill-individwu tkun qed iċċaħħdu mill-egħżeż ħaġa li għandu u allura m'hemmx fejn tmur oltre.", "Jekk inħarsu ftit lejn x'ġara fil-passat rigward din il-piena nsibu li pajjiżna kien minn ta' quddiem li fl-1971 iddeċieda li din m'hemmx postha f'pajjiż li jistqarr prinċipji kattoliċi - m'hemmx dubju li l-argument kien ġiet dibattut - u għalhekk kienet tressqet liġi - dak iż-żmien kien ressaqha Anton Buttigieg - sabiex din titneħħa minn fost il-pieni li jistgħu jingħataw minn qorti ċivili.", "Pero`l-piena tal-mewt kienet inżammet fl-Att dwar il-Forzi Armati sabiex tkun tista' tintuża fuq personnel ta' l- armata.", "Meta mbagħad bdejna noqorbu biex ikun hemm in-notifika tal- protokol 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien illimita l-applikazzjoni tal-piena tal- mewt għal żmien ta' gwerra biss, ċioe' paragrafu (a) ta' artiklu 77 li jgħid li minkejja kull ħaġa oħra li tinsab fl-Att Dwar il-Forzi Armati, il-piena tal-mewt m'għandhiex tingħata ħlief fi żmien ta' gwerra.", "F'taqsima 4 tal-liġi prinċipali, li titkellem dwar il-proċess u l-pieni għal reati militari, jingħad li l-ewwel piena hija l-mewt, it-tieni priġunerija u jibqa' jsemmi waħda wara l-oħra.", "Fl-1990 kienet saret emenda għall-paragrafu (a) ta' artiklu 77 li biha dan kollu ġie ristrett biss għal żmien ta' gwerra.", "U kif qal korrettement il-kollega tiegħi, din kienet ukoll konformi ma' artiklu 33 tal- Kostituzzjoni, liema artiklu jgħid li ħadd ma jista' jiġi pprivat mill- ħajja tiegħu intenzjonalment ħlief fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta' qorti dwar reati kriminali skond il-liġi ta' Malta li tiegħu jkun misjub ħati.", "Jiġifieri f'dan il-każ il-liġi tal-forzi armati kienet tipprovdi dik il- liġi li kien hemm bżonn biex tissodisfa dak li titlob il-Kostituzzjoni ħalli tkun tista' tiġi applikata l-piena tal-mewt.", "Issa llum qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jemenda l-liġi dwar il-forzi armati ta' Malta u qegħdin ngħidu li kull fejn hemm riferenza għall-piena tal-mewt se tidħol priġunerija għal għomor.", "Issa hawnhekk forsi jkun għad hawn min jistaqsi jekk aħniex se nagħmlu sew li nneħħu dan id-deterrent lil min f'sitwazzjoni ta' gwerra, fejn forsi tkun qed tiġi pperikolata il-ħajja ta' poplu sħiħ, minflok jiddefendi lill- pajjiż ikun b'xi mod qiegħed jittradih billi jgħin lill-għadu.", "Jien ngħid li kważi kważi dawn huma affarijiet li aktar tidħol fihom il-morali minn ħaġa oħra u jeżistu ħafna opinjonijiet differenti dwarhom.", "Jista', per eżempju, wieħed joqgħod jipprova jkun oġġettiv u jistaqsi jekk billi jħalli l-piena tal-mewt, b'xi mod huwiex se jbeżża' lil ħaddieħor milli jagħmel dak li għandu jagħmel.", "Ħafna drabi ċ-ċirkostanzi f'sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu tali li jew ikun hemm lukru ta' flus, jew lukru ta' poter, jew lukru ta' xi ħaġa oħra u l-bniedem sfortunatament hu dak li hu, kultant moħħu jiddeċiedi b'mod stramb.", "Dan l-argument japplika wkoll għal dawk il-ħafna pajjiżi li sal-lum għad għandhom il-piena tal-mewt għal reati kriminali, bħal qtil u rape.", "Mill-istudji li saru jidher ċar li l-fatt li jkun hemm il-mewt imdendla bħala piena ma jfissirx li n-numru ta' reati kriminali jonqos.", "Li huwa żgur huwa li meta jsir xi reat kbir, awtomatikament l-għajta tal-pubbliku tkun biex tingħata l-piena tal-mewt u sal-lum għadna niltaqgħu ma' nies li hekk kif jisimgħu b'xi delitt aħrax, jgħidulek mal-ewwel li kieku kienu huma jdaħħlu l-piena tal-mewt għal dawn it-tip ta' reati.", "Dan jingħad għaliex il-bniedem iħoss ġo fih li għandu jkun hemm ċerta tpattija.", "Pero` din m'hijiex l-opinjoni li meta tirrifletti fuqha tibqa' ssostniha għaliex, kif għedt fil-bidu, inti ma tistax tiġġustifika li toqtol bniedem biex tirranġa għall-ħsara kbira li jkun għamel.", "Biex inti jkollok politika favur it-tneħħija tal-piena tal-mewt - jien ngħid li din in-naħa taqbel li wieħed irid jimxi mal-linja ċivilizzata pero` mhux neċessarjament demokratika, għaliex mhux il-pajjiżi kollha demokratiċi jemmnu f'din il- linja; l-Amerika ma nistgħux ngħidu li m'huwiex pajjiż demokratiku imma xorta waħda ma tadottax il-linja favur it-tneħħija tal-piena tal-mewt minkejja l-argumenti kollha - huwa importanti ħafna li jkollok edukazzjoni ta' l-opinjoni pubblika, ħalli tipprova twassal lil dak li jkun biex jaqbel miegħek.", "Sur President, din hija deċiżjoni li titlob ħafna riflessjoni.", "F'ħafna pajjiżi nstab li meta l-piena tal-mewt tkun parti mill-ktieb tal-liġi l- poplu jitlobha, pero` nstab ukoll li meta titneħħa diffiċli biex terġa' tiddaħħal.", "Mill-ftit riċerka li għamilt jirriżultali li ħadd mill-pajjiżi kollha li neħħewha ma reġgħu daħħluha.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li fil-Filippini biss reġgħu daħħluha u jien nieħu l-kelma tiegħu.", "Imma issa ħalli nirriflettu ftit fuq għalfejn hija ħażina l-piena tal-mewt u ejjew nagħmlu dan mingħajr ma nidħlu fl-aspett morali u reliġjuż.", "Jien ngħid li hemm bżonn li nedukaw u nikkonvinċu lin-nies għalfejn il-piena tal-mewt hija ħażina, għaliex jien ċert li fost dawk li qegħdin jisimgħuna żgur hemm min ma jaqbilx li jekk fi żmien ta' gwerra jkun hemm xi ħadd li jagħmel atti kontra l-pajjiż u jgħin lill-għadu, m'għandnix intajrulu rasu.", "Pero` deċiżjoni trid tittieħed u wieħed irid jirrifletti fuqha b'mod intelliġenti.", "Naturalment meta nitkellmu fuq il-piena tal-mewt inkunu qegħdin nitkellmu fuq l-aktar eżempju estrem ta' tortura.", "Issa aħna kontra t-tortura pero` mbagħad issib min jistaqsik jekk f'każ li tkun taf li jekk bniedem tilwilu jdejh tista' tikseb mingħandu ftit informazzjoni għall-ġid ta' pajjiżek, inti tkunx lest li tagħmel dan.", "U hawnhekk fejn inħalli l-argument joqgħod għaliex dan huwa każ fejn diffiċli li tiġbed linja.", "Jiġifieri naqblu li l- piena tal-mewt hija l-akbar eżempju estrem ta' tortura; għax mhuwiex każ fejn lil dak li jkun se tilwilu idejh jew tiġbidlu widintu imma se toqtlu.", "M'hemmx dubju li dan huwa kastig li jmur kontra d-drittijiet tal-bniedem u wieħed ma jistax jiftaħar li huwa paladin tad-drittijiet tal-bniedem jekk mbagħad huwa stess jieħu deċiżjoni biex joqtol bniedem.", "Jiġifieri l- kunċett fih innifsu li tgħid li individwu m'għandux jibqa' jgħix - taħt liema ċirkostanzi, penali, diffikultajiet u sagrifiċċji hija storja oħra - assolutament imur kontra d-drittijiet tal-bniedem.", "Kif diġa` għedt, il-fatt li jkun hemm id-deterrent tal-piena tal-mewt ma jħalli l-ebda effett fuq in-numru ta' reati kriminali li jsiru.", "Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni fl-Amerka naraw li minkejja li f'ċerti Stati l- piena tal-mewt tingħata spiss ħafna, m'hemmx differenza fin-numru ta' reati kriminali mwettqa f'dawn l-Istati u n-numru ta' reati mwettqa f'dawk l- Istati li m'għandhomx din il-piena.", "Jiena naħseb li nasal biex ngħid li huwa sagrifiċċju akbar li wieħed ikun jaf li se jagħmel għomru magħluq ġewwa ħabs milli li taqbad u toqtlu.", "Hemm imbagħad il-fatt li din il-piena tagħti messaġġ kontro produċenti, fis-sens li toqtol biex tagħmel tajjeb għall-ħażin li jkun għamel ħaddieħor.", "Hemm imbagħad l-argument li l- bniedem m'huwiex infallibbli, il-ġudizzju sfortunament jista' ma jkunx perfett - il-perfezzjoni qiegħda f'Alla biss - u jista' jagħti l-każ li jinqatlu nies innoċenti.", "Wieħed jista' anke jargumenta u jgħid li meta tħalli nies għal għaxar jew ħmistax-il sena jistennew fuq death row - għamel aċċenn għal dan anke l-Ministru - tispiċċa b'sitwazzjoni fejn emmh hedawn jibdew iqanqlu ħniena għaliex ikunu rriformaw ruħhom u jkun qed jidhru differenti f'għajnejn in- nies.", "U allura inti lil min tkun se toqtol, lil dak il-mostru li fil-bidu kien jirraġuna mod jew lill-bniedem riformat?", "U hawn fejn tispiċċa b'effett kontro-produċenti.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'12.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it- Tlieta, 15 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Tielet Qari.", "---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra waqt wieħed mill- aġġornamenti tkellimt dwar persuna li skond informazzjoni li għandi kienet involuta f'każ ta' serq ta' pittura.", "Għedt ukoll li din il-persuna hija viċin ħafna ta' rjus għolja fil-Partit Nazzjonalista.", "Dejjem skond l- informazzjoni li għandi, għedt ukoll li din il-persuna ntlemħet diversi drabi viċin il-post fejn instabet il-pittura u li l-pulizija taf b'dan u għal xi raġuni jew oħra qed iżżomm lura milli jittieħdu l-passi neċessarji.", "Bl-akbar responsabbilta', jien tlabt lill-ministru ta' l-intern u anke lill-kummissarju tal-pulizija biex jinvestigaw dan il-każ.", "Saħansitra kont lest li bl-aktar mod konfidenzjali ngħaddi lill-ministru l-informazzjoni li għandi dwar dan il-każ.", "B'diżappunt ikolli ngħid li għaddiet kważi ġimgħa u la l-ministru u wisq inqas il-kummissarju tal-pulizija ma taw kas ta' dak li għedt jiena.", "Ħadd minnhom ma interessa ruħu li jibgħat għalija sabiex ngħaddielu l- informazzjoni li għandi.", "Kont staqsejt ukoll jekk din il-persuna hijiex tiġi protetta minn xi ħadd fil-Partit Nazzjonalista.", "Għedt hekk għax jirriżulta li din il-persuna hija viċin irjus għolja fil-Partit Nazzjonalista u għal dawn l-aħħar snin ġiet protetta mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll ingħatat rigali mill-istess partit.", "Jidher issa li matul din il-ġimgħa xi ħadd iċċaqlaq u l-pulizija bagħtet għal din il- persuna li kont qed nirreferi għaliha u bagħtet ukoll għal xi nies oħra li għamlu stqarrija dwar dan il-każ.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-affarijiet ma sarux bis-serjeta' għaliex il-pulizija ma messhiex qagħdet tistenna lili jew lil xi ħaddieħor iqajjem dan il-każ fil-Parlament biex tieħu l-passi li kien hemm bżonn.", "Mr Speaker, irrid nistaqsi jekk issa huwiex tard biex wieħed ikun jista' jinvestiga jekk din il-persuna kenitx tassew involuta f'dan il-każ.", "Jiena ngħid li ż-żmien li ntilef biex issir investigazzjoni jekk din il-persuna kenitx involuta jew le huwa ta' ħsara fil-proċess ta' investigazzjoni fuq dan il-każ u mhijiex serjeta' li l-pulizija toqgħod fuq sempliċement stqarrija li ttieħdet tliet xhur wara li sar il-każ, u dan għax sempliċement il-każ ikun tqajjem fil-parlament.", "Jiena nagħlaq billi ngħid li dawn huma affarijiet serjissimi li fihom hemm involut il-korp tal-pulizija, li suppost igawdi l-fiduċja tal-poplu, u l-ministru ta' l-intern m'għandux jaħrab milli jiġi f'dan il-parlament u bl- akbar responsabbilta' jagħti spjegazzjoni dwar dan il-każ.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nirriferi għar-rapport maħruġ mill- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni dwar l-allegazzjoni u t-talba għall-investigazzjoni li jien għamilt f'April tas-sena l-oħra dwar bejgħ ta' kunsinna ta' tiġieġ li kienet importata f'pajjiżna.", "Din il-kunsinna ta' tiġieġ inbiegħet bil-prezz ta' inqas mil- levy li suppost titħallas fuq l- importazzjoni ta' dan il-prodott.", "Il-kummissjoni stqarret li ma kien hemm ebda indikazzjoni ta' korruzzjoni.", "Stqarret ukoll li allegazzjonijiet infondati dwar korruzzjoni jagħmlu deni daqs il-korruzzjoni nnifisha.", "M'għamiltx ir-reazzjoni qabel għax kont imsiefer fuq xogħol ta' riċerka dwar l-impatt li ħalliet fuq l- industrija tas-sajd fl-Ingilterra l-politika komuni tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea u wasalt proprju l-bieraħ fil-għaxija.", "B'wiċċi minn quddiem ngħid li l-konklużjonijiet tal-kummissjoni u l-mod kif ippreżentathom ikomplu jikkonfermaw kemm din il-kummissjoni qed isservi ta' paraventu biex ma jitqajmux mistoqsijiet serji dwar kif qed jitmexxew l-affarijiet ta' l- Istat.", "Il-kummissjoni qalet li sabet kif il-kunsinna li nħarġet bil-prezz esaġerament baxx, saħansitra inqas mil-levy fuq l-importazzjoni dovuta, iddaħlet f'Malta għar-raġunijiet ta' natura kummerċjali.", "Dwar dan il-każ tajjeb li niċċara li kien il-gvern Nazzjonalista li awtorizza l-eżenzjoni tal-levy biex jgħin kumpannija privata tiffranka taxxa dovuta fuq din l-importazzjoni.", "Kien il-gvern li awtorizza eżenzjoni ta' levy meta fis-suq lokali hawn produzzjoni ta' kwalita' u biżżejjjed biex tlaħħaq mad-domanda tal-poplu tagħna.", "Kien il-gvern u l-Ministru Ninu Zammit, responsabbli mis-settur tal-biedja u s-sajd, li warrab kompletament l-interessi ta' l-industrija tat-trobbija tat-tjur u ta' l-iproċessar tagħhom biex jgħinu direttament ċirkostanzi partikolari ta' kumpannija privata.", "Kien il-gvern li mar kontra l-għanijiet u r-raġunijiet tal-liġi li jipproteġi l-industrija lokali.", "Kien il-gvern li approva li jidħlu dawn il-prodotti bla dazju minkejja li ż-żmien li fih il-kunsinna tal-laħam setgħet tiġi kkonsmata kien se jiskadi.", "Kien il-ministru li ffavorixxa attivita' kummerċjali ta' kumpannija privata u fl-istess sena njora kompletament li jgħin lill-produtturi tat-tiġieġ Maltin u Għawdxin li ntlaqtu ħażin finanzjarjament mill-effetti li kellha l-heatwave fuq din l- industrija.", "Hija ħaġa ta' skantament kbir kif minkejja li l-kummissjoni taf aktar minn dan li qed ngħid jien, ma sabet xejn ħażin fil-mod li bih inbiegħet din il-kunsinna u qalet li dak li sar sar b'mod naturali u morali, bħallikieku xi ħaġa naturali u morali li s-sistema tal-levies titneħħa a favur ta' kumpannija li ħadet sogru kummerċjali u ma rnexxilhiex fit-tir tagħha.", "Irrid ngħid li dan il-pass sar a skapitu ta' produtturi u processors Maltin u Għawdxin li qed jinvestu u jimmodernizzaw ħalli jaħdmu għas-suq lokali.", "Sur President, fuq dan kollu l-kummissjoni ma rat ebda problema.", "Il-kummissjoni lanqas ġietha f'moħħha li meta tinqala' problema bħal din, soluzzjoni waħda biss għandha tiġi kkonsidrata, jiġifieri dik li l- importatur konċernat jaċċetta t-telf li jkun għamel u jgħaddi l-kunsinna b'xejn lill-istituti tal-karita'.", "Il-kummissjoni lanqas ġietha f'moħħha tgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern f'każ li jsiru talbiet oħra għall- eżenzjoni mil-levy fuq prodotti oħra sew minn din il-kumpannija kif ukoll minn kumpanniji oħra privati.", "Il-kummissjoni anke għoġobha tgħaddi r- rimarki dwar l-effett ta' \"allegazzjonijiet infondati ta' korruzzjoni\".", "Biex wieħed jieħu bis-serjeta' dak li qalet f'dan ir-rigward il- kummissjoni, wieħed l-ewwel għandu jisma' x'qalet l-istess kummissjoni dwar il-każ tax-xiri tal-flats mill-awtorita' tad-djar, qabel Awissu ta' l- 1998, mingħand il-Lay Lay Co. Ltd. u wkoll dwar il-każi finti li qajjem il- Ministru Josef Bonnici fil-parlament dwar il-promozzjonijiet tal-Maltacom.", "Ngħid ċar u tond li biex każi ta' korruzzjoni tassew jiġu investigati b'mod serju hemm bżonn ta' għodda serja li ma tkunx nieqsa mill- kredibilita' bħalma hi l-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "Sur President, jien ġibt għall-attenzjoni ta' dan il-parlament il-ksur ta' dawn regolamenti u liġijiet li jipproteġu l-industrija tat-trobbija tat-tjur.", "Ġibt ukoll għall-attenzjoni ta' dan il-parlament fatti li juru li l-gvern iffavorixxa kumpannija billi eżentaha milli tħallas taxxi fuq xogħol purament kummerċjali.", "Għax ġbidt l-attenzjoni tal-parlament għal dan kollu l-Partit Nazzjonalista qed jitlob ir-riżenja tiegħi.", "Jien ngħid li għandu jirriżenja min awtorizza l-eżenzjoni tat-taxxi akkost li jmur kontra l-Att li Jipproteġi l-Industrija Lokali.", "Jirriżenja min għamel akkużi fuq il-każi tal-Lay Lay u tal-Maltacom u min ma jridx jinvestiga l- każ tad-Daewoo.", "Jirriżenja min mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn ma kienx kapaċi jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi kemm se jintilfu miljuni ta' liri fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel mill-Unjoni Ewropea u min għadu ma jafx kemm se jkunu l-levies l-ġodda fuq l-ikel importat minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wara li Malta tissieħeb fl-Unjoni.", "Sur President, jiena nistaqsi lill-Ministru Ninu Zammit x'għamel hu dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni dwar l-esportazzjoni tal-patata.", "F'dan il-każ kien ivverifika qabel ħareġ jakkuża?", "Issa li għandu l-files kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, għamel investigazzjoni dwar l-allegazzjoni ta' korruzzjoni?", "X'passi ħa kontra l-uffiċjali li kienu responsabbli mill- esportazzjoni tal-patata, jekk fil-fatt kien hemm korruzzjoni fl- esportazzjoni li kien għamel riferenza għaliha hu fl-1998?", "Sur President, nassigura liċ-ċittadini kollha li l-ebda theddida jew kalunnja m'hi se tagħlaq ħalqi.", "Bħala deputat tal-poplu, se nibqa' nagħmel dmiri f'kull ħin u kull fejn nara li hemm abbuż jew li jidher li qed jingħata spazju għall-abbuż, se nibqa' nsemmi leħni fl-interess tal-bdiewa, tar-raħħala, tas-sajjieda u ta' l-industrija u fl-interess tal-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, fl-aħħar jiem tħabbar mill- awtoritajiet tas-saħħa - u kienet anke ħarġet ċirkolari mid-dipartiment tas- saħħa f'dan is-sens - illi operazzjonijiet meqjusa bħala cold surgery f'St. Luke's, jiġifieri operazzjonijiet li m'humiex urġenti, qed jitħassru mil- lista ta' operazzjonijiet.", "Ir-raġuni li ngħatat kienet li minħabba l-passa ta' influwenza li kienet qed taħkem fl-aħħar ġimgħat, ħafna sodod f'St. Luke's kienu qed ikunu okkupati minn pazjenti, b'mod speċjali pazjenti anzjani, li kienu qegħdin ibatu mill-effetti ta' din l-influwenza.", "Sa hawnhekk wieħed jista' jiddibatti jekk id-dipartiment kellux raġun jew le jwaqqaf dawn it-tip ta' operazzjonijiet u b'hekk tkompli titwal il-waiting list.", "Dan ġara proprju wara li tul il-perijodu tal-festi tal-Milied, minħabba l-problema tal-Y2K, kienu diġa' twaqqfu l-operazzjonijiet għal ħmistax oħra.", "B'hekk f'inqas minn xahrejn l-operazzjonijiet ġew imwaqqfa għal tliet ġimgħat sħaħ.", "Mr Speaker, illum m'iniex se nidħol f'dan l-argument imma wieħed irid jagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Illum l-Isptar San Luqa, li jieħu aktar minn 900 sodda, mhux kapaċi jlaħħaq mal-problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien bil-konsegwenza, li jekk wieħed imur l-isptar, b'mod speċjali fis- swali tal-mediċina jsib li hemm ruxmata sodod fil-kuruturi saħansitra li jwasslu anke sal-bieb ta' barra tas-sala.", "Il-mistoqsijiet iqumu l-aktar meta f'dawn l-aħħar ftit ġimgħat intqal li l-isptar il-ġdid ġewwa Tal- Qroqq, li se jinfetaħ fuq tliet fażijiet - u bejn fażi u oħra se jkun hemm numru ta' snin - se jkun jikkonsisti f'650 sodda bħala in-patients.", "Mela llum l-Isptar San Luqa jieħu aktar minn 900 sodda u hemm problema ta' spazju aħseb u ara meta s-servizzi li jagħti l-Isptar San Luqa jibdew jingħataw fl-isptar il-ġdid, kemm se tikber iktar din il-problema.", "Mr Speaker, dan se jkun sptar imċekken ikkomparat ma' dak li kien ippjanat mill-amministrazzjoni laburista bejn l-1996 u l-1998.", "Dakinhar kien ġie deċiż li jkun hemm 850 sodda.", "Issa dan in-numru ta' sodod ma kenux deċiż b'kapriċċ imma kienu saru madwar 600 laqgħa ma' diversi persuni nvoluti fit-tmexxija ta' l-isptarijiet, ma' ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa u anke ma' ħaddiema ta' l-isptarijiet psikjatriċi.", "Meta d-dipartiment tas- saħħa għamel l-planning ta' l-isptar il-ġdid ma waqafniex hemmhekk.", "Kienu nġiebu numru ta' health planners Ingliżi biex jaraw jekk dak li kien qed jgħid id-dipartiment tas-saħħa, wara l-konsultazzjonijiet kollha li kien għamel, kienx tajjeb jew le.", "U wara li r-rapport kien ġie audited minn speċjalisti fuq hospital planning kien ġie deċiż li jkun hemm 850 sodda.", "Kif f'daqqa waħda issa dawn se jinżlu għal 650!?", "Meta wieħed jagħmel mistoqsijiet parlamentari u jistaqsi kull speċjalita' jew inkella sub- speċjalita' kemm se jkollna sodod allokati għaliha, ir-risposta kull darba ma tingħatax.", "Donnu wieħed għadu ma jafx u qisu għadhom qed isiru l-istudji neċessarji.", "Meta wieħed jara dawn l-affarijiet kollha allura jasal fil-punt li minn issa jrid iwissi lil dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-pjanijiet għal dan l-isptar il-ġdid ħalli ma jgħabbux lill-pajjiżna bi sptar li jkun jiswa' l-miljuni tal-liri, li jkollu l-aqwa apparat, imma mbagħad joħloq diżastru fil-kura akuta hawn Malta.", "U qed inwissihom minn issa u ngħabbihom bir-responsabbilta' għaliex għada pitgħada jinbidel il-gvern u l-ministru imma t-tmexxija u l-effett la se jkun fuq il-gvern u lanqas se jkun fuq il- ministru, imma se jkun fuq il-poplu Malti.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li veru nemmen fiha hija li hemm bżonn ta' riformi fit-tmexxija ta' l-isptarijiet kollha.", "Aħna konna diġa' bdejna b'riforma fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Monte Carmeli fl-1997 u konna se nibdew ir-riforma fl-Isptar San Luqa.", "Hemmhekk hemm bżonn riformi kbar fil- mod ta' kif il-pazjenti jidħlu u joħorġu mill-isptar, riforma fil-mod kif jiġu trattati l-pazjenti u riforma fil-mod tat-tmexxija in ġenerali.", "Hemm bżonn ukoll li l-management ta' l-isptar kollu kemm hu jinbidel u biex tagħmel dan hemm bżonn ta' riforma.", "Aħna naqblu li hemm bżonn ta' riforma, imma fl-istess ħin nemmnu ukoll li għandu jkun hemm riforma anke fil-kura primarja fil-komunita'.", "Minkejja l-paroli li ħafna drabi jingħadu hawn ġew u anke barra, aħna konna diġa' qed naħsbu għal dawn ir-riformi.", "Kien hemm diskussjoni anke ma' hospital planners Ingliżi li kienu ġew hawnhekk apposta li apparti li kienu se jagħmlu l-auditing tax-xogħol li kien għamel id-dipartiment tas-saħħa dawn riedu jaraw x'tibdil ta' management se jkun hemm fejn jirrigwarda t-tmexxija ta' l-isptar, x'użu se jsir minnu l-Isptar San Luqa - u dawk kienu żewġ konċetti li verament hemm bżonn li wieħed jaħseb fuqhom u kien qed isir ħafna ħsieb u ħidma fuq din il-linja - u l- kwestjoni ta' riabilitazzjoni wara li wieħed jingħata l-kura neċessarja fl- isptar akut.", "Mr Speaker, wara dan ix-xogħol kollu, b'kapriċċ ġie shelved l-istudju kollu li kien għamel gvern laburista.", "Għal tan-naħa l-oħra la għamlu l- gvern laburista allura huwa ħażin.", "Issa reġa' beda x-xogħol kollu mill-ġdid biex b'hekk ix-xogħol fuq l-isptar Tal-Qroqq diġa' waqa' aktar minn sena u nofs lura.", "Dan m'hu tort ta' ħadd ħlief tal-gvern preżenti mmexxi minn Dr. Fenech Adami.", "Mr Speaker, minkejja t-tibdil kollu ta' management hawn Malta qegħdin f'sitwazzjoni li għandna bżonn ferm aktar mis-650 sodda li l- gvern qiegħed jalloka għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "Mr Speaker, issa xtaqt niġi għal punt ieħor li nħoss li huwa importanti fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Jidher li f'dan il-pajjiż għandna problema, Mr Speaker.", "Il-maġġoranza tal-ħames siġġijiet li għandu l-gvern tant telgħulu għal rasu li qed jiġi jaqa' u jqum minn dak li jħoss ħaddieħor.", "L-arroganza tal-gvern kibret ħafna u bħalissa hija ħafna agħar minn dik li kien hawn bejn l-1992 u l-1996.", "Il-gvern tal-ġurnata nqata' miċ-ċittadin.", "Minkejja li l-Ministru tal-Finanzi qiegħed jgħid li bil-miżuri tal-budget intlaqtu biss dawk li jaqilgħu 'l fuq minn Lm5,500, għall-ewwel darba ġewwa pajjiżna qed nisimgħu diversi ħaddiema li mhux qed jilmentaw għaliex il-paga tagħhom kienet iffriżata imma għax issa ġiet imnaqqsa.", "Infakkar kemm il-partit ta' Fenech Adami kien ikkritika lill-gvern laburista meta ġiet iffriżata l-paga ġewwa pajjiżna.", "Meta wieħed iqis dik il-kritika kollha, x'jippretendu mingħand ħaddieħor li jagħmel, kemm min-naħa ta' l-oppożizzjoni laburista kif ukoll anke min-naħa tar-rappreżentanti tal-ħaddiema, meta l-ħaddiema bil-miżuri li ttieħdu fil-budget qed jieħdu paga inqas mis-sena ta' qabel.", "Fejn kien hemm xi wħud li ħadu xi żidiet irriżulta li dawn kienu biss xi ftit ċenteżmi il-bqija kulħadd imur jiċċekkja għand il-personnel ħalli jara jekk il-paga tiegħu hijiex maħduma tajba jew le ħalli fil-każ jitlob li jiġi rivedut iċ-ċekk tiegħu.", "Din hija s-sitwazzjoni, u hija xi ħaġa li qed tiġri ta' kuljum.", "Mr Speaker, dan l-aħħar xi ħadd qalilna li l-petrol u d- diesel għolew biex kemm jista' jkun innaqqsu n-numru tal-karozzi mit-toroq.", "Intqalet din, Mr Speaker.", "Allura n-noll tal-karozzi tal-linja għola biex innaqqsu mill-użu tal-karozza tal-linja ħalli kulħadd jibda jmur għax- xogħol bil-mixi u kulħadd jibda jiċċaqlaq?", "Huwa veru li d-dipartiment tal- promozzjoni tas-saħħa qed iniedi programm ta' eżerċizzju intitolat ''Ċaqlaq'' imma ma naħsibx li dan huwa l-iskop tiegħu.", "Mr Speaker, ladarba qed nitkellem fuq il-promozzjoni tas-saħħa tajjeb li wieħed jgħid xi ħaġa fuq l-importanza tad-dieta mediterranja li tinkludi fiha l-użu tal-ħobż.", "Bħalissa għandna sitwazzjoni fejn id-dipartiment tal- promozzjoni tas-saħħa jgħidilna li għandna bżonn immorru għad-dieta mediterranja li tinkludi l-ħobż u l-gvern ta' Fenech Adami jgħollilna l- ħobż.", "Id-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa jgħidilna kemm huma importanti l-ħxejjex għas-saħħa tagħna u mbagħad għandna gvern li jrid imexxi lil Malta fid-direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li r-regolamenti tagħha stess se jwasslu li l-prezzijiet tal-ħxejjex f'pajjiżna jisplodu.", "Mela min-naħa għandna lil xi ħadd jgħidilna x'inhu tajjeb għal saħħitna u għandna wkoll gvern li qed jgħolli m'għola s-smewwiet dak li dawn qed jgħidu li hu tajjeb.", "Jekk il-Ministru tal-Finanzi huwa maqtugħ mill-poplu Malti nista' nassigurah li l-Partit Laburista mhux maqtugħ miċ-ċittadini Maltin.", "Il-Partit Laburista qed jisma' liċ-ċittadini Maltin x'inhuma jgħidu, qed jisma' l-karba tagħhom u għalhekk aħna qegħdin ngħidu liċ- ċittadini Maltin li għandhom jagħtu s-support kollu għall-protesti li se jsiru f'Malta fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin ħalli jkomplu juru bil-qawwa verament x'qed iħoss il-poplu Malti ħalli forsi l-gvern jiftaħ widnejh, jiftaħ għajnejh u jisma' l-karba tal-poplu Malti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it- Tlieta 15 ta' Frar, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fis-12.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - ANZJANI VITTMI", "12908.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittmi ta' reati matul l-1999 xahar b'xahar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "Dawn kienu jinkludu kull tip ta` reat, per eżempju, serq minn jew ta` vettura ta` persuna 'l fuq minn 60 sena.", "Reati ta` vjolenza fuq il-persuna kien hemm 17.", "EU - SPETTURI BARRANIN", "13193.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid min se jibda jħallas lill-ispetturi barranin li jridu jispezzjonaw kull qabda tal-ħut tas-sajjieda Maltin u Għawdxin wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jikkonferma l- Ministru li ebda sajjied Malti ma jkun jista' jdaħħal ebda ħuta fis-suq lokali qabel tkun ġiet spezzjonata minn dawn l-ispetturi ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, kemm saru laqgħat mal-koperattivi dwar dan u x'ġie spjegat lis-sajjieda Maltin u Għawdxin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li normalment l-ispezzjonijiet fuq territorju jsiru minn inspectors ta' dak it- territorju fuq bażi regolari u mhux minn barranin.", "Huma stabilimenti u dgħajjes li darba kultant jiġu spezzjonati mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jibda jiċċekkja l-fatti qabel ma jibbaża domandi fuq informazzjoni ħażina.", "TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "13239.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati f'ċifra ta' flus li jrid jiġbor id- dipartiment tat-taxxi interni f'arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas- sigurta'soċjali għas-sena 1998 u 1999?", "Kemm mill-arretrati huma ta' korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-arretrati f`ċifra ta` flus li trid tinġabar mid- dipartiment tat-taxxi interni ta` kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali għas-sena 1998 hija ta`Lm2,056,678.", "Min din iċ-ċifra is-somma ta` Lm108,216 hija dovuta f`arretrati għall-1998 minn kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom.", "Iċ-ċifra ta` arretrati għall-istess kontribuzjonijiet għas-sena 1999 għadha mhux magħrufa minħabba li d-dokumenti li kellhom jintbagħtu sa l- aħħar ta` Jannar 2000, għadhom qed jiġu pproċessati.", "GFCM - LAQGĦAT", "13268.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12675 u l-fatt li sajjieda Maltin u Għawdxin jenħtieġu immedjatament li jispiċċa l-użu ta' l-ajruplan u xibka in kwestjoni fis-sajd tat-tonn ħalli fl-istaġun li ġej ma jkunux żvantaġġjati ma' sajjieda Mediterranji li jistadu llegalment għat-tonn, jista' l-Minstru jitlob li ssir laqgħa urġenti, u jekk hemm bżonn anke jiffinanzjaha l-gvern fid-dawl li jkunu rispettati r-regoli tal-ħarsien ta' l-ambjent u tas-sajjieda tal-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi miżuri ta' din ix-xorta jiġu attwati wara li jkunu tressqu riżoluzzjonijiet għal dan il-għan lill-ICCAT u ħadd mill-membri ma joġġezzjona għalihom.", "L-aħħar sett ta' riżoluzzjonijiet fuq l-użu tax-xibka u l-ajruplan fis-sajd tat- tonn bix-xibka kienu:", "L-użu tax-xibka fil-Mediterran huwa projbit bejn l-1 ta' Awissu sal-31 ta' Awissu.", "L-użu ta' ajruplani jew helicopters fis-sajd huwa projbit fil-Mediterran fix-xahar ta' Ġunju.", "Dawn iż-żewġ rakkmandazzjonijiet ġew adottati mill-ICCAT fil-meeting li sar fi Spanja bejn it-22 u d-29 ta' Novembru, 1996 fuq suġġerimenti li kienu saru fl-1994 u fl-1995.", "Dawn iż-żewġ rakkmandazzjonijiet kellhom effett mill-4 ta' Awissu, 1997.", "Fl-1998 l-ICCAT ressqet rakkmandazzjonijiet oħra li fosthom ġie mibdul il- perijodu tal-projbizzjoni ta' l-użu tax-xibka fil-Mediterran għall- perijodu bejn is-16 ta' Lulju sal-15 ta' Awissu.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum aħna osservaturi biss ta' l- ICCAT u mhux membri sħaħ.", "Għaldaqstant m'għandniex il-fakulta' li nivvutaw fuq rakkmandazzjonijiet.", "SPTAR SAN LUQA - RAPPORTI TA' VELENU FL-IKEL", "13269.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12670?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fl-Isptar San Luqa ma kien hawn l-ebda każ irrapportat ta' velenu fl-ikel matul l-1999.", "BIĊĊERIJA - ĊANGA FRISKA", "13395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12689?", "B'riferenza għaċ-ċertifikat taċ-ċanga, x'kienu r-raġunijiet li tneħħa?", "Ġiet ikkonsultata l-meatsellers association?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iċ-ċertifikati ta' xiri taċ-ċanga għadhom jingħataw lil min jitlobhom u mhux kif qed jallega l-Onor.", "Interpellant mingħajr ma jiċċekja l-fatti, kif għandu ħabta jagħmel.", "Kieku qara r-risposta li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numri 7252 u 8235, ma kienx jibbaża d- domanda tiegħu fuq informazzjoni żbaljata.", "BDIEWA/SAJJIEDA/RAĦĦALA - BOLLA TAS-SIGURTA'", "13396.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12556, jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala/produtturi u sajjieda sena b'sena li ħadu s-sussidju tal-bolla (NI)?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba diġa ġiet mogħtija lilu stess fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 12556.", "Jista'jkun li l-Onor.", "Interpellant ma qarax ir-risposta.", "Jista' jkun ukoll li għandu l-idea żbaljata li \"għajnuna fuq il-bolla tas-sigurta nazzjonali (PQ 12556) u \"s-sussidju tal-bolla (NI) li qed isemmi hawnhekk huma differenti.", "Fil-fatt huma l-istess ħaġa.", "Kieku fittex qabel staqsa, ma kienx jaħli domanda.", "ANZJANI - ĦRIEQI", "13577.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom jingħataw il-ħrieqi lill-anzjani?", "Kemm hemm anzjani li qed jieħdu l-ħrieqi?", "Kemm hemm talbiet ta' anzjani pendenti biex dawn jieħdu l-ħrieqi?", "Kemm hemm anzjani li jħallsu għall-ħrieqi u kemm hemm anzjani li ma jħallsux?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ħrieqi bi prezz issussidjat jingħataw lill- applikanti li għandhom 60 sena jew aktar u li huma ċertifikati li għandhom problema ta' kontinenza.", "Total ta' anzjani li qed jieħdu l-ħrieqi huwa ta' 1473.", "Talbiet ta' anzjani pendenti biex jieħdu l-ħrieqi m'hemm xejn.", "Hemm 1393 anzjani li jieħdu l-ħrieqi bi ħlas u 80 li jieħdu l-ħrieqi b'xejn.", "VAT - YELLOW PAGES", "13713.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-ditta responsabbli għar-reklamai tal-yellow pages għandhiex aċċess għad-database ta' nies jew ditti bil-VAT registration number, peress li meta dawn jikkuntattjaw lin-nies qed juru li jafu min għandu VAT number, jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1995 ilha l-prattika tad-Dipartiment tal-VAT li jforni bi ħlas tagħrif dwar persuni reġistrati mad-Dipartiment, liehma tagħrif jikkonsisti fl-isem tal-persuna reġistrata, n-numru tar-reġistrazzjoni, l-indirizz tan-negozju, u n-numru tat-telefon.", "BORMLA - KUMPLESS SPORTIV", "13720.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-kumpless sportiv li se jinbena f'Bormla se jkun hemm ground tal-5-aside u mhux full size?", "Jista' jgħid ukoll fiex waslu l-preparamenti u meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall- Mistqsija Parlamentari Numru 13702.", "COMMONWEALTH - GĦAJNUNA TEKNIKA", "13721.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna teknika u mod ieħor se tingħata mill- Commonwealth matul din is-sena finanzjarja fit-taqsimiet ta' l-edukazzjoni, kultura u sport, separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "13722.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13079, jista' l-Ministru jgħid: (1) liema huma dawk l-iskejjel li fil-fatt saret manutenzjoni fuq l-impjanti sportivi tagħhom mindu sar l-istudju fl- 1995/96; (2) għalkemm fit-tweġiba jingħad li fis-sajf ta' l-1997 il- faċilitajiet sportivi ma kenux meqjusa bħala prijorita', issa inbidlet din il-politika?", "Jekk iva, kif?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn meta sar l-istudju fl-1995/96, fl- impjanti u faċilitajiet sportivi sar xogħol kemm ta' manutenzjoni kif ukoll ta' titjib.", "Dan ix-xogħol sar fuq l-inizjattiva tal-Kunsilli ta' l-iskejjel; sar ukoll bħala parti mill-Pjan ta' Żvilupp maħsub u mwettaq mill-iskejjel infushom; kif ukoll fil-programm ta' manutenzjoni tas-sajf.", "Informat ukoll li bħalissa qed isir 'up-date' ta' l-istudju msemmi (1995/96) u minnu nkun nista' ngħati tweġiba preċiża u attwali għad- dettalji kollha mitluba.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "13723.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel li skond it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħi numru 13079 \"hemm faċilitajiet biżżejjed iżda jirrikjedu xogħol ta'manutenzjoni, x'uħud konsiderevoli\"?", "X'inhu x-xogħol li hu rikjest f'kull każ?", "Sar xi ppjanar biex isir xi xogħol f'xi waħda minn dawn l-iskejjel matul din is-sena finanzjarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13722.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET SPORTIVI", "13724.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li skond it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13079 \"l-istruttura fiżika u spazju ma jippermettux il-bini ta' faċilitajiet ġodda?\"", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba għll- Mistoqsija Parlamentari Numru 13722.", "FURJANA - GROUND", "13725.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija stmata l-ħsara li saret fil-ground tal- football tal-Furjana, wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li dan il-ground jingħata lit-tim Furjaniż biex imexxih?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istima tal-ħsara li saret fil-ground tal-football tal-Furjana qed tiġi kompilata.", "It-tmexxija tal-ground hi materja ta' konsiderazzjoni fid-dawl tal-pjan ta' struttura li jirriserva l- ispazju bħala wieħed ta' importanza nazzjonali.", "STA VENERA - UPGRADING TA' AREA", "13729.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir upgrading ta' l- area, fi Triq il-Batterija c/w Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta Venera?", "U meta se jsiru arranġamenti tat-traffiku aħjar, bħal xi stop sign eċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li xogħolijiet ta` `upgrading` u ta` arranġamenti tat-traffiku ġeneralment isiru mill-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "QORMI - BUS SHELTERS", "13730.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' bus shelter għan-nies li jkunu qed jistennew Ħal Qormi, San Bastjan fl-area ta' ħdejn il-każin tal-banda Pinto?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma jirriżultax li hemm talbiet ta` din ix-xorta, madankollu, wieħed irid jara jekk hemmx lok ta` `Bus Shelter` fil-post imsemmi.", "ADULT TRAINING CENTRES - STUDENTI", "13731.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is- sena l-adult training centres humiex se jaċċettaw studenti li spiċċaw mill- ispecial schools?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Ministeru għall-Politika Soċjali s-sena l-oħra għamel il-pjanijiet tiegħu biex ikun jista' jilqa' persuni b'diżabilita' li jridu jimxu mill-iskejjel speċjali għall-\"Adult Training Centres\".", "Sabiex dawn il-pjanijiet ikunu jistgħu jitwettqu jkun jinħtieġ, fost ħwejjeġ oħra, r-reklutaġġ ta' aktar \"care workers\".", "SULDATI - EŻAMIJIET", "13732.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti l-order of merit tal-kandidati li qagħdu għall-eżami għad-dħul bħala suldati fl-Armata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba diġa' ġiet pubblikata u min għandu interess jivverifika jista' javviċina lid-Dipartiment ta' l- Eżamijiet.", "QORMI - ĊIMITERJU", "13733.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jsewwi t- turġien taċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi (fuq in-naħa ta' wara) li tkissru minn trakkijiet li jgħaddu minn hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li dan it-tip ta` manutenzzjoni isir mill-Kunsill Lokali l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL - SLIEMA - TISWIJA", "13780.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru fl-iskola primarja ta' Tas- Sliema dan l-aħħar wara li xxaqqaq it-taraġ li jieħu għal fuq?", "X'periklu hemm għall-istudenti u għalliema ta' l-iskola?", "Meta se jibda x-xogħol tant meħtieġ fuq il-bini ta' l-iskola u meta se jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tqiegħdu seratizzi ta' l-injam u puntali tal-ħadid fit-truf tal-branki biex jissudaw l-istruttura tat-taraġ.", "B'dawn il-miżuri ma jeżistu ebda perikli għall-istudenti u l-għalliema ta' l- iskola.", "Informat ukoll li fil-preżent qiegħed jitħejja d-dokument għall- pubblikazzjoni ta' offerta għax-xogħlijiet meħtieġa.", "SKEJJEL - BORMLA", "13781.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti kontinwi li qed ikun hemm fl-iskola primarja ta' Bormla minħabba r-riħa qawwija ta' drenaġġ?", "Instab imnejn ġejja din ir-riħa?", "X'qed isir biex din il-problema tiġi solvuta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt ġimgħa ilu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13450.", "L-Onor.", "Membru jista' wkoll jirreferi l-ilment lill-Ministeru ta' l-Ambjent.", "HEALTH PROMOTION DEPARTMENT", "13782.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jikkordina bħalissa l-ħidma kontra t-tipjip fil-Health Promotion Department?", "Xi pjan hemm tul din is-sena biex jitħarrġu iżjed persuni biex imexxu smoking cessation clinics?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għadha ma ġietx appuntata persuna fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa biex jikkordina l-ħidma kontra t-tipjip.", "Diġa' tħarrġu iżjed persuni biex imexxu l-kliniċi li jgħinu l-pubbliku jieqaf mill-vizzju tat-tipjip.", "Fil-fatt ġew imħarrġa tmien persuni fil- bidu ta' din is-sena biex dan is-servizz ikun jista' jlaħħaq mad-domanda meħtieġa.", "Il-pubbliku huwa mistieden biex japplika għal dawn il-kliniċi fuq formola li tintbagħat id-dar jew permezz ta' l-Internet fuq il-website tad-dipartiment.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - UFFIĊJALI", "13787.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali jaħdmu fil- Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin fl-1 ta' Settembru, 1998 u fl-1 ta' Jannar, 2000?", "X'inhu l-grad ta' kull uffiċjal u x'inhuma r-responsabbilitajiet tagħhom f'dipartimenti jew direttorat li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "BIRGU - FORT SANT'ANĠLU - TELEPHONE", "13790.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13618 u ċioe': jista' jara hux possibbli li f'Forti Sant'Anġlu fil-Birgu, ikun hemm faċilita' ta' telephone għal watchman anke faċilitajiet sanitarji adegwati peress li dawn huma ineżistenti u huma mfittxija u bżonnjużi anke għat- turisti li jżuru l-inħawi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: It-talba ta l-Onor.", "Interpellant qed tkun mistharrga.", "Kif jaf l-Onor. kollega il-provista tas-servizzi mitluba mhumiex fil- kompetenza tal-Ministeru tieghi.", "TIPJIP", "13791.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti u kemm instabu ħatja u kemm saru multi relatati ma' tipjip f'postijiet fejn dan mhux permess matul l- 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-1999 inqabdet persuna waħda li kienet qed tpejjep f`post fejn mhux permess.", "Din ġiet meħlusa taħt il- provediment ta` artikolu 9 ta` Kap. 152.", "SMOKING CESSATION CLINICS - SERVIZZI", "13792.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm qed jiġu offruti servizzi tas-smoking cessation clinics u kemm qed ikunu ffrekwentati mill-pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħal issa hemm tmien kliniċi għaddejjin biex jgħinu l-applikanti jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip.", "L-applikanti kollha qed jiġu mistiedna għal kors ta' seba' ġimgħat skond kif jidher mit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt hemm total ta' 160 persuna li qed jużaw dan is-servizz li joffri d-dipartiment għall-Promozzjoni tas- Saħħa.", "SKEJJEL - UMBERTO COLOSSO - WOODWORK", "13793.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li ninsab informat li hemm klassijiet tal-woodwork fl-iskola Umberto Colosso li tilfu numru konsiderevoli ta' lezzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fuq din il-problema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskola Umberto Colossa ma jirriżultax li ntilfu lezzjonijiet fil-klassi tal-woodwork.", "SAĦĦA - VISION 2000", "13794.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-mira li 50% tat-tfal ta' l-iskola ma jaqbdux il- vizzju tat-tipjip li saret policy document VISION 2000 hux se tintlaħaq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ġejt infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qed jaħdem flimkien mad-Diviżjoni ta`l-Edukazzjoni biex isir 'survey' li jħares lejn l-imġieba tat-tfal ta` l-iskola bejn l-etajiet ta` 11 u 16-il sena.", "Minnu għandu joħroġ kemm hi kbira l-problema tat-tipjip fl-iskejjel.", "Is-'survey', msejjaħ 'Health Behaviour Survey in School Children' isir mill-pajjiżi membri tal-WHO.", "Dan se jsir fil-bidu ta`Marzu.", "ENEMALTA - ENERĠIJA ELETTRIKA", "13796.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha sa l-aħħar ta' din is-sena l- Enemalta biex issaħħaħ is-sistemi tad-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika?", "X'xogħol se jsir fuq id-distribution centre tal-Marsa f'dawn il- pjani?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ghal din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta ghandha diversi pjani biex is-sistemi tad-distribuzzjoni ta` l-energija elettrika jissahhu.", "Fost dawn il-pjani ta` min isemmi:", "a) il-bidu ta` mina bejn il-Marsa u Delimara", "b) hrug ta` offerta biex isir cable iehor ta` 33 KV bejn Malta u Ghawdex", "c) tkabbir ta` zewg transformers minn 15MVA ghal 22MVA fic-centru tad- distribuzzjoni ta` Hal Tarxien", "d) xiri ta` art biex jinbnew progetti sabiex isiru zewg centri godda tad- distribuzzjoni, wiehed ghall-Belt Valletta u l-iehor ghal Marsascala biex tissahhah is-sistema tal-11 KV f`din il-parti ta` Malta", "e) xoghol ta` preparazzjoni ghall-hrug ta` offerti biex jitkompla c-centru tad-distribuzzjoni tal-Mosta li bhala bini jinsab fi stadju avvanzat", "f) tkomplija ta` cable gdid bejn ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa u s- Siggiewi", "g) bdil tas-switchgear fis-substation tal-Warda, fil-Qrendi", "h) cables godda ghal Pembroke mic-centru tad-distribuzzjoni ta` Paceville", "i) tkomplija ta` tishih tas-sistema tal-11KV f`Tas-Sliema", "j) tkomplija tal-progett biex jitnehhew parti mill-linji tal-11KV minn San Pawl il-Bahar u jinbidlu f`sistema taht l-art", "k) tqeghid ta` cable biex tissahhah il-provvista f`Belt is-Sebh, il-Qasam tad-Djar tal-Floriana u parti mill-Isptar San Luqa l) progett sabiex jitnehhew linji tal-11KV u jinbidlu f`cable taht l-art bejn ix-Xghajra u Haz-Zabbar", "m) tqeghid ta` cable tal-11KV biex tissahhah il-provvista f`Santa Lucija, Hal Ghaxaq, il-Gudja, fiz-zoni tas-Sellem u Santa Marija Estate fil- Mellieha, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa, fil-Kottonera in vista tal- progett tal-Cottonera Waterfront u fil-Qasam Industrijali ta` Ricasoli.", "Huwa l-hsieb tal-Korporazzjoni li matul din is-sena, jitlestew diversi substations f`Malta u Ghawdex, pero` dan jiddependi minn diversi fatturi.", "Tajjeb jinghad ukoll li nbeda x-xoghol fuq progett biex tissahhah il- provvista ta` l-elettriku ghall-kumpanija ST Microelectronics.", "Dan ix- xoghol ghandu jwassal biex jitwaqqaf centru tad-distribuzzjoni f`Hal Kirkop.", "Il-pjani msemmija ma jaffettwawx ic-centru tad-distribuzzjoni tal-Marsa hlief ghal tqeghid ta`xi cables li ser joriginaw minn dan ic-centru.", "VAT - RATA TA' EVAZJONI", "13797.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fid- dawl tal-fatt li studju riċenti tal-Kummissjoni Ewropea jpoġġi l-evażjoni mit-taxxa tal-VAT fir-rata ta' 21% fil-pajjiżi membri, sar xi studju simili f'pajjiżna, jew hemm il-ħsieb li jsir, biex jistabilixxi r-rata ta' evażjoni tal-VAT f'pajjiżna?", "Jekk ma sarux studji, kemm hu stmat li hi l-evażjoni tal-VAT fostna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda studji fuq il-bażi li saru mill-Kummissjoni Ewropeja.", "Nittama li t-Tax Compliance Unit li għandu jitwaqqaf ikun f`pożizzjoni li jagħmel studji bħal dawn.", "ŻEJTUN - TRIQ IS-SUQ", "13799.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13591, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-programm ta' asfaltar ta' toroq lokali li qiegħed isir flimkien mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fuq dan il-programm huwa fi stadju avvanzat.", "VISION 2000 - TIPJIP", "13813.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-ewwel mira li saret fil-Vision 2000 (p.98) hemmx indikazzjoni li tintlaħaq, jiġifieri li n-numru ta'tfal ta' l-iskola li jibdew ipejpu jonqos b'50%", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Biex inkunu nafu jekk intlaħħqietx din il-mira iridu jsiru xi 'surveys' għal dan il-għan biex inħarsu lejn il-problema tat- tipjip fl-iskejjel.", "ŻEJTUN - TRIQ SAN DUMINIKU - POST NRU.", "16", "13818.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk il- post Nru.16, St. Domenic Street, Żejtun RO 48792 għadux taħt requistion order għax kien hemm talba biex din titneħħa li kienet sostwita wkoll b'ittra iffirmata mill-persuna li bħalissa qed tgħix fih b'kera?", "Jekk dan il-post għadu taħt requistion order, din se tispiċċa ladarba għand min huwa mikri għandu joħroġ minn dan il-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-fond li għalih saret referenza għadu rekwiżizzjonat u okkupat mill-inkwilin li allokah id- Dipartiment.", "Jekk u meta joħroġ, l-inkwilin hu obbligat li jġib iċ-ċwievet id-Dipartiment.", "MALTA SHIPBUILDING - KLIEB", "13819.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara rapporti li dehru f'xi ġurnali li klieb li kienu jieħdu ħsiebhom il- ħaddiema tal-Malta Shipbuilding ġew abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom inqatlu b'tiri ta' arma u meta fl-istess rapport fuq il-gazzetti ntqal li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli tal- Malta Shipbuilding, tista' l-pulizija tinvestiga dawn ir-rapporti għax jekk hu hekk dan jammonta għal ksur tal-liġi li tipprojbixxi moħqrija ta' l- annimali u meta jekk kien hemm raġuni valida biex titnaqqas il-popolazzjoni ta' klieb fil-Malta Shipbuilding setgħu talbu għajnuna ta' għaqdiet apposta favur id-drittijiet ta' l-annimali biex isibulhom home alternattiv jew jiġu neutered?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13773 f`Seduta 240.", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.", "MALTA SHIPBUILDING - KLIEB", "13820.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent\" tal-Ħamis, 3 ta' Frar, 2000 paġna Nru.1, fejn ġie allegat li numru ta' klieb ġew abbandunati f'diversi lokalitajiet f'Malta fosthom Xgħajra, Żonqor f'Wied il-Għajn u Ħal Far u li fosthom kien hemm ġriewi li ġew mifruda minn ommhom u li dan sar fuq ordni ta' uffiċjal għoli fil-Malta Shipbuilding, jista' l-management jinvestiga dan ir-rapport?", "Billi fl-istess rapport intqal li qabel dawn il-klieb kienu jieħdu ħsiebhom l-istess ħaddiema tal-Malta Shipbuilding u li dawn ma tħallewx aktar jibqgħu jittimawhom, jista' l-management jispjega kif dawn il-klieb kienu qed itellfu f'dan il-post tax-xogħol tant li allegatament inħarġet ordni biex jiġu abbandunati f'diversi postijiet f'Malta bil-konsegwenza li wħud minnhom spiċċaw maqtula bruttalment b'tiri ta' arma tan-nar?", "Jekk il-popolazzjoni tal-klieb fil-Malta Shipbuilding tant kibret, għaliex ma ntalbitx l-għajnuna ta' xi għaqda favur l-annimali biex in-numru ta' klieb jitnaqqas mingħajr moħqrija jew jiġu neutered?", "Billi dak li sar jammonta għal moħqrija ta' l-annimali u riklam ħażin għal Malta Shipbuilding, jista' jiġi ddentifikat minn ħa din id-deċiżjoni, min ta l-ordni, min esegwiha u jittieħdu passi għax skond il-liġijiet ta' pajjiżna, moħqrija ta' l-annimali hi ksur tal-liġi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija numru 13774, li kienet titratta l-istess materja, waqt is-Seduta numru 240.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "13821.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli t-Traffic Control Board jew l-awtorita' kompetenti tara li Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun tiġi down graded għax din m'għandhiex bypass minħabba li ġiet fil-village core b'aktar minn 100 familja joqogħdu fiha, b'diversi entitajiet kummerċjali u kollha side streets residenzjali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għalkemm it-triq il-President Anton Buttigieg għandha l-karaterristiċi ta` `by pass` m`hiex meqjusa bħala `arterial` jew `distributor road` u għaldaqstant ix-xogħol li jsir fiha huwa r-responsabilita` tal-Kunsill Lokali.", "Il-bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa ħa diversi miżuri biex it- `traffic management` f`din it-triq jitjieb.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "13822.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Traffic Control Board jikkonferma jekk id- double lines li saru biss f'parti waħda ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun u sarux mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun?", "Saru bil-kunsens u l-approvazzjoni tat-Traffic Control Board?", "It-Traffic Control Board sar jaf qabel ma saru jew wara li saru meta jien informajt personalment lis-Sur Peter Ripard li wara li wara mar fuq il-post personalment?", "Jekk qabel saru dawn id-double lines intalab il-parir professjonali tat- Traffic Control Board, minn min intalab, kif intalab?", "F'dan il-każ, it-Traffic Control Board issuġġerixxa li dawn isiru biss f'parti waħda tat-triq?", "Jaqbel it-Traffic Control Board li din it-triq tiġi down graded?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti li tajt għad-domandi numru 13816,13821 u 13823.", "ŻEJTUN - TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "13823.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: X'jaħseb u x'inhuma l-kummenti tat-Traffic Control Board fuq id-double lines li saru f'parti żgħira ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun peress li jien informat li l-pulizija taż-Żejtun ma jaqblux li kellhom isiru u li anqas ġew konsultati wara li saru dawn id- double lines?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 13816 u nżid li wara vista fuq il-post mill-Uffiċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, il-Bord iddeċida li dawn il-linji huma utili ħafna għax dawn iservu biex jitrażżan il-parkeġġ fl-`approach` għal `junction` traffikuża ħafna.", "Il-Bord jikkonferma li l-pulizija mhux biss ġiet ikkonsultata iżda tagħt in-`no objection` tagħha speċifikament għal dawn il-linji.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13832.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 16151: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir- raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt f'Mistoqsija Parlamentari Numru 13830 peress li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-istess applikazzjoni.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13833.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 16530: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir- raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13834.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 15887: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir- raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "13835.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, fil-każ ta' l- applikazzjoni 14119: (a) meta din l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva saret; (b) jekk din l-applikazzjoni ġietx aċċettata; (ċ) jekk ġiet aċċettata meta ntlaqgħet; (d) kemm kellha punti; u (e) x'kienet ir- raġuni wara t-talba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dettalji mitluba jingħataw biss meta l-Onor.", "Interpellant jipproduċi awtoriżżazzjoni bil-miktub mingħand l-applikanti konċernati peress li din l-informazzjoni hija waħda strettament kunfidenzjali.", "UNESCO - AMBAXXATUR TA' MALTA", "13836.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Peress li fl-1999 inħatar ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO fir-residenza fi Strasbourg, flok f'Pariġi, bħalma kien isir qabel, jista' l-Minsitru jgħid: (a) kemm-il darba l-Ambaxxatur Licari ivvjaġġa minn Strasbourg għal Pariġi minn fondi pubbliċi; (b) x'mezzi uża f'kull vjaġġ (ajru/tren/karozza) u kemm ġie jqum kull vjaġġ; u (ċ) x'allowances żejda talab u ħa dan l-ambaxxatur minn fondi matul is-sena kalendarja 1999 talli jkopri l-UNESCO barra minn Strasbourg?", "ONOR.", "JOE BORG: Bejn id-19 ta' Mejju 1999, data li fiha nħatar delegat permanenti għall-UNESCO, u l-31 ta' Diċembru 1999, l-ambaxxatur Licari vjaġġa darbtejn Strasbourg-Pariġi-Strasbourg minn fondi pubbliċi.", "Id- darbtejn kienu bit-tren.", "L-ewwel vjaġġ ġie jqum 808 frank franċiż, jiġifieri Lm52.08ċ u t-tieni 848 frank franċiż, jiġifieri Lm55.11ċ.", "L- ambaxxatur Licari ma talab u ma ngħata l-ebda allowance żejda talli jkopri l-UNESCO barra mill-Kunsill ta' l-Ewropa.", "PULIZIJA - PERSUNI TAĦT L-ETA'", "13848.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Biex is-sidien ta' postijiet ta' divertiment jassiguraw li persuna għandha 16-il sena jistgħu, skond il-liġi, jaċċettaw li jaraw dokument (membership card) maħruġ minn xi għaqda ta' l-istudenti flok dik uffiċjali tal-gvern?", "Kif jista' jiġi żgurat li dawn id-dokumenti jkunu ġenwieni u/jew kull dettal bħal data tat-twelid, tkun ġenwiena?", "Meta pulizija jispezzjonaw dawn il- postijiet ta' divertiment, joqogħdu fuq dokument maħruġ minn xi għaqda biex tiġi stabbilita l-eta' tal-persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment, żgħażagħ li jkollhom iktar minn sittax-il sena għandhom jiddaħħlu f`lokalita` ta` divertiment kemm-il darba juru id-dokument ta` l-identita` jew xi dokument ieħor li jkun prova ta` l-identita` tagħhom.", "Għaldaqstant, kull dokument li jkun ta` prova ta` identita` huwa aċċettabbli skond dawn ir-regolamenti.", "F`każ ta` dubju, dejjem jista` jintalab dokument ta` identita` uffiċjali, bħal ma huma l-karta ta` l-identita` nazzjonali, passaport, liċenzja tas- sewqan, eċċ.", "TARXIEN - PROBLEMI BIX-XITA", "13853.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13569 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jieħu ħsieb l-inkonvenjent tal-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija, peress li wara li saru xi xogħlijiet fit-triq issa qiegħed ikollha problemi ma' kull ħalba xita li tagħmel?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħolijiet f`din it-triq qed isiru mill-Kunsill Lokali.", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`inhu l-każ.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PAWLU BOFFA", "13854.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13460 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid terġa'tinfetah mill-ġdid il-gabbana u l-public toilet u jiġu rranġati l-pompi?", "Min huwa responsabbli tal-ġnien, il-Gvern ċentrali jew il-kunsill lokali Paola?", "Kemm hija l-kirja tal-gabbana?", "Hemm il-ħsieb li tonqos fil-prezz biex tagħmel kuraġġ lill-individwi li japplikaw biex b'hekk ir-residenti ta' Paola jkollhom post rikreattiv?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ta` Ġnien Pawlu Boffa, Paola taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Kunsill Lokali Paola.", "Peress li l-amministrazzjoni tal-ġnien ghadu f`idejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, il-kiri tal-gabbana taqa` taħt ir-responsabbilita` ta` din it- Taqsima.", "GVERN AWSTRIAK", "13855.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana x'inhi l-pożizzjoni li l-Gvern Malti qiegħed, jew se jadotta fil-konfront tal-gvern ġdid Awstriak, iffurmat minn People's Party u Freedom Party?", "Fil-prattika x'miżuri se jittieħdu, jekk se jittieħdu?", "Jista' jgħid jekk ingħatawx struzzjonijiet lill-ambaxxatur Malti għall-Awstrija dwar kif għandu jġib ruħu vis-a-vis l- Awstrija, kemm mil-lat politiku, kif ukoll mil-lat ta' attendenza, għall- funzjonijiet soċjali?", "ONOR.", "JOE BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tad- domanda numru 13674.", "COUNCILLORS - EŻAMIJIET", "13856.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'konnessjoni ma' l-eżamijiet li saru riċentement fil- Ministeru għal għażla ta' councillors, jista' l-Ministru jgħid: (a) min kienu l-eżaminaturi; (b) kemm kien previst li jingħataw ħatriet; (c) kemm għaddew l-eżami - jista' l-Ministru jagħti lista ta' min għadda f'ordni ta' mertu, u jgħid kull wieħed/waħda kemm ilu/ilha fis-servizz diplomatiku, u f'liema kariga servew s'issa -; (d) kemm se jinħatru councillors fil-fatt?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - APPOINTMENTS", "13857.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: JIsta' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-postings kollha u l-appointments kollha li ngħataw fil-Ministeru mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm kien hemm talbiet għal extensions?", "Jekk iva, minn min, u jekk it-talba ġietx milqugħa jew le?", "ONOR.", "JOE BORG: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĠNUS MAGĦQUDA", "13858.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista'l-Ministru jgħid x'kienu l-inizzjattivi, jekk kien hemm, li ħadet Malta fis-sena 1999 fil-Ġnus Magħquda u/jew fil-politika għall- paċi fil-Mediterran?", "ONOR.", "JOE BORG: Ma ttieħdet l-ebda inizzjattiva min Malta fil-Ġnus Magħquda u/jew fil-politika għall-paċi fil-Mediterran, fis-sena 1999", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI EŻEKUTTIVI", "13859.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar ir-reviżjoni tal-ftehim kollettiv għas-segretarji eżekuttivi mal- kunsilli lokali?", "Jista' jikkonferma l-informazzjoni li għandi li n- negozjati dwar il-ftehim kollettiv ħadu daqqa ta' ħarta wara li daħal fin- negozjati r-rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi?", "Il-Ministru huwa konxju li lil dawn il-ħaddiema qed joffrulhom kondizzjonijiet ta' xogħol inferjuri milli għandhom illum?", "Meta beħsiebu jintervjeni f'din il- kwestjoni biex ma jħallix il-kunsilli lokali jibqgħu jiġu milquta mill- azzjonijiet industrijali li qed jittieħdu bħalissa, b'detriment għaċ- ċittadini fid-diversi lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Peress li ghadhom sejrin id-diskussjonijiet bejn l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Union tas-Segretarji u l-partijiet l- oħra konċernati ma naħsibx li hu ghaqli li tinghata tweġiba f`dan l-istudju ghajr li nghid li d-domanda fiha ħafna asserzjonijiet ta` fatti li mhux minnhom.", "REVENUE SECURITY CORP", "13862.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13559 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet għar-Revenue Security Corps?", "X'se jsir mill-wegħda li ngħataw qabel l-elezzjoni ġenerali lill-membri ta' l- RSC li jissaħħaħ l-istess RSC?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-membri ta' l-RSC għadhom qegħdin jaqdu d- dmirijiet li huma ilhom jaqdu għal dawn l-aħħar snin.", "Ma jidhirx li hemm xi ħtieġa mmedjata għal revizjoni tar-rwoli tal-Korp.", "TARZNA - PENSJONANTI", "13863.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13463?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din il-mistoqsija wegibtha waqt is-Seduta numru 235.", "IMPJIEGI - KAROZZI IMPRESSED", "13867.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal- mistoqsija parlamentari numru 12984 u ċioe' jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-Tweġiba li diġa tajtu għall-Mistoqsija Numru 13,282.", "ŻEBBUĠ - FARMS", "13870.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sid ta' farm fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ ġie mtella' l- qorti fis-snin 1998 u 1999?", "Għal-liema raġunijiet ġie mħarrek kull wieħed (individwalment)?", "Kemm ħarġu sidien liberati mill-akkużi u kemm kien in- numru ta' dawk li nstabu ħatja u fuq liema akkuża kienet il-piena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dwar mistoqsija parlamentari Nru. 13870 nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-1998 u l-1999 ma ttieħdet l- ebda azzjoni legali kontra sidien bl-irziezet fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ.", "KOTTONERA - ĊENTRU SPORTIV", "13872.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' pitches u faċilitajiet sportivi oħra se jkun jinkludi ċ-ċentru sportiv tal-Kottonera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informata li l-proġett tal-Kumpless Sportiv fil- Kottonera jaħseb, fost faċilitajiet oħra, għal multi purpose hall li tinkludi faċilitajiet ta' satellite halls li jistgħu jospitaw attivitajiet indipendentement mill-attivitajiet sportivi oħra, outdoor 5-a-side calcetto, kif ukoll indoor boċċi dromo, changing rooms, lecture room, uffiċini għal għaqdiet nazzjonali, uffiċini għall-iStampa, bar/cafeteria.", "PRODOTTI - TNEĦĦIJA TAL-LEVY", "13873.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-prodotti li tneħħitilhom il-levy sa issa?", "Liema prodotti jmiss li titneħħilhom il-levy din is-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ANZJANI - BORMLA", "13874.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, ta' l-anzjani li daħlu fid-dar ta' Bormla sal-lum?", "Kemm għad hemm postijiet vakanti?", "Meta se jimtlew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-lokalitajiet minn fejn ġew l-anzjani li daħlu fid-dar ta' Bormla sa llum huma dawn li ġejjin:", "Bormla Birgu Qormi Tarxien Paola Żabbar Kalkara Zejtun San Gwann Għaxaq Marsaskala Fgura", "Għad baqa' 22 post vakant li ser jimtlew fil-ġimgħat li ġejjin.", "SKEJJEL - ĦAMRUN - MARIA REĠINA", "13875.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru, maqsum sena sena, ta' studenti li qed jattendu l-iskola Maria Reġina tal-Ħamrun?", "Kemm hu n-numru ta' għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "FABBRIKI", "13876.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-fabbriki li għalqu minn Settembru 1998 sal-lum?", "Liema huma dawk il-fabbriki li naqqsu n-nies, kemm f'kull każ, minn Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u Jannar 2000, kien hemm tmien fabbriki li waqqfu l-operat taghhom.", "Mill-banda l-ohra, matul l-istess perjodu, fethu hdax-il fabbrika gdida.", "Minhabb d-dispozizzjonijiet dwar kunfidenzjalita` kontemplati fl-Att dwar l- Izvilupp Industrijali, mhux possibbli li jinghata t-taghrif dwar ismijiet ta` fabbriki.", "Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija, nissuggerixxi li din issir lill-Ministru kkoncernat.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "13877.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal lokal, tal-persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "DJAR - APPARTAMENTI B'KERA", "13904.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati appartamenti b'kera mill-26/10/96 sal-5/9/98 mad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali (mhux mill-Awtorita' tad-Djar)?", "Kemm ġew allokati appartamenti mill-istess dipartiment minn 5/9/98 s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mis-26 ta' Ottubru 1996 sal-5 ta' Settembru 1998 ġew allokati 523 appartament b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mill-5 ta' Settembru 1998 sallum ġew allokati 254 appartament mill-istess Dipartiment.", "ETC - KORSIJIET", "13905.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew korsijiet b'temi ġodda fl-ETC matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar?", "X'kienu dawn il-korsijiet u kemm qed jattendu u kemm qed jattendu nies għalihom?", "Kemm hu t-tul ta' kull kors?", "Kemm qed jattendu nies għal kors tan-NIFTE bħalissa ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 1999 ma beda l-ebda kors b'temi ġodda.", "F'Novembru 1999, fl-Ability Development Centre bdew dawn il-korsijiet:", "Getting Through Programme li għalih qed jattendu 6 persuni Literacy Programme li għaliħ qed jattendu 3 persuni Electronics/Literacy li għalih qed jattendu 3 persuni.", "Dawn il-korsijiet idumu 16 il-ġimgħa kull wieħed u bħalissa għadhom għaddejjin.", "F'Jannar 2000 beda il-kors tal-\"Core Skills\" li għandu tul ta' ġimgħatejn.", "S'issa l-attendenza kienet hekk:", "Data tal-bidu tal-kors Attendew", "10 ta' Jannar 27 persuna 24 ta' Jannar 53 persuna", "Matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar ma beda l-ebda kors tan-Night Institute.", "Bħalissa qed jattendu 80 parteċipant għal-korsijiet tan-NIFTE.", "DJAR - SKEMI GĦALL-IRRANĠAR", "13906.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw nies għall-iskema ta' l-irranġar tal-gallariji fil-Kottonera?", "Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet?", "Kemm hemm kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol u min huma?", "Kemm ġew ivvotati flus għal din l-iskema u kemm ġew minfuqa flus s'issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-Iskema li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Għalhekk nagħtih parir jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "IMPJIEGI - PERSUNI BOARDED OUT", "13907.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni u ġew mogħtija pensjoni ta' l-invalidita' matul is-snin 1990 - 1999?", "Kemm minn dawn il-persuni kienu nisa u rġiel?", "X'eta' kellhom dawn in-nies?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "DAY CENTRES", "13908.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13551, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal day centres għal persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt ta' trasport li ġie mogħti?", "Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti nħarġux b'tender jew b'direct order?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal \"day centres\" għall-persuni b'diżabilita' f'Malta huma l-Mini Bus Coop Ltd. u l-UBS.", "L-ewwel ditta għandha l-maġġoranza tal-vjaġġi waqt li t- tieni ditta għandha xi ftit vjaġġi.", "Ma sar l-ebda kuntratt ma' dawn iż-żewġ ditti.", "Dawn iż-żewġ ditti ilhom ħafna snin jagħtu dan is-servizz.", "Is-servizz li dawn iż-żewġ ditti qed jagħtu lid-\"day centres\" huwa a bażi ta' l-approvazzjoni li l-Ministeru tal- Finanzi kien ta fl-1993 lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għal trasport ta' persuni b'diżabilita'.", "Ir-rati ta' kull \"trip\" ġew approvati mill- Ministeru tal-Finanzi.", "ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "13909.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l- Institute of Tourismn Studies impjega watchman li ma kienx qed jirreġistra għax-xogħol meta ma' l-ETC hemm 539 persuni li qed jirreġistraw għal xogħol ta' din ix-xorta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-ITS jaqa' taħt id-Dipartiment tat- Turiżmu bħal kull impjieg mad-Dipartimenti tal-Gvern, m'humiex obbligati li jimpjegaw nies li qed jirreġistraw, iżda biżżejjed jagħmlu avviż fuq il- Gazzetta tal-Gvern. ----------------"]} {"filename": "19990119_052d_par.doc", "date": "1999-01-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 52 It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 52", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "52", "It-Tlieta, 19 ta' Jannar, 1999", "WERREJ MINUTI 760", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 760", "TQEGĦID TA' KARTI 764", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU GĦAS-SENA 1998/1999 765", "AĠĠORNAMENT 787", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 793", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 51 li saret fit-18 ta' Jannar, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ŻGĦAŻAGĦ KRIMINALI - ISTITUZZJONI", "2979.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu mfassla u jittieħdu inizjattivi mal-ministeri l-oħra biex niffaċċjaw il-problemi ta' adoloxxenti u żgħażagħ li qabdu minn kmieni ħafna t-triq tal-kriminalita`?", "Hemm xi ħsieb li jkollna xi istituzzjoni li taħseb speċifikament għall- bżonnijiet ta' dawn l-adoloxxenti u żgħażagħ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Għalkemm diġa' ttieħdu xi inizjattivi tat-tip proposti mill-Onor.", "Membru, naqbel perfettament mas-suġġeriment li dan huwa qasam li jenħtieġ aktar ħsieb u attenzjoni.", "B'mod aktar speċifiku, l-aġenzija Sedqa ilha tħoss il-ħtieġa ta' programm għal żgħażagħ li jinqabdu f'reati kriminali relatati mad-droga u l-alkoħol.", "Tant hu hekk li fl-20 ta' Jannar, 1997 kienet bdiet programm jismu SPARK, li l-għan tiegħu kien li jgħin liż-żgħażagħ li jkunu qabdu din it-triq biex jirriformaw ruħhom u jiżviluppaw bħala persuni sani u soċjalment sodi.", "Il-programm kien jipprovdilhom attivitajiet rikreattivi, sportivi u edukattivi, sabiex jittrawmu u jitħejjew għall-ħajja xierqa, 'il bogħod mill-kriminalita`.", "Iżda, minħabba n-numru żgħir ta' żgħażagħ li kienu jiġu riferuti għal dan il-programm ma baqax ekonomikament vijabbli li jitkompla, u kellu jitwaqqaf.", "Minn din is-sena hemm il-ħsieb li jitwettaq servizz ta' prevenzjoni sekondarja li fin-natura tiegħu hu intenzjonat li jindirizza l- ħtiġijiet ta' żgħażagħ li jkunu f'riskju u aktar vulnerabbli għall-problema tad-droga u alkoħol.", "Dan is-servizz għandu wkoll jibni fuq relazzjonijiet inter-dipartimentali.", "Fl-istess waqt, l-aġenzija Sedqa għaddejja b'diskussjonijiet mal-pulizija bil-ħsieb li first offenders jiġu offruti servizz speċifikament għalihom.", "Barra minn hekk, fuq suġġeriment tal-bord konsultattiv dwar it-tfal u ż- żgħażagħ, li jittratta ma' każijiet ta' ordni tal-ħarsien taż-żgħażagħ, tħejjiet proposta dettaljata dwar il-possibbilta' li jiġi mwaqqaf secure therapeutic establishment għas-subien adolexxenti, issa li għall-bniet adoloxxenti diġa' nbeda l-programm Fejda.", "Il-bżonn ta' post bħal dan inħass ukoll mill-qorti tal-minorenni li esprimiet kemm-il darba d- diffikulta' tagħha dwar x'tista' tagħmel b'ċerti żgħażagħ li jidhru quddiemha u li ma tkunx tixtieq li tibgħathom il-ħabs minħabba l-eta' tagħhom.", "Hemm bżonn ukoll li tiġi kkonsidrata l-possibbilta' li l-qorti tal- minorenni tingħata kompetenza usa' kif ukoll aktar poteri biex il-ħarsien u l-protezzjoni ta' minuri jkunu aktar salvagwardati.", "Inżid ngħid li jien stess għaddej b'diskussjonijiet mal-ministru ta' l- intern ukoll dwar xi inizjattivi oħrajn li nistgħu nwettqu f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: M'għandix dubju li l-Ministru jifhem li inizjattivi bħal dawn iridu jinħadmu fil-qrib mal-ministeru ta' l- edukazzjoni.", "Wieħed mill-indikaturi ta' dawn il-problemi - għallinqas mill- esperjenza tal-ftit żmien li għamilt jien responsabbli mill-edukazzjoni - huwa l-assenteiżmu fl-iskejjel, speċjalment fl-iskejjel sekondarji.", "Waħda mill-affarijiet li kienet tixxukkjani kienu l-proċeduri inadegwati ħafna li għandna biex inkunu nafu kemm studenti qegħdin ifallu l-iskola.", "Per eżempju, jien kont iltqajt ma' każ ta' tfajla ta' 14-il sena li kienet ilha ma tattendi l-iskola xi erba' xhur u meta staqsejt x'follow-up kien qed isir qaluli li dik lanqas fixed address ma kellha.", "Issa jien xtaqt nistaqsi x'nistgħu nagħmlu b'inizjattivi inter-ministerjali biex din il-problema ta' assenteiżmu tiġi tackled.", "Apparti milli din hija problema fiha nnifisha, hija indikazzjoni ta' problemi oħra għaliex għalija l-assenteiżmu ħafna drabi huwa vot ta' sfiduċja fis-sistema edukattiva.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, m'hemmx dubju li l-problema ta' l-assenteiżmu fl-iskejjel tagħna, għalkemm ma teżistix fuq xi miżura kbira, trid tiġi tackled.", "Xi ġimgħat ilu meta bdejt ninteressa ruħi f'din il-kwestjoni u bdejt nistaqsi x'inhuma l-istrutturi li jieħdu ħsieb problema ta' dan it-tip, jiddispjaċini ngħid li sibt li d- defiċjenzi fl-istrutturi huma qawwija.", "Dan għaliex għalkemm l-iskejjel iżommu l-istatistika ta' l-assenteiżmu billi jinnotaw ġewx it-tfal jew le u jimlew il-formoli relattivi, ma jitteħdux il-miżuri neċessarji biex dawn jiġu tackled.", "Jien personalment naħseb li għalkemm il-problema m'hijiex ta' ċerta entita', jistgħu jittieħdu ħafna iżjed miżuri milli qegħdin jittieħdu sal-lum.", "Wieħed għandu jikkonsidra wkoll jekk il-liġi attwali li tippenalizza lill- ġenituri jekk dawn ma jibagħtux lit-tfal tagħhom ta' eta' obbligatorja fl- iskejjel hijiex l-aħjar strument biex tiġi tackled il-problema ta' l- assenteiżmu.", "Naħseb li kif inhi magħmula dik il-liġi, il-messaġġ tagħha huwa to make short shrift mill-assenteiżmu billi kulħadd ikun qisu serraħ il-kuxjenza tiegħu li l-assenteiżmu ġie nnotat, jintbagħtu l-formoli u fil- mument li tippermetti l-liġi jittieħdu l-passi kontra l-ġenituri.", "Jiġifieri l-ewwel konsiderazzjoni li nixtieq inressaq quddiem din il-Kamra hija jekk il-liġi attwali li tippenalizza lill-ġenituri hijiex l-aħjar strument li wieħed jista' juża.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-punti li għandu jiġi diskuss u fil-fatt jien diġa' tlabt lill-uffiċjali konċernati fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni sabiex jikkonsidrawh.", "It-tieni ħaġa li wieħed irid jikkonsidra hija x'jiġri fil-każijiet fejn l- assenteiżmu jindika li hemm ċerti problemi.", "Evidentement m'aħniex nirriferu għall-assenteiżmu okkażjonali b'riżultat ta' mard, jew għal assenteiżmu ta' darba kultant imma għal tfal li jfallu regolarment mill- iskola.", "Anke hawnhekk naħseb li s-sistemi ta' social work support m'humiex adegwati biżżejjed.", "Anke f'dan ir-rigward qiegħed niddiskuti ma' l-uffiċjali konċernati biex inkunu nistgħu nsaħħu s-servizzi li għandna bżonn f'dan il-kamp bl-iskop li nidentifikaw x'inhuma l-kawżi ta' l- assenteiżmu u kif dawn għandhom jiġu tackled b'mod multi-dixxiplinarju u bl- intervent ta' dipartimenti differenti.", "Nafu li f'dawn il-każijiet jista' jkollna problemi ta' natura familjari u soċjali u allura jkun hemm il-bżonn ta' intervent mis-social workers.", "Jista' jkun hemm anke problemi konnessi ma' mard, ma' drogi, jew ma' aspetti ta' kriminalita', li kollha jirrikjedu interventi.", "Naħseb li hemm ħafna iktar x'nagħmlu f'dan ir-rigward u aktar ma jkun hawn ideat mill- membri ta' din il-Kamra fuq dan is-suġġett, aktar inkunu qed nagħtu kontribut tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena xtaqt li nagħmel kontribut żgħir fuq dak li għadu kemm qal il-Ministru u se nitkellem mil-lat ta' tabib.", "Mill-esperjenza li għandi fil-passat u anke issa, nista' ngħid li hawn ġenituri li jagħmlu pressjoni fuq it-tabib biex dan jagħmel ċertifikat lit- tifel jew lit-tifla għaliex ma jkunux iridu jmorru skola.", "Dawn il-ġenituri qatt ma ġew investigati minn xi bord, minn xi ħadd responsabbli jew minn xi social worker biex jaraw x'inhi l-problema li minħabba fiha dawn it-tfal m'humiex imorru skola.", "Jien naħseb li jrid ikun hemm bord jew xi ħadd responsabbli biex dawn jiġu kollha mgħarbla wieħed wieħed għal ħafna raġunijiet.", "L-ewwelnett biex ikun ta' deterrent għal ċerti tobba ħalli ma jagħmlux ċertifikati bl-addoċċ, u t-tieni nett, biex jekk hemm xi problemi familjari, wieħed ikun jista' b'xi mod isolvihom.", "Jista' jkun hemm każijiet fejn tfal qegħdin jirrifjutaw li jmorru l-iskola għaliex qed jibżgħu minn xi ħaġa; jistgħu jkunu każijiet ta' bullying, child abuse or whatever.", "Jiġifieri jiena nilqa' s-suġġeriment li għamel il-kollega tiegħi l-ministru għaliex naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu xi ħaġa dwar dan għaliex jekk tifel, minn mindu jkun żgħir, jibda jħoss li huwa jista' jfalli l-iskola anke mingħajr raġuni, allura għada pitgħada se jibda jagħmel l-istess fuq ix-xogħol u jibda jfalli u jiskarta bl-addoċċ.", "Jien naħseb li din hija pjaga li ma nistgħux inħalluha tikber iżjed minn hekk.", "M'iniex qed ngħid li din il-problema bdiet il-bieraħ jew illum, din hija problema li ilha sejra, pero' hemm bżonn li flimkien naraw x'nagħmlu biex din naqtgħulha rasha għaliex fl-opinjoni tiegħi qiegħda dejjem tikber u mhux tiċkien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: B'kontinwazzjoni ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Vella, naħseb li sakemm għandna liġi li donnha tittratta l-assenteiżmu billi wieħed iħarrek lill-ġenituri u jtellagħhom il-qorti, minnha nnifisha din ma tinkanalax l-isforzi fid-direzzjoni li qed nitkellmu fuqhom.", "Pero' din hija xi ħaġa li wieħed ma jistax jiddikjaraha bħala xi pożizzjoni uffiċjali għaliex tkun tirrikjedi l-pariri ta' diversi aġenziji u uffiċjali u jkun tajjeb li wieħed jisma' lil kulħadd.", "Jiġifieri wieħed għandu jikkonsidra din il-problema ta' l-assenteiżmu u jittrattaha minn dawn l-angoli li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Naturalment wieħed ma jistax jaqbad u jiddeċiedi malajr.", "Meta bdejt nistaqsi x'inhuma l-istrutturi biex din il-problema tiġi tackled sibt li l-problema tiġi trattata b'ċertu mod uffiċjuż, fis-sens li jekk qed nimlew il-formoli skond kif tgħid il-liġi, allura qed nagħmlu l- affarijiet tagħna.", "M'hemmx settur li huwa mgħammar tajjeb b'riżorsi umani biex jagħmel ix-xogħol li qed isemmi l-Onor.", "Vella, jiġifieri li wieħed imur jitkellem mal-ġenituri u jifli sew il-każijiet ta' l-istudenti konċernati.", "Jien nippreferi li jekk ikun hemm ċertu abbuż ta' ċertifikazzjoni, nagħmel rapport lill-kunsill mediku u nħalli f'idejh biex jiġġudika minflok ma ntella' lill-ġenituri l-qorti.", "Dan l-argument li qed jitqanqal illejla f'din il-Kamra jenfasizza l- bżonn li npoġġu rasna flimkien u naraw liema huma l-istrutturi li jrid ikollna biex immorru għall-għerq li qiegħed jikkawża dan l-assenteiżmu, imbagħad norbtu ma' l-aġenziji l-oħrajn fis-social policy u naraw hemmhekk kif nistgħu nittekiljaw din il-problema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru Galea għar-rapport ta' studju komparattiv internazzjonali li sar minn psikologu Gappuniż, Ishikawa, li jqabbel l-assenteiżmu f'Malta ma' dak fi New York u fil-Ġappun.", "Jekk tieħu l-figura average, din tiġi għal 6% biss, imma meta imbagħad tara x'inhu dak is-6% issib li f'ċerti faxex ta' skejjel l- assenteiżmu jilħaq anke l-40%.", "Jiġifieri dawk it-tfal li ta' disa' jew għaxar snin ikunu diġa' qatgħu qalbhom mill-iskola, meta jmorru fl-iskejjel sekondarji, dawn sempliċement ma jattendux.", "U sfortunatament minħabba li huma u l-ġenituri tagħhom huma l-aktar nies vulnerabbli u l-inqas nies li jiktbu fil-ġurnali - u mingħajr ma nweġġa' lill-uffiċjali ta' l- edukazzjoni, it-tendenza hi li jekk problema ma tidhirx f'gazzetta allura ma teżistix; teżisti biss jekk tiġi parliamentary question jew ittra fil- ġurnal jew biċċa protesta - allura ma nagħtux kas tal-problema.", "Waħda mill-akbar problemi li hemm hi li fl-istruttura tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ma tingħatax importanza lis-sezzjoni li tieħu ħsieb il-parti soċjali, li trid anke tkun ta' interlokutur mal-ministeru għall-politika soċjali, mal-ministeru ta' l-intern, f'ċerti affarijiet naħseb anke mal- ministeru tas-saħħa u mal-ministeru responsabbli mill-housing.", "Jikkonsidra l-Ministru li titla' aktar fil-priorita' u fl-importanza s-sezzjoni li tieħu ħsieb il-parti soċjali?", "Għaliex bħalissa fl-imperu ta' l-edukazzjoni din hija gżira periferika.", "U allura min jieħu d-deċiżjoni dwar kif iqassam il-budget u r-riżorsi interni tal-ministeru, l-ewwel priorita' jitfagħha fuq l-edukazzjoni u minn dak li jifdal, jekk jifdal, jieħdu xi ħaġa huma.", "Per eżempju, żgur li fuq quddiem jitilgħu talbiet sħaħ biex jimtlew il- vacancies tat-teachers imma ma tantx se ssib min jimbotta biex jimtlew il- vacancies tas-social workers jew vacancies oħra li jkun hemm bżonn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, meta kont ministru responsabbli mill- politika soċjali kont inħoss il-bżonn ta' link ma' l-education u kultant kont nilmenta li ma jkunx hemm aktar progress f'ċerti policies tal-politika soċjali għaliex is-settur ta' l-edukazzjoni, kif qed jgħid l-Onor.", "Bartolo, ma kienx qiegħed iħoss l-istess urġenza tal-problema kif konna nħossuha aħna mil-lat tal-politika soċjali.", "Allura r-risposta hija li trid tinħoloq din l-istruttura u jrid ikun hemm organizzazzjoni ħafna aħjar.", "Irrid ngħid li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, taħt l-inkarigu ta' l-Onor.", "Bartolo, l-MEU kienet għamlet analisi ta' l-istruttura tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni u anke daħlet f'ħafna dettall.", "Fl-opinjoni tiegħi sar ħafna xogħol tajjeb u issa aħna qbadna dan ir-rapport, li huwa pjuttost voluminuż, u qegħdin nanalizzawh mad-direttur ġenerali, mas-segretarju permanenti u eventwalment ma' diretturi oħrajn, biex naraw liema tip ta' ristrutturazzjoni u riorganizzazzjoni hemm bżonn fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni.", "Naħseb li jkun f'dak il-kwadru li nkunu nistgħu nistabilixxu organizzazzjoni iktar b'saħħitha b'riżorsi umani aħjar minn dik li hemm illum biex fl-ikbar catchment ta' tfal u żgħażagħ fil-kamp edukattiv, inkunu nistgħu nidentifikaw aħjar il-problemi soċjali aħjar u naġixxu fuqhom b'mod li jħalli riżultati u nagħmlu wkoll prevenzjoni iktar milli rnexxielna nagħmlu sal-lum.", "MR SPEAKER: Onor. Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, xtaqt nistaqsi lill-Ministru għall- Politika Soċjali x'inhu jsir min-naħa tad-dipartiment dwar il-problema ta' l-abbuż mit-tfal.", "Għalkemm nafu li din hija problema kbira, fl-istess ħin hija problema moħbija u ħafna drabi huwa diffiċli li tikkwantifikaha anke minħabba l-fatt li ħafna mit-tfal joqogħdu lura milli jagħmlu r-rapporti.", "Nixtieq nistaqsi x'inhu jsir b'mod ġenerali dwar din il-problema li wkoll għandha rabta mal-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naqbel li din il-problema ta' l-abbuż mit-tfal li semma l-Onor.", "Interpellant hija waħda mill-problemi li għandha bżonn attenzjoni immedjata.", "Jiena ma rridx ngħid li f'daqqa waħda għandna xi kriżi nazzjonali pero' mill-istatistika u mir-rapporti li qegħdin jasluli mingħand il-unit speċjalizzat li hemm fi ħdan is-Social Welfare Development Programme (SWDP), li qiegħed jinkwetana huwa l-fatt li maż- żmien qegħdin jitfaċċjaw numru dejjem jiżdied ta' każijiet li wħud jirrapportawhom il-ġirien, uħud minnhom jitfaċċjaw għaliex xi għalliem ikun interessa ruħu u għamel ir-rapport tiegħu.", "Dawn it-tip ta' ċirkostanzi f'daqqa waħda jixegħlulek bozza ħamra għax tibda tirrealizza li jeżistu każijiet li diffiċli ħafna biex taqbadhom.", "Jekk xi ħadd ma jeħux l- inizjattiva li jirrapporta, allura jistgħu jkunu qegħdin isiru abbużi fil- konfront tat-tfal li huma dgħajfa ħafna, li ma jaslux għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet.", "Għalhekk tibda tinkwieta dwar jekk għandekx veru l-polz fuq il-problema li aħna għandna f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li ma rridx ninftihem li għandna xi diżastru ta' problema imma huwa fatt li rridu noqogħdu attenti ħafna.", "Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li jiena ħadt meta sirt ministru responsabbli mill-politika soċjali kienet li awtorizzajt lill-SWDP sabiex iżidu l-complement tas- social workers tagħhom.", "Dan il-complement li żdied b'sitta jew sebgħa min- nies, intuża speċifikament biex insaħħu żewġ units, waħda tan-nies imsawta u l-oħra tal-unit li proprju jispeċjalizza fil-qasam ta' tfal abbużati.", "Sadanittant kompla l-proċess biex neżaminaw diversi inizjattivi oħrajn li jidhrilna li għandhom jittieħdu biex inkomplu nsaħħu dawn is-servizzi.", "Bil-ħsieb li nkunu nistgħu naslu għal konklużjonijiet konkreti, jiena tlabt lill-President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali, l- Onor. Helen D'Amato, biex tagħmel serje ta' laqgħat proprju biex tittratta dan il-qasam u bi pjaċir ninnota li hija laqgħet it-talba tiegħi.", "Fil-fatt is-seduti bdew illejla stess u dan il-parlament se jkollu l-okkażjoni li jiddiskuti dan l-issue f'forum parlamentari.", "Jiena se nsegwi dawn id- diskussjonijiet ħalli minn hemmhekk imbagħad nimxu għal passi iktar konkreti ħalli nindirizzaw din il-problema ta' interess kbir għalina lkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar impjegati maċ-Ċivil li temmew l-impjieg tagħhom bejn Jannar u Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2992.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena 1997-1998 u Estimi għas-sena 1998-1999; u", "Financial statements ta' l-Awtorita' tad-Djar għas-sena li għalqet fit- 30 ta' Settembru 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport datat Diċembru 1998 dwar ħsarat li ġraw fit-tempju pre- istoriku ta' Ħaġar Qim, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2983.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' vetturi tat-trasport pubbliku reġistrati bejn l-1994 u l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2991.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' priġunieri sentenzjati fil-ħabs fil-5 ta' Jannar 1999 u li mistennija joħorġu matul l-istess sena, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2989;", "Tagħrif dwar membri tal-pulizija li għaddejjin proċeduri fil-Qorti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2998;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' anzjani vittmi ta' reati matul Diċembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3502; u", "Dettalji dwar każijiet ta' persuni mressqa l-Qorti matul l-1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3504.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' inkjesta teknika dwar it-trattament u kura ta' pazjenti bl- AIDS fl-Isptar San Luqa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2982.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' L-AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU GĦAS-SENA 1998/1999", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999 skond l-Att IX ta' l-1989 dwar l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, Kap 332 tal-Liġijiet ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Għandi nifhem li hemm qbil li l-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil- winding-up għall-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tinkludi diversi oqsma ta' trasport, madanakollu mill-kummenti ġenerali wieħed malajr jasal għall-konklużjoni li l-iktar qasam li jolqot lill- pubbliku mill-qrib huwa dak li għandu x'jaqsam mas-servizz tal-karozzi tal- linja.", "Nista' ngħid li għad fadal ħafna xi jsir biex is-servizz tal- karozzi tal-linja jkompli jitjieb u hemm bżonn li l-awtorita' dwar it- trasport pubbliku tingħata iktar saħħa ħalli mhux biss tirriforma ruħha imma tibda tieħu inizjattivi biex tiżviluppa dak it-tajjeb li kien hemm matul is-snin li għaddew.", "Sur President, illum għandna quddiemna għad-diskussjoni r-rapport annwali għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1997 u t-30 ta' Settembru 1998, li bażikament ikopri x-xogħol li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "Barra minn hekk, il-Kamra għandha quddiemha wkoll l-estimi tad-dħul u nfiq għas-sena 1998-1999, fejn hemm elenkati l-funzjonijiet li din l-awtorita' trid tkompli taqdi matul is-sena li ġejja.", "Jiena dejjem emmint u nibqa' nemmen li awtorita' bħal din mhux biss trid tħares lejn l-inizjattivi pożittivi u x-xogħlijiet li tkun għamlet matul is-sena ta' qabel, imma l- bord ta' tmexxija jrid jara wkoll li kontinwament jibqa' jagħmel ir-riformi meħtieġa biex il-pajjiż ikollu servizz ta' trasport aħjar minn dak li kellna s'issa.", "Fil-fatt, daqqa t'għajn lejn ir-rapport annwali tas-sena li għalqet fl-aħħar ta' Settembru li għadda turi li din l-awtorita' ipprovat tagħmel mill-aħjar fiċ-ċirkostanzi diffiċli li topera fihom.", "U jien, anke meta kont fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, dejjem għaraft id- diffikultajiet li trid topera fihom din l-awtorita' għax hemm wisq setturi differenti u kull wieħed minnhom irid jassigura l-qligħ tiegħu.", "Apparti li jiġi ggarantit il-qligħ ta' dawk li jaħdmu fis-setturi kollha, dawn is-servizzi jridu jkunu f'qagħda aħjar permezz tal-kompetizzjoni interna bejn in-nies li joperaw fl-istess settur.", "Pero' s-settur tal- karozzi tal-linja, tal-coaches, tal-minibuses, tal-karozzi tal-kiri u kull settur ieħor fil-qasam tat-trasport pubbliku, kollha kemm huma jridu jifhmu li għalkemm joperaw f'kompetizzjoni fl-istess settur jew f'kompetizzjoni bejn settur u ieħor, attwalment huma setturi kumplimentari għal xulxin.", "Kull min jagħti servizz ta' trasport irid jagħmel dan mhux biss b'sens ta' kompetizzjoni, fejn kulħadd jipprova jieħu sehmu mis-suq, pero' s-setturi kollha flimkien iridu jiggarantixxu servizz ta' trasport tajjeb fil-pajjiż.", "Kif għidt iktar kmieni, l-aktar settur li l-pubbliku in ġenerali jitkellem dwaru huwa s-settur tal-karozzi tal-linja, li tradizzjonalment kien l-iktar settur ikkontrollat taħt din l-awtorita'.", "Hemm ukoll is- settur tal-coaches, li jagħti servizz prinċipalment fil-qasam tat-turiżmu, fejn wieħed jista' jgħid li minkejja l-problemi li għandu s-settur fih innifsu, hemm ċerta konsistenza u livell aċċettabbli fis-servizz li jingħata.", "Taħt l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku jaqa' wkoll is- servizz tal-minibuses, kemm il-minibuses il-ħomor, kif ukoll il-minibuses il-bojod, li ngħataw liċenzja matul ix-xhur ta' qabel l-elezzjoni li għaddiet biex ikunu jistgħu joperaw ukoll f'dan is-settur.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm agreement bejn ir-rent-a-car association u l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex jiġu solvuti l- ilmenti minn uħud mill-membri ta' l-istess assoċjazzjoni.", "Fost il- kondizzjonijiet tal-ftehim hemm il-kondizzjoni, fl-opinjoni tiegħi importanti, li l-vannijiet li se joperaw dan is-servizz iridu jkunu ġodda, ikollhom safety belt għal kull persuna u jridu jkunu air-conditioned.", "Dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba li għandu jkompli jiġi osservat ukoll fil- ħruġ ta' liċenzji oħrajn fl-operazzjoni ta' vetturi oħrajn.", "F'dan ir- rigward wieħed jista' jgħid li għamilna qabża fil-kwalita' tas-servizz li wieħed jipprovdi b'dawn il-minibuses.", "Għad fadal ċerti diffikultajiet, l- aktar fejn għandu x'jaqsam ma' seating capacity, għax għalkemm liċenzja l- ewwel toħroġ b'ċerti kriterji, imbagħad donnu kulħadd jippretendi li m'għandux joqgħod għall-kondizzjonijiet stipulati.", "Hemm ukoll diffikulta' dwar it-tip ta' liċenzja li għandu jkollu xufier li jsuq dawn il-vetturi, jekk għandhiex tkun dik li tissejjaħ \"special\" inkella xi tip ta' liċenzja oħra.", "Madanakollu dawn huma diffikultajiet li fil-kwadru kollu ta' l- iżviluppi li saru f'dan is-settur u l-ftehim li sar mar-rent-a-car association, wieħed jista' jgħid li nistgħu naslu wkoll għal soluzzjoni dwar id-diversi problemi li semmejt.", "L-awtorita' dwar it-trasport pubbliku dejjem ipprovat tagħmel ċerti kontrolli biex ikollna servizz tajjeb.", "Fl-opinjoni tiegħi, minkejja l- isforzi li għamel s'issa l-bord li jmexxi din l-awtorita' għad fadal ħafna xi jsir, b'mod partikolari f'dik li hija dixxiplina fuq il-ħaddiema u fis- servizz li jingħata.", "Naf li kien hemm diffikultajiet li oriġinaw minħabba deċiżjonijiet tal-passat li kienu jolqtu l-overtime, li wieħed jista' jitkellem fuqhom iktar 'il quddiem, madanakollu rridu nifhmu li kulmin b'xi mod imiss ma' dan is-servizz, kemm jekk inhi l-awtorita' nnifisha, kemm jekk inhuma l-enforcement officers, kulħadd huwa obbligat jara li s-servizz li jingħata mill-operaturi differenti jkun ta' standard tajjeb.", "Mr Speaker, irridu ntejbu wkoll l-image ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku billi naraw li l-isforzi li tagħmel jirriflettu fit-titjib ta' l- istandard tas-servizz tat-trasport.", "F'dan ir-rigward nistgħu ngħidu li l- bord ta' l-awtorita' għad fadallu ħafna x'jagħmel u jien, bħala ministru responsabbli minn dan is-settur, beħsiebni niltaqa' iktar spiss man-nies involuti biex insolvu d-diffikultajiet li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.", "Pero' huwa importanti wkoll li jidħol is-sens ta' dixxiplina li tant huwa meħtieġ biex jogħla l-istandard tas-servizzi differenti tat-trasport.", "Mr Speaker, aktar kmieni għamilt riferenza għall-fatt li matul is-sena li għaddiet ittieħdet deċiżjoni li jitnaqqas b'mod sostanzjali jew jitneħħa għal kollox l-overtime ta' l-enforcement officers ta' l-istess awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Sfortunatament ir-riżultat aħħari ta' din id- deċiżjoni kien li kellna nuqqas ta' kontroll fuq id-diversi operaturi tas- servizz tat-trasport.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn ir-rapport isib li l-persuni li ġew dixxiplinati jew imħarrka matul is-sena li għaddiet naqsu sostanzjalment.", "Kieku dawn il-persuni akkużati naqsu għaliex sar it-titjib li wieħed jixtieq kieku wieħed jista' jgħid li huwa tajjeb li minn 800 jew 900 każ li kien hemm fis-sena preċedenti waqajna għal madwar 200 jew 300 każ ta' azzjonijiet dixxiplinarji kontra l-persuni li joperaw dan is-servizz.", "B'danakollu sfortunatament it-tnaqqis fit- taħrikiet ma sarx bħala riżultat ta' aktar dixxiplina u servizz tajjeb imma sar minħabba t-tneħħija ta' l-overtime ta' l-enforcement officers, b'mod partikolari fejn każ jispiċċa quddiem il-qrati.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm diffikultajiet li naħseb li ġew solvuti matul il-ġimgħat li għaddew u nispera li ċ-ċitazzjonijiet jiżdiedu, mhux biex ngħidu li żdiedu, għaliex dan fih innifsu m'huwiex daqshekk importanti, imma fis-sens li jkun hemm id- dixxiplina.", "Issa li l-enforcement officers se jitħallsu tal-ħin li jagħmlu meta jkollhom bżonn imorru l-qorti minħabba t-taħrikiet li jagħmlu, nispera li nerġgħu ndaħħlu sens ta' dixxiplina li fl-opinjoni tiegħi konna tlifna matul l-aħħar sentejn.", "Mr Speaker, għalkemm qed nitkellem dwar il-ħtieġa ta' azzjonijiet dixxiplinarji, għandhom ikunu l-istess operaturi li jħossu l-bżonn tad- dixxiplina f'dan il-qasam.", "Kull darba li ltqajt ma' l-operaturi dejjem insistejt li d-dixxiplina fiha nnifisha m'għandhiex tfisser li nżidu n- numru taċ-ċitazzjonijiet imma nemmen li d-dixxiplina għandha tkun ġejja prinċipalment mingħand il-persuni li joperaw, xi ħaġa li naħseb li għadna 'l bogħod ħafna biex nilħquha.", "Jekk karozza tal-linja suppost titlaq f'ċertu ħin, ix-xufier għandu jkun hemm biex jitlaq.", "Huwa veru li jkun ħażin jekk id-dispatcher ma jkunx qiegħed fil-post fejn għandu jkun, jekk id-dispatcher jasal tard jew inkella jitlaq kmieni minn fuq il-post tax- xogħol tiegħu, madanakollu huwa daqstant ieħor ħażin li x-xufier tal- karozza tal-linja li jaf li l-karozza għandha titlaq fit-tali ħin jitlaq ħames minuti jew għaxar minuti qabel għaliex għal xi raġuni jew oħra d- dispatcher ma jkunx qiegħed fuq il-post.", "Jiġifieri l-operaturi diretti, ix- xufiera jew inkella s-sidien li jkunu qegħdin jagħtu dan is-servizz, għandhom jagħtu s-sehem tagħhom għal iktar dixxiplina mingħajr il-ħtieġa ta' ċitazzjonijiet u rapporti.", "Nemmen li dawn huma l-persuni li l-iktar għandhom josservaw ir-regoli imposti proprju biex kemm jista' jkun intejbu t-trasport f'pajjiżna.", "L-istess jista' jingħad fil-konfront tal-persuni li joperaw il-minibuses, kemm dawk bojod u kemm dawk ħomor.", "Dan is-settur jagħti servizz importanti ħafna għax iwassal il-ħaddiema fuq ix-xogħol filgħodu u filgħaxija, skond ix-shift li jkunu jaħdmu.", "Għandna wkoll numru sostanzjali ta' minibuses li jwasslu t-tfal fl-iskejjel tal-gvern u fl-iskejjel tal-privat.", "Mr Speaker, jiena nemmen li m'għandhomx ikunu l-enforcement officers li jaraw jekk il- minibus hijiex qed iġġorr iktar tfal milli suppost u jagħtu ċ- ċitazzjonijiet, imma nemmen li l-istess operaturi ta' dan is-servizz għandhom jaraw li jekk għandhom karozza li suppost iġġorr 14-il tifel ma ġġorrux 20, għaliex ir-riskji nvoluti huma kbar", "ħafna.", "Ix-xufiera jafu li jekk Allaħares qatt jinqala' inċident - u dawn m'humiex agħar jew aħjar minn xufiera oħrajn, anzi ħafna drabi bl-għaġġla li jkollhom biex ilaħħqu ma' iktar minn vjaġġ wieħed fl-istess ħin ikunu esposti għal aktar inċidenti minn xufiera oħrajn - ikunu qed jipperikolaw il-ħajja tal-persuni li jkollhom magħhom.", "Jekk ikollhom nies aktar milli suppost fil-karozza jkunu qegħdin jissograw li jkollhom inċidenti akbar u jafu li mbagħad jinqalgħu wkoll problemi ta' insurances, problemi fejn jidħlu l-pulizija u problemi ta' natura oħra.", "Mr Speaker, hemm ukoll is-settur tat-taxis li wieħed jista' jgħid li mexa 'il quddiem ukoll.", "Madanakollu għadna nisimgħu ħafna lmenti u nirċievu rapporti dwaru minn żmien għall-ieħor, b'mod partikolari mill-barranin li jagħmlu użu minn dan is-servizz.", "Jien iltqajt diversi drabi mal-union li tirrappreżenta l-white taxis amalgamated u t-taxis l-oħra u jidher li huma ppreparati li jkomplu jiddixplinaw lilhom infushom u lill-membri tagħhom.", "Xi ftit ġimgħat ilu nħolqot diffikulta' fuq il-ftehim li kien hemm mal- white taxis li permezz tiegħu kienu joperaw ċertu servizz mill-airport għaliex kien qed jingħad li l-agreement li kien hemm ma kienx wieħed formali imma kien sempliċement ibbażat fuq minuti u affarijiet simili.", "Dawn in-nies ma ridux jagħtu s-servizz tagħhom għaliex dipartimenti oħrajn riedu jbiddlu l-mod kif joperaw f'din l-iskema u kien hemm il-biża' li l- booth ta' l-airport jingħalaq.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ l-għaqda li tirrappreżenta l-white taxis amalgamated kienet minn ta' quddiem li nsistiet biex il-booth ikun jista' jibqa' jopera fil-post.", "U jien fhimt li dan kienu qegħdin jagħmluh għaliex riedu li jkomplu jiddixxiplinaw lill- membri tagħhom.", "Matul dawn l-aħħar xhur tkellimna ma' din l-għaqda dwar il- kwestjoni, u l-booth ta' l-airport baqa' jopera minkejja tibdil fl- istruttura ta' ħlasijiet, u għidna wkoll li matul is-sena li ġejja l-public transport authority se jkollha terfa' parti mill-piż b'mod dirett biex dan il-booth jibqa' jopera.", "Għad fadal xi diffikultajiet bħal, per eżempju, dwar liema rati se jitħallsu bihom il-ħaddiema ta' l-awtorita' li qegħdin joperaw ġewwa l-airport, pero' wieħed jista' jgħid li ġie salvagwardat il- booth ġewwa l-airport li jagħti servizz lill-persuni li jaħdmu bit-taxis u għadhom joperaw skond il-ftehim li ntlaħaq fil-passat.", "Mr Speaker, tkellimna ma' l-għaqda tal-white taxis amalgamated dwar il- possibbilta' li jitwaqqfu booths simili għal dak li hemm fl-airport kemm f'Buġibba kif ukoll f'Paceville u tkellimna wkoll dwar aktar dixxiplina fil- mod kif jopera l-booth tal-Port il-Kbir.", "Jien naħseb li huwa pass fid- direzzjoni t-tajba l-fatt li dan is-settur fehem il-ħtieġa li jkun hemm id- dixxiplina u l-kontroll fuq il-ħaddiema li joperaw fih, għalkemm bħal f'kull settur ieħor, jibqa' numru ta' persuni li għalihom ir-regolamenti ma jeżistux.", "Jiena nemmen li bl-għajnuna tar-rappreżentanti tas-setturi differenti nistgħu naslu biex inkomplu niddixxiplinaw lil dawn il-persuni u nfehmuhom li meta qegħdin jagħtu servizz, m'huma qegħdin jagħmlu l-ebda pjaċir lill-passiġġieri, għaliex dawn fil-fatt ikunu qed iħallsu għal dak is-servizz.", "Mr Speaker, għadhom jeżistu diffikultajiet li ilhom ikaxkru quddiem din l- awtorita' għal numru ta' snin u hemm talbiet oħrajn li żviluppaw matul dawn l-aħħar xhur.", "Per eżempju, fil-qasam tat-trasport pubbliku jeżistu numru ta' problemi li sfortunatament ma ġewx tackled b'mod tajjeb matul dawn l- aħħar snin.", "F'dawk li huma agreements dwar il-bdil tal-karozzi tal-linja ma' l-istess sidien ħallejna l-pożizzjoni fl-arja.", "Naf li għad fadal diffikultajiet dwar l-iżviluppi li seħħew f'pajjiżi oħrajn f'dawk li huma standards meħtieġa fil-qasam tat-trasport pubbliku, pero' rridu naraw ukoll il-ħteġijiet li qegħdin jinsistu fuqhom organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabilita' li issa qegħdin jagħmlu rappreżentazzjonijiet ġodda.", "Irridu nilħqu ftehim ma' l-istess sidien tal- karozzi tal-linja dwar l-istandards neċessarji f'dan is-settur ħalli b'hekk inkunu f'pożizzjoni li kemm jista' jkun malajr nibdew inbiddlu dawn il- karozzi tal-linja.", "Fil-fatt numru ta' snin ilu kien hemm 142 talba mis- sidien tal-karozzi tal-linja biex bl-għajnuna tal-gvern jibdlu l-karozzi tagħhom pero' fil-fatt baqgħu ma nbidlux.", "Fir-rapport li għandna quddiemna hawn riferenza għat-talba li saret lill- gvern preċedenti dwar żieda fin-nollijiet, li għadha quddiemi għad- diskussjoni.", "Din il-kwestjoni tan-nollijiet ma tistax tiġi diskussa waħedha, mingħajr ma naraw ukoll il-ħtieġijiet l-oħrajn ta' dan is-settur.", "Id-diskussjonijiet li għaddejjin mal-public transport authority li jridu jkomplu mal-ministeru jridu jittrattaw il-punti kollha li jirrigwardaw is- settur tal-karozzi tal-linja.", "Ma nistgħux nikkonkludu ħaġa mingħajr ma nikkonkludu oħra, pero' jiena konvint li nistgħu nilħqu ftehim kemm fuq il- kwestjoni tal-kwalita' tal-karozzi tal-linja kif ukoll fuq is-servizzi li jingħataw.", "Irrid ngħid li prattikament kuljum nirċievu ilmenti mill- pubbliku u mill-kunsilli lokali dwar in-nuqqas ta' servizz li jingħata f'dan ir-rigward.", "Hemm bżonn li l-istess sidien u xufiera tal-karozzi tal- linja jifhmu li qegħdin jagħtu servizz neċessarju.", "Mr Speaker, jista' jkun hawn min jargumenta li n-numru ta' nies li jużaw dan is-servizz matul is-snin li għaddew naqas b'mod sostanzjali.", "Irridu naħdmu ħafna biex nerġgħu nikkonvinċu lill-pubbliku in ġenerali biex jagħmel użu mis-servizz tal-karozzi tal-linja mingħajr ma jkollu l-biża' li xi drabi jasal nofs siegħa tard u oħra jasal nofs siegħa qabel fuq l-istess rotta.", "Mr Speaker, nemmen li wasal iż-żmien li fuq uħud mill-istages ikollna - u għad irridu naslu biex naraw liema huma dawn l-istages - timetable fissa li tkun tagħti indikazzjoni ċara tal-ħin li tasal il- karozza tal-linja f'dawn il-postijiet.", "Imbagħad ix-xufiera li, għal xi raġuni jew oħra, jaslu minuta jew tnejn qabel il-ħin stabbilit, għandhom jieqfu jistennew.", "B'hekk is-servizz jibda jingħata b'mod iktar omoġenju.", "Mr Speaker, lanqas nistgħu naċċettaw li xi drabi trip mill-Mellieħa sal- Belt idum 40 minuta u drabi oħra jdum 20 minuta.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nużaw l-iskuża tat-traffiku, imma hemm bżonn li x-xufiera josservaw il- kondizzjonijiet li konvint li se naqblu fuqhom fiż-żmien li ġej.", "Mr Speaker, se nieqaf hawnhekk bl-introduzzjoni tiegħi, pero' hemm diversi aspetti oħrajn li rrid nitkellem dwarhom meta nagħmel il-winding- up, b'mod partikolari r-rotot ġodda kif ukoll it-termini tal-karozzi tal- linja li jenħtieġ li jiġu żviluppati bis-serjeta'.", "Sar wisq diskors li fuqu realment sar ftit b'mod konkret.", "Iktar tard, wara li l-oppożizzjoni tkun għamlet il-kummenti tagħha, inkun f'pożizzjoni li nwieġeb għall- kritika tagħha, kif ukoll nidħol f'iktar dettalji dwar uħud mill-punti li għandna msemmijin f'dan ir-rapport.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iżjed rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, taħt l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku jaqa' kull forma ta' trasport pero' fl-introduzzjoni tiegħu l- Ministru Ċensu Galea lanqas darba m'għamel aċċenn għall-Gozo Channel Co Ltd u t-trasport li jiġi pprovdut minn din il-kumpannija.", "Forsi jkollu l- opportunita' li fil-winding-up jaċċenna għal dan b'risposta għall-kummenti li se nagħmel jiena u li forsi jagħmlu wkoll il-kollegi tiegħi.", "Ċertament li qasam importanti tat-trasport pubbliku huwa t-trasport tal- merkanzija u l-passiġġieri bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Kulħadd jiftakar is-saga kbira li kien hemm meta in vista tas- sitwazzjoni prekarja tal-kumpannija Gozo Channel, il-Gvern Laburista ta' \"bla ruħ soċjali\" kien iddeċieda li jgħolli t-tariffi tat-trasport, kemm dak li għandu x'jaqsam ma' trasport ta' passiġġieri kif ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' trasport ta' merkanzija.", "Dak iż-żmien, meta kont segretarju parlamentari għas-self-employed kelli x'naqsam mat-tibdil li kien hemm bżonn isir f'dak li għandu x'jaqsam ma' merkanzija u llum nixtieq ukoll niddedika parti mill-intervent tiegħi għalih, għax jenħtieġ li wieħed jipprova jtejjeb dik il-linja ta' trasport ta' merkanzija.", "Imma l-iktar ħaġa li kienet laqtet l-attenzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi kienet proprju l-kwestjoni tan-nollijiet tal-Gozo Channel.", "Hawnhekk ta' min wieħed ifakkar kif kienet irreaġixxiet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-konfront tad-deċiżjoni li kien ħa l-Gvern Laburista li jgħolli n-nollijiet.", "Jiena niftakar id-dmugħ nieżel fuq l-uċuh u jqattar mill-gdiedem tal- kelliema ta' l-oppożizzjoni għaliex il-gvern kien iddeċieda, m'hux b'kapriċċ, li jgħolli n-nollijiet li kienet tiċċarġja l-Gozo Channel proprju għaliex sibna diżastru finanzjarju fit-tmexxija ta' dik il-linja.", "Ħalliha li llum ġejna vvendikati - mhux mija fil-mija imma sitt mija fil- mija - f'dak li għamilna.", "Kien ikun aħjar għall-Gvern Nazzjonalista li m'għamilx dawn il-miżuri irriżorji biex jipprova jiġġustifika l-kritika li għamel għaliex issa f'daqqa waħda sab ruħu bla mistenni fil-gvern u, biex juri li għamel xi ħaġa, kellu taparsi jraħħashom.", "Imma kien ikun aħjar li Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn u ħalla t-tariffi kif għamilniehom aħna milli pprova jintroduċi din id-daħka f'wiċċ il-poplu Malti u Għawdxi.", "Kulħadd jiftakar li b'qalb soċjali tħabbat qatiegħ, tal-Partit Nazzjonalista kienu jmorru jgħidu ma' kull rokna li l-Gvern Laburista huwa bla qalb soċjali u li se jagħti daqqa 'l isfel lit-turiżmu f'Għawdex minħabba ż-żieda fit-tariffi.", "U kellna noqogħdu għal din il-kritika li kienet sostnuta għal xhur sħaħ, propaganda negattiva għaddejja kontra l- Gvern Laburista.", "U f'daqqa waħda s-sena l-oħra faqqgħet il-kriżi politika u kellna mmorru għal elezzjoni bikrija u l-Partit Laburista tilef il-gvern u tela' l-Gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, fost l-ewwel miżuri li ħa Gvern Nazzjonalista kien hemm it- tkomplija tat-tħaffir għaż-żejt, minkejja li kienu qalu li \"f'ġieħ is- serjeta' u l-verita' m'hemmx żejt\" Rigward l-istipendji ta' l-istudenti, wara li dawn kienu qalu li se jerġgħu jagħtu stipendji sħaħ lill-istudenti universitarji, liema stipendji qaċċathom Gvern Laburista ''kattiv'', spiċċaw ħallewhom kif sabuhom.", "L-istipendji ta' l-istudenti llum għadhom kif għamilhom Gvern Laburista u kulma għamlu kien li ħolqu kummissjoni li qiegħda tiddibatti, tiddibatti u tiddibatti u s'issa l-istipendji għadhom kif għamilhom il-Gvern Laburista ta' ''bla ruħ soċjali''.", "L-istess ġara fil-każ tan-nollijiet tal-kumpannija Gozo Channel.", "Kien ilu jissemma minn qabel il-budget li se jkun hemm xi roħs fenomenali imma kulma kellna kien biss roħs ta' 25c għal kull passiġġier li jaqsam bejn Malta u Għawdex.", "Li kieku dan ir-roħs ta' 25c kien rifless across the board matul il-ġurnata kollha u matul is-sena kollha forsi kienet tkun xi ħaġa tajba, imma dan ir-roħs fil-fatt jistgħu jibbenefikaw minnu min jivvjaġġa fix- xitwa wara l-ħin tat-8.00 p.m., meta nafu li l-Maltin fix-xitwa jmorru Għawdex f'numru inqas milli jmorru fis-sajf.", "Il-Gvern Nazzjonalista tal- qalb soċjali ġie f'din il-Kamra u qal dan bis-serjeta' kollha.", "U ara taħseb li kienu qegħdin jiċċajtaw u ara taħseb li kienu qegħdin jgħaddu ż- żmien bin-nies u ara taħseb li kienu qegħdin imorru kontra l-wegħda tagħhom li l-affarijiet jirranġawhom u li t-tariffi se jġibuhom b'mod soċjali!", "Qaluha bl-akbar serjeta' u trid taqra l-gazzetti tagħhom l-għada u trid tisma' r-radios tagħhom.", "Roħs kbir fil-Gozo Channel!", "Roħs ta' 25c fix- xitwa u wara t-8.00 p.m.!", "Aktar tad-daħk minn hekk ma tistax tkun.", "Ma tkunx taf jekk huwiex se jaqbdek id-daħk jew il-biki.", "Kważi kważi biex tippaċifika u żżomm l-ispirtu ta' consensus li qed jissemma tant illum, aħjar tidħak u tibki fl-istess ħin.", "Issa ħalli nidħlu fil-fond ta' din il- kwestjoni.", "Meta smajt b'din il-miżura tant soċjali jiena kont ċempilt lill-Gozo Channel u għidtilhom biex jagħtuni l-lista tal-vapuri li jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex - kont anke ktibt artiklu fuq \"l-orizzont\" - u skoprejt li qabel it-8.00 p.m. ikun hemm daqs 17-il vjaġġ bejn Malta u Għawdex u vjaġġi wara t-8.00 p.m. hemm tlieta, jekk m'iniex sejjer żball.", "Naf żgur għax għadni kemm iċċekkjajt illum stess qabel għamilt l-intervent, li hemm wieħed fit-8.00 p.m. u ieħor fid-9.30 p.m. Jiġifieri l-poplu Malti bis- saħħa tal-qalb soċjali tal-Gvern Nazzjonalista jkollu jħallas it-tariffi \"bla ruħ soċjali\" ta' Gvern Laburista għal 17-il vjaġġ ta' ġurnata sħiħa mbagħad jibbenefika minn roħs ta' 25c minn jiddeċiedi li jivvjaġġa wara t- 8.00 p.m. fix-xitwa.", "U għandek tliet vjaġġi biss wara t-8.00 p.m. Kumbinazzjoni l-ġimgħa l-oħra mort Għawdex wara t-8.00 p.m., mhux biex nibbenefika mir-roħs ta' 25c taf!", "Imma kelli bżonn naqsam u meta konna ġejjin lura skoprejt li tlajna jiena u ħabib tiegħi li konna qegħdin b'żewġ karozzi, u b'kollox konna qegħdin xi sitt vetturi, li ma nafx jekk kenux kollha tal-Maltin, imma daqshekk konna.", "Dan huwa d-daħk fil-wiċċ tal-Gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam man-nollijiet tal-Gozo Channel.", "U din hija serja għax jew se nagħmlu l-wegħdi bis-serjeta' inkella ma nagħmlu xejn.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, mhux hekk biss.", "Vera minn daqshekk, roħs ta' 25c u tispiċċa tonfoqha coca cola fuq il-vapur!", "Traħħasha minn fuq in-noll u mbagħad tonfoqha coca cola!", "Dan huwa r-roħs.", "Jiena nixtieq nisma' lill-Onor.", "Ċensu Galea jekk bis-serjeta' kollha huwiex se jiddefendi l-miżura tal-gvern u se jgħid li din hija miżura serja.", "Din hija miżura tad-daħk.", "(Interruzzjonijiet) Id-deputati minn dejjem ma kenux iħallsu.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "Kompli Onor. Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Lanqas int ma tħallas biex taqsam għal Għawdex - dik minn dejjem hekk kienet - imma issa qegħdin nitkellmu dwar il-passiġġieri li m'humiex deputati parlamentari.", "Kieku dan ir-roħs ta' 25c - ħalliha li mhux xi roħs fenomenali imma ejja għall-prinċipju ngħidu li kien hemm roħs - tagħmlu fis-sajf u wara t-8.00 p.m., jekk hemm bżonn, kont nifhimha.", "Ħallih barra r-roħs ta' matul il-ġurnata imma għallinqas agħmilha li jibdew jibbenefikaw wara t-8.00 p.m. fis-sajf, għax fit-8.00 p.m. ikun għadu d- dawl u n-nies ikunu bil-vaganzi.", "Li qed ngħid huwa li fis-sajf m'hemmx roħs fuq in-nollijiet.", "U l-Gvern Nazzjonalista bir-ruħ soċjali kollha tiegħu, iddeċieda li jiċċarġja lin-nies it-tariffi \"bla ruħ soċjali\" ta' Gvern Laburista.", "Come on!", "B'min irridu ngħaddu ż-żmien hawnhekk?", "B'min irridu ngħaddu ż-żmien?", "Ħadd m'aċċettaha din.", "U tkellimt ma' Maltin u ma' Għawdxin u kollha qaluli li din hija daħka u aħjar kieku ħallew l- affarijiet kif kienu qabel.", "Fid-diskussjoni dwar l-estimi ta' l-1999 kont smajt lill-Ministru għal Għawdex tgħid: Għax aħna ridna ninċentivaw lill-Maltin sabiex fix-xitwa nhar ta' Ħadd jagħmlu dawk is-sagħtejn extra f'Għawdex ħalli mbagħad kulħadd jinżel bil-vapur wara t-8.00 p.m. ħalli jgawdu mir-roħs.", "Dak il- ħin qabadni d-daħk jien.", "Bħall-biċċa l-kbira tal-Maltin, jekk nitla' Għawdex is-Sibt u norqod hemmhekk - jew nitla' l-Ħadd fil-għodu għal ġurnata - ninżel lura l-Ħadd stess għax naqbad il-vapur tal-5.00 p.m. jew tas-7.00 p.m. u nerħilha lura lejn Malta għax inkun naf li l-għada xogħol u allura nkun irrid ninġabar lura d-dar daqsxejn kmieni.", "U l-biċċa l-kbira tal-Maltin l-istess jagħmlu.", "Ma nistax nimmaġinani li biex nibbenefika mir- roħs ta' 25c se noqgħod nistenna t-8.00 p.m. meta s-soltu fil-5.00 p.m. jew fis-6.00 p.m. ninżel lura Malta!", "Mhux hekk, issa noqgħod nitlajja Għawdex sakemm isiru t-8.00 p.m. ħalli nibbenefika mir-roħs!", "Jista' jkun hemm min ikun attirat għal dan it-tip ta' inċentiv, ejja ngħidu li jaffettwa 50% ta' dawk il-Maltin li normalment jivvjaġġaw lura Malta għall-ħabta tal-5.00 p.m. jew is-6.00 p.m., imma ma nistax nimmaġina l-biċċa l-kbira tal-Maltin jivvjaġġaw kollha mal-vapur tat-8.00 p.m. Għax kif għidt, ċempilt u skoprejt li hemm vapur fit-8.00 p.m. lura lejn Malta mill-Imġarr u hemm ieħor fid-9.30 p.m..", "Mela immaġina xi queue jkun hemm biex imorru mal- vapur tat-8.00 p.m. ħalli jibbenefikaw mir-roħs.", "Ara dan il-povru vapur lanqas jitlaq mill-Imġarr għax jegħreq hemm bil-karozzi kollha li jkollu!", "Immaġina kulħadd se jitlaq mal-vapur tat-8.00 p.m.!", "Il-vapur tat-8.00 p.m. ma jistax ilaħħaq ma' dak il-volum ta' commuters Maltin neżlin lura minn Għawdex.", "Allura dawn ikollhom jistennew sad-9.30 p.m. ħalli jaqbdu l-vapur l-ieħor sakemm il-Gozo Channel ma tivvintax xi shuttle fix-xitwa.", "Imma mbagħad nispiċċaw biex ix-shuttle tibda tagħmel it-telf biex inlaħħqu mad- domanda.", "Come on!", "Din saret għax il-Maltin m'humiex se joqogħdu jistennew sat-8.00 p.m. u sad-9.30 p.m. biex jinżlu lura Malta.", "(Interruzzjonijiet) Jaqbdu l-vapur tal-5.00 p.m. u ma jeħdux ir-roħs ta' 25c.", "Dan kollu sar bi frodi wara ħafna wegħdi b'ħafna biki u theżżiż tas-snien dak iż-żmien li aħna għamilna din il-miżura.", "U fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista, bħalma għamel fl-istipendji u fil-kwestjoni taż-żejt, qed jilgħab noli bin- nollijiet u dan kollu daħk fil-wiċċ.", "Imma l-poplu jaf b'dan.", "Mr Speaker, għalkemm it-trasport pubbliku huwa ħafna aktar ampju mill- Gozo Channel, li hija biċċa żgħira mill-aspett kollu tat-trasport, u hemm ministeri oħrajn li huma responsabbli minn aspett differenti, imma l-fatt huwa li llum qed nitkellmu dwar trasport pubbliku li jkopri dan l-aspett ukoll.", "Iżda qabel nagħlaq xtaqt illi nitkellem fuq il-kwestjoni tal-linja tal-merkanzija li topera minn Sa Maison għal Għawdex, linja diffikultuża, li min-natura tagħha hija a loss making line.", "Meta jiena kont segretarju parlamentari, bl-għajnuna wkoll ta' l-Onor.", "Debono Grech, li kien responsabbli mill-operat tal-Gozo Channel Company Ltd, niftakar li kienet saret commission sabiex naraw kif din il-linja tal-merkanzija minn Sa Maison ma tagħmilx telf, għaliex kapaċi tagħmel mijiet ta' eluf ta' liri telf.", "U huwa ta' sodisfazzjon li ngħid li wara li l-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, kien ħatar commission sabiex tistudja kif din il-linja tista' topera mingħajr telf, jekk hu possibbli bi ftit profitt, din il-kummissjoni kienet għamlet rakkmandazzjonijiet dwar din il- linja li safejn naf jien - ftit ilu kellimt lill-ex-chairman Salvu Brincat dwar dan - ġew implimentati u għandhom ikunu newtrali.", "Bħalissa qed jintuża l-vapur \"Għawdex\" li nstab li kien l-aħjar vapur biex jopera dik il- linja għax fil-fatt qabel kienu jintużaw vapuri oħrajn - mhux qed ngħidha f'sens politiku - li kienu loss making.", "Qed jintuża l-vapur \"Għawdex\" f'ħin partikolari, anke sabiex wieħed jilqa' x-shifts ta' l-impjegati.", "U skond ir-rakkmandazzjonijiet li għamlet il-commission kellu jġib riżultat tajjeb, fis-sens li jekk ma jagħmilx profitti almenu ma jagħmilx telf.", "Imma l-profitti li jagħmel jiġu set off ma' l-ispejjeż kbar li hemm bħal fuel, labour costs, etc. Niftakar li fil-commission konna stedinna operaturi privati li kienu interessati li forsi xi darba - u wrew l- interess tagħhom - joperaw huma din il-linja.", "Stedinna nies mis-Sea Malta u minn ditti privati oħrajn u kollha qalulna li jekk linja tal-merkanzija ma tkunx imħallta ma' trasport ta' passiġġieri ma tistax tagħmel profitti tajbin.", "Dak iż-żmien il-commission kienet qalet li tista' topera l- merkanzija biss mingħajr ma tagħmel xi profitti grandjużi, pero' forsi wieħed jista' jesplora kif jista' anke jdaħħal l-element ta' passiġġieri u forsi anke t-turisti.", "Ċertament li Sa Maison hija area aktar aċċessibbli milli hija ċ-Ċirkewwa għal ċerti lokalitajiet turistiċi, bħal Tas-Sliema u Wied il-Għajn.", "M'iniex qed ngħid għall-Mellieħa, għax il-Mellieħa jaqblilhom jaqbdu l-vapur taċ-Ċirkewwa mill-ewwel.", "Jiena personalment m'għandi xejn kontra l-operaturi privati, imma naturalment jekk il-Gozo Channel Company Ltd tista' tesplora l-possibbilta' li tħallat element ta' passiġġieri anke fit-traġitt tal-merkanzija, tkun qiegħda tgħin lilha nnifisha stess u tkun qiegħda żżid il-possibbiltajiet tagħha li tagħmel profitti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ħadt pjaċir li l-ħabib tiegħi l- Onor. Gulia tkellem fuq it-tariffi tal-kumpannija Gozo Channel.", "Fil-fatt jien nixtieq nagħmel riferenza għall-kuntratt li sar għall-bini ta' vapuri ġodda tal-Gozo Channel, liema kuntratt sar bl-għaġġla kollha minn Gvern Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996.", "M'ilux kelli x-xorti nżur lill-ħaddiema sħabi tal-Malta Shipbuilding.", "Tkellimt ma' wħud mill-imgħallmin, mal-managers u oħrajn ħbieb tiegħi, ex- kollegi, li spjegawli fid-dettall id-difetti li se jkollhom dawn il-vapuri, minkejja l-miljuni kbar li se jintnefqu fuqhom.", "Din hija l-unika riferenza li se nagħmel għall-Gozo Channel għax l-Onor.", "Gulia tkellem ħafna dwarha.", "Wieħed miż-żewġ punti li xtaqt insemmi huwa dwar il-pajpijiet ta' l-isteam, tas-sewage u kull tip ta' piping f'dan il-vapur li se jkunu kollha mhux galvanizzati.", "Dan ifisser li wara periodu ta' ftit snin dawn żgur ikunu jridu jinbidlu.", "Punt ieħor li ssemma huwa li l-vapuri se jkunu mingħajr arja kondizzjonata.", "Fiż-żmenijiet tal-lum, f'soċjeta' moderna fejn meta tagħmel xi ħaġa ġdida trid tagħmilha bis-serjeta', ma nistax nifhimha li tibni vapuri bi prezzijiet fenomenali bħal dawk u ma tagħmilx arja kondizzjonata.", "Issa se mmur mal-ewwel fuq il-kwestjoni tat-trasport pubbliku fejn tikkonċerna l-karozzi tal-linja, l-aktar trasport li jiġi wżat mill-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa vitali għall-poplu Malti u Għawdxi għax jintuża kuljum.", "M'hemmx dubju li s-servizz għandu jkun aħjar u aktar effiċjenti.", "Fuq dan naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra u anke l-poplu Malti u Għawdxi, anzi hija x-xewqa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Pero' minkejja li ngħidu li se jsiru ħafna affarijiet, huwa ftit li jsir fil-verita`.", "Jiena xtaqt inressaq xi ħsibijiet tiegħi dwar dan is-suġġett.", "L-ewwelnett peress li hemm ħafna postijiet li llum kibru u għadhom m'humiex moqdija mis-servizz tal-karozzi tal-linja, naħseb li l-public transport authority għandha tieħu in konsiderazzjoni dan il-fattur.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel huwa li anke x-xufiera tal-karozzi tal-linja stess għandhom jingħataw taħriġ aħjar, li safejn naf jien sal-lum għadu ma sarx.", "Dan għandu jsir permezz ta' courses u seminars, speċjalment fejn għandu x'jaqsam ma' public relations.", "Ix-xufier ta' karozza tal-linja jagħti servizz lit-turist li hawn Malta huwa importanti u għandna nagħtuh servizz mill-aħjar li nistgħu.", "Jistgħu jingħataw courses u seminars f'dik li hija mġiba u etika fil- komunikazzjoni mal-pubbliku.", "Naħseb li l-public transport authority dawn għandha teħodhom in konsiderazzjoni għax huwa importanti li mhux biss il- karozzi jkunu komdi imma anke s-servizz li jingħata jkun effiċjenti u mill- aktar edukat.", "Nixtieq li l-public transport authority tieħu in konsiderazzjoni wkoll dan il-punt li se nagħmel dwar il-karozzi tal-linja nfushom.", "L-ewwelnett ftit naqbel li l-karozzi tal-linja li hemm illum għandhom jinbidlu.", "Mhux qed ngħid illi huma f'xi kondizzjoni eċċezzjonali.", "Nifhem li rridu nimxu maż-żmenijiet imma jiena nemmen li l-karozzi tal-linja f'pajjiżna huma parti integrali mill-istorja u l-kultura ta' Malta.", "Min jaħdem fil-qasam turistiku jaf li dawn huma attrazzjoni għat-turisti, bħalma huwa wkoll ta' attrazzjoni l-karozzin.", "Jiena kont naħdem fil-qasam turistiku u naf kemm it-turisti jieħdu gost bix-shape tal-karozzi tal-linja.", "Jiena nemmen fil- kapaċita' tal-ħaddiem Malti u nappella biex ma nkunux aħna li bid- deċiżjonijiet tagħna neqirdu dak li huwa ta' attrazzjoni imma nipprovaw nissalvagwardaw u nsaħħu dak li għandna llum.", "Jien nappella lill-gvern biex jgħin ħalli tinħoloq industrija għall-bini ta' karozzi tal-linja b'shape tradizzjonali imma b'kumditajiet li jappellaw għal-lum.", "Naħseb li l-ħaddiem Malti huwa kapaċi jidħol għal biċċa xogħol bħal din.", "L-awtorita` dwar it-trasport pubbliku għandha taħseb ukoll biex jinfetaħ mużew ta' l- istorja dwar it-trasport pubbliku u s-servizzi konnessi miegħu.", "Nemmen li kieku dan jinfetaħ jiġbed lejh numru ta' turisti u jħalli profitt.", "Nispera li dan diġa' huwa fi ħsieb il-public transport authority.", "Jiena ħadt pjaċir nisma' lill-ministru jgħid li l-proġett ta' Putirjal li beda taħt Gvern Laburista se jibqgħu mexjin bih, imma n-neċessitajiet tax- xufiera u tal-pubbliku in ġenerali ma jaslux biss sa' Putirjal.", "Hemm bżonn li jsir titjib ukoll anke fil-vened tal-lokalitajiet.", "Il-ministru semma wkoll li għandu jkun hemm tabella bil-ħinijiet u li x-xufier irid josserva dik it-tabella.", "Nixtieq nagħmel suġġeriment li mhux biss għandu jkun hemm it-tabella imma, bħalma hemm barra minn Malta, jiġi ntrodott arloġġ f'kull venda fejn hemm il-karozzi tal-linja.", "Jekk ma tagħmilx arloġġ biex kulħadd jimxi miegħu inutli li tagħmel il-ħinijiet għax kulħadd jibda jmeri l- arloġġ li jkollu f'idejh.", "Ir-residenti ta' San Ġiljan ilhom għal snin twal jitolbu biex terġa' ssirilhom venda fil-lokal u ma nistax nifhem għalfejn qatt ma ġiet milqugħa din it-talba.", "Il-venda ta' Spinola kienet utli ħafna għar-residenti ta' San Ġiljan, għan-nies u għat-turisti li jiffrekwentaw dak il-lokal.", "Naħseb illi l-public transport authority għandha tieħu in konsiderazzjoni din il- proposta bis-serjeta'.", "Naf li hemm xewqa kbira li terġa' tiġi introdotta l- venda tas-Savoy li kienet tneħħiet u li kienet ukoll tintuża ħafna.", "Fil- fatt qed taħdem imma mhijiex taħdem b'mod frekwenti.", "Nixtieq li l-public transport authority tikkonsidra li l-venda tas-Savoy terġa' tibda topera bħalma nafuha ftit tas-snin ilu.", "Semmejt ukoll postijiet fejn ma jintlaqtux mit-trasport pubbliku, fosthom Ta' l-Ibraġġ u s-Swieqi, fejn illum hemm ħafna residenti.", "U biex ir-residenti ta' dawk l-akwati jkunu jistgħu jmorru jirkbu karozza tal-linja bilfors iridu jimxu sal-main road ta' St. Andrew's. Naħseb li l-karozza tal-linja għandha tinfiltra fil- qalba ta' Ta' l-Ibraġġ u tas-Swieqi.", "Jien nemmen li l-public transport authority hija responsabbli wkoll mill- karozzini u naħseb li għandha ssir riforma biex dawn is-sidien tal- karozzini - li wħud minnhom ikunu huma stess kuċċiera - jingħataw pariri u għajnuna finanzjarja biex jiddekoraw il-vitorja tagħhom.", "Per eżempju, dawn is-sidien għandhom jingħataw pariri wkoll kif għandhom jiddekoraw fuq bażi tradizzjonali ż-żiemel li jkun qed iġorr il-vitorja.", "Forsi f'dan il- parlament mhux normali li nitkellmu fuq iż-żiemel u fuq il-vitorja, imma ladarba qed niddiskutu t-trasport pubbliku naħseb illi l-public transport authority għandha sehem x'tagħti f'dan ir-rigward.", "Naħseb ukoll li l- kuċċiera tal-karozzini għandhom jilbsu uniformi - din rajtha barra minn Malta u m'għandniex għalfejn ma nintroduċuhiex f'pajjiżna wkoll - li tkun konformi mat-tradizzjoni tal-karozzin f'pajjiżna u ta' attrazzjoni għat- turist li juża l-karozzin bħala servizz ta' pjaċir f'inħawi turistiċi ta' pajjiżna.", "F'dan ir-rigward għandhom isiru wkoll courses ta' public relations u tagħlim tal-lingwi biex il-kuċċiera jkunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lit- turisti.", "Nafu kemm jiltaqgħu ma' diffikultajiet ix-xufiera tal-karozzi tal- linja, tal-minibuses, tal-coaches u oħrajn għax hemm ħafna minnhom li ma jkunux jistgħu jikkommunikaw mat-turist.", "Naħseb li l-public transport authority għandha tieħu l-inkarigu li torganizza dawn il-courses ta' tagħlim ta' lingwi, fosthom l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.", "Naħseb li wara l-budget il-poplu Malti sar jaf li l-wegħda li għamel il- Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni fil-programm elettorali, li jirrevedi bis-sħiħ it-tariffi tal-Gozo Channel kienet daħka fil-wiċċ, daħka li sarrfet f'serq ta' voti biex il-Partit Nazzjonalista, li mdorri jkun imkaħħal mal-poter, jerġa' jsib ruħu fejn huwa llum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu r-rapport annwali tal-public transport authority għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1997 u t-30 ta' Settembru ta' l-1998, meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista.", "Fir-rapport insibu li sar ftehim ma' diversi setturi tat- trasport pubbliku, ma' tal-buses, ma' tal-coaches, ma' tal-white taxis u mal-minibuses il-ħomor.", "Fit-18-il xahar li dam il-Gvern Laburista għamilna xogħol siewi ħafna għax f'dan il-qasam ipprovajna nagħmlu ħafna affarijiet f'qasir żmien.", "Kif għidt anke fid-diskussjoni tal-budget, it-trasport pubbliku m'għandux ikollu kulur politiku għaliex jolqot lil kull wieħed u waħda minna.", "Jekk tiġri xi ħaġa ħażina se tolqot lil kulħadd.", "Meta jiena ħadt il-kariga ta' ministru sibt li l-public transport authority, bħall-azjendi u kumpanniji l-oħra kollha, kellha d-dejn u dan kellu jagħmel tajjeb għalih il-gvern.", "Hawnhekk smajna ħafna fuq il- kwestjoni ta' l-overtime ta' l-inspectors tal-karozzi tal-linja u l- enforcement officers.", "Jiena bilfors kelli nieħu dik id-deċiżjoni meta sibt li l-public transport authority kellha 'l fuq minn Lm600,000 dejn għaliex la kienu tħallsu l-bolol tan-national insurance, la l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u lanqas tat-telefon.", "Ma kien tħallas xejn minn dawk l-affarijiet essenzjali u l-bord bilfors ried iħallashom dawn.", "Nixtieq ngħid li kemm il- bord il-qadim u kemm il-bord il-ġdid ħadmu biex dan id-dejn stajna nirkuprawh.", "Jien kont żammejt l-overtime tat-transport assistants għax sibt li meta kienu jittieħdu passi dixxiplinarji kontra xi ħadd u jittella' l-qorti - kemm jekk ikun xufier ta' taxi, xufier ta' karozza tal-linja jew xufier ta' coach - meta tinqata' l-kawża wara xi sena u nofs forsi kien jeħel Lm10 jew inkella kien jiġi ammonit, u lill-awtorita` kienet tiswieha, bejn overtime u pagi, 'il fuq minn Lm50, Lm60 jew Lm120.", "Skoprejt ukoll li kien hemm arrangament bejn uħud mill-pulizija u t-transport officers li jitilgħu jagħmlu s-seduta meta jkunu bil-leave u dik kienet tiswa t-tripplu lill- public transport authority.", "Jien deherli li dan għandna nwaqqfuh u konna bdejna taħdidiet biex naraw li meta jkun hemm każ, jitressaq u jinqata' malajr.", "Kienu saru taħdidiet biex l-awtorita' jkollha bord li jaqta' l- każi hu u konna wasalna fi stadju avvanzat pero' ma lħaqniex iffinalizzajna l-affarijiet.", "Mr Speaker, fuq il-kwestjoni tal-bdil tal-karozzi tal-linja kienet sorpriża għalija għaliex sħabna tan-naħa l-oħra filli jgħidu li għandna ftehim u mbagħad jiġu jgħidu li m'għandna xejn.", "Għaliex kemm fil-budget ta' l-1994/1995 u kemm fil-budget ta' wara, meta kien hemm Gvern Nazzjonalista, kienu qalulna li kien sar ftehim li sa l-aħħar tas-sena 1995 - imbagħad wasalna sa l-aħħar ta' l-1996 - kellhom jinbidlu 145 karozza tal- linja.", "Meta ħadt ir-responsabbilta` ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku jiena sibt biss ħames applikazzjonijiet għal karozzi tal-linja ġodda.", "Il-gvern kien ftiehem max-xufiera li min japplika qabel jagħtih Lm20,000 u min japplika wara jagħtih Lm22,000.", "Dwar dan kienu saru taħdidiet anke ma' l-assoċjazzjoni u għalhekk iddispjaċieni meta fi stqarrija qalu li ma kien hemm l-ebda ftehim u li qatt ma ltaqgħu.", "M'hu veru xejn għax il-public transport authority, il-permanent secretary u jien iltqajna kemm-il darba magħhom biex niddiskutu u anke ġibna nies minn barra li jġibu l-karozzi tal-linja.", "Is-sidien tal-karozzi tal-linja kienu talbuna li minflok karozzi super low floor inġibuhom low floor għaliex is- super low floor kienu se jiswew 'il fuq minn Lm55,000.", "Talbuna wkoll - u qbilna - li min isib karozza ta' għaxar snin ikun jista' jġibha, basta jkollu l-ispecifications li toħroġ il-kumpannija.", "Dan kollu għamilnieh bi qbil max-xufiera u ftehemna li jiġi phased fuq perijodu ta' tliet snin.", "Din is-sena, kieku konna għadna fil-gvern, il-gvern kien se joħroġ Lm1 miljun, Lm1 miljun oħra fis-sena 2000 u Lm1 miljun oħra fis-sena 2001 biex dawk ix-xufiera li applikaw għal karozzi ġodda jibdluhom bil-mod il-mod.", "Konna ftehemna wkoll li jekk il-karozzi tal-linja jiġu ordnati Malta jinħadmu skond l-ispecifications mitluba għax meta tkellimna ma' nies li jaħdmuhom qalulna li dawn jistgħu jsiru Malta.", "Fil-fatt il-kumpannija li taħdem il-karozzi tal-linja kienet talbet lill-MDC biex tagħtiha fabbrika ikbar, u għalkemm L-MDC baqgħet ma tathomx, pero' xorta waħda dawn assigurawna li jekk inġibulhom l-ispecifications lesti li jagħmluhom.", "Fil- fatt konna ffirmajna ftehim mas-siedien tal-karozzi tal-linja fejn għidna li huma jibqgħu jieħdu s-sussidju sakemm ikun hemm ftehim ieħor għax jiena ma kontx kuntent bil-mod kif kienu qed isiru l-affarijiet, peress li wieħed ma jistax ikun jaf xi dħul ikollhom eżattament.", "Jeżisti ftehim - u l- ministru preżenti jaf bih - li jekk dawn, per eżempju, suppost idaħħlu Lm1.5 miljun u minflok Lm1.5 miljun idaħħlu Lm0.75 miljun, il-kumplament jagħtihomlhom il-gvern.", "Iċ-chairman tal-public transport authority, jiena ma konniex qbilna fuq il-mod kif kienu qegħdin isiru l-affarijiet għaliex ma kienx hemm iswed fuq l-abjad.", "Dawn kienu jniżżlu biss xi jdaħħlu mill- passiġġieri tal-vjaġġi regolari pero' l-qligħ minn vjaġġi extra ma kenux iniżżluh.", "Mr Speaker, ix-xufiera tal-karozzi tal-linja kienu jilmentaw ukoll għaliex kienu jaħdmu sigħat twal u aħna pprovajna nirranġawlhom din il- qagħda billi għamilna sistema ta' shifts.", "Daħħalnielhom ukoll il-vjaġġi ta' Paceville, għalkemm bi ġlied ma' sezzjonijiet oħra kif jistgħu jgħidu ċ- chairman u anke l-bord li sabu ħafna diffikultajiet meta ġejna biex nestendu dawn il-vjaġġi.", "Dan għamilnieh minħabba ż-żgħażagħ li jmorru hemm għax kienu jiġu misruqa bil-prezzijiet li kienu qed iħallsu għat-trips lura lejn id-dar minn Paceville.", "Allura ftehemna max-xufiera tal-karozzi tal- linja li jagħmlu vjaġġi minn Paceville lejn postijiet differenti ta' Malta bi prezzijiet irħas.", "Il-vjaġġi żejda li kienu jagħmlu qabel ma kenux jidhru fuq il-kotba u aħna ridna li l-affarijiet isiru sew jekk il-gvern se jagħti sussidju, għax għalkemm m'iniex se nagħtihom minn flusi dawn xorta jibqgħu flus il-poplu.", "Kif diġa` għidt, konna qbilna li l-ewwel jibdew jinbidlu il-145 karozza tal-linja li kienu applikaw għalihom.", "Imbagħad inqala' ntopp, pero' jien żammejt iebes u għamel sewwa l-ministru preżenti li qed iżomm iebes, għaliex il-ministru preċedenti, l-ex-kollega tagħna Michael Frendo, kien ftiehem magħhom li jagħtihom minn Lm20,000 sa Lm22,000 sussidju u s-sid joħroġ Lm16,000.", "Dak iż-żmien kienu jaħsbu li se jiġu jiswew madwar Lm37,000.", "Meta qalu li se nagħmluhom super low floor dawn ġew jiswew Lm55,000 u ħadd ma ried jgħid min kien se joħroġ id-differenza.", "Kellna problemi wkoll ma' l-għaqdiet ta' persuni b'diżabilita` għaliex dawn qed isostnu li l-karozzi tal-linja jkunu super low floor.", "Fit-taħdidiet li kellna għidna li se nġibu biċċiet super low floor u għamilna l-proposta li nġibu karozzi speċjali u nagħtuhom lill-assoċjazzjoni tat-trasport biex iservu għal persuni b'diżabilita`.", "Imma dawn ma riduhomx għar-raġunijiet tagħhom.", "Irridu nifhmu li t-trasport pubbliku m'huwiex qasam faċli biex tmexxih għaliex tant hemm interessi mdaħħlin fih li huwa diffiċli biex taqta' linja dritta u tiddeċiedi.", "Kif għidt, l-ewwel biċċa xogħol li għamilna kienet il-kwestjoni tal-buses u f'Awissu ftehemna dwar is-sussidju li se joħroġ il-gvern biex jgħinhom ħalli jibdlu dawn il-karozzi, billi jiffrankalhom id-dazju u r- registration.", "Għidna wkoll li meta tinbidel karozza tal-linja qadima ma' oħra ġdida l-oħra trid tiġi scrapped.", "Kien hemm min talabna biex jagħmilha vetrina imma l-vetrina kienet tkun li jagħmilha f'garaxx u mbagħad joħroġha fuq it-triq xorta waħda.", "U dan aħna ma ridniehx.", "Kien hemm min għadu kif xtara t-trakk tiegħu, dawk li nsejħulhom tat-tliet tarġiet, allura talabna biex il-vettura ma tiġix scrapped għalissa.", "Aħna qbilna wkoll għaliex mhux sewwa li min ikun għadu kif ħareġ dawk l-eluf ta' liri ngħidulu li t-trakk tiegħu jrid jiġi scrapped għax issa l-karozzi rriduhom kollha super low floor.", "Irridu noqogħdu attenti għaliex anke fl-Ewropa illum reġgħu qegħdin jagħmlu taħdidiet għaliex ma jriduhomx is-super low floor għall-ibliet, u nafu li l-ibliet tagħhom huma daqs Malta.", "Minn informazzjoni li għandi dawn il-karozzi mhux se jagħmluhom jaħdmu la bid-diesel u lanqas bil- petrol.", "Issa li raħħasna l-pitrolju f'pajjiżna diġa` reġgħu bdew iħalltuh mad-diesel u dawn mhux talli mhux ġejjin jaħdmu bil-batteriji jew bl- elettriku, kif inhuma barra minn Malta, imma ġejjin jaħdmu b'sistema ta' taħlita ta' pitrolju u diesel.", "Il-Ministru Josef Bonnici kien ilmenta ħafna dwar il-ħsara li kienu qed jagħmlu l-fabbriki u l-kumpanniji meta minflok il-pitrolju bdew jużaw żejt ta' kwalita' oħra u llum qed naraw li l- ħsara qed issir meta jħalltu l-pitrolju flimkien mad-diesel.", "It-trasport pubbliku jinludi wkoll is-servizz tat-taxis.", "Konna wasalna fi ftehim mas-sidien tat-taxis rigward il-kwestjoni tal-booths u l-gvern għamel sewwa li kompla fuqu.", "Jien nawgura li dan ikompli jiżviluppa għaliex b'dik is-sistema s-sidien tal-white taxis għallinqas jibdew jiġbru unurhom.", "Jiddispjaċini meta nkun f'airports u l-ewwel ħaġa li nismagħhom jgħidu lit-turisti - ikunu għadhom lanqas rifsu Malta, ikunu ġejjin minn airport ta' barra - hija: At all costs avoid the white taxis!", "U meta t- turisti jkunu Malta u jistaqsu għaliex qalulhom hekk, trid tispjegalhom li din hija propaganda għax hemm ħamsa jew sitta li qed jagħmlu ħsara lil sħabhom, għaliex il-maġġoranza tagħhom huma nies raġonevoli.", "Kieku jifhmu lill-bord ta' l-awtorita' u lill-amministrazzjoni, ix-xogħol tagħhom jiżdied.", "Ma jistgħux jibqgħu jiċċarġjaw dawk il-flus għax barra minn Malta - u ħafna minna jmorru barra - it-taxis huma rħas ħafna, imma hawn Malta xufier tat-taxi jġiblek l-iskuża li ma tantx ikollu vjaġġi.", "Jeħtieġ jifhmu li jridu jiġu in line mas-sistema tat-trasport u ma jistgħux jibqgħu jiċċarġjaw Lm12 mill-Belt sa Tas-Sliema, jew wieħed li jkun ġej minn barra u jrid jilħaq il-vapur ta' Għawdex jiċċarġjawh Lm30 jew Lm35.", "Trid tkun miġnun biex tħallas dawn il-flus għax allura jaqbillek tibqa' sejjer bil- helicopter.", "Uħud mis-sidien tat-taxis tipprova tispjegalhom dawn l- affarijiet imma ma jifhmukx.", "L-istess ħaġa meta niġu għas-settur tal-karozzini.", "Jekk lit-turisti se nibqgħu nitolbuhom il-liri, l-azjenda li qegħdin nibnu fi ftit żmien se titkisser, u titkisser mhux għall-gvern jew għall-oppożizzjoni, titkisser għalik u għal kulħadd.", "Ma jistax ikun li wara li nkunu bnejna servizzi tajbin għat-turiżmu, ikollok wieħed jew tnejn li jkissru dak li jkun għamel il-gvern u n-nies kollha nvoluti f'dan il-qasam.", "Hawn qed nirriferi għax- xufiera tat-taxis kif ukoll għas-sidien tal-karozzini għax l-oħrajn, ix- xufiera tal-coaches kif ukoll tar-RACA, qegħdin jifhmuhom dawn l-affarijiet u għalhekk in-nies qegħdin imorru aktar.", "Għaliex illum wieħed imexxi l- kelma ma' l-ieħor li tal-karozzi tal-kiri huma nies li tista' tafdahom, nies li għalkemm huma mpjegati, ħafna minnhom huma edukati.", "Mhux qed ngħid li l-oħrajn mhumiex edukati.", "Fl-aħħar sena li kont ministru, minn survey li għamilna sibna li 85% kienu sodisfatti bil-karozzi self-drive, dawk li huma - chauffeur driven u l-vannijiet il-bojod il-kbar.", "Mr Speaker, fil-każ tal-minibuses il-ħomor żidna 22 permess li ħafna minnhom għadhom lanqas applikaw għalihom.", "Lanqas ħaqq li għamilna sena sħiħa nitħabtu għax riduhom bilfors u żidna s-seating capacity kif talbu huma.", "Jiddispjaċini li wara dak il-plejtu kollu u kellna min ried jistrajkja, f'daqqa waħda waqaf kollox.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma qiegħed fil-but ta' ħadd imma wara li tajniehom dak li riedu sal-lum għadhom ma ġewx.", "Dawn huma l-affarijiet li kien għamel Gvern Laburista.", "It-trasport pubbliku jinkludi wkoll it-trakkijiet li jġorru l-ġebel, il- vannijiet li jiġru fit-toroq u l-karozzi privati, fejn illum għandna rebus.", "Mhux qed ngħid li dan huwa tort tal-gvern għax nerġa' ngħid li t-trasport pubbliku m'huwiex tal-Partit Nazzjonalista jew tal-Partit Laburista.", "Min jaħseb hekk għandu moħħu żgħir, moħħu ta' ġurdien.", "It-trasport u l- affarijiet li għandhom x'jaqsmu miegħu jikkonċernaw lil kulħadd.", "Tiddejjaq tara karozza għaddejja b'sidelamp ma tixgħelx, mingħalik għaddej xi mutur, jew inkella tara l-ieħor għaddej bid-dawl mitfi qisu ma ġara xejn u ħadd ma jagħti kas.", "Għall-ewwel li ġiet introdotta s-sistema tat-towing kien hemm ħafna pressjoni u llum spiċċa kollox u erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn ħafna nies jipparkjaw fejn iridu.", "U dan mhux sew.", "Jiena naf b'każ ta' individwu jaħdem f'ministeru - mhux qed nitfa' dell fuq il-Ministru Ċensu Galea - li meta mar il-pulizija fuqu għax kien ipparkjat ħażin, minflok telaq qallu: Jien taf min jien?", "Jien naħdem mat- tali ministru u għada npattihielek.", "Din serjeta`!", "Meta lili ttowjawli l- karozza ma tkellimt xejn, ittowjawha għax hekk tgħid il-liġi.", "L-ebda ministru ma jagħti dawn il-privileġġi lil dawk illi jkollu mpjegati miegħu.", "Dan mhux sewwa għax b'hekk inkunu qed nagħtu eżempju ħażin.", "Irridu nżommu ċerta dixxiplina fejn għandhom x'jaqsmu t-trakkijiet fit-toroq għax ma jistax ikun li trakk li jkollu miktub li jiflaħ għaxar tunnellati fuq il- bieba, tarah lanqas jiflaħ jitla' tela' għax mgħobbi t-tripplu li suppost jgħabbi.", "Dan mhuwiex sewwa għax dak huwa ta' periklu għax-xufier u għal min ikun għaddej fit-triq.", "Qed jagħmlu ħsara lit-toroq tagħna wkoll u inutli nirranġawhom meta dawn ma jifilħux dak it-toqol tat-trakkijiet.", "Il-Ministru Ċensu Galea qal li wasalna biex nibdew il-VRT.", "Din m'aħniex se nagħmluha bħala vendikazzjoni u l-poplu jrid jifhem li lanqas f'din m'għandha tidħol il-politika.", "Jien iddispjaċini meta darba f'gazzetta lokali qrajt li l-VRT se tkisser kollox.", "Mhux veru li rridu nkissru l- karozzi antiki.", "Min daħħalhielhom f'moħħhom din?", "Aħna rridu naraw li t- toroq tagħna jkunu safe.", "Per eżempju, jekk jiena tlajt fuq vapur, fuq dgħajsa jew fuq lanċa tat-turisti, għaliex m'għandux ikun hemm l-affarijiet biex inti tkun safe?", "B'daqshekk il-gvern tal-ġurnata jkun qiegħed jagħmel xi vendikazzjoni?", "U l-oppożizzjoni għandha tikkritika jekk il-gvern jesiġi li fuq dgħajsa li tgħabbi 20 ruħ irid ikun hemm 20 life jacket tajbin?", "B'daqshekk il-gvern tal-ġurnata jkun qed jagħmel ħażin u l-oppożizzjoni tkun qed tagħmel tajjeb?", "F'dawn l-affarijiet ma tidħolx politika għax b'dawn ir-regolamenti nkunu qed nissalvagwardaw il-ħajja tan-nies.", "U l- poplu dan li jitlob mill-public transport authority.", "Dawn l-affarijiet ma jsirux biex wieħed joqgħod jgħid: Qed tara x'se jagħmillek il-ministru, se jdaħħlek fi spejjeż żejda!", "Il-ministru responsabbli mill-public transport authority għandu jara li jkun hawn is-safety fit-toroq.", "Aħna ma nistgħux immorru barra u ngħidu: Taf kemm huma edukati fit-toroq, taf kemm hemm serjeta', taf kemm jipparkjaw tajjeb!", "Iżda lanqas imbagħad meta niġu biex nagħmlu l-istess affarijiet li jagħmlu barra m'għandna noqogħdu ngħidu li ma jaqblilniex nagħmluhom.", "Għalhekk il-poplu għandu bżonn jiġi edukat iktar.", "Ħaġa oħra li konna qed niddiskutu dwarha huwa l-fatt li għandna ħafna awtoritajiet għax għandek it-traffic control board, il-pulizija tat- traffiku, il-public transport authority u awtoritajiet oħra.", "Jiena nemmen - u l-Gvern Laburista kien qiegħed jaħdem fuq din il-ħaġa - li għandha ssir awtorita' waħda li jkollha l-pulizija stradali, bħalma għandhom l-Italja, biex it-traffiku jkun jista' jiġi kkontrollat.", "U meta qed ngħidu \"traffiku\" ninkludu kollox - għax ħafna drabi, meta nsemmu public transport authority immorru mill-ewwel fuq id-darsa tal-karozzi tal-linja u nieqfu hemm - it-trakkijiet, karozzi privati, it-taxis u kulħadd.", "Il-Gvern Laburista kien beda jirranġa wkoll it-toroq prinċipali.", "L-ewwel xogħol li sar kien fil-Fgura, fejn għamilna resurfacing suret in-nies.", "Imbagħad bdejna Psaila Street, Birkirkara, fejn inqalgħu l-mains ta' l-ilma u servizzi oħra u din is-sena l-gvern kien se jagħmlilha r-resurfacing kollha.", "Għal din is-sena kellna ppjanat li jinbeda x-xogħol fit-toroq prinċipali ta' Fleur-de-Lys, it-triq li tagħti minn Ħal Qormi għal Ħaż- Żebbuġ u t-triq ta' Ħal Far, fejn hemm il-containers.", "U nispera li l-gvern preżenti jagħmilhom din is-sena għaliex dawn huma arterji prinċipali, speċjalment Psaila Street Birkirkara u Mdina Road Qormi u anke t-triq ta' Ħal Far.", "F'dawn it-toroq kollha llum hemm diżastru, speċjalment fit-triq ta' Ħal Far, fejn il-containers m'hemmx għalfejn tistivahom għaliex meta jgħaddu minn dik it-triq jistivaw ruħhom waħedhom!", "Fi Psaila Street hemm diżastru u dejjem kienet imniżżla fil-programm ta' xogħlijiet tat-toroq u l- Gvern Laburista kien bdieha u komplieha.", "Il-Gvern Laburista kellu pjanijiet iktar fit-tul fejn jidħlu toroq pero' ħadd ma jippretendi li fi 22 xahar konna se nagħmlu l-mirakli u konna se nlestuhom.", "Dawn ma setgħux isiru kollha.", "Niġu issa għall-mollijiet taċ-Ċirkewwa li jekk m'humiex se jkunu lesti - u dawn nitkellmu aktar fuqhom għada - inutli nlestu l-vapuri.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo fuq il-vapuri tal- Gozo Channel, sirna nafu li dawn waqgħu lura għaliex ma kellhomx impjanti u makkinarju biżżejjed.", "Jiddispjaċini ngħid li dan il-kuntratt sar bl- għaġġla u mhuwiex sewwa nidħku bil-poplu u ngħidulu li jekk idumu ma jkunu lesti m'huwiex se jkollna nħallsu multa.", "Veru mhux se jkollna multa għax miftehmin man-Norveġiżi li dawn ikunu lesti meta jkunu lesti.", "Biżżejjed ngħidu li l-kuntratt ġie ffirmat fis-26 ta' Ottubru fil-għodu u ħadd ma qagħad jiċċekkja jekk għandniex il-mezzi biex l-affarijiet isiru sew.", "Issa jekk il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding ma ġġibilhomx l-apparat u l- materjal li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jaħdmu, inutili noqogħdu nwaħħlu f'dawn in-nies.", "Meta ordnaw il-vapuri li suppost kellhom ikunu lesti din is-sena, ma sarux studji tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa, ma sar xejn.", "Iddeċidew li jkollna tliet vapuri biex jagħmlu ftit propaganda lejliet l- elezzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid li ċ-chairman li kien hemm qabel qabad u ffirma mingħajr ma ra jekk il-ħaddiema li għandna fil-Malta Shipbuilding humiex kapaċi jew humiex attrezzati biex jaħdmu dawk il-vapuri.", "Qabdu ftiehmu u ffirmaw, imbagħad marru fuq in-nies u qalulhom li jridu jagħmlu tliet vapuri mingħajr ma kellhom l-ispecifications jew mudelli u lanqas pjanti tagħhom ma kellhom.", "Meta jien sirt ministru u mort nara x'kien fih il-kuntratt sibt li għalkemm il-kuntratt veru ħaduh irħas pero' l-ispecifications li tawhom ma kenux serji.", "Biżżejjed ngħid li ż-żebgħa għal 30 sena oħra bilfors trid tinxtara mingħand il-kumpannija.", "Kieku l-Malta Shipbuilding kellha tixtri r-rods tal-welding direttament hi kieku teħodhom irħas imma ma tistax.", "Il- ministru ġie jgħid li aħna m'għandniex multi imma l-Gvern Malti għandu għax ma jistax jixtri mingħand min irid.", "Bilfors irridu nixtru mingħand id- ditta u qed jiġuna iktar għoljin u inutli joqogħdu jgħidu li m'humiex se jiġu jiswew iktar.", "Il-ftehim kien li ġejjin jiswew Lm8 miljun kull vapur, jiġifieri total ta' Lm24 miljun.", "Illum diġa' nafu li dawn se jiġu jiswew Lm40 miljun għax min qed jibnihom qalilna li jekk il-pajpijiet isiru tal- ħadid wara ċertu żmien iridu jinbidlu, allura dawn iridu jiġu galvanizzati, u jekk m'aħniex se nagħmlu sistema ta' air-conditioning fis-sajf ma jirkeb ħadd fuqhom għax jiġu qishom inkubatur.", "Mela dawn huma kollha spejjeż żejda.", "Konna sibna wkoll li mhux veru li dawn il-vapuri se jkunu jistgħu jivjaġġaw għal barra minn Malta.", "Issa qegħdin jgħidu li se nagħmlu vapur wieħed li se jkun jista' jibda jivjaġġa barra minn Malta u biex nagħmluh hekk kienu talbuna biex inżidu Lm0.5 miljun.", "Pero' kienu qalulna li dan m'huwiex vijabbli għaliex jieħu iktar żmien biex ikun lest.", "Issa jiena m'għandi l-ebda idea kif beħsiebu jirranġa l-gvern.", "J'Alla li vapur wieħed ikun jista' jivjaġġa lejn Sqallija.", "Imma mhux sewwa li ngħidu li dawn il- vapuri ma nafux meta se jkunu lesti u ħadd ma għandu multa.", "Il-gvern Malti suppost rabat bil-multa lil min se jipprovdilna dawn it-tliet vapuri, bħalma rabtu lilna meta ġejna biex nagħmlu t-trawlers u l-Gvern Malti m'għamilhomx.", "Il-Gvern Nazzjonalista preċedenti kien intrabat b'dan il-kuntratt li kellu jitwikka bih il-Gvern Laburista u issa reġgħet twikkiet bih l- amministrazzjoni preżenti.", "Din hija ħaġa li l-poplu Malti jrid jibqa' jbatiha.", "Il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding m'għamlu l-ebda kuntratt biex jibnu dawn it-tliet vapuri għax il-ftehim sar minn nies illi ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-Malta Shipbuilding.", "Għidna li se nipprovdulhom ix-xogħol u wara li għamilna dan kollu, issa qegħdin ngħidu: Irridu naraw x'se nagħmlu bil-Malta Shipbuilding.", "J'Alla li l-Gozo Channel Company Ltd tidħol għal dan il-piż kbir ħafna, piż li se ġġorru fit-tul.", "U l-gvern għalhekk kien għamel kumpannija oħra biex il-Gozo Channel Company Ltd jaqlagħha.", "Il-Gozo Channel kellha partita dejn ieħor u nifirħilha għax bis- sagrifiċċji u x-xogħol li għamlet, irnexxielha tħallas dak id-dejn kollu u spiċċat din is-sena bi qligħ.", "U jien nawgura lill-bord ta' din il- kumpannija li ħadem ħafna u mexa 'l quddiem.", "Il-Gvern Laburista kien qiegħed jaħdem fuq il-bus terminus ta' Buġibba li kien lest, imma minħabba pika u vendikazzjoni ta' bniedem wieħed fl- awtorita' ta' l-ippjanar li ma riedx jagħti permess jekk ma jiġix kif ried hu, bqajna nkarkru sa l-aħħar.", "Konna ftehemna mal-kunsill lokali ta' Buġibba biex nirranġaw il-bus terminus ta' Buġibba fejn kien qabel, biex għallinqas inkunu nistgħu naqdu lix-xufiera u lit-turisti.", "Ma kienx tort tal-gvern li l-bus terminus tħalla hekk għaliex konna vvotajna l-flus għalih imma l-awtorita' ta' l-ippjanar baqgħet timpika u qaltilna biex l- ewwel isir hekk imbagħad wara 15-il sena naqilgħuh u nerġgħu nagħmluh.", "Jiena bħala ministru għedt li m'iniex miġnun biex immur nonfoq il-liri biex nagħmel bus terminus li jkun internazzjonali, li jservi biex it-turisti ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru l-airport biex jiċċekkjaw il-bagalji imma jkunu jistgħu jibqgħu sejrin, bħalma jsir barra minn Malta.", "L- awtorita' ta' l-ippjanar kienu għamlulna ħajjitna nfern u dan kien kollu tort ta' bniedem wieħed illi mpika u ma ridux.", "Ried bilfors li l-bus terminus naqtgħulu xi 30 metru u mbagħad nerġgħu naqilgħuh 15-il sena oħra, u jien għidtlu: M'aħniex lesti li nonfqu Lm1.5 miljun biex imbagħad inti tiġi taqlgħalna kollox.", "Mr Speaker, ix-xogħol tal-bus terminus tal-Belt Valletta kien qiegħed jagħmlu l-ministeru tax-xogħlijiet flimkien mal-ministeru għat-trasport għaliex aħna konna nemmnu li l-gvern għandu nies kapaċi u konna qed nutilizzawhom.", "Anke l-posta ħdimnieha bin-nies tal-public works u l-gvern iffranka ħafna flus hemmhekk.", "Kif kont qed ngħid, il-Gvern Laburista kien beda jirranġa t-toroq, għamel il-proġett ta' Buġibba, u beda jirranġa n- naħa tas-south, bħal Wied il-Għajn, Marsaxlokk u postijiet oħra fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dan ix-xogħol għamilnieh fi 22 xahar u ħadd ma jista' jgħid li l-Gvern Laburista ħalla t-taħwid.", "Aħna ma ħallejna l-ebda taħwid.", "Jiena, flimkien mal-bord tal-public transport authority, ipprovajt nirranġa t-trasport pubbliku.", "J'Alla min ġie warajja fi 22 xahar jagħmel mirakli aktar milli stajt nagħmel jien.", "L-awtorita' dwar it-trasport pubbliku sibtha mħarbta u n-nies tagħha kienu jgħiduli li ma setgħux jimxu.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema u l-managers ta' l-awtorita' illi sibt koperazzjoni kbira minnhom.", "Kif għidt fid-diskussjoni tal-budget, jien ma noqgħodx inħares lejn kuluri, ħdimt ma' kulħadd.", "Min irid jaħdem miegħi jista' jaħdem, għalkemm għandi fama li miegħi diffiċli taħdem.", "Jiena bniedem li l-affarijiet irridhom sew u ladarba nkun ftehemt nippretendi li wieħed iżomm mal-ftehim.", "Ir-red tape idejjaqni u għedt x'għamlitli l- awtorita' ta' l-ippjanar bir-red tape kollu tagħha.", "Kieku fil-public transport authority ħdimna bir-red tape u ma ħdimniex kif ħdimna, kieku ħafna mix-xogħol ma kienx isir.", "Ħafna mix-xogħol sar bi tbatija u sar fuq pedamenti sodi, li ta warajna jistgħu jibnu fuqu, bħalma għamilna fil-qasam tal-buses, tal-coaches u setturi oħrajn.", "Konna niltaqgħu man-nies konċernati li kienu qabel hemmhekk u ħdimna flimkien mal-bord u għadhom jaħdmu sal-lum.", "Jiena mhux qed ngħid li kulma għamilt jiena huwa kollu tajjeb, għax Alla biss jagħmel kollox tajjeb, imma nħoss li dak li għamilt għamiltu bi spirtu tajjeb, biex nirranġaw it-trasport pubbliku ħalli l- commuter ikun moqdi aħjar.", "Jiddispjaċini li niżlet iċ-ċifra tan-nies li jużaw it-trasport pubbliku, kif qal il-kollega tiegħi l-Ministru Ċensu Galea, għax hija biċċa xogħol iebsa, kemm għalija kif ukoll għall-ministru preżenti, biex nerġgħu ndaħħlu l-fiduċja tal-commuters fit-trasport pubbliku.", "Jekk ikollna iżjed użu tat-trasport pubbliku nneħħu ħafna mill-congestion tal-karozzi privati.", "Illum it-trasport pubbliku m'huwiex 100% f'postu imma nagħtih 60%.", "Irridu nifhmu wkoll li x-xufiera tal-karozzi tal-linja huma nies bħalna, ħaddiema bħali u bħal kull wieħed hawn ġew li jrid jidħol għax-xogħol filgħodu.", "Ix- xufier tal-linja huwa bniedem li jrid iħabbat wiċċu ma' kull kwalita' ta' nies, li min jiġik burdata ħażina, min ikun mgħaġġel, min irid isuq bil-mod u affarijiet bħal dawn.", "Dawn huma nies li jaħdmu 18-il siegħa kuljum, nies li l-ispejjeż għalihom kibru, ħalli nitkellmu ċar u tond ukoll, għaliex bħalma kibru għalija kibru għal kulħadd.", "F'dan il-qasam tat-trasport kull settur għandu d-diffikultajiet tiegħu.", "Bħala shadow minister għat-trasport pubbliku jiena lest li nagħti l- għajnuna tiegħi kollha lill-ministru u lill-bord.", "Jien nemmen li jekk il- gvern, l-oppożizzjoni u l-ħaddiema kollha li għandhom x'jaqsmu mat-trasport pubbliku naħdmu flimkien, ikun ta' sodisfazzjon kemm għalina u kemm għall- pubbliku li jużah biex 'il quddiem mhux aħna biss inkunu kburin imma anke dawk is-sidien u l-ħaddiema li jaħdmu mal-public transport authority.", "Jiena nirringrazzja lil kulħadd tax-xogħol li għamel u nwiegħed l-għajnuna tiegħi biex dan is-settur jibqa' miexi 'il quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għad-dispożizzjoni tal-gvern.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Wara li smajt il-kummenti min-naħa ta' l- oppożizzjoni, se nipprova nagħti xi risposti għalihom.", "Imbagħad nitkellem dwar il-ħidma ntenzjonata għas-sena li ġejja.", "Nibda billi nagħmel riferenza għal dak li qal l-Onor.", "Gavin Gulia dwar in-nollijiet li jridu jħallsu l-Maltin u l-Għawdxin li jużaw it-trasport tal-Gozo Channel biex jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer.", "L-Onor.", "Membru ripettutament tkaża u qalilna: X'għarukaża, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien wiegħed tant affarijiet biex imbagħad fl-ewwel budget tiegħu daħak bil-poplu Malti għaliex raħħas 25c biss lill-passiġġieri li jaqsmu bejn il-gżejjer wara t- 8.00 p.m.!", "Dak li qal l-Onor.", "Gulia m'huwiex minnu, la fil-konfront tal- Maltin u wisq u wisq inqas huwa minnu fil-konfront ta' dawk li għalihom kienu l-iktar intenzjonati l-bidliet fin-nollijiet.", "L-Onor.", "Gulia ipprova jagħti x'jifhem li l-unika bidla li saret fin-nollijiet kienet biss ir-roħs ta' 25c lil dawk il-Maltin li jaqsmu wara t-8.00 p.m. fix-xitwa.", "Issa nerġa' nispjega preċiżament kif taħdem din is-sistema, forsi xi darba n- naħa ta' l-oppożizzjoni tifhimha, jew inkella almenu xi darba tkun onesta f'dan ir-rigward.", "Meta kien qed jitkellem l-Onor.", "Gulia nterrompejt għaliex kemm jiena u kemm l-Onor.", "Gulia, bħala deputati ta' din il-Kamra, naqsmu bejn Malta u Għawdex mingħajr ma nħallsu u ma kontx nippretendi li juża eżempju bħal dak.", "Allura jiġi fit-8.00 p.m., jiġi fis-6.00 p.m. u jiġi fis-2.00 p.m. ma jħallasx tal-vjaġġ li jagħmel u ħafna drabi lanqas iħallsu dawk il-persuni li jkun hemm miegħu fl-istess karozza.", "Dawn huma fatti li ma ngħidhomx jien imma jgħidhom kull deputat li hawn f'din il- Kamra.", "L-enfasi kostanti ta' l-Onor.", "Gulia kienet li raħħasna biss 25c għall- Maltin jekk jiġu fuq trip ta' wara t-8.00 p.m. Huwa semma li bejn Malta u Għawdex ikun hemm 17-il vjaġġ sat-8.00 p.m. u tliet vjaġġi wara t-8.00 p.m. Issa kulmin hu mdorri jaqsam bejn Malta u Għawdex jaf li l-ebda Malti u l- ebda Għawdxi ma jħallas meta jkun qed jaqsam minn Malta għal Għawdex imma hemm sistema li ilha topera għal numru ta' snin, li permezz tagħha l- ħlasijiet isiru darba waħda biss int u ġej lura minn Għawdex għal Malta.", "Issa b'li għamilna, jekk immur mal-vapur tal-5.00 a.m. lejn Għawdex u nirritorna lura Malta wara t-8.00 p.m., irrispettivament mill-fatt illi jiena qsamt fil-5.00 a.m. lejn Għawdex, xorta waħda se nieħu l-benefiċċji li hemm indikati fid-diskors tal-budget u li hemm indikati fl-avviż legali li ġie ppubblikat fl-aħħar jiem tas-sena 1998.", "Jiġifieri m'huwiex minnu li biex inti tibbenefika minn dan ir-roħs trid taqsam minn Malta għal Għawdex wara t-8.00 p.m. Tista' taqsam x'ħin trid lejn Għawdex, basta inti tiġi lura lejn Malta wara t-8.00 p.m.", "Fid-diskors tal-budget u fil-legal notice hemm ukoll bdil fit-tariffi tal- vetturi.", "Imma l-Onor.", "Gulia b'mod mill-iktar konvenjenti ma ftakarx - jew aħjar ma riedx jiftakar - li t-tariffa tal-vetturi li jaqsmu wara t-8.00 p.m. minn Għawdex għal Malta minn Lm4 saret Lm3.", "Dan ifisser roħs ta' 25%.", "Issa l-Onor.", "Gulia jista' jipprova jirredikola din il-miżura kemm irid, madanakollu r-realta' tibqa' li ħames xhur fis-sena, minn Novembru sa Marzu, jekk tiġi lura lejn Malta f'dawk il-ħinijiet, inti se tiffranka 25% fuq il-ħlas tal-vettura tiegħek.", "Nafu li kienu naqsu ħafna l-Maltin li jaqsmu lejn Għawdex bil-vettura tagħhom wara ż-żidiet qawwija fin-nollijiet u issa nisperaw li, kif fil-fatt l-ewwel indikazzjonijiet diġa' juru, b'dan it-tnaqqis fin-nollijiet ikompli jiżdied in-numru ta' Maltin li jaqsmu bil- vettura tagħhom bejn Malta u Għawdex għax imbagħad ikollhom il-liberta` li jaqsmu lura wara l-ħin tat-8.00 p.m..", "Għalkemm intqal li huwa redikolu l- fatt li dan ir-roħs japplika biss fil-ħames xhur tax-xitwa, hemm skop preċiż wara din il-miżura.", "Din għamilnieha biex iktar u iktar Maltin jitilgħu fix-xhur tax-xitwa, fil-perijodu fejn ma tantx ikun hemm Maltin u inqas u inqas turisti barranin li jmorru Għawdex, ħalli nsaħħu n-negozju fil-gżira Għawdxija.", "Mr Speaker, għalkemm il-Gozo Channel Company Ltd ma taqax taħt ir- responsabbilta' diretta ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, imma ladarba ssemma r-roħs ta' 25c fin-nollijiet tal-Maltin li jaqsmu minn Għawdex wara t-8.00 ta' filgħaxija fix-xhur tax-xitwa, jien kont nistenna li l-Onor.", "Gulia jew xi ħaddieħor min-naħa ta' l-oppożizzjoni jsemmi t- tibdil fit-tariffi tas-settur li l-iktar kien ntenzjonat għalih ir-roħs.", "Jekk wieħed jaqra l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall- aħħar elezzjoni jsib li r-roħs kien l-aktar intenzjonat għall-Għawdxin.", "Fil-fatt fl-erba' xhur li għaddew waħda mill-ewwel miżuri li ħa l-Partit Nazzjonalista kienet proprju li lill-passiġġieri Għawdxin naqqasnielhom in- noll ta' 50c għal 30c, tnaqqis ta' 40% tal-fare.", "Jiġifieri issa reġgħu qed iħallsu l-fares kif kienu qabel l-1996 u l-Għawdxin li jaqsmu bil-karozza tagħhom lejn Malta, minn Lm3 kull vjaġġ se jibdew iħallsu Lm2.", "U L-Onor.", "Gulia jmissu qal li n-nollijiet tal-vetturi kif ukoll tal-passiġġieri Għawdxin li roħsu sostanzjalment, b'mod li naħseb lanqas l-istess Għawdxin ma kienu qegħdin jistennew, japplikaw għas-sena kollha, sajf u xitwa.", "Ir- roħs ta' 40% fin-noll tal-passiġġieri u 33% fuq in-noll tal-vetturi naħseb li huwa ammont sostanzjali u jkun għalxejn li l-Onor.", "Gulia jipprova jnessi dan.", "Jien konvint li l-Għawdxin li jkollhom jaqsmu bilfors lejn Malta fehmu li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern żamm kelmtu ma' l-Għawdxin.", "L-Onor.", "Joe Cuschieri tkellem rigward il-vapuri li qegħdin jinbnew għat- traġitt tal-passiġġieri bejn Malta u Għawdex.", "Huwa qal li x-xogħol fuq dawn il-vapuri li qegħdin jinbnew fil-Malta Shipbuilding qiegħed lura ħafna.", "Naħseb li kull membru ta' din il-Kamra jaf bil-kontroversji li nqalgħu fuq il-kuntratt ta' dawn il-vapuri.", "Pero' mkien ma smajtha, ħlief illejla mill-Onor.", "Cuschieri, li kien hemm xi deċiżjoni li l-ħadid li jintuża f'dawn il-vapuri ma jkunx galvanizzat u allura kapaċi jitmermer fi żmien qasir.", "Din l-ewwel darba li smajtha u ma naħsibx li hija minnha lanqas.", "Mr Speaker, saret riferenza wkoll għaż-żmien meta wieħed jistenna li dawn il-vapuri jkunu lesti.", "L-ewwelnett fl-introduzzjoni tiegħi jien apposta m'għamiltx riferenza għall-perijodu tas-sentejn kontroversjali li għaddew.", "Għaliex bħalma qal l-Onor.", "Debono Grech, jekk f'dan is-settur tat-trasport pubbliku ma jkunx hemm parteċipazzjoni ta' l-ikbar numru ta' persuni miż- żewġ naħat tal-Kamra, ma nistgħux realment niffaċċjaw il-problemi li hemm u ma nistgħux nużaw il-pożizzjoni tagħna f'dan il-parlament biex infiehmu lill-pubbliku Malti l-ħtieġa ta' ċerti riformi li hemm bżonn f'dan is- settur.", "Għalhekk, meta l-Onor.", "Cuschieri qal li x-xogħol fuq il-vapuri waqa' lura, kont nistenna li jiftakar u jfakkar li x-xogħol fuq dawn il- vapuri kien twaqqaf matul is-sentejn li għaddew għaliex ridna nlestu vapuri oħra ta' kuntratti oħrajn li daħlu wara.", "Il-gvern kien iddeċieda li jrid jgħaġġel lilhom, allavolja xorta spiċċajna nħallsu l-multi għax ma wettaqniex l-agreements li saru mhux mill-Gvern Nazzjonalista ta' l-1996 imma mill-gvern li għadu kemm spiċċa.", "Naturalment hemm ħafna u ħafna x'wieħed jgħid dwar dak li għandu x'jaqsam mal-bini tal-vapuri għat-traġitt bejn Malta u Għawdex fil-perjodu li għadda.", "Saret riferenza għall-pjanti, fejn intqal li kien hemm ħafna nuqqasijiet, pero' anke jekk għall-grazzja ta' l-argument ngħidu li kien hemm xi ħaġa difettuża, naħseb li sena u għaxar xhur huwa żmien biżżejjed biex dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Madanakollu jkun aħjar li naqleb fuq suġġett ieħor.", "L-Onor.", "Cuschieri tkellem ukoll rigward il-vened tal-karozzi tal-linja li kienu jeżistu s-Savoy u Spinola.", "Jekk irridu ntejbu s-servizz tal-karozzi tal-linja ma nistgħux nibqgħu nirraġunaw li jekk ħamsa, għaxar snin ilu kien hemm venda f'post partikolari allura għandna bilfors nibqgħu noperaw dik il-venda.", "Anzi nista' ngħid li matul l-erba' xhur li għaddew wieħed mill-punti li l-iktar li kellna diskussjonijiet fit-tul dwaru bejn il- ministeru u l-assoċjazzjoni tas-sidien tal-karozzi tal-linja kien proprju dwar il-ħtieġa li numru sostanzjali ta' vened jiċċaqilqu minn fejn qegħdin.", "Dan irridu nagħmluh mhux għall-kapriċċ li jiċċaqalqu imma għax jekk inti 15-il sena ilu kellek venda f'ċertu post f'ċertu raħal u l-iżvilupp f'dak ir-raħal seħħ 'il bogħod minn dik il-venda, allura naħseb kulħadd għandu jifhem li rridu nċaqilqu l-venda biex topera minn postijiet oħra biex jiġi moqdi kulħadd.", "Ikun għalxejn li jkollok rotta li tgħaddi minn toroq fejn in-nies naqsu sostanzjalment, meta żviluppaw areas kbar li m'humiex moqdija bis-servizz tal-karozzi tal-linja.", "Irridu naraw li l-karozzi tal-linja jitilqu mill-postijiet fejn nistgħu nilħqu l-ikbar numru ta' nies li jużaw il-karozza tal-linja.", "Dan iridu jifhmuh anke s-sidien tal-karozzi tal- linja u jaċċettaw dak it-tibdil neċessarju għall-ġid l-ewwel u qabel kollox tagħhom stess.", "Jien nemmen li numru sostanzjali ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur, kemm jekk inhuma xufiera u kemm jekk inhuma sidien li jagħmluha ta' xufiera, huma nies responsabbli.", "Sfortunatament, forsi hemm xi 30 persuna, nikkalkula jien, mill-500 li jagħtu dan is-servizz li mingħalihom ħadd ma jista' għalihom.", "Jien nista' ngħid li diġa' tkellimna mas-sidien tal- karozzi tal-linja dwar il-mod kif dawn in-nies ikunu ddixxiplinati bis- serjeta'.", "Jekk hemm bżonn, anke jitilfu l-liċenzja tas-sewqan tal-karozza tal-linja għaliex ma jistax ikun li dawn il-persuni jibqgħu jagħtu isem ħażin lil dan is-settur kollu kemm hu.", "L-Onor.", "Debono Grech qal li 60% tan- nies f'dan is-settur huma tajbin, u jien naħseb li anke iktar minn 60% huma tajbin, imma għandna l-ftit li m'humiex tajbin.", "U sfortunatament dawn jidhru għaliex fil-ħajja dejjem il-ħażin jidher l-iktar.", "Hemm uħud minnhom li jispiċċaw jagħmlu xi vjaġġ għal xi coffee morning waqt li suppost qegħdin fuq tal-linja.", "Bil-mod il-mod irridu niddixiplinaw lil dawn in- nies u nnaqqsu l-ħażin li hemm ħalli nkomplu mmexxu 'l quddiem is-servizz tal-karozzi tal-linja.", "B'riferenza għat-terminus ta' Putirjal, l-Onor.", "Cuschieri qal li jieħu pjaċir jisma' li l-gvern iddeċieda li jitkompla x-xogħol fuq it-terminus li kien inbeda fis-sentejn li għaddew.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jiftakar u nfiehmu wkoll lil min qed jismagħna li fil-fatt ix-xogħol fuq il-bus terminus ta' Putirjal, bħax-xogħol fuq it-terminus ta' Buġibba u bħal xogħlijiet oħrajn, kien inbeda qabel l-1996 pero' fil-każ ta' Putirjal ma kienx tkompla mill-aħħar amministrazzjoni.", "Kien hemm proposti differenti li għadhom qegħdin jiġu kkonsidrati.", "Pero' nista' ngħid li l-proġett tat- terminus ta' Putirjal ċertament se jitkompla, għalkemm ma nafx jekk aħniex se nimxu mal-pjanta li kien hemm sa Settembru li għadda peress li rridu li dan it-terminus jiġi ddisinjat b'mod li jaqbel mal-kumplament tad-daħla ta' Bieb il-Belt.", "L-Onor.", "Debono Grech tkellem ukoll dwar il-proġett tal-bus terminus ta' Buġibba fejn ma setax jitkompla x-xogħol minħabba l-problemi li nqalgħu bejn l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku u l-awtorita' ta' l-ippjanar, li safejn naf jien għadhom m'humiex solvuti sal-lum.", "Nispera li fix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu nsibu soluzzjoni għalihom.", "Mr Speaker, irrid ukoll nagħmel riferenza għax-xogħol li kien qed isir fuq numru ta' toroq fl-inħawi tat-terminus tal-karozzi tal-linja ta' Buġibba, li kienu ngħataw it-tarmak, saru xi bankini u kienu twaħħlu xi arbli tad-dawl.", "Sfortunatament l-awtorita' ta' l-ippjanar li kienet taf b'dan ix-xogħol li kien qed isir, ħalliet l-elezzjoni tgħaddi u mbagħad ħarġet stop notice għaliex ma kienx hemm permessi.", "Jien nispera li min hu responsabbli fl-istess awtorita' ta' l-ippjanar jara li kemm jista' jkun malajr joħroġ il-permess neċessarju ħalli t-terminus temporanju li hemm f'dawk l-inħawi jkun jista' jopera bis-serjeta'.", "Dan ix-xogħol kien tlesta qabel l-elezzjoni u ma nistgħux naċċettaw li l-uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar ma ndunawx li kien qed isir dan ix-xogħol u issa għamlu stop notice u ġejna f'qagħda li ma jistax jiġi stallat id-dawl f'dawn l-inħawi.", "Mr Speaker, b'riferenza għall-karozzi tal-linja ġodda, l-Onor.", "Debono Grech qal li mhux veru li kien intlaħaq ftehim.", "Fil-fatt f'Mejju ta' l- 1995 kien intlaħaq ftehim li parti minnu kien jitkellem dwar il-bdil tal- karozzi tal-linja u dwar is-sussidju li għandu jingħata lis-sidien.", "U meta dħalt fil-ministeru sibtu dan il-ftehim u naħseb li l-Onor.", "Debono Grech ukoll kellu okkażjoni li jara dan l-istess ftehim u jaf daqsi li fis- sentejn li għaddew saru wkoll diskussjonijiet biex jitbiddlu xi affarijiet f'dak l-istess ftehim, għalkemm fuq dan il-punt partikolari ma sarux żviluppi daqskemm wieħed jixtieq.", "Naturalment meta inti tipproponi bidliet fi ftehim li jkun sar qabel, dejjem jibqagħlek nies li jkunu jridu jaqbdu ma' xi punti li jkunu ssemmew qabel.", "L-Onor.", "Debono Grech qal ukoll li l-gvern preċedenti kien wiegħed li jagħti Lm1 miljun kull sena lill-public transport authority għat-tliet snin li ġejjin.", "Jekk wieħed jara r-rapport li għandna quddiemna jsib li fit-2 ta' Settembru li għadda kien hemm ftehim bil-fomm li jingħataw dawn il- miljuni fuq perijodu ta' tliet snin.", "Wieħed irid jiftakar li t-2 ta' Settembru kien tliet ijiem biss qabel l-elezzjoni li għaddiet u ma nistgħux ngħidu li kien hemm ftehim formali.", "Għalkemm dan jissemma fl-istess rapport li għandna quddiemna, kulmin kellu x'jaqsam ma' dan ir-rapport jista' jgħid li dan ippreżentajtu hawnhekk preċiż kif ġie sottomess lili.", "Pero' għall-mument mhux dan huwa importanti, imma l-problema li għandna quddiemna biex inbiddlu l-karozzi tal-linja f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Joe Cuschieri qal li jkun aħjar jekk jibqgħu kif inhuma l- karozzi għax it-turisti aktar japprezzawhom.", "Imma naħseb li l-Onor.", "Cuschieri bħali ma jużax il-karozzi tal-linja għaliex in-nies li jużawhom kuljum kollha jgħidu li hemm bżonn jinbidlu.", "Huwa ssuġġerixxa wkoll li wħud minn dawn il-karozzi jitpoġġew f'mużew dwar it-trasport.", "Jien naqbel li xi wħud minn dawn il-karozzi tal-linja li jispiċċaw minn fuq ir-rotta jitqiegħdu f'xi mużew, pero' żgur li l-mużew m'għandux ikun il-garaxx ta' sid il-karozza għall-istess raġuni li semma l-Onor.", "Debono Grech iktar kmieni.", "Wieħed irid jifhem ukoll id-diffikultajiet biex tagħmel mużew ta' dan it-tip għaliex għalkemm naqblu fil-prinċipju, pero' rridu nifhmu wkoll xi spazju jirrikjedi biex tpoġġi dawk il-karozzi.", "Fil-ftehim li kien ġie milħuq is-sussidju fuq il-karozzi tal-linja l- ġodda kellu jingħata fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet li jagħmlu s-sidien dwar id-dħul tagħhom.", "Fil-ġimgħat li ġejjin naturalment irridu nidħlu f'iktar dettall dwar din il-kwestjoni.", "Imma rrid nagħmilha ċara li jkun kemm ikun inqas id-dħul mill-ammont li kienu ftehmu fuqu qabel l-1995, attwalment il-massimu ta' sussidju li setgħu jieħdu dawn l-istess sidien kien ta' Lm250,000.", "Dan sempliċement biex nikkorreġi l-impressjoni li seta' ta l-Onor.", "Debono Grech, li donnu l-gvern kien se jħallas id- differenza kollha.", "Kien hemm massimu stabilit li wieħed irid jerġa' jiddiskutih.", "Kemm is-sidien tal-karozzi tal-linja kif ukoll il-membri tal- bord ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku jistgħu jgħidu li jien dejjem għidna li nispera li naslu għall-pożizzjoni li dan is-sussidju jispiċċa għal kollox, mhux għaliex il-gvern iwaqqfu imma għaliex tant jiżdiedu l-passiġġieri li mbagħad is-sidien ikollhom biżżejjed qligħ.", "Naf li hija illużjoni li nitkellem dwar iż-żieda fil-passiġieri meta matul is- snin li għaddew komplejna nnaqqsu, pero' jien nemmen li jekk bis-serjeta' nagħmlu r-rotot li hemm bżonn, inbiddlu l-vened u t-trasport pubbliku jkun iktar konsistenti, jien nemmen li n-numru ta' passiġġieri f'pajjiżna li jużaw il-karozzi tal-linja jerġa' jiżdied għall-benefiċċju ta' l-istess sidien.", "Mr Speaker, minbarra l-punti li jolqtu direttament lil din l-awtorita', wieħed jista' jgħid li d-dibattitu tal-lejla twessa', b'mod partikolari mill-Onor.", "Debono Grech, għal aspetti oħrajn tat-trasport f'pajjiżna li m'humiex direttament marbutin ma' din l-awtorita'.", "Allura nista' nieħu l- liberta' li nitkellem ftit dwarhom jien ukoll.", "L-ewwelnett l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku ma tistax tibqa' topera waħedha f'settur li huwa daqshekk ikkomplikat li jkopri t-trasport in ġenerali.", "Naħseb li wasal iż- żmien li nkomplu x-xogħol li kien sar qabel l-1996 biex titwaqqaf awtorita' li fiha jiġu nkorporati s-setturi kollha li jolqtu t-trasport f'dan il- pajjiż.", "Matul l-erba' xhur li għaddew kelli diskussjonijiet biex dan l- abbozz jiġi ppreparat mill-ġdid jew jiġu mibdula ċerti aspetti tiegħu minn kif kienu qabel l-1996.", "Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll l- iżviluppi li seħħew matul is-sentejn li għaddew u nispera li fil-ġimgħat li ġejjin inkun fil-pożizzjoni li nressaq l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi li jitkellem dwar awtorita' li fiha jiġu nkorporati s-setturi kollha tat- trasport li huwa qasam li jeħtieġ neħduh bis-serjeta'.", "L-Onor.", "Debono Grech għamel riferenza partikolari għall-proġetti li kellu ppjanati l-gvern preċedenti biex jirranġa t-toroq u semma lista ta' toroq li kellhom isiru fl-1999.", "Sfortunatament dawk il-proġetti fejn kienu ħarġu t-tenders biex isir ix-xogħol, bħal dawk ta' Ħal Qormi, Ħal Far u tat- toroq ta' madwar Psaila Street, għalkemm it-tenders mhux se jieqfu, irrid ngħid li kien evidenti li dawn it-tenders ħarġu ta' malajr fil-perijodu immedjatament qabel l-elezzjoni u jkolli ngħid li kważi f'kull waħda se jkun hemm bżonn ta' tibdil fl-ispecifications li kien hemm.", "Dan it-tibdil se jkollu konsegwenzi fuq il-mod u fuq iż-żmien ta' meta jiġu żviluppati dawn l-istess toroq.", "Pero' l-gvern, permezz tal-ministeru tiegħi, se jimpenja ruħu immedjatament biex jaħdem fuq dawn it-toroq.", "Fil-fatt illum kelli laqgħa ma' esperti barranin li ilhom Malta għal dawn l-aħħar tnax-il xahar u dawn ikkonkludew ir-rapport tagħhom f'dawn il-ġranet.", "Min-numru ta' rakkmandazzjonijiet li hemm f'dan ir-rapport - hawnhekk għandi kopja tar-rapport li nispera li jiġi ppubblikat ukoll fil-ġranet li ġejjin - malajr nindunaw kemm fadlilna x'nagħmlu f'dan is-settur tat-toroq.", "Fl- opinjoni tiegħi d-diskussjoni dwar dan il-qasam fil-parlament u anke fil- pubbliku għandha twassal biex kull wieħed u waħda minna ma jibqax jaħseb fuq il-ħtieġa li t-triq tiegħu ssir immedjatament imma l-iktar importanti huwa li l-flus jintnefqu biex isiru toroq li jservu għal tul ta' żmien.", "Mr Speaker, nispera li r-rakkmandazzjonijiet li hemm fir-rapport jittieħdu bis- serjeta' mill-gvern tal-ġurnata u minn kull gvern ieħor 'il quddiem biex ifassal pjan fit-tul għat-toroq ta' pajjiżna", "Mr Speaker, issemma wkoll il-qasam tal-karozzini li ma jaqax taħt ir- responsabbilta' ta' l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku.", "Fil-fatt sal- lum il-ħlas tal-liċenzji ta' dawn l-operaturi għadu jsir fl-għassa tal- post. Mr Speaker, trid issir sistema fejn dawn il-persuni li joperaw karozzin jibdew iħallsu l-liċenzja tagħhom għand l-awtorita' dwar it- trasport pubbliku biex din tkun tista' wkoll tikkontrolla aħjar dan is- servizz.", "U nispera li ma jitteħdux deċiżjonijiet bl-għaġġla, kif ittieħdu fil-passat, għar-rigward tal-postijiet fejn jistkennu l-istess żwiemel u l- persuni li joperaw dan is-servizz.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Debono Grech tkellem ukoll dwar il-proġett taċ- Ċirkewwa u nispera li għada, meta niddiskutu l-estimi ta' dħul u nfiq ta' l- awtorita' marittima, ikollna l-possibbilta` li nitkellmu iktar fit-tul dwaru.", "Dan huwa proġett importanti għax irid jaqdi l-ħteġijiet tal-Maltin u l-Għawdxin li jużaw it-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.", "Jien konvint li l- awtorita' marittima u l-awtorita' ta' l-ippjanar se jaħdmu flimkien biex dan il-proġett jitħaffef u jitlesta kemm jista' jkun malajr.", "Sfortunatament anke fuq dan il-proġett qabel l-elezzjoni intqal li se jsiru ħafna affarijiet mingħajr ma ttieħdu in konsiderazzjoni l-implikazzjonijiet ta' dak li ġie mwiegħed.", "Mr Speaker, naħseb li bejn wieħed u ieħor tajt daqqa t'għajn lejn il- punti kollha li tqajmu mill-oppożizzjoni.", "Naturalment hemm ukoll pjanijiet biex l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tkun proattiva billi mhux biss tkompli b'uħud mis-surveys li għamlet fil-passat imma tieħu azzjoni biex isiru l-iżviluppi neċessarji li jirriżultaw minnhom.", "L-awtorita' dwar it- trasport pubbliku se tkompli bir-riformi meħtieġa ħalli nkomplu nibnu fuq dak li twettaq matul l-għaxar snin li għaddew taħt diversi amministrazzjonijet diversi.", "Huwa importanti li l-ministeru responsabbli ikollu kuntatt iktar dirett mal-persuni li jużaw dan is-servizz għax f'dawn l-aħħar ġranet dehru diversi ittri fil-gazzetti li lmentaw dwar is-servizz tat-trasport pubbliku, l-aktar dwar is-servizz tal-karozzi tal-linja.", "Nispera li matul ix-xhur li ġejjin l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, permezz ta' xi uffiċjali jew permezz ta' sistema ta' freephone, ikollha kuntatti iktar diretti mal-persuni li qegħdin jilmentaw.", "Is-sidein u x- xufiera li joperaw is-servizz tal-karozzi tal-linja jridu jifhmu li għandhom josservaw ir-regoli li timponi l-istess awtorita' dwar it-trasport pubbliku, li għandha r-responsabbilta' li tiddixxiplina lill-persuni li ma joffrux servizz tajjeb.", "Mr Speaker, issemmew ukoll il-clamping u t-towing, li wieħed jispera li jservu biex ir-regoli tal-parking jiġu osservati strettament.", "Kien hemm riferenza wkoll għall-ħtieġa li jkun hemm iktar kontroll fuq it-trakkijiet li jkunu mgħobbija iżjed milli suppost għax jistgħu jikkawżaw xi inċidenti u barra minn hekk jistgħu jagħmlu ħsara lit-toroq tagħna.", "Mill-istudju ta' l-esperti Ġermaniżi li diġa` għamilt riferenza għalih, jirriżulta li l- overloading fuq it-toroq ma jeċċedix it-2%.", "Mhux qed ngħid dan biex inserraħ ras l-Onor.", "Debono Grech għaliex naturalment irridu nidħlu f'iktar dettall biex naraw xi jfissru dawn it-2%.", "Huwa importanti li r-regoli marbuta mat-trasport mhux biss ikunu fuq il-karta, fejn il-ministru b'avviż legali joħroġ ċerti regolamenti, imma dawn iridu jkunu osservati b'dixxiplina ħalli ntejbu s-servizz tat-trasport u t-toroq jkunu aktar safe.", "Jiena nemmen li kull wieħed minna, min jirkeb il-karozza tal-linja, min għandu garaxx tal-karozzi tal-kiri, min isuq xi karozza tal-linja, minibus, taxi jew karozza privata, jista' jagħti sehmu biex itejjeb dan is-settur.", "U kif ingħad iktar minn darba llejla, jekk jitjieb is-servizz tat-trasport, dan ma jkunx biss għall-ġid ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku jew għall-istess sidien imma għalina lkoll.", "J'Alla meta niltaqgħu sena oħra biex niddiskutu l-estimi ta' dħul u nfiq ta' din l-istess awtorita' nkunu f'pożizzjoni li ngħidu li rreġistrajna żvilupp f'diversi setturi tat- trasport.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra (Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Il-votazzjoni tittieħed min hawn u għoxrin minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra (Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 149 FAVUR : L-Onor.", "32", "|Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason |Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | | | |", "KONTRA : 29 L-Onor.", "| | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles| |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian| |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 20 ta' Jannar, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena 1998/1999.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Membri jekk jogħġobhom ipoġġu bil- qiegħda.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina (Interruzzjonijiet).", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għandi point of order.", "Il-Whip ta' l- Oppożizzjoni qiegħed jallega li r-riżultat tad-division huwa ħażin.", "Jien qed nipprova nitolbu biex jindika liema persuna ma kenitx hawn u ġiet magħduda li kienet hawn.", "Jista' jgħidilna min kienet?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien għaddejt il-voti u ma rridx inkun naf min ma kienx hawn.", "L-importanti huwa l-ammont u l-Onor.", "Galea m'għandu l- ebda dritt jitlobni ngħid min kien hawn u min ma kienx hawn.", "U jien għandi dritt li nivverifika jekk jidhirli li l-vot mhux tajjeb.", "MR SPEAKER: M'hawn l-ebda inċident rapportat.", "Dak li jkun intqal bejn iż-żewġ membri huwa diskors li ntqal bejniethom.", "L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Dak il-ħin, kif jista' jikkonferma l-kollega tiegħi l- Onor. Michael Farrugia, kont qiegħed bil-qiegħda ħdejh nitkellem miegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, l-Onor.", "Dolores Cristina għandha l-kelma.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, fl-ewwel aġġornament tiegħi għal din is-sena xtaqt nitkellem fuq l-anzjani, suġġett li huwa verament għal qalbi.", "Bħalma ħafna jafu, il-Ġnus Magħquda għażlu din is-sena biex tkun the international year of older persons.", "Qed ngħidha bl-Ingliż għaliex hemm tibdil fit-terminoloġija u saret iktar politically correct li ngħidu \"older persons\" minflok \"elderly\" u bir-raġun ngħidu hekk, għaliex il-konċett kollu ta' dak li sa ftit żmien ilu konna nsejħulu x-xjuħija tbiddel b'ħafna aspetti.", "Jien niltaqa' ma ħafna nies li għandhom fuq is-sittin u anke fuq is-sebgħin, li kważi kważi nħossu nsult li ngħidilhom anzjani.", "Mr Speaker, il-fatt li l-bniedem qiegħed jgħix ħajja itwal huwa kkonsidrat bħala sinjal ta' progress, għandna l-mediċina u x-xjenza li t-tnejn qed iwasslu biex iżommu lill-bniedem jgħix dejjem aktar.", "Pero' l-punt kruċjali hu mhux li bniedem jgħix aktar, imma l-kwalita' ta' ħajja li jgħix matul dawk is-snin.", "Għandu d-dritt li jgħixhom tajjeb u li l-kwalita' tal-ħajja tiegħu dejjem titjieb.", "Mr Speaker, niftakar snin ilu meta kont għadni studenta kont mort inżur lil xi ħadd fid-djar ta' l-anzjani u ħriġt minn hemm ġew nitlob bil-qalb li ma ngħix daqshekk fit-tul biex imbagħad nispiċċa residenta f'dik id-dar.", "Niftakar li kont qrajt ukoll li l-awtur James Joyce, wara żjara simili f'dar ta' l-anzjani, kien qal li n-nisa u l-irġiel li kienu qed jgħixu f'dawn it-tip ta' djar ma kienu xejn ħlief human wrecks sitting around waiting for a heart attack to happen.", "Ngħid il-verita' li dan il-kliem baqa' dejjem iberren f'moħħi u forsi minn hemmhekk beda l-interess tiegħi fis-settur ta' l-anzjani.", "Nammetti li nħoss li aħna lkoll marbutin b'dover sħiħ li dejjem intejbu l-kwalita' tal-persuni li ħolqu l-passat tagħna.", "Aktar ma nersqu lejn it-tielet millennju, aktar il-pajjiżi kollha qegħdin jaraw il-bżonn u l-ħtieġa li jifformolaw u jimplimentaw ukoll policies indirizzati lejn il-bżonnijiet reali ta' l-anzjani.", "Nafu li l-ekonomija tal-pajjiż tagħna trid tieħu in konsiderazzjoni l-fatt li s-sosteniment ta' l-anzjani se jinvolvi riżorsi qawwija kemm umani kif ukoll finanzjarji.", "Nafu wkoll li dan kollu se jseħħ fi żmien meta għandna r-rata tat-twelid, li f'ħafna pajjiżi qiegħda tinżel 'l isfel u meta l-aspettattivi ta' l- anzjani dejjem qed jiżdiedu.", "Pero' dan is-sosteniment se jkun wieħed mill- akbar sfidi soċjali u ekonomiċi li aħna se nħabbtu wiċċna miegħu fis-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, Malta kienet minn ta' quddiem bħala pajjiż li rrikonoxxiet l- aspettattivi u l-bżonnijiet ta' l-anzjani.", "Kellna t-twaqqif tas- segretarjat għall-anzjani fl-1987.", "Dak kien pass 'il quddiem biex nibdew naħdmu fuq dawn il-bżonnijiet u nista' ngħid l-istess ħaġa għall-istitut internazzjonali dwar l-anzjani u anke għall-istitut tal-ġerentoloġija fl- Universita' ta' Malta.", "Bħalissa qed issir ħidma wkoll min-national focal point li twaqqaf f'April tas-sena li għaddiet u li diġa' ħejja dokument preparatorju kif ukoll skemi ta' attivitajiet biex Malta twieġeb għas-sejħa tal-Ġnus Magħquda biex il-pajjiżi tad-dinja jtejbu l-ħajja ta' l-anzjani tagħhom.", "F'dan id-dokument li ħejja n-national focal point hemm imniżżel li s-soċjeta' għall-etajiet kollha, kif qed insejħula, trid tara li l-proċess naturali ta' meta bniedem jikber fl-eta' jkun indirizzat b'tali manjiera li l-anzjan ma jridx inaqqas mill-kwalita' tal-ħajja tiegħu - din il-kwalita' jkun ilu jaħdem għaliha ħafna u ħafna snin - u lanqas m'għandu jbati l- umiljazzjoni u d-dwejjaq li jqaċċat l-għeruq tiegħu min-nies u mill-ambjent li jkun trabba fih.", "Dawn huma konċetti sbieħ, ideali u nobbli imma aħna nafu wkoll li l-konċett u l-ideali jibqgħu kliem fieragħ jekk ma jsirx re- thinking globali biex insibu r-rieda u anke l-mezzi biex nimplimentaw dak li jiġi propost.", "Mr Speaker, nafu li l-bniedem jgħożż l-indipendenza personali u naħseb li l-iktar ħaġa li jibża' minna hi s-solitudni, li ħafna minna jgħidu li hi l- akbar għadu ta' l-anzjani.", "Mela l-isfida tagħna trid tkun li naraw li waqt li l-anzjani jgħixu ħajja indipendenti sakemm huwa possibbli, irridu ngħinuhom ukoll biex jegħlbu s-solitudni.", "Mela rridu naraw kif nipprovdulhom faċilitajiet biex it-tielet fażi ta' ħajjithom ma tkunx biss, biex ngħid hekk, snin ta' stennija jew passaġġ minn ħajja għall-oħra.", "Taħt Gvern Nazzjonalista aħna rajna l-introduzzjoni ta' bosta miżuri.", "Kellna l- miżuri tat-telecare, il-meals on wheels, il-home help u ċ-ċentri għall- anzjani.", "Kellna servizzi oħra wkoll li bla dubju ta' xejn wasslu biex ħafna anzjani baqgħu jgħixu f'darhom.", "Naħseb li dan in-numru jkompli jiżdid ukoll jekk tidħol fis-seħħ il-proposta ta' night carers għal dawk li għandhom bżonn, jew dawk li jixtiequ l-wens, għaliex huwa fatt li ħafna anzjani jagħżlu li jidħlu fid-djar residenzjali għaliex m'għandhomx wens matul il-lejl u jibżgħu li jiġrilhom xi ħaġa waqt li jkunu waħedhom.", "Hawnhekk, Mr Speaker, irridu nħarsu bis-serjeta' lejn kemm aħna lesti li nindirizzaw dawn il-bżonnijiet u naraw x'inhuma x-xewqat ta' l-anzjani bis- serjeta'.", "Dawn għandhom dritt li jibqgħu jgħixu fi djarhom sakemm hu possibbli?", "Jien ngħid: Iva.", "Pero' biex iwettqu dan id-dritt irridu nkunu aħna li nikkonsidraw miżuri nnovattivi.", "Irridu nħarsu aktar mill-qrib lejn il-possibbilta' ta' servizzi li jixbħu lil dawk mogħtija fid-djar residenzjali pero' li nipprovduhom aħna fid-djar ta' individwi.", "Jien ngħid li huwa aktar cost effective li nipprovdu servizzi fid-djar personali ta' l-anzjani milli nibnu djar ġodda ta' l-Istat, ngħammruhom u nsibu l- personnel kollu mħarreġ biex jieħu ħsieb ir-residenti.", "Fuq kollox inkunu qegħdin nagħmlu dak li jixtiequ l-anzjani li nżommuhom jgħixu fl-ambjent familjari tagħhom.", "Idealment - speċjalment għal raġunijiet psikoloġiċi - l- anzjani għandhom jibqgħu fi ħdan il-familji tagħhom, imma rridu nkunu realistiċi wkoll għax dawn il-familji għandhom il-bżonnijiet tagħhom ukoll, speċjalment meta jkunu familji bi tfal żgħar.", "Illum għandna soċjeta' fejn dak is-settur tal-poplu li sa ftit snin ilu kien id-dar u awtomatikament kien jieħu ħsieb it-tfal, l-anzjani u l-morda tagħna, issa dak is-settur qiegħed dejjem jonqos u iktar ma jkun hemm nisa li jagħżlu li jidħlu fil-labour force, li jagħżlu li jkomplu l-istudji tagħhom, li jagħżlu li jagħmlu dak li jixtiequ li għamlu huma f'ħajjithom, allura se naraw li dan ir-riżors li kien awtomatiku qabel se jkompli jonqos.", "Pero' jien ngħid li xorta waħda nistgħu nersqu lejn il- provvediment ta' faċilitajiet biex familji li jridu jieħdu ħsieb ta' l- anzjani jingħataw forma ta' għajnuna u b'hekk nilħqu sitwazzjoni li taġevola lil kulħadd.", "Il-ġimgħa li għaddiet iltqajt ma' mara żagħżugħa b'żewġt itfal, fejn qaltli li qed tieħu ħsieb in-nanna tar-raġel u li jixtiequ jżommuha d-dar, pero' din il-mara għandha part-time job ta' erba' sigħat kuljum li d-dħul minnu huwa parti neċessarja mid-dħul totali tal- familja.", "Mela l-problema hi x'se nagħmlu bin-nanna.", "Lanqas soluzzjoni temporanja ma għandhom sakemm isibu post għan-nanna f'dar residenzjali.", "Pero' jien nistaqsi: Ma nistgħux familji bħal dawn naraw jekk nistgħux nipprovdulhom xi forma ta' sussidju jew għajnuna biex xi ħadd jista' jieħu ħsieb il-persuni anzjani waqt li l-membri tal-familji żgħażagħ li għandna xorta jistgħu jibqgħu jagħmlu l-obbligi, id-doveri u x-xewqat tagħhom?", "Mr Speaker, ovvjament, hawnhekk nenfasizza li kulma qed ngħid jinvolvi u jirrikjedi riżorsi kbar umani u anke finanzjarji.", "Imma kif għedt qabel, jekk il-konċetti u l-ideali se nħalluhom biss paroli m'aħniex se nindirizzaw il-bżonnijiet tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa xogħol qawwi għall-kunsilli lokali u anke għall-għaqdiet volontarji li f'ħafna okkażjonijiet diġa' bdew jagħtu s-sehem tagħhom.", "Dħalna, Mr Speaker, ukoll fl-era tad-djar residenzjali privati.", "Qabel kellna d-djar tal-knisja u dawk ta' l-Istat li jieħdu ħsieb l-anzjani, issa qed nitkellmu wkoll fuq proġetti bejn l-Istat u l-privat għaliex hawn għatx kbir għad-djar residenzjali ta' l-anzjani.", "Jien dan l-aħħar tajt daqqa t'għajn lir-regolamenti għal liċenzja biex tinfetaħ dar ta' l-anzjani privata.", "Ngħid il-verita' għamilt hekk wara li wasluli bosta ilmenti minn familjari ta' anzjani residenti f'xi djar privati.", "Kien hemm min qal li wasal biex ħareġ lir-resident wara ftit jiem minħabba diżappunt kbir fis- servizz u fil-faċilitajiet - m'aħniex nitkellmu fuq lussu - imma min kellimni kien qed jitkellem fuq faċilitajiet bażiċi ħafna.", "Kien hemm min ammetta li ħalla lil ommu jew lil missieru hemmhekk b'dispjaċir kbir imma ma kellux għażla.", "Imma bħal f'kull ħaġa, Mr Speaker, ikun hawn min jipprovdi servizz tajjeb u servizz ħażin, imma jidhirli li rridu noqogħdu ferm attenti u nirrepeti li fl-għatx li hawn għad-djar residenzjali ta' l- anzjani, aħna xorta għandna noħolqu ċerti standards u nibqgħu nżommu dawn l- istandards tul iż-żmien u qatt m'għandna naqgħu fid-dnub li għax hawn bżonn kbir ta' djar għall-anzjani, nagħlqu għajnejna għan-nuqqasijiet fit- tmexxija tagħhom.", "Mr Speaker, il-ħin ma jippermettilix li nitkellem fit- tul fuq il-liċenzji għad-djar ta' l-anzjani, pero' għal min ma jafx din toħroġ minn section 98 tal-Medical and Kindred Professions Ordinance.", "Jien din rajtha u deherli li l-enfasi tar-regolamenti qiegħda wisq fuq is- saħħa u mhux biżżejjed fuq il-kura ta' l-anzjani.", "Qed ngħid \"kura\" fis-sens ta' caring għaliex l-anzjani m'humiex pazjenti fi sptar imma individwi li l- għan tagħna għandu jkun u dejjem jibqa' li huma jgħixu s-snin li fadlilhom fl-aktar mod attiv possibbli.", "Mr Speaker, qed nagħti daqqa t'għajn lil din il-liċenzja u naħseb ukoll li ċerti regolamenti fil-ġurnata tal-lum għandhom ikunu aktar speċifiċi.", "Ħafna mir-regolamenti huma wesgħin u miftuħa għall-interpretazzjoni.", "Per eżempju, wieħed mir-regolamenti jitkellem fuq fire fighting facilities.", "Hawn miktub li f'dawn id-djar għandu jkun hemm fire fighting facilities.", "Mr Speaker, barmil bir-ramel minn uħud huwa meqjus bħala fire fighting facility, pero' fil-ġurnata tal- lum għandna smoke detectors, extinguishers, sprinklers, fire doors, fire blankets u anke retardant materials għal dak li huwa bedding u upholstery.", "Jien nistenna li d-djar ta' l-anzjani, speċjalment dawk li huma ġodda, mill-ewwel jinvestu f'dawn l-affarijiet.", "Għandna nneħħuha din il-mentalita' li dawn l-affarijiet huma lussu għaliex dawn huma bżonn.", "F'pajjiżi oħra jagħmlu bażi integrali ta' requirements għad-djar ta' l-anzjani.", "Aħna għandna wkoll guidelines, per eżempju, li jkun hemm ir-rails fil-kmamar tal-banju.", "Pero' r-rails mhux biss għandhom ikunu fil-kmamar tal-banju imma anke fil-kurituri u f'postijiet oħra ta' periklu.", "Il-guidelines ma jorbtu lil ħadd u jien hawnhekk nixtieq ngħid li għandna nħarsu wkoll lejn affarijiet li mhux biss narawhom mil-lat ta' dak li fetaħ id-djar ta' l- anzjani, li ħafna drabi jkun fuq profit making basis, imma nħarsu lejhom ukoll bħala servizz lejn il-komunita'.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll fuq is-sistema ta' inspections.", "Minn informazzjoni li ġbart inspections isiru biss darba fis-sena meta tasal il- liċenzja għar-renewal jew inkella meta jkun hemm rapport.", "Meta inspection issir fl-istess żmien, regolari, jiġri bħalma nafu aħna meta jkun ġej il- kappillan ibierek id-dar u ssir spring-cleaning mad-dar kollha.", "L- inspections għandhom ikunu unannounced, fejn is-sidien jew min imexxi d- djar ma jkunux jafu bihom u mbagħad fil-verita' naraw x'qed jiġri f'dawn id- djar ta' l-anzjani.", "Mr Speaker, xtaqt li kelli aktar ħin biex nitkellem fuq id-djar ta' l- Istat imma sfortunatament qed nara lill-kollega tiegħi diġa' qiegħed iħares lejn l-arloġġ, pero' jidhirli li nkunu fit-triq it-tajba jekk nibdew nipprovdu units b'servizz personalizzat biex forsi xi darba naslu għal dak il-phasing-out ta' istituzzjoni kbira, bħal St. Vincent de Paule, li waqt li jagħti servizz tajjeb pero' ovvjament in-numru kbir ta' residenti jnaqqas mill-attenzjoni individwali lejn dawn ir-residenti.", "Mr Speaker, jekk verament irridu naħdmu għall-ġid ta' l-anzjani tagħna jrid ikollna policy b'planning kuraġġuża u b'viżjoni, inkella qatt m'aħna se nilħqu l- għan tas-sena internazzjonali ta' l-anzjani li noħolqu soċjeta' għall- etajiet kollha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, huwa tassew unur li wieħed jitkellem fil-bidu tas-sena quddiem din il-Kamra u llejla jien xtaqt nindirizza lill-Kamra rigward il-problemi li l-poplu tal-Kottonera u tat- Tieni Distrett qed isibu.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għar- rigward ta' proposti jew ideat biex wieħed jipprova jibdel ftit is- sitwazzjoni li hemm bħalissa f'dan il-post.", "Mr Speaker, kien tassew b'fortuna u fl-istess ħin bi ftit żventura li f'Ottubru ta' l-1997 kellna rapport tassew interessanti ppreżentat minn tliet arċipriti, dak tal-Birgu, ta' l-Isla u ta' Bormla u l-Kappillan tal- Kalkara li flimkien ingħaqdu biex għamlu rapport rigward is-sitwazzjoni fil- Kottonera, kif jarawha huma, x'inhuma l-problemi li qed jaraw u kif jista' jkun hemm mezzi ta' soluzzjoni għal dawn il-problemi.", "Wieħed jista' ma jaqbilx mal-proposti li hemm pero' żgur li jrid jagħti l-mertu lil dawn l- erba' min-nies li qalu b'mod mill-iktar ċar x'inhuma l-problemi waħda wara l-oħra.", "Laqtitni b'mod mill-iktar sabiħ sentenza fl-introduzzjoni għal dan ir-rapport tagħhom.", "Din is-sentenza tgħid hekk:", "\"Tajjeb li jingħad li l-problemi elenkati mhux neċessarjament jeżistu b'mod esklussiv fil-Kottonera u l-Kalkara imma fl-istess waqt, filwaqt li l-Kottonera taqsam fil-problemi tal-pajjiż u f'xi oqsma b'mod aktar sensittiv minn inħawi oħra, ma taqsamx bl-istess mod fil-ġid komuni tal-pajjiż.\".", "Din is-sentenza hija indikattiva tas-sitwazzjoni kif verament hi f'dan id- distrett.", "Mr Speaker, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Dolores Cristina, llejla indirizzat lil din il-Kamra rigward l-anzjani.", "Hija ħaġa sabiħa li l-Partit Nazzjonalista ħa ħsieb li jkun hemm dar għall-anzjani ġewwa Bormla.", "Jien ngħid li din id-dar għandha sservi biex tibda tindika lill- pajjiż kollu kemm hu l-interess kbir li għandu l-Partit Nazzjonalista biex is-sitwazzjoni ġewwa t-Tieni Distrett tinbidel radikalment.", "Mr Speaker, jien ngħid li għandi ħolma fejn nixtieq li nara dan il-post jinbidel, u ngħid ukoll li m'huwiex diffiċli biex din il-ħolma titwettaq, pero' biex titwettaq trid ħafna xogħol u ħafna impenn.", "Diġa' tkellimt fuq dan is-suġġett f'mumenti oħra quddiem din il-Kamra u nerġa' nfakkar ftit li waħda mill-fatturi li jista' jċaqlaq 'il quddiem il- progress fil-Kottonera huwa l-għarfien aħjar tal-postijiet storiċi li għandha l-Kottonera f'idejha.", "Mr Speaker, jien ma nafx jekk is-Sinjorija Tiegħek qattx ġiet biex tara, per eżempju, il-Maċina ġewwa l-Isla.", "Il-post minn ġewwa huwa sabiħ ħafna, huwa enormi, b'diversi kmamar kbar, swali sbieħ.", "Ħdejn il-Maċina, hemm belvedere mill-isbaħ, bħalma huma sbieħ ukoll is-swar li jdawru l-Isla.", "Imbagħad xi ngħidu għall knejjes ta' San Filippu, San Ġiljan u l-bażilika li fihom hemm wirt kulturali kbir!", "Jekk imbagħad induru ġewwa Bormla għandek il-parroċċa ta' Bormla, li hija sabiħa ħafna, b'xogħlijiet ta' Cali', ta' Rokku Buhagiar u ta' diversi artisti oħra importanti Maltin.", "Hemm il-knisja ta' Santa Tereża bil-kunvent, kunvent antik li Santa Tereża d'Avila riedet li jkun il-post minn fejn jiġu mgħallma l-pajjiżi Għarab, fejn riedet li hemmhekk ikun l-ewwel post minn fejn isir studju tar-rapport bejn id-dinja Għarbija u dik kattolika.", "Mr Speaker nixtieq insemmi wkoll il-Birgu, pajjiż mimli b'ħafna affarijiet sbieħ, kif ukoll il-Kalkara li għandha wkoll ġojjelli sbieħ.", "Ma riddx ninsa nsemmi wkoll Bighi, fejn għandek il-knisja tas-Salvatur, hemm il-Bieb tas-Salvatur, għandek ukoll iċ-ċimiterju żgħir tal-Lhud, li huwa post interessanti ħafna, peress li fil-Kalkara kien hemm komunita' tal- Lhud.", "Il-post f'kelma waħda, Mr Speaker, għandu ġo fih iż-żerriegħa li minnha tista' tikber xitla li tagħti lin-nies tal-Kottonera u lill-pajjiż kollu in ġenerali immaġini ferm aħjar.", "Mhux biss, imma tipprovdi mezz ekonomiku ta' għajxien għal diversi nies tat-tieni distrett li sfortunatament m'għandhomx xogħol.", "Mr Speaker, minn diversi domandi parlamentari li saru jirriżulta li wieħed mill-postijiet fejn l-iktar għandna qgħad fil-pajjiż huwa proprju fit-Tieni Distrett.", "U allura jien nara li l-użu aħjar ta' dawn il- postijiet mhux biss jagħti xogħol lil dawn in-nies imma jagħti wkoll dinjita' ikbar lill-post.", "X'jiġifieri dan?", "Jekk wieħed jieħu x'ġara fil- Birgu, jara li meta fl-1987 il-Partit Nazzjonalista beda jagħmel xi ħaġa hemmhekk in-nies stess tal-Birgu bdew jirranġaw id-djar tagħhom u jnaddfuhom, bdew jiskopru x'għandhom ġod-djar tagħhom u bdew jirranġawhom ferm aħjar milli kienu qabel.", "Dan apparti minn numru ieħor ta' nies li kif bdew jaraw valur mogħti lil dan il-post, bdew jixtru l-proprjetajiet biex huma jmorru joqogħdu hemmhekk.", "U dan ġara mhux biss fil-Birgu imma ġara anke fl-Isla u f'Bormla.", "Jiġifieri fejn il-poplu jara t-tajjeb jaf japprezzah u allura aħna bħala gvern għandna nkunu l-katalisti, għandna nkunu l-promoturi, għandna nkunu dawk li mmexxu 'l quddiem dawn l- affarijiet biex il-poplu stess isegwina b'iktar ħeffa u b'iktar attenzjoni li jasal biex in-nies stess tal-Kottonera wkoll jagħrfu jkollhom djar aħjar milli fil-fatt għandhom bħalissa.", "Mr Speaker, problema oħra li għandna f'dan id-distrett hija proprju dik li għandek numru ta' djar sub-standard, postijiet li ma jistgħux jgħixu nies fihom.", "Hija tajba l-iskema li saret mill-awtorita' tad-djar li toffri somma ta' flus biex jiġu rranġati ċerti postijiet, pero' sfortunatament wieħed irid jgħid ukoll li hemm djar li għalxejn wieħed jipprova jirranġahom għaliex ħżiena kienu u tirranġahom kif tirranġahom ħżiena se jibqgħu; għaliex se tibqa' l-problema ta' l-umdita', se jibqgħu l-problemi ta' ventilazzjoni, problemi li l-kmamar mhumiex imqassma tajjeb u allura għal dawn il-postijiet m'hemm ebda rimedju ieħor ħlief li twaqqagħhom.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista waqqa' djar ġo Bormla, reġa' bniehom mill-ġdid, bniehom b'mod spazjat u bniehom b'mod li żamm in-natura ta' l-ambjent tal-post kollu.", "Per eżempju, waħda mill-problemi li hemm f'Bormla u fil-Kottonera hija li d-djar li nbnew wara l-gwerra ma baqgħux fuq l-istess linja arkitettonika li kien hemm qabel u allura għandek il- problema li f'ċerti punti ta' dawn it-Tlett Ibliet għandek ftit stonaturi, għaliex għandek postijiet antiki qegħdin ma' postijiet kompletament ġodda.", "Allura, anke hawn wieħed irid jaħseb biex jara kif jista' bl-inqas aġġustamenti jirranġa biex iġib ftit iktar konformita', per eżempju, użu aħjar tal-galleriji li tul il-medda ta' snin erġajna għamilna riskoperta tal-valur u tas-sbuħija li jagħtu lil pajjiżna.", "Mr Speaker, meta wieħed jistaqsi: Minn fejn se nibdew nsolvu l- problemi li hemm fil-Kottonera?", "Jien ngħid li wieħed irid jagħmel analisi ta' l-affarijiet kollha li saru minn diversi persuni - jien semmejt it- tliet arċiprieti u l-kappillan kollha tal-Kottonera li għamlu analiżi tajba - anke min-naħa ta' din l-istituzzjoni.", "Issa wasal iż-żmien u ż-żmien huwa matur biex dak li ilna nitkellmu fuqu nwettquh u rridu nwettquh billi nibdew mill-irqaqat, għaliex ma tistax tippretendi li kollox se jitrasforma ruħu minn ġurnata għall-oħra.", "Pero' meta inti tibda tagħmel ix-xogħol, ix- xogħol se jakkumula ruħu.", "Per eżempju, riċentement mort inżur id-dar ta' l- anzjani ġewwa Bormla u rajt li l-kappella tal-Konservatorju issa waslet fl- aħħar partijiet tagħha.", "Reġgħet inżebgħet, reġgħet ġiet restawrata u ftit ta' żmien ieħor tinfetaħ għall-pubbliku.", "Ftit tax-xhur ilu dan ma kienx jidher li se jsir pero' bil-ħidma kostanti ta' kuljum u bil-ħidma u b'attenzjoni da parti tal-gvern, dan kollu jista' jsir.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li bħala deputat u rappreżentant ta' dan id-distrett elettorali, nispera li f'dawn iż-żmenijiet li ġejjin naraw kambjamenti iktar fil-fond f'dawn il-proġetti li l-gvern preżenti qiegħed iressaq biex isiru.", "Nispera wkoll li kollox isir mingħajr suluzzu żejjed, isir mill-ewwel u fl-inqas żmien possibbli.", "B'dan il-mod il-poplu ta' din il-lokalita' jingħata d-dinjita' li ilu ħafna jistenna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 20 ta' Jannar 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fl-9.53 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - PRIVATI - MIŻATI", "2980.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li fi stadju ta' kumitat waqt id-diskussjoni tal-liġi tal-VAT il- Ministru tal-Finanzi qal li bid-dħul ta' din it-taxxa se jonqsu sostanzjalment l-ispejjeż ta' l-iskejjel privati, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel li dan se jwassal biex jonqsu l-miżati li jiċċarġjaw dawn l-iskejjel lill-istudenti li jattendu fihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-component ewlieni ta' l-ispejjeż rikurrenti ta' l-iskejjel huma l-pagi u s-salarji ta' l-impjegati, u mhux previst li l-pagi u s-salarji jonqsu, ma jirriżultalix li xi skola privata se tnaqqas il-miżati.", "PULIZIJA - GĦASAFAR PROTETTI", "2981.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti u x'rapporti saru lill-Ministeru u lill- pulizija mill-għaqda Birdlife Malta dwar abbużi minn kaċċaturi li sparaw fuq speċi ta' għasafar protetti u li daħlu f'santwarji bħal Buskett bejn l- 10 ta' Settembru, 1998 u llum?", "X'passi ttieħdu wara dawn il-kuntatti u rapporti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Saru żewġ laqgħat mal-Birdlife Malta.", "L-ewwel laqgħa saret fis-17 ta' Novembru, 1998.", "F'din il-laqgħa ġew diskussi problemi ta' infurzar tar-regolamenti dwar il-kaċċa.", "Ġiet ukoll diskussa l-possibilita' illi fil-Ħarifa u r-Rebbiegħa, biex jiġu evitati abbużi, tissaħħaħ temporanjament l-A.L.E. f'dawn l-istaġuni.", "It-tieni laqgħa saret fil-15 ta' Jannar, 1999, mal-Prim Ministru.", "Għal din il-laqgħa kont preżenti jien ukoll u fiha ġew dikussi suġġetti simili.", "Fil-11 ta' Settembru, 1998, sar rapport mill-Birdlife dwar abbuż fil- Buskett fl-Għassa tar-Rabat.", "Saret inspection mill-Pulizija, iżda r- riżultat kien fin-negattiv.", "SPTAR SAN LUQA - PAZJENTI BL-HIV/AIDS", "2982.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jikkonferma l-Ministru li sar studju dwar kif qed jiġu trattati pazjenti bl- HIV u l-AIDS fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan l- istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?", "X'passi se jittieħdu mill-awtoritajiet tas- saħħa wara dan l-istudju?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nikkonferma li saret inkjesta teknika dwar il-mod kif jigu ttrattati u kkurati pazjenti morda bl-Aids fl-Isptar San Luqa.", "Minhabba dettalji ta' konfidenzjalita' medika, ma nhossx li ghandi npoggi r- rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ir-rizultati principali u r- rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "L-istaff koncernat qed ikompli jigi mheggeg biex ikompli jsegwi l-proceduri u li jzomm ruhu aggornat mad-direzzjonijiet moghtija min-Nurse Management u mill-Infection Control Unit.", "Ix-xoghol strutturali biex jinfetaħ l- Infectious Disease Ward fl-Isptar San Luqa jinsab miexi b'ritmu sodisfacenti u jkun lest fi ftit xhur ohra.", "ĦAĠAR QIM - TEMPJU", "2983.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport mitlub dwar il-ħsarat li ġraw fit-tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport dwar il-ħsarat li ġraw fit- tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar issa tlesta.", "Minn dan ir-rapport, wieħed għandu jifhem li waqt li l-parti mġarrfa tista' tiġi rrestawrata, xorta waħda għad hemm periklu serju li jiġru krolli oħrajn f'setturi oħra tat-tempji megalitiċi, kemm-il darba ma jsirux interventi serji u fil-futur qrib.", "Informat ukoll li l-UNESCO diġa' approvat li jingħataw $72,000 mill-fond ta' emerġenza għal siti ta' patrimonju dinji.", "Kopji ta' dawn id-dokumenti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "2989.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin li se jiskontaw/jispiċċaw mis- sentenza ta' ħabs matul l-1999, xahar b'xahar?", "Kemm minnhom huma nisa u rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena?", "X'għajnuna se jingħataw sabiex jintegraw mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-ħabsin li se jiskontaw is-sentenza ta' ħabs, xahar b'xahar, matul l-1999 hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- Seduta.", "Skond kif provdut f'Art 61 (f) tar-Regolamenti tal-Ħabs ta' l-1995, priġunieri li jkunu se jtemmu s-sentenza tagħhom jista' jingħatalhom leave mill-Ħabs sabiex jaħdmu f'xi mpjieg jew sabiex jirċievu tagħlim jew taħriġ, tul l-aħħar tlett xhur tas-sentenza tagħhom.", "PULIZIJA - BARRIERI", "2990.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' barrieri f'Malta u Għawdex li jużaw splussivi skond il-kondizzjonijiet tal-pulizija sabiex ikun assigurat li ma ssirx ħsara lill-art u/jew bini residenzjali fil-madwar?", "Kemm-il spezzjoni ssir mill-pulizija u minn min jinvestiga minn żmien għal żmien jekk l-isplussivi kkawżawx danni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li hawn 23 barriera tal-qawwi f'Malta u erbgħa f'Għawdex li jużaw splussiv għat-tqattiegħ tal-blat.", "Kull barriera għandha ammont ta' splussiv u numru ta' detonaturi li tista' tuża waqt l-isparar, u dan l-ammont jiġi stabbilit mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar, wara li jsiru t-testijiet meħtieġa bi strumenti apposta minn uffiċjali li huma esperti f'dan il-qasam.", "Dan biex jiġi assigurat illi ma ssir l-ebda ħsara lill-art jew bini ta' madwar.", "Ninsab informat ukoll li uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jispezzjonaw dawn il-barrieri b'mod regolari.", "Meta u jekk jiġu rrapportati danni lill-Pulizija, issir l-investigazzjoni meħtieġa mill-Pulizija tad-distrett fejn tkun il-barriera, bl-għajnuna tal- Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "2991.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' taxis, mini buses u karozzi tat-trasport pubbliku reġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "2992.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema maċ-Ċivil li temmew l- impjieg tagħhom matul l-1998?", "Xi gradi kellhom u f'liema dipartimenti kienu jaħdmu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi bejn Jannar u Novembru tas- sena li għada kif spiċċat 1,000 ħaddiem full time fis-Servizz Pubbliku temmew l-impjieg tagħhom.", "L-informazzjoni għax-xahar ta' Diċembru għada qegħda tinġabar.", "Skeda bid-dettalji ta' dawn l-impjegati kif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SKEJJEL - FAĊILITAJIET", "2993.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk l-iskejjel f'Malta u Għawdex li jestendu servizz tal-faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku?", "X'għajnuna jitolbu dawn l-iskejjel lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jibqgħu jestendu dan is-servizz għall-komunitajiet u l-għaqdiet rispettivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - GĦAQDIET VOLONTARJI", "2994.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet volontarji, MGO, eċċ li ressqu t-talba tagħhom lid-dipartimenti konċernati li jaqgħu taħt il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni li ma ġewx aċċettati?", "X'kienu r-raġunijiet u min kienu l-għaqdiet li ma ġewx mogħtija l-għajnuna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm 12-il għaqda volontarja taż- żgħażagħ li ressqu talba għall-għajnuna lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-perjodu bejn Jannar u Ġunju 1999 taħt il-Youth Support Programme u li ma ġewx aċċettati.", "Informat li r-raġuni prinċipali li ma ġewx aċċettati hija li dawn it-talbiet kienu ta' natura sportiva, kulturali jew kapitali.", "Kien hemm għaqda minnhom li ġiet mitluba tapplika permezz ta' l-organizzazzjoni li tagħmel parti minnha.", "L-għaqdiet kienu dawn:", "Juventutis Domus Sacra Familia Għaqda Voluntieri Santa Venera MUSEUM Subien Żebbuġ Tony Lawrence Dance School Malta University Sports Club Żebbuġ Vikings Football Club Malta Shotokan Karate International Federation Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina Għaqda tal-Konsumaturi Miriam Cauchi Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi Inizjamed.", "PULIZIJA - MEMBRI FUQ AKKUŻI", "2998.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u ta' liema rank huma li llum qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qrati Maltin?", "F'liema stadju wasal kull każ?", "Fuq liema akkużi qegħdin quddiem il-Qrati?", "Dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha huma sospiżi mid-doveri tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - MEMBRI", "3043.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għal din is-sena jdaħħal pulizija ġodda fil-Korp tal-Pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qed jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-korp fid-diversi gradi qabel ma' tittieħed azzjoni biex jimtlew id-diversi vakanzi.", "ENEMALTA - BOZOZ", "3044.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda mill-5 ta' Settembru sal-lum, lokal b'lokal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-5 ta' Settembru 'l hawn twaħħlu 87 bozza ġdida mqassmin hekk:-", "Kunsill Lokali Numru ta' bozoz installati", "Attard 5 B'Kara 8 Għargħur 2 Floriana 1 Ħamrun 4 Isla 3 Kalkara 2 M'Skala 10 Mġarr 6 Mosta 23 Msida 1 Naxxar 2 Paola 5 San Ġwann 1 San Pawl il-Baħar 2 Sta.", "Venera 7 Tarxien 1 Valletta 1 Żabbar 3", "OPM - RIĊEVIMENTI", "3045.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-Uffiċċju tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Diċembru 1998 intnefqu Lm6,181.21 f'riċevimenti fl-Uffiċċju tiegħi.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - RIĊEVIMENTI", "3046.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fil- Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema perjodu qiegħed jirriferi.", "Niġbidlu l-attenzjoni għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 1283 fejn jidhru l-ammonti li ntnefqu bejn il- 5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - RIĊEVIMENTI", "3047.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'parties fil-Ministeru ta' l- Edukazzjoni bejn l-20 u l-31 ta' Diċembru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma ntnefqu ebda flus f'parties fil- Ministeru ta' l-Edukazzjoni bejn l-20 u l-31 ta' Diċembru, 1998.", "TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "3048.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal it-tħaffir għaż-żejt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li x-xogħol fuq il-bir illum wasal fl-ahhar parti tal-fażi ta' tħaffir u sal-lum ntlaħqu 7,750 metru.", "SPTAR MONTE CARMELI - TRASFERIMENTI", "3105.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Isptar Monte Carmeli?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' transfers li nghataw mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Dicembru, 1998 fl-Isptar Monte Carmeli huwa ta' tmintax (18).", "Tlettax (13)-il transfer saru fuq talba taghhom stess, l-ohrajn saru u jibqghu isiru, skond il-htigijiet tad-dipartiment u l-esigenzi tas- servizz.", "SPTAR SAN LUQA - TRASFERIMENTI", "3106.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Isptar San Luqa?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' transfers li nghataw mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Dicembru, 1999 fl-Isptar San Luqa huwa ta' hamsa u tletin (35).", "Hamsa u ghoxrin (25) saru fuq talba taghhom stess, l-ohrajn saru u jibqghu isiru skond il-htigijiet tad-dipartiment u l-esigenzi tas- servizz.", "PIXKERIJA - TRASFERIMENTI", "3107.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Pixkerija?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn id-29 ta' Ottubru, 1998 u l-31 ta' Diċembru, 1998 sar trasferiment wieħed biss fil-Pixkerija.", "It-trasferiment sar minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz.", "Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Pixkerija stess.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - TRASFERIMENTI", "3108.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il- ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li saret talba minn uffiċjal fit- taqsima ta' Għawdex ta' l-imsemmi Dipartiment, għal trasferiment, liema talba għada qed tiġi kkonsidrata.", "Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLUTRA - TRASFERIMENTI", "3109.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "Jista' l- Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil- post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn id-29 ta' Ottubru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 saru disa' trasferimenti minn sezzjoni għal oħra fid-Dipartiment ta' l- Agrikoltura.", "It-trasferimenti saru minħabba fl-esiġenzi tas-servizz.", "Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.", "DIPARTIMENT TA' L-I.D. CARDS - TRASFERIMENTI", "3110.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija ma kienx hemm trasferimenti ta' Pulizija fl-Uffiċċju tal-Karti ta' l-Identita' fid-Depot tal-Pulizija.", "ŻEJTUN - TOROQ", "3143.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir ir- ring road bejn Triq il-Falkunier u Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jidħol f`diskussjonijiet ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex il-parti tar- ring road li tneħħiet minn zona ta` żvilupp terġa` tiddaħħal biex it-triq tkun tista` tinbena.", "Sadanittant ittieħdet azzjoni mill-Joint Office biex l-art meħtieġa għal bini ta` parti minn din it-triq li tagħti għal Triq E. Attard Bezzina tgħaddi għand id-Dipartiment tat-Toroq biex it-triq tkun tista` tinbena.", "ŻEJTUN - TOROQ", "3144.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Dejma, Triq Dwiemes, Triq it-Tempji u Triq it-Tamburin fiż-Żejtun se jingħataw surface bit- tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dawn it-toroq għadu qed isir l- iżvilupp fihom u għad hemm postijiet fejn anke l-main ta` l-ilma għadu temporanju, għalhekk ma jistgħux jiġu asfaltati għalissa.", "MARSA RACING CLUB", "3145.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi dejn ġdid mill-kunsill preżenti tal- Marsa Racing Club?", "Fiex jikkonsisti u kemm hu?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu d-dejn globali tal-Marsa Racing Club, inkluż il-kera b'lura, it-taxxa u l-VAT?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kumitat tal-Marsa ma għamel ebda dejn ġdid.", "Id-dejn globali tal-Club fil-31 ta' Diċembru, 1998 kien jammonta għal Lm317,489 meta paragunat mat-Lm375,668 li kien hemm fit-30 ta' Ġunju, 1998.", "MARSA RACING CLUB", "3146.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu arretrati sal-lum lill-kredituri tal- Marsa Racing Club u min kienu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-arretrati li tħallsu lill-kredituri tal- Marsa Racing Club bejn Settembru 1998 u Diċembru 1998 kienu dawn:", "Polidano Group - Lm22,440 Ramel u Zrar - Lm 1,000 CRS Construction - Lm 2,000 Mike Service Station - Lm 1,600 Bonello George - Lm 500 Data Tote - Lm 3,978 U.E.T. - Lm 984 Oxford House - Lm 1,012 Mechanical Fluid - Lm 792 Larcom & Mitchel - Lm 403 Drivers' dues - Lm 4,000 TOTAL - Lm38,709", "MARSA RACING CLUB", "3147.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema full time mal-Marsa Racing Club mhux qed jiġu stmati kollha xorta, speċjalment fl-overtime ta' meta jkun hemm it-tiġrijiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full time u x'inhu x-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħaddiema full time tal-Marsa Racing Club baqgħu jiġu mħallsa bl-istess mod li kienu jitħallsu sas-sena l-oħra jiġifieri meta l-Club kien immexxi mill-Kumitat maħtur mill- Amministrazzjoni Laburista.", "In-numru ta' ħaddiema full time huwa 6.", "Ħamsa minnhom huma labourers u wieħed jagħmel xogħol fl-uffiċċju.", "MARSA RACING CLUB", "3148.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li membri tal-kunsill tal-Marsa Racing Club, u li huma owners ukoll, jagħmluha ta' starters u judges fit- tiġrijiet fejn f'ċerti każi kien hemm jieħdu sehem żwiemel tagħhom stess jew ta' sħabhom fil-kunsill?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kellu jieħu miżuri dixxiplinarji kontra l-judges/starters fuq nuqqasijiet gravi relatati max-xogħol tagħhom.", "Għalhekk, għal dik l-okkażjoni partikolari, biex ma jieqafx il-programm tat-tiġrijiet, il-Kumitat għażel li jaħdem b'nies li huma membri/sidien.", "It-tiġrijiet kienu saru skond il-programm u ma kien hemm ebda oġġezzjoni fuqhom la mill-membri u s-sidien u lanqas mill- pubbliku jew mill-istampa.", "Mhijiex l-intenzjoni tal-membri tal-Kumitat li jmexxu t-tiġrijiet huma, imma lanqas se jitwaqqfu t-tiġrijiet jew jitħalla li jiġu ripetuti żbalji mill-judges/starters mingħajr ma jittieħdu l-passi meħtieġa.", "SENGLEA - MAĊINA - TINDIF", "3346.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 596 rigward il-Maċina ġewwa l-belt ta' Senglea, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra x'passi ttieħdu sabiex il-post jiġi debitatament imnaddaf u jekk kemm- il darba instabux il-fireplaces kollha li kien hemm u dawn twaħħlux lura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KORP TAL-PULIZIJA - MASTRUDAXXI", "3347.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Lands fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1 ta' Jannar, 1995, u s-26 ta' Awissu, 1998, kien hemm disa' mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal- Pulizija.", "Mill-aħħar data msemmija dan in-numru niżel għal sitta, kif għadu sal-lum.", "Ninsab informat ukoll li fis-snin speċifikati fil-mistoqsija ma kienx hemm mastrudaxxi mpjegati fid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ħlief għal wieħed matul l-1998, li kien impjegat mall-maintenance team ġewwa Ta' Qali.", "Fil- preżent ma hemmx mastrudaxxi mpjegati mad-Dipartiment ta' l-Artijiet.", "DWANA - SKILLED WORKERS", "3348.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm skilled workers jaħdmu ġewwa d-Dwana u ta' liema grad u sengħa huma fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI:", "1995 1996 1997 1998 1999", "Chargehand (Asst.", "Tech.", "Off) 1 1 1 1 1 Works Tech Off (Tech Off) 1 2 1 0 0 Carpenter `D` (Sen Tr \\ Tr) 4 4 4 4 4 Engine Driver `D` (Sen Tr \\ Tr) 4 4 4 4 4 Fitter `D` (Sen Tr \\ Tr) 2 3 3 3 3 Auto-Mechanic `D` (Sen Tr \\ Tr) 1 1 1 0 0 Tailor `D` (Sen Tr \\ Tr) 1 1 1 1 1 Coxswain 1 1 1 1 1 Miner (Operative III) 1 1 1 1 1 Plasterer \\ Painter (Sen Operative) 1 1 1 1 1 Wall Builder (Operative III) 1 1 1 1 1 Mechanical Fitter (Sen Tr \\ Tr) 1 1 1 0 0 Supervisor Marine (Ex Coxswain) 1 1 1 1 1 Airfield Bulk Operator (on loan from Enemalta 1 1 1 1 1 21 23 22 19 19", "Mhux il-ħaddiema kollha li qegħdin f`din il-lista qegħdin jagħmlu xogħol skond il-grad tagħhom.", "XATT TAL-BIRGU - MOLL", "3349.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jittieħdu passi minnufih sabiex il- materjal li tħalla fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu meta hemmhekk twaqqa' bini s-sena l-oħra, jitneħħa biex ma tikbirx il-ħsara lil paviment kif ġara qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Saru l-arranġamenti neċessarji biex il- materjal li tħalla fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu jitneħħa mill-aktar fis possibli.", "BIRGU - PALAZZ TA' L-ISQOF", "3350.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward l-użu kulturali għal pubbliku tal-Palazz ta' l-Isqof ġewwa l-Birgu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma sar ebda studju jew rapport rigward l- użu kulturali għall-pubbliku tal-Palazz ta' l-Isqof ġewwa l-Birgu.", "XGĦAJRA - MANUTENZJONI TAL-BERĠA", "3351.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-aħħar domanda parlamentari magħmula rigward il- manutenzjoni tal-berġa tax-Xgħajra, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jsir rapport rigward l-istat strutturali tal-post?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Se jittiehdu l-passi necessarji fuq is-suggerimenti ta' l-Onor.", "Interpellant.", "TELEMALTA - SERVIZZI ĠODDA", "3400.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il linja tat-telephone ġew installati mis- sena 1994 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:", "SENA TOTAL TA' LINJI INSTALLATI", "1994 101 1995 3,435 1996 12,427 1997 13,794 1998 11,173 1999 (SAT- 13.01.1999) 255", "PULIZIJA - MEMBRI", "3401.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-complement tal-Korp tal-Pulizija jiżdied?", "Jekk fl-affermattiv, kemm se jidħlu membri ġodda fil-korp?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija?", "Kemm hemm uffiċjali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 3043 f'din l-istess Seduta.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat li fil-preżent hemm 1,756 membru fil-Korp tal-Pulizija, li minnhom 84 huma fizzjali.", "ĦABS ĊIVILI - PRIĠUNIERI", "3402.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-Ħabs Ċivili?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm barranin?", "Kemm hemm priġunieri f'kull diviżjoni?", "Kemm hemm priġunieri għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fit-13 ta' Jannar, 1999, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 241 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u units fil-Faċilita'.", "Minbarra dan in-numru, hemm 29 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-Prison Leave il-Caritas, is-Sedqa u Dar Nazaret.", "Ninsab informat ukoll li n-numru ta' priġunieri barranin kien ta' 76 filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva fil- każ tagħhom hu ta' 101.", "Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, minħabba raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx li t-tagħrif mitlub għandu jiġi magħmul pubbliku.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "3403.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol għax-xhur ta' Ottubru u Novembru?", "Kemm minn dawn għandhom anqas minn 30 sena?", "Kemm minn dan it-total ta' nies bla xogħol, joqogħdu f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, l-Kalkara, il-Fgura u x- Xgħajra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru, 1998 kien ta' 7,371.", "Minn dawn kien hemm 2,916 persuna li kellha anqas minn 30 sena.", "Mit-total ta' 2,916 persuna, wħud minnhom kienu joqogħdu f'dawn il- lokalitajiet:-", "Bormla 94 Birgu 32 Isla 42 Kalkara 18 Fgura 80 Xgħajra 6", "L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Ottubru, 1998.", "MIMCOL - MEMBRI TAL-BORD", "3404.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-MIMCOL kif ukoll il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal- kumpanniji kollha li l-MIMCOL għandha interess fihom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻABBAR - TRIQ BIEB IS-SULTAN", "3405.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Bieb is-Sultan, Żabbar tingħata kisja tarmac peress li issa s-servizzi kollha saru u tlestew?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prioritajiet tax-xogħol tad-dipartiment.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "3460.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiiet tagħhom fis-segretarjat privat tagħha u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, tista' l-Ministru tindika d-dipartimenti jew l-azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3508.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "3461.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika?", "Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew l-azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d- dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'seduta 51 għall-mistoqsija parlamentari numru 3531.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - BORDIJIET GOVERNATTIVI", "3462.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena?", "Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel?", "Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju?", "Il-Viċi Prim Ministru għandu ħsieb li jkompli bil- politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi?", "Jista' jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali, mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ma hemm ebda bord governattiv li jaqa' direttament taħt ir-responsabbilta' tiegħi.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - BORDIJIET GOVERNATTIVI", "3463.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena?", "Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel?", "Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju?", "Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l- enfasi ta' l-eta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru trid tinġabar u għalhekk tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - BORDIJIET GOVERNATTIVI", "3464.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena?", "Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel?", "Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju?", "Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi?", "Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal- gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat.", "MINISTERU TAL-FINANZI - BORDIJIET GOVERNATTIVI", "3465.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena?", "Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel?", "Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju?", "Il-Ministru għandu ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħaażagħ f'bordijiet governattivi?", "Jista ' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal- gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm żewġ membri fuq bordijiet fil-Ministeru tiegħi li huma taħt it-30 sena, mara u raġel.", "Dawn jieħdu onorarju ta' Lm1,000 kull wieħed fis-sena.", "Hemm ukoll erba' membri u żewġ segretarji nisa oħra fuq bordijiet li jieħdu:", "1.", "Lm500 fis-sena 2.", "Lm7 kull sessjoni u Lm500 fis-sena 3.", "Lm7 kull sessjoni u Lm500 fis-sena 4.", "Lm1,000 fis-sena 5.", "Lm1 kull sessjoni 6.", "Lm3 kull sessjoni", "PULIZIJA - ANZJANI VITTMI TA' REATI", "3502.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani vittmi ta' reat matul Diċembru 1998?", "X'tip ta' reat kien u x'kienu l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fuq it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "VAT - DĦUL FUQ SERVIZZI", "3503.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jdaħħal flus il-gvern mill-VAT ta' 15% fuq is-servizzi?", "Kemm kien idaħħal il-gvern minn fuq is-servizzi bis- CET?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' taxxa li hu stmat li ser idaħħal il-gvern mill-VAT ta' 15% fuq is-servizzi, kif proġettat mid-dħul mill-istess sors bejn Lulju 1996 sa Lulju 1997 (l- aħħar tnax-il xahar tal-liġi tal-VAT ta' qabel) hu ta' madwar Lm19-il miljun netti.", "L-ammont ta' taxxa (ETS) dikjarat pagabbli fuq is-servizzi taħt il-liġi tat- Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET), bejn Jannar 1998 u Diċembru 1998 kien ta' Lm16.58 miljuni netti.", "PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA FUQ REATI", "3504.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni il-qorti xahar b'xahar matul is-sena 1998 fuq xi reat u x'tip ta' reati kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "PULIZIJA - KAŻI TA' FRODI", "3505.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' frodi rapportati lill-pulizija matul l-1998?", "Kemm ġew solvuti?", "Kemm kien il- valur ta' flus konness ma' kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-1998 ġew irraportati lill- pulizija 774 każi ta' frodi.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi ma jistgħax jingħata n-numru preċiż tal-każijiet solvuti għar-raġuni li wara li r- rapporti jiġu nvestigati, jirriżulta li jkun hemm każijiet minnhom li jkunu ta' natura purament ċivili u oħrajn fejn persuni jirrinunzjaw għall-azzjoni kriminali wara li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet involuti f'dawk il- każijiet li l-azzjoni kriminali ma tkunx ex officcio.", "L-ammonti involuti jvarjaw minn għaxriet sa mijiet ta' eluf ta' liri.", "PULIZIJA - IMMIGRANTI ILLEGALI", "3506.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali maqbuda mill-pulizija matul is-sena 1998?", "Kemm hemm miżmuma Ta' Kandja?", "Kemm ilhom miżmuma dawk li hemm miżmuma llum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-1998 inqabdu u tressqu l- qorti 463 immigrant illegali.", "In-numru ta' immigranti illegali miżmuma f'Ta' Kandja fit-12 ta' Jannar, 1999, kien ta' 33.", "Iż-żmien li ilhom jinżammu f'Ta' Kandja jvarja bejn tliet snin u ħdax-il xahar u ġimgħa.", "PULIZIJA - HOLD UPS", "3517.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru 1998, u t- 12 ta' Jannar 1999, il-pulizija kellha 20 rapport ta' hold ups.", "Barra minn dan kien hemm wieħed li rriżulta li kien rapport falz.", "Kien hemm rapport ieħor ta' tentattiv ta' hold up li fih ma nsteraq xejn.", "MALTACOM - IMPJEGATA", "3667.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li taħdem fil- Maltacom - dettalji qed jintbagħtu separatament - u announcer fuq Super 1 TV kienet ħarġet bis-sick leave fit-30 ta' Diċembru, 1998?", "Jista' l- Ministru jikkonferma ukoll li fit-31 ta' Diċembru, 1998 l-istess persuna, meta kienet suppost għadha bis-sick leave, dehret tippreżenta live programm fuq Super 1 TV fis-6.00 p.m. bl-isem ta' \"Fuq 3 Toqgħod il-Borma\"?", "Jekk fl- affermattiv, x'passi beħsiebu jieħu l-Ministru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant kienet bis-sick leave fit-30 u l-31 ta' Diċembru 1998.", "F'dawn il-ġranet il-persuna in kwestjoni kellha tkun xogħol bejn is-7.30 a.m. u s-1.00p.m.", "Bejn is-1.00p.m. u s-6.00p.m. kienet mistennija taħdem bis-sahra.", "Fit-3.00p.m. tal-31 ta' Diċembru 1998 din il-persuna nfurmat lis-supervisor tagħha li kienet f'pożizzjoni li tidħol għax-xogħol. __________________"]} {"filename": "20030114_846d_par.doc", "date": "2003-01-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 846 It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 846", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "846", "It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 157", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 157", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA", "U L-MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI 163", "AĠĠORNAMENT 187", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 845 li saret fl-14 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SOCIAL WORKERS - POSTIJIET BATTALA", "37688.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37533?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li fid-dipartimenti u l-aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm total ta 39 vakanza ta' social workers.", "ETC - DEREGISTRATION", "37747.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi 37535 u jgħid kemm-il persuna nqatgħet mir-reġistru mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru minn Jannar 1998 sa Novembru 2002 kien ta' 5,603.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk li jiġu struck off għandhomx dritt jappellaw?", "Kemm kienu l-appelli fil- perijodu msemmi?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, nikkonferma li dawk il-persuni li jinstabu jaħdmu f'xi post partikolari jew inkella jkunu mibgħuta biex jattendu għal xi kors u jonqsu milli jattendu għalih mingħajr ma jkollhom raġuni valida u sitwazzjonijiet oħra bħal dawn, jistgħu jiġu struck off mir-reġistru.", "Naturalment, dejjem għandhom id-dritt jappellaw quddiem in-national employment authority, awtorita' indipendenti, li l-iskop ewlieni tagħha huwa li tiffunzjona bħala bord ta' appell mid-deċiżjonijiet li tkun qed tieħu l-ETC f'dawn il-każi.", "Ċertament l-NEA tisma' il-każ u jekk jinstab li dik il-persuna li tkun ġiet struck off kellha raġun u dan ġie miċħud lilha, dik il-persuna tkun intitolata li isimha jerġa' jidħol fir-reġistru b'effett immedjat.", "Jekk jinstab li l-individwu m'għandux raġun, hemm perijodu ta' żmien, jidhirli sitt xhur, li matulu ma jkunx jista' jirreġistra.", "Biss hawnhekk m'għandix informazzjoni dwar in-numru ta' każi li marru quddiem l-NEA, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom ġew miċħuda.", "Pero' żgur li din it-tip ta' informazzjoni tingħata fir-rapport tal- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ li regolarment jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidli jekk investigax il- każ tas-Sur Joe Vella mill-Kalkara li kien tkeċċa inġustament minn mal- kumpannija tal-films, għax sfortunatament dan il-bniedem għadu sal-lum ma ngħatax il-kumpens li kien ħaqqu?", "Ma nafx għaliex imma wara din il- vendikazzjoni ma' Joe Vella, issa qed issir vendikazzjoni oħra ma' ibnu Josef.", "Li naf hu li l-ETC bagħtet għalih biex jattendi għal żewġ korsijiet fl- istess perjodu u peress li seta' jattendi biss għal wieħed minnhom, riedu jaqtgħuh mir-reġistrazzjoni.", "Naturalment dan informa lill-ETC dwar dan - fil-fatt għandi kopja quddiemi ta' l-ittra li kiteb lill-korporazzjoni – u lill-Viċi Prim Ministru nitolbu jinvestiga anke dan il-każ għax la ma kienx hemm provi biżżejjed, ma kienx hemm għalfejn li din il-persuna tinqata' mir-reġistru.", "Forsi għax jiġi t-tifel ta' Joe Vella!", "Irrid nirriferi wkoll lill-Viċi Prim Ministru għall-korrispondenza li ntbagħtitlu mill-GWU dwar tentattiv ta' tkeċċija ta' persuna mill-impjieg.", "Nitolbu jinvestiga dan il-każ ukoll għax sfortunatament ħadd donnu m'hu f'pożizzjoni jagħraf min ħareġ acknowledgement ta' dik l-ittra, biex mingħalihom dan l-individwu jispiċċa ma jkunx jista' jappella, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se nitkellem ftit mill-memorja bl-ordni tal-punti li semma' l-Onor.", "Mizzi.", "Jien kont investigajt il-każ partikolari tas-Sur Vella u kien irriżulta li dan l-individwu għandu dritt ifittex lill- employer għall-perjodu ta' żmien li dam sospiż jew maqtugħ mill-impjieg.", "Pero' din m'hijiex xi ħaġa li għandhom jidħlu fiha b'xi mod jew ieħor id- dipartiment, l-ETC jew il-gvern.", "Biss jekk m'iniex sejjer żball, dan kien reġa' ġie mpjegat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le, kienu se jibagħtu għalih biex jerġa' jiġi mpjegat imma fil-fatt qatt ma bagħtu għalih.", "Imbagħad wieħed li l-Viċi Prim Ministru jaf bih għax jaħdem mal-gvern, ikun hemmhekk ġranet sħaħ – nista' ngħidlu f'liema ġranet dan l-individwu jkun hemm u dan meta suppost ikun xogħol, bħal meta kien qed jinħadem il-film \"Pinocchio\" – iżda lil dan ħadd ma jkellmu!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien ċert li l-liġi tagħti dritt lil dan l- individwu ifittex għad-drittijiet tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Għandu l- liberta` kollha li jfittex għad-drittijiet tiegħu u għandu l-protezzjoni tal-liġi biex jagħmel dan.", "Dwar il-każ tat-tifel li bagħtu għalih biex jattendi għal żewġ korsijiet fl- istess ħin, wieħed irid jivverifika l-fatti x'inhuma.", "Jekk kien hemm raġuni valida għala wieħed ma setax jattendi għal kors, din ir-raġuni tiġi eżaminata u jekk jinstab li hija ġenwina, żgur tittieħed inkonsiderazzjoni.", "Żgur li ħadd m'hu se jinqata' mir-reġistru sempliċement għall-gost u l- pjaċir li jinqata' imma jrid ikun hemm raġuni valida.", "Jiena ma nafx il- fatti ta' dan il-każ partikolari pero` ninvestigah, Sur President.", "L-Onor.", "Mizzi għadu kemm tani dokument u qed jgħid li din hija acknowledgement ta' l-ittra li rrifera għaliha.", "Milli qed nara, din hija indirizzata lili u ġġib id-data ta' l-20 ta' Marzu, 2002.", "Fiha firma li ma nistax nagħrafha għax m'hijiex ċara, imma din m'hijiex ackowledgement imma ittra indirizzata lili.", "Jien ma nafx x'inhu l-każ u nipprova ninvestiga.", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar it-tielet każ li semmieli, normalment il-GWU mhux hekk tiktibli imma għandna proċedura stabilita'.", "Fil-każ, lill-Onor.", "Mizzi nitolbu jagħtini ftit aktar dettalji ħalli ninvestiga l-każ mingħajr problema ta' xejn.", "FABBRIKI - ĦADDIEMA BIS-SENSJA", "37788.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis): staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi 37565 u jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu x- xogħol?", "Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "KURA TA' L-ANZJANI - SERVIZZ TA' HOMEHELP", "37790.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis): staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi 37569, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tal-homehelp?", "Minn liema lokalita' huma u kemm ilhom jieħdu s-servizz u kemm għandhom sigħat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani li jieħdu s-servizz tal-homehelp hu ta' 2726.", "Hemm min ilu jieħu s- servizz sa mill-bidu, jiġifieri mill-1988.", "Dan is-servizz ivarja minn sagħtejn fil-ġimgħa għal oħrajn li għandhom bejn tlieta u għaxar sigħat fil- ġimgħa.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-lokalitajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helen D'Amato, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Jista' il-Viċi Prim Ministru jaġġornana ftit fiex wasal il-proġett tal-Vajrita f'Wied il-GĦajn?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: GĦal min forsi ma jafx, il-proġett tal-Vajrita huwa kumpless ta' bini li jinkludi fih ċentru ta' taħriġ għal persuni b'diżabilita`.", "Dan għandu jinkludi wkoll żewġ sulari ta' kmamar li oriġinarjament kienu jifformaw parti minn kumpless turistiku.", "Matul dawn l- aħħar tliet snin, varajna l-kunċett minn naħa tal-ministeru għall-politika soċjali biex għall-ewwel darba f'pajjiżna nintroduċu servizz ta' sheltered homes u flatlets li persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jokkupaw biex, filwaqt li jaqsmu bejniethom servizzi komuni li jkollhom bżonn, bħalma huma tindif, laundry, security, ikel, kċina u affarijiet bħal dawn, ikunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti.", "Sal-lum servizz bħal dan ma jeżistix u l-esperti barranin li ġew Malta speċifikament biex jgħidulna kif nistgħu nindirizzaw il-preokkupazzjoni ewlenija ta' ġenituri ta' persuni b'diżabilita', u cioe' x'se jiġri mit- tfal meta huma jiġu neqsin jew jimirdu u ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom, tawna l-parir li għandu jkollna firxa ta' servizzi li jinkludu djar fil- komunita', pero' jinkludu wkoll il-kunċett ta' sheltered homes.", "Kien għalhekk li tliet snin ilu bdejna bil-proċess biex iż-żewġ sulari ta' kmamar li kien fih il-kumpless tal-Vajrita jiġu kkonvertiti fi flats biex ikunu jistgħu jservu ħalli għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna nkunu nistgħu nintroduċu dan is-servizz.", "Bi pjaċir ngħid li dan is-servizz, li se jkun ta' kwalita' għolja kif jixraq għal każi bħal dawn, huwa ppjanat li jiġi inawgurat minn hawn u ġimgħatejn jew tliet ġimgħat oħra biex ikun jista' jilqa' l-ewwel klijenti fi ħdanu.", "Dan se jagħtina wkoll għall-ewwel darba l-esperjenza ta' xi tfisser li twaqqaf servizzi ta' dan it-tip u mbagħad tmexxihom għall-ġid u għall-interess ta' persuni b'diżabilita'.", "Irrid ngħid ukoll li għandna proġetti oħrajn maħsubin f'din il-linja, pero' għall-mument qed nillimita ruħi għall-proġett tal-Vajrita, li żgur se jkun pedina oħra li biha nistgħu niftaħru u li permezz tagħha qed nibdew inwieġbu għall-preokupazzjoni ewlenija ta' ġenituri ta' persuni b'diżabilita'.", "Kien xieraq ukoll li dan il-proġett jiġi inawgurat f'din is-sena li qegħdin fiha, li kif taf il-Kamra hija ddikjarata bħala s-sena Ewropea għal persuni b'diżabilita' u l-pajjiżi Ewropej kollha ġew imħeġġa biex jieħdu inizjattivi favur persuni b'diżabilita'.", "Din hija waħda mil-listi ta' attivitajiet li konna ppjanajna preċiżament biex Malta tkun tat is-sehem tagħha wkoll għall-persuni b'diżabilita`, anke fil-kuntest tas-sena Ewropea għal persuni b'diżabilita`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: X'se jkunu l-kriterji biex persuni jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn dan il-kumpless?", "Huwa maħsub li jitħallew xi flats li jkunu jistgħu jintużaw on a short-term basis biex iservu bħala respite għal dawk il-familji li għandhom uliedhom b'xi diżabilita'?", "Qed ngħid hekk fis- sens li jekk dawn ikunu jridu jieħdu xi ġimgħa mistrieħ jew ikollhom xi mpenji oħra, ikunu jistgħu jserrħu rashom li uliedhom ikunu qegħdin f'ambjent akkoljenti, ambjent li jirrispetta d-dinjita` ta' persuni b'diżabilita`.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: GĦal dak li għandu x'jaqsam ma' kriterju ta' dħul biex wieħed jibbenefika minn dan is-servizz, id-deċiżjoni kienet li fi ħdan il-board tal-management jitwaqqaf unit speċjalizzat ta' esperti, li jkunu jinkludu social workers u esperti oħrajn professjonisti fil-qasam, biex huma janalizzaw il-bżonnijiet partikolari ta' l-individwi li japplikaw biex jidħlu f'dan is-servizz u jistabilixxu kriterji li permezz tagħhom wieħed ikun f'pożizzjoni li jasal biex jiddeċiedi min għandu bżonn l-iżjed u min jista' jimmassimizza l-potenzjal ta' dan is-servizz.", "Għalhekk dan il-bord se jgħin biex b'mod ġust u trasparenti - fis-sens ta' ekwita' fil-konfront ta' l-individwi li jkunu qed japplikaw, pero' b'salvagward għal dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti ta' kunfidenzjalita' – jintgħażlu dawk il- persuni li se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz.", "Biss noqogħdu attenti li ma niddupplikawx is-servizz ta' respite li għandna.", "Fl-Imtarfa diġa' hemm respite centre li huwa mfassal preċiżament biex joffri akkomodazzjoni short term – dan jista' jfisser ftit ġranet li jistgħu anke jifirxu fuq numru żgħir ta' ġimgħat – lil persuni b'diżabilita' f'każ li l-ġenituri ma jkollhomx ma' min iħalluhom sakemm forsi jmorru l-isptar, isiefru jew anke jkollhom kriżi f'mument partikolari.", "Hemmhekk hemm l-expertise neċessarja biex tipprovdi r- respite.", "L-intenzjoni dejjem kienet biex il-proġett ta' l-Imtarfa jkun jispeċjalizza proprju fl-għoti ta' dan is-servizz partikolari.", "Naturalment m'hemm xejn xi jżomm li anke fil-Vajrita, bħalma qed nagħmlu anke fil- proġetti tad-djar fil-komunita`, nipprovdu għal sodod li jistgħu jintużaw f'każ ta' urġenza fejn m'għandekx soluzzjoni oħra.", "Id-djar fil-komunita`, bħalma huma Dar il-Wens, Dar Nazzareth u djar oħrajn lesti biex niftħuhom ukoll, jieħdu bħala residenti numru żgħir ta' persuni b'diżabilita` imma jinkudu wkoll il-possibilita`li f'każ ta' bżonn urġenti, jistgħu jipprovdu sodod ta' emerġenza f'każ ta' respite.", "Iżda nenfasizza li l-kunċett tal-proġett tal-Vajrita m'huwiex ta' respite imma huwa ta' sheltered home, fejn persuna tista' tgħix b'mod indipendenti u tibbenefika minn servizzi komuni għal kulħadd.", "Ir-respite bħala servizz qed jiġi pprovdut miċ-ċentru tar-respite ġewwa l-Imtarfa.", "TURIŻMU – XIRI U KIRI TA' KAROZZI", "37815.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37508 u jgħid kemm żdiedu l-karozzi mill-1996 'il hawn fil-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "POLITIKA SOĊJALI – XIRI U KIRI TA' KAROZZI", "37816.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37507?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "EDUKAZZJONI – XIRI U KIRI TA' KAROZZI", "37817.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37504?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li fil-ministeru ta' l-edukazzjoni, in-numru ta' karozzi naqas minn 18 fl-1996 għal 13 fl-2002; fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni minn 106 vetturi niżel għal 80; waqt li fid-dipartiment tal-kultura minn tmienja niżel għal sitta, dejjem matul l-istess perjodu.", "Informat ukoll li d-dipartiment ta' l-eżamijiet xtara karozza waħda ġdida fl-2000; id-dipartiment tal-libreriji u arkivji xtara karozza waħda fl-1999; filwaqt li fl-universita` inxtraw żewġ vetturi fl-1996, waħda fl-1997 u tnejn oħra fl-2001.", "Il-Kavallier ta' San Ġakbu, li beda jopera fl-2000, għandu karozza waħda biss mikrija għandu.", "Fl-MCAST, mill-2001 sal-lum inxtraw erba' karozzi ġodda u għandhom żewġ karozzi mikrija.", "Il-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi għandha karozza waħda mikrija taħt il-kuntratt tal-ministeru, filwaqt li l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada kriet b'kollox erba' karozzi minn mindu twaqqfet, li tlieta minnhom għadhom jintużaw.", "Informat ukoll li mill-1996 'il hawn fl-FIS, fil-PBS u fl-MCC ma żdiedet ebda karozza.", "ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-ĦALIB U Ċ-ĊANGA", "37818.", "ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37496, jista' il-Ministru jwieġeb f'aktar dettall peress li l- produzzjoni tinvolvi aktar mill-għalf u l-ġwież?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għall-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem l-Onor.", "Ninu Zammit): Ċertament li l-ispejjeż minimi li żdiedu mis-sena 1999 sal- lum jistgħu jitnaqqsu b'titjib fl-effiċjenza.", "UE – TROBBIJA TAL-FNIEK", "37819.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Inkwantu għar-rapporti li għandu l- ministeru dwar l-impatt tal-prezzijiet tal-biedja lokali meta mqabbla ma' dawk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l- prezz għall-produtturi tal-fniek fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għal kull kilo jew fenek sħiħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L- Onor. Interpellant imissu jaf li s-suq tal-fniek ma jaqax taħt l- organizzazzjoni komuni tas-suq fl-Unjoni Ewropea.", "Għaldaqstant inħeġġu jikseb din l-informazzjoni mill-istatistika uffiċjali ta' kull pajjiż membru ta' l-Unjoni.", "UE - PRODUZZJONI TA' L-GĦASEL", "37820.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Inkwantu għar-rapporti li għandu l- ministeru dwar l-impatt tal-prezzijiet tal-biedja lokali meta mqabbla ma' dawk fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l- prezz għall-produtturi ta' l-għasel fil-pajjiżi ta' l-Unjoni għal kull flixkun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fl- Unjoni Ewropea ma teżistix dik li tissejjaħ common organisation market għall-għasel u għalhekk ma hemmx prezz stabilit.", "Barra minn hekk hemm diversi tipi ta' għasel li jinġabar minn nettaru ta' diversi pjanti, li allura jġibu prezzijiet diversi.", "L-għasel ukoll jiġi mħallat u jġib prezzijiet varji.", "Il-prezz ta' l-għasel ivarja wkoll minn reġjun għall- ieħor fl-istess pajjiż.", "MĠARR - TORRI TAL-LIPPIJA", "37853.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37682?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq torrijiet bħat-Torri tal-Lippija jsiru mit- taqsima tar-restawr fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet u għaldaqstant il- mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - TRADES AND SERVICES", "37854.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37708?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - BUILDING AND ENGINEERING", "37855.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37707?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "ĊENTRU TAR-RESTAWR - MPJEGATI", "37856.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37681?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Lista bit-tagħrif mitlub fl-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Informat li l-persuna indikata mhux qed tibgħat għall-impjegati tal-gvern biex jgħidilhom isiru mpjegati taċ-ċentru.", "L-impjegati tal-gvern ikunu jistgħu jiġu assunti miċ-ċentru kif jipprovdi l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ta' l-2002 (Kap 445).", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA – MPJEGATI GĦOLJA", "37857.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37710?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - PROJECTS AND CONTRACTS", "37858.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37709?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37735.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - KONTIJIET", "37971.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kontijiet tat-taxxa fuq dħul li kienu statute-barred fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment mhux konxju minn xi kontijiet tat-taxxa fuq dħul statute-barred fis-snin imsemmija fl-interpellanza.", "Kull sena, id- diversi sezzjonijiet tad-dipartiment iduru u jipproċessaw dawk il-formoli li jkunu se jiġu preskritti sa l-aħħar tas-sena rispettiva.", "SAN ĠWANN - TRIQ UGO CARBONARO - MAISONETTES", "37972.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il- maisonettes li nbnew fil-parti tal-wied ta' Ugo Carbonaro Str, San Ġwann, għandhomx permess tal-bini?", "Meta nħarġu?", "Hemm il-ħsieb li jinħarġu aktar permessi tal-bini, faċċata tal-parti mibnija tat-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Huwa mifhum li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jagħmel riferenza għal tliet permessi - PA 5801/00 tad-19 ta` April, 2001, PA 2195/01 tat-13 ta` Awissu 2001 u PA 6235/00 tal-15 ta` Ġunju 2001.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi faċċata ta` dawn il-maisonettes jinsab barra il-limiti ta` żvilupp u għalhekk bil-policies tal-lum mhux possibbli jingħataw permessi għal bini residenzjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA U L- MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM - KONTINWAZZJONI", "MR SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li s'issa n-naħa tal-gvern ħadet 156 minuta u n-naħa ta' l-oppożizzjoni ħadet 143 minuta.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Grazzi, Sur President.", "Fil-25 minuta li għandi għad- dispożizzjoni tiegħi, m'iniex se noqgħod nagħmel preamboli għad-diskors tiegħi u mmur mal-ewwel għall-oqsma li jien shadow minister tagħhom u li se jintlaqtu bl-isħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jekk din qatt isseħħ.", "Mr Speaker, se nagħmel kontribuzzjoni fuq żewġ oqsma.", "L-ewwel qasam li ilni ħafna nitkellem dwaru għandu x'jaqsam maċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "It-tieni qasam, li se nibda bih immedjatament, għandu x'jaqsam mal-common visa policy b'mod partikolari minħabba ċerti żviluppi li seħħew mill-1 ta' Jannar 'l hawn.", "Sar tentattiv mill-gvern Nazzjonalista u mill-media kkontrollata mill-partit Nazzjonalista biex kemm jista' jkun possibbli ma jingħatawx pubbliċità l-iżviluppi li saru f'dan il- qasam.", "Huwa magħruf li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea jkollna nadottaw il-common visa policy mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb.", "Almenu hekk suppost, imma kif qed jiġru l-affarijiet, dawn qed iseħħu qabel ma Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan kollu għandu x'jaqsam indirettament maċ-ċaqliq ħieles tal-persuni fil-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll mat-trattat ta' Schengen li kienu ffirmaw u rratifikaw fis-sistemi tagħhom il-pajjiżi diġa` msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Dawk il- pajjiżi li jkunu jridu jissieħbu eventwalment ikollhom bilfors jiffirmawh u jirratifikawh fis-sistemi ta' siġurta` ta' pajjiżhom.", "Sur President, naturalment dan jagħmel sens loġiku għall-Unjoni Ewropea għax ma jistax ikun li pajjiż wieħed jadotta regime ta' visa partikolari u pajjiżi oħrajn jadottaw regime ta' visa kompletament differenti minn ta' dak il-pajjiż ta' qabel.", "Jew se jkun hemm harmonisation f'dak li għandu x'jaqsam mal-points of entry fl-Unjoni Ewropea jew inkella m'għandekx a common visa policy.", "Dan ifisser li jekk l-Unjoni Ewropea tkun trid li fil-konfront ta' ċerti pajjiżi jkun hemm visa requirements, jiġifieri trid toqgħod tapplika u r- receiving country irid jaċċetta li dik il-persuna li ġejja minn dak it-tali pajjiż tkun tista' tidħol ġewwa pajjiżu.", "Jiġifieri mhux kemm tirkeb ajruplan u tiġi lejn Malta.", "Issa ħalliha li għalkemm technically speaking għandek bżonn visa, pero` mhux it-tip ta' visa li trid tapplika għaliha u trid toqgħod tistenna jiem jew ġimgħat sħaħ sabiex takkwistaha u, jekk il- pajjiż jaċċetta li jirċevik, allura eventwalment tista' tivvjaġġa.", "Jekk tissieħeb fl-Unjoni Ewropea Malta jkollha tidħol fil-common visa policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ikollu impatt fil-mod kif aħna noħorġu l- visas ġewwa pajjiżna.", "Bħalissa rajna f'idejna għax jekk irridu u meta rridu nimponu r-rekwiżit tal-visa fil-konfront ta' ċerti pajjiżi u jekk ma rridux, ma nimponuhiex.", "Per eżempju, bħalissa m'għandniex visa requirements minn pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Punent, pero` għad għandna ċerti visa requirements minn pajjiżi ta' l-Ewropa tal-lvant.", "Per eżempju, m'għandniex visa requirements minn pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq, ħlief għall-Alġerija, li dejjem kienet hekk.", "Sal-31 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet ma kienx hemm bżonn visa requirements mill-Eġittu, mit-Tuneżija, mill-Marokk u mit-Turkija, pajjiż Ewropew ukoll.", "Iżda mill-1 ta' Jannar ġiet imposta l-visa requirement fuq il-Marokk, fuq l-Eġittu, fuq it-Turkija u fuq it-Tuneżija wkoll.", "Dawn il- visa requirements ma ġewx imposti għal raġunijiet ta' sigurta`, imma proprju minħabba li l-gvern qed jipprepara lil dan il-pajjiż ħafna qabel iż- żmien għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ħadd ma jista' jiċħadha din.", "Min-naħa l-oħra min se jiċħad li għalhekk saru dawn l-affarijiet?", "Jien nistaqsi x'vantaġġ ħa l-pajjiż billi impona din il-visa requirement fuq dawn il-pajjiżi li għadni kif semmejt, il-Marokk, l-Eġittu, it-Tuneżija u t-Turkija?", "Dawn ġew imposti sempliċement għaliex it-Turkija, il-Marokk, it-Tunezija u l-Eġittu mhumiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Dik saret sabiex il-gvern iwitti t-triq għall-eventwali, jekk qatt isseħħ, sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Iżda ħallew barra pajjiż importanti ħafna.", "Ħallew barra lil-Libja.", "Meta sirt naf li ġew imposti dawn il-visa requirements fuq dawn il-pajjiżi kollha, jien bdejt nistaqsi lili nnifsi għaliex il-Libja tħalliet barra.", "Huwa ovvju għalfejn il-Libja tħalliet barra għalissa, Sur President.", "Il- Libja tħalliet barra għalissa għax il-gvern jaf li mal-Libja għandna rabtiet politiċi importanti.", "Il-gvern li jrid iseħibna fl-Unjoni Ewropea, kieku jista', irid ikompli bir-relazzjonijiet kummerċjali tajbin li hemm bejn Malta u l-Libja u allura beża` jimponi l-visa requirements mal-Libja f'dan l-istadju.", "Jiena nibda nistaqsi lili nnifsi: Għalfejn il-Marokk, għalfejn l-Eġittu, għalfejn it-Turkija u għalfejn it-Tuneżija?", "Għalfejn ħallew il-Libja barra?", "X'inhu l-għerf wara d-deċiżjoni sabiex tiġi imposta l-visa requirement fuq il-pajjiżi l-oħrajn?", "Għadna lanqas biss imseħbin fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiż għad irid jieħu deċiżjoni jisseħibx jew le.", "Dan ifisser li dan li ġara mill-1 ta` Jannar 'il hawn sar kontra r-rieda tal-poplu.", "Ir- rieda tal-poplu għad trid tiġi espressa f'elezzjoni ġenerali.", "Minkejja li sal-lum, ma mponiex visa fuq il-Libja, jridu jew ma jridux, meta nissieħbu, jekk qatt nissieħbu, l-visa requirement iridu bilfors jimponuha wkoll fuq il-Libja.", "U hija ovvja u nerġa` nirrepetiha li r-raġuni għalfejn ma poġġewx il-visa requirement fuq il-Libja issa għax huma sensittivi għall-valur kummerċjali u valur politiku li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi, għax kieku kienu jimponuha bħalma imponewha mill-1 ta` Jannar fuq il-pajjiżi l-oħrajn kollha.", "Lil-Libja ħallewha barra.", "Pero` ma tantx tistgħu ddumu tħalluha barra lil-Libja.", "Eventwalment ikollkom ukoll iddaħħluha.", "Mr. Speaker, fuq kwestjoni ta` importanza bħalma hi l-common visa policy l- oppożizzjoni Laburista ħarġet stqarrija nhar il-Ġimgħa 10 ta` Jannar – issa dan li se ngħid mhux se ngħidu għax din l-iostqarrija ktibtha jiena bħala r- rappreżentant ta` l-oppożizzjoni fuq il-qasam ta` l-intern - u mbierek Alla l-PBS, ix-xandir tal-gvern, ma ndenjax ruħu li jxandarha fuq l-aħbarijiet, la f'dawk tat-8:00 p.m. u lanqas f'dawk tal-11:00 p.m. U baqgħu jagħmlu hekk is-Sibt u anke l-Ħadd sakemm finalment il-partit Laburista kellu jipprotesta mal-PBS u għadna qed nistennew din ir-risposta.", "Jiddispjaċini wkoll, Sur President, li jkollok ġurnali li wkoll ma jippubblikawx dawn l- istqarrijiet.", "Ħalliha li l-ġurnal tagħhom \"In-Nazzjon Tagħna\" mhux se jġibhom, imma kien hemm ġurnali oħrajn bl-Ingliż li lanqas biss indenjaw ruħhom jippubblikawhom.", "Imma din b'kumbinazzjoni li l-PBS u ġurnali prominenti lanqas biss jippubblikaw stqarrijiet fuq kambjament importanti bħal dan?", "Imbagħad nitkellmu dwar il-pluraliżmu fix-xandir u fil-ġurnaliżmu u dwar id-demokrazija ġurnalistika.", "Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "Aħna nibqgħu nenfasizzaw b'dan li se jsir, b`mod speċjali fil-konfront ta` pajjiż bħal-Libja - u l-oppożizzjoni hija vindikata mill-aġir tal-gvern li sal-ġurnata tal-lum ma imponiex il-visa fuq il-Libja – mhux se jkun ta` ġid u mhux se jkun ta` benefiċċju għal pajjiżna.", "Issa jiena kont kemm-il darba smajt lill-ministru kkonċernat kif ukoll diversi kelliema tal-gvern li qalu li din tal-visa m'hijiex problema għax nistgħu noħorġu multiple visas.", "Mela għalfejn ma qabdux u fl-1 ta` Jannar għamlu l-istess mal-Libja bħalma għamlu mal-Marokk, mat-Tuneżija, ma' l-Eġittu u mat-Turkija?", "Mal-Libja m'għamlux hekk.", "Dażgur, għax huma jafu l-valur kummerċjali u l-valur politiku bejn iż-żewġ pajjiżi u allura huma beżagħna.", "Issa ta' min igħid li beżagħna kemm huma beżagħna, jridu jew ma jridux illum jew għada jkollhom bilfors jagħmlu l-visa requirement fuq il-Libja wkoll, u dan żgur li m'huwiex ta` benefiċċju għall-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi speċjalment għall-operaturi Maltin li jridu jaħdmu ġewwa l-Libja kif ukoll għal-Libjani li jkunu jridu jkomplu joperaw kummerċjalment ġewwa pajjiżna.", "Sur President, indur issa fuq il-kwestjoni taċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema ġewwa l-Unjoni Ewropea u l-ftehim monumentali u storiku li kien laħaq il- gvern Nazzjonalista ma` l-Unjoni Ewropea fis-sena 2001.", "Biex wieħed jifhem l-impatt li se jkollu dan il-ftehim fuq is-suq tax-xogħol ġewwa pajjiżna wieħed irid jagħmel paragun bejn is-sitwazzjoni kif inhi llum u s- sitwazzjoni kif issir kieku kellu jiġi implimentat il-pakkett li laħaq ftehim fuqu l-gvern Nazzjonalista ma` l-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa ċittadin barrani, ikun min ikun, mill-Unjoni Ewropea jew minn barra l-Unjoni jista` jiġi jaħdem ġewwa pajjiżna mhux bi dritt imma b'konċessjoni tal-gvern Malti.", "Din il-konċessjoni, by policy, hija soġġetta wkoll għal ċerti kriterji.", "Dawn il-kriterji ma kenux saru b'kapriċċ.", "Dawn kienu saru u ġew osservati metikolożament sabiex jipproteġu s-suq ċkejken tax-xogħol ġewwa pajjiżna.", "Biex ċittadin mill-Unjoni Ewropea u kwalunkwe barrani jiġi jaħdem ġewwa pajjiżna bħalissa, jrid japplika għal work permit u mhux kemm jaqbad imur għand il-prinċipal u japplika biex jibda jaħdem.", "Bħalissa, biex joħroġ dak il-permess, iċ-ċittadin mill-Unjoni Ewropea jew il-barrani irid jikkonvinċi lill-gvern li huwa se jagħmel xogħol li ma jafx jagħmel Malti.", "Din nenfasizzaha għax din hija l-iktar bidla importanti li ssir jekk il- pakkett tal-gvern jiġi implimentat.", "Ċittadin mill-Unjoni Ewropea jista` jiġi jaħdem ġewwa pajjiżna bi dritt u mhux b'konċessjoni tal-gvern, u dan mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Agħar minn hekk se jkun jista` jagħmel xogħol li jaf jagħmel ċittadin Malti.", "Mela x'qegħdin ngħidu?", "(Interruzzjonijiet) M'hu żball xejn.", "Tinterrompinix, imbagħad irrispondini wara.", "Bħalissa ċittadin mill-Unjoni ewropea ma jistax jagħmel xogħol ta` waiter.", "(Interruzzjonijiet) Mhux ħallina minnek, imbagħad wieġeb.", "(Interruzzjonijiet) Turix għal liema partit tappartjeni.", "Għalfejn qed tinterrompi?", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad spejgali fejn żbaljajt.", "Sur President, bħalissa ċittadin mill-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi jagħmel xogħol ta` waiter ladarba dak ix-xogħol jaf jagħmlu Malti.", "Ma jistax jiġi jagħmel xogħol ta` skrivan jekk dak ix-xogħol jaf jagħmlu Malti.", "Ma jistax jagħmel xogħol ta` mechanic jekk dak ix-xogħol ajf jagħmlu Malti.", "Ma jistax jagħmel xogħol ta` tellar jekk dak ix-xogħol jaf jagħmlu Malti.", "Issa x'se jiġri eventalment?", "Bħalissa, apparti li ma jistax jagħmel xogħol li jaf jagħmel Malti, ma jistax anqas jiġi mpjegat f'kumpannija li timpjega lilu biss imma jrid ikun impjegat ukoll ma' ħaddiema Maltin.", "Ir-rekwiżit li jrid ikun impjegat mal-ħaddiema Maltin huwa intenzjonat sabiex ikun jista' wkoll iħarreġ lill-Maltin fil-linja ta' speċjalizzazzjoni tiegħu.", "Biex ċittadin ta' l-UE ikun jista' jiġi jaħdem bħalissa ġewwa pajjiżna, irid jispeċjalizza f'xogħol li ma jafx jagħmel Malti.", "Issa l-Viċi Prim Ministru hawnhekk jaf li ilu magħruf snin twal u li jgħidulu anke d-dipartiment taċ- ċittadinanza, u li jiena anke bħala professjonista, meta jiġu jitolbu l- work permit, naf kemm hu diffiċli sabiex tingħata work permit b'mod partikolari jekk inti qed tipprova tagħmel xogħol li jaf jagħmel Malti.", "Hu prattikament impossibli Sur President.", "(Interuzzjonijiet) Ippermetili waħda.", "(Interuzzjonijiet) Inti qed tipprova tfixkel għax jiena qed ngħid il- verita`.", "Sur President, kif Malta tissieħeb fl-UE, ċittadini mill-UE ikunu jistgħu jiġu jaħdmu f'pajjiżna mhux biss mill-ewwel ġurnata li nissieħbu imma jkunu jistgħu jagħmlu wkoll xogħol li jaf jagħmel Malti.", "Meta ngħidu li jkun jista' jiġi jaħdem f'pajjiżna mill-ewwel ġurnata ta' sħubija, dan mhux b'konċessjoni jkun jista' jagħmlu imma bi dritt.", "Skond arranġament li għamel il-gvern Nazzjonalista ikun irid japplika għall- work permit, irid jissottometti l-work permit, pero` l-work permit irid joħroġ awtomatikament u jrid jibda jaħdem u jista' japplika għal oqsma ta' xogħol li jafu jagħmluh il-Maltin.", "F'kull kategorija ta' xogħol, m'hemmx eċċezzjoni.", "Dan m'għandux għalfejn jispeċjalizza aktar u ma jkollux għalfejn ukoll juri lill-gvern li hu se jiġi mpjegat ma' xi prinċipal jew ma' xi kumpannija li timpjega ċittadini Maltin ukoll.", "Prinċipal jista' jimpjega ċittadin mill-UE mingħajr ma jkollu impjegati ċittadini Maltin miegħu.", "Barra minn hekk, il-kwalifika tat-training tispiċċa wkoll għax la m'hemmx speċjalizzazzjoni aktar, m'hemmx xi tħarreġ ħaddiema Maltin aktar.", "Dan se jagħmel tibdil totali fil-qasam ta' kif wieħed japplika biex jaħdem Malta minn ċittadini ta' l-UE.", "Issa, il-gvern Nazzjonalista jiftaħar bl- arranġament li ġab xi perjodu ta' transizzjoni ta' seba' snin li matulhom il-gvern jista' unilateralment - u hekk hu - iwaqqaf l-influss ta' ħaddiema mill-UE f'każ li jkun hemm ċirkostanzi gravi li jistgħu joħolqu xi disruption fis-suq tax-xogħol.", "Issa, Sur President, din il-kundizzjoni hija vagissima.", "L-ewwelnett ma nafux x'inhuma dawn iċ-ċirkostanzi gravi, la ġew imfissra mill-UE u lanqas mill-gvern Nazzjonalista.", "Il-gvern jista' iwaqqaf unilateralment jekk jidhirlu li hemm xi xokk fis-suq tax-xogħol pero` mbagħad irid imur ikellem l-UE u jridu jaslu fi ftehim.", "(Interuzzjonijiet) fl-ewwel seba' snin jista' japplika ma' l-UE biex jaraw jekk jistgħux jirranġaw (Interuzzjonijiet) Issa, Sur President, dawn ġew biex mingħalihom ifixklu imma jiena se nibqa' għaddej.", "Jiena se naqra dak li l-UE laħqet ftehim dwaru.", "Il-wording tagħha eżatt huwa hekk:", "\"... seven year period during which Malta may apply safeguards on the right of EU workers to seek work in Malta.", "Restrictions may be imposed unilaterally by Malta in urgent and exceptional cases where the inflow of EU workers puts a strain on the local labour market or parts of it.\".", "Dan hu l-arranġament!", "(Interuzzjonijiet) Mela l-ewwel ikollok il-problema tinqala` imbagħad il-gvern unilateralment itella` l-barrieri.", "Mhux hekk biss, talli imbagħad qalu li wara seba' snin għandna rimedju wkoll, għax jekk ikun jidhrilhom li hemm xi serious disruption fis-suq tax-xogħol, xorta waħda nistgħu nkellmu l-UE u naraw x'nirranġaw.", "Jiġifieri wara s- seba' snin m'hemmx id-dritt tal-gvern li unilateralment iwaqqaf l-influss tal-ħaddiema, allura sakemm il-gvern jirranġa ma' l-UE, jekk jirranġa xi ħaġa, il-ħaddiema mill-UE jkomplu dieħlin, jaħdmu ġewwa pajjiżna u l-gvern Malti wara seba' snin ma' jkunx jista' unilateralment iwaqqaf il-ħaddiema milli jidħlu jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista jipprova jivvinta li aħna qed ngħidu li ġejja xi invazjoni ta' ħaddiema mill-UE.", "Aħna qatt ma għedna hekk.", "Aħna għedna li f'każ li jkun hemm ċaqlieq żgħir fis-suq tax-xogħol tagħna, dan kapaċi joħloq problemi ġewwa pajjiżna.", "Jiena taf kif nirraġuna, u hemm ħafna jirraġunaw bħali, jekk għandek tliet vacanies li llum huma esklussivament riservati għall-ħaddiema Maltin, kif Malta tissieħeb fl-UE, dawk it-tliet opportunitajiet ta' xogħol se jkunu miftuħa għall- kompetizzjoni tal-ħaddiema mill-UE.", "Ir-restrizzjonijiet li illum japplikaw, jibqgħu japplikaw għall-barranin li mhux imsieħba fl-UE, imma għaċ- ċittadini ta' l-UE, dawn ir-regolamenti mhux se jibqgħu japplikaw u allura, iva, Sur President, ix-xogħol li llum hu esklussivament riservat għall- ħaddiema Maltin se jinfetaħ beraħ għall-kompetizzjoni minn ħaddiema ta' l- UE.", "Sur President, tan-naħa l-oħra ftaħru li ġabu xi konċessjonijiet u xi ftehim storiku fil-qasam ta' l-impjiegi imma mbagħad fil-qasam tas-self- employed x'ġabu?", "Fil-qasam tas-self-employed il-gvern Nazzjonalista ma nnegozja xejn.", "Jekk operatur illum mill-UE jixtieq jiġi jaħdem ġewwa pajjiżna, bħalissa ma jistax.", "Illum ma tistax taqbad u tiftaħ negozju self-employed ta' mechanic – u qed insemmi mechanic bħala eżempju, imma hawn diversi kategoriji ta' xogħol fil-qasam tas-self-employed - pero` kif Malta tissieħeb fl-UE, dan se ikun jista' jagħmlu.", "Jargumentaw kemm jargumentaw il-gvern Nazzjonalista u l-MIC - u qed insemmi lil ta' l-MIC għax dawn suppost jitkellmu fuq il-fatti biss imbagħad fejn jidhrilhom li l-gvern qiegħed fit- trouble, jagħmlu l-kummenti tagħhom ukoll biex jipprovaw ibenġluha – jibqa' l-fatt li ma saru assolutament ebda negozjati f'dan il-qasam.", "Minħabba f'hekk, mill-ewwel ġurnata li Malta tissieħeb ġewwa l-UE, operaturi ta' negozji jkunu jistgħu jiġu jaħdmu u joperaw ġewwa pajjiżna mingħajr xkiel ta' xejn.", "Ħarġu bil-ħrafa li mhux imbilli jkunu jistgħu jiġu jaħdmu, iridu japplikaw għall-istess liċenzji u għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw self- employed Maltin.", "Mur obsor!", "Mhux bilfors!", "Imma x'differenza tagħmel din?", "Tagħmel differenza kbira, għax fil-fatt li se nitilqu rajna minn idejna.", "Fil-qasam tas-self-employed illum għandna rajna f'idejna u nikkontrallaw aħna.", "Kif Malta tissieħeb fl- Unjoni Ewropea dan ma jkunx il-każ.", "Jistgħu jġibu perjodi ta` transizzjoni u nofshom isejħulhom derogi, għax il-fatt jibqa` li r-regolamenti li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, fosthom il-moviment ħieles ta` ħaddiema, ta` servizzi u ta` kapital, l-istess Unjoni Ewropea ma biddlithomx għalina.", "Tatna xi perjodi ta` transizzjoni u meta jispiċċaw dawk il-perjodi jispiċċa kollox.", "Fil-qasam tax-xogħol jista` jkollna riperkussjonijiet proprju għaliex nitilqu rajna minn idejna.", "Illum id-deċiżjonjiet neħodhom ġewwa pajjiżi għax għandi rajja f'idejja, pero' dan ma jibqax il-każ meta nissieħbu.", "L- ewwel ikollna seba` snin fejn nista' mmur inkellem lill-Unjoni Ewropea u ntella` l-barriera unilateralment u wara seba` snin dawn il-barrieri ma nkunx nista' ntellgħaħhom b'dan il-mod u rrid immur noqgħod ninnegozja ma` l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk jidher ċar li bl-arranġament li għamel ma` l- Unjoni Ewropea, il-gvern Nazzjonalista qiegħed jitlaq rajna minn idejna u jagħtih lill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, l-oppożizzjoni Laburista tisħaq li l-aħjar għażla għal pajjiżna hija l-partnership.", "Fil-bidu n-nazzjonalisti kienu ċaħdu li jeżisti, kienu jistaqsu din minn fejn ġejja.", "Illum nafu li l-Unjoni Ewropea stess titkellem dwarha u qegħda wkoll tipprepara sabiex tistituzzjonalizza l-kunċett ta` partnership fil-kostituzzjoni l-ġdida ta` l-Unjoni Ewropea.", "Il-messaġġ li hemm wara l-partnership huwa li speċjalment fil-qasam tax- xogħol ġewwa pajjiżna, suq ċkejken ħafna, ma nitilfux il-kontroll minn idejna u ma nħallux rajna minn idejna.", "Ikollna wkoll l-opportunita` li nikkontrollaw aħna s-suq tax-xogħol, nikkontrollaw aħna l-influss ta` ħaddiema mill-Unjoni Ewropea u ħaddiema oħrajn li m'humiex mill-Unjoni Ewropea sabiex kemm jista` jkun possibbli naraw li x-xogħol ġewwa pajjiżna jibqa` għall-Maltin l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, hija ħasra li l-Onor.", "Mizzi ma ħalliex lill-Onor.", "Gulia jkompli għaliex kien se jkompli jurina kemm meta niġu għad-deċiżjonijiet storiċi u kruċjali għall-futur ta` pajjiżna l-partit Laburista dejjem huwa partit li ma jagħrafx is-sinjali taż-żmenijiet.", "Għal xi raġuni, li hija diffiċli li tifhem, mit-twaqqif tiegħu speċjalment minn żmien Dom Mintoff, meta dan il- pajjiż kellu jiddeċiedi l-futur tiegħu il-partit Laburista dejjem kien f'pożizzjoni li tmur kontra s-sinjali ta` l-istorja.", "Eżatt wara li spiċċat it-tieni gwerra mondjali fl-Afrika, fl-Ewropa limitatament u fl-Asja maġġorment kien hemm moviment qawwi tal-pajjiżi kolonjali biex isiru indipendenti.", "Bdejna b'movimenti fl-1946 u baqgħu għaddejjin sal-ħamsinijiet sakemm wasalna fis-sittinijiet.", "Fi żmien meta pajjiżi ex-kolonjali kienu qegħdin jiġġieldu għall-indipendenza tagħhom, Malta taħt il-gvern Laburista kienet l-uniku pajjiżi li minflok talbet l- indipendenza marret għall-integration mar-Renju Unit.", "Dan kien aġir kontra t-trend u kontra l-ħsieb kollu li jispiċċaw l-imperi u jispiċċaw il- kolonji.", "Għall-partit Laburista s-sinjal taż-żmenijiet ta` dak iż-żmien kien li mmorru għall-integration.", "Ġejna mbagħad għas-sittinijiet meta bis-saħħa tal-partit Nazzjonalista mxejna t-triq iebsa ta` l-indipendenza, liema triq riedet tfisser fiduċja kbira fil-poplu Malti, triq li ma kellniex warajha ekonomija assigurata, ma kellniex warajha xi bażi industrijali fuq xiex il-gvern seta` jserraħ moħħu li se jdawwar il-makna ekonomika tiegħu.", "Din kienet indipendenza li ma ġietx meta l-gvern kellu bażi ta` dħul li jista` jgħid li se jibni l-pajjiż fuqu pero` kienet indipendenza li l-partit Nazzjonalista kien ilu jawspika l-għexieren ta` snin u li kienet espressjoni kbira tal-fiduċja fil-poplu Malti.", "Dak iż-żmien il-partit Nazzjonalista mmexxi minn George Borg Olivier ried jgħid li aħna Maltin u li aħna poplu kapaċi mmexxu, poplu li kapaċi nikbru u poplu li għalkemm għandu pajjiż li forsi m'għandu xejn f'idejh, illum kapaċi jfendi għal rasu.", "Meta kien hawn dan is-sinjal u l-partit Nazzjonalista talab referendum naqblux jew le ma l-indipendenza, id- direttiva tal-partit Laburista ta` dak iż-żmien kienet biex il-Laburisti jgħidu le.", "Le hija espressjoni ta` sfiduċja fil-kapaċita` tal-poplu Malti.", "Espressjoni tal-problemi, espressjoni tan-negazzjoni tal-kapaċita` tal- poplu Malti li verament hu ħawtiel, jista` jaħdem 'il quddiem u jaħtaf l- opportunita` li l-istorja tagħtih.", "Anke s-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, għalkemm mhux fuq l-istess livell, urew kif il-partit Laburista storikament jimxi kontra kif tkun miexja l- istorja.", "Is-sebgħinijiet kien perjodu fejn il-poter beda jgħaddi mill-istat għaċ-ċittadin fid-diversi demokraziji.", "Rajna mixja qawwiji fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Rajna ż-żarmar bil-mod il-mod tal-privileġġi ta` l-istat.", "Rajna bil-mod il-mod il-liberaliżmu tax-xandir u fil-kummerċ pero' f'dan il-perjodu kollu tas-sebgħinijiet u tat-tmeninijiet, taħt gvern Laburista hawn Malta rajna kollox bil-kuntrarju u fost oħrajn rajna l- protezzjoniżmu fil-kummerċ, iċ-ċaħda tal-liberta` fix-xandir u ċ-ċaħda tal- liberta` tal-ħafna mid-drittijiet li konna ngawdu fis-sittinijiet.", "Qed ngħid dan kollu għax illum, meta wkoll aħna ffaċċjati b'deċiżjonijiet importanti, kruċjali u storiċi għall-futur ta` pajjiżna, għal darb'oħra qed nerġgħu nsibu lill-partit Laburista li qed jgħid le għal dan il-pass.", "Smajna ħafna diskorsi hawnhekk li kollha għandhom fil wieħed, li aħna m'aħniex kapaċi nfendu f'suq ikbar, li l-poplu Malti ma jistax jikkompeti u li l-poplu Malti mhux kapaċi jfendi fl-istrutturi kollha li jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Intqal le għal sħubija għax aħna żgħar wisq u aħjar noqogħdu għal rasna.", "Intqal iva għall-iżolament u le għall-parteċipazzjoni fl-Unjoni Ewropea.", "Li mhux qed jagħraf il-partit Laburista huwa żmien storiku meta qed nieħdu dawn id-deċiżjonijiet.", "Mhux qed jagħraf ukoll is-sinjali ta` dawn iż- żmenijiet u biex ngħidha bl-Ingliż, naħseb li din id-darba wkoll Labour will miss the boat as Labour has always missed the boat.", "Hemm sfortuna fil- partit Laburista.", "Hemm l-isfortuna li ma jemminx li l-poplu Malti huwa kapaċi li jaħdem f'dinja li llum m'hijiex id-dinja li kienet fil-passat.", "Hija sfortuna li l-partit Laburista jemmen li l-poplu Malti m'huwiex kapaċi jfendi f'Ewropa magħquda.", "Nerġa` ngħid li l-partit Laburista qatt m'għaraf is-sinjali ta` żmenijietna.", "U s-sinjali ta` żmenijiet x'inhuma?", "Xi ħadd jista' jiċħad li l-Unjoni Ewropea bit-tkabbir gradwali li sar mill- gwerra 'l hawn illum hija forza ta' paċi fl-Ewropa stess( Xi ħadd jista' jiċħad li l-Unjoni Ewropea llum hija forza kummerċjali qawwija, it-tieni forza kumerċjali wara l-iStati Uniti( Xi ħadd jista' jiċħad illum li l- Unjoni Ewropea, din il-forza kummerċjali, hi wkoll forza internazzjonali anke fil-paċi mondjali( Qed jifhmu l-partit Laburista li wara l-waqa' tal- ħajt ta' Berlin, meta ġiet l-opportunita` kbira biex l-Ewropa verament tingħaqad f'Ewropa waħda, kien hemm Ewropej fl-Ewropa li għarfu s-sinjali taż-żmenijiet u ħatfu l-mument biex dawk il-pajiżi ex-komunisti jibdew jintegrawhom fil-ħajja Ewropea u fis-sistema demokratika u kummerċjali Ewropea( Li kieku l-partit Laburista kien f'xi stat ex-komunist dawk ż- żmenijiet jiena nistħajjel li kienu jgħidu li issa li waqa' l-ħajt ta' Berlin u sirna liberi mill-komuniżmu m'għandniex immorru fl-Unjoni Ewropea imma għandna nżommu rajna f'idejna.", "Li kieku l-partit Laburisa kien qiegħed f'xi wieħed minn dawn l-istati nistħajjel li kien jgħid li jippreferi joqgħod taħt il-komunisti u li jippreferi jibqa' bis-sistema li kienet qabel milli jipprova jesperjenza d-demokrazija.", "Qed ngħid hekk għax tant il- partit Laburista Malti jgħix u jipprova jgħix fil-passat, u jibża' mill- futur li jien ma nistgħaġeb xejn li jippreferi jżomm it-tradizzjonijiet qabel ma jipprova jesperimenta fejn irid imur.", "X'infissru meta ngħidu li l-partit Laburista jrid joqgħod barra mill-Unjoni Ewropea u x'infissru meta ngħidu li aħna jidhrilna li pajjiżna għandu jkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "L-ewwelnett it-tnejn naqblu li dak li jiġi deċiż fl-Unjoni Ewropea jaffettwa r-realta` politika kummerċjali u soċjali ta' pajjiżna.", "Il-komunita` Ewropea hija mmexxija mill-kunsill tal- ministri fejn kull pajjiż għandu rappreżentant wieħed u fejn aħna se jkollna dak ir-rappreżentant li normalment ikun il-prim ministru jew il- ministru ta' l-affarijiet barranin.", "Imma allura l-loġika ma tgħidlekx li aħna nistgħu naffettwaw dawk id-deċiżjonijiet iktar jekk ikollna lil Eddie Fenech Adami qiegħed hemmhekk ipoġġi mal-prim ministri l-oħra( Xi ħadd jemmen li bi prim ministru Laburista barra dan se jinfluenza fil-kunsill tal-ministri, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-korp li jiddeċiedi kollox fl- Ewropa, daqskemm jista' jinfluenza prim ministru li qiegħed ipoġġi ġewwa l- kunsill tal-ministri(", "L-istruttura l-oħra importantissima li għandha l-komunita` Ewropea hija l- kummissjoni Ewropea fejn kull pajjiż għandu kummissarju Ewropew.", "Aħna hawn Malta nafu lill-Verheugen u nafu li l-president ta' din I-kummissjoni huwa Prodi.", "Aħna pajjiżna se jkollu kummissarju daqskemm għandha l-Ġermanja u daqskemm għandhom il-pajjiżi l-oħra.", "Xi ħadd jista' verament jagħmel l- argument li aħjar ma jkollok xejn milli jkollok kummissarju anke jekk dan ma jkunx l-iktar b'saħħtu?", "Xi ħadd jista' jemmen li jkun aħjar jekk tkun qiegħed barra u toqgħod titlob biex tagħmel xi ħaġa u jgħidulek le ma rridx nagħmel hekk(", "Aħna nemmnu fermament li s-sħubija hija l-pass naturali li jmiss għal dan il-pajjiż Ewropew tagħna.", "Sħubija tiggarantilna rappreżentanza fl-ogħla żewġ istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-istess livell tal-pajjiżi l-oħra kollha, żgħar kemm huma żgħar, kbar kemm huma kbar.", "Saru argumenti wkoll f'dan il-parlament għax ir-rappreżentanza tagħna fil-parlament Ewropew se tkun ta' ħames siġġijiet.", "Kif nafu l-gvern Malti ġġieled għal sitt siġġijiet u ladarba nidħlu nistgħu nakkwistaw sitt siġġijiet biex niġu fuq il-livell tal-Lussemburgu.", "Hawnhekk irrid ngħid li nafu wkoll li hawnhekk ir-rappreżentanza m'hijiex proporzjonali għax per eżempju l- Ġermanja, minkejja li għandha popolazzjoni ħafna ikbar minn tagħna, kull m'għandha fil-Parlament Ewropew hija 99 siġġu.", "Aħna għandna popolazzjoni ta' bejn wieħed u ieħor 400,000 ruħ u huma għandhom popolazzjoni ta' 82 miljun ruħ, jiġifieri m'hemmx proporzjon.", "Proporzjonalment għandna ħafna iktar aħna.", "Huwa veru li fil-parlament Ewropew il-pożizzjoni ta' Malta vis- a-vis il-kompożizzjoni kollha hija ta' ħames siġġijiet kontra numru kbir ta' siġġijiet, pero` r-realta` hija wkoll li l-parlament Ewropew sal-lum huwa body konsultattiv u l-verita` hija wkoll li fis-sedji internazzjonali aħna dejjem urejna li kapaċi.", "Ma nistgħux ninsew ukoll id-diskors li għamel il-President tal-Parlament Ewropew Pat Cox proprju f'dan il-Parlament fejn qal li min jgħid li l- pajjiżi żgħar m'għandhomx influenza fil-parlament Ewropew kulma jrid jagħmel hu li jħares lejh, li ġej mill-Irlanda, wieħed mill-iżgħar pajjiżi li hemm membri ta' l-Unjoni Ewropea u jintendi kemm pajjiżi żgħar għandhom influenza fl-Unjoni Ewropea.", "Imma possibbli li jiġi argumentat f'dan il- parlament min-naħa tal-partit Laburista li aħna jkollna bħall-pajjiżi l- oħra kollha mħallef ta' prima stanza fil-qorti Ewropea, nominee fil-qorti ta' l-awdituri bħall-istess pajjiżi kollha?", "Kulħadd għandu wieħed, kbar jew żgħar, u dawn jinfluenzaw ukoll.", "Issa aħna ninfluwezaw l-aktar kieku kellna nkunu barra jew ninfluenzaw iktar jekk inkunu ġewwa(", "Hemm ukoll il-kumitat tar-reġjuni, il-kumitat li jiġbor fih ir- rappreżentanti tal-kunsilli lokali u reġjonali Ewropej, fejn se jpoġġu fih is-sindki tagħna.", "Huwa kumitat li llum u iktar ma jgħaddi ż-żmien se jkun il-kumitat kruċjali għall-politika soċjali lokali u għall-iżvilupp lokali.", "Huwa kumitat li se jkun qed jamministra miljuni jekk mhux biljuni ta' Euros.", "Possibbli li l-kunsilli lokali tagħna nemmnu li jmorru aħjar jekk noqogħdu barra mill-Unjoni Ewropea milli jekk ikunu rappreżentati fuq il- kumitat tar-reġjuni(", "Jiena nemmen li l-pożizzjoni tal-partit Laburista hija iktar istigata mil- pika milli hija istigata bir-raġuni, għaliex il-pakkett li għandu quddiemu l-poplu Malti – u meta ngħid il-pakkett mhux qed ngħid il-pakkett finanzjarju, id-deal finanzjarja hija parti mill-pakkett sħiħ - kemm ta' l- acquis kollu li assumejna kif ukoll tad-derogi li ġibna u l-arranġamenti speċjali, huwa pakkett li għamel unur lill-gvern Malti li nnegozjah.", "Huwa pakkett li jagħti assigurazzjoni lill-poplu Malti għal futur tiegħu.", "Dan jiġri mhux mingħajr diffikultajiet, mhux mingħajr aġġustamenti li rridu nagħmlu fil-ħajja, pero` żgur li ma rridux nagħmlu l-appell għall-egoiżmu li għamel l-Onor.", "George Vella fit-tmiem tad-diskors tiegħu fejn appella lill kull Malti u Għawdxi biex l-ewwel jara butu mbagħad jara pajjiżu.", "Ara f'liema qiegħ wasal il-partit Laburista!", "Mhux għax nistgħaġeb, din wara kollox hija l-politika li jemmen fiha Dr. Alfred Sant, politika li hija meħuda mill-kampanja elettorali li għamlu Clinton u Tony Blair.", "Id- differenza bejn Alfred Sant u Bill Clinton u Tony Blair hi li dawk rebħu żewġ elezzjonijiet kull wieħed, Blair kapaċi jirbaħ it-tielet waħda u Alfred Sant spiċċa wara sentejn.", "X'inhi l-għażla li għandna quddiemna?", "Nemmen li m'hijiex fundamentalment għażla ekonomika, m'hijiex għażla ta' kemm se nkun aħjar jien personalment, m'hijiex għażla ta' settur ekonomiku kontra ieħor, pero` hija għażla ta' fejn irridu li pajjiżna jmur.", "Fundamentalment qegħdin nistaqsu lill-poplu Malti: Int fejn temmen li huwa postok( Postok huwa waħdek f'nofs il- Mediterran, postok huwa waħdek taħseb għar-rasek bl-illużjoni li tgħid għax rajja f'idejja?", "Issa fir-realta` m'għandek xejn rajk f'idejk, għax id- deċiżjonijiet illum jeħodhom ħaddieħor u int trid tbaxxi rasek.", "Jew inkella postna hu fl-Unjoni Ewropea li qatt ma kienet b'saħħitha daqskemm hi llum, f'Unjoni Ewropea fejn is-sovranita` tagħna hija protetta, f'Unjoni Ewropea li tagħti lil pajjiżna l-iktar parteċipazzjoni wiesgħa?", "Jew inkella postna hu f'Unjoni Ewropea li tiggarantixxi l-ġid ekonomiku wkoll pero` fuq kollox Unjoni Ewropea fejn il-poplu Malti jipparteċipa bid-dritt u bis-sħiħ fid- deċiżjonijiet kollha li jistgħu jaffettwaw il-futur tiegħu?", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, fil-fatt altru milli l-partit Laburista m'għandux fiduċja fil-poplu Malti.", "Tant il-partit Laburista għandu fiduċja fil-poplu Malti li propju l-emenda li ressaq il-bieraħ id-deputat kap tibda billi tgħid li l-futur politiku u soċjali ta' Malta huwa marbut strettament mal-ħiliet u mal-kapaċitajiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu li f'għaqda sħiħa mal-pajjiżi kollha li jfittxu l-paċi u l-progress ekonomiku u soċjali u fil-ħarsien tal-prinċipji tad-demokrazija tad- drittijiet tal-bniedem.", "L-emenda tipproponi li b'sens sħiħ sħiħ ta' solidarjieta` bejn il-popli jiġi mfittex il-ħolqien u ż-żamma tal-paċi tas- sigurta` u tal-prosperita` fost il-ġnus.", "Altru milli m'għandiex fiduċja fil-poplu Malti.", "Mr Speaker, apparti r-rikonoxximent fil-ħiliet tal-poplu Malti, gvernijiet Laburisti tal-passat ukoll urew il-fiduċja tagħhom fil-poplu Malti u l- Ministru Gatt ikun inġust li jpinġi stampa li m'għandix il-ħin inwieġeb.", "Għal darb'oħra smajna li x-xemx tul iddiet fis-snin 60 imbagħad niżlet fis- snin 70 u fil-bidu tas-snin 80 u reġgħet telgħet fl-1987.", "Din hija opinjoni miskina ta' min ma jirrikonoxxix li f'pajjiżna l-faqar neħħieh gvern Laburista, ta' min ma jirrikonoxxix li l-qasam soċjali li llum niftaħru bih mad-dinja kollha daħħluh gvernijiet Laburisti.", "Min ma jirrikonoxxix il-ġid li għamel kull gvern li kien hawn, kemm Laburista kif ukoll Nazzjonalista, jista' jissejjaħ miskin u din hija verament ħasra.", "Jekk wieħed janalizza ftit id-diskors kollu li ilu jintqal tul dawn l-aħħar snin vis-à-vis dak li għandu x'jaqsam l-Unjoni Ewropea nsibu li ż-żewġ partiti qed ngħidu li rridu nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Anke l-partit Laburista hekk qed jgħid, imma qed jipproponi triq ta' partnership li wkoll issaħħaħ ir-relazzjoijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan qed nipproponuh għax hemm ċerti safeguards li aħna rridu u bl- hekk imsejħa negozjati li għamel il-gvern dawn is-safeguards ma ntlaħqux.", "Kienet inġusta l-konklużjoni tal-Ministru Gatt li qal li d-deputat mexxej il-bieraħ appella lin-nies biex iħarsu l-interessi personali tagħhom qabel dawk tal-pajjiż.", "L-ewwelnett nistaqsi: L-interess nazzjonali min jiddeċidih( X'inhu dan l-interess nazzjonali( Naħseb li fl-aħħar mill- aħħar kull wieħed u waħda minna għandna d-dritt bħala ċittadini ta' dan il- pajjiż li niddeċiedu x'inhu l-interess nazzjonali fl-ambitu li qegħdin fih ukoll.", "Jiena ma nistax ngħid ninsa lili nnifsi kompletament fl-interess nazzjoanli.", "Min jiddeċiedi x'inhu l-interess nazzjonali( L-ebda politiku ma jiddeċiedi x'inhu l-interess nazzjonali imma huwa l-poplu kollu li jiddeċiedi inkluż l-interessi tiegħu.", "Wara kollox jekk kull wieħed u waħda minna ma narawx ukoll l-interess tagħna flimkien ma' l-interessi ma' l- interessi b'mod ġenerali tal-pajjiż inkunu qegħdin nonqsu.", "Mr Speaker, il-partit Nazzjonalista ilu snin twal ipinġi l-Unjoni Ewropea bħala s-salvazzjoni u bħala s-soluzzjoni ta' kull problema.", "Jien ngħid li tul is-snin għamel iktar ħsara lill-kawża ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea l-partit Nazzjonalista nnifsu li pinġa l-Unjoni Ewropea bħal dak li nsibu fl-antik testment, jiġifieri l-art imwegħda li tnixxi ħalib u għasel fejn il-problemi kollha finanzjarji u ekonomiċi se jissolvew.", "Issa li nafu bejn wieħed u ieħor dak li suppost ġie negozjat, iktar u iktar inkomplu nikkonfermaw jew il-gideb li kien jintqal jew inkella t-taħwid kif ukoll it- tgħawwiġ tal-fatti li kienu jgħidu tul is-snin, u li sa ċertu punt għadhom jgħidu sal-lum.", "L-iktar waħda famuża forsi hija tal-Lm100 miljun li jiġu b'mod awtomatiku malli nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna.", "Dawn suppost nirċevuh din is- sena pero' rriżulta kollu gideb u llum qed jiġri proprju bil-maqlub.", "Irrid ngħid li l-partit Nazzjonalista dejjem poġġa fuq quddiem fil- propaganda tiegħu l-kantaliena li ż-żgħażagħ jew uliedna se jiggwadanjaw.", "Issa għal-liema ulied qed jirreferi ma nafx.", "Joqogħdu jsemmu ħafna diskors fl-arju dwar opportunitajiet kbar li toffri sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jgħidu b'mod konkret kif se jissarfu dawn l-hekk imsejħa opportunitajiet kbar u mingħajr ma jsemmu li jeżistu wkoll id- diffikultajiet.", "Anke hawnhekk noqogħdu npinġu li din l-art tnixxi ħalib u l- għasel u li se ssolvilna l-problemi kollha waqt li aħna noqogħdu ċiċċi beqqi nistennw il-manna taqa' mill-ajru.", "Mr Speaker, jiena ma rridx ninstema' negattiv u rrid nagħti l-istampa kif inhi.", "Il-partit Laburista qatt ma qal li l-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa negattiva, anzi kieku aħna għedna li hija xi ħaġa negattiva kieku m'aħniex qegħdin infittxu aħna stess politika li tqarribna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Fuq quddiem nett isemmu l-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma programmi tajbin, u hawn irrid ngħid li anke aħna fil-gvern, mill-1996 sa l-1998, konna waqqafna set up fis-Socrates office.", "Dan għaliex l-istess Unjoni Ewropea qed tgħid ma tridx tingħalaq fiha nfisha, u li dawn il- programmi għandhom jinfetħu anke għal pajjiżi oħrajn, għal studenti oħrajn, għal ħaddiema oħrajn minn pajjiżi differenti li m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Hija ħasra li xi ħadd jiġi jgħid li bi sħubija sħiħa biss bħala żagħżugħ jew inti bħala ħaddiem wieħed jista' jipparteċipa f'dawn il- programmi.", "Tajjeb li nżommu l-perspettiva tagħhom dawn il-programmi.", "Dawn huma programmi tajbin, programmi li huwa worth it li tagħmel esperjenza tagħhom għal ftit żmien, pero` ż-żagħżugħ mhux se jibqa' żagħżugħ għal dejem jew student għal dejjem.", "Hija esperjenza tajba, hija esperjenza li tista' tiswik anke forsi għad-dinja tax-xogħol.", "L-istess Unjoni Ewropea titkellem kif dawn il-programmi jistgħu jservu iktar meta wieħed jipparteċipa fihom.", "Sal-lum stess anke l-istess pajjiżi membri u l-parteċipanti jilmentaw li minkejja li dawn huma programmi tajbin, dawn lanqas huma rikonoxxuti jiġifieri lanqas huma ċ-ċavetta għall-futur taż-żgħażagħ tagħna.", "Issa dan qed ngħidu biex inkunu għedna kollox.", "Huma programmi tajbin, pero` fl- aħħar mill-aħħar ejjew inżommu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Aspett ieħor li jissemma hi dwar l-opportunita` li ż-żgħażagħ jista' ikollhom li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżna.", "L-ewwelnett, persuni li għandhom il-ħiliet neċessarji u li għandhon snajja' li forsi huma skarsi f'ċerti pajjiżi minkejja l-kobor tagħhom, dawn ukoll isibu l-opportunita` li jaħdmu barra minkejja li llum m'aħniex membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irridu ngħidu wkoll li filwaqt li jista' ikun hemm żgħażagħ li jmorru jaħdmu f'pajjiżi oħrajn aħna se nkunu qed niftħu l- istess opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għall-ħaddiema minn pajjiżi oħrajn.", "Kif spjega tajjeb l-Onor.", "Gavin Gulia, u mhux se nidħol fid-dettall għax diġa` tkellem fuqu hu, aħna ma nixtiqux niftħu l-bibien tagħna mhux għaliex nibżgħu milli niftħu imma minħabba n-nuqqas ta' opportunitajiet kif ukoll minħabba l-problemi li jeżistu, speċjalment f'pajjiżi qrib tagħna speċjalment l-Italja.", "Jekk ikollna influss, żgħir kemm hu żgħir, dan ċertament se jaffetwa b'mod negattiv il-qasam tax-xogħol fil-pajjiż.", "U l- qgħad fost il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea ċertament li m'huwiex ta' min wieħed jiftaħar bih, speċjalment meta qed nitkellmu fuq żgħażagħ ta' taħt il-25 sena.", "Jekk naraw l-aħħar ċifri tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-pajjiżi membri nsibu li l-qgħad sa l-aħħar ċifri li ħarġu f'Novembru 2002 kompla jiżdied fil-każ ta' żgħażagħ taħt il-25 sena u allura tajjeb li npoġġu kollox fil- perspettiva tiegħu anke fuq il-qasam tax-xogħol.", "F'dan il-każ għandna ngħidu li filwaqt li qed niftħu l-pajjiżna biex jiġu ħaddiema oħrajn, iż- żgħażagħ tagħna se jkollhom diffikultajiet biex jikkompetu ma' żgħażagħ ta' pajjiżi oħrajn.", "Diffikultajiet mhux għaliex mhux kapaċi imma minħabba li hemm qgħad għoli li qed ikompli jiżdied.", "Minkejja kull sforz li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea - u dan wieħed jirrikonoxxih - ir-realta` hi li mhux qed jirnexxielha tilqa' għal dan il-qgħad li qed jikber minn sena għall-oħra.", "Irridu naraw ukoll, per eżempju, kif jintlaqtu ż-żgħażagħ u l-familji tagħhom bl-impożizzjoni tat-taxxa tal-VAT fuq l-ikel, fuq mediċini, fuq kotba u fuq affarijiet oħrajn b'mod partikolari tagħmir mediku.", "Meta żagħżugħ iħares jekk jaqbillux jew le bi sħubija sħiħa, fost oħrajn irid jara wkoll kif jintlaqat minn, per eżempju l-impożizzjoni tal-VAT fuq l- ikel u fuq il-mediċini.", "Irridu naraw ukoll iż-żieda li jista' jkollna fit- taxxi jew inkella t-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali.", "Għaliex?", "Qed ngħid dan għax l-istess Unjoni Ewropea għandha wkoll regolament fuq, per eżempju, kif ikun il-budget u l-bilanċi ta' kull gvern.", "Dan l-aħħar kellna l- gvernijiet, per eżempju ta' l-Italja u tal-Ġermanja, ta' l-Isvezja u ta' Franza fejn dawn qed iwissuhom li m'humiex jagħmlu miżuri biżżejjed biex jissanaw il-bilanċi tagħhom.", "Per eżempju l-Italja riedu jnaqqsu xi ftit mit- tassazzjoni li kellhom pero' l-Unjoni Ewropea kellha tiġbed l-attenzjoni għal dan kollu.", "Meta jiġri dan, il-gvern x'ikollu jagħmel?", "Jew jirtira l- miżuri jew inkella jkollu proprju jnaqqas ċerti benefiċċji li jkun qed jipprovdi dak il-ħin.", "L-isfortuna hi li l-ħin tiegħi għalaq għaliex proprju ġirja waħda, pero` iva l-poplu Malti u Għawdxi quddiemu se jkollu għażla bejn li jżomm rajh f'idejh u bejn li jitlaq kollox minn idejh u jiddetta ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Grazzi, Mr Speaker.", "Quddiemna għandna mozzjoni imressqa mill-gvern li telenka fatti preċiżi u reali u tpoġġi mistoqsija sempliċi lill-poplu Malti li jrid fi żmien qasir jiddeċiedi fuqha.", "Il-gvern qed jistaqsi lil kull wieħed u waħda minna: Taqbel li Malta ssir membru fl- Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss b'data preċiża ta' l-ewwel ta' Mejju 2004?", "Din hija mistoqsija sempliċi, mingħajr ħafna dawrien bid-diskors, ibbażata fuq snin sħaħ ta' xogħol biex seta jinkiseb pakkett ta' negozjati li jagħmel ġieħ mhux biss lil min innegozjah imma lill-poplu Malti kollu.", "Imbagħad għandna kontro-mozzjoni li hija imressqa mill-oppożizzjoni li hija mibnija fuq ipotesi u fuq xewqat u rrid ngħid ukoll fuq nofs veritajiet.", "Ipotesi u xewqat u hawn qed nirreferi għall-partnership li diġa` għaddiet it-test taż-żmien meta kien jisimhom Svizzera fil-Mediterran u dawn kellhom jiġu skartati għaliex ma kenux fattibbli.", "Dan għaliex nafu li meta l-Partit Laburista mar jitkellem u jiddiskuti dwar it-trattat ta' assoċjazzjoni ta' 32 sena ilu, l-Unjoni Ewropea għamlithielu ċara.", "L-ewwel ma qaltlu kien li jrid jerġa' idaħħal il-VAT, imbagħad qaltu wkoll li jekk irid zona ta' kummerċ ħieles ma jista' jipproteġi l-ebda settur, lanqas il-biedja.", "Jgħidu xi jgħidu u jaħbu kemm jaħbu, jipprovaw jaħbu dan id-dokument, dan insibuh miktub iswed fuq l-abjad li l-ebda settur ma jista' jiġi protett.", "L-oppożizzjoni taf ukoll li l-Isvizzera u n-Norveġja qed iħallsu prezz qawwi ħafna biex igawdu minn din iż-żona ta' kummerċ ħieles bħalma jkollna nħallsu aħna jekk nibqgħu barra.", "L-Isvizzera u n-Norveġja kellhom jiftħu beraħ il-fruntieri tagħhom għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, minkejja li huma barra u aħna, jgħid xi jgħid l-Onor.", "Gavin Gulia, għax din hija xi ħaġa li jibqgħu jirrepetu minkejja kollox, ġibna arranġament speċjali f'dan il-qasam anke filwaqt li nkunu ġewwa.", "Kellhom jiftħu beraħ is-suq tagħhom tal-proprjeta` u dan minkejja li huma barra u aħna ġibna arranġament speċjali filwaqt li nkunu ġewwa.", "Dawn il-pajjiżi, Mr Speaker, iridu jħallsu l-miljuni lill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jgawdu minn dan il-benefiċċju ta' zona ta' kummerċ ħieles.", "Aħna, filwaqt li nkunu ġewwa se nieħdu miljuni biex aħna nkunu nistgħu nipparteċipaw iżda l-oppożizzzjoni dan kollu ma tgħidulniex u tibqa' tirripeti bħalma ntqal dalgħodu li bil-partnership ikollna inqas irbit, inqas obbligazzjonijiet u inqas piżijiet.", "Li ma tgħidilniex l- oppożizzjoni hi li bil-partnership ikollna ħafna iktar riskji u jkollna ħafna u ħafna inqas benefiċċji.", "Għadu kif tkellem l-Onor.", "Abela u qal li l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea huma tajbin u li dawn tiftagħhom għal kulħadd u aħna nistgħu nipparteċipaw.", "Il-prezz li rridu nħallsu għalihom ma qalulniex.", "U jien għad irrid nitlaqa' ma' sitwazzjoni fejn min hu barra jgawdi iktar minn min hu ġewwa.", "Għad irrid niltaqa' ma' dik il-familja li tivvantaġġja lill-ġirien fuq l-ulied.", "F'din il-kontro-mozzjoni nsibu wkoll li l-partit Laburista qed jitlob li minflok isir referendum għandha ssir elezzjoni ġenerali.", "Mr Speaker, anke f'din inkompli nara n-nuqqas ta' serjeta`.", "Il-gvern immexxi mill-partit Nazzjonalista għandu jkun ikkritikat u msejjaħ irresponsabbli jekk ma jsejjaħx referendum u mhux jiġi mitlub mill- oppożizzjoni stess biex jinjora din il-wegħda elettorali tiegħu.", "U jien nagħmel mistoqsija: Kieku l-gvern jiddeċiedi li jaċċetta din il-proposta tal-partit Laburista li ma jagħmilx referendum kieku, bħalma ġara ħafna drabi oħra, il-partit Laburista jibda jesiġi li għandu jsir referendum u li r-riżultat ta' dak ir-referendum jibda jkun rispettat?", "Din il-mistoqsija qed nagħmilha għaliex mhijiex sitwazzjoni unika.", "Niftakru li l-oppożizzoni qalet le għal ħafna affarijiet.", "Qalet le għal- liberalizzazzjoni tal-kummerċ imbagħad qalet iva.", "Qalet le għal- liberalizzazzjoni tat-telekommunikazzjoni u mbagħad qalet iva.", "Qalet le għall-pluraliżmu fix-xandir u mbagħad qalet iva.", "Qalet le għall- parteċipazzjoni fil-kunsilli lokali u mbagħad qalet iva.", "Qalet le għall- power station u mbagħad qalet iva.", "Qalet le għall-isptar il-ġdid u mbagħad qalet iva.", "U wara li għadda ż-żmien - imma kellu jgħaddi ż-żmien biex tgħid iva - imbagħad qalet iva, iżda hawnhekk għandna problema.", "U proprju din il-ġimgħa, wara li għaddew seba' snin ta' kruċjati, l- oppożizzjoni qed terġa' tgħidilna iva oħra għal dak il-cavallo di battaglia li għamlet fl-1996 għall-kwestjoni tal-VAT.", "U l-pajjiż kellu jħallas prezz qawwi għal dawn il-le kollha!", "Il-pajjiż ma jiflaħx joqgħod jisma iktar il- \"le\" ta' l-oppożizzjoni biex imbagħad wara sitta, seba', tmienja, għaxar snin forsi jgħid iva.", "U fil-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea l-pajjiż ma jistax joqgħod iktar għall-kapriċċ tal-le!", "L-Onor.", "Gatt qal we will miss the boat, imma we will miss the boat and we will miss the bus as well jekk inħallu ż-żmien jgħaddi.", "Mr Speaker, il-partit Nazzjonalista, għax hu serju, impona kondizzjoni fuqu innifsu.", "L-ebda Unjoni Ewropea ma imponithielu din, imma imponieha fuqu nnifsu.", "Fil-programm elettorali ta' l-1998 lill-poplu Malti qallu: Meta n- negozjati jkunu lesti jien se nerġa' niġi għandek u se nħalli f'idejk biex, permezz ta' referendum, int b'responsabbilita`, b'kuraġġ, b'għaqal tiddeċiedi jekk tridx li pajjiżna jkun membru f'din l-Ewropa waħda jew le!", "U mhemmx membru sħiħ.", "Membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea ma teżistix, naqtgħuha mill-vokabularju tagħna għax jew inti membru jew m'intix.", "Ur-risposta hija sempliċi.", "Hija iva jew le.", "Li nkunu ġewwa jew barra u m'hemmx triq tan-nofs.", "Din ir-risposta trid tqis kemm l-interess personali iżda fuq kollox trid tqis l-interess nazzjonali għall-ġid tagħna llum u għada u iktar u iktar għall-ġid ta' wliedna.", "Issa wasal iż-żmien li dik il-wegħda elettorali tkun imsarrfa u ta' partit serju li hu, il- gvern qed jgħaddi l-poter tiegħu lil kull Malti u Maltija biex jesprimi ruħu f'referendum.", "U nerġa' ngħid fuq materja preċiża u reali.", "Mr Speaker, tul dawn l-aħħar snin u anke l-bieraħ u llum smajna b'diversi biżat.", "Wieħed jifhem u huwa naturali li wieħed jibża' minn dak li ma jafx x'inhu.", "U sakemm ma konniex għadna nafu kif se jispiċċaw in-negozjati, kif se jkun il-pakkett finali, kif se jkunu l-arranġamenti speċjali, wieħed kien ġustifikat li jkollu ċerti biżat.", "Iżda llum nafu x'inhuma l-kondizzjonijiet li se nidħlu bihom.", "Nafu li hemm 77 arranġament speċjali li jagħtu kas id-diversi setturi li setgħet inħolqitilhom xi problema bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Nafu li hemm 77 arranġament speċjali li jagħtu kas tad-dettall.", "U hija ħasra li llum għad hawn min, għall-interess partiġġjan, jibqa' jinjora l- ispjegazzjonijiet, jibqa' jinjora l-arranġamenti speċjali daqslikieku ma sarux u nibqgħu nirrepetu l-biżat, anzi nżidu magħhom daqslikieku n- negozjati qatt ma saru, daqslikieku m'għandniex l-iswed fuq l-abjad li jista' jaqrah kulħadd, u jibqgħu jiżirgħu l-inċertezza bil-gideb u nofs veritajiet.", "Mr Speaker, m'aħna nippretendu prosit mingħand ħadd, iżda lanqas nippretendu li niġu hawn narmu dan il-pakkett u nqisuh ġurdien żgħir - anzi ma qalux li aħna ġrieden żgħar għax kien hemm żmien meta qaluhielna wkoll! - u ngħidu li huwa pakkett żgħir u insinifikanti!", "Ma nistax ma niftakarx fl-għeneb qares ta' min xtaq iġib il-muntanji ta' l-Isvizzera hawn Malta u minflok ġab barriera.", "Mr Speaker, tnejn minn dawn il-biżat li wieħed jista' jsemmi fihom infushom huma kontradittorji.", "U hawnhekk qed nirriferi għall-fatt li jbeżżgħu lill- familji li l-ħajja se togħla mas-sema u fl-istess nifs ibeżżgħu li min jipproduċi f'Malta u lill-bdiewa li se jitneħħew il-levies u għalhekk se jitilfu ħobżhom.", "U hawnhekk nara kutrumbajsa oħra.", "Meta daħlu l-levies fl-1989, meta kien beda jiġi liberalizzat bil-mod il- mod is-suq u wara snin ta' projbizzjoni - u kienet meqjusa bħala miżura temporanja - dakinhar il-partit Laburista wkoll qalilna le għax dawn huma taxxi, jgħollu l-ħajja u l-familja Maltija se tbati l-konsegwenzi.", "Illum il-partit Laburista jgħidilna li jrid iżomm il-protezzjoni u jikkritikana li qed indaħħlu l-levies.", "Mela bl-istess argument, jekk il-levies jgħollu l-ħajja mela issa li se jitneħħew il-levies dan ifisser li l-ħajja se torħos, allura min se jgawdi, Mr Speaker?", "Se jgawdi l-konsumatur.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni l-ewwel jgħidu li se jneħħu l-levies u issa, għaliex qed jitneħħew, jgħidulna li jridu jżommuhom għax se jintilfu l- impjiegi.", "Illum ilhom numru ta' snin li bdew jitneħħew il-levies u b'wiċċna minn quddiem ngħidu li ma kellniex id-diżastri li ħabbru l- Ġeremiji tal-partit Laburista.", "M'iniex se noqgħod insemmi li l-majjal se jorħos tant, il-bajd se jorħos tant, l-għaġin ta' barra se jorħos tant, u l- għamara ta' barra se torħos tant.", "Dan huwa importanti u l-familja Maltija se tibda tħoss l-effett tat- tneħħija tal-levies, iżda l-effett tat-tneħħija tal-levies iġib miegħu iktar minn tnaqqis fil-prezzijiet.", "It-tneħħija tal-levies mhux biss iġġib magħha tnaqqis fuq il-prodotti li jkunu importati minn barra u li jġorru levy, imma tnaqqis fil-prezz tal-prodotti Maltin u għażla ikbar ta' prodotti ta' kwalita`.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li l-poplu Malti għandu għażla kruċjali x'jagħmel, jew ġewwa jew barra.", "Veru li l-vapur daħal fil-port, iżda issa dan il-vapur irridu nankrawh u jekk nankrawhx jiddependi minn kull wieħed u waħda minna.", "Jien fiduċjuża li l-poplu Malti qed jieqaf, qed jaħseb, qed jiżen u se jiddeċiedi b'kuraġġ, b'għaqal u b'determinazzjoni li postna huwa fl-Unjoni Ewropea llum u dan għall-ġid personali tagħna, għall-ġid ta' wliedna u għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Jien illum qgħadt nisma' lill- membri kollha li tkellmu, pero` qgħadt nisma' b'attenzjoni l-iktar lill- Ministru Gatt għax ħsibt li se jmiss is-suġġett tal-ministeru tiegħu, jiġifieri tal-ġustizzja in partikolari fost il-portfolio li għandu.", "Imma hu ħareġ jattakka lill-partit Laburista għal dak li għamel - skond hu - fis-snin sittin.", "Donnu nesa x'pożizzjoni kien jieħu l-partit Nazzjonalista fil-konfront tal-partit Laburista kull meta kien ikun fil-gvern.", "Dan qed ngħidu biex wieħed ikollu record - m'iniex se ninħela biex nirrispondi dak li qal hu - li anke meta aħna konna fil-gvern bejn l-1996", "u l-1998, in-naħa l-oħra bl-ebda mod ma riedet tikkoopera magħna u qatt ma riedet l-interess nazzjonali.", "Issa ħa niġi għas-suġġett tal-ġustizzja.", "Waħda mill-affarijiet li qed tinkwieta lil ħafna pajjiżi u anke pajjiżi Ewropej li qegħdin issa fl- Unjoni Ewropea huwa l-fatt li qed jiġi diskuss bis-serjetà dak li nsejħulu l-corpus iuris, jiġifieri qafas ta' liġijiet li japplikaw għal kulħadd u li jkollhom supremazija fuq il-liġijiet tal-pajjiżi membri.", "Dan apparti li hemm dibattitu sħiħ biex tinkiteb kostituzzjoni Ewropea li tkun suprema fuq kwalunkwe kostituzzjoni miktuba - min għandu kostituzzjoni miktuba, u Malta għandha, iżda l-Ingilterra m'għandhiex kostituzzjoni miktuba - u allura tkun din il-kostituzzjoni Ewropea li tipprevali fuq kull kostituzzjoni.", "Illum dan id-dibattitu qiegħed jikkarga fil-pajjiżi b'saħħithom bħall- Ġermanja u Franza.", "Dawn għandhom interess li din il-kostituzzjoni tinkiteb biex iġġib raġunijiet oħra ta' supremazija, bħal affarijiet oħra li se nsemmi iktar 'il quddiem.", "Li kieku Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, kif iridu n-Nazzjonalisti, aħna mhux biss se niġu relegated imma se niġu negligible fil-konfront tas-saħħa ta' dan li qed ngħidu.", "Fil-kamp tal-ġustizzja lokali llum nafu xi problemi għandna anke biex wieħed jiftaħ kawża minħabba t-tariffi esaġerati li għandna.", "Anke l-istess Unjoni Ewropea rrimarkat lill-gvern Nazzjonalista dwar dawn l-oxxenitajiet li għamel, imma huwa ma rrispondiex għal dik il-warning fl-interess nazzjonali.", "Hawnhekk qed nagħmel riferenza għal paġna 17 tal-Malta report tas-sena 2002, fejn qed jgħidu li kien hemm an increase in court tariffs li mhux talli ma għenux l-andament tal-qorti talli tefgħuh lura.", "Imma dik hija kwestjoni oħra.", "Sur President, f'każ li Malta tkun fl-Unjoni Ewropea anke l-kawżi li jkun hemm quddiem il-qorti, speċjalment kawżi ta' kummerċ, jistgħu jiġu effettwati.", "Dan għaliex jekk kemm-il darba jkun hemm leġislazzjoni Ewropea, bħalma hemm u qed tkompli tikber f'dak li għandu x'jaqsam mal-kamp tal-kummerċ u jkun hemm deċiżjonijiet mill-qorti Ewropea, il-qorti Maltija trid tagħmel riferenza għalihom jekk kemm il-darba jkollha t-talba minn parti li tkun fil-kawża.", "Allura dak kollu li nbena tul dawn is-snin fil- qrati tagħna, dak kollu li b'mod tradizzjonali aħna dejjem imxejna fuqu se jintrema b'mod assolut.", "Apparti minn hekk, jien tkellimt ma' ħafna avukati anke minħabba dan id- dibattitu, u waħda mill-preokkupazzjonijiet kbar tagħhom hija l-fatt li tant se jkun hemm leġislazzjoni Ewropea, jekk Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea, li biex wieħed japplika u jkun jaf din il-massa ta' liġijiet, kull min qiegħed fin-negozju, miż-żgħir nett sal-kbir, litteralment irid ikollu avukat speċjalizzat fil-but tiegħu l-ħin kollu.", "GĦaliex, ngħidu aħna, meta wieħed jagħmel kuntratti l-klawsoli li huma ndikati kollha huma marbutin mal-leġislazzjoni Ewropea.", "Sur President, dan ifisser li meta nidħlu fl-Unjoni Ewropea, min għandu ħanut u forsi qed jagħmel negozju ma' xi ħadd barrani, issa bilfors irid jimpjega avukat full time li jkun speċjalizzat fuq leġislazzjoni Ewropea?", "Dan irridu fil-pajjiż, li fejn konna mxejna issa nerġgħu mmorru lura?", "Għax ħafna minnhom mhux talli ma jifilħux jagħmluha din, talli hija kważi impossibbli għalihom.", "Jekk tara x'ġara f'pajjiżi oħra żgħar issib li kellhom problemi kbar biex ikunu jistgħu jżommu abreast ma' l-iżviluppi li qed iseħħu.", "Tant huma abbundanti d-direttivi, il-leġislazzjonijiet, ir-regolamenti u r- rakkmandazzjonijiet li joħorġu mill-Unjoni Ewropea li huwa kważi impossibbli li persuna normali li hija self-employed jew industrialist żgħir iżomm ruħu aġġornat b'mod professjonali, jekk ma jagħmilx budget ad hoc għal dan li qed ngħidu.", "Bil-politika ta' partnership tal-partit Laburista aħna ma jkollniex nidħlu f'din il-problema ta' massa ta' liġijiet biex nagħmlu l-kummerċ.", "Aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-kummerċ ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma nifformaw part and parcel minn din is-sistema.", "Il-prim ministru ġie jiftaħar li issa se jkollna imħallef fil-qorti Ewropea bħalma għandha l-Ġermanja, u se jkollna membru tagħna fil-qorti ta' l- awdituri.", "What's in a name?", "GĦalfejn qed nagħmluh dan?", "Biex nagħtu promozzjoni lil xi ħadd ħalli jmur hemmhekk!", "GĦal din ir-raġuni huwa importanti li pajjiżna jidħol membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea fejn jidħol il- qasam tal-ġustizzja?", "Sur President, meta wieħed josserva l-iżviluppi li qed isiru anke fil-kamp kriminali, fejn aħna għandna l-proċedura tagħna wkoll, isib li hemm maħsub li jkun hemm proċedura kriminali waħda fil-qorti Ewropea.", "Dan ifisser li aħna rridu nbiddlu kollox biex nimxu ma' dak li għad irid jiġi żviluppat, meta s-sistema tagħna mxiet tajjeb fil-kamp kriminali u fil-proċedura ċivili bil-liġijiet nazzjonali u b'dak kollu li żviluppa mid-deċiżjonijiet lokali.", "Fl-introduzzjoni ta' dan id-dibattitu l-prim ministru semma x'qal xi kardinal.", "Jien hawnhekk għandi x'qal isqof Ewropew Odd Bondevik li qal biex noqogħdu attenti u noqogħdu attenti ħafna għax il-power ta' l-Unjoni Ewropea tant qed tikber b'mod mhux kontrollat li hemm a great ethical responsibility li mhux qed tiġi indirizzata.", "Dan qalu fit-8 ta' Jannar ta' din is-sena.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa Norwegian bishop Odd Bondevik.", "Ma nafx jekk iltqajtx miegħu Onor. Fenech Adami.", "Naf li tiltaqa' ma' ħafna minn dawn.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Safejn naf jien huwa ex-prim ministru tan- Norveġja li kien ...", "Imma mhux isqof, ma nafx li huwa isqof.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien lest li ngħaddilu d-dokument biex jaqrah il- Prim Ministru.", "GĦandi d-dokument hawn li jgħid: \"Norwegian bishop Odd Bondevik has warned against the ever stronger powers that the EU is gaining.\"", "Hawn qiegħed, tista' tarah.", "Mela kumbinazzjoni kien hemm prim ministru Norveġiż!", "Sur President, hawnhekk għandi miktub x'jiġri fil-qorti ta' l-awdituri.", "Ma rridx li pajjiżi jkun part and parcel minn dan il-qorti ta' l-awdituri meta hawnhekk għandna rieħa ta' korruzzjoni kbira!", "Nafu x'korruzzjoni kien hemm taħt Santer fil-European Union u x'għad irridu nisimgħu x'ġara taħt Prodi!", "Diġà għaddejja r-rieħa li qed tinxtamm!", "Ovvjament forsi għadu kmieni, imma dak li huwa dokumentat.", "Per eżempju, x'ġara mill-president tal-qorti ta' l-awdituri tal-European Union, Carlson li nqabad - għax m'hemmx min jiċċekkja u hawn qed joħroġ dak li qed jgħid l- isqof tan-Norveġja - li kien qed jieħu żewġ ministeral salaries meta kien imissu jieħu waħda.", "U xi ħadd induna.", "Aħna ma rridux ikollna x'naqsmu ma' dawn!", "Aħna rridu jkollna x'naqsmu bil-politika sinċiera li tkun fl- interess nazzjonali.", "Sur President, for the record irrid ngħid hawnhekk li l-Onor.", "Austin Gatt inzerta ma kienx wieħed minn dawk il-ministri li mas-snin semmew il- miljuni.", "Kien wieħed li qagħad attent li ma jsemmix Lm100 miljun, Lm80 miljun, Lm54 miljun, hawn lista sħiħa!", "Jien għoddejt xi 30 stqarrija jew intervisti minn ministri li, kieku tgħodd kemm issemmew miljuni fihom, ma nafx kemm-il-biljun jiġu dawn, mhux miljuni imma biljuni!", "Ħalli nitkellem fuq il-kamp tal-ġustizzja.", "Qalu li fil-kamp tal-ġustizzja morna tajjeb għax issa Malta acceded to the civil law convention on corruption.", "Imma kien hemm għalfejn nidħlu membri sħaħ fil-European Union biex Malta tirratifika jew taġġorna l-liġijiet tagħha ma' dak li qed jindirizza l-forum internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mar-rimedju ċivili meta persuna tkun vittma ta' korruzzjoni?", "Il- Labour party ried li mmorru iktar minn hekk, imma n-Nazzjonalisti ma ridux jimxu magħna.", "Aħna ridna li fejn għandu x'jaqsam il-korruzzjoni mhux talli nimxu mal-konvenzjoni, talli mmorru a step forward.", "Aħna ridna li fejn għandha x'taqsam il-korruzzjoni ma jkunx hemm preskrizzjoni.", "Din hija l-verità, Sur President.", "Aħna rridu mmorru iktar 'ilquddiem jew irridu mmorru iktar lura minn dak li qed nitkellmu fuqu?", "Allura xi ftaħir hu dan li tgħid li issa \"Malta will be able to accede to the convention upon the adoption of amendment to civil code\"?", "So what!", "Din setgħet issir faċilment, anzi konna nżidu ma' dak li hemm miktub.", "L-istess ħaġa fuq il-konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-komunità.", "In-naħa tal-gvern qed tgħid li rridu nemendaw il- kodiċi kriminali biex ikun jista' jindirizza każijiet fejn isiru kuntratti bejn employee u istituzzjoni internazzjonali billi jkollna headquarters f'pajjiżna ħalli jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.", "Dan stajna għamilnieh mingħajr ma' nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "L-istess ħaġa fuq il-financial intelligence unit.", "Kien hemm għalfejn jgħidulna ta' Brussell li għandna nagħmlu financial intelligence unit?", "Norway li mhix fil-European Union għandha a very efficient financial intelligence unit.", "L-Isvizzera bilfors trid tkun suprema fil-kapaċità u fl-effiċjenza tagħha f'dak lil huwa financial intelligence biex iżżomm livell qawwi bħalma dejjem żammet f'dawk li huma interessi bankarji.", "Kien hemm għalfejn niftaħru f'paġna 7 li issa qed nagħmlu bħalma għamlu pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li emendaw il-money laundering Act.", "Dan huwa insult dirett lejn il-leġislaturi li qegħdin hawn preżenti.", "Għaliex ma kienx hemm għalfejn jgħidilna xi ħadd ieħor biex naġġornaw il-money laundering Act u nagħmlu a financial intelligence unit.", "L-istess ħaġa rigward il-European Union convention li tittratta dwar l- assistenza dwar proċeduri kriminali.", "Hemm European Union convention jew m'hemmx pajjiżna, li huwa sovran, indipendenti u newtrali, jista' jagħmel kull tip ta' arranġament ma' pajjiżi oħra u jista' jagħmel emendi fil- leġislazzjoni tiegħu fil-kamp kriminali biex ikollu assistenza dwar proċeduri kriminali.", "Hemm bżonn naħdmu fuq il-mudell tal-konvenzjoni ta' l- Unjoni Ewropea li titkellem fuq il-mutual assistance on criminal matters biex ikollna leġislazzjoni tajba f'dan ir-rigward?", "Jista' jkollna mudelli aħjar, bħalma semmejt jien, is-civil law convention on corruption.", "Dawn huma punti li joħorġu minn dawk il-volumi kollha tal-Malta-EU negotiations li ġew ippreżentati.", "Allura x'innegozjaw fuq il-ġustizzja?", "Jien stennejt li għallinqas iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li għamilnieh flimkien, gvern u oppożizzjoni, nagħtuh statura internazzjonali.", "Stennejt li dan jingħata iktar ġieħ u iktar prominenza ħalli l-pajjiżi li diġa` qegħdin fil-European Union jiġu jagħmlu l-arbitraġġi hawnhekk, u mhux spiċċa qisu ċimiterju!", "Ilu mwaqqaf tant snin u bin-negozjati li għamlu dawn, bil-pakkett li suppost innegozjaw lanqas linja m'hawn dwaru.", "Dort id-dokument kollu u ma sibt lanqas riferenza waħda għal dan iċ-ċentru ta' l-arbitraġġ li meta ddiskutejnieh f'dan il-parlament għamilnieha ċara li dan għandu jingħata statura internazzjonali, bħalma għandhom ġo Londra u fi New York.", "Allura bilfors li wieħed ikollu jistaqsi x'innegozjaw fuq il- qasam tal-ġustizzja wara li damu s-snin jinnegozjaw il-pakkett.", "Ma nnegozjaw xejn, anzi lesti li niżvestaw lilna nfusna billi narmu dak li huwa tagħna, dak li huwa skond il-kostituzzjoni ta' pajjiżna tarilhom ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Ġiet insulentata s-supremazija tal-liġijiet lokali u s-supremazija tal-Kostituzzjoni fuq il-liġijiet għax lanqas biss riferenza għaliha m'hemm.", "Mr Speaker, iktar minn hekk wieħed irid jara x'kien qed jiġri f'dan il- pajjiż.", "Filwaqt li konna qed ninnegozjaw kulħadd kien ferħan u kuntent li kien hemm xi pakkett tajjeb.", "Fil-fatt huwa vojt f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja.", "Meta tikkomparah ma' pajjiżi oħra pajjiżna għandu bżonn l- għajnuna biex jipprova jiġi in line ma' min diġà qiegħed membru.", "Imma lanqas hemm riferenza waħda fil-pakkett dwar x'jiġri jekk kemm-il darba ċittadin jew kumpannija Maltija tkun trid tagħmel kawża fil-qorti Ewropea.", "Biżżejjed iċ-ċittadin Malti diġà huwa mgħobbi bit-tariffi tal-qrati Maltin li l-European Union diġà kienet ġibdet l-attenzjoni tal-gvern għalihom!", "Imma x'għamel il-gvern fuq dawn it-tariffi, Mr Speaker?", "M'għamel xejn, assolutament xejn!", "Allura meta kumpannija Maltija tkun trid tagħmel kawża fil-qorti Ewropea se ningħataw xi tip ta' konċessjoni jew xi tip ta' assistenza jew id-drittijiet ta' avukati?", "Ħadd ma jaf xejn.", "L-avukati qaluli li għamlu xi seminar jew tnejn fejn kulħadd iparla u ħadd ma jaf xejn.", "Marru ta' l-MIC jgħidu li għandhom jgħidu, però meta tmur tfittex ma ssib xejn.", "Ma ssib xejn lanqas dwar jekk il-qrati tagħna humiex attrezzati għall-eventwalità tal-ġenn - għaliex din ġennata, u j'Alla ma tiġri qatt fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom pajjiżna llum - li pajjiżna jsir membru fil-European Union.", "Allura x'pakkett hu dan?", "Jien u dieħel fil-parlament illejla kien hemm persuna li qaltli: \"Anġlu, jien immur nixtri dan il-pakkett li niekol għall- breakfast filgħodu, imma għallinqas ikun fih xi ħaġa, iżda tagħhom huwa assolutament vojt.\"", "U din tatni din il-borża li fiha kien hemm dan il- pakkett vojt!", "Dan li ġabu għal pajjiżna fin-negozjati, pakkett li tieħu fil-breakfast vojt!", "U dan ġara mhux biss fil-kamp tal-ġustizzja imma f'ħafna oqsma.", "Jekk inti ...", "(Interruzzjonijiet) Idħak, idħak għaliex għandek raġun tidħak!", "Din hija l-verità.", "Jien jiddispjaċini għalikom!", "Issa ħlejtu l-ħin ta' kulħadd u aħna ...", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nkompli.", "Sur President, kulħadd jaf li minn mument għall-ieħor sejra tfaqqa' gwerra fl-Iraq u kulħadd jaf x'inhuwa għaddej fil-pajjiżi Ewropej dwar l-armata li trid tmur tiġġieled fl-Iraq.", "Sal-lum għadhom qed jitkellmu.", "Qed ngħid \"sal-lum\" għax meta bdiet il-European Union kellha għan kummerċjali fejn kellu x'jaqsam il-faħam, il-ħadid, l-isteel, imbagħad żviluppat fuq affarijiet oħra.", "Issa qed jitkellmu fuq European Union politika, European Union b'kostituzzjoni waħda, European Union li jrid ikollha l-armata tagħha.", "Allura apparti l-pakkett vojt li ġabulna, issa jrid ikollna armata tagħna li trid tintbagħat bilfors minn pajjiżna biex tiġġieled f'pajjiżi oħra?", "Jekk dawn iġibu saħħta fil-pajjiż u nidħlu fil-European Union, il-Maltin li ma ridux imorru bħala voluntiera fir-rapid reaction force tal-European Union, se jintgħażlu bilfors biex imorru jiġġieldu l-gwerra ta' ħaddieħor?", "Dan huwa l-pakkett li ġabu?", "U għalhekk nieħu pjaċir nesebixxi dan il- pakkett vojt tagħhom, dak li jien għadni kif tkellimt fuqu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, ħadd ma jista' jiċħad li jekk hemm entità li qed taħdem b'mod konkret biex ittejjeb l-istat ta' l-ambjent mondjali, din hija l-Unjoni Ewropea.", "Ngħid \"mondjali\" bir- raġun.", "Illum kulħadd jaf li tniġġis li joriġina minn pajjiżi fuq in-naħa l- oħra tal-globu jeffettwa lilna lkoll.", "Wieħed jista' jistaqsi: B'daqshekk qed tagħmel xi ħaġa ta' barra minn hawn?", "U bir-raġun.", "L-Unjoni m'hi qed tagħmel xejn ħlief dmirha.", "Imma ħaddieħor qed jagħmlu dan?", "Ma rridx niżvija għax illum id-diskussjoni hija bbażata fuq kif is-sħubija se tolqot lil pajjiżna, u forsi mhux sew li nippuntaw subgħajna.", "Imma jekk tħares lejn il-blokk ekonomiku kbir l-ieħor li hawn fid-dinja, l-Istati Uniti ta' l-Amerka tara li l-President Bush lanqas biss irid jirratifika l- protokoll ta' Kyoto.", "Kif jaf kulħadd, dan jaħseb biex jitnaqqas l-ammont ta' tniġġis b'riżultat ta' attività industrijali, tniġġis li nafu li qed ikollu effett ferm negattiv fuq il-klima.", "L-Amerka tipproduċi madwar terz tal-greenhouse gases tad-dinja.", "Jista' jkun li Bush għandu prijoritajiet jew obbligi oħra x'jikkonsidra qabel is- saħħa tal-pjaneta tagħna?", "Dan it-tip ta' rbit ma ssibux fis-sistema politika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Immorru lura għas-suġġett, x'se tfisser għall-ambjent ta' pajjiżna sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Nafu li pajjiżna għandu problemi ambjentali li mhumiex żgħar.", "Il-muntanja Magħtab tippersonifika l-kobor ta' din il-problema.", "Hemm ħtieġijiet oħra kbar ħafna f'dan il-qasam, fosthom il-bżonn li nnaqqsu t-tniġġis ta' l-arja li niġbdu ma' kull nifs.", "U xi ngħidu għall-baħar li qegħdin nixorbu minnu?", "GĦax illum il-ġurnata ħafna mill-ilma tax-xorb joriġina mill-ilma tal-baħar, riżultat ta' l-attività ta' l-impjanti tar- reverse osmosis.", "Il-baħar jipprovdilna wkoll serħan mis-sħana tas-sajf u għandu wkoll effett kbir fuq l-akbar industrija li għandna f'pajjiżna, dik tat-turiżmu.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra u naħseb li kulħadd f'Malta jaqbel li l-istandards ambjentali tagħna għandhom jitijiebu u jitjiebu sew.", "Imma dan għandu marbut miegħu prezz.", "Fil-każ ta' Malta dan il-prezz jista' jlaħħaq il- mijiet ta' miljuni ta' liri f'investiment fuq medda ta' snin.", "Per eżempju, nafu li fil-qasam tal-kontroll ta' skart solidu biss l-istima ta' l-ispiża hija ta' xi Lm70 miljun.", "Dan il-piż normalment jitgħabba bih min iħallas it-taxxa.", "Iżda fil-kontest tan-negozjati Malta talbet għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea.", "Huwa fatt magħruf li ħadd ma jista' jiċħdu li l-fondi ta' l-Unjoni Ewropea għenu u għenu bil-kbir biex jitħallsu diversi proġetti ambjentali f'ħafna pajjiżi membri.", "Malta argumentat li billi l-livell ta' żvilupp ekonomiku tagħha huwa baxx, meta mqabbel mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tibbenefika sostanzjalment minn fondi li jappoġġjaw proġetti ambjentali.", "Malta diġà kisbet fondi ta' qabel is-sħubija mill-Unjoni Ewropea biex tkun tista' tibni l-ewwel impjant għat-tisfijja tad-drenaġġ f'Għawdex.", "Hija ħaġa magħrufa li l-Unjoni Ewropea se tagħmel tajjeb għal madwar 40% ta' l- ispiża totali b'għotja ta' madwar Euro3 miljun.", "Hawnhekk se nikkwota lill- kollega tiegħi tan-naħa l-oħra l-Onor.", "Anglu Farrugia.", "Pajjiżna, iva, għandu bżonn l-għajnuna.", "Dan qalu l-Onor.", "Anġlu Farrugia stess.", "L- għajnuna qed tingħatalna diġà mill-Unjoni Ewropea u se tingħatalna bil-kbir jekk aħna insiru membri tagħha.", "L-akbar benefiċċju meta jkunu addottati l-istandards ambjentali ta' l- Unjoni Ewropea huma t-titjib fis-saħħa pubblika u t-tnaqqis fl-inċidenza ta' riskji għas-saħħa.", "Hemm ukoll ovvjament it-titjib fid-dehra tal- pajjiż.", "Dan kollu jissarraf fi kwalità ta' ħajja aħjar.", "Nafu kemm hija għolja l-inċidenza ta' l-ażżma f'pajjiżna.", "Studji juruna li l-inċidenza ta' l-ażżma hija ferm ogħla f'dawk il-lokalitajiet fejn hemm tniġġis akbar ta' l-arja, speċjalment minħabba pollution li tiġi minn inċidenza għolja ta' traffiku.", "Hemm benefiċċji finanzjarji diretti meta wieħed jara li jkun hemm kontroll fuq it-tniġġis.", "Dan jiġi minn infiq inqas għal dak li huwa kontroll ta' l- ambjent u kura ta' saħħa pubblika.", "Irridu nifhmu li ambjent aħjar ifisser inqas mard.", "Il-kummissjoni Ewropea kkummissjonat studju dwar il-benefiċċji finanzjarji li jistgħu jinkisbu minn pajjiżi kandidati jekk kemm-il darba dawn idaħħlu l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ ta' Malta, dan l-istudju kkonkluda li l-Maltin jistgħu jiffrankaw madwar Euro10 miljun fis-sena jekk il-liġijiet ambjentali jkunu qed jiġu implimentati kif jixraq, u minbarra li ovvjament aħna nkunu nistgħu nużaw dawn il-flus biex inkomplu ntejbu l- ambjent tagħna, jistgħu jintużaw ukoll għal affarijiet oħra.", "F'dan il-qasam, bħalma jagħmel anke f'oqsma oħra, il-partit Laburista qed jagħmel ħafna wegħdiet sbieħ, imma bħas-soltu m'hux qed jgħidilna kif se jwettaq dawn il-wegħdiet.", "Jgħidulna, per eżempju, li meta u jekk jitilgħu fil-gvern, huma se jagħlqu l-miżbla tal-Magħtab fi ftit xhur, u mbagħad lanqas biss għadhom identifikaw sit ġdid għall-miżbla jew għall-famuża engineered landfill li tant iħobb isemmi l-kollega tiegħi l-Onor.", "Mizzi.", "(Interruzzjonijiet) Kellek tidentifika s-sit fejn se ssir l-engineered landfill u mhux ħafna kliem fieragħ, paroli u ħolm biss!", "(Interruzzjonijiet) Għadkom lanqas biss għamiltuh l-istudju, imbierek Alla?!", "About time!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Kompli, Onor. Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, il-membri tan-naħa l- oħra m'humiex qed jgħidulna minn fejn se jiġu l-fondi jekk jitilgħu fil- gvern huma.", "Tgħid se jgħollu t-taxxi?", "Għax il-flus minn x'imkien iridu jiġu, u ta' min jiġbed l-attenzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi għal dan il- fatt. Il-Membri tan-naħa l-oħra qed iwegħdu lill-poplu li jekk jitilgħu fil-gvern huma, se jagħmlu ħafna affarijiet sbieħ, imma jien ma nafx minn fejn se jġibu l-flus biex jagħmluhom dawn l-affarijiet sbieħ.", "Nerġa` nistaqsihom lill-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra: Se tgħollu t-taxxi?!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Le!", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Bejn kliem u fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Dan huwa qawl Malti addattat ħafna għall-partit Laburista Malti, u fil-fatt jien naħseb li tkun idea tajba jekk il-partit Laburista jikkonsidra li jaddottah bħala l-islogan tiegħu!", "Sur President, il-poplu għandu quddiemu għażla ċara; jew it-triq dritta magħrufa u ppruvata ta' l-Unjoni Ewropea jew inkella triq li twassal għal dinja tal-ħolm.", "Ħbieb, ejjew inħallu l-fantaxjenza għall-kotba u għall- films biss.", "Din Malta tagħna qatt ma kellha l-opportunita` li jkollha kontroll fuq il-futur tagħha daqs illum, li ninsabu fuq l-għatba ta' l- Unjoni Ewropea .", "Fil-fatt illum aħna diġa` niddependu mid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Unjoni Ewropea, li kif diġa` għedt tikkonsisti fi blokk ekonomiku kbir fix-xena globali.", "Missirijietna fejn qatt ħolmu li din il- gżira żgħira tagħna kien se jiġiha ċ-ċans li tipparteċipa fil-proċessi kollha li jwasslu għal dawn id-deċiżjonijiet imsemmija?", "Ara jekk nibqgħu barra mill-Unjoni Ewropea, ikollna noqogħdu b'li jagħtuna, u din hija l- verita` tal-fatti.", "Għalhekk, Sur President, ejjew ma nibqgħux naqgħu għaċ-ċajt.", "Ejjew ma nibqgħux nitkellmu fuq il-politika ta' partnership.", "Il-Membri ta' l- oppożizzjoni jitkellmu fuq l-imbierka politika ta' partnership bħallikieku din kienet xi ħaġa eżistenti, u dan meta lanqas huma ma jafu fiex tikkonsisti din il-politika u għadhom ma nnegozjaw xejn f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt dawn għadhom lanqas biss jafu jekk wara li jiċħdu l-opportunita` li pajjiżna jsir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, din l-unjoni hijiex se tkun lesta li tibda from scratch negozjati ġodda fuq ħolma; fuq il-ħolma tal- partnership.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova niffoka fuq kif id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu bħalissa se jolqtu lis-soċjeta` Maltija, partikolarment lill-familji Maltin..", "Il-bieraħ filgħaxija ngħatajna dokumenti ħoxnin ħafna biex suppost inkunu nafu eżattament x'qed jiġi nnegozjat ma' l-Unjoni Ewropea, pero` jiddispjaċini ngħid li sebaħ dalgħodu u għadni qed inqalleb dawn id- dokumenti biex nipprova nsib xi benefiċċji li l-poplu Malti u Għawdxi se jibbenefika minnhom.", "Fil-fatt s'issa għadni ma sibt l-ebda benefiċċju li se jgawdi minnu l-poplu tagħna jekk kemm-il darba pajjiżna jissieħeb fl- Unjoni Ewropea u kulma rajt huma taxxi, taxxi u taxxi.", "L-ewwel dokument li nixtieq nikkummenta dwaru huwa Volum 9/13, li jitkellem dwar dak li għandu x'jaqsam ma' vehicles.", "Hawnhekk jidher li l-gvern Nazzjonalista jista' jagħmel ftehim ma' l-Unjoni Ewropea biex mill-31 ta' Diċembru ta' l-2005 il-gvern idaħħal levy ta' 65% \"of minimum rate on all heavy good vehicles\" u mbagħad fl-1 ta' Jannar, 2006 idaħħal levy ta' 100% \"of minimum rate on all heavy good vehicles\".", "Għalhekk jekk dan il-gvern se jdaħħal dawn it-taxxi kollha, ma nistax nimmaġina għalfejn ġie jiftaħar b'dan il-pakkett li nnegozja għax kulma qed isemmi hawnhekk huma biss taxxi.", "Dan id-dokument jgħid ukoll li anke fuq l-ikel, li tant huwa essenzjali għall-familja Maltija, se tiddaħħal il-VAT.", "Skond dan id- dokument, il-prezz ta' l-ikel diġa` huwa għali hawn Malta meta pparagunat mal-pagi u għalhekk jekk dan il-prezz se jkompli jogħla, il-familji Maltin se jsibu ċerti diffikultajiet fil-budget tagħhom.", "Fil-fatt dan id-dokument jgħid hekk:", "\"Any increase in taxation on food would therefore have a direct and significant social impact.\".", "Imbagħad ikompli jgħid:", "\"Hence any increase in taxation on food would have a significant social and economic impact.\".", "Jiena ma nistax nifhem għaliex il-membri tal-partit Nazzjonalista qed jiġu jiftaħru b'dan il-pakkett ta' negozjati ma' l-Unjon Ewropea.", "Se togħla wkoll il-mediċina u l-equipment li għandu x'jaqsam mal-mediċina.", "Infatti diġa` bdejna nisimgħu li xi apparat partikolari tal-hearing aid diġa` għola b'Lm2.50.", "Jien ma nistax nimmaġina kif il-poplu Malti u Għawdxi se jlaħħaq ma' din l-għoli tal-ħajja jekk jiġġennen u jivvota biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, id-dokument li għandna quddiemna qed idaħħal ħafna obbligi fil-pajjiż u kif jingħad fih stess, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea minn welfare state se mmorru għal welfare society, bidla li żgur se teffettwa negattivament lil ħafna familji Maltin u Għawdxin.", "Skond kif qed nifhem, jidher ukoll li hemm il-possibbilta` li l-poplu se jkun irid jibda jħallas meta jkun rikoverat fl-isptar il-ġdid li għadu qed jinbena f'Tal-Qroqq.", "Issa se niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-gass u l-elettriku.", "Waqt li kienet qed issir id-diskussjoni tal-budget dwar il-qasam soċjali l-membri Nazzjonalisti nisa tgħidx kemm għajtu, ħaduha kbira u skandalizzaw ruħhom meta jien għedt li l-gass u l-elettriku se jogħlew, pero` llum dak li bassart qed jidher ċar għax ġaladarba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea se tiddaħħal taxxa ta' 5% fuq l-elettriku u taxxa ta' 15% fuq il-gas supplies.", "Dan mhux Rita Law qed tgħidu imma qed jgħidu d-dokument li ftaħru li ġabu magħhom il-membri Nazzjonalista meta marru Copenhagen biex jagħmlu n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm ma tantx qed jgħidulna b'mod ċar x'miżuri se jittieħdu f'dik li hija proprjeta` jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l-unjoni, hawnhekk hawn dokumentat li se tiddaħħal 5% duty on every transfer of land and building within the Maltese islands.", "Barra minn hekk dan id-dokument qiegħed jgħid ukoll li hemm il-possibbilta` li tiddaħħal anke taxxa ta' 15% fuq bini ġdid u fuq l-art.", "Issa ħalli nerġa` ndur biex ngħid xi ħaġa oħra dwar fuq l-ikel.", "Fid- diskussjonijiet tal-budget il-Membri tan-naħa l-oħra semmewlna biss il- possibbilta` li jogħlew l-elettriku u l-gass jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, pero` fid-dokument li għandi quddiemi hawn lista sħiħa ta' prodotti li se jogħlew, u fost dawn nista' nsemmi l- ħobż, il-gallettini, id-dqiq, il-pasta, is-cereals, l-ikel tat-trabi, il- laħam frisk, it-tiġieġ, il-fniek, il-laħam iffriżat, iz-zalzett, il- luncheonmeat, il-bacon u l-ħut ippreservat.", "Ara dawn l-affarijiet ma jsemmuhomx il-ministri u d-deputati Nazzjonalisti u meta jqumu biex jitkellmu ħlief ħafna paroli vojt fuq il-kavallieri u fuq affarijiet li lanqas biss għandhom x'jaqsmu ma' dan id-dokument ma jsemmux.", "Wara kollox jien naħseb li qabel ma l-poplu Malti u Għawdxi jiġi biex jivvota fir- referendum, l-unika ħaġa li jixtieq ikun jaf hija kif se tiġi effettwata l- familja tiegħu bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u mhux dwar x'għamlu l- kavallieri u kif Malta sabet il-pożizzjoni tagħha.", "Fil-fatt minn dan id- dokument jirriżulta wkoll li anke l-ġobon, il-ħalib, il-patata, il-ħaxix, in-nuts, il-confectionery products, iz-zokkor u t-te` se jogħlew.", "U mhux imbilli noqogħdu nidħku!", "Issa mbilli toqogħdu tidħku intom min-naħa l- oħra?!", "Tistgħu tħarsu lejn il-mera u tidħku kemm tridu!", "Il-poplu Malti u Għawdxi żgur li m'hux qed jidħak.", "Tafu min qed jidħak bħalissa?", "Min jisma' xi bużullotta minn tagħkom, bħal meta ppruvajtu tbellgħuha lill- poplu li se ġġibu Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea u mbagħad ġejtu minn Brussels b'idejkom vojta!", "Imbasta ilkom dawn is-snin kollha titnejku bil- poplu!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Law, jekk jogħġbok irtira dik il-kelma li għadek kemm għedt!", "ONOR.", "RITA LAW: Ma tantx għandna għaliex nitkażaw għax dik hija kelma Maltija!", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Rita Law.", "M'huwiex aċċettat li tingħad din il-kelma fil-Parlament.", "ONOR.", "RITA LAW: Hawnhekk jien qed nitkellem fuq affarijiet serji.", "Ġaladarba fi ftit ġranet oħra se ġġiegħlu lill-poplu joħroġ jivvota fir- referendum, huwa obbligu tagħkom u tal-MIC li tfiehmu lill-poplu kull dettall li fih il-pakkett li nnegozjajtu ma' l-Unjoni Ewropea u kif dan se jolqot lill-familji tagħhom.", "Hemm bżonn li l-poplu jkun jaf li bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jogħlew fil-prezz l-iktar prodotti u servizzi essenzjali.", "U mela noqogħdu nitkażaw b'kelma Maltija?!", "Wara kollox meta kien hemm ministru li tkaża b'affarijiet tan-nisa hu kien, u dakinhar is- Sedja ma waqqfitux!", "THE DEPUTY SPEAKER: Fil-fatt dakinhar ġbidtlu l-attenzjoni lill-ministru konċernat ukoll.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President, ġaladarba llum għandna dawn id-dokumenti, jiena nixtieq inkun naf jekk mill-lum 'il quddiem meta l-Membri tal-partit Nazzjonalista jitkellmu man-nies humiex se jgħidulhom il-verita`.", "Lill- partit Nazzjonalista ngħidlu li jekk mingħalih se jagħmel ir-referendum bl- għaġġla biex jaħbi l-verita` lill-poplu, m'huwiex se jirnexxielu għax aħna, ta' l-oppożizzjoni, se nfiehmu lill-poplu dawn id-dokumenti li għandna quddiemna.", "Intom tidħku għax forsi għandkom bwietkom u żaqqkom mimlijin imma l-poplu, li qegħdin tisirqulu l-flus minn idejh, żgur li m'huwiex qed jidħak.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, fost affarijiet oħra l-emenda li ressqet in-naħa ta' l-oppożizzjoni f'dan il-Parlament tgħid li pajjiżna, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' jitlef in-newtralita` u l- ħelsien tiegħu, imma jekk wieħed iħares lejn artiklu 17 tat-trattat ta' Amsterdam isib li l-policy tad-difiża komuni ta' l-Unjoni Ewropea bilfors trid tirrispetta l-kostituzzjoni ta' kull pajjiż membru, u allura dan ifisser li ġaladarba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea il- policy tad-difiża komuni ta' l-Unjoni Ewropea se jkollha tirrispetta wkoll il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Artiklu 23 ta' l-istess trattat jitkellem ukoll dwar opt out clause li permezz tagħha kull pajjiż membru se jkun jista' jagħżel li ma jipparteċipax f'xi oqsma ta' din id-difiża komuni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Wieħed irid jgħid ukoll li fit-trattat tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl- Unjoni Ewropea, għall-ewwel darba ġiet miżjuda dikjarazzjoni dwar in- newtralita`.", "Fil-fatt meta l-Irlanda, l-Awstrija, il-Finlandja, u l- Isvezja ssieħbu fl-Unjoni Ewropea, minkejja li dawn il-pajjiżi wkoll għandhom in-newtralita` fil-Kostituzzjoni tagħhom, huma ma kenux żiedu din id-dikjarazzjoni dwar in-newtralita` fit-trattat ta' sħubija, liema trattat se jiġi ffirmat minn kull pajjiż li se jkun membru sa l-2004, jiġifieri minn 25 pajjiż.", "Irrispettivament minn dak kollu li ilu jingħad, l-Unjoni Ewropea la għandha s-setgħa li ddaħħal il-lieva f'xi pajjiż membru tagħha, la għandha s-setgħa li ġġiegħel lil xi pajjiż membru tagħha jipparteċipa f'xi gwerra u lanqas se jkollha s-setgħa li tagħmel bażi militari f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia għadu kif semma l-gwerra li l-Istati Uniti qed tipprepara li tagħmel kontra l-Iraq, u fil-fatt hemmhekk qed naraw li filwaqt li l-Ingilterra, li hija membru ta' l-Unjoni Ewropea, qed tappoġġja lill-Istati Uniti, il-Ġermanja minkejja li hi membru ta' l-Unjoni Ewropea wkoll, assolutament ma tridx li jkollha x'taqsam ma' din il-gwerra.", "Għalhekk wieħed m'għandux jipprova jqarraq bil-poplu.", "Matul dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropea waqqfet ukoll ir-rapid reaction force fil-policy tagħha ta' common defence, u Malta diġa` qiegħda tipparteċipa f'dawn il-missjonijiet umanitarji, liema missjonijiet huma approvati u awtorizzati mill-Ġnus Magħquda.", "Hawnhekk irrid nagħmel il-punt li Malta pparteċipat f'dawn il-missjonijiet umanitarji għax riedet hi.", "Fil- fatt kieku riedet, hija setgħet tagħżel li ma tipparteċipax fihom.", "Issa hawn ta' min jagħmel parentesi żgħira u jgħid li Malta lanqas ipparteċipat fil-missjonijiet ta' peacekeeping imma pparteċipat biss f'missjonijiet umanitarji, u kull suldat jew uffiċjal li pparteċipa f'dawn il-missjonijiet għamel hekk għax ried hu, pero` nista' ngħid b'ċertu sodisfazzjon li l- informazzjoni li għandna hi li kien hemm ħafna iktar suldati li riedu jmorru milli fil-fatt marru.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk wieħed ma jallarmax lin-nies fuq dawn l-affarijiet imma jserrħilhom moħħhom.", "Kulmin isegwi l- media internazzjonali u bħalissa qed isegwi l-qagħda fl-Iraq żgur li nduna waħdu li l-Unjoni Ewropea assolutament m'għandha l-ebda setgħa li tipparteċipa f'xi gwerra.", "Bl-emenda li ppreżentat, l-oppożizzjoni qalet ukoll li hija tara li l- ftehim li ġie nnegozjat bejn il-gvern Malti u l-Unjoni Ewropea l-postijiet tax-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin se jkunu mhedda mill-barranin u li l- industrija tal-manifattura se tintlaqat ħażin.", "Għalhekk hawn wieħed bilfors irid isemmi l-fatt li meta Malta ssir membru fl-Unjoni Ewropea, hija se tkun tista' tibbenefika mill-free trade agreements li din l-unjoni għandha ma' tant u tant pajjiżi.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea diġa` għandha diversi forom ta' ftehim ta' kummerċ, bħal preferential trade jew inkella customs union ma' madwar 100 pajjiż, u fost il-pajjiżi li l-Unjoni Ewropea għandha free trade agreements magħhom hemm, per eżempju, it-Tuneżija, il- Marokk, il-Ġordan, l-Israel, il-pajjiżi ta' l-European economic area, in- Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein, l-Isvizzera, il-Messiku u l-Afrika t'Isfel.", "Dan kollu xi jfisser, Sur President?", "Kif nafu matul dawn l-aħħar snin, kemm taħt amministrazzjoni Laburista kif ukoll taħt din l- amministrazzjoni, l-ikbar problema li kellna kienet li iktar ma jgħaddi ż- żmien il-postijiet tax-xogħol fil-qasam tal-manifattura iktar qed jonqsu għax billi l-pagi tagħna baqgħu jogħlew għal sena wara l-oħra, il-prodott Malti f'pajjiżi barranin sar inqas kompetittiv, l-iktar mal-prodotti li ġejjin minn pajjiżi fejn għandhom cheap labour.", "Illum il-kumpanniji Maltin qed ikollhom iħallsu d-dazju fuq il-materja prima li jimpurtaw minn pajjiżi oħra, pero` jekk kemm-il darba nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il- materja prima li jimportaw il-kumpanniji Maltin minn xi pajjiżi m'hux se jitħallas iktar dazju, u dan ifisser li l-prodott finali se jiġi orħos.", "Fil-fatt f'50 sena l-Unjoni Ewropea rnexxielha tagħmel free trade agreements ma' diversi pajjiżi terzi, u dan irnexxielha tagħmlu permezz tas- saħħa ekonomika li għandha.", "Jekk insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, kemm jekk nimportaw kif ukoll jekk nesportaw il-prodott finali se jorħos, u dan ikun ifisser li n-numru ta' mpjiegi fil-qasam tal-manifattura jerġa` jiżdied.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nirriferi għad- diskors li kien għamel il-president tal-Kummissjoni Ewropea Romano Prodi f'Settembru ta' l-1999 meta kien qal hekk:", "\"As a continent which has witnessed the most tragic events in history as a battle ground between sovran nations and totalitarian ideologies which have sent cohorts of innocent people to war or for planned extermination, the Europe of the 20th century is completing its mutation and is commencing the 3rd millennium having consolidated the instruments which offer everyone the promise of lasting peace.\".", "Bil-kelma \"mutation\", Romano Prodi ried ifisser li l-Unjoni Ewropea ttrasformat lill-pajjiżi membri tagħha kompletament għax filwaqt li qabel uħud mill-pajjiżi li llum huma membri tagħha kienu jiġġieldu fil-gwerer kontra xulxin, illum dawn qed jaħdmu flimkien għall-paċi.", "Anke t-tniġġis ambjentali - li minbarra li jagħmel ħsara lill-ambjent, jagħmel ħsara wkoll lill-genes tagħna - iwassal għal mutation, u jien m'għandix dubju li meta l- pajjiżi, bħal dawk li huma membri fl-Unjoni Ewropea - u jekk Alla jrid, aħna dalwaqt inkunu magħhom - jiftħu r-riżorsi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien bil-għan li jonqos it-tniġġis ambjentali, aħna u wliedna nkunu nistgħu ngħixu aħjar.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, nistgħu ngħidu li dan id-dibattitu qed iservi bħala opportunita` storika għal kull deputat li jifforma parti minn din il-Kamra għax għad jgħaddi ż-żmien u aħna l-Membri ta' dan il-Parlament inkunu nistgħu ngħidu li tajna sehemna fl-iżvilupp storiku ta' pajjiżna.", "Mhux kull dibattitu joffri opportunita` bħal din, u billi dan id-dibattitu huwa landmark fl-istorja tal-parlament Malti, kulmin jipparteċipa fih, irrispettivament minn jekk dan ikunx jaqbel mal-mozzjoni li ppreżenta l-gvern jew le, iħoss ċertu sens ta' sodisfazzjon u ta' orgolju.", "Madanakollu s-sens ta' sodisfazzjon u ta' orgolju minn min huwa favur u minn min huwa kontra din il-mozzjoni jkun differenti, kif kien differenti s-sodisfazzjon u l-orgolju ta' missirijietna li pparteċipaw f'dibattiti li wasslu għall-indipendenza ta' pajjiżna għax ovvjament dawk li kienu favur l-indipendenza, meta akkwistaw l-indipendenza u bdew jaraw il-frott tagħha kellhom livell ta' sodisfazzjon li kien differenti għal kollox minn dawk li opponew għaliha.", "Fil-fatt, Sur President, huwa ironiku u stramb kif għal darb'oħra, il- partit Laburista reġa` qiegħed fuq in-naħa żbaljata ta' l-istorja.", "Jidher li d-destin tal-partit Laburista huwa li jkun fuq dik in-naħa, destin li fl- aħħar mill-aħħar jagħżlu hu stess.", "(Interruzzjonijiet) Nammetti li dan huwa avveniment li jien ili numru ta' snin nistennieh.", "Niftakar li meta wara snin ta' titubar, l-Ingilterra kienet issieħbet fl-Unjoni Ewropea, li dak iż-żmien kienu jsejħulha bħala \"l-komunita` ekonomika Ewropea\", jien flimkien mas-Sur Joe Borg, li kien l-assistent personali tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni, li bħalissa qed jinterrompini, konna attendejna għall-ewwel darba għal konferenza li kienet saret dwar l-integrazzjoni Ewropea, liema konferenza kienet saret fl-1973.", "M'hemmx għalfejn ngħid li konferenza bħal din offriet lili u lil dawk bħali l-opportunita` li nifhmu l-għaqal ta' min ħadem biex jitwettaq dan il-proċess, għax fl-aħħar mill-aħħar il-proċess għall-integrazzjoni Ewropea ma jieqafx imma huwa xi ħaġa kontinwa, bħal kwalunkwe proċess ieħor.", "Infatti l-Unjoni Ewropea tal-lum m'hijiex l- istess Unjoni Ewropea ta' 30 sena ilu għax minn dak iż-żmien 'l hawn din żviluppat f'sens pożittiv.", "Din il-konferenza lili servietni wkoll bħala opportunita` biex nifhem il-vantaġġi ta' din l-unjoni, mhux biss mill- aspett ekonomiku imma wkoll mill-aspett politiku għax l-Unjoni Ewropea hija wkoll entita` li taħdem favur il-paċi, kemm fir-reġjun Ewropew, li kif diġa` smajna fid-dibattitu tal-lum, huwa reġjun li sofra minn gwerer bejn in-nazzjonijiet Ewropej stess, kif ukoll fir-reġjuni l-oħra tad-dinja.", "Sur President, fl-1979, jiġifieri ftit wara li ggradwajt bħala avukat, il- partit Nazzjonalista diġa` kellu l-viżjoni li jissieħeb fil-komunita` ekonomika Ewropea, u jien kont għażilt li nkompla nistudja proprju s- suġġett ta' l-integrazzjoni Ewropea.", "Hemm stajt nifhem il-kunċetti li fuqhom kienet mibnija u li trid tkompli tinbena l-Ewropa, liema kunċetti frankament bħala avukat ma tantx kont espost għalihom.", "Għaliex?", "Għax ma ninsewx li dawn kienu kuċetti li kienu totalment aljeni għas-sistema ta' pajjiżna.", "Infakkar li l-gvern ta' dak iż-żmien, tas-sebgħinijiet, kien iktar kien ixaqleb lejn sistemi ta' suq ikkontrollat milli lejn sistemi tas- suq ħieles.", "Jiena bħala student fil-fatt stajt anke ngħix dan il-kuntrast.", "Jien mort ngħix ġo l-Olanda li kien wieħed mill-pajjiżi fundaturi ta' l- Unjoni Ewropea u l-fatt li stajt immur ġo ħanut u nixtri dak li ridt, il- fatt li kien hemm diversi prodotti, il-fatt li l-prezzijiet kienu kompetitivi u stajt tikkompara u tagħżel dak li jaqbillek, frankament għalija dawn kienu affarijiet daqxejn aljeni għaliex hawnhekk ma konniex imdorrijin hekk.", "Anzi niftakar - u din ma nafx għaliex bqajt niftakarha - li meta kont tlajt l-Olanda kont tellajt ammont ta' ċikkulata miegħi.", "Naħseb li kont qed nipprova niftakar dak li ħallejt warajja.", "Pero` bħala fatt dan l-episodju taċ-ċikkulata jfakkarni ftit fiex konna ngħixu dak iż- żmien.", "Kien żmien meta inti biex tixtri ċikkulata kont ridt bilfors tixtri ċ-ċikkulata \"Deżerta\" li kienet tipproduċi kumpannija waħda li kellha l- monopolju tal-produzzjoni taċ-ċikkulata f'Malta.", "Indipendentement minn kemm kienet tajba jew ħażina dik iċ-ċikkulata kienet l-uniku ċikkulata li kellna.", "Dan irrid insemmih għax dak iż-żmien kien żmien fejn mhux biss kien hawn theddida għad-demokrazija, mhux biss kien żmien fejn id-drittijiet tal- bniedem kienu pjuttost imkasbra b'mod sistematiku, imma kien żmien meta l- poplu bħala konsumatur ma kellux għażla tal-prodotti li jixtri.", "Konna nixtru bilfors dak li joħroġ mill-kunvent u konna spiċċajna li naraw kif nagħmlu biex min ikun sejjer barra ngħidulu biex jixtrilna \"dak\" il-prodott u jew il-prodott l-\"ieħor\".", "Konna mmorru Sqallija u ndaħħku lin-nies bina.", "Kienu jgħidu ġew il-Maltin.", "Konna qisna kważi kważi l-imġewħin ta' l-Ewropa li frankament lili bħala Malti kienet tumiljani.", "Anke issa meta niftakar fiha għadni numilja ruħi.", "Meta qed insemmi dan m'iniex qed nitkellem fuq żmenijiet differenti, xi seklu ilu, imma qed nitkellmu fuq sistemi ta' gvern differenti.", "Kellna sistema ta' gvern differenti u s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea fost affarijiet oħra se tiggarantielna li ma mmorrux lura għal dik is-sistema` ta' gvern.", "Dik kienet sistema ta' gvern li lilna kienet tumiljana.", "Kienet sistema ta' gvern li bħala ċittadini żammitna lura u bħala konsumaturi ma ħallitilniex l-għażla li tant tagħmlilna tajjeb.", "Allura meta qed nipprovaw nagħmlu kuntrast, il-kuntrast li qegħdin nagħmlu mhux xi wieħed ipotetiku.", "Qed nagħmlu kuntrast reali bejn żewġ sistemi ta' gvern; is-sistema ta` gvern ta` suq ikkontrollat li kienet is-sistema li kien jemmen fiha l- partit Laburista sakemm ra d-dawl jew għamel u-turn bħad-diversi u-turns li għamel konstantament u s-sistema tas-suq ħieles li ppropona l-partit Nazzjonalista u li ħaddem wara l-1987.", "Jekk wieħed jara kif ibbenefika l- konsumatur minn meta l-partit Nazzjonalista beda dan il-proċess malajr jifhem għaliex is-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa tajba.", "Sur President, mingħajr tlaqliq ta` xejn jiena ngħid li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa tajba għall-konsumatur.", "Il-konsumatur Malti jaqbillu b'din is-sħubija.", "Meta nitkellmu fuq għaliex l-konsumatur Malti jaqbillu bis-sħubija bilfors infakkar li l-ewwelnett aħna tajna l-għażla meta lliberalizzajna l-kummerċ u l-importazzjoni.", "Illum il-ġurnata tista` timporta li trid u m'għandekx bżonn tkellem ministri, m'għandekx bżonn iġġib import licences, m'għandekx bżonn tkellem ħbieb tal-ministri u m'għandekx bżonn tikkonsma dak li joħroġ il-kunvent għaliex s-suq huwa miftuħ.", "Neħħejna ċerti monopolji u dan kien ta` benefiċċju għall- konsumatur.", "Rajna x'ġara meta neħħejna l-monopolju u lliberalizzajna s- settur tat-telekomunikazzjoni.", "Rajna x'ġara meta kellna l-pluraliżmu tax- xandir.", "Dawn kollha kienu monopolji li lilna żammewna lura.", "Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti li għamilna hija li ħriġna l-gvern mill-kummerċ.", "Il-gvern ma baqax kemm jista' jkun parti mid-dinja tal- kummerċ.", "Dan għamilnih billi bdejna l-proċess tal-privatizzazzjoni, ikkreajna awtoritajiet li jistgħu jikkontrollaw l-entitajiet li kienu responsabbli mill-kummerċ, anke dawk li baqgħu f'idejn il-gvern, u riċentement issoġġetajna l-kumpanniji kkontrollati mill-gvern għall-att tal- kompetizzjoni.", "Meta nitkellmu fuq għażla tajjab li wieħed ifakkar li aħna daħħalna liġijiet u regolamenti li jassiguraw trasparenza f'kull sens tal- kelma, kemm għal dak li huwa reklamar, kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' garanzija u kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma` kreditu li jingħata lill- konsumaturi.", "Għaliex?", "Għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-konsumaturi dak li għandhom bżonn, li jkunu jafu x'qed jixtru u li jkun hemm trasparenza fil- mod kif jixtru.", "Pero` apparti l-għażla assigurajna l-kwalita' wkoll u hawnhekk għamilna diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kwalita`.", "Naturalment għandna l- consumers affairs Act li hija liġi importanti ħafna.", "Għamilna regolamenti fuq ir-responsabilta` għall-prodotti difettusi permezz tal-product liability Act u għamilna wkoll ħafna liġijiet fuq l-istandards għax fl- aħħar mill-aħħar l-istandards huma importanti wkoll.", "Aħna mhux l-awtorita` ta' l-istandards biss għamilna, imma ppublikajna numru kbir ta' standards li jwasslu biex aħna ngħixu aħjar.", "GĦamilna liġijiet fuq is-safety għaliex huwa assolutament importanti li meta konsumatur imur ġo ħanut ikun moħħu mistrieħ li dak li jixtri jkun safe.", "Ma` dawn m'hemmx għalfejn ngħidu jistgħu jiżdiedu ruxmata ta` affarijiet oħra li saru, per eżempju, fuq il- kwalita' ta' l-ambjent u l-ilma u ruxmata ta` affarijiet li għad iridu jidħlu.", "Ta` min isemmi wkoll li fuq kollox għamilna regolamenti u politika biex iraħħsu il-prezzijiet.", "L-ewwelnett bdejna l-proċess biex jitneħħew il- levies kważi kollha, liema proċess iwassal għar-roħs fil-prezzijiet.", "Il- levies kienu qegħdin hemm biex inżommu l-prezzijiet artifiċjalment għoljin bl-idea li nipproteġu l-industrija Maltija.", "Naturalment dawn il-levies kienu jikkreaw prezz artifiċjalment għoli li kienu jwasslu biex il-prodotti jogħlew fil-prezz.", "Ma kenux qed iwasslu biex il-prodott Malti jitjieb u r- riżultat kien li l-konsumatur Malti kien qed ikollu prodott ogħla u ta' kwalita` inferjuri.", "Fil-qasam tal-prezzijiet rajna wkoll kif bis-saħħa tal- liġi tal-kompetizzjoni nikkontrollaw l-abbuż ta' kumpanniji li kellhom ċertu saħħa u monopolju fis-suq u rristrinġejna dawk il-kumpanniji li pprovaw jidħlu fi ftehim li jista` jkun restrittiv.", "Sur President, jiena nistaqsi: Minn dawn l-affarijiet kollha li għamilna favur il-konsumatur liema minnhom il-Partit Laburista, li jaspira li jkun fil-gvern, se jneħħi?", "Mhux x'se jirranġa għax anke aħna stess nirranġawhom għax ovvjament wieħed maż-żmien bilfors irid jirranġa.", "Pero` liema minn dawn il-liġijiet kollha li saru favur il-konsumatur u li kienu kollha liġijiet li kienu traspożizzjoni tad-direttivi Ewropej se jneħħu?", "Jien konvint li kieku l-oppożizzjoni kellha tirrispondi tgħid li l-ebda waħda minn dawn il-liġijiet favur il-konsumatur m'hi se tneħħi.", "L-Unjoni Ewropea xi tfisser f'dan kollu?", "Ħafna jgħidulek: Imma aħna għandna bżonn li nkunu fl-Unjoni Ewropea biex nagħmlu dawn il-liġijiet?", "Ir-risposta sempliċi hija li l-Unjoni Ewropea hija l-garanzija li dawk il-liġijiet li għandna llum u dawk il-liġijiet li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-konsumatur u li l- Ewropa tqis li huma fundamentali jkollna bilfors nosservawhom u jekk kemm il-darba xi partit li jkun fil-gvern iqum filgħodu u jiddeċiedi li jirtira minn dawk l-obbligi li huwa għandu ċ-ċittadin għandu rimedju fl-Ewropa li jara li dak ma jistax isir.", "Dan għalija huwa assolutament importanti għaliex qed tagħti s-saħħa liċ-ċittadin Malti li jieħu lill-gvern tiegħu quddiem entita` Ewropea biex jassigura li dak li jaqbel lilu jiġi osservat mill-gvern tiegħu.", "Din mhux kulħadd jieħu gost biha għaliex dawk li ovvjament għadhom nostalġiċi għas-sistemi ta' l-antik, dawk li għadhom xi ftit jew wisq jgħixu fl-għanqbud ta' l-antik għadhom jixtiequ li dan l- irbit ma' jkunx magħhom.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa għal dan il-proċess.", "Nirringrazzja lill-missierijietna li ġabulna l-indipendenza għax li kieku ma kienx għaliha ma konniex nistgħu nkunu fil-pożizzjoni li qegħdin illum.", "Nirringrazzja lil kulmin ivvota għad- diversi programmi elettorali mill-1981 'il hawn li taw il-mandat lill- partit Nazzjonalista biex jinnegozja u jwassal għal sħubija, kif ukoll lil dawk kollha, partikolarment fis-servizzi ċivili, li kkontribwew billi għenu biex ibiddlu l-liġijiet u jwaqqfu l-istrutturi li kien hemm bżonn għal dawn il-bidliet li kellna bżonn nagħmlu.", "Naturalment nirringrazzja lill-poplu Malti li għad jonqsu jivvota fir-referendum li aħna qed nipproponulu biex kif għamel kważi erbgħin sena ilu jifhem l-importanza tal-mument u jagħżel li pajjiżu jieħu postu mal-pajjiżi sħabu fl-akbar blokk ekonomiku tad- dinja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 15 ta' Jannar, 2003 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l- mistoqsija tar-referendum - Kontinwazzjoni", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, jiena qatt ma nixba nsemmi l-wirt storiku kbir li għandna ġewwa pajjiżna.", "Kemm jiena u kemm membri parlamentari oħra miż-żewġ naħat tal-Kamra tkellimna fuq dan il-wirt, liema wirt għandna biex nitkabbru u nitpaxxew bih.", "Malta hija gżira żgħira ħafna imma bi storja kbira li tiżbokka dik ta' pajjiżi oħra, kemm dawk viċin tagħna u kemm dawk imbiegħda.", "Bla dubju ta' xejn, il-Maltin bdew jifhmu l-ħtieġa li dan il-wirt storiku ta' pajjiżna jkun imsaħħaħ permezz ta' restawr li qed isir ġewwa fih.", "Din il-ġawhra fil-Mediterran, bħalma ħafna jsejħu lil din il-gżira, għandha tkun ta' attrazzjoni kbira għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom mhux biss il-wirt storiku ta' pajjiżhom imma l-wirt storiku tad-dinja.", "F'pajjiżna għandna wħud mill-aktar bini antik li jeżisti fid-dinja; għandna l-bini ta' l-Imnajdra li sar fi żmien l-istone age, żmien meta l- bniedem ma kienx għadu għaraf li jista' jibni d-djar tiegħu imma kien juża l-għerien jew inkella xi struttura primitiva bil-ġebel li forsi kien jaqta' b'tant ħidma u bil-forza ta' idejn biss.", "F'Malta għandna l-Imnajdra, Ħaġar Qim, il-Ġgantija, it-Tempji Neolitiċi, fdalijiet Rumani u mbagħad aktar riċenti, għandna l-fdalijiet ta' żmien il- kavallieri u żmien l-Ingliżi.", "Jien niskanta kif hawn nies li għad m'għandhomx il-kuxjenza jew inkella l-għarfien ta' dan il-wirt storiku f'pajjiżna meta llum qrajna fil-gazzetta li saħansitra nħarqet il-gate ta' wieħed mit-tempji sbieħ li għandna ġewwa pajjiżna.", "Jien inħoss għafsa ta' qalb kbira meta nisma b'dawn in-nies li mingħajr ebda edukazzjoni ta' xejn u mingħajr ebda rimors, qabdu u vvandalizzaw dawn it-tempji uniċi ġewwa d- dinja b'dan il-mod krudili.", "Kieku aħna bdejna nippriservaw dawn il-monumenti minn żmenijiet l- imgħoddija, kieku żgur li Malta kienet tkun l-akbar attrazzjoni turistika fid-dinja imma disgrazzjatament, minħabba n-nuqqas kbir ta' edukazzjoni li hemm fost numru ta' ċittadini Maltin, dan ma ġarax.", "Li kieku dawn in-nies kellhom il-kuxjenza li jagħrfu l-entita` vera tal-ħsara li qed issir partikolarment fit-turiżmu, li hu settur ekonomiku ewlieni f'Malta, kieku din il-ħsara forsi ma kinitx isir.", "Kieku aħna l-Maltin għarafna l-valur ta' dan kollu u rrestawrajna dak li ħallewna missirijietna, kieku llum Malta hija ħafna u ħafna isbaħ milli hi llum.", "Sur President, pajjiżna wkoll jirrappreżenta ż-żmenijiet ta' kull epoka mill-ħolqien tad-dinja.", "Nafu wkoll, u għandna provi, li pajjiżna kien magħqud ma' kontinenti oħra.", "Xhieda ta dan huma l-fdalijiet ta' l-annimali u bnedmin primittivi li nstabu f'pajjiżna.", "Iżjed minn hekk, għandna wkoll diversi karatteristiċi tal-bini f'pajjiżna kif ukoll sistemi diversi ta' l- ilma u dawl naturali.", "Ma nistax ma nsemmix il-ħsara li saret matul iż- żmenijiet minħabba l-egoiżmu tal-bniedem li jħares lejn il-bżonnijiet tiegħu nnifsu aktar minn dak il-wirt li kellu bżonn jippreserva, wirt li tħalla minn missierijietna.", "Sur President, illum iċ-ċttadini Maltin qed jaraw u jindunaw li għandna bżonn nippreservaw il-kultura ta' pajjiżna.", "Nafu li llum il-ġurnata, grazzi wkoll għall-għaqdiet li ppromovew diversi attivitajiet sabiex isir ir-restawr tal-bini storiku ġewwa pajjiżna.", "Niftakar meta kienet twaqfet is- soċjeta' Din l-Art Ħelwa u dawn is-soċjetajiet kollha li għandna llum fosthom il-fondazzjoni Wirt Artna, il-fondazzjoni patrimonju Malti, li qegħdin jagħmlu ħilithom kollha biex jippreservaw dak kollu li hu ta' importanza storika f'pajjiżna.", "Bla dubju ta' xejn, il-wirt storiku jitqassam fi tlieta, għandna t-tempji antiki u hawn nifraħ bil-liġi li għamilna matul is-sena l-oħra, liema liġi hi kompleta u tieħu post il-liġijiet l-oħra li kien hemm qabel fuq dan is- suġġett.", "Illum għandna liġi li tabilħaqq tieħu ħsieb il-wirt storiku u l- membri tal-kummissjoni għandhom ir-responsabbilta` kbira fuq spallejhom li jippriżervaw u jikkonservaw dan il-wirt storiku li għandna.", "Barra mit-tempji antiki, għandna wkoll il-bini storiku ta' palazzi, funtani u monumenti u ma nistax ma nsemmiex hawnhekk xi wħud minnhom, partikolarment is-swar li hija mdawwra bihom l-Belt Valletta u l-Kottonera li kienet fortizza tal-Kavallieri.", "Nafu li qabel żmien il-Kavallieri, Malta kienet għarwiena minn kull difiża li seta' ikollha biex tilqa' għall- attakki mill-għadu.", "Dawn is-swar li nbnew fi żmien il-Kavalieri jlaħħqu mili fuq mili ġewwa pajjiżna u sfortunatament, għad għandna xi wħud minnhom li għadhom verament ittraskurati.", "Nifhem ukoll il-ħidma tal-ministeri b'mod speċjali dak ta' l-infrastruttura u riżorsi, li qiegħed jagħmel l- almu tiegħu within the financial limits li għandu pajjiżna – tajjeb li jingħad li r-restawr tas-swar jiġi jiswa miljuni kbar ta' liri – biex jirrestawra dawn il-bini.", "Wieħed irid jikkunsidra l-ħidma intensiva li qed isir sabiex għall-futur, meta Malta għada, pitgħada se tissieħeb fl-aktar kamp kulturali wiesa' li hawn fid-dinja, l-Ewropa, aħna nkunu preparati għal dan l-influss ta' turisti li jista' ikollna għaliex meta nkunu ġewwa l-UE, aħna se nistennew u nittamaw li jkollna aktar turisti li jiġu jżuruna u japprezzaw l- postijiet tagħna u għalhekk, ikun importanti li dawn il-postijiet ma jibqgħux daqshekk traskurati.", "Il-ħidma li qed issir kemm fis-swar, kemm fil- bini storiku u kemm fit-tempji huma xhieda tal-commitment kbir li għandu dan il-gvern, li barra l-affarijiet l-oħra bħal toroq u infrastruttura li jqumu ħafna miljuni ta' liri, sabiex il-wirt storiku ta' pajjiżna jiġi ppriżervat u jkun fi stat tajjeb ta' attrazzjoni.", "Sur President, ma nistax ma nsemmix monumenti oħra li ħallewlna l- Kavallieri.", "Nafu li l-Belt Valletta hija ġawhra minnha nnifisha.", "Fil-fatt l-UNESCO tqis il-Belt Valletta bħala belt storika, waħda mill-bliet storiċi ta' l-Ewropa.", "Il-gvern diġa` nefaq madwar Lm12 miljun sabiex jirrestawra diversi proġetti li qabel kienu traskurati jew fi stat ħażin sabiex dawn ikunu ta' attrazzjoni.", "Ma nistax ma nsemmiex ir-restawr li qed isir fil- knejjes, partikolarment il-Knisja tal-Vitorja.", "Nafu li bħalissa qed isir xogħol kbir ta' restawr bl-għajnuna ta' esperti Taljani li qed jieħdu pjaċir jagħmlu dan ir-restawr partikolarment fil-pitturi u fil-features ewlenin li għandhom dawn il-knejjes.", "Dan l-aħħar kont qiegħed nitkellem ma' dawk in-nisa li qed jirrestawraw is-sala tal-paladini fil-Palazz.", "Dawn għamlu biċċa xogħol sabiħa għalkemm din mhijiex lesta kompletament.", "Dawn għamlu xogħol tajjeb fuq din il-pittura li ilha żmien twil mwaħħla bil- biljetti tal-lottu ħalli ma taqax u llum il-ġurnata, hija waħda mil-ikbar ġawhar li hawn ġewwa dan il-palazz.", "Hemm ukoll bini ieħor, bħal fortizzi ta' Sant'Iermu, ta' Sant'Anġlu u Fort Ricasoli.", "Dan l-aħħar issemmiet il-Fortizza ta' Sant'Iermu, li parti minnha hija delapitata għall-aħħar.", "Hija ħasra li tara dak il-bini majestuż, li għal xi żmien kien il-mimmi ta' l-għajnejn u l-ikbar fortizza ta' Malta fiż-żmien il-kavallieri, f'dak l-istat.", "Kienet il-MEPA li għamlet studju intensiv fuq din il-Fortizza ta' Sant'Ielmu u lestiet pjan ta' ħidma pero` min se jwettqu( Trid miljuni kbar ta' liri biex tirrestawra din il- fortizza u jiena ngħid li bla dubju ta' xejn, li bi sħubija ta' Malta fl- UE, l-UE se tagħti l-fondi biex għada, pitgħada, din il-fortizza hekk majestuża fid-daħla tal-port tagħna, tiġi restawrata.", "Aparti l-UE, għandna nipprovaw inġibu l-fondi minn entitajiet oħra bħall-UNESCO biex din tiġi restawrata.", "Nafu li l-UNESCO tat diversi miljuni ta' liri kbar lill-Eġittu biex jirrestawra l-piramidi u postijiet oħra madwar id-dinja.", "Jiena nagħmel appell lill-gvern sabiex il-Fortizza Sant'Iermu tingħata attenzjoni spċeċjali, tingħata dik l-importanza li għaliha nbniet u tkun tista' tiġi utilizzata għal diversi attivitaijiet, kemm kummerċjali u kemm kulturali.", "Ma nistax ma nsemmix forti Ricasoli.", "Dan l-aħħar, forti Ricasoli kien miftuħ għall-pubbliku u dakinhar, il-pubbliku seta' jara x-xeni li saru biex inħaddmu ċerti films, xeni ta' żmien ir-Rumani, ta' żmien meta d-dinja kienet għadha qed tidħol b'mod kulturali u b'mod sostenibbli fix-xena tal- kultura.", "Jiddispjaċini nara li forti Ricasoli għal xi żmien twil, minflok ġie ppreżervat, kien jintuża għal ħażna ta' containers u proprju hemm saret il-ħsara kbira li saret.", "Dan il-bini ħaqqu jerġa' jiġi ppreżervat.", "Jiena nifhem li l-industrija tal-films hija importanti ħafna għal pajjiżna għax tirriklama lil Malta mal-popli tad-dinja kollha, u għalhekk din tista' sservi sabiex dawn il-postijiet jiġu preżervati wkoll.", "Ħasra li dak il-materjal kollu li tneħħa minn xi postijiet u biex saru xi toroq fil-viċinanza, ġie dumped u llum il-ġurnata lanqas biss jintgħaraf.", "Naf li fi żmien l-Ingliżi, dawn il-postijiet kienu okkupati minnhom u kienu miżmuma tant tajjeb imma minn meta telqu l-ingiżi, dawn il-postijiet aħna ma ħadniex ħsiebhom.", "Hija għarukaża li ttraskurajna daqshekk dawn il-postijiet u jiena nittama li l-impenn tal-gvern sabiex dawn il-postijiet jiġu restawrati iwassal għar- riżultati.", "Għandna postijiet fejn diġa` qed isir restawr fuqhom u nsemmi, per eżempju, il-Manoel Island li ilha żmien tiġi ppjanata u programmata taħt diversi gvernijiet sabiex din ma tibaqx fi stat ta' abbandun u tiġi għall-istat oriġinali tagħha.", "Nieħu pjaċir nara mill-Belt Valletta jew min-naħa ta' Marsamxett, dak l- iscaffolding kollu li qed isir biex aparti l-attivitajiet kummerċjali li qed jitħejjew, isir ukoll ir-restawr tal-kappella u tas-swar.", "Jiena dort ħafna f'dan il-post għax għamilt żmien naħdem ġewwa l-isptar Lazzarett u naf kemm hemm features sbieħ li wieħed għandu jippreżerva.", "Sa fl-aħħar, Sur President, għandna gvern li huwa kapaċi li jidħol b'ruħu u ġismu biex dan il-wirt storiku ta' pajjiżna jiġu preżervat.", "Ma nistax ma nsemmix s- swar, partikolarment fejn kien restawrat is-St.", "James Cavalier.", "Illum il- ġurnata, hemm ħafna kummenti dwar kif ġie restawrat dan il-post, imma żgur li ġie kif ġie restawrat, taqbel u ma taqbilx ma' dak ir-restawr li sar, taqbel u ma taqbilx ma' dawn l-innovazzjonijiet li daħħlu biex dan il-post ikun jista' jitgawda minn ġewwa kif kien oriġinarjament u bil-features moderni li saru sabiex jintużaw partikolarment għal kultura, dan il-post hu gawhra oħra fil-Belt Valletta, gawhra li l-gvern Nazzjonalista nefaq ħafna flus fuqha.", "Din hi attrazzjoni turistika sabiħa u importanti u nispera li postijiet oħra fil-Belt jiġu restawrati wkoll.", "Infaħħar il-ħidma li qed isir mill-fondazzjoni Patrimonju Malti, Din l-Art Ħelwa u Wirt Artna.", "Il-gvern m'huwiex qed joqgħod nieqes minn dawn l- attivitajiet ta' restawr imma nissel ukoll kuxjenza fost ċittadini Maltin, ċittadini Malti li huma verament responsabbli u li qegħdin jagħmlu - għas- spejjes parzjalment tagħhom jew billi jiġbru l-fondi huma stess – restawr.", "Jeħtieġ li dawn l-għaqdiet jiġu supported, ikollhom aktar nies u aktar industriji li mill-qligħ tagħhom, jikkontribwixxu għal din il-ħidma intensiva.", "Nissuġġerixxi lill-Ministru tal-Finanzi li fejn jara li dawn l- industriji jew kumpanniji kbar Maltin - li jista' jkollna iktar minnhom ġewwa pajjiżna fil-futur qarib - ikunu qed jikkontribwixxu għal dan l- iskop, dan jnaqsilhom dawn il-flus mit-taxxi li għandhom jagħtu għax wara kollox, dawn qed jagħmlu xogħol għal ġid tal-poplu Malti kollu.", "Naħseb li meta naraw lil Din l-Art Ħelwa, il-fondazjoni Patrimonju Malti u l-Fondazzjoni Wirt Artna jonfqu daqstant flus f'dawn l-affarijiet, naħseb għandu jkun hemm riduzzjoni jekk mhux waiving tal-VAT – u taxxi oħra - fuq l-ispejjes tagħhom sabiex dawn in-nies ikomplu jiġu inkoraġġuti u bil-flus li jifrankaw, dawn ikunu jistgħu jintensifikaw il-ħidma tagħhom għal dan ir- restawr li qed insemmi.", "Nittama li dan l-appell ma jaqax fuq widejn torox u nittama li l-gvern jifhem ukoll li, li kieku kellu jagħmel hu dan it-tip ta' xogħol, l-ispejjes jiġulu ħafna ogħla mill-flus li se jitlef mit-taxxi ta' dawn in-nies.", "Jiġifieri, anke ekonomikament, jagħmel sens li dawn l- għaqdiet jingħataw l-għajnuna li semmejt.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li hemm bżonn li l-poplu Malti, partikolarment it-tfal, jieħdu l-edukazzjoni tagħhom u f'din l-edukazzjoni ngħallmuhom japprezzaw dan il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "M'għandix dubju li fl-iskejjel qed isir din il-ħidma għax għandna ħafna għalliema u headmasters li fl-ispera edukattiva tat-tfal, iridu jdaħħlu f'moħħ it-tfal, l-għarfien u l-apprezzament fil-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna li veru jaf inaqqas tikka mill-ħin tas-sillabu skolastiku li jkollhom it-tfal pero` dan hu importanti wkoll għall-uliedna.", "It-tfal għandhom jitrabbew minn eta` ċkejkna biex jibżgħu għal dak il-wirt li ħallew missirijietna.", "Nagħlaq billi nagħmel appell speċjali, partikolarment lil dawk li huma responsabbli, biex kemm jista' jkun, dan il-wirt storiku ta' pajjiżna nkomplu napprezzawh u nibżgħu għalih.", "Nisperaw li xi darba neliminaw il- vandaliżmu u nittamaw li Malta tkun gawhra, mhux fil-Mediterran biss, imma fid-dinja għax għalkemm Malta hi żgħira, hi għandha qalb kbira u tista' toffri kontribut siwi għal wirt kulturali u storiku tad-dinja.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 15 ta' Jannar 2003, fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "20010705_571d_par.doc", "date": "2001-07-05", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 571 Il-Ħamis, 5 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 571", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "571", "Il-Ħamis, 5 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 336", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 336", "TQEGĦID TA' KARTI 339", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' AVVIŻ LEGALI 129/2001 340", "AĠĠORNAMENT 363", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 367", "MINUTI", "ll-Minuti tas-Seduta Nru. 570 li saret fl-4 ta` Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU - DONAZZJONIJIET", "26638.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25331, jista` il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta` dawn l- għoti ta` donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l- proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar- regolamenti?", "Ma jħossx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u mingħajr abbuż?", "Jista` jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti, peress li l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25827.", "Għalkemm is- suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l- istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr. Speaker, għad-domandi li qegħdin nagħmlu mhux qed ningħataw tweġiba sħiħa u biex nissenjalaw id-diżapprovazzjoni tagħna għal dan l-aġir xejn responsabbli min-naħa tal-gvern, qed ngħajjat quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għall-quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-6.13 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista` tkompli u ngħaddu għad-domanda li jmiss.", "TURIŻMU – KONTIJIET PENDENTI", "26715.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25378, jista` il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d- dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta` l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u mingħajr abbuż?", "F'każ li din ma tingħatax, jista' jagħti r-raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u l-poplu għandu dritt ikun jafha?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 25827.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista` il-Ministru jgħid x'sehem għandu l- ministeru tiegħu fil-proġetti ta` embellishment li qegħdin isiru f'Tas- Sliema u San Giljan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-ministeru m'għandu l-ebda sehem fl-istadju ta' attwazzjoni.", "Is-sehem li għandu fit-twettiq huwa dak li jkollu kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Imma jiena jidhirli li t-tabelli jindikaw li l- ministeru għat-turiżmu għandu xi sehem f'dak li qed isir.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ma neskludix li hemm xi tabelli li jindikaw li l- ministeru għat-turiżmu huwa mdaħħal f'dawn il-proġetti, pero` safejn naf jien ma tajna l-ebda ordni biex isiru dawn it-tabelli.", "Naf li kien hemm tabelli ta` ministeru ieħor fuq in-naħa ta` San Ġiljan - jidhirli li anke dawn tneħħew - imma nerġa` ngħid li l-ministeru tiegħi m'huwiex involut fit- twettiq tal-proġett imma jgawdi biss il-benefiċċju tat-tlestija tiegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-policy tal-gvern hi li fix-xhur tas- sajf ma jsirx xogħol f'żoni turistiċi - jidhirli li din il-miżura anke ġiet approvata mill-kabinett - jista` il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu ġaladarba minkejja li ninsabu fil-peak ta` l-istaġun turistiku, għadu qed isir xogħol f'Tas-Sliema u San Ġiljan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-ewwelnett nikkorreġi l-impressjoni li għandu l- Onor. Interpellant u ngħidlu li m'għandniex nitkellmu fuq ix-xhur tas-sajf imma fuq ix-xhur ta` Lulju, Awissu u Settembru.", "Mhux mill-21 ta` Ġunju sa l-20 ta` Settembru iżda mill-1 ta` Lulju sa l-aħħar ta` Settembru.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Cuschieri qed jgħidli li qed immeriħ għal ġimgħa biss meta fil-fatt hemm disat ijiem.", "Issa jekk disat ijiem m'huma xejn għalih, ma nafx għalfejn għamel din id-domanda għax sal-lum għadhom lanqas għaddew disat ijiem mill-ewwel tax-xahar!", "Sur President, minn dak li rajt ix-xogħol f'Tower Road u Amery Street intemm.", "Kien baqa` xi xogħol f'parti żgħira fejn għandha tiġi l-gabbana, imma dan intemm illum u anke x-xogħol li kien qed isir f'San Ġiljan intemm.", "Baqa` biss xi xogħol żgħir li qed isir mill-kuntrattur u minn xi ħaddiema tal-gvern.", "F'dan il-kuntest nista` nassigura lill-Onor.", "Cuschieri li min- naħa tagħna għamilna l-pressjoni kollha biex ix-xogħol jitlesta maljar kemm jista` jkun.", "Il-ħaddiema m'humiex tagħna, l-uffiċjali m'humiex tagħna u caso mai huwa ħaddieħor li għandu jara dan.", "Biss irrid ngħid li qegħdin nirċievu diversi talbiet biex isiru ċerti xogħlijiet f'postijiet fejn mhux suppost taħt pretensjoni ta` urġenza u qed ngħid minn hawnhekk li jekk ma jkunx verament xogħol urġenti, m'aħniex se nagħtu permess.", "Nerġa` ngħid ukoll li meta qed nitkellmu fuq żoni turistiċi m'aħniex qed nitkellmu fuq il-belt sħiħa ta` Tas-Sliema, dik tal-Mellieħa jew ta` San Ġiljan imma qed nitkellmu biss dwar dawk iż-żoni delinjati fil-mappi u fil- pjanti li hemm fil-kunsilli ta` dawk iż-żoni turistiċi.", "Jiġifieri jekk għall-grazzja ta` l-argument ikun hemm bżonn li jsir xi xogħol f'Ta` Ġiorni, dak ix-xogħol ikun jista` jsir għax qiegħed barra minn dik il- linja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista` il-Ministru jgħidli x`kordinazzjoni ssir bejn il-ministeru u l-kunsilli lokali dwar xogħlijiet f'żoni turistiċi?", "Qiegħed nistaqsi dan għax ftit tal-ġimgħat ilu l-kunsill lokali ta` Wied il-Għajn għalaq it-toroq prinċipali tal-lokal biex jagħmel xi xogħol proprju mal- bidu ta' l-istaġun tas-sajf.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nista` nikkonferma li xi xahar qabel id-dħul fis- seħħ tal-policy erġajna fakkarna lil dawk il-kunsilli kollha fejn parti mil- lokalita` hija delinjata bħala żona turistika, bit-termini u l- kondizzjonijiet tal-policy.", "Issa jista` jkun li l-kunsill ta' Wied Għajn qala' t-toroq f'dawk il-partijiet - jien ma nafx imma noqgħod fuq dak li qed jgħidli l-Onor.", "Galea - li m`humiex delinjati bħala żoni turistiċi.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li m'għandu jsir l-ebda xogħol!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista` il-Ministru jgħidli ta` min hi r-responsabbilta` li jitwaħħlu avviżi li jindikaw li bajja ma tkunx tajba għall-għawm?", "Għaliex għadhom ma twaħħlux l-avviżi fil-bajjiet kollha li huma mniġġsa?", "Forsi lill-Ministru ma tinkwetaħx is-sitwazzjoni tal-bajjiet imniġġsa?", "X'inhu jsir biex tissolva din il-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-ewwelnett irrid ngħid li din hija r-raba' darba li f'din il-Kamra qiegħed ngħid li r-responsabbilta` tat-twaħħil ta` dawn l- avviżi hija tal-ministeru tas-saħħa u fil-fatt il-ministeru tas-saħħa waħħal l-avviżi fejn kien hemm bżonn iwaħħalhom.", "L-istqarrija li ħarġet mid-dipartiment tas-saħħa tagħti elenku sħiħ ta` kull fejn m'għandux isir għawm kif ukoll tal-postijiet fejn m'huwiex irrakkmandat li jsir għawm.", "(Interruzzjonijiet)", "Fil-port m'hemmx il-ħtieġa li jitwaħħal avviż għalkemm il-lista tad- dipartiment tas-saħħa tinkludi l-biċċa l-kbira tal-portijiet u s-sewage outfalls fejn żgur ma jgħumux nies.", "Hemmhekk qatt ma twaħħlu avviżi bħal dawn.", "L-uniku post li fih twaħħal avviż bħal dan, jekk niftakar sew, hu n- naħa ta` Qalet Marku, il-post fejn normalment jgħumu n-nies.", "Biex inkun eżatt, hemmhekk hemm rakkomandazzjoni biex ma jgħumux nies u mhux projbizzjoni.", "Jiena nemmen li prevention is better than cure, pero` m'għandniex noqogħdu ngħidu li għandhom isiru l-avviżi kullimkien u lanqas għandna npinġu din is- sitwazzjoni b'mod li nbeżżgħu lin-nies li hawn xi tinġis enormi f'baħar li huwa rinomat li ħdejn ta` ħaddieħor huwa nadif.", "Tant hu hekk li min idur dawra ma' dawn il-postijiet u jkellem lil min jgħum fihom jaf, speċjalment din is-sena, li reġa' hemm ħafna rizzi u qarnit u allura dan ifisser li l- baħar tagħna huwa pulit.", "(Interruzzjonijiet) Anke fuq l-art hemm ix-sharks!", "Jiena nemmen ukoll li għandna nagħtu kas tal-prevenzjoni għaliex l-agħar ħaġa li tista` tiġrielna hi li nieħdu fama li hawn it-tinġis.", "Għalhekk filwaqt li ngħid li rridu noqogħdu attenti, ngħid ukoll li dan il-pajjiż ma jistħoqqlux li jieħu din il-fama u jqum plejtu għal xejn b'xejn, aktar u aktar meta kulħadd jaf li l-postijiet indikati mid-dipartiment tas-saħħa huma kważi kollha portijiet u sewage outfalls.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar ir-responsabbiltajiet ta' l-impjegati fid-dipartiment manutenzjoni u kostruzzjoni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27081.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta` l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar żidiet fil-miżati minn skejjel indipendenti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27052; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 160 ta' l-2001 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att dwar il-Condominia.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 161 ta' l-2001 - definition and use of compatible technical specifications for the procurement of air traffic management equipment and systems regulations, 2001;", "Avviż Legali 162 ta' l-2001 - air navigation (noise certification and operation of aircraft) order, 2001; u", "Kopja ta' liċenza għal servizz bl-ajru mogħtija lil Wintershall AG, skond paragrafu 7(6) ta' l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili, Kap 232.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' AVVIŻ LEGALI 129/2001", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, nipproponi illi:", "Minħabba li fis-seduta tal-Kamra tad-Deputati ġie mqiegħed fuq il-Mejda ta' l-istess Kamra, l-Avviż Legali Nru 129 ta' l-2001 – Att dwar l-Awtorità Marittima ta' Malta (Kap 352) – Regolamenti ta' l-2001 dwar Bastimenti Żgħar, liema regolamenti qed isiru bis-setgħat mogħtija bl-artikoli 28, 29 u 52 ta' l-Att dwar l-Awtorità Marittima ta' Malta u dan mill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni, wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità Marittima ta' Malta u bi ftehim mal-Ministru tal-Finanzi;", "- Billi dawn ir-regolamenti qegħdin jistabbilixxu sistema ta' reġistrazzjoni ta' bastimenti żgħar, reġistrazzjoni ta' speed boats u opri oħra tal-baħar u peress li dawn ir-reġistrazzjonijiet iridu jitħallsu, inkluż il-liċenzja tal-baħar u reġistrazzjoni ta' l-istess opra tal-baħar, liema drittijiet li għandhom jitħallsu ivarjaw minn ħmistax-il lira għal ħames mitt lira inklużi biċċa tal-baħar mingħajr makna li ma taqbiżx it-3.6 metri tul trid titħallas ukoll Lm25 reġistrazzjoni u meta jkollha makna ta' iżjed minn 10HP iżda mhux aktar minn 20HP trid titħallas reġistrazzjoni ta' Lm200, meta l-makna tkun aktar minn 25HP iżda mhux aktar minn 50HP ir-reġistrazzjoni li trid titħallas hija ta' Lm250, u r-reġistrazzjoni tibqa' togħla gradwalment sa Lm500 fil-każ li l-makna ta' l-opra tal-baħar ikollha qawwa ta' iżjed minn 150 HP fejn trid titħallas reġistrazzjoni ta' Lm500;", "- Billi kull tiġdid fir-reġistrazzjoni fis-sena hija ħmistax-il lira għal bastiment bla makna u tibqa' togħla meta jkun hemm makna sa sittin lira fis-sena f'każ li jkun hemm makna ta' aktar minn 150 HP; - Billi liċenzja tal-baħar biex tinsaq speedboat hija għaxar liri u dik tal-baħar ta' għalliem ta' l-iskiing tletin lira u inkluż liċenzja fis- sena biex titmexxa skola ta' l-iskiing hija mhux anqas minn ħamsa u sebgħin lira fis-sena;", "- Billi dawn iż-żidiet esaġerati fil-ħlasijiet ta' liċenzji u reġistrazzjonijiet ta' opri tal-baħar li ħafna minnhom huma dawk użati min-nies ta' dħul medju jew anqas, huma fihom infushom forma oħra ta' taxxa indiretta liema taxxa kif indikata b'dan l-avviż legali ma ssemmiet imkien fid-diskors tal-budget għas-sena 2001 ta' l-istess Ministru tal- Finanzi li bi ftehim mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni qed isiru dawn ir-regolamenti;", "- Għal dawn ir-raġunijiet u raġunijiet oħra li żgur li se jiġu ttrattati f'dibattitu serju f'dan il-Parlament u dan billi skond l-artikolu 11 ta' l-Att dwar l-Interpretazzjoni, Kap 249 – Regolamenti li jsiru taħt xi liġi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati u jekk fi żmien 28 jum wara li jiġu hekk imqiegħda, il-Kamra tirrisolvi li għandhom jiġu annullati jew emendati dawn għandhom minnufih jieqfu mis-seħħ jew jekk jiġu hekk emendati skond il-każ bla ħsara għall-validità ta' kull ħaġa li qabel tkun saret bis-saħħa tagħha jew għal għemil ta' regoli, regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta' dik ix-xorta; u", "- Għal dawn ir-raġunijiet kif issa indikati din il-Kamra jidhrilha li r- regolamenti fuq imsemmija u in partikolari dawk li huma mfissra taħt l- ewwel skeda (regolament 12) ta' l-Avviż Legali Nru 129 ta' l-2001 m'għandhomx jiġu fis-seħħ.", "Għaldaqstant dan il-Parlament jirrevoka, iħassar u jannulla l-Avviż Legali Nru 129 ta' l-2001.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tintemm illum, bil-ħin tad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn kelliema tan-naħa tal- gvern u kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, kien hawn ħafna għajjat u storbju li dan l-avviż legali m'hu se jibdel xejn mit-tariffi li kien għamel gvern Laburista fl-1997.", "Mhux veru li kollox baqa' l-istess għax waqt li hemm parti li baqgħet l-istess, hemm parti oħra li mhijiex l-istess.", "Ara meta l-gvern Laburista kien ressaq din il-legal notice, kien sar ħafna storbju li konna se nagħmlu t-taxxi u li konna qegħdin inżidu r-regolamenti fejn jidħlu l-opri tal-baħar.", "Jien kont nistenna li dan l-avviż legali jabolixxi kulma kien hemm għaliex skond il-kelliema ta' dak iż-żmien, l-avviż legali li konna ħriġna aħna fl- 1997 kien se jaffettwa ħażin lil dawk li għandhom dgħajjes żgħar, lit- turiżmu u lil kulmin jagħmel xogħol li għandu x'jaqsam mal-baħar.", "Jien kont nistenna li ladarba konna żbaljati - għaliex kien hawn ħafna għajjat u storbju għax qalu li għamilna 30 taxxa li mhux suppost saru - flok jikkonferma dak li kien hemm qabel u jżid miegħu, il-ministru tal-finanzi jiġi jgħid li dak l-avviż legali m'għadux jgħodd għax dik kienet taxxa inġusta li kien għamel gvern Laburista!", "Din l-istess bħal tal-50c taxxa fuq kull riċetta biex wieħed ikun jista' jieħu l-mediċini b'xejn.", "Malli telgħu neħħew 50c u llum tmur l-isptar u ma ssibx mediċini, jew inkella dawk li jmorru jsarrfu ċ-ċekk ta' l-għajnuna għall-mard jeħlu 50c jekk ma jkollhomx depożitu fil-bank.", "Jiġifieri neħħejna waħda u għamilna mija!", "Skond il-wegħda tal-prim ministru li ma kien se jżid xejn iżjed taxxi, kont nistenna li dawn it-tariffi jitneħħew.", "Li kont minnu kont ngħid li t- 30 taxxa li kien għamel gvern Laburista, li waħda minnhom hi din, se jitneħħew kollha għax dan serq!", "L-istess fil-każ tal-miżuri kollha li ttieħdu li qalu li kienu kollha ħżiena.", "Jien inħoss li ladarba kienu maqdru dawn il-miżuri u qalu li dawn taxxi inġusti, allura kellhom jitneħħew u mhux iżiduhom!", "Iva, hemm affarijiet li żiduhom ukoll.", "Il- gvern Nazzjonalista messu qal li dawn għandhom jitneħħew biex iżomm il- wegħda li kien għamel lejliet l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 u mhux inkomplu ngħollu l-liċenzji u t-tariffi.", "Naf li l-kelliema tan-naħa tal- gvern se jgħidu li ċerti tariffi kien għamilhom gvern Laburista, gvern li ħaqar lil kulħadd, imma jekk naraw l-avviż legali tal-lum insibu li ċerti affarijiet żgħar kienu hemm diġà, waqt li hemm tariffi oħrajn li ma kenux jeżistu qabel.", "Allura ladarba dak iż-żmien kienu kkritikaw lill-gvern Laburista li għamel dawn it-tariffi, jien kont nistenna li n-naħa l-oħra tiġi u tneħħihom.", "Il-verita' hi li l-gvern Nazzjonalista għandu ħabta joqgħod jikkritika li tali miżuri daħħalhom il-gvern Laburista mbagħad flok ma jneħħihom iżidhom, bħalma ġara fil-każ tal-VRT.", "Kienu qalu li l-gvern Laburista daħħal ħafna affarijiet fit-test tal-VRT, fosthom li meta tittestja d-dawl ma tistax tittestja bozza waħda imma tmien bozoz.", "Mhux bilfors trid tittestja t- tmien bozoz jekk il-karozza għandha żewġ settijiet quddiem u tnejn oħra wara, li allura jiġu tmienja!", "Anke fil-każ tal-brakes, int ma tittestjax brake wieħed għax kull rota għandha brake imma trid tittestja kollox.", "Dak iż-żmien kienu qalu li mhux sew li l-gvern Laburista jdaħħal il-VRT u llum meta nikkritikawhom għax qed jagħmlu dawn it-testijiet iktar ebsin, jgħidu li kien Gvern Laburista li introduċa l-VRT.", "Kieku kienet miżura ħażina messhom neħħewha, bħalma neħħew n-50c taxxa fuq kull riċetta tal-mediċini b'xejn, anke jekk issa ġejna f'sitwazzjoni li tmur l-isptar u ma ssibx mediċini!", "X'jiswa li jkolli l-karta r-roża jekk meta mmur l-isptar jgħiduli li m'għandhomx il-mediċina li rrid jien!", "Jekk għandek id-diabete, il-pressjoni jew xi ħaġa oħra, x'jiswa li it-tabib iniżżillek il-mediċina fuq ir-riċetta!", "Ma tistax tqatta' l-karta r-roża u tieħu biċċa minnha, tiblagħha u jgħaddilek!", "L-ewwel noqogħdu nikkritikaw u meta niġu għas-si u n-no nsibu li dak li kien għamel b'mod għaqli gvern Laburista, żidnieh baxx baxx.", "Imbagħad ngħidu li din il-miżura għamilha l-gvern Laburista!", "M'humiex jgħidu li parti mit-tariffi għamilhom il-gvern Laburista u t- tariffi l-oħra żiedhom il-gvern Nazzjonalista.", "Jien m'iniex qed ngħid li din il-miżura kienet ħażina jew tajba imma qed insostni li ladarba qabel l- elezzjoni l-prim ministru kien qal li se jneħħi t-taxxi, illum kont nippretendi li jżomm kelmtu u jagħmel hekk.", "Fl-1971, in-Nutar Bonello Dupuis ukoll kien wiegħed li jekk jitla' l-Partit Nazzjonalista kien se jneħħi l-income tax.", "L-uniku wieħed li tkellem sura ta' nies hawnhekk u ma gidebx kien George Bonello Dupuis meta fl-1987 qal li ma jimpurtax li jsiru t-taxxi għax dawk mhux se nħallsuhom aħna imma uliedna.", "Minn dak iż-żmien sal-lum, jiġifieri mill-1987, għaddew 14-il sena u dawk it-tfal li kellhom erba' snin illum qed ikollhom iħallsu t- taxxi li għamel l-ewwel gvern ta' Fenech Adami.", "Bonello Dupuis biss ma gidibx għax qal li d-djun mhux se jħallashom hu imma se jħallsuhom uliedna.", "Issa Dalli jiftaħar li neħħa s-suċċessjoni, u ejja ngħidu li għamel biċċa xogħol tajba.", "Anke Berlusconi neħħa s-suċċessjoni kif tela', imma dak li jgħix Sqallija se tħalltu ma' Berlusconi!", "Jekk imut Berlusconi, min iħallas l-iktar, Berlusconi jew l-Isqalli?", "Min se jħallas l-iktar?", "Missek ma tneħħihiex it-taxxa tas-suċċjessoni!", "It-taxxa tas-suċċessjoni min gawda minnha?", "Gawda min kellu jħallas l-iktar u mhux min kellu jħallas l-inqas!", "(Interruzzjonijiet)", "Din l-istess bħal fil-kwestjoni ta' l-income tax.", "Min jaħrab mill-income tax?", "Hawn ġew jien wieħed minn dawk li ma nimlix il-formola ta' l-income tax.", "Meta kull wieħed minna l-65 li hawn hawn ġew jimlieha sew, jien inkun l-ewwel wieħed li nimlieha.", "Ma nistax nifhem kif għandna tobba u avukati hawn ġew li jaqilgħu Lm23 fil-ġimgħa.", "Bi Lm23 fil-ġimgħa mmur nirreġistra jew ngħaddi bord!", "Ma nistax nifhem kif biex nissellef Lm1,000 mill-bank irrid inpoġġi d-dar bħala garanzija u mbagħad hawn min jissellef Lm175,000 mingħajr ma jkollu garanzija ta' xejn.", "Kumbinazzjoni ħadd m'għandu d-dar tiegħu!", "Qed nitkellem għaż-żewġ naħat tal-Kamra u mhux għal naħa waħda.", "Jew inkella għandi tifel ta' erba' snin u għandi yacht u għandi dar imma dawn mhumiex tiegħi imma tat-tifel li għandu erba' snin!", "Lanqas jimxi ma jaf, aħseb u ara kemm jaf jippilotaha!", "Ejja ma ndaħħkux nies!", "Jien assolutament ma naqbilx ma' min jevadi t-taxxa.", "Lili tafuni, l-iswed ngħidlu iswed u l-abjad ngħidlu abjad.", "Min jevadi t-taxxa għalija hu ħalliel.", "Dawk li jiksru l-liġi u jieħdu affarijiet li mhumiex tagħhom għalija huma ħallelin.", "Ikun min ikun, mhux sewwa.", "Jista' jkun iswed, abjad jew aħmar, hu min hu.", "Lili tgħidhomlix dawn l-affarijiet!", "Meta l-gvern Laburista għolla t-tariffi tan-noll tal-vapur t'Għawdex kulħadd beda jikkritikah.", "Issa ġie Sullivan u qal li ma jistax ikun li ma ngħollux it-tariffi tal-vapur t'Għawdex, iżda din id-darba ma smajniex kritika mill-gazzetti li jobogħdu lill-Partit Laburista.", "Dawn huma l- affarijiet li għandna quddiemna, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ħassejtni fid-dmir li nagħmel intervent fuq din il-mozzjoni jekk xejn bħala ċittadin u mhux biss bħala deputat.", "Jien nistenna li l-membri eletti fil-parlament jitkellmu, jiddiskutu u jippreżentaw il-fatti vera u ma jqarrqux.", "Jien nirribella kontra l-qerq, kontra d-diżonestà intellettwali u kontra t-tgħawwiġ tal- verità.", "Għalhekk inħossni fid-dmir li nagħmel dan l-intervent għax wara li smajt lill-Onor.", "Debono Grech jitkellem, tista' tgħid li ftit li xejn għamel riferenza għall-mozzjoni jew aħjar għas-sugu tagħha.", "Jien kont nistenna li min qed jipproponi din il-mozzjoni jagħmel introduzzjoni - bħal meta għandek akkuża fil-qorti u min jagħmel l-akkuża jrid jipprova l-akkuża - u jispjega għaliex skond hu hemm żidiet esaġerati fil-ħlasijiet tal-liċenzji u r-reġistrazzjoni ta' l-opri tal-baħar.", "Dan hu li qed tgħid din il-mozzjoni.", "Din qiegħda timplika u tinsinwa li dan il- gvern għamel żidiet esaġerati fil-ħlasijiet ta' reġistrazzjoni ta' ċerti opri tal-baħar.", "Meta wieħed jismagħha din jieħu l-impressjoni li kien hemm żidiet esaġerati minn dan il-gvern, però meta mbagħad tifli s-sitwazzjoni u ssir taf il-verità tara d-differenza u tgħid: Imma kemm se niġi ngannat!", "Fil-fatt dawn iż-żidiet ma sarux minn dan il-gvern imma mill-gvern preċedenti.", "Fil-fehma tiegħi din il-mozzjoni m'hi xejn ħlief mozzjoni qarrieqa, u trid tkun oppożizzjoni qarrieqa biex tippreżenta mozzjoni li tipprova tinganna u tagħmel kapital min-nuqqas t'għarfien ta' dak li jkun għall-gwadann politiku.", "Din hija mozzjoni sintomatika ta' naħa li verament qiegħda f'paniku u ma tafx x'se taqbad tgħid u x'se taqbad tikkritika.", "Jien nistqarr li qabel ma ġejt elett f'dan il-parlament - jien wieħed mil- latest arrivals għax ġejt elett fl-aħħar leġislatura - lill-Onor.", "Debono Grech qatt ma kont iltqajt miegħu, però kont nisma' ħafna fuqu għax ir- reputazzjoni tiegħu tantiċipah.", "Kemm ilni f'dan il-parlament sirt verament nistmah u nirrispettah.", "Ma taqbilx mal-veduti tiegħu però ċertament trid tirrispetta l-lealtà lejn il-prinċipji li jemmen fihom.", "Iżda llum verament inħossni diżappuntat li din l-istima, dan ir-rispett li rabbejt lejn l- Onor. Debono Grech naqset ħafna wara li ġiet ippreżentata l-mozzjoni, dejjem jekk ma kienx imbuttat biex jippreżenta din il-mozzjoni, dejjem jekk ma kienx żvijat minn xi ħadd fil-partit tiegħu biex jippreżenta din il- mozzjoni.", "Għaliex meta l-ħabib tiegħi jaf li l-mozzjoni li qed jippreżenta mhix qed tgħid il-verità – u bħala ex-ministru u bħala wieħed mill-iktar deputati b'esperjenza jaf li qabel ma jippreżenta mozzjoni ta' dan it-tip għandu jagħmel double-checking u triple-checking tal-fatti li jkun qed jallega - jibdew jiġuk ċerti suspetti u ċerti mistoqsijiet.", "Allura jista' jkun li l-paniku fil-partit ta' l-oppożizzjoni, li mhux ta' b'xejn qiegħed fl-oppożizzjoni, wasal f'tali punt li anke lest li jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel u jinganna b'tali mod li dawn iż-żidiet fit- tariffi jipprova jwikkihom lil ħaddieħor?", "Dan hu paniku jew qerq, jew ftit mit-tnejn?", "Għax biex tqarraq trid tkun f'paniku jew tkun qtajt qalbek li tikkonvinċi bir-raġuni, bil-fatti u bis-sewwa magħruf, Sur President.", "Meta wieħed iħares lura lejn x'għamlet l-oppożizzjoni meta kienet fil-gvern bejn l-1996 u l-1998, wieħed jara li l-prim ministru ta' dak iż-żmien, l- Onor. Alfred Sant, għamel taxxi anti-soċjali li jagħfsu l-aktar fuq dawk li jifilħu l-anqas.", "Il-gvern Nazzjonalista li għandi l-unur nifforma parti minnu, neħħa u raħħas it-taxxi li kien għamel Alfred Sant.", "Kien hemm iż- żidiet fit-tariffi tad-dawl u l-ilma li aħna raħħasna.", "Kien hemm it-taxxa ta' l-Lm24 fuq is-servizz tad-drenaġġ li aħna neħħejna.", "Kien hemm il-50c fuq il-mediċini li neħħejna.", "Neħħejna t-taxxa fuq iċ-ċertifikat tal-mard.", "Raħħasna ż-żieda fin-noll tal-vapur tal-Gozo Channel.", "Neħħejna ż-żieda fil- prezz tal-pitrolju.", "Neħħejna t-taxxa tas-sisa ta' 21% fuq prodotti importati mill-Unjoni Ewropea u minflokha għamilna 15% VAT.", "Gvern Laburista kien għamel taxxa ta' 29% fuq prodotti importati minn barra l- Unjoni.", "Fis-sajf ta' l-1998, il-Kummissjoni Ewropea kienet imponiet fuq il-gvern Laburista li jagħmel din it-taxxa ħalli ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra prodotti importati mill-Unjoni.", "Din tneħħiet mill- gvern Nazzjonalista u minflokha daħlet il-VAT.", "Dak hu argument ieħor li wieħed jista' jislet, imma forsi m'għandux x'jaqsam mal-mozzjoni tal-lum għax meta nitkellem jien inħobb nillimita ruħi għas-suġġett li għandi quddiemi.", "Ma rridx niżvija imma tajjeb li nirriflettu ftit, Sur President.", "Bejn l-1996 u l-1998 kellna gvern elett demokratikament mill-poplu Malti.", "Fis-sajf ta' l-1998, il-Kummissjoni Ewropea obbligatu jimponi taxxa.", "Fejn hi s-sovranità ekonomika?", "Fejn hi l-indipendenza ekonomika?", "Ġie impost fuqna obbligu meta ma konniex membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "Mela x'sens jagħmel l-argument li meta nidħlu fl-Unjoni nitilfu l-indipendenza?", "Bil- kontra, jekk inkunu membri fl-Unjoni nkunu nistgħu nipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzawna.", "Inkunu nistgħu nipparteċipaw f'deċiżjonijiet li se jaffettwaw il-fondi strutturali u tant affarijiet oħra.", "Fis-sajf ta' l-1998 kellna l-aqwa eżempju ta' meta gvern elett mill- Maltin ġie impost fuqu obbligu mill-barrani mingħajr ma seta' jgħid le.", "Sa hemmhekk kienet tasal l-indipendenza assoluta, the splendid isolation li jrid il-partit ta' Alfred Sant, imma ejja nkomplu fuq il-kwestjoni tat- taxxi.", "Kien hemm żieda fil-liċenzja tas-snieter tal-kaċċa li issa traħset.", "Iż- żieda fil-kera tal-meter ta' l-ilma u t-taxxa fuq l-għejjun ta' l-ilma tal- bdiewa traħsu ukoll għax aħna lill-bdiewa nirrispettawhom u nibżgħu għalihom.", "Meta daħlet il-VAT ingħata refund fuq l-istocks li kellhom in- negozji.", "Meta wieħed iżomm f'moħħu dawn ir-ruxmata taxxi malajr jasal għall-konklużjoni li kieku Alfred Sant għamel il-ħames snin kollha fil- gvern, illum konna negħrqu fit-taxxi!", "Jien jiddispjaċini u verament inħoss qalbi tingħafas quddiem mozzjoni bħal din, apparti li tirrabja meta tara li l-kap ta' l-oppożizzjoni, ex-prim ministru u bniedem li jaspira li jerġa' jkun prim ministru, m'għandu l-ebda rispett lejn il-verità.", "Possibbli li Dr Sant nesa li lejliet l-ewwel tas-sena ta' l-1998 kien għolla hu stess il- liċenzji li qed nitkellmu fuqhom f'din il-mozzjoni?", "Nazzarda ngħid li l- Partit Laburista tant jivvinta li mbagħad jispiċċa jemmen il-gideb tiegħu stess!", "U hekk ġara fil-kwistjoni tal-liċenzji ta' l-opri tal-baħar, tant kemm jirrepetu u jirrepetu - u niftakruh id-diskors: Ejja ntambru, ejja ntambru, ejja ntambru! - issa spiċċaw biex qed jemmnu l-gideb tagħhom stess!", "Jiddispjaċini għal dawk l-esponenti fi ħdan il-Partit Laburista li huma rashom fuq għonqhom u li jkollhom ibaxxu rasu għad-diktat tal-politburo Laburista.", "Imbagħad hawnhekk għandna deputat Laburista, li għandi kull stima u rispett lejh, li jressaq mozzjoni biex jikkundanna lill-gvern talli skond hu saru dawn iż-żidiet - għax dik hi l-kelma użata fil-mozzjoni, ''żidiet''!", "Fl-introduzzjoni tiegħu, l-Onor.", "Debono Grech kien dovut jispjega u jikkonvinċina għaliex il-mozzjoni għandha tiġi milqugħa - jien inħobb insejħilha rekwiżitorja, għax l-Onor.", "Membru suppost jgħidilna għaliex iħoss li għandha treġi l-akkuża tiegħu, bħal meta nkunu l-qorti u tagħmel l-introduzzjoni biex tgħid għaliex l-akkuża għandha tiġi ppruvata - iżda m'għamel l-ebda riferenza, lanqas waħda għall-kelma ''żidiet''.", "Jien ngħid li l-kap ta' l-oppożizzjoni tant ipprova jidħak bin-nies li ma ddejjaq xejn jidħak anke bid-deputati Laburisti u jħallihom jippreżentaw mozzjoni ta' dan it-tip, mozzjoni tal-misħtija, mozzjoni ta' diżunur, l- iktar mozzjoni qarrieqa li qatt ġiet ippreżentata fl-istorja politika moderna ta' dan il-parlament.", "Naħseb li mill-1921, mindu ħadna s-self- government, qatt ma ġiet ippreżentata mozzjoni fejn dak li tkun għamilt tipprova twikkieh lil ħaddieħor.", "Din qatt ma saret iżda saret illum, Sur President.", "Il-Partit Laburista ma jemminx fil-verità għax ma jinteressah minn ħadd, l- importanti li jieħu vantaġġ politiku.", "Ma ninsewx li fit-13 ta' April ta' l- 1998 - kien il-Ġimgħa - Alfred Sant fuq it-televiżjoni kien qal li jekk hemm bżonn jieħu parir anke mix-xitan u li biex jakkwista l-voti lest jaċċetta dak il-parir.", "Dak hu l-ispirtu Makkjaveljan tal-kap ta' l- oppożizzjoni, li l-fini tiġġustifika l-mezz.", "Għall-fini tal-gwadann politiku lest jagħmel kollox, anke li jqarraq u jgħawweġ il-verità, li jgħid li t-taxxi li għamel hu għamilhom gvern Nazzjonalista!", "Ma naħsibx li hu sew u naħseb li l-poplu tagħna jixraqlu aħjar.", "Ma naħsibx li għandha tkun l-istrateġija tal-Partit Laburista li jkompli jidħak bin-nies.", "Lil tal-ħwienet kien webbilhom li se jneħħi l-cash registers u spiċċa biex żammhom.", "Lill-anzjani kien wegħedhom li se jraħħas il-mediċini u spiċċa biex għamel taxxa fuq il-mediċini.", "Lill-istudenti kien wegħedhom li se jżomm l-istipendju u minflok bagħathom jiddejnu.", "Wiegħed li kien se jraħħas il-ħajja u fil-fatt għolliha.", "Wiegħed li kien se jraħħas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma meta kulħadd jaf kif għolliehom.", "Il-Partit Laburista wiegħed li se jżomm il-kunsill tat-tarzna imma minflok neħħieh minn idejn il-ħaddiema fl-ewwel liġi li kien għadda fl-1996.", "Kien wiegħed li se jsaħħaħ it-trasport bejn Malta u Għawdex imma fi żmienu l-bini tal- vapuri tal-Gozo Channel waqa' lura u spiċċa biex għolla n-noll.", "Meta tara din l-istrateġija u din it-tattika tal-Partit Laburista bilfors li tasal biex tgħid li l-Partit Laburista qiegħed iħammel il-qigħ!", "Biex ikollok l-ardir li tippreżenta mozzjoni diżonesta, qarrieqa u ta' ingann bħal din trid tkun vera qtajt qalbek li tirbaħ l-argumenti bil-fatti u bid-difiża tal-verità.", "Jien ngħid li dan il-parlament għandu jikkundanna din il-mozzjoni u għandu jikkundanna l-aġir ta' min qed jipprova jinqeda b'dan il-parlament biex jieħu gwadann politiku.", "Dan il-parlament għandu jgħid li issa daqshekk ingann, daqshekk qerq, daqshekk tgħawwiġ tal-verità.", "Dan il-poplu jixraqlu aħjar.", "Dan il-poplu verament jixraqlu l-partit li qiegħed fil-gvern, li jgħid il-verità, partit where we say what we mean and we mean what we say.", "Dik hi d-differenza bejn il-Partit Laburista u l- Partit Nazzjonalista, Sur President.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa partit li jagħmel dak kollu li huwa possibbli biex jimplimenta dak li jemmen fih, waqt li jiddispjanċini ngħid li tan- naħa l-oħra, kollegi tagħna, demm bħalna, huma deputati mmexxija minn kap li lest jgħawweġ il-verità u jidħak bin-nies akkost li jqarraq biex jirbaħ il-voti.", "Dan l-aġir għandu jkun ikkundannat, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, mhux soltu li nqum nitkellem bi tbissima, imma għal dawk li qegħdin isegwuna ngħidilhom li għandi tbissima fuq wiċċi għax ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel daqstant plejtu fuq il-qerq meta jaf li l-qerq ħiereġ kemm minn diskorsu u kemm mill-kritika skorretta u diżonesta li għamel il-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta' din il-mozzjoni.", "Jekk il-gvern jew il-Partit Nazzjonalista jridu jirrispettaw il-verità għandhom jaqblu magħna u nispjega għaliex.", "L-ewwelnett dak il-kors li tant qamet kontroversja dwaru kien jiddependi fuq id-deċiżjoni ta' l-individwu jekk isirx jew le.", "Jiġifieri fi żmienna min ried kien jidħol għalih, iżda l-gvern Nazzjonalista għamlu obbligatorju mill-ewwel ta' Ġunju ta' l-2001.", "Dan ifisser li dawk l-opri tal-baħar reġistrati mal-fisheries department li jagħmlu 'l fuq minn 12 knots, jiġifieri dawk reġistrati bil-PTF u dawk reġistrati bl-MF, dawn kollha huma obblilgati li jħallsu Lm50 tal-kors, bid-differenza li qabel il-kors kien jieħu xahar u issa se jibda jieħu tlett ijiem.", "Dan kollu jfisser li filwaqt li taħt gvern Laburista kien jiddependi mill-individwu jekk jeħux il-kors jew le, illum dan sar obbligu u kulmin jirreġistra opra b'power ta' 'l fuq minn 12 knots irid iħallas dawn il-Lm50.", "Qed ngħid dan biex nispjega l-verità, Sur President.", "Terġa' li mill-ewwel ta' Settembru ta' din is-sena, dawk li l-opra tagħhom għandha mutur 'il fuq minn 100 h.p. - prattikament hemm madwar 2,050 minnhom - iridu jibdew iħallsu Lm10 tal-liċenzja.", "Il-kumplament ta' dawk li huma reġistrati jridu jibdew iħallsu wkoll din il-liċenzja mis-sajf tas- sena li ġejja.", "Dawn huma ħlasijiet li għalina jfissru taxxi.", "Dawn huma affarijiet li jmorru kontra l-verità ta' dak li qed tgħid in-naħa tal- gvern, aktar u iktar meta nafu li qabel l-aħħar elezzjoni kien intbagħat messaġġ ċar lill-elettorat li gvern Nazzjonalista ġdid ma kienx se jżid it- taxxi u jgħabbi iktar piżijiet fuq il-Maltin u l-Għawdxin.", "Jekk dawn m'humiex taxxi indiretti, allura x'inhuma!", "U rridu niftakru li din mhix l- ewwel darba li l-oppożizzjoni Laburista qed tressaq mozzjoni formali quddiem il-parlament sabiex tirreġistra d-diżappunt tal-poplu għall-fatt li l-gvern Nazzjonalista ma żammx kelmtu mal-poplu.", "Allura jekk dan mhux qerq, mela x'inhu!", "Bħalissa fil-pajjiż hawn diskussjoni dwar festi pagani u l-insara, mela dan raġunar ta' nsara pagani!", "Sur President, irrid ngħid li d-differenza bejna u bejnhom mhix qiegħda f'dawn iż-żewġ aspetti biss għax hemm ukoll il-kwestjoni tat-transfers.", "Qabel min kien jagħmel transfer ta' dgħajsa - biex nitkellmu black on white, kif jgħid l-Onor.", "Debono Grech - kien iħallas Lm1 u issa qed ikollu jħallas Lm5.", "Mela din mhix żieda!", "Hawn hi l-verità, hawn hi t- trasparenza.", "Jekk intom verament temmnu fil-verità - u qed nindirizza ruħi lejn l-Onor.", "Jason Azzopardi - ivvotaw magħna ħalli dak iċ-ċittadin li jagħmel transfer ta' dgħajsa jħallas Lm1 u mhux Lm5!", "Dak hu li qegħdin nitolbu aħna, Onor. Azzopardi, ħalli qabel ma darba oħra titħajjar tkellimna b'dak il-mod, tara li int u sħabek fuq dik in-naħa tal-Kamra tibdew tirrispettaw il-verità.", "Hemm ukoll żieda fit-tariffa meta wieħed ibiddel il-mutur tad-dgħajsa għax din minn Lm1 ukoll se titla' għal Lm5.", "Aħna rridu ngħidu li dan ukoll huwa sors ta' taxxa indiretta f'mument meta l-Maltin u l-Għawdxin diġà huma maħkuma minn ċerti diffikultajiet, diffikultajiet ta' cashflow kemm għal dawk bi dħul żgħir, kemm għal dawk bi dħul medju u kemm għal dawk bi dħul kbir.", "Kollha qed jilmentaw li hawn nuqqas ta' cashflow u l-gvern se jkompli jiġbor b'mod li ma jidhirx.", "Iva, dan il-gvern għandu din il- kapaċità u fid-diskors tiegħi se nkompli nispjega dan.", "Għax meta wieħed imur jiddikjara ma' l-awtorità marittima li jkun għamel xi tip ta' modifikazzjoni f'opra tal-baħar, bħal meta wieħed itawwal ftit id-dgħajsa, qabel kien iħallas Lm1 u issa jrid jibda jħallas Lm5.", "Dawn huma taxxi indiretti u mhux veru li kienu previsti mill-gvern preċedenti Laburista.", "Dawn ġew introdotti issa u mhux veru dak li pprova jċappas ma' wiċċna l- Onor. Jason Azzopardi, Sur President.", "Fiż-żmien meta l-Onor.", "Debono Grech kien responsabbli minn dawn l- affarijiet, min kien ibiddel il-mutur tad-dgħajsa kien iħallas Lm1 u jħallas il-liċenzja marbuta ma' dik il-kategorija, fis-sens li jekk imur għall-ewwel skeda kien jeħel Lm6.", "Illum nafu li min ibiddel il-mutur tad- dgħajsa u jgħolli l-power irid iħallas mhux biss id-diffferenza tal- liċenzja u l-Lm1 tar-reġistrazzjoni kif kien iħallas qabel, imma jrid iħallas Lm5 tat-transfer u jrid iżid ukoll id-differenza fir-registration fee li oriġinarjament tkun tħallset.", "Allura dan mhux mod ieħor kif nimponu aktar taxxi!", "X'hemm ħażin li dak li jkun jipprova jagħmel għall-aħjar!", "Jekk koppja kellhom qoxra u wara tliet snin jew erbgħa riedu jkabbruha għax il-familja kibret, issa qed ikollhom iħallsu d-differenza fil-kategorija ta' l-iskeda u d-differenza fir-registration fee, li allura tvarja bejn Lm50 u Lm300, jiddependi mill-horse power tal-makna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nistieden lill-Onor.", "Membru jindikali minn liema legal notice qed jikkwota.", "Jiddispjaċini niġbidlu l-attenzjoni li ż- żidiet li qed jagħmel riferenza għalihom assolutament ma jidhru mkien fil- legal notice li qed nitkellmu dwarha, Sur President.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dawn huma affarijiet li huma magħrufa mal-Maltin u l-Għawdxin kollha, imma ħalli nkompli nispjega l-fatti.", "Kulmin imur jirreġistra xi opra tal-baħar ma' l-awtorità marittima jiġi informat li jrid jagħmel il-kors u bilfors irid iħallas Lm50.", "Veru jew le?", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, mill-ġdid nistieden lill-Onor.", "Farrugia sabiex jindika minn liema legal notice qed jikkwota għax imkien m'hawn riferenza għal dak li qed jgħid.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Issa jkollu kull ċans jirrispondi għal dak li qed ngħid jien, Sur President.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Għandu dritt jitkellem fuqiex irid!", "MR SPEAKER: Inżommu mas-suġġett li għandna għad-diskussjoni.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jekk irid ikun kredibbli, il-Ministru għandu jiddikjara li min jirreġistra dgħajsa jew min jagħmel xi modifikazzjoni fiha mhux se jibda jħallas Lm5 imma se jkompli jħallas Lm1!", "(Interruzzjonijiet) Barra minn hekk, issa li għabbejna u se nkomplu ngħabbu dawn l-ispejjeż kollha fuq is-sidien, dawn se jkunu jistgħu jiggaraxxjaw id-dgħajjes tagħhom?", "Qabel ma setgħux imma ladarba qegħdin jiżdidulhom daqstant spejjeż, se jkunu jistgħu?", "GĦax jista' jkun hemm każi ta' min iweġġa' u min jiġrilu l-ħsara fit-tul u forsi ma jkunx jista' jaffordja jagħmel manutenzjoni immedjata.", "Għalhekk jekk mhux se jkunu jistgħu, tajjeb li xi ħadd jispjega għaliex.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin jiżvantaġġjaw dejjem aktar lin-nies tax-xogħol.", "Ir-realtà hi li dawn il-miżuri huma ntiżi biex ikomplu jżidu t-taxxi akkost ta' kollox ħalli l-gvern jipprova jiddefendi l-politika tiegħu li mhux biss qed tiżborżja lilu imma issa qed tiżborżja lill-Maltin u l-Għawdxin, Sur President.", "Biex niġi għal dak li qed jgħid il-Ministru, nagħmel riferenza għal subartiklu 34 (1) għax f'ċertu sens dan każ ta' ħbieb tal-ħbieb.", "Jien qed nifhem li hawn għandna li liċenzja tista' tiġi rtirata bla ebda raġuni.", "Issa jekk din se tibda tkun il-prattika wieħed għandu jagħti r-raġunijiet għax jekk se ngħabbu liċ-ċittadini u lis-sajjieda b'dawn il-formalitajiet u b'dawn l-ispejjeż kollha, imbagħad kif se ngħidulhom li nistgħu nżommulhom il-liċenzja mingħajr ma nagħtuhom ebda raġuni?", "Jeħtieġ li f'soċjeta' demokratika nkunu open u trasparenti u mhux ikun hawn min jippretendi li aħna ta' l-oppożizzjoni ma noġġezzjonawx għal dawn il-miżuri li l-gvern se jdaħħal li permezz tagħhom se jkun jista' jissospendi l-liċenzja bla ma jagħti ebda raġuni.", "Tajjeb li ngħidu ċar fiex jikkonsistu dawn il- provvedimenti u dawn ir-regolamenti ħalli wieħed jiġġudika jekk l- oppożizzjoni hijiex tgħid il-verita'.", "Hekk jew hekk tan-naħa l-oħra se tgħaddi u l-gvern se jibqa' jinsisti li jara li jiżdiedu t-taxxi.", "Ħalli nġib eżempju ċkejken biex ma noqogħdux ngħidu li qisna qegħdin nilagħbu bil- water colours, inżellġu ftit ilma kulurit u nibdluh minn liġi għall-oħra!", "Aħna nirrikonoxxu li ċerti regolamenti li saru fil-każ tal-liċenzji tal- water sports huma tajbin, fis-sens li mhux se ssir differenza bejn Malti u turist li jikri xi apparat għall-water sports.", "Aħna wkoll favur li l-clubs tal-water sports għandu jkollhom il-permess li jikru lil dawk li ma jkollhomx liċenzja, imma mbagħad irridu ngħidu wkoll li kif ġiet stabilita l-awtorità tat-turiżmu, dawn il-liċenzji tal-water sports telgħu minn Lm67 għal Lm375.", "Allura ejja nammettu li dawn il-miżuri li qed idaħħal il-gvern Nazzjonalista mhux veru saru kif kien previst li jsir taħt il-gvern preċedenti.", "Dawn it-tip ta' liċenzji li qed nitkellmu fuqhom huma marbutin ma' l-industrija tat-turiżmu u b'dak li qed jimponi l-gvern ħa jkompli jtellef il-kompetittivita'.", "Irridu niftakru li n-nies li jagħmlu dan ix- xogħol għandhom prattikament aktar minn nofs is-sena weqfin u jridu jaraw minn fejn jaqilgħu x'jieklu.", "Bħal kwalunkwe ħaddiema oħra, dawn ukoll għolitilhom il-bolla u għolewlhom il-pagi li jridu jħallsu, u bħal kwalunkwe persuna oħra li għandha opra tal-baħar se jkunu soġġetti li jħallsu l-Lm50, se jkunu suġġetti li jħallsu l-Lm10 tal-liċenzja u dawk l- ispejjeż kollha konnessi max-xogħol.", "Il-gvern jiddefendi lilu nnifsu bl-iskuża tad-deficit meta r-realtà hi li dawn it-taxxi qed jagħmilhom biex isostni politika tal-ħela.", "Il-gvern qed jara kif jagħmel biex ikompli jieħu minn bwiet il-Maltin u l-Għawdxin, kemm jekk huma pensjonanti, kemm jekk huma nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, kemm jekk huma nies tax-xogħol u kemm jekk huma negozjanti.", "Il- gvern jiggranfa ma' bwiethom ħalli jara minn fejn se jagħmel akkwist taħt xi forma jew oħra biex ikun jista' jmexxi programm leġislattiv fjakk li minflok iġib il-ġid, iġib id-dejn.", "Jien tkellimt ma' uffiċjali f'diversi dipartimenti li qaluli li ħafna mir-regoli u kondizzjonijiet kienu hemm però ma kenux jiġu infurzati.", "F'dak il-każ tinforzawhomx imma mhux tgħidu li konna aħna li inforzajniehom.", "Jekk intom konxji li b'dawn ir- regolamenti se jbatu n-nies, araw li tagħmlu kif għamilna aħna meta konna fil-gvern u tinforzawhomx.", "Wara kollox f'dan fil-parlament aħna għandna l- obbligu li nħarsu x-xogħol tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Dan l-obbligu huwa minqux fil-Kostituzzjoni u għalhekk għandna naraw li l-liġijiet u r- regolamenti li ngħaddu minn dan il-parlament tabilħaqq ikunu jħarsu dan l- obbligu.", "Huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li matul dawn l-aħħar tliet snin flok kellna t-tkattir u t-tkabbir ta' l-ekonomija kif konna mwegħdin, kellna staġnar.", "Iktar ma qed jgħaddi ż-żmien, iktar qed naraw li l-gvern se jkompli jilleġisla b'mod li jipprova jdaħħal iktar taxxi mill-poplu.", "U ġibt l-eżempju tal-liċenzji tal-water sports, fejn l-awtorità tat-turiżmu għolliet il-liċenzji ta' dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-water sports, f'ċerti ċirkostanzi minn Lm67 għal Lm375.", "Aħna ta' l-oppożizzjoni rridu nirreġistraw li ma naqblux ma' dawn iż-żidiet u żidiet oħra li m'hemmx dubju li se nkomplu nassistu għalihom b'sempliċi modifikazzjoni ta' avviż legali.", "Dawn it-taxxi indiretti se jkomplu joħolqu iktar inċertezza fis-settur tat-turiżmu u se jaffettwaw ukoll il-mod kif il-Maltin u l- Għawdxin iqattgħu il-ħin ħieles tagħhom.", "Aħna għalhekk qegħdin nappellaw lill-gvern biex ma jkomplix f'din is-sakra li jkompli jintaxxa lill-poplu.", "Irid jiftakar li l-bwiet tal-Maltin jimtlew bix-xogħol u l-prim ministru għandu jżomm il-wegħda li kien għamel li ma jżidx it-taxxi, kif qatt ma jixba' jsemmi Manuel Cuschieri fuq il-programm tiegħu ''Tajjeb li Tkun Taf''.", "Infatti ġibt recording tiegħu biex jekk hawn permess inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, ħalli ma ninqabadx li qed ngħid xi ħaġa li mhix minnha.", "Sur President, dalwaqt nibdew ir-raba' sena ta' din il-leġislatura u għadna għaddejjin b'montatura ta' taxxi.", "Titkellem man-nies u man-negozjanti u jispjegawhomlok dawn l-affarijiet.", "X'irid joqgħod jgħid il-kollega li tkellem qabli!", "Intaxxajna anke prodott bħalma huwa l-corned beef - ma nġibux aktar minn elf tunnellata corned beef – u taxxa ta' Lm10,000 fuq din il-kwantità li tiġi mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea - għax bilfors minn hemm trid iġġibu l-corned beef peress li m'hemmx mard - għollejnieha għal xi Lm70,000 għax minn 1c2-il kilo għamilnieha 7c.", "Hekk sejrin, bil- gvern jibqa' jinjora l-messaġġ li qed jagħtih il-poplu u ftit li xejn iħabbel rasu għal dak li tgħidlu l-oppożizzjoni.", "Min-naħa tagħna, aħna diġa' urejna l-oppożizzjoni tagħna għall-mod kif għolew it-tariffi li permezz tagħhom il-poplu jrid jiddefendi d-drittijiet tiegħu f'soċjetà demokratika.", "Issa se nibdew ngħabbu t-taxxi fuq dawk li jipprovaw igawdu l- ħin ħieles tagħhom permezz ta' xi qoxra tal-baħar, żidiet li qegħdin isiru f'mument meta l-gvern għandu indikazzjonijiet ċari li l-poplu se jkun maħkum minn inkwiet akbar.", "Qed ngħid hekk għax il-fatt li fuq l-aġenda tiegħu l-gvern għandu s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, qiegħed ukoll joħloq sitwazzjoni fejn l-istess nies taċ-ċivil tant huma mpenjati biex jippreparaw għall-bidla li trid issir f'dan is-sens, li dawn mhux qed jibqgħalhom biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiet oħra importanti.", "L-ekonomija tagħna hi marbuta maċ-ċirkostanzi partikolari tagħha u jeħtieġ impenn kbir biex din taqleb għaċ-ċirkostanzi ta' l-Unjoni, fejn dawn għandhom kobor ta' l-art u kobor tal-popolazzjoni.", "GĦalhekk fid-dipartimenti u fil-ministeri qed jirriżulta ċertu backlog fix- xogħol fuq perjodu twil ta' xhur u allura t-taxxi li jsiru dejjem iridu jkunu akbar biex jagħmlu tajjeb għal dan il-backlog, sitwazzjoni li rajnieha matul l-ewwel sena, rajniha matul it-tieni sena u qed inkomplu narawha fit-tielet sena ta' dan il-gvern.", "Għaliex meta twiegħed li mhux se żżid it-taxxi biex imbagħad iżżid iktar minn 230 taxxa f'temp ta' sentejn, inti bilfors tinqabad f'morsa li ma tkunx biss qed tissikka lilek imma tkun qarnita li ttaqqab but il-poplu.", "Dan hu l-messaġġ li rridu nwasslu, Sur President.", "Agħtuna l-assigurazzjoni li min se jmur jirreġistra opra tal-baħar ġdida mhux se jħallas Lm5 imma se jibqa' jħallas Lm1!", "Agħtuna assigurazzjoni li min se jmur jirreġistra xi modifikazzjoni mhux se jħallas Lm5 imma se jħallas Lm1!", "Agħtuna assigurazzjoni li min se jbiddel il-mutur se jkollu jħallas id-differenza tal-liċenzja biss u mhux id-differenza tal- modifikazzjoni, kif se jiġri bis-sistema l-ġdida.", "Assigurawna li fil-każ ta' dawk li għollejtulhom il-liċenzja tal-water sports – veru li ċerti tibdiliet ma jaqgħux taħt l-awtorità marittima imma taħt l-awtorità tat- turiżmu - se treġġgħuha lura għal Lm67 kif kienet u mhux għal Lm375.", "Jeħtieġ li l-poplu jsir jaf li kulma sar huwa kontra l-wegħda li mhux se jsiru aktar taxxi, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Qabel ma bdejna dan id-dibattitu, ħadt ħsieb nara ftit dan l-Att dwar l-Awtorità Marittima ta' Malta.", "Anke dort ir- regolamenti li ħarġu din is-sena u ovvjament rajt il-mozzjoni li ressqet l- oppożizzjoni biex mingħalihom jimpunjaw dawn ir-tegolamenti.", "Smajt il- parti introduttiva ta' l-Onor.", "Debono Grech - li nimmaġina li ħalla l- munizzjon kollu li għandu għall-aħħar - u anke smajt lill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Jiddispjaċini li dan ta' l-aħħar, ħlief għal forsi ħames minuti, ma qal assolutament xejn dwar dawn ir-regolamenti li ġejna mitlubin biex inwaqqgħu min-naħa ta' l-oppożizzjoni, regolamenti li saru mill- oppożizzjoni meta l-Laburisti kienu fil-gvern, ħlief għal xi eċċezzjoni żgħira ħafna.", "Illum il-Ħamis, private members day - fejn suppost niltaqgħu għal xi ħaġa tassew importanti - ġejna hawnhekk fuq talba ta' l-oppożizzjoni biex inħassru xi ħaġa li kienu għamlu sħabna tan-naħa l-oħra meta kienu fil- gvern.", "Meta nara dawn l-affarijiet nibda nistaqsi jekk hawnhekk aħniex qed nitkellmu dwar gvern alternattiv, gvern li lest li jidħol fil-kariga hekk kif isejjaħlu l-poplu, jew inkella dwar kelb jiġri wara denbu.", "Bniedem li jagħmel xi ħaġa u mbagħad wara sentejn jiġi biex iħassarha, iktar ifakkarni f'kelb jiġri wara denbu milli fi gvern alternattiv!", "Il-verita` hi li jien qomt għax issemmew il-kontribuzzjonijiet il-ġodda li għamlet l- awtorità tat-turiżmu - allavolja mhumiex qegħdin f'dawn ir-regolamenti - fil-qasam tat-tmexxija ta' l-iskejjel tad-diving u tat-tmexxija ta' l- impjanti u t-tagħmir tal-baħar.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hi li sfortunatament minħabba li dawn ir- regolamenti damu ma daħlu fis-seħħ, dawn in-nies tan-negozju qed isibu diffikultà biex jiksbu insurance fuq it-tagħmir tagħhom.", "Din mhix xi ħaġa partikolari għal Malta imma għal kull post fil-Mediterran fejn m'hemmx brokers li jridu jieħdu dan ir-riskju.", "Jien dħalt f'din il-biċċa xogħol u rrid ngħid li kieku dawn regolamenti daħlu fis-seħħ iktar kmieni, iċ- chances li ssib insurance broker kienu jkunu ħafna aħjar.", "Ngħid ukoll li biex nara l-qagħda kif inhi eżattament, għamilt kuntatt mal-ministru tat- turiżmu ta' Ċipru u l-awtorita' tat-turiżmu kellmet ukoll lill-awtorita' tat-turiżmu ta' Ċipru.", "Dawn sabu rwieħhom fl-istess sitwazzjoni għax m'għandhomx ir-regolamenti.", "Forsi bil-ħsieb li wieħed jgħin dan l-operat, dawn ir-regolamenti ma daħlux fis-seħħ mill-ewwel u allura spiċċa biex swielna ta' deni.", "Wieħed irid jifhem li dawn ir-regolamenti hemm bżonnhom senzaltru, iktar u iktar dawk il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu.", "Għalkemm l-Onor.", "Farrugia qagħad isemmi d-differenza bejn kif kienu t- tariffi qabel u kif qegħdin illum, l-għaqda ta' l-operaturi f'dan il-qasam hi waħda mill-għaqdiet li l-inqas ipprotestat dwar iż-żiediet.", "Allura meta reġa' rrepetiha, l-Onor.", "Farrugia forsi rrealizza li ż-żiediet li kienet hemm fil-fatt kienu żiediet mistħoqqa.", "GĦax dawn in-nies jafu li meta jirrikorru għand l-awtorità u anke għand il-ministeru nippruvaw nirranġawlhom, kif għamilna anke fil-kwestjoni ta' l-insurance u kif għamilna fil-każ ta' min imexxi d-diving schools.", "Dawn ilhom jilmentaw żmien però qatt ma rrapportaw speċifikatament nies li qegħdin jiġu Malta jaħdmu mingħajr liċenzja, mingħajr assigurazzjoni, mingħajr equipment u lanqas b'konessjoni ma' l-isptarijiet ta' Malta u għalhekk b'ċertu riskju.", "Meta tawna l-ismijiet, l-ispetturi ta' l-awtorità flimkien mal-pulizija ta' l-ALE marru immedjatament u sabu wieħed minn dawn in-nies.", "Issa jien nistenna li l-pulizija tieħu azzjoni immedjata, tressaq lil dan il-bniedem il-qorti u tieħu ħsieb li mhux biss jiġi ddeportat imma anki li jinżamm milli jerġa' jidħol f'Malta.", "Għaliex dawn in-nies mhux biss ma jħallsux il- kontribuzzjonijiet, mhux biss ma jħallsux il-liċenzji, mhux biss jieħdu xogħol ħaddieħor imma qed jipperikolaw l-istess fama ta' l-operaturi Maltin.", "Jekk jinqala' xi diżastru, l-iktar li jissemma mhux l-isem ta' l- operatur imma tissemma Malta.", "U jekk l-isem ta' Malta jiġi mittiefes, il- konsegwenza tkun li aħna nsofru minn dik il-kawża intortament waqt li ħaddieħor jaħrab u ma nkunux nafu iktar dwaru.", "L-Onor.", "Farrugia aċċenna għan-nuqqas ta' qalb u n-nuqqas ta' mogħdrija ta' dan il-gvern wara li ma żammx il-wegħda li kien għamel li ma jagħmilx taxxi.", "Jien kont ngħidlu lill-Onor.", "Membru biex jippreżenta r-recording li għandu tal-prim ministru għax il-prim ministru kien qal li mhux se ngħollu t-taxxa u mhux li ma nagħmlux taxxi.", "Qabel ma wieħed jipponta subgħajh lejn ħaddieħor u jakkużah li mhux qed jgħid il-verità u li qed iqarraq, kien ikun aħjar kieku semmgħalna r-recording li għandu għax il- prim ministru qatt ma qal li mhux se jagħmel taxxi.", "Ngħid il-verita' ma kontx beħsiebni nitkellem però ħassejt li importanti li nirrispondi fuq dawn iż-żewġ punti u nirrispondi għat-ton sabiex min sema' dan id-diskors kollu, ikun jaf li qegħdin hawnhekk fuq talba ta' l- oppożizzjoni biex inħassru regolamenti li kien għamel gvern Laburista.", "Id- diskors kollu li għamel l-Onor.", "Farrugia, ħlief għal xi żewġ minuti jew tlieta, ma kellu x'jaqsam xejn mal-mozzjoni li ressqet l-oppożizzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Insejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ikolli nistqarr li għal mument qabel ma beda d- dibattitu ħsibt li fil-legal notice li ġiet ippubblikata fid-29 ta' Mejju hemm xi affarijiet li ma kontx indunajt bihom, jew li hemm affarijiet li min kien fassal dak l-avviż legali ma kienx fehem u li allura dak li kont iffirmajt għalih jien seta' kien ifisser xi ħaġa differenti minn dak li kont ridt u tlabt għalih.", "Madanakollu issa li għadda aktar min-nofs il-ħin allokat għall-oppożizzjoni f'din is-seduta, nista' nserraħ rasi li għamilt sewwa li ffirmajt l-avviż legali, Sur President.", "Naħseb li fhimt tajjeb ukoll meta ftit tal-ġranet wara, preċiżament fl-10 ta' Ġunju, għall-ewwel darba fil-ġurnal uffiċjali tal-Partit Laburista ta' kull nhar ta' Ħadd kien hemm riferenza għal dak li kien qiegħed isir f'dan ir-rigward.", "Kont fhimt tajjeb għaliex huwa ċar li l-mozzjoni li għandna quddiemna hi mozzjoni li tindika żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett tindika li l- oppożizzjoni ma tafx x'qed tagħmel u li ma fehmet xejn minn dak li qed tagħmel; u t-tieni li l-oppożizzjoni qed tibda temmen il-gideb tagħha stess u tipprova tbellgħu lill-poplu.", "U issa, Sur President, li smajt parti sostanzjali minn dan id-dibattitu, intendi li hi t-tieni waħda.", "Il-mozzjoni li għandna quddiemna titkellem dwar it-tneħħija ta' avviż legali 129 ta' din is-sena, li fil-fatt beda jgħodd mill-1 ta' Ġunju.", "Dan l-avviż legali jolqot diversi aspetti ta' l-attivita marittima li apparti l-ftit eċċezzjonijiet li semma diġà l-Ministru Refalo, ma jagħmel xejn ħlief li jaqbad avviż legali preċedenti u jittrasferih minn taħt il- pulizija għal taħt l-awtorità marittima.", "Dak l-avviż legali 240 ta' l-1997 kien ġie approvat bil-firma tal-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, u kien anke ġie approvat ukoll mill-ministru tal-kummerċ u finanzi ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Leo Brincat – jien lest biex din l- awtorizzazzjoni, bil-firem ta' l-Onor.", "Membri li semmejt, inqiegħdha fuq il- Mejda tal-Kamra – iż-żewġ ministri responsabbli biex dawn it-tariffi setgħu jidħlu fis-seħħ fl-1997.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech dak iż-żmien kien responsabbli mill-portijiet u mit-trasport u allura ma kellux għalfejn jiffirma l-avviż legali.", "Sa dak iż-żmien, dawn l-affarijiet ma kenux jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru tat-trasport u portijiet imma kienu jaqgħu taħt il-ministeru responsabbli mill-pulizija u l-ministeru tal- finanzi.", "Wara li smajt u qrajt dwar din il-mozzjoni - l-ewwel fil-ġurnal ''KullĦadd\", imbagħad smajt x'qal fuqha l-kap ta' l-oppożizzjoni fl-istess jum li dehret l-istorja fil-''KullĦadd'' u aktar tard matul dik il-ġimgħa, waslet għandi l-mozzjoni kif ippreżentata mill-Onor.", "Debono Grech – verament kont nistenna li konna se niġu hawnhekk u nagħmlu dibattitu serju.", "Anke għax fl-istess mozzjoni hemm miktub li:", "''Għal dawn ir-raġunijiet u raġunijiet oħra li żgur se jiġu ttrattati f'dibattitu serju f'dan il-Parlament ...''.", "Iżda min ifittex il-ġist tal-mozzjoni li għandna quddiemna jsib li din qed titlob li jitħassru r-regolamenti kollha li hemm fl-avviż legali tad-29 ta' Mejju, fejn qegħdin nirregolaw il-mod ta' kif għandhom isiru l-affarijiet fil-qasam marittimu u għaldaqstant il-mozzjoni titlob li titħassar is- serjetà f'dan il-qasam.", "Jekk wieħed jaħseb ftit fuq ir-raġuni għala fis- 6.05p.m. ta' llejla ntalab quorum, m'għandux ma jindunax li jista' jkun li l-oppożizzjoni ma reditx li l-parlament jiddiskuti din il-mozzjoni bis- serjetà għaliex din hija mozzjoni li l-bażi tagħha hija gidba.", "Il-bażi tal-mozzjoni li għandna quddiemna - u aktar 'il quddiem forsi jkolli ċans nidħol aktar fil-fond tal-mozzjoni - titkellem fuq il-punti fl-avviż legali 129 ta' l-2001 li m'huma xejn ħlief riproduzzjoni ta' l-avviż legali 240 ta' l-1997, li bis-saħħa tiegħu daħlu fis-seħħ dawn it-tariffi u t-taxxi li qed titkellem dwarhom l-oppożizzjoni u li llum trid tneħħi.", "Fl-intervent tiegħu, l-Onor.", "Noel Farrugia għamel riferenza għal ħafna affarijiet li ma nafx x'inhuma għax la fl-avviż legali 129 u lanqas fil- mozzjoni li ressqet l-oppożizzjoni m'hemm riferenza għalihom.", "Issa jekk l- Onor. Membru deherlu li llum għandna niġu nitkellmu fuq l-għoli tal-corned beef meta fil-fatt qed nitkellmu fuq affarijiet ferm differenti, mhux tort tiegħi!", "S'issa li naf hu li għamilna iktar minn siegħa niddibattu u ħadd mill-kelliema ta' l-oppożizzjoni ma tkellem fuq il-mozzjoni u nista' nobsor għaliex.", "Sfortunatament sħabna ta' l-oppożizzjoni m'għandhomx id-diċenza jgħidu li ħadu falza stikka għax ħasbu li dawn l-affarijiet qegħdin jidħlu fis-seħħ għall-ewwel darba llum.", "Ħadu falza stikka għax ikkalkulaw ħażin dak li kienu għamlu huma stess meta kienu fil-gvern.", "Naħseb li l-editur tal-ġurnal ''KullĦadd'' li ta bidu għal din il-farsa, naturalment instigat mill-Partit Laburista, nesa li avviż legali 240 ta' l-1997, fost ħafna affarijiet oħrajn - għaliex kien fih 106 provvediment - kien fih paragrafu fuq il-qasam marittimu li jitkellem fuq il-bidla mill-avviż legali li kien daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar ta' l-1997.", "U hawnhekk, Sur President, għandi lista ta' l-affarijiet li nbidlu fi Frar ta' l-1997 u kif inbidlu mill-ġdid fl-1 ta' Jannar ta' l-1998 u se nagħti xi ftit eżempji ta' dawk l- affarijiet li l-oppożizzjoni tal-lum qed tgħid li konna aħna li daħħalna fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju ta' din is-sena.", "L-oppożizzjoni tgħid li aħna qed nippruvaw nintaxxaw liċ-ċittadin iż-żgħir, miskin!", "GĦalhekk tajjeb li nsemmi xi żidiet li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-1998, fi żmien il-gvern ta' Alfred Sant, affarijiet li min irid jista' jsibhom f'dokumenti li huma parti mill-inkartament li għandna fil-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni.", "Il-poplu Malti kellu raġun jikkonfondi meta l-oppożizzjoni bdiet tgħid li l-gvern qed iżid dawn it- taxxi f'dan il-qasam.", "Fil-''KullĦadd'' kien hemm miktub: \"Aktar taxxi baxx baxx\" u semmew numru ta' taxxi li kollha kien ilhom sentejn u nofs li kienu daħlu fis-seħħ, eżattament mill-1 ta' Jannar 1998.", "Fid-dokumentazzjoni li hemm fil-ministeru tat-trasport jidher ċar x'kien il-ħsieb wara dawn iż- żidiet.", "Infatti fid-diskors tal-budget ta' l-1998, preċiżament fil-5 ta' Novembru ta ' l-1997, l-Onor.", "Leo Brincat kien qal hekk:", "''... u għaldaqstant ma għandhomx jirriflettu l-ispiża amministrattiva annwali relatata mas-servizz li qed jingħata.", "Għalkemm taxxi oħrajn m'ilhomx daqshekk li ġew riveduti, xorta fil-fehma tagħna mhumiex relatati mas-servizz li għalih qed jitħallsu u allura fil-fatt se jkun hemm żieda fl-ammonti li se nagħmel riferenza għalihom.'',", "u hawnhekk jibda jaqlgħalna l-ministru tal-finanzi ta' dak iż-żmien.", "Tajjeb wkoll li wieħed jgħid li din il-famuża suppost taxxa ġdida ta' reġistrazzjoni għall-ewwel darba għal dawk id-dgħajjes li huma inqas minn 3.6 metri jew inkella dgħajjes li għandhom sa 9.9 h.p., daħlet għall-ewwel darba b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-1998.", "L-istess nistgħu ngħidu għar- reġistrazzjoni ta' dawn it-tip ta' dgħajjes.", "Fil-5 ta' Novembru ta' l- 1997, l-Onor.", "Leo Brincat stess kien qal li dawn it-taxxi ma kienx ilhom li ġew riveduti.", "U kien hemm ħaddieħor li fl-aħħar mill-aħħar kien fetaħlu għajnejh lill-gvern tal-ġurnata u qallu: ''It is also suggested that both the initial registration and the annual renewal fee of boats ranging from 10 h.p. upwards be again revised even though they were revised on 1st February 1997.''", "U mhux hekk biss!", "Meta kien għaddej ix-xogħol marbut mal-mod kif kellha tiżdied dik it- tariffa, il-gvern tal-ġurnata kien qabad calculator - dak iż-żmien il-gvern ta' Alfred Sant kien imlaqqam \"gvern tal-calculator\" - u kien ra x'kien se jfisser dan għall-awtorità marittima, u dan għaliex kienet se tkun l- awtorità marittima li mbagħad tiġbor parti minn dawn il-flus jew inkella jispiċċaw għandha.", "Kienu qalulna li:", "\"The revision exercise is expected to net an additional immediate income of Lm304,000.\"", "Suppost li Lm175,000 kellhom jidħlu mir-reġistrazzjoni inizjali, Lm105,000 mir-reġistrazzjoni annwali u Lm25,000 minn reġistrazzjoni annwali oħra.", "Waqt li kien għaddej dan ix-xogħol kollu kien hemm nota oħra:", "\"The maritime authority has expressed an opinion that since the majority of small crafts are manufactured locally by small builders and since sales are limited to the local market, caution should be adopted in revising the initial registration fee for crafts above 10 h.p. since these were revised upwards by a percentage from 10% at the lower end to 33% at the higher end on lst February 1997\".", "Minkejja dan kollu, il-gvern tal-ġurnata kien ħsiebu biss li jara kif se jdaħħal aktar flus, ikun x'ikun il-mod, u finalment iddeċieda li jiġi jaqa' u jqum mill-fatt li kienu daħlu żidiet konsiderevoli fl-1 ta' Frar tas-sena ta' qabel.", "Naħseb li hawnhekk għandna record ta' żidiet, mhux fis-sens ta' ammonti - dawk ikolli ċans nitkellem dwarhom iktar 'il quddiem - imma għal dik li hi frekwenza ta' żidiet fit-tariffi.", "Kif diġa' aċċennajt, waħda minn dawn iż-żidiet daħlet fl-1 ta' Frar ta' l- 1997 u żieda oħra daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-1998.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jistaqsi għalfejn qegħdin nitkellmu b'dan il-mod.", "Naturalment ma kontx nitkellem b'dan il-mod li kieku l-oppożizzjoni ma kellhiex l-ardir li tiġi hawnhekk u takkuża lill-gvern Nazzjonalista li qed idaħħal dawn it-taxxi.", "Ma kienx ikollna għalfejn nitkellmu b'dan il-mod kieku l-oppożizzjoni, biex tipprova tqarraq bil-poplu Malti u aktar u aktar biha nnifisha, ma ġietx tgħid li dawn it-tariffi huma ġodda u li qatt ma kienu fis-seħħ.", "Hekk ta l-impressjoni l-editur tal-ġurnal \"KullĦadd\" fl-10 ta' Ġunju tas-sena 2001: \"Aktar taxxi baxx baxx\".", "Qalilna wkoll li dawn taxxi li qatt u ħadd ma tkellem dwarhom qabel ma daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju ta' din is-sena, l-istess kliem li ntuża fil-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Il-mozzjoni tgħid li r-regolamenti qegħdin isiru bis-setgħat mogħtija b'artikli 28, 29 u 52 ta' l-Att dwar l-Awtorità Marittima ta' Malta u mill-ministru għat-trasport u komunikazzjoni wara konsultazzjoni ma' l-awtorita' marittima u bi ftehim mal-ministru tal-finanzi.", "Tiskanta kif ikollna oppożizzjoni li jkollha l-kuraġġ u l-ardir li tiġi hawnhekk u tgħid li dan il-gvern qed idaħħal dawn it-tariffi meta l-fatti huma differenti.", "Fl-1996, il-ħlas fuq opra tal-baħar bejn 10 u 25 h.p. kien ta' Lm150 u fl- 1997 dan tela' għal Lm175.", "Min ipprepara d-dokument li għamilt riferenza għalih qalilna li dan ma kienx biżżejjed u mill-1998 minn Lm175, il-fee telgħet għal Lm200.", "Dan ifisser li fi 11-il xahar min kien iħallas Lm150 spiċċa jħallas Lm200.", "L-istess ġara fil-każ ta' opri oħrajn li minn Lm150 saru Lm225 u mbagħad Lm250.", "Oħrajn minn Lm250 żdiedu għal Lm300 fis-sena, minn Lm250 għal Lm325 u minn Lm300 għal Lm500.", "U fil-ġurnal \"KullĦadd\" ħarġu jgħidu li mill-1 ta' Ġunju minn Lm400 aħna żidniehom għal Lm500 fis- sena!", "Verament nixtieq nemmen li setgħu kienu qegħdin jieħdu żball u nsew li kien hemm avviż legali li kien daħal fis-seħħ mhux fl-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena u lanqas fl-1 ta' Ġunju ta' din is-sena imma fl-1 ta' Jannar, 1998 meta Alfred Sant kien kap tal-gvern.", "Dan qed ngħidu sabiex ħadd ma jitfixkel u jaħseb li dawn it-tariffi daħlu fis-seħħ fi żmien l- ammistrazzjoni preżenti.", "L-istess nista' ngħid għal-liċenzji ta' kull sena għall-opri tal-baħar li fl-1997 minn Lm14 telgħu għal Lm15 u reġgħu telgħu għal Lm20 fl-1998.", "Nistgħu nibqgħu sejrin waħda wara l-oħra, b'dgħajjes ta' bejn 25 u 50 h.p. minn Lm18 jitilgħu l-ewwel għal Lm25, u f'affari ta' ħdax-il xahar jerġgħu jitilgħu minn Lm25 għal Lm35 u minn Lm25 għal Lm45.", "Naturalment dawk li huma iktar minn 150 h.p. minn Lm30 telgħu għal Lm60 f'dan l-istess perjodu li qed insemmi.", "Imbagħad tiġi l-oppożizzjoni tgħidilna li dawn it-tariffi għamilniehom aħna!", "Illum qed nibda nemmen li s-sors ta' dak li jgħidu n- nies, li kultant ikun gideb mill-iktar goff, ikun ġej min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Għaliex ma tistax tkun iktar goff milli tipprova tgħid li dawn l-affarijiet qed isiru minn dan il-gvern meta fil-fatt tkun għamilthom int!", "Hawnhekk, Sur President, nagħmel parentesi żgħira biex insemmi l- ħlasijiet tal-liċenzji tas-sewqan.", "Fl-1 ta' Jannar ta' l-1998, il-liċenzja tas-sewqan żdiedet b'mod radikali, iżda peress li kien hemm ħafna nies li l-liċenzja tagħhom kienet tagħlaq wara għaxar snin - u naturalment dawn jibdew jagħlqu sena wara l-oħra - meta n-nies illum il-ġurnata tmur tħallas il-liċenzja qiegħda ssib li l- liċenzja tkun għoliet.", "U l-Partit Laburista qed jgħidilhom li dawn mhux hu kien żiedhom imma żiedhom il-gvern Nazzjonalista preżenti.", "Dan hu l-mod qarrieqi ta' kif tipprova tittratta lill-poplu Malti.", "Ma nafx jekk għandix ngħid li għandna oppożizzjoni tal-ħabba gozz, inkella hux il-każ li għandna oppożizzjoni li taħseb li l-poplu Malti huwa tal-ħabba gozz!", "Ma jistax ikun li tiġi fl-ogħla istituzzjoni u titkellem u taġixxi b'dan il-mod.", "Ma jistax ikun li tiġi tgħid li dawn it-tariffi ġew introdotti mill-gvern tal- lum meta taf li dawn daħlu fis-seħħ fiż-żmien meta l-Partit Laburista kien fil-gvern.", "Qed ngħid dan għax jekk wieħed jara l-mozzjoni - nagħżel li ma noqgħodx naħli l-ħin naqraha – isib li din telenka t-tariffi li hemm illum u tgħid li dawn iż-żidiet kienu mposti minn gvern Nazzjonalista.", "Iktar minn hekk, xi ħadd barra minn din il-Kamra mhux talli ma qalx li dawn iż- żidiet saru iktar kmieni, talli qalilna li dawn iż-żidiet jirriflettu l- arroganza u s-saħħa li għandu dan il-gvern meta jipprova jimponi dawn it- taxxi fuq il-poplu Malti.", "Sur President, din il-mozzjoni li għandna quddiemna ma titlobx biex tirrevoka l-iskeda numru wieħed li titkellem dwar dawn it-tariffi - skeda li kif għedt iktar kmieni m'hi xejn ħlief dak li kien hemm qabel u kkoppjata minn legal notice għal oħra - imma biex tħassar ir-regolamenti kollha, l-avviż legali 129 ta' din is-sena kollu kemm hu, meta dan huwa ġabra tar-regolamenti tal-liċenzjar tal-pulizija, dak li kien avviż legali 19 ta' l-1985 u dawk li kienu r-regolamenti dwar it-trading tal-pulizija, tliet korpi ta' regolamenti li b'xi mod jew ieħor jolqtu lis-settur marittimu li qegħdin nitkellmu dwaru.", "Hawnhekk qalulna li qegħdin nitkellmu fuq montatura ta' taxxi.", "Naħseb li qegħdin nitkellmu fuq montatura ta' diskorsi, fuq montatura ta' mozzjonijiet.", "Qegħdin nitkellmu fuq manipulazzjoni ta' dak li jaħseb il-poplu Malti dwar dawk li huma l- ħtiġijiet u l-bżonnijiet tas-serjetà f'dan il-qasam.", "Dan huwa settur li llum għandu ammont konsiderevoli t'attività li permezz tagħha qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom numru sostanzjali ta' nies, b'mod partikolari fil-perjodu tas-sajf.", "Sur President, fl-avviż legali li għandna quddiemna qegħdin nagħmlu dak li f'dawn it-tliet snin li għaddew, mill-elezzjoni li għaddiet sal-lum, kont mitlub b'mod mill-iktar dirett li nagħmel mill-istess operaturi li jaħdmu fil-qasam tal-liċenzjar, fil-qasam tal-kiri tal-jet-skis, ta' l-ispeedboats u l-affarijiet l-oħra kollha li dawn ir-regolamenti jitkellmu dwarhom.", "Dawn ir-regolamenti jitkellmu fuq affarijiet li huma marbutin ma' speedboats li jinkludu jet-skis u opri tal-baħar oħra b'muturi pjuttost kbar, imma ma jinkludux l-opri tal-baħar użati mis-sajjieda.", "Jien infaħħar lill-operaturi ta' dan is-settur għax kull darba li ltqajt magħhom insistew li jkun hemm regolamentazzjoni ċara dwar is-settur tagħhom.", "Dak li għandna llum fl-avviż legali 129 tas-sena 2001 hu ġabra ċara ta' kif wieħed jista' jopera l-liċenzja tiegħu, ta' kif wieħed jista' jħaddem skola ta' l- iskiing.", "Dawn ir-regolamenti issa qegħdin imqassma taħt tliet settijiet ta' regolamenti differenti b'mod li jista' jifhimhom kulħadd.", "Ħafna drabi kien diffiċli li tipprova ssib tarf ta' x'inhuma dawn ir- regolamenti differenti kif kienu elenkati.", "Sibna diffikultà meta ġejna biex naraw min huma l-operaturi li llum huma liċenzjati biex jikru l- ispeedboats u li għandhom il-possibbiltà li jikru l-jet-skis, għaliex dawn id-diversi operaturi huma reġistrati b'mod differenti taħt għases distrettwali u taħt kunsilli lokali differenti.", "Ma kienx faċli li tipprova ssib min huma l-persuni liċenzjati f'dan il-qasam.", "Issa b'dan il-mod kulma jkun hemm bżonn hu li bniedem li għandu intenzjoni li jibda jopera skola jew jopera f'dan in-negozju, imur għand l-awtorità marittima u jagħtuh b'mod ċar u bil-miktub il-kondizzjonijiet li jrid josserva biex wieħed ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu bis-serjetà.", "Nafu li kemm-il darba kellna problemi f'dan il-qasam u kien hemm persuni li sfaw milquta minn xi opra tal-baħar li ma kenux jafu preċiżament min hu responsabbli.", "Kultant nazzarda ngħid li lanqas l-operaturi nfushom ma jafu x'inhuma l-obbligi u d- doveri li għandhom għar-rigward ta' dawk il-persuni li jkunu esposti għall- periklu tal-jet-skis, l-ispeedboats u l-apparat l-ieħor kollu li jeżisti f'dan is-settur.", "L-oppożizzjoni qed tgħidilna biex inħassru avviż legali 129, li allura se jiddixxiplina u jdaħħal b'mod iktar ċar il-kondizzjonijiet li għandu jkun hemm f'dan is-settur.", "Dan ifisser li qegħdin jgħidulna biex ma nirreġistrawx il-bastimenti żgħar u biex ma nesiġux li jitpoġġa xi apparat ta' salvataġġ fl-opri tal-baħar.", "Dan għaliex, fost affarijiet oħra, l-avviż legali li għandna quddiemna jitkellem fuq l-apparat ta' salvataġġ li għandu jkun hemm fuq l-opri tal-baħar.", "Il-mozzjoni li għandna quddiemna qed tgħidilna biex inħassru l-ħtieġa li jkun hemm reġistrazzjoni ta' l- ispeedboats - għaliex dan ukoll jagħmel parti mill-avviż legali 129 – u qed tgħidilna biex ma nagħtux kas jekk il-vapur jew l-opra tal-baħar humiex reġistrati jew le.", "L-avviż legali li għandna quddiemna jitkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm surveys regolari fuq dawn l-opri tal-baħar, iżda l-oppożizzjoni qed tgħidilna biex ma nindaħlux f'dawn l-affarijiet għax qed titlob li jitħassar dan l-avviż legali.", "L-oppożizzjoni qed tgħidilna biex ma nagħtux kas il-bidliet li jsiru fuq bastimenti żgħar u l-ispeedboats u nħallu lil kulħadd jagħmel li jrid, imbagħad jekk allaħares qatt xi ħadd imut jew ikorri ħadd ma jkun jaf min kien responsabbli.", "Nispera li dawn l-affarijiet ma jiġru qatt imma sfortunatament ikomplu jiġru wkoll, Sur President.", "L-istess għal min jagħmel dikjarazzjoni falza fl-applikazzjoni għar- reġistrazzjoni.", "L-oppożizzjoni lanqas jimpurtaha l-mod kif issir ir- reġistrazzjoni u kif issir iċ-ċertifikazzjoni ta' l-opri tal-baħar li qegħdin nitkellmu dwarhom.", "Ma jinteressaha assolutament xejn dwar x'jiġri meta u jekk xi ċertifikat partikolari ta' xi opra tal-baħar jintilef, jinħaraq jew jinsteraq u ma jkunx jista' jiġi prodott.", "(Interruzzjonijiet) Dan tgħidu l-mozzjoni mressqa mill-oppożizzjoni għax din tgħid li dawn ir- regolamenti kollha għandna nħassruhom.", "Għandna mozzjoni li tgħid li dawn ir-regolamenti li jitkellmu dwar dawn l-affarijiet kollha għandna nħassruhom.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, bil- permess tal-Ministru.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Aħna fost kollox għedna biex jitħassru dawk l- ispejjeż addizzjonali li sejjaħnilhom żieda ta` taxxi indiretti.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, se jkolli naqra l-aħħar paragrafu tal- mozzjoni li qegħdin niddiskutu għax għandu jkun lanqas nafu fuqiex qegħdin nitkellmu!", "L-aħħar paragrafu tal-mozzjoni li għandna quddiemna jgħid hekk:", "\"Għal dawn ir-raġunijiet kif issa indikati, din il-Kamra jidhrilha li r-regolamenti fuq imsemmija u in partikolari dawk li huma mfissra taħt l-ewwel skeda (regolament 12) ta' l-Avviż Legali Nru 129 ta' l-2001, m'għandhomx jiġu fis-seħħ.", "Għaldaqstant dan il-Parlament jirrevoka, iħassar u jannulla l-Avviż Legali Nru 129 tas-sena 2001.''", "Hawn intom qed tgħidu li kollox irid jitlaq.", "(Interuzzjonijiet) Mhux tort tiegħi jekk forsi l-oppożizzjoni riedet ħaġa u pproponiet ħaġ'oħra!", "M'huwiex tort ta' min qed jitkellem minn din in-naħa jekk l-oppożizzjoni, fid-dagħdigħa li tbella' lill-poplu li dan il-gvern qed idaħħal it-taxxi, qabdet u qalet inħassru kollox.", "Dak hu tort ta' min min-naħa ta' l- oppożizzjoni ppropona l-mozzjoni.", "Sur President, normalment f'dawn il-ħinijiet bħal-lum inkun qiegħed f'xi wieħed mill-każini nipprova nara xi nies tad-distrett, iżda llejla ġejt hawnhekk bl-idea li se nieħu sehem f'diskussjoniji serja – kieku hekk tgħidilna din il-mozzjoni - imma jiddispjaċini ngħid li s'issa għadha fl- ebda ħin ma kienet diskussjoni serja.", "Jien ikkwotajt kelma b'kelma mill- mozzjoni li għandna quddiemna.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi: Kieku dan il- parlament kellu jiddeċiedi li jannulla l-avviż legali, xi tkun il- pożizzjoni ta' dawk in-nies kollha li joperaw f'dan il-qasam?", "Ikun hemm rebus li normalment wieħed għandu jara li jagħmel minn kollox biex ma jkunx hemm.", "Pero' minn dan kollu l-oppożizzjoni ftit li xejn jinteressaha għaliex tkellmet u ppruvat tbella' lill-poplu Malti li din hi mozzjoni biex tħassar it-tariffi, biex tħassar dak li suppost żied dan il-gvern meta fil- fatt dawn iż-żidiet ma ddaħħlux illum imma daħlu fl-1 ta' Jannar ta' l- 1998.", "Lili ma tagħtinix tort li nitkellem dwar il-mozzjoni li għandi quddiemi.", "M'għandix għalfejn naħli ħin nitkellem dwar affarijiet li m'humiex parti minn din il-mozzjoni, Sur President.", "Fir-regolamenti in kwestjoni jingħad ukoll dwar x'użu jista' jsir miċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni.", "Hawnhekk għandna x'jista' jsir miċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni ladarba din it-tip ta' reġistrazzjoni tidħol fis-seħħ.", "L-istess, dawn ir-regolamenti jitkellmu dwar kif, meta u b'liema mod tista' tagħmel ċertu tibdil fil-particulars li jidhru fiċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.", "Ma nistgħux inħallu lil kulħadd jagħmel li jfettillu u ma jistax ikun li nħallu lil kulħadd jiġri bl-opri tal-baħar, li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar narawhom iżidu fil-veloċita` u fis-saħħa tagħhom u ma nirregolawhom xejn.", "L-istess għal dawk li huma regolamenti dwar trasferiment ta' opri tal-baħar.", "L-oppożizzjoni qed tgħidilna biex ma nagħtux kas u nħallu lil kulħadd ibiddel u jpartat kif irid u kif ifettillu.", "Ma jimpurtax li ma jkun hemm ħadd li jirregolahom dawn l- affarijiet għax fl-aħħar mill-aħħar aħna poplu dixxiplinat li noqogħdu għar- regola, anke jekk ma tkunx miktuba!", "Dan hu li qed tgħidilna l- oppożizzjoni?", "Jien ngħid li jekk irridu li fil-qasam marittimu jkollna s- serjeta`, irid ikollna d-dixxiplina.", "Dak hu li qegħdin nagħmlu bl-avviż legali 129 ta' l-2001 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju, Sur President.", "L-oppożizzjoni qed tagħti wieħed x'jifhem li mhux sewwa li bniedem li għandu opra tal-baħar ta' ċerta veloċita' u ta' ċerta saħħa, ikollu l- obbligu li jħallas il-liċenzja.", "Dawn l-opri tal-baħar iktar ma jgħaddi ż- żmien iktar qed iżidu fil-power u jekk allaħares qatt jiġri inċident, imbagħad induru fuq il-gvern u ngħidulu li ma ppruvax jiddixxiplina u ma kellux il-kuraġġ jara li kulmin isuq craft bħal din ikun f'pożizzjoni li jkun jaf verament x'qed jagħmel.", "Irridu bis-serjeta` li kulmin imiss ma' dawn l-opri tal-baħar ikun jaf x'inhuma d-drittijiet u d-doveri tiegħu.", "Iktar ma tkun taf id-drittijiet tiegħek, iktar suppost li għandek tkun taf x'inhuma d-doveri tiegħek fil-konfront ta' oħrajn.", "Iktar ma tkun taf ħaddieħor x'suppost ma jagħmillekx, iktar tkun taf x'mhux suppost tagħmel lil ħaddieħor.", "Dan hu dak li jgħid dan l-avviż legali li għandna quddiemna, pero' l-oppożizzjoni qed tgħidilna li dan m'għandniex x'irriduh u qed titlob l-annulament tiegħu.", "Sur President, f'dan l-avviż legali hemm regolamenti li jitkellmu dwar kemm għandha tkun il-veloċita' li wieħed isuq biha fil-bajjiet u fil-portijiet u x'veloċita' jtella' f'baħar miftuħ, affarijiet li min għandu biċċa qoxra jmiss magħhom regolarment.", "Qegħdin indaħħlu għall-ewwel darba tariffa ta` Lm30 fis-sena għal dawk li jiftħu skola tal-water-skiing.", "Iva, din tariffa ġdida, waħda mill-ftit affarijiet li huma ġodda f'dan l-avviż legali.", "Nispera li ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jiġi jgħidilna li hi għarukaża li wieħed li jiftaħ skola biex jgħallem nies isuqu speedboat jew xi jet-ski għandu jkollu liċenzja, għax fil-każ allura jien ngħid li hija veru għarukaża li niġu f'dan il-parlament u nsibu oppożizzjoni bħal dik li għandna llejla quddiemna.", "Tkun għarukaża li tiġi f'dan il-parlament u tgħid li m'għandu ikun hemm l-ebda tip ta' kontroll u liċenzjar għal dawn il-persuni.", "Jiddispjaċini imma dak hu li qed tgħid l-oppożizzjoni meta qed titlob li tannulla, tirrevoka u tħassar dan l-avviż legali li daħal fis- seħħ fl-1 ta' Ġunju ta' din is-sena, Sur President.", "Sfortunatament għandna partit fl-oppożizzjoni li jipprova jidħak bin-nies billi jgħidilhom li meta jkun fil-gvern se jagħmel dak kollu li jixtiequ.", "Iżda meta mbagħad il-gvern tal-ġurnata jipprova jdaħħal ftit serjeta`, jibdew jgħidu li dawn l-affarijiet m'għandhomx ikunu u li għandhom jitneħħew.", "Jien ma niskantax li l-oppożizzjoni ħadet dan it-tip ta' atteġjament għax dan l-istess atteġġjament ta' meta f'Ottubru 1999 daħlu fis-seħħ ir-regolamenti tal-VRT.", "Kienu qalu li m'għandhomx x'jaqsmu huma mar-regolamenti tal-VRT u li ma jaqblux magħhom għax m'humiex ir- regolamenti li kienu se jdaħħlu f'Awissu ta' l-1998 u ma daħħluhomx għax kienet ġejja l-elezzjoni.", "Imma b'kumbinazzjoni dawn ir-regoli li qegħdin nitkellmu dwarhom seħħew fi żmien ftit 'il bogħod minn Settembru 1998.", "Seħħew fi żmien meta kienu għadhom jaħsbu li ma jimpurtax li żżid it-taxxa fi Frar ta' l-1997 u terġa' żżidha fi Frar ta' l-1998.", "Għalihom ma kienx jagħmel differenza li minn Lm300 tagħmilhom Lm400 fl-1 ta' Frar ta' l-1997 u mbagħad terġa' żżidhom Lm100 oħra fl-1 ta' Jannar ta' l-1998.", "Dak iż- żmien Lm200 ma kenux jagħmlu differenza!", "Illum il-mozzjoni li għandna quddiemna qed tgħid hekk:", "\"Billi dawn iż-żidiet esaġerati fil-ħlas tal-liċenzja u r- reġistrazzjoni ta' opri tal-baħar, li ħafna minnhom huma dawk użati min-nies ta' dħul medju jew anqas, huma fihom infushom forma oħra ta' taxxa indiretta, liema taxxa kif indikata b'dan l-avviż legali ma ssemmiet imkien fid-diskors tal-budget għas-sena 2001 ta' l-istess ministru tal-finanzi .... \"", "Dak iż-żmien ma kien jeżisti xejn minn dan u dan kollu ma kienx importanti li nitkellmu dwaru!", "Fi żmienhom meta fil-5 ta` Novembru l-ministru tal- finanzi ressaq il-budget, dawn it-tariffi kienu ilhom li żdiedu disa' xhur biss għax kienu żdiedu fl-1 ta`Frar.", "Pero' dakinhar il-ministru tal- finanzi qalilna li għalkemm kien jaf li t-tariffi kienu żdiedu b'mod sostanzjali fl-1 ta' Frar, xorta waħda ħass li kien hemm bżonn li jerġgħu jiżdiedu.", "Imbagħad jiġu jgħidulna li għandna gvern li ma jimpurtahx u ma jagħti kas ta' xejn!", "Qalulna wkoll - u kien hemm riferenza għal dan l-istess kliem fl-ewwel faċċata tal-ġurnal \"KullĦadd\" ta' l-10 ta' Ġunju - li min se jkollu xi tip ta' negozju f'dan il-qasam se ikollu jħallas taxxa ġdida ta` Lm75.", "Li qegħdin nagħmlu huwa li qegħdin nirranġaw it-taħwida sħiħa li kien fih l- avviż legali 240 ta` l-1997, dokument ta' għaxar paġni li suppost jispjega kif operatur f'dan il-qasam għandu jħallas il-liċenzja.", "Fil-fatt dak id- dokument jgħidilna li jekk tkun qed topera f'ċerta lokalita' taħt l-inqas kategorija, trid tħallas jew Lm250 jew inkella 8% tal-valur tal-kera ta' dak il-post li minnu tkun qed topera.", "Dak l-avviż legali ta' l-1997 kien jitkellem fuq affarijiet li llum m'għadhomx jinstemgħu iktar għax jitkellem fuq ħlas ta` 20c biex xufier ta' karozza tal-linja jġorr il-badge, bil- kunduttur iħallas 25c.", "Jiġifieri l-kunduttur ilu li nqata` minn fuq il- karozzi tal-linja minn meta ħafna mill-membri ta' din il-Kamra kienu għadhom tfal u lanqas dan il-ftit ċekċik ma tnaddaf minn avviż legali bħal dan!", "Pero` apparti dan, il-Partit Laburista kien jaf preċiż x'inhuma r- regolamenti li daħlu fis-seħħ permezz ta' avviż legali 240 ta' l-1997 mill- gvern ta' Alfred Sant.", "Anke fil-workings tal-ministeru kien hemm indikazzjoni ċara ta` x'se jkun ifisser f'termini ta' dħul meta jitħallsu dawn it-tariffi, imma l-oppożizzjoni llum qed tipprova tbellagħha lill- poplu Malti li dak li aħna qegħdin nagħmlu llum huwa għal kollox differenti minn dak li għamlu huma fl-1997 u fl-1998.", "Nerġa' ngħid li b'dan li qegħdin nagħmlu aħna qegħdin sempliċement nittrasferixxu l-ħlas ta` dawn it- tariffi mingħand il-pulizija għal għand l-awtorita` marittima.", "M'huwiex ta' ġieħ għall-oppożizzjoni li tipprova tbellagħha lill-poplu Malti li dak li hemm f'dan l-avviż legali ma kenitx hi li għamlitu imma qed jagħmlu l- gvern attwali.", "Forsi għadhom jaħsbu li lill-poplu Malti għadek tista' tbellagħlu dak li trid u jemmnek!", "Jien nemmen li l-poplu Malti m'għadekx tista` tbellagħlu dak li trid u żgur li min qed jisma` u jsegwi dan id- dibattitu, jgħid x'għarukaża ta' oppożizzjoni għandna għax l-affarijiet li għamlet hi trid tipprova titfagħhom fuq il-gvern tal-ġurnata.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex il-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokument li rrifera għalih fid-diskors tiegħu?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Onor.", "Debono Grech biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, smajt b'attenzjoni lit-tliet kelliema tan-naħa tal-gvern, pero` l-ewwel li nixtieq nirrispondi huwa lil min qal li tort tagħna li l-vapuri ta' Għawdex damu ma tlestew, u din nixtieq inweġibha għax xbajna nisimgħu dwarha.", "Tan-naħa l-oħra jgħidulna li aħna ma nwettqux dak li nwiegħdu, pero` irrid nfakkarhom li din tal-vapur ta` Għawdex kienet wegħda tagħhom.", "Ngħidilhom ukoll li kieku ridna nwiegħdu, meta konna fil-gvern konna nwiegħdu l-anġli fis-sema, kif għamlu huma u daħku b'kulħadd għax ma wettqu xejn minn dak li wiegħdu u llum il- poplu kollu jaf li ġie ngannat.", "Issa ħalli nirrispondi lil sieħbi fuq tal- vapuri ta' Għawdex.", "Sur President, l-ikbar skandlu kien tal-gvern Nazzjonalista li fl-24 ta` Ottubru, 1996 ippermetta lill-ministru responsabbli mill-Gozo Channel u lill-ministru għal Għawdex li jiffirmaw kuntratt biex jinbnew tliet vapuri.", "Ma tridx tkun ta' skola ħafna biex tara x'nuqqas ta' prudenza kienet li wasslet lil żewġ ministri tat-tieni gvern ta' Fenech Adami biex lejlet l- elezzjoni ta' l-1998, jikkommettu lill-gvern ta' warajhom b'nefqa ta' Lm50 miljun.", "Jiddispjaċini meta nisma` lill-Onor.", "Jason Azzopardi jipprova jgħajjar lil din in-naħa b'dawn l-affarijiet għax żgur ma jafx daqsi x'ġara.", "Dak il-kuntratt ma tistax issejjaħlu ħlief kuntratt maħmuġ għax biex jingħata lil min riedu jagħtuh, kienu ħarġu jgħidu li l-vapuri ta` Għawdex se jiġu jiswew Lm24 miljun.", "Bl-iskop li jbaxxu l-istima, qatgħu l- ispejjeż ta' l-air- conditioning u qatgħu l-ispejjeż tal-pajpijiet li suppost jiġu tar-ram - dak iż-żmien qalu li m'hemmx għalfejn ikunu tar-ram - u qatgħu spejjeż oħra bħal dawn.", "Meta tlajna aħna fil-gvern u tkellimna ma` esperti barranin dwar il-bini ta` dawn il-vapuri, qalulna li jekk irridu naħdmu bil-ħadid nistgħu imma wara xahrejn jkollna nneħħu kollox.", "Aħna konna għednilhom li rridu naħdmu bir-ram u b'hekk telgħu l-ispejjeż għax telgħu għal Lm50 miljun.", "Ta` min jgħid ukoll li b'dak il-kuntratt li kienu ffirmaw f'kemm trodd salib, kienu marbutin li ma jistgħux jixtru spare parts jekk mhux mingħand il-kumpannija li taħdem il-vapuri.", "Niftakar li meta kont mort niċċekkja xi affarijiet sibt li jekk tixtri l-welding rods mid-drydocks kienu jiġu jiswew 2c il-waħda, mentri l-kumpannija li kienet qed tibni l-vapuri kienet qed tbiegħhom lix-shipbuilding bil-5c u s-6c il-waħda.", "Meta staqsejna dwar kemm dawn il-vapuri jaħlu fuel qalulna: Dawn se jġennukom bil-fuel li jaħlu!", "Meta fi żmien gvern Laburista għamilna l-kontijiet u rajna kemm spejjeż jinvolvu biex tħaddem il-vapuri ta` Għawdex u rajna daqsxejn kemm vjaġġi saru, kemm nies u karozzi qasmu minn Malta għal Għawdex u viċi versa, sibna li l-qligħ kien ta` Lm1.83 kull vjaġġ.", "Anke xarabank jaqla` iżjed minn hekk għal kull vjaġġ li jagħmel!", "Mhux bilfors li ma jkunx hemm qligħ jekk kull vapur jaħli Lm1,000 diesel kuljum!", "Issa l-vapuri damu ma tlestew għax min lil dawn tal-lum tahom il-parir li dawn jistgħu jittrakkaw mal-mollijiet, lili kien qalli li qabel ma jkunu lesti l-mollijiet ma tistax tibnihom il-vapuri la m'hemmx ma' fejn jittrakkaw.", "Evidentement il- gvern Laburista kellu nies li l-pariri kienu jagħtuhomlu kif jaqbel lilhom!", "Il-Ministru Ċensu Galea qal li fi żmienna kien hemm liġi mħawda.", "Allura jiena ngħidlu li l-attorney general imħawwad għax hu jagħmilhom il-liġijiet u mhux jien!", "Jekk hemm xi liġi mħawda, kif qed jgħid il-ministru, l- attorney general għamilha mħawda.", "Dan bħal meta sieħbi l-Onor.", "Mangion kien ingħata parir li dak tad-droga seta' jitlaq 'il barra.", "Nerġa` ngħid li jekk kellna xi liġi mħawda, huwa l-AG li ħawwadha għax kulħadd jaf li meta tiġi abbozzata xi liġi, il-ministru jagħti l-qafas tal-liġi lill-AG u mbagħad jirranaġaha hu.", "U mhux billi tan-naħa l-oħra jgħidulna li aħna nidħku bin-nies għax aħna ma dħakna b'ħadd għax ma wegħidna xejn lill- poplu.", "Kien hawn xi ħadd li qal li Fenech Adami ma qalx li mhux se jsiru taxxi.", "Jiena naħseb li jew hawn min qed jiġġennen jew ma nafx għax kulħadd jiftakru lil Fenech Adami jgħid li mhux se jżid it-taxxi!", "Kemm għajruna li m'għandniex kuxjenza soċjali - sa kellna wieħed min-naħa tagħna li kien jgħid li m'hawnx kuxjenza soċjali - iżda llum kulħadd waqa' fil-muta.", "Kemm kienu jgħidulna li mhux sewwa li nlaqqgħu l-parlament filgħodu u filgħaxija, u issa qegħdin naraw li f'daqqa waħda dak li kienu jgħajruna bih qed jagħmluh huma għax bħalna qegħdin jagħmlu, bil-parlament jiltaqa`filgħodu u filgħaxija.", "Sur President, dawn qed jgħajruna li l-liġi li konna għamilna aħna hija ħażina.", "Jiena ngħidlhom issa hemm huma fil-gvern u jistgħu jneħħuha, bħalma neħħew il-50c taxxa minn fuq il-mediċina.", "Kelliem min-naħa l-oħra tgħidx kemm qal li neħħa affarijiet il-gvern!", "X'neħħa l-gvern?", "Taparsi neħħa t- taxxa minn fuq il-mediċini, meta mediċina li kont trid Lm1.50 biex tixtriha llum trid Lm10!", "Xi ħadd min-naħa l-oħra jiġi jgħid li biex wieħed jiftaħ kawża l-qorti jrid iħallas 70% iżjed milli kien iħallas qabel?", "Ħadd ma jsemmihom dawn l-affarijiet.", "Sur President, inti bħala spiżjar taf li mhux veru li l-mediċini qed jorħsu.", "Veru li neħħejtu t-tariffa ta` 50c, imma issa x'ġara?", "Tmur biex tiġbor il-pilloli u jgħidulek li qegħdin out of stock.", "Jiena nippreferi nħallas dawk il-50c u meta mmur għall-pilloli ninqeda.", "Kemm kontu tgħidu li se tagħmlu l-iskema tat-tabib li trid inti b'xejn!", "Liema hu dak it-tabib li qed jiġi jara l-pazjenti b'xejn għax s'issa għadni ma nafx bih!", "Jarak b'xejn, mela ma jarakx għax trid tinża' biex jarak!", "Anke l-ministru tal-finanzi kien jiġi hawn u jgħidilna li hawn ħafna flus fl-idejn.", "Jiena ngħidlu: Mhux bilfors daqs dawn hold-ups, x'ma jkunx hawn flus fl-idejn!", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li anke tal- ħwienet tal-merċa qed ifallu tant kemm m'hawnx flus fl-idejn.", "Sur President, l-Onor.", "Ċensu Galea ma nafx kemm-il darba qal li l- oppożizzjoni ma tridx serjeta` meta dan ħadd ma qalu min-naħa tagħna.", "Aħna għedna li ma rridux ċerti affarijiet u żgur li m'għedniex li min isuq motorboat m'għandux ikollu liċenzja.", "Min qalha din?", "Imma lanqas ma nippretendi li biex ikolli liċenzja għandi nħallas Lm75, jew għax ikolli dgħajsa b'mutur żgħir irrid inħallas Lm50!", "Jekk l-avviż legali li konna għamilna aħna kien fih dawn l-affarijiet u inti qed tgħid li kien taħwida sħiħa, messkom irranġajtuh jew messkom neħħejtuh bħalma neħħejtu t-tariffa ta` 50c minn fuq il-mediċini.", "Jien kont nistenna lill-ministru jgħidli jekk hux veru li biex tinħareġ liċenzja ta' speedboat wieħed irid iħallas Lm10, li biex jgħallem l-iskiing irid iħallas Lm30 u biex jipprattika l- paragliding irid iħallas Lm75.", "Jiena kont nippretendi li l-ministru għat- turiżmu joħroġ b'mod qawwi kontra dawn it-tariffi għax b'dawn l-affarijiet se nkomplu nkissru t-turiżmu.", "Dawn huma l-affarijiet li stennejt li jgħidli l-ministru u mhux joqgħod jgħidli li l-gvern Laburista ma jridx serjeta' jew li għabbejna l-pajjiż bid-dejn.", "Jien għadni nisma' lil Lino Spiteri – għandi l-ikbar rispett lejh - ġimgħa wara li tlajna fil-gvern f'laqgħa tal- kabinett jgħidilna biex naraw x'se nagħmlu għax il-pajjiż imkisser.", "Ma naħsibx li l-gvern Laburista għamel id-dejn fl-ewwel ġimgħa!", "Sur President, ħalli ngħidlek x'sibt fil-kumpannija Gozo Channel meta jien kont il-ministru responsabbli.", "Issa ma ninsewx li din kienet kumpannija falluta u trid tkun iblaħ biex tixtri shares f'kumpannija falluta.", "Imma jiena sibt ittra li ntbagħtet minn żewġ shareholders li fiha talbu biex ibiegħu x-shares tagħhom.", "Imbagħad il-ministru, fuq l-istess karta li nkitbet l-ittra, lil dawn irrispondihom li l-gvern kien lest li jixtri x- shares tal-Gozo Channel b'Lm2.75 'il wieħed.", "Issa dan meta l-kumpannija kienet falluta u kellha tagħti 'l fuq minn Lm1.5 miljun f'pagi, bolol, diesel u affarijiet oħra.", "Dan hu t-taħwid li sibna aħna.", "Meta konna fil- gvern aħna, jien kont f'kumitat tal-finanzi ppresedut mill-prim ministru u darba minnhom konna ġejna informati li għandna nagħtu Lm3 miljun lill- kuntratturi tat-toroq.", "Il-prim ministru qalilhom biex iħallsuhom mill- ewwel ħalli neħilsu.", "Għal xogħol li kien sar fit-toroq sibna li kellna nagħtu Lm45 miljun.", "Lill-Knisja, peress li l-gvern Nazzjonalista qatt ma kien ħallasha, ma nafx kemm kellna nagħtuha għat-tmexxija ta' l-iskejjel tagħha.", "Konna sibna sitwazzjoni fejn lill-ministeru tas-saħħa ħadd mill- aġenti kuntratturi ma ried jissupplixieh għax il-gvern kellu jagħtihom madwar Lm93 miljun fi ħlasijiet b'lura.", "Dak hu li wiret il-gvern Laburista, Sur President.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li din il-mozzjoni li ressaqna m'hijiex tajba u jgħidu wkoll li ħafna mill-provvedimenti li hemm f'dan l-avviż legali għamilnihom aħna.", "Veru li biċċiet minnhom għamilnihom aħna għax aħna m'għandniex għalfejn nistħu b'dak li nagħmlu, imma la qed tgħajruna li dak li għamilna aħna mhux tajjeb, għax ma tneħħuhx!", "Aħna għalhekk ġibniha din il-mozzjoni biex dak li hemm ħażin inneħħuh.", "Imma intom mhux se tneħħuh biex meta n-nies jiġu mitluba jħallsu t-tariffi tgħidulhom: Dawn mhux aħna għamilnihom imma kien gvern Laburista li għamilhom.", "Għalhekk qed ngħidilkom la huma ħżiena għax ma tħassruhomx!", "Ħalli nfakkar x'sibt iżjed jien meta kont ministru għax tan-naħa l-oħra donnhom insew.", "Insib li kien sar kuntratt ta` Lm2 miljuni biex tinxtara art mill-posta.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-Ministru Dalli kien kiteb liċ-chairman ta' dak iż- żmien – illum dan l-individwu jiktbilna ħafna favur l-Ewropa - fejn qallu biex dik l-art ma jixtrihiex.", "Iċ-chairman ma qal xejn b'dik l-ittra lill- bord u għamel laqgħa malajr malajr biex jixtru l-art.", "Dawn l-affarijiet nibqa` infakkarhom dment li Alla jagħtini s-saħħa u nibqa' nfakkarhom għax il-gvern Laburista naddaf u rranġa.", "Wara li sar l-arranġament biex jixtru l- art, fil-konvenju niżżlu li min kien se jixtri kellu jħalli Lm250,000 ħalli jekk il-gvern ma jġibx il-permessi meħtieġa fi żmien sena, jitlef il- Lm250,000 u l-art terġa' tmur għand sidha.", "Qatt smajtuhom dawn l- affarijiet!", "M'iniex qed nigdeb tafux.", "Dawn tistgħu ssibuhom fil-minuti.", "Dakinhar il-Ministru Dalli kien qallu biex ma jixtrix l-art imma xorta waħda baqa' għaddej.", "Dan l-istess bniedem li lili kien kitibli ittra u qalli li jien pastaż u li ma jixraqlix inkun ministru.", "Dan kollu għax kont ġibt dik l-ittra li kitiblu il-Ministru Dalli hawnhekk.", "Ara dan jistax jgħajjarni pastaż lili meta għamel biċċa xogħol bħal din!", "Jiena nistaqsi: Veru li konna aħna li għedna li min għandu d-dgħajjes tal- kiri jrid iħallas Lm75 għal kull waħda?", "Din aħna għamilniha?", "Allura biex inkunu serji, kif qalilna l-Ministru Ċensu Galea, hemm bżonn nagħmlu liċenzja ta` Lm75 fuq kull dgħajsa?", "Aħna konna għamilna tariffa ta` Lm500 għall-jottijiet li jkun fihom daqs nofs din il-Kamra u dakinhar kienu ħarġu jgħajruna wkoll.", "Illum jammettu li meta jmorru biex iħallsu jgħidulhom li mhux huma għamluha imma għamilha gvern Laburista.", "Issa li kont minnkom, la din kien għamilha l-Partit Laburista fil-gvern u la intom qed tgħidu li hija ħażina, ħassruha u tiġbruhomx il-flus!", "Intom għedtu li l-Partit Laburista fil-gvern għamel 30 taxxa anti-soċjali.", "Mela x'intom tistennew biex tneħħuhom!", "It-tariffa tal-50c fuq il-mediċina kellkom il-ħila tneħħu biss?", "Jien li kont minnkom inneħihom kollha la m'humiex tajbin!", "X'fiha billi tneħħu dak li hu ħażin!", "Sur President, meta konna aħna fil-gvern, jien u sieħbi responsabbli mill- edukazzjoni ridna nagħmlu skola nawtika u konna diġa' tkellimna ma' organizzazzonijiet marittimi biex nagħmlu skola nawtika għall-Mediterran.", "Kien ġej kważi kollox b'xejn, inkluż il-bini ta` l-iskola.", "Aħna għamilna biss sena u tmien xhur fil-gvern u ma kellniex iċ-ċans inkomplu naħdmu fuqha.", "(Interuzzjonijiet) Kieku f'sena u tmien xhur għamilna dak kollu li kellna ppjanat konna nagħmlu l-ikbar miraklu.", "Illum l-iskola marittima marret taħt kaptan, mhux kaptan tal-baħar imma kaptan ta' l-armata.", "Nies kapaċi kellna imma bqajna bqajna sakemm kissirnihom, bħalma għamilna lill- Maġġur Abela tad-DCA.", "Dan kien l-iktar wieħed kwalifikat biex imexxi l- ajruport iżda qalulu li mhux tajjeb biżżejjed.", "Għaliex?", "Għax Laburist!", "Wara li neħħewh, mar Brussels u ta' l-Eurocontrol inkarigawh mill-airspace ta` Malta wkoll.", "Fl-awtorita' marittima hemm irġiel li ħdimt magħhom li jridu jirranġaw l- affarijiet imma hemm min qed jagħmlilhom il-bsaten fir-roti.", "Mhux qed ngħid li qed jagħmilhom il-ministru, imma hemm min jaqbillu li jibni l- imperu tiegħu ħalli jkisser il-bandiera Maltija.", "U mela tiġu tgħidulna li dak li għamilna aħna qed nitfgħuh fuqkom!", "Min qallek li qed nagħmlu hekk?", "Li nagħmel jien responsabbli għalih jien u ħadd iżjed.", "Jien kont naf li dak li għamilt għamiltu tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Neħħuhom la m'humiex tajbin!", "Kieku kont flokok inneħħi kollox!", "Jiena ma jidhirlix li biex tagħmel il-kontrolli u biex iddaħħal is-serjeta' hemm bżonn tagħmel liċenzja ta` Lm75.", "(Interruzzjonijeit) Aħna qatt m'għedna li dawn l- affarijiet ta' responsabbilta` ma rriduhomx.", "Iva, dħalna għar- responsabbilta' u aħna responsabbli għal dak kollu li għamilna.", "Lill-Onor.", "Jason Azzopardi ngħidlu li għadu żgħir u ma jaf xejn dwar dawn l- affarijiet.", "Jien niftakar li meta fl-1971 tlajna fil-gvern, konna sibna li l-gvern preċedenti kien poġġa ġebla waħda biex isir il-port ta' l-Imġarr.", "Niftakar kienu ġabu lill-kumpannija Taljana Socomar biex jagħmlu dan il-proġett, imma kif għedt kulma għamlu kienet ġebla waħda.", "Kellu jkun gvern Laburista biex beda u lesta dan il-port, sakemm wasal iż-żmien biex meta fl-1987 spiċċajna mill-gvern kien għad jonqos biss li jitpoġġew żewġ ġebliet.", "Is- sabiħa hi li l-Onor.", "Anton Tabone poġġa dawn iż-żewġ ġebliet hu u poġġa rħama u qal li l-proġett kien beda fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Veru li kien proġettat fi żmien Borġ Olivier imma kienet laħqet tpoġġiet ġebla waħda biss!", "Aħna għamilnieh kollu dak ix-xogħol iżda għax kien jonqos biss żewġ ġebliet li mbagħad tpoġġew fi żmienhom, qalu li dan il-proġett beda u spiċċa taħt gvern Nazzjonalista, l-istess storja bħal ta` l-isptar li wkoll kien beda taħt gvern Nazzjonalista.", "Għamlu sptar bid-djar b'kollox fejn joqogħdu t-tobba u kienu anke ġabu lir-Reġina u waħħlu rħama biex jgħidu li r-Reġina poġġiet l-ewwel ġebla.", "Miegħi jrid jitkellem l-Onor.", "Jason Azzopardi ħalli ngħidlu l-istorja kif inhi u minn xiex għaddejna!", "Sur President, tan-naħa l-oħra qalu li aħna ġibna din il-mozzjoni biex inqarrqu bin-nies.", "Jiena nistaqsi: Aħna xi darba għedna li jekk nitilgħu fil-gvern, in-nol tal-vapur ta' Għawdex se nġibuh kif kien?", "Kienu huma li qalu dan, imma llum Sullivan qed jgħid li ma jistax ikun li jraħħsu l- fares, anzi se jgħolluhom.", "Mhux intom għedtu li jekk titilgħu fil-gvern kulħadd se jkollu dritt jagħżel lit-tabib tiegħu b'xejn?", "Mhux intom għedtu li l-mediċini jkunu kollha b'xejn?", "Qabel l-elezzjoni għamiltu 232 wegħda u mbagħad kif tlajtu fil-gvern għamiltu oħra, li milli għedna m'hemm xejn!", "Tafx x'baqgħalkom twiegħdu, li min jivvota għalikom ma jmutx!", "Din biss baqgħalkom twiegħdu!", "Niftakar li l-prim ministru tagħna kien qalilkom li biex tagħmlu dawk l-affarijiet li kontu qegħdin twiegħdu, tridu tfallu lill- pajjiż għax dawk il-wegħdiet kollha ma tistgħux tattwawhom u fil-fatt m'għamiltuhomx.", "Meta konna fil-gvern lilna kienu jgħajruna għax ma nħaddmux il-catamaran.", "Mela jien miġnun se mmur nħaddem il-catamaran bi spiża ta` Lm1,000 kuljum!", "Kienu qalulna li dan huwa servizz soċjali għall- Għawdxin.", "Jekk tridu tagħtuhom servizz soċjali tajjeb, messkom iġġibuhom bil-helicopter u mhux bil-catamaran għax dak ikissirlek l-istonku!", "Ara issa m'għadhomx iħaddmuh il-catamaran għax indunaw li ma jaqbilx, Sur President.", "Sur President, f'dan l-avviż legali hemm xi affarijiet li għamilnihom aħna u ħadd ma qal li m'għamilnihomx aħna, imma mhux sewwa li nħalluhom hemm biex meta jiġu n-nies iħallsu noqogħdu ngħidulhom li dawn għamilhom il- Partit Laburista fil-gvern.", "Jekk mhux tajbin neħħuhom!", "Ara aħna diġa' qegħdin ngħidu li l-għada li nkunu fil-gvern, ħafna mill-affarijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern se nneħħuhom.", "Ħafna mill- awtoritajiet li waqqaftu biex ħloqtu jobs for the boys aħna nneħħuhom wara siegħa li nkunu fil-gvern!", "Dawn l-affarijiet li hemm f'dan l-avviż legali żammejtuhom għax hekk kien jaqbel u qed tinħbew wara l-Partit Laburista għax tistħu tgħidu li l-gvern Laburista ried jagħmilhom bilfors għax inkella ma kienx ikun hemm kontrolli.", "Imma intom tridu tinħbew, iżda aħna qatt ma nħbejna wara ħadd.", "Jien li jkolli ngħid dejjem għedtu.", "Il-ħażin ngħidlu ħażin u t-tajjeb ngħidlu tajjeb.", "Jien qatt ma ngħid li dak li għamel gvern Nazzjonalista hu kollu ħażin għax ma rridx li kif noħroġ barra nsib lil xi ħadd lest biex jeżaminali moħħi.", "Daqskemm intom tistgħu tgħidu li dak li għamel gvern Laburista hu kollu ħażin!", "Qabel l-elezzjoni m'għedtulhomx lin-nies li l-pensjoni sa tagħmluha sal-65 sena.", "Lanqas m'għedtulhom li meta titilgħu se tneħħu c-child allowance.", "Meta aħna għamilna c-child allowance, il-Knisja kienet ħarġet tgħid li dak dover - intom kontu tgħidu se tagħmlu l-family allowance, iżda bejn family allowance u child allowance hemm differenza – iżda intom qatt m'għedtulhom li jekk titilgħu ħadd m'hu se jieħu ċ-child allowance.", "Jien wieħed milli naqbel li c-child allowance għandu jeħodha mill-ikbar sinjur sa l-inqas fqir għax is-sinjur qiegħed iħallas iktar minni income tax u allura dak għandu dritt li jieħu dak li nieħu jien għax biex għandi ċ-child allowance, is-sinjur qiegħed iħallas income tax iktar milli nħallas jien.", "Dawn huma l-affarijiet li nemmnu fihom aħna imma intom neħħejtuhom dawn.", "Jien naqbel li, per eżempju, min għandu l-eluf tal-liri m'għandux jieħu tal- mard.", "Imma jekk fi żmienna biex ma teħux tal-mard ried ikollok Lm4,000 il- bank, illum li skond intom taħtkom il-poplu mar 'il quddiem, din is-somma għandha tiżdied u mhux tibqa` l-istess!", "Issemmiet il-VRT, Sur President.", "Il-VRT għamilniha aħna u bdiet taħt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, pero` aħna qatt m'għedna li din m'għamilnihiex aħna.", "Qatt m'għedna hekk.", "(Interruzzjonijiet) Le, qatt m'għedna hekk aħna.", "Ara għandekx il-ħila tikwotali minn x'imkien li aħna għedna li l-VRT għamiltuha intom!", "Tal-VRT għamiltha l-istess bħalma kontu se tagħmluha intom u mbagħad bdejtu titfgħuha fuqna.", "Jien ma qgħadtx ngħid li dik sibtha hemm għax jien kont u għadni nemmen fis-sigurta'.", "Tgħidx kemm qlajt fid-distrett għax bdew jgħidulhom li jien tellifthom l-elezzjoni għax għamilt il-VRT!", "Ara ma taħsbux li m'għaddejtx minnhom dawn l-affarijiet!", "Jien ili tletin sena hawn ġew, tafx!", "(Interruzzjonijiet) Min-naħa tagħkom u min-naħa ta' kulħadd.", "Mela fid-distrett m'hemmx tagħkom ukoll?", "Kieku tajjeb qiegħed waħdi fid-distrett!", "Aħna qegħdin ngħidu li hemm bżonn li l-poplu Malti jkollu d-dixxiplina.", "Jien qatt ma bżajt nagħmel id-dixxiplina u inti taf kemm hu iebes biex tmexxi l-ministeru għaliex il-ħin kollu trid iżżomm iebes għax appena tiċċaqlaq daqsxejn lejn naħa, issib min jipprova jfarrkek minn oħra.", "Imma jien qatt ma bżajt għax la nidħol għar- responsabbilta`, dak li jkun hemm bżonn isir nagħmlu.", "Sur President, jien inweġġa' meta nara li l-awtorita' marittima ma ħarġitx tiddefendi lis-sajjieda, u mela nagħmlu konferenza stampa u ngħidu li d- dimostrazzjoni li għamlu s-sajjieda hija illegali u se nieħdu passi kontra tagħhom.", "Kontra ħutna se nieħdu l-passi!", "Ħadd ma rahom lill-Isqallin iwaddbu l-fliexken u l-ġebel lejn il-Maltin?", "Donnu li lil dawk ħadd ma rahom!", "Mela biċċa ta' laqxa nara għandhiex il-liċenzja u 60 skuna ta' sajjieda barranin ġol-port lesti biex jieħdu ħobż il-Maltin ma jagħti kashom ħadd!", "Ħadd ma ħareġ jiddefendihom lis-sajjieda Maltin, lanqas l- awtorita` marittima.", "Irridu nkunu rġiel u ngħidu li dawn huma ħutna.", "Anke meta jiżbaljaw daqsxejn, xorta ħutna jibqgħu u m'għandniex niddefendu lill-barrani.", "Mela jekk għada pitgħada nidħlu fl-Ewropa, x'se jagħmlulna dawn?", "Jiġu għalina u jkissruna!", "Hekk se naħdmu?", "Dan hu dak li qegħdin niġġieldu għalih?", "U meta niġu ngħidu li l-oppożizzjoni trid tqarraq!", "Aħna qatt ma qarraqna b'ħadd.", "Jekk bħalma qal il-Ministru Ċensu Galea ma jmissniex għamilniha għax ħażina, m'għandux għalfejn jinkwieta l-ministru għax daqqa ta' pinna u jneħħiha.", "Jekk inhi ħażina għax l-oppożizzjoni għamlitha ħażina, daqqa ta' pinna u tispiċċa.", "M'għandux għalfejn jinkwieta imma mhux meta jmorru jħallsu għand il-pulizija jew għand l-awtorita' marittima, jgħidulhom li m'għamluhiex huma imma għamilha gvern Laburista!", "Dawn huma l-affarijiet li rridu, Sur President.", "Aħna rridu li jkollna skola nawtika serja u meta jrid nagħmlu dibattitu hawn dwar kif inhi sejra l-iskola nawtika!", "Nagħmluh ukoll jekk irid.", "L- iskola marret il-baħar għax illum ġiet bla saħħa.", "Illum qed jagħmlulhom ċerti affarijiet, iħallsu l-flus dak li qal sieħbi tal-Lm50 u ħadd ma jaf fejn qegħdin imorru.", "Hemmhekk kien hemm nies istruwiti, nies li għamlu sagrifiċċji biex għamlu l-awtorita' marittima.", "Kieku ma qgħadtx attent jien, anki l-kors li kien għamel Dr Attard riedu jeħdulu ta' l-awtorita' marittima.", "Kien hemm żewġ avukati li riedu jeħduh minn taħt idejh.", "Jien għidtilhom: X'tieħdu mingħand Dr. Attard!", "Kapaċi tagħmlu nofs li jagħmel hu?", "Dawn huma l-affarijiet li qed nitkellem fuqhom u ħadt pjaċir li ġibna din il-mozzjoni.", "Jien ġibtha għax bil-ftaħir kollu li tiftaħru nista' ngħid li qatt ma kellna diskussjoni fuq dawn l-affarijiet hawnhekk, affarijiet li jolqtu lill-poplu direttament u li l-poplu jħoss direttament.", "Aħna qatt m'għidna li min jitgħallem l-iskiing għandu jkun bla liċenzja.", "(Interruzzjonijiet) Ġie wieħed hawn u qal li ried jieħu l-passi ħalli jtellgħu l-qorti.", "Lil dak biss trid tieħu l-qorti?", "Għidlu jmur l-Għadira u Għajn Tuffieħa ħalli jara x'hemm tan-nies jaħdmu bla permess!", "Imbagħad għax hemm wieħed li għandu lukanda u għax huwa Laburist, is-surġent tal- pulizija jmurlu kuljum.", "Iżda fil-każ ta' ħaddieħor li m'għandu xejn hemmhekk, dan jinżel bil-landrover ikisser kull m'hemm u ħadd ma jgħidlu xejn.", "Imma ta' l-ewwel għax Laburist u għandu lukanda mmorru nfittxulu biex naraw jekk għandux x'umbrella taqbeż id-demarcation line!", "Imbagħad fil-każ ta' l-ieħor li mela kull m'hemm umbrelel qisu ma ġara xejn!", "Dawk jistgħu jagħmlu li jridu - umbrelel, jagħtu xebgħa lit-turisti, ikeċċu lit- turisti ...", "Fejn hu tat-turiżmu?", "Għidlu biex flok joqgħod hemmhekk, jagħmel kif kien jagħmel sieħbi l-Perit Karmenu Vella u filgħodu jaqbad il- karozza u jmur jara l-bajjiet biex jara hux veru dan.", "U mela niġu ngħidu li x-xtut indaf!", "Fejn huma ndaf ix-xtut?", "Ma tista' tgħum imkien!", "(Interruzzjonijiet) Intom bħal-lum tliet snin għedtu hawnhekk li n-nies ridtuhom jgħumu fil-Kottonera.", "Jien immur il-Kottonera u sikwit ikun hemm il-barbecues, sikwit ikun hemm nies jgħumu ...!", "Fejn hu dak li jinżel jgħum il-Kottonera?", "Dawn huma l-affarijiet li kienu jgħidu, Sur President.", "Din hi mozzjoni fejn aħna qed ngħidu li jekk għandek tħassarha, ħassarha.", "Jekk hi ħażina ħassarha, imma naħseb li din hi waħda mill-affarijiet tajbin.", "Jekk għamilha l-Partit Laburista b'mod żbaljat, bħalma neħħejtu tal-50c neħħu din.", "Din ħaġa żgħira għax flok tneħħi 50c tneħħi Lm200!", "B'miljun 'l hawn u miljun 'l hemm fejn aħna se nibqgħu issa!", "Mela allura m'għandekx għalfejn tinkwieta.", "Lili ħadd ma jista' jħammarli wiċċi.", "Jien li naf hu li l-Onor.", "Jason Azzopardi meta jrid jista' jiġi joqgħod hawn u ngħidlu l-ħmieġ fejn hu u d-diżordni fejn hi.", "(Interruzzjonijiet) Inti avukat, aqbad il-kuntratt tal-Gozo Channel u tara għaliex għamilnihom tard il-vapuri!", "Taf għaliex għamiltu tard il-vapur?", "GĦax dak li qiegħed jagħti l-pariri lilkom, lili kien jgħidli li jekk ma jkunx lest il-moll ma jkunux jistgħu jidħlu l-vapuri.", "Lil dak staqsi u mhux lili!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, is-seduta ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU : 313", "FAVUR : 26", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "KONTRA: 31", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Hyzler George | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina Dolores |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Dalli John |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Farrugia Jean |Refalo Michael | |Pierre | | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | | | | |", "Il-Mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 6 ta' Lulju 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "Kumitat Permanenti tal-Kamra", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputeriżżata - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni t'Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ilkoll nafu li ftit tal-ġranet ilu Malta għamlet rebħa importanti fin-negozjati tagħha ma' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li tajjeb wieħed jixtarr ftit il-kisba li għamlet Malta, li fi kliem il-prim ministru hija rebħa kbira għall-Maltin.", "Hawn ippermettili, Sur President, nifraħ lit-team ta' negozjaturi, speċjalment liċ-chief negotiator, is-Sur Richard Cachia Caruana.", "Jekk aħna verament għandna għal qalbna l-interess ta' Malta u jekk pajjiżna verament jiġi l-ewwel u qabel kollox, kull Malti ta' rieda tajba għandu għaliex ikun sodisfatt li rnexxielna niksbu arranġament speċjali li ebda pajjiż ieħor applikant ma rnexxielu jikseb.", "Din id-daqsxejn ta' blata f'nofs il-Mediterran akkwistat dak li ħaddieħor talab u ma ħax.", "Naħseb li dan kollu juri kemm pass wara pass, l-argumenti tal-kap ta' l-oppożizzjoni u tal-partit tiegħu qed jaqgħu wieħed wieħed.", "Bħal meta tilgħab il-bowling, titfa' l-boċċa u jaqgħu l- birilli waħda wara l-oħra, hekk ukoll l-argumenti ta' Alfred Sant kontra s- sħubija qed jaqgħu wieħed wieħed!", "Ejja nsemmuhom fuq fuq, Sur President.", "L-ewwel argument li l-kap ta' l-oppożizzjoni jħobb iġib kontra s-sħubija fl- Unjoni hu li Malta tkun pajjiż maħnuq, pajjiż mingħajr vuċi.", "Pero' ma ninsewx li fil-31 ta' Jannar 1999 Alfred Sant stess kien qal li Malta se jkollha biss żewġ membri fil-Parlament Ewropew u staqsa kif dawn jistgħu jiddefendu l-interessi tal-Maltin.", "Iva, f'Jannar ta' l-1999 kien bassar li se jkollna żewġ MEPs, pero' issa nafu li bit-Trattat ta' Nizza Malta akkwistat kummissarju bħal kull pajjiż ieħor.", "Bħall-Ġermanja, pajjiż bi 80 miljun ruħ, Malta se jkollha d-dritt li tassumi l-presidenza u kull Malti għandu jistenna dik l-ġurnata b'ansjeta' u fervur meta pajjiżna jakkwista l- presidenza ta' l-Unjoni.", "F'għadd ta' deciżjonijiet se tkun tgħodd ir- regola ta' l-unanimita', fosthom fuq il-VAT, fil-politika barranija u fid- difiża.", "Allura bħala membru ta' l-Unjoni, Malta se jkollha d-dritt u d- dover li tipparteċipa fi proċess ta' unanimita'.", "Se jkollna ħames membri fil-Parlament Ewropew u tliet voti fil-kunsill tal-ministri, kontra dak kollu li kien bassar il-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema, Malta ppreżentat każ sod.", "Minkejja ċ- ċokon tagħna, ippreżentajna każ sod u wasalna għal arranġament uniku.", "Argument li l-oppożizzjoni dejjem iġġib kontra s-sħubija ta' pajjiżna hu l- influss ta' l-Isqallin għax jgħidu li bi sħubija se jkollna invażjoni ta' Sqallin.", "Pero' bl-arranġament li l-Gvern Malti akkwista rnexxielna nwaqqgħu u nxejnu din il-biża' għax innegozjajna u akkwistajna kondizzjonijiet fl-interess suprem tal-poplu Malti u GĦawdxi.", "Dan hu arranġament uniku li jgħodd għad-daqs u ċ-ċirkostanzi tagħna li ebda pajjiż ieħor applikant ma rnexxielu jilħaq.", "Malta tagħna se tkun tista' tikkontrolla d-dħul ta' ħaddiema barranin għal seba' snin mid-data tas- sħubija, u dan jgħodd f'oqsma partikolari u ġenerali.", "Wara dan il-perjodu nafu li se jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jekk id-dħul ta' ħaddiema mill-Ewropa joħloq diffikultajiet, jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa.", "Issa mill-għada tas-sħubija, ħaddiema Maltin se jkunu jistgħu jiksbu esperjenza ta' xogħol u jmorru jaħdmu f'pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Mela x'qegħdin ngħidu?", "Qegħdin ngħidu li mill-għada tas-sħubija, il-Maltin jekk iridu jistgħu jmorru jsibu xogħol u jiksbu esperjenza u kwalifiki professjonali li se jkunu jgħoddu fil-pajjiżi kollha tal-komunita'.", "Pero' min-naħa l-oħra dan mhux dritt awtomatiku għall-Ewropej għax dawn ma jistgħux jiġu u jsibu xogħol bi dritt.", "Il-verita' sagrosanta hi li din il- biża' li nissel il-kap ta' l-oppożizzjoni hi biża' infondata għax iċ-ċaqliq tal-persuni jirriżulta li hu ferm inqas minn 2% fl-Ewropa kollha u ġeneralment nies minn pajjiżi fqar imorru f'pajjiżi aktar sinjuri u mhux bil-maqlub.", "Pero' apparti minn hekk, biex aħna nkunu extra cautious u ultra prudent ridna u rnexxielna niksbu dan l-arranġament speċjali proprju għaliex aħna pajjiż applikant.", "Kieku m'aħniex pajjiż applikant dan l-arranġament ma konniex niksbuh.", "Għalhekk dak li akkwistajna bi dritt awtomatiku li ħaddiema Maltin jiksbu esperjenza, xogħol u taħriġ fil-pajjiżi ta' l- Unjoni, dejjem jekk ikunu jridu, l-Ewropej mhux se jkollhom dak l-istess dritt awtomatiku.", "Kull Gvern Malti se jżomm f'idejh id-dritt għall-ewwel seba' snin li jekk ikun hemm theddida potenzjali – iva, minaccia potenzjali u mhux reali - ta' influss qawwi li jista' jidestabilizza s-suq tax-xogħol f'pajjiżna, ikun jista' jirrifjuta li jagħti permess tax-xogħol lil EU - nationals, ħaddiema ġejjn mill-pajjiżi ta' l-Unjoni u aktar minn hekk anke jissospendi l-acquis communautaire.", "Qegħdin naraw x'poteri Malta se tibqa' teżerċita?", "Ara naqra x'qegħdin ngħidu hawnhekk, x'poteri se neżerċitaw, Sur President!", "Dan il-pajjiż akkwista dan id-dritt li żgur mhux se jiġi eżerċitat b'kapriċċ, u jiena ngħid li qatt mhu se jiġi eżerċitat għax qatt mhu se jinqala' il-bżonn li jkun hemm dak l-influss qawwi.", "Pero' anke jekk jirriżulta li se jkun hemm dak l-influss, aħna qed inserrħu moħħna - u serraħna moħħ il-poplu - li Malta se tkun tista' tikkontrolla d-dħul tal- barranin anke wara l-ewwel seba' snin.", "Dan hu każ uniku u meta taħseb ftit tirrealizza x'irnexxielna nakkwistaw.", "Anke wara l-ewwel seba' snin, Malta akkwistat id-dritt għal dejjem, b'mod permanenti, li tissorvelja s- sitwazzjoni.", "Jekk jirriżulta li jkun hemm xi ċaqliq li jitlob soluzzjoni, hu l-Gvern Malti li jiddeċiedi x'ikun ta' theddida u mhux.", "Il-Gvern Malti se jibqa' sovran u se jiddeċiedi hu meta hemm theddida potenzjali għas-suq Malti jew le – nerġa' ngħid, mhux neċessarjament theddida materjali - imbagħad tinstab soluzzjoni flimkien ma' l-Unjoni.", "Sur President, jien inħobb nagħmel riferenza għall-argument tas-sovranita' biex nuri kemm verament l-argument tal-Partit Laburista fuq is-sovranita' ma jreġix.", "Jekk Malta tibqa' barra mill-Unjoni se nibqgħu sovrani, se nibqgħu indipendenti u l-Unjoni mhi se taffettwana assolutament bl-ebda mod.", "Niftakru li fis-sajf ta' l-1998, meta kien hemm gvern Laburista, il-Gvern Malti kellu jbaxxi rasu mingħajr ma jipparteċipa, mingħajr ma jgħid le, mingħajr ebda say whatsoever, għax l-Unjoni kienet obbligat lill-Gvern Malti li jaċċetta li ċerti dazji, ċerti taxxi fuq prodotti ġejjn mill- Unjoni jkunu daqs dawk fuq prodotti manifatturati hawn Malta.", "Dan sar sabiex ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra prodotti importati mill- Unjoni.", "Mela pajjiż kompletament sovran li mhux membru ta' l-Unjoni - u li dak iż-żmien ma kienx applikant għal sħubija fl-Unjoni - kellu jbaxxi rasu għad-deciżjoni ta' l-Unjoni mingħajr ma kellu l-ebda say, mingħajr ma kellu l-ebda possibbilta' ta' xejn li jinfluwenza dik id-deċiżjoni.", "In-naħa l-oħra ġġib ukoll l-argument tan-newtralita', Sur President.", "Dan ukoll nistgħu nwaqqgħuh meta nafu li hemm erba' pajjizi oħra newtrali.", "Hemm ukoll il-biedja li tant jippruvaw ibeżżgħu biha għax jgħidu li s-sħubija se ġġib fix-xejn il-biedja lokali, meta l-istess Partit Laburista fil-gvern kien aċċetta li jsir tibdil fil-biedja.", "Kien iffirma li l-protezzjoni tal- biedja trid tispiċċa, verita' sagrosanta din.", "Huma stess kienu aċċettaw li l-protezzjoni trid tispiċċa u li l-biedja tkun inkluża f'żona ta' kummerċ ħieles.", "Imbagħad jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni u jgħidilna li meta l-Maltin imorru barra minn Malta se jaħdmu fid-drenaġġ u jiġbru l-iskart!", "Hi tal- mistħija li ex-prim ministru jgħid kliem bħal dan.", "Dik hi l-fiduċja li għandu fil-ħaddiem Malti?", "Kif tista' tiffaċċja l-ħaddiema Maltin u tispiralhom fiduċja meta int qiegħed tgħidilhom li għada pitgħada jekk ikunu jridu jmorru jaħdmu, kapaċi jaslu biss biex inaddfu t-toroq, jiġbru l-iskart u jiftħu d-drenaġġ?", "X'mentalita' ta' sfiduċja!", "Il-kap ta' l- oppożizzjoni hu persistenti fl-isfiduċja li għandu fil-Maltin.", "Għal din jiddispjaċik u tirrabja.", "Smajna wkoll esponenti ta' l-oppożizzjoni jgħidu li t-tfal tagħna fi żmien seba' snin se jkollhom theddid kbir għall-għixien tagħhom, theddid kbir għax-xogħol tagħhom, u allura erġajna bl- iscaremongering mingħajr ebda bażi fattwali ta' xejn.", "Din kienet ir- reazzjoni prinċipali ta' l-oppożizzjoni.", "Sal-lum stess wara nofs in-nhar kellna lill-viċi kap u ex-ministru ta' l- affarijiet barranin, l-Onor.", "George Vella, li fi programm fuq super one radio ta' Manwel Cuschieri rrifera għall-Ispanjoli bħala xjaten.", "Imma kemm jiflaħ il-Partit Laburista jiddenegra u jiddisprezza l-pajjiżi li magħhom jgħid li jrid jinnegozja ftehim speċjali!", "Lil Mark Watts qalulu li tilef rasu, lill-viċi ministru ta' l-affarijiet barranin tal-Belġju qalulha li ma tafx x'inhi tgħid, lil Verheugen riedu jigdmulu lsienu, lil Pflugert għajruh bil-passat Nażista ta' pajjiżu, lill-Ispanjoli llum għajruhom xjaten u lill-Franċiżi ma nafx x'ma qalulhomx u lit-Taljani kien ħareġ Karmenu Mifsud Bonniċi jgħajjarhom ħallelin!", "Din hi t-tattika tal-Partit Laburista li jgħajjar u jitgħajjar.", "Jiddispjaċik li l-Partit Laburista waqa' f'dan il-livell li wasal biex iħammel il-qiegħ.", "Verament trid tkun oppożizzjoni li tkun qtajt qalbek li tikkonvinċi bl-argumenti, Sur President.", "Il-fatt li Malta tagħna hi l-uniku pajjiż li rnexxielu jakkwista dan il- mekkaniżmu biex jikkontrolla l-influss ta' ċittadini mill-Unjoni juri li dak li ridna akkwistajnieh.", "Aħna ma mmorrux Brussell biex inbaxxu rasna kif xi kultant jgħidulna - għalkemm issa ma tantx għadhom jgħiduhielna li aħna mmorru hemmhekk u nbaxxu rasna, rubber-stamping - imma mmorru hemmhekk biex nippreżentaw każ sod u serju.", "L-Unjoni wriet li tagħti kas iċ- ċirkostanzi partikolari ta' kull pajjiż, anki fil-każ ta' pajjiż żgħir bħalma hu tagħna, ngħidu aħna fejn jidħol ix-xogħol.", "Ejja nfiehmuh u nispjegawlu lill-poplu li minkejja dak li jgħid il-Partit Laburista u minkejja l-qagħad li hemm in-naħa t'Isfel ta' l-Italja, fejn għandek l- istess kultura u l-istess lingwa, ħaddiema min-naħa t'isfel ta' l-Italja mhux qed imorru jaħdmu fit-tramuntana tal-pajjiż.", "Fil-fatt skond \"The Economist\" ta' tmien ġimgħat ilu, fit-tramuntana ta' l-Italja, fil- Lombardia, hemm madwar 40,000 vacancy, imma xorta ma jistgħux isibu ħaddiema biex jimlewhom dawn il-postijiet.", "L-Isqallin mhux qegħdin imorru fejn għandhom l-istess lingwa, l-istess tradizzjoni, l-istess kultura.", "Allura kif tiġi tgħidli li l-Isqallin se jiġu Malta!", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed tgħidu \"The Economist\", l-istess rivista li fiha kien jikkontribwixxi l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Pero' biex nuru lill-poplu li aħna gvern serju u li ninnegozjaw b'mod serju, for prudence sake tlabna u akkwistajna dan l-arranġament speċjali, arranġament speċjali li lanqas l-Isvizzera ma rnexxilha takkwista.", "Il- famuża Svizzera li tant tissemma, fin-negozjati tagħha damet kważi għaxar snin biex akkwistat l-allegat ftehim speċjali, għax talbet ftehim f'16-il qasam u akkwistat ftehim f'sebgħa biss.", "Lanqas hi stess ma kienet kapaċi takkwista dan il-ftehim.", "Malta se jkollha d-dritt, li naturalment m'għandix nistenna li qatt jiġi eżerċitat b'mod kapriċċuż, li tissospendi l- implimentazzjoni ta' l-acquis communautaire, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-korp tal-liġijiet ta' l-Unjoni, jew f'qasam partikolari jew f'oqsma ġenerali.", "Meta wieħed jara dan kollu, anke s-safeguard clause – xi ħaġa li l-Awstrija kienet għamlet fl-1995 – isib li wara l-għeluq ta' l-ewwel perjodu ta' seba' snin, Malta akkwistat id-dritt li b'mod permanenti, b'mod dejjiemi, timmoniterja s-sitwazzjoni jekk ikun hemm theddida potenzjali ta' xi influss li jista' jċaqlaq il-labour market u dan id-dritt ikun enshrined f'dikjarazzjoni ma' l-accession treaty.", "F'dak il-każ, Malta tirrikorri għal soluzzjonijiet flimkien ma' l-Unjoni Ewropea iżda hu l-Gvern Malti li jiddeċiedi.", "L-istess safeguard clause kienet talbitha u ħaditha l-Awstrija fl-1995 meta ssieħbet, iżda għaddew sitt snin u l-Gvern Awstrijak qatt ma ħass il-ħtieġa li jirrikorri għaliha.", "Dan qed nitkellmu fuq l-Awstrija, pajjiż sinjur fil- qalba ta' l-Ewropa.", "L-Awstrija qatt ma ħasset il-ħtieġa li tiskatta din s- safeguard clause li talbet u akkwistat fl-1995.", "Kemm aktar allura Malta m'hi qatt se jkollha bżonn!", "Pero' aħna lill-poplu nirrispettawh u għalhekk akkwistajnilu dan d-dritt, biex allura jkompli jserraħ moħħu u jwarrab l-inċertezzi li jippruvaw jiżirgħu fl-imħuħ tan-naħa l-oħra.", "Il- verita' hi li aħna qed nippruvaw nagħtu direzzjoni lil dan il-pajjiż waqt li l-kap ta' l-oppożizzjoni reġa' qed joffri l-inċertezza.", "Aħna qegħdin nġibu r-riżultati waqt li Alfred Sant qed jippreżentalna slogans u slogans biss Aħna għandna l-kuraġġ li flimkien naslu waqt li Alfred Sant jipprova jaqta' qalb in-nies.", "Aħna qed ngħarrfu l-isfidi tal-ġejjieni waqt li n-naħa l-oħra hija ankrata ma' l-imgħoddi.", "Jien dejjem ngħid li tan-naħa l-oħra huma nies tal-bieraħ, politiċi tal-bieraħ, b'ideat tal-bieraħ għal Malta ta' għada, grupp ta' nies skaduti fl-ideat, oppożizzjon skaduta.", "X'differenza bejna u bejnhom!", "Aħna nafu x'inhi d-direzzjoni, nafu fejn irridu naslu.", "Il-Partit Laburista ma jafx x'irid, jaf biss fejn ma jridx jasal.", "Fuq ftehim speċjali smajna ħafna fi żmien gvern Laburista.", "Kienu jitkellmu ħafna fuq kummerċ ħieles u li se jagħmlu ftehim speċjali, kummerċ ħieles f'kollox kienu jgħidulna, anke fl-industrija imma mhux fl-agrikoltura.", "Iżda l-Unjoni għalqitilhom il-bieb f'wiċċhom u bil-pulit qaltilhom nini nini.", "Qaltilhom li m'għandhomx ċans jilħqu dan it-tip ta' ftehim għax anke jekk trid, dan ma tistax tagħmlu minħabba li hi marbuta bir-regoli tad-WTO, l-organizzazzjoni li tħaddan fiha l-pajjiżi kollha, tista' tgħid prattikament il-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Iżda Alfred Sant u l-akkolti tiegħu jibqgħu jippersistu u jippruvaw jiżgwidaw lill-poplu li dan il- ftehim speċjali jista' jintlaħaq għax hemm l-option.", "Le, m'hemmx option.", "Dik xi ħaġa finta u mhix alternattiva vera.", "Meta jkollok alternattiva vera tkun tista' tagħżel bejn żewġ toroq serji, toroq realizzabbli.", "Li tagħżel bejn xi ħaġa li tista' tintlaħaq u xi ħaġa oħra li hi biss ħolma, dik ma tgħidilhiex alternattiva.", "Dik daħka fil-wiċċ, dak qerq, dak ingann.", "Ma ninsewx li l-gvern ta' Alfred Sant kellu jaċċetta wkoll kummerċ ħieles fis- servizzi u kellu jaċċetta l-liberalizzazzjoni tal-kuntratti pubbliċi.", "U la qegħdin insemmu l-kummerċ ħieles, ejja nfakkru li bl-arranġament li Malta laħqet ma' l-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mal-freedom of movement of goods and services, nistgħu ngħidu li diġa' ksibna s-serħan il- moħħ, il-garanzija ta' kummerċ ħieles.", "Aħna nistgħu niftaħru li fin-negozjati li għaddejjin bħalissa ilħaqna ftehim dwar il-kummerċ ħieles, sewwa sew b'dawk il-kondizzjonijiet li wara d-diskussjonijiet ma' kulmin hu kkonċernat qisnihom tajbin.", "Wara dak li rnexxielna nakkwistaw mill-Unjoni dwar il-kummerċ ħieles ma' baqa' l-ebda sens li wieħed jibqa' jitkellem dwar żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l- Unjoni.", "M'għadhiex ħolma, m'għadux tragward għax it-target ilħaqnieh.", "Kif qal il-prim ministru fil-ftuħ tal-trade fair il-ġimgħa l-oħra fin-Naxxar, mhux biss ilħaqna ftehim daqshekk kmieni fin-negozjati ma' l-Unjoni imma fl- istess waqt li ksibna kummerċ ħieles, żammejna d-dritt li nagħmlu u neżerċitaw kontroll u nrażżnu d-dħul t'oġġetti f'pajjiżna jekk kemm il- darba nqisu li dan jista' jġib dannu f'xi wieħed minn diversi oqsma.", "Il-prim ministru semma dawn is-segwenti oqsma u nixtieq nerġa' nsemmihom jien – is-saħħa, is-sigurta' pubblika, il-moralita' pubblika, il- protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Dawn huma oqsma li aħna għad għandna dritt, se jkollna u se jibqgħalna d-dritt li neżerċitaw kontroll fuqhom.", "Dan minħabba li fi tmiem in-negozjati ma' l- Unjoni, Malta se tkun akkwisat id-dritt li tibqa' teżerċita kontroll biex trażżan id-dħul t'oġġetti li jipperikolaw xi wieħed minn dawn il-ħames oqsma.", "GĦalhekk il-ftehim li lħaqna kemm f'dak li huwa kummerċ ħieles u kemm għal dak li huwa freedom of movement ta' ħaddiema, juri li l-Unjoni Ewropea toffrilna ħajt ta' kenn li għandna bżonn biex niġġieldu l-perikli li hemm marbuta ma' kummerċ ħieles.", "Dawn huma t-tip ta' negozjati li qegħdin immexxu ma' l-Unjoni għax aħna rridu li verament inġibu l-aħjar kondizzjonijiet.", "Aħna mhux qegħdin immorru hemmhekk u nbaxxu rasna u ngħidu yes sir għal kulma tipreżentalna l-Kummissjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin immorru hemmhekk biex verament neżerċitaw id-dritt tagħna u nakkwistaw id-dritt tagħna li niksbu l-aħjar għal pajjiżna u nassiguraw li Malta t'għada tkun aħjar minn Malta tal-lum u dik tal-bieraħ.", "Dak hu r-raison d'etre ta' din il- politika ta' dan il-gvern.", "Il-missjoni tagħna hi li nassiguraw ġejjieni ferm aħjar għalina u għal min ġej warajna.", "Hekk jixraqlu dan il-pajjiż.", "Malta tagħna jixirqilha l-aħjar u dan il-partit fil-gvern hekk qed jagħmel għax qed jagħtiha l-aħjar.", "Grazzi.", "THE DEPUTY Speaker: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 6 ta' Lulju ta' l-2001, fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.45 p.m. l-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT - KONTIJIET PENDENTI", "26716.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25379, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d- dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u mingħajr abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna nfiq pubbliku u għaldaqstant il-poplu għandu dritt għaliha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25813.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "FINANZI - KONTIJIET PENDENTI", "26717.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25380, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d- dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u mingħajr abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna nfiq pubbliku u għaldaqstant il-poplu għandu dritt għaliha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirriferi l-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija 25814.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "EDUKAZZJONI - KONTIJIET PENDENTI", "26718.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25381, jista' il-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni tikkonċerna nfiq pubbliku u anke sabiex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d- dover tal-gvern li jonformaha, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi, kif ukoll sabiex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fil-ħlasijiet ta' kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?", "Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fit-trasparenza u f'amministrazzjoni bla ħabi u mingħajr abbuż?", "Fin-nuqqas li tingħata, jista' jagħti raġuni għala meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna nfiq pubbliku u għaldaqstant il-poplu għandu dritt għaliha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor Membru għat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 25812.", "Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina f'dik it- tweġiba tgħodd ukoll għal din.", "AIR MALTA - CABIN CREW TEMPORANJU", "26719.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kandidati magħżula għall-cabin crew temporanju ma' l-Air Malta bagħqux igawdu mill-istipendju?", "Jista' jiggarantixxi li l-proċeduri u kriterji kollha ta' l-ETC ġew esegwiti u osservati fl-aħħar intervisti li saru, fosthom li l-Air Malta għandha l- obbligu li tagħti spjegazjoni lill-istess ETC tal-proċeduri wżati, kif saru l-intervisti, kif saru l-għażliet u għaliex tkun intgħażlet persuna u mhux oħra?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta dawn intbagħtu lill-ETC u possibbilment ipoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill- Onor. Interpellant li mhuwiex il-kompitu tal-linja nazzjonali ta' l-ajru li tindaga dwar stipendju.", "Biss nassigura lill-Onor.", "Membru li l-proċeduri u l-kriterji mitluba mill- korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ġew esegwiti u osservati kollha meta sar ir-reklutaġġ tal-cabin crew temporanju.", "Iżda peress li ċerta informazzjoni dwar il-kandidati tista' tkun ta' natura kunfidenzjali, id-dettalji jinżammu mill-Air Malta u ma naħsibx li jkun prudenti li dawn isiru pubbliċi.", "GABBANI JBIEGĦU IKEL SĦUN", "26720.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gabbani awtorizzati li jbiegħu ikel sħun?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinstabu?", "Jista' jgħid x'kontroll hemm fuq l-iġene u x'inspections isiru u minn min isiru?", "Jista' jgħid ukoll x'servizzi infrastrutturali għandhom, e.g. dawl, ilma, drenaġġ, eċċ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi f`Malta u GĦawdex hawn 34 gabbana koperti b`liċenzja tan-negozju tal-pulizija li jistgħu jbiegħu ikel sħun.", "Dawn jinsabu l-Armier, Buġibba, l-GĦadira, GĦajn Tuffieħa, il-Ġnejna, il- Gżira, il-Ħamrun, Marsalforn, Marsascala, l-Imġarr, in-Nadur, il-Qawra, Hal Qormi, id-Dwejra, Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Belt Valletta, ix-Xagħra, ix- Xlendi u ż-Żejtun.", "Dwar l-aspett sanitarju u l-aspett infrastruttali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministri konċernati.", "RABAT- ALLOKAZZJONI TA' APPARTAMENT", "26998.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma kienx ġie allokat appartament minħabba xi problemi li kienu rriżultaw iżda issa li l-eta' għafsitu jeħtieġ li jsib appartament bla turġien, jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l- possibbilta li jsib xi soluzzjoni?", "Minħabba li l-persuna hija marida serjament, jista' jara li l-arranġamenti jsiru bla dewmien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-persuna indikata ma għandhiex applikazzjoni pendenti mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "MOSTA - TAŻ-ŻOKRIJA - XOGĦLIJIET", "26999.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tal-housing iwettaq xogħol ta' upgrading fl-inħawi taż-Żokrija fil-Mosta u jinkludi l-bini ta' ħajt tas-sejjieħ li hemm imġarraf fi Triq il-Biedja?", "Peress li l-ħamrija qed tinżel fit-triq, jistgħu jittieħdu passi immedjati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li x-xogħol indikat jaqa' taħt ir- responsabbilta' tal-kunsill lokali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "ĦEMSIJA - ŻBROFF TA' DRENAĠĠ", "27000.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 26303, cioe' dwar is-sitwazzjoni ta' żbroff ta' drenaġġ fl-inħawi tal-Hemsija u l- kumpens lill-bdiewa in kwestjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26303.", "MDP - HALIB XKUMAT", "27001.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26754?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mhux kompitu tal-ministeru tiegħi li jikkontrolla l- prezzijiet ta' prodotti li jistgħu jiġu importati liberament għall-konsum, li allura jgħodd ukoll għall-iskimmed milk powder.", "Lanqas jiddependi mill- ministeru x'tip ta' prodotti jitqassmu mill-kliniċi tal-gvern, kif qed jiġi issuġġerit mill-Onor.", "Interpellant.", "L-Onor.", "Membru jmissu jaf li l-MDP issa ilha għal ħafna żmien tipproduċi u tbiegħ ħalib xkumat frisk, ippakkjat b'mod l-aktar iġeniku, kif ukoll ta' tip li jissodisfa adegwatament il-bżonnijiet ta' dawk li minħabba saħħithom jenħtieġilhom jikkonsmaw ħalib xkumat.", "LOCAL FLIGHT MILL-IUICC U L-IOBSU", "27002.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jinformani għaliex l-ajruplani IUICC u IOBSU kienu Malta u jtiru local flight fiz-zona ta' Malta?", "X'garanzija għandu l-Ministru li dawn l-ajruplani ma jintużawx sabiex jibagħtu messaġġi minn fejn qed ipassi l-pixxispad u t-tonn fl-ibħra ta' Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-ajruplani IUICC u IOBSU ma jirriżultax li kienu Malta u għaldaqstant ma setgħu għamlu ebda local flight fiz-zona ta' Malta.", "GĦAMMIERI - FARM ESPERIMENTALI", "27003.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformana bir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26758?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li r-risposta għall- mistoqsija parlamentari 26758 ingħatat fis-26 ta' Gunju, 2001.", "DEFAULTER NOTICES", "27027.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid din is-sena kemm inħarġu defaulter notices in konnessjoni ma' end of year forms FS3/FS7 li ma jkunux ġew sottomessi fil-ħin?", "Normalment meta jinbagħtu dawn il-notices?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'Marzu ta' din is- sena, id-dipartiment ħareġ 4530 avviż bil-posta lill-employers li kienu għadhom ma bagħtux id-dokumenti FS3/FS7.", "L-IKLIN - TRIQ IL-WIED - FTUĦ TA' BARRIERA", "27028.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-barriera li hija ppjanata li ssir fi Triq il-Wied, l-Iklin, jistgħux jittieħdu passi biex ma tiġix imblukkata l- entratura għad-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li diġa ttieħdu passi biex issir laqgħa mar-residenti tad-djar li jiġu wara din il-crash barrier u mal-kunsill lokali ta` l-Iklin, sabiex ix-xogħol li se jsir ma jkunx ta` tfixkil għal dawn ir-residenti.", "UE - CONSULTANCY FUQ EIAs", "27029.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jgħid jekk tistax tiġi mwieġba mistoqsija pendenti dwar nefqa fuq l-istudji kollha li saru in konnessjoni ma' applikazzjoni għas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja?", "ONOR.", "JOE BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġa kelli okkażjoni ngħid b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 18411, l-EU directorate ma kkummissjona ebda consultancy għal studji u economic impact assessments fuq materji li huma parti mill-acquis communautaire fiż-żmien speċifikat fil-mistoqsija u ma sar l-ebda tibdil minn dak iż-żmien 'il hawn.", "Dan japplika mhux biss għall-EU directorate iżda għall-ministeru tiegħi kollu.", "Kif għedt fir-risposta għall-mistoqsija 18411 fuq imsemmija, l-EU directorate pero` għamel użu minn dawn il-flus biex iffinanzja ċerti consultancies li ġew ikkummissjonati minn ministeri oħra.", "L-EU directorate ma kienx involut la fil-formazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla għal dawn il- consultancies u l-anqas fl-għażla nnifisha tal-consultants.", "Lista tal- consultancies li ġew iffinanzjati mill-EU directorate minn dawn il-fondi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta li fiha ngħatat ir-risposta għall-mistoqsija 18411 imsemmija.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar studji oħra li ġew ikkummissjonati u mħallsa minn ministeri oħra għadha qegħda tinġabar mill- ministeru tiegħi biex inkun nista nipprovdi lill-Onor.", "Interpellant bl- informazzjoni mitluba.", "Għalhekk risposta bid-dettalji kollha tingħata f'xi seduta oħra, sakemm l-Onor.", "Interpellant ma jridx jagħmel mistoqsija individwali lil kull ministeru konċernat.", "BAJJIET IMNIGGSA - INFECTIONS", "27030.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' Il- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' infezzjoni minħabba bajjiet mniggsa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat illi t-taqsima tħaris tal-mard fi ħdan id- dipartiment tas-saħħa pubblika għada sal-lum ma rċeviet ebda notifika dwar infezzjonijiet ikkaġunati minn bajjiet mniġġsa.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - OVERTIME", "27031.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega x'inhi r- raġuni li għar-riġward tad-dipartiment bini u tiswija ta' djar, l-individwu li ismu qed jintbagħat separatament qed jibqa jibbenefika min overtime b'mod kontinwu filwaqt li ħaddiema oħra le?", "X'inhu x-xogħol li jagħmel dan l-uffiċjal?", "Għalfejn dan dejjem jidħol is-Sibt?", "Kemm irċieva flus f'overtime tul dan l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li għandu l-Onor.", "Interpellant hi żbaljata, fis-sens li din il-persuna mhijiex impjegata tad-dipartiment iżda tagħti servizz lid-dipartiment u għalhekk mhux veru li titħallas ta' l- overtime.", "BINI U TIWSIJA TA' DJAR - EX-IMPRESSED DRIVERS", "27032.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tal- ħaddiema li kienu impressed mad-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar, jekk dawn ġewx tal-post?", "Min meta dawn saru hekk tal-post u kemm kien hemm li ġew tal-post?", "X'inhu r-rwol tagħhom u x'responsabbilta' ġew mgħotija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impressed ġew tal-post - kien hemm tlieta li ġew tal-post - mill-1 ta' Ottubru 2000.", "Ir-rwol tagħhom, apparti minn dak ta' xufiera, jinkludi x-xogħol ta' messaġġiera, bħat- teħid ta' korrispondenza bl-idejn, tqassim ta' files fl- uffiċċju, eċċ. BINI U TISWIJA TA' DJAR - OVERTIME", "27033.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l- kriterji applikabbli sabiex jiġi deċiż min jieħu overtime u min ma jeħux fid-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li bħalissa fid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar l-ammont ta' overtime huwa limitat ħafna.", "Fil-fatt apparti minn xi section heads, l-uniku overtime qed jinħadem mill-iskrivani fis- segretarjat tad-direttur.", "Ħaddiema oħra, l-aktar dawk tekniċi, li jkollhom joqogħdu wara l-ħin fuq xogħol ta' superviżjoni ta' xogħlijiet, jingħataw time-off- in- lieu flok overtime.", "IKLIN - TRIQ ERARDI - ART PUBBLIKA", "27034.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' Il- Ministru jgħid jekk biċċa art li tintuża bħala parking area minn stabiliment tan-negozju, liema art tinsab wara Triq Stefano Erardi fl- Iklin, hijiex proprjeta' tal-gvern?", "Jekk fl-affermattiv, jikkonsidra l- Ministru li din l-art tiġi embellished u wżata bħala post ta' rekreazzjoni għat-tfal ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu gentilment mitlub li jaghti aktar dettalji dwar l-art inkwestjoni, anki privatament, peress li donnu hemm iktar minn parking area wahda.", "SPTARIJIET - PAZJENTI NFETTATI BL-MRSA", "27035.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' Il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħafna każi ta' pazjenti nfettati bl-MRSA qed jitħallew fis-swali minflok jintbagħtu fis-sala li kienet infetħet apposta għal każi simili?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI - DEPUTY NURSING OFFICERS", "27036.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' Il-Ministru tgħid kemm hemm vakanzi ta' deputy nursing officers fl-isptar ta' Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li fl-isptar ġenerali ta' Għawdex bħalissa hemm ħames vakanzi ta' deputy nursing officers.", "ŻJARA TAL-PAPA - TIME-OFF GĦAN-NIES TAL-GARAXX TA' L-AMBULANZI", "27037.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' Il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li jaħdmu fil-garaxx ta' l-ambulanzi u li ddaħħlu jaħdmu meta ma kienux duty, meta hawn Malta kellna l-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, il-ħin maħdum ma ngħatax bħala overtime iżda bħala time-in-lieu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuni li jaħdmu fil-garage u li ddaħħlu jaħdmu meta ma kienux duty meta kellna l-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l- Papa, tħallsu time-off- in-lieu skond ċirkulari maħruġa mill-OPM datata 8 ta` Mejju, 2001.", "HAZ-ZABBAR - TRIQ IR-REDENTUR - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT", "27038.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari 26973, minħabba li bil-ħajt li hemm madwar barumbara fi Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar spiss ikun hemm inċidenti li fihom ikorru n-nies, u minħabba li dan il-ħajt iservi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti u in vista li r-roads department ilu li talab għat-twaqqigħ ta' dan il-ħajt mis-snin sebgħin, jista' il-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għadha pendenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-pjanti li kienu ġew sottomessi mill-applikant ma kenux juru l-għoli tal-hajt propost.", "Infatti l-applikant intalab jissottometti pjanti godda li jindikaw l-għoli tal-ħajt kif propost, large scale drawing li juri l-materjal uzat u l-metodu ta' kostruzzjoni u disinji godda fejn juru li l-hajt ma jispiccax f'nofs il-hajt ezistenti tal- barumbara.", "Kif l-awtorita` tircievi l-pjanti l-godda u sakemm dawn ikunu accettabli, jintbaghat DPA report mill-aktar fis.", "DUAL CITIZENSHIP - PASSAPORTI", "27039.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26550?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' passaporti mahruga mill- ambaxxati ta' Malta barra l-pajjiz lil persuni li kkwalifikaw biex ikollhom cittadinanza doppja huwa kif jidher hawn taht:-", "|Kummissjoni Gholja, |809 | |fl-Awstralja | | |Kummissjoni Gholja, |457 | |fir-Renju Unit | | |Konsulat Generali, |478 | |Kanada | | |Missjoni Permanenti, |15 | |Nazzjonijiet Uniti | | |Ambaxxata ta' Malta |20 | |f'Ruma | | |Ambaxxata ta' Malta |18 | |f'Washington | | |Ambaxxata ta' Malta |5 | |f'Pariġi | | |Ambaxxata ta' Malta |4 | |f'Brussels | | |Ambaxxata ta' Malta |4 | |f'Beijing | | |Ambaxxata ta' Malta |3 | |f'Bonn | | |Ambaxxata ta' Malta fi|3 | |Tripli | | |Ambaxxata ta' Malta |2 | |fil-Kajr | | |Ambaxxata ta' Malta |1 | |f'Ateni | | |Ambaxxata ta' Malta |1 | |f'Rijad | | |Ambaxxata ta' Malta |1 | |f'Madrid | | |Ambaxxata ta' Malta |1 | |f'Tunes | | |Total |1,822 |", "MDC/MGI/MIMCOL – INVESTIMENT", "27040.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' Il-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-investiment li għamel il-gvern permezz ta' l-MDC, l-MGI u l-MIMCOL?", "Kemm minn dan l- investiment sar fl-aħħar sentejn u nofs?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-valur ta' l-investiment li sar mill-gvern permezz ta' l-MDC hu ta' Lm455,797.", "Il-valur totali ta' investimenti f'ishma miżmuma mill-MIMCOL u l-MGI huwa ta' Lm31,935,981.Matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, l-investiment li sar mill-MIMCOL u l-MGI kien ta' Lm417,125.", "Dwar investiment magħmul mill-MDC matul dan il-perjodu, nirriferi lill- Onor. Interpellant għall-aħħar estimi ġenerali.", "DEJN MINN INTRAPRIŻI PUBBLIĊI", "27041.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm hu t-total ta' dejn li daħlu għalih korporazzjonijiet u intrapriżi pubbliċi jew ikkontrollati mill-gvern u li għalih il-gvern daħal garanti?", "Liema huma l-entitajiet li daħlu għal dan id-dejn u kemm hi s- somma garantita mill-gvern għal kull entita'?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajtu fil-mistoqsija parlamentari 21090.", "HEPATITIS C", "27042.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm hawn persuni jbatu minn Hepatitis C?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat illi mill-1997 sal-lum ġew irrapportati 11- il każ ta` Hepatitis C.", "HIV - TESTIJIET", "27043.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena u kemm minnhom irriżultaw positive?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` testijiet li saru għall-HIV antibodies mill-bidu ta` Jannar 2001 sa l-aħħar ta` Ġunju ta` din is-sena huwa ta` 2748.", "Minn dawn 11 irriżultaw positive.", "UNIVERSITA' - STUDENTS MAINTENANCE BOARD", "27044.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26961, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti kollha minn kemm ilu jiltaqa' il- bord ta' manteniment għall-istudenti.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhix il-prattika li l-minuti ta' bordijiet tal-gvern jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI - KUNTRATTI GĦAT-TRASPORT", "27045.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid kemm intnefqu flus għat-trasport mid-dipartiment tas- servizzi farmaċewtiċi matul is-snin 1998, 1999 u s-sena 2000?", "Kemm ingħataw kuntratti għat-trasport matul dawn is-snin, lil min ingħataw u kemm sewa kull kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - FAKULTA' TAL-LIĠI - STUDENTI", "27046.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bdew il-kors tal-BA fl- istudji legali u umanistiċi organizzat mill-fakulta' tal-liġi mill-1990 sal- lum?", "Kemm minnhom spiċċaw il-kors u minn liema pajjiż ġejjin?", "Jista' jgħid wkoll jekk dawk li spiċċaw il-kors hux qed jaħdmu hawn Malta u fejn qed jaħdmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LA SALLE - QLIGH GĦAT-TARZNA", "27047.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-qligħ għat-tarzna ta' Malta mill- kuntratt tax-xogħol li sar fuq il-vapur USS La Salle?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija 26962.", "SISTEMA TA' LIĊENZJAR GĦALL- MEDIĊINALI", "27048.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u t-trattativi mal-korpi kostitwiti u l-unions rigward l-introduzzjoni ta' sistema ta' liċenzjar għal prodotti mediċinali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.", "PRODOTTI MEDIĊINALI - SPEZZJONIJIET", "27049.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24197 - fejn għamilt riferenza għall-ispezzjonijiet tal-GMP li jsiru minn żmien għal żmien minn esperti barranin lil kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali - u jgħid jekk minn dakinhar li staqsejt il-mistoqsija sal-lum inbidlux iċ- ċirkostanzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|Sena |Ispettorat |Spiża | |1998 |State Drug |LM1,430| | |Inspectorate, | | | |Iceland | | |1999 |Medical Products, |4,017 | | |Sweden | | |2000 |Medicine Control, |14,928 | | |UK | |", "L-aħħar spezzjonijiet tal-GMP saru s-sena li għaddiet.", "SKEJJEL INDIPENDENTI - ĦLAS LIL ĠENITURI", "27050.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid meta ġiet ikkalkulata s-somma li se tingħata lil kull ġenitur ta' studenti fi skejjel indipendenti, sekondarji u primarji.", "Jista' jgħid jekk itteħdux in konsiderazzjoni l-ħlasijiet li jagħmlu l- ġenituri għat-trasport, photocopies eċċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-ministru ta' l-edukazzjoni.", "SKEJJEL INDIPENDENTI - MIŻATI OGĦLA", "27052.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' Il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel indipendenti li diġa informaw lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni li għas-sena skolastika li jmiss se jgħollu l-miżati?", "B'kemm?", "Kemm kienu l-miżati matul din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SPTARIJIET - MOBILE PHONES", "27053.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid fl-isptarijiet ta' l-Istat teżistix xi sistema ta' mobile phone, fis-sens li set tat-telefon jista' jittieħed ħdejn pazjent biex jirċievi u/jew jgħamel telefonata?", "Jekk fl-affermattiv, fejn jeżisti dan is- servizz?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ST LUKE'S - NUGRUFUN MIĊ-ĊUMNIJA", "27054.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex isolvi l- problema tan-nugrufun li ħiereġ miċ-ċumnija ta' l-isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Inħareġ tender għall-bdil ta` l-inċeneratur b'teknoloġija avanzata.", "Saru rakkomandazzjonijiet bl-għajnuna ta` esperti barranin u preżentement qed nistennew l-award min-naħa tad-director of contracts.", "ABBUŻI FUQ TFAJLIET TAĦT L-ETA'", "27055.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi ta' kull sena tfal taħt l-eta' qed joħorġu tqal, numru li qed jiżdied ta' kull sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq abbużi ta' din il-kwalita' f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma tinzammx statistika komputerizzata tat-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "L- istatistika li tinzamm tikkoncerna abbuzi ta' kull tip fuq tfal.", "Ta' min jghid illi f'kaz ta' tqala li tkun rizultat ta' reat, biex il- pulizija tkun tista` tipprocedi bil-qorti tenħtieg il-kwerela tal-parti offiza, sakemm l-għemil ma jkunx sar b'abbuz tas-setgha ta' genitur jew ta' tutur, bi vjolenza pubblika jew flimkien ma' reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku.", "ASSISTENT DIRETTUR TAL-KURRIKULU", "27062.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' Il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-ħatra ta' assistent direttur tal-kurrikulu?", "X' qed iżomm lill-Ministru li japprova u jiffirma l- ħatra tal-persuna magħżula?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dan hu proċess tal-PSC li qed jieħu l-kors normali tiegħu.", "EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM 2001", "27064.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' Il-Ministru jgħid kemm tfal qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum 2001?", "Kemm subien u kemm bniet?", "X'riżultati kisbu?", "Minn liema skejjel u minn liema lokalitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi kkompilat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL PRIMARJI - STUDENTI LI JITILFU L-EŻAMI ANNWALI", "27065.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' Il-Ministru jgħid kif jiġi deċiż ir-riżultat finali ta' studenti primarji li jkunu tilfu l-eżami annwali minħabba xi mard serju biex jiġi stabilit f'liema klassi jintbagħtu għas-sena ta' wara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għall-istudenti li jkunu morda fl-eżami annwali tittieħed il-pożizzjoni tagħhom f'kull suġġett fl-eżami ta' nofs is- sena.", "Jintgħażel student li jkun ġie preċiżamet qabel u ieħor li jkun ġie wara.", "Fl-eżami annwali tittieħed il-pożizzjoni ta' dawn iż-żewġ studenti assenti, jingħaddu l-marki tagħhom u jinħadem l-average.", "Din tkun il- marka ta' l-istudent li kien marid.", "Din il-proċedura tiġi applikata għal kull wieħed mill-ħames suġġetti.", "KURRIKULU MINIMU NAZZJONALI", "27066.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid xi flus hemm il-ħsieb li jiġu vvotati għall- implimentazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali għas-sena skolastika 2001 - 2002?", "Kif se jiġu minfuqa dawn il-flus?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil- ministeru fil-ħin meħtieġ biex jintbagħat fl-uffiċċju ta' l-Iskrivan tal- Kamra, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEC - STUDENTI", "27068.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti sekondarji għall-eżamijiet SEC fis-sessjoni ta' Mejju 2001 mill-iskejjel ġenerali sekondarji tal- gvern, mill-junior lyceum, mill-iskejjel tal-knisja u mill-iskejjel privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi vverifikat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAN TUMAS - TRIQ L-IKĦAL -TWAĦĦIL TA' LAMPA", "27069.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru ġentilment jara ma' l-Enemalta jekk tistax titwaħħal lampa fi Triq l-Ikħal, San Tumas, Marsascala, triq ferm mudlama minkejja li hi ferm abitata?", "Billi din it-talba ilha ssir għal żmien twil, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari oħra, possibbli li Enemalta tgħid jekk din il-lampa hix ser issir jew le għax hemm pressjoni ġusta mir- residenti biex din issir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni.", "ST LUKE'S - ADALAT TABLETS", "27070.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid jekk mara anzjana b'mezzi finanzjarji limitati, li tgħix bil-pensjoni u li qed ikollha tixtri l-Adalat għax pilloli oħra li kienet tingħata minflokhom mill-isptar qalulha li kienu qed jagħmlulha side- effects u ġiet ordnata mit-tabib tagħha biex terġa' tibda tieħu l-Adalat minflokhom, hux possibbli li jipprovdulha dawn it-tablets mill-isptar għax qed ikollha tixtrihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-drug and therapeutics committee jeħtieġ id-dettalji tal-persuna konċernata f'din il-mistoqsija parlamentari biex ikun jista` jistħarreġ il-każ.", "Barra minn hekk, trid tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija 13567.", "AFM - ŻJARA TAL-KMANDANT FIĊ-ĊINA", "27071.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-eżitu taż-żjara tal-Kmandant Montanaro fiċ-Ċina?", "Jista' jgħid jekk sarx xi ftehim partikolari bejn l-armati taż-żewġ pajjiżi dwar armamenti u taħriġ militari?", "Jista' il-Prim Ministru jgħid x'se jkun il-follow-up ta' din iż-żjara?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-kmandant tal-forzi armati ta' Malta ġie mistieden biex iżur iċ-Ċina mill-kmandant tal-forzi armati taċ-Ċina u ġie milqugħ mill-istess kmandant kif ukoll mill-ministru tad-difiża.", "Żar stakkamenti ta' l-armata, forza ta' l-ajru u bażi navali.", "Ġie ffirmat ftehim bejn iż-żewġ kmandanti fejn iċ-Ċina qed tagħti għotja ta' RMBs 3 miljun, ekwivalenti bejn wieħed u ieħor għal Lm150,000, li jistgħu jintużaw biex jinxtara materjal għall-armata miċ-Ċina.", "Waqt iż-żjara kollha, il-kmandant tal-forzi armati kien akkumpanjat mill- Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina.", "VAT FUQ IL-PROVVISTA TA' EDUKAZZJONI", "27076.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26683, jista' fl-interess pubbliku l-Ministru jagħti tweġiba kollettiva dwar l-iskejjel kollha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħalma spjegajt fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari 26567, taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud il-provvista ta' edukazzjoni hija eżenti.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "27077.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' Il-Ministru jara li koppja żagħżugħa li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħatalha s-servizz tat-telephone?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill- Maltacom sabiex tiġi kkonsidrata.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - XOGĦOL IS-SIBT", "27078.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' Il-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad- dipartiment bini u tiswija ta' djar, kemm kienu l-okkazjonijiet fejn segretarji rrapportaw għax-xogħol fil-ġurnata tas-Sibt u tħallsu overtime?", "X'kienet ir-raġuni u min kienu dawn is-segretarji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kienu tmienja l- okkażjonijiet li fihom tnejn mis-segretarji rrapportaw overtime fil-jum tas- Sibt.", "Dawn daħlu biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-volum konsiderevoli ta' xogħol li għandu d-dipartiment.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - MOBILE PHONES", "27079.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru għar-rigward tad- dipartiment ta' bini u tiswija ta' djar jgħid kemm inxtraw telecards għall- mobile phones u kemm kien il-valur fi flus għall-istess f'dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nxtraw 26 telecard għall-valur ta' Lm10-il waħda.", "Dawn it-telecards kollha nxtraw fl- 2000 u l-2001.", "HOUSING AUTHORITY - PAGAMENTI", "27080.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Viċi Prim Ministru jara li jitmexxew l-aħħar pagamenti mill-housing authority tal-koppja anzjana, li l-partikolaritajiet dwarha qed jintbagħtu separatament?", "Jekk hemm xi problemi, tista' l-awtorita' tinforma lil din il-koppja bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill- ministru konċernat.", "BINI U TISWIJA TA' DJAR - UFFIĊĊJU SEGRETARJALI", "27081.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Għar-rigward tad-dipartiment bini u tiswija ta' djar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu segretarji miegħu u kif inhuma mqassma r-responsabbiltajiet tagħhom?", "Min huma l-uffiċjali li taħthom jaqgħu dawn is-segretarji?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li fid-dipartiment indikat fil- mistoqsija, is-segretarjat tad-direttur hu magħmul minn uffiċjal eżekuttiv, erba' skrivani u uffiċjal tekniku.", "L-ismijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi ta' dawn il-persuni huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GUDJA - RESERVED PARKING", "27082.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li l- partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, ikollha reserved parking space għax ilha li applikat mill-bidu ta' Marzu 2001 u għadha bla risposta?", "Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ftit ġimgħat ilu, il-bord tal- kummissjoni li jeżamina applikazzjonijiet għal reserved parking bagħat rakkomandazzjoni pożittiva lill-bord għall-kontroll tat-traffiku dwar l- applikazzjoni li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Applikazzjonijiet ta' dan it-tip jieħdu ċertu tul ta' żmien biex jiġu proċessati primarjament għax il-kummissjoni obbligata tikkonsulta mal- kunsill lokali konċernat qabel tibgħat ir-rakkomandazzjoni tagħha."]} {"filename": "20011024_625d_par.doc", "date": "2001-10-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 625 L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 625", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "625", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 162", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 162", "TQEGĦID TA' KARTI 167", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR (IT-TIENI QARI)", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL (SECOND READING) 167", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IBĦRA TERRITORJALI", "U Ż-ŻONA KONTIGWA (IT-TIENI QARI)", "TERRITORIAL WATERS AND CONTIGUOUS ZONE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 175", "AĠĠORNAMENT 187", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 191", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 624 li saret fit-23 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SANTA MARGERITA – TRASPORT PUBBLIKU", "28817.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jistħarreġ u japprova servizz tal-karozzi tal-linja aktar spiss fl-inħawi ta' Santa Margerita, peress li s-servizz kull siegħa m'huwiex jakkomoda l-bżonnijiet tar-residenti?", "Jista' jara li dawn l-arranġamenti jsiru qabel tibda x-xitwa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li s-servizz li qed jingħata preżentement huwa skond l-iskeda li tidher hawn taħt – qed ngħid għar-rotta 157 li mill-Belt tgħaddi via Floriana, Hamrun, Mile End, Sta Venera, B'Kara u tispiċċa Santa Margerita – iżda xorta waħda l-awtorita' se tara kif tista' b'xi mod ittejjeb dan is- servizz.", "Skeda mit-Tnejn sal-Ġimgħa, matul is-sena kollha:", "|Tluq |Dħul/Tluq |Dħul | |mill-Be|minn Sta |ġol-Belt | |lt |Margherita | | |07:10 |07:45 |08:20 | |08:10 |08:45 |09:20 | |09:10 |09:45 |10:20 | |10:10 |10:45 |11:20 | |11:10 |11:45 |12:20 | |12:10 |12:45 |13:20 | |13:10 |13:45 |14:20 | |14:10 |14:45 |15:20 | |15:10 |15:45 |16:20 | |16:10 |16:45 |17:20 | |17:10 |17:45 |18:20 | |18:10 |18:45 |19:20 | |19:10 |19:45 |20:20 |", "Skeda – Sibtijiet", "|Tluq |Dħul/Tluq |Dħul | |mill-Be|minn Sta |ġol-Belt | |lt |Margerita | | |08:10 |08:45 |09:20 | |09:10 |09:45 |10:20 | |10:10 |10:45 |11:20 | |11:10 |11:45 |12:20 | |12:10 |12:45 |13:20 | |13:10 |13:45 |14:20 |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi fil- bypass ta' San Pawl il-Baħar?", "Qegħdin jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġu evitati inċidenti serji fi Triq Burmarrad, li minnha bħalissa qed jgħaddu ħafna heavy vehicles u allura hemm iċ-ċans li ċċedi jekk tagħmel ix-xita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, il-bypass ta' San Pawl il-Baħar kemm-il darba ġiet diskussa kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra u għad ma kienx hemm konklużjoni dwar min huwa responsabbli għall-ħlasijiet tax-xogħol li jrid isir hemmhekk.", "L-ammont ta' flus involuti biex b'xi mod jiġi kostruwit retaining wall ta' madwar sitt sulari għoli biex jilqa' għat- tafal li t-triq hija mibnija fuqu huwa kbir u ma rridx niġi fil-pożizzjoni li wara li jkun sar ix-xogħol, jiġi allegat – kif fil-fatt diġa' ġie allegat fil-ġurnal Laburista \"KullĦadd\" aktar minn sena ilu meta t-triq kienet ingħalqet – li se jkun hemm min jipprova jirranġa din it-triq a spejjeż tal-gvern biex jaġevola lil xi sid jew ieħor.", "Qabel ma jkun hemm konklużjoni preċiża dwar min hu responsabbli mill-ħlasijiet ta' dan ix- xogħol, se jkun diffiċli ferm li x-xogħol ikun jista' jsir.", "Fir-rigward tat-triq minn Burmarrad lejn il-Mosta, fejn għaddej ix-xogħol ta' reconstruction, tajjeb wieħed jgħid li l-arranġament kif inhu llum huwa tali – almenu s'issa għax probabbli se jkollna nagħlqu lane minnhom meta niġu biex naqtgħu biċċa oħra mill-istess triq – li jippermetti t-traffiku li jitla' u jinżel 'il isfel fl-istess ħin fil-wiesa' li hemm.", "Ironikament in-nies tal-lokal qegħdin jgħidu li mn'Alla qiegħda one lane both ways għax qed iħossuhom ferm aktar safe minn qabel meta t-traffiku kien jgħaddi minn two lanes u kulħadd kien jagħmel li jfettillu.", "F'dan l-istadju l-arranġamenti jidhru li huma sodisfaċenti għall-bżonnijiet tal-lum u se jibqa' hekk sakemm niġu biex inkomplu l-kumplament tat-triq.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx difetti, speċjalment meta l-kuntrattur innifsu jaqbad il-crane u flok jipparkjah fejn suppost jipparkjah f'nofs ta' triq, bil-konsegwenza li jħalli konfużjoni sħiħa warajh, jew li ma jkunx hemm min biex iġorr gaffa jew bulldozer ma jgħaddix minn fejn għandu jgħaddi, jikkawża traffic jam u affarijiet bħal dawn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtx xi road safety officer biex din it-triq tingħata l-attenzjoni xierqa qabel ma jinqala' xi inċident serju, peress li fiha tħaffru ħafna kanali u issa qegħdin fi żmien li tagħmel xi ħarba xita?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'pajjiżna m'aħniex imdorrijin nagħmlu xogħol taħt il-wiċċ tat-triq, kif qed nagħmlu bħalissa f'dawn l-inħawi, u hemm min jarah irrilevanti - bl-ebda mod ma jiena qed nirriferi għall-Onor.", "Farrugia - u allura ma jagħtix kasu.", "Jien ngħaddi kontinwament minn hemmhekk u jekk hemm xi ħadd li jixtieq li din it-triq tkun lesta huwa proprju jien, kemm bħala ministru kif ukoll bħala rappreżentant ta' dik l- area.", "Madanakollu wieħed ma jistax jipprova jagħmel affarijiet li sal-lum ma konniex imdorrijin nagħmluhom mingħajr ma jieħu l-prekawzjonijiet kollha li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Id-dipartiment tat- toroq dejjem jiġbed l-attenzjoni lill-kuntrattur biex kemm jista' jkun xogħol simili jitħaffef, pero' naturalment tagħmel x'tagħmel dejjem taqlagħha.", "Fil-fatt kien hemm min gerger għax dan ix-xogħol inbeda fis-sajf u jien persważ li kieku nbeda llum, xorta waħda kien jiġi l-Onor.", "Farrugia jew xi deputat ieħor u jitkaża għax inkunu bdejnih issa.", "Meta tkun taf li x- xogħol se jestendi ruħu għal numru ta' xhur, bħal f'dan il-każ li mit- tender stess jidher li x-xogħol se jieħu madwar sena biex jitlesta - kultant anke minħabba li x-xogħol mingħalik li jkun se jdum tant biex jitlesta u minflok jeħodlok aktar, naturalment mhux dejjem tort tal- kuntrattur għax jista' jkun li x-xogħol jibda jħabbtek - wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.", "F'dan il-każ il-kuntrattur ġie mitlub joqgħod attent u jara li l-fażijiet tax-xogħol li jkun qed jaħdem fuqhom isiru b'tali mod li jekk tagħmel ix-xita ma ssirx ħsara akbar.", "Fil-fatt jidher li l-kuntrattur miexi ma' dan il-programm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiena li qed ngħid hu li hemm ċans tajjeb li tagħmel xi ħalba xita minn mument għall-ieħor.", "Għaddejja xi tip ta' diskussjoni bejn l-awtoritajiet tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex jekk kemm-il darba jkun hemm xi għarar, jiġu salvagwardati n-nies li jinqabdu fih?", "Irridu niftakru li hemmhekk jgħaddi wied kbir u anke ġieli għerqu n-nies.", "Jien għalhekk qed nistaqsi biex mhux imbagħad wara li l- affarijiet jissuċċiedu noħolqu ħafna panic stations.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jiena wkoll wieħed minn dawk li qed nitlob li tagħmel x-xita għax naf li għandna bżonnha u beżgħan li jiġri kif ġara kemm-il darba fil-passat sfortunatament, li meta s-sajf ikaxkar iżżejjed, hemm il-biża' ta' xi maltempata kbira li tikkawżalna problemi mhux biss fit-triq ta' Burmarrad imma madwar il-pajjiż kollu.", "Għal dak li jirrigwarda l-ilma, il-qagħda tat-triq ta' Burmarrad kif inhi llum, fejn għandek nofs it-triq li hija metru aktar baxxa mill-kumplament tat-triq u mbagħad terġa' f'dak in-nofs tat-triq hemm gandott li huwa maħsub biex minnu jgħaddu s-servizzi aktar 'il quddiem, huma żewġ żvogi li fihom l-ilma se jaqbeż mall-ewwel u allura m'hemmx ċans li jkun hemm għarar jekk ix-xita tagħmel b'mod qawwi.", "Madanakollu hemm preokkupazzjoni oħra li tirrigwarda l-area minn Għajn Rihana sa ħdejn il-ground tal-football ta' Burmarrad.", "F'dak it-tul tat-triq hemm raba' tajjeb ħafna li jipproduċi prodotti agrikoli s-sena kollha u bl-ebda mod ma rridu nesponuh għall-possibbilta' ta' għarar.", "Fil-fatt it-trinka saret b'mod li jekk tagħmel ħafna xita l- ilma jasal sa ħdejn il-ground tal-football.", "Il-post bejn verament hemm lok ta' għarar li ma jħallix lanqas it-traffiku jgħaddi, huwa proprju fl-inħawi ta' ħdejn il-ground.", "Diġa' kelli domandi parlamentari fejn diversi membri parlamentari staqsewni fejn se jisbokka l-ilma li se jkun għaddej mill- pajpijiet ta' l-ilma li saru apposta għall-ilma tax-xita.", "Sal-lum il-pożizzjoni hi li l-ilma jasal ħdejn il-ground ta' Burmarrad – iżda issa minflok mill-wiċċ tat-triq se jkun għaddej minn ġol-pajpijiet – imma sfortunatament imbagħad minn ħdejn il-ground sa ħdejn Kennedy Grove, matul il-wied għandna problema kbira li akkumulat matul is-snin, fejn dawk li kienu l-passaġġi ta' l-ilma antiki spiċċaw – hemmhekk il-bużnanniet kellhom il-kanen ta' l-ilma jgħaddu minn ġor-raba' – u allura hemm il- probabbilta' li bħalma ġara kull darba li għamlet ix-xita, meta l-ilma jasal ħdejn il-ground tal-football ta' Burmarrad jerġa' jiżbokka fl-inħawi tar-raba' għax l-ilma m'għandux minn fejn jgħaddi u allura jerġa' jkollna għarar fir-raba' ta' dawk l-inħawi.", "L-intenzjoni tad-dipartiment tat-toroq hi li wara li titlesta dik il-fażi tax-xogħol, inkunu nistgħu b'xi mod inwasslu l-ilma minn fejn jinġema' għall-baħar – dan jista' jsir b'diffikultajiet kbar u l-Bambin biss jaf kemm se jkun hemm min jilmenta għax se nħarbtulu r-raba', jew aħjar il- passaġġ ta' l-ilma li sar raba' – u b'hekk insolvu din il-problema.", "L- aktar ħaġa ideali hi li jkollna reservoirs fejn nilqgħu l-ilma, pero' nafu x'inhuma l-limitazzjonijiet u x'inhuma l-problemi f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jispjega x'se jiġri mbagħad mill- flow tat-traffic?", "Għax barra dawn il-problemi katastrofiċi li jistgħu jiġu kkawżati lill-bdiewa, se jkun hemm il-problema tat-traffiku li se jkun iddevjat għal dawk l-inħawi - minħabba l-problema li semma' l-Ministru stess fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar u anke minħabba li dik il-parti tat- triq f'dan il-każ tkun mgħarrqa - u dan meta t-triq tas-Salini se tkun għadha magħluqa.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex naraw nistgħux nagħmlu diskussjonijiet mas-sezzjoni tat-traffiku tal-pulizija u mal-protezzjoni ċivili, bil-għan li nkunu dejjem on the go u naraw li l-pubbliku jkun moqdi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-dipartiment tat-toroq flimkien ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar f'diversi lokalitajiet ħadu dawk li jissejħu t- traffic counts li fil-fatt jindikaw x'tip ta' traffiku jgħaddi minn toroq partikolari.", "Imma l-Onor.", "Interpellant irid japprezza li meta jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikollok l-għarar bilfors ikun hemm disturbances notevoli f'dak li huwa flow tat-traffiku, fis-sens li kulħadd jipprova idabbar rasu u jgħaddi minn postijiet mhux tas-soltu fejn m'hemmx probabbilta' li jgħaddi l-ilma u allura jinħolqulek problemi ta' traffiku.", "Madanakollu r-rabta tax-xogħol f'Burmarrad mal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ma tantx treġi għax l-ewwelnett fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar hemm diffikultajiet kbar minħabba x-xogħol ta' kostruzzjoni - nispera li s- sitwazzjoni ma taggravax ruħha u niġu fil-pożizzjoni li jkollna nagħlqu din il-bypass għax hemm ċans li t-tafal ikompli jitkaxkar u jkollna problema akbar – iżda sakemm għandna lane waħda li tista' topera, il-problema tat- traffiku fil-bypass mhux faċli li tinħoloq.", "Konxju li ħafna nies kellhom inċidenti u ħabtu mal-barriers li hemm fit-triq; konxju wkoll mill-fatt li kien hemm ħafna signs u cones u tiskanta kif ikun hemm min japprofitta ruħu u jisraqhom.", "Madanakollu f'dan l-istadju ma narax diffikulta' għal dak li huwa flow tat-traffic, sakemm ma tinqalax xi waħda li tkun ferm akbar minn dak li huwa maħsub fin-normalita'.", "RABAT - ĊIMITERJU", "28858.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani xi żviluppi kien hemm dwar il-proposta pendenti tal- komunita' tar-Rabat, l-Imtarfa u l-Baħrija sabiex isir ċimiterju ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li s-sitwazzjoni ma nbidletx minn kif kien ġie rrapportat b'risposta għal mistoqsija parlamentari nru.", "24062, cioe' li d-dipartiment għadu qiegħed jistenna r- rakkommandazzjonijiet mingħand l-awtorita` ta` l-ippjanar u d-dipartiment ta` l-artijiet għal post alternattiv.", "Għaldaqstant ikun aktar opportun jekk l-Onor.", "Interpellant jirriferi tali mistoqsija lill-ministru responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li t-tali problema ilha pendenti s-snin u kulma jmur qiegħed dejjem jikber il-bżonn li din tiġi rrimedjata, jista' l- Ministru jara jekk hux possibbli li min-naħa tad-dipartiment tiegħu jerġgħu jqajmu l-każ mad-dipartiment ta' l-artijiet u ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nassigura lill-Onor.", "Farrugia li dawn l- abbokkamenti ma' dipartimenti oħra għadhom għaddejjin.", "Barra minn hekk, kelli wkoll l-opportunita' li jkolli żewġ laqgħat ma' persuni li wrew ix- xewqa li jesploraw il-possibbilta' li ċerta art privata issir ċimiterju.", "Lil dawn xi tliet xhur ilu kont tlabthom jibagħtu proposta formali iżda sal- lum għadna ma rċevejna xejn.", "Nista' nassigura lill-kollega tiegħi illi d-diviżjoni wkoll qiegħda tfittex forma ta' soluzzjoni għal din il-problema, xi ħaġa li ma teżistix biss fir- Rabat – nifhem li fir-Rabat hija problema akuta minħabba li l-post qiegħed dejjem jikber – għax qed tolqot diversi nħawi oħra.", "Tant hu hekk li qed jerġgħu jsiru sforzi mill-ġdid biex nipproduċu l-masterplan għaċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.", "BIĊĊERIJA - OVERTIME", "28866.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-PQ 28224, possibli l-overtime dovut ta' Lm16,444.80 jkopri biss il-perjodu minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Iva, jien informat li l-ammont imsemmi ikopri s-sahra għall-perjodu minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jirriżultalu l-Ministru li kawża ta' dan l-overtime li għadu ma tħallasx, il-biċċiera waqfu jagħmlu ċerti xogħlijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk qed nidħaddtu fuq overtime dovut lill-ħaddiema tal-biċċerija tal-beef intervention – qed ngħid għal dawk li jaqilgħu l-laħam minn ma' l-għadam – li barra li jagħmlu x-xogħol normali tagħhom, jagħmlu wkoll dan ix-xogħol extra li għalih jitħallsu skond kemm- il kilo ta' laħam jagħmlu.", "Effettivament sa xahrejn ilu hekk kienet is- sistema imma issa bit-tibdil li sar f'din is-section, ix-xogħol ta' sparpaljar ma baqgħux jagħmluh huma.", "Dan ix-xogħol illum qed isir min- negozjant stess li jixtri l-baqar u l-bhejjem mingħand ir-raħħala.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li jirriżulta li l-azzjoni mittieħda mill- biċċiera hija għax ma tħallsux ta' l-arretrati, jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx timeframe meta dawn il-pagamenti dovuti se jsiru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid nagħmilha ċara li din is-sistema inbidlet mhux għax il-ħaddiema ma kenux qed jitħallsu imma għaliex dawn kienu tant magħfusin bix-xogħol tal-qatla.", "Il-verita' hi li hemm numru żgħir ta' ħaddiema li kienu jagħmlu dan ix-xogħol u ma felħux jaħdmu aktar.", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm żmien meta ma tantx kienu jitniżżlu baqar minħabba l-marda li kien hawn, iżda mbagħad f'daqqa waħda beda nieżel numru kbir, u dawn il-ħaddiema ma setgħux ilaħħqu max-xogħol.", "Allura ġie deċiż illi minflok il-biċċier jibda jitħallas b'ċertu rata, jitħallas b'rata oħra għax id-deboning beda jagħmlu l-middleman.", "LABOUR DATA", "28889.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-revizjoni fil-labour data kellhiex impatt fuq il-GDP?", "Peress li skond il-website ta' l-NSO - eżattament fis- sezzjoni sources and methods, national accounts – l-uffiċċju jasal għaċ- ċifri tal-GDP billi jimmoltiplika ċ-ċifri ta' l-impjiegi ta' l-ETC fid- diversi setturi bi stima tal-paga fis-settur, u billi bir-revizjonjiet ta' l-ETC waslu biex inbidlu ċ-ċifri ta' l-impjiegi fid-diversi setturi, jista' l-Ministru jgħid jekk l-NSO hux se joħroġ revisions tal-GDP mill-1983 'il hawn li jieħdu konsiderazzjoni ta' dawn ir-revisions ta' l-ETC?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-impatt tar-reviżjoni tal-labour data fuq il-GDP għad irid jiġi stabilit.", "Iċ-ċifri tal-korporazzjoni tax- xogħol u taħriġ ma jintużawx b'mod esklussiv u għal kull settur sabiex jiġi ddeterminat il-GDP min-naħa ta' l-income, pero' jintużaw meta tagħrif ieħor minn sorsi oħra ma jkunx biżżejjed.", "L-aħħar reviżjoni tad-data tal-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ ma kellhiex impatt qawwi fuq il-GDP.", "Pero' f'dan ir-rigward nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jikkonsulta ruħu ma' paġna 21 ta' l-economic survey għall- ewwel disa' xhur tas-sena 1997.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Japprezzax il-Ministru li għandu jsir sforz, b'mod partikolari meta l-GDP f'termini reali qed jindika negative growth, biex dan l-impatt, żgħir jew kbir, tar-reviżjoni tal-labour data, joħroġ kemm jista' jkun malajr biex wieħed ikollu stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, bil-pożizzjoni li qed jieħu l-uffiċċju ta' l-istatistika mhux se jinbidlu b'mod sinifikanti r- riżultati li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Membru.", "Dak ir-riżultat huwa dovut primarjament għal settur partikolari – qed ngħid għas-semi-conductors - u huwa dovut ukoll għall-fatt li l-profitti f'dan is-settur niżlu minħabba tnaqqis fil-prezz tal-prodott.", "Dan wassal għal tnaqqis żgħir overall, pero' jekk wieħed jifli s-sitwazzjoni sew isib li l-bqija ta' l- ekonomija, li għaliha jirrispondu 136,000 ħaddiem, kibret b'4%.", "Nerġa' ngħid li mill-informazzjoni li għandi min-naħa ta' l-istatistika, ma nistennix li din ir-reviżjoni tal-labour data għandu jkollha xi effett sinifikanti fuq iċ-ċifri ppubblikati.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenza tal-qorti datata 2 ta' Ottubru 2001, b'riferenza għal xogħol fil-pixxina tal-waterpolo club ta' San Ġiljan, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28989; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar membri fuq bordijiet, awtoritijaiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru ta' l- intern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28988.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "MR SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 t'Ottubru.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, din in-naħa tal-Kamra diġa' għamlet il- pożizzjoni tagħha ċara dwar dak li l-gvern qed iressaq quddiemna u anke spjegat kif wieħed kien jistenna li f'abbozz ta' liġi bħal dan, dak li jħossu ċ-ċittadini għandu jiġi indirizzat ukoll.", "Per eżempju, jien kont nistenna li qabel ma jiġi drafted abbozz ta' liġi dwar dan il-qasam, kienu se jsiru ċerti diskussjonijiet biex naslu biex nagħrfu l-vantaġġi u l- iżvantaġġi li tista' ġġib magħha għada pitgħada l-privatizzazzjoni f'dan ir- rigward, filwaqt li niddeċiedu fuq il-limiti li għandu jkun hemm.", "Aħna nafu x'jiġri f'pajjiżi oħra fejn forsi hemm xi ftit tal-libertinaġġ f'dak li huwa logħob u nafu wkoll x'inhuma l-iżvantaġġi għall-awtoritajiet Maltin f'dan il-qasam, liema żvantaġġi kienu, għadhom u jibqgħu jeżistu.", "Ngħid għalija, il-lotteriji m'għandhomx ikunu mezz biex il-poplu jitgħabba b'aktar taxxi.", "Veru li lill-gvern jipprovdulu another source of revenue, biss jien nemmen li bil-flus li jiġbor il-gvern jista' jgħin ħafna aktar finanzjarjament lill-għaqdiet volontarji, kemm jekk dawn ikunu għaqdiet sportivi, kif ukoll jekk ikunu għaqdiet kulturali, għaqdiet ta' karita` u każini tal-baned, aktar u aktar meta hemm fosthom min jorganizza lotteriji u logħob ieħor għal xi għan nobbli, bħal per eżempju fil-każ ta' persuni b'diżabilita`.", "Illum ilkoll nafu li minkejja li l-gvern - meta kien qed jinnegozja ma' l-HSBC fuq il-bejgħ tal-Mid-Med Bank - kien għamel eloġji sħaħ dwar il-vantaġġi li skond hu konna se niksbu, minn kif żviluppaw iċ- ċirkostanzi wieħed jista' jifhem aħjar dak li l-oppożizzjoni dejjem sostniet fil-kritika tagħha.", "Wisq nibża' li l-istess se jerġa' jiġri f'dan il-qasam.", "Apparti mill-fatt li dawn il- bidliet li se nagħmlu se jneffqu lill-amministrazzjoni ħafna iktar, jien nemmen li se joħolqu diffikultajiet li għada pitgħada jista' ma jkollniex iktar kontroll fuqhom.", "Sur President, prattikament illum is-sistema tal-lotteriji u ta' logħob ieħor għadha f'idejn l-Istat biex ikun jista' jagħmel monitoring kemm tal- mod ta' kif il-gambling jista' jaffettwa lis-soċjeta` tagħna kif ukoll tal- mod ta' kif għada pitgħada l-profitti mill-gambling ikunu jistgħu jiġu utilizzati għal għanijiet sostenibbli.", "L-għan tagħna m'għandux ikun biss dak li nipprivatizzaw jew li nagħmlu l-awtoritajiet biex forsi jkollna xi ftit jobs for the boys.", "Aħna suppost li għandna l-impenn importanti li nifhmu u nikkaratterizzaw il-viżjoni tagħna skond dak li nesperjenzaw fil- ħajja ta' kuljum għax b'hekk biss nistgħu nagħmlu evalwazzjoni realistika.", "Jien ma rridx li jkun hawn min jaħseb li aħna antikwati.", "Aħna nafu li kieku l-poplu tagħna m'għamilx il-bidliet kollha li għamel matul dawn l- aħħar 30 sena, kieku dan il-ġens m'huwiex dak li hu llum, avolja kien hawn diversi mustaċċuni li kienu jsostnu li jekk jitilqu l-Ingliżi jispiċċa kollox.", "Fil-fatt, minkejja li għaddejna 180 sena taħt l-Ingliżi - u kulħadd jaf li l-Ingliżi kienu pijunieri fil-qasam ta' l-avjazzjoni - meta ġejna biex waqqafna l-Air Malta, dan stajna nagħmluh bl-appoġġ tal-poplu tal-Pakistan, poplu intelliġenti imma bi problemi soċjali kbar.", "Qed inġib dan l-eżempju biex ma nitfgħux kollox f'basket wieħed.", "Jien nirrispetta l- intelliġenza ta' kulħadd, il-kapaċita` ta' kulħadd u l-mustaċċi li għandu kulħadd, imma mbagħad hemm ċerti realtajiet li ma tistax tibdilhom.", "Per eżempju, fl-opinjoni tiegħi, fid-diskors tiegħu ta' dalgħodu, il- Ministru Ċensu Galea seta' kien iktar konsistenti.", "Jien naf li l-ministru jgħaddi regolarment mit-triq ta' Burmarrad, pero` l-fatt hu li f'dawk in- naħat hemm ħafna toroq magħluqa.", "(Interruzzjonijiet) Inti jinteressak biss li tiġbor it-taxxi, ħabib tagħna!", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien li jinteressani huwa li meta nkunu qed nitkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi ma nitkellmux dwar it-triq ta' Burmarrad!", "Mr Speaker, inti fid-dover li tieħu l-passi neċessarji.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, dalgħodu għandna quddiemna l-Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor, u għalhekk nitolbok biex iżżomm mas-suġġett.", "L-Onor.", "Membru jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, veru li l-Ministru huwa responsabbli mill-qasam tal-finanzi, imma jrid jifhem ukoll li aħna ma nistgħu qatt inwarrbu minn quddiem għajnejna l-interessi taċ-ċittadin.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ma nippermettix li l-Onor.", "Membru jipprova jpinġini bħala xi ħmar bil-blinkers, naħseb biss fuq ħaġa waħda.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien m'għedtx li inti xi ħmar!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Lili jinteressani kollox daqskemm jinteressah kollox hu, imma l-punt m'huwiex dan, Mr Speaker.", "Il-punt hu li llum fuq l-aġenda ta' dan il-parlament għandna l-Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor u mhux it-triq ta' Burmarrad!", "Jekk l-Onor.", "Farrugia għandu xi ħaġa xi jgħid dwar dan l-abbozz ta' liġi nistiednu jgħidha, pero` jekk m'għandu xejn xi jgħid fuq il-lottu jkun aħjar jekk jieqaf u jpoġġi bilqiegħda.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex ikompli bid-diskors tiegħu, filwaqt li nappellalu biex jitkellem dwar l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien ma ridtx ninftiehem li qed ngħajjar lill-ministru ħmar jew li l-ministru qed jara direzzjoni waħda biss.", "L-argument tiegħi ma kienx dak.", "Jien qed ngħid li meta se nagħmlu xi bidliet fil-qasam tal-lottu u tal-gambling, l-ewwel u qabel kollox għandna naraw kif is-soċjeta' Maltija se tintlaqat minn dawn il-bidliet.", "Kif jaf kulħadd, is-soċjeta` tagħna hija ` żgħira u għalhekk wieħed għandu joqgħod iktar attent għall-impatti soċjali li jistgħu joħolqu dawn il-bidliet.", "Bla ebda dubju, għal dak li hu gambling dan għad irridu naġġornawh u nintegrawh fis-soċjeta` tagħna ħalli jkun hemm iktar spazju għal dan it-tip ta' entertainment.", "Fl-opinjoni tiegħi, jagħmel iktar sens li dan il-parlament jiddiskuti kif il-gvern, minflok ma jonfoq iktar spejjeż biex iwaqqaf iktar awtoritajiet ġodda ħalli jaħtar fuqhom il-blue-eyed boys, jindirizza l-bżonnijiet veri li għandha s-soċjeta` tagħna, u bil-finanzjament li jħalli l-logħob, jipprova jtejjeb il-ħidma tiegħu li hija marbuta mal-programm leġislattiv, liema programm żgur li se jkun jirrikjedi iktar infiq.", "Il-lottu u l- gambling jilgħab parti importanti ħafna fil-ħidma tal-gvern, u żgur li huwa sors li bi ftit iktar intelliġenza min-naħa taż-żewġ partiti politiċi għandu jħalli qligħ tajjeb.", "Nerġa' ngħid li jien ma kelli l-ebda intenzjoni li ngħajjar lill-ministru \"ħmar\", u jekk il-ministru tal- finanzi fehemni li għajjartu \"ħmar\", jien lest li nirtira dak il-kliem.", "Jien m'iniex xi bniedem li nħobb nattakka lin-nies fuq livell personali, u żgur li m'iniex se nattakka lill-Ministru Dalli b'dan il-mod, anke għaliex huwa għandu ċerta responsabbilta`, u naħseb li kulħadd jirrikonoxxi li l- ministeru tal-finanzi huwa mill-iktar ministeri diffiċli u sensittiv.", "Mr Speaker, naħseb li nkun qed ngħid sew jekk ngħid li minħabba n-numru ta' bidliet li jagħmlu ż-żewġ naħat tal-Kamra biex jindirizzaw il-programm politiku tagħhom, illum il-poplu huwa maħkum minn numru ta' sitwazzjonijiet li ma jiflaħhomx.", "Għalhekk iktar u iktar jikber il-bżonn li ż-żewġ partiti politiċi jirrikonoxxu li hemm bżonn li l-lottu u l-gambling jintegra u ruħhom iktar fis-soċjeta` tagħna.", "Naturalment dan nistgħu nagħmluh mingħajr ma noqogħdu nwaqqfu l-awtoritajiet u nersqu għall- privatizzazzjoni, pero` jiddispjaċini ngħid li matul dawn l-aħħar tliet snin ftit li xejn sar f'dan ir-rigward.", "Għaldaqstant jien nistenna li fil- winding-up il-ministru jgħidilna b'mod realistiku x'hemm maħsub għal dan il- qasam.", "Bħalissa żmien il-budget u għalhekk il-ministru iktar ikun jista' jagħmel projections, kif wara kollox jagħmlu sħabu l-ministri l-oħra.", "Jekk jitwaqqfu iktar awtoritajiet li l-Istat ma jkollux kontroll fuqhom fil- pajjiż żgħir tagħna, se jinħolqu problemi ġodda fis-soċjeta`.", "Ilkoll nafu kemm tkissru familji Maltin u Għawdxin minħabba logħob esaġerat, u filwaqt li sal-lum dan il-logħob huwa illegali, forsi permezz ta' dawn il-bidliet li qed isiru, għada pitgħada jista' jkun integrat fis- sistema tal-gambling.", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti u qabel ma nagħmlu ċerti bidliet, naraw sew x'impatt se jħallu dawn il-bidliet fuq is-soċjeta` tagħna.", "Wara li tgħidx kemm stinkajna biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu livelli ta' għajxien aħjar u biex noħolqu sistemi sostenibbli sabiex is- soċjeta` tagħna tkompli tkun iktar progressiva u tintegra ruħha fl-iżvilupp kollu li jkun qed isir fid-dinja, għandna naraw li ma nkunux aħna stess li mbagħad ma noqogħdux attenti għal dak li rridu nikkontrollaw; f'dan il-każ f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-gambling.", "Sur President, jien ma nemminx li billi llum qed nipproponu li n-nefqa f'dan il-qasam tkompli tiżdied u li noħolqu iktar awtoritajiet, b'daqshekk se nsolvu xi ħaġa jew inkella se nagħmlu xi ħaġa li pajjiżna u s-soċjeta` tagħna se jiggwadanjaw minnha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru biex jgħaddi għall-winding- up.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, jien ipprovajt nisma' b'attenzjoni kbira l-kummenti li għamlu dawk kollha li tkellmu fuq dan l-abbozz ta' liġi, iżda meta nisma' ċerti kummenti nibda ngħid bejni u bejn ruħi jekk isem din l-istituzzjoni għandniex nibdluh minn \"Parlament\" għal \"Isma' Parlament\"!", "Smajna membri ta' l-oppożizzjoni jirripetu ad nauseam affarijiet li nafu li qed jirripetuhom għall-widna, jirripetuhom għall-gallerija, jirripetuhom biex jisimgħuhom in-nies, u dan jagħmluh mingħajr ma lanqas biss ikunu semgħu l-introduzzjoni li tkun saret għall- abbozz ta' liġi.", "Insemmi, per eżempju, kif bażikament kull wieħed li qam min-naħa ta' l- oppożizzjoni semma' kemm il-każini tal-baned jinsabu nkwetati minħabba li ma jafux x'se jiġri mid-dħul normali tagħhom tal-logħob tal-lottu - għax dawn jingħataw xi persentaġġ mid-dħul tal-banka tal-lottu - u dan minkejja li fl-introduzzjoni tiegħi jien kont speċifiku ħafna u għedt li huma ggarantiti li dak li kienu jirċievi l-każini tal-baned se jibqgħu jirċevuh.", "Allura meta tkun qed tgħid dan il-kliem, għalfejn għandek toqgħod tisma' kelliem wara kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni jgħid li l-membri tal-każini tal- baned jinsabu nkwetati għax ma jafux x'se jiġri mid-dħul li kien ikollhom mil-logħob tal-lottu?", "Nerġa' nirrepeti li fir-realta` huma ggarantiti li dak li kienu jirċievu l-każini tal-baned se jibqgħu jirċevuh.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi qed jipproponi l-kunċett ta' fond għal kawżi ġusti, biex permezz tiegħu nkunu nistgħu nassiguraw li parti mid-dħul fuq il-logħob kollu li jsir fil-pajjiż jidħol f'dan il-fond għall-benefiċċju tal-każini tal-baned u t'istituzzjonijiet filantropiċi oħra, fosthom dawk sportivi u soċjali.", "Issa having said this, jien ngħid li saru kummenti pożittivi li taw gost lil min semagħhom għax urew pożizzjoni proattiva u mhux pożizzjoni distruttiva li trid teqred kollox.", "Wara kollox f'dan il-parlament għalhekk qegħdin, Sur President.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin f'xi arena tal-gladjaturi u lanqas qegħdin inħabbtu l-irjus.", "Hawnhekk qegħdin biex jekk jista' jkun idea nagħmluha aħjar, u hija din it-tip ta' proattivita` li għandhom bżonn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Veru li issa hu l-ministru li se jkollu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi l-persentaġġ li għandu jintefa' fil-fond għal kawżi ġusti, pero` mhux aħjar hekk?", "Aħna nemmnu jew ma nemmnux li l-gvern preżenti jrid jimbotta l-volontarjat 'il quddiem?", "F'Malta kellna gvernijiet li ma riedux jimbottaw il-volontarjat 'il quddiem għax imma ma kenux f'sensihom.", "Fil- fatt ta' min isemmi li kellna gvern li kien ipprova jeqred il-volontarjat għax ħass li qiegħed jikkompeti miegħu fil-popolarita`.", "Kellna gvern li kien mgħammad b'kunċetti totalitarji li ma jħallu spazju lil ħadd li jopera, lanqas l-element volontarju, u dan il-vizzju, li huwa agħar minn dak ta' l-anthrax, għadu jeżisti f'ċerti mħuħ.", "Għalhekk j'Alla l-poplu Malti u Għawdxi jibqa' jtella' gvernijiet sensibbli li jkunu jemmnu fil- volontarjat u jipprovaw jgħinu lil dan il-qasam mill-aħjar li jistgħu.", "Meta ministru jiddetermina kemm mill-ammont ta' flus li jdaħħal il-gvern għandu jmur għall-volontarjat, żgur li huwa se jagħmel dan b'mod sensibbli u b'mod li juri commitment politiku għal xogħol volontarju.", "Fl-opinjoni tiegħi, illum dawn il-flus qed jitqassmu bl-iktar mod trasparenti għax qed jiltaqgħu t-tliet ministri li huma responsabbli mill- isports, mill-kultura u mill-qasam soċjali, u l-fondi qed jitqassmu skond il-ħteġijiet li hemm f'dawn is-setturi differenti.", "Fil-fatt eluf ta' liri minnhom imorru għall-element soċjali, u b'hekk aħna qed ngħinu b'eluf kbar ta' liri organizzazzjonijiet volontarji li qed jagħmlu ġid kbir f'pajjiżna.", "Naturalment b'daqshekk m'aħniex qed nagħmlulhom xi pjaċir, pero` almenu qed ninċentivawhom u qed nagħtuhom l-appoġġ tagħna għax-xogħol fejjiedi li qed jagħmlu.", "Nista' ngħid li aħna qed ngħinu lill-kumitat olimpiku, lill- kumitat tal-basketball u lil kumitati ta' għaqdiet sportivi oħrajn li m'humiex daqshekk popolari u li allura, ġaladarba m'humiex daqshekk popolari, ir-revenue li dawn jirċievu m'huwiex kbir.", "Pero` l-ikbar kritika li qed tirripeti ruħha kważi kontinwament f'dan il-parlament hija għall- fatt li b'dan l-abbozz ta' liġi qed nipproponu t-twaqqif ta' awtorita`.", "Kif għedt meta kont qed nintroduċi dan l-abbozz ta' liġi, bażikament aħna m'aħna qed nagħmlu xejn iktar milli għamlet l-oppożizzjoni meta huma kienu fil-gvern, ħlief li dak li qed nagħmlu qegħdin nagħmluh aħjar.", "Meta l- oppożizzjoni kienet fil-gvern inħoloq il-gaming board, pero` l-istruttura tal-gaming board kienet kemmxejn flimsy u ma kenitx robusta biżżejjed, speċjalment għall-avvenimenti li qed jiġru llum, fosthom għal meta riedna nilliċenzjaw it-tombli.", "Fil-fatt kellna noqogħdu naraw kif se noperaw bir- regoli li għandna llum biex nassiguraw li l-affarijiet ikunu jistgħu jaħdmu, u sibna l-problemi, u għalhekk illum qed nagħmlu xi ħaġa iktar robusta.", "Issa hawnhekk irrid ngħid ukoll li l-oppożizzjoni, meta kienet bdiet tagħmel ir-rapporti tagħha biex tara kif tista' tipprivatizza l-lottu - għax ta' min jirrimarka li l-privatizzazzjoni tal-lottu kienet waħda mill- ideat ta' l-oppożizzjoni, liema idea qatt ma twettqet - wieħed mis- suġġerimenti li kellha kien li l-joint office jiġi ttrasformat f'xi ħaġa iktar b'saħħitha u iktar robusta biex tkun tista' tagħmilha ta' regolatur.", "Allura llum għalfejn qed niġu hawnhekk u għax se titwaqqaf awtorita` qed ngħidu li se naħlu l-flus?", "Veru li llum, li n-numru t'awtoritajiet qiegħed dejjem jikber, hemm bżonn li nikkontrollaw ħafna iktar milli kkontrollajna s'issa, u li jista' jkun li wasal iż-żmien li jkollna kontroll daqsxejn iktar assidwu, ċentralizzat u organizzat, pero` mbagħad m'għandniex immorru fl-estrem li meta nisimgħu bil-kelma \"awtorita`\" nirreaġixxu kif jirreaġixxi Dracula meta jara s-salib!", "Għall-partit fl-oppożizzjoni, il- kelma \"awtorita`\" hija dagħwa u xi ħaġa ħażina bilfors, u dan minkejja li din kienet fil-pjani tagħhom, forsi ma kenux se jsemmuha awtorita` imma żgur li s-sustanza hemmhekk kienet.", "Mr Speaker, l-oġġettiv tagħna m'huwiex li nagħmlu xi ħaġa top-heavy imma huwa li nagħmlu xi ħaġa li jkollha s-saħħa li taġixxi.", "Fil-qasam tal-lottu hemm il-problema tal-logħob klandestin, hemm il-problema ta' nies li huma mbottati minn mammona, mill-flus, u ma jimpurtahomx jekk humiex qegħdin joħolqu sistemi ta' logħob li bihom jinjettaw il-vizzju tal-logħob fin- nies.", "Hemm bżonn li jkun hawn awtorita` bis-snien, li tkun kapaċi taġixxi malajr kull meta ssir xi ħaġa kontra l-liġi, u kif għedt diġa, li qed nagħmlu aħna huwa li qed nittrasformaw xi ħaġa li diġa' teżisti, liema ħaġa għamlitha l-oppożizzjoni stess.", "Nispera li ma jerġgħux joqogħdu jsemmulna li qed inwaqqfu din l-awtorita` biex nipprovdu jobs for the boys.", "Jien ma rridx insemmi ismijiet hawn ġew biex nuri min ipprovda jobs for the boys verament u ma rridx naqa' fit- tentazzjoni li nagħmel dan.", "L-Onor.", "Leo Brincat m'għandux joqgħod isemmili l-jobs for the boys hawnhekk, l-iktar f'dan is-settur, għax nistgħu nitkellmu fuq min ipprovda jobs for the boys meta twaqqaf il-gaming board, pero` nerġa' ngħid li jien ma rridx noqgħod niġi drawn f'dawn it-tip ta' debates.", "Meta l-membri ta' l-oppożizzjoni joqogħdu jsemmulna jobs for the boys ikunu qed ikejlu b'xibirhom.", "Huma kienu joħolqu strutturi biex jipprovdu jobs lin-nies ta' madwarhom.", "Ara aħna, meta nwaqqfu xi istituzzjoni, li nagħtu kas huwa li kemm jista' jkun din tkun trendi u tkun qed tagħti r-riżultati li nkunu rridu mingħandha.", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qalulna li m'aħniex qed ngħidu kemm se jkun hemm spetturi biex isir il-kontroll meħtieġ.", "Imma jien nistaqsi: Kemm għandha tittieħed bis-serjeta` din il-kritika?", "Issa jkollna ċans nitkellmu iktar dwar dan fl-istadju ta' kumitat, pero` jien fil-liġi se noqgħod ngħid kemm-il spettur se jkun hemm?", "U jekk iċ-ċirkostanzi jesiġu li n-numru ta' spetturi jiżdied jew jonqos, x'se nagħmlu?", "Noqogħdu niġu f'dan il- parlament u ngħidu li hemm bżonn inżidu tliet spetturi oħra għax m'aħniex qed inlaħħqu jew inkella għax qed inħallsu ħafna overtime?", "B'dan il-mod se nibdew namministrawh dan il-pajjiż?", "Dan huwa l-livell ta' serjeta` li għandna?", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qalulna wkoll li t-terminu ta' \"gaming\" qed jingħata definizzjoni wiesgħa f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Iva, aħna tajna definizzjoni kemm jista' jkun wiesgħa għax irridu li taħt dan l-Att jaqa' kull tip ta' logħob, biex imbagħad ma jiġix xi ħadd jgħidilna li t-tip ta' logħba li qed jorganizza hu ma taqax taħt it-terminu li qed jingħata hawnhekk, u li allura hu jista' jagħmel li jrid.", "Aħna ridna nkunu ċerti li kull logħba li tinvolvi l-flus tkun taqa' taħt it-terminu ta' \"gaming\".", "Issa hawnhekk nixtieq nerġa' nserraħ moħħ in-nies, għall-benefiċċju tal- membri tan-naħa l-oħra, li donnhom ma semgħunix, li aħna qgħadna attenti li l-logħob iż-żgħir ma ningumbrawhx bil-burokrazija li għalih wieħed irid joqgħod japplika għal kull logħba li jkun se jagħmel u joqgħod iħallas it- taxxi fuqhom kull darba, u għalhekk fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm id-definizzjonijiet ta' \"logħba żgħira\" u ta' \"logħob bla skop ta' profitt\".", "Aħna għedna bl-iktar mod ċar li kemm jista' jkun lil dawk li jorganizzaw logħob żgħir għandna nħallulhom il-flessibbilta` li joperaw għax aħna mhux lilhom irridu nikkontrollaw.", "Aħna ma rridux noqogħdu nikkontrollaw lill- kappillani meta dawn jorganizzaw xi tombla u lanqas irridu nikkontrollaw lill-erba' ġirien li jiltaqgħu flimkien f'kantuniera u joqogħdu jilagħbu t- trentun.", "Aħna mhux lil dawk irridu nikkontrollaw imma lil min qed jorganizza l-logħob fuq bażi kummerċjali u lil min jaqla' ħafna mijiet ta' eluf ta' liri mil-logħob.", "Irridu nagħmlu ċerti tibdiliet biex nassiguraw li fil-pajjiż ikun hawn flessibbilta` u kontroll mhux biss fuq x'tip ta' logħob ikun qed jintlagħab, imma wkoll fuq it-taxxi.", "Irridu ninforzaw l- istrutturi tagħna, u fil-fatt dak hu li qegħdin nagħmlu aħna.", "Jien smajt saħansitra lil xi membri ta' l-oppożizzjoni jgħidu li dan l-abbozz ta' liġi qiegħed fid-direzzjoni t-tajba, u fil-fatt naħseb li jekk nibnu dan li qed jipproponi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna flimkien, inkunu qed nagħmlu xi ħaġa tajba.", "Matul dan id-dibattitu kien hawn min staqsa għaliex min jorganizza l-logħob iż-żgħir għandu japplika wkoll.", "Fil-fatt dan huwa importanti li jsir għax ikun irid isir monitoring dwar x'inhu jiġri.", "Huwa tajjeb li nkunu nafu min ikun qed jorganizza l-logħob iż-żgħir.", "Issa mbagħad ħalli ngħidulu li m'għandux għalfejn joqgħod jiġi jgħidilna kull darba li jkun se jorganizza xi logħba, imma huwa tajjeb li, per eżempju, każin tal-banda jgħarrafna bil- logħob li jkun beħsiebu jorganizza, ħalli ma nħallux lil min jidħol fil- mantell ta' dawn in-nies jew inkella juża lil dawn in-nies b'mod ħażin.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Irrid ngħid li għandna noqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi każin tal-banda li jgħidilna li se jorganizza logħba tal-lottu, u mbagħad insibu li fir-realta` xi operatur qed jikri s-sala mingħand dan il- każin tal-banda u qed jorganizza logħob fuq bażi kummerċjali taħt il- mantell tal-każin tal-banda.", "Dawn huma affarijiet li rridu nżommu kontroll tagħhom.", "Anke l-importazzjoni ta' l-apparat tal-logħob għandha tkun ikkontrollata u min jimporta għandu ikun liċenzjat.", "Dan huwa settur li għandu jiġi kkontrollat, u jien naħseb li ma' dan naqblu lkoll.", "Saret ukoll il-kritika li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa magħmul minn proċess mgħaġġel.", "Fil-fatt ta' min jgħid li d-drafting ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa frott ta' numru kbir ta' laqgħat li damu jsiru għal iktar minn sena.", "Daqshekk ilu jinħema dan l-abbozz ta' liġi.", "Irrid insemmi wkoll l-input li taw esperti barranin li joperaw fil-qasam internazzjonali tal-lotteriji.", "Dan sar biex nassiguraw li l-affarijiet li qed nagħmlu jikkonformaw ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn, jiġifieri li m'aħniex qed nivvintaw xi ħaġa li finalment tirriżulta bħala xi mostru.", "Issa naturalment pajjiżi oħra ma jagħtux kas tal-kappillan, imma aħna nagħtu kas tal-kappillan, jiġifieri mbagħad irridu nadattaw l-affarijiet skond il- bżonnijiet tagħna.", "Il-bieraħ smajt lil min jitkellem fuq ir-riċevituri tal-lottu bħallikieku lil dawn warrabnihom u ma tajniex kashom iktar, qishom dawn għandhom xi xabla ta' Democle fuq rashom.", "Jien mar-riċevituri tal-lottu ltqajt u tkellimt, u l-pożizzjoni tiegħi magħhom għamiltha ċara.", "Jien lil dawn għedtilhom li ladarba nidħlu fin-negozjati dettaljati ma' l-ewwel wieħed li jiġi shortlisted mit-tender li ħarġet dwar il-lottu, imbagħad irridu nibdew ninnegozjaw il-kondizzjonijiet.", "Jien għedtilhom ukoll li din m'hijiex kwestjoni ta' monopolju, imma aħna se naraw x'tip ta' marketing beħsiebu jagħmel min jintgħażel u mbagħad nassiguraw li l-pożizzjoni tal-lotto receivers tkun tajba u ġusta, jekk jista' jkun aħjar u ġusta iktar milli hi llum.", "Wara kollox dak hu l-interess tagħna.", "Ħaġ'oħra li għedtilhom huwa li wara li nikkonsulta magħhom, inpoġġi l- pożizzjoni tagħhom, imbasta din il-pożizzjoni tkun waħda realistika u ġusta.", "Ħadd m'hu qed jiġi mhedded u ħadd m'hu se jieħu l-ħobż minn ħalq ħaddieħor.", "Aħna m'aħna se nieħdu l-ħobż minn ħalq ħadd.", "Kull meta l-gvern Nazzjonalista għamel xi ħaġa, fosthom ir-riformi kbar li wettaq mill-1987 sal-lum biex immodernizza lil dan il-pajjiż, huwa ma weġġax nies.", "Aħna dejjem qgħadna attenti li ma nweġġgħux lin-nies.", "Aħna dejjem qgħadna attenti wkoll li l-affarijiet nagħmluhom bl-iktar mod għaqli, anke jekk nieħdu ż-żmien biex nagħmluhom u anke jekk konna kkritikati f'dan ir- rigward.", "Sa ftit ġimgħat ilu l-oppożizzjoni kienet qed tikkritikana li għadna m'għamilna xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatizzazzjoni, pero` issa li rrealizzaw li l-privatizzazzjoni miexja, u miexja sew, qed jikkritikawna li qed ngħaġġlu wisq u li dan m'huwiex żmien tajjeb li nipprivatizzaw fih.", "Pero` the show must go on, l-affarijiet mexjin skond it-termini li konna ppjanajna u aħna se nikkonkludu wkoll f'dawk it- termini.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu kien hemm membri min-naħa ta' l- oppożizzjoni li rrimarkaw li f'dan l-abbozz ta' liġi ġew introdotti pieni ħorox.", "Iva, f'dan l-abbozz ta' liġi ġew introdotti pieni ħorox, u ġew introdotti pieni ħorox għax dan huwa settur li minnu jgħaddu miljuni kbar ta' liri u għalhekk ma ridniex li nġibu sitwazzjoni fejn ikollok lil min jagħmillek miljuni ta' liri b'mod klandestin u jgħidlek: Billi ninqabad x'se jkun ġara!", "Kulma neħel huma xi Lm5,000 jew Lm10,000; xogħol ta' ġurnata!", "Aħna rridu li jkollna liġi li ma tippermettix l-abbuż imma li għall-kuntrarju tbeżża' lil min ikun se jabbuża u tagħti l-għodda lill- qrati tagħna biex dawn jaġixxu b'mod li jkunu jistgħu jaqtgħu l-abbuż mill- pajjiż.", "Huwa għalhekk li għażilna li mmorru għal pieni ħorox.", "Issa ħalli nuri daqsxejn id-doublespeak ta' l-oppożizzjoni.", "Ftit ilu l-membri ta' l-oppożizzjoni qalulna li se nagħmlu l-ispetturi biex nipprovdu jobs for the boys u issa qed jistaqsuna: Imma kif se tikkontrollaw?", "Fl-introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi jien għedt li se nikkontrollaw billi se jkollna organizzazzjoni, u din l-organizzazzjoni m'hijiex se tkun ibbażata fuq il-part-timers imma se tkun ibbażata fuq nies imħarrġa li jafu x'qed jagħmlu u fuq bażi ta' rotazzjoni biex ma nħallux lil min irabbi l-ġust u l-ħbiberiji żejda, imma naċċertaw ruħna li dawn in- nies se jkollhom f'moħħhom l-interess tal-pajjiż waqt li jkunu qed jaħdmu.", "Tafu kemm hu ħafif li tgħid li qed tikkontrolla!", "Tafu kemm hu ħafif li tgħid li qed tinforza!", "Jien naqbel ma' dawk il-membri ta' l-oppożizzjoni li qalu li billi tagħmel il-liġi m'huwiex biżżejjed.", "Li hemm bżonn huwa li wara l-liġi jkun hemm struttura li tinforza, kif qed nagħmlu f'kull struttura ta' kontroll li għandna, allavolja mbagħad meta nibdew ninforzaw nibdew niġu kkritikati.", "Il-popolisti, li jkunu jridu jilagħqu lil kull votant, anke meta nipprovaw niġbru l-income tax dovuta lill-gvern, jgħidulek: Imma għalfejn qed tiġbor it-taxxi!", "U bilkemm ma jitkażawx li qed niġbru t-taxxa mingħand min suppost iħallasha!", "Imma aħna għalfejn qegħdin ġo din il-Kamra, biex nerġgħu nitilgħu ħames snin oħra jew biex f'dawn il-ħames snin li l-poplu tellagħna għalihom naħdmu għall-aħjar interess tal-pajjiż?", "Mr Speaker, il-membri ta' l-oppożizzjoni rrimarkaw li ħafna mill- provvedimenti li għandna f'dan l-abbozz ta' liġi huma enabling clauses.", "Pero` hawn irrid nerġa' nirripeti dak li għedt anke meta kont qed nippilota liġijiet oħra f'pajjiżna, ċioe` li l-enabling clause m'hijiex xi mekkaniżmu biex bih taħrab mit-trasparenza imma mekkaniżmu li jagħtik il- flessibbilta` ta' l-operazzjoni.", "L-enabling clause ma tfissirx li l- ministru, ikun min ikun, jista' jaqbad u jagħmel li jrid mingħajr ħadd ma jkun jaf, imma tfisser li meta l-ministru jkun se jagħmel xi ħaġa, għandu joħroġ legal notice, ipoġġi dik il-legal notice fuq il-Mejda tal-Kamra u kull membru ta' din il-Kamra mhux biss għandu d-dritt li jaqraha, imma għandu saħansitra d-dritt li jekk ma jaqbilx magħha jagħmel talba biex isir debate fuq dik il-legal notice.", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid xi ħaġa mis-sħab, u fil-fatt ġrat darba wara l-oħra f'dan il-parlament li toħroġ legal notice u mbagħad niddibattuha f'din il-Kamra.", "Għalhekk m'għandniex nipprovaw inbellgħuha lin-nies li l-ministru għandu xi free hand għax dan m'huwiex minnu.", "Veru li b'hekk lill-ministru qed nagħtuh il- fakulta` li jopera b'mod mgħaġġel, imma wara kollox id-dinja tal-lum hekk titlob.", "Fid-dinja tal-lum ma taffordjax li jiġi investitur u biex inti tikkommetti ruħek miegħu, tqatta' sena tippilota abbozz ta' liġi, imbagħad wara dik is-sena tressaq dak l-abbozz ta' liġi fil-parlament, nagħmlu xi tliet xhur niddibattuh ...", "Ma tistax topera b'dan il-mod imma jrid ikollok il-flessibbilta` ta' l-operazzjoni u mhux il-ħabi.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li meta l-ministru jkollu enabling provision se jkun jista' jagħmel li jrid bla ma ħadd ikun jaf, għax fil-fatt kollox se jkun pubbliku, kollox se jkun trasparenti u kollox se jkun jista' jiġi challenged u dibattut f'dan il-parlament.", "Huwa għalhekk li meta nkunu qed noperaw tip ta' liġijiet li jirrikjedu interface ma' l-ekonomija, per eżempju, ikun importanti għalina li jkollna f'idejna din il-fakulta` ta' flessibbilta`.", "Mr Speaker, matul dan id-dibattitu ssemma ħafna wkoll l-aspett soċjali, u l- bieraħ jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Chris Agius jitkellem fuq l-aspett soċjali tal-logħob.", "Dak li qal huwa veru.", "Irridu noqogħdu attenti għal kwalunkwe ħaġa li nagħmlu u rridu noqogħdu attenti b'ħafna modi.", "Nafu x'ġara fl-Amerka meta kienu ġew ipprojbiti l-ispirti, fejn l-Amerikani mhux talli baqgħu jixorbu l-ispirti imma talli bis-saħħa ta' din il-projbizzjoni ġiet żviluppata waħda mill-aqwa organizzazzjonijiet kriminali li nvadiet l- Amerka, u nvadietha mhux biss bl-ispirti imma bid-droga u b'affarijiet oħra bħal dawn.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-każ tal-logħob.", "Meta f'dan il-pajjiż kien hawn min ħareġ liġi li l-Maltin u l-Għawdxin ma jistgħux jidħlu fil-casinos, tafu kemm faqqsu casinos!", "Biżżejjed insemmi l- casinos li faqqsu f'Tal-Ħandaq ġewwa Ħal Qormi u fil-garaxxijiet!", "Taf kemm kien hemm imwejjed tar-roulette iduru bil-moħbi qalb l-għelieqi meta l- Maltin u l-Għawdxin ma kenux imħollija jidħlu fil-casinos, Mr Speaker!", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti f'dak li nagħmlu.", "Il-projbizzjoni mhux talli ma ssolvix il-problemi imma talli toħloqhom għax filwaqt li toħloq l- għatx għal dak li huwa pprojbit, lill-kriminali toħolqilhom l-inċentiv li jipprovdu dak is-servizz li huwa pprojbit biex l-income tagħhom ikompli jiżdied.", "Sur President, it-triq tagħna tal-kontroll għandha tkun waħda li filwaqt li tkun liberralizzata, fl-istess ħin tkun ikkontrollata, u dak hu li qed nagħmlu hawnhekk.", "Aħna m'aħniex ngħidu li m'hux se jsir iktar logħob tal- lottu, u ma nafx x'jiġri kieku kellna ngħidu hekk.", "Aħna kulma qed ngħidu huwa li għandu jkun hawn awtorita` li torganizza l-logħob b'mod tajjeb, tikkontrollah, tiċċekkja preċiż dak li qed isir f'dan il-qasam u tassigura li l-ġudikaturi jkunu ttrattati tajjeb.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolament ta' lotteriji u logħbiet oħra u attivitajiet ta' logħob f'Malta, għat-twaqqif ta' awtorita` dwar il-lotteriji u l-logħob, u għal kull fini oħra li għandha x'taqsam ma' dan, inklużi l-emendar u l-konsolidazzjoni ta' liġijiet eżistenti li għandhom x'jaqsmu ma' dan\", jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Fl-10.34 a.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolament ta' lotteriji u logħbiet oħra u attivitajiet ta' logħob f'Malta, għat-twaqqif ta' awtorita` dwar il-lotteriji u l-logħob, u għal kull fini oħra li għandha x'taqsam ma' dan, inklużi l-emendar u l-konsolidazzjoni ta' liġijiet eżistenti li għandhom x'jaqsmu ma' dan\", jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "319", "FAVUR : 32", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Censu | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis |", "KONTRA : 21", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Buhagiar Louis |Law Rita | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Cilia Joe |Parnis Silvio | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Dalli Helena |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IBĦRA TERRITORJALI U Ż-ŻONA KONTIGWA", "TERRITORIAL WATERS AND CONTIGUOUS ZONE (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nipproponi t-Tieni Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, kif hemm miktub fl-għanijiet u raġunijiet, l-iskop ewlieni ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hu:", "\"... biex jirregola f'aktar dettall ix-xorta u l-firxa ta' poteri vestiti fil-pulizija, fil-membri tal-forzi armati, fl-uffiċjali tad- dwana u f'uffiċjali oħra li għandhom awtorita` ġenerali ta' infurzar tal-liġi, filwaqt li dawn ikunu qegħdin jaqdu dmirijiet marittimi.\".", "Huwa magħruf biżżejjed li hemm il-ħtieġa li l-pajjiż ikun f'pożizzjoni li jissorvelja u jieħu azzjoni dejjem aħjar fl-ibħra territorjali u fiż-żona kontigwa minħabba ċerti reati li qed jiġu kommessi.", "Ilkoll għandna nkunu f'pożizzjoni li nikkontrollaw lil min ikun se jwettaq xi reat jew inkella jkun wettaq reat u jkun jinsab fuq xi bastiment fl-ibħra territorjali tagħna.", "Għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-poteri esekuttivi li hemm bżonn biex jintlaħqu l-għanijiet li semmejt ikunu definiti aħjar u jkunu msemmijin fil-liġi biex nuru x'inhuma dawn il-poteri b'mod ċar.", "Dan l-abbozz ta' liġi, fi klawsoli limitati ħafna, qiegħed jispjega kif il- forzi ta' l-awtorita` f'Malta se jkunu jistgħu jattwaw id-doveri tagħhom biex jipprevjenu li jkun hemm min jikser il-liġi jew inkella, jekk ikun hemm min jagħmel dan, jaraw li jiġi sottomess u pproċessat għal dak li jkun għamel.", "Għal dan l-għan, klawsola 2 ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed tagħti definizzjonijiet ġodda.", "L-ewwel definizzjoni li tagħti din il-klawsola hija ta' \"azzjoni kif imiss\".", "Aħna qed ngħidu li min ikun qed jissorvelja l-ibħra Maltin ikollu l-poter li jieħu \"l-azzjoni kif imiss\" skond iċ-ċirkostanzi, biex b'hekk ikun jista' jwettaq id-doveri tiegħu.", "Id-definizzjoni li nsibu ta' \"azzjoni kif imiss\", fi klawsola 2, tgħid hekk:", "\"\"azzjoni kif imiss\" tfisser kull azzjoni jew xi azzjoni minn dawn li ġejjin:", "(a) tissenjala bastiment,", "(b) twaqqaf bastiment,", "(ċ) titla' abbord bastiment,", "(d) tfittex fuq bastiment,", "(e) tarresta u żżomm lil xi persuna suspettata li tkun se tikkommetti xi reat kriminali jew li tkun ikkommettiet xi reat bħal dak,", "(f) televa xi oġġett minn abbord bastiment suspettat li jkollu x'jaqsam ma' reat kriminali,", "(ġ) teħtieġ lill-kaptan ta' bastiment li jbaħħar lill-bastiment u l- ekwipaġġ 'il barra mill-ibħra ta' Malta jew lejn xi port jew bajja f'Malta\".", "Aħna ħassejna l-bżonn li niċċaraw dawn il-poteri, għax għalkemm f'ċertu sens, dawn il-poteri kienu jeżistu, seta' kien hemm xi diffikulta` dwar jekk dawn il-poteri humiex ġejjin mil-liġi attwali ta' pajjiżna.", "Naturalment dan jirrikjedi wkoll definizzjonijiet dwar min jista' jeżerċita dawn il-poteri u kontra min dawn il-poteri jistgħu jiġu eżerċitati, u għalhekk, fi klawsola 2 insibu wkoll id-definizzjoni ta' \"bastiment jew inġenju relevanti\", ta' \"bastiment militari barrani\", ta' \"bastiment militari Malti\" kif ukoll ta' \"bastiment suspettat\".", "Dawn huma definizzjonijiet tekniċi li naħseb li din il-Kamra ma ssib l-ebda diffikulta` li jidħlu fil-liġi ta' pajjiżna.", "Ta' min jgħid li qed inżidu wkoll id-definizzjoni ta' \"reat relevanti\", u qed ngħidu li:", "\"\"reat relevanti\" tfisser kull reat li jsir kontra xi liġi li tirrigwarda d-dwana, affarijiet fiskali, l-immigrazzjoni u s-sanita`, inkluż it-tniġġis;\".", "Wieħed malajr jifhem li hawnhekk qed nitkellmu dwar reati li sfortunatament illum saru iktar frekwenti u attwali, mhux biss għal pajjiżna imma għall- pajjiżi kollha.", "Ir-reati li jirrigwardaw id-dwana forsi huma l-iktar reati li aħna mdorrijin bihom, filwaqt li r-reati ta' affarijiet fiskali iktar huma marbuta maż-żminijiet tal-lum.", "Fid-definizzjoni ta' \"reat relevanti\" tissemma wkoll l-immigrazzjoni, u aħna nafu bil-problemi li qed jinqalgħu f'dan il-qasam, speċjalment minħabba t-trasport illegali ta' nies li qed isir minn pajjiżna għal xi pajjiż ieħor.", "Żewġ affarijiet oħra li jissemmew f'din id-definizzjoni huma s-sanita` u t-tniġġis.", "Illum kulħadd huwa konxju ħafna tal-bżonn li nissalvagwardjaw l-ibħra, b'mod partikolari l- ibħra ta' pajjiżna, mit-tniġġis li jista' jkun hemm.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qiegħed jagħti wkoll id-definizzjoni ta' \"uffiċjal marittimu għall-infurzar\", jiġifieri ta' dawk l-uffiċjali li għandhom id-dritt li jinforzaw din il-liġi u liġijiet oħra f'pajjiżna.", "Sal- lum seta' qam konflitt dwar min għandu din l-awtorita`, jiġifieri jekk hux l-armata biss, jew il-pulizija, jew l-uffiċjali tad-dwana jew xi uffiċjal ieħor li huwa awtorizzat minn xi liġi.", "Hawnhekk qed ngħidu li \"uffiċjal marittimu għall-infurzar\", jiġifieri uffiċjal li jista' jinforza l-liġijiet ta' pajjiżna fuq il-baħar, tfisser:", "\"... kull membru tal-korp tal-pulizija ta' Malta, tal-forzi armati, kull uffiċjal tad-dwana u kull uffiċjal ieħor vestit b'awtorita` ġenerali ta' infurzar tal-liġi.\".", "Ġieli sibna ċerta diffikulta` dwar meta għandha tidħol il-pulizija, jiġifieri jekk l-armata tistax taġixxi u mbagħad iddaħħal lill-pulizija wara jew jekk il-pulizija tistax tkun abbord bastiment u tieħu azzjoni hi stess.", "Għalhekk qed nagħmluha ċara li uffiċjal marittimu għall-infurzar tinkludi kemm il-forzi armati ta' Malta, kemm il-membri tal-korp tal- pulizija kif ukoll l-uffiċjali tad-dwana.", "Mr Speaker, klawsola 4, li qiegħda tintroduċi artikli 5 u 6, żewġ artikli ġodda, fil-liġi prinċipali, qed titkellem fuq \"azzjoni dwar bastiment li jkun jinsab fl-ibħra ta' Malta\".", "Din il-klawsola qed tiddefinixxi x'inhuma l-poteri, x'jista' jsir u meta dan jista' jsir.", "Klawsola 4 qed tispjega wkoll l-azzjoni li għandha tittieħed jekk vapur mhux Malti jkun fl-ibħra territorjali ta' Malta.", "Issa hawnhekk ta' min isemmi li fil-liġi, l-ibħra territorjali ta' Malta huma definiti bħala li jestendu 12-il mil, l-ibħra territorjali għal dak li għandu x'jaqsam mas-sajd jestendu 25 nautical miles u ż-żona kontigwa ta' l-ibħra Maltin testendi għal 24 mil.", "Subartiklu (2) t'artiklu 5, kif propost fi klawsola 4, jgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta' dan l- artikolu, fejn ir-reat suspettat ikun sar abbord il-bastiment barrani filwaqt li jkun għaddej mill-ibħra territorjali ta' Malta, is-setgħa msemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu m'għandhiex tiġi eżerċitata kemm-il darba:\",", "(a) il-konsegwenzi tar-reat ma jkunux jestendu għal Malta;", "(b) ir-reat ma jkunx wieħed tali li jiddisturba l-paċi ta' Malta jew il-bonordni fl-ibħra territorjali;", "(ċ) ma tkunx intalbet l-għajnuna ta' l-awtoritajiet Maltin mill- kaptan tal-bastiment jew minn aġent diplomatiku jew minn uffiċjal konsulari ta' l-Istat li l-bastiment ikun itajjar il-bandiera tiegħu; (d) ma tkunx meħtieġa azzjoni kif imiss bil-għan li jiġi soppress it- traffiku illegali ta' mediċinali narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.\".", "Meta wieħed jifli dan l-abbozz ta' liġi malajr jifhem li dan sar bil-għan li ma jitwettqux abbużi fl-ibħra territorjali u fiż-żona kontigwa ta' Malta, u li jekk ikun hemm xi ksur, allura jkollna l-jedd li ma nħallux dak il-ksur tal-liġi jsir b'mod attiv.", "Huwa importanti wkoll id-dritt ta' insegwiment attiv li hemm f'subartiklu (7) ta' paragrafu (b) t'artiklu 8, kif propost fi klawsola 5, għax hawnhekk qed ngħidu li jekk ir-reat jiġi kommess fl-ibħra territorjali Maltin jew fiż-żona kontigwa ta' Malta, u f'dak il-mument il-forzi ta' l-ordni tagħna jibdew isegwu dak il-vapur li jkun qed jikkommetti xi kontravvenzjoni mil-liġijiet ta' pajjiżna, il-forzi ta' l-ordni għandhom id-dritt li jibqgħu jsegwuh anke meta dan joħroġ mill- ibħra territorjali Maltin.", "Dan fil-liġi internazzjonali huwa magħruf bħala \"the right of hot pursuit\".", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi m'għandux ikun xi wieħed kontroversjali.", "Bħala introduzzjoni naħseb li m'għandix għalfejn ngħid iktar minn dak li għedt u mbagħad ovvjament, jekk ikun hawn kummenti li jirrikjedu spjegazzjoni, jien inkun dispost li nagħti din l-ispjegazzjoni.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, din hija l-ewwel darba li bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni fuq l-intern qed inwieġeb lill-prim ministru.", "Il-prim ministru qed iressaq dan l-abbozz ta' liġi fuq qasam li naturalment jikkonċerna ħafna l-qasam ta' l-intern, u dan proprju għaliex il-qasam ta' l-intern jittratta dwar is-sigurta` ġewwa pajjiżna.", "Meta wieħed ikun qed jitkellem dwar l-ibħra territorjali u ż-żona kontigwa jkun qed jitkellem dwar is-sovranita`, u quindi s-sigurta` ġewwa pajjiżna hija mħarsa proprju fit-territorju tagħna, fl-ibħra territorjali Maltin u sa ċertu estent anke f'dik li tissejjaħ iż-żona kontigwa, li se nipprova nispjega x'inhi iktar 'il quddiem.", "Jien segwejt b'attenzjoni l-ispjegazzjoni introduttiva tal-prim ministru, li hija leali ma' dak li hemm imniżżel fl-abbozz ta' liġi.", "Min-naħa tiegħi, jien se nagħmel ukoll indirizz legali ħafif dwar dan l-abbozz ta' liġi u anke xi osservazzjonijiet politiċi li joħorġu mill-istess abbozz ta' liġi.", "L-ewwelnett ta' min jistaqsi: X'qed nipprovaw nagħmlu b'dan l-abbozz ta' liġi f'dan il-parlament?", "Fil-fatt li qed nipprovaw nagħmlu huwa li qed nipprovaw nikkodifikaw regoli jew prattiċi ta' dritt internazzjonali, mhux għax ċerti prinċipji ta' dritt internazzjonali ma ġewx kodifikati diġa', imma kien jeħtieġ - u jien naqbel kompletament ma' dan - li dak li sal-lum ġie kodifikat f'liġi jitlaħħam iktar, jiġi definit iktar u jiġi mfisser iktar.", "Dan huwa l-eżerċizzju li qed isir minn dan il-parlament illum.", "Fil- fatt diġa' għandna liġi li tittratta dwar dan il-qasam, li huwa l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, li jirregola l-ġurisdizzjoni li għandu l-istat Malti fil-limiti li tispjega l-liġi, pero` billi dan l-att huwa xi ftit superfiċjali u spiċċattiv, dan l-abbozz ta' liġi issa qiegħed itejbu u jagħti spjegazzjoni aħjar sabiex meta niġu biex neżerċitaw bi dritt is-setgħat li l-ġurisdizzjoni ta' Malta tagħti lill-forzi ta' l- ordni, ma jkunx hemm anomaliji.", "Ta' min jgħid ukoll li għalkemm dan l-Att jispjega x'inhuma l-limiti territorjali ta' Malta bejn wieħed u ieħor, imbagħad ma jispjegax tajjeb biżżejjed x'tip ta' mezzi u ta' azzjoni jistgħu jieħdu l-forzi tas-sigurta` fl-ibħra territorjali u anke fiż-żona kontigwa.", "Effettivament l-Istat Malti għandu sovranita` sa 12-il mil barra mill-kosta ta' Malta.", "Dan huwa l-limitu ta' l-ibħra territorjali Maltin, jiġifieri aħna għandna ġurisdizzjoni sabiex nipprosegwixxu, jekk hemm bżonn narrestaw u nressqu quddiem il-qrati ta' Malta persuni li kkommettew reati kontra l-liġijiet ta' Malta sia fuq it-territorju Malti kif ukoll sa 12-il mil 'il barra mill- kosta ta' Malta.", "Issa din diġa' toħloq l-ewwel problema; minn fejn se tikkalkola t-12-il mil 'il barra mill-kosta ta' Malta, imma dwar dan se nitkellem iktar 'il quddiem.", "Fil-fatt fil-qorti diġa' dehru problemi ta' dan it-tip, sia meta jiġu kommessi reati li għandhom x'jaqsmu ma' fisheries u sia meta jiġu kommessi reati li ma jkollhom x'jaqsmu xejn ma' fisheries.", "Issa hawn ta' min jgħid li minbarra dak it-12-mile limit li jestendi fuq il- baħar, imbagħad hemm żona oħra li taqa' taħt l-ibħra territorjali u ż-żona kontigwa ta' pajjiżna, liema żona testendi għal 12-il mil ieħor li jiġi kkalkolat minn fejn jispiċċa t-12 mile limit ta' l-ibħra territorjali tagħna, u għalkemm għal din iż-żona m'għandniex is-sovranita` li għandna fit-12-il mil 'il barra mill-kosta ta' Malta, għandna ċerti drittijiet fuqha wkoll.", "Imbagħad hemm iż-żona kontigwa, li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed tiġi regolata aħjar u kodifikata fil-liġijiet Maltin.", "Ta' min jgħid li ż-żona kontigwa testendi għal 12-il mil ieħor, jiġifieri prattikament nistgħu ngħidu li ż-żona kontigwa testendi għal 24 mil mil- limitu ta' l-ibħra territorjali Maltin.", "Fuq din iż-żona kontigwa m'għandniex sovranita` imma għandna d-dritt li neżerċitaw kontroll, li hija xi ħaġa kompletament differenti mis-sovranita`.", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li għall-ewwel 12-il mil 'il barra mill-kosta ta' Malta, aħna għandna d-dritt li narrestaw u li ntellgħu l-qorti lil qualsiasi persuna li tikser qualsiasi dispożizzjoni tal-kodiċi penali Malti għax fuq dawk it-12- il mil għandna sovranita` assoluta.", "Għalhekk min jikkommetti reat fuq it- territorju Malti jew sa 12-il mil 'il barra mill-kosta Maltija, f'dak il- każ huwa prosegwibbli quddiem il-qrati Maltin.", "Pero` dan m'huwiex il-każ fejn ikun hemm persuna li tikkommetti reat fiż-żona kontigwa.", "Fil-fatt jekk xi ħadd jikkommetti reat fiż-żona kontigwa, jiġifieri 'l barra mill-ibħra territorjali Maltin, dan ma jkunx ikkommetta reat kontra l- Istat Malti għax ikun qiegħed 'il barra mill-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Malti, pero` wieħed jista' jeżerċita kontroll miż-żona territorjali sabiex jaqbad persuna fiż-żona kontigwa li tkun diġa' kkommettiet reat kontra l- Istat Malti fit-territorju Malti.", "Jekk l-Istat Malti jkollu suspett raġunevoli li persuna li tinsab fiż-żona kontigwa - jiġifieri iktar minn 12- il mil 'il barra mill-ibħra territorjali ta' Malta - tkun diġa' kkommettiet reat kontra l-istat Malti fl-ibħra territorjali ta' Malta, fit-territorju ta' Malta jew inkella jkun hemm suspett raġunevoli li din se tiġi fit- territorju Malti jew fl-ibħra territorjali Maltin biex tikkommetti reat, allura f'dak il-każ l-istat ikollu d-dritt residwu li jeżerċita l-kontroll.", "Pero` għal dak li għandu x'jaqsam ma' reati li jseħħu fiż-żona kontigwa, jiġifieri 12-il mil 'il barra mill-ibħra territorjali ta' Malta, skond il- kodiċi kriminali ta' Malta dawn ir-reati m'humiex kollha punibbli.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Nagħmlu mod jiġi kommess xi omiċidju.", "Jekk dan ir-reat ikun seħħ fiż-żona kontigwa u ma jkunx sar kontra xi ċittadin Malti, dak ma jkunx prosegwibbli, pero` kif spjega tajjeb il-Prim Ministru, jekk ikun reat rilevanti, jiġifieri jkun reat li jirrigwarda lid-dwana, affarijiet fiskali, l-immigrazzjoni jew is-sanita`, inkluż it-tniġġis, hemmhekk għandna speċi ta' sovranita`, imbasta dawk ir-reati jkunu jeffettwaw lil pajjiżna.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi huwa xi ftit tekniku u għalhekk ikun aħjar jekk wieħed jispjega safejn eżattament is-swaba ta' l-istat Malti jestendu l-iktar.", "L-ewwelnett ta' min jgħid li l-ikbar breakthrough li jagħmel dan l-abbozz ta' liġi huwa meta jitkellem dwar iż-żona kontigwa għax għalkemm jitkellem dwar ċerti poteri li qed jingħataw lill-istat Malti fl-ibħra territorjali Maltin, ...", "Issa hawnhekk ta' min jagħmel parentesi żgħira u jirrimarka li din il-ġurisdizzjoni diġa' kienet hemm permezz ta' l- Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, jiġifieri m'aħniex noħolqu xi ħaġa ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ibħra territorjali Maltin, pero` dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti lil din il-ġurisdizzjoni tifsira aħjar filwaqt li qed jispeċifika wkoll x'tip ta' poteri jista' jeżerċita uffiċjal marittimu għall-inforzar.", "Fil-fatt klawsola 2 tiddefinixxi x'inhu uffiċjal marittimu għall-infurzar, u tgħid hekk:", "\"\"uffiċjal marittimu għall-infurzar\" tfisser kull membru tal-korp tal- pulizija tal-forzi armati, kull uffiċjal tad-dwana u kull uffiċjal ieħor vestit b'awtorita` ġenerali ta' infurzar tal-liġi.\".", "Pero` biex nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid, l-ikbar breakthrough li għamel dan l-abbozz ta' liġi huwa f'dak li għandu x'jaqsam maż-żona kontigwa għax taħt l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, iż- żona kontigwa kienet tissemma biss ħafif ħafif mingħajr ħadd ma kien jaf eżattament x'inhi u kienu jeżistu biss ċerti poteri li kienu joħorġu mid- dritt internazzjonali.", "Id-dritt internazzjonali huwa inforzabbli u mhux m'huwiex inforzabbli, pero` l-iktar ħaġa effettiva hija li l-prinċipju li joħroġ mid-dritt internazzjonali pubbliku jkun kodifikat fil-liġi Maltija.", "Fi kliem ieħor, dak li dan il-parlament qiegħed jirratifika llum diġa' jeżisti fid-dritt internazzjonali, pero` l-uffiċjali li jridu jinforzaw il- liġi jistgħu ma jkunux jafu xi jgħid id-dritt internazzjonali, ċioe` li huma għandhom id-dritt li jissenjalaw bastiment, li jwaqqfu bastiment, li jitilgħu abbord bastiment, li jfittxu fuq bastiment, li jarrestaw u li jżommu lil xi persuna suspettata li tkun se tikkommetti xi reat kriminali, jew tkun diġa' kkommettietu, u li jelevaw xi oġġetti li għandhom x'jaqsmu ma' reat kriminali.", "Issa dawn il-poteri qed jiġu ben definiti.", "Nerġa' ngħid li llum l-uffiċjali tal-pulizija u tal-forzi armati diġa' kellhom dan il-poter, imma forsi dan il-poter ma kienx ċar, jew forsi kienu jiddejqu jeżerċitawh, jew inkella jekk stess kienu jeżerċitawh, forsi kienu jinqalgħu kwestjonijiet legali ta' safejn wieħed seta' jew jista' jeżerċita ċerti poteri.", "Issa nixtieq inqajjem punt li sfortunatament dan l-abbozz ta' liġi ma jidħolx fih, Sur President.", "Jistgħu jinqalgħu ċerti problemi li mbagħad aħna l-avukati nkunu nistgħu nixxalaw fihom fil-qorti, u nispera li fl-istadju ta' kumitat ikollna ċans nidħlu f'dawn it-tip ta' problemi.", "Issa hawnhekk m'iniex qed inħares lejn l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa imma qed inħares lejn l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa nnifsu, li fost affarijiet oħra jgħid li l-ibħra territorjali huma dawk li jestendu sa 12-il mil barra mill-kosta Maltija u Għawdxija.", "Pero` l-kosta ta' Malta u ta' Għawdex tista' tkejjilha b'diversi metodi.", "Il- pulizija għandhom vizzju jkejlu l-kosta ta' pajjiżna b'mod tond madwar il- gżejjer Maltin, u ma jiħdux in konsiderazzjoni li l-kosta tagħna m'hijiex smooth imma hija crooked.", "Wieħed għandu jikkonsidra jekk il-kosta għandhiex titkejjel b'mod rectangular u mhux circumferential, u din tagħmel differenza kbira, b'mod partikolari għal dik iż-żona fejn neżerċitaw is- sovranita` fl-estensjoni tat-12-il mil mill-kosta ta' Malta, jiġifieri fejn għandna ġurisdizzjoni pura u mhux diluted, bħalma hi ż-żona kontigwa.", "Hawnhekk jistgħu jinqalgħu problemi legali għax sabiex l-Istat Malti jipprosegwixxi kontra persuna li allegatament tkun ikkommettiet reat kontra l-istess Stat Malti, l-ewwel u qabel kollox ikun irid jiġi identifikat fejn ikun twettaq ir-reat għax biex jittieħdu l-passi neċessarji min-naħa ta' l- Istat Malti, ir-reat irid ikun twettaq jew fuq it-territorju Malti jew inkella fl-ibħra territorjali Maltin, jiġifieri f'dawk it-12-il mil 'il barra mill-kosta Maltija.", "Jekk ma jiġix stabilit b'ċertezza li r-reat li allegatament imur kontra l-kodiċi penali sar fit-territorju Malti jew għallinqas fl-ibħra territorjali Maltin, dak ma jkunx reat kontra l-Istat Malti u ma jkunx prosegwibbli kontra l-Istat Malti.", "Ħalli ngħiduha kif inhi.", "This is more the exception than the rule, u Deo gratias et Mariae, dawn il-problemi legali ma jinqalgħux kuljum fil-qorti, pero` jistgħu jinqalgħu f'inċidenti tas-sajd u f'inċidenti oħrajn għax ir-reati jistgħu jitwettqu anke fuq bastiment Malti.", "Jekk jinqala' dubju dwar fejn kien eżattament dak il-bastiment li fuqu allegatament ikun twettaq reat kontra l- Istat Malti, allura se jinqalgħu kwestjonijiet u eċċezzjonijiet legali ta' ġurisdizzjoni dwar fejn kien eżattament dak il-bastiment.", "Ġaladarba l-liġi ma tgħidx speċifikament kif għandek tikkalkola, jekk inti tikkalkola d- distanzi kif qed jikkalkolawhom il-pulizija, jiġifieri b'mod circumferential, allura jkollok ċirkostanzi fejn ikun hemm ċerti liberazzjonijiet li jsiru mill-qorti għax ikun jeżisti dubju raġonevoli fejn eżattament ikun twettaq ir-reat.", "Din hija xi ħaġa serja, u għalkemm kif għedt diġa', this is more the exception than the rule, kellna ħafna u ħafna okkażjonijiet fejn inqala' dan il-każ, speċjalment meta nqalgħu dawk li aħna nsejħulhom bħala gwerer tas-sajd.", "Dawn huma eċċezzjonijiet li meta jinqalgħu, tinqala' kwestjoni legali fuqhom.", "Jien naf b'każi fejn dawn il-problemi legali ta' ġurisdizzjoni nqalgħu, mhux riċentement biss imma anke fl-imgħoddi, u jien naħseb li ġaladarba issa ressaqna dan l-abbozz ta' liġi li qed jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, għandna naħtfu l-opportunita` li nagħmlu xi ħaġa dwar dan għax imbagħad Alla biss jaf meta jitressaq abbozz ta' liġi simili f'dan il-parlament.", "Naħseb li fl-istadju ta' Punt ieħor li nixtieq inqajjem jirrigwarjda l-istat diżastruż li jinsabu fihom it-taqsimiet marittimi tal-forzi armati ta' Malta u tal-korp tal-pulizija.", "Nibda biex ngħid li t-taqsima marittima tal-korp tal-pulizija hija ineżistenti u prattikament lanqas biss teżisti taqsima marittima tal-korp tal-pulizija.", "L-unika taqsima fil-korp tal-pulizija li forsi, b'xi mod jew ieħor, għandha x'taqsam mal-baħar hija dik ta' l-administrative law enforcement, li għandha xi speedboat jew tnejn biex permezz tagħhom jinqabdu dawk li jkunu qed isuqu l-ispeedboat tagħhom b'veloċita` eċċessiva.", "Bla ebda dubju, il- forzi armati ta' Malta m'humiex attrezzati għall-kwestjonijiet internazzjonali li jistgħu jinqalgħu, daqskemm m'humiex attrezzati l-forzi ta' l-ordni, jiġifieri l-pulizija, sabiex jikkumbattu l-pjaga ta' l- immigrazzjoni illegali.", "Ġaladarba semmejt l-immigrazzjoni illegali, irrid ngħid li iktar 'il quddiem se nitkellem dwar dan għax sfortunatament ġieli nisimgħu ċerti affarijiet, nitfgħuhom taħt it-tapit u qisu qatt ma ġara xejn.", "Fil-fatt din donnha saret karatteristika tal-gvern Nazzjonalista, imma kif diġa' għedt dwar dan se nitkellem iktar 'il quddiem.", "Il-punt li qed nenfasizza bħalissa huwa l-fatt li llum il-forzi armati ta' Malta iktar jistgħu jissejħu bħala \"l-forzi żarmati ta' Malta\", partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-taqsima marittima!", "Din hija problema li rridu nittekiljawha llum qabel għada.", "Sfortunatament illum il-Ministru Tonio Borg m'huwiex qiegħed hawn minħabba li jinsab imsiefer għax kieku forsi kien iwieġeb għal ċerti punti li qed inqajjem jien.", "Nispera li almenu dan l-abbozz ta' liġi jkun għadu qed jiġi diskuss f'dan il-parlament meta l-ministru jirritorna lura Malta.", "Spiss nisimgħu lil min jiftaħar - u dan sar anke f'risposti għall- mistoqsijiet parlamentari li għamilt jien – biż-żieda fil-vot kapitali tal- korp tal-pulizija.", "Imma ngħid jien, jekk saru xi xogħlijiet fl-estensjoni tal-kwartieri ġenerali tal-korp tal-pulizija u qed isiru xi xogħlijiet oħrajn fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin, m'huwiex ovvju li biex tagħmel dawn ix-xogħlijiet irridu nżidu l-vot kapitali?", "Imma l-iktar ħaġa importanti hija li jsir ċertu investiment - issa hawn ma rridx niftiehem li qed ngħid li dawn ix-xogħlijiet li semmejt m'humiex importanti, għax iva, huma importanti, speċjalment ix-xogħlijiet li qed isiru fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin - sabiex il-pulizija tkun attrezzata aħjar fit- taqsima marittima, għax sal-lum il-korp tal-pulizija għad m'għandu l-ebda għodda sabiex jikkumbatti ...", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq niġbed l-attenzjoni lill-Onor.", "Gulia li meta l-Partit Laburista kien fil- gvern, minkejja li kien qed isir xi xogħol fl-estensjoni tal-kwartieri ġenerali tal-pulizija, il-vot kapitali tal-pulizija xorta kien tnaqqas.", "Jiġifieri le, m'huwiex ovvju li ġaladarba jkunu qed isiru xi xogħlijiet fl- estensjoni tal-kwartieri ġenerali tal-pulizija, il-vot kapitali tal- pulizija jiżdied.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, nista' nwieġeb lill-Onor.", "Pullicino ħafif ħafif.", "Ix-xogħlijiet li qed isiru fl-estensjoni tal-kwartieri ġenerali tal-pulizija ilhom għaddejjin għal numru ta' snin, u naturalment biex dawn jitkomplew bilfors irid jiżdied il-vot kapitali.", "Jekk fil-bidu tax-xogħlijiet ikollok bżonn ċerta nefqa u mbagħad biex jitlestew dawn ix- xogħlijiet tkun trid iżżid l-ispiża, mhux bilfors trid iżżid il-vot kapitali?", "Jien napprezza l-osservazzjoni li għamel il-kollega tiegħi, pero` ħalli ma niddevjawx mill-pern ta' l-argument li qed nipprova nqajjem.", "Anke jekk għall-grazzja ta' l-argument dak li qed jgħid il-ħabib tiegħi huwa minnu, jibqa' l-fatt that we have to invest where it matters most, u aħna nafu li m'għandniex il-mezzi sabiex nikkumbattu ċerti abbużi li jsiru fuq il-baħar, bħall-immigrazzjoni illegali.", "Per eżempju, ħafna drabi, meta nindunaw li tkun qed titwettaq din l-attivita` f'pajjiżna?", "Meta l-barranin jaqbdu lil min ikun qed iwettaq dan l-abbuż.", "Alla jbierek, aħna qatt ma naqbduhom ħerġin minn hawn Malta!", "Imma jista' jkun hemm raġunijiet għaliex ma naqbduhomx ħerġin minn hawn Malta wkoll.", "Jien naħseb li jkun hemm ħafna nies li jkunu jafu ħafna affarijiet, u dawn huma people who have influence.", "Jien diġa' tkellimt waqt il-ħin ta' l-aġġornament dwar dawn l-affarijiet, u għalhekk m'iniex qed ngħid xi ħaġa ġdida, pero` ħadd ma ta kas ta' dak li kont qed ngħid u għalhekk illum se nerġa' nqajjem dan is-suġġett, b'mod partikolari wara ċertu diskors li sar il-bieraħ fuq stazzjon televiżiv.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi li fiż-żona kontigwa l-Istat Malti għandu dritt jeżerċita kontroll f'ċerti oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni, mad-dwana, ma' kwestjonijiet fiskali u mas-sanita`, imma jien se nitkellem dwar l-immigrazzjoni.", "Segwejt il- programm \"Bondicini\" u llum ġie rrapportat anke fuq il-gazzetta \"The Times\" li matul dan il-programm, ċerta Zina Grima għamlet allegazzjonijiet serji ħafna, u dawn l-allegazzjonijiet għamlithom pubbliċi għall-ewwel darba.", "Issa nispera li dak li ntqal ma ninjorawhx bħas-soltu, qisu ma ntqal xejn, u nixtieq li l-prim ministru jisma' dan li għandi xi jgħid.", "L- allegazzjonijiet li għamlet Zina Grima ilna nisimgħuhom through the grapevine għal matul dawn l-aħħar sentejn, u dawn waslu anke lil uħud minn din in-naħa, inkluż lili bħala x-shadow minister ta' l-intern.", "Dawn l- allegazzjonijiet jgħidu li mdeffsa fl-attivita` ta' l-immigrazzjoni illegali hemm involuti uffiċjali pubbliċi, inklużi uffiċjali fil-korp tal- pulizija.", "Issa hawnhekk irrid inkun ġenwin u ngħid li għalkemm lili kienet waslitli din l-informazzjoni, it was rather vague and without any specific references.", "Pero` din l-informazzjoni ma smajthiex minn sors wieħed u għalhekk jien qed inqis dan id-diskors, li fih qed nagħti din l- informazzjoni, bħala diskors privileġġjat.", "Sena u nofs jew sentejn ilu, meta din l-informazzjoni waslet għandi għall-ewwel darba, kont prudenti għax ħassejt li qabel ma nitkellem għandi nivverifikaha, u kont responsabbli biżżejjed li ma qbadtx u tkellimt fuq din il-ħaġa waqt xi ħin ta' l-aġġornament, qisni qiegħed hawnhekk għall-gallerija.", "Fil-fatt, meta aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni ngħidu xi ħaġa, il-membri tan-naħa l-oħra hekk jakkużawna li qegħdin hawnhekk għall-gallerija.", "Il-privileġġ parlamentari qiegħed hemmhekk għal xi ħaġa imma ċertament mhux biex noqogħdu hawn għall-gallerija jew biex noħolqu kwestjonijiet fl-arja.", "Jien ħadt il-briga li nkellem privatament lill-ministru ta' l-intern dwar din l-informazzjoni li kont irċevejt, u staqsejtu jekk waslux għandu wkoll l-allegazzjonijiet li fl-ajruport internazzjonali ta' Malta u fis-seaport hemm uffiċjali pubbliċi li qed idaħħlu l-immigranti klandestini fil-pajjiż meta dawn lanqas biss ikunu koperti bil-visa.", "Ta' min jgħid li dawn jitħallew hawn Malta għal perijodu ta' żmien, xi kultant anke għal ġurnata biss, u mbagħad minn hawn itellquhom lejn Sqallija.", "Dwar dawn l-affarijiet, kellimt anke uffiċjal għoli tal-korp tal-pulizija u għedtlu sabiex jinvestiga l-każ.", "Minbarra li ħadt aġġornament nitkellem dwar dan il-każ, tkellimt ukoll f'dan ir-rigward fid-dibattitu li kellna dwar l-estimi tal- ministeru tal-intern għall-budget ta' din is-sena.", "Fil-fatt dakinhar jien għamilt warning bħala deterrent, minn hawnhekk stess, sabiex ninforma li aħna għandna suspett ta' x'inhu għaddej fl-ajruport internazzjonali ta' Malta u fis-seaport dwar l-immigrazzjoni klandestina.", "Dan jien għamiltu apposta ħalli jekk ikun hemm min huwa involut f'din il-attivita` u jkun qiegħed jismagħna ...", "Sfortunatament dak il-warning li jien tajt ma ġiex irrapportat fil-gazzetti, jew inkella jekk ġie rrapportat, dan ir-rapport ġie mrekken x'imkien fejn ma jidhirx.", "Kif għedt diġa', dwar dan il-każ kellimt kemm lill-Ministru Tonio Borg kif ukoll lil uffiċjal għoli fil-korp tal-pulizija, pero` sinċerament ma nafx jekk dawn għamlux xi investigazzjonijiet sabiex jikkonfermaw dak li għedtilhom jien.", "Barra minn hekk, għamilt anke mistoqsijiet parlamentari fejn aċċennajt għal dawn l-affarijiet, u għamilt dawn il-mistoqsijiet speċifikament għall-pulizija li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigration, sabiex anke minn din il-Kamra nuru li għandna l-attenzjoni tagħna ffokata fuq hemmhekk.", "Anke jekk naf li għandi privileġġ parlamentari m'iniex se noqgħod insemmi ismijiet.", "Jekk irrid nista' nsemmi ismijiet pero` ma rridx nagħmel dan.", "Mr Speaker, il-bieraħ ħassejtni kkonfondut ħafna meta smajt lil Zina Grima tgħid - u dan ġie rrapportat ukoll f'\"The Times\" - \"that she had personally reported the matter to the prime minister and home affairs minister and those involved were transferred elsewhere\".", "Hawnhekk Zina Grima kienet qed titkellem dwar xi każ ta' Eġizzjani miżżewġin nisa Maltin li kienu qed jistennew biex jiġu trasferiti illegalment lejn pajjiżna.", "Bħalissa hawn preżenti l-prim ministru, u jien nispera li li meta ldan jiġi biex jagħmel il-winding-up jgħidilna xi ħaġa dwar dan il-każ, u jekk jilħaq jiġi l-Ministru tal-Intern, jgħidilna xi ħaġa hu wkoll.", "Jien ma nistax nifhem kif il-passi li qed jittieħdu fil-konfront ta' dawk l-uffiċjali pubbliċi li qed jinqabdu f'din it-tip ta' attivita`, huma sempliċiment li jiġu ttrasferiti għal xi taqsima oħra.", "Nispera li ta' l-inqas dawn jiġu trasferiti wara li tkun saret investigazzjoni dwarhom.", "Imma jien għandi xi mistoqsijiet x'nagħmel.", "Meta jkun hemm suspett fondat li uffiċjal pubbliku jkun kompliċi fit- traffikar ta' immigranti klandestini, possibbli li l-uniku pass li jittieħed huwa li dan jiġi transferred minn taqsima għal taqsima oħra?", "Din hi omerta`.", "L-allegazzjonijiet fuq persuna li kienet kompliċi fit- traffikar ta' immigranti klandestini huma serji, u ġaladarba qed isiru dawn it-transfers, allura żgur li xi ħadd għandu suspett f'ċerti uffiċjali pubbliċi, iktar u iktar meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-fatt li ċerti uffiċjali pubbliċi qed jiġu mneħħija minn pożizzjoni tant sensittiva li għandha x'taqsam ma' l-immigrazzjoni u jintbagħtu x'imkien ieħor.", "Imma din x'serjeta` hi!", "Jien nixtieq li l-membri tal-gvern jgħidu jekk dan li qed ngħid jien huwiex minnu jew le, għax huwa mpossibbli li huma ma jafu b'xejn dwar dawn it-trasferimenti.", "Mr Speaker, dawk li qed jieħdu l-immigranti illegali minn Malta għal Sqallija kollha għandhom il-powerboats, u aħna nafu li mhux kulħadd għandu powerboat f'Malta.", "Ma nafux min huma dawk in-nies li għandhom il- powerboats?", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li għandna npoġġu lil kulmin għandu powerboat fl-istess keffa.", "Imma ġaladarba nafu min huma n-nies li għandhom powerboat, għaliex ma jiġux investigati?", "Jista' jkun li qed isiru xi investigazzjonijiet, pero` nistgħu nkunu nafu x'inhu l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?", "F'sajf wieħed ma nafx kemm mijiet ta' immigranti klandestini jittieħdu minn Malta għal Sqallija, u mbagħad meta t-temp ikun tajjeb u l-baħar ma jkunx imqalleb imbierek Alla Malta tinxef mill-barranin, speċjalment miċ-ċittadini tan- North Africa, u dawn jidħlu u joħorġu minn pajjiżna with impunity.", "Ara meta jkun maltemp, nibdew naraw ħafna iktar minn dawn il-barranin f'pajjiżna!", "Ċertament m'iniex qed nakkuża lill-pulizija għal dan kollu, għax naf li l-pulizija m'għandhiex biex taħdem.", "Mela l-pulizija għandhom xi poter divin jew sopranaturali li jimxu fuq il-baħar!", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn li ninvestu fil-korp tal-pulizija biex fl-aħħar dan ikollu maritime squad attrezzata.", "Jien niftakar li meta darba minnhom, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, kont qajjimt dan il-punt, il-prim ministru kien qabel miegħi li hemm bżonn li titwaqqaf skwadra speċjali għal dan il-qasam, u jien nerġa' nħeġġeġ lill- prim ministru u lill-ministru ta' l-intern biex din l-iskwadra speċjali tal- pulizija titwaqqaf.", "Jien nistaqsi wkoll: Fejn ikunu l-forzi armati tat- taqsima marittima meta dawn \"il-barunijiet tal-persuni\" - issa se nibda nsejħilhom hekk - ikunu ġejjin u sejrin minn Malta għal Sqallija with impunity?", "Fejn ikunu l-bċejjeċ tal-baħar tal-forzi armati ta' Malta dak il- ħin li l-barunijiet tal-persuni jkunu qed jaqsmu bejn Malta u Sqallija?", "Fuq l-art?", "Biex tagħqad, mgħaġġbin xi storbju jagħmlu dawn il-powerboats!", "Jien nistaqsi wkoll: Powerboat minn fejn tista' titniżżel fil-baħar?", "Id- daqs ta' powerboat huwa kbir u għalhekk żgur li ma tistax titniżżel minn kullimkien imma minn ċerti postijiet biss.", "Għalhekk minbarra li għandna nkunu nafu min għandu powerboat, li bilfors huwa numru limitat ta' persuni, għandna nkunu nafu wkoll ...", "Daqskemm nitkellmu dwar is-secret service!", "Imbierek Alla, dan l-aħħar is-secret service qiegħed kullimkien!", "Allura mbagħad kif is-secret service ma jsibx mezz kif jinfiltra f'dan il-pocket iż-żgħir ta' kriminalita` organizzata?", "Dawn huma oxxenitajiet!", "Il-bieraħ intqal li l-prim ministru u l-ministru ta' l-intern ingħataw xi informazzjoni u saru xi transfers.", "Jekk saru xi transfers, this is not fair.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru, on a personal explanation.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien ma nafx x'intqal fuq it- television minn din il-persuna li qed isemmi l-Onor.", "Gulia - donnu li l- Onor. Membru qed jaqra minn xi rapport ta' \"The Times\" li jien ma qrajtux – iżda jekk din il-persuna qed tgħid li informat lili jew tatni x'informazzjoni f'dan is-sens, jien nista' ngħid li assolutament m'għandi l- ebda idea la li din il-persuna kellmitni u wisq iktar li din il-persuna setgħet qaltli xi ħaġa f'dan is-sens.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Din jien smajtha l-bieraħ fuq l-inews u, kif għedt diġa', f'\"The Times\" ġie rrapportat li Żina Grima qalet", "\"that she had personally reported the matter to the prime minister and home affairs minister and those involved were transferred elsewhere\".", "Dawn huma affarijiet serji.", "Jien li jinkwetani hu kif il-gvern jippretendi li ma jkunx jaf ċerti affarijiet li jkunu jafuhom in-nies tat-triq, speċjalment dwar il-qasam ta' l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal- persuni.", "Dawk in-nies li jiġu ttraffikati minn Malta għal Sqallija b'xi mod ikunu daħlu hawn Malta.", "Jien, bħala avukat, naf b'każi fejn visa tinsteraq mill-pulizija stess fl-ajruport biex tingħata l-impressjoni li dawn il-barranin ikunu ilhom Malta xi xahar jew sitt xhur.", "Dawn il-każi qegħdin fil-qorti, jiġifieri jekk ikun hawn min jisfidani jien lest li nuri d-dokumenti li jixhdu dan, pero` ma naħsibx li nista' noħroġhom 'il barra mill-qorti.", "Issa jien nistaqsi: Dawn il-visas insterqu jew ingħataw?", "F'dan il-pajjiż diġa' hawn falliment minħabba li s-serq qed isir left, right and centre, pero` jkun falliment ħafna ikbar jekk naslu f'sitwazzjoni fejn il-pulizija - li suppost qegħdin hemmhekk biex jassiguraw li mhux biss ma jsirx serq imma li ma jsirx serq l-ewwel u qabel kollox mill-kwartieri ġenerali tal-pulizija jew mill-fergħat li għandhom x'jaqsmu ma' l- immigration - jisirqu l-visas.", "Mr Speaker, possibbli li l-gvern ma jiġih l-ebda suspett li dak li qed jiġi allegat jista' jkun potenzjalment reali?", "Allura kif jibqa' ma jinvestigax?", "Jew jekk qed jinvestiga, x'inhu dan il-ħabi kollu?", "Jekk il-gvern qed jinvestiga xi każi, aħna għandna nkunu nafu għax jien nemmen li jekk gvern huwa serju u ma jogħġbuhx ċerti affarijiet li jkunu għaddejjin, huwa għandu jinvestigahom u jgħid fil-pubbliku li qed jinvestigahom.", "Gvern li jaħbi jew li forsi m'għandux intenzjoni li jaħbi imma xorta jħalli l-affarijiet għaddejjin minn taħt xorta waħda ma jirriflettix tajjeb fuqu.", "Din bħal tal- kummissarju tal-pulizija fejn, Alla jbierek, għall-ewwel ħadd ma kien jaf xejn u ħadd ma qal xejn u mbagħad minn xi mistoqsijiet parlamentari sirna nafu li fil-fatt il-prim ministru u l-ministru ta' l-intern kienu jafu xi ħaġa imma għażlu li jitfgħu kollox taħt it-tapit.", "Aħna nafu li kien hemm saħansitra nies li mietu f'din l-attivita` ta' trasferiment ta' immigranti illegali minn Malta għal Sqallija, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal dawk il-ħamsa li mietu s-sajf li għadda f'Portopalo jew f'Ragusa.", "Tliet snin ilu kien hemm inċident li fih x'aktarx mietu 'l fuq minn 250 ruħ waqt li dawn kienu qed jiġu trasbordati minn fuq il-bastiment Yioham għal fuq bastiment Malti, u f'dan l-inċident x'aktarx mietu wkoll ċittadin Malti u ċittadin barrani miżżewweġ Maltija.", "Imma mbierek Alla, qisu ma ġara proprju xejn!", "Dawn l-affarijiet serji, Mr Speaker, u jien se nieħu spunt biex nitkellem fuq, per eżempju, il-każ tal-kummissarju tal-pulizija.", "Aħna bħala oppożizzjoni konna verament prudenti fuq dan il-każ.", "Jien personalment, anke fl-istqarrijiet li ħriġt, m'għamilt xejn illi nista' minimament niddanneġġja l-proċeduri li hemm għaddejjin fil-qorti, u lanqas biss għamilt riferenza għalihom.", "L-attakk politiku tiegħi kien limitat għall-prim ministru u għall-ministru ta' l-intern għax għamilt ċerti stqarrijiet li lanqas biss ġew imwieġba u meta għamilt mistoqsijiet partikolari għal raġunijiet li jafuhom huma biss, l-għajta kienet: Ma nafu proprjament xejn!", "Fil-fatt aħna la konna nafu li kienet għaddejja nkjesta maġisterjali u lanqas konna nafu li l-membri tal-gvern ġew avviċinati fuq dan il-każ.", "Issa mbagħad ħalliha li f'dan il-parlament ikkapitulaw u meta kienu qed iwieġbu l-mistoqsijiet parlamentari raw li ma jaqbilx li jiżvijaw lill-Kamra u għalhekk spiċċaw ammettew li kien hemm avviċinament fuq dan il- każ, pero` dan sar biss wara ħafna prodding min-naħa ta' l-oppożizzjoni u anke minn ċerti sezzjonijiet tal-media.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li mhux il-media Laburista biss kienet għamlet dan il-prodding.", "Per eżempju, kien hemm ġurnal bl-Ingliż li rrapporta l-każ, u rrapportah b'mod estensiv.", "Pero` jien x'qiegħed ngħid?", "Qed ngħid li meta l-gvern iħossu mbarazzat, joqgħod jaħbi u ma jitkellem xejn.", "Issa ħalli nħalluh il-każ tal- kummissarju tal-pulizija għax dan m'għandux x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Mr Speaker, f'dak li għandu x'jaqsam mal-klandestini, hemm l-omerta` wkoll, imma din id-darba ħadd ma jista' jiġi jgħid li ma kien jaf xejn għax aħna konna ġbidna l-attenzjoni tal-gvern dwar ċerti allegazzjonijiet li kienu qed isiru f'dan il-qasam.", "Forsi l-gvern jista' jgħid li ma kellu xejn konkret imma kellu biss xi suspett, u huwa għalhekk li ta xi transfers.", "U ejja!", "Din m'hijiex serjeta`!", "L-ewwel semmejt is-secret service, pero` s- secret service kien qed jiġi wżat għal skopijiet oħrajn.", "Huwa għal dawn l- affarijiet li jrid jintuża s-secret service; għall-ġlieda kontra l- kriminalita` organizzata, fosthom kontra t-traffikar tad-drogi, u anke għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni klandestina.", "Jien għandi biża' li ċerta azzjoni ma tittieħidx b'ċerta deċiżjoni u b'ċerta determinazzjoni minħabba li jista' jkun hemm nies ta' ċerta influwenza, li jkunu decision makers jekk mhux ukoll policy implementers, li jkunu jafu b'ċerti affarijiet - u anke jista' jkun li jkunu involuti direttament fihom - and they turn the other way round.", "Se nerġa' nagħmel osservazzjoni li lil min irid jifhem, żgur se tolqtu.", "Huwa fatt li jeżistu nies li jiġu trasbordati minn Malta għal Sqallija, u nafu li hemm Maltin involuti u arrestati ġewwa Sqallija fuq din l-attivita`.", "Nafu wkoll li l-awtoritajiet Sqallin se jitolbu l-estradizzjoni ta' xi Maltin li huma involuti fit-trasport illegali tal-klandestini.", "Issa jien nistaqsi: Dawn kif daħlu hawn Malta?", "L-ewwel bdejt dan l-argument u mbagħad intervjena xi ħadd u ma komplejtux, u allura se nkomplih issa.", "Dawn kif daħlu f'pajjiżna, Mr Speaker?", "Hemm diversi metodi kif il-klandestini jidħlu f'pajjiżna għax hemm il- metodu legali billi wieħed jidħol f'pajjiżna b'visa normali - issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li ċ-ċittadini ta' ċerti pajjiżi ma jistgħux jidħlu fl-Ewropa għax il-pajjiżi Ewropej ma jagħtuhomx il-visa imma aħna għandna visa arrangements ma' dawn il-pajjiżi - u juża lil Malta bħal stepping stone billi joqgħod f'pajjiżna għal ċertu perijodu biss, normalment massimu ta' xahar.", "Ta' min jgħid li fir-rigward taċ-ċittadini Ewropej, dawn m'għandhomx bżonn visa biex jidħlu f'pajjiżna għax għandhom speċi ta' freedom of movement għal tliet xhur sħaħ, pero` mbagħad, ġaladarba jiskadu dawk it-tliet xhur, ikunu jridu jitolbu extension ta' tliet xhur, u din l-extension ikunu jridu jitolbuha kull darba li jiskadu dawk it-tliet xhur.", "Imbagħad kollox jiddependi fuq id-diskrezzjoni potenti ħafna tal-principal immigration officer.", "Biex niftehmu, huwa tajjeb li l- principal immigration officer ikollu din id-diskrezzjoni, jiġifieri m'iniex qed ngħid dan b'nuqqas ta' rispett lejn Mr. Andrew Seychell.", "Issa dawn iċ-ċittadini barranin li jiġu hawn Malta jistgħu jabbużaw, jibqgħu jgħixu f'pajjiżna u jagħmlu l-konnessjonijiet li jkollhom bżonn jagħmlu ma' min jittrasporta lil persuni minn pajjiż għall-ieħor illegalment.", "Dan l-aħħar, wara li nqalgħu dawk l-inċidenti ta' Portopalo saret drive sħiħa biex kemm jista' jkun il-membri tal-korp tal-pulizija jaqbdu lil dawn l-immigranti illegali għax minkejja li l-immigranti illegali jkunu vittmi, ikunu qed jiksru l-liġijiet ta' l-Istat u allura jkunu jridu jitressqu l-qorti u ħafna minnhom jitkeċċew.", "Imma aħna nagħmlu l-affarijiet bis-sulluzzu.", "Meta nqala' l-inċident ta' Portopalo, imbagħad f'daqqa waħda saret drive, li tista' tkun anke motivata politikament, biex naqbdu lill-klandestini illegali u lil min ikun over-staying, u nwaddbuhom 'il barra minn pajjiżna.", "Ikun hemm fażi fejn tkun qed issir ħidma sħiħa f'dan il-qasam u jibdew isiru ħafna raids 'l hemm u 'l hawn, imbagħad wara li jgħaddi ċertu żmien donnu jerġa' jirrilassa kollox sakemm jerġa' jinqabad xi ħadd jittraffika lill-klandestini barra minn Malta.", "Din il- ħidma trid tkun kostanti u mhux bis-sulluzzu.", "Jekk nafu li qed jiġi supply dejjem ikbar ta' klandestini illegali minn barra minn Malta għal hawn Malta u qegħdin jidħlu b'ċerta faċilita`, allura jrid ikun hemm skrutinju kontinwu min-naħa tal-korp tal-pulizija.", "Imbagħad jeżisti wkoll il-mezz illegali ta' kif wieħed jidħol f'pajjiżna, u huwa hawnhekk fejn jibdew jidħlu ċerti dubji għax ma jistax ikun li wieħed jagħmel din il-biċċa xogħol waħdu, iktar u iktar meta jidħol hawn Malta b'visa misruqa jew inkella jidħol Malta b'mod legali u mbagħad jakkwista visa minn hawn Malta.", "Dan il-povru klandestin ikun ġej minn background fqir ħafna u żgur li ma jkunx kellu kuntatti qabel ma wasal f'pajjiżna.", "Allura kif jista' jkun jagħmel din il-biċċa xogħol waħdu?", "Mhux bilfors li jkollu bżonn il-kompliċita` ta' xi ħadd minn hawn Malta li għandu ċertu poter amministrattiv?", "Wieħed ma jistax jidħol legalment f'pajjiż b'visa falza imma jrid ikun qed jiġi megħjun minn xi ħadd.", "Jien naf x'qed ngħid għax hemm ħafna każijiet ta' dan it-tip fil-qorti u jien, bħala avukat, kuljum nidħol il-qorti.", "It-tielet mezz li jeżisti biex ċittadin barrani jkun jista' jidħol hawn Malta huwa li jidħol mix-xatt.", "Sfortunatament aħna m'aħniex equipped biżżejjed sabiex naqbduhom jidħlu f'pajjiżna illegalment b'xi biċċa tal- baħar, li tista' tkun kemm biċċa tal-baħar irreġistrata f'Malta kif ukoll reġistrata f'xi pajjiż ieħor.", "Jekk il-powerboats reġistrati f'Malta kapaċi jaqsmu bejn Malta u Sqallija fi tliet kwarti u jiġu lura fi tliet kwarti, ...", "Per eżempju, ħalli nsemmi Tuneż.", "Tuneż m'hijiex qiegħda 'l bogħod minn Malta u powerboat tista' tasal s'hemmhekk ukoll.", "Naturalment dawn mhux bilfors ikunu powerboats imma jistgħu jkunu wkoll cabin cruisers jew yachts.", "Jien għandi informazzjoni li l-capability tal-forzi armati Maltin li tgħasses l-ibħra territorjali Maltin huwa persentaġġ żgħir ħafna.", "Fil- fatt mingħalija dan jammonta għal xi 10% tat-traffiku kollu li jgħaddi mill- ibħra territorjali Maltin.", "Possibbli li m'għandniex nagħmlu xi ftit effort ieħor sabiex dak il-persentaġġ inkabbruh iktar?", "Dawn it-traffikanti qed jgħaddu ż-żmien bina u qed iwaqqgħuna għar-redikolu.", "Jien napprezza l-isforz li qed isir sabiex l-Att li jittratta dwar dan il- qasam ikun punibbli minħabba li sfortunatament s'issa fil-liġi Maltija dan it-tip ta' reati ma jissemmewx, pero` sakemm l-abbozz ta' liġi jgħaddi minn dan il-parlament ...", "Fil-fatt bħalissa qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fi stadju ta' kumitat bħala parti mill-emendi għall-Kodiċi Kriminali.", "Jeżistu reati anċillari oħrajn li normalment jitwettqu flimkien mar-reat sostantiv ta' l-immigrazzjoni illegali tal-persuni, li huwa r-reat prinċipali, bħalma huwa l-illegal arrest, li jista' jiġi prosegwit in lieu of it-traffikar klandestin, u dan naturalment minbarra l-kwestjonijiet ta' immigrazzjoni u l-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi ta' l- immigrazzjoni għax meta tidħol u toħroġ minn pajjiż illegalment hemm anke pieni ta' ħabs.", "Anke li tgħin u li tassisti jmur kontra l-liġi ta' l- immigrazzjoni, u allura huwa importanti li naraw dawn l-affarijiet.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nsemmi lil dawk il-ħamsa li nstabu mejta fuq ix-xatt ta' Ragusa.", "Ara kemm hi serja din, Sur Prim Ministru!", "Those who survived u rrakkontaw il-ġrajja tagħhom qalu li kienu waslu Malta ġurnata qabel ma qabdu l-bastiment minn San Pawl il-Baħar li ħadhom lejn Ragusa, jiġifieri f'temp ta' 24 siegħa dawn daħlu fl-airport ta' pajjiżna, għamlu kuntatt mat-traffikanti ta' l-immigranti illegali tal- persuni u ħarbu minn pajjiżna.", "Imma kif jista' jkun li f'24 siegħa dawn il- klandestini jkunu jafu min huma t-traffikanti ta' l-immigranti illegali u fejn iridu jiltaqgħu magħhom?", "Mhux bilfors illi għandhom min jgħinhom hawn Malta?!", "U biex saru jafu min huma dawk il-persuni li jittraffikaw lill- klandestini mhux bilfors ressquhom lejhom persuni oħra?", "Fi żmien 24 siegħa dawn daħlu f'pajjiżna u sabu l-mewt fuq ix-xatt ta' Ragusa, pero` kien hemm ukoll min salva u rrakkonta l-istorja tiegħu.", "Mr Speaker, jien nistieden lill-gvern sabiex minbarra li jgħid tiegħu fuq dawn l-affarijiet, jara wkoll li ma jagħtix biss lip-service.", "Għall-ħabta ta' Lulju, ħadt pjaċir ħafna meta waqt xi question time kont qajjimt dan il- punt u ħeġġiġt lill-prim ministru biex minbarra li jipprova jtejjeb il- forzi armati ta' Malta, jipprovdi lill-pulizija b'taqsima marittima, u huwa qabel miegħi u qal li anke hu, jaħseb li wasal iż-żmien li ninvestu sabiex ikollna skwadra speċjali biex nikkumbattu l-pjaga tat-traffikar tal- persuni.", "Jien nifhem li l-prim ministru għandu ħafna x'jagħmel, pero` wasal iż-żmien li bħalma għandna l-iskwadra ta' kontra d-droga u dik ta' l- administrative law enforcement, li tara li ma jkunx hemm ksur tal-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kaċċa u mas-sewqan eċċessiv ta' bċejjeċ tal- baħar, hemm bżonn li jkollna wkoll skwadra marittima li taħdem biex taqta' dawn it-tip ta' abbużi li qed isiru f'pajjiżna u jestendu għal barra l- pajjiż, liema abbużi qed iwaqqgħulna wiċċna l-art ma' pajjiżi barranin.", "Mr Speaker, nagħlaq dan id-diskors billi nitlob lill-gvern biex f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn l-oqsma, ikun ħafna iktar trasparenti milli kien s'issa.", "L-oppożizzjoni m'għandhiex għalfejn tisħaq kontinwament għat- trasparenza.", "Wara kollox hi toqgħod attenta għall-kritika li tagħmel biex ma tiġix imsawta jew akkużata li qed toħlom.", "Jien naħseb li l-kritika li għamilt jien illum kienet kostruttiva għall-aħħar, u għalhekk nittama li ma jiġi ħadd jgħid li qed nipprovaw noħolqu xi allegazzjonijiet fl-arja.", "Jien nistenna li l-gvern jgħidilna li jaf b'dawn l-affarijiet u li qiegħed jinvestigahom.", "Nerġa' nappella għat-trasparenza, biex aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni ma nibqgħux niġu hawn biex naqdu dmirna u niġu akkużati b'abbuż tal-privileġġ parlamentari.", "Jien ma semmejt lil ħadd partikolari imma semmejt biss ir-reat u l-possibbiltajiet kbar li ċerti persuni ta' importanza amministrattiva jafu ħafna aktar minn dak li nistgħu nkunu nafu aħna bħala membri ta' din il-Kamra tar-Rappreżentanti.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'12.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI; Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament", "tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2001, fis-6.00 p.m. b'din l- aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, f'dan l-aġġornament nixtieq nitkellem ftit fuq ir-rapport dwar il-public broadcasting services, dak li qabel konna nsibuh bħala xandir Malta, li ġie ppubblikat dan l-aħħar min- naħa tal-gvern.", "Kif kulħadd jaf il-PBS kienet għaddejja minn ċerti problemi, primarjament finanzjarji, u l-gvern Nazzjonalista ħatar taskforce biex jistudjaw il-qagħda fil-PBS u wara jirrikmandaw f'miżuri għandu jieħu l-gvern dwar din azjenda pubblika.", "Dan ir-rapport ġie ppreżentat lill-gvern f'Lulju, pero' għal xi raġuni jew oħra kollox inżamm mistur u tfaċċa f'Settembru u sar pubbliku.", "Fil-fatt kull min irid kopja ta' dan ir-rapport jista' jakkwistaha mingħand il-PBS jew anke jniżżlu minn fuq l-internet.", "F'dan ir-rapport ta' ristrutturar jingħad li għandhom isiru ammonti ta' tibdiliet biex il-kumpannija terġa' tieħu r-ruħ u ssir vijabbli kummerċjalment.", "Issa jekk wieħed iħares lejn ir-rapport malajr jinduna li fih hemm propost li jittieħdu ħafna miżuri kontroversjali, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġejjieni ta' l-azjenda u iżjed u iżjed - u aħna bħala partit tal-ħaddiema din l-aktar li tinwetana - dwar il-ġejjieni tal- ħaddiema ta' l-istess azjenda.", "Fis-sustanza dan ir-rapport jgħid li l-PBS kellha management dgħajjef u bla ħila.", "Qalu wkoll li kien hemm bżonn li jitnaqqsu l-ħaddiema u ġie propost ukoll li min ikun irid jitlaq jingħata t- terminal benefits.", "F'dan ir-rapport jingħad ukoll li l-ħaddiema kollha għandhom jerġgħu japplikaw mill-ġdid biex jieħdu post f'din l-ażjenda, li bl-istrutturar kellha tinqasam, jekk m'iniex sejjer żball, f'ħames kumpanniji separati.", "Kellha ssir ukoll talba biex nies li qatt ma ħadmu fix-xandir u qatt ma kellhom x'jaqsmu ma din il-kumpannija jkunu jistgħu japplikaw ukoll biex jingħataw impieg, dejjem jekk jintgħażlu, ma' dawn il- kumpanniji li kellhom jitwaqqfu mill-gvern minflok il-PBS kif nafuh illum.", "Ir-rapport jgħid ukoll, ħalli ngħidu kollox, li l-ħaddiema li hemm illum kienu se jingħataw preferenza fuq dawk li japplikaw minn barra, dejjem jekk il-bord ta' l-għażla jsib li huma aħjar minn dawk li kienu applikaw minn barra.", "Pero' ir-rapport jgħid ukoll li jekk ikun hemm ħaddiema li jridu jitilqu u l-kumpannija tħoss li għandha bżonnhom biex jibqgħu jaħdmu mal- kumpanniji ġodda li se jitwaqqfu dawn ma jkunux jistgħu jitilqu.", "M'għandhomx għażla, iridu jibqgħu hemm bilfors.", "Jingħad ukoll li dawk li jaċċettaw li joqogħdu u jibqgħu jaħdmu ma' din il-kumpanniji jridu joqogħdu wkoll għat-taħriġ li jkun hemm bżonn.", "Ovvjament aħna m'għandna xejn kontra li wieħed joqgħod għat-taħriġ jekk ikollu bżonn.", "Nerġa' ngħid li dan ir-rapport ġie ppreżentat lill-gvern fil-bidu ta' Lulju u ġie ppreżentat għall-pubbliku fil-bidu ta' Settembru jinsisti li t- tibdiliet li hemm bżonn isiru f'din il-kumpannija kellhom isiru sa l-aħħar ta' Settembru.", "Settembru għadda, Ottubru wasal biex jispiċċa u sal-lum il- ħaddiema li qed jaħdmu fil-PBS għadhom ma jafu assolutament xejn x'se jsir mill-kumpannija tagħhom u x'se jiġri minnhom fil-futur.", "Ċertament li din mhijiex xi ħaġa li sserraħ ras in-nies għax meta tkun qed taħdem ma' kumpannija u tara li għandek ix-xabla mdendla fuq rasek bilfors li tinkwieta.", "S'issa wieħed jista' jgħid li ħadd għadu ma jaf eżattament x'se jiġri wara li ġie rrikkmandat dak kollu li hemm f'dan ir-rapport.", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid li ġaladarba din l-ażjenda kellha management dgħajjef, ma kellux ħila jmexxi, għax hekk jingħad fir-rapport, allura l-ministru li kien responsabbli minn din l-azjenda ma kienx jaf x'inhu qed jiġri.", "Ħallew kollox għaddej u issa meta l-problemi kibru tant li, kważi kważi, saru insormontabbli qegħdin f'paniku u ma jafux x'se jaqbdu jagħmlu.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kellu proposta li l-ħaddiema tal-gvern kellhom jitnaqqsu għaliex kien hemm iżżejjed.", "Hekk kif semgħu b'din il-proposta tan-naħa l-oħra tgħidx x'paniku u terremot sħiħ għamlu u bdew jgħidu li mhux sewwa li jitkeċċew il-ħaddiema.", "Filli kienu jitkellmu għan-nies li huma fi strata għolja u filli ġiethom ħniena mill-ħaddiema.", "Issa dan kulma kellu l-gvern Laburista kienet proposta, liema proposta m' aċċettax, għax il-gvern Laburista ma jaċċetta qatt li ħaddiema li jkunu jaħdmu fis-servizz pubbliku jitkeċċew.", "Issa għandna task force maħtura mill-gvern preżenti li tant beda meta l- gvern Laburista kellu proposta li jnaqqas il-ħaddiema tal-gvern - naħseb li kien dmugħ tal-kukkudrilli – li qed tipproponi l-istess ħaġa li kien propost fi żmien gvern Laburista.", "X'inhuma jgħidu dawn?", "Dawn qed jgħidu li l-PBS għandha tiżżarma u jsiru diversi kumpanniji oħra u l-ħaddiema li hemm illum japplikaw mill-ġdid u flimkien magħhom japplikaw ħaddiema li qatt ma ħadmu fix-xandir.", "Imbagħad jekk il-ħaddiema li hemm illum jinstabu li huma tajbin jintgħażlu biex ikomplu jaħdmu fil-kumpanniji li ġodda u jekk ma jinstabux tajbin jagħtuhom daqsxejn ta' somma flus biex jagħlqulhom ħalqhom u jqalftuhom 'il barra.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi u naħseb anke fl-opinjoni ta' sħabi, din it- task force li hija maħtura kompletament min-naħa tal-gvern daħlet f'qasam ferm kontroversjali.", "Bħala Partit Laburista ġdid, aħna nemmnu li x- xandir statali għandu jkun imparzjali u mbiegħed ukoll minn kwalunkwe indħil partiġġjan u politiku.", "Għalhekk dawn il-miżuri li għandhom jittieħdu biex il-PBS jieħu r-ruħ għandu ikollhom warajhom il-fiduċja tal-partiti politiċi kollha u mhux sempliċement isir x'jidhirlu l-partit tan-naħa l- oħra.", "Aħna nippretendu li dawn il-miżuri għandu jkollhom l-apoġġ ta' dan il- parlament qabel ma jiġu attwati.", "Il-PBS hija azjenda pubblika, bħalma huma l-Kalaxlokk, il-Gozo Channel u l- Enemalta – biex insemmi xi eżempji – li l-majority shareholder fihom huwa l- gvern u għaldaqstant nippretendu li l-ħaddiema f'dawn l-azjendi għandhom id- drittijiet tagħhom.", "M'huwiex aċċettabbli għan-naħa ta' l-oppożizzjoni li jkollok kumitat jew task force u b'mod kapriċċuż jaqbad u jiddisponi minn dawn il-ħaddiema qishom xi numri jew xi ħaġa ineżistenti u mingħajr familja u tkeċċihom u minflokhom iddaħħal lil min trid għax jekk jaqbillek.", "Aħna nippretendu li kull ħaddiem li hemm fil-PBS jibqa' jaqla' l-ħobża tiegħu.", "Jekk kien hemm management ħażin ċertament li m'huwiex tort tal-ħaddiema u r- responsabbilta' għandu jerfagħha min fis-snin li għaddew kien politikament responsabbli minn din l-azjenda.", "Mr Speaker, jien nippretendi li bħala partit, li mingħajr ebda dubju minn hawn u sentejn oħra se nkunu fil-gvern, għandu jkollna vuċi fejn nistgħu nressqu l-opinjonijiet tagħna dwar strutturar f'ażjendi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol biex il-ħaddiema, li għalina jiġu l-ewwel u qabel kollox, kemm fil-PBS kif ukoll f'intrapriżi oħra - għax illum waslet id-daqqa tal-PBS u erbat ijiem oħra jaslu d-daqqiet ta' azjendi oħrajn li huma parastatali - ma jispiċċawx jitilfu l-impieg tagħhom.", "Illum qed naraw liġi wara oħra kollha intenzjonati biex jitwaqqfu awtoritajiet.", "'Il quddiem il-gvern se jdur mhux biss għad-dipartimenti tal-gvern imma anke għall-kumpanniji parastatali, u ħadd wara ħadd tasal ta' kulħadd.", "Għalhekk nerġa' ngħid li aħna, bħala partit, nippretendi li għandu jkollna vuċi fejn jiġu diskussi il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema li huma impjegati ma' l-intrapriżi li tagħhom il-gvern huwa l-majority shareholder.", "Nippretendi wkoll li dan it- tibdiel li għandu jsir f'dawn il-kumpanniji għandu jitpoġġa quddiemna f'dan il-Parlament ħalli kulħadd ikollu ċ-ċans li jiddibatti u jwassal l-ilmenti tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dalgħodu waqt il-ħin tal-mistoqsijiet ħadt gost nisma' lill-ministru responsabbli mit-trasport jgħid li min-naħa tiegħu mhux qed jara li se jkun hemm xi diffikultajiet ta' flooding fl- inħawi ta' Burmarrad u s-side streets ta' l-area li aħna nsibuha ta' Wied il-Għasel f'Burmarrad stess meta fi ftit tal-ġimgħat oħra tidħol ix-xitwa.", "Jiena ma naqbilx ma' dan u għalhekk nappella lill-ministru biex jagħmel studju immedjat dwar x'jista' jsir kemm-il darba jkollna xi maltempata għax l-ilma tax-xita li jinżel f'dawn l-inħawi jikkawża perikli kbar.", "Aħna nafu li l-ilma tax-xita li jkun ġej minn Wied Qannotta, miż-Żebbiegħ u mill-widien fin-naħa tal-Mosta u tar-Rabat jibqa' niżel kollu Wied il- Għasel u allura huwa naturali li l-ammont kbir ta' ilma tax-xita li jinżel f'dawk l-inħawi jikkawża sitwazzjonijiet diffiċli u perikolużi.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li għandu jsir studju immedjat dwar x'jista' jsir kemm-il darba jinqalgħu dawn is-sitwazzjonijiet, u dan bil-għan li jiġi evitat il- periklu.", "Irridu niftakru li meta jkollok dan il-flooding f'dawn l-inħawi s- sewwieqa jibdew jevitaw li jgħaddu mit-triq li tagħti għall-Wied il-Għasel għax bl-ilma li jkun hemm ikun impossibbli li wieħed jgħaddi minnha.", "Barra minn hekk fit-triq ta' Burmarrad, peress li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqha, hemm ħofor kbar u fl-istess sitwazzjoni tinsab it-triq tas-Salini.", "Mr Speaker, jien ma rridx nidher li b'xi mod qed nagħmel dawn l-interventi biex noħloq pressjoni fuq il-kuntratturi li qed jagħmlu dawn ix-xogħlijiet.", "Xejn minn dan.", "Jien qed ngħid dan għax nibża' li jekk ma nkunux preparati minn qabel jista' jkollna inċidenti fatali bħalma ġieli kellna f'dawn l- inħawi.", "Nerġa' ngħid li din hija żona li barra li żżoomm l-ilma tax-xita li jkun nieżel proprju fuqha tirċievi wkoll kwantita' kbira ta' l-ilma tax- xita li jkun ġej minn lokalitijiet oħra.", "Għalhekk jiena nistenna li l-gvern jieħu din il-problema b'aktar serjeta'.", "Biex jien inkun sodisfatt li f'dawn l-inħawi m'hemmx iktar periklu naħseb ikun tajjeb li l-ministru jispjega x'diskussjonijiet saru mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u xi planning hemm biex jekk jinqala' xi ħaġa nkunu ppreparati minn qabel.", "Kulħadd jaf li dan huwa ż-żmien li minn jum għall-ieħor dejjem inkunu qed nistennew xi maltempata u peress li l-inħawi ta' Burmarrad huma ffrekwentati ħafna mill-familji Maltin u anke Għawdxin, speċjalment fil- weekends b'dak il-volum qawwi ta' traffiku traffiku li jkun hemm, jekk ma tkunx ippreparat sew, faċli li jkollok xi diżgrazzja.", "U jiena għalhekk qed inġib dawn l-ilmenti quddiem din il-Kamra biex diżgrazzji bħal dawn nevitawhom.", "Sur President, meta tqis li minħabba l-ilma tax-xita li jinżel it-triq li tgħaddi minn Wied il-Għasel ma tkunx tista' tintuża, u meta tqis li t-triq ta' Burmarrad flimkien mat-triq tas-Salini fihom ħofor kbar minħabba x-xogħlijiet li għadhom għaddejjin bilfors tippreokkupa ruħek għax f'każ ta' maltempata jista' jkollok inċidenti fatali.", "Barra minn hekk għandna wkoll parti mill-bypass ta' San Pawl il-Baħar li għadha mhux irranġata.", "Din it-triq ilha mwaqqa' ħafna u ma neskludi xejn li meta tagħmel ix-xita din tkompli tiġġarraf minħabba li ċerti xogħlijiet li jirrikjedu li jsiru għadhom ma sarux.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu biex kemm jista' jkun wieħed jilqa' minn qabel għax meta ssir xi diżgrazzja mbagħad ikun troppo tardi.", "Ħadd m'hu se jippretendi li jagħmel l-affarijiet bil-bakketta maġika imma jkun tajjeb li f'ċirkostanzi bħal dawn il-loġika tkun applikata.", "Nerġa' ngħid li jien ma rridx ninftehem li qed nagħmel dawn l-interventi biex noħloq pressjoni fuq il-kuntratturi li qed jagħmlu dawn ix-xogħlijiet għax malajr issib lil xi ħadd u jmur isib lill-kuntratturi u jgħidilhom li Noel Farrugia tkellem fil- parlament u qiegħed iwaħħal fikhom li x-xogħol miexi bil-mod jew mhux qed isir sewwa.", "Xejn minn dan.", "L-iskop tiegħi hu li niġbed l-attenzjoni tal- gvern biex nipprevjenu għal diżgrazzji li jistgħu jinqalgħu.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-servizz tal-karrozzi tal- linja fil-komunitajiet ta' l-Imtarfa, ir-Rabat u l-Mosta.", "Jeħtieġ li naraw x'nagħmlu biex dan is-servizz f'dawn il-postijiet ikun wieħed iktar effiċjenti.", "Jien niltaqa' ma' residenti ta' l-Imtarfa, tar-Rabat u tal- Mosta u kollha jilmentawli mis-servizz tat-trasport pubbliku li qed jirċievu.", "Hemm talbiet pendenti biex dan is-servizz f'dawn l-injħawi ikun iktar spiss.", "Hemm talbiet ukoll, bħal fil-każ tar-Rabat, biex il-venda tiġi trasferita għal Triq Santa Rita, liema triq tinsab fiċ-ċentru tar- Rabat, biex is-servizz tat-trasport jintlaħaq iżjed nir-residenti.", "Il- problema tat-trasport pubbliku tinsab ukoll fil-komunita' ta' Għar Barka.", "Dawn kienu ġew imwegħda li malli titwessa' t-triq is-servizz tal-karozzi tal-linja se jibda jkun kull siegħa.", "It-triq twessgħet imma s-servizz tal- karozzi tal-linja baqa' dak li kien u għadhom b'din il-problema ma wiċċhom.", "Nagħmlu ħafna press conferences, ngħidu li se ninvestu f'karozzi tal-linja ġodda, inwaqqfu ħafna awtoritajiet lim għalihom iħallas il-poplu mit-taxxi li l-gvern jeħodlu u l-affarijiet flok imorru għall-aħjar imorru għall- agħar.", "Sur President, issa għaddew tliet snin minn mindu dan il-gvern reġa' ħa t- tmexxija tal-pajjiż f'idejh u fil-qasam tat-trasport għadu ma sar xejn.", "Ejjew naraw li l-bidliet li hemm bżonn isiru, isiru.", "Dawn l-ilmenti mhux qed inressaqhom biex nidentifika ruħi li qed naqbeż għan-nies tad-distrett jew biex nikkritika lill-Onor.", "Censu Galea.", "Aħna qegħdin hawn biex nirrapreżentaw il-komunitajiet tagħna u f'ġieħ is-sewwa ejja nammettu li l- komunitajiet tagħna għandhom ħafna problemi u m'humiex moqdija tajjeb mis- servizz tal-karozzi tal-linja.", "Hemm bżonn li ssir bidla mmedjata fis- sistema tas-servizz tat-trasport pubbliku partikolarment għar-residenti ta' l-inħawi ta' Santa Margerita, fil-Mosta, għar-residenti fl-inħawi ta' Għar Barka fir-Rabat, għal dawk fl-inħawi ta' l-Imtarfa kif ukoll għal dawk li joqogħdu fil-villaġġi ta' madwar dawn il-postijiet bħalma huma dawk tal- Baħrija u oħrajn.", "Sur President, nixtieq ukoll nagħmel riferenza għal sensiela ta' domandi parlametnari li jiena għamilt biex isir embellishment f'ċerti żoni fil- Mosta.", "F'dawn id-domandi li għamilt irreferejt għaż-żoni ta' Ta' Mlit, taż- Żokrija u ta' Santa Margerita.", "Kull darba li nagħmel domandi ta' dan it-tip ir-risposta mid-dipartimenti kkonċernati tkun li għandi ngħaddi talbiet bħal dawn lill-kunsill lokali.", "Issa l-kunsill lokali tal-Mosta huwa wieħed midjun, tant li għadu b'lura fil- ħlasijiet ta' xogħol li sar matul dawn l- aħħar seba' snin u allura ma jaffordjax li jagħmel xogħlijiet oħra.", "Hemm bżonn li fil-budget li jmiss il-ministeri li taħthom taqa' r- responsabbilta' ta' l-embellishment tal-pajjiż ikollhom allokat somma ta' flus biex isir l-embellishment fiż-żoni li għadni kemm semmejt.", "Dawn iż- żoni huma abitati b'aktar minn 20,000 ruħ u għandu jsir sforz biex dawn ir- residenti ma jibqgħux jiġu mċaħħda milli jirranġawlhom u jsebbħulhom it- toroq ta' madwar l-areas li huma joqogħdu fihom.", "Mr Speaker, jiena ili nressaq l-ilmenti ta' din il-kostitwenza għal dawn l- aħħar tliet snin u ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk.", "Aħna nressqu l- ilmenti f'isem iċ-ċittadini u l-ministri tal-gvern jaġixxu bħal pilatu u jaħslu idejhom.", "Hemm bżonn li l-ilmenti li ressaqt f'isem dawn ir- residenti jiġu mogħtija widejn u għaldaqstant ix-xogħlijiet li meħtieġa jitwettqu mingħajr dewmien u mingħajr diffikulta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa 24 ta' Ottubru 2001 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fis-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRADE GAP", "28892.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għan-news releases 90/2001 (27.09.01) u għan-news release li ħarġet nhar il-Ġimgħa 12.10.01 peress li filwaqt li dik li tkopri l-perjodu Jannar-Awissu tgħid li t-Trade Gap kien ta' Lm 168 miljun.", "Fin-news release li ħarġet warajha intqal li il-gap li tkopri l-perijodu Jannar-Settembru wasslet għall trade gap ta' Lm 248 miljun u dan jimplika spluzjoni fit- trade gap tax-xahar ta' Settembru ta' Lm 79.9 miljun; Billi fix-xahar ta' Settembru waħdu t-trade gap kien ta' Lm 13.3 miljun biss, dan ifisser li l- figuri tat-trade gap għall-perijodu Jannar-Awissu ġew riveduti 'l isfel.", "B' Lm 66.6 miljun?", "Peress li tal-NSO qalu f'footnote żgħira li saret reviżjoni fil-figuri imma la qalu kemm kien l-ammont tar-revizjoni u lanqas ma ntqal għalfejn saret din ir-rivizjoni u peress li wara s-27 ta' Settembru kien intqal li t-trade gap naqas b'Lm 116 miljun imma issa sirna nafu li aktar minn nofs dan it-tnaqqis kien żball ta' l-istatistika, jista' l-Ministru jispjegalna għalfejn ġara hekk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li r-reviżjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant saret minħabba tibdil li kien hemm il- proċeduri tad-Dwana u li permezz tagħhom iddaħħlu Customs Procedure Codes ġodda li ma nqabdux mill-ewwel mis-sistema ta' l-istatistika dwar il- kummerċ.", "L-ammont ta' din ir-reviżjoni kien ta' Lm66.6 miljun.", "Wara dan il-fatt ittieħdu l-miżuri kollha sabiex ma jitħalla xejn barra mill- istatistika tal-kummerċ u biex fil-futur fatti bħal dan jitnaqqsu.", "RABAT - ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "28902.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l- uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' Wied il-Qlajjgħa r- Rabat matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li fl-inħawi ta' Wied il-Qlejgħa, ir- Rabat ma kinux rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "MTAĦLEB - ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "28906.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l- uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Mtaħleb u Landrijiet matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li fl-inħawi ta' l-Imtaħleb u l- Landrijiet ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu msemmi mill- Onor. Interpellant.", "BAĦRIJA - ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "28907.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-metru ta' ħitan tas-sejjieħ ta' l- uċuħ tar-raba' tal-bdiewa ġew rijabilitati fl-inħawi ta' l-Baħrija u Kunċizzjoni matul 1999, 2000, u Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat li fl-inħawi tal-Baħrija u l- Kunċizzjoni ma ġewx rijabilitati ħitan tas-sejjieħ fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "OPERAZZJONI TAL-CRUXIATE", "28927.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruxiate għal kull professur", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi l-Onor Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28926.", "SPTAR MONTE KARMELI", "28928.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar Monte Karmeli?", "Jista' jgħid kemm minnhom għandhom permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja?", "Min jista' jibbenefika minn dan? 15/10/2001", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni meta tinġabar ser titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "28932.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-post tad- Direttur tar-Riżorsi Umani fl-Universita' ta' Malta?", "Min applika?", "B'liema kwalifiki?", "Min intagħżel?", "B'liema kwalifiki?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm seba' applikazzjonijiet għall- post tad-Direttur tar-Riżorsi Umani.", "Il-Bord għadu ma ltaqax.", "TECHNOLOGY EDUCATION", "28933.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li t-Technology Education se jinfirex fl- iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex kemm hemm ħsieb li jkun hemm bżonn għalliema biex jgħallmu dan is-suġġett?", "X'opportunitajiet se jkollhom persuni bħall-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li ġie inkoraġġat jagħmel kors universitarju fit-teknoloġija u jista' jgħallem wkoll graphical communication?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Membru n-natura tal-kors f'dan is- suġġett kif ukoll il-faċilitajiet u r-riżorsi umani meħtieġa għall-iskejjel kollha huma ħwejjeġ fi stadju ta' żvilupp.", "L-għalliema jiġu mgħarrfa b'kull opportunita` ta' taħtiġ li jkun hemm għalihom biex jgħallmu dan is-suġġett u l-kwalifiċi fis-suġġett jiġu mogħtija l-valur tagħhom.", "PA", "28934.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħadet fl-aħħar sena l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq bnini bla permess fl-inħawi tal-Fawwara u ta' l-irdum ta' Ħad-Dingli?", "Ittieħdu passi kontra l-bini kollu bla permess jew kontra persuna waħda biss?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Awtorita` dejjem tieħu dawk il-passi meħtieġa skond il-liġi appena jirriżulta xi ksur ta` l-Att dwar l-Iżvilupp.", "Fil-fatt kienu diġa` ittieħdu diversi azzjonijiet ta` infurzar fuq siti fil- viċinanzi ta` l-inħawi msemmija, fejn saħansitra ġew servuti l-avviżi meħtieġa.", "Azzjoni diretta imbagħad tittieħed appena l-każ partikolari ikun konkluż mill-aspetti proċedurali u ġuridiċi tiegħu u appena jkun possibli li jsir ix-xogħol.", "Apparti t-twaqqiegħ ta` villa llegali minn xifer l- irdum, f`din l-aħħar sena l-Awtorita` għaddiet ukoll biex tneħħi ammont ta` scrap mill-viċinanzi kif ukoll twaqqgħu stalel u ħitan ta` persuna oħra bil- kooperazzjoni tal-persuna nvoluta stess.", "Huwa tajjeb li tittieħed din l- opportunita` sabiex jitwassal il-messaġġ illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħmilx distinzzjoni kontra min jagħmel xi żvilupp illegali.", "DIPLOMA - MANAGEMENT STUDIES", "28935.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Il- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applika għall- kors Universitarju tad-Diploma in management studies se jiġi aċċettat biex ikun jista' jibda l-kors?", "Peress li l-kors beda l-ġimgħa li għaddiet u l- persuna msemmija għandu l-kwalifiki neċessarji, meta se jibda l-kors?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhux preċiż li wieħed jgħid li l-persuna għandha l-kwalifiki neċessarji.", "Informat ukoll li peress li l-persuna konċernata għandha aktar minn 23 sena setgħet tkun ikkunsidrata taħt il- maturity clause.", "Informat ukoll li l-Fakulta` kkunsidrat lill-persuna li għandha l-kwalitajiet meħtieġa biex tibda l-kors u l-persuna kienet infurmata.", "MARSA - KORSA TAŻ-ŻWIEMEL", "28956.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-futur tal-korsa taż-żwiemel tal- Marsa?", "Hemm il-ħsieb li jiġi privatizzat?", "Meta?", "B'liema kundizzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-pożizzjoni għadha dik kif imfissra fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20303 mogħtija fis-Seduta numru 404.", "SEC - IT APPLICATIONS", "28957.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-Bord tal-Matsec jaċċetta li jibda jissettja eżami SEC ta' l-IT applications biex l-istudenti sekondarji jkollhom opportunita' ġdida f'qasam tant vitali llum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-MATSEC Board diġa` qed jikkonsidra l-materja.", "MALTA INTERNATIONAL TRADE CENTRE", "28967.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindika fejn huwa s-sit (prime coastal site) fejn ser jiġi mtella l-Malta International Trade Centre Project taħt il-liċenzja ta' World Trade Centre?", "Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- Project Brief?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Gvern identifika sit ġewwa Pembroke li qed jiġi ndikat bħala wieħed ideali għall-iżvilupp ta' International Trade Centre tal-livell mixtieq, anke jekk mhux qed tkun eskluża l-possibilta' li jistgħu isiru proposti marbuta ma' siti oħra.", "Il-project brief għal dan il-proġett qed jiġi finalizzat u hemm il-ħsieb li jitqassam waqt il-fiera speċjalizzata Expo Real li ser issir fi Munich fid- 29 tax-xahar.", "Dakinhar titqiegħed kopja tal-brief fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PEMBROKE - MISRAĦ IL-FORTIZZA", "28968.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq Misraħ il- Fortizza, Pembroke?", "X'ko-ordinazzjoni qed issir mal-entitajiet u korporazzjonijiet governattivi biex jiġi żgurat li dan ix-xogħol ma jintefax lura?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f'Misraħ il-Fortizza hemm sebgħin fil-mija (70%) tax-xogħol tal-bankini li huwa lest.", "Fil-preżent qed issir verifika tal-linja li ġiet mogħtija għat-triq biex ix- xogħol ikun jista' jitkompla.", "Hija sine qua non li għat-twettieq ta' kull proġett tad-Dipartiment tat- Toroq isiru konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet governattivi biex jiġi żgurat li kollox ikun qed isir kif meħtieġ.", "BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "28987.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28516, jista' l- Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BORDIJIET U KUMMISJONIJIET", "28988.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28515, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpallant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "SAN ĠILJAN - PIXXINA TAL-WATERPOLO", "28989.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28775, jista' l-Ministru jgħid jekk infurmax ruħu u allura jkun jista' jwieġeb dwar fejn wasslet l- inkjesta dwar il-pixxina tal-waterpolo ġewwa San Ġiljan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li saret inkjesta minn uffiċjali tal- Ministeru dwar l-allokazzjoni tal-flus li kienu ngħataw biex isir xogħol fil-pixxina tal-Waterpolo Club ta' San Ġiljan, il-każ kien għadda f'idejn il-Pulizija.", "Il-Pulizija kienet ressqet kawża quddiem il-Qorti tal- Maġistrati, liema kawża ġiet deċiża dan l-aħħar.", "Kopja tas-sentenza qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sadanittant il-Ministeru ser jara x'passi jistgħu jittieħdu wara din id-deċiżjoni.", "PULIZIJA - AKKADEMJA", "29018.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta se jidħlu rekluti ġodda fl-Akkademja tal-Pulizija?", "Kemm applikaw fl-aħħar sejħa pubbliku li saret?", "Jista' jgħid kemm minn dak li applikaw huma bejn it-18 u l-21 sena?", "Kemm se jiddaħlu rekluti ġodda?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm 229 applikant għall- aħħar sejħa għal ingaġġ ta` kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija.", "Minn dawn 160 huma ta` eta` bejn it-18 u l-21 sena.", "Dwar l-ewwel u l-aħħar parti tal- Mistoqsija, ninsab infurmat illi għad trid issir l-intervista selettiva kif rikjesta fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.", "PULIZIJA - POSTIJIET TA' DIVERTIMENT", "29019.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm il-persuna taħt l- eta' ta' sittax il-sena inqabdu f'postijiet ta' divertiment meta l-liġi ma tippermettix dan?", "Fl-liema inħawi inqabdu?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra is-sidien ta' dawn il-postijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u s-17 ta` Ottubru 2001, kien hemm 39 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdet f`postijiet ta` divertiment ġewwa San Ġiljan, Rabat u Wied il-Għajn.", "B`riżultat ta` dan inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 11-il sid ta` dawn l-istabbilimenti.", "IMDINA - SKAVI", "29020.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew l-iskavi fil-belt antika tal- Imdina?", "Jista' jgħid x'instab, ta' liema perjodu etc?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskavi arkeoloġiċi ġewwa l-Belt ta' l- Imdina qed isiru pass pass max-xogħlijiet infrastrutturali mnehdija mill- Ministeru ta' l-Ambjent.", "Ix-xogħol arkeoloġiku qed jiġi dirett u regolat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Dan ix-xogħol arkeoloġiku qed isir kull fejn hemm il-ħsieb li t-trinek fit- toroq ta' l-Imdina se jmissu b'xi mod ma' xi antikitajiet mirduma.", "Fil- preżent qed isir xogħol ta' skavar fi Pjazza San Pawl.", "F'dawn l-iskavi instabu fdalijiet arkitettoniċi li jiddokumentaw perjodi differenti ta' l-istorja ta' l-Imdina minn żmien ir-Rumani sal-Medjuevu.", "GENERAL CONTRACTS COMMITTEE", "29027.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid b'referenza għal pre-qualification questionnare għall- medical equipment turnkey contract għall-isptar il-ġdid (CT2275/2001) li ħareġ permezz tad-direttur tal-kuntratti u li stieden lill-applikanti interessati biex jimlew il-kwestjonarju sal-Ħamis, 19.07.01 wara li jkunu ħallsu Lm 1000 biex jipparteċipaw, peress li ninsab infurmat li il-general contracts committee kien identifika disa ditti li kienu jipre-kwalifikaw għal dan il-kuntratt a bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-president, tal- FMS, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ssemmew id-ditti mingħajr ma kienu msemmija l-kumpaniji/aġenti li jirrapresentawhom f'Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex għalkemm id-direttur tal-kuntratti għarraf lill principals barra l-pajjiż dwar min kellu eżitu pożittiv jew negattiv, ma saret ebda indikazzjoni meta t-tender ewlieni kien ser jinħareġ?", "Jista' jikkonferma jekk fl-istadju tat-tendering l-award hiex ser issir mid-direttur tal- kuntratti jew inkella mill-FMS.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- applikazzjonijiet għal prequalification saru direttament minn ditti barranin għaliex kemm l-intenzjoni tal-FMS kif ukoll il-kontenut tad- dokument uffiċjali kien jindika li kellhom jintagħżlu kumpaniji li għandhom track record tajjeb fi proġetti kbar bħal dawn.", "F'Malta m'hawn l-ebda aġent li għandu dan it-track record.", "Ninsab infurmat li ħafna mid-ditti barranin, kemm dawk li pprekwalifikaw kif ukoll dawk li ma ġewx prekwalifikati, nfurmaw lir-rappreżentanti tagħhom f'Malta bl-eżitu ta' l-eżerċizzju.", "Fl-ittri tagħha ta' notifika lill-applikanti l-FMS ma tatx indikazzjoni dwar meta ser toħroġ is-sejħa għall-offerti minħabba l-fatt li fid-dokument tal-prekwalifikazzjoni li kien ippublikat f'Ġunju li għadda kien ġie indikat b'mod ċar li din kellha toħroġ \"aktar tard din is-sena\".", "Nikkonferma li l-għoti tal-kuntratt ser isir mid-Direttur tal-Kuntratti skond in-normi stabbiliti.", "SKOLA - HAIRDRESSING", "29028.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-iskola tal-hairdressing, jista' l-Ministru jispjega għaliex l-istudenti qegħdin jiġu mħarrġin fuq prodotti partikulari a skapitu ta' kompetituri oħrajn f'dan il-qasam?", "Jikkonferma li kien hemm każi fejn ditti oħrajn offrew is-servizzi tagħhom li sal-lum għadhom ma ġewx aċċettati?", "Dawk is-suppliers li ġew aċċettati kienu mitluba joffru xi għamla ta' sponsorship lill-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti ta' l-iskola tax-Xagħar u Sbuħija \"Carmen Carbonaro\" ma humiex jiġu mħarrġin fuq prodotti partikolari a skapitu ta' kompetituri oħrajn fl-istess qasam.", "Naturalment hu impossibli li wieħed juża l-varjeta` sħiħa ta' prodotti li jinsabu fuq is-suq illum.", "Biex tassigura l-użu ta' varjeta` ta' prodotti, l-iskola toffri spazju biex tnax-il ditta tesponi għall-bejgħ il-prodotti tagħha.", "Il-ħlas għal dan is-servizz isir mhux permezz tal-flus imma permezz ta' prodotti li jiġu użati mill-istudenti.", "Minbarra minn hekk, kull ditta li talbet biex tagħti informazzjoni dwar il-prodotti tagħha ġiet aċċettata.", "L-iskola ma taf b'ebda ditta li offriet is-servizz tagħha u ma ġietx aċċettata.", "MUŻEWIJIET U POSTIJIET STORIĊI", "29047.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jispeċifika wieħed wieħed il-Mużewijiet u postijiet storiċi oħra li l-Maltin jistgħu jżuru bla ħlas u kull meta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Mużewijiet u postijiet storiċi kollha minbarra l-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni jkunu miftuħin biex il-Maltin jistgħu jżuruhom bla ħlas.", "Dan jistgħu jagħmluh kull l-aħħar Ħadd tax-xahar.", "LIĊENZJI - MOTORCYCLES", "29048.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jorħsu l-liċenzji tal- motorcycles biex jinkorangixxi aktar is-sewqan ta' dawn il-vetturi, biex jonqsu il-konsum tal-fuel u jonqos ukoll it-tniġġis ta' l-ambjent?", "Jista' l- Ministru jikkunsidra ukoll li tgħola l-eta' tas-sewqan ta' ċerti muturi ta' kapaċita għolja biex jiġu evitati aktar inċidenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-liċenzji tat-triq għal motorcycles ilhom ma jiżdiedu mill-1993, waqt li l-liċenzji tal-karozzi żdiedu darbtejn fl-1997 u 1998.", "Il-liċenzja tal-motorcycles kienet dejjem daqs dik ta' l-ewwel klassi tal- karozzi.", "Din ma baqgħatx hekk mill-1997 meta l-ewwel klassi saret Lm22 u fl-1998 saret Lm30.", "Għaldaqstant wieħed jista' jgħid li diġa' hemm differenza sostanzjali bejn il-ħlas għal liċenzji tal-motorcycles u dawk tal-karozzi.", "Fir-regolamenti tas-sewqan il-ġodda, li ser jiġu ppubblikati aktar tard dan ix-xahar, biex wieħed ikun jista' jsuq ċerti motorcycles ta' kapaċita għolja, jiġifieri b'saħħa li taqbeż 25kW (33bhp) jew b'ratio bejn saħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg jew motorcycles bis-sidecar b'ratio bejn saħħa u piż li jaqbeż 0.16kW/kg, irid ikollu jew 21 sena jew sentejn esperjenza ta' sewqan ta' motorcycle b'inqas saħħa.", "PARKING LANES - MUTURI", "29049.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu l-parking lanes għall- muturi, peress li s-sewwieqa ta' dawn il-muturi rari jsibu fejn jipparkjaw u fuq kollox iħallsu l-liċenzja kważi daqs karozza u fejn ikun hemm parking lots dawn jispiċċaw jieħdu spazju daqs karozza?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-liġi ma tagħmel ebda distinzjoni bejn mutur u karozza tant li vettura mħaddma b'qawwa mekkanika hija diskritta bħala vettura bil-mutur, għaldaqstant m'hemm ebda restrizzjoni għal motor cycles biex jużaw post ta' parkeġġ użat minn karozza.", "Ta' min isemmi iżda li l-liġi titlob li meta jiġu pparkjati motor cycles dawn m'għandhomx jiġu pparkjati paraleli mal-bankina jew ħajt ta' triq, iżda għandhom jiġu pparkjati f'angolu ta' mhux anqas minn 45 grad għal dik il-bankina jew ħajt.", "FORZI ARMATI TA' MALTA", "29050.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ingaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati ta' Malta?", "Kemm iddaħħlu fl-armata?", "Meta hemm ħsieb li jsir ingaġġ ieħor fil-Forzi Armati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-aħħar ingaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati ta' Malta sar skond is-sejħa li saret fil-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Nru 16,801 ta' l-4 ta' Ġunju 1999.", "Minn din is-sejħa kienu daħlu 84 suldat li ġew ingaġġati fl-1 ta' Frar 2000.", "Ninforma l-Onorevoli Membru illi saret sejħa oħra għal ingaġġ ieħor ta' suldati skond il-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 17,061 li ġġib id-data tas-27 ta' Frar 2001 u li l-proċess għall-istess ingaġġ jinsab fi stadju avvanzat.", "L-ingaġġ tas-suldati mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.", "Fl- istess Gazzetta saret sejħa għal applikazzjonijiet għal dħul fl-Armata ta' Uffiċjali Kadetti u permezz ta' l-istess sejħa ġew ingaġġati 10 Uffiċjali Kadetti fl-1 ta' Ottubru 2001.", "TĦAFFIR TAŻ-ŻEJT", "29051.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid wara d-diversi aspettativi li kien hawn f'pajjiżna dwar it-tħaffir taż-żejt, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasslu l-pjanijiet biex isir tħaffir ġdid?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Saru pjanijiet biex jitħaffer bir ġdid iżda l- kuntratt għal dan ix-xogħol għadu ma ġiex konkluż.", "Il-Kamra tiġi mgħarfa dwar dan meta u jekk dan iseħħ.", "Nixtieq insemmi li Hardman Resources NL, li kienu ngħataw kuntratt f'Awissu ta' l-1998, għadhom ma rnexxilhomx isibu kumpanija sieħba biex iħaffru bir fil-Lvant ta' Malta.", "Għal dan il-għan il-Gvern diġa estenda l-kuntratt għal diversi drabi.", "SAJJIEDA TUNEŻINI", "29052.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jgħin lis-sajjieda li qed jiġu misruqa u mhedda minn sajjieda Tuneżini?", "Jikkonferma l-Ministru li s-sajjieda talbu għajnuna lill-awtoritajiet?", "Jekk fl-affermattiv, x'għajnuna qed tingħata jew ingħatat mill-Ministeru?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħal kull okkażjoni fejn ikollhom bżonn, il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd qiegħed jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lis-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant għandu għalfejn jitlob konferma għaliex kont jien stess li semmejt il-problema waqt konferenza ta' l-aħbarijiet dwar it-Tielet Sena ta' Ħidma tal-Gvern.", "Bħal f'kull każ ieħor bħal dan, il-Ministeru ġabar ir-rapporti tas-sajjieda, talab u ħeġġeġ għal kull għajnuna possibbli mill-Forzi Armati u kkuntattja lill-awtoritajiet Tuneżini anki bl-għajnuna tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin skond kif inhu xieraq."]} {"filename": "19990728_143d_par.doc", "date": "1999-07-28", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 143 L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 143", "L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "143", "L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999", "WERREJ MINUTI 85", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 85", "TQEGĦID TA' KARTI 92", "RULING 94", "IL-QAGĦDA EKONOMIKA FIL-PAJJIŻ 94", "AĠĠORNAMENT 106", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 111", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 142 li saret fis-27 ta' Lulju, 1999 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru fis-seduta ta' nhar it-Tlieta, 20 ta' Lulju, 1999 kontra Super One Radio u Super One Television huwa kkonsidrat magħluq.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAN ĠILJAN: TRIQ DRAGONARA - TRAFFIKU", "8341.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7665, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ta' San Ġiljan ġiex konsultat dwar it-talba u d-deċiżjoni tal-pulizija u tad- direttur tat-toroq?", "Jekk il-kunsill lokali ġie kkonsultat, jista' jgħid x'kien il-parir jew x'kienet ir-rakkmandazzjoni tal-kunsill lokali msemmi?", "Jekk il-kunsill ma ġiex konsultat, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li l-kunsill lokali ta' San Ġiljan kien ġie kkonsultat mid- direttur tat-toroq u kien qabel li l-flow tat-traffiku f'din it-triq isir two-way bi prova.", "Sal-lum is-sistema għadha qiegħda taħdem u d-dipartiment ma rċieva l-ebda talba biex is-sistema tinbidel.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "8423.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm normalment tinkera l- area tal-park nazzjonali għal attivitajiet kummerċjali?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-attivitajiet kummerċjali li saru mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Mejju 1999 u jgħid ukoll min kienu l-organizzaturi ta' kull attivita`?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li s'issa l-avvenimenti ma kienu soġġetti għall-ebda pagament.", "L-attivitajiet li saru mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Mejju 1999 huma dawn:", "|DATA |ATTIVIT|ORGANIZZAT|ĦLAS| | |A' |UR | | |19-09-98 |Kunċert|Kumitat |Xejn| | |ta' |preċedenti| | | |Fish | | | |28-09-98 |Talent |Legion of |Xejn| | |show |Mary | | |18-10-98 |Jumble |Għaqda |Xejn| | |sale |Trasport | | | | |tal-Morda | | |15-11-98 |Fiera |Legion of |Xejn| | | |Mary | | |6,13,20,2|Jumble |Għaqda |Xejn| |7-11-98 |sale |Trasport | | | | |tal-Morda | | |6,13-11-9|Fiera |Xejn | | |8 | | | | |24-11-98 | |NRG |Xejn| | |Christm|Promotions| | | |as | | | | |party | | | |3,10,17,3|Jumble |Għaqda |Xejn| |1-01-99 |sale |Trasport | | | | |tal-Morda | | |7,21,28-0|Jumble |Għaqda |Xejn| |2-99 |sale |Trasport | | | | |tal-Morda | | |7,21-03-9|Jumble |Għaqda |Xejn| |9 |sale |Trasport | | | | |tal-Morda | | |14-03-99 |Car |Mr. |Xejn| | |boot |Michael | | | |sale |Gatt | | |28-03-99 |Car |Mission |Xejn| | |boot |Fund | | | |sale | | | |21,28-03-|Fiera |Mr. Louis |Xejn| |99 | |Zammit | | |23-03-99 |Car |T.I.P.S. |Xejn| | |boot | | | | |sale | | | |30-03-99 |Car |Rabat |Xejn| | |boot |Scout | | | |sale |Group | | |4,11,18,2|Car |St. Joan |Xejn| |5-04-99 |boot |Antide | | | |sale |School | |", "KULTURA - CARAVAGGIO", "8451.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċjali tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni skoraġġew kapijiet ta' l-iskejjel milli jibagħtu lit-tfal jaraw il-kapolavur tal-Caravaggio meta ġie lura Malta wara daqs dak żmien f'Firenze?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8285 fis-seduta numru 133.", "SKEJJEL - XJENZA", "8452.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex kmamar tax- xjenza, bħal dik li twaqqfet fl-iskola tal-Gżira, ma jitwaqqfux ukoll fi skejjel oħra ta' l-istess kategorija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li hemm il-ħsieb li għas-sena skolastika li ġejja jitwaqqfu iktar kmamar tax-xjenza fl-iskejjel primarji.", "L-għajnuna tingħata kull fejn it-talba għall-kamra tax-xjenza tkun riflessa fil-pjan ta' żvilupp imħejji mill-iskola konċernata.", "Iżda fejn m'huwiex il-każ xorta waħda tingħata l-għajnuna kollha biex it-tagħlim tax- xjenza ikun wieħed ta' kwalita'.", "MAJJAL - QATLA", "8471.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla tal-majjal f'Mejju u Ġunju ta' din is-sena?", "Kemm kien il-piż tal- majjal fil-biċċerija fl-istess perijodu?", "X'kienet l-istess informazzjoni għall-istess perijodu fis-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) : L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ITS - SKRIVANI", "8472.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7494, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskrivani li dwarhom saret il-mistoqsija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għat- Turiżmu): Qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba lill-Onor.", "Membru privatament.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "8474.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm inkera l-park nazzjonali f'Ta' Qali għall-attivita' li saret fis-6 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ĊANGA - QATLA", "8525.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8092, jista' l-Ministru jinformani kemm kienet il-qatla fl-istess perijodu ta' din is-sena u kemm kienet il-qatla għall-istess perijodu tas-sena 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-qatla taċ-ċanga bejn Jannar u Mejju għas-snin 1998 - 1999 hija skond it-tabella hawn taħt:", "| |No. of |Weight | | |Heads |(Kgs) | |1998 |2,330 |615,610 | |Jan-May | | | |1999 |2,499 |670,467 | |Jan-May | | |", "BEEF INTERVENTION SCHEME", "8526.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8092, jikkonferma l-Ministru li skond il-figuri tat- tweġiba kien hemm tnaqqis ta' 59% fil-piż u tnaqqis ta' 62% fil-valur ta' flus?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun ċar bejn liema perijodi qed jagħmel paragun.", "CIHEAM - LAQGĦAT", "8538.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru proposti u laqgħat bejn iċ-CIHEAM u l-ministeru u/jew id-dipartiment ta' l- agrikoltura?", "Meta saru u x'qasam kienu jittrattaw?", "X'riżultati nkisbu u x'kontinwazzjoni qed issir?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru diversi proposti u laqgħat bejn il-ministeru, id- dipartiment ta' l-agrikoltura u iċ-CIHEAM, b'mod partikolari mad-diriġenti ta' l-istitut agronomiku tal-Mediterran ta' Bari.", "L-oqsma li ġew trattati jinkludu għajnuna teknika fil-qasam tal-ħarsien mill-mard tal-pjanti, għajnuna għall-iżvilupp tal-laboratorji ta' l-agrikoltura, għajnuna fil- qasam ta' l-ilma u l-irrigazzjoni u għajnuna fil-qasam ta' l-ortikoltura.", "Iċ-CIHEAM offriet għajnuna lid-dipartiment sabiex jiġu ppreparati proġetti għall-finanzjament mill-Italja jew mill-Unjoni Ewropea.", "WIED IL-QLEJGĦA - PROPOSTI", "8539.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru proposti u laqgħat bejn Bari u l-ministeru u/jew id-dipartiment ta' l- agrikoltura dwar il-proġetti ta' Wied il-Qlejgħa u dak tas-serer speċjalizzati f'Tal-Kmand mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Meta saru?", "Fejn saru u min kien preżenti għal dawn il-laqgħat min-naħa Maltija u Taljana rispettivament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Saru numru konsiderevoli ta' laqgħat u proposti bejn l-istitut agronomiku tal-Mediterran tas-CIHEAM ta' Bari u uffiċjali tal- ministeru u tad-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar il-proġetti msemmija mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn.", "Dawn saru kemm f'Malta u kif ukoll f'Bari u Ruma - ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod ngħid id-dati u nsemmi ismijiet - u preżenti kien hemm diversi uffiċjali tal-ministeru u tad- dipartiment ta' l-agrikoltura li huma involuti fit-twettiq ta' dawn il- proġetti u diversi uffiċjali ta' l-istess istitut. .", "WIED IL-QLEJGĦA - XOGĦLIJIET", "8540.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru minn Jannar sa Ġunju fuq il-proġett ta' Wied il-Qlejgħa?", "Kemm kienet in-nefqa nvoluta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Bejn Jannar u Ġunju 1999 tpoġġew 84 gabbjun sabiex ikomplu jissewwew is-slieħi kbar li hemm fil-ħitan tas-sejjieħ.", "In-nefqa totali kienet ta' Lm3,192.", "OPM - MOBILE PHONES", "8995.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis- segretarjat tiegħu li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom telephone ċellulari?", "Jista' jinforma lill-Kamra liema ministri u segretarji parlamentari kitbu lill-uffiċċju tiegħu bi/ex is-segretarjati tagħhom igawdu mill-użu ta' telephones ċellulari f'ammont akbar minn dak permess mid-dokument \"engagement of staff for private secretariats\" imqiegħed minnu stess fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (F'isem il-Prim Ministru): Dwar użu ta' telephones ċellulari minn individwi fis-segretarjat tiegħi, nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6621.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-ministeru għall- ambjent u s-segretarjat parlamentari fil-ministeru għas-servizzi ekonomici talbu biex izidu n-numru ta' telephones ċellulari allokati lilhom.", "EDUKAZZJONI - MOBILE PHONES", "8996.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-segretarjat privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telephone ċellulari, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telephone ċellulari għall-perIjodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t- 30 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6625.", "POLITIKA SOĊJALI - MOBILE PHONES", "8997.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-segretarjat privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' telephone ċellulari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet rispettivi ta' kull telephone ċellulari għall-perijodu bejn l- 1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6623, li parti minnha hija dwar dawk il-membri fis-segretarjat tiegħi li huma ntitolati għall-użu ta' mobile phone u dwar l-ispiża għal dawn il-mobile phones.", "Irrid inżid li ntitolat ukoll għall-użu ta' mobile phone huwa l-assistent personali tiegħi - huwa diġa' identifikat u l-ħatra tiegħu diġa' ġiet approvata skond il-proċeduri stabiliti - li għad irid jiffirma l-kuntratt meħtieġ.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kontijiet ta' kull telephone ċellulari.", "OPM - UŻU TA' VETTURI", "8998.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis- segretarjat privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza - kemm jekk hi tal- gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija - u jagħti wkoll rendikont tal-fuel użat minn kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Prim Ministru): L-individwi fis- segretarjat privat tiegħi li qed juzaw karozza tal-gvern huma s-segretarju privat, l-assistent segretarju privat u l-joint assistant private secretary.", "Minn Ottubru 1998 sa Gunju 1999 il-konsum ta' fuel kien kif gej:", "|segretarju privat |Lm217 | |assistent segretarju | 217| |privat | | |joint assistant | 217| |private secretary | |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi min-naħa tal-Prim Ministru għas-servizz tas-segretarjat?", "Jista' jgħid ukoll jekk jinżammx record tal-petrol li jintuża u fejn imorru meta ma jkunux xogħol is-Sibt u l-Ħadd?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif jista' japprezza l-Onor.", "Membru, m'għandix din l-informazzjoni fil-files li għandi f'idejja u għaldaqstant nitolbu jieħu ftit paċenzja u jagħmel il-mistoqsija tiegħu bil-miktub u m'għandix dubju li jkollu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li għadu kif għamel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk is- segretarji jistgħux jużaw karozza tal-gvern biex imorru l-baħar biha u jużawha għall-affarijiet personali tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, safejn naf jien dawn l-affarijiet huma regolati b'kuntratt u allura skond il-ftehim milħuq.", "Irrid ngħid ukoll li l-arranġamenti li jeżistu llum huma l-istess arranġamenti li kienu jeżistu għas-segretarjati privati fi żmien l- amministrazzjoni Laburista.", "EDUKAZZJONI - UŻU TA' VETTURI", "8999.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-individwi fis-segretarjat privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza - kemm jekk hi tal-gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija - u kif ukoll jagħti rendikont ta' fuel konsmat minn kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 1998 u t-30 ta' Ġunju 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li dawn li ġejjin huma l-uffiċjali fis- segretarjat privat fil-ministeru ta' l-edukazzjoni li għandhom karozza skond il-kuntratt ta' impjieg:", "|Frank Mifsud |Lm466.43 | |Ignatius Abela | 377.69 | |Albert Callus | 282.23 |", "Jien informat ukoll li dawn il-vetturi jintużaw kontinwament mill- uffiċjali l-oħra fis-segretarjat, li jużaw ukoll żewġ karozzi oħra għall- użu ġenerali.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għall-ispiża rikorrenti tal-gvern bejn l- 1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, jirriżulta li l-ispiża rikorrenti ta' l-edukazzjoni li tirrelata mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni telgħet għall-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet b'Lm1.4 miljun.", "Wieħed jifhem li f'dan id-dipartiment għandek component qawwi ta' emoluments u ta' repairs and maintenance, pero' din l-ispiża hija eċċezzjonali anke jekk tqabbilha maż-żidiet li hemm fil-ministeru u fid-dipartimenti l-oħra.", "Jista' l-Ministru jagħtina spjegazzjoni għaliex kien hemm din il-qabża ta' Lm1.4 miljun fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena fuq l-ewwel sitt xhur tas- sena li għaddiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, m'għandix l-istatistika u l- informazzjoni f'idejja biex inkun nista' nagħti breakdown ta' din iż-żieda fl-ispiża rikorrenti.", "Naturalment wieħed irid jikkonsidra wkoll żidiet li ngħataw għaliex, kif kulħadd, jaf ir-riżorsa prinċipali tal-ministeru ta' l-edukazzjoni hija dik umana u għalhekk ħafna minn dawn iż-żidiet huma dovuti kemm għal din l- ispiża u kif ukoll għal spejjeż oħra li kellhom jitħallsu wara li kienu committed mis-sena ta' qabel u li l-kontijiet tagħhom bdew ġejjin din is- sena.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, peress li huwa evidenti li hemm spending ministries u dipartimenti oħra li għandhom fihom binja kbira ta' personal emoluments, allura wieħed kien jistenna li ż-żieda li qed nindika għal dak li għandu x'jaqsam mal-qasam ta' l-edukazzjoni kellha tkun relatata ma' ta' dawn id-dipartimenti, pero' effettivament m'hemmx din ir- relazzjoni.", "Per eżempju, jekk nieħdu l-qasam tas-saħħa wieħed isib li m'hemmx dik ir-relazzjoni u allura nixtieq inkun naf jekk din iż-żieda hijiex attribwibbli għal żieda fil-complement ta' l-edukazzjoni.", "Jista' l- Ministru jagħtina eżempji ta' l-ispending commitments li telgħu din is-sena li ġew aġġornati minn żmien ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett ma nafx kemm il-ministeru ta' l- edukazzjoni tista' tiddeskrivih bħala spending ministry, fis-sens li dan il- ministeru għandu jkun meqjus bħala ministeru ta' importanza fundamentali għaliex huwa l-iktar ministeru li jaħseb biex jinvesti fir-riżorsa umana, li nafu li hija l-aqwa ħaġa li għandu pajjiżna.", "Allura f'dan ir-rigward naħseb li wieħed irid jipprova jispjega x'irid ifisser meta jgħid li l- ministeru ta' l-edukazzjoni huwa spending ministry.", "Veru li l-ministeru ta' l-edukazzjoni m'huwiex revenue ministry - għaliex m'għandux mod kif jista' jaqla' l-flus ħlief għal xi ammonti minimi li jdaħħal minn korsijiet li jagħti kemm fl-universita' u kif ukoll f'postijiet oħrajn lil studenti barranin u f'ċerti każijiet lil xi studenti Maltin - imma żgur li s'issa l-edukazzjoni f'pajjiżna ma ġietx orjentata biex tkun organizzata b'mod li tkun tista' tirrendi finanzjarjament u b'hekk tpatti wkoll għall- investiment li jkun irid isir fit-tagħlim.", "Għar-rigward ta' iktar informazzjoni preċiża biex wieħed jispjega eżattament fejn marret din iż-żieda, nerġa' ngħid li biex it-tweġiba tkun korretta u relevanti wieħed ikun irid jikkonsulta l-informazzjoni li preżentement m'hijiex qiegħda f'idejja.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li spending ministry ma tfissirx li huwa ministeru jew dipartiment li jaħli l-flus imma tfisser li huwa sempliċement cost centre għall-gvern mil-lat finanzjarju u m'hemmx xejn peġġjorattiv f'dik il-kelma.", "Allura l-Ministru m'huwiex f'pożizzjoni li jsegwi b'mod regolari n-nefqa tad-dipartiment tiegħu?", "Jien nimmaġina li din hija xi ħaġa ta' interess strateġiku għall- Ministru u naħseb li wieħed mit-tasks ta' kull ministru huwa li jkun hands- on b'mod regolari biex għallinqas ikun jaf x'inhu għaddej fid-dipartiment tiegħu mil-lat finanzjarju.", "Jien niskanta kif il-Ministru m'huwiex aware b'dawn l-affarijiet u m'huwiex f'pożizzjoni li su due piedi jagħti r- reazzjoni tiegħu.", "Dan ifisser li l-Ministru m'huwiex qed isegwi l- evolution ta' l-ispending patterns fil-ministeru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naturalment jien insegwi l-infiq li jkun qed isir pero' meta tiġi biex tagħti spjegazzjoni ta' kif qed jintnefqu dawn il-flus, naħseb li l-prudenza titlob li wieħed jiċċita minn ċifri li jkunu għad-dispożizzjoni tiegħu u mhux sempliċement jagħmel kumment su due piedi.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jindikalna jekk għandux sistema interna li biha jimmoniterja l-ispiża li tkun għaddejja?", "Jekk ir- risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħidilna kif qed taħdem din is- sistema?", "Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħidilna għaliex ma teżistix din is-sistema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan il-mekkaniżmu jeżisti u fil-fatt minbarra li hemm kapijiet li huma responsabbli għal dawn id-dmirijiet - qed ngħid għad-direttur tal-finanzi u ta' l-amministrazzjoni u d-direttur għas-servizzi korporattivi - isiru laqgħat darba kull xahar fejn is- segretarju permanenti jiltaqa' mad-diretturi konċernati u ma' uffiċjali oħra - fil-fatt isiru laqgħat oħra fuq bażi regolari fuq suġġetti oħra - biex jiġi mifli l-andament tan-nefqa rikorrenti u dik kapitali li tkun ġiet allokata lill-ministeru.", "Issa aħna qed nipprovaw nagħmlu analisi kritika ta' dak li qed jiġri fil- ministeru u fil-fatt madwar xahar u nofs ilu nbeda eżerċizzju li issa wasal fit-tmiem tiegħu bejn nies mill-ministeru, uffiċjali pubbliċi u l- management efficiency unit, fejn qed jiġi eżaminat kull dipartiment, kull programm u kull inizjattiva biex wieħed ikun jista' jevalwa l-valur ta' dawn l-inizjattivi u jkun jista' joħloq ranking ta' prijoritajiet bejniethom.", "Tlabt ukoll li jiġu evalwati u jingħataw ranking inizjattivi oħra li qegħdin jiġu ppreparati li jidħlu fil-programm tal-gvern u li joħorġu kemm mill-policies li qed isegwi dan il-ministeru u kif ukoll minn policies oħra li jsiru importanti minħabba l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fil-pajjiż.", "Naħseb li b'dan il-mod se jkollna biżżejjed informazzjoni biex għallinqas mill-punto di vista tal-ministeru jkollna idea liema huma dawk l-inizjattivi li huma essenzjali u prijoritarji biex imbagħad fil-kwadru tal-budget li jiġi allokat lill-ministeru naraw liema huma dawk l- inizjattivi li wieħed bilfors irid jinsisti għalihom, liema huma dawk li huma importanti u allura jridu jidħlu fil-programm tal-gvern u liema jkunu dawk l-inizjattivi li wieħed jista' jistenna ftit iktar żmien fuqhom.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li dan huwa eżerċizzju importanti mhux biss għaliex jagħtina statistika biex inkunu nafu bil-fatti fejn qed jintnefqu l- flus imma permezz tiegħu nkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet aħjar ta' policy u ta' strateġija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' coordinators, secretariat officers, messaġġiera/charwomen, u xufiera/security officers fis-segretarjat privat tal-prim ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-bieraħ waqt li kont qed nitkellem fil-ħin ta' l-Aġġornament tlabt li npoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dak il-ħin fil-Kamra ma kien hawn l-ebda membru min-naħa tal- gvern waqt li min-naħa ta' l-oppożizzjoni kien hawn l-Onor.", "Noel Farrugia u l-Onor.", "Michael Farrugia.", "Il-messaġġier ġie fuqi dak il-ħin stess u ġabar mingħandi d-dokument in kwestjoni, waqt li kont għadni għaddej bid-diskors tiegħi.", "Iżda peress li ma kienx hawn membri min-naħa tal-gvern, donnu li s-Sedja ma ħassitx il- ħtieġa li tagħmel il-mistoqsija biex tara hawnx il-permess ħalli dak id- dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-fatt li l-messaġġier ġie u ġabar id-dokument mingħandi għandu jinftiehem li dan ġie aċċettat mis-Sedja għaliex, safejn naf jien, il-messaġġier f'xogħlu jaġixxi skond kif ikun mitlub mis-Sedja, xejn iżjed u xejn inqas.", "Madwar sitt minuti wara daħal fil-Kamra l-Onor.", "Lawrence Gonzi u x'ħin jien kont wasalt fl-aħħar tad-diskors tiegħi, minkejja li s-Sedja kienet diġa' aċċettat id-dokument li jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra u minkejja li kien ntbagħat messaġġier biex dak id-dokument jinġabar mingħandi, b'sorpriża dak il-ħin saret il-mistoqsija jekk hemmx il- permess biex id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u f'dak il-mument l-Onor.", "Gonzi oġġezzjona u s-Sedja laqat it-talba tiegħu.", "MR SPEAKER: Fil-qosor, jekk jogħġbok, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Minkejja l-insistenza tiegħi għal ruling, peress li kien sar il-ħin is-Sedja għalqet is-seduta u ma tatx ruling dwar l- oġġezzjoni tiegħi.", "Għalhekk, Mr Speaker, qed inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ, jekk almenu s-Sedja ma tridx tilqa' t-talba tiegħi u taċċetta d-dokument li jien kont poġġejt qabel fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan kien diġa' ġie aċċettat u l- mod kif is-Sedja għamlet il-mistoqsija u l-mod kif l-Onor.", "Lawrence Gonzi għamel l-oġġezzjoni tiegħu, fl-opinjoni tiegħi, imur kontra r-regolamenti tal-Kamra u kontra kull konswetudini ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Is-Sedja semgħet il-verżjoni ta' l-Onor.", "Membru u tagħti l- kummenti tagħha f'mument ulterjuri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiena qed nitlob ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq li s-Sedja - u hawnhekk irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Cuschieri, f'dan il-mument jien sejjaħt lill-Onor.", "Michael Asciak biex jagħmel il-punt tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Asciak, indirrizza lis-Sedja u tgħaddix kummenti, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nitolbok tiġbed l-attenzjoni tal- media li meta jirrapportaw id-diskorsi mill-parlament, jirrapportaw lil kulħadd għaliex m'huwiex fair li jħallu interventi barra.", "Fil-fatt xi jumejn ilu jien ġbidt l-attenzjoni tal-ġurnal \"The Malta Independent\" li rrapportat id-diskorsi ta' kulħadd minbarra tiegħi u meta għarrafthom b'din il-biċċa xogħol informawni li kienet kwestjoni ta' nuqqas ta' spazju fil-gazzetta.", "Pero' jien jidhirli li l-etika titlob li l-editur għandu jwassal il-fehmiet tal-kelliema kollha, anke jekk jirrapporta erba' sentenzi ta' dak li jkun qal membru parlamentari, imma mhux jitħalla barra għal kollox.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nerġa' niġbed l-attenzjoni tal-media biex jirrapportaw fedelment dak li jintqal hawn ġew.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: B'riferenza għal dak li qalet is-Sedja dwar l- intervent ta' l-Onor.", "Cuschieri, nistgħu neħduh bħala ruling fuq dak li talab l-Onor.", "Membru?", "Nixtieq li nkunu ċari x'qed ngħidu.", "MR SPEAKER: Jekk l-Onor.", "Cuschieri qed iqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ huwa mod, imma jekk qed jitlob biex nagħti ruling fuq dak li ġara fis-seduta tal-bieraħ huwa mod ieħor.", "Jien ma nsib l-ebda diffikulta' li nissospendi s-seduta biex nagħti ruling imma jekk huwa każ ta' ksur ta' privileġġ hija kwestjoni oħra.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jien naħseb li aħjar niċċaraw il-pożizzjoni.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Cuschieri biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fil-fatt jien għamilt żewġ talbiet u għedt li jew inqajjem każ ta' ksur ta' privileġġ jew inkella s-Sedja tilqa' t-talba tiegħi.", "MR SPEAKER: Trid tiddeċiedi, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Allura nitlob li jingħata ruling fuq id- deċiżjoni tal-bieraħ.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Mela mhux każ ta' ksur ta' privileġġ.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena qed nitlob li s-Sedja tagħti ruling jekk il-mod kif is-Sedja m'aċċettatx id-dokument li jien kont poġġejt aktar kmieni fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-bieraħ, u l-mod kif l-Onor.", "Gonzi oġġezzjona wara li ma kienx fil-Kamra waqt li jien poġġejt id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra, imurx kontra r-regolamenti u l- konswetudini ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Se nissospendi l-Kamra biex nagħti ruling.", "Il-Kamra ġiet sospiża fid-9.35 a.m. u rriżumiet fl-10.50 a.m.", "RULING", "MR SPEAKER: Sabiex dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jeħtieġ li ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Onor Membri tal-Kamra.", "Għalhekk meta ssir talba biex dokument jitqiegħed fuq il-Mejda s-Sedja tistaqsi jekk ikunx hemm oġġezzjoni u jekk ma jkunx hemm, id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda wara li s-Sedja tikkonstata li hemm permess.", "Hija s-Sedja li trid tara jekk ikunx hemm oġġezzjoni jew le u l-fatt li Membru jkun poġġa huwa stess dokument fuq il-Mejda tal-Kamra - jew ta fiżikament dak id-dokument lill- messaġġier tal-Kamra - ma jissostitwix dak li trid tagħmel is-Sedja; u cioe' li tara jekk ikunx hemm oġġezzjoni.", "Sabiex is-Sedja ma ttellifx lil min ikun qed jitkellem, ħafna drabi tpoġġi l-mistoqsija dwar jekk ikunx hemm oġġezzjoni malli l-Membru jieqaf jitkellem.", "Kien f'dak il-mument li l-bieraħ is-Sedja poġġiet id-domanda u billi kien hemm oġġezzjoni, ma setgħetx tagħti l-permess biex id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda.", "Għalhekk il-mod kif imxiet is-Sedja fis-seduta tas-27 ta' Lulju, 1999, wara li kien hemm oġġezzjoni u ma ppermettietx it- tqegħid tad-dokument, huwa skond ir-regoli u l-prassi tal-Kamra.", "Inkomplu issa bix-xogħol tal-Kamra.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kif spjegajt il-bieraħ u wara l-ftehim milħuq fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, qed nitlob formalment is- sospensjoni ta' l-Ordnijiet tal-Ġurnata biex ngħaddu biex niddiskutu l- qagħda ekonomika fil-pajjiż.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "Il-permess ingħata.", "IL-QAGĦDA EKONOMIKA FIL-PAJJIŻ", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, illlum nixtieq nitkellem fuq il-qagħda ekonomika u fil-fatt ħejjejt dokument li jagħti summary taċ-ċifri ekonomiċi biex inkunu nafu fuq xiex qed nitkellmu.", "Għalhekk nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dan id- dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt meta wieħed iħares lejn iċ-ċifri prinċipali ta' l-ekonomija - bħall-GDP, l-impjiegi, l-industrial output, it- trade, it-turiżmu, l-inflazzjoni, il-bilanċ tal-pagamenti, is-settur finanzjarju u s-settur bankarju - mill-ewwel jinduna li kien hemm ċaqliqa fid-direzzjoni t-tajba.", "Fil-fatt jien iddiskrivejt is-sitwazzjoni bħala getting back on the right track u rrid ngħid li għandna titjib kważi fuq il-fronts kollha ta' l-ekonomija.", "Naturalment dejjem jibqa' lok għal iktar titjib pero' b'GDP growth li fl-ewwel quarter ta' din is-sena huwa stmat li kien ta' 4% - jew inkella Lm16.9 miljun f'termini reali - nistgħu ngħidu li l-ekonomija qiegħda tikber, allavolja dejjem għandha l-potenzjal li tikber iktar.", "Jekk wieħed jagħmel paragun ma' pajjiżi oħra jirrealizza li 4% growth hija aktar minn diċenti u għalkemm on historical grounds din ir- rata tista' tkun ogħla, pero' turi li mexjin fid-direzzjoni t-tajba u li l- moviment fl-ekonomija huwa pożittiv u jindika li l-attivita' ekonomika on a broad front qiegħda twassal għal titjib.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar x'qed jiġri fil-qasam ta' l-investiment, Mr Speaker.", "Fil-fatt proprju llum irnexxilna norganizzaw tabella dwar kif mexa l- investiment, b'mod partikolari fil-qasam tal-manifattura fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.", "Sabiex wieħed japprezza dan iċ-ċaqliq, tajjeb li nagħtu ħarsa lejn l-aħħar pubblikazzjoni ta' l-economic survey ta' Jannar/Settembru 1998, li jagħmel paragun ma' l-istess perijodu Jannar/Settembru ta' diversi snin.", "Skond dan l-economic survey insibu li fl-1995 in-net investment fil-manifattura kien ilaħħaq it-Lm30.1 mmiljun u fl-1996 kien Lm31.1 miljun, pero' mbagħad fl-1997 u l-1998 kellna tnaqqis sostanzjali u nżilna għal Lm16.9 miljun u Lm15.2 miljun rispettivament.", "Meta wieħed iħares lejn dawn l-erba' snin il-messaġġ li joħroġ huwa li l- investiment fil-manifattura, b'mod partikolari fl-1997 u l-1998, kien għaddej on half steam jew, kif darba qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kien bħal dak l-ajruplan b'makna waħda minn erbgħa taħdem.", "Mr Speaker, fil- fatt nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi tabella oħra fuq il- Mejda tal-Kamra ħalli l-kollegi tiegħi jkollhom stampa ċara dwar xiex qed nitkellmu.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Quarterly report on investment (plant and machinery) by manufacturing industry għall-ewwel tliet xhur tas-snin 1998 u 1999.", "Minn din it-tabella wieħed jinduna li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena l-investiment fil-manifattura laħaq iċ-ċifra ta' Lm11.2 miljun meta fl- ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet iċ-ċifra kienet tlaħħaq Lm5 miljun.", "Dan ifisser li d-deadlock li kellna fl-investiment tal-manifattura has been broken għaliex fil-fatt iktar minn irdoppja fl-ewwel tliet xhur ta' din is- sena.", "Fattur sinifikanti li joħroġ minn dawn iċ-ċifri huwa li l- investiment m'huwiex iffokat fuq settur wieħed.", "Per eżempju, fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet, fis-settur ta' l- electrical machinery kien hemm investiment ta' Lm3.5 miljun minn total ta' Lm5 miljun.", "Dan jindika li madwar 68% ta' l-investiment kien għaddej f'settur wieħed.", "Din id-darba l-investiment fl-electrical machinery huwa biss ta' 24% mit-total u dan huwa indikatur sinifikanti ħafna għaliex f'diversi oqsma ta' l-ekonomija kien hemm investiment aċċellerat imqabbel ma' l-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.", "Anke, fil-qasam tat- tessuti, is-sena li għaddiet kien hemm investiment ta' Lm490,000 mentri din is-sena kien hemm investiment ta' Lm1.3 miljun; fil-printing is-sena li għaddiet kien hemm investiment ta' Lm45,000 u din is-sena hemm investiment ta' Lm1.7 miljun; fis-settur tar-rubber, is-sena li għaddiet kien hemm investiment ta' Lm30,000 mentri din is-sena hemm investiment ta' Lm3.5 miljun.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma riżultati sinifikanti ħafna li kellna fl-investiment tal-manifattura fl-ewwel tliet xhur ta' din is- sena mqabbin ma' l-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet għaliex juru li qbadna ritmu ekonomiku ferm iktar qawwi u mifrux fuq iktar setturi.", "Huwa wkoll indikatur importanti ħafna għax l-investiment li jsir f'pajjiżna jfisser ukoll produzzjoni iktar fil-futur, iktar fiduċja u, fl-opinjoni tiegħi, ifisser ukoll li hemm linkage mal-preparazzjoni biex wieħed jagħmel upgrading u jirristruttura ħalli jkun f'pożizzjoni li jkun jista' jikkompeti iktar barra minn Malta u għandu wkoll l-implikazzjonijiet tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Niftakar lil Lino Spiteri jitkellem fuq dan is-suġġett meta kien jgħid li r-riattivar ta' l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni jista' jkollha wkoll effett psikoloġiku fuq l-attivita' ekonomika.", "Jiena nargumenta li meta jkollok sitwazzjoni fejn id-direzzjoni tkun ċara u jkollok stabilita' politika u ekonomika, dak li jkun ikun jaf fejn int sejjer u min se jinvesti ikun jaf fejn qiegħed.", "Irrid ngħid ukoll li l- istabilita' ekonomika tħares lejn x'se jiġri mill-cost structures.", "Per eżempju, l-oppożizzjoni dejjem targumenta li jekk nidħlu fl-Unjoni se jiġu affettwati l-cost structures u għalhekk kienet sorpriża kbira ħafna għalija meta l-gvern preċedenti ddeċieda li jiskossja l-cost structures bit- tariffi tad-dawl u l-ilma, li kienu se jaffettwaw mhux biss il-cost of living u allura l-livell ta' l-għajxien, imma kienu se jaffettwaw ukoll il- pagi u l-ispiża tal-produzzjoni.", "B'dik is-sitwazzjoni jien ngħid li nħolqot inċertezza ekonomika kbira mill-gvern preċedenti stess, li għalkemm kien dejjem jiffoka fuq il-cost structures pero' donnu li meta kien fil- gvern dawn ma tax kashom biżżejjed.", "Jien nattribwixxi parti minn din iż- żieda fl-investiment għall-fatt li għandna stabilita' politika u stabilita' ekonomika u direzzjoni ċara.", "L-investiment li sar fid-diversi setturi tal-manifattura - u mhux biss fis-settur ta' l-elettronika, kif ġara s-sena li għaddiet - huwa investiment li jindika preparazzjoni għal tkabbir fil-produzzjoni u għal avvanz f'sistemi li jużaw makkinarju u preparazzjoni iktar kemm għall- esportazzjoni kif ukoll biex jikkompetu lokalment, ladarba l-protezzjoni tibda titnaqqas fuq diversi setturi bħal, per eżempju, fuq il-beverages.", "Irrid ngħid li fil-qasam tal-beverages kien hemm investiment ta' Lm167,000 meta s-sena li għaddiet sar investiment ta' Lm93,000 u dan juri preparazzjoni min-naħa ta' l-industrija involuta.", "Jien nargumenta li fil- qasam tal-manifattura hemm l-iktar sinjal ċar mhux biss għax hemm l- investiment imma għaliex hemm ukoll ċaqliq fl-industrial production, li fl- ewwel tliet xhur ta' din is-sena żdiedet b'7.7%, jiġifieri b'rata perċentwali iktar għolja mill-GDP.", "Fil-fatt il-produzzjoni fis-settur tal- manifattura laħqet il-Lm211.6 miljun imqabbla mal-Lm196 miljun tas-sena li għaddiet.", "Irridu niftakru li fis-settur tal-manifattura għandna ftit iktar minn 29,000 ruħ jaħdmu u nafu wkoll li madwar 70% mill-produzzjoni tmur għall-esportazzjoni.", "Meta nħares lejn iċ-ċifri li għandhom x'jaqsmu mal- manifattura nikkonferma li we are on the right track u għaddejjin b'pass mgħaġġel għal dak li għandu x'jaqsam ma' investiment u b'pass ferm impressjonanti meta tqabbel l-performance mas-sentejn ta' qabel.", "Jekk naraw x'ġara fil-qasam tal-kummerċ insibu li kellna żieda ta' 5% fl-importazzjoni, Ii parti minnha tmur għall-prodotti tal-konsum.", "Issa hawnhekk qed nitkellem fuq l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, cioe' minn Jannar sa Ġunju, għaliex l-istatistika għal dak li għandu x'jaqsam mal- kummerċ rnexxilha taġġorna ruħha b'tali mod li t-trade statistics ikunu available saħansitra xahar wara li jkun għalaq ix-xahar ta' qabel.", "Il- qasam ta' l-importazzjoni huwa wkoll indikatur importanti għall-ekonomija għax juri attivita' ekonomika kemm fl-esportazzjoni u kif ukoll fis-suq domestiku.", "It-total imports żdiedu b'Lm25 miljun, li Lm11 miljun minnhom marru fuq consumer goods, u dan ifisser li f'consumer goods kellna żieda impressjonanti fl-importazzjoni ta' 9.6%.", "L-importazzjoni ta' consumer goods tinqasam bejn foods, durable goods and others u f'importazzjoni ta' durable goods kien hemm żieda ta' 20%.", "Fil-fatt iċ-ċifra ta' l- importazzjoni minn Lm46.6 miljun bejn Jannar u Ġunju ta' l-1998 telgħet għal Lm56.1 miljun fl-istess perijodu ta' din is-sena.", "Dawn iċ-ċifri jagħtu indikazzjoni ta' kif inhi sejra l-attivita' domestika, li parti kbira minnha tiddependi fuq l-importazzjoni tal-prodotti għall-konsum, u juru wkoll x'tip ta' livell ta' għajxien għandna f'pajjiżna, għaliex meta dak li jkun jonfoq iktar ifisser li għandu iktar dħul.", "Sfortunatament is-sena li għaddiet inħolqot inċertezza minħabba l- kontijiet tad-dawl u l-ilma u kien hemm ħafna konsumaturi li kienu qegħdin joqogħdu lura minn ċerti affarijiet peress li riedu jwarrbu l-flus għal dawk il-kontijiet li kienu se jkunu darbtejn iktar milli kienu jiġuhom qabel.", "Illum il-kontijiet ħarġu u kulħadd jaf fejn qiegħed u dan huwa boost għall-attivita' ekonomika.", "Fil-fehma tiegħi, il-gvern preċedenti żbalja bl-ikrah bil-politika ekonomika tiegħu għaliex ħaseb li l-uniku mod kif seta' jsolvi l-problemi fil-finanzi kien billi jiskossja s-sistema.", "Issa meta tiskossja s-sistema jkollok dik li bl-Ingliż isejħulha knee-jerk reaction, fejn kollox jiġġammja, il-kummerċ jieqaf u saħansitra d-dħul tal-gvern jonqos.", "Skond ċifri li għandi għall-ewwel ħames xhur ta' din is- sena jidher li d-dħul tal-gvern żdied b'madwar Lm8 miljun, pero' dawn l- affarijiet inħallihom għall-ministru tal-finanzi biex jidħol fihom f'aktar dettall.", "Għalkemm il-gvern preċedenti kellu nies kwalifikati fil-qasam ekonomiku, sfortunatament għażlu triq li ġġammjat ekonomikament lil pajjiżna, kemm mill-aspett ta' standard of living - għaliex kulħadd qagħad lura biex jara kif se jiġi affettwat - u kif ukoll mill-aspett ta' l- industrija, għaliex l-industrijalist beda joqgħod lura biex jara l-cost structures kif se jinbidlu u allura naqas l-investiment.", "Jekk wieħed iħares lejn diversi ċifri ta' l-ekonomija on a broad view, kif qed nagħmel jien, jibda jara li din is-sena kien hemm titjib sinifikanti.", "Kif kont qed ngħid qabel, fl-importazzjoni ta' consumer goods kellna żieda ta' Lm11 miljun u fil-każ ta' industrial supplies kellna żieda fl-importazzjoni ta' Lm14.9 miljun, li huwa indikatur ukoll għall-future exportation, għaliex ħafna mill-esportazzjoni tagħna tirrikjedi importazzjoni ikbar ta' industrial supplies.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena l-esportazzjoni żdiedet b'Lm29 miljun jew b'8.2%, li hija ċifra impressjonanti.", "Illum fil-ġurnal \"The Times\" xi kummentaturi barranin kkummentaw fuq dan l-aspett ekonomiku, pero' jiena li għandi l-aħħar ċifri sa Ġunju jidhirli li nista' nikkummenta iktar minn dawk li qed jikkummentaw fuq l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.", "Fil-fatt fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l- esportazzjoni totali żdiedet bi 8.2%, id-domestic exports żdiedu b'4.8% u r- re-exports żdiedu b'5.6%.", "L-element tar-reexport huwa element importanti ta' l-ekonomija tagħna għaliex jista' jimla niche importanti fl- international trading.", "L-effett totali fuq it-trade kien li t-trade gap naqset b'2.8% jew b'Lm4.1 miljun.", "L-unika ħaġa li nikkritika fit-trade gap hija li meta jiżdied it-turiżmu hemm it-tendenza titwessa.", "Imma allavolja din is-sena t-turiżmu żdied, iż-żieda fl-esportazzjoni kienet qawwija biżżejjed biex twassal għal tnaqqis fit-trade gap.", "Din m'hijiex xi ħaġa normali pero' tindika wkoll l-attivita' ekonomika qawwija li kien hemm fil- qasam ta' l-esportazzjoni u allavolja żdiedu l-consumer imports, speċjalment id-durable goods, it-trade gap xorta naqset.", "Mr Speaker, m'iniex se noqogħod nidħol fid-dettall fil-qasam tat-turiżmu pero' ngħid biss li kien hemm żieda ta' 5% fit-turisti li żaru pajjiżna.", "Dan ifisser li d-domanda għall-importazzjoni żdiedet u għalhekk għedt li hija xi ħaġa impressjonanti li t-trade gap naqset meta t-turiżmu żdied b'5%.", "Irrid ngħid ukoll li bejn Jannar u April ta' din is-sena d-dħul mit- turiżmu żdied b'7.4%.", "Dan se jkollu effett pożittiv fuq l-ekonomija tagħna għax, kif jaf kulħadd, it-turiżmu għandu impatt qawwi ħafna fuq l- ekonomija tagħna.", "U hawnhekk irrid insemmi l-kontribuzzjoni li tat l-Air Malta - meta kien se jkollna tnaqqis fit-turiżmu mill-Ġermanja minħabba li xi operaturi ta' l-ajru kienu waqfu joperaw - meta bi spiża kbira għaliha kriet żewġ ajruplani oħra u minn April bdiet topera iktar għall- Ġermanja, b'konsegwenza li ġew madwar 80,000 turist iktar.", "L-Air Malta kellha tagħmel spejjeż kbar biex tikri l-ajruplani extra ta' malajr għaliex dawn ma kenux previsti u naturalment meta tagħmel leasing ikollok iktar costs.", "Dan il-kontribut ta' l-Air Malta rrid nirrikonoxxih għaliex isostni l-ekonomija tagħna b'mod qawwi u allavolja kultant il-balance sheet ta' l-Air Malta tiġi affettwata b'mod negattiv, pero' huwa importanti li nħarsu lejn l-aspett globali biex l-ekonomija tagħna tkun tista' timxi 'l quddiem jekk ikun possibbli on all fronts, kif fil-fatt nemmen li qed isir.", "Ngħaddi issa biex nagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni ta' l- inflazzjoni u l-prezzijiet, Mr Speaker.", "Irrid ngħid li hawnhekk ukoll kellna progress għaliex filwaqt li f'Mejju ta' l-1997 ir-rata ta' żieda fil-prezzijiet kienet ta' 2.6% u din telgħet għal 3.2% f'Mejju ta' l-1998, issa stabilizzat ruħha u niżlet għal 1.76% f'Mejju ta' l-1999.", "Huwa fattur pożittiv ħafna li rnexxilna nnaqqsu r-rata ta' l-inflazzjoni għal dan il-livell għaliex dan ifisser li l- kompetittivita' tagħna qed tiġi protetta u meta niġu biex inbigħu l- prodotti tagħna barra, inkunu f'pożizzjoni li nkunu iktar kompetittivi għaliex meta r-rata ta' l-inflazzjoni tkun iktar għolja minn ta' pajjiżi oħra tonqos il-kompetittivita' u meta r-rata ta' l-inflazzjoni tkun f'dan il-livell tipproteġilek il-kompetittivita'.", "Naturalment ir-rata ta' inflazzjoni ġiet megħjuna mid-deċiżjonijiet li ħa dan il-gvern meta naqqasna t-tariffi tad-dawl u l-ilma u għamilnihom b'tali mod li jippenalizzaw lil dawk li jaħlu ħafna waqt li jipproteġu lil dawk il- households u pensjonanti li l-konsum tagħhom huwa medju.", "Din hija wegħda oħra li wettaqna pero' għamilniha wkoll għaliex ma jagħmilx sens li tiskossja l-ekonomija tal-pajjiż b'dan il-mod.", "Għax wieħed irid ukoll iħares lejn il-cost implications u għalkemm l-IMF qalet li ma messniex naqqasna t-tariffi tad-dawl u l-ilma, jien konvint li kellna bżonn nieħdu dak il-pass għall-ġid tal-pajjiż.", "Din il-ġimgħa xi membri min- naħa ta' l-oppożizzjoni qalu kemm kien kuraġġuż il-gvern Laburista meta għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma pero' jien nibqa' nisħaq li rridu nagħmlu tariffi li jkunu realistiċi għall-istandard of living tagħna u għall-abilita' tagħna to absorb increases in cost structures.", "Jien nemmen li issa qed naraw il-frott ta' din il-politika ekonomika wkoll u fil-fatt it-tabelli li ppreżentajt fuq il-Mejda tal-Kamra jindikaw ukoll li r-rata ta' inflazzjoni li għandna bħalissa hija l-inqas waħda li kellna f'dawn l- aħħar erba' snin, anke jekk tqabbel xahar b'xahar.", "Sur President, irrid nitkellem fuq punt importanti ieħor, il-bilanċ tal- pagamenti, li bażikament huwa l-account li jindika kemm nimportaw u nesportaw prodotti u servizzi.", "Insibu li filwaqt li fl-ewwel quarter tas- sena li għaddiet kellna negative balance ta' Lm24.5 miljun - jiġifieri konna qegħdin nonfqu iktar barra minn Malta milli ndaħħlu - fl-ewwel quarter ta' din is-sena dan naqas għal Lm11.6 miljun, jiġifieri naqas b'iktar min-nofs.", "Dan huwa a marked improvement, li huwa wkoll konsistenti ma' dak li qed jiġri fil-qasam tat-trade.", "Irrid ngħid ukoll li allavolja kien hemm iktar infiq mill-Maltin barra minn Malta, li huwa indikatur ta' l-istandard of living, pero' kien hemm żieda wkoll fin-net investment income minn barra ta' Lm20.6 miljun.", "Dan ma jinkludix id-dħul mill-HSBC għax dawn iċ-ċifri għadhom ma daħlux fil-kotba.", "Jekk inħarsu lejn is-sistema bankarja nsibu li dak li nsejħulu quasi- money, li bażikament huma d-depożiti fil-banek - jissejħu kważi flus għaliex tista' tmur il-bank u tiġbidhom - f'temp ta' sena dawn żdiedu b'Lm152 miljun, filwaqt li l-assi barranin żdiedu wkoll b'Lm44 miljun.", "Dan ifisser li l-aspett bankarju f'pajjiżna miexi 'l quddiem għaliex għandna riservi iktar għoljin u iktar tifdil.", "Jekk inqabblu xi ftit ċifri ma' ta' pajjiżi oħra nsibu li r-rate of growth tagħna ta' 4% tikkompara tajjeb ħafna.", "Per eżempju, Finland għandhom rate of growth ta' 3.9% - fil-fatt Finland bħalna għaddejja b'ritmu qawwi - u hawn wieħed jara li meta pajjiż ikun qed jiffaċċja sfida, bħal ngħidu aħna l-isfida ta' l-isħubija fl-Unjoni Ewropea, se jkollok ukoll pass iktar mgħaġġel ta' investiment u tkattir ekonomiku.", "Nistgħu anke nqabblu r-rate of growth tagħna ma' dik ta' l-Italja u naraw li l-cake nazzjonali fl-Italja qed jikber b'rata baxxa ħafna, taħt il-1%.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-qgħad f'Malta minn 5.3% naqas għal 5% u dan jitqabbel b'mod pożittiv ma' pajjiżi oħra.", "Għalkemm naħseb li baqgħalna ħafna x'nagħmlu - għax iċ-ċifra tal-qgħad qiegħda 7,300 - pero' naħseb li mxejna pass 'il quddiem għaliex fil-fatt in-numru tal-gainfully occupied żdied b'iktar minn 1,000 ruħ.", "Jien naħseb li għandna iktar potenzjal u rridu naraw kif inkattru l-attivita' ekonomika u l-investiment biex ikollna iktar impjiegi 'il quddiem.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm iktar impjiegi, kif kien hemm fil-bidu tas-snin disgħin, meta n-numru ta' impjiegi kien ġej primarjament mis-settur privat.", "Naturalment fil-qasam ta' l-impjiegi għad għandna lok għal espansjoni qawwija fis-settur tas- servizzi, li ma jinkludix biss it-turiżmu imma jinkludi servizzi oħra li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jespandu.", "Sur President, qabel nagħlaq irrid ngħid li meta wieħed iħares lejn the broad aspects ta' l-ekonomija tagħna jsib li forsi m'hijiex xi ħaġa daqshekk komuni li jkollok such a broad improvement on such a wide front of economic activity, fejn il-GDP żdied b'4%; il-current account deficit naqas bi Lm12.9 miljun; il-gainfully occupied żdiedu b'0.8% - nixtieq nara żieda ikbar f'dan il-qasam pero' meta mqabbla mal-passat turi tkabbir fil-qasam ta' l-impjiegi - l-unemployment naqas għal 5% minn 5.3%; il- produzzjoni industrijali żdiedet b'7.7%; l-importazzjoni żdiedet b'5%; l- esportazzjoni żdiedet b'8.2%; it-trade gap naqset b'2.8%; it-turiżmu żdied bi kważi 5%; l-earnings from tourism żdiedu b'7.4%; l-expenditure by Maltese abroad żdiedet b'6.5% u l-inflazzjoni naqset għal 1.76%.", "Dawn iċ- ċifri bl-ebda mod ma juru li qegħdin fil-ġenna ta' l-art, kif forsi wieħed jista' jaħseb li qed nipprova nagħti l-impressjoni, pero' juru li we have turned the corner u l-istaġnar li kellna għal dawn l-aħħar sentejn spiċċa.", "L-ekonomija bdiet titħarrek f'diversi oqsma u mhux f'settur wieħed jew kumpannija waħda biss għaliex, per eżempju, għal dak li jirrigwarda t-turiżmu ma żdiedx biss in-numru imma żdied anke d-dħul.", "Fil- kummerċ kellna żieda kemm fl-importazzjoni u kif ukoll fl-esportazzjoni u the net effect kien pożittiv.", "Fil-produzzjoni industrijali kellna żieda impressjonanti u fil-qasam ta' l-investiment, b'mod partikolari fil- manifattura, li kif diġa' għidt hija l-iktar ħaġa kruċjali li wieħed iħares lejha meta jkun qed jitkellem fuq l-ekonomija ta' pajjiż, jirriżulta anke minn ċifri tan-national accounts li l-investiment globali fl-ekonomija tagħna fis-settur privat żdied fl-ewwel quarter ta' din is-sena u dan kollu jindika li the economy is on the right track.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-affarijiet m'humiex mexjin 'l quddiem għaliex saret xi ħaġa maġika jew għaliex sempliċement inbidel il-gvern imma għaliex il-policies li mexa bihom dan il-gvern l-ewwelnett ma xxokkjawx l-ekonomija - anzi rriversjajna diversi shocks li saru s-sena li għaddiet b'dannu kbir għall-ekonomija tagħna - it-tieni nett irnexxilna nerġgħu naqbdu t-triq fid-direzzjoni t-tajba għal dak li għandu x'jaqsam ma' investiment u stabilita' ekonomika - għaliex kulħadd jaf f'liema direzzjoni miexi l-pajjiż - u fl-aħħarnett għandna stabilita' politika għax l-instabilita' politika taffettwa wkoll l-ekonomija tal-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li fis-settur tal-finanzi tal-gvern għad għandna l- problema tal-budget deficit imma din il-problema ma ssolvihiex billi tagħti daqqa ''l isfel lill-ekonomija għaliex il-budget deficit trid issolvih fuq numru ta' snin, kif inhuwa ppjanat li jsir, u trid issolvih billi tinkoraġġixxi l-economic growth u tagħmel sistema ta' tassazzjoni iktar effiċjenti kif diġa' għamilna.", "Fil-fatt għalkemm għadu kmieni biex wieħed ikun jista' jikkonkludi fuq l-effett globali tas-sistema ta' tassazzjoni, irrid ngħid li fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena din is- sistema diġa' qed tagħti ċertu frott.", "Imma s-sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern trid tiġi solvuta fuq numru ta' snin, mingħajr ma noħolqu l-qgħad, mingħajr ma noħolqu inflazzjoni, mingħajr ma noħolqu staġnar ekonomiku u mingħajr ma noħolqu sitwazzjoni ta' kollass, fejn kollox jiġi ġġammjat.", "Jekk inħares 'il quddiem ngħid li għad baqa' proġetti, bħalma huma l-proġett tal-Kottonera u ta' Manoel Island, li nispera li jibdew fit-tieni nofs ta' din is-sena u dawn se jagħtu stimolu lill-ekonomija tagħna, b'mod partikolari fil-qasam tal- kostruzzjoni u bħala future investment fil-qasam turistiku.", "Qabel nagħlaq nixtieq insemmi wkoll il-qasam ta' l-agrikoltura li skond tabella oħra li għandi hawnhekk turi li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli telgħet minn Lm1 miljun għal Lm1.7 miljun, żieda ta' Lm646,000, li hija żieda ta' iktar minn 50%.", "Meta wieħed iħares lejn il- kwadru kollu jidher bl-iktar mod ċar li the economy is moving in the right direction.", "M'iniex qed ngħid li ma baqax x'isir pero' naħseb li hemm potenzjal ferm ikbar għall-ekonomija tagħna jekk aħna rridu nnaqsu l-gap li hemm bejn l-average income tagħna u l-average income ta' l-Unjoni Ewropea, għax naħseb li rridu nipparagunaw ruħna ma' min għandu livell ta' għajxien iktar għoli minn tagħna.", "Pero' qegħdin f'pożizzjoni where things are moving in the right direction u l-kumplament tas-sena għandha turina li setturi oħra ta' l-ekonomija tagħna, speċjalment il-qasam tal-kostruzzjoni, se jirpiljaw b'ritmu iktar qawwi.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, waqt li kont qed nisma' l-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra jitkellem, bdejt niftakar f'wieħed li jkollu quddiemu pazjent marid u moribond u jipprova jikonvinċih li huwa b'saħħtu u li m'għandu xejn.", "Naħseb li meta taġixxi b'dan il-mod ma' pazjent tkun qed tagħmillu l-ikbar insult minflok tgħollilu l-moral.", "Il-gvern Nazzjonalista jinsab fl-għaxar xahar tal-ħajja tiegħu u allura żgur ma jistax jibqa' jwaħħal aktar fil-gvern ta' qablu għal dak li sejjer żmerċ.", "Illum għandna gvern li qed jibqa' ċass u impotenti quddiem l-istaġnar ekonomiku mingħajr ma jidhru fuq ix-xefaq l-ebda sinjali konkreti li r-rota sa fl-aħħar se tibda ddur.", "Il-bżonn ta' pjan radikali u strateġiku għal qawmien ekonomiku tal-pajjiż qatt ma kien jinħass daqs illum f'dawn l-aħħar snin, fejn in-negozju huwa ġġammjat, il-flus fl-idejn huma xotti, il-qgħad qed jerġa' jgħolli rasu, il- proprjeta' wieqfa, insibu problemi ta' cashflow kullimkien u l-investiment barrani huwa ineżistenti, ħlief għas-settur tat-turiżmu, li qed iservi bħala l-unika forċina għall-pajjiż.", "Fil-fatt illum għandna gvern li fi kliem l-istess Unjoni Ewropea huwa bla pjan koerenti fil-qasam tal-politika industrijali.", "Iżda agħar minn dan kollu għandek instabilita' fil-pajjiż, li ġejja mill-biża' ta' ħafna nies li sforz il-politika ta' dan il-gvern jistgħu faċilment jitilfu l-impjiegi tagħhom.", "Din l-inċertezza, anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta' ta' l-impjieg, ġejja minn ristrutturazzjoni bla pjan organiku u minn inċertezza dwar il-kumpanniji u korporazzjonijiet li qed jiġu targeted għall-privatizzazzjoni minn task force li waqqaf il-gvern pero' li jidher li qed taħdem bil-moħbi u bis- suluzzu.", "Kulma nafu dwar il-privatizzazzjoni huwa li dak li ġej mhux bilfors se jimxi jew isegwi il-passi ta' dak li ġara fil-passat u għadna bla ebda ħjiel dwar id-direzzjoni strateġika u timeframes f'dan ir-rigward u dan il-fattur qed joħloq inċertezza kbira fuq il-postijjiet tax-xogħol, fost it-trade unions u fost il-ħaddiema nfushom u l-familji tagħhom.", "Iżda l-ikbar nuqqas ta' dan il-gvern huwa li ma ħa l-ebda passi konkreti biex b'mod tanġibbli u b'mod viżibbli jtejjeb il-livell u l-kwalita' tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u fil-fatt in-nies donnhom qed jibżgħu jonfqu kif kienu jonfqu qabel.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-korporazzjoniiet minflok ma l-gvern nieda pjan biex isaħħaħ l-effiċjenza, ħalla kollox għaddej għal rieħu, kif qed jiġri fl-Enemalta, fejn minflok issaħħet l-istruttura tal-management telaq iċ-chief executive, li kellu diversi kwalitajiet tajbin, mingħajr ma sabu lil xi ħadd biex jeħodlu post, bil-konsegwenza li din il-korporazzjoni tinsab miexja bla ebda sens ta' direzzjoni.", "L-istess jista' jingħad għall- MDC, fejn jekk tneħħi r-retorika u l-kliem bombastiku li qed jintqal l- inflow ta' investiment barrani ġdid mhux talli xxotta iżda talli l-ministru għas-servizzi ekonomiċi - f'dawn l-aħħar xhur kulma fetaħ kienet fabbrika waħda li timpjega erbgħa min-nies - dan l-aħħar tkellem dwar kemm irid jgħaddi żmien biex ċerti proġetti ġodda ta' investiment jimmaterjalizzaw ruħhom.", "Għalhekk bl-istess kejl tal-ministru, iċ-ċifri dwar l-investiment li semma llum bilfors li ilhom żmien twil ġejjin u ilhom żmien twil fil- pipeline.", "Għalhekk ikun tajjeb li din il-Kamra tkun aġġornata dwar kemm effettivament ġejjin proġetti ġodda tal-manifattura, dwar kemm se jimpjegaw nies u kif ukoll dwar l-ammont ta' investiment barrani ġdid li hemm involut.", "Sur President, sa tmiem Marzu intilfu ftit inqas minn 1,400 impjieg mhux biss fis-settur tal-manifattura nnifsu iżda ironikament anke fil-qasam turistiku.", "Malta bħalissa qed titlef il-qaleb u l-ġbejna għaliex filwaqt li kulma tmur qed tnaffar il-cost competitiveness tagħha vis-a-vis il-pajjiżi ġirien tagħna fl-Ewropa ċentrali u fl-Afrika ta' Fuq, ma jirriżulta minn imkien li l-pajjiż qed jibbenefika minn xi tkabbir fil- produttivita'.", "Il-gvern min-naħa tiegħu mhux talli m'huwiex qed joffri l-ebda sens ta' direzzjoni fil-qasam ekonomiku, iżda anke fil-qasam finanzjarju qed juri nuqqas serju ta' rieda u impenn politiku biex jintroduċi miżuri ta' konsolidament fiskali u biex idaħħal riformi strutturali effettivi fil- pajjiż.", "Din it-telqa u nuqqas ta' fibra u sinsla m'hijiex xi ħlieqa ta' l- oppożizzjoni iżda toħroġ mhux biss minn kif tħares lejna l-IMF imma anke mill-avis aġġornat ta' l-Unjoni Ewropea u mill-aġenziji internazzjonali tal- kreditu bħal Standard & Poor's u Moody's. Jiddispjaċini ngħid li rapport li deher illum fil-ġurnal \"The Times\" ġie mogħti slant biased ħafna mill- korrispondent Jesmond Bonello għaliex min jaqra s-sustanza tar-rapport isib li hemm baħar jaqsam bejn ir-rapport u t-titlu li ngħata.", "Dawn l- istituzzjonijiet barranin donnhom m'humiex konvinti li l-gvern beħsiebu jsarraf l-impenn li jiftaħar bih, bil-konsegwenza li l-problemi li qed niffaċċjaw illum aktar se jidħlu 'l ġewwa u jsiru strutturali.", "L-infiq bl- addoċċ ta' diversi ministeri juri li l-pjani finanzjarji tal-gvern mhux biss sfaxxaw imma donnu li l-gvern ċeda għall-pressjonijiet li qed ikollu minn ta' madwaru biex jonfoq mingħajr rażan u mingħajr programm serju kif jitolbu ċ-ċirkostanzi.", "Bla dubju ta' xejn dawn l-affarijiet qed jibagħtu messaġġi bil-maqlub mhux biss lill-elettorat iżda anke lill- istituzzjonijiet barranin li għadni kif semmejt.", "Il-gvern Nazzjonalista ma jista' jippunta subgħajh lejn ħadd ħlief lejh innifsu għaliex inqabad f'morsa sforz il-politika short-sighted u opportunistika tiegħu, kif imfissra fil-manifest elettorali ta' Settembru ta' l-1998, fejn wiegħed kollox lil kulħadd mingħajr ebda sagrifiċċju jew sens ta' awsterita'.", "Dakinhar aħna konna pprovajna niftħu għajnejn il-poplu Malti billi għednilu li l-programm tal-Partit Nazzjonalisa jew kien se jġarraf lil Malta finanzjarjament bil-piżijiet ġodda li kien se jimponi fuqna, jew inkella l-gvern ma kienx se jkun f'qagħda li jwettaq dak li kien wiegħed minħabba s-sitwazzjoni gravi fil-pajjiż.", "Fil-fatt illum il-gvern qed juri ruħu insensittiv quddiem din il-gravita' minħabba l-istat ta' paralisi li ħalla lilu nnifsu jinqabad fiha.", "Illum il-gvern Nazzjonalista ħa falza stikka wkoll dwar il-proġetti kapitali li kien qed ifassal gvern Laburista, ħela aktar minn sena mingħajr ma għamel xejn konkret u fl-istess ħin dak li għamel għamlu b'mod mgħaġġel u ta' kafkaf, fejn donnu kien aktar interessat li jaqdi lil ċerti promoturi mill-koxxa milli jħares verament l- interess nazzjonali.", "Il-fatt li dawn il-proġetti waqgħu lura fl- implimentazzjoni tagħhom juri għaliex din il-famuża kick-start ta' l- ekonomija kulma tmur qed tiġi posposta minn xahar għal ieħor.", "Dan l- aħħar kien hemm min feraħ u għorok idejh għax l-federation of industry qalet li jidher li l-agħar għadda.", "Pero' meta tara li m'hemm xejn proġettat b'mod professjonali għar-ristrutturazzjoni u meta wieħed jiftakar fit-triq tal-customs union li pajjiżna bilfors se jkollu jaqbad, ġaladarba huwa daqstant kommess li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, aktar għandna għalfejn ngħidu li l-kbir għadu ġej.", "Illum il-pajjiż jinsab f'sitwazzjoni kritika u delikata, fejn ma jistax jibqa' jgħix fuq il-perceptions iżda jrid jibbaża ruħu fuq riżultati tanġibbli.", "Sal-lum dak li qed jintqal mill-apoloġisti tal-gvern pubblikament ma jaqbel xejn la ma' dak li jgħidu lilna huma stess privatament u lanqas ma' l-indikaturi ekonomiċi tal-pajjiż, kemm fir- rigward tat-tkabbir ekonomiku u kif ukoll fir-rigward ta' l-attivita' kummerċjali, tal-qgħad u ta' diversi fatturi oħrajn.", "Ċertament li l- gvern għandu bżonn iniedi programm ta' stabilita' fiskali u ekonomika u jiżgura li jkun hemm compliance stretta ma' dak li għandu x'jaqsam mar-rwol tal-gvern innifsu.", "Il-figuri juru li n-nefqa pubblika għadha ferm għolja, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-expenditure u l-GDP ratio.", "Il-gvern m\"hu qed joffri l-ebda stimolu lill-privat għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u għalkemm sa ftit ilu kienu ftaħru dwar kemm se jinħolqu jobs ġodda fil-Kottonera, dan l-aħħar il-ministru għall-ambjent naqas serjament milli jagħtini ħjiel dwar in-numru ta' impjiegi ġodda f'termini indikattivi.", "Fil-bidu tas-snin disgħin il-gvern Nazzjonalista kien ipprova joħloq a feel-good factor billi jara li jkun hawn extra cash fi bwiet in-nies ħalli jiżgura consumer boom, bit-tama li aktar ma l-gvern jippompja flus aktar tikber u tiġi stimolata l-ekonomija.", "Pero' llum lanqas dan m'huma kapaċi jagħmlu, bil-konsegwenza li l-effett negattiv qed jinħass minn kulħadd, mill-industrjalist sal-ħaddiem fil-fabbrika, mill-importatur sal- konsumatur, mill-mara tad-dar sal-pensjonant li, kif qalet l-assoċjazzjoni tagħhom stess dan l-aħħar, din il-kategorija baqgħet b'xiber imnieħer meta fl-aħħar budget il-Ministru Dalli naqas milli jikkonsidra serjament suġġeriment wieħed mill-ħafna li għamlulu.", "Il-fatti juru li għaddew għaxar xhur u ħadd m'hu qed jara l-ebda traċċa ta' dinamiżmu jew ħajja ġdida fl-ekonomija, fatturi li mingħajrhom la jista' jkun hemm żidiet fl- impjiegi u lanqas żidiet fl-income tal-ħaddiema.", "In-nuqqas ta' kordinazzjoni bejn diversi ministeri qed iwassal biex tinħass aktar laxkezza ġenerali mingħajr ma jidher jew jinħass li qed isir xi sforz biex jissaħħu l-finanzi ċentrali tal-gvern.", "Kif tista' tħares 'il quddiem bit-tama meta l-pass tar-riformi strutturali majna, meta m'hemm l-ebda traċċi ta' qawmien ġenwinament iġġenerat mill-esportazzjoni, meta m'għandna l-ebda ħjiel ta' tnaqqis sostnut fil-public sector deficit u meta l-unit labour cost tal-pajjiż qed ikompli jitla'?", "Gvern modern suppost jagħti l-aktar spazju possibbli lill-inizjattiva privata iżda bħalissa ma tinħass l-ebda firxa ta' kultura ġenwina intraprenditorjali, anzi wasalna f'sitwazzjoni fejn l-iktar kumpanniji li qed jilmentaw dwar wirjiet mhux sodisfaċenti huma proprji dawk li l-iktar għandhom influwenza f'ċerti korpi kostitwiti.", "Il-gvern imissu tgħallem li l-ebda pajjiż ma jista' jħaddem il-politika tiegħu f'vacuum għaliex il- politika ekonomika m'hijiex għan fih innifsu iżda hija waħda mill-pilastri ewlenin ta' l-iżvilupp tal-pajjiż.", "Minkejja li d-decision makers moderni għarfu l-fatt li ma jistgħu qatt jipprovaw jimxu 'l quddiem mingħajr ma jagħtu l-importanza meħtieġa lid-dimensjoni soċjali, aħna m'aħniex konvinti li l-gvern Nazzjonalista qed jirnexxilu jagħmel dan.", "Illum anke l-istess fond monetarju internazzjonali, li qatt ma kien magħruf għar-ruħ soċjali li għandu, qed jgħid lill-pajjiżi membri li dibattitu ekonomiku modern irid idur madwar issues ta' trasparenza, kontabilita', governanza, konsultazzjoni u parteċipazzjoni, fatturi li dan il-gvern jew huwa nieqes minnhom jew inkella meta jagħmilhom ikun qed jagħmilhom taparsi sabiex jitfa' ftit bżar fl-għajnejn.", "Sur President, ngħid għalija li l-gvern qed jagħmel żball kbir li qed jipprova jitfa' l-problemi taħt ir-ramel mingħajr ma jżomm f'moħħu d-deficit fiskali għoli li mhux talli ma jwassalx għat-tkabbir fil-produttivita' imma talli jispiċċa biex joħloq inċertezza dwar il-ġejjieni ta' pajjiżna.", "Illum anke l-operaturi fit-turiżmu jridu joqogħdu attenti għaliex filwaqt li d-dipendenza tagħna fuq it-tour operators għadha kbira, tant qed isiru mergers u acquisitions barra mill-pajjiż li l-ispazju għall-immanuvrar min- naħa tal-lukandiera Maltin kulma jmur qed isir aktar limitat.", "Huwa veru li li t-turiżmu fil-Mediterran qed ikompli jespandi iżda lanqas nistgħu neħduh for granted għaliex minħabba diversi destinazzjonijiet eżotiċi 'l bogħod minn xtutna, ix-share tal-Mediterran fis-suq globali tat-turiżmu jinsab nieżel.", "Meta tiltaqa' man-nies f'dan il-qasam u jgħidulek li l-overheads telgħin aktar mir-rata ta' l-inflazzjoni, allura hemm lok li wieħed jieqaf ftit u jirrifletti.", "Qed insemmi dawn il-fatturi kollha mhux biex inpinġi lili nnifsi qisni xi Cassandra tas-snin disgħin iżda biex nuri li skond diversi operaturi u analisti ekonomiċi ma jidhirx li hemm xi prospetti ta' titjib sostanzjali fl-outlook ekonomiku ta' pajjiżna.", "Il-fatt li l- konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi qed jirrikorru għall-politika ta' wait and see għandu jinkwieta lil kulħadd, kemm lil dak li qed jgħix bil-paga, kemm lil dak li għandu n-negozju tiegħu, kemm lil-lukandiera u kif ukoll lis-sidien tal-fabbriki.", "Il-qasam tal-wholesale and retail lanqas fl- aktar żmenijiet diffiċli li għadda minnhom gvern Laburista ma kien iġġammjat daqskemm huwa llum.", "Dan kollu juri kemm l-argument tal-Partit Nazzjonalista kontra s-CET kien barra minn loku għaliex is-self-employed li niltaqa' magħhom illum jilmentaw dwar tnaqqis fit-turnover u fil-qligħ tagħhom.", "Minn dak li jgħidu l-uffiċjali tal-GRTU pubblikament jidher ċar li dak li qed jaslilna huwa minnu u m'huwiex imċappas b'xi żliġa politika partiġġjana.", "Il-laxkezza tal-gvern qed tinħass anke fuq livell sekondarju pero' mhux talli m'hu qed isir xejn biex irażżnu l-ekonomija s-sewda - għaliex mingħalihom li b'dan il-mod idawru r-rota tal-pajjiż - iżda anke f'oqsma bħal tal-copyright hemm ksur sfaċċat tal-liġi f'diversi ħwienet u negozji u mhux sempliċement fost xi erba' bejjiegħa tal-monti.", "Aktar kmieni semmejt il-problemi tal-cashflow li qed isaqqfu wiċċhom magħhom diversi operaturi.", "Qagħda bħal din tinkwetana doppjament għaliex apparti li toħloq inċertezza u instabilita' twassal biex jiġu posposti diversi deċiżjonijiet importanti dwar investiment ġdid u prospettiv.", "Veru li ftit ilu reġa' nfetaħ is-suq Libjan u aħna nawguraw li dan il-poplu jsib il-post li jixraqlu fil-komunita' internazzjonali.", "Il-Gvern Malti kemm qed jaħdem biex jippenetra dan is-suq b'mod kordinat?", "Qed jagħti l-back-up support lis-settur privat biex dan jisfrutta b'mod pożittiv il-prospetti ġodda tas- suq Libjan li bilfors se joffru ruħhom, jew se jħalli l-laħma għall- pajjjiżi l-kbar aktar imbiegħda minna, li diġa' qed jaffrontaw dan is-suq b'mod aktar aggressiv minna?", "Meta nitkellem ma' nies fis-suq tal-proprjeta' jgħidulek li għadna f'dak li jissejjaħ a buyers' market.", "Ftit qabel l-elezzjoni aħna konna ħadna l- inizjattiva li nwaqqfu kumitat ħalli jistudja kif nistgħu niġbdu ċertu investiment ġdid barrani f'dan il-qasam mingħajr ovvjament ma niftħu l- bibien beraħ għall-ispekulazzjoni, kif ġara fis-snin sittin, u mingħajr ma nillimitaw il-prospetti għal social housing għall-Maltin.", "Sar ħafna xogħol fejjiedi minn dan il-kumitat wiesa' ferm fir-rappreżentanza tiegħu u għalkemm il-gvern ħa xi ftit suġġerimenti fl-aħħar budget li għamel, jidher li m'hemm l-ebda pjan konkret biex il-gvern u l-assoċjazzjoni ta' l-estate agents jaħdmu flimkien ħalli fuq il-binarji indikati jagħtu spinta lil dan is-settur b'mod li jkun soċjalment aċċettabbli u sostenibbli għall- ekonomija tal-pajjiż.", "Aktar kmieni semmejt l-arja ta' ottimiżmu li tkellmu dwarha l-FOI u anke l-bank ċentrali f'xi business perception surveys li nieda.", "Imma nistgħu ġenwinament inqabblu r-riżultati mal-fehmiet espressi u mat-tbassir li sar?", "Ilum sirna poplu intelliġenti biżżejjed li nqabblu kollox mal-fatti u mar- riżultati miksuba u minkejja dak li jħobb jgħid il-ministru tal-finanzi li l-finanzi tal-pajjiż qegħdin on track, l-istituzzjonijiet finanzjarji barranin ma jaħsbuhiex b'dan il-mod.", "Dawn huma kollha tal-fehma li l- budget deficit se jeċċedi t-targets imnaqqsa ta' l-istess gvern, u dan jista' jkollu konsegwenza importanti li jżid il-pressjonijiet esterni biex nimplimentaw dawk ir-riformi u miżuri li dwarhom isir ħafna tpaċpiċ iżda b'dan il-gvern jibża' minnhom, għaliex jibża' jaffronta deċiżjonijiet ebsin.", "Imma nerġa' niġi għall-kwestjoni tal-privatizzazzjoni.", "Apparti mill-fatt li l-gvern irid jevita li jiġbed aktar kontroversja fil- privatizzazzjonijiet ġodda li jrid jagħmel, hemm bżonn li jħares lejn dan is-settur mhux biss bħala wieħed li jiġġenera dħul għall-pajjiż iżda bħala wieħed li jattira livell ta' effiċjenza ogħla.", "Għalkemm dan it-task force kellu jsaħħaħ l-effiċjenza f'diversi korporazzjonijiet, s'issa l-gvern għadu ma qalilna xejn kif se jnaqqas is-sussidji f'dawn l-intrapriżi pubbliċi, kif jesiġu l-istituzzjonijiet barranin li għandhom lil pajjiżna taħt il-lenti tagħhom.", "Sal-lum il-gvern għadu ma ta l-ebda ħjiel kif se jwettaq wegħda importanti li għamel fil-manifest elettorali fir-rigward ta' l-inizjattiva privata, fejn kien wiegħed li jwaqqaf u jiffinanzja istitut għall-inizjattiva privata, li jitmexxa minn bord b'rappreżentanza mill- isħab soċjali, bl-iskop li jxerred fost il-Maltin il-kultura u l-valuri ta' l-inizjattiva privata.", "Dan l-istitut kellu jkun l-aġenzija tal-gvern li tieħu ħsieb il-proċess tal-privatizzazzjoni u fi kliem ieħor il-partners soċjali kellhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fuq il-bord li kellu jitwaqqaf mill-gvern.", "Imma minn dan kollu ma sar xejn.", "Dan il-bord kellu wkoll ifassal skemi ta' taħriġ biex jinkoraġġixxi aktar Maltin u Għawdxin jidħlu għal inizjattivi privati li jkabbru l-ekonomija tal-pajjiż.", "Pero' mill-wegħdiet kollha marbuta ma' dan l-istitut ġdid, il-gvern kulma għamel s'issa kien li ssusidja l-business bureau li twaqqaf fi Brussels mill-FOI u mill-kamra tal-kummerċ.", "Bħalissa l-gvern jinsab għaddej b'żewġ kampanji, fejn l-ewwelnett qed jipprova jagħti l-impressjoni li fil-finanzi kollox miexi kif suppost; u t-tieni nett qed jipprova jagħti l-impressjoni li l- qagħda taż-żewġ partiti ewlenin dwar it-tneħħija tal-levies hija identika.", "M'iniex se noqgħod nitkellem fuq il-kwestjoni tal-levies - għaliex se nħallihom f'idejn sieħbi l-Onor.", "John Attard Montalto - imma rrid ngħid xi ħaġa fuq il-finanzi pubbliċi.", "L-ewwelnett tajjeb li ngħidu li minkejja l-ħafna plejtu li sar favur id- dħul mill-ġdid tal-VAT, ma nafx jekk kenitx b'koinċidenza jew le iżda minn kemm ilha li reġgħet daħlet il-VAT in-negozju aktar iġġammja, il-flus fl- idejn aktar ixxottaw u kompliet toktor l-evażjoni tat-taxxa.", "Jekk nieħdu l-figuri li għadu kif ħareġ il-gvern stess dwar dħul u nfiq fl-ewwel sitt xhur tas-sena, insibu li mhux veru li kollox miexi kif suppost għaliex filwaqt li d-dħul tal-gvern żdied biss b'5.9%, in-nefqa totali tal-gvern żdiedet b'10.6%, meta suppost kellu jkun hemm drive min-naħa tal-gvern biex kemm jista' jkun irażżan in-nefqa pubblika, b'mod partikolari n-nefqa rikorrenti li kompliet tikber b'rata akbar min-nefqa kapitali.", "Fil-fatt il-gvern spiċċa nefaq Lm32.9 miljun aktar milli daħħal.", "Għalkemm smajna ħafna diskors dwar l-issikkar fuq l-evażjoni tat-taxxa fuq l-income, insibu li din is-sena id-dħul mill-income tax mhux talli ma żdiedx imma saħansitra naqas b'aktar minn Lm1 miljun.", "Anke l-figuri li ġabar il-gvern mid-dħul tal-bolla huma suspettużi għaliex għalkemm il-gvern qed jgħid li ġabar xi Lm2 miljun aktar minħabba l- enforcement drive li għamel, ma rridux ninsew li minn Jannar li għadda żdiedet il-bolla, kif wara kollox se terġa' tiżdied f'Jannar li ġej.", "Allura f'termini reali jirriżulta li l-gvern mhux veru ġabar aktar mill- bolla milli kien jiġbor.", "Għalkemm napprezza li l-gvern għadu ma qalibx għall-accrual basis, xorta waħda jkun tajjeb li nkunu nafu kemm għad għandu jagħti - per eżempju, lill-kuntratturi tal-kostruzzjoni u lill-importaturi tal-mediċini - għaliex kulħadd jilmenta magħna kemm sar iebes il-gvern biex iħallas minħabba s-sitwazzjoni prekarja li jinsab fiha.", "Sur President, nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi ngħid li għalkemm naf li dan l-aħħar kien hemm ħafna kliem dwar elezzjoni bikrija, personalment lili dan qatt ma mpressjonatni u qatt ma tajtha importanza.", "Iżda s-sempliċi fatt li qiegħda ssir din l-ispekulazzjoni tkompli turi l- inċertezza kbira li hawn fil-pajjiż u għaliex ħafna nies qed iżommu ruħhom lura milli jieħdu deċiżjonijiet importanti u strateġiċi marbutin man- negozju u mal-konsum tagħhom.", "Għalkemm il-ġimgħa li għaddiet il-ministru pprova jtella' xi ftit il-moral tan-nies tagħhom - minħabba d-daqqa li ħadu wara dak li ħareġ fil-qorti - iċ-ċifri pubblikati mill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika juru li l-performance ta' diversi setturi hija waħda dgħajfa jew inkella ċċaqilqet biss ftit millimetri.", "L-ewwel ħaġa li jgħid dan ir-rapport huwa li:", "\"Most of the recorded growth in the first quarter resulted from improved performance of government enterprises and the property income sectors.\"", "Għalhekk wieħed m'għandux għalfejn jimpressjona ruħu biż-żieda ta' 4% fil- GDP.", "Meta niġu għall-qasam tal-biedja u s-sajd, għall-qasam tat-trasport u komunikazzjoni, għas-settur tal-kostruzzjoni u għas-settur tal-ħwienet tan-negozju nsibu li l-wirja kienet waħda negattiva jew inkella waħda mansa għall-aħħar.", "Għalkemm is-settur tal-kostruzzjoni huwa wieħed mill- pilastri ta' l-attivita' ekonomika tal-pajjiż, insibu li kien hemm nuqqas ta' impjiegi mis-settur tal-kostruzzjoni u l-livell ġenerali tal-qligħ minn din l-attivita' naqas.", "Nagħlaq billi nappella lill-gvern biex ma jipprovax isolvi l-problemi strutturali bi kliem fieragħ u bil-propaganda imma jindirizza fejn huwa dgħajjef u jikkonsolida dawk is-setturi li għadhom b'saħħithom.", "L-iktar ħaġa importanti hija li r-rota terġa' tidba ddur, kif bdiet iddur fl-aħħar xhur ta' gvern Laburista, minkejja l-problemi politiċi kollha li kien qed jiffaċċja l-pajjiż dakinhar għaliex wara kollox il-fiduċja titkattar bl- għemil u mhux bi slogans elettorali.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, l-Onor.", "Brincat għoġbu jagħlaq id-diskors tiegħu billi tkellem dwar l-inċertezza u dwar l-għajdut li hawn ta' elezzjoni bikrija - qal li lilu din ta' l-aħħar ma mpressjonatu xejn - u attakka wkoll lill-Onor.", "John Dalli għaliex skond hu riċentement il-ministru tal-finanzi pprova jgħolli l-moral tal- poplu wara l-ġuri ta' Ian Farrugia.", "Jien ngħid li l-Partit Laburista llum fl-oppożizzjoni jrid jorbot dan il-każ tal-ġuri ma' l-iżvilupp ekonomiku li għaddej bħalissa fil-pajjiż.", "Fil-fatt dan l-aħħar sar ħafna diskors - u ma neskludix li se nisimgħu aktar - rigward għotja ta' maħfra lil min għen biex tinkixef il-kriminalita' u jiddispjaċini ngħid li madwar dan il- każ ġie orkestrat kor ta' lħna mill-Partit Laburista biex inisslu sfiduċja fil-gvern.", "Dan il-każ reġa' ssemma mill-Onor.", "Brincat proprju fil-konklużjoni tad-diskors tiegħu - meta suppost qegħdin niddiskutu l- iżvilupp ekonomiku - bil-ħsieb li l-oppożizzjoni Laburista tkun tista' timmina l-kredibilita' ta' dan il-gvern u tnissel sens ta' sfiduċja fil- pajjiż.", "L-oppożizzjoni qed tagħmel dawn l-attakki kollha biex tiskredita lill- gvern u tnissel inċertezza fil-pajjiż għaliex taf li l-inċertezza hija injection ta' marda qerrieda li tista' twassal biex ma jkunx hawn żvilupp ekonomiku.", "Illum il-ġurnata l-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jitkellem rigward it-tfittxija għall-verita', il-kriżi tal-valuri u l-problema tad- drogi u min jaf kemm se jkun hawn kelliema oħra li se jitkellmu fuq l- istess taħlita ta' suġġetti.", "Dan kollu qed isir biex jipprovaw jaljenaw lill-poplu mill-progress ekonomiku li qed jagħmel pajjiżna u li għadu kemm ta ħjiel dwaru l-Ministru Bonnici.", "Pero' issa huwa l-poplu tagħna li jrid jiġġudika min qed jipprova jaljena u min qed jipprova jqarraq biex ikompli jiżra' l-inċertezza.", "U hawnhekk nixtieq nappella lill-Onor.", "Alfred Sant, li jgħidu li attenda l-Universita' ta' Harvard - il-motto tagħhom dawn huwa \"veritas\" - biex ifittex dejjem li jgħid il-verita' u ma jaqbadx ma' xi ħaġa sempliċement biex jattakka, għaliex b'dak il-mod ikun qed juri lill-poplu Malti li l-oppożizzjoni Laburista hija kapaċi biss biex tqanqal d-dubji u tiżra' l-inċertezzi.", "Mr Speaker, il-verita' hi li għandna sinjali ta' fiduċja ġdida f'dan il- pajjiż u l-fatti juru li l-ekonomija ħierġa mill-inċertezza li ġab l-Onor.", "Alfred Sant għaliex l-impjiegi produttivi żdiedu b'aktar minn 1,000 fuq is-sena l-oħra; ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja hija l-iktar waħda baxxa f'dawn l-aħħar seba' snin; l-attendenza fit-trade fair żdiedet b'20,000 ruħ fuq is-sena l-oħra; stħarriġ tal-GRTU juri żieda fil-bejgħ mill-aħħar trade fair li kellna; stħarriġ tal-bank ċentrali juri l-ogħla livell ta' fiduċja fl-aħħar tliet snin; aktar nies qegħdin isiefru; il-flus fil-banek żdiedu b'Lm150 miljun; il-ġid kollu li jipproduċi l-pajjiż żdied b'4%; l- esportazzjoni żdiedet bi 12%; l-importazzjoni ta' oġġetti li jinxtraw għat- tul bħalma huma l-appliances tad-djar u l-karozzi qabżet l-20%; il-finanzi tal-gvern mexjin kif ippjanat fil-budget; il-qligħ mit-turiżmu żdied b'7%; l-istħarriġ tal-federazzjoni ta' l-industriji wera l-ogħla fiduċja fost l- industriji lokali f'dawn l-aħħar erba' snin; il-produzzjoni industrijali żdiedet bi 8%; il-persentaġġ ta' nies li qasmu għal Għawdex żdied b'4%; u aġenziji internazzjonali bħalma huma l-fond monetarju internazzjonali u l- Economist intelligence unit faħħru t-triq li reġa' qabad pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn is-sinjali ta' fiduċja ġdida huma riżultat ta' miżuri u deċiżjonijiet li ħa l-gvern Nazzjonalista, fosthom id-deċiżjoni li ħa biex inaqqas it-tariffi tad-dawl u l-ilma u t-tneħħija ta' taxxi inġusti fuq id-drenaġġ u l-mediċini, li kien daħħal gvern Laburista.", "Gvern Nazzjonalista reġa' daħħal is-sistema tar-refunds għall-industrija u b'dan il-mod naqqsilha l-ispejjeż, approva proġetti bħal dak tal-Kottonera - li l-Onor.", "Alfred Sant ma kienx kapaċi jgħaddi minn dan il-parlament - u miexi fuq proġetti oħra, fosthom dak tal-cruiseliner terminal u dak ta' Manoel Island.", "Dan kollu juri kuntrast qawwi mal-gvern ta' l-Onor.", "Sant, li f'perijodu daqstant qasir irnexxilu jagħmel 33 taxxa, fl-istess żmien meta l-Onor.", "Leo Brincat kien ministru tal-finanzi, imma llum iridu jipprovaw jagħmluha tal-bravi ta' l-ekonomija!", "Mr Speaker, min se jagħti kashom lil dawn in-nies meta fis-sentejn li għamlu fil-gvern tellfu 4,000 impjieg lill-ekonomija, ġabu staġnar kbir f'dan il-pajjiż, il-qgħad żdied b'1,500, ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja żdiedet għal 4% fuq is-sena ta' qabel, għamlu żewġ żbilanċi rekord fuq xulxin ta' Lm127 miljun u Lm152 miljun, iddejnu Lm0.5 miljun kuljum, irdoppjaw id-dejn tal-gvern u ffriżaw l-ekonomija Maltija?", "In-naħa l-oħra nsiet li qabel ma telgħu fil-gvern kien wiegħdu li se jraħħsu l-ħajja u mbagħad ix-xirja li kien għamel Alfred Sant stess għoliet b'20%?", "Il- gvern Laburista għolla l-affarijiet essenzjali billi għamel taxxa fuq il- mediċini, għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma, għolla l-gass, il-pitrolju, il-petrol u d-diesel, għolla l-ispejjeż ta' l-industrija u wiegħed lin-nisa li jkunu jistgħu joqogħdu d-dar għaliex bil-paga tar-raġel suppost li kellhom jibdew ilaħħqu mal-ħajja!", "MR SPEAKER: Ippermettili ninterrompik, Onor. Vassallo, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l- Aġġornament, jekk jogħġbu.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari.", "Mr Speaker, l-istess arranġament li ħdimna bih f'dawn l-aħħar jumejn japplika wkoll għal-lejla.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, wisq nibża' li jew l-Onor.", "Charles Buhagiar ma qarax sewwa dak li nkiteb fil-gazzetti matul il-ġimgħa li għaddiet jew inkella għoġbu jiġi hawnhekk il-bieraħ u jaqleb l-affarijiet ta' taħt fuq.", "Ir-riferenza fil-ġurnal \"l-orizzont\" u f'ġurnali oħrajn li ppubblikaw l- istqarrija li ħriġt jien b'risposta għall-artiklu li kien deher f'\"l- orizzont\" il-ġimgħa li għaddiet tirriferi għall-gidba li dehret fir-rapport ta' l-istess gazzetta - mhux gidba li qal l-Onor.", "Buhagiar - li x-xogħol fuq it-triq ta' Ħal Far ma sarx għaliex wara l-bidla fil-gvern f'Settembru li għadda nħarġet tender oħra.", "Ir-riferenza għall-gidba kienet proprju fuq dan il-punt partikolari; u l-Onor.", "Buhagiar fid-diskors tiegħu ammetta li t-tender proprja kienet oriġinarjament ingħatat f'Ottubru ta' l-1996 u mbagħad kienet ħarġet tender oħra f'Awissu ta' l-1998, proprju ftit ġranet qabel l-elezzjoni li għaddiet.", "Dan ifisser li r-rapport ta' \"l-orizzont\" - u mhux l-istqarrija tal-GRTU - kien ibbażat fuq gidba għaliex assolutament m'huwiex minnu li kienet ħarġet tender oħra wara l-elezzjoni li għaddiet.", "It-tender fuq it-triq ta' Ħal Far kienet ingħatat lill-kuntrattur f'Ottubru ta' l-1996, pero' x-xogħol fuqha baqa' ma nbediex għal diversi raġunijiet.", "Fil-fatt jien ma għedtx li kienet responsabbilta' tal- ministru ta' dak iż-żmien imma għedt li kienet responsabbilta' tal-gvern preċedenti għaliex nista' nobsor id-diffikultajiet li ried jiffaċċja l- Onor. Buhagiar.", "Mr Speaker, jibqa' l-fatt li t-triq ta' Ħal Far ma saritx u f'Settembru li għadda, meta jien ħadt il-ġurament bħala l- ministru responsabbli minn dan is-settur, sibt ruħi fil-pożizzjoni li kien hemm kuntrattur bil-letter of acceptance f'idejh sa minn Ottubru 1996 u kien hemm ukoll tender oħra li kienet ħarġet f'Awissu 1998 iżda għadda li ma kenitx ġiet aġġudikata pero' l-kuntrattur li kellu l-irħas offerta kien qiegħed jippretendi bi dritt li jingħata t-tender.", "Għalkemm l-Onor.", "Buhagiar matul id-diskors tiegħu diversi drabi qal li ma kien hemm l-ebda diffikulta' legali, nista' ngħid li d-dipartiment tat- toroq matul ix-xhur li għaddew irċieva korrispondenza dwar kwestjoni legali li nqalgħet bejn il-kuntrattur oriġinali li kellu t-tender f'idejh u t- tieni kuntrattur li kien qed jippretendi li jieħu t-tender għax-xogħol fl- istess parti tat-triq ta' Ħal Far.", "L-Onor.", "Membru ssuġġerili li lill- kuntrattur oriġinali li ħa t-tender nagħtuh xogħol ieħor fi triq oħra bl- istess valur ta' xogħol.", "Nistqarr li matul ix-xhur li għaddew dak li pprovajt nagħmel imma ovvjament, bid-dritt kollu, il-kuntrattur irrifjuta u ma aċċettax li jasal għal dan il-kompromess.", "Għalhekk id-dipartiment tat- toroq flimkien mad-dipartiment tal-kuntratti kellu jara kif isib kompromess f'din id-diffikulta' kollha u l-kompromess li attwalment intlaħaq bejn id- dipartiment tal-kuntratti, il-kuntrattur oriġinali u l-kuntrattur li kellu l-irħas offerta fit-tieni tender hu li ż-żewġ kuntratturi jaħdmu flimkien biex it-triq ta' Ħal Far finalment tkun tista' ssir.", "Nispera li matul il- ġranet li ġejjin id-dipartiment tal-finanzi japprova dak li qablu fuqu d- dipartiment tal-kuntratti u l-kuntratturi konċernati.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li din it-triq tfittex issir, b'mod partikolari tal-komunita' kummerċjali, li kontinwament tuża din it-triq biex titla' u tinżel mill- freeport, u anke tal-komunita' ta' Birzebbuga.", "L-impenn tiegħi matul ix- xhur li għaddew kien proprju li niffaċċja dawn id-diffikultajiet li oriġinaw minħabba l-ħruġ mill-ġdid ta' tender u li nsib soluzzjoni għalihom.", "L-Onor.", "Buhagiar rrifera wkoll għall-mod kif qed jiġi manned id- dipartiment u qal li l-gvern Laburista preċedenti għamel minn kollox biex iġib f'pajjiżna barranin ħalli jkunu jistgħu jgħinu lid-dipartiment.", "Jien kemm-il darba għedt li kien pass tajjeb li f'Marzu ta' l-1998 ġew f'pajjiżna żewġ esperti Ġermaniżi li matul is-sena u nofs li għaddew għamlu ħafna xogħol.", "Madanakollu, kif wieħed seta' jobsor, bejn Marzu u Settembru dawn l-esperti kienu għadhom qegħdin jagħmlu l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni u kienu għadhom ma bdewx jagħtu lista ta' prijoritajiet għax-xogħlijiet meħtieġa.", "Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn l-esperti Ġermaniżi huwa ta' kwalita' tajba u nispera li permezz tiegħu jkollna bidla mhux biss fil- kostruzzjoni tat-toroq tagħna imma anke fil-mod ta' kif nagħmlu x- xogħlijiet kollha konnessi.", "Ilum wara għaxar xhur ta' gvern Nazzjonalista waslet il-lista ta' prijoritajiet li fuqha huwa ppjanat li jsir ix-xogħol marbut mat-toroq arterjali kollha.", "Irrid ngħid li matul il-ġimgħa d-dieħla se jiġi ppubblikat it-tielet rapport - għaliex l-ewwel tnejn diġa' ġew ippubblikati - li se jagħti l-lista ta' prijoritajiet li fuqhom id- dipartiment tat-toroq diġa' beda jaħdem matul ix-xhur li għaddew għaliex ma tistax toqgħod tistenna l-iffinalizzar ta' dawn ir-rapporti kollha.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Buhagiar għamel riferenza għat-triq li mill-Mosta tagħti għall-Imġarr u qal li ma jafx kif intgħażlet din it-triq.", "Lill- Onor. Membru nista' nassigurah li din it-triq ġiet indikati mill-esperti Ġermaniżi bħala waħda mit-toroq li għandha ssir fl-ewwel fażi ta' xogħlijiet.", "Irrid ngħid ukoll li din it-triq intgħażlet wara r- rakkomandazzjonijiet li saru u saħansitra ġiet ippubblikata l-mod ta' kif intgħażlet, kif sar f' numru kbir ta' toroq oħrajn.", "Sfortunatament illum ninsabu f'din is-sitwazzjoni minħabba l-mod ħażin ta' kif inbnew ċerti toroq fil-passat.", "Meta l-Onor.", "Buhagiar kien qed jitkellem dwar it-triq ta' Ħal Far ma qalx li kienet inbniet fi żmien amministrazzjoni Laburista, meta sfortunatament it-toroq kienu jinbnew bl-iktar mod żbaljat u ħażin - l-istess ħaġa nistgħu ngħidu għat-triq ta' l-Imtarfa, it-triq ta' Wied il- Għajn, il-bypass ta' San Pawl il-Baħar u Mdina Road - biex sempliċement ikunu saru.", "Naturalment il-konsegwenzi wieħed jiffaċċjawhom wara.", "Jekk wieħed jaqta' t-triq ta' Ħal Far, li diġa' għamilt riferenza għaliha, nista' ngħid ukoll li kważi 80% tat-toroq li huma fl-agħar stat immaġinabbli kollha jinsabu fl-inħawi li nikkontestaw jien u l-Onor.", "Buhagiar.", "(Interruzzjonijiet) Jekk nagħmlu paragun bejn it-triq li mill- Mosta tagħti għall-Imġarr u t-triq li mill-Imġarr tagħti għall-Ġnejna, naħseb li naqblu wkoll li t-triq tal-Mosta kellha tingħata prijorita' qabel it-triq tal-Ġnejna.", "B'riferenza għal Mdina Road, l-Onor.", "Buhagiar qal li kien hemm kollox lest.", "Jien ma nafx kif hawn min għandu l-kuraġġ li jiġi f'dan il- parlament u jgħid li kien hemm kollox lest meta sal-ġurnata tal-lum uħud mill-pjanti li huma marbutin mas-servizzi fl-inħawi ta' Mdina Road għadhom lanqas biss huma lesti!", "U hawnhekk l-Onor.", "Membru reġa' għamel riferenza mill-ġdid għall-co-ordinating unit u qal li kien ipprepara kollox, pero' nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Membru x'sar minnu x-xogħol li lestew għaliex dan ma jinstabx fid-dipartiment tat-toroq!", "Anke ntqal li t- tender għax-xogħol fuq din it-triq ingħatat qabel l-elezzjoni imma l- verita' hi li l-letter of acceptance ħarġet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, jiġifieri erba' xhur wara l-bidla fil-gvern.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif isir ħafna diskors li x-xogħol kien lest u li kien imissu nbeda meta lanqas it-tender ma kienet ingħatat.", "Fil-fatt nista' ngħid li għad fadal ħafna xogħol xi jsir.", "L-Onor.", "Buhagiar staqsieni jekk iddiskutejtx mal-GRTU, man-nies tal- ħwienet u mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi il-każ ta' Mdina Road.", "Fil- fatt jien diġa' ltqajt diversi drabi mal-GRTU - kemm fuq Mdina Road, kemm fuq Psaila Street u kif ukoll fuq toroq u postijiet oħrajn - pero' ma kienu jafu assolutament xejn fuq dawn il-pjanti li suppost kienu lesti, u nerġa' nirrepeti li wħud minnhom għadhom sal-lum m'humiex lesti, bħalma għadhom m'humiex lesti l-pjanti ta' l-area ta' Mount Carmel f'Ħ'Attard.", "Fil- ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni ħarġet tender oħra għal din l-area u prattikament ix-xogħol li sar fuq il-mains ta' l-ilma kien għal xejn għaliex kollox irid jerġa' jinqala' mill-ġdid.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Buhagiar qal li l-kuntratturi li ħadu t-tender minn tnejn saru tlieta, pero' jien informat li l-kuntratturi li ngħataw it-tender f'Diċembru li għadda għadhom l-istess u ma kien hemm l-ebda żieda addizzjonali.", "Ċertament li naqbel ma' l-Onor.", "Membru meta jgħid li x-xogħlijiet tat- toroq għandhom isiru bi pjan serju u bis-serjeta' u mhux nirranġaw triq illum biex sena wara nerġgħu nkissruha.", "Madanakollu jekk verament irridu ntejbu l-livell tat-toroq u jekk verament irridu li x-xogħol isir bis- serjeta' hemm bżonn li kull kuntrattur jifhem li jekk jagħmel xogħol ħażin ikollu jerġa' jaqilgħu a spejjeż tiegħu.", "Nieħu gost li l-ġimgħa d- dieħla għall-ewwel darba l-poplu Malti se jkollu indikazzjoni ċara ta' liema toroq se jsiru fl-ewwel fażi, fit-tieni fażi u fit-tielet fażi.", "Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-kunsilli lokali fehmu li huma għandhom jgħaddu l-informazzjoni dwar it-toroq tar-raħal tagħhom pero' hemm xi wħud li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma bagħtux din l-informazzjoni.", "Jien konvint li fi żmien ftit ġimgħat oħra nkunu f'pożizzjoni li mhux biss nippubblikaw il-lista ta' prijoritajiet għat-toroq arterjali imma għall- ewwel darba jollna wkoll programm ta' xogħol bis-serjeta' li qed isir fil- livell lokali.", "Mr Speaker, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nawgura lill-ħaddiema li jaħdmu f'dan id-dipartiment, li minn żmien għal ieħor ikollhom jiffaċċjaw id-diffikultajiet u l-problemi tax-xogħol, biex matul ix-xhur u s-snin li ġejjin jaħdmu b'impenn serju ħalli jagħmlu upgrading suret in-nies tat- toroq, li fl-aħħar mill-aħħar jintużaw minna lkoll u li dwarhom ilkoll naqblu li hemm bżonn isir ħafna xogħol.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq nagħmel riferenza għal dak li l-Onor.", "Charles Buhagiar fl-aġġornament tal- bieraħt lura fil-għaxija meta tkellem dwar dak li ġie diskuss fil-public accounts committee għar-rigward tal-kunċerti li saru fil-park nazzjonali ta' Ta' Qali.", "Irrid ngħid li kont ftit sorpriż li l-Onor.", "Membru semma biss affarijiet li ma kenux il-focus prinċipali tad-diskussjoni li kien hemm fil-PAC u njora l-iktar affarijiet importanti u ta' priorita' li ġew diskussi fil-kumitat.", "Fil-fatt tkellem biss fuq affarijiet sekondarji u li r-relevanza tagħhom kienet minima għall-aħħar.", "Għaldaqstant jien se nitkellem fuq dak li ġie diskuss fil-PAC għaliex il-punti li ssemmew min- naħa tal-membri tal-gvern ma sarux b'kapriċċ imma saru abbażi tar-rapport ta' l-awditur għas-sena 1997, li ġibed ħafna konklużjonijiet fuq l- attivitajiet li saru fil-park nazzjonali ta' Ta' Qali.", "Mr Speaker, għalkemm ir-rapport fih ħames paġni dwar in-nuqqasijiet li saru fi żmien meta l-Onor.", "Charles Buhagiar kien hu l-ministru responsabbli, l-Onor.", "Membru ma semma xejn f'dan ir-rigward.", "M'iniex se ngħid kulma kiteb l-awditur ġenerali, li huwa appuntat bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, pero' se naqra biss parti mill-konklużjoni tar-rapport tiegħu li tgħid hekk:", "''The national audit office is preoccupied at the way internal controls intended to safeguard government's interests and promote openness and accountability were bypassed.''.", "Jiġifieri l-awditur qed jgħid li l-kontrolli normali fil-proċeduri governattivi biex jiġu salvagwardati l-interessi tal-gvern u biex ikun hemm trasparenza u accountability ġew injorati u ntużaw metodi oħrajn fil- proċedura li ntużat biex saru l-kunċerti f'Ta' Qali.", "Pero' l-Onor.", "Buhagiar ma semma xejn fuq dan, kif ma qal xejn ukoll fuq parti oħra tal-konklużjoni tar-rapport ta' l-awditur ġenerali li tgħid hekk:", "''This office is of the opinion that the staging of such concerts is a commercial activity and should have been treated as such.", "Indeed a consultant in these matters forms part of the committee.''.", "Barra minn hekk, f'internal audit report li ġie ordnat li jsir wara l- bidla fil-gvern saru tmien konklużjonijiet fuq nuqqasijiet kbar li saru, pero' l-Onor.", "Buhagiar reġa' għoġbu ma jsemmi xejn u għalhekk jien kont sorpriż li fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Membru qal li:", "''Matul dawn l-aħħar erba' xhur kienet qed issir diskussjoni sħiħa fuq it-tmexxija tal-park nazzjonali f'Ta' Qali fil-public accounts committee.''", "Jiena ma nafx kif l-Onor.", "Buhagiar ħassu komdu biss li jiġi jitkellem fuq dak li kien qed jintqal fil-PAC fl-aġġornament u ma talabx lill-kumitat, kif kellu dritt jagħmel bħala membru ta' din il-Kamra, li jagħti l- verżjoni tiegħu tal-fatti.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Pullicino.", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, jien ma attendejtx il-PAC għaliex lill-kumitat ridtu jaħdem b'mod liberu u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu u mbagħad nikkummenta wara.", "MR SPEAKER: Ikompli s-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiena nifhem l-punt li qed jagħmel l-Onor.", "Buhagiar imma jekk kellu informazzjoni oħra kellu kull dritt jitlob biex jagħti spjegazzjoni iżda, minkejja li għamilna seduti sħaħ nitkellmu fuq din il-kwestjoni, qatt ma talab li jagħti l-verżjoni tiegħu.", "Fil-fatt meta f'ċerti mumenti saru statements li kien hemm awtorizzazzjoni verbali mill-ministru ta' dak iż-żmien, jien stess għedt li kelli dubju kemm dak li kien qed jintqal kien minnu.", "Jekk l-Onor.", "Buhagiar kellu aktar fatti, seta' jitlob l-awtorizzazzjoni tal-PAC biex jagħti l- verżjoni tiegħu.", "Issa jekk deherlux li kellu jagħmel dan jew le hija kwestjoni oħra.", "Xi ħaġa oħra interessanti li ħarġet mid-diskors ta' l-Onor.", "Buhagiar kienet meta qal li l-attivitajiet kulturali saru biex ikun hemm programm fis-sajf għaliex fis-sajf biss jista' jintuża t-teatru ta' Ta' Qali.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Membru jaf li proprju waħda mill-affarijiet li ġew diskussi fil-PAC kienet li kien hemm vot kapitali biex issir tinda fil-park nazzjonali u minkejja li kien hemm oġġezzjoni - anke mid-direttur ġenerali - li vot kapitali jintuża għal skopijiet rikorrenti biex isiru l-kunċerti, skond kif intqal fil-PAC, kemm mis-segretarju permanenti u kif ukoll mis- Sur Camilleri, li kien iċ-chairman tal-kumitat ta' Ta' Qali, kien hemm l- awtorizzazzjoni verbali mill-ministru ta' dak iż-żmien sabiex il-vot kapitali jintuża għal skopijiet oħra.", "Fil-fatt anke l-awditur rrifera għal dan il-punt u qal li ma ntużatx proċedura tajba u kif suppost tintuża biex vot kapitali li kien intiż biex issir it-tinda jintuża biex isiru l- kunċerti.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: L-ewwelnett fid-diskors tiegħi jien għedt - u jekk trid tista' tiċċekkja mat-test li għandek tad-diskors tiegħi - li kien hemm flus budgeted biex issir it-tinda ħalli l-park nazzjonali jkun jista' jintuża fix-xitwa.", "It-tieni nett fuq il-kwestjoni ta' l- awtorizzazzjoni verbali, il-permanent secretary ma qalx hekk imma skond il- minuti tal-laqgħa kien biss is-Sur Camilleri li qal dan id-diskors fil- PAC.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Meta ġiet diskussa din l-issue, il-permanent secretary ma kienx hemmhekk imma kien hemm is-Sur Camilleri - jiġifieri l-permanent secretary ma setax qal hekk - pero' fir-rapport ta' l-awditur ġenerali ntqal li:", "''The ministry of public works and construction did not seek ministry of finance approval in terms of circular 9/92 to effect the virement''.", "L-Onor.", "Buhagiar ma semma xejn fuq dawn l-affarijiet.", "Veru li semma t- tinda pero' l-ironija hija li l-flus kapitali li kien se jiġu allokati biex issir it-tinda biex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet kulturali anke fix- xitwa hija kwestjoni ta' long-term planning, iżda skond is-Sur Camilleri kien hemm xi ħadd, li jidher li kien l-Onor.", "Buhagiar, li awtorizza personalment li dawk il-flus kapitali ma jintużawx u jintnefqu f'vot rikorrenti biex isiru l-kunċerti.", "Dan huwa l-ippjanar fit-tul li kellha l- amministrazzjoni Laburista preċedenti!", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra interessanti li ħarġet mill-PAC hi li qabel ma ħareġ dan ir-rapport, l-awditur ġenerali kien ġibed l-attenzjoni tal- ministeru dwar dawn l-iskorrettezzi iżda xorta baqgħet tintuża l-istess proċedura, qisu l-awditur ġenerali ma qal proprju xejn.", "Din hija xi ħaġa li ġiet konfermata mill-awditur ġenerali nnifsu fil-PAC.", "Kif diġa' għedt, il-PAC rrifera għar-rapport ta' l-awditur u għall-internal audit report, li sar mill-ministeru għall-ambjent, li f'paġna 6 tiegħu jgħid li huwa stramb kif iċ-chairman iffirma kuntratti ta' somom kbar ta' flus - wieħed minnhom kien kuntratt ta' Lm19,000, ieħor ta' Lm16,000 u kien hemm kuntratti oħrajn ikbar - mingħajr ħafna drabi ma kien hemm l- awtorizzazzjoni ta' persuni fi gradi għoljin għal dik l-approvazzjoni.", "Jien m'għandi xejn kontra s-Sur Camilleri pero' dan qiegħed fi grade 14 u f'dak il-grad ħadd ma jista' jiffirma kuntratti ta' dak it-tip.", "L-istorja kollha hija kkonċentrata wkoll fuq il-fatt li kandidat Laburista, is-Sur Massimo Ellul, minkejja li kien ukoll membru tal-kumitat, hu stess għamel kuntatti sabiex iġib il-kantanti.", "Intqal ukoll li kien hemm konflitt ta' interess għaliex b'kumbinazzjoni l-kumpannija li fiha l- mara tiegħu għandha shareholding għamlet il-kuntatti kollha biex jinġiebu l- kantanti.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikkonkludi għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Nikkonkludi billi ngħid li waqt id-diskussjoni kollha fil-PAC ġie deċiż li l-awditur ġenerali jkompli jinvestiga mhux biss dak li diġa' nkiteb imma se jibqa' jinvestiga l-istatements kollha li saru fil-PAC.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi kopja ta' l-internal audit report fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ENGAGEMENT OF STAFF FOR PRIVATE SECRETARIATS - DOKUMENT", "9000.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument \"Engagement of Staff for Private Secretariats\" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jagħti l-ismijiet ta' l- individwi u l-lokalita' mniżżla fuq il-karta ta' l-identita' tagħhom ta' l- erbgħa co-ordinators, il-ħames secretariat officers, it-tmien secretariat messengers/charwomen u ż-żewġ drivers/security officers li qegħdin jaqdu d- doveri fis-Segretarjat Privat tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "20011003_611d_par.doc", "date": "2001-10-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 611 L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 611", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "611", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ MINUTI 393", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 393", "TQEGĦID TA' KARTI 397", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA (IT-TIENI QARI)", "POST OFFICE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 397", "AĠĠORNAMENT 417", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 420", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 610 li saret fit-3 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "EU – BIEDJA – LEVIES", "28149.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "27888 - oriġinarjament kienet saret lill-ministru għall- affarijiet barrajin – u cioe', jista' jinformana jekk minħabba s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-levies ta' protezzjoni fuq il-biedja, humiex se jitneħħew fuq l-importazzjoni mill-pajjiżi tad-dinja kollha, dejjem jekk dawn ikunu skond l-istandards tal-codex alimentarius tal-FAO, tad-WTO u tad-WHO?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Tajjeb jingħad li l-levies qatt ma kienu ntiżi biex jiddifferenzjaw bejn l-importazzjoni minn pajjiż jew minn ieħor iżda kienu ġew ntrodotti biss sabiex joffru protezzjoni lill-industrija lokali sakemm din tissaħħaħ u tirristruttura ruħha Għalhekk meta jiġi ffinalizzat pjan għat-tneħħija tal-levies fuq prodotti agrikoli bħala parti minn pakkett ta' investiment sabiex jiġi rristrutturat u mmodernizzat dan il-qasam, dawn il-levies jitneħħew minn fuq dawn il-prodotti indipendentement minn liema pajjiż ikunu ġejjin.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA : Peress li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li l- levies kienu intenzjonati biex jagħtu ċans li jsir ir-ristrutturar meħtieġ, jista' jagħti dettalji ta' fejn wasal s'issa dan ir-ristrutturar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, din il-mistoqsija hija interessanti ħafna pero' wieħed ma jistax jirrispondiha fil-qosor għax hemm ħafna xi tgħid dwarha.", "Proprjament il-levies kienu ġew introdotti fl-1988 minflok il-projbizzjoni li kien hemm fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti.", "Niftakar bl-aktar mod ċar li meta aħna ntroduċejna l-levies u neħħejna din il-projbizzjoni, tan-naħa l-oħra bdew jargumentaw li se jintilfu madwar 9,000 impjieg.", "Il-levies kienu ġew introdotti bħala miżura temporanja proprju biex jagħtu ċans lis-setturi jirristrutturaw ruħhom, imma mbagħad damu ferm aktar milli kien intenzjonat fil-bidu.", "Issa bdejna naraw faxex ta' levies jitneħħew jew jitnaqqsu fuq perjodu ta' żmien.", "Fil-fatt sentejn ilu annunzjajna t- tneħħija ta' gamma sħiħa ta' levies fuq madwar 400 prodott; is-sena d- dieħla se naraw it-tieni fażi ta' din it-tneħħija ta' levies u fis-sena 2003 se tispiċċa t-tielet fażi ta' din il-gamma.", "Għalkemm kulħadd jaf li l- levies fuq prodotti li għandhom x'jaqsmu mas-settur agrikolu jew mas-settur ta' l-agri-industrija jridu eventwalment jitneħħew, dawn ma bdewx jitneħħew fil-pront.", "Fil-fatt ħafna minn dawn is-setturi għadhom qed igawdu protezzjoni in full sabiex ikollhom ċans jirristrutturaw ruħhom.", "Sadanittant l-IPSE qiegħda għaddejja bi programm ta' assistenza biex kull min għandu bżonn jirristruttura ruħu.", "Fil-fatt fejn qed jitneħħew il- levies u fl-istess ħin qed isir aktar investiment, qed isir ir-ristrutturar neċessarju u, fil-maġġor parti tal-każi, il-prodotti qed jitjiebu u qed isibu swieq ġodda.", "F'ċerti każi qed issir riorjentazzjoni tan-negozju, anke f'oqsma ġodda, li dan allura jwassal biex l-industrija tagħna tissaħħaħ aktar.", "Finalment il-levies bilfors iridu jitneħħew mhux biss minħabba l-Unjoni Ewropea, kif qed jissemma' hawnhekk, imma anke minħabba l- fatt li aħna membri tad-WTO.", "Is-sena li għaddiet l-esportazzjoni ta' pajjiżna fuq prodotti u servizzi laħqet il-104% tal-GDP, jiġifieri l-ammont ta' negozju li għamilna ma' pajjiżi barranin kien akbar mill-prodott kollu tal-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa straordinarja u fiha ħafna lezzjonijiet.", "Pajjiżi ferm akbar minna m'humiex daqshekk esposti għall-kummerċ internazzjonali.", "Id-dipendenza ta' pajjiżna fuq l-abilita' li nesportaw prodotti u servizzi hija ferm akbar minn ta' l-Italja, Franza, l-Ingilterra, Spanja, il-Portugal u l-Irlanda.", "Allura huwa ferm kruċjali li l-għajxien tagħna jkun garantit minn swieq barra minn Malta u d-WTO tgħinna nagħmlu dan.", "Irridu nifhmu li l-levies jagħmlu taxxa li tiddifferenzja bejn prodott magħmul lokalment u prodott magħmul barra minn Malta u allura dan ifixkel il-kummerċ.", "Dan id-differenzjar huwa perikoluż għalina għax finalment mhux biss iħallas għalih il-konsumatur, imma jista' wkoll jipperikola l-prodotti li aħna nesportaw.", "Allaħares ikun hemm taxxa simili fuq prodotti li nipproduċu u nesportaw lejn l-Italja, per eżempju, bħal karozzi, prodotti elettroniċi, prodotti farmaċewtiċi u prodotti ta' ħwejjeġ!", "Allaħares pajjiżi oħra jitrattawna kif aħna nittrattaw diversi prodotti minn tagħhom!", "Is-sistema tal-levies bilfors trid tispiċċa minħabba l-commitments li aħna għandna mad-WTO.", "Meta kellna projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti bħalma huma t-toothpaste, it-toilet paper, iċ-ċikkulata u prodotti oħrajn - sfortunatament il-Partit Laburista hekk kien jemmen - ma konniex daqshekk 'il bogħod minn dawn il-levies għax il-levies fuq ċerti prodotti huma prohibitive.", "Il-levy fuq l-għamara, per eżempju, tant hi għolja li huwa diffiċli li nimportaw l-għamara għax il-prezz bil-levy irdoppja.", "Meta l- prezz ta' oġġett jitla' minn Lm500 għal Lm1000, dak l-oġġett isir prohibitive għax kważi ħadd ma jaffordja li jixtrih.", "Ir-ristrutturazzjoni finalment se ttejjeb il-livell tal-prodotti tagħna, se twassal biex ikollna aktar prodotti li jfittxu swieq differenti minn ta' Malta u se twassal biex ikollna sitwazzjoni fejn l-impjegati ma jkunux jiddependu fuq il-protezzjoni imma fuq kemm huma kapaċi jipproduċu affarijiet ta' kwalita' tajba u kompetittivi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' jkun li fl-eventwalita' li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, jiddaħħlu levies oħrajn?", "Jekk pajjiżna jimporta minn postijiet oħra barra mill-Unjoni Ewropea, u jekk qed nifhem tajjeb li jidħlu levies fuq dawk il-prodotti li aħna mgħandniex bħalhom f'pajjiżna - apparti li ma rridux ninsew li persentaġġ għoli ta' l-esportazzjoni tagħna tidddependi fuq kumpannija waħda - dawn il-levies se jitħallsu lil Brussels?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Membru qed jgħid sewwa meta qed jgħid li persentaġġ għoli ta' l-esportazzjoni tagħna tiddependi minn kumpannija waħda.", "Din hija importanti għax meta niġu biex nesportaw ċerti prodotti, niltaqgħu ma' diversi problemi minħabba li għadna m'aħniex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Din il-kumpannija li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru qed tesporta prodotti lejn pajjiżi ta l-Ewropa Ċentrali – din għedtha kemm-il darba u hija dokumentata kemm hawnhekk kif ukoll fi Brussels – meta dan imbagħad jidħol fi prodott manifatturat fl-Ewropa qed jeħel ċerta taxxa.", "(Interruzzjonijiet) Proprju għax m'aħniex membri qegħdin neħlu t-taxxa, Onor. Mizzi!", "Kieku taf x'inti tgħid ma tgħaddix dan il-kumment!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi kultant jidħol proprju fejn m'għandux jidħol!", "Jekk hawn xi ħaġa li m'għandux jidħol fiha huwa proprju hawn għax qed niffaċċjaw taxxa sempliċement għax m'aħniex membri u allura qegħdin fi żvantaġġ.", "Din m'hijiex sitwazzjoni feliċi.", "Pero' tajjeb li ngħidu illi s-settur ta' l-industrija ma jiddependix minn kumpannija waħda biss.", "Għalkemm wieħed jieħu dik l-impressjoni meta jara li 60% ta' l-exports ġejjin minn settur wieħed - u huwa veru li l-ST Microelectronics hija importanti ħafna għal pajjiżna – in-numru ta' ħaddiema ma' l-ST jitla' għal 2500 minn fost 30,000 ħaddiem.", "Il-verita' hi li għandna gamma wiesgħa ta' kumpanniji li jgħinu biex pajjiżna jkollu standard of living tal-lum.", "Aħna rridu nħarsu lejn l-interessi ta' dawn il- kumpanniji u naraw li ma jkunux ipperikolati fl-esportazzjoni tagħhom.", "Illum għandna madwar 70 kumpannija illi b'modi diversi jagħmlu użu mill- faċilita' ta' l-IPSE - min jieħu loan, min jieħu assistenza fuq marketing, min jieħu assistenza fuq il-business plan u min jieħu assistenza fuq ir- restructuring tal-fabbrika - pero' qabel kollox dawn il-kumpanniji jridu jagħmlu sforz biex jirristrutturaw ruħhom għax sfortunatament issib każi fejn dan m'huwiex iseħħ b'qawwa biżżejjed.", "Ħafna kumpanniji jaħsbu li se jibqgħu jgħixu għal dejjem f'sitwazzjoni ta' protezzjoni.", "It-tieni punt li semma l-Onor.", "Membru jirrigwarda ċerti prodotti li jistgħu jiġu importati meta aħna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa veru li l- EU għandha l-common external tariff, b'mod partikolari fuq prodotti agrikoli u tipproteġi l-produzzjoni tagħha, pero' tajjeb li ngħidu wkoll li hemm il-common agricultural policy li wkoll tagħti benefiċċji lill- produtturi.", "Jiġifieri l-Unjoni Ewropea, li aħna rridu nsiru membri tagħha, tipprovdi diversi skemi ta' assistenza li jipproteġu l-industrija u għalissa dawn ma nistgħux nibbenefikaw minnhom għax m'għandniex riżorsi biżżejjed.", "Pajjiżi li għandhom l-agrikoltura bħala parti kbira mill- ekonomija tagħhom, bħall-Greċja, l-Irlanda, Spanja, il-Portugal u Ċipru, gżira bħalna, ikoll ibbenefikaw minn dawn il-programmi ta' assistenza li toffri l-Unjoni biex is-settur ta' l-agri-industrija ikun aktar b'saħħtu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li huwa importanti li l- kumpanniji li jħaddmu ċertu ammont ta' impjegati jingħataw l-għajnuna.", "Niġbdilu l-attenzjoni li hemm affarijiet oħra li jistgħu jaffettwaw lil dawn il-kumpanniji, kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett.", "Jekk jogħla l-fuel, dawn il-kumpanniji żgur li jkollhom jgħollu l-prodott tagħhom u allura jnaqqsu l-impjiegi.", "Allura jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġranet li ġejjin jiżdied il-prezz tal-fuel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett wieħed irid jifhem li aħna nimportaw il-fuel bil-prezz internazzjonali.", "Jekk l-Onor.", "Mizzi kien qed isegwi dak li kien qiegħed jiġri dan l-aħħar, jaf li l-prezz tal-fuel pjuttost raħas xi ftit u l-piż li kienet qed iġġorr l-Enemalta batta xi ftit għax, għalkemm dan għola d-doppju jekk mhux it-triplu minn barra, aħna żammejnih fuq l-istess livell li kien fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.", "Ta' min ifakkar li meta l-Partit Laburista kien fil-gvern – u dak iż-żmien l-Onor.", "Mizzi kien membru tal-kabinett - kienu approvaw żidiet fid-dawl, kienu approvaw żidiet fil-prezz ta' l-ilma u kienu approvaw żidiet fil- prezz tal-fuel, li dak iż-żmien kien terz ta' dak li huwa llum.", "Jiġifieri gvern Laburista kien irdoppja t-tariffi tad-dawl, ta' l-ilma u ta' ħafna affarijiet oħra, anke s-sisa fuq il-petrol.", "U allura l-Onor.", "Mizzi jmissu jaf x'jiġri meta jogħlew dawn l-affarijiet u m'għandux għalfejn jagħmilli mistoqsija bħal din!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Irrid infakkar li meta jien kont fil-kabinett u konna ddeċidejna li għandhom jogħlew it-tariffi tad-dawl u l-ilma, dawk il- persuni li kienu bil-minimum wage u dawk li kienu qed jirreġistraw għax- xogħol ma kellhomx ikunu affettwati b'din iż-żieda.", "Qabel ma tela' l- Partit Nazzjonalista fil-gvern, l-Onor.", "Joseph Bonnici kien jgħid li jekk jitilgħu huma, it-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu jiġu għal li kienu qabel.", "Meta mbagħad inbidel il-gvern u l-Onor.", "Bonnici sar ministru, it-tariffi baqgħu ma ġewx kif kienu qabel!", "Issa peress li dakinhar il-Ministru ma żammx kellmtu, ma jaħsibx li daqshekk ieħor m'iniex se nemmnu meta joqgħod idur mal-lewża u ma jirrispondix għad-domanda li għamiltlu jien?", "Jaf jirrispondini għad-domanda li għamiltu jew ma jafx?", "Hemm il-possibbilta' li fil-ġranet li ġejjin il-fuel jogħla?", "U għala l- kontijiet tad-dawl u l-ilma għadhom ma ġewx kif kienu qabel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Lill-Onor.", "Mizzi ngħidlu – fil-fatt għadu kif kkoreġih sieħbu stess – li jiena qatt m'għedt li l-kontijiet tad-dawl u l- ilma kienu se jerġgħu jiġu kif kienu qabel.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mhux veru!", "Dak il-preċiż kliem intqal fil- każin ta' Birkirkara.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, dan li qed jgħid l-Onor.", "Debono Grech jagħtini ċertu sodisfazzjon għax allura għandi nifhem li l-Onor.", "Membru kien preżenti fil-każin tal-Partit Nazzjonalista ta' Birkirkara u forsi ċapċapli wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Wisq nibża' li l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra donnu għandu memorja daqsxejn batuta għax il-Partit Laburista fil-gvern kien għamel taxxa fuq il-meter ta' l-ilma u fuq id- drenaġġ, irrispettivament minn kemm kien id-dħul ta' kull familja.", "Wisq nibża' li hawn min qed jitlef il-memorja!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiddispjaċini imma l-Ministru bħalissa qiegħed jiżgwida lill-Kamra għax qed jiċħad dak li kien qal.", "Jiena stess kont poġġejt dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li juri li l-Onor.", "Josef Bonnici kien qal li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu jiġu kif kienu qabel l-1996.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Skużi, wieħed irid jifhem li aħna nimxu mal- programm elettorali!", "Jiena nistieden lill-membri tan-naħa l-oħra jgħiduli fejn hemm imniżżel fil-programm elettorali li l-kontijiet kienu se jiġu preċiż kif kienu qabel.", "Meta tkellimt qabel l-elezzjoni, jien kont għedt li kienet saret ħsara kbira meta dawn il-kontijiet għolew bil-mod li għolew.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skond ir-regolamenti tal-Kamra, is-Sedja għandha tipproteġi l-minoranza, partikolarment meta xi ħadd ma jkunx qed jgħid il- verita'.", "(Interruzzjonijiet|)", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici qed iwieġeb bir-responsabbilta' tiegħu ta' ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma s-Sedja taf li skond l-istanding orders ħadd ma jista' jgħid il-gideb!", "Jekk hawn min qed jgħid kelma b'oħra, is-Sedja għandha tieħu azzjoni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: (Interruzzjonijiet) Sur President, meta l-Onor.", "Mizzi kien ministru hu, kienu rdoppjaw il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l- prezz taż-żejt kien terz ta' dak li hu llum.", "Nesa' li hu kien wieħed minn dawk li approvaw it-taxxa fuq kull bieb, irrispettivament minn kemm hu l- qligħ ta' kull household.", "Din it-taxxa aħna neħħejniha u raħħasna b'mod sostanzjali l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Tant tweġġagħhom il-verita' lil tan-naħa l-oħra li lanqas biss jippruvaw jagħtuna a fair chance li nitkellmu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikkonkludi Ministru għax sar il-ħin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, hija ħrafa li qed jgħid l-Onor.", "Membru li jien qed niżgwida l-Kamra u hija tattika biex bħas-soltu jipprovaw iqajmu ħafna għagħa fuq ix-xejn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, il-Ministru għadu ma qalilniex jekk kienx qal li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellhom jerġgħu jiġu kif kienu qabel.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistgħu nieqfu hawn għax sar il-ħin u ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li applikaw biex jidħlu f'istituzzjonijiet post-sekondarji f'Għawdex, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28368.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-POSTA", "POST OFFICE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Ottubru, 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, fis-seduta ta' dalgħodu kont qiegħed ngħid li s-servizz tal-posta huwa wieħed ferm importanti fid-dinja kollha u minkejja li l-avvanz fit-teknoloġija, speċjalment f'dawn l-aħħar 20 sena, bl-introduzzjoni ta' l-internet, l-e-mail kif ukoll il-fax xorta jibqa' l- fatt li s-servizz tal-posta baqa' wieħed essenzjali madwar id-dinja kollha.", "Għalhekk huwa importanti li dan is-servizz jiġi mmodernizzat minħabba l- fatt li għandna l-isfida tal-komunikazzjoni bil-kitba b'mod elettroniku, li huwa mezz iktar fast minn dak tal-posta.", "Allura pajjiżna jrid ikun minn ta' quddiem li jimmodernizza dan il-qasam.", "Punt ieħor li huwa ferm importanti huwa dak tas-sigurta' fil-posta.", "Qiegħed ngħid dan għax permezz tal-posta, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, kien hemm nies godardi li sservew bil-posta biex wettqu atti terroristi li wasslu anke biex kien hemm nies li tilfu ħajjithom.", "Allura tajjeb li wieħed jinsiti li fejn tidħol sigurta', m'għandux ikun hemm biss sezzjoni ta' persuni li l-posta tagħhom tiġi screened biex jiġi assigurat li m'hemmx perikli.", "Jiena naħseb li l-posta nnifisha għandha tagħmel investiment f'teknoloġiji moderni, bħalma jeżistu fl-ajruport – m'hemmx għalfejn toqgħod tqabbad lin-nies ta' l-armata biex jagħmlu dan ix-xogħol - fejn il- posta ta' kull ċittadin tkun tista' tiġi screened, biex dak li jkun ikollu moħħu mistrieħ li m'hemmx periklu.", "Nafu li fid-dinja jeżistu diversi modi ta' kif wieħed iwettaq atti terroristiċi u ma naħsibx li f'pajjiżna għandna nissugraw f'dan ir-rigward.", "Hija ħaġa ċerta li meta jkollok servizz effiċjenti, modern u fuq kollox mogħti b'ċerta sigurta' iktar se jkun użat.", "Allura jekk il-posta timxi fuq dawn il-binarji, naħseb li tibqa' toffri l-isfida tagħha għas-sistemi iktar moderni li jeżistu llum.", "Meta inti għandek sistemi bħalma huma l-e-mail u l-internet li permezz tagħhom tista' tikkomunika ma' barra u tordna l-oġġetti li trid u jwassluhomlok fil- post li tixtieq, is-servizz tal-posta bilfors jiġi affettwat.", "Allura naħseb li jekk nimmodernizzaw is-servizz postali b'mod li jkollna servizz iktar effiċjenti, ikun hemm iktar fiduċja mill-konsumatur u b'hekk is- servizz jibqa' jintuża.", "Mr Speaker, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-privatizzazzjoni.", "Nispera li din il-privatizzazzjoni ma tkunx tfisser it-telf ta' l-impjieġ għal ċerti nies li sal-lum għadhom jaħdmu mal-posta.", "Jiena nesiġi li l- ħaddiema li hemm llum jaħdmu mal-posta għandhom jiġu assigurati li ħadd minnhom m'hu se jitlef l-impjeg tiegħu.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax meta kellna l-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank, liema privatizzazzjoni saret b'mod xejn dinjituż, kienu saru ħafna wegħdiet u kien intqal li l-ħaddiema kien se jkollhom ħafna opportunitajiet kbar u kienu se jtejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, imma wara li l-Mid- Med Bank għadda għand l-HSBC il-fatti wrew mod ieħor.", "Għax l-ewwelnett ġew introdotti skemi biex iħajru lill-ħaddiema jitilqu u hekk jeħislu minnhom u apparti dan ġew introdotti miżuri li konsegwenza tagħhom il-ħaddiema mhux talli ma ngħatawx opportunitajiet ġodda talli kellhom jirriżenjaw.", "Jekk dawn se jkunu l-istess opportunitajiet li se jiġi mwegħda lill-ħaddiema tal- posta wieħed għandu allura għal xiex jitħasseb.", "llum għandna sitwazzjoni fejn il-gvern, apparti li se jipprivatizza l- uffiċċju tal-posta, se jipprivatizza affarijiet oħra bħalma huma d- dipartiment tal-lottu pubbliku, il-freeport u l-ajruport internazzjonali.", "Dan il-proċess għaddej b'ritmu mgħaġġel u mhux faċli li wieħed jispjega għal xiex il-gvern għandu din l-għaġġla kollha, għalkemm wieħed jista' jkollu l-opinjoni tiegħu għax xiex dan il-proċess qed jingħata din l- ispinta kollha.", "Nittamaw li t-trasparenza li tant nitkellmu dwarha, f'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni tinżamm għax minn dak li nisimgħu jidher li l-affarijiet m'humiex isiru bl-aktar mod ġust.", "Per eżempju, fil-każ ta' l- MIA, fl-1999 il-Ministru Josef Bonnici ġie kkwotat li qal li beda l- countdown tal-privatizzazzjoni ta' l-MIA u kompla jgħid li fi żmien gvern Laburista ma kien sar xejn f'dan ir-rigward.", "Dan m'hu veru xejn u l-fatti juru mod ieħor.", "Fil-fatt fi żmienna kienu nġabu esperti u saru studji li bla dubju ta' xejn kienu mexxew 'il quddiem dan il-proċess.", "Li ġara kien li meta dan il-proċess kien wasal fi stadju avvanzat u kienu se jibdew ċerti konsultazzjonijiet, inqalgħet problema teknika dwar ir-runway li hemm fil-Gudja.", "Kien hemm min beda jinsisti u jgħid li parti mir-runway hija tal-privat u mhux tal-gvern u għalkemm ma nafx eżatt x'ġara f'dan ir- rigward naf ċert li kienu qed jittieħdu l-passi biex din il-problema tiġi solvuta.", "Imbagħad fl-1998 kellna l-elezzjoni u dan il-proċess, għax hekk titlob l-etika, twaqqaf.", "Wara l-bidla fil-gvern, il-ministru li huwa responsabbli mill-MIA qal li ma kien sar xejn.", "Issa jekk dan m'hu xejn ma nafx il-ministru x'inhu jagħmel biex imexxi dan il-proċess għax filwaqt li f'sena u għaxar xhur, kemm domna fil-gvern aħna, sar dan kollu fi tliet snin tal-gvern preżenti assolutament ma sar xejn.", "Mhux hekk biss għax jien informat li fi żmien il-gvern Laburista kienet qed tiġi introdotta skema – dan dejjem fir-rigward ta' l-MIA u nispera li din tiġi kkonsidrata anke fil-każ tal-posta – li biha l-gvern iżomm 60% ta' l- ishma u jgħaddi l-40% l-oħra lil entitajiet oħra.", "Kien se jingħata 20% direttament lill-privat, 17% lill-istrategic partners u 3% lill-ħaddiema ta' l-istess kumpannija.", "Jiena nixtieq inkun naf jekk meta naslu biex nipprivatizzaw ċerti entitajiet il-ħaddiema hux se jiġu mhux biss assigurati mill-impieg tagħhom imma anke jingħataw sehem f'dawk li huma shareholdings, bħalma kien se jsir fil-każ tal-ħaddiema ta' l-MIA.", "B'hekk nassiguraw li l-interess tal-ħaddiem fl-ażjenda li fiha jkun qed jaħdem ikun akbar, għax akbar ma jkun l-interess akbar ikun is-suċċess, u mhux tal- ħaddiem biss imma anke ta' l-azjenda li fiha jkun jaħdem.", "Mr Speaker, dwar id-dipartiment tal-lottu nisimgħu ċerti ħsejjes li għalkemm jinstemgħu mill-bogħod, wieħed jibda jaħseb dwar kemm il-proċess qiegħed isir b'mod trasparenti u b'mod ġust.", "Anke dwar il-privatizzazzjoni ta' l-MIA jidher li hemm ċerti movimenti li jħassbu lil dak li jkun.", "Per eżempju, hemm ċerti nies li kienu jokkupaw l-ogħla karigi fil-kumpannija u li llum m'għandhom x'jaqsmu xejn li jitilgħu f'pajjiżi barranin u jipprovaw jinnegozzjaw dwar il-privatizzazzjoni u l-bejgħ tas-shares ta' l-MIA.", "Jiena ma nafx jekk il-ministru jew il-kumpannija jafux b'dawn l-affarijiet.", "Jiena qed nitkellem ċar u tond, ma nħobbx noqgħod indur mal-lewża - ħalli meta niġu għall-privatizzazzjoni ta' l-uffiċċju tal-posta, il-ministru jara li dawn l-affarijiet ma jitħallewx isiru għax inkella wieħed bilfors jibda jaħseb li l-affarijiet m'humiex isiru b'mod trasparenti u b'mod ġust.", "Mr Speaker, apparti dan kollu xtaqt ngħid ukoll li fi żmien il-gvern Laburista, il-posta dejjem ingħatat l-importanza li jixirqilha, u dan bil- fatti għax minkejja li l-perjodu li l-Partit Laburista għamel fil-gvern kien wieħed qasir, aħna tajna prova li kapaċi mmexxu 'l quddiem l- entitajiet li sibna f'sitwazzjoni xejn pjaċevoli.", "Meta fl-1996 il-Partit Laburista ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh, il-fatti wrew li diversi entitajiet li fihom il-gvern kellu sehem kienu fi stat ta' falliment u ta' telqa għax kellhom tmexxija li ma kienet xejn professjonali, kollox ejja ħa mmoru, u ma kien hemm ebda pjan għall-futur u l-ministri Laburisti kienu ħadmu biex ibiddlu r-rotta tas-sitwazzjoni diżastuża li kienu jinsabu fiha dawn l-entitajiet.", "Nafu, per eżempju, li fil-każ ta' l-uffiċċju tal-posta, kien hemm min kien interessat li jibni kwartieri ġodda u kienet se tinxtara art biex fuqha jinbena l-uffiċċju ġdid tal-posta.", "Kien diġa' sar l-att tal-konvenju, liema konvenju kien oriġinali għall-aħħar, u l-gvern Laburista ma qagħadx idur mal-lewża u ħassar dak li kien għamel il-gvern preċedenti.", "Effettivament sab post alternattiv ieħor għall-uffiċċju tal-posta u dak li fi żmien il- gvern Nazzjonalista kien se jiswa l-miljuni tal-liri fil-fatt ġie jiswa l- eluf.", "Ir-responsabbilta' li wera l-ministru ta' dak iż-żmien, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Debono Grech, hija prova ċara li bl-għaqal neċessarju u mingħajr ma taqdi lill-ħbieb tal-ħbieb u mingħajr ma tħalli r-riedni tal- fondi pubbliċi minn idejk, jistgħu jsiru proġetti li jrendu u li l-pajjiż jiflaħ għalihom finanzjarjament u mhux immorru nidħlu għal spejjeż esaġerati, kif kien ippjanat li jsir fi żmien gvern Nazzjonalista biex forsi jiġu akkomodati l-ħbieb tal-ħbieb.", "Il-ministri tagħna dak iż-żmien kellhom il-kuraġġ li jwaqqfu l-intriċċi xejn sbieħ li kienu qed isiru u jibdlu r-rotta ta' dawn l-entitajiet.", "Mr Speaker, is-sitwazzjoni li l-gvern Laburista kien wiret mill-gvern preċedenti Nazzjonalista f'dawn l-entitajiet li qed insemmi kienet waħda li tista' twassal għal telf ta' impiegi ta' diversi ħaddiema għax ħafna minn dawn l-entitajiet kienu mimlija bi djun kbar.", "Għandna gvern li qed jipprova jġib għarkobbtejhom lill-mexxejja u lill-ħaddiema tat-tarzna, biex taparsi jikkontrolla l-ispiża pubblika jew biex taparsi jġib l-investiment barrani lejn pajjiżna.", "Dan l-aġir jittieħed biss fil-kontront tal-ħaddiema tat-tarzna.", "Ara lill-ħaddiema tal-freeport ma jagħmlilhomx hekk, allavolja din l-ażjenda għandha dejn kbir!", "F'każi bħal dawn, il-gvern għandu jaġixxi l-istess ma' kulħadd u r-responsabbilta' għandha tkun waħda serja, u mhux il-partit fil-gvern jinqeda bl-okkażjoni għall-gwadann partiġjan politiku.", "Il-gvern għandu r-responsabbilta' li jmexxi 'l quddiem dawn l-ażjendi.", "Hekk kien qed jagħmel il-Partit Laburista fl-20 xaħar li għamel fil-gvern.", "Minkejja li sab ażjendi fi stat xejn pjaċevoli u mmexxija mingħajr viżjoni ta' xejn, b'impjegati li huma tal-qalba tal-Partit Nazzjonalista, il-gvern Laburista ma qagħadx lura milli jerfa' l-piż, u fil-fatt assigura l- impjiegi tal-ħaddiema kollha u fi żmien relattivament qasir dawn l-ażjendi reġgħu bdew jieħdu r-ruħ.", "M'għamilx kif qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista u pprova jieħu xi gwadann politiku minn fuq xi ażjenda partikolari, b'theddida għall-għajxien ta' ħafna familji Maltin.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, ikolli nwaqqfek hawn għax skadielek il-ħin sakemm m'intix se tingħata extension.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE CILIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.02 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, dan is-suġġett li qed niddiskutu bħalissa huwa ta' interess nazzjonali.", "Is-servizz tal-posta huwa mezz ieħor ta' komunikazzjoni li ġej mill-antik meta biex jibagħtu messaġġ min- naħa għal oħra kienu jaqsmu l-baħar.", "Per eżempju, fi żmien il-Kavallieri l- messaġġi kienu jibagħtuhom ma' l-għawwiema li kienu jaqsmu l-Port il-Kbir.", "Illum is-servizz tal-posta għad għandu funzjoni importanti.", "Dalgħodu tkellem xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni u qal li llum il-ġurnata, minkejja l-komunikazzjonijiet moderni li hawn bħall-e-mail u t-telefonija, is-servizz tal-posta xorta waħda baqa' wieħed bżonjuż.", "Dan huwa kollu minnu pero' jien naħseb li l-poplu jistenna servizz aħjar.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizz ta' posta, l-ewwel kellna dipartiment tal-gvern, imbagħad għamilna Posta Ltd, wara għamilna l- Maltapost u issa se nwaqqfu awtorita'.", "Għalhekk nispera li issa din l- awtorita' tkun waħda stabbli.", "Fl-opinjoni tiegħi m'hemmx aħjar milli jkollok awtorita' li tkun imwaqqfa b'liġi għax b'hekk ikollok ċerti regolamenti abjad fuq l-iswed u s-servizz żgur li jkun aktar effiċjenti.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-bolli għax ċerti bolli ssibhom biss mill-fergħat tal-posta, u apparti minn hekk ftit huma dawk il-ħwienet li għadhom ibigħu l-bolli.", "Fil-fatt qabel kont tara ħwienet bl-avviż \"licensed to sell postage stamps\", pero' din illum kważi inqatgħet.", "Ta' min jgħid ukoll li l-fergħat tal-posta jdumu miftuħin biss sas-2.00 p.m. u jekk dak li jkun ikun irid li ittra tasallu l-għada, ma jilħaqx jagħmel dan.", "Għalhekk nappella biex min se jkun responsabbli mill-awtorita' jkollu ċerti ideat f'moħħu, u jien m'għandix dubju li din l-awtorita' se tagħti s- servizz mixtieq mill-poplu Malti.", "Il-bejgħ tal-bolol ukoll hu mportanti.", "Ġieli tmur l-ajruport biex timposta ittra u ma ssibx dak is-servizz komdu li tkun tista' tixtri bolla u timpostaha forsi qabel issiefer.", "Għandna wkoll is-servizz tal-parcel post u tista' tgħid li għandna servizz tal-posta ma' kullimkien, pero' biex tirtiera parcel trid tingħata avviż biex tmur il-branch office tiegħek jew l-eqreb subpost office biex tieħu ħwejjġek.", "Jista' jkun li minbarra pakkett, ikollok ittra reġistrata li tista' tkun ta' importanza kbira jew ta' inqas importanza.", "Ma ninsewx li jekk ma tmurx għal ittra reġistrata sa ċertu żmien, wara li l-postmaster general ikun bagħatlek avviż.", "Jekk ma tkunx id-dar jew tkun imsiefer u ma tkunx tista' tara n-notifika ma tkunx taf li trid tmur biex tirtiera l- pakkett.", "Nirrakkomanda li jekk inti ma tmurx għall-pakkett sa jumejn jew tlieta, għandu jkun hemm servizz tat-telefon sabiex jikkuntattjawk biex jgħidulek li għandek pakkett il-posta.", "Inkella jista' jiġri l-każ bħalma ġara f'diversi każi fejn b'ordni tal-qorti, jew xi ittri importanti li jkollhom x'jaqsmu ma' affarijiet legali jew kuntratti jintilfu u l- konsegwenzi jkunu koroh ħafna.", "Ma ninsewx li l-pakketti ġieli jittieħdu miċ- ċentru jew mill-fergħat tal-posta.", "Nispera li meta nitkellmu fuq il-pakketti ma ninsewx li bil-posta għandna entry point oħra għall-importazzjoni ta' oġġetti minn barra.", "Kemm il-darba daħlet id-droga permezz ta' dawn il-pakketti.", "Rajna kif diversi containers li jaslu Malta suppost ikollhom ċerti prodotti u fil-fatt ikollhom prodotti oħra.", "Għadu kif kellna l-każ li qed jissemma' - u għadu ma ġiex miċħud jew ivverifikat - dwar l-armamenti li għaddew minn Malta riċentement.", "L-istess fejn jidħlu ċertu pakketti tad-droga.", "Il-posta għandha tgħammar lilha nnifisha mhux biss għal pakketti suspettużi, imma għandu jkollha dak is-servizz dak il-ħin stess sabiex jekk ikollha xi dubji dwar xi pakketti, dawn jiġu vverifikati mill-iktar fis possibbli.", "Mr Speaker, illum il-fergħat tal-posta huma mqassmin f'diversi lokalitajiet pero` iktar qegħdin f'distretti.", "Wieħed irid javviċina lokalita` minn naħa għall-oħra.", "Per eżempju f'Ħ'Attard, id-distrett tiegħi, m'hemmx uffiċċju tal-posta u allura trid tmur Ħal Balzan.", "Lanqas is- Siġġiewi m'hemm uffiċċju tal-posta imma trid tmur Ħaż-Żebbuġ.", "Ħal Qormi u l- Ħamrun għandhom, filwaqt li l-Qrendi m'hemmx u allura jridu jirrikorru għal post iktar viċin, jekk m'inix sejjer żball Ħal Luqa.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li jkun hemm uffiċċju ċkejken f'kull raħal għal din il-ħaġa.", "Ma naħsibx li l-Maltapost għandha dak il-qligħ biżżejjed biex tkopri l- ispejjeż li jkollha imma żgur li jekk ikollha ċentru f'kull raħal tkun tista' tagħti servizz mill-aqwa.", "Nafu xi queues ikun hemm fil-banek biex jitħallsu l-kontijiet.", "Anke barra minn Malta, speċjalment fl-Ingilterra, tista' tiddepożita u ssarraf cheques, pagamenti u diversi affarijiet oħrajn.", "Jien ngħid li għandu jkollna ċentru f'kull lokalita` fejn ikun hemm customer-care - jista' jkun viċin il-kunsill lokali - li jbiegħ il- bolol, isarraf iċ-ċekkijiet u jkun jista' jsir il-ħlas ta' pagamenti.", "Mhux qed ngħid li se jagħtu l-parcels ukoll u nagħmilha ċara li dan is-servizz għandu jingħata bi ħlas, imqar bi ftit ċenteżmi.", "Illum il-ġurnata xejn m'hu b'xejn, imma jekk wieħed jingħata dan is-servizz u jsib il-kumdita` ma naħsibx li se jaraha bi kbira li jħallas dik ix-xi ħaġa żgħira.", "Mhux qed ngħid li għandna nesaġeraw fit-tariffi biex ma mmurx niġi interpretat ħażin, imma anke ċenteżmu jew tnejn jista' jkun ta' benefiċċju għall- Maltapost.", "Nissuġġerixxi li dan is-servizz jibda jingħata.", "Għandna wkoll il-problema tal-bulk posting għax is-subpost offices ma jaċċettawx il-bulk posting.", "Aħna l-membri parlamentari nsibuha diffiċli din il-ħaġa għax issa rridu nġibu l-posta hawnhekk u din qiegħda tkun ta' inkonvenjenza għalina.", "Imma anke ditti li għandhom bżonn il-bulk posting ma jistgħux jinqdew mill-branch tal-lokalita` tagħhom imma jkollhom imorru fis- central mail room ġewwa Ħal Qormi u l-Marsa.", "Għandu jkollna wkoll dan is- servizz li fis-subpost offices jaċċettaw il-bulk posting.", "Ma ninsewx li ftit ta' żmien ilu konna emendajna l-liġi tal-posta fejn ġie ndikat li l- kaxxa ta' l-ittri ta' kull residenza għandha tkun milħuqa mit-triq u ma jkunx hemm bżonn titla' taraġ, speċjalment fejn ikun hemm l-appartamenti.", "Pero` għad hemm pustiera li ma jistgħux jagħmlu delivery tal-posta minħabba l-preżenza ta' xi kelb fil-viċinanza tal-kaxxa ta' l-ittri.", "Il-pustiera jaħdmu b'dedikazzjoni u jagħmlu xogħolhom altru tajjeb.", "Iridu jqassmu kull ittra dakinhar stess li tiġi assenjata lilhom.", "Għalkemm hawn min jgħid li s- servizz tal-posta mhux daqshekk effiċjenti, jien naħseb li huwa tajjeb ħafna.", "In fatti matul dan is-sajf rajna anke lill-unions jaħdmu għall- membri tagħhom biex jekk jista' jkun jibdew kmieni filgħodu u ma jilħqux dik is-sħana kiefra ta' nofsinhar fil-ġranet tas-Sajf.", "Din kienet direzzjoni tajba u ta' min ifaħħarha.", "ONOR DEBONO GRECH: Il-pustiera fi żmieni kienu jibdew kmieni u jispiċċaw kmieni.", "Kien gvern Nazzjonalista li neħħiha dik", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor Michael Bonniċi bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Onor. Joe Debono Grech, qed nagħmel din ir-rimarka mingħajr ebda skop politiku.", "Ikun tajjeb li kieku dan is-servizz, jekk jista' jkun, jingħata filgħodu kmieni ħalli, bħal ħaddiema oħrajn, ikollhom wara nofsinhar free għax dawn jaħdmu fix-xemx u ġieli jkollhom iqassmu l- ittri f'postijiet fejn ikun hemm ħafna tlajja'.", "Għalhekk ikun tajjeb li jibqa' jingħata dan is-servizz tat-tqassim ta' posta filgħodu.", "Wara kollox il-pustiera ma batewx u aħna dejjem irċevejna l-posta f'ħin tajjeb.", "Niftakar ukoll li qabel il-pustiera kienu jitħallsu xi ħaġa extra fi żmien l-elezzjonijiet u fi żmien il-Milied.", "Għalkemm ma rridx immur lil hinn mill-ftehim kollettiv li jista' jkollhom dawn il-ħaddiema, u nafu li għandhom kondizzjonijiet tax-xogħol tajbin, ta' min jirrikonoxxi li f'ċerti żmenijiet tas-sena dawn ikollhom volum ta' xogħol kbir.", "Għalkemm dan huwa d-dover tagħhom, inħoss li għandhom jingħataw xi rimunerazzjoni extra fil- ġranet li jkunu daqshekk hectic.", "Jien dejjem kelli ammirazzjoni għall-uffiċjali tal-posta, li fosthom kien hemm nies iddedikati ħafna u f'kull żmien taw l-aħjar servizz li setgħu jagħtu, proprju biex jaqdu lill-poplu.", "Problema oħra hija l-kaxxi postali għax ikollna ħafna mistoqsijiet parlamentari li jitolbu biex jiżdiedu f'ċerti lokalitajiet.", "Il-poplu jrid jifhem li ma jistax ikun li f'kull triq titpoġġa kaxxa ta' l-ittri.", "Is-servizz tal-posta huwa importanti ħafna imma l-kaxxi ta' l-ittri għandhom ikunu mqassma b'uniformità f'kull lokalità għall-konvenjenza ta' kulħadd.", "Mr Speaker, irrid niġbed l-attenzjoni li l-vetturi tal-Maltapost, partikolarment il-muturi, ftit jingħataw maintenance u ħafna drabi jkunu bil-ħsara.", "Naħseb wasal iż-żmien li dawn il-muturi jkunu battery operated għax, għalkemm iqumu iktar flus, imma almenu nkunu qed innaqqsu l-fumes li jħallu fl-arja għall-ġid tal-komunità.", "Fl-aħħarnett nixtieq ngħid li l-awtorità regolatorja kompetenti għas-settur postali, li xogħolha se jkun li tissorvelja u tiżgura konformità ma' dan l- Att, jeħtieġ li tieqaf fuq saqajha u ma tkunx tiddependi mill-gvern.", "Tajjeb li nagħmlu l-awtoritajiet imma jeħtieġ li dawn ikunu indipendenti.", "Għal dan il-għan kull meta titwaqqaf awtorità jrid ikollha long term policy ħalli tkun sostenibbli u ma tibqax tiddependi mill-gvern.", "Fix-xahar ta' Novembru nibdew niddiskutu l-estimi ta' ħafna awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu twaqqfu bl-iskop aħħari li jkunu finanzjarjament indipendenti, iżda ħafna minnhom għad ma rnexxilhomx.", "Jekk dawn ma jkollhomx a long term policy biex isiru indipendenti, impossibbli li nibqgħu niġu fil-parlament nippompjawlhom il-flus.", "Issa naraw kemm irid jippompja l-gvern meta jitressqu l-estimi finanzjarji ta' l-Enemalta, ta' l- awtorità ta' l-ippjanar, u l-water services corporation fost oħrajn.", "Irridu naraw li dawn il-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li qegħdin inwaqqfu jieqfu fuq saqajhom.", "Fir-rigward tal-privatizzazzjoni tas-settur postali, min-naħa tal-gvern ma nixtiqux li jitkeċċew in-nies.", "Jien nittama li l-complement jinżamm kif inhu u mbagħad ħalli ma jiġux replaced dawk in-nies li jirtiraw.", "Fost id- diversi servizzi li tagħti l-Maltapost, apparti l-bejgħ tal-bolol, reġistrazzjoni ta' oġġetti postali, il-ħlas ta' kontijiet, jistgħu jibdew jinbiegħu minn hemmhekk anke l-biljetti tal-karozzi tal-linja.", "Fl-uffiċċji postali wieħed jista' jibda jbigħ anke t-telecards ħalli l-komunità tkun moqdija aħjar.", "Għalhekk jien għedt li għandu jkun hemm uffiċċju postali f'kull komunità għax dan jista' jagħti wkoll servizz ta' customer care.", "Jien nittama li dan is-servizz postali jiġi estiż sabiex jinkludi ħafna servizzi oħra.", "Niftakar li xi sentejn ilu fl-uffiċċju postali ta' Ħaż- Żebbuġ kellhom is-saqaf ikkundannat, u kienu se jaqtgħulhom is-servizz tal- posta kompletament u dak li jkun imur jinqeda mill-uffiċċju postali ta' Ħal Qormi.", "Jien kont oġġezzjonajt ħafna mal-Postmaster-General u ma' l- uffiċjali, partikolarment mas-Sur Tony Barbaro Sant - qed insemmih b'ismu għax sibt ħafna kooperazzjoni mingħandu - u insistejt ħafna li almenu jkun hemm servizz temporanju fil-kunsill lokali.", "U l-kunsill lokali fil-fatt kien ikkopera biex jingħata dan is-servizz tal-posta mill-premises tiegħu sakemm saru t-tiswijiet li kien hemm bżonn fl-uffiċċju postali.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li niftħu moħħna fuq il-kwestjoni tal- privatizzazzjoni tas-servizzi postali.", "Forsi l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dan il-prinċipju għax għadha ssostni li 40% ta' l-ishma għandhom jinbiegħu u 60% jibqgħu tal-gvern.", "Irridu nerġgħu nikkonsidraw din il-pożizzjoni għax il-privatisation taħdem tajjeb jekk ikun hemm bażi soda.", "U kellna provi ta' kemm il-privat jista' jkun effiċjenti ħafna iktar mis-servizz li jipprovdi l-gvern.", "Jien nittama u nawgura li kemm din l-awtorità u kemm awtoritajiet oħrajn li huma diġà mwaqqfa u oħrajn li qegħdin fil-pipeline ikunu effiċjenti u s-servizz li jagħtu jkun first class.", "Barra minn hekk, is-servizz li jingħata m'għandux ikun ta' detriment għall- gvern, fis-sens li jitfa' iktar piż fuq il-gvern milli kieku dan baqa' jingħata mill-istess gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, f'dan l-intervent xtaqt nagħmel enfasi fuq xi punti li għalkemm diġa' ssemmew mill-kollegi tiegħi, ħassejt li nkun qed nonqos jekk ma nagħmilx riferenza għalihom jien ukoll.", "Fid- dibattitu ta' dalgħodu, il-Ministru Ċensu Galea intervjena waqt id-diskors ta' l-Onor.", "Helena Dalli biex jgħid li m'huwiex veru li dan l-abbozz ta' liġi huwa mmirat lejn il-liberalizzazzjoni u ovvjament, per konsegwenza, il- privatizzazzjoni.", "F'sub-klawsola 3 ta' klawsola 7 ta' dan l-abbozz insibu riferenza għall- awtorita' in kwestjoni bħala \"l-awtorita' regolatorja kompetenti għas- settur postali\".", "Għalhekk jien naħseb li iva, il-ħsieb tal-gvern u li jilliberalizza u konsegwentement jipprivatizza, għax jekk dan m'huwiex il- każ, allura se jwaqqaf awtorita' biex jirregola lilu nnifsu.", "Fil-fehma tiegħi dawn huma affarijiet li jikkontrastaw bil-kbir u li assolutament ma jagħmlux sens, għax ma jeżisti ħadd li jirregola lilu nnifsu.", "Meta niftakru imbagħad li pajjiżna ftit li xejn huwa kapaċi jirregola lilu nnifsu, iktar u iktar insibha diffiċli biex nifhem iċ-ċaħda tal-Ministru Galea li l-mira tal-gvern m'hijiex li jipprivatizza lis-servizzi postali.", "Mr Speaker, irrid ngħid li għalkemm in-naħa ta' l-oppożizzjoni qed tagħmel enfasi fuq ċerti fatturi, b'daqshekk ma jfissirx li hija kontra l- liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni.", "Aħna favur il-liberalizzazzjoni akkumpanjata b'regolamentazzjoni li tassigura ċerti aspetti li nafu li bil- liberalizzazzjoni m'humiex se jiġu kollha in place.", "Jekk il-gvern ma jassigurax li fil-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-posta, ikun hemm regolamentazzjoni serja, allura jkun qed joħloq biss sitwazzjoni ta' ġungla.", "Ta' min jgħid li dwar dan, l-oppożizzjoni m'hijiex titkellem b'mod fieragħ, imma qed titkellem mill-esperjenza tas-snin l-imgħoddija, speċjalment mill- esperjenza tal-privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank.", "Illum il-ġurnata kulħadd qed iħoss l-effetti ta' dak li ġara, għax minkejja l-bosta wegħdiet li kienu saru, il-kompetizzjoni f'dan is-settur baqgħet ma żdiditx u l- investituri u l-konsumaturi baqgħu fejn kienu.", "Anke fir-rigward tal- ħaddiema, l-oppożizzjoni Laburista tappella biex wieħed joqgħod attent.", "Dan għednih kemm-il darba u se nibqgħu ngħiduh, avolja jkun hemm min jiddieħak bih.", "Għalkemm sfortunatament, fiż-żmien ta' meta l-Mid-Med Bank kien qed jiġi pprivatizzat, kien hemm xi ħaddiema li ma kienux qed jifhmu dak li konna qed ngħidu aħna, illum l-istorja nbidlet.", "Illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li l-ħaddiema ta' l-HSBC huma fil-maġġoranza assoluta tagħhom imdejqin bis-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha.", "Għalhekk il-partit Laburista, li huwa oppożizzjoni kostruttiva u responsabbli, ma jistax ma jiġbidx l- attenzjoni għal dawn il-fatturi.", "Huwa inutli li l-Onor.", "Galea jipprova jipperswadina li l-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex li jilliberalizza, għax kif diġa' għedt, huwa ovvju li l-gvern m'huwiex se jwaqqaf awtorita' biex jirregola lilu nnifsu.", "Aħna pero' dejjem nittamaw li l-gvern preżenti jneħħi l-għamad minn quddiem għajnejh u jippjana b'mod tajjeb u serju, b'mod li jagħmel ġieh lill-poplu tagħna.", "Mr Speaker, smajt b'attenzjoni d-diskors ta' l-Onor.", "Michael Bonnici u nista' ngħid li bħal fil-każ ta' l-intervent ta' l-Onor.", "Galea, sibtha diffiċli biex nifhem dak li kien qed jingħad.", "Jien nippretendi li l-membri tal-gvern jaqblu f'dak li jkunu qed jgħidu, għax wara kollox huma l- azzjonisti u huma jafu x'inhu l-iskop tal-liġijiet li jressqu quddiem dan il-parlament.", "Ftit tal-minuti ilu l-Onor.", "Bonnici qal li l-awtoritajiet li qed jiġu mwaqqfa jridu jifhmu li huma għandhom isostnu lilhom infushom.", "Jien ma naħsibx li dan huwa possibbli li jsir minn awtorita' regolatorja li m'hijiex se tkun qed tiffunzjona fis-suq.", "Għalhekk nixtieq li fil-winding- up, il-Ministru jispjegalna aħjar kif l-awtorita' regolatorja li se titwaqqaf se jirnexxielha ssostni lilha nnifisha.", "Dan kollu għandu jiġi spjegat, partikolarment ukoll minħabba l-fatt li xi kultant, meta niġu biex nitkellmu fuq l-entitajiet, ninsew li dawn huma ffurmati minn individwi b'moħħ u b'qalb.", "M'huwiex sew li l-ħaddiema jitħallew fil-għama jew ma jiġix spjegat lilhom b'mod ċar dak li jkun qed jiġri.", "Għaldaqstant il-gvern għandu d-dover sagrosant li jekk qed iwaqqaf din l-awtorita' regolatorja bl-iskop li jilliberalizza lis-servizzi postali u jiftaħ is-suq għall-kompetizzjoni, jispjegalna preċiżament x'qed jiġri u x'se jiġri iktar 'il quddiem.", "Fuq kollox l-ikbar xokk diġa' ħadnih meta ddeċieda li jbigħ il-Mid-Med Bank, jiġifieri ormai, jgħidilna x'jgħidilna m'hu se nieħdu xejn bi kbir.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Prim Ministru u bosta front benchers tal-gvern donnhom riedu jagħtu l-impressjoni li fil-proċess ta' liberalizzazzjoni tas-servizz tal-posta mhux se jkun hemm ripetizzjoni ta' dak li ġara fil- privatizzazzjoni tal-Mid-Med Bank.", "J'Alla dan il-gvern verament jibda jimxi skond dak li jgħid, għax ormai il-poplu dara jisma' ħafna diskors sabiħ imbagħad isir xort'oħra.", "Minn hawnhekk irrid nappella lill-Ministru responsabbli minn din il-liġi biex ma jkomplix jaħbi l-informazzjoni u jgħidilna l-verita' dwar l-iskop aħħari tagħha.", "Hemm bżonn li l-ħaddiema tal-posta u l-poplu Malti in ġenerali jkun jaf x'qed jiġri.", "M'huwiex sew li ħadd mill-ħaddiema tal-posta ma jaf x'qed jiġri dwar din l-awtorita' regolatorja.", "Għaldaqstant inħeġġeġ lill-gvern biex ma jiddejjaq xejn u jitkellem b'mod ċar.", "Ikun aħjar li jgħidilna l-verita' mill-ewwel, anke jekk din ma tintlaqax tajjeb, imma ta' l-inqas ikun jista' jieħu l-mertu tal-fatt li qal is-sewwa.", "Hemm bżonn li l- Ministru Galea jgħid x'hemm moħbi wara din il-liġi, għax minn dak li jidher miktub iswed fuq l-abjad, l-indikazzjoni hi li s-settur tal-posta se jkun liberalizzat u eventwalment ipprivatizzat.", "Mr Speaker, kif għedt fil-bidu ta' dan l-intervent, il-partit Laburista m'huwiex kontra l-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni, basta dawn ma jsirux bl-addoċċ u ta' malajr.", "Inħossni qed nonqos jekk ma niġbidx l- attenzjoni ta' min qed jismagħni li minkejja li f'pajjiżna hawn differenza kbira fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet, per prinċipju m'hawnx diverġenza politika dwar il-liberalizzazzjoni.", "Pero' min-naħa l-oħra ma nistgħux neħduha for granted li bil-liberalizzazzjoni ta' ċerti settur se tikber il- kompetizzjoni u jiżdiedu l-benefiċċji għall-investituri u l-konsumaturi.", "Huwa għalhekk li jien tlaqt mill-punt tal-bżonn ta' regolamentazzjoni adattata u effettiva.", "Kulħadd jiftakar il-kwestjoni tal-liberalizzazzjoni tal-mobile telephony, fejn għalkemm kien diġa' twaqqaf regolatur, għal xi żmien kien hawn konfużjoni sħiħa.", "Fl-analiżi ta' din il-liġi ma nistgħux ninsew l- esperjenzi passati, kemm ta' pajjiżna kif ukoll ta' pajjiżi oħra.", "Inkun ħmir jekk ma nitgħallmux minn dak li ġara fil-passat.", "Aħna bħala partiti nixtiequ kieku l-kompetizzjoni taħdem dejjem f'pajjiżna, għax b'hekk il- prezzijiet jonqsu żgur, pero' rridu nammettu li huwa diffiċli li f'suq żgħir u b'work force żgħira bħalma hu tagħna, il-kompetizzjoni taħdem in full.", "Il-bosta limitazzjonijiet li għandna, fosta dawk ta' nuqqas ta' spazju industrijali, kultant ixekkel lit-tkabbir tal-produzzjoni.", "Sur President, qiegħda nenfasizza dan il-punt għax ma nistgħux nippretendu li għax nilliberalizzaw ċerti setturi governattivi, se jkun hawn kompetizzjoni awtomatika bħalma jiġri f'pajjiżi oħra.", "Irridu nkunu realistiċi, bħalma kien realistiku l-Onor.", "John Dalli f'Ġunju ta' l-1994, waqt id-diskussjoni dwar il-liġi tal-VAT, u nammettu li f'pajjiżna, il- kompetizzjoni mhux dejjem taħdem.", "Għaldaqstant il-partit Laburista se jkompli jinsisti fuq il-bżonn ta' regolamentazzjoni serja.", "Lura għas-settur tal-posta li dwaru jitratta l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, kulħadd qabel li s-servizzi postali qed jevolvu u bil-bidliet fit-teknoloġija ta' l-informatika, jistgħu eventwalment jiġu limitati.", "Pero' rridu nkunu realistiċi u nammettu li s-servizzi postali qatt ma jistgħu jiġu fix-xejn.", "Dan għaliex għad hawn sezzjonijiet sħaħ tas- soċjeta' li m'għandhomx aċċess għall-e-mail, jew għax m'humiex imħarrġa f'dik li hi ħila teknoloġija jew minħabba n-nuqqas ta' mezzi finanzjarji.", "Għalhekk, biex jikkomunikaw bil-kitba, żgur li se jkollhom jagħmlu użu mill- posta tradizzjonali.", "Għandek ukoll il-kategorija ta' l-anzjani li ma kellhomx l-opportunita' li jiksbu l-ħila ta' din it-teknoloġija ġdida.", "Jekk dawn iridu jikkomunikaw bil-kitba, se jikkomunikaw bil-posta u allura għalihom il-posta se tibqa' importanti.", "Hawnhekk irridu noqgħodu attenti għax il-liberalizzazzjoni wkoll għandha ċerti costs u jista' wkoll ikollha costs finanzjarji.", "Dan jista' jkun attribwit għall-fatt li s-suq tagħna huwa limitat u żgħir u allura meta jinħadmu l-affarijiet, il-costs jikbru.", "Per eżempju ̧ meta kien ġej hawnhekk l-HSBC qalulna li se jilliberalizzaw ̧ li se jkollna l- kompetizzjoni u allura se jkollna aktar benefiċċji mhux biss għall- investituri imma wkoll għall-konsumaturi.", "Jien bir-rispett kollu ngħid li l-HSBC m'għamel l-ebda tibdil anzi pjuttost ngħid li morna lura għax illum kważi għandna cartel fis-servizzi finanzjarji – mhux uffiċjali ovvjament – u ma tista' tagħmel xejn dwaru għax bqajna bl-istess banek.", "Fil-verita' hemm x'wieħed jista' jagħmel imma jien m'għandix fiduċja li l-gvern jista' jagħmel xi ħaġa fuqu.", "Mhux hekk biss imma llum il-Bank of Valletta has stepped up ċerti affarijiet biex ikun bħall-HSBC.", "Jien ġieli nisma' nies igħidu li biex il-Bank of Valletta jlaħħaq ma' l-HSBC qed jagħeml ħafna skemi fuq in-nies.", "Jien qed nagħmel din l-enfasi kull darba biex ma noqgħodux nieħdu xi garanzija li bil-liberalizzazzjoni se nieħdu t-tali benefiċċji imma huwa importanti li jkun hemm ċerta regolamentazzjoni u ħsieb.", "Pero' fl-istess ħin il-ħsieb ma jridx ikun wieħed ekonomiku imma jrid ikun soċjali wkoll.", "Għalhekk hawnhekk għandna bżonn kbir li nifhmu li s-servizzi postali f'pajjiżna għandhom dimensjoni soċjali kbira lejn dawn il-kategoriji li jistgħu jkunu mħarrġin imma l-mezzi finanzjarji tagħhom huma ristretti u allura m'għandhomx aċċess għall-hardware biex ikunu jistgħu jużaw l- electronic mail eċċ. Illum għandna l-fenomenu ta' l-internet cafes ̧ għalkemm dawn għadhom ma qabdux kif qabdu f'ċerti pajjiżi.", "Pero' anke hawnhekk, jista' ma jkollokx computer id-dar u aċċess għall-internet u allura tkun trid tmur f'internet café.", "Issa hemmhekk trid tħallas u l- ħlasijiet għadhom expensive.", "Jien qed inkompli nenfasizza fuq il-bżonn li minkejja dak kollu li jiġri mis-servizzi postali f'pajjiżna – f'din il- liġi jingħad x'jingħad min-naħa tal-gvern ̧ l-indikazzjonijiet 'l hinn qed jindikaw – irridu naħsbu f'dawn il-kategoriji ta' nies ukoll.", "Dan biex ma nsemmix il-kategorija l-oħra ta' nies li ma nistgħux ninjorawha lanqas.", "Aħna għandna sfortuna kbira li għandna tfal li telgħin illitterati.", "Xi sena u nofs ilu kien sar survey li indikalna li saħansitra f'ċerti areas f'Malta – mad-dawra tal-port u f'ċerti postijiet f'Għawdex – għandna 20% tat-tfal li huma illitterati.", "Għalhekk hawnhekk ma nistgħux nieħdu ċerti affarijiet for granted u allura għal kull ħaġa li nagħmlu rridu nagħmlu riċerka tajba.", "Hawnhekk ma rridux inħarsu biss il-feasiblity ekonomika imma rridu nħarsu wkoll il-feasibility soċjali ta' l-affarijiet biex aħna dejjem inkunu qed inħarsu lil dawk il-kategoriji ta' ċittadini f'pajjiżna li huma vulnerabbli u li huma part and parcel minn dan in-nazzjon.", "Jien nixtieq insemmi wkoll id-dimensjoni soċjali l-oħra tal-ħaddiema tal- posta fl-eventwalita' tal-privatizzazzjoni jew tal-liberalizzazzjoni tas- suq.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ̧ per eżempju, il-garanzija li ta l- gvern lill-ħaddiema ta' Kalaxlokk meta qalilhom li se jżommhom fl-impjieg.", "L-istess ġara fil-kwestjoni tal-Mid-Med Bank pero' mbagħad lil dawn il- ħaddiema kollha offrielhom ir-retirement scheme.", "Issa anke hawnhekk irridu noqgħodu attenti għax ir-retirement schemes jaħdmu għal min baqagħlu sena jew sentejn xogħol quddiemu u mhux għal min baqgħalu xi għaxra jew 15-il sena xogħol.", "Per eżempju, jien naf ħaddiema ta' Kalaxlokk li qegħdin fl-eta' ta' 45 sena li ngidmu bir-retirement scheme għax immedjatament irrealizzaw li dawn ma jistgħux joqgħodu b'din is-somma biss.", "Fil-fatt wara li bdew ifittxu x-xogħol indunaw kemm huwa diffiċli ssib impjieg ta' dik l-eta'.", "Issa apparti mill-eta' ̧ dawn għadhom imċappsin bil-kampanja li saret kontrihom min-naħa tal-gvern għax meta dawn imorru jagħmlu interview u jgħidulhom li kienu jaħdmu Kalaxlokk ̧ donnu mill-ewwel jitla' screen aħmar!", "Imma apparti minn hekk.", "Kont qed ngħid li jista' jkollok element ta' ħaddiema li r-retirement scheme twaddabhom f'għawġ u gwaj ġdid għax mingħalihom ikunu ħadu somma u mingħalihom li se jsibu impjieg ieħor biex ikomplu jkampaw mal-bżonnijiet tal-familja u minħabba l-eta' l-impjieg ma jasal qatt.", "Fil-fehma tiegħi din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Issa nixtieq ngħid kemm l-eventwalita' ta' privatizzazzjoni għandha dimensjoni soċjali qawwija.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-bidliet fil- kondizzjonijiet tax-xogħol fejn ħaddiem jidħol f'kumpannija ̧ jkollu pakkett ta' kondizzjonijiet ta' xogħol u f'daqqa waħda, wara ftit xhur, jibdew ifaqqgħu l-affarijiet ̧ kif ġralhom ex-ħaddiema tal-Mid-Med Bank, illum HSBC.", "Jien naf diversi ħaddiema li jixtiequ jagħmlu minn kollox biex jitilqu minn ma' l-HSBC għax huma imdejqin.", "Dawn il-ħaddiema filli kienu jipprospettaw li l-karriera tagħhom ta' bankiera se tkompli timxi 'l quddiem u filli sar dan il-kambjament u llum ̧ kieku jistgħu ̧ ma jmorrux għax-xogħol biex ifittxu xogħol ieħor.", "Pero' kif jaf kulħadd ̧ illum mhuwiex faċli li tbiddel ix-xogħol.", "Aħna ma rridux li ħaddiem sempliċement jaħdem u jaqla' l-paga imma ħaddiem irid ikollu l-job satisfaction għax b'hekk ikun qed igħix tajjeb miegħu nnifsu, tajjeb ma' familtu u tajjeb mal-komunita' li jkun qed igħix fiha.", "Irrid insemmi wkoll il-kondizzjonijiet tal-pustiera.", "Jien ma rridx insemmi biss dak li ssemma mill-Onor.", "Hyzler il-bieraħ u mill-Onor.", "Bonnici fuq il- problemi u d-diffikultajiet ta' dawn il-pustiera, bħal meta dawn ̧ per eżempju ̧ idumu jissaraw biex jimpustaw ittra għax il-kaxxa ta' l-ittri tkun waħda żgħira jew inkella meta jsibu kelb ma' saqajhom.", "Dawn kollha huma affarijiet importanti u m'għandix għalfejn noqgħod nagħmel eloġji dwarhom jien ukoll għax sħabi hawnhekk tkellmu fuqhom biżżejjed imma rrid insemmi wkoll li dawn huma kategorija ta' ħaddiema li ma tantx insemmuhom.", "Għalhekk illum irridu nieħdu l-opportunita' li nitkellmu ftit dwar id- diffikultajiet tagħhom.", "Dawn huma ħaddiema li jaħdmu fix-xemx u fix-xita.", "Għandna diversi kategoriji ta' ħaddiema f'pajjiżna li jaħdmu f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Pero' wħud minn dawn il-ħaddiema jidħlu taħt tinda u jieqfu ftit imma dawn il-pustiera, ħafna drabi ̧ tarahom iqassmu l-ittri anke f'xita qliel, b'xi raincoat ̧ għax għandhom id-deadline li l-barżakka li jkollhom wara daharhom iridu jqassmuha.", "Għalhekk lil dawn il-ħaddiema rridu nsellmulhom minn hawnhekk għax ix-xogħol tagħhom mhuwiex faċli.", "Jien nixtieq nitkellem ukoll fuq fatturi oħrajn.", "Per eżempju ̧ mhux il- pustiera kollha għandhom mutur jew bicycle - meta kont għadni tifla jien aktar kont nara l-pustier ġej bil-bicycle - u ħafna pustiera tarahom għaddejjin bil-haversacks ma' daharhom jew inkella b'basket fuq idejhom.", "Aħna nitkellmu ħafna fuq il-problema li għandhom it-tfal ta' l-iskola minħabba l-basktijiet li jkollhom wara daharhom, u bir-raġun, imma naħseb li hawnhekk għandna kategorija ta' ħaddiema li rridu nsemmuha wkoll għax kif tifla u tifel jistgħu jgħawġu l-ispina ta' daharhom minħabba t-toqol hekk ukoll jista' jiġrilhom il-pustiera.", "Ġieli nara pustiera għaddejjin b'basket bir-roti imma dawn rari tarahom.", "Għalhekk jien nappella lill- management tal-posta biex jindaga u jara x'jista' jsir dwar din il-problema pero' dan m'għandux isir biss għal dawk il-pustiera li għandhom areas mifruxin ħafna imma anke għall-pustiera li għandhom areas forsi qrib xi fergħa tal-posta.", "Din is-sena lleġislajna dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema imma għandek ċertu occupational hazards li ma joħorġux fil-pront imma joħorġu wara snin.", "Jien niltaqa' ma' ħafna nisa tad-dar li waqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb il-familja u ħafna minnhom igħidulek li għandhom darahom juġagħhom jew inkella ma jistgħux iċaqilqu jdejhom u jibdew jissuspettaw li qed ibatu bl-artrite.", "Imbagħad meta tibda titkellem magħhom jibda ħiereġ il-background tagħhom u ssib ̧ per eżempju ̧ li għal tant snin ̧ dawn kienu jaħdmu fuq makna tal-ħjata f'dik it-tali fabbrika jew inkella fuq dik it- tip ta' production line.", "Dan ikun occupational hazard li ma jkun sar xejn dwaru meta kienu fl-impjieg u l-konsegwenza toħroġ at a later stage.", "Issa jien m'iniex daqshekk intiża medically.", "Per eżempju, bħalissa għandi quddiemi lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia li naħseb li jista' jitkellem ħafna aktar minni fuq din il-problema.", "Il-pustiera wkoll għandhom ċertu occuptional hazards u meta nitkellmu fuq ċerti kategoriji ta' ħaddiema għandna naraw li dawn l-affarijiet insemmuhom.", "Wara kollox il-parlament għandu jkun mezz biex inkabbru l- awareness fost il-poplu tagħna u biex nagħtu tagħrif u nedukaw.", "Jien naħseb li għandna nieħdu kull opportunita' biex inkabbru kuxjenza favur li l-ħaddiema jieħdu ħsieb saħħithom.", "F'dan il-każ għandna nagħmlu enfasi fuq il-management biex dan jara x'jista' jsir għal dawk il-pustiera li jkollhom iġorru dak it-toqol fuq daharhom jew fuq idejhom u b'hekk ma jkollhomx tbatija żejda.", "Jien nixtieq insemmi wkoll aspett ieħor tal-posta li jista' jkun affettwat jekk aħna nilliberalizzaw bl-addoċċ u mingħajr regolamentazzjoni xierqa u serja.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-aspett ekonomiku.", "Il-posta tintuża ħafna mill-industrijalist, min-negozjant u mis-self-employed għax għandek kumpanniji sħaħ li l-kontijiet tagħhom imorru bil-posta jiġifieri wieħed irid joqgħod attent li meta nilliberalizzaw u nipprivatizzaw ma nispiċċawx b'ċerti spejjeż żejda li jkollu jġorrhom il-konsumatur u l-entita' kummerċjali li tkun.", "Illum biex tkun kompetenti trid tara kif iżżomm il- costs tiegħek baxxi u allura trid toqgħod attent li ma jkunx hemm costs li jkunu qed jiġu ġġenerati minn sors estern li mbagħad igħaddu fuq il-costs ta' dik l-industrija jew inkella entita' kummerċjali.", "Hemm ukoll aspett ta' qliegħ finanzjarju għall-posta.", "Jien ma jidhirlix li kien hemm xi enfasi kbira fuqha din u naħseb li hemm bżonn li din nagħtuha daqqa ta' għajn.", "Il-posta jista' jkollha ċertu qliegħ mill-filatelija u naħseb li bħala pajjiż din ma tantx nagħtuha importanza.", "Naħseb li hawnhekk hawn area li tista' tiġi sfruttata għall-gwadann ta' din l- entita'.", "L-ewwel l-Onor.", "Bonnici kien qed igħid li għandu jkun hemm aktar attivita' fil-ħafna friegħi li l-posta għandna fil-lokalitajiet.", "Jien ngħid li l-awtorita' tat-turiżmu tagħmel ir-reklamar barra minn Malta u allura l-philatelic bureau tal-posta tista' tikkordina ma' din l- awtorita' biex permezz tar-reklamar li jsir ̧nirreklamaw ukoll il-philatelic bureau Malti.", "Naħseb li għall-kollezzjonisti tal-bolli dan jista' jkun interessanti aktar u aktar li aħna pajjiż ċkejken li għandu s-sistema tal- posta tiegħu.", "Punt ieħor li jien xtaqt insemmi huwa dwar is-sigurta'.", "Dwar dan kien hawn enfasi kbira partikolarment minn din in-naħa tal-Kamra.", "L-Onor.", "Bonnici semma l-importazzjoni illegali tad-droga u l-posta eċċ. Jien naħseb li s- sigurta' għandha tiżdied l-ewwelnett għax illum ċertu tip ta' droga bħall- ecstacy faċilment tintbagħat bil-posta u allura jekk ma nilqgħux għaliha, se nimtlew biha u t-tieni nett naħseb li tista' tiżdied ukoll minħabba s- suċċess li jagħmlu l-Vice Sqauds tal-pulizija u l-iskwadra tad-dwana meta jsir il-qbid ta' droga mill-punti tad-dħul ġewwa Malta.", "Qed nerġa' nenfasizza dan il-punt importanti minkejja l-fatt li sħabi u anke wħud mill- kollegi tiegħi tal-gvern tkellmu ħafna fuqu.", "Nafu wkoll li sfortunatament fil-passat il-posta ntużat anke għall-atti kriminali.", "Għaldaqstant meta naraw li għaddejna minn ċertu esperjenzi daqshekk koroh u trawmatizzanti mhux biss għall-familja Grech imma setgħu missew ukoll il-familja tat-tabib Chetcuti Caruana, għandna nitgħallmu minnhom biex ikollna focus aktar qawwi fuq is-sigurta` tal-posta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Jien għad fadalli...", "MR SPEAKER: Imma skada l-ħin.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Nixtieq extension..", "MR SPEAKER: Hemm min jipproponi?", "Jipproponi l-Onor Joe Cilia u jissekonda l- Onor Anton Refalo.", "Il-mistoqsija hi l-Onor Marie Louise Coleiro tkompli titkellem.", "Dawk favur.", "Dawk kontra.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "Aktar rimarki.", "L-Onor Mario Galea.", "ONOR MARIO GALEA: Grazzi Mr Speaker.", "L-abbozz li għandna quddiemna huwa mportanti għax qed nippruvaw nirregolaw sitwazzjoni li kienet ftit diżorganizzata.", "Qed nippruvaw nagħmlu awtorita` li l-funzjoni tagħha hija regolatorja.", "Qabel kellna post master general li kien imexxi l-operazzjoni tal-posta u kien jirregola wkoll l-operazzjoni imma Ilum għandna l-malta communications authority li tirregola l-qasam tal-komunikazzjoni fil-firxa wiesa' kollha tiegħu u wieħed mid-direttorati fi ħdana se jkun intenzjonat li jkun responabbli mill-posta.", "Kif qalu diversi kelliema dan huwa mportanti ħafna u bilfors irid ikollok regolatur u xi forma ta' gwidi ta' kif jitmexxa dan il-qasam.", "Issa se jkollna regolatur li se jkun responsabbli mit-telekomunikazzjoni kollha u mhux il-posta biss u dan iġib miegħu diversi vantaġġi għax l-ewwelnett se jevita d-duplikazzjoni tar- riżorsi u wieħed jittama li jkun hemm ħafna aktar ko-ordinazzjoni.", "Waħda mill-funzjonijiet prinċipali tal-malta communications authority hija li tara li l-liġijiet dwar il-posta jiġu osservati.", "Bla dubju ta' xejn naħseb li din hija mportanti ħafna.", "Mr.Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi wkoll biex nibdew nilliberalizzaw is-suq tal-posta bil-mod il-mod.", "Nittama li ħadd m'hu kontra li l-qasam tal-posta jiġi liberalizzat, imma jekk se nagħtu d-dritt li jkollna l-posta privata rridu nkunu ċerti li min ikollu dan d-dritt jagħraf ukoll id-dmirijiet li jkollu.", "Sfortunatament kien hawn esperjenzi fejn il-posta kienet qed topera b'mod privat.", "Kienu jidħlu f'kuntratt jew ftehim ma' persuna li se jqassmulha mail shots imbagħad jew iħalluhom barra għax-xita f'xi front garden jew fuq l-għatba ta' barra tan-nies.", "Forsi tgħidli li suppost lanqas kellhom liċenzja biex joperaw, imma bil-liċenzja u mingħajrha kienu qed joperaw.", "Ovvjament bi dritt kienu jitolbu ħlas ta' l- operazzjoni tagħhom.", "Jiena mhux se nsemmi ismijiet ta' kumpanniji għax ma rridx ninqeda bil-privileġġ li għandi f'din il-Kamra, imma tisma' b'każijiet fejn per eżempju suppost tqassmulek it-tali lokalita` imbagħad tinduna li ħallewlek numru ta' toroq barra, jew jidħlulek fi blokk ta' flats u minflok iqassmu f'kull flat iħallu l-ittri kollha fl-entratura komuni.", "Ġieli jagħti l-każ ukoll li ma jqassmux fl-outskirts tar-raħal fejn ikun hemm mijiet ta' nies.", "Wieħed ikun mingħalih li daħal f'kuntratt li se jagħmlulu biċċa xogħol tajba mbagħad jinduna li fil-verita` jkun jħallas għal nofs biċċa xogħol.", "Mr. Speaker, filwaqt li il-liberalizazzjoni tal-posta huwa żvilupp neċessarju li ma tistax twaqqfu, importanti wkoll li jkollna xi sistema ta' regolamentazzjoni.", "Għandu jkollna regolatur li mhux qiegħed hemm biex taparsi jirregola imma li jirregola tabilħaqq.", "Filwaqt li l-Maltapost fiha ħafna x'tikkritika u fejn tagħmel progress, b'xi mod hija stabbilita u għandha ċerta responsabbilta` u obbligazzjonijiet lejn il-konsumatur għax fl-aħħar mill-aħħar aħna lkoll konsumaturi tal-Maltapost.", "Din ma tqassam l- ebda ittra jekk ma jkollhiex il-ħlas.", "Iktar 'il quddiem nixtieq insemmi wkoll il-kwistjoni tal-posta tal-membri parlamentari.", "Irrid ngħid li għandna problema kbira u mhux it-tort ta' l-istaff tal-Parlament.", "M'inix konvint li l-Maltapost qed tagħmel dak kollu possibbli biex tirranġa s- sitwazzjoni.", "Filwaqt li ġustament il-Maltapost ma tqassam l-ebda ittra jekk ma jkollhiex il-bolla jew ma jkunx tħallas il-pustaġġ fuqha, naħseb li tifhem li għandha ċertu responsabbilta` li jekk jinbtu - u j'Alla jinbtu għax huwa sinjal ta' progress u b'hekk jiġġeneraw ekonomija ġdida u impjiegi ġodda – kumpanniji ta' posta privata din tara li dawn ikollhom ċerti obbligazzjonijiet lejn il- konsumatur.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti affarijiet li semmejt li ġraw mhux suppost li jibqgħu jiġru għax ikollna regolatur li jkun a point of reference.", "Ma tistax tenfasizza biżżejjed kemm hu mportanti li l-operaturi privata tal-posta li jista' jkollna fil-futur jifhmu wkoll li mhux biss se jibda jkollhom id-dritt imma se jkollhom ukoll obbligazzjonijiet lejn il- konsumatur.", "Kull wieħed u waħda minna huwa konsumatur tal-Maltapost għax aħna nibgħatu u nirċievu l-ittri u nużaw dan is-servizz tant importanti.", "Kif qal il-bieraħ l-Onor Evarist Bartolo minkejja li l-qasam tal- komunikazzjoni sploda u llum tista' tibgħat u tirċievi ittri bl-internet jew messaġġi bil-mobile fil-kwiet ta' darek, il-kitba xorta għada mezz tajjeb ta' komunikazzjoni.", "Għalkemm l-aħħar titlu li tawna kien zombies, parti minn xogħlna bħala deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra huwa li nżommu l- kuntatt mal-kostitwenti u niltaqgħu man-nies.", "Xi ħaġa li timmeraviljani hi kemm illum jintuża l-qasam ta' l-emails u l-internet.", "Ilum jiġi xi ħadd ikellmek jagħtik it-telephone number u l-email address pero' minkejja din l- isplużjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni, li tibgħat messaġġ b'ittra jew nota għadu mezz effettiv daqs kemm kien qabel.", "Il-valur tiegħu għadu bżonnjuż u meħtieġ.", "Mhux qed ngħid li meta tikkomunika ma' xi ħadd bl-email ma tkunx effettiv, imma f'ċertu każijiet il-kitba tibqa' effettiva aktar.", "Barra minn hekk mhux kulħadd għandu l-email address jew aċċess għall- internet jew mobile, u min għandu mhux bilfors jibgħat il-mesaġġi b'dawn il- mezzi ta' komunikazzjoni.", "Missieri għandu mobile u jgħidli li l-importanti hu biss li jkun jaf kif jirċievi u jagħmel telefonata.", "Dan juri li llum għad għandna bżonn il-posta daqs qabel.", "Dan is-servizz għadu mfittex u l- ittri li jintbagħtu dejjem jiżdiedu.", "Punt ieħor li semmew ukoll l-Onor Bartolo u l-Onor Marie Louise Coleiro l- bieraħ hu li sfortunatament kien hemm u jibqa' jkun hemm każijiet fejn il- posta tiġi wżata b'mod abbużiv.", "Min qed jirregolarizza dan il-qasam bilfors ikun inwetat u jkun irid jaċċerta li l-qasam tal-posta ma jintużax b'mod abbużiv.", "Il-posta ġieli ntużat biex tiddaħħal id-droga f'pajjiżna allura hu mportanti li l-posta li tidħol, speċjalment dik sospettuża, tkun sorveljata biex ma tintużax għall-attivita` kriminali.", "Min-naħa l-oħra hemm piż ieħor li rridu nagħtuh ħafna weight.", "Ma nistgħux nissagrifikaw id-dritt ta' kull individwu għall-kunfidenzjalita` biex nagħmlu sorveljanza tal-posta.", "Ħafna familji, speċjalment hawn Malta, għandhom is-sistema li d-dar ħadd ma jiftaħ il-posta ta' ħaddieħor.", "Dan għaliex inrawmu fit-tfal tagħna li kull persuna għandha d-dritt ta' kunfidenzjalita`.", "Jekk nirċievi ittra, dik hija for my consumption, u ħadd m'għandu d-dritt jaraha jekk mhux bil-permess tiegħi.", "Bl-istess mentalita' l-posta se jkollha dritt tiftaħ posta li taħseb li hija suspettuża?", "Jien ngħid li għandha dritt jekk taħseb li se ssir attivita` kriminali imma naħseb li din għandha tinfetaħ fil-preżenza tal-persuna li għandha l-ittra.", "Id-dritt tal-kunfidenzjalita` huwa dritt sagrosant ta' kull persuna inklużi t-tfal.", "L-ebda ittra m'għandha tiġi mpċerrċa allavolja bl-intenzjonijiet tajba.", "Importanti nitkellmu fuq dawn l- affarijiet għax nafu x'jiġri.", "Aħna pajjiż żgħir, ikollna servizz li jkun qiegħed hemm biex jissorvelja fejn ikun hemm suspett fondat ta' attivita` kriminali bħal traffikar tad-droga, imbagħad xi ħadd jibda jallega u forsi ma jkollu prova ta' xejn, li dak is-servizz qiegħed jissorvelja nies li m'humiex jagħmlu attivita` kriminali, u f'daqqa waħda kulħadd jibda jaħseb li qed isir dak l-abbuż.", "Għalhekk importanti li fuq dan is-suġġett tal- posta nagħmlu guidelines ta' kif id-dritt tal-kunfidenzjalita` ta' kull persuna se jiġi salvagwardjat, anke fejn għandek suspett li qed issir attivita` b'mod abbużiv.", "Mhux qed ngħid li jekk għandek suspett li xi ħadd qed juża l-posta biex jittraffika d-drogi m'għandekx dritt tiftaħlu l- posta.", "Qed ngħid li ma' dan il-piż hemm piż ieħor li fl-opinjoni tiegħi huwa mportanti ħafna, li huwa d-dritt tal-kunfidenzjalita`.", "Irridu nsibu mezz to caretake l-attivita' illegali u ma nissagrifikawx id-dritt tal- kunfidenzjalita`.", "Il-bieraħ l-Onor Bartolo għamel suġġeriment li jekk se tinfetaħlek ittra għax ikollhom suspett fondat, din trid tinfetaħ fil-preżenza tiegħek.", "Ma nafx jekk dak huwiex l-aħjar suġġeriment, imma rridu nibdew naħsbu fuq dan il-punt għax nerġa' ngħid li l-kunfidenzjalita` hija waħda mid-drittijiet fundamentali tagħna.", "Jekk nibgħat ittra lilek għandek dritt tirċiviha u tiftaħha int biss.", "Allura meta nitkellmu fuq posta privata li dan l-abbozz se jilliberalizza importanti wkoll li min qed jopera jifhem li jagħmel dan is-servizz bi ħlas imma mbagħad l-ittri jridu jitwasslu fil-ħin, ma jintilfux, speċjalment ċertu ittri li jkollhom valur iktar minn oħrajn, ma jinfetħux u jitwasslu fid-destinazzjoni tagħhom jekk jista' jkun f'kundizzjoni tajba.", "Il-konsumatur irid ikun moħħu mistrieħ li jkun hemm regolatur.", "Jien għandi nifhem li se tkun il-Malta communications authority, li tħarsilna d-drittijiet fundamentali tagħna lkoll.", "Fuq iż-żmien li titwassal fih il-posta rrid nesprimi preokkupazzjoni b'mod kostruttiv.", "Il-posta qed iddum ma tasal.", "Il-bieraħ irċevejt ittra mingħand is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar għax kien stedinni, kif stieden lid- deputati kollha, għal-memorial service li għamel għall-vittmi li mietu fil- 11 ta' Settembru fl-Amerka.", "Din l-istedina irċivejtha l-bieraħ meta l- memorial service kien nhar il-Ħadd li għadda.", "Bgħattilhom e-mail dalgħodu fejn għedtilhom li t-timbru fuq l-envelope kien l-1 t'Ottubru.", "Meta jiena ġieli nilmenta jgħiduli li l-posta ta' l-MPs tasal tard għax tiġi ċċekkjata għall-isplossivi.", "Din m'hijiex skuża biżżejjed tajba għax il-posta in kwestjoni kienet impostata fis-26 ta' Settembru u waslet il-bieraħ.", "Ikollok ċerti stediniet li tkun tixtieq tonorahom u tagħmel ikrah jekk ma tonorahomx għax ikun dmir tiegħek li tattendihom.", "Dan mhux każ iżolat għax bħala whip jasluli ħafna lmenti anke minn sħabi.", "Il-Maltapost trid tipprova ssib tarf ta' din is-sitwazzjoni.", "Veru li ta' l-MPs tiġi ċċekkjata għall- isplussivi, imma safejn naf jien il-parlament iħallas prezz tajjeb għal dan is-servizz u allura nippretendi li l-posta xorta għandha taslilna fi żmien li jkun aċċettabbli.", "Mhux lilna biss imma lil kulħadd.", "Ma jistax ikun li ma nitkellimx fuq il-problema li qed ikollna aħna l- membri parlamentari fuq il-posta.", "Għal min qed isegwina, anke forsi l- press, f'din il-Kamra kulħadd għandu d-dritt li jibgħat posta u l-parlament jagħtina kwota ta' posta li nistgħu nibagħtu kull ġimgħa u jħallas għaliha l-parlament.", "Din qiegħda għal kulħadd minbarra l-ministri u s-segretarji parlamentari.", "Dan is-servizz importanti ħafna kien ukoll tradizzjoni li writniha mill-House of Commons.", "Dan l-aħħar anke smajt lill-Onor George Vella jgħid fil-House Business Committee li għad hawn min iġemma' l-posta li jibagħtu l-membri parlamentari.", "Dawn iġemmgħu wkoll envelopes li jkunu ntbagħtu anke mijiet ta' snin ilu, jiġifieri din hija tradizzjoni tal- parlament u dan huwa servizz importanti.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li kollox kien miexi sew sakemm l- amministrazzjoni tal-posta ddeċidiet li ma jistax ikun li l-MPs jibqgħu jibagħtu l-posta kif kienu qed jibagħtu mingħajr ma tkun ċerta li l- parlament iħallas għal kull envelope li jintbagħat.", "Dan huwa dritt tagħha.", "Qabel konna nimpostaw il-posta mir-raħal fejn noqogħdu.", "Konna niktbu fuq żewġ formoli kemm għandna posta, nimpostawhom f'envelopes tal-parlament bit- timbru tal-Gvern ta' Malta u tal-House of Representatives u niffirmaw il- formoli.", "Waħda minnhom nibagħtuha mal-posta u l-oħra nġibuha l-parlament biex il-posta tkun tista' titlob ħlas lill-parlament.", "Biex taċċerta ruħha li titħallas ta' kull envelope li jiġi mpostat mill-membri parlamentari, ftit xhur ilu l-posta infurzat fuq il-parlament li l-membri jridu jġibu l- posta tagħhom hawn u mbagħad il-messaġġier imur is-central mail room, jagħtihom l-ittri ta' l-MPs kollha, jgħodduhom u l-parlament iħallas għal kull envelope li jiddepożita.", "Dan fisser li b'mod pulit lill-MPs kważi qtajnilhom is-servizz tal-posta.", "Is-sitwazzjoni hi li qed ikollna parlament it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa u jekk irrid nibgħat ittra l-Ħamis, il- Ġimgħa jew is-Sibt żewġ alternattivi għandi, jew nidħol il-Belt biex nimposta ftit ittri jew inkella nħallihom għandi mill-Erbgħa filgħaxija biex inġibhom it-Tnejn filgħaxija.", "Jekk inkunu bir-recess tas-sajf, irrid noqgħod nidħol il-Belt biex inġib il-posta.", "Kieku tkun ta' darba tieħu gost tixtrilhom il-bolol u timpostahom, imma aħna kontinwament nirċievu u nibagħtu l-ittri.", "In-nies jiġu kontinwament biex nagħmlulhom xi mistoqsija parlamentari li tkun trid tibgħatha lura lill-kostitwenti.", "Ikun hemm nies li jistaqsuk xi ħaġa u tkun trid tirrispondihom billi tibagħtilhom ittra.", "Xi wħud ikollhom ilmenti ma' xi dipartiment u tkun trid tikteb f'isimhom lid-dipartiment konċernat u lilhom tibagħtilhom kopja ta' l-ittra.", "Is- servizz tal-posta huwa wieħed importanti ħafna għax huwa mezz kif aħna nistgħu nikkomunikaw mal-kostitwenti tagħna, imma b'mod pulit dan is- servizz inqata' għall-membri parlamentari.", "Minkejja l-isplużjoni li kien hawn fil-qasam tal-komunikazzjoni, għodda importanti kif il-membri parlamentari jżommu kuntatt mhux f'Malta biss imma anke barra minn Malta mal-kostitwenti tagħhom huwa li jikkomunikaw permezz tal-kitba.", "Forsi xi ħadd li ma japprezzax dan il-punt ma jifhimx dak li qed ngħid u ma jafx li aħna jkollna ammont kbir ta' ittri x'nibagħtu u ma jistax ikun noqogħdu nixtru l-bolol.", "Sfortunatament din hi s-sitwazzjoni llum, u għaddiet kważi sena u donnu ma kienx hemm rieda biżżejjed biex tissolva.", "Fis-sajf ħadt l-inizjattiva u ltqajt personalment ma' l-Onor George Hyzler – kienu preżenti żewġ uffiċjali, wieħed mill-posta u l-ieħor mill-parlament - u ħriġna b'suġġeriment fil-House Business Committee li kull MP jibqa' jimposta l-ittri tiegħu f'letter box, jimla żewġ formoli, waħda jibgħatha ma' l-ittri u jehmiżha b'rubber band biex inti tkun taf li mposta 20 envelope, u l-oħra jġibha l-parlament biex il-parlament ikollu mezz kif jiċċekkja kemm ikun bagħat ittri kull membru parlamentari.", "Jiddispjaċini ninnota li l-posta qed targumenta li ma jistax ikun li aħna nibqgħu nużaw is-sistema tal-formoli għax dak mhux kontroll biżżejjed u jista' jkun hemm min jabbuża.", "Għalija dan huwa insult għax min jabbuża mill- posta huma waħdiet u mal-waħdiet m'għandux jeħel kulħadd.", "M'ilux xi ħadd urieni chain letter li rċieva f'envelope tal-parlament.", "Kemm ili deputat, din biss rajt f'envelope tal-parlament.", "Iva, jista' jkollok envelopes tal- parlament u tgħaddihom lil xi terza persuna, imma b'dak l-argument il- ministeri, id-dipartimenti tal-gvern u l-entitajiet privati jistgħu ma jibagħtux posta mmarkata \"Gvern ta' Malta\" għax jista' jkun hemm xi ħadd li jibgħat xi valentine!", "Ikun hemm min jabbuża, imma dik l-eċċezzjoni u mhux ir-regola.", "M'għandniex naqtgħu servizz importanti bħal dan għax ikun hemm xi ħadd li jabbuża.", "Nista' ngħid li dan is-suġġeriment li kont għamilt kien hemm qbil dwaru fil-House Business Committee, iżda għal xi raġuni l- Maltapost m'aċċettatux.", "Irrid ngħid ukoll li anke l-whip ta' l-oppożizzjoni l-Onor Joe Mizzi rċieva lmenti mill-kollegi tiegħu li ma jistax ikun li biex nimpostaw ftit ittri jkollna noqogħdu niġu hawn bihom.", "Dan m'huwiex mod kif naħdmu u nżommu kuntatt mal-kostitwenti.", "Qiegħed insemmiha hawn din mhux biex inkun ħadt kwarta imma biex is-Sedja tidħol fil-każ u tipprova ssib soluzzjoni.", "Ma jistax ikun li din il-problema tibqa' tkarkar u ma tinstabx soluzzjoni.", "Il- Maltapost trid tifhem li għandha drittijiet, imma hemm bżonn li tkun flessibbli wkoll għax għandha kważi monopolju f'dan is-servizz.", "Trid tifhem ukoll li jekk tneħħi l-ministri u s-segretarji parlamentari, hawnhekk niġu qegħdin hawn 45 membru li nużaw dan is-servizz importanti.", "Nappella li ssir xi ħaġa mhux fil-bogħod għax nerġa' ngħid li mezz effettiv kif il-membri parlamentari jżommu kuntatt mal-kostitwenti huwa bil-kitba.", "L-Onor George Hyzler għamel dak kollu possibbli biex jekk jista' jkun isib soluzzjoni, imma ma nistax ngħid li jien konvint li l-Maltapost għamlu dak kollu possibbli.", "Il-Maltapost iridu jkunu ftit aktar flessibbli u nittama li l- parlament jagħmel daqsxejn iktar sforz biex insibu soluzzjoni fuq dan il- punt.", "Naħseb li hawn qbil miż-żewġ naħat għax dawn il-problemi li qamu dan l- aħħar qed jaffettwaw ħażin liż-żewġ naħat.", "Nistenna li wara li tkellimt illum, fejn qed nitlob formalment li s-Sedja tidħol f'din il-problema, tinstab soluzzjoni.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Joe Cilia.", "ONOR JOE CILIA: Mr Speaker, din il-liġi li għandna quddiemna titkellem dwar is-servizz postali.", "Qed titkellem fuq qasam li tant huwa wiesa' u mifrux bħal kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni li jagħti lok lilna lkoll biex neħduh minn aspetti differenti.", "Huwa mezz ta' komunikazzjoni li ilu magħna minn meta l-bniedem ivvinta l-kitba.", "Għalkemm ħafna drabi naraw kollox mil-lenti ta' finanzi w ekonomija, dan is-servizz, bħal ħafna affarijiet oħrajn li ġew evoluti maż-żmenijiet, fil-fatt ma twaqqafx mhux għal raġunijiet ekonomiċi imma għal raġunijiet soċjali.", "Immur għall-intervent li għamlet il-lejla l-Onor Marie Louise Coleiro fejn semmiet dan il-punt tal-ħsieb soċjali li hemm wara l-liġi.", "Ċertament huwa diffiċli li taqbad ħsieb soċjali u telimina l-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji marbuta miegħu.", "Mhux il-ħsieb tiegħi li nagħmel dan il-lejla imma tajjeb li wieħed jgħid li din il-liġi u anke l-istrutturar tagħha, bħal ħafna liġijiet oħrajn, hija bażikament intiża biex niġu in line ma' l- acquis communautaire.", "Illum pajjiżna m'għandux politika ta' għażla imma permezz tal-gvern preżenti għandu politika li torbtu f'dak li jrid jagħmel.", "Wieħed mill-aspetti li l-acquis communautaire jirriferi għalih hija l- ħtieġa li anke fil-qasam postali, jispiċċa s-servizz statali u jinħoloq l- ambjent ta' liberalizzazzjoni, b'mod li niġu in line mal-politika li tadotta l-Unjoni Ewropea.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li m'hijiex ħaġa ħażina li tħares lejn il- liberalizzazzjoni ta' ċerti servizzi li għal dawn l-aħħar snin konna nafuhom bħala monopolju assolut tal-gvern, imma rridu nkunu attenti li meta naslu għad-deċiżjonijiet li nilliberalizzaw inkunu qed nagħmlu dan b'xelta libera tagħna għax inħossu li huwa meħtieġ u mhux għax inkunu kostretti nagħmlu dan minħabba l-politika li jkun qed iħadden il-gvern tal- ġurnata li titolbu jaddotta prinċipji li ma jħallulux għażla.", "U qed ngħid proprju dan wara li flejt il-proposti tal-gvern kif inkorporati f'din il- liġi li għandna quddiemna.", "Nafu li l-gvern dan ma jħobbx jammettieh.", "Kull meta nqajmu dan l-argument, il-gvern jgħid li qegħdin jagħmlu hekk għax għandhom bżonn u mhux minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Imma r-realta` hi li trid issir bilfors mill-gvern tal-ġurnata jekk għandu l-ħsieb li jkompli bil- politika tiegħu ta' sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea.", "M'aħniex qegħdin nagħżlu li nadottaw dawn l-emendi għax bħalissa fil-pajjiż qed tinħass din il-ħtieġa imma primarjament għax kostretti bil-politika tal- Gvern tal-ġurnata li jseħibna bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Bħala punt tal-partenza rridu nżommu dan kontinwament quddiem għajnejna.", "Inkella nistgħu nitilfu l-oġġettivita`, l-argumentazzjoni u l-kapaċita` biex naraw li l-aħjar interessi huma l-ħteġijiet ta' pajjiżna u mhux dak li jiddettalna ħaddieħor.", "Il-ħsieb bażiku għandu jkun li mmorru għal liberalizzazzjoni u nħarsu lejn il-privatizzazzjoni ta' dan il-qasam.", "Pero` rridu noqogħdu attenti u ma nagħmluhiex b'mod totali li pajjiżna jitlaq hekk servizz li għalih hu tant sensittiv minn ħafna aspetti.", "Huwa sensittiv mill-aspetti soċjali li diġa` semmew diversi kelliema f'dan il-parlament u anke mill-aspett ekonomiku.", "Jien għedt li oriġinarjament il-mezz ta' komunikazzjoni tal-posta ma giex ivvintat għal raġunijiet ekonomiċi għax dawk ġew wara, imma l-ewwel għan kien il-ħsieb soċjali.", "Fl-antik dan il-kunċett soċjali li bniedem jista' jikkomunika kienet iktar bejn bliet fil-qrib bil-mezzi tat-trasport.", "L- istorja tgħallimna li d-distanzi kibru u d-dinja espandiet.", "Wieħed beda jara li s-servizz postali jista' joffri opportunitajiet mhux biss għaċ- ċittadin li jrid jikkomunika ma' familjari, ħbieb, nies fil-qasam tal- kummerċ f'pajjiżu stess u f'oħrajn, imma ħareġ il-ħsieb li anke l-aspett tal-kummerċ twieled u ġie magħġun ma' dan il-mezz ta' komunikazzjoni.", "Fil- pajjiż qed jikber il-qasam tas-servizzi u dak tal-manifattura dejjem jiċkien u biex tipprovdi s-servizz ħa jkun hemm bżonn aktar għodda, ninkludi wkoll is-self-employed, impriżi, ażjendi u retail shops.", "Għan- negozju kollu in ġenerali għandek bżonn sistema ta' komunikazzjoni effettiva u jekk il-kitba m'għandha xejn hija mezz, iswed fuq l-abjad, kif isir ħafna ftehim partikolarment fil-qasam tal-kummerċ.", "Bil-kitba jsir ftehim tan-negozju mhux biss on a local front imma internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' commitment, ordnijiet, negozjar, eċċ. Veru li jeżistu l-e-mails u metodi moderni tat-teknoloġija, pero` sal-lum meta niġu għas-si u n-no għadna nużaw il-kitba għall-aqwa ftehim.", "Meta kapijiet ta' stat jilħqu akkordju jew issir żjara minn xi kap ta' pajjiż u jidħlu fi ftehim diplomatiku ma jibagħtuhomx minn pajjiż għall- ieħor bl-e-mail jew xi kuntratt miktub fuq il-computer imma jiffirmaw dokumenti.", "Mela l-importanza tal-kitba bħala mezz ta' komunikazzjoni tibqa' f'kull livell u hija xi ħaġa indiskutibbli.", "Għalhekk ngħid li dan il-qasam huwa sensittiv ferm.", "Ħaf na drabi f'dan il-parlament ikollna nilleġislaw minħabba ċ-ċirkostanzi ad hoc kif jiġu quddiem pajjiżna, bħalma huwa l-każ ta' l-Unjoni Ewropea milli għal raġunijiet fejn nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Nitkellem fuq is-self-employed u l-mezz tal-komunikazzjoni li toffri l- posta.", "Kien hemm anke każijiet ġewwa pajjiżna fejn is-servizz postali jiġi provdut minn ċerti subpost office, per eżempju lukandi li joffru subpost office service.", "Minħabba d-dħul li jkollhom jidħlu għal dan is-servizz?", "Jekk wieħed iħares lejn id-dħul attwali li jkollhom, naħseb li hija iktar burden għalihom, bħala expenses biex iżommu is-subpost office, milli hija profitabbli.", "Pero` jibqa' l-fatt li jkunu jridu joffru s-servizz biex ikunu jistgħu jiġbdu aktar lill-klijenti tagħhom.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ikolli nwaqqfek hawn għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR JOE CILIA: Iva, se nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 8 t'Ottubru 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il- Kostituzzjoni ta' l-Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privtezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, illum xtaqt nibda l-intervent qasir tiegħi billi nagħti prosit lil Helen Mallia li bdiet paġna ġdida fit- trejdunjoniżmu Malti.", "Illum fil-ftuħ tal-kungress tal-GWU, Helen Mallia nħatret bħala l-ewwel mara uffiċjal ta' l-ikbar trade union fil-pajjiż, il- GWU.", "Minn hawnhekk irrid nagħti prosit ukoll lid-delegati tal-GWU għall- fatt li ħatru lil Helen, l-ewwel mara uffiċjal viċi-president u b'hekk għamlet storja f'pajjiżna.", "Issa xtaqt niddedika dawn il-ftit minuti li għandi għal diffikultajiet inkwetanti ħafna li jirrigwardaw l-ambjent u li qed jolqtu areas sħaħ ġewwa Ħal Qormi.", "Nibda billi nagħmel riferenza għal dak li qed jiġri f'Tal Ħandaq, area industrijali li tinsab qrib ħafna ta' area kbira mhux ħażin residenzjali.", "Hemmhekk hemm barriera - ovvjament illum m'għadhiex tintuża bħala barriera - li qed tintuża bħala scrapyard għal kwalunkwe ħaġa, jiġifieri ħadid, injam, plastic, eċċ. Fuq kollox f'din l-iscrapyard qed isir ħruq bil- konsegwenza li qed tkun affettwata bl-iktar mod ħażin l-area.", "Ta' min jgħid li biswit din il-barriera hemm diversi għelieqi – kemm saqwi kif ukoll bagħli - li sal-lum għadhom jinħadmu.", "Irrid ngħid ukoll li b'effett tal- ħruq li qed isir ġewwa din l-iscrapyard qed jinħarqu saħansitra siġar tal- frott.", "Nista' ngħid li ili sa mill-1999 nagħmel mistoqsijiet parlamentari fuq din il-famuża barriera, li fil-viċinanzi tagħha hemm anke kalkara tal- ġir, u waħda minnhom kienet proprju fil-11 ta' Awissu 1999 fejn staqsejt lill-Ministru Tonio Borg dwar jekk hemmx permess biex l-iscrapyard tkun tista' topera.", "Il-ministru weġibni li fil-fatt ma kien hemm l-ebda permess jew liċenzja biex topera u qalli biss li f'din l-iscrapyard hemm makkinarju u li s-sid ġie mitlub biex inaddaf is-sit.", "Iktar riċenti, eżattament fl-4 ta' Ġunju, għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Francis Zammit Dimech fejn tlabtu jara x'jista' jsir f'dan ir- rigward u dan qalli li kien talab lill-ispetturi tad-dipartiment tal- ħarsien ta' l-ambjent biex jinvestigaw l-ilment u li kienet se tittieħed azzjoni skond il-każ.", "Fl-istess perijodu, jiġifieri f'Ġunju ta' din is- sena, erġajt għamilt mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Tonio Borg fejn erġajt tlabtu jgħidli jekk hemmx permessi għal din l-iscrapyard u dan reġa' weġibni li m'hemmx permessi.", "Qalli wkoll li m'għandux ikun hemm ħruq fiha u li l-awtorita' se tinvestiga u fejn jirriżulta li jkun hemm ksur ta' liġi jittieħdu l-passi neċessarji skond l-Att ta' l-1992 dwar l-Ippjanar.", "Il- ministru qalli wkoll li kienu ġew informati l-pulizija.", "Jien naf li l- pulizija ħadu azzjoni imma f'dawn it-tip ta' każi l-pulizija huma limitati dwar x'jistgħu jagħmlu.", "X'għamlet l-awtorita' sal-lum għadni ma nafx, pero' l-informazzjoni li għandi hija kompletament bil-maqlub.", "Mr Speaker, fis-27 ta' Awissu ta' din is-sena erġajt għamilt mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Tonio Borg li reġa' weġibni li l-materjal permessibbli li jintefa' f'barrieri ta' din il-kwalita' huwa biss it- terrapin.", "Qalli wkoll li l-monitoring ta' din it-tip ta' attivita' jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-EPD li flimkien ma' l-awtorita' ta' l- ippjanar u l-water services corporation jaraw li l-kundizzjonijiet tal- permessi jiġu rispettati l-aktar minħabba l-ilma tal-pjan.", "Ta' min jgħid li jien dejjem qed nikkwota minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt jien stess.", "Fis-27 ta' Awissu ta' din is-sena erġajt għamilt mistoqsija oħra lill-Onor.", "Tonio Borg fuq l-istess scrapyard fejn dan qalli li huwa nformat li m'hu rrekordjat l-ebda permess li ngħata mill-awtorita' lil din l- imsemmija scrapyard.", "Wara din is-sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari li għamilt lil żewġ ministri differenti u li kull darba kkonfermaw li m'hemmx permessi biex ikun hemm scrapyard ta' din ix-xorta fl-area ta' Tal Ħandaq ġewwa Ħal Qormi - u saħansitra ġie spjegat anke fit-tweġiba tal-Ministru Tonio Borg x'tip ta' affarijiet jistgħu jintefgħu fil-barrieri, jiġifieri terrapien biss - nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' ritratti li ttieħdu madwar għaxart ijiem ilu li juru x'hemm f'din l-iscrapyard.", "Minn dawn ir- ritratti wieħed jista' jinnota li apparti t-terrapien, hemm ħadid, plastic u anke njam.", "Dawn ir-ritratti jindikaw ukoll li qed isir anke ħruq f'din l- iscrapyard, u għalhekk jien nappella li jittieħdu l-passi neċessarji.", "Il- ħruq li qed isir u l-ħmieġ li qed jitwaddab f'din l-iscrapyard qed iħalli effett mhux biss fuq l-għelieqi tal-madwar, a skapitu tal-bdiewa li jaħdmuhom, imma anke fuq l-arja li qed titniġġeż u qed tolqot bl-ikraħ l- area residenzjali li hemm fil-qrib.", "Issa fl-istess area hemm ukoll kalkara tal-ġir li minn mistoqsijiet parlametari li għamilt jirriżulta li din qed taħdem bil-permess.", "Jien tlabt li jsiru investigazzjonijiet dwar l-emissions li joħorġu fl-arja għax dawn qed jolqtu areas residenzjali, apparti l-fatt li f'din l-area industrijali jaħdmu għadd ta' persuni li huma wkoll jieħdu n-nifs mill-arja u li allura qed ikunu affettwati ħażin b'tinġis ikkawżat minn din il- kalkara tal-ġir.", "M'inix qed ngħid li din l-industrija għandha tinqata', imma llum hawn mezzi moderni kif emissions bħal dawn jiġu minimizzati ħalli ma jkunux ta' detriment għan-nies.", "Għalhekk jien ninsisti biex jittieħdu l- passi meħtieġa għaliex ma jien sodisfatta xejn bit-tweġibiet li ngħatajt.", "S'issa ħadd u qatt għadu ma qal li, per eżempju, sar xi air pollution test ġewwa l-area ta' Ħal Qormi.", "Illum nafu li Ħal Qormi tant sar post industrijali li iktar qisu industrial estate milli post residenzjali.", "Fil- fatt madwar xi sena u nofs ilu għamilt mistoqsija parlamentari speċifika lill-Onor.", "Josef Bonnici dwar emissions ġejjin mill-power station li jistgħu jolqtu ħażin lil Ħal Qormi.", "Niftakar li staqsejtu wkoll jekk qatt sarux xi testijiet ta' l-arja.", "Dan weġibna li fil-fatt qatt ma kienu saru testijiet.", "Jien nimmaġina li dawn it-tweġibiet m'humiex konklussivi u għalhekk nappella lill-gvern biex jieħu l-azzjoni meħtieġa ħalli jiġu minimizzati kemm jista' dawn l-affarijiet li qed jikkawżaw problemi ta' saħħa kemm lill-ħaddiema li jaħdmu fl-industrija u fil-ħwienet tax-xogħol t'hemmhekk kif ukoll lir-residenti ta' dik l-area.", "Mr Speaker, fl-istess area, jew ftit 'il bogħod minnha, hemm kalkara tal- ġir oħra – din tiġi fil-wied ta' Ħal Qormi – li qed tolqot ħażin lir- residenti ta' l-area magħrufa bħala Tal Ħandaq u lir-residenti tal-housing estate ta' Farsina u l-akwata.", "Jien kont għamilt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari u permezz tat-tweġibiet li ngħatajt ġejt informata li fil-fatt ma jirriżultawx irregolaritajiet.", "Kont semmejt ukoll li ġieli sar anke ħruq ta' tyres li bla dubju ta' xejn joħloq tinġis fl-arja pero' għalkemm fix-xhur li għaddew ressaqt mistoqsijiet parlamentari t-tweġibiet li ngħatajt ma kienu sodisfaċenti xejn għaliex dan it-tinġis għadu għaddej.", "Again, jien m'inix qed ngħid li dawn l-industriji għandhom jispiċċaw, imma llum jeżistu mezzi moderni kif l-emissions minn dawn l-industriji jistgħu jiġu minimizzati kważi għal kollox.", "Fl-istess area, jiġifieri fl-area ta' Farsina, hemm laundry li again għandha bżonn li ċ-ċmieni tagħha jiġu rranġati b'tali mod li ma jwaddbux emissions fl-arja li wkoll qed jaffettwaw area enormi minn Ħal Qormi.", "Mr Speaker, l-aħħar punt tiegħi huwa dwar area semi-industrijali ġewwa Ħal Qormi fejn jgħixu wkoll ħafna residenti.", "Qed nirriferi għall-area ta' Triq il-Kaċċatur, Triq in-Nassab u l-akwata.", "F'din l-area ħafna residenti joqogħdu f'maisonettes fil-first floor u taħthom hemm numru ta' warehouses.", "Ħafna minn dawn il-warehouses ma jintużawx biss bħala stores imma huma garaxxijiet u ħwienet tax-xogħol.", "Nirrepeti, jien m'inix qed ngħid li dawn għandhom jieqfu jaħdmu imma aħna qed ngħidu biss li għandu jkun hemm regolamentazzjoni u policy adattata għal dawn l-areas semi- industrijali għaliex li jkollhom ħażniet ta' tossiċi.", "Sfortunatament ftit tax-xhur ilu kellna kważi traġedja f'Ħal Qormi meta warehouse mimlija żebgħa u sustanzi flammable ħadet in-nar bil-konsegwenza li anke r-residenza ta' fuq il-warehouse waqgħet u kellha terġa' tinbena mill-ġdid.", "Nirringrazzjaw lil Alla li ħadd ma weġġa' jew miet dakinhar, pero' sal-lum għadna ma nafux jekk fil-fatt f'dawn il-warehouses humiex qed jiżammu ħażniet ta' tossiċi jew sustanzi perikolużi li jistgħu jikkreaw traġedji jew inċidenti ta' din ix-xorta.", "Dawn apparti l-fatt li anke jekk ma jiġrux dawn l-affarijiet – u Alla jħares jiġru - it-tip ta' xogħol li jsir fihom jikkawża perikli ta' emissions li joħorġu fl-arja b'detriment għas-saħħa tan-nies.", "Dan biex ma nsemmix li areas sħaħ ġewwa Ħal Qormi, partikolarment f'din l- area li kif diġa' għedt hija semi-industrijali, mhux minn dawn ir-riskji biss qed ibatu imma qed ibatu minn inkonvenjent u pollution kemm tat- traffiku kif ukoll noise pollution.", "Mhux biżżejjed li niġu f'dan il- parlament u ngħaddu liġijiet biex ikollna awtorita' ta' l-ambjent imma jrid ikollna policies ċari li verament ikunu qed jindirizzaw dawn il-problemi li qed jolqtu mijiet u eluf ta' familji.", "Nagħmilha ċara li m'inix qed ngħid - biex ħadd ma jinterpretani ħażin – li għandhom jingħalqu dawn il- ħwienet tax-xogħol, imma qed ngħid li għandu jkun hemm rikonċiljazzjoni - ħalli ngħidilha hekk - bejn l-interessi u saħħet ir-residenti u saħħet il- ħaddiema li jaħdmu f'dawk il-ħwienet, ma' dik li hija industrija u ma' dawk li huma interessi ta' l-entita' kummerċjali.", "Nappella lill-gvern biex jittieħdu l-passi li hemm bżonn ħalli kemm jista' jkun malajr jinstabu mezzi li jassiguraw saħħet ir-residenti ta' dik l-area u saħħet il-ħaddiema li jaħdmu f'dawk il-ħwienet kif ukoll jassiguraw l- interessi ta' l-entitajiet kummerċjali ħalli b'hekk ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu, pero' mingħajr perikli żejda għan-nies tal-madwar.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Coleiro tpoġġi xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, ġibduli l-attenzjoni li f'xi gazzetta lokali deher artiklu li min kitbu qal li xi membri parlamentari ma attendewx għad-debate dwar l-impeachment ta' l-Imħallef Depasquale għax ippreferew li jibqgħu d-dar u għaliex beżgħu jiġu hawnhekk.", "Għar-record nixtieq niddikjara li jien ma kontx preżenti għaliex, kif taf is-Sinjorija Tiegħek, kont imsiefer.", "Kieku ma kontx imsiefer żgur li kont niġi u kont nagħti s-sehem tiegħi f'dak id-dibattitu.", "Ikun aħjar kieku l-kontributuri tal-gazzetti, li jippretendu li huma serji, qabel jaqbdu u jħarbxu l- artikli tagħhom jiċċekkjaw u jivverifikaw l-affarijiet sewwa.", "Mr Speaker, illum xtaqt nitkellem ftit fuq dak li qed jiġi rrapportat li qed jgħid il-Ministru Censu Galea dwar ix-xogħol li qed isir bħalissa fuq it-toroq.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat kull meta tkellem il-ministru dejjem għamel enfasi li l-gvern bħalissa qed jonfoq madwar Lm15 miljun fuq it- toroq.", "Meta semma din iċ-ċifra l-ewwel darba ma tantx tajt kasha, imma din iċ-ċifra reġa' rrepetiha u għalhekk naħseb li jkun xieraq li wieħed jistaqsi għal ċerta spjegazzjoni.", "Jekk wieħed jara l-budget għal din is- sena fejn jidħol id-dipartiment tat-toroq, isib li ċ-ċifra li suppost għandha tintnefaq f'xogħlijiet f'toroq matul din is-sena hija ta' Lm6.5 miljun u mhux Lm15 miljun.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif il-ministru qed jgħid li din is-sena qed jagħmel proġetti li jqumu Lm15 miljun meta fil- budget għandu vvotati Lm6.5.", "Dan ikompli jħassibni meta din il-ġimgħa fil- gazzetta tal-gvern ġew pubblikati ċ-ċifri kemm attwalment nefqu d- dipartimenti tal-gvern bejn Jannar u Awissu.", "Hawnhekk insibu li l-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni nefaq Lm3.8 miljun.", "Issa din iċ-ċifra ma naħsibx li hija kollha fuq toroq, imma anke jekk ngħidu li hija kważi kollha fuq toroq, pero' xorta hija 'l bogħod ħafna miċ- ċifra ta' Lm15 miljun li l-ministru qed jiftaħar li qed jonfoq.", "Din lili tinkwetani għaliex jew il-ministru se jagħmel xi miraklu bħal tal-ħobża u tal-ħuta jew inkella se jagħmel xi waħda bħalma għamel ex-ministru kollega tiegħu Nazzjonalista qabel l-1996 meta beda jonfoq bl-amment fuq it-toroq mingħajr ma kellu budget, inbidel il-gvern fl-1996 u meta tlajna aħna fil- gvern sibna Lm12 miljun dejn li kien sar fuq toroq li ma kenux budgeted.", "Bl-argumenti li qed jagħmel bħalissa l-ministru, din hi l-unika spjegazzjoni li tista' tagħti, jekk qed jgħid il-verita' u mhux nofs veritajiet, u se ngħid għaliex naħseb hekk.", "Jekk il-ministru qed jgħid il- verita', jiġifieri li din is-sena se jonfoq Lm15 miljun fuq toroq, jien nitolbu jagħti breakdown fejn qed jonfoqhom dawn il-flus u minn fejn qed iġibhom għaliex fil-budget m'għandux ivvotat dawn il-flus.", "Fil-budget Lm6.5 miljun biss hemm ivvotati, mela allura minn fejn qed iġġibhom il-flus li qed jgħid li qed jonfoq?", "Imbagħad il-Ministru Galea għadda biex jgħid liema huma l-proġetti li qed jagħmel b'dawn il-flus u dejjem isemmi l-istess erba' jew ħames toroq.", "Isemmi t-triq ta' Burmarrad - triq li għadha kif inbdiet - isemmi l-bypass tal-Mosta, isemmi t-triq li tagħti għall-Iklin u jsemmi toroq li huma mibdijin diġa', bħal Psaila Street ġewwa Birkirkara, it-triq ta' Ħal Far u Qormi Road li għall-grazzja t'Alla llum hija lesta.", "Imma jekk tgħodd dawn it-toroq kollha flimkien ma jagħmlux il-Lm15 miljun li qed isemmi għax ras għal ras kull triq tiswa xi Lm1 miljun jew Lm1.5 miljun.", "Fejn huma t-toroq li qed isiru u li jqumu Lm15 miljun?", "Jien ma rridx niġi nterpretat li qed ngħid li f'dan il-pajjiż m'għandniex nonfqu dawn il-flus.", "Dażgur li għandna nonfquhom, imma biex tonfoqhom l-ewwelnett irid ikollok proġetti reali fejn tonfoqhom u mhux tivvinta.", "It-tieni ħaġa jrid ikollok budget għalihom.", "Nerġa' ngħid li fil-budget ta' din is-sena l-ministeru m'għandux dawn il-flus ivvotati u għalhekk nippretendi li l-ministru jiġi hawn u jagħti breakdown dettaljat dwar kif qed jintnefqu dawn il-Lm15 miljun.", "Punt ieħor li jħobb isemmi l-Ministru Galea huwa li issa x-xogħlijiet qed nagħmluhom kif suppost u skond standards Ewropej.", "Issa ħalliha li l-kliem \"skond standards Ewropej\" huma l-buzzwords il-ġodda, imma jien ngħidlu li t-toroq ta' Malta mhux issa qed isiru skond standards Ewropej.", "It-toroq ta' Malta bdew isiru skond standards Ewropej meta tela l-Partit Laburista fil-gvern fl-1996 u ġab esperti Ġermaniżi u beda jagħmel it-toroq b'mod serju.", "Minn dakinhar bdew isiru kif suppost it-toroq.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi wkoll jekk skond standards Ewropej ifissirx li tagħmel ħmerija bħalma saret quddiem l-Isptar Monte Carmeli meta saret traffic island ikbar mit-triq.", "Fuq din it-traffic island f'nofs it-triq jista' jillendja helicopter!", "Dak hu l-istandard Ewropej?", "Standards Ewropej ifisser li tagħmel water culverts bħalma saru ġewwa Valletta Road il-Mosta, u mbagħad timblokkahom għaliex ma tafx ma' fejn se tqabbadhom?", "Tajba din!", "Mela l- ewwel tagħmel sistema biex tilqa' għall-ilma, imbagħad timblokka l-istess sistema biex ma tilqax l-ilma għax ma tkunx taf fejn se jmur l-ilma.", "L- istess problema seħħet fi Psaila Street.", "L-ewwel saru l-culverts u meta staqsejt fejn se jmur l-ilma tal-culverts it-tweġiba kienet li fuq l- Imsida.", "Inkella skond standards Ewropej meta tagħmel Mdina Road, Ħal Qormi - int u nieżel min-naħa tal-Coca biex inkunu nafu għal liema fergħa qed nirriferi – din għandek tagħmilha mingħajr ma tibdel is-sistema tad- drenaġġ, meta s-sistema hija waħda mill-iktar antiki li għandna f'Malta u aktar u aktar meta taf li hija sistema kollassata?", "Tagħmel dak ix-xogħol kollu u ma tibdilx is-sistema tad-drenaġġ?", "Hekk isiru l-affarijiet skond standards Ewropej?", "Jew l-istandards Ewropej ifissru li kull triq li għandna f'Malta ser ndejquha, bħalma dejjaqna Psaila Street?", "J'Alla jintneqfu l-flus fuq it-toroq, u hemm bżonn li jiġu nvestiti flus fuq it- toroq, imma rridu ninvestu bis-serjeta'.", "Irridu l-ewwel nagħmlu budgeting u programm serju, u naraw li l-flus jintnefqu b'mod li jagħtu riżultati għat-tul.", "Mr Speaker, issa xtaqt nitkellem fuq żewġ toroq partikolari.", "Waqt diskussjoni politika li saret f'każin Nazzjonalista nhar il-Ħadd li għadda ssemmiet Hompesch Road ġewwa l-Fgura.", "Id-dipartiment tat-toroq ilu jgħid li se jagħmel din it-triq.", "Suppost li kellu jagħmilha s-sena li għaddiet u issa qed jitħajjar jagħmilha din is-sena.", "Pero' minkejja l-ħafna paroli li qed jgħid il-gvern kulma hemm budgeted għal din it-triq huma Lm100,000 li fil-fatt hija ċifra żgħira wisq għax-xogħol li jrid isir.", "Issa d- dipartiment tat-toroq irid li dik it-triq iħalliha kif inhi, jiġifieri bħalissa hija two-way u tibqa' two-way.", "Il-kunsill lokali tal-Fgura qed jgħid li din it-triq għandha bżonn tiġi upgraded għaliex hija fi stat ħażin ħafna - fil-fatt il-kunsill ilu ħafna snin, anke meta kont ministru jien, jinsisti li Hompesch Road tiġi rranġata billi tinqala' u tinbena mill-ġdid - imma qed jgħid ukoll li f'dawn l-aħħar xhur għamel studju ta' l-inċidenza tal-mard respiratorju fil-Fgura u sab li l-aktar post li għandu perċentaġġ għoli ta' mard respiratorju f'Malta – bħal, per eżempju, l-asthma – huwa proprju l-Fgura.", "F'dan ir-rapport - li hu rapport mediku - ġie konkluż ukoll li waħda mir-raġunijiet għalfejn hemm dan il-mard respiratorju kollu ġewwa l-Fgura hija minħabba l-ammont ta' traffiku li jgħaddi min-nofs tal- Fgura u għalhekk il-kunsill lokali qed jgħid li għandna naraw x'se nagħmlu biex jekk jista' jkun niskariġġu t-traffiku milli jgħaddi minn ġol-Fgura fl- ammonti li qed jgħaddi llum u nressquh iktar lejn il-periferija tar-raħal.", "Il-kunsill qal ukoll li din hija xi ħaġa li rridu nagħtu kasha meta qed nagħmlu t-toroq ġewwa l-Fgura.", "It-tieni ħaġa li qal il-kunsill lokali tal-Fgura hija, li dan ir-raħal li għadu qed jiżviluppa, kiber b'mod enormi f'dawn l-aħħar snin, bħal ħafna rħula oħrajn ġodda b'mod organiku u mhux b'mod ippjanat, u kiber b'mod li m'għandux ċentru.", "Normalment aħna nassoċjaw il-focus ta' raħal mal-pjazza ta' quddiem il-knisja, imma fil-Fgura la għandhom pjazza quddiem il-knisja u lanqas għandhom post fejn jiltaqgħu n-nies u fejn tista' ssir xi attivita' soċjali.", "Fil-Fgura m'hemm xejn minn dawn l-affarijiet u għalhekk qed jgħidu li x'imkien viċin tal-knisja tinħoloq area, jew pjazza, li tista' sservi għan-nies tar-raħal.", "Il-kunsill qal li issa kif se ssir Hompesch Road nistgħu nilħqu dawn l-għanijiet billi niżvijaw ftit it-traffiku biex innaqqsu ftit mill-ammont ta' tinġis li qed joħloq meta jgħaddi t-traffiku miċ-ċentru u fl-istess ħin inkunu qed nikkalmaw ftit it- traffiku ħalli jippermettilna noħolqu ċentru fejn jistgħu jiltaqgħu ċ- ċittadini tal-Fgura.", "Hawn qed nitkellmu fuq 100 metru u mhux fuq it-triq kollha imma b'danakollu ħareġ il-Ministru Galea jgħajjarhom - u issa anke l- viċi prim ministru - li qed itellfu l-gvern fix-xogħol li qed jagħmel.", "Dan m'hu veru xejn.", "L-ewwelnett irrid infakkar lill-ministru li Hompesch Road m'hijiex fir-responsabbilta' tiegħu imma tal-kunsill lokali u allura bilfors li jrid jiftiehem mal-kunsill lokal jekk irid iwettaq xi xogħol fuqha.", "Mr Speaker, jien niftakar li meta gvern Laburista ried jagħmel xi xogħol ġewwa l-Mosta l-kunsill lokali ta' hemmhekk kien oppona u qal li dan ix- xogħol huwa fir-responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Dakinhar il-kunsill lokali Nazzjonalista tal-Mosta qal lill-gvern li mhux se jippermettulu jagħmel ix-xogħol.", "Dakinhar il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni, b'Dr Fenech Adami b'kollox, mar jipprotesta fiċ-ċentru tal-Mosta, jiddendel ma' l-iljun t'hemmhekk u kollox u jgħidu li mhux se jħalluna nagħmlu x-xogħol għaliex ma konniex demokratiċi, konna qed naqbżu l-kunsill u ma konniex qed nagħtu kas.", "Araw issa għaliex il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel l- istess ħaġa fil-Fgura u jrid jaqbeż il-kunsill tal-Fgura issa dawn mhux m'għadhomx demokratiċi, imma issa l-kunsill qed itellef il-progress tal- gvern!", "Hekk qed jirraġunaw issa.", "Dan juri l-faċċoliżmu u l-ipokresija politika tal-Partit Nazzjonalista.", "Meta jkun fl-oppożizzjoni jakkuża b'nuqqas ta' demokrazija u issa li qiegħed fil-gvern l-istess każ m'għadux nuqqas ta' demokrazija, imma sar li l-kunsill lokali jrid itellef il- progress li jrid jagħmel il-gvern.", "Dan m'hu veru xejn.", "Jien nappella lill- Ministru Ċensu Galea biex minflok jinħela ma' pika għal xejn b'xejn mal- kunsill lokali ta' Fgura, joqgħod bilqiegħda magħhom u jiddiskuti għax fl- aħħar mill-aħħar l-affarijet li jridu jagħmlu - jien naf għaliex jien konsulent tal-kunsill lokali fuq il-proġett tal-Fgura – m'humiex xi affarijiet kbar.", "Jien jidhirli li bħala triq li hija fir-responsabbilta' tal-kunsill lokali, il-kunsill lokali għandu jkollu dritt fuq dak li jrid jagħmel.", "Punt żgħir ieħor li rrid insemmi huwa fuq xi ħaġa li ġrat nhar it-Tnejn li għaddew meta l-Ministru Ċensu Galea, flimkien ma' xi kunsilliera mill- kunsill lokali tar-Rabat iddeċidew li parti minn Triq Ġorġ Borg Olivier fir- Rabat issir one-way.", "Biex nifthiemu Triq Ġorġ Borg Olivier hija dik it- triq li mis-Saqqajja tieħdok lejn il-Buskett.", "Din it-triq ma sservix biss għan-nies tar-Rabat imma sservi l-aktar għan-nies li joqogħdu Ħad-Dingli, il-Buskett, f'Tal-Virtu' u f'dawk in-naħat.", "Mela dan ifisser li tista' tmur lejn il-Buskett f'direzzjoni waħda imma meta tkun ġej lura trid tgħaddi proprju miċ-ċentru tar-Rabat, minn fejn il-knisja.", "Jien ma nafx ta' min kienet din l-idea brillanti għax safejn naf jien it-traffiku m'għandekx tgħaddih miċ-ċentru urban tar-raħal, mill-village centre, imma trid tipprova tevita u tikkalma t-traffiku fiċ-ċentru tar-raħal.", "Jien nifhem għaliex sar hekk.", "Veru li Triq Ġorġ Borg Olivier hija dejqa u diffikultuża meta tiltaqa' ma' xi char-a-banc li tkun ġejja lejk, imma biex tgħaxxaqha x-char-a-banc ħallewhom jgħaddu ż-żewġ naħat u l-karozzi ż-żgħar biss dawru.", "Ovvjament jekk se tħalli x-char-a-banc jgħaddu miż-żewġ naħat il-problema xorta se tibqa'.", "Apparti minn hekk, permezz tas-soluzzjoni li ħarġu biha, cioe' li Triq Ġorġ Borg Olivier se ssir one-way, min ikun ġej min-naħa ta' Ħad-Dingli ma jistax jibqa' għaddej minnha u se jkollu jieħu dawra kbira.", "Dan jgħodd ukoll għan-nies li joqogħdu Ħad-Dingli, f'Tal-Virtu' u l-Buskett.", "Tawwalnilhom it-triq b'ma nafx kemm, apparti li ddevjajnihom biex jgħaddu miċ-ċentru tar-raħal.", "Jien jidhirli li din m'hijiex soluzzjoni tajba għall- problema ta' din it-triq.", "Filwaqt li nifhem il-problema li teżisti, għax veru li din it-triq hija dejqa u li għandu jsir xi ħaġa biex it-traffiku ta' hemmhekk jiġi kkalmat ħalli ma jinħolqux it-traffic jams li ġieli jinħolqu, ma naħsibx li s-soluzzjoni proposta u li qed tiġi implimentata hija waħda tajba u nappella biex anke f'dan il-każ nerġgħu nħarsu lejn dak li ġie implimentat u naraw jekk nistgħux insibu soluzzjoni differenti li ma toħloq inkonvenjent lil ħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 8 ta' Ottubru 2001 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "LIXKA IMPORTATA", "28151.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita tal-lixka importata matul dawn l-aħħar snin sena b' sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd. impurtat 17-il container fis-sena lixka mill-1998 'l hawn, minbarra fis-sena 2000 fejn l-importazzjoni kienet ta' 28 container.", "Din is-sena l- importazzjoni laħqet s'issa 17-il container.", "ĠARR TA' L-ILMA", "28218.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal- ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-Biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nxtara l-ebda bowser ġdid f'dawn l-aħħar tliet snin.", "BOWZERS", "28219.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' bowzers tal- ġarr ta' l-ilma ġodda li xtara d-Dipartiment tal-biedja matul dawn l-aħħar tlett snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28218.", "SEZZJONI TA' L-AGRIKULTURA", "28220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema u uffiċjali li żdiedu fis-sezzjoni ta' l-Agrikultura mill-5 ta' Settembru tal-1998 l-hawn?", "Huwa l-ħsieb tal-Ministeru li jżid n-numru ta' ħaddiema f'din is-sezzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum kienu ngaġġati 80 bejn ħaddiema u uffiċjali mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura/Dipartiment għas- Saħħa tal-Pjanti.", "Il-maġġoranza ġew minn dipartimenti oħra tal-Gvern.", "Bħal f'kull każ ieħor, in-numru ta' ħaddiema f'dan id-Dipartiment jista' jiżdied skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Iżda tajjeb jingħad ukoll li r- riżorsi umani jistgħu jissaħħu mingħajr il-ħtieġa ta' żieda fin-numru ta' impjegati.", "KOLONJI TAN-NAĦAL", "28221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huma numru ta' kolonji tan- naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikultura fil-preżent?", "Kemm kien in- numru ta' kolonji għas-snin preċedenti sena b'sena għall-dawn l-aħħar 10 snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li fil-preżent in-numru ta' kolonji tan- naħal li għandu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura huwa ta' 58.", "In-numru ta' kolonji jitla' u jinżel minħabba li jew għax ikun hemm bejgħ jew għoti ta' frieħ tan-naħal minħabba mard ta' l-istess naħal jew għal raġunijiet oħra.", "Awissu huwa l-bidu tas-sena tan-naħal (lean period) u għaldaqstant qed jingħataw iċ-ċifri għal dan ix-xahar tas-sena.", "|Awissu |10 frieħ (wara li | |1992 |feġġet il-Varroa) | |Awissu |86 frieħ (il-gvern | |1993 |xtara ta' New Zealand)| |Awissu |140 frieħ (minn dawn | |1994 |tqassmu lill-bdiewa | | |għad-dakra) | |Awissu |121 frieħ | |1995 | | |Awissu |158 frieħ | |1996 | | |Awissu |76 frieħ | |1997 | | |Awissu |16 frieħ | |1998 | | |Awissu |56 frieħ | |1999 | | |Awissu |106 frieħ | |2000 | | |Awissu |58 frieħ | |2001 | |", "Ta' min isemmi li d-Dipartiment jgħin lill-bdiewa billi jislifhom frieħ biex idakkru.", "Meta dawn jinġabru lura, ma jkunux fl-istess stat jew aħjar min meta ngħataw.", "SKEJJEL PRIMARJI", "28367.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fl-iskejjel primarji statali kollha ta' Malta u Għawdex, skola bi skola, klassi bi klassi, fejn hemm għalliema nieqsa peress li fl-ewwel jiem tas-sena skolastika saru lmenti li t-tfal ma kellhomx min jgħallimhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li hemm nuqqas ta' għalliema fil-Primarja.", "STUDENTI - SKEJJEL GĦAWDXIN", "28368.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti Għawdxin biex jidħlu f' istituzzjonijiet post-sekondarji Għawdxin?", "Kemm f' kull istituzzjoni?", "Kemm ġew aċċettati u f' liema suġġetti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "KUNSILL MALTI - XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "28372.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 28180?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-aħħar tlett snin, il-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija (MCST) impjega lil dawn il-persuni:", "|Mr Edmond |Assistant |full-t| |Buhagiar |Executive |ime | |Mr Michael |Assistant |full-t| |Refalo |Executive |ime | |Ms Nadine |Assistant |full-t| |Cauchi |Executive |ime | |Mr Wilfred |Chief |full-t| |Kenely |Executive |ime | | |Officer | |", "Informat li mhix il-prattika li kopja tal-kuntratt titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba n-natura konfidenzjali ta' dan id-dokument.", "GĦAMARA", "28373.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28197?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba għall-Misotqsija Parlamentari Numru 28187 stante xogħol ieħor li hu aktar urġenti fil-Kulleġġ.", "GĦALLIEMA", "28376.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija 28183?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "INKJESTI PENDENTI", "28408.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inkjesta hemm pendenti quddiem Maġistrati inkwirenti?", "Kemm ilhom li nfetħu dawn l-inkjesti?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.", "MCAST", "28411.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "28227?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba diġa' mogħtija stante xogħol ieħor tal-Kulleġġ li hu aktar urġenti."]} {"filename": "20000724_357d_par.doc", "date": "2000-07-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 357 It-Tnejn, 24 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 357", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "357", "It-Tnejn, 24 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 598", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 598", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (L-EWWEL QARI) 603 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' KONVENZJONIJIET TA' PROĊEDURI LEGALI (L-EWWEL QARI) 604", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REFUĠJATI (IT-TIELET QARI) REFUGEES BILL (THIRD READING) 604 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (IT-TIELET QARI) MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 605 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU (IT-TIELET QARI) PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 605 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT (IT-TIELET QARI) MALTA CRAFTS COUNCIL BILL (THIRD READING) 606 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (IT-TIENI QARI) MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (SECOND READING) 606 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA (IT-TIENI QARI) 619 MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL (SECOND READING) 619", "AĠĠORNAMENT 629", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 633", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 356 li saret fil-21 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "QORTI - ĠURIJIET PENDENTI", "17507.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq qtil u attentati ta' qtil?", "Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija akkużati f'dawn il-ġurijiet?", "Kemm minn dawn ġew appuntati?", "Kemm ilu l-aktar ġuri jistenna biex isir?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nista' ngħid li hemm 11-il ġuri fuq qtil li huma pendenti u sitta minnhom ġew appuntati; hemm għaxar kawżi fuq attentati ta' qtil u ħamsa minnhom ġew appuntati; hemm żewġ persuni ta' nazzjonalita barranija dwar ġurijiet fuq qtil; u nista' ngħid li m'hemmx persuni ta` nazzjonalita` barranija akkużati b`attentat ta` qtil.", "Il-ġuri fuq l-aktar qtil li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l-akkuża daħal fir-reġistru tal-qorti kriminali fl-1992.", "Il-ġuri fuq l- aktar attentat ta` qtil li ilu jistenna biex isir huwa dak li l-att ta` l- akkuża daħal fir-reġistru tal-qorti kriminali fl-1996.", "KUNSILL LOKALI - ĦAL TARXIEN", "18036.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huma maħsuba li se jkopru l-fondi li ngħataw lill-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien minn fondi għall-assoċjazzjonijiet sportivi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li kienet saret talba għall-għajnuna mill-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien sabiex jiġi rranġat Ġnien Joanne, li kien fi stat ta' abbandun.", "Peress li dan il-ġnien huwa ċentru ta' rikreazzjoni għall-komunita` u ż-żgħażagħ ta' madwar, is-segretarjat parlamentari intervjena mal-ministeru ta' l-ambjent u flimkien mal-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien, ix-xogħol neċessarju inqasam bejn dawn it-tliet entitajiet.", "L-ispiża tas-segretarjat parlamentari kienet ta' Lm4,520.", "Ta' min jgħid li l-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien kien beda taħditiet sabiex tiġi ffurmata għaqda sportiva lokali li tkun tiġbor fiha l-għaqdiet sportivi kollha tal-lokal.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ħalli nerġa' mmur lura għall-mistoqsija li għamilt il-ġimgħa l-oħra dwar il-ground tal-football tax-Xgħajra.", "Is- Segretarju Parlamentari jirriżultalu li l-periklu li hemm f'dan il-ground ġie kkaġunat minn dawk il-persuni li bnew biswit?", "Jaf li dik l-art kienet indikata biex hemmhekk jinbena sports complex u fil-fatt kienet anke saret rakkmandazzjoni lill-President tar-Repubblika biex tkun tista' ssir l- esproprjazzjoni neċessarja?", "Jaf li mbagħad saret talba oħra lill-President biex dak il-bini jingħata lil sid l-art?", "Jaf is-Segretarju Parlamentari li min hu responsabbli minn dan il-bini huwa l-istess bniedem li ħareġ għall-kunsill lokali tax-Xgħajra fi ħdan il- Partit Nazzjonalista?", "Ittieħdu xi passi kontra din il-persuna min-naħa tal- ministeru jew mill-awtorita'?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Jien m'iniex informat dwar id-dettalji li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, pero' nista' ngħid li qegħdin niġbru l-biċċiet kollha ta' l-istorja biex naraw kif nistgħu nintervjenu.", "MELLIEĦA - RESCUE OPERATION", "18037.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Meta rċeviet l-ewwel rapport il-pulizija u ġiet informata li kien waqa' żagħżugħ fl-aħrax tal-Mellieħa fil-lejl ta' bejn is-7 u t-8 ta' Lulju, 2000?", "Kemm ħadet il-pulizija biex marret fuq il-post bl-apparat meħtieġ biex jittella' ż-żagħżugħ?", "Fil-ħidma biex itellgħuh, itteħdu l-passi kollha kif suppost f'sitwazzjoni bħal dik?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li kien għal ħabta ta` 4.35 a.m. ta' nhar is-Sibt 8 ta` Lulju, 2000 li sar ir-rapport permezz ta` telefonata lill-kwartieri ġenerali tal-pulizija dwar l-inċident li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Immedjatament wara li daħlet din it-telefonata ġew informati d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, l- armata, il-pulizija tad-distrett, dawk tal-mobile u bdiet l-operazzjoni ta` salvataġġ.", "Ninsab informat ukoll li għal dak li jirrigwardja d-dipartiment tal- protezzjoni ċivili, l-ewwel sejħa għal għajnuna li daħlet fil-fire station tad-dipartiment tax-Xemxija kienet għal ħabta tal-4.45 a.m. Il-membri tal- protezzjoni ċivili waslu fuq il-post għal ħabta tal-5.00 a.m., jiġifieri madwar ħmistax-il minuta wara li daħlet is-sejħa.", "Bħalma jiġri f`każi oħra simili, ittieħdu l-passi kollha neċessarji, inkluż l-użu tal-helicopter - għalkemm dan ta` l-aħħar ma setax jopera minħabba diffikultajiet topografiċi - sabiex jittella` l-kadavru tal- vittma.", "ETC - REĠISTRAZZJONI", "18038.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-livell skolastiku primarju, sekondarju, post sekondarju u terzjarju, skond l-etajiet u s- sess differenti ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba.", "SKEJJEL - TRACER STUDY", "18039.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' jsir tracer study biex nesploraw kif marru l-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-junior lyceum fl-1995 meta ġew biex jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2000 fis-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Matematika?", "Xi gradi kienu ġabu fl-1995 u xi gradi ġabu f'dawn is- suġġetti f'Mejju 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li hu maħsub li d-dipartiment tal-kurrikulu, permezz ta' l-educational assessment unit, jaħdem fuq proġett ta' tracer study.", "Dan se jkun parti mir-riċerka li din il-unit qed tagħmel dwar l-eżami għad-dħul fil-junior lyceum u l- effetti tiegħu fuq it-tagħlim ġenerali u fuq l-istudenti partikolari.", "Informat li l-MATSEC support unit ma għamel ebda tracer study fuq studenti li daħlu l-junior lyceum fl-1995.", "Madanakollu nafu bi studenta fil-fakulta` ta' l-edukazzjoni li qed tagħmel studju ta' din in-natura fuq junior lyceum partikolari.", "PRIĠUNIERI - LIVELL SKOLASTIKU", "18040.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar il-livell skolastiku tal-priġunieri Maltin fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin, skond l-etajiet, is-sess u l-livell skolastiku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li f`Marzu ta` din is-sena kien sar studju fuq 96 priġunier - jew aħjar 44% tal-popolazzjoni fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin - li kien jirrigwarda l-livell ta` edukazzjoni tal- priġunieri.", "Minn fost dawn is-96 priġunier, 71 kienu Maltin.", "Minn dan l-istħarriġ irriżulta li 10% attendew skola primarja, 40% attendew skola sekondarja, 40% attendew skola tas-snajja', 5% attendew post-secondary studies u 5% attendew l-universita`.", "Fil-maġġoranza tagħhom dawn ma komplewx l-istudji li kienu qed jagħmlu u spiċċaw mingħajr kwalifiki.", "Fil-fatt 33% qalu li għandhom xi kwalifiki waqt li 67% qalu li m`għandhomx kwalifiki.", "Hawn taħt qed nelenka l-kwalifiki li l-priġunieri qalu li għandhom:", "|computer skills |1 | |mechanical engineering|2 | |gardener |1 | |interior designer |1 | |chef |3 | |upholsterer |1 | |O Level English |3 | |diving instructor |1 | |nurse |1 | |6 O Levels + 1 A |2 | |business management |2 | |welder |2 | |lawyer |1 | |printing (City & |2 | |Guilds) | | |electrician licence |1 | |electrician |1 | |degree in political |1 | |studies | | |electronics (City & |1 | |Guilds) | | |computer literecy |1 | |mechanic |1 | |4 O Levels |1 | |carpenter |2 |", "L-etajiet ta` dawk li pparteċipaw f`dan l-istudju kienu hekk:", "|20-25 sena|14 | |26-30 sena|31 | |31-35 sena|17 | |36-40 sena|16 | |41-45 sena| 8 | |46-50 sena| 6 | |51-55 sena| 1 | |56-60 sena| 2 | |61-66 sena| 1 |", "MDC - ESTATES MANAGEMENT COMPANY", "18084.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min se jkollu l- ishma tal-kumpannija estates management company li se titwaqqaf mill- korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp?", "Meta se titwaqqaf il-kumpannija?", "X'se jkunu r-reponsabbilitajiet tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-ishma ta' din il-kumpannija se jinżammu mill-korporazzjoni għall-iżvilupp ta' Malta kif ukoll mill-MGI u l-MIMCOL.", "Huwa maħsub li din il-kumpannija titwaqqaf fil- futur qarib.", "Din il-kumpannija se tkun responsabbli biex isir użu aħjar ta' l-oqsma industrijali; biex jinstabu metodi ġodda għall-finanzjament ta' żviluppi ġodda fl-oqsma industrijali; biex timplimenta politika ġdida dwar kera, kostruzzjoni, riabilitazzjoni u manutenzjoni ta' l-oqsma industrijali; u timmoniterja l-allokazzjoni ta' spazju u l-utilizzazzjoni tal-fabbriki.", "Sur President, kif qed nitkellem fuq l-MDC, irrid ngħid li assolutament nikkundanna l-istqarrija li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dawn il-jiem meta qal li l-ST Microelectronics qed tikkonsidra li tagħlaq.", "Dan l- istatement mhux talli huwa irresponsabbli talli nista' nikkonferma li l-ST qed taħseb biex tespandi u se tkompli timpjega n-nies.", "Huwa veru li kellna problema bid-dawl imma huwa veru wkoll li r-reserve capacity li tieħu l- kumpannija ġie utilizzat ħafna aktar malajr milli wieħed kien jistenna.", "Fil-fatt ġew provduti żewġ linji tad-dawl extra li se jidħlu fis-seħħ f'nofs Awissu meta l-kumpannija tkun bix-shutdown.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li għandna pjan li sa l-aħħar tas-sena nipprovdu d-dawl permezz ta' distribution centre ġdid.", "Qed tiġi kkonsidrata wkoll l-espansjoni fil-futur li għandha bżonn il-kumpannija u b'diskussjoni mal-kumpannija stess intlaħaq ftehim dwar x'tip ta' utilisation u x'tip ta' capacity se jkun hemm bżonn.", "Allura assolutament m'huwiex veru dak li qed jintqal.", "Nerġa' ngħid li m'huwiex sew li wieħed jitfa' dawn it-tip ta' statements b'dan il-mod, bla bażi ta' xejn u kontra d-direzzjoni ta' kull diskussjoni li għandna mal-kumpannija.", "Dawn l-istatements iqajmu fil-poplu ħafna ħsebijiet bla bżonn, speċjalment fost il-ħaddiema ta' din il-kumpannija, u dan biex wieħed mingħalih jagħmel xi gwadann politiku.", "Nerġa' ngħid li ST Microelectronics qiegħda tespandi u se tkompli tespandi skond il-pjani tagħha.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, ma nafx fejn sema biha l-Ministru din l- istqarrija jew f'liema gazzetta qraha!", "(Interruzzjonijiet) Milli jidher hemm xi logħba għaddejja bejn il-gvern tiegħu u \"The Malta Independent\".", "Jien smajtu jitkellem lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u nista' nassigura lil kulħadd li dak id-diskors ma ntqalx.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, hawn it-tendenza li meta sħabna tan- naħa l-oħra tal-Kamra jiżolqu fuq xi qoxra ta' banana, jibdew iġibu l- iskużi kollha.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma qalx dak li hemm irrapportat fil-gazzetta għandu jara li toħroġ stqarrija.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma jistax jgħidli li jien żlaqt għax jien kont preżenti u naf preċiż x'qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Issa jekk il- Ministru jrid ikompli jagħżaq affari tiegħu imma nista' ngħidlu li mhux qed jgħid il-verita'.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li m'iniex qed ngħid il-verita' meta jien qiegħed sempliċement nirreaġixxi għal dak i deher fil-gazzetta.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel allegazzjonijiet serji.", "(Interruzzjonijiet) Mela allura joħroġ stqarrija u jgħid li mhux veru dak li ġie rrapportat li qal.", "Sakemm ma jgħidx hekk jien se nibqa' nikkundannah li huwa kap illeġittimu li qiegħed fejn qiegħed bit-tbagħbis tal-voti.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Taf li l-kap tiegħek kien sar b'konfoffa fis-satra tal- lejl meta kienu tajru lil Borg Olivier u laħqu lilu minfloku?", "Tafha din?", "Din bil-provi u mhux bħal dan il-ħafna paroli vojt li qed tgħid!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi reġa' żelaq fuq qoxra ta' banana hawn!", "AWTORITA' TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI ON LOAN", "18133.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-awtorita' tat-turiżmu?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li l- għadd ta' ħaddiema on loan ma' l-awtorita' tat-turiżmu huwa ta' sitta, cioe' żewġ diretturi eżekuttivi, manager, żewġ messaġġiera u xufier.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy jew deċiżjoni mill-kabinett biex dawn il-ħaddiema jmorru lura minn fejn ġew?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, se nwieġeb għal dak li jirrigwardja dawn is-sitt ħaddiema li semmejt.", "Fil-fatt dawn huma maċ-ċivil u kif jaf l-Onor.", "Membru, Att XII ta' l-1999 jagħti l-poter lill-awtorita' tat-turiżmu biex tistieden lil numru ta' ħaddiema jaħdmu magħha.", "Fil-fatt dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu hemmhekk qabel ma ġiet imwaqqfa l-awtorita' tat-turiżmu u bħalissa għaddejjin proċeduri biex dawn jiġu assorbiti taħt din l-awtorita' għat-terminu ta' l- Att li għadni kemm semmejt.", "MMA - IMPJEGATI ON LOAN", "18134.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-MMA?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-awtorita` marittima m`għandha l- ebda mpjegati on loan.", "TRASPORT - KONSULENTI LOKALI", "18135.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill- ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.", "INTERN - KONSULENTI", "18136.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "18129.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol minn Settembru 1998 sa Mejju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18445.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 19 ta' Lulju, 2000 mibgħuta mill-Ambaxxata Maltija f'Ruma lis-Sur John Cassar, b'riferenza għall-korrispondenza mibgħuta mill-istess ambaxxata lill-awtoritajiet Taljani dwar ir- rikonoxximent ta' ċertifikat mill-iskola internazzjonali għax-xjenzi turistiċi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18568.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Gatt.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 li jemenda l-Kodiċi Ċivili.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 li jemenda l-Kodiċi Ċivili\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' KONVENZJONIJIET TA' PROĊEDURI LEGALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att ta' l-2000 Ratifika ta' Konvenzjonijiet ta' Proċeduri Legali.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 dwar Ratifika ta' Konvenzjonijiet ta' Proċeduri Legali\", ikun moqri l- Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-REFUĠJATI", "REFUGEES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar ir-Refuġjati.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel provvedimenti dwar u jistabbilixxi proċeduri għar-rigward ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI", "MERCHANT SHIPPING (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR AWTORITA' DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU", "PUBLIC TRANSPORT AUTHORITY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT", "MALTA CRAFTS COUNCIL BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għall-inkoraġġiment, promozzjoni u regolament ta' l-artiġjanat u l-artiġjani, b'mod partikolari l-artiġjanat li jagħmel sehem mill-wirt storiku ta' Malta, għat-twaqqif ta' kunsill nazzjonali għall-artiġjanat li jkun magħruf bħala l-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, u għal dak kollu li hu anċillari jew li għandu x'jaqsam ma' dan\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Lulju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi huwa in possession.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, illum se nitkellem ftit fuq il-punti li qajjem il-Ministru għall-ambjent fil-ftuħ tad-dibattitu ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien m'inix beħsiebni nitkellem fuq l-ilma u l-enerġija għax sħabi tkellmu biżżejjed fuq dan imma nixtieq nitkellem fuq materji oħra li huma ta' importanza kbira; qed nirriferi għall-aspett ambjentali u għall- qasam taż-żejt.", "Peress li jien ix-shadow minister ta' dawn l-oqsma jkun tajjeb li nagħti l-opinjoni tiegħi fuq dawn iż-żewġ fatturi.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu l-ministru qal li din l-awtorita' se tagħti garanzija li se tipproteġi l-ambjent u fl-istess ħin qal ukoll li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea l-ambjent se jitjieb pero' jien ngħidlu li huwa żbaljat.", "Qed ngħid dan għax jekk wieħed iħares lejn dan l-abbozz ta' liġi jsib li din l-awtorita' se jkollha funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw riżorsi relattivi għall-ilma, għall-enerġija u minerali, fosthom iż-żejt pero' dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-extraction tal-minerali l- awtorita' hija bla snien u ma tista' tagħmel xejn jekk ma jkollhiex xi ħaġa bil-miktub mill-prim ministru.", "Mela nistgħu ngħidu li mhux veru li din l- awtorita' mhux veru se tipproteġi l-ambjent u se tikkontrolla affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kwalita' ta' l-ilma u ma' l-enerġija.", "Għalhekk jidher ċar li dan l-abbozz ta' liġi sar biex l-Enemalta u l- water services corporation ikunu jistgħu jingħataw lill-privat u fuq dan sħabi spjegaw biżżejjed.", "Jekk wieħed irid jipproteġi l-ambjent bis- serjeta' m'huwiex biżżejjed li jiġi f'dan il-parlament u jgħid li issa se jkollna din l-awtorita' li se tipproteġilna l-ambjent għax se tirrikkmanda lill-ministru x'għandu jsir u ma jsirx.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li meta qabel il-Partit Nazzjonalista kien fil- gvern m'għamel assolutament xejn dwar it-tinġis ta' l-arja li kien qed jiġi kkawżat minn ħafna affarijiet fosthom mir-riżorsi ta' l-enerġija.", "Fil- fatt meta fl-1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista sab li dwar dan ma kien sar xejn.", "Li sibna kien li minkejja li seta' jinxtara ċertu apparat biex wieħed ikun jista' jara l-kwalita' ta' l-arja ħalli jara minn fejn ġej dan it-tniġġis ma nxtara xejn, pero' l-gvern Laburista mill-ewwel kien ħa l- passi u kien ġab l-esperti ħalli joħroġ tender u dan l-apparat jinxtara.", "Per eżempju, kien gvern Laburista li nieda l-istudju dwar l-ambjent u li ta bidu għar-rapport dwar the state of the environment.", "Fil-fatt ftit xhur wara li niżel mill-poter il-gvern Laburista, diġa' kellna f'idejna d-draft ta' dak ir-rapport.", "Qed ngħid dan biex nuri f'liema stadju avvanzat kien wasal dan ir-rapport.", "Din hija xiehda li fejn hemm ir-rieda tasal u aħna ma ħloqniex awtoritajiet.", "Issa billi tagħmel l-awtoritajiet u dawn tużahom bħala camouflage!", "Mr Speaker, illum il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jirċievi ħafna lmenti dwar it-tinġis ta' l-arja u hija ħaġa ċerta li parti kbira minn dan it-tinġis ġejja mill-enerġija li tiġi prodotta.", "Il-ministru m'għandux għalfejn joqgħod jilgħab bid-diskors u jħalli lin-nies tan-naħa ta' isfel ta' Malta, b'mod speċjali r-residenti tal-Marsa, jbatu.", "Jien nista' ngħid li mill-istudju mhux uffiċjali li kien sar fi żmienna rriżulta - nista' ngħid li jien dħalt personalment f'dan l-istudju - li dan it- tinġis ta' l-arja kien qed jiġi kkawżat minn tliet entitajiet, cioe' mill- power station, mill-inċineratur ta' Kordin u mill-inċineratur ta' l-isptar.", "Illum l-inċineratur ta' Kordin m'għadux jintuża, pero' baqa' l- inċineratur ta' Kordin u hemm il-power station u minkejja l-ħsara li qed issir, il-ministru qed joqgħod iġib l-iskuża li jrid ikollu r-rapport ta' l-esperti u allura mhu qed jittieħdu l-ebda passi.", "Allura ladarba lanqas il-ministru ma ħa passi, l-awtorita' se ġġiegħlu jieħu l-passi?", "Dawn kummiedji, affarijiet li ma jitwemmnux!", "Il-ġimgħa l-oħra lill-ministru għedtlu li hemm rapport li juri li fil- Kottonera hemm tinġis allarmanti ħafna ta' l-arja, pero' dan ġab skuża u qalli biex insemmilu għal min qed jgħid u qalli wkoll li m'hemm xejn fiż- żgur.", "X'jiġifieri!", "F'dan l-istudju li sar hemm ċar li nġabar trab li kkaġuna dan it-tinġis.", "L-unika ħaġa li m'hemmx fiż-żgur hija minn fejn ġej dan it-trab.", "Imma allura dan ir-rapport taqbad u tarmih!", "Lir-residenti tan-naħa ta' isfel ta' Malta ma qalilhomx li dan huwa trab perikoluż ħafna, pero' la jasal il-mument jien lest li nagħti dan ir-rapport lill-poplu biex ikun jaf bih għax hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hija ta' detriment għas-saħħa.", "U l-ministru jmissu ħa l-passi mhux qabad u warrbu dan ir-rapport.", "Mhux hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Mr Speaker, jidher ċar li anke dan l-abbozz ta' liġi huwa ta' kaf kaf.", "Qed ngħid dan għax fih m'hawn xejn li jindika li jista' jkun possibbli li madwar 20 sena oħra l-ilma baħar ikun jista' jintuża bħala sors ta' enerġija oħra.", "Dan il-punt ma nkludewhx u dan juri li l-affarijiet qed isiru bl-addoċċ.", "Jekk wieħed jara studji li saru fuq l-ilma baħar isib li f'ċerti areas hemm ammont allarmanti ta' nickel u materjal ieħor li huwa 20 darba aktar min-normal, u ftit 'il bogħod minn dan inkabbru t-tonn.", "Dan ifisser li mhux talli mhux qed nagħtu kas li xi darba mill-ilma baħar jista' jkollna xi sors ta' enerġija talli lanqas qed nagħtu kas is-saħħa taċ-ċittadin.", "Dawn huma l-affarijiet li qed jiġru llum u minkejja li ftaħru ħafna li ladarba nidħlu membri ta' l-Unjoni Ewropea nkunu tajbin f'kollox, matul dawn is-snin kollha mhux talli m'għamlu xejn talli pprovaw jingannaw lill-poplu.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li ladarba nidħlu membri fl- Unjoni Ewropea l-istat ambjentali ta' pajjiżna jitjieb, pero' jien ngħid li din hija gidba faħxija għax huma stess qalu li l-ambjent irridu ntejbuh mhux biex nogħġbu lill-barranin imma għax hekk ikun jaqblilna.", "Mela allura jaqbel lil pajjiżna dejjem, irrispettivament jekk inkunux membri ta' l- Unjoni Ewropea jew le!", "Il-membri tan-naħa l-oħra jgħidu wkoll li l-Unjoni Ewropea se tgħinna biex inġibu l-miljuni tal-liri.", "X'paroli fil-vojt!", "Dawn huma l-istess nies li wegħduna Lm100 miljun iżda l-flus baqgħu ma ġewx.", "(Interruzzjonijiet) Li ħadu kien ċertifikat li fil-qasam ta' l-ambjent, b'mod speċjali għal dak li huwa tinġis ta' l-arja, kwalita' ta' l-ilma u l-immaniġġjar ta' l-iskart ma sar xejn.", "Dan kollu imniżżel fir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea li ħareġ fl-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Dawn l-affarijiet mhux aħna għidnihomlu imma sħabu ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li dak huwa l-ewwel rapport!", "Naħseb li għadu ma ħariġx rapport ieħor pero' ma naħsebx li dan se jgħid li qegħdin fil-ġenna ta' l-art!", "(Interruzzjonijiet) Mela m'intix taqra gazzetti?", "Lanqas qatt ma ġrat fl- istorja ta' Malta li xi ħadd talab lill-ministru responsabbli mill-ambjent biex jirriżenja!", "Hawnehekk dan iparla u jgħid li fil-qasam ta' l-ambjent kollox sejjer tajjeb meta l-poplu Malti qed jegħreq fil-ħmieġ.", "Għalhekk il- poplu qed jgħolli leħnu u jgħid lill-ministru li l-affarijiet mhux qegħdin kif qed igħid hu.", "Lill-ministru rrid ngħidlu wkoll li anke l-Ambaxxatur Franċiż għamel kritika qawwija dwar l-istat ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Fil-fatt f' ''The Times'' kien hemm artiklu li jgħid:", "\"It is easy for the public to blame the EU for the changes that have to be made.\"", "- jidher ċar li l-gvern qed jipprova jinfluwenza lill-poplu li l-Unjoni Ewropea trid tkun biex ittejjeb l-ambjent -", "\"That is fine by us.", "Continue to blame us for imposing it on you but do something about your environment.\"", "Dan ifisser li ta' l-Unjoni Ewropea qed jieħdu għalihom għax qed jindunaw li l-gvern qed jużahom bħala karrotta u qed jgħidulu biex fil-qasam ta' l- ambjent jibda jagħmel xi ħaġa.", "Jidher ċar li anke fejn jidħol infurzar mhu qed isir xejn, Sur President.", "Per eżempju, fid-Dwejra ntrema ħafna skart u l-ministru qalilna li sar jaf b'dan mill-gazzetta.", "Prosit x'infurzar għandu!", "(Interruzzjonijiet) Aħna dawn l-affarijiet ħadnihom bis-serjeta' għax nemmnu li l-ambjent huwa xi ħaġa importanti għall-kwalita' tal-ħajja tagħna u għall-akbar industrija li għandna li hija t-turiżmu.", "Aħna mhux bħalhom, niġu hawnhekk niftaħru li se noħolqu awtorita' biex intejbu l-affarijiet.", "Kulma jagħmlu dawn jagħmluh biex jaqdu ċertu tip ta' nies u biex jekk xi ħaġa tmur ħażin iwaħħlu fl-awtorita' u ma jeħilx il-gvern.", "Dan li qed jagħmlu dawn.", "Dawn dejjem jaraw kif se jaġevolaw lil dak u lil ieħor.", "Per eżempju, wieħed mill-advisors li hemm fil-ministeru għall-ambjent huwa s-Sur Saviour Balzan u għal din is-sena dan ħa kuntratt li se jiġi jiswa lill-gvern Lm10,000, minbarra affarijiet oħra.", "Issa dan kien editur ta' gazzetta.", "Allura taħseb li dan ma jaħsibhiex darbtejn qabel ma joħroġ jattakka lill-ministru li għamillu pjaċir u tah kuntratt ta' Lm10,000?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dawn hekk jaħdmu u għalhekk jagħmluhom l-awtoritajiet.", "Ara aħna aħna ma noqogħdux nistennew lill-Unjoni Ewropea.", "Aħna naqblu ma' dawk il-liġijiet li huma favur l-ambjent u nieħdu l-inizjattiva li jkun hemm bżonn.", "Nista' ngħid li peress li Malta hija gżira mdawra bil-baħar, aħna ħsibna għall-eventwalita' li jkun hemm xi diżastru fuq il-baħar u għaldaqstant ħsibna biex inkunu armati għal din il-possibbilta'.", "Aħna ħsibna biex jekk jinqasam jew jaqbad xi bastiment viċin il-kosta tagħna jew inkella joħroġ xi żejt waqt li jkun qed jingħata l-bunkering, inkunu nistgħu niġbru ż-żejt u għal dan il-għan inqdejna bil-protokoll Taljan.", "Peress li aħna rridu nipproteġu l-ambjent u l-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u ta' dawk li jiġu jżuruna, ġibna opri li jkunu jistgħu jikkumbattu t-tinġis tal-baħar u diżgrazzji oħra ambjentali.", "Aħna ma konniex qed nistennew li nidħlu fl-Unjoni Ewropea, għalkemm ma' l-Unjoni rridu li jkollna relazzjonijiet mill-qrib.", "Mela kif qal l-Ambaxxatur Franċiż u kif qalu huma stess fil-budget, trid tkun l-inizjattiva int u mhux toqgħod tistenna li tidħol fl-Unjoni Ewropea biex ittejjeb l- affarijiet.", "Aħna l-inizjattivi ħadnihom bis-serjeta' u ma ħloqniex awtorita' biex taparsi nuru li qed nagħmlu xi ħaġa dwar l-ambjent.", "Aħna l- aspett ambjentali nagħtuh prijorita'.", "Per eżempju, meta bdejna nħaffru bir f'Għawdex biex infittxu għaż-żejt għamilna ħafna kondizzjonijiet għax ma ridniex nagħmlu ħsara lill-pajjiż, aktar u aktar lil Għawdex.", "Aħna nemmnu li Għawdex hija ħolqa prinċipali fejn jidħol it-turiżmu u allura ma ridniex li t-tħaffir għaż-żejt iħalli impatt negattiv.", "Ta' min jgħid li l-Partit Nazzjonalista ma qabilx li jsir it-tiftix għaż-żejt f'Għawdex minħabba l-ambjent.", "Għal Għawdex it- turiżmu huwa importanti ħafna.", "Per eżempju, l-Onor.", "Michael Refalo kien qal hekk:", "\"Minflok ma nħaffru għaż-żejt, għandna nagħtu lil Għawdex il-mezz kif jagħmlu d-deheb.\"", "Hawnhekk qed jingħad li tan-naħa l-oħra kienu jippreferu li f'Għawdex ma jsirx tħaffir għaż-żejt.", "Dan kien diskors dwar it-turiżmu fejn intqal li għandu jkun hemm lukandi 5-star u affarijiet bħal dawn.", "Mr Speaker, anke s- Sinjorija Tiegħek kienet qalet li ġaladarba jibda t-tiftix għaż-żejt m'għandhiex issir ħsara ambjentali f'Għawdex u l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien kellha dritt tistaqsi x'se jiġri eżattament.", "Huwa veru li meta jsir it-tiftix għaż-żejt jista' jkun hemm aspett negattiv pero' aħna min-naħa tagħna dejjem tajna l-informazzjoni kollha bil-provi u qatt ma ħbejna xejn.", "Pero' ġara illi mbagħad saru xi mistoqsijiet dwar kif dik l-area tista' tiġi riabilitata.", "Niftakar li l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet ħadet gwadann politiku billi qalet li l-kunsill lokali kellu jingħata xi fondi.", "Mela filli riedu li ma kellux isir tiftix għaż-żejt minħabba l-ambjent, u filli f'daqqa waħda riedu li l-kunsill lokali ta' Kerċem jingħata xi fondi.", "Aktar 'il quddiem aħna spjegajna li mil-lat ambjentali aħna konna qed nagħtu garanzija li ħadna l-prekawzjoniiet kollha u nista' ngħid li konna ebsin.", "Tant hu hekk illi aħna daħħalna kondizzjonijiet fil-kuntratt illi qatt ma kienu daħlu qabel u se nikkwota żewġ paragrafi biex nuri kemm aħna ħadna l- aspett ambjentali bis-serjeta'.", "\"The contractor shall employ the most advanced techniques for the prevention of environmental damage to which petroleum operations may contribute and for the minimisation of the effects of such operations on adjoining and neighbouring areas, and impliment the proposals contained in the development programme regarding the prevention of pollution, the treatment of waste and the safeguarding of natural resources\".", "Paragrafu ieħor jgħid hekk:", "\"If the government has reason to believe that any works or installations selected by the contractor or that any petroleum operations carried out may endanger persons or any property of any other person, or may cause pollution, or may harm wildlife or the environment to a degree which government deems unacceptable, the government may require the contractor to take remedial measures within such reasonable period as may be determined by the government and to repair any damage to the environment.", "If government deems it necessary, it may require the contractor to discontinue petroleum operations in whole or in part until the contractor has taken such remedial measures or has repaired any damage\".", "Għalina l-ambjent tant kien jiġi qabel kollox li jekk kienet se ssir xi ħsara konna lesti li nwaqqfu l-operazzjoni kollha.", "Sur President, aktar 'il quddiem se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju li sar dwar l-impatt ambjentali biex nuri l- prekawzjonijiet li ħadna.", "Se nqiegħed ukoll korrispondenza u kondizzjonijiet li l-awtorita' ta' l-ippjanar għamlet lid-dipartiment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tiftix taż-żejt f'Għawdex, u nixtieq inqiegħed ukoll l-environment planning statement li sar dwar it-tħaffir taż-żejt ġewwa Għawdex.", "B'hekk il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf b'liema serjeta' mxejna biha biex nipproteġu l-ambjent waqt it-tħaffir għaż-żejt f'Għawdex.", "Minkejja li għamilna l-affarijiet bis-serjeta' u bil-permessi kollha, konna niġu akkużati min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li konna qed nittraskuraw l-ambjent u li konna qed nagħmlu l-affarijiet bla permess u wara li ntqal ħafna paroli minn dan, anke mill-Onor.", "Mugliett, irriżulta li kollox sar bil-permessi neċessarji.", "Il-verita' hi li l-affarijiet saru bla permess meta l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern.", "Tan-naħa l- oħra qatt ma riedu jħaffru għaż-żejt għax kienu jgħidu li dan se jħalli impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Tant hu hekk li din tant għamluha bi kbira li kien hemm min qal li mir-riċerka li għamel l-Onor.", "Psaila Savona nstab li jekk jinstab iż-żejt, dan joħroġ xi nofs kilometru madwar il-ħofra, iż- żejt li joħroġ ikun irretrievable u l-ħsara li tkun saret ma tkunx tista' titreġġa' lura.", "Minkejja li aħna ħadna l-aspett ambjentali bis-serjeta' u minkejja li daħħalna ċerti affarijiet fil-kuntratti li għandhom x'jaqsmu mat-tħaffir taż-żejt, l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tagħmel kritika inġusta u qabel l-elezzjoni kienet tivvinta ħafna affarijiet, fosthom li konna qed inħaffru għalxejn u li konna qed nisfurzaw biex ikomplu jħafru.", "Imbagħad wara l-elezzjoni nsibu li minkejja li qabel kienu qalu li ma kenux se jħaffru minħabba l-ambjent u li hemmhekk m'hemmx żejt, l-ewwel ħaġa li għamel l-Onor.", "Fenech Adami l-għada ta' l-elezzjoni kienet li ta kuntratt biex ikomplu jħaffru u wara qal li hemmhekk hemm iż-żejt żgur u dalwaqt se jsibuh.", "Per eżempju, l-Onor.", "Zammit Dimech kien qal li kien instab xi żejt pero' dan ma kienx kummerċjali.", "Issa jien qatt m'għedt li hemmhekk hemm żejt kummerċjali jew mhux kummerċjali.", "Jien dik qatt ma stajt ngħidha għax dik mhux jiena inkun nafha imma ta' fuq.", "Li huwa żgur huwa li aħna kellna rapporti li kien hemm iż-żejt.", "Imma mbagħad x'ġara?", "Meta raw li l-affarijiet kienu pożittivi, l-Onor.", "Giovanna Debono qalet illi kien mertu tagħhom li sar il-bir ġewwa Għawdex.", "Ara x'imposturaġni u x'ipokrezija!", "Wara ma qalux li dan it-tħaffir kien se jħalli impatt negattiv fuq l-ambjent!", "U meta waslu l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali ħarġu jgħidu li sabu xi gass u li dalwaqt konna se nsibu ż-żejt, pero' mbagħad sparixxa kollox!", "Mr Speaker, jien ngħid li jekk f'pajjiżna għandna dawn ir-riżorsi għandna dritt intellgħuhom u pajjiżna jibdel ir- rotta li għandu bħalissa u ma jibqax jegħreq.", "It-tama li kellna li nsibu ż- żejt ma seħħitx għax il-gvern beda jindaħal direttament kif għandhom isiru ċerti testijiet u spiċċajna biex għamilna diżastru.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għad-diskors li għamel l-Onor.", "Tabone meta qal li l-poplu għandu d-dritt ikun jaf l-aspett negattiv li jista' jkun hemm fuq l-ambjent għax dawn ir-riżorsi huma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "U meta jien kont tlabt li ssir inkjesta biex toħroġ il-verita' dwar x'ġara meta konna fil-final li għall-ewwel darba nsibu l-materja prima, din l- istedina ma ġietx milqugħa.", "Mela allura meta kontu fl-oppożizzjoni kontu tgħidu li għandu jkun hemm it-trasparenza u li l-poplu għandu jkun jaf l- affarijiet, u issa li qegħdin fil-gvern il-poplu m'għandux ikun jaf l- affarijiet!", "Qed ngħid dan għax il-gvern ma jagħti l-ebda informazzjoni li hija ta' interess għall-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment issa li pajjiżna qed jegħreq u dejjem nieżel 'l isfel.", "Fil-mistoqsijiet parlamentari kollha li nagħmlu dwar iż-żejt il-Prim Ministru dejjem jibqa' b'ħalqu magħluq.", "Allura l-poplu m'għandux ikun jaf bit-taħwid li qed isir rigward dak li għandu x'jaqsam maż-żejt li huwa riżors importanti ħafna għal pajjiżna?", "Qed ngħid hekk għax il-Partit Laburista mhux dan il- kuntratt biss għamel dwar it-tħaffir għaż-żejt ġewwa Għawdex imma għamel kuntratti oħra li jwasslu biex isir tħaffir għaż-żejt fl-ibħra ta' pajjiżna, pero' l-gvern ma jagħti l-ebda informazzjoni dwar dan.", "Allura issa l-poplu m'għandux dritt ikun jafhom l-affarijiet għax hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern?", "X'ipokrezija grassa!", "Il-gvern ma jridx jagħti informazzjoni għax jidher li hemm affarijiet jintnu bis-serjeta'.", "Mr Speaker, f'kull kuntratt li għamilna aħna dwar l-esplorazzjoni u t- tiftix għaż-żejt dejjem ħadna ħsieb l-aspett ambjentali.", "Per eżempju, fl- agreement li kien sar ma' l-AGIP fil-25 ta' Awissu ta' l-1997 biex issir esplorazzjoni f'area ta' 9,000 square km. konna ftehemna li 12-il xahar wara l-25 ta' Awissu ta' l-1997 jibdew isiru diskussjonijiet.", "Jien se nispeċifika eżatt x'tgħid din il-parti tal-kuntratt:", "\"Within 12 months from start-up date, 7th October, AGIP shall conduct and complete the study.", "Any costs will be borne by AGIP.\"", "U jkompli jgħid hekk:", "\"Within 60 days from completion date, AGIP shall have the option to notify the Malta Government whether it desires to enter into negotiations.\"", "Pero' x'ġara?", "Peress li kien hemm riżultati pożittivi fit-tħaffir tal-bir ġewwa Għawdex, dawn talbuna biex jistennew sakemm jispiċċa t-tħaffir kollu tal-bir ħalli mbagħad ikunu f'pożizzjoni li jiddeċiedu.", "Pero' jkun tajjeb li ngħid ukoll illi in the meantime, skond il-kuntratt li kellna, aħna kien ikollna laqgħat - fil-fatt waħda saret f'Milan u l-oħra saret f'Malta - dwar il-progress li kien qed isir u dwar ir- riċerka li kienu qed jagħmlu.", "Fil-fatt kien qed jirriżulta ċar li t-Taljani tant kienu qed isibu riżultati pożittivi li kienu kważi ċerti li se jagħmlu kuntratt mal- gvern biex iħaffru għaż-żejt.", "Barra minn hekk, peress li t-tħaffir tal-bir f'Għawdex kellu jispiċċa, aktar tard żidna l-perijodu u minflok ħallejnih sa Diċembru estendejnih ftit sakemm jispiċċa t-tħaffir tal-bir f'Għawdex, ħalli mbagħad nagħmlu diskussjoni finali.", "Pero' minn dan kollu x'ġara?", "Minkejja li kien hemm riżultati pożittivi, għadu ma sar xejn ma' l-AGIP biex jibda t-tħaffir ta' bir u l-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l- affarijiet.", "Ta' min igħid ukoll li kien hemm agreement ieħor u kif kien qal l-Onor.", "Tabone mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, il-poplu Malti għandu jkun jafhom dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-exploration agreement ma' ROC Oil Coy.", "Ltd. u ma' MEO Ltd. fuq block 7, area 4 li kien sar fil-5 ta' Mejju.", "Dawn kienu marbutin b'perijodu li wara 18-il xahar jagħmlu ċerti affarijiet ħalli mbagħad jgħaddu għat-tieni fażi biex finalment jiġi deċiż jekk jitħaffirx bir ġewwa Għawdex u xi flus kellhom jitħallsu għal Malta.", "Imma mbagħad sar agreement ieħor ma' Hardman Resources u ma' Planet Oil Holdings Ltd. fejn kien hemm imdaħħla magħhom il-Golden Gate Resouces Ltd. fuq blocks 4 u 5 f'area 3 fl-14 ta' Awissu ta' l-1992.", "Issa m'hemmx għalfejn ngħid illi fil-gazzetti kienu ilhom jgħidu li f'din l-area hemm iż- żejt żgur għax rawh mis-satellita.", "Aħna ċerti affarijiet konna nafuhom u konna wasalna biex nagħmlu agreement magħhom illi wara ċertu żmien dawn iridu jħaffru bir.", "Pero' llum x'ġara?", "Il-bir beda jitħaffer?", "Il-poplu għandu dritt ikun jaf.", "Il-gvern Laburista għamel diversi kuntratti biex ir-riżorsi li għandu pajjiżna jittellgħu ħalli nsalvaw lil pajjiżna mill-għarqa li qed jegħreq minn ġurnata għal oħra, pero' fl-istess ħin ħa l-prekawzjonijiet neċessarji biex jipproteġi l-ambjent ħalli jieħu ħsieb is-saħħa taċ- ċittadini u ċerta industrija li hija importanti ħafna għal pajjiżna.", "Aħna kellna informazzjoni u evidenza li f'pajjiżna hawn ir-riżorsi u allura għamilna l-isforz kollu u rnexxielna nagħmlu diversi kuntratti.", "Suppost li uffiċjalment ingħad li f'area partikolari hemm iż-żejt għax permezz tas- satelliti llum wieħed jista' jara fejn joħroġ iż-żejt u l-kurrenti 'l fejn mexjin jiġifieri hemm ammonti kbar ta' riżorsi.", "Pero' minkejja li wasalna biex inħaffru bir taż-żejt - fil-fatt dan tajnih l-isem ta' \"Adeodata\" - insibu illi minn dan kollu l-poplu ma jaf xejn.", "Issa l-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt ikun jaf illi filwaqt li l- Partit Laburista fil-gvern ipprova jara kif jagħmel biex jieħu dak li jista' mir-riżorsi li għandu, ħadna wkoll ħsieb l-ambjent.", "U l-ministru jmissu jgħid il-verita' kemm aħna pproteġejna l-ambjent meta konna qed infittxu għaż-żejt.", "Il-ministru għandu l-kopji ta' l-agreements li għamilna u allura għandu jkun raġel biżżejjed u jgħid li aħna ħadna ħsieb l-ambjent u li tan-naħa l-oħra kienu żbaljati meta kienu qed jagħmlulna ħafna akkużi.", "Qabel l-elezzjoni kienu jgħidu ċerti affarijiet biex jieħdu l-gvern f'idejhom u xejn aktar u din hija ipokrezija.", "Għalhekk issa għandhom jitkellmu ċar u lill-poplu jgħidulu li daħqu bih.", "Ara aħna konna ċari mal-poplu għax għidnielu li hemm bżonn indaħħlu d- dixxiplina u s-serjeta', hemm bżonn li kulħadd jagħti l-parti tiegħu u li rridu nikkontrollaw l-ispejjeż tal-gvern.", "Pero' wara li aħna għedna l- verita', tan-naħa l-oħra bdew jgħidu li la huma jitilgħu fil-gvern l- affarijiet se jagħmluhom sewwa u se nkunu ġenna ta' l-art.", "U issa li telgħu fil-gvern m'għadhomx jgħidu li m'għandniex għalfejn nagħmlu sforzi jew li m'għandniex noqogħdu lura.", "Kemm qalulna qabel l-elezzjoni li aħna konna qed napprofittaw ruħna billi ngħidu li sibna ż-żejt!", "Imbagħad wara l- eIezzjoni qalu li ż-żejt instab imma mhux f'ammont kummerċjali.", "Il- gvern għandu l-obbligu li jinforma lill-poplu dwar dawn l-affarijiet.", "U issa l-poplu qed jistenna lill-gvern, immexxi minn dak li jmexxi l- ipokrezija f'dan il-pajjiż, l-Onor.", "Fenech Adami, illi l-pajjiż tah x'jifhem li pajjiżna se jkun ġenna ta' l-art, biex jispjegalu dawn l- affarijiet.", "Illum il-poplu nduna li m'aħniex fil-ġenna ta' l-art li wiegħdu dan il-gvern pero' issa huwa diffiċli li treġġgħu lura minn dak li ġie mwiegħed.", "Il-poplu għandu jkun jaf illi hemm tliet kuntratti pendenti għat-tiftix żejt, għandu dritt ikun jaf x'qed isir minnhom u għandu dritt ikun jaf min għamel l-iżball li wassal biex pajjiżna tilef l-ewwel ċans li jsib il- materja prima.", "Jien ngħid li għandha ssir inkjesta u investigazzjoni dwar dan għax għad jgħaddi ż-żmien u l-poplu Malti u Għawdxi jikkundanna lill- gvern Nazzjonalista ta' l-Onor.", "Fenech Adami, illi l-pajjiż kien hu li għarrqu u li daħħal ċerti prattiċi li jmorru kontra l-interess tal- pajjiż.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari nru.", "14429 tas-6 ta' Marzu 2000 dwar advisors impjegati mal-ministeru għall-ambjent;", "Estratt minn kuntratt tal-gvern dwar petroleum operations;", "Kopja ta' ittra datata 17 ta' Frar 1998 mibgħuta mill-environmental management unit ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar lill-oil exploration division fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru dwar i-tħaffir ta' stratigraphic well f'Il-Vapur, limiti ta' Kerċem, Għawdex;", "Environmental planning statement dwar drilling of a deep stratigraphic well at Il-Vapur, l/o Kercem, Gozo, maħruġ minn MUS Ltd fi Frar 1998;", "Estratt minn artiklu intitolat \"Effetti Negattivi fit-Turiżmu, il- Manifattura u l-Kummerċ\" li deher fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjon\" tas-7 ta' Novembru 1997;", "Estratt minn diskors ta' Dr. Joe Psaila Savona f'seduta tal-parlament numru 155 tal-Ħamis, 27 ta' Novembru 1997, dwar possibbilta' ta' ħsara lill-ambjent waqt tiftix għaż-żejt;", "Estratt minn exploration study agreement between the Government of Malta and AGIP s.p.a. maħruġ f'Awissu 1997;", "Estratt min-North Malta offshore regional study - progress meeting No. 2 maħruġ fit-23 ta' Ġunju 1998;", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-dipartiment ta' l- informazzjoni fil-25 ta' Awissu 1997 rigward ftehim dwar tiftix għaż- żejt;", "Estratt minn exploration study agreement with AGIP - progress meeting no. 1 datat 26 ta' Frar 1998;", "Kopja ta' exploration study agreement between the Government of Malta and Hardman Resources N.L., Planet Oil Holdings Ltd & Golden Gate Resources Ltd maħruġ f'Awissu 1998; u", "Kopja ta' ittra datata 27 ta' Marzu 1998 mibgħuta mill-Onor.", "Joe Mizzi lill-Prim Ministru Dr Alfred Sant dwar proposta għal production sharing contract mal-Gvern Malti sottomessa minn MEO Ltd u ROC Oil Coy Ltd.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru Zammit Dimech biex jagħmel il-winding- up.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, fit-tmiem ta' diskussjoni dwar it-twaqqif ta' awtorita' mill-aktar importanti għal pajjiżna, nixtieq nirringrazzja lid-diversi kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Zammit Dimech.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li bħalissa qed nitkellmu fuq xi ħaġa importanti għal pajjiżna, li tinkorpora wkoll l-aspett ambjentali, kont nistenna aktar impenn min-naħa tal-gvern.", "Qed ngħid dan għax bħalissa m'hawn ħadd u allura nsejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.15 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Il-Ministru", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, f'din id-diskussjoni ttieħdu tmien seduti, b'interventi kontinwi minn diversi kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fil-fatt nikkalkola li kellna 18-il kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Kellna interventi interessanti miż- żewġ naħat tal-Kamra dwar dan l-abbozz ta' liġi verament importanti għaliex dan jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' dwar oqsma li jolqtu lilna fil- ħajja ta' kuljum.", "X'hemm li jolqotna aktar mill-ilma, mill-enerġija u mir- riżorsi minerali?", "Naħseb li meta nitkellmu dwar dawn l-oqsma nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-fatt li hemm bżonn - kif ġie wara kollox rikonoxxut miż-żewġ naħat tal- Kamra - li jkun hemm distinzjoni bejn min joffri dawn is-servizzi u min jirregolahom.", "Wieħed mill-kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni qal li fid- dinja tal-lum wieħed ma jistax ikun player u referee fl-istess ħin.", "Mela almenu hawn il-qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra fuq l-aktar thrust importanti ta' din il-liġi.", "Donnu fejn m'hawnx qbil huwa fuq il-forma li għandu jieħu r-regolatur u fuq hekk nitkellem aktar tard.", "Donnu ntużat l-okkażjoni biex l-oppożizzjoni tagħmel dan l-iscaremongering, twaddbilna ħafna dubji u tgħidilna kemm se jkollna problemi jekk ikun hawn element ta' liberalizzazzjoni jew element ta' kompetizzjoni f'dawn l-oqsma.", "Naturalment dan wieħed jistennih u nirriferi għalih aktar tard ukoll.", "Pero' ejja almenu nitilqu mill-fatt li naqblu li għandu jkun hemm regolatur - apparti l-format li jieħu dak ir-regolatur - għal dawn l-oqsma tant importanti fil-pajjiż.", "Donnu naqblu wkoll - hawnhekk qed nirriferi għall-ewwel intervent ta' l- Onor. Louis Buhagiar - li rridu nagħtu aktar importanza lil dawk is-sorsi li jiġġeddu u lil sorsi alternattivi ta' l-enerġija.", "Meta llum nafu xi sforzi qed isiru f'pajjiżi oħrajn, biex ikollna aktar enerġija hemm bżonn li nimpurtaw aktar żejt.", "B'hekk inħaddmu aħjar il-power station eżistenti - din forsi tkun tista' titkabbar ftit - u nkunu nistgħu nipproduċu l- enerġija kollha li għandna bżonn.", "Huwa veru li mil-lat ekonomiku hija prijorita' li jkollok l-ammont meħtieġ ta' enerġija li l-pajjiż għandu bżonn, u nista' ngħid li l-gvern preżenti kellu din il-prijorita' meta ħa t-tmun tal-pajjiż f'idejh fl-1987.", "Din kienet prijorita' kbira għaliex kif stajna aħna nattiraw lejn pajjiżna kwalunkwe forma ta' investiment jekk is- supply ta' l-enerġija elettrika fil-pajjiż tkun bir-ration?", "Qabel fil- gazzetta kont tista' taqra f'liema ġurnata se jkollok l-elettriku u f'liema ġranet oħra l-elettriku se jkun sospiż!", "Kieku bqajna nimxu b'dik il-mentalita', x'investiment u xi tkattir ta' impjiegi kien ikollna?", "Mr Speaker, huwa veru li fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm emendi konsegwenzjali li jolqtu l-liġi li tirrigwarda l-korporazzjoni Enemalta u l-liġi li tirriferi għall-korporazzjoni għas-servizzi ta' l- ilma.", "Hawnhekk qed ngħidu li dawn mhux bilfors jibqgħu f'sitwazzjoni ta' monopolju.", "Jien nemmen li hekk għandu jkun għaliex jekk pajjiż tassew irid isejjaħ lilu nnifisu modern u tassew irid jara l-progress u l-avvanzi, għandu jgħid li dik hija l-istruttura adattata għalih.", "Ilum ħadd m'għadu jrid struttura ta' monopolji fil-pajjiż u jien niskanta ħafna jekk min- naħa ta' l-oppożizzjoni jkun hemm min jipprova jippromwovi din il- mentalita'.", "Jien nittama li jkolli l-ħin biex nuri b'mod konkret kif illum il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal-Lvant u l-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti minn dak li kien jissejjaħ il-blokk komunista, qed jieħdu inizjattivi kbar biex fl-oqsma ta' l-ilma, l-enerġija u r-riżorsi minerali jiftħu l-bibien beraħ, jespandu s-servizzi tagħhom, jagħmlu miżuri ta' liberalizzazzjoni u jdaħħlu element ta' kompetizzjoni.", "Illum l- argument li inti tista' biss tiggarantixxi l-impjiegi tal-ħaddiema tiegħek billi żżomm il-monopolji ta' l-Istat huwa argument antikwat, huwa ppruvat li huwa skorrett u huwa argument li kienu jagħmluh biss f'dawn il-pajjiżi tal-blokk komunista qabel il-waqa' tal-komuniżmu u qabel il-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin.", "Huwa veru li hemm min jesprimi n-nostalġija u jgħid: Kemm nixtieq immorru lura għaż-żmenijiet tal-passat!", "Din anke f'Malta smajna min jgħidha fil-pubbliku.", "Pero' jien nawgura li min-naħa ta' l-oppożizzjoni jkun hemm il-maturita' politika meħtieġa u jkun hemm il-viżjoni għall-futur li hija ggwidata minn prinċipji li nemmnu fihom ilkoll u ngħidu li f'pajjiżna hemm bżonn li nieħdu eżempji oħra.", "Il-fatt li llum, per eżempju, b'inizjattivi li kien diġa' ħa l-gvern Nazzjonalista ta' qabel l- 1996, il-monopolju tal-korporazzjoni Telemalta m'għadux jeżisti, jfisser li ntilfu xi impjiegi fil-qasam tal-komunikazzjoni jew ifisser li ġew iġġenerati mijiet ta' impjiegi ġodda?", "It-tweġiba jagħtihielek kulħadd.", "Fil-fatt ġew iġġenerati mijiet ta' impjiegi ġodda.", "Jien ma rridx intawwal l-analoġija mad-dinja tal-komunikazzjoni għaliex żgur li n-nofs siegħa li għandi għall-winding-up - issa għandi ħames minuti nieqsa - ma tkunx suffiċjenti imma jien nixtieq nagħti żewġ eżempji.", "Jien irrid infakkar li fl-1987 anke biża' mill-fax kien hemm u jekk wieħed kien irid fax kien ikollu jħallas liċenzja addizzjonali.", "Dak kien monopolju.", "Issa dak iż-żmien ma konniex nitkellmu fuq l-internet kif nitkellmu llum, għax dak iż-żmien din kienet għadha mhix żviluppata kif nafuha llum.", "Dak iż-żmien jekk kien ikollok fil-pussess tiegħek cordless telephone kont qed tkun tikser il-liġi.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq mobile telephone jew fuq web telephone.", "Per eżempju, kien intqal li r- raid li kien sar mill-pulizija fuq id-dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista - għalkemm mhux dik kienet il-vera raġuni - kien sar biex ifittxu għal cordless telephones.", "Imma ntilef xi impjieg għax il- korporazzjoni Telemalta m'għadx għandha monopolju fil-pajjiż?", "Illum f'dan il-qasam għandek operators differenti kif għandek fil-qasam tal-paging, fil-qasam tal-mobile telephony u kif se jkun hemm ferm iżjed fix-xhur li ġejjin u b'mod partikolari fi żmien tliet snin.", "Intilef xi impjieg, per eżempju, għaliex il-gvern preżenti fetaħ bl-aktar mod apert l- importazzjoni tal-computers u m'għadniex nitolbu lin-nies jimlew formola u dikjarazzjoni fejn jgħidu li jekk idaħħlu computer m'hu se jkeċċu lil ħadd?", "Dak li ġara - u din l-analoġija - fil-qasam tal-komunikazzjoni.", "Dak li kien ukoll rikonoxxut mill-gvern Laburista bejn l-1996 u 1998 se jiġri wkoll f'dawn l-oqsma.", "Din hija l-isfida u l-opportunita' li jmiss.", "U jekk dan ma nagħrfuhx, minflok inkunu qed ngħinu lill-pajjiż u lill-ħaddiema nkunu qed nitfgħu lill-pajjiż lura.", "Naturalment waqt dan id-dibattitu saret riferenza wkoll għan-national plan for the adoption of the acquis.", "U qalulna min-naħa ta' l- oppożizzjoni li f'dak il-pjan qed nuru biċ-ċar li aħna għandna l-ħsieb li fil-fatt nilliberalizzaw u li niftħu s-suq f'dawn l-oqsma, qishom dawn qed jiskopru l-Amerika.", "Illum l-NPAA huwa parti mir-records ta' dan il- parlament.", "Kif nafu, għandna anke diskussjoni ma' l-oppożizzjoni dwar dan il-pjan.", "Aħna informajna wkoll lill-oppożizzjoni li dan huwa pjan li qed jiġi aġġornat u jkun tajjeb li ssir diskussjoni fuqu, anke fid-dawl ta' emendi li qegħdin isiru għalih.", "Dak li qed ngħidu fil-pjan huwa parti mill- pjan tagħna.", "Pero' l-aktar ħaġa importanti hija li dan mhuwiex biss pjan biex nadottaw f'pajjiżna l-aquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa tajjeb li tagħmel hekk għaliex Malta m'għandha l-ebda raġuni għalfejn tkun differenti mill-kumplament tal-pajjiżi llum Ewropej l-oħra kollha, li tkun iżolata jew li tkun fil-periferija, pero' apparti li dan il-pjan huwa tajjeb bħala għan fih innifsu - u aħna mhux se nkunu apoloġetiċi f'dan ir- rigward - huwa tajjeb ukoll għax huwa ta' ġid għalina bħala pajjiż.", "Qalulna, per eżempju, li fid-dawl ta' l-ammont ta' enerġija li nipproduċu, fid-dawl tad-daqs tagħna u fid-dawl ta' konsiderazzjonijiet oħra, nistgħu nagħmlu l-argument li aħna a small isolated system.", "U jien ngħidilhom: Aħna mhux hekk għedna fl-NPAA.", "Aħna stess qed ngħidu li aħna nistgħu nikkwalifikaw bħala a small isolated system u allura mhux bilfors li d-direttivi kollha ta' l-Unjoni Ewropea japplikaw kollha għal pajjiżna.", "Dan għidnieh aħna stess fl-NPAA qabel ma qalitu l-oppożizzjoni.", "Għalhekk meta dawn ikkwotawlna din il-frażi kienu qed jikkwotawlna minn dokument tal-gvern stess.", "Mela allura x'inhi l-problema?", "Fil-każ ta' Malta ma nipprevedux, almenu f'dan l-istadju, sakemm ma jkunx hemm xi avvanzi fit-teknoloġija, li jista' jkollok aktar minn a national distribution system waħda, jiġifieri li xi ħaddieħor jiġi jipproduċi l- enerġija, joqgħod jgħaddi l-cables minn taħt l-art u jara kif se jwassalhom sal-postijiet fejn irid jikkommunika l-elettriku tiegħu.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, almenu fit-teknoloġija attwali, jagħmel sens li bħala distribution system ikollok waħda.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħti eżempju ta' fejn tista' tagħmel miżuri ta' liberalizzazzjoni.", "Jekk, per eżempju, jkun hawn entitajiet li jkunu jridu jwaqqfu f'pajjiżna sistemi ta' produzzjoni ta' enerġija permezz ta' wind turbines, dawn għandna ngħidulhom le għaliex hawn liġi li tagħti l-monopolju lill-Enemalta u li kull forma ta' enerġja li tkun prodotta jridu jagħmluha huma jew li l- liċenzja jagħtuh huma biss meta issa suppost qbilna li min jipprovdi servizz ma jistax jirregola hu wkoll?", "Kieku ma nemendawx il-liġi dawn mhux biss jipprovdu s-servizz - bħalma kienet il-liġi dwar it-Telemalta qabel - imma jekk xi ħadd jagħmel xi ħaġa, anke remotament, u jikkompeti magħhom, il-liċenzja jridu jagħtuha huma.", "U naturalment ħafna drabi jkun hemm il-mentalita' li m'hemmx għalfejn tagħti l-liċenzja.", "Issa ħalli naraw dan xi jfisser għalina mil-lenti limitata tagħna flok naraw ukoll l- impatt kollu fuq il-pajjiż.", "Hawnhekk kien hawn diversi kelliema li esprimew dubji dwar jekk hux qed noħolmu.", "Per eżempju, l-Onor.", "Evarist Bartolo qal jekk din hijiex xi ħaġa ttir mar-riħ.", "Lill-Onor.", "Bartolo nista' nikkonfermalu li fil-ġimgħat li ġejjin kien hemm diversi ditti ta' fama internazzjonali li avviċinaw lill- Gvern Malti li jixtiequ li f'Malta jipprovdu sorsi alternattivi ta' enerġija jekk ikun hawn l-infrastruttura meħtieġa biex dan jagħmluh.", "U l- infrastruttura meħtieġa tfisser li jkollok sistema ta' regolatur li tkun indipendenti minn min jopera.", "Jekk ikollok il-garanzija li inti tipproduċi enerġija mis-sors tar-riħ jew minn sors ta' sistemi photovoltaic dawn jingħaqdu man-national grid, mela joqogħdu jipproduċuhom u verament itir kollox mar-riħ!", "Jekk l-Onor.", "Bartolo jrid li noqogħdu għaddejjin b'dan il-ħsieb nista' ngħidlu li hemm affarijiet li taru mar-riħ!", "Jien naħseb li għad hemm min jipprova jiddefendi u jesprimi n-nostalġija tiegħu meta jgħid li rridu mmorru lura għall-passat.", "Issa l- passat huwa gone with the wind u se jibqa' gone with the wind!", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx għalfejn il-Ministru qed jeċita daqshekk ruħu u nitolbu jgħidli fejn fid-diskors tiegħi jien urejt xi nostalġija għall-imgħoddi?", "Apparti minn hekk, jista' l-Ministru jgħidli f'liema parti tat-territorju nazzjonali jkun hemm spazju biżżejjed għall-windfarm li tista' tipproduċi biżżejjed enerġija?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jista' l-Ministru jgħidli fejn fid-diskors tiegħi urejt xi nostalġija għall-passat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diversi kelliema ta' l-oppożizzjoni tkellmu b'mod li bdew jiddefendu l-monopolji statali u s-sistemi antikwati.", "Jekk m'hijiex nostalġija din ma nafx x'inhi!", "(Interruzzjonijiet) Wara li ilhom jitkellmu dan il-ħin kollu, dawn kif jippretendu li ma nagħlaqx id- diskussjoni!", "Naħseb li dawn għandhom nostalġija oħra għall-passat għax huma kontra diskussjoni ċivili u demokratika!", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jien ma nafx kif il-Ministru qed jgħid li fid- diskors tagħna aħna wrejna nostalġija għall-passat għax jien għedt li bir- riżorsi kollha li għandu, il-gvern baqa' ma investiex f'alternattivi oħra.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru u jieqfu l-interruzzjonijiet.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Issa saret xi ħaġa perikoluża li twieġeb lill-kelliema ta' l-oppożizzjoni!", "L-Onor.", "Bartolo qalilna li hawn erba' prinċipji li huma importanti u dawn huma l-iżvilupp qawwi u sostenibbli, il- ġustizzja soċjali, il-ħarsien ambjentali u l-interess nazzjonali.", "Pero' l-interess nazzjonali u l-kunċett tas-sovranita' moderna ma jfissirx li inti tingħalaq b'mod iżolat mill-kumplament tad-dinja imma issa li hemm il- globalizzazzjoni kważi rridu ningħaqdu aktar.", "Mistoqsija li saret b'mod kontinwu min-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet din: Hemm għalfejn inwaqqfu awtorita'?", "F'ħin minnhom staqsew ukoll jekk hux qed nispettezzaw lill-gvern iżżejjed.", "Hemm bżonn niddeċiedu għax hawnhekk smajt kritika b'żewġ aspetti.", "Dawn qalu li qed inwaqqfu awtorita' indipendenti u li se titlaq għal rasha, iżda mbagħad smajt il-kritika mill- istess kelliema ta' l-oppożizzjoni li din l-awtorita' se nżommuha - mingħalija kienet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro - qisha puppet on a string.", "Anke ikkwotatilna x'kienet tkanta Sandy Shaw!", "Meta jiena smajt ir- ripetizzjoni kontinwa minn ħafna membri ta' l-oppożizzjoni ħsibtni qed nisma' \"Radio Gaga\" mhux ''Puppet on a String''!", "(Interruzzjonijiet) Il- kwestjoni kollha hija li rridu niddeċiedu.", "Il-verita' hi li hemm bżonn struttura li tkun at arm's length mill-gvern u li tkun ukoll indipendenti mill-operaturi pero' naqblu li din l-awtorita' timxi fuq il-linja ta' policies gwida li jagħti l-gvern ċentrali.", "U għalhekk qed ngħidu fil- leġislazzjoni li għandna quddiemna li l-gvern jagħti l-policies ġenerali u jekk jara li l-awtorita' m'hijiex qed timxi ma' dawk il-gwidi li qed jagħtiha dan jista' jintervjeni fl-operat tagħha.", "Fil-liġi qed ngħidu wkoll li r-regolamenti se jibqa' jagħmilhom il- gvern, pero' naqblu li din tkun struttura indipendenti li titmexxa bi strutturi bl-aktar mod effiċjenti milli kieku nimxu b'sistema antikwata dipartimentali.", "Wara kollox meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jagħmlilna s-suġġerimenti tiegħu dwar x'inhi l-alternattiva - u jien ipprovajt insegwi b'attenzjoni x'inhi l-alternattiva li se jipproponi - kulma qalilna kien li għandna nħallu l-istrutturi dipartimentali pero' dawn nagħmluhom taħt bordijiet.", "Din xi tfisser?", "Aħna qed nagħmlu bord li hu l- awtorita', din l-awtorita' jkollha d-direttorati tagħha li timxi b'mod effiċjenti u minflok id-direttorati jista' jkun hemm nies mis-settur pubbliku b'mod ġenerali li jmorru jaħdmu ma' dik l-awtorita'.", "Pero' huwa tajjeb illum li toħloq struttura li tkun aktar effiċjenti u aktar moderna milli tagħmel sistema dipartimentali antikwata.", "Jien kelli ċans anke nikteb fuq hekk.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-MIA għax naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu ma' l-istruttura li jkollok kumpannija fuq linji kummerċjali li tmexxi l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Niftakar li meta fl-1992 konna wasalna biex ninawguraw l-ajruport kelli l-unur li nagħmel ir- rakkmandazzjoni li mmorru għal struttura ta' kumpannija kummerċjali.", "Niftakar li konna tterminajna dak li kien jissejjaħ l-air terminal department.", "Dak kien żmien meta l-ajruport internazzjonali ta' Malta konna qed nibdluh minn sistema ta' tractors li kienu jdaħħlu l-bagalji għal sistema ta' conveyor belt.", "Dak kien żmien ukoll meta qlibna minn sistema li biex tagħmel reklam ġewwa l-ajruport kont trid toħroġ tender u tgħid li hemmhekk qed tikri xi ċentimetru kwadru ta' art tal-gvern u tuża proċeduri antikwati li m'għandhom x'jaqsmu xejn mat-tmexxija ta' ajruport modern għal sistema fejn għandek kumpannija li tagħmel profit-sharing ma' diversi ħwienet u entitajiet li llum huma preżenti fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Allura għamilna ħażin li ma bqajniex fuq struttura dipartimentali u għamilna dak li kien hemm bżonn?", "L-oppożizzjoni ma' xiex trid tkun marbuta; ma' sistemi ta' tractors tad-duħħan jew ma' sistema ta' conveyor belt li ħiereġ dejjem b'ideat ġodda, b'viżjoni għall-futur u li tassew naraw x'għandu bżonn pajjiżna għall-futur?", "Inċidentalment hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni talli fl-aħħar għamlilna kumpliment.", "Qed ngħid dan għax sentejn ilu, minħabba deċiżjonijiet żbaljati min-naħa tiegħu u minħabba r-ras iebsa li kellu, tant li ġie biex ixolji dan il-parlament, minn din il-Kamra, ftit 'il bogħod minn fejn qiegħed jien bħalissa, l-Onor.", "Sant kien għamel diskors u kien ipponta lejna wieħed wieħed.", "Dakinhar lilna li konna n-naħa ta' l-oppożizzjoni kien qalilna li aħna skaduti.", "Issa ġie hawnhekk b'catch phrase ġdida u qalilna li aħna nejjin.", "Mid-dehra avvanzajna ħafna għaliex li minn skadut taqleb għal stat nej naħseb li huwa avvanz!", "Mr Speaker, hawnhekk semmejna l-importazzjoni taż-żjut.", "Li jkollok sistema fejn l-importazzjoni taż-żjut tkun miftuħa jew liberalizzata jew li jkollok kumpanniji diffferenti li jistgħu jimportaw hija xi ħaġa ħażina?", "Meta jrid il-pajjiż jista' jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Pero' li nista' ngħid lill-oppożizzjoni hu li d-dħul illi llum il-gvern jagħmel permezz ta' l-importazzjoni taż-żejt jista' jagħmlu xorta waħda għax kulma jrid jagħmel hija struttura ta' royalties fuq min qed jimporta ż-żejt għall-pajjiż u joffri liċ-ċittadin l-għażliet li għandu f'pajjiżi oħrajn bejn grades differenti u bejn ditti differenti.", "B'hekk tkun qed tkattar aktar impjiegi u aktar ġid ekonomiku u tkun qed tagħmel rivoluzzjoni simili għal dak li ġralna fil-qasam tal-komunikazzjoni.", "B'dan il-mod ma nkunux qed inbeżżgħu bil-babaw bħallikieku kull forma ta' kompetizzjoni u kull forma ta' liberalizzazzjoni hija ħażina.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' enerġija jien tajt l-eżempju tal-wind turbines u tal-photovoltaic systems, tajt l- eżempju dwar l-importazzjoni taż-żejt u nista' nagħti wkoll eżempju dwar is- sistema ta' l-ilma.", "Illum jagħmel sens li jekk ikollok min irid jagħmel sistema ta' second- class water u jorbotha ma' l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ, dawn bilfors ikunu taħt il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jew jista' jkollok kumpanniji li joperaw b'dan il-mod u li mbagħad huma jkunu parti mill-water supply fit-totalita' tiegħu għax dik hija second-class water?", "Illum il-water services corporation qed tagħmel ħażin li hi stess tissupplixxi u tgħin lil min irid ikollu sistema ta' reverse osmosis plant għall-industrija tiegħu jew għal-lukanda tiegħu?", "Qed tagħmel ħażin li hi stess qed toħloq kompetizzjoni magħha nnifisha?", "Din qed tagħmel tajjeb!", "Imma mhux b'dan il-mod għandna nħarsu 'l quddiem?", "L-Onor.", "Mizzi qal li l- akbar difett li hemm fl-abbozz ta' liġi huwa li m'hawnx provvediment kif nistgħu nieħdu l-enerġija mill-ilma baħar Qalilna wkoll li din se tkun is- sistema 20 sena oħra.", "Din bħall-attitudni ta' l-oppożizzjoni fuq l-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħidlu illi kieku, per eżempju, fl-1987 qgħadna nirraġunaw, b'dan il-mod, kieku llum tliet kwarti ta' Malti m'għandhiex dawl.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: No cross-debates.", "Ikompli l-Ministru, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tan-naħa l-oħra semmewlna l-kontijiet tad- dawl u l-ilma.", "Naħseb li trid tkun ftit tost biex lilna ssemmielna l- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Jien nisfidahom biex jaqbdu liema kont iridu, iqabbluh mat-tariffa tagħna u jaraw jekk tagħhom huwiex ogħla!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, jien nixtieq nikkwotalu l-kont tiegħi personali.", "MR SPEAKER: Onor. Borg, il-kont tista' turihulu wara jekk trid.", "Il- Ministru qed jagħmel il-winding-up u għandu dritt ikompli bid-diskors ta' l-għeluq.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Borg jista' jgħaddili l-kont li qed jirriferi għalih ħalli naħdmuh bir-rata li kien iffissa l-gvern tiegħu u jkun jaf kemm kien se jeħel iżjed.", "(Interuzzjonijiet) Le, jien m'hu qed nirtira l-ebda challenge.", "F'ħin minnhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal - din tefagħha hekk, bħala aside - li l-korporazzjonijiet kienu tefgħulu torpedo.", "B'dan jien fhimt li qishom dawn bellgħulu xi ħaġa.", "Imma skużi, jekk dan jiġi jkellimna fuq l-input u l-output u fuq is-sistemi maniġerjali moderni, kif jista' jkun li l-gvern Laburista ma kienx kapaċi, jekk stess kellu parir mill-korporazzjonijiet, jara l-input u l-output x'kien se jkun?", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel stedina lill-oppożizzjoni biex din tara x'se jiġri fi Praga fejn f'Ottubru ta' din is-sena se titlaqqa' konferenza li jisimha \"New Europe 2000 - Infrastructure for New Europe\".", "It-temi se jkunu preċiżament l-elettriku, l-ilma, il-gass, iż-żjut u riżorsi oħra.", "F'din il-konferenza se jipparteċipaw il-gvernjiet kollha ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal-Lvant.", "Din hija konferenza li se ssir mal- Kummissjoni Ewropea u ma' l-aqwa media representatives bħall-Financial Times, il-BBC World Service, il-Warsaw Business Journal, il-Prague Business Journal u ditti oħrajn.", "Se jkun hemm ukoll l-aqwa utility providers fl- Ewropa u dawn se jiddiskutu l-ħtieġa ta' bodies indipendenti regolatorji, l- iżvilupp ta' l-infrastruttura, opportunitajiet ġodda, kondizzjonijiet għal suq iktar miftuħ, opportunitajiet ġodda ta' investiment u kif isir il- financing ta' proġetti bħal dawn.", "Mr Speaker, dan kollu se jsir għax dawn il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fetħu moħħhom u m'għadhom jesprimu l-ebda nostalġija.", "Dawn qed jaraw sfidi u opportunitajiet ġodda u llum bit-twaqqif ta' l- aworita' dwar ir-riżorsi Malta se tkun minn ta' quddiem f'dawn l- opportunitajiet ġodda u f'dawn l-oqsma.", "Aħna se noħolqu l-awtorita' meħtieġa biex tiggarantixxi preċiżament dawn l-istrutturi kollha li se jkunu wkoll ta' ġid għal pajjiżna għaliex aħna nemmnu bis-serjeta' li nagħtu lil pajjiżna dak li jistħoqqlu fl-oqsma li jolqtuna fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' li tkun magħrufa bħala l- Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi, u għall-eżerċizzju minn jew f'isem dik l-awtorita' ta' funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw ir-riżorsi relattivi għall-ilma, l-enerġija u l-minerali, u sabiex jipprovdi dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma' dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Fl-10.51 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "248", "FAVUR : 31", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Mario | |Azzopardi |Galea Pace | |Frederick |Victor | |Azzopardi Jason|Gatt Austin | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael|Hyzler George | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Cristina |Mifsud Bonnici | |Dolores |Carmelo | |Dalli John |Mugliett | | |Jesmond | |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna|Pullicino | | |George | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | | | | |", "KONTRA : 27", "L-Onor. |Abela Carmelo |Farrugia | | |Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto|Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist|Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles| |Buhagiar |Mizzi Joe | |Charles | | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian| |Louise | | |Cuschieri |Vella George | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Debono Grech | | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA' TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA", "MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL", "MR SPEAKER: Għandi messaġġ mingħand il-President.", "GUIDO de MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' awtorita' li tkun magħrufa bħala l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta, u għat-twettiq minn jew f'isem dik l-awtorita' ta' funzjonijiet regolatorji dwar riżorsi li għandhom x'jaqsmu mal-ġbir, kompilazzjoni u pubblikazzjoni ta' statistiċi uffiċjali, u biex jipprovdi għall-ħwejjeġ li huma anċillari għalihom jew li għandhom x'jaqsmu magħhom\", jirrakomandah għall- konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "18 ta' Lulju 2000", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, huwa pjaċir tiegħi li qed nippreżenta dan l-abbozz ta' liġi li se jwaqqaf l-awtorita' dwar l-istatistika.", "Tajjeb li ngħidu illi l-liġi preżenti għaddiet mill-parlament fl-1955, jiġifieri meta Malta kienet għada kolonja, u f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm emendi għall-ħsieb ewlieni tagħha.", "Fil-fatt l- emendi li saru fl-iStatistics Act ta' l-1955 prattikament kollha saru qabel l-indipendenza u kienu emendi minuri li jipprovdu għal xi definitions u għall-government statistician, jiġifieri ma kenux emendi ta' sustanza imma kienu emendi biex il-liġi tkun aktar mirquma bit-terminoloġija li bdiet tintuża maż-żmien.", "Il-liġi dwar l-istatistika ta' l-1955 kienet pass importanti ħafna għal pajjiżna għax ipprovdiet ċerti elementi li qed jiġu ripetuti u msaħħa bl- abbozz ta' liġi preżenti.", "L-ewwelnett l-għan prinċipali tal-liġi ta' l-1955 kien li jkun hemm ġbir ta' statistika bil-liġi.", "F'din il-liġi hemm ukoll schedule li tirriferi għal x'tip ta' statistika għandha tiġi ppublikata.", "Fil-fatt ikun tajjeb li ngħid illi wara li ġiet ippubblikata l-iStatistics Act ta' l-1955 bdew joħorġu n-national accounts ta' pajjiżna b'mod illi dawn ikunu relatati ma' l-istandards tal-United Nations u b'hekk wieħed seta' jaħdem il-GDP u l-prodott tal-pajjiż u allura wieħed seta' jaqsam il-prodott tal-pajjiż f'setturi varji biex ikun jista' jagħmel analisi ta' l-andament ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna.", "Il-liġi kienet tipprovdi wkoll l-element ta' konfidenzjalita' ħalli l-istatistika tinġabar b'mod illi tkun tista' tiġi wżata biss għal skopijiet ta' l-uffiċċju ta' l- istatistika u mhux għal skopijiet oħra.", "Dan ifisser li l-informazzjoni miġbura għall-finijiet tal-liġi ta' l-istatistika ma tistax tiġi wżata, per eżempju, mid-dipartiment tat-taxxi interni jew minn dipartimenti oħra tal- gvern ħalli l-informazzjoni tingħata b'mod li kemm jista' jkun tkun tirrifletti r-realta'.", "Il-liġi tipproponi wkoll ċerti multi f'każ li wieħed ma jagħtix din l-informazzjoni u tirriferi għall-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika bħala dipartiment tal-gvern.", "Diversi partijiet minn din il- liġi jitkellmu dwar ir-relazzjoni bejn il-ministru u d-dipartiment illi naturalment fis-snin ħamsin naħseb li kienet in line with the thinking ta' dak iż-żmien.", "Pero' llum dawn żviluppaw ideat differenti u hawnhekk hawn kif għandu jkun il-power sharing bejn il-ministru, l-awtorita' u l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika, li issa se jiġi mwaqqaf minflok l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika.", "Mr Speaker, jien nixtieq nitkellem ftit dwar l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi u x'irridu minn awtorita' li tirregola l-ġbir u x-xandir ta' l- istatistika, x'tip ta' statistika għandha tinġabar u fuq liema prinċipji għandha tinġabar.", "Naturalment dawk il-prinċipji ma jistgħux jiġu stabiliti bil-liġi, pero' hemm riferenza ċara fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna illi tispeċfika illi wieħed għandu juża sistemi li huma adottati internazzjonalment.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq definitions u fuq il-mod kif wieħed jiġbor l-informazzjoni, jekk hux b'surveys u f'ċerti aspetti b'records illi jkun hemm dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, eċċ. Din l-informazzjoni trid tinġabar b'mod xjentifiku u b'mod illi huwa aċċettat internazzjonalment.", "Dan ifisser li għall-ewwel darba dan l-abbozz ta' liġi qed jipprovdi biex ikollna statistika miġbura on the basis of international standards u dan huwa importanti.", "Qabel il-United Nations kienet toħroġ diversi standards u meta fl-1955 għaddiet il-liġi tagħna minn dan il- parlament kienu għadhom kif ippubblikaw a system of national accounts tas-snin ħamsin.", "Pero' llum hemm il-Eurostat li biex ngħid hekk huwa l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika ta' l-Unjoni Ewropea.", "Huwa importanti li aħna jkollna statistika konsistenti biex ikunu jistgħu jsiru l- comparisons li jkun hemm bżonn, biex wieħed ikun jista' jqabbel like with like u biex wieħed ikun jista' jasal għall-konklużjonijiet validi u mhux konklużjonijiet li jiddependu minħabba xi differenzi li jista' jkun hemm fil-ġbir ta' l-istatistika.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li sa mill-1987, gvern Nazzjonalista ta importanza kbira lill-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika għax deherlu li biex wieħed ikun jista' jieħu deċiżjonijiet validi irid ikollu informazzjoni ta' min jorbot fuqha.", "Fil-fatt jien għandi l-pjaċir ngħid li ilni assoċjat ma' l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika, b'mod dirett jew indirett, mill-1987/88 u dejjem ippressajt biex ikollna sistemi aġġornati ta' l-istatistika, biex din tinħareġ fil-ħin u biex tinħareġ b'mod illi jkun utli għall-policy decisions illi wieħed ikollu jieħu meta jkun fil- gvern jew inkella biex wieħed ikun jista' janalizza aħjar l-andament ekonomiku.", "Jien għandi l-pjaċir ngħid illi minn dak iż-żmien 'l hawn l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika ġie msaħħaħ kemm bil-fondi finanzjarji kif ukoll bir-riżorsi umani.", "Illum għandna uffiċċju ta' madwar 100 ruħ, għandna numru sabiħ ta' gradwati u qed ikun hemm iktar recruitments ta' gradwati.", "Fl-1987 l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika ġie allokat lilu Lm200,000.", "Dan id-dipartiment kien jiffunzjona mill-Auberge d'Italie u l- istruttura tiegħu kienet tal-mistħija, b'ħafna gabubi ta' l-injam u separations li huma paper thin.", "Dan kollu kien ipoġġi problemi kbar fl- ambjent tax-xogħol pero' llum għandna uffiċċju b'ambjent ferm aktar modern u attrezzat bl-equipment neċessarju.", "Niftakar li fl-1987/88 ma kienx hemm computer wieħed hemmhekk.", "Huwa veru li l-personal computers kienu daħlu fil-bidu tas-snin tmenin, pero' sfortunatament il-policy tal-gvern li kien hemm f'nofs is-snin tmenin kienet li l-computers kienu ta' periklu għall- impjiegi u kienu jħarsu lejhom bħala theddida.", "Ovvjament dan kien ġie rifless ukoll fl-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika.", "Dak iż-żmien kellna sistema ta' computers ċentrali fis-Swatar pero' għalkemm dan kellu ċertu computing capacity imdaqqsa, kien hemm problemi kbar għax dan kellu jikkompeti ma' ħafna users oħra u ma kienx dedikat biss għall-istatistika bir-riżultat li l-istatistika kienet iddum biex tiġi pubblikata b'mod uffiċjali.", "Għall-grazzja ta' Alla minn dak iż-żmien 'l hawn sar progress u naħseb li jekk hemm uffiċċju jew dipartiment tal-gvern li nistgħu ngħidu li laħaq livell ta' statistika u ta' effiċjenza fil-pubblikazzjonijiet tiegħu huwa ċertament l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika tal-lum.", "Ovvjament wieħed ħa ż-żmien biex itejjeb il-livell u għad baqa' x'jitjieb.", "M'għandniex naħsbu li kollox laħaq il-quċċata ta' l-iżvilupp speċjalment f'qasam daqshekk rilevanti, pero' wieħed irid jgħid li sar progress u sar updating fis-sistemi tan-national accounts li nużaw.", "Per eżempju, fl-1987 konna għadna qed nużaw sistemi ta' national accounts ta' meta twaqqfet il-liġi ta' l-istatistika pero' over the years kien hemm titjib.", "Pero' kien f'dawn l-aħħar snin illi rajna spinta qawwija biex ikun hemm titjib fit-tip ta' statistika li nużaw u biex din tiġi miġbura b'modi iktar addattati, aktar aġġornati u aktar rilevanti għad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.", "Biżżejjed ngħid illi filwaqt li ħafna mill-pajjiżi li marru għal sistema ta' quarterly GDP accounts, anke f'termini reali, aħna bqajna bis-sistema annwali u as a by-product konna noħorġu l-quarterly accounts.", "Pero' dawn il-quarterly accounts ma kenux miġbura on quarterly basis kollha u allura kien ikun hemm ċerti stimi u ċerti assumptions li jridu jiġu introdotti.", "U s-sistema moderna hija illi wieħed jimmira biex jiġbor quarterly accounts u mhux jimmira biex jiġbor annual accounts imbagħad as a by-product joħroġ quarterly accounts li jiġu tard wisq.", "Għalhekk jien ngħid illi llum l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika laħaq ċertu livell ta' żvilupp.", "Dan l-iżvilupp tkompla meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern u baqa' għaddej meta l-partit Nazzjonalista ħa r-riedni tal-pajjiż fl-1998.", "Dan il-gvern kompla jsaħħaħ dak li kien inbena f'dawn l-aħħar 13-il sena.", "Mr Speaker, naħseb li din il-liġi m'għandhiex tkun waħda kontroversjali.", "Din hija waħda mil-liġijiet li qed tipprovdi għal aktar awtonomija u indipendenza u qed tpoġġi black on white illi l-istatistika trid tkun waħda illi ma jkollhiex influwenzi politiċi imma tkun waħda li tirrifletti r- realta' ta' pajjiżna mingħajr l-ebda ndħil minn ħadd.", "Naturalment wieħed irid jitkellem dwar ir-responsabbiltajiet lejn il-parlament u lejn il-gvern u dwar kif isiru l-affarijiet.", "Aħna addottajna sistema li permezz tagħha noħolqu awtorita' awtonoma li tkun komposta minn tmien persuni.", "Naturalment din ikollha chairperson li jiġi nominat mill-gvern u jkollha bħala ex officio member lid-direttur ġenerali ta' l-uffiċċju li nitkellem fuqu aktar tard.", "Imbagħad ipprovajna niftħu l-membership ta' din l- awtorita' għal diversi oqsma ta' pajjiżna.", "Irrid ngħid illi forsi din m'hijiex daqshekk oriġinali, fis-sens illi konna diġa' qed nipprattikaw sa ċertu punt, din it-tip ta' struttura.", "Hawnhekk qed nirriferi għar-retail price management board illi kien twaqqaf bl-inizjattiva tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, li fil-fehma tiegħi ħadem tajjeb ħafna għax neħħa l-kontroversja li kien ikun hemm fuq l-indiċi tal-prezzijiet.", "Tant hu hekk li llum m'għadx ikun hemm it-tip ta' diskussjoni li kien ikun hemm għaxar snin ilu, bħal, per eżempju, jekk l-indiċi tal-prezzijiet huwiex reliable, jekk hux qiegħed iħalli affarijiet barra jew jekk hux qed jirrifletti s-sitwazzjoni tal-lum.", "Illum ir-retail price managment board huwa kompost kemm mir-rappreżentanti tal-unions kif ukoll mir- rappreżentanti ta' min iħaddem u constituted bodies u dan irnexxielu joħroġ bil-fiduċja neċessarja illi there is not only an actual objectivity imma a perceived objectivity mill-poplu in ġenerali.", "U l-awtorita' se tkun, sa ċertu punt, qed tirrifletti din l-esperjenza tagħna li kien bdiha gvern Nazzjonalista u kompliha gvern Laburista fit-18-il xahar li għamel fil-gvern.", "Aħna qed nipproponu li maċ-chairperson ta' l-awtorita' u mad-direttur ġenerali jkun hemm rappreżentant tal-bank ċentrali għax dan għandu element ta' importanza kbira f'pajjiżna, speċjalment dwar il-policy monetarja.", "Jekk jista' jkun dan ikun jippermetti li l-bank ċentrali jkollu involviment fil-ħruġ ta' l-istatistika kif ngħid aktar tard.", "Għidna wkoll li għandu jkun hemm rappreżentant nominat mill-universita' ta' Malta.", "Kritika li dejjem qamet kienet illi forsi l-istatistika tagħna m'hijiex qed isservi biżżejjed bħala mezz għar-riċerka u allura naħseb li huwa importanti li fl- awtorita' ta' l-istatistika jkollna dan l-input mill-universita'.", "Wara kollox fl-universita' hemm ħafna riċerkaturi illi l-materja prima tagħhom hija l-istatistika li jipproduċi l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika.", "Għalhekk huwa importanti illi jkollna dak it-tip ta' input ukoll.", "Imbagħad hemm membru ieħor maħtur wara konsultazzjoni mal-union movement fi ħdan il- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku - nistgħu ngħidu li fir-retail price management board dan l-eżerċizzju kien ta' suċċess u dehrilna illi għandna nifformalizzawh issa fuq din l-awtorita' - u membru ieħor maħtur wara konsultazzjoni mal-constituted bodies illi qegħdin fuq il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Ikun tajjeb li ngħid illi aħna għandna l-ħsieb li kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku jiġi mwaqqaf b'liġi u jista' jkun ukoll li jkollu terms of reference iktar wiesgħa pero' ċertament dan il-kunsill irridu nsaħħuh.", "Dan qed nirrikonoxxuh b'mod speċifiku fil-liġi billi r-rappreżentanti fuq l-awtorita' jkunu ġew maħtura wara konsultazzjonijiet mal-unions li hemm mal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku, ma' min iħaddem, ma' constituted bodies oħra ta' l-employers, tal-federation of industry, taċ- chamber of commerce u tal-hotels.", "B'hekk ikollna din it-tip ta' rappreżentanza minn dak il-qasam.", "Imbagħad hemm żewġ membri oħra li jkunu professionals in the field of statistics illi jinnominahom il-gvern.", "B'hekk ikollna input ieħor minn speċjalisti dwar l-istatistika partikolari illi jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom f'din l-awtorita'.", "F'dan l- abbozz ta' liġi hemm li jekk jista' jkun dawn in-nies għandu jkollhom ċertu understanding, ċertu background u ċertu knowledge ta' l-istatistika biex naturalment l-affarijiet ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem aktar u biex wieħed ikollu nies orjentati għal-lingwa ta' l-istatistika illi wara kollox m'hijiex lingwa faċli imma hija lingwa illi tirrikjedi ċertu tip ta' background.", "Mr Speaker, din l-awtorita' hija awtonoma u għandha diversi funzjonijiet li huma elenkati b'mod ċar f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Naturalment irid jitħejja pjan ta' dħul u nefqa għall-awtorita' u għall-amministrazzjoni ta' l-istatistika.", "Din l-awtorita' se jkollha l-inkarigu ili tirregola u tissorvelja b'mod ġenerali l-produzzjoni ta' statistiċi uffiċjali skond ħteġijiet u standards internazzjonali.", "Hawnhekk qed nagħtu importanza kbira illi l-istatistika tagħna jkollha standards internazzjonali.", "Dan huwa importanti għax meta nqabblu ma' statistiċi Ewropej u ma' statistiċi oħra tad-dinja rridu nkunu qed inqabblu like with like.", "Per eżempju, jekk inkomplu mexjin fit-triq għal sħubija u nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea nkunu f'pożizzjoni li jrid ikollna statistika li titqabbel anke f'termini ta' purchasing power u dan l-eżerċizzju qed isir.", "Dan huwa importanti irrispettivament jekk nidħlu jew ma nidħlux għaliex fuq dan l-element jiddependi kif wieħed ikun jista' jikklassifika lil pajjiżna.", "Dan jiddetermina l-assistenza li wieħed ikun jista' jiġbed lejn pajjiżna illi għandha x'taqsam mal-fondi li l-Ewropa tagħti skond il-partijiet tagħha li huma l-iktar fil-bżonn.", "Fil-fatt jien għandi pjaċir ngħid li mill-ewwel riżultati tal-purchasing power parity tal-GDP, illi hija miżura tal-GDP illi tagħti attenzjoni u tipprova tikkoreġi għad-differenzi fil-prezzijiet fid-diversi pajjiżi, instab illi l-ewwel draft statistic hija illi Malta għandha GDP corrected għall-purchasing power parity ta' madwar 60% tal- medja ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa importanti għal pajjiżna għaliex jirriżulta li fil-fatt jekk ikollok inqas minn 75% tal-medja ta' l-Unjoni Ewropea tiġi kklasifikat bħala reġun jew bħala pajjiż illi għandu ħteġijiet speċjali u allura tkun f'pożizzjoni illi tista' timmassimizza l-għajnuna li tingħata.", "Dan kollu juri l-importanza ta' l-istatistika beyond our shores.", "Fil-fatt il- purchasing power parity ma tinħadimx mill-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika imma tinħadem mill-Eurostat.", "Din tinħadem b'mod illi l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika jipprovdi l-informazzjoni u l-Eurostat taħdem l-istatistika skond il-prinċipji tagħha, tinformana x'qed tagħmel u naturalment jekk ma naqblux inkunu nistgħu ngħidu li ma naqblux u jkun hemm diskussjoni.", "Iċ-ċifra tal-purchasing power parity hija importanti għax inkunu qed nippjanaw għall-futur, pero' sa ftit xhur ilu din ma kenitx teżisti.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hawn li l-awtorita' għandha l-inkarigu:", "\"li tiddiskuti u tagħti parir dwar ħwejjeġ ta' statistika, inkluż il- metodoloġija meħtieġa rigward il-ġbir, komplikazzjoni u xandir ta' statistiċi; li tistabbilixxi prijoritajiet fil-waqt li tirrispondi għad-domanda ta' statistiċi uffiċjali;", "li żżomm kuntatt bejn l-Uffiċju u korpi pubbliċi oħra li għandu x'jaqsam ma' l-għoti ta' data u l-koordinament ta' attivitajiet b'implikazzjonijiet statistiċi; u", "li xxandar it-tagħrif ta' statistiċi uffiċjali.\".", "Jista' jkun ukoll li l-awtorita' jkollha bżonn tikkummenta fejn meħtieġ fuq ir-rapport annwali sottomess mid-direttur ġenerali dwar ix-xogħol ta' l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika illi se nitkellem fuqu minn hawn u ftit ieħor.", "Dan ifisser li mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' joħroġ ċar li l-awtorita' għandha r-responsabbilta' li tħares lejn l-operat u l- uffiċċju b'mod in ġenerali u mhux b'mod speċifiku pero' l-awtorita' għandha funzjoni importanti ħafna.", "Naturalment il-membri ta' l-awtorita', sakemm ma jkunux ħadu xi ġurament dwar il-konfidenzjalita', mhux se jkollhom aċċess għal statistika konfidenzjali għax l-uffiċċju biss se jkollu dak l-aċċess.", "Ir-responsabbilta' ta' l-awtorita' hija li tagħmel ċerta sorveljanza u li tieħu ħsieb policies in ġenerali illi l-uffiċċju jkun qiegħed isegwi.", "Naturalment l-awtorita' hija awtonoma pero' l-liġi tipprovdi li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn il-ministru responsabbli mill-istatistika jista' jinforma lill-awtorita' dwar policies li għandhom jiġu segwiti fit-twettiq tal-funzjonijiet vestiti fiha li ma jkunux konfliġġenti ma' l-Att fih innifsu.", "Dan għandu jkun fl-interess pubbliku.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jgħid:", "\"Il-Ministru jista', għar-rigward ta' dawk l-affarijiet li jkunu jidhrulu li jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien, jagħti lill-Awtorita' direttivi bil-miktub ta' xorta ġenerali ...\".", "Naħseb li dan huwa importanti għax finalment il-ħteġijiet ta' pajjiżna jridu jiġu protetti u segwiti.", "Kif għedt diġa', fid-dinja moderna tal-lum fejn l-informazzjoni hija waħda mill-prime movers ta' l-ekonomija tagħna, anzi saret industrija fiha nnifisha, huwa importanti li l-gvern ikun moqdi bix-xogħol li l-awtorita' tkun qed tħejji fil-pjanijiet tagħha.", "Hawnhekk għandna din id-division of powers bejn il-ministru u l-awtorita'.", "Fil-fatt fil-liġi l-qadima r-relazzjoni kienet pjuttost bejn il-ministru u l-kap tad- dipartiment u allura kienet tippermetti ferm iktar - għallinqas fit-teorija - direzzjoni diretta mill-ministru bħalma jista' jkollok f'każ ta' kull dipartiment.", "Din qed tiġi mibdula b'mod sinifikanti u qed tiġi mibdula wkoll fuq bażi ta' standards internazzjonali.", "Jiġifieri aħna mhux qed nivvintaw mill-ġdid imma qed insegwu mudelli li llum huma adottati f'diversi pajjiżi madwar id-dinja żviluppata.", "Mr Speaker, issa nixtieq nirriferi għal dokument maħruġ mill-United Nations illi ġie adottat fl-1992, bl-isem ta' \"United Nations Commission for Europe\", illi jirriferi għall-fundamental principles of official statistics in the region of the Economic Commission for Europe.", "Dan id- dokument għandu diversi punti rilevanti u aħna pprovajna ninkluduhom fil- liġi tagħna.", "Naturalment jista' jkun hemm xi prinċipji illi ma jkunux daqshekk rilevanti għalina minħabba ċ-ċokon tagħna, pero' l-prinċipji ġenerali huma illi l-istatistika trid tkun oġġettiva, trid tkun qed tirriferi, kemm jista' jkun għad-dinja reali, li ċ-ċittadin għandu dritt għall-informazzjoni u li għandu jkun hemm trasparenza fis-sistemi.", "Din kienet xi ħaġa oħra li l-liġi l-qadima ma ssemmix.", "Fil-fatt hemm id-dover li t-techniques użati jiġu ppubblikati kif fil-fatt diġa' beda jagħmel l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika pero' mhux dejjem kien il-każ li kien isir hekk u allura jkollok ċertu hesitation għax wieħed ma jkunx jaf b'ċerti techniques illi jkunu wżati u allura jistgħu jinżergħu ħafna dubji.", "Dan mhux il-każ.", "Fl-aħħar snin l-uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika beda jippubblika b'mod iktar dettaljat il-metodoloġija li tintuża u din issa qed tissaħħaħ bi provvediment dirett fil-liġi.", "U allura huwa l-element tat- trasparenza illi jrid ikun preżenti fl-istatistika li tiġi ppublikata biex wieħed dejjem jassigura li dejjem ikollu l-aħħar ċifri aġġornati.", "Aktar kmieni semmejt l-investiment li sar fid-dipartiment ta' l- istatistika u dan ma sarx biss fin-nies.", "Illum għandna dipartiment ferm aħjar milli kellna 13-il sena ilu pero' l-fondi li qed jingħataw għall- istatistika żdiedu.", "Fil-fatt fl-1987 il-budget ta' l-uffiċċju ta' l- istatistika kien taħt il-Lm200,000 u llum dan tela' għal Lm700,000 minbarra l-ispiża kapitali li qed ikun hemm minn żmien għal żmien.", "M'hemmx dubju li waħda mill-aspetti essenzjali ta' l-istatistika hija li tipprovdi wkoll għal ċertu ċensiment li jsir, kemm tal-popolazzjoni, kemm ta' l-agrikoltura kif ukoll ta' oqsma oħra ta' pajjiżna.", "Per eżempju, bħalissa qed isir household budgetary survey ieħor u qed isir ukoll labour force survey.", "Peress li l-aħħar ċensiment għall-popolazzjoni sar fl-1995 il-mira tagħna hija li jsir ieħor sa l-2005 biex ma jkunx hemm iktar minn għaxar snin bejn ċensiment u ieħor.", "Niftakru li sfortunatament kien hemm gap kbira bejn iż- żewġ ċensimenti li saru wara l-indipendenza ta' pajjiżna.", "Fil-fatt wieħed sar fl-1967 u l-ieħor kien sar 17-il sena wara jiġifieri fl-1985 u dan it- tul ta' żmien kellu effett speċjalment meta kellna perijodu fejn kien hemm ħafna emigrazzjoni u immigrazzjoni u żieda fil-popolazzjoni.", "Dan affettwa wkoll ċerti stimi li jsiru dwar il-popolazzjoni tagħna u l-istruttura tagħha.", "Issa peress li l-aħħar ċensiment sar fl-1995, proprju għaxar snin wara l-1985, wieħed irid iżomm ruħu aġġornat u jekk jista' jkun dan iċ- ċensiment jiġi in line ma' dawk li kienu qed isiru madwarna u b'hekk tkun qed tħares lejn il-profil tal-popolazzjoni tagħna fl-istess żmien li jkun qed isir profil tal-popolazzjoni tal-pajjiżi ta' madwarna.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jitkellem dwar fejn il-ministru jista' jagħti ċertu direzzjoni b'mod ġenerali u l-iskop irid ikun biex dan jipprovdi l-istatistika neċessarja ħalli l-gvern ikun jista' jippjana l- ħidma tiegħu aħjar.", "Pero' l-qalba ta' dan l-abbozz ta' liġi hija t- twaqqif ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li se jieħu post l- uffiċċju ċentrali ta' l-istatistika li kellna qabel.", "Dan l-uffiċċju se jkollu ċerti funzjonijiet u ċerti dmirjiet u hawnhekk jidħol il-qofol kollu tax-xogħol li jirrigwarda l-istatistika.", "Dan l-uffiċċju se jkollu direttur ġenerali li inizjalment se jkun maħtur mill-gvern għal ħames snin pero' wara dan il-first appointment jibda jinħatar direttur ġenerali kull tliet snin mill-awtorita'.", "Hawnhekk l-iskop ikun illi l-ewwel we get it going, bħalma ġara f'awtoritajiet oħra illi waqqafna imbagħad l-awtorita' jkollha wkoll l-inkarigu illi tagħżel id-direttur ġenerali.", "Naturalment dan jippermetti biex qabel l-awtorita' tibda tiffunzjona ma jkollhiex il- problema li trid taħtar id-direttur hi.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem fuq id-doveri u d-dmirijiet tad-direttur ġenerali kif ukoll ta' l-uffiċċju.", "Per eżempju, l-ewwel dmir tad-direttur ġenerali huwa li għandu jara li tinżamm l-integrita' u l-validita' ta' l- istatistiċi uffiċjali u li tinżamm il-fiduċja pubblika fihom.", "Għandna wkoll li:", "\"Id-direttur ġenerali jkun responsabbli għal, u għandu jwettaq, it- tmexxija ta' kuljum ta' l-uffiċċju fi ħdan l-awtorita' skond il-linji ġenerali ta' policy stabiliti mill-awtorita' minn żmien għal żmien.\".", "Dan ifisser li hija l-awtorita' li tistabilixxi l-policy pero' huwa d- direttur ġenerali u l-uffiċju li jpoġġu dawk il-policies into practice.", "Għandna wkoll li d-direttur ġenerali għandu jkollu knowledge ta' statistika biex ikun jista' japplikaa dak in- knowledge fil-ġbir u fil-preparazzjoni ta' l-istatistika.", "Fil-fatt insibu li dmir ieħor tad-direttur ġenerali huwa li:", "\"jiddeċiedi, skond konsiderazzjonijiet professjonali u etiċi, l-iskop u l-għan ta' l-istatistiċi provduti fil-pjan ta' dħul u nefqa, u dwar il-metodi u l-proċeduri għall-ġbir, kompilazzjoni, ħażna, preżentazzjoni u pubblikazzjoni ta' data\".", "Hawnhekk qed nispeċifikaw bl-iktar mod ċar li huwa d-direttur ġenerali u l- uffiċċju li qed imexxi illi jiddeċiedi dwar proċeduri li għandhom jintużaw u d-dettalji ta' dak il-ġbir.", "Dan ifisser li m'huwiex id-dover ta' l- awtorita' li tgħid liema price index għandek tuża jew inkella għandekx tuża l-combination tagħhom.", "Dak it-tip ta' dettall għandu jkun f'idejn id- direttur ġenerali illi jkun professjonist f'dan il-qasam ta' l-istatistika ħalli d-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod l-aktar xjentifiku.", "Pero' l- awtorita' naturalment tesiġi illi tara li l-price index jew indiċi ieħor li jkun qed jinġabar jew il-GDP finalment ikollu rappreżentanza tajba biżżejjed ta' dak li jkun qed isir f'pajjiżna.", "Id-direttur ġenerali huwa responsabbli wkoll biex jiġu mħarsa d- diżpożizzjonijiet ta' dan l-att dwar konfidenzjalita' jiġifieri l-liġi qed titfa' l-piż kollu tal-konfidenzjalita' fuq id-direttur ġenerali.", "Id- direttur ġenerali huwa l-custodian, biex ngħid hekk ta' l-informazzjoni li tkun inġabret illi kif għedt tista' tkun konfidenzjali ħafna.", "Aħna rridu nsaħħu dan l-element biex il-poplu tagħna jkun qiegħed f'pożizzjoni illi jafda iktar u jagħti l-informazzjoni neċessarja li finalment se tirifletti fuq wkoll.", "Qed ngħid hekk għax jekk id-deċiżjonijiet se jittieħdu fuq bażi ta' informazzjoni li tkun inġabret mingħand il-poplu tagħna u din ma tkunx korretta u reali, allura jistgħu deċiżjonijiet li jistgħu ma jkunux addatati għar-realta' vera.", "Għalhekk biex wieħed jiżgura kemm jista' jkun illi l-istatistika li tinġabar tkun reali qed insaħħu l-element ta' konfidenzjalita' u dan hemm bżonn nitkellmu fuqu biex il-poplu tagħna ma joqgħodx lura milli jipparteċipa u jirrispondi bl-iktar mod addattat, bl- iktar mod ġenwin u bl-iktar mod miftuħ dwar dik l-informazzjoni li tkun qed tinġabar.", "Kultant wieħed jinnota li mhux dejjem iseħħ hekk għax meta jistaqsi mistoqsija min-naħa u mistoqsija min-naħa l-oħra jsib illi r- risposti mhux dejjem jagħmlu sens ma' xulxin, forsi minħabba xi biża' minħabba d-dipartiment tat-taxxi interni eċċ., li kif diġa' għidt, m'għandu l-ebda aċċess għal din l-istatistika.", "Dan ma jsirx f'Malta biss imma jsir ukoll f'pajjiżi oħrajn biex niżguraw il-konfidenzjalita'.", "Id-direttur ġenerali għandu l-inkarigu wkoll li jiżgura li l-uffiċċju jkun mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa ta' teknoloġija ta' informatika ħalli l-informazzjoni ta' l-istatistika tiġi proċessata b'mod effiċjenti.", "Huwa inutli li aħna jkollna pubblikazzjonijiet fuq ċertu statistika li jieħdu tliet snin biex jiġu pubblikati għax tliet snin wara jkunu tajbin biss għar-riċerka.", "Għalhekk irid ikollna within reason għaliex l- affarijiet ma jsirux billi tfaqqa' subgħajk u l-istatistika toħroġ minn ġol- computer.", "Hemm il-proċess ta' ġbir u ta' inputting ta' informazzjoni, pero' ċertament li t-teknoloġija għenet, speċjalment f'dawn l-aħħar 13-il sena, biex l-istatistika tagħna tkun tista' tinġabar b'mod iktar effiċjenti, tiġi mdaħħla fil-computers aktar malajr u tkun tista' tirrifletti aħjar ir-realta' għaliex imbagħad is-sistema mekkaniżżata tippermettilek li tagħmel ċerti proċessi ta' checking ta' l-istatistika miġbura illi ma tkunx possibbli li tagħmilha by hand.", "Għalhekk id- direttur ġenerali għandu d-dmir li jipproduċi statistika up-to-date u tajba.", "Naturalment id-direttur ġenerali għandu d-dmir ukoll li jħejji abbozz ta' pjani ta' dħul u nefqa skond ir-regoli u proċeduri tal-gvern.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-business plan ta' l-awtorita' illi finalment trid tiġi ffinanzjata mill-gvern u dan irid ikun wieħed illi jirrifletti l-ħteġijiet ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jispeċifika li d-direttur ġenerali għandu d-dmir li jirrappreżenta l-awtorita' jew l- uffiċċju barra minn Malta jiġifieri dan ikun il-main representative ta' pajjiżna dwar materja ta' statistika.", "Id-direttur ġenerali għandu jissottometti r-rapport annwali dwar ix-xogħol ta' l-uffiċċju lill- awtorita' u għandu wkoll jiżviluppa l-istrateġija meħtieġa għall- implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' l-awtorita'.", "Id-direttur ġenerali għandu wkoll jagħti pariri lill-awtorita' dwar kull ħaġa li l-awtorita' tista' tibgħat lilu jew dwar kull ħaġa li hu jikkonsidra meħtieġa jew espedjenti u jwettaq dawk id-dmirijiet kollha li l-awtorita' tista' minn żmien għal żmien tassenjalu.", "Dan ifisser li għandna tliet elementi prinċipali; għandna l-awtorita', il-ministru in the background illi jista' bażikament jagħti ċerti direttivi ġenerali u l-uffiċċju mmexxi mid-direttur ġenerali u li allura huwa l-main operator.", "Imbagħad l-abbozz ta' liġi jispeċifika l-funzjonijiet ta' l-uffiċċju ta' l-istatistika u jgħid li dan għandu jipprovdi fuq bażi imparzjali, informazzjoni kwantitattiva u rappreżentattiva dwar is-sitwazzjoni ekonomika, demografika, soċjali u ambjentali f'Malta.", "L-abbozz ta' liġi jgħid ukoll li dan l-uffiċċju għandu jipproduċi d-data u jkun suġġett għall-prinċipji ta' kredibilita', oġġettivita', rilevanza, konfidenzjalita' ta' l-istatistika, trasparenza, speċifiċita' u proporzjonalita'.", "Għalhekk l-istatistika trid turi illi qed tirrappreżenta l-popolazzjoni jew il- qasam li tkun qed tirriferi għalih.", "F'paragrafu (b) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 10 għandna li:", "\"L-uffiċċju jista' wkoll jipproduċi statistiċi li jimmiraw biex jirriflettu b'mod eżatt kemm ikun possibbli s-sitwazzjonijiet reali, ixandar ir-riżultati lill-utenti ta' dawk ir-riżultati b'mod newtrali u imparzjali, jiffoka fuq il-fenomini li huma essenzjali għal min jieħu deċiżjoni u jonora d-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni pubblika.", "Informazzjoni individwali li tkun f'forma identifikabbli, miġbura għal għanijiet ta' statistika, ma għandhiex tintuża għal għanijiet oħra ħlief għal dawk stabbiliti b'dan l-Att.\".", "Imbagħad paragrafu (ċ) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 10 jgħid hekk:", "\"jipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex tiġi eżaminata l-kwalita' ta' statistiċi uffiċjali, u li jagħti aċċess lill-pubbliku għall- metodi wżati għall-produzzjoni tagħhom u kif il-prinċipji, li taħthom l-istatistiċi huma miġbura, ġew imħarsa;\".", "Dan huwa element ġdid f'dan l-abbozz ta' liġi li huwa importanti ħafna.", "Fil-fatt jien diġa' rriferejt għalih aktar kmieni u għidt li issa l- proċeduri u t-tip ta' sistemi addottati mhux biss għandhom jiġu ppubblikati imma l-poplu għandu dritt għal din l-informazzjoni biex b'hekk ikun jista' jasal għall-konklużjoni aħjar.", "Per eżempju, milli nosserva nista' ngħid li diversi każi jwasslu biex wieħed jaqa' għall-konklużjonijiet illi ma jkunux informati biżżejjed għaliex min ikun qed jagħmel dawk it-tip ta' osservazzjonijiet ma jkunx informa lilu nnifsu dwar x'jinkludu eżattament iċ-ċifri li jiġu ppubblikati.", "Jien naħseb li wieħed mill-akbar żbalji li jsiru - issa jekk dawn l- iżbalji jsirux għal tapposta jew le wieħed irid juża l-ġudizzju tiegħu - huwa li dak li jkun ma jkunx informat biżżejjed dwar xi tkun tinvolvi eżattament dik l-istatistika u jasal għall-konklużjonijiet malajr.", "Għalhekk nappella lill-business commentators u lill-korpi tal-gvern jew korpi awtonomi li jaqgħu taħt il-gvern illi ma jaqgħux għall- konklużjonijiet malajr.", "Bil-Malti ngħidu li l-mistoqsija hija oħt il- għerf u minkejja li fil-passat l-uffiċjal ta' l-istatistika kien lest li jagħti informazzjoni fid-dettall dak li jkun mhux dejjem ipprova jieħu din l-informazzjoni pero' issa qed ngħidu li wieħed għandu dritt li jġib dik l-informazzjoni.", "Għalhekk jien nistenna li għandu jkun hemm inqas kontroversja bla bżonn.", "Jekk l-informazzjoni ma tkunx ibbażata fuq informazzjoni dettaljata biżżejjed joqgħodu jintefgħu ħafna dubji u implikazzjonijiet, imbagħad meta wieħed jgħid ir-realta' l-argument jaqa' bħal daħna li tevapora fix-xejn.", "Jien naħseb illi mill-indipendenza 'l hawn kien hemm diversi każi ta' dan it-tip u naħseb illi wieħed irid ikun aktar oġġettiv u jagħmel ftit aktar homework qabel ma jittieħdu ċerti pożizzjonijiet illi kultant jagħmlu ħafna ħsara.", "Imbagħad għandna wkoll li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika:", "\"jipprovdi dawk l-ispjegazzjonijiet tekniċi tar-riżultati biex tiġi evitata interpretazzjoni żbaljata;\".", "Għalhekk dan l-uffiċċju ma jistax igħid li mhux se jirrispondi għax ikun hemm kwestjoni li tkun daħlet f'kontroversja politika imma għandu d-dmir jispjega eżattament x'inhi s-sitwazzjoni.", "Finalment l-għan ta' dan l- abbozz ta' liġi u ta' l-istrutturi li qed inwaqqfu huwa li jkollna statistika li l-poplu tagħna għandu fiduċja fiha u jekk m'għandux fiduċja u għandu raġunijiet validi jista' jitkellem u jagħmel l-interventi tiegħu.", "Pero' li jkollok interventi li ma jkunux ibbażati fuq sitwazzjoni ċara nkunu qisna qegħdin insawtu lilna nnifisna bla bżonn u dan huwa eżerċizzju li la jien u naħseb lanqas il-maġġoranza tal-poplu tagħna ma jaqbel miegħu.", "Funzjoni oħra ta' dan l-uffiċċju hija li", "\"jagħmel riċerka dwar u jiżviluppa aktar il-metodoloġija u t- teknoloġija ta' l-istatistika.\".", "Jien konvint illi minn mindu twaqqfet l-iStatistics Act ta' l-1955 dan l- element ma kienx qed jingħata importanza biżżejjed.", "Jien mhux qed ngħid li ma saritx riċerka għax kien hemm riċerka li kienet innovattiva wkoll.", "Ta' min igħid li l-istatistika m'hijiex sempliċement formola li taqbadha minn ktieb jew minn manual internazzjonali u tapplikaha għal kwalunkwe pajjiż irrispettivament mill-kondizzjonijiet ta' dak il-pajjiż.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi li wieħed irid jaddatta għaċ-ċirkostanzi speċifiċi, speċjalment meta inti trid tikkonkludi fuq affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dak il- pajjiż.", "Per eżempju, peress li Malta huwa pajjiż żgħir, l-istatistika li tinġabar trid issir b'mod aktar speċifiku.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent għax jekk wieħed jagħmel survey ta' l-industrija u jaqbad l-SGS fis-survey joħroġ riżultat mod pero' jekk jaqbad x'imkien ieħor jista' joħroġ riżultat differenti.", "F'pajjiż ikbar fejn inti jkollok ħafna u ħafna industriji allura dan l-element forsi jkun inqas kritiku.", "F'pajjiżna dan l-element huwa iktar importanti għaliex inti m'għandekx l-ispread ta' kumpanniji f'kull settur, per eżempju, li għandek f'pajjiżi oħra u allura meta wieħed jagħmel surveys huwa importanti li jkollu sistema illi kemm jista' jkun tiżgura illi jkollok dik ir-rappreżentanza li hemm bżonn biex wieħed ikollu kwadru reali tas-sitwazzjoni li tkun qed iseħħ f'dak is- settur.", "Funzjoni oħra ta' dan l-uffiċċju hija li:", "\"jissorvelja u jikkoordina t-twettiq ta' biċċiet ta' xogħol b'implikazzjonijiet statistiċi mposti fuq korpi oħra pubbliċi;\".", "Hawnhekk qed indaħħlu element ġdid li min ikun qed jipproduċi statistika f'dipartimenti jew f'korpi oħra għandu d-dover illi jikkonsulta ma' l- uffiċċju ta' l-istatistika jew ma' l-awtorita'.", "Għalhekk l-uffiċċju għandu:", "\"jikkordina l-produzzjoni ta' sistemi ta' statistiċi uffiċjali, inklużi l-metodoloġiji meħtieġa, biex jiżgura li l-informazzjoni tkun adatta u ta' livell standard, l-effiċjenza u li jintlaħqu il-ħtiġiet ta' l-utenti; kif ukoll li jipprovdi klassifikazzjoni xierqa u konformita' ma' ħtiġiet u standards internazzjonali;\".", "Dan ifisser li hawnhekk qed inpoġġu l-awtorita' bħala the main body illi għandha d-dover li tgħid x'għandu jsir u x'ma għandux isir minn awtoritajiet oħra dwar ġbir ta' statistika.", "Dan huwa importanti għax għalkemm aħna pajjiż żgħir kultant kulħadd imur għal rasu bir-riżultat li kultant ikollok min qed jiġbor statistika mhux b'mod konformi ma' standards internazzjonali jew ma klassifikazzjoni internazzjonali li l- uffiċċju jkun qed juża.", "Għalhekk hawnhekk qegħdin ngħidu li l-uffiċċju għandu jagħti ċertu istruzzjonijiet lil awtoritajiet oħra dwar ġbir ta' statistika u dwar kif l-istatistika għandha tiġi provduta.", "Part VIII ta' dan l-abbozz ta' liġi tirreferi għal dan il-punt u tgħid illi:", "\"The director general may on delivery of a notice, request any public authority to allow officers of statistics at all reasonable times to access, to inspect and to take copies of or extracts from any records in its charge; and request any public authority to consult and cooperate with him for the purpose of assessing the potential of the records of the authority as a source of statistical information and, where appropriate and practicable, developing its recording methods and systems for statistical purposes, and the public authority shall comply with any such request, in so far as resources permit.\".", "Imbagħad għandna li:", "\"If any public authority intends to carry out activities with statistical implications, it shall consult, for coordination, with the office and accept any recommendations the office may make.\".", "Dan huwa poter ġdid u importanti li qed nagħtu lil dan l-uffiċċju.", "Għalkemm qabel b'mod ġenerali dan il-poter kien qiegħed hemm fis-sens illi l-uffiċċju għandu dritt jieħu l-informazzjoni mingħandek ma kienx hemm mod speċifiku kif dik l-informazzjoni tinġabar u toħroġ.", "Għal pajjiż żgħir bħal tagħna din hija importanti biex ma jkollniex duplikazzjoni ta' l- eżerċizzji u ma ndejqux lill-poplu tagħna b'ħafna surveys fuq l-istess ħaġa għaliex l-informazzjoni ma tkunx ġiet klassifikata b'mod tajjeb.", "L- istatistika ma tinġabarx għall-użu maniġerjali ta' ħafna awtoritajiet pubbliċi, bħal per eżempju, l-ETC, it-transport authority, il-planning authority, l-bank ċentrali u dipartimenti tal-gvern imma għall-użu tal- pubbliku in ġenerali.", "B'hekk ir-riżorsi jkunu wżati aħjar, ikollna informazzjoni aktar addattata u allura pajjiżna jkollu dak li jkun jixraqlu verament.", "Jien ngħid li l-istatistika tagħna għandha tkun fost l-aqwa waħda tad-dinja għaliex għalkemm f'ċerti oqsma kultant iċ-ċokon tagħna jikkomplika l-ħajja u allura tkun trid ċerti techniques biex issolvi dawk il-problemi jirriżulta illi aħna nistgħu nkunu xempju ta' good statistical practice illi għandha livell ta' dettall, livell ta' irfinar u livell ta' accuracy.", "Jien nemmen li f'ċerti oqsma - forsi mhux kullimkien - dan il- livell diġa' lħaqnieh.", "Ladarba aħna għandna l-vantaġġ li aħna ċkejknin aħna jista' jkollna statistika aktar irfinata pero' hemm l-isfidi wkoll biex ikollok din it-tip ta' statistika.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li dan l-abbozz ta' liġi jipprovdu biex ikun hemm ċerti penalitajiet u multi f'każ li dak li jkun ma jimxix mad- direttivi li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Huwa faċli li wieħed jispeċifika u jgħid li għandu dritt jieħu t-tali informazzjoni jew li hemm bżonn torganizza b'dak il-mod pero' ' x'jiġri fil-kas li ma ssirx dik il- kooperazzjoni?", "Għall-ewwel darba l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika se jkollu l-abbilta' li jamministra ċerti fines, dawk li nsejħulhom administrative penalties.", "Fil-fatt hemm multi, per eżempju, ta' Lm100 għal min ma jagħtix informazzjoni.", "L-abbozz ta' liġi qed jidħol f'ċertu dettall biex l-affarijiet isiru b'mod għaqli.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hawn multi daqsxejn ebsin fuq min jiżvela ċertu informazzjoni.", "Per eżempju, hawnhekk għandna msemmijin multi ta' mhux inqas minn Lm1,000 jew ħabs jew it-tnejn, jekk wieħed, per eżempju, jiżvela informazzjoni konfidenzjali, jekk wieħed jaħraq jew jiddistruġġi informazzjoni li għandna bżonnha taħt dan l-Att.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi huwa li dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi għat-twaqqif ta' advisory committee.", "Fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi jipprovdi biex dan it-tip ta' kumitat ikun jista' jitwaqqf, permezz tal- liġi, biex jagħti parir.", "Nista' ngħid li r-retail price management board, per eżempju, hekk jagħmel bħalissa, pero' kien iwaqqaf b'inizjattiva tal- kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u issa se jkollu provvvediment fil- liġi dwar l-awtorita' ta' l-istatistika illi tipprovdi għal dan it-twaqqif ta' advisory committee.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li dan huwa abbozz ta' liġi modern li jipprovdi għal sistemi aktar addatati għal żmienna, jipprovdi għal sorveljar ta' kif isir ix-xogħol b'mod aktar effiċjenti fejn għandek l- awtorita' u l-uffiċju ta' l-istatistika, jispeċifika wkoll id-doveri jew ir- rwol tal-ministru u allura jipprovdi statistika aħjar għal pajjiżna finalment trid tiġi wżata mhux biss mill-gvern imma mill-poplu kollu tagħna fosthom il-business community u l-unions.", "B'hekk ikollna kwadru aħjar ta' kif qed jimxi pajjiżna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazjak.", "Insejjaħ lill-Ministru biex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "F'12.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tnejn, 24 ta' Lulju, 2000 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, il-ġimgħa li għaddiet fil-gazzetti dehret stqarrija fejn ingħad li s-sidien tal-barrieri ħarġu jiċħdu l-allegati akkużi tiegħi.", "Issa min ħareġ dik l-istqarrija jew ma fehemx eżattament x'kont qed ngħid jew inkella ried jinqeda b'dak li kont qed ngħid biex jiġbed l-attenzjoni għal diversi aspetti li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dak li kont qed ngħid jien.", "Meta tkellimt fid-dibattitu dwar l-awtorita' tar-riżorsi jiena għedt li din l-awtorita' se jkollha d-dmir li tħares l-użu tal-ġebla.", "Tkellimt ukoll dwar il-proċedura li ntużat dan l-aħħar fejn is-sidien tal-barrieri ngħaqdu flimkien u ftehemu kemm biex jirregolaw il-prezz tal-ġebla kif ukoll dwar kif jistgħu jbiegħu l-prodott tagħhom.", "Jien niċħad bl-aktar mod kategoriku li fid-diskors tiegħi għamilt xi akkużi kontra xi ħadd.", "Kont qed qed ngħid biss li jekk ikun hawn awtorita li tħares ir-riżorsi b'mod tajjeb, ma jkollniex għalfejn nirripetu l-iżbalji li saru min-naħa tas- sidien tal-barrieri.", "Kulma għamilt jien kien li wżajt dan bħala eżempju ta' kif l-awtorita tar-riżorsi tista' tiffunzjona tajjeb.", "Sur President, biex is-sidien tal-barrieri jifhmu x'għedt dakinhar se nibgħat kopja tat-transcript lil kull wieħed minnhom.", "Se nibgħat ukoll kopja tat-transcript lill-GRTU u nispera li din l-għaqda tagħraf safejn tasal ir-responsabbilta' tiegħi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ikolli niġbidlek l-attenzjoni li bħalissa l-Kamra qegħda tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' tar- Riżorsi u ma nħossx li s-Segretarju Parlamentari għandu jitħalla jitkellem fuq dan is-suġġett.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Imma jien qed insemmi l-awtorita' tar-riżorsi fil- kuntest ta' l-artiklu li deher f'\"l-orizzont\".", "MR SPEAKER: Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex jirregola ruħu ġaladarba l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' tar-Riżorsi għadu fuq l- aġenda.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien bl-ebda mod ma qiegħed nuża l- ħin ta' l-aġġornament biex nerġa' niftaħ id-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' tar-Riżorsi.", "Qed nitkellem fuq l-istqarrija li ħarġet min-naħa tal-GRTU b'riferenza għad-diskors li għamilt jien xi ġranet ilu.", "Fil-fatt fl-istqarrija ntqal hekk:", "\"L-Onor.", "Vassallo missu ilu jaf li l-prezz tar-ramel ilu ma jogħla għal dawn l-aħħar 20 sena u matul dawn l-aħħar snin il-prezz kien well below the cost of production.\"", "Fil-verita' minn hawn nistgħu ninnotaw kemm tista' tkun effettiva l- kompetizzjoni għaliex ma tħallix li l-prezz jogħla jekk is-suq ma jkunx jippermetti dan.", "Iva, il-kompetizzjoni rridu nħarsuha kemm-il darba rridu nsalvaw is-suq.", "Jien ġbidt l-attenzjoni ta' l-awtorita' responsabbli li tħares il- kompetizzjoni ġusta mhux biex nakkuża lil xi ħadd iżda biex tara jekk il- proċeduri li qed jiġu adottati u l-ftehim li sar bejn is-sidien tal- barrieri humiex fl-aħjar interess tal-partijiet kollha involuti.", "Nerġa' ngħid li awtorita' tar-riżorsi mħaddma tajjeb għada pitgħada għanda sservi ta' għodda tajba f'idejn is-sidien tal-barrieri biex jinstab metodu aħjar ta' kif jistgħu ibiegħu l-prodott tagħhom bl-aħjar prezz.", "Bħalma hemm miktub fl-istqarrija tal-GRTU, l-ebda settur tal-produzzjoni m'għandu jitkisser billi min hu b'saħħtu jitħalla jwaqqa' l-prezz biex ikisser lil min hu dgħajjef.", "Il-fatt li s-sidien tal-barrieri jiftiehmu u jaħdmu flimkien hu proċess tajjeb u allura ma nifhimx kif jista' jkun li fosthom hemm min hu \"b'saħħtu aktar minn oħrajn\".", "Minħabba f'hekk jien nasal biex ngħid li din m'hijiex stqarrija li ħarġet biex tgħin lis-sidien tal- barrieri.", "Mr Speaker, nixtieq nitkellem ukoll fuq is-suġġett li kont tkellimt dwaru fl-aħħar aġġornament li ħadt, jiġifieri dwar kif nistgħu nintroduċu short- stay parking.", "Illum il-ġurnata rridu nsibu metodi ġodda biex insolvu l- problema tal-parking b'mod li l-kummerċ ikun jista' jgħin iktar lilu nnifsu.", "Ma jistax ikollna kummerċ sostnut kemm-il darba se nibqgħu nagħmlu użu ħażin mill-faċilitajiet ta' spazji għall-parkeġġ.", "M'hijiex biss ir- responsabbilta' tal-gvern u tal-kunsilli lokali li jaraw li jkollna traffic management li jwassal għal parking management imma hija r-responsabbilta' ta' kull wieħed u waħda minna.", "Jien ngħid li spiċċa ż-żmien li ċ-ċittadini jħarsu lejn il-gvern bħala s-soluzzjoni tal-problemi kollha.", "Aħna wasalna biex inpoġġu jdejna fuq sidirna u ngħidu li l-ħtija hija tagħna lkoll flimkien.", "Tajjeb li ma jkollniex gvern li jwaqqaf l-importazzjoni tal- karozzi, pero' huwa meħtieġ ukoll li min qed juża l-karozza ma jaħsibx li biex imur jixtri jrid jipparkja bilfors quddiem il-ħanut jekk mhux ġewwa!", "Se tkun problema impossibbli li tissolva jekk dan il-ħsieb jibqa' jipprevali.", "Irrid ngħid ukoll li wasal iż-żmien li fergħat ta' banek, uffiċini u ambaxxati ma jibqgħux jitolbu għal aktar reserved parking.", "Bilfors ikolli niġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'diversi toroq ewlenin, fejn ikollok żewġ friegħi ta' banek kummerċjali, l-impjegati bejniethom ikollhom xi 60 karozza pparkjata.", "Filwaqt li naqbel li dawn in-nies għandhom dritt imorru għax-xogħol bil-karozza u jipparkjaw, irridu nifhmu li hemm problema.", "M'hemmx policy sewwa dwar il-parkeġġ u lanqas ta' kif se nnaqqsu l-karozzi mit-triq.", "Minħabba din il-problema wasalna biex inħarsu lejn ix-short-term parking.", "Ir-responsabbilta' ta' tqassim ta' ħinijiet m'għandhiex tkun biss tal-kunsilli jew tal-gvern imma għandha tkun ukoll ta' dawn l-azjendi li semmejt.", "Ma nistgħux inneħħu l-karozzi minn triq prinċipali u nwaddbuhom f'oħra sekondarja għax inkunu qed inneħħu problema minn triq \"A\" biex inwaddbuha fi triq \"B\".", "Għalhekk permezz ta' dan l-aġġornament qed nitlob biex dan id-dibattitu xi darba jibda b'impenn li jiġbor fih lil dawk kollha interessati.", "Kull dipartiment u kull ministeru li għandu numru kbir ta' karozzi għandu jara dawn l-affarijiet biex forsi xi darba tinstab soluzzjoni.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni wkoll għall-problema li sajf wara sajf qiegħda dejjem tiżdied.", "Fit-toroq ta' Paceville fil-ħinijiet ta' filgħaxija ssib numru kbir ta' żgħażagħ jiġru bil-fliexken tal-birra f'idejhom.", "Dan jiġri minkejja l-eluf ta' liri li qegħdin jintnefqu mill-aġenzija Sedqa minkejja l-patrols tal-pulizija u minkejja li anke l-istess sidien tal- ħwienet xi drabi joġġezzjonaw.", "Dawn iż-żgħażagħ edukati fl-aħjar skejjel u ulied l-aħjar ġenituri donnu li ma jafux jieħdu gost, sempliċement jispiċċaw imorru jiddamdmu fil-parapetti jew wara l-bibien tan-nies.", "Uħud minnhom anke jkollhom fliexken ta' l-inbid f'idejhom.", "Din hija l-ewwel triq biex jaqbdu l-vizzju tad-droga.", "Dwar dan irrid niġbed l-attenzjoni ta' min qed jismagħna u ta' l-aġenziji li suppost huma responsabbli.", "Nistaqsi jien: Huwa legali li timxi bi flixkun ta' l-alcohol f'idejk u tagħmel street party f'kull kantuniera?", "Jekk huwa legali ejja nbierku dak li qegħdin nassistu għalih, pero' jekk mhux legali nitlob li dan l-abbuż jieqaf.", "Dan l-abbuż la qed jagħmlilna ġieħ mat-turisti li jiġu jgawdu l- użanzi tagħna, la qed jgħin biex it-toroq jinżammu nodfa u lanqas qed jgħin lill-kummerċ imma qed jagħmillu l-ħsara.", "Jiena naħseb li huwa l-waqt li wieħed jibda jara li l-liġijiet ma' jibqgħux jinkisru b'dan il-mod.", "Dawn huma wliedna, dawn huma ż-żgħażagħ li għada pitgħada fosthom irid ikun hemm min jitħajjar joħroġ għall-politika u oħrajn li jridu jmexxu l-industrija.", "Dawn iridu jifhmu li dan m'huwiex divertiment.", "Ma naħsibx li l-ġenituri jieħdu pjaċir jaraw lil uliedhom jiddevertu b'dan il-mod.", "Għaldaqstant nitlob mingħajr mistħija li jekk dan hu illegali - u konvint minn dak li qed ngħid - għandu jieqaf minnufih.", "Mr. Speaker, l-aħħar punt li xtaqt nagħmel jirrigwarda l-indafa pubblika.", "F'dan il-pajjiż qegħdin jintnefqu eluf ta' liri fuq l-indafa.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-ambjent nagħtuh l-importanza li ħaqqu.", "Ma nafx għaliex ħafna Maltin iħossuhom responsabbli għall-indafa mill-bieb 'il ġewwa biss.", "Nakkuża lil dan il-poplu li minkejja l-istorja ta' ċivilita' u l-istorja politika li għandu, minkejja l-indipendenza u minkejja l-ħelsien, bqajna b'mentalita' kolonjali.", "Ħadd ma jimpurtah minn x'jiġri barra għax donnu kulħadd jaħseb li għad hemm il-Kuruna, hemm il-gvern, hemm il-kunsilli lokali.", "Jiena nitlob lill-poplu Malti biex ma jibqax jipponta lejn il- gvern jew lejn il-kunsilli.", "Bis-servizzi li qed joffru tal-bulky refuse u bis-servizzi l-oħrajn il-kunsill lokali qed jgħidlek: Għidli xi trid tarmi ħalli niġi niġborulek.", "Jiena persważ u fiduċjuż li kull kunsill lokali qed jagħmel l-aħjar li jista', pero' fl-istess ħin nifhem li l-kunsill iħossu sfiduċjat meta jara li minkejja l-isforzi kollha li qed jagħmel, jiġi xi bravu u jarmi barra.", "Mr. Speaker, qed niġbed l-attenzjoni għal dawn in-nuqqasijiet bit-tama li xi ħadd ikun qed jisma' biex f'dawn il-jiem ta' festi li se jkollna ngawduhom b'mod responsabbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fil-ftit minuti li fadal xtaqt nirriferi għal-laqgħa li kelli ftit ġranet ilu ma' membri ta' l-assoċjazzjoni \"Inħarsu lil Uliedna.\"", "Dawn kitbu lid-deputati kollha u bagħtulna l- pożizzjoni tagħhom dwar l-abbuż mix-xorb alkoħoliku.", "Irrispondejthom lura u offrejt biex niltaqa' magħhom.", "Fil-fatt din il-laqgħa saret hawnhekk il- ġimgħa l-oħra u tlabt li jkunu preżenti miegħi l-Onor.", "Helen D'Amato, iċ- chairperson tal-kumitat parlamentari għall-affarijiet soċjali, u l-Onor.", "Dolores Cristina.", "Iltqajna magħhom u dawn il-ġenituri wrew il- preokkupazzjoni tagħhom dwar id-difetti li fiha l-liġi.", "Dan għaliex m'hemmx leġislazzjoni li tikontrolla l-bejgħ ta' xorb alkoħoliku lit-tfal ta' taħt is-16-il sena.", "Hemm l-assurdita' li persuna taħt is-16-il sena ma tistax tixtri xorb minn bar imma tista' tagħmel dan minn supermarket.", "Mr Speaker, jien urejt it-tħassib tiegħi, li veru hemm id-difetti fil- liġi u li dawn għandna nindirrizzawhom.", "Jiena ssuġġerejt - fil-fatt kont diġa' tkellimt mal-Ministru Tonio Borg - li dan is-suġġett għandna nittrattawh bl-istess mod li konna ttrattajna r-regolamenti tad-diskoteki, fis-sens li għandha ssir diskussjoni fil-kumitat tal-parlament għall- affarijiet soċjali.", "Fil-fatt ktibt lill-ministru ta' l-intern u għamiltlu dan is-suġġeriment.", "Irriferejt għal-laqgħa li kelli magħhom, għedtlu x'ħareġ minn din il-laqgħa u spjegajt il-preokkupazzjonijiet ta' din l- għaqda.", "Fil-fatt illum irċevejt tweġiba mingħand il-ministru li qalli li laqa' s-suġġeriment tagħna u li dan is-suġġett għandu jiġi diskuss bl- istess mod kif iddiskutejna r-regolamenti dwar id-diskoteki, cioe' fil- kumitat parlamentari dwar l-affarijiet soċjali.", "Se ssir laqgħa bejnu, il- pulizija u s-Sedqa biex jifformolaw numru ta' suġġerimenti dwar x'tibdiliet jaħsbu li għandhom isru fil-liġi dwar il-konsum ta' l-alkoħol.", "Din se jirriferuha lill-kumitat ta' l-affarijiet soċjali biex f'Ottubru jibdew diskussjonijiet ma' dawk kollha involuti u ma' l-għaqda \"Inħarsu lil Uliedna\" biex possibbilment nagħmlu t-tibdiliet fil-liġi li hemm bżonn.", "Naħseb li hawn qbil li l-liġi fiha diversi loopholes.", "Nista' ngħid li għall-festa ta' Santa Katerina kont imsiefer, imma l-mara qaltli li baqgħet ixxukkjata tara tfal ta' għaxar snin fil-marċ bil-flixken ta' l-inbid f'idejhom.", "Lil dawn ma tista' tgħidilhom xejn għax lanqas għandna l- għodda legali fejn il-pulizija jistgħu iżommuhom.", "Verament hija assurdita' grassa li tfal taħt l-eta' jistgħu jixtru l-alcohol minn supermarket - l- Onor. Cristina riedet tittestja dan u bagħtet it-tifel jixtri mis- supermarket - u ċertament li wasal il-mument li nibdlu l-liġi.", "Punt ieħor li ħareġ min din il-laqgħa - u insistejna ħafna fuqu, kemm jien u kemm l-Onor.", "D'Amato u l-Onor.", "Cristina - hija propju r- responsabbilta' tal-ġenituri.", "Aħna nittamaw li wara li nagħmlu s- suġġerimenti u wara li mmorru quddiem il-kumitat ta' l-affarijiet soċjali, id-deputati taż-żewġ naħat flimkien ma' l-għaqdiet li huma involuti jipproponu tibdil fil-liġi; iżda naħseb importanti li ma nibqgħux bil- mentalita' li l-gvern responsabbli ta' kollox.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-ewwel edukazzjoni u l-iktar edukazzjoni importanti hija tal-ġenituri.", "Jekk it- tifel tiegħi jibda jixrob - biex ma nsemmi t-tifel ta' ħadd - l-ewwel responsabilita' hi tiegħi, imbagħad wara nippretendi li l-pulizija jagħmlu xi ħaġa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tnejn, 24 ta' Lulju 2000, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-12.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18137.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "GĦAWDEX - KONSULENTI", "18138.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?", "Tista' tgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Tista' tgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - SWAT TA' ANZJANI", "18171.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi rapportati lill-pulizija fuq swat/vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?", "Kemm tressqu persuni l-qorti u kemm huwa n-numru ta' każi li fuqhom il- pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li t- tagħrif mitlub għall-ewwel sitt xhur ta` din is-sena huwa kif ġej:", "|Tip ta` |Jann|Fra|Mar|Apr|Mej|Ġun| |każi |ar |r |zu |i |ju |ju | |Omiċidju|- |2 |- |- |- |- | |Offiża |3 |1 |2 |2 |5 |4 | |fuq | | | | | | | |persuna | | | | | | | |ta`anzja| | | | | | | |n, | | | | | | | |inklużi | | | | | | | |feriti | | | | | | | |ta` | | | | | | | |natura | | | | | | | |ħafifa | | | | | | | |Hold up |- |- |- |3 |- |- |", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab informat li l-pulizija kkonkludiet l-investigazzjoni dwar il-każ ta` l-omiċidju fejn tressqu żewġ persuni quddiem il-Qorti.", "Informat ukoll li dwar seba` każi ta` offiżi fuq il-persuna, kien hemm talba sabiex ma jittieħdux passi kriminali mill- vittma stess, filwaqt li dwar il-każijiet l-oħra tressqu quddiem il-Qorti għaxar persuni.", "BUĠIBBA - DAWL", "18210.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tisiwijiet tal-lampi tat-toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa fi Triq Għabex, Triq Ħalel, St Anthony Street, Triq il-Pijunieri u Triq Damasku f'Buġibba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex din tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.", "MELLIEĦA - DAWL", "18211.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat- toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq il-Kbira, Triq Little Armier, Parish Street, u l-Marfa, Mellieħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ isiru t-tiswijiet neċessarji.", "RABAT - DAWL", "18212.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' d-dipartiment responsabbli mit-tiswijiet tal-lampi tat- toroq jara li jiġu rranġati l-lampi maqtugħa li hemm fi Triq Virtu, Triq Vivaldi, Triq San Vinċenz Ferreri, Triq Kola Xara u Ġnien Fieres fir-Rabat, Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet informata bit-talba ta' l-Onor.", "Interpellant u din se tagħmel l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ issir il-manutenzjoni neċessarja.", "RABAT - TAS-SIRENA - DAWL", "18213.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tal-lampa f'Tas-Sirena, l/o Rabat, ħdejn id-dar Marija Grazzia?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-manutnezjoni meħtieġa fuq il- lampa li għaliha qed issir riferenza diga' saret.", "UE - EŻENZJONI MID-DAZJU", "18226.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-eżenzjoni mid-dazju fuq l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi tal-UE mill-pajjiżi applikanti ta' l- Ewropa tal-Lvant u Ċentrali żdiedet minn 33% għal 77% u l-industrija lokali ta' l-akwakultura baqgħet tħallas l-istess persentaġġ ta' 15% fuq il-ħut esportat lejn il-pajjiżi tal-UE meta Malta bħala pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għandha applikazzjoni għal sħubija sħiħa?", "Meta fil-fatt il-ministeru ressaq it-talbiet tiegħu lill-UE sabiex bħal pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant Malta tkun eżentata milli tħallas 77% mid-dazju li l-UE timponi fuq il-prodotti Maltin għall-perjodu ta' qabel is-sħubija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant illi fl-1996 il- kummissjoni ta' l-Unioni Ewropea kienet lestiet skeda ta' eżenzjoni mill- Common External Tarrif għal Malta biex tiġi rakkmandata lill-kunsill.", "Din qatt ma għaddiet għand il-kunsill għaliex l-amministrazzjoni preċedenti ffriżat l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija u fid-dawl ta' dan il- kummisjoni waqqfet din il-proċedura.Infakkar ukoll lill-Onor.", "Interpellant illi bl-iffriżar ta din l-applikazzjoni Malta tilfet ukoll l-opportunita li tipparteċipa u tiġi nkluża mal-lista ta' pajjiżi applikanti fit-tfassil tas- SAPARD biex propju setgħa jwassal li aħna wkoll nibbenefikaw mil-fond ta' 520 Miljun Euro fis-sena.F'Settembru li ġej il-kummisjoni għandha tirċievi mandat mingħand il-kunsill sabiex terġa tibda tiddiskuti skeda ġdida ma Malta.", "Huwa mifhum li meta jintlaħaq ftehim din l-iskeda l-ġdida tiġi mressqa quddiem il-kunsill għall-approvazzjoni.", "ĦABS - INFERMIERA", "18405.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses li jaħdmu l-ħabs fuq bażi ta' fulltime u part-time?", "Kemm hemm nurses jaħdmu l-ħabs fuq bażi part-time?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid min kienu n-nurses li ħadmu l-ħabs mill- 1 ta' Lulju, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gross ta' kull infermier?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14979.", "SAĦĦA - TRANSFERS LILL-IMPJEGATI", "18406.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dipartiment tas-saħħa li qalgħu aktar minn żewġ transfers mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-transfers isiru dejjem skond l-esiġenzi tas-servizzi.", "InfOrmat li kien hemm ħaddiem wieħed fid-Diviżjoni tas-Saħħa li ġie trasferit aktar minn darbtejn mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum.", "Fil-fatt dan il-ħaddiem ġie trasferit tliet darbiet li minnhom darba kien mitlub minnu stess.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "18407.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Aides fid-dekasteru tiegħu li mhux qed jagħmlu xogħol skond il-job description tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-ĠILDA - OUT-PATIENTS", "18408.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ewwel appuntament ġdid li jingħata fid- dipartiment ta' l-out-patients tal-ġilda fl-Isptar Boffa għal każijiet ta' skin tags?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li skin tags imkien fid-dinja m'huma kkonsidrati urġenti, informat li bħalissa pazjenti għat-trattament ta' skin tags qed jistennew għaxar għaxar xhur.", "FSM - SKANSKA - FTEHIM", "18409.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min kien/u r-rappreżentant/i tal-klijent (f'dan il-każ il- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi) skond il-ftehim bejn l-FSM u l-konsorzju Skanska li ġie ffirmat fi Frar ta' din is-sena rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li r-rappreżentanti tal-klijent skond il- ftehim ta' Frar 2000 bejn l-FMS u Skanska Malta J.V. rigward il-bini ta' Sptar Ġdid f'Tal Qroqq, huwa l-Perit Martin Attard Montalto.", "DRUG AND THERAPEUTIC COMMITTEE - PARKINSON'S DISEASE", "18422.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Drug and Therapeutic Committee approvatx id-droga Comtan (Entacapone 200mg) għall-każi ta' Parkinson's Disease, b'mod speċjali fejn id-droga sinemet u mediċini oħra ma jkunux qed ikunu effettivi biżżejjed?", "Jekk fin-negattiv meta mistenni li d-DTC tapprova l- Comtan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-Drugs and Therapeutics Committee ikkonsidra l-introduzzjoni tad-Drug Entacapone fil-meeting li kellu fit-12 ta' Ġunju 2000.Wara li kkonsidra r-riżultati taż-żewġ studji prinċipali fuq din il-mediċina, ra li kien hemm inkonsistenza konsiderevoli fir-riżultati ta' dawn iż-żewġ studji.", "Għaldaqstant deherlu li għalissa ma kienx sejjer jirrakomanda l-introduzzjoni ta' din il-mediċina, pero ser jirrevedi din id- deċiżjoni sitt xhur oħra f'każ li jkun hemm aktar informazzjoni fuq l- effett ta' din il-mediċina.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "18445.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il- mistoqsija parlamentari numru 17793?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tabelli bl-informazzjoni mitluba tpoġġew fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MARSA - POWER STATION", "18454.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fuel li tixtri l- Enemalta għat-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa?", "X'inhi n-nefqa għal dan l-ammont ta' fuel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTARD - RELIEF MAIN", "18455.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkumenta dwar il-każ tar-relief main ġdid fl-Imdina Road, Ħ'Attard,il-parti ta' fejn l-Isptar Mount Carmel fejn minkejja li l- esperti Ġermaniżi mqabbdin mid-dipartiment tad-drenaġġ ma approvawx ix- xogħol, xorta waħda t-trinka ġiet mirduma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nikkonferma li parti mix-xogħlijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari ma ġewx approvati mill-esperti Ġermaniżi.", "Il- kuntrattur intalab jirrimedja n-nuqqassijiet li kellu.", "Dan sar għall- ispejjeż tiegħu u wara li x-xogħlijiet ġew approvati mill-istess konsulenti Ġermaniżi, t-trinka ġiet mirduma.", "EDUKAZZJONI - PSYCHOLOGISTS", "18476.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm illum hawn psychologists jaħdmu mad- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "Kemm kien in-numru ta' studenti li kull psychologist kellu jlaħħaq miegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa d-diviżjoni għandha psikologu wieħed, waqt li hemm erba' jattendu kors fl-Universita` bħala trainee psychologists.", "Il-psikologu li għandna jrid ilaħħaq mal-każi kollha, li jiġu offruti lilu.", "PULIZIJA - ARSON", "18477.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' arson din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u d-19 ta` Lulju ta` din is-sena ġew irrapportati lill-Pulizija 53 każ ta` ħsarat volontarji kawżati bi ħruq.", "ROAD RESTORATION MASTERPLAN", "18482.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 18207, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ewwel erba' volumi tal- \"Masterplan for the Roads of Malta and Gozo\", peress li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra volum numru 5 biss?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ewwel żewġ volumi tal-`Master Plan for the Roads of Malta and Gozo` tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f`Seduta Nru 75 b`risposta għal domanda parlamentari numru 5460.", "Dwar iż-żewġ volumi l-oħra jien informat li dawn ma ġewx ippubblikati minħabba li huma għal użu intern tad-dipartiment.", "GĦAWDEX - SERVIZZ TAL-HOVERMARINE", "18497.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz tal-hovermarine għal darba oħra reġa' ġie sospiż proprju fil-peak tas-sajf?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li s-servizz tal-Katamaran ġie sospiż minħabba ħsarat tekniċi fil-makkinarju.", "Il-kumpannija Gozo Channel qegħda tistenna li jaslu l-ispare parts neċessarji biex tissewwa l-ħsara.", "BAĦAR - SINJALI TA' L-GĦAWM", "18498.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-proposta li jitwaħħlu sinjali ħdejn il-baħar li jindikaw jekk ikunx tajjeb għall-għawm fid-dawl tad-diżgrazzji li seħħew f'pajjiżna matil dawn l-aħħar ġimgħat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WIED IL-GĦAJN - SUBSTATION", "18499.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tibda tiffunzjona s- substation li hemm fi Triq il-Frefet, Wied il-Għajn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG", "18500.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi Triq President Anton Buttigieg, Żejtun, jitwaħħlu traffic lights fejn hemm zebra crossings fid-dawl ta' inċidenti tat-traffiku u nuqqas ta' sigurta' għal dawk li jaqsmu t-toroq?", "Jista' l-Ministru jara li z-zebra crossings li hemm fl-imsemmija triq isiru aktar ċentrali lejn Triq Ħal Bajada u Triq M'Xlokk Road?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ż-zebra crossing li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant saret mingħajr l-approvazzjoni tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku.", "Il-bord ma jistax japprova l-installazzjoni ta` pedestrian crossings f`postijiet fejn m`hemmx bankini.", "Ftit xhur ilu il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku informa lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li m`għandu ebda oġġezzjoni fil-prinċipju li jsiru pedestrian crossings fi Triq il-President Anton Buttiġieġ wara li jiġu mibnija l-bankini.", "MTA/GWU - DISKUSSJONIJIET", "18501.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jikkonferma l-Ministru li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-UHM u l-MTA għar-reviżjoni tal-ftehim kollettiv ġdid?", "Meta se jintlaħaq ftehim biex il-ħaddiema jibdew igawdu l-ftehim il-ġdid?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Diskussjonijiet bejn il-UHM u MTA għar-reviżjoni tal-Ftehim Kollettiv għadhom għaddejjin.", "Hija t-tama tiegħi li ftehim jintlaħaq fi żmien qasir.", "MTA - ĦADDIEMA ĠODDA", "18502.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingaġġat ħaddiema ġodda l-Malta Tourism Authority mill- 1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "F'liema gradi ġew ingaġġati u kemm qed jieħdu salarji u benefiċċji oħra?", "Mil-liema lokalita' ġejjin il-persuni ngaġġati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18031.", "Informat li dawn l-impjegati li daħlu jaħdmu ma' l-awtorita' huma residenti f'dawn il-lokalitajiet:", "Żejtun (1), Tarxien (1), Fgura (3), Buġibba (1), Sta.", "Venera (4), San Pawl tat-Tarġa (1), B'Kara (2), Żurrieq (1), San Ġwann (1), Lija (1), Sliema (1), Birżebbuġa (1), San Ġiljan (1), Gżira (1), Pembroke (1) u Mellieħa (2).", "Informat ukoll li l-ħlas u benefiċċji oħra li jgawdu huma kif ġej:", "|Direttur|Lm9,298 | | |Lm1,000 allowance, use | | |of car, mobile | | |telephone, private | | |telephone bills | |Senior |Lm7,469 | |Manager | | | |Lm 600 allowance, | | |private telephone bills | |Executiv|Lm5,825 | |es | | | |Lm400 allowance * | |Clerks |Lm4,121 | |Part-tim| Lm1.75 fis-siegħa | |e | | |casuals | |", "L-impjegati fulltime huma wkoll intitolati għall-private health scheme, accident insurance u life insurance.", "*Persuna minnhom hi intitolata għall-allowance ta' Lm250 fis-sena għall- dmirijiet fl-ajruport.", "PBS - INVESTIGAZZJONIJIET INTERNI", "18503.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet interni li kienu qed isiru fil-PBS dwar l-għajbien tal-video li saret lil Dom Mintoff waqt il-programm vice-versa?", "ONOR.LOUIS GALEA: Informat li l-Bord ta' Inkjesta maħtur mill-PBS biex jinvestiga l-każ imsemmi u jevalwa s-sitwazzjoni preżenti ta' sigurta` ta' materjal awdjoviżiv tal-kumpannija għadu għaddej bix-xogħol tiegħu.", "Il-bord għadu ma ssottomettix ir-rapport tiegħu lill-Bord tad-Diretturi.", "PIXXINA NAZZJONALI - PREMISES", "18528.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17338, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għaqdiet jew organizzazzjonijiet oħrajn li qed jagħmlu użu minn xi spazju fil-Pixxina Nazzjonali?", "Jista' jgħid ukoll fuq liema kritierji s-Sur J. Woods ingħata dan l- ispazju?", "Kien hemm persuni oħrajn li xtaqu xi spazju u għal xi raġuni jew oħra ma ġewx akkomodati?", "X'benefiċċju qed igawdu l-għaqdiet sportivi bis-servizzi mogħtija mis-Sur Woods?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu s-Sur J. Woods?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li diġa' tajt għall-mistoqsija msemmija u għall-mistoqsijiet supplimentari li weġibt verbalment fuqha.", "TA' KANDJA - PUMPING STATION", "18541.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pumping station f'Ta' Kandja hijiex imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ?", "Jekk fl-affermattiv, hija imqabbda ma' fossa?", "U jekk hu hekk, kemm-il darba tbattlet din il-fossa f'dawn l-aħar 12-il xahar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MANOEL ISLAND U TIGNE` - KUMPENS", "18545.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas kumpens lid-ditti kummerċjali li ġew u/jew ser jiġu mċaqilqa minn Manoel Island u Tigne` minħabba dan il-proġett?", "Jista' jagħti lista komprensiva tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI - PARENTAL ALLOWANCE", "18546.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fuq bordijiet li għandhom parental allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar persuna ma tikkwalifikax biex tapplika jekk tkun diġa':(a) ibbenefikat minn xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala \"l-iskema tal-Home Ownership, jew minn xi għajnuna oħra biex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom mid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-Dipartiment ta' l-Art jew mill-Awtorita' jew minn uħud minnhom flimkien.", "Iżda f'każ li waħda/wieħed mill-persuni li tkun qed tapplika:(1) tkun ħassret għerusija preċedenti li a bażi tagħha tkun hekk ibbenefikat u wieħed/waħda minn dawn il-partijiet tkun ittrasferixxiet lill-parti l-oħra d-drittijiet fuq il-proprjeta' li fuqha tgawda s-sussidju (u s-sussidji gawduti jkunu ġew kollha rifużi), u hi/hu huwa/hija issa għarus/a jew iżżewweġ lil persuna oħra li magħha issa qed jissottometti l-applikazzjoni taħt dan l-avviż;jew(2) li ż-żwieġ preċedenti li a bażi tiegħu tkun hekk ibbenefikat ikun tħassar permezz ta' kuntratt jew sentenza ta' separazzjoni jew ġie annullat u waħda jew wieħed mill-partijiet tkun trasferixxiet lill-parti l-oħra d-drittijiet tal- proprjeta' li fuqha kien tgawda s-sussidju u s-sussdju gawdut ġie kollu rifuż,il-parti li ttrasferixxa d-drittijiet tista' tapplika taħt dan l- avviż b'dan illi hu jista' jgawdi biss minn nofs l-ammont ta' l-għotja.", "L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma jipprovdix għall-benefiċċju ta' parental allowance.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal parental leave li jingħata lill-impjegati tal-Gvern, u jekk fost dawn hemm xi wħud appuntati fuq boards governattivi, hu mitlub li jirriferi din il- mistoqsija lill-Prim Ministru.", "L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma jipprovdix għall-benefiċċju ta' parental allowance.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal parental leave li jingħata lill-impjegati tal-Gvern, u jekk fost dawn hemm xi wħud appuntati fuq boards governattivi, hu mitlub li jirriferi din il- mistoqsija lill-Prim Ministru.", "BALZAN/ATTARD - TRIQ DE PAULE - FANALI", "18548.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkomplu jitwaħħlu fanali fi Triq De Paule, Balzan/Attard, fuq il-bankini lli ġew pavimentati mill-ġdid f'dawn l-aħħar ġimgħat, u kif kien hemm propost li jsir qabel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li iva, fi Triq de Paule Avenue Balzan/Attard se jitwaħħlu arbli komplimentari għal dawk li saru qabel fl-ewwel fażi ta' dan il-proġett.", "(L-arbli ġew ordnati mingħand id- Dipartiment għall-Manifattura u Servizzi).", "BORMLA: TRIQ SAN MARK - FOND NRU.", "5", "18549.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il- fond Nru. 5, Triq San Mark, Bormla, ma jibqax jintefa' ħmieġ u mbarazzaz fih peress li qed ikun hemm invazzjoni ta' ġrieden?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li dan il-fond aktarx mhuwiex tal- Gvern.", "Madanakollu se nirriferi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga.", "Naturalment jekk il-post hu privat u mhux affettwat minn xi proġett ta' slum clearance id-dipartiment ma jkollux x'jaqsam mal-każ.", "SPTAR BOFFA - DR MARIO GRIXTI", "18550.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex Dr Mario Grixti li jaħdem fil- qasam tal-Onkoloġija ġie mneħħi mill-Isptar Boffa biex illum qiegħed fil- klinika tal-Gżira, u dan qed jikkaġuna ħafna ilmenti mill-pazjenti li kellu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16686.", "WIED IL-GĦAJN - \"IL-MAGĦLUQ\" - PAPRI", "18551.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li nies mid-dipartiment ta' l-ambjent, qed jieħdu l-papri li hemm fil-Magħluq, Wied il-Għajn?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'qed isir minnhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: \"Il-Magħluq\" ta' Wied il-Għajn hu riżerva naturali ta' valur ekoloġiku, rikreattiv u edukattiv.", "Sfortunatament matul dawn l-aħħar snin, f'dan il-post intefa' kull xorta ta' skart.", "Barra minn hekk, għadd ta' papri ġew abbandunati f'dan il-post minn persuni mhux magħrufa.", "Biż-żmien, dawn il-papri żdiedu tant li barra li komplew iħammġu l-post, kienu sau wkoll ta' theddida għas-saħħa pubblika kif ukoll ta' dannu għall-ekoloġija tal-post.", "Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent beda xogħol ta' tindif biex dan il-post jerġa' jkun attrazzjoni għar-residenti u għal dawk li jżuru Wied il-Għajn.", "It-teħid tal-papri hu parti mix-xogħol ta' tindif li qed isir fil-Magħluq.", "Il-papri li jitneħħew mill-Magħluq qegħdin jittieħdu f'razzett taħt is- sorveljanza tad-dipartiment.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "18552.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma jekk hux se jkun hemm talba għal ħlas lura rigward relief jew benefiċċji oħra li jkun tħallas wara li qed jirriżulta mill- investigazzjonijiet li qed jagħmel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li persuni jkollhom ammont ta' flus il-bank li jeċċedu s-somma stipulata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull persuna li rċeviet benefiċċju soċjali u wara rriżulta li dan ma kienx dovut lilha, minħabba li ma tkunx ddikjarat il-mezzi kollha tagħha, se tiġi mitluba tirrifondi kull ammont lilha hekk mħallas.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "18553.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm tnaqqis fiċ-children's allowance tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata bil-każ.", "DJAR - KERA", "18554.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm reviżjoni fil-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li baqa' bl-istess dħul li kellu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-kera nħadmet fuq id-dħul tal- persuna indikata matul l-1999 skond il-kuntratt li fffirma fl-24 ta' Frar 1997.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "18555.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18266?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "Minħabba li tinvolvi l-ġbir ta' ammont sostanzjali ta' records b'mod manwali, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDREN'S ALLOWANCE", "18556.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'inhi l- problema ta' single mother li għadha ma rċevietx iċ-children's allowance, jista' jibgħat l-informazzjoni raġuni bil-miktub lil din l-omm li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata bil-każ.", "KUMMISSJONI KARNIVAL - MEMBRI", "18557.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġġedded iż-żmien tal- ħatra tal-membri tal-Kummissjoni Karnival?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nittama li nagħmel dan fi żmien qasir.", "VALLETTA - SALINOS GROUND", "18558.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li s-Salinos Ground fil-Belt Valletta jingħata wiċċ b'artificial turf?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ntlaħaq ftehim sabiex il-Valletta Football Club jiffinalizzaw ix-xogħol li nbeda snin ilu fis-Salinos Ground sa sitt xhur oħra.", "Qabel isir ix-xogħol tal-kisi bit-turf artifiċjali għandu jsir xogħol biex jiġi nstallat floodlighting.", "Kif jitlesta dan ix-xogħol jibda x-xogħol fuq il-wiċċ tal-pitch.", "Huwa maħsub li sa l-aħħar tas-sena 2000 il-Lm25,000 ivvotati fil-budget għas-Salinos Ground jingħataw lill-Valletta Football Club u l-aħħar pagament skond il-ftehim jingħadda s-sena d-dieħla.", "RUMA - AMBAXXATA MALTIJA", "18568.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17942 u għat- tweġiba li ngħatat għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza ulterjuri wara l-fax li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk kien hemm, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-relevanti korrispondenza?", "Jekk ma kienx hemm, jidhirlux il- Ministru li issa għadda żmien biżżejjed mid-data tal-31 ta' Mejju ta' l- 1999 u għaldaqstant jara għalfejn risposta jew follow-up ma sarx mill- Ambaxxata Maltija fl-Italja?", "ONOR.", "JOE BORG: Wara l-mistoqsijiet parlamentari numru 17786 u 17942 u r- risposti mogħtija għalihom illum ninsab f'pożizzjoni li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma issa ingħatat risposta bil- miktub dwar il-każ mill-Awtoritajiet Taljani.", "Kopja ta' ittra tad-19 ta' Lulju, 2000 mibgħuta mill-Ambaxxatur ta' Malta f'Ruma lill-persuna kkonċernata tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Kif jidher ċar, l-ambaxxata b'salvagwardja għall-interesi ta' l-istess persuna, qed tkompli titlob kjarimenti qabel ma toħroġ risposta definittiva fil-ġranet li ġejjin lill-persuna kkonċernata.", "ĊINA - ŻJARAT UFFIĊJALI", "18570.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum, kemm marru ministri u segretarji parlamentari fuq żjarat uffiċjali iċ-Ċina?", "ONOR.", "JOE BORG: Minn Settembru 1998 sal-lum, dawn kienu l-Ministri u Segretarji Parlamentari li marru fuq żjarat uffiċċjali fiċ-Ċina:", "Ministru għall-Ambjent - Jannar 1999 Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ u Sports - April 1999 Ministru tas-Saħħa - Awwissu 1999 Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi - Awissu 1999 Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni - Awissu 1999 Ministru tal-Finanzi - Marzu 2000 Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali - April 2000 (bħala Viċi Kap tal-PN) Ministru tal-Affarijiet Barranin - Lulju 2000", "ARTIJIET", "18571.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-art fejn tagħha il- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il- mistoqsija, għandhom residenza mikrija mingħand il-gvern?", "Jistgħu dawn l-inkwilini jixtru dar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma jirriżultax li kien hemm diskussjonijiet dwar l-art fejn hemm ir-residenza tal-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Din il-persuna qegħda tapplika biex tixtri r- residenza tagħha taħt l-iskema ta` l-Awtorita` tad-Djar.", "Bħal ħafna każi oħra, din id-dar ma tistax tinbiegħ għax l-art li tinsab fuqha mhix proprjeta` assoluta tal-Gvern imma ġiet meħuda b`esproprju taħt it-titolu ta` possession and use'", "Ninsab informat ukoll li l-Awtorita` tad-Djar ġiet informata b`dan fil-5 ta` Mejju, 1998.", "DJAR - BDIL TA' SAQAF", "18572.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu għal bdil ta' soqfa ta' dar tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija meta diġa' ġew il-ħaddiema jaraw ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li wara s-sejħa għall-offerti biex jinbidel il-kontrabejt tat-tromba fil-fond indikat mill-Onor.", "Interpellant ingħata l-kuntratt u x-xogħol ser isir dan is-Sajf.", "DJAR - SUSSIDJI", "18573.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi magħluq il-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fejn qegħda tistenna risposta għal sussidju biex tirranġa d-dar fejn toqgħod peress li s-saqaf tad-dar huwa kkundannat u bħalissa huwa ż-żmien addatta li jista' jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jidhirx li din għandha applikazzjoni mill-persuna ndikata.", "SKEJJEL - STUDJU FIN-NURSING", "18575.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm il-possibbilta' li studenti Maltin ikomplu l-istudji tagħhom fin-nursing fil-livell ta' certificate (jew ekwivalenti)?", "Konxju l-Ministru li jekk dan ma jseħħx numru ta' studenti Maltin ma jkunux jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom f'din il-materja tant meħtieġa għas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-mistoqsija waslitli fl-20 ta' Lulju u ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - NURSING AIDES", "18576.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid xi preparamenti jeżistu fil-livell ta' nursing aides u livell ta' health care worker assistant (ie. dawk li mhumiex infermiera pero' lanqas ma jagħmlu cleaning duties) fl-isptarijiet u s-servizzi tal- gvern, inkluż il-pjanijiet għall-isptar il-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li saru u qegħdin isiru diskussjonijiet bejn l-ETC, u d-Dipartimenti tas-Saħħa, ta` l-Edukazzjoni, ta` l-Anzjani u l-Institute of Health Care biex isir programm ta` training għall-health care assistants.", "Dawn id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat.Il- bżonnijiet għall-isptar il-ġdid qegħdin jiġu kkonsidrati anke fejn jidħol dan il-livell ta` mpjegati.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - APPUNTAMENTI", "18577.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti r-raġuniuiet għaliex biex isir appuntament għall-iċken out- patients fl-Isptar Sir Paul Boffa, jenħtieġ li jintbagħtu bil-posta jew addiritura jittieħed bl-idejn it-ticket fo referral?", "Ma jidhirlux il-Ministru li din is-sistema mhijiex user friendly u l- pazjent għandu jinqeda bit-telefon?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtiequ ninformaw lill-Onor.", "Interpellant li l- pazjent m'għandux jinqeda bit-telefon minħabba li s-sistema kurrenti tassigura li kull każ riferut lid-Dipartiment tal-Ġilda jingħata l- prijorita' mistħoqqa.", "It-tickets of referral jiġu dejjem ivvettjati minn Dermatologu biex il-pazjent jingħata appuntament bħala routine jew soon skond l-urġenza indikata mill-clinical details provduti mit-tabib li qed jirriferi lill-pazjent.", "DJAR - XIRI", "18578.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18173, dwar xiri ta' post, jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni timxi 'l quddiem peress li din tinsab quddiem il-Housing Authority u mhux id- Dipartimetn għall-Akkomodazzjoni Soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-persuna kkonċernata għamlet applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar fit-12 ta' April, 2000.", "Fis-26 ta' April, 2000 saret spezzjoni fuq il-fond u fid-9 ta' Mejju l-applikant ġie nformat li jista' jibda x-xogħol meħtieġ mingħajr ma' dan ikun ta' preġudizzju għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.", "Ninsab informat ukoll li fil-fatt l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni wasal fil-fażi finali."]} {"filename": "19981204_021d_par.doc", "date": "1998-12-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 21 Il-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 21", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "21", "Il-Ġimgħa, 4 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 2", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999 8", "AĠĠORNAMENT 29", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 30", "MINUTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Hemm korrezzjonijiet għall-minuti?", "L- Onor. Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-bieraħ inti tajt ruling fejn għidt li s- seduta tibda fis-6.00 p.m. pero' dan mhux imniżżel fil-minuti.", "MR SPEAKER: Is-Sedja għamlet dikjarazzjoni, fis-sens li appellat biex is- seduta tibda fil-ħin.", "Effettivament il-bieraħ bdejna xi tliet minuti tard u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex, jekk kemm-il darba jrid, jista' iressaq emenda f'dan is-sens.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien ma rrid inressaq l-ebda emenda imma qed nitlob il-protezzjoni tiegħek.", "Il-bieraħ tlabtek ruling u inti tajt ruling.", "Illum stess, supppost li bdejna fis-6.00 p.m. iżda bdejna fis- 6.05 p.m..", "Il-bieraħ, għaliex kont qed niġġieled għad-drittijiet tiegħi biex nara li l-mistoqsijiet isiru kif għandhom isiru, inti għidtli biex ma nitlifx ħin u kważi akkużajtni li kont qed nitlef il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Imma llum jidher li ma ġejtx protett għax diġa' ntilfu ħames minuti mill- ħin tal-mistoqsijiet sakemm bdiet is-seduta u issa ma nafx kif se tipproteġini għal dawk il-ħames minuti mitlufa.", "Allura għal darba oħra llum nerġa' nitlob ruling dwar il-ħin li fih tibda s-seduta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, jien m'għandi l-ebda diffikulta' li nikkonformaw ruħna ma' dak li hemm fl- iStanding Orders, jiġifieri li s-seduta tibda fis-6.00 p.m. (Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien għalhekk tlabt ruling.", "(Interruzzjonijiet) Tlabt ruling mingħand l-iSpeaker.", "Jien mingħand l-iSpeaker tlabt ir- ruling.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Onor. Mizzi, jien nixtieq inkun naf għaliex dan il- plejtu kollu fuq tliet minuti.", "(Interruzzjonijiet) U le, x'ħames minuti!", "Issa se noqogħdu nilagħbu fuq il-minuti?", "(Interruzzjonijiet) Meta jien ninnota li fil-Kamra bħalissa hawn erba' membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni - l-Onor.", "Noel Farrugia, l-Onor.", "Leo Brincat, l-Onor.", "Mizzi u l-Onor.", "Carmelo Abela - ma nistax nifhem għalfejn dawn l-argumenti kollha fuq xi ħaġa li m'għandu għalfejn ikun hemm ebda diffikulta' dwarha.", "Iva, naqblu li s-seduta għandha tibda fis-6.00 p.m. u m'hemmx għalfejn ruling fuq dan.", "Iva, naqblu li s-seduta għandha tibda fis-6.00 p.m.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, lill-Onor.", "Gonzi nirringrazzjah imma ma tlabtx il-parir tiegħu u lanqas ma tlabtu biex jgħid jekk jaqbilx jew le.", "Jien ruling tlabt u nibqa' nsostni li jingħata ruling dwar f'liema ħin tibda s-seduta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, safejn naf jien ruling jintalab meta ma jkunx hemm qbil fil-Kamra.", "Qed nifhem li hemm qbil fil-Kamra li nibdew fis-6.00 p.m. u allura m'hemmx għalfejn ruling.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Is-Sedja ma ssib l-ebda diffikulta' li terġa' tippronunzja ruħha, fis-sens li s-seduta għandha tibda fil-ħin li għalih tkun aġġornata.", "Effettivament il-bieraħ il-Kamra aġġornat għal-lum għal seduta li tibda fis-6.00 p.m. Għaldaqstant jien naħseb li lkoll għidna biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Mizzi, naħseb li s-Sedja ma tistax tkun iktar ċara minn hekk meta qed tagħmel dan l-appell u anke l-pronunzjament li s- seduta trid tibda fil-ħin.", "Is-Sedja tinnota għal darba oħra t-talba ta' diversi membri tal-Kamra li jekk jista' jkun il-ħin tal-question time jittieħed kollu ħalli jkun hemm l- opportunita' biex wieħed jagħmel id-domandi tiegħu u jkollu tweġiba għalihom.", "Għal darba oħra s-Sedja qed tagħmel l-osservazzjoni li iktar ma jkun hawn ħin għad-dispożizzjoni ta' min irid jagħmel mistoqsijiet aktar aħjar u allura, aktar ma nibdew kmieni, iktar ikun hemm il-possibbilta' li dan isir.", "Għaldaqstant jistgħu l-minuti jiġu kkonfermati?", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 20 li saret fit-3 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - KAŻ TA' ANZJANA", "626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Billi anzjana bl-ID Nru. 169621(M) qed tilmenta li l-pagament tal-pensjoni u l-bonus ta' Ġunju ma waslux għandha - u jingħad li l-pagament issarraf xorta waħda fil-fergħa tal-Mid-Med Bank ir-Rabat, Malta - jista' l- Ministru jinvestiga l-każ u jara kif jirrimedja bil-pagamenti lura għall- perjodu ta' Ġunju u tal-bonus li nħareġ fl-istess xahar lill-anzjana msemmija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li d-dipartiment investiga l-każ imsemmi mill- Onor. Interpellant, irriżulta li ċ-ċekk kien ġie msarraf mill-persuna stess li għamlet l-ilment u din issa rtirat it-talba tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, billi kien hemm pjanijiet mill-gvern preċedenti sabiex jinbnew djar għall-anzjani - kemm fiż-Żurrieq kif ukoll, b'mod partikolari fil-Mellieħa - imma minħabba l-pjanijiet li kellu kull dipartiment dawn kienu waqgħu xi ftit lura, jista' l-Ministru jinformani dwar it-time frame li ffissa l-gvern tal-lum sabiex iwettaq dawn il- pjanijiet, li kienu anke elenkati fil-manifest tal-Partit Laburista?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, infakkar lill-ħabib tiegħi li fil-fatt taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-proġett tal-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa kien ġie eliminat mill-proġetti li kellu f'rasu li jagħmel il- Gvern Laburista.", "Dan joħroġ minn tweġiba li ngħatat fil-parlament f'dan is- sens.", "Iva, il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista jimpenja lill- gvern li jagħmel dawn il-proġetti u naċċerta lil din il-Kamra li dawn huma pjanijiet li jitwettqu u jitwettqu fi żmien opportun.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm, kif tirrealizza l-Kamra, jien ma sibt ebda diffikulta' li nwieġeb il-mistoqsija supplimentari, effetttivament din m'għandha x'taqsam assolutament xejn mal-mistoqsija oriġinali li tidher fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm xi Standing Order li llimitana milli nistaqsu?", "Ladarba l-mistoqsija tittratta l-anzjani, ma nistgħux nitkellmu fuq l-anzjanii?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-risposta hija sempliċi.", "Iva, skond l-iStanding Orders, supplementary questions iridu jkunu kollha marbutin mal-mistoqsija oriġinali.", "Li kieku kellna nagħmlu bħalma qed tagħmel l-oppożizzjoni u nimxu bir-regolamenti u bil-punto e virgola, tliet kwarti ta' dawn il- mistoqsijiet nistgħu lanqas inweġbuhom għax qed isiru diversi mistoqsijiet fuq każijiet personali u każijiet individwali li aħna qegħdin inweġbuhom biex nagħtu sodisfazzjon.", "Pero' iva, skond l-iStanding Orders suppost li l-mistoqsijiet isiru fuq affarijiet ta' interess pubbliku u mhux fuq każijiet individwali.", "Qed ninnota li diversi mistoqsijiet qed ikunu fuq każijiet ta' persuni individwali.", "Nerġa' ngħid, li min-naħa tagħna bħala ministri l-mistoqsijiet kollha qegħdin inweġbuhom pero' teknikament, skond l-iStanding Orders, dawn il- mistoqsijiet lanqas biss imisshom isiru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Nixtieq li l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal- mistoqsija parlamentari numru 1968 li għamilt jien.", "Jien staqsejt kemm familji li għandhom tfal taħt is-16-il sena - suppost ikollhom ħamest itfal taħt is-16-il sena - u li l-kontribut tagħhom huwa inqas minn Lm13,000 se jibbenefikaw mill-iskema li se jagħmel il-gvern.", "Il-mistoqsija tiegħi ma ġietx imwieġba kollha imma ġiet imwieġba f'parti minnha biss u jien ma kontx sodisfatta biha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, hawnhekk m'għandix il-mistoqsija oriġinali li qed tirriferi għaliha fis-supplementary question l-Onor.", "Membru.", "Naturalment jekk hija għandha xi mistoqsija x'tagħmel fuq dan, tagħmilhieli bil-miktub u nweġibha bil-qalb kollha.", "Pero' l-Onor.", "Law qed tirriferi għal mistoqsija li t-tweġiba għaliha ngħatat f'seduta oħra u li naturalment m'għandhiex x'taqsam ma' din il-mistoqsija li għandna fuq l- order paper tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk jippermettili l-Ministru nixtieq nagħmel mistoqsija li m'għandix x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali.", "Pero' naħseb li l-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jirrispondi u jgħid għaliex hemm daqstant benefiċċji b'lura fil-kwestjoni taċ-ċertifikati tal-mard.", "Hemm eluf ta' nies li għamlu ċertifikat żmien ilu - hemm min qed jgħid li ilhom minn Lulju u qabel - u għadhom ma ħadux il-benefiċċju li l-Ministru jgħid xi kemm jaħseb li hemm b'lura u x'qed isir biex jekk jista' jkun dawn in- nies ma jibqgħux ibatu hardships jistennew li jieħdu l-benefiċċju tal-mard akkumulat għal dawn il-ġimgħat kollha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, id-dettalji preċiżi ta' kemm hemm arretrati m'għandix, pero' naf li hemm ċerti arretrati, għalkemm mhux xi ammonti kbar.", "Ir-raġuni li l-ħlasijiet intefgħu daqsxejn lura hija marbuta mal-fatt li ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali sar it-trasferiment ta' parti mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali - dawk li jsejħulhom staggers - għal Għawdex.", "Dan kien jinvolvi t-trasferiment ta' impjegati Għawdxin minn diversi dipartimenti - mhux mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biss - biex dawn jistgħu jaħdmu f'Għawdex.", "Il-problema hi li oriġinarjament din iċ-ċaqliqa kienet ippjanata li sseħħ f'Ottubru jew f'Novembru ta' din is- sena.", "Il-ħsieb kien li dawn l-impjegati li, nerġa' ngħid, kienu ġejjin minn dipartimenti oħra jiġu mħarrġa f'dan il-proċess kollu ħalli jkunu jafu x'iridu jagħmlu u ma jagħmlux f'dan ix-xogħol.", "Pero' peress li din id- deċiżjoni ġiet implimentata ftit ġranet qabel l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, li ġara kien li dawn il-ħaddiema sabu ruħhom fid-dipartiment f'Għawdex biex jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet kollha mingħajr ma kienu mħarrġa biżżejjed.", "Allura x'għamilna?", "Matul dawn ix-xahrejn jew tliet xhur li għaddew għamilna ħilitna biex inżidu malajr kemm jista' jkun ir-ritmu ta' taħriġ lil dawn il-ħaddiema ħalli huma jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet.", "Jien informat li dan il- backlog li kien hemm issa beda jinqata' ġmielu.", "Din hi l-informazzjoni li għandi jien, pero' jekk l-Onorevoli kollega tiegħi jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih aktar dettalji dwar il-backlog li hemm.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien mhux qed nistaqsi dwar figuri.", "L- ewwelnett qed nieħu gost li l-Ministru qed jikkonferma dak li kont ngħid jien, għaliex din hija xi ħaġa li n-nies qed jistaqsu dwarha u allura jkollna noqogħdu nċemplu lill-Ministeru.", "Jien xtaqt li l-Ministru jassigurana li fil-ġimgħat li ġejjin se jħaffuhom ftit.", "Issa li ġej żmien il-Milied dak li jkun jieħu gost jirċievi mhux xi ħaġa żejda imma għallinqas jieħu dak li għandu jieħu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naċċerta lill-Onorevoli kollega tiegħi li min-naħa tad-dipartiment u anke min-naħa tiegħi hemm l-impenn sħiħ biex dan isir malajr kemm jista' jkun.", "MĠARR, MALTA - MANUTENZJONI TA' TOROQ", "627.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi r-residenti ta' Triq il-Melissa, Triq il-Vanilja, Triq il-Misq, Triq il-Klin, Triq is-Sebħ u Triq il-Fuħħar l-Aħmar fl-Imġarr (Malta) ilhom is-snin jistennew li jiġu rranġati t-toroq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jinformani meta huwa pproġettat li jsiru x- xogħlijiet f'dawn it-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li Triq il-Melissa, Triq il-Vanilja, Triq il-Misq, Triq il-Klin u Triq Barbara qegħdin jiġu asfaltati biex b'hekk jitlesta x-xogħol li kien inbeda fis-sajf ta l-1996 u baqa' wieqaf għal sentejn sħaħ.", "B'riżultat ta' dak id-dewmien, kien li parti mix-xogħol li kien lest kellu jerġa' jsir.", "Triq is-Sebħ u Triq il-Fuħħar l-Aħmar għadu qed isir żvilupp fihom u allura dawn jiġu asfaltati skond il-prioritajiet tad-Dipartiment, s'intendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru ġustament qed jgħid li l-irranġar u l- asfaltar tat-toroq qed isir skond il-lista ta' priorita' li qed jagħmel id- Dipartiment tat-Toroq.", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk saritx din il-lista jew, jekk qed issir, f'liema fażi waslet?", "Hemm il-ħsieb li forsi 'l quddiem ipoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Billi ħafna drabi l-Ministru hu stess ġustament ilmenta li ħafna drabi jsiru t-toroq u mbagħad jerġgħu jinqalgħu biex isiru servizzi oħra, jista' jgħid jekk hux qed issir xi ħaġa biex ikun hemm aktar kordinament bejn id-dipartimenti konċernati ħalli jekk jista' jkun meta nagħmlu triq, is-servizzi jkunu għaddew minn qabel u ma jkunx hemm għalfejn nerġgħu naqilgħuha ġimgħa wara, kif sfortunatament kien isir, għadu jsir u nittama li ma jibqax isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jekk wieħed imur id-Dipartiment tat-Toroq ma jsibx lista ta' prioritajiet fi ħdan id-dipartiment għaliex sal-lum din għadha ma teżistix.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri din il-mistoqsija ma nafx kemm hija relatata mal-mistoqsija oriġinali?", "Qed nistaqsi biex inkun nista' nifhem x'qed isir.", "Din il-mistoqsija hija relatata?", "(Interruzzjonijiet) Nistenna ruling mingħandek ħalli nara ...", "MR SPEAKER: L-appell tas-Sedja huwa dejjem biex id-domandi li jsiru u d- domandi supplimentari għalihom ikunu relatati kemm jista' jkun.", "Għaliex li qed jiġri huwa li d-domanda supplimentari titwessa' u għalhekk ikun hemm risposta fit-tul min-naħa tal-membri tal-gvern.", "Għalhekk wieħed għandu jkun kemm jista' jkun qasir ħalli jingħata aktar ċans lill-membri l-oħra jagħmlu d-domandi tagħhom.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, jiena naħseb li s-Sedja tapprezza, kif japprezza l-kollega ħabib tiegħi, l-Onor.", "Farrugia, li din il-mistoqsija supplimentari hija direttament relatata mal-mistoqsija oriġinali.", "Din il- mistoqsija hija fuq l-irranġar ta' toroq u jiena staqsejt fuq l-irranġar ta' toroq.", "Jiġifieri naħseb li hija relatata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Attwalment naħseb li d-domanda ta' l-Onor.", "Galea. ma setgħitx tkun iktar relatata mad-domanda oriġinali!", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Farrugia joġġezzjona li jien inwieġeb id-domanda, allura ma nwiġibhiex!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-mistoqsija supplimentari kienet tittratta l- kordinament.", "Allura għalfejn se noqogħdu nilagħbu bid-diskors.", "Jew se nkunu onesti, jew se nkunu prattiċi jew xejn.", "Mela jekk jitkellem Noel Farrugia minn din in-naħa tal-Kamra nitkellmu b'ċertu ton u mbagħad jekk jitkellmu min-naħa l-oħra tal-Kamra ...", "(Interruzzjonijiet) Allura dan x'raġunar hu?", "MR SPEAKER: Is-Sedja tappella għall-komprensjoni u tappella wkoll biex kif għedt diġa', ikun hemm kollegament bejn domanda supplimentari u dik oriġinali.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kif kont qed ngħid, attwalment id-Dipartiment tat- Toroq sal-lum m'għandux lista li tindika liema toroq se jsiru qabel oħrajn.", "Madanakollu fil-ġimgħat li għaddew prattikament il-kunsilli lokali kollha li ltqajna magħhom ġew mitluba jagħtu indikazzjoni ċara ta' fejn hemm toroq li għadhom m'humiex asfaltati.", "Pero' qed immorru pass iktar 'il quddiem.", "Għax huwa faċli li tmur f'raħal u tiġbor lista ta' toroq li m'humiex asfaltati.", "Il-problema prinċipali fir-rigward tat-toroq, Mr Speaker, hija marbuta mas-servizzi li jsiru.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Galea fid-domanda tiegħu, sal-lum diversi drabi għexna r-realta' li toroq li jkunu saru jerġgħu jinqalgħu għaliex xi korporazzjoni ma tkunx għaddiet xi servizz partikolari.", "Għalhekk illum hemm l-ordni li ma jinħarġux tenders għall-asfaltar ta' toroq fejn ma jkunx hemm il-garanzija minn qabel li s-servizzi f'dik it-triq partikolari jkunu diġa' qegħdin fil-post.", "Forsi tajjeb ngħid ukoll li matul il-ġimgħat li għaddew inqalgħet diffikulta' oħra.", "Għal numru ta' snin il-Water Services Corporation ipprovdiet servizz ta' l-ilma fuq bażi temporanja, permezz ta' pajpijiet tal-ħadid.", "Issa l-korporazzjoni qed tgħid li dawn il-pajpijiet m'għadhomx iktar tajbin u jridu jinbidlu ma' oħrajn tal-plastic.", "Issa f'Malta hawn, bejn wieħed u ieħor, 360 kilometru ta' toroq li għandhom servizzi temporanji.", "Dan huwa ammont enormi li jirrifletti l-kwalita' ta' toroq li għandna.", "Għalhekk il-ħsieb tagħna huwa li l-kordinazzjoni ssir minn xhur qabel ma joħorġu t-tenders, u dan sabiex jiġu evitati li jsiru spejjeż doppji.", "Dawn il-flus ma jħallashomx ministru jew ieħor imma jħallashom il- poplu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: X'tip ta' kordinament hemm bejn id-dipartiment tat- toroq u l-kunsilli lokali, li wkoll għandhom ċerti responsabbiltajiet fejn jidħlu toroq?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Abela, il-kunsilli lokali huma responsabbli minn titjib ta' toroq li diġa' hemm fil-lokal.", "Għalhekk il- patching u f'ċerti każijiet, taħt vot speċjali, anke r-resurfacing, ta' dawk it-toroq hija r-responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Fejn jidħlu toroq li għadhom ma ġewx asfaltati jew private streets, kif inhuma magħrufa ma' ħafna nies, dawn iridu jsiru mid-dipartiment tat-toroq.", "Dan kollu qed isir b'kordinazzjoni mal-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l- asfaltar ta' Triq il-Fortizza fil-Mosta jieqaf sa ċertu linja?", "MR SPEAKER: Nagħmel appell ieħor lill-membri sabiex id-domanda supplimentari tkun kemm jista' jkun relatata mad-domanda oriġinali. ll- Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, jien ma nafx sa fejn sar l-asfaltar fi Triq il-Fortizza, pero' tajjeb ngħid li dan ix-xogħol sar biex tiġi evitata iktar ħsara għaliex kif żgur jaf l-Onor.", "Farrugia, f'din it-triq kien jinġabar għoli ta' pied u nofs ilma.", "Għalhekk l-għan tad-dipartiment hu li din il-problema tinqata' għax issa ilha tkaxkar għal diversi snin.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Marie Louise Coleiro, mistoqsijia supplimentari.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Il-Ministru tkellem fuq prioritajiet ta' asfaltar ta' toroq pero' jien nixtieq nistaqsih fuq prioritajiet oħrajn rigward toroq oħrajn.", "Qed nirriferi, per eżempju, għal Ħal Farruġ, fejn fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1992 u l-1996 kienu nbnew żewġ blokki flats.", "Illum qed jiġri li biex il-ġenituri jwasslu lit-tfal sal-mini-bus ta' l-iskola jrikkbuhom fil-karozza tagħhom u jdawruhom id- dawra kollha tal-premises.", "Fi Triq San Gwakkin, Ħal Qormi, hemm periklu mhux biss għan-nies li jkunu mexjin imma anke għall-propjreta' tan-nies, u fi Triq il-Palazz l-Aħmar, wara l-fabbrika tal-Canada Dry, ukoll ikun hemm ħafna ilmijiet.", "Għalhekk hemm bżonn li d-dipartiment jara x'għandu jsir ħalli ma jkunx hemm periklu għan-nies.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, proprju l-bieraħ jew il-bieraħt lura kellna laqgħa mal-kunsill lokali ta' Ħal Qormi, fejn iddiskutejna fit-tul il-possibbilta' li kemm Triq San Ġwakkin kif ukoll Triq il-Palazz l-Aħmar ikunu fost l-ewwel toroq li jsiru fl-istess lokal.", "Għar-rigward tat-toroq fl-inħawi ta' madwar il-housing estate ta' Ħal Farruġ f'Ħal-Luqa, ma nafx x'inhi l-pożizzjoni pero' nitlob lid-dipartiment jinvestiga.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nirringrazzjak tal-protezzjoni tiegħek, Mr Speaker, biex inkun nista' nagħmel mistoqsija supplimentari!", "Nixtieq nistaqsi lill- Ministru x'se jkun ir-rwol tad-dipartiment fejn jidħlu toroq li hemm bżonn jiġu asfaltati pero' li għad m'hemmx is-servizzi kollha fihom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, forsi tipproteġi daqsxejn lili wkoll!", "Fil-każ ta' toroq fejn is-servizzi jkunu għadhom ma sarux, id-dipartiment se jgħin lil kunsilli lokali biex flimkien magħhom issir il-pressjoni neċessarja fuq il-korporazzjonijiet ħalli dawn jgħaddu s-servizzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat- tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kama:", "Tagħrif dwar akkordji bilaterali li qed jiġu negozjati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2155.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar persuni li qed jaħdmu bħala self-employed, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1194;", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija mill-Korporazzjoni Enemalta bejn il-5 ta' Settembru u Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1881; u", "Tagħrif dwar kuntratti għall-provvediment ta' fittings u pajpijiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn l-1 ta' Jannar 1994 u l-15 ta' Novembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1882.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 1999", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq nistieden lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu d-diskors tal-Prim Ministru dirett fuq it-televiżjoni.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Illum il-Kamra għandha quddiemha l-kontinwazzjoni tad- diskussjoni fuq il-Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-Sena 1999.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 mgħoddija fis-Seduta Nru. 20 tat-3 ta' Diċembru, 1998 is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. u d- diskors ikun eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Issa nsejjaħ lill-Prim Ministru, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami, biex jibda d- diskors tiegħu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, bla dubju ta' xejn id-dibattitu tal-budget jista' jissejjaħ l-iktar dibattitu importanti li jsir f'dan il-parlament kull sena fil-ħajja ta' kull gvern, iżda naħseb li l-budget li ppreżenta l-gvern immexxi minni għas-sena 1999 bilfors li għandu jingħata attenzjoni u importanza xi ftit iktar mis-soltu.", "Dan għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jaf li kellna ċirkostanzi politiċi u ekonomiċi li influwenzaw lill-pajjiż, u li l-pajjiż għadu taħt it-trawma li ħalliet il-politika tal-gvern li spiċċa bl-elezzjoni ta' tliet xhur ilu; gvern li proprju ħalla trawma fil-pajjiż għaliex fis-sentejn li dam bil- poter f'idejh - anzi f'inqas minn sentejn - wera li ma kienx kapaċi jmexxi dan il-pajjiż skond il-mandat li l-poplu Malti kien tah b'maġġoranza assoluta f'Ottubru ta' l-1996.", "Din hija sitwazzjoni stramba u min sema' lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem il-bieraħt lura malajr seta' jasal għall-konklużjoni li l-Onor.", "Sant għandu interess wieħed, interess li jinsa, interess li ma jfakkarx lill-poplu Malti li hu kien prim ministru għal sentejn sħaħ, li kien rebaħ l-elezzjoni sentejn ilu b'maġġoranza u li issa tilef l-elezzjoni b'inqas minn sentejn wara b'maġġoranza ħafna ikbar milli kellu huwa stess sentejn ilu.", "Għalkemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jrid inessina dan kollu, jien naħseb li huwa utli li l-poplu Malti jiftakar iċ-ċirkostanzi politiċi u ekonomiċi biex jifhem ukoll il-portata ta' dan il-budget.", "Dan huwa budget serju, dan huwa budget b'direzzjoni, budget li fis-snin li ġejjin se jibda jsewwi l-ħsara li saret f'pajjiżna tul is-sentejn li għaddew u jagħti direzzjoni preċiża ta' kif din il-ħsara għandha tissewwa.", "Sur President, jien mhux bħall-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u rrid infakkar li Dr Alfred Sant fl-1996 kien għamel tliet temi ewlenin ta' politika li rebbħuh l-elezzjoni ta' dik is-sena.", "L-Onor.", "Sant kien qal li t-triq għal Malta m'hijiex it-triq ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea u ppropona lill-poplu Malti t-triq tiegħu, it-triq li kien isejħilha ta' ftehim speċjali ma' l-Unjoni.", "Dr Alfred Sant kien rebaħ l-elezzjoni ta' l-1996 bi programm preċiż dwar il-politika fiskali, il- politika tat-taxxi.", "Kien qal li jrid ineħħi l-liġi tal-VAT u flokha jdaħħal liġi oħra, li kellha tkun ukoll taxxa fuq il-konsum.", "It-tielet punt li żgur kellu jkun punt ta' politika ewlenija tal-gvern ta' Dr Alfred Sant kien dak dwar il-politika soċjali.", "Fl-għaxar snin ta' qabel il-pajjiż kien mexa 'l quddiem u żgur li kien ħass l-effett tal-politika soċjali tal- gvern li mexxejt jien f'dawk id-disa' snin u nofs, politika soċjali li kienet immirata biex f'pajjiżna ħadd ma jibqa' lura.", "F'dawk is-snin rajna kemm il-pajjiż mar 'il quddiem, kemm lil dawk li l-inqas li kienu 'l quddiem ma ħallejnihomx lura imma pprovajna nitfgħuhom 'il quddiem, u f'ċerta miżura mhux żgħira rnexxielna.", "It-tema tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dak iż-żmien kienet li hu kellu jirbaħ l-elezzjoni ta' l-1996, kif rebaħ, għaliex ried jagħtina l-prova \"that I can do better\", kif jgħidu bl-Ingliż, u li hu, bħala prim ministru, kien se jagħmel aħjar f'dak li jirrigwarda politika soċjali.", "Jiena naħseb li llum, meta qegħdin niddiskutu l-budget għas-sena d-dieħla, il-poplu Malti bilfors li jrid jirrifletti fuq dawn it- tliet punti ewlenin tal-politika u jara x'ġara eżattament fis-sentejn li għaddew.", "Id-duħħan, il-bużżieqa ta' kemm il-gvern kien se jkollu triq tajba, triq ta' rabta speċjali għal Malta ma' l-Unjoni Ewropea, malajr infaqgħet.", "Niftakru li fis-7 ta' Frar ta' din is-sena sirna nafu li l-Unjoni Ewropea lill-gvern qaltlu: Din it-triq ta' ftehim speċjali ma teżistix; inti ma komplejtx fit-triq ta' sħubija u allura t-triq li bilfors trid tgħaddi minnha hija t-triq li kienet infetħet fil-5 ta' Diċembru ta' l-1970, bil- ftehim ta' assoċjazzjoni bejn Malta u l-Komunita' Ewoprea, triq li fi żmien għaxar snin kellha twassal għal zona ta' kummerċ ħieles u għaqda doganali.", "Naħseb li tajjeb li l-poplu Malti jirrifletti li proprju dik il-wegħda ewlenija li kien għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni meta rebaħ l-elezzjoni ma kienx kapaċi jwettaqha.", "Kif diġa' għidt, il-bużżieqa nfaqgħet u nafu x'ġara.", "Malli beda jidher li dik il-politika ma tistax tiġi attwata, l- opinjoni pubbika in ġenerali u elementi fil-Partit Laburista - anke elementi prominenti - malajr bdew jiftħu għajnejn il-gvern ta' l-Onor.", "Sant li dik il-politika kienet waħda żbaljata.", "Huwa magħruf ukoll li kien hemm deputati min-naħa l-oħra li dak iż-żmien kienu fil-gvern li bdew jgħidu li l-politika tal-gvern tagħhom stess dwar l-Unjoni Ewropea kienet politika żbaljata.", "Infakkar li f'Ottubru tas-sena l-oħra jiena kont ressaqt mozzjoni dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, mozzjoni li bdiet tiġi dibattuta fil-15 ta' Ottubru tas-sena l-oħra.", "Min-naħa tal-gvern ta' dak inhar kien hemm min ried jitkellem u ma tħalliex, u hemmhekk bdejna nindunaw li mhux biss kien hemm ix-xquq fil-politika tal-gvern imma kien hemm numru ta' deputati fuq in-naħa tal-gvern li ma ridux jimxu aktar fuq il-politika tal-gvern immexxi minn Dr Sant.", "Tant hu hekk, li bejn Ottubru tas-sena l-oħra u meta ġie xolt il-parlament f'Lulju ta' din is- sena, Dr Sant ma kellux il-kuraġġ ikompli dak id-dibattitu fuq l-Ewropa.", "Sena ilu kien jidher ċar li l-gvern ta' Alfred Sant, li rebaħ l-elezzjoni fl-1996 permezz tal-politika li qal li ried jagħmel għal Malta versu l- Ewropa, fil-fatt lanqas biss kien baqagħlu l-appoġġ tad-deputati kollha tan- naħa l-oħra stess dwar dik il-politika.", "U niftakru li proprju x-xintilla tad-diskordju li kien hemm bejn il-gvern ta' Alfred Sant u l-Perit Mintoff ma kenitx fuq il-proġett tal-marina tal-Cottonera.", "Is-sena l-oħra meta konna qegħdin niddibattu l-budget, u qabel, meta fil-15 ta' Ottubru konna qed niddiskutu mozzjoni fuq l-Ewropa, diġa' kien hemm min qed jgħid: Isma' rridu niddiskutu dawn l-affarijiet, irridu nesprimu l-opinjoni tagħna li ma naqblux mal-gvern ta' Alfred Sant.", "Tajjeb li niftakruhom dawn l-affarijiet għax il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' żerżqilna t-teoriji tiegħu ta' konfoffi u ta' ftehim, u injora l-fatti.", "Il-fatti huma li bħal dan iż- żmien sena Dr Alfred Sant kien jaf li huwa tilef l-appoġġ tal-maġġoranza ta' din il-Kamra fuq il-politika tiegħu dwar l-Ewropa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux hekk biss.", "Għadni qed ngħid x'kien qed jiġri bħal-lum sena, jiġifieri meta dan il-parlament f'Novembru kien qiegħed jiddiskuti l- budget għal din is-sena.", "It-tieni item li għidt li kienet ta' importanza ewlenija fil-kampanja elettorali ta' l-1996 kienet proprju t-taxxa fuq il-konsum, il-VAT.", "Niftakru l-wegħdiet ta' Dr Alfred Sant li fi żmien tliet xhur se jneħħi dik it-taxxa u jagħmel taxxa oħra.", "Flok tliet xhur dam seba' xhur.", "Kellna kummiedja ta' seba' xhur b'Dr Sant, għall-ewwel imdawwar b'Lino Spiteri u George Abela, jiddiskuti fuq il-liġi l-ġdida.", "Imbagħad meta din il-liġi l- ġdida waslet, il-famuża liġi tas-sisa, nafu x'ġara.", "Wara seba' xhur ta' inċertezza totali, ir-riżultat kien liġi mimlija taħwid, liġi li meta kienet qed tiġi fformolata f'Marzu tas-sena l-oħra, rajna l-ewwel casualty importanti li kellu l-gvern ta' Dr Alfred Sant.", "Kellu r-riżenja tal- Ministru Lino Spiteri.", "Aħna dakinhar għamilna d-dmir tagħna.", "Jien kont tkellimt f'dan il-parlament u pprovajna niftħu għajnejn il-gvern b'mozzjoni li ressaqna apposta meta l-liġi tas-sisa kienet għadha m'għaddietx minn dan il-parlament.", "Għidnielu: Tkomplix b'din il-liġi, din il-liġi se tirvina l- finanzi tal-gvern, din il-liġi se toħnoq in-negozju.", "Ftaħnielu għajnejh u llum nafu li ma konniex waħedna li konna qed ngħidulu hekk.", "Kien hemm membri min-naħa tal-gvern stess li kienu qed jgħidulu l-istess ħaġa.", "Sur President, punt li ftaħnielu għajnejh fuqu kien illi l-liġi tas-sisa kienet sejra ġġibu fl-inkwiet ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jien illum meta nħares lura u naqra d-diskorsi ta' sħabi u tiegħi - u nagħmel riferenza b'mod partikolari għad-diskorsi tiegħi - fejn lill-prim ministru ta' dak iż-żmien kont għedtlu: Biddel il-politika kif qed ngħidulek aħna - u mhux aħna biss imma dawk kollha li fil-pajjiż qed jgħidu li int miexi ħażin, inklużi deputati fuq il-bankijiet tiegħek stess - u lilna ssibna warajk.", "Jien saħansitra kont wasalt biex sena ilu għidt li jien lest li nibqa' kap ta' l-oppożizzjoni għat-tul kollu li kellu jagħmel il-gvern ta' Alfred Sant u kont lest li nagħtih l-għajnuna biex ibiddel il- politika tiegħu fejn din kienet uriet ruħha bħala politika żbaljata.", "Nafu x'ġara.", "Il-pressjoni u l-konflitt ma' l-Unjoni Ewropea saru realta' u effettivament il-gvern kellu jirrispondi għall-kritika li saritlu mill- Unjoni u għamel anke dikjarazzjonijiet.", "F'Novembru tas-sena l-oħra l-ministru tal-finanzi ġdid, l-Onor.", "Leo Brincat, f'dokument preparat mill-ministeru tiegħu kien qal li jrid ikun hemm:", "''the gradual introduction of a tax on the value added of manufacturing activity aimed for the local market at a rate equivalent to the present one levied at customs''.", "F'Novembru tas-sena l-oħra l-ministru tal-finanzi - naturalment minħabba l- pressjoni li kellu mill-Unjoni Ewropea - qal li bilfors kien se jkollu jdaħħal it-taxxa tal-value added fuq il-prodott lokali bl-istess rata.", "U nafu li r-rata ta' taxxa fuq prodotti importati, hija ta' 15% u 5%, bejn wieħed u ieħor ta' 21%.", "Din hija xi ħaġa li tajjeb li nfakkarha għaliex il- Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu amnesija.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni dan ma jitkellimx fuqu.", "Jien kont nippretendi li Dr Alfred Sant, li issa reġa' sab ruħu fuq il-bankijiet ta' l-oppożizzjoni, kellu jqum f'dan il-parlament u jagħmel analisi ta' l-iżbalji li għamel meta kien prim ministru u bl- ikbar onesta' jgħid li lest jikkoreġi ruħu.", "Imma mhux hekk.", "Ħalli nikkwota wkoll mill-programm elettorali tal-Partit Laburista għall-aħħar elezzjoni ta' l-1998.", "Dan jgħid hekk:", "\"Kif kien ippjanat li jsir għall-iskop tat-twaqqif ta' żona ta' kummerċ industrijali ħieles ma' l-Unjoni Ewropea, il-gvern se jibda jimplimenta l-modifikazzjonijiet meħtieġa għas-sistema tas-CET.", "L- ewwel fażi ta' dawn il-bidliet tibda sseħħ mis-sena d-dieħla.\".", "Kieku llum minfloki hawn Dr Alfred Sant bħala prim ministru, kieku llum qed iħabbar li se jdaħħal it-taxxa ta' 21% fuq il-prodotti mmanifatturati hawn Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hekk juru d-dokumenti, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Dr George Vella qed jgħid: Qed jigdeb!", "Jien ikkwotajtlu d-dikjarazzjonijiet li saru bil-miktub.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, x'ġie qalilna hawnhekk illum Dr Alfred Sant?", "Jien ngħid li reġa' beda ...", "Fl-aħħar tad-diskors qalilna kif se ġġib ruħha l- oppożizzjoni - ma nafx semmiex il-kelma \"gwerra\" jew xi kelma oħra iebsa bħal gwerra - fuq il-liġi l-ġdida li se jdaħħal dan il-gvern biex jerġa' jkollna sistema ta' taxxa fuq il-konsum ibbażata fuq il-prinċipju tal-value added, jiġifieri t-taxxa tal-VAT, li tissejjaħ hekk proprju għax hija taxxa fuq il-value added, il-kliem li uża l-ministru tal-finanzi stess f'Novembru tas-sena l-oħra.", "Effettivament id-differenza kbira li kien hemm bejn it- taxxa tas-sisa u t-taxxa tal-VAT hija li bis-sistema tal-VAT it-taxxa tkun biss fuq il-value added u allura jkun hemm sistema tar-refunds.", "Mr Speaker, jien nerġa' ngħid li ssorprendejt ruħi bid-diskors tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni għaliex kont nistenna li jagħmel analisi ta' x'ġara f'dawn is- sentejn, x'kienu r-raġunijiet veri tad-disfatta kbira li l-partit tiegħu kellu fl-aħħar elezzjoni u x'inbidel, mentri mid-diskors li għamel jidher li min-naħa tiegħu assolutament ma nbidel xejn.", "L-aħħar punt li żgur kien determinanti biex l-Dr Alfred Sant rebaħ l- elezzjoni ta' l-1996 kien il-punt tal-politika soċjali.", "U naħseb li għandna nirriflettu fuq dawn it-tliet punti.", "Għaliex jidher li t-tliet punti ewlenin tal-politika li biha Dr Sant rebaħ l-elezzjoni ta' l-1996 kienu t-tliet punti li fuqhom tilef il-gvern.", "Kif diġa' għidt, is-sena l- oħra, eżattament fit-12 ta' Novembru ta' l-1997, meta bħala kap ta' l- oppożizzjoni kont qed nirrispondi għad-diskors tal-budget, kont għidt:", "\"Dan il-gvern ippreżentalna budget li juri l-kriżi li jinsab fiha u huwa budget li qed ikabbar il-kriżi tal-gvern f'pajjiżna.\".", "Dak inhar kont qed nindirizza lil Madam Speaker, u komplejt ngħid:", "\"Madam Speaker, li hawn kriżi - u għalissa m'iniex qed nitkellem fuq il-kriżi ekonomika - naħseb li jidher b'mod ċar.", "Jiena naħseb li l- poplu Malti sema' b'interess u b'inkwiet lill-Prim Ministru l-bieraħ u f'dawn l-aħħar ġranet meta kellem lin-nisa Laburisti, per eżempju, u qalilhom: \"Jiena m'iniex se niggverna jekk ma jkollix maġġoranza, u jekk ma jkollix maġġoranza fil-parlament jiena mill-ewwel nibda naħdem biex ikolli maġġoranza akbar fil-poplu.\".", "Mela sena ilu, fit-12 ta' Novembru, kien jidher li l-Onor.", "Alfred Sant stess kien jaf li m'għandux maġġoranza f'dan il-parlament u kien qed jgħid li malli jkollu l-konferma, malli jinduna li żgur m'għandux dik il- maġġoranza, se jibda jaħdem biex ikollu maġġoranza akbar.", "U ħadem!", "Ħadem sa Lulju ta' din is-sena.", "Imbagħad kellu jmur quddiem il-poplu u l-poplu kkonfermalu li mhux biss m'għandux maġġoranza ta' deputati imma lanqas għandu maġġoranza tal-poplu warajh!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena nixtieq li nkompli nikkwota lili nnifsi għaliex huwa interessanti li niftakru għaliex meta jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidilna li tilef il- gvern għaliex kien hawn xi konfoffa ikun qed juri li allura assolutament ma jridx jirrealizza x'kienu l-fatti.", "U dawn il-fatti kienu diġa' jidhru minn Novembru tas-sena l-oħra.", "Jiena dak iż-żmien kont għidt hekk:", "\"Il-Prim Ministru Dr Sant qiegħed jinkwieta li jista' ma jkollux il- maġġoranza f'dan il-parlament għaliex huwa jaf li fuq in-naħa tal- gvern hemm deputati li ma jaqblux mal-politika li hu miexi biha.", "Hemm deputati li ma jaqblux mal-politika li ġiet preżentata lilna biex napprovawha fil-proposti tal-budget għas-sena li ġejja u l-Prim Ministru nniffsu qal li hemm aktar minn wieħed li għandu d-dubji tiegħu dwar il-politika tal-gvern.", "Din hija l-kriżi politika li għandu l-gvern, li qed iħoss li qed jadotta politika għall-pajjiż li d- deputati tiegħu stess qed isibuha diffiċli li jaqblu magħha.\".", "Dan id-diskors, Mr Speaker, għidtu jien sena ilu.", "Kull min kien qiegħed isegwi x'kien qed jiġri f'dan il-pajjiż kien qiegħed jifhem li Dr Alfred Sant kien tilef il-maġġoranza fil-parlament għal tliet raġunijiet ewlenin - il-politika Ewropea, il-politika fiskali u l-politika soċjali.", "Mr Speaker, għalkemm kien jaf għaliex tilef il-maġġoranza fil-parlament, Dr Sant ma marx immedjatament għall-elezzjoni imma, kif qal hu, ippjana biex jirbaħ - u jirbaħ b'maġġoranza ikbar mingħalih - u qagħad jistenna.", "Imbagħad inħolqot kontroversja, kontroversja fuq kuntratt għall-bini ta' marina.", "Sur President, f'liema pajjiż tad-dinja prim ministru jirriżenja għaliex il-parlament jgħidlu: Mhux dak hu l-kuntratt it-tajjeb, biddlu dak il- kuntratt.", "Ejja nitkellmu biex inbiddluh.", "Imma Alfred Sant kien jaf x'qed jagħmel.", "F'Novembru kien jaf li tilef il-maġġoranza.", "Kien qed jippjana biex jirbaħ l-elezzjoni u jekk saret xi konfoffa - li m'hijiex il-kelma t- tajba - u jekk saret xi strataġemma, l-istrataġemma għamilha hu.", "Kien mingħalih li se jmur quddiem il-poplu u jgħidlu: Ara dak li kien l-iktar wieħed importanti fil-Partit Laburista, dak li kien is-salvatur tal-Partit Laburista, dak ittradiekom, u issa, jekk jogħġobkom, ivvotawli għax jien is- salvatur veru tal-Partit Laburista u tal-poplu Malti!", "Baqa' f'wiċċu, Mr Speaker, għax il-poplu m'emmnux u l-poplu vvota fuq il-fatti.", "Il-fatti kienu li l-politika Ewropea, il-politika fiskali u l-politika soċjali tal- gvern ta' Alfred Sant kienet politika żbaljata, kienet politika li l- maġġoranza tal-poplu Malti ma ridhiex.", "U l-poplu Malti naturalment ħataf l- okkażjoni meta ġiet l-elezzjoni u wera sew kif jifhimha.", "Ir-riflessjoni li għamilt jien - u qgħadt attent ħafna nisma' lil Dr Sant - nhar l-Erbgħa li għadda kienet: Imma possibbli ma tgħallem xejn!", "Possibbli li kap ta' partit politiku jirbaħ elezzjoni b'maġġoranza konvinċenti imbagħad imur għal elezzjoni f'inqas minn sentejn, jitlef l- elezzjoni u qisu ma ġara xejn!", "Jista' jkun li jkun hawn partit politiku li jmur għal elezzjoni bi programm, jirbaħ l-elezzjoni, jagħmel sentejn jipprova jattwa dak il-programm, dak il-programm jirriżulta li hu żbaljat, li hu ħażin, jitlef l-elezzjoni, u xorta jibqa' jgħid: Ma nbiddel xejn!", "(Interruzzjonijiet) Eh, se jbiddel xi ħaġa għax se jbiddel tal-kunsilli lokali!", "Imma dik m'hi bidla xejn, dik ipokresija kienet.", "Kulħadd kien jaf li l-kandidati indipendenti tal-kunsilli lokali fil-maġġor parti tagħhom huma magħżulin mill-Partit Laburista (Onor. Membri: Hear, hear) Din hi l- bidla kbira li saret s'issa.", "Imma possibbli li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi hawn fl-ewwel budget wara telfa hekk kbira u ma jagħmilx daqsxejn analisi ta' fejn il-partit tiegħu, il-gvern tiegħu mar żmerċ, fejn mar ħażin, x'għandu jbiddel!", "Possibbli li l-Partit Laburista kuntent li jkollu kap li minħabba politika żbaljata tellfu elezzjoni meta qabel kien rebaħ b'tant maġġoranza, imbagħad jiġi hawn aħna u niddiskutu l-budget u nerġgħu nisimgħu mingħandu l-istess affarijiet!", "Naturalment id-diska dejjem għaddejja.", "Jien kultant bdejt ngħid: Dan Dr Sant li qed jikkritika dan il-budget jew Dr Sant sentejn ilu meta kien prim ministru u kien qed jikkritika lill- gvern ta' qablu?", "Erġajna smajna kemm kien hawn deficit kbir fl-1996.", "Il- budget ta' l-1997 proprju kellu t-timbru tiegħu li kien: Ara jaħasra, il- Partit Laburista sab ruħu fil-gvern u għandu deficit li ma jafx kif se jsolvih!", "Issa erġajna smajna lil Dr Alfred Sant jipprova jiġġustifika l- performance żbaljata tiegħu billi jgħidilna li fl-1996 kien hemm deficit strutturali.", "Jien kuntent li l-Ministru Dalli, meta ppreżenta l-budget, qabad the bull by the horns u qal: Ejjew naraw dan id-deficit strutturali x'inhu.", "Naħseb li l-ministru tal-finanzi għamel sew li eżamina x'ġara fil- pajjiż bejn l-1985 u llum.", "Naħseb ukoll li jkun tajjeb li kull wieħed minna jagħmel dan għax, kif għidt fil-bidu u nibqa' nsostni, dan huwa budget serju.", "Dan huwa budget li ma jrid jaħbi xejn, budget li fih qegħdin naraw il-verita' kollha x'inhi.", "Jekk inħarsu lejn it-tabella li ġiet pubblikata fuq il-performance tal- finanzi tal-gvern mill-1985 sal-lum x'insibu?", "Insibu li kull sena, b'eċċezzjoni ta' l-1994, sas-sena 1995, id-dħul rikorrenti kien jisboq in- nefqa rikorrenti u kien hemm surplus.", "Jiġifieri d-dħul mit-taxxi, ir- revenue ordinarju tal-gvern, kull sena kien iktar mill-infiq ordinarju tal- gvern.", "Fl-1995 kien hemm surplus ta' Lm13 miljun.", "Kull sena konna qegħdin nissellfu imma konna qegħdin nissellfu għal infiq kapitali.", "Gvernijiet serji ma jiddejqux li f'ċerti limiti jissellfu biex ikunu jistgħu jagħmlu investiment għax in-nefqa kapitali dik suppost li hija.", "Ħalliha li veru li ċerta nefqa kapitali tagħna ma tantx kienet nefqa produttiva.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fiha imma nista' nsemmi l-miljuni kbar li ta' kull sena fl- imgħoddi u anke llum imorru biex isostnu azjendi tal-gvern li m'humiex mexjin tajjeb, bħax-Shipbuilding u d-Drydocks.", "X'ġara, Mr Speaker?", "Ġara li fl-1996 il-folja nqalbet u matul dik is-sena d-dħul ordinarju tal- gvern ma kienx biżżejjed biex ikopri l-infiq ordinarju tal-gvern u ma kienx biżżejjed b'xejn inqas minn Lm51 miljun.", "Issa l-kelma daħlet u kulħadd jitkellem fuq id-deficit strutturali u li rridu naraw x'se nagħmlu għax din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli.", "Veru, hekk hu.", "Pero' l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li neżaminaw x'ġara fl-1996 għaliex dik is-sena kellna żbilanċ ta' Lm51 miljun, jiġifieri d-dħul rikorrenti kien Lm51 miljun inqas mill-infiq rikorrenti.", "U waħda mir-raġunijiet mill-ewwel tispikka.", "Id- dħul tal-gvern ma laħħaqx daqskemm konna għidna li kellu jlaħħaq, b'mod partikolari d-dħul mill-VAT.", "Minn dawn il-¥51 miljun li kellna nissellfu biex nagħmlu tajjeb għad-deficit, ridna nagħmlu tajjeb għall-¥31 miljun li ma daħlux mill-VAT.", "U d-domanda li jmissu għamel Dr Alfred Sant bħala prim ministru sentejn ilu, meta ppreżenta l-budget, hija għaliex dawk il-¥31 miljun ma daħlux.", "Ir-risposta li jiena u sħabi tajna għal sentejn sħaħ u nibqgħu nagħtu issa hija li żgur li in parti dan ġara għaliex Dr Sant kien wiegħed li se jneħħi l-liġi tal-VAT.", "Għall-kuntrarju ta' dak li konna għamilna aħna fl-aħħar xhur tal-gvern immexxi minni fl-1996, fejn konna għidna li se nagħmlu aktar enforcement u se noqogħdu aktar attenti biex naraw li t-taxxa titħallas, dħalna f'perijodu fejn flok ma ġie eżaminat kif it-taxxa għandha trendi kemm suppost, Dr Sant ħela seba' xhur sħaħ jiddeċiedi kif se jagħmel liġi oħra flok dik tal-VAT.", "Tajjeb li wieħed jgħid li fl-1996 l-infiq fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali kien żdied b'madwar ¥24 miljun.", "Ma kienx maħsub li jkun hemm din iż-żieda kollha u d-dmir ta' Dr Alfred Sant bħala prim ministru jmissu kien li jeżamina eżattament x'ġara.", "Il-ministru tal-finanzi f'dan il-budget qed jgħid x'ġara, qed jgħid li fis-sistemi tagħna hemm dawk li sejħilhom \"triggers\".", "Fil-fatt ġara li l-gvern immexxi minni fl-1996 kien laħaq collective agreement mal-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema kollha tal-gvern - din kienet l-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż li kien hemm collective agreement għall-ħaddiema kollha tal-gvern - bi skali ta' salarji ġodda effettivi mill-1 ta' Jannar 1991.", "Fl-1996, b'mod partikolari, kważi l-pensjonijiet kollha tan-national insurance żdiedu biex jaqblu ma' l-iskali l-ġodda ta' l-impjegati tal-gvern u allura l- pensjonijiet żdiedu - u m'hemm xejn ħażin f'dan - b'mod ħafna aktar qawwi milli kien mistenni għaliex il-proċess ġie kważi mitmum fl-1996.", "Jiena jidhirli li kieku Dr Alfred Sant dakinhar kellu gvern serju, kien ifittex ir-raġuni x'inhi għad-defiċit li kien hemm fl-1996 u kien jiskopri dan.", "Nerġa' ngħid, m'hemm xejn ħażin, anzi hija ħaġa tajba, li l-pensjonijiet dejjem jitjiebu imma jekk hemm problema ta' finanzjament, din il-problema ma tridx taħbiha iżda taffrontaha b'kuraġġ.", "U aħna hekk qed nipproponu li nagħmlu fil-budget li ppreżentajna.", "Aħna ma ħbejniex din il-problema, li wara kollox hija problema mhux biss f'Malta imma tista' tgħid fil-pajjiżi kollha, il-problema ta' kif 'il quddiem tista' ssostni l-pensjonijiet li jeżistu u li rridu li jibqgħu pensjonijiet tajba.", "Kif nistgħu dawn nsostnuhom fil-futur, partikolarment meta niftakru li llum għal kull pensjonant li hawn fil-pajjiż hawn erbgħa min-nies jaħdmu u 15 jew 20 sena oħra għal kull pensjonant se jkun hawn biss tnejn li qegħdin jaħdmu.", "Aħna lill-poplu Malti ngħidulu: Hawn għandna problema.", "Mhux naħbuha jew naħarbu minnha, mhux innaqqsu s-servizzi soċjali, jew ngħidu li ma jistax ikun li nibqgħu bil-livell ta' sigurta' soċjali li għandna imma ngħidu li għandna naraw ilkoll flimkien - u hemm bżonn li dan nagħmluh - kif din il- problema sejrin nittrattawha.", "Għalhekk fil-budget hemm il-proposta li fil- bidu tas-sena d-dieħla titwaqqaf kummissjoni li jkollha fiha r- rappreżentanza ta' kulħadd.", "Sur President, fid-diskors tal-budget aħna diġa' stedinna lill- oppożizzjoni biex tipparteċipa f'dan l-eżerċizzju.", "Hemm bżonn li dan l- eżerċizzju nittrattawh b'mod nazzjonali.", "Irridu li kulħadd jipparteċipa għax din m'hijiex problema tal-gvern immexxi minni.", "Lanqas kienet problema biss tal-gvern ta' Dr Alfred Sant imma hija problema tal-poplu Malti, problema nazzjonali, u rridu lkoll inpoġġu rasna flimkien biex insibu s- soluzzjonijiet ġusti li jiżguraw li l-welfare ta' pajjiżna jibqa' fl-istat li hu għal kulħadd, anzi jekk jista' jkun jitjieb.", "Aħna bħala partit u bħala gvern ilna nitkellmu fuq il-konċett ta' welfare society.", "Kulħadd jitkellem fuq il-welfare state, li nistgħu ngħidu li huwa l-ikbar achievement li kellna f'pajjiżna u tista' tgħid fil-pajjiżi Ewropej kollha mill-aħħar gwerra 'l hawn.", "Bdew l-Ingliżi bil-Labour Goverment ta' wara l-gwerra.", "Dawn qalu: Hemm bżonn li npoġġu l-bażi ta' xibka ta' sigurta' soċjali li tkopri lil kulħadd.", "Fil-fatt saru achievements kbar, saru passi kbar 'il quddiem u għalhekk illum hemm bżonn niżguraw li dan it-titjib jinżamm.", "Pero' aħna qed ngħidu: Ma jistax ikun li kulħadd jibqa' jħares lejn l-Istat.", "Ma nistgħux ngħidu iktar li l-Istat biss għandu jipprovdi imma rridu ngħidu: Ejjew noħolqu soċjeta' li hi stess, bis-sehem ta' kull wieħed u waħda minna, tipprovdi biex din is-sistema ta' welfare f'pajjiżna tibqa' tiġi żgurata.", "Jien għidt li l-gvern m'huwiex jaħrab minn dawn il-problemi u waħda mill- miżuri li ħadna hija eżattament dik li għidna b'kuraġġ, b'konvinzjoni u, jien persważ, b'inkoraġġiment effettiv lil kull min għandu għal qalbu l- welfare system ta' pajjiżna: Ejjew inżidu l-kontribuzzjoni tal-bolla din is- sena minn 8.33% għal 9%.", "Barra minn hekk, diġa' qed ngħidu li hemm bżonn li anke s-sena d-dieħla l-kontribuzzjonijiet tal-bolla li jħallsu l- ħaddiema titla' għal 10%, jiġifieri daqskemm konna żidnieha għall- employers.", "Għax il-gvern immexxi minni, snin ilu, fl-1994, kien żied ir- rata tal-kontribuzzjoni li l-employers kollha jħallsu fuq kull impjegat tagħhom għal 10%.", "Aħna issa qed ngħidu li wasal iż-żmien - jekk irridu nħarsu 'l quddiem - li ma nagħmlux għamad quddiem għajnejna u noqogħdu nwaħħlu f'xulxin u naraw tort ta' min hu.", "Hemm bżonn li nitkellmu ċar u ngħidu: Iva, hemm bżonn li nżidu l-bolla.", "Fil-fatt din is-sena qegħdin inżiduha b'0.6% għal 9%.", "Jien il-bieraħt lura skantajt nisma' lil Dr Alfred Sant jgħid: F'Malta hawn kunsens biex ma nżidux l-income tax, u issa l-gvern qabad u żied it- taxxa fuq il-paga tal-ħaddiema!", "Jien naħseb li biex insibu x'ngħidu u lin- nies nimpressjonawhom huwa faċli, jew aħjar mhux daqstant diffiċli.", "U hekk ipprova jagħmel Dr Sant.", "Imma Dr Sant jaf illi dan verament huwa gvern b'kuxjenza soċjali.", "Aħna qed ngħidu: Iva, il-bolla qed inżiduha b'0.6%, jiġifieri min għandu dħul ta' Lm3,500 fis-sena se jkollu jħallas Lm21 iżjed.", "Jien lil Dr Alfred Sant ngħidlu: Din hija kuxjenza soċjali.", "Ma kenitx kuxjenza soċjali li inti tgħabbi lil kull familja b'Lm24 tariffa tad- drenaġġ; Lm24 talli għandek id-drenaġġ!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna li qegħdin ngħidu hu li min qed jaħdem u jaqla' Lm3,500 se togħlilu l- bolla, u mhux b'mod uniformi kulħadd iħallas Lm24 iżjed.", "Kif għidt, min għandu dħul ta' Lm3,500 fis-sena se jkollu jħallas Lm21 iżjed fis-sena.", "Min idaħħal Lm7,000, li huwa bejn wieħed u ieħor il-capping tan-national insurance, se jkollu jħallas Lm42 iżjed f'sena.", "Din hija kuxjenza soċjali għax dan se jħallas inqas mit-Lm48 li kien se jkollu jħallas bħala taxxa tad-drenaġġ u l-ilma li għamel Dr Alfred Sant u li minħabba fiha tilef l- elezzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Allura meta nħarsu lejn id-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa, ngħidulu: B'min mingħalik qed tidħak?", "Mingħalik qed tkeskisna għax żidna l-bolla?", "Dan budget serju.", "Ma kienx serju l-budget li għamel Dr Alfred Sant is-sena l-oħra meta għamel taxxa ta' Lm48 fuq kull bieb, minbarra r-rati ta' l-ilma u d-dawl li issa nitkellem fuqhom.", "Hemm ma kienx hemm kuxjenza soċjali!", "Possibbli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux kapaċi jiddistingwi bejn żieda fil-bolla u żieda, kif għamel hu, f'taxxa ġdida li tisboq bil-bosta ż-żieda li qed nagħmlu aħna fil-bolla!", "Allura meta nitkellmu fuq kuxjenza soċjali, aħna bil-fatti qed ngħidu: Iva, qed inżiduh dan il-piż.", "Nafu li qed inżidu taxxa f'forma ta' żieda fil-bolla li jħallas il-ħaddiem imma qed ngħidu għaliex qed nagħmlu dan.", "Hemm bżonn li l- problemi ma naħbuhomx imma naffrontawhom.", "Mr Speaker, Dr Alfred Sant rebaħ l-elezzjoni ta' l-1996, beda mill-ewwel jitkellem fuq l-iżbilanċ li sab u twerwer.", "Twerwer!", "Ma kienx preparat biex jiggverna, twerwer u pprova jwerwer lill-poplu tagħna.", "Nista' ngħid li minn wara l-elezzjoni ta' l-1996 sa l-elezzjoni ta' din is-sena kellna kontinwament diskors ta' qtigħ ta' qalb, diskors li l-pajjiż fallut, li l- problemi kienu tant kbar illi ma kienx iktar sostenibbli li dan il-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-miżuri kollha li ħa l-gvern ta' Dr Sant, kemm fil-budget u anke mhux fil-budget, matul is- sentejn li dam hemm.", "Pero' importanti li niftakru li malli ġie fil- parlament fil-budget ta' Jannar ta' l-1997 għamel wegħda u qal li hu, bil- metodi ġodda, moderni, maniġerjali li tant kien iħambaq fuqhom qabel l- elezzjoni, kien se jkun kapaċi joħroġ lill-pajjiż minn din is-sitwazzjoni finanzjarja ta' deficit strutturali.", "Qalulna li l-ewwel budget kien intiż biex jibda jnaqqas dan l-iżbilanċ u t-tieni budget kien intiż biex ikompli jnaqqsu.", "Imma llum il-poplu Malti jaf x'ġara, jaf x'kienet l-esperjenza ta' dawn is-sentejn.", "Fl-1997/98 id-deficit mhux naqas imma żdied.", "Id- deficit ta' l-1998 kien ta' ¥163 miljun waqt li d-deficit ta' l-1997 kien ta' ¥129 miljun.", "Mela flok li jonqos beda jiżdied.", "Jiena naħseb li nhar l- Erbgħa Dr Alfred Sant kien imissu għamel analisi u qalilna x'mar ħażin fil- politika tiegħu u x'biddel.", "X'kienu l-konsegwenzi ta' dan id-deficit enormi?", "Dan id-deficit enormi ġab konsegwenzi kbar.", "Bejn l-1995 u l-1998 id-dejn pubbliku ta' Malta minn ¥400 miljun żdied għal ¥729 miljun.", "Id-dejn tal-gvern f'dawn is-sentejn żdied bi ¥320 miljun u allura wieħed kien jistenna li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jispjegalna x'mar ħażin fil-programmi tiegħu, xi żbalji għamel, fejn irid jikkorreġi u jagħmel paragun ma' dak li qed jagħmel u dak li qed jipproġetta dan il-gvern għal din is-sena u għas-snin li ġejjin.", "Biex nifhmu l-piż tad-diżastru li kellna se nsemmi l-imgħax li qed jitħallsu kull sena.", "Din is-sena l-imgħax fuq id-dejn tal-gvern ilaħħaq ¥40 miljun.", "Jekk inħarsu lejn l-1995 naraw li l-imgħax kien ta' ¥19 miljun, jiġifieri l-imgħax li nħallsu kull sena rdoppja.", "Allura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jgħidilniex kelma fuq il-performance tiegħu ta' dawn is- sentejn li għaddew u jgħidilna x'hemm differenti bejn il-programm ta' dan il-gvern u l-programm li kellu hu?", "Mr Speaker, il-gvern qiegħed jaffronta din is-sitwazzjoni għaliex huwa veru li d-dejn li qed isir m'huwiex sostenibbli.", "Il-pajjiż ma jistax jibqa' miexi hekk pero' l-budget qiegħed iħares lejn din il-problema, qed jaffrontaha u qed jgħid li jrid isolviha.", "Għalhekk għamel sewwa l-Ministru Dalli li mhux biss għamel projections għall-budget tas-sena 1999 imma qed jgħid kif jaħseb li nistgħu bil-mod il-mod naslu biex fis-sena 2004 - jiġifieri wara programm ta' sitt snin - inkunu naqqasna l-iżbilanċ fl-infiq tal-gvern b'mod li jkun sostenibbli.", "Kif se nagħmluh dan?", "Naturalment m'aħniex se nagħmlu l-mirakli.", "M'aħniex nistennew li l-manna taqa' mis- sema u għalhekk irridu naħdmu.", "L-ewwel ħaġa li rridu niżguraw hija li l-ekonomija tkompli tikber b'rata akbar milli kibret din is-sena.", "Nistgħu noqogħdu nargumentaw fuq il-GDP in nominal terms u l-GDP in real terms u naraw x'ikkontribwixxa għall-GDP - hemm ħafna argumenti li jagħmluhom in-nies li jifhmu u nagħmluhom aħna wkoll - imma r-realta' hi li t-tkabbir ta' l-ekonomija fis-sentejn li għaddew ma kienx biżżejjed biex inaqqas l-iżbilanċ fil-finanzi tal-gvern.", "Din hi r-realta'.", "Li kellna bżonn f'dawn is-sentejn ma kienx li r-ritmu ta' l-ekonomija jonqos imma li r-ritmu ta' l-ekonomija jingrana.", "U dan huwa li qed jipproponi dan il-gvern, b'konvinzjoni u b'fiduċja, illi l- ekonomija ta' pajjiżna trid terġa' tingrana.", "Aħna qed ngħidu: Iva, irridu nagħtu direzzjoni - u se nitkellem dalwaqt fuq il-VAT u fuq il-politika Ewropea - u rridu nuru l-fiduċja li aħna għandna f'dan il-poplu tagħna.", "Aħna konvinti li b'ħilitna nistgħu nimxu 'l quddiem u l-budget bil-miżuri li fih proprju jirrifletti dan li qegħdin ngħidu.", "Allura fis-snin li ġejjin kif se nsolvuha bil-mod il-problema tad-deficit?", "Huwa essenzjali li l-ekonomija tikber kull sena b'ritmu iktar mgħaġġel milli kienet qiegħda tikber fis-sentejn li għaddew.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn ta' iktar effiċjenza fil-ġbir tat-taxxi diretti.", "Din hija problema li dejjem tissemma.", "Kulħadd jgħid li fil-pajjiż hawn l-evażjoni tat-taxxi, b'mod partikolari fit-taxxi diretti, imma filwaqt li ma ngħidx li ma sar xejn - għax kull gvern jipprova jagħmel xi ħaġa - naħseb li għad hemm ħafna x'wieħed jagħmel.", "U dan il-budget jindirizza proprju din il-problema u jgħid x'beħsiebna nagħmlu biex naraw li l-ġbir tat-taxxi jkun iktar effiċjenti.", "Naturalment irridu niżguraw li jkun hemm dħul ikbar anke mit- taxxi indiretti, b'mod partikolari t-taxxa kif sejra terġa' tiġi riformata, it-taxxa fuq il-konsum.", "L-element importanti u komuni fis-sistema tal-VAT u s-CET huwa li t-tnejn huma taxxi fuq il-konsum.", "L-ekonomiji moderni kollha jridu jirrikonoxxu li jekk il-gvern irid jiġbor il-flus li għandu bżonn biex ikun jista' jmexxi jrid ikun hemm taxxi fuq il-konsum.", "Il- ministru tal-finanzi qed jistma li s-sena d-dieħla ż-żieda mit-taxxa riformata tal-VAT għandha tkun ta' Lm14-il miljun.", "Aħna kellna wkoll il- kuraġġ li nieħdu miżuri biex ngħollu d-dħul tal-gvern u, kif kulħadd jaf, żidna t-taxxi tas-sisa, żidna t-taxxi fuq is-sigaretti u żidna t-taxxa fuq il-petrol.", "Naturalment mhux dawn se jsolvu l-problema ta' l-iżbilanċ tal- gvern pero' l-gvern deherlu li la l-problema teżisti, ma jistax jaħrabha u għalhekk qiegħed jgħolli dawn it-taxxi.", "Naturalment hemm ukoll il-parti l-oħra li huwa importanti li wieħed jagħti kasha bis-serjeta'.", "Qed ngħid għall-kontroll fuq l-infiq tal- gvern.", "Irridu naraw li l-infiq tal-gvern jiġi kkontrollat pero' mingħajr ma nwarrbu l-politika soċjali.", "Żball li għamel il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kien eżattament li ħa miżuri li bihom mingħalih li se jrażżan l-infiq tal-gvern meta kienu miżuri li jmorru kontra l-kuxjenza soċjali u kontra l- politika soċjali li verament għandu jkollu kull gvern.", "Irridu noqogħdu attenti li l-miżuri li bihom il-gvern jipprova jnaqqas l-infiq ma jkunux miżuri li effettivament joħonqu l-ekonomija.", "Jien m'iniex se nidħol fl- argumenti ekonomiċi pero' kulħadd jaf li l-politika tal-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant kienet li, kważi a kwalunkwe kost, inaqqas il-konsum fil-pajjiż b'mod li wasalna għal sitwazzjoni fejn il-kummerċ, anke l-kummerċ żgħir, ġie maħnuq u naturalment l-ekonomija kollha ħasset.", "B'hekk il-gvern spiċċa biex flok li ffranka fl-infiq, kabbar l-iżbilanċ.", "Mr Speaker, tħabbret il-miżura illi, kif wegħedna fil-programm elettorali tagħna, nerġgħu ndaħħlu s-sistema ta' taxxa fuq l-infiq ibbażata fuq il- prinċipji tal-value added tax.", "Naturalment stajna nidħku bin-nies u ngħidu li mhux se ndaħħlu l-VAT imma se ndaħħlu l-GET, general excise tax, jew ngħidu li se ndaħħlu l-GST, goods and services tax, jew inkella nsibu xi isem ieħor.", "Pero' aħna morna għall-verita`, ċioe' t-taxxa fuq il-konsum għandha tkun taxxa fuq il-value added.", "Allura t-taxxa se jerġa' jkun jisimha value added tax.", "Min ra d-draft ta' l-abbozz ta' liġi - li diġa` tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u li se jiġi ppubblikat illum jew għada - jinduna illi ħafna mill-klawsoli huma komuni għal-liġi tal-VAT, kif kienet fl-1995, u komuni wkoll għal-liġi tas-CET li saret fl-1997.", "Kif konna għidna f'dan il-parlament, meta konna qed niddiskutu l-liġi tas-sisa, 80% tal-klawsoli huma kkopjati kelma b'kelma mil-liġi tal-VAT ta' l-1995.", "Pero' meta ġejna biex naraw x'jaqbel, jekk hux li noqogħdu nemendaw diversi klawsoli fil-liġi kif inhi jew inressqu liġi ġdida, aħna kellna l-parir - u qbilna miegħu - li jaqbel li ssir liġi ġdida.", "U din il-liġi x'se jkun fiha differenti mil-liġi ta' qabel u mil-liġi tas-sisa?", "Se jerġa' jkollha bħal ta' qabel is-sistema tar-refunds, is-sistema li t-taxxa m'hijiex taxxa fuq in-negozju imma hija taxxa fuq il-konsum, u allura n-negozji kollha jikkompetu bejniethom on a level playing-field u allura se jonqos sostanzjalment ukoll il-working capital li wieħed irid ikollu.", "Jiġifieri hemm il-vantaġġi li ġġib magħha s-sistema tal-VAT - u li huma magħrufa fit- textbooks kollha - proprju dawk il-vantaġġi li s-sistema tas-sisa kienet neħħiet meta neħħiet ir-refunds.", "X'se tgħid iktar il-liġi l-ġdida?", "F'dawn is-sentejn kien hawn moviment u argumentazzjoni fis-sens li, kif is-CET daħħlet it-thresholds, il-liġi li se jerġa' jkollna fuq il-konsum għandu jkollha t-thresholds.", "Dan il-gvern għamel konsultazzjonijiet ma' dawk kollha interessati u fil-fatt il-liġi l-ġdida sejra ddaħħal il- prinċipju tat-thresholds ukoll.", "Naturalment il-prinċipju tat-thresholds jiftaħ xi ftit il-possibbilta` ta' evażjoni imma aħna ħassejna li l- esperjenza ta' dawn is-sentejn uriet li hija ħaġa tajba li l-liġi l-ġdida jkollha t-thresholds.", "Għax aħna rridu ċ-ċertezza.", "Ma jistax ikun li dan il-parlament joqgħod ibiddel liġi importanti kull sentejn.", "Ma jistax ikun li nagħmlu bħalma ġara wara l-elezzjoni ta' l-1996 u ngħidu: Issa li tlajna fil-gvern se nikkonsultaw u se nagħmlu diskussjonijiet fuq it- television u mmorru nitkellmu ma' ħafna nies, imbagħad meta jgħaddu sitt xhur inneħħu l-liġi tas-sisa u ndaħħlu l-liġi tal-VAT, kif inkunu qblna fuqha.", "B'dan il-mod jerġa' jkollna perijodu ta' inċertezza kif kellna sena u nofs jew sentejn ilu.", "Allura aħna qegħdin ngħidu li m'hemmx dubju li dan il-gvern tela' b'mandat ċar.", "Il-liġi tas-sisa ma ħadmitx u trid tinbidel.", "Il-liġi tal-VAT hija sistema aħjar.", "Hawn ikolli nerġa' nirripeti - dan għidtu fil-pubbliku - li sħabi u jien tul dawn is-sentejn kellna ħafna laqgħat ma' nies li kienu jaħsbu li se jintlaqtu ħażin bil- liġi tal-VAT - fil-fatt uħud minnhom kienu ntlaqtu ħażin - imma llum wara l- esperjenza tal-liġi tas-sisa, parti kbira sew - biex ma ngħidx kollha għaliex inkun qed nesaġera - minn dawk li sa sentejn ilu kienu kontra s- sistema tal-VAT, irrealizzaw kemm din hija sistema ta' taxxa superjuri u taqbel għalihom ukoll.", "Dawn huma l-fatti pero' hija ħaġa ta' l-iskantament kif jiġi jitkellem il- Kap ta' l-Oppożizzjoni u għalih qisu ma ġara xejn, qisu dawn is-sentejn ma eżistewx, nesiehom.", "Jidher li għandu amnesija politika - għax hekk mingħalih jaqbillu - u qed jerġa' jdoqqilna d-diska ta' sentejn ilu, jiġifieri kemm hi ħażina l-VAT, li se tirvina l-manifattura lokali, li se tgħolli l-prezzijiet u li se tgħolli l-ħajja.", "Jiena ngħidlu: Inti għixt?", "Mhux hawn kont fl-1995 meta daħlet il-VAT?", "Mhux hawn kont meta rbaħt l- elezzjoni u għamilt dawk il-wegħdiet?", "Int ma kontx prim ministru għal sentejn sħaħ?", "Allura ma tafx x'ġara fil-pajjiż?", "Ma tafx li l-finanzi tal- gvern marru l-baħar?", "Ma tafx li n-negozju ma baqax miexi b'dak ir-ritmu li hemm bżonn li jimxi bih ħalli l-ekonomija timxi tajjeb?", "Ma ħadtx lezzjonijiet?", "Il-Partit Laburista ma tgħallem xejn?", "Qed iħalli lill-kap tiegħu jerġa' jiġi hawnhekk u juri li s-sentejn li għaddew għalih m'eżistewx u jiġi jgħidilna li se jagħmlilna gwerra għal-liġi tal-VAT?", "Mela issa fil-qorti għandna protest, kontro-protest, replika u kontro- replika!", "Għaliex issa hemm avukat tajjeb li sar deputy leader ta' l- affarijiet tal-partit - naturalment jagħti l-pariri lill-kap tiegħu, pariri ta' avukat u pariri politiċi - u l-protesti għaddejjin.", "X'inhuma dawn il- protesti?", "Qegħdin jgħidu: X'għarukaża!", "Dan gvern dittatorjali.", "Dan il-gvern huwa kontra l-Kostituzzjoni.", "Dan il-gvern ma jistmax lill-parlament għaliex se jagħmel it-taxxi mingħajr l-approvazzjoni tal-parlament.", "Din hija gidba.", "It-taxxi se jagħmilhom il-parlament bil-maġġoranza li għandna u l-liġi tal- VAT tgħaddi mill-parlament.", "Dażgur li tgħaddi!", "Tgħaddi għaliex aħna għalhekk tlajna.", "Aħna lkoll naqblu u m'għandniex dubju fuq dak li rridu nagħmlu.", "M'għandniex xi ministru tal-finanzi li meta tiġi biex tersaq il- liġi tal-VAT jirriżenja!", "Il-Ministru tal-Finanzi se jippilotaha hu l-liġi tal-VAT; u mhux se jqum xi ħadd minn sħabi, ngħidu aħna l-Onor.", "Edwin Vassallo, li ġej mill-qasam tal-kummerċ u jgħid li hu kontra l-liġi tal- VAT.", "Aħna naqblu mal-liġi tal-VAT.", "Dażgur li se ngħadduha mill-parlament imma ma rridux li niġu hawn u nibdew niddiskutu l-liġi tal-VAT f'Jannar u forsi jgħaddi xahar jew tlieta - għax l-oppożizzjoni għandha dritt titkellem, u aħna nħalluha titkellem - u ma nkunux nafu x'inhi t-taxxa fil-pajjiż.", "Aħna se nimxu ma' dik il-liġi - mhux liġi li għamilnieha aħna imma liġi li ilha minn żmien żemżem - li tgħid li l-gvern għandu dritt jipproteġi t-taxxi tiegħu.", "Kważi kull sena f'dan il-parlament jiġi ministru u jgħid li qed iżid it-taxxa fuq is- sigaretti jew it-taxxa fuq il-petrol, kif qed nagħmlu issa.", "U meta tibda tinġabar dik it-taxxa fuq il-petrol?", "Tibda tinġabar l-għada fil-għodu.", "Allura dan huwa insult lill-parlament?", "Dan huwa fl-interess tal-poplu Malti, l-ewwelnett li jkun jaf, u t-tieni li ma jkunx hemm maniġġi fejn wieħed tibda tgħid: Jiena x'jaqbilli nagħmel fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla, nimxi bis-CET, bis-sisa, jew bil-VAT?", "U x'jaqbilli, nitlob ir- refunds?", "Aħna rridu ċ-ċertezza.", "Dan il-parlament se jiġi mitlub jgħaddi l- liġi tal-VAT u allura aħna qed niddiskutu liġi oħra f'dan il-parlament, biex it-taxxi li se jkun hemm bil-liġi tal-VAT jibdew jinġabru mill-1 ta' Jannar.", "Dan huwa xi skandlu?", "Jien skantajt kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mar ma' Dr Joe Brincat u ma' Dr George Vella, jippożaw quddiem il-qorti meta marru jippreżentaw il- protest, u jgħid: Jaqaw il-gvern qed jibża' mill-maġġoranza?", "Għandhom maġġoranza ta' ħamsa, qed jibża' jiġi quddiem il-parlament?", "X'affarijiet dawn!", "Kont qed tibża' mill-parlament int, Dr Sant, sena ilu meta għidt li kont tlift il-maġġoranza.", "U kellek raġun tibża' għax spiċċajt tliftha bis- serjeta' l-maġġoranza, fil-parlament u fost il-poplu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dażgur li għandna maġġoranza!", "Allura għalfejn dawn il-ħafna protesti bil-qorti u gwerer u kawżi kostituzzjonali?", "Jagħmlu kawżi kostituzzjonali kemm iridu u jekk il-Qorti Kostituzzjonali tagħtihom raġun naraw x'nagħmlu biex inneħħu din l-inċertezza.", "Imma jien persważ li mhux se tagħtihom raġun.", "Pero' din x'politika hi?", "X'politika hi din li issa qed theddidna bil-Qorti Kostituzzjonali - għax se nagħmlu liġi li inti neħħejtha meta jmissek irrealizzajt li dik il-liġi li daħħalt minflokha ma ħadmitx - u mbagħad tiġi hawn bl-ardir kollu, wara li l-poplu neħħik minn prim ministru u tefgħek fl-oppożizzjoni, u tgħidilna li issa sejjer quddiem il-Qorti Kostituzzjonali biex aħna ma nagħmlux il-liġijiet li wegħidna li nagħmlu fil-programm elettorali?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija travestija tad-demokrazija.", "Din hija travestija tal-loġika.", "Hawn qed nirraġunaw kollox bil-maqlub.", "Jien nappella lill-Oppożizzjoni: Ejjew inkunu serji.", "Ejjew inkunu serji.", "Jekk intom tridu tagħmlu emendi għal-liġi tal-VAT, kif diġa' qalilkom il-Ministru tal-Finanzi, lesti li niddiskutuhom.", "Imma issa aċċettaw il-fatt li pprovajtu liġi oħra li għamlet straġi fil-pajjiż.", "Aċċettaw li aħna lill-poplu tagħna għidnielu: Aħna tlifna l-elezzjoni ta' l- 1996 fuq hekk, fost affarijiet oħra, imma se nerġgħu ndaħħlu dik il-liġi.", "Veru li se ndaħħluha b'emendi għax tgħallimna, imma se nerġgħu ndaħħluha.", "U l-poplu rebbaħna, mhux bi ftit, imma b'maġġoranza ta' ħamsa f'dan il- parlament.", "Jien naħseb li hemm bżonn li f'dan il-parlament inkunu aktar serji u konsistenti, kif qed jgħid xi ħadd min-naħa tagħna.", "Tisma lin- nies jitkellmu ...", "Jien u ġej kont qed nisma' t-telefonati tan-nies fuq xi stazzjon tar-radju u tismagħhom jistaqsu: Imma din xi tfisser li l-gvern se jagħmel taxxa mingħajr ma jmur il-parlament?", "Din daħka!", "Din gidba!", "Din ħrafa!", "Għamilna t-taxxa fuq il-petrol.", "Għamilnieha bla liġi?", "It-taxxa fuq il-petrol kulħadd qed iħallasha għax bdiet tmint ijiem ilu.", "U t-taxxa fuq il-birra u l-inbid?", "Hemm liġi apposta biex tkun tista' tagħmel dan u kulma qed nagħmlu huwa biex inkunu żguri li nkunu nistgħu nużaw dik il-liġi anke għal-liġi tal-VAT.", "Naturalment jien ma nistax ngħid li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jifhimx x'qed nagħmlu.", "Dażgur li jifhem!", "Imma mingħalih li jista' jibqa' jgħaddi ż-żmien bin-nies.", "Messu tgħallem.", "Lin-nies kultant tista' tidħak bihom imma li tidħak bihom il-ħin kollu żgur li le.", "Dħakt bihom fl-1996 imma din id-darba ma dħaktx bihom, allavolja domt tgħidilhom li tort ta' Mintoff li inti tlift il-gvern.", "Mhux veru!", "Ara x'kont qed tgħid int sena ilu, qabel ma Mintoff beda jivvota kontra, qabel ma Mintoff beda jastjeni, qabel ma ħlomna bil-kuntratt tal-marina.", "Inti stess meta mort kellimt lin-nisa għidtilhom: Jiena jekk ma jkollix il- maġġoranza fil-parlament m'iniex se niggverna u nibda naħdem għal maġġoranza ikbar.", "Inti sena ilu kont taf li m'għandekx maġġoranza.", "Kont taf li m'għandekx maġġoranza fuq il-politika żbaljata tiegħek.", "Għaddiet sena, tlift l-elezzjoni, ġejt hawn titkellem bi kritika għall-budget u erġajt għidt l-stess affarijiet li fuqhom int tlift!", "Jien ma nistax nifhem.", "Veru li t-trawma tat-telfa forsi tagħmlek xi ftit dazed, imma issa għaddew tliet xhur.", "Għada nagħlqu tliet xhur mill-elezzjoni u wieħed irid joħroġ mit-trawma.", "Jien skantajt nisma' lill-ħabib tiegħi lid-Deputy Leader il-ġdid, Dr Joe Brincat, - u nistmah - jagħmel il-paraguni mal- Granmastru Pinto - il-Granmastru Pinto kien fuq Ħal Qormi u issa lill- Ministru Dalli forsi ħasbu granmastru! - u jgħid li l-Ministru tal-Finanzi se jagħmel bħalu, jagħmel it-taxxi bla parlament.", "Dawn affarijiet li huma jew tad-daħk jew tal-biki.", "Jien ma nafx imma żgur li dawn m'humiex affarijiet serji.", "Mr Speaker, jien jiddispjaċini li n-naħa ta' l-oppożizzjoni reġgħet ġiet bl-istess kantaliena fuq il-VAT, li din il-liġi se tgħolli l-ħajja.", "Jien ngħid li iktar ma nbiddlu taxxi iktar ikun hemm il-periklu li ma tkunx tista' tikkontrolla l-prezzijiet.", "Sfortunatament biddilna s-sistema fl- 1995, biddilnieha fl-1997 u se nerġgħu nbiddluha issa.", "Imma issa ma nrewħux fuq l-għoli tal-ħajja.", "U hawn jien nassoċja ruħi ma' l-appell li għamlet il-General Workers Union fejn qalet li ħadd m'għandu joqgħod irewwaħ fuq l-għoli tal-prezzijiet.", "Huwa ħażin li xi ħadd irewwaħ l-għoli tal-prezzijiet, ħażin kemm jekk dan isir minn politiku u kemm jekk ma jkunx politiku.", "Ħażin li ngħidu li by definition il-VAT se tgħolli l-ħajja.", "Dan mhux veru anzi f'ċerti affarijiet il-prezz jinżel peress li llum it-taxxa effettiva tas-sisa hija ta' 21%, u allura jekk wieħed jagħmel il-kalkoli jsib li t-taxxa se tonqos.", "Mela m'hemmx raġuni għaliex għadhom jogħlew il- prezzijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semma t-turiżmu u qal kemm mar ħażin it- turiżmu fl-1996.", "Veru li fl-1996 kien hemm tnaqqis wara l-peak milħuqa fl- 1994, pero' kien hemm tnaqqis mhux f'Malta biss, għax it-turiżmu fil- Mediterran u kullimkien kien għaddej minn fażi fejn flok jibqa' jispara 'l fuq jibda nieżel 'l isfel.", "U kulħadd jaf għaliex ukoll.", "Għax f'daqqa waħda ħafna nies li jsiefru skoprew postijiet long distance u bdew imorru l- Amerka u l-Karibew.", "Il-gvern ta' Dr Alfred Sant veru li, fost affarijiet oħra, suppost li niżżel it-taxxa fuq it-turiżmu għal 5%, imma din għamilha 5% fuq it-turnover, li allura m'hi 5% xejn - fil-fatt hija almenu 7% jew 8%, għax kulħadd jagħmel il-kalkoli u ma jaqbilx - imma iktar minn 5%.", "Barra minnhekk, ma kienx hemm ir-refunds ħlief bid-diskrezzjoni, jiġifieri lil min iridu, lil min jipperswadihom imma mhux bi dritt.", "Aħna x'għamilna?", "Aħna għidna li lit-turiżmu hemm bżonn li nibqgħu nsostnuh u għalhekk għamilna rata speċjali ta' 5%.", "Imma lanqas din m'għoġbitu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn kif smajtu jitkellem.", "Jien ħsibtu se jgħid: Ara n-Nazzjonalisti segwewna u għamlu t-taxxa kemm kemm aħjar minn tagħna.", "Pero' le, anke din ikkritika u semma l-packages.", "Issa fuq dan irrid nistqarr li għall-ewwel ma konniex se nagħmlu differenza, imbagħad kellna ħafna protesti minn ċerti għaqdiet li jirrappreżentaw lir- ristoranti li qalulna li dan mhux fair.", "Aħna rajna li għandhom raġun u ftehemna li niddiskutu - għax ma ġietx iffissata rata - li fil-package tours ikun hemm ammont for the all inclusive.", "Jiġifieri fuq all inclusive packages ikun hemm rata maqsuma skond l-ammont li jkun sar bi ftehim.", "Mr Speaker, nixtieq li f'dan il-Parlament xi darba verament nibdew nittrattaw lilna nfusna u lill-poplu tagħna b'iktar onesta' politika wkoll.", "Nagħmlu l- argumenti, imma mhux nagħmlu argumenti li aħna nkunu nafu li m'humiex vera.", "Irridu nirrispettaw lill-poplu tagħna u nawgura li xi darba nkunu nistgħu naslu iktar viċin dan li qed ngħid.", "Naħseb li bidla kbira li ġrat hija fl-opinjoni pubblika.", "Dawn is- sentejn li ħafna drabi ngħidu li nħlew u li tefgħu lill-pajjiż lura, naħseb li xi effett tajjeb kellhom ukoll.", "Naħseb li dawn is-sentejn servew biex kulħadd jifhem li t-taxxa trid titħaddem tajjeb, trid titħallas u trid tinġabar .", "Jien diġa' semmejt l-esperjenza personali tiegħi f'laqgħat ma' negozjanti li rrealizzaw li s-sistema tal-VAT wara kollox hija aħjar mis- sistema tas-sisa u naturalment qed jirrealizzaw li din hija taxxa li trid titħallas.", "U l-konsumaturi ....", "Għax it-taxxi huma qed iħallsuhom.", "Bis- sistemi li ddaħħal finalment dejjem il-piż tat-taxxi jmur fuq il- konsumatur.", "Il-piż tas-sisa kien akbar u żgur li n-negozjant kien qiegħed jgħaddih lill-konsumatur, pero' kien jgħaddihulu b'mod li l- konsumatur ma kienx jinduna u b'mod li, għax ikun ħallsu u m'għandux refunds fuqu, irid jagħmel profitt fuqu wkoll.", "Dik kienet id-differenza.", "Pero' l-konsumaturi jridu jidraw li huwa fl-interess tagħhom u ta' kulħadd li, per eżempju, ir-riċevuti jingħataw.", "Jien naħseb li llum kulħadd qed jirrealizza li s-sistema l-ġdida tal-VAT li sejrin indaħħlu trid tkun sistema tajba u effiċjenti u huwa obbligu ta' kulħadd li nagħtu s-sehem tagħna biex it-taxxa titħaddem tajjeb.", "Hawnhekk ukoll ma nistax ma nsemmix il-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li dan il-budget ta' John Dalli faqa' l-bżieżaq tal-Prim Ministru.", "Jien sinċerament ma fhimtx liema bżieżaq infaqgħuli.", "Pero' huwa veru li kien hemm bżieżaq li spiċċaw u nfaqgħu.", "Per eżempju, il-bużżieqa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-kor tal-kandidati tiegħu li lejliet l-elezzjoni kienu jgħidu: Ara tivvotaw lin-Nazzjonalisti għax it-taxxa tal-VAT se tkun ta' 25%!", "(Interruzzjonijiet) Anzi 26%, għax imbagħad għollewha għal 26%!", "Mhux veru.", "Issa għandna liġi ppreparata nafu li mhux se tkun hekk.", "U huma ma jistgħux iżiduha għax bis-sistema tagħna ma jistgħux jagħmlu emenda biex iżidu t-taxxa.", "Dik bużżieqa!", "Dik bużżieqa li biha mingħalihom ipprovaw iwerwru lin-nies.", "Pero' n-nies ma baqgħux jitwerwru, in-nies indunaw, u naf li l-iktar nies li ndunaw huma n-nies li kienu mdorrijin jivvotaw lill-Partit Laburista.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq ngħid u tiġi recorded li l-ikbar swings favur il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni kienu fit-tieni, fit-tielet, fir-raba', fil-ħames u fis-sitt distrett.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemmhekk kellna swing ta' 4.5%!", "Dawn m'humiex kumbinazzjonijiet.", "Ir-riżultat elettorali m'huwiex xi kumbinazzjoni jew xi freak result imma huwa riżultat ta' ħsieb, riżultat ta' deċiżjonijiet maturati, riżultat ta' deċiżjoni ta' l-elettorat tagħna li għamel il-paraguni friski bejn sentejn ta' Gvern Laburista mmexxi minn Dr Alfred Sant u l-gvern ta' qabel, bid-difetti tiegħu, immexxi minni, u ddeċieda f'idejn min se jafda l-ġejjieni.", "Jiena ma nistax ma nirringrazzjax lill-poplu talli reġa' ta l-fiduċja lill-partit tiegħi, lili u lil min qiegħed hawn biex nerġgħu nservuh.", "Mr Speaker, diġa' għidt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' qal li l-VAT se titfa' lura l-manifattura lokali u se jkun hemm fabbriki jew negozji li jagħlqu jew ikeċċu lin-nies.", "Din hija l-istess storja ta' sentejn ilu.", "Il- verita' l-poplu llum jafha.", "F'inqas minn sentejn ta' Dr Alfred Sant bħala prim ministru smajna l-enfasi kbira tiegħu fuq kemm hemm bżonn li l- ekonomija n-negozju jiġu ristrutturati.", "Il-verita' hija li l-ebda pajjiż - lanqas aħna fiċ-ċokon tagħna - m'għandu aktar il-lussu li jgħid: Aħna ngħixu għalina; nagħmlu l-levies, nagħmlu t-tariffi, ngħollu d-dazji biex ħadd ma jikkompeti magħna.", "Fid-dinja tal-lum kulħadd jikkompeti ma' kulħadd.", "Aħna mhux biss nikkompetu ma' l-Isqallin u mat-Tuneżini imma nikkompetu mal-kumplament tad-dinja, u rridu nsibu dawk in-niċeċ fejn jista' jkollna vantaġġ, xi ħaġa li tgħinna.", "Jiena nħobb insemmi l-programmi li bdejna biex daħħalna l-informatika f'pajjiżna, ir-rivoluzzjoni ta' l-informatika li għaddejjin minnha u wkoll kif pajjiżna beda jieħu l-vantaġġi.", "L-istudenti tagħna - mhux biss dawk universitarji - li qed ikollhom il-preparazzjoni meħtieġa f'din id-dinja ġdida ta' l-informatika, qegħdin jaraw l-opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżna jikbru, u qegħdin jikbru għaliex għandna nies kompetenti, effiċjenti u li kapaċi jagħtu f'dan il-qasam, tant li jistgħu jikkompetu mhux biss ma' xi pajjiż viċin tagħna imma mad-dinja.", "Fil-fatt diġa' għandna kumpanniji li qed jagħmlu xogħol f'dak li jgħidulu back office work, fost affarijiet oħra, u dan m'humiex qed jagħmluh għal hawn Malta imma qed jagħmluh għal kumpanniji mxerrdin mad-dinja.", "Mr Speaker, aħna m'għandniex għalfejn naqtgħu qalbna.", "Aħna persważi li ma nibżgħux mill-kompetizzjoni u Dr Sant imissu tgħallem li m'għandux jibqa' jbeżża' lin-nies u jgħidilhom li m'humiex kapaċi jikkompetu.", "Lin- nies trid tgħidilhom li huma kapaċi jikkompetu u hemm bżonn li jifhmu li jridu jikkompetu.", "Jiena persważ li llum anke din il-biża', din il-bużżieqa l-oħra, ħadd m'hu qed jemminha.", "U hawnhekk nixtieq nagħmel appell qawwi lill-oppożizzjoni.", "Aħna qegħdin nagħmlu taxxa li hija kruċjali għall-futur tal-pajjiż.", "Jekk irridu li l-finanzi tal-gvern jitjiebu, jeħtieġ li nagħmlu xi ħaġa li tkun permanenti.", "Kif diġa' għidt lil Dr Alfred Sant meta kien Prim Ministru, jien kont għidtlu li l-oppożizzjoni kienet lesta biex tgħin ħalli jkollna liġi dwar taxxa fuq il-konsum li tkun aċċettata.", "Issa erġajna qegħdin f'din il-pożizzjoni u jien nistenna li l-Partit Laburista - u qed ngħid \"il-partit\" apposta biex ma ngħidx \"il-kap tal- partit\" - jkollu saqajh fl-art u jgħid: Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż naslu għal qbil fuq is-sistema tat-taxxa.", "Hekk għamlu pajjiżi oħra.", "Għaliex għandna nibqgħu aħna b'dawn il-piki?", "Il-piki llum huma tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li wara dak li ġara f'dawn is-sentejn ma jridx jifhem u ma jrid ibiddel xejn mill-pożizzjoni tiegħu.", "Dan mhux fl-interess ta' pajjiżna.", "Mhux fl-interess tal-Partit Laburista.", "Mhux fl-interess lanqas tad-demokrazija f'pajjiżna għax aħna erġajna qegħdin fil-gvern imma mhux se nibqgħu fil-gvern għall-eternita'.", "Darba oħra, jew id-darba li ġejja, jew ta' warajha, il-Partit Laburista jerġa' jkun fil-gvern.", "Allura mbagħad x'jagħmel?", "Jerġa' jbiddel it-taxxa?", "Mela għaliex issa ma napprofittawx ruħna fl-interess nazzjonali u ngħidu: Iva, issa huwa l-mument.", "Mr Speaker, s'issa trattajt - ma nafx kontx ċar biżżejjed - il-punti li rebbħu l-elezzjoni lill-Partit Laburista fl-1996, jiġifieri l-Unjoni Ewropea, is-sistema tat-taxxi u politika soċjali aħjar minn tal-gvern ta' qabel.", "Issa jekk inħarsu lejn il-budget tal-lum x'differenzi naraw fuq il- politika soċjali?", "Irrid infakkar fil-kritika qawwija li aħna għamilna bħal dan iż-żmien sena għall-budget li ressaq il-prim ministru ta' dakinhar, jew il-ministru tal-finanzi tiegħu.", "Niftakru fit-taxxa ta' 50c għal kull riċetta tal-mediċina.", "Kemm ikkritikajnieha!", "Biddluha, ma baqgħetx fuq kull riċetta.", "Ma nafx x'għamlu imma żgur li kienet taxxa li ma tagħmilx sens.", "Qed nara lil Dr Michael Farrugia jagħmilli sinjal b'idejh.", "Iva, dik kienet taxxa li ma tagħmilx sens.", "Kont għidtilna li daħħaltha biex jonqsu l-mediċini li jittieħdu b'xejn.", "Inti taf għax kont ministru - jew insejt ukoll? - li minflok ma naqsu, il-mediċini li jittieħdu b'xejn żdiedu!", "Għamiltu taxxa ta' 50c fuq ir-riċetti u taxxa ta' Lm1 għal kull ċertifikat tal-mard.", "Iva allura l-gvern ried ineħħi d-deficit proprju b'taxxa fuq il-mard?", "Dawn huma miżuri li neħħejniehom.", "Mr Speaker, nixtieq li l-affarijiet jittieħdu bis-serjeta'.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien inħobb nikkummenta u qed nara lill-Onor.", "Joseph Cuschieri, li huwa ġdid f'dan il-Parlament, jitbissem, donnu jrid jgħid li jien qed ngħid il-ħmerijiet.", "Jien ngħidlu: Sur Cuschieri, jgħid il-ħmerijiet min ma jirrealizzax li dawn kienu taxxi anti-soċjali.", "(Interruzzjonijiet) Dan hu l-isem proprju tagħhom, u aħna, kif wegħedna, dawn neħħejniehom.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jirredikola wkokk il-miżuri ta' dan il-budget fuq in-nollijiet ta' Għawdex.", "Iva, dik kienet il-wegħda tagħna.", "Aħna dejjem konna ngħidu żewġ affarijiet fuq Għawdex.", "L-ewwelnett dejjem ngħidu li l-Għawdxin m'għandhomx jiġu żvantaġjati għaliex joqogħdu fi gżira oħra u għalhekk raħħasnielhom in-nollijiet.", "Iva, dik hija miżura direttament favur il-persuni li joqogħdu Għawdex.", "(Onor. Membri: Hear, hear) It- tieni ħaġa li ngħidu - u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni pprova jirredikolaha - hija li rridu li l-ekonomija ta' Għawdex nistimulawha, u l-pariri li kellna aħna - u mhux aħna biss, għax hemm rapporti li jgħidu dan - huma li hemm bżonn li ssir differenza fin-nollijiet ta' Għawdex skond il-ħinijiet u skond iż-żmien tas-sena.", "Fil-fatt il-parir hu li jkun hemm nollijiet irħas għall-perijodu minn Novembru sa Marzu - ma nafx hux sa Marzu jew sa Frar - u għall-ħinijiet ta' filgħaxija.", "Għaliex?", "Għaliex ħafna minn dawk li jaqsmu lejn Għawdex huma day trippers u jiġu lura fil-5.00 p.m. Dawn iħallu xi vantaġġ imma mhux biżżejjed.", "Allura l-parir li kien hemm - u aħna aċċettajnieh - kien li nagħmlu noll irħas għal min jiġi lura minn Għawdex wara t-8.00 p.m. għaż-żmien bejn Novembru u Marzu; titlaq x'ħin trid u tħallas meta tiġi lura.", "Din hija miżura li tirredikolaha?", "Anzi, din hija miżura skond il-pariri.", "Issa naraw l-effett tagħha, jekk ma jkunx effett tajjeb biżżejjed nerġgħu nirrevedu n-nollijiet biex niżguraw li n-negozju u l-ekonomija f'Għawdex jerġgħu jirriprendu.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, għamilna affarijiet oħra f'dan il-budget, barra li neħħejna t- taxxi ta' 50c u tal-Lm1 u t-taxxa fuq l-Għawdxin.", "Kien hemm t-taxxa fuq il-pitrolju.", "Hawnhekk ukoll jien skantajt u skandalizzajt ruħi meta l- Ministru Josef Bonnici ġie fil-kabinett u wriena l-parir li kellu l-gvern ta' Dr Alfred Sant, fejn qalulu li l-light heating oil huwa wieħed mill- agħar żjut li tista' tuża inkwantu għall-ambjent u inkwantu għas-saħħa.", "Dan hu rapport tekniku li jien ma nifhmux bil-ħafna kimika li tissemma fih, imma żgur li jgħid li l-agħar forma ta' dħaħen huma dawk li joħorġu minn żjut meta taħraqhom u jikkorrodu l-apparat, jikkorrodu l-bini u jagħmlu ħażin lis-saħħa.", "U l-gvern ta' Dr Sant ġie jiftaħar hawn is-sena l-oħra li għolla s-sisa fuq il-pitrolju għal 17c biex jaqta' l-pitrolju u floku jdaħħal il-light heating oil.", "Aħna għidna li din mhix serjeta' u f'dan il- budget qed nagħmlu s-serjeta'.", "Għalhekk it-taxxa fuq il-pitrolju minn 17c niżżilnieha għal 12c5, miżura li biha se jgawdu l-anzjani.", "Tgħiduli: Mhux ħafna!", "Imma għad hemm anzjani li jużaw il-pitrolju.", "Barra minn hekk se ngħinu biex naqtgħu dik il-ħsara li kienet qed issir lill-ambjent u lis- saħħa tal-bnedmin bl-użu tal-light heating oil.", "Pero' meta niġu għall- kuxjenza soċjali naturalment l-aqwa miżura hija l-kwestjoni tad-dawl u ta' l-ilma.", "Hija xi ħaġa li ma titwemminx kif is-sena l-oħra bħal dan iż-żmien, fil-5 ta' Novembru, kien ġie l-ministru tal-finanzi jħabbar ir-rati l-ġodda tad- dawl u l-ilma u jħabbar it-taxxa l-ġdida ta' Lm24 għall-meter ta' l-ilma u Lm24 taxxa ġdida għad-drenaġġ u ppretenda li l-parlament jaqbel magħhom.", "Nistgħu ngħidu li kellu rivoluzzjoni fil-partit tiegħu stess pero' l-ikbar rivoluzzjoni li ġrat kienet fl-opinjoni pubblika.", "In-nies bdew jgħidu: Dan xi gvern hu!", "Dan veru gvern bla kuxjenza soċjali!", "U iktar ma beda jgħaddi ż-żmien u x-xhur iktar kulħadd beda jifhem kemm dawn ma kienu għamlu ebda eżami ta' kif se jintlaqtu n-nies.", "Dawn kellhom il-calculator - u aħna ħriġna bl-espressjoni \"budget tal-calculator\" - raw li jridu jiġbru daqstant miljuni mill-ilma u d-dawl u għollew it-tariffi b'daqshekk.", "Lill-gvern bdejna ngħidulu: Imma taf x'qed tagħmel!", "Hemmhekk allura beda jwaħħal fil-computer u beda jwaħħal fil-ħaddiema li joħorġulu l-kontijiet żbaljati.", "I", "mbagħad qal li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl għax il-prezz taż-żejt kien nieżel.", "Allura aħna staqsejnieh: Meta jogħla l-prezz se terġa' tgħolli t-tariffi?", "Pero' ġiet l-elezzjoni u ma raħħashomx il-prezzijiet.", "Imma allura il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux jiġi hawn u jifraħ lill- gvern talli rreveda dawk l-ereżijiet li għamel hu meta kien fil-gvern!", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'għandux jiġi hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid: Iva, it-tariffi li ħabbar dan il-gvern m'humiex anti-soċjali, huma tariffi, li għall-kuntrarju jagħtu kas tal-bnedmin, tal-familji u tan- negozji wkoll!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel riferenza qasira ħafna għat-tariffi l-ġodda pero' l-Kamra diġa` kellha okkażjoni tara x'inhuma t- tariffi l-ġodda għax tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "U t-tariffi l-ġodda naturalment trid tipparagunahom mat-tariffi li kien għamel is-sena l-oħra l- gvern li spiċċa.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettalji imma biex nagħti idea nagħmlu paragun tal-kontijiet kif għandhom joħorġu issa bit-tariffi l-ġodda u kif kellhom joħorġu bit-tariffi li saru fil-budget tas-sena l-oħra għal persuna waħda b'konsum medju ta' dawl u ilma.", "Bil-kontijiet ta' Alfred Sant il- kont kien ikun ta' Lm48, bit-tariffi l-ġodda l-kont huwa ta' Lm29, kważi Lm20 inqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għall-konsum normali ta' familja bi tnejn min-nies, il-kontijiet ta' Alfred Sant kienu ta' Lm52, waqt li bit-tariffa l-ġdida dawn se jkunu ta' Lm30, differenza ta' Lm22.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għal familja bi tliet persuni l-kontijiet ta' Alfred Sant kienu se jammontaw għal Lm62; bit-tariffi l-ġodda dawn se jkunu ta' Lm38.", "Għal familja ta' erba' persuni, minflok kont ta' Lm69 se tibda tirċievi kont ta' Lm43.", "Familja ta' ħames persuni flok Lm84 se tħallas Lm48.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura wieħed malajr jifhem li dan il- gvern żamm kelmtu.", "Anke jien personalment żammejt kelmti u hija diżonesta' li tibqa' tisma' ...", "Fuq ir-radjijiet paċenzja imma li jiġi hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħidilna li qara rapport f'\"The Times\", li jgħid li jien fit-28 ta' Ġunju tas-sena l-oħra għedt li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma se jiġu kif kienu qabel ma għolliehom hu, u jirripetiha hawn allavolja jaf li hi gidba ....", "Jien għall-benefiċċju tiegħu - għalkemm persważ li semagħha l-vuċi tiegħi stess fuq ir-radju għax fuq ir-radju, u fuq it-television ġabu l-kliem preċiż li għidt - se nerġa' ngħid x'għidt dakinhar:", "\"Il-minimu ta' konsum neċessarju rridu ngħidu: Iva, il-gvern se jibqa' jgħinu; u aħna konna għidna 90%.", "Dik kienet ir-rata ta' sussidju li ffissajna.", "Naturalment il-gvern minn żmien għal żmien - il-Water Services Corporation - jista' jaġġusta.", "Jista' jgħid: Issa flok 90% se nagħti skont ta' 85%.''.", "U mbagħad komplejt nispjega li aħna se nraħħsuhom.", "Se nraħħsuhom fuq il- prinċpipju li diġa' konna mxejna fuqu.", "U hekk għamilna.", "Fejn Dr Alfred Sant qal li metru kubu ilma jiswa Lm1.10, aħna se nagħtuhom sussidju ta' 85%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hi l-verita'.", "Possibbli li d- diżonesta' politika għandha tasal tant li jiġi hawn Dr Alfred Sant jerġa' jirripetiha jumejn ilu!", "Ma jafx li sieħbu, l-Onor.", "Leo Brincat, fl-1 ta' Awissu ta' l-1998 kiteb f'gazzetta u qal preċiż li jien qatt ma wegħedt li se nraħħsu l-kontijiet kif kienu qabel!", "Ma jafx li sieħbu, l-Onor.", "Leo Brincat, fl-10 ta' Awissu f'''l-orizzont'' kiteb li jien qatt ma wegħedt li se nerġgħu npoġġu t-tariffi kif kienu.", "Dakinhar qal: Oqogħdu attenti, għaliex Eddie Fenech Adami mhux qed iwiegħed li jalgħmilhom kif kienu t- tariffi!", "Dik hi l-verita' ta' sieħbek, l-Onor.", "Leo Brincat.", "Imma int tiġi hawn u nhar il-Erbgħa terġa' tirrepeti gidba.", "Din hija diżonesta' politika li m'għandhiex tkun aċċettabbli bejnietna.", "Qal li jien bagħbast it-tape, imbagħad semmgħuh id-diskors u ma kellux il-kuraġġ li jgħid illi mhux veru.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Mr Speaker, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"l-orizzont\" tat-Tnejn, 10 ta' Awissu 1998 u kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"The Malta Independent\" tas-Sibt, 1 ta' Awissu 1998.", "Issa, jekk irid, jaqrahom u jkollu l-kuraġġ li jiġi hawn, jitlob skuża u jgħid li jiddispjaċih li baqa' jgħid affarijiet li m'humiex veru.", "Naħseb illi min isegwi - mhux min qed isegwi lilna biss imma min segwa x'intqal f'dawn l-aħħar ġimgħat - malajr jifhem li Dr Alfred Sant għadu ma ħariġtx mit-trawma ta' l-elezzjoni u għadu daqsxejn, kif qed jgħid xi ħadd, sotto shock.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo qed jgħid li dalwaqt jibda d-diskors fuq il-budget.", "Possibbli l-Onor.", "Bartolo ma jifhimx li dan huwa d-diskors fuq il-budget reali u li min ma tkellimx u ma kienx kapaċi jikkritika l-budget huwiex proprju sieħbu u l-kap tiegħu, Dr. Alfred Sant, li f'dan il-parlament smajna li hu huwa ħafna viċin tiegħu u jaf ħafna kif jaħsibha!", "Niġi issa għal xi miżuri li tħabbru fil-budget.", "Ħalli nibda mill-ftehim kollettiv għall-impjegati tal-gvern.", "Dr Sant għoġbu jikkritika u qal: X'jiġifieri se jingħataw żidiet ta' ¥87 f'cash payment għall-1996, l-1997 u l-1998 u cash payment ta' ¥156 għas-sentejn li ġejjin?", "Skużi, l-Onor.", "Membru ma jafx li hu kien prim ministru!", "Ma jafx li għamel proposti!", "Jekk irid nista' nġiblu mill-files tiegħu stess il-proposti li kien qed jagħmel hu u li ma kienx kapaċi jasal għal ftehim dwarhom mal-unions.", "Jiena nieħu pjaċir u nirringrazzjahom lill- unions għaliex wasalna għal ftehim kollettiv ġdid li jkopri t-tliet snin mill-1996.", "Irrid ngħid li l-unions aċċettaw li għas-sentejn li ġejjin, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż, ikollhom cash payments.", "Pero' il-gvern persważ li sentejn oħra l-ekonomija tkun bdiet iddur u nkunu kapaċi nagħmlu collective agreement ieħor jew nimplimentaw dik il-parti tal-collective agreement ta' issa li tgħid li fis-sena 2001 ikun hemm skala ġdida ta' salarji biex nerġgħu nwaqqfu l-iskali ta' salarji kif kienu meta ftehemna fl-1991, naturalment b'żieda fl-iskala t'isfel nett u żidiet korrispondenti fl-iskali l-oħra.", "Sur President, ippermettili npoġġi issa fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim kollettiv għall-impjegati tas-servizz pubbliku b'riferenza għas-snin 1996-2001, datat Diċembru 1998;", "(Interruzzjonijiet) Ma jidhirlix li s'issa dan huwa pubbliku.", "Irrid ngħid li dan mhux biss huwa ftehim li jitkellem fuq il-cash payments u ż-żidiet li jridu jingħataw fis-salarji fis-sena 2001 imma fih ħafna affarijiet oħra.", "Hemm l-impenn ta' kulħadd li nimxu fuq ċerti prinċipji, il-prinċipji li s-sistema għad-delivery ta' servizzi fid- dipartimenti tal-gvern titjieb u li l-effiċjenza trid tiżdied kullimkien.", "Qegħdin niftiehmu li jkun hemm din il-koperazzjoni bejn il-unions u l- gvern biex il-mod kif jaħdem is-settur pubbliku jitjieb.", "Huwa importanti ħafna li meta nitkellmu fuq ftehim kollettiv ġdid ma nitkellmux biss fuq il- parti tas-salarji.", "Huwa veru li l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema se jitjiebu pero' hemm ukoll il-korrispettiv min-naħa ta' l-unions li jaraw li s- sistemi tal-gvern jitjiebu u li l-gvern isir aktar effiċjenti.", "Huwa l- pjaċir tiegħi li ngħid, kif diġa' huwa magħruf fil-pubbliku, li dan l- agreement ġie inizjalat u se jiġi ffirmat formalment, wara l-approvazzjoni mill-membri ta' l-unions interessati, aktar tard dan ix-xahar.", "Mr Speaker, jiena ma nemminx lil dawk li jgħidu li hemm soluzzjoni bażika għall-problema tal-finanzi tal-gvern.", "Nisimgħu ħafna fuq kemm hemm bżonn downsizing tal-public sector.", "Meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru kienu ngħatawlu pariri li almenu 5,000 ruħ fis-settur pubbliku huma żejda u jrid jara kif jagħmel u jeħles minnhom.", "Donnu li s-soluzzjoni maġika hija li naqbdu numru ta' nies minn mal-gvern u jew ngħidu li sparixxew jew marru ma nafx fejn, biex b'hekk il-problemi finanzjarji jispiċċaw!", "Dan m'huwiex veru.", "Jiena naqbel li għandna naraw li l-effiċjenza tiżdied u naqbel li naraw li l-ħaddiema kollha tal-gvern jaħdmu bis-serjeta'.", "Naqbel li għandu jkun hemm dixxiplina u naqbel li għandu jkun hemm responsabilizzazzjoni, imma din it-teorija li s-soluzzjoni għall-problemi finanzjarji tal-gvern hija li l-ħaddiema tal-gvern iridu jonqsu b'xi mod drastiku assolutament ma naqbilx magħha.", "Mr Speaker, huwa importanti ħafna li dan li hemm f'dan il-collective agreement jitwettaq.", "Irridu naraw li kulħadd fis-settur pubbliku jħoss ir- responsabbilta' li l-gvern isir aktar effiċjenti.", "Nista' ngħid li diġa' ħadt ħsieb li fil-bidu tas-sena d-dieħla jsiru laqgħat mal-kapijiet kollha tad-dipartimenti biex flimkien naraw kif effettivament id-delivery tas- servizzi tal-gvern tista' titjieb u ssir aktar effiċjenti, naturalment b'inqas nies.", "Jiena ngħid li dan il-collective agreement huwa landmark ieħor fir-relazzjonijiet bejn il-gvern, il-ħaddiema tiegħu u l-unions li jirrapreżentawhom.", "Jien nieħu dan l-atteġġjament bħala prova konkreta ta' kemm il-politika tal-kunsens bejn il-partijiet soċjali qed tiġi attwata u ċert li se tagħti l-frott.", "Nixtieq insemmi issa l-proġetti msemmijin fid-diskors tal-budget u naturalment ir-riferenza li għamel għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "L- Onor. Alfred Sant is-sena l-oħra kien induna li l-pajjiż staġna, li l- ekonomija m'hijiex miexja u malajr malajr fl-ewwel sitt xhur tas-sena beda jħabbrilna proġetti kbar, il-proġett tal-millennju, il-proġett tat-teatru, il-proġett tal-marina u proġetti oħra.", "U kollox kellu jiġi malajr.", "Niftakru diskorsi fejn intqal li kollha se jgħaddu mill-parlament, jekk niftakar tajjeb, qabel is-sajf.", "Imma nafu x'ġara.", "Dan il-gvern se jkompli bil-proġetti li huma ta' siwi għal pajjiżna.", "Aħna m'għandniex il-paniku li kellu Dr. Alfred Sant sena ilu.", "Aħna nafu x'qed nagħmlu u qegħdin naraw li l-proġetti jsiru bis-serjeta' biex nieħdu l-aħjar frott minnhom.", "Kif qal kemm-il darba l-Ministru Francis Zammit Dimech, il-proġett tal- Kottonera miexi, fis-sens li d-diskussjonijiet mal-consortia interessati mexjin, u nittamaw li nikkonkludu malajr.", "Pero' m'għandniex għaġġla biex nikkonkludu għaliex qegħdin f'paniku.", "Aħna rridu nagħmlu l-affarijiet bis- serjeta'.", "L-istess ngħid għall-proġett ta' Manoel Island u hawnhekk irrid ngħid li dan il-proġett kien ilu mibdi anke minn żmien il-gvern tiegħi imma m'hu veru xejn li fis-sentejn li għaddew kienu waslu biex jikkonkludu.", "Aħna kellna nerġgħu nibdew id-diskussjonijiet.", "Issa dawn id- diskussjonijiet mexjin u se naslu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni semmielna l-proġett tal-Forti Sant'Anġlu.", "Nafu xi problemi kienu nqalgħu, il-kwestjonijiet ta' sovranita' u mhux sovranita' u Vatikan żgħir f'Malta u dawk il-ħmerijiet kollha li kienu ntqalu.", "Għandi l-pjaċir inħabbar li proprju llum kkonkludejna ftehim ġdid ma' l-Ordni dwar il-Forti Sant'Anġlu.", "Dan il-ftehim se jiġi formalment iffirmat għada filgħodu u 'l quddiem niġu quddiem il-parlament biex issir ir-ratifika formali tiegħu, kif jitolbu l-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jiena naħseb li l-oppożizzjoni bħalna tieħu pjaċir li dan l-agreement irnexxielna nikkonkluduh u 'l quddiem turi l-appoġġ tagħha għall-ftehim li sar.", "Sur President, inpoġġi issa kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal- Kamra:", "ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Government of the Sovereign Military Hospitaller Order of St John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta dwar il-Forti Sant Anglu;", "Niġi għal proġett ieħor li żgur li Dr Sant ma jistax jgħid li huwa proġett tiegħu.", "Qed nirriferi hawnhekk għall-proġett ta' l-isptar il-ġdid.", "F'dawn it-tliet xhur li dan il-gvern ilu li ħa l-poter f'idejħ żammejna ruħna okkupati ħafna għax rajna x'inhuma l-problemi ewlenin tal-pajjiż u pprovajna nittrattawhom.", "Diġa' semmejt il-problema tad-dawl u l-ilma, it- taxxi li aħna neħħejna, it-taxxa l-ġdida tal-VAT li se nerġgħu ndaħħlu u l- proġetti; dawn kollha tajniehom ċerta attenzjoni.", "Fost il-proġetti li tajniehom attenzjoni partikolari hemm il-proġett ta' l-isptar, proġett li daħal fi kriżi mill-aktar profonda tul is-sentejn li għaddew.", "Sentejn ilu kien hemm proġett li kulħadd kien jaf x'inhu - veru li kien hemm min ma jaqbilx miegħu, imma almenu kien hemm iċ-ċertezza u d-direzzjoni ta' x'konna qegħdin nagħmlu - imma issa meta ppouvajna nifhmu x'iddeċieda u x'għamel dan il-gvern li għadu kif spiċċa sibna li l-proġett huwa kobba mħabbla, proġett miexi mingħajr direzzjoni, b'ħela ta' flus enormi u b'mod li l-kuntratturi li kien hemm inżammu mill-gvern, tant li għandhom claims enormi skond il-kuntratt.", "Ma nafx humiex ġustifikati jew le imma hemm claims li jlaħħqu iktar minn Lm6 miljun.", "Sibna kuntratt li ngħata bil-prezz ta' Lm4 miljun biex isiru linji ġodda u meta pprovajna nifhmu x'qiegħed isir sibna li ħlief taħwid ma kienx hemm.", "Pero' kellna nimxu u nimxu malajr.", "Id-deċiżjoni li ħadna kienet li, skond il-kuntratt stess, inwaqqfu l-kuntratt li kien hemm għal disinji ġodda bil- prezz ta' Lm4 miljun.", "Dan mhux qed nagħmluh b'xi rifless fuq il-kumpannija li kienet ħadet il-kuntratt imma dehrilna li waqt li qegħdin nagħmlu review tas-sitwazzjoni ma kienx utli li l-gvern ikompli b'dak il-kuntratt.", "Kif jaf kulħadd, għax din hija xi ħaġa pubblika, aħna waqqafna dak il- kuntratt tad-disinn.", "Għamilna diversi diskussjonijiet interni - u meta ngħid interni rrid ngħid li waqqaft kumitat tal-kabinett biex jittratta l- materja flimkien mal-ministeru tas-saħħa - u dehrilna li għandna nieħdu xi sens ta' direzzjoni dwar fejn se naslu.", "Id-deċiżjoni li l-isptar il-ġdid ikun an acute general hospital mhux se tinbidel.", "Jiġifieri li l-isptar il-ġdid se jkun sptar akut ġenerali hija deċiżjoni li se nkomplu mexjin fuqha.", "Aħna rridu li l-isptar ma jkunx sempliċement it-traspożizzjoni ta' l-isptar li għandna, li huwa sptar tajjeb, sptar effiċjenti u mmexxi minn professjonisti mhux biss ta' fama imma anke ta' kapaċita' kbira.", "Imma issa qed nibnu sptar ġdid u dan qed nagħmluh għax jidhrilna li hemm ħafna affarijiet - mil-lat partikolari ta' management ta' sptar - li jridu jinbidlu mill-qiegħ.", "Aħna rridu li l- isptar il-ġdid ikun sptar li jservi l-bżonnijiet tal-poplu Malti għas-snin li ġejjin, billi niżguraw li s-sistemi li jidħlu fl-isptar il-ġdid ma jkunux fotokopja ta' dak li għandna sal-lum imma jkunu sistemi aġġornati, sistemi moderni, sistemi li jagħtu l-aħjar servizz lill-poplu tagħna.", "Għalhekk irridu li l-isptar eventwalment ikollu sistemi ta' management li jkunu realment attinenti għaż-żmenijiet tal-lum.", "Mr Speaker, meta qed ngħidu li se jkollna dan l-isptar ġenerali ġdid irridu naraw li jkollna pjan ta' kif se ssir il-migration, jiġifieri il- bidla, mill-isptar jew sptarijiet li għandna llum għall-isptar il-ġdid.", "Jidher li migration plan għadu ma jeżistix u jkolli ngħid li ftit sar ħsieb fuqu.", "Għalhekk fid-direzzjoni l-ġdida li qegħdin nieħdu qed ngħidu: Iva, se jkollna sptar ġenerali ġdid, se jkollna sptar immexxi b'metodi kemm jista' jkun aġġornati u se jkollna pjan ta' kif se ssir il-migration fuq perjodu ta' żmien.", "Għax sptar ma' ġġorrux minn post għall-ieħor f'xahar jew f'xahrejn, imma jrid ikun hemm żmien raġonevoli, li probabbilment ikun ilaħħaq anke snin, li fih inġorru minn sptar għall-ieħor.", "Huwa importanti ħafna li l-isptar jitlesta fl-iqsar żmien possibbli, b'mod li jiġu riżolti l-problemi pendenti kollha u jsir magħruf kemm se tkun in-nefqa kapitali.", "Smajna ħafna ċifri ta' kemm se jiġi jqum l-isptar.", "Nafu li l- kuntratt kemm kellu jqum skond il-kuntratt oriġinali pero' f'dawn l-aħħar sentejn bdejna nisimgħu ċifri fenomenali ta' kemm se jiġi jqum dan l- isptar.", "Aħna qbadna u ttrattajna l-problema u qed ngħidu li fl-iqsar żmien possibbli dan l-isptar irid jitlesta u jispiċċaw il-problemi kollha li hemm.", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'kuntratti fejn min jgħidilna li għandu jieħu Lm6 miljun u min jgħidilna li l-miljuni telgħin kuljum.", "Hemm bżonn li l-problemi kollha jinqatgħu u allura dehrilna li għandna nieħdu deċiżjonijiet biex nimplimentaw dawn il-prinċipji li semmejt.", "Mr Speaker, diġa' kellna l-ewwel diskussjonijiet mal-consortium li qiegħed jibni l-isptar u iktar tard, preċiżament il-bieraħ, ġie Malta l- president tal-kumpannija Skanska.", "Dan kellu laqgħat miegħi, imbagħad komplew id-diskussjonijiet mal-membri tal-kumitat tal-kabinett li semmejt qabel, partikolarment mal-ministru tal-finanzi u mal-ministru tas-saħħa.", "Il-bieraħ, dalgħodu u llum wara nofs inhar saru wkoll diskussjonijiet mal- FMS u għandi pjaċir ngħid li ntlaħaq ftehim u ġie redatt memorandum of agreement mal-consortium li huwa magħmul mill-kumpannija Skanska u kumpanniji oħra Maltin.", "Dan il-memorandum of agreement m'huwiex il- kuntratt finali imma huwa ftehim li jagħtina d-direzzjoni ta' kif sejrin nimxu, li jagħti targets ta' meta għandhom isiru l-affarijiet u possibbilment, jekk jintlaħaq ftehim, 'il quddiem ngħaddu biex nemendaw il- kuntratt oriġinali li sar mal-consortium immexxi mill-kumpannija Skanska għat-tkomplija ta' l-isptar, kif diġa' kien deċiż mill-gvern preċedenti għar-rigward ta' kull bini li jsir fuq il-footprint eżistenti.", "Il-kuntratt il-ġdid ikun kuntratt li jinkludi d-design ukoll, jiġifieri jkun kuntratt ta' design and build, li jkun responsabbli għalih consortium wieħed.", "Jiena se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "memorandum of understanding dwar il-proġett ta' l-isptar il-ġdid iffirmat fl-4 ta' Diċembru 1998.", "Dan il-ftehim ġie ffirmat proprju llum wara nofs inhar.", "Jiena nawgura - din kienet dejjem il-ħolma tiegħi u tal-gvern tiegħi - li l- isptar il-ġdid ikun rigal tal-poplu Malti lilu nnifsu għall-millennium il- ġdid, rigal ta' xi ħaġa li għandha tkun outstanding għaliex toffri l-aħjar servizzi lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li wara dan il-memorandum of agreement li ffirmajna llum, kemm jista' jkun malajr irridu nibdew il-konsultazzjonijiet ma' dawk kollha involuti, jiġifieri t-tobba, professjonisti u ħaddiema.", "Irridu nkunu ċerti li dak kollu li se jagħmel il-gvern isir b'konsultazzjoni, b'mod li kulħadd jirrealizza li dan l-isptar ġdid huwa xi ħaġa ta' kulħadd, xi ħaġa tal-poplu Malti u għalhekk irridu nsibu l-backing ta' kulħadd biex lill-poplu Malti nagħtuh dan l-isptar li jidhrilna li jistħoqqlu fiż-żmenijiet tal-lum.", "Fit-tarf tad-diskors tiegħi, ma nistax ma nsemmix ukoll il-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena jiddispjaċini li, kif diġa' kkummentajt, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni huwa ostinat u assolutament ma jrid ibiddel xejnmill- pożizzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Ippermettili ngħid, Mr Speaker, li aħna nikkonstataw li saret ħafna ħsara lil pajjiżna f'dawn is-sentejn li għaddew.", "Pajjiżna, tort tal-politika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, tilef ħafna mill-kredibbilita' tiegħu u llum qed niltaqgħu ma' diffikultajiet li, madanakollu, m'għandna l-ebda dubju li huma surmountable, li se nirbħuhom.", "M'għandna l-ebda dubju dwar dan u kull fejn immorru kulħadd l-istess kelma, li Malta se tikkwalifika biex tidħol fl-Unjoni Ewropea ma' l-ewwel tkabbir imma ....", "U l-imma hija li ħadd ma jista' jinsa li kellna sentejn ta' gvern immexxi min Alfred Sant li tefa' lil pajjiżna lura, naqqas il- kredibilita' u allura issa ridu nerġgħu nagħmlu ħilitna kollha biex inpoġġu lil Malta quddiem kif kienet fl-1996.", "Aħna ċerti li dan mhux biss jista' jsir imma li dan se jsir.", "Irrid nibqa' nsostni għal kemm hemm bżonn li dan mhux xi kapriċċ, din mhix xi idea fissa li għandu l-Partit Nazzjonalista fuq l-Ewropa, kif jgħid il-Partit Laburista.", "L-Ewropa hija realta' li min għandu sens jaf li ma nistgħux u m'għandniex naħarbu minnha.", "Hija realta' li Malta tista' biss tgawdi minnha, realta' li jekk ninjorawha dan inkun qed nagħmluh għad-dannu tagħna.", "Kulħadd jaf kif imxiet l-Unjoni Ewropea fis-snin minn mindu twaqqfet, kulħadd jaf x'inhuma l-valuri awtentiċi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nibnu fuq l-Unjoni Ewropea għax nafu li l-Unjoni Ewropea hija mibnija biex tkun bħal forza ta' paċi.", "Forsi hawn min jaħseb li m'għandniex bżonn iktar din l-influwenza kbira ta' l-Ewropa biex tiġi konservata l-paċi fl-Ewropa u fid- dinja.", "Min iħares lejn is-sitwazzjoni internazzjonali, anke fl-Ewropa, bilfors jippreokkupa ruħu u allura jifhem aktar kemm huwa importanti li din il-forza politika ta' l-Unjoni Ewropea tkun iktar qawwija fis-servizz tal- paċi.", "Aħna rridu li Malta tkun parti min din l-Unjoni Ewropea bażata fuq dan l-għan l-iktar ewlieni.", "Nemmnu fl-Unjoni Ewropea għax hija mibnija fuq il-valuri demokratiċi, fuq il-ħarsien tad-drittijiet umani, fuq id-dinjita' ta' kull bniedem.", "Għandna nemmnu fl-Unjoni Ewropea minħabba d-dimensjoni soċjali tagħha u kieku l-Oppożizzjoni Laburista trid verament tifhem bis- serjeta' l-Unjoni Ewropea, kulma għandha tagħmel hu li tħares lejn x'fissret din id-dimensjoni soċjali għall-pajjiżi partikolari.", "Biżżejjed wieħed imur sa l-Irlanda biex jara l-kambjament kbir, proprju minħabba l-politika soċjali li biha l-Unjoni Ewropea tgħin biex il-pajjiżi kollha jimxu 'l quddiem, u l-livell ta' għajxien tal-poplu tagħhom jogħla sakemm jilħaq dawk lil dak tal-pajjiżi l-iktar avvanzati fosthom.", "Din id- dimensjoni soċjali hija dimensjoni li aħna nemmnu fiha.", "Aħna konna, għadna u nibqgħu gvern b'kuxjenza soċjali, gvern li jifhem li d-dmir ta' kull gvern huwa, l-ewwel u qabel kollox, li jara li ħadd ma jibqa' lura fil- pajjiż.", "L-Unjoni Ewropea żgur li tgħinna, meta nkunu membri tagħha, biex aħna nkunu f'pożizzjoni aħjar ħalli naqdu din il-funzjoni soċjali.", "Aħna nemmnu fl-Unjoni Ewropea għax nafu li din hija mutur għat-tkabbir ta' l- ekonomija.", "Wieħed kulma għandu jagħmel huwa li jeżamina l-effett tas- sħubija fl-Unjoni Ewropea fuq pajjiżi li kienu jiġu kkonsidrati iktar lura minn oħrajn, u jara l-effett pożittiv li kellhom l-ekonomiji kollha tal- pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna nemmnu li Malta bil-perspettiva u bis-sens ta' direzzjoni li għandna lejn l-Unjoni Ewropea għandha terġa' tibda tħoss l-effett benefiku fl-ekonomija tagħha.", "Mr Speaker, jiena nara li l-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea min-naħa ta' l-oppożizzjoni saret eżattament pika.", "Jien apposta ma ngħidx li din ġejja min-naħa tal-Partit Laburista imma min-naħa tal-mexxejja tal-Partit Laburista, għax fl-aħħar parlament kien jidher bl-iktar mod ċar li l-politika tal-Partit Laburista li ma jseħibx lil Malta fl-Ewropa kienet politika li ma baqgħetx tgawdi l- fiduċja tad-deputati ta' dak iż-żmien.", "U jien persważ li fil-Labour Party hemm ħafna li jixtiequ jaraw bidla fil-politika dwar l-Ewropa.", "Hemm bżonn li dan il-pajjiż, u b'mod partikolari dan il-parlament, jittratta b'mod nazzjonali l-politika li hija ta' natura nazzjonali, u l- politika dwar l-Ewropa għandha tkun politika nazzjonali.", "Spiċċa ż-żmien tal-piki, spiċċa ż-żmien li ngħidu u nwiegħdu - kif għamel il-Gvern ta' Alfred Sant - affarijiet li nafu li m'humiex ottjenibbli.", "Spiċċa ż-żmien li nipprovaw nidħku bina nfusna u lill-poplu tagħna ngħidulu li m'huwiex kapaċi, li jrid jistenna u mbagħad forsi ħmistax jew għoxrin sena oħra naraw.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li l-kwestjonijiet ta' natura nazzjonali jiġu ttrattati f'dan il-parlament u mill-poplu tagħna bil-mertu ta' kwestjonijiet nazzjonali.", "Mr Speaker, jien nagħmel awgurju għal pajjiżna.", "Ftit għidt li l-politika tal-kunsens tidher li tinsab miexja u qed tiġi aċċettata.", "Jekk inħarsu lejn il-partijiet soċjali nindunaw li m'għadx hawn dak it-tip ta' skontri li kien ikollna fl-imgħoddi.", "Jekk wieħed iħares lejn il-politika soċjali jifhem li fil-pajjiż hawn consensus dwar dak li għandu jsir.", "Jien nawgura li pajjiżna jimxi b'din il-politika ta' consensus.", "Jiena nħares 'il quddiem b'fiduċja u ngħid: Iva, dan il- gvern ġdid immexxi minni se jerġa' jsib il-koperazzjoni tal-partijiet soċjali.", "Min-naħa tiegħi jien inwiegħed lill-partijiet soċjali kollha li mhux se nkun gvern partiġġjan imma se nkun gvern tal-poplu Malti u Għawdxi kollu għax hekk jixraqlu dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, jiena nixtieq li n-naħa ta' l-oppożizzjoni tibdel l- atteġġjament li ħadet s'issa.", "F'dan il-parlament m'ilniex wisq, lanqas tliet xhur, u s'issa għamilna ma nafx kemm-il seduta.", "Pero' wieħed jista' jara li dan il-parlament diġa' seta' għamel ħafna iktar xogħol milli fil- fatt għamel.", "Ippermettuli nistqarr, per eżempju, li dan il-parlament ma kellux għalfejn jagħmel ma nafx kemm-il seduta biex niddiskutu xi ħaġa li kien ippropona l-gvern ta' qabel.", "Qed ngħid għall-mozzjoni dwar l-ispecial funds tal-kunsilli lokali, mozzjoni li l-gvern l-ieħor ma sabx ħin biex jgħaddiha qabel ma rriżenja u aħna pproponejnieha kelma b'kelma kif kien ipproponiha l-gvern l-ieħor.", "Imma dan il-parlament ħela ma nafx kemm-il seduta biex ilkoll naqblu fuq xi ħaġa li konna nafu li naqblu fuqha!", "Dan il-parlament jixraqlu aħjar u l-poplu tagħna jixraqlu aħjar.", "Mr Speaker, jien nawgura li dan il-parlament ikun wieħed li jagħti eżempju lil pajjiżna.", "Ħalli niġġieldu fuq il-politika fejn hemm veduti differenti li huma ta' sustanza u hemm il-bażi fuqiex niġġilduhom, imma m'għandniex niġġieldu fuq politika li nafu li hija politika fejjieda għall- pajjiż u politika li nafu li hija fl-interess nazzjonali għal pajjiżna.", "L- awgurju li nagħmel lill-poplu tagħna u lil dan il-parlament hu li iktar ma jgħaddi żmien, iktar ma ninsew il-perjodu tas-sentejn li għaddew u d- disfatti li kellhom tan-naħa ta' l-oppożizzjoni - u allura jkun hemm aktar li jkollhom il-kuraġġ jirrikonoxxu b'mod ċar l-iżbalji ta' politika fundamentali - iktar jikber iċ-ċans li dan il-parlament ikun verament il- parlament tal-poplu kollu, parlament fejn ilkoll ikollna ħsieb wieħed dak li nagħmlu ġid lil kull Malti u Għawdxi f'pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nirringrazzja lill-Prim Ministru għad-diskors tiegħu u nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom biex jirtiraw mill-Kamra.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Mozzjoni Numru.", "26 imressqa mill- Ministru tal-Finanzi fis-seduta tal-25 ta' Novembru 1998.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-Sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija, li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas- Sena 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "8", "FAVUR: 35", "|L-Onor. | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen |Pullicino Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech Francis | |Eddie | | |Galea Censu | | | | |", "KONTRA : 29 |L-Onor. | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael | |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali jressaq l-Aġġornament, jekk jogħġbu.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 7 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - Tieni Qari.", "Skond il-procedure motion stess, l-aġġornament tas-seduta ta' nhar it- Tnejn jitressaq f'nofsinhar u l-ħin ta' l-Aġġornament jittieħed u bħas- soltu jkun ta' nofs siegħa.", "MR SPEAKER: Qed nifhem li hawn qbil dwar dan l-arranġament.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Numru 31 tat-3 ta' Diċembru 1998, il- Kamra hija aġġornata għat-Tnejn, 7 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fit-8.38 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DJAR - RABAT - OQSMA TAD-DJAR", "639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li jsir stħarriġ sabiex ikun stabbilit jekk huwiex possibbli li jsiru lifts ġodda fil- Housing Estates tal-Gvern fir-Rabat, Mellieħa, Mġarr u San Pawl il-Baħar?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk dan l-istħarriġ diġa' sar, jista' l- Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikjesta f'kull housing estate?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif spjegajt fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 409, għandha tiġi mfassla policy dwar kif u fejn għandhom jiġu stallati lifts kemm f'bini tal-gvern kif ukoll f'dak privat kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-gvern.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "657.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Billi sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea tinvolvi l- introduzzjoni ta' madwar 300 liġi għas-setturi tal-biedja u sajd, liema liġijiet għandhom madwar 30,000 regola li jridu jiġu osservati mill-bdiewa, raħħala u sajjieda tal-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra, qasam qasam, kif se jibda jwettaq il-programm leġislattiv sabiex jintroduċi dawn il-liġijiet u regoli ġodda fis-setturi?", "Meta se jiltaqa' mal-koperattivi tal-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex jaġġornahom dwar dan il-programm leġislattiv?", "Min huma l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd u ta' l-Agrikoltura responsabbli biex iwettqu dan il-programm leġislattiv?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li numru kbir ta' direttivi u regolamenti fl-oqsma ta' l-Agrikoltura u Sajd ma japplikawx għal Malta billi huma dwar prodotti u sistemi ta' produzzjoni estraneji għal Malta.", "Għaldaqstant l-applikazzjoni ta' l-Aquis Communitaire għall-oqsma ta' l- agrikoltura u sajd hija suġġetta għal negozjati bejn Malta u l-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej.", "Matul dawn in-negozjati jiġi miftiehem ukoll il- programm leġislattiv.", "Kif ġie mwiegħed fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, il- Gvern jassigura tisħib sħiħ tal-bdiewa u s-sajjieda fin-negozjati ma' l- Unjoni Ewropea u wara jivvotaw fir-referendum b'tagħrif sħiħ.", "L-ufficjali kollha tal-Ministeru u tad-dipartimenti tal-agrikoltura u tas- sajd huma responsabbli mit-twettieq tal-programm leġislattiv li jkun miftiehem.", "Il-Gvern għandu fiducja sħieħa li flimkien ir-rappreżentanti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda u l-ufficjali tal-Ministeru jirnexxielhom jinnegozjaw kundizzjonijiet li jkunu ta' ġid, fiduċja u direzzjoni għall-futur ta' dawn is-setturi.", "SETTUR TAL-BIEDJA U SAJD - TNEĦĦIJA TA' LEVIES", "658.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li ma kien ebda proposta mill-Ministeru u l-Gvern preċedenti sabiex jitneħħew il-levies ta' protezzjoni għas-settur tal- biedja u sajd matul it-22 xahar ta' tmexxija?", "Fil-fatt x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-Gvern u l-Ministeru preċedenti dwar is-setturi?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn il-proposti fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li meta l-Partit Laburista fil-Gvern għamel proposta sabiex tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja s-settur ta' l-agrikoltura ma setgħax jitħalla barra minħabba r-regoli tal-World Trade Organization.", "Għaldaqstant din il-proposta kienet tfisser ukoll it-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni għas-settur ta' l-agrikoltura.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea, permezz tal-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej, kienet għamlitha ċara li l-agrikoltura ma tistax titħalla barra mill-ftehim ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "Dan ifisser li t-tneħħija tal-levies ta' protezzjoni kien ikollha sseħħ bla ma Malta tibbenifika mill-għajnuniet li dan is-settur igawdi minnhom bi sħubija sħieħa.", "L-Onor.", "Interpellant imissu jaf ukoll li ma hemmx levies ta' protezzjoni fuq il-ħut iżda kontrolli fuq l-importazzjoni.", "L-Onor.", "Interpellant huwa konxju wkoll bil fatt li biż-żona ta' kummerċ ħieles li riedet twaqqaf l-amministrazzjoni precedenti l-bdiewa, raħħala u sajjieda kien ser ikollhom jiġġieldu ma' xita ta' importazzjoni ta' prodotti ta' biedja u sajd bi prezzijiet baxxi, ma' liema importazzjoni l- istess bdiewa, sajjieda u raħħala ma kenux ser ikunu f'pożizzjoni li jikkompetu.", "LEVIES", "659.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi tkun il-pożizzjoni dwar il- levies u l-kwota tal-protezzjoni ta' ħalib frisk, laħam tal-majjal eċċ, eċċ fis-setturi tal-biedja u sajd bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Kemm iridu jitneħħew levies ta' protezzjoni għall-bdiewa, raħħala u sajjieda f'każ ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?", "Liema huma dawn il- levies, qasam qasam?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant imissu jaf li din il-materja hija suġġetta għal negozjati mal-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropea fid- dettal.", "ONESTOP SHOPS", "1193.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għad- Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Disa' Parlament ta' l- 24/10/98, jista' l-Prim Ministru jelabora x'tip ta' onestop shops qiegħed jikkonsidra li jwaqqaf u għal liema oqsma?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-pubbliku għandu d-dritt li jingħata servizzi pubbliċi bl-aktar mod effiċjenti u effettiv billi titnaqqas il- burokrazija żejda.", "Il-Gvern preżenti jemmen li biex jintlaħaq dan il-għan, kull proċedura marbuta ma servizzi offruti mill-gvern għandhom jiġu riveduti bl-iskop li tinħoloq sistema ta' one-stop shops fejn jinqata' l-bżonn li persuna jkollha tmur għand diversi uffiċjali biex tinqeda.", "Il-prinċipju huwa li d- dipartimenti tal-gvern jibdew jikkolaboraw aktar ma' xulxin u per konsegwenza jkunu f'pożizzjoni aħjar biex joffru servizz aktar komplut lil min jiġi bżonnu.", "F'dan il-proċess it-teknoloġija tista' tħaffef it-tqassim ta' l- informazzjoni madwar is-Servizz Pubbliku.", "Kien għalhekk li l-Gvern immexxi minni sa l-1996 introduċa fuq skala kbira l-informatika fis-Settur Pubbliku.", "Illum id-dipartimenti tal-gvern ġew kollegati ma' xulxin permezz tas-sistema msejħa MAGNET (Malta Government Network).", "Irrid ngħid li l-kabinett għadu kemm approva pjan strateġiku għall-operat aħjar ta' l-informazzjoni fejn hemm imfassla pjanijiet kif:", "Ma tibqax il-ħtieġa għall-pubbliku li jintalab ċertifikat tat-twelid, taż- żwieġ jew tal-kondotta u ċertifikati oħra li huma faċilment aċċessibbli għas-Servizz Pubbliku elettronikament permezz tas-sistema hekk msejħa - Common Database (CDB);", "Ċertu informazzjoni mid-dipartimenti tal-gvern tkun tinkiseb b'kompjuter personali mid-dar jew minn xi lokal qrib iċ-ċittadin.", "Se jsir studju fuq l-użu ta' Smart Cards bħal dik it-teknoloġija li twassal biex servizz pubbliku jiġi mogħti permezz ta' magni awtomatiċi bħalma insibu fil-banek.", "Il-ftuħ għall-aċċess b'mod kontrollat għall-MAGNET lill-individwi jew organizzazzjonijiet li jistgħu jibbenifikaw minn xi servizzi jew informazzjoni li jistgħu jinkisbu b'mod elettroniku, per eżempju, aċċess lin-nutara għal ċerti dokumenti mir-Reġistru ta' l-Artijiet, aċċess lill- individwi għall-informazzjoni maħruġa mid-DOI, aċċess biex wieħed ikun jista' jressaq ilmenti lid-dipartimenti konċernati u proġetti oħrajn.", "Il- prospetti ta' żvilupp f'dan il-qasam huma kbar.", "L-introduzzjoni ta' kummerċ u negozju b'mezz elettroniku sabiex jissaħħu u jitqarrbu r-relazzjonijiet bejn id-Dipartiment tad-Dwana u n-negozjanti.", "Pass ieħor lejn it-twaqqif ta' dan il-konċett huwa d-delega ta' funzjonijiet lill-kunsilli lokali.", "Din għandha gradatament tikber f'oqsma oħrajn bħall-amministrazzjoni tal-libreriji lokali; ta' ċerti liċenzji tan- negozju, ta' formoli li jinħtieġu jimtlew, ta' tagħrif li jingħata mill- gvern u oħrajn.", "Fi kliem ieħor dan il-Gvern ser ikompli jinkoraġġixxi d- devoluzzjoni tal-poteri lill-kunsilli lokali biex il-pubbliku jkun jista' jingħata servizz aħjar u aktar mill-qrib mingħajr dewmien bla bżonn.", "B'hekk il-Gvern ser jiżgura li l-għan ta' kull inizjattiva ta' riforma f'kull settur tas-servizz pubbliku jkun ibbażat fuq il-prinċipju li l- pubbliku jiġi moqdi dejjem aħjar, fl-iqsar żmien possibbli u mingħajr ħela ta' ħin lill-individwu.", "PERSUNI SELF-EMPLOYED", "1194.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bħalissa persuni li qegħdin jaħdmu bħala self-employed?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' dawn il-persuni skond il-professjoni tagħhom, per eżempju, tobba, avukati, eċċ u/jew skond is-sengħa tagħhom, per eżempju, electricians, panel beaters, eċċ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li n-numru ta' persuni li qegħdin jaħdmu bħala self-employed sa Settembru 1998 kien ta' 15,381.", "L- informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta", "BORDIJIET TAL-GVERN", "1195.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tiegħu huwiex jagħti każ tal-prinċipju ta' rappreżentanza: a) żagħżugħa; u b) femminili fuq il-bordijiet tal-gvern u entitajiet parastatali?", "Jekk fl-affermattiv, fuq liema kriterji qed jimxi jekk għandu?", "Jekk fin-negattiv, dan ifisser li kemm iż-żgħażagħ kif ukoll in-nisa m'għandhomx ikollhom rwol akbar u dirett fid-deċiżjonijiet ta' tmexxija f'pajjiżna?", "Jekk jaqbel ma' dawn il-prinċipji, jista' l-Prim Ministru jsostni l-pożizzjoni tiegħu b'riferenza għal ħatriet li saru s'issa mill-Gvern tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nemmen li l-kriterji ewlenin għal ħatriet fuq bordijiet għandhom ikunu dawk imsemmija fit-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 788.", "B'danakollu meta jsiru n-nomini tingħata attenzjoni li nisa u żagħżagħ li jikkwalifikaw jiġu wkoll nominati.", "PERSUNI SELF-EMPLOYED", "1196.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li ma jkunx hemm kompetizzjoni nġusta fil-konfront ta' sidien ta' self-employed żgħar li jagħmlu xogħol ta' tiswija ta' vetturi u biex dawn ma jiġux imwarrba minn dan it-tip ta' xogħol, peress li jidher li qed isiru taħdidiet bejn l- Insurance Association u importaturi ta' għodod għal tali tiswija bl- involviment ta' sidien ta' garaxxijiet kbar?", "Jaf il-Ministru li qed jiġi allegat li qed isir tentattiv li jintlaħaq ftehim ta' ħtieġa ta' ċerti għodod kbar għat-tiswija tal-karozzi li mhux neċessarjament bżonnjużi għas- sengħa iżda li jekk tiġi aċċettata jeskludi diversi self-employed żgħar f'dan il-qasam mili jidħlu għal xogħol ta' inċidenti marbutin ma' insurance claims?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant qed jiġi mistħarreġ.", "OPM - BORDIJIET", "1197.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall- mistoqsija parlamentari tiegħi numru 788 fejn il-Prim Ministru stqarr hekk:", "\"ma jidhirlix li għandi nsemmi r-raġunijiet għaliex ċerti persuni jitneħħew minn fuq bordijiet.", "Huwa dritt ta' kull gvern li jaħtar nies li jkollu l-fiduċja fihom.\".", "Dan ifisser li l-Prim Ministru qed jgħid li dawk kollha li tneħħew jew ma ġewx rikonfermati fuq bordijiet tal-gvern mhumiex persuni ta' fiduċja għall- Gvern tal-ġurnata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant għoġbu jagħti kas biss ta' parti mit-tweġiba u għalhekk, jiddispjaċini ngħid, wasal għal konklużjoni żbaljata.", "SIGURTA' SOĊJALI - CSA'S", "1198.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 608 mogħtija lill-kollega tiegħi, fejn ingħad li ġew impjegati 3 CSA's ġodda mill-elezzjoni 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid meta u jekk ħarġitx call for application u jekk ħarġet, meta dehret fil- Gazzetta tal-Gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet huma t- tliet individwi nvoluti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għat-tliet CSA.'s imsemmija fir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 608, dawn ġew impjegati minn waiting list.", "Huma joqogħdu l-Imġarr, St. Andrews u l-Kalkara rispettivament.", "TA' ĠIORNI - PLAYING FIELD", "1305.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il-Ministru li l-playing field li hemm fil-Housing Estate ta' Ta' Giorni tinsab fi stat ta' abbandun totali?", "Jaf li fl-imsemmija playing field la jeżistu bozoz, la bankijiet, la bins u l-art tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb tiegħu li jagħmel xogħlijiet biex l-imsemmija playing field ma tibqax fl-istat li hi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill- kunsill lokali interessat", "ITS - TRAFFIC LIGHTS/STREET PAINTINGS", "1404.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic lights u s-street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ tat-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KUNSILLI LOKALI - SPEJJEŻ", "1405.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' kull kunsill lokali, sena b'sena, f'onorarji, salarji u spejjeż oħra relatati ma' l-amministrazzjoni ta' l-uffiċini mill-1993 'il hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba toħroġ mir-rapporti ta' l-awdituri għal kull sena finanzjarja li skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 65(6) ta' l-Att ta' l-1993 dwar kunsilli lokali jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mill- Ministru tal-Finanzi.", "TFITTIX GĦAŻ-ŻEJT - TESTIJIET U STUDJI", "1439.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid x'testijiet u studji saru f'Kerċem, Għawdex, b'konnessjonijiet ma' tfittix għaż-żejt qabel Ottubru ta' l-1996?", "Jista' l- Prim Ministru jgħid minn min saru dawn it-testijiet jew studji?", "Jista' jgħid x'inhuma d-dati li fihom saru dawn it-testijiet u jekk saru x'kienu l- pariri jew l-indikazzjonijiet li taw l-esperti?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'kienet l-ispiża biex isiru dawn it-testijiet u studji?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jirreferi għall-Press Release numru 1752 ta' l-24 ta' Settembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, fejn isib fil-qosor l-istorja tal-proġett tat-tħaffir tal-bir f'Għawdex.", "DISTRETT NRU.", "10 - KARTA ANZJAN", "1523.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, lokal lokal, kemm huma l-anzjani li għandhom il-karta anzjan fil-lokalitajiet ta' Tas- Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke?", "Jista' l -Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet, numri tal-karta ta' l-identita' u l- indirizzi ta' l-anzjani li dwarhom qed issir il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' anzjani li għandhom l-Kartanzjan kif mitlub fil-mistoqsija huwa kif ġej:", "| Sliema |4237 | | Swieqi |674 | | Pembroke |72 | | San |1583 | |Ġiljan | |", "Ma nħossx li huwa etiku li tingħata l-lista bl-ismijiet, in-numru tal-karta ta' l-identita' u l-indirizzi ta' dawn l-anzjani.", "DISTRETT NRU.", "10 - NIES B'DIŻABILITA'", "1524.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, lokal lokal, kemm huwa magħruf li hemm nies b'diżabilita' fil-lokalitajiet ta' Tas- Sliema, San Ġiljan, Swieqi u Pembroke?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet, numri tal-karta ta' l-identita' u indirizzi tal-persuni b'diżabilita' li dwarhom qed issir il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: 1.", "Skond l-istatistika miġbura fir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita' f'dawn il-lokalitajiet:", "LOKAL TOTAL Sliema 326 San Ġiljan 133 Swieqi 52 Pembroke 12", "2.", "Kull informazzjoni dwar persuni b'diżabilita' li tidher fir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita' tinżamm taħt kunfidenzjalita' stretta.", "Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma tista' tagħti ismijiet, indirizzi u dettalji oħra personali dwar persuni reġistrati magħha.", "Jekk tkun trid tiċċara xi dettal minn dak li jidher hawn fuq nistiednek iċċempel fuq wieħed minn dawn in-numri diretti:", ". is-Sur Fred Bezzina 489305, jew . is-Sur Joseph Camilleri 441280", "SKEJJEL TA' L-ISTAT - MANUTENZJONI", "1722.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tkompli tiġi mħaddma l-iskema bi sħab bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-kunsilli lokali għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali?", "Liema skejjel u liema kunsilli lokali se jkunu f'din l-iskema matul l-1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm il-ħsieb li tkompli tiġi mħaddma l-iskema bi sħab bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-kunsilli lokali għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel statali.", "L-iskejjel kollha li fihom għad hemm il-bżonn ta' aktar manutenzjoni se jkunu f'din l-iskema.", "Dan it-tagħrif għadu qed jinġabar.", "Il-kunsilli lokali li juru x-xewqa li jieħdu sehem huma milqugħa.", "Dawn ikunu magħrufa aktar tard, lejn il-bidu tas-sena 1999.", "MFSC - LAQGĦAT", "1723.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu kellhom laqgħat mal-Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija biex ifasslu policy dwar l-enerġija tul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru, 1998?", "F'kull każ, kemm saru laqgħat u min ħa sehem fihom?", "Fiex wasal it-tfassil ta' din il-politika dwar l-enerġija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.", "Il-Korporazzjoni Enemalta, li tifforma parti minn dan il-Kunsill, bħalissa qed taħdem fuq pjan biex titfassal politika dwar mezzi u metodi ta' enerġija li permezz tagħhom l-ambjent ikun salvagwardat aħjar fis-snin li ġejjin.", "AIR MALTA - XIRI TA' BILJETTI MIL-LIBJA", "1724.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' flus għandha tieħu l-Air Malta mil-Libja għal ħlasijiet ta' xiri ta' biljetti ta' l-ajru?", "X'qed isir biex l-Air Malta tieħu l-ħlas dovut?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Filwaqt li l-Air Malta, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli, ma jonqsux li japprofittaw minn kull okkażjoni biex jiffinalizzaw il-pendenzi li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant, jidhirli li l-pubblikazzjoni ta' aktar dettalji f'dan l-istadju tista' tkun ta' preġudizzju għall-eżitu ta' dawn in-negozjati.", "ANZJANI - KAŻ TA' ANZJANA", "1725.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jirrimedja għall-każ ta' anzjana, li isimha qed jintbagħat separatament, li hija dgħajfa ħafna u nieqsa mid-dawl biex tingħatalha aktar għajnuna fid-dar peress li għandha bżonn ta' għajnuna kuljum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għalkemm ma ngħatax l-isem tal-persuna iżda ngħata biss l-indirizz, ġiet identifikata din il-persuna mir-records tal-Home Help.", "Din il-persuna ilha tingħata dan is-servizz mill-1991 meta ngħatat erba' siegħat fil-ġimgħa għajnuna.", "Fl-1996 ingħatat żieda ta' sagħtejn oħra.", "Fl-1998 hija talbet għal aktar għajnuna iżda l-bord wara li ra l-każ tagħha darbtejn, iddeċieda li l-għajnuna ta' sitt siegħat kienet biżżejjed.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - SEGRETARJAT PRIVAT", "1726.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jikkonferma l-Ministru li persuna li marret mas-Segretarjat Privat tiegħu, li ismu qed jintbagħat separatament, marret lura mnejn ġiet għax qed tiġi nvestigata mill-pulizija dwar każ ta' frodi li jinvolvi lill- Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nikkonferma illi l-persuna konċernata marret lura minn jedda fejn kienet taħdem qabel, sakemm l-allegazzjonijiet odjerni jkunu investigati u konklużi.", "KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU - PETIZZJONI", "1727.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet il-petizzjoni mressqa mill-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, għall-konsiderazzjoni tagħha skond il-provvedimenti ta' Regolament 23A tar- Regolamenti tad-Dixxiplina?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li skond ma jipprovdi r- Regolament 23A (2), il-petizzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Membru, ntbagħtet lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Hija l-prassi li l-Prim Ministru ma jagħmel ebda kumment f'dan l-istadju.", "Din il-petizzjoni għadha qegħda tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku.", "MEDICAL STORES - CERTIFICATE OF PHARMACEUTICAL PRODUCT", "1859.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jikkunsidra l-Ministru li l-fatt li l-Medical Stores qed jitlob s-Certificate of Pharmaceutical Product fil-proċess ta' l-għoti tal-kuntratti, dan qed ipoġġi fi żvantaġġ il-parallel traders u jagħti vantaġġ ta' monopolju lil xi aġent?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Din il-materja kif ukoll l-implikazzjonijiet varji tagħha qeghda tigi studjata attivament flimkien bejn id-Dipartiment tal- Kuntratti u dak tal-Finanzi.", "Ghaldaqstant informazzjoni izjed dettaljata tinghata izjed tard.", "EDUKAZZJONI - SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANTS", "1877.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk dawk il-kindergarten assistants impjegati bħala supply kindergarten assistants u li għandhom il-course sħiħ ta' sentejn ta' kindergarten assistants hux se jiġu tal-post fil-futur qarib?", "Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, x'inhi l-pożizzjoni tagħhom?", "X'inhi r-raġuni li min għamel kors part-time ta' facilitator għandu diploma u min għamel kors sħiħ ta' kindergarten assistant għandu biss ċertifikat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk is-supply kindergarten assistants jiġux impjegati permanentament jew le jiddependi ħafna mill-vakanzi li jkun hemm fil-complement approvat tal-kindergarten assistants.", "Dawn is-supply kindergarten assistants ġew impjegati biex jagħmlu xogħol ma' tfal b'diżabilita' li qegħdin fil-klassijiet mainstream.", "Informat li dan ma kienx proprju t-taħriġ tagħhom u allura ma jistgħux jiġu mpjegati bħala facilitators.", "Il-pożizzjoni ta' dawn is-supply kindergarten assistants hi dik kif elenkata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet, ie. li dawn għandhom impjieg part-time li jitħallas bis-siegħa.", "Jekk kors iwassalx għal diploma jew ċertifikat jiġi deċiż mill- organizzaturi tal-kors konċernat i.e. l-Universita' jew id-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "Tlabt li dawn jagħtuni d-dettalji.", "ENEMALTA - DIRECT ORDERS", "1881.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mill- Korporazzjoni Enemalta mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "Kemm kien il- valur ta' kull tender f'kull każ?", "X'kienet ir-raġuni li saret direct order f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta", "WSC - FITTINGS/PAJPIJIET", "1882.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kuntratturi li pprovdew fittings u pajpijiet lill-Water Services Corporation f'dawn l-aħħar erba' snin, ċioe' mill-1994 'il hawn?", "Kemm kien il-valur ta' kull kuntratt f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta", "GĦAWDEX - SISTEMA TA' DRENAĠĠ", "1883.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kienu vvotati flus u kemm minnhom intnefqu fuq ix-xogħol tas-sistema ġdida tad-drenaġġ f'Wied il- Ħobż, f'Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-flus ivvutati għall- proġett imsemmi fis-sena 1994 kienu jammontaw għat-total ta' Lm287,650.92.", "It-tender għax-xogħlijiet konċernati ttieħdet għall-prezz ta' Lm167,000.00.", "Minħabba diskrepanzi sostanzjali bejn il-profil ta' qiegħ il-baħar stabbilit mill-Awtorita' Marittima, li fuqu ġie bbażat id-disinn, u l- profil attwali li sab il-kuntrattur meta nbdew ix-xogħlijiet offshore l- istima totali għall-profil il-ġdid, laħqet iċ-ċifra ta' Lm323,494.40.", "Din l-istima ġiet approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-bidu tas- sena 1997.", "Minn din is-somma s'issa ntefqu Lm30,762.50 fis-sena 1996 u Lm71,145.45 fis-sena 1997.", "Il-valur totali tax-xogħlijiet kompletati ġie ċċertifikat għal Lm316,719.82.", "Il-bilanċ finali mistenni jiġi mħallas kollu din is-sena.", "ENEMALTA - IMPJANTI", "1885.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf il-Ministru li f'ittra li bgħatt liċ-chairman tal- Korporazzjoni Enemalta wrejtu li xtaqt inżur x'impjanti tal-korporzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx lura xi forma ta' acknowledgement?", "Hemm xi oġġezzjoni li din iż-żjara ssir?", "Saret xi żjara simili fl-amministrazzjoni preċedenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, jien ġejt infurmat bl-ittra datata 28 ta' Ottubru 1998 mibgħuta mill-Onor.", "Interpellant li fiha wera x-xewqa li jżur l-impjant tal-Korporazzjoni Enemalta.", "Jien ma kelli ebda oġġezzjoni u fil-fatt infurmajt verbalment liċ- Chairman tal-Korporazzjoni dwar dan, u għidtlu biex jagħmel appuntament ma' l-Onor.", "Interpellant.", "Jiena nfurmat li l-appuntament sar u li kienet saret żjara simili.", "ILMA - SECOND CLASS WATER", "1911.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża ta' fergħa li saret ta' madwar 1000 pied minn fuq il-main li tiela' għal Bulebel u li jissupplixxi 2nd class water minn ta' Sant'Antnin?", "Min awtorizzaha u kemm bdiewa se jinqdew minn din il-fergħa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan ix-xogħol fuq il-main sar mill-korporazzjoni tas- Servizzi tal-Ilma fuq rakkmandazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura wara talba ta' bidwi fl-inħawi iktar kmieni din is-sena.", "Din il-fergħa tista' tintuża għal bdiewa oħra fl-istess inħawi jekk isiru talbiet bil- miktub.", "Sa issa x-xogħol għadu mhux komplut.", "L-istima ta l-ispiża tal-fergħa mistennija li tilħaq iċ-ċifra ta madwar Lm3,000.", "ZABBAR - TRIQ BIĊĊIENI, SQAQ NRU 3", "1912.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 151, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk inbediex dan il-pjan ta' azzjoni u fiex wasal?", "Billi din il-problema qed tikkaġuna problemi kbar u riskji kull meta tagħmel xi maltempata, possibbli li jittieħdu passi fl- iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed isiru arranġamenti biex jittieħdu l-livelli neċessarji fi Triq Lia li hija waħda mit-toroq li djar fiha qed jegħerqu wara x-xita biex l-ilma jkun jista' jgħaddi bla diffikulta'.", "B'hekk ikun jista' jingħata wkoll bidu għax-xogħol tat-triq proprja.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SPTARIJIET", "1913.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi fl- Isptar San Luqa kif ukoll fl-isptarijiet l-oħra hemm nuqqas ta' plumbers, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu mpjegati plumbers li kienu segwew kors fl-iskema ESTS fil-plumbing u kienu sponsored mid-Dipartiment tas-Saħħa u allura jafu sew dan ix-xogħol fl- isptarijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li m'hemmx nuqqas ta' plumbers fl- isptarijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u għalhekk m'hemmx ħsieb li jiġu mpjegati xi plumbers.", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI - IMPJEGATI", "1914.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati nies minn barra biex jaħdmu fuq opri tal-baħar li għandu jew se jkollu fil-futur qarib id- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet dwar is- suġġett tal-mistoqsija ma' l-Armata u aġenziji oħra biex jiġi stabbilit jekk il-Gvern jistax jinqeda bir-riżorsi eżistenti.", "Skond l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet jiġi deċiż jekk jinfetaħx l-ingaġġ għal nies minn mal- gvern kif ukoll minn barra.", "ENEMALTA - REVERSIBLE METERS", "1970.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex samples ta' reversible meters tad-dawl elettriku?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant ried jgħid non- reversible u mhux reversible meters.", "Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ilha twaħħal non-reversible meters sa mill-1988.", "Kull meter li ġie rrappurtat minn dakinhar 'l hawn kien dejjem non-reversible, kemm jekk kien single-phase u kemm jekk kien three -phase.", "ANZJANI - KAŻ TA' ANZJANA", "1982.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Peress li l-anzjana, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandha 81 sena tinsab tgħix waħedha u xi kultant titħawwad tant li toħroġ barra u tkun ta' inkonvenjent kbir u piż fuq il-ġirien, u peress li diġa' nformajt lill-awtoritajiet ta' San Vinċenz de Paule u ma sar xejn, jista' l-Ministru jara li tinsab soluzzjoni u din tiddaħħal f'din ir-residenza qabel ma jsir xi inċident li jista' jiswielha ħajjitha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament applikat biex tidhol fir-Residenza San Vinċenz f'Awissu 1998.", "Fl-applikazzjoni li għadha kemm saret riċentement m'hemm xejn x'jindika dwar l-urġenza tal-każ.", "Naturalment issa dan il-każ ser jiġi kkunsidrat fl- isfond ta' l-informazzjoni ġdida mogħtija mill-Onor.", "Interpellant.", "FGURA - TRIQ L-GĦARNUQ - SERVIZZI", "1992.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hemm ippjanat li l-parti tat-triq li jonqos issir ġewwa Triq l-Għarnuq, Fgura, issir issa li s-servizzi għaddew kollha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, naturalment wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu tqiegħdu fil-post.", "BIGHI - RESTAWR", "1993.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 964 rigward il-Palazz ta' Bighi, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema partijiet oħra tal-post se jiġu restawrati u x'proposti hemm għalihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-bini li fadal u li għandu bżonn ikun restawrat huwa l-West Wing u l-Infections Wing.", "KUNSILL TA' L-ARTI", "1994.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mwaqqaf u stabilit kunsill ta' l-arti fformat minn artisti, mużiċisti u persuni tal-palk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal- promozzjoni tal-kultura u l-arti qed jiġu kkunsidrati mill-ġdid bil-ħsieb li nasal għal deċiżjoni dwar l-aħjar strutturi għal dan l-iskop.", "BORMLA - DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "1995.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra minn kemm persuni huwa ffurmat l-uffiċċju tad-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali ġewwa Bormla?", "X'inhuma l-gradi rispettivi li dawn għandhom u hemmx bżonn ta' aktar nies, in vista tax-xogħol kbir li hemm?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istaff ta' l-Ufficcju Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali ta' Bormla hu kif indikat hwan taħt:", "Staff Eżistenti Kompliment", "1 Welfare Officer Grad 3 1 0 Ufficcjal Ezekuttiv 1 3 Skrivani 2 1 Skrivan li jaghmel xoghol fuq Distretti 1 ohra meta jinhass il-bzonn (Floater) 1 Messaggier 1", "u charwoman li tattendi darba fil-ġimgħa biex tnaddaf il-post.", "Ma jidhirx li hemm ħtieġa li l-istaff jiżdied għax skirvana minnhom hija mistennija li tilħaq uffiċċjal eżekuttiv għall-aħħar ta' April u għalhekk mistennija li tibqa' taħdem f'dan l-uffiċċju f'din il-kariga.", "Nixtieq inżid ukoll li hu mistenni li fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla ser ikunu kompjuterizzati l-pagamenti ta' l-assistenza soċjali dwar id- disimpjegati.", "Dan għandu jħaffef ix-xogħol fl-uffiċċju distrettwali.", "Minbarra dan għaddejjin taħdidiet biex l-Employment and Training Corporation tiftaħ uffiċċju tagħha fil-lokal.", "Dan ifisser li r- reġistrazzjoni ta' persuni, li jsir minn impjegati tal-Korporazzjoni, fil- futur qarib mhux ser isir aktar fl-ufficcju distrettwali iżda f'post ieħor.", "Dan għandu inaqqas ix-xogħol fl-uffiċċju distrettwali msemmi.", "SAĦĦA - STUDJI DWAR GRIT BLASTING", "1996.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għamilx studji li minnhom jirriżulta li l-proċess imsejjaħ bħala grit blasting huwa ta' ħsara għas-saħħa tal-bnedmin u fil-każ li iva, dawn jiġu ppreżentati, u fil-każ le, dawn isiru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma sar l-ebda studju mid-Dipartiment tas-Sahha dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-sahha tal-bniedem.", "Id-dipartiment qed jikkonsidra jekk dan ghandux isir fil-futur.", "XGĦAJRA - DRENAĠĠ", "1997.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 962 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm pjan li permezz tiegħu l-problema mhux tiġi kkontrollata wara li sseħħ, iżda li tiġi evitata kompletament billi forsi jkun hemm għeluq ta' kull ftuħ u jkun hemm pipes akbar u aktar adegwati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi d-Dipartiment tad- Drenaġġ huwa konxju tal-problema li teżisti fix-Xgħajra u għalhekk qiegħed jagħmel manutenzjoni regolari fuq din il-parti tas-sistema, liema sistema hija soġġetta għall-influss qawwi ta' drenaġġ li joriġina minn diversi 'farms' u li konsegwentement ikollu kontenut għoli ta' solidi li jistgħu jikkawżaw stoppages mingħajr ebda indikazzjoni preliminari.", "Nifhem illi l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għal possibilita' li l- manholes tad-drenaġġ jiġu magħluqa biex ma jirriżulta l-ebda fawran minn l- istess manholes.", "Ninsab informat ukoll illi dan ma jistax isir minħabba li dawn il-manholes iridu jkunu aċċessibbli għal skopijiet ta' manutenzjoni.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed ukoll jevalwa numru ta' offerti għal servizz ta' konsulenza fuq it-tisħiħ infrastrutturali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta.", "Din il-konsulenza hija intiża biex tissaħaħ is-sistema eżistenti, fejn jinsab li hemm bżonn, u biex jinbena jew jinbnew in-numru ta' impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ meħtieġa.", "Din għandha wkoll l-implikazzjoni illi f'dan iż-żmien l-entitajiet kummerċjali konċernati jirregolarizzaw irwieħhom għall-provvedimenti ta' l-Avviż Legali Numru 8 ta' l-1993.", "DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - KAROZZI ĠODDA", "2023.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern?", "Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "DISKORS TAL-BUDGET- ARRETRATI", "2035.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li fid-diskors tal-Budget il-Ministru qal li l-impjegati tal-Gvern se jieħdu arretrati ta' Lm234 kull persuna, jista' l-Ministru jgħid għal-liema snin se jieħdu dawn l-arretrati ta' Lm78 fis-sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-impjegati kollha tal-Gvern se jirċievu Lm78 għal kull sena bejn l-1996 u l-1998.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "2036.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk?", "X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom moħħhom mistrieħ dwar l-impjieg tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: B'rispost għall-mistoqsija parlamentari numru 2036, informa lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet imexxija mis- Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Dr. George Hyzler, li jinvolvu fost oħrajn lill-General Workers Union, in-N.O.V.I.T.A., il-MIMCOL, u l-kumpaniji interessati fl-akkwist tal-makkinarju tal-Kalaxlokk, bl-iskop li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti u aħħari, bl-inqas piż finanzjarju fuq il-Gvern u fl- aħjar interess tal-ħaddiema.", "PORT ĦIELES - ĦADDIEMA", "2037.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar ingaġġ ta' ħaddiema (meta u jekk ikun hemm bżonn) għal Terminal 2 tal-Freeport?", "Kif se ssir sejħa għal dan it-tip ta' mpjieg, meta u jekk issir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern jagħti l-informazzjoni dwar il-pjanijiet tiegħu għal Terminal 2 tal- Freeport meta jkun opportun.", "Jekk u meta jkun hemm bżonn ta' ingaġġ ta'ħaddiema, is-sejħa tkun skond il-provvedimenti ta' l-att li jirregola l- ingaġġ ta' nies f'korpi parastatali.", "WSC - ĦLAS GĦAL SERVIZZ", "2038.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, intbagħtet tħallas għal xogħol li sar mill-Water Services Corporation meta suppost dan ix-xogħol isir b'xejn kif imħabbar fl- aħħar budget ta' Gvern Laburista?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li x-xogħol fis-servizz ta' l-ilma fir-residenza tal-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant sar fit-30 ta' April, 1997.", "Dak iż-żmien l-ispiża biex jinbidel is-servizz kienet responsabbilta' tal-konsumatur.", "Ix-xogħol beda jsir bla ħlas wara s-6 ta' Novembru, 1997 peress li l-ispiża għall-istess xogħol kienet ġiet inkorporata fis-service charge ta' Lm24 fis- sena li kien introduċa l-Gvern Laburista.", "ISLA - TRIQ SANTA KATERINA", "2039.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 939 dwar il-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali tas-saħħa pubblika fl-Isla, jista' l-Ministru jgħid jekk id- dipartiment għandux xi target date meta se jinfetaħ l-uffiċċju għal pubbliku?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif diga' indikajt fit-twegiba ghall-Interpellanza numru 939, id-dipartiment qieghed jiffinalizza proceduri mad-Dipartiment tal-Politika Socjali sabiex l-ufficċju distrettwali tas-sahha pubblika fl- Isla jigi funzjonabbli.", "Ghaldaqstant, id-dipartiment waqt li qed jaghti priorita lil din il-kwestjoni, ma jistax jiffissa target date specifika meta l-ufficċju se jinfetah ghall-pubbliku.", "ISLA - PONTA TA' L-ISLA - DAWL", "2040.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jsemmi meta beħsiebha l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel it-tiswijiet neċessarji sabiex il-parti magħrufa bħala l-Ponta ta' l-Isla tkun mill-ġdid mixgħula, issa li ilha aktar minn xahar u nofs mingħajr dan is-servizz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-lanterni li hemm fil-Ponta ta' l- Isla kienu provduti mill-Kunsill Lokali u għalhekk l-istess kunsill ġie mgħarraf dwar l-istat ta' dawn il-lanterni.", "PULIZIJA - RAVE PARTIES", "2082.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1437 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rave parties li saru Għawdex kellhomx bżonn ta' permess mill-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-post fejn saru dawn iż-żewġ rave parties li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant huwa liċenzjat biex isiru disco dances matul is-sena kollha u allura ma kellhomx bżonn permess ieħor.", "KAŻI TA' SATANIŻMU - KURA", "2083.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuni li qegħdin taħt il-kura tas-social workers wara li kellhom diversi problemi wara li kienu mdaħħla f'każi ta' sataniżmu u/jew okkult?", "Jekk iva, kemm huwa dan in-numru ta' persuni u x'eta' għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa, żewġ persuni qegħdin jiġu mgħejuna mis- social workers ta' l-SWDP li għandhom problemi li jistgħu jkollhom x'jaqsmu ma' sataniżmu u/jew okkult.", "L-etajiet ma jistgħux jingħataw minħabba konfidenzjalita'.", "GŻIRA - CLUB TAL-FOOTBALL", "2084.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Dwar il-proġett ta' Manoel Island, jista' l-Ministru jelabora kif u taħt liema kondizzjonijiet il-club tal-football tal-Gżira se jkun jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet sportivi ġodda li se jinbnew fil-proġett imsemmi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fuq dan is-suġġett għadhom għaddejjin id- diskussjonijiet meħtieġa mal-partijiet konċernati.", "VETTURI BIL-MUTUR - LIĊENZJI", "2085.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' liċenzji ta' vetturi bil-mutur li m'humiex imħallsa skond il-liġi llum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li n-numru ta` liċenzji ta` vetturi bil-mutur li m`humiex imħallsa skond il-liġi llum huwa 7,887.", "Id- dipartiment konċernat se jagħmel sforz biex flimkien mal-pulizija jara jekk dawn il-liċenzji fil-fatt humiex ta` vetturi li għadhom qed jintużaw, inkella ta` dawk li ġew scrapped.", "MOBILE PHONES - LIĊENZJI", "2086.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi fl- estimi għall-1999 hemm li l-gvern se jdaħħal somma flus fuq mobile phone licences, jista' l-Ministru jelabora dwar dan?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-somma li tidher taħt mobile phone licences tinkludi d-drittijiet li l-kumpannija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat- Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjaħ Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.", "SPORTING LICENCES", "2087.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-Gvern se jdaħħal somma flus aktar fuq sporting licences, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jogħlew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-isporting licences mhumiex se jogħlew.", "Il-Gvern se jdaħħal somma flus aktar peress li xi sporting licences ta` l-1998 se jidħlu fl-1999.", "Il-proċess ta` tiġdid ta` dawn il-liċenzji ttardja sakemm ġie nstallat u mplimentat il-programm komputerizzat u minħabba hekk it- tiġdid beda fl-aħħar ta` Mejju 1998 flok f`Jannar 1998.", "EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "2091.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk full-time kif ukoll dawk part-time fil-Ministeru tiegħu, inkluż fis-segretarjat?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub diġa' ingħata fi tweġibiet għall- mistoqsijiet parlamentari preċedenti.", "VOT KAPITALI NUMRU 13", "2092.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif hu ppjanat li jintnefqu l-flus li huma vvotati taħt il-Vot Kapitali Numru 13?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In-nefqa kapitali se tkopri commitments li diġa' jeżistu u proġetti kapitali oħra li bħalissa qed ikunu ppjanati.", "KOSTA MALTIJA - TNIĠĠIS", "2096.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq National Contingency Plan u Action Plan kontra t-tniġġiż tal-kosta Maltija minn żjut bejn id-Dipartment ta' l- Ambjent u r-REMPEC?", "Fiex wasal dan il-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Bħala parti mit-Tielet Protokol bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, din ta' l-aħħar aċċettat li tiffinanzja kemm xiri ta' makkinarju, kif ukoll tfassil ta' National Contingency Plan u programm ta' taħriġ għall-personnel Malti biex jikkumbatti tniġġiż minn żejt fuq il- kosta ta' Malta.", "Il-makkinarju, li jinkludi żewġ vapuri, issa nxtara u qed jintuża regolarment mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fi clean ups f'każijiet ta' oil spills.", "Għat-tfassil ta' National Contingency Plan kontra tniġġiż miż-żejt kif ukoll taħriġ ta' personnel Malti, fl-10 ta' Novembru 1998, ġie ffirmat kuntratt mal-kumpannija Franċiża CEDRE.", "Dan il-kuntratt se jibda jiġi mplimentat f'dan ix-xahar u mistenni jiġi konkluż sa l-aħħar ta' l-1999.", "Fi Frar ta' l-1998, kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-REMPEC biex dan iċ-ċentru jassisti d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent ifassal Interim Emergency Response Procedures f'każ ta' oil spill.", "Dan id-dokument qiegħed fi stadju avvanzat.", "ĠERMANJA - ŻJARA TAL-PRIM MINISTRU", "2098.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Billi waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Ġermanja jidher li huwa ma ltaqa' ma' l-ebda ministri tal-Gvern Ġermaniż, jista' l- Viċi Prim Ministru jgħid x'taħdidiet hemm skedati ma' dan il-pajjiż fil- ġejjieni qarib?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-programm tal-Prim Ministru waqt iż-żjara tiegħu f'Munich kien sabiex jindirizza il-Hans Friedrich Foundation fuq stedina tal-Foundation.", "Ma kienx pjanat biex imur Bonn għal-laqgħat fuq livell Ministerjali.", "Taħdidiet ta' din in-natura huma maħsuba li jsiru hekk kif iż-żewġ naħat jiftiehmu fuq data konvenjenti.", "MOBILE PHONES - LIĊENZJA ĠDIDA", "2099.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm se tkun il-liċenzja l-ġdida li l-Gvern jidher, mill- estimi ta' l-1999, li se jintroduċi fuq il-mobile phones?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-somma li tidher taħt mobile phone licences tikkonsisti fi drittijiet li l-kumpannija Vodafone għandha tħallas lir- Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjah Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.", "TRAFFIC OFFENCE TICKETS", "2100.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħarġu traffic offence tickets s'issa matul din is- sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "VETTURI - ADMINISTRATIVE CHARGE", "2101.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm x'se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles?", "Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "TAXXI INTERNI - RE-ENGINEERING", "2102.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi għar-re-egineering tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ispejjeż neċessarji se joħorġu mid-diversi headings tal-vot rikurrenti tad-dipartiment skond in-natura ta' l-ispejjeż.", "Ma jeżisti ebda item speċifiku taħt il-vot tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, re-engineering tinvolvi diversi aspetti tal- operat tad-dipartiment.", "Permezz tiegħu tkun tista` ssir evalwazzjoni u analisi tal-proċeduri wżati mid-dipartiment u tas-sistema teknoloġika u organizzattiva biex id-dipartiment ikun jista` jżid fl-effiċjenza tal- operat tiegħu.", "Dan l-eżerċizzju jinvolvi ħafna il-kontribut ta` konsulenti fil-qasam tat-tassazzjoni, management u l-informatika.", "KAROZZI - NUMBER PLATES", "2103.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-Gvern jgħolli r-rati tal-bejgħ tan- number plates tal-karozzi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: M`hemmx il-ħsieb li l-Gvern jgħolli r-rati tal-bejgħ tan-number plates tal-karozzi għall-1999.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - SOCIAL WORKERS", "2106.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fl-Isptar San Vincenz de Paule?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalissa m'hemm l-ebda social workers jaħdmu fl- Isptar San Vincenz de Paule.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KARMNU", "2107.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fuq No. 15, Triq il- Karmnu, Raħal Ġdid jsir id-dawl peress li r-residenti ilhom żmien twil jitolbu li dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba magħmula mill-Onor.", "Interpellant se tkun ikkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "WSC - REFUNDS", "2108.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jħalli s-sistema tar-refunds tad-dawl u l-ilma, is-sussidju għal dawk bi dħul baxx, jew dawk li għandhom il-karta r- roża?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kif se jkunu u b'liema rata se jkun is-sussidju għal dawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onor.", "Interpellanta qed tirreferi għal refunds taħt il-VAT, ninformaha li d-dawl u l-ilma ma fihomx V.A.T..", "Dawk li qed jirċievu Assistenza Soċjali ser jibbenefikaw minn sussidju fuq il-Konsum u mhux se jħallsu għall-kera tal-meter.", "Dettalji ta' dan is-sussidju se jingħataw f'Avviżi Legali li se jiġu ppubblikati dalwaqt.", "SKEJJEL - FGURA", "2109.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Head ta' l-iskola Primarja A, Fgura ddeċidiet li ma tħallix persuna li kienet qed tgħallem il-Marshal arts fl-iskola fil- ħin wara l-iskola?", "X'kienet ir-raġuni?", "Għalfejn dan twaqqaf meta dan kien ilu jgħallem għal ħafna snin u issa li għadha kif ġiet din il-Head ġdida keċċietu mill-ewwel, meta nafu li dan kien qed jeduka u jgħallem l-isports?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Kunsill ta' l-Iskola Primarja A, Fgura fil-laqgħa ta' 17 ta' Novembru 1998 iddeċieda illi qabel ma jitfassal pjan ta' kif għandhom jiġu użati l-faċilitajiet ta' l-istess skola, ħadd ma jista' jidħol wara l-ħin normali ta' l-iskola.", "Dan minħabba l-fatt illi ħafna tfal kienu qed jidħlu u joħorġu fil-għaxija x'ħin iridu, instab ħafna ħġieġ imkisser, toilets maħmuġin, viti ta' ilma miftuħin, katnazzi ta' l-uffiċċju miksurin, naqsu wkoll diversi oġġetti e.g. siġġijiet, sopraporti etc. etc.", "UE - GDP", "2110.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani jekk il-GDP per capita f'pajjiżna jilħaqx is-75% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa stmat li fl-1997 il-GDP per capita fl-EU kienet ta' ECU 19,063 jew madwar Lm8,250.", "F'Malta l-figura kienet ta' Lm3,405.", "PITROLJU", "2111.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie kkonsmat pitrolju f'ammont ta' litri fis-snin 1996, 1997, 1998 sat-30 ta' Novembru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif ġej:-", "1996 23,845,880 litri 1997 19,843,690 litri 1998 3,772,100 litri (sat-30 ta' Novembru)", "LUQA - TRIQ CARMEL", "2112.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li l-Ministru kellu laqgħa mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, jista' l- Ministru jgħid meta d-dipartiment se jagħmel il-culvert ġo Carmel Street, Luqa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 691 (Seduta Numru 8).", "QORMI - TISWIJA TA' TOROQ", "2113.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jindika meta hemm il-ħsieb li ssir Triq New Street off Triq il-Ħelsien, Qormi (qrib \"Tal-Ħlas\" pharmacy)?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-open spaces li hemm qrib u bejn il-Housing Estate fuq Tal-Blat, Qormi u qrib il-Palazz l-Aħmar Street, Qormi/Santa Venera, jiġifieri fil-Housing Estate, li jiġi wara l- fabbrika tal-Canada Dry?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-toroq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant huma kollha asfaltati u x-xogħol ta` titjieb fihom isir mill- Kunsill.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "2114.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru 'l hawn, il-gvern daħħalx ħaddiema impressed mad-dipartimenti tal- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment tax-Xogħol ma ġiex informat b'kiri ta' vetturi ġodda bis-sistema impressed mil-5 ta' Settembru 1998 sal-lum.", "Madankollu kien hemm tlett każijiet fejn id-dipartiment ġie nformat li kien hemm tlett sidien li kienu waqfu temporanjament minħabba f'mard u tħallew ikomplu il-kirja tal-vetturi tagħhom.", "ĦAL FARRUĠ - LANDSCAPING", "2115.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jordna li l-Housing Department ikompli jirranġa l-landscaping qrib il-flats ġodda li tqassmu matul l-1997/98 ġo Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu ppjanat proġett komprensiv ta' landscaping fl-area ndikata mill-Onor.", "Interpellant.", "Dan il-proġett li ġie mfassal flimkien mal- Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jeħtieġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar.", "Fil-fatt l-applikazzjoni saret aktar kmieni din is-sena u nistennew li l-permess ma jdumx ma joħroġ u għalhekk ix-xogħol imsemmi jkun jista' jibda.", "GUDJA - ĠNIEN TA' XLEJLI", "2122.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali u in vista tal- fatt tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1595, jgħid x'inhu l- pjan maħsub għal ġnien f'Ta' Xlejli, fil-Gudja?", "Meta huwa maħsub li dan il- ġnien jitlesta?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor Interpellant hu mitlub li jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli peress illi l-ġnien imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru.", "OMBUDSMAN - KAŻ NRU.", "1855", "2123.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1491, jista' l- Ministru jgħid fiex fil-prattika u fid-dettall, kienu jikkonsistu l-passi li ħadet l-Awtorita' ta' l-Ipjanar biex twettqu r-rakkmandazzjonijiet ta' l- Ombudsman fil-każ Nru. 1855?", "Jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar laqgħet tali rakkmandazzjonijiet, sa meta se jittieħdu l-passi idonei sabiex tiġi rattifikata l-inġustizzja konnessa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-persuna konċernata ngħatat il- ħatra b`effett mill-1 ta` Ottubru, 1996.", "L-arretrati dovuti jitħallsu mas- salarju ta` Diċembru, 1998.", "GĦARGĦUR - TRIQ DUN SALV ZARB", "2124.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li t-Triq Dun Salv Zarb, Għargħur fejn parti minnha hija għalqa f'nofs it-triq, tiġi minnufih esproprjata u b'hekk tinfetaħ it- triq sew u jkunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet neċessarji u t-triq tkun miftuħa bħala waħda regolari peress li din it-triq hija kollha mibnija u fiha numru kbir ta' residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat, u ċioe` lill-Ministru responsabbli mid- Dipartiment tat-Toroq, peress li esproprijazzjoni tat-tip imsemmija fid- domanda, isiru biss fuq talba tad-dipartiment fuq indikat.", "KUMMISSJONI KONTRA L-KORRUZZJONI - KUNTRATT", "2125.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk sarx kuntratt mal-membri u ċ-chairman tal-Kummissjoni dwar l-Investigazzjoni kontra l-Korruzzjoni fejn ġie assigurat terminu ieħor ta' sitt snin?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll x'inhu l-ħlas għal kull membru ta' din il-kummissjoni nkluż l-istess chairman?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ġiet maħtura għal perijodu ta' ħames snin b'seħħ mis-16 ta' Novembru 1998.", "Ic-Chairman huwa l-imħallef Albert Manche LLD u l-Membri huma s-Sur John Harrison BEM u l-Avukat Raymond Zammit LLD.", "Fil-preżent, l-honoraria huma Lm5,414 fis-sena għaċ-Chairman u Lm3,660 fis- sena għall-Membri.", "PIXXINA NAZZJONALI", "2127.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux tenders matul l-1998 għax-xiri ta' chlorine għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "Jekk fl- affermattiv, minn ħa t-tender?", "Kemm fil-fatt kienet in-nefqa matul din is-sena għax-xiri ta' chlorine?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali ħareġ quotations għax-xiri ta' chlorine għall-użu tal-Pixxina.", "L-offerta ntrebħet minn Messrs N. Cordina Marketing.", "In-nefqa sal-25 ta' Novembru kienet ta' Lm7,323.", "PIXXINA NAZZJONALI", "2128.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara u kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' pitrolju għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-bidu tas-sena sal-25 ta' Novembru, 1998 inxtraw 59,005 litri pitrolju u 314,859 light heating oil.", "In-nefqa totali ammontat għal Lm41,811.", "PIXXINA NAZZJONALI", "2129.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ntnefaq biex jinxtara l-ilma sabiex timtela' l-pool li hemm fil-kumpless f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sar barter agreement mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-provvista ta' 2500 metru kubu ta' ilma minn Marzu ta' din is-sena bi tpattija għal servizz ta' reklamar għal perjodu ta' sentejn.", "S'issa għadu ma nħareġ ebda kont tad-dawl u ilma.", "EDUKAZZJONI - KONTIJIET", "2130.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li tħallas għal kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones matul l-1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ammont ta' flus li tħallas għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones sal-lum kienu jammontaw għal Lm35,630 f'dak li hu vot tal-Ministeru.", "SAĦĦA - PERSUNI BL-HIV", "2131.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bl-HIV li jieħdu l-benefiċċji mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa sena b'sena fl-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuni bl-HIV illi hadu beneficcju bi flus moghtija mid-Dipartiment tas-Sahha fl-ahhar hames snin huwa kif gej:", "1994 - 10 1995 - 9 1996 - 7 1997 - 7 1998 - 7", "Il-persuni bl-HIV illi bbenefikaw minn trattament mediku moghti mid- Dipartiment tas-Sahha huwa bejn wiehed u iehor kif gej:", "1994 - <10 1995 - <10 1996 - <10 1997 - 11 1998 - 20", "SAĦĦA - MARD VENERJU", "2132.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi din il-ġimgħa isemma li persuna b'interess f'mard venerju qed tiġi mħajjra taħdem f'Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ta' speċjalizzazzjoni għandha din il-persuna?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-persuna li ghaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ghandha diplomi ta' specjalizzazzjoni fil-Venereologija u Dermatologija prattika mill-Universitajiet ta' Londra u Wales rispettivatment.", "Din il-persuna tokkupa l-post ta' konsulent fil- Genitouninary Medicine mal-Ministru tad-Difiza Ingliz u ilha tahdem bhala specjalista f'dan il-qasam sa mill-1984 f'diversi sptarijiet militari tar- Renju Unit.", "PIXXINA NAZZJONALI", "2133.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'maintenance fil-kumpless tal- Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq fl-1998 xahar b'xahar sa Settembru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa fuq il-manutenzjoni fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali sa Settembru 1998 kienet hekk:", "Jannar Lm 213 Frar Lm 277 Marzu Lm 26 April Lm 1139 Mejju Lm 441 Ġunju Lm 477 Lulju Lm 202 Awissu Lm 151 Settembru Lm 877", "TOTAL Lm 3803", "PIXXINA NAZZJONALI", "2134.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus minn teams lokali u barranin u għaqdiet li għamlu użu mill-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq sa Settembru 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dħul tal-Pixxina Nazzjonali mill-bidu tas-sena sa Settembru 1998 kien ta' Lm21,785 minn teams u għaqdiet lokali u Lm16,350 minn teams barranin.", "SAĦĦA - MAMMOGRAPHY UNIT", "2139.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta twaqqfet il-mammography unit?", "Lil kemm-il pazjenta tista' tagħti servizz kuljum?", "Kemm kienu l-pazjenti li għamlu użu minn dan il-unit minn meta twaqqfet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 2139 qieghda tingabar.", "Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "2140.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-mammography unit?", "Xi training għandhom dawn in-nies?", "Jekk għandhom training speċjalizzat, kemm dam dan it-training?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta ghall-Mistoqsija Parlamentari 2140 qieghda tingabar.", "Twegiba tinghata f'seduta ohra.", "SAJJIEDA BARRANIN", "2141.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sal-lum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali?", "Min kienu?", "Meta nqabdu?", "Meta tressqu l-qorti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura m'huwiex f'pożizjoni li jagħti risposta minħabba li ma jżommx records billi f'każi simili hu jigi nvolut biss bħala xhud.", "Għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru koncernat.", "ALE - KAROZZI ABBANDUNATI", "2142.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil ALE milli twettaq il-ħidma tagħha f'dik li hi t-tneħħija ta' karozzi abbandunati mit-toroq ta' l-ibliet u rħula tagħna bir-riżultat li dawn qed joħolqu problemi kbar għar-residenti, kif ukoll għal kunsilli lokali li, minkejja rapporti għal xhur sħaħ mhux qed jirnexxilhom isibu ko-operazzjoni mingħand min għandu r-responsabbilta' li jwarrab dan l-inkonvenjent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi minkejja d-diffikultajiet loġistiċi u n-nuqqas ta` trasport speċjali meħtieġ, il-pulizija kontinwament tneħħi vetturi abbandunati fit-toroq, tant li din is-sena, sat- 23 ta` Novembru, tneħħew 182 vettura ta` dan it-tip.", "Ninsab informat ukoll li kien hemm każijiet fejn intlaħaq ftehim bejn il- kunsilli lokali u l-pulizija biex vetturi abbandunati jitneħħew mill- kunsill taħt is-sorveljanza tal-pulizija.", "Qed isiru diskussjonijiet biex tiġi eżaminata l-possibilita` li dan ix- xogħol ikun jista`, bħal fil-każ tat-towing/clamping, isir mill-privat taħt is-sorveljanza tal-pulizija.", "PARLAMENT - STALLAZZJONI TA' LIFT", "2143.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani għall-istallazzjoni ta' lift biex is-sular li tinsab fuqu l-Kamra tal-Parlament, kif ukoll kmamar oħra li huma ta' interess għall-pubbliku, isiru aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u għall-anzjani?", "Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk almenu hux qiegħed jikkonsidra proġett żgħir bħal dan biex l-aċċessibbilta' dejjem tiżdied għal kulħadd?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tweġiba hija fl-affermattiv u għal dan il-għan hemm tender li diġa' ġiet ippublikata u tagħlaq f'Diċembru biex il- lift propost ikun jista' jsir.", "SWIEQI - CULVERTS TA' L-ILMA", "2144.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jindika meta se tibda l-ħidma tant meħtieġ biex jinbnew culverts u jsir xogħol ieħor relatat fis-Swieqi biex tkun eliminata l- problema ta' l-ilma tax-xita li din il-lokalita' tant tbati minnha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jiena ninsab infurmat illi ser isiru studji fuq l-upgrading meħtieġ fi Triq is-Swieqi biex isiru culverts għall-ilma tax-xita biex tibda tittaffa l-problema ta' l-għargħar f'din il-lokalita'.", "Dan ix-xogħol irid isir b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, id-Dipartiment tad-Drenaġġ u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm koordinazzjoni sħiħa għat-tisħiħ infrastrutturali meħtieġ fi Triq is- Swieqi.", "Din is-sistema trid tkun disinjata biex tifforma sinsla fuq liema jkunu jistgħu jiġu mqabbda toroq oħra mingħajr ma jkun hemm problemi.", "PULIZIJA - KAŻ TA' PARKER", "2146.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ottjeniet permess biex taħdem ta' parker permezz ta' frodi fl-applikazzjoni tant li kontriha qed jittieħdu proċeduri kriminali, jista' l-Ministru jgħid għaliex din qed titħalla taħdem għad-detriment ta' ħaddieħor li għandu permess regolari?", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-liċenzja ta' din il-persuna ma ġietx sospiża kif soltu jsir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dan il-każ għadu sub judice.", "Dwar is-sospensjoni, kanċellament jew nuqqas ta` tiġdid tal-liċenzja, qed jiġi nvestigat il-każ u tittieħed deċiżjoni skond il-parir legali.", "ENEMALTA - DIESEL ĦAŻIN", "2147.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-Korporazzjoni Enemalta rċeviet ilmenti dwar diesel ħażin jew imħallat bl-ilma f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' l-Ministru jgħid xi grad hu d-diesel li jitqassam fil-pompi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet 25 ilment dwar diesel imħallat bl-ilma matul dawn l-aħħar ħames snin.", "Rigward il-kwalita' tad-diesel, il-Korporazzjoni timporta diesel 0.5 sulphur ta' kwalita' Ewropea.", "POLITIKA SOĊJALI - TENDERS", "2154.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm-il tender ta' valur aktar minn Lm1,000 ġiet approvata mid-dikasteru tiegħek; (b) il- valur ta' kull tender; (ċ) lil min ġiet awarded; u (d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-1 ta' Diċembru, 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar tenders b'valur t'aktar minn Lm1,000 li ġew approvati bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998 hi kif jidher hawn taħt:", "|DIPARTIMENT | | | |GHALL-KURA TA' | | | |L-ANZJANI | | | |Kuntrattur |Valu|In-Natura | | |r |tat-Tender | |Forestals |15,9|Equipment' | |(Appliances) Ltd |01 |tad-'Dining | | | |Room'tar-Resid| | | |enza San | | | |Vincenz | |Forestals |10,2|Forn | |(Appliances) Ltd |17 |għall-kcina | | | |tar-Residenza | | | |San Vincenz |", "DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR", "|Kuntrattur |Valur|In-Natura | | | |tat-Tender | |Schembri & |12,12|Kiri ta' | |Bros. Ltd. |0 |Krejnijiet | |Lino |11,49|Kiri ta' | |Chircop |8 |Krejnijiet | |Roc-A-Go |14,10|Kiri ta' | |Crane |0 |Krejnijiet | |Services | | | |Integrated |18,48|Xiri ta' | |Business |0 |liċenzji | |Sys | |għall-progra| | | |mm AutoCad R| | | |14 | |Intercomp |1,095|Xiri ta' A3 | |Ltd. | |Laser | | | |Printer | |Lelmar Co. |2,613|Xogħol ta' | |Ltd | |elettriku | | | |fil-Housing | | | |Estate | | | |Tal-Pieta' | |Domark Ltd |9,129|Bdil ta' | | | |soqfa | | | |f'Raħal Ġdid| | | |Ħal-Luqa u | | | |l-Birgu | |TopServ Ltd|6,192|Stallar ta' | | | |lifts fi Blk| | | |2,Bormla(St.| | | |Helen's | | | |Gate) | |Joe's |13,87|Kiri ta' | |Garage |0 |Karozzi |", "PAJJIŻI BARRANIN - AKKORDJI BILATERALI", "2155.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) kemm ġew konklużi akkordji bilaterali bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Diċembru, 1998; u (b) jagħti lista ta' l-akkordji li għadhom pendenti u li bħalissa qed jiġu negozjati ma' pajjiżi barranin?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: B'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2155, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' akkordji li huma fi stadju ta' negozjati.", "Mill-5 ta' Settembru 'il hawn ġew iffirmati żewġ ftehim fil-5 u fil-21 ta' Ottubru, l-ewwel wieħed ma' l-Indja dwar is-Servizzi bl-Ajru u t-tieni mal- Kroazja li jittratta l-Ħelsien mit-Taxxa Doppja.", "AMBAXXATI - ESTIMATES OF EXPENDITURE", "2156.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti għal kull ambaxxata: (a) l-estimates of expenditure għas-sena 1998; u (b) l-infiq attwali matul dik is-sena?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-infiq previst minn kull ambaxxata Maltija għal matul l-1998 huwa dak dettaljat f'pagni 108 sa 112 ta' l-Estimi Ġenerali tal-Gvern fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Istamperija tal-Gvern.", "Ma nistax nagħti l-infieq attwali ta' kull ambaxxata ta' l-1998 peress li s- sena finanzjarja għadha ma ngħalqitx.", "AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "2157.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal- kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kuntratt: (a) jindika x'kien il- kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Ma ngħata ebda kuntratt, b'ordni diretta jew xort'ohra, mill-Ministeru tiegħi fil-perijodu ndikat mill-Onor.", "Membru.", "POLITIKA SOĊJALI - KUNTRATTI", "2158.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien l-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l- award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1269.", "Ma għandi xejn aktar xi nżid ma dik l-informazzjoni.", "OPM - KUNTRATTI", "2159.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l- quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra."]} {"filename": "19991123_186d_par.doc", "date": "1999-11-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 186 It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 186", "It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "186", "It-Tlieta, 23 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 276", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 276", "TQEGĦID TA' KARTI 280", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI(IT-TIENI QARI)", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 281", "AĠĠORNAMENT 304", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUBA 310", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 185 li saret fit-22 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "EMERĠENZA - PAZJENTI", "11007.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO (f'isem l-Onor.", "Mario Galea) staqsiet lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid- dipartiment ta' l-emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat- traffiku, apparagun tas-sena ta' qabel?", "Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t- taqsima tal-kura intensiva?", "Kemm minnhom tilfu ħajjithom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Il-pazjenti li daħlu fid- dipartiment ta` l-emerġenza fl-ewwel għaxar xhur ta' l-1999 u l-1998 wara inċidenti tat-traffiku kienu hekk:", "| |1999 |1998 | |January |47 |26 | |February |59 |34 | |March |57 |32 | |April |49 |33 | |May |87 |52 | |June |80 |58 | |July |114 |67 | |August |80 |46 | |September |69 |69 | |October |77 |55 | |Total |719 |472 |", "Ġewwa t-taqsima tal-kura intesiva intbagħtu 29 pazjent u kien hemm ħamsa li tilfu ħajjithom minn Jannar sa Ottubru 1999.", "Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra xtaqt nieħu din l-opportunità biex inwieġeb lill-Onor.", "Vella li l-bieraħ għamel domanda supplimentari fejn staqsa - u b'sens ta' responsabbiltà nifhem għaliex staqsieha - għaliex qed isiru appelli minn individwi fuq il-gazzetti u fuq il-media biex jinxtara xi apparat għall-kura tagħhom.", "L-Onor.", "Membru ġibed l-attenzjoni tal-Kamra li dan jista' jwassal messaġġ negattiv li donnu l-gvern m'għadux jew m'huwiex se jinvesti fix-xiri ta' apparat.", "Jien wegħidt li se ninvestiga minħabba l-importanza tas-suġġett in kwestjoni.", "Ovvjament l-Onor.", "Vella kien qiegħed jirriferi għall-programm li deher fuq it-television, fejn omm ta' tifla li għandha bżonn tuża l-kidney machine regolarment minħabba li m'għandhiex kliewi, għamlet appell biex jinxtara apparat li jiswa madwar Lm40,000.", "Il-fatt li din il-problema hija fuq fomm kulħadd ikompli jikkonfermah l-artiklu li deher illum f'wieħed mill-ġurnali bl-Ingliż fejn hemm faċċata sħiħa ddedikata għax-xiri ta' ċertu apparat li għandu x'jaqsam mal-kura tal-kliewi.", "Irrid ngħid mill-bidu li dan l-apparat jinsab l-isptar u l-omm qiegħda tagħmel appell biex tixtri dan l-apparat ħalli tiffranka li bintha toqgħod tinżel tliet darbiet l-isptar u tkun tista' tieħu t-trattament bl-istess makni li hemm l-isptar mid-dar tagħha.", "Issa jekk għandek 'il fuq minn 100 pazjent li jidhrilhom li għandhom jagħżlu din is-sistema, ovvjament ħadd li hu f'sensih ma jistenna li l-gvern jixtri 100 kidney machine biex tkun tista' tingħata din it-tip ta' kura fid-dar.", "Fir-renal unit illum għandna 18-il makna li qegħdin jaħdmu u hemm makna li hija ddedikata għal dialysis tat-tfal, li hija qabża sostanzjali minn dak li kien hemm ftit ta' snin ilu.", "Illum ir-renal unit qiegħed jaħdem fuq shift ta' 12-il siegħa u qed jiġu ttrattati regolarment madwar 100 pazjent.", "Inqalgħet ukoll il-problema li hemm riferenza għaliha fil-ġurnal \"The Malta Independent\" għaliex kien hemm grupp ta' nies li volontarjament qegħdin jiġbru biex tinxtata reverse osmosis ġdida.", "Dawn il-kampanji li jsiru forsi jistgħu jwasslu għal sens ta' allarm għax wieħed jaħseb li l- gvern m'huwiex qiegħed jinvesti biżżejjed f'dan l-apparat.", "Fil-fatt irrid ngħid li fir-renal unit hemm żewġ reverse osmosis machines, waħda minnhom li tintuża b'mod regolari u l-oħra tintuża bħala back-up, però minħabba l-volum kbir ta' pazjenti li qegħdin jattendu bħalissa qegħdin inħaddmu ż-żewġ reverse osmosis fl-istess ħin.", "Fil-fatt l- unika problema li hemm hi li jekk waħda minnhom ikollha l-ħsara, allura l- proċess biex jitkomplielhom it-trattament se jieħu iżjed fit-tul.", "Però nista' nassigura li m'hi se tiġi pperikolata l-ħajja ta' ħadd minn dawk il- pazjenti li qegħdin jieħdu r-renal dialysis.", "Fl-istess ħin, minħabba li qed issir demand kbira fuq is-servizzi tar-renal unit, il-gvern diġà tella' l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji biex 'il quddiem nibdew il-proċess biex tkun tista' tinxtara reverse osmosis oħra bħala back-up din id-darba.", "Irrid ngħid ukoll li dawn il-kampanji biex jinxtara apparat, kif ġie msemmi anke kemm-il darba fuq il-media u fuq il-gazzetti, huma ħaġa regolari fl-isptarijiet barra minn Malta.", "M'iniex qiegħed nippretendi li dak li huwa essenzjali u dak li huwa vitali ma jibqax jixtrih il-gvern, però nistgħu ngħidu li f'kull sptar barra minn Malta jkun hemm dawn l- assoċjazzjonijiet volontarji li bil-ġbir tagħhom bil-kampanji tagħhom mhux biss iqajmu awareness pożittiva fuq is-servizz, però wkoll jikkontribwixxu biex ikunu jistgħu jinxtraw affarijiet anċillari.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Għalkemm wieħed ifaħħar l-inizjattiva li ħadu l- ħaddiema stess ta' dan il-unit, sfortunatament xorta waħda ma ġabrux il- flus meħtieġa biex jinxtara l-apparat il-ġdid.", "Naturalment, jidher ċar ukoll li min qed imexxi hemmhekk deherlu li l-apparat li hemm fil-preżent m'huwiex biżżejjed u fil-fatt il-Ministru għadu kif qal li l-apparat meħtieġ se jinxtara imma ma speċifikax meta.", "Allura jekk l-apparat huwa xi ħaġa meħtieġa b'mod immedjat, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid meta se jinxtara?", "Mr Speaker, fuq il-każ individwali li ssemma, jista' jagħti l-każ li jkun hemm nies li jkollhom bżonn il-kura fir-renal unit li jkunu jbatu min- nuqqas ta' mobilità wkoll u allura ma jkunux jistgħu jattendu faċilment l- isptar għall-kura.", "F'każ bħal dan, b'talba simili bħalma qed tagħmel din il-persuna li semmejna, ikun hemm xi konċessjoni mill-gvern biex l-apparat meħtieġ ikun jista' jiġi nstallat fid-dar tal-persuna konċernata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid nikkorreġi dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Cuschieri, fis-sens li mhux min iħaddem ir-renal unit ħass il-bżonn li jagħmel din il-kampanja imma raġel ta' pazjenta, li huwa Ingliż - peress li huwa konxju li dawn il-kampanji jsiru fl-isptarijiet kollha barra minn Malta - b'apprezzament u b'ringrazzjament għas-servizz tajjeb li ngħatat martu mir-renal unit, ħass li għandu jikkontribwixxi hu wkoll biex ikompli jgħolli l-livell ta' dan il-unit.", "Jiġifieri mhux il-persuna li tmexxi r- renal unit ħasset dan il-bżonn imma din il-persuna ġiet mistiedna minn dan l-Ingliż, li miżżewweġ Maltija li kienet ħadet it-trattament Malta, biex flimkien jagħmlu din il-life cycle u jmorru l-Ingilterra biex jiġbru ċertu ammont ta' flus.", "Dan għamluh mhux biex tinxtara r-reverse osmosis.", "Fil-fatt jekk wieħed jara d-diskors li ġie rrapportat fuq il-gazzetti - meta konna qegħdin nagħmlu l-launching ta' din il-kampanja ta' fund- raising, li kien attenda għaliha x-shadow minister, l-Onor.", "Michael Farrugia - jinduna li t-tnejn enfasizzajna li din m'hijiex kwestjoni li dawn in-nies qed iħossu l-bżonn li jtellgħu fondi għaliex il-gvern ma jridx jixtri imma qbilna li dawn l-inizjattivi għandhom jiġu nkoraġġiti kif jiġri barra minn Malta.", "Il-fatt li din il-persuna ħasset li għandha tikkontribwixxi għas-servizz tajjeb li ngħata ġie kkonfermat aktar meta ftit tal-jiem ilu, il-persuna li tmexxi r-renal unit, Tony Bugeja, ingħata l-premju ħaddiem tas-sena wkoll.", "U minn hawnhekk ovvjament irrid nieħu l- opportunità biex nifraħlu u nirringrazzjah ta' dak kollu li għamel u li ovvjament għandu ħsieb li jagħmel.", "F'każ ta' persuna b'diżabilità, kif semma l-Onor.", "Cuschieri, għalkemm bil- liġi m'hemmx provdut li l-gvern għandu jinstalla l-apparat meħtieġ fid-dar tagħha, meta jkun hemm każ ġenwin bħal dan għandha ssir talba mill-persuna b'diżabilità kemm lid-dipartiment għall-politika soċjali kif ukoll lid- diviżjoni tas-saħħa u din tiġi kkonsidrata.", "Irrid ngħid ukoll li l-persuna li rrifera għaliha l-Onor.", "Vella l- bieraħ, fejn omm it-tifla tixtieq li jkollha apparat id-dar, m'hijiex persuna b'diżabilità u faċilment tista' tattendi l-isptar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Immorru lura għad-domanda oriġinali dwar id- dipartiment ta' l-emerġenza.", "Jirriżulta li diversi drabi fid-dipartiment ta' l-emerġenza jew ikun hemm volum kbir ta' xogħol jew minħabba ċ- ċirkostanzi jkun hemm ħafna pazjenti li jmorru għall-kura hemmhekk li jkollhom isofru dewmien żejjed.", "Ma nistax ngħidlek eżatt imma każ minnhom ġara meta grupp ta' nies ċemplu fuq ir-radio dirett minn ġo l-isptar jilmentaw li kien ilhom tliet sigħat, erba' sigħat u anke ħamsa jistennew.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jinqata' dan id-dewmien żejjed fid- dipartiment ta' l-emerġenza - ismu miegħu, dipartiment ta' l-emerġenza.", "Nafu wkoll li f'ċerti każi m'hemmx għalfejn wieħed imur fid-dipartiment ta' l-emerġenza imma jista' jmur ġo poliklinika.", "Forsi l-Ministru jista' jagħti guidelines lid-dipartiment ta' l-emerġenza biex każi bħal dawn jibdew jiġu ttrattati fil-polikliniċi, dejjem jekk il-polikliniċi jkunu attrezzati biżżejjed biex jilqgħu anke lil dawn in-nies fihom.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-fatt fil-casualty department ikollna madwar 300 każ kuljum.", "Minn studju li għadu kemm ġie konkluż, fejn ġew klassifikati n- numru ta' pazjenti u għalfejn imorru ġewwa l-emerġenza, instab li 'l fuq minn 40% wara li jagħmlu t-triage huma kklassifikati fi klassi tlieta, jiġifieri li ma teżisti l-ebda emerġenza.", "Issib nies li, per eżempju, tliet ġimgħat jew erba' ġimgħat qabel ikunu waqgħu u lwew sieqhom u ġurnata waħda jmorru d-dipartiment ta' l-emerġenza.", "Naħseb li ż-żewġ affarijiet li rridu nagħmlu huma li barra li nkomplu bis- sistema fejn pazjent malli jasal il-casualty jgħaddi għal triage, fejn jiġi kklassifikat jekk huwiex urġenti u kemm hu urġenti, xi ħadd jinforma lill- pazjent taħt liema klassi jkun ġie kklassifikat u jingħata indikazzjoni ta' kemm bejn wieħed u ieħor għandu jistenna.", "Ovvjament l-Onor.", "Interpellant jista' japprezza li minkejja li jgħidulek li trid tistenna siegħa, jekk jidħol każ ta' emerġenza jaf jitfagħlek kollox erba' sigħat lura, għax f'ħafna każi jkun hemm bżonn li t-team kollu tat-tobba jkun fir- resuscitating room u jista' jdum siegħa sakemm jistabilizza l-pazjent.", "Mr Speaker, aħna determinati li nwasslu dan il-messaġġ lill-pubbliku u, kif kelli okkażjoni nsemmi diġà, kmieni s-sena d-dieħla sejra tibda kampanja intensiva kemm fuq il-mezzi tat-televiżjoni kif ukoll fuq il- gazzetti, immirata proprju lejn il-pubbliku, dwar meta u kif għandu jirrikorri ġewwa d-dipartiment ta' l-emerġenza.", "Nerġa' ngħid, għax hija ċifra li verament tiftaħ għajnejn ta' ħafna min-nies, li 'l fuq minn 40% tal-pazjenti li jippreżentaw ruħhom fl-emerġenza jistgħu faċilment jiġu kkurati ġewwa l-health centres.", "Kif qal l-Onor.", "Cuschieri wkoll, dan jitlob li l-health centres ikunu attrezzati.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru huwa konxju li bħalissa għandna madwar 20 tabib neqsin fil-health centres kollha ta' Malta, però ovvjament nistgħu niggarantixxu li jekk pazjent jirrikorri ġewwa l-health centre dejjem se jkun hemm tabib preżenti.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell li minkejja l-kampanji li sejrin isiru, il-pubbliku jibda japprezza u jirrealizza li meta jattendi d-dipartiment ta' l-emerġenza meta ma jkunx każ ta' emerġenza, ikun qiegħed itellef lill-pazjenti li verament ikollhom bżonn jiġu ttrattati mill-ewwel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, domanda supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Naf li l-Ministru forsi m'għandux quddiemu l- informazzjoni kollha, però jista' jgħidilna hemmx breakdown fuq dawk li huma sewwieqa jew passiġġieri f'karozzi u dawk li jittajru minn karozza li jidħlu fid-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l-isptar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk imma nista' ngħidlek li din l-istatistika teżisti u jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih id-dettalji li qiegħed jitlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, wieħed jistenna li l-polikliniċi jkunu attrezzati b'tali mod u manjiera li jilqgħu fihom dawk in-nies li ma jixtequx imorru ġo l-emerġenza ta' l-isptar - każ tipiku huwa l-poliklinika tal-Gżira - iżda jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex din tkun aċċessibbli anke għal persuni b'diżabilità u anzjani, peress li hemmhekk ma jeżistix lift u hemm it-taraġ?", "Nixtieq li l-Ministru jikkonsidra l-fatt li ħafna polikliniċi jkunu mimlijin bin-nies kull filgħodu, mhux għax iridu l- kura imma sempliċement għax ikollhom bżonn il-firma tat-tabib għar-riċetta jew għall-karta r-roża.", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li tinstab sistema fejn dawn in-nies ma jkollhomx għalfejn jimlew il-polikliniċi meta fil- polikliniċi jkunu qed jintlaqgħu hemmhekk nies għall-kura, mhux sempliċement biex jiffirmawlhom ir-riċetta u l-karta r-roża jew il-karta s- safra.", "Dak ix-xogħol għandu jsir separatament f'parti oħra tal-poliklinika mingħajr ma jtellef is-servizz ta' kura li tkun qed tingħata lil min verament għandu bżonnha.", "MR SPEAKER: Il-ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ħalli nitilqu mill-prinċipju li semma l-Onor.", "Cuschieri.", "L-ewwelnett il-health centre tal-Gżira ma kenitx mibnija bħala health centre u hemm ċerti diffikultajiet - din bdiet bħala health centre żgħir u aktar ma bdew jiżdiedu s-servizzi, aktar l-ispazju beda jonqos - u ċertament li t-tqassim ġewwa l-health centre tal-Gżira m'huwiex dak ideali.", "Fil-fatt insibu li żewġ health centres biss inbnew proprju bħala health centre, li huma dawk ta' Ħal Qormi u ta' Birkirkara.", "Fil-fatt għalkemm ta' Ħal Qormi nbniet speċifikament biex taqdi l-bżonnijiet ta' health centre u fil-bidu kienet kbira, bl-espansjoni tas-servizzi llum qed nirrealizzaw li anke d-daqs tagħha m'għadux suffiċjenti biex wieħed jista' jibqa' jespandi s-servizzi.", "Hemm ukoll il-health centre ta' Bormla li ġiet refurbished kompletament u ġiet mibdula strutturalment biex ċerti prassi jkunu jistgħu jiġu attwati.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' riċetti ta' mediċini trid tinstab sistema oħra, u proprju bħalissa fid-diviżjoni għaddejjin fuq dan l-istudju.", "Nimmaġina li l-Onor.", "Interpellant huwa konxju li saru ċerti riformi f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċetti u kitba ta' riċetti.", "Fejn qabel il-mediċina kienet tinkiteb darba kull xahar, fl-1995/96 għamilna sistema fejn ir- riċetta bdiet tinkiteb darba kull tliet xhur, ħlief għall-mediċini psikotropiċi li xorta baqgħet ir-restrizzjoni li jsiru darba fix-xahar minħabba dak li titlob il-liġi.", "Apparti minn dan, pass ieħor li bih imxejna 'l quddiem kien li llum il-mediċini qegħdin jingħataw kull xahrejn, jiġifieri kull meta tippreżenta r-riċetta tingħata supply ta' xahrejn, bl- eċċezzjoni tal-mediċini li jinġibdu fuq ir-riċetta l-ħadra li huma psikotropiċi u għadhom marbutin bil-liġi.", "Però naqbel li ħafna mix- xogħol li nistgħu ngħidulu ta' rutina għandu jsir f'ħin li ma jkollhomx il- każijiet akuti, iżda se jkun diffiċli li telimina għaliex wieħed irid jiftakar ċerti affarijiet.", "Per eżempju, meta ħadna l-pass li riċetta tinkiteb kull tliet xhur, konna speċifikajna li din m'hijiex sempliċement mossa biex in-nies tiffrankalhom li jmorru tliet darbiet fi tliet xhur, imma kienet proprju indirizzata biex tagħmilha tassattiva li qabel ma tinkitiblek ir-riċetta, it-tabib ikollu jeżaminak.", "L-idea oriġinali tat-tliet xhur kienet li ma tibqax, per eżempju, tieħu l-pilloli tal-pressjoni mingħajr ma ħadd jeżaminak imma konna għamilnieha tassattiva li t-tabib irid jeżaminak kull darba li jagħmel ir-riċetta.", "Però s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant huwa pożittiv u se naraw ikunx possibbli li jiġi attwat.", "Fil-health centre tal-Gżira għandna problema biex jinbena l-lift hemmhekk għax jien informat li s-sid ma riedx jagħti l-permess, però jiena naħseb li anke bil-bini tal-lift ma nkunux qegħdin insolvu l-problemi tal-health centre tal-Gżira.", "Naħseb li l-amministrazzjonijiet ħadu deċiżjoni tajba li ma jibqgħux jipprovaw jadattaw postijiet antiki biex jaqdu l-funzjoni ta' health centres, għax ix-xjenza u l-mediċina llum titlob li jekk verament trid tagħmel health centre li jilqa' l-bżonnijiet tal-lum b'kapaċità li jespandi s-servizzi fil-futur, wieħed irid jibnihom apposta, kif fil-fatt għamilna fl-aħħar tliet health centres.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-bord ta' nkjesta maħruġ fit-12 ta' Awissu 1999 – relazzjoni dwar l-eżamijiet organizzati mill-Matsec board f'Mejju/Ġunju 1999;", "Rapport tal-bord ta' nkjesta maħruġ fis-16 ta' Novembru 1999, dwar l- ammissjoni ta' studenti fil-kors tal-mediċina u kirurġija fl- Università ta' Malta, li beda f'Ottubru 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar allowances u benefiċċji oħra li jgawdu minnhom l- uffiċjali u l-impjegati ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11452; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Terms of reference ta' l-impieg ta' Dr Antoinette Cutajar bħala adviser fil-ministeru għall-affarijiet barranin fuq materji li jirrigwardaw il-Parlament Ewropew, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 11316.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "LOCAL COUNCILS (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l- Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, huwa bi pjaċir li llum qiegħed inressaq it-tieni att leġislattiv li jikkonċerna l-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali twaqqfu permezz ta' att ta' dan il-parlament fl-1993 u llum, wara serje ta' konsultazzjonijiet, riċerka u laqgħat qegħdin inressqu numru ta' emendi li għandhom il-ħsieb li jsaħħu l-ħidma u l-konċett tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Bi pjaċir ukoll ngħid li l-emendi li qegħdin inressqu hawnhekk, mhux tant fid-dettall tagħhom però fil-prinċipji li jirrappreżentaw, għalkemm id-dettall huwa wkoll importanti, sabu l- consensus kemm ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali kif ukoll il- consensus tal-maġġoranza l-kbira tal-kunsilli lokali nnifishom.", "Irrid ngħid ukoll li l-emendi li qed inressqu hawnhekk qed jitressqu wara fażi ta' konsultazzjoni pubblika li minnha ma rċevejniex reazzjonijiet negattivi fuq l-affarijiet l-aktar importanti, għalkemm ovvjament kien hemm diskussjonijiet fuq termini o meno ta' xi klawsoli partikolari.", "Għalhekk huwa bi pjaċir li llum qiegħed inressaq dan l-abbozz ta' liġi li jiena ċert li se jkollu effett tajjeb ħafna fuq il-ħidma tal-kunsilli lokali tagħna.", "Kif diġà għedt, il-kunsilli lokali f'pajjiżna twaqqfu permezz ta' Att li ġie promulgat minn dan il-parlament fl-1993 u fl-aħħar xhur ta' l-1993 u l- ewwel xhur ta' l-1994, saru l-ewwel elezzjonijiet għall-kunsilli lokali tagħna.", "Minn dak il-perijodu sal-lum il-kunsilli lokali ħadmu, ġew rieletti b'mod regolari u sena wara sena, almenu sakemm kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, rajna pjan li wassal għad-delega ta' aktar poteri lill-kunsilli lokali.", "Mat-twaqqif tagħhom fl-1994 ġew delegati lill- kunsilli lokali funzjonijiet li għandhom x'jaqsmu prattikament ma' l- iskart, jiġifieri r-refuse collection, street sweeping, meals-on-wheels u l- public conveniences.", "Fis-sena ta' wara, fl-1995, rajna d-delega ta' xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu mal-public gardens u r-road markings u fl- 1996 ingħataw ir-responsabbiltà għar-rikostruzzjoni tat-toroq lokali.", "Fl-istess perjodu, bħala parti mill-politika tiegħu li jagħti poter amministrattiv lill-kunsilli lokali, il-Partit Nazzjonalista mhux biss ra li meta twieldu l-kunsilli lokali kellhom l-infrastruttura neċessarja biex jaħdmu, imma nieda wkoll il-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali f'diversi proġetti kapitali li huma xtaqu jesegwixxu fuq bażi lokali.", "Kien hemm min ħadem tajjeb, kien hemm min ħadem inqas tajjeb u mill-proġett ta' l- ispecial funds irriżulta li min f'dak iż-żmien kien kapaċi jorganizza ruħu aħjar minn ieħor, irnexxielu jieħu fondi waqt li ħaddieħor li dam biex organizza ruħu naqqsulu minn dawn il-fondi.", "Però ċertament li f'dan il- perjodu qasir mit-twelid tagħhom, mill-1994 sa l-1996, il-kunsilli lokali, realtà ġdida amministrattiva u demokratika f'pajjiżna, ingħataw responsabbiltajiet kbar għaliex kellna fiduċja li, minkejja d- diffikultajiet li żgur jinqalgħu kull meta tiġi launched xi ħaġa ġdida bħal din, biż-żmien sejrin jikbru fil-funzjoni tagħhom u jagħtu riżultati pożittivi.", "Minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali, pajjiżna ra mal-158 elezzjoni għall- kunsilli lokali u numru ikbar ta' elezzjonijiet għas-sindku relattiv.", "Minn dawn il-158 elezzjoni nistgħu ngħidu li kellna problemi insormontabbli biss f'żewġ kunsilli riċentement, waħda fil-kunsill lokali ta' Sannat, l-oħra fil-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid, żewġ kunsilli li kellhom maġġoranza ta' kandidati indipendenti.", "Ma jfissirx li f'kunsilli oħra m'hemmx jew mhux se jkun hemm problemi.", "Irridu niftakru dejjem li qed nitkellmu fuq struttura magħmula mill-bnedmin, li minnhom innifishom joħolqu l-problemi.", "Naħseb li mingħajr problemi kważi kważi ma jkunx hemm bnedmin u mhux bil-kontra, allura żgur li se nibqgħu naffaċċjaw il-problemi personalizzati u, inbiddlu kemm inbiddlu liġijiet, m'aħniex se neliminaw ir-realtà tal-problemi fil- kunsilli.", "Però jien nemmen ukoll li qed naraw trend lejn il-maturità mhux biss fost il-kunsilliera nnifishom imma anke mil-lat tal-partiti politiċi.", "Kif diġà kelli okkażjoni ngħid, jien nieħu gost bil-parteċipazzjoni issa uffiċjali tal-Partit Laburista għaliex nemmen li parti mill-funzjoni li għandu jagħmel partit huwa li min jirrappreżentah jiddixxiplinah meta għandu jiddixxiplinah.", "U jiena l-ewwel wieħed li ngħid li kif il-Partit Nazzjonalista intervjena fejn kellu jintervjeni mal-kunsilliera tiegħu, anke l-Partit Laburista, għalkemm mhux dejjem bi qbil ma kif dehrilna li kellu jimxi, però f'ħafna drabi s-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista intervjena biex jiddixxiplina ċerti kunsilliera tiegħu biex imexxihom fuq it-triq li tagħmel ġieħ lill-kunsill aktar milli tħares lejn l-interessi tal-partit innifsu.", "Jiena nemmen li minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali fl- 1994 kellna learning curve li għadna għaddejjin minnha, però naħseb li mexjin tajjeb ħafna fiha.", "Qed jikber is-sens ta' maturità, is-sens li inti tista' tikkontesta l-elezzjonijiet fi ħdan partit però meta tmur bħala kunsillier tal-lokal iżżomm quddiemek il-bżonnijiet tal-lokal tiegħek u li trid taħdem id f'id anke mal-partit oppost u tiftiehem kemm jista' jkun.", "Mhux dejjem taqbel, anzi Allaħares dejjem taqbel, però jkollok anke l- possibbiltà ta' cross voting kif jeżisti ħafna drabi fil-kunsilli lokali.", "Jiena naħseb li dan is-sens ta' maturità qabad sew u se jkompli jikber jekk aħna l-partiti politiċi nagħrfu li għandna nintervjenu mill-inqas mal- kunsilliera lokali tagħna.", "Irridu nżommu lill-kunsilliera lokali tagħna ħafna aktar liberi milli nżommu lill-parlamentari tagħna u jiena nemmen li l-Partit Nazzjonalista għamel hekk s'issa u l-Partit Laburista naħseb jista' jibda jimxi f'din it-triq ukoll.", "L-indikazzjonijiet tal-bidu naħseb li jistgħu jkunu pożittivi però għad irridu naraw.", "Fuq perijodu ta' ħames snin id-diversi gvernijiet afdaw lill-kunsilli lokali biex jamministraw bejniethom kważi Lm50 miljun.", "Dan huwa att ta' fiduċja minn dan il-parlament, minn kull gvern fil-kunsilli lokali li fl- opinjoni tiegħi ġie rikambjat ħafna, nerġa' ngħid mhux b'diffikultajiet.", "L-agħar ħaġa li forsi nagħmlu fil-kamp tal-kunsilli lokali huwa li nidealizzaw il-kunċett, li kif inħobbu nagħmlu ħafna drabi f'dan il-pajjiż, l-aħħar idea li nsibu tkun qisha s-salvazzjoni ta' pajjiżna!", "Il-kunsilli lokali m'humiex is-salvazzjoni ta' dan il-pajjiż, però huma mezz utili ħafna kif dan il-pajjiż jiġi amministrat u kif tħaddem id-demokrazija.", "U r- riżultati li kellna f'dawn il-ħames snin ngħid li jixhdu dan il-fattur.", "Wieħed jista' jħares lejn diversi suċċessi li kellhom il-kunsilli lokali, però naħseb li s-sempliċi fatt li fuq medda ta' ħames snin kull lokal, nies mil-lokal stess kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammont ta' fondi li jistgħu jiddeċiedu huma kif jonfquhom, kien breakthrough enormi.", "Jiena dejjem insemmi sentenza li kien qalha l-ewwel darba s-sindku ta' San Lawrenz, wieħed mill-iżgħar postijiet li jeżistu f'Malta u Għawdex, li qal: Fejn qatt konna naħsbu aħna, ħamsa minn San Lawrenz, li kull fl-aħħar tas- sena l-gvern se jagħtina ma nafx kemm il-elf lira li nonfquhom aħna kif irridu fuq San Lawrenz!", "Qabel kulħadd kien ried iħabbat il-bibien tal- ministri biex nagħmlu dik it-triq, biex nagħmlu dik il-bankina u kwalunkwe ħaġa oħra.", "Il-fatt li inti qed tagħti l-power f'kull lokal lil numru ta' residenti li qed jgħixu hemmhekk biex jamministraw fondi, limitati kemm huma limitati, huwa breakthrough kbira fil-mod kif kien jiġi amministrat dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, naħseb naqblu wkoll li effett benefiku ħafna li kellhom ukoll il-kunsilli lokali tagħna kien li reġgħu bdew joħolqu s-sens ta' l-identità lokali; il-fatt li għandek l-istandard tiegħek, il-motto tiegħek, il-fatt li bdejt tirriċerka l-istorja tar-raħal tiegħek, il-fatt li bdejt tippubblika kotba fuq il-postijiet tiegħek, ħaġa li kienet bdiet tmut f'dan il-pajjiż.", "Bqajna bl-ibliet tradizzjonali li jibqgħu jgħidu li huma bliet, però kellna ħafna postijiet li għalkemm kienu antiki bħala żmien, kienu bdew jitilfu s-sens ta' identità tagħhom jew għax qed jingħaqdu ma' ta' ħdejhom, jew għax saru totalment differenti milli kienu fil-passat, però bdew jitilfu naqra minn dik l-identità li kien hemm f'kull lokal.", "Barra minn hekk kien qed jiġri li ħloqna ħafna postijiet oħra moderni, bħal Pembroke u Santa Lucia, li ma kienx hemm din is-sens ta' komunità.", "Per eżempju, l-Onor.", "Cuschieri minn San Ġiljan, post li ċertament biddel il- fisjonomija tiegħu minn qabel il-gwerra 'l hawn, però kien għad hemm almenu l-każin tal-banda fejn wieħed għandu point of reference, imma Pembroke x'point of reference seta' kellek?", "Santa Lucia x'point of reference seta' kellek?", "Naħseb anke minn dan il-lat il-kunsilli lokali kellhom aspett benefiku li f'dawn il-postijiet bdew joħolqu dan is-sens ta' identità.", "Effett benefiku ieħor - almenu jien inħossu benefiku imma ma naħsibx li kulħadd jaqbel miegħi fuq dan il-punt - huwa li l-kunsilli lokali ħolqu b'mod sistematiku pressure fuq il-burokrazija ċentrali u fuq il-gvern ċentrali.", "Ħolqu pressure point li l-gvern u l-public service riedu bilfors jibdew ibiddlu l-istandards tad-delivery tas-servizzi tagħhom.", "Ovvjament kull gvern dejjem kellu u l-public service dejjem kellu l-garr, biex ngħid hekk, però kien garr li jiġi esternat jew privatament ma' xi kap ta' dipartiment jew garr li jiġi esternat sempliċement ma' xi ittra fil- gazzetta.", "Bil-ħolqien tal-kunsilli lokali u bl-interaction li ovvjament ikun hemm dejjem u għaddejja kuljum bejn il-gvern u l-kunsilli lokali f'dak li huwa delivery ta' servizzi, jiena naħseb ħloqna pressure point ġustifikat fuq il-gvern ċentrali biex jibda jtejjeb is-servizzi tiegħu.", "Issa din tista' taqlibha kif jaqilbuha kultant in-naħa ta' l-oppożizzjoni biex jgħidu li l-kunsilli lokali nħolqu biex il-gvern ifarfar ir- responsabbiltajiet minn fuq spallejh u jgħaddihom fuq il-kunsilli lokali.", "Dan l-argument niġi għalih aktar tard, però li qed ngħid hawn m'huwiex dan.", "Jiena qed ngħid li hawn Malta qatt ma kellna sistemi kif jeżistu barra minn Malta, fejn għandek consumer protection societies li huma b'saħħithom, li huma indipendenti, li huma funded indipendentement li għandhom l-obbligu li jagħmlu pressure lill-gvern biex jagħti s-servizzi tiegħu b'ċerta kwalità, u għalhekk minn dan il-lat naħseb li l-kunsilli lokali servew ta' pressure groups u allura naħseb li dan għandu jiġi kkonsidrat bħala aspett pożittiv ukoll.", "Fl-opinjoni tiegħi suċċess ieħor - u forsi dan huwa l-ikbar - huwa li pajjiżna fl-aħħar mill-aħħar għamel il-breakthrough li jibda jgħid li l- gvern m'huwiex kollox f'dan il-pajjiż!", "Kellna wisq tradizzjoni storika ġejja minn żmien il-kolonjaliżmu fejn il-gvern Ingliż kien dejjem iżomm kollox f'idejh, li l-public service jrid ikun nominat minnu, li kemm jista' jkun id-delegi, il-kostituzzjonijiet li kien ikollna jagħtu mill-inqas poteri, tradizzjoni li kompliet fis-snin sittin u sebgħin, u li bdejna nattakkawha biss lejn l-aħħar tas-snin tmenin.", "Naħseb li bil-ħolqien tal- kunsilli lokali għamilna l-breakthrough mentali li l-gvern m'għandniex nibqgħu nħarsu lejh bħala s-salvatur jew il-motivatur tal-pajjiż.", "Dan il- pajjiż jimxi 'l quddiem biss jekk jirnexxilna ndaħħlu fl-amministrazzjoni tiegħu l-aħjar nies f'kull livell.", "Mhux neċessarjament l-aħjar nies għax bl-elezzjonijiet forsi ma ġġibx l-aħjar nies, imma ġġib żgur l-aktar nies popolari, jekk humiex l-aħjar jew le mbagħad iridu jipprovaw lilhom infushom wara.", "Però tajjeb li niftħu l-ispazju almenu biex ma jkunux biss dawn il-65 siġġu hawnhekk, imma niftħu l-ispazju ta' l-amministrazzjoni pubblika għal kulħadd, għal kulmin għandu x'idea u jaħseb li jista' jikkontribwixxi.", "Ċertament m'għandniex sistema li tiggarantixxi li inti teleġġi l-aħjar nies.", "L-elezzjonijiet huma li huma, m'għandniex għalfejn noqogħdu nagħmlu d-diskorsi fuqhom, però żgur li l-kunsilli lokali kienu attrazzjoni għal ħafna nies.", "L-ammont ta' nominazzjonijiet li kellna naħseb żgur qabeż l-1,500 persuna, li volontarjament, għax ma titħallasx, offrew li jkunu ta' servizz.", "Issa minn dawn in-nies kollha ċertament għandek it-tajbin, għandek inqas tajbin u għandek l-inqas inqas tajbin.", "Imma din hija d-demokrazija u b'din għandna nkunu kburin f'pajjiżna!", "Il- kunsilli lokali huma tajbin għax il-parteċipazzjoni tan-nies stess li se jiddeċiedu huma stess fuq il-bżonnijiet tagħhom fir-raħal, kienet fl- opinjoni tiegħi breakthrough politika kbira u att ta' fiduċja tal-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista meta ressaq dawn l-emendi.", "Meta nagħmlu dan il-kwadru li mhux qed ngħid li huwa sabiħ kollu, m'għandux difetti, jew li kollox mexa tajjeb - ma nkunx qiegħed ngħix f'din id-dinja jekk naħseb li dak li nagħmlu fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta li kollu hu kif xtaqnieh, għax f'kulma jagħmlu l-bnedmin hemm l-affarijiet tajba u l-affarijiet ħżiena - però kieku kelli naqta' linja ngħid li l- bilanċ huwa pożittiv immens.", "U proprju qegħdin hawnhekk għaliex l-isfida li għandu pajjiżna għal quddiem m'hijiex dwar x'se nagħmlu biex inrażżnu l- kunsilli lokali għax tant hemm abbużi fil-kunsilli lokali li rridu noħolqu l-mekkaniżmi kif innaqqsulhom il-poteri, imma peress li kienet storja ta' suċċess - storja ta' suċċess politiku wkoll - l-isfida proprju hi x'se nagħmlu flimkien biex nevolvu aktar il-kunsilli u biex nagħmluhom aktar parteċipi fl-iżviluppi li rridu naraw f'pajjiżna.", "Jiena ngħid li dan il-gvern m'għandux problemi f'din l-isfida għaliex mhux biss waqqaf il-kunsilli lokali u fit-twelid tagħhom kellu dak l-att ta' fiduċja li jiżvesti ruħu minn ftit mill-poteri tiegħu u għaddihom lill- kunsilli lokali, però huwa gvern li matul is-snin wera biċ-ċar u bil-fatti li l-politika tiegħu hi li flimkien mal-kunsilli jevolvi politika li trid tagħti aktar power lill-kunsilli lokali f'dan is-sens.", "Kif diġà għedt, minn mindu waqqafhom gvern Nazzjonalista kellu programm bejn l-1994 u l- 1996 fejn sena wara oħra ddevolva responsabbiltajiet ġodda fuq il-kunsilli lokali.", "Fl-1994 - l-ewwel sena ta' ħidma, li parti minnha kienet kollha elezzjonijiet għax l-aħħar elezzjonijiet saru f'Mejju 1994 - ġew devoluti r- refuse collection u l-public conveniences.", "Fl-1995 ġew devolved il-public gardens u r-road markings; u fl-1996 ġiet devolved ir-road reconstruction.", "Però kien hemm l-impenn mhux biss tal-paroli u tar-responsabbiltajiet, imma wkoll l-impenn finanzjarju.", "Bejn l-1994 u l-1996, sena wara oħra, rajna żieda fil-finanzjament li ġie mogħti lill-kunsilli lokali.", "U issa rridu nkunu realistiċi; ma nistgħux ngħabbu lill-kunsilli lokali b'aktar res- ponsabbiltajiet jekk m'aħniex se nagħtuhom aktar finanzjament.", "Fis-sentejn li għamel il-gvern Laburista - fejn veru ma żdidux ir-responsabbiltajiet għax kien hemm żewġ inizjattivi prattikament li m'għabbewhomx finanzjarjament - naqqsilhom 15% tal-finanzjament lill-kunsilli lokali għal raġunijiet tagħhom.", "Però naħseb illum kulħadd jirrikonoxxi li t-tnaqqis ta' dak il-finanzjament effettwa lill-kunsilli lokali u dan jgħidulek kull min kien jaħdem fil-kunsilli lokali.", "Il-Partit Nazzjonalista jimxi mod ieħor għax jifhem li ma jistax ikun li għaddejjin minn politika fejn irridu nkabbru s-sehem li għandhom il- kunsilli lokali u ma neħdux ir-responsabbiltà li nżidu l-finanzjament lill- kunsilli lokali.", "Jiena bi pjaċir nirriafferma l-messaġġ li bgħatna b'dan il-budget fejn għal darb'oħra l-finanzjament lill-kunsilli lokali qiegħed jiżdied sostanzjalment.", "Il-bieraħ, waqt li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti tal-budget, il-ministru tal-finanzi ħabbar li kontra d-Lm9 miljun ivvotati s-sena l- oħra, li kienu maqsumin bejn special funds u ordinary funds, għal din is- sena qiegħed jivvota s-somma ta' Lm9.66 miljun bħala ordinary funds, żieda weħidha ta' Lm660,000 fuq is-sena l-oħra.", "Barra minn hekk hemm allokazzjoni oħra ta' Lm840,000 bħala unspent funds li m'għaddewx din is- sena u se jgħaddu s-sena d-dieħla.", "Minflok kif jiġri dejjem fil-gvern - u din tajjeb li ngħiduha - li jekk fl-aħħar tas-sena ma tkunx infaqt il-flus, dawk il-flus jintilfu u ma jiġux allokati fis-sena ta' wara, fil-każ tal- kunsilli lokali l-flus li ma rtirawx matul din is-sena, se jiġu allokati għas-sena d-dieħla wkoll u allura jridu jiġu kkonsidrati bħala funding.", "Però ma nieqfux hemmhekk għax fil-funding ordinarju qlajna 'l barra l-parti tal-ħlas tal-liċenzji.", "Fejn qabel il-ħlas tal-liċenzji kienu jkunu parti mill-ispecial funds, din id-darba m'aħniex qed nikkontjawhom hemmhekk, qlajniehom barra għar- raġuni - li nispjegaw aktar 'il quddiem meta niġu fuq id-devoluzzjoni tal- liċenzji u tal-wardens - li bil-migrazzjoni li qed issir tal-liċenzji, il- liċenzji se jmorru mingħand il-pulizija għand id-diversi dipartimenti u allura se jibdew jitħallsu mid-dipartimenti lill-kunsilli lokali.", "Dan ifisser li barra l-fondi li hemm imħabbra fil-budget, il-liċenzji li kienu jinġabru u se jibqgħu jinġabru mill-kunsilli lokali u li tagħhom il- kunsilli lokali kienu jdaħħlu circa Lm300,000, għaliex issa se jieħdu wkoll bħala issuers of licences tal-lands, dawk se jkunu ħlasijiet li se jsiru above and over l-allokazzjoni li hemm fil-budget.", "Barra minn hekk, meta ssir id-devoluzzjoni tal-wardens u t-tickets jibdew joħorġu mill-kunsilli lokali - din nitkellem fuqha aktar 'il quddiem però hija prattikament imminenti fil-bidu tas-sena d-dieħla - mit-tickets li jingħataw il-kunsilli lokali għandhom dħul kalkolat ta' Lm660,000 jew Lm670,000 fis-sena mill- fines li jinġabru mill-qorti dwar l-istess affarijiet, jekk wieħed jara l- history ta' l-aħħar tliet snin.", "Jekk tgħodd il-flus li hemm fil-budget, li jiġu Lm10.5 miljun, flimkien ma' xi Lm300,000 tal-liċenzji li jiġbru kull sena u li se jitħallsu separatament tagħhom, u s-Lm650,000 li se jingħataw tramite s-sistema tal-wardens, ifisser li s-sena d-dieħla l-kunsilli lokali se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom iċ-ċifra fantastika ta' Lm11.5 miljun għal sena waħda.", "Att ta' fiduċja fil-kunsilli lokali akbar minn hekk naħseb diffiċli ssib Mr Speaker!", "Aħna mhux qed ngħidu lill-kunsilli lokali: Ejjew ħudu l-flus għax wasal il-Christmas u wasal il-millennju, anke jekk mhux se tonfquhom!", "Qed nagħtuhomlhom għax għandna fiduċja li kapaċi jonfquhom sew!", "U kultant kapaċi jonfquhom aħjar mill-gvern, kif ipprovaw diversi studji.", "Per eżempju, fejn jidħol refuse collection, il-cost per unit of household huwa prattikament nofs li kien jonfoq il-gvern meta kellu l-iscammels miegħu.", "Il-cost per square metre tat-tarmac tar-resurfaced roads mingħalija huwa xi one-third inqas milli kien jonfoq il-gvern meta kien jagħmilhom hu.", "Jiġifieri aħna dan l-att ta' fiduċja qed nagħmluh għax nafu li jekk ngħaddu dawn il-flus lilhom, se jonfquhom u jonfquhom tajjeb.", "M'aħniex nagħtuhom dawn il-flus biex joqogħdu jħarsu lejhom jew biex jitfgħuhom il-bank, kif ġara f'żewġ kunsilli.", "Kellna kunsill minnhom li fil-bank kellu xi Lm0.25 miljun jew xi Lm300,000 iġemmagħhom sena wara sena!", "Qegħdin nagħtuhomlhom għax nafu li jistgħu jħaddmuhom tajjeb, għandna fiduċja li jħaddmuhom tajjeb u għax qed ngħabbuhom b'aktar responsabbiltajiet!", "Għall-wardens se nagħtuhom Lm660,000 però qed nistennew li jonfquhom fuq il-wardens, ħalli jkollna warden system sura ta' nies.", "Jiġifieri meta qed ngħid li nagħtuhom il-flus, ma rridx infisser li qisni għandi t-tifel tiegħi ta' seba' snin u se nagħtih xi rigal għax ġej il-Christmas biex joqgħod jilgħab bir-rigal.", "Se nagħtuhomlhom għax se ngħaddulhom aktar responsabbiltajiet, kif għaddejnielhom aktar responsabbiltajiet, u mat-trapass tar-responsabbiltajiet trid ovvjament tiffinanzjahom.", "Però ċertament li bi Lm11.5 miljun f'idejhom il-kunsilli lokali se jkollhom l-aħjar sena li qatt seta' kellhom s'issa.", "Insemmi fuq fuq l-agreement li sar mal-water services corporation għar- reinstatement tat-toroq wara li kellna ħafna garr mill-kunsilli lokali individwali dwar kif kienu qed isiru.", "Però rrid nammetti li wara li ntlaħaq dan l-agreement il-kunsilli lokali individwali jidher li waslu għal xi arranġamenti mal-WSC li huma aktar verbali milli ħaġa oħra, u naqsu l- complaints totalment.", "Jiena ma rċevejtx complaints aktar fuq il-WSC minn ebda kunsill, u għalkemm m'hemmx formalizzar ta' l-agreement fuq bażi individwali hemm xi tmien kunsilli li fil-fatt se jiffirmaw l-agreement.", "Ħafna minnhom jew qatgħu l-complaints jew inkella waslu għal arranġamenti informali mal-WSC.", "Naħseb li din il-problema spiċċat għax meta tkun ministru - l-Onor.", "Mangion naħseb jaqbel miegħi - tiddeċiedi jekk hemmx problema jew le skond l-ammont ta' garr li jkun qed jasallek fuqha, jekk ma jasallek l-ebda garr jiġifieri m'hemmx problema.", "Dak huwa l-kejl normali li nużaw, imma f'dan il-każ irrid ngħid li bl-għajnuna tal-WSC din il- problema ġiet solvuta.", "L-agreement biex ir-responsabbiltà ta' bdil ta' bozoz tgħaddi f'idejn il- kunsilli lokali fl-aħħar ġie mfassal u nirringrazzja lil kulmin kien involut.", "Fil-fatt saru tliet gruppi ta' sitt kunsilli kull wieħed - u dan huwa l-lat pożittiv li nitkellem fuqu aktar 'il quddiem - u fis-26 ta' dan ix-xahar se ssir laqgħa bejn l-uffiċjali tad-dipartiment tal-kunsilli, l- Enemalta u dawn il-kunsilli lokali biex jiftehmu fuq il-launching ta' dan l- agreement bejn Diċembru u Jannar.", "Jiġifieri se nkunu qegħdin nittestjaw dan l-agreement, joħorġu t-tenders għall-ħlasijiet li jridu jsiru għat- tibdil tal-bozoz, però l-modalitajiet huma miftehmin, u malli joħorġu t- tenders inkunu nistgħu nibdew inħaddmuh għal perijodu qasir f'dawn it-tliet gruppi biex naraw kif immorru u naħseb li sal-bidu tas-sena nkunu nistgħu niffirmaw l-agreement mal-kunsilli kollha.", "Jien l-ewwel wieħed li nammetti li hija għarukaża li ndumu prattikament sena u ħames xhur biex nagħmlu dawn it-tip ta' agreements, pero' ejja nħarsu 'l quddiem u ngħidu li wasalna.", "Għandna numru sabiħ ta' kunsilli li diġà ffirmaw il-kuntratt għad- devoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-libreriji u hemm numru sabiħ ieħor li applikaw lid-dipartiment tal-libreriji biex jibdew jamministraw il- libreriji lokali u reġjonali.", "Komplejna bl-ischool rebuilding programme u l-involviment tal-kunsilli lokali f'dan il-proġett li kien beda l-Onor.", "Mangion meta kien ministru bl-għajnuna ta' l-Onor.", "Bartolo.", "Din kienet inizjattiva tajba, tant li komplejnieha, però naħseb li it needs to be revisited għaliex hemm diversi problemi amministrattivi anke fir-rigward tad-delivery tax-xogħol.", "Però huwa proġett tajjeb li għandna nkompluh.", "Nidejna u kienet suċċess kbir l-iskema ta' l-ETC community work, jiġifieri l-opportunità li l-kunsilli lokali jużaw għal ħin limitat nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mingħajr ma jitilfu d-dritt għar- reġistrazzjoni għax-xogħol.", "M'għandix il-lista kompleta ta' kemm kunsilli qed jużawha imma mingħalija wasalna għal xi 25 kunsill li qed jużaha u hemm involuti xi 60 jew 70 ħaddiem.", "Bħalissa l-ministeru tiegħi qed nitkellmu maċ-chief executive ta' l-ETC biex naraw kif nistgħu ntejbu din l-iskema.", "Tkompliet ukoll l-iskema li kien beda l-Onor.", "Mangion ta' l-assignment tal- ħaddiema tal-gvern fuq bażi permanenti mal-kunsilli lokali, però l-istess diffikultajiet li sab l-Onor.", "Mangion fi żmienu baqgħu evidenti anke taħt din l-amminstrazzjoni u għalkemm ġew assenjati xi erba' jew ħames ħaddiema fuq talba tal-kunsilli u wara individwazzjoni mill-kunsilli, ma ġewx assenjati wisq aktar minn hekk.", "Aħna qed ninsistu li m'għandniex oġġezzjoni li kunsill lokali li jidhirlu li jrid juża din l-iskema mibdija mill-amministrazzjoni preċedenti jużaha, anzi ninkoraġġuha.", "Però biex nevitaw il-problemi li kien iltaqa' magħhom l-Onor.", "Mangion meta ħareġ applikazzjonijiet dak iż-żmien u applikat persuna waħda biss, qed ngħidu lill-kunsilli biex jindividwaw huma l-persuna.", "Jekk ħaddiem tal-gvern jaqbel li jmur magħhom, jgħidulna min hu, f'liema grade hu, u aħna nitħabtu mad-dipartiment partikolari biex jiġi released u jmur magħhom.", "Kull fejn kellna din it-tip ta' sistema ħadmet.", "Ħaddimna wkoll politika għad-devoluzzjoni ta' l-artijiet tal-gvern.", "Qegħdin ngħidu lill-kunsilli lokali biex jindividwaw artijiet u postijiet li huma tal-gvern li mhux qed jiġu utilizzati kif għandhom jiġu utilizzati u aħna lesti ngħaddu t-titolu legali lill-kunsilli lokali, basta jkollhom proġett li huwa vijabbli kummerċjalment jew proġett li jistgħu jiffondu huma għal għanijiet soċjali.", "Ħloqna policy partikolari li ġiet ċirkolata lill-kunsilli kollha, saret devoluzzjoni ta' xi erba' siti partikolari - però qed nitkellem mill-memorja - u nħolqu numru ta' problemi.", "Waħda mill- problemi prinċipali li nħolqot hija b'żewġ sentenzi partikolari li ngħataw riċentement mill-qrati tagħna, fejn l-interpretazzjoni tidher li hi li art esproprjata mill-gvern for a public purpose ma tistax tgħaddi issa f'idejn il-kunsilli lokali jekk il-kunsilli lokali se jużawha għal xi skop kummerċjali.", "Hemm il-famuża sentenza tat-Teatru Manoel u allura l-parir li għandna huwa li rridu noqogħdu attenti ħafna x'nistgħu nagħmlu u nġib eżempju.", "Il-kunsill lokali tal-Mosta applika biex biċċa art tiġi mgħoddija lilu u tiġi kkonvertita f'car park minnu b'interessi kummerċjali u ovvjament titmexxa kummerċjalment, imma parti minn dik l-art mhijiex tal-gvern imma esproprjata.", "Bis-sentenzi li ngħataw riċentement il-proġett ma jistax jiġi aċċettat mill-gvern minħabba l-problema legali li nqalgħet.", "Deherli wkoll li hemm numru ta' problemi li nixtieq nirriżolvi b'mod finali mad- dipartiment ta' l-artijiet.", "Naħseb huwa notorju għal kulħadd, kemm hu diffiċli biex tinnaviga f'dan id-dipartiment fih.", "Qed nipprovaw noħolqu sistema ċara ta' kif għandna nimxu però ma nistax ngħid li jiena kuntent għal kollox b'dak li qegħdin nagħmlu.", "Ma naħsibx li hija s-sistema ideali ta' kif għandu jagħti s-servizz il-gvern jekk biex inċaqilqu l-affarijiet irridu nidħlu jiena jew il-ministru ta' l-intern personalment bejn id- dipartimenti.", "S'issa qed ninvolvu ruħna personalment b'mod regolari jiena u l-ministru ta' l-intern biex nipprovaw ngħaġġlu l-affarijiet, però nispera li din ma tkunx l-attitudni permanenti mid-dipartiment ta' l- artijiet għaliex m'huwiex mod kif tmexxi s-servizz ċivili.", "Din hija politika li ntlaqgħet tajjeb mill-kunsilli, però rridu nsibu metodu aħjar kif inħaddmuha għax naħseb li jista' jkollha effett kbir anke fuq il- finanzjament tal-kunsilli.", "Matul is-sena l-oħra erġajna waqqafna, wara li kienu tneħħew, il-local council desk officers fl-uffiċċju ta' kull permanent secretary.", "Dan se jkun persuna kruċjali meta niġu biex inħaddmu s-sistema tal-customer care li mexjin fuqha b'pass mgħaġġel u naħseb li nkunu f'pożizzjoni biex tiġi launched f'April/Mejju li ġej.", "Se tkun sistema li ċittadin jista' jmur fil- kunsill lokali tiegħu u jirreġistra complaint jew query kontra kull dipartiment tal-gvern u dik il-query tiġi handled elettronikament u tgħin allura fl-auditing tal-complaints li l-gvern jirċievi.", "Kif jaf dan il- parlament, għamilna wkoll review ta' l-ispecial funding għax kien hemm ċerti inekwitajiet fih u dehrilna li għandna nneħħuh.", "Nieħu gost li l- Kamra kollha qablet ma' din il-linja meta s-sena l-oħra vvotat favur din il- politika.", "Mr Speaker, matul is-sena l-oħra lestejna wkoll l-electronic mapping ta' l-assi kollha tal-kunsilli lokali.", "Illum f'kull kunsill lokali għandna fuq mappa bażi GIS, l-asset kollu ta' kull kunsill lokali, minn kull bank li jeżisti sa kull siġra li teżisti, mill-kilometraġġ tal-pavimenti kollha, inklużi t-tip ta' pavimenti, sal-kilometraġġ ta' kull beach, jekk hijiex rocky u jekk hijiex sandy.", "Dan l-electronic mapping ingħata f'hard copy - mhux f'forma diġitali għaliex dak trid tixtri r-rights mingħand il-planning authority - lil kull kunsill lokali, allura llum kull kunsill lokali għandu din l-informazzjoni.", "Din kienet importanti ħafna għar-raġuni li l-formula li qed tiġi proposta f'dawn l-emendi hija bbażata proprju fuq l-assets li għandhom il-kunsilli lokali, u allura l-appell tagħna kien u għadu li l- kunsilli lokali jżommu l-field services branch informata bit-tibdil fl- assets li jkollhom.", "Is-sena l-oħra żammejna l-ewwel konferenza nazzjonali u ġie organizzat ukoll f'Malta il-commonwealth small states forum.", "Ngħid ukoll li wara ħafna talbiet li kienu ilhom isiru mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, imxejna biex insaħħu din l-assoċjazzjoni, kemm billi biddilna - u l-bieraħ ippreżentajt fuq il-Mejda tal-Kamra - r-regolamenti li jirregolawha u tajnieha aktar poteri rappreżentattivi vis-a-vis il-kunsilli lokali, kif ukoll billi żidna l-istaff li għandha anke in vista tax-xogħol li hemm.", "Ċertament l-akbar proġett li impenja lid-dipartiment tal-kunsilli u l- ministeru matul is-sena l-oħra huwa l-introduzzjoni tal-wardens tal- kunsilli lokali.", "Sar xogħol intensiv ħafna; jien ippresedejt laqgħa kull 15-il ġurnata bit- team immexxi minn membri ta' l-MEU flimkien ma' diversi nies tad- dipartiment, li ltaqa' ħafna aktar regolari minn hekk, u kien hemm ħafna u ħafna pjanar u dettall x'isir.", "Mexa kollox on schedule ħlief għal ħaġa waħda; li l-kuntratt li nħareġ ovvjament mill-kumitat tal-kuntratti għall- information management system li se tirregola, ħa ż-żmien biex jiġi awarded, imbagħad wara li ġie awarded sar appell li reġa' ħa ż-żmien u prattikament waqajna lura sitt ġimgħat jew tmien ġimgħat mix-schedule li għandna, però din hija acqua passata.", "Illum diġà bdejna naraw il-kunsilli lokali jiffirmaw il-co-operation agreements bejniethom, għad baqa' erba' agreements x'jiġu ffirmati li diġà huma scheduled, u ftit ġimgħat oħra għandha toħroġ it-tender għal provision ta' warden services mill- kumpanniji.", "In-numru ta' wardens diġà laħaq 'il fuq minn 100, hemm 52 oħrajn li qed isegwu l-kors, waqt li hemm xi kors ieħor ippjanat.", "Jiġifieri naħseb li n-numru se jkun adegwat.", "Diġà għandna notice of interest minn dawk li se jkunu l-prosekuturi, u għandna wkoll interess minn min se jkunu r-reġistraturi.", "L-għamara u l-postijiet fejn se jkunu t- tribunali lokali ġew identifikati u mgħammra b'kollox ħlief il-computers li qed jiġu nstallati f'dawn il-ġimgħat.", "Mr Speaker, se nibdew il-field testing tas-sistema fil-15 ta' Jannar.", "Il- commitment li tana l-kuntrattur li għaddej bħalissa bis-systems analysis u l-customisation tas-sistema, hi li fil-15 ta' Jannar nibdew nittestjaw is- sistemi jew fi grupp jew fi tnejn ta' kunsilli lokali differenti.", "Qed ngħidha pubblikament għaliex irrid norbot kemm lin-nies tagħna kif ukoll lill-kuntrattur bil-wegħdiet li jsiru.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li - kif ikollok il-parir li tagħmel - ma ngħidx pubblikament it-targets tiegħi għax meta ma jintlaħqux niġi kkritikat.", "Jiena nippreferi li ngħid x'inhuma t-targets u noħroġ għonqi għal dak li jgħiduli n-nies.", "Jiena kelli meeting hawnhekk mal-kuntratturi u man-nies tagħna u wegħduni li fil-15 ta' Jannar jibdew il-field testing, almenu fi grupp wieħed ta' kunsilli.", "U jien qed nirripeti l-wegħda li saret hawnhekk.", "Se jsir il-field testing fejn ikollna ħafna problemi - Allaħares ma jinqalgħux il-problemi - però huwa intiż biex ikollna l-problemi mill-15 ta' Jannar sal-15 ta' Frar, nagħlqu u naġġustaw il-field testing u mill-15 ta' Frar nibdew formalment indaħħlu l- wardens fl-ewwel grupp.", "L-entry date tal-wardens huwa previst li jkun bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' April, jiġifieri qed ngħidu xahrejn biex grupp grupp jibdew jaħdmu l-wardens.", "Se nipprovaw innaqqsu ż-żmien ta' l-entry, però l-parir li għandna huwa li ma niftħux l-għaxar gruppi kollha f'daqqa minħabba settling-in time u minħabba wkoll li jiena nixtieq li meta l- wardens jibdew verament jaħdmu ma nibdewx f'daqqa waħda b'sistema drakonika li minn day one dan il-warden se jibda jara lil kull min qed jitfa' ż-żibel barra u jara l-karozzi kollha pparkjati u nibdew naqtgħu l-irjus ta' kulħadd.", "Naħseb ikun tajjeb li l-ewwel pass ikun edukazzjoni fejn il- warden jgħidlek: \"Isma', jien qed naqbadlek il-karozza, se nħallilek dan it-ticket li għal-lum ma jitħallasx, kollox għadu l-istess\" u nibdew indaħħlu dawn it-tip ta' ideat.", "Naħseb li nkunu aktar effettivi jekk nagħmlu hekk, allura rridu ċertu żmien biex jidħlu.", "Però l-latest date li jien qed nippjana li jkollna l-wardens hija l-15 ta' April tas-sena d- dieħla.", "Irrid ngħid ukoll li parti minħabba l-effett tal-wardens u parti minħabba l-priedki u l-insistenza li kien jagħmel l-Onor.", "Mangion qabli u li bqajt nagħmel jiena, kellna effett benefiku ħafna din is-sena għax naħseb beda issa jidħol fil-konxju tal-kunsilli lokali li m'għandhomx jikkonsidraw ruħhom bħala renju għal rashom.", "Parti mill-effett ta' ħolqien tal-kunsilli lokali u tal-pride fil-lokal u l-individwalità kienet li kull kunsill beda jaħseb li huwa territorju, kważi pajjiż li la jrid jitkellem mal-gvern u lanqas irid jitkellem ma' min qiegħed ħdejh.", "Bil-mod il-mod, bl-insistenza taż-żewġ naħat u bl-esperjenzi li qed jaraw minħabba l-wardens, naħseb li fl-aħħar bdejna noħolqu sens ta' belonging naturali u fl-aħħar qed naraw jinħolqu l-gruppi ta' interess komuni.", "Dan ġara fil-qasam tal-wardens, ġara fil-każijiet ta' l-Enemalta fejn il-kuntratti mhux qed jiġu fuq bażi individwali però bħala grupp u ġara wkoll fil-kwestjoni mal-WSC.", "Dan qed jiġri wkoll fuq xi affarijiet oħra, per eżempju, Ħ'Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan, Birkirkara qed jitkellmu fuq sistema komuni ta' internal transport, apparti l-public transport, u r-riorganizzazzjoni tal-public transport.", "Qed jitkellmu wkoll fuq proġett komuni għal dar ta' l-anzjani.", "Postijiet oħra bħas-Siġġiewi u dawk l-inħawi qed jitkellmu fuq l-istess ħaġa fir- rigward ta' l-anzjani.", "Fl-aħħar beda jkollna s-sens li aktar ma ningħaqdu aktar jista' jkollna forza biex niddeliverjaw is-servizzi li għandna.", "Fl- opinjoni tiegħi dan huwa s-sens ta' maturità u jindika li l-kunsilli lokali tagħna qegħdin f'dik il-learning curve li huwa neċessarju jekk pajjiżna jrid jimxi 'l quddiem.", "Mr Speaker, niġi issa għall-emendi.", "L-ewwel ħaġa rrid ngħid hi li meta għamilna r-review ta' l-Att preżenti, sibna li sostanzjalment dan ipprova ruħu bħala Att li kien tajjeb, ma kienx perfett għax naħseb li ebda Att tal-Parlament ma joħroġ perfett l-ewwel darba, però dan l-Att m'aħniex qegħdin inbiddluh sostanzjalment.", "Jiġifieri s-sustanza tiegħu, il-prinċipji tiegħu kienu tajbin mill-bidu u se jibqgħu hemmhekk.", "Però ovvjament, billi kienet l-ewwel esperjenza tal-kunsilli lokali meta sar dan l-Att, għax sar qabel ma twaqqfu, l-esperjenza tgħallmek, u wara ħames snin ta' esperjenza u ta' ħidma l-emendi kienu neċessarji biex nirraffinaw il-ħidma tal-kunsilli lokali.", "Jiena f'dan l- ambitu qed inressaq dawn l-emendi.", "L-eżerċizzju li qed nagħmlu llum m'huwiex eżerċizzju biex inbiddlu l-prinċipji, imma biex inbiddlu l- mekkaniżmi, u l-proposta ta' l-emendi ħierġa mill-esperjenza aktar milli mill-prinċipji politiċi jew legali.", "Biex wasalna għal dan il-proċess ma bdejniex min fuq għal isfel imma bdejna minn isfel għal fuq.", "Jiena sinċerament ngħid li meta jiena sirt segretarju parlamentari b'responsabbiltà wkoll għall-kunsilli lokali, ma tlaqtx b'xi prekonċett ta' x'irridu nagħmlu, ħlief li rridu nbiddlu l-metodu kif jiġi elett is-sindku u ma kontx ċar x'irridu nagħmlu u ma nagħmlux, ma kelli ebda idea ta' xejn.", "U allura ridna ngħaddu learning process flimkien.", "L-ewwel pass kien li fil-konferenza nazzjonali li kienet saret is-sena l-oħra, għamilna session twila fejn il-kunsilli lokali tkellmu dwar l-emendi li huma ħassew li għandhom bżonn.", "Li tkellmu hemmhekk, plus l-esperjenzi li kellu d- dipartiment mill-1993 'l hemm, l-ittri li kien irċieva mill-1993 'l hemm, ġew distillati f'dokument ta' diskussjoni.", "Dak id-dokument ta' diskussjoni tpoġġa jew ġie diskuss kemm ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali kif ukoll ma' l-assoċjazzjoni tas-segretarji u minn hemmhekk ħadna r- reazzjonijiet tagħhom u mxejna għall-white paper li ġiet ippubblikata f'Ġunju tas-sena l-oħra.", "Il-white paper ġiet segwita b'numru ta' laqgħat li jien żammejt kemm ma' l-assoċjazzjoni, mas-sindki, kif ukoll ma' l- assoċjazzjoni tas-segretarji, u ma' kull min talabni li niltaqa' miegħu - kien hemm xi kunsilli lokali individwali - biex nitkellmu dwarha.", "Dawk ir- reazzjonijiet evalwajnihom, iddiskutejnihom fuq livell ukoll ta' kabinett u sar il-bill.", "Fil-fatt, jekk hemm bżonn evidenza ta' kemm il-gvern ta kas l- input li kien hemm, wieħed iqabbel il-bill mal-white paper u jara li hemm differenzi sostanzjali.", "Insemmi, per eżempju, il-kwestjoni tad-deputy major.", "Ngħid ċar u tond għaliex tneħħiet, għalkemm mhux se noqgħod inġibhom waħda waħda.", "Kien hemm reazzjoni totalment negattiva mil-lat tal-kunsilli lokali stess.", "Iktar ma kont naħseb li l-kunsilli lokali se jkunu favur ħaġa bħal din, iktar il-kunsill lokali ħarġu totalment kontra l-idea li d- deputy major jiġi mill-minority group.", "Dehrilna li b'dik it-tip ta' reazzjoni plus ċerti ideat li kellna, għandna nneħħuha.", "Ma dehrilniex li kienet xi ħaġa ta' prinċipju tant imporanti li wieħed kellu jimponiha fuq il-kunsilli lokali.", "Għalhekk isiru l-white papers u Allaħares nibdew nippubblikaw white papers u ngħidu li kulma jkun hemm fil-white paper isir bill.", "Din issir proprju biex ikun hemm din il-fażi ta' konsultazzjonijiet.", "Jiena xtaqt li jkolli wkoll ir-reazzjoni tal-Malta Labour Party fuq il- white paper imma l-MLP deherlu li la privatament u lanqas pubblikament ma kellu jikkummenta però issa ovvjament se jikkummenta hawnhekk.", "Fi kliem ieħor, l-emendi prattikament huma distillar ta' l-esperjenzi li għaddew minnhom il-kunsilli lokali mill-1994 sal-lum, esperjenzi li għadda minnhom id-dipartiment u diskussjoni li fl-opinjoni tiegħi ma setgħetx tkun aktar wiesgħa.", "Tkellimna ma' kull min ried jitkellem, ħadna l-kummenti u għandna r-rapport dettaljat, klawsola klawsola, ta' x'issuġġerixxa kull kunsill lokali.", "Irrid ngħid li prattikament il-kunsilli lokali kollha ssottomettew il- veduti tagħhom bil-miktub apparti li tkellimna magħhom, apparti li kelli xi tliet laqgħat mas-sindki f'fora differenti, jiġifieri ddistillajna kollox.", "Il-Bill ovvjament ma jirriflettix dak li xtaq kulħadd, Allaħares!", "Fl- aħħar mill-aħħar bilfors trid tieħu ċerti deċiżjonijiet 'l hawn jew 'l hemm imma ngħid li dan il-Bill - m'għandi l-ebda dubju li ngħidha din anzi ngħidha b'konvinzjoni - jirrappreżenta x-xewqat tal-maġġor parti l-kbira tal-kunsilli lokali.", "Kunsill lokali partikolari xtaq jara xi ħaġa, l-ieħor xtaq jara oħra, l-assoċjazzjoni xtaqet ħaġa u s-segretarji xtaqu ħaġa oħra, però fl-assjem ta' dan il-Bill żgur li jirrappreżenta l-veduti tal-kunsilli lokali kollha tagħna u naħseb anke dan huwa valur.", "F'dan l-istadju m'iniex sejjer nidħol fid-dettalji tal-Bill però xtaqt li nsemmi l-prinċipji l- aktar kardinali li nemmen li janimaw dan il-Bill.", "L-ewwelnett l-elezzjoni tas-sindku.", "Din se nsemmiha mill-bidu għax m'għandix dubju li kulħadd se jitkellem fuqha hawnhekk pero' ħadd ma jitkellem imbagħad kif għandu jitkellem għax iktar immorru fuq pie speranze milli naraw id-diffikultajiet.", "Kulħadd irid l-elezzjoni tas-sindku b'mod dirett, punto.", "Kulħadd jgħidlek: Ejja nagħmluha b'mod dirett, però mbagħad kulħadd jieqaf hemmhekk.", "Meta tibda tispjegalu l-konsegwenzi ħadd ma jkun iridhom u jgħidulek: Imma vvinta xi ħaġa oħra!", "Jiena dejjem nirrispondi: Fid-dinja kollha vvintaw kull tip ta' sistema matematika biex tagħmel l-elezzjonijiet, jiena jew l-Onor.", "Mangion se nivvintaw xi sistema li ma teżistix?", "M'hemmx dubju li l-elezzjoni diretta tas-sindku tista' ssir però għandha l-konsegwenzi tagħha, konsegwenzi li lis-sindku trid tagħtih il-maġġoranza anke jekk m'għandux maġġoranza, li b'dik il- maġġoranza ma tistax tisfiduċjah lis-sindku, għandek diversi problemi li nsemmihom kollha fil-white paper.", "Nistgħu mmorru għal dik is-sistema, però għal dik is-sistema rridu mmorru?", "Dan l-aħħar kien hemm problema li għandhom f'reġjun partikolari l- Italja, li issa jridu jbiddlu l-liġi biex lis-sindku lanqas il-maġġoranza tiegħu ma tista' tisfiduċjah!", "L-Italja llum hemm is-sistema maġġoritarja, fejn għandek l-elezzjoni diretta tas-sindku u tagħti maġġoranza lis-sindku.", "Jekk sindku ġab 35% f'tellieqa ta' tlieta, l-ieħor iġib 30% u l-ieħor iġib 30% jew whatever, jagħtuh il-maġġoranza tas-siġġijiet però l-maġġoranza tista' tisfiduċjah.", "Issa anke dik iridu jneħħu!", "Jiġifieri kulħadd għandu dawn il-problemi!", "Jiena nirrepeti li nistgħu nagħżlu l-elezzjoni diretta tas-sindku jekk irridu, però nagħżluha bil-konsegwenzi kollha tagħha.", "Il- gvern ma jidhirlux li wasalna fil-fażi fejn nagħmluha, l-ewwelnett għaliex m'għandniex it-tradizzjonijiet storiċi ta' l-elezzjonijiet diretti.", "It- tieni ħaġa, il-problemi li aħna kellna fl-elezzjonijiet tas-sindku ma kenux problemi cross party, biex ngħidilhom hekk, problema bejn il-Partit Nazzjonalista u l-indipendenti jew problema bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, però kienu problemi interni għaż-żewġ partiti.", "Min mit- tlieta tal-Partit Nazzjonalista se jilħaq sindku u tispiċċa tħabbathom ras ma' ras għax min jużalek il-proċedura u min jużalek xi ħaġa oħra.", "Allura jew tħabbathom ras ma' ras kif kont nagħmel jien u mbagħad jgħajruk li qed tindaħal, imma almenu kien ikolli sindku u kien jaħdem il-kunsill, jew inkella tħallihom floating u ma jiġri xejn!", "Kellna din il-problema f'Ħaż-Żebbuġ riċentement biex ma noqgħodux insemmuhom kollha, fejn bejn l-elezzjoni u l-ewwel laqgħa, bil-maġġoranza Laburista rriżenja kunsillier Laburista, ma kienx hemm min jista' jitla' bil-by-election għax ma kellhomx kandidat ieħor u lanqas il-co-option ma setgħet issir qabel ma jiġi elett is-sindku, u ġew ħamsa b'ħamsa.", "Kieku tkun cocciuto tgħidilhom biex ma jidħlux għal-laqgħa għax m'għandhomx maġġoranza, toqgħod tuża l-proċedura kontra l-ispirtu tal-kunsill, imma l- Partit Nazzjonalista qal: Le, il-Labour Party għandu l-maġġoranza, idħlu vvotaw għal min jiddeċiedi l-Labour Party!", "Jiġifieri l-problemi tas-sindku qatt ma kienu problemi ta' elezzjoni imma dejjem kienu problemi ta' ambizzjonijiet personali fil-gruppi tal-partiti.", "Mela ejja nsolvu bid- dixxiplina tal-partiti, u l-partiti huma realtà politika, ma noqgħodux naħarbuha issa!", "Issa nistgħu nagħmlu r-retorika u nimmaaġina li se nismagħha min-naħa l-oħra meta l-Partit Nazzjonalista jiddeċiedi li jitlaq, il-Partit Laburista jiddeċiedi li jitlaq, issa dawk noqogħdu ngħiduhom kollha!", "Imma r-realtà hija li qegħdin it-tnejn hemmhekk issa u rridu neżerċitaw id-dixxiplina fuq in-nies tagħna.", "Aħna għandna obbligu lejn in-nies għax kif għandna obbligi f'dan il- parlament għandna obbligi fuq livell ta' kunsilli lokali u allura ma naqilbux il-problema għax tista' tkun skomda għas-segretarji ġenerali tagħna jew għad-diriġenti tagħna li lin-nies tagħna ngħidulhom: Le, inti m'intix se tkun sindku, dak se jkun sindku.", "Minflok nagħmlu din, inbiddlu sistema sħiħa!", "Is-sistema ħadmet għax anke bil-problemi kollha li kellna internament, kienu xorta minuri ħdejn il-180 elezzjoni li kien hemm!", "U allura l-proposta li hawn f'dan il-Bill hija li essenzjalment inżommu s- sistema ta' l-elezzjoni indiretta li teżisti, pero' nagħlqu l-iscappatoii li hemm ta' min irid juża l-leverage personali fuqna.", "Allura qed ngħidu li nibqgħu kif aħna, jekk wara 12-il elezzjoni ma jiġix elett sindku, hi x'inhi r-raġuni, l-ewwel għandek sitta u mbagħad tmur għall-oħrajn, sitta oħra, hi x'inhi, jieħu over the oldest member, l-aktar wieħed anzjan fil- kunsill għal tliet xhur!", "L-aħjar soluzzjoni u l-aktar waħda prattika hija li tpoġġi deadline.", "Qatt ma jista' jkollna kunsill mingħajr sindku.", "Meta xi ħadd jippressa, jippressa, jippressa u jaf li għandu deadline, jaf li se jasal, jaf li jekk mhux se jkun hu ma jistax iħassar aktar issa għax hemm soluzzjoni, allura naħseb imbagħad kulħadd jibda jirrealizza.", "Nerġa' ngħid li din m'hijiex l-aħjar soluzzjoni, pero' l-aktar soluzzjoni prattika fl- opinjoni tiegħi.", "Qed inneħħu wkoll - u dan huwa importanti - il-logħob tal-quorum.", "Fil- preżent il-quorum fil-kunsilli lokali huwa 50% and over, jiġifieri minn sebgħa jrid ikun hemm erbgħa.", "M'hemmx bżonn noqgħod insemmi l-istejjer fejn min ma jridx jilgħab, iħassar u jitlaq 'il barra.", "Qed jiġi propost li jekk laqgħa tal-kunsill tiġi aġġornata darbtejn minħabba lack of quorum, allura l-quorum jinżel minn 50% and over to 50% and under.", "Jiġifieri minn sebgħa, il-quorum jiġi tlieta, ma jiġix erbgħa.", "Huwa ħażin min qed juża u min uża - qed ngħidu għaż-żewġ naħat indipendenti, Laburisti u Nazzjonalisti - l-quorum biex itellef ix-xogħol.", "Huwa ħażin min jabbuża mill-proċeduri biex ix-xogħol fil-kunsill jieqaf.", "Jiena lest ukoll li ngħid li jekk il-quorum jibqa' jiġi abbużat, inbaxxuh aktar il-quorum.", "Wara kollox f'din il-Kamra minn 65, 15 huwa l-quorum!", "Għax il-prinċipju huwa proprju li l-Kamra trid taħdem, mhux inti tuża n-numru u tuża t- teknikalità biex ma taħdimx!", "U jien qed nagħti l-preavviż li min jibqa' jabbuża jew nibqgħu nsibu l-problemi, nerġgħu nbaxxu l-quorum, għaliex huwa ħażin li l-kunsilli kultant ikollhom jaħdmu bil-mentalità kif konna naħdmu fil-KSU, jew kif jaħdmu xi każini tal-football jew xi każini tal-baned.", "Jiġifieri l-proċeduri qegħdin hemmhekk biex jiġu utilizzati għat-tajjeb ta' l-għaqda, mhux biex jiġu abbużati.", "Qed nagħmlu wkoll il-positive vote of no confidence li għandu jagħlaq iċ- ċirku madwar is-sindku.", "Qed norbtu d-dritt li inti tagħmel vot ta' sfiduċja ma' l-obbligu li fl-istess vot tinnomina lil ħaddieħor bħala sindku biex ma jiġrix kif ġara, li nisfiduċjaw lil wieħed però ma nagħmlux lill-ieħor għax hekk ikun jaqbel.", "B'dan l-assjem ta' emendi u rtokki żgħar li qed nagħmlu nemmen li għandna niżguraw li jkun hemm il-kontinwità.", "U nerġa' nappella lill-kunsilliera kollha biex iħarsu lejn il-kunsill mhux bħala logħba bejniethom ta' min se jilħaq u min mhux se jilħaq, imma għandhom iħarsu lejn il-kunsill bħala mezz effettiv kif il-lokal tagħhom jista' jiġi 'l quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi t-tieni emenda ta' importanza kbira ħafna hija t- tibdil fil-formula ta' l-allokazzjoni tal-fondi ordinarji.", "Il-formula s'issa kienet ibbażata fuq popolazzjoni u area tal-lokal.", "Mill-bidu nett ġie rrealizzat li din ma kenitx formula ideali però kienet formula tajba sempliċement għaliex kienu żewġ kriterji faċilment ascertainable u kienet ukoll mingħajr diskrezzjoni ministerjali fejn jista' jassenja jew ma jassenjax.", "Però konna nafu mill-ewwel li m'hijiex qed tassenja biżżejjed fondi, tant hu hekk li mill-bidunett fl-ispecial funds inħolqu l-fondi speċjali għal-lokalitajiet iż-żgħar.", "Kellna fund partikolari li taħt il- 5000 persuna kien jallokalek ċertu ammont ta' flus u taħt l-10,000 persuna kien jallokalek ammont ta' flus ieħor.", "Fil-fatt l-idea tal-management tal- liċenzji mill-kunsilli lokali kienet inħolqot proprju biex ikun hemm introjtu ieħor għall-kunsilli ħalli jikkumpensa l-iżbilanċ li kien qed jinħoloq bit-tħaddim tal-formula.", "Jiġifieri kien hemm qbil li kellna formula li waqt li kellha l-preġju tagħha ma kenitx qiegħda proprju taħdem kif wieħed kien jixtieqha.", "Kienet qiegħda tagħti ħafna fondi nieqsa lill-kunsilli żgħar u kellna żewġ kunsilli partikolari, il-Marsa u Raħal Ġdid, li ma kenux żgħar imma lanqas mill-kbar nett, li kienu notorjament under-funded bil-formula kif kienet qed taħdem.", "Kulħadd kien qed jaqbel fuq il-bżonn tal-bidla u kien neċessarju allura li ssir din il-bidla.", "Il-bidla li qed tiġi proposta hawnhekk, u rrid ngħid li din il-formula, għalkemm ikkomplikata biex wieħed jaqraha, meta wieħed jispjega x'inhi jasal biex jifhem mal-ewwel is- sempliċità tagħha.", "Il-formula hija bbażata fuq x'assi għandek f'kull lokal.", "Nieħdu l-maintenance tal-bankijiet li hija r-responsabbiltà tal- kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollha.", "Il-field services branch, li huwa t-technical arm tad-dipartiment, għaddet il-bankijiet kollha li jeżistu f'Malta u f'Għawdex, ikkalkolat kemm trid tonfoq flus biex tagħmel maintenance ta' bank - man-hours, żebgħa u affarijiet oħra - u kull kunsill lokali fuq il-bażi ta' dak il-kalkolu jieħu persentaġġ tal-bankijiet li għandu kontra l-bankijiet li jeżistu f'Malta u Għawdex kollu.", "Jiġifieri jekk il-Belt għandna 100 bank u f'Malta u f'Għawdex kollu hemm 20,000 bank, il-Belt jieħu 1,000 over 20,000 tal- persentaġġ li se jiġi allokat għall-bankijiet.", "Issa bħal bankijiet jeżistu s-siġar, jeżistu s-soft areas, jeżistu l-pavimenti, jeżistu r-road markings u kollox.", "Dan huwa l-kalkolu li qiegħed isir u biex inkunu eżatti, kif diġà għedt issa għandna listi ta' l-assi kollha li jeżistu mapped fuq il- GIS, il-field services branch qiegħda għaddejja b'updating ta' l- inventarju.", "Jiġifieri matul din is-sena l-field services branch ma qagħdetx fuq id-data li kellha ta' l-1994/95, imma reġgħet marret tgħodd kollox, kemm hemm siġar, kemm hemm bankijiet, kemm hemm square meter ta' pavimenti, x'tip ta' pavimenti eċċ. Sa l-aħħar tas-sena tkun spiċċat dan l- eżerċizzju biex meta niġu biex inqassmu l-flus is-sena d-dieħla, ikollna l- aħħar inventarju.", "Kif se taffetwa lill-kunsilli?", "Kieku bqajna nagħtu lill-kunsilli Lm6.5 miljun, kien se jkun hemm min se jieħu inqas u min se jieħu iktar.", "M'hemmx dubju, jekk se tbiddel il- formula mhux se tibqa' l-istess, xi ħaġa se titbiddel.", "Aktar milli kif se taffetwa lill-kunsilli, jien nistaqsi: Il-formula hija ġusta?", "Jien ngħid li hija ħafna iktar ġusta milli kienet qabel.", "Hija bbażata fuq dak li għandhom il-kunsilli lokali, tieħu in konsiderazzjoni żieda fl-assi li jistgħu jagħmlu l-kunsilli lokali għax, per eżempju, jekk jien inżid in- numru ta' pjanti, awtomatikament is-sena d-dieħla se jkolli mdaħħal il- maintenance tagħhom .", "Ma tistax teffettwa l-finanzjament tal-gvern u lanqas il-finanzjament l-ieħor tal-kunsilli lokali għar-raġuni sempliċi li l-finanzjament overall jiffissah il-gvern.", "Mhux se jeffettwa lill-gvern jekk, per eżempju, San Pawl il-Baħar jiddeċiedu li jitfgħu 100 palma ġdida ħalli jieħdu aktar flus.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-gvern se jgħidlu jekk hux se jieħu Lm11,000 miljun jew Lm12,000 miljun.", "Il-variables tal-formula tant huma varji - hemm żewġ paġni ta' formula, mingħalija aktar minn 60 jew 70 variable - li kull kunsill lokali jekk San Pawl il-Baħar se jżid il- pjanti u allura jnaqqas xi ħaġa żgħira mill-allokazzjoni fuq il-pjanti biex idaħħal xi ħaġa oħra, il-Mellieħa jżidlu l-beach facilities u allura jeħodlu aktar mill-beach facilities.", "Jiġifieri kunsill lokali ma jistax jagħmel xi ħaġa biex jieħu ħafna aktar flus mingħand il-kunsilli l-oħra.", "U naħseb li dan hu s-sabiħ tagħha wkoll, li m'hemmx id-diskrezzjoni ministerjali u se tibqa' taħdem fuq l-assi.", "Mr Speaker, naħseb all in all ma stajniex noħorġu formula aħjar u jiena sinċerament irrid nirringrazzja lill-persuna li tmexxi l-field services branch, is-Sur Piu Farrugia, li huwa l-moħħ wara dan ix-xogħol kollu.", "Dan huwa xogħol enormi, kif jaf l-Onor.", "Mangion.", "Jiena ma nafx kif jirnexxilhom imorru fuq post, jaraw il-markings tat-toroq, jippjantawhom fuq pjanti, jagħmluhom fuq il-computer, iżommuhom updated.", "Dan huwa inkredibbli u mingħajr l-għajnuna tagħhom ċertament ma konniex la naslu għal xi ħaġa bħal din u wisq inqas inżommuha updated.", "Irrid ngħid ukoll li din il-formula għandha l-qbil ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Huma jaqblu li din hija formula vijabbli li wieħed għandu jaħdem fuqha.", "Mr Speaker, permezz ta' dawn l-emendi qegħdin ukoll nintroduċu l-kunsill lokali ta' l-Imtarfa li kelli diversi okkażjonijiet nitkellem dwar ir- raġunijiet għaliex dehrilna li kien żvilupp li wieħed irid jirrikonoxxih, però fl-istess ħin ħadna l-opportunità biex indaħħlu wkoll il-konċett tal- hamlets.", "Huwa konċett ġdid li mhux aċċettat minn kulħadd u hemm xi oppożizzjonijiet.", "Kien hemm xi hamlets oħra li aħna pproponejna li xi kunsilli lokali oġġezzjonaw għalihom.", "Sfortunatament, għalkemm ġibna avviżi fil-gazzetti, ma kellniex nies li kitbulna u qalulna: \"Aħna nixtiequ nkunu hamlet\".", "Jien ngħid li din il-politika tal-hamlets għad trid tikber u għad ikollna pressures biex inkabbruha.", "Irridu noqogħdu attenti kif nimxu u tajjeb li bdejna bil-mod biex naraw kif immorru 'l quddiem, però naħseb li huwa pass pożittiv li jekk nagħġnuh tajjeb tista' tkompli tkabbar is-saħħa tal-lokalitajiet differenti.", "Qed inżommu l-prinċipji tal-contracting-out tas-servizzi tal-kunsilli lokali, però qed nagħmlu xi emendi għax kien hemm xi ftit taħwid f'ċerti sezzjonijiet fejn jidħlu l-kuntratti li tista' tagħti lill-kunsilli lokali oħra jew lid-dipartimenti tal-gvern.", "Kien hemm drafting li ma tantx kien feliċi għax kien qisu kontradittorju.", "Issa qed nagħmluh ċar; il-prinċipju huwa kollu contracting-out ħlief f'każ ta' dipartiment jew kunsill lokali ieħor jew public body.", "Bil-permess tal-ministru kunsill lokali jista' jagħti direct order lil dawn sakemm ma jeċċedix il-perijodu ta' xahar, u jekk il-valur ikun inqas minn Lm100 u huwa inqas minn xahar, allura ma jkollux bżonn imur għand il-ministru.", "Jidhrilna li nistgħu nafdaw lill- kunsilli lokali li jagħtu direct order ta' Lm100 kull xahar.", "Il-politika tiegħi se tkun li nibqa' ninsisti li jkun hemm il-permess, ħlief f'emerġenzi għax fir-realtà din qiegħda minħabba l-emerġenzi u anke biex inkopru legalment kwestjonijiet bħalma kellna fil-każ tal-KIP.", "Legalment f'dak il-każ ma kienx hemm mod kif jidħol il-gvern, allura naħseb li din tkopriha wkoll jekk nagħtu din il-possibilità.", "Hawnhekk qed nieħdu l-opportunità biex neskludu lill-kunsilliera u l- impjegati tal-kunsill lokali milli jitfgħu l-offerta għal tenders fil- kunsilli tagħhom, kemm għall-goods kif ukoll għal services, waqt li taħt l- obbligu tat-tendering procedure qed indaħħlu d-drittijiet reali li jistgħu jakkwistaw issa l-kunsilli lokali fuq l-artijiet li jingħataw lilhom.", "U għall-istess raġuni qed nagħtu l-permess, dejjem bil-permess tal-ministru, li l-kunsilli lokali jidħlu għal commercial undertakings, jiġifieri jidħlu f'partnerships, jieħdu shareholdings, eċċ.", "Qed nagħmlu wkoll diversi emendi li huma neċessarji minħabba l- introduzzjoni tal-wardens u t-tribunali lokali li jkollna l-okkażjoni nidħlu fihom iktar 'il quddiem fil-kumitat.", "Qed nieħdu wkoll l-opportunità li nsolvu problema amministrattiva kbira dwar l-arrows fit-toroq.", "Naħseb li l-Onor.", "Mangion jiftakar il-problemi kollha li kienu jinqalgħu l-iktar f'arterial roads, fejn ikun hemm triq li faċċata waħda tkun ma' kunsill u l- faċċata l-oħra ma' kunsill ieħor, allura ħadd ma jagħti kasha.", "Agħar minn hekk, kellna toroq bħal Santa Duminka bejn il-Fontana u r-Rabat - l- iSpeaker jafha żgur! - fejn it-triq tibda ż-żewġ naħat mar-Rabat u mbagħad wara ftit tiġi naħa minnhom mal-Fontana u n-naħa l-oħra mar-Rabat, wara ftit nerġgħu naqilbu, parti tmur mal-Fontana u parti mar-Rabat.", "Bl- għajnuna tal-field services branch, qbadniehom dawn u pprovajna nimxu bil- mod loġiku li ngħidu triq għandha tkun żewġ naħat ma' kunsill wieħed.", "Rajna ftit in-numri biex żgur ma tiġix affettwata b'xi mod l-entità tal- kunsill mil-lat ta' nies, u issa qed ngħidu li l-financial u l- administrative responsibility għal dik it-triq tkun ta' kunsill wieħed.", "Jidhrilna li solvejna problema l-iktar għar-residenti ta' dawn it-toroq għaliex kienu toroq li kull kunsill ma jagħtix kashom.", "Niftakar triq oħra fil-Fgura fejn parti minnha tibda r-Raħal il-Ġdid, fin-nofs hija tal-Fgura u terġa' tiġi Raħal il-Ġdid, jew Ħaż-Żabbar u l-Fgura, u allura din it-triq ħadd ma ried jagħmlilha t-tarmak, minkejja li kollha mkissra, għax ħadd ma jgħid li hija tiegħu kollha u ma ftehmux bejniethom.", "Jiġifieri ridna nsolvu din il-problema.", "Mr Speaker, hemm diversi emendi oħra ta' natura teknika li jkollna opportunità nidħlu fihom fl-istadju tal-kumitat.", "Għandna opportunità oħra li sejra ssaħħaħ il-konċett tal-kunsilli lokali għax barra dawn l-emendi ġiet ippreparata emenda għall-Kostituzzjoni li ġiet mgħoddija lill- Oppożizzjoni għall-kummenti tagħha - tajtha lill-Whip xi tliet ġimgħat ilu - biex il-prinċipju tal-kunsilli lokali jiġi entrenched bid-due terzi fil- kostituzzjoni tagħna.", "Din l-emenda m'għandhiex sustanza u m'għandhiex termini li huma enforceable però hija dikjaratorja fuq il-prinċipju tal- kunsilli lokali u, ladarba ż-żewġ naħat qed naqblu, il-gvern qed jissuġġerixxi li din id-dikjarazzjoni dwar il-kunsilli lokali tkun entrenched fil-kostituzzjoni.", "Qed nistennew lin-naħa ta' l-oppożizzjoni biex tgħidilna jekk taqbilx ma' l-entrenchment; jekk kemm-il darba l- oppożizzjoni taqbel aħna ngħaddu għall-pubblikazzjoni u jekk le, indaħħluha xorta fil-kostituzzjoni mingħajr ma tkun entrenched bid-due terzi.", "Mr Speaker, b'dan l-abbozz ta' liġi għandna opportunità biex iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, kif għamilna f'dawn l-aħħar snin, inkomplu nsaħħu l- kunsilli lokali tagħna u nħarsu 'l quddiem lejhom b'fiduċja, b'sens ta' responsabbiltà, bħala parti essenzjali tad-demokrazija ta' pajjiżna.", "Jien nawgura li jkollna opportunità li jkollna dibattitu tajjeb f'dan il- parlament u fil-kumitat li jrid isir wara, bil-għan li noħorġu b'liġi mirquma li tgħin lill-ħaddiema tal-kunsilli lokali tagħna.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, naħseb wara s-sħana jew il-kesħa tal- budget, għidha kif trid, tajjeb li llum għandna liġi dwar il-kunsilli lokali li tittratta punti u prinċipji li fuqhom hemm qbil across the board fil-Kamra.", "Wara li l-ministru ta overview dettaljata mhux biss dwar il- liġi imma anke dwar il-ħidma ġenerali ta' matul is-sena tal-kunsilli lokali tajjeb li naraw effettivament x'qed jipproni l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna li naħseb huwa riżultat ta' l-esperjenzi ta' matul dawn l-aħħar ħames snin.", "Il-preparamenti għal din il-liġi kienu bdew meta kont jien ministru; konna qegħdin niflu sezzjoni, sezzjoni biex naraw x'tibdil hemm bżonn ibbażat fuq informazzjoni u esperjenzi min-naħa tad-dipartiment u min- naħa tal-ministru li niksbu fil-proċess kontinwu ta' l-iżvilupp tal- kunsilli lokali.", "Allaħares ma jkunx hemm dan il-proċess kemm min-naħa tal- kunsilli li qed jimmaturaw u jiżviluppaw aktar u min-naħa ta' l- amministrazzjoni ċentrali li bil-politika ġenerali tagħha tiggwida l- iżvilupp tal-kunsilli lokali.", "Mr Speaker, qabel ma nkompli tajjeb li mill-bidu nikkorreġi konklużjoni żbaljata min-naħa tal-ministru, appuntu dwar il-fatt li qal li ma kien hemm l-ebda reazzjoni dwar il-white paper min-naħa tal-Partit Laburista.", "Jien infakkar lill-ministru li f'Ġunju ta' din is-sena konna mistednin kemm hu u kemm jien għal-laqgħa ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali f'Għawdex, fejn iddisukutejna l-white paper u jien ippreżentajt paper li ċertament waslet għand il-ministru għax qed nara l-personal assistant tiegħu jitbissem, peress li talabni kopja u għaddejthielu.", "Ta' min jinnota wkoll li effettivament ma ġewx inklużi fil-Bill li għandna quddiemna xi punti li mhux biss ma qablux magħhom il-kunsilli imma aħna wkoll issuġġerejna li għandhom jitneħħew, kemm dwar is-sindku u l-viċi sindku, kif ukoll dwar is- segretarju li jkun irid l-approvazzjoni tal-ministru.", "Allura nixtieq li nneħħi din il-misconception li forsi kellu f'moħħu l-ministru meta qal li l- Partit Laburista ma tax kas il-white paper.", "Anzi għall-benefiċċju tal- kunsilliera u ta' min qed jismagħna tajjeb li ngħidu li meta ħarġet il- white paper internament fil-partit saru laqgħat mal-kunsilliera Laburisti li kienu diġà eletti biex nidħlu fid-dettalji ta' din il-white paper.", "Kif se nispjega aktar 'il quddiem, hemm aspetti pożittivi li ċertament hemm qbil dwarhom.", "Tajjeb ngħid ukoll li ħafna minn dan ix-xogħol huwa kontinwità ta' dak li kien sar qabel l-1996, bejn l-1996 u l-1998 u wara.", "Hemm element ta' kontinwità li jwassal il-messaġġ tajjeb li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk fl-interess tal-lokalità - dan sostnejtu qabel, insostnih issa u nibqa' nsostnih - allavolja hemm il-parteċipazzjoni diretta taż-żewġ partiti u jistgħu jkunu affiljati partiti oħra li jidħlu fihom direttament.", "Immedjatament li kunsillier ikun maħtur u nnominat f'lokalità, dak ikun jirrappreżenta lin-nies u lir-residenti f'dik il- lokalità.", "Jekk il-kunsilliera jżommu dan il-prinċipju jien konvint li jkun l-element deċiżiv li jwassalhom għal żvilupp aħjar fil-lokalità tagħhom, ovvjament fil-parametri tal-limitazzjonijiet imposti fuqhom.", "Mr Speaker, aħna naqblu li l-kunsilli lokali għandhom ikunu awtonomi, kif tgħid il-liġi, u għandna nħarsu din l-awtonomija tagħhom.", "Però jien dejjem sostnejt, kif reġa' sostna llum il-ministru, li l-awtonomija ma tfissirx li inti tkun repubblika żgħira fir-repubblika ta' Malta.", "Jiġifieri l- awtonomija m'hijiex ekwivalenti għall-indipendenza.", "Aħna m'aħniex stat federali, imma pajjiż żgħir bil-problemi macro u micro tiegħu, soċejtà varjata ħafna però bażikament aħna soċjetà ta' madwar 380,000 ruħ, b'ħafna komunitajiet żgħar.", "Kunsill lokali huwa awtonomu u għandu ċerti poteri eżekuttivi li qed jiddelegahomlu l-gvern ċentrali, però ma jfissirx li dik il-komunità se taħdem indipendentement mill-komunitajiet l-oħra u ma jkollhiex interfacing kontinwu mal-gvern ċentrali.", "Però huwa importanti li dan l-element ta' deċiżjoni fuq livell lokali jkun hemmhekk u jidher li qed isir.", "U dan iwassalni għat-tieni kriterju.", "Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-livell tal-kunsilli lokali għandhom jirrispekkjaw ċerta responsabbiltà u accountability.", "Naqblu fuq il- prinċipju tad-devoluzzjoni, naqblu li jkun hemm dawk l-oqsma identifikati min-naħa tal-gvern ċentrali li jgħaddihom fuq il-kunsilli lokali għax nemmnu li huma jistgħu jamministraw dak il-poter devolut lilhom aħjar jew b'iktar effiċjenza milli kieku jamministrah il-gvern ċentrali.", "Allura la qegħdin naslu għal dan il-goal huwa importanti li l-kunsilliera jifhmu li ż- żieda fil-poter eżekuttiv li jkun devolut fuqhom hemm marbut magħha wkoll responsabbiltà akbar, accountability akbar u trasparenza akbar fl-aġir tagħhom.", "Naħseb li dan huwa kriterju ieħor li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh f'kull policy li wieħed jipprova jmexxi lill-kunsilli lokali fiha.", "Jekk dan jintilef ma nkunux qegħdin nilħqu l-għan li nsaħħu l- amministrazzjoni pubblika.", "Ngħiduha kif inhi, meta inti qed tgħaddi ċerti poteri lill-kunsilli lokali mhux biss għandek l-element ta' demokratizzazzjoni għaliex ikun hemm parteċipazzjoni akbar, imma l- amministrazzjoni pubblika ta' pajjiż se tkun iktar effettiva, effiċjenti u iktar accountable ukoll.", "Punt ieħor li l-kunsilli lokali jridu jżommu quddiem għajnejhom - u naħseb li f'dan m'hemmx nuqqas ta' qbil - huwa l-fatt li l-eżistenza u l- iżvilupp tal-kunsilli lokali jiddependi ħafna mill-parteċipazzjoni akbar tal-membri tal-komunità.", "Jiġifieri t-tnejn naqblu li kunsill lokali għandu jkun il-fulcrum u l-istrument li jgħaqqad il-komunità.", "Il-ministru semma l- identità li jqanqlu l-kunsilli lokali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom u kemm daħħlu s-civic pride.", "Huwa tajjeb li jkun hemm is-civic pride fil- lokalità u j'Alla titrawwem f'kull individwu fil-komunità għax dan ċertament jagħmel il-ħidma tal-kunsilli lokali aktar faċli u jkollna riżultati aħjar.", "Imma naħseb naqblu li għandna nħarsu kif il-kunsilli lokali fid-deċiżjonijiet li huma jieħdu u fil-mod kif jimplimentawhom għandhom jinvolvu kemm jista' jkun firxa wiesgħa tal-komunità fil-lokalità nvoluta.", "Tajjeb li l-kunsilliera jifhmu li jekk ikollhom il-koperazzjoni tal-membri tal-komunità, ix-xogħol tagħhom effettivament se jkun eħfef.", "Ċertament mhux qed ngħid li mhux se jkollhom tgergir mill-membri tal- komunità għax din hija parti mill-ħajja pubblika li jridu jifhmuha.", "Ħalli nieħu eżempju prattiku ta' l-iskips li f'ċerti lokalitajiet intużaw tajjeb u tara l-indafa f'dawk it-toroq partikolari u tirrealizza li hemmhekk is- sistema ffunzjonat.", "Qed insemmi dan l-eżempju għaliex il-proċess ta' l- iżvilupp tal-kunsilli lokali huwa l-iktar ħaġa pragmatika, li tmissha b'idejk kontinwament.", "Iċ-ċittadin jippretendi u jistenna li l-kunsill lokali jagħtih servizz aħjar u iktar effiċjenti.", "Nerġa' mmur għall-eżempju ta' l-iskips, fejn insibu li f'ċerti rħula oħra kull sforz min-naħa tal-kunsill li jagħmel l-iskips bl-għan li jżomm il- lokalità iktar nadifa ġie frustrat mhux darba jew tnejn għaliex in-nies ma jikkoperawx u ġieli jkun hemm anke numru ta' atti vandali.", "Issa għaliex isiru l-atti vandali?", "Ikollok ċirkostanzi fejn bniedem jagħmel hekk apposta; dawn ikunu nies li moħħhom ma tafx kif jaħdem.", "Mhux se ngħidlu psychopath għaliex jaħraq skip, imma fl-opinjoni tiegħi f'dik it-triq qiegħed għaliex din qiegħda hemmhekk għas-servizz tiegħu, u li wieħed jeqred oġġett jew servizz li qiegħed hemm għall-ġid tiegħu, huwa beyond any logic għalija.", "Imma ċerti rħula ir-reżistenza għall-iskips kienet ġejja mill-fatt li wieħed jgħidlek: \"Jien ma rridhiex quddiemi din, kulħadd joqgħod jitfa' quddiemi, ipoġġuha fit-tarf tar-raħal, ippoġġuha 'l hawn u 'l hemm!\"", "Jiġifieri kienet tkun reżistenza mill-istess nies f'dik il- komunità.", "Jekk wieħed jindaga għaliex f'raħal irnexxiet u fl-ieħor le, ħafna drabi jsib li kunsill jew kunsillier li jkun irnexxielu jimplimenta dan is-servizz f'dik il-komunità jkun tkellem iktar mar-residenti, qalilhom l-għan ta' dawk l-iskips u min-naħa tagħhom jgħidulu l-oġġezzjonijiet tagħhom u b'hekk l-istess residenti jkunu qegħdin jappoġġjaw dik il-mossa u mhux jirreaġixxu kontra tagħha.", "Dan huwa eżempju wieħed prattiku li juri kemm huwa importanti li fid-deċiżjonijiet li jieħdu fil-lokalità tagħhom il- kunsilli lokali ikollhom il-parteċipazzjoni sħiħa ta' l-għaqdiet fil- komunità.", "Dan qed ngħidu għaliex sfortunatament għandek ċerti kunsilli - u hawnhekk forsi jidħol l-element ta' maturità bejn kunsill u ieħor biex nużaw il-kelma \"maturità\" - li joħolqu problemi soċjali interni fil- komunità tagħhom minħabba nuqqas ta' ħsieb fid-deċiżjonijiet tagħhom.", "U meta mbagħad tidħol fil-fond u tistaqsi lill-kunsill lokali: \"Għaliex ħadt dik id-deċiżjoni, ma kontx taf li jista' jkollok din ir-reazzjoni?\", iwieġbek \"Jien ma tkellimtx ma' dawk l-għaqdiet konċernati għax jien għandi l-awtorità u rrid niddeċiedi jien.\"", "Jekk qegħdin ngħidu li l-kunsilli lokali huma dak il-proċess li verament iwassal il-prattika tad-demokrazija fil-livell l-iktar qrib iċ-ċittadin, mill-banda l-oħra fejn jieħdu din l- attitudni jkunu l-istess kunsilliera li jkunu qegħdin iġibu r-reżistenza u nuqqas ta' kooperazzjoni min-nies fil-komunità.", "Ċertament hija xi ħaġa li m'għandhiex tkun.", "Kriterju ieħor li nemmen fih u li huwa essenzjali għall-iżvilupp tal- kunsilli lokali, huwa l-kriterju li l-poter amministrat mill-kunsill, is- saħħa eżekuttiva li tkun delegata lill-kunsill għandha u għandna nassiguraw li fuq dak il-livell lokali tkun ġiet u qiegħda tiġi amministrata b'aktar effiċjenza.", "Hawnhekk jien nagħti kredtu lil ħafna kunsilli ma' Malta u Għawdex li għamlu l-almu tagħhom biex ir-responsabbiltajiet tagħhom jaqduhom sew.", "Sfortunatament kellhom, għad għandhom u naħseb li fil-futur jibqgħu jkollhom problemi kbar amministrattivi kemm ma' dipartimenti tal- gvern, ma' entitajiet pubbliċi, kif ukoll ma' suppliers privati ta' ċerti kuntratti.", "Din hija waħda mill-iktar affarijiet frustranti li l- kunsilliera jiltaqgħu magħha għaliex ċertament in-nies iwaħħlu fihom, ma jirrealizzawx li l-kunsilli ma kellhomx kollaborazzjoni minn diversi naħat.", "Allura filwaqt li tajjeb li wieħed jibqa' jesiġi li l-kunsilliera jamministraw b'aktar effiċenzja ħalli jagħtu riżultati aħjar - u dan għandu jkun wieħed mill-kriterji li fuqhom jimxi kull kunsilli lokali f'Malta u Għawdex - wieħed irid iżomm quddiem għajnejh ukoll li hemm bżonn il- kollaborazzjoni ta' diversi entitajiet.", "Dan mhux biss ikun fl-interess tal- komunità u tal-kunsilli lokali imma fl-interess nazzjonali għaliex dak li jirnexxi fuq livell lokali se jkollu riżultat aħjar fuq livell nazzjonali.", "Mr Speaker, jeħtieġ li d-dipartimenti tal-gvern ċentrali - u hawnhekk m'iniex qed ngħid għad-dipartiment tal-kunsilli lokali għax naf l-appoġġ li kontinwament ta u jagħti lill-kunsilli lokali - jifhmu li l-kunsilli lokali huma awtorità u għandhom responsabbiltajiet bil-liġi.", "Għalhekk uffiċjal f'dipartiment ma jistax jinjora l-complaints li l-kunsilli jġibu għall- attenzjoni tiegħu jew jibagħtilhom acknowledgement biss u ġieli lanqas acknowledgement ma jibagħtulhom.", "L-ewwelnett dan l-aġir min-naħa ta' uffiċjal pubbliku huwa nuqqas ta' responsabbiltà u lanqas il-liġi ma tittollerah għax uffiċjal pubbliku jrid jagħti servizz lill-pubbliku, aħseb u ara meta inti għandek entità rikonoxxuta bil-liġi li qed tirrappreżenta lill-pubbliku in ġenerali.", "It-tieni nett dan l-aġir jirrispekkja l-ineffiċenzja fuq il-livell amministrattiv ċentrali, ineffiċjenza li fl-aħħar mill-aħħar ikun qed iħallas għaliha t-taxpayer Malti.", "U jekk irridu li l-finanzi jiġu utilizzati aħjar, waħda mill-affarijiet li rridu nattakkaw hija li nesiġu li kull uffiċjal pubbliku jaqdi dmiru sew.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid għal kulħadd biex inkunu ċari, imma dawn huma fatti u ma jistax ikun li noqogħdu nduru magħhom.", "Il-fatti huma fatti, il-complaints ikunu bil-miktub, tarahom fil-gazzetti u tisma' bihom fuq ir-radjijiet, jiġifieri din mhix xi ħaġa li qed jivvintaha individwu.", "Ma jistax ikun ikollok complaint minn kull lokalità u tgħid li dan ma jeżistix.", "Meta l-uffiċjal inkarigat, hu min hu u qiegħed f'liema entità qiegħed, ma jaqdix dmiru fil-konfront tal- kunsilli lokali mhux biss ikun qed imur kontra l-obbligu legali li jitlob l- impieg tiegħu, imma dan ikun qiegħed jiswa lit-taxpayer Malti miljuni ta' liri.", "Dan qed ngħidu għaliex fl-amministrazzjoni ċentrali - il-ministru qal li l-kunsilli lokali f'ħames snin amministraw Lm48 miljun, u jekk wieħed jagħmel cost analysis tas-servizzi li taw isib li l-cost ta' kull servizz kien anqas - jintnefqu 'l fuq minn Lm200 miljun fis-sena f'pagi, overtime jew allowances kif ukoll għad-day to day operations ta' l-istess dipartimenti, biex ma nsemmix ukoll l-infiq fil-korporazzjonijiet bħall- Enemalta, il-water services corporation, eċċ., li huma entitajiet sostnuti mill-flus li jħallas it-taxpayer.", "Jien nemmen li bis-set-up tal-kunsilli lokali b'kollaborazzjoni mad-dipartimenti tal-gvern ċentrali jista' jkollna value for money fin-nefqa pubblika .", "Mr Speaker, fil-każ tal-manutenzjoni ta' l-iskejjel, meta kienu ħadmu flimkien id-dipartiment tal-kunsilli lokali, il-kunsilli individwali u d- dipartiment ta' l-edukazzjoni, dawn urew li mingħajr ma kien hemm piż akbar fuq il-kunsilli lokali - għaliex ovvjament tħallsu tas-servizzi li taw u hekk għandu jkun - dik in-nefqa tat riżultat aħjar għall-komunitajiet involuti u għas-sistema edukattiva kollha.", "Dan għaliex il-fatt li jkollok ambjent tajjeb fl-iskejjel jikkontribwixxi għal livell ta' edukazzjoni aħjar, filwaqt li ambjent ħażin ftit li xejn huwa konduċenti biex ikollok livell ogħla ta' tagħlim, għalkemm dan ovvjament jiddependi wkoll minn aspetti oħra amministrattivi fl-iskejjel stess.", "Imma dak l-eżempju ħadem u tajjeb li se ssir evaluation tiegħu biex jitjieb.", "Allaħares ma tagħmilx l- evalwazzjoni biex ittejjeb dak il-proċess amministrattiv li jkun ġie ntrodott, għax inkella ċertament l-affarijiet imorrulek lura.", "Mr Speaker, waħda mill-affarijiet li hemm bżonn li ssir fl- amministrazzjoni ċentrali hija appuntu li jiġu riveduti l-proċeduri li huma ta' wara l-gwerra jew ta' qabel il-gwerra li baqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, minkejja t-tibdil prattikament kull ġimgħa u kull xahar li qed jiġri madwarna.", "Ħafna drabi dawn il-proċeduri jibqgħu l- istess għax wieħed ikun aware li jekk jibdilhom jista' jgħabbi lill- operaturi fihom b'iktar responsabbiltà u allura jsib ir-reżistenza għal dan it-tibdil.", "Imma l-amministrazzjoni ċentrali pubblika trid ittejjeb lilha nnifisha billi tagħmel evalwazzjoni ta' kull proċedura ħalli s-servizz li jingħata lill-pubbliku jkun aħjar f'kull qasam tas-soċejtà.", "Meta wieħed jiftakar il-mijiet u eluf ta' nies li kuljum ikollhom bżonn servizzi mid- dipartiment tas-servizzi soċjali, mid-dipartiment tas-saħħa u oħrajn, wieħed jifhem il-bżonn li l-proċeduri ta' kif jiffunzjonaw jiġu evalwati.", "U jien konvint li f'ċerti oqsma l-kunsilli jistgħu jagħtu kontribut tajjeb biex intejbu dawn is-servizzi.", "Mr Speaker, nistqarr li kull meta kont niltaqa' mal-kunsilli u ma' l- assoċjazzjoni tagħhom, dawn kienu jifhmu li huwa tajjeb li l-kunsilli mhux biss joperaw fil-parametri tal-lokalità tagħhom, minn din it-triq sa dik it-triq u qisu l-kumplament ma jeżistix, imma li jridu joqogħdu attenti li d-deċiżjonijiet li jieħdu fil-lokalità tagħhom ma jeffettwawx ħażin lill- komunità ta' ħdejhom.", "Għalhekk fi żmien gvern Laburista, per eżempju meta ħadna inizjattivi dwar l-iżvilupp soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta, involvejna ħdax-il kunsill apparti entitajiet oħra, imma kienu l-kunsilli li kienu qed jgħaqqdu kollox bejniethom.", "Hemmhekk daħlet ċerta kolleġjalità bejn il-kunsilli fejn identifikaw problemi komuni u taw ukoll suġġerimenti komuni.", "Jien nieħu ċertu sodisfazzjon li din it-tip ta' politika qed tiġi promoted għaliex huwa tajjeb li l-kunsilli jifhmu li l- problemi li għandhom huma fil-komunità, speċjalment imbagħad f'komunità ċkejkna bħal Malta, li tkun qiegħed f'Ħal Luqa, timxi erba' passi oħra u ssib ruħek Ħal Qormi, jew inkella min-naħa l-oħra ta' Ħal Luqa, biex insemmi l-lokalita' tiegħi, timxi erba' passi u ssib ruħek f'Santa Luċija.", "Jiġifieri ma jistax ikun li jkun hemm problema f'Ħal-Luqa li ma jkollhiex xi over spill lejn Ħal Qormi jew inkella lejn Santa Luċija.", "Għaldaqstant il-fatt li tiżviluppa din il-kolleġjalità, biex ngħidilha hekk, bejn il- kunsilli ta' qrib xulxin, tgħinhom mhux biss għall-effiċjenza finanzjarja, imma ċertament tgħinhom ukoll f'inizjattivi soċjali tant importanti biex il- kunsilli jkollhom sinifikat akbar għall-komunità li jkunu qegħdin jgħixu fiha.", "Mr Speaker, jekk wieħed jara x'ikunu t-talbiet ta' kull kunsill, isib li kull kunsill irid sports centre, irid dar ta' l-anzjani, jitolbok li jkollu polyclinic, football ground, tennis court, squash court , gym, eċċ. Jekk tara l-business plan ta' kull kunsill issib li kulħadd jitolbok dawn l- affarijiet anke kunsilli li qegħdin bieb u għatba għall-Marsa.", "Fil-fatt jien kont ngħidilhom: Jekk taqa' minn ġol-bieb ta' l-uffiċċju tal-kunsill issib ruħek il-Marsa, x'tambih l-isports centre taħt il-bieb, se tmur tittrejnja iktar għaliex qiegħed mitt jarda 'l bogħod milli mitejn metru 'l bogħod?", "Jekk ikun atleta mitejn metru se jiġrihom iktar bil-qalb għaliex jagħmel il-warming-up.", "Naħseb meta tpoġġi l-affariijet f'din il- perspettiva -mhux bl-intenzjoni li tirredikola, xejn minn dan għaliex wieħed jifhem li dawn it-talbiet min-naħa tal-kunsilli jiġu sforz kemm ikollhom għal qalbhom il-lokalità tagħhom - x'jiswa li inti tagħmel proposti għal komunità waħda li jkunu jiswew Lm1 miljun jew Lm2 miljun?", "Fir-realtà li jinteressa lir-residenti f'dik il-komunità huwa li jkollhom is-servizz u r-riżorsi available fil-lokalità tagħhom jew inkella fil-qrib ħalli jkunu jistgħu jużawhom b'faċilità.", "Issa hekk qed isir għaliex fehmuh dan.", "Qabel kien ikollna reżistenza u niftakar li meta kont niltaqa' mal- kunsilli kienu jinsistu li l-isports centre isir fil-lokal tagħhom u mhux fil-lokal l-ieħor, minkejja l-fatt li wisq probabbli f'dik il-lokalità diġà jkun hemm faċilitajiet li huma mitluqa u jkunu qegħdin jitolbu li jkollhom faċilitajiet ġodda.", "Fi kliem ieħor, biex ma noqogħdux nidħlu fid-dettall ta' komunità komunità, dan ifisser li l-kunsilli jridu jibdew joperaw flimkien tista' tgħid fl-oqsma kollha.", "Dan jagħmluh volontarjament, ħadd m'hu se jġegħelhom jikkollaboraw bilfors mal-kunsill ta' ħdejhom.", "Imma ċertament ikun ta' ġid għalihom u iktar se jirnexxilhom jirrealizzaw il- pjani tagħhom, speċjalment fejn jidħol ċertu infiq kapitali, jekk fil- business plans li jagħmlu jikkollaboraw ma' kunsilli oħra.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa l-bżonn li nħeġġu lill-kunsilli biex jagħmlu wkoll proċess ta' self-assessment ħalli jaraw li s-servizzi li jkunu qed jipprovdu jkunu sodisfaċenti.", "Hija parti mir-responsabbiltà tagħhom li jagħmlu din l-analiżi ħalli jkunu ċerti li qed jieħdu l-value for money fil-kuntratti li huma jagħtu.", "Għandhom jiċċekkjaw regolarment, per eżempju, il-kwalità ta' tindif u l-manutenzjoni tas-soft areas fil- lokalità.", "Naf li d-dipartiment imur jagħmel dawn il-visits u joħroġ rapport perijodikament dwar il-livell ta' dawn is-servizzi, imma naħseb li bħala parti mill-proċess ta' żvilupp, dan is-self-assessment għandhom jagħmluh il-kunsilli stess ħalli jitgħallmu minnu u jservihom ukoll għal meta jiġu biex jerġgħu jikkuntrattaw.", "B'dan il-mod huma jkunu jistgħu jassiguraw kwalità ta' servizzi li jagħtu sodisfazzjon akbar lir-residenti tagħhom.", "Ċertament li d-dipartiment għandu l-għodda biex jispjegalhom il- concept ta' value for money.", "Mr Speaker, naħseb li dawn huma kriterji li jaqbel magħhom kulħadd għaliex iħarsu lejn il-kunsilli lokali bħala xi ħaġa li qed tiżviluppa, xi ħaġa ħajja fejn għandek interfacing kontinwu ta' individwi bl-ideat tagħhom.", "Jien konvint li kull kunsillier għandu għall-qalbu l-iżvilupp tal- lokalità tiegħu.", "M'għandix dubju li l-opinjonijiet jistgħu ma jaqblux ċertament, u Allaħares jaqblu fuq kollox u ma jkollhomx l-ideat tagħhom, imma ċertament fl-aħħar mill-aħħar l-għan komuni jkun it-titjib fil- komunità.", "L-ikbar diffikultà tqum biex timplimenta dak li tixtieq għax trid tara kif tesegwixxi dawk il-pjanijiet b'mod effiċjenti.", "Imma ċertament dan huwa l-ħsieb ewlieni li jimmotiva lill-kunsillier li jikkontesta l-elezzjoni minkejja li dan hu xogħol bla ħlas u minkejja t- taħbit li jidħol għalih bħala persuna pubblika.", "Dan huwa element pożittiv ħafna li wieħed irid jinkoraġġih, speċjalment meta wieħed jiftakar li jekk ma jkunx hemm it-titjib li jistennew ir-residenti tal-lokalità jkun hemm reazzjoni negattiva ħafna lejn il-kunsill lokali f'dik il-komunità.", "Il- ministru semma każ fejn l-ispecial funds kienu jitfgħuhom il-bank biex jieħdu l-imgħaxijiet fuqhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nafx għal liema raġuni, imma anyhow.", "Filwaqt li l-kunsill ma jkunx naqas f'każijiet bħal dawn - ma jkunx naqas għax ma jkunx abbuża mill-flus, ma ħaduhomx huma - imma ċertament dawk il-flus ma ġewx allokati lilhom biex jiddepożitawhom il- bank.", "Din bħall-istorja tat-talent għax mhux qiegħed hemmhekk biex taħbih u ma jgawdi minnu ħadd.", "Dawk il-fondi qegħdin hemmhekk biex jiġu utilizzati.", "Dawn huma l-inizjattivi li għandhom jidħlu fil-kunsill lokali.", "Jien nissuġġerixxi li ssir diskussjoni ma' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali biex dan il-proċess ta' self-assessment jidħol volontarjament fil- kunsilli lokali kollha ħalli huma stess itejbu s-servizzi li jagħtu lill- komunità.", "Mr Speaker, tajjeb li wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-emendi li hawn fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ma jidhirlix li hawn xi emendi kontroversjali għax dawk li l-iktar kienu kontroversjali ġew irtirati.", "Wieħed jinduna li l-għan ta' dawn l-emendi huwa biex itejjeb il-ħidma tal- kunsilli lokali fil-komunità u biex nassiguraw li jkun hemm kontinwità fil- ħajja tal-kunsilli individwali li jkunu eletti għal tliet snin.", "Issa l- esperjenza għallmitna li tajjeb li f'kull kunsill ikollok is-sindku u l- viċi sindku ħalli jekk wieħed minnhom ma jkunx qed jattendi, għal xi raġuni jew oħra, ikun hemm l-ieħor biex ilaqqa' l-kunsill.", "Hemm l-emenda l-oħra dwar il-quorum tal-laqgħat għax il-kunsill qiegħed hemmhekk biex jopera, u l-pika bejn il-membri tal-kunsilli m'għandhiex twassal biex kunsill ma jkunx jista' jiltaqa'.", "Jien dejjem kont insostni li dan ma jagħmilx sens għall-komunità u nibqa' nsostnih.", "Huwa ħażin li kunsill ikollu jwaqqaf il- ħidma tiegħu minħabba li xi individwi jillitikaw bejniethom, bħalma sfortunatament ġara f'ċerti lokalitajiet.", "Dan huwa ħażin għax l-ewwel interess fil-kunsill m'għandhiex tkun il-pride ta' kunsillier individwali li ma jaqbilx ma' l-ieħor, imma kull kunsill għandu r-responsabbilità li jħaddem tajjeb il-poteri mogħtija lilu.", "Emenda oħra hija dwar it-tneħħija tas-sindku.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala ministru, u jidher li l-istess esperjenza kellu l-Ministru Gatt, meta kien hemm mozzjoniiet ta' sfiduċja fis-sindku ma kenux ibbażati fuq kriterji oġġettivi, fuq malamministrazzjoni jew fuq abbuż, imma ħafna drabi r-raġuni iktar kienet minħabba konflitt ta' personalità.", "Ma naħsibx li nsibu soluzzjoni għal dan jekk issir elezzjoni diretta tas-sindku.", "M'iniex qed ngħid li għada pitgħada m'għandniex nikkonsidrawha fil-proċess kollu ta' żvilupp tal-kunsilli lokali, però ma naħsibx li din se ssolvi din il- problema.", "Qed ngħid hekk għaliex bħala leader f'dak il-kunsill, waħda mill- ikbar responsabbiltajiet li għandu s-sindku hija li jgħaqqad il-membri tal- kunsill biex jagħtuh l-appoġġ.", "Naħseb li hija tajba kif inhi redatta hawnhekk, li l-mozzjoni trid tkun iffirmata minn terz tal-kunsilliera għax b'dan il-mod ma jistax bniedem wieħed jaqbad u jgħaddi mozzjoni ta' sfiduċja.", "Issa kull min għandu oġġezzjoni għas-sindku jrid jagħmilha ċara u jinnomina sindku jew viċi sindku ieħor.", "Anzi jien nissuġġerixxi lill- ministru biex fl-istadju tal-Kumitat tiġi emendata fis-sens li dawk li jkunu jridu jgħaddu mozzjoni ta' sfiduċja, għandhom jimmotivawha bil- miktub, u jgħidu li dan, per eżempju, ma kkonsultax mal-kunsill, jew dan ma implimentax l-affarijiet kif ġie deċiż mill-kunsill imma kif deherlu hu.", "Hemmhekk ikunu qed jikkundannawh fuq amministrazzjoni żbaljata, issa intenzjonata jew mhijiex hija kwestjoni oħra, imma għandek ir-raġuni għall- mozzjoni ta' sfiduċja.", "B'dan il-mod aħna neliminaw kemm hu possibbli li jkun hemm l-element personali u suġġettiv meta ssir mozzjoni ta' sfiduċja.", "Is-sindki kollha jafu r-responsabbiltajiet tagħhom u m'hemmx għalfejn wieħed joqgħod jelabora fuqhom.", "Mr Speaker, huwa importanti li r-responsabbiltajiet li għandu l-kunsill, kif inhuma definiti tajjeb f'artiklu 33 ta' l-Att, ikunu mgħarrfa tajjeb lir-residenti.", "Waħda mill-problemi reali tal-kunsilli lokali hija li n- nies jaħsbu li l-kunsill se jsolvilhom il-problemi kollha, bħalma jippretendu li d-deputat tad-distrett isolvilhom il-problemi kollha tal- familja, jekk it-tifel m'għaddilux mill-eżami, jekk it-tifla ma daħlitx taħdem, kollox!", "Din hija esperjenza li aħna d-deputati lkoll ngħaddu minnha.", "Tajjeb li nużaw il-media biex nedukaw lin-nies fis-sens li ngħidu liema huma r-responsabbiltajiet tal-kunsilli, l-ewwelnett ħalli tirresponsabilizza lill-gvern ċentrali b'dak li huwa xogħolu, u t-tieni nett, ħalli ma jkunx hemm xi kunsillier li jipprova jfarfar mir- responsabbiltà u jgħidlek li xi ħaġa tkun responsabbiltà tal-gvern ċentrali meta fil-fatt tkun tal-kunsill.", "Jekk wieħed idur ftit lokalitajiet jinduna li dawn affarijiet effettivament ġraw.", "Għalhekk tajjeb li l-poplu jkun informat sewwa ħalli jkun jaf fejn għandu jħabbat u lil min jista' jżomm responsabbli.", "B'dan il-mod jieħu l-kundanna u l-kritika min suppost jeħodha.", "Għaldaqstant wieħed ikun jaf ċar u tond li l-manutenzjoni tat- toroq min-naħa tal-kunsilli lokali tinkludi biss maintenance u resurfacing, imma ma tinkludix toroq li jridu reconstruction.", "Dik hija responsabbiltà tal-gvern ċentrali u jekk mhux qed issir, mhuwiex tort tal-kunsilli imma l- amministrazzjoni ċentrali qiegħda lagging behind.", "Naħseb li jagħmel ġid kemm lill-kunsilli lokali kif ukoll lill-amministrazzjoni ċentrali pubblika iktar ma r-responsabbiltajiet ikunu publicised.", "Niġu issa għall-bye-laws fejn jidher biċ-ċar li se jibqgħu kif kienu, jiġifieri jridu jkunu approvati mill-ministru.", "Din nifhimha għax il- ministru jrid ikollu overview tal-qagħda nazzjonali, allura jrid ikun jaf id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-kunsilli lokal ħalli jara kif jidħlu fl- amministrazzjoni ġenerali tal-pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm l-approval tal-ministru.", "Però nissuġġerixxi emenda żgħira għal klawsola 15 ta' l-abbozz li għandna quddiemna li temenda artiklu 35 tal-liġi prinċipali.", "Meta l-ministru ma jaqbilx mal-bye-laws normalment jagħti r- raġunijiet tiegħu, imma tajjeb li nispeċifikawha fil-liġi li għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għalfejn ma qabilx ma' dawk il-bye-laws, mhux biex jiġġustifika lilu nnifsu mal-kunsill, imma biex il-kunsill jifhem aħjar il- perspettiva tiegħu.", "Hija xi ħaġa amministrattiva imma naħseb li huwa importanti li jkollok interfacing aħjar bejn il-ministru u l-kunsilli lokali.", "Punt ieħor huwa dwar il-fatt li ebda individwu li jaħdem fil-kunsill ma jista' jissottometti tenders għal xogħol jew servizzi li jikkuntratta l- kunsill lokali.", "Dan huwa tajjeb biex wieħed jelimina kull possibbiltà li jkun hemm l-abbuż, għalkemm mhux neċessarjament kien ikun hemm l-abbuż.", "Jeħtieġ naraw kif il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali jistgħu jaħdmu bejniethom għax jien nemmen ħafna li f'ċerti ċirkostanzi d-dipartimenti tal- gvern jistgħu jagħtu servizz tajjeb daqskemm jagħti l-privat.", "Għalhekk naħseb li huwa proċess importanti li nissanaw lid-dipartimenti tal-gvern ċentrali biex ikunu kompetittivi.", "Ma rridx ninftiehem ħażin; mhux qed nissuġġerixxi li l-kuntratti jeħduhom id-dipartimenti tal-gvern.", "Imma għandhom isiru l-istudji neċessarji, kif fil-fatt kienet bdiet inizjattiva fi żmieni, fejn id-dipartiment tal-kunsilli lokali, id-dipartiment tal- public works, kif ukoll jekk m'iniex sejjer żball, l-OPM kienu qegħdin - ma kenitx biċċa xogħol faċli għax kien hemm problemi kbar - ifittxu kif id- dipartimenti tal-gvern jagħmlu tendering b'mod kompetittiv daqskemm jagħmlu s-settur privat.", "Kien ikollna ħafna complaints - naħseb anke llum għadhom deħlin – għaliex id-dipartimenti tal-gvern jitfgħu l-offerti għat-tenders, imma xorta jirbaħ it-tender il-privat u n-nies tal-gvern jibqgħu ma jagħmlu xejn.", "Fir-realtà kien ikun hemm difett inerenti fil-metodu kif tiġi preżentata t-tender għal dak is-service.", "Allura kien qed isir sforz - ma nafx fejn wasal sal-lum, qed insemmih biex ikollna iktar informazzjoni - biex id-dipartimenti tal-gvern jagħmlu tendering b'mod aktar effiċjenti ħalli meta joħorġu t-tenders tal-kunsilli lokali, li jkun hemm numru f'kull lokalità, dawn ikunu kompetittivi bħall-privat u jieħdu x-xogħol.", "Din mhijiex xi ħaġa li ma tistax tiġi realizzata.", "Fil-fatt hemm il-koperattiva tad-dipartiment tat-toroq li joperaw il-marking tat-toroq b'mod effiċjenti u prattikament ħadd ma daħlilhom fl-għalqa tagħhom.", "Safejn naf jien sal- lum ftit huma, jekk ikun hemm, dawk li jikkompetu magħhom f'dak li huwa marking tat-toroq għax jaħdmu tajjeb u jagħtu servizz fiż-żmien stipulat.", "Ovvjament hemm fejn isir titjib tas-servizz imma naħseb li hawnhekk nistgħu nieħdu din l-opportunità biex inkabbru l-effiċjenza fl-amministrazzjoni ċentrali.", "Kunċett ġdid li qed jiġi introdott f'din il-liġi, mhux ġdid imma issa qed jidol fil-liġi, huwa l-konċett ta' villaġġi żgħar jew hamlets.", "Fil-liġi oriġinali kien hemm u għadu hemm l-obbligu li kunsill jagħti l-attenzjoni li tixraq lil kull parti mil-lokalità tiegħu, anke dik li tkun fil- periferija.", "Però matul il-ħames snin li għaddew kellna ħafna reazzjonijiet negattivi minn ċerti lokalitajiet għax il-kunsill, minkejja li għandu dak l- obbligu li joħroġ mil-liġi, sfortunatament jikkonċentra fuq iċ-ċentru fejn hemm il-qalba tan-nies - forsi minħabba l-element tal-vot - u jinsa kompletament partijiet mill-istess lokalità fejn hemm komunitajiet żgħar li ħafna drabi jaqgħu lura minn sena għal sena.", "Wieħed jinnota li n-nies ta' dawn il-komunitajiet ma jmorrux jivvotaw waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għax jgħidu li dawn qegħdin għal xejn għax ma jagħtux kas tagħhom.", "Issa l-liġi kif inhi tagħmel dan l-obbligu - ħalli ngħidulu obbligu morali għax tħalli f'idejn il-kunsill li jiddeċiedi - imma ċertament il-messaġġ qiegħed hemm biex jiġi implimentat.", "B'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin nikklassifikaw ċerti żoni biex jiġu rikonoxxuti bħala hamlets li għandhom jingħataw l-attenzjoni li tixirqilhom u jkollhom il-kumitat tagħhom.", "Imma se jkun hemm l-istess problema f'dawk il-komunitajiet li r-residenti fihom ma jammontawx għal one-tenth tal-popolazzjoni.", "Fir-realtà se jkollna numru ta' komunitajiet speċjalment fl-irħula l-kbar, fejn ikun hemm 1,000 ruħ jew 500 ruħ - li mhix komunità kbira imma lanqas hija żgħira f'termini ta' Malta - li xorta waħda se jħossuhom injorati għax l-esperjenza hekk tgħallimna.", "Din l-emenda hija tajba għax f'ċerti komunitajiet kbar jista' jkollok proċess fejn titqanqal din l-awareness u anke l-kunsill jiġi mniggeż ħalli jirrikonoxxi dawn l-areas.", "Però huwa tajjeb li fil-każ ta' dawn il- komunitajiet jintuża l-istess kriterju li ntuża fl-emenda tal-formola tat- tqassim tal-fondi allokati mill-gvern ċentrali.", "Hawnhekk ġie spjegat li l- allokkazzjoni tal-fondi se tkun ibbażata fuq il-bżonn attwali ta' kull servizz, imbagħad jinqasam perċentwalment mal-kumplament tal-pajjiż skond kemm ikun hemm fondi allokati.", "Tajjeb li jingħad ukoll li din l-analisi ta' kemm jiswa kull servizz inbdiet fl-1997 fuq it-toroq.", "Dan huwa proċess delikat li jieħu fit-tul u huwa proċess li tista' tgħid jinbidel kontinwament.", "Naħseb li l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali għandha tagħmel diskussjonijiet biex dan l-istess kriterju jiġi introdott fil- kunsilli lokali.", "Meta kull kunsill ikun qed jivvota l-fondi għall-komunità tiegħu, jekk ikun kapaċi jimxi fuq l-istess kriterji li bihom ġew allokati lilu l-fondi mill-gvern ċentrali, effettivament ikun jista' jilħaq il- lokalità kollha, isolvi ħafna mill-problemi u jtejjeb is-servizz.", "Mhux se jirranġa kollox f'sena waħda jew f'sentejn, imma l-komunità jkollha pjan u meta ssir il-laqgħa ta' kull sena li l-kunsill huwa obbligat li jagħmel - u jien ngħid li għandha tkun iktar minn darba fis-sena ħalli l-kunsill jikkommunika mar-residenti tal-lokalità - jkun jista' jgħarraf lin-nies dwar il-pjani li jkollhom għal dik is-sena u dak li jkunu se jħallu għas- sena ta' wara.", "B'dan il-mod il-kunsill ikun qed juri bil-fatti li ta kas ta' dik il-komunità.", "Dan iktar huwa suġġeriment, mhux qed ngħid li għandu jiġi ntrodott fil- liġi imma naħseb li għandu jiġi propost u mmexxi tramite l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali. li għandha funzjoni importanti u tgħin ħafna biex il- kunsilli jiffunzjonaw aħjar.", "Allura naħseb li għandha tikkonsidra dan is- suġġeriment għax il-hamlets li qed jiġu kkreati jew li jistgħu jiġu kkreati 'l quddiem bis-saħħa ta' din il-klawsola mhumiex se jolqtu numru ta' komunitajiet żgħar, speċjalment housing estates li jkunu għadhom kif żviluppaw li forsi jkollok 300 ruħ fihom.", "Jekk tieħu housing estate bi 300 ruħ ġewwa Ħal Qormi li għandu popolazzjoni ta' kważi 20,000 qatt m'hu se jikkwalifika bħala hamlet, imma ma jfissirx li dik il-komunità m'għandhiex il-bżonnijiet tagħha.", "Min imur f'dawn il-housing estates, per eżempju, il- housing estates kollha ta' Ħal Qormi, fuq Tal-Blat One and Two, jew il- housing estate ta' Ħal Farruġ, peress li huma komunitajiet żgħar, ħafna drabi sfortunatament jidhru li huma abbandunati.", "Wieħed irid imur jiltaqa' man-nies u jimxi ftit hemm biex jara t-telqa li tipprevali.", "Jekk dawn il- kriterji jiġu applikati ċertament li jekk ma jinqediex kulħadd f'daqqa, imma jkun hemm pjan fejn jiġi moqdi kulħadd bil-mod il-mod.", "Jekk il- kunsill jirnexxilu jinkludi s-soċjetajiet, l-għaqdiet u l-membri kollha tal- komunità bħala parti minn dik il-lokalità, il-kunsill stess ikollu appoġġ akbar mir-residenti.", "Mr Speaker, nirriferi issa għal klawsola 30 ta' l-abbozz li għandna quddiemna, fejn nixtieq nissuġġerixxi li meta jsiru l-laqgħat annwali tal- kunsilli, fejn jistiednu lill-membri kollha tal-komunità ħalli jgħidu dak li jixtiequ li jwettaq il-kunsill, ninkludu hawnhekk li l-kunsilli lokali, bħala entitjiet governativi, ikollhom id-dritt li jgħajtu lir-rappreżentant għoli ta' entita' pubblika jew ta' dipartiment tal-gvern biex jagħti risposta fil-pubbliku għaliex ġew injorati talbiet leġittimi tal-kunsill fl- interess ta' dik il-komunità.", "Nixtieq li dan is-suġġeriment jiġi kkonsidrat u anke inkluż fl-istadju ta' kumitat.", "Meta darba fis-sena l- kunsill lokali li huwa entità governattiva ikun qed jagħti sodisfazzjon lill-membri tal-komunità tiegħu dwar ix-xogħol tal-kunsill, dan jgħidilhom: Aħna tlabna lil dak id-dipartiment jew lil dik il-korporazzjoni biex tagħmel dan ix-xogħol u sal-lum lanqas biss irrispondewna.", "Imma jkun iktar imbarazzanti għar-rappreżentant ta' dik il-korporazzjoni li jkun irid jagħti spejgazzjoni fil-pubbliku għaliex it-talbiet leġittimi għal dik il- komunità ma ġewx kkonsidrati.", "Naħseb li dan indirettament jgħin biex il- korporazzjonijiet u d-dipartimenti tal-gvern ikunu iktar on their toes.", "Punt ieħor li xtaqt inqanqal huwa dwar l-iskedi.", "Is-Sitt Skeda ta' l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tgħid hekk:", "''\"It-titolu \"TAQSIMA II - Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali\" u r-regolamenti 7 sa 14, it-tnejn inklużi, li jidhru taħt it-Tielet Skeda għandhom jitħassru.\"", "Ma nistax nifhem - forsi iktar 'il quddiem il-ministru jispjega - għaliex għandha titħassar Taqsima II tat-Tielet Skeda tal-liġi prinċipali li bażikament tirregola l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Aħna nafu li fil- kunsilli lokali jistgħu jivvotaw individwi u residenti li mhumiex eliġibbli biex jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali u għaldaqstant jiġi maħruġ reġistru elettorali għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Din tagħmel sens għax il-kunsill huwa tar-residenti u f'dawn iċ-ċirkostanzi ma tapplikax jekk min qed jgħix hemmhekk huwiex Malti jew le.", "It-tieni parti tirregola l- proċedura ta' kif isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali - li kulħadd jifhem li għandhom l-importanza tagħhom mhux biss fil-lokalità imma anke fuq livell nazzjonali - u tissottometti l-proċedura kollha ta' l- elezzjonijiet għall-kummissjoni elettorali, kif ukoll tirregola l-proċess ta' min għandu dritt għall-vot.", "Per eżempju, jekk inbidel l-indirizz tar- resident u jmur joqgħod f'lokalità oħra, u ċirkostanzi bħal dawn.", "Għaldaqstant ma nistax nifhem il-ġutifikazzjoni wara t-tħassir ta' din is- sezzjoni.", "Fil-fatt, min-naħa tagħna qegħdin ngħidu li dawk ir-regolamenti, minn 7 sa 14 għandhom jibqgħu hemm.", "Ovvjament nistenna lill-ministru jagħmnel l-ispjegazzjoni tiegħu fil-winding-up.", "Mr Speaker, jien semmejt l-elementi l-iktar importanti ta' din il-liġi.", "Tajjeb li jingħad li dawk il-punti li ma kienx hemm qbil fuqhom, li f'Ġunju ta' din is-sena kienu mgħarrfa lill-gvern tramite laqgħa pubblika ta' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, ġew irtirati mill-abbozz ta' liġi.", "Il- liġi essenzjalment tħares u tintroduċi ċerti prinċipji ġodda li, bħalma diġà għedt, itejbu l-amministrazzjoni tal-kunsilli.", "Imma bażikament jibqa' l-fatt - u nagħlaq kif bdejt - li kull żvilupp tal-kunsilli lokali huwa bbażat ħafna fuq l-individwi li huma responsabbli li jiġġestixxu u jħaddmu r-responsabbiltajiet li għandhom fil-kunsilli lokali.", "Huma l-kunsilliera li ċertament ma jridux iħarsu lejn l-interess tagħhom u ma jħallux il- konflitt ta' personalità jġegħelhom jillitikaw bejniethom u jfixklu x- xogħol siewi tal-kunsill.", "Immedjatament li kunsillier ikun elett l-obbligu tiegħu huwa lejn dik il-komunità u għandu jibda jwettaq il-programm li jkun elett fuqu.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO(Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, illum għandna għad-diskussjoni abbozz ta' liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali li ilu fis-seħħ kważi sitt snin.", "Tajjeb ngħidu li llum il-ġurnata hawn qbil politiku dwar il-ħtieġa tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Tul l-aħħar snin dan l-esperiment ġdid wera ċertu żvilupp politiku fil-pajjiż li huwa irriversibbli għalina bħala poplu.", "Żgur li llum ħadd ma jista' jimmaġina li nistgħu ngħaddu mingħajr il-kunsilli lokali għax l-iżvilup li huwa meħtieġ fil-komunitajiet tagħna sar jiddependi ħafna mill-kunsilli lokali.", "Fid-diskors ta' introduzzjoni tiegħu, l-Onor.", "Gatt qal li m'għandniex nippretendu li l-kunsilli lokali se jkunu s-salvazjzoni ta' dan il-poplu, imma rrid ngħid li mill-esperjenza li kellna tal-kunsilli lokali rajna li fejn mhux kapaċi jasal il-gvern ċentrali ħafna drabi llum kapaċi jasal il- kunsill.", "Grazzi għal din l-esperjenza ġdida llum anke f'dan il-parlament għandna diversi membri parlamentari fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li bdew l- esperjenza politika tagħhom u għarfu jaqdu d-dmirijiet politiċi proprju fil- kunsilli lokali.", "Jien ukoll bdejt l-esperjenza politika tiegħi proprju fl- ewwel elezzjoni li saret għall-kunsill lokali tal-komunità tiegħi tal- Mosta.", "Dak iż-żmien qatt ma bsart li xi darba se nispiċċa fil-parlament, imma proprju bħali hawn diversi membri parlamentari li bdew il-ħajja politika tagħhom bil-ħidma fil-kunsilli lokali.", "Għalhekk il-kunsilli lokali servew bħala l-ewwel skola politika qrib l-iżjed ħteġijiet fundamentali fil-komunitajiet tagħhom.", "Niftakar li fost ir- responsabbiltajiet tiegħi kelli l-indafa pubblika, iż-żgħażagħ, attivitajiet soċjali eċċ. u b'hekk verament ħadt il-feel ta' x'ikunu l- ħteġijiet tal-komunità.", "Allura jkolli ngħid li grazzi għall-esperjenza tal- kunsilli lokali bdew ħerġin politiċi ġodda li daħlu fil-Parlament li jagħrfu iktar x'ikunu l-ħteġijiet tal-komunitajiet tagħhom.", "Mr Speaker, mill-politika ċentralizzata għaddejna għad- deċentralizzazzjoni tal-poter biex illum il-ġurnata ċerti deċiżjonijiet iktar qegħdin f'idejn min verament huwa konċernat.", "B'dawn l-emendi qed neliminaw ċerti nuqqasijiet li l-esperjenza għallmitna li setgħu tellfu l- ħidma tagħhom.", "Bil-kunsill lokali aħna ridna nnaqqsu ċ-ċentralizzazzjoni tal-poter fis-sens li mhux kollox jibqa' f'idejn il-gvern u kollox jiddependi mill-gvern.", "Wara li pajjiżna ħa l-indipendenza, wara li sirna repubblika u ħadna l-ħelsien, gvern Nazzjonalista ried jieħu r-riskju li jiddelega ċerti poteri lill-poplu Malti billi waqqaf il-kunsilli lokali.", "U rridu nirriflettu li din il-liġi fiha nnifisha kienet riskju.", "Illum il- ġurnata kulħadd jippretendi affarijiet mill-kunsilli daqslikieku dawn ilhom imwaqqfa minn żmien il-kavallieri u jinsa li dawn ilhom joperaw biss ħamsa jew sitt snin.", "Għaldaqstant b'dawn l-emendi rridu nkomplu nsaħħu d- deċiżjoni li ttieħdet ftit tas-snin ilu li jitwaqqfu li l-kunsilli lokali ħalli l-prinċipju tad-deċentralizzazzjoni jitwettaq fir-realtà u l-kunsilli lokali jsiru aktar awtonomi.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Vassallo, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament tal- Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal- lejla, it-Tlieta, 23 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tielet Qari.", "------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Mr Speaker, illum nixtieq nirriferi għal statistika li ħarġet mis-central office of statistics fid-29 ta' Ottubru dwar il- labour supply, gainfully occupied. eċċ. Din l-istatistika tgħidilna n- numru ta' ħaddiema fid-diversi oqsma u kif dawn huma mqassmin u ħafna drabi din l-istatistika tiġi analizzata mill-ottika ta' kemm nies jaħdmu, kemm żdiedu n-nies jaħdmu bi qligħ, kemm hemm nies qegħda, kemm żdiedu nies jaħdmu mas-settur privat eċċ. Però llum nixtieq inħares lejn din l- istatistika minn ottika ftit differenti u nixtieq noħroġ trend li qed narawha sseħħ minn sena għall-oħra, dik li n-numru ta' nisa jaħdmu bi qligħ dejjem qed jiżdied.", "Forsi għadu ma laħaqx il-livell li verament nixtiequ għax comparatively speaking in-numru ta' nisa li jaħdmu bi qligħ għadu baxx.", "Qegħdin inqarrbu madwar 29% però ż-żieda li qegħdin naraw isseħħ hija xi ftit sinifikanti u nistgħu ngħidu li miżuri li ttieħdu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, fosthom il-ftuħ ta' l-università, żgur li għenu biex aktar nisa jkollhom aktar opportunitajiet ta' xogħol.", "Barra minn hekk, diversi miżuri li ttieħdu b'mod partikolari taħt amministrazzjoni Nazzjonalista bħalma huma l-parental leave, ir-responsibility breaks għenu wkoll biex aktar nisa jkunu jistgħu jibbilanċjaw r-responsabbiltajiet tagħhom fil-familja kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-policies fil-qasam ekonomiku u fil-qasam fiskali li wkoll għenu biex iħajru numru dejjem akbar ta' nisa joħorġu jaħdmu.", "Mr Speaker, jekk wieħed iħares lejn l-istatistika ta' Ottubru li għadda li tagħtina l-aħħar ċifri ta' Settembru ta' din is-sena nsibu li n-numru ta' nies jaħdmu bi qligħ sa l-aħħar ta' Settembru żdied bi ftit aktar minn 1,000.", "Dan naturalment huwa sinjal pożittiv għax ifisser li għalkemm in- numru ta' ħaddiema qegħda żdied, però n-numru ta' nies gainfully occupied, jiġifieri li għandhom full-time work, żdied b'aktar minn 1,000.", "Iżda wieħed isib li din iż-żieda - ma nafx kemm nies irrealizzawha - kienet fost il-ħaddiema nisa u ma seħħitx f'xi settur protett, ma seħħitx għax ġew applikati xi kwoti, ma seħħitx għaliex in-nisa qegħdin jiġu ffavoriti biex jaħdmu u ħaddieħor ma jaħdimx jew għax qed tintuża xi miżura partikolari biex ikun hemm xi diskriminazzjoni kontra l-irġiel.", "Jiġifieri ż-żieda ta' 1,000 ruħ li ġiet reġistrata bejn Settembru ta' 1998 u Settembru ta' 1999 kienu kollha nisa.", "Irridu nirrimarkaw ukoll li dawn mhux qegħdin jaħdmu f'xi settur protett, imma wieħed jinnota li dawn sabu impjieg fis-settur privat għax is-settur pubbliku mhux talli ma żdiedx talli naqas.", "Mr Speaker, wieħed jinnota li r-rotta qiegħda tinbidel għax in-numru ta' nies li għandhom part-time work u full-time job fl-istess ħin żdied b'aktar minn 1,000.", "U anke hawn naraw li nofs dawn il-ħaddiema li żdiedu huma proprju nisa.", "Jekk ngħaddu għas-settur ta' ħaddiema li għandhom part-time work biss, insibu li anke hawnhekk in-numru ta' nisa b'mod totali jiżboq lil dak ta' l-irġiel.", "Dejjem kellna iktar nisa milli rġiel li l-uniku xogħol tagħhom ikun part-time.", "F'dan il-qasam in-numru ta' ħaddiema żdied ukoll b'2,000 ruħ u nofshom kienu ħaddiema nisa.", "Fil-kategorija ta' temporary employment fil-każ tal-pupil and student workers insibu l-istess trend għax in-numru ta' tfajliet huwa akbar min-numru ta' ġuvintur.", "Iż- żieda li kien hemm hija riflessa kollha fin-numru ta' tfajliet.", "Fil-fatt filwaqt li n-numru totali fuq ġuvintur u tfajliet żdied b'57, in-numru ta' tfajliet żdied b'86.", "Dak ifisser li naqsu ftit il-ġuvintur u żdiedu iktar it-tfajliet.", "Dawn huma kollha sinjali pożittivi favur aktar empowerment lin-nisa.", "Meta wieħed jara dawn it-trends jinduna kemm hemm bżonn naraw x'inhi l- qagħda tal-ħaddiema nisa f'dak li huwa dħul.", "Nistgħu ngħidu li l-konċett ta' equal pay for equal work ilu li daħal f'pajjiżna għal bosta snin.", "Fil- fatt l-ewwel passi ttieħdu fl-1967, again taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, meta l-konċett ta' equal pay for equal work daħal għall- ħaddiema tal-gvern u fl-1971 dan il-konċett ġie estiż għall-ħaddiema fis- settur privat.", "Illum m'għadniex nitkellmu biss dwar equal pay for equal work, imma żidna biċċa oħra magħha, equal pay for equal work or work of equal value.", "Għalkemm ir-rieda qiegħda hemm ma nistgħux ngħidu li wasalna u lanqas nistgħu ngħidu li huwa faċli li tasal.", "Filwaqt li n-numru ta' nisa fl-edukazzjoni terzjarja qiegħed dejjem jiżdied u filwaqt li numru ta' nisa jaħdmu barra mid-dar qiegħed jiżdied, fl-istess ħin id-dħul mill- impjieg tan-nisa on the whole huwa inqas minn dak ta' l-irġiel.", "Mr Speaker, din il-problema ma nsibuhiex biss f'pajjiżna imma anke f'pajjiżi li huma meqjusa li għamlu avvanzi kbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' ugwaljanza u parteċipazzjoni ta' nisa f'kull livell tas-soċjetà bħal Sweden, li dejjem jiġi msemmi bl-iktar mod qawwi bħala eżempju.", "Jekk nieħdu l-medja Ewropea nsibu li n-nisa jaqilgħu madwar 28% inqas ta' dak li jaqilgħu l-irġiel.", "Naturalment l-avvanzi li saru fil-pajjiżi differenti jħallu wkoll l-impronta tagħhom u l-pay differentials fid-diversi pajjiżi huma differenti wkoll.", "Jekk nerġgħu nieħdu Sweden bħala eżempju nsibu li d- differenza fid-dħul qiegħda reġistrata bħala 13%; in-nisa jaqilgħu 13% inqas mill-irġiel.", "Fl-Ingilterra d-differenza hija ta' 25% u fil-Greċja hija ta' 32%.", "Jiġifieri anke fl-Ewropa mhux il-pajjiżi kollha huma l- istess u din hija statistika li jiena ġibt mill-Eurostat.", "Fir-rigward ta' pajjiżna jeħtieġ li nkunu nafu fejn aħna.", "Ma jidhirlix li qatt sar xi studju biex naraw il-qagħda tan-nisa Maltin f'dan ir-rigward.", "Jekk ma nkunux nafu l-qagħda f'pajjiżna żgur li jkun aktar diffiċli - diġà hija diffiċli, aħseb u ara jekk ma nkunux nafu fejn qegħdin - li nirrimedjaw is- sitwazzjoni tagħna.", "Mr Speaker, m'huwiex faċli li dawn il-pay differentials jingħelbu għax mhux faċli lanqas li tiddefinixxi x'inhu l-work of equal value.", "Hawnhekk tajjeb nieqfu ftit biex naraw x'inhuma wħud mir-raġunijiet li jikkontribwixxu għad-differenzi li nsibu bejn il-pagi tan-nisa u ta' l- irġiel.", "Waħda mill-iktar raġunijiet imsemmija hija l-fatt li għad għandna segregazzjoni fil-postijiet tax-xogħol; ċertu tip ta' xogħol għadu jsir min- nisa u ċertu tip ta' xogħol għadu jsir mill-irġiel.", "Dan minkejja li suppost ma jkun hemm xejn li għandu jżomm li jitkisser dan l-istereotype.", "Nistgħu ngħidu li għadna nsibu ħafna nisa f'domestic jobs, fil-caring professions u jobs oħra marbuta mar-rwol tradizzjonali tan-nisa.", "Mr Speaker, huwa magħruf, mhux biss f'Malta imma anke fuq bażi internazzjonali u anke fuq bażi Ewropew, li l-areas fejn insibu ħafna iktar nisa milli rġiel huma meqjusa bħala female jobs u huma inqas imħallsa.", "Mill-banda l-oħra, diversi studji wrew li fejn hemm aktar irġiel jaħdmu, dawn għandhom aktar ċans għal overtime, aktar ċans għal bonuses u on-the- job perks li at the end of the day ikabbru d-differenza fil-paga.", "Anke jekk il-basic pay tkun l-istess però b'dawn iċ-ċerti addizzjonijiet wieħed ikabbar id-differenzi bejn dak li jaqilgħu n-nisa u dak li jaqilgħu l- irġiel.", "Mr Speaker, raġuni oħra li tingħata hija l-fatt li l-ħiliet tradizzjonali tan-nisa forsi mhumiex valutati bl-istess mod kif inhuma valutati l-ħiliet tradizzjonali ta' l-irġiel u raġuni oħra hija n-negotiating power tan-nisa f'dak li għandhom x'jaqsmu mal-collective agreements.", "Hawnhekk nistgħu nidħlu f'baħar ta' argumenti differenti.", "Fil-fatt jekk tara l-lista ta' kemm nisa jidħlu f'unions wieħed isib li n-numru tagħhom huwa kemm xejn żgħir.", "Donnhom uħud min-nisa jaħsbu li mhuwiex worth it li tkun f'union għalkemm jiena ma naqbilx magħhom meta jaħsbu hekk.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn in-negotiating tables ħafna drabi tkun mejda mdawra kollha rġiel anke fejn għandek numru kbir ta' nisa jaħdmu, per eżempju fil-fabbriki.", "Ma ngħidx li din tiġri b'mod premeditat jew intenzjonat imma jeħtieġ li nagħrfu dawn in- nuqqqasijiet biex inkunu nistgħu nirrimedjawhom.", "Dawn id-differenzi fil- pagi kultant ikunu għal raġunijiet tant sottili li jkun diffiċli li tipprova li tkun qed issir diskriminazzjoni abbażi ta' sess.", "Din mhijiex xi ħaġa li jrid jidħol biss għaliha l-gvern u mhux biżżejjed li l-gvern ikun konxju ta' dawn id-differenzi u jipprova jirrimedjahom, iżda jeħtieġ li din is-sensittività tinħass mis-social partners kollha minħabba l-fatt li llum għandek ħafna iktar nisa jaħdmu fis-settur privat milli fis-settur pubbliku.", "Ħafna pagi llum jiġu determinati permezz ta' collective agreements, allura r-rwol tal-unions huwa importanti ħafna u meta jkunu qegħdin ifasslu pay structures dawn għandhom jaraw li ma jkunux qegħdin joħolqu inġustizzji kontra n-nisa mingħajr forsi kultant ma jindunaw.", "Ir-rwol ta' min iħaddem huwa kruċjali wkoll sew jekk min iħaddem huwa l- gvern kif ukoll jekk min iħaddem huwa l-privat u l-ebda wieħed minnhom m'huwa skużat.", "Għalkemm il-gvern dejjem għandu jħoss aktar r- responsabbiltà li jkun il-katalist biex jistgħu jseħħu t-tibdiliet biex is- sehem tal-mara fil-qasam tax-xogħol jiżdied, mhuwiex biżejjed li jkun il- gvern biss li jħoss din ir-responsabbiltà.", "Illum insibu li l-gvern daħħal miżuri bħalma huma r-responsibility breaks, parental leave, eċċ. li jgħinu n-nisa li jaħdmu fis-settur pubbliku, iżda dawn il-miżuri għadna m'aħniex insibuhom kompletament fis-settur privat.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat bdejna naraw shift għax kellna collective agreements fis-settur privat fejn daħħlu fis-seħħ dawn il-miżuri, però għad baqa' ħafna triq x'interrqu.", "Mr Speaker, hawnhekk joħroġ ċar li r-responsabbiltà hija ta' kulħadd iżda nħoss li l-input tal-gvern għandu jgħin kemm biex iservi ta' eżempju għall- oħrajn, bħalma diġà semmejt, u għandu jkun immirat biex jingħarfu d- differenzi.", "Ikun ta' għajnuna kbira jekk, per eżempju, isir survey fuq skala nazzjonali biex jiġu determinati x'inhuma r-rati li jitħallsu fid- diversi oqsma ta' xogħol biex wieħed ikun jista' jkejjel kemm id-differenzi fil-pagi huma relatati verament mal-ħiliet u kemm id-differenzi huma relatati biss mad-differenza tas-sess.", "Studju serju ta' pay structures għandu jurina fejn ikun hemm under evaluation tax-xogħol u tal-ħiliet tal- ħaddiema in ġenerali, u jekk din l-under evaluation aħniex qed narawha aktar fejn jidħlu xogħlijiet li huma tradizzjonalment marbuta man-nisa.", "Minn studju serju li għandu jkollu l-appoġġ mhux biss tal-ħaddiema - din m'għandhiex titqies bħala issue tan-nisa, m'għandhiex titqies fuq bażi li xi ħadd għamel xi kawża personali - imma tal-unions, kif ukoll ta' min iħaddem għax flimkien ikunu jistgħu jidentifikaw l-anomaliji.", "Per eżempju, jien nixtieq li jiġi analizzat l-każ ta' nisa u rġiel li għandhom l-istess job title f'diversi oqsma, dawn għandhom l-istess paga?", "Jekk le, għaliex?", "Għalkemm ħafna drabi l-job title, by and large, ikun l-istess u fil-fatt dawn it-tnejn min-nies ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol, xi kultant jista' jagħti l-każ li raġel jiġi mitlub jagħmel xi ħaġa li hija meqjusa tradizzjonalment bħala maskili, u allura jingħata dik il-ftit differenza fil-paga meta fil-fatt dak ix-xogħol li jkun mitlub jagħmel ta' darba kultant ma jkunx verament jiġġustifika din id-diskrepanza.", "Mr Speaker, il-mixja tagħna lejn l-Unjoni Ewropea għandha tgħinna biex nagħrfu l-problemi u biex nibdew nindirrizzawhom ukoll.", "L-Amsterdam Treaty li ġiet in vigore fl-1 ta' Mejju ta' din is-sena, fejn fost affarijiet oħra nsibu article 141 li qed ikompli jassigura l-prinċipju ta' equal pay for equal work or work of equal value - importanti li ma neqfux fl-ewwel parti ta' l-espressjoni ''equal pay for equal work'' imma nibqgħu ntambru \"or work of equal value\" - għandha tispirana biex f'pajjiżna nsegwu dak li qed jiġri fil-qasam tax-xogħol u l-anomaliji li jkollna fil-pagi kontra ħaddiema nisa jiġu rranġati wkoll.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, se nirriferi għall-kwestjoni ta' l-użu tax-xagħra tal-Furjana min-naħa tal-kumitat għall-festi tal-millenju proprju biex fl-aħħar ġimgħa ta' din is-sena pajjiżna bħal pajjiżi oħra jiċċelebra dan l-avveniment storiku.", "Minkejja l-isforzi kbar li għamel kulħadd imma żgur li mhux l-inqas jiena stess, jekk wieħed jara l-gazzetti li ħarġu aktar kmieni dan ix-xahar isib ħafna ittri dwar dan.", "Nikkwota, per eżempju, ittra fil-gazzetta \"l-orizzont\" ta' l-4 ta' Novembru:", "\"Mhux se nitolbu jagħti ħajtu għall-Furjana, kif issuġġerixxa hu, ...\"", "- u se nirriferi għal din ukoll -", "\"... kulma għandu jagħmel hu li b'sinjal ta' solidarjetà mal-Furjaniżi jgħid lill-gvern tiegħu li jekk se jkompli bil-programm tiegħu għall- użu tax-xagħra tal-Furjana, huwa kien se jirriżenja jew għal ta' l- inqas imur fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni.\"", "Nirriferi għal ittra oħra li dehret fit-12 ta' Novembru fuq \"l-orizzont\" li kienet tgħid:", "\"Dr Farrugia, bħala Furjaniż imissek irriżenjajt, kif kont għamilt mill-kunsill lokali, jew forsi s-siġġu tal-poter hu qawwi iktar minn tal-kunsill u aktar minn l-għażiż pajjiżek ?\"", "Inkompli nikkwota mill-\"KullĦadd\" ta' l-14 ta' Novembru:", "\"Nixtieq inkun naf jekk issa l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jean Pierre Farrugia din id-darba hux lest jirriżenja mill-Parlament bħalma kien għamel meta kien fil-kunsill lokali dakinhar li l-gvern ried jibni fix-xagħra tal-Furjana.\"", "Inkompli nikkwota mill-\"KullĦadd\" ta' l-14 ta' Novembru li fiha wieħed isib li jiena kont għamilt riferenza għall-espressjoni \"over my dead body\" u mill-ewwel nasal għal dan il-punt.", "Jiena jirriżultali li f'Awissu l-Floriana FC ġew informati mill-gvern li x-xagħra tal-Furjana kienet se tintuża u fl-opinjoni tiegħi dak iż-żmien imisshom għamluhielu ċara lill-gvern li ma xtaqx li l-gvern jużaha.", "U hemmhekk daħal il-kliem \"over my dead body\", għax il-Floriana FC hekk imisshom tkellmu mal-gvern dak iż-żmien, biex jagħmluhielu ċara li dan il- post ma jintużax ladarba kienet diġà bdiet issir ċerta infrastruttura fih.", "Imma l-Floriana FC mhux hekk għamlu.", "Fil-fatt f'ittra li kitbu l-Floriana FC stess lill-Ministru Zammit Dimech fis-27 ta' Awissu jingħad ċar u tond li - u nikkwota -", "\"These activities would not only deprive our premier league club from using its only training ground but would also occasion damage to the ground area and the playing surface.\"", "Allura anke jekk għall-mument wieħed isemmi biss din is-sentenza, kif issa l-\"KullĦadd\" tal-21 ta' Novembru ħareġ jgħid li x-xagħra tal-Furjana kienet se tintuża għal affarijiet żgħar u mhux għal spettaklu kolossali?", "Allura l- \"KullĦadd\" qed jgħid li l-kumitat tal-Floriana FC kien aċċetta li x-xagħra tintuża għax dan il-post kellu jintuża għal ''affarijiet żgħar''.", "Il-\"KullĦadd\" ikompli jgħid li kien għalhekk li kien biss f'Ottubru li l- kumitat tal-Floriana FC talab l-għajnuna ta' Jean Pierre Farrugia.", "Imma l- verità hi ittra mibgħuta fis-27 ta' Awissu, fuq letterhead tal-Floriana FC, iffirmata minn min hu nkarigat mill-Floriana FC, tgħid ċar u tond:", "\"These activities would also occasion damage to the ground area and the playing surface.\"", "Hawnhekk għandna l-kelma \"activities\".", "Mela mhux biss quddiesa, kif ingħad, imma hawnhekk huwa aċċettat il-fatt se ssir il-ħsara.", "L-ittra fil-fatt tgħid ukoll:", "\"We have thought it useful to place on record the following points discussed and agreed upon.\"", "Fost l-oħrajn hawnhekk il-Floriana FC qegħdin isemmu li l-gvern intrabat li jerġa' jirranġa l-ground kif inhu, li l-Floriana FC ikollhom alternative turf training site, kif diġà l-gvern intrabat li jirranġa l-Marsa, u anke li jistalla dawl hemmhekk anke b'mod permanenti biex 'il quddiem ikun jista' jintuża minn ħaddieħor.", "Imbagħad kien hemm żewġ talbiet oħra tal- Floriana FC li l-gvern qatt ma seta' jorbothom ma' din il-kwestjoni.", "Kien hemm talba rigward kontijiet pendenti ta' eluf kbar ta' liri għal dak li jirrigwarda kontijiet ma' l-Enemalta li, peress li l-gvern ġieli uża dan l-istess post, kien lest li dawn iħallashom, imma kien hemm żewġ talbiet oħra dwar it-titlu tal-ground u dwar club premises, preferibbilment fil-house crafts.", "Dwar it-titlu tal-ground irrid ngħid li fl-istqarrija li ħareġ il-Ministru Louis Galea fid-29 ta' Ottubru, jingħad ċar u tond li: - u nikkwota -", "\"Il-ministru reġa' tenna l-wegħda tal-gvern li jagħmel tajjeb għall- ħsarat li jistgħu jsiru minħabba l-armar tal-palk fuq il-pitch immedjatament wara ċ-ċelebrazzjonijiet biex l-arena tkun tista' tkompli tintuża għal skopijiet sportivi.\"", "Dan huwa importanti ħafna, jiġifieri din id-darba żgur li ħadd ma jista' jgħid li wara din il-kwestjoni hemm xi ħsieb li l-arena ta' l-indipendenza ma tibqax tintuża għal skopijiet sportivi.", "Hija ċara daqs il-kristall u għalhekk kienu bla sens dawn il-ħafna ittri fil-gazzetta ta' l-\"l-orizzont\" u anke fil-\"KullĦad\" li pprovaw jorbtu din il-kwestjoni mal-kwestjoni ta' l- 1994 meta kien hemm ħsibijiet biex f'dawk l-inħawi jsir żvilupp.", "Dak iż-żmien, bħala kunsillier tal-Partit Nazzjonlaista, wara diversi xhur li kont ilni nitlob, flimkien mal-kunsilliera l-oħra, ċerta informazzjoni dwar x'se jsir, jien deherli li l-gvern naqas li jagħti dik l- informazzjoni, u bi protesta deherli li kelli nirriżenja mill-kunsill lokali biex il-kwestjoni tiġi ċċarata, kif fil-fatt ġara.", "Din id-darba żgur li ħadd ma jista' jilmenta min-nuqqas ta' informazzjoni għax il- ministri konċernati - u qed nirriferi għall-Onor.", "Louis Galea u l-Onor.", "Francis Zammit Dimech - altru li taw l-informazzjoni kollha.", "Fil-fatt il- ministri wegħdu li jkunu disposti għal kull djalogu meħtieġ, kif fil-fatt ġara u allura żgur li wieħed ma jistax jilmenta.", "Irrid ngħid li kienu l-Floriana FC stess li fil-bidu nett ta' din il- kwestjoni urew lill-gvern li kienu lesti jagħmlu barter ta' l-użu tax- xagħra mill-gvern għall-festi tal-millennju biex huma jieħdu faċilitajiet oħra.", "Dan ma setax jiġi reversed.", "Din hi l-problema.", "Meta kont ktibtilhom way back in August u wrejthom li x-xewqa tiegħi fl-aħħar mill- aħħar kienet li l-gvern ma jużahx hemmhekk, huma lanqas biss kitbuli lura ħlief xahrejn wara, wara li ħareġ il-programm uffiċjali fil-gazzetti.", "Kien minn dak il-mument li jiena ma waqaftx ġurnata waħda biex nipprova ngħin f'din is-sitwazzjoni.", "Sa dalgħodu stess jiena kelli komunikazzjoni mas- segretarju tal-Floriana FC dwar problema oħra.", "Hawnhekk nerġa' nappella lill-gvern biex jipprova jsolvi din il-kwestjoni wkoll.", "Il-Floriana FC kellhom diġà programm ta' riklamar madwar il-perimeter tal-football pitch u dan il-programm kien se jiġi in vigore malli jkunu fi stadju konklussiv li dan il-pitch ikun jista' jintuża.", "Allura nappella lill-kumitat tal-festi tal-millennju biex dawn ir-riklami li kienu se jsiru jitħallew jidhru anke waqt dawn it tmint ijiem ta' festi tal-millennju biex il-Floriana FC ma tiġix mċaħħda mill-flus li kienet se ddaħħal ta' dawn ir-riklami.", "Jiena informat li kienu jammontaw għal madwar Lm10,000.", "Dawn ir-riklami ovvjament ikunu jistgħu jibqgħu jidhru wara li l-ground jerġa' jibda jintuża għal skopijiet sportivi.", "Irrid ngħid ukoll - u hawnhekk wieħed jinnota ċerti nuqqasijiet - li meta fil-31 ta' Ottubru jiena kont attendejt rally ta' l-istess Floriana FC - għax wara kollox jiena membru u ilni membru ta' din l-għaqda - għalkemm kemm ili membru parlamentari nipprova nżomm ruħi 'l fuq milli nkun preżenti ma' team partikolari, għax wara kollox jiena nirrappreżenta d-distrett kollu u mhux lill-Floriana biss; nirrappreżenta wkoll lill-Belt, il-Ħamrun u l-Pieta', li lkoll għandhom team ta' ċerta importanza, speċjalment fil- football - kont għamilt proposta biex jintużaw l-aħħar żviluppi f'dan il- qasam għal dak li jirrigwarda protezzjoni ta' stadium turf.", "Jiena mhux se nsemmi d-ditta, kif ma semmejthiex dakinhar, imma din id-ditta hija rinomata ħafna, u anke l-ikbar postijiet, l-ikbar grounds u l-aħjar grounds fl-Ewropa jużaw din is-sistema.", "Issa jiena kont sorpriż kif f'dak ir-rally tal-Floriana FC din il-proposta ma ġietx milqugħa mill-ewwel - anke għax naf li huma kienu diġa' jafu biha - biex imbagħad wara li għadda ż-żmien, wara diversi ġimgħat, anke reċentement huma l-istess Floriana FC li qed jinsistu għaliha.", "Minn kalkolu żgħir li għamilt jirriżultali li s'sistema biex tinxtara tiswa madwar LM40,000, imma biex tinkera ovvjament l-ispiża hija ferm inqas u ovvjament nemmen li l-kumitat tal-festi tal-millennju jista' u għadu fil-ħin, fl-opinjoni tiegħi, li jlaħħaq magħha.", "Imma rrid ngħid ħaġa oħra, Sur President.", "Dawn il-festi, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, kif deher anke f'riklam f'gazzetta lokali nhar il-Ħadd, huma attivitajiet li fl-aħħar mill-aħħar se jinkludu 84 attivita' f'sitt ijiem, f'għaxar postijiet differenti fil-Belt u fil-Furjana, jiġifieri mhux fix-xagħra biss imma f'pjazez differenti.", "Forsi kien għalhekk li fil-bidunett l-Ministru Zammit Dimech kien qal li mhux se jsir kollox hemmhekk għax il-pjan kien mil-ewwel li jkunu mxerrdin mad-diversi pjazez, anke iżgħar, li hemm fil-Belt u fil-Furjana.", "Imma tajjeb li wieħed jgħid ukoll li se jkun hemm a 90 metre structure, including a 34 metre screen li se jkun fil-post.", "U hawn jingħad f'dan ir- riklam li dan il-huge stage kien anke użat mill-British popular group ''Genesis''.", "Issa dan se jiġi minn barra u tajjeb li wieħed jgħid li dan se jiġi minn barra - u dan mill-informazzjoni li għandi - għax l-ewwelnett jiġi orħos milli kieku sar Malta, u anke se jintrama fi żmien iqsar, u per konsegwenza it-team tal-Floriana FC se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill- ground ħafna aktar milli kienu qed jaħsbu.", "Imma aktar importanti minn hekk, dan l-istage jagħmel inqas ħsara lis-surface tax-xagħra.", "Sur President, fl-aħħar mill-aħħar jien nemmen li f'din il-kwestjoni kulħadd għamel l-almu tiegħu kollu biex issir l-inqas ħsara u l-Floriana FC jieħdu kumpens xieraq.", "Ħadd qatt ma stenna li l-Floriana FC jieħdu pjaċir b'din id-deċiżjoni tal-kumitat tal-festi tal-millennju għalkemm nemmen li għad hemm xi affarijiet żgħar li wieħd jista' jirranġa.", "Naturalment għad hemm affarijiet ikbar, bħall-kwestjoni tal-clubhouse u bħall-kwestjoni tat- titlu.", "Jien jidhirli li ġaladarba l-Furjana tospita tant attivitajiet, li fl-aħħar mill-aħħar għalihom jattendu eluf kbar ta' nies, attivitajiet ħafna drabi anke ta' natura nazzjonali, il-belt ta' Vilhena jixirqilha kumpens billi l-gvern jgħaddilha proprjeta' forma ta' premises u jgħaddilha wkoll it-titlu għal xagħra tal-Furjana.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 23 ta' Novembru, 1999 fis- 6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mil-Ministru Gatt.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUBA", "REĠISTRU PUBBLIKU - IMPJEGATI ĠODDA", "9537.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-aplikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu ma ġietx impjegata l-ebda persuna fir- Reġistru Pubbliku.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - IMPJEGATI ĠODDA", "9538.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju Konġunt mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn is-27 ta` April u l-15 ta` Settembru, 1999, fl-Uffiċċju Konġunt ġew impjegati żewġ persuni fuq bażi part-time wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal- Gvern fit-3 ta` Ġunju, 1999.", "Ninsab informat ukoll li fl-istess perijodu, persuna oħra li laħqet l- eta` ta` l-irtirar ġiet impjegata fuq bażi part-time b`kuntratt definittiv.", "REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI", "9539.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku?", "Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat fil- mistoqsija ma ngħata l-ebda transfer fir-Reġistru Pubbliku.", "Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.", "ARTIJIET - IMPJEGATI ĠODDA", "9540.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Artijiet mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista'l- Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu ma ġiet impjegata l-ebda persuna mad- Dipartiment ta` l-Artijiet.", "PBS - IMPJEGATI ĠODDA", "9541.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Membru ma ġewx ingaġġati impjegati ġodda mal-PBS.", "PBS - TRASFERIMENTI", "9542.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-PBS?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-PBS ma saru ebda trasferimenti fil- perjodu msemmi mill-Onor.", "Membru.", "Sar biss ri-allikazzjoni ta' dmirijiet skond l-esiġenzi tal-kumpannija.", "Kemm-il darba fil-futur jinħass il-bżonn li jsiru trasferimentii, dawn isiru skond l-interessi tal-PBS.", "PORT ĦIELES - ĦLAS TA' SOVVENZJONIJIET", "10395.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sovvenzjonijiet li ħallas il-Gvern għall-Freeport u jew għajnuniet oħra mindu fetaħ sal-lum sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-Estimi Ġenerali li l-Gvern jippreżenta kull sena.", "PITKALIJA - ĦAWĦ FRISK", "10401.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għalaq l-istaġun tal-frott, jista' l-Ministru jwieġeb il-kontinwazzjoni tal-mistoqsija parlamentari numru 9211?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-produzzjoni tal-ħawħ bejn l-1 ta' Jannar, 1999 sat- 13 ta' Ottubru, 1999 kienu hekk:", "Piż(kg) Valur(Lm) Prezz Medju(cents) 437,603 175,068.70 40.01", "DJAR", "10408.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li jirriżulta li persuni/familji li applikaw sabiex isiru sidien ta'djarhom ġew informati mill-Awtorita' tad- Djar li ma jistgħux jagħmlu dan għaliex l-appartament tagħhom huwa suġġett għall-Possession and Use, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' inkwilini li qed jiffaċċjaw din il-problema, abbażi ta' applikazzjonijiet li ssottomettew diġa' lill-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-iskema I li skadiet fis-7 ta' Ottubru, 1999, l-awtorita' irċeviet 178-il applikazzjoni minn inkwilini f'proprjeta' tal-gvern li hija mibnija fuq art li qiegħda għand il-gvern taħt Possession and Use.", "ARTIJIET - ARRETRATI", "10409.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li huwa kkalkolat li hemm aktar minn Lm60 miljun f'arretrati lid- Dipartiment ta' l-Artijiet għandu jħallas fuq esproprjazzjonijiet ta' artijiet li ttieħdu snin ilu, jista'l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija kkalkolata s-somma ta' dawn l-arretrati liċ-ċittadini Maltin?", "Jista' l- Ministru jgħid liema pagament ta' esproprjazzjoni ilu l-iktar pendenti, cioe' l-annu tal-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1638.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li biex tinġabar l- informazzjoni mitluba jrid isir eżami ta` numru kbir ta` files u records manwali li jenħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.", "Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.", "INDUSTRIJA LOKALI - ZOKKOR", "10643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li jirriżulta li l-industrija lokali tħallas fil-preżent 9c għall- kilo zokkor li timporta filwaqt li fl-istess perjodu l-industriji tal- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jħallsu 43 ċenteżmu il-kilo, jista' l-Ministru jinformani kif l-industrija lokali li tuża zokkor bħal kompożizzjoni tista' tkun kompetittiva meta msieħba fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn informazzjoni li għandi jidher li l-prezz taz- zokkor fl-Unjoni Ewropea huwa ferm anqas minn dak indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Madanakollu jibqa` l-fatt li dan il-prezz huwa aktar għoli mill-prezz taz-zokkor fis-swieq internazzjonali u dan minħabba l-protezzjoni mogħtija fi ħdan l-Unjoni Ewropea għall-produzzjoni u l-ipproċessar taz-zokkor.", "Jekk dan il-fattur jiġi analizzat waħdu jimplika zieda fl-ispejjeż tal- produzzjoni għal dawk l-industriji li jużaw iz-zokkor.", "Pero` din hija biss konsiderazzjoni waħda minn bosta li jeħtieġ li jsiru f`analisi wiesgħa ta` l-implikazzjonijiet għall-industrija f`pajjiżna bid-dħul ta` Malta fl- Unjoni Ewropea.", "M`hemmx dubju li l-industrija Maltija kapaċi tkun kompetittiva fis-suq Ewropew.", "Id-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea se jkompli jkabbar l-aċċess għal dan is-suq kbir.", "Tajjeb jingħad li bħalissa l-prodotti li jinkludu fihom element ta` zokkor m`għandhomx aċċess liberu fis-suq ta` l-Unjoni Ewropea u għandhom imposta fuqhom tariffa biex ikunu jistgħu jinbiegħu f`dan is-suq.", "RAĦĦALA - PREZZ GARANTIT", "10644.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li l-Ministru fil-mistoqsija parlamentari numru 9365 ma qalx kemm huma l-prezzijiet medji taċ-ċanga friska, majjal frisk, tiġieġ li kienu jieħdu l-produtturi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-1996, 1997 u 1998, jista' l-Ministru jwieġeb bl-informazzjoni ċara inkluż li jgħid ukoll x'kienu l-prezzijiet għall-istess snin lokalment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil- mistoqsija parlamentari numru 9365.", "SAĦĦA - RIĊETTI", "11292.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien se jiġbor oriġinarjament il-gvern mit-taxxa ta' 50c fuq kull item fuq ir-riċetti tal-mediċina?", "Kemm kien ippjanat li jiġbor il-gvern preċedenti meta wara kritika ħarxa biddel it-taxxa ta' 50c għal fuq kull riċetta u mhux fuq kull item?", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu maħsub bejn wieħed u ieħor li ffranka flus il-poplu Malti kemm ilu li neħħa għal kollox din it-taxxa il- gvern preżenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond id-Diskors tal-Budget 1998 (paġna 85), il- gvern kien qed jistenna li jdaħħal is-somma ta' Lm1.3 miljun.", "Ibbażaha fuq in-numru ta' pazjenti li attendew l-ispiżeriji tal-gvern matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena huwa stmat li l-poplu ffranka s- somma ta' Lm246,554.50.", "SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET", "11293.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-1 ta' Novembru, 1999 kemm-il operazzjoni saret taħt GA (General Anaesthesia); kemm saru taħt spinal anaesthesia u kemm saru taħt local anaesthesia fl-isptarijiet St. Luke's u Karen Grech?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi n-numru huwa kbir l-informazzjoni għada qed tiġi miġbura.", "AWTORITA' NAZZJONALI TAT-TURIŻMU - MEMBRI", "11294.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Wara li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu f'Malta, il-liġi tipprovdi biex tinħatar awtorita' simili għal Għawdex?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattv, din inħatret?", "Jekk inħatret minn huma l-membri u x'kariga għandhom?", "Jekk għadha ma nħatritx, meta hemm il-ħsieb li tinħatar?", "Minn min se tinħatar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nattira l-attenzjoni tal-Onor ħabib tiegħi li l- Att ta' l-1999 dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta jipprovdi għal ħatra ta' awtorita' waħda.", "Għawdex hu rappreżentat kemm fuq l-awtorita' kif ukoll fuq id-direttorati li jaqgħu taħtha.", "AWTORITA' NAZZJONALI TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI", "11296.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Wara li issa ġie magħruf li nħatret l-Awtorita' Nazzjonali tat-Turiżmu, jista' l- Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu mpjegati nies ma' din l-awtorita' biex jimlew vacancies?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għandi pjaċir ninforma lill-Onor.", "Ħabib tiegħi u lill-Kamra li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħejjiet organigramma għal personal meħtieġ wara li jiġi eżawrit l-eżerċizzju ta' possibbli integrazzjoni ta' min bħalissa jaħdem fid-Dipartiment tat-Turiżmu, mal- HCEB, l-ITS u l-ministeru jiġi stabbilit in-numru ta' postijiet vojta u joħorġu, kif fil-fatt ħarġu, sejħiet biex jimtlew postijiet battala.", "GĦAWDEX - XLENDI - DISKOTEKA", "11299.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11130, ladarba l- Ministru qed tgħid li \"peress li l-fossa li għaliha l-Onor.Interpellant għamel riferenza qed titbattal minn kuntrattur privat għas-spejjeż tas-sid, il-ministeru m'għandux informazzjoni dwar kemm-il darba din ġiet imbattla\", kif setgħet il-Ministru twieġeb il-mistoqsija l-oħra tiegħi numru 11058, \"li l-fossa eżistenti f'dan il-fond qed titbattal regolarment, meta tinħass il-ħtieġa minn kuntrattur privat\"?", "Ma taħsibx il-Ministru li din l-informazzjoni hi konflinġenti?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformat li l-fatt li saru diversi spezzjonijiet fil-lokal in kwestjoni u ma rriżultax li seta' sar xi tfiegħ ta' drenaġġ fil-wied kif ukoll il-fatt li qatt ma waslu ilmenti fl-Uffiċċju tas-Saħħa f'Għawdex rigward skular ta' materjal likwidu u problemi konnessi mal-fossa ta' din id-diskoteka, hija evidenza li din il-fossa qed titbattal regolarment.", "GDP", "11312.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-mod kif jinħadem il-GDP għadu ma jikkonformax mal-mod kif jinħadem fl-UE, jista' l-Ministru jassigura li l-GDP għal din is-sena baqax jinħadem fuq l-istess kriterji kif inħadem fis-snin imgħoddija?", "Sar xi tibdil fid-deflators applikati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-GDP għadu jinħadem fuq l-istess kriterji tas-snin imgħoddija.", "Id-deflators ġew imtejba u aġġornati permezz tal-bdil tal-bażi li issa hija l-1995.", "F'dan il-kuntest nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jara wkoll in-News Release numru 31 ta' l-1999 kif ukoll il- pubblikazzjoni National Accounts of the Maltese Islands - Sources and Methods maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "RETAIL INVESTMENT SERVICES - INVESTOR COMPENSATION SCHEME", "11313.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta huwa skedat li tiġi estiża l-investor compensation scheme lill-providers tar-retail investment services kif ukoll li tiġi stabbilita l-iskema tal-protezzjoni tad-depożiti lid-depożitanti tal-banek?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għar-rigward ta' l- iskema ta` investor compensation li tkun tkopri l-operaturi fis-settur retail tas-servizzi ta` investiment, kif ukoll l-iskema tal-protezzjoni tad- depożiti lid-depositanti tal-banek, il-programm preżenti tal-gvern hu li jitlesta il-qafas legali fl-2001.", "ASSISTENTI DIRETTURI", "11314.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija li jinħatru l-assistenti diretturi mal- Gvern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-proċess ta' l-għażla għal Assistenti Diretturi qiegħed fi stadju avvanzat ħafna u mistenni li jintemm ma jdumx.", "ADVISER EUROPEAN PARLIAMENT MATTERS", "11316.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kif inħatret Dr. Antoinette Cutajar bħala Adviser European Parliament Matters?", "X'kondizzjonijiet għandha u kif intgħażlet?", "ONOR.", "JOE BORG: Dott. Antoinette Cutajar ġiet impjegata b'kuntratt għal tliet snin mill-1 ta' Novembru bħala adviser tal-ministeru fuq materji li jirrigwardaw il-Parlament Ewropew.", "Dan sar fuq bażi tal-kwalifiki li Dott. Cutajar tipposedi kif ukoll fuq esperjenza relatata.", "Dan il-kuntratt ġie approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Annex A tal-kuntratt, tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta, jinkorpora t-terms of reference tal-adviser.", "QORMI - TISWIJA TAT-TARAĠ TAĊ-ĊIMITERJU", "11323.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartment se jsewwi t-turġien taċ- ċimiterju ta' Ħal Qormi (fuq in-naħa ta' wara) li tkissru minn trakkijiet li jgħaddu minn hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "EU - PUBLIC PROCUREMENT", "11324.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9988, jista' l-Ministru jgħid, bl-introduzzjoni tad-direttivi speċifiċi ta' l-Unjoni Ewropa dwar public procurement, x'tibdil se jkollu jsir f'dan ir-rigward fil-proċeduri wżati Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellanta tagħmel riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9987 u 9988.", "Issa jrid isir eżerċizzju, u b`riżultat ta` dan jittieħdu l-miżuri u jsiru l-emendi meħtieġa fir-regolamenti jew fil-liġijiet eżistenti, biex dawk il-public authorities u public undertakings li s`issa għadhom mhux qed japplikaw imma li jenħtieġu japplikaw b`mod sħiħ l-imsemmija regolamenti, jibdew jagħmlu dan.", "Irrid ngħid li anke l-kunsilli lokali jridu jaddottaw dawn il-proċeduri fejn jidħlu sejħiet għall-offerti li jilħqu jew jaqbżu t- thresholds li kont indikajt f`risposti oħra.", "Il-proċedura tar-rimedju li jipprovdu il-Public Service (Procurement) Regulations 1996 trid jew tinbidel radikalment fis-sens li jinħoloq xi tribunal ad hoc biex jisma u jaqta` l-objezzjonijiet jew (u dan possibbli wkoll) isiru xi emendi fil- proċedura eżistenti li bihom dawk li ma jaqblux mad-deċiżjoni (li s`issa hija finali) tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u tad-Direttur tal- Kuntratti ikollhom il-possibbilta' li jappellaw.", "Din il-materja bħalissa qed tiġi studjata ma` l-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għax fiha aspetti legali.", "VRT", "11325.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li se tidħol il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, ikollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għall-vettura partikolari?", "Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li d-dipartiment li qed imexxi t-test li għalih qed issir riferenza ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.", "GĦAWDEX - XLENDI - DISKOTEKA", "11326.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11131, ladarba l-Ministru weġbitni li d-diskoteka in kwestjoni m'għandhiex pompa u ladarba f'mistoqsija parlamentari numru 9352 qaltli li f'dan il-post hemm \"rising main sewer\", kif id-drenaġġ ta' din id-diskoteka qed jitla' ġol-fossa ladarba din id-diskoteka tinsab 'l isfel fil-wied taħt il-livell tat-triq?", "Tista' l-Ministru terġa' taċċerta li d-drenaġġ ta' din id-diskoteka qatt ma spiċċa fil-wied u/jew fil-baħar tax-Xlendi?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-fatt li d-diskoteka in kwestjoni tinsab taħt il-livell tat-triq u li fl-inħawi m'hemmx sistema ta' drenaġġ oħra ħlief dik ta' raising main sewer mhuwiex possibbli li l- imsemmija diskoteka tiġi kkomunikata ma' sistema ta' drenaġġ pubblika eżistenti.", "B'hekk din id-diskoteka hija servuta permezz ta' fossa.", "Jiena nformata ukoll li saru diversi spezzjonijiet fil-lokal in kwestjoni u ma rriżultax li seta' sar xi tfigħ ta' drenaġġ fil-wied tax-Xlendi li sussegwentement spiċċa l-baħar.", "Barra minn hekk qatt ma waslu ilmenti fl- Uffiċċju tas-Saħħa f'Għawdex fuq din il-materja.", "BIRŻEBBUGA - WATERPOLO PITCH", "11327.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W67, jista'l-Ministru jgħd hux ġust li ċittadini jiġu mmultati fiz-zona speċifikata meta fil-fatt qed jiġi admitted fit-tweġiba li m'hemmx tabelli biżżejjed li jindikaw il-clamp zone?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li għalkemm it-tabelli li rriferit għalihom l-Onor.", "Interpellanti damu xi ftit biex twaħħlu, l-ebda ċittadin ma ġie immultat dwar clamping fil-post indikat fil-mistoqsija parlamentari W67.", "QORMI - TRIQ SAN ĠORĠ - LAMPA", "11328.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għad-dawl fi Triq San Ġorg, Qormi - mistoqsija parlamentari numru 7139 - jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt itteħditx konsiderazzjoni biex jiżdied id-dawl f'din it-triq antika?", "Jekk iva, ittieħed in konsiderazzjoni l-fatt li din it-triq hija mdawwra b'mod li minn dawra għal oħra ma tistax tara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li sabiex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija, tenħtieġ manutenzjoni tad-dawl eżistenti li għandha ssir flimkien ma` xogħlijiet oħra simili.", "QORMI : DE LA CRUX AVENUE - TISWIJIET", "11329.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W79 dwar il-bibien ta' dħul mill-blokki ta' appartament f'De La Crux Avenue, Ħal Qormi biex ma jibqgħux speċi ta' rixtelli, kif inhuma, minħabba l-ilma li jidħol minnhom meta tkun ix-xita, u b'riferenza għat- tweġiba li tani dwar il-fatt li dawn il-bibien ġew iddisnjati biex jagħtu l- arja u d-dawl lill-intrajjet, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li, filwaqt li jibqa' jiġi mħares dan l-aspett, jiġu kkonsidrati mezzi oħra li jeżistu biex jilqa' għall-inkonvenjent ta' l-ilmijiet f'dawn l-intrajjet, per eżempju, li jkollhom speċi ta' purtelli bil-ħġieġ jew perspex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal konsiderazzjoni.", "SKEJJEL - MELLIEĦA", "11345.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fix-xogħol li sar ta' riabilitazzjoni fuq l- iskola primarja tal-Mellieħa baqa' ma nbidilx bieb fi stat ħażin u bibien oħra ġodda li saru, diġa' nqasmu u nfetħu?", "Tista' ssir verifika fuq il- kwalita' tax-xogħol li saru u jekk tirriżulta kwalita' fqira l-kuntrattur jirrimedja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma ħassitx il-ħtieġa li l-bieb li saret riferenza għalih kellu jinbidel peress li kien għadu fi stat tajjeb fiż-żmien li fihom saru x-xogħlijiet.", "Minn survey li saret jirriżulta li l-bieb jista' jiġi rranġat min-nies li hemm fl-iskola li d-doveri tagħhom jinkorporaw tali xogħlijiet u sejjer nieħu l-passi meħtieġa biex dan jagħmluh.", "Rigward bibien oħra ġodda li saru u li diġa' nqasmu u nfetħu, qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-kuntrattur li mmanifatturhom jirranġahom.", "IMPJIEGI - KAŻ TA' IMPJEGAT", "11346.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'jista' jagħmel l-impjegat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li skond ċertifikat mediku tal-kirurgu kardjologu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, wara operazzjoni li għamel jista' jsuq imma ma jistax iġorr u x-xogħol tiegħu jikkonsisti kemm f'sewqan kif ukoll f'ġarr?", "X'jagħmel jekk il-bord mediku jikkonferma dan, imma fejn jaħdem iriduh isuq u jġorr?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li employer ma jistax jiġi sfurzat iżomm fuq il-kotba tiegħu ħaddiem li ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu kif mitluba u kif miftehema, minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Madanakollu, il-ħaddiem konċernat jista' jirreferi l-każ tiegħu lid- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg għal parir jew xi għajnuna li jista' joffri.", "TURIŻMU - PROJECTS CO-ORDINATOR", "11348.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' projects co-ordinator li ngħata lis-Sur Silvio Zammit?", "Liema proġetti qed jikkordina s-Sur Zammit?", "Xi kwalifiki u kompetenzi għandu s-Sur Zammit biex jagħmel ix- xogħol li ngħata?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor Interpellant li kull meta kelli okkażjoni nagħżel min iservi fis-Segretarjat Privat tiegħi fittixt li l- persuni magħżula jkollhom kwalifiki bħal, per eżempju, onesta', sens ta' responsabbilta', bżulija, lealta' lejn il-politika tal-gvern u lejja kif ukoll kapaċita' u ħeġġa li jgħinu lil kull min jersaq lejn il-ministeru għall-informazzjoni u għajnuna.", "Nikkonferma li fil-fehma tiegħi s-Sur Zammit jipposjedi dawn il- kwalifiki.", "L-Onor Interpellant żgur jaf li l-Ministeru tat-Turiżmu kif ukoll l- industrija stess titlob u tenħtieġ għajnuna minn diversi oqsma u għalhekk anke fis-Segretarjat Privat tiegħi hemm lok ta' persuna jew persuni b'ħila li jikkoordina l-ħidma ta' għadd ta' oqsma bil-għan l-iskop u l-miri jintlaħqu.", "Fost inkarigi li jaqdi s-Sur Zammit hemm dak li jżomm liaison ma' ministeri, dipartimenti, u entitajiet governattivi kif ukoll privati.", "L- istess ħidma jagħmilha wkoll fil-konfront ta' xogħol li l-ministeru jkollu ma' kunsilli lokali, proġetti u proposti li jitressqu mis-settur privat li jkunu ta' siwi għall-industrija tat-turiżmu.", "SKOLA NAWTIKA - GĦALLIEMA", "11349.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema neqsin f'kull suġġett f'kull kors ta' l-iskola nawtika?", "X'qed isir biex l-istudenti ma jibqgħux mingħajr dawn l-għalliema?", "Kemm hemm għalliema part-time u kemm hemm fulltime?", "Kemm hemm għalliema filgħodu u kemm hemm għall-korsijiet ta' filgħaxija?", "Hemm għalliema nieqsa f'korsijiet ta' filgħaxija?", "Liema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iSkola Nawtika baqa' biss bżonn ta' għalliem għal żweġ lezzjonijiet tal-Liġi Marittima.", "Ġie ddentifikat bniedem biex jagħmel dawn iż-żewġ lezzjonijiet.", "Bħalissa hemm tliet għalliema fulltime u għaxar għalliema part-time li sitta minnhom jgħallmu fil-korsijiet ta' filgħaxija.", "M'hemm ebda għalliem nieqes fil-korsijiet ta' filgħaxija.", "SKOLA NAWTIKA - STUDENTI", "11350.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull kors ta' l-iskola nawtika?", "Xi stipendju qed jingħataw f'kull każ?", "Hemm xi studenti li mhux qed jingħataw stipendju?", "X'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-numru ta' studenti f'kull kors ta' l- iskola nawtika hu kif ġej:", "Deck Officer", "Phase I - 17-il student Phase II - 9 studenti Phase III - 14-il student", "Engineering Officer - 2 studenti", "Class 2 Cert of Competency - 2 studenti", "TOTAL ta' 44 student fl-iskola.", "Informat ukoll li l-istudenti fil-korsijiet ta' Deck Officer (Phase I u III) u l-Engineering Officers, jirċievu għotja ta' manteniment ta' Lm40 fix- xahar, bejn 1 ta' Ottubru u t-30 ta' Ġunju, sakemm idum il-kors.", "Barra minn hekk jirċievu Lm100 darba fis-sena tul il-kors.", "Studenti fil-Phase II ma jirċevux għotja għax ikunu mpjegati fuq il-baħar.", "L-istudenti fil-kors Class 2 Certificate of Competency mhumiex intitolati għal għotja għaliex normalment dawn ikunu studenti li diġa' qegħdin jaħdmu u jiġu mogħtija permess biex jattendu mill-post ta' l-impjieg tagħhom.", "Fil-kors ta' Deck Officers hemm tliet studenti fil-Phase I li mhumiex intitolati għal għotja għax qegħdin jirrepetu s-sena u hemm żewġ studenti barranin fil-Phase III li ukoll ma jeħdux għotja.", "ITS - STUDENTI", "11351.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull kors ta' l-Istitut ta' l- Istudji Turistiċi?", "Kemm minnhom għandhom stipendju u x'ammont jingħataw f'kull sena?", "Kemm hemm studenti li m'għandhomx stipendji?", "X'inhi r-raġuni li tħallew bla stipendju, jekk dan hu l-każ?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nixtieq nirrileva lill-Onor Interpellant li tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija ngħatat lill-Onor Joseph Cuschieri fil-mistoqsija parlamentari numru 9100.", "L-istudenti kollha li jattendu korsijiet fulltime fl-Istitut jingħataw stipendju kif ġej:-", "l-Ewwel Sena Lm 12 fil-ġimgħa it-Tieni Sena Lm 17 fil-ġimgħa it-Tielet Sena Lm 22 fil-ġimgħa", "Ninsab informat li l-għadd ta' studenti li ma jingħatawx stipendju huwa ta' ħdax:", "Tmien studenti li m'għandhomx ċittadinanza Maltija iżda li għandhom ġenitur Malti.", "Dawn ma jħallsux tuition fees iżda ma jingħatawx stipendju; u", "Tliet studenti ta' nazzjonalita' barranija li ma jirċevux stipendju u huma obbligati li jħallsu t-tuition fees.", "FTEHIM BEJN IL-GVERN U T-TARZNARI", "11360.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa lill-gvern, f'żieda fil-pagi, wara l-ftehim milħuq bejn il-gvern u t-tarznari dan ix-xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR - SAN ĠWANN - TISWIJIET", "11361.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-flats tal-gvern li se jiġu mbajjda u rranġati fiż-żmien qarib ġewwa il-housing estate ta' San Ġwann billi wħud mill-area komuni huma nieqsa minn manutenzjoni u għandhom bżonnha malajr?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar f'dawn l-aħħar xhur għamel xogħol ta' tikħil tal-faċċati kollha tal-blokki f'San Gwann, peress li dawn huma kkonsidrati bħala partijiet komuni.", "Fir-rigward it-tronob tat-taraġ ta' dawk il-blokki li għadhom ma sarux dawn huma nklużi fil-programm tad-dipartiment konċernat.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "11362.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l- persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tingħata dar mill-housing soċjali li jixirqilha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata qed tkun ikkonsidrata ma' oħrajn simili.", "SAĦĦA - XIRI TA' AMBULANZI", "11369.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ambulanzi għad-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ġimgħat?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex ġodda jew second hand?", "Kemm swew dawn l-ambulanzi?", "Mil-liema kumpannija nxtraw l-ambulanzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan l-aħħar inxtraw sitt ambulanzi second hand għad- Dipartiment tas-Saħħa.", "Dawn li swew Stg 87000 inxtraw mingħand", "ASSCO GROUP LTD Yorkshire Palace 15 Argyle Street Kings Cross London WCIH 8EA UK", "Ġie deċiż li d-diviżjoni tieħu dan il-pass minħabba l-bżonn urġenti li jinbidlu l-ambulanzi li kien hemm li kien ilhom mill-1981 u li kienu qdiemu ħafna.", "Dawn se jservu sakemm jinxtraw il-ġodda.", "SPTAR MONTE CARMELI - SERQ MINN ĦADDIEM", "11370.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonferma li ħaddiem mill-iSptar Monte Carmeli nqabad jisraq is-cement mill-istess sptar?", "X'passi ttieħdu f'dan il-każ?", "Kienu nvoluti l-pulizija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-awtoritajiet ma rċevew ebda rapport li kien hawn xi serq ta` cement mill-Isptar Monte Carmeli.", "SAĦĦA - ĦADDIEMA", "11371.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Billi riċentement fil-ġurnali kien allegat li ħaddiem fid-Dipartiment tas-Saħħa ħa flus biex jirranġa transfer ta' persuna oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jgħid jekk xi ħadd minn dawn l-impjegati ġiex sospiż mix- xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li m'hemm ħadd sospiż mix-xogħol rigward il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li l-każ ġie mgħoddi mill-ewwel f'idejn il- Pulizija għall-investigazzjonijiet neċessarji.", "Il-prassi hi li jittieħdu aktar passi skond il-ħtieġa malli jiġi iffinalizzat r-rapport tal-Pulizija u jintbagħat lid-dipartiment.", "SPTARIJIET - APPARATI INDUSTRIJALI TAT-TINDIF", "11372.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kwotazzjonijiet għal xiri ta' apparat industrijali tat-tindif fl-isptarijiet?", "F'kull każ, minn min saru l-kwotazzjonijiet?", "Kemm kien il-valur ta' kull kwotazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - TRATTAMENT TA' SKART", "11373.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li żaru faċilitajiet ta' trattament bil-microwave ta' skart ta' l-isptarijiet barra minn Malta?", "Meta marru jaraw dan il-faċilitajiet?", "Min ħallas għal din iż-żjara barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Iż-żjara msemmija kienet parti minn fact finding mission tad-Dipartiment tas-Saħħa bi preparazzjoni għat-tibdiliet meħtieġa fis-sistema ta` clinical waste management li hemm bżonn li jiġu attwati lokalment sabiex jintlaħaq livell konformi ma` dawk fl-isptarijiet Ewropej.", "Iż-żjara saret f'Mejju li għadda mill-Infection Control Officer tad- dipartiment kif ukoll mill-ispettur sanitarju responsabbli mill-iskart kliniku.", "L-ispejjeż taż-żjara tħallsu mid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Tul iż- żjara saru laqgħat mad-direttur tal-Hospital Infection Division tal-PHLS u diriġenti ta` waste management fl-isptarijiet Royal Brompton u Chase Farm Hospital ta` Londra.", "Id-delagazzjoni rat ukoll il-faċilita` ta` microwave waste disinfection ġewwa Enfield.", "BIDNIJA - KOMPETIZZJONI TA' SPARAR", "11374.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi saret kompetizzjoni ta' sparar b'airguns ġewwa ir-range tal-Bidnija u din ġiet irrapportata fil-gazzetti (l-ewwel ġimgħa ta' Novembru) fejn anke dehru ismijiet ta' min ħa sehem, u anke ritratti ta' persuni minuri jisparaw airguns, jista' l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw permessi ta' fire/carry airgun for sporting purposes, meta inħareġ il-permess tar-range in kwestjoni u meta nħareġ il-permess biex tfal jibdew jisparaw l-airguns?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 7456 u 7457, ninsab informat li l-Pulizija għandha żewġ talbiet għal air weapons target shooting ranges, liema talbiet qed jiġu pproċessati.", "PULIZIJA - GĦASSA TAL-GŻIRA", "11375.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministeru biex jiżgura li l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa il-ħin kollu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4413, għandi ninformah li tajt struzzjonijiet li jiġu detailed pulizija espressament sabiex jagħmlu ronda minħabba ilmenti partikolari għal dan il-lokal.", "GŻIRA - UFFIĊĊJU TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "11376.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid u/jew jieħu in konsiderazzjoni il-ftuħ ta' uffiċċju tas-sigurta' soċjali ġewwa il-Gżira billi ġo dan il-lokal m'hemmx uffiċċju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Idealment hi ħaġa mixtieqa li jkun hemm Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali għal kull kunsill lokali.", "Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jirċievi talbiet għall-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali minn diversi lokalitajiet.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li l-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali ġdid iġib miegħu żieda sostanzjali fin-nefqa amministrattiva.", "Barra minn hekk hemm diversi konsiderazzjonijiet x'wieħed jagħmel qabel ma tiġi magħżula xi lokalita' partikolari, bħalma hi żieda fin-numru ta' residenti u l-espanzjoni ta' lokalitajiet ġodda.", "Fil-preżent l-20 Uffiċċju Distrettwali mxerdin ma' Malta u t-tnejn li hemm f'Għawdex huma maħsuba biex ilaħħqu mhux biss mal-ħteġijiet tal-lokal fejn hemm l- uffiċċju, iżda wkoll mal-ħtiġijiet ta' dawk li joqogħdu fil-viċinanzi.", "Fil- preżent id-dipartiment għaddej fuq programm intensiv biex itejjeb mhux biss id-dehra, iżda wkoll l-livell tas-servizz li jingħata f'dawn l-uffiċini.", "Mhux maħsub li n-numru ta' uffiċini distrettwali jiżdied qabel ma jkun iffinalizzat il-proġett li semmejt.", "MEUSAC - KORPI KOSTITWITI", "11413.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi korpi kostitwiti ġieli qed jirċievu position papers mill-MEUSAC fejn jiġu mitlubin jagħtu ir-reazzjoni tagħhom mil-lejl għan-nar?", "Peress li din l- attitudini tista' tiftiehem li hi biss rubber stamping min-naħa tal-gvern, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jiżgura li dawn id-dokumenti jaslu għand il-korpi kostitwiti kmieni biżżejjed bil-quddiem biex jagħtuhom żmien adegwat biex jixtarru dawn id-dokumenti?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-preparazzjoni tal-position papers hija bbażata fuq il- proċess ta' paragun bejn il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u dawk ta' Malta.", "Kemm-il darba jsiru konsultazzjonijiet mal-korpi kostitwiti anke meta tkun għadha qegħda tiġi ppreparata l-position paper.", "Qed isir kull sforz biex dawn il-position papers jaslu għand il-korpi kostitwiti kmieni kemm jista' jkun qabel il-laqgħat tal-MEUSAC.", "Fil-fażi li jmiss li hija dik ta' tħejjija għan-negozjati il-ħsieb huwa li d-dokumentazzjoni kollha tingħata lill-membri tal-MEUSAC kmieni biżżejjed qabel il-laqgħa relattiva.", "VRT - SKRAPPJAR TA' KAROZZI", "11423.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi minn mindu daħal il-VRT?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor, Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 10122.", "BIRGU - FORTINI - VULTAĠĠ TAD-DAWL", "11424.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jissaħħaħ il-vultaġġ tal-kurrent tad-dawl fil-Housing Estate tal-Fortini, Birgu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din id-domanda l-aħjar issir lill-Ministru konċernat.", "ANZJANI - BORMLA", "11425.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex reġa' inqala' ħafna madum fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Jista' jgħid min hu responsabbli ta' dan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fit-terrazzin ta' quddiem id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla kellu jinqala' ftit madum li kien għadu kif tpoġġa għax il- kuntrattur spiċċatlu dik il-kwalita' ta' madum.", "BORMLA - TRIQ IL-KONSERVATORJU", "11426.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-ġebel taż-żonqor li bih kienet miksija Triq il-Konservatorju, Bormla?", "Għaliex dan iż-żonqor ma reġax tpoġġa?", "X'sar minnu, u x'se jsir minnu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li Triq il-Konservatorju ma kenitx miksija bil-ġebel taż-żonqor ħlief madwar xi tappieri tad-drenaġġ.", "Fejn kien hemm xi ġebel taż-żonqor, dan intrefa' mill-Kunsill Lokali ta' Bormla u mit-Taqsima tad-Dipartiment ta' l-Ambjent ġewwa Bormla wkoll.", "TA' QALI - PARK NAZZJONALI", "11429.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-persuni li dettalji tagħhom qegħdin jintbagħtu separatament li jaħdmu fil-park nazzjonali f'Ta' Qali?", "X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-funzjoni tal-persuni konċernati u l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom huwa kif ġej:", "Grezzju Farrugia A/Supervisor 07.00 - 16.45 Raymond Gauci A/Warden Shift Worker 07.00 - 19.00 19.00 - 07.00 Day - Night - Rest - Off", "EIB - SELF", "11434.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 10999 dwar self mill-EIB, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal is-self li kien miftiehem f'kuntratt iffirmat miż-żewġ naħat mhux se jingħata?", "Kif se jiġi ffinalizzat issa l-proġett li kellu jsir b'dawn il-flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant l-uniku ftehim finanzjarju ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-EIB, u li kellu jiġi abbrogat, kien intiż biex jiġi mplimentat l-hekk imsejjaħ Sewerage II Programme.", "Fil-fatt il-ftehim kien ġie ffirmat f'Diċembru ta' l-1995 u s-self kellu jinġibed kollu sa l-aħħar ta' Ottubru 1998.", "Dan kien ifisser li l-proġett kellu jiġi implimentat sa dik id-data.", "Il-bidla fl-Amministrazzjoni f'Ottubru ta' l-1996 ġabet magħha tibdil fil-prijoritajiet tal-Ministeru konċernat.", "Barra minnhekk dak li kienu qegħdin jesiġu l-EIB mhux dejjem kien faċli li jiġi adottat mill-istess ministeru, kif jaf sew l-Onor.", "Interpellant.", "Dan kollu ħalla effett negattiv fuq ir-ritmu ta' l-implimentazzjoni tal- proġett.", "Billi l-EIB ma kienx konvint li l-proġett seta' jitlesta kollu fiż-żmien stipulat skond il-ftehim u billi lanqas kien possibbli li l-istess ftehim finanzjarju seta' jiġi estiż, l-istess ftehim kellu jiġi revokat bi qbil bejn iż-żewġ partijiet.", "PA - IMPJEGATI", "11450.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, inkluż il-periti, qegħdin jingħataw konsulenzi mill-istess awtorita' bħala xogħol extra mix-xogħol normali li jagħmlu u bi ħlas extra?", "Jekk fl-affermattiv, min huma l-uffiċjali u periti li qegħdin igawdu minn dan it-trattament u x'inhu x-xogħol li ġew imqabbdin jagħmlu, inkluż il- valur tax-xogħol?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħti l-ebda konsulenza lill-uffiċjali tagħha stess.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għal Change Agent li tqabbad mill-awtorita` fil-proċess ta` riforma interna, ninsab informat li dan l-uffiċjal se jingħata ħlas addizzjonali ta` Lm1,000 minbarra li jibqa` jaqdi l-funzjonijiet ta` unit manager.", "DIVIŻJONI TAX-XOGĦLIJIET - IMPJEGATI", "11451.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-periti u l-inġiniera fi ħdan id- Diviżjoni tax-Xogħlijiet humiex qegħdin jingħataw konsulenzi mid-diviżjoni bħala xogħol extra max-xogħol normali tagħhom u bi ħlas extra għal dawn il- konsulenzi?", "Jekk fl-affermattiv, min huma dawn il-periti u inġiniera li qegħdin igawdu minn dan it-trattament, x'inhu x-xogħol li ġew imqabbdin jagħmlu, inkluż il-valur tax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li fil-preżent dawn huma l- uffiċjali li ngħataw xogħol fuq bażi ta' extra work :", "Eng.", "Brian Cauchi Stamperija tal-Gvern Lm200.", "Ġnien Pubbliku fil-Fgura Lm120.", "Eng.", "M. Attard Ġnien Pubbliku fil-Fgura Lm120.", "Eng.", "C. Casha Stamperija tal-Gvern Lm100.", "Perit C. Borg St. John's Bastion, Cospicua Lm120.", "Public Registry, Valletta Lm120.", "PA - IMPJEGATI", "11452.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'allowances u benefiċċji oħra jgawdu minnhom l- uffiċjali u l-impjegati oħra ta' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar?", "Xi gradi għandhom l-impjegati li jgawdu minn dawn l-allowances u benefiċċji?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fost il-benefiċċji hemmx xi tip ta' babysitting allowance?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - IMPJEGATA", "11453.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-cv taċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din l-informazzjoni ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 663.", "FMSS - HOSPITALITY", "11461.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħlas għal hospitality li sar mill-FMSS għas-sena 1995?", "Meta saret kull attivita'?", "Kemm kien l-infiq f'kull każ?", "Fejn saret kull attivita'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammont ta` ħlas għal hospitality fis-sena 1995 kien kif ġej:-", "24-05-95 The Carriage Restaurant 53.17 16-06-95 Ponte Vecchio Restaurant 25.60 01-09-95 Villa Arrigo Ltd.", "24.88 13-09-95 Ta` Grabiel Restaurant 54.70 13-09-95 The Arches 75.55 20-11-95 The Carriage 37.80 04-05-95 Petty Cash Various 13.17", "284.87 ---------", "TAXXI INTERNI - PERSUNA MILL-KANADA", "11468.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li rritornat il-Kanada tliet snin ilu, huwa dovut refund lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Għalkemm l-aħħar indirizz ta' din il-persuna kien il- Għargħur, huwa ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jibagħtu kull korrispondenza lil indirizz ieħor.", "Dettalji rilevanti qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew l-amministratur tiegħu.", "LITTER ACT - KSUR TAL-LIĠI", "11502.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqbdu persuni jiksru l-Litter Act matul l- 1999?", "Kemm minnhom inqabdu fil-Belt, Furjana, Ħamrun u Pieta'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li din is-sena, (sal-31 ta` Ottubru, 1999), in-numru ta` persuni li nqabdu mill-Pulizija jiksru l-Litter Act kien ta` 55.", "Minn dawn, 5 kienu fil-Ħamrun, 5 oħra fil-Belt Valletta u 1 il-Floriana, filwaqt li f`Tal Pieta` ma kien hemm ħadd.", "PTA - PARK AND RIDE SCHEME", "11503.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il-Park and Ride Scheme?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-pjanijiet dwar il-Park and Ride Scheme qegħdin jiġu studjati flimkien ma' possibbiltajiet ta` alternattivi oħra biex jitjieb it-trasport pubbliku.", "PARKEĠĠ", "11504.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-target dates għall- introduzzjoni ta' residents only parking fid-diversi lokalitajiet f'pajjiżna?", "Hemm xi bliet u rħula li fihom din se tiġi nfurzata qabel oħrajn?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: `Billi, kif indikajt fit-tweġiba tiegħi għall- mistoqsija parlamentari numru 11181, il-ministeru għadu ma rċeviex ir- rapport preliminari fuq l-area tal-Belt u l-Furjana, mhux il-każ li nista` nwieġeb għall-mistoqsija preżenti li tirrigwarda d-diversi lokalitajiet l- oħrajn.`", "DJAR - STALLAZJONI TA' LIFT", "11505.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11003, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara sejħa pubblika biex jiġu mpjegati Perit u Mechanical Engineer in konnessjoni ma' l-iskema għall-istallar ta' lifts, l- Awtorita' tad-Djar irċeviet aplikazzjonijiet għal mili ta' dawn iż-żewġ postijiet.", "Hu ttamat li dawn il-postijiet jintlew fi ftit ta' żmien ieħor.", "VALLETTA - BUS TERMINUS", "11506.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet short-term għal bus terminus f'Bieb il-Belt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-pjanijiet għall-bus terminus f`Bieb il-Belt huma nklużi fix-xogħol long term meħtieġ għal l-inħawi.", "PA - APPLIKAZZJONIJIET MIĊĦUDA", "11507.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew miċħuda applikazzjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sena b'sena minn sidien ta' djar fil-Belt u fil-Furjana li kellhom offerti għax-xiri tagħhom minn sidien ta' kumpanniji kummerċjali jew uffiċini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma tinżammx statistika dwar it- tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ GĦAJN DWIELI - BANKINI", "11511.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-bankini ta' Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali peress li din it-triq tintuża minn ħafna anzjani u nies b'wheelchairs u b'diżabilita'?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "GĦAJN DWIELI - TRAFFIC LIGHTS", "11512.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dipartiment li huwa nkarigat mill-istallar tad- dwal tat-traffiku ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - ĦOFOR", "11513.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tiġi mwittija l-ħofra kbira li tinsab fin-nofs tat-Triq Arcade, Triq Ninu Cremona ma' Triq il-Baċir, f'Raħal Ġdid peress li hija ta' periklu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - TRAFFIC LIGHTS", "11514.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt saritx talba biex isiru traffic lights quddiem il-ħanut Kojak fi Triq it-Telgħet ta' Raħal Ġdid, Paola minħabba l- inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi li jkunu jridu jagħmlu l-qadjiet tagħhom fil-qalba tar-raħal?", "Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jsiru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - TRAFFIC LIGHTS", "11515.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt saritx talba biex isiru traffic lights quddiem il-ħanut Kojak fi Triq it-Telgħet ta' Raħal Ġdid, Paola, minħabba l-inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi li jkunu jridu jagħmlu l-qadjiet tagħhom fil-qalba tar-raħal?", "Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jsiru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-dipartiment li huwa nkarigat mill-istallar tad- dwal tat-traffiku ma jifurmax parti mid-dekasteru tiegħi u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.", "RAĦAL ĠDID - TRAFFIC LIGHTS", "11516.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt saritx talba biex isiru traffic lights quddiem il-ħanut Kojak fi Triq it-Telgħet ta' Raħal Ġdid, Paola, minħabba l-inkonvenjent tar-residenti ta' l-inħawi li jkunu jridu jagħmlu l-qadjiet tagħhom fil-qalba tar-raħal?", "Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jsiru?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li qatt ma kien hemm talba biex jiġu stallati traffic lights fi Triq it-Telgħet ta` Raħal Ġdid.", "Id-dipartiment se jagħmel survey biex jiġi stabbilit il-bżonn li jiġu stallati f`din iż-żona.", "MUŻEW TA' L-ISTORJA NATURALI - RESTAWR", "11595.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol u l-ħidma ta' restawr li hemm bżonn isir ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-Istorja Naturali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: In segwitu tat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4025 u 4905, informat li tkomplew ix-xogħlijiet ta' restawr fuq in-naħa ta' wara tal-Palazz Vilhena.", "Din in-naħa ġiet imnaddfa kollha u mogħtija konkos u qatran biex jisgura li ma jkomplix joskula l- ilma u jżid il-ħsara li kienet qegħda ssir fuq is-swar.", "Informat ukoll li ngħata qatran fuq dawn is-swali tal-Palazz Vilhena fejn il-qatran oriġinali kien tmermer biż-żmien.", "Bħalissa x-xogħol huwa wieqaf, biss sejjer jitkompla fis-sena finanzjarja l-ġdida, meta tiġi trattata l- faċċata prinċipali u l-bitħa majestuża ta' dan il-palazz.", "SKEJJEL - LATIN", "11596.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jistudjaw il-Latin din is-sena akkademika 1999/2000?", "Kemm hemm preżentement għalliema ta' dan is-suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din is-sena akkademika 1999/2000 m'hemmx studenti li qed jistudjaw il-Latin.", "Konsegwentament m'hemmx preżentement għalliema jgħallmu dan is-suġġett.", "BORŻA TA' MALTA - SAQAF", "11597.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex maħsub u proġettat li s- saqaf sabiħ u ta' valur li riċentement inqala' u li kien hemm fejn ġejja l- Borża, jerġa' jitqiegħed f'postu għax m'hemmx post ieħor fejn jista' jsir u jekk le, jintilef kompletament għal dejjem?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Is-soffit tal-Garrison Church (ex-Mailing Room) ġie maqlugħ skond il-permess li nħareġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u wara diskussjonijiet ma` l-awtorita` stess, mal-Valletta Rehabilitation Committee u mal-Heritage Committee.", "Bis-saħħa t`hekk setgħu jinkixfu t- travi ta` l-injam (trusses) li huma uniċi f`Malta w li kienu mgħottija bis- soffit.", "Tajjeb li wieħed isemmi li fil-fatt it-travi (trusses) huma oriġinali għal bini, waqt li s-soffit tqiegħed numru ta` snin wara.", "Kien maħsub li parti mhux ħażin tas-soffit kellu jitqiegħed f`sala għall- konferenzi ppjanata fil-premises il-ġodda, iżda s-soffit instab li huwa mmermer u f`kondizzjoni ħażina ħafna w il-periti qiegħdin jaraw kemm u kif fil-fatt jista` jintuża minnu.", "DJAR - KUNSILLI LOKALI", "11598.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba uffiċjali ta' l-Awtorita' tad-Djar humiex qed jattendu ġewwa l-Kunsilli Lokali ta' Bormla, il-Birgu, Senglea, il-Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra u jekk iva, jistax jiġi indikat il-ħin ta' l- attendenza tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Customer Care Unit ta' l-Awtorita' tad-Djar tattendi f'dawn il-lokalitajiet kif ġej:", "Bormla - L-ewwel Tnejn tax-xahar Birgu - It-tieni Tnejn tax-xahar Isla - It-tielet Tnejn tax-xahar Kalkara - Ir-raba' Tnejn tax-xahar", "Dan il-unit ikun miftuħ f'dawn il-lokalitajiet fil-ġranet imsemmija bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m."]} {"filename": "19960430_534d_par.doc", "date": "1996-04-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 534 It-Tlieta, 30 ta' April, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 534", "It-Tlieta, 30 ta' April, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.05 p.m.", "Talba Seduta Nru. 534", "It-Tlieta, 30 ta' April, 1996", "WERREJ MINUTI 741", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 741", "KUMITATI PERMANENTI TAL-KAMRA 748", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL- MEJDA 749", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL (KUMITAT) 749", "AĠĠORNAMENT 778", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 783", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 533 li saret fl-29 ta' April, 1996 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORDIJIET/KUMITATI TAL-GVERN - MEMBRI", "30654.", "L-ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Komunikazzjoni u Teknoloġija) (f'isem l-Onor.", "Manuel Borda) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti t-total ta' membri f'Bordijiet/Kumitati tal- Gvern, maqsuma (a) rġiel; u (b) nisa, għas-snin 1991, 1992, 1993, 1994 sal- 31 ta' Diċembru, 1995?", "Jista' jingħata wkoll il-persentaġġ tan-nisa, ministeru b'ministeru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): Nirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija numru 30654 fit-23 ta' Jannar 1996.", "Peress li ġejt informat li f'waħda mit-tabelli li kont poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra kien hemm żball, qiegħed issa npoġġi t-tabelli korretti.", "Fil-fatt il-figura ta' nisa li riedet tidher taħt il-Ministeru għall- Għawdex għas-sena 1994 kienet 7 u mhux 87 kif bi żvista ngħad qabel.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Onor.", "Membru mhux qiegħed hawnhekk preżenti u s-soltu dan jgħid għal ħaddieħor li ma jkunx hawn, se nagħmel il- mistoqsija minfloku, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħed żball?", "Kien żball ġenwin jew inkella min għamel l-iżball ġie ....", "Qed nistaqsik għax kien hemm mistoqsijiet oħra fejn ingħad li kien hemm żball mentri fil- fatt ma kien żball xejn imma kienet gidba biex jitgħattew ċerti affarijiet.", "Għalhekk qed nistaqsi jekk min hu responsabbli u għamel ir- risposta ġiex ...", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Eddie Fenech Adami.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): L-Onor.", "Membru qed jgħid li xi ħadd gideb.", "Jekk qed jgħid hekk, jgħid jekk hux qed jirreferi għal xi ministru li ta informazzjoni ħażina u jekk inhu dan, jipprovaha.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Fil-konfront ta' Membru Parlamentari ma jistax isir dak l- istatement.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiġifieri mhux għal ministru qed tgħid.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, jiena lest li nipprovaha u jekk trid nagħtik l- evidenza li r-risposta ma kenitx korretta.", "Jien mhux qed ngħid li l- ministru gideb imma li min tah l-informazzjoni gideb u tant gideb li dan l- individwu ngħata charge mill-ministru responsabbli.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa imbilli ngħata charge, se jittieħdu passi fuq dik il-korruzzjoni li hemm imsemmija f'dik il-mistoqsija?", "Jien għalhekk qed nitkellem; veru li dak l-individwu ngħata charge għax ma qalx il-verita', pero' l- korruzzjoni ma ġietx investigata.", "Barra minn hekk nixtieq ngħid lill-Prim Ministru li meta tkellimt fuq ir-riżoluzzjoni dwar ħteġijiet speċjali tal-kunsilli lokali, jien semmejt każ li huwa relevanti għall-mistoqsija li qed insemmi.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min-naħa tiegħu x'passi ħa fuq dak li semmejt jien?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini li f'dan il-pajjiż l-Oppożizzjoni - f'dan il-każ l-Onor.", "Mizzi - jew ma tafx x'inhi korruzzjoni jew inkella qed tipprova tħammeġ lil pajjiż biex tiddestabbilizzah.", "Jekk xi ħadd ħa żball u skond l-Onor.", "Mizzi stess il-Ministru ħa passi dixxiplinarji, ma jiġix hawn u jagħmel akkużi bħal dawn għax żball ma jfissirx korruzzjoni.", "Żball jista' jfisser korruzzjoni wkoll, pero' li nużaw din il-kelma \"korruzzjoni\" b'dan il-mod naħseb li kulħadd jifhem x'inhuma l-iskopijiet għal rimarki bħal dawn li m'humiex f'lokhom u li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' din ir-risposta li għandna quddiemna.", "Dan kien żball ġenwin, kien diġa' ġie korrett pero' sfortunatament ....", "(Interruzzjonijiet) Għal din qed ngħid.", "Int staqsejt jekk din saritx bi żball jew inkella xi ħadd għamilhiex apposta jew b'xi ingann.", "Jien qed ngħidlek li dan huwa żball ġenwin; sfortunatament diġa' rrikorra u meta ġejna biex nerġgħu nagħtu din ir-risposta li informazzjoni minna kienet diġa' ngħatat, min ikkonsulta; ikkonsulta l-file li kien hemm l-iżball fit- tweġiba.", "Jien kont ġejt fil-Parlament u kkoreġejtu dak l-iżball iżda reġgħu għamlu l-istess żball.", "Malli ndunajna b'dan l-iżball - safejn naf jien mhux fuq talba tad-deputat - erġajna ġibna d-domanda quddiem il- Parlament biex nikkoreġu l-iżball li xi ħadd għamel meta kien qed jittajpja u daħħal in-numru \"8\" quddiem in-numru korrett; żball ta' tipografija li jista' jiġri.", "Min analizza din il-lista malajr fehem li dik iċ-ċifra hija impossibbli, pero' jien deherli li aħjar nikkoreġuh biex ma jibqax jiġi ripetut.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Għar-rigward ta' dan l-iżball nieħu l-kelma tal-Prim Ministru.", "Jien m'għidtx li dan sar malizzjożament, pero' jien għidt ukoll li fil-mistoqsija l-oħra fejn ingħatajt risposta ....", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jista' l-Onor.", "Membru jagħmel allegazzjonijiet fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' mistoqsija totalment differenti minn dik li għandna quddiemna u li lanqas qiegħda fuq l-agenda?", "MR SPEAKER: Jekk hemm oġġezzjoni, le, ma jistax u jkun out of order.", "Qed nifhem li hemm oġġezzjoni allura l-mistoqsija supplimentari hi out of order.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-mistoqsija saret lill-Prim Ministru u l-Prim Ministru ma ddelegax lill-Ministru biex jirrispondi minfloku, jista' jitkellem il-Ministru Galea minflok il-Prim Ministru?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli ftit.", "Il-Ministru Galea qajjem point of order u r-ruling huwa li l-mistoqsija supplimentari ta' l-Onor.", "Mizzi m'hijiex relevanti mal-mistoqsija oriġinali.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jekk il-Prim Ministru li qiegħed hawn preżenti ma ddelegax lill-Ministru, jista' l-Ministru jqum u jirrispondi l-mistoqsija hu?", "MR SPEAKER: Iva, jista'.", "Ingħataw rulings fis-sens li dan jista' jsir.", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, fuq point of order jien ma nafx għalfejn il-Prim Ministru juża din it-tip ta' lingwa meta qed jgħid li l- Oppożizzjoni qed tagħmel kampanja ta' ħmieġ u allegazzjonijiet.", "L- allegazzjonijiet kienu jsiru meta kien fl-oppożizzjoni hu u kien jgħid li għandu ħafna ....", "(Interruzzjonijiet) Iva, dan point of order u tindaħalx; l-iSpeaker jiddeċiedi, Ministru Galea.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli nisma' x'inhu l-point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: L-Oppożizzjoni mhux qed tagħmel kampanja ta' ħmieġ.", "Jien niddeskrivi kampanja ta' ħmieġ min jgħid li għandu l-provi f'idejh u li meta jitla' fil-gvern se jippersegwita n-nies, imbagħad meta jitla' fil- gvern ma jagħmel xejn minn dan kollu.", "Barra minn hekk tiddestabbilizza l- pajjiż meta tkun barra minn pajjiżek u toqgħod tgħawwi kontra pajjiżek u tagħmel dawk l-affarijiet.", "U l-bombi, dawk jiddestabbilizzaw il-pajjiż, Mr Speaker.", "Li l-Prim Ministru jitkellem b'dan it-ton fil-konfront ta' l- Oppożizzjoni, jien ma naċċettahiex.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ippermettuli.", "Dan kollu huwa out of order.", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk inti qed tordna li dak li ntqal ma jiġix rrapportat fil-gazzetta ...", "MR SPEAKER: Mhux qed nordna hekk, qed ngħid li dak kollu li ntqal huwa out of order.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Allura nitlob li fuq il-point of order mqajjem u fejn għamel allegazzjonijiet l-Onor.", "Vella, nirrispondi.", "Jien meta għamilt allegazzjonijiet ta' korruzzjoni ġew ippruvati u hemm rapport tal- kummissjoni fejn ittieħdu passi kriminali kontra ex-ministru u fl- istadju tal-kompilazzjoni l-qorti qalet li, iva, kien hemm każ biex tipproċedu pero' kien hemm il-preskrizzjoni.", "Iva, l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-għoti tal-permessi tal-bini ġew ippruvati.", "(Interruzzjonijiet)", "GROUP 4 - XOGĦOL", "31523.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru: Mill-1987 sal-lum, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħadet xogħol il-kumpannija tas-sigurta' Group 4 mingħand il-Gvern u mid-diversi korporazzjonijiet pubbliċi u parastatali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li mill-1987 sal-lum, il- kumpannija tas-sigurta' Group 4 ħadet, mingħand Ministeri, kif ukoll mid- diversi korporazzjonijet pubbliċi, b'kemm jiswa xogħol kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' il-Prim Ministru jgħid kif jingħata dan ix-xogħol?", "Dan jingħata wara sejħa ta' offerti jew isir by direct allocation?", "Kien hemm applikazzjonijiet ta' ditti ta' sigurta' oħrajn li kienu interessati?", "X'kienet ir-raġuni li ntagħżlet ditta u mhux oħra?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Peress li l-informazzjoni nġabret mingħand il- ministeri kollha u minn ħafna korporazzjonijiet li jaqgħu taħthom, m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi din id-domanda jekk ma ssirlix bil-miktub biex inkun nista' niġbor l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' għallinqas il-Prim Ministru jgħid x'inhija l- prassi u x'suppost isir meta korporazzjoni, awtorita' jew ministeru jkun se jagħmel dan it-tip ta' allokament, jiġifieri jkun se jsejjaħ ditta ta' sigurta' biex teħodlu ħsieb l-affarijiet?", "X'inhi l-proċedura normali?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-proċedura normali hija li kull korporazzjoni taġixxi fl-aħjar interess tal-korporazzjoni u fiċ-ċirkostanzi partikolari l- amministrazzjoni tal-korporazzjoni tiddeciedi kif l-aħjar taqdi l- bżonnijiet tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri jfisser li ma jkunx hemm call for applications?", "Jiġifieri jkun hemm direct allocations?", "Xi tfisser din?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien naħseb li l-Onor.", "Interpellant m'hux qed jifhem preċiż.", "Jien għidt \"skond kif jidhrilhom l- aħjar\".", "Per eżempju, nimmaġina li jekk ikun hemm okkażjoni fejn ikun hemm bżonn ta' servizzi ta' din il-kumpannija f'perijodu qasir u f'numru limitat, jista' jkun li jintalab is-servizz mingħand din ll-kumpannija.", "Jekk sarux calls for applications meta l-perijodu jkun estiż, jien m'iniex f'pożizzjoni li nirrispondi, pero' nkun f'pożizzjoni li nirrispondi jekk kemm-il darba jagħmilli domanda speċifika għal-liema korporazzjoni partikolari qed jirriferi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, nifhem li l-Prim Ministru ma jistax ikun jaf kollox, allura se nistaqsih fuq il-Management Systems Unit li taqa' taħt l-Uffiċċju tiegħu għax jien naħseb li f'dan il-każ il-Prim Ministru għandu jkun jaf kif ġiet allokata l-inkarigu tas-sigurta' mill- MSU.", "F'dan il-każ partikolari, jista' jgħidilna jekk it-talba għal dan is- servizz li jammonta għal Lm117,000 ingħatax b'direct allocation jew b'tender?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, mingħajr ma jkolli ċans li neżamina l- files relattivi jew nitlob l-informazzjoni - evidentement il-files ma jkunux fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - ma nkunx f'pożizzjoni li off the cuff nagħti l-informazzjoni, pero' jekk jagħmilli din id-domanda li qed jistaqsi bil-miktub, inkun nista' nitlob l-informazzjoni ħalli ngħaddiha lil din il-Kamra.", "KARTI TA' L-IDENTITA' - TIĠDID", "31697.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Prim Ministru: In konnessjoni mat-tiġdid tal-karti ta' l-identita' li qed isir bħalissa jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l- liġi titlob li l-ID card tkun valida għal perijodu ta' għaxar snin, dawn qed jiġġeddu biss sa l-2001?", "Jista' jgħidilna wkoll għaliex għalkemm il-liġi titlob li l-istat ċivili ta' l-individwu - ġuvni, xebba, miżżewweġ, separat eċċ. - jidher fuq l-ID card dan mhux qed jitniżżel fuq l-ID cards li qed jiġġeddu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Permezz ta' l-Avviżi Legali Numri 46 u 47 ta' l-1996, dawk il-karti ta' l-identita' li l-Kummissjoni Elettorali kienet ħarġet li, jew l-iskadenza tagħhom jew xi partikolaritajiet oħra ma kenux kif rikjest, issa ġew legalment validati.", "L-Att dwar il-Karti ta' l-Identita' kif emendat fl-1993, fost affarijiet oħra, jgħid li l-karta ta' l-identita' tibqa' tiswa għal għaxar snin jew dak il-perijodu li jista' jiġi preskritt.", "Tneħħa wkoll l-obbligu li jitniżżel tagħrif dwar l-istat ċivili tad-detentur.", "Il-validita' tal-karti ta' l-identita' tirrifletti d-deċizjoni li ħadet il-Kummissjoni Elettorali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jista' l-Prim Ministru jinforma lill- Kamra jekk sarux xi indaġini fuq in-numru ta' karti ta' identita' - madwar 20,000 - li ma ġġeddux?", "Jista' jagħti ħjiel ta' x'inhi r-raġuni għaliex dawn il-karti ta' identita' kollha ma ġġeddux?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien ma nkunx informat b'dak li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni Elettorali jekk ma nitlobx l- informazzjoni.", "Għalhekk jekk l-Onor.", "Membru jrid xi informazzjoni li m'hijiex diġa' pubblika - jista' jkun li diġa' ppubblikata - jagħmilli d- domanda ħalli jien nirriferiha lill-Kummissjoni biex tagħtini l- informazzjoni.", "BAĦRIJA - DAWL FIT-TOROQ", "32234.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn intalab li jsir aktar dawl fit-toroq tal-Baħrija?", "Meta saret kull talba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): It-talbiet pendenti għal aktar dawl fil-Baħrija huma tnejn: 1.", "Quddiem il-Knisja u 2.", "Ħdejn il-Country View, Triq il-Girna.", "Dawn it-talbiet saru kmieni matul is-sena 1995 u qed ikunu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.", "DROGA - POLITIKA NAZZJONALI", "32235.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kif se titmexxa l-istrateġija dwar il-politika nazzjonali fuq l-edukazzjoni dwar id-droga (National policy on drug education)?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel privati u tal-Knisja humiex se jiġu mdaħħla f'dan il-proġett u jekk humiex se jiġu kkonsultati?", "B'liema mod?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Fid- 29 ta' Marzu 1996 sar colloquium għall-uffiċjali għolja tad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni, counsellors, welfare officers, psikoloġi, esperti mill-Korp tal-Pulizija, SEDQA, mill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, mid-Diviżjoni tas- Saħħa, Caritas u oħrajn biex isir studju dettaljat dwar l-ewwel draft tan- National Policy on Drug Education.", "F'Mejju/Ġunju 1996 se jsiru diskussjonijiet mal-kapijiet ta' l-iskejjel.", "Wara dawn it-taħdidiet hu maħsub li fis-sajf li ġej id-dokument jiġi finalizzat u ċċirkolat fl- iskejjel.", "L-iskejjel privati kienu rappreżentati fil-colloquium u kienu mistiedna jagħtu l-veduti tagħhom ukoll, kemm waqt il-colloquium kif ukoll wara.", "B'hekk hu maħsub li l-iskejjel privati wkoll iqisu din il-politika bħala tagħhom u jimplementawha huma wkoll.", "MALTRATTAMENT TA' ANNIMALI", "32236.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-liġi li tipprovdi pieni għal maltrattament ta' annimali għadha in vigore dik ta' l-1935?", "B'dik il-liġi x'inhi l-ogħla piena li jista' jeħel wieħed li jaħqar l-annimali?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li din il-liġi tiġi aġġornata fuq linji moderni?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Il-liġi li tirigwarda s-suġġett mqajjem mill-Onor.", "Interpellant hi it-Taqsima VIII tal-Kodiċi tal-liġijiet tal-Pulizija.", "Din it-taqsima l-aħħar li ġiet emendata kien fl-1977.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi suġġerimenti speċifiċi nitolbu jressaqhom għall-konsiderazzjoni.", "VAT - SPETTURI", "32237.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Minn mindu d-Dipartiment tal-VAT qed jibgħat lill- ispetturi tiegħu f'lokalitajiet imħabbra minn qabel, jista' l-Ministru jgħid: 1) F'liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonijiet? 2) X'kienu l-irregolaritajiet prinċipali li ġew innotati? 3) Kien hemm bżonn li jittieħdu passi kontra xi sidien tal-ħwienet?", "Fuq liema akkużi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-lokalitajiet li fihom saru spezzjonijiet imħabbra minn qabel kienu dawn:", "Fit-8 u 9 ta' Frar Valletta Fit-16 u 17 ta' Frar Għawdex Fit-23 u 24 ta' Frar Ħamrun Fit-1 u 2 ta' Marzu Paola Fit-8 u 9 ta' Marzu Sliema", "L-irregularitajiet prinċipali li ġew innotati u l-passi li ttieħdu kienu dawn:", "Lokalita' Nru ta' Stabbilimenti Irregularitajiet Azzjoni iċċekkjati", "Valletta 698 7 ħwienet ma ħarġux ċitazzjoni irċevuta", "Għawdex 522 17-il ħanut ma ħarġux ċitazzjoni irċevuta", "Ħamrun 677 6 ħwienet ma ħarġux ċitazzjoni irċevuta", "Paola 699 9 ħwienet ma ħarġux ċitazzjoni irċevuta", "Sliema 764 4 ħwienet ma ħarġux citazzjoni irċevuta", "Dawk il-ħwienet li kienu magħluqa fid-dati msemmija li allura ma setax jittieħed X Reading mill-cash register tagħhom li juri kemm biegħu dak inhar, se jiġu kkontrollati aktar tard.", "SAĦĦA - KAŻI TA' MENINGITE", "32238.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Peress li f'xi pajjiżi qed jiġu rrapportati każi ta' meninġite - ftit jiem ilu ġie mħabbar li aktar minn 2000 ruħ mietu f'dawn l-aħħar ġimgħat f'Kano, fin-Niġerja - jista' l- Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tas-Saħħa biex jiġi evitat kull ċans li din il-marda tidħol f'Malta?", "F'Malta matul l-1995 u s'issa din is-sena, kemm kien hemm każi ta' mard tal-meningite?", "Kien hemm imwiet?", "Ta' liema etajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fuq rakkmandazzjonijiet ta' l- Għaqda Dinjija tas-Saħħa, persuni li jivvjaġġaw lejn pajjiżi fejn hemm riskju tal-Meningococcal Meningitis jingħataw tilqim kontra din il- kundizzjoni.", "Dan japplika fil-każ attwali ta' l-epidemija tal-meninġite li hemm bħalissa fin-Niġerja.", "Il-vaċċin jinkiseb mis-Sezzjoni tat-Tilqim fiċ- Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.", "Waqt li t-tilqim ma jeliminax għal kollox ir-riskju ta' mard, ta' min isemmi wkoll li f'Malta, bħal f'ħafna pajjiżi żviluppati oħra, ikun hawn numru żgħir ta' każi ta' Meningococcal Meningitis matul is-sena.", "Pero' dawn il-każi ma jseħħux f'epidemiji kbar bħal fl-Afrika minħabba ċirkostanzi differenti f'dak li hu sorveljanza ta' mard u kundizzjonijiet ambjentali.", "Informat ukoll li f'Malta, mill-bidu tal-1995 sa' l-aħħar ta' Frar, 1996, ġew irrapportati 9 każi ta' meninġite ikkaġunata minn batterji.", "Fl-istess perijodu kien hemm mewta waħda - persuna bl-eta' ta' 67 sena - minn meninġite ikkaġunata minn batterji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, darba oħra wkoll kelli okkażjoni nitkellem fuq dan il-punt li se nsemmi; hawnhekk inħoss li d-Dipartiment tas-Saħħa qed jonqos meta qed iħalli dan it-taħwid f'moħħ in-nies rigward il-kwestjoni ta' meningitis.", "Ma rridx inkun tekniku żżejjed, pero' hawn qed nitkellmu fuq tip ta' meninġite li hu rari ħafna f'pajjiżna u jidher li t-tilqima qed tiġi meħuda min-nies bħallikieku dan hu l-istess tip ta' meninġite bħal dik li ċerti tobba qegħdin iħajru lin-nies ilaqqmu lil uliedhom kontra tagħha - mentri din hija meninġite minn kawża totalment differenti.", "Għalhekk jien inħoss li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħmel kampanja sempliċi fuq il-mezzi tax-xandir biex ineħħi l-għagħa u l- paniku li hawn fost xi nies li hawn xi epidemja tal-meninġite.", "Tant hu hekk, li qed jiġu ħafna nies biex ilaqqmu lit-tfal tagħhom kontra l- meninġite u inutli nispejgawlhom li t-tilqima qiegħda kontra kwalita' waħda ta' meninġite u hemm ħafna iktar kwalitajiet ta' meninġite li m'hemmx mezzi kontra tagħhom.", "Jiġifieri dan li qed insemmu hawnhekk m'għandu x'jaqsam assolutament xejn ma' dak it-tilqim li jingħata lit-trabi.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru jgħid jekk jaqbilx miegħi li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħmilha ċara fuq it-televiżjoni u l-mezzi l-oħra tax- xandir biex jgħarraf lill-pubbliku li hemm distinzjoni bejn kwalita' ta' meninġite u oħra u jgħarrfuh li t-tilqim li jingħata lit-tfal huwa għall- marda speċifika li tiġi mill-influwenza u li għandu jingħata biss lit-tfal ta' taħt il-ħames snin għax jidher li din il-marda għamlet ċerta impressjoni fuq il-biċċa kbira tan-nies.", "Per eżempju, jekk xi tfal li jkunu l-iskola jkollhom jintbagħtu l-isptar minħabba l-meninġite, kulħadd jibda jaħseb li din il-marda se tittieħed mill-kumplament ta' l-iskola.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk il-Ministru jkun konxju ta' dawn l-affarijiet u l- istaff tekniku tiegħu jagħtuh parir biex jaraw kif se jipprovaw ineħħu din it-tensjoni mill-imħuħ tan-nies.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hemm żewġ riflessjonijiet fuq din il-mistoqsija supplimentari.", "L-ewwelnett ngħid iva, se nitkellem mad-Dipartiment tas- Saħħa bl-iskop li tingħata aktar informazzjoni lill-pubbliku fuq dan is- suġġett.", "Fil-fatt Mr Speaker, l-informazzjoni li d-Dipartiment tas-Saħħa ta fuq din il-materja, tah b'mod kemm jista' jkun kalm għaliex kultant jista' jiġri li meta tagħti l-informazzjoni u tibni kampanja u ssemmi l- kondizzjoni tal-meninġite, minflok ma fil-fatt tkun qed tagħti informazzjoni biex tikkalma liċ-ċittadini li m'għandhomx għalfejn jallarmaw ruħhom jekk isegwu d-direttivi li jingħataw, ir-riżultat ikun l-oppost ta' dak mixtieq.", "F'dan ir-rigward id- Dipartiment tas-Saħħa kien qiegħed jagħti informazzjoni fuq low profile basis għaliex din il-kondizzjoni ta' meningite f'pajjiżna qatt ma assumiet dawn il-proporzjonijiet epidemiċi.", "Pero' naqbel ma' l-Onor.", "Vella li għandna nsibu iktar opportunitajiet biex infiehmu lill-ġenituri li dan it- tilqim m'huwiex it-tilqim li rridu napplikaw għal kull suspett jew għal kull tip ta' kondizzjoni ta' meninġite imma hemm raġunijiet oħra għala wieħed jista' japplika dan.", "Naturalment irridu noqogħdu attenti wkoll għaliex, per eżempju, jekk tara d-domanda ta' l-Onor.", "Membru tara li din fiha nnifisha hija allarmista għaliex meta ssir riferenza għal pajjiżi fejn jiġu rapportati każi ta' meninġite - \"ftit jiem ilu ġie mħabbar li mietu aktar minn 2,000 ruħ\" - u npoġġuha fil-kontest ta' pajjiżna, kultant inkunu qed nagħtu lok għal ċerti diffikultajiet.", "Jien fit-tweġiba li tajt - fil-fatt id-draft li bagħtuli erġajt bgħattu lura għax ħassejt li oriġinarjament ma kontx qiegħed nagħti informazzjoni kemm stajt - għamilt mezz biex ngħid: Ejja ma nimpressjonawx ruħna minn dawn it-tipi ta' figuri u ta' aħbarijiet li nisimgħu, għall- finijiet taċ-ċirkostanzi lokali tagħna.", "Jien se nitkellem mat-tobba tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar Il-kumment li għamel l-Onor.", "Vella u se nara li ssir stqarrija biex dawn il-pariri li kien qed jagħti fil-Kamra nipprovaw infissruhom b'mod kemm jista' jkun ċar.", "MR SPEAKER: Fil-qosor, l-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk tippermettili anke jien nixtieq nagħmel riflessjoni.", "Ma rridx inkun tekniku imma dan it-tip ta' meninġite li qed nirreferu għalih fid-domanda huwa tip li jittieħed by droplet infection u llum bil-mezzi ta' ivvjaġġar moderni li jeżistu, huwa iktar faċli li nġorru l-mard.", "Iktar ma jkollok postijiet magħluqa u ffullati, bħalma huma d- discos u s-cinemas, iktar huwa liable li l-mikrobu jinxtered.", "Jien ma ngħidx li din id-domanda hija allarmista imma wieħed iriq joqgħod kawt fuqha għaliex insibu li kważi 50% tal-popolazzjoni normali, jġorru l- mikrobu fi griżmejhom, imbagħad taħt ċerti ċirkostanzi tista' żżid l- inċidenza li wieħed minn ma nafx kemm-il elf, jieħu l-marda.", "GĦalhekk jien inħoss li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jkun kawt u attent għal min ikun ġej minn postijiet fejn hemm prevalenza iktar mis-soltu ħalli b'hekk nżommu ċerti kontrolli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "KUMITATI PERMANENTI TAL-KAMRA", "MR SPEAKER: Bħala President tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal- Kamra nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħa Nru 20 ta' l-istess Kumitat Permanenti li saret fil-15 ta' April 1996.", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Mr Speaker, nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal- 31 laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi li saret fil-15 ta' April, 1996.", "Nixtieq nirrapporta wkoll li l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi approva b'emendi l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Periti - Abbozz Nru. 164.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL- MEJDA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): F'isem il- Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni dwar l-istaff complement, reinstatement u riżenji fil- Korp tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 32998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "GENERAL ELECTIONS (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mid-29 ta' April, 1996.", "Klawsola 23 - Emenda ta' l-artikolu 47 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "Clause 23 - Amendment of section 47 of the principal Act.", "(Cont.)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-bieraħ ippreżentajt emendi għall- klawsola 23 u llum nistenna r-reazzjonijiet għalihom min-naħa tal-Gvern.", "Kif spjegajt waħda mill-emendi li qed jiġu sottomessi hija ż-żieda tal- kelma \"valida\" wara l-kliem \"karta ta' identita\" għaliex fl-istess paragrafu (a) ta' l-artiklu 47 tal-liġi prinċipali hemm li fil-każ meta wieħed jiddistruġġi jew jitlef id-dokument tal-votazzjoni, dan għandu l- possibilita' mogħtija mil-liġi li jingħata dokument ieħor imma f'dak il-każ bilfors irid jippreżenta karta ta' identita'.", "Din diġa' qiegħda fil-liġi u l-Oppożizzjoni qiegħda tissottometti li l-frażi \"karta ta' identita'\" għandha ssir \"karta ta' identita' valida\".", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif qal l-Onor.", "Membru, hawnhekk qegħdin nitkellmu fil-każ ta' ħruġ ta' special voting document għal min ikun tilef, iddistruġġa jew b'xi mod ieħor ma baqax fil-pussess tal-voting document jew għal min jinħariġlu l-voting document wara li jkunu ħarġu l-voting documents oriġinali.", "Il-liġi s'issa kienet tgħid li għandu jkun hemm kamra tal-votazzjoni li fiha jivvotaw dawk li jkollhom voting document speċjali.", "L-esperjenza uriet li filwaqt li hemm bżonn li min ikollu voting document speċjali, ikun jidher ċar li dak il-voting document huwa speċjali - fil-każ ta' voting document li jkun qed jissostitwixxi ieħor ikun hemm il-kliem fuqu li huwa a special voting document - m'hemmx il-ħtieġa li jkun hemm kamra tal-votazzjoni għal min ikollu voting document speċjali.", "Dan kemm għar-rigward ta' kontroll u kemm mill-fatt li mhux tajjeb li jkun hemm din il-kamra tal-votazzjoni għax l-esperjenza turi li n-numru ta' special voting documents ikun limitat ħafna - jista' jkun hemm sempliċement tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa, jiġifieri dawn ma jkunux jammontaw għal mijiet - u peress li jkun hemm kaxxa tal-votazzjoni għal dawk il-ballot papers biss, dawk il-voti li jkunu ntefgħu jkunu faċilment identifikabbli għax in-numru ta' persuni li jkollhom id-dokument għal votazzjoni speċjali jkun limitat ħafna.", "Għalhekk qed ngħidu li għandu jkun hemm il-kontroll billi ħdejn l-isem tal-persuna li jkun jidher fil-lista ta' dawk li huma intitolati għall-voting document, ikun hemm indikat li dik il-persuna għandha a special voting document u billi fil-voting document itself ikun hemm indikat li dak huwa a special voting document.", "B'hekk ikun hemm il- kontroll sħiħ dwar kif inħareġ, għaliex inħareġ u lil min inħareġ l- ispecial voting document u jkun hemm kontroll għax fil-lista jidher l-isem ta' dik il-persuna u imbagħad il-karta tal-vot tintefa' fil-kaxex normali tal-voti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma dik hija biss parti waħda mill- emenda.", "Parti oħra mill-emenda tgħid:", "\"F'paragrafu (a) ta' l-artikolu 47 wara l-kliem \"l-karta ta' identita'\" żid il-kelma \"valida\".\".", "Din l-emenda tkompli mad-diskussjoni li saret il-bieraħ dwar il-kliem \"karta ta' l-identita'\" wżati fl-artiklu preċedenti.", "Issa qed nitkellmu fuq dawk li jkunu qed jitolbu dokument għal vot speċjali u qed ngħidu li anke hawn, ladarba l-liġi titlob li qabel ma jingħata dokument għal vot speċjali wieħed bilfors irid juri l-karta ta' l-identita' - il-liġi tgħid hekk u se tibqa' tgħid - allura fil-liġi għandha tiżdied il-kelma \"valida\" wara l-kliem \"karta ta' l-identita'\".", "Dik hija parti waħda mill-emenda.", "Parti oħra mill-emenda tgħid li:", "\"F'kull każ meta jkun meħtieġ li dokument għall-votazzjoni jkun stampat għal darba oħra, ...\".", "Meta jkun stampat dokument għall-votazzjoni jkun hemm ordni numeriku u kontroll assolut fuq id-dokumenti li jkunu qed jiġu stampati.", "F'każ li wara li dokument għall-votazzjoni jkun ġie stampat oriġinarjament u għal xi raġuni jew oħra jkun ġie mislaid - seta' ġie mqatta' jew mitluf mill- elettur - u jerġa' jiġi stampat dokument għall-votazzjoni ieħor, aħna qed nissottomettu li f'dan il-każ għandu jkun hemm immarkat \"Reprint\" fuq it- tieni dokument għall-votazzjoni biex meta l-aġenti tal-partiti jiċċekkjaw ikunu jistgħu jikkonstataw li dak huwa t-tieni issue ta' l-istess dokument.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Rigward il-valid identity card, il-pożizzjoni tal-Gvern hi magħrufa u anke f'dan il-każ, anzi iktar u iktar f'dan il-każ, m'hemmx il-ħtieġa tagħha.", "Għar-rigward it-tielet parti ta' l-emenda fejn qed jingħad li għandu jkun hemm kelma \"Reprint\" stampata fuq id-dokument, diġa' saret emenda f'dak is- sens proprju fil-klawsola 22 ta' dan l-Abbozz ta' l-Liġi li qed iżżid subartikolu (10) ta' l-artikolu 46 tal-liġi prinċipali.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra s-subartikolu (10) jgħid li:", "\"Kull dokument li jiġi hekk stampat mill-ġdid għandu jkollu l-kelma 'REPRINT' tidher fuqu, sakemm din il-kelma ma tkun tgħatti b'ebda mod xi biċċa mit-tagħrif li jkun hemm fuq id-dokument.\".", "Jiġifieri din diġa' pprovdejna għaliha.", "Din hija waħda mir- rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni ppreseduta mill-iSpeaker Gonzi u ġiet imdaħħla fl-artikolu ta' qabel dan li qed niddiskuti.", "Sur President, aħna m'aħniex naqblu ma' l-ewwel parti ta' l-emenda li ġiet proposta għal din il-klawsola; it-tieni parti ta' l-emenda hija biss enumerazzjoni, imbagħad dik il-parti li tirrigwarda l-kelma \"Reprint\" sabiex tkun stampata fuq id-dokument tal-votazzjoni, diġa' ġiet inkluża - għadni kif tajt tweġiba fuqha issa - u kif diġa' għidt dik il-parti dwar il-karta ta' l-identita' m'hijiex aċċettabbli.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"R\" m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 23.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 23 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 24 - Emenda ta' l-artikolu 48 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 24 - Amendment of section 48 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 24 hija konsegwenzjali għall-klawsola li għadna kif approvajna.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Klawsola 24 li qed jipproponi l-Gvern telimina l-ħtieġa li min għandu dokument għall-votazzjoni speċjali jivvota f'kamra li tkun destinata lilu mill-Kummissjoni Elettorali.", "L-emendi li għamel il-Gvern għall-klawsola preċedenti li l-Oppożizzjoni opponiet għalihom, kienu jeliminaw il-ħtieġa li tiġi destinata kamra speċifika fejn issir il-votazzjoni - kamra mhux kaxxa - għal dawk li għandhom dokument għall-votazzjoni speċjali.", "Aħna jidhrilna li l-klawsola 24 m'għandhiex tiġi aċċettata minn dan il-Kumitat għax telimina l-ħtieġa li tiġi ndikata mill-Kummissjoni kamra fejn wieħed għandu jivvota.", "Kif għidt diġa', m'aħniex nitkellmu fuq kaxxa imma fuq kamra u allura l-argument li nġab għar-rigward ta' l-artiklu preċedenti fejn intqal li jekk ikun hemm tnejn jew ftit min-nies li għandhom dokument għall-votazzjoni speċjali, dawn jistgħu jiġu identifikati u allura l-vot tagħhom jista' jsir magħruf, ma tapplikax għax dawn jivvotaw f'kamra u mhux f'kaxxa differenti.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-proċess kollu li qed inbiddlu huwa eżattament biex dawn in-nies ma jivvotawx f'kaxxa u f'kamra speċjali, kif tgħid il-liġi sal-lum.", "Dan qed isir anke għall-finijiet prattiċi għax kien jiġri li biex jibda l-għadd tal-voti ...", "Aħna qed ngħidu li l-iskop jintlaħaq xorta waħda mingħajr ebda diffikulta' u mingħajr ma b'xi mod jitnaqqsu t-trasparenza u l-kontroll tal-proċess jekk il-vot jintefa' fil- kaxex normali.", "Imma meta wieħed imur biex jitfa' l-vot, ikun hemm il- kontroll kemm minħabba li fil-lista tal-persuni intitolati għall-vot ikun hemm indikat fuqha li dak għandu dokument speċjali, kif ukoll peress li fid- dokument tal-votazzjoni li huwa jikkonsenja lill-assistant commissioners, ikun hemm indikat fuqu li dak huwa dokument speċjali.", "Il-ħtieġa li l- ballot paper li ma jkollha l-ebda indikazzjoni fuqha dwar dan, tintefa' f'kamra differenti, m'hix neċessarja.", "Fil-fatt jien informat li din il- prattika diġa' ġiet applikata fl-imgħoddi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Oriġinarjament meta saret il-liġi, ir- raġuni li kienet inġabet kienet li hawnhekk qed nitkellmu fuq persuna li se tingħata t-tieni dokument għall-votazzjoni u fuq l-informazzjoni u l- ġurament li ħadet hi, il-Kummissjoni taċċetta li l-ewwel dokument għall- votazzjoni ta' dik il-persuna huwa distrutt jew inkella mislaid.", "Jekk id- dokument huwa distrutt il-periklu ma jeżistix imma jekk huwa mislaid, dan jista' jimplika li qiegħed fil-pussess ta' xi ħaddieħor.", "Meta elettur kien jingħata t-tieni dokument għall-votazzjoni, dak li nsejħulu dokument għall- votazzjoni speċjali, il-Kummissjoni mill-ewwel kienet taqta' l-isem ta' dak l-elettur minn fuq il-lista ta' eletturi li se jivvotaw f'dik il-kamra ħalli min seta' akkwista abbużivament id-dokument għall-votazzjoni li kien mislaid u jmur bid-dokument oriġinali li hu seraq jew ġab għandu b'abbuż, sabiex jivvota f'dik il-kamra, l-assistenti kummissjonarji kienu jindunaw u jaqbduh mill-ewwel għax ismu jkun maqtugħ minn fuq il-lista.", "Issa jekk ma nagħmlux hekk, x'se jiġri?", "Jekk min ikollu d-dokument għall-votazzjoni oriġinali jilħaq imur biex jivvota bih abbużivament, dan jiġi aċċettat mill- assistenti kummissjonarji u l-persuna li tippersonifika lill-elettur li tiegħu kien id-dokument għall-votazzjoni, titfa' l-vot tagħha.", "Imbagħad meta l-persuna reali in the second instance tmur bid-dokument għall- votazzjoni speċjali fl-istess kamra, jinstab li dik diġa' vvotat bil- konsegwenza li l-votant ġenwin jiġi mpedut milli jivvota għax għalkemm dan ikollu dokument għall-votazzjoni speċjali, id-dokument għall-votazzjoni oriġinali jkun diġa' ssarraf u jkun diġa' ntefa' fil-kaxxa tal-voti.", "GĦalhekk dan jew jiġi mpedut milli jivvota bir-riżultat li tkun ivvotat il- persuna li tkun abbużat, jew inkella jitħalla jivvota u jkun hemm vot żejjed.", "L-iskop li l-leġislatur ħaseb biex jinqatgħu mil-lista oriġinali dawk li jkun ingħatalhom dokument għall-votazzjoni speċjali, u jivvotaw f'kamra oħra huwa sabiex ir-red light ikun diġa' mogħti lill-assistenti kummissjonarji; imma issa din il-prekawzjoni se titneħħa.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-punto di partenza hu li fil-kamra tal- votazzjoni jkun hemm il-lista ta' min hu intitolat li jivvota f'dik il- kamra u against the name ta' xi ħadd li jgħid li tilef il-vot jew iddistruġġih u nħariġlu special voting document ikun hemm imniżżel minn qabel ma tibda l-elezzjoni li dik il-persuna għandha a special voting document.", "Għalhekk il-kontroll ma jsirx billi titfa' l-ballot paper x'imkien ieħor, imma billi meta wieħed imur jivvota l-assistant commissioners jiċċekkjaw jekk ismu jidhirx fuq il-lista tan-nies intitolati biex jivvotaw u jekk persuna tkun tilfet il-vot u jinħarġilha dokument ieħor, din tkun indikata fil-lista, jiġifieri jekk xi ħadd imur biex jivvota bid-dokument oriġinali, jinqabad.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 24.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 24 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 25 - Emenda ta' l-artikolu 49 ta' l-Att prinċipali.", "Klawsola 25 - Amendment of section 49 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 25 qed temenda section 49 tal-liġi prinċipali u tirrifletti s-suġġeriment li hemm fil-paragrafu 28 tal- Kummissjoni Gonzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-subartiklu 49 (1) tal-liġi kif inhu llum jgħid li: \"Mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel il-bidu tal-votazzjoni, il- Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern in-numru ta' poloz tal-votazzjoni stampati għal kull distrett elettorali u n-numru li jkun se jitqassam f'kull kamra tal-votazzjoni individwali.\".", "Issa l-gvern qed jipproponi li minflok il-kliem \"mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel,\" jidħlu l-kliem \"Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun prattikament fil-qrib tal-jum tal-votazzjoni\", jiġifieri minflok ma tkun tassattiva \"mhux aktar tard minn tlett ijiem\" tiġi tgħid \"kemm jista' jkun\".", "B'hekk se nagħtu leeway ikbar lill-Kummissjoni.", "Imbagħad din il- klawsola tkompli tgħid:", "\"Il-Kummissjoni għandha kemm jista' jkun prattikament fil-qrib tal-jum tal-votazzjoni tistampa dak l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni daqskemm jista' jenħtieġ għall-votazzjoni f'dik l-għamla u fuq dak il-materjal skond kif jista' jiġi provdut f'dan l-Att u mhux iktar tard minn jumejn qabel\";", "Mela hawnhekk varja ż-żmien u daħal ukoll l-element ta' \"dik l-għamla u fuq dak il-materjal skond kif jista' jiġi provdut f'dan l-Att\" li qabel ma kenux jeżistu fis-subartiklu 49 (1).", "It-tieni parti tal-klawsola tapplika għas-subartiklu 49 (6) fejn minflok il-kliem \"jista' jiġi stampat\" qed ngħidu li għandhom jidħlu l-kliem \"għandu jiġi stampat\".", "Subartiklu 49 (6) kien jgħid hekk:", "\"Jekk mogħti mill-partit li miegħu jkun jagħmel, jista' jiġi stampat fuq il-polza quddiem l-isem ta' kull kandidat li jkun jagħmel ma' dak il-partit kull badge jew distintiv, approvat mill-Kummissjoni ...\".", "Mela issa minflok \"jekk mogħti mill-partit li miegħu jkun jagħmel, jista' jiġi stampat\" qed nipproponu li jsir tassattiv u jiġi jgħid \"għandu jiġi stampat\".", "Mela jekk il-partit jagħti badge jew distintiv, f'dak il-każ il- Kummissjoni ma tistax tgħid li dik hija fakultattiva għaliha imma hija obbligatorja fuqha.", "L-Oppożizzjoni taqbel ma' din l-emenda imma qed tissuġġerixxi emenda għall-artiklu 50 tal-liġi prinċipali - l-artiklu immedjatament wara dan.", "Billi l-Gvern mhux qed jemenda l-artiklu 50, inkludejt l-emendi li l- Oppożizzjoni qiegħda tissuġġerixxi għall-artiklu 50 biex jiġu kkonsidrati issa għax inkella ma jkollhiex l-okkażjoni li tressaqhom.", "Jien nista' naqra dawn l-emendi u mbagħad is-Sedja tiddeċiedi jekk humiex rilevanti u jekk jistgħux jiġu aċċettati.", "Jidhirli li s-Sedja diġa' kellha prior notice tagħhom għax il-bieraħ ingħatat il-verżjoni bl-Ingliż ta' l-emendi li ġew inkorporati f'emenda waħda u li se naqra issa.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"S\" (1) Klawsola 25 għandha tiġi enumerata subklawsola (1).", "(2) Minnufih wara subklawsola (1) daħħal din is-subklawsola ġdida, enumerata subklawsola (2), kif ġej:", "\"(2) L-artikolu 50 ta' l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) minflok is-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:", "\"(2) Il-Kummissjoni għandha żżomm il-pakketti kollha f'kamra li tigi ssiġillata bl-istess mod u flimkien mal-kaxex tal-votazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 69 ta' dan l-Att.", "Fil-jum li jiġi minnufih qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, il-pakketti għandhom jinġarru lejn id-diversi postijiet ta' votazzjoni flimkien mal-kaxex tal-votazzjoni; b'dan li l-pakketti għall-votazzjoni f'Għawdex għandhom jinġarru mal-kaxex tal-votazzjoni għal Għawdex kif provdut fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 69 ta' dan l-Att.", "Il-partiti politici għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet biex jivverifikaw il-pakketti u jakkumpanjawhom lejn il-postijiet tal- votazzjoni flimkien ma' u bħal ma għandhom għal kaxex tal-votazzjoni kif provdut fit-tieni u t-tielet paragrafu tas-subartikolu (2) ta' l- artikolu 69 ta' dan l-Att.\";", "(b) is-subartikolu (3) tiegħu għandu jigi enumerat mill-ġdid bħala subartikolu (4) tiegħu; u", "(c) minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol dan is- subartikolu ġdid li ġej:", "\"(3) Wara l-ġarr tagħhom lejn il-postijiet tal-votazzjoni il-pakketti għandhom jitqiegħdu kollha f'kamra li tigi ssiġillata bl-istess mod u flimkien mal-kaxex tal-votazzjoni ssiġillati kif provdut fis- subartikolu (3) ta' l-artikolu 69 ta' dan l-Att, u jigu kunsinnati lill-Assistenti Kummissjonarji fil-jum stabbilit għall-votazzjoni meta tinfetaħ il-kamra biex jitqassmu l-kaxex tal-votazzioni fid-diversi kmamar tal-votazzioni.", "Il-partiti politici għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet biex jivverifikaw il-pakketti u l-kunsinna tagħhom lill-Assistenti Kummissjonarji flimkien ma' u bħal ma għandhom għal kaxex tal- votazzjoni kif provdut fit-tieni paragrafu tas-subartikolu (3) ta' l- artikolu 69 ta' dan l-Att.\".", "\"S\" (1) Clause 25 is to be renumbered subclause (1).", "(2) Immediately after subclause (1) insert the following new subclause renumbered (2):", "\"(2) Section 50 of the principal Act shall be amended as follows:", "(a) The present subsection (2) thereof is to be replaced by the following: \"(2) The Commission is to keep all the ballot paper packets in a room which is to be sealed in the same manner as outlined in subsection (2) of section 69 of this Act; and this together with the ballot boxes as also provided for in the said subsection (2) of section 69 of this Act.", "On the day immediately prior to the day of the poll, the said packets together with the ballot boxes, are to be transported to the various polling places; saving however the fact, that the ballot paper packets to be used for the poll in Gozo are to be transported with the ballot boxes to be used in Gozo, as provided for in subsection (2) of section 69 of this Act.", "The political parties are to be given the same facilities to verify the said packets and to accompany them during their transportation to the various polling places together with the ballot boxes, as they are offered for the transportation of ballot boxes, as provided for in the second and third paragraphs of subsection (2) of section 69 of this Act.\";", "(b) The present subsection (3) is to be re-numbered as subsection (4) thereof; and", "(c) Immediately after subsection (2), the following new subsection is to be added:", "\"(3) After their having been transported to the various polling places the ballot paper packets are to be kept in one room together with the sealed ballot boxes, which room is to be sealed as provided for in subsection (3) of section 69 of this Act, and then these are to be handed over to the Assistant Commissioners on the day of the poll, when the said room is opened in order that the various ballot boxes be distributed to the various polling booths.", "The political parties are to be offered the same facilities to verify such packets and to supervise their handing over to the Assistant Commissioners, as they are allowed in respect of the ballot boxes, as provided for in the second paragraph of subsection (3) of section 69 of this Act.\".", "Mr Chairman, nitolbok tgħid jekk din l-emenda għandhiex tiġi diskussa f'dan l-istadju.", "THE CHAIRMAN: Sussegwentement għar-ruling li kont tajt fil-bidu ta' dan il-Kumitat peress li l-klawsola li qed niddiskutu tirrigwarda artiklu 49 tal-liġi u din l-emenda tittratta l-artiklu, din l-emenda m'għandhiex tiġi diskussa għalissa imma wara li jkunu għaddew il-klawsoli l-oħra kollha.", "Għaldaqstant l-emenda \"S\" mhijiex aċċettata.", "Hemm aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'hemmx rimarki, jiena fhimt li l-Oppożizzjoni qed taqbel mal-klawsola 25.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 25.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 25 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 26 - Emenda ta' l-artikolu 51 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 26 - Amendment of section 51 of the principal Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naħseb li jkun aħjar jekk in-naħa ta' l- Oppożizzjoni jagħmlu l-kummenti tagħhom sabiex inkun nista' nara fejn naqblu u fejn ma naqblux.", "Prattikament l-emendi kollha huma konsegwenzjali għar-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Gonzi; huma kollha tekniċi.", "Jekk hemm xi kummenti negattivi jew kummenti li jirrikjedu xi spjegazzjoni nkun nista' nirreaġixxi għalihom.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, l-Oppożizzjoni ma toġġezzjonax għal dawn l-emendi li qed iressaq il-Gvern, pero' naħseb li l-Kumitat għandu jiġi mogħti r-raġunijiet għaliex il-Gvern qed iressaqhom.", "Dawn l-emendi jirrigwardaw in-nomini tal-kandidati.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Trid terġa' tifhem preċiż x'jimplika kull artiklu.", "Fil-fatt dan inkunu eżaminajnih - kif eżaminajtu jien - żmien ilu qabel ma ġejna biex niddiskutu dan l-Abbozz u trid tiffriska l-memorja fuq kull punt tekniku.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd ma naħsibx li l-kumitat għandu interess isegwi fid-dettall emenda teknika.", "Jekk hemm xi diffikulta', nista' nagħmel xi emendi, imma l-bqija ma naħsibx li huwa neċessarju li noqogħdu ngħidu x'qed ibiddel teknikament kull artiklu.", "Jien qed nifhem li l-Oppożizzjoni m'għandhiex diffikulta' għar-rigward ta' dawn l-emendi, imma jekk għandha xi diffikulta' partikolari jien nipprova nispjegaha imbagħad jekk ma nkunx f'pożizzjoni li nispjegaha, nieħu parir jien ukoll.", "Irrid ngħid li dwar dan sar eżami fid-dettall meta ġie ppreparat l-Abbozz ta' Liġi, l-Oppożizzjoni ppreparat Abbozz ta' Liġi hi stess u allura diġa' nafu x'aħna niddiskutu, pero' huwa diffiċli ħafna li toqgħod tispjega kull klawsola b'mod li ma tiżbaljax.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-artiklu 51 li qed jiġi emendat jirrigwarda nomina ta' kandidati u jgħid kif għandha ssir l-applikazzjoni ta' kull kandidat, kif jiġi nominat bil-miktub, il-formula li għandu jimla, li jrid ikollu almenu l-firma ta' mhux inqas minn erba' eletturi reġistrati fid-distrett elettorali li għalih il-kandidat ikun nominat u fejn għandha tiġi kunsinnata din il-formula.", "Is-subartiklu 51 (1) mhux qed jiġi emendat.", "Is-subartiklu 51 (2) jgħid li:", "\"Minnufih wara li l-formula tan-nomina tiġi kkunsinnata lill- Kummissjoni, l-isem tal-kandidat għandu jiġi mwaħħal fid-daħla tal- Uffiċċju Elettorali b'indikazzjoni tad-distrett li għalih il-kandidat ikun ġie nominat.\".", "Issa miegħu il-Gvern qed iżid li:", "\"Il-kunsinna tal-formula tan-nomina lill-Kummissjoni u l-aċċettazzjoni tal-kunsinna mill-Kummissjoni ma għandhiex minnha nnifisha tindika l- validita' tan-nomina u l-Kummissjoni ma għandha tagħmel ebda dikjarazzjoni dwar dan ħlief li tgħarraf lill-kandidat b'dan u tirċievi l-kunsinna tal-formula u tad-depositu, jekk ikun hemm, u tagħti r-riċevuta dovuta.\".", "M'hemm l-ebda oġġezzjoni għal din il-proposta, iżda fl-opinjoni tiegħi din għandha ssir għas-subartiklu 51 (1) u mhux wara s-subartiklu 51 (2) għax dan is-subartiklu jitkellem biss dwar fejn għandu jitwaħħal l-isem tal- kandidat li jitfa' l-applikazzjoni; imma din m'hijiex ta' importanza.", "Din il-klawsola temenda wkoll is-subartiklu 51 (3) li jgħid:", "\"Tista' ssir oppożizzjoni għal nomina minħabba li fiha d-deskrizzjoni tal-kandidat ma tkunx biżżejjed sabiex jiġi identifikat, minħabba li l- formula tan-nomina ma tkunx magħmula jew ma tkunx ġiet ikkunsinnata skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jew minħabba li l-kandidat ikun ġa ġie nominat għal żewġ distretti elettorali:\".", "Issa l-Gvern qed jgħid li minnufih wara l-kliem \"nomina minħabba li\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-kandidat ma jkunx reġistrat bħala elettur fir- Reġistru Elettorali l-aħħar pubblikat jew li\".", "Mela tista' ssir oppożizzjoni għan-nomina minħabba li l-kandidat ma jkunx reġistrat bħala elettur fl-aħħar pubblikazzjoni tar-Reġistru Elettorali.", "Issa dan ifisser - skond kif naħseb jien - li strettament l-Onor. de Marco tista' ssirlu oppożizzjoni jekk jipprova joħroġ bħala kandidat fid-distrett ta' Tas Sliema għaliex m'huwiex reġistrat hemmhekk bħala elettur.", "Jien ma nafx jekk din hijiex intiża apposta biex ma jsirux ċerti nomini.", "Il-qofol huwa li l-kandidat \"ma jkunx reġistrat bħala elettur fir-Reġistru Elettorali l- aħħar pubblikat\".", "Jien ma nafx jekk hemmx ipprovdut, una volta li tidħol din l-emenda, li kandidat li jikkontesta l-elezzjoni fuq żewġ distretti jistax titlob li jkun fuq iż-żewġ distretti.", "Ma nafx jekk din l- eventwalita' hijiex provduta.", "L-emenda tgħid li waħda mill-oġġezzjonijiet hija li jekk kandidat ma jkunx fil-lista elettorali tad-distrett tiegħu, tista' ssir oppożizzjoni għalih.", "Issa aħna għandna kandidati li joħorġu fuq żewġ distretti.", "Din l-eċċezzjoni hija koperta fil-każ ta' kandidat li qed jikkontesta żewġ distretti?", "Jekk m'hijiex provduta, din l-emenda timplika li kandidati ma jistgħux joħorġu aktar fuq żewġ distretti.", "Din hija l-intenzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'iniex nifhem.", "Jien ħsibt li mhux se jkun hemm diffikultajiet, pero' jekk hemm xi diffikultajiet jien nissuġġerixxi li neħduhom emenda emenda.", "Jekk jogħġbok għidli għal-liema emenda qed tirreferi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Paragrafu (b) tal-klawsola 26 jgħid:", "\"fis-subartikolu (3) tiegħu, minnufih wara l-kliem \"nomina minħabba li\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-kandidat ma jkunx reġistrat bħala elettur fir-Reġistru Elettorali l-aħħar pubblikat jew li\".", "Mela żdiedet skwalifika oħra għax qabel dan is-subartikolu kien jgħid:", "\"Tista' ssir oppożizzjoni għal nomina minħabba li fiha d-diskrezzjoni tal-kandidat ma tkunx ...\"", "- issa bejniethom se ndaħħlu l-ewwel kontinġenza, jiġifieri jekk ma jkunx fil-lista elettorali tad-distrett.", "Issa jien qed ngħid li billi għandna kandidati li joħorġu fuq żewġ distretti ...", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skużi, imma \"ma jkunx fid-distrett\" qed iżżidha int.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa ġejja taqra:", "\"Tista' ssir oppożizzjoni għan-nomina minħabba li l-kandidat ma jkunx reġistrat bħala elettur fir-Reġistru Elettorali l-aħħar pubblikat jew li fiha d-deskrizzjoni tal-kandidat ...\".", "U tkompli.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma hawn fejn qed tinterpretaha ħażin.", "Mhux \"reġsitrat fid-distrett\" imma reġistrat \"fir-Reġistru Elettorali\".", "Id- distrett m'għandux x'jaqsam.", "Jiġifieri l-importanti hu li huwa elettur.", "Jekk m'intix fir-Reġistru Elettorali ma tistax tkun kandidat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: X'jiġifieri?", "Ma tkunx fid-distrett.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Le, allaħares.", "Mela l-kandidat bilfors ikun mid-distrett?", "Kandidat jista' jkun minn fejn ikun.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kollox sew, mela d-diffikulta' li kont qed nipprospetta ma teżistix għaliex ma tridx tispeċifika d-distrett.", "Mela allura l-Onor. de Marco m'għandux għalfejn jinkwieta!", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Hekk jidhirli jien, pero' mhux hu biss; anke l- Onor. Sant jekk joħroġ għall-ewwel distrett.", "Kien qiegħed jinterpretaha li l-Onor. de Marco ma jistax joħroġ fuq Tas Sliema għax mhux reġistrat hemm, pero' issa ndunajna li kienet interpretazzjoni żbaljata.", "Pero' mhux l- Onor. De Marco biss, imma kull min joħroġ fuq żewġ distretti.", "Allura jien ma nistax noħroġ fuq il-Mosta!?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa permezz ta' din il-klawsola qed jiżdiedu erba' subartikoli ġodda, jiġifieri subartikolu (6), (7), (8) u (9).", "Jien naħseb li jkun tajjeb li wieħed jgħid x'jgħidu dawn is- subartikoli.", "Subartikolu (6) jgħid li meta jkun hemm oppożizzjoni l-Kummisjoni għandha tistabbilixxi data għas-smigħ ta' dik l-oppożizzjoni u tgħarraf bil-miktub lill-kandidat li dwaru saret l-oppożizzjoni.", "Subartikolu (7) jgħid li kull oppożizzjoni għan-nomina ta' kandidat għandha tiġi deċiża mhux iktar tard minn jumejn wara l-iskadenza taż-żmien mogħti b'dan l-Att għall-għemil ta' kull oppożizzjoni, jiġifieri within two days.", "Subartikolu (8) jgħid li l- Kummissjoni għandha mill-inqas jumejn qabel ma tagħti d-deċiżjoni tagħha tħabbar pubblikament il-ħin u d-data meta tkun se tagħti d-deċiżjoni tagħha, liema deċiżjoni tingħata bil-miktub u l-aħħar subartikolu jgħid li meta d-deċiżjoni ma tkunx waħda favur l-oppożizzjoni - mhux favur l- Oppożizzjoni Laburista imma favur min qed jagħmel l-oppożizzjoni għall- kandidat, jiġifieri jista' jkun kandidat Laburista li qed issir oppożizzjoni għalih - din tkun finali.", "Meta d-deċiżjoni tkun waħda favur l-oppożizzjoni, il-kandidat jista' jikkontestaha billi jippreżenta rikors ta' kontestazzjoni mal-Kummissjoni quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Mela hawn rimedju ġdid li min jiġi skwalifikat għaliex tkun ġiet milqugħa l- oppożizzjoni li saret għan-nomina tiegħu, għandu d-dritt li jmur quddiem il-Qorti ta' l-Appell.", "Il-Qorti għandha tisma' dak ir-rikors b'urġenza u għandha tiddeċidi qabel iż-żmien kontemplat f'artikolu 29 ta' dan l-Att.", "Jiġifieri qabel ma jibda l-istampar tal-poloz tal-votazzjoni għaliex jekk għandu jiġi nkluż - f'każ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinbidel u l- kandidat jiġi aċċettat - għandu jidħol fil-polza tal-votazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, dawn l-artikoli qed jattwaw rakkmandazzjonijiet li hemm f'paragrafu 30 tar-rapport tal-Kummissjoni, għalhekk jien ma nafx kemm huwa utili li nitkellmu b'mod dettaljat fuq kull artikolu, pero' nixtieq li nissimplifikaw l-affarijiet billi nagħti spjegazzjonijiet fejn hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 26.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 26 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 27 - Emenda ta' l-artikolu 53 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 27 - Amendment of section 53 of the principal Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din hija emenda konsegwenzjali għall-emendi li diġa' saru fejn neħħejna l-konċett ta' working days.", "Jiġifieri issa l-liġi m'hijiex qed titkellem iktar fuq \"working days\" imma fuq \"days\"u allura qed inneħu l-kelma \"tax-xogħol\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, l-emenda hija għar-rigward ta' l-artikolu 53 fejn jistipula li meta ma jsirux nomini għal xi distrett elettorali l-Kummissjoni trid toħroġ rapport fil-Gazzetta tal-Gvern u f'dak il-każ il-President jista' joħroġ Writ ġdid għall-elezzjoni għal dak id-distrett.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 27.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 27 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 28 - Emenda ta' l-artikolu 55 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 28 - Amendment of section 55 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, din il-klawsola temenda l- artikolu 55 tal-Liġi prinċipali li jgħid li:", "\"Kandidat jista', fiż-żmien stabbilit għan-nomina, iżda mhux iżjed tard minn sitt sigħat qabel ma jagħlaq iż-żmien hawn fuq imsemmi, jirtira l-kandidaturi tiegħu...\".", "f'din l-emenda, li hija wkoll suġġeriment tal-Kummissjoni, m'hemmx din in- neċessita' li min irid jirtira l-kandidatura tiegħu jrid jirtiraha sitt sigħat qabel ma jagħlqu n-nominazzjonijiet.", "Dan jista' jirtira n-nomina tiegħu fi żmien utili biex il-proċess elettorali jkun jista' jkompli.", "Is- suġġeriment li sar mill-Kummissjoni Gonzi kien li \"kandidat għandu jkollu l- fakulta' li jkun jista' jirtira n-nomina tiegħu sa għaxart ijiem qabel il- ġurnata ta' l-elezzjoni ġenerali\" u għalhekk qed nipproponu l-emenda kif suġġerita mill-Kummissjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, l-Oppożizzjoni tixtieq tressaq emenda għall-artiklu 56 tal-liġi prinċipali u se naqraha:", "\"T\" (1) Klawsola 28 għandha tiġi numerata subklawsola (1).", "(2) Immedjatament wara subklawsola (1) għandha tidħol din is- subklawsola:", "\"(2) Fis-subklawsola (1) ta' l-artikolu 56 ta' l-Att prinċipali minnufih wara l-kliem \"bil-mod stabbilit f'dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem:", "\"L-Assistenti Kummissjonarji għandhom ikunu maħtura minn fost l- eletturi li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali u għandhom ikunu kwalifikati biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond il-Liġi Elettorali.\"\".", "\"T\" (1) Clause 28 is to be renumbered subclause (1).", "(2) Immediately following subclause (1) add the following subclause:", "\"(2) In subsection (1) of section 56 of the principal Act, immediately after the words \"in the manner herein prescribed\", insert the following:", "\"The Assistant Commissioners are to be appointed from amongst the voters whose names appear on the last Electoral Register, and who are to be sufficiently qualified in order to properly carry out their duties in terms of the Electoral Law.\"\".", "Mr Chairman nixtieqek tgħidli jekk nistgħux nitkellmu fuq din l-emenda f'dan l-istadju.", "Din l-emenda tgħid li kif isem ta' kandidat irid jidher fir-Reġistru Elettorali, hekk ukoll l-ismijiet ta' assistenti kummissjonarji għandhom ikunu mniżżla fir-Reġistru Elettorali.", "THE CHAIRMAN: Peress li din l-emenda ma tirrigwardax l-artikolu 55 li qed jiġi emendat permezz ta' klawsola 28, l-emenda mmarkata \"T\" m'hijiex aċċettata u nissuġġerixxi li titressaq aktar tard.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 28.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 28 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 29 - Emenda ta' l-artikolu 57 ta' l-Att principali.", "Clause 29 - Amendment of section 57 of the principal Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 29 fiha tliet paragrafi li qed jemendaw artiklu 57 tal-liġi prinċipali.", "Rigward dak li hemm imsemmi fil-paragrafu (a) tal-klawsola 29 din tirrifletti dak li ġie rakkommandat f'paragrafu 33 tar-rapport maħruġ mill-Kummissjoni Gonzi.", "Ir-rakkmandazzjoni tal- Kummissjoni tgħid hekk: \"Il-partiti politiċi għandhom jissottomettu lista bl-ismijiet tal- persuni nominati minnhom bħala assistenti kummissjonarji elettorali u lista oħra bl-ismijiet ta' persuni nominati bħala riżervi.", "Il-partiti għandhom ikollhom ukoll id-dritt li jispeċifikaw l-ismijiet fil-listi ta' dawk il-persuni li jkunu ġew nominati biex iservu f'postijiet ta' votazzjoni ta' l-anzjani.", "Il-partiti jkunu jistgħu jagħżlu u jissottomettu dawn il-listi bil-miktub jew f'forma elettro- manjetika.\".", "Prattikament l-emenda li qed nipproponu tinkorpora dak li għadni kif qrajt.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"U\" (1) Fis-subklawsola (b) tal-klawsola 29 ħassar il-kliem kollu mill-kliem \"Minkejja li n-nomina\" 'l quddiem.", "(2) Wara s-subartikolu (1) ta' l-artikolu 57 ta' l-Att prinċipali żid dan il- paragrafu:", "\"In-nomini għandhom isiru bil-miktub jew f'forma elettro- manjetika u għandhom jindikaw il-partikolaritajiet kollha meħtieġa fl-applikazzjoni għall-Assistenti Kummissjonarji.\".", "(3) Fis-subklawsola (c) fl-aħħar tas-subartikolu (6) għandu jiżdied dan li ġej:", "\"B'dan illi d-drittijiet ta' l-Assistenti Kummissjonarji l-oħra konferiti b'dan l-Att ma jiġux mittiefsa.\".", "\"U (1) In subclause (b) of clause 29 delete all the words following the words \"in electro-magnetic format.\".", "(2) Immediately after subsection (1) of section 57 of the principal Act, insert the following paragraph:", "\"The said nominations are to be made either in writing or by electro-magnetic means, and are to contain all those details asked for in the applications published for Assistant Commissioners.\".", "(3) In subclause (c) at the end of subsection (6) there shall be inserted the following:", "\"This, however, that all the rights conferred on Assistant Commissioners by this Act, shall not be impaired.\".", "Subklawsola (2) tal-klawsola 29 tgħid hekk:", "\"Meta l-partiti politiċi jkunu qegħdin jissottomettu dawk il-listi ...\"", "- bl-ismijiet ta' l-assistenti kummissjonarji -", "\"... huma jistgħu jiddistingwu bejn dawk il-persuni li jkunu jixtiquhom jintbagħtu f'post ta' votazzjoni u dawk il-persuni li jkunu jixtiquhom jinżammu b'riserva, u jkollhom iktar minn hekk id-dritt li jindikaw minn dawk il-persuni li jkunu ġew nominati minnhom għandhom jintbagħtu f'postijiet ta' votazzjoni fi djar ta' mistrieħ u fi sptarijiet.", "Il-partiti politiċi jistgħu, jekk ikun hekk jippreferu, jissottomettu dawk il-listi f'għamla elettro-manjetika.", "Minkejja li n- nomina ssir minn partit politiku kull min jiġi hekk nominat għandu xorta waħda jippreżenta kull applikazzjoni li l-Kummissjoni tkun soltu teħtieġ minn kull persuna oħra li tkun tixtieq taqdi d-dmirijiet ta' Assistent Kummissjonarju.\".", "Aħna nħossu li l-kliem minn \"Minkejja li n-nomina\" 'l quddiem huma żejda għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq assistenti kummissjonarji li huma suġġeriti mill-partiti politiċi.", "Il-partiti politiċi jissottomettu l- applikazzjonijiet għalihom u allura naħseb li m'hemmx skop li jkun hemm dupplikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet.", "L-individwu m'għandux għalfejn jissottometti applikazzjoni huwa wkoll ladarba ismu se jkun diġa' sottomess mill-partit politiku biex jaqdi d-dmirijiet ta' assistent kummissjonarju.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien naħseb li jkun loġiku ħafna jekk minbarra li l-partit jippreżenta l-listi tal-persuni, min irid ikun assistent kummissjonarju japplika huwa wkoll.", "Jien ma naħsibx li għalkemm il-liġi tgħid kif għandhom jiġu nominati l-assistenti kummissjonarji għandna ngħidu li dawk magħżulin f'lista tal-partiti qishom awtomatikament qed japplikaw.", "L-assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti jiġu magħżulin bħala assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti imma xorta għandha ssir l-applikazzjoni biex dak li jkun jiġi nominat bħala assistent kummissjonarju.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni qed tagħmel emenda oħra għal din il-klawsola billi wara s-subartikolu (1) tal-liġi prinċipali jiżdied paragrafu.", "Subartiklu (1) tal-liġi prinċipali jgħid li kull partit politiku jkollu jedd, fi żmien għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ, li jinnomina numru ta' persuni biex jagħmluha ta' assistenti kummissjonarji.", "Issa l-Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li n-nomini għandhom isiru bil-miktub jew f'forma elettro-manjetika u għandhom jindikaw il- partikolaritajiet kollha meħtieġa fl-applikazzjoni għall-assistenti kummissjonarji.", "It-tielet emenda għal din il-klawsola tirrigwarda s-subartiklu ġdid (6) li qed jiġi suġġerit mill-Gvern u li l-Oppożizzjoni ma toġġezzjonax għalih.", "Subartiklu ġdid (6) jgħid hekk:", "\"L-Assistent Kummissjonarju li jkun ġie nominat mill-Kummissjoni għandu jagħmilha ta' Chairperson fil-kamra tal-votazzjoni li fiha jintbagħat kull grupp ta' Assistenti Kummissjonarji u filwaqt tal- votazzjoni jkun iċ-Chairperson biss, meta jkun hekk meħtieġ, li jikkommunika ma' l-eletturi.\".", "Mela l-unika persuna li tista' titkellem mal-votant se tkun l-assistent kummissjonarju maħtur u nominat mill-Kummissjoni Elettorali.", "Għal dan il- punt m'hemmx oġġezzjoni imma l-Oppożizzjoni trid illi d-drittijiet ta' l- Assistenti Kummissjonarji provduti minn din il-liġi ma jiġux mittiefsa minkejja din ir-restrizzjoni.", "Allura l-Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li mas-subartiklu ġdid (6) għandhom jiżdiedu dawn il-kliem:", "\"B'dan illi d-drittijiet ta' l-Assistenti Kummissjonarji l-oħra ...\"", "- jiġifieri mhux dawk nominati mill-Kummissjoni Elettorali -", "\"... konferiti b'dan l-Att ma jiġux mittiefsa.\".", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien m'għandix kopja ta' din l-emenda pero' se nipprova ninterpretaha.", "L-ewwelnett irrid ngħid illi subartiklu ġdid (6) huwa s-suġġeriment li hemm f'paragrafu 32 fir-rapport tal-Kummissjoni Gonzi u fuq dan l-Oppożizzjoni qed taqbel pero' mbagħad trid iżżid miegħu li d-drittijiet ta' l-assistenti kummissjonarji ma jiġux mittiefsa.", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jispeċifika għal liema drittijiet qed jirriferi.", "Safejn naf jien, qabel - hawnhekk qed nitkellem sotto correzione - kien hemm il-possibilita' li l-assistenti kummissjonarji jikkomunikaw ma' l-elettur.", "Is-suġġeriment speċifiku tal-Kummissjoni kien li: \"Barra minn dan il-President tas-sede elettorali jkun dak nominat mill- Kummissjoni Elettorali.", "Huwa dan il-President biss li għandu jikkomunika mal-votant.\".", "Issa jekk qabel mhux din il-persuna biss setgħet tikkomunika mal-votant, ma nistgħux ngħidu li dan l-artiklu qed indaħħluh u nħallu mhux mittiefsa l- pożizzjoni ta' l-assistenti kummissjonarji kif kien isir qabel.", "Nixtieq ifisser xi jrid jgħid.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Il-liġi ma kenitx tispeċifika li l- assistenti kummissjonarji tal-partiti għandhom id-dritt jikkomunikaw, allura meta inti tgħid id-drittijiet konferiti f'dan l-Att, inti ma tkunx qiegħed titkellem dwar dak id-dritt għax dak id-dritt ma kienx konferit f'dak l-Att u aħna qed nitkellmu biss dwar id-drittijiet konferiti f'dak l- Att.", "Mhux qed ngħid li huma ma setgħux jikkommunikaw mal-votant imma setgħu jagħmlu hekk għax ma kienx eskluż li huma jikkommunikaw.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din hija eżattament id-diffikulta' tiegħi.", "Jekk issa qed ngħidu li qabel ma kienx hemm il-projbizzjoni li jikkomunikaw, allura jien ngħid li setgħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, l-emenda hija għad-drittijiet konferiti f'dan l-Att, mela li wieħed jikkomunika ....", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma x'inhuma dawn id-drittijiet?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Kollha; huma x'inhuma.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Imma aħna m'aħna nneħħu xejn.", "Hawnhekk qed ngħidu biss, dejjem skond ir-rakkmandazzjoni li għandna, li jikkomunika c- chairperson.", "\"Fil-waqt tal-votazzjoni jkun ic-Chairperson biss, meta jkun hekk meħtieġ, li jikkomunika ma' l-eletturi.\".", "Jiġifieri jien irrid nifhem x'tfisser l-emenda għax m'għandniex nagħmlu emenda li m'hemmx każ meta tapplika.", "Jekk se ndaħħlu emenda jrid ikollha sinifikat.", "U m'iniex nifhem ir-raġuni għaliex għandha ndaħħlu din l- emenda.", "Jekk għandhom xi drittijiet dawn se jibqgħulhom u ħadd m'hu se jneħħihomlhom.", "Suġġeriment ieħor ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici huwa li wara s- subartiklu (1) ta' l-artikolu 57 ta' l-Att prinċipali għandu jiżdied dan il- paragrafu:", "\"In-nomini għandhom isiru bil-miktub jew f'forma elettro-manjetika u għandhom jindikaw il-partikolaritajiet kollha meħtieġa fl- applikazzjoni għall-Assistenti Kummissjonarji.\".", "Jien jidhirli li diġa' għidna li jistgħu jkunu f'forma elettro-manjetika u ma nafx x'inhi l-ħtieġa tagħha hawnhekk.", "Fil-paragrafu (b) tal-klawsola 29 diġa' qed ngħidu li l-forma tista' tkun f'għamla elettro-manjetika.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma nafx jekk wieħed għandux jadotta s- suġġeriment li sar li għandu jkun biss l-assistent kummissjonarju nominat mill-Kummissjoni li jista' jkellem lill-eletturi.", "Meta wieħed jirrifletti sewwa fuq ħaġa bħal din, naħseb li m'hemmx ġustifikazzjoni għaliha u wieħed għandu jikkonsidra li jħalli l-affarijiet kif inhuma llum.", "Illum m'hemmx dan id-divjet; m'hemmx din il-projbizzjoni li l-assistenti kummissjonarji l-oħra jridu jibqgħu muti quddiem l-eletturi.", "Allura ma naqblux li l- Kumitat għandu jaddotta din l-emenda li qed tgħid li l-assistenti kummissjonarji tal-partiti ma jistgħux jitkellmu.", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministrru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk qed nifhem sew, l-Oppożizzjoni qed tgħid li ma taqbilx mar-rakkmandazzjoni li hemm f'paragrafu 32 tar-Rapport tal- Kummissjoni Gonzi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, hekk qed ngħid, m'għandux ikun hemm dak id-divjet.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Naturalment jien ma kontx preżenti waqt id- diskussjonijiet, pero' ngħid li huwa għaqli ħafna dak li ssuġġerixxiet il- Kummissjoni Gonzi.", "L-ewwelnett dan huwa għaqli għax għall-ewwel darba se jkun hemm min jippresjedi.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-esperjenzi li kellna għar-rigward ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kienu ftit negattivi għax minħabba n-numru ta' kandidati indipendenti, in-numru ta' assistenti kummissjonarji kien numru esaġerat ħafna, almenu f'ċerti każi.", "Forsi f'każ ta' żewġ partiti jew tlieta, ma jkunx daqshekk numru esaġerat, pero' kull meta għandek numru ta' nies li qegħdin jagħmlu xi ħaġa, partikolarment ħaġa bħal din, huwa tajjeb li jkun hemm il-president; il-Kummissjoni qed issejjaħlu president tas-sede elettorali.", "Dan m'huwiex xi konċett ġdid anzi huwa konċett komuni ħafna f'kull sistema elettorali li f'kull post tal- votazzjoni jkun hemm il-president ta' dik is-sede elettorali.", "Jien naħseb li jkun loġiku li l-kommunikazzjoni ma' l-elettur issir minn dan il-president u b'hekk nevitaw - hawn nerġa' ngħid li ma kontx preżenti fil-Kummissjoni - il-possibiltajiet ta' allegazzjonijiet li jistgħu jsiru li xi persuna nominata mill-partiti tista', għal xi raġunijiet ta' moħħa - ma nimputa xejn lil ħadd - tkellem hi flok ħaddieħor li xi elettur partikolari.", "Naħseb li dan għandna nevitawh u naħseb ukoll li huwa tajjeb li l-Kummissjoni ħarġet b'din il-proposta.", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien ma naħsibx li hemm ġustifikazzjoni biżżejjed biex tipprojbixxi lill-assistenti kummissjonarji nominati mill- partiti milli jikkommunikaw ma' l-eletturi.", "Li jkun l-assistent kummissjonarju magħżul mill-Kummissjoni li jaġixxi bħala ċ-chairperson m'hemmx oġġezzjoni għaliha, imma li mbagħad ikun iċ-chairperson biss li jikkommunika ma' l-eletturi...", "Jiġifieri aħna nħossu li dik il-kelma \"biss\" m'għandhiex tkun.", "Ma nafux kemm kienet espliċita l-Kummissjoni Gonzi li qalet hekk.", "Aħna m'aħniex marbutin b'dak li qalet il-Kummissjoni Gonzi.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kienet espliċita ħafna.", "Fil-fatt jien diġa' qrajt ir-rakkmandazzjoni fuq dan il-punt u jekk trid, nista' nerġa' naqraha.", "Paragrafu 32 jgħid hekk:", "\"Il-Kummissjoni Eletteroli għandha tkun obbligata li taħtar bħala assistenti kummissjonarji persuni li jkunu kwalifikati u li jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond it-termini tal-Liġi Elettorali.", "Barra minn dan, għandha tiżdied l-iskwalifika li persuni li mhux reġistrati bħala eletturi ma jistgħux jiġu nominati jew magħżula bħala assistenti kummissjonarji.", "Dawn il-kriterji għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-persuni li jintgħażlu biex jgħoddu, jissorveljaw u jikkwalifikaw ...\" - din tkompli tgħid ukoll -", "\"Il-Kummissjoni qiegħda tirrakkomanda wkoll li l-assistenti kummissjonarji elettorali għandhom jilbsu distintiv maħruġ mill- Kummissjoni Elettorali, liema distintiv ikun jindika l-isem tal- persuna u ma jkunx jindika l-partit politiku li jkun innominah.", "Barra minn dan, il-President tas-Sede Elettorali jkun dak nominat mill- Kummissjoni Elettorali u huwa dan il-president biss li għandu jikkomunika mal-votant.\".", "Jiġifieri l-Kummissjoni Gonzi kienet espliċita ħafna fir-rakkmandazzjoni tagħha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Xorta waħda aħna nħossu li dan id-divjet huwa żejjed u mhux ġustifikat.", "Almenu, għandha tinqata' l-kelma \"biss\".", "Aħna naqblu li ċ-chairperson, meta jkun meħtieġ, jista' jikkomunika ma' l- eletturi pero' ma naqblux li l-assistenti kummissjonarji ma jkunux jistgħu f'xi ċirkostanzi jikkomunikaw ma' l-elettur.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, evidentement il-ħsieb tal- Kummissjoni kien li tipproteġi lill-votant.", "Votant għandu jikkomunika mal- president li hija dik il-persuna nominata mill-Kummissjoni u mhux persuna nominata mill-partiti politiċi.", "Irridu niftakkru li f'pajjiżna kulħadd jaf lil xulxin u naħseb li tagħmel differenza jekk ikunx il-president tas- sede elettorali li jagħmel id-domandi meħtieġa lil min jidħol hemmhekk u jitlob l-assistenza, milli jekk ikun xi rappreżentant ta' xi partit politiku.", "Jiġifieri fl-interess tat-trasparenza, fl-interess tal-liberta' tal-vot u fl-interess li l-votant ikun għal kollox ħieles minn kull pressjoni possibbli jew imaġinabbli, naħseb li s-suġġeriment tal- Kummissjoni huwa pass 'il quddiem u allura għandna naddottawh.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa la tqanqal dan l-argument nħoss li meta elettur ikollu bżonn l-għajnuna ta' xi assistent kummissjonarju - ikunu ta' liema partit ikunu - għandu jagħżel hu liema assistent kummissjonarju għandu jagħtih dik l-għajnuna; jista' jkun jew għax hu ta' l- istess partit tiegħu jew inkella għax ikollu grazzja miegħu jew magħha.", "Jiġifieri l-elettur m'għandux jiġi mċaħħad mill-għajnuna tal-persuna li jagħżel hu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan huwa l-konċett tat-trusted person li n- naħa tal-Gvern m'hi se taċċetta qatt.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma fhimtx sew.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dan huwa argument favur l-introduzzjoni mill- ġdid tat-trusted person - jiġifieri fejn elettur ikollu persuna ta' fiduċja tiegħu li tarah jivvota u jgħidilha kif se jivvota.", "Dan ikun mezz ta' kontroll kif sar fil-famuż referendum li kien sar fuq l-Integration.", "Dan assolutament m'huwiex aċċettabbli u naħseb li hawnhekk il-Kummissjoni riedet eżattament teskludi l-possibbilta' li jsir dan.", "Niskanta kif qed terġa' tiġi mqajma din il-kwestjoni.", "Qed ngħid \"niskanta\" għaliex proprju fuq hekk kelli interpellanza u kont irrispondejt li dan m'huwiex aċċettabbli u d-Deputy Leader għall-affarijiet tal-Partit ta' l- Oppożizzjoni, Dr George Abela, f'diskors pubbliku qal li ma jaqbilx mal- konċett tat-trusted person.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna m'aħniex nitkellmu fuq il-konċett tat- trusted person imma qed nitkellmu fuq il-konċett li l-votant għandu jkollu d-dritt li jagħżel hu min mill-assistent kummissjonarju preżenti għandu jagħtih l-għajnuna li jkollu bżonn.", "Din l-għażla m'għandhiex tiġi miċħuda.", "Jiġifieri din m'hijiex kwestjoni dwar il-konċett tat-trusted person.", "Jekk il-votant iħoss li għandu jkollu l-għajnuna ta' assistent kummissjonarju li jagħżel hu - ikun ta' liema partit ikun - m'għandux jiġi miċħud li lanqas biss ikun jista' jkellmu.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Mifsud Bonnici rrepeta preċiż il- konċett tat-trusted person li tirrigwarda dik il-persuna li inti tafda.", "Naturalment kull partit politiku faċilment jikkomunika ma' l-eletturi u jissuġġerilhom lil min għandhom jafdaw u b'hekk ikun hemm kontroll ta' kif in-nies ivvotaw.", "Dan il-konċett li huwa propost mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici jammonta biex jerġa' jiġi ntrodott il-konċett ta' trusted person li assolutament m'huwiex aċċettabbli.", "Il-Kummissjoni Gonzi għamlet sew li unanimament irrakkommandat li ċ-chairperson biss jista' jikkomunika ma' l- elettur u li ċ-chairperson tkun il-persuna nominata mill-Kummissjoni Elettorali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Noġġezzjona li l-Prim Ministru jibqa' jħawwad bil-mod li bih qed iħawwad.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq min ikun chairperson, dak huwa paċifiku, u lanqas qed ngħidu li dan huwa suġġeriment magħmul mill-Oppożizzjoni imma qegħdin ngħidu li llum il-liġi hija hekk u għandha tibqa' hekk.", "Aħna m'aħna qed nintroduċu l-ebda konċett imma qed nippreservaw il-liġi kif inhi llum.", "Wara kollox, jekk illum il- liġi fiha l-konċett ta' trusted person, dan ġie introdott mill-Prim Ministru nnifsu ħames snin ilu meta għamel il-liġi.", "Allura la din hija liġi magħmula minnu m'għandniex għalfejn noqogħdu nintroduċu ċerti rimarki għax inkella nirribattu bl-istess ton li jiġu ntrodotti.", "Mela ħalli ngħidu ċar u tond li llum l-liġi tipprovdi li l-assistenti kummissjonarji jistgħu jikkomunikaw ma' l-eletturi.", "Jekk dan ifisser il-konċett ta' trusted person, ngħid li dan ġie ntrodott fl-1991, imma jiena ngħid li mhux hekk għax qatt ma kien hemm id-divjet li l-assistenti kummissjonarji ma jikkomunikawx ma' l-eletturi, lanqas qabel l-1991.", "Mela issa mhux il- konċett ta' trusted person qegħdin nintroduċu imma l-limitazzjoni u r- restrizzjoni fuq l-assistenti kummissjonarji u aħna qegħdin ngħidu li din il-limitazzjoni m'għandhiex tiġi ntrodotta.", "Issa jekk hemm argumenti favur biex din il-limitazzjoni tiġi ntrodotta għax tipproduċi stat ta' affarijiet itjeb minn dak li jeżisti, s'issa, iva, imma li noqogħdu ngħidu li dan huwa l-konċett ta' trusted person u ngħidu x'qal Dr. George Abela dwar it- trusted person, m'għandu x'jaqsam assolutament xejn għax allura se nerġgħu niddiskutu dwar jekk votant li jkollu bżonn l-għajnuna għandux dritt jagħżel hu persuna biex tidħol miegħu ħalli jivvota.", "Aħna qed nitkellmu dwar nies li jingħataw il-ġurament u li m'għandhomx jikxfu dak li jisimgħu u jaraw hemm ġew!", "THE CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Huwa magħruf illi r-raġuni għall-inizjattiva li ħa l-Gvern biex jagħmel emendi għal-Liġi Elettorali ta' l-1991 kienet li wara l-esperjenza ta' kif ħadmet il-liġi, ridna nirranġawha fejn hemm bżonn.", "Il-Gvern ħass li din hija waħda mill-affarijiet li kien hemm bżonn li tiġi rranġata.", "Per eżempju nafu li f'Għawdex, kien hemm min qal lill- eletturi li meta jmorru biex jivvotaw jitolbu lit-tali persuna jew persuni - skond il-lokalitajiet - li huma rappreżentanti tad-distrett biex jgħinuhom jivvotaw.", "Huwa ħażin li fil-prattika dan diġa' sar u hemm bżonn li dan ma jsirx aktar għax jekk isir hekk, inkunu qed naqilbu ta' taħt fuq il-garanzija li tajna li l-proċess ikun assolutament trasparenti u kkontrollat mill-partiti politiċi u nkunu qed indawruh f'mezz ta' kif il- partiti jikkontrollaw in-nies kif jivvotaw.", "Jien nifhem li l-Kummissjoni Gonzi għalhekk għamlet din ir- rakkmandazzjoni għax filwaqt li r-rappreżentanza tal-partiti f'kull polling booth għandha tibqa' biex żgur ikun hemm is-sorveljanza u l-partiti jkollhom is-sodisfazzjon sħiħ li l-affarijiet imxew sew, m'huwiex sewwa li xi votant jagħżel hu ma' min jikkomunika.", "Nafu li meta votant imur jikkomunika ma' xi ħadd, ma jagħmilx hekk biex jistaqsih jekk huwiex b'saħħtu jew le, imma biex f'każijiet l-aktar konkreti jgħidlu li ma jafx jivvota u li jkun jixtieq l-għajnuna tiegħu.", "Issa li l-votanti li jkunu jridu l-assistenza jagħżlu huma l-persuna biex tgħinhom, huwa ħażin - il- prattika hekk urietna - u għalhekk qiegħda ssir din l-emenda.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Chairman, nixtieq niċċara daqsxejn il-pożizzjoni.", "Fuq dan il-konċett ta' trusted person qed jintefgħu ħafna akkużi li l- Oppożizzjoni qisha trid tmur għal xi konċetti biex ikun hemm xi abbuż u affarijiet bħal dawn.", "Jien personalment kont għamilt mistoqsija lill-Prim Ministru dwar x'jaħseb dwar il-konċett ta' trusted person u se ngħidlu għaliex kont għamiltlu dik il-mistoqsija.", "Jiena kont iltqajt ma' persuni li huma neqsin mid-dawl u qaluli li qabel kien hemm il-possibilita' li huma jaħtru persuna biex tgħinhom jivvotaw.", "Dawn ikollhom fiduċja f'din il- persuna u ma jkunux jixtiequ jafdaw ruħhom f'idejn persuni li ma jafux u ma jistgħux jarawhom.", "Barra minn hekk dawn joġġezzjonaw li jkollhom jieħdu ġurament - li huma jsejħulu \"degradanti \", biex ngħidlek il-kliem eżatt li użaw dawn il-persuni - għax sempliċement ibatu minn din id-diżabilita' fiżika.", "Jiena kont staqsejt lill-Prim Ministru x'kien il-ħsieb tiegħu dwar dan u f'daqqa waħda Alla jbierek fil-gazzetti u f'postijiet oħra ntqal li l- Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li nerġgħu ndaħħlu l-konċett ta' trusted person.", "Din l-attitudni hija waħda fallaċi, misleading u ta' ngann meta l- Oppożizzjoni m'għamlet xejn minn dan.", "Li nista' ngħidlek huwa li jien sempliċement staqsejtek x'taħseb dwar dan.", "Jien għandi kull dritt nagħmel din il-mistoqsija għax nirrappreżenta l-kostitwenti tiegħi u waħda minnhom hija proprja persuna nieqsa mid-dawl.", "Mela timputax affarijiet li aħna ma nkunux għidna jew li ma nkunux issuġġerejna għax m'hijiex dik il- pożizzjoni.", "Il-pożizzjoni qed jispjegaha tajjeb l-Onor.", "Mifsud Bonnici u apparti dan, aħna għalhekk qegħdin hawn biex ninsistu li ma jkunx hemm ingann u abbuż.", "Waħda mis-suġġerimenti tagħna li l-poplu qed jistenniek li tilqa', hija proprja li tintuża wkoll il-karta ta' l-identita'.", "Issa l-kuxjenza hija tiegħek u jekk inti tħoss li din hija xi ħaġa ta' barra minn hawn sta għalik.", "Inti għandek il-maġġoranza u tiddirieġi kif jiddeċiedu, imma li timputa affarijiet li m'hux minnhom m'huwiex dehen la ta' Prim Ministru u lanqas ta' din il-Kamra.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-dehen ta' prim ministru hu li jagħti stima lid-deputati kollha.", "Meta l-Onor.", "Cilia lili għamilli domanda dwar x'naħseb fuq it-trusted person jiena rrispondejtu u għidtlu x'naħseb.", "Għidtlu li jien naħseb li din m'għandhiex issir u għidtlu wkoll li l- esperjenza ta' trusted person fl-unika darba li ġiet użata, jiġifieri fir- referendum ta' l-Integration fis-snin ħamsin, kienet negattiva ħafna.", "Jekk m'iniex sejjer żball fir-risposta tiegħi semmejt ukoll l-esperjenza li kelli jien personalment.", "Dak iż-żmien kont għadni kif għalaq il-21 sena, u għax kelli bżonn naqla' Lm6 - jew kemm kienet dak iż-żmien, naħseb li dik kienet ir-raġuni prinċipali - applikajt biex immur assistant commissioner u kont ġejt allokat fil-polling booth ta' Bormla li kienet ħdejn il-Knisja ta' Santa Tereża.", "Niftakar li dawk kollha li daħlu jivvotaw u riedu l-għajnuna kienu akkumpanjati mill-istess persuni - mhux iktar minn tlieta differenti - u niftakar inċident partikolari fejn persuna li kienet akkumpanjat lil kważi 50% ta' dawk li riedu l-assistenza, ġiet ma' persuna u bdiet tgħidilna li riedet tidħol ma' dik li riedet tivvota.", "L-oħra ma ridiethiex tidħol magħha u niftakar li din kellha raġuni valida ħafna għaliex ma ridietx li jkollha dik 'l hekk imsejħa trusted person magħha u jiena rrispondejt b'dan it-ton.", "Naturalment l-Onor.", "Joe Cilia huwa ħafna iżgħar minni u ma jiftakarx ir- referendum ta' l-1955 - ma nafx eżatt meta kien sar - u għandu jifhem li meta staqsa lill-prim ministru x'jaħseb dwar il-konċett ta' trusted person, jiena bilfors ridt naħseb li l-Onor.", "Cilia ried ikun jaf jekk il-Gvern huwiex dispost li jdaħħal il-konċett ta' trusted person.", "Jiena rrispondejtu bl-aktar mod ċar li l-Gvern ma jaqbilx u ħadt pjaċir ħafna li ftit ġranet wara f'xi diskors li għamel id-Deputy Leader tal-partit tiegħu, Dr. George Abela, huwa stess qal li ma jaqbilx mal-konċett tat-trusted person.", "Naħseb li din hija sempliċi u ċara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Jekk hija din il-pożizzjoni iktar u iktar m'għandekx għalfejn tiġi hawnhekk u tibqa' timputa l-konċett ta' trusted person lill- Oppożizzjoni.", "Pero' inti ma weġibtnix aktar parti importanti tal-mistoqsija għax meta Membru Parlamentari individwalment jistaqsi mistoqsija ġo din il- Kamra, ma jfissirx li bilfors jkun qed jistaqsi jew qed jissuġġerixxi xi ħaġa għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan huwa fallaċi.", "Jiena għandi kull dritt nagħmel mistoqsija għan-nom ta' kostitwenti tiegħi u jekk qed jaħseb li dan għamiltu b'xi skop ta' abbuż, nista' nagħtih l-isem tal-persuna konċernata - ċertament m'hemmx oġġezzjoni minnha - biex jivverifika u jekk irid din tista' tispjegalu ħafna aħjar il-fehma tagħha u għaliex taħseb hekk dwar dan il-konċett, pero' għadu ma qalx għaliex għandu jimputaha lill- Oppożizzjoni meta kif qal hu stess hemm ċaħda kategorika mid-Deputy Leader.", "Jien nerġa' ngħidlu li dik il-mistoqsija għamiltha on a personal basis għaldaqstant m'għandux jibqa' jipprova jimputa lill-Oppożizzjoni pożizzjoni barra minn lokha kif qed jispjega l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Naħseb li m'hemmx aktar xi ngħidu fuq dan.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li għandna noqogħdu niddibattu dan il-punt li qed jgħid l-Onor.", "Cilia.", "Jiena naf li kull deputat għandu kull dritt li jitkellem għan-nom tiegħu, pero' peress li hawn mhux bħal fil-każ tall-kunsilli lokali fejn hemm ħafna kandidati indipendenti u kollha li aħna nappartjenu ż-żewġ partiti politiċi rappreżentati hawn, ma naħsibx li hija xi ħaġa ta' barra minn hawn li jien ninterpreta domanda ta' Deputat Laburista fis-sens li hemm xi ħsieb f'xi uħud mill-Oppożizzjoni.", "M'hijiex il-pożizzjoni uffiċjali ta' l-Oppożizzjoni u nerġa' ngħid li jiena kont sodisfatt ħafna li proprju d-Deputy Leader ta' l-affarijiet tal-Partit Laburista qal li hu ma jaqbilx.", "Ma naħsibx li d-Deputy Leader ħass il- bżonn li jgħid hekk jew b'kumbinazzjoni qal hekk imma qal hekk għax tqajmet dik il-kwestjoni.", "Jiena lest li nieħu l-kelma ta' l-Onor.", "Membru li kulma kien qed jipprova jagħmel hu li jinterpreta x-xewqa ta' xi elettur - għandu kull dritt li jagħmlu dan - pero' il-fatti huma dawk li huma.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Smajt lill-Prim Ministru jgħid għal tliet darbiet illi d-Deputy Leader tal-Partit Laburista għall-affarijiet tal-partit, l- Avukat George Abela, tkellem f'xi okkażjoni pubblika kontra l-konċett ta' trusted person.", "Issa jiena naf li Dr. George Abela qatt ma tkellem favur il-konċett ta' trusted person imma m'hux dak il-punt.", "Jekk il-Prim Ministru jħoss li b'kunfidenza għandu jasserixxi u jerġa' jgħid u jerġa' jgħid għal tliet darbiet bħas-serduk ta' ċerta lejla, biex tersaq il- verita' li Dr. George Abela qal pubblikament li huwa kontra l-konċett ta' trusted person, jimporta jikkwota fejn qal dan?", "Mr Chairman huwa xieraq li meta f'dan il-Parlament insemmu individwi li m'humiex hawnhekk, nipprovaw insemmuhom f'kontest veraċi kemm jista' jkun.", "Waqt li jiena naf li l-Prim Ministru huwa mħabbat b'ħafna affarijiet u għandu affarijiet x'iħabbtuh u x'jimlewlu moħħu, meta jdaħħal lil xi ħadd hawnhekk u jgħid, u jerġa' jgħid u jerġa' jgħid li qal xi ħaġa, ma jagħmilx sewwa.", "Aħjar jiċċekkja l- fatti tiegħu, għaliex jiena, li lil Dr George Abela nafu daqsxejn waħda aktar minnu, nista' naċċertah li dak id-diskors ma qalux.", "Bħala punt ta' fatt qed ngħid - m'hux jekk iniex favur jew kontra - imma dak id-diskors ma qalux.", "U jekk il-Prim Ministru jieħu żball fuq xi ħaġa li fiha nnifisha hija innokwa, huwa faċli ħafna li jattribwixxi għal xi ħadd - forsi anke għall-istess Dr George Abela - xi affarijiet li forsi m'humiex daqstant innokwi imma li lanqas ma jkun qalhom.", "Jiena ninkwieta li l-Prim Ministru jidħol hekk fuq xi ħadd b'dik iċ-ċertezza, jgħidha u jerġa' jgħidha u jerġa' jgħidha u mbagħad jirriżulta li jkun żbaljat.", "F'dan il-każ lill- Prim Ministru nista' naċċertah jien li huwa żbaljat; mhux f'dan il-każ biss huwa żbaljat imma f'affarijiet oħra wkoll, iżda hawn ġew fuq dan il-każ qegħdin nitkellmu.", "GĦar-rigward ta' dan l-imbierek trusted person, għalfejn qiegħed jiżżeffen fin-nofs argument qisha din in-naħa tal-Parlament qiegħda tipproponi xi ħaġa li hija maħsuba biex b'xi mod ikun hemm xi tbagħbis fl- elezzjoni?", "Jekk se noqogħdu nsemmu meta l-Prim Ministru kellu 21 sena u kien assistent kummissjonarju f'Bormla, jien nista' nsemmilu meta kont għadni kif għalaqt it-23 sena u ma kontx assistent kummissjonarju imma kont kandidat.", "Ngħidlu li dak iż-żmien u mhux talli ma setax ikun hemm trusted person, iżda lanqas ommi ma setgħet tivvota għalija!", "Hekk kienu dawk iż-żmenijiet.", "Allura se noqogħdu nsemmu kull darba verżjoni ta' l- istorja kif jidhirlu dak li jkun u mbagħad l-istorja sħiħa, minn xiex għaddew il-kandidati Laburisti, ma ngħiduhiex?", "Fi żmien meta l-Prim Ministru kien għadu jidħol fil-politika bħalma kont għadni kemm dħalt jiena, għall-kandidati Laburisti ma kenitx kwestjoni ta' trusted person jew m'hux trusted person, imma li jekk tmur tivvotalhom kont tagħmel dnub mejjet.", "Jiena niddejjaq insemmihom dawn l-affarijiet imma jekk se nsemmgħu l-istorja, ejja nsemmgħuha kollha.", "Kull darba nqajmu xi punt qisu l-Partit Laburista b'xi mod qiegħed jipprova joħnoq lil xi ħadd milli jagħmel xi ħaġa skond il-kuxjenza tiegħu!", "Bil-maqlub, hija l-kuxjenza tal- kandidati u tas-supporters laburisti li dejjem ġiet attakkata.", "Jien ma niftakarx il-konċett inniffsu tat-trusted person għax fir-referendum ta' l- Integration kelli 17 jew 18-il sena; niftakarha dik il-votazzjoni imma ma kontx qed nipparteċipa fiha.", "Niftakar l-okkażjoni, imma dak iż-żmien ma kontx bniedem attiv.", "Forsi kont iżjed għaqli - ma nafx - imma żgur li ma kontx attiv ħlief fil-club lokali u ċertament mhux fil-livell nazzjonali.", "Imma jekk kien hemm il-konċett ta' trusted person, dan mhux għal kulħadd kien?", "GĦan-naħa Laburista biss kien?", "Mhux għal kulħadd kien?", "GĦaliex illum qegħdin inpoġġu xi ħaġa qisha kienet xi ereżija mentri ma kienet ereżija xejn?", "GĦaliex illum qegħdin inpoġġu kliem f'ħalq l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonniċi - smajtu fil-karozza jien u ġej mix-xogħol tiegħi - li qiegħed jipproponi xi ħaġa meta jirriżulta li qiegħda fil-liġi li ressaq il- Prim Ministru stess ħames snin ilu?", "Kulma qed jagħmel l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici hija li jgħid: Il-liġi qiegħda hemmhekk, ħadmet tajjeb u ejja nħalluha kif inhi għaliex jista' jkun hemm wieħed mill-kummissjonarji magħżulin hemmhekk - mhux idaħħal lil xi ħadd miegħu; il-konċett ta' trusted person kien konċett differenti - li votat jirrelata iżjed ma' wiċċu milli ma' wiċċ l-ieħor.", "Id-dinja m'hux hekk qiegħda; għall-avukati, għall-consultants, għall-qassisin, għat-tobba, għan-nutara?", "M'hux dejjem tara wieħed li tippreferih aktar minn ieħor?", "Allura ma tistax tikkonċepixxi - in-nutar l-Onor.", "George Bonello Du Puis qed jidħak għaliex jaf kemm hawn nies li lilu jippreferuh minn dak il-lat! - li bniedem mar biex jivvota u meta għandu bżonn ċertu għajnuna, minn dawk l-erba' kummissjonarji li jkun hemm, ipprefera wieħed u mhux lill-ieħor?", "GĦaliex le?", "Dan hu li qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonniċi.", "Qed jgħidlu biex ma joqgħodx jispeċifikaha għaċ-chairman biss.", "Dan ikun fil-liberta' tiegħu u m'hux xi ħadd jaqbadlu jdejh u jgħidlu li jrid jidħol jgħinu jivvota.", "Dan ikun qiegħed fuq in-naħa l-oħra tal-mejda, daħal u għaliex għandu bżonn għajnuna jagħżel lil xi ħadd.", "J'Alla ħadd ma jkollu bżonn għajnuna.", "J'Alla kulħadd jivvota hu imma dan hu kulma qiegħed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici u mhux xi konċett ieħor.", "GĦalfejn il-Prim Ministru qiegħed idaħħal lingwa li m'hijiex qiegħda tintuża u jagħti interpretazzjoni li m'hijiex qiegħda tingħata?", "Kulma qegħdin ngħidu - għaliex l-Onor.", "Mifusd Bonnici qiegħed jitkellem f'isem l-Oppożizzjoni - hija li jekk bniedem daħal u għandu bżonn ċertu għajnuna u jippreferi lil dik il-kummissjonarja u mhux lill-oħra jew lill-ieħor, għalfejn se ċċaħħduh milli jgħid: \"Sinjur, jew Sinjura, ejja agħtini daqqa t'id.\"?", "X'fiha b'daqshekk?", "Issemma l-punt li xi ħadd irid jikkontrolla lill-elettur, imma ejja nkunu ċari dwar x'inhi l-qagħda.", "Waqt li ħadd m'għandu jikkontrolla lill- elettur, waqt li għandek biss tipprova tipperswadi lill-elettur u waqt li d- dritt tal-vot huwa sigriet, ejja ma ninsewx li l-liġi kif saret u kif qegħdin inħalluha ż-żewġ naħat tal-Kamra, mhux naħa jew oħra, issa m'għadux il-każ li tista' toqgħod fil-kwiet ta' darek u tiddeċiedi inti tivvotax jew le.", "Ejja ma ninsewx kemm fl-elezzjoni li għaddiet kienu organizzati l- partiti, imma kemm kien organizzat iżjed u iżjed il-Partit Nazzjonalista li min ħasbu li ma vvotax - għaliex kien hemm anke minn kien ivvota u xorta għamluhielu din - ġennewh iħabbtulu l-bieb, darba, darbtejn, tliet darbiet, u jċemplulu ħamsa, sitta, seba' darbiet.", "Jiġifieri m'għadx hemm is- segretezza li wieħed iħoss li għandu jkun hemm fir-rigward tal-vot.", "Jekk jien elettur li rrid noqgħod f'dari u ma rridx nivvota, nista' nagħmel l- argument li l-partiti - l-partiti qed ngħid, m'hux il-Partit Nazzjonalista - m'għandhomx ikollhom id-dritt li jkunu jafu li jien ma vvotajtx u jiġu joqogħdu jiksruli ċerta parti ta' l-anatomija tiegħi biex jimbuttawni 'l barra ħalli nivvota.", "Jiġifieri meta nitkellmu fuq il-kontroll li hemm fuq l-elettorat, ejja nitkellmu in the round għaliex jekk argument ma tagħmlux sħiħ tkun qed tagħmel biċċa argument, u biċċa argument bħal biċċa mill- verita', ma tantx hija xi ħaġa sabiħa.", "Niġi issa għall-aħħar punt li nixtieq nagħmel.", "Naħseb li se nirriferi għall-istess persuna li kien qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Cilia.", "Meta nitkellemu fuq il-kwestjoni ta' nies li jmorru jivvotaw u jħossu li għandhom bżonn l-għajnuna ta' xi ħadd, nappella lil din il-Kamra biex inkunu daqsxejn waħda iżjed sensittivi.", "Jiena kelli kostitwenta - ma nafx x'inhi l-politika tagħha - fuq id-distrett ta' Santa Luċija, ħalli nasal s'hemmhekk biss, li f'ċertu żmien f'ħajjitha tilfet id-dawl.", "Din il- persuna tħossha degradata b'żewġ affarijiet, li meta tersaq għal xi servizz pubbliku, meta tmur biex issarraf ċekk jew biex tiġbed fuq xi kont bankarju, ma tiġix aċċettata l-kelma tagħha li hija hi, imma jrid imur xi ħadd iżommilha jdejha u jgħidilhom: \"Din hija t-talija\", waqt li jekk jien immur insarraf xi ċekk jew immur niġbed xi flus mill-kont tal-bank tiegħi, iħarsu waħda lejja u allura jgħidu: Dan ma jistax ikun ħaddieħor ħliefu.", "Imma jekk din il-persuna tmur hi - u kulħadd bħala - xi ħadd ikun irid jikkonferma li dik hija t-tali persuna.", "Mela din il-persuna - issa m'iniex qed ngħid li m'hemmx raġuni għaliex hemm ċerta salvagwarda - tħossha offiża ħafna.", "It-tieni ħaġa li tħossha offiża biha hija li meta tmur tivvota - hawnhekk jiġi l-konċett tat-trust - għax għad m'għandniex il-fakulta' jew forsi jkun diffiċli li jkollna l-fakulta' li l-ballot paper ssibha miktuba bil-braille ħalli b'hekk tkun tista' tivvota b'mod indipendenti bla ma ħadd joqgħod jgħinha, bilfors trid tgħid lil xi ħadd lil min tixtieq tivvota.", "Jiġifieri l-punt ta' din il-persuna hu - din hija votant bħall-Prim Ministru, bħali u bħal kull wieħed u waħda minnha - għaliex meta tmur tivvota, jkollha tikxef kif se tivvota ma' persuna li assolutament ma tafhiex u għax ma tkunx tafha, ma tistax tkun ċerta jekk għandhiex tafdaha.", "Din hija loġika perfetta u m'hijiex loġika politka.", "Ha nerġa' nenfasizza l-każ.", "Għadni sal-lum ma nafx il-kulur politiku ta' din il- persuna.", "Din irrid nagħmilha ċara jiġifieri m'iniex qed ngħid għal xi ħadd li huwa ferventi Laburist jew ferventi Nazzjonalist.", "Din il-persuna kienet kelmitni fuq dan il-punt u fil-fatt fl-imgħoddi jien kont tkellimt dwaru u issa din il-persuna semmitu anke lil ħaddieħor u talbitna nsemmu hawnhekk.", "Jiġifieri semmejtu fl-imgħoddi u se nerġa' nsemmih llum, u se nsemmih fil- kontest ta' din il-Liġi.", "Iva, f'din is-section jew xi section oħra, għandna ndaħħlu provvediment, Prim Ministru - naf li jekk inti tirrifletti tifhem il-qagħda ta' dawn in-nies - li lil min jeħtieġ l- għajnuna u hemm raġuni speċifika għaliex għandu jkollu l-għajnuna, nħallu lilu jagħżel lil min ikun irid jagħtih dik l-għajnuna.", "Issa hawnhekk qed nitkellem ukoll fuq parti mill-konċett ta' trusted person.", "Imma jista' xi ħadd jgħid li dan il-konċett li qed jissemma hawnhekk - bħalissa qed insemmih jien pero' ssemma wkoll minn sieħbi, l- Onor. Joe Cilia u forsi minn xi ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra għax persważ li dan il-punt semmietu wkoll lil xi ħadd in-naħa l-oħra tal-Kamra - qed insemmuh għal xi raġuni partiġġjana jew qed jissemma biex nindaħħlu lil dak li jkun?", "Allura meta l-argument jinfetaħ, ngħidu \"trusted person\", u allura dik hija anathema jew xi ereżija?", "Le, mhux hekk.", "Ejja naraw iċ- ċirkostanzi kollha u hawnhekk qed insemmgħu dawn iż-żewġ ċirkostanzi.", "Waħda diġa' ssemmiet fejn dak li jkun għalkemm għandu l-fakultajiet kollha forsi m'huwiex konfidenti minnu nnifsu jew li ma jafx jikteb - għandna inċidenza ta' ftit iżjed minn 10% ta' nies li ma jafux jiktbu fil-pajjiż - u allura jkollu bżonn l-għajnuna.", "F'dak il-każ dan għandu dritt jagħżel hu lil min irid mill-kummissjonarji li jgħinuh.", "Jiġifieri qed jagħżel hu u mhux xi ħadd qed jimponilu.", "Iċ-ċirkostanza l-oħra hija meta dak li jkun ma jkollux il-vista jew forsi jkollu idejh it-tnejn ma jaħdmux u allura ma jkunx jista' jikteb.", "Hawn ċirkostanzi bħal dawn; qed insemmi żewġ każijiet li qed jiġu f'moħħi bħalissa.", "Dak li jkun forsi ma jkunx jixtieq jiżvela l-vot tiegħu to a total stranger imma jixtieq li jieħu miegħu lil xi ħadd li jkun jafdah u mhux xi ħadd li jibagħtulu xi partit.", "Jiġifieri lil dan qed jieħdu miegħu għax jafdah.", "Hemm xi ħaġa ħażina f'din?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Din tiftaħ biebien għall-abbużi u għall-Gvern, biex nuża l-istess kelma li uża l-Onor.", "Lino Spiteri, il-konċett ta' trusted person huwa anathema.", "Assolutament bl-ebda mod il-Gvern m'hu se jdaħħal il-konċett sħiħ ta' trusted person jew xi parti minnu.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nerġgħu nagħmlu l-affarijiet ċari.", "Donnu l-Prim Ministru għandu xi skop u intenzjoni li jikkonfondihom u jħawwadhom.", "M'aħna qed nipproponu li nintroduċu xejn, anqas u anqas il- konċett ta' trusted person.", "Jiena nixtieq nagħmilha ċara darba għal dejjem li li kieku l-Partit Laburista ried li fil-proċes elettorali jkun hemm attwat il-konċett ta' trusted person, kieku kien jagħmilha fil-liġi elettorali meta kellu l-maġġoranza parlamentari biex jagħmilha.", "Mela naqtgħuh darba għal dejjem l-argument tal-Prim Ministru li la l-Partit Laburista irid iħalli l-liġi kif inhi, irid jintroduċi l-konċett ta' trusted person.", "Il-Partit din seta' għamilha mill-1971 sa l-1987 imma m'għamilhiex.", "Kellu s-saħħa biex jagħmilha imma m'għamilhiex; mela ma ridhiex għaliex kieku għamilha.", "Mela naqtgħuh dan id-diskors darba għal dejjem.", "Issemmiet il-kwestjoni ta' meta kien hawn ir-referendum ta' l- Integration.", "GĦaliex ma jgħidx il-Prim Ministru li l-prattika. - allavolja ma kenitx speċifikata fil-liġi - li tagħti d-dritt lill-partiti li jkunu huma li jimmoninaw l-assistenti kummissjonarji, kienet introdotta mill-Gvern Laburista?", "Din il-prattika kienet introdotta għaliex il-partiti ma kellhomx fiduċja sħiħa fl-assistenti Kummissjonarji nominati mill- Kummissjoni.", "Qabel ma l-partiti ngħataw il-fakulta' li jkollhom preżenti fil-kamra tal-votazzjoni l-assistenti kummissjonarji, l-assistenti kummissjonarji kienu jiġu nominati mill-Kummissjoni.", "Issa għaliex il- partiti nsistew li jkun hemm ukoll assistenti kummissjonarji nominati mill- partiti fil-kamra tal-votazzjoni?", "GĦaliex bla ebda dubju l-partiti ma kellhomx fiduċja mija fil-mija fil-mod kif kienu jiġu magħżula l-assistenti kummissjonarji nominati mill-Kummissjoni.", "Issa jien m'iniex qed noġġezzjona li dik il-prattika li llum saret parti mil-liġi tinbidel, imma qed ngħid li dik tibqa' hemm għaliex fil-liġi m'hemm xejn li jgħid li l- assistenti kummissjonarji li huma nominati mill-partiti ma jistgħux jikkomunikaw mal-votanti jew eletturi.", "Aħna m'hux qegħdin ngħidu li rridu nagħtuhom id-dritt li jikkomunikaw imma qegħdin ngħidu: \"Ejja ma nneħħulhomx dak id-dritt li għandhom u li dejjem kellhom - minn mindu bdew jeżistu l-assisteni kummissjonarji nominati mill-partiti - li jikkomunikaw\".", "Allura m'aħna qegħdin nintroduċu l-ebda konċett, imma qegħdin nirreżistu l-konċett li jrid jintroduċi l-Gvern li qed jipprojbilhom li jistgħu jikkomunikaw.", "Dawn huma affarijiet ċari.", "Issa jekk għandux raġun il-Gvern hija ħaġa oħra, imma li nħawdu l-affarijiet u ngħidu li l-Gvern qed jirreżisti għall-introduzzjoni ta' dan l-abbuż, m'huwiex minnu.", "Se mai, l-abbuż jew il-possibilita' ta' abbuż, jeżisti llum fil-liġi li għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-1991 u li jien qed ngħid li kienet anke teżisti fil-prattika.", "Dan l-abbuż, jekk veru huwa abbuż, il- Gvern irid ineħħih b'din l-emenda, imma mhux jingħad li l-Oppożizzjoni trid tintroduċi dan l-abbuż bl-emenda tagħha!", "GĦalhekk qed ngħid li l- affarijeit għandna ngħiduhom b'mod ċar u mhux inħawduhom għaliex min jaqra jew jisma' dak li qed jingħad, jieħu idea żbaljata ta' l-affarijiet.", "U għalhekk huwa importanti li kull emenda tiġi spjegata b'riferenza għall- artiklu li qed jiġi emendat u mhux ngħidu biss li dwar dik il-klawsola partikolari m'hemmx kwestjoni jew oġġezzjoni.", "Mela ladarba l-konċett ta' l- assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti preżenti fil-kamra tal- votazzjoni ġie attwat u mwettaq proprju għaliex il-partiti ma kellhomx fiduċja mija fil-mija - m'iniex qed ngħid li ma kellhom fiduċja xejn - jew kellhom xi suspetti f'numru ta' assistenti kummissjonarji magħżula mill- kummissjoni, illum dak in-nuqqas ta' fuduċja m'għadux japplika?", "Jekk ma għadux japplika, jekk għandna fiduċja sħiħa fl-assistenti kummissjonarji nominati mill-kummissjoni, allura m'għandniex għalfejn inħallu assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti, għaliex il-fatt li aħna ninsistu - m'iniex ngħid li m'għandux ikun hekk - li fil-kamra tal-votazzjoni jkun hemm assistenti kummissjonarji nominati mill-partiti fllimkien ma' l- assistenti kummissjonarji nominati mill-kummissjoni jimplika li m'għandniex fiduċja mija fil-mija fl-assistenti kummissjonarji nominati mill- kummissjoni.", "Allura l-konsegwenza loġika ta' dan il-fatt - u dan huwa fatt - hija li m'għandekx tagħti poteri assoluti lil ċerti nies li bl- insistenza tiegħek qed tinnomina assistenti kummissjonarji tiegħek biex jiċċekkjawhom, jistgħu jikkomunikaw huma biss.", "Jekk hemm argumenti superjuri għal dan l-argument, dawn għandhom isiru, imma m'għandniex għalfejn nipprovaw nattribwixxu lill-Oppożizzjoni ħwejjeġ li l-Oppożizzjoni m'hijiex qed tinsisti fuqhom.", "Wara kollox, is-sigriet tal-vot ma japplikax biss dwar jekk wieħed jivvotax għal partit jew għal ieħor, imma anke dwar jekk wieħed jivvotax jew le.", "L-Oppożizzjoni pproponiet li l-listi ta' dawk li ma jivvotawx ma jiġux mogħtija lill-partiti.", "Il-Gvern ma jridx jaċċetta din il-proposta imma jrid li jkun jaf min ma marx jivvota.", "Għaliex għandu jkun hekk?", "Għaliex il-Gvern hekk iħoss.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li meta qed ngħid il-\"Gvern\" qed nirriferi għall-Partit Nazzjonalista.", "Il- makna tal-Partit Nazzjonalista għamlet dan il-kalkolu u sabet li hekk jaqbel li jsir għall-Partit.", "Ħalli nerġa' niġi għall-punt li qegħdin niddibattu.", "Fil-kamra tal- votazzjoni jkun hemm numru ta' assistenti kummissjonarji nominati mill- kummissjoni - li għandhom ikollhom il-fiduċja mija fil-mija ta' kulħadd - u jkun hemm ukoll numru ta' assistenti kummissjonarji nominati mill- partiti.", "Nerġa' ngħid, il-fatt innifsu li l-partiti jinsistu - bir-raġun - li jkollhom assistenti kummissjonarji f'kull kamra tal-votazzjoni flimkien ma' l-assistenti kummissjonarji nominati mill-kummissjoni jfisser li l- partiti jridu jikkontrollaw lill-istess assistenti kummissjonarji nominati mill-kummissjoni li proprju għandhom igawdu mija fil-mija l-fiduċja ta' kulħadd.", "Mela minkejja l-premessa li suppost li l-assistenti kummissjonarji nominati mill-kummissjoni għandhom igawdu l-fiduċja ta' kulħadd mija fil-mija, il-partiti xorta jinsistu li jkollhom l-assistenti kummissjonarji nominati minnhom.", "Ladarba huwa aċċettat li jkun hemm assistenti kummissjonarji nominati mill- partiti, x'inhi r-raġuni li l-istat ta' fatt li jeżisti llum li dawn l- assistenti kummissjonarji ma jkunux biss bħala kandelabri li ma jistgħux jitkellmu ...", "Fil-fatt dawn mhux biss ma jistgħux jitkellmu, imma ma jistgħu jikkomunikaw bl-ebda mod, għaliex body language teżisti wkoll.", "Jiġifieri dawn la jistgħu jikkomunikaw b'għamża, la b'daħka u lanqas b'tislima għaliex meta wieħed isellem ikun qed jikkomunika wkoll; strettament dawn ma jistgħu jagħmlu xejn hemmhekk ħlief jibqgħu qishom mummji, jiċċekkjaw l-assistenti kummissjonarji nominati mill-Kummissjoni li proprju għandhom igawdu l-fiduċja ta' kulħadd mija fil-mija.", "U għalhekk l- emenda oriġinali tagħna kienet li d-drittijiet l-oħra kollha provduti minn dan l-Att m'għandhomx jiġu mittiefsa.", "Imma lanqas dik ma ġiet aċċettata.", "Għaliex?", "Għaliex tqanqal id-dubju li jista' jkun hawn xi dritt espress f'din il-liġi li dawn jistgħu jitkellmu u b'hekk tista' tkun kontradittorja.", "Aħna konna staqsejna fejn fil-liġi hawn imniżżel hekk għaliex m'hawn xejn li jgħid hekk.", "Il-fakulta' - mhux id-dritt - li jitkellmu toħroġ għaliex ma hawnx l-esklużjoni speċifika, kif se ndaħħlu issa.", "Imma l-Gvern qed jibqa' jopponi dawn is-suġġerimenti ta' l- Oppożizzjoni mingħajr ġustifikazzjoni ta' xejn u jġib argumenti li huma irrelevanti għall-kwestjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien m'għandix kummenti ġodda x'nagħmel, nista' biss nirrepeti dak li għidt u fil-qosor ħafna ngħid li l-ewwelnett l- Oppożizzjoni f'din is-seduta biddlet il-pożizzjoni tagħha.", "Fil-bidu tas- seduta bdejn b'emenda aċċettabbli emenda, purche' l-Oppożizzjoni se tagħmel emenda oħra rigward il-fatt li ċ-chairperson biss tal-kummissjonarji elettorali jkun jista' jikkomunika u allura dan ma jfissirx li neħħejna xi drittijiet.", "U r-risposta tiegħi dik kienet, li m'hemmx għalfejn ngħidu, għaliex m'aħniex qed inneħħu drittijiet, qegħdin ngħidu li jkun jista' jikkomunika biss iċ-chairperson tal-kummissjonarji elettorali.", "Sussegwentement l-Onor.", "Mifsud Bonnici qal li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li jkun hemm persuna li tiġi indikata bħala chairperson.", "Mill-bqija naħseb li l-argumenti l-oħra kollha diġa' ġew eżawriti miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jiena nerġa' ngħid li din hija rikkmandazzjoni unanima tal-Kummissjoni Gonzi u fiha ħafna sens fl-interess tal-votant.", "B'dan il-mod il-votant għandu dritt jivvota kif irid hu mingħajr ebda pressjoni u jekk ikollu bżonn ta' assistenza, din jagħtihielu ċ-chairperson ta' dak is-siġġu elettorali.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna jidhrilna li lill-votant għandek tagħtih id-dritt ta' l-għażla.", "F'ħafna affarijiet aħna konna niġu kkritikati li nċaħħdu d-dritt ta' l-għażla.", "Issa se nċaħħdu d-dritt ta' l- għażla fis-sens li minkejja li votant jista' jara assistent kummissjonarju li jappellalu iktar minn ieħor, dan la jista' jkellmu u lanqas jitlob l- għajnuna tiegħu.", "Qed inċaħħduh minn dan id-dritt ta' l-għażla.", "U dan qed nagħmluh biex ma jkunx hemm abbuż!", "Aħna jidhrilna li l-affarijiet qed naqilbuhom ta' taħt fuq.", "Intqal li l-pożizzjoni ta' l-Oppożizzjoni nbidlet matul id-dibattitu.", "Għalfejn isir dibattitu hawnhekk?", "Biex niġu hawnhekk u ngħidu x'inhi l- pożizzjoni oriġinali tagħna?", "Isir dibattitu biex matulu wieħed ikun jista' jew isaħħaħ l-opinjonijiet li jkollu, jew inkella jbiddilhom.", "Għalhekk niddibattu hawnhekk, mhux biex noqogħdu nirreċtaw.", "Allura jekk fil-bidu tad-dibattitu fuq dan il-punt l- Oppożizzjoni qalet xi ħaġa u matul id-dibattitu ħasset li l-pożizzjoni għandha tkun mod ieħor, m'għandekx għalfejn tikkritika lill-Oppożizzjoni.", "Wara kollox meta l-Gvern iressaq emendi għall-abbozz li jkun ressaq hu stess, xi jkun qed jagħmel?", "On second thoughts ikun ħasibha mod ieħor.", "Aħna altru li ma nikkritikawx lill-Gvern li jagħmel emendi għall-emendi stess li jkun ressaq fl-abbozz.", "M'hix ovvja li b'iktar riflessjoni u b'iktar dibattitu joħorġu ideat oħra u aħjar?", "Ma nistax nifhem għaliex din għandha tqanqal kritika jew bjażimu.", "Il-fundamentalisti biss ma jbiddlux l- ideat tagħhom u aħna m'aħniex daqshekk fundamentalisti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Chairman, ħalli ngħid xi ħaġa rigward il- kwestjoni tat-trusted person.", "Sal-lum ikun hemm żewġ assistenti kummissjonarji minn kull partit u naħseb li dan il-konċett għandu l-fiduċja tal-partiti.", "Issa meta qed ngħidu li jrid ikun hemm chairman fosthom, ifisser li fl-oħrajn kollha m'għandniex fiduċja għaliex lill-votant qed tobbligah li meta jidħol biex jivvota jikkomunika biss maċ-chairman.", "Jekk jiena bħala individwu ma jkollix fiduċja fiċ-chairman, għaliex bilfors għandi nkun marbut li nikkomunika miegħu biss?", "Inti, bħala Prim Ministru u bħala nazzjonalist għandek fiduċja fiċ-chairman, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni forsi jkollha fiduċja fiċ-chairman li jkun fit-tali polling booth, imma jien ikolli fiduċja biss f'wieħed mill-assistenti kummissjonarji.", "Issa dawn, kif qal l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, huma marbutin bis-sigriet li ma jistgħux joħorġu jgħidu min ivvota u min ma vvotax.", "Imma jiena se jibda jidħolli d-dubju li ċ-chairman jista' jikkomunika ma' xi ħadd barra dwar min ġie jivvota u min ma ġiex, bħalma ġara d-darba l-oħra.", "Per eżempju, qabel bil-liġi bniedem seta' jitlob l- għajnuna biss meta ma kiens ikun jaf jikteb u jekk xi ħadd kien jinqabad li talab l-għajnuna meta jkun jaf jikteb, kien jeħel multa jew xi piena oħra.", "Illum il-Partit Nazzjonalista din bidilha - għax hekk qabillu - u għamilha li bniedem għandu dritt jitlob l-għajnuna jekk irid.", "B'kumbinazzjoni, fl- aħħar elezzjoni, tant kien hawn nies imġienen jew inkella ma jafux jiktbu jew li qabdithom ir-rogħda - dik kienet l-iskuża - li kien hawn persentaġġ kbir ta' nies li talbu l-għajnuna.", "U din il-proċedura ħadmet għaliex bniedem kien jidħol u jitlob l-għajnuna ta' min irid.", "Issa f'daqqa waħda l- Gvern Nazzjonalista, il-Partit Nazzjonalista, din irid jibdilha u jagħmilha li bniedem irid bilfors ikollu fiduċja fiċ-chairman li jkun magħżul mill-Kummissjoni Elettorali.", "Issa jiena x'garanzija għandi li se jkolli fiduċja f'dak iċ-chairman?", "Nagħtu każ li jkun hawn 400 polling booth; allura inti se ġġegħelni bilfors ikolli fiduċja f'dawk l-400 chairmen?", "Jekk jiena nidħol fil-kamra u t-tali chairman ma jogħġobnix - f'dawn l-affarijiet kulħadd bil-passjoni, aħseb u ara meta jkun hawn id- deni ta' l-elezzjoni - ...", "L-anġli biss huma indipendenti; lanqas ix- xitan m'hu indipendenti.", "Imma allura issa se ġġegħelni bilfors ikolli fiduċja fiċ-chairman sempliċement għaliex hekk qabillu l-Partit Nazzjonalista, għaliex Austin Gatt ħolom hekk?", "Mhux inti, għaliex inti f'dawn l-affarijiet ma tindaħalx; ilestihomlok il-Partit Nazzjonalista u tiġi hawnhekk u tagħmilhom.", "(Interruzzjonijiet) Ma lestithielek il- Kummissjoni xejn; din lestihielek Austin Gatt.", "Mhux bilfors il- Kummissjoni trid tagħżilhom?!", "Jekk il-Kummissjoni għażlet ċertu chairman ... u jien m'għandix fiduċja fih, għaliex qed torbotni li bilfors irrid immur fuq dak iċ-chairman?", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx issemmi l- Kummissjoni, dik ħawdet tant!", "Darba kontu tgħajruna għax qsamna Santa Venera, daqsxejn ta' raħal.", "Kontu għamiltu storja u inti stess ġejt tgħid għax qasmuh fi tlieta.", "Allura l-Kummissjoni għamlet tajjeb għax qasmitu fi tlieta?", "Inti lanqas taf fejn hi Santa Venera għax meta staqsejtek ma kontx taf li nqasmet fi tlieta.", "Issa tiġi tgħidli biex ikolli fiduċja fil- Kummissjoni?!", "Kieku jkun hemm erbgħa, sitta jew tmienja jista' jkolli fiduċja f'wieħed, imma li tobbligani li jkolli fiduċja f'wieħed biss, le.", "U għax għidtu li jrid isir hekk, bilfors irid isir hekk.", "Toqogħdux twaħħlu fil-Kummissjoni; għidu li dawn huma r-regolamenti għall-elezzjoni li jmiss, l-aħħar darba qablilkom tagħmlu \"hekk\" u issa jaqblilkom tagħmlu mod ieħor.", "Imma mhux twaħħlu fil-Kummissjoni.", "Din bħal tal-kunsilli; fejn jaqblilkom tinħbew wara l-kunsilli u meta tiġi tajba toqogħdu tfaħħru lill-Gvern u lill-Partit Nazzjonalista.", "Xbajna nisimgħu, ilkom sejrin hekk tmien snin.", "Fejn hu tajjeb tieħdu l-unur intom u fejn hu ħażin tgħidu li mhux intom responsabbli, imma l-kunsilli.", "Fejn qablilkom għidtu li r-rapport tal- Kummissjoni Gonzi huwa tajjeb u fejn qablilkom għidtu li huwa ħażin.", "Fejn qablilkom għidtu \"għamilna kummissjoni, oqogħdu għaliha\" u fejn qablilkom għidtu li m'għandniex noqogħdu għaliha.", "Dan hu t-taħwid li qed tħawwad.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fit-8.36 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fit- 8.56 p.m.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU 334", "FAVUR : 29", "L-Onor", "|Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard |Mifsud Bonnici Karmenu | |Montalto John| | |Bartolo |Mintoff Dom | |Evarist | | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Moran Vincent | |Buhagiar |Muscat Philip | |Charles | | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Louis | | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Debono Grech |Sant Salvu | |Joe | | |Farrugia |Schembri Adami Sandro | |Michael | | |Farrugia Noel|Spiteri Lino | |Gatt George |Vella George | |Grech Edwin |Vella Karmenu | |Mangion | | |Charles | | | | |", "KONTRA : 33", "L-Onor", "|Asciak |Galea Louis | |Michael | | |Bonello du |Galea Mario | |Puis George | | |Bonnici Josef|Gatt Lawrence | |Bonnici |Hyzler George | |Michael | | |Borda Manuel |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Joseph |Muscat Claude | |Borg Tonio |Muscat Richard | |Cassar Joe |Psaila Savona Joe | |Cuschieri |Refalo Louis | |Louis | | |Dalli John |Refalo Michael | |Debono |Spiteri Carm Lino | |Giovanna | | |Deguara Louis|Tabone Anton | |Demarco Guido|Vella John | |Falzon |Zammit Ninu | |Michael | | |Fenech Adami |Zammit Stanley | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Dimech Francis | |Frendo | | |Michael | | | | |", "L-emenda \"U\" m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 29.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 29 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 30 - Emenda ta' l-artikolu 58 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 30 - Amendment of section 58 of the principal Act.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Chairman, klawsola 30 temenda artiklu 58 ta' l-Att prinċipali u tittratta l-iskwalifiki u l-pubblikazzjonijiet ta' ismijiet ta' l-assistenti kummissjonarji.", "Fil-fatt hawn qed ngħidu li ma' l-iskwalifiki nżidu li wieħed ma jistax ikun nominat bħala assistent kummissjonarju jekk ma jkunx imniżżel bħala elettur fir-reġistru elettorali.", "Din ukoll hija konsegwenza tar-rikkmandazzjoni tal-Kummissjoni Gonzi li hemm f'paġna 25, artiklu 32 tar-rapport tal-Kummissjoni.", "Pero' hawn irrid nirrimarka li fir-rapport tal-Kummissjoni hemm żball; ir- riferenza għal subartiklu 56 (1) trid tkun għal subartiklu 58 (1) ta' l-Att prinċipali.", "Fil-fatt il-Kummissjoni tirrikkmanda hekk:", "\"Il-Kummissjoni Elettorali għandha tkun obbligata li taħtar bħala assistenti kummissjonarji persuni li jkunu kwalifikati u li jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond it-termini tal-Liġi Elettorali.", "Barra minn dan ... \"", "- din hija l-emenda li qed tiġi introdotta permezz ta' subklawsola 30 (a) -", "\"... għandha tiżdied l-iskwalifika li persuni li m'humiex reġistrati bħala eletturi ma jistgħux jiġu nominati jew magħżula bħala assistenti kummissjonarji.\".", "Subklawsola 30 (b) tgħid li wara l-kliem \"mhux idoneju\" għandu jidħol il- kliem \"jew mhux biżżejjed kwalifikat\"; naturalment qed nitkellmu fuq l- iskwalifika ta' assistenti kummissjonarji.", "Naħseb li fuq dan m'għandux ikun hemm problemi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karmenu Mifusd Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna nħossu li l-kliem \"mhux idoneju\" għandu jkun biżżejjed.", "Bil-kliem \"jew mhux biżżejjed kwalifikat\" inkunu qed nestendu d-diskrezzjoni żżejjed.", "Min se jkun jista' jiddeċiedi x'inhuma l-l-kwalifiki li jintitolaw lil wieħed li jkun assistent kummissjonarju?", "Aħna nħossu li m'għandniex għalfejn nestendu d- diskrezzjoni daqshekk.", "Għalhekk nissuġerixxu li paragrafu (b) ta' klawsola 30 jiġi mħassar.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ngħid li l-proposta ta' l-Abbozz ta' Liġi tagħmel sens għaliex għalkemm l-idonejita' tista' tinkludi l-konċett ta' \"biżżejjed kwalifikat\", il-kelma \"idoneju\" forsi tista' tirriferi aktar għal kwalifiki ta' maturita' u serjeta', li naturalment huma essenzjali biex jirrenduk idoneju, milli li wieħed ikun biżżejjed kwalifikat.", "Per eżempju, jista' jkun li wieħed ma jkunx jaf jikteb.", "(Interruzzjonijiet) Il-kelma \"idoneju\" tista' tfisser li wieħed irid ikun responsabbli, eċċ. Per eżempju, ma naħsibx li għandna nagħmlu assistent kummissjonarju li ma jafx jaqra; forsi tista' tgħid li la ma jafx jaqra allura m'hux idoneu.", "Veru li hija ftit plijonastika.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk il-funzjoni tirrikjedi li wieħed ikun jaf jaqra u jikteb allura min ma jafx jaqra u jikteb m'hux idoneu.", "Imma jekk tgħid \"mhux biżżejjed kwalifikat\" jew xi ħaġa oħra, tkun qisek qed iddaħħal xi kwalifika akkademika.", "Nixtieq li ma nerġgħux immorru lura għal dak iż-żmien meta l-pajjiż kien jikkonsidra li l-uniċi nies li kienu kapaċi jaqdu d-dmir ta' kummissjonarji - mhux qed ngħid assistenti kummissjonarji - kienu l-professjonisti, in-negozjanti jew il-benestante.", "Kien hemm żmien meta l-Kummissjoni kienet magħmula minn avukati u forsi kien ikun hemm wieħed top civil servant.", "Issa qed ngħidu li l-kelma \"idoneu\" hija biżżejjed għall-kwalifika ta' assistenti kummissjonarji.", "Ma naħsbux li hemm ġustifikazzjoni biżżejjed biex inżidu l-konċett ta' \"mhux biżżejjed kwalifikat\".", "GĦalhekk nissuġġerixu li paragrafu (b) ta' din il-klawsola għandu jitneħħa.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif diġa' għidt, l-intenzjoni ta' l-emenda hija li l-kelma \"idoneu\" donnha tirriferi għall-karattru, serjeta', eċċ., pero' naħseb li għandu jkun hemm kwalifika.", "Jiena semmejt l-eżempju estrem li wieħed jista' jkun idoneu għar-rigward ta' karattru, imma ma jafx jaqra u jikteb.", "F'dan il-każ naħseb li l-Kummissjoni tgħid li m'għandux jiġi nominat.", "Naċċetta wkoll li jekk tgħid li ma jafx jaqra, allura tista' tgħid li m'huwiex idoneu.", "B'din l-emenda qed namplifikaw ftit il- kwalifika.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nipproponi emenda għal klawsola 30:", "\"V\" Ħassar il-paragrafu (b) tal-klawsola 30.", "\"V\" Delete paragraph (b) of clause 30.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 30 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"V\" ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 30.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 30 għaddiet u ġiet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 31 - Emenda ta' l-artikolu 59 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 31 - Amendment of section 59 of the principal Act.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Rimarki.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Klawsola 31 hija riżultat tar-rikkmandazzjoni tal-Kummissjoni kif tidher f'paragrafu 34 tar-rapport.", "Il-Kummissjoni tgħid li t-terminu li fih il-partiti jistgħu joġġezzjonaw għan-nomini ta' assistenti kummissjonarji elettorali għandu jiżdied minn jumejn għal erbat ijiem.", "Il-liġi tipprovdi jumejn biex fihom il-partiti jkunu jistgħu joġġezzjonaw għan-nomina ta' assistent kummissjonarju, imma jumejn huma ftit u għalhekk il-Kummissjoni Gonzi rrikkmandat li jiżdiedu għal erbat ijiem.", "Il-Gvern qed jilqa' din ir-rikkmandazzjoni u qed jintroduċi din l- emenda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni m'għandha xejn kontra din l- emenda; fil-fatt kienet issuġġerietha hi stess fl-abbozz ta' liġi propost minnha.", "Pero' l-Oppożizzjoni tipproponi li tidħol emenda oħra għal artiklu 59 ta' l-Att prinċipali.", "Subartiklu 59 (7) jgħid hekk:", "\"Wara d-distribuzzjoni finali ta' l-Assistenti Kummissjonarji kollha u sa tmiem il-votazzjoni, tkun il-Kummissjoni waħedha li jkollha l-jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji sakemm dan isir biss għal raġunijiet gravi u suffiċjenti u b'dak il-mod li jkun jassigura li meta l-Assisstent Kummissjonarju sostitwit ikun wieħed nominat minn partit politiku, is-sostitut tiegħu għandha tkun persuna nominata mill- istess partit, sakemm għadd biżżejjed ta' Assistenti Kummissjonarji jkunu ġew nominati minn dak il-partit .\".", "Aħna nipproponu li minflok il-kliem \"tkun il-Kummissjoni waħedha li jkollha l-jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji sakemm dan isir\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-Kummissjoni ma jkollhiex jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji ħlief bil-kunsens tal-partiti politiċi\", għax inkella l-Kummissjoni Elettorali se jkollha d-dritt assolut li tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji.", "Huwa veru li fis-subartiklu li kkwotajt hemm miktub li s-sostituzzjoni trid tkun għal raġuni tajba u suffiċjenti, imma nħossu li l-partiti politiċi jridu jagħtu l-kunsens tagħhom.", "GĦalhekk qed nissuġġerixxu li s-subartiklu jiġi jaqra hekk:", "\"Wara d-distribuzzjoni finali ta' l-Assistenti Kummissjonarji kollha u sa tmiem il-votazzjoni, il-Kummissjoni ma jkollhiex jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji ħlief bil-kunsens tal- partiti politiċi ...\",", "- jiġifieri jinqatgħu l-kliem \"tkun il-Kummissjoni waħedha li jkollha l- jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji\" -", "\"... u biss għal raġunijiet gravi u suffiċjenti ...\"", "B'hekk tħalli lok li l-partiti politiċi jistgħu joġġezzjonaw għas- sostituzzjoni ta' l-Assistenti Kummissjonarji.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"W\" Fl-aħħar tal-klawsola 31 wara l-kliem \"erbat ijiem\" għandu jiżdied dan li ġej:", "\"u fis-subartikolu (7) ta' l-artikolu 59 ta' l-Att prinċipali minflok il-kliem \"tkun il-Kummissjoni waħedha li jkollha l-jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji sakemm dan isir\" għandhom jidħlu l-kliem \"il-Kummissjoni ma jkollhiex jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji ħlief bil-kunsens tal-partiti politiċi\"\".", "\"W\" At the end of clause 31, immediately after the words \"four days\" there shall be inserted the following:", "\"and in subsection (7) of section 59 of the principal Act, the words \"the Commission alone shall have the right to substitute Assistant Commissioners\" are to be substituted by the words \"the Commission shall not have the right to substitute Assistant Commissioners, except with the consent of the political parties\"\".", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naħsibx li nista' nilqa' din l-emenda għar- raġuni ovvja li f'dan l-istadju finali, ma jistax ikun hemm ħela ta' żmien u tfixkil li jista' jkun inutli.", "Naħseb li s-salvagwardja tal-partiti ġejja mill-fatt li jekk il-Kummissjoni għal raġunijiet gravi tissostitwixxi assistent kummissjonarju nominat minn partit, tissostitwih b'ieħor nominat mill-istess partit.", "Naħseb li din hija garanzija biżżejjed għall-partiti politiċi.", "Li ngħidu li l-partiti politiċi f'dan l-istadju aħħari jridu jiġu konsultati u d-deċiżjoni tittieħed bil-kunsens tagħhom, naħseb li nkunu qed ninċampaw ix-xogħol tal-Kummissjoni f'mument delikat, importanti u li b'ebda mod m'għandu jkun frustrat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tajjeb li wieħed jagħmilha ċara li qed nitkellmu fuq wara li l-Kummissjoni tkun diġa' għażlet fejn għandhom iservu l-assistenti kummissjonarji.", "Qed nitkellmu fuq sostituzzjoni ta' l- assistenti kummissjonarji \"wara d-distribuzzjoni finali ta' l-Assistenti Kummissjonarji\", u mhux qabel.", "Dan hu l-punt.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk tissostitwihom wara, għal raġunijiet gravi - u jridu verament ikunu gravi, per eżempju l-Kummissjoni tinduna li assistent kummissjonarju b'xi mod qed ibagħbas - allura għandha taġixxi u mhux tistaqsi jekk il-partiti jaqblux għax inkella kull partit ikollu l- veto.", "U ma naħsibx li jagħmel sens li jsir hekk.", "Is-sens prattiku tal- kontroll tal-partiti ġej mill-fatt li assistent kummissjonarju li jkun ġie nominat minn partit jiġi sostitwit b'ieħor nominat mill-istess partit.", "Pero' ma naħsibx li f'dak l-istadju delikat għandna ngħidu li biex tbiddel assistent kummissjonarju - u dan ġieli ġara għax ikun hemm rapporti fuq kif wieħed iġib ruħu - trid toqgħod tlaqqa' lill-partiti u tiddiskuti magħhom biex ikun hemm consensus, kif jingħad fl-emenda li qed tipproponi l- Oppożizzjoni li tgħid \"bil-kunsens tal-partiti\".", "F'dawn l-affarijiet trid tara x'ikunu l-allegazzjonijiet.", "Jekk ikun hemm allegazzjonijiet li b'xi mod kummissjonarju pprova jbagħbas favur partit, ma nafx kemm dak il-partit jibqa' jiddefendih; għandi nassumi li għas-serjeta' tal-partit innifsu ma jibqax jiddefendih.", "Pero' ma naħsibx li f'dak il-mument delikat għandna nintralċjaw ix-xogħol tal-Kummissjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-sottomissjoni ta' l-Oppożizzjoni hija bil-maqlub.", "Biex ma jkunx hemm possibilita' li wieħed juża dan id-dritt għad-detriment ta' xi ħadd, dan id-dritt m'għandux ikun mogħti f'idejn il- Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni għandha kwalunkwe dritt li sakemm tagħmel id- distribuzzjoni finali, tuża l-kriterji tagħha biex toġġezzjona għall- assistenti kummissjonarji, imma wara li tkun eżerċitat dik id-diskrezzjoni, m'għandhiex ikollha d-dritt li tissostitwixxi dak li tkun diġa' għażlet, jekk mhux bil-kunsens tal-partiti.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li ladarba l- Kummissjoni Elettorali tkun diġa' wżat il-ġudizzju tagħha u ddistribwiet lill-assistenti kummissjonarji, m'għandhiex tbiddilhom f'dak l-istadju fejn jista' jagħti l-każ li jew ma jkunx hemm iktar assistenti kummissjonarji ta' dak il-partit biex jiġu nominati, jew inkella ma jkunx hemm aktar assistenti kummissjonarji li jkunu adattati għal ċerti postijiet.", "Ftit ilu għidna li l-partiti għandhom id-dritt jindikaw assistenti kummissjonarji għad-djar ta' mistrieħ u sptarijiet.", "Allura f'dak il-każ il-Kummissjoni m'għandhiex twarrab lil dawk in-nies indikati bħala adattati u tissostitwihom b'nies forsi inqas adattati jew mhux adattati għal dak ix- xogħol.", "GĦalhekk l-Oppożizzjoni qed tgħid li dan id-dritt m'għandux jiġi eżerċitat jekk mhux bil-kunsens tal-partiti.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-raġunijiet gravi f'dak l-istadju ma jkunux li wieħed m'huwiex adattat - dak il-proċess ikun diġa' nqabeż - imma li l- komportament ta' l-assistent kummissjonarju ma jkunx tajjeb.", "Jiġifieri l- Kummissjoni ma tkunx qed tara aktar jekk huwiex kompetenti, idoneu jew kapaċi.", "Li jista' jiġri huwa li l-Kummissjoni tħoss in-neċessita' gravi li tissostitwih minħabba l-komportament tiegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Irridu niftakru li meta ġejna għan-nomina ta' l-assistenti kummissjonarji tajniehom id-dritt ta' l-appell.", "F'dan il- każ qed ngħidu li l-Kummissjoni waħedha tista' tissostitwixxi assistent kummissjonarju.", "Jista' jagħti l-każ li l-Kummissjoni tissostitwixxi assistent kummissjonarju li jkun adattat għal ċertu xogħol partikolari u jkun intgħażel minħabba f'hekk.", "Kif diġa' għidt, fil-liġi diġa' ġie provdut li l-partiti jistgħu jindikaw nies adattati għal ċerti postijiet, bħalma huma djar ta' mistrieħ u sptarijiet.", "Biex wieħed jelimina dik il- possibilita', is-sostituzzjoni m'għandhiex titħalla ssir mill-Kummissjoni Elettorali waħedha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija l-emenda għal klawsola 31 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "L-emenda \"W\" ma għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 31.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 31 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Fid-9.20 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Periti - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Kumitat (Kont.);", "Riżoluzzjoni dwar Ħtiġijiet Speċjali tal-Kunsilli Lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz tas-Sigurta' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) (Abbozz Nru 124) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) (Abbozz Nru 125) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku - it-Tieni Qari; U xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, illum huwa lejlet l-ikbar festa tal- ħaddiema, Jum il-Ħaddiem, festa li tiġi ċċelebrata mhux biss f'pajjiżna, imma tradizzjonalment kważi madwar id-dinja kollha.", "Kien hawn żmenijiet meta f'pajjiżna kienu jgħajru lill-Partit Laburista għax kien jiċċelebra din il-ġurnata, imma nistgħu ngħidu li din il-festa llum tiġi ċċelebrata minn kull partit politiku f'pajjiżna.", "Ħassejt li hija ħaġa xierqa li lejlet din il-festa tal-ħaddiema nitkellem ftit fuq il-politika ġdida tal- Partit Laburista għal dak li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ u d-dinja tax- xogħol.", "Il-mira ta' din il-politika hija li l-ewwelnett ikun hawn iktar sigurta' fl-impiegi għaż-żgħażagħ.", "Ħafna drabi nisimgħu li ħafna żgħażagħ qed ibiddlu l-impieg.", "Mill-aspett ekonomiku, dan huwa ċċitat bħala xi ħaġa pożittiva - għalkemm din il-mobilita' mhux bilfors li hija xi ħaġa pożittiva, anzi ħafna drabi tista' tqisha bħala insigurta'; bniedem ma jkunx daqshekk ċert mill-post tax-xogħol li jkollu, ma jarax prospetti ta' avvanz u allura ħafna drabi jipprova jmur xi mkien ieħor.", "It-tieni mira tal-politika ġdida tal-Partit Laburista dwar iż-żgħażagħ u d-dinja tax-xogħol hija li jkun hawn iktar opportunitajiet ġusti u ugwali għaż-żgħażagħ.", "B'dawn iż-żewġ miri quddiem għajnejna, wieħed imbagħad jasal għall-famuża \"kif\", jiġifieri kif se tiġi mwettqa din il-politika.", "Bħala bażi sseħħ implimentazzjoni sħiħa tad-direttivi li joħorġu mill- Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-ILO.", "Dan huwa body li fih huma rappreżentati kważi l-pajjiżi kollha tad-dinja, u hemmhekk jinġabru u joħorġu guidelines jew direttivi dwar kif il-pajjiżi għandhom jimxu fil- qasam ta' l-impiegi.", "Aħna qegħdin ngħidu li dawn id-direttivi internazzjonali għandhom ikunu ta' gwida għalina f'dan il-qasam u għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ għall-qasam tax-xogħol.", "Illum nisimgħu ħafna ftaħir li hawn full-employment fil-pajjiż, li m'hawnx nies ifittxu x-xogħol u li kull min jixtieq jaħdem jista' jaħdem.", "Naħseb li r-realta' tas-sitwazzjoni hija ferm 'il bogħod miċ-ċifri uffiċjali li ħafna drabi jiġu ċċitati f'din il-Kamra.", "Nemmen li fil-pajjiż għad hawn ħafna nies li qed ifittxu impieg u jixtiequ jaħdmu, imma mhux qed isibu l-opportunitajiet.", "Din il-ġimgħa fil-Gazzetta tal-Gvern ġew ippubblikati xi regolamenti dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol.", "GĦall-ewwel ħsibt li dan se jkun pass fid-direzzjoni t-tajba, imma mbagħad rajt fid-dettal x'hemm f'dawn ir-regolamenti u sibt, per eżempju, li l-kelma \"tifel\" tfisser persuna taħt il-15-il sena, filwaqt li \"żgħażagħ\" huma persuni bejn il-15-il sena u t-18-il sena.", "Bħallikieku żgħażagħ ta' 'l fuq minn 18-il sena ma jimmeritawx protezzjoni adegwata fuq il-post tax-xogħol.", "Jista' jkun hawn min jgħid li dawn jidħlu taħt il-liġi ġenerali, imma naħseb li llum dak li qed jiġri fil-pajjiż jimmerita li jkun hemm definizzjoni aktar wiesgħa b'mod li tirrispekja x-xewqa ta' kulħadd li ż-żgħażagħ jaħdmu f'ambjent fejn ikun hemm aktar sigurta' u jgawdu opportunitajiet ġusti u ugwali fuq postijiet tax-xogħol.", "Dan l-aħħar ħarġu l-famużi regolamenti tant mistennija dwar il-part- timers li jaħdmu 20 siegħa jew iktar fil-ġimgħa.", "Dawn issa jikkwalifikaw għal ċerti benefiċċji, fosthom leave pro rata, eċċ. Pero' jidher li dawn ir-regolamenti sfax fix-xejn għax qed jolqtu ħażin billi ħafna nies qed iduru ma' din il-liġi.", "Diversi employers li kienu jimpjegaw żgħażagħ part- time għal iktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, illum qed jgħidulhom li se jnaqqsulhom siegħa fil-ġimgħa biex ma jikkwalifikawx għall-benefiċċji li suppost li jikkwalifikaw għalihom, bħal pro rata leave, bonuses, eċċ. B'hekk qed jiġri li fejn l-aktar li hemm ħtieġa ta' protezzjoni u sigurta' għaż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol, l-aktar li qed jinħass dan in-nuqqas.", "L-ewwel prijorita' tal-politika ġdida Laburista hija li żgħażagħ li jkunu ilhom żmien twil qiegħda jiġu integrati darba għal dejjem fid-dinja tax- xogħol.", "Aħna ma naċċettawx li f'pajjiż modern u demokratiku jkun hemm żgħażagħ qiegħda għal ħames snin jew sitt snin.", "Dan huwa riżors uman moħli, biex ngħid hekk.", "X'inċentiv hemm biex lil dawn iż-żgħażagħ jinstabilhom impieg?", "Jissemmew il-korsijiet ta' l-ETC, imma mhux l-ewwel darba li żgħażagħ ingħataw diversi korsijiet mingħajr ebda prospetti ta' impieg.", "Aħna nemmnu li għandhom jiġu mnedija skemi biex dawk iż-żgħażagħ li ilhom żmien twil qiegħda jingħataw prijorita' ħalli jinstabilhom impieg.", "Dawn iż-żgħażagħ għandhom jiġu ggwidati u megħjuna biex isibu xogħol adattat għalihom skond il-kapaċitajiet, it-tagħlim u t-talenti individwali tagħhom.", "Hija ħasra li tara żgħażagħ li jkollhom talent jew ċerta kapaċita' f'qasam li jkunu tħarrġu fih u minħabba nuqqas ta' ppjanar u management serju fil-pajjiż, jispiċċaw f'postijiet tax-xogħol li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dak li jkunu tħarrġu għalih u, agħar minn hekk, kontra qalbhom għax ma jsibux opportunitajiet differenti ta' xogħol.", "Permezz tal-politika ġdida Laburista nikkombattu flimkien l- esplojtazzjoni taż-żgħażagħ bħala għajn ta' xogħol irħis.", "Ħafna drabi ssib employers li jimpjegaw żgħażagħ proprju biex jiffrankaw il-flus għax ikunu jafu li dik tkun l-ewwel esperjenza tax-xogħol tagħhom, ikunu jridu mpieg u jaqilgħu ftit flus, u allura jaċċettaw l-ewwel post li jsibu.", "Issib żgħażagħ li jidħlu jaħdmu mingħajr ma jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet u r- responsabbiltajiet tagħhom.", "Aħna nemmnu li din hija xi ħaġa li għandha tispiċċa darba għal dejjem.", "Fil-postijiet tad-divertiment, fil-media u fuq il-postijiet tax-xogħol għandhom jitfasslu miżuri u jittieħdu passi kontra l-esplojtazzjoni sesswali fost in-nisa żgħażagħ u għandha tingħata kull opportunita' xierqa lin-nisa żgħażagħ biex jidħlu għal xogħol li tradizzjonalment m'huwiex meqjus femminili.", "Qegħdin ngħidu wkoll li fil- guidance u fil-pariri dwar karrieri li jingħataw liż-żgħażagħ m'għandux ikun hemm żbilanċ sessista kontra n-nisa u għandhom jiġu integrati miżuri li jaħsbu għat-trażżin tad-diskriminazzjoni abbażi ta' sess fuq il- postijiet tax-xogħol.", "Dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jieħdu l-inizjattiva li jaħdmu għal rashom għax iħossuhom kapaċi jfasslu post tax-xogħol għalihom infushom minflok ma jsibu impieg, għandhom jiġu inkoraġġiti billi jitfasslu xi skemi ġodda.", "Fl-opinjoni tiegħi, fil-passat sar tentattiv fjakk min- naħa ta' l-awtoritajiet preżenti u minkejja r-rieda li tingħata din it-tip ta' għajnuna, xorta waħda baqa' ħafna nies kapaċi jieqfu fuq saqajhom imma mhux qed isibu l-wisa' u l-opportunitajiet ġusti u ugwali biex jagħmlu dan.", "Fil-ftit ħin li fadal nixtieq ngħid xi ħaġa dwar kif ċerti impjegati għadhom jiġu ttrattati f'pajjiżna.", "Ftit jiem ilu smajna lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jikkummenta dwar il-Management Systems Unit.", "Ta' min ifakkar li l-għan ta' din l-azjenda huwa li torganizza r-riforma tas-servizz ċivili f'pajjiżna.", "Jiena ltaqjt u tkellimt ma' xi ħaddiema li l-MSU ssejħilhom contractors, għax tagħmel kuntratti magħhom għal servizzi bħalma huma maintenance, cleaning, eċċ. Jien informat li fil-preżent hemm madwar 20 persuna f'din il-qagħda, impjegati mal-MSU, b'kuntratt ta' tliet snin, jitħallsu bis-siegħa u ma jgawdu minn ebda benefiċċju ta' leave jew bonus.", "Mhux talli hekk, talli peress li jissejħu kuntratturi, il-bolla jħallsuha bħala persuni self-employed.", "Meta daħlet il-VAT bdew isiru xi tibdiliet u kien hemm imbottar biex dawn in-nies jiġu impjegati mal-MSU bil-ktieb tax- xogħol u mhux jibqgħu qishom ħaddiema għal rashom.", "Minkejja li jidher li ma kienx hemm oġġezzjoni għal dan it-tentattiv min-naħa ta' l-ETC, donnu hemm interessi biex din is-sitwazzjoni ma tinbidlix.", "Jien informat li hemm nies li qed jidħlu ġodda bħala impjegati f'dawn l-oqsma, filwaqt li lil dawk in-nies li qegħdin f'din is-sitwazzjoni ta' sistema ta' kuntratti, qed jgħidulhom li għad m'hemmx il-possibilita' li jirranġawlhom li jiġu impjegati skond kif qegħdin attwalment jaħdmu.", "Meta wieħed jifli għaliex qed jiġri dan, isib li hemm sistema fejn nies imorru jirreġistraw ma' l-ETC għal ftit jiem imbagħad wara ftit ġimgħat jiġu impjegati mal-MSU minn Deputat Nazzjonalista - jekk ikun hemm bżonn lest li anke nsemmi ismu - naturalment tramite l-ETC biex kollox jgħaddi through the regular channel.", "Fl-istess ħin hemm oħrajn li qed ifittxu x-xogħol f'dawn l-oqsma, ilhom jirreġistraw aktar ma' l-ETC imma mhux qed jiddaħħlu għax jidħol ħaddieħor minflokhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa abbuż; diġa' smajt b'każ ta' raġel u tliet nisa li daħlu mal-MSU b'din il-manjiera.", "Ta' min ifakkar li fuq kollox l-MSU hija dik l-istruttura li qed tonfoq il-miljuni - mhux eluf ta' liri - minn flus il-poplu biex tipprova tirriforma s-servizz ċivili u għaldaqstant jidhirli li għandha tkun minn ta' l-ewwel biex tagħti eżempju tajjeb ta' kif għandhom jiġu ttrattati l-impjegati.", "Mhux sewwa li jsir ħafna tixwix fost l-impjegati tal-MSU - hemm diversi li nafhom jiena personalment u li huma Laburisti - billi jgħidulhom li jekk jitla' l-Partit Laburista jitilfu l-l-impieg tagħhom.", "Il-Partit kien ċar fuq dan il-punt.", "Fil-politika ġdida Laburista qed ngħidu li m'għandha ssir ebda diskriminazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' impiegi fil-pajjiż.", "Xbajna nisimgħu li bniedem ġie impjegat minħabba l-kulur u mhux kulur.", "Naħseb li issa din hija xi ħaġa li għandna nitfgħuha warajna.", "Jiena persważ li sakemm bniedem jagħmel xogħlu skond it-talenti u l-kapaċitajiet tiegħu u jaġixxi kif għandu jaġixxi fuq il-post tax-xogħol, m'għandux minn xiex jibża'.", "Nafu li li għandna problemi kbar mhux biss fost iż-żgħażagħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' impiegi u karrieri, imma anke fost irġiel u nies li huma ta' 'l fuq minn ċerta eta' - speċjalment minn 40 sena 'l fuq - u jixtiequ jsibu xogħol.", "Għal dawn in-nies, meta jitilfu l-impieg tagħhom tkun donnha spiċċat id-dinja għax ma qed isibu ebda possibilita' oħra.", "Lil dawn in-nies mhux qed ninsewhom u l-Partit Laburista żgur li se jniedi skemi għal din il-kategorija ta' nies.", "Jiena bħala l-kelliem ewlieni ta' l- Oppożizzjoni dwar il-qasam taż-żgħażagħ ridt nagħmel dawn il-kummenti dwar il-politika ġdida Laburista f'dan is-settur u ċert li din il-politika tinżel tajjeb fost iż-żgħażagħ.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rirmarki.", "L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Mr Speaker, din il-ġimgħa l-Partit tal-Ħaddiema jfakkar żewġ avvenimenti kbar.", "L-ewwel avveniment huwa tat-28 ta' April ta' l-1958 meta l-ħaddiem Malti ngħaqad u beda l-ġlieda għall-ħelsien ta' pajjiżu u l-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien kien irriżenja għax ma riedx iservi ta' tapp tal-Gvern Ingliż.", "Fil-Parlament Malti dak iż-żmien kienet għaddiet b'maġġoranza l-Break With Britain Resolution u l-Partit tal- Ħaddiema waħdu, mingħajr għajnuna ta' ħadd, kien beda l-ġlieda vera għall- ħelsien ta' Malta.", "Hawnhekk irrid insellem lill-ħaddiema tad-Dockyard, tas-Servizzi, tax-Xatt u lill-ħaddiema in ġenerali li dak iż-żmien ingħaqdu wara l-Moviment tal-Ħaddiema, il-General Workers' Union u l-Partit Laburista biex, flimkien, fit-28 ta' April taw bidu biex il-poplu Malti jikseb il-ħelsien tiegħu.", "Kienet triq iebsa li matulha l-poplu Malti bata, mar il-ħabs, tilef il-jobs, issawwat, tkisser imma baqa' jiġġieled.", "Matul dawk iż-żmenijiet, filwaqt li l-ħaddiema kienu qed jiġu tturufnati għaliex kienu bi ħġarhom wara l-mexxejja tagħhom, jiġġieldu għall-ħelsien ta' Malta, ħaddieħor kien qed iċekċek it-tazzi u jispjuna biex il-Laburisti jitilfu l-jobs, jiġu mkaxkra quddiem il-qorti u jintbagħtu l-ħabs.", "Hija ħaġa sabiħa li nsemmu l-Assedju l-Kbir u lil La Valette, imma donnu ħadd ma jsemmi lill-ħaddiema li ġġieldu fl-Assedju l-Kbir.", "Huwa tajjeb li nsemmu s- Sette Giugno meta erba' ħaddiema tilfu ħajjithom, imma daqstant ieħor huwa tajjeb li nsemmu t-28 ta' April 1958, meta l-ħaddiem ingħaqad wara l- mexxejja tiegħu biex iġib il-ħelsien ta' pajjiżu.", "Dak iż-żmien il-Moviment tal-Ħaddiema kien waħdu; ma kellu lil ħadd miegħu, la lill-Partit Nazzjonalista u lanqas lill-qassisin politikanti.", "Kien għaddej jiġġieled waħdu, jaqla' l-interdetti, jissawwat, jitkisser, jitlef ix-xogħol u jiġi eżiljat minn Malta.", "Imma l-ħaddiem xorta waħda baqa' sod.", "Dik il-ġurnata kienet il-magħmudija tal-Moviment tal-Ħaddiema u tal-poplu Malti biex jibda t-triq tal-ħelsien li swiet ħafna sakemm wasslitna għall-31 ta' Marzu 1979, meta l-poplu Malti kiseb il-ħelsien mill- barrani darba għal dejjem, għolla rasu quddiem il-ġnus tad-dinja, wera li hu Malti u li m'hu seftur ta' ħadd.", "Tajjeb li nfakkru dawk iż-żmenijiet għax matul dawk iż-żmenijiet il-ħaddiem Malti b'sagrifiċċju, waħdu, mingħajr għajnuna ta' ħadd, lanqas tal-barrani, beda l-ġlieda biex jikseb dak li qed igawdi llum.", "GĦada huwa Jum il-Ħaddiem.", "Jgħidu x'jgħidu, ilaqqmuha biex ilaqqmuha, jgħammduha kif jgħammduha, din il-ġurnata tibqa' mniżżla fl-istorja tal- Moviment tal-Ħaddiema, mhux ta' Malta biss imma tad-dinja kollha għax aħna nagħmlu parti mill-Moviment tal-Ħaddiema tad-dinja kollha.", "Din il-ġurnata hija ddedikata lix-xogħol u lill-ħaddiema u hija ġurnata li fiha l-poplu jirringrazzja lill-ħaddiema kollha, inkluż dawk li llum m'għadhomx magħna imma ħadmu biex il-poplu jimxi 'l quddiem.", "Hija diżgrazzja li noqogħdu nlaqqmu din il-ġurnata għal dak u għall-ieħor.", "Meta jiġi Jum l-Omm, Jum il- Missier jew Jum il-Ġnus Magħquda ma noqogħdux ngħidu li hu jum it-tali qaddis, imma meta jkun Jum il-Ħaddiem, lill-ħaddiem nipprovaw nisirqulu din il-ġurnata billi noqogħdu ngħidu li hija ddedikata lil dak jew lill-ieħor.", "GĦada huwa Jum il-Ħaddiem, ġurnata li fiha l-ħaddiema tad-dinja kollha jiftakru fit-tbatija li għaddew minnha biex waslu fejn qegħdin illum.", "Hekk ukoll f'Malta l-ħaddiema kollha, inkluż il-ħaddiema tax-Xatt, tad- Dockyard u tal-fabbriki, il-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern u l- professjonisti, kull min irid jaħdem biex jaqla' biċċa ħobż, inkluż il-mara tad-dar, għada jixirqilhom jiffesteġġjaw il-ġurnata tagħhom u jirriflettu minn xiex għaddejna fis-sena li għaddiet u fiż-żmenijiet li għaddew, jirriflettu kemm bata l-ħaddiem biex wasal fejn wasal illum, biex kiseb il- pensjonijiet, l-għajnuna tal-mard, iċ-children's allowance u benefiċċji oħra, inkluż id-dritt li jissieħeb f'unions.", "Il-ħaddiem bata biex wasal hawnhekk u għalhekk tajjeb li għada l-ħaddiem jiftakar f'dan kollu għax inkella jkun qed jissogra li jħalli lil min jgħaddi minn fuqu u jfarrku.", "Dan m'hux tixwix għax meta nitkellmu hekk, jgħidulna li qed inxewxu.", "Jien kont ħaddiem u nifhem minn xiex għaddejna.", "Kieku ma kenitx il-General Workers' Union tul dawn iż-żmenijiet, kieku llum il-ħaddiem m'għandu xejn.", "Kieku ma kienx il-Partit tal-Ħaddiema tul dawn il-75 sena - għax din is- sena il-Partit tal-Ħaddiema jagħlaq 75 sena -u kieku l-Moviment tal- Ħaddiema ma kienx b'saħħtu u organizzat, kieku l-ħaddiem illum m'għandu xejn minn dak li qed igawdi.", "Filwaqt li huwa tajjeb li ż-żgħażagħ jieħdu pjaċir u jmorru jiddevertu fid-discos, huwa tajjeb ukoll li jiftakru illi kieku ma kienx għall- Moviment tal-Ħaddiema, għall-General Workers' Union u għall-Partit Laburista, il-ħaddiem illum m'għandux benefiċċji soċjali.", "Tgħid x'tgħid u tagħmel x'tagħmel in-naħa l-oħra, dawn huma l-kuruna tal-rand tal-Moviment tal-Ħaddiema għax bis-saħħa tal-Moviment tal-Ħaddiema, bix-xogħol li għamel u bil-leaders sodi li kellu, wasal fejn wasal illum.", "Pero' liż-żgħażagħ tal-lum ngħidilhom biex għada jiftakru kemm hawn ġid.", "Kien il-Partit tal- Ħaddiema li għamel l-edukazzjoni b'xejn għal kulħadd.", "Kien il-Partit tal- Ħaddiema li daħħal l-iskola obbligatorja, l-ewwel sa 14-il sena u mbagħad sa 16-il sena, u wara għen lill-ħaddiem biex uliedu jkunu jistgħu jmorru l- Universita'.", "In-naħa l-oħra dejjem ivvotat kontra dawn l-affarijiet, anke meta konna se ndaħħlu l-pensjoni tax-xjuħ.", "Anke meta introduċejna ċ-children's allowance, in-naħa l-oħra vvotat kontra u kienet tgħidilna: X'jiġifieri tagħti l-allowance lil żewġt itfal jew tlieta biss?", "Ara llum neħħew kollox u spiċċajna biex min għandu ċertu income ma jeħux children's allowance.", "Imma dawn il-ġlidiet il-ħaddiem rebaħhom bil-għaqal, mhux billi kisser u farrak imma billi ġġieled bil-għaqal permezz tal-mexxejja tiegħu.", "Għada l- ħaddiem għandu jiftakar minn xiex għadda fit-28 ta' April 1958 sakemm wasal biex fl-1979 ħeles mill-barrani darba għal dejjem.", "Il-ħaddiem irid jiftakar illi qabel ma kien hawn il-Moviment tal-Ħaddiema - meta ngħid Moviment tal-Ħaddiema qed nirriferi għall-General Workers' Union u l-Partit Laburista - il-ħaddiem ma kienx jaħdem 40 siegħa biss fil-ġimgħa, imma kien jaħdem minn fil-għodu sa fil-għaxija.", "Qabel ma kien hawn il-Moviment tal- Ħaddiema, il-ħaddiem ma kellux overtime, ma kellux sigurta' fuq ix-xogħol u ma kien ikollu ebda għajnuna meta jirtira, anzi kien jispiċċa jkollu jmur jittallab.", "Ma kienx hawn għajnuna tar-romol u meta mara kien imutilha żewġha, kien ikollha jew tbigħ ġieħha, jew tmur taħdem, jew inkella tħalli lil uliedha jmutu bil-ġuħ.", "L-ulied li jmutilhom xi ħadd mill-ġenituri ma kenux jistgħu jibqgħu d-dar, imma kien ikollu jmur f'istitut.", "Il-paga tal- ħaddiem ma kenitx tiżdied, u tiżdied bi dritt.", "Ma kienx jingħata bonus matul is-sena; ma kienx hawn children's allowance; lanqas kien hawn sptarijiet b'xejn jew għajnuna waqt il-mard.", "Ma kien hawn xejn.", "Il- ħaddiem kien irid jaħdem minn x'ħin Alla jtella' x-xemx sakemm tinżel, jiġifieri minn dlam sa dlam.", "Illum il-ħaddiem jaħdem 40 siegħa u jgawdi dawn il-benefiċji li ġabhom bis-saħħa tal-Moviment tal-Ħaddiema.", "Il-ħaddiem rebaħ il-ħelsien tiegħu bis-saħħa tal-Perit Mintoff u għada l-ħaddiem imissu jsellem lil dan il- bniedem li qegħidlu l-pedament, tah is-saħħa u għamlu nies.", "Il-ħaddiem għada għandu jsellem lill-antenati tiegħu.", "Minn hawnhekk jien irrid insellem lil dawk il-ħaddiema li fit-28 ta' April 1958 iġġieldu u marru l-ħabs.", "Ħafna minnhom illum mietu imma xorta waħda għandna nsellmulhom u nibqgħu grati lejhom u lejn il-familji tagħhom, ħaddiema li għax kienu Laburisti tilfu x-xogħol, issawtu, tkissru u sabu ruħhom itturufnati bil-banda lejn l-Awstralja, il-Kanada u l-Amerika.", "Minn hawnhekk insellmu lill-emigranti li ħadmu biex illum il-ħaddiem qiegħed fejn qiegħed bis-saħħa tal-Moviment tal-Ħaddiema, bis-saħħa tal-Partit Laburista u bis-saħħa tal-General Workers' Union.", "Liż-żgħażagħ ngħidilhom biex għada, waqt li jkunu qegħdin jiddevertu jew fuq il-postijiet tax- xogħol, jirriflettu għal ħames minuti illi huma marru għax-xogħol, qed jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa, għandhom il-leave, il-benefiċċju tal-mard u l- benefiċċju tal-qgħad f'każ li jitilfu l-impieg, bis-saħħa tal-Moviment tal- Ħaddiema.", "In-nisa u l-irġiel miżżewġin, iż-żgħażagħ u l-anzjani għada għandhom jiftakru li dawn is-servizzi soċjali ġabhom il-Partit tal- Ħaddiema, il-General Workers' Union u l-Moviment tal-Ħaddiema bix-xogħol li għamlu u bil-ġlidiet li ġġieldu.", "Jekk issa ż-żagħżugħ ma joqgħodx attent u għada jerġa' jkun hemm Gvern Nazzjonalista, dawn is-servizzi soċjali jista' jitlifhom wieħed wieħed, bħalma llum qed jintilef is-servizz tas-saħħa għax l-isptar ma ssibx mediċini, bħalma llum qed naraw li ċ-children' allowance taparsi ġiet family allowance u bħalma diġa' bdiet ittektek tal-pensjoni.", "Jgħidu x'jgħidu, dawn l-affarijiet ġabhom il-Moviment tal-Ħaddiema u tajjeb li għada l-ħaddiem jiftakar bis-saħħa ta' min inkisbu dawn l-affarijiet kollha.", "U bħalma l-ħaddiem kien leali lejn l-Onor.", "Mintoff u lejn l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, għandu jkun leali wkoll lejn l-Onor.", "Alfred Sant li se jmexxi l-mixja għall-elezzjoni li jmiss biex naslu għal rebħa Laburista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 6 ta' Mejju 1996, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI - ELEZZJONIJIET", "32239.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm swew elezzjonijiet għall-kunsilli lokali li saru fi 23 lokalita' nhar is-Sibt 9 ta' Marzu?", "Kemm tħallas għall-użu tal- lukanda Les Lapins fejn ivvotaw dawk li joqogħdu Ta' Xbiex?", "Sar xi ħlas/kontribuzzjoni għall-użu ta' l-iskejjel jew postijiet oħra fejn saru l- votazzjonijiet l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li l-elezzjonijiet għal kunsilli lokali li saru fid-9 ta' Marzu 1996 swew madwar Lm320,000.", "Ninsab infurmat ukoll li tħallsu Lm175 għal użu tal-lukanda Les Lapins fejn ivvutaw dawk li joqogħdu Ta' Xbiex u ser titħallas somma ta' anqas minn Lm100 għall-użu ta' kamra fil-Posta f'Balzan.", "Ma sarx ħlas għal użu ta' l- iskejjel fejn saru l-votazzjonijiet.", "QORTI - CARD TELEPHONE BOXES", "32549.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jordna li fil-Qorti jkun hemm aktar card telephone boxes peress li hemm tnejn biss (waħda minnhom ma taħdimx sewwa) u qed ikun hemm queues kbar biex iċemplu?", "Jista' jordna li fis-sular t'isfel ikun hemm sitt phone boxes u waħda f'kull sular għal konvenjenza tal-pubbliku?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: L-Onor.", "Membru qed jibbaża' d-domanda tiegħu fuq premessa żbaljata u dan peress li fil-Qorti hemm sitt 'cardphones' u mhux tnejn.", "Għal preċiżjoni dawn ġew installati xi tlett xhur ilu.", "Jekk jinħass il-bżonn li jiżdied is-servizz ċert li l-Aġent Reġistratur tal-Qrati tal-Ġustizzja ma jonqosx milli jagħmel ħiltu u jara li jiġu provduti aktar sets.", "QORTI - SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "32550.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ntrodotta fil-Qorti sistema komputerizzata - kif hemm fl-Ajruport għat-tluq u nżul ta' l-ajruplan - fejn kull kawża li tkun qed tiġi ttratta tidher fuq screen apposta?", "Ma jaħsibx li jekk fuq l-iscreen jidher dan it-tagħrif flimkien ma' l-Imħallef jew Maġistrat li jkun qed jippresjedi u l-Avukati li jkunu fil-kawżi, jinqata' ħafna ġiri għalxejn?", "Ma jaħsibx li jekk screen bħal dan ikun f'kull awla, l-avukati jkunu jafu x'inhu għaddej u jkunu f'qagħda li jqassmu x-xogħol tagħhom ferm aktar aħjar?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Naf li s-suġġerimenti simili għal dawk li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant ilhom jiġu studjati bil-għan li jiġu mplimentati.", "ATTARD - TRIQ DUN MIKIEL XERRI", "32551.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jordna li tiġi rranġata Triq Dun Mikiel Xerri, f'Ħ'Attard li fiha ħafna toqob, speċjalment fil- bidu tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Il-Manutenzjoni ta' Triq Dun Mikiel Xerri, Ħ'Attard hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.", "FORZI ARMATI - KAŻ TA' ĠUŻEPPI BUĠEJA", "32552.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif baqa' l-każ ta' Ġużeppi Bugeja li sofra ħsara fil-luzzu tiegħu meta l-patrol boat ta' l-Armata No. 24 daħlet fih u għamlitlu ħsara ta' Lm450?", "Jaf li dan il-każ ilu jkarkar mill-20 ta' Marzu tas-sena l- oħra?", "Il-patrol boats u l-vetturi ta' l-Armata inxurjati?", "Jekk iva, għaliex l-Armata ma daħħlitx l-insurance biex dan l-individwu jitħallas?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li mhux minnu li \"Patrol Boat No 24\" daħlet fil-luzzu ta' Gużeppi Bugeja.", "Peress li s-Sur Bugeja għadu qed jikkontesta dan il-fatt, ma jidhirlix li għandhom isiru iżjed kummenti.", "Il-\"Patrol Boats\" u l-vetturi ta' l-Armata m'humiex inxurjati.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "32553.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Peress li jien inħoss li l-pjan tal-Gvern li jgħaddi t-tiswijiet tat-toroq f'idejn il-kunsilli falla għal kollox għax qatt f'Malta ma kien hawn toroq imħaffra u mħarbta daqs dan iż-żmien.", "Jikkonsidra l-Ministru li dan is-suġġeriment li se nagħmillu; kull kunsill jkollu miegħu żewġ jew tliet ħaddiema mislufa mid-Dipartiment tat-Toroq, jarmaw b'romblu u cutter biex tinqata' l-ħofra u jkollhom programm li kuljum jsewwu triq?", "Ma jaħsibx il-Ministru li jekk il-kunsilli jħallsu tliet ħaddiema u jixtru l-materjal, tiġihom oħros mill-flus li qed iħallsu jew mid-dipartiment jew meta dan ma jkunx jista' jaqdihom, jmorru għand il- privat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li mhux il-funzjoni tal-Ministeru tiegħi li jindaħal lill-Kunsilli Lokali dwar kif għandhom iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Fil-fatt ħafna Kunsilli Lokali għandhom arranġamenti mhux mad-Dipartiment tat-Toroq, kif forsi qed jaħseb l-Onor.", "Interpellant, imma mad-Dipartiment tad-Distretti tal- Ministeru għall-Ambjent.", "SKEJJEL - TRASPORT", "32554.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Billi sena wara sena, matul dawn l-aħħar 15-il sena dejjem kien hemm problema biex il-privates, karozzi tal-linja jew mini- buses jaqdu l-ħteġijiet tat-trasport ta' l-iskejjel minkejja l- intenzjonijiet tajba li għandhom l-uffiċjali tad-dipartiment, is-sistema tal-ġarr tat-tfal ta' l-iskejjel għall-iskejjel tal-Gvern hi ferm bogħod minn sodisfaċenti, jikkonsidra l-Ministru li jiftiehem mal-kunsilli lokali biex dawn jieħdu r-responsabbilta' li jorganizzaw it-trasport huma u naturalment id-dipartiment jgħaddilhom il-flus li kien jonfoq biex jipprovdi dan it-trasport?", "Billi l-interpellant japprezza li mhux fl- irħula u l-bliet kollha hemm kunsilli lokali, jista' jibda dan l-esperiment fejn hemm il-kunsilli?", "Ma jaħsibx il-Ministru li jekk dawn il-kunsilli li jikkuntrattjaw huma lis-sidien ikun hemm aktar effiċjenza flok is-sistema ċentralizzata li hemm illum fejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jrid ilaħħaq ma' eluf ta' tfal f'daqqa minn għerixien ta' bliet u rħula?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-iskema ta' trasport għat-tfal ta' l-iskola, fil- parti l-kbira tagħha, tagħti servizz lil tfal li jmorru fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums.", "Dawn l-istudenti jmorru l-istess skola minn diversi lokalitajiet, filwaqt li gruppi ta' tfal mill-istess lokalita' jattendu diversi skejjel ġie li anke aktar minn erbgħa.", "Għalhekk ma tantx jidher possibbli li dan it-trasport jingħata f'idejn il- Kunsilli Lokali.", "Madankollu, jekk xi Kunsill Lokali partikolari jidhirlu li hu possibli għalih li jieħu ħsieb it-trasport ta' l-istudenti tar-raħal tiegħu, d- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lesta li tiddiskutu din il-possibilita' ma' dan il-kunsill.", "GĦAWDEX - APPOINTMENT TA' MPJEGATI", "32571.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni l-appointments ta' l-impjegati Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex jiġu mqassma mill-Ministru?", "Min ma jattendix għaċ-ċerimonja jibqa' ma jieħux l-appointment?", "Għaliex f'Malta ma jsirx hekk u kull min jieħu promotion jirċievi l- appointment fid-dipartiment fejn ikun qiegħed jaħdem?", "ONOR.", "ANTON TABONE: L-ittri ta' ħatra ta' l-impjegati tal-Gvern f'Għawdex ġeneralment jitqassmu f'laqgħa għal dawk l-impjegati li tingħatalhom il-ħatra l-ġdida tagħhom.", "Naħseb li l-onor interpellant jaf li dan il-Gvern ma jqisx lill-ħaddiema tiegħu bħala numru kwalunkwe u l-anqas ma jagħti ħatriet ġodda għal skopijiet elettorali.", "Kull ħatra hi ma liema organizzazzjoni hi għandha sinjifikati ferm differenti.", "Huwa propju għalhekk li fil-kaz ta' ħatriet ġodda ssir laqgħa għall- ħaddiema konċernati.", "Fil-fatt f'dawn il-laqgħat", "i il-ħaddiema jingħataw stampa ċara tal-għanijiet u l-miri tal-Gvern;", "ii jiġi spjegat lill-istess ħaddiema l-kontribut importanti li huma qed jagħtu u li għandhom dejjem jagħtu għall-kwalita' ta' ħajja tal-poplu kollu;", "iii jiġi spjegat ukoll li permezz tal-kariga l-ġdida l-impjegati għandhom igħollu l-kontribut tagħhom; u iv il-ħaddiema jiġu motivati biex jagħmlu dan.", "ĊIRKOLARI M.F. 256/89 - XIRI TA' KAROZZI", "32572.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: In vista taċ-ċirkolari M.F. 256/89 datata 5 t'April, 1994, jista' l- Ministru jgħid jekk iż-żewġ diretturi u ċioe' d-Direttur tal-Proġetti u Żvilupp u d-Direttur għall-Corporate Services setgħux jixtru l-karozzi direttament u mingħajr is-sejħa ta' l-offerti?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l- Mistoqsija tiegħu peress li jiena nfurmat li l-ittra tal-Finanzi tal-5 ta' April 1994 bir-riferenza MF 256/89 indirizzata lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex ma tistabilixxix il-limitu tas-setgħa tad- Diretturi dwar kif isiru akkwisti minnhom iżda tistabbilixxi l-limiti tal- valur tal-karozza li huma ntitolati li jkollhom għall-użu tagħhom.", "Jiena nfurmat li l-karozzi li nxtraw għaż-żewġ Diretturi huma taħt il-limitu stabbilit mill-Finanzi u viġenti fid-data ta' l-akkwist.", "BOARD TA' L-EŻAMIJIET LOKALI", "32573.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura stabbilita dwar meta jkun se jsir xi eżami pubbliku mill-Bord ta' l- Eżamijiet Lokali u persuna li tkun taħdem fl-Uffiċċju ta' l-Eżamijiet tkun se toqgħod għall-eżami?", "Jidhirlu l-Ministru li meta jiġri hekk dawn il-persuni għandhom jiġu trasferiti temporanjament mill-Uffiċċju ta' l-Eżamijiet għal xi post ieħor minn numru ta' ġranet qabel ma jsir l-eżami sa meta jiġi ppubblikat ir- riżultat?", "Billi f'Għawdex wieħed mill-kandidati li se joqogħdu għall-eżami ta' principal officers jaħdem fl-Uffiċċju ta' l-Eżamijiet f'Għawdex stess, ma jidhirlux il-Ministru li l-etika titlob li sieħbu ma għandux ikun supervisor għal dan l-eżami?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li meta persuna li taħdem fid- Dipartiment ta' l-Eżamijiet tkun ser tpoġġi għal xi eżami pubbliku, din ma titħalla tipparteċipa assolutament f'xejn fil-preparazzjoni tal-karta ta' l- eżami u anqas f'xi proċeduri oħra sussegwenti sa ma joħroġ ir-riżultat finali.", "Għalhekk ma jidhirx li f'xi każi bħal dawn hemm għalfejn isiru xi arranġamenti biex dawn il-persuni jkunu trasferiti mid-Dipartiment meta xogħolhom ikun meħtieġ in konnessjoni ma' eżamijiet oħra differenti.", "Fuq kollox ħadd ma jista' jkollu aċċess għall-karta ta' xi eżami, li daż-żmien fejn hu umanament possibli dejjem qiegħda tkun ippreparata fil-jum ta' l- eżami nnifsu, fit sigħat qabel jibda - kif fil-fatt sar f'dan il-każ.", "Minħabba li l-eżami tal-'Principals' f'Għawdex mhux ser isir għal persuna waħda iżda għal erbgħa u tletin ruħ inkluża l-persuna li taħdem fil-Fergħa ta' l-Eżamijiet ta' Għawdex, u dawn ikunu kollha flimkien waqt l-eżami, ma jidhirx li hemm raġuni għaliex is-supervisor tas-soltu, li hu responsabbli mill-Fergħa, m'għandux imexxi l-eżami hu - fid-deher u quddiem kulħadd.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - ADMISSION WARD", "32586.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' bini fl-admission ward fl-Isptar San Vinċenz de Paule ma ngħatax lill-kuntrattur iżda qed isir minn persuni li suppost qed jagħmlu xogħol ieħor fl-isptar?", "Meta beda dan ix-xogħol?", "Kemm tlesta minnu u meta huwa ppjanat li jitlesta?", "X'kienet in-nefqa s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, x-xogħol tal-bini fl-'Admission Ward' fir- Residenza ta' San Vinċenz de Paule qed isir minn 'team' ta' ħaddiema fil- 'Maintenance Section'.", "L-impjegati huma motivati u qed juru l-kapaċita' tagħhom f'dan ix-xogħol.", "L-ispejjes huma ferm inqas milli kieku dan ix- xogħol ingħata lil xi kuntratturi privati.", "L-entita tax-xogħol kienet tali li ma tirrekjedix li jingħata lil kuntrattur privat.", "Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda għall-aħħar ta' Ottubru tas-sena l-oħra u wasal fi stat avvanzat.", "Infatti tlestew ix-xogħol ta' ġebel, ta' l-ilma, ta' l-elettriku u tal-madum ta' l-art u l-proġett kollu mistenni jitlesta f'nofs din is-sena.", "In-nefqa s'issa kienet Lm16,139.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - ADMISSION WARD", "32587.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol ta' bini fl-admission ward fl-Isptar San Vinċenz de Paule qed isir minn persuni li x-xogħol tagħhom fl-istess sptar huwa dak ta' drivers, ġardinara u fattigi?", "Dawn il- ħaddiema għandhom liċenzja biex jaħdmu bħala bennejja?", "Min qed jagħmel ix- xogħol proprju li dawn il-ħaddiema suppost għandhom fl-isptar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti, informat li dawn l-impjegati għandhom esperjenza u kapaċita' fix-xogħol tal-bini.", "Fost l-impjegati li qed jaħdmu fuq dan il-proġett hemm bennej kwalifikat, żebbiegħa u kaħħala, 'electrical fitter', u 'plumbers', kollha kwalifikati.", "Il-bqija ta' l-impjegati l-oħra huma ex- Awżiljari, li meta kienu f'dan il-Korp kienu jaħdmu fuq xogħol ta' ġebel.", "Dawn l-impjegati qed jaħdmu taħt 'Supervisor' kwalifikat f'dan ix-xogħol u għandu esperjenza sewwa.", "Ix-xogħol qed isir taħt is-sorveljanza ta' Perit.", "Ix-xogħol ta' 'maintenance' li s-soltu jsir ma ġiex imfixkel u baqa' jsir normali minn impjegati oħra li jaħdmu wkoll fil-qasam tal-'maintenance'.", "SPTAR SAN LUQA - PAIN RELIEF CLINIC", "32588.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar San Luqa ġietx imwaqqfa Pain Relief Clinic?", "Jekk le, hemm xi pjan biex dan is-servizz jitwaqqaf fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa toffri numru ta' servizzi intiżi biex jikkontrollaw l-uġiegħ:", "1.", "Kontroll ta' uġiegħ permezz ta' mediċinali jsir fid-Dipartimenti kliniċi kollha.", "2.", "Servizz ta' 'chemical sympathectomies' lil pazjenti bi problemi serji ta' ċirkolazzjoni fir-riġlejn ('Angiosuite' kull nhar ta' Sibt).", "3.", "'Nerve blocks' ta' natura aktar permanenti.", "4.", "'Spinal facet injections' minn 'visiting neurosurgeon' (Mr Afshar).", "5.", "Servizz ta' akupuntura miċ-Ċentru tas-Saħħa, Floriana.", "Barra minn hekk fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija ser jibda jiġi organizzat servizz ta' 'Palliative Medicine' wara li għadu kemm ġie maħtur 'Senior Registrar' għal dan l-iskop.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - SPINAL WARD", "32589.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bħalissa rikoverati fl-ispinal ward fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "X'inhi l-medja ta' żmien li dawn il-pazjenti ilhom rikoverati f'din is-sala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fl-'iSpinal Unit' bħalissa hemm rikoverati 8 pazjenti.", "Il-medja ta' żmien li dawn il-pazjenti ilhom f'din il-'Ward' hu ta' sentejn u tmien xhur.", "SPTAR SIR PAUL BOFFA - SODOD", "32590.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-bed complement preżenti ta' l- Isptar Sir Paul Boffa?", "Kif inhuma mqassmin dawn is-sodod skond id-diversi dipartimenti u sessjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30835.", "Il-'bed complement' ta' l- Isptar Boffa hu ta' 115-il sodda.", "Dawn huma mqassmin hekk:", "Onkoloġija 26 Mard Infettiv 12 Mard fl-ispina tad-dahar 9 Mard tal-ġilda 10", "Il-kumplament tas-sodod huma mimlija minn każi ta' 'terminal cancer', u minn anzjani morda.", "SPTARIJIET - ĦLASIJIET", "32591.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ħlasijiet (confinements) kull sena minn 1991-1995 fl-Isptar Karen Grech u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex rispettivament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' ħlasijiet ('deliveries') fl-Isptar Karen Grech u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kien hekk:", "Sena KGH GGH", "1991 4894 373 1992 4743 397 1993 4588 434 1994 4423 401 1995 4416 387", "SIGURTA' SOĊJALI - TRANSFER TA' MRS.", "CALLEJA", "32620.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 30514 tad-9 ta' Jannar, 1996, (Seduta Nru 499), jista' l-Ministru jgħid min kienu t-tliet uffiċjali li rrifera għalihom fit-tieni paragrafu tat-tweġiba tiegħu li talbu biex imorru jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Beach Cleaners?", "ONOR.", "ANTON TABONE: Ma jidhirlix li huwa xieraq u meħtieġ li jixxandru ismijiet ta' min jitlob transfer.", "ĦAMRUN - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "32629.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li persuna mill-Ħamrun li (d- dettalji tagħha qed nibgħathom taħt separate cover) jingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "(File No. 12999).", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-applikazzjoni qed tkun ikkunsidrata ma' oħrajn bħala.", "GUDJA - TRIQ EGĦLEJJEL - TARMAC", "32679.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati biex Triq Egħlejjel, il-Gudja tinkesa bit-tarmac peress li r- residenti qed ibatu ħafna inkonvenjenzi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt lill- Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29510 fis-Seduta Nru. 491 fil-11 ta' Diċembru 1995.", "DISTRETT NRU.", "12 - TRASPORT PUBBLIKU", "32833.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-intervent tiegħi fil- question time dwar it-talba tar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat u l- iMtarfa sabiex ikun estiż is-servizz tat-trasport pubbliku f'dawn il- partijiet tar-Rabat, Malta u r-risposta tiegħek, ċioe' li kellek tistħarreġ il-każ għaliex kellek l-impressjoni li din il-problema diġa' kienet ġiet solvuta, tista' tinforma lill-Kamra bl-iżviluppi?", "Tista' tara li tikkoordina l-programm ta' xogħlijiet meħtieġa sabiex ir- residenti ta' Għar Barka u dawk ta' l-iMtarfa ma jkomplux jistennew aktar snin biex jiġu milqugħa t-talbiet tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tinsab f'taħdidiet mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex ix-xogħol li hemm bżonn isir f'Għar Barka biex tkun tista' taħdem l-estensjoni tar-rotta 84 isir kemm jista' jkun malajr.", "DJAR - SUSSIDJU", "32834.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-talba fuq sussidju lill-inkwilini li għandhom ir-riferenza (File No. HOS 74/90), jista' l-Ministru jara li jiġu rimedjati l-problemi ġenwini li jistgħu jirriżultaw sabiex jiġu rikonoxxuti għas- sussidju dovut?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li jekk qed issir referenza għal- bilanċ tal-għotja fuq il-plot, din l-għotja tkun tista tingħata wara li l- benefiċjarju jottjeni il-permess tal-Planning Authority biex ikopri il-bini eżistenti fuq il-plot.", "Dan il-benefiċjarju kellu l-obbligu li jidħol jabita fid-dar sas- 16 ta' Jannar, 1996.", "Fl-aħħar ispezjoni li saret mill- Awtorita tad-Djar irriżulta li kien qed isir xogħol ta' invjar mhux għal użu personali tal-benefiċjarju.", "LUKANDI - SODOD REĠISTRATI", "32835.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod reġistrati f'pajjiżna tal-hotels u self-catering din is-sena?", "Kemm kien dan in-numru fl-aħħar tas-sena 1986?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI : In-numri ta` sodod fl-1986 u fl-1995, reġistrati skond kategorija differenti, kienu dawn:-", "KATEGORIJA 1986 1995", "Hotels 13,680 21,815", "Complexes/Villages 8,389 13,924 u ApartHotels", "Guest Houses u Hostels 921 1,569", "Holiday Flats 8,700 8,040", "TOTAL 31,690 45,348", "RABAT - XOGĦLIJIET F'HOUSING ESTATE", "32836.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi x-xogħlijiet li saru fi Block E, Għajn Qajjed Housing Estate, Rabat kienu jikkonsistu biss fit-tibjid ta' nofs ix-shaft tal-blokk, jista' l-Ministru ġentilment jara li jitkomplew ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "TALBA NRU.", "MVR/ONP/12/96 - XOGĦLIJIET", "32837.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lid-dipartimenti konċernati sabiex jirrimedjaw bix-xogħlijiet mitluba skond it-talba numru NVR/ONP/12/96?", "Billi t-talba hija ta' natura urġenti, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar dettalji dwar it-talba indikata minnu.", "MTARFA - CARD PHONE BOXES", "32838.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għat-talba tiegħi f'isem ir- residenti ta' l-iMtarfa nhar l-14 ta' Marzu, 1994, ċioe' sabiex jiġu nstallati card phone boxes fil-belt ta' l-iMtarfa, billi għadda ħafna żmien u ma kien hemm l-ebda żviluppi, jista' l-Ministru jirrispetta t-talba pendenti u jirrimedja bi stallazzjoni ta' phone card box immedjatament?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li fid-19 ta' April 1996 ġiet installata cardphone fl-Imtarfa fl-inħawi ta' ħdejn il-\"playing field\".", "SANT'ANDRU - XOGĦLIJIET", "32898.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta kienu qed isiru x-xogħlijiet fuq block 10 flt.", "8 u d-dar 2 \"ocotilli\" (Bajada), f'St. Andrew's HE dawn baqgħu ma tkomplewx?", "Fil-każ ta' l-ewwel għad hemm umdita' kbira fis-soqfa li ma ġietx irrimedjata, filwaqt li fit-tieni każ ċertu xogħol tant baqa' nofs leħja li lanqas sar it-tkaħħil meħtieġ fis-soqfa.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SANT'ANDRU - TRIQ MEDJEZ - FOND NRU.", "3B", "32899.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinvestiga dwar il-fili miftuħin li hemm fil-ħitan tal-fond 3B, Sant'Andru HE ġewwa Medjez Road kif ukoll il-periklu eżistenti kkawżat minn biċċiet tal-veranda li qed jaqgħu għal għand il-ġirien ta' taħt din il- maisonette?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellan jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DJAR - SANT'ANDRU", "32900.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li jiġu pproċessati it- talbiet għal xiri ta' djar ġewwa St. Andrews HE?", "X'qed iwassal għal dan id- dewmien kollu?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li t-talbiet għax-xiri ta' residenzi f'St Andrews H.E. jiġu kkunsidrati meta il-pjan lokali jiġi finalizzat.", "SANT'ANDRU - TISWIJIET", "32901.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsiru treatment dwar il-fili miftuħin u chipping li hemm fil-ħajt tad-dar 2A (Aloisio) f'St. Andrews HE?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SANT'ANDRU - TELEPHONE BOX", "32902.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid tistax titwaħħal telephone box bit-telecard qrib l-iskola ta' Verdala ġewwa St. Andrews HE?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li fl-iskola ta' Verdala f'St. Andrew diġa hemm cardphone installata.", "Madanakollu il-Korporazzjoni Telemalta qiegħda tieħu l-passi meħtieġa sabiex tinstalla cardphone oħra fl- inħawi ta' ħdejn l-iskola.", "DJAR - KAŻ HO 3454", "32932.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 32557, l-Ministru ma jħossx li l-każ HO 3454 jirrikjedi attenzjoni xierqa minħabba l-element umanitarju involut kif ukoll billi inti ikkonfermajt li dan il-każ ilu pendenti snin sħaħ?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-każ Nru HO 3454 qiegħed jiġi kkunsidrat fuq il-merti tiegħu.", "PULIZIJA - MEMBRI", "32998.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-complement attwali tal-Pulizija?", "Kemm support hu l-istaff complement?", "Kemm daħlu pulizija mill-1987 'l hawn sena b'sena?", "Kemm irriżenjaw sena b'sena?", "Hemm il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet għall-Pulizija nisa u rġiel?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor hu ppjanat li joħorġu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Risposta mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32118.", "Għall-kumplament tal-Mistoqsija qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SIGURTA' SOĊJALI - KAŻ B'ID NRU.", "109648 (M)", "33016.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna soċjali teżisti għall-każ tal-mara bl-ID 109648(M) li hija separata legalment u trid tgħaddi b'Lm35 fix-xahar hi u żewġt itfal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Bħala regola ġenerali mara separata b'żewġt itfal li la għandha manteniment u lanqas dħul ieħor tirċievi Lm30.79 u Lm1.34 Bonus Addizzjonali fil-ġimgħa bħala Għajnuna Soċjali.", "PERITI LOKALI", "33017.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jindaga jekk hux minnu li l-Periti lokali qed jingħataw inċentivi biex jużaw il-\"bricks\" minflok il-\"ġebla Maltija\" fil-kostruzzjonijiet?", "X'miżuri qed jittieħdu biex tiġi kkonservata it-tradizzjoni tal-ġebla Maltija fil-kostruzzjoni ta' edifiċi ġodda?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ma naf b'ebda każ fuq dak li qed jgħid l- Onor. Interpellant.", "TARXIEN - TRIQ DUN KARM SANT - DAWL", "33018.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li tiddawwal Triq Dun Karm Sant, Tarxien partikolarment fejn il-parti li tidħol fi Triq San Tumas, peress li tinsab mudlama ħafna?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba għal aktar dawl qed tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ BIRBIXKILLA", "33019.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jinvestiga jekk ikunx aħjar li Triq Birbixkilla,Ħal Tarxien titranġa u ssir \"one way\" \"l isfel inti u nieżel min-naħa tal-Knisja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Ser nirreferi s-suġġeriment, ta' l-Onor.", "Interpellant, għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "PORT ĦIELES - CELLS", "33020.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk hijiex qed issir supervision għat-tqegħid ta' \"cells\" li qed jitpoġġew fil-baħar fil-Freeport?", "Min se jbati l-ħsarat li kien hemm minħabba xogħol ħażin meta hemm minnhom li nqassmu (partikolarment) is-\"cell\" Nru.17?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma l-Onorevoli membru li ssir supervision sħiħa waqt it-tqegħid ta` `cells` fil-baħar fil-Freeport.", "L-assikurazzjoni, għax il-ħsara saret mill-maltemp.", "TA' XBIEX - QASAM TAD-DJAR - LIFT", "33021.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed jingħad lir- residenti ta' Block D 3 Qasam tad-Djar Ta' Xbiex li l-blokk mhuwiex attrezzat għal-\"lift\" meta żgur li hemm wiesa' biżżejjed, u dan meta hemm familja li għandha tifel ta' 8 snin handikappat?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Sal-lum għadha mhix il-policy ta' l-Awtorita tad-djar li tistalla lifts f'postijiet mhux ġodda tal-Gvern, madankollu diġa ngħad diversi drabi li l-Awtorita qegħda tikkunsidra l-possibilta li jiġu stallati dawn l-lifts.", "WSC - PRODUZZJONI TA' DAWL/ILMA", "33131.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-elettriku fl-1986 u fl- 1995?", "Kemm kienet il-produzzjoni ta' ilma fl-1986 u fl-1995?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: l-Informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "STABBILIMENTI TURISTIĊI - SODOD", "33132.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod f'lukandi, kumplessi, irħula turistiċi u guest houses fl-1986 u fl-1995?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fl-1986 kien hemm 13,680 sodda fil-lukandi, 8,389 fil- kumplessi, rħula turistiċi u `aparthotels` u 921 fil-`guest houses` b`total ta` 22,990.", "Fl-1995 kien hemm 21,815, 13,924 u 1,569 rispettivament b`total ta` 37,308.", "WSC - SERVIZZ TA' ILMA/DAWL", "33133.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tas-servizz ta' ilma fis-snin 1978/86 u 1987/95?", "Kemm kienet in-nefqa kapitali għas-sistema ta' l-elettriku bejn l-1978/86 u l-1987/95?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "STABBILIMENTI TA' L-IKEL - MWEJJED", "33134.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mwejjed f'eating establishments fl-1986 u fl-1995?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI:Ma tinżamx statistika ta` numru ta` mwejjed iżda ta` numru ta` `covers` fi stabbilimenti li jservu ikel.", "Fl-1986 kien hemm 500 stabbiliment li pprovdu 19,929 `covers` u fl-1995 kien hemm 775 stabbiliment li pprovdu 31,410 `covers`.", "TELEKOMUNIKAZZJONI - NEFQA KAPITALI", "33135.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in- nefqa kapitali għall-qasam tat-telekomunikazzjoni bejn l-1978/86 u l- 1987/95?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li n-nefqa kapitali fil-qasam tat- telekommunikazzjoni fiż-żewġ perjodi msemmija kienet kif jidher hawn taħt:", "1978 - 1986 Lm16,865,310 1987 - 1995 Lm45,473,163", "TAXXA TAD-DĦUL - WERRIETA", "33144.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid fejn wirt jiġi rilaxxat u mqassam lil werrieta (għax it-Taxxa tas-Suċċessjoni tkun tħallset) jekk xi werriet, b'nuqqas ta' tagħrif dwar it-Taxxa ta' Dħul, jinkludi bħala dħul (fuq il-formula IT 1) l- ammont hekk muri jiġi ntaxxat bħala dħul (income)?", "Jekk fil-formula IT 1 t-taxpayer jinforma li l-ammont tal-wirt ikun fil- fatt ġie minn dan is-sors dan jiġi ntaxxat ukoll?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni li talab tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL FARRUĠ - BINI TA' MPJANT", "33154.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar imsemmija fir-risposta tad-domanda numru 32463?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dan il-każ għadu qiegħed jiġi investigat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "ŻEBBUĠ - TRIQ IL-POETA NAZZJONALI", "33155.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba li saret mill-familja residenti fid-dar fi Triq il-Poeta Nazzjonali c/w Triq is-Siġġiewi, Żebbuġ sabiex il- Korporazzjoni Enemalta tneħħi bracket li miegħu hemm imwaħħlin il-wires tad- dawl elettriku, peress li dan il-bracket faqa' l-ġebel tal-faċċata (min- naħa ta' Siġġiewi Street) u qiegħed joħloq periklu kbir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħsara msemmija diġa' ġiet investigata u x-xogħol meħtieġ sejjer isir mill-iktar fis.", "FORZI ARMATI - PROMOZZJONIJIET", "33156.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jispjega b'liema mod jingħataw il-promozzjonijiet fl-Armata bħal meta bombardier jilħaq surġent?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-promozzjonijiet fl-Armata jingħataw skond ir-Regolamenti ta' l-1970 dwar in-Nomini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Fost affarijiet oħra, dawn ir-Regolamenti jistipulaw li promozzjoni għandha ssir skond rakkomandazzjoni bażata fuq effiċjenza, anzjanita', kwalifiki u għażla biex timtela vakanza.", "DJAR - IMTARFA", "33157.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 32983, jista' l-Ministru jgħid b'liema \"policy\" qiegħed isir il-bejgħ tal-\"common parts\" ta' l-\"ex-married quarters\" ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita offriet għal-bejgħ il- verandi li jiġu quddiem kull maisonette, kemm fil-pjan terran kif ukoll fl- ewwel sular.", "F'każ ta' mezzanin fi pjan terran, sid it-terran hu mitlub jixtri il- veranda ta' quddiem ir-residenza tiegħu oltre sehem indiviz tal-entrata/ tunnels fil-pjan terran.", "Dan għal prezz nominali ta' Lm 50.", "Dawn is-sidien għandhom id-dritt li fuq il-bejt tal-maisonette sovrapost iżommu tank tal- ilma, aerial tat-television u tar-radio.", "Għandhom aċċess għal-fuq il-bejt għal-manutenzjoni tagħhom.", "F'każ tal-maisonette fl-ewwel sular oltre il-veranda, sid il-maisonette hu mitlub jixtri sehem indiviz (1) tat-taraġ mill-pjan terran sa fuq il- bejt, (2) tat-tromba tat-taraġ, (3) tat-tunnels u l-indana fil-pjan terran, (4) tal-indana fl-ewwel sular, (5) tal-bejt u (6) tal-washroom.", "Dan bil- prezz nominali ta' Lm 100.", "MELLIEĦA - DAWL", "33158.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu bozoz pubbliċi fi Triq Ġdida fi Triq Marfa, Mellieħa fl-inħawi tal-Half Way Inn peress li bħalissa f'din l-area qiegħed ikun hemm dlam kbir li qiegħed joħloq periklu lil kull minn jgħaddi minn dawn l-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "33159.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal każ tal-persuna bl-ID Card No. 438558(M) li tinsab \"homeless\" għax wara li l-post li kellha f'Bormla tatu lura lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u dan offrielha post f'Tas-Sliema li ma ħaditux għax qalet li m'huwiex adattat għaliha, għal żewġha u għal ħames uliedha, għalhekk jista' d-dipartiment joffrielha post xieraq?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Kuntrarjament għal dak li qed igħid l-Onor. interpellant, il-każ imsemmi hu ta' familja li taħseb li d-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali hu xi aġenzija ta' bejgħ u xiri u allura tista' tbiddel u tpartat postijiet kemm trid.", "ENEMALTA - GENERATION OFFICERS", "33160.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk dawk id-WTO's li ġew promossi għal Generation Officers fit-taqsima Generation ta' l-Enemalta, preżentament, humiex se jgawdu biss żieda ta' Lira (Lm1) fis-sena?", "Jista' għaldaqstant jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni li jassimila lill-imsemmija ħaddiema fil-grad il- ġdid billi jimxi maċ-ċirkolari ta' l-OPM?", "Għaliex m'attwax l-assimilazzjoni skond kif jesiġi Artiklu 16 tal-Ftehim Kollettiv?", "L-Artiklu 47 ta' l-istess Ftehim Kollettiv jagħmilha ċara li fejn ikun hemm għażla, l-ħaddiema għandhom igawdu minn dak li hu l-aktar vantaġġuż.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-assimilazzjoni tal- Generation Officer fis-salarju l-ġdid saret skond it-termini tal-Ftehim tar- Riforma fis-Servizz Pubbliku.", "Għalhekk dawk il-Works Technical Officers li saru Generation Officers daħlu fi skala 11 minn skala 12 billi ngħataw increment fuq is-salarju li kellhom.", "Ovvjament kull individwu għandu l-każ għalih.", "Din l-istruttura ġdida fil-Generation Section seħħet bi ftehim ma' l- Union skond nota li saret fit-23 ta' Novembru 1993 u li kopja tagħha qiegħda fil-Ftehim Kollettiv.", "Spjegazzjoni fuq l-assimilazzjoni diġa' ngħatat bil-miktub fit-23 ta' April 1996 lil kull min talabha.", "FGURA - TRIQ IL-KAMPANELLA", "33161.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi biex jara x'inhu jikkaġuna li kull meta tagħmel ix- xita il-main tad-drenaġġ qed ifur fi Triq il-Kampanella ħdejn id-dar \"Vella Hse\", Fgura?", "Jista' l-Ministru jitlob biex isir rimedju ħalli dan il- fawran ta' drenaġġ ma jibqax iseħħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li biex tinstab ir-raġuni għaliex qed ifur id-drenaġġ meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Kampanella, għadu kemm sar inspection bis-CCTV camera.", "Kif joħroġ dan ir-riżultat isiru t-tiswijiet jew manutenzjonijiet neċessarji.", "AJRUPORT - ĦADDIEMA", "33162.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid meta Alfred Mangion, Simon Sultana, Louis Buhagiar u Mario Muscat, ġew impjegati mal- Malta International Airport u kemm-il promozzjoni ħadu dawn il-persuni minn meta ġew impjegati mal-Malta International Airport sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt:", "ISEM DATA TA' IMPJIEG PROMOZZJONIJIET", "Alfred Mangion 15.5.92 1 Simon Sultana 1.1.92 2 Louis Buhagiar 1.1.92 3 Mario Muscat ma jeżistix fuq il-kotba ta' l-MIA", "PENSJONIJIET - KAŻ TA' PERSUNA", "33163.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' d-dipartiment konċernat jara li l-pensjonant li d- dettalji tiegħu qed nibgħathomlok separatament qed jingħata l-ammont ta' pensjoni li suppost qed jingħata?", "Bħala ex-impjegat mal-Gvern, meta se jirċievi l-arretrati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif meħtieġ ser jintbgħat lill-benefiċjarju mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "PENSJONIJIET", "33174.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema eta' mara tingħata l-pensjoni tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li fejn jirriżulta li mara tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet kif hemm provdut fi ħdan l-iskala tal-Liġi u ma tkunx skwalifikata taħt l-Artiklu 45 tal-Liġi tkun intitolata għall-pensjoni kontributorja meta tagħlaq 60 sena.", "Kemm-il darba mara tibqa' taħdem wara 60 sena u mill-impjieg jew minn xogħol li taħdem għaliha nnifisha tkun teċċedi l-Paga Minima Nazzjonali, l- pensjoni tkun miċħuda sakemm tagħlaq 65 sena jew sa kemm tieqaf mix-xogħol qabel 65 sena.", "SAĦĦA - APPLIKAZZJONI GĦAL XIRI TA' QABAR", "33177.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni bir-Ref.", "No. 1342 dwar talba ta' xiri ta' qabar?", "Din il-Maltija li tgħix barra tixtieq tiġi hawn Malta u ġġib magħha l-fdalijiet ta' żewġha li miet barra minn Malta.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħtini aktar informazzjoni dwar dan il-każ biex inkun nista' inwieġbu aħjar għaliex in- Numru ta' Riferenza 1342 jirreferi għall-Maltija li trid iġġib il-fdalijiet ta' ommha u mhux tar-raġel.", "ENEMALTA - SUBSTATION", "33181.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli l-Enemalta għandha substation li qiegħda parti minn blokk ta' flats f'No. 4, Misraħ l-4 ta' Settembru, Isla u din qed tikkawża ħsejjes kontinwi, jista' l-Ministru jara li jinstab mezz sabiex dawn il-ħsejjes jitnaqqsu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga dan il-każ."]} {"filename": "20000726_361d_par.doc", "date": "2000-07-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 361 L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 361", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "361", "L-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1", "TQEGĦID TA' KARTI 7", "MOZZJONIJIET ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI (L-EWWEL QARI) 8 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (L-EWWEL QARI) 8 ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA (IT-TIENI QARI) MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL (SECOND READING) 9", "AĠĠORNAMENT 24", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 29", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 360 li saret fil-25 ta' Lulju,2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIGHI - ĊENTRU TAR-RESTAWR", "18259.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex fix-xogħol fuq il-bini taċ-ċentru tar-restawr f'Bighi jsiru sketches li juru mnejn għaddejjin is-servizzi tad-dawl u l-ilma qabel ma' l-ħitan jiġu miżbugħa, u dan biex ikun magħruf mnejn għaddejjin f'każ li 'l quddiem ikun hemm bżonn ta' xogħol fuqhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li saru sketches kemm bl-idejn kif ukoll bl-autocad u ttieħdu wkoll ritratti minn fejn għaddejjin is-servizzi msemmija.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, xtaqt nistaqsi lill-Ministru għar- rigward ta' l-istruttura li teżisti fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, u ċioe` x'poteri eżekuttivi għandu fuq dan il-proġett is-Sur Cannataci.", "Xtaqt li l-Ministru jinformana eżattament safejn tasal ir-responsabbilta` eżekuttiva ta' din il-persuna fuq dan il-proġett u anke f'proġetti oħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett irrid ngħid li Dr. Joe Cannataci huwa ċ- chairman tal-board of governors tas-centre for restoration u ta' l- institute for restoration studies, istituzzjoni mwaqqfa bi ftehim bejn il- gvern u l-universita`, u f'dik il-kariga allura għandu l-poteri attribwiti lilu bl-istatut ta' dik l-istituzzjoni, inkluż li jara li jsir il-proċess tar-restawr ta' dan il-kumpless f'Bighi, u anke li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-korsijiet li diġa` bdew ikunu jistgħu jsiru b'dak kollu li tirrikjedi istituzzjoni edukattiva akkademika ta' riċerka u taħriġ, kif għandu jkun iċ-ċentru Malti tar-restawr, li tajjeb nerġa' nfakkar huwa ċentru li qed jiġi organizzat bl-għajnuna tal-Gvern Taljan u b'tisħib ma' ċentri ta' restawr Taljani ta' fama mondjali.", "Għar-rigward imbagħad ta' ħwejjeġ oħrajn, Dr. Cannataci kien ġie fdat minni biex inkunu nistgħu norganizzaw aħjar il-project office tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, l-uffiċċju li jieħu ħsieb diversi ħwejjeġ ta' natura kapitali, u dan qed isir fil-proċess ta' ristrutturazzjoni sew tal- ministeru kif ukoll tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Issa diġa` mxejna numru ta' passi 'l quddiem u nispera li nkomplu ntejbu dawn l- istituzzjonijiet.", "Aħna nittamaw li l-proġett inkunu nistgħu niffinaliżżawh b'manjiera li jkollna strutturi adegwati biex nassiguraw li n-nefqa kapitali ssir b'mod ippjanat, serju u effettiv u huwa f'dan ir-rigward fejn hu qiegħed ukoll jagħti l-ħidma tiegħu.", "Barra minn hekk Dr Cannataci huwa wkoll il-project director li qed jieħu ħsieb l-implimentazzjoni taħt steering committee li nippresjedi jien tal- kulleġġ il-ġdid.", "Hemmhekk ukoll bħala project director għandu l-poteri eżekuttivi li jassigura li l-post minn fejn irid jopera l-kulleġġ huwa post li jsirulu t-tibdiliet meħtieġa, li jkollu l-bżonnijiet tiegħu kemm jista' jkun sodisfatti skond pjan u ħwejjeġ oħra li huma anċillari ma' dan ix- xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' dak li qed jispjega l-Ministru, dawn l- istess poteri eżekuttivi jagħtu s-setgħa lil din il-persuna li tagħmel użu mill-voti maħsuba għall-manutenzjoni ta' skejjel primarji u sekondarji?", "Jekk għandu din is-setgħa, allura x'se tkun il-pożizzjoni tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni mil-lat li jista' jirriżulta li fis-sena skolastika li jmiss, ċertu xogħol jibqa' pendenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, ħadd m'għandu din is-setgħa li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Hemm il-proċedura stabilita mir-regolamenti finanzjarji tal-gvern ta' kif jista' vot ta' flus li jkun dedikat għal oġġett partikolari jiġi mbagħad applikat għal proġett ieħor partikolari - xi ħaġa li tiġri pjuttost regolari fil-ministeri u fid-dipartimenti kollha tal-gvern - pero` irrid ngħid li l-ebda parti mill-fondi li huma dedikati għar-refurbishment ta' l-iskejjel primarji u sekondarji ma ġiet applikata għal xi proġett li jista' jkun konness mar-restawr f'dan l-istadju.", "Normalment li jiġri huwa li jekk f'ċertu mument fil-kors tas-sena partikolari jkun realizzat li xi fond partikolari mhux se jintnefaq kollu, jew inkella jkun hemm raġunijiet validi għaliex dak il-fond ma jiġix applikat, issir applikazzjoni mill-kap tad-dipartiment jew mill-persuna konċernata, l-applikazzjoni tiġi eżaminata mill-uffiċjali tad-dipartiment konċernat u mis-segretarju permanenti tal-ministeru, tiġi riferuta lill- ministeru li jikkonsidraha, u jekk jikkonsidra li hu ġustifikat li jsir dan l-virement imbagħad il-proċedura kollha tgħaddi għand il-ministeru tal- finanzi.", "Naħseb li din it-tip ta' proċedura hija ħafna differenti minn kif setgħet ingħatat l-impressjoni mill-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Farrugia.", "PA - ENFORCEMENT ORDERS", "18260.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Kemm għandha enforcement orders xi twettaq bħalissa l-awtorita` ta' l-ippjanar u ta' liema natura huma?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li fil-preżent l-awtorita` ta` l-ippjanar għandha 1,080 enforcement order xi twettaq.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar l-enforcement orders.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li f'ċerti każi fejn isir l-enforcement l- inkwilini mhux dejjem ikollhom akkomodazzjoni alternattiva, xtaqt li l- Ministru jgħid x'inhi l-policy sabiex f'ċirkostanzi bħal dawn ma jkomplux jiġu żvantaġġjati l-familji in kwestjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-liġi ma tagħmilx din id-differenza, pero` informat li l-awtorita` ta' l-ippjanar tieħu dan il-fattur in konsiderazzjoni.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN ĠORĠ - RAZZETT", "18261.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jinstema' fil- qorti l-każ li ressqu l-awtoritajiet tas-saħħa kontra s-sid tar-razzett fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, għaliex żamm tjur u bhejjem b'mod illegali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Il-każ se jibda jinstema' fl-1 ta' Settembru li ġej.", "UNIVERSITA` - STUDENTI", "18262.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti universitarji li se jaħdmu dan is-sajf fl-iskema ta' xogħol għall- istudenti?", "Kemm minnhom se jaħdmu fl-ewwel ċiklu u kemm fit-tieni ċiklu?", "Kemm hemm studenti li se jkunu qed jaħdmu f'din l-iskema u fl-istess ħin għandhom xogħol fis-settur privat?", "Jiġi verifikat jekk studenti li se jaħdmu fl-iskema hux diġa` għandhom xogħol mal-privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm 1650 student universitarju li se jaħdmu dan is-sajf fil-programm ġdid ta' xogħol għall-istudenti; 1150 qegħdin jaħdmu fl-ewwel ċiklu u 1060 se jaħdmu fit-tieni ċiklu.", "S'issa ma jirriżultax li hemm studenti li qed jaħdmu wkoll fis-settur privat filwaqt li s-sitwazzjoni tkun verifikata ma' l-ETC.", "SKEJJEL - SAN ĠWANN - KINDERGARTEN ASSISTANT", "18263.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Il-persuna li qed nibgħat id-dettalji tagħha separatament, li hija kindergarten assistant fl-iskola primarja ta' San Ġwann u li bħalissa qed tagħmel xogħol ma' persuna b'diżabilita`, meta se tingħata opportunita' li tmexxi klassi tal-kindergarten?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna msemmija kienet qed tagħmel xogħol ma' tifel b'diżabilita` fuq talba tagħha stess.", "Fil-fatt is-sena d- dieħla se tibda tieħu ħsieb ta' klassi skond l-esiġenzi ta' l-iskola li tkun fiha.", "AIR MALTA - CHILD CARE CENTRE", "18276.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li ċ-child care centre ta' l-Air Malta għadu ma bediex jiffunzjona minkejja li dan ilu li ġie inawgurat minn Ottubru li għadda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab infurmat li bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex dan iċ-ċentru jkun jista' jibda jopera f'qasir żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li kemm id-domanda kif ukoll ir-risposta jirriferu għall-proġett li ġie inawgurat f'Ottubru li għadda iżda għadu ma bediex jiffunzjona, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r- raġunijiet għal dan id-dewmien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-file ma jirriżultax x'kienu l-problemi li nqalgħu.", "Qed nieħu nota ta' dan u appena jkolli l-informazzjoni available ngħaddiha lill-Onor.", "Membru.", "UNJONI EWROPEA - LINGWA MALTIJA", "18277.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li l-lingwa Maltija ġiet eskluża mil-lista tal-lingwi li se jiddaħħlu tal-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nippresumi li l- Onor. Interpellant qed jagħmel riferenza għar-rapport tal-Parlament Ewropew li sar aċċenn għalih mis-Sur Frans Sammut f'laqgħa riċenti dwar l-ilsien Malti organizzata mill-fondazzjoni GEM.", "Wieħed kien jistenna li s-Sur Sammut li jidher li hu viċin ħafna tas-CNI bil-mentalita` iżolana li għandu, missu kien infurmat aħjar.", "Il-kwestjoni tal-lingwa fl-Unjoni Ewropeja fil-fatt kienet diskussa fil- Parlament Ewropew wara li ġie ppubblikat rapport ippreparat min task force ta' l-istess istituzzjoni dwar \"The institutional aspects of enlargement of the European Union.", "Dan ir-rapport ġie ppubblikat fil-21 ta' Ġunju 1999.", "Ir-rapport ma għamilx riferenza għal Malta peress li Malta ma kenitx għada ġiet inserita bħala kandidat membru, għalkemm il-gvern preżenti kien talab sabiex l-applikazzjoni ta' Malta tiġi riattivata wara li din kienet ġiet iffriżata mill-gvern Laburista preċedenti.", "Fil-fatt it-talba ta' Malta ġiet formalment milqugħa f'Diċembru 1999.", "Għaldaqstant Malta - flimkien mat-Turkija - ma kenitx meqjusa bħala kandidat għal sħubija waqt id- diskussjonijiet fuq dan ir-rapport.", "Il-gvern ma ħa l-ebda deċiżjoni fis-sens li qed jallega l-Onor.", "Interpellant fil-kuntest tal-lingwa Maltija, ġaladarba l-istatus u l-użu tal-lingwa ta' kull pajjiż applikant jiġu trattati waqt l-aħħar fażi tan- negozjati.", "MANOEL ISLAND - AĊĊESS", "18278.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt ix-xogħol tal-proġett u anke wara ta' Manoel Island u Tigne`, il-postijiet imsemmija humiex se jingħalqu għall-aċċess għall-pubbliku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-klawsola 15.1 tal-kuntratt kif approvat minn dan il-parlament.", "MIC - CARMEL ATTARD", "18279.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet u x'inhu s-salarju li ġie mpjegat bihom ma' l-MIC is-Sur Carmel Attard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Dwar il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tas-Sur Carmel Attard, nirriferi lill- Onor. Interpellant għas-sejħa għal applikazzjonijiet li dehret fil-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Frar, 2000.", "CHILDREN ALLOWANCE - SOSPENSJONI", "18280.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 17963?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru 18047 fis-seduta 349.", "PENSJONI SUPPLIMENTARI - SOSPENSJONI", "18281.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 17964?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru 18047 fis-seduta 349.", "TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET - SERVIZZI", "18300.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tat- taqsima tax-xogħlijiet - u partikolarment tad-dipartment ta' l-inġinerija u bini ta' l-istess taqsima meta dawn saru jafu li s-servizzi tagħhom m'għadhomx aktar ikkonsidrati validi mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, peress li jidher li tqabbdet enti governattiva oħra biex tieħu ħsieb il- bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subien fin-naħa t'isfel ta' Malta?", "Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru tiegħu u mill-entitajiet imsemmija biex tali aġir ma jkomplix?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "EDUKAZZJONI - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18348.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-segretarju parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999, nirriferi lill- Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-ministru tal-finanzi għal mistoqsija parlamentari numru 8004.", "Għall-aħħar sitt xhur tas-sena 1999, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "INTERN - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18349.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s- segretarju parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "AGRIKOLTURA - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18350.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s- sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd): Matul is-snin 1999 u 2000 kien hemm għaxar żjarat ministerjali.", "Lista ta' dawn iż-żjarat, l-għan tagħhom u n-numru ta' persuni li għamlu parti minn kull delegazzjoni hija kif ġej :", "|Dati |Post |Ministru/Numr| | | |u ta' | | | |Uffiċjali | |20/01/99 - |Ġerma|Ministru u | |23/01/99 |nja |uffiċjal fuq | | | |żjara | | | |ghall-Greenwe| | | |ek li saret | | | |f'Berlin | |09/03/99 - |Italj|Ministru u | |13/03/99 |a |uffiċjal fuq | | | |laqgħa | | | |ministerjali | | | |li saret biex| | | |timplimenta | | | |l-kodiċi | | | |tas-sajd; | | | |konferenza | | | |ministerjali | | | |fuq | | | |l-agrikoltura| | | |għall-gżejjer| | | |li qegħdin | | | |jiżviluppaw, | | | |organizzata | | | |mill-FAO | | | |fl-Italja | |21/04/99 - |Oland|Ministru u | |24/04/99 |a |tliet | | | |uffiċjali fuq| | | |stedina għal | | | |ftuħ | | | |uffiċjali ta'| | | |l-istaġun | | | |tal-patata | | | |Maltija | | | |fl-Olanda | |10/05/99 - |Ruma/|Ministru u | |15/05/99 |Ancon|żewġ | | |a |uffiċjali fuq| | | |laqgħa | | | |tal-Euro-Med | | | |rigward | | | |l-argrikoltur| | | |a; żjara | | | |fil-59 fiera | | | |Internazzjona| | | |li tas-sajd | | | |f'Ancona. | |05/09/99 - |Israe|Ministru u | |09/09/99 |l |uffiċjal fuq | | | |stedina għal | | | |fiera | | | |Internazzjona| | | |li ta' | | | |AGRITEC 1999 | | | |f'Haifa | |11/11/99 - |Brati|Ministru u | |14/11/99 |slava|żewġ | | |/Ruma|uffiċjali fuq| | | |parteċipazzjo| | | |ni fil-laqgħa| | | |Internazzjona| | | |li Agenda | | | |2000 dwar | | | |in-negozjati | | | |kummerċjali | | | |ta' prodotti | | | |agrikoli | |01/03/00 - |Italj|Ministru u | |03/03/00 |a |uffiċjal fuq | | | |laqgħa ma' | | | |l-Onor.", "Paula| | | |de Castro, | | | |ministru ta' | | | |l-agrikoltura| | | |ta' l-Italja | |01/04/00 - |Oland|Ministru u | |05/04/00 |a |tliet | | | |uffiċjali fuq| | | |stedina | | | |għall-ftuħ | | | |uffiċjali ta'| | | |l-istaġun | | | |tal-patata | | | |Maltija | | | |fl-Olanda | |01/05/00 - |Ġerma|Ministru u | |02/05/00 |nja/B|uffiċja fuq | | |ulgar|stedina | | |ia |għall-\"Agro-B| | | |usiness | | | |Forum\" | | | |f'Sofia | | | |organizzata | | | |mill-minister| | | |u ta' | | | |l-agrikoltura| | | |tal-Bulgaria | |22/05/00 - |Marok|Ministru u | |24/05/00 |k |żewġ | | | |uffiċjali fuq| | | |laqgħa | | | |mal-ministri | | | |tal-pajjiżi | | | |membri fi | | | |ħdan | | | |iċ-\"CIHEAM\" |", "TURIŻMU - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18351.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18352.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s- sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`seduta oħra.", "FINANZI - SAFAR - DELEGAZZJONIJIET MINISTERJALI", "18353.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l- persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub sa nofs Ġunju 1999 ngħata fit- tweġiba għall-mistoqsija numru 8004.", "Għall-bqija tal-perijodu msemmi t- tagħrif huwa kif ġej:-", "|Data |Deleg|L-Għan | | |ati |taż-żjara | | | | | |24/26.6.9|1 |konferenza| |9 | | | |24.9/1.10|3 |konferenza| |.99 | | | |18/23.10.| |xogħol | |99 | | | |9/10.11.9|1 |xogħol | |9 | | | |5/11.12.9|2 |xogħol | |9 | | | |26/29.1. |1 |xogħol | |2000 | | | |24.2/1.3.|2 |uffiċjali | |2000 | | | |7/9.3.200|2 |xogħol | |0 | | | |20/31.3.2|2 |uffiċjali | |000 | | | |12/13.4.2|1 |uffiċjali | |000 | | | |12/24.5.2|2 |konferenza| |000 | | | |18/21.6.2|1 |xogħol | |000 | | | |28.6/4.7.|4 |konferenza| |2000 | | |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħi li kkummissjonaw servizzi ta' avukati u konsulenti legali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18621; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Tagħrif dwar awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji u istituti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18595.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar avukati li qed jagħtu servizz lil entitatjiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18616.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar konsulenti fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l- Ministru tal-Finanzi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18599; u", "Tagħrif dwar avukati li qed jagħtu servizz lid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministru tal-Finanzi f'xogħol relatat ma' monitoring, screening u liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18623.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il- Ministru Deguara.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZI VETERINARJI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: F'isem il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar is- Servizzi Veterinarji\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att ta' l- 2000 dwar il-Patrimonju Kulturali\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` TA' L-ISTATISTIKA TA' MALTA", "MALTA STATISTICS AUTHORITY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-25 ta' Lulju, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, il-bieraħ kont qed ngħid għaliex din in-naħa tal-Kamra temmen li jkun aktar ta' benefiċċju għal pajjiżna li d- dipartiment jibda jirrapporta direttament lill-parlament.", "Għedt ukoll li permezz ta' dawn l-awtoritajiet iktar qiegħda tiżdied l-ispiża tal-gvern, bil-konsegwenza li t-taxpayer qed ikollu jagħmel tajjeb għall-finanzjament tagħhom.", "Irridu wkoll nirreġistraw il-fatt li dawn l-awtoritajiet qed jitwaqqfu abbażi ta' l-aġenda li għandu l-gvern Nazzjonalista li jara li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u allura jrid jagħmel il-bidliet leġislattivi neċessarji biex ikun konformi ma' l-acquis communautaire.", "U rrid illum inkompli nispjega għaliex huwa importanti li l-istrutturi tad- dipartiment ta' l-istatistika f'pajjiżna jkunu aktar trasparenti u dan sabiex ir-riżultati jkunu aktar kredibbli u inqas partiġġjani.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-proċess ta' l-istatistika f'pajjiżna għandu bżonn bidliet kbar u rridu nkunu saqajna ma' l-art biżżejjed biex nirrealizzaw li dak li żamm dawn il-bidliet kbar milli jsiru fl-imgħoddi kienu fatturi ta' mentalita`.", "Jien niftakar żmien fejn ħafna self-employed kienu jevitaw li jagħtu ċerta informazzjoni lid-dipartiment ta' l- istatistika, kemm għal raġunijiet ta' taxxa kif ukoll għal raġunijiet oħra.", "Dan irridu nirriflettu fuqu għaliex għada pitgħada din it-tip ta' statistika tista' b'xi mod jew ieħor tiġi mdawra f'mod partiġġjan, fis-sens li jkun hemm ċerta sezzjoni tas-soċjeta` li tkun tivvantaġġja naħa jew oħra u allura tkun tista' toħloq żbilanċ f'dik it-tip ta' data li jkun meħtieġ li jiġbor id-dipartiment ta' l-istatistika.", "Dan ikompli jagħti indikazzjoni ċara għaliex l-oppożizzjoni qiegħda tinsisti li għandhom isiru l-emendi meħtieġa sabiex id-dipartiment ta' l-istatistika jmur aktar fuq l- istrutturi li kienet ħejjiet din in-naħa meta kienet fil-gvern.", "Sur President, aħna nafu li minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, qatt m'hu se jkun possibbli li ċerti prodotti, bħat-tabakk, zokkor, ross u numru ta' prodotti oħra, nipproduċuhom lokalment.", "Il-gvern jaf kemm dawn il-prodotti huma importanti kemm għas-suq lokali kif ukoll għall-industrija tat-turiżmu u jaf ukoll x'impatt se jkun hemm fuqhom ladarba Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Pero` minkejja li l-gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu dan it- tagħrif għadu qatt ma spjega lill-poplu li jekk kemm-il darba s-sitwazzjoni ma tinbidilx, wara li pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, se jitlef ċerti benefiċċji, bħall-export refunds.", "Anke mill-monitoring evaluations li għamlet l-OECD jirriżulta li l-popli tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea jħallsu Euro127 biljun f'taxxi diretti u indiretti at farmgate level fis- sena.", "Naturalment dan ukoll iġiegħlek tistaqsi dwar x'miżuri ta' taxxi jrid idaħħal pajjiżna.", "Fl-imgħoddi l-gvern seta' għamel użu minn fondi tal- protokoll Taljan sabiex tabilħaqq jibni struttura indipendenti, trasparenti u li tkun tista' ġġib l-għanijiet ta' ħafna mill-ħaddiema - li m'għandix dubju li huma ħaddiema dedikati, ġenwini u li jippruvaw jagħtu l- kontribut tagħhom mill-aħjar li jistgħu, imma mbagħad ikun hemm dawn l- intriċċi min-naħa tal-gvern sabiex jibdel xi informazzjoni li tkun irriżultat mhux skond kif iridha hu ...", "Jiena ċert li fl-impact assessment li qed jagħmel l-istitut agronomiku ta' Bari se tintalab ċerta informazzjoni - jekk mhux mid-dipartiment ta' l-istatistika, mid- dipartiment ta' l-agrikoltura - dwar l-importazzjoni ta' l-ikel.", "U dan ikompli juri kemm huwa importanti li d-dipartiment ta' l-istatistika jwieġeb bi struttura iktar trasparenti u indipendenti lejn dan il- parlament, anke għall-ġid ta' l-istess ħaddiema.", "Ħafna drabi jiġri li l-affarijiet jiżvijaw - jekk jiżvijawx b'mod irresponsabbli, b'mod inkonsistenti jew inkella b'mod partiġġjan huwa argument ieħor - pero` żgur li dan ma jsirx minħabba t-tmexxija ta' l- uffiċjali nkarigati.", "Jiena nformat li wara li riċentement għamilt xi domandi parlamentari dwar kif ċerti ħaddiema tal-Maltacom qed jingħataw l- overtime - kelli informazzjoni li kien hemm ħaddiema li kienu qed jagħmlu aktar minn Lm1,000 overtime fix-xahar u dawn ovvjament huma nies magħrufa għall-kulur politiku tagħhom - ħarġet ċirkolari li ħadd ma jista' jagħmel iktar minn 30 siegħa overtime.", "Jirriżulta wkoll li fil-Maltacom se jitwaqqfu xi kumpanniji addizzjonali biex ċertu xogħol li llum qegħdin jagħmlu ċerti ħaddiema jiġi shifted lejn dawn il-kumpanniji, bil- konsegwenza li jekk il-ħaddiema li jkunu jagħmlu dak ix-xogħol jiddeċiedu li jibqgħu mal-Maltacom, dawn il-kumpanniji jkollhom jimpjegaw ħaddiema ġodda li jkunu tal-qalba.", "Li qed nipprova ngħid b'dan huwa li ċerti skedi u artikli ġew magħmula b'ċerta makakkerija.", "Jista' jiġri li sentejn, tliet snin oħra jinbitlek xi ħadd u tiddeċiedi li titfgħu direttur jew uffiċjal u b'xi mod jew ieħor tara xi tbażwar ħalli jiġi jiffittja dak li jkollok quddiemek.", "Imbagħad forsi jinbidlu ċ-ċirkostanzi u jinbidel il- ministru u xi ħadd jerġa' jdaħħal lil xi ħaddiema oħra tal-qalba.", "Dawn l- affarijiet qed ngħidhom mhux bi kritika imma għaliex il-poplu tani l- fiduċja tiegħu biex nirrappreżentah hawnhekk u bilfors li jkolli nagħmel riferenza għall-klawsoli li hawn f'dan l-abbozz.", "Sur President, meta nara dawn l-abbozzi kollha ġejjin wara xulxin nistħajjilni bħal meta konna tfal fejn; kien ikollna lezzjoni u għaliex ma konniex għamilna l-homework jew ma konniex preparati biżżejjed kulħadd jitlob to be excused.", "U hawnhekk l-istess ħaġa qed jiġri għax il-gvern għandu impenn biex jagħmel ċerti bidliet leġislattivi, pero` jrid joqgħod attent kif jaġixxi għax dawn l-istess sistemi ħolqu ħafna nkwiet diġa` f'pajjiżi oħra.", "U dawn huma sitwazzjonijiet li l-gvern irid joqgħod attent għalihom.", "Ejjew għall-argument ngħidu li l-ministru li qed jippilota l- liġi, għada pitgħata ma jerġax jitla' u jkun hemm ministru ieħor minfloku.", "X'jiġri?", "Forsi l-ministru jew is-segretarju parlamentari li jkun minfloku ma jkollux l-istess drive u jsib mod kif joħroġ minn dawn il-bidliet.", "Dan m'għandux ikun.", "Aħna poplu ċkejken u għandna nkunu responsabbli li naraw li nibnu fuq dak li jsir u li dak li jsir naraw li nagħmluh għall-ġid komuni ta' kulħadd.", "Irridu niftakru li dak li aħna nemmnu fih, jiġifieri li r-Repubblika tagħna hija mibnija fuq ix-xogħol u allura x-xogħol huwa dritt, irridu dejjem inżommuh quddiem għajnejna.", "U jiddispjaċini ngħid li fil-mod ta' kif il-gvern qed jippreżenta dawn il-liġijiet qed joħloq aktar dan l-ispazju biex isiru dawn il-bidliet u dan se joħloq aktar inkwiet bejn il-partijiet tredjunjonistiċi u l-ħaddiema.", "Jiddispjaċini, Sur President, li l-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi ma jippermettilix noqgħod nispeċifika fuq kull klawsola, pero` nispera li fi stadju ieħor inkunu nistgħu niddiskutu dawn l-affarijiet b'mod li nkunu kredibbli u leali lejn ir-responsabbilta` tagħna.", "Fl-idea tiegħi, kemm il-gvern mhux ikun realistiku nistgħu narawh mis-settur agrikolu.", "Jiena konvint li l-uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura u l- uffiċjali ta' l-istatistika jifhmu lil xulxin u nemmen li hemm impenn sinċier u sod biex iwettqu l-għanijiet li huma meħtieġa, sabiex l-uffiċċju ta' l-istatistika jkollu l-informazzjoni meħtieġa anke minħabba l-bidliet sostenibbli li jridu jseħħu fil-ġejjieni, liema bidliet hemm bżonnhom sabiex jissaħħaħ aktar id-dritt tax-xogħol u jogħla aktar il-livell tal- produzzjoni f'pajjiżna.", "Ħafna drabi, jingħata ċertu tagħrif, imma peress li l-uniku sors biex niksbu din l-informazzjoni huwa permezz ta' domandi supplimentari, jista' jagħti l-każ li l-istatistika l-gvern idawwarha f'bilanċ politiku komdu għalih.", "Per eżempju, b'risposta għal domanda parlamentari tiegħi l-ministru jgħid fil-parlament li l-average price tal- patata kien ta' 24c matul dawn l-aħħar sitt xhur u meta titkellem mal- bdiewa jgħidulek li qatt ma ġabu 24c f'dawn is-sitt xhur.", "U allura f'dan il-każ imbagħad jinħoloq l-iżbilanċ.", "L-istess jiġri imbagħad fl- istatistika dwar it-turiżmu.", "Il-ministru jiġi joqgħod jiftaħar kemm ġab persentaġġ iktar ta' turisti u joqgħod jiftaħar kemm għamel aħjar minn sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella, imma mbagħad ma jgħidilniex kemm naqsu t-turisti li jmorru joqogħdu ġo l- appartamenti u ġol-guest houses u li allura permezz tagħhom dawk li għandhom restaurant żgħir, pizzeria jew snack bar idawru lira.", "U l-gvern jaf li teżisti din il-problema u jaf li din il-problema qed tiġi kkawżata minħabba li f'pajjiżna għandna ħafna turisti li jiġu fuq il-bażi ta' l-all- inclusive u allura quddiem din ir-realta` il-gvern qed isib ruħu komdu li jagħti ċifri ta' l-istatistika mingħajr ma jagħmel użu veru mill- istatistika li m'hemmx dubju li tista' tagħtih dawn it-tip ta' dettalji.", "Il-gvern huwa mpenjat li jlaħħaq ma' l-aġenda tiegħu, jiġifieri li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea, u huwa impenjat li jagħmel il-bidliet relattivi sabiex jieħu l-prosit minn Brussell, imbagħad lill-ħaddiema u lin- negozjanti ma jgaħtihomx id-direzzjoni politika meħtieġa.", "U dawn huma sitwazzjonijiet li aħna bilfors irridu nikkritikawhom.", "Nerġa' ngħid li dawn kollha huma argumenti li jikkonfermaw x'inhuma r- raġunijiet li għalihom l-oppożizzjoni qed tappella lill-gvern sabiex jara li l-uffiċċju ta' l-istatistika jkun iwieġeb għal dan il-parlament.", "Għaliex wara kollox iż-żewġ naħat għandna l-impenn li nkunu leali u konsistenti quddiem ir-realtajiet li qed jiġru u li mhux li nkunu konsistenti kif naħbu r-realtajiet u kif nibnu argumenti li nġibu ċ-ċapċip minn naħa jew oħra.", "Jekk ma jsirx hekk allura aktar ikompli jissaħħaħ l- argument ta' l-oppożizzjoni li din hija liġi oħra li permezz ta' l- istrutturi li qed tipprova toħloq se toħloq aktar nuqqas ta' koordinazzjoni, se ġġib aktar diffikultajiet, u finalment se tkun tfisser spiża akbar għall-poplu tagħna.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn il- poplu huwa mifni bit-taxxi u l-gvern ma jiflaħx ma' l-ispiża li tirrikjedi l-manutenzjoni u l-iżvilupp tat-toroq f'pajjiżna.", "Mela għandek poplu li huwa mxebba' bil-kontijiet u bit-taxxi ġodda, imbagħad il-gvern minkejja li qed joħloq dawn il-miżuri, xorta mhux qed isib il-finanzjament meħtieġ biex jagħmel upgrading tat-toroq u biex isostni l-produzzjoni tas-sors ta' l- enerġija tad-dawl u l-ilma li m'hemmx dubju li f'pajjiż bħal tagħna huma importanti ħafna għaliex m'għandniex ir-riżorsi naturali.", "Dan kollu jkompli jsostni l-argument tagħna li din l-awtorita` m'hijiex verament se tindirizza l-prijoritajiet li għandu bżonn il-poplu imma se tindirizza biss il-prijoritajiet li għandha n-naħa tal-gvern.", "Il-gvern se jagħmel ċerti bidliet fi żmien qasir u dan se jkompli jitfa' aktar piż fuq il-poplu.", "Aħna nafu kemm huwa importanti li jkollna ċertu tagħrif mid- dipartiment ta' l-istatistika sabiex inkunu konformi mal-maximum residue levels li timponi l-Unjoni Ewropea fuq prodotti ta' ħxejjex u frott frisk.", "Fl-20 xahar li għamilna fil-gvern, aħna għamilna ċerti żviluppi sabiex insaħħu l-produzzjoni tas-siġar tal-frott u dan sabiex mill-ġdid nibnu produzzjoni li tkun tista' tissodisfa d-domanda tas-suq tal-lum u tal- ġejjieni kemm tal-poplu kif ukoll ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Infaqna 'l fuq minn Lm1.5 miljun biex għamilna s-serer speċjalizzati ħalli nkabbru s- siġar tal-frott virus-free.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena nieqaf hawnhekk għaliex ovvjament mhux se jestenduli l-ħin.", "Niġbed pero` l-attenzjoni tas-Sedja għan-nuqqas ta' quorum fil-kamra kif jitolbu r-regolamenti.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fl-10.04a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, naħseb li l-liġi li għandna quddiemna llum hija waħda bżonjuża għaliex kull pajjiż u kull settur għandu bżonn l- istatistika biex biha jkejjel il-performance tiegħu.", "Naturalment kull settur jiffissa t-targets tiegħu u permezz ta' l-istatistika jkun jista' jara huwiex qed iżżomm magħhom jew le u anke jkun jista' jqabbek il- performance tiegħu ta' sena ma' dik ta' sena oħra jew inkella jqabbel il- performance tiegħu ma' dik ta' ħaddieħor.", "Naturalment l-istatistika m'għandniex nużawha biss biex nagħmlu dawn il-comparisons jew biex noqogħdu ngħidu li s-sena l-oħra kellna 100 turist u din is-sena għandna 90 imma rridu noħorġu t-trends.", "Huwa veru li l-comparative statistics trid tużahom biex tqabbel, imma t-trends mill-istatistika huma importanti aktar għaliex tista' tużahom biex tippjana 'l quddiem.", "U l-istatistika naturalment hija għodda indispensabbli biex tkun taf qed intix qed tilħaq l-għanijiet tiegħek.", "U bħala eżempju se nieħu l-qasam tat-turiżmu.", "Illum il-Malta tourism authority fasslet il-mission statement u l- objectives tagħha u mill-objectives ħarġet l-istrateġija.", "Dawn kollha huma affarijiet tajbin li ma tistax ma taqbilx magħhom għaliex fost affarijiet oħra, fil-mission statement insibu li l-MTA trid ittejjeb l-attivita` tas- settur fl-interess nazzjonali, trid taħdem ma' kulmin qiegħed f'dan is- settur u trid taħdem b'mod sostenibbli għal-lum u fl-interess tal- ġenerazzjonijiet futuri.", "Fl-objectives ta' l-MTA imbagħad hemm li tinħoloq awareness fuq it-turiżmu, li l-MTA isservi ta' catalyst għal improvement fis-settur, li tagħmel promotion għal Malta bħala destinazzjoni unika, li tara li t-turisti joħroġu sodisfatti u naturalment li tibqa' taħdem sabiex il-kontribuzzjoni tat-turiżmu lejn l-ekonomija ta' Malta tibqa' tikber.", "Hemm imbagħad l-istrateġija fejn fost affarijiet oħra jissemma li jiġi rranġat il-prodott, jiġu diversifikati s-swieq, l-informazzjoni utli tgħaddi għand min ikollu bżonnha biex ikunu jistgħu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u anke jinżammu l-istandards.", "Huwa tajjeb li jsiru dawn l-objectives u l-istrateġiji imma mbagħad trid tkun l-istatistika biex tgħinek tara jekk intix qed timxi ma' l-objectives u l-istrateġija li tkun fassalt għaliex inkella għalxejn noqogħdu nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Naturalment hemm ħafna statistika utli mhux biss għall- MTA u għall-ministeru imma anke għall-istakeholders kollha li jaħdmu f'dan is-settur.", "U mhux l-istatistika kollha l-istess; trid tagħmel distinzjoni bejn statistika li tkun xi ftit kunfidenzjali u tgħodd għal min qiegħed fuq nett u statistika li tiġi ppubblikata u mqassma lil kulħadd.", "U ċerta statistika speċjalizzata lanqas għandha tinġabar mis-COS per eżempju, għaliex għalkemm din tiġbor l-istatistika tal-wiċċ, meta tkun trid tinżel aktar fil-fond, sta għall-MTA li tagħmel r-riċerka tagħha.", "Mill-esperjenza li kelli fl-imgħoddi naf li hemm konnessjoni sħiħa bejn l-MTA u s-COS u nispera li din tibqa' għaddejja.", "Ħalli nerġa' nieħu l-eżempju tal- lukandiera.", "Per eżempju, ikun tajjeb li lukandier ikun jaf fejn qegħdin it-trends ta' swieq differenti; jekk id-domanda fis-suq Olandiż tkun tiela', allura jaf li ta' min jagħmel ftit marketing hemmhekk għaliex ikun aktar faċli li jġib ix-xogħol minn fejn hemm id-domanda milli ġġib ix-xogħol fejn id- domanda ma teżistix.", "Kif diġa` għedt, hemm statistika li tkun ippubblikata bħala performance u riżultati, dawk li aħna nirriferu għalihom bħala indicators, sabiex anke l-poplu jkun jista' jiżen u jiġġudika.", "Illum għandek ħafna nies li qed isegwu ħafna l-materjal li jkun qed joħroġ bħala statistika u dawn kapaċi jagħrfu kemm settur partikolari jkun sejjer tajjeb jew le, fiex naqas, fiex stagħġna, fiex mar l-aħjar, fiex żied, eċċ. Huwa importanti wkoll li l-media jkollhom statistika tajba minn fuqhiex jirriferu għaliex kultant dawn joqogħdu fuq li ngħid jien jew li jgħid ħaddieħor u ma jiċċekkjawx dak li nkunu qed ngħidu aħna ma' dak li jkun qed jiġri fir-realta`.", "Aħna l-aktar li niġbru statistika nazzjonali, pero` jien naħseb li wasal iż-żmien li nibdew niġbru anke statistika internazzjonali ta' pajjiżi oħrajn biex inkunu nistgħu nqabblu dak li qed nagħmlu aħna ma' dak li qed isir f'pajjiżi oħra kompetituri tagħna.", "Trid issir distinzjoni wkoll bejn statistika meħuda mis-supply side u dik meħuda mid-demand side.", "Jiġifieri n-numru ta' sodod li għandna rridu nqabbluh man-numru ta' turisti li jridu jiġu Malta.", "Imbagħad inkunu rridu nippruvaw inqabblu jekk għandniex sodod żejda għaliex jekk ikollok sodod żejda tkun trid tnaqqas il- prezzijiet, filwaqt li jekk is-sitwazzjoni tkun bil-kontra, ikollok tnaqqas in-numru ta' turisti li jiġu u ħafna drabi jkollok anke tgħolli l- prezzijiet.", "Sur President, l-istatistika li qiegħda tinġabar hija waħda informattiva u importanti ħafna.", "Għandek, per eżempju, statistika dwar l-arrivals, liema statistika tiġi ppubblikat kull xahar u jaf biha kulħadd.", "Minbarra din l-istatistika, is-COS u l-MTA qed joħorġu statistika oħra li għalkemm m'hijiex magħrufa daqs dik ta' l-arrivals tista' tkun aktar importanti.", "Qed nirriferi għal statistika bħal, per eżempju, il-pajjiżi minn fejn ġej it-turiżmu, l-eta` tat-turisti, kemm minnhom huma males u kemm minnhom huma females, jekk humiex qed jiġu koppji jew familji, id-duration of stay tagħhom, il-gross earnings li qed iħalli t-turiżmu fis-settur, dawk li deħlin bl-ajru u dawk li deħlin bil-baħar, f'liema kategoriji ta' lukandi qed joqogħdu, in-numru tas-sodod li għandna fil-pajjiż, il-kategorija tagħhom, kemm qed jiżdiedu u jonqsu, kemm għandna cruise passengers, x'tip ta' employment jeżisti fis-settur, x'tip ta' pagi jingħataw, kemm hemm impjegati full-time, u kemm hemm part-time, il-kategoriji tal-hotels u kemm qed iħaddmu nies fil-catering, fit-trasport u fl-airlines.", "Din kollha hija statistika li għalkemm mhux dejjem tidher xorta waħda qed tinġabar u sservi ta' għodda mportanti ħafna għal min jaħdem f'dan il-qasam.", "Ħafna minn din l-istatistika li qed insemmi, għalkemm ma tiġix mxandra bi press release hija available fuq l-internet u dawk li kollha nteressati jistgħu jniżżlu din it-tip ta' informazzjoni minn fuq l-internet.", "Huwa importanti ħafna li l-istatistika tkun aġġornata tajjeb u ta' sikwit.", "Per eżempju, jekk tidħol fuq is-site ta' l-MTA illum issib li l- istatistika li qed insemmi jien tasal sa l-1998, u dan mhux għaliex l-MTA m'għandhiex informazzjoni imma għaliex probabbli tkun għadha ma daħlitx dik l-informazzjoni fuq is-site ta' l-internet Huwa importanti li r-riżultati joħorġu għall-pubbliku immedjatament għaliex l-istatistika tax-xahar li nkunu qegħdin fih għalija tkun rilevanti imma statistika ta' l-1998 is history.", "Nerġa' ngħid li dan qed jiġri mhux għaliex m'hijiex qed tinġabar informazzjoni imma għaliex mhux dejjem qed tingħata.", "Pero` overall naħseb li għandna statistika serja - m'iniex qed ngħid li hija nfallibbli; ġieli kien hemm nuqqasijiet u ġieli kellna każijiet fejn per eżempju embarkation cards ta' xahar jiġu misplaced u jingħaddu ma' tax-xahar ta' wara, imma dawn huma l-eċċezzjonijiet - u kredibbli biżżejjed.", "Ġieli kellna wkoll diskrepanzi fuq ir-revenue fejn dak li nkunu qed nikkalkulaw aħna bħala MTA, għal xi raġuni jew oħra ma jkunx qed jaqbel ma' dak tas-central bank.", "Pero` nerġa' ngħid li dawn ikunu l-eċċezzjonijiet u mhux ir-regoli.", "U la semmejt l-embarkation cards xtaqt ngħid li forsi jkun tajjeb li wieħed jibda juża aħjar l-embarkation cards fejn mingħajr ma ddaħħal ħafna burokrazija żejda u mingħajr ma timponi xejn fuq ħadd issir speċi ta' questionnaire fuq parti mill-card.", "Minn dawn it-tip ta' questionnaires tkun tista' tislet ir-raġuni għalfejn it-turist qed jivvjaġġa, il- background soċjali tiegħu, jekk qed jimliha huwa u sejjer lura l-customer satisfaction index tiegħu, kemm ħa gost, biex iddejjaq hawn Malta, is- suġġerimenti li jista' jagħti u jekk din hijiex l-ewwel żjara tiegħu jew jekk huwiex a repeat visitor.", "Nerġa' ngħid li dawn ma tagħmilhomx għall- burokrazija imma biex ikollok riċerka għaddejja kontinwament, liema riċerka żgur li se tiġi bżonnha 'l quddiem meta tibda tagħmel dik li ngħidulha segmentation tat-tip ta' turist li qed jiġi.", "Sur President, għad irid isir ħafna aktar rigward l-istatistika turistika, u mhux hawn Malta biss.", "L-istatistika dinjija fuq it-turiżmu għadha xi ħaġa ġdida.", "L-ewwelnett is-settur turistiku meta mqabbel ma' setturi oħrajn huwa wieħed riċenti ħafna u huwa settur aktar diffiċli mis- settur tal-manifattura għaliex huwa magħmul minn ħafna komponenti separati u differenti; għandek komponenti li qegħdin direttament fit-turiżmu u għandek komponenti bħat-trasport, akkomodazzjoni, caterng establishments u airlines li jagħtu kontribut indirettament lit-turiżmu.", "Għandna imbagħad l-assurdita` li settur bħall-agrikoltura jaf eżattament kemm hi l-kontribuzzjoni tiegħu għall-ekonomija u għandna wkoll il- breakdown tal-persentaġġ, filwaqt li f'settur importanti bħat-turiżmu trid toqgħod tagħmel ħafna guesswork u daqqa ngħidu li l-kontribuzzjoni tas- settur turistiku lejn l-ekonomija huwa 25%, daqqa ngħidu 30% u daqqa ngħidu 33%.", "Kif diġa` għedt dan minħabba l-fatt li m'huwiex daqstant faċli li tislet l-impatt ekonomiku tat-turiżmu daqskemm hu f'setturi oħra.", "U forsi kienet raġuni valida ħafna li l-NTOM fl-1997 ħadet deċiżjoni li tagħmel riċerka aktar fil-fond dwar dan.", "Fil-fatt fl-1997 ittieħdet formalment id- deċiżjoni biex isir studju fuq l-economic impact tat-turiżmu fuq l- ekonomija Maltija.", "Dan l-istudju ġie ppreżentat f'nofs is-sena 1999 u kien pass importanti ħafna għaliex kellu jservi bħala gwida għall-pjan ta' żvilupp turistiku ta' Malta.", "Dak iż-żmien aħna ħassejna li ma tistax tagħmel pjan ta' strateġija għat- turiżmu biex tara fejn trid tmur mingħajr ma tieħu bearing ta' fejn qiegħed.", "Huwa veru li l-guesswork trid tagħmlu imma b'daqshekk m'intix se tippjana fit-tul u fis-sod.", "Għalhekk konna ħassejna l-importanza li qabel ma nfasslu u niffinalizzaw pjan strateġiku għat-turiżmu ried ikollna bażi soda biex nifhmu x'kontribuzzjoni ekonomika qed jagħti dan is-settur daqshekk importanti għal pajjiżna.", "Id-deċiżjoni li ssir din ir-riċeka kienet importanti ħafna wkoll għaliex għall-ewwel darba f'Malta bdiet issir riċerka mfassla fuq il-mudell imsejjaħ tourism satellite account system li l-world tourism organisation nidiet is-sena l-oħra biex kemm jista' jkun il- pajjiżi kollha li jħaddnu s-settur tat-turiżmu bħala statistika jimxu fuqu.", "Nista' ngħid li għalkemm dan m'huwiex qed jiġi ppubblikat kull sena, bdejnih u l-informazzjoni neċessarja qiegħda tinġabar kontinwament.", "Jien minn hawnhekk nagħmel appell sabiex dak l-istudju ma jieqafx hemmhekk imma jibqa' jiġi dejjem aġġornat u ppubblikat.", "U la qed insemmi dan l-istudju xtaqt li minn hawnhekk nagħti prosit lil min ħadem fuqu għaliex kien hemm kordinazzjoni sħiħa.", "F'dan l-istudju kien hemm involut team ta' l-NTOM immexxi minn Lesley Vella, kien hemm is-COS, l- MHRA, l-Air Malta, l-association of travel agents u l-Malta incoming tour operators association li kollha meddew idejhom sabiex dan l-impact assessment ikun jista' jseħħ.", "Dan kien studju tajjeb ħafna u li minnu ħarġu ċerti fatti li trid u ma tridx bilfors ikollok tħares lejhom u tiflihom jekk verament trid tippjana bis-serjeta`.", "L-idea ta' dan it-tip ta' studju hi li ssir breakdown tat-turiżmu fil-components tiegħu - bħalma diġa` semmejt hemm l-akkomodazzjoni, it-trasport, il-catering, ix-shopping u l-entertainment - u f'kull component tara x'inhi l-kontribuzzjoni tat- turiżmu u tgħaqqad kollox f'daqqa biex ikollok stampa sħiħa fuq firxa ta' komponenti importanti fl-ekonomija tagħna.", "Apparti l-kontribuzzjoni ekonomika, dan it-tip ta' studju tana ċans ukoll nibdew inħarsu lejn swieq differenti u nqabblu kull suq kemm qed jikkontribwixxi lejn l-ekonomija tagħna.", "Huwa importanti ngħid li 73% mit-turisti li jiġu hawn Malta jiġu mill- Ingilterra, mill-Ġermanja, mill-Italja, minn Franza u mill-Olanda.", "Din ir- riċerka saret mat-turisti li ġejjin minn dawn il-ħames pajjiżi.", "Aħna ridna nkejlu d-differenza bejn l-effetti tat-turiżmu fis-sajf u fix-xitwa.", "Ridna ninżlu aktar fil-fond milli fil-fatt kienu jinżlu l-indicators tas-COS għaliex b'din l-economic penetration tas-settur tkun tista' tagħraf fejn inti u x'inhuma l-limitazzjonijiet tiegħek.", "Xi ftit jew wisq konna qed nitbiegħdu mill-użanza li t-turiżmu hija xi ħaġa li tiġi weħidha u inti kemm toqgħod bil-qiegħda u tgħodd it-turisti.", "L-idea llum hi li t-turiżmu huwa industrija li trid tmexxiha u li biex tmexxiha trid tkun taf eżatt x'qed jiġri.", "U biex tkun taf eżatt x'qed jiġri trid tagħmel din ir-riċerka li qed insemmi jien u toħroġ indicators u statistika tajba, fil-ħin u reliable.", "U r-riċerka trid tibbażaha fuq ċerti mistoqsijiet bħal, per eżempju, mil-liema pajjiż jiġu t-turisti li jħallu l-ikbar qliegħ f'Malta.", "Dan nagħmluh mhux biex lil wieħed iġġibu u lill-ieħor le imma sabiex tkun taf fejn trid tagħti l-akbar importanza tiegħek.", "Ridna naraw ukoll liema mit-turisti jonfqu l-aktar, jekk hux dawk li jiġu fix-xitwa jew inkella dawk li jiġu fis-sajf u anke x'inhi l-kontribuzzjoni ideali li t-turiżmu jagħti lejn l-ekonomija tagħna.", "Għaliex huwa veru li noqogħdu ngħidu li s-settur tagħna huwa importanti ħafna biex jagħti 25% contribution lill-ekonomija tagħna filwaqt li met tħares lejn it-turiżmu f'pajjiżi ta' l-Ewropa ssib li dan jagħti kontribuzzjoni ta' madwar 5%, imma tajjeb li nistaqsu liema hu l-aktar tajjeb, jekk hux tagħna li jagħti għandu contribution ta' 25% jew tagħhom li għandu biss contribution ta' 5%.", "U aħna nkunu nixtiequ nkabbruh imma mill-banda l-oħra tibda tistaqsi jekk nistgħux nibqgħu għaddejjin fuq ekonomija li kwart minnha hija bbażata fuq settur, li importanti kemm hu importanti, huwa fraġili.", "U minn hemmhekk toħroġ il-mistoqsija l-oħra ta' sakemm għandna nibqgħu nkabbru s-settur turistiku tagħna.", "Jekk se nkomplu nikbru mil-liema setturi se nibqgħu nkabbru?", "Liema components ta' l-industrija għandna ngħinu u liema għandna nrażżnu?", "Liema components qed jikkontribwixxu lejn l-ekonoija bi profitt u liema qed jikkontribwixxu b'telf?", "Kemm hemm bżonn ta' tijib fl-istruttura ta' l-impjiegi fis-settur?", "Nistgħu nkomplu nkabbru l-qliegħ mit-turiżmu?", "Malta kif titqabbel meta tħares lejn kompetituri tagħha?", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li fittixna li joħorġu minn dawn is-surveys.", "U la semmejt is- surveys nixtieq issa nħares lejn ċerti riżultati li ħarġu minn dan is- survey biex nuri kemm huwa mportanti li mhux nieqfu fuq l-istatistika imma ninżlu aktar fil-fond permezz tar-riċerka.", "Ħalli nieħu l-eżempju ta' l-eta`.", "Kulħadd jixtieq li lejn pajjiżu jiġbed turisti b'firxa medja ta' etajiet, pero` f'pajjiżna qed insibu - u din m'hijiex xi ħaġa ta' l-aħħar sena, sentejn jew tliet snin - li l-akbar numru ta' turisti li ġejjin f'pajjiżna huma dawk li għandhom over 65 years.", "It-tieni highest figure hija ta' dawk li għandhom bejn 50 u 55 sena filwaqt li l-inqas figura hija dik ta' żgħażagħ bejn il-15 u d-19-il sena.", "Dawn iċ- ċifri jgħidulna ħafna affarijiet; jew il-prodott tagħna mhux qed jattira żgħażagħ, jew il-mod li bih qed nirreklamaw lil Malta qegħdin niffokaw fuq l-anzjani biss.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn ir-repeat visitors naraw li filwaqt li pajjiżi kompetituri tagħna għandhom madwar 30% tat-turisti li huma repeat visitors, f'pajjiżna għandna biss 20% u dawn jinkludu emigranti Maltin li jiġu mill-Kanada, mill-Amerika jew mill-Awstralja biex iżuru l- familjari tagħhom.", "Hawnhekk ukoll trid tara għalfejn in-numru ta' repeat visitors tagħna mhux daqs dak tal-kompetituri tagħna.", "Ilna wkoll nitħabtu ħafna biex immorru għall-conference and incentive travel u niche markets.", "Qegħdin nagħmlu progress f'dawn is-swieq pero` meta tara li 80% tat-turisti li ġejjin Malta ġejjin fuq package holidays tinduna li mhux qed nagħmlu biżżejjed.", "Hemm bżonn li jsir aktar sforz sabiex intejbu l-persentaġġ ta' conference and incentive travel, special interest travel etc. Jekk imbagħad inħarsu lejn ir-revenue li jħalli t- turist f'Malta, nieħdu idea fiex qed jonfoq flusu t-turist.", "Per eżempju, fl-1998 kellna revenue mit-turiżmu ta' kważi Lm320 miljun.", "Jekk inħarsu ftit lejn fejn marru dawn il-flus insibu li l-airlines, l-aktar l-Air Malta, ħadu madwar Lm70 miljun; fil-handling ta' passiġġieri marru kważi Lm6 miljuni; fis-settur ta' l-akkomodazzjoni marru Lm125 miljun; fil- catering outlets intnefqu Lm53 miljun; fit-transport - hawnhekk qed ninkludi l-ferries ta' Għawdex, kiri ta' karozzi, taxis u public transport - marru Lm14.5 miljun; fir-rikreazzjoni ntnefqu Lm20 miljun; fix-shopping intefqu aktar minn Lm26 miljun - Lm17 miljun minnhom intnefqu f'shopping duty free u souvenirs - filwaqt li kien hemm madwar Lm3 miljun oħra other revenue.", "Huwa tajjeb li wieħed iħares lejn din it-tip ta' statistika għaliex huwa inutli li tgħid li Malta daħlet Lm320 miljun mingħajr ma tkun taf fejn marru.", "Imbagħad nistgħu nidħlu aktar fil-fond u nagħmlu comparison bejn it- turist Ingliż, Ġermaniż, Taljan, Franċiż u Olandiż u naraw fejn l-aktar li jonfqu flushom.", "Per eżempju, insibu li l-aktar li jonfoq fuq accommodation huwa t-Taljan u l-Franċiż, fuq l-ikel u x-xorb l-aktar li jonfqu huma l- Olandiżi u l-Ġermaniżi, fit-trasport l-aktar li jonfqu t-Taljani u l- Franċiżi, fuq rikreazzjoni, jiġifieri mużewijiet, kultura, entertainment eċċ. l-aktar li jonfqu l-Ġermaniżi u l-Olandiżi, filwaqt li f'xiri ta' affarijiet u souvenirs mill-ħwienet l-aktar li jonfqu huma l-Ingliżi u l- Franċiżi.", "Meta mbagħad inħarsu lejn min qed jonfoq l-aktar minn dan it- turisti waqt li jkun f'pajjiżna, jiġifieri l-expenditure during stay, insibu li huwa l-Ingliż, li jonfoq madwar Lm120 għal kull turist li jkun qiegħed hawn Malta.", "It-tieni jiġi t-Taljan li jonfoq Lm113, imbagħad jiġi l- Olandiż, il-Ġermaniż u l-Franċiż.", "U jien ngħid li din hija statistika mportanti għaliex meta nħarsu lejn minn fejn qed nitilfu l-aktar insibu li l-aktar li qed nitilfu huwa proprju mis-suq Ingliż, jiġifieri minn dak it- turist li qed jonfoq l-aktar f'pajjiżna.", "Xtaqt imbagħad insemmi l-istatistika - ma tantx fadalli ħin u ma nixtieqx noqgħod nidħol fiha fid-dettall - dwar kemm jiġu turisti fis-sajf u kemm jiġu fix-xitwa.", "Anke hawnhekk toħroġ li għadha problema serja għaliex fis- sajf jiġu 65% tat-turisti filwaqt li fix-xitwa, jiġifieri minn Ottubru sa Marzu, jiġu l-kumplament.", "Naturalment din il-figura tiġi riflessa wkoll fl- infieq fejn naraw li n-nefqa tat-turist f'Malta qiegħda tkun 67.3% - mit- Lm320 miljun li semmejt - fis-sajf u 32.7% fix-xitwa.", "Naturalment biex iddur dan is-survey kollu trid aktar żmien u jien inħajjar lil kulmin hu verament interessat dwar x'qed jiġri fit-turiżmu sabiex jidħol sew fih.", "Sfortunatament l-istatistika tagħna tikkonċentra biss fuq il-parti ekonomika pero` jien naħseb li hemm bżonn li tibda ssir riċerka anke fuq l- effetti tat-turiżmu fejn jidħol environment, l-impatt soċjo-kulturali eċċ. Pajjiżi oħra, bħalma jagħmlu audits fuq l-ekonomija, jagħmlu wkoll environmental audit u jaraw anke l-impatt tat-turiżmu fuq is-social cultural structure.", "Hija sfortuna oħra li l-istatistika tagħna qed tiffoka biss fuq incoming tourists u m'għandniex statistika biżżejjed fuq il-Maltin li qed imorru barra.", "Din it-tip ta' statistika sfortunatament nitkellmu fuqha darba biss kull meta jkun hemm il-fiera ta' Amitec li tkun organizzata tajjeb ħafna mill-Air Malta.", "Huwa importanti li nkunu nafu għalfejn isiefru l-Maltin, kemm jonfqu, l-average stay tagħhom, it-tip ta' lukandi fejn joqogħdu, it-tip ta' holidays li jieħdu, l-eta` tagħhom u jekk humiex qed isiefru fuq business biss jew għal sempliċement holiday.", "Importanti nkunu nafu kemm mit-turisti li ġejjin minn barra kif ukoll mill- Maltin li jmorru barra, kemm ikunu ilhom li ddeċidew qabel ma attwalment marru holiday; hemm turisti li jkunu jafu minn tlieta jew erba' xhur qabel f'liema post se jmorru u kemm se jdumu u hemm oħrajn li jiddeċiedu kollox f'ġimgħa.", "Nerġa' ngħid li huwa importanti li bħalma għandna statistika, jew irridu niġbru statistika, dwar it-turisti li ġejjin hawnhekk, ikollna wkoll statistika dwar il-Maltin li sejrin barra.", "Sfortunatament l-akbar farsa - s'issa ma semmejt xejn negattiv u ppruvajt inkun pożittiv - fl-istatistika huwa l-fatt li għandek statistika waħda b'ħafna interpretazzjonijiet.", "Din hija sfortuna għaliex dment li għandek statistika waħda ma naħsibx li għandu jkun li wieħed iħares lejha u jgħid li hjia sewda u l-ieħor iħares lejha u jgħid li hija bajda.", "Mhux kulħadd huwa ġenwin biżżejjed biex jinterpreta l-istatistika fil-verita` tiegħu, sfortunatament jista' jkollok gvernijiet li anke jilagħbu bl-istatistika, xi kultant mhux biss kif jinterpretawha imma anke bil-mod li jiġbruha, naturalment biex idawru l-argument favur tagħhom.", "MR SPEAKER: Onorevoli, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Nipproponi li l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli bid- diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Vella jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, f'dawn iċ-ċirkostanzi nħossni kostrett li nsejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fl-10.50a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, jiena wkoll xtaqt nagħti ftit il- veduti tiegħi dwar din l-awtorita` li qed titwaqqaf permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi.", "Naħseb li kulmin tkellem ipprova kemm jista' jkun ikun pożittiv f'dak li kien qed jgħid - u anke jien se nipprova kemm jista' jkun nagħmel hekk - għalkemm il-kritika fl-aħħar mill-aħħar sakemm tkun pożittiva u ma tkunx partiġġjana hija wkoll importanti għaliex permezz tagħha jsiru ċerti bidliet.", "Jien naħseb li awtorita` bħal din sa ċertu punt hija daqsxejn perikoluża u rridu nitfgħu għajnejna fuqna u noqogħdu attenti li l-istatistika li tkun qed tinħareġ minnha tkun verament qed tirrifletti dak li qiegħed jiġri fil- pajjiż.", "L-istatistika tgħin sabiex dak li jkun ikun jista' jippjana aħjar.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna naslu f'mumenti fil-ħajja tagħna fejn nieqfu nirriflettu sabiex naraw fejn morna tajjeb u fejn morna ħażin ħalli fejn morna tajjeb ikomplu naħdmu fuqu biex insaħħuh u fejn morna ħażin, nirranġawh.", "Jien nittama li meta titwaqqaf, din l-awtorita` jkun fiha nies li m'humiex partiġġjani u li verament lesti jwasslu l- verita` lill-poplu biex inkunu nistgħu dejjem nimxu 'l quddiem.", "Xi kultant l-istatistika turi mod mentri l-qagħda fil-pajjiż tkun mod ieħor.", "Jien dejjem emmint li l-pajjiż huwa ta' kulħadd, mhux ta' l-oppożizzjoni jew tal- gvern biss.", "Kultant naħseb li f'pajjiżna għandna mentalita` xi ftit batuta, fis-sens li jkun hawn min jaħseb li għaliex dak li jkun ikun qed jikkritika jfisser li ma jridx progress.", "Jiena nemmen li l-kritika hija importanti ħafna għaliex kulħadd għandu xi ħaġa valida jagħti; ġieli l-akbar għaref jagħmillek l-akbar żball u l-aktar bniedem li forsi m'għandux livell ta' edukazzjoni joħroġlok b'xi idea nnovattiva.", "Naħseb li l-akbar żball li qegħdin nagħmlu huwa li m'aħniex nagħtu lil kull persuna l-importanza li jixirqilha.", "Id-dinja ma timxix bil-professjonisti biss jew bil-ħaddiema ta' l-id biss imma timxi bl-għajnuna ta' kulħadd.", "Qiegħed ngħid dan kollu sabiex fil-poplu tagħna nerġgħu nibnu l-fiduċja u l-kuraġġ.", "Teżisti ċerta apatija fost in-nies għaliex kulħadd qed jgħid li n- negozju jinsab stagħġnat.", "Hemm bżonn naraw kif se naħdmu lkoll flimkien ħalli mmexxu lill-pajjiż 'il quddiem għaliex illum hemm gvern Nazzjonalista u għada jista' jkun hemm gvern Laburista.", "Pajjiżna ma jistax jibqa' għaddej minn dawn il-kriżijiet u problemi li għandu.", "Jien naħseb li kull wieħed u waħda minna għandu r-responsabbilta` li f'dan il-Parlament nippruvaw kemm jista' jkun nagħmlu dak li l-poplu tellgħana biex nagħmlu, jiġifieri nagħtu l-kontribut tagħna.", "U meta aħna nikkritikaw ma jfissirx li nkunu rridu infixxklu imma nkunu rridu nirrispettaw lil pajjiżna u lil dawk li tellgħuna hawnhekk.", "Jiena persważ li min ivvutalna m'għamilx hekk bl- addoċċ jew għaliex fettillu jagħmel hekk imma għamel hekk għaliex jixtieq li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "U hija ħasra li xi kultant ikun hawn min jipprova ma jħallikx taħdem bil-mod li tkun temmen fih inti.", "Huwa veru li trid tifhem u tipprova anke ma tweġġax lil dawk in-nies li jkunu jriduk taħdem bil-mod kif jixtiequ huma, pero` fl-istess ħin trid tibqa' dejjem iżżomm il-prinċipji tiegħek.", "Sur President, fl-awtoritajiet li twaqqfu kemm ilu fil-gvern il-Partit Nazzjonalista hemm maġġoranza kbira ta' ħaddiema li jissimpatizzaw ma' l- istess partit.", "Jien naħseb li dan m'huwiex mod kif wieħed jibni fiduċja fl- amministrazzjoni tal-pajjiż.", "Filwaqt li jien nemmen li huwa tajjeb li tiddeċentralizza - kif sar bit-twaqqif tal-kunsilli lokali, liema kunsilli naqqsu ħafna mill-piżijiet tal-gvern ċentrali biex pajjiżna seta' jimxi 'l quddiem ...", "U la semmejt il-kunsilli lokali nixtieq ngħid li f'dawn il- kunsilli għandu jkun hemm nies b'impenn lejn in-nazzjon.", "Hija ħasra li f'ċerti kunsilli hemm kunsilliera li għalkemm iħobbu lil-lokal, ma jafux kif imexxu l-kunsill tagħhom.", "Nafu bi rħula li baqgħu lura għaliex għadhom ma fehmux il-kunċett tal-kunsilli lokali.", "Hemm bżonn naraw x'se nagħmlu biex filwaqt li nagħtu ċans lil kulħadd, naraw li min joħroġ għall- elezzjoni tal-kunsilli jkun verament lest li jagħti kontribut lis-soċjeta`.", "Jien ta' kuljum nitkellem ma' kunsilliera u ma' sindki - mhux biss Laburisti jew indipendenti imma anke Nazzjonalisti - u nipprova ndaħħal f'moħħ dak li jkun il-kunċett li pajjiżna biżżejjed għandu problemi kbar, ma nistgħux nirraġunaw bil-mod li ma jimpurtaniex għaliex illum fil-gvern il-Partit Nazzjonalista u għada fil-gvern il-Partit Laburista.", "U fis- sentejn li għamel fil-gvern l-Onor.", "Alfred Sant ipprova jibni fuq dan il- kunċett u għadni niftakar fil-frażi li kien qal wara r-rebħa Laburista ta' l-1996 meta qal \"magħna m'hawnx telliefa u rebbieħa għax magħna kulħadd rebbieħ\".", "U hekk irridu naħdmu.", "Minkejja dak kollu li għadda minnu l- Partit Laburista pprova jagħti lil kulħadd iċ-ċans li jaħdem, pero` din l- istrateġija ma rnexxietx.", "Filwaqt li nifhmu li hemm ħafna Laburisti li huma mweġġgħin, irridu nifhmu wkoll li hemm nies li anke jekk ma jaqblux mal-partit tagħna, lil pajjiżna jridu jmexxuh 'il quddiem.", "U xtaqt li bħala l-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar l-anzjani ngħid xi ħaġa dwar dan is-settur.", "Sur President, il-Partit Laburista ħadem ħafna f'dan is-settur u saħansitra kien hu li introduċa l-pensjonijiet.", "Minkejja li l-Partit Nazzjonalista ħadem sabiex l-anzjan kemm jista' jkun jibqa' jgħix f'daru u introduċa anke servizzi ġodda, xorta waħda l-anzjani għadhom jibżgħu jgħixu f'darhom.", "Jiena jiġu għandi ħafna anzjani biex jitolbuni nagħmlilhom xi ħaġa ħalli jidħlu fir-residenza ta' San Vincenz, pero` ngħidilhom li ma nista' nagħmel xejn għaliex din ir-residenza tinsab mimlija.", "Nipprova anke noħroġ b'ideat bħal, per eżempju, li tiżdied imqar sodda waħda f'kull sala; imma meta ngħid hekk b'dan lin-nurses jgħiduli li lanqas ma' għaxra ma jistgħu jlaħħqu aħseb u ara ma' ħdax!", "U hawnhekk jiena nistaqsi: Din l- istatistika kollha li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra qegħdin nagħmluha biex deputat jissodisfa lil xi ħadd, jew forsi biex ninħassu li qegħdin nagħmlu xi ħaġa f'dan il-parlament?", "Jien naħseb li m'huwiex biżżejjed li noħorġu l-istatistika imma rridu mbagħad naħdmu fuq ir-riżultati li joħorġu minnha.", "Il-Partit Laburista qiegħed jippjana sabiex jara kif jiffaċċja din il- problema ladarba jkun fil-gvern.", "Żgur li ma nistgħux nibqgħu passivi u ngħidu li sakemm aħna u tal-familja tagħna ninsabu komdi, allura komdu kulħadd.", "Jiena ma rridx naqa' fit-tentazzjoni li naħdem bil-mod li għaliex ikun hemm min jew għaliex m'għandux il-kuraġġ jew inkella għaliex m'huwiex lest li jiġi jħabbat il-bieb, ma jieħu xejn.", "Meta naħdmu rridu naħdmu għal kulħadd; almenu jien fid-distrett tiegħi hekk naħdem.", "Tista' tkun l- ikbar persuna li ma tissimpatizzax mal-Partit Laburista, pero` jekk issejjaħli biex ngħinha ma nagħlqilhiex il-bieb.", "Żgur li fejn jidħol is- settur ta' l-anzjani u tal-persuni b'diżabbilta` ma tistax iddaħħal politika; meta jsejħulek trid tmur għandhom u mhux toqgħod tistaqsihom ta' liema kulur huma.", "Sur President, il-Partit Laburista qiegħed jaħdem mingħajr ħafna daqq ta' trombi.", "Sal-lum stess għadni kif ċempilt lill-ħabib tiegħi Jimmy Magro sabiex nippjanaw il-ħidma tagħna fix-xhur tas-sajf.", "Gvern Laburista futur ikompli jitkellem mal-privat biex jara kif nistgħu naħdmu flimkien għall- ġid ta' l-istess anzjani.", "Filwaqt li jien nifhem li kien hemm każi fejn ġew miżmuma permessi ta' djar għaliex aktar kienu hemm biex jagħmlu business milli biex jagħmlu karita`, nifhem ukoll li min jinvesti flusu f'dawn id- djar irid jieħu xi ħaġa lura.", "Id-djar privati kollha jgħidu li jekk ma jagħmlux prezzijiet għoljin ma jkunx worth it li jkomplu bil-ħidma tagħhom.", "Statistika li għandi jiena turi li d-djar tal-gvern huma kollha mimljin.", "Barra minn hekk dawn għandhom il-problema tan-nuqqas ta' nurses tant li ġieli jkun hemm sala li taħdem b'waħda jew b'żewġ nurses.", "Min għandu pensjoni waħda, ma jistax jaffordja li jmur ġo residenza privata u allura bilfors ikollu jidħol, meta jirnexxielu, ġo residenza tal-gvern.", "Meta mmur ġod-djar ta' l-anzjani biex nitkellem magħhom nipprova mhux biss li nisma' l-problema tagħhom - faċli li tisma', kulma trid tagħmel huwa li toqgħod bil-qiegħda u tħalli lill-persuna li jkollok quddiemek tredden - imma li anke nidħol fil-problema tagħhom.", "U meta tidħol fil- problema tagħhom bilfors li jkollok tiġi f'dan il-Parlament u titkellem biex almenu nippruvaw nagħmlu xi ħaġa.", "Minn statistika li ħarġet insibu li għandna ħafna anzjani li qed jgħixu weħidhom.", "Huwa veru li dawn għandhom is-servizz tat-telecare - jien wieħed minn dawk li naħdem biex l-anzjani jkollhom dan is-servizz - imma dak qiegħed hemm bħala wens; mhux se jkellimhom lura.", "Jiġifieri fil-qasam ta' l-anzjani nafu li għandna l-problema li l-gvern m'għandux flus biex jiftaħ aktar djar għalihom, filwaqt li l-privat għandu ħafna xi jżommu milli jiftaħ dar.", "Barra minn hekk min jagħżel li jmur joqgħod ġo dar tal-privat irid iħallas ħafna flus u jien ħafna min-nies li jiġu jkellmuni kulma għandhom hija biss pensjoni waħda u żgur li ma jistgħux jaffordjaw li jidħlu f'dar tal-privat.", "Apparti mill-problema ta' nuqqas ta' residenzi, qed jingħad ukoll li għandna l-problema li l- pensjonijiet m'hux se jibqg]u sostenibbli.", "U jien nistaqsi minn hawnhekk jekk aħniex qed naraw x'se nagħmlu meta se jkollna ħafna aktar anzjani milli għandna llum.", "Għaliex ma nibdewx naraw kif noħolqu inizjattivi ġodda biex anzjani jkunu jistgħu jgħixu flimkien fid-djar tagħhom?", "Jien bħalissa qed naħdem fuq dan il-kunċett imma fuq il-karti.", "Xi kultant issib nies li joqogħdu jidħku għaliex tgħidilhom li qed taħdem fuq il-karti, imma dan bilfors irid isir.", "Anke biex tibni dar trid tagħmel pjanta fuq il- karti, aħseb u ara biex tara kif se tagħmel proġett bħal dak!", "Huwa veru li inizjattiva bħal din tista' toħloq ħafna problemi għaliex ikun hemm min jaqbilx ma ħaddieħor, pero` dan huwa kunċett li pajjiżi oħra diġa` bdewh u diġa` qed jaħdem.", "Sur President, la qegħdin nitkellmu dwar statistika jien ħassejt li kelli nitkellem dwar il-qasam ta' l-anzjani u jien nittama li kulmin verament għandu għal qalbu l-interess ta' l-anzjani jara li dawn jgħixu l-aħħar żmenijiet ta' ħajjithom - żgur li ħajjithom ma kenitx waħda faċli u ta' tgawdija - moħħhom mistrieħ minn għada, kuntenti u rispettati minn kulħadd.", "Jien nittama li fejn jidħlu l-anzjani ma joqgħodx isir logħob bil-figuri għal skopijiet politiċi, imma nużaw l-istatistika sabiex inkomplu naraw kif intejbu l-ħajja ta' l-istess anzjani.", "Jien naf li sieħbi l-Onor.", "Gulia jixtieq jitkellem ukoll, pero` ma xtaqtx nagħlaq id-diskors tiegħi mingħajr ma ngħid xi ħaġa dwar iż-żgħażagħ u kif dawn jidħlu fl-istatistika speċjalment fejn jirrigwarda l-qgħad.", "Kulħadd jaf kemm huwa ta' uġigħ ta' ras meta ż-żgħażagħ ma jsibux jaħdmu għaliex lanqas ikunu jistgħu joħorġu jgawdu ma' sħabhom.", "Huwa veru li f'dan iż- żmien il-qgħad ikun jidher li qed jonqos imma dan minħabba li jkun hawn ħafna lukandiera li jdaħħlu żgħażagħ jaħdmu għas-sajf, għalkemm hawnhekk ukoll din is-sena ma tantx jidher li se jkun tajjeb wisq anke minħabba l- kwalita` ta' turisti li qegħdin jiġu.", "Żgur li jekk nistudjaw sew l- istatistika li toħroġ u naħdmu bil-għaqal inkunu nistgħu nnaqqsu din il- problema u ntaffu l-flaġell ta' min ma jaħdimx u jrid jgħajjex familja ta' tlett itfal.", "Dawn ma jistgħux jgħaddu bil-benefiċċju li joffrilhom il- gvern speċjalment meta jitfaċċa l-mard u jkollhom jixtru l-mediċini li kif nafu jqumu ħafna flus.", "Il-Partit Laburista bħalissa jinsab għaddej b'ħidma ta' tiġdid fil-politika tiegħu ħalli kemm jista' jkun nagħtu ħajja aħjar lil ta' warajna.", "Sur President, dan huwa l-aħħar diskors tiegħi ta' qabel il-vaganzi tas- sajf u għalhekk nixtieq li minn hawnhekk nawgura l-vaganzi t-tajba lil kulħadd.", "Jien ċert li dan huwa mistrieħ mistħoqq wara tant sigħat twal ta' ħidma hawnhekk fil-parlament u anke fil-kostitwenza tagħhna, pero` dan ma jfissirx li f'dan iż-żmien ta' mistrieħ aħna se nwarrbu lill-elettorat tagħna.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, xtaqt nibda d-diskors tiegħi billi nieħu spunt mill-konklużjoni li għamel l-Onor.", "Silvio Parnis rigward l- istatistika tal-gainfully occupied.", "Qabel ma kont ġejt maħtur ministru tal-ġustizzja fil-leġislatura ta' qabel kont għamilt 16-il xahar segretarju parlamentari għas-self-employed U dawk it-22 xahar kienu karatterizzati minn offensiva min-naħa ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista dwar kemm sejrin lura fil-qgħad u fil-qasam tas-self-employment.", "U ma kienx jgħaddi xahar li l-ġurnali tal-Partit Nazzjonalista, sostnuti minn ġurnali oħrajn, ma kenux jgħidu kemm kien qed jonqos is-self-employment.", "Bħala segretarju parlamentari għas-self-employed jien kont nixtarr din l- istatistika u niftakar li kont iltqajt mad-diriġenti ta' l-ETC u tlabthom jagħtuni spjegazzjoni ta' l-istatistika li kienu qed joħorġu dak iż-żmien.", "Dawn kienu qaluli li l-istatistika dwar il-gainfully occupied li kienet qiegħda tinġabar u tiġi ppubblikata kienet żbaljata.", "Ovvjament jien staqsejthom x'kien allura l-iskop li huma kienu qegħdin jippubblikaw ċifri żbaljati, u d-diriġenti ta' l-ETC spjegawli li kien għaddej proċess ta' reviżjoni tad-data dwar il-gainfully occupied li kien inbeda mill-ETC qabel l-1996, jiġifieri taħt gvern Nazzjonalista.", "Dawn kienu qegħdin jgħidu li ċ- ċifri ma kenux eżatti minħabba li proprju fil-qasam tas-self-employment, qasam li kien jinteressani b'mod partikolari għaliex naturalment dak iż- żmien kont segretarju parlamentari responsabbli minnu - iċ-ċifri li kienu qegħdin jiġu ppubblikati perijodikament mill-uffiċċju ta' l-istatistika kienu qegħdin jinġabru b'mod ħażin.", "Dan id-diskors diġa` kont għedtu dak iż-żmien imma rrid nerġa' nfakkar lill-Kamra u nispjega x'kien qiegħed jiġri.", "Sur President, meta bniedem jiġi biex jimpjega ruħu bħala self-employed irid jimla initiation form u meta tispiċċa jrid jimla termination form u jagħtiha lill-ETC għal finijiet ta' statistika.", "Issa li kien qed jiġri kien li persuna li tibda s-self-employment l-ewwel tmur tirreġistra ruħha għall-VAT, u anke tirreġistra ruħha mad-dipartiment tas-sigurta` u tinforma lill-inland revenue, pero' fejn tidħol dokumentazzjoni oħra donnu li ħadd ma jkun puntwali biex jinforma lill-ETC dwar attivita' ġdida ta' negozju.", "Nista' ngħid li ma' l-obbligi l-oħra li għandu - jidhirli li huwa sanċit anke mil-liġi għalkemm ma nafx kemm jiġi nfurzat - isib is-self-employed għandu wkoll dak li jimla' l-initiation form li biha jinforma lill-ETC li jkun beda n-negozju fit-tali data u anke jinforma lill-ETC meta jiġi biex jispiċċa mill-employment tiegħu.", "Jekk l-ETC ma tiġix inourmata li xi ħadd ikun spiċċa mill-employment tiegħu, dan se tibqa' jiġi kkonsidrat bħala li għadu qiegħed jiġġestixxi negozju u allura jitniżżel bħala operatur fil- qasam tas-self-employment.", "Allura fejn tkun taf l-ETC li inti waqaft min- negozju f'data partikolari jekk ma tkun informajtha!", "X'tort tagħtiha lill- ETC li lilek qatt ma rreġistratek u niżlitek fl-istatistika bħala operatur self-employed jekk inti qatt ma nformajtha li qiegħed topera negozju fil- qasam tas-self-employment?", "Li kien jiġri huwa li meta operatur self-employed jibgħat l-employment form jista' jew jibgħatha preċiż fil-ġurnata li jibda jaħdem - u allura l- ETC tirreġistrah bħala li beda n-negozju tiegħu puntwalment f'dik il- ġurnata - jew tista' tgħaddi anke sena mingħajr lanqas biss jibgħat engagement form.", "Imma normalment li kien jiġri huwa li jew għaliex is- self-employed kien jagħti informazzjoni ħażina u kien jgħid li beda mit- tali ġurnata meta fil-fatt ikun ilu li beda minn sena qabel, jew għaliex kienet prassi ħażina fl-ETC li ma tniżżilx il-ġurnata meta verament ikun beda jaħdem ta' self-employed imma tindikah bħala li qiegħed jaħdem fil- qasam tas-self-employed mill-ġurnata meta tirċievi l-engagement form, kien jirriżulta li jkun hemm żieda fis-self-emloyment f'data ħażina.", "Dan hu t- taħwid kollu li kien qiegħed jiġri fl-ETC - m'iniex qed inwaħħal fil- korporazzjoni għaliex jista' jkun li l-informazzjoni jkunu tawhielha ħażin mill-bidu nett, imma kulħadd tad-demm u l-laħam u kulħadd jiżbalja u għalhekk m'iniex qed nelimina l-possibbilta` li setgħu saru żbalji wkoll mill-korporazzjoni - u allura kellna statistika impreċiża li għalkemm fl- assjem ġenerali jista' jindika tajjeb, fil-mument meta fil-fatt xi ħadd self-employed beda x-xogħol ikun qed jindika ħażin.", "L-istess jista' jingħad għat-termination, Sur President, għax jista' jkollok operatur li spiċċa mix-xogħol illum u mank ikollu l-kortesija li jibgħat termination form biex l-ETC jgħidilha li waqaf.", "Ġieli ma jibagħtuha xejn u jibqgħu rreġistrati qishom qed jimpjegaw lilhom infushom, u allura sta għall-korporazzjoni li tfittex hi jekk fil-fatt dawk in-nies għadhomx joperaw, ħaġa li m'hijiex faċli, jew inkella jgħaddu sitt xhur jew sena qabel ma jfettlilhom jibagħtuha u allura t-termination mis-self- employment ma jiġix indikat fil-ġurnata meta effettivament waqfu jaħdmu imma mill-ġurnata meta l-ETC tirċievi t-termination form tagħhom.", "Allura jekk self-employed ikun waqaf mix-xogħol fl-1995, jekk jibgħatha fl-1997 se jidher t-tnaqqis fis-self-employed fl-1997.", "Dak huwa t-taħwid li kien hemm.", "U l-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien induna b'din l- impreċiżjoni u l-ETC kienet bdiet eżerċizzju ta' reviżjoni ta' l- istatistika qabel l-1996.", "Tant hu hekk li fl-20 ta' Settembru 1996, iċ-chairman ta' l-ETC, Is-Sur Lawrence Zammit, kien bagħat ittra lill-Perit Michael Falzon fejn kien qallu hekk:", "\"Hon.", "Minister,", "The employment and training corporation and the economic planning division of the ministry of finance have been working over the last three years on an accurate as possible database of persons in employment.\".", "Jiġifieri għalkemm l-ittra kienet datata 20 ta' Settembru 1996, jiġifieri fuq l-għatba ta' l-elezzjoni ġenerali ta' Ottubru 1996, hemm indikat ċar li kien ilhom tliet snin li bdew dan il-proċess ta' reviżjoni, pero` ma kenux spiċċawh.", "Sadanittant, sakemm kien qiegħed jidher dan l-eżerċizzju, kienu għaddejjin bl-istatistika ħażina tal-gainfully occupied, sia dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-employed u sia dawk li għandhom x'jaqsmu mas-self- employed.", "Sur President, meta tlajna fil-gvern ridna nħaffu l-proċess - kien il- Prof Edwin Grech li kellu r-responsabblita` ġenerali ta' l-istatistika, imma lili din kienet tinteressani b'mod partikolari - eżerċizzju li għalkemm kien inbeda taħt gvern Nazzjonalista kien qisu raqad.", "U kienet idea tajba li dawn jiġu riveduti għaliex aħna hekk irridu, statistika tajba, pero` kien raqad kollox u aħna għaġġilna l-proċess.", "Fl-istess ittra li semmejt aktar 'il quddiem fejn iċ-chairman ta' l-ETC kien informa lill- awtorita` konċernata li minn tliet snin qabel kienu bdew jirrevedu l- istatistika, kien intqal ukoll li:", "\"It is advisable that any amendments in the published data be affected in December 1996 and backdated to previous years.\".", "Jiġifieri għal raġunijiet tagħhom kienu raw li aħjar jibdew mill-1996 u jmorru lura sena b'sena.", "U bdejna nippubblikaw id-data kif fil-fatt kien ġie deċiż taħt gvern Nazzjonalista.", "U meta tqabbel iċ-ċifri kif kienu qegħdin jiġu ppubblikati ordinarjament maċ-ċifri riveduti tiskopri li kien hemm diskrepanzi sostanzjali.", "Per eżempju, fejn f'perijodu partikolari kien hemm imniżżel li kien hemm tnaqqis fis-self-employment ta' madwar 600 ruħ, fil-fatt kien hemm biss tnaqqis ta' madwar 200 ruħ, differenza ta' 400 persuna.", "L-istess anke fil-qasam tal-qgħad fejn kien qed juri mod meta fir- realta` l-affarijiet kienu differenti.", "U naturalment aħna bdejna nippubblikawhom.", "Dawn kienu jieħdu pjaċir joqogħdu jippubblikaw iċ-ċifri l- qodma.", "Sur President, meta bdejna nippubblikaw iċ-ċifri riveduti, kif fil-fatt kien hemm bżonn li jsir tant li kien beda dan il-proċess gvern Nazzjonalista, qamu l-irwiefen kollha.", "U niftakar li fuq quddiem nett kien hemm l-Onor.", "Josef Bonnici li kien qal li qegħdin inħawdu l-istatistika u li rridu nqarqu.", "U nkitbu anke artikli fuq \"The Times\" u kelli noqgħod inweġibhom jien u kellu jwieġeb ukoll l-ex Ministru Edwin Grech.", "L-Onor.", "Josef Bonnici f'interventi li kien għamel fil-parlament kien kważi kważi ċaħad li kien inbeda dan il-proċess proprju taħt gvern Nazzjonalista.", "U se naqra testwalment mid-diskors ta' l-Onor.", "Bonnici - dak iż-żmien kien shadow minister dwar l-ekonomija - li fl-1 ta' Diċembru, 1997 f'dan il- parlament kien qal hekk:", "\"Dan il-gvern irnexxielu jagħmel xi ħaġa li qatt ma saret mill- indipendenza 'l hawn.", "Illum għandna break serja fis-serje ta' l- istatistika b'mod li lanqas tista' tagħmel graph għaliex s'hemmhekk jaslu ċ-ċifri riveduti.", "Fil-fehma tiegħi l-Ministru Grech u s- Segretarju Parlamentari Gulia ngħataw parir li m'huwiex aċċettabbli għal pajjiż żviluppat u l-gvern Laburista qed iqajjem problema li fil- fehma tiegħi hija problema serja u ma nistax nifhem kif ċifra li kienet turi tnaqqis ta' 400, f'daqqa waħda tinżel għal 200.\".", "Kienu anke saru kummenti fuq il-gazzetti u nkitbu artikli u jien kont nurta ruħi għaliex din ma kenitx xi idea ġdida ta' gvern Laburista imma kienet xi ħaġa li kienu inizjawha l-ETC proprju taħt gvern Nazzjonalista.", "U jekk irridu nkunu sinċiera ejjew nitkellmu ċar.", "Ripetutament l-Onor.", "Josef Bonnici dak iż-żmien kien jiċċita biss parti mill-korrispondenza li kienet intbagħtet lill-Perit Falzon - dak iż-żmien kien il-ministru responsabbli mill-ETC - fejn kien intqal hekk:", "\"We are conducting an exercise in order to revise the gainfully occupied figures from 1980 until 1995 so as to incorporate changes due to data misclassifications arising from untimely reporting by employers and input errors.\".", "S'hemmhekk kollox sew pero` dak iż-żmien il-Prof.", "Josef Bonnici kien qiegħed jevita milli jgħid li kienu tawh il-parir \"that any amendments to published data be affected in December 1996 and backdated to previous years.\".", "Dak iż-żmien kienu qed jgħidu li aħna konna qed inbagħbsu fl- istatistika u kienu qalulna \"Old Labour trying to meddle with statistics\".", "Dan kien kitbu l-istess Prof. Bonnici f'\"The Times\".", "Issa għandna awtorita` u għad irridu naraw kif se tagħmel ir-reviżjoni ta' l-istatistika fuq il-gainfully occupied u jekk hijiex se tkompli mill-1997 u tmur lura sena sena kif fil-fatt issuġġeriet l-ETC qabel l-1996 taħt gvern Nazzjonalista.", "Jien kont niskanta kif l-oppożizzjoni Nazzjonalista tasal biex tmerini fuq xi ħaġa li kienu bdewha huma stess.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Bonnici, issa jew tiddikjara li sar żball taħt gvern Nazzjonalista u tgħid li din ma saritx jew se noqogħdu ...", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, bil-permess ta' l-Onor.", "Gulia.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-parir kien li mmorru lura sa l-1980, ħaġa li m'għamilniex.", "Saru diversi exchanges fuq din, pero` l-problema kienet li sa Awissu konna għadna b'ċerti ċifri u f'Settembru rrivedejna ċ-ċifri għal sena biss.", "Dan kien qed juri stampa differenti ħafna minn dak li kien qed jiġri s'Awissu.", "U allura l-parir li qed isemmi l-Onor.", "Gulia kien li din kellha tkun fl-1980.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Nista' nwieġeb mal-ewwel għaliex fil-fatt l- affarijiet mhux hekk qegħdin isiru u ma sarux hekk anke taħt dan il-gvern.", "Jiġifieri jekk aħna konna qegħdin nagħmlu nofs mara u nofs raġel - ħalli niddeskriviha kif darba ddeskriviha membru parlamentari hawnhekk - illum xorta waħda qed isir hekk; nofs mara u nofs raġel kienet fi żmienna u nofs mara u nofs raġel għadha.", "Allura jien nista' ngħid l-istess ħaġa bħalma kien jagħmel il-Ministru Josef Bonnici u bħalma kienu jagħmlu spokesmen oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni dak iż-żmien u ngħid li ma missu qatt sar hekk.", "Imma l-istatistika hekk għada u dak huwa li jurtani.", "Fil-fatt riċentement jiena għamilt żewġ domandi parlamentari lill- Ministru Gonzi dwar dan għaliex kont naf li dalwaqt se niddiskutu dan l- abbozz ta' liġi.", "Fl-ewwel domanda kont staqsejtu hekk: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni ta' xogħol u taħriġ hijiex se tissokkta bil- proċess ta' reviżjoni tal-gainfully occupied li ġiet mibdija mill- amministrazzjoni preċedenti fl-1997?", "U r-risposta kienet tgħid hekk: L- ETC se tkompli bil-proċess tar-reviżjoni tal-gainfully occupied.", "Naturalment jien ma kontx sodisfatt u għamiltlu mistoqsija oħra fejn staqsejtu: Billi għall-mistoqsija parlamentari preċedenti l-ministru kien wieġeb li l-ETC se tissokkta bil-proċess tar-reviżjoni ta' l-istatistika tal-gainfully occupied, jista' jgħid jekk din ir-reviżjoni hijiex se tissokta fl-istess modalita` li kienet ġiet adottata taħt l- amministrazzjoni preċedenti, u ċioe` mill-1997 lura.", "U r-risposta din id- darba kienet tgħid hekk: Iva, l-ETC se tkompli taħdem fuq il-proċess ta' reviżjoni ta' l-istatistika tal-gainfully occupied billi tmur lura fiż- żmien li tirrivedi ċ-ċifri sena b'sena.", "Dan ifisser, Sur President, li dawn għaddejjin bl-istess proċess li kienu bdew huma u li meta konna komplejnih aħna konna ġejna akkużati li qegħdin inqarrqu.", "Sal-ġurnata tal-lum dawn għadhom ma waslux sa l-1980 u xorta waħda għadhom jippubblikaw iċ-ċifri b'lura.", "U għalhekk qegħdin ngħidu aħna li hija ipokrezija li għall-gwadan politiku dak iż-żmien konna qegħdin niġu attakkati inutilment, sempliċement biex inqanqlu d-dubji dwar il-proċess ta' reviżjoni li konna għaddejjin bih, liema proċess kien bdih gvern Nazzjonalista.", "Allura bħalma dak iż-żmien l-oppożizzjoni Nazzjonalista kellha d-dubju u qalet li qegħdin inħawdu u ngħawġu l-fatti, jien illum nista' niġi hawnhekk u ngħid li m'għandix fiduċja fl-istatistika li qiegħda tiġi ppubblikata.", "Din bħal tal-Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea u bħall- kontijiet tad-dawl u l-ilma, li qalu li kellhom iġibuhom bħalma kienu qabel l-1996 imma fil-fatt xorta baqgħu għoljin.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru jaf biżżejjed li jekk tieħu l-medja tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tara li dawn kważi l-istess bħal kif kienu qabel.", "Din li qed jgħid l-Onor.", "Gulia hija gidba għax kieku għadna bit-tariffi tal-Labour Party meta kien fil-gvern, kieku llum il- kontijiet qegħdin 70% jew 80% ogħla.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, dan li għadu kemm qal il-Ministru Bonnici ma narahx jien imma jiġġudikah il-poplu Malti u Għawdxi li qed jirċievi l-kontijiet.", "Jien naf bil-kontijiet li kont nirċievi qabel l- 1996 u naf sew bil-kontijiet li qed nirċievi llum, pero` dan kollu huwa beside the point.", "Kont qed ngħid li llum l-ETC qiegħda taħdem bl-istess mod li bih ħadmet taħt gvern Laburista.", "U hawnhekk tinduna bl-ingann li kien qed jiġi prattikat.", "La qegħdin niddiskutu abbozz ta' liġi li se jwaqqaf awtorita` ta' l-istatistika ma stajtx ma nsemmix dan il-punt għaliex kont involut fih jiena u l-Prof.", "Edwin Grech, li llum m'huwiex qiegħed hawnhekk u allura ma jistax jagħmel l-intervent tiegħu.", "Issa forsi fil-winding-up il-Prof.", "Bonnici jgħidilna kif hu kellu raġun u forsi nisimgħu b'xi skuża oħra bħal tal-Lm100 miljun u bħal tat-tariffi tad-dawl u l-ilma!", "Mr Speaker, jiena nagħlaq billi ngħid li almenu issa għandna din l- awtorita` ta' l-istatistika u nittamaw li permezz tagħha l-istatistika tibda tinġabar b'mod u manjiera li ma jerġax ikollna xi shadow minister fuq l-ekonomija li jipprova jqanqal dubji.", "L-Onor.", "Bonnici kien qal: \"Old Labour meddling with statistics\".", "Mela bl-istess mod illum nistgħu ngħidu li: \"Old PN is meddling with statistics\".", "Għandna l-konferma li l-gvern għaddej bl-istess proċess ta' reviżjoni li konna qegħdin nagħmlu aħna.", "Dak iż-żmien kienu jikkritikawna li konna qed nagħmlu ħażin u llum bil-wiċċ tost kollu l-Onor.", "Gonzi qiegħed juża l-istess proċess.", "Minn hawnhekk toħroġ id-differenza kbira li hemm fil-Partit Nazzjonalista bejn meta jkun fl-oppożizzjoni u meta jkun fil-gvern.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Michael Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, l-aħħar ħaġa li stennejt hekk kif il- parlament wasal biex jaġġorna għall-vaganzi tas-sajf huwa li nsib ruħi nvolut f'battibekk ma' l-oppożizzjoni dwar il-qagħda tat-turiżmu.", "Jiena m'iniex qed ngħid li ħadd m'għandu d-dritt li jikkritika, anzi aħna qegħdin hawnhekk proprju biex nikkritikaw u biex kulħadd iżommna accountable, imma jien kont nippretendi li meta ssir il-kritika, din issir b'mod strateġiku.", "Ma naħsibx li għall-qasam industrijali huwa mportanti li noqogħdu nitkellmu fuq l-affarijiet iż-żgħar.", "Naħseb ikun iktar ta' ġid kieku nitkellmu fuq il-prinċipji.", "Per eżempju jien ma naqbilx ma' min iħares lejn dak li qed jiġri f'Malta biss, għax ħafna drabi dak li jiġri f'pajjiżi barranin ikollu impatt ħafna iktar qawwi minn dak li jiġri f'pajjiżna.", "Dan għaliex bħala parti mill- Mediterran, Malta tħoss l-impatt ta' dak kollu li jiġri fil-Ġermanja u fl- Ingilterra, li għalina huwa l-aktar żewġ swieq importanti.", "Jiena m'iniex qed ngħid li dan se jkun sajf ħażin għas-settur turistiku, imma huwa mportanti li nħarsu 'l quddiem biex inkunu preparati għall-isfidi li jistgħu jinqalgħu, bħal per eżempju t-take-overs ta' Thomson mit-TUI ta' Preussag, dik ta' Frosch mill-Airtours u probabbilment ta' l-istess Airtours minn Neckermann.", "Dawn huma affarijiet li bilfors se jħallu mpatt fuq is-suq turistiku Malti, avolja s-suq tagħna huwa żgħir.", "Dan l-impatt mhuwiex se jinħass biss mil-lukandi u minn min jgħix permezz tat-turiżmu, imma naħseb li se jinħass anke mill-qasam ekonomiku.", "Pero' donnu li dawn l-affarijiet ma jissemmew qatt fil-media tal-partit Laburista.", "Jista' jkun li ma jinteressawhomx, pero' jista' jkun ukoll li l- mexxejja tal-partit qed iħallu lin-nies tagħhom sajmin biex malli jinqala' xi ħaġa jkunu jistgħu jippuntaw subgħajhom lejn il-gvern.", "Forsi qed nitkellem kmieni wisq għaliex jien informat li bejn illejla u għada l-Onor.", "Karmenu Vella għandu jieħu sehem f'diskussjoni dwar it-turiżmu fuq Super One Television, u b'hekk forsi jieħu l-opportunita' biex jinforma lit- telespettaturi Laburisti b'dak li qed jiġri f'pajjiżi barranin u bil- possibbli mpatt ta' dan fuq l-industrija ta' Malta.", "L-Onor.", "Vella żgur għandu kontribut x'jagħti, u għalhekk jien nerġa' nistiednu biex jesprimi l- fehma tiegħu dwar l-iżviluppi internazzjonali li qed iseħħu madwarna.", "Biex nirrispondi għal dak li qal l-istess Onor. Vella, irrid ngħid li fi żmien gvern Nazzjonalista ma nbnewx 5-star hotels biss, imma nbnew ħafna lukandi oħra u kien hemm ukoll qabża kwalitattiva fil-lukandi 3-star, bħall- estensjoni ta' St. George's Park u ta' oħrajn li lkoll saru bejn l-1988 u l- 1990.", "Huwa veru li fl-1992 bdejna nippreparaw biex nisvestu lill-gvern mill-White Rocks Holiday Complex, kif konna għamilna bil-Palazz Verdala u bid-Dragonara Complex, imma dan għamilnih għax dehrilna li l-gvern ma kellux jibqa' jikkompeti fis-settur privat.", "L-Onor.", "Vella qal ukoll li meta kien ġie kkonsultat mid-diretturi ta' l- awtorita' ma kienx qed jirrealizza li kienu qed ikellmuh dwar il-pjan strateġiku.", "Għalkemm jiena, peress li ma kontx preżenti, noqgħod fuq il- kelma tiegħu, irrid ngħid li minn dak iż-żmien 'l hawn il-pjan strateġiku ħareġ u fih hemm ringrazzjament indirizzat speċifikament lejn l-Onor.", "Vella talli kkontribwixxi għall-formolazzjoni ta' dan il-pjan.", "Jiena dejjem ninkoraġġixxi u ninsisti biex anke per eżempju meta l-ministeru jorganizza xi attivita', l-Onor.", "Vella jkun mistieden biex l-oppożizzjoni tkun informata b'dak li jkun qed jiġri u biex nipprovaw nikkonverġu l-politika taż-żewġ partiti rigward il-qasam turistiku biex ikun hemm kemm jista' jkun kontinwita'.", "L-Onor.", "Vella, meta tkellem dwar il-White Rocks Holiday Complex, qal li dan l-aħħar dan il-kumpless kien liċenzjat għal 250 sodda biss, avolja għandu 800 sodda.", "Imma sar dan għax il-kumpless kien qed jiġi phased out biex dawk il-partijiet li ma kienux għadhom serviceable ma jibqgħux jiġu wżati.", "Kif qal l-Onor.", "Vella, huwa veru li xi ħadd baqa' dieħel bi truck fuq il-grada ta' wara bil-konsegwenza li din kellha tiġi mbarrata, pero' m'huwiex veru li nsterqu xi bibien u twieqi.", "Kull ma kien hemm f'dan il- kumpless, apparti minn dak li kien hemm f'żewġ blokki li għadhom qed jintużaw mill-scouts u minn xi għaqdiet oħra volontarji, ingħata karita' skond il-paragrafu 116 tal-financial regulations li jagħti l-jedd lis- segretarju permanenti biex jagħti dawk l-affarijiet li ma jkunx hemm aktar bżonnhom lill-istituti tal-karita'.", "Fil-fatt jien informat li l-Kurja kkonfermat li dak kollu li ngħata tqassam bejn Dar Nazareth taż-Żejtun, il- Holy Family Home for the Elderly, is-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa tas- Siggiewi, il-missjunarji tal-karita' ta' Bormla, l-Hosanna Pia Hostel li jitmexxa mis-Salesjani, iz-zona pastorali ta' l-Imtarfa u ħafna oħrajn.", "Ftit ilu jiena għedt li s-sena 2000 se tkun tajba daqs l-1999, pero' b'daqshekk ma kontx qed nirreferi għall-volum, imma għal-lati kollha, mill- perċentwali tal-GDP, mid-dħul ras imbras, mill-impjiegi fl-industrija u anke mid-dħul tal-gvern.", "Jiena dawn l-affarijiet ma noqgħodx nivvintahom, u meta għedt minn qabel ma beda l-first quarter li dan mhux se jkun tajjeb, kont naf x'qed ngħid għax jien, apparti milli nikkonsulta ma' min hu nvolut direttament f'dawn l-affarijiet, naqra t-trade press u nara x'inhuma t-trends internazzjonali.", "Fil-fatt ġara kif għedt jien, u r-rapport tal- Bank Ċentrali li għadu kemm ħareġ jikkonferma dan u jgħid li minkejja kollox ma kienx impatt negattiv daqs kemm bassru l-industrijalisti, la fuq il-profitti u lanqas fuq l-impjiegi.", "Kif diġa' għedt, jiena nipprova li meta ngħid dawn l-affarijiet, inkun informat kemm jista' jkun.", "Pero' min hu nformat biżżejjed fuq dawn l- affarijiet?", "La jien, la l-Onor.", "Vella, la l-industrijalisti u lanqas dak li xogħlu hu li jsegwi l-marketing ta' dawn l-affarijiet ma jkun jafhom kollha.", "Dak li ngħid jien ikun ibbażat fuq dak li jiddiskutu miegħi il- Malta Tourism Authority, iċ-chairman u d-direttur tal-marketing directorate.", "U fil-fatt anke d-direttur tal-marketing directorate kien ta' l-opinjoni li dan is-sajf se jkun tajjeb daqs tas-sena li għaddiet.", "Innotajt li wara li rrispondejt lill-Onor.", "Vella għad-diskors li kien għamel, qed ikun hemm aktar qbil u konvergenza bejnietna anke per eżempju dwar l-occupancy rates.", "Għalkemm l-Onor.", "Vella talabni npoġġi r-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra, għandu jifhem li din hija nformazzjoni kummerċjali u għalhekk jiena ma nistax inqiegħed l-occupancy rates ta' kull lukanda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-Onor.", "Vella għandu jifhem ukoll li wara li għaddew 15-il ġurnata, l-occupancy rates li kelli ġew outdated, pero' nista' ngħid li l-qagħda tal-lum hija aħjar minn ta' 15-il ġurnata ilu.", "Huwa ovvju li min ikollu management tajjeb u min ikollu l-aqwa lukandi jmur aħjar minn ħaddieħor, pero' m'għandux jidher ikrah il-gvern għax ikun hemm min ma jagħmilx sforz biex itejjeb il-qagħda tiegħu.", "Min ma jkunx collective u min ma jinvolvix ruħu fil-marketing m'għandu l-ebda dritt jakkuża lill- gvern, ikun min ikun, li għamel xi ħaġa ħażina meta fil-fatt it-telf tiegħu jkun ġej min-nuqqas ta' inizjattiva tiegħu stess.", "Kieku per eżempju l- gvern ma tax flus biżżejjed lin-National Tourism Organisation, kien ikun hemm mitt raġun li jeħel il-gvern, imma meta wieħed jiftakar li lill-NTOM dan il-gvern kien ivvotalha nofs miljun aktar milli kienet ingħatat fil- budget ta' l-1999, jinduna li kien grazzi għal dawn il-fondi li pajjiżna seta jirreklama fuq it-televiżjoni Ingliż u li sa Mejju rnexxielu jbiegħ 70% mill-programmi tat-tour operators fl-Ingilterra.", "Xi jfisser il-bejgħ kmieni?", "Dan ma jfisser xejn għajr li l-bejgħ isir mingħajr skont u mingħajr ma noqogħdu nistennew li ħaddieħor jimtela' biex nibdew nimtlew aħna.", "Konna aħna li b'din il-miżura ċaqlaqna lis-suq, u li permezz tagħha l-iskonti saru biss biex jimtlew l-aħħar ftit sodod tal- lukandi u mhux biex jimtlew is-sodod kollha.", "U huwa proprju dan li ġara din is-sena.", "Pero' jkolli nistqarr li minkejja dan, jibqa' l-fatt li s-suq mill-Ingilterra huwa ftit iktar fjakk minn dak tas-sena li għaddiet, għall- istess raġunijiet li l-aħħar darba kkwotajt mit-trade press Ingliża, jiġifieri minħabba l-klima tajba u minħabba l-Euro 2000.", "Jiena ma nafx kif l-Onor.", "Vella qal li l-Euro 2000 hija xi ħaġa żgħira għax fl-1994 il-World Cup m'għamlitilniex effett.", "Ir-raġuni hija sempliċi, għax filwaqt li l- World Cup saret fl-Amerika, il-Euro 2000 saret fil-Belġju u fl-Olanda.", "Sur President, jien u l-Onor.", "Vella naqblu li l-utilita' tat-TOSS naqset għax din m'għadhiex biżżejjed biex tattira turisti mill-Ingilterra.", "Għalhekk aħna naqblu li flimkien mat-TOSS għandu jkun hemm marketing effettiv, titjib tal-prodott u relazzjoni tajba ma' l-operaturi.", "Jiena jidhirli li minn dan il-lat m'aħniex qed nonqsu, anzi fl-opinjoni tiegħi żidna r-ritmu għax lill-awtorita' tajniha aktar flus.", "U l-Onor.", "Vella jafu dan għax jattendi għal kull seminar u għal kull laqgħa fejn jiġu spjegati l- inizjattivi ta' l-awtorita' dwar it-titjib tal-prodott.", "L-Onor.", "Vella għandu jkun jaf li dak li jintqal waqt dawn is-seminars ma jibqax biss fuq il-karta imma jiġi fis-seħħ.", "Dwar ir-relazzjonijiet ma' l-operaturi, jien ma naħsibx li għandna nċedu għal kollox, bħalma kellha tagħmel l-Air Malta fi żmien il-Frosch, imma għandna naslu fi ftehim li jkun jaqbel għat-tnejn.", "Għalhekk ir- relazzjonijiet ma' l-operaturi għandhom ikunu tajbin kemm jista' jkun u għandhom jinħolqu programmi ma' l-operaturi kollha biex mir-reklamar li jsir igawdu wkoll l-istess operaturi.", "Irrid ngħid li din is-sena se jkollna budget ta' miljuni ta' liri għall-promozzjoni u r-reklamar u fil- fatt se nirreklamaw fuq it-televiżjoni Ingliż.", "Din il-Kamra m'għandhiex tinsa li biex l-awtorita' tkun tista' tagħmel forward planning, il-gvern diġa' ntrabat għal erba' snin, mill-2001 sa l-2004, li jipprovdi Lm34 miljun lira lill-awtorita'.", "Dawn apparti mill-flus li l-awtorita' se ġġib mill-Malta International Airport minħabba l-ftehim li sar mal-Malta Timeshare Association.", "Ladarba hemm żbilanċ bejn il-kontribut tal-gvern u dak tal-privat, is-settur privat għandu jagħti s-sehem tiegħu għat-tmexxija ta' l-awtorita' u biex nippromwovu aktar lil pajjiżna fis-swieq internazzjonali.", "Dan huwa differenti minn dak li kien għamel gvern Laburista, fejn mhux talli naqqas il-fondi lill-qasam tat-turiżmu, talli lanqas ta dak li kien wiegħed.", "Il-Malti jgħid li l-għajta nofs il-bejgħ, u fiċ-ċirkostanzi tal-lum huwa mportanti aktar minn qatt qabel li l-għajta ta' Malta tinstema' sew.", "Qed ngħid dan mhux biex naqta' qalb in-nies jew biex inħajjar lil-lukandi joffru prezzijiet baxxi, għax jekk jagħmlu dan nispiċċaw nimtlew b'turisti li ma jifilħux jonfqu u li kieku mhux għax il-prezz kien daqshekk baxx, lanqas kienu jaffordjaw li jsiefru.", "Huwa mportanti li ninformaw lill-poplu dwar x'qed jiġri madwarna, u għalhekk se naqra silta mil-lead story tad-Deutsche Welle ta' ġimgħa ilu.", "\"It's Summer for Europeans in general and Germans in particular.", "That means vacations, the beach, sunshine, a time to relax.", "However, this year, the temptation to splash out on that package holiday is not quite what it used to be.", "Tour operators are having a lean time.", "Germans are staying at home.", "The travel industry is in crises.", "Also it would have us believe.", "Germany's biggest tour operator\" - jiġifieri t-TUI - \"is trying to lure customers with the slogan 'Rescue our summer holiday!'.", "For the first time in years the demand for package holidays is stagnating.", "The holiday industry is now in difficult waters.\"", "Quddiem dan kollu jiena nistaqsi għaliex il-poplu Malti, għaliex l- industrija Malti m'għandhiex tkun taf b'dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra.", "Għaliex l-industrija m'għandhiex tkun taf li minħabba l-increase fil-prezz taż-żejt, il-prezz tal-btajjel se jiġi affetwat u allura t-turiżmu inġenerali se jkun affetwat?", "Fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, fejn għalhekk l- akbar żewġ swieq tagħna jinsabu fi kriżi, aħna se nispiċċaw is-sena 2000 bħas-sena record ta' l-1999, li huwa suċċess kbir mhux biss għall-gvern jew għall-industrija, imma għal Malta.", "Biex inwieġeb għal kumment ieħor li għamel l-Onor.", "Vella, irrid ngħid li m'huwiex veru li l-Malta Hotels and Restaurants Association talbitni laqgħa biex niddiskutu s-sitwazzjoni ta' l-occupancy fil-pajjiż.", "Bi pjaċir ngħid li jien niltaqa' mal-Malta Hotels and Restaurants Association kull xahar, u ġieli anke iktar minn darba f'xahar, pero' qatt ma kellna dan l-item fuq l- aġenda.", "Kemm jista' jkun jien qed nipprova nara fejn naqbel mad-diskors ta' l-Onor.", "Vella.", "Per eżempju aħna t-tnejn naqblu dwar il-fattur ta' l- aċċessibilta', li biex it-turiżmu jikber irid ikun hemm aktar postijiet fl- ajru.", "Allura jiena nistaqsi lill-Onor.", "Vella jekk huwiex veru li l-Air Malta tinsab fil-morsa ta' l-air services agreements, fejn biex l-ajruplani tagħna jkunu jistgħu jinżlu fl-Ingilterra, fil-Ġermanja u fi Franza, dawn il-pajjiżi jorbtuna skond kif jaqblilhom.", "Pero' rrid ngħid ukoll li li kieku ma kienx għall-Air Malta, l-ebda tour operator kbir ma kien jiddedika żieda fil-kapaċita' lejn Malta meta l-exposure tat-tour operators hija ikbar f'pajjiżi ferm ikbar minn Malta.", "Pajjiżna tant hu żgħir li għall- kapaċita' lanqas huwa fl-istess linja ta' Ċipru, tat-Turkija jew tan- Tuneżija.", "Aħna nistgħu nżidu l-kapaċita' fl-ajru billi niżguraw li l-Air Malta jkollha l-jedd li fl-Ewropa ttir lejn liema destinazzjoni trid u tfittex is-swieq tagħha.", "Imma bl-air services agreements dan ma tistax tagħmlu.", "Dan jista' jseħħ biss bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Vella staqsa ħafna affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea u għalhekk fil-qosor se nipprova nwieġbu.", "Dwar il-visas nista' ngħid li m'huwiex veru li neħħejna l-visa għar-Russi, imma tajna l-opportunita' lir-Russi biex il- visa jeħduha Malta.", "Pero' rigward dan il-punt jiena nixtieq ngħid li huwa mportanti li jkollna kontroll fuq il-visa għax jista' jkun hemm min juża lil Malta biex jaħrab.", "Sa fejn naf jien, in-nies li jgħixu fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea ma jipprovawx jaħarbu lejn pajjiżi oħra fl- unjoni minħabba x-Shengen Agreement.", "Dawk li jippruvaw jaħarbu lejn pajjiż ieħor huma dawk in-nies li t-Taljani jirreferu għalihom bħala ċittadini ta' pajjiżi extra-komunitarji.", "Rigward id-duty free, għalkemm il-lobbying spiċċa mill-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, ma smajna bl-ebda falliment jew b'xi tkeċċijiet ta' ħaddiema u lanqas b'xi żieda fil-prezzijiet, għax kważi kważi wieħed kien jiġi fid-dubju jekk l-affarijiet duty free kienux verament qed jinbiegħu bħala tali.", "Rigward il-Euro jiena ma nippretendix li għandna naddottawha hekk kif nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, imma huwa fatt magħruf li l-Euro jagħmel lit- turiżmu aktar kompetittiv u jiffranka ħafna exchange control charges.", "Dwar il-VAT, jiena ċert li l-Onor.", "Vella jaf bid-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li peress li l-industrija tat-turiżmu hija labour generating, f'dan il-qasam ir-rata tal-VAT tkun l-inqas possibbli, anke 0%.", "L-Onor.", "Vella semma' wkoll il-freedom of movement.", "Jiena nistaqsi jekk hawnx xi ħadd li jippreferi jiġi jaħdem f'Malta u jieħu xogħol il-Maltin meta l-Ġermanja jkollha bżonn 200,000 ħaddiem fis-sena b'pagi ferm aktar għoljin minn tagħna.", "Mr Speaker, jiena ġejt mitlub nagħmel impact assessment study fuq it- turiżmu biex jitkejjel l-impatt pożittiv.", "Imma l-għan prinċipali tiegħi li nagħmel impact assessment huwa biex inkejjel u nilqa' għall-impatt negattiv.", "Jiena ma kellix bżonn lill-oppożizzjoni biex titlobni nagħmel impact assessment study, għax sa minn Ġunju ta' l-1999, aħna ħsibna biex isiru l-istudji neċessarji u iktar minn hekk, irnexxielna niffinanzjawhom mir-raba' protokoll ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-istudju m'huwiex se jsir fuq kollox imma biss fuq ċerti aspetti.", "Illum, l-istudji u t-terms of reference ta' l-\"assessment of the effects from the adoption of the acquis communautaire on the tourism sector in Malta\" se jkunu \"an assessment of the impact on Maltese tourist guides and the quality of guided tours in Malta from the harmonisation with the acquis communautaire, and especially the adoption of the provisions of the EU directive for free movement of people and provision of services and other provisions of free competition.\".", "Fl-istess ħin se jsir studju ieħor ta' \"assessment of the impact on SME's in the tourism sector in Malta with emphasis on hotels and travel agencies from the harmonisation with the acquis communautaire and especially the adoption of the provisions of the EU directive of free movement of people and provision of services and other provisions for free competition.\".", "L-Onor.", "Vella qal li jekk lill-Unjoni Ewropea narawha daqshekk ta' vantaġġ, din m'hijiex se tkun ta' l-istess vantaġġ għall-kompetituri tagħna bħal Ċipru u t-Turkija?", "Huwa veru li mhux aħna biss se jkollna vantaġġ, pero' kemm ikun ikbar l-iżvantaġġ jekk Ċipru u t-Turkija jidħlu fl- unjoni u aħna nibqgħu barra?", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi jiena nerġa' nistieden lill-partit Laburista mhux biex ibiddel il-pożizzjoni tal- politika tiegħu, imma biex almenu jissieħeb fi programmi bħall-MEUSAC, li qegħdin hemm biex jagħtu nformazzjoni unbiased dwar il-vantaġġi u l- iżvantaġġi tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "B'hekk forsi jirrealizza li jekk jibqa' bil-politika li għandu, jkun qed iċaħħad lill-industrija tat-turiżmu u lill-poplu kollu minn futur aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 26 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT - KORPORAZZJONIJIET", "18594.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18227?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li mal-Ministeru għall- Ambjent hawn entita' waħda minn dawk imsemmija fil-mistoqsija parlamentari.", "Din hija l-Building Industry Consultative Council magħrufa bħala BICC, li twaqqfet fit-3 ta' Novembru, 1997 permezz tar-Riżoluzzjoni Parlamentari numru 74.", "Is-salarju taċ-ċhairman hu ta' Lm7,534. u huwa pprovdut b'karozza fully expensed u telefon ċellulari.", "Iċ-chairman serva bħala perit mal-gvern bejn is-6 ta' Novembru, 1998 u l- 15 ta' Novembru, 1998.", "AFFARIJIET BARRANIN - KORPORAZZJONIJIET", "18595.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18229?", "ONOR.", "JOE BORG: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "POLITIKA SOĊJALI - KORPORAZZJONIJIET", "18596.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18230?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AFFARIJIET BARRANIN - KONSULENTI", "18597.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18092?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "AMBJENT - KONSULENTI", "18598.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18095?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "|Konsul|Qasam |Ħlasij|Fringe|Impjeg| |ent | |iet |Benefi|ati | | | | |ts/Imp|mal-Gv| | | | |jegat |ern | | | | |mal-Gv| | | | | |ern | | |Joseph|Diparti|Lm |Karozz|Iva | |Mallia|ment |4,456 |a | | | |Għall-Ħ| |tal-ki| | | |arsien | |ri u | | | |ta' | |s-serv| | | |l-Ambje| |izz | | | |nt | |tat-te| | | | | |lefon | | | | | |li | | | | | |jinklu| | | | | |di | | | | | |mobile| | | | | |phone | | |Anthon|Diparti|Salary|Allowa|/ | |y |ment |Scale |nce | | |Mallia|Għall-Ħ|5 |ta' Lm| | | |arsien | |50 | | | |ta' | |fix-xa| | | |l-Ambje| |har | | | |nt | | | | |Saviou|Ambjent|Lm |/ |/ | |r | |4,520 | | | |Balzan| | | | | |John |Koopera|Lm |/ |/ | |Micall|ttiva |10,000| | | |ef |ta' | | | | | |l-indaf| | | | | |a | | | | |Dr |Unjoni |Għad |/ |/ | |Kevin |Ewropej|trid | | | |Aquili|a |tigi | | | |na | |determ| | | |LL.D. | |inata | | | |J.M. |Kunsule|Lm |/ |/ | |Borg |nza fuq|2,500 | | | | |Occupat| | | | | |ional | | | | | |Health | | | | | |and | | | | | |Safety | | | | |MVA |Konsule|G.B.P.|/ |/ | |(UK) |nza li |9,015 | | | | |jinklud|u Lm | | | | |i |100 | | | | |xogħol |(spejj| | | | |ta' |eż) | | | | |Survey | | | | |Cassar|Konsule|Lm |/ |/ | |, |nza li |174,00| | | |Grech |tal-Mas|0 | | | |& |ter | | | | |Ebejer|Plan | | | | |, |tad-Dre| | | | |KOCKS |naġġ | | | | |Gmbh |għan-Tr| | | | | |amuntan| | | | | |a ta | | | | | |Malta | | | | |Cassar|Konsule|Lm |/ |/ | |, |nza li |280,00| | | |Grech |tal-Mas|0 | | | |& |ter | | | | |Ebejer|Plan | | | | |, |tad-Dre| | | | |KOCKS |naġġ | | | | |Gmbh |għan-No| | | | | |fs | | | | | |in-Nhar| | | | | |Malta | | | | |AIS |Konsule|Lm |/ |/ | |Enviro|nza |47,250| | | |nmenta|biex | | | | |l |jitħejj| | | | |Limite|ew | | | | |d |studji | | | | | |ta' | | | | | |l-impat| | | | | |t | | | | | |ambjent| | | | | |ali | | | | | |b'konne| | | | | |ssjoni | | | | | |mal-Imp| | | | | |limenta| | | | | |zzjoni | | | | | |tal-Mas| | | | | |ter | | | | | |Plan | | | | | |tad-Dre| | | | | |naġġ | | | | |Dorsh |Project|Lm |/ |/ | |Consul|Managem|608,00| | | |t |ent |0 | | | | |tal-Mas| | | | | |ter | | | | | |Plan | | | | | |tad-Dre| | | | | |naġġ | | | | |COWI |Disinn |Lm |/ |/ | |Consul|finali |35,600| | | |t |ta' | | | | | |l-impja| | | | | |nt | | | | | |għat-ti| | | | | |sfija | | | | | |tad-Dre| | | | | |naġġ | | | | | |fit-Tra| | | | | |muntana| | | | | |u | | | | | |Għawdex| | | | |Englan|Rehabil|7% |/ |/ | |d & |itation|tal-va| | | |Englan|of St. |lur | | | |d |James |tax-xo| | | | |Cavalie|għol | | | | |r | | | | |Perit |Rehabil|Lm |/ |/ | |Michae|itation|1,500 | | | |l |of St. |fis-se| | | |Ellul |James |na | | | | |Cavalie| | | | | |r | | | | |M&E |Rehabil|4.5% |/ |/ | |Consul|itation|tal-va| | | |ting |of St. |lur | | | |Servic|James |tax-xo| | | |es |Cavalie|għol | | | | |r | | | | |Camill|Rehabil|3% |/ |/ | |eri & |itation|tal-va| | | |Cuschi|of St. |lur | | | |eri |James |tax-xo| | | | |Cavalie|għol | | | | |r | | | | |Theatr|Rehabil|Ibbaża|/ |/ | |e |itation|t fuq | | | |Projec|of St. |spejje| | | |ts |James |ż u | | | |Consul|Cavalie|n-numr| | | |tants |r |u ta' | | | | | |sigħat| | | |B.D. |Rehabil|Lm |/ |/ | |Athers|itation|1,540 | | | |on |of St. | | | | |Associ|James | | | | |ates |Cavalie| | | | | |r | | | | |Archit|Rehabil|9.5% |/ |/ | |ecture|itation|tal-va| | | |Projec|Project|lur | | | |t | |tax-xo| | | | | |għol | | | |Archit|Rehabil|5% |/ |/ | |ecture|itation|tal-va| | | |Projec|Project|lur | | | |t | |tax-xo| | | | | |għol | | | |Ing. |Rehabil|4% - |/ |/ | |Paul |itation|6% | | | |Meilak|Project|tal-va| | | | | |lur | | | | | |tax-xo| | | | | |għol | | | |Frank |Rehabil|(FF |/ |/ | |Franju|itation|80,000| | | |e |Project|) | | |", "FINANZI - KONSULENTI", "18599.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18096?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "INTERN - KONSULENTI", "18616.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17348 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skeda li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SERVIZZ BI ĦLAS", "18618.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17349 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tagħha?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab informata li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex minn Jannar 1999 sal-lum intalbu s-servizzi legali ta' tliet avukati li huma Dr Joseph Ellis, Dr Christopher Said u Dr Georgina Scicluna.", "Is-servizzi li qegħdin jingħataw huma li jippatroċinaw lill-gvern f'każijiet quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji.", "Ir-rati tal­ħlas stabbiliti huma ta' Lm22.50 għal kull każ deċiż qabel l- 1 ta' Settembru 1999 u Lm35 għal kull każ deċiż wara l-istess data.", "Ma nħarġet ebda sejħa għal dawn is-servizzi .", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - SERVIZZ BI ĦLAS", "18620.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17351 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - SERVIZZ BI ĦLAS", "18621.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17352 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dettalji mitluba dwar liema dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is- servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x'tip ta' servizz li ngħata f'kull każ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Minħabba n-natura ġeneralment speċjalizzata tas-suġġett partikolari, s- servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta' avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta' xogħol wara li saret sejħa pubblika.", "F'kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta' \"adjudicating board\" imwaqqaf apposta.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - SERVIZZ BI ĦLAS", "18622.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17353 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SERVIZZ BI ĦLAS", "18623.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17354 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skeda li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il- Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "GĦAWDEX - MEALS ON WHEELS", "18661.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn mindu beda jitqassam l-ikel tal-meals on wheels f'Għawdex kemm saru spejjeż da parti tal-gvern u għal-liema servizzi sar dan il-ħlas?", "Minbarra flus, offra xi sussidji oħra l-gvern biex dan is-servizz seta' jinżamm?", "Kemm hu l-għadd ta' nies li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz bħala average kull ġurnata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra", "KAPIJIET TA' DIPARTIMENTI - MULTI", "18662.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kapijiet ta' dipartimenti ġew immultati mill- qorti mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?", "X'kienet il-multa?", "Min se jħalls jew ħallas dik il-multa?", "X'passi se jittieħdu kontra l-kap involut?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li fl-uffiċċju tiegħi ma ġie riferut l-ebda kaz ta' kap ta' dipartiment li ġie mmultat mill-Qorti fil- perijodu bejn 1 ta' Jannar, 2000 'l hawn.", "ĠIMGĦA GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU", "18665.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku organizzata għall-bidu tax-xahar ta' Ġunju li għadda?", "Kemm ġew jiswew is-slots li fihom deher jitkellem il-Kap taċ-Ċivil, u kemm nefaq il-gvern biex dawn ixxandru fuq diversi stazzjonijiet tat- televiżjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-ispiża totali konnessa ma' l-attivitajiet li ttellgħu matul il-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku kienet ta' Lm12,807.", "Din iċ- ċifra tinkludi l-ispejjeż kollha konnessi mal-\"promotional spots\" li fihom dehru numru ta' uffiċjali għolja inkluż il-Kap tas-Servizz Pubbliku.", "Dawn l-\"ispots\" intwerew fuq l-istazzjonijiet tal-PBS, Super One u NET, bi spiża totali ta' Lm5,083.", "L-ispiża biex inġibdu l-ħames \"spots\" kienet ta' Lm2,443.", "GĦAWDEX - CUSTOMER SERVICES", "18667.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma ngħatat ebda raġuni għaliex l-ex- direttur tal-Customer Services ta' Għawdex ma ġġeddidlux il-kuntratt?", "Jista' jgħid huwiex minnu li dan sar għax kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrih?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16927."]} {"filename": "20030121_856d_par.doc", "date": "2003-01-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 856 L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 856", "L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "856", "L-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 812", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 812", "TQEGĦID TA' KARTI 817", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET ESTIMATES (IMPLEMENTATION) BILL (SECOND READING) 817", "AĠĠORNAMENT 835", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 839", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 855 li saret fil-21 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORMLA - HAJT TA' TAĦT IL-BAĊIR", "38105.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara jekk il- ħajt għoli ta' taħt il-baċir f'Bormla jistax jitwaqqa' jew jitbaxxa, sabiex ir-residenti jkollhom ftit aktar arja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu u jindika għal liema ħajt qed jirriferi.", "MTIEĦEN TAR-RIĦ", "38106.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn imtieħen tar-riħ?", "Fejn jinsabu?", "Dawn kollha proprjeta' tal-gvern?", "F'liema qagħda jinsabu?", "X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jieħu ħsieb dan il-wirt nazzjonali?", "Jikkonsidra li joħroġ tagħrif fuqhom fi ktejjeb għall- użu tat-tfal ta' l-iskola?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "KAROZZI TAL-LINJA", "38107.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kemm hawn karozzi tal-linja b'kollox?", "Kemm hemm minnhom li ma jaħdmux?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 34345.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministu jgħid jekk dawk il-karozzi tal- linja li qegħdin magħluqa f'xi garaxx u ma jintużawx, humiex reġistrati?", "Is-sidien tagħhom dawn xorta waħda se jgawdu mis-sussidju li qed jingħata biex jinxtraw oħrajn ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Infakkar li fl-1995 kien sar ftehim bejn il-gvern u l- assoċjazzjoni tas-sidien biex 147 sid jingħataw sussidju ħalli jkunu jistgħu jbiddlu l-vettura.", "Veru li wħud minn dawn il-karozzi m'humiex f'qagħda li joħorġu fit-triq, pero' is-sidien tagħhom xorta huma fost dawk li huma ntitolati li jieħdu s-sussidju.", "Uffiċjalment in-numru ta' karozzi tal-linja huwa 508.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-karozzi l-antiki - nistgħu nsejħulhom vintage cars - ladarba s-sidien tagħhom qed jingħataw sussidju biex jixtru oħrajn ġodda?", "Din il-mistoqsija qed norbotha ma' ittra li nkitbet minn turist u li dehret fl-aħħar ħarġa ta' The Sunday Times.", "Peress li huwa fatt magħruf li t-turisti għandhom grazzja mal-karozzi tal-linja, u peress li kien hemm ukoll il-ħsieb li jsir mużew tat-trasport, ma jaħsibx il-Ministru li tkun idea tajba kieku kellna nagħmlu flotta speċjali ta' vintage buses fuq ir-rotot tat-turisti?", "MR SPEAKER: Il-Ministu.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ittra partikolari li qed tagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Membru rajtha u jidhirli li xi żmien ilu l-istess persuna kienet kitbet ittra simili f'ġurnal ieħor bl-Ingliż.", "Evidentement il-ħsieb wara dawn l-ittri hu biex ma tinqeridx għal kollox parti mit- tradizzjoni tagħna l-Maltin.", "Infatti fil-ftehim li l-gvern kien għamel mas- sidien hemm inkorporat li dawk il-buses antiki m'għandhomx jinqerdu imma għandhom jgħaddu f'idejn l-awtorita'.", "Naturalment uħud minn dawn il-147 ilhom żmien li spiċċaw u ma jagħmilx sens li żżommhom, pero' hemm numru minnhom li wieħed jista' jgħid li huma uniċi u allura fil-mument li dawn il- karozzi tal-linja jgħaddu għand l-awtorita' dwar it-trasport, irid jiġi deċiż x'se jiġri minnhom.", "Ħafna drabi naqraw fil-ġurnali dwar il-ħtieġa li jkollna mużew li fih inżommu dawn it-tip ta' karozzi.", "Easier said than done għax biex iżżomm karozza tal-linja b'mod li l-vettura tkun tista' tiġi apprezzata, trid ammont ta' spazju u trid tieħu ħsiebha.", "L-intenzjoni ta' l-awtorita' hi li wħud minn dawn l-eżemplari jinżammu f'postijiet li jistgħu jissejħu mużewijiet proprju għal dan l-iskop, ħalli dak li għalina hu tradizzjonali ma jinqeridx.", "Din hija parti mill-istorja u parti mill-kultura tagħna u nagħmlu sew li nikkonservaw dak li baqgħalna, Sur President.", "FOOTBALL GROUNDS", "38108.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: GĦall-finijiet ta' l-isport, kemm il-belt, raħal u taqsima għandna b'kollox?", "Kemm minn dawn għandhom fejn jintlagħab il-ballun u jsir taħriġ fihom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Survey li kien sar fl- 1996 jindika li f'Malta u Għawdex hawn madwar 67 ground tal-football ta' daqs li jvarja - mhux bilfors li dawn kollha qegħdin fuq art pubblika – u survey ieħor li sar f'Marzu 1999 jindika li f'Malta u Għawdex hawn 21 ground żgħir, ħames stadji u 44 ground ieħor flimkien ma' seba' training pitches.", "PENSJONIJIET - NISA ROMOL", "38109.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Kemm hawn nisa romol li jieħdu pensjoni barranija li titnaqsilhom skond ir-rata tal-kambju?", "Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li ssir xi ħaġa biex titnaqsilhom it- tbatija lil dawn in-nies?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Il-pensjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant ma jitħallsux minn dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitolbu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "REĠISTRAZZJONI TAR-RABA'", "38110.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Kemm hawn għelieqi b'kollox?", "Kemm hawn minnhom abbandunati?", "Min huma s-sidien?", "Jista' il-gvern javviċinahom lil dawn in-nies sabiex l-art tibda tinħadem u l-ħamrija ma tintilifx?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Bħalissa qiegħda ssir reġistrazzjoni tar-raba' mis-sezzjoni tal-IACS fi ħdan il-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Ir-responsabbilta' li l-għelieqi tabilħaqq u attwalment jinħadmu hija tas-sidien u dawn jistgħu jagħmlu rikors il-qorti biex ir-raba' jittieħed lura kemm-il darba ir-raba' mqabbel ikun fi stat ta' żdingar.", "UE – IMPORT TARIFFS FUQ ĠOBON U BUTIR", "38137.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37827 rigward special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, x'tariffa trid titħallas fuq ġobon u butir importati minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija 38112.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, biex il-gvern illum ma jiġix bżonn l- ispecial temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, hemm bżonn ta' xi ftehim partikolari ma' l-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-risposta għall-mistoqsija li rriferejt għaliha tispjega proprju dan, u cioe li l-gvern ma qagħadx jinnegozja fuq prezzijiet imma fuq tali mekkaniżmu li meta niġu biex insiru membri ta' l- Unjoni, inkunu f'pożizzjoni li jkollna sussidju biex il-prezz ta' dawk il- prodotti li jiġu minn barra inżommuh stabbli.", "Imma wieħed irid jifhem ukoll li fl-ambitu ta' l-iżviluppi li qegħdin iseħħu madwar id-dinja, hemm it- tendenza li l-prezzijiet - ma nafx kemm-il darba staqsa dwarhom l-Onor.", "Interpellant - jiġu joqorbu aktar lejn xulxin.", "Hu mistenni li fuq firxa ta' snin, din id-differenza tkompli tiċkien u anke twassal biex it-tariffi fuq prodotti li jkunu ġejjin minn barra l-Unjoni ....", "Naturalment irridu nifhmu li l-Unjoni tipproteġi s-suq tagħha u ladarba nkunu membri, irridu nimxu mas-sistemi tagħha jekk irridu nieħdu l- benefiċċju li jispetta lilna.", "U biex la jkun milqut il-konsumatur u lanqas ma jiġi f'pożizzjoni ta' żvantaġġ il-bidwi, innegozjajna biex fuq diversi prodotti nimplimentaw sistema - il-mekkaniżmu tagħha għadu qed jinħadem - li twassal biex ma jkollniex bidla fil-prezz ta' dawn il- prodotti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li naprezza t-tweġiba tal-Ministru, nixtieq inkun naf jekk għandniex bżonn ta' ftehim biex inkunu nistgħu nkomplu ngawdu mill-vantaġġ li nixtru bi prezzijiet internazzjonali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa fatt li meta nixtru mis-swiew internazzjonali m'għandna bżonn ta' ebda ftehim.", "Pero' fuq ċerti prodotti l-Unjoni Ewropea tapplika tariffa biex tipproteġi l-interessi tagħha u aħna wkoll irridu napplikaw dik is-sistema ladarba nidħlu fl-Unjoni.", "Kulħadd jaf li l-Unjoni tgħin bis-sħiħ il-qasam agrikolu u aħna aktar minn fiduċjużi li bil- pakkett li nnegozjajna, nistgħu nsibu diversi mekkaniżmi kif lill-bdiewa nkunu nistgħu nġibulhom fondi mill-Unjoni.", "Pero' il-gvern daħal f'commitment li jgħin lill-bdiewa ħalli dawn ma jiġux f'pożizzjoni żvantaġġata, anzi biex huma jkunu jistgħu jiżviluppaw iktar.", "Issa fil-każ ta' prodotti importati minn pajjiżi terzi li jattiraw tariffa, il-ftehim hu li napplikaw sussidju biex inżommu l-prezz ta' dak il-prodott stabbli għall-konsumatur.", "Dik hija l-pożizzjoni tan-negozjati li l-Unjoni ħadet ma' diversi pajjiżi u aħna ftehimna b'dan il-mod.", "Kien hemm żmien meta l-Unjoni kienet taħdem b'sistema differenti u kienet anke tagħti ċerta faċilita' lil dawk il-pajjiżi li daħlu membri qabilna biex ma japplikawx dik it-tariffa.", "Imma minħabba li din għandha ċerti implikazzjonijiet, illum din is-sistema m'għadhiex tiġi pprattikata.", "Fil-fatt huwa meqjus li minħabba l-fatt li dawn it-tariffi qegħdin bil-mod il-mod jonqsu, din id-differenza se tisparixxi matul iż-żmien - forsi fuq perjodu ta' ħames snin, ngħid jien - u allura ma jkollniex għalfejn napplikaw is-sussidji.", "U dan mingħajr ma noqogħdu nagħmlu sistema ta' tariffi differenti b'kumplikazzjonijiet notevoli.", "Għax ġaladarba nibdew napplikaw l-istess tariffi, mhux se jkollna għalfejn niffaċċjaw kumplikazzjonijiet fl-esportazzjoni ta' prodotti li jkunu oriġinaw minn pajjiżi oħra.", "Ara kieku għamilna sistema ta' tariffi, kien ikollna noqogħdu qisna pulizija biex naraw jekk dawk il-prodotti li nesportaw kenux daħlu f'pajjiżna skond it-tariffa mposta mill-Unjoni.", "U dik hija waħda mill- kumplikazzjonijiet għaliex fid-diskussjonijiet tekniċi ma' l-Unjoni huma ppreżentaw il-każ tagħhom u, bħall-pajjiżi kandidati l-oħra, aħna dehrilna li din il-pożizzjoni hija waħda raġonevoli, li tagħmel sens u li tilħaq l- istess għan li l-konsumatur ma jkunx qiegħed jiffaċċja żieda fil- prezzijiet, waqt li fl-istess waqt il-produttur ma jkunx qed jiġi żvantaġġat bis-sistemi li qegħdin indaħħlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mela ġaladarba l-Ministru qed jgħid li m'għandna l- ebda bżonn ta' l-ebda ftehim biex nixtru bi prezz internazzjonali, jista' jikkonferma li l-flus li l-gvern se jkollu joħroġ biex mill-għada li nsiru membri ta' l-Unjoni jibda jissussidja l-prezzijiet għoljin ta' ċerti prodotti, dan l-ammont se jkun qed jibbilanċja d-differenza kollha li teżisti bejn il-prezz intern u dak estern?", "Il-gvern fl-aħħar tmien xhur ta' l-2004 se jissussidja l-prezz fuq l-importazzjoni taz-zokkor b'euro 11-il miljun u l-prezz fuq l-importazzjoni taċ-ċereali b'euro 3 miljuni.", "Dan l- ammont se jkun qed ikopri l-iżvantaġġ kollu tad-differenza li teżisti bejn il-prezz intern u l-prezz estern, jew parti minnu biss?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naturalment wieħed irid jifhem li aħna qed naħdmu fuq il-prezzijiet tal-lum u l-intenzjoni hi li biċ-ċifri kif ġew ikkalkolati, se nkunu qegħdin inkopru d-differenza kollha biex ma jkunx hemm effett fuq il-konsumatur.", "L-Onor.", "Interpellant qal li din tista' ma tkoprix il-prezz kollu.", "Jien bil-maqlub ngħid li jista' jirriżulta li din tista' tkopri aktar mill-prezz kollu, fis-sens li ma jkollokx bżonn toħroġ daqshekk flus.", "Issa għaliex qed ngħid hekk, Sur President?", "It-tendenza hi li l-prezzijiet internazzjonali u l-prezzijiet ta' l-Ewropa jibdew joqorbu lejn xulxin u allura tista' ssib ruħek li din id-differenza tibda tonqos sakemm eventwalment tisparixxi.", "Fil-fatt fin-negozjati ssemma' dan ukoll, li d-differenza qiegħda tiġi bil-mod il-mod eliminata.", "Għax fil-common agricultural policy għaddejjin b'riformi li jippermettulek tagħti assistenza lill-bdiewa mhux billi tissussidja biss il-prodott imma billi tgħinhom direttament.", "Issa aħna aktar jaqblilna hekk għax meta tiġi biex tissussidja prodott, trid tara liema prodott se tissussidja u ma tistax iżżid prodotti oħra kemm trid magħhom.", "Allura jekk għandek sistema li tiggarantixxi d-dħul tal-bdiewa biex ikollok stabilita', għalina bħala pajjiż żgħir dak ikun ta' vantaġġ.", "U n-negozjati kienu intenzjonati biex jieħdu into account din it-tip ta' issue, Sur President.", "Anke meta ġejna għall-issue finanzjarja, u cioe għall-flows li se ndaħħlu mill-Unjoni, ħadna into consideration il-pagamenti li wieħed se jkollu jagħmel minħabba dawn it-tariffi li l-Unjoni għandha llum u li bil-mod il- mod trid telimina u li f'ċerti każi diġa' naqsithom b'mod sostanzjali, pero' baqa' tariffi oħra li bil-mod il-mod se jonqsu.", "Allura l- arranġamenti li lħaqna se jħallu lill-konsumatur f'qagħda li mhux se jkun qed jiffaċċja żidiet, waqt li l-benefiċċju għall-bdiewa se jkun sostanzjali peress li jkabbru prodotti partikolari fuq plots limitati.", "Issa minflok ma tissussidja l-prodott, is-sistema tgħin lill-bidwi biex ikollu livell ta' dħul diċenti.", "Din anke għandha tneħħi l-volatilita' li s-settur agrikolu dejjem iffaċċja matul iż-żmenijiet.", "Naturalment aħna rridu nifhmu għalfejn l-Unjoni Ewropea żviluppat il-common agricultural policy.", "Dan għamlitu proprju għax peress li s-settur agrikolu jiddependi ħafna mit-temp, minn ċerti pests u mard ieħor li jattakkaw il- pjanti u diversi affarijiet oħra - ħafna xita tista' tgħarraqlek kollox jew bil-kontra jista' jkollok abbundanza ta' prodotti fis-suq u allura l-prezz jaqa' - is-settur agrikolu jista' jiġi milqut b'mod li s-settur industrijali ma jiġix milqut.", "Allura matul iż-żmien l-Unjoni żviluppat sistema li tipprova tistabilizza l-prezz tal-prodott u tipprova tipproteġi l-prodott b'tariffi fil-konfront ta' dawk il-pajjiżi li m'humiex membri.", "Issa s-sistema li qegħdin jimxu lejha hija waħda li tħares lejn dħul stabbli għall-bdiewa, li allura twassal għal inqas problemi.", "Allura s-sistema li qed nidħlu fiha aħna hija l-aktar waħda riċenti ta' kif l-Unjoni qiegħda tħares lejn is-settur tal-bdiewa biex matul iż-żmien, il- livell ta' assistenza ikun aktar sostenibbli - għax bħalissa l-livell ta' assistenza tas-settur tal-bdiewa qiegħed jassorbi madwar 60% tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea - u allura jkollna sistema li tkun ta' benefiċċju għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma meta nafu li 80% tal-qmuħ, xgħir u qamħirrun li nikkonsmaw lokalment nimportawh minn barra l-Unjoni; u meta nafu li t- tariffa li pajjiżna se jkun suġġett għaliha mill-għada li nissieħbu se tkun tvarja bejn 38.8% u 61.4%; u meta nafu wkoll li l-gvern kien qed jinnegozja ma' l-Unjoni ċifra ta' euro 26 miljun, li minnhom fit-tliet snin ta' wara s-sħubija se nieħdu biss madwar euro 8 miljun għal kull sena bħala sussidju; jista' il-Ministru jgħid din id-differenza ta' kważi euro 18-il miljun jekk hux se jħallasha l-konsumatur jew jekk hemmx xi forom ta' sussidji oħra li aħna għadna ma nafux bihom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, jien ngħid li wieħed irid iħares lejn il-kwestjoni li qed isemmi l-Onor.", "Membru b'mod aktar wiesa'.", "Għax jekk aħna nimportaw il-qmuħ mill-Amerika, jirriżulta li biex is-sehem tal- produtturi Amerikani ma jonqosx, parti kbira mit-tariffa applikata fuq dan il-prodott, jekk mhux kollha, jikkumpensaw għaliha l-Amerikani stess.", "Fil- fatt hawn hu l-iżball kif narah jien li qed jagħmlu sħabna ta' l- oppożizzjoni.", "Donnhom li ma jistgħux jirrealizzaw li esportaturi fil- pajjiżi ta' barra l-Unjoni, u mhux l-Amerikani biss, meta jiġu biex jbiegħu l-prodott tagħhom fl-Ewropa, joffru prezz favorevoli ħafna biex ikunu jistgħu jżommu l-market share tagħhom.", "U allura dak li semma l- Onor. Interpellant trid tarah f'kuntest globali.", "Jien ngħid li hawn qegħdin naraw li ħafna mill-kritika li jagħmel il- Partit Laburista biex ma nsirux membri ta' l-Unjoni Ewropea, iddub fix-xejn u tisparixxi.", "Jien għalhekk dejjem ngħid li l-Partit Laburista m'għamilx il-homework tajjeb biżżejjed għax minflok ma fittex biex jara kif ikun oġġettiv, ipprova jsib raġunijiet biżżejjed biex jgħid le, ħafna drabi raġunijiet żbaljati, bħal f'dan il-każ.", "Jien ngħid li l-Partit Laburista qiegħed itellef l-opportunita' li pajjiżna jidħol fl-Ewropa fuq issues li fil-fatt meta wieħed jidħol fihom bis-serjeta' isib li huma duħħan.", "Sfortunatament il-Partit Laburista m'għandux nies tekniċi biżżejjed li jifhmu fuq suġġetti ta' ekonomija u ta' sistemi ta' prezzijiet u allura sħabna ta' faċċata jaslu għal konklużjonijiet nofshom nejja, bir-riżultat li l-partit tagħhom huwa l-uniku partit soċjalista fl-Ewropa li qiegħed iħares lejn il-mekkaniżmi ta' l-Unjoni b'suspetti mhux ġustifikati u prattikament jispiċċa jargumenta kontra l-kunċett ta' l-Unjoni.", "Ċertament dan huwa eżempju ċar fejn l-oppożizzjoni qiegħda tieħu falza stikka u l- implikazzjoni tagħha din hi li tista' ttellifna l-opportunita' li nieħdu postna fl-Ewropa u nieħdu l-istess drittijiet u l-istess privileġġi bħaċ- ċittadini l-oħra ta' l-Ewropa.", "MR SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi finanzjarji ta' l-awtorita' tat-turiżmu (ta' Malta) għas-sena 2003.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET ESTIMATES (IMPLEMENTATION) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Jannar 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Francis Agius.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, il-budget dejjem huwa suġġett importanti għaliex jirrifletti parti essenzjali ta' dak li l-gvern ikun irid iwettaq.", "Hija l-għodda finanzjarja li permezz tagħha l-gvern iwettaq dak li jkun wiegħed fil-programm elettorali u l-policies tal-partit li jkun ġie elett mill-poplu mill-elezzjonijiet ta' qabel.", "Jien se nipprova nħares lejn dawn il-miżuri li għandna quddiemna kemm mil- lenti finanzjarja u kemm mil-lenti ekonomika.", "Wieħed bilfors irid iħares lejn l-aspett soċjali li jiġi effettwat anke fil-klima preżenti li kif jaf kulħadd hija l-klima ta' referendum u ta' elezzjoni li dejjem qed toqrob.", "L- iktar żmien twil possibbli li fadlilha l-elezzjoni ġenerali hija ta' sena u jumejn.", "Fil-ħajja politika dan hu żmien relattivament qasir għaliex kif nafu ħafna mill-miżuri li jkunu jridu jittieħdu fil-politika jiedħu ħafna żmien biex jimmaturaw.", "Smajt ħafna kritika fuq ċerti miżuri ta' dan il-budget li għandna quddiemna, u meta l-budget jissejjaħ bħala kosmetiku jew sempliċement irtokki, wieħed ma jistax ma jirrispondix għal din il-kritika.", "Jien irrid insemmi x'mhux jissemma li s-soltu kien jissemma' bħala kritika tal-budget.", "Jien inħoss li r-rwol ta' deputat fuq in-naħa tal-gvern hu li japprova kull miżura tal-budget u allura jagħmel kritika pożittiva lilu nnifsu.", "Sfortunatament l-oppożizzjoni min-natura tagħha qatt ma tista' tagħmel kritika oġġettiva u kostruttiva.", "Ħafna drabi jgħidu li se jkunu oġġettivi imma wieħed rari jsib li din tagħmel hekk.", "L-aktar li smajna kien dwar budget tal-irtokki u li kellna budget kosmetiku.", "Il-bieraħ issemma li ma kienux indirizzati temi ambjentali.", "Nerġa' ngħid li ħafna mill-miżuri jridu jittieħdu fuq medda ta' snin bil-mod il-mod u allura jkun hemm min jikkritika li l-miżuri tal-budget ma jkunux għamlu ħoss.", "Il-budget Nazzjonalista jkun diskuss mill-poplu imma ma jkunx suġġett li jkisser il-pajjiż, li jqajjem tant u tant terrimoti fl-ambjent politiku, industrijali u tan-negozji ta' pajjiżna.", "Id-differenza kbira hi li dawn il- miżuri ma jaffettwawx b'mod drastiku s-setturi ta' l-ekonomija.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex biex wieħed ikollu l-investiment u l-inizjattiva privata li tant nemmnu fiha bil-fatti u mhux bil-paroli, irid ikollu klima politika u ekonomika stabbli.", "Il-budget li għamel l-Onor.Dalli sena wara l-oħra huwa propju budget ta' stabbilita' politika għal pajjiżna.", "Insemmi wkoll meta għamel il-memorandum fl-1996 li tant jissemma min-naħa l-oħra.", "Dan ukoll juri li hemm mekkaniżmi li jiġbdu l-attenzjoni tal-gvern meta nidħlu f'żona ta' periklu.", "L-iktar ħaġa importanti meta jsir il-budget u meta jitwettqu l-miżuri ta' għoli ta' prezzijiet ta' sigaretti, alkoħol, tibdil fil-liċenzi, u miżuri oħrajn fuq l-income tax hi li naraw il-vijabilita' ekonomika ta' pajjiżna.", "Dan huwa l- ikbar ċertifikat li l-gvern nazzjonalista sena wara l-oħra jieħu.", "Irrid ngħid li l-kwestjoni tad-dejn nazzjonali hija importanti ħafna f'dan l-aspett mhux biss f'termini ta' kwantita' ta' dejn imma ta' kemm dan se jkun ta' piż fuq l-ekonomija u fuq it-tmexxija ta' l-amministrazzjoni tal- pajjiż.", "Irrid ngħid li minkejja l-kritika distruttiva fuq l-Unjoni Ewropea li għamlet l-oppożizzjoni u li għadha tagħmel u li nafu se tibqa' tagħmel, il-mekkaniżmi li għandha l-Unjoni Ewropea qegħdin hemm biex il-pajjiżi jibqgħu ekonomikament vijabbli.", "Dan ifisser li hemm mekkaniżmi li jgħinuna nkomplu mexjin mingħajr ma ngħerqu.", "L-UE ma taħsibx biss għall-karta imma timponi u tesiġi li l-pajjiżi jimxu fuq politka tajba u li jkollhom ċerti ammonti ta' dejn mill-kriterji li hemm fit-trattat ta' Maastricht.", "Kif aħna nittamaw li qed naħdmu biex naderixxu għalihom iridu jkunu wkoll ta' garanzija għall-pajjiżna.", "Aħna dejjem neqirdu għaliex m'għandniex riżorsi naturali, għaliex m'għandniex art kbira u għaliex m'għandniex żejt, m'għandniex faħam u m'għandniex foresti.", "Hawnhekk jiġuni f'moħħi l- Arġentina u Venezuela - pajjiżi li fuq il-karta jidhru li huma sinjuri imma fil-verita' huma pajjiżi li għandhom instabilita' kbira kemm politika u kemm ekonomika.", "Lil hinn mill-istatistika uffiċjali wieħed irid janalizza u jħares lejn dak li jkun qed jiġri fis-soċjeta' tagħna.", "Jien smajt kritika għal ċerti miżuri f'dan il-budget li kienet indirizzata lejn id-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Hemm analiżi min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq bażi ta' klassi.", "Dawn jgħidu li l-klassi ta' isfel se tintlaqat l-iżjed, imbagħad jgħidulna l- klassi tan-nofs se tintlaqat l-iżjed.", "Jien, Mr Speaker, ma niċħadx li f'pajjiżna hawn differenza bejn grupp u ieħor, pero' bħall-Onor.", "Interpellant li tkellem il-bieraħ fuq l-aspett soċjali, jien ukoll niltaqa' man-nies u nieħu profil ta' ċerti gruppi u ċerti kategoriji ta' ħaddiema f'dan il-pajjiż.", "Meta nħares lejn dawn l-impressjonijiet ninduna li hawn ħafna nies li huma ta' ċerta klassi bħal dawk li ma jaħdmux li ma jgħixux bil-livell ta' ħajja li wieħed jistenna.", "Hawnhekk bl-ebda mod ma rrid nikkritika jew immaqdar xi tip ta' passatemp, Mr Speaker.", "Hemm tibdil f'din il-liġi li hu tibdil pożittiv sostanzjali biex ċerti tipi ta' karozzi ma jħallsux il-liċenzji.", "L-argument purament klassista ma jreġix f'dan il-każ.", "Jien ċert li kull membru ta' din il-Kamra jiltaqa' ma' dawn it-tip ta' nies li m'humiex eċċezzjonijiet.", "Fil-kritika ta' l-oppożizzjoni ma' smajna xejn fuq il-politika ta' dan il- gvern li jkompli jżid is-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk u l-prodotti ta' l- alkoħol kull sena għaliex nafu li dawn huma sorsi ta' mard fis-soċjetajiet kollha.", "Il-gvern ma jistax jagħmel wisq biex iwaqqaf dawn il-vizzji għaliex din hija deċiżjoni ta' l-individwu.", "Il-gvern jista' jsaħħaħ l-edukazzjoni tas-saħħa u jista' joħloq ċerti strutturi fejn biex wieħed iżomm vizzju jrid jagħmel spiża annwali kbira.", "Ħafna drabi wieħed jidra l-prezz u jkompli jgħix din it-tip ta' ħajja.", "Hemm ħafna fatturi li jaffettwaw dawn l-affarijiet u wieħed ma jistax jikkonkludi bl-addoċċ.", "Kieku d-dinja m'għandhiex il-problemi li għandha ma jkunx hawn bżonn daqshekk tal-mediċina, tal-pulizija, tad-dwana u tal- qrati.", "Is-soċjeta' tipprova tikkontrolla bl-aħjar li tista' u wieħed mill-metodi li wieħed jista' jikkontrolla huwa proprju meta jiġi l-budget u jogħlew dawn il-prodotti.", "Jien naqbel li dawn il-miżuri għandhom ikomplu, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, għaliex nemmen li b'hekk wieħed jista' jnaqqas in- numru ta' nies li jpejpu u li jabbużaw mill-alkoħol.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix li r-revenue tal-gvern minn dawn dejjem jiżdied u wieħed jista' jesplora kif dawn it-tip ta' fondi li jinġabru jintużaw biex jiġu kkontrollati dawn il-vizzji speċjalment fiż-żgħażagħ li huma l- futur ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, fuq dan il-punt naħseb li ta' min ifaħħar il-gvern li għamel din il-miżura.", "Dawn il-miżuri jridu jittieħdu fil-klima politika preżenti.", "Il-klima politika preżenti għandna żewġ kampijiet li qegħdin ipinġu l-futur ta' pajjiżna b'mod totalment differenti.", "Jien naħseb li bħal kull ħaġa oħra t- triq tan-nofs hija l-iktar triq li tagħmel sens u li ma tħallix l-imħuħ jiddalmu.", "Kultant naħseb li l-profeziji tal-ekonomisti ma tantx jaħdmu u li jrid ikun iż-żmien li jagħtina parir.", "Isemmu ħafna profeziji u kultant xi waħda minnhom tirnexxi imma jekk hemm branka li hija verament bħal lotterija hija l-mod ta' kif se timxi l-ekonomija.", "Minħabba dan jien inħobb nagħti ħarsa lura.", "Minkejja li aħna niġu kkritikati li faqqarna l-pajjiż u fqajna l-kaxxa ta' Malta l-fatti juru mod ieħor.", "Dan id-diskors ma smajnihx is-sena li għaddiet u ta qabilha biss.", "Jekk wieħed jara d-diskorsi u l- kritika li saret fis-sebgħinijiet lill-ewwel gvernijiet nazzjonalisti wara l-indipendenza jsib li kien ikollna l-istess tip ta' stampa mpinġija mill- oppożizzjoni.", "Dejjem qalu li dan hu gvern li jberbaq u ma jagħmilx management tajjeb ta' flus.", "Kellna wkoll kritika li fl-1996 il-gvern mar għall-elezzjoni għaliex ma kienx kapaċi jagħmel il-budget.", "Il-verita' hi li budget wara l-ieħor dan il-gvern jerfa' u jidħol għal iktar responsabbilta'.", "Dan il-gvern qed jimpenja ruħu li mhux biss idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea imma wkoll li jagħmel budgets oħrajn.", "Wieħed bilfors iħares lejn il-budgets ta' qabel.", "Hemm dik il-fiduċja fil-passat li jien ma nsibhiex fil-budgets li kienu jagħmlu l-gvernijiet soċjalisti u laburisti għaliex minkejja li rrid nirrikonoxxi li daħħlu liġijiet li qed nibnu fuqhom u nkomplu nsaħħuhom kien ikollhom ħafna budgets b'issues kontroversjali.", "Jekk ma mmorrux 'il bogħod u naraw iż-żewġ budgets li għamel il-gvern laburista nsibu li pprova jbiddel ħafna affarijiet f'daqqa.", "Wieħed ma jistax isawwat lin-nies kif għamel gvern Laburista f'dawk is- sentejn.", "Illum il-ħin kollu nisimgħu kemm qegħdin jogħlew l-affarijiet u kif ma jistgħux ilaħħqu l-familji.", "Nerġa' ngħid li 'l hinn mill-istatistika li naqraw, naraw li l-poplu Malti għandu livell ta' għixien tajjeb.", "Kif joħorġu xi ishma qed jinħatfu u l-kampanji ta' ġbir li kellna fl-aħħar tas- sena wkoll huma sinifikanti għaliex juru kemm il-poplu hu kapaċi jdaħħal idu fil-but u jkun galantom ma' ħaddieħor.", "Jien naħseb li dawn l-affarijiet ma jurux klima ta' dipressjoni ekonomika kif tipprova tpinġi n-naħa l-oħra.", "Qed jgħidulna li bid-dħul tagħna fl- Unjoni Ewropea l-affarijiet se nkunu b'mod li ma nistgħux nilħquhom.", "Jien infakkar li n-nies ta' Sqallija, tal-Greċja, tal-Portugal u Spanja qegħdin f'din l-Unjoni.", "Bħalna dawn jgħixu fuq l-industrija tat-turiżmu.", "Jekk inħarsu lura fil-passat riċenti nindunaw li dawn il-pajjiżi m'għerqux kif taħseb li se jiġri lilna l-oppożizzjoni.", "Mill-ħafna argumenti li ġġib in-naħa l-oħra wieħed jista' jara ċar u tond li qegħdin jaqbdu ma' kull ħaġa biex ibeżżgħu biha u tant qegħdin jidħlu f'dawn l-argumenti li jispiċċaw ma jarawx l-istampa totali tas-sistema ekonomika f'pajjiżna.", "F'kull parti tad-dinja jiġri li l-gvern jiġbor it-taxxi u jagħtihom lura lill-poplu f'servizzi u fi proġetti.", "Ma smajna xejn fuq kemm il-gvern kien kapaċi jonfoq dawn il-flus b'għaqal.", "Smajna biss dwar il-ħela u t-tberbieq.", "Il-gvern f'pajjiżna għal ħafna snin ġabar il-flus l-iktar permezz ta' taxxi fuq id-dħul.", "Il-partit nazzjonalista ra li l-poplu Malti kien wasal fi żmien li l-konsum tiegħu kien qed ikun b'manjiera li jista' jiġi ntaxxat mhux biss fuq dak li jaqla' iżda fuq dak li jonfoq.", "Aħna ressaqna l-liġi tal-VAT u l-oppożizzjoni għamlet kruċjata kontriha.", "Din hija għodda għall- gvern u wara kruċjata għamlu tidwira sħiħa.", "Nifirħilhom li waslu għal din il-konklużjoni mhux għax huma rivali fil-politika tagħna imma għax l- interess nazzjonali jitlob li ma jkollniex iktar it-taqlib imma li jkollna stabilita` ekonomika f'pajjiżna.", "Hawn jirrikonoxxu wkoll li din it-taxxa bħala prinċipju hija tajba.", "Il-poplu qed jonfoq il-flus f'affarijiet differenti u allura qed jiġi ntaxxat fuq dan.", "Jekk it-taxxa tkunx ta' 5% jew 15 % nistgħu niddiskutuh u kulħadd ikollu l-opinjonijiet differenti.", "Jien nemmen li hu tajjeb li qed naqblu li jkollna din it-taxxa fuq il- konsum.", "Din tista' tieħu forom differenti imma ż-żewġ partijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira ta' dan il-poplu jaqblu fil-prinċipju u dan jagħti ċerta stabilita` politika u ekonomika.", "Intqal ukoll li f'dan il-budget ipprovajna kemm jista' jkun u bil-mod il- mod il-mod indaħħlu l-element tal-ambjent fil-budget tagħna.", "Dan huwa wieħed mill-ftit żmenijiet li fihom immexxu 'l quddiem policies favur l- ambjent.", "Jien konvint li l-idea li għal-ewwel tidher ftit ġdida bħal tal- karozza tal-eletriku tista' tagħmel ġid lill-ambjent u ladarba tindara tista' tidħol f'pajjiżna.", "Irridu ngħidu li ħafna drabi l-konsumatur iħares l-aktar lejn il-prezz.", "Karozza hi xi ħaġa li trid ħafna flus biex tinxtara.", "Il-bieraħ smajt ħafna argumenti li se jogħlew il-bziezen u se jogħla l-ikel in ġenerali.", "Dawn għandhom ħabta li kif jaqbdu argument ikopru biċċa minnu imbagħad ma jkompluhx.", "Jien mhux qed ngħid li nixtieq li jogħla l-ħobż jew li jogħlew dawn l-affaijiet.", "Smajna li n-nies ma jieklux l-għamara imma rrid ngħid li l-għamara hi spiża kbira għall-familja.", "Jien pjuttost ngħid li l-ikel se jibqa' l-istess fl-ispiża.", "Nafu kemm isiru testijiet xjentifiċi li jgħidu li l-ikel żejjed u l-obeżita' huma ħżiena u din il- kultura qed tidħol aktar f'pajjiżna.", "Nisimgħu ħafna fuq il-prezz taz-zokkor meta nafu li f'pajjiżna għandna l-problema tad-dijabete.", "Rajna x'ġara meta f'pajjiżna għamilna l-liberalizzazzjoni tas-swieq.", "Ħafna drabi l-prezzijiet roħsu.", "Qed jinsew li fuq kollox l-għamara u l-karozza huma spejjeż maġġuri fil-budget tal-familja.", "Ħafna affarijiet se jorħsu u dan hu favur il- familji Maltin.", "Huwa veru li dawn l-affarijiet ma jinxtrawx kuljum imma huma għajnuna għall-familja.", "Dak li nagħmlu ma nagħmluhx biss għal uliedna iżda għall-Maltin kollha.", "Dan huwa messaġġ importanti ħafna għax qed tinħoloq l-idea li aħna rridu nagħmlu dawn il-miżuri tal-budget biex ngħabbu l-piżijiet fuq xi ħadd.", "L-interess tagħna huwa l-livell ta' l-għixien tal-Maltin u għax nemmnu li l-livell ta' l-għixien tal-Maltin se jimxi 'l quddiem bil-policy ta' dan il- gvern nemmnu li se nimxu 'l quddiem.", "Aktar ma wieħed jingħalaq fih innifsu u jkun protezzjonista aktar jibqa' iżolat u ma jagħmilx kummerċ ma' pajjiżi oħra.", "Aktar ma se nagħtu vantaġġ lill-pajjiżi kompetituri tal-Mediterran aktar se naqgħu lura.", "Jekk l-ekonomija taqa' lura bilfors ikollna budget li jweġġa'.", "Dan il-budget ma ħalla l-ebda ġerħa fuq xi settur partikolari.", "Dan huwa importanti li ngħiduh għaliex meta jittieħdu ċerti miżuri hawnhekk iqumu l-irwiefen kollha għaliex qamu ċerti miżuri fuq ċerti setturi.", "Smajna ħafna kritika fuq ċerti setturi partikolari.", "Dan il-gvern irnexxielu jagħmel dan il-budget mingħajr ma jolqot setturi partikolari b'mod ħażin u din m'hijiex ħaġa faċli.", "Ministru tal-finanzi ma kont qatt pero` naf żgur li waħda mill-affarijiet li ried jagħmel il-ministru tal-finanzi hija li jibbilanċja.", "Dan ikollu talbiet minn hawn u minn hemm u kultant ikollu pressjoni biex iweġġa' xi settur partikolari imma dan m'għamlux.", "Mr Speaker, nagħlaq fuq il-kunċett tal-ħela u li miegħu ridt norbot anke l- kunċett ta' l-informazzjoni.", "Ħafna pajjiżi huma msallbin b'korruzzjoni li hija marbuta mal-finanzi tal-gvern.", "Għall grazzja t'Alla, Mr Speaker, mhux qed ngħid li ma jkunx hemm xi każ iżolat 'l hemm u 'l hawn f'pajjiżna imma ma naħsibx li għandna din il-problema.", "Dan il-gvern mhux qed jiġi kkritikat fuq dan għax f'pajjiżna ma jeżistix.", "Il-miżuri ta' dan il-budget huma miżuri li l-poplu Malti lest biex jilaqa' biex pajjiżna jkompli miexi ekonomikament 'l quddiem u biex imexxi l-aġenda politika tiegħu, li hija ta' ġid għall-poplu tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Grazzi, Mr Speaker.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq bill li se jimplimenta ħafna miżuri li ġew imħabbra fil-budget ta' Novembru li għadda.", "Kif qal sieħbi l-Onor.", "Francis Agius il-budget huwa kważi l- quċċata tas-sena leġislattiva u s-sena parlamentari.", "Il-budget huwa għodda importanti f'idejn il-gvern dwar kif l-ewwel jgħarbel is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż imbagħad jgħarbel id-diffikultajiet li ċ-ċittadindi jkunu qed iħossu.", "Dan jagħmlu matul is-sena kollha, imbagħad fil-budget jieħu dawk il-miżuri li jkunu adattati biex il-pajjjiż jingħata d- direzzjoni 'l quddiem u jiġu kkoreġuti l-affarijiet li jkunu qed ikollhom effett negattiv fuq l-ekonomija.", "Dan hu ċans li jara l-affarijiet li jkollhom effett negattiv fuq is-settur domestiku, fuq l-impjiegi, fuq l- esportazzjoni u fuq l-importazzjoni.", "Il-budget huwa għodda importanti ħafna u dan jafu kulħadd.", "Dan jafuh iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-gvern ikollu ċ- ċans li jagħmel il-manuvrar li jkun hemm bżonn mingħajr xkiel biex ikun jista' jikkorreġi u jagħti gwida lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Iżjed ma kemm ikun viċin l-inqas wieħed fost iċ-ċittadini tagħna iktar aħjar.", "Dan irid ikun kapaċi jċaqlaq u jimmanuvra l-affarijiet biex jikkoreġi u jaddatta ruħu għal pajjiżu.", "Mr Speaker, il-punt tiegħi f'din l-introduzzjoni ta' din il-liġi huwa kemm hu importanti għall-pajjiż li jkun kapaċi li jagħmel budget li jadatta għaċ- ċirkostanzi tiegħu u li jkollu l-inqas xkiel possibbli li jkun jista' jimmanuvra u jieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn.", "Din l-introduzzjoni hija ntiża biex nidħol għal suġġett importanti u nitkellem dwar xi jkun jista' ifixkel jew jorbot idejn il-gvern meta jiġi biex jadatta l-budget.", "Wieħed ma jistax f'dan l-istadju tax-xena politika f'dan il-pajjiż ma jitkellimx dwar ir-relazzjonijiet li pajjiżna minn hawn u ftit ġimgħat oħra se jiddeċiedi li jkollu ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn m'humiex xi relazzjonijiet sempliċi imma relazzjonijiet li se jeffettwaw id-deċiżjonijiet tal-pajjiż kollu.", "Mr Speaker, ingħad ħafna l-ġimgħa l-oħra favur u kontra s-sħubija jew partnership ma' l-Unjoni Ewropea u dan għednih mill-perspettiva ta' pajjiż żgħir.", "Dan għidnih mill-perspettiva ta' deputati fuq in-naħa tal-gvern li jridu sħubija sħiħa u deputati oħrajn minn din in-naħa ta' l-oppożizzjoni li qed jgħidu li sħubija sħiħa ma taqbilx minħabba li xxekkel il-manuvrar tal-pajjiż u tax-xejra ekonomika u politika.", "Nemmnu li sħubija xxekkel dak li l-ministru tal-finanzi jkun jista' jew ma jkunx jista' jagħmel f'budget u dan għandu effett minn isfel sa fuq tas-settur domestiku, tas-settur ekonomiku u s-settur politika tal-pajjiż.", "Kont qed ngħid li dak li għedna l-ġimgħa l-oħra għednih mill-perspettiva tagħna jiġifieri ta' Maltin li jgħixu f'din il-gżira li qatt ma kienet membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-poplu tagħna ftit li xejn qed jingħata l- opportunita` biex jara daqsxejn x'jaħsbu nies li huma diġa` imġarrba mill- Unjoni Ewropea.", "Ħafna drabi dan il-gvern jistieden anke f'din il-Kamra parlamentari Ewropej li ġew biex jitkellmu u jgħidulna l-opinjoni tagħhom dwar xi jħossu huma dwar din l-għaqda hekk kbira u hekk importanti.", "Minn hawn infakkar u ntenni li l-oppożizzjoni qed tagħraf din l-importanza.", "Minn hawnhekk nikkritika l-media ta' dan il-pajjiż li qed tagħti stampa waħda ta' dak Ii jista' jaffetwa l-mod kif nimxu f'dan il-pajjiż u il-mod ta' kif nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Ftit li xejn jitkellmu fuq l-influwenza fuq il- manuvrar li l-ministru tal-finanzi u l-gvern ikun kapaċi jagħmel biex jiggwida dak kollu li jiġri f'dan il-pajjiż, ekonomikament, soċjalment u politikament.", "Il-media sfortunatament inġibdet bħalma l-media tinġibed is- soltu fis-settur politiku ta' dan il-pajjiż, lejn naħa waħda u qed iddoqq qanpiena waħda.", "Din qed toħnoq il-vuċi ta' l-oppożizzjoni u ta' dawk li jiktbu minn din in-naħa.", "Jien l-ewwel wieħed li ktibt diversi artikli lill- media u ma jġibuhomx biex joħonqu l-vuċi ta' l-oppożizzjoni.", "Irridu noħorġu minn din il-gżira u naraw ftit x'qed jgħidu parlamentari oħrajn.", "Il-bieraħ kulħadd qara artiklu f'gazzetta lokali dwar l-opinjoni ta' membru parlamentari Ewropew li huwa Ingliż u li huwa wkoll membru tal- Malta-EU joint parliamentary committee.", "Dan huwa bniedem li apparti milli għandu l-esperjenza tiegħu fl-Unjoni Ewropea huwa wkoll midħla sew taċ- ċirkostanzi lokali u jaf kif jaħsbuha l-parlamentari Maltin.", "Hawn qed nirriferi għal Nigel Farage li huwa membru parlamentari Ewropew.", "Dawn il- parlamentari ġew hawn Malta biex jaraw ftit mill-qrib x'inhu jiġri f'dawn il-ġimgħat qabel din id-deċiżjoni storika li l-poplu Malti qed jintalab jieħu.", "Ġie ukoll Christopher Booker li huwa speċjalist tal-media u jikteb f\"The Sunday Telegraph\" Ingliż.", "Dawn biex ngħid kollox qed jieħdu sehem attivament u ħadu sehem f'laqgħa pubblika organizzata lokalment min \"No to Europe organisation\".", "Dawn m'għandhom l-ebda interess nidħlux fl-Ewropa jew le.", "Dawn ġew hawnhekk biex jagħtuna l-opinjoni tagħhom bħal m'għamel Mr Cox li huwa l-ispeaker tal- parlament Ewropew f'din il-Kamra.", "Lil dan ilqajnih u smajna dak kollu li ried jgħidilna.", "Kellna lil Nigel Farage li għandu opinjoni differenti minn dik ta' Pat Cox, minn dik tal-gvern tal-ġurnata u mill-media li kuljum titkellem favur is-sħubija sħiħa fl-UE mingħajr ma tagħti widen għal dak li qed jingħad fl-oppożizzjoni.", "Nistaqsi Sur President għaliex dan il-bniedem ma ġiex mistieden f'din il-Kamra biex ikellimna wkoll bħalma ġie mistieden Pat Cox biex jgħidilna l-opinjoni tiegħu dwar din is-sitwazzjoni.", "Dan biex il-poplu jara kull naħa u biex aħna nżommu l-manuvrabilita' biex fil-futur aħna nkunu nistgħu nieħdu l-miżuri biex niggwidaw tajjeb l-ekonomija tagħna u naddattaw ruħna għall-problemi anke ċkejknin.", "Ilbieraħ smajt lill-kollega tiegħi Jose Herrera jgħid kemm niltaqgħu ma' nies li jkunu batuti minħabba li ma jkollhomx fejn joqogħdu u minħabba ċ-ċirkustanzi soċjali tagħhom.", "Jekk aħna rridu nimxu l-quddiem irridu naraw li se nkunu nistgħu niddeċiedu favur dawn in-nies.", "Jien ċert li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu li aħna jkollna l-għodda biex nagħmlu dan u ma jkollniex ix-xkiel biex niddeċiedu favur dawn in-nies.", "Jien inħoss li bniedem bħal dan li għandu opinjoni differenti kellu jiġi mistieden f'din il-Kamra jew għallinqas f'wieħed mill- kumitati ta' din il-Kamra biex jagħti l-impressjoni tiegħu ukoll.", "Jien naf li nhar il-ġimgħa Gunther Verheugen ġej hawnhekk u aħna mistednin biex niltaqgħu miegħu u biex ikellimna.", "Jien kont nistenna li biex l- affarijiet ikunu bilanċjati nistiednu wkoll lil Nigel Farage biex jgħidilna l-opinjoni tiegħu li hija differenti ħafna minn dik ta' Pat Cox.", "Dan qed jgħid li f'pajjiżu li hu r-Renju Unit l-opinjoni pubblika hija verament kontra l-UE.", "Skond hu r-raġuni prinċipali għaliex il-prim ministru Tony Blair mhux qed jieħu r-riskju u jiddeċiedi li jagħmel ir-referendum fuq il- Euro hi għax hu beżgħan li ma jgħaddilux.", "Ikompli jgħid, Sur President, li l-liġi ta' l-Ingilterra kważi saret sekondarja għall-liġi Ewropeja anke f'affarijiet żgħar.", "Dan isemmi eżempju ta' wieħed li kellu ħanut tal-merċa f'Sunderland u li ġie mħarrek u mmultat mill-liġi Ingliża sempliċiment għax baqa' juża l-pounds u l-ounces u mhux il-kilogrammi.", "Dan juri kemm il-liġi Ingliża saret sekondarja għall-liġi Europea u qed teffettwa liċ-ċittadini f'affarijiet sempliċi.", "Il-punt li qed nistaqsi hu kemm il-liġi tagħna se tkun kapaċi tinbidel biex tipproteġi ċ-ċittadini tagħna.", "Qed jgħid ukoll li permezz tat-tkabbir l-UE qed tagħmel kostituzzjoni miktuba u dawn il- liġijiet li se ddeffes fil-kostituzzjoni Ewropea se jkunu supremi għal kwalunkwe liġi oħra tal-pajjiżi l-oħrajn.", "Dan qed ikompli jgħid dan kollu minkejja dak kollu li qed jgħid Romano Prodi u Giscard D'Estaing.", "Romano Prodi u Giscard D'Estaing qed jgħidu li dawk il-pajjiżi li ma jaqblux ma' din il-kostituzzjoni se jkollhom iċ-ċans li joħorġu mill-UE u mbagħad jekk iridu jagħmlu trattat ma' l-UE fuq bażi ta' free trade, fair trade u partnership.", "Din hi l-istess relazzjoni li l-partit laburista qed jgħid li Malta għandu jkollha ma' l-UE u n-naħa tal-gvern u l-media lokali jinsistu u jbellgħu lill-poplu li dan it-tip ta' partnership ma jeżistix.", "Issa qed naraw kemm il-poplu tagħna qed jiġi mqarraq dwar x'tip ta' relazzjonijiet għandu jkollu u jista' jkollu ma' l-UE.", "Il-mara ta' Nigel Farage hi Ġermaniża u dan jgħid li fil-Ġermanja hemm l-opinjoni li l-ikbar pajjiż ta' l-UE huwa subordinat għal dak li jiddeċiedi Brussell.", "Tant hu hekk, Sur President, li meta l-familja ta' dan il-membru parlamentari Ewropew kellhom elezzjoni lanqas biss indenjaw ruħhom imorru jivvotaw għax jgħidu x'jgħidu ma jagħmilx differenza.", "Kien hemm artiklu f'gazzetta lokali li s-soltu ma tappoġġax lil din in-naħa tal-Kamra.", "Jien skantajt għax kultant xi nies jiżvelaw dawn l-affarijiet li huma daqstant importanti għal pajjiżna f'dan il-mument storiku.", "Dan il-membru parlamentari Ewropew qed jgħidilna biex ma naħsbux li l-membri parlamentari Ewropej għandhom xi saħħa.", "Qed jgħid li l-membri parlamentari Ewropej lanqas biss għandhom saħħa biex jiddeċiedu meta jitkellmu u meta jitkellmu ma jsir xejn.", "Hemmhekk isir biss dak li tgħid il-kummissjoni Ewropea u jkompli jgħidilna biex ma naħsbux li għax se jkollna ħames siġġijiet se jkollna xi poter.", "Dan kiteb hekk:", "\"... assuming that Malta will have some sort of power, because to have five seats in the European parliament is nonsense.\".", "Dan tkellem mill-esperjenza tiegħu, ta' pajjiżu u ta' pajjiżi oħrajn ta' l- UE.", "F'dan il-parlament irridu nisimgħu dawn l-affarijiet ukoll.", "Tajjeb li nsemmuhom anke f'diskorsi dwar il-budget għax dawn l-affarijiet jaffettwaw kif dan ifassal il-pjan għall-pajjiż.", "Dan jaffettwa dak li jkun jista' jagħmel kull gvern biex jipproteġi ċ-ċittadini u l-ekonomija tiegħu u biex jadatta għall-bżonnijiet ta' dakinhar.", "Sieħbi l-Onor.", "Frans Aguis tkellem bil-kontra u qal kemm hu importanti li ningħaqdu ma' l-UE għax issa se jkollna suq kbir.", "Hekk se jkunu gvernijiet Maltin u l-ministri tal-finanzi fil-futur jekk nidħlu membri sħaħ.", "Il-manuvrita' tagħhom biex jikkoreġu l- affarijiet u jagħtu gwida lill-pajjiż se tkun limitata strettament mil- liġijiet li huma superjuri għal dan il-pajjiż.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Dan il-membru parlamentari Ewropew ikompli jgħid li f'din il-Kamra ma ġiex mistieden u qed jgħidilna li mhux vera li jekk Malta ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea se niftaqru.", "Qed jgħid li jekk ma nidħlux membri fl-Unjoni Ewropea hemm toroq oħra iktar wiesa' bħalma ħadu pajjiżi oħrajn bħal Greenland, Norway u Iceland.", "Dawn jieħdu parti fi swieq akbar minn dak ta' l-Unjoni Ewropea u l-ekonomija tagħhom ma tkunx imxekkla għaliex ikunu jistgħu jinnegozjaw mhux ma' l-Unjoni Ewropea biss imma mad-dinja kollha.", "Dawn ma jkollhomx ix-xkiel li timponi fuqhom l-Unjoni Ewropea biex ikollhom l- aċċess biex ikunu membri sħaħ.", "Biex wieħed jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea jrid jobdi r-regolamenti tagħhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq globalizzazzjoni u fuq liberalizzazzjoni u qbilna li dawn huma affarijiet tajbin.", "Jekk hemm grupp ta' pajjiżi li m'humiex liberi kompletament huwa dak ta' l-Unjoni Ewropea għaliex għal ħafna affarijiet jagħmlu barrieri u tariffi biex jipproteġu lilhom innifishom.", "Li niġu hawnhekk u nżeffnu l- karotta tal-liberalizzazzjoni u tal-free trade ma' l-Unjoni Ewropea mhux eżempju tajjeb għaliex l-Unjoni Ewropea hija l-iktar pajjiż li apertament tagħmel protezzjoni kontra l-effiċjenza u l-kompetizzjoni ta' pajjiżi terzi.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-common agricultural policy.", "Jekk ningħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea nkunu qed nillimitaw u sa ċertu punt inkunu qegħdin niftħu s-swieq tagħna apertament għal pajjiżi l-oħra ta' l- Unjoni Ewropea u nagħlqu l-possibbilta' li ninnegozjaw b'mod ħieles u vantaġġjuż għalina ma' pajjiżi terzi.", "Din hija l-verita', Mr Speaker.", "Jien mhux se nikkwota lil dan il-membru ħafna iżjed imma nistieden lil dawk li qegħdin jismgħuna biex jaqraw dan l-artiklu kollu biex għallinqas ikollhom idea verament ta' xi tfisser li nkunu membri sħaħ.", "Dan biex ma jgħaddux xi għaxar snin oħra u jiddispjaċina bħalma qed jiddispjaċihom pajjiżi bħall-Ingilterra.", "Dan il-membru Ewropew qed jgħid li l-parlament Ingliż bil-mod il-mod qed jiġi kastrat u qed jittieħdulu l-poteri kollha u jitpoġġew fl-għatba ta' Brussell.", "Semma' wkoll l-eżempju ta' Franza fejn tant ħass attitudni kontra l-Unjoni Ewropea li anke qed isiru protesti u qed jinħoloq lok ta' estremiżmu minħabba li huma qegħdin maqbudin f'affarijiet li m'għandhomx kontroll fuqhom.", "Din hija s-sitwazzjoni li pajjiżna jinsab fiha llum.", "Pajjiżna qiegħed fl-għatba ta' deċiżjoni importanti immens.", "Wieħed jistaqsini għaliex wara ġimgħa nitkellmu fuqha qed nerġa' nitkellem fuq l-Unjoni Ewropea.", "Qed nagħmel hekk għaliex ir-relazzjonijiet li se jkollna se jaffettwaw mhux biss lill-gvern jew lill-pajjiż imma se jaffettwaw ukoll lill-ministru tal-finanzi għaliex dawk il-miżuri li jkun kapaċi jieħu se jkunu limitati strettament skond l-esiġenzi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid nirreferi wkoll għall-VAT.", "Qegħdin ngħidu li l-VAT ġiet introdotta fl- 1995 u dak iż-żmien il-partit laburista kien kontra l-liġi tal-VAT.", "Dan għaliex dak iż-żmien gvern laburista ħass li hija kontra l-interess tal- pajjiż u taċ-ċittadin.", "Minn dak iż-żmien ġraw ħafna affarijiet.", "Tela' gvern laburista, biddel il-liġi tal-VAT u daħħal liġi oħra.", "Wara sentejn tela' gvern differenti u reġa' daħħal mill-ġdid il-liġi tal-VAT.", "Dan ma daħħalx il-liġi tal-VAT kif kien daħħalha fl-1995 għaliex induna li kif kienet laqtet ħafna nies u negozji ħażin speċjalment lill-intrapriżi ż-żgħar minħabba l-burokrazija.", "Il-ministru tal-finanzi kien neħħa dak ix-xkiel li konna nitkellmu kontrih aħna.", "Tant kien hemm xkiel li fil-budget li għadda u f'din il-liġi qed niddiskutu emendi għaliha.", "Il-ministru tal-finanzi nduna li għad hemm xkiel fil-liġi tal-VAT, anke kif ġiet ntrodotta fl-1998.", "Din kienet qed ixxekkel is-settur ekonomiku u s-settur tan-negozjanti ż- żgħar li l-iktar ġew milquta ħażin.", "Il-ġimgħa l-oħra l-eżekuttiv tal-partit Laburista ddeċieda unaninament li jpoġġi għad-dispożizzjoni quddiem il-konferenza ġenerali tal-partit il- proposta li l-VAT tiġi aċċettata b'modifikazzjonijiet.", "Dan ifisser li se nkomplu nagħmlu emendi u titjib f'din il-liġi biex il-poplu tagħna jintlaqat anqas ħażin.", "Dan ma jfissirx li għamilna u-turn.", "Dan hu l- evolviment tal-politika tagħna.", "Ma jfissirx li dak li għedna fl-1995 ma nsostnuhx jew li m'hemmx xkiel bil-liġi tal-VAT f'dan il-pajjiż.", "Skond l- indikaturi ekonomiċi li joħorġu mill-uffiċċju ta' l-istatistika pajjiżna għaddej minn żmenijiet diffiċli u ta' inċertezzi kbar u kienet deċiżjoni tajba u kruċjali fl-interess nazzjonali li l-oppożizzjoni rrikonoxxiet li żżommha.", "In-naħa tal-gvern qed jagħmlu kapital politiku minnha.", "Il-kap tagħna qal li ddeċidejna kmieni għax għamilna hekk qabel l- elezzjoni.", "Fl-interess nazzjonali ħassejna li dawn id-deċiżjonijiet jeħtieġ li jittieħdu kmieni biex l-inċertezza fil-pajjiż tieqaf u biex il-poplu jkun jaf x'se jagħmel il-partit Laburista fuq din il-liġi.", "Anke l-gvern qed ibiddel budget wara l-ieħor il-pożizzjoni tiegħu dwar il-VAT u jfittex irkejjen fejn jista' jtejjeb.", "It-titjib irid ikompli sejjer kemm min-naħa tal-gvern u kemm min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Il-politika titbiddel biex intejbu dawn il-liġijiet li jeffettwaw lil pajjiżna.", "Wieħed iħares lejn il-budget kollu u jsib li dawn l-irtokki li saru xejn ma jindirizzaw il-problemi ta' dan il-pajjiż.", "Il- problemi ta' dan il-pajjiż huma l-problemi ta' l-istaġnar ekonomiku u n- nuqqas ta' mpiegi.", "Fl-economic survey li ġejna ippreżentati bih fil-budget kien hemm ċar u tond kemm naqsu l-impiegi produttivi f'dan il-pajjiż.", "Jekk m'inix sejjer żball dawn naqsu b'iktar minn 3,000.", "Mat-30% tal-ekonomija tagħna tiddependi fuq is-settur turistiku li mar lura drastikament.", "Konvenjentement il-ministru tat-turiżmu qed jibqa' jwaħħal fl-avveniment tal-11 ta' Settembru 2001 meta kien hemm dak id- diżastru ġewwa New York.", "Jien ngħid li jagħmel dan konvenjentament għaliex ma jikkwotax il-figuri ta' kemm marru 'l quddiem fl-istess perijodu pajjiżi oħrajn li jikkompetu magħna.", "L-Eġittu huwa pajjiż Iżlamiku u jekk wieħed jibża' mill-estremiżmu Iżlamiku ċertament mhux se jagħżel pajjiżi bħall- Eġittu biex imur jagħmel il-vaganza tiegħu.", "Madankollu anke fl-Eġittu kien hemm tkabbir immens fis-settur turistiku.", "Dan ifisser li mhux veru kif jgħid il-ministru tat-turiżmu li r-raġuni kienet il-11 ta' Settembru.", "Ir- raġuni kienet li f'dan il-pajjiż is-settur tat-turiżmu mhux qiegħed jingħata l-importanza li jixraqlu.", "Hawnhekk mhux qed nieħdu ħsieb sew l- iktar settur produttiv ta' dan il-pajjiż kontra dak kien għamel il-gvern laburista ta' l-1996-1998.", "L-ewwel passi li ħa gvern laburista ta' dak iż- żmien kien biex jikkonċentra fuq is-settur turistiku u sar titjib fenomenali li bellah u ġibed il-prosit ta' kulħadd.", "Il-budget li għadda, Mr Speaker, ma ndirizzax din il-problema bis-serjeta`.", "Jien fittixt fil-budget u sibt biss li r-rata tal-VAT se tibqa' dik li kienet.", "Jekk gvern kellu jindirizza din il-problema kif suppost kellu bilfors jara kif jagħti direzzjonijiet, jinvesti u jixpruna lill-ministru tat-turiżmu biex dan is-settur hekk importanti u hekk kompetittiv jirranka.", "Irridu niftakru li m'aħniex waħidna f'dan il-baħar Mediterran.", "Għandna kompetituri li mexjin b'saħħa kbira 'l quddiem, jikkompetu magħna u jipprovaw jisirqulna l-isem tagħna bħala pajjiż kalm, ta' xemx u nadif.", "Hawn nirreferi għat-Tuneżija, l-Marokk, l-Eġittu, l-Greċja, Ċipru u Iżrael.", "Dawn huma pajjiżi li qed jipprovaw il-ħin kollu jisirqulna dan l-isem biex jisirqulna t-turisti minn din l-industrija tagħna.", "Mr Speaker, fil-budget li għadda ma tajniex l-importanza xierqa lil dan il- pajjiż u lil dan is-settur.", "L-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb l-interessi tagħha u ma tagħmilx distinzjoni.", "Minħabba dan il-partit Laburista jemmen f'dak li jissejjaħ partnership u li jkollu relazzjonijiet mill-qrib imma jżomm il- manuvrabilita` u l-flessibbilta` tiegħu biex ikun jista' jieħu miżuri preferenzjali għaċ-ċirkostanzi tiegħu.", "Dan ma rridux li jiġri f'Malta.", "Jien mhux qed ngħid li dawn għandhom jinnegozjaw fil-pounds and ounces, imma li f'deċiżjonijiet żgħar lanqas iħalluhom jieħdu ħsieb l-interessi tagħhom.", "Il-ministru tal-finanzi qed jgħid li dan il-każ tant hu żgħir u minimu li lanqas għandi nsemmih hawnhekk.", "Hawnhekk se ngħid x'qal fuq il-parlament Ewropew dan il-membru:", "\"One of the saddest things in Britain is to see the Houses of Parliament and British Ministers defending a decision taken in Brussels which is against the interest of Britain itself.\".", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma jemmnux dan li qed ngħid dejjem jistgħu jistednuh hawnhekk.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Il-Ministru tal-Finanzi, bil-permess ta' l- Onor. Buhagiar.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien mhux qed ngħid li qed jikkwotah ħażin, pero` qed jikkwotah meta ma jafx fuq xiex qed jitkellem.", "Qabel ġie jikkwotah fil- parlament messu mar staqsih fuq xiex kien qed jitkellem.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien mhux qed nikkwotah ħażin.", "Nitolbu jagħtini ċans nitkellem.", "Dan il-bniedem tant qal affarijiet interessanti, Mr Speaker, li jien ċert li miż-żewġ naħat tal-Kamra għandna ħafna u ħafna mistoqsijiet x'nagħmlulu biex nipprovaw niċċaraw il-pożizzjoni tagħna u tiegħu.", "Nistaqsi għaliex ma nistednux lil dawn in-nies f'dan il-parlament bħalma stiednu lill-president tal-parlament Ewropew u bħalma ġabu hawnhekk lill- Kummissarju Verheugen.", "Qed jgħidulna li jieħu pjaċir jiltaqa' ma' l- oppożizzjoni.", "Il-membri parlamentari kollha għandhom l-istedina biex nhar il-Ġimgħa filgħodu jiġu hawn biex ikellimna Gunther Verheugen.", "Dan nafu x'se jgħid u allura għandna nistiednu nies oħra.", "Kieku jiġi nistaqsuh għaliex qed jgħid li l-parlament Ingliż iħoss li qed iċedi kollox għall- parlament Ewropew.", "Għandna nistednuh hawnhekk ħalli mbagħad nistaqsuh liema huma l-liġijiet li qed jitilfu u d-deċiżjonijiet li qed jisirqulhom Brussell.", "Dawn huma importanti f'dan il-pajjiż.", "Dawn huma affarijiet importanti għaliex pajjiżna erbat ijiem oħra se jiddeċiedi fuq l-iktar għażla kruċjali u effettiva fuq il-pajjiż.", "Huwa importanti li dan il- bniedem jiġi hawn għax għandna elf mistoqsija x'nagħmlulu.", "Mr Speaker, kont qed ngħid li f'dan il-budget m'għamilna xejn biex nistimulaw is-settur l-iżjed produttiv f'dan il-pajjiż kontra ta' dak li kien għamel gvern laburista li f'sentejn biss ġab riżultati li għadhom jissemmew sal-lum.", "Hija impożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tad-daħk li ndaħħlu VAT ta' 5% fuq il-gass u fuq l-elettriku imma mbagħad jgħidu li mhux se jgħadduh lill-konsumatur iżda se jgħadduh lill-Enemalta.", "Ma nafx kemm l-Enemalta tiflaħ għall-impożizzjoni tal-VAT.", "Ir-raġuni hi l-Unjoni Ewropea tgħid hekk u hekk isir bħal ma se jsir fuq il-VAT fuq l-ikel u fuq il-mediċini.", "Dawn mhux se jġibu l-iskużi ta' x'għamlet l-Ingilterra u l- Irlanda.", "Dawk huma skużi.", "Erbat ijiem oħra jkollhom idaħħluhom u pajjiżna u ċ-ċittadini tagħna jkollhom jibilgħu l-VAT fuq il-mediċini u l-ikel.", "L- Onor. Francis Agius hu tabib u jaf kemm hi għolja l-mediċina.", "Aħna rridu nkunu kapaċi nipproteġu lin-nies li ma jifilħux dan il-piż u allura għandu jkollna l-manuvrabilita'.", "Jekk tiġi l-Unjoni Ewropea se tgħidilna li jew nagħmlu hekk jew neħlu l-multi u jtellgħuna quddiem il-parlament Ewropew.", "Dan ma jħallilniex flessibilita.", "Hawnhekk tiddeċiedi l-kummissjoni jew il- kunsill tal-ministri u allura joħorġu l-miżuri li hemm bżonn u jikkastigawna billi ma jagħtuniex il-flus li jkollhom jagħtuna.", "Min jgħid li se jkollna ministru fil-Kunsill tal-Ministri u se jkollu l- veto u min mingħalih li se mmexxu l-Ewropa u se tgħaddi tagħna jkun verament qed jidħak bil-poplu Malti.", "Il-VAT fuq l-elettriku u fuq il-gass hija miżura oħra tad-daħk ta' dan il-gvern minħabba li huwa pressat li jagħmel dak li tgħidlu l-Unjoni Ewropea.", "Suppost qed nieħdu miżuri favur l- ambjent u ndaħħlu degradable refuse bags.", "Id-dazju se jorħos minn 8.5% għal 6.5% fuq il-karta riċiklata imma mbagħad l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna li rridu ndaħħlu l-fliexken tal-plastik.", "F'dan il-budget qed nieħdu miżuri li suppost huma favur l-ambjent u qed tiġi l-Unjoni Ewropea u tgħidilna li trid iddaħħal l-ilma minerali fil-fliexken tal-plastik.", "Dawn il-fliexken jagħmlu l-ħsara u jibqgħu hemmhekk u m'humiex bio-degradable.", "Miżura oħra bla sens hi li nnaqasu d-dazju fuq il-muturi bl-elettriku.", "Jien naqbel ma' dak li qal sieħbi l-Onor.", "Francis Agius meta qal li jekk ix-xjenza tibqa' sejra kif inhi l-karozzi se jiġu bl-elettriku.", "Sa fejn naf jien f'pajjiżna għandna karozza waħda bħal dawn.", "Is-sena l-oħra faħħart lill-ministru tal- finanzi meta naqqas il-levies fuq is-solar water heaters u affarijiet li verament jagħmlu ġid mhux biss lis-settur ta' l-ambjent imma anke lis- settur ta' l-enerġija.", "Il-konklużjoni tiegħi hi li fil-budget irridu li jkollna l-manuvrabilita' biex inkunu nistgħu ngħinu liċ-ċittadini tagħna.", "Jekk insiru membri sħaħ kif in-naħa tal-gvern qed tipproponi ma nkunux nistgħu nżommuha u ċ-ċittadini tagħna jispiċċaw ibatu mill-miżuri tal- budget.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru tat-Turiżmu.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu): Mr Speaker, għadni kemm smajt lill-Onor.", "Buhagiar jitkellem u tassew issoprendejt ruħi li bniedem intelliġenti jasal biex jaċċetta l-propaganda u ma jagħżilx il-fatti.", "L- Onor. Buhagiar għandu jkun jaf li matul dawn l-aħħar erba' snin, kemm fid- dħul, kemm fl-impiegi, kemm għal dak li għandu x'jaqsam maż-żmien li damu t- turisti f'pajjiżna u kemm fin-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna kellna żidiet fuq dak li waqqaf il-gvern Laburista.", "Qlajna iktar, impjegajna iktar, ġew iktar u damu iktar.", "Jiena qatt ma ġibt skuża li t-turiżmu naqas minħabba l-11 ta' Settembru.", "Jien insostni li r-raġuni prinċipali għaliex it-turiżmu fil-Mediterran u fid-dinja naqas hu riżultat ta' żewġ affarijiet.", "L-ewwel hu l-fatt li l- ekonomija tad-dinja kient dgħajfa u għadha dgħajfa f'ċerti każi u t-tieni li n-nies bdew jibżgħu isiefru wara li ajruplani ċivili ġew użati bħala strumenti ta' qtil.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika mondjali jsib li ħafna btajjel kienu l-bogħod minn fejn saru l-inċidenti.", "Għas-sena 2001 kien hemm tnaqqis ta' turiżmu mondjali ta' kważi 1%.", "Malta bħala gżira intlaqtet iktar għax min jiġi Malta bilfors irid jiġi bl-ajru u allura tlifna 2.9% fl-2001.", "Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2002 tlifna bejn wieħed u ieħor 9% imma għax ħadna l-miżuri kmieni u dderiġejna r-reklamar tagħna direttament lejn il-konsumatur mingħajr ma raħħasna l-prezzijiet konna minn ta' l-ewwel li rpiljajna.", "Illum qegħdin f'Jannar 2003 u xahar wara l-ieħor minn Ottubru 'l hawn se nuru titjib sostanzjali fin-numru ta' viżitaturi li jiġu.", "L-organizzazzjoni dinjija tat-turiżmu għadha żżomm u ma xoljietx il-kumitat li waqqfet għall-irpiljar tat-turiżmu.", "Għal min irid ikun onest din hi prova li d-dinja tat-turiżmu għadha qed tbati mill-effetti ta' dawk iż-żewġ kawżi li semmejt fil-bidu.", "Jekk irid jiftaħar b'dak li ġara fl-1997 u l- 1997 jista' jiftaħar għalkemm it-turiżmu dak iż-żmien donnu kien jiddependi biss fuq l-irranġar ta' Buġibba.", "Jien nistqarr li żammejt ċerti policies li daħħal il-predeċessur u kien hemm policies oħrajn li neħħejt.", "Neħħejna l- policies għax ma kellhomx effett.", "Jien ili ngħid żmien, per eżempju, li li nissusidjaw is-swieq huwa żball.", "Waħda mill-affarijiet li għamilt bil-mod il-mod kienet li nneħħi l-iskema tat-TOSS għax konna qegħdin inġibu nies li lanqas biss kienu jaffordjaw li jsiefru.", "L-operaturi tant raħħsu l- prezzijiet li kienu qed jiġu n-nies li m'għandhomx x'jonfqu.", "It-turiżmu qiegħed biex ikollna mezz kif niġġeneraw l-impjiegi u ndawwru l-ekonomija.", "Aħna mhux qegħdin hawnhekk biex nagħmlu ħafna infrastruttura għat-turisti biss.", "L-infrastruttura li għandna bżonn hija għalina u jgawdu minnha t- turisti wkoll.", "Il-faċilitajiet li nagħmlu huma dawk li rridu ngawdu minnhom aħna u nużaw imbagħad għandna l-infrastruttura turistika li teżisti f'Malta preċiżament għax Malta hija fis-suq tat-turiżmu.", "Jien lanqas kelli intenzjoni li nitkellem fuq dawn l-affarijiet illum imma l-Onor.", "Buhagiar issorprendieni.", "Dawn l-affarijiet wieħed jista' jsibhom fid-dokumenti tal-gvern u tagħmel riferenza għalihom l-istatistika ta' l-uffiċju ta' l-istatistika.", "Meta l- affarijiet kienu neżlin l-isfel kulħadd kien itambar fuq kemm sejrin ħażin.", "Kważi kważi tan-naħa l-oħra kienu jogħrku jdejhom.", "Illum hemm kwiet sħiħ fuq it-turiżmu anke jekk jippruvaw iniggżu l-organizzazzjonijiet li hemm f'dan is-settur.", "Dawn donnhom nesew li bħala policy fdajna lis-settur privat bit-tmexxija ta' l-industrija tat-turiżmu.", "Il-gvern jipprovdi l- flus, jagħti d-direzzjoni u l-policies u jagħmel monitoring ta' dak li jkun qed isr pero` t-tmexxija ta' kuljum ta' l-industrija qiegħda f'idejn is- settur privat.", "Għall-ewwel ikkritikawni ħbieb tiegħi stess meta bdejt nagħżel rappreżentanti li jirrappreżentaw il-gvern nies li kienu ġejjin mis- settur privat.", "Staqsewni kif mhux se nżomm bilanċ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.", "Jien ħassejt li l-iktar nies li huma kapaċi, li għandhom esperjenza u li għandhom interess li jaraw l-industrija timxi kienu mis- settur privat u forsi f'dak il-mument ħadt riskju.", "Dan ħadtu għax emmint li kont qed nagħmel xi ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar se jiggwadanja l-pajjiż minnha.", "Aħna neħħejna s-sussidju tat-TOSS li konna nonfqu miljuni kbar fuqu biex inġibu turisti mis-suq Ingliż.", "Illum anke wara li neħħejna s-sussidju u minkejja l-fatt li kien hemm il-11 ta' Settembru u ekonomija dgħajfa irnexxielna nattiraw numru qrib ħafna ta' dak li kien jiġi fis-sena 2000 meta kien hemm is-sussidju tat-TOSS.", "Dak iż-żmien kien hemm il-millenju u ma kienx hemm il-problemi li kellna niffaċċjaw f'dawn l-aħħar sentjejn.", "It- turiżmu m'huwiex biss xi ħaġa li jiddependi minn dak li nonfqu aħna, mill- operat tagħna u kif nippjanaw aħna imma jiddependi ħafna minn ċirkostanzi oħra.", "Dan jiddependi minn ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi fid-dinja, problemi u gwerer u affarijiet simili.", "Ħadd m'għandu jaħseb li t-theddida li hemm fil-Lvant Nofsani mhux se taffetwa lid-dinja tat-turiżmu u aħna nintlaqtu wkoll.", "In-nies li jiġu l-Ewropa mill-Amerika, mill-Kanada u mill- Ġappun ikunu l-ewwel nies li jħassru l-vakanzi u kellna okkażjonijiet fejn kien hemm gruppi sħaħ li għax jibżgħu li meta jiġu Malta jsibu rwieħhom 'il bogħod minn pajjiżhom fi żmien ta' gwerra ħassru l-btajjel.", "Dan nafuh u ġara kullimkien.", "Dan qed ngħidu qabel ma joħorġu l-istatistiċi ta' Frar biex ma jgħidux li qed inġib skuża.", "Jekk dak li ġara fil-11 ta' Settembru jridu jgħidulu skuża jistgħu ikomplu jagħmlu hekk imma jkunu l-uniċi nies fid-dinja li jkunu iżolaw irwieħhom kompletament mill-fatti u mir-realta.", "Meta jiġu hawnhekk u jgħidu affarijiet bħal dawn il-poplu ma jemminhomx għax ikunu qed jeseġeraw.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta wieħed jiżbalja u jgħaddi ż-żmien jinduna li hu wkoll ikun fallibbli.", "Il-fatti jiċħdu dak li għadu kif intqal fil-parlament mill-Onor.", "Buhagiar Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki.", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, il-Ministru tat-Turiżmu ħa għalih għax ħass li l-Onor.", "Louis Buhagiar qanqlu bid-diskussjoni tiegħu.", "Qalilna li hawnhekk aħna rridu nitkellmu iktar fuq il-fatti u hekk se nagħmlu.", "Biex inkompli nwieġeb lill-Ministru tat-Turiżmu se nagħtih kwotazzjoni biex nurih kemm-il kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar kellu raġun fuq dak li qal.", "Kienu jgħidu li t-turiżmu għandu jitla' 'l fuq għax qiegħed fi stat ħażin.", "Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena żaru pajjiżna 66,000 turist inqas mill- ewwel seba' xhur tas-sena l-oħra waqt li d-dħul mit-turisti naqas b'Lm21 miljun.", "Dan huwa s-suċċess tal-Ministru tat-Turiżmu li tqanqal bid- dibattitu tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Inkompli ngħidlu li fl- ewwel għaxar xhur tas-sena li għaddiet l-impiegi naqsu bi 333.", "Fi żmien gvern laburista t-turisti li żaru pajiżna kienu żdiedu b'130,000 u d-dħul fuq dak li kien hemm mill-1996 sa 1998 kien żdied b'Lm26 miljun .", "Hawn se nirriferi għall-budget li għamel l-Onor.", "Dalli.", "Nirrispetta x- xogħol tal-Ministru John Dalli għax is-sitwazzjoni tal-pajjiż taħt dan il- gvern m'hijiex waħda pjaċevoli u l-ministru jrid jipprova jraqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar biex jipprova jagħmel budget diċenti.", "Għalkemm huma pinġew dan il-budget bħala għaqli jew jgħidu li dan hu gvern ta' kuraġġ, il-fatti juru mod ieħor.", "Għalkemm jgħidu li n-nefqa tal-gvern hija kollha taħt kontroll naraw li n-nefqa tal-gvern fiha l-problemi.", "Wieħed jistaqsi xi tfisser meta wieħed jagħmel pjan kif għamel il-ministru biex jikkontrolla l-ispejjeż u n-nefqa tal-pajjiż u jara fejn sejrin il- finanzi u fuq liema setturi qed jintnefqu.", "Meta wieħed jisma' lill- esponenti Nazzjonalisti jitkellmu fuq kemm qegħdin jonfqu l-flus tal-pajjiż b'mod onest jew għaqli jirrealizza kemm il-poplu Malti qiegħed ibati għaliex it-tmexxija nazzjonalista mhux qed tkun kif xieraq.", "Il-ministru semma li t-turisti qed jiġu Malta u jien ngħid li din hi gidba.", "It-turisti qed jaqtgħu qalbhom jiġu Malta għaliex fejn dawn ilhom għal ħafna snin jiftaħru li kellhom jirranġaw l-ambjent u t-toroq, kif appena t-turisti jaqbdu jsuqu bil-karozza, taxi jew coach għal-lukandi jibdew jimmollaw minħabba l-istat ħażin ta' dak li semmejt.", "Naħseb li l-ikel li jkunu kielu fuq l-ajruplan jibda jdardarhom bl-iskossi li għandna fil-pajjiż għaliex tant it-toroq tagħna tħallew għal ħafna u ħafna snin traskurati li spiċċaw qishom il-qamar.", "Dan għaliex il-gvern Nazzjonalista ħaseb li se jġib ħafna miljuni minn barra u li se jkun jista' jużahom fuq it-toroq tagħna.", "Peress li l-bużżieqa nfaqgħet u ma ġie xejn kellhom jaraw kif jieħdu l-iktar toroq li jintużaw u jirranġawhom mill-flus li qed inħallsu aħna stess mit-taxxi tagħna.", "Wieħed bilfors jinnota f'dan il-ktieb tal-budget li għalkemm il-gvern jiftaħar li daħħal Lm123 miljun fuq il-VAT fl-2002 dan ifisser li nġabru minn fuq dak li xtara u dak li kellu fil-but il-poplu Malti.", "15% tal-finanzi li xtara bihom ħadomlu l- gvern permezz tal-VAT.", "Hawnhekk qalilna li ġabar Lm8 miljun aktar mis-sena l-oħra u li għal din is-sena huwa mistenni li jiġbor aktar għaliex qiegħed jirrealizza li d-dejn tal-pajjiż huwa kbir.", "Dan irid jirranġah minn fuq it- taxxi, l-multi, l-liċenzji u d-demm tal-Maltin.", "Huwa rrelevanti jekk dawn il-finanzi humiex ġejjin minn fuq xi ħadd li għandu flus biżżejjed biex iħallas jew inkella mara tad-dar jew persuna b'diżabilita', anzjan jew ħaddiem li m'għandux biex almenu jwassal sa l-aħħar tal-ġimgħa bil-ftit liri li għandu.", "Dan hu irrelevanti għax il-partit Nazzjonalista għamel forka għal kulħadd fuq il-prodotti u s-servizzi li jinxtraw.", "Dik hija taxxa li aħna dejjem ħassejna li hija inġusta u qegħda tweġġa' lil min ma jiflaħx.", "Il-gvern ġabar dawn il-flus anke minn fuq dawk in-nies u familji li ma jifilħux iħallsu.", "Forsi 'l quddiem ikolli ċ-ċans ngħid xi preparamenti għandna fuq il-VAT u rrid ngħid li l-unika ħaġa li ħassejna aħna hi li għandna nħarsu lejn l- isports.", "Ftit qabel li kien qed jitkellem l-Onor.", "Francis Aguis jiena u l- ministru ċċajtajna ftit għax semmejna l-eżercizzji.", "L-eżerċizzji huma importanti għaliex jagħmlu ġid lis-saħħa tal-bniedem.", "Meta kienu fil-gvern daħħlu l-VAT fuq l-isports ukoll.", "Jien kont ngħallem l-isports u naf kemm kienu ħassuha l-klijenti tiegħi meta kellhom iħallsu 15% fuq il-korsijiet tal-isports.", "Jien qed insemmi l-1995 aħseb u ara llum meta l-valur tal-lira tagħna naqas.", "Waħda mill-affarijiet li qed inwegħdu lill-poplu Malti hi li l-VAT fuq l-isports titneħħa għax hi inġusta daqskemm naħsbu li hi inġusta l-VAT fuq entitajiet governattivi li jagħmlu xogħol tajjeb.", "F'dan il- ktejjeb jidher li d-dħul mill-importazzjoni naqas u naqas ukoll it-turiżmu.", "Jekk il-ministru tat-turiżmu jrid jiftaħar li żdiedu t-turisti f'Malta jista' jagħmel hekk imma jekk irid jiċċekja sew jara paġna 15 tad-diskors tal-budget.", "Jekk jarah sew isib li l-kollega tiegħu l-Onor.", "John Dalli qed jgħidlu li t-turisti naqsu.", "Wieħed jistaqsi min għandu raġun.", "Qed jgħid ukoll li d-dħul mid-dwana se jitla bi Lm12miljun - ftit inqas mis- sena l-oħra.", "Naqset l-importazzjoni f'pajjiżna għax m'hawnx bejgħ, il-mutur kummerċjali qed jieqaf u għandu bżonn l-għajnuna.", "Il-ministru stess qed jgħidilna li din is-sena mid-dwana kien hemm nuqqas ta' Lm5 miljun minn dak li pproġettaw.", "Jekk wieħed jisma' minn dak li kien qal il-prim ministru biex ipoġġi jdejh ma' l-art kellu jisma' wkoll in-nies tat-triq u jara eżattament x'inhu qed jiġri fl-istabilimenti Maltin.", "Wieħed mill-ewwel jirrealiżża kemm għandna ħwienet f'Malta li qed imorru ħażin fil-bejgħ.", "Dan isemmi dħul ieħor li hawnhekk mhux spjegat.", "Qalilna li minn dħul ieħor il- gvern għandu jdaħħal Lm85 miljun sa l-aħħar ta' din is-sena - Lm17 miljun aktar mis-sena l-oħra.", "Dan irid idaħħal Lm85m f'affarijiet oħra li ma spjegax x'inhuma.", "Wieħed allura jibda jistaqsi kemm se jiżdiedu taxxi u prezzijiet.", "L-Onor.", "Francis Aguis qalilna nnaqsu mill-ikel għax inkella neħxienu u hawn ħafna nies ħoxnin f'Malta.", "Hemm differenza li wieħed jiħxien għax jiffanga u li jeħxien għax m'għandux nutrienti tajbin u jiekol il-ħobż biż-żejt.", "L-Onor.", "Francis Aguis missu jistħi jiġi joqgħod jgħid li n-nies qed jeħxienu u għandna nnaqsu mill-ikel.", "Dawn huma l-affarijiet li jridu jaraw l-esponenti Nazzjonalisti u mhux tajjeb li jiġu hawn u jippruvaw idaħħkuna.", "Dawn misshom jieħdu l-affarijiet bis-serjeta'.", "Hawn irrid inkompli fuq dawk is-Lm17 miljun aktar mis-sena l-oħra li se jidħlu fuq affarijiet li ma nafux x'inhuma.", "Dan ifisser li jekk is-sena l- oħra l-gvern intaxxani Lm100 din is-sena hemm propost li se jintaxxa iktar.", "Din hija d-deċiżjoni tal-gvern u hija mniżżla abjad fuq l-iswed.", "Id-dħul tal-liċenzji kien madwar Lm7 miljun iktar minn dak li kien ipproġettat.", "Wieħed jistaqsi minn fejn ġejjin dawn il-flus kollha li qed isemmu.", "Dawn huma kollha piżijiet fuq il-familji.", "Semmejt it-taxxi, l-multi, l-liċenzji, l-miżati, tnaqqis mill-importazzjoni u tnaqqis mit-turisti.", "Dan mhux qed tgħidu Rita Law imma l-gvern Nazzjonalista f'dan il-ktieb tal-budget li ħareġ għal din is-sena.", "Dan huwa l-pjan li l-poplu Malti se jkun qed jibla', bħalma qal il-kollega tiegħi l- Onor. George Vella fil-meeting li kellna nhar il-Ħadd.", "Qed ikollna pillola qarsa wara l-oħra li aħna qed ikollna nibilgħu mingħajr ma nkunu qed nieħdu nifs.", "Dawn huma l-veritajiet u l-pjanijiet ta' dan il-gvern.", "Wieħed jistaqsi kemm dan hu għaqli meta qed nagħmlu dawn il-piżijiet kollha fuq il- poplu.", "M'huwiex għaqal li wieħed ikisser lill-familji bl-għoli tal-ħajja.", "Hemm diġa` pjan li jogħlew il-parts tal-karozzi.", "Il-kwota li tana dan il- gvern hi ta' 65%.", "Dawn huma piżijiet fuq iż-żgħażagħ u fuq dawk kollha li jridu jixtru karozza.", "Il-bieraħ tkellimt ma' ġuvni li xtara karozza u għamel il-kuntratt tal-assigurazzjoni f'Ottubru.", "Dan għandu jħallas Lm346 f'assigurazzjoni.", "Meta f'Jannar mar iġedded il-polza qalulu li jrid iħallas Lm526.", "Din hija r-realta`.", "Dawn huma l-fatti u l-piżijiet li qed iġorr ma' saqajh il-poplu Malti.", "Dawn huma affarijiet li l-gvern Nazzjonalista ma jgħidx.", "Il-gvern nazzjonalista mhux se jitkellem fuq dawn il-piżijiet li qed iġorr il-poplu Malti.", "Li kieku dan ir-raġel ma kellux no claim bonus l- assigurazzjoni tiegħu kienet tkun ta' bejn Lm800 u Lm900.", "Dawn huma l- veritajiet.", "Dawn l-affarijiet ikunu qegħdin f'xi ktieb b'tipa rqieqa ħalli forsi wieħed ma jarahomx.", "L-ewwel li qed nagħmel jien hu li ndur għat-tipa rqieqa għax hemmhekk insib il-materjal li rrid niġbor jien.", "Għandna nilbsu n-nuċċali ħalli almenu nixtarru dawn l-affarijiet li jkun moħbija għaliex il-poplu Malti jrid ikun jaf il-verita'.", "Il-poplu Malti jrid ikun jaf kif se jintlaqat u mhux sew li qed jaħbulu l-affarijiet.", "Ma rridx naqbad ma' l-Onor.", "Francis Agius imma ma nistax nibqa' kwieta meta nisma' affarijiet li jolqtu lill-familji.", "Dan qal li għolew il-bziezen u l- ħobż.", "Sewwa qed jgħidu l-laburisti u l-kollegi tiegħi.", "Hu veru li se jogħla l-ħobż u dan jidher fid-dokument għax aħna ma nitkellmux fl-ajru.", "Dawn huma affarijiet li qed jagħtihomna l-gvern stess.", "Hawnhekk għandi lista kbira ta' prodotti li għolew.", "Jekk jogħla l-ħobż – hu f'liema forma hu – se tbati l-familja.", "Ma nafx għaliex hawn noqogħdu nidħku u ngħidu li se jogħlew il- bziezen.", "Il-ħobż, il-galettini, l-ikel tal-breakfast u s-cereals, l-ikel tat-trabi, il-laħam frisk u t-tiġieġ se jogħlew.", "Nista' nieħu l-ħin kollu tiegħi biex insemmi pillola wara l-oħra li l-poplu Malti se jkollu jibla.", "Hemm ukoll il-butir, il-ħalib, il-ġobon, il-patata u l-ħaxix frisk.", "Jien nistaqsi lill-Onor.", "Frans Agius jekk hux tajjeb li se jċaħħadna mill-ħaxix frisk ukoll.", "F'dan il-ktejjeb jissemmew ukoll il-gass, l-elettriku u t- trasport pubbliku.", "Dawn għad irridu nisimgħu fuqhom.", "Fuq it-trasport ta' l- ajru u tal-baħar għadhom ma ħarġu xejn imma dawn l-affarijiet iridu joħorġu b'tipa rqieqa meta nagħmlu l-għażla tas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea.", "Hemm differenza kbira mill-partnership li jrid jidħol fih il-partit Laburista.", "Bil-partnership wieħed qed jagħmel bilanċ, qed jitfa' l-affarijiet fuq il- miżien u jkun jista' jimmoniterja.", "Il-poplu Malti qed jara l-miżien u jinduna fejn qed ixaqleb.", "Jekk jara li qiegħed ixaqleb lejn naħa jew oħra jkun jista' jimmodera biex jerġa' jġibu fin-nofs.", "Dak hu li qed nippruvaw nagħmlu aħna bil-partnership.", "Se nippruvaw inġibu bilanċ bin-negozjati ħalli l-poplu Malti ma jkunx ixxukkjat.", "Il-poplu Malti jixxokkja ruħu meta l-kejla tmur fuq naħa waħda tal-miżien.", "Jekk jiġri hekk il-poplu jinstabat u allura aħna nħarsu lejn il-bilanċ għall-ġid taċ- ċittadin.", "Partnership tqis u tixtarr x'inhu l-aħjar għall-poplu Malti.", "Fil-budget tkellem ukoll fuq kumpanniji privati.", "Jien nitkellem ħafna man- nies u hawnhekk ukoll nipprova nsib bilanċ f'dak li ngħid.", "Il-ministru qal li se jkun qiegħed jimmodera xi ftit mid-dħul tiegħu bħall-introjtu mill- koppji miżżewġa.", "Jien naqbel ħafna ma' dan għaliex ovvjament naf kemm huwa diffiċli li jkun hemm taxxa fuq il-mara u taxxa fuq ir-raġel.", "Din se tkun taxxa waħda.", "Nieħu pjaċir meta nara li l-poplu Malti, l-familji Maltin, il- koppji Maltin u ż-żgħażagħ ma jkunux qegħdin ibatu.", "Dak li hu abjad ngħidlu abjad.", "Dan il-gvern ma jagħmilx diskussjonijiet u jibqa' għaddej għaliex rasu iebsa.", "Għandna gvern rasu iebsa u jibqa' għaddej kif irid, jew għaliex għandu għajnejh mgħammda jew għax ma jismax lin-nies.", "Dan għandu jisma' l- ilmenti tal-bejjiegħa, l-kummerċjanti u ta' min għandu kumpannija.", "Hemm min mhux qed jagħmel qliegħ tajjeb fil-kumpannija tiegħu.", "Il-gvern qed jitolbu jagħmel stima tal-qliegħ tiegħu minn sena qabel u jistaqsih kemm se jkun qed jaqla' f'dawk iż-żmienijiet.", "Wieħed jistaqsi kif kumpannija tkun taf kemm se taqla minn sena qabel.", "Dan irid iħallas it-taxxa fuq dak li jkun iddikjara.", "L-Onor.", "Agius skanta b'kemm inġabru flus meta kien hemm il-ġbir tal-fondi.", "Il-Ministru Dalli stess mar jagħti somma ta' Lm20,000.", "Is-somma ma titlax mill-fondi tan-nies.", "Jien naf nies li lanqas għandhom biex jgħixu imma xorta taw xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Iċċaħdu huma, it-tfal, u l-familja.", "Jekk qed jaħseb li l-familji huma sinjuri għax taw xi ħaġa jiżbalja.", "(Interruzzjonijiet) Jekk irid ikun jaf kemm huma sinjuri l-familji, imissu jdur il-bejjiegħa.", "Jekk jistaqsi lin-nies tal-monti jgħidulu li qed jarmaw erba' sigħat għalxejn.", "Dak huwa l-gvern ta' djalogu.", "Jiftaħru li huma gvern tad-djalogu u meta ġew biex jiffaċċjaw ir-realta ma ddjalogawx.", "Dawn m'għamlu djalogu ma' ħadd.", "Iż- żgħażagħ laburisti qabel il-budget għamlu lista lill-gvern ta' dawk l- affarijiet li għolew.", "Ma nafx għaliex talbuhom biex jieħdu l-opinjoni tagħhom.", "Irrid ngħid kemm huwa ta' sagrifiċċju għall-bejjiegħa li jkunu qegħdin jippruvaw jaqilgħu sold.", "Jekk wieħed imur idur il-ħwienet jirrealizza kemm hemm sidien li jkunu qegħdin fuq l-għatba tal-bieb jistennew lil xi ħadd dieħel biex almenu jbigħu xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "Hawnhekk se nikkwota mill-impact assessment:", "\" ... it would certainly discourage others from opening new business.\".", "Hawnhekk qed jgħid li din il-problema tal-VAT u ta' l-għoli tal-ħajja qed tiskoraġġixxi ħwienet ġodda milli jiftħu.", "Bil-partnership wieħed qed jagħmel bilanċ, qed jitfa' l-affarijiet fuq il-miżien u jkun jista' jimmoniterja.", "Il-poplu Malti qed jara l-miżien u jinduna fejn qed ixaqleb.", "Jekk jara li qiegħed ixaqleb lejn naħa jew oħra jkun jista' jimmodera biex jerġa' jġibu fin-nofs.", "Dak hu li qed nippruvaw nagħmlu aħna bil-partnership.", "Se nippruvaw inġibu bilanċ bin-negozjati ħalli l-poplu Malti ma jkunx ixxukkjat.", "Il-poplu Malti jixxokkja ruħu meta l-kejla tmur fuq naħa waħda tal-miżien.", "Jekk jiġri hekk il-poplu jinstabat u allura aħna nħarsu lejn il-bilanċ għall-ġid taċ- ċittadin.", "Partnership tqis u tixtarr x'inhu l-aħjar għall-poplu Malti.", "Fil-budget tkellem ukoll fuq kumpanniji privati.", "Jien nitkellem ħafna man- nies u hawnhekk ukoll nipprova nsib bilanċ f'dak li ngħid.", "Il-ministru qal li se jkun qiegħed jimmodera xi ftit mid-dħul tiegħu bħall-introjtu mill- koppji miżżewġa.", "Jien naqbel ħafna ma' dan għaliex ovvjament naf kemm huwa diffiċli li jkun hemm taxxa fuq il-mara u taxxa fuq ir-raġel.", "Din se tkun taxxa waħda.", "Nieħu pjaċir meta nara li l-poplu Malti, l-familji Maltin, il- koppji Maltin u ż-żgħażagħ ma jkunux qegħdin ibatu.", "Dak li hu abjad ngħidlu abjad.", "Dan il-gvern ma jagħmilx diskussjonijiet u jibqa' għaddej għaliex rasu iebsa.", "Għandna gvern rasu iebsa u jibqa' għaddej kif irid, jew għaliex għandu għajnejh mgħammda jew għax ma jismax lin-nies.", "Dan għandu jisma' l- ilmenti tal-bejjiegħa, l-kummerċjanti u ta' min għandu kumpannija.", "Hemm min mhux qed jagħmel qliegħ tajjeb fil-kumpannija tiegħu.", "Il-gvern qed jitolbu jagħmel stima tal-qliegħ tiegħu minn sena qabel u jistaqsih kemm se jkun qed jaqla' f'dawk iż-żmienijiet.", "Wieħed jistaqsi kif kumpannija tkun taf kemm se taqla minn sena qabel.", "Dan irid iħallas it-taxxa fuq dak li jkun iddikjara.", "L-Onor.", "Agius skanta b'kemm inġabru flus meta kien hemm il-ġbir tal-fondi.", "Il-Ministru Dalli stess mar jagħti somma ta' Lm20,000.", "Is-somma ma titlax mill-fondi tan-nies.", "Jien naf nies li lanqas għandhom biex jgħixu imma xorta taw xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Iċċaħdu huma, it-tfal, u l-familja.", "Jekk qed jaħseb li l-familji huma sinjuri għax taw xi ħaġa jiżbalja.", "(Interruzzjonijiet) Jekk irid ikun jaf kemm huma sinjuri l-familji, imissu jdur il-bejjiegħa.", "Jekk jistaqsi lin-nies tal-monti jgħidulu li qed jarmaw erba' sigħat għalxejn.", "Dak huwa l-gvern ta' djalogu.", "Jiftaħru li huma gvern tad-djalogu u meta ġew biex jiffaċċjaw ir-realta ma ddjalogawx.", "Dawn m'għamlu djalogu ma' ħadd.", "Iż- żgħażagħ laburisti qabel il-budget għamlu lista lill-gvern ta' dawk l- affarijiet li għolew.", "Ma nafx għaliex talbuhom biex jieħdu l-opinjoni tagħhom.", "Irrid ngħid kemm huwa ta' sagrifiċċju għall-bejjiegħa li jkunu qegħdin jippruvaw jaqilgħu sold.", "Jekk wieħed imur idur il-ħwienet jirrealizza kemm hemm sidien li jkunu qegħdin fuq l-għatba tal-bieb jistennew lil xi ħadd dieħel biex almenu jbigħu xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "Hawnhekk se nikkwota mill-impact assessment:", "\" ... it would certainly discourage others from opening new business.\".", "Hawnhekk qed jgħid li din il-problema tal-VAT u ta' l-għoli tal-ħajja qed tiskoraġġixxi ħwienet ġodda milli jiftħu.", "Jgħid ukoll li:", "\"... it reflects in a drop in employment opportunities.\".", "Ma jistax ikun li l-poplu Malti jibqa' jiġi mbella' affarijiet li huma biss viżjoni tal-istillel u ma jkunx jaf affarijiet reali.", "Hemm miktub li se jkun hemm impożizzjoni ta' 15% taxxa \"to supply new buildings and building lands\" (Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, din qiegħda tħarref u assolutament ma tafx x'inhi tgħid.", "Din it-taxxa ma teżistix u jien m'għandix idea fuq xiex qed titkellem.", "ONOR.", "RITA LAW: Issa nagħtih aktar informazzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din qed taqra mill-ktieb u ma qratx mid-dokumenti li poġġejna fuq il-mejda tal-Kamra u li fihom wieħed isib li hemm deroga sħiħa minn dawn l-affarijiet li qed titkellem fuqhom.", "Din mhux qed titkellem fuq il-liġi li qed ngħaddu u hawn nerġa' nagħmel ilment li f'dan il-parlament m'hawn l-ebda dixxiplina u kulħadd jitkellem fuq x'hiex irid.", "Hawnhekk suppost qed nitkellmu fuq liġi speċifika u ħadd ma tkellem fuq il-liġi ħlief wieħed.", "Barra dan, din qed tgħid ħafna ħmerijiet u qed diżinforma lin- nies.", "Billi qed twerżaq mhux se tieħu raġun.", "It-ton li qed tuża' juri li qed tkellimna qisna tfal żgħar.", "ONOR.", "RITA LAW: Il-ħmerijiet jgħiduhom huma meta jwiegħdu li se jġibu Lm100 miljun u ma jġibu xejn.", "Nitlob biex inkompli.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma nistgħux ngħidu li persuna oħra qed tgħid il- ħmerijiet.", "L-appell hu biex terġa' lura għas-suġġett.", "Kompli Onor. Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Ninnota li kull meta xi ħadd jgħid xi verita jaqbeż minn postu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Indirizza lis-sedja Onor. Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Jien niskandalizza ruħi meta jwiegħdu lill-poplu Malti li se jagħmlu lill-Malta ġnien, li se jġibu l-flus minn barra u fl-aħħar mill- aħħar it-toroq għadhom l-istess.", "Jien rajt ambulanza sserrep biex tevita l- ħofor u ħsibt fil-pazjent li hemm fiha.", "Hu ta' skandlu meta wieħed jaf li għandu triq prinċipali li jgħaddu l-pazjenti morda minnha u jħalli l-ħofor fiha.", "Meta kien hemm membru parlamentari li għadda minn ġo triq u qatta t- tyre bagħat il-kont lill-kunsill lokali.", "Dawn jieħdu d-drittijiet tagħhom imma l-konsumatur u l-poplu Malti jibqa' b'xiber imnieħer.", "L-ewwel qalulna li se jġibu ħafna flus imbagħad qalulna li l-flus mhux kollox.", "L-ewwel imlew lill-poplu Malti bl-aspettattiva li se jmorru hemmhekk jagħmlu l- ftehim ma' barra minn Malta biex iġibu l-flus imbagħad qed jgħidu lill- poplu Malti li għalkemm mhux kollox hu tajjeb għandu jivvota fil-pożittiv fir-referendum.", "Dawn huma affarijiet li ma jistax ikun li jibqgħu jingħadu lill-poplu Malti.", "Il-partit nazzjonalista ma jistax ikun li jibqa' jippretendi li jiġi hawn u jistenna li nivvutaw favur.", "Aħna nivvotaw kontra għax nafu li hemm id-daħk fil-wiċċ, hemm il-gideb u hemm affarijiet li qed iwweġġgħu lil poplu u li qed jinħbew.", "Jien nixtieq li l-esponenti nazzjonalisti ma jirredikolawniex meta nkunu qed nagħmlu l-argumenti tagħna.", "Il-ministru tas-saħħa umilja l-mara billi għajjarha u mhux se ngħid x'qal għax jien m'inix ħamalla ta' Bormla kif qal l-Onor.", "Mario Galea.", "Nirringrazzjak.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nitlob lis-sedja tiċċekkja t-test u tgħidli fejn għidtilha ħamalla ta' Bormla.", "Din hija invenzjoni bħalma kien tliet kwarti tad-diskors tagħha.", "Jien għedtilha li lin-nies ta' Bormla tagħmlilhom diżunur meta tiftaħ ħalqha hi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Niġbdilkom l-attenzjoni li l-każ huwa magħluq.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, meta wieħed jara l-miżuri ta' l-estimi jinnota l-importanza li tingħata lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Proprju f'dawn l-aħħar jiem tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra environment statistics report minn national statistics office u hawnhekk wieħed jinnota diversi affarijiet li jirriżultaw mill-miżuri tal-budget li għadu kif għadda u ta' qablu.", "Aħna nemmnu Sur President, li l-politika ta' dan il- gvern seħħet fi proċess li qed jerġa' jsaħħaħ il-finanzi ta' pajjiżna u fl- istess ħin jieħu ħsieb diversi oqsma li huma tant importanti fosthom l- ambjent.", "Jekk wieħed iħares lejn dawn l-environment statistics isib kif per eżempju, għandna tant sigħat ta' xemx f'pajjiżna u kien proprju li għalhekk li dan il-gvern fil-budget tas-sena li għaddiet kien qiegħed jagħti l-opporunita' li titħallas inqas VAT fuq strutturi li jintużaw sabiex wieħed jieħu enerġija solari.", "Fil-budget għas-sena 2002 rajna li kien hemm miżuri fiskali sabiex jgħinu lil min jinvesti f'solar panels u allura ma jkomplix juża tant enerġija li ssir permezz tal-ħruq taż-żjut b'riżultat li jnaqqas it-tniġġis ta' l-arja f'pajjiżna.", "Il-gvern kien ta importanza lil dan il- fatt u jekk wieħed jara n-numru ta' sigħat medji ta' xemx bejn l-1927 u s- sena 2000 isib li f'Jannar ikollna xejn inqas minn 385 siegħa.", "F'Diċembru din il-medja hija ta' 397 siegħa u dan jitla' sa xejn inqas minn 870 siegħa fix-xahar ta' Lulju.", "Dan qed ngħidu għaliex nemmen li fis-snin li ġejjin jekk Alla jrid il-partit Nazzjonalista fil-gvern ikun jista jkompli jaħdem ħalli s-sorsi alternattivi ta' enerġija li għandna f'pajjiżna jkunu jistgħu jiġu sfruttati iktar.", "Nieħu pjaċir ninnota li l-awtorita` tad-djar ħadet ħsieb li fil-flats u maisonettes li hemm telgħin ġo Pembroke u B'Kara hemm diġa stallati photovoltaics sabiex wieħed ikun jista' juża r-raġġi tax-xemx bħala sors ta' enerġija u b'hekk wieħed ikompli jnaqqas it-tinġis ta' l-arja.", "Dan li qed ngħid jirreferi għal budget ta' qabel.", "Jekk immorru għal dan il-budget li għadda nsibu li l-gvern għamel miżuri biex jinkoraġixxi l-battery operated vehicles.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Jiena għadni kif qrajt fil-gazzetta ta' nhar il-Ħadd u sibt seba` lokalitajiet fosthom Tal-Pieta u l-Blata l-Bajda fejn noqgħod jien fejn il- livell ta' ċomb hu ogħla minn dak li huwa permess fl-istrutturi internazzjonali inkluż ta' l-UE.", "Dawn issemmew ħafna drabi f'dan il- parlament.", "Jien niftakar li anke ma qabel tlajt jien f'dan il-parlament - fl-1986 - kien hemm parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li semmew it- tniġġis ta' l-arja minħabba livelli għolja ta' ċomb.", "Dan jidħol fid-demm permezz tan-nifs u minħabba li jmur fil-ħxejjex u l-frott li nikkonsmaw.", "Dan imur ukoll fl-ilma li nixorbu.", "Proprju dan ix-xahar il-petrol biċ-ċomb se jispiċċa minn pajjiżna.", "Wieħed jistaqsi jekk hijiex kumbinazzjoni li l- petrol biċ-ċomb se jispiċċa minn pajjiżna proprju f'dan ix-xahar, wara li għalaqna n-negozjati ta' l-UE.", "Kellha tkun l-UE li tixprunana biex dan jieqaf jintuża' u biex min ma jkunx jista' juża' petrol bla ċomb juża' adittiv ieħor.", "Dan l-adittiv mhux se jiswa flus lill-konsumatur.", "Dan hu gvern għaqli li jassorbi dawn it-tip ta' spejjeż żejda li tkellimna fuqhom miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Naf li Wenzu Mintoff ukoll kien tkellem fuq hekk meta kien ma' l-alternattiva demokratika.", "Dan ifisser li t-tliet partiti li qatt kien hawn f'dan il-parlament f'dawn l-aħħar 20 jew 30 sena semmew din il-problema u nsistew fuqha mingħajr qatt ma waslu imkien.", "Il-klassi politika ta' dan il-pajjiż qatt ma waslet biex tirrisolvi din il- problema proprju għaliex kien diffiċli li wieħed jagħmilha mingħajr politika internazzjonali li tgħinha.", "Mill-1993 'l hemm l-UE ħadet deċiżjoni li l-karozzi bilfors iridu jużaw petrol bla ċomb.", "Malta ma setgħet qatt tagħmel dan waħedha.", "Din hija l-kooperazzjoni internazzjonali li l-UE toffri anke fil-qasam ta' l-ambjent.", "Meta daħħalna l-VAT fil-pajjiż l- ammont ta' karozzi Ewropej f'pajjiżna żdied ħafna.", "Illum m'għadniex naraw ammont ta' karozzi ġejjin minn kontinenti oħra daqskemm konna naraw qabel proprju l-għaliex l-introduzzjoni tal-VAT raħħset il-prezz tal-karozzi mill- Ewropa.", "Nitlob lill-ministru tal-finanzi jikkoreġini jekk għandi żball.", "Illum għandna garanzija li l-użu tal-petrol bla ċomb jiġi osservat għax il- karozzi li ħarġu mill-1993 'l hawn jieħdu dan it-tip ta' petrol.", "Dan għalija huwa eżempju klassiku ta' kif pajjiż bħal Malta jibbenifika meta jikkopera ma' l-aktar istituzzjoni internazzjonali ekonomikament qawwija.", "Din hija l-aktar istituzzjoni qawwija anke fejn jidħol l-ambjent.", "Fil-qasam ambjentali l-UE għandha kuxjenza qawwija u wieħed jieħu gost jinnota kif din il-kooperazzjoni ma' l-UE tista' twassal biex ittejjeb il-livell ta' l- għixien f'pajjiżna.", "Il-livell ta' l-għajxien f'pajjiżna ma jiġix biss mill- konsumiżmu imma wkoll wkoll billi wieħed iħares l-ambjent u jnaqqas il- livell taċ-ċomb li jagħmel ħafna ħsara fil-moħħ, fin-nervituri, fid-demm, fil-frixa u fil-kliewi.", "Minħabba dan kollu daħħalna miżuri fiskali biex wieħed jibda juża karozzi li jaħdmu bil-batterija.", "Jien nifhem ukoll li l-Unjoni Ewropea tista' tnaqqas il-konġestjoni tat- traffiku u l-bżonn li kulħadd ikollu karozza, anke billi tagħti lil pajjiżna 30% min-nefqa totali ta' bini ta' flyovers u bypasses ġodda.", "Min jinzerta jkun fi Triq Reġjonali bejn il-5:00 p.m. u s-6:00 p.m jsib li din tkun litteralment iġġamjata.", "Jien nemmen li huwa importanti ħafna li wieħed ma jkunx waħdu f'dawn l-affarijiet u li ma jipprovax idawwar ir-rota taż-żmien lura.", "Il-gvern Laburista irid jerġa' jivvinta r-rota hu meta aħna qegħdin f'kontinent Ewropew fejn saret ħafna riċerka u ttieħdu ħafna miżuri li fir-realta' biddlu d-dinja.", "Wieħed irid ikun umli u jipprova jara t-tajjeb li nħoloq biex ikun f'pożizzjoni li jużah.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta jitkellmu fuq partnership inkunu qed nitkellmu fuq partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "Dan ma jfissirx li pajjiżna se jkun imsieħeb imma li se jkun hemm żewġ entitajiet separati. llum hemm ħmistax-il pajjiż fl-UE u jekk Alla jrid fi ftit xhur oħra se jkun hemm 25 u warajhom 28.", "Jekk Alla jrid 'il quddiem wieħed jibda jinkorpora wkoll il-Kroazja u pajjiżi oħra ta' l-ex- Jugoslavja.", "Il-punt hu li fl-aħħar mill-aħħar meta wieħed ikun membru fl-Unjoni Ewropea ma jkunx ma' l-Unjoni Ewropea imma jkun wieħed minnhom.", "Aħna ilna associate members mal-UE mill-1970 u diġa' ngawdu minn kummerċ ħieles.", "Aħna diġa' ffrankajna d-dazji minn dak kollu li nimpurtaw mill-Unjoni Ewropea u minn dak kollu li nesportaw lejn l-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 30 sena u fuqhom.", "Mr Speaker, meta wieħed ikun fl-Unjoni Ewropea isib li hemm differenzi kardinali minn ftehim ieħor.", "Wieħed ikun qed igawdi minn dak li rnexxilhom jiksbu u jakkwistaw f'dawn l-aħħar ħamsin sena diversi pajjiżi fosthom mill- Afrika ta' fuq u ta' isfel, il-Messiku, il-Ġordan, Iżrael u pajjiżi mill- Amerika Latina.", "Hemm madwar 100 pajjiż li magħhom hemm ftehim ta' kummerċ preferenzjali fejn ir-rata tad-dazju li trid titħallas hija inqas milli qed tħallas Malta llum meta tesporta lejn dawn il-pajjiżi.", "Jien ili ndur fid-djar tan-nies mill-inqas sentejn u meta nġib dawn l- argumenti mill-ewwel jifhmu.", "Wieħed irid ipoġġi bilqiegħda man-nies biex jifhmu u anke jfiehmu d-diffikultajiet tagħhom.", "Kulmin għex ftit barra dan il-pajjiż huwa favur sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Kull min għex barra f'dan il-pajjiż u għandu esperjenza ta' ħajja barra minn Malta m'huwiex beżgħan għaliex jaf li fl-aħħar mill-aħħar wieħed jista' jara lil pajjiżu jimxi 'l quddiem bi sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Li jkollna l-vantaġġi li għandhom il-membri huwa totalment differenti milli nġibu partnership għaliex aħna ilna partners ma' l-Unjoni Ewropea għal żmien twil.", "Aħna ilna associated members ma' l-Unjoni Ewropea għal dawn l- aħħar 32 jew 33 sena.", "Naħseb li dak li stajna nieħdu b'kummerċ ħieles ma' l- Unjoni Ewropea ħadnih.", "Aħna rridu nkunu bħalhom u ma ngawdux biss ekonomikament imma wkoll ingawdu mill-istandards tagħhom.", "Meta wieħed jara l-environment statistics ma jistax ma jsemmix il-problema ta' l-iskart f'pajjiżna.", "Hemm il-problema ta' l-iskart tal-lukandi għaliex it-turiżmu tant żdied f'dawn l-aħħar snin.", "Minħabba dan kien importanti li ndaħħlu miżura oħra f'dan il-budget.", "Wieħed jara li ħadna miżuri biex ninkoraġġixxu l-użu ta' karta li tista' tiġi riċiklata.", "Din il-karta għandha inqas taxxa fuqha u hija irħas biex tinxtara.", "Jekk wieħed imur għand ħanut minflok basket tal-plastic aħjar jingħata borża tal-kartun li jista' jiġi riċiklat u ma jkomplix iħammeġ l-ambjent.", "Mr Speaker, biex nagħlaq irrid ngħid li dan kien budget li anke fil-qasam ambjentali wera s-serjeta' ta' dan il-gvern li se nkomplu nuru għas-snin li ġejjin.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Ministru tal-Finanzi sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, meta kont qed indur il- konstitwenti tiegħi kif ili nagħmel għal dawn l-aħħar sentejn, tfaċċa fuljett tal-partit Laburista intitolat \"Partnership - l-Aħjar Għażla\" u se nikkwota biċċiet minnu:", "\"Kwalita` ta' ħajja aħjar u opportunitajiet ġodda għall-familja tiegħek, aktar xogħol u anqas taxxi, futur aħjar għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, bil-fatti u mhux bil-paroli.\".", "Inkompli naqra mid-dokument:", "\"Sħubija sħiħa fl-UE ma tgħoddx għalik u għal familja tiegħek għaliex ir-regoli ta' l-UE ma jgħoddux għaċ-ċirkostanzi tagħna.\".", "Sur President, l-unika argument li l-partit Laburista ilu jirrepeti hu dan li l-UE hu one size fits all u peress li pajjiżna hu żgħir, dan ma jistax jibbenefika mill-UE u allura ma għandux jissieħeb fl-UE.", "Tajjeb li ngħid li l-Lussemburgu, li jinsab fl-UE, hu pajjiż żgħir ukoll u għandu l-istess popolazzjoni tagħna u xi żmien ilu kien ġie il-president ta' Lussemburgu hawn Malta, Jean-Claude Juncker u qal li pajjiżu hu żgħir u qabel ma daħlu fl-UE, kulħadd kien jgħaddi minn fuqu u ħadd ma kien jagħti kasu imma llum li huwa pajjiż fl-UE, dan għandu saħħa politika u ekonomika ħafna akbar milli qatt kellu qabel.", "Dan hu eżempju ta' kif pajjiż żgħir jista' jmur 'il quddiem bis-sħubija fl-UE.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li Malta rnexxilha tinnegozja xejn anqas minn 77 arranġament speċjali sabiex ċerti ċ-ċirkostanzi partikolari tagħna – bħal qasam tal-proprjeta` u tax-xogħol – jiġu catered for.", "Dan ifisser li l- problema taċ-ċokon ta' Malta ġiet solvuta fin-negozjati.", "Inkompli naqra minn dan il-fuljett:", "\"Iġib tbatijiet żejda fuq il-familji Maltin u Għawdxin.\".", "Aħna lkoll nafu li mill-bidu tas-sena 2001 u aktar u aktar wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, l-ekonomija globali tinsab fi slowdown jekk mhux recession, u ċertament li l-attakk terroristiku kienu ntiż u ġie magħmul f'mument partikolari sabiex id-dinja żviluppata inkluż Malta tbati l- konsegwenzi u fil-fatt hekk ġara.", "It-turiżmu minn barra naqas u kellna żminijiet twal fejn in-nies kien qed jibżgħu itiru.", "Kulmin isiefer jaf li l- ewwel darba li reġa' tela' fuq arjuplan wara l-11 ta' Settembru 2001, żgur li ħass ċerta biża' bħal ma wara kollox ħassejt jiena.", "In-nuqqas fit- turiżmu wasal għan-nuqqas ta' xogħol li kompla grava s-sitwazzjoni ekonomika li d-dinja kienet fiha u ġab slowdown li affetwat anke l-exports u l-ekonomija tagħna.", "Mill-mistoqsija parlamentari li għamilt irriżulta li kważi nofs il-fabbriki tagħna fis-sena li għaddiet xorta rnexxielhom jesportaw aktar mis-sena ta' qabel bħala volum għalkemm il-qliegħ ma kienx aħjar għax ovvjament, fi żminijiet diffiċili, l-prezz ikollu jinżel.", "Inkompli naqra mill-fuljett:", "\"Bi sħubija fl-UE, ħaddiema mill-UE ikollhom id-dritt awtomatiku li jiġu jaħdmu f'Malta u Għawdex.\".", "Dan mhux minnu proprju għaliex kien hemm negozjati li intemmew b'suċċess fuq dan ir-rigward.", "Fuq il-fuljett hemm miktub wkoll:", "\"Is-self-employed mill-UE jkollhom id-dritt awtomatiku jiġu jiftħu negozju tagħhom f'Malta jew Għawdex.\".", "Dan l-aħħar rajna fuq il-vox pop li sar fi Sqallija fil-programm \"Xarabank\" tal-ġimgħa l-oħra, kemm hemm Sqallin li kien interessati li jiġu Malta u skoprejna li l-uniku interess tagħhom fuq Malta hu li jiġu għall-vaganzi mentri dawn iħarsu lejn Franza, Ġermanja u l-Ingilterra għax-xogħol u ċertament li Malta mhux ikkunsidrata f'dan ir-rigward.", "Fuq il-fuljett hemm miktub ukoll:", "\"Jonqos l-investiment u ma nibqgħux kompettitivi.", "Jintilfu l- opportunitajiet li nġibu x-xogħol għaż-żgħażagħ tagħna.\".", "Hu proprju fuq dan il-punt li rrid nitkellem fid-dettal, Sur President.", "Jiena naħdem bħala tabib u politiku fl-ewwel distrett elettolari, distrett li jinkludi l-Belt, il-Furjana, il-Ħamrun, l-Pieta` u biċċa minn Santa Venera u l-Marsa.", "Dan hu distrett fejn ma tantx hemm żgħażagħ u ż-żgħażagħ li hemm fil-maġġoranza tagħhom huma unskilled u qed jirreġistraw għax- xogħol.", "Sfortunatament, dawn iż-żgħażagħ mhux qegħdin isibu fabbriki fejn jaħdmu u dan hu parzjalment dovut għas-slowdown ekonomika globali imma hu primarjament dovut għall-fatt li aħna l-Maltin irridu nikkonsmaw u ngħixu bħall-Ewropej pero` bħalissa m'għandnix il-pagi ta' ħafna pajjiżi Ewropej.", "Minħabba f'hekk, il-pagi tagħna kellhom jiżdiedu matul is-snin li għaddew u dan proprju għaliex il-konsum tagħna żdied, il-ħajja għoliet u l-pagi riedu jogħlew ukoll.", "Kull min jifhem f'dan is-settur qal li dawn il-pagi tant għolew li prodott manifatturat f'Malta u esportat lejn swieq barranin qed ikun għoli wisq u m'għadux kompettitiv.", "B'konsegwenza ta' dan, pajjiżi fejn il-pagi huma orħos minn tagħna bħaċ-Ċina, Thailand u l-pajjiżi tan-North Africa qed jieħdu x-xogħol tal-fabbriki mill-Maltin bħalma l-Maltin fil-passat - meta kellhom pagi baxxi – ħadu x-xogħol tal-fabbriki mill-pajjiż tal-punent.", "L- ebda gvern Malti, ikun min ikun, ma għandu wisq kontroll fuq dawn l- affarijiet u ladarba ż-żgħażagħ tagħna jilmentaw li l-paga tagħhom, speċjalment dawk li jaħdmu fil-fabbriki, hija baxxa wisq, żgur li dawn mhux se joqgħodu jaħdmu b'inqas paga.", "Għalhekk qegħdin f'sitwazzjoni fejn min irid jinvesti u jiftaħ fabbrika, qed jara li l-pagi tal-Maltin huma għoljin wisq u hawn tidħol l-UE, Sur President.", "Malta m'għandhiex bżonn partnership ma' l-UE - aħna ilna assoċjati magħha iżjed minn 30 sena - imma għandna bżonn inkunu bħalhom, inkunu wieħed mill- pajjiżi ta' l-UE u dan għaliex meta aħna nkunu membri fl-UE, bħalma Malta illum għandha ftehim ta' kummerċ ħieles, jiġifieri ma jitħallsux dazji la meta tixtri u anqas meta tbiegħ, minn Malta għall-pajjiżi ta' l-UE, meta Malta flok tkun barra, tkun ġewwa, Malta tkun tista' tibbenefika minn ftehim ta' kummerċ ħieles mall-pajjiżi l-oħra kollha li l-UE għadha ftehim ta' kummerċ ħieles magħhom fosthom il-Marokk, it-Tunezija, is-South Africa u l-Latin America.", "Aparti hekk, l-UE għandha ftehim ta' kummerċ preferenzjali – jiġifieri jkun hemm anqas dazji - ma madwar mitt pajjiż.", "U dan hu l-mod, Sur President, kif il-prodott tagħna ikun iżjed kompetittiv għax nibdew nimportaw il-materja prima minn barra li tkun b'dazju preferenzjali u nesportaw lejn pajjiżi li ma jkunux fl-UE u allura ma jitħallsux dazji għax ikollhom ftehim ta' kummerċ ħieles.", "Dan ifisser li l- prodott tagħna jerġa' jibda jorħos u jerġa' jibda jsir kompetittiv u l- fabbriki li bdew inaqqsu l-produzzjoni, jibdew iżiduha u fabbriki li jkun se jagħlqu, ma jagħlqux.", "Dan hu l-unika mod kif żgħażagħ bla skola jsibu xogħol għax inkella ma jkunx hemm fejn imorru jaħdmu.", "Jekk uħud minnhom ikollhom ftit kapital, dawn tgħid jiftħu ħanut u għalhekk qed jiftħu dawn il-ħwienet kollha għax hekk, ħadd ma jitlobhom ċertifikati u jkunu jistgħu jmexxu lilhom nnifishom jekk ikollhom il-ħila.", "Pero`, jekk jiftħu l-ħwienet ġodda, jispiċċaw jagħlqu oħrajn għax is-suq Malti hu dak li hu, hu suq mifqugħ bil-ħwienet.", "Jiena nappella liż-żgħażagħ li jaħdmu fil-fabbriki, liż-żgħażagħ li kienu jaħdmu fil-fabbriki u liż-żgħażagħ li ma għaddewx mill-eżamijiet – għalkemm lil dawn nappellalhom qabel kollox biex jistudjaw u jitħarrġu aktar – li dawn għad fadalhom l-aħħar opportunita`.", "Ebda gvern Malti ma jista' jagħti din l-opportunita` u l-UE biss tista' tingħata u għaldaqstant ngħidilhom biex jinsew il-kliem vojta ta' partnership għax b'sħubija biss nistgħu nieħdu l-vantaġġi li tant għandna bżonn.", "Jiena nappella liż-żgħażagħ, speċjalment dawk laburisti sabiex jiftħu għajnejhom u jaqraw u jinvestigaw il-fatti u jiena ċert li jekk jagħmlu hekk, se jsibu li fl-aħħar mill-aħħar l-ebda gvern ma hu se jimpjega lin-nies bl-addoċċ bħal ma kienu jagħmlu l- gvernijiet Laburisti u għalhekk ngħidilhom biex ma jinħlewx f'ħolm li mhu se jsarraf f'xejn imma minflok jinvestu fil-futur tagħhom u jivvotaw għal sħubija fl-UE.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Ċertament li l-familji Maltin bħalissa jinsabu invażati b'iżjed minn mitejn persuna li qed jagħmlu l-home visits tagħhom bl-għan li jitilgħu f'dan il-parlament.", "Bla dubju ta' xejn, jiena wieħed minn dawk li nagħmel il-home visits u kemm- il darba jsaqsuni diversi mistoqsijiet li wieħed irid ikun ippreparat biex jirrispondi.", "Sfortunatament, meta jitwieġbu dan id-domandi li n-nies jagħmlu, mhux kulħadd qed jgħid il-verita` dwar il-fatti.", "Ovvjament, l- issue prinċipali bħalissa hi proprja l-UE u għalhekk il-kandidati miż-żewġ naħat qed jiġu mistoqsijin ruxmata domandi fuq din l-issue.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat jiena mort għand ħafna familji li għandhom misinformazzjoni kbira dwar l-UE.", "Uħud minnhom, għal kemm jafu li l- informazzjoni li ingħatat tista' tkun skorretta, donnhom ma jatux kas u jemmnuha pero`, fortunatament, dan l-aħħar qed ninnota li n-nies qed jistaqsu iżjed biex jiċċekjaw naqra x'inhi l-verita`.", "Huwa għajb għal dawk is-setturi tal-media jew għal dawk il-kandidati li jagħtu informazzjoni ħażina u jiena proprju minn dan il-parlament, irrid nagħti l-informazzjoni korretta fuq ċerti affarijiet li qed jintqalu lin-nies u illum se nitkellem fuq is-servizzi soċjali li bħalissa qiegħed jagħti l-gvern Malti.", "Qed ikun hemm ħafna mistoqsijiet dwar jekk hux veru li l-childrens' allowance se titneħħa meta Malta tidħol fl-UE u minn hawn irrid ngħid li le, ma hu vera xejn li ċ-childrens' allowance se titneħħa meta nidħlu fl-UE għax din hija prerogattiva tal-gvern Malti u qegħda f'idejh jekk għandux jagħti ċ-childrens' allowance jew le.", "L-UE ma timponi l-ebda regola fuq l- ebda pajjiż dwar is-servizzi soċjali u dan jinkludi iċ-childrens' allowance u dan ifisser li jekk xi ħadd hu ntitolat għaċ-childrens' allowance, dan se jibqa' jirċeviha anke meta Malta tidħol fl-UE.", "Jekk xi ħadd mill-kandidati jew setturi tal-media qed jgħidu li l-UE se tneħħi ċ-childrens' allowance, dawn ikunu qed jagħtu informazzjoni ħażina għax anke waqt in-negozjati intensivi li saru, fl-ebda mument ma tqajmet il-kwestjoni tal-benefiċċji li kull pajjiż jagħti liċ-ċittadini tiegħu.", "Kull pajjiż għandu l-benefiċċji u l-pensjonijiet tiegħu u kull pajjiż se jibqa' jżomm dawn l-affarijiet għax kif diġa` għedt, l-UE ma tindaħalx f'dawn l-affarijiet għax dawn huma responsabbilita` assoluta tal-gvern tal- pajjiż.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq l-eta` tal-pensjoni għax anke fuq din hawn il- misinformazzjoni.", "Hawn min jgħid li jekk nidħlu fl-UE, se jkollna ngħollu l- eta` tal-pensjoni u nagħmluha sa 65 sena jew anqas.", "Dan mhux veru u l-eta` tal-pensjoni se tibqa' dik li hi illum, cioe` ta' 60 sena għan-nisa u ta' 61 sena għall-irġiel.", "Min irrid jibqa' jaħdem bħas-self-employed, jista' jibqa' jaħdem sa 65 ujħallas il-bolla u jista' jibqa' jaħdem anke wara 65 u ma jibqax iħallas il-bolla u jibda jirċievi l-pensjoni.", "L-UE ma tindaħalx f'dawn l-affarijiet.", "Huwa veru li se jkun hawn problemi f'dan is-settur pero` dan mhux f'Malta biss imma mad-dinja kollha u nidħlu jew ma nidħlux, il-problema hemm se tibqa' pero` irid nagħmilha ċara li ma hemm l-ebda liġi fl-UE li tobbliga lill-pajjiżi membri biex l-eta` tal-pensjoni itellgħuha għal 65 jew anqas.", "Jekk xi ħadd mill-kandidati jew xi setturi mill-media qed jgħidu li l-UE se tgħolli l-eta` tal-pensjoni, qed jimmisinformaw lin-nies u jiena niskanta kif dan qed jiġri meta għandna l-MIC li ilha dan iż-żmien kollha toħroġ din l-informazzjoni kollha speċjalment dawk il-ktejjeb intitolat \"Mistoqsija u Tweġiba\" li jkun miktub b'Malti jew b'Ingliż sempliċi u ċar u l-familja kull ma trid tagħmel hu li ssib ħin biex taqrah.", "Dan l-aħħar, rajna lil Dr. Simon Busuttil fil-programm Xarabank jirrispondi għal dawk l- insinwazzjonijiet li bdew isaqsuh ċerti nies u wieħed ma jippretendix li dawn jistaqsu dawn il-mistoqsijiet.", "L-informazzjoni li Dr Busuttil ta' fuq il-programm Xarabank kienet korretta.", "Fis-settur tas-sigurta` soċjali tal-ħaddiema, l-UE taġixxi biss jekk ikun hemm proposta li dwarha jkunu qablu l-pajjiżi membri kollha ta' l-UE, jiġifieri ikun hemm l-unanimita.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi soċjali ta' kull pajjiż individwali, l-UE ma tindaħalx.", "Aħna nafu li se jkollna diffikultajiet kbar biex jitħallsu l-pensjonijiet għada, pitgħada u fil-fatt, il-gvern Malti ħattar kummissjoni sabiex dawn jaraw x'jista' jsir biex insolvu din il-problema imma dan bl-ebda mod ma hu qed jindika li l- eta` tal-pensjoni se titla` għal 65 sena jew anqas.", "Din hija prerogattiva tal-gvern Malti u d-deċiżjoni dwar x'jagħmel fil-pensjonijiet joħodha hu biss u l-UE ma tidħolx fiha.", "Jiena nittama li l-poplu Malti, li huwa intelligenti, jagħraf dak li hu korrett u dak li mhux sabiex ikun kapaċi jagħżel l-aħjar triq għal pajjiżna.", "Aktar 'il quddiem, jiena sejjer nagħmel interventi oħra fuq dan is-suġġett.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l- Erbgħa, 22 ta' Jannar 2003, fis-6:00 pm bl-aġenda kif komunikata mill- ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – IMPORT TARIFFS FUQ QMUĦ U ĊEREALI", "38138.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37828 rigward special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, x'tariffa trid titħallas fuq qmuħ u ċereali importati minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38112.", "UE – IMPORT TARIFFS FUQ IR-ROSS", "38139.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37829 rigward special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, x'tariffa trid titħallas fuq ross u whey importati minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija parlamentari 38112.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TAZ-ZOKKOR", "38140.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern taz- zokkor li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern, ħalli wara s-sħubija ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern ma nnegozja l-ebda prezzijiet, la interni u wisq anqas esterni.", "Il-gvern innegozja mekkaniżmu ta' sussidju li permezz tiegħu se jirrifondi d- differenza bejn il-prezz tal-prodott fuq is-suq internazzjonali u dak fl- Unjoni Ewropea.", "Kif qed jgħid l-istess Onor. Interpellant, b'dan il-mod se jkun assigurat li wara s-sħubija, il-konsumatur Malti mhux mistenni li jiffaċċja żieda fil- prezz ta' dan il-prodott.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' QMUĦ", "38141.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern tal- qmuħ li l-Gvern Malti nnegozja ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern, ħalli wara s- sħubija ma jinħassx l-għoli fil-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall- mistoqsija ta' qabel.", "UE – TEMPORARY STATE AID FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĊEREALI", "38142.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u dak estern taċ- ċereali li nnegozja l-Gvern Malti ma' l-Unjoni Ewropea?", "Fuq liema bażi nħadem l-ammont ta' temporary state aid li jrid joħroġ il-gvern, ħalli wara s-sħubija ħalli ma jinħassx l-għoli tal-prezz ta' dan il-prodott?", "ONOR JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38140."]} {"filename": "20000531_305d_par.doc", "date": "2000-05-31", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 305 L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 305", "L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.09 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "305", "L-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000", "WERREJ MINUTI 168", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 168", "TQEGĦID TA' KARTI 172", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 173", "AĠĠORNAMENT 197", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 201", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 304 li saret fit-30 ta' Mejju, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - SUĠĠETTI OBBLIGATORJI", "16006.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li jidher li l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti għad m'għandhomx struzzjonijiet eżatti dwar liema huma s- suġġetti obbligatorji għas-sena skolastika li tibda f'Settembru 2000, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti obbligatorji u optional li jridu jiġu mgħallma fil-primarji u/jew sekondarji?", "Tista' skola ma toffrix suġġett optional, bħal dak tal-European Studies, lill-istudenti tagħha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru ta' l- Edukazzjoni): Il-kurrikulu minimu nazzjonali jitkellem ċar x'inhuma s- suġġetti bażiċi fil-livell primarju u fil-livell sekondarju.", "Il-kurrikulu jagħti wkoll gwida ċara dwar x'tagħlim għandu jiġi offrut fil-lingwi, iżda l-iskejjel min-naħa tagħhom iridu jiddistingwu bejn suġġetti bażiċi u dawk li għalihom hemm għażla, mingħajr ma jinsew li waqt li l-kurrikulu joffri qafas u gwida, jisħaq fuq il-flessibbilta` u fuq pjan ta' żvilupp partikolari għal kull skola.", "Wara li l-gruppi mwaqqfa mill-kumitat nazzjonali għat-twettiq tal- kurrikulu jispiċċaw il-ħidma tagħhom u wara l-konferenza nazzjonali dwar l- edukazzjoni li se ssir bejn id-9 u l-11 ta' Ġunju, se jitfassal pjan ta' strateġija li jkollu aktar dettalji dwar it-twettiq ta' dan il-kurrikulu.", "Dan il-pjan ta' strateġija wkoll se jgħaddi minn fażi ta' konsultazzjoni ma' skejjel u msieħba oħra qabel jiġi ffinalizzat għal Diċembru 2000.", "QRATI - AWLI", "16283.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja l-ilmenti dwar l-assenjazzjoni ta' l-awli lill-maġistrati u l- imħallfin, dawn l-ilmenti għadhom isiru?", "Jikkonferma li fl-24 ta' Marzu l- Imħallef David Scicluna ħassar seduta għaliex ma kellux awla?", "La l-kawżi kienu ġew ippubblikati, għaliex ma ġietx ipprovduta awla għall-Imħallef?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Kif digà kelli okkażjoni nispjega, din l-amministrazzjoni daħħlet sistema ta' pre- booking ta' l-awli biex tigi evitata l-problema li semma l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-każ speċifiku jien informat li meta daħlu l-bookings ta' l-awli ġimgħa qabel id-data msemmija mill-Onor.", "Interpellant, id-deputat reġistratur ta' l-Imħallef Scicluna ġie avżat li l-Imħallef ma setax iżomm seduta fl-24 ta` Marzu peress li l-Imħallef Filletti kien ibbukkja l-awla.", "L-awli l-oħra kollha kienu wkoll ibbukkjati u fil-fatt ġew użati fl-24 ta` Marzu.", "Dawn il-fatti kienu a konoxxenza tad-deputat reġistratur ta' l-Imħallef Scicluna mill-inqas ġimgħa qabel.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li dak li għadu kemm intqal jikkonferma li hemm ħafna aktar burokrazija, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri immedjati jistgħu jittieħdu sabiex jiġu evitati inċidenti li jikkawżaw dewmien u inkonvenjenza għal dawk li jkunu msejħa jattendu l-qorti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naqbilx ma' l-Onor.", "Interpellant li hemm ħafna aktar burokrazija.", "Daħlet sistema fejn jekk wieħed irid jagħmel seduta barra minn lokha jkun jista' jibbukkja minn qabel - f'dan il-każ ġara li kien hemm imħallef li żamm seduta żejda dakinhar - u allura jekk is-seduta ma ssirx ikollu żmien biżżejjed biex javża li s-seduta se tiġi differita u n-nies jiġu avżati wkoll permezz ta' ittra biex ma jidhrux il-qorti.", "Jekk l-istaff ta' l-imħallfin u l-imħallfin infushom ma jadegwawx ruħhom għal din is-sistema, li tippermettilhom li jkunu jafu minn qabel meta jistgħu jżommu l-kawża, allura se jkomplu jinqalgħu dawn l-inċidenti.", "Daħħalna din is-sistema proprju biex ikun hemm mod organizzat kif isiru l- kawżi u meta jistgħu jsiru.", "Sfortunatament għadha prevalenti fost l- imħallfin l-idea li s-seduti jsiru filgħodu biss - huma biss tlieta l- imħallfin li jagħmlu seduti wara nofsinhar - u allura jeħtieġ issir schedule minn qabel meta se jsiru l-kawżi.", "Aħna tlabna lill-imħallfin biex jagħmlu x-schedule tagħhom mhux xi xhur qabel imma ġimgħa qabel, biex wieħed jissettja għal kull ġurnata min, meta u fejn se jintużaw l-awli.", "Jekk l-imħallfin u l-istaff tagħhom ma jridux jużaw din is-sistema, allura se nibqgħu b'din il-problema li l-kawżi jiġu differiti bla ma n-nies tkun avżata minn qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mil-mod kif qed jirrispondi l-Ministru jidher ċar li l-problema hi waħda ta' spazju, kif fuq kollox ilna nafu.", "Issa jien jidhirli li kien hemm il-ħsieb għall-estensjoni tal-bini tal-qorti.", "Jekk dan kien il-ħsieb, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess u meta huwa maħsub li x-xogħol ikun lest?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ma naqbilx mal-premessa ta' l-Onor.", "Interpellant għax mhux veru li hemm nuqqas ta' spazju ta' l-awli.", "F'ebda pajjiż fid-dinja li naf jien m'hemm qrati fejn l-imħallfin għandhom awla tagħhom, kif nippretendu hawn Malta.", "Jiena għandi record ta' l-użu ta' l-awli filgħodu u filgħaxija minn Mejju tas-sena l-oħra, ġurnata b'ġurnata.", "Huwa rari ħafna li jintużaw l-awli kollha filgħodu - forsi ġurnata fil-ġimgħa, jekk hemm ġurnata fil-ġimgħa, għax mhix konsistenti - apparti li wara nofsinhar prattikament ma jiġu wżati xejn.", "Allura m'hijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' spazju meta għax hemm awli biżżejjed, però ma jistax ikun li kulħadd irid jużahom bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.", "Ma naħsibx li l-gvern għandu jinvesti miljuni ta' liri f'awli ġodda sempliċement għax għandna sistema li taħdem tliet sigħat jew erba' sigħat kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Is-soluzzjoni m'hijiex li nagħmlu aktar awli imma li nibnu uffiċċji sura ta' nies għall-imħallfin.", "Hemmhekk veru hemm in-nuqqas, għax mhux aċċettabbli fis-sena 2000 li mħallef m'għandux uffiċċju sura ta' nies għall-istaff tiegħu u staff adegwat miegħu minn fejn jista' jaħdem regolarment.", "Is-sigrieta, jiġifieri l-kamra ż-żgħira ħdejn l-awla, m'għandhiex tkun l- uffiċċju ta' imħallef, għandha tkun biss staging room fejn, imħallef qed juża l-awla dakinhar, daħal hemmhekk, libes, poġġa l-files, daħal fl-awla, reġa' ħareġ u mar fl-uffiċċju tiegħu.", "U allura l-investiment li jidhirli li għandu jsir m'huwiex primarjament f'awli - għalkemm ma neskludix li nistgħu nsibu spazju biex nagħmlu awli oħra - imma għandu jsir f'uffiċċji sura ta' nies għall-imħallfin u għall-maġistrati, biex minn hemmhekk ikunu jistgħu jaħdmu regolarment.", "B'dan il-mod l-awli ma jkunux qishom ta' l- imħallef u jekk tidħollu fl-awla qisek dħaltlu d-dar prattikament, imma l- awli jkunu għall-użu ta' kulħadd.", "Il-gvern fil-bidu ta' din is-sena kkummissjona perit biex jagħmel studju fuq din it-tematika.", "L-istudji ta' qabel kienu kollha bbażati fuq il-premessa li rridu xi għaxar awli oħra, li biex tibnihom trid żgur aktar minn Lm1 miljun.", "Jien ma naqbilx mal-premessa u allura nkarigajt perit biex jagħmel eżami ta' l- ispazju li għandna fil-qorti kif ukoll fl-annexe - illum dan qed jintuża mir-reġistru - u fid-dar ta' ħdejh - din kienet ġiet lura f'idejn il-gvern - bl-idea li noħolqu spazju adegwat biex l-imħallfin ikollhom l-uffiċċju tagħhom u nirriorganizzaw l-ispazji li attwalment għandna fil-qorti.", "Fil- fatt għandek żewġ floors li jservu ta' stores - id-diżlivelli bejn Strada Rjali u Strada Stretta - u dawn jistgħu jiġu rridisinjati għal xogħol amministrattiv.", "Il-perit qal li dan ir-rapport għandu jkun lest probabbilment lejn l-aħħar ta' dan ix-xahar, bl-idea li fl-annexe u fid- dar viċina noħolqu uffiċċji adegwati għall-imħallfin u għall-istaff tagħhom, nirriassenjaw l-uffiċċji amministrattivi minn fejn qegħdin għal postijiet inqas strateġiċi u allura niġu f'sitwazzjoni fejn ikollna uffiċċji tajbin għall-imħallfin u l-awli jistgħu jiġu wżati aħjar.", "Nerġa' nirripeti li m'hemmx nuqqas ta' awli, però kulħadd irid jifhem li ma jistax jiddeċiedi kif irid hu u bla ma jikkonsulta ma' ħadd liema awli juża u meta jużahom.", "Aħna għandna 32 imħallef u maġistrat u jrid ikun hemm kordinament bejniethom dwar liema awli jużaw u meta jużawhom.", "Aħna daħħalna sistema li l-amministrazzjoni toffri dan il-kordinament, però ovvjament din ma tistax tiġi imposta fuq il-ġudikatura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma dan iċ-ċaqliq li qed isemmi l-Ministru jrid isir fid-dawl li l-maġistrati u l-imħallfin iżidu n-numru ta' seduti li jżommu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: La jien bħala ministru u lanqas il-gvern ma nistgħu nimponu n-numru ta' seduti li jagħmlu l-imħallfin jew kemm jagħmluhom twal.", "Dik hija r-realtà.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Veru li m'huwiex il-gvern li jiddeċiedi n-numru ta' seduti imma huwa l-gvern li jilleġisla!", "Il-gvern għandu l-ħsieb li b'xi mod jara li l-bini tal-qorti jintuża b'mod aktar frekwenti milli fil- fatt qed jintuża biex tiġi solvuta l-problema?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant sfortunatament huwa skorrett għax ma tistax tilleġisla kemm-il seduta jagħmel imħallef jew maġistrat u nġib eżempju wieħed.", "Fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandna section partikolari li ddaħħlet fl-1995, li telenka kif għandha timxi kawża - fis-sens ta' meta tippreżenta ċitazzjoni, kif għandek tippreżentaha, f'liema żmenijiet trid tippreżenta l-affidavit, kemm idum l- imħallef jisma' x-xiehda ta' min jagħmel il-kawża, kemm idum jisma' x- xiehda tan-naħa l-oħra - u tgħid li b'mod normali kawża suppost m'għandhiex tieħu aktar minn sentejn biex tinqata'.", "Din qiegħda fil-liġi però m'hijiex prattikata.", "Jiġifieri fejn jidħlu proċeduri ta' kif jinstemgħu l-kawżi, ebda gvern ma jista' b'xi mod jilleġisla biex imħallef jagħmel xi ħaġa bilfors - mhux qed nitkellem b'mod politiku assolutament - imma l-proċess irid ikun wieħed ta' konvinċiment, bħalma sar f'ħafna pajjiżi barra minn Malta, li għandhom l-istess problemi tagħna, proċess ta' evoluzzjoni tal- ħsieb ta' l-imħallfin, kif jimmaniġġjaw il-kawżi b'aktar awareness, li l- proċess tal-ġustizzja ma jridx jagħmel biss ġustizzja effettiva mal- partijiet imma jitlaq mill-premessa li l-parti quddiemek hija customer tiegħek u trid tingħatha servizz tajjeb.", "Din l-idea li dik il-parti għandha wkoll id-dritt għal smigħ f'perijodu ġust forsi għadna m'aħniex konxji biżżejjed minnha hawn Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, id-domandi minn din in-naħa tal-Kamra qegħdin isiru fis-sens tas-sitwazzjoni li tirriżulta fil-qrati, cioe' li ħafna ċittadini mhux qed ikunu moqdija minħabba dewmien esaġerat.", "Min- naħa tagħna ma staqsejniex jekk il-gvern hux beħsiebnu jimponi numru ta' seduti fuq il-maġistrati u l-imħallfin imma jekk il-problema tad-dewmien hijiex se tissolva bl-eżerċizzju li semma l-Ministru, jiġifieri li jagħmel uffiċini ġodda ħalli l-imħallfin u l-maġistrati jkunu jistgħu jamministraw aħjar ix-xogħol tagħhom.", "Issa jekk hijiex kwestjoni li wieħed iżid in- numru ta' seduti jew jekk hijiex kwestjoni li jiżdied in-numru tal- ġudikanti, din irridu narawha fid-dawl tad-densità tal-popolazzjoni li bħalma toħloq diffikultajiet f'setturi oħra tal-ħajja, m'hemmx dubju li l- problemi soċjali dejjem qed jikbru meta għandna average ta' 1,200 ruħ għal kull kilometru kwadru u huwa inevitabbli li n-numru ta' kawżi se jibqa' tiela'.", "Dan huwa fattur xjentifiku li ma nafx jekk qattx ġie analizzat.", "Imma l-fatt jibqa' - u qed jikkonfermah anke l-Ministru - li t-tibdil li se jsir u l-miljuni li se jintnefqu xorta mhux se jiggarantixxu lill-poplu li mhux se jkun hemm aktar dewmien fil-proċess tal-kawżi fil-qorti.", "Din m'hijiex sitwazzjoni li ħoloqha l-Ministru jew ħoloqha dan il-gvern imma ilha ġejja għal numru ta' snin.", "Minkejja l-investiment li dejjem sar jidher li l-pubbliku in ġenerali m'huwiex sodisfatt .", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena kelli diversi okkażjonijiet fejn tkellimt u ktibt li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il- gvern għandu l-obbligu li joħloq parametri ġusti f'dak li għandu x'jaqsam ma' personnel u ma' amministrazzjoni.", "Il-gvern jista' jgħin ukoll billi jagħmel leġislazzjoni li tiffaċilita s-smigħ tal-kawżi, però l-gvern qatt ma jista' jiggarantixxi l-management tal-kawżi, għax dik hija kwestjoni prettament f'idejn l-imħallfin biss.", "U allaħares xi gvern - minħabba l- garanzija ta' l-indipendenza - jibda jindaħal u jgħid lill-maġistrati jew lill-imħallfin: Din ismagħha qabel din, din għaġġilha, din tgħaġġilhiex, eċċ. eċċ!", "Nerġa' ngħid li l-gvern huwa mpenjat biex jipprovdi dan kollu.", "Apparti t-tibdil li semmejt li se jsir fl-uffiċini tal-qorti, il-gvern huwa wkoll impenjat li jżid il-personnel u għall-ewwel darba naħseb f'dawn l-aħħar għaxar snin għandna substitution pool ta' deputati reġistraturi, li huma n-nies li jaħdmu direttament ma' l-imħallef.", "Illum għandna żżejjed filwaqt li qabel kien dejjem ikollna n-neqsin ma' l-imħallfin u l- maġistrati.", "Għall-ewwel darba daħħalna first degree deputati reġistraturi.", "Hemm lista interminabbli ta' affarijiet li għamilna, fosthom li biddilna l- computers kollha u daħħalna sistemi ġodda ta' statistika.", "Issa qed inżommu statistika kull xahar ta' x'jagħmel kulħadd, x'jiġi deċiż u kemm jidħlu kawżi.", "Għandna listi interminabbli ta' inizjattivi li qegħdin nieħdu u sa nofs is-sena d-dieħla nispera li nkunu ħadniehom kollha.", "Sejrin nieħdu passi importanti wkoll u se tiġi ppreżentata leġislazzjoni dalwaqt biex inbiddlu l-kompetenza, jiġifieri quddiem liema qorti tmur kawża skond l-ammont ta' flus in kwestjoni.", "Rajna l-esperjenza ta' meta fl- 1996 tbiddlet il-kompetenza ta' l-ismall claims tribunal u tal-qorti tal- maġistrati, fejn allura l-ismall claims bdew jisimgħu kawżi sa Lm250 u l- maġistrati bdew jisimgħu kawżi sa Lm1000.", "Din il-bidla kellha effett tajjeb ħafna għax naqset ftit il-load mill-qrati superjuri, waqt li l- maġistrati kellhom disposal rate qawwija ħafna - fil-fatt din is-sena qatgħu aktar milli daħlu kawżi ċivili - u l-ismall claims tribunal ukoll mar tajjeb.", "Aħna se nkomplu nsegwu din it-triq billi nerġgħu ngħollu l- kompetenzi waqt li ovvjament inneħħu ċertu xogħol minn fuq il-maġistrati, bl-eżerċizzju tad-depenalizzazzjoni, biex allura nnaqqsu n-numru ta' kawżi li deħlin fil-qrati superjuri.", "M'hijiex xi trovata partikolari din għax kull pajjiż mexa lejn din it-triq.", "Dan kollu nistgħu nagħmluh però jibqa' l-fatt li ebda gvern ma jista' jidħol fil-management tal-kawżi.", "L-appell kostanti tiegħi dejjem kien u jibqa' li l-ġudikatura trid tirrealizza li ma tistax tibqa' tiħħendilja l-kawżi kif kienet tagħmel 40 sena ilu.", "Iċ-ċirkostanzi tbiddlu, il-metodi tbiddlu u l-kumplessità tal- kawżi tbiddlet ukoll.", "Jekk 40 sena ilu kellek ħafna problemi tal-kirjiet, tal-qbiela, eċċ., illum għandek kawżi marittimi, kawżi fuq finanzi kbar, kawżi fuq kuntratti kkomplikati, allura jridu bilfors case handling totalment differenti minn dak li kien jiġri qabel.", "Dak il-gvern ma jistax jimponih u m'għandux jimponih u jridu jassumuh l-imħallfin stess.", "Effettivament jekk wieħed jara x'ġara barra minn Malta fil-pajjiżi kollha Ewropej, isib li d-differenza sostanzjali saret meta l-imħallfin bdew jirrealizzaw li jridu jkunu ħafna aktar pro-attivi f'dak li huwa case handling.", "Fejn qabel l-imħallef kien joqgħod hemm jisma' u jħalli lill- avukati jmexxu l-kawża, illum is-sistema kullimkien tbiddlet u l-imħallef sar protagonist ewlieni fejn hu jgħid lill-avukat kif se titmexxa l-kawża.", "F'dan l-ambitu kollu l-kawża ma baqgħetx bejn avukat u mħallef, imma ġiet fuq naħa l-partijiet li jridu ġustizzja u l-imħallef u l-avukati li qegħdin għas-servizz tagħhom.", "Dan huwa l-kunċett li tbiddel u li forsi hawn Malta mhux kulħadd huwa konvint li jrid jidħol.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' memorandum of understanding, b'riferenza għall-ftehim li sar f'Novembru 1991 bejn il-Gvern Malti u s-Santa Sede dwar trasferiment ta' art; u", "Lista ta' postijiet fejn inħarġu permessi biex jitwaħħlu antennas għas- sistema tat-trasmissjoni ta' mobile phones, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 16431.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA' TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-30 ta' Mejju 2000.", "Klawsola 4 - Funzjonijiet ta' l-Awtorita' Clause 4 - Functions of the Authority", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, wieħed jista' jgħid li din il-klawsola hija waħda mill-iktar importanti f'dan l-abbozz ta' liġi għaliex hawnhekk qegħdin nispeċifikaw x'inhuma d-diversi funzjonijiet ta' l-awtorita'.", "Nistgħu ngħidu li din hija klawsola li tiddefinixxi l-funzjonijiet ta' l- awtorita' u ma' l-ewwel daqqa' t'għajn nindunaw li dawn huma maqsuma fi tliet partijiet prinċipali.", "Funzjoni waħda hi marbuta ma' l-assigurazzjoni li jkun hawn il-liberta' tal-komunikazzjoni u li din il-liberta' m'għandhiex tkun limitata ħlief kif inhu preskritt f'dan l-istess abbozz ta' liġi.", "Hemm ukoll il-funzjoni regolatorja ta' l-awtorita', kif ukoll li xogħolha huwa li tagħti pariri lill-ministru dwar punti partikolari li jinqalgħu minn żmien għal żmien u li l-ministru irid ikun informat bihom.", "Hawnhekk għandi emenda li rrid inressaq biex minflok ikun id-dmir, ikun l- għan ta' l-awtorita' li tiżgura l-liberta' tal-komunikazzjoni u li l- communications m'għandhomx ikunu limitati ħlief kif inhu preskritt hawnhekk.", "B'dan qegħdin ngħidu li hemm limitazzjoni tal-komunikazzjoni meta niġu għall-protezzjoni tad-dritt għall-privatezza, meta niġu għad- difiża tas-sigurta' nazzjonali, integrita' territorjali u sigurezza pubblika u għal numru ta' punti oħra li wkoll huma parti mir- restrizzjonijiet ta' l-istess abbozz ta' liġi.", "Jiena naħseb li l-funzjonijiet kif definiti hawnhekk huma pjuttost ċari u għalissa m'għandix iktar x'inżid.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk inħarsu lejn subklawsola (1) naraw lli din hija importanti ħafna għaliex il-funzjoni ta' din l-awtorita' għandha tkun proprju li tiżgura l-liberta' tal-komunikazzjoni.", "Pero' rridu noqogħdu attenti, speċjalment fejn tidħol il-protezzjoni tal-morali u r- rispett għad-dinjita' tal-persuna umana.", "Kulħadd jaf li wieħed mill-iżjed mezzi fil-qasam tas-servizzi tal- komunikazzjoni li dan iż-żmien qed jiġi abbużat huwa preċiżament l-internet f'dik li hija pornografija.", "Għalhekk huwa importanti li niddefinixxu sa fejn tista' tiġi limitata l-liberta' tal-komunikazzjoni, biex ma jkunx hemm xi ħadd li juża dan il-provvediment biex jillimita l-liberta' tal- komunikazzjoni, billi jfixkel is-sistema ta' sigurta' tal-computers f'dak li hu abbuż ta' l-internet u b'hekk issir ħsara kbira lil dan is-settur.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, mhux qed nifhem sew x'qed jipprova jgħid l-Onor.", "Buhagiar.", "Qiegħed jgħid li m'għandu jkun hemm xejn li jillimita l- użu ta' dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni għat-trasmissjoni tal- pornografija, jew qed jgħid bil-maqlub?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jiena qed ngħid li hemm bżonn inkunu ċari.", "Nafu li preżentement is-servizz ta' l-internet qed jiġi abbużat għaliex permezz tiegħu qed tiġi trasmessa l-pornografija.", "Skond kif qiegħda l-liġi, jien jew kwalunkwe persuna oħra nistgħu nitolbu lill-qorti biex twaqqaf is- servizzi ta' l-internet għaliex ikun jidhrilna li l-morali u r-rispett għad- dinjita' tal-bniedem mhumiex qed ikunu protetti biżżejjed.", "Jiġifieri rridu naraw kif nirranġaw din il-klawsola biex waqt li jiġu protetti l- morali u r-rispett għad-dinjita' tal-persuna umana, ma jkunx possibbli li l- liberta' tal-komunikazzjoni tiġi limitata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf daqsi bil-kontroversja li għaddejja bħalissa dwar dan is-suġġett partikolari ta' l-użu ta' l-internet għal skop ta' disseminazzjoni ta' pornografija u azzjonijiet oħrajn li fihom infushom huma diġa' illeċiti.", "Jiena naħseb li għandu jkun hemm mezzi, avolja huwa diffiċli ferm, ta' kif u b'liema mod tista' tipprova tillimita dawn it-trasmissjonijiet.", "Attwalment minbarra d- dibattitu dwar jekk għandux ikun hemm kontroll jew limitazzjoni ta' x'jiġi trasmess fuq l-internet, mhux pornografija biss imma wkoll pedofilija u affarijiet bħal dawn, xorta waħda hemm iktar minn linja waħda ta' ħsieb f'dan ir-rigward.", "Min jgħid li m'għandna nikkontrollaw xejn u għandna nħallu kollox għaddej, u min jgħid li għandu jkun hemm kontroll iktar strett biex dawk il-persuni li jistgħu kontra qalbhom jiġu esposti għal sitwazzjonijiet bħal dawn, ikunu protetti.", "Għalhekk nixtieq li l-Onor.", "Buhagiar jispjega f'iktar dettall fejn irid jasal.", "Jiena naħseb li kif inhi qiegħda hija wiesgħa biżżejjed.", "Jiena mhux qed noħlom li se jirnexxielna niskopru xi mod rigoruż ta' kif nikkontrollaw dawn l-affarijiet, pero' naħseb li għandu jkun hemm id-dritt li jekk jinstabu modi kif wieħed jista' jikkontrolla, din l-awtorita' tkun tista' tagħmel dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, ma nafx kif qed ngħidu l-istess kliem u m'aħniex niftiehmu!", "Jiena kontra l-użu ta' dawn is-servizzi għat- trasmissjoni tal-pornografija u l-pedofilija.", "Kif qiegħda l-liġi bħalissa, jista' xi ħadd jimponi fuq l-awtorita' - bħal, per eżempju, xi organizzazzjoni reliġjuża - biex twaqqaf is-servizzi ta' l-internet minħabba li dan qed jintuża biex jittrasmetti l-pornografija u affarijiet bħal dawn?", "Kif inhi l-liġi bħalissa jien naraha li kwalunkwe organizzazzjoni, hi liema hi, tista' tapplika quddiem il-qrati biex jitwaqqfu dawn is-servizzi għax, skond kif qiegħda l-liġi, il-qorti jkollha tilqa dik it-talba u twaqqaf l-użu ta' dawn is-servizzi.", "Issa aħna dan ma rriduhx għaliex mhux ġust li għax xi individwi jabbużaw u jagħmlu użu ħażin tas-sistema, is-sistema jkollha titwaqqaf għal kulħadd.", "Pero' kif qiegħda l-liġi bħalissa dan jista' jsir.", "Għalhekk qed nitlob lill-Ministru biex flimkien naraw kif nistgħu nirranġaw il-liġi biex waqt li nippruvaw nikkontrollaw dan l-abbuż, ħadd ma jkun jista' jwaqqaf dawn is-servizzi għad-detriment tal-pajjiż kollu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt jeżistu modi ta' kif dawn l- abbużi jistgħu jiġu kkontrollati mingħajr ma jitwaqqaf is-servizz ta' l- internet, għax allaħares niġu fil-pożizzjoni li biex inwaqqfu ċertu tip ta' trasmissjoni jkollna nwaqqfu s-servizz kollu.", "Naħseb li kif inhi qiegħda il- liġi hawnhekk din ma tistax tiġi applikata, pero' se nikkonsulta ma' l- avukati li hawn hawnhekk għax naħseb li kif inhi qiegħda ma tagħtix il- possibbilta' li xi ħadd jitlob lill-qorti biex jitwaqqaf is-servizz.", "Jekk tippermettili se nikkonsulta ftit ruħi.", "Fil-fatt jidher li kif inhi qiegħda hawnhekk, din il-liġi m'għandha bl- ebda mod twassal għall-pożizzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Louis Buhagiar, imma iktar minn ħaġa oħra hemm il-possibbilita' ta' ċensura taħt din il-liġi wkoll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jiddispjaċini imma ma naqbilx mal-Ministru fuq dan.", "Jien naħseb li l-liġijiet għandhom ikunu ċari u fejn jistgħu jiġu ċċarati għandna niċċarawhom, speċjalment jekk l-isforz li jkollna bżonn nagħmlu jkun wieħed żgħir.", "F'dan il-każ jiena insostni li jekk, per eżempju, il-knisja tapplika biex twaqqaf dawn is-servizzi minħabba li l- morali u r-rispett tad-dinjita' umana m'humiex qed jiġu protetti, skond kif qiegħda miktuba l-liġi m'għandux ikun diffiċli għaliha li takkwista dak li tkun qed titlob.", "Jien nissuġġerixxi li dan il-provvediment jitneħħa minn hemmhekk, biex il-liġi ma tkunx ristrettiva b'tali mod li tkun tista' twaqqaf dawn is-servizzi ta' komunikazzjoni.", "Bħala alternattiva, wieħed mis- subinċinżi ta' subklawsola (3) ta' klawsola 4 għandu jipprovdi għall- protezzjoni tal-morali u r-rispett għad-dinjita' umana.", "B'hekk tiġi solvuta l-problema għax filwaqt li l-awtorita' tibqa' marbuta bil-liġi li tipproteġi l-morali u r-rispett għad-dinjita' umana, fl-istess ħin ħadd ma jkun jista' japplika quddiem il-qrati biex iwaqqaf dawn is-servizzi minħabba l-abbużi li jsiru.", "Jiġifieri jien qed nissuġġerixxi li subinċiż (v) ta' subklawsola (1) (a) ta' klawsola 4 jimxi minn hemmhekk u jsir funzjoni ta' l-awtorita' taħt subklawsola (3) dejjem ta' klawsola 4.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Bir-rispett lejn l-Onor.", "Buhagiar, naħseb li b'dan is- suġġeriment li għadu kemm għamel ma nkunux qed insolvu l-ebda waħda mid- diffikultajiet li qajjem qabel, rigward il-punt li xi ħadd jista' jipprova jwaqqaf it-trasmissjoni totali minħabba xi parti partikolari tat- trasmissjoni.", "Għaliex billi tneħħiha minn subklawsola (1) u tpoġġiha taħt subklawsola (3) ma naħsibx li jkun qed jinbidel xi ħaġa, iktar u iktar meta qegħdin nassoċjaw din is-subklawsola mal-fatt li l-awtorita' trid tiżgura li jkun hemm il-liberta' tal-komunikazzjoni u li l-communications m'għandhomx ikunu limitati ħlief meta jkun meħtieġ għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet.", "Jiena ma narax x'jista' jinbidel billi nispustjaw din is- subklawsola minn fejn qiegħda għal x'imkien ieħor, għax jekk il-problema hija li jista' jkun hemm xi ħadd li joġġezzjona u allura jkun hemm il- possibbilta' li s-servizz kollu ta' l-internet jiġi mwaqqaf ...", "Jien naħseb li bil-mod ta' kif qed jiżviluppa dan is-servizz mhux biss f'pajjiżna imma madwar id-dinja kollha, nistgħu nkunu f'pożizzjoni li nillimitaw partijiet mit-trasmissjoni mingħajr ma nillimitaw it- trasmissjoni kollha kemm hi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, safejn naf jien fl-istadju ta' kumitat niġu hawnhekk biex niflu u ntejbu l-liġijiet.", "Issa jekk min-naħa tal-gvern qed ikun hemm din ir-reżistenza kollha kull darba li niġu biex nitolbu li l-affarijiet jiġu ċċarati, allura m'hemmx għalfejn noqogħdu naħlu ż-żmien u nagħmlu s-seduti filgħodu u filgħaxija ġaladarba nressqu l- oġġezzjonijiet tagħna u xorta ma naslu mkien.", "Aħna qed nagħmlu hekk mhux biex intawlu l-ħin imma biex il-liġi nagħmluha aħjar.", "Jien naħseb li min illeġisla ma qagħadx jieħu in konsiderazzjoni li ċerti provvedimenti li hawn f'subklawsola (1) (a) ta' klawsola 4 għha jistgħu jiġu użati direttament biex titwaqqaf funzjoni ta' l-awtorita'.", "Għalhekk qed ngħid li għandu jsir ċertu rtukkar tal-liġi u għalhekk ma narax għala l-gvern għandu joġġezzjona għas-suġġerimenti validi ta' l-oppożizzjoni, għax kif inhi mqiegħda tista' tintuża minn xi ħadd quddiem il-qrati biex jillimita l- liberta' tal-komunikazzjoni.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li l-awtorita' xorta tkun obbligata li tassigura l-protezzjoni tal-morali u r-rispett tad-dinjita' tal-persuna umana, imma dan il-provvediment għandna ndaħħluh bħala waħda mill- funzjonijiet ta' l-awtorita' taħt subklawsola (3) ta' klawsola 4, li allura tiġi taqra li \"l-awtorita' għandha wkoll tiżgura l-protezzjoni tal-morali u rispett tad-dinjita' umana\", ħalli hekk ħadd ma jkun jista' japplika dan il- provvediment biex iwaqqaf il-liberta' tal-komunikazzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi dan is-suġġeriment huwa validu għax itejjeb il-liġi u ma narax għala l-Ministru għandu jirreżisti b'kull mod kull suġġeriment li nagħmlu aħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, din m'hijiex kwestjoni ta' reżistenza għas-suġġerimenti ta' l-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Buhagiar qed jgħid li subinċinz (v) ta' subklawsola (1) (a) ta' klawsola 4 għandu jinqala' u jitqiegħed f'subklawsola (3) ta' l-istess klawsola.", "Imma x'vantaġġ hemm li taqla' xi ħaġa word for word mis-subklawsola fejn qiegħda u tagħmilha bħala subklawsola oħra fl-istess klawsola?", "Jekk hemm xi benefiċċju li se jbiddel il-pożizzjoni tal-liġi, lesti nikkonsidraw dan is-suġġeriment bil-qalb kollha, imma jrid ikun hemm raġuni valida għaliex isir dan.", "Jien qed nistaqsi x'se jinbidel billi din tinqala' minn subklawsola (1) u titqiegħed taħt subklawsola (3).", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, f'subklawsola (1) (a) ta' klawsola 4, il-liġi qed tassigura l-liberta' tal-komunikazzjoni u li l-communications m'għandhomx ikunu limitati ħlief meta dan ikun meħtieġ għal xi raġuni partikolari, bħalma hija l-protezzjoni tal-morali u r-rispett għad-dinjita' tal-persuna umana.", "Jien qed ngħid li jista' jkun hemm organizzazzjoni lokali li jidhrilha li s-servizz ta' l-internet qed jiġi abbużat minħabba l- pornografija li tkun qed tiġi trasmessa u allura din tapplika quddiem il- qrati biex l-awtorita' tiġi ordnata tillimita l-liberta' tal- komunikazzjoni.", "Skond kif qiegħda l-liġi hawnhekk, jien inħoss li hemm ċans tajjeb li din l-organizzazzjoni eventwalment jirnexxielha twaqqaf is- servizz ta' l-internet, għax il-liġi tgħid li fejn il-protezzjoni tal- morali u r-rispett għad-dinjita' tal-bniedem m'humiex imħarsa, allura l- awtorita' trid tillimita l-liberta' tal-komunikazzjoni.", "Jekk il-provvediment li hemm f'subinċiż (v) ta' subklawsola (1) (a) jitqiegħed taħt subklawsola (3) ta' l-istess klawsola - u allura tiġi taqra li l-awtorita' għandha tassigura wkoll l-protezzjoni tal-morali u r-rispett għad-dinjita' tal-persuna umana - din il-problema tiġi solvuta u nkunu lqatna żewġ għasafar b'ġebla waħda, għax l-awtorita' tkun obbligata li tipproteġi l-morali u r-rispett għad-dinjita' tal-persuna umana, imma fl- istess ħin ħadd ma jkun jista' japplika quddiem il-qrati biex tiġi limitata l-liberta' tal-komunikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, naħseb li l-punt li qed iqanqal l- Onor. Buhagiar huwa validissimu għax hawn qegħdin ngħidu li din l-awtorita' hija r-regolatur u l-poteri tagħha huma mifruxa ħafna.", "Mela jekk din is- subklawsola titqiegħed taħt it-(3), ikunu l-awtorita' u l-gvern li jiddeċiedu li jipprojbixxu dak li jidhrilhom li hu against public policy - għax l-awtorita' hija estensjoni tal-politika tal-gvern - u min iħoss li jrid jeħodha kontra l-awtorita' jkun jaf bil-quddiem li l-awtorita' għandha s-saħħa kollha tal-liġi li tiffissa hi dak li huwa in the public interest, il-public morals u r-rispett għad-dinjita' umana.", "Jien naħseb li dan l- ispustament ikun qed jagħti aktar saħħa u nħoss li l-Ministru għandu jikkonsidra dan il-fatt, ovvjament wara li jikkonsulta ma' l-esperti konċernati.", "Xtaqt nikkummenta ftit ukoll fuq subinċiż (vii) ta' subklawsola (1) (a) dwar prevenzjoni ta' l-iżvelar ta' informazzjoni li tkun ingħatat konfidenzjalment.", "Din hija waħda mill-punti delikati ta' din il-liġi għax iktar ma wieħed jiftaħ iktar il-privacy ta' l-individwu aktar qed tispiċċa.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li teżisti liġi dwar is-servizz sigriet fejn, f'każ ta' suspett fondat min-naħa tal-pulizija ta' xi attivita' kriminali, il-pulizija, wara li tgħaddi mill-proċeduri u ġġib il-warrant mingħand il-ministru, tkun tista' tagħmel telephone tapping u tidħol f'sistemi ta' komunikazzjoni biex tippreveni dawk l-attivitajiet ta' natura kriminali.", "Jien niġbed l-attenzjoni tal-Ministru wkoll għall-fatt li din il-liġi li għadni kemm semmejt tista' twassal għall-konflitt ma' funzjoni ewlenija ta' din l-awtorita' li qed niddiskutu.", "Għalhekk nistaqsi lill-Ministru huwiex il-waqt li jitlob lil-legal advisors biex hawn tidħol riferenza għal dan l- Att partikolari, fis-sens li meta ċertu privacy tinkiser għax il-pulizija jkollha bżonn tidħol f'ċerti sistemi biex tkun taf x'inhu għaddej, azzjoni bħal dik ma tista' qatt tiġi interpretata li tkun in conflict ma' l-obbligi li għandha l-awtorita' li tassigura informazzjoni konfidenzjali li tkun protetta.", "Naħseb li dan huwa punt li wieħed irid jikkonsidra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, f'ċertu sens naħseb li l-punt li għadu kif għamel l-Onor.", "Mangion huwa l-maqlub tal-punt li għamel qabel l-Onor.", "Buhagiar, għas-sempliċi raġuni li filwaqt li l-Onor.", "Mangion qed jgħid li l- protezzjoni tal-morali u r-rispett tad-dinjita' umana huma xi ħaġa fundamentali, kif svolġa l-argument iktar kmieni konna sejrin lejn il- pożizzjoni li d-dritt tal-protezzjoni tal-morali u r-rispett tad-dinjita' tal-persuna m'humiex il-fulcrum li fuqhom għandha ddur is-sitwazzjoni.", "Infatti l-Onor.", "Buhagiar beda jitfa' l-enfasi fuq il-biża' li xi ħadd jista' jikkontesta d-dritt li għandha l-awtorita'.", "L-Onor.", "Mangion għamel riferenza wkoll għal liġijiet oħra ta' pajjiżna.", "Fuq dan il-punt partikolari rrid niċċekkja x'inhi l-pożizzjoni u jekk hemm xi differenzi bejniethom, naqbel li għandna nagħmlu xi forma ta' cross reference.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Se nerġa' nitkellem fuq il-każi fejn il-liberta' tal-komunikazzjoni tista' tiġi limitata.", "Jekk, per eżempju, ikun hemm xi theddida għas-saħħa pubblika jew theddida għas-sigurta nazzjonali, skond din il-liġi l-liberta' tal-komunikazzjoni tista' tkun limitata.", "Anke għall- prevenzjoni ta' atti ta' diżordni jew atti kriminali, il-pulizija tista' tapplika biex tiġi limitata l-liberta' tal-komunikazzjoni.", "F'din il-liġi hawn imniżżel ukoll li jekk ikun hemm xi theddida għall- morali jew rispett għad-dinjita' umana, xi assoċjazzjoni jew xi persuna tista' tapplika biex tiġi limitata l-liberta' tal-komunikazzjoni.", "Issa waqt li l-pulizija jkollha id-dritt li tagħmel hekk minħabba li bil-mezzi li għandna bħalissa m'hemm l-ebda mod ta' kif jiġi ristrett l-użu tas- sistemi tal-komunikazzjoni li qed jiġu abbużati, bħall-pornografija jew il- pedofilija, jista' jkun hemm xi ħadd li japplika biex tiġi limitata l- liberta' tal-komunikazzjoni.", "Jien qed ngħid biex dan is-subinċiż (v) jiġi spustat minn hemmhekk u jidħol bħala funzjoni ta' l-awtorita', b'tali mod li l-liġi tiġi taqra li l-awtorita' trid tassigura protezzjoni tal-morali u tar-rispett tad-dinjita' umana.", "Jien ma narax għala l-Ministru qed isib din id-diffikulta' kollha biex jagħmel dan.", "Pero' biex ma nkomplux induru fuq l-istess ħaġa se nitkellem dwar subinċiż (ix) li jittratta dwar rabtiet teknoloġiċi li jeżistu minnhom infushom fil-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Jien nixtieq li l-Ministru jiftaħ iżjed fuq din il-klawsola biex jagħti eżempju ta' kif din tista' tiġi użata f'dawk il-każi ta' xi ċaqliq dwar il-liberta' tal-komunikazzjoni.", "Personalment din naraha ftit vaga, pero' jista' jkun li naraha hekk minħabba n-nuqqas ta' esperjenza f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk f'subinċiż (iii) ta' subklawsola (1) (a) - il-prevenzjoni ta' diżordni jew atti kriminali - huwiex qed jalludi għal dawk il-communication jew technology- related crimes li pajjiżi oħra qed jassistu għalihom, bħalma huwa l- computer hacking.", "Rajna kif viruses li oriġinaw minn tfal ta' 16-il sena daħlu f'computer systems u ħarbtu kollox, u għalhekk naħseb li din hija waħda mill-impenji ta' l-awtorita' biex toħloq strutturi li jkunu kapaċi jilqgħu għal każi simili li jistgħu jinqalgħu fil-futur.", "Hemm il-ħsieb li l-awtorita' tħarreġ xi nies jew inkella tagħmel arranġamenti mal-pulizija biex ikun hemm uffiċjali speċjalizzati?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Rigward l-aħħar punt li qajjem l-Onor.", "Buhagiar, attwalment il-mezzi ta' komunikazzjoni differenti li żviluppaw u li għad iridu jkomplu jiżviluppaw għandhom modi differenti ta' kif iwasslu messaġġ lil min ikun qiegħed f'pożizzjoni li jirċievi dak l-istess messaġġ.", "Li qed jingħad hawnhekk huwa li l-awtorita', anke f'dawn il-każi, ma tistax tillimita ħlief min-natura ta' l-istess żviluppi teknoloġiċi.", "Rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Mangion, fil-fatt aktar 'il quddiem jingħad li mhux bilfors li l-awtorita' tqabbad personnel mpjegati magħha direttament imma tista' tqabbad diversi korpi biex jaqdu funzjonijiet partikolari ta' l-awtorita'.", "Għalkemm hawnhekk mhux qed jingħad li se jkunu bilfors impjegati tagħha, nifhem il-punt ta' l-Onor.", "Mangion u naqbel miegħu li biex taqdi ċerti funzjonijiet speċifiċi, l-awtorita' se jkollha bżonn tqabbad xi organizzazzjoni biex ċertu xogħol jagħmlu ħaddieħor f'isimha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk fhimt sew il-Ministru qed jgħid li minħabba n-natura tat-telecommunications jista' jkollok sistema li ma taqbilx ma' oħra.", "Jiġifieri jekk ikun hemm żewġ kumpanniji fejn tat-tieni jkollha sistema li ma taqbilx ma' ta' l-ewwel, allura l-ewwel kumpannija ma tistax titlob għal-limitazzjoni tas-sistema ta' komunikazzjoni.", "Jekk qed nifhem sew dan hu l-użu ta' dan il-provvediment.", "Issa jekk hu hekk irridu noqogħdu attenti għax dan jista' jkun konfliġġenti ma' subklawsola (3) (c), li titkellem fuq il-funzjoni ta' l-awtorita' li tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni, għax ma jistax ikollok kompetizzjoni ġusta jekk kumpannija tuża sistema li tkun inkompatibbli ma' oħrajn.", "Fil-fatt din is-sena fil-qrati kellna ħafna kawżi ta' litigazzjoni, fejn minħabba li kien hemm problema ta' interkonnessjoni kellna diżgwid sħiħ bejn żewġ kumpanniji.", "Jiġifieri jiena nara li subklawsola (3) (c), li l- awtorita' għandha tiżgura u tirregola li jkun hemm interkonnessjoni, hija importantissima.", "Imma jekk fhimt sew lill-Ministru, f'subinċiż (ix) ta' subklawsola (1) (a) qegħdin ngħidu l-kontra, li jekk sistemi ma jkunux kompatibbli dik hija raġuni biżżejjed għal-limitazzjoni tal-komunikazzjoni.", "Jien nitlob lill-Ministru jikkonsulta ruħu ma' l-esperti biex jara jekk il-biża' tiegħi li dawn huma inkompatibbli hijiex vera jew le, ħalli jekk mhux hekk naraw kif nistgħu nirranġaw is-sitwazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt biex nippreċiża ftit it-tifsira ta' din is- subklawsola, jekk għandek sistema użata madwar id-dinja li attwalment kulħadd jaf li mhux possibbli li b'xi mod tkun kompatibbli ma' sistemi oħrajn, allura jkun inutli li tipprova tgħid li dawn l-interconnections li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Buhagiar b'xi mod qegħdin jillimitaw.", "Jekk għandek mezz ta' komunikazzjoni ġdid li bl-ebda mod ma jista' jingħaqad ma' sistemi oħrajn, għalxejn tipprova tgħaqqdu mal- kumplament għax jekk ma tistax tgħaqqdu ma tistax.", "Pero' xorta waħda se nara jekk hemmx xi possibbilta' li jsir dak li qed tgħid inti u jekk hux possibbli li l-wording nbiddluh.", "M'iniex qed ngħid li bilfors irridu nibqgħu fuq dan il-kliem u għalhekk se niċċekkja ma' l- experts.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Chairman, xtaqt ngħaddi għal subklawsola (3) (j), fejn l-awtorita' tirregola l-kwalifiki li persuna għandu jkollha biex tiġi ingaġġata f'xi attivita' rregolata minn jew taħt dan l-Att.", "Hawnhekk għandna entitajiet privati joperaw u s-suq jiddetta li huma jiddeterminaw xi kwalifiki għandu jkollhom ċerti nes li huma se jiġu bżonn li jkunu jridu għal tip partikolari ta' xogħol.", "Qegħdin nitkellmu fuq suq miftuħ u għalhekk ma nistgħux ngħidu li għal dak il-post irid ikollok ċerti kwalifiki u mhux oħrajn.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li minflok il-frażi ''jirregola l-kwalifiki'' tidħol il-frażi ''tapprova l-kwalifiki'', għax ma naħsibx li l-awtorita' għandha tirregola l-kwalifiki hi għal min jingaġġa operatur fis-sistema.", "Huwa understandable li tirregola dawk li huma l-minimum requirements, imma mill-bqija l-awtorita' għandha biss tapprova l-kwalifiki.", "Qed ngħid dan għax jekk ninqabdu f'sistema amministrattiva tqila u xi operatur jitlob li l-awtorita' tapprovalu lil applikant li għandu ċerti kwalifiki, l-awtorita' jkollha tirrispondi malajr għax illum kollox mgħaġġel.", "Jekk toqgħod tirregola l-kwalifiki hi naħseb li jista' jkun hemm id-dewmien.", "Jien ngħid li għandha tiffissa l-minimum requirements u tara li jkunu osservati, u jekk l-applikant ikollu iktar kwalifiki mill-minimu rikjest, l-operatur can go ahead u jingaġġa lil min jidhirlu hu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk qed nifhem tajjeb l-Onor.", "Mangion qed jgħid li minflok tirregola, l-awtorita' għandha tistabilixxi minimum standards u daqshekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Hekk hu, l-awtorita' għandha tapprova l-minimum standards tal-kwalifiki.", "Immaġina sitwazzjoni fejn operatur jgħid lill- awtorita' li jrid jingaġġa executive officer li għandu ċerti kwalifiki.", "Kulma trid tagħmel l-awtorita' huwa li tara li l-applikant għandu l-minimum requirements u mhux li toqgħod tirregola xi qualifications irid ikollu l- applikant.", "Jien inħoss li l-kelma \"tirregola\" tagħti d-dritt lill- awtorita' li tiffissa l-kriterji li ħafna drabi jistgħu jieħdu tul ta' żmien biex jiġu ffissati u li allura jsiru inprattikabbli.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien se nkompli fuq il-punt li qajjem l-Onor.", "Mangion.", "Fil-fatt jien kont diġa rrimarkajt li jekk l-awtorita' se jkollha l-jedd li tirregola l-kwalifiki li persuna għandu jkollha biex tiġi mpjegata f'xi attivita' regolata taħt dan l-Att, din l-awtorita' se tinbidel f'employment agency li ma naħsibx li hija xi ħaġa mixtieqa.", "Naħseb li l-funzjoni ta' l-awtorita' għandha tkun limitata li tistabilixxi l-minimum standards u mhux li tapprovahom.", "Għandha biss tistabilixxi l- minimum standards ta' min se jaħdem f'dak il-qasam, imbagħad sta għall- kompetenza ta' l-intraprenditur jew tal-kumpannija li tingaġġa persuni li jkollhom dawk il-minimum standards stabiliti mill-awtorita'.", "Qed nistenna li l-Ministru jikkummenta wkoll fuq il-pariri li tawh l- esperti fuq id-diskussjoni dwar l-interkonnessjoni tas-sistemi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Rigward l-interkonnessjoni għadni qed nistenna l- parir.", "Rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Mangion, naħseb li wieħed irid jara jekk din hijiex qed tirriferi għall-impjiegi ma' l-operaturi differenti inkella hijiex qed titkellem fuq il-kwalifiki ta' persuni li tqabbad l- istess awtorita'.", "Jekk din qed tirriferi għall-impjieg ta' kuntratturi u personnel ieħor li jiġu mpjegati ma' l-awtorita', naħseb li kif inhi qiegħda tajba.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-fatt il-kliem eżatt huwa ''tiġi mpjegata f'xi attivita'''.", "Issa meta qed nitkellmu fuq xi attivita' jien nifhem xi ħaġa wiesgħa, għax attivita' tolqot anke the activity of an operator within the system.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk ir-riferenza tista' titwessa' bil-mod li qed jgħidu l-Onor.", "Mangion u l-Onor.", "Buhagiar, li l-awtorita' tista' tikkontrolla wkoll l-impjegati li xi operaturi partikolari jista' jkollhom, allura nifhem il-punt li qed jitqajjem u naħseb li ma jkunx hemm problema biex issir il-bidla neċessarja.", "Pero' rrid nara jekk hijiex dik l- intenzjoni tal-leġislatur għax f'dak il-każ ikollna bżonn wording aktar preċiż.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, nixtieq li f'dan l-istadju nagħmel osservazzjoni ta' natura ġenerali fuq din il-klawsola li għandna quddiemna.", "Fil-fehma tiegħi l-mod kif qed jiġu definiti l-funzjonijiet regolatorji f'subklawsoli (2) u (3) huwa vag wisq.", "M'hemm l-ebda kontenut ħlief l- issettjar tal-kriterji ta' kif din il-funzjoni regolatorja se tiġi eżerċitata.", "Li ngħidu li l-funzjoni ta' l-awtorita' hi li tirregola din, din u l-oħra fl-opinjoni tiegħi huwa assolutament nieqes mill-kontenut.", "Imbagħad il-punti fejn hemm ċertu ammont ta' kriterju tant huma vagi li ma jfissru xejn.", "Per eżempju, subklawsola (3) (d) - \"ensure fair competition in all such services, products, operations and activities\" - frankament ma tfisser xejn.", "Punt fejn hemm ċertu ammont ta' kontenut huwa f'subklawsola (3) (f) - \"secure and regulate the development and maintenance of efficient systems in order to satisfy as economically as possible all reasonable demands for the provision of this service etc\" - imma l-kontenut tant hu vag li m'għandu l-ebda import ta' regolamentazzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju ta' kif wieħed kien jistenna li l-kriterji jiġu ssettjati f'dan it-text fuq dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' restrictions on market entry.", "Hawnhekk m'għandna l-ebda gwida għall-awtorita' li tgħidilha li wieħed mill-kriterji li fuqhom trid taħdem u tirregola huwa li kemm jista' jkun tassigura li ma jkunx hemm restrictions on market entry fis-settur.", "U safejn naf jien din hu wieħed mill-kriterji kbar li qed jiġu ssettjati għall-awtoritajiet regolatorji mad-dinja kollha.", "Jien nixtieq li l- Ministru jispjega ftit jekk dawn it-tip ta' kriterji humiex jew għandhomx jiġu riflessi fil-liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk il-punt huwa li għandna nidħlu f'aktar dettall ta' x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-awtorita', naħseb li wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li kemm fit-tieni qari kif ukoll f'dan l-istadju ta' kumitat issemma' diversi drabi l-fatt li s-settur qed jinbidel il-ħin kollu, u allura wieħed irid ikun żgur li jkun hemm parametri wesgħin biżżejjed biex l-awtorita' jkollha l-possibbilta' li taġixxi b'mod immedjat fuq dawn ir-regolamenti.", "Għal din ir-raġuni li m'hawnx il-punti speċifikati f'aktar dettall ta' x'inhuma l-affarijiet li tista' jew ma tistax tagħmel l-awtorita'.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Hija ħaġa ċara li s-suq qed jinbidel bil-kbir imma nimmaġina li kullimkien qed isir hekk u mhux f'Malta biss.", "Imma filwaqt li ħaddieħor jagħmel ċerti parametri li fihom ir-regolamentazzjoni tista' tiġi eżerċitata, hawnhekk m'hawn l-ebda parametri.", "U l-parametri x'inhuma?", "Per eżempju, parametru ewlieni għandu jkun the absence of any restrictions in market entry other than those justified on the grounds of objective, transparent, proportionate and non-discriminatory criteria relating to the availability of scarce resources.", "Hemm ċerta preċiżazzjoni imma bl-ebda mod m'hi qed tirrestrinġi l-fatt li s-settur qed jinfetaħ.", "Imma jekk inħarsu lejn il-proposta li għandna quddiemna naraw li m'hemm l-ebda kriterju li fuqu din se taħdem.", "Jekk inħarsu lejn dawn l-items li hawn elenkati f'subklawsoli (2) and (3) ta' klawsola 4 naraw li m'għandhomx meaning, m'għandhomx kontenut regolatorju imma qegħdin jiddeskrivu b'mod totalment astratt x'se taħdem u x'se tagħmel.", "Ċertament li l-aktar fatt li jispikka f'dan il-qasam huwa li r- regolamentazzjoni tkun maħsuba b'mod li restrictions to market entry jitneħħew.", "Imma r-regolatur ikun qed jingħata parametru kif se jaħdem.", "Hawnhekk m'hawn xejn minn dan kollu.", "Qed nassumu u għandna nassumu li l- gvern irid - u naħseb kulħadd jaqbel fuqha din - li kemm jista' jkun f'dan is-suq indaħħlu free competiton within the parameters ta' dan is-settur li veru tkun free competition fl-interess ta' min qed jinvesti u fl-interess tal-konsumatur.", "Imma l-kriterji li jwasslu għal dan iridu jiġu specified għax inkella nkunu qed nagħżqu fl-ilma.", "Naħseb li dan huwa l-iżball enormi li qed nagħmlu f'din il-klawsola li qed nibqgħu fuq livell tant ġenerali u tant astratt li fil-prattika r-regolatur mhux se jkollu liġi li tgħid, bħal f'liġijiet oħra regolatorji, x'inhuma l-parametri.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, jien ma nistax naqbel mal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li m'hemm l-ebda parametru.", "Jekk wieħed iħares lejn il- kontenut minn subklawsola (3) (a) sa subklawsola (3) (f), partikolarment din ta' l-aħħar, jara li din tgħid:", "''tiżgura u tirregola l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi effiċjenti sabiex tiġi sodisfatta, daqskemm ikun ekonomikament possibbli, kull domanda raġonevoli għall-provvediment ta' servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet li jirrigwardaw kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att.''", "Mela hawnhekk hawn il-parametru ekonomiku.", "Issa jekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qed jgħid li hemm bżonn ta' aktar parametri, nistgħu niddiskutu jekk hemmx lok għalihom jew le.", "Wieħed jista' jiddiskuti wkoll is-suġġeriment li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk hux il-każ li f'dan ir-rigward jidħlu parametri iktar ristrettivi minn dak li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Naħseb li hawnhekk il-parametri la huma miftuħin u lanqas magħluqin imma non-eżistenti.", "Għax irridu nkunu nafu x'inhu l-qafas li jrid jitmexxa 'l quddiem għall-iżvilupp tas-settur.", "U jekk qed naqblu li l-iżvilupp li rridu f'dan is-settur huwa kemm jista' jkun ta' free competition taħt ċerti parametri, irridu nispeċifikaw kif qed naraw din il- ħaġa.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija jekk it-tneħħija ta' barriers to market entry għandhiex tkun parti mis-sistema regolatorja.", "Għax imkien ma jirriżulta li fis-sistema regolatorja għandna dak il-valur li rridu mmexxu 'l quddiem.", "Mhux qed ngħid biex nikkopjaw eżattament lill-European Union jew lill-Amerikani jew lit-Taljani, imma li huma għandhom kunċett li aħna m'għandniex naħseb li huwa fatt li rridu naċċettawh.", "Jien nista' nagħtik iktar parametri imma ejja nibdew mir-restrictions on market entry biex kemm jista' jkun jitneħħew, ovvjament subject għal ċerti affarijiet li jkunu oġġettivi, trasparenti eċċ. Dan huwa punt ieħor.", "Imkien minn dan il-qafas regolatur ma toħroġ il-kelma \"trasparenza\".", "Jien ma nistax nifhem għaliex meta jekk hemm xi ħaġa li hija kruċjali li r- regolatur irid ikun bound by law li jagħmilha, ċertament li hija d- dimensjoni tat-trasparenza.", "To be fair, kull ħaġa trid tkun marbuta mat- trasparenza.", "Bħala dimensjoni għal kif irridu li r-regolatur jaħdem, naqblu fuq l-absence of resctrions on market entry within reasonable bounds jew le?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien se mmur iżjed minn hekk u ngħid li l-liġi kif inhi qiegħda kważi tiskoraġġixxi li operaturi ġodda jidħlu fis-suq.", "Għax apparti dak li għadu kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li m'hemm l-ebda parametri jew l-ebda delineation ta' operaturi ġodda fis-suq, jekk wieħed iħares sew lejn subklawsola (3) (p) isib hekk:", "''tinkoraġġixxi l-provvediment ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet f'Malta u tagħti opportunita' lil persuni li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet f'Malta li jikkompetu b'mod effettiv fil- provvediment ta' dawk is-servizzi barra minn Malta.''", "Jiġifieri qed ngħidu li nistgħu nikkompetu u ndaħħlu servizzi biex ikun hemm provvediment ta' servizzi barra minn Malta imma dwar operaturi li se jidħlu fis-suq lokali m'hemm l-ebda klawsola.", "Jiġifieri hawnhekk irridu naraw kif se nirregolaw id-dħul ta' operaturi ġodda fis-suq.", "Jien nifhem li mhux sewwa li kulmin ifettillu jidħol fis-suq ma jiġix regolat imma jiġi mġiegħel jidħol għall-fini ta' kompetizzjoni ġusta, għax b'hekk tista' ssir ħsara lill-interessi tal-konsumatur.", "Jiġifieri jrid ikun hemm xi forma ta' regolamentazzjoni li tirregola lil min jidħol fis-suq biex ikun żgurat li min jidħol ikollu ċertu know-how u effiċjenza fis-servizz biex niżguraw l-interessi tal-konsumatur.", "Dan irid isir imma fl-istess ħin ma trid issir l-ebda klawsola li tillimita l-operat ta' dawn l-operaturi.", "Jiġifieri filwaqt li ninkoraġġixxu lil dawn l-operaturi, nirregolawhom ukoll.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk qed nifhem tajjeb, donnu li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-Onor.", "Buhagiar qed jgħidu li rridu nkunu aktar speċifiċi u jkun hawn miktub b'mod iktar ċar x'jistgħu jkunu l-funzjonijiet ta' din l- awtorita'.", "Qed jingħad li dan li hawn hawnhekk mhux biżżejjed.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li la hi miftuħa u lanqas magħluqa imma non- eżistenti.", "Jien ma naqbilx ma' din l-analisi.", "Hawn diversi punti li jassiguraw li l-awtorita' għandha funzjonijiet speċifiċi x'taqdi, u jekk wieħed irid jidħol f'iktar dettall u jgħid li għandu jkun hemm iktar parametri miktubin, li huma mniżżla wkoll bħala parti mil-leġislazzjoni, jien se nara jekk is-suġġeriment ta' l-oppożizzjoni nistgħux nilqgħuh.", "Jiġifieri bl-ebda mod ma jien qed ngħid li jekk hemm punti li jistgħu jiċċaraw il-pożizzjoni m'għandniex ninkluduhom.", "Madanakollu s'issa għadni mhux qed nifhem x'inhu l-għan wara dan kollu, apparti li hawn min irid jara aktar dettalji.", "Rigward il-fatt li m'hemm l-ebda riferenza għall-kelma \"trasparenza\", jien naħseb li t-trasparenza hija l-underlying theme fil-funzjoni ta' din l- awtorita' u għalhekk m'hemm l-ebda lok li titniżżel bil-miktub.", "Donnu li n- nuqqas ta' din il-kelma jimplika li m'aħniex qed naħsbu b'mod trasparenti dwar kif nagħmlu l-affarijiet.", "Għall-kuntrarju, jien naħseb li wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din l-awtorita' huwa li tkun trasparenti fil- funzjonijiet tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk ma jimpurtax se nirrispondi fuq l-aħħar punt li jekk irridu li din l-awtorita' tkun trasparenti, ma rridux ngħidu underlying u implied imma rridu niktbuha.", "Fid-draft ta' leġislatura oħra li għandi quddiemi, kważi f'kull subparagraph tissemma' l-kelma \"trasparenti\".", "Ħalli nagħti eżempju ta' kif nistgħu nkunu ħafna iktar konkreti, vis-a-vis subklawsola (3) (d) ta' klawsola 4:", "''Ensure fair competition in all such services, products, operations and activities''", "Għalija, in real terms din hija meaningless għax la hemm trasparenza u lanqas hemm parametri kif tista' tiġi implimentata.", "Ħalli nerġa' nikkwota dak li għedt ftit ilu biex nuri kif ikun parametru li jkun preċiż u ċar.", "Minflok ngħidu \"ensure fair competition\" etc, nistgħu nagħmluha iktar preċiża u ngħidu \"ensure the absence of any restriction on market entry other than those justified on the grounds of objective, transparent, proportioned and non-discriminatory criteria relating to the availability of scarce resources\".", "Tista' tkun aktar preċiża minn hekk mingħajr ma tirristrinġi lir-regolatur fuq l-affarijiet li jistgħu jinqalgħu?", "Imma ċertament hemm ħafna iktar kontenut milli ngħidu \"fair competition\" fl- ajru.", "Il-punt tiegħi hu li hemm affarijiet li għandhom jidħlu biex inkunu ħafna iktar preċiżi u biex jiggwidaw lir-regolatur mingħajr ma jagħlqulu jdejh, imma lanqas ma rridu nħallu d-definition ta' kif se jaħdem ir- regolatur mingħajr l-ebda kontenut.", "Eżempju ieħor li nista' nagħti huwa l-award procedures.", "Il-frażi \"ensure the implimentation of objective, transparent, non-discriminatory award procedures criteria\" m'hijiex qiegħda hawn imma naħseb li tkun tagħmel sens kieku kellha tidħol f'dan il-kuntest.", "Il-punt tiegħi huwa li hemm bżonn li nħarsu ftit lejn dawn il-funzjonijiet u nagħmluhom aktar utli.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Biex inkompli fuq dan li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, il-fatt li l-liġi hija astratta jidher anke minn subklawsola (3) (i), provvediment importanti ħafna minħabba li jitkellem fuq il- prezzijiet.", "Issa jekk kien hemm xi ħaġa li l-poplu gerger minnha u minħabba fiha tilef il-fiduċja fl-affarijiet li qed isiru, kien il-fatt li l-Vodafone talbu biex iraħħsu l-prezzijiet tas-servizzi li jipprovdu u għal raġuni li diffiċli wieħed jifimha, kien hemm ċerta resistenza mir-regolatur biex dan iseħħ.", "Jekk inħarsu lejn subklawsola (3) (i) ma naraw l-ebda titjib ta' kif wieħed jista' jevita ċirkostanzi bħal dawn għax din tgħid li:", "''tirregola l-istruttura tal-prezzijiet għal kull attivita' regolata b'dan jew taħt l-Att u meta jkun adattat li tistabilixxi l-mekkaniżmi li bihom jiġi stabilit il-prezz li jkollu jitħallas għas-servizzi, prodotti, operazzjonijiet jew attivitajiet.''", "Hawn għandna kollox fl-astratt għax m'hemmx kriterji konkreti dwar kif se jiġu regolati l-prezzijiet.", "Aħna se nħallu s-suq miftuħ, se nħallu lis- suq jiddetermina l-prezz?", "Ċertament li m'huwiex sewwa li nħallu lis-suq jitbaxxa awtomatikament għax imbagħad tista' tonqos il-kwalita'.", "Imma f'dan il-paragrafu m'hemm l-ebda kriterju konkret ta' kif se jkun hemm kompetizzjoni ġusta, prezzijiet ġusti li waqt li jkunu ta' vantaġġ għall- konsumatur ma tixxellifx il-kwalita' tal-prodott.", "Jiġifieri aħna rridu nistabilixxu kriterji iżjed ċari biex meta nitkellmu fuq fair competition u liberalizzazzjoni, ta' l-inqas nibdew naraw xi titjib fil-prezzijiet u fil- kwalita' tas-servizzi.", "Imma li niktbu li l-awtorita' se jkollha l-funzjoni li tistabilixxi l-mekkaniżmu hija astratta wisq.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien ma nħossx li l-awtorita' għandha b'xi mod tistabilixxi xi mekkaniżmu imma għandu jkun is-suq li jiddetermina l-prezz.", "L-awtorita' mbagħad għandha tiżgura li l-kwalita' tas-servizzi tkun tajba u adatta.", "Għalhekk aħna ngħidu li din il-liġi ġiet formulata bl-għaġġla mingħajr ma ġew ikkonsidrati liġijiet oħra fil-qasam internazzjonali - m'hemmx għalfejn nikkopjaw eżatt xi liġi barranija, imma ta' l-inqas għandna nieħdu l-ideat - għax mill-mod ta' kif inhuma fformolati l-klawsoli, ċertament li dan ma sarx.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, b'riferenza għall-aħħar kumment ta' l- Onor. Buhagiar, diġa' għedna li għamilna riferenza għal liġijiet oħra, imma b'daqshekk ma jfissirx li se naqbdu liġi ta' ħaddieħor u nagħmluha parti mil-leġislazzjoni tagħna.", "Rajna t-tajjeb u l-ħażin ta' ħaddieħor u jien nemmen li attwalment ħadna l-partijiet li l-iktar li jistgħu jagħmlu sens fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Rigward il-punti li ssemmew mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni iktar kmieni, bħall-parametri li qegħdin ngħidu li m'humiex ċari biżżejjed u li m'hemmx id-dettall neċessarju, tajjeb li wieħed jagħmel riferenza għall-fatt li klawsola 4 titkellem fuq il-framework li fih ser taħdem l-awtorita', imbagħad dettalji oħrajn joħorġu minn partijiet oħra tal-liġi.", "Hawn riferenza kontinwa għall-fatt li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qed inħarsu lejn liġi oħra, fejn insibu f'aktar dettall il-parametri partikolari li wieħed irid jistabilixxi, bħal per eżempju l-funzjoni regolatorja ta' din l-awtorita' rigward it-telecommunications.", "Id-dettalji ta' parametri li huma neċessarji f'dan ir-rigward joħorġu mit- Telecommunications (Regulation) Act kif inhu sal-lum u kif se jiġi emendat biex joħorġu parametri iktar dettaljati minn dawk li għandna llum.", "Rigward il-punt li qajjem l-Onor.", "Buhagiar dwar il-mod astratt ta' kif jiġu stabiliti l-prezzijiet u dwar jekk għandhiex tkun l-awtorita' regolatorja li tistabilixxi l-mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġu ffissati l- prezzijiet, ma nistax naqbel mal-punt li m'għandux ikun hemm mekkaniżmu fi ħdan l-awtorita' u li għandna nħallu f'ċertu sens il-liberta' li kulħadd jagħmel li jrid.", "Huwa proprju minħabba dan li l-awtorita' għandha l- obbligu li tistabilixxi mekkaniżmi ċari li jekk hemm bżonn ikunu wkoll pubblikati biex kulħadd ikun jaf x'inhu jsir.", "Safejn naf jien, mhux f'pajjiżna biss imma anke f'diversi pajjiżi barranin diġa' hemm stabbiliti mekkaniżmi interni fi ħdan awtoritajiet regolatorji li bihom jiġu stabiliti l-prezzijiet.", "Ċertament li din mhiex xi ħaġa li qed nipprovaw nivvintawha aħna.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, sinċerament m'iniex sodisfatt bir- risposta tal-Ministru għaliex qed jgħidilna li t-talba għall-konkretezza se tiġi indirizzata iktar tard vis-a-vis t-telecomms.", "Dan m'huwiex il-każ għax hawn mhux qed nitkellmu fuq konkretezza ta' kif in the short run se tiġi mibdula s-sitwazzjoni tat-telecomms f'pajjiżna.", "Mela l-bieraħ ħlejna ma nafx kemm ħin biex qalulna li kull ħaġa li hemm fit-text hija regulation, fis-sens li jekk qed nitkellmu fuq telecomms allura għandna the regulation of telecomms u jekk qed nitkellmu fuq data protection għandna the regulation of data protection ...", "Mela jekk din hija l-liġi li suppost se tirregola b'mod ġenerali kif se ssir din ir-regolamentazzjoni, il-prinċipji jridu jitilqu minn hawnhekk.", "Ma jridux ikunu fl-arja li jgħidu \"regulate, monitor and keep under review all practices, operations and activities relating to any matter regulated by or under this Act\".", "That is meaningless in a real sense għax b'hekk ma nkunu qed nissettjaw l- ebda framework ta' kif jinħadmu dawn l-affarijiet b'mod ġenerali.", "Ser nerġa' naqra mill-mod ta' kif ġiet defined \"regulatory procedure\" f'dokument internazzjonali biex nindika t-tip ta' lingwaġġ li jintuża:", "''The absence of any restrictions on market entry other than those justified on the grounds of objective, transparent, proportionate and non-discriminatory criteria relating to the availability of scarce resources.''", "Din tapplika għad-data protection, għat-telecomms u għal kull settur li qed nitkellmu dwaru.", "M'hemm xejn partikolari għal xi settur wieħed biss imma fl-istess ħin qed tissettja l-punt li fil-kwestjoni ta' x'market competition irridu, barriers to entry are one of the things to hit.", "It-tieni frażi hija:", "''The implimentation of objective, transparent and non-discriminatory award procedures and criteria.''", "Allura din qed tfisser li hemm xi ħaġa li tiddependi daqstant minn dik il- liġi jew legal notice?", "Le, għax bl-istess mod din tista' tidħol f'kull settur u m'hemm assolutament xejn li hemm għalfejn niddelegawh jew nistennewh minn liġi jew minn legal notice oħra.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "''The efficient management of essential resources and particularly frequencies, numbers and right of way to ensure the equitable treatment of the various market players.''", "X'hemm iktar miftuħ u preċiż minn dan u li japplika għat-telecomms, għad- data protection u għall-areas kollha li suppost li din il-liġi tapplika għalihom, from the context of regulation, electronic commerce, internet services, eċċ, eċċ?", "Eżempju ieħor huwa dan:", "''The obligation placed on certain operators to provide a defined minimum range of services of specified quality.''", "M'huwiex importanti li regolatur ikun jaf li leġislatur qed jistennih li jpoġġi ċerti obbligi fuq ċerti operaturi biex jassiguraw a defined minimum range of services in communications?.", "Din tapplika għall-internet, għat- telecomms u għal kollox.", "Nagħti eżempju ieħor.", "''The obligation for operators within the framework of certain categories of licences and authorisations to satisfy reasonable requests for interconnection in a non-discriminatory way and in line with essential requirements.''", "Din tapplika għal kull waħda minnhom u m'hi qed tirrestrinġi xejn mill- iżvilupp li jista' jiġri, anzi qed tagħti guidelines għal kif taħt kondizzjonijiet ta' free competition, defined għall-communications li għandna quddiemna f'ambjent regolatorju, nistgħu niggwidaw parametri ċari lill-communications authority li qed narawha bħala awtorita' regolatorja fuq dawn l-areas kollha.", "Minflok qed ngħidu affarijiet li ma jfissru xejn.", "Issa billi ngħidu ''carry out studies, research or investigations relating to any matter regulated by or under this Act'' jew \"regulate the qualifications or approve the qualifications to be possessed by any person who is engaged or employed in any activity regulated by or under this Act'', b'daqshekk x'qed ngħidulha?", "Billi ngħidu \"establish measures for the protection of the environment in the provision of the services, products, operations or activities relating to any matter regulated by or under this Act'', b'daqshekk x'inkunu qegħdin ngħidulha biex tagħmel l- awtorita'?", "Il-qalba ta' l-isfida regolatorja hija kif se nippermettu li f'kuntest ta' free competition, f'era ta' taħt technological changes qawwija, ikun hemm xi ħaġa trasparenti u mhux diskriminatorja bejn A versus B, b'mod li tassigura a fair deal lill-konsumatur u n-national interest taħt ċerti kriterji.", "Minn dan kollu m'hawn xejn.", "Mhux billi ngħidu kollox implied għax fir-realta' ma jkun hemm xejn implied, waqt li jekk inħallu l-liġi tat-telecomms u xi legal notices jitkellmu dwarhom, allura f'dak il-każ stajna m'għamilna xejn.", "Jien naħseb li din il-ħaġa għandha tiġi kkonsidrata.", "Biex inkun poġġejt il-karti kollha tiegħi fuq il-mejda, dan li qed nikkwota minnu huwa dokument ta' l-European Union.", "Qed nikkwota mill- Council Resolution ta' l-EU tat-22 ta' Lulju, 1992 u tat-22 ta' Diċembru, 1994, jiġifieri din m'għandhiex tmur kontra l-idea tal-gvern għax daqskemm hu ossessjonat bl-Ewropa, dawn l-affarijiet għandu jaċċettahom.", "Għalhekk l-affarijiet li huma meaningful, li jagħmlu sens, għandna ndaħħluhom.", "Jien mhux qed ngħid affarijiet li ma naqbilx magħhom, avolja ma japplikawx għalina, imma qed nikkwota xi ħaġa ta' l-EU, li ma tistax tkun preċiża iktar minn hekk, għax trasparenza tiela' u trasparenza nieżla.", "F'din il- leġislazzjoni li qed niddiskutu l-kelma \"trasparenza\" lanqas tidher darba, meta suppost li tant aħna ossessjonati bl-Unjoni Ewropea li kull ħaġa li jgħidulna nibilgħuha.", "Lanqas għandna s-sens li l-affarijiet tajba nikkopjawhom u ndaħħluhom.", "Issa biex żgur inkun fair, l-EU ikkopjat dan kollu mill-US, jiġifieri ħafna minn dawn il-provisions huma meħudin mill-framework regolatorju tal- US.", "Imma l-punt jibqa' li jekk hemm xi ħaġa tajba neħduha.", "Jien qatt m'għedt li jekk hemm xi ħaġa tajba ta' l-EU ma nagħmluhiex għax inkun miġnun jekk ngħid hekk.", "Jien stess qed nissuġġerixxi li f'dan il-każ indaħħluha, imma mhux fuq ossessjoni niftħu kemm irridu imbagħad affarijiet prattiċi li japplikaw għal pajjiżna ma nagħmluhomx.", "Nerġa' nirrepeti li kif inhi miktuba l-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mal- functions ta' l-awtorita', il-funzjoni regolatorja m'hijiex qed tagħmel the basic task li suppost għandna din il-liġi, li tiddefenixxi b'mod konkret, b'mod serju u b'mod teknikament aċċettabbli mingħajr ma toħloq problemi għall-futur.", "Il-kuntest tant qed jitħalla vojt u miftuħ li ma jfisser xejn.", "Dnub li hemm mudelli li jistgħu jintużaw imma li mhux qed jiġu wżati.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, għalkemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ikkwota minn direttivi ta' l-EU, wieħed irid jara xi żviluppi seħħew mill- 1994.", "Jien konvint li minn dak iż-żmien 'l hawn kien hemm xi aġġornamenti ta' dawn l-istess direttivi.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ma kienx hemm għax kont qed nikkwota mill-aħħar update tar-resolutions.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jikkwota minn dawn id-direttivi u qed jakkużana li lanqas it-tajjeb ta' dawn ma kkopjajna, iżda donnu li mhux jinduna li qed ikisser l-argument li ntuża diversi drabi, anke fid-dibattitu ta' din il-liġi stess, li tant aħna ffissati li nsiru membri ta' l-Unjoni li nikkopjaw kulma jgħidulna.", "Jekk kien hemm bżonn ta' prova, din hija l-prova li aħna nadottaw l-affarijiet skond il-ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li jekk m'aħniex se ndaħħlu dawn id- diversi punti fil-leġislazzjoni għat-twaqqif ta' l-awtorita' dwar il- komunikazzjoni, allura nistgħu nieqfu hawn għax dan li qed nagħmlu ma jfisser xejn.", "Pero' qabel ma nitkellmu b'dan il-mod irridu nifhmu bis- serjeta' l-underlying theme ta' din il-liġi.", "Ma nafx kemm-il darba għedniha li meta niġu għal klawsola 32 u t-Tieni Skeda ta' dan l-abbozz ta' liġi, se nkunu qed nemendaw l-Att ta' l-1997 biex jirregola t- Telekomunikazzjoni; u lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni nerġa' ngħidlu li ċerti punti parametriċi li qed jistaqsi fuqhom, joħorġu mill-provvedimenti ta' dak l-Att li se nkunu qed nemendaw.", "Per eżempju, waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' regolatorja attwalment toħroġ mhux minn xi legal notice jew minn short-term programme - biex nuża kliem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - imma toħroġ b'mod l-iktar ċar mill-emendi li qed nagħmlu għall-Att li jirregola t-Telekomunikazzjoni.", "Nafu wkoll li hemm abbozz dwar data protection, li huwa ppublikat f'forma ta' white paper, u li eventwalment se jagħti wkoll parametri fuq il-mod ta' kif wieħed jista' jħaddem dik is-sistema partikolari.", "Ċertament li mhux il-każ li ngħidu li qed nitkellmu fl-ajru.", "Qegħdin nitkellmu fuq abbozz ta' liġi li jistabilixxi l-framework u l-linja ġenerali, pero' mbagħad id-dettalji tal-parametri u t-trasparenza u ħafna affarijiet oħra li ssemmew dalgħodu min-naħa ta' l-oppożizzjoni joħorġu minn leġislazzjoni oħra li għaliha kontinwament qed jaċċenna dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, aħna qatt m'għedna li jekk hemm xi affarijiet li huma tajbin ma ndaħħluhomx u ma nużawx il-mudell leġislattiv li għandhom l-EU - aħna nikkritikaw il-fatt li minħabba l-ossessjoni tiegħu l-gvern idaħħal regoli u policies ta' l-EU li ma japplikawx għalina - għax fejn hemm affarijiet li nistgħu nużawhom, għandna nużawhom.", "Lili jdejjaqni wkoll il-fatt li fejn hemm mudelli tajbin li nistgħu nużawhom, dawn nitfgħuhom fil-ġenb.", "Issa l-Ministru ta l-impressjoni li aħna qed nitkellmu fuq dettalji.", "Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq dettalji.", "Mela l- prinċipju tat-trasparenza huwa dettall!", "Dan il-prinċipju ma jidher u ma jissemma mkien f'din il-liġi.", "Il-Ministru qal ukoll li fuq telecomms se nitkellmu iktar 'l quddiem fl- emendi għat-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997.", "Imma skużi, il- kontradizzjoni hija flagranti f'dan li qed jintqal.", "Il-bieraħ jew il- bieraħt lura l-Ministru qal li dawk huma liġijiet dwar l-aspett operattiv u din hija liġi dwar l-aspett regolatorju u allura l-prinċipji li se jirregolaw strutturi jew sistemi differenti ma nsibuhomx f'din il-liġi imma fil-liġijiet l-oħrajn tal-posta, tad-data protection u oħrajn.", "Skużi imma din x'loġika hi!", "Il-prinċipji ġenerali għandhom jidhru f'din il-liġi.", "Per eżempju barriers to entry huwa prinċipju u m'għandux x'jaqsam mat-telecomms biss jew mad-data protection biss.", "Qed nipprovaw inneħħu l-barriers to entry jew le fis-setturi kollha?", "U jekk nemmnu f'dan il-kunċett irridu ngħidu li ma naqblux ma barriers to entry within limits li huma parametri għar-regolamentazzjoni.", "X'inhi r-raġuni li ma rridux ngħiduha din hawn?", "Jekk imbagħad inħarsu lejn l-emendi li l-gvern irid idaħħal għat-telecomms insibu li dawn huma emendi ad hoc - issa jekk se nanalizzawhom dawn għandna nanalizzawhom minn issa - u ma tibnix prinċipji minnhom.", "Dawn jirriżultaw minn negozjati fil-magħluq - għandna x'nikkritikaw ħafna fuqhom ukoll - u ma joħorġux prinċipji regolatorji minnhom għax dawn sempliċement jissettjaw ċerti targets bħala riżultat ta' negozjati.", "Xi prinċipji regolatorji joħorġu minnhom dawn?", "Jekk se nagħmlu xi ħaġa nagħmluha bis-serjeta'.", "Qed nitkellmu dwar mudelli li jagħtu prinċipji ta' serjeta' u ma nistax nifhem kif qed niskartawhom, bl-iskuża li fl-opinjoni tiegħi m'hijiex tajba li prinċipji regolatorjji nistgħu nsibuhom f'liġijiet differenti.", "Dan m'huwiex minnu f'dan il-livell ġenerali.", "Li jkun hemm trasparenza fl-award procedures u li ma jkunx hemm barriers to entry huma affarijiet li japplikaw għas-setturi kollha.", "Mhux għal kulħadd tapplika l-policy li jkun hemm possibbilta' li tagħmel obbligi separati fuq service providers fit- telecomms jew fid-data protection għar-raġunijiet ta' ċertu tip li jiddefendu l-konsumatur?", "Ma nistax nifhem kif dawn l-affarijiet ma jidħlux hawnhekk.", "Għaliex għandna nagħmlu din id-distinzjoni kollha bejn liġi ta' regolamentazzjoni u liġi li tmexxi l-operat?", "Issa qed ngħidu li l- prinċipji tar-regolamentazzjoni nwaddbuhom fil-liġijiet ta' l-operat!", "Qed naqilbu l-argument ta' taħt fuq għax daqqa ngħidu ħaġa u daqqa ngħidu oħra, meta l-mudell jeżisti u mhux qed nivvintawh jien, anzi kkwotajt riżoluzzjonijiet ta' l-EU.", "Stajt ikkwotajt riżoluzzjoni ta' l-Amerikani bl- istess mod.", "Ma nistax nifhem din ir-resistenza, għax kieku jien minflok il- Ministru kont nikkonsidra li naġġorna d-diskussjoni fuq dan il-punt u nagħmel draft ieħor.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, nirrepeti l-punt li diġa' għamilt qabel u nipprova nagħmlu iktar fil-qosor.", "Il-liġi li għandna quddiemna li biha qed inwaqqfu l-awtorita' dwar il-komunikazzjoni hija l-framework li fuqu se jiġu stabiliti l-prinċipji.", "Imbagħad il-punti l-oħra li saret riferenza għalihom joħorġu minn leġislazzjoni oħra li l-istess abbozz ta' liġi jagħmel riferenza għalihom.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Tajjeb, mela ħalli nieħu l-Ministru fuq dan li qed jgħid u nistaqsih: Bħala prinċipju huwa aċċettat li kemm jista' jkun ma jkunx hemm barriers to entry?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-prinċipju diġa' huwa stabilit f'subklawsola (1)(a) meta jingħad li l-awtorita' għandha:", "\"tiżgura liberta' ta' komunikazzjoni u li l-komunikazzjonijiet m'għandhomx ikunu limitati ...\"", "Il-prinċipju ta' trasparenza diġa' għidt iktar qabel li huwa l-underlying theme.", "F'ċertu sens meta nipprovaw inniżżlu l-kelma \"trasparenza\" fil- leġislazzjoni nnifisha, minflok inkunu qed ngħinu biex bis-serjeta' kulħadd jemmen li l-proċess huwa trasparenti, inkunu qegħdin nimplikaw li altrimenti ma jkunx hemm trasparenza.", "Dan il-punt diġa' għamiltu aktar qabel.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu, din l-aħħar argumentazzjoni żgur hija falza għax għadni kemm ikkwotajt minn EU Council Resolution li għadha viġenti fejn il-kelma \"trasparenza\" tidher kemm-il darba.", "Mela issa dawn huma l-injoranti li ma jafux jiktbu u ma jafux kif jagħmlu l-phrasing u t- terminoloġija!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Skużi, Sur President, jien fl-ebda ħin m'għedt li dawn huma l-injoranti li ma jafux jiktbu affarijiet bħal dawn.", "Jien għedt għal iktar minn darba waqt dan id-dibattitu li l-leġislatur jkun ra dawn id- direttivi u riżoluzzjonijiet u mhux jikkopjahom word for word imma jara kif japplika dik il-leġislazzjoni għal ħteġijiet ta' pajjiżna.", "Jien onestament ma nifhimx kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li l-ħin kollu jikkritika lil din in-naħa li aħna ffissati li nagħmlu l-affarijiet kif jgħidulna ta' l-EU u issa qiegħed ukoll jikkritikana għaliex m'aħniex nikkopjawhom.", "F'din il- leġislazzjoni u f'leġislazzjoni oħra hemm adottati l-prinċipji u ma narax għalfejn għandna nimplikaw li xi ħadd huwa injorant jew inkella għaref.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Huwa immaterjali jekk hux mill-EU jew minn xi post ieħor, il-punt huwa li m'huwiex minnu li l-prinċipji li għandhom jidħlu f'regolamentazzjoni serja qegħdin hawn.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' market entry, it-text bl-ebda mod ma jimplika li prevention of barriers to market entry tagħmel parti mill-prinċipju ta' regolamentazzjoni.", "Trid iġġebbed it-text qisu lastiku biex tasal għaliha.", "It-trasparenza wkoll imkien m'hi msemmija.", "Tajba din, issa qed nargumentaw li meta ssemmi xi ħaġa tkun qed iddaħħal is-suspett li mhux dik ix-xi ħaġa tapplika imma n-nuqqas tagħha u allura aħjar ma ssemmihiex f'liġi.", "Dan prinċipju ġdid u nifraħlu lill-Ministru li ħareġ bih!", "Biex nassiguraw li jkun hemm trasparenza ma nsemmux trasparenza fil-liġi, argument veru tajjeb dan!", "Allura ma nsemmu regolamentazzjoni xejn mill-ewwel u żgur tkun fil-liġi, ma nsemmu awtorita' xejn u żgur tkun fil-liġi; dak hu l-argument li qed jagħmel il-Ministru.", "Ma nsemmu xejn trasparenza għax jekk insemmu trasparenza jgħidu li m'hemmx trasparenza imma hija implied biss.", "Allura ssemmi xejn awtorita' u tkun implied fil-liġi; u jssemmi xejn prevention of market entry barriers għax qiegħda implied fil-liġi.", "Fejn qiegħed, per eżempju, il-prinċipju li l- award procedures ikunu trasparenti u oġġettivi?", "Imkien!", "The award procedure huwa l-essenza ta' din it-teknoloġija, iżda dan il- prinċipju imkien ma jissemma.", "Issa jekk se tgħidli li din tissemma fl- emendi li trid tagħmel għat-Telecommmunications (Regulation) Act, jiena ngħidlek urihomli, għax m'hu veru xejn li l-emendi li qed tressaq għat- Telecommunications Act ta' l-1997 jitkellmu fuq prinċipji regolatorji.", "Kulma jagħmlu hu li they set the ad hoc conclusion ta' negotiations ad hoc.", "Dak li jagħmlu, u m'hemm l-ebda prinċipju regolatorju li joħroġ minn dik l- iskeda li rriferejt għaliha.", "Dik l-iskeda kulma qed tagħmel hu li qed iddaħħal emendi għat-Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997 biex takkomoda u ddaħħal ftehim li diġa' sar.", "Fejn huma l-prinċipji regolatorji li joħorġu minnha din?", "Imkien?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt l-iskeda li għamilt riferenza għaliha tmur iktar 'il bogħod minn dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Hemmhekk qegħda tinbidel b'mod pjuttost importanti leġislazzjoni li kellna f'pajjiżna biex tkun tapplika f'sitwazzjonijiet differenti minn dik li għandna sal-lum.", "Għal darba oħra nerġa' nirrepeti li l-għan ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li noħolqu framework mingħajr ma nistabilixxu prinċipji ġodda - u jiena m'għandi bżonn lil ħadd li jifraħli ta' xi prinċipju ġdid - imbagħad il-funzjonijiet speċifiċi joħorġu minn leġislazzjoni oħra.", "Din ma nafx kemm 'il darba rrepetejtha.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk qed tgħid fit-Telecommunications (Regulation) Act se ddaħħal parametri ġodda, għidli x'inhuma.", "Tista' tgħidilna minn issa jekk jogħġbok?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, jekk wieħed imur fuq artikli 8 u 9 tal- liġi tat-telekomunikazzjoni wieħed isib li hemm stabiliti l-prinċipji li qed nitkellmu dwarhom.", "Hemm ukoll il-liġi tal-kompetizzjoni, li wkoll għandha prinċipji fiha li jistabilixxu l-mod ta' kif xi ħadd jista' jidħol u ma jidħolx fis-suq.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Stenna ftit għax issa naħseb li qed inħawdu apposta.", "X'għandha x'taqsam il-Competition Act ma' dan li qed nagħmlu hawn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hemm tliet faċċati jew erba' f'din il-liġi li jispjegaw dan!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Qed tgħid għall-għoti jew rifjut ta' awtorizzazzjoni?", "X'għandha x'taqsam dik!", "Dawn m'humiex prinċipji imma proċeduri.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-punti li qed jagħmel riferenza għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni joħorġu minn paġni C621 u C622, fejn hemm il-mod ta' kif joħorġu l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzji u wkoll liema huma l- liċenzji individwali u l-limitazzjonijiet li jistgħu joħorġu dawk il- liċenzji individwali.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa naħseb li qegħdin nidħlu fit-teatru ta' l- assurd!", "Qed nitkellmu fuq paġni C621, C622, C623, C624 u C625 fit-test Malti?", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, Sur President, we are talking at cross purposes.", "X'għandha x'taqsam din ma' li bdejna niddiskutu!", "Hawnhekk għandna proċeduri u options li tista' ssegwi l-awtorita' - f'dan il-każ l-awtorita' tal-komunikazzjoni wkoll - biex tagħti liċenzji.", "Dan x'għandu x'jaqsam!", "Aħna mhux fuq proċeduri suppost li qegħdin nitkellmu imma fuq prinċipji.", "Fost affarijiet oħrajn qegħdin ngħidu li:", "\"Jistgħu jinħarġu liċenzji individwali għal dawn l-iskopijiet biss:", "(a) sabiex id-detentur tal-liċenzja jkollu permess jidħol fil- frekwenza tar-radju u numri", "(b) sabiex id-detentur tal-liċenzja jingħata drittjiet partikolari dwar xi art pubblika jew privata.\"", "Imma x'aħna qed ngħidu?", "X'għandha x'taqsam din?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-fatt li inti għandek l-awtorizzazzjoni ġenerali li kulmin jilħaq ċerti kriterji se jkollu dawn il-permessi huwa wieħed mill- punti prinċipali tat-trasparenza li qed jagħmel riferenza għalihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li rridu nsibu t- trasparenza billi ngħarblu l-proċeduri li qed jiġu ssuġġeriti u nifhmu li kull waħda minnhom tilħaq l-għan tat-trasparenza.", "Dan huwa l-mod kif jinkitbu l-liġijiet u kif jiġu set il-prinċipji!", "Aħna mhux dwar il- proċedura qegħdin nitkellmu imma fuq l-operat kollu ta' din l-awtorita' meta tkun qegħda tmexxi x-xogħol regolatorju tagħha.", "Biex jispjega għaliex m'hemmx bżonn ta' trasparenza fil-prinċipji ġenerali tat-tmexxija tagħha, il-Ministru qed jirriferina għall-emendi li jrid idaħħal fil-proċedura ta' kif se tagħti l-liċenzji għat-telecomms biss.", "Hu qalli: Ħares lejn dik il- proċedura u għidli tistax tkun aktar trasparenti minn hekk!", "Imma mhux dak il-punt.", "Fil-linja ta' kif se nolqtu t-targets regolatorji tagħna biex nassiguraw free competition kemm jista' jkun, taħt il-constraints ta' teknoloġija li qed tiżviluppa u qed tinbidel, taħt il-constraints li rridu nagħtu l-aħjar deal lill-konsumatur u taħt il-constraints ukoll li waqt li nżommu t-trasparenza nassiguraw li tassew ikun hemm competition ġusta, x'se jkunu l-prinċipji li se jmexxuna, fosthom il-prinċipju ta' barriers to market entry?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien fl-ebda mument ma għedt li t-trasparenza b'xi mod m'għandhiex tkun jew inkella mhijiex parti mill-affarijiet li qed isiru.", "Jien qed ngħid li l-mod kif qed isiru l-affarijiet huwa fih innifsu l-iktar proċess trasparenti.", "Jekk xi ħadd jilħaq il-kriterji li huma wkoll stabiliti b'leġislazzjoni allura dan ikollu l-possibilta' li jidħol fis- suq, u dan huwa l-iktar mod trasparenti kif isiru l-affarijiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: La qegħdin nitkellmu fuq it-trasparenza, jista' l- Ministru jispjegalna x'inhuma l-mekkaniżmi li se jkollha l-awtorita' biex tistabilixxi l-prezzijiet?", "Jekk hemm ħaġa li għandha tkun trasparenti u l- poplu jkollu fiduċja fiha hija l-mekkaniżmu li se tadotta l-awtorita' biex tistabilixxi l-prezzijiet.", "Skond subklawsola (3)(i) ta' klawsola 4, l- awtorita' trid:", "\"...tirregola l-istruttura tal-prezzijiet għal kull attivita' regolata b'dan jew taħt dan l-Att u meta jkun adattat li tistabilixxi l- mekkaniżmi...\"", "Importanti li meta jkollok liġi bħal din tara x'inhuma l-kriterji li se tuża l-awtorita' biex tistabbilixxi l-prezzijiet.", "Jekk se jkollna awtorita' li se tuża l-mekkaniżmi tagħha kif trid hi meta l-prezzijiet tas- suq jiddettaw mod ieħor, dawk il-mekkaniżmi rridu nkunu nafu x'inhuma.", "Jekk ma jsirx dan se nerġgħu naqgħu fis-sitwazzjoni fejn se jkollok operaturi li jitolbu li jgħollu jew iraħħsu l-prezzijiet, l-awtorita' tirrifjuta jew taċċettahom u ma jkun hemm xejn trasparenti.", "Jekk jiġri hekk il-konsumatur se jibqa' mbellaħ bħalma baqa' mbellaħ din is-sena meta kellek il-Vodafone titlob biex traħħas il-prezzijiet u għal raġunijiet li ma jifhimhom ħadd dawn il-prezzijiet baqgħu għoljin.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Din il-ħaġa ssemmiet it-tielet darba dalgħodu.", "Il- prezzijiet kif mitluba mill-Vodafone ġew approvati ħlief għal talba waħda li mbagħad kienet irtirata wkoll mill-istess applikazzjoni vis-a-vis t- telefonati Vodafone to Vodafone.", "L-oħrajn ġew kollha aċċettati mir- regolatur kif kienu sottomessi mill-kumpannija.", "Din il-ħaġa ssemmiet tlieta jew erba' darbiet dalgħodu u naħseb ikun aħjar li wieħed jistabilixxi r- realta' x'inhi.", "Għar-rigward tal-mekkaniżmi jien naħseb li tkun illużjoni li xi ħadd jitlob lil dan il-parlament jew lil xi leġislatur biex jispjega wkoll il- mekkaniżmi li se jintużaw.", "Jekk għada jkun hemm fattur ġdid, x'se nagħmlu?", "Niġu hawnhekk biex inbiddlu l-mekkaniżmu b'mod legali, jew inħallu l-mekkaniżmu kif ikun sakemm xi darba jkun hemm xi ħadd li jressaq abbozz ta' liġi u jemenda s-sistema?", "L-awtorita' se jkollha l-mod ta' kif tistabilixxi l-mekkaniżmi li jiena nispera li jkunu ċari għal kulħadd u possibbilment ukoll pubblikati biex kulħadd ikun jaf x'inhu l-mekkaniżmu li qed jintuża, pero' ma naħsibx li nistgħu b'xi mod ngħidu li dawn il- mekkaniżmi għandhom jidħlu fil-leġislazzjoni u nerġgħu niġu fl-assurdita' li għexna lkoll meta l-pjan ta' żvilupp kien isir b'liġi.", "Il-mekkaniżmu jrid jiġi stabilit mill-awtorita' u se mai ikun pubblikat, imma żgur m'għandux ikun parti mil-leġislazzjoni li qegħdin niddiskutu hawnhekk.", "Il- mekkaniżmi jinbidlu minn żmien għall-ieħor u ma tistax tagħmilhom bħala parti mil-leġislazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, mela ħalli nissuġġerixxi kif setgħet tiġi din il-klawsola.", "Din setgħet tiġi li:", "''...il-prezz ta' kull servizz f'dan is-settur jiġi stabilit mis-suq ħlief meta dan ikun ta' detriment għall-kwalita' tas-servizz.''", "Jien naħseb li artiklu ċar iżjed minn hekk ma jistax ikollok.", "Permezz ta' provvediment bħal dan tkun qed tiġi protetta l-kwalita' tas-servizz u fl- istess ħin ma tkunx qed ixxekkel l-operat tas-suq li fi klima ta' kompetizzjoni ġusta jiddetermina l-prezz.", "Jien ngħid li jekk aħna nemmnu fil-kompetizzjoni ġusta u fil-liberalizzazzjoni rridu nħallu l-prezzijiet tas-suq, pero' l-awtorita' trid tara li dan ma jkunx ta' detriment għall- kwalita' tas-servizz.", "B'hekk tkun trasparenti u ġust u jekk verament tan- naħa l-oħra jemmnu fil-forzi tas-suq dawn għandhom iħalluh jopera dejjem b'salvagwardji għall-kwalita' tas-servizzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar kummenti?", "Il-Ministru", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'għandix iktar kummenti x'ngħaddi dwar din il-parti partikolari.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Ħalli nistaqsi issa fuq prinċipju ieħor, li jsegwi fuq dak li qal l-Onor.", "Buhagiar.", "Meta tkun qed tagħmel ix-xogħol tagħha l- awtorita' għandha xi obbligu li tħares l-interessi tal-konsumatur?", "Jekk għandha, minn fejn joħroġ dak l-obbligu?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Diġa' ngħad fl-istadju tat-tieni qari - u naħseb li dan huwa punt li missna ddiskutejnih fit-tieni qari u mhux f'dan l-istadju - li l-għan aħħari ta' l-awtorita' huwa dak li tassigura li l-konsumatur ikollu l-aħjar deal possibbli.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, għandna quddiemna subklawsola (3)(i) ta' klawsola 4 fejn qed ngħidu hekk:", "''The authority shall also regulate the price structure for an activity regulated by or under this Act and where appropriate to establish the mechanism whereby the price to be charged for the services, products, operations or activities is determined;", "Din il-parti hija l-aktar parti li suppost tirrifletti l-ħteġijiet tal- konsumatur pero' dan lanqas biss jissemma.", "Ma nistax nifhem kif il- Ministru qed jgħid li kull ħaġa f'dan l-abbozz hija designed għas-servizz tal-konsumatur meta mbagħad f'ħaġa bażilari bħal din, fejn qed nitkellmu fuq regulation tal-price structure, lanqas biss qegħdin nissettjaw il- parametri li fuqhom se taħdem l-awtorita'.", "Per eżempju, a rate of return adegwata lill-commercial players, l-idea li jkollok aktar minn kompetittur wieħed, u li trid iżżomm ċertu prezz li jippermetti lil tnejn, tlieta jagħmlu profitt u l-interess tal-konsumatur li jkollu the best quality at the cheapest prices - dawn imkien ma jidhru hawnhekk.", "U kif nistgħu nemmnu li kull ħaġa hija mfassla għall-konsumatur jekk anke f'dan il-punt strateġiku m'hemm ebda riferenza għal ħaġa bħal din?", "Nerġa' naqra:", "''The authority shall also regulate the price structure for an activity regulated by or under this Act and where appropriate to establish the mechanism whereby the price to be charged for the services products, operations or activities is determined.''", "Mela hawnhekk m'għandna xejn speċifiku, imma mbagħad, meta jrid, ikun speċifiku ta' l-għaġeb.", "Per eżempju, f'subklawsola (3)(q) - dejjem qed nitkellem fuq klawsola 4 - jingħad li:", "''Encourage users of communication services to establish places of business in Malta.''", "Hemmhekk speċifiċi.", "Hemmhekk nidħlu tant f'dettall li lanqas tagħmel sens in a real way.", "Mela r-regolatur qiegħed hemmhekk biex jinkoraġġixxi li jiġi l-business f'Malta.", "Din qisha bħal dak li għandna fil-Malta financial services centre li min-naħa qed tirregola s-settur u min-naħa qed tinkoraġġixxi kumpanniji tal-financial services biex jiġu Malta.", "F'dan il- każ waħda mill-functions ta' din l-awtorita' hi li tinkoraġġixxi lil kumpanniji biex jiġu jistabilixxu places of business f'Malta meta fl-istess ħin hija r-regolatur tal-places of business stess.", "Hemmhekk insemmuhom u nkunu preċiżi imma fuq il-konsumatur ma nsibu xejn!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, l-ewwelnett naħseb li naqblu li huwa importanti li kemm jista' jkun jiġu stabiliti attivitajiet ta' negozju li permezz tagħhom ikomplu jinħolqu l-impjiegi fil-pajjiż.", "Naħseb li għandha tkun ukoll waħda mill-funzjonijiet ta' l-awtorita' li fejn hu possibbli jiġi stabbilit ukoll in-negozju f'dan ir-rigward.", "Intqal ukoll li l-konsumatur ma jissemmiex.", "Ta' min jgħid li fuq nett ta' paġna 686 hemm riferenzi ċari fejn jintqal li għan ta' l-awtorita huwa:", "\"... to promote the interest of consumers, purchasers and any other users ...\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma skużi, il-Ministru għadu kemm qalilna li m'għandux għalfejn isemmi il-consumers għax kull ħaġa fl-abbozz hija indirizzata lejn il-consumers u issa f'daqqa waħda sab x'imkien fejn hemm il-kelma \"consumers\".", "Għandu jkun din il-kelma hija xi jack in the box!", "Ovvjament il-punt li semma \"to encourage users of communication services to establish places of business in Malta\" hija xi ħaġa tajba, imma l- mistoqsija hija: Din il-ħaġa għandha taqa' taħt awtorita' regolatorja?", "Bħala eżempju klassiku nsemmi dak li qalu dan l-aħħar fil-Maltacom li jridu jgħollu t-tariffi tat-telefonati f'Malta ħalli jkunu jistgħu jraħħsu dawk tat-telefonati għal barra.", "Din il-ħaġa ilhom jgħiduha tliet snin.", "Fi żmienna kienu jgħidulna biex nagħmluha din imma ma konniex inħalluhom.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħid li lanqas issa m'huma jħalluhom jagħmluha, imma qed jgħid lil din l-awtorita' biex tieħu ħsieb din il- kwestjoni hi.", "Issa din l-awtorita' tista' tiddeċiedi li taċċetta din il- ħaġa għax subklawsola (3)(q) ta' klawsola 4 tgħid:", "\"... to encourage users of communications services to establish places of business in Malta.\"", "Veru huwa tajjeb li nġibu l-business 'l hawn, imma dan għandu jkun parti mit-terms of reference ta' din il-awtorita' li hija regolatorja wkoll?", "Hemm dubbji kbar fuq ħaġa bħal din.", "Issa fl-aħħar, wara li qalilna li m'hemmx għalfejn jissemmew il- konsumaturi, il-Ministru qalilna li dawn issemmew.", "L-ewwel kien qed jgħidilna li l-konsumaturi qegħdin kullimkien f'din il-liġi u issa sabilna punt wieħed fejn jissemmew.", "Minn hawn u ftit ieħor isibilna punt fejn tissemma l-kelma \"trasparenza\" wkoll - għax l-ewwel qalilna li m'hemmx għalfejn insemmu t-trasparenza - u noqogħdu nilagħbu jack in the box.", "Bir- rispett kollu, jekk il-konsumaturi ssemmew fejn qed jgħid li ssemmew, messhom issemmew ukoll fil-functions ta' l-awtorita'.", "Dan hu l-punt kollu.", "Hemm xi ħaġa fuqxiex għandna nikkustinjaw?", "La qed tgħid li you are happy li sibtha f'punt wieħed, daħħal din il-kelma fil-funzjonijiet ukoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, la hemm jack in the box, la hija kwestjoni li tkun jew ma tkunx happy u lanqas hemm kontradizzjoni f'dak li qed ngħid!", "Kontinwament għedna li l-awtorita' regolatorja għandha funzjonijiet li joħorġu wkoll mill-leġislazzjoni l-oħra, li hemm cross reference għaliha kontinwament fl-abbozzi l-oħrajn.", "U r-referenza tal- konsumatur li kkwotajt jien m'hija l-ebda jack in the box imma hija parti mil-leġislazzjoni l-oħra dwar it-telekomunikazzjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mela l-Ministru daħħal l-aspett tal-consumer taħt it- Telecommunications (Regulation) Act ta' l-1997, fejn ma kellhiex tidħol - għax dik il-liġi hija line Act - u taħt l-Att regolatorju din ma riedx idaħħalha.", "Din il-ħaġa ma tagħmilx sens.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'għandi l-ebda ħsieb noqgħod nirribatti lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Jien qiegħed inkun konsistenti ma' dak li għedt aktar qabel diversi drabi, li hemm liġi oħra li tistabilixxi framework dwar il-mod ta' kif se taħdem l-awtorita' regolatorja, fejn hemm riferenzi għall-konsumatur b'mod mill-iktar lineari.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' jack in the box!", "Hemm konsistenza f'dak li qed jingħad u fil- mod kif inhija strutturata wkoll il-liġi li għandna quddiemna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nerġa' niġi lura għall-kwestjoni li l- Ministru wegħedni li se jispjegali dwar l-inkonsistenza f'dak li huwa interkonnessjoni ta' servizzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-fatt il-verżjoni Ingliża tidher iktar ċara.", "Fil- verżjoni Maltija hemm il-kliem \"rabtiet teknoloġiċi\" u t-translation tagħha bl-Ingliż hija \"technical constraints inherent in the means of communication\".", "Jekk per eżempju, m'hemmx frekwenzi available allura inti ma tistax tagħti servizzi.", "Il-probabbilta' hi li l-kelma fit-test Malti se tiġi mibdula b'kelma oħra li tirrispekkja l-kelma ''constraints'' aktar mill-kliem ''rabtiet teknoloġiċi''.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Nixtieq immur lura għal dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Kif għedna anke qabel, huwa punt kardinali f'din il-liġi li l-konsumatur għandu jiġi protett.", "Wieħed mill-punti ta' kritika li kellna anke fit-tieni qari hu preċiżament minħabba li aħna nħossu li din l- awtorita' għandha tirregola l-affarijiet biex kollox imur sew, kemm fl- interess tal-konsumatur kif ukoll fl-interess ta' l-operaturi.", "Aħna nħossu li waħda mill-funzjonijiet ewlenin ta' l-awtorita' għandha tkun li tipproteġi l-interessi tal-konsumatur - tant nemmnu fiha din li ppreparajna emenda meta konna qed nitkellmu dwar klawsoli preċedenti - u aħna lesti li nressqu emenda oħra biex jiġi enfasizzat l-interess li għandu jkollha din l- awtorita' fil-konsumatur.", "Sur President, qed inressaq din l-emenda:", "\"F\" Wara l-paragrafu (r) tas-subklawsola (3) fi klawsola 4 għandu jidħol dan il-paragrafu ġdid li ġej:", "\"(s) tara li f'kull każ l-interessi ta' l-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjoni jiġu mħarsa, kemm f'dak li huma prezzijiet u kemm f'dak li huwa kwalita' u f'kull każ jiġu protetti minn għaqdiet jew assoċjamenti li jxekklu l-kompetizzjoni ġusta.\".", "\"F\" Immediately after paragraph (r) of subclause (3) of clause 4, there shall be added the following new paragraph.", "\"(s) has the duty to see that in every case the interests of users of communication services are protected both with regards to prices and also with regards to quality of services provided and in each case that these users are protected from business associations that limit free competition.\".", "B'dan il-mod l-awtorita' se jkollha l-funzjoni li tħares il-konsumatur minn cartels li jistgħu jiffurmaw ruħhom f'dan il-qasam.", "Pero' li enfasizzajt fuqu fit-tieni qari huwa li aħna nissuspettaw li liġi bħal din tista' ġġib il-quddiem l-interessi tal-cartels u din l-emenda hija ntiża proprju biex tiġi evitata din il-ħaġa.", "Il-Ministru l-ħin kollu jgħid li l-interessi tal-konsumatur jidhru kull fejn tħares f'din il-liġi u allura ma narax għaliex m'għandux jaċċetta din l-emenda.", "Dawn ovvjament huma affarijiet li ċ-ċittadini li aħna qed nirrappreżentaw jistennew minna.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, min-naħa tiegħi għandi żewġ emendi oħra x'inressaq:", "''G'' Minflok in-nota marġinali għall-klawsola 4 għandha tidħol din li ġejja: \"Skop u funzjonijiet ta' l-Awtorita'.\" u fis-subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem minn \"Mingħajr preġudizzju\" sa \"ta' l- Awtorita' li -\" għandhom jidħlu l-kliem \"L-Awtorita' jkollha bħala għan li -\".", "\"G\" For the marginal note to clause 4 there shall be substituted the following: \"Scope and functions of the Authority\" and in subclause (1) thereof for the words from \"Without prejudice\" to \"of the Authority to -\" there shall be substituted the words \"It shall be a purpose of the Authority to -\".", "\"H\" Is-subklawsola (3) tal-klawsola 4 għandha tiġi emendata billi fil- paragrafu (f), minflok il-kliem \"sistemi effiċjenti\" għandhom jidħlu l- kliem \"sistemi ta' komunikazzjoni effiċjenti\".", "\"H\" Subclause (3) of clause 4 shall be amended in paragraph (f), by substituting for the words \"efficient systems\" the words \"efficient communication systems\".", "Għar-rigward ta' l-emenda li għadu kif ressaq l-Onor.", "Buhagiar, għaddejtha lid-drafters biex nara jekk hux possibbli li tiġi aċċettata wkoll.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nixtieq inqajjem punt differenti issa, Mr. Chairman.", "Subklawsola (3)(e) ta' klawsola 4 tgħid:", "''The authority shall also establish minimum quality and security standards for any of the said services, products, operations and activities and to regulate such measures as may be necessary to ensure public and private safety.''", "Quddiem dan il-parlament bħalissa hemm liġi oħra għaddejja li hija l-liġi li twaqqaf mill-ġdid l-awtorita' Maltija għall-għemil ta' standards u subklawsola (10) ta' klawsola 3 ta' din il-liġi tgħid hekk:", "''The authority shall be the authority in Malta entrusted with the coordination of standardisation and related activities, and in the exercise of its functions under this or any other law, it shall, unless otherwise expressly provided, not be under the direction or control of any person or authority.''", "Aktar 'l quddiem mbagħad tgħid li l-awtorita':", "\"...with the concurrence of the Minister , enter into agreements with any person or authority whereby such person or authority shall on behalf of the authority carry out such functions and services...\"", "Il-funzjonijiet ta' l-awtorita' li qed nitkellmu dwarha hawnhekk vis-a-vis l-istandards, huma tagħha b'delega mill-awtorita' l-ġdida ta' l-istandards?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, fil-fatt il-punt li għadu kif qajjem il- Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-establishment of minimum quality and security standards hija funzjoni ta' din l-awtorita' b'mod separat minn dak li huwa għamel riferenza għalih għar-rigward tal-Malta standardisation authority.", "Hija funzjoni separata.", "MR CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Għaliex hija funzjoni separata?", "Ħalli nifhmu x'qed ngħidu.", "\"Minimum quality and security standards for any of the said services\" naħseb japplikaw anke għat-tip ta' apparat jew il-wiring li jintuża.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-istandardisation authority tagħmel riferenza għat- telecommunications wkoll?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Across the board safejn naf jien.", "Jien qed naqra mill- functions ta' l-awtorita'.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kien komplikat biżżejjed li dħalt f'din, imma f'dik ma dħaltx!", "ONOR.", "ALFRED SANT: Aħna nidħlu f'kollox għax aħna ta' l-oppożizzjoni jack of all trades.", "''The authority shall be the authority in Malta entrusted with the coordination of standardisation and related activities and in the exercise of its function under this or any other law ...''", "F'din il-liġi m'hawnx cross reference għall-istandardisation authority.", "Qed tifhmu l-punt tiegħi?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien il-pożizzjoni li tawni issa hija li din hija funzjoni separata mill-istandardisation authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Imma fuq liema bażi qed jgħidu hekk?", "Għand id- definizzjoni ta' \"standard\" taħt il-liġi dwar l-istandardisation authority hi:", "\"... technical specification approved by a recognised standardisation body for repeated or continuous application, with which compliance is not compulsory...\"", "Issa bil-liġi li għandna quddiemna llum mhux biss they establish imma they also regulate such measures, jiġifieri they must be monitoring and following it up.", "Ma rridx infettaq fuqha imma naħseb li għandha tkun iktar ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Niċċekkja biex nara jekk hemmx ħtieġa li jew f'din il- liġi jew fil-liġi ta' l-istandarisation ikun hemm cross reference għal- leġislazzjoni.", "F'din kif inhi qiegħda ma jidhirx li hawn.", "Mr Chairman, se nressaq emenda żgħira oħra dwar il-punt li qajjem l-Onor.", "Buhagiar dwar id-differenza bejn il-verżjoni Malti u dik bl-Ingliż.", "\"I\" Il-klawsola 4 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "Fit-test Malti, fis-subklawsola (1), paragrafu (a), subparagrafu (ix) minflok il-kliem \"ir-rabtiet\" għandhom jidħlu l-kliem \"il- limitazzjonijiet\".", "\"I\" Clause 4 shall be amended as follows:-", "In subclause (1), paragraph (a), subparagraph (ix) of the Maltese text for the words \"ir-rabtiet\" there shall be substituted the words \"il- limitazzjonijiet\".", "Waqt id-diskussjoni rriżulta li kien hemm translation li ma kenitx preċiża u adottajt it-translation.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Kif qed jipproponi l-Ministru tidher iżjed ċara l- intenzjoni tal-leġislatur.", "Qabel ma kenitx ċara biżżejjed.", "Huwa importanti li f'liġijiet bħal dawn il-leġislatur ikun ċar dwar x'irid ifisser biex l- awtorita' tkun tista' timxi b'mod ċar u ma tiġix ikkontestata fil-qrati.", "Issa f'subklawsola (3)(b) ta' klawsola 4 hemm miktub hekk:", "''Tagħti liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni oħra għal għemil ta' kull operazzjoni jew attivita' li tirrigwarda kull ħaġa regolata minn jew taħt dan l-Att.''", "Din l-awtorita' awtomatikament se tagħti liċenzja lil kull min jitlobha liċenzja?", "Se tkun marbuta li tagħti open cheque lil kulħadd?", "Jekk mhux hekk - u jien nispera li mhux hekk - allura f'din is-subklawsola bilfors irridu nispeċifikaw meta jkun possibbli għall-awtorita' li tagħti liċenzji u meta tista' tirrifjuta li tagħmel hekk.", "Din is-subklawsola kif qegħda bħalissa tindika li l-awtorita' għandha tagħti liċenzji lil kulmin jitlobha.", "Hawnhekk irridu nagħmlu definizzjoni iżjed ċara.", "Dan jorbot dak li qal l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel dwar barriers to entry.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Għalissa nieqfu hawn għax sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 31 ta' Mejju, 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija għall-Għemil ta' Standards - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Kumitat Permanenti; Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, fost il-problemi prinċipali li wieħed jiltaqa' magħhom fil-kostitwenza - fil-każ tiegħi l-Ewwel Distrett elettorali - jibqa' jsib il-problema ta' persuni li qed ifittxu akkomodazzjoni alternattiva.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn it-total ta' applikazzjonijiet pendenti mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali sal- 21 ta' Marzu 2000, wieħed isib li minn total ta' 3,470 applikazzjoni 21% jew 739 ġejjin mill-Belt Valletta, Floriana, Ħamrun, Pietà u Santa Venera.", "Għalhekk huwa importanti li l-kummissjoni li twaqqfet mill-gvern sabiex tagħmel studju u tirrivedi l-liġijiet tal-kera tagħmel il-konklużjonijiet tagħha.", "Naf li l-gvern preżenti qed jagħmel pressure kbira fuq iċ- chairperson ta' din il-kummissjoni sabiex jagħmel ir-rapport finali tiegħu mill-aktar fis.", "Mr Speaker, huwa fatt li s-supply ta' djar hija pjuttost tajba, allura wieħed għandu jagħmel iżjed riċerka dwar id-djar vojta.", "Jekk wieħed iħares lejn ftit ċifri jsib li miċ-ċensiment ta' l-1995 rriżulta li minn 155,000 dar għandek madwar 35,000 jew 23% li huma vojta jew parzjalment użati.", "Fl-1967 din iċ-ċifra kienet madwar 15%, fl-1985 kienet madwar 19% u fl-1995 telgħet għal 23%.", "Iżda jekk wieħed jistudja dawn il-35,000 dar li huma vojta jew parzjalment użati wieħed isib li fl- aħħar mill-aħħar - u dan jirriżulta anke minħabba housing stock survey li għamlet l-awtorita' ta' l-ippjanar fl-1990 - m'hemmx wisq iktar minn 10,000 minn dawn il-postijiet li fil-fatt jistgħu jintużaw għall-kiri.", "Għandek ħafna minn dawn il-35,000 dar li huma summer residences, għandek oħrajn li jintużaw bħala holiday flats, għandek ħafna kategoriji li fil-fatt ma jirriżultax li jistgħu jinkrew faċilment, imma mbagħad għandek 10,000 oħra li jistgħu jibdew jinkrew.", "Tul is-snin l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħasbet sabiex dawn il-postijiet vojta noħorġuhom fis-suq u fil-fatt minn Marzu 1995 twaqqfu r-rekwiżizzjonijiet.", "Mill-1 ta' Ġunju, 1995 ġew liberalizzati l-kirjiet għal dawk il- postijiet li bdew jinkrew mill-1 ta' Ġunju, 1995 'l hawn.", "Imma b'daqshekk x'ġara, Mr Speaker?", "Ġara li l-kirjiet għolew mas-smewwiet u minkejja li l- gvern preżenti kompla żied is-sussidji fuq il-kirjiet - u issa telgħu anke sa Lm315 fis-sena - skond l-income tal-familja konċernata u anke skond il- kera tal-post li tkun qed tikri l-familja, rajna żidiet mhux raġonevoli fil- kirjiet.", "Ovvjament dan ma għenx għax fil-fatt nafu li l-postijiet vojta ma naqsux.", "Allura wieħed irid jistenna dan ir-rapport tal-kummissjoni dwar ir- reviżjoni tal-liġijiet tal-kera sabiex nipprovaw naslu f'consensus li jagħmel iktar ġustizzja mas-sidien biex ikollhom kirjiet aktar xierqa u l- kirjiet ma jibqgħux jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Imma mill-banda l-oħra l-gvern jrid jinsisti li l-kirjiet ma jogħlewx b'mod sproporzjonat.", "Il-kirjiet għandhom jogħlew skond il-kwalità tal-post in kwestjoni.", "Meta ngħid kwalità qed nirriferi għal lokalità, għan-numru ta' kmamar, għall- istat ta' l-infrastruttura tal-post, u rridu nieħdu in konsiderazzjoni wkoll min se jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-post, is-sid jew min qed jikri.", "Dawn huma l-kriterji li din il-kummissjoni għandha tidħol fihom sabiex issir ġustizzja mas-sidien u mill-banda l-oħra l-kirjiet jogħlew b'mod gradwali sabiex ma joħolqux inġustizzji ma' min jgħix f'postijiet li qed jikri mingħand is-sidien.", "Mr Speaker, jekk tirnexxi din il-politika li l-postijiet vojta jkunu jistgħu jibdew jinkrew, allura huwa minnu li l-awtorità tad-djar se tibda toħroġ aktar flus għal sussidji fuq il-kera u sussidji sabiex jiġu rranġati postjiet li ilhom vojta għal tant snin, però jkunu tajbin biex familja tgħix fihom b'mod diċenti.", "Jirriżulta wkoll li l-gvern ikollu nefqa akbar għaliex ir-retail price index jogħla minħabba ż-żieda fil-kirjiet, imma mill-banda l-oħra l-gvern ikun jista' jnaqqas min-nefqa tiegħu fil-bini ta' postijiet ġodda għaliex jekk jintużaw il-postijiet vojta tonqos il-ħtieġa li l-awtorità tad-djar tonfoq iktar flus sabiex tibni postijiet ġodda, kif sal-lum l-awtorità qiegħda tagħmel.", "Hija ħaġa pożittiva li l-awtorità tad- djar qiegħda tkompli b'din il-politika sakemm nibqgħu fis-sitwazzjoni li l- postijiet vojta jibqgħu ma jinkrewx.", "Tajjeb wieħed jgħid li għal din is-sena l-awtorità tad-djar għandha ppjanat li toħroġ għall-bejgħ madwar 330 post mxerrdin ma' Malta u Għawdex, u se toħroġ ukoll 184 post għall-kiri, fosthom 34 post fil-Belt.", "Għall- ewwel darba wara ħafna snin l-awtorità tad-djar se toħroġ postijiet għall- kera għaliex postijiet għall-bejgħ ma jissodisfawx il-bżonnijiet ta' l- iktar kategoriji soċjali batuti.", "Lanqas irrid nemmen li l-Partit Laburista meta kien fil-gvern lanqas ħareġ post wieħed għall-kiri.", "Din is-sena l- gvern Nazzjonalista se joħroġ 184 post għall-kiri.", "Naturalment l-awtorità tad-djar se tara l-iktar persuni li għandhom problemi soċjali fejn jidħol housing u tallokahom lilhom.", "Kif kont qiegħed ngħid, il-ħtieġa li jibqgħu jibnew postijiet ġodda tonqos jekk il-postijiet vojta jibdew jinkrew.", "Allura niġu f'sitwazzjoni fejn is-settur privat mhux biss jieħu ħsieb il- bejgħ lil income groups għoljin, imma jieħu ħsieb ukoll il-kiri ta' postijiet lil income groups inqas għoljin, ovvjament bl-għajnuna ta' l- awtorità tad-djar fejn jidħlu sussidji.", "Fejn jidħol kiri għal-lower income groups l-awtorità tad-djar tista' minn żmien għal żmien tibqa' tibni ftit postijiet sabiex tissodisfa wkoll lil dawn il-persuni bl-ikbar problemi.", "Taħt din l-amministrazzjoni Nazzjonalista l-awtorità tad-djar bdiet tippjana li jiġu nstallati lifts f'appartamenti tal-gvern fil-Kottonera, fil-Belt u fil-Furjana fejn hemm l-ikbar problemi ta' persuni anzjani, persuni b'diżabilità eċċ. Għal dawn in-nies din kienet proposta importanti ferm, imma dan il-proġett jeħtieġ li jitlaq illum qabel għada għaliex hemm ħafna nies li kuljum qegħdin ibatu minħabba n-numru ta' taraġ esaġerat li għandhom u ma jifilħux jistennew iktar.", "Minn mistoqsija parlamentari li għamilt f'Jannar li għadda rriżulta li l-awtorità tad-djar qiegħda fil- proċess li timpjega mechanical engineer u perit biex ikunu jistgħu jikkonstataw jekk jistgħux jiġu nstallati lifts fil-postijiet li jien semmejt.", "Hemm il-flus ivvotati għal dan il-proġett u l-ministru diġà qalli li l-flus li huma vvotati, anke jekk ma jintużawx din is-sena, se jgħaddu biex jintużaw is-sena d-dieħla.", "Jiġifieri dik mhix tant problema imma jenħtieġ nifhmu li l-bżonnijiet ta' dawn in-nies huma urġenti.", "Wieħed irid ikun iktar flessibbli wkoll, fis-sens li mhux bilfors isir lift biss fejn hemm spazju biex jidħol wheelchair.", "Preferibbilment isir fejn hemm spazju għal-lift li jista' jidħol wheelchair fih għax trid taħseb anke għall- futur, imma mhux bilfors wieħed jinsisti fuq dawk il-kriterji għaliex fl- aħħar mill-aħħar aħjar ikollok lift żgħir fejn jista' jidħol persuna anzjana li m'għandux bżonn wheelchair u qdejtu għal ftit żmien milli inti tippjana għall-futur u qed tinsa l-bżonnijiet tal-lum.", "Jiġifieri huwa mportanti li nkunu ftit iktar flessibbli f'dan il-qasam.", "Mr Speaker, irrid nitkellem dwar diversi problemi fil-kostitwenza tiegħi, fosthom dwar il-problema ta' infestazzjoni tal-ġrieden fl-iskola primarja tal-Belt, fil-Camerata, tant li numru sostanzjali ta' tfal ma kenux qegħdin jattendu l-iskola.", "Illum stess ġejt informat minn kostitwenta tiegħi li għalissa l-iskola ngħalqet biex tiġi trattata din is-sitwazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jittekkilja din il-problema bl-akbar serjetà għax huwa importanti li din il-problema tinqered darba għal dejjem, anke jekk l-iskola tibqa' magħluqa għal ftit żmien iktar.", "Problema oħra tikkonċerna l-iskola primarja fil-Furjana.", "Ġejt informat illum stess li bniet ta' għaxar snin - li għadna kif qrajna fil-gazzetti li fil-maġġoranza tagħhom huma obese - ilhom ma jagħmlu lezzjoni tal-physical education xhur sħaħ.", "Fil-Furjana m'għandhomx problema għax hemm open spaces fejn jistgħu jmorru jagħmlu physical training, mhux bilfors fil- bitħa ta' l-iskola.", "Huwa importanti li l-physical education jingħata l- importanza meħtieġa.", "Biex inkun għedt kollox kien pożittiv ħafna li sar musical fil-prize day fl-iskola primarja tal-Furjana li tant ġie apprezzat.", "Ngħaddi issa għall-iskola primarja tal-Ħamrun.", "Proprju l-ġimgħa l-oħra rajna lill-kunsill lokali tal-Ħamrun jiffesteġġja Jum il-Ħamrun billi jagħti rikonoxximent lill-Prof.", "Camillieri u anke għamel bust u sejjaħ ġnien għall-mibki Oreste Chircop li kien mill-Ħamrun.", "Dan juri proprju kemm il-Ħamrun jagħti importanza lill-mużika.", "Għalhekk issa, permezz tal- kurrikulu nazzjonali, fejn qed nagħtu iktar awtonomija lill-iskejjel, postijiet bħall-Ħamrun fejn il-mużika hija tant importanti u għandek baned li tant jagħtu mportanza lill-mużika, huwa importanti li forsi wieħed jibda jaħseb biex anke fi skejjel primarji tibda tiġi mgħallma l-mużika.", "Dwar l-iskola primarja tal-Ħamrun irrid ngħid ukoll li din tinsab viċin ħafna tal-fabbrika tal-ħalib li tant tniġġes l-arja ta' l-inħawi minħabba l- ipproċessar tad-dairy products.", "Naf li din il-kumpannija kellha pjan biex tmur f'post inqas viċin in-nies u jien nappellalha - wara kollox din għandha monopolju tas-suq u sejra tajjeb finanzjarjament u nfakkar li l- gvern m'għandux il-maġġoranza ta' l-ishma f'din il-kumpannija - biex tagħmel l-applikazzjonijiet meħtieġa quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar ħalli tmur f'post fejn tgħarraq inqas saħħet in-nies.", "Wara kollox dawk in- naħat diġà għandhom problemi kbar minħabba t-tniġġis tal-power station tal- Marsa, minħabba l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa u anke minħabba t- traffiku.", "Mr Speaker, meta kont qed nara tweġiba għal mistoqsija parlamentari dwar towing u clamping fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, innotajt li l- ewwelnett il-clamping donnu qed isir biss fl-ewwel distrett, fl-ajruport u f'Għawdex.", "Filwaqt li kien hemm total ta' 811-il każ ta' towing minn Jannar sa April, 2000, 257 minnhom, jiġifieri 32%, ġejjin mil-lokalitajiet ta' l-ewwel distrett.", "Dan juri l-problemi kbar tat-traffiku u ta' ipparkjar ta' karozzi li għandna fl-ewwel distrett.", "Dan iġegħelni nwassal il-messaġġ li qabel ma ninforzaw il-liġi, anke permezz tal-gwardjani lokali, huwa importanti li lir-residenti ta' dawn l-inħawi nipprovdulhom iktar faċilitajiet ta' parking.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, nixtieq nieħu l-opportunità f'dan l-aġġornament biex ngħaddi xi kummenti rigward dak li qal il-bieraħ l-Onor.", "Joe Cilia u li ġie wkoll ikkwotat fil-ġurnal ''l-orizzont''.", "Dan qal li l-gvern qed jikkontribwixxi biex tonqos il- likwidità tan-negozji ż-żgħar.", "Sa ftit tal-ġranet ilu kienu jiddieħku bina meta konna nagħmlu programmi ta' laqgħat biex niltaqgħu mas-settur tas-self-employed għaliex kienu jgħiduli li jien kont niltaqa' ma' dawn in-nies u daqshekk biss ma joħroġ xejn minn dawn il-laqgħat, però b'sodisfazzjon ninnota li llum il-ġurnata l- oppożizzjoni stess, partikolarment l-Onor.", "Joe Cilia, qed tagħmel dawn il- laqgħat biex tisma' u tkun qrib tal-problemi li jista' jkollna fis-suq.", "Ninnota b'sodisfazzjon li l-Partit Laburista għandu wkoll l-organu li permezz tiegħu qiegħed jasal qrib is-settur tan-negozju.", "Dawn huma bidliet pożittivi għaliex illum il-ġurnata ma jistax ikollna l-iżvilupp ekonomiku li jixirqilna jekk kemm-il darba ma nagħtux l-importanza lis-settur tan- negozji ż-żgħar.", "Mr Speaker, nimmaġina li inti qed tgħid kemm-il darba smajtu dan id- diskors u ngħidlek veru.", "Min jaf kemm-il darba ntqal dan id-diskors, però dan id-diskors irridu nipprovaw nagħtuh il-ħajja kuljum.", "Meta s-settur tan- negozju ż-żgħir jisma' dan id-diskors minn xi persuna fil-gvern jew fl- oppożizzjoni jrid jirreaġixxi billi jgħid: Dawn qegħdin jifhmu x'inhuma jgħidu.", "Jekk kemm-il darba jingħad dan id-diskors u xi ħadd mis-settur tan- negozju ż-żgħir jgħid li m'aħniex nagħmlu sens, allura jkolli ngħid li l- gvern jew min-naħa ta' l-oppożizzjoni jew it-tnejn inkunu qegħdin infallu.", "Però l-gvern - u nitkellem għalija fir-responsabbiltà li għandi jien - mhux beħsiebu jfalli mas-settur tan-negozju ż-żgħir.", "Meta nitkellmu ma' min investa, ma' min qed jaħdem mingħajr limiti ta' ħinijiet u ta' xogħol, ma' min il-liġi kważi dejjem kienet kontrieh minflok favurih, ma nistgħux nipprovaw niddieħku bih u nwiegħduh il-manna nieżla mis-sema.", "Allura nawgura lill-Onor.", "Cilia bħalma nawgura lili nnifsi li meta nitkellmu ma' dawn in-negozjanti nitkellmu bis-sinċerità, fejn hu tajjeb ngħidu li hu tajjeb u fejn hu ħażin ngħidu li hu ħażin.", "Jien wieħed li forsi nissogra żżejjed, li meta nikkritika m'għandix limitu safejn nikkritika għaliex irrid li l-affarijiet isiru sew.", "Jagħmel min jagħmel il- ħażin jew jonqos min jonqos li jagħti r-riżultati li suppost jagħti, jien nikkritikah.", "Mr Speaker, qed ngħid dan kollu għaliex irrid li jkun hemm is-sinċerità meta nitkellmu mas-self-employed u ngħidulhom x'inhi l-verità f'dan il-qasam.", "Però mhux qed niddejjaq li qed ikun hemm din il-kritika min-naħa ta' l- oppożizzjoni, anzi nħossni sodisfatt ħafna li jkun hawn min jitkellem rigward il-problemi li qed jiffaċċja dan is-settur.", "Ejjew inkomplu nitkellmu, però ejjew inkunu sinċiera u mhux nieqfu fuq problema biex nipprovaw nagħmlu gwadann politiku minnha u naqbdu mal-problema tan-nuqqas ta' likwidità u ngħidu li l-gvern qed joħloqha.", "Dak statement falz, ma nistgħux nieqfu hemm.", "M'aħniex ngħinu lil dan is-settur meta nagħmlu hekk.", "Problemi jeżistu imma ejjew inħarsu lejhom b'mod oġġettiv.", "Għalfejn għandna din il-problema tal-likwidità fis-settur tan-negozji ż-żgħar?", "Irridu naraw minn fejn qed toriġina l-problema.", "U proprju dak li qed jipprova jagħmel il-gvern, qed jipprova joħloq l-istruttura li biha ngħinu lil dan is-settur jegħleb id-diffikultajiet li għandu u fl-istess ħin jipprepara ruħu għat-tibdil li jkun hemm fis-suq, għalkemm it-tibdil teknoloġiku ta' għada ma tistax tipprevedih illum.", "Din hi l- mentalità li għandna bżonn, li dak li kien tal-bieraħ irid jitbiddel.", "Għaldaqstant nawgura li nkomplu nitkellmu mas-settur tan-negozju, però nkunu sinċiera u nkunu lesti biex dak li huwa tajjeb ngħidulu li huwa tajjeb.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 31 ta' Mejju 2000, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "CAP - LESS FAVOURISED AREAS", "16289.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-vot totali tal-Less Favourised Areas tal-CAP għall-pajjiżi kollha tal-UE għas-sena 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal council regulations no. 1257/99, li jittratta l-għajnuna għar-rigward ta' l- iżvilupp rurali (EAGGF).", "CAP - INDUSTRIJA TAĊ-CANGA FRISKA", "16290.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-industrija taċ-ċanga friska?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "CAP - PRODUZZJONI TAL-ĦALIB", "16291.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħalib frisk?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "CAP - PRODUZZJONI TAL-POULTRY", "16292.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-reġoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-poultry?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħed fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "CAP - PRODUZZJONI TAL-MAJJAL", "16293.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "CAP - NAGĦAĠ U MOGĦOŻ", "16294.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tan-nagħaġ u l-mogħoż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.", "PA - IRZIEZET TAL-ĦUT", "16429.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapporti li saru f'dawn l-aħħar sentejn għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-impatt ambjentali ta' l-irziezet tal-ħut fuq l-ibħra ta' Malta, Għawdex u Kemmuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Peress li d-dokumenti mitluba huma relatati ma` applikazzjoni għall-żvilupp, skond l-artikolu 35 tal-Att tal-1992, pjanti dettaljati huma aċċessibli biss lil dawk il-persuni li jkunu detenturi tal- warrant ta`arkitett u inġinier ċivili, u f`kull każ ma jinħarġux kopji ta` dawn id-dokumenti, iżda jistgħu jiġu biss spezzjonati fir-Reġistru tal- Awtorita` tal-Ippjanar.", "L-EIA`s mitluba jinkludu pjanti dettaljati u jaqgħu taħt l-artikolu fuq imsemmi.", "Ninsab informat ukoll li fil-preżent qed jiġi rivedut rapport ieħor fuq applikazzjoni għall-razzett tal-ħut `il barra minn Anchor Bay.", "MALTA SHIPBUILDING - VAPURI GĦAL GOZO CHANNEL", "16430.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ordnijiet ta' xogħol għat- tarzna tal-Malta Shipbuilding wara li jitlesta x-xogħol fuq il-vapuri tal- Gozo Channel?", "Hemm xi ħaddiema li fix-xhur li ġejjin mhux se jkollhom xogħol x'jagħmlu għax lestew dak li kellhom jagħmlu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sal-lum, il-Malta Shipbuilding għadha ma rebħet ebda kuntratt ta` xogħol ġdid.", "Il-management tal-kumpannija qed ikompli bl- isforzi tiegħu biex jinkiseb xogħol ġdid.", "Meta x-xogħol fuq il-vapuri t`Għawdex joqrob lejn it-tmiem tiegħu, numru ta` ħaddiema jiġu rilaxxati minn fuq il-proġett u jkun meħtieġ li jinstabilhom xogħol alternattiv.", "PA - ANTENNAS TAL-MOBILE PHONES", "16431.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' l-indirizzi kollha tal-postijiet fejn s'issa nħarġu permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu l- antenni għas-sistema tat-trasmissjoni tat-telephone mobile?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s`issa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet sebgħa permessi sabiex jitwaħħlu l-antenni għas-sistema tat- trasmissjoni tat-telephone mobile.", "Id-dettalji mitluba dwarhom hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "SKEJJEL - PEMBROKE", "16432.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompa x-xogħol meħtieġ fuq il-junior lyceum tal-bniet Sir Adrian Dingli, Pembroke?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent id-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed jagħmel analisi ta' l-offerta għal xogħlijiet ta' finitura fil- parti ċentrali tal-liċeo msemmi, liema analisi ladarba titlesta għandha twassal biex jitkompla x-xogħol fl-istess imkien.", "SKEJJEL - IMTARFA", "16433.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm fit-tliet snin li ġejjin biex l- iskola primarja ta' l-Imtarfa tikber biex ikun hemm biżżejjed spazju għat- tfal ta' l-Imtarfa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kuntrattur ingħata x-xogħol ta' rranġar, manutenzjoni u dekorazzjoni tat-tielet sular ta' l-iskola primarja ta' l- Imtarfa.", "Dan ix-xogħol se jsir tul is-sajf li ġej u previst li jitlesta qabel tibda s-sena skolastika 2000-2001.", "Skond l-awtoritajiet ta' l-iskola dan is-sular se jintuża għall- klassijiet tas-sitt sena u b'hekk l-iskola jkollha l-ispazju kollu meħtieġ biex topera fis-snin li ġejjin.", "Skond statistika ta' l-awtoritajiet ta' l-iskola, ma jidhirx li n-numru ta' tfal li jattendu din l-iskola, għat-tliet snin li ġejjin, se jiżdied b'tali mod li jkun jenħtieġ spazju addizzjonali.", "SKEJJEL - PEMBROKE - SKOLA PRIMARJA", "16434.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm fit-tliet snin li ġejjin biex l- iskola primarja ta' Pembroke tikber biex ikun hemm spazju biżżejjed għat- tfal tal-komunita' ta' Pembroke?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-preżent qegħdin jiġu ffinalizzati l- pjanti biex issir applikazzjoni formali lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar wara li dawn ġew diskussi ma' l-istess awtorita` diversi drabi.", "Sadanittant qegħdha titħejja wkoll l-offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu biex jiżdied sular fuq l-iskola eżistenti wara li jsiru għadd ta' modifikazzjonijiet fil-pjan terran.", "SKEJJEL - SCHOOL GIRLS' MOTHER UNIT", "16459.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' l-iskola li ma humiex qed jattendu l-iskola llum għax huma tqal u kemm hemm li qed jattendu counselling mill-ischool girls' mothers unit?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa, 27 tfajla m'humiex jattendu skola minħabba tqala:", "13 għadhom kif kellhom it-tarbija; 14 għadhom qed jistennew.", "MALTACOM - KONTIJIET", "16460.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu linji tat-telephone din is-sena għaliex il-kerrej ma ħallasx il-kont pendenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul l-ewwel tlitt xhur ta` din is-sena saru 7,323 restrizzjoni u 1,601 qtugh tas-servizz tat-telefon.", "Tajjeb jingħad li meta l-Maltacom tagħmel restrizzjoni fuq servizz, l- abbonat ikun jista` jirċievi biss telefonati u ma jkunx jista` jcempel, filwaqt li meta jsir qtugh is-servizz jinqata` ghal kollox.", "Il-Maltacom tiehu dawn il-mizuri wara li ghal diversi drabi tkun avzat lill-abbonat biex jikkonforma ruhu dwar ammonti dovuti lilha.", "ENEMALTA - DEJN", "16461.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn l-Enemalta u kemm hu d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sa l-24 ta` Mejju, 2000 id-dejn li għandha l- Korporazzjoni Enemalta, bejn general banking facilities u loans, kien ta` Lm125,408,287 u bir-rati tal-kambju ta` l-istess ġurnata fuq loans f`munita barranija.", "L-istima ta` debt servicing għas-sena finanzjarja li tkopri l-perijodu bejn l-1 ta` Ottubru, 1999 u t-30 ta` Settembru, 2000 hija ta` Lm6.7 miljuni.", "Fis-sena finanzjarja bejn l-1 ta` Ottubru, 1998 u t-30 ta` Settembru, 1999 l-istima kienet ta` Lm8.2 miljuni.", "WSC - DEJN", "16462.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-WSC u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li d-dejn tal-Korporazzjoni ghas- Servizzi ta` l-Ilma fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kien ilaħħaq Lm70,434,110 li minnhom Lm31,400,000 huma government debenture.", "L-interessi, jigifieri debt servicing, għas-sena li għalqet fil-31 ta` Marzu, 1999 kienu jammontaw ghal Lm4,010,563; filwaqt li dawk ghas-sena li ntemmet fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kienu jlaħħqu Lm3,999,617.", "Ta` min jgħid li f`dawn l-interessi hemm inkluz l-ammont ta` Lm1,883,000 li jirrappreżenta interessi fuq il-government debenture imsemmi aktar `l fuq.", "TARZNARI - DEJN", "16463.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom dejn it-tarznari ta' Malta llum u kemm huwa l-ammont fuq id-debt servicing din is-sena u s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fir-rigward tal-Malta Shipbuilding, id-dejn mal- gvern jammonta għal Lm149 miljun inklużi l-imgħaxijiet.", "Id-dejn ma` banek kummerċjali jammonta għal madwar Lm3 miljuni.", "L-ammont dovut fuq debt servicing din is-sena huwa stmat għal madwar Lm4.5 miljuni.", "Dan l-ammont jinkludi imgħaxijiet kemm fuq id-dejn akkumulat tal-gvern kif ukoll fuq xi faċilitajiet bankarji.", "Id-debt servicing matul is-sena l-oħra laħaq iċ- ċifra ta` Lm4.3 miljuni.", "Sa l-14 ta` April ta` din is-sena d-dejn li għandha t-Tarzna ta` Malta kien jammonta għal Lm137.2 miljuni.", "FREEPORT - DEJN", "16464.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Freeport illum u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn is-sena l-oħra u din is-sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li d-dejn fuq long term bonds li għandha l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles jammonta ghal Lm108.7 miljuni.", "L-interessi fuq dan l-ammont matul l-1999 kien ta` Lm7.3 miljuni; waqt li għal din is-sena l-ammont se ilaħħaq ghal Lm8 miljuni."]} {"filename": "20020121_680d_par.doc", "date": "2002-01-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 680 It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 680", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "680", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 698", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 698", "TQEGĦID TA' KARTI 704", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (IT-TIENI QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLIMENTATION BILL (SECOND READING) 706", "AĠĠORNAMENT 725", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 729", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 679 li saret fis-16 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PUBLIC SERVICE COMMISSION - PENDENTI", "30176.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu każijiet mill-Public Service Commission din is-sena?", "Jista' jgħid kemm hemm każijiet pendenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-każijiet ta' dixxiplina ta' uffiċjali fis-servizz pubbliku, ninsab informat li sa nofs Diċembru 2001 kien hemm 43 każ ta' dixxiplina li ġew riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taħt regolamenti tad- dixxiplina ta' l-1977 u l-1999.", "Il-kummissjoni għamlet rakkmandazzjonijiet fuq 35 minn dawn il-każi u tmien każi għadhom pendenti.", "SERVIZZ PUBBLIKU - DIRETTURI", "30181.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Helena Dalli) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi mas-servizz pubbliku maqsumin skond is-sess u skond id-dipartimenti li għandhom taħthom jew li qegħdin fihom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli, ministeru ministeru, bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-Sur Louis Cilia, li kien segretarju permanenti fil-ministeru ta' l-intern spiċċa minn hemm u mar il-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni?", "Min laħaq minfloku?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-Sur Louis Cilia spiċċa minn segretarju permanenti mal-ministeru ta' l-intern mhux fuq talba tiegħu stess.", "Hu kien fadallu tliet snin oħra x'jagħmel.", "Sadanittant is-Sur Anthony Pavia, li kien permanent secretary mal-ministeru għat-trasport u komunikazzjoni spiċċa mill-kariga tiegħu u wara li rajna lil min l-aħjar ninnominaw, intagħżel Dr. Godwin Grima għall-ministeru ta' l-intern u s-Sur Louis Cilia għall-ministeru tat-trasport u komunikazzjoni, ħaġa li hu aċċetta mingħajr ebda diffikulta`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura x'inhi l-ħatra tas-Sur Sciberras Grioli mal- ministeru ta' l-intern?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Safejn naf jien is-Sur Sciberras Grioli dejjem kien public officer u meta spiċċa minn mal-housing authority reġa' lura fis- civil service.", "Fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm post available fil- grad li ried hu, imlih b'mod sodisfaċenti ħafna, ħarġet call for applications għal assistant director corporate services fil-ministeru ta' l- intern, applika u reġa' ntagħżel hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kemm applikaw nies għal din il-pożizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nafx bl-amment pero` jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli domanda bil-miktub inkun nista' nwieġbu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Prim Ministru jaf jgħidli jekk kienx hemm min kellu seniority aktar minnu?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma nafx, pero` s-seniority m'hijiex rekwiżit essenzjali biex wieħed jiġi nominat f'post. Illum meta jkun hemm vacancy fil-gradi l-aktar għolja tas-civil service toħroġ call for applications u japplika kulmin jikkwalifika, indipendentement mis-seniority tiegħu.", "Imbagħad tiġi nominata dik il-persuna li fil-fehma ta' min ikun qed jagħżel, tkun l-aktar waħda idonea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jagħtini l-parametri ta' dawn ir- rekwiżiti bejn wieħed u ieħor?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dawn in-nomini jsiru wara li toħroġ call for application u l-persuna tintagħżel skond ir-rekwiżiti partikolari tagħha u l-effiċjenza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba fost ir-rekwiżiti hemm l-effiċjenza u nafu li ċ- chairperson ta' l-awtorita` tad-djar iddikjarat li lil din il-persuna kellhom ineħħuha għax dehret fiċ-ċar li ma kenitx effiċjenti, kif issa qed tiġi kkonsidrata bħala persuna effiċjenti?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Safejn naf jien m'huwiex veru dak li qed jallega l-Onor.", "Mizzi.", "(Interruzzjonijiet) Illum saret protesta miċ- chairperson – ma nafx jekk hux ukoll mill-bord ta' l-awtorita` tad-djar – fejn spjegat għaliex hija kienet tat parir li s-Sur Sciberras Grioli jirriverti fis-civil service u r-raġuni prinċipali kienet li l-policies kienu tbiddlu u għalkemm kien effiċjenti għal ħafna snin, ma kenitx l-aktar persuna idonea biex tkompli tmexxi hi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li dan xorta waħda jfisser li huwa persuna ineffiċjenti, x'inhi r-responsabbilta` tiegħu llum?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma naqbilx ma' l-istatement li għamel l- Onor. Membru.", "Wieħed jista' jkollu l-ideat u jkun jemmen fihom pero` jista' jkun li ħaddieħor li jkun fuqu, ma jkunx jaqbel magħhom.", "Jiġifieri dan li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi m'għandu x'jaqsam assolutament xejn.", "Dan m'hu kumment negattiv għal ħadd, la għall-housing authority li ħadet din id- deċiżjoni u lanqas għall-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta' chief executive.", "Anzi huwa tajjeb li wieħed jiddefendi l-opinjonijiet tiegħu u jekk ma jkunx jista' jwettaqhom, iwarrab mill-kariga li jkun fiha jew jintbagħat x'imkien ieħor.", "Is-Sur Sciberras Grioli llum huwa assistant director corporate services għax applika u skond il-fehma ta' min għażlu kien persuna idonea għal dak ix-xogħol.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ingħad li l-Prim Ministru huwa grat ħafna għax-xogħol li għamel is-Sur Sciberras Grioli, pero` kien jaf li qed jagħmel xi ħaġa li m'hijiex korretta.", "Dan l-istatement huwa minnu jew le?", "Jekk m'huwiex minnu għax kien qed iħallih jingħad?", "Jekk inhu minnu xi jfisser?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel aġenda, qabad jattakka lis-Sur Sciberras Grioli u jien m'iniex dispost li noqgħod nirrispondi għal dawn it-tip ta' allegazzjonijiet.", "Jien nixtiequ jagħtini l-informazzjoni hu u jgħidli l-kliem li qed jikkwota li għedt jien, mnejn ġabhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri l-Prim Ministru la qed jiċħad u lanqas qed jikkonferma li qal dak id-diskors, hux hekk?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien qed ngħid li dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni huwa responsabbilta` tiegħu u jekk irid li jkollu xi ftit kredibilita`, jispjegalna hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk dan id-diskors ngħidu jien ukoll, inkun qed nagħmel akkużi libellużi lill-Prim Ministru.", "Allura ladarba qed nitlob guidance mingħandu, għaliex m'huwiex qed jgħidli la \"iva\" u lanqas\"le\"?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, huwa ċar daqs il-kristall li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, minflok jagħmel politika serja għall-pajjiż, jogħġbu meta jidhirlu jaqbad ma' issue u jipprova jonfoħha kif jidhirlu hu.", "F'dan il-każ huwa manifest li minflok il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jitkellem bis- serjeta` fuq issues importanti għall-pajjiż, qabad ma' xi ħaġa li m'għandha l-ebda rilevanza għall-politika nazzjonali.", "Jien m'iniex dispost li noqogħd għall-aġenda tiegħu u għalhekk m'iniex dispost li nirrispondi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Prim Ministru jqis li hija ta' importanza nazzjonali issue li wieħed ikun għamel kapital kbir minnha qabel l- elezzjoni ġenerali, b'mod partikolari hu stess meta kemm-il darba tkellem fuq l-iskandlu tal-Lay Lay?", "Jiġifieri dan hu ta' rilevanza nazzjonali jew issa ġie mwarrab għax m'huwiex importanti, speċjalment meta għandek partit li fil-kampanja elettorali tiegħu jagħmel pillars biex bihom jattakka lill-gvern ta' qablu b'korruzzjoni u jikkwota każ li eventwalment irriżulta li ma kien hemm xejn għax dħalna l-qorti u għandna inkjesti li wrew dawn l-affarijiet?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiddispjaċini imma ma naqbel xejn ma' dak kollu li qal l-Onor.", "Vella.", "Jien insostni li l-każ tal-Lay Lay kien skandlu, dan ġie ppruvat u fuq il- Mejda tal-Kamra tpoġġew id-dokumenti li juru li l-awtorita` tad-djar kellha l-pariri legali, tekniċi u finanzjarji li l-kuntratt m'għandux isir.", "L- awtorita` iddeċidiet hi formalment li dak il-kuntratt isir kontra r- regolamenti u cioe` li ma jingħatax b'direct order ta' Lm300,000, kif ingħata l-każ tal-Lay Lay.", "Dan kollu diġa` jirriżulta, qiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra, f'daqqa waħda kulħadd nesa' x'kien intqal u kien proprju għalhekk li riċentement id-Deputat Prim Ministru għamel dikjarazzjoni lill- istampa fejn reġa' ppubblika dawn id-dokumenti li kienu diġa` tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra madwar tliet snin ilu.", "Għalhekk jien ma jien se nirtira xejn; ngħid li dak verament kien skandlu, kien mod kif il-Partit Laburista mingħalih se jġib il-voti, dan irriżulta mill-fatti kif ġew dikjarati min-naħa tiegħi li dak iż-żmien kont kap ta' l- oppożizzjoni, il-kawża li ġiet mitlufa, jiġifieri l-libell ma kellu x'jaqsam xejn mal-mertu tal-każ u ntilef għax is-Sur Pierre Portelli ma riedx jiżvela min kien taħ dik l-informazzjoni.", "Prinċipalment il-libell kien hux veru li l-Lay Lay iffinanzja l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.", "Dan ma ġiex ippruvat u l-libell intilef.", "Il-bqija m'għandu x'jaqsam xejn dwar kienx hemm skandlu tal-Lay Lay jew le.", "Issa la l-kwestjoni reġgħet qamet, erġajna poġġejna l-karti kollha available għall-pubbliku biex kulħadd ikun jaf li meta kien sar dak il-każ, kien hemm verament mismanagement ħażin mill-Awtorita` tad-Djar u naħseb li dan jirriżulta bl-aktar mod lampanti mid-dokumenti kollha ppubblikati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nixtieq nikkoreġi dak li qal il-Prim Ministru.", "Id-dokument ilu sentejn li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għax minkejja li l- memo to the Cabinet huwa datat Jannar 1999, domna nitolbuhulu kważi sena lill-Ministru Gonzi biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Helena Dalli tal- korrezzjoni.", "Mela dan id-dokument mhux tliet snin imma sentejn ilu fuq il- Mejda tal-Kamra, naċċetta l-kelma tagħha u naħseb li għandha raġun hi għax segwiet il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ladarba l-Prim Ministru qed jgħid li l-iżball kien ta' l-Awtorita` tad-Djar, jista' jgħidilna x'responsabbilta` ġarrew l- uffiċjali li kien hemm dak iż-żmien u li skond hu aġixxew ħażin?", "Jew inkella jsostni li dawn aġixxew taħt pressjoni jew diktat mill-ministru ta' dak iż-żmien?", "Għax bilfors waħda jew oħra trid tkun, jew l-uffiċjali stess imxew ħażin jew kellhom diktat mingħand xi ħadd biex jimxu ħażin.", "U jekk inhu hekk imbagħad, kif jispjega li kemm mill-inkjesti li saru kif ukoll mill-qorti intqal li ma kien hemm xejn skorrett mill-ex Ministru Freddie Portelli?", "Jien, bħala ċittadin, ma nistax nifhimhom dawn l- affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk ma jridx jifhem ma jifhimx!", "Pero` l- Onor. Interpellant stess reġa' qal li l-qorti ddeċidiet li ma kienx hemm skandlu.", "Dan m'huwiex veru.", "Il-qorti ddeċidiet li min qal li l-Lay Lay iffinanzja l-kampanja elettorali minħabba dak il-kuntratt, dan ma ġiex ippruvat u tilef il-libell.", "Dak li ddeċidiet il-qorti u ma nistax nifhem kif nibqgħu nirrepetu l-istess ħaġa!", "Issa dwar min ħa d-deċiżjonijiet, kienet l-Awtorita` tad-Djar u kulħadd jaf li mal-bidla tal-gvern iċ-chairman ma kompliex, allura nnominajna chairman ieħor u parti sostanzjali tal-membri ta' l-awtorita` – ma nafx jekk hux kollha - ġew sostitwiti wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna xi rwol kellu s-Sur Sciberras Grioli f'din il-kwestjoni kollha?", "Kien membru tal-bord meta ffirmaw dawn l-affarijiet?", "Ra li l-affarijiet m'humiex korretti?", "Ġibed l- attenzjoni biex ma jsirux jew kompla ma' l-oħrajn?", "Jiena sinċerament ngħid li dan il-pajjiż ma jistax jibqa' miexi bl- allegazzjonijiet u bi tfigħ tat-tajn 'l hemm u 'l hawn u għalhekk nitolbu li għandu jkun hemm struttura li biha jkun hemm inkjesti indipendenti ħalli l-poplu jkun jaf x'qed jiġri, mhux kulħadd jilgħab bid-diskors u nibqgħu b'kollox imċappas!", "Il-poplu, li aħna hawnhekk qegħdin nirrappreżentaw, għandu dritt ikollu sistema fejn ikun hemm inkjesta indipendenti f'każijiet bħal ta' Al Zhabi u oħrajn biex minnha toħorġ il-verita`.", "Lil min se nemmen jien?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jien naqbel li spiċċa ż-żmien li jintefa' t-tajn, wara kollox it-tajn jeħel ma' jdejn min jitfgħu.", "F'dan il- każ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabad ma' dan il-każ, qiegħed jitfa' t-tajn fuq is-Sur Sciberras Grioli mingħajr raġuni u dan li qed jiġri fil-pajjiż, l-Oppożizzjoni m'għandha ebda sens ta' direzzjoni u tinfexx f'attakki bħal dawn.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Vella li dan m'huwiex il-mod kif għandha ssir il-politika.", "Safejn naf jien is-Sur Sciberras Grioli kien chief executive u allura ma kienx membru tal-bord ta' l-Awtorita` tad-Djar.", "Mid-dokument li reġa' ppubblika d-Deputy Prime Minister jirriżulta ċar li d-deċiżjoni biex il- kuntratti jsiru, jiġifieri biex dawk in-negozjati effettivament waslu għall- konvenji, ħaditha l-awtorita` nonostante l-parir kuntrarju ta' l-Attorney General, ta' min hu responsabbli fil-ministeru tal-finanzi u tad-direttur tal-kuntratti.", "U niftakru kif l-allura ministru tad-djar, Alfred Portelli, mar jiftaħar f'konferenza li żamm mal-Kap tal-Partit Laburista fil-headquarters tal- partit, li nies bħal dawn m'għandhomx ma jsirux kuntratti magħhom għax huma Laburisti imma huma benefatturi tal-poplu Malti.", "U kulħadd jaf il-kummenti li saru dak iż-żmien li jekk hemm bżonn nerġa' nagħmilhom u nirrepetihom hawnhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien m'iniex se nidħol f'dibattitu mal- Prim Ministru dwar min jikkapitalizza fuq issues biex jagħmel kapital politiku, dak inħallih għall-poplu jiddeċiedi, pero` nerġa' nistaqsi: Jekk il-gvern m'għandux faħam miblul, x'qed iżommu milli f'diversi każi - kemm f'dan il-każ, kemm f'Ta' Al Zhabi u kemm dwar is-Solemar fejn tlabna inkjesti indipendenti – jagħti l-permess li jaqbel li jkun hemm inkjesti indipendenti ħalli l-verita` toħroġ?", "Min hu responsabbli jrid jaċċetta u mhux aħna.", "Issa l-Prim Ministru qed jerġa' jgħidilna l-verżjoni tiegħu, insew x'qal il-qorti għax hawnhekk ngħidu li rridu.", "Jiġifieri meta rridu l- qorti nirrispettawha u meta rridu ma nirrispettawhiex.", "Jien, bħala ċittadin komuni, lil min se nemmen?", "Lill-qorti?", "Lill-Prim Ministru?", "L-inkjesta interna li għamlu fuq Al Zhabi u fuq taċ-Ċaqlu tas- Solemar?", "Nista' nkun naf x'inhu għaddej f'dan il-pajjiż bħala ċittadin u jkolli d-dritt ta' inkjesta indipendenti?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mhux jista', imma għandu d-dover li jkun jaf.", "Jiena ħadt pjaċir meta sirt naf li wara li saret akkuża mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar xi atti ta' korruzzjoni li għamel is-Sur Victor Sciberras Grioli, hu mar minn jeddu quddiem il-kummissjoni permanenti dwar il-korruzzjoni, li qiegħda hemm biex tisma' kull allegazzjoni ta' korruzzjoni li ssir.", "Irrid infakkar li din il-kummisjoni ilha teżisti sa mill-1988 u l-partit ta' l-Onor.", "Alfred Sant fis-sentejn li għamel fil- gvern m'għamel l-ebda emenda għal-liġi li waqqfet dik il-kummmissjoni.", "Jiena nittama li jekk l-Onor.", "Vella għandu xi informazzjoni, imur quddiem il-kummissjoni, jagħtiha l-informazzjoni li għandu – nittama wkoll li l- Onor. Alfred Sant ikun minn ta' l-ewwel li jieħu l-provi quddiem din il- kummissjoni li nassigurah li hija parti mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż, qiegħda hemm il-ħin kollu, m'hemmx għalfejn ikun il-gvern li jordnalha li tagħmel inkjesti – u hi tieħu l-inizjattivi, kif ħadet diversi drabi kull meta kien hemm xi allegazzjonijiet, anke f'ġurnali u nerġa' ngħid li f'dan il-każ partikolari nformat li s-Sur Sciberras Grioli stess talab lill- kummissjoni li tinvestiga hux veru dak li qed jgħid il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u cioe` li hu għamel xi tip ta' korruzzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Il-Prim Ministru qiegħed jgħid li aħna ma niġbdilux l-attenzjoni u t-tajn jeħel ma' jdejn min jitfgħu.", "Dan m'huwiex veru.", "Jien nista' nsemmi każ fejn l-Awtorita` ta' l-Ippjanar sfaċċatament ħarġet permessi meta mhux suppost, ammettietu l-awtorita` stess, aħna ġbidna l- attenzjoni kemm tal-Prim Ministru nnifsu - dan jista' wkoll jixhdu l-Onor.", "Michael Bonnici – u mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħadna biss acknowledgment.", "X'passi se jittieħdu dwar dan?", "Issa dan kien każ oxxen fejn membri ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar innifishom ammettew li kien żball u l-kumpens qatt ma ħareġ.", "U wara li nfurmajna lill-Uffiċċju tal- Prim Ministru b'dan kollu, lanqas biss irrispondiena.", "Allura kif jiġi jgħid li l-oppożizzjoni qed titfa' t-tajn!", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx liema huwa l-każ li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Membru.", "Jekk irid jagħmel xi domanda li taqa' taħt ir- responsabbilta` tiegħi dwar xi fatti, jagħmilhieli u nkun f'pożizzjoni li nirrispondih.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ma rrispondejnihx, probabbli għaliex ma kienx hemm għalfejn nirrisponduh.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-Prim Ministru aktar kmieni semma ħafna ċirkostanzi dwar il-każ.", "Jien xtaqt nistaqsih jekk huwiex lest li jmur jixhed quddiem il-kummissjoni dwar il-korruzzjoni biex jagħti x-xhieda tiegħu tal-fatti?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk jien niġi msejjaħ biex nixhed m'għandi l- ebda diffikulta` li nagħmel dan.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "30250.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal ħaddiema jaħdmu mas-servizz pubbliku mill-2762 ħaddiem imsemmija li ġew impjegati fl-1987?", "Jista' jgħid ukoll meta spiċċaw minn mas-servizz pubbliku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li sat-18 ta' Diċembru, 2001, 1258 ħaddiem kienu għadhom fl-impjieg mill-2762 li kienu ġew impjegati mas- servizz pubbliku matul l-1987.", "Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitlub, trid issir riċerka f'records antiki li m'humiex kompjuterizzati u għalhekk din tieħu ħafna żmien.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.", "PLANNING AUTHORITY", "30597.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid għaliex fil-proposta li għamlet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex tibni beach rooms fl-Armier qed tinkludi raba' saqwi u raba' tajjeb li qed jinħadem?", "X'sens jagħmel li jinqered tant raba' tajjeb?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-abbozz tal-pjan ta' azzjoni għall-Marfa ġie emendat u għandu jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-bord ta' l-Awtorita` ta' l- Ippjanar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ladarba l-Awtorita` ta' l-Ippjanar issa ddeċidiet li fuq l-ebda art agrikola ma jista' jsir żvilupp bħal beach rooms, eċċ., il- Ministru lest li joqgħod għal din ir-rieda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din jgħidulha domanda retorika, jiġifieri r-risposta tkun fid-domanda.", "Fil-fatt il-bord kien iltaqa' fil-11 ta' Jannar – għax meta saret din l- interpellanza laħqet ħarġet ir-risposta hekk – u emenda l-Marfa Action Plan.", "Irrid ngħid li anke qabel ma l-Awtorita` ta' l-Ippjanar emendat il- Marfa Action Plan, il-ministeru kien ħareġ stqarrija u qal li jekk se jkun hemm raba' saqwi, dan għandu jinħareġ 'il barra.", "L-action plan huwa importanti għax xorta waħda dan il-proġett għandu bżonn il-permessi ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u din se tieħu d-deċiżjonijiet fuq dan il-proġett malli tara l-pjanti u tara kif jinkwadraw ruħhom fil- Marfa Action Plan.", "Jiġifieri jekk issa fil-Marfa Action Plan qalet li hawn ma jistax isir bini, ma nistax nifhem kif imbagħad l-Awtorita` ta' l- Ippjanar tista' toħroġ bini f'dik l-area fejn l-action plan jgħid li ma jistax isir.", "L-Onor.", "Mizzi qed jistaqsi jekk il-gvern huwiex se jikkonferma l-action plan jew le.", "Jekk dan l-action plan huwa skond dak li qal diġa` il- ministeru, li m'għandux isir bini fuq raba' saqwi, dażgur li nikkonfermawh imma jekk hemm xi ħaġa li hija kontra l-policy tal-gvern le.", "Wara kollox għalhekk hemm l-approvazzjoni, biex il-ministeru jara wara jekk l-action plan huwiex kontra l-politika tal-gvern.", "Pero` il-politika tal-gvern hi li ma jsirx dak il-proġett fuq raba` saqwi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jaf il-Ministru li wara li ġie rivedut il-pjan xorta hemm raba' saqwi li jista' jinqered u li jolqot lil madwar 20 bidwi li ffirmaw il-petizzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, fil-Minuti hemm li l-pjan ġie emendat sabiex jitneħħa r-raba' saqwi.", "Nerġa' ngħid li l-pożizzjoni tal-gvern hija li fuq raba' saqwi ma jsirx dan l-iżvilupp.", "(Interruzzjonijiet) Imma skużi mhux jien inbidlu!", "L-Onor.", "Vella jaf daqsi li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tagħmel il-pjanti u l- pjani tagħha u mbagħad jiġu għand il-ministeru.", "Safejn naf jien dan għadu ma wasalx għandna.", "Issa aħna niddeċiedu skond il-policy tagħna li ma jsirx dak il-bini.", "Fil-fatt anke meta nħarġet il-pjanta oriġinarjament, li qiegħda fuq area ħafna akbar – għax il-parti ta' raba' saqwi hija parti żgħira mill-proġett kollu kemm hu – il-gvern qal li f'dik l-area ta' raba' saqwi m'għandux isir żvilupp.", "Issa jekk meta jasal il-Marfa Action Plan jirriżulta li għandu jerġa' jiġi emendat, nerġa' nibagħtu lura.", "Jiġifieri jien bil-liġi għandi dan il-poter u m'iniex se niddejjaq nużah.", "(Interruzzjonijiet) Aħna għallinqas ippruvajna nagħmlu xi ħaġa dwar din il-problema Onor. Vella, mentri inti, fis-sentejn li għamilt, qgħadt gallarija!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Kopja ta' ittra datata 17 ta' Jannar 2002, mibgħuta lill-Prim Ministru minn Valery Giscard D'Estaing, President tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Unjoni Ewropea, dwar in-nomina ta' żewġ membri parlamentari biex jipparteċipaw fl-istess konvenzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 3 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Proċedura għall-Investigazzjoni ta' Ilmenti;", "Avviż Legali Nru 4 ta' l-2002 – Ordni ta' l-2002 dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji;", "Tabella li turi l-għadd ta' mpjiegi li ntilfu kull xahar bejn Jannar u Diċembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30881;", "Kopja tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Addozzjoni tat-Tfal ta' l-24 ta' April 1967, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30904;", "Kopja tal-White Paper \"Fi Sħab Indaqs fiż-Żwieġ: It-Tiġdid tal-Liġi tal-Familja\", ippubblikata f'Ottubru 1991, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30905;", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li matul l-2001 inqatgħu minn fuq ir-reġistru tal-qgħad u r-raġuni għaliex inqatgħu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30947; u", "Tagħrif dwar safar uffiċjali miċ-Chief Executive Officer tal- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul l-2001, flimkien ma' tagħrif dwar l-ispejjeż involuti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30951.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 1 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; u", "Avviż Legali Nru 2 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir- Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kaċċa.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u financial statements tal-Korporazzjoni Enemalta għas- sena 2001;", "Estimi tal-Korporazzjoni Enemalta għas-sena 2001/2002; u", "Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tas-Sur Anthony Rizzo, Chief Executive Officer mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, iffirmat fis-7 ta' Diċembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30942.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' l-applikazzjonijiet għal żvilupp marbuta mal-proġett tal-Kottonera, li ġew approvati mill-Awtorita` ta' l- Ippjanar u dawk li għadhom pendenti, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30882; u", "Tabella li turi l-pajjiżi li minnhom ġejjin l-applikanti għaċ- ċittadinanza doppja li ġew irreġistrati bejn Settembru u Diċembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30934,", "u f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-Konvenzjoni ta' l-1979 għall-Eliminazzjoni ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa li Malta ffirmat fl-1991, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30903.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Crop Husbandry Division għas-sena 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30599 ta' seduta numru 679 tas-16 ta' Jannar, 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 24/1/2002 – Bye-Laws ta' l-2002 dwar il-Ħarsien tal-Pont ta' Wied id-Dis (Kunsill Lokali Għargħur);", "Rapport dwar l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali għall-perjodu bejn April u Lulju 2001; u", "Tabella li tagħti tagħrif dwar fondi allokati lill-Kunsilli Lokali bejn l-1994 u l-2003, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30950.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLIMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Jannar 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, issa li għadda ftit żmien minn mindu tressaq il-budget f'din il-Kamra, in-nies qed tistaqsi dwar il-miżuri li ġew imħabbra.", "Għalkemm fil-ħin limitat li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, ma nistax nagħmel riferenza għal kollox, irrid ngħid li waħda mill- mistoqsijiet li qed tqum fost il-poplu hija dwar jekk dawn il-miżuri sarux bl-għaġġla, sempliċiment biex ikun sar xi ħaġa.", "Per eżempju fil-budget issemmew inċentivi li se jingħataw fuq proġetti ġodda, pero' fost il-poplu qed iqumu d-dubji dwar min jista' jibbenefika minn dawn il-miżuri.", "Fost affarijiet oħra ssemmiet l-eżenzjoni tat-taxxa li se tingħata lil dawk is-self-employed li jħaddmu medja ta' 5 persuni u m'għandhomx tur-over ta' iktar minn Lm100,000.", "Allura, l-ewwel mistoqsija li tiġina f'moħħna hija dwar jekk hemmx il-mekkaniżmu in place biex dawn il- proġetti jiġu approvati.", "Min qed jiddeċiedi jekk dawn il-proġetti li se jiġu ppreżentati humiex productive investments.", "Aħna rridu naraw li ninċentivaw biex noħolqu iktar xogħol u nattiraw investiment barrani, mhux biex nieħdu x-xogħol lil xulxin, inżarmaw knisja biex nibnu oħra, għax b'hekk, għax fl-aħħar mill-aħħar il-pajjiż ma jkun qed jieħu xejn, imma tkun biss dik il-persuna partikolari li tkun qed tibbenefika.", "Mr Speaker, nitlob lill-Onor.", "Pullicino biex jekk jogħġbu jmur jitkellem barra mill-Kamra, għax qed itellifni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk niftakar tajjeb, fil-house business committee kemm-il darba għedna li f'din il-Kamra m'għandhomx jintużaw mobile phones.", "Inti stess, Sur President, kont qassamt ċirkolari dwar dan.", "Issa, minn fuq, hawn deputat li għax l-Onor.", "Helena Dalli qed titolbu biex ma jgħajjatx, irid jieħu tiegħu minn fuq, u inti, bħala s-Sedja, ma jimpurtakx.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, jiena ġbidt l-attenzjoni għall-użu tal-mobile phones f'din il-Kamra għal iktar minn darba, u ħriġt ukoll ċirkolari.", "Iva, jien hekk nixtieq, li hawn ġew il-mobile phones ma jintużawx ...", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li nipproteġiha, anzi nerġa' nieħu l-okkażjoni biex niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membri biex jekk jista' jkun ma jużawx mobile phones f'din il-Kamra.", "Jekk irridu nistgħu nipprojbixxu l-użu tagħhom, pero' nifhem li wieħed għandu jħalli dan fid-diskrezzjoni ta' l- Onor. Membri, u iva, nagħti l-protezzjoni kollha lill-Onor.", "Dalli biex tkompli bid-diskors tagħha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, kont qed ngħid li rridu naraw li l- inċentivi li nagħtu jkunu se joħolqu xogħol ġdid.", "Barra minn hekk irid ikollna a good understanding tal-każi kollha ta' dawk li se japplikaw għal dawk l-inċentivi, jiġifieri fost affarijiet oħra rridu naraw kif se jintefqu l-flus li se jingħataw.", "Dawn l-inċentivi qegħdin hemm għal min irid jagħmel productive investment.", "Computer huwa productive investment, imma karozza m'hijiex, allura l-inċentivi japplikaw għal min ikun irid juża dawn il-flus biex jixtri karozza?", "Dawn huma l-mistoqsijiet li qed jistaqsi kull min qed jaħseb li jista' japplika għal ċerti miżuri li jissemmew fil- budget.", "Sur President, fil-budget speech hemm miktub li se jingħata inċentiv għax- xiri ta' makkinarju.", "Meta aħna tkellimna mal-poplu, rajna li x-xiri ta' makkinarju huwa l-inqas ħaġa li s-self-employed għandhom bżonn inċentiv għalih, għax il-makkinarju jrid jinxtara dejjem, tkun xi tkun is- sitwazzjoni.", "Irrid ngħid li hawn min qed jaħdem biex jikkonvinċi lis-self- employed iż-żgħar ħalli ma jagħmlux spiża kapitali fuq makkinarju li jintuża għal ftit sigħat fil-ġimgħa, imma jibdew jaħdmu flimkien ma' self- employed oħra u jużaw il-makkinarju ta' xulxin permezz ta' sub-contracting, ħalli l-ispejjeż tax-xiri tal-makkinarju jonqsu għal kulħadd.", "Permezz tat- tħaddim ta' din is-sistema, il-produzzjoni xorta tkun qed tittella' imma l- ispejjeż meħtieġa għax-xiri tal-makkinarju jkunu jistgħu jintużaw għal affarijiet oħra.", "Sur President, ta' min jgħid li din il-miżura se ssir at a social cost, għax il-gvern se jkollu inqas dħul mit-taxxi.", "Għalhekk aħna nippretendu li minbarra social cost, se jkun hemm ukoll social benefit, bħal per eżempju l-possibilita` li dawn is-self-employed jibdew iħaddmu iktar nies, jgħollu l-produzzjoni u jżidu fl-esportazzjoni.", "Li qed nipprova ngħid hu li ma nistgħux ninċentivaw bl-addoċċ lis-self- employed, mingħajr ma naraw li għat-tnaqqis li se jkun hemm mid-dħul tal- gvern f'dawn li huma taxxi, se jkun hemm xi forma ta' social benefit.", "Għalhekk huwa mportanti li naraw jekk dan il-proġett huwiex se jkun biss more of the same, fejn inħottu knisja biex nibnu oħra u ċ-ċirku jibqa' dejjem idur madwar l-istess erba' persuni.", "Imma min se jagħmel dawn l- assessments?", "Min qed jevalwa lil dawn il-proġetti?", "Nispera li fil-winding up, il-Ministru jirrispondina ħalli aħna, min-naħa tagħna, nkunu nistgħu nirrispondu l-mistoqsijiet li jagħmlilna l-poplu.", "Dwar dan xejn m'hu ċar, għax min mar jistaqsi fil-ministeru dwar min se jagħmel dawn l-assessments, min qed jiddeċiedi fuq dan il-proġett u jekk huwiex investiment produttiv jew le, baqa' mingħajr risposta.", "Din l-iskema tidher li hija ġenerika.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn tidher li it's a very broad scheme, imma very narrow għal min hi applikabbli, għax tapplika biss għal min iħaddem medja ta' 5 persuni.", "Kienu din l-iskema kienet tapplika għal min iħaddem ħafna inqas minn 5 persuni, kienet tukn tajba ħafna, imma kif inhi, m'hijiex prattika.", "Ta' min jgħid li minn studju li sar jirriżulta li kull self-employed Malti jħaddmu medja ta' 1.5 persuni, jiġifieri ħafna minnhom m'huwiex se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura.", "Barra minn hekk, min jikkwalifika għal din l-iskema jrid ikollu turn-over ta' Lm100,000.", "Jekk business li jħaddem 10 persuni, b'turn-over ta' .....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "John Dalli on a point of explanation.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, ikolli ngħid li l-Onor.", "Dalli qabdet argument żbaljat.", "Il-kwalifika għal din il-miżura m'hijiex li wieħed ikun iħaddem medja ta' ħames persuni, imma li jkun iħaddem sa 5 persuni, jiġifieri min iħaddem inqas, se jikkwalifika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli tista' tkompli bl-intervent tagħha.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Le, biex wieħed jikkwalifika jrid ikun iħaddem medja ta' ħames persuni, li hija ħafna iktar għolja mill-medja ta' 1.5 persuni li rriżultat minn studju li sar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, il-kriterji huma li wieħed ikun iħaddem sa 5 persuni, mhux medja ta' 5 persuni.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien qed nikkwota mill-budget speech.", "Fuq dan qed nimxi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Xi ktibt jien fil-budget speech?", "ONOR.", "HELENA DALLI: hawnhekk hawn imniżżel li biex persuna self-employed tkun tista' tibbenefika minn din il-miżura trid tkun tħaddem medja ta' 5 persuni.", "Issa jekk l-Onor.", "Ministru ma jafx x'kiteb fil-budget speech....", "Naf li ma kitbux hu...", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jimporta nkompli b'dak li kont qed ngħid?", "(Interruzzjonijiet) Le, inkompli, għax issa jekk il-Ministru ma jafx x'qed jgħid ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Skużani, imma kull min għandu ftit sens f'moħħu jifhem li qed nitkellmu fuq kumpannija żgħira li jew ikollha turnover ta' Lm100,000 jew tkun tħaddem sa ħames persuni.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-budget speech jgħid li biex persuna self-employed tikkwalifika għal din l-iskema trid tkun tħaddem magħha medja ta' 5 persuni, avolja minn studju li sar irriżulta l-kumpanniji ż-żgħar iħaddmu medja ta' 1.5 persuni.", "Il-Ministru jaf li n-nies li jridu jħaddmu din l-iskema qed jagħmlu ħafna mistoqsijiet.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ngħid min għamilha!", "Nieħdu eżempju ta' business li jħaddem 10 persuni, b'turnover ta' Lm100,000, jiġifeiri kull ħaddiem jagħti Lm10,000, li minnhom irid jitnaqqsu Lm6,000 f'pagi.", "Allura din il-kumpannija hi diġa' meqjusa bħala non-economic activity, u għalhekk din l-iskema se tkun tapplika biss għal min iħaddem bejn ħames u seba' persuni, u ż-żgħar, dawk li jħaddmu medja ta' 1.5 persuni, u li huma l-iktar fil-bżonn ta' l- għajnuna, m'humiex se jikkwalifikaw.", "Mr Speaker, jien jiddispjaċini li f'nofs l-intervent tiegħi, iqum l-Onor.", "Dalli jagħmel point of information li jmeri dak li hemm miktub fil-budget speech, biex issa, wara li lili kkoreġieni, qed jiċċekkja ma' l-espert tiegħu biex jara jekk dan li qed ngħid jien huwiex minnu.", "M'huwiex sew li f'din il-Kamra jsiru affarijiet bħal dawn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli on a point of order.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, ma jistax ikun li f'dawn l-40 minuta li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, ikolli nieqaf tliet darbiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Helena Dalli m'għandha l-ebda dritt tassumi x'qed nagħmel jien ma' l-advisor tiegħi.", "Jien m'iniex qed nitkellem dwar dak li qed tgħid hi.", "Ikolli ngħid li qabdet triq kompletament żbaljata, b'argumenti li ma jagħmlux sens.", "Jien qed nitkellem ma' l-advisor tiegħi dwar affarijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, kulma rrid ngħid lill-Ministru kulma ngħidlu hu biex jiftaħ paġna 37 tal-budget speech, u jaqra dak li hemm miktub iswed fuq l-abjad, u ċioe`: \"se nniedu miżuri oħra għal negozji żgħar u self-employed li jħaddmu medja ta' ħamsa min-nies\".", "Lura għal dak li kont qed ngħid, ridt insemmi mod ieħor ta' kif qed jintefqu l-flus tal-budget mingħajr ħadd ma jaħseb dwar l-effetti long term.", "Xtaqt nitkellem dwar is-saħħa, preċiżament dwar il-kwestjoni ta' health promotion, u nibda billi ngħid li d-dipartiment tal-health promotion qed jagħmel xogħol tajjeb, pero', sfortunatament jeżistu ħafna kontradizzjonijiet, bħal per eżempju l-fatt li l-promozzjoni dwar il-kura tas-snien tat-tfal qed tiġi sponsored minn kumpannija li tipproduċi l-fruit juice, li kulħadd jaf kemm dan huwa ħażin għas-snien minħabba l-ammont kbir ta' zokkor li fih.", "Jien niftakar żminijiet fejn il-leaflets tal-health promotion unit kienu jkunu sponsored minn prodotti ta' l-ilma, pero' issa dawn qed jiġu sponsored minn kumpannija tal-fruit juices.", "Id-dentisti jirrabjaw ħafna, anke dawk fid-dipartiment tas-saħħa, għax filwaqt li huma jmorru fl-iskejjel biex jaraw x'lunches ikollhom magħhom it-tfal, u fejn jaraw li għandhom fruit juices jgħidulhom bil-ħsara li dawn jagħmlu, fl- istess ħin, il-leaflets li jitqassmu għandhom reklam ta' dawn il-juices.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix il-ħela li qed issir.", "Dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' persuna li taħdem fid-dental department tat-tfal, u rrimarkatli dwar il-fatt li hemm bżonn li ċ-ċittadini ma jieħdux affarijiet bl-addoċċ, bħal per eżempju braces, li jiswew ħafna u ħafna flus.", "Hemm bżonn li nżommnu f'moħħna li għalkemm aħna ma nħallsux għal dawn l- affarijiet, dawn qed jinxtraw mit-taxxi tagħna stess, u allura m'humiex b'xejn.", "Din il-persuna rrimarkatli wkoll dwar il-ħsara li ssir lil dan l- apparat dentali, għas-sempliċi raġuni li jekk jinkisru, dawn jerġgħu jingħataw b'xejn.", "Għalhekk nerġa' nfakkar lil min jagħmel użu minnhom, li dawn m'humiex b'xejn, imma jinxtraw mit-taxxi tagħna stess.", "Jekk inħarsu lejn il-ħsara li ssir minn perspettiva ta' budget, ninnotaw li iktar ma ssir ħsara, iktar il-gvern ikollu joħroġ flus għall-kura.", "Jien ngħid li jkun ħafna aħjar kieku l-flus jintefqu fi prevenzjoni serja u f'edukazzjoni tajba, milli f'kura.", "Ftit taż-żmin ilu għamilt mistoqsija parlamentari dwar il-health food policy fl-iskejjel, u r-risposta tal-Ministru kienet li din il-policy qiegħda f'kull skola tal-gvern u tal-Knisja.", "Pero' jiena naf li m'hemmx enforcement u implimentazzjoni ta' din il- policy.", "Fil-fatt nistieden lill- Ministru imur f'liema tuck shop irid u jikkonferma li m'hemmx health food policy.", "Minbarra l-ħsara li qed issir lill-istess studenti, il-ġenituri tagħhom ma jistgħux iderru lit-tfal tagħhom jieklu healthy food, għax ovvjament huwa inutli li wieħed jara li fid-dar, it-tfal jieklu ikel bnin, meta jaf li mill-iskola jistgħu jixtru junk food kemm iridu.", "Ovvjament, l-ikel ħażin waqt it-trobbija jirriżulta fi problemi meta t-tfal jikbru.", "Aħna nafu li f'pajjiżna hawn problema kbira bl-obesita u bid- diabete, u la qegħdin nitkellmu dwar il-budget, minbarra s-saħħa fiżi rridu nsemmu wkoll l-cost finanzjarju li għandu pajjiżna minħabba l-mard taz- zokkor, ta' l-obesita`u l-mard mentali, li t-tliet huma katina.", "Jiġifieri minkejja li għandna health food policy fl-iskejjel, din m'hi qed tissarraf l-ebda ġid, għax m'hijiex qed tiġi nfurzata, u l-ispejjeż kbar fil-kura ta' dan it-tip ta' mard m'humiex qed nitnaqqsu.", "Kieku nieħdu l-prevenzjoni b'iktar serjeta`, in the long run se niggwadanjaw, kemm billi f'dan il- pajjiż ikun hawn nies iktar b'saħħithom kif ukoll mil-lat finanzjarju.", "Mr Speaker, f'dan l-intervent ridt insemmi wkoll il-ħela li hemm f'ċerti dipartiment tal-gvern, kemm ħela ta' flus kif ukoll ħela ta' riżorsi umani.", "Kif għedt f'interventi preċedenti, minkejja li fid-dipartimenti hemm ħaddiema li kapaċi jagħmlu ċertu xogħol, dan ix-xogħol qed jingħata lill- kuntrattur u l-ħaddiema tad-dipartiment qed jispiċċaw ma jagħmlu xejn.", "Jekk per eżempju nħarsu lejn il-PBS, fejn kulħadd jaf li hemm ħaddiema żejda, ħafna mix-xogħol jiġi farmed out.", "Jien niftakar żminijiet fejn il-PBS kienet jipproduċu programmi dwar current affairs ta' livell tajjeb ħafna.", "Issa dawn m'għadhomx jeżistu, għajr għal dawk il-programmi li jippruduċu dawk li ma jaħdmux mal-PBS imma li jagħmlu dan fuq bażi kuntrattwali.", "Bħal fil-PBS, hemm ħafna każijiet oħra ta' ħaddiema li minkejja li jkunu kapaċi jagħmlu ċertu xogħol, dan jingħata lill-kuntratturi.", "Problema oħra li tinħass fid-dipartimenti tal-gvern hija dik ta' nuqqas ta' management li hemm fiċ-ċivil, fejn biex iċ-ċittadin jinqeda, irid jgħaddi minn ħafna terturi.", "Ftit taż-żmien ilu ġie każ quddiemi ta' persuna li taħdem fil-customer care u li fl-istess ħin tattendi kors fl-Universita`.", "B'daqshekk m'hemm xejn ħażin, imma ma jistax ikun li din il-persuna, sakemm tkun qiegħda l-Universita', ma tiġix replaced, bil-konsegwenza li kien hemm min mar għal erbat ijiem wara xulxin biex jinqeda, u baqa' b'xiber imnieħer.", "U dan meta l-gvern kuljum isemmi l-ħaddiema żejda li hemm fiċ- ċivil.", "Sitwazzjoni bħal din jikkonfermaw in-nuqqas ta' management li hemm fiċ-ċivil.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir eżerċizzju biex iċ-ċittadin jibda jiġi moqdi tajjeb u jieħu l-valur tat-taxxi li jħallas.", "Ovvjament, ma nistax ngħid li din l-ineffiċjenza teżisti f'kull dipartiment, għaliex iva, hawn ċerti customer care departments li huma effiċjenti, pero' quddiemna jiġu dawn il-każijiet fejn iċ-ċittadin ma jiġix moqdijiet tajjeb, u għalhekk aħna lil dawn irridu nsemmu, għax fuq kollox xogħlna hu li nikkritikaw dak li hu ħażin biex forsi tittieħed inizjattiva u dan jiġi rranġat.", "Każ ieħor fejn fl-opinjoni tiegħi il-gvern qed jaħli l-ħin u l-flus huwa dak dwar iċ-child care.", "Jien kemm-il darba appellajt lill-Ministru Gonzi biex jippreżenta f'din il-Kamra r-regolamenti għaċ-child care, imma l-Viċi Prim Ministru dejjem kellu xi skuża lesta u sal-lum, dawn ir-regolamenti għadhom ma tressqux quddiem din il-Kamra.", "Irrid ngħid li f'dan ir-rigward, l-għaqda tal-kooperattivi ħadet l- inizjattiva li tħejji rapport, fejn f'dan l-istess rapport irrakkomandat lill-Ministru Gonzi biex ifassal regolamenti dwar iċ-child care.", "F'din il- ġimgħa, fil-gazzetta \"The Times\" kien hemm rapportat li fl-aħħar, wara tliet snin, l-Onor.", "Gonzi ammetta l-bżonn li jressaq dawn ir-regolamenti, li diġa' qegħdin in draft form, quddiem din il-Kamra, jiġifieri t-talbiet li għamel il-partit Laburista f'dawn l-aħħar tliet snin ma swew għal xejn, u issa, għax sar dan ir-rapport, il-Ministru ammetta dan il-bżonn.", "Sur President, din is-sitwazzjoni hija simili għal dik dwar il-postijiet ta' kenn għal nisa msawta.", "Gvern Laburista kien ipprovda numru ta' postijiet bħal dawn, pero' l-aħħar wieħed, minħabba l-elezzjoni, ma kienx laħaq tlesta.", "Wara l-elezzjoni, il-Ministru Gonzi ddeċieda li dan il-post ma jinfetaħx, u minflok ikkummissjona rapport dwar il-postijiet eżistenti li joffru refuġju lil nisa msawwta.", "Dan ir-rapport ormai ilu li tlesta kważi sena, u għalkemm kien jenfasizza l-bżonn ta' iktar minn dawn il- postijiet, s'issa għadu ma sar xejn.", "Il-gvern Laburista mhux biss ikkonferma dan il-bżonn, imma pprovda numru ta' postijiet ta' refuġju, u l-Ministru Gonzi, b'pika, għax m'hijiex l- ewwel darba li għamel affarijiet bħal dawn, ma kompliex fuq dak li kien qed jagħmel il-gvern preċedenti, u minflok ikkummissjona r-rapport li l- konklużjoni tiegħu kienet l-istess konklużjoni ta' gvern laburista, u ċioe` li f'pajjiżna hawn il-bżonn ta' iktar postijiet li joffru kenn għal nisa msawta.", "Nerġa' ngħid li gvern Laburista mhux biss għamel studji biex jara xi bżonnijiet kien hawn fl-oqsma taċ-child care u tan-nisa msawwta, talli ħalli l-inizjattiva u beda jindirizza l-problema fiż-żewġ każijiet.", "Mr Speaker, jien inħoss li huwa mportanti li nsemmi dawn l-affarijiet għax ninsab konvinta li dawn ma ġrawx biss f'dawn l-oqsma fejn jien kont involuta direttament, imma anke f'oqsma oħra.", "Il-poplu għandu d-dritt li jkunu jaf b'dak li qed jiġri, il-poplu għandu jingħata sodisfazzjoni tat- taxxi li qed iħallas, għax il-poplu jistaqsi għaliex l-istudji u r-rapporti li jiġu kkommissjonati qegħdin jieħdu tul ta' żmien biex jitlestew.", "Il-Viċi Prim Ministru seta' faċilment ikompli fuq ix-xogħol tajjeb li kien beda l- gvern Laburista, xogħol li kien beda jsir fuq il-pariri ta' esperti li anke l-gvern Nazzjonalista m'għandux dubju mill-kapaċitajiet tagħhom.", "Imma f'dan il-pajjiż donnu li ma nimxux skond il-kapaċitajiet u skond il-value for money li nistgħu nagħtu liċ-ċittadin.", "F'dan il-pajjiż nimxu bis- sistema li dak li sar fi żmien gvern Laburista, irrelevantement xi jkun, huwa ħażin, għalhekk nikkummissjonaw rapporti mill-ġdid.", "Imma fil-każ tar- regolamenti dwar iċ-child care lanqas hekk ma ġara, għax dak li sar kien grazzi għall-inizjattiva li ħadet l-għaqda tal-kooperattivi.", "La qed insemmi l-qasam taċ-child care, ma nistax ma ngħidx li anke f'dan ir- rigward kien hemm il-ħela tal-flus.", "Il-pilot project li kien tħejja għal dan il-qasam ilu tliet snin imwarrab, ma sar l-ebda marketing għalih, jiġifieri l-flus li kienu ntefqu, inħlew.", "Fir-rapport li ħejjiet l-għaqda tal-kooperattivi, jingħad li l-gvern għandu jagħti sussidju lil dawk il- ġenituri ta' tfal taħt it-tliet snin li bilfors ikollhom imorru jaħdmu, u allura jridu jħallu lil uliedhom f'xi ċentru għall-ħarsien tat-tfal.", "Il- gvern Laburista kien inkorpora dan is-sussidju fil-liġi, u ta l-poter lill- ministru responsabbli biex jissussidja lil dawn in-nies, pero' l-Onor.", "Gonzi qatt ma uża dan il-poter, anzi lanqas biss jgħid li jeżisti.", "Iva, ħafna xogħol li kien inbeda minn gvern Laburista tħalla fuq l-ixkaffa, u issa, għax wara tliet snin xi ħadd ħa l-inizjattiva li jħejji rapport dwar il-child care f'pajjiżna, il-Ministru ntebaħ bil-bżonn kbir li hawn li nirregolarizzaw lil dan il-qasam.", "Insomma, meta nara affarijiet bħal dawn jien ngħid x'nistgħu nistennew minn ministru li lejliet l-elezzjoni nstema' jgħajjat \"skandlu, skandlu\", u hekk kif tela' fil-gvern u aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni tlabnih rapport dwar dan l-iskandlu, wara sena dan ir-rapport kien għadu ma sarx, u dan bir- raġun, għax kellu x'jaħbi.", "Imma issa rriżulta li qabel l-elezzjoni, il- Ministru Gonzi mhux talli kien jaf li dan kien skandu ffabbrikat, talli rikeb fuqu u qal ħafna gideb.", "Iktar minn hekk, biex lejliet l-elezzjoni jieħu vantaġġ politiku, mexa mal-kurrent u għajjar lil ħaddieħor bi skandli meta kien jaf li fil-verita` ma kien hemm xejn minn dan.", "Dan kollu ħareġ minn dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u minn dak li ġie kkwotat jgħid il-Prim Ministru, li min-naħa tiegħu kien jaf li l-Onor.", "Gonzi kien qed jagħmel ħażin, pero' peress li kull meta kien hemm bżonnu, dejjem ta s-sehem tiegħu, u għalhekk ħadd ma seta' jwaqqfu milli jagħmel din it-tbażwira kollha.", "Allura aħna kif nistgħu nafdaw lil dan il-ministru demokristjan f'ċerti affarijiet?", "Kif nistgħu nafdawh fit-tmexxija?", "Fil- bidu jien kont ġenwinament nitolbu biex jiffinalizza dawk il-proġetti li beda gvern Laburista, għax jien dejjem emmint li dmirna hu li ntejjbu l- ħajja taċ-ċittadin li bgħatna hawn biex nirrappreżentawh.", "Pero', meta wieħed jibda' jgħaqqad ħaġa ma' l-oħra, meta jara x'ġara qabel l-elezzjoni, jisma' l-gideb li kien intqal u jara l-ipokresija tal-Ministru Gonzi li fuq it-trakkijiet kien jgħajjat \"skandlu skandlu\" u jfajjar l-ismijiet bl- addoċċ, bilfors jitlef il-fiduċja f'din il-persuna.", "U mhux jien biss tlift il-fiduċja fil-Ministru Gonzi, imma per eżempju t- tfal tiegħi, li dak iż-żmien kienu għadhom żgħar, ukoll ma kienux jieħdu impressjoni tajba tiegħu meta kienu jarawh fuq it-televiżjoni jimmalafama lill-ommhom u jgħajjat \"skandlu, skandlu\".", "Allura dawn il-povri tfal kif jistgħu iħarsu lejn il-Viċi Prim Ministru ta' dan il-pajjiż bir-rispett li jixraqlu bniedem f'dik il-kariga?", "Kif jistgħu l-partitarji Laburisti jkollhom rispett lejn l-Onor.", "Gonzi meta jafu li minkejja l-ġid li għamel dan il-partit meta kien fil-gvern, il-Viċi Prim Ministru jwarrab il- proġetti li kienu inbdew fi żmien amministrazzjoni Laburista, qishom għandhom il-pesta!", "Nerġa' ngħid fir-rigward tan-nisa msawwta, ir-rapport li ġie kkummissjonat mill-Onor.", "Gonzi ħareġ bl-istess konklużjoni tal-gvern Laburista.", "Allura dan m'huwiex ħela ta' ħin, ta' flus u ta' riżorsi umani?", "Rigward ir-regolarizzazzjoni tal-qasam taċ-child minding, kif diġa' għedt, id-draft ilha żmien twil li tlestiet, u aħna ilna tliet snin sħaħ nappellaw lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq din id-draft quddiem din il-Kamra.", "Issa, wara tliet snin ta' ħela ta' ħin, ta' flus u ta' riżorsi umani, għax l-għaqda tal-kooperattivi għamlet rapport u enfasizzat il-bżonn li dan is- settur jiġu regolarizzat, fl-aħħar il-Ministru rrikonoxxa din il-ħtieġa.", "Sur President, il-gvern preżenti b'dan il-mod għoġbu jmexxi l-pajjiż, biex imbagħad ikollu iktar għalfejn jgħid li ma jistax isib tarf ta' l-infiq, tad-dħul u tal-ħruġ.", "U l-infiq żejjed ma sarx fir-rigward tar- regomentazzjoni tal-qasam taċ-child care, imma sar u għadu qed isir f'kull dipartiment.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk, fl-aħħar dan il-pajjiż se jfalli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, din il- leġislazzjoni li għandna quddiemna titratta l-miżuri li ttieħdu fil-budget bħala riżultat ta' l-impenn ta' dan il-gvern fis-simplifikazzjoni ta' ċerti proċeduri, fis-simplifikazzjoni tal-burokrazija li tirriżulta minn ċerti inizjattivi li jkunu ttieħdu maż-żmien.", "Il-ħin moħli fil-burokrazija jfisser spejjeż, u għalhekk hemm bżonn li naraw kif naslu qabel għal ċerti deċiżjonijiet, speċjalment dawk li għandu x'jaqsmu mas-settur tan-negozji ż- żgħar.", "B'hekk innaqqsu l-ispejjeż u ma nitilfux ħin prezzjuż.", "Illum rajt editorjal fuq ġurnal bl-Ingliż li jitratta dwar l-għajnuna li jmissu jagħti l-gvern lis-settur tan-negozju.", "Jidher li hawn qbil li waħda mill-aħjar għajnuniet li tista' tingħata lil dan is-settur m'għandhiex tkun cash handouts, imma għandha tkun proprju s-simplifikazzjoni tal-proċeduri.", "Huwa dan li qed ngħaddu llum minn din il-Kamra, il-leġislazzjoni li tinkorpora fiha uħud mill-inizjattivi li l-Ministru tal-Finanzi kien tkellem dwarhom fid-diskors tal-budget.", "Rigward is-sistema ta' tassazzjoni għall-kumpanniji ż-żgħar, l-Onor.", "Helena Dalli għadha kif qalet li din il-leġislazzjoni li għandna quddiemna ma tgħid xejn dwar dan.", "Din il-leġislazzjoni se timplimenta l-bidliet fil- miżuri ta' l-estimi, li ovvjament huwa l-budget, u fost affarijiet oħra se tnaqqas il-burokrazija għal dawk li sal-lum kien ikollhom iħallsu t-taxxa biex jimportaw ċerti vetturi.", "Din il-proċedura se tiġi eliminata, u allura l-importazzjoni, speċjalment għar-ri-esportazzjoni, se ssir iżjed faċli.", "Barra minn hekk hemm ukoll emendi għall-att dwar is-sisa u għall-att dwar id-dazji ta' l-importazzjoni, fejn se jkun hemm tnaqqis ta' importazzjoni u livellar mas-sistemi internazzjonali, speċjalment dawk Ewropej, biex in- negozji Maltin ma jkollhomx żieda fl-ispejjeż ta' l-importazzjoni meta kkomparati ma' l-ispejjeż f'dazji.", "F'din il-liġi hawn ukoll emendi dwar il- kontroll tal-kambju u l-income tax.", "Fi kliem ieħor, dawn il-proċeduri jfissru flus f'idejn is-settur tan- negozju, imma mhux b'mod dirett.", "Huma bidu ta' mentalita' moderna li lkoll neħtieġu li jkollna, u ċioe` li nissimplifikaw il-proċeduri.", "Iva, din il- mentalita` għandha tingħata spinta, u fil-fatt dan il-budget kien kollu kemm hu immirat lejn din it-tip ta' mentalita`.", "Mr Speaker, diversi membri ta' l-oppożizzjoni rrimarkaw dwar il-fatt li ċerti inizjattivi m'humiex se jolqtu lis-settur tan-negozji ż-żgħar u s- self-employed.", "Fost l-oħrajn issemmew dawk il-miżuri bi kriterji ta' employment ta' medja ta' ħames persuni u b'turnover ta' mhux iktar minn Lm100,000.", "Dwar dawn il-miżuri kien hawn argumentazzjoni sħiħa, speċjalment mill-Onor.", "Cilia, għax m'huma se jolqtu lil ħadd, imma dan assolutament m'huwiex minnu.", "Dawn huma miżuri li saru wara studju fuq kif qegħdin jidħlu l-balance sheets fl-MFSC, u ġew imfassla fuq ir-realta`, bil-ħsieb li jirrendu, mhux biex x'ħin jiġi xi ħadd biex ifittixhom, ma jsib xejn dwarhom.", "Tajjeb li ngħidu li l-proċess tant importanti tas-simplifikazzjoni tal- proċeduri beda, u bil-provi.", "Dan għall-kuntrarju ta' l-oppożizzjoni Laburista, li meta kienet fil-gvern waqqfet record għall-kumplikazzjonijiet li kienet għamlet.", "Għalkemm l-oppożizzjoni tgħid li m'hijiex se tivvota favur din il-liġi għax ma taqbilx mal-mod ta' kif il-proċeduri eżistenti se jiġu simplifikati, vot kontra juri li l-oppożizzjoni ma tridx taħdem biex dawn il-proċeduri jiġu simplifikati.", "Mr Speaker, id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni kif rapportat fil- gazzetta\"L-Orizzont\" jgħid hekk: \"irridu li nwettqu stimolu fiskali, kemm għall-importazzjoni kif ukoll għas-self-employed\".", "(Interruzzjonijiet) Pero' \"importazzjoni\" hawn miktub.", "Il-mistoqsija tiegħi hi....", "(Interruzzjonijiet) Mela allura hemm bidla kbira.", "Allura rridu nieħdu ħsieb li lill-gazzetta \"L-Orizzont\" ngħidulha biex lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni tikkwotah tajjeb, għax meta rajt dan l-artiklu jien ma stajtx nemmen lill-għajnejja, li minn diskorsi sħaħ dwar il-fatt li hawn importazzjoni eċċessiva u dwar il-bżonn li ninċentivaw l-esportazzjoni, naqra li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li rridu nistimulaw l-importazzjoni.", "U jekk irridu ninċentivaw l-esportazzjoni, jiena naqbel.", "Pero' xorta jkolli nistaqsi mistoqsija oħra, preċiżament fir-rigward ta' parti oħra tad-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni, fejn qal: \"gvern Laburista ġdid se jara wkoll li jitneħħa l-ixkiel li jeżisti fil-kummerċ intern\".", "M'iniex se nkompli nikkwota u nara kif se ssir riforma mill-qiegħ fl-MDC, għax meta darba tkellimt dwar dan, l-istess ġurnal tgħidx kemm kien qal affarijiet.", "Filwaqt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mgħejjun mill-kor tal- membri, illum qed jitkellmu favur is-simplifikazzjoni tal-proċeduri, m'għandhomx ideat ċari dwar x'jagħmlu bil-VAT jekk ikunu fil-gvern.", "Nikkwota: \"qabel l-elezzjoni se niddeċiedu dwar is-sistema ta' tassazzjoni tal-VAT\".", "Kif jista' jemmen il-poplu li l-oppożizzjoni Laburista trid is- simplifikazzjoni ta' proċeduri, meta sal-ġurnata tal-lum għadha twiegħed li hekk kif tkun fil-gvern tneħħi lil Malta mill-proċess tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, li din ta' l-aħħar tfisser ukoll impenn fl-istandards ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri?", "L-oppożizzjoni qed tgħid lill-poplu Malti, speċjalment lin-negozjant, li għalkemm trid tikkmanda lil dan il-pajjiż, għadha m'hijiex ċerta dwar x'se tagħmel bil-VAT.", "L-oppożizzjoni għandha kull dritt tiegħu ż-żmien tagħha biex tara x'se tagħmel bil-VAT, imma ma jistax jerġa' jkollna oppożizzjoni li titla' fil-gvern bl-għajta li se tneħħi l-VAT fi żmien sitt xhur, imbagħad fl-ewwel budget li tagħmel tgħid: \"għad irridu naraw jekk il-VAT hijiex l-aħjar metodu jew sistema li tiggarantixxi d-dħul għall-gvern\".", "Mr Speaker, ma jistax ikun li l-oppożizzjoni Laburista titwemmen, speċjalment min-negozjati, meta tgħid li hi favur is-simplifikazzjoni ta' proċeduri.", "L-Onor.", "Cilia qal li l-gvern għandu jikkrea iktar fiduċja, imma jien nistaqsi kif jista' jkun li m'hawnx fiduċja fost il-poplu Malti meta fil-Milied li għadu kif għadda, il-kummerċ mar tajjeb ħafna.", "X'kien l- istimolu li għen biex f'dan il-Milied li għadda sar ħafna bejgħu u xiri għax kien hawn il-flus fl-idejn?", "X'kien li proprju nissel il-fiduċja fost il-poplu Malti li wasslet biex fil-festi tal-Milied, il-ħwienet Maltin marru kif xtaqu?", "Ikolli ngħid li dan huwa kollu mertu tal-budget li għadda, li permezz tal- miżuri li l-oppożizzjoni se tivvota kontrihom, għen biex tinħoloq il- fiduċja.", "Iva, dan il-gvern qed joħloq il-fiduċja.", "M'għandniex għalfejn nistennew gvern Laburista biex isir dan.", "Il-budget għas-sena d-dieħla offra dik id-direzzjoni li n-negozjant iż-żgħir u s-self-employed xtaqu jisimgħu.", "Dan kien budget tas-self-employed, budget ta' min hu żgħir, u m'huwiex veru li dawn il-miżuri m'huma se jolqtu lil ħadd.", "Dawn huma ndirizzati biex jolqtu liż-żgħir, u se jolqtuh fit-tajjeb, għax se jirrendulu", "l-flus fil-but.", "Ir-realta` tal-lum hi li għalkemm kulħadd jixtieq ibigħ iktar milli qed ibigħ – għax illum is-suċċess tan-negozju jitqabbel ma' l- oppurtunity cost – xorta qed isir bejgħ biżżejjed, u dan iffiser li fil- pajjiż hawn il-fiduċja.", "Mr Speaker, għalkemm nikkonferma li dan il-budget u l-miżuri li qed nitkellmu dwarhom se jirrendu, dawn għandhom border lines, li jeżistu f'kull inċentiv li wieħed jagħmel.", "Jien niftakar waħda mil-liġijiet li kien għadda l-Onor.", "Gavin Gulia, meta kien segretarju parlamentari għas- self-employed, kienet dik dwar kif il-gvern jagħmel tajjeb għal min jissellef ammont kbir ta' flus.", "Jiena persważ li l-intenzjonijiet kienu tajbin, u kulħadd xtaqt li din il-liġi tiġi użata, pero' l-border lines tagħha kienu għoljin wisq, kienet karrotta li ddendlet wisq fil-għoli.", "Nerġa' ngħid li kull leġislazzjoni għandha l-borderlines tagħha, u l- oppożizzjoni tal-lum, li sa tliet snin ilu kienet fil-gvern, taf li meta wieħed irid jagħti inċentiv, irid ikollu numru ta' ħaddiema u jrid jikkwantifika kemm se jkun it-turnover.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni m'hijiex kuntenta għax dawn il-borderlines ma jinkorporawx lil kumpanniji kbar imma huma ntenzjonati għal min hu żgħir.", "Mr Speaker, jiena ngħid li s-sabiħ ta' dawn il-miżuri huwa proprju s- sempliċita` tagħhom, għax jolqtu lil min hu żgħir, jolqtu lil kwantita` kbira ta' imprendituri.", "Meta nisma' lill-Onor.", "Cilia jgħid li dawn huma inċentivi li ma jifimhom ħadd, huma inċentivi kumplikati, huma jungla, jien nistaqsi kif jista' jkun li dawn l-inċentivi jidhru hekk.", "Kieku l-Onor.", "Cilia kien qed jirreferi għal-liġi suppost trasparenti u sempliċi tas-sisa, kont intih raġun mija fil-mija, għax din il-liġi ħadd ma fehemha.", "Il-liġijiet ġungla, kumplikati u li ma kienu jinftiehmu minn ħadd kien dawn li saru fi żmien gvern Laburista.", "Għalhekk jien ma nittollerax li quddiem liġi kkumplikata u mbażwra bħalma kienet tas-sisa, l-oppożizzjoni Laburista tingħaqad f'kor wieħed u tipprova tpinġi -nhar bħala lejl.", "Mr Speaker, quddiemi għandi graph li tindika f'liema żminijiet kien hawn fiduċja fis-suq.", "F'din il-graph naraw li fi żmien gvern Nazzjonalistaa ħarġu ħafna iktar liċenzji ta' negozji milli fi żmien amministrazzjoni Laburista.", "Ilum, bil-kumplikazzjonijiet u bil-jungla li skond l- oppożizzjoni, hawn, fi tliet snin ingħataw 500 liċenzja.", "Allura jiena nistaqsi b'liema wiċċ l-oppożizzjoni tgħid li llum hawn l-inċertezza?", "Kien hemm l-inċertezza fi żmien gvern Laburista, meta l-liċenzji tan-negozji niżlu għal 388.", "Ma nistax ma ngħidx li f'dawn it-tliet snin rajna budgets li talbu ċertu sagrifiċċju, pero' kien hawn ukoll budgets li lill-poplu tawh direzzjoni.", "Il-kontijiet tal-pajjiż juru li bejn Jannar u Novembru 2000 u Jannar u Novembru 2001, id-dħul tal-gvern żdied.", "Fejn fis-sena 2000, il-gvern kien daħħal Lm556 miljun, fis-sena ta' wara, id-dħul kien ta' Lm688 miljun.", "Bil- miżuri li ħa, il-gvern kien kapaċi jżid ir-revenue.", "Għall-kuntrarju, ir-records tal-gvern Laburista juru li filwaqt li fil- perjodu ta' bejn Jannar u Novembru 1997, kien daħħal Lm603 miljun, id-dħul għall-istess perjodu tas-sena ta' wara kien niżel għal Lm595 miljun.", "Dawn huma kontijiet ta' żmienu, jiġifieri l-partit Laburista żgur li ma jistax jgħid li huma mbagħbsa.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn id-dazji u l-excise tax naraw li hemm żieda wkoll.", "Id-dazji daħlu għax l-importazzjoni żdiedet ukoll.", "Bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, il-gvern daħħal Lm54 miljun, waqt li fis-sena 2000, għall- istess perjodu kien daħħal Lm51 miljun, li kien ukoll iktar mid-dħul tas- sena ta' qabel.", "Ta' min jgħid li fir-rigward tal-VAT, fl-1997, il-gvern Laburista kien daħħal Lm74 miljun.", "Fis-sena ta' wara, l-istess gvern kien naqqas id-dħul minn din it-taxxa, waqt li l-gvern Nazzjonalista kien żied dan id-dħul, imma għax żdiedet l-attivita' kummerċjali.", "Għalkemm l-oppożizzjoni Laburista spiss tikkritika l-fatt li l-infiq kapitali m'huwiex jiżdied, naraw li bejn Jannar u Novembru 2001, intefqu Lm42 miljun, waqt li bejn Jannar u Novembru tas-sena 2000, kienu ntnefqu Lm36 miljun.", "In-nefqa fl-edukazzjoni u fil-benefiċċji tas-sigurta` soċjali żdiedet, jiġifieri għalkemm dan il-gvern qed iżid l-introjtu tiegħu, qed iżid in-nefqiet ukoll.", "U n-nefqiet tal-gvern qed ikunu nefqiet li jagħmlu tajjeb għal programmi ta' benefiċjenza, għal programmi ta' għajnuna, biex il-poplu Malti jkun jista' jibqa' jgawdi l-istandard of living li għandu.", "Ħadd ma jaqa' lura, ħadd m'hu għar-rimi, dan il-gvern qed iġibha fis-seħħ.", "L-istatistika turina li fis-sena 2000, l-importazzjoni żdiedet meta mqabbla ma' l-1999, li f'din is-sena wkoll kien hemm żieda fuq is-snin ta' qabel.", "Dawn huma l-fatti li rridu nitkellmu dwarhom.", "Ma nistgħux neskludu l-fatt li dan il-pajjiż qed jagħmel parti minn suq, mhux iktar internazzjonali, imma suq globali.", "Qabel bosta pajjiżi kellhom trade barriers wieħed ma' l- ieħor, imma llum il-pajjiżi tad-dinja qed jaraw kif jegħlbu dawk il- fruntieri li b'xi mod jew ieħor joħolqu diffikultajiet biex isir in- negozju.", "Il-proċess ta' globalizzazzjoni huwa proprju r-riżultat tas- simplifikazzjoni ta' proċeduri kummerċjali fuq livell dinji.", "Illum kulħadd irid jara kif jagħmilha iżjed faċli għall-kummerċ biex isir.", "Illum qegħdin naħdmu, naġixxu, niddeċiedu, nippjanaw politika mhux f'pajjiż iżolat, fejn jaħseb li jista' jagħmel li jrid, fi x'ħin irid u kif irid, imma f'pajjiż li jrid ikun kompatibbli mal-ġirien tiegħu, għax illum, dak li jiġri f'dan il-pajjiż m'huwiex riżultat tad-deċiżjonijiet jittieħdu f'dan il-parlament, imma huwa riżultat ta' x'jiġri fin-negozji Maltin, tad-deċiżjonijiet li jittieħdu f'board rooms ta' kumpanniji multi-nazzjonali, bħalma ġara ftit ilu fil-kumpannija li tipproduċi x-xarba 7 Up.", "Din hija realta`, li jekk nużawha biex nippruvaw inħammġu lil xulxin, inkunu qed nidħku bina nfusna.", "Il-kwestjoni tas-7 Up, li qabbdet uġigħ ta' żaqq fuq livell nazzjonali, m'hijiex sitwazzjoni tad-daħk, pero' għandna bżonn nieħdu tagħlima minn dak li ġara.", "Irridu nirrealizzaw li aħna suġġetti għal deċiżjoniet ta' kumpanniji kbar, għalhekk irid ikollna liġijiet biex nilqgħu għal meta jittieħdu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet.", "Huwa ħażin jekk dan il-parlament jaħseb li x'jiġri f'dan il-pajjiż jiddependi minn dak li rridu aħna, fi x'ħin irridu u kif irridu.", "Hemm bżonn li nkunu dejjem attenti, b'għajnejna miftuħa.", "Irridu kontinwament naraw x'inhu għaddej madwarna biex ma nħallux lil dan il-pajjiż jaqa' lura, għax jekk b'xi mod jew ieħor nippermettu dan, allura t-traġedja tkun ikbar minn dik li rajna ftit tal-ġranet ilu.", "Jien fiduċjuż li bil-miżuri li qed jittieħdu f'dan il-budget, se nibqgħu sejrin b'din il-ħidma ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri, biex lin-negozju tagħna nġibuh kompatibbli ma' mentalita` li għandha tgħinu jimxi 'l quddiem u allura jmexxi 'l quddiem lil dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, ftit ġimgħat ilu smajna euphoria ta' diskors dwar il-budget, kellna euphoria ta' ftaħir minn diversi ministri tal-gvern, li kważi taw l-impressjoni li konna f'sitwazzjoni sabiħa, li żgur kienet qed twassalna lejn stat fost l-aqwa fid-dinja.", "Ingħatajna l- impressjoni li l-problemi li għandna f'pajjiżna ma jeżistux.", "Kważi kważi konna qed ningħataw l-impressjoni li min jitkellem dwar dawn il-problemi huwa imbeċilli u qed jitlef xi boxxla minn rasu.", "Meta imbagħad għaddiet din l-euphoria, bdejna aktar problema wara l-oħra.", "Filwaqt li konna ingħatajna x'nifhmu li dawn kienu solvuti, sibna li ma kien hemm solvut assolutament xejn.", "Bdejna niffaċjaw ir-realta` 'il bogħod mill-ħolm li nistgħu nsiru stilla oħra fuq il-famuża bandiera ta' l- istilel.", "Bdejna noħolmu dwar l-istilel, imma imbagħad bdejna niffaċċjaw ir-realta`.", "Ir-realta` hi li minkejja li f'dan il-parlament kienet saret dikjarazzjoni ċara li sa l-aħħar tas-sena li għaddiet, il-gvern kellu jdaħħal Lm47 miljun mill-privatizzazzjoni ta' diversi setturi, sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, dawn is-Lm47 miljun kienu għadhom ma ġewx.", "Imkien ma ntqal jew deher li l- gvern daħħal Lm47 miljun mill-privatizzazzjoni totali jew parzjali ta' korporazzjonijiet li l-maġġor parti tagħha hija tal-gvern.", "Jien niftakar li taħt gvernijiet Laburisti, f'pajjiżna kienu jiġu diversi industriji, u għalhekk nidħak meta ċerti kelliema tan-naħa tal-gvern jitkellmu bi tmaqdir lejn iż-żminijiet ta' amministrazzjonijiet Laburisti.", "Li ma jsemmux il-membri tal-gvern huwa n-numru kbir ta' fabbriki li fetħu hawn Malta.", "Saħansitra kien hemm żmien fejn l-Onor.", "Fenech Adami kien mar f'pajjiżi barranin, u dan qiegħed on record, ġie jaqa' u jqum mill-ħaddiem Malti li kien jaħdem f'dawn il-fabbriki, u qal li kien wasal iż-żmien li dawn jagħlqu ħalli ssir pressjoni biex il-gvern Malti ta' dak iż-żmien jaqa'.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia m'hu veru xejn.", "Jekk se jibqa' jgħid dan id-diskors, jew jissostanzjah, inkella jirtirah.", "Il-Prim Ministru tal-lum qatt ma qal dan il-kliem fil-konfront ta' l- industrija Maltija u ta' pajjiżna, jiġifieri li jenħtieġ li l-fabbriki f'Malta jagħlqu.", "Dawn x'affarijiet huma?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia jista' jkompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, lest li nġib diversi ...", "(Interruzzjonijiet) M'iniex qed nitkellem bl-addoċċ.", "Qed ngħid eżattament x'kien deher f'diversi ġurnali, meta .....", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx tinkwieta, lest li nġibhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Farrugia jaħseb li se jġib il- provi, iġibhom, imma jekk jaħseb li m'huwiex se jagħmel hekk, jirtira issa dak li qal, because we will hold him to it.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jiena lest li nġib il-provi, u ċioe` dak li deher f'diversi ġurnali ta' dak iż-żmien, fejn kien intqal li l-fabbriki f'Malta kienu qed jiġu mħeġġa biex.....", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Biex l-Onor.", "Farrugia ma joqgħodx idawwar id-diskors, jekk għandu l-provi jpoġġihom, inkella jirtira l-allegazzjoni li qed jagħmel.", "Din hija allegazzjoni serja.", "Jekk għandu l-provi jpoġġihom issa, inkella jirtiraha.", "Ma nistgħux niġu hawn u nitkellmu dwar in-nies b'dan il- mod, bl-addoċċ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Qed nitkellem dwar xi ħaġa li qatt ħadd ma ċaħad li ntqalet f'dawk iż-żminijiet u li dehret fil-ġurnali.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li fil-mument opportun, iva, lest li nġib id-dokumenti hawnhekk.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: La l-Onor.", "Farrugia qed jagħmel allegazzjoni, suppost li għandu l-provi dwarha.", "Għalhekk ninsisti li jew jissostanzjaha issa, inkella jirtiraha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: M'għandi l-ebda ħsieb li nirtiraha.", "Fil-ħin opportun inġib il-provi li dehru fil-ġurnali ta' dawk iż-żminijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li l-Prim Ministru tal-lum qal lill-fabbriki biex jagħlqu ħalli jagħmlu ħsara lill-gvern hija gidba assoluta, u jekk l-Onor.", "Farrugia għandu l-prova li l-Prim Ministru...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, se nkompli bid-diskors tiegħi, u nissostanzja dawn il-provi fil-ħin opportun.", "Kif ikolli d-dokumenti, naċċerta lil kulħadd li nġibhom hawnhekk.", "Jien m'għandi l-ebda problema biex nagħmel dan.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo on a point of order.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, l-istanding orders ta' din il-Kamra dejjem qalu li jekk wieħed jagħmel allegazzjoni, irid jissostanzjaha dak il- ħin, mhux fil-mument opportun.", "Mela aħna niġu hawn biex nilagħbu?", "Meta persuna tallega li ntqal xi ħaġa u persuna oħra tikkontesta dak li jkun qed jingħad u jitlob il-provi, dawn iridu jkunu lesti.", "Jekk il-Kamra trid tagħti ċans lill-Onor.", "Membru li jġib il-provi fis-seduta li jmiss, hija għażla tal-Kamra, imma l-istanding orders jgħidu li issa jrid iġibhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-istanding orders jgħidu li wieħed irid jipprova immedjatament dak li jkun qed jgħid.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru biex jipprova li dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia m'huwiex minnu.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ejjew ma ndawwrux kollox rasu 'l isfel u saqajh 'il fuq.", "L-allegazzjoni għamilha l-Onor.", "Farrugia, u għalhekk l-Onor.", "Farrugia jrid jissostanzjaha.", "MR SPEAKER: Jekk l-Onor.", "Farrugia m'huwiex qed jagħmel allegazzjoni imma qed jesprimi l-opinjoni tiegħu ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nisma' li dak li ntqal ma kinetx allegazzjoni, issa l-Onor.", "Farrugia, jekk jogħġbu, jispjega jekk kinetx allegazzjoni jew jekk kienx qed jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien m'iniex qed nagħmel allegazzjoni, imma qed ngħid x'deher f'ġurnal lokali, jiġifieri fiex kien involut il-Prim Ministru.", "Kulma qed ngħid hu li f'ġurnal lokali ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Jiġifieri l-Onor.", "Farrugia qed jirtira l- kelma allegazzjoni.", "Qiegħed jgħid li ma kien qed jallega xejn imma kien qed jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Le, ma jien qed nirtira xejn, imma qed ngħid li f'ġurnal lokali kien ġie rapportat dak li għadni kif għedt.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed nagħmel allegazzjoni.", "Qed nirrepeti x'kien deher f'ġurnal lokali.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Farrugia qal b'mod kategoriku", "li l-Prim Ministru tal-lum qal lill-investituri barranin biex jagħlqu l- fabbriki li għandhom f'Malta.", "Din hija gidba, u l-Onor.", "Farrugia jrid jirtiraha, inkella jissostanzjaha issa.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom inżommu l-ordni.", "L-Onor.", "Joe Mizzi on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, skond l-istanding orders, kull membru f'din il-Kamra għandu d-dritt jirriferi għal x'jintqal fil-gazzetti, u għalhekk bl-ebda mod m'għandu jirtira dak li jkun qed jgħid.", "L-Onor.", "Farrugia m'huwiex qed jagħmel allegazzjoni, imma qed jgħid x'ġie rapportat f'gazzetta partikolari.", "Issa hekk jonqos ukoll, li ma nistgħux nirreferu għal x'jingħad fil-gazzetti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, din m'hijiex kwestjoni ta' gazzetti, imma hija kwestjoni ta' statement kategoriku li għamel l-Onor.", "Farrugia.", "Dak l- istatement huwa gidba, u jrid jirtirah.", "Aħna mhux se naċċettaw li l-Onor.", "Farrugia jħammeġ lill-Prim Ministru b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, l-Onor.", "Farrugia dawwar il-pożizzjoni minn kif kienet fil-bidu, jiġifieri m'huwiex qed jagħmel allegazzjoni imma qed jesprimi opinjoni tiegħu.", "Jiena hekk fhimtu li qed jgħid, jiġifieri l- pożizzjoni tiegħu spjegaha u ċċaraha.", "Allura jekk hu hekk, nitlob lill- Onor. Farrugia biex ikompli bl-intervent tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, se nerġa' nirrepeti li dak li ġie rapportat f'ġurnal lokali qatt ma ġie miċħud.", "Jien sempliċement ...", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, jimporta jekk inkompli, u l-Onor.", "Membri li qed jinterrompuni, jitkellmu fil-ħin allokat lilhom?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia għadu kif qal li dak li ġie rapportat f'ġurnal lokali qatt ma ġie miċħud.", "Din hija gidba oħra.", "Dak li ġie allegat kien ġie miċħud b'mod persistenti.....", "Nitlob lill-Onor.", "Mizzi biex ma jinterrompix.", "Burdell għamiltuh dan il-parlament!", "Dik l- allegazzjoni ġiet miċħuda diversi drabi, u l-Onor.", "Farrugia m'għandu l-ebda dritt jerġa' jigdeb u jgħid li din qatt ma ġiet miċħuda.", "(Għajjat)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Wara l-elezzjoni, għax jidher li ċerti affarijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Issa ma jistax ikun.", "Ma rridx iktar interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "Farrugia.", "(Għajjat)", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, waħda mill-affarijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk hawn point of order, jien ikolli naċċettah.", "L-Onor.", "Galea on a point of order.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, din in-naħa tal-Kamra talbet li l-Onor.", "Farrugia jipprova jew jirtira l-allegazzjoni li għamel.", "Tista' s-Sedja tgħidilna x'għamel?", "Aħna se nibqgħu ninsistu.", "MR SPEAKER: Onor. Galea, diġa' għedt li l-Onor.", "Farrugia elabora iktar il-pożizzjoni, u allura dak li qal ma kinetx allegazzjoni imma kienet l- opinjoni tiegħu.", "Jiena ħadt id-deċiżjoni u issa l-Onor.", "Farrugia jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiddispjaċini li nsejt inġib gazzetta oħra biex nipprova l-wegħda li hekk kif l-applikazzjoni għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea titneħħa mill-friża, il-fabbriki u l-industriji ġejjin bil-kju.", "Imma r-realta` u l-fatti juru li dan il-kju li l-gvern Nazzjonalista webbel lill-poplu Malti bih, għadu ma wasalx.", "Dan il-gvern kien wiegħed li l-ftuħ ta' fabbriki u industriji ġodda kellu jwassal għal żieda sostanzjali fl- impjiegi.", "Saħansitra kien jingħad ukoll li f'pajjiżna kellu jinħoloq il- ġid u t-taxxi kellhom jonqsu.", "Fil-fatt il-membri Nazzjonalisti kienu jitkażaw bit-33 taxxa li ddaħħlu fi żmien amministrazzjoni Laburista u taw x'jifhmu li dawn it-taxxi kellhom jitneħħew, imma fil-fatt kienu waħdiet dawk it-taxxi li tneħħew.", "Iktar 'il quddiem se nispjega kif bil-ftit taxxi li neħħa, dan il-gvern għabba lill-poplu b'piż ikbar.", "Apparti minn hekk, konna ġejna mwiegħda li f'pajjiżna kellu jinħoloq il-ġid u li kien se jkun kollox ward.", "Qabel l- elezzjoni ta' l-1998 ma kienx jingħad li s-sigurta` soċjali m'għadhiex sostenibbli.", "Lanqas ma kien jingħad li s-settur tas-saħħa m'għadux sostenibbli, imma wara l-elezzjoni, is-sitwazzjoni inbidlet kompletament u f'daqqa waħda, min-naħa tal-gvern bdejna nisimgħu li l-edukazzjoni, is- servizzi soċjali u s-settur tas-saħħa m'għadhomx aktar sostenibbli.", "Fil- fatt beda jintqal li bil-mod il-mod, dan kollu qed iwassal biex il-welfare state f'pajjiżna jiġi mminat.", "Tajjeb li naraw daqsxejn x'inhi s-sitwazzjoni f'ċerti setturi.", "Waħda mit- taxxi li kienet ġiet introdotta fi żmien amministrazzjoni Labursita u li l- gvern Nazzjonalista tant jiftaħar għax neħħiha hija l-famuża 50c fuq il- mediċini.", "Għalkemm huwa veru li din it-taxxa tneħħiet mill-gvern preżenti, huwa fatt ukoll li l-ammont", "ta' pazjenti li ta' kuljum jilmentaw għax ma jingħatawx il-mediċini kollha li għandhom bżonn - u allura jkollhom jixtruhom, bil-konsegwenza li qed iħallsu ferm iktar mill-50c li kienu jħallsu fi żmien l-amministrazzjoni Laburista – huwa kbir.", "Din hija r-realta`.", "Fis-settur farmaċewtiku għaddej ċertu tibdil, jiena ngħid tibdil Ii se jwassal għal problemi kbar, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni.", "Dan huwa kollu riżultat tad- deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu min-naħa tal-gvern, bħal per eżempju li tul dawn l-aħħar tliet snin, għalkemm il-gvern kien jaf lejn liema direzzjoni jrid imexxi lil Malta, ma ttrenjax lin-nies neċessarji, m'għamilx il- preparamenti meħtieġa, anzi nforma lill-importaturi biex jibdew jagħmlu l- preparazzjoni neċessarja ħalli ma jinħolqilhomx ostaklu fil-business tagħhom.", "F'daqqa waħda, bħal leħħa ta' berqa, fl-aħħar ta' Novembru li għadda ttieħdu ċerti deċiżjonijiet li bihom ġew informati l-importaturi.", "Lill-importaturi dan il-gvern qalilhom li fi żmien xahrejn iridu jippreżentaw u jimlew il-kwestjonarju li tressaq lilhom mill-medicines regulatory unit.", "Issa dan il-medicines regulatory unit talab din l- informazzjoni kollha fl-iktar żmien imprekattiv, f'Diċembru u f'Jannar.", "F'Diċembru meta kemm il-manifatturi lokali kif ukoll dawk barranin ikunu bix-shut down, u f'Jannar meta jkunu qed jagħmlu l-projections għal matul is-sena l-ġdida.", "Assolutament m'huwiex għaqli li tintalab ċerta informazzjoni f'dan iż-żmien.", "Imbagħad, biex inkomplu nżidu ma' l-insult, madwar terz tal-prodotti farmaċewtiċi li jiġu mportati f'Malta, se jkunu qed jintalbu li fix-xahrejn li ġejjin jippreżentaw dossier, għax dawn il-prodotti la jinbiegħu fl- Unjoni Ewropea u lanqas jiġu manifatturati hemmhekk, avolja fil-maġġor parti tagħhom huma prodotti ta' kwalita` u li ġejjin mill-Amerika, mill- Kanada, mill-Isvizzera, mill-Awstralja, minn diversi pajjiżi li huma ta' livell għoli, kemm fis-settur mediku kif ukoll fis-settur tal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi.", "Dossier għal kull prodott m'huwiex xi ħaġa li ssir mil-lum għal għada, imma tieħu żmien sostanzjali.", "Jien informat li dawn it-tip ta' dossiers iridu madwar 4 ġimgħat biex jiġu ppreparati.", "Issa immaġina, Mr Speaker, kumpannija li tesporta lejn Malta xi 30 prodott, inkluż prodotti li jkollhom il-weight tagħhom differenti minn ta' xulxin, u din il-kumpannija trid tippreżenta dossier għal kull piż, għal kull saħħa ta' dik il-mediċina partikolari, fi żmien xahrejn, għax hemm xi ħadd mgħaġġel.", "Dan ix-xi ħadd mgħaġġel qed jgħid li jrid joħroġ il-permessi, għalissa proviżorji, biex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu mportati f'Malta, u qed javżahom ukoll li sal-bidu ta' Settembru li ġej, il-prodotti li ma jkollhomx il-permess proviżorju – għallinqas skond l-ittra li tqassmet f'Novembru li għadda - ma jistgħux jibqgħu fis-suq.", "Mr Speaker, sa fejn naf jien, kienet teżisti deroga bejn Malta u l-Unjoni Ewropea għar-rigward tal-prodotti farmaċewtiċi, u suppost Malta għandha tiġi in line mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fl-2007.", "Allura għaliex f'daqqa waħda hawn din l-għaġġla kollha, li sa l-2002, il-prodotti farmaċewtiċi li jiġu mpurtati f'pajiżna jrid ikollhom il-permessi proviżorji bbażati fuq il-linja ta' l-Unjoni Ewropea?", "Ikolli ngħid li dan ma jagħmilx sens.", "Dan il-gvern qed iġġennen lil diversi importaturi biex jippruvaw isolvu din il-problema li sabu ma wiċċhom mil-lejl għan-nhar.", "Naf li l-importaturi ressqu ċerti proposti lill-Onor.", "Dali, għax il-fees li kienu se jintalbu mill-aġenzija li l-gvern kien qed jinnegozja magħha, huma l-ogħla fid- dinja.", "Meta jien, fid-diskors tiegħi dwar il-budget, kont semmejt xi ħaġa dwar dan, il-Ministru tas-Saħħa kien qalli biex nirrakkomanda aġenzija oħra.", "B'kull rispett, jiena nemmen fil-kwalita`, nemmen li l-prodotti għandhom jitjiebu.", "Jekk xi ħadd jistaqsiji jek iniex kuntent bir- regolamenti li hemm illum dwar l-importazzjoni tal-mediċini, ir-risposta tiegħi tkun le, għax kien hemm ċerti toqob li kienu qed jgħaddu minnhom dawk il-prodotti ta' kwalita` inqas minn oħrajn.", "Meta jien kont f'Copenhagen f'Settembru 1997, fil-headquarters tal-WHO tal-pajjiżi Ewropej, tlabt għall-għajnuna, tlabt għal esperti biex jaraw il-liġijiet tagħna, jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, imbagħad aħna nagħmlu t- tibdil neċessarju ħalli nġibuhom iktar in line mal-prattika li għandna f'pajjiżna, li nimportaw mediċini minn ħafna postijiet minn madwar id- dinja, filwaqt li nissalvagwardjaw u ngħollu l-livell ta' kwalita`.", "Jekk inhi kwestjoni ta' kwalita`, jiena żgur li qatt ma jien se nitkellem kontra tagħha, pero' hemm ċerti affarijiet li huma reali għas-sitwazzjoni lokali.", "Għalhekk huwa għaqli li anke f'ċirkostanzi simili, inżommu mal- politika ta' rajna f'idejna, għax jekk it-tariffi li jintalbu għall- prodotti li se jiġu mportati fl-Ingilterra se jkunu l-istess tariffi li jkollhom jitħallsu għall-prodotti li jiġu mportati f'Malta, allura din tkun ġennata, għax filwaqt li l-popolazzjoni Ingliża hija ta' 70 miljun ruħ, dik Maltija titla' għal ftit inqas minn 400,000 persuna, jiġifieri l-ispejjeż żgur li m'humiex se jinqasmu l-istess bejn il-konsumatur Malti u dak Ingliż.", "Naħseb li kien ikun għaqli kieku fit-tliet snin li ħlejna, tajna t- training neċessarji lill-persuni konċernati u għamilna l-preparamenti kollha meħtieġa.", "Kieku sar hekk, żgur li ma kienx ikollha għalfejn inqabbdu aġenziji barranin, għax konna nkunu nistgħu faċilment nużaw lin- nies tagħna.", "Fondi biex jintefqu fi training tan-nies kien hemm.", "Kien hemm ukoll ftehim ma' diversi pajjiżi biex fir-rigward tas-saħħa, aħna nkunu nistgħu nibagħtu lin-nies tagħna biex jingħataw it-taħriġ hemmhekk.", "Iva, ħlejna tliet snin, u issa qed ikollna npatti għalihom billi ningaġġaw aġenzija barranija, u to add insult to injury, kellna ninqdew bl-aġenzija li l-prezzijiet tagħha huma kważi l-iktar għoljin fid-dinja.", "Jien naf dan għax illum, permezz ta' l-internet, huwa faċli li wieħed ikun jaf x'inhuma t-tariffi ta' aġenziji ta' din ix-xorta.", "Allura dan huwa sew?", "Min se jħallas għal dan?", "Irrid ngħid ukoll li jista' jagħti l-każ li minħabba r-referendum jew l- elezzjoni ġenerali, ċerti deċiżjonijiet li diġa' ttieħdu, jiġu rtirati.", "Illum ma sirt niskanta b'xejn, imma l-fatti juru li jekk se nkomplu mexjin f'din it-triq, il-prezzijiet tal-mediċini se jisplodu 'l fuq, u fl-aħħar mill-aħħar, il-konsumatur se jkollu jagħmel tajjeb għaż-żieda fl-ispejjeż li se jkollhom iħallsu l-manifattur jew l-importatur, għal dawn il-mediċini li jkunu qed jiġu reġistrati hawn Malta.", "Jiena naqbel mar-reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Naqbel ukoll li l-kwalita` għandha titjib, imma dak li m'għamilx il-gvern huwa kundannabbli, u huwa dan li jien qed nikkritika, flimkien ukoll mal-fatt li qed ninsew r-realta` Maltija.", "Mr Speaker, naħseb li huwa mportanti li nfakkar fl-iżviluppi li ġraw fl- aħħar jiem, filwaqt li nirrimarka dwar l-infiq li qed isir mid-dipartimenti tal-gvern, infiq li m'huwiex ġustifikat, b'mod speċjali fiċ-ċirkostanzi preżenti, fejn il-gvern għandu problemi finanzjarji kbar.", "Għalhekk m'huwiex għaqli li jintefqu għexieren ta' eluf ta' liri biex jiġu rranġati uffiċini, biex imbagħad wara li jsir dan, ikollu jinkera post ieħor għall- prezz ta' Lm54,000 fis-sena, minħabba li tkun se tinħoloq awtorita` oħra u allura jkun hemm bżonn ta' uffiċċju separat.", "Hekk inberbquhom il-flus tal- poplu Malti u Għawdxi?", "B'dan il-mod qed jintefqu t-taxxi li jiġbor il- gvern?", "L-istess jista' jingħad fir-rigward ta' l-isptar tal-Qroqq.", "L-affarijiet hemmhekk kemm qed isiru bis-serjeta`?", "Jiddispjaċini ngħid li jien ma naqbilx li d-disinjaturi u l-project management ikunu mqabbda mill- kuntrattur li jkollu f'idejh ir-responsabbilta` tal-bini, għax hekk ma jkunx hemm checks and balances serji.", "Meta kien hemm min ipprova jqabbad lin-nies mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex jagħmlu iċ-checks and balances, xorta ma wasalna mkien, għax f'din il-fondazzjoni m'hemmx nies b'biżżejjed esperjenza biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Apparti minn hekk, ma nistax ma nikkummentax dwar il-mod ta' kif saru l- affarijiet, per eżempju dwar kif tliet disinjaturi li ntagħżlu bl-iktar mod trasparenti, mingħajr l-indħil ta' ħadd, hekk kif inbidel il-gvern tneħħew biex ingħata kuntratt dirett lill-kuntrattur li qed jibni l-bini biex isib id-disinjaturi hu.", "Dan ma jagħmilx sens, bħalma ma jagħmilx sens il-fatt li l-problema ta' l-anzjanita` f'pajjiżna m'hijiex qed tiġi tackled, u dan minkejja li kien intqal li l-isptar il-ġdid se jaħseb għas-servizz akut kollu, kemm tal-lum kif ukoll ta' għada.", "Il-gvern preżenti jħobb jagħmel riferenza għal din il-problema, mhux biex jara kif se jsolviha, imma sempliċiment biex jgħid li s-servizzi soċjali m'għadhomx sostenibbli.", "L-anzjanita` f'pajjiżna hija xi ħaġa reali, u għalhekk irridu naħsbu wkoll għan-neċessitajiet mediċi li huma assoċjati ma' din il-faxxa tal-popolazzjoni.", "Allura, filwaqt li ċerti units jistgħu jiċkienu, hemm oħrajn li jridu jikbru.", "Imma l-mod ta' kif saru affarijiet, il-mod ta' kif il-kuntratt oriġinali ġie eliminat u sar wieħed ġdid fejn Skanska setgħet tkompli tespandi fuq dik l-area fejn kienet qed tibni, jiġifieri ingħataw l-estenzjonijiet kollha laterali u vertikali fuq dawk il- postijiet li għandhom x'jaqsmu b'mod dirett mal-bini ta' dak l-isptar, kien żbaljat.", "Filwaqt li ntefqu miljuni kbar ta' liri, m'hemmx iċ-checks and balances neċessarji.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq irrid ngħid li ma' l-ewwel ċans li jkolli, se nkompli nespandi dwar dan il-punt u fil-ħin opportun, inpoġġi affarijiet oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, naħseb li lkoll naqblu li waħda mill-ikbar problemi li għandha f'pajjiżna llum hija l-problema tal-finanzi pubbliċi u l-problema ekonomika li qed ikollna nħabbtu wiċċna magħha.", "Meta jitressqu l-estimi f'din il-Kamra, normalment nippruvaw nindirizzaw dawn it- tip ta' problemi.", "Ovvjament, din il-problema ma kinetx magħrufa minn dejjem, jew aħjar, il-partit Nazzjonalista mhux dejjem ammetta li għandna problema finanzjarja.", "Infakkar li fl-1996, meta allura fil-gvern kien hemm il-partit Laburista, meta fl-ewwel budget li ppreżenta, f'Diċembru ta' l- istess sena, kien qal li f'dan il-pajjiż hawn problema finanzjarja kbira għax kellna ħafna dejn, il-partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fl- oppożizzjoni, kien ħareġ jgħid li din il-problema ma teżistix, hija problema tal-fantaxjenza.", "Ir-realta` hija li 22 xahar wara, meta fl-1998, il-partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, dik li qabel kienet ħrafa, saret realta`.", "Il-gvern Nazzjonalista beda jgħid li iva, hawn problema fil-finanzi pubbliċi, u hemm bżonn li tiġi indirizzata.", "Barra minn hekk qal ukoll li qabel l-1996, din il-problema ma kinetx teżisti, jiġifieri bilkemm ma riedx jgħid li l- problema tad-dejn tal-gvern inħolqot fi żmien 22 xahar.", "Wieħed jaf li m'huwiex realistiku li jingħadu dawn l-affarijiet.", "Kulħadd jaf li fl-1996 kien hemm madwar Lm600 miljun dejn pubbliku, filwaqt li llum dan id-dejn tela' għal Lm1047 miljun, jiġifieri fi żmien ħames snin, id-dejn pubbliku kważi rdoppja.", "Minn dawn il-ħames snin, 22 xahar biss kienu amministrati minn gvern Laburista.", "Il-bqja kienu kollha mmexxija minn gvern Nazzjonalista.", "Għalhekk ma naħsibx li nistgħu nindirizzaw bis-serjeta` din il-problema billi nippruvaw nitfgħu l-ħtija fuq fuq ħaddieħor.", "Il-problema qiegħda hemm, hija reali u rridu nindirizzawha.", "Biex wieħed isolvi l-problema li jkollu, l-ewwel ħaġa li jrid jagħmel hu li jammetti li għandu problema.", "Jekk xi ħadd lanqas biss jammetti li għandu problema, kif jista' jsolviha?", "Jekk il-gvern ma jammettix li għandu problema ta' dejn, il-miżuri li jagħmel fil-budget żgur li ma jkunux qed jindirizzawha.", "Illum il-ġurnata, għalkemm mhux kulħadd jammetti li għandna problema fl- ekonomija ta' dan il-pajjiż, ta' l-inqas kulħadd jaqbel li hawn problema fil-finanzi pubbliċi.", "Iktar kmieni kont qed nisma' lill-Onor.", "Edwin Vassallo jagħmel l-intervent tiegħu, fejn qal li jaħseb li l-gvern u l- oppożizzjoni jħarsu lejn ir-realta` b'nuċċalijiet differenti.", "Qal li filwaqt li n-nuċċali tal-gvern huwa trasparenti, u għalhekk jara kollox ċar, in-nuċċali ta' l-oppożizzjoni huwa skur, u għalhekk anke meta jkun id- dawl, l-oppożizzjoni xorta tibqa' tara d-dlam.", "Il-verita` f'dan il-pajjiż hija waħda, u ma naħsibx li nistgħu nibdluha billi nħarsu lejha b'nuċċalijiet differenti.", "Allura bl-istess argument, aħna bħala l- oppożizzjoni nistgħu ngħid li m'aħniex qed ngħixu fl-istess pajjiż li qed jgħix fih il-gvern, għax ir-realta` kif narawha aħna hija ħafna iktar differenti min kif jiddeskriviha l-gvern.", "Sur President, din il-ħaġa tinkwetana l-ewwelnett għax naħsbu li din tifforma parti mill-istrateġija tal-gvern, li nbdiet proprju fl-1996.", "F'dik is-sena, meta l-partit Laburista tela' fil-gvern, l-oppożizzjoni Nazzjonalista bdiet tgħid li m'huwiex veru li f'dan il-pajjiż hawn ħofra finanzjarja, u għalhekk, meta aħna ħadna ċerti miżuri fiskali biex nippruvaw nindirizzaw il-problema, bdejna nidhru li qisna rridu nagħfsu lill-poplu.", "Sur President, kulħadd jiftakar il-kritika li kienet issir dwar il-famużi 33 taxxa, fosthom it-taxxa ta' 50c fuq il-mediċini u t-taxxa tad-drenaġġ, li l-oppożizzjoni Nazzjonalista qalet li kienet Lm24 meta fil-fatt kienet Lm3 fis-sena.", "Waħda mill-miżuri li kienet ittieħed biex din il-problema tiġi solvuta kienet li ġew riveduti diversi tariffi, imma peress li l- oppożizzjoni Nazzjonalista sa dak iż-żmien kienet m'ammettietx li fil- pajjiż kien hawn problema ta' din ix-xorta, baqgħet tgħid li dawn il-miżuri kienu qed jittieħdu għalxejn jew biex il-poplu jiġi kkastigat.", "L-oppożizzjoni Nazzjonalista, meta per eżempju kien ġew riveduti t-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma, qamet tgħajjat li konna se nġibu l-faqar fil-pajjiż.", "Saħansitra kienet wegħdet li hekk kif hi tkun fil-gvern, kienet se treġġa' lura t-tariffi għal kif kienu qabel.", "Pero' ż-żmien tana parir, għax nafu x'ġara wara.", "Fit-22 xahar ta' amministrazzjoni Laburista, kienu qamu l- kwestjonijiet kollha, u biex tkompli tgiddeb lill-poplu, l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet qalet li hekk kif l-applikazzjoni għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea terġa' tiġi attivata, l-Unjoni kienet se tagħtina Lm100 miljun.", "Wara imbagħad kien hemm min qal li din is-somma ma kinetx f'liri Maltin imma f'Euros jew f'Ecu.", "Barra minn hekk, wara ntqal ukoll li dawk il-Lm100 miljun ma kienux se jingħataw lilna hekk kif nirriattivaw l- applikazzjoni tagħna għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, imma meta nissieħbu f'din l-Unjoni.", "Sur President, aħna tlaqna mill-pożizzjoni fejn analizzajna bis-serjeta` s- sitwazzjoni tal-pajjiż u rajna li kien hawn problema fil-finanzi pubbliċi.", "Għalhekk bdejna nindirizzawha bil-miżuri li ħadna dakinhar.", "Kien hemm min qabel ma' dak li konna qed nagħmlu, u kien hemm min ma qabilx.", "Fil-fatt kien għalhekk li l-elezzjoni li segwiet, intrebħet mill-partit Nazzjonalista, għax dan kien webbel lill-poplu li hekk kif jerġa' jattiva l- applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, se jibdew ġejjin Lm100 miljun fis-sena.", "Dan minbarra l-famuż skandlu tal-Lay Lay, li kien l- icing fuq il-cake.", "Imma insomma, f'temp ta' 22 xahar, il-partit Nazzjonalista akkuża lill-gvern Laburista li m'huwiex veru li fil-pajjiż kien hawn problema finanzjarja, li l-miżuri li kienu ttieħdu ma kienx hemm bżonnhom, u li in any case, m'hemmx bżonnhom għax hekk kif jinbidel il- gvern, l-Unjoni Ewropea se tibda tagħtina Lm100 miljun fis-sena u bihom inkunu nistgħu nsolvu l-problemi li jkollna.", "Mhux hekk biss, imma l- oppożizzjoni Nazzjonalista saħansitra qalet li hemm kif hi titla' fil- gvern, se tneħħi t-taxxi inġusti li kien introduċa l-gvern Laburista.", "B'hekk allura nqalbet il-folja, u bir-raġun, għax jekk l-elettorat jisma' minn naħa lill-partit b'record li jgħid il-verita`, isostni li fil-pajjiż hawn sitwazzjoni problematika u għalhekk hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex din tiġi rranġata, u min-naħa l-oħra jisma' lill-partit l-ieħor jgħid li dan m'huwiex minnu, m'huwiex veru li fil-pajjiż hawn problemi finanzjarji u iktar minn hekk, li l-Unjoni Ewropea se tibda tagħtina Lm100 miljun fis- sena, talli kif nitilgħu aħna se nibdew inġibu Lm100 miljun fis-sena, x'għażla qed jingħata?", "Huwa ovvju li kulħadd jagħżel l-iktar triq faċli, u għalhekk jien ma ħadthiex bi kbira li fl-1998, fiċ-ċirkostanzi ta' dak iż- żmien, il-partit Laburista tilef l-elezzjoni.", "Hekk kif wara l-elezzjoni ta' l-1998 inbidel il-gvern, sibna li l-problema finanzjarja verament kienet teżisti.", "Ma baqgħetx ħrafa, f'daqqa waħda saret realta`, u l-gvern Nazzjonalista ammettiha.", "Imbagħad, b'din l-iskuża, ħafna mit-taxxi li qabel l-elezzjoni kien wiegħed li se jneħħihom, baqa' ma neħħihomx.", "L-uniċi tnejn li tneħħew kienu dik tal-50c fuq il-mediċini u t- tariffa ta' Lm3 fis-sena fuq is-servizzi tad-drenaġġ.", "Il-bravu gvern Nazzjonalista neħħa din it-tariffa ta' Lm3 fis-sena fuq is-servizzi tad- drenaġġ u tellef lill-pajjiż Euro 40 miljun mingħand l-EIB.", "Dan għaliex kien hemm ftehim ma' l-EIB, li kien sar mill-gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, li dawn jagħtuna Euro 40 miljun biex aħna nibnu impjant tat- trattament tad-drenaġġ.", "Waħda mit-tliet kundizzjonijiet biex aħna ningħataw dawn il-fondi kienet li tiġi ntrodotta din it-tip ta' tariffa biex ikun hemm cost recovery plan.", "Il-partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien ħareġ jgħajjat li hekk kif ikun fil-gvern, ineħħi din it-tariffa, u veru hekk għamel, imma bil-konsegwenza li issa m'għandniex flus biex nibnu dawn l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ.", "Jien m'iniex qed ngħid li t- tort għal dan in-nuqqas ta' flus huwa dan il-gvern jew ta' xi gvern ieħor, imma qed ngħid ir-realta` x'inhi.", "Il-konsegwenza ta' dan kollu hi li l- baħar ta' madwarna jinsab imniġġeż bid-drenaġġ, u aħna, li fost affarijiet oħrajn, niddependu l-iktar mit-turiżmu, spiċċajna li ma nistgħux nassiguraw li l-baħar tagħna ma jkunx ikkontaminat bid-drenaġġ, għax kienet saret wegħda fiergħa qabel l-elezzjoni, mingħajr ħadd ma ħaseb x'kienu se jkunu l- konsegwenzi.", "Jien naħseb li llum, il-Ministru Dalli jiddispjaċih li għamel din il- wegħda, għax fuq kollox, lil din it-tariffa seta' ħalliha hemm u jwaħħal fina.", "Illum dawn il-flus intilfu, bħalma fil-passat intilfu flus oħrajn minħabba li dak iż-żmien ma kinetx ittieħed azzjoni f'waqtha.", "Wara l- elezzjoni ta' l-1998, is-sitwazzjoni prekarja finanzjarja fil-pajjiż saret realta`, u l-gvern Nazzjonalista ammetta li kien hawn ħofra finanzjarja.", "Is- soluzzjoni li qed joffri l-gvern hija s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u biex isir dan, bdew jitwettqu ħafna riformi biex ikollox isir konformi mal- policies ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, jien bdejt dan l-intervent billi għedt li naħseb li llum kulħadd jaqbel li f'dan il-pajjiż hawn problema finanzjarja, pero' mhux kulħadd jaqbel fuq il-mod ta' kif din il-problema għandha tiġi ndirizzata, għax il-politika tal-gvern preżenti li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, m'hi qed tgħin xejn biex insolvu l-problema finanzjarja li hawn, u ngħid għaliex.", "Ħafna mill-infiq li qed isir mill-gvern illum, m'huwiex qed isir fuq dawk l- affarijiet li verament għandna bżonn nagħmlu, imma l-fondi qed jintefqu biex isiru affarijiet sempliċiment biex inkunu bħall-pajjiżi membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "Issa forsi hemm min jargumenta li għalkemm qed isiru ċerti affarijiet biex inkunu bħall-oħrajn, dawn l-affarijiet xorta huma tajbin.", "Jien m'iniex qed ngħid li huma ħżiena, imma rridu nimxu skond il- prioritajiet ta' pajjiżna, għax jista' jagħti l-każ li l-prioritajiet ta' pajjiżi barranin ma jkunux l-istess prioritajiet tagħna.", "Per eżempju jekk nagħtu ħarsa lejn il-vot kapitali tal-Ministeru għall- Ambjent, naraw li sena wara sena, mill-1998 sal-lum, dan dejjem qed jiġi mnaqqas.", "Fl-aħħar budget ta' gvern Laburista, il-vot kapitali għall- amministrazzjonijiet pubbliċi, inklużi t-toroq, kien ta' iktar minn Lm7 miljun.", "Illum dan il-vot kapitali niżel għal ftit iktar minn Lm3 miljun.", "L- infrastruttura ta' dan il-pajjiż qed taqa' biċċiet.", "Issa m'iniex qed ngħid li t-tort hu ta' dan il-gvern jew tal-gvern l-ieħor, imma qed ngħid x'inhi r-realta`.", "L-infrastruttura ta' pajjiżna għandha ħafna problemi, li mhux qed jiġu indirizzati.", "Per eżempju jekk inħarsu lejn l-estimi naraw li m'hemm l-ebda fondi allokati biex matul is-sena li ġejja, tissolva l-problema tal-Magħtab.", "Lanqas ma hemm flus biex tissolva l-problema ta' l-għargħar, fejn meta tagħmel naqra xita, Ħal Qormi, Birkirkara u lokalitajiet oħrajn jegħrqu.", "L- ammonti ta' flus ivvotati għal dan il-għan huma minimi, b'mod partikolari dawk il-fondi vvotati biex nagħmlu użu mill-ilma tax-xita.", "Fi ftit kliem, il-problemi reali ta' dan il-pajjiż, għallinqas dawk li għandhom x'jaqsmu mal-qasam infrastrutturali, m'humiex qed jiġu indirizzati għax in-nefqa tal- gvern qed tkun indirizzata lejn affarijiet oħrajn.", "Sur President, iktar kmieni għedt li kultant, l-oppożizzjoni u l-gvern, jew jaraw l-affarijiet b'lentijiet differenti jew inkellna qed jgħixu f'dinja differenti.", "Settur li huwa marbut ħafna ma' dan il-qasam ta' l- infrastruttura huwa dak tal-kostruzzjoni.", "Matul is-snin li għaddew, dan is- settur, bil-mod il-mod dejjem naqqas l-importanza tiegħu u biex aħna nifhmu għaliex ġara dan, irridu nifhmu kif żviluppa dan is-settur matul is-snin.", "Jien niftakar li qabel ma dan is-settur ġie mekkanizzat, biex wieħed jagħti saqaf konkos kien ikollu bżonn ta' 13-il persuna, u f'ġurnata xogħol ma kienux ilestu.", "Maż-żmien, dan is-settur ġie mekkanizzat u dak li qabel kien jieħu ġurnata xogħol u 13-il persuna, illum isir minn żewġ persuni fi tliet sigħat, jiġifieri iva, dan is-settur sar iktar effiċjenti, imma minn hemm bdew il-problemi.", "F'dan il-pajjiż aħna niddependu ħafna fuq is-settur tal-kostruzzjoni, li b'mod diretti iħaddem miegħu 7,000 persuna, u b'mod indirett iħaddem madwar 17,000 oħra, jiġifieri b'kollox iħaddem madwar 25,000 persuna, u għalhekk, meta l-affarijiet f'dan is-settur ma jkunux sejrin tajjeb, tiġi effettwata l-ekonomija kollha.", "Skond il-figuri, bil-mod il-mod dan is-settur qed inaqqas l-importanza ekonomika tiegħu.", "Bdejna bis-sitwazzjoni fejn in-numru tal-ħaddiema f'dan il-qasam beda jonqos minħabba li x-xogħol ġie mekkanizzat, pero' imbagħad kollox waqaf meta ntlaħaq ċertu limitu.", "Jekk wieħed jara x'ġara f'dawn l- aħħar ftit snin isib li fl-1996, in-numru ta' ħaddiema f'dan is-settur - u dawn huma figuri meħuda mid-dokument maħruġ mill-NSO – kien ta' 7,407 filwaqt li fl-1999, dan in-numru niżel għal 6,429 persuna, jiġifieri fi tliet snin kien hemm tnaqqis ta' 13%.", "Fir-rigward imbagħad ta' kuntratturi fil-construction industry, filwaqt li fl-1996 kien hemm 2,600 intrapriża reġistrata, fl-1999 dan in-numru niżel għal 2,176, jiġifieri tnaqqis ta' iktar minn 16%.", "Anke l-gross output ta' dan is-settur naqas tul dawn l- aħħar snin.", "Bejn l-1996 u l-1999, it-tnaqqis kien ta' 44.4%, jiġifieri minn 10.3% fl-1996, fl-1999 din iċ-ċifra niżlet għal 5.6%.", "Il-gross output imbagħad f'termini ta' flus ukoll naqas minn Lm94,826,000 fl-1996 għal Lm56,841,000 fl-1999, jiġifieri tnaqqis ta' kważi Lm40 miljun f'erba' snin.", "Quddiem dawn il-figuri, ovvjament li wieħed jasal għall-konklużjoni li bil- mod il-mod, din l-industrija qiegħda tmajna.", "Jekk rridu nifhmu għalfejn qed isir dan, irridu nifhmu kif taħdem din l-industrija li fuq kollox tagħti servizz.", "Din l-industrija taħdem ħafna drabi skond il-liġi tas-suq, jiġifieri skond id-domanda li jkun hemm, imma filwaqt li fis-snin 70 kien hawn boom f'din l-industrija għax bdew jinbnew ammont kbir ta' djar u lukandi, boom li baqa' għaddej anke fis-snin 80, f'daqqa waħda kien hawn saturation tas-suq u l-bini beda jonqos.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex qed jiġri dan hi li l-valur ta' l-art qiegħed kulma jmur jogħla.", "Problema oħra hija dik ta' l-over capacity.", "Per eżempju sakemm f'Malta kien hawn kumpless wieħed biss taċ-ċinema, kien imur tajjeb ħafna, imma imbagħad kien hemm min tħajjar, għax ra lil dan il-kumpless jagħmel suċċess, u minn kumpless wieħed spiċċajna b'erbgħa, bil-konsegwenza li s-suq limitat li għandna f'pajjiżna qiegħed kulma jmur jinqasam u spiċċajna bi stat li m'huwiex kbir biżżejjed biex isostni l-iżvilupp li jsir.", "L-istess jista' jingħad fir-rigward tal-ħwienet u x-showrooms li jinbnew u jitħallew vojta.", "Jekk ngħaddu mit-toroq prinċipali ta' pajjiżna, per eżempju mill-by pass ta' l-Imrieħel, naraw li ħafna mix-showrooms li telgħin għadhom in shell form jew inkella qed jitlestew imma m'hemmx tenants fihom.", "Għaliex għandna over capacity f'din l-industrija?", "Għaliex l- iżviluppaturi, minkejja li m'hawnx domanda, xorta jibqgħu jibnu?", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Ħafna drabi l-kuntratturi jkomplu jibnu biex jibqgħu jżommu lill-ħaddiema tagħhom okkupati.", "Problema oħra li issa daħlet sew fl-industrija tal-kostruzzjoni hija dik tal-barter, fejn ħafna nies, minflok jitħallsu bil-flus, jitħallsu bi tpartit ta' affarijiet oħra.", "Illum il-ġurnata, din is-sistema ta' ħlas saret komuni ħafna din.", "Nistgħu ngħidu li fil-proġetti kbar li saru u fl- iżgħar proġetti, dejjem kien hemm l-element ta' barter.", "Din is-sistema toħloq problemi kbar, għax fl-aħħar mill-aħħar, xi ħadd irid iħallas, għax jekk il-kuntrattur li jkun ingħata xi appartament bħala ħlas għall-bini li jkun għamel, ma jkunx jista' jbiegħu dak l-appartament, kif se jħallas lill- ħaddiema tiegħu?", "Se jagħtihom ġebla kull wieħed?", "Minbarra din il-problema, il-banek ma baqgħux iħaddmu l-policy ta' self li kellhom fir-rigward tal-proprjeta` u ta' l-industrija tal-kostruzzjoni, li kienet policy pjuttost liberali, imma rrevedew il-politika tagħhom bil- konsegwenza li mhux kollox baqa' jsir b'ċerta faċilita`.", "Jien m'iniex se ngħid jekk il-banek għamlux tajjeb jew ħażin li saru iktar stretti fuq il- mod ta' kif isellfu fuq din l-industrija, imma r-realta` hija dik.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn l-operaturi f'din l-industrija ma jistgħux jissellfu mingħand il-banek, qegħdin jaħdmu bil-barter u qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi u fallimenti.", "Waħda mill-affarijiet li hija kemmxejn paradossa f'din l-istorja kollha hi li minkejja li għandna din il-problema, għad hawn kuntratturi li jitolbu biex iħaddmu magħhom persuni minn barra l-pajjiż.", "Fil-fatt, in-naħa tal- gvern, fosthom il-Perit Musumeci, li huwa l-kap tal-BICC, jikkwotaw dan il- fatt bħala xi ħaġa pożittiva li tfisser li f'din l-industrija hawn ħafna attivita`, pero' jien nagħtiha interpretazzjoni differenti ħafna.", "L- interpretazzjoni l-iktar realistika hi li llum il-ġurnata, il-prezzijiet tal-proprjeta`, tax-xogħol tal-bini u ta' l-art qegħdin jogħlew, imma l- ħlas tal-kuntratturi tal-bini ilu 20 sena staġnat.", "Jien ili 23 sena naħdem bħala perit, u nista' ngħid li mill-1978 sal-lum, il-prezzijiet tal-bini ftit li xejn inbidlu, u fejn inbidlu, dan ġara minħabba l-fatt li għolew il- prezzijiet tal-materjal.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru tal-Finanzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal", "għada t-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2002 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, għadha kif tħabbret il-mewt ta' Joe Attard Kingswell, li kien tredjunjonista Malti.", "Kull min jafu, kemm fix- xogħol tiegħu kif ukoll fil-ħajja privata, jista' jgħid li kien raġel fuq l- irġiel.", "Is-Sur Attard Kingswell kien raġel li ġġieled fi ħdan il-General Workers Union għat-trejdjuniżmu Malti u għall-avvanz tal-ħaddiem Malti.", "B'mod indirett baqa' jikkontribwixxi sa l-aħħar jiem ta' ħajtu biex il- ħaddiem Malti jkollu d-drittijiet li jistħoqqlu, il-benefiċċji li għandu bżonn, il-ħin liberu biex igawdi lill-familja u ħlas tajjeb għax-xogħol li jagħmel.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-Sur Attard Kingswell kien raġel li fejn kellu jniżżel saqajh biex itenni l-punt tiegħu, pero` kien raġel ukoll li ma ddejjaqx jieħu stand fil-konfront ta' nies fl-istess union tiegħu biex iżomm il-prinċipju li union għandha tkun dak il-moviment indipendenti li mingħajr partiġġjaniżmu żejjed tiġġieled għad-drittijiet tal-ħaddiem inġenerali.", "Jiena naf lit-tifel tiegħu u għalhekk fl-opinjoni tiegħi Attard Kingswell jidher li kien ukoll missier tajjeb.", "Jiena minn hawn, f'isem il- membri kollha ta' din il-Kamra, nixtieq inwassal il-kondoljanzi lill- familja tiegħu.", "Jiena ċert li ta' dan ir-raġel għandhom memorji sbieħ, memorji ta' għożża u memorji li jibqgħu magħhom għal żmien twil.", "Fl-intervent tiegħi lejla nixtieq nitkellem ukoll fuq il-lokalita` tar- Rabat.", "Minkejja li jidher li qed isir xogħol biex fir-Rabat jiġu upgraded toroq u bankini, jidher li minħabba regoli żejda li saru dan l-aħħar dawn ix-xogħlijiet qed jiġu stalled.", "Wara ħafna permessi, applikazzjonijiet u tendering, illum kellu jibda x-xogħol ta' kisi mill-ġdid u tranġar fi Triq il-Kbira fejn kellhom ukoll jinbidlu l-water connections.", "Kellu jsir ukoll tarmac ġdid fl-istess lokalita`, pero` minħabba li parti mir-Rabat village core għandha bżonn xi permessi speċjali minħabba heritage, jidher li anke dawn ix-xogħlijiet ma setgħux jibdew.", "Issa dawn huma xogħlijiet li hemm bżonnhom ħafna għax kważi tistħi tgħaddi minn ċerti partijiet speċjalment min-naħa ta' Triq San Pawl ħdejn il-każin L'Isle Adam.", "Dan huwa xogħol li kellu jibda llum biex jitlesta qabel il-festa ta' San Ġużepp li tiġi fis-19 ta' Marzu u qabel il-Ġimgħa l-Kbira peress l-istess triq tintuża għall- purċissjoni fl-istess lokalita` pero` jidher li l-kunsill lokali qed iħabbat rasu ma' ħitan li ftit li xejn qegħdin jaġevolaw ix-xogħol li effettivament irid jagħmel dan il-kunsill.", "Mela min-naħa għandna kunsill li qed jaħdem, jipproġetta u jagħmel l- affarijiet bil-għaqal u għandna n-nies li qegħdin igergru - u bir-raġun – għax iridu li jsir dan ix-xogħlijiet fil-lokalita` tagħhom imbagħad min- naħa l-oħra għandna bżonn permess minħabba l-heritage minn xi perit fl- awtorita` ta' l-ippjanar u dan il-permess qed iżomm ix-xogħol kollu in arja.", "Jekk dan il-permess ma jingħatax immedjatament se jikkawża ħafna xogħol żejjed għalxejn għax ikollu jsir ċertu patching.", "Hawnhekk ta' min igħid li huwa biss dan il-permess li qed iżomm kollox għax il-permessi l- oħra mid-dipartimenti l-oħrajn jidher li nġiebu kollha.", "Mr. Speaker, fil-lokalita` tar-Rabat m'huwiex diffiċli ħafna biex wieħed isib fdalijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qedem u forsi minħabba f'hekk il- planning authority qiegħda titlob li jkun hawn dawn l-approvazzjonijiet qabel isiru x-xogħlijiet, pero` jidher li f'dan il-każ morna min-nejja għall-maħruqa.", "Issa hawn ta' min igħid li kulħadd jaf li kull kuntrattur huwa marbut bil-liġi li jekk jsib affarijiet ta' interess nazzjonali jew affarijiet tal-qedem dan irid javża lill-awtoritajiet tal-mużew biex dak li jsib jiġi investigat.", "Hawnhekk wieħed jirrelata l-fatt li meta reċentement kien qed isir xogħol f'Villagnon Street u fi Pjazza tal-Katidral fl-iMdina nstabu diversi fdalijiet taċ-ċivilta` Rumana u x-xogħol waqaf għal perijodu u tkompla biss wara li saru l-istudji u ttieħdu l-passi li kellhom jittieħdu biex dak li hemm taħt l-art ma jintilifx u ma jitkissirx.", "Il- poplu Rabti huwa sfortunat għax f'dan il-każ qiegħed miżmum minħabba n- nuqqas ta' din il-firma mill-heritage office.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li l-kunsilli lokali f'Malta l-bieraħ kienu jissejħu esperiment pero' llum qed jissejjħu esperjenza.", "Permezz tal- kunsilli lokali l-gvern kien kapaċi jiddeċentralizza bis-sħiħ il-poter fid- diversi lokalijiet u kien kapaċi joħloq ambjent fejn il-problemi tar-raħal jissolvew fir-raħal.", "Minkejja dan għad hawn diversi awtoritajiet li sfortunatament għadhom jipprovaw ikaxkru saqajhom biex iħallu ċerti xogħlijiet isiru.", "Jekk wieħed jara d-diversi lokalitajiet tad-distretti fejn nikkontesta jiena jsib li xogħol sar bi sħiħ.", "Forsi ċertu xogħol sar billi s-sindku tal-lokalita` ma qgħadx iġib iżżejjed permessi, pero` fejn ra li kien meħtieġ li jsir ċertu ammont ta' xogħol qabad u ħa r-rigni f'idejh u mexxa.", "Dawk il-lokalitajiet li kellhom ix-xorti li jkollhom sindku ta' dak it-tip jidhru li mxew 'il quddiem iżjed mill-kunsilli l- oħrajn.", "Mr Speaker, nixtieq issa nitkellem fuq il-politika fuq skala nazzjonali.", "Fil-week-end li għadda kellna l-viċi prim Ministru li nhar il-Ġimgħa tenna għal darba, darbtejn, tlieta li l-white paper fir-rigward tar- relazzjonijiet industrijali u kondizzjonijiet tax-xogħol kienet frott ta' konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet fl-MCESD u li l-proposti li qegħdin joħorġu minn diversi setturi fil-ħajja trejdunjonistika ta' Malta qed jiġu eżaminati u studjati.", "Kellna wkoll lill-prim ministru li l-bieraħ fil-Mellieħa li tenna li jrid jitkellem ma' kulħadd.", "Qal li minkejja li politikament l-GWU ma tappoġġjax lill-partit tagħna, il-gvern lest li jisma' u jiżen il-61 emenda li pproponiet għall-istess white paper.", "Jekk dawn jagħtu benefiċċju lill-ħaddiem mingħajr ma jkunu ta' ħsara għall- ekonomija tal-pajjiż ma jarax diffikulta` li dawn jiġu nkorporati fil-liġi li trid tgħaddi minn quddiem din il-Kamra din is-sena.", "Waqt l-istess ġimgħa fuq l-istess binarju, il-bieraħ fil-Mellieħa kellna lill-Ministru Louis Galea jitkellem fuq l-iskola tal-futur ta' Malta u fuq il-ħtieġa li strutturalment, partijiet mill-iskejjel ilhom kważi 100 sena joperaw, oħrajn ilhom 60 sena u oħrajn ilhom 40 sena u allura għandhom bżonn tranġar strutturali fundamentali.", "Tkellem fuq il-fatt li issa kull skola primarja u sekondarja f'Malta għandha l-computers kollha meħtieġa sabiex id-digital divide f'dan il-pajjiż għal uliedna ma tkunx teżisti.", "Qalilna wkoll li fil-verita` l-computers li ġew stallati fl-iskejjel ħames snin ilu diġa` waslu fi stadju li għandhom bżonn upgrading.", "Aħna nafu li effettivament l-iżvilupp teknoloġiku tant hu kbir fid-dinja ta' l- informatika li dak li huwa modern illejla jista' jkun qadim għada filgħodu.", "Il-Ministru Galea qalilna wkoll li Malta din is-sena vvotat Lm90 miljun għall-edukazzjoni.", "Dawn il-flus iridu jservu biex il-ġenerazzjoni li qed titgħallem l-iskola llum, għada toħroġ ippreparata biex taffronta l-isfidi tad-dinja moderna u tkun kapaċi wkoll li tmexxi 'l quddiem l-ekonomija Maltija biex Malta ta' għada tkun aħjar milli hi llum.", "Min-naħa l-oħra, Mr Speaker, dan il-weekend kellna wkoll il-laqgħa ġenerali tal-Partit Laburista li fiha l-mexxejja Laburisti widdbu lin-nies li min mhux magħhom huwa kontra tagħhom.", "Erġajna morna lura, Mr Speaker, għas- slogan li min jgħinhom se jgħinuh.", "Min hu ċittadin Malti tajjeb imma ta' fehma politika differenti, jekk jitla' l-Partit Laburista dan irid jara kif se jibqa' jeżisti u mhux jgħix.", "Erġajna morna lura għat-tendenza antika li l-bieb tiegħi miftuħ għal laburisti biss.", "Għandna partit li jippretendi li jekk sentejn oħra jieħu f'idejh it-tmexxija ta' dan il-pajjiż jagħti termination notice lil nies li indipendentement mill-fehma politka tagħhom, laqgħu l-isfida li joħolqu d-diversi amministrazzjonijiet li jieħdu ħsieb id-diversi entitajiet f'Malta.", "Din il-ħaġa bdiha l-Onor.", "Evarist Bartoli pero' issa għandna lista sħiħa ta' nies lesti diġa` bit-termination of employment letter, għax tan-naħa l-oħra qalulhom li m'hemmx posthom taħt amministrazzjoni Laburista.", "Issa dan jispikka ħafna ma dak li kien jgħid l- Onor. Alfred Sant qabel l-elezzjoni ta' l-1996 li the new Labour kellu jkun gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Jiena naħseb li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni la qed jgħin ruħu u lanqas qed jgħin lill-partit tiegħu b'dak li qed jgħid bħalissa pero` qiegħed isawwat lil Malta inġenerali bil-mod kif qed jitkellem.", "U biżżejjed wieħed jara s-sondaġġi - u naħseb li huma veru minkejja li jiġux aċċettati min-naħa l-oħra - li saru f'dan il-pajjiż biex jikkonferma dan.", "Dawn jgħidu li l-Partit Laburista għandu ammont sostanzjali inqas min-nofs il-voti ta' dan il-pajjiż.", "Mr Speaker, il-Partit Laburista qiegħed jiżola ruħu.", "Pajjiżna llum għandu bżonn iżjed mill-bieraħ - u għada jkollu bżonn iktar mil-lum - li jidħol f'entita`, f'soċjeta`, f'unjoni biex jibqa' għaddej f'wiċċ l-ilma.", "Ekonomikament hemm bżonn li aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea sabiex tassew nibbenefikaw minn dawk it-toroq u l-għejjun li bbenefikaw minnhom il- pajjiżi li kienu fil-pożizzjoni tagħna u li minn meta daħlu membri mxew b'passi ta' ġgant 'il quddiem.", "Dan nagħmluh waqt li nafu li għandna kontribut x'nagħtu.", "Mr Speaker, il-poplu Malti m'huwiex il-makku li għajjatlu l-Partit Laburista.", "Il-poplu Malti m'huwiex dik il-ħuta li tixwiha u tikolha b'rasha b'kollox.", "Aħna għandna ras biex naħsbu, għandna jdejn biex naħdmu u għandna moħħ li kapaċi jikkontribwixxu bis-sħiħ għal dak li għandu bżonn il-pajjiż tagħna fil-konfront ta' dinja Ewropea.", "Gvern Nazzjonalista llum qiegħed jiġġieled bis-sħiħ anke fl-isfond li llum il-presidenza l-ġdida ta' l- Ewropa, Spanja, qed tipprova tagħmel minn kollox sabiex il-pajjiżi applikanti, fosthom Malta minn ta' quddiem, tagħlaq il-kapitlu li qed tiddiskuti.", "S'issa għandha żewġ terzi tat-triq lesta għaliex għalaqna 'l fuq minn 20 kapitlu, pero' għandna t-theddida fuq rasna li jerġa' jkollna gvern Laburista.", "F'dak il-każ x'jiġri mill-applikazzjoni ta' Malta ma nafux.", "Nafu żgur li dak kollu li ksibna f'dawn l-aħħar tliet snin nistgħu nitilfuh b'daqqa ta' pinna.", "Nafu żgur li nerġgħu niġu f'istwazzjoni fejn irridu nbatu l-piżijiet ta' assoċjazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma ngawdu d-drittijiet li tagħtina sħubija.", "Tiġi ttrattat ta' guest fejn tisma' bilfors pero` tipparteċipa jekk iriduk.", "Mr Speaker, dik hija s-sitwazzjoni li rajna dan il-weekend fuq il-binarju ta' dak li qed jippriedka l-Partit Soċjalista.", "Anke jekk naraw is-slogans taż-żewġ partiti llum.", "Is-slogan tal-Partit Nazzjonalista qed jitlob l- għajnuna ta' kulħadd biex Malta kollha tissaħħaħ u nimxu 'l quddiem.", "Il- proverbju jgħid li waħdek titkisser, pero` fl-għaqda hemm is-saħħa.", "Huwa dan li qed jitlob gvern Nazzjonalista.", "Indipendentement minn min jiggverna u jamministra, il-politika li tiġi adottata għandha tkun politika li jibbenefika minnha l-poplu Malti kollu.", "Min jamministra jista' jagħżel triq u mhux oħra sabiex jasal għal dik il-mira pero' wieħed m'għandux ibiddel il-mira fiha nnifisha.", "Il-mira fiha tagħna hi li ma jkollniex suq li jrid jaħseb biss għal 400,000 ruħ imma għal 400 miljun.", "Mr Speaker, il-Partit Laburista għandu slogan ieħor, il-wens.", "Dejjem jgħajtu li jridu jkunu gvern ta' wens.", "Jien naħseb li jridu jkunu gvern ta' rażan u mhux wens, għax b'dak li jgħidu qed juru li jridu jnaqqsu l- kapaċita' tal-poplu Malti li jikseb iżjed milli kiseb s'issa.", "Fuq tul ta' żmien il-poplu Malti kiseb ħafna u għolla l-istandard ta' l-għejxien tiegħu.", "Illum dan l-istandard huwa wieħed għoli meta wieħed jikkomperah ma' qabel l-1987 u wisq iżjed qabel l-1964 meta ksibna l-indipendenza.", "Hawnhekk irrid ngħid li jekk issa din l-indipendenza se nsarrfuha f'iżolament inkunu qed nagħmlu żball għax jekk imbagħad ikollna bżonn il- wens jew l-għajnuna ma jkollniex min jagħtina wens jew għajnuna.", "Bil- politika tal-Partit Laburista l-wens li aħna jkollna dritt għalih tad- diversi għajnuniet fid-diversi kampi li llum Malta qegħdin nimxu il-quddiem fihom nkunu ċħadnieh u armejnih.", "Il-wens li jgħid bih l-Onor.", "Alfred Sant m'hu wens xejn, imma huwa apokalissi ta' diżastru ekonomiku li jista' jġib fuq dan il-pajjiż.", "Mr. Speaker, jiddispjaċini li jkolli nagħlaq dan l-intervent tiegħi fuq ton li nikkritika bl-ikbar qawwa l-aġir ta' diversi nies - jekk tista' ssejħilhom nies – li kienu kattivi biżżejjed sabiex waslu biex isawtu n- natura.", "Jien wieħed mill-membri li magħrufin li la jien kontra l-kaċċa, anzi jien favur il-kaċċaturi, u lanqas jien kontra min imur jonsob.", "Jien nemmen li wieħed għandu jipprattika d-delizzju tiegħu sakemm jikkonforma ruħu mal-liġijiet tagħna li fuq kollox huma aċċettabbli kemm mill-gvern kif ukoll mill-għaqdiet tal-kaċċaturi u n-nassaba.", "Jiena nikkritika bil-qawwa l- fatt li jkollna għasafar bħaċ-ċinji li ġew il-bieraħ f'Malta għax qegħdin jaħarbu mill-qilla tax-xitwa tal-kontinent ta' l-Ewropa, jinżlu jistrieħu f'waħda mill-bajjiet tagħna u jkun hemm min b'mod abbużiv imur jispara fuqhom qisu ried jagħmel vendetta min-natura.", "Dan huwa aġir inaċċettabbli, Mr Speaker, u nispera li min abbuża jeħel l-aktar piena ħarxa possibbli.", "Jien ma nafx min huma dawn in-nies u lanqas jimpurtani nkun naf min huma.", "Inqas ma nkun nafhom iktar aħjar pero' jien naħseb li dawn it-tip ta' nies m'għandux ikollhom liċenzja la to keep u lanqas to carry arma tan-nar għaliex m'humiex nies responsabbli.", "Dawn huma nies totalment inkompetenti u huma nies li lilna mhux biss iħammrulna wiċċna f'dan pajjiżna, imma huma nies li lilna qed iżebilħulna ma' pajjiżi barra minn Malta.", "Mr Speaker, jiddispjaċini jkolli nitkellem hekk pero' mod kif wieħed jara kemm mexa dan il-pajjiż huwa fil-kuntest ta' kemm qed niġġieldu biex ikollna ambjent aħjar u kemm f'dan il-pajjiż illum għandna aktar sens ċiviku milli kellna l-bieraħ.", "Nies li jaġixxu bil-mod kif aġixxew jitfgħuna wisq lura.", "Mr Speaker, tikser saqajk f'sekonda pero' trid tagħmel sitt ġimgħat fil-ġibs biex forsi ssewwiha.", "Wisq nibża li l-mod kif weġġgħuna dawn in-nies se nieħdu żmien twil sabiex noħorġu minnu, u nispera li l- awtoritajiet jimxu b'id tal-ħadid ma' nies li jiksru l-liġi bil-mod kif kisruha dawn.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 22 ta' Jannar 2002 fid-9:00 bl-aġenda kif ikkomunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - INTERNET", "30598.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollha s-servizz tal-internet l-iskola primarja Guże Bonnici ta' Tas-Sliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola msemmija se jkollha s-servizz ta' l-internet fis-sena skolastika li jmiss.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "30601.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30430?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għadni qed nistenna t-tagħrif mitlub mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li talbitu lid-diversi skejjel.", "CAPITAL IMPREST EQUIPMENT", "30602.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30428?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-vot tal-capital imprest funds għas-sena skolastika 2000 – 2001 għall-iskejjel f'Għawdex kien kif jidher fil-lista hawn taħt.", "|Skola Primarja Qala |LM 800 | |Skola Primarja Sannat |LM 900 | |Skola Primarja Victoria |LM 900 | |Skola Primarja |LM 900 | |Għajnsielem | | |Skola Primarja Xewkija |LM 900 | |Skola Primarja Kerċem |LM 800 | |Skola Primarja Nadur |LM 900 | |Skola Primarka Xagħra |LM 900 | |Skola Primarja San |LM 800 | |Lawrenz | | |Skola Primarja Għarb |LM 800 | |Skola Primarja Żebbuġ |LM 800 | |Skola Speċjali Sannat |LM1000 | | | | |Agius de Soldanis School|LM5000 | |Ninu Cremona Lyceum |LM4500 | |Complex | | |Sir M'Ang Refalo School |LM3000 | |for Further Studies | | |Mary Meilak Girls' Trade|LM 700 | |School Xagħra | | |Kelinu Galea School of |LM1000 | |Agriculture & Building | | |Skola tad-Drama |LM 600 | |Skola ta' l-Arti |LM1000 | |Skola tal-Mużika |LM1000 |", "Barra minn hekk, matul is-sena 2001 kien hemm spiża kapitali fuq diversi skejjel kif jidher fil-lista hawn taħt:", "|Skola Agius de |LM41338.1| |Soldanis |6 | |Liċeo Ninu Cremona |LM23635.8| | |7 | |Skola Sir M'Ang |LM19865.1| |Refalo |0 | |Skola Primarja |LM23701.6| |Għajnsielem |0 | |Skola Primarja u |LM | |Special Unit Sannat |6791.00 | |Skola Primarja Qala |LM | | |7200.87 | |Skola Primarja Nadur |LM | | |709.51 | |Skola Primarja |LM | |Victoria |433.46 | |Skola Primarja Għarb |LM | | |153.43 | |Skola Primarja Kerċem|LM | | |34.75 | |Skola tal-Biedja |LM | |Xewkija |22.50 | | | | |Total |LM123886.| | |25 |", "ARMIER – BEACH ROOMS", "30617.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm raba li ġiet reġistrata bħala li jinħadem fl- inħawi tal-Armier fejn qed jiġi propost li jinbew beach rooms?", "Kemm hemm raba li qed tiġi inkluża fil-proġett propost li se jispiċċa meqrud u mibni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` ma jżommx informazzjoni dwar liema art fl-Armier hija raba` tinħadem jew le.", "Dan hu qasam tal-agrikoltura u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.", "CASE CONFERENCE", "30618.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk saretx il-case conference dwar it-tfalja li isimha qed jintbagħat separatament biex jiġi stabbilit jekk jistax jaraha missierha f'dawn il-jiem tal-Milied?", "X'inhuma r-raġunijiet li l-missier u l-bint mhux qed jitħallew jiltaqgħu?", "Tista' tittieħed deċiżjoni f'dawn il-jiem biex ma jibqgħux 'il bogħod minn xulxin f'dawn il-jiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-minuri li għamel referenza għaliha l-Onor Interpellant qiegħda taħt Ordni ta' Ħarsien.", "Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwiet mill-qrib u regolarment mit-Taqsima għall-Ħarsien tat-Tfal ta' l-Aġenzija Appoġġ.", "Bħal f'każijiet oħra simili, din it-Taqsima ressqet care plan dwar din il-minuri quddiem il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u Żagħżagħ, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-professjonisti.", "Dan il- care plan ġie approvat u qed jiġi segwit.", "BAĦRIJA – TRANĠAR TA' TOROQ", "30633.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Baħrija limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x- xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 25000 (Seduta 530).", "KUNĊIZZJONI – TRANĠAR TA' TOROQ", "30634.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' l-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 25000 (Seduta 530).", "TAS-SALIB – TRANĠAR TA' TOROQ", "30635.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq tas-Salib limiti tar- Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x- xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 25000 (Seduta 530).", "BIEB IR-RUWA – TRANĠAR TA' TOROQ", "30636.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- Dipartiment tax-Xogħlijiet pubbliċi jirranġa t-toroq ta' Bieb ir-Ruwa limiti tar-Rabat peress li nħolqu ħafna ħofor kawża ta' l-aħħar maltemp?", "Peress li residenti qed ikollhom inkonvenjent kontinwu, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' dawn it-toroq ikunu kordinati urgentement?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 25000 (Seduta 530).", "KWARANTINA TA' L-ANNIMALI", "30637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'investiment se jsir sabiex tiġi żviluppata l-kwarantina ta' l-annimali u tjur matul din is-sena 2002?", "Kemm se jiswa?", "Kemm hija s-somma ivvutata għall-dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li bħalissa għaddej xogħol fil- kwarantina ta' l-annimali l-kbar f'Zammit Dock liema spiża se tkun ta' Lm1,200.", "Għar-rigward ta' kwarantina ta' l-annimali zgħar (klieb/qtates) qegħdin attenti għal xi żviluppi minħabba s-sistema l-ġdida ta' passaporti fejn dawn l-annimali m'għandhomx għalfejn jgħaddu minn kwarantina.", "Din l- istess kwarantina tista' sservi wkoll biex jinzammu għasafar taħt perjodu ta' kwarantina.", "KWARANTINA TAL-PJANTI, XTIELI U SIĠAR", "30638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'investiment se jsir sabiex tiġi żviluppata l-kwarantina tal-pjanti, xtieli u siġar matul din is-sena 2002?", "Kemm se jiswa?", "Kemm hija s-somma ivvutata għall-dawn ix-xogħlijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li n-nefqa speċjali biex tiġi żviluppata l-kwarantina tal-pjanti mill-fondi allokati għall-Pjan Nazzjonali għall- Adozzjoni ta' l-Acquis matul din is-sena (2002) hi stmata li tkun Lm151,000.", "Dawn il-fondi se jintnefqu biex jiżdiedu u jittejbu s-servizzi tal-laboratorji, isiru 'surveys' u monitoraġġ u taħriġ tan-nies tekniċi.", "Dawn huma kollha ħtiġiet biex ikun hemm servizz aħjar ta' kwarantina tal- pjanti.", "ARTRITE - OPERAZZJONI", "30864.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab irreġistrata għall-operazzjoni ta' l-artrite billi tgħarrafha jekk din l-operazzjoni tistax tinġieb 'il quddiem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija nru 13567 f'seduta 235.", "PUBLIC WORKS - SAFETY SHOES", "30870.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ngħatawx safety shoes l- impjegati tar-Road Section tal-Public Works li jinsabu stazzjonati l-Bombi, l-Furjana?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ħaddiema li qed tirreferi għalihom l- Onor. Interpellanta jaħdmu fid-Diviżjoni tax-xogħlijiet tal-Ministeru ta' l- Ambjent, u għalhekk hi mitluba tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "GOZO CHANNEL – COMPLIMENTARY TICKETS", "30874.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru.", "30607 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'seduta oħra.", "GOZO CHANNEL - BOARD MEMBERS", "30875.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti l-lista tal-Board Members tal-Gozo Channel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel huwa ffurmat mis-Sur John E. Sullivan bħala Chairman u s-Sinjuri John Busuttil, Michael Gonzi, Mario Grech, George Mifsud, Charles Spiteri, is-Sinjorina Rita Cutajar u l-Avukat Malcolm Mifsud bħala Membri.", "Is-Sur Brian Borg huwa s-Segretarju tal-Kumpanija.", "ENEMALTA - TRASFERIMENT TA' WIRE", "30876.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'referenza għal mistoqsija parlamentaru nru.", "30509, jista' l-Ministru ġentilment jinnota li qed nirreferi għall-wire tad-dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "GĦAWDEX – XOGĦOL FIN-NADUR", "30877.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xogħol li kellu jsir fin-Nadur Għawdex - Jobs number: J.N. 3489, J.N. 3490 u J.N. 3521 ġew kanċellati biex ma jsirux fit-8/1/2002?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li x-xogħol mitlub bil­Job No. 3490 fil­fatt sar mill­ħaddiema tad­Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp filwaqt li x­xogħolijiet mitluba permezz ta' Job 3489 u Job 3521 ma setgħux isiru minħabba raġunijiet legali.", "ETC – TENDER GĦAL RENEWAL OF REGISTRATION", "30878.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għat-tender maħruġ mill-ETC għal renewal of registration via fingerprint recognition devices (ETC Tender 5/2001) jista' l-Ministru jgħid:", "1 Min kienu dawk li parteċipaw fit-tender? 2 Kemm kienet l-offerta tagħhom? 3 Min ħa t-tender?", "X'kienu l-kriterji ta' l-għażla?", "B'kemm ingħata u x'kienet il-contract value? 4 Meta huwa mistenni li jibda' dan il-proġett? 5 Sar studju tal-benefiċċji li tista' tiggwadanja l-korporazzjoni minn din is-sistema?", "Min għamel dan l-istadju u jista' l-Ministru jippreżenta kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-ditti li tefgħu t-tender dwar il-proġett indikat mill-Onor.", "Interpelant u l-prezzijiet relattivi kienu kif ġej:", "|Ditta |Prezz(inkluż | | |VAT) | | | | |Advanced Industrial |Lm37,950 | |Systems Ltd | | |Alberta |Lm245,617 | | |Option l | | |Lm275,057 | | |Option 2 | |Apco Ltd |Lm92,307 | |BDS Ltd |Lm103,383 | |J.Grima & Co Ltd |Lm74,659 | |Megabyte Ltd |Lm138,109 |", "It-tender ingħatat lil Apco Ltd, li offrew l-irħas soluzzjoni wara li ġew eliminati ż-żewġ ditti li offrew prezz irħas.", "Waħda minn dawn id-ditti ġiet eliminata għaliex kienet nieqsa ħafna mill-lat tekniku u l- ispeċifikazzjonijiet mitluba fit-tender, u l-oħra ġiet eliminata għax is- soluzzjoni offruta kienet ser tinvolvi spejjeż rikurrenti ferm ogħla minn dik li ngħatat it-tender.", "Ix-xogħol inizjali tal-proġett beda fit-3 ta' Jannar 2002.", "Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ħadet id-deċiżjoni li tidħol għal dan il-proġett wara analiżi u diskussjoni interna fl-istess Korporazzjoni.", "Dan il-proġett mistenni jwassal għal aktar kontrol fuq ir-reġistrar kif ukoll bħala mezz effettiv ġdid ta' komunikazzjoni bejn il-Korporazzjoni u l- klijenti tagħha.", "Dan barra li s-sistema mistennija twassal ukoll għal re- deployment ta' mpjegati tal-Korporazzjoni.", "FGURA - TRIQ HOMPESCH", "30879.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fil-Fgura qed isir xi xogħol fuq Triq Hompesch, u allura qed tintuża ħafna Vjal Kottoner, jista' l-Ministru jara hemmx possibilita li jsiru xi pedestrian crossings?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-\"xi xogħol fuq Triq Hompesch\", jiswa madwar Lm600,000; iżda t-traffiku hu mistenni jirritorna għal Triq Hompesch fil-ġimgħat li ġejjin wara li titlesta' din il-fażi tax-xogħol.", "BORMLA - TRIQ S. TEREZA", "30880.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li saret zebra crossing fi Triq S. Tereza, Bormla, jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilita li jsiru traffic lights minflok, għax ta' kuljum qed ikun hamm periklu ta' xi aċċident?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jaraw x'jista' jsir.", "ETC - TELF TA' IMPJIEG", "30881.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sensji (telf ta' impjiegi) minn Jannar 2001 sa Diċembru 2001?", "Jista' jaqsamhom xahar b'xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl- informazzjoni mitluba.", "PA - PROĠETT TAL-KOTTONERA", "30882.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'applikazzjonijiet ġew approvati, u oħrajn għadhom mhux deċiżi quddiem il-PA marbuta mal-proġett tal-Kottonera?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PA - PROĠETTI FL-AREA TA' BORMLA", "30884.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet li hemm (jekk hemm) quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal xi proġetti fl-area ta' Dock 1 Bormla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet pendenti għal xi proġett fl-area ta` Dock 1 huma kif jidher hawn taħt:", "Master Plan - Dock 1: PA 3428/01 Conversion of building into BOV Branch - PA 4220/01", "PJAZZA SAN FRANĠISK, RABAT - RESERVED PARKING", "30886.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-reserved parking fi Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex għar-rigward ta' vetturi tal-Ministeru għall-Għawdex ma ġiex ristreett għal tlett vetturi biss, issa li bdiet taħdem is-sistema pilota ta' parkeġġ limitat?", "Għaliex f'dan il-lokal hemm anki reserved parking is-Sibt u l-Ħadd kemm meta l-Ministeru jkun saħansitra magħluq?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien infurmat li l-Onorevoli Interpellant hu żbaljat.", "Ir-reserved parking fi Pjazza San Franġisk hu fil-fatt ristrett għal tlett vetturi biss u m'hux riservat nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd.", "HOUSING - KERA TAD-DAR", "30888.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ tal- persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament liema persuna hija armla, għandha tlett itfal minuri u tgħix bl-għajnuna soċjali w issa tneħħa s-sussidju fuq il-kera tad-dar tagħha allovolja id-dipartiment jafu b'kollox?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-persuna ndikata għandha tmur id-Dipartiment u tipproduċi d-dħul tagħha matul is-sena li għaddiet biex tinħadmilha r-rata ġdida ta' sussidju wara li ġiet rikonoxxuta bħala inkwilina flok żewġha mejjet.", "INKONVENJENZA GĦALL-PUBBLIKU - SPRALL", "30889.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "30564, jista' l-Ministru jordna lill-Pulizija sabiex jieħdu l-passi neċessarji ma l- individwu/ażjenda li hija propretarju ta' dan l-isprall biex tagħti ordni biex ma' jibqax aktar ta' inkonvenjenza perikoluża għall-pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-isprall li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant ġie irranġat.", "GĦAWDEX - PARKEĠĠ ILLIMITAT GĦAL TRAKKIJIET", "30890.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma illi fir-Rabat u l-Fontana, Għawdex trakkijiet ta' ħames tunnellati jew iżjed u li jappartjenu lil ċerti individwi, ngħataw permess għal-parkeġġ illimitat waqt li trakkijiet oħra ta' ħames tunnellati jew iżjed li huma propjeta ta' individwi oħra ma ingħatawx dan il-permess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ebda vettura reġistrata mad-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testjar li tiżen aktar minn 3 tunnellati u nofs ma nħarġilha permess għal parkeġġ illimitat.", "ESPROPJAZZJONI TA' ART", "30891.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara diversi laqgħat mal- Kunsill Lokali, Fgura u ż-żewġ site inspections li saru fl-aħħar sena mill- periti tad-dipartiment tat-toroq fuq Triq ix-Xemx u Triq il-Qamar fil- Fgura, li ma għandhomx bżonn espropjazzjoni ta' art biex tiġi ffurmata u tingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f'kull inspection instab li fit-triq għad hemm ħafna żvilupp xi jsir fiha u fil-partijiet mhux żviluppati l- privat għadu ma fetaħx it-triq.", "Għalhekk ix-xogħol f'din it-triq ikollu bilfors jistenna sakemm isir aktar żvilupp.", "DIPARTIMENT TAL-VAT - ANOMALIJI", "30893.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' jgħid il-Ministru x'passi ser jieħu d-Dipartiment tal-VAT biex jitranġawl- anomaliji li nħolqu fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.", "Jekk irid jista' jmur sad-Dipartiment tal-VAT u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.", "JOINT OFFICE - XIRI TA' ART", "30898.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lil Kamra dwar kif file no A 4766/99 tal-Joint Office fuq art fil-Gudja wara li inħarġet ittra tal-30/09/1999 (b'ref għal Avviż No. 13/1999) li fiha l-Joint Office obbliga ruħu li jerġa joħroġ sejħa oħra għall-offerta biex tinxtara l-art in kwistjoni għar-raġunijiet indikati għaliex issa rriżulta li bla ebda tender ġdida jew sejħa għall-offerti ġodda, l-istess art ġiet trasferit lil persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li dawk kollha li tefgħu offerta għal art li ħarġet għal bejgħ b`Avviż Nru 13/1999 mill-file A4766/97 ġew infurmati b`ittra datata 30 ta` Settembru 1999 li se toħroġ sejħa oħra għal offerti peress li rriżultaw problemi dwar l-alignment tat-triq.", "Wara dan irriżulta ukoll li s-sewer main kien għaddej minn taħt l-istess plot.", "Minkejja dan, l-ogħla offerent, li kien għamel kundizzjoni li l-linja tat- triq tiġi konfermata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li l-plot tinbiegħ lilu bil-pussess liberu u vakanti, irtira kull kundizzjoni.", "Għaldaqstant kompla l-proċess normali tat-tenders, u l-plot inbiegħet fl-4 ta` Diċembru 2001 lil ogħla offerenti li huma l-istess persuni li d- dettalji tagħhom intbagħtu separatament mall-mistoqsija.", "NURSING & MIDWIFEY BOARD", "30899.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkunsidra li fil-futur jibda jaħtar nurse jew midwife bħala chairperson tan-Nursing & Midwifey Board", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: It-talba li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Ministru ġiet innotata.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ L-IMRIEKEB", "30900.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30694 dwar Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hiex se ssir tul din is-sena?", "Billi hemm domanda kbira mir-residenti ta' din t-triq meta hu maħsub bejn wieħed u ieħor li toħroġ it-tender għal din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x`inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "30694.", "STRUZZJONIJIET B'LINGWI UFFIĊJALI", "30901.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu l-Ministru sabiex fl-interess tal-konsumatur kull prodott li jiġi mpurtat ikollu l- istruzzjonijiet ta' kif wieħed japplikah bil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż?", "Kien hemm xi każi fejn ġiet impurtata konsenja fir-rigward ta' prodotti agrikoli, mediċinali u elettriċi li l-impurtatur ġie obbligat li jagħmel l- istruzzjonijiet b'tiketti għal informazzjoni tal-konsumatur bil-Malti jew bl-Ingliz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Att dwar is-Sigurezza tal- Prodotti jipprovdi li produtturi u importaturi għandhom jagħtu lill- konsumaturi nformazzjoni relevanti biex ikunu jistgħu jagħmlu stima tar- riskji li jkun hemm fi prodott matul l-użu normali tiegħu meta dawn ir- riskji ma jkunux ovvji mill-ewwel mingħajr twissija xierqa.", "Il-liġi ma tispeċifika l-ebda lingwa li biha din l-informazzjoni trid tkun preżentata.", "Madanakollu, il-produtturi għandhom l-obbligu li jqiegħdu fis-suq biss dawk il-prodotti li ma humiex perikolużi.", "Prodotti mediċinali ma jaqgħux taħt l-Att imsemmi iżda taħt leġislazzjoni li hija fil-kompetenza tad- Dipartiment tas-Saħħa.", "Id-diviżjoni tal-Konsumatur waqqfet sezzjoni li ser tibda tara li l- prodotti li hawn fis-suq huma konformi ma' din il-leġislazzjoni.", "PULIZIJA - FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "30902.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jispjega kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li bħalissa jinsab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mhux qed titħalla żżomm heater fiċ-ċella?", "Jaf il-Ministru li l-persuna indikata hija marida serjament, trid tagħmel by-pass surgery u ġie rakkomandat li jkollha kamra sħuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant ingħatat permess biex tagħmel użu minn hot-water bottle u electric blanket.", "CEDAW", "30903.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni ta' Diskriminazzjoni kontra n- Nisa (CEDAW) li Malta kienet fl-1991?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), li Malta aċċediet għaliha f'Marzu tal-1991.", "EUROPEAN CONVENTION ON THE ADOPTION OF CHILDREN", "30904.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-European Convention on the Adoption of Children 1967 li tagħha Malta kienet waħda mill-firmatarji oriġinali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- European Convention on the Adoption of Children ta' l-1967.", "WHITE PAPER - FI SĦAB INDAQS FIŻ-ŻWIEĠ", "30905.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper : 'Fi Sħab Indaqs fiż-Żwieġ' li ġiet ippubblikata f'Ottubru 1991 u li kienet serviet bħala bażi għall-emendi tal- Kodiċi Ċivili l-1993?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-White Paper \"Sħab Indaqs fiż-Żwieġ\" li kienet ippubblikata f'Ottubru 1991.", "SPTAR SAN LUQA – PAŻJENTI FIL-KORSIJI", "30916.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pażjenti fil-korsiji fil-wards fl-Isptar San Luqa bħalissa, ward, ward?", "Kemm hemm social cases li qed jistennew li jiġu trasferiti fl-Isptar San Vinċenz bħalissa, ward, ward?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-pożizzjoni fil-21 ta` Jannar 2002 hija kif ġej:", "|Wards |Corsia |Social | | | |Cases | |M1 |12 |2 | |M2 |7 |7 | |M3 |10 |5 | |M4 |12 |13 | |M5 |7 |5 | |M6 |8 |9 | |M7 |4 |5 | |M8 |5 |6 | |MS I |1 |3 | |MS II |0 |3 | |S 4 |0 |2 | |WS I |0 |2 | |WS II |0 |4 | |GDW |0 |1 | |Orth I |2 |1 | |Orth III |2 |2 | |Gynae |0 |1 |", "MAM - OUTPATIENT CLINICS", "30918.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appuntament fid-diversi outpatient clinics fl- isptarijiet San Luqa u Boffa ġew posposti mindu bdew l-azzjonijiet tal-MAM ix-xahar li għadda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'seduta oħra.", "SPTARIJIET - ĦOBŻ", "30922.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kif joħorġu t-tenders għall-provvista tal-ħobż fl- isptarijiet?", "Hemm ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti tiegħu?", "Meta jerġa' jmiss li joħorġu dawn it-tenders?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li t-tender tal-ħobż fl-isptarijiet toħroġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti darba fis-sena.", "Għal din is-sena m'hemm l- ebda ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti għal rasu.", "Normalment is-sejha għall-offerti tiġi ppubblikata f'Ġunju.", "RELIEF", "30924.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' armla li l- uniku dħul tagħha huwa mir-relief u li xi xahar ilu ġie maqtugħ, u dawn l- aħħar ġranet ġiet maqtugħa wkoll ic-children allowance u allura ma għandhiex l-ebda dħul ieħor, jitmexxu l-quddiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "PENSJONI TAR-ROMOL", "30925.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjana li għada kif romlot ftit tal-ġimgħat ilu tinħarġilha l-pensjoni tar-romol peress li ma għanda l-ebda dħul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-każ tal- persuna indikata minnu ġie investigat u l-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "KONVENZJONI - PROTOKOLLI", "30926.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet il-firma ta' Malta għall- konvenzjoni tal-Bioetika tal-Kunsill tal-Ewropa?", "Kemm hu ħsiebu jiffirma protokolli minnha l-gvern?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninsab informat li qed jittieħdu l-proċeduri meħtieġa mill-Ministeru tas-Saħħa sabiex Malta tkun tista' tiffirma l-Konvenzjoni tal-Bioetika tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Dwar il-Protokolli addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Bioetika, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-Protokoll ma jistax jiġi ffirmat qabel ma tiġi ffirmata l-Konvenzjoni.", "GĦAJNUNA SOĊJALI", "30927.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ l- għajnuna soċjali lil omm b'żewġt itfal li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija?", "Tista' din l-omm tiġi infurmata bl- aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "FGURA - SHELTERS", "30928.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d-Dipartiment tal-Mużewijiet wara li nstabu xi shelters tal-gwerra fi Triq Hompesch fil-Fgura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara spezzjoni tas-sit, id-Dipartiment tal-Mużewijiet għarraf lill-Kunsill u lid-Dipartiment tat-Toroq li dan ix- xelter huwa protett mil-liġi ta' l-Antikitajiet.", "Għaddejjin laqgħat mal- Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq biex il-protezzjoni tax-xelter issir bl- aħjar mod.", "FGURA - SHELTERS", "30929.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat id-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar is-sejba ta' shelters fi Triq Hompesch il-Fgura?", "Jekk iva, kien hemm xi żviluppi dwar din is-sejba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtoritajiet tal-Mużew huma nfurmati bix-xelters.", "PAOLA - DAWL", "30930.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista l-Ministru jara li wire tad-dawl perikoluż u li joħroġ in-nar minnu, u kanna li hemm bla użu, titneħħa minn quddiem residenza li l- partikularitajiet jinsabu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat, li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li hemm xi periklu ikkaġunat mis-sistema ta' l- elettriku.", "BORMLA - RAILING TAL-ĦADID", "30932.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir railing tal-ħadid fit-taraġ ta' Sqaq il-Mitħna, Bormla biex ikun ta' għajnuna għal nies anzjani u persuni b'diżabilita li hemm jgħixu f'din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li xi żmien ilu l-Kunsill Lokali nstalla hand railing, iżda dan kellu jerġa jinqala peress li kien beda xi xogħol ta' kostruzzjoni u dan seta isirlu ħsara.", "Ir-railing ser jerġa jiġi nstallat hekk kif titlesta' l-kostruzzjoni.", "Għal aktar informazzjoni l-Onor.", "Interpellanta hi mitluba tirreferi l- mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "SERVIZZ TAD-DAWL", "30933.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru.", "30818?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: In-numru ta' households li kellhom is-servizz tad- dawl sospiż minħabba nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet, xahar b'xahar, matul l- aħħar tmien xhur tas-sena li għaddiet kien kif ġej:", "|Mejju |38 | |Ġunju |27 | |Lulju |27 | |Awissu |33 | |Settemb|29 | |ru | | |Ottubru|31 | |Novembr|43 | |u | | |Diċembr|23 | |u | |", "Din l-informazzjoni tinkludi kemm households Maltin kif ukoll Għawdxin, peress li tali statistika ma tinżammx għaż-żewġ gżejjer separatament.", "ĊITTADINANZA DOPJA", "30934.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ- Ċittadinanza Doppja li rreġistraw ruhom bejn ix-xahar ta' Settembru sa l- aħħar ta' Diċembru 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ-ċittadinanza doppja li rreġistraw ruħhom bejn Settembru u Diċembru 2001, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĊITTADINI INGLIŻI - APPARTAMENTI", "30938.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemm xi limiti ta' żmien li ċittadini ingliżi jistgħu jgħixu ġo appartament tal-privat b'kiri f'pajjiżna bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ebda Dipartiment jew entita' li jaqa' taħt id- dekasteru tiegħi mhu responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-kirjiet fil- privat.", "Għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "DIVE CENTRE", "30939.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega l-iskop tas-sejħa għall-offerti CT432/2101 għal bini ta' Dive Centre f'Tas-Sliema", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal bini ta' Dive Centre f'Tas-Sliema ħarġet sabiex id-Dive Systems li bħalissa jinsabu f'Tigne' jiġu ri-allokati minħabba fil-proġett li qed isir mill-konsorzju MIDI f'Tigne' Point.", "Fil-fatt l-art f'Tigne' li bħalissa qed tintuża mid-Dive Systems ġiet mgħoddija lill-konsorzju MIDI bħala parti mill-kuntratt.", "TA' XBIEX - INSTALLAR TA' LIFT", "30940.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinbeda l-installar ta' lift fl-appartamenti D1 H/E Ta' Xbiex peress li x'inkwilini b'diżabilita' qed ibatu ħafna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li t-tender għall-istallar tal- lift fil-post indikat mill-Onor.", "Interpellant ġiet allokata.", "Ix-xogħol strutturali hu programmat li jinbeda fi Frar u l-lift mistenni jiġi stallat f'April.", "MCAST - KORS", "30941.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-kors dwar woodwork/ancillary trades fl-MCAST jinbeda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors fis-sengħa ta' l-Injam huwa parti mill-programm li qed iwettaq l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l- kostruzzjoni ta' l-MCAST.", "Dan huwa l-kors li jwassal sal-livell ta' Journeyman.", "Kumplimentari mal-kors qiegħed isir l-eżami tas-City and Guilds Awards u Construction li fih module tat-Timber Vocations.", "L-MCAST qed jaħseb li fil-futur nagħmlu d-Diplama Course.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' L-ILMA", "30942.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega kif intgħażel iċ-chief executive tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata ic-chief executive ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li ċ-Chief Executive tal- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma intgħażlet wara sejħa pubblika għall- applikazzjonijiet għal dan il-post u proċess ta' għażla normali minnn fost dawk li applikaw.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub.", "TILWIN INDUSTRIJALI", "30943.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tilwim industrijali sena b'sena matul dawn l-aħħar 3 snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li n-numru ta' tilwim industrijali fl-aħħar tlett snin kien kif ġej:", "|Sena |Numru | | | | |1999 |92 | |2000 |103 | |2001 |103 |", "SUPERVISOR - APPLIKAZZJONIJIET", "30944.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għal-postijiet ta' supervisor (distretti) u ta' supervisor (maintenance of sewers) fi ħdan it- Taqsima tax-Xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li għall-postijiet ta' Supervisors fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet intefgħu mitejn u disgħa u għoxrin (229) applikazzjoni.", "Dawn kienu mqassma hekk:", "|Supervisor (Distretti) |104 | |Supervisor (Maintenance of |125 | |Sewers) | |", "GĦAWDEX – INĊENDJU FIX-XAGĦRA", "30945.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-rigward inċendju li sar fix-Xagħra, Għawdex u preċisament fl-indirizz 'Bienvienidos', Qasam ta' Dun Anton, Xagħra, Għawdex fis-26 ta' Novembru 2001 fis-2.30am, ma saret l-ebda inkjesta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-każ ta` ħruq imsemmi mill- Onorevoli Interpellant qed jiġi investigat mill-Pulizija.", "Fil-fatt kien il- Maġistrat tal-Għassa li kien ta l-opinjoni li ma kienx hemm bżonn ta` inkjesta.", "KUNSILLI LOKALI – E-GOVERNMENT", "30946.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-Kunsill Lokali kollha se jipparteċipaw biex jagħtu s-servizzi permezz ta' l-e government?", "Jekk le, liema kunsilli mhux se jipparteċipaw u għaliex?", "X'inhu l-pjan tal-Gvern biex il-pubbliku jinqeda aħjar u aktar malajr permezz tal-Kunsill Lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "REĠISTRU TAL-QAGĦAD", "30947.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies inqatgħu minn fuq ir-reġistru tal-qagħad u għal-liema raġunijiet inqatgħu matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Jista' jforni l-istess informazzjoni għal matul it-tlett snin ta' qabel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli dwar strike-offs għas-snin 1997-2001.", "KUNSILLI LOKALI - RESPONSABILITAJIET", "30948.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-responsabilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn?", "Jista' jgħid wkoll x'responsabilitajiet ġodda ngħataw bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 fi żmien il-Gvern Laburista?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "WELFARE REFORM COMMISSION", "30949.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega x'kienet ir- raġuni tar-riżenja tac-chairman tal-welfare reform commission?", "Jekk dawn ir- raġunijiet kienu ta' natura personali, għaliex ir-rapport ma' ġiex ippreżentat qabel ir-riżenja tiegħu, kemm-il darba dan ir-rapport huwa lest, kif jindikaw diversi stqarrijiet tal-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma għandix x'inżid ma dak li diġa' għidt pubblikament dwar dan is-suġġett.", "L-Onor.", "Membru mhux korrett meta jgħid li jiena ndikajt li r-rapport huwa lest.", "Għalkemm sar ħafna xogħol mill- Kummissjoni, jiena nfurmat li sallum ir-rapport finali ma jistax jitlesta anke għaliex hemm organiżżazzjonijiet (membri tal-Kummissjoni) li għadhom ma ssottomettewx il-kummenti tagħhom dwar il-working document.", "KUNSILLI LOKALI - FLUS", "30950.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus il-Kunsilli Lokali mit- twaqqif tagħhom sa issa?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ETC – JOB DESIGNATION", "30951.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-CEO tal-ETC dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Min kien l-istaff li siefer miegħu?", "X'kien il-job designation tagħhom u x'kien ix-xogħol eżatt ta' kull persuna li siefer/siefret mac-CEO?", "Kiemm swiet lill-ETC kull safra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "FTEHIM TA' ESTRADIZZJONI", "30953.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u cioe jista' jelenka liema huma dawk il-pajjiżi li Malta għanda ftehim ta' estradizzjoni magħhom?", "Meta ġie iffirmat kull wieħed?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mill-1964 'l hawn Malta ffirmat u saret parti mill- Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-estradizzjoni u dan b'effett mis-17 ta' Ġunju 1976.", "Malta saret parti wkoll mill-Protokol Addizzjonali u mit-tieni Protokoll Addizzjonali ta' l-istess Konvenzjoni b'effett mit-18 ta' Frar 2001 u għalhekk in effett Malta għandha trattat ta' estradizzjoni mal-istati kollha li huma parti għal dik il-Konvenzjoni u Protokolli.", "Barra minn dan Malta hija wkoll parti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet uniti tal-1988 Kontra t-traffikar ta' Drogi Narkotiċi u Psikotropiċi u l- istess konvenzjoni tista' tintuża bħala trattat ta' estradizzjojoni mal- istati li huma partijiet ta' dik il-Konvenzjoni għall-finijiet tar-reati li dwarhom tittratta dik il-Konvenzjoni.", "Barra minn dawn il-konvenzjonijiet, mal-indipendenza Malta wirtet diversi trattati mir-Renju Unit li ġew applikabbli għal Malta.", "ĠNIEN TA' HASTINGS", "30964.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min ta' l-permess sabiex jinfetaħ il-bieb li nfetaħ dan l- aħħar fil-Ġnien ta' Hastings (Windmill Street).", "Minn min saret l- applikazzjoni?", "Meta saret l-applikazzjoni?", "L-applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-bieb li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hi fetħa fil-ħajt li saret biex jitneħħa ħajt perikoluż li kien fi stat ħażin ħafna.", "L-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet infurmata bil-miktub (22/11/2001) dwar dan.", "Tneħħa wkoll ħadid dekorattiv imsaddad li kien ukoll fi stat perikoluż.", "Sadanittant saret applikazzjoni li daħlet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-21 ta' Diċembru 2001 (PA 6777/01).", "Din saret mid-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "L-applikazzjoni għadha mhix approvata sa llum.", "HOUSING - KERA", "30969.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa l- appartamenti li l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jingħataw b'kera?", "Kemm hemm f'kull lokalita?", "Meta se jibdew jitqassmu?", "Kemm minnhom se jkunu riżervati għad-diversi kategoriji ta' applikanti għal social housing?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li l-Awtorita' għaddiet 78 appartamenti lid-Dipartiment.", "Dawn huma imqassma hekk:", "|Valletta |16 | |Tarxien |7 | |Ta' Ġiorni |8 | |Fgura |12 | |Bormla |23 | |Pembroke |12 |", "L-appartamenti ta' Tarxien u Ta' Ġiorni u 8 minn tal-Belt ġa ġew allokati filwaqt li minn ta' Bormla intużaw biex jiġu allokati dawk involuti fis- Slum Clearance.", "L-oħrajn ser jiġu allokati malli jkollhom is-servizzi pprovduti.", "HIGH COMMISSION", "30981.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-uffiċju tal- High Commission ta' Canberra (locally employed)?", "Kemm hemm full-timers u kemm hemm casuals?", "Jista' l-Ministru jgħid kull ħaddiem kemm jitħallas ta' xogħolu u b'liema sistema jitħallas?", "Jista' jgħid kemm minnhom jitħallsu bis-sistema cash in hand?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-Kummisjoni Għolja ta' Malta ġewwa Canberra hemm jaħdmu sebgħa (7) locally employed, erbgħa (4) full timers u tlieta (3) casuals.", "Żewġ impjegati full time jitħallsu A$1,088 kull ġimgħatejn, wieħed jitħallas A$1.022 kull ġimgħatejn u impjegata waħda titħallas A$914 kull ġimgħatejn.", "Fil-każ ta' l-impjegati casual, waħda tithallas A$25 fis- siegħa fil-waqt li t-tnejn l-oħra jitħallsu A$20 fis-siegħa.", "Dawn l- impjegati kollha jitħallsu b'direct credit għajr tnejn li jitħallsu b'cheque.", "Ma jirriżultax li hemm xi mpjegat li qed jitħallas bis-sistema cash in hand.", "AMABAXXATA MALTIJA - AWSTRALJA", "30982.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil strutturali fil-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm intefqu flus biex twettaq dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid biex sar dan ix-xogħol strutrali kienx hemm il- permessi meħtieġa mil-awtoritajiet Awstraljani?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir- rigward, il-pjanti u l-applikazjonijiet preżentati lill-Awtoritajiet Awstraljani biex jingħata permess biex ikun jista' jsir ix-xogħol u kopja tal-permessi biex seta jsir ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta għall-ewwel parti hija fl-affermattiv.", "Ntefqu A$32,987.80 għax-xogħol ta' tibdil strutturali.", "Ir-risposta għat-tielet parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv.", "Ma narax il-ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba mill- Onorevoli Interpellant sakemm ma tingħatax raġuni għal din ir-rikjesta.", "AWSTRALJA - HIGH COMMISSION", "30983.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-bini ta' l-uffiċju il-qadim tal-High Commission tal-Awstralja li hemm ġo La' Perouse St. Red Hill Canberra?", "Jista' jgħid jekk dan il-bini inbihx jew għadux għal bejgħ?", "Jekk il-post huwa għal bejgħ, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux reklami f'dan ir-rigward u jekk saritx tabella mal-post li tindika dan?", "Jekk din il- propjeta għada ma' inbiegħetx, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm dan?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-bini ta' l-uffiċċju l-qadim tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Canberra ser ikun għall-bejgħ u għal dan il-fini qed jiġi ppreparat tender document, li jinsab fi stadju avanzat ta' tħejjija.", "Għalhekk s'issa għadhom ma sarux reklami.", "AWSTRALJA - AMBAXXATA MALTIJA", "30984.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-parti tal-bini ta' fuq ta' l- Ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra huwiex qed jintuża bħalha residenza minn xi individwi?", "Jekk fl-affermattiv min qiegħed jgħix hemm u kemm titħallas kera f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija fl- affermattiv.", "Ir-residenza hija okkupata mid-Deputat Kummissarju Għoli u l- familja tagħha.", "Ta' din l-akkomodazzjoni pprovduta mill-Gvern, l-uffiċċjal iħallas 25% tal-Global Emoluments kif stipulat fil-Conditions of Service for Officers Serving Overseas.", "AWSTRALJA - AMBAXXATA MALTIJA", "30985.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtratx xi għamara, appliances, ħwejjeġ tal-bjankerija u oġġetti oħra simili għall-bini tal-ambaxxata l- ġdida Maltija f'Canberra l-Awstralja matul din l-aħħar sena?", "Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż u jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir- rigward?", "ONOR.", "JOE BORG: Matul din l-aħħar sena nxtraw diversi oġġetti għall-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija f'Canbera u għar-residenza tad-Deputat Kummissarju Għoli.", "L-ispiża għax-xiri ta' dawn l-oġġetti kienet ta' AUD$9,378.80.", "Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed jintalbu kopji ta' l-irċevuti ta' l-ispejjeż, ma nara l-ebda skop li npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "LIBRARA - ILMENT", "30986.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' tant librara u cioe li dawn ilhom ix-xhur ma jitħallsu għax-xogħol li jirrendu kuntrarjament għal-librara oħra li huma wkoll għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Librara fil-Fergħat tal-Librerija li ma jaħdmux mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni irċrvew il-ħlas kollu tagħhom sa Novembru 2001.", "Il-ħlas dovut għal Diċembru 2001 diġa` ġie sottomess it- Teżor u dalwaqt joħroġ il-pagament tiegħu ukoll.", "It-talba għal pagament tal-Librar kemm jekk huwa mad-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni kif ukoll il-Librara l-oħra fil-Fergħat, issir wara li jispiċċa x-xahar u jintbagħat ir-return ta' l-attendenza mil-Librar innifsu.", "TINDIF TA' DRENAĠĠ", "30987.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterji u b'liema mod tender ta' Lm 2,357,2000 taħt ir-riferenza L/A 630/95 li tikkonċerna tindif ta' drenaġġ ġiet mogħtija mingħajr ma saret sejħa pubblika?", "Jista' jgħid x'kienet il- motivazzjoni wara din l-għotja meta wieħed iqis illi x-xogħol ta' drenaġġ kien fdat f'idejn l-istess kuntrattur u r-riżultati kienu negattivi u xejn sodisfaċenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-kuntratt relatat mal- Letter of Acceptance (LA 630/95) ingħata fl-1995, wara sejħa pubblika għall- offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-avviż numru CT 481/94.", "Il- kuntratt ingħata bl-istess kriterji li jingħataw il-kuntratti pubbliċi kollha u ċioe' l-aħjar prezz għal għodda u xogħol skond il-kundizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet.", "Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nistqarr li l-Onorevoli Interpellant ma spjegax ruħu b'mod ċar.", "KUNSILLI LOKALI - BALANCE SHEET", "30988.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal- kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet:", "Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "INVESTMENT REGISTRATION SCHEME - FONDI", "30989.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid s'issa kemm ġew reġistrati fondi taħt l-iskema tal- Investment Registration Scheme?", "Kemm minnhom tħallew barra?", "Kemm minnhom ġew ripatrijati f'Malta?", "Kemm kien hemm individwi kkonċernati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni wisq biex wieħed jibda' jgħati statistika fuq din l-iskema.", "L-aħjar hu li din tingħata wara l-31 ta' Marzu 2002.", "KONSULENTI - ĦLAS", "30990.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru u l-ħlas annwali tagħhom huwa kif ser jingħad:", "|Alfred |LM4,800 | |Zarb | | |Henry de|LM6,328 u Car Allowance | |Gabriele|ta' LM 1,250 | |Saviour |LM13,208 | |Falzon | | |George N|LM2,400 | |Busuttil| | |Saviour |LM6,570 | |J | | |Stellini| | |Antoinet|LM7,416 iżda | |te |effettivament peress li | |Cutajar |qegħda sservi | | |fl-Ambaxxata Maltija fi | | |Brussell tirċievi Global| | |Emoluments li jammontaw | | |għal EURO54,454 |", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "30992.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "30993.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "KONSULENTI MHUX LEGALI - ĦLAS", "30994.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?", "Kemm qed jitħallsu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk b'konsulenti mhux legali l-Onor.", "Interpellant jifhem li dawn huma konsulenti mhux avukati, jien infurmat li l-Konsulenti mal-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni huma:-", "Dr Stephen Calleya li qed jitħallas Lm2000 fis-sena", "Is-Sur David Sutton li qed jitħallas Lm6720 fis-sena", "Is-Sur Paul Micallef li qed jitħallas Lm3756 fis-sena."]} {"filename": "20021211_835d_par.doc", "date": "2002-12-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 835 L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 835", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "835", "L-Erbgħa, 11 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 504", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 504", "TQEGĦID TA' KARTI 510", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD 510", "AĠĠORNAMENT 534", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 535", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 834 li saret fil-11 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "STATEMENTING MODERATING PANEL - PENDENZI", "37444.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36612?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bħalissa hemm 443 applikazzjoni pendenti, li fil-maġġor parti tagħhom daħlu fl-2001 u fl-2002 u li 100 minnhom daħlu dawn l-aħħar xahrejn mal-ftuħ ta' l-iskejjel.", "STATEMENTING MODERATING PANEL - PENDENZI", "37445.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 36613, jista' il-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-istatementing moderating panel bejn it-30 ta' Ottubru u t-3 ta' Diċembru, 2002?", "Kemm ra tfal?", "Kemm għandu każi pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bejn it-30 ta' Ottubru u t-3 ta' Diċembru, 2002 l-istatementing moderating panel iltaqa' sitt darbiet u ra 34 tifel u tifla.", "Għandu 443 każ pendenti.", "SKEJJEL - TILQIM", "37452.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel it- tfal Maltin qed ikollhom jieħdu xi tilqim għax magħhom hemm tfal tal- klandestini?", "Min qed iħallas għat-tilqim tat-tfal Maltin?", "Privatament jew mill-fondi pubbliċi?", "Huwa ġust li hemm tfal li l-ġenituri tagħhom qed jintalbu li jħallsu privatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ma jirriżultalix li tfal Maltin ġew imlaqqma għax magħhom hemm tfal tal- klandestini.", "MOSTA - TALBA GĦAL GĦAJNUNA", "37473.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Meta se tingħata l-għajnuna meħtieġa l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall-kondizzjoni li għandha għaliex ġiet riferuta lil SPLD meta mhux dik l-għajnuna għandha bżonn?", "X'serjeta' hemm meta ġiet assessed għal 15-il minuta biss mill- istatementing moderating panel fit-8 ta' Awissu, 2002?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l- istatementing moderating panel irrakkomanda complementary education, jiġifieri għajnuna mill-iskola, u din il-persuna ġiet riferuta lil Spld biex jiġi stabilit jekk għandhiex dyslexia.", "Il-bord ma jagħmilx assessment u jagħti rakkomandazzjoni biss wara li jara r-rapporti mediċi u professjonali u t-tfal konċernati flimkien mal-ġenituri tagħhom.", "JUNIOR COLLEGE - HANDBOOK", "37474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa tal- handbook tal-junior college għas-snin 2002-2004?", "Kemm saru kopji tal- handbook?", "Mil-liema vot tħallsu u xi jkopri dan il-vot?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li saru 2800 kopja tal-handbook tal-junior college għas-sena 2002 - 2004.", "In- nefqa kienet ta' Lm797 u l-kont kollu tħallas permezz ta' sponsorship mill- indigo bookshop.", "PA3954/98 – APPLIKAZZJONI GĦAL ŻVILUPP", "37487.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Min hu l-proprjetarju ta' l-artijiet li fuqhom hemm applikazzjoni għal żvilupp mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari 37455.", "Ninsab informat illi l-persuna li għamlet l-applikazzjonijiet li saret riferenza għalihom iddikjarat li hija s-sid ta' l-art konċernata.", "Dwar il-parti mill-art li tappartjeni lill-uffiċċju konġunt ninsab informat li l-Knisja talbet lill-uffiċċju konġunt biex jinkludi l-art in kwestjoni f`annex 8 bħala proprjeta` ttrasferita lill-gvern, skond il-ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti.", "Jirriżulta iżda li terzi persuni ssottomew dokumenti lill-uffiċċju konġunt fejn qed jgħidu li għandhom titolu fuq l-istess art.", "Peress li l-uffiċċju konġunt għandu dokumenti li juru mod ieħor, il-każ jinsab quddiem il-qorti.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif kulħadd jaf, it-trasferiment ta' art pubblika jsir b'riżoluzzjoni tal-parlament.", "Fost diversi każi, kien hemm każ fejn art ingħatat lil ċerta kumpannija biex tiżviluppa l-proġett tal- Kottonera.", "Kien indikat ċar x'tip ta' żvilupp kellu jsir fuq din l-art, għalkemm ma kienx hemm qbil min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq il-partijiet kollha.", "Issa li nafu li din l-art li hija tal-poplu saret spekulazzjoni fuqha, ma jaħsibx il-Ministru li sar abbuż meta ngħatat b'ċens u anke wara li l-prim ministru stess ikkonferma li l-parti fejn saru l-flats ġiet qisha mostru?", "Ladarba l-gvern jaf li fuq din l-art saret ħerba sħiħa li se taffetwa xi ħaġa storika u importanti għall-pajjiż, ma jaħsibx li dan huwa abbuż serju u li huwa abbuż akbar li l-ġerħa qed tkompli tikber meta se tingħata biċċa art oħra f'Sant'Anġlu lill-istess consortium biex jiżviluppaha?", "Għax għalkemm din kienet ġiet diskussa fil-parlament u ma kienx hemm qbil mill- oppożizzjoni, kien ġie speċifikat x'kellu jsir dwarha u żgur li ma kellhiex tittieħed biċċa art minn Sant'Anġlu wkoll.", "Ma jidhirlux il-Ministru li m'huwiex ġust li l-art li ngħatat biex fuqha ssir hotel, ġiet innegozjata u l-kumpannija privata ħadet kważi Lm2 miljuni filwaqt li l-Istat ma ħa assolutament xejn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, id-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant tikkomprendi diversi domandi oħra u allura l-Onor.", "Mizzi bilfors li japprezza li r-risposta għaliha tirrikjedi tfittix mhux ħażin.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb anke kieku kien hawn il-ministru konċernat kien ikun diffiċli ferm għalih li jweġibha.", "Għalhekk ikun aħjar jekk id-domanda ssir bil-miktub, ħalli dak kollu li ġie mistoqsi jkun jista' f'ċertu sens jiġi investigat u l-informazzjoni tingħata b'mod korrett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li għad-domanda li għamilt jien wieħed irid jagħti informazzjoni importanti, pero' il-Ministru Ċensu Galea jaf li sieħbu l- ministru ta' l-intern u l-ambjent m'huwiex qiegħed hawnhekk u forsi għalhekk ma nistax nieħu l-informazzjoni mixtieqa.", "Hu wkoll jaf li hemm talba biex tingħata biċċa art minn Sant'Anġlu b'kumpens talli l-bini kellu jsir sular aktar għoli u dan ma sarx.", "Għalhekk irrid infakkar li minkejja li tnaqqas sular, ma ninsewx li l-pubbliku kien ingħata x'jifhem illi l- għoli tal-bini kien se jkun ta' livell mat-triq.", "Wara li rriżulta ċar, anke minn dak li qal il-prim ministru stess, li dan il-proġett ġie qisu mostru u dan għar-raġuni ta' spekulazzjoni, ma jidhirlux li t-talba li tingħata biċċa art oħra ġo Sant' Anġlu hija xi ħaġa li tkun ta' detriment għall-wirt storiku ta' pajiżna jekk tiġi aċċettata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett tajjeb li wieħed jagħmel riflessjoni żgħira fuq dak li l-Onor.", "Membru qed jikkwota li qal il-prim ministru.", "Jiena ma jidhirlix li l-prim ministru għamel riferenza għal dan il-bini mil-lat ta' spekulazzjoni.", "Il-kliem rigward spekulazzjoni u mhux, żgur li qed isir min-naħa ta' l-oppożizzoni u mhux min-naħa tal-prim ministru.", "Għar-rigward tat-talba biex biċċa art tingħata minn Sant'Anġlu lill-istess żviluppaturi jew lil xi ħaddieħor, naħseb li l-Onor.", "Interpellant għandu biżżejjed esperjenza biex ikun jaf li mhux kull kelma li tingħad li tkun se ssir tkun verament se ssir.", "Allura jkun aħjar jekk domanda bħal din li hija ta' ċerta portata u ta' ċerta entita', issir bil-miktub – naħseb li kien hemm żmien biżżejjed biex dan seta' sar – proprju biex l-informazzjoni tingħata b'mod korrett, b'mod preċiż u b'mod li kulmin jirċievi l- informazzjoni kif ukoll kull min jagħti l-istess informazzjoni, ikun aktar preċiż fid-dettalji li jkun qed jagħti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li art li hija mogħtija b'riżoluzzjoni minn dan il-parlament - u ngħatat lil din il-kumpannija biex fuqha ssir hotel - żgur li ma kienx hemm il-ħsieb li jsir spekulazzjoni fuqha peress li din il-parti, li hija art tal-poplu, issa ngħatat lil kumpannija oħra li ħallset għaliha madwar Lm2 miljun u minn dawn il-flus il- gvern m'hu se jdaħħal xejn?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa abbuż serju u li ma kellux isir dan l-arranġament?", "Ma jidhirlux li kellu jintervjeni u jara jekk dawn l-affarijiet setgħux isiru jew le?", "Ma jidhirlux li kellhom isibu xi metodu biex dawn l-affarijiet ma jsirux peress li din għaddiet b'riżoluzzjoni tal-parlament, fejn ġie deskritt eżatt x'għandu jsir u lil liema kumpannija kellha tingħata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien naħseb li riżoluzzjoni bħal dik li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant diġa' tkellimna dwarha f'dan il-parlament.", "Veru li l-oppożizizjoni ma qablietx fuq xi aspetti ta' dak il-kuntratt - hija xi ħaġa normali li fl-aħħar tal-kuntratt jkun hemm xi punt partikolari li ma taqbilx miegħu l-oppożizzjoni - u għandha l- fakulta' kollha li tagħmel hekk, pero' id-dettalji ta' dak il-kuntratt fil- fatt ġew diskussi fil-parlament.", "Iżda fil-mument li r-riżoluzzjoni għaddiet minn dan il-parlament, saret riżoluzzjoni tal-parlament kollu.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi query partikolari dwar xi punti illi huma marbutin ma' dak l-agreement, naħseb li jkun aħjar li minflok jitlob xi opinjoni lil xi ħadd partikolari, jagħmel interpellanza bil- miktub ħalli tkun tista' tinġabar informazzjoni konkreta u serja, liema informazzjoni tkun tista' tingħata proprju għas-sodisfazzjon ta' dan il- parlament u tagħna lkoll, biex nassiguraw li din l-informazzjoni tkun waħda korretta, ibbażata fuq il-verita' u jiġi assigurat li tkun skond il-fatti u mhux skond kif xi ħadd fettillu jallega – mhux qed nirriferi għall-Onor.", "Interpellant – li saru irregolaritajiet.", "Jekk hemm xi indikazzjoni li saru irregolaritajiet, naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf lil min għandu jindirizza l-query tiegħu u naħseb li għandu l-mezzi kollha biex ikun jista' jagħmel dan.", "Pero' jien ma naħsibx li f'dan il-każ partikolari saru xi rregolaritajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti l-abbużi li setgħu saru, nixtieq inkun naf jekk hijiex il-policy tal-gvern allura li jagħti lok li xi ħadd tingħatalu art b'ċens jew b'riżoluzzjoni minn dan il-parlament biex isir ċertu bini fuqha u mbagħad din tgħaddiha lil kumpannija oħra u tagħmel profitt ta' Lm2 miljun meta l-Istat ma jieħu xejn!", "Qed insemmi xi ħaġa li attwalment ġrat.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, biex tiddikjara jekk hijiex policy tal- gvern jew le trid tkun taf il-fatti kif qed ipoġġihom l-Onor.", "Interpellant.", "L-Onor.", "Mizzi qed jgħid li kien hemm kumpannija li għamlet Lm2 miljun qligħ minn fuq proprjeta' tal-gvern.", "Issa biex inkun f'pożizzjoni li ngħid jekk hijiex policy tal-gvern jew le, irrid l-ewwelnett inkun naf jekk hux veru li din il-kumpannija li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant qalgħetx verament is-somma ta' flus li hu qed jirriferi għaliha.", "Jiena m'iniex f'pożizzjoni li nikkonfermah dan.", "Li naf hu li hemm policy stabilita li permezz tagħha tista' tiġi ttrasferita proprjeta' tal-gvern u rrid naħseb ukoll li ladarba ħadd m'għamel oġġezzjoni għall-mod ta' kif fil-fatt sar dan it-trasferiment, fejn qed jgħidu li kien hemm ċertu ammont ta' qligħ, sakemm mhux qed ikun hemm indikazzjoni ċara li xi regola tal-gvern qed tiġi abbużata jew li b'xi mod inkisret, irrid nassumi li saret sewwa.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant jidhirlu li fil-fatt hemm xi tip ta' kontravenzjoni f'dik li hija policy tal-gvern, ikun aħjar li qabel ma jitkellem ikun ċert li saret kontravenzjoni billi jitlob l-informazzjoni meħtieġa u jkollu risposta dettaljata.", "Jekk din hija kwestjoni serja u nazzjonali, kif qed jgħid li hi l-Onor.", "Interpellant, suppost tiġi ttrattata b'mod serju u nazzjonali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid informazzjoni speċifika kif jidher li qed jitlob, ikun ferm aħjar jekk din jitlobha bil-miktub ħalli r-risposta tkun akkurata u tkun ukoll investigata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-fatt jien għalhekk qed nittekiljaha b'mod serju għax tajjeb li nfakkar lill-Ministru li jien kont ġibt dokumenti u anke ressaqthom quddiem il-public accounts committee dwar rapport tad-direttorat ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fejn jidher ċar li dawn kienu interessati biss fis-spekulazzjoni.", "Dan id-dokument kont poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra - il-Ministru jista' jfittxu jekk irid - u kont anke tlabt biex naraw il-kuntratt għax peress li dan kien inkiser, ridna naraw jekk itteħdux xi passi jew jekk xi ħadd weħilx xi multa.", "Jien nistaqsi lill-Ministru jekk jiftakarx li fir-realta' sab li dan kien veru pero' ma kienx hemm ċar jekk huma għandhomx iħallsu l-multa jew jekk kienx il-gvern responsabbli minn dan u allura ma ġewx mitluba biex iħallsu l-multa, pero' deher ċar li l-affarijiet ma sarux sew.", "U għalhekk lill- Ministru qed infakkru f'dan kollu.", "Din is-somma setgħet kienet ta' Lm5, setgħet kienet ta' Lm1 miljun u setgħet kienet Lm2 miljuni, kif fil-fatt hija.", "Il-gvern qed jaċċetta l-prinċipju li art tal-poplu li qiegħda f'area importanti ħafna u wara li tgħaddi b'riżoluzzjoni mill-parlament taħt ċerti kondizzjonijiet, fosthom min se tkun il-kumpannija konċernata, din qabdet u għaddietha lil kumpannija oħra u għamlet ċertu profitt.", "Ma jaħsibx li wieħed m'għandux jaċċetta li jsiru affarijiet bħal dawn?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien niddikjara li ma nafx jekk il- kumpannija partikolari għamlietx profitt jew le, bħalma ma nistax niftakar x'ippreżenta l-Onor.", "Interpellant fil-kumitat partikolari għax jien qatt ma fformajt parti minnu.", "L-Onor.", "Interpellant jista' juża l-argument - jista' jużah ma' xi ħadd li m'huwiex midħla ta' dan il-parlament - li dak kollu li jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra, suppost li kull wieħed minna f'din il-Kamra jkun jaf bih dettaljatament.", "Pero' jien niddikjara wkoll li numru sostanzjali minn dawk l-eluf ta' karti li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra nkun naf x'fihom pero' ma nkunx naf id-dettalji kollha tagħhom.", "U jekk irrid inkunu onesti naħseb li ħafna mill-membri ta' din il-Kamra jafu ferm inqas minni d- dettalji li jista' jkun fihom, pero' żgur li jien m'iniex f'pożizzjoni li niddikjara li naf x'issottometta l-Onor.", "Interpellant għax il-parti l-kbira tal-membri parlamentari ma jkunux jafu dawn id-dettalji.", "Nerġa' nirrepeti li jekk irridu risposta li bis-serjeta' twieġeb id-domanda li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant, li tiftaħ fuq numru ta' domandi oħra, l-aħjar mod kif din tingħata huwa proprju billi tiġi tabled kif normalment isir għal domandi ta' dan it-tip.", "Jiena konvint li l-ministru konċernat ikun f'pożizzjoni li jagħti d-dettalji kollha marbutin ma' dan it- trasferiment li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant u mbagħad wara nkunu f'pożizzjoni li f'din il-Kamra nwieġbu u ngħidu jekk kienx hemm xi policy tal-gvern li nkisret, jekk kienx hemm xi kumpannija privata li qalgħet aktar flus milli qala' il-gvern u dak kollu li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb li kienet tkun aktar serjeta' li kieku l- ministru konċernat, is-segretarju parlamentari jew ministru ieħor li jista' jispjega x'ġara kienu qegħdin hawnhekk.", "Jien naqbel mal-Ministru li ma jkunx jaf dak kollu li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, pero' kulma għamilt jien kien li fakkartu għax naf li ma jistax jiftakar kollox.", "Li hu żgur hu li kulħadd huwa kontra dak il-bini li tela' fejn Sant'Anġlu għax jidher ċar li huwa spekulattiv.", "Nista' nkun naf jekk lill-Ministru jogħġbux dan il-bini storiku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jien m'iniex qiegħed hawnhekk biex nagħti parir jekk naqbilx jew le ma' dak il-bini.", "Il-verita' hi li xi darba kien hemm applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, din tat xi permessi u allura d-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant għandha tkun jekk min qed jibni dak il-post mexiex mal-permessi jew le.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' opinjoni ta' membru parlamentari, ta' ministru jew ta' xi ħaddieħor, imma jekk l-affarijiet sarux jew le skond il-permessi li kienu ħarġu.", "L-ewwelnett jekk nitkellem mil-lat professjonali, nista' nassigura lil- Onor. Interpellant li kull bini jista' jogħġob ħafna lil persuna u jista' jogħġob ftit jew xejn lil xi ħaddieħor.", "U allura din m'hijiex kwestjoni ta' interpretazzjoni ta' opinjoni.", "Minbarra hekk, l-istorja tgħallimna wkoll li jkun faċli li f'nofs kostruzzjoni tgħaddi ċerti kummenti.", "Trid tara wkoll bini partikolari, ikun liema jkun - mhux qed nitkellem b'riferenza għall-bini tax-xatt tal-Birgu, għax onestament ma nafx id- dettalji tiegħu kif inhuma; rajt ir-ritratti tiegħu diversi drabi, jidher parti minnu wkoll mill-inħawi tal-Belt Valletta - pero' m'huwiex il-każ li xi ħadd jgħid jekk huwiex sabiħ jew ikrah, bil-mod kif qed jipprova jagħti l-interpretazzjoni l-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li l-Ministru kien wieħed milli ħa r- responsabbilta' li jsir dan il-proġett mingħajr ma jsir impact assessment - għax meta dan kien qed jiġi diskuss quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar ma kienx sar traffic impact assessment - u peress li l-gvern ħa r- responsabbilta' li dan jagħmlu wara, ma jidhirlux l-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex wieħed ikun jaf kif se jsir dan il-proġett?", "U wara li hemm problema wkoll mill-aspett ta' parking, ma jidhirlux li t-traffic impact assessment kellu jsir qabel jibda l-proġett?", "Għax imbagħad ġara li meta beda l-proġett, in-nies ta' l-akkwati kellhom ibatu l-konsegwenzi minħabba li ma sarx it-traffic impact assessment!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, ir-rabta bejn l-aħħar domanda supplimentari u d-domanda oriġinali u anke d-domanda supplimentari ta' qabel hija bħal meta wieħed ikun qed jitkellem fuq il-qarabagħli u f'daqqa waħda jibda jitkellem fuq l-ajruplani!", "Għax it-traffic impact assessment m'għandu x'jaqsam assolutament xejn ma' l-estetika tal-post, mal-bini tal- post u ma' l-iżvilupp tal-bini li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Huma żewġ kwestjonijiet għal kollox differenti minn xulxin u allura ma nifhimx fejn qed jipprova jasal l-Onor.", "Membru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jsir proġett bħal dan ikun jorbot ħafna miegħu t- traffic impact assessment u għalhekk jitolbuh.", "Imma kumbinazzjoni nzerta hawn il-ministru responsabbli mit-trasport u forsi hu ma jafx x'inhi d- differenza bejn il-qarabagħli u proġett bħal dan!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, m'għandix ħin x'naħli!", "BIEDJA - SPEJJEŻ TAL-PRODUZZJONI", "37489.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Kemm huwa kkalkulat li żdiedu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-bdiewa part-time u full-time mill-1999 sal-lum?", "Kemm fil-fatt hija kkalkulata ż-żieda fil-prezz tal-prodotti tal-ħxejjex u frott sabiex tagħmel tajjeb ħalli l-attivita' tagħhom trendi dħul ġust għall- familji tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru ma tinżamx mill-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "L-Onor Interpellant imissu jaf tajjeb li l-prezzijiet tal-prodotti huma marbuta mal-produzzjoni u mad-domanda tas-suq.", "SUSSIDJI - PRODUTTURI TA' L-GĦASEL", "37490.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Kemm sussidji ngħataw lill-produtturi ta' l-għasel sabiex jimmodernizzaw u jkabbru din l-industrija matul dawn l- aħħar erba' snin?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li f'dawn l-aħħar erba' snin ma kien hemm l-ebda sussidju dirett lill-produtturi ta' l-għasel, iżda l-gvern għen dan is-settur billi ġab tliet esperti - Dr. Krell mill-FAO, Mr. Bew mir- Renju Unit u Mr. Liang Min Feng mir-Repubblika taċ-Ċina - biex jgħinu b'pariri tekniċi kemm lit-taqsima ta' l-agrikoltura tal-ministeru kif ukoll lill-produtturi ta' l-għasel.", "Il-produtturi ta' l-għasel apprezzaw din l-għajnuna teknika u din għenet mhux ftit biex issaħħaħ il-produzzjoni ta' l-għasel f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dan l-aħħar fil-gazzetti qrajt dwar xi post fejn kienu jrabbu n-naħal u jieħdu l-għasel ta' ċertu valur.", "Peress li dwar dan il- fatt saru diversi kummenti, jista' il-Ministru jagħtini ftit aktar informazzjoni dwar dan u jgħid jekk dan hux se jieħdu ħsiebu jew jekk ġiex abbandunat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, irrid ngħid li f'dan il-qasam ġraw ħafna inċidenti u għandi l-pjaċir ngħid li barra dawn l-esperti barranin li semmejt għandna xjenzat Malti, li għadu żagħżugħ, li mar jagħmel kors barra minn Malta.", "Dan il-Malti speċjalizza f'dan il-qasam u issa se jieħu over dan is-settur li ilu s-snin ma jafx fejn qiegħed.", "Jien ninsab fiduċjuż ħafna li bl-għajnuna ta' dawn il-persuni li għadni kif semmejt u bis-saħħa ta' dan ix-xjenzjat Malti, li jidher ħafna ta' l- affari tiegħu u jaf dwar dan is-suġġett fuq ponot subgħajh, dan is-settur se jerġa' jqum fuq saqajh u se jerġa' jitpoġġa fuq sisien sodi.", "B'hekk f'pajjiżna jerġa' jkollna produzzjoni ta' l-għasel kif jixraq għall-klima tagħna, kif ukoll in-naħla fiha nnifisha tkompli tgħin biex issir id-dakra neċessarja fis-siġar tal-frott u fuq siġar oħra li għandna fil-pajjiż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż 380 ta' l-2002 – ordni ta' l-2002 li jemenda l-ordni dwar il- konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili fis-sekwestru internazzjonali ta' minuri (emenda nru 3).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI", "IT-TMIEN JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Ninu Zammit, jekk jogħġbu jressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, nipproponi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,382,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "VOT X - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,925,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Personal Emoluments Item 11", "Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,280\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm14,279\".", "Delete the figure \"Lm14,280\" and substitute therefor the figure \"Lm14,279\".", "F'kull diskors tiegħi dwar il-budget, jiena nagħti ħarsa lejn dak li jkun ġara din is-sena u x'se jkunu l-kundizzjonijiet fis-sena li ġejja.", "Dan hu r- raba' budget tal-gvern preżenti u għalhekk ikun tajjeb li nikkumenta fuq x'sar f'dawn l-aħħar erba' snin ukoll.", "Il-mexxej ta' l-oppożizzjoni qal li dan hu budget ta' gvern qadim, bla ideat u mitluq u għalhekk, talab biex tissejjaħ elezzjoni ġenerali ħalli pajjiżna jkollu direzzjoni u ħalli jmexxi 'l quddiem dawn l-oqsma li qed nitkellmu dwarhom għax f'dawn l-aħħar erba' snin u anke preżentament, hawn inċertezza kbira dwar il-futur tagħhom.", "Qabel ma nibda, xtaqt insellem lill-ħabib tiegħi li ħalliena, lis-Sur Franco Serracino Inglott.", "Is-Sur Serracino Inglott kien bniedem li ta sehmu kemm meta kont Ministru jiena u kemm f'kull amministrazzjoni oħra li serva.", "Nibqa' niftakar f'dawk it-telefonati li kien jagħmel ta' spiss, qabel ma jitlaq id-dar, biex jistaqsini jekk għandhiex bżonn xi ħaġa.", "Jiena nistqarr li qatt m'hu sejjer ninsa dan l-għemil.", "Nixtieq insellem u nuri s-solidarjeta` tiegħi ma' l-ex-segretarju permanenti u mal-familja tiegħu.", "Jiddispjaċini li bniedem li ta' tant servizz kellu jispiċċa fiċ-ċirkostanzi li spiċċa u nistqarr li ma naqbilx ma' ċertu diskorsi li ntqalu f'din il-Kamra dwar il-kundizzjoni ta' saħħtu.", "Insellem ukoll lid-direttur ġenerali, is-Sur George Carbone, li mexa 'l quddiem u wera li hu kapaċi.", "Għalkemm ma nafux, insellem ukoll lil Roman Galea, li kien general manager tal-ko-operattiva ċentrali – u issa spiċċa - u li ismu spiċċa msemmi hawnhekk u hemm dikjarat li l-ministru ma jagħtix kas il-korrispondenza tiegħu.", "Insellem lis-Sur Peter Axisa wkoll, li għalkemm f'dawn l-erba' snin kellu responsabbilta` ta' konsulent għall-qasam tal-biedja, qrajt fit-''The Times'' li ma telaqx 'il barra mill-programm ''Xarabank'', fejn kien jipprova jistaqsi xi mistoqsijiet biex ikun infurmat, b'rispett lejn Verheugen.", "Jiena wkoll, matul dawn l-erba' snin, pruvajt nagħmel il- mistoqsijiet lill-Ministru imma dan jew irreferini għall-internet jew lill- UE u jiena ninsab fis-sitwazzjoni tas-Sur Axisa, fejn nitlob biex ningħata r-risposti imma dawn ma jaslux.", "Nixtieq ukoll nuri solidarjeta` ma' dak il-bidwi anzjan li ġie attakkat, qed nirreferi għal Joe Farrugia ta' 73 sena, bidwi li ħadem dejjem volontarjament.", "Veru li bniedem jista' jirrabbja imma naħseb li tgħallimt mill-artiklu li kiteb il-Ministru Ninu Zammit, li fil-politika għandna nirrispettaw l-ewwelnett l-eta` u anke s-support li ċertu nies jagħtu fil- volontarjat bħal ta' Joe Farrugia.", "Allura, meta niġu biex nikkritikawhom, għandna nkunu aktar sinċieri u rasna fuq għonqna.", "Għalhekk il-mexxej Laburista jgħid li aħna nżommu l-bibien kollha miftuħa u f'dawn iċ-ċirkostanzi, irrispettivament mill-opinjoni politika tagħhom, huma u l-familjari tagħhom forsi huma nies li jifhmu.", "Qed ngħid dan id-diskors għaliex huma nies li ġarbu u m'hemmx dubbju li għandhom raġun għaliex ikunu iddispjaċuti.", "Nixtieq ukoll nuri solidarjeta` mal-ħaddiema ta' l-urban and rural landscaping li sa dalgħodu stess, smajna li kien hemm bżonn li jmorru ma' consortium għax ma kienux jaħdmu.", "Jien m'għandix din l-opinjoni ta' dawn il-ħaddiema u meta kont responsabbli tagħhom, aħna għamilna xogħlijiet u ppruvajna noħolqu ħiliet ġodda.", "Dak iż-żmien, dawn il-ħaddiema kienu jikkritikawni - mhux għax bgħathom mas-settur privat - għax bgħathom jaħdmu taħt uffiċjal kompetenti li kienet responsabbli mill-urban and rural landscaping u li kienet tara li jkun hemm dixxiplina fis-sigħat tax-xogħol.", "L-uffiċjal għadu impjegat sal-lum u m'għandix għalfejn insemmih pero` rrid ngħid li kont sorpriż li xi ħadd qed jipprova iwaħħal fil-ħaddiema ta' l- urban and rural landscaping għax il-pajjiż jinsab mitluq.", "Riċentement, l-Onor.", "Charles Mangion ma setax jattendi għall-Joint Parliamentary Committee u l-grupp parlamentari ddeċieda li jiena kelli nissostitwixxih.", "Issa f'dan il-kumitat ikun hemm dokument ippubblikat f'Ottubru mill-Kummissjoni u se nikkwota x'hemm miktub f'dan id-dokument.", "''Malta has made some progress in the aligning with the fisheries acquis regarding resources, management, inspection and control but not with market policy legislation.", "It has not completed fishing vessel register in full compliance with the EC requirement, neither had it developed a management plan for the fleet capacity according to the available fish resources.", "The implementation of the corresponding measures foreseen in the action plan is therefore delayed.", "The accession partnership priorities have been met to a limited extent.", "Implementation of these measures under the action plan is delayed.'.'", "Allura, bħal ma jgħid l-Onor.", "Alfred Sant, ejja nħallu l-bieb miftuħ u mhux inwaħħlu fil-ħaddiema tal-urban and rural landscaping li fil-pajjiż hawn il- ħmieġ u t-telqa.", "Il-gvern għandu tant għajnuna biex jaġġorna ma' l-acquis u għamiltu tant uffiċjali biex taġġornaw ma' dan l-imbierak acquis imbagħad niskopru li għamilna \"some progress\" biss u dan wara li ġie finalizzat ir- rapport u ftehmtu ma' l-UE!", "Mela jiena nistieden tan-naħa l-oħra biex jirraġunaw u jitkellmu bis-sens u mhux ħsiebhom biex iwaqqgħu għaċ-ċajt kull kelma li jgħid il-Prim Ministru futur ta' Malta, l-Onor.", "Alfred Sant.", "Dan jgħid wkoll li n-negozjati tas-sajd ingħalqu meta Malta kienet għamlet ftit progress f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-allinjament u allura ma nafux x'inhuwa l-impatt.", "Kif tista' tagħlaq in-negozjati meta l-UE qed tgħidlek li lanqas għadek għamilt fleet capacity according to the available fish resources.", "Dan juri li saru negozjati fl-għama u dawn se jikkawżaw l- inċertezza għax min sejjer jinvesti f'ambjent daqshekk inċert?", "Issa dawn jgħidu li se jitqassmu Lm2.4 miljun imma jien spjegajt matul dawn l-erba' snin, li l-OECD tgħid li t-taxxi indiretti u diretti fuq l-ikel fil- pajjiżi ta' l-UE huma fil-livell, at farm gate level, ta' Euro127.3 biljun u dan ifisser li dawk huma parti mit-taxxi indiretti u diretti li se jkunu fuq l-ikel tal-poplu tagħna.", "Dawn huma taxxi addizzjonali li saru skond il- viżjoni politika tal-Kummissjoni Ewropea.", "Fil-kapitlu ta' l-agrikoltura ta' dan ir-rapport li ħareġ f'Ottubru, hemm miktub:", "''While Malta has formerly set up the administration structures needed for the design implementation managing monitoring control and evaluation of EC funded rural development programme (a priority in need of particular urgent action) these structures remain in reality very weak.", "One of the corresponding measures of the action plan, the finalisation of a rural development plan, has been completed while the other one, the setting up of necessary structures for implementation of rural development policies is delayed.''.", "U jkompli jgħidilna fuq delays u urgent action needed u dan wara erba' snin sħaħ ta' tmexxija Nazzjonalista.", "Kif jista' jkun tinnegozja u tagħlaq negozjati meta mhux kulħadd għadu konxju ta' l-istrutturi, ta' l-obbligi u tar-responsabbiltajiet kollha li dawn se iġibu magħhom.", "Fuq liema bażi se jiġu deċiżi x'vantaġġi jew żvantaġġi hemm.", "Kif tista' tgħid u twaħħal fil- ħaddiema ta' l-urban and rural landscaping li ma għamlu xejn meta l-Gvern, bl-20 miljun, bid-delegazzjonijiet kollha tiegħu u bl-għajnuna kollha li suppost qed jingħata, għadu lanqas lesta dak kollu li kellu jlesti?!", "Iġibu l-barranin biex jgħallmuna u dawn lanqas biss tista' tkellimhom!", "Il-fatt juru kemm dawn in-negozjati qed iħallu lill-bdiewa, r-raħħala u s- sajjieda tagħna fl-għama u din hi r-raġuni għalfejn hawn inċertezza kbira, inċertezza li trid tispiċċa billi tissejjaħ elezzjoni ħalli l-partit Laburista jkun jista' jmexxi l-politika tiegħu skond il-bżonn ta' dan il- poplu.", "Nagħmel riferenza għal artiklu li kien ħareġ fil-25 ta' Lulju 1998, qabel l- elezzjoni li għaddiet, fejn l-Onor.", "Ninu Zammit kiteb hekk:", "''Dawn l-industriji ma jistgħux ikomplu jkunu mmexxija bi propaganda u slogans vojta dwar proġetti li jibqgħu fl-ajru.", "Bil-kuntrarju, bis- saħħa tal-politika għaqlija u viżjoni fit-tul, dawn l-istess industriji jitkabbru u jissaħħu għall-ġid ta' l-operat tagħhom u tal- pajjiż kollu permezz ta' sħubija fl-UE.''.", "Issa ninsabu fl-aħħar tas-sena 2002 u tajjeb li naraw jekk fadalx proġetti li baqgħu fl-arja u nibda billi nsemmi l-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa u iktar tard npoġġi kopja ta' magazine li jitkellem dwar l- ekonomija agrarja u ambjentali fir-reġjun tal-Mediterran ħalli nuri lill- Ministru - li għalih dan il-proġett ta' rijabilitazzjoni li jiena għamilt, qatt ma kien xejn - x'qalu nies distinti u awtoritajiet responsabbli fir- reġjun tal-Mediterran dwar l-iżjed ħaġa importanti għall-gzira tagħna, l- ilma għax mingħajr l-ilma, ma jgħix xejn, la tjur, la bhejjem u lanqas bnedmin.", "Sur President, meta aħna għamilna l-proġetti tar-rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, aħna konna qed nagħmlu dan b'viżjoni għax l-ilma huwa l-ħajja imma sfortunatament, dan baqa' fuq l-ixkaffa.", "Il-partit Laburista f'dawn l- aħħar erba' snin kabbar l-għarfien tiegħu.", "Jiena mort l-Universita` ta' Potenza u esperti u professuri mill-Universita` ta' Potenza ġew hawnhekk u magħhom rajna l-mod kif għandna naħdmu.", "Jiena nfakkar lill-Onor.", "Ninu Zammit li filwaqt li jien kelli ntellfu kemm- il darba biex intellgħu ċ-Chadwick Lakes ħalli hu jara l-ħniżrijiet li għamlu b'mod illegali meta bnew il-konkos, jiena ma telliftux meta l-Onor.", "Ministru Ċensu Galea bena ħitan tal-konkos flok tas-sejjieħ f'irdumijiet sensittivi u f'żoni ekoloġikament u ambjentalment sensittivi.", "Din kienet pastażata kbira, tibni ħajt tal-konkos flok tas-sejjieħ.", "Fejn hu r-rispett lejn il-patrimonju u l-istorja ta' pajjiżna!?", "Dan jaf kemm hu importanti li nipproteġu l-ilma?", "Aktar 'il quddiem, jiena sejjer npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-mod kif gvern Laburista ġdid se jirriabilita ċertu żoni sensittivi u din id-darba, flok il-gabjoni se nużaw sistemi oħra u f'okkażjoni oħra sejjer ngħaddi anke ktejjeb lill-Ministru Ninu Zammit, ħalli bħala perit ikun jaf x'qed nagħmlu.", "Aħna bibien miftuħa ma nagħlquhomx.", "Kieku l-Ministru ta kasi matul dawn l-erba' snin, jiena kont infehmu aktar dwar x'inhuma l-ħteġijiet u l-prijoritajiet.", "Dan id-dokument li aktar tard se npoġġih fuq il-mejda tal-Kamra jispjega kif, gvern Laburista ġdid, sejjer jirriabilita l-ħitan kollha li waqgħu taħt l-irdumijiet ta' l-Imtarfa, ħitan tas-sejjiegħ li ma tarhom imkien illum u b'konsegwenza ta' dan, hemm soil erosion kbira għaddejja u ħadd ma jagħti kas.", "Wara erba' snin fil-gvern u wara dak kollu li qaltilna l-UE dwar l-iżvilupp rurali, jiġi l-Ministru Ċensu Galea u jagħmel esperiment li fih la jgħaddi l-ilma u lanqas ikun hemm biodiversita` għax bla ilma, ma jgħix xejn.", "Dawn huma r-raġunijiet għalfejn aħna qed insejħu elezzjoni u f'dawn l-erba' snin aħna ħdimna fuq l-alternattivi li se noffru, alternattivi li huma validi u kredibbli.", "Aħna ħsibna wkoll fuq il-produzzjoni agrikola u organika meta konna fil-gvern pero` l-imporanti hu li nipproteġu l-ilma għax dan hu l-iżjed importanti għal pajjiżna ladarba aħna m'għandniex żejt, faħam u anqas kobor fl-art.", "Allura rajna li jagħmel ħafna sens li minħabba ċ-ċokon tagħna, jkollna biedja li ma tellifx u allura bdejna naħsbu fuq inizjattivi ħalli naraw x'qed jiġri f'dik li hija produzzjoni agrikola organika.", "Naturalment, f'20 xahar ma tantx kellna ċans nagħmlu affarijiet.", "Wara erba' xhur, bdejna il-proġett tar-rijabiltiazzjoni ta' Wied il- Qlejgħa, bdejna bil-proċess ta' serer speċjalizzati f'tal-Kmand biex nipproduċu siġar ħielsa mill-mard.", "Jiena jiddispjaċini nisma' mingħand il- Ministru li hu mhux kuntent bil-produzzjoni u nassigurah li ma kenitx l- intenzjoni tagħna li nagħmlu proġett bħal dan u wara erba' snin jispiċċa biex ma jipproduċix biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda.", "Meta dħalt hemmhekk jien sibt iktar pjanti dekorattivi milli fatti li jinteressaw il-biedja.", "Mhux qed ngħid li l-pjanti endemiċi mhumiex importanti imma nħoss li l- aktar ħaġa importanti għall-ministeru ta' l-agrikoltura hu li jipproduċi siġar u xtieli ħielsa mill-mard ħalli l-bdiewa tagħna inkunu nistgħu ngħinuhom.", "Jiena se naqra e-mail li bgħatli Dr. Cozzo fl-1998, wieħed mill-persuni responsabbli mill-IFOAM għar-reġjun tal-Mediterran, fejn lill-Ministru Ninu Zammit kitiblu hekk:", "''We had the honour to start a collaboration with the Ministry of Agriculture last year (1997) to evaluate the necessary steps to develop organic agriculture and organise the inspection and certification activity of organic production in Malta.", "After this first evaluation, it was found a great interest in converting the agriculture production to Malta, to the organic method as a way to solve the pollution of both soil and productions and valorise the idea of the organic island of the Mediterranean.", "After a working period, we had the honour to be appointed by your ministry as the certification body of organic production of Malta and now we are happy to propose you and the country to the work begun with the ex ministry of agriculture.", "For several months, contact has been established with your administration in order to launch a first experience of organic agriculture.", "We know the importance of your exports especially of potatoes, we know also how they are treated with chemical products.", "We would like to draw your attention to a recent decision taken in the European Union concerning the chemical treatment and cultivation.", "The EU has decided to reduce a norm of what is acceptable as treatment of plants. ''.", "Fost affarijiet oħra din tkompli titkellem dwar l-importanza tal- produzzjoni agrikola għall-ekonomija tagħna, the organic farming as a solution of water pollution, the rules of organic agriculture, the market of organic products u tat id-dettalji kollha.", "Jien niskanta kif lanqas biss sar kuntatt ma' dan Dr. Cozzo imqar biex jgħidulu li mhux interessati imbagħad qed jiskantaw għax kien hemm sezzjoni li ma kinitx perfetta.", "Jiena dawk iż-żminijiet kont mħabbat sew, kont bdejt żewġ proġetti wara erba' xhur, s-serrer speċjalizzati u l-proġett tac- Chadwick Lakes.", "Konna bdejna naħmdu fuq it-tined għax kienu msaddin u tistenna li joqtlu lil xi ħadd, u bdejna ħafna xogħlijiet oħra imma kemm tista' tagħmel affarijiet f'dak il-ftit żmien li kelli.", "Aparti dan kollu, jiena kont għadni nibda fil-kariga u trid naqra żmien biex tifhem ir- responsabbilta` ġdida.", "Ma kontx nippretendi li ssir dikjarazzjoni falza li fi żmieni ma sar xejn fuq il-produzzjoni agrikola u jiena naħseb li fid-diskors ta' l-aħħar budget hemm bżonn li jsir diskors li jirrispetta l-fatti.", "Tan-naħa tal- gvern m'għandhomx għalfejn ikunu suppervi u ma jagħtux kas ta' x'tgħid l- oppożizzjoni u n-nies l-oħra.", "Il-Ministru la ta kasi u anqas ma ta kas ta' Dr. Cozzo li hu akkreditat mill-IFOAM.", "Għaliex dawn qed jagħmlu isem ħażin għal Malta?", "Kienu se jonfqu ħafna kieku rrispondewh lil Dr. Cozzo?", "Mhux se nippretendi li jibgħatu għalih fl-uffiċċju lussuż li sar u li ntefqu ħafna flus fuqu pero` ta' l-anqas jekk lil dawn in-nies se nagħtuhom il-ġenb, għalmenu dan għandu jsir b'diplomazija!", "Irrid nikkumenta fuq proġetti li baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Aħna kellna l-hands on fishing li kien sponsorjat mill-APS Bank sabiex l-istudenti ikollhom iċ- ċans imorru jistadu u jkunu aktar aware ta' kemm hu mportanti li nieħdu ħsieb il-ħajja f'qiegħ il-baħar.", "Attivita` bħal din ukoll impikaw fuqha u qatgħuha u imbagħad jiġu jakkużaw li l-politika tagħna tagħlaq il-bibien!", "Staqsu lil min ħadem miegħi f'20 xahar dwar jekk għalaqniex il-bibien, staqsu lil Matthew Camilleri, li l-bieraħ kien qed jikkritika l-politika tagħna, dwar meta għalqulu l-bibien f'amministrazzjoni preċedenti?", "Jiena l- bibien ftaħthomlu għax dan kellu talent fuq is-sajd u nibqa' nagħtih is- support tiegħi għax nemmen li hu bniedem kapaċi imma dan irid irendi għall- ġid komuni tal-poplu tagħna u mhux jispiċċa fil-general fisheries council ta' l-UE fejn ma jifhmux dak li qed tgħid Malta, fejn f'dawn l-aħħar erba' snin spiċċajna b'sajjieda Maltin u Għawdex b'ħajjithom mhedda għax kienu qed jistadu għall-ħobża tagħhom.", "Ripetutament bdejna nisimgħu rapporti dwar kif il-qabda tal-ħut ta' l-industrija tagħna bdiet tinsteraq.", "Lill-general fisheries council, aħna għandna ngħidulu li aħna m'aħniex nheddu l-istocks tal-ħut fil-Mediterran u jekk mhux se jifhmuna, se ikun hemm bżonn li nieħdu l-passi għax aħna fid-dmir li nħarsu d-drittijiet ta' pajjiżna skond il-Konstituzzjoni.", "Aħna kapaċi nippreżentaw rapporti xjentifiċi serji u kredibli; jien nirrispetta l-kapaċita` u l-intellett li għandu wieħed mill- esperti tagħna, s-Sur Matthew Camilleri, imma dawn il-kapaċitajiet ma jridux jintużaw biex inserrħu lil ħaddieħor, biex aħna jkollna purse-siner waħda u ħaddieħor ikollu tużżana!", "Imbagħad jiġu jorbtu lilna bl-istess obbligi fuq il-ħarsien ta' l-istocks tal-ħut, dan x'raġunar hu?", "Aħna rridu nifhmu x'inhu l-aħjar arranġament għad-daqs tagħna u minn hemm, naħdmu biex l-ekonomija tagħna trendi għall-ġid komuni.", "Meta nqala` dak l-inċident, il-Ministru kien qal lis-sajjieda tat-tonn li kellhom jitħallsu imma dawk it-Lm23,000 ma waslux, la mingħand il-gvern Malti u lanqas dak Taljan.", "Dan ikompli jiżvaluta lill-investiment tal-ko- operattivi u issa ma għandhomx direzzjoni għax ma jafux jekk għandhomx jinvestu fil-purse-siners jew le.", "F'April ta' din is-sena, saru l-winches f'Marsaxlokk imma dawn ma ħadmux u l-fish market li kellu jsir, baqa' ma sarx.", "Dawn ma kellhomx problema ta' flus, ma teżistix il-ħofra għalihom, tant hu hekk li se jonfqu Lm75 miljun biex jissussidjaw t-telf li se ġġib l-politika komuni tal-biedja ta' l-UE f'pajjiżna.", "X'ingħid fuq il-moll ta' ħdejn il-power station, sar ftit konkos biex xi ħadd jieħu Lm80,000 imma x-xogħol veru li kellu jsir ma sarx bħal ma saritx l-islipway il-kbira u numru ta' faċiltajiet oħra.", "Għan-naħa tal-Gvern, l-importanti hu li għamlu tiċċa progress u daqshekk u hawn nerġa nikkwota dik is-sentenza li semmejt fil-bidu:", "''Malta has made some progress in aligning with fisheries acquis regarding resources management.\".", "Dak progress, ċedejna l-25 mil!", "Dawn l-affarijiet qed isiru fuq l-unika żewġ riżorsi naturali li għandna, l-biedja u s-sajd.", "Pajjiżna, jidħol jew le fl-UE, irid jimporta kwazi kollox, jekk mhux il-prodott lest, ikollna nimportaw il-materja prima.", "Mela ladarba aħna mhux se nieħdu 90% tas- sussidji u ladarba l-prezzijiet esterni ta' l-UE huma ħafna irħas, ċertament li l-politika Laburista tagħmel iżjed sens aktar u aktar fid-dawl ta' l-aħbar li l-Istati Uniti ta' l-Amerika ddikjarat li se żżid in-nefqa tal-budget ta' l-agrikoltura tagħha u dan ifisser li fis-swieq internazzjonali, se jkun hemm iktar prodotti ta' l-ikel u iktar materja prima ta' l-ikel bi prezzijiet kompetittivi.", "Aparti hekk, l-UE iddikjarat li hi se żżid l-levies tagħha wara s-sena 2010 jew 2013 biex ma jkollhiex market penetration.", "Dan ifisser li jekk Malta tkun barra mill-UE, din tkun tista' timporta bi prezzijiet kompettitivi mid-dinja kollha inkluż mill-UE waqt li jekk din tkun ġewwa, din tkun marbuta li tixtri prodotti mill-UE biss minħabba dawn il-levies.", "Dawn il-levies isiru biex l-UE tipproteġi s-swieq tagħna u allura ma nistax nifhem kif xi ħadd bħal Pascal Lamy jew Verheugen jgħid li ma jistax jifhem għaliex il-partit Laburista qed jagħmel dan il-fuss kollu fuq l-agrikoltura għax wara kollox dan hu 3% biss tal-GDP imma dawn qed jinsew li l-biedja u s-sajd huma riżorsi naturali f'pajjiżna u huma s-sors ta' ikel frisk għall- poplu u għat-turisti.", "Qed ngħid hekk għax il-kontribut tas-settur tal- biedja fl-UE hu 2% biss u minkejja dan, l-UE xorta tonfoq nofs il-budget tagħha fuq dan is-settur biex tkun tista' tassigura l-provvista ta' l-ikel tagħha!", "Fil-politika tagħna, il-protezzjoni tkun biss fuq dawk il-prodotti li nipproduċu aħna u mhux sejrin nagħmlu protezzjoni fuq prodotti li ma nipproduċux.", "Dan huwa mod ċar kif aħna niggarantixxu li se nnaqqsu t-taxxi.", "Dan il-gvern wiegħed li mhux se jżid it-taxxi imma kulħadd jaf x'ġara.", "Issa, din l-alternattiva li qed noffru mhux se żżid it-taxxi u jien se nispjega kif mhux se nżiduhom it-taxxi.", "Aħna mhux sejrin nissussidjaw il- produzzjoni tat-tabakk ta' l-UE għax hemm pajjiżi membri li jkabbru t- tabakk għat-tipjip.", "Bil-politika tagħna, aħna sejrin nissussidjaw il-ħaxix li jkun fil-borma tal-Maltin ħalli nkunu nistgħu nassiguraw provvista ta' ikel frisk u healthy.", "Il-politika tagħna se tkun ta' sostenn biex ir-rota ekonomika ddur.", "Il-flus tal-gvern se jiġu nvestiti fir-raħħala tagħna sabiex per eżempju jiżviluppaw fabbrika ġdida tal-ħalib frisk u jkabbru d- diversifikazzjoni tal-prodotti lokali tal-ħalib.", "Bil-politika ta' partnership, il-flus tal-gvern se imorru biex jgħinu lill-Maltin u mhux lill-barranin.", "Jekk nidħlu fl-UE, aparti li nissussidjaw it-tabakk, kif diġa` għedt qabel, inkunu qed nissussidjaw il-produzzjoni taz-zokkor ta' l-UE imma bil-mudell ta' partnership, niffrankaw il-flus kemm bħala sussidji fuq dawn il- prodotti u kemm bħala prezz għax inkunu nistgħu nixtru z-zokkor bl-aħjar prezz li nsibu fis-swieq internazzjonali u hekk, il-fabbriki li jagħmlu l- ħelu jkunu iżjed kompettitivi u dan jgħodd għall-materja prima ta' industriji oħrajn.", "Inkella kif se nkunu kompetittivi?", "Bis-supply measure li qed jiftaħar biha l-Ministru, limitata għall-produzzjoni attwali?", "Mela sewwa, se nidħlu għal suq ta' 500 miljun b'supply measure fuq il-materja prima li ma nipproduċux hawnhekk ta' 380,000 ruħ!", "Dan hu l-argument tagħna, aħna niggarantixxu bilanċ għaliex ikollna sistema li tħallas għall-bżonnijiet tagħna u mhux għal bżonnijiet ta' ħaddieħor.", "Flok nissussidjaw it-tabakk jew ir-ross ta' l-UE, nissussidjaw skemi għall- apprendistat għaż-żgħażagħ ħalli jkollhom il-ħiliet biex jieħdu ħsiebu u jmexxu 'l quddiem l-agrikoltura u s-sajd f'pajjiżna u mhux nissussidjawhom biex sempliċiment ikunu għassiesa ta' l-ambjent.", "Irridu ninvestu u nagħtu sussidju fuq produzzjoni organika, Fischler qal li huma ma jagħtux sussidji diretti għall-produzzjoni agrikola organika imma dawn jaqgħu taħt il-vot ta' l-iżvilupp rurali.", "(Interuzzjonijiet) Il- Ministru qed jidħak, jekk irid nista' nġiblu l-istatement ta' dak li qal f'Copenhagen.", "Dan ifisser li jkollna nieħdu nitfa mill-10% tal-budget li se jinqasam bejn 25 pajjiż biex nagħmlu xi ħaġa għall-produzzjoni agrikola organika.", "L-UE tagħmel proġetti fuq l-ispazju u aħna m'għandna xejn kontra tagħhom dawn imma aħna rridu ninvestu fuq proġetti li jista' jgawdihom il-poplu Malti u li jiġġeneraw u jsostnu l-ekonomijia tagħna, irridu nagħmlu proġetti ta' żvilupp rurali, ta' rijabilitazzjoni ta' l-irdumijiet u dak ta' madwar il-kosta sabiex l- impjiegi u l-attivita` ekonomika li llum tlaħħaq mas-Lm70 miljun fis-sena tkun sostnuta u protetta kif teħtieġ.", "Sur President, dawn il-punti li semmejt juru għalfejn aħna qed nisfidaw lill-gvern biex isejjaħ elezzjoni, aħna nemmnu li l-alternattiva politika ta' partnership hi l-aħjar għażla għal pajjiżna.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-UE.", "Per eżempju, bil-politika tagħna, flok border inspection point għall- UE, aħna nistgħu nonfqu l-flus biex nagħmlu wieħed mill-proġetti li baqa' fl-arja matul dawn l-aħħar erba' snin u anke fl-20 xahar tiegħi, l-stripway l-kbira ta' Marsaxlokk.", "Sħubija fl-UE se tiswa u diġa` qed tiswa ħafna flus mit-taxxi tagħna u m'hemmx għalfejn nerġa` nsemmi kollox.", "Hemm l-MIC u l-Moviment IVA li tgħidx kemm tgħajjat u taħdem il-kalkoli.", "Dawn misshom jispjegaw lin-nies x'se jiġri mid-90% tas-sussidji tal-budget tal-politika komuni tal-biedja li aħna mhux se nibbenefikaw minhom u tfiehem lill-Maltin x'se jkun il-piż per capita.", "Jien beħsiebi nagħmel hekk pero` mhux illum ħalli nara jekk ikunux onesti u jekk veru għandhomx rispett lejn l- istituzzjoni ta' l-UE, li m'għandix dubbju li tirrispetta d-demokrazija.", "Nerġa' ngħid, qed nisfida lill-MIC u lill-Moviment IVA biex ifiehmu kemm huwa l-piż tal-pajjiżi ta' l-UE f'dak li huma taxxi diretti u indiretti fuq l-ikel u fuq dawk id-90% tal-prodotti li huma jissussidjaw u aħna ma nieħdu xejn minnhom.", "Imbagħad wara li jagħmlu hekk, ifehmu lill-Ministru Ninu Zammit fejn hu l-argument kredibbli li jien dejjem sostnejt fejn l-OECD tiddikjara li t-taxxi diretti u indiretti fuq il-konsumaturi ta' l-UE at farm gate level huma fil-livell ta' Euro127.3 biljun.", "Jekk dan isir, il-poplu jifhem il-volum reali ta' taxxi diretti u indiretti li rridu nitgħabbew bihom jekk jidħlu fl-UE u jifhem ukoll kif il-politika Laburista sejra tibbilanċja kollox u żżomm it-taxxi milli jkomplu jagħfġuna.", "Hemm bżonn li nieħdu ħsieb id-deficit, li m'hemmx dubbju hu fost l-ogħla wieħed fost il-pajjiżi applikanti għal sħubija sħiħa fl-UE.", "Kif jista' jiġi Pascal Lamy bi statements foloz u jgħid li nidħlu jew ma nidħlux fl-UE, xorta rridu nneħħu l-levies sas-sena 2010 meta l-UE stess ddikjarat li hi se tħalli l-protezzjoni tal-levies sa mill-inqas 2013.", "Dan hu wisq probabli, l-aħħar diskors tal-budget ta' din il-leġislatura.", "Jiena jiddispjaċini jekk xi darba jew oħra kont ftit goff fid-diskors tiegħi lejn l-Onor.", "Ninu Zammit pero` jiena għamilt dan kollu biex inwassal il-verita`.", "L-intenzjoni tiegħi kienet li nwassal il-verita`.", "U x'kienet il-verita?", "Dan kien jgħid li t-tariffa li rridu nħallsu fuq il-laħam aħmar kienet ta` 10% u l-OECD f'rapport uffiċjali tagħha ddikjarat li t-tariffa fuq il-bovine meat products hija ta' 88.9%.", "Matul dawn l-erba' snin jiena dejjem ktibt artikli u ddikjarajt li l-gvern qed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz lill-poplu u llum qed inkompli nikkonferma li għadhom qed isiru dikjarazzjonijiet foloz għax l-OECD qed tgħid li l-Unjoni Ewropea fl-1997 kellha tarrifa ta' 88.9% fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar u din se tibqa' hemmhekk sas-sena 2013 mill-inqas.", "Hawnhekk il-minsitru għamel dikjarazzjoni li din it-tariffa hija ta' 10%.", "Jiena nistiednu biex jitkellem ma' l-OECD ħalli niċċaraw din il-pożizzjoni għax ma jagħmilx sens li wieħed jgħid mod u l-ieħor jgħid mod ieħor.", "Din m'hijiex serjeta`.", "Jien ma rridx niġi hawn u ma nkunx qed nagħmel xogħli sewwa għax jien marbut b'ġurament li nkun fidil u leali lejn il-Kostituzjzoni u lejn il-poplu ta' din il-gżira, u hekk irrid inkun.", "Bil-politika ta` parternship nitgħabbewx b'din it-taxxa għax jekk ikun jaqbel għalina nġibu l-laħam minn fejn hu l-orħos u bi prezzijiet tas-swieq internazzjonali.", "Issa biex l-Unjoni Ewropea tibqa' kompetittiva trid tissussidja għax inkella s-suq ikun ddominat mill-Istati Uniti ta' l- Amerika.", "L-Unjoni Ewropea fis-sistema tagħha għandha tliet prezzijiet, tnejn interni u wieħed estern, jiġifieri l-prezz tal-bidwi, il-prezz tal- konsumatur, li miegħu jkunu marbuta dawk it-taxxi diretti u indiretti li dwarhom qed nitkellem jien.", "Dawn it-taxxi involuti fuq il-prezz tal- konsumatur fl-Unjoni Ewropea huma fil-livell ta' Euro127.3 biljun.", "Dan m'iniex ngħidu jien jew Dr. Alfred Sant imma tgħidu l-OECD.", "Nerġa` ngħid li biex l-Unjoni Ewropea tipparteċipa fis-swieq internazzjonali u tibqa' kompetittiva biex ma jkollhiex iktar muntanji ta` laħam u ta' ġobon u iktar xmajjar ta' ħalib u ta' l-inbid bilfors ikollha tissussidjahom, u aħna, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea rridu bilfors nixtru b'dawk il-prezzijiet sussidjati u fl-istess ħin ma nintrabtux b'dawk t-taxxi u l- levies .", "Per eżempju, it-taxxi involuti fuq iz-zokkor huma ta` 251.4%.", "X'għamel il-gvern?", "Il-gvern qed jiftaħar li nnegozja supply measure.", "Issa aħna għalfejn inġibuh iz-zokkor?", "Iz-zokkor jintuża għall-minerali, għall- juices, għall-industrija tal-ħelu u għal ħafna affarijiet oħra importanti tal-ħajja ta' kuljum.", "Dawn qed jgħidu li se jitolbu special supply measure li tkopri biss id-domanda tas-suq lokali, jiġifieri għal 380,000 ruħ u l- miljun turist li jkollna matul is-sena.", "Jekk aħna qed ngħidu li se nidħlu f'suq ta' 380 miljun ruħ illum u 500 miljun ruħ wara t-tkabbir, kif se norbtu lill-industriji tagħna li jiddependu mill-materja prima taz-zokkor, tal-qamħ u mill-materja prima ta' kwalunkwe ħaġa oħra li ma jkunux jistgħux iġibu din il-materja prima bi prezzijiet irħas mis-swieq internazzjoanli?", "Dawn huma affarijiet li bilfors ikollna ngħiduhom aħna għax nafu li l-media ma twassalhomx bis-serjeta` lill-poplu.", "Sur President, bil-politika ta' partnership, kif irid il-partit Laburista, se nkunu fil-liberta` li nfehmu kemm lill-FAO, kemm lill-WTO kif ukoll lill- Unjoni Ewropea x'inhuma ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna u skond dawn iċ- ċirkostanzi rridu nimxu.", "Min qed jgħid li l-politika Laburista se taqta' barra lil xi ħadd jew li Malta se tkun maqtugħa għaliha waħedha m'hu jgħid xejn ħlief ħmerijiet.", "Il-politika tagħna hija maħsuba biex trendi għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u tħalli l-opportunitajiet kollha, skond iċ-irkostanzi ta` pajjiżna, li hemm madwar il-globu.", "L-Unjoni Ewropea mhux bħalna għax ma ttiddependix mill-importazzjoni totali biex tgħix għax għandha l-art u l-isturtturi tagħha.", "Aħna, nidħlu jew ma nidħlux, xorta rridu nimportaw kollox minn barra biex nitimgħu t-tjur u l-bhejjem, lill- Maltin u lill-Għawdxin u biex insostnu l-ikel u x-xorb tal-miljun turist li jżuru pajjiżna li jiġġeneraw tant ekonomija f'pajjiżna.", "Jiena ngħid li la għandna nintrabtu bi kwantitajiet ta` kemm għandna nimportaw prodotti li ma nipproduċux u lanqas għannda nintrabtu biex nifformaw parti mill-istruttura tat-taxxa ta` l-Unjoni Ewropea biex ngħidu li qegħdin membri.", "Sur President, dak li qed jgħid il-gvern dwar il-politika ta' partnership m'huwa xejn ħlief dikjarazjzoni oħra falza, għax il-politika ta' partnership hija maħsuba biex tevita ruxmata ta' piżijiet ta' taxxi fuq il- konsumaturi tagħna.", "Meta l-Mid-Med Bank kien għadu tal-poplu Malti kien jaqla' xi ħaġa minnu, imma llum dan ġie pprivatizzat u allura l-gvern ma jista` jagħmel xejn ħlief li jkompli jżid il-piżijiet tat-taxxi fuq il- poplu Malti u Għawdxi biex ikun jista` jissusidja l-biedja tagħna, u dan kollu minħabba li akkost ta` kollox irid isieħeb lill-Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Sur Presdent, irrid ngħid xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni inkwetatni li jinsabu fiha l-bdiewa tagħna.", "Dan l-aħħar il-Ministru qal li skond ċensiment li sar il-bdiewa għandhom 20% spejjeż u għax kien ġeneruż iddeċieda li jirdoppja din l-ispiża minn 20% għal 40%.", "Hawnhekk għandi żewġ tabelli, li se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra, waħda dwar produzzjoni minn tomna raba` u waħda minn produzzjoni ta' serra tul sena sħiħa.", "Wieħed jikkalkula li bidwi minn tomna raba` normalment jipproduċi 3,000 kilo patata u jġib tnax-il ċenteżmu għal kull kilo.", "Mela jekk minn tomna raba' bidwi jipproduċi 3,000 kilo ta' patata u jġib tnax-il ċenteżmu għal kull kilo l-ammont jitla` għal Lm360.", "Imbagħad għandek l- ispejjeż.", "X'inhuma l-ispejjeż?", "Għandek 6% kummissjoni li tkopri 5% tal- koperattiva, jekk tkun għand pitkal tkun xi 7% barra xi spejjeż żgħar tal- kaxxi u għandek spiża ta' tliet xkejjer u nofs patata taż-żriegħ li tiġi madwar Lm33.", "Imbagħad għandek Lm45 demel naturali u Lm7.50 demel artifiċjali, għandek Lm25 spejjeż tal-bexx, għandek Lm30 drip imbagħad għandek l-ispejjeż tad-diesel, ilma, dawl, tractors, ħsarat u dak kollu li jġibu magħhom erba' xhur produzzjoni u kultivazzjoni tal-patata.", "Dawn l- ispejjeż kollha jammontaw għal Lm222 u meta tnaqqashom mit-Lm360 jibqa` Lm138.", "Dan l-ammont ma jirriflettix l-20% li rriżulta miċ-ċensiment.", "Sur President, l-argument tiegħi huwa li s-serjeta` titlob li jekk il- ministru tal-finanzi kien ġeneruż mal-kalkoli għandu jibqa' ġeneruż mal- kalkoli u mhux minn 20% jagħmilhom 40%.", "Dan għandu jagħmilhom skond survey serju u mhux ta' kafkaf, imbagħad jgħid kemm irid ikun ġeneruż mal-bidwi u mhux ngħidu li se nkunu ġenerużi mal-bdiewa meta skond kif qed ngħid jien li l-ispiża tagħhom titla' għal 60%.", "Allura dawn huma kalkoli li għandhom bżonn jiġu riveduti u fl-opinjoni tiegħi għandha tintalab apoloġija pubblika mill-gvern Nazzjonalista lill-bdiewa.", "Mela l-ewwel ngħidu lill- bdiewa li ċ-ċensiment isir għall-fini ta` statistika u mhux biex inkunu nafu kemm qed jaqilgħu, imbagħad naqbdu u nużaw purament l-istatistika biex ngħidu kemm qalgħu l-bdiewa.", "Din m'hijiex irġulija.", "Intom tridu tgħidu lilna li ma nżommux il-kelma tagħna!", "Araw għemilkom f'dawn l-affarijiet!", "Sur President, issa se niġi għall-produzzjoni minn serra tul sena sħiħa.", "Mela l-valur kapitali huwa ta' Lm20,000 u l-produzzjoni matul is-sena hija bbażata fuq Lm12,000 li ddaħħal fil-pitkalija.", "Issa ħalli ngħid xi spejjeż tinvolvi din il-produzzjoni.", "Għandek id-diprezzament ta' l-għaxar snin ta' dak l-investiment għax ovvjament trid tbidlu Lm2,000 fis-sena, Lm400 interessi fis-sena fuq self li tkun għamilt, spiża ta` Lm1,000 fuq il- plastic li jkun irid jinbidel minn sena għall-oħra, Lm1,000 fuq il-konsum sħiħ taż-żjut, fuel u d-domanda tan-natura li toħloq s-sena tax-xogħol, Lm400 pestiċidi fis-sena, Lm100 tad-drip, Lm160 spejjeż tad-dawl, Lm200 fuq manutenzjoni, Lm720 kummissjoni, Lm33 tad-dugħ, Lm400 investiment relatat ma' l-ilma għax jekk ma jkollokx ġiebja ara kemm trid iġib ilma, Lm200 tal- bumble bees li bilfors trid tużahom biex tagħmel id-dakra fis-serra u Lm250 tal-bolla.", "Dawn l-ispejjeż kollha jammontaw għal madwar Lm7,000.", "Jiġifieri minn Lm12,000 għandek Lm7,000 spejjeż.", "Dawn ma jirrapprżentawx 20% tas- somma totali.", "Għaliex qed nabużaw b'diskorsna?", "Għaliex nagħmlu dawn id- dikjarazzjonijiet foloz?", "Għaliex m'aħniex kapaċi ngħidu l-verita`?", "Nerġa' ngħid dawn qalu lill-bdiewa biex ma jinkwetawx għax iċ-ċensiment ma jsirx għall- fini ta' taxxa, imma għall-fini ta' statistika.", "Issa qed jużawh biex jgħidu kemm jaqilgħu l-bdiewa.", "Aħna niksruha l-kelma!", "Dawn iddikjaraw li l- bdiewa għandhom Lm20 spejjeż fuq kull Lm100.", "Iddaħkux in-nies!", "Aħna hekk irridukom tagħmlu ħalli ngħidu lill-bdiewa kemm qed tgħidu affarijiet li mhux minnhom u l-bdiewa lilna jagħtu raġun mhux lilkom.", "Meta jsiru dawn il-kalkoli l-ministru għandu jifhimhom u janalizzahom ħalli jinduna li mhux veru li l-bidwi jkollu Lm20 spejjeż fuq kull Lm100.", "Inkunu qed indaħħku lin-nies meta ngħidu dawn l-affarijiet.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li ġardinar mal-gvern għandu medja ta' Lm2.30 is-siegħa.", "Issa bidwi li jaħdem full time f'serra mill-inqas irid jaħdem madwar 7 sigħat s-Sibt u ħames sigħat il-Ħadd għax irid joqgħod ibixx biex iżomm konformi ma` l-istandards u l-għada jrid iniżżel il-bejgħa.", "Jiġifieri dan bilfors irid ikun impenjat tul is-sena kollha, sibtijiet u ħdud inklużi, jekk mhux hu l-mara inkella t-tfal tiegħu jew xi ħaddieħor.", "Issa rridu nqisu wkoll li għal xogħol li jsir is-Sibt il-gvern iħallas bir-rata ta` siegħa, siegħa u nofs u għal xogħol li jsir il-Ħadd bir-rata ta` siegħa sagħtejn.", "Din titlagħlek spiża li tajjeb li tkun ikkonsidrata ħalli meta meta nagħmlu l-valutazzjoni fuq il-bidwi nirrealizzaw x'qed ngħidu, u dan fid-dawl li fil-pitkalija għandna sistema fejn il-prezz dejjem jilgħab skond is-suq u ma jistax ikollok prezz fiss u meta għandna sitwazzjoni fejn il-gvern qed joħorġ 'il fuq minn Lm70 miljun biex jissussidja t-telf u biex ibaxxi l-prezzijiet.", "Sur President, ngħaddi issa daqsxejn għall-industrija tal-majjal.", "Ta` min jgħid li l-prezz li bih il-produtturi jbiegħu l-majjal ilu ma jiżdied mill- 1992.", "Issa mill-1992 'il hawn għoliet il-bolla, għoliet il-ħajja, għolew il- mediċini u dawn baqgħu jieħdu l-istess prezz.", "Issa qed ngħidulhom investu iktar pero` tridu tipproduċu bi kwota għax hekk innegozjajna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri qed jgħidulhom biex jinvestu imma jridu jżommu mal-kwota u l-prezz iridu jnaqqsuh.", "Jekk qed tipproduċi 100 majjal ibqa' pproduċi 100 majjal imma tbigħux b'82c, biegħu b'60c, b'70c jew 75c imbagħad naraw.", "Dawn huma affarijiet li jindikaw li l-politika tal-gvern f'dan is-settur hija politika ta` gvern mitluf u m'għandhomx jieħdu għalihom għax il-mexxej Laburista qal li dan huwa gvern mitluf għax dawn l-affarijiet minn nies mitlufa jsiru.", "Kif jista' jkun tieħu ħsieb il-biedja u s-sajd tiegħek meta trid tkun konformi ma' patafjun regoli ta' l-Unjoni Ewropea u meta l-istess Unjoni ddikjarat that we have done very little?", "Kif jista' jkun?", "Mela jekk Alla ħalqek biex terfa` l-piż li jiflaħ David tista` terfa` l-piż li jiflaħ Gulija?", "Dan huwa s-sens komun u għalhekk intom mitlufa għax qed titgħabbew b'affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-mod ta' kif kif qed tinterpretaw l- affarijiet tal-globalizzazzjoni.", "X'għandu x'jaqsam?!", "L-argument huwa ċar, negozjatur li jinvesti l-flus jinvesti f'affarijiet li jrendu.", "Ma jinvestix f'affarijiet li jġibulu piż.", "Mhux din hi l-loġika.", "Dan hu s-sens komun u għalhekk intom mitlufin għax qed tagħmlu affarijiet li ma jindirizzawx il- bżonnijiet tal-poplu tagħna.", "Sur President, fil-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" tat-30 ta' Lulju, l-1998 l- Onor. Ninu Zammit ġie kkwotat li qal hekk:", "\"Il-Ministru Farrugia għandu wkoll jippubblika l-prezzijiet u d-dati tal-bejgħ ta' kull ammont ta' patata li kienet esportata u jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' l-ispejjeż kollha involuti fl-istess eesportazzjoni.", "Kemm-il darba l-Ministru Farrugia jonqos li jagħti dan it-tagħrif, il-bidwi Malti u Għawdxi bir-raġun kollu ma jkunx jista' jserraħ moħħu li ma ġiex misluħ u misruq.\".", "Hekk kien qalli dak iż-żmien.", "Issa jiena llum se npoġġi fuq il-mejda tal- Kamra kopja ta' żewġ irċevuti li jikkonfermaw li l-patata ta' Malta mibjugħa l-Olanda fis-7 ta' Mejju 1999 fis-supermarkets Vomar u Albert Heijn ġabet Guilder5.99 għal żewġ kilogrammi u fis-26 ta` l-istess xahar, kważi tliet ġimgħat wara, ġabet Guilder4.99.", "Meta dan il-ġurnal kien għamel rapport li fuqu bbaża kif ġew misruqa l-bdiewa kien hemm li l-patata ġabet 50c għax kienet qed iġġib Guilder4.98 għal żewġ kilogrammi u allura l- patata kienet qed iġġib Lm40 kull qantar.", "Jiena se npoġġi kopja ta` dawn l- irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra u jekk irid il-ministru nista` ngħaddihomlu konfidenzjalment biex jekk iħoss li għandu jagħmel xi investigazzjoni jagħmilha.", "Issa fl-ewwel sena li l-Onor.", "Zammit kien ministru għamel negozjati ta' 2,000 tunnellata patata bikrija b'outright purchase mhux bi prezz minimu garantit.", "Kellu erba' prezzijiet għax kienu mqassma ġimgħa ġimgħa.", "Jekk dawn l-erba' prezzijiet taqsamhom fi prezz medju jġibu average ta` Guilder 30.60.", "Barra minn hekk meta inti taqsamhom ġimgħa trid tibgħathom bi trailer reefer biex jaslu fil-ħin, u dan itella` iktar l- ispejjeż.", "Li rrid ngħid jiena huwa li fir-rapport ta` \"In-Nazzjon Tagħna\", sena qabel il-Ministru nnegozja kuntratt ta` 2000 tunnellata patata b'outright purchase, kien ingħad li l-patata ta' Malta qed iġġib Lm40 il- qantar.", "Jien qed ngħidlu li fis-sena li nnegozja dak il-kuntratt il-patata kienet qed iġġib l-istess prezz, għalehkk nixtiequ jispjegali jekk għamilx analisi ta' x'ġara minn dawn it-Lm22 differenza f'kull qantar.", "Il-kuntratt li ffirmatu l-amministrazzjoni tagħna kien jaħseb li għall-ewwel 3,000 tunnellata patata alfa jkun hemm il-prezz ta' Guilder30.65, jiġifeiri ta' Lm18 kull qantar.", "Alura kien hemm prezz minimu garantit.", "Jiena nixtieq nistaqsi lill-ministru biex meta jirrispondini jgħidli x'ġara u kemm inġieb lura export refund minn dawn it-Lm22 differenza li kien hemm f'kull qantar patata.", "Nixtiequ wkoll li jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tat-titolu tar- raba' tal-bdiewa.", "Jien għamilt diversi domandi lill-Ministru Ninu Zammit u lill-Minsitru Tonio Borg u ħadd minnhom ma qalli la kemm għandna raba` bi qbiela, la kemm għandna raba` b'ċens, la kemm għandna raba` tal-privat, la kemm għandna raba` tal-gvern u lanqas kemm għandna raba` tal-joint office.", "Wara erba` snin dan għadu ħadd ma tani informazzjoni dwar dan u mbagħad noqogħdu ngħidu li l-ħaddiema ta' l-urban and rural landscaping m'għamlu xejn.", "Imma mhux dan il-punt.", "L-argument tiegħi huwa dan: X'se tkun il-pożizzjoni ta` dawk il-bdiewa li applikaw li l-gvern issa qallhom li t-titolu tagħhom se jkun marbut ma' perjodu ta' 15-il sena?", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-bdiewa fl-eventwalita` ta` sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea meta nafu li l-bdiewa tal-pajjiżi membri u ta` dawk li għad iridu jidħlu ikollhom dritt daqs il- bdiewa Maltin li japplikaw għaċ-ċnus?", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Għandi nifhem li l-Onor.", "Farrugia għandu xi dokumenti xi ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Żewġ tabelli li jagħtu stima ta' spejjeż u dħul għal bidwi b'żewġ serer fuq medda ta' sena, u stima ta' dħul u spejjeż għall-produzzjoni ta' tomna patata fuq medja ta' erba' xhur xogħol;", "Kopja ta' żewġ irċevuti li juru l-prezz li bih inxtrat il-patata ta' Malta fl-Olanda fis-7 u fis-26 ta' Mejju 1999;", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjon\" tat-30 ta' Lulju 1998 intitolat \"Il-bdiewa jitħallsu bi prezzijiet baxxi; il-patata nbiegħet bi prezz ħafna ogħla fl-Olanda\";", "Tabella li turi l-protezzjoni u għajnuna domestika għall-15-il pajjiż membru ta' l-Unjoni Ewropea kif kienu fl-1997 u kif mistennija jkunu fl-2013;", "Estratt mir-rapport \"2002 Regular Report on Malta's Progress Towards Accession\" maħruġ f'Ottubru 2002 b'riferenza għall-agrikoltura u s- sajd;", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjon\" tal-25 ta' Lulju 1998 intitolat \"Il-bdiewa mħassba dwar il-prezz tal-patata\"; u", "Kopja ta' korrispondenza li ntbagħtet mill-President tal-Bioagricoop lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd fl-1 ta' Ottubru 1998 dwar il- biedja organika.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, smajt b'attenzjoni dak li qal l-Onor.", "Farrugia u kompla kkonvinċini kemm effettivament m'hu qed jifhem xejn x'qed jiġri.", "Ħa nibda fuq l-aħħar kumment tiegħu.", "Il-gvern ħareġ sistema - u dan il-gvern ħariġha s-sistema - biex il-bdiewa li jaħdmu l-art ma jkunux fil- periklu li effettivament jitilfu d-dritt li jibqgħu jaħdmu din l-art u b'hekk jiġu rikonoxxuti fl-użu tar-raba` tagħhom.", "Il-gvern tal-lum kull sena jagħmel ċensiment biex jara kemm huwa l-prodott u kemm tintuża art.", "L-Onor.", "Farrugia semma ċ-ċifri u poġġa xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "Kemm hu l-persentaġġ mill-prodott Malti li jidħol il-pitkalija?", "Żgur Ii l- Ministru fl-għerf tiegħu jaf li iktar nofs il-prodott Malti ma jdiħolx fil- pitkalija.", "Mela l-5%, is-6% u s-7% tal-pitkal li semma l-Onor.", "Farrugia diġa` sparixxew.", "Aħna l-Maltin għandna d-don li jekk nixtru fridge li tiflaħ sitt snin xogħol nipprovaw nieħdu 12-il jew 15-il sena minnha u naħseb li kull min jagħmel is-serer żgur li mhux se jmur jarmihom wara sitt snin jew wara għaxar snin.", "Li jagħmel huwa li jaġġorna ruħu, u ta' dak il-gvern jagħtih il-flus.", "Dan mhux il-gvern ta` 22 xahar.", "F'dawk it-22 xahar li l-Onor.", "Farrugia dam ministru għamel ftit maintenance fid-Chadwick Lakes, f'dak il-passaġġ ta' l-ilma li kien ħoloq Chadwick Lakes 'il fuq minn 100 sena ilu.", "Dak iż-żmien jiena tlabt biex ningħata kopja tat-tenders li kienu ntefgħu imma ma kenux ġew prodotti.", "Pero` nixtieq ngħid ukoll li fiċ-Chadwick Lakes tħarbit kien hemm u tħarbit għad fadal.", "Imma apparti dan ejja nanalizzaw daqsxejn il-kontijiet li ħareġ il-kelliem ta' l- oppożizzjoni.", "Fuq id-depreciation nafu li m'għandux raġun.", "Għalih kull bniedem għandu l-interessi għal 20 sena fuq self li jieħu mill-bank.", "Mela dan ma ħallas xejn mill-imgħax biex baqa` jħallas Lm400 fis-sena.", "Dan ma jafx li llum taħt gvern Nazzjonalista tieħu self issussidjat għar-raba` u għal biedja?", "L-Onor.", "Farrugia semmielna wkoll l-ispejjeż involuti biex jinbidel il-plastic tas-serra.", "Possibbli li kull serra li hawn hija kollha tal-plastic u trid tinbidel bilfors darba fis-sena?", "Jekk tanalizza l- ispejjeż l-oħra li semma tinduna li kien qed jesaġera.", "Kulħadd jaf jesaġera, pero` aħan ma nkunux qed nesaġeraw meta ngħidu li l-gvern fin- negozjati tiegħu ma` l-Unjoni rnexxielu jġib Lm70 miljun jew Euro181 miljun għall-bdiewa Maltin u lanqas inkunu qed nigdbu meta ngħidu li f'perjodu ta' tliet snin il-bdiewa se nagħtuhom Lm8 miljun biex jużawhom għall-bżonnijiet tagħhom.", "Ħaġa oħra oħra li l-gvern ma gidibx fuqha hija li issa qed naraw lis- sajjieda u lill-bdiewa jieħdu l-flus.", "Illum biex is-sajjieda jaġġornaw id- dgħajjes tagħhom bdew jieħdu sa Lm20,000 kull wieħed.", "Dan apparti l-ftehim li ġibna dwar iż-żona ta' 25 mil 'il barra minn Malta, liema żona se tibqa' esklussivament għalina.", "Imma dan ma jissemmix għax għal tan-naħa l-oħra dan m'huwiex importanti.", "Lanqas ma ntqal li lis-sajjieda għednilhom li se jingħataw is-sussidju fuq id-diesel, imma skond l-ammont ta` ħut li jdaħħlu fil-pixkerija.", "Ovvjament ma tistax tagħtihom sussidju fuq dak li jbiegħu fir-restaurants barra t-triq.", "Kieku l-fish restaurants jbiegħu l-ħut biss li jidħol il-pixkerija lanqas jifdal għall-hawkers li jmorru jbiegħu lill- mara tad-dar.", "Aħna nużaw il-kalkoli li nieħdu mingħand il-bidwi biex naraw kemm ipproduċa u meta bniedem jikkalkula x'ipproduċa l-bidwi u kemm spejjeż għamel jista` jasal għall-figuri.", "Dan bħal meta jiġi bniedem jara d-dar ta' xi ħadd u jgħidlu li tiswa Lm100,000, imma imbagħad meta toħroġha fuq is- suq din iġġiblek Lm70,000.", "Din hija l-verita`.", "L-istess nistgħu ngħidu fuq l-argument li ġab l-Onor.", "Farrugia fuq l-ispejjeż li semma.", "L-aħjar survey li stajna nagħmlu huwa li mmorru għand il-bidwi u nistaqsuh x'biegħ, x'ikkultiva, x'kabbar u x'nefaq.", "B'dan il-mod wasalna għall-figura ta` 20% u għalhekk il-Ministru qallhom li minflok it-20% li ddikjarajtu se nagħtikom 40% ħalli b'hekk ikun tahom id-dubju favur tagħhom.", "Issa ma jiġix l-Onor.", "Farrugia u jgħidli li din is-sena l-bidwi kulma żera` kienet patata għax aħna nafu li r-raba` huwa maqsum f'raba' bagħli, f'raba` saqwi, f'raba' li fuqu bnejna s-serer u f'raba' li ngħidulu kitchen garden.", "Sur President, meta wieħed jitkellem bil-figuri jrid joqgħod attent x'ikun qed jgħid.", "Mhux la kemm wieħed jaqbad u jpoġġi l-karti bil-figuri fuq il- mejda tal-Kamra, għax jiddispjaċini ngħid li dawn iż-żewġ dokumenti li tpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra qed iqarqu bin-nies għax m'humiex reali.", "Mela min jiżragħlek ix-xgħir jew il-qamħ għandu l-istess persentaġġi ta` bejgħ?", "Mela min jiżragħlek is-silla jew it-tiben għandu l-istess perċentaġġi ta' bejgħ?", "Dan qabad u żeragħha din is-sena u qed jgħinu l- Bambin bix-xita u se jkollu prodott tajjeb u se jbigħ tajjeb u spejjeż tista` tgħid li m'għandu xejn.", "Imma dan m'huwiex ma nsemmuhx biex l-Onor.", "Farrugia jidher li għandu raġun u allura l-gvern għandu tort.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia semmielna ħafna proġetti li saru meta kien ministru hu.", "Qalilna li rranġa l-ħajt ta' madwar iċ-Chadwick Lakes.", "Imma possibbli li dan il-proġett kien Iżjed importnati mis-slipway li għandhom bżonn is-sajjieda biex jaqiglħu l-ħobża ta' kuljum?", "Jekk inhu hekk, il- prioritajiet huma totalment perversi.", "Għaliex ma ġabilniex iċ-ċifra ta' kemm ġabet il-patata fis-sentjen li kien ministru hu u kemm ġabet is-snin l- oħrajn?", "Kieku għamel hekk konn nsibu li għandu r-record li l-inqas li ġabet flus kien meta kien ministru hu, u parti minn dawk il-flus li daħħlu l-bdiewa reġa' naqqashomlhom biex bagħat il-karrotti u l-affarijiet l-oħra barra minn Malta u kellhom jintremew.", "Imma dan ukoll mhux importanti għax l- Onor. Farrugia jaf kollox u l-gvern tagħna ma jaf xejn.", "Sur President, dawn huma l-veritajiet tal-bdiewa tagħna.", "In-nannu tiegħu kien gabilott u sa minn meta kont żgħir tgħallimt id-differenza bejn li tiżra` u tħawwel u nista` ngħid li hemm min ħawwel rasu fil-ħamrija u żrieragħ li żera` ma tawx il-frott li ppretenda li se jagħtu.", "L-Onor.", "Farrugia qal ħafna affarijiet imma lil dawk min qed jieħu l-għajnuna tal- gvern biex jikkonverti ċerta raba` għad-dwieli ma semmihomx għax ma jaqbillux.", "Din hija s-sistema tal-lum ta' kif taġixxi l-oppożizzjoni.", "Bħalissa dawn miblugħin bil-ftehim li rnexxielu jġib il-gvern għall- ħaddiema.", "L-esperti li hawn li biċċiet minnhom kienu magħna għal dawk il- laqgħat li kienu jsiru jafu li meta konna qegħdin niddiskutu ċerti liġijiet biex nagħmlu liġijiet aħjar u kien ikun xi argument li l-Onor.", "Farrugia ma kienx jaqbel miegħu kien jibda jgħajjat u jitlaq 'il barra.", "U din ma ġratx darba, imma ġrat darba, darbtejn, tlieta.", "L-Onor.", "Farrugia jaf kollox u li jagħmel hu kollu tajjeb u dan il-gvern m'għandu raġun f'xejn.", "Għamilna liġijiet ta' kif tieħu ħsieb l-ikel, għamilna liġijiet ta' kif tikkultiva l- prodott u ta' kif trabbi l-animali.", "Issa għandhom ħass ħażin ieħor għax ftehemna mar-raħħala.", "Imma anke din ħażina wkoll għax ma semmihiex l-Onor.", "Farrugia?!", "Din hija s-sistema li juża l-Onor.", "Farrugia.", "Isemmi bis dak li jaqbillu.", "Jiena nista` ngħidlu li jiena ndur lill-bdiewa daqskemm idurhom hu.", "Biċċa jiġu l-uffiċċju tiegħi u biċċa mmur għandhom jien.", "Issib minnhom li ma jgħidulek xejn u ssib oħrajn li jgħidulek li l-Onor.", "Noel Farrugia qalilhom storja oħra.", "J'alla jkompli jgħidilhom l-istejjer imma għandu jkun jaf li l-bdiewa saru jafu jwieżnu.", "Sur President, ta` min jgħid ukoll li aħna għaddejna l-liġi tal-koperattivi.", "Imma lanqas din m'hija importnati għall-Onor.", "Farrugia għax ma semmihiex.", "Aħna ħloqna wkoll il-mezz biex lil dawn il-koperattivi nneħħulhom it-taxxa minn fuq flus li jonfqu fuq riċerka biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom.", "Imma lanqas dan m'hu importanti għall- Onor. Farrugia.", "Sur President, jiena nagħlaq l-argument tiegħi billi ngħid li se nibqa' hawn biex nisma` l-Ministru jitkellem fuq il-verita` li qed issir illum, pero` huwa importnati li lin-nies infakkruhom f'dak li ġara fil-passat.", "Irridu nfakkru lin-nies x'tajnihom jieklu fil-passat meta konna nġibu bil- bulk buying it-tuffieħ li ma kenux jieklu l-ħnieżer barra minn Malta għax dan ukoll ma semmihx l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Issa nħalli f'idejn il-poplu biex jiddeċiedi hu.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jiena sinċerament ħadt gost nisma` b'attenzjoni kemm lill-Onor.", "Noel Farrugia kif ukoll lil sieħbi l-Onor.", "Abela.", "Jiena ma rridx noqgħod nirribatti għal kull ħaġa li qal l-Onor.", "Farrugia, pero` nixtieq nirrispondi għal xi ħaġa fuq fuq għax malajr jgħidu li għandi xi faħam miblul.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-każ tar-rural landscape.", "Dalgħodu jiena tkellimt dwar il-consortium li fih marru n-nies tad-dipartiment tal-biedja li marru taħt management tal-privat.", "Jiena għedt li x-xogħol kif kien qed isir tul is-snin, għal diversi raġunijiet, dan il- grupp ta' nies ma kienx qed jagħti x-xogħol li suppost jagħti.", "Nista' ngħid li kien hemm ftit minnhom, għax mhux kulħadd, li lanqas biss kienu qed jagħtu l-ġurnata tax-xogħol.", "Irridu nitgħallmu li ż-żejża tar-reġina ilha li spiċċat.", "Illum il-pagi joħroġhom min iħallas it-taxxa.", "U min iħallashom it-taxxi?", "Mhux il-poplu Malti.", "Allura trid tidħol f'moħħ kulħadd li min imur għax-xogħol u dan jirċievi Lm1 paga jrid għalIinqas iħalli b'Lm1.01 xogħol ħalli l-pajjiż imur 'il quddiem u mhux lura.", "Għalhekk sar dan il-consortium, kien hemm 300 ħaddiem li ġew mgħoddija taħt management privat u r-riżultat diġa` beda jidher.", "Kull min jgħaddi mit-toroq, speċjalment tal-Belt jara li x-xogħol ta' landscaping li qed isir qed jagħti dehra dehra isbaħ lill-pajjiż.", "Dan huwa parti mill-pjan biex il- funzjoni tal-minsiteru ma tibqax waħda li tagħti servizz biex, per eżempju, jinżabru s-siġar jew jitnaddfu r-roundabouts u s-central strips, imma ssir waħda regolatorja.", "Għaldaqstant dan il-grupp ta' ħaddiema kellu bilfors jgħaddi taħt xi forma ta' aġenzija oħra u l-aħjar forma li sibna kienet li dan il-grupp ikun taħt management tal-privat li bħalma għedt diġa` qed jagħti riżultat tiegħu.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia qalilna wkoll li fleet capacity ma saritx tal-qasam tas-sajd.", "Jiena ngħidlu li mhux talli sar talli kkalkolajna l- fishing record nazzjonali tal-pajjiż u biex tikkalkula l-fishing record tal- pajjiż bilfors irid ikollok il-fleet capacity.", "Semma wkoll il-manutenzjoni taċ-Chadwick Lakes.", "Li nista' ngħid huwa li saret parti mill-manutenzjoni f'Chadwick Lakes li huwa parti importanti minn Wied il-Għasel.", "Il-proġett inbeda fl-1890 mill-enġinier Chadwick.", "Dan il-proġett tkellimt dwaru meta konna qegħdin niddiskutu l-estimi tal-WSC u għedt li l-manutenzjoni suppost ilha li saret, tant hu hekk li fl-1996 meta l-Onor.", "Noel Farrugia kien il- ministru responsabbli minn dan il-qasam kien għamel il-manutenzjoni.", "Dan huwa l-proġett kollu ta' Chadwick Lakes li tant nisimgħu dwaru, manutenzjoni li suppost ilha li saret għexieren ta' snin ilu.", "Sur President, il-kelliem ta` l-oppożizzjoni semmielna wkoll il-ħitan tas- sejjieħ.", "Irrid ngħid li l-ħitan tas-sejjieħ daħħalnihom bħala parti importanti u essenzjali fil-pjan ta' żvilupp rurali.", "Tant nagħtu kas dan l- aspett fl-ambjent rurali li biex neliminaw it-telf tal-ħamrija daħħalnih bħala parti imporanti fil-pjan ta' żvilupp rurali.", "Ikolli ngħid li kellu jkun dan il-gvern li fassal l-ewwel pjan ta' żvilupp rurali minkejja l- ħafna ftaħir ta' l-urban and rural landscaping li tant nisimgħu dwaru.", "Sur President, rigward il-biotechnology centre qalilna li jiena m'iniex kuntent bih.", "Jiena minn mindu kont żgħir meta kont immur għall-eżami - u din xbajt ngħidha hawn ġew - ma kontx immur bil-mira li nġib 60 jew 70, imma dejjem kont immur bil-mira li nġib 100 għax bil-mira ta' 100 se nġib 95 jew 90.", "Imma jekk immur bil-mira ta' 70 se nġib 65 jew 55 u b'dik il- marka ma nkunx kuntent.", "Issa għalkemm fil-plant biotechnology centre li għandna Ħal Lija qed isir xogħol siewi jiena qed ninsisti u nesiġi li għandu jkollna output ikbar.", "Semmielna lil Dr. Cozzo li fl-1998 kitibli ittra dwar l-organic farming.", "Irrid ngħid li d-dipartiment miexi fuq integrated pest management li bihom jiġu mgħejjuna biex jixtru ċerti insetti biex jieklu ċerti insetti oħrajn.", "Jiġifieri mexjin f'dan il-qasam.", "Jiena kieku nixtieq li l-produzzjoni ilna li għamilniha bl-organic farming, pero` kulħadd jaf minħabba diversi fatturi li xbajt nitkellem fuqhom f'dan il-Parlament dan ma jistax isir mil- lum għal għada.", "Dan huwa pjan li jinvolvi perjodu ta' transizzjoni biex bil- mod il-mod, jekk Alla jrid, jwassal biex il-produzzjoni kollha tagħna ssir b'mod organiku.", "Irrid ngħid ukoll li biex inżommu l-kwalita` fejn tidħol produzzjoni ta` patata - u rridu nżommu l-kwalita` biex inġibu prezz tajjeb għall-patata – issa bdejna ndaħħlu l-istandards Ewropej.", "Għamilna seminars apposta tekniċi tagħna.", "Konna nvolvejna wkoll lill-bdiewa u jekk m'iniex sejjer żball bħal nhar il-ġimgħa ħmistax kien hemm laqgħa f'Ta' Qali u hemm numru sabiħ ta' bdiewa li se jdaħħlu dawn l-istandards ħalli b'hekk niggarantixxu li l-patata li nesportaw tkun ta' kwalita` għax b'hekk inġibu l-ogħla prezzijiet possibbli.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia semmielna wkoll il-moll ta' ħdejn il-power station ta` Delimara.", "Nista` ngħidlu li dan il-moll huwa lest.", "Jien forsi għandi d-difett li ma tantx inħobb indoqq it-trombi.", "Veru jien ma nħobbx indoqq it-trombi, pero` dan huwa lest.", "L-istruttura hija lesta.", "Kulma jonqsu huma l-ħoloq ta' l-istainless steel u l-antenna.", "Dan huwa proġett li qam il-mijiet ta' eluf ta' liri.", "Pero` jiena wkoll rrid nistaqsi dan: Għaliex dan il-moll tant importanti biex jipproteġi l-bastimenti tas- sajjieda fil-bajja ta` Marsaxlokk ma sarx bejn l-1996 u l-1998?", "Qalulna wkoll li l-Unjoni Ewropea qalet li aħna qegħdin lura, li m'għandniex il- kapaċitajiet biex nissieħbu fl-Unjkoni.", "Jista` jkun li sena u nofs ilu kien hemm rapport li kien jgħid li mexjin bil-mod u li m'aħniex up to standard.", "Imma bi pjaċir ngħid li ħmistax ilu l-Malta-EU Association Commission faħħret il-progress li għamel id-dipartiment tal-biedja u tas- sajd fil-preparazzjoni tiegħu għan-negozjati fuq il-kapitli tal-biedja u s- sajd u qalet li matul din l-aħħar sena sar remarkable progress.", "Allura dan kollu jwaqqa` dak li kien qed jipprova jallega l-Onor.", "Farrugia, jiġifieri li aħna m'aħniex up to standard.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia tkellem ukoll dwar il-fabbrika tal-ħalib.", "Jiena ġieli tkellimt fuq il-fabbrika tad-dairy u kont għedt li mill- bidunett, kif tlajna fil-gvern, ġew għandi r-raħħala u qaluli li jridu jsibu site fejn tinbena din il-fabbrika.", "Konna ilna nisimgħu li ma jsitgħux isibu site fejn jibnu fabbrika tad-dairy.", "Jiena waqqaft kumitat bejn ir- raħħala u n-nies tekniċi tagħna u flimkien għażlu site.", "Issa ġiet approvata mill-kabinett pero` għal xi raġuni li ħadd ma jista` jifhimha - anke l-Onor Noel Farrugia ġieli skanta hawn ġew - il-KPH jew l-MDP iddeċidiet li din il- fabbrika ma tibnihiex.", "Imbagħad semmielna wkoll l-gaġġa tat-tonn.", "Is- sajjieda ġew għandi u qaluli li ma jriduhiex u għandha tgħaddi għand is- sidien tagħha.", "Min huma s-sidien tagħha?", "Is-sidien huma min kien qed jagħmel it-talba għaliha, jiġifieri t-Taljani.", "Ma kenux iċ-Ċiniżi, il- Brażiljani, l-Awstraljani, jew il-Paragwajani.", "In-nies li għamlu t-talba għall-gaġġa kienu t-Taljani.", "Jien għedtilhom, ma nafx għal kemm-il darba, jekk iridux li jinbiegħ it-tonn u l-flus jiġi depożitati l-qorti u mbagħad ikomplu jinnegozjaw.", "Dawn qaluli li ma jridux u reġgħu talbuni biex ngħaddi l-gaġġa għaddiha lil min talab għaliha.", "Din hija l-istorja tal-gaġġa tat- tonn.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia imbagħad tkellem dwar is-supply measures.", "Irrid nagħmilha ċara li meta titlob għal supply measure inti trid bilfors titlob supply għad-domanda domestika biss.", "Ma tistax titlob lil sħabek li qiegħed fil-grupp magħhom jagħtuk il-fakulta` li timporta kemm trid bi prezz irħas biex imbagħad terġa' tbiegħu lill-sħabek għax inkella kulħadd jagħmel bħalek.", "Malta nnegozjat supply measure, 'il quddiem nirreferi għaliha, li permezz tagħha prodotti bħal ċereali, qmuħ u zokkor u prodotti proċessati mill-ħalib u affarijiet oħra dawn inkomplu nixtruhom bil- pprezzijiet tal-lum.", "Imbagħad semma x'semma x'kien qal ġurnalist tal-ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" dwar il-prezzijiet tal-patata.", "Jiena dejjem għedt li m'għandix x'naqsam ma` dak l-artiklu.", "Dak l-artiklu ma ktibtux jien u jiena mhux responsabbli għal dak li jikteb ħaddieħor.", "Dak iż-żmien kien xi ħadd li dehrlu li kellu jikteb hekk u kiteb hekk.", "Imam jiena mhux responsabbli ta` dak li kiteb ħadd ieħor.", "Jiena qatt ma ktibt dawn l-affarijiet.", "Imbagħad qalilna li fl- 1998 jiena għamilt kuntratt għall-esportazzjoni ta` 2,000 tunnellata ta` patata li tinbiegħ b'outright purchase.", "Iva, dak il-kuntratt sar hekk u tant sar tajjeb li l-prezzmgħoddi għand il-bidwi ta' ta` Lm14.20, mentri l- ppatata li kienet marret bil-kuntratt magħmul mill-amminsitrazzjoni li minnha kien jagħmel parti l-Onor.", "Noel Farrugia ġabet prezz medju ta' Lm9.98.", "Mela bil-kuntratt li għamel il-gvern tal-Labour il-patata ġabet Lm10 u bil-kuntratt li għamilt jiena ġabet ta' Lm14.20, jiġifieri jiġi 42% iżjed.", "Sur President, l-Onor.", "Farrugia staqsa wkoll għaliex m'għoliex il-prezz tal- majjal f'dawn l-aħħar erba` snin.", "Irrid infakkar li hu qalilna li l-prezz tal-majjal kien ilu ma jogħla mill-1992.", "Jiena niskanta kif jgħidu dawn l- affarijiet għax dawn kienu fil-gvern bejn 1996 u 1998 u ma qalbhom ma weġgħethomx biex jgħollu l-prezz tal-majjal imqar b'milleżmu.", "Taf x'għollew?", "Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Permezz ta` l-avviżi legali 57 u 58 ta' 1998 kont ta' l-ilma għall-konsum ta' 2,000 metru kubu minn prezz annwali ta' Lm91.80 tela` għal Lm2,704.", "Immaġina x'qabża hemm!", "(Interuzzjonijeit) Issa ngħidlek Onor. Louis Buhagiar.", "Agħtini ċans u ngħidlek.", "Mela dawn kont ta' l-ilma ta' Lm91 tellgħuh Lm2,700.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek, ħu paċenzja u ngħidlek.", "Sur President, issa se ngħaddi biex inwieġeb dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar il-biedja.", "Nista` ngħid li ħlief tgħawwiġ ta' fatti u ħrejjef ma qalx.", "L-akkużi li għamel m'humiex sustanzjati.", "Jiena ngħid li dawn huma ħrejjef biex ma ngħidx gideb.", "Dan qal li aħna lill-bdiewa u lir- raħħala qegħdin nagħtuhom l-ilma u l-ikel biex jimtlew, imbagħad nagħtuhom il-forka u noqtluhom.", "Pero` ħalli ngħid x'qal il-Kap ta` l-Oppożizzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u se nikkwota:", "''Mhux talli m'għamlux hekk, talli l-kontijiet huma ħafna u ħafna ogħla milli kienu se jkunu taħt il-Labour.''.", "Mela hawn Alfred Sant ikkwotat li qal li l-kontijiet llum huma ħafna ogħla milli kienu se jkunu taħt il-Labour.", "Sur President, din gibda u se ngħid għalfejn.", "Mela jekk nieħdu l-kont ta' l-ilma kif kien se jiġi skond l-avviż legali 57 u 58 ta' l-1998, insibu li fuq konsum ta' 2000 metru kubu, kien ikollok is- service charge ta' Lm24, konsum bil-Lm1.10 kull metru kubu, Lm 2,200 u drainage charge ta' Lm480 li b'kollox jiġu Lm2,704.", "Bir-rati għas-sena kif inhuma issa, is-service charge huwa Lm24 u l-konsum mhux bil-Lm1.10c imma b'18c kull metru kubu u allura l-konsum jitla' għal Lm360 u dawn jiġu Lm 384 b'kollox.", "Mela kont illum jiġi Lm 384 waqt li kont taħt il-Prim Ministru Alfred Sant kien jiġi Lm2,704, seba' darbiet ogħla!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nitkellem rigward il-konsum għas-settur tal- biedja hawnhekk.", "Sur President, ngħaddi għall-punt ieħor li semma Dr. Alfred Sant fejn dan qalilna li l-mission statement tagħhom hu li jkollhom provvista bnina ta' prodotti ta' kwalita` bi prezzijiet kompetittivi li ovvjament jaqbel ma' dak li ilna ngħidu aħna, mal-multi functionality fejn il-bidwi għandna nwieżnuh talli jipproduċi l-prodotti ta' l-ikel u talli jieħu ħsieb l- ambjent.", "Aħna naqblu ma' dawn l-affarijiet pero` irid ikun hemm bilanċ xieraq u ġust għad-dħul tal-bidwi u jrid ikun hemm produzzjoni ta' prodotti agrikoli bnini u varjati.", "Aħna rridu dan sabiex il-biedja tagħna tkun sostenibbli u għalhekk hemm bżonn li jkollna żgħażagħ li jaħdmu f'dan il- settur imma dawn jidħlu jaħdmu f'dan is-settur biss jekk mix-xogħol tagħhom ikollhom dħul xieraq u ġust.", "Dr. Alfred Sant qal - u nikkwota:", "''Ma nistgħux bħala pajjiż ċkejken niddependu mija fil-mija fuq barra għall-ikel tagħna, imma biex ħaġa bħal din tirnexxi f'pajjiżna, rridu bħala ġens, nagħmlu sagrifiċċju għax jekk m'aħniex lesti nagħmlu sagrifiċċju allura qed ngħidu li ma rridux l-biedja f'pajjiżna.''.", "Dak hu li qegħdin nagħmlu aħna, m'hemmx għalfejn jiġi Alfred Sant u jgħid dan b'ħafna kliem u duħħan.", "Aħna ma nemmnux fid-duħħan imma fil-fatti.", "Aħna b'mod konkret lestejna pjan għall-biedja u nnegozjajna pakkett li hu bżonnjuż għall-biedja tagħna, nidħlu jew ma nidħlux, għax il-biedja għandha bżonn injection finanazjarja jekk verament irridu ngħinuha u nagħmlu s- sagrifiċċji, sagrifiċċji fis-sens li naraw li l-bidwi jkun mħallas tajjeb għax-xogħol li jagħmel.", "Imbagħad jien ma nistax nifhem kif Dr. Alfred Sant qal - u nikkwota:", "''Allura rridu naċċettaw il-ħtieġa ta' xi forma ta' protezzjoni għall- biedja tagħna u min jgħid mod ieħor jaf li qiegħed jidħak kemm bil- bdiewa kif ukoll bil-konsumatur.", "Aħna mhux se nidħku la bil-bdiewa u lanqas bil-konsumatur.\".", "Pero` Alfred Sant mhux qed jgħid kif qed ngħidu aħna, li preparajna pakkett li bdejna nwettqu b'mod konkret billi l-għajnuna finanzjarja diġa` bdiet tgħaddi għand il-bdiewa u r-raħħala.", "Dr Alfred Sant qed jerġa' jmur għal dik l-idea li daqqa jsejħilha free trade area, daqqa Svizzera fil- Mediterran u daqqa partnership.", "Infakkar, bħala ma qal diġa` l-Prim Ministru, li l-UE diġa` qaltlu lil Alfred Sant li l-pakkett kif iridu hu ma jistax isir.", "Fil-fatt, hemm miktub fid-dikjarazzjoni li kien għamel Robin Cook min-naħa ta' l-UE li l-agrikoltura fil-free trade area hija inkluża u mhux eskluża.", "Jiġifieri jekk isir free trade zone, trid tidħol l-industrija kollha, tal- ħadid, ta' l-injam, ta' l-għamara u l-agrikoltura.", "B'hekk biss tista' tiftiehem ma' l-UE.", "Bħalma qallu Verheugen u bħalma qal Dr. Alfred Sant stess f'April 1998, meta f'intervista f'''The Times'' qal li aħna bl- agreement ta' free trade zone nkunu nistgħu nixtru minn fejn irridu u minn fejn jogħoġbna bi prezzijiet li jaqblilna pero` qal li b'din is-sistema, tispiċċa darba għal dejjem il-protezzjoni fuq l-agrikoltura.", "Dan ma semma l-ebda rimedju mhux bħalna li fuq kull oġġett, qed nagħtu r-rimedju.", "Aħna nafu li nidħlu u ma nidħlux fl-UE, il-levies iridu jispiċċaw.", "Qegħdin naraw x'dikjarazzjonijiet kien hemm f'Doha fil-WTO meeting u issa f'Settembru li ġej hemm meeting ieħor fil-Messiku u minn dan kollu ħiereġ il-fatt li l-levies iridu jispiċċaw bħalma jridu jispiċċaw dawk il- mekkaniżmi kollha li ma jħallux s-suq ikun liberu.", "Għal darb'oħra nfakkar li bil-politika ta' parternship ta' Dr. Alfred Sant, il-levies xorta jridu jitneħħew għada jew pitgħada.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jagħti r-rimedju għal dan u qed jagħmel pjan konkret li bih il-biedja tibqa' sostenibbli billi tibqa' tiggarantixxi l-għixien ta' l-istess bdiewa u raħħala.", "Fil-politika ta' partnership tal-partit Laburista ma hemm xejn minn dan u jeżisti biss duħħan.", "Dr. Alfred Sant semma li dawk il-prodotti li ma jiġux prodotti Malta, jinxtraw minn barra bl-aħjar prezz u semma l-qmugħ, ż-zokkor u l-butir fost oħrajn.", "Dan qalu minkejja li erba' snin ilu, hu kien stqarr li ma tistax iseħħ li tkun fi free trade agreement ma' l-UE u fl-istess ħin tixtri l- affarijiet minn swieq internazzjonali.", "Aparti hekk, jekk wieħed iħares lejn il-prezzijiet internazzjonali u lejn il-prezzijiet ta' l-UE, dawn qegħdin bil-mod il-mod jersqu lejn xulxin.", "Nafu li hemm l-WTO li qed tesiġi u tmexxi dawn l-affarijiet u hemm dikjarazzjoni ċara daqs il-kristall li dawn iridu li l-export refunds jispiċċaw.", "Infakkar li għamilna żmien hawn ġew jgħidulna li jekk nidħlu fl-UE, jispiċċalna l-benefiċċju li nibbenefikaw minn prodotti li joħorġu mill-UE bi prezz issussidjat imma jiena ngħid li dawn l-affarijiet, l-UE diġa` ilha s-snin li bdiet tneħħihom u każ tipiku huwa l-majjal li ta' l- oppożizzjoni jgħid li se jgħolha meta nidħlu fl-UE għax nitilfu l- benefiċċju ta' l-export refund pero` l-UE miexja fuq il-linja li qegħda tesiġi l-WTO u fil-fatt, l-export subsidies fuq il-majjal diġa` tneħħew fis- sena 2000.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fin-negozjati li għamilna - u din ma tantx saret referenza għaliha - nnegozjana miżura u għandna skeda transitorja sabiex aħna nkunu nistgħu nibqgħu nimpurtaw dawn il-prodotti li semmejt qabel, bħaz-zokkor, bħaċ-ċanga u bħal laħmijiet u affarijiet oħra, bil-prezzijiet preżenti.", "Dan ifisser li mhux veru li malli nidħlu fl-UE, il-prezz taċ-ċanga se jogħla xi disa' darbiet jew l-prezz tal-muntun se jogħla ħmistax-il darba.", "Dan m'hu minnu xejn.", "Aħna lħaqna ftehim ma' l-UE biex dawn il-prodotti nkomplu nixtruhom bi prezzijiet internazzjonali skond skeda transitorja li tinżel bil-mod il-mod fuq perijodu ta' żmien u dan filwaqt li l-prezz internazzjonali u l-prezz ta' l-UE qegħdin dejjem jersqu lejn xulxin.", "Dak li tfisser convergance, wieħed jinżel u l-ieħor jogħla u bis-saħħa ta' din l-iskema, aħna nkunu fin-nofs biex prattikament nibqgħu nixtru dawn il- prodotti bil-prezz li qegħdin nixtruhom llum.", "Sur President, nixtieq nagħti ħarsa fuq fuq lejn l-andament ta' dan il- ministeru.", "Il-ministeru għal dan is-settur għandu voti record u dan sabiex nimplimentaw l-pjan ta' salvazzjoni ta' dan is-settur b'tali mod li jkollu pedament sod ħalli jibqa' sostenibbli.", "Il-gvern fehem li biex isir dan ir-ristrutturar kollu, hemm bżonn li dan il-ministeru jkollu injection finanzjarja ħalli jkun jista' jwettaq il-proġetti tiegħu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-vot kif kien għas-sena 1998, kien hawn vot fil-budget vvutat minn dan il-parlament ta' madwar Lm7.7 miljun filwaqt li għas-sena d- dieħla, dan il-vot tela' għal iżjed minn Lm20 miljun.", "Dan mhux qiegħed isir b'kapriċċ imma qiegħed isir għax aħna bis-serjeta` nemmnu li rridu ndaħħlu l-effiċjenza u r-ristrutturar fil-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Dan irridu nagħmluh biex ix-xogħol regolatorju jkun qed jiggarantixxi u jwettaq il-pjan ħalli dawn is-setturi nżommuhom ħajjin u sostenibbli ħalli b'hekk niggarantixxu l-għixien tal-bdiewa, raħħala u sajjieda.", "Ovvjament, jekk wieħed iħares lejn il-gazzetti ta' l-oppożizzjoni, jaqra li dawn kollha jgħidu li dawn il-flus li se noħorġu - anke s-special supply measure għall-ispecial market policy programme, dawk il-famużi Euro184 miljun - mit-taxxi tal-poplu.", "Jiena ngħid li nidħlu u ma nidħlux fl-UE, jekk il-poplu Malti verament jemmen li jrid jżomm il-biedja u s-sajd sostenibbli, dawn il-flus bilfors irid joħroġhom.", "Id-differenza hi li bi sħubija fl-UE, parti sewwa minn dan il-flus ser jiġu mill-UE.", "Fil-fatt rrid ngħid li s'issa infaqna ftit iżjed minn Euro80.6 miljun u minnhom sal-lum - għax il-pakkett tal-finanzi għadu mhux lest – diġa` hemm garantit li Euro26.5 miljun minnhom ġejjin mill-fondi ta' l-UE.", "Jiena niskanta kif l-oppożizzjoni tikkritika l-fatt li ħafna minn dawn il- flus ġejjin mit-taxxi tal-poplu.", "Allura billi ġejjin mit-taxxi tal-poplu, lill-bdiewa ma nagħtuhom xejn jew lis-sajjieda ma nagħtuhom xejn!", "Inħalluhom waħedhom u fl-għama?!", "Lis-sajjieda tajnihom il-provvista tad-duty free diesel u hekk dawn frankaw iżjed minn nofs miljun lira minn meta bdiet l-iskema tas-sajd sa din is- sena 2002.", "Xi trid l-oppożizzjoni, li lil dawn ma nagħtuhomx duty free diesel għax dawn ġejjin mit-taxxi tal-poplu?", "Mela dawn is-sajjieda mhux wkoll qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom?", "Gvern Laburista ieħor jekk xi darba jkun hemm ser jerġa' jeħodha lura l-provvista tal-fuel duty free?", "Tista' l-oppożizzjoni tgħid jekk hux ser tirtira din l-iskema meta tkun fil- gvern?", "Aħna nemmnu li lis-sajjieda u l-bdiewa tagħna għandna nżommuhom kompetitivi u pajjiżi żviluppati oħra hekk jimxu.", "Jekk tħares lejn il-Ġappun, dan jissussidja b'70%, l-Isvizzera b'60%, l-UE b'40% u l-Amerka b'40%.", "Dan hu l-mod kif tgħin il-biedja, billi tgħinha tkun kompetittiva.", "Punt ieħor li nixtieq nitkellem fuqu huwa u hawnhekk nerġa' nikkwota x'qalilna Dr. Alfred Sant:", "''Dan hu settur li kull meta nitkellmu ma' rappreżentanti għolja ta' l- UE, dawn jgħidulna: \"Imma daqskemm hu żgħir dan is-settur, għaliex jimpurtakom minnu?", "Billi titilfuh x'se jkun ġara?\".", "Sur President, la jiena u anqas sħabi qatt ma smajna xi ħaġa simili mill- UE.", "L-UE ma trid lill-ebda settur jisparixxi, iżjed u iżjed s-settur tal- biedja u tas-sajd.", "Is-setturi f'pajjiżna jisparixxu meta tmexxihom ta' kafkaf u Dr. Alfred Sant missu jaf għax meta hu Prim Ministru, kienet saret esportazzjoni ta' prodotti agrikoli lejn l-Ingilterra u din kienet fjask u dan tant hu minnu li biex il-bdiewa nvoluti ġew issussidjati biex jieħdu ftit minn dak li kien dovut lilhom, kellhom jittieħdu mat-Lm13,000 minn but bdiewa oħra li jesportaw il-patata u ħadu Lm8,000 oħra minn vot li kien intenzjonat biex jagħmel tajjeb għall-ħsarat tal-maltemp u dan kollu sabiex jillapazaw dik l-esportazzjoni diżastruża.", "Min jagħmel dawn l-affarijiet ikun veru qed jgħid li ma jimpurtahx mis-settur agrikolu u mhux min joħroġ pakkett ta' Euro184 miljun biex verament dan is-settur inpoġġuh fuq sisien sodi.", "Qalilna wkoll li minn kull Lm1 li se jiffranka l-konsumatur se joħroġ Lm5.", "Din il-kalkolazzjoni jien ma rajtha qatt pero` naf li meta jiena għamilt kalkolazzjoni ta' kemm jistgħu jogħlew il-prodotti bħall-importazzjoni taċ- ċanga - li qabel kienu jgħidulna li se jogħla b'disa' darbiet jew għaxar darbiet - il-kalkolazzjoni tiegħi kienet li se jogħla b'10% u mhux b'xi 500% jew 700%.", "Ħadd ma ġie jiċċalinġjani fuqha din u ħadd ma ndenja jsib żball jew jikkoreġini!", "Sur President, nixtieq li nwieġeb l-affarijiet kollha pero` l-ħin qiegħed jagħfas u għalhekk rrid ngħaddi wkoll biex nagħmel referenza fejn qal li aħna bil-ftehim ta' Marrakech tal-1994, jista' jkollna trattament speċjali pero` l-artikolu in kwestjoni qed jitkellem għal dawk il-pajjiżi li għandhom qed jiżviluppaw u minkejja li pajjiżna għadu qed jiżviluppa, xorta jridu jitneħħew dawk il-mekkaniżmi li b'xi mod ma jħallux suq liberu jopera.", "Dan it-trattat jitkellem fuq pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u jien nistaqsi għalfejn Dr Alfred Sant jikkonsidra li aħna għadna underdeveloped.", "Aħna se nibqgħu developing country għal dejjem?", "Aħna se nibqgħu dejjem fis-second division, x'għandna inqas minn ħaddieħor?", "M'aħniex aħjar minn ħaddieħor imma anqas aħna anqas minn ħaddieħor.", "Aħna l-għan tagħna mhux li nibqgħu marbutin ma' x'hawn imniżżel fit-trattat ta' Marrakech imma li nibqgħu niżviluppaw ħalli ma nibqgħux fis-second division imma nitilgħu fil-first division u fil-premier.", "Irridu nitilgħu fil-premier ħalli niggarantixxu li l-produzzjoni tagħna fis-setturi kollha tkun produzzjoni ta' kwalita`.", "Sur President, issemmiet is-sistema tat-taxxa u l-Onor.", "Noel Farrugia ta' spjegazzjoni u għamel kalkolu ta' x'se jkunu l-ispejjeż.", "Irrisponda ftit l- Onor. Tony Abela pero` jiena mhux se noqgħod nidħol fid-dettal.", "Aħna ġibna l-informazzjoni biex nagħmlu taxxa aktar ġusta u vantaġġjuża milli hemm fil-preżent u din l-informazzjoni ġibniha mingħand il-bdiewa stess, miċ-ċensiment tal-bdiewa.", "Aparti ċ-ċensiment tal-bdiewa, sar ukoll survey minn grupp ta' bdiewa - għandna l-ismijiet u l-ID cards tagħhom - li volontarjament ġew u għamlu analiżi flimkien magħna ta' l-ispejjeż tagħhom.", "Iċ-ċifra li hemm indikata fiċ-ċensiment saret mill-bdiewa u mhux minni jew l-Onor.", "Farrugia.", "Iċ-ċifra hija li bħala average, l-ispejjeż huma 20% tal-valur kollu li huma jirnexxielhom ibiegħu.", "Il-bdiewa qaluh u ġie konfermat mis-survey li semmejt aktar qabel.", "Din it-taxxa għalissa se nagħmlu l-ewwel tarġa tagħha u dan għadu biss il- pedament tagħha.", "Tajjeb li tkun ċara li s-sussidju fuq il-produzzjoni jingħata biss lil dawk li jiddikjaraw il-produzzjoni.", "Din taħdem l-istess bħal tal-ħut fejn biex sajjied jieħu 1 litre duty free diesel, irid jiddikjara bejgħ fil-pixkerija ta' ħut ta' valur ta' 94c.", "Is-sussidji u l- għajnuna tingħata skond il-bejgħ iddikjarat.", "Ma jistax imur Peppi u jgħid li biegħ b'Lm100 mingħajr irċevuti tal- pitkalija u jieħu s-sussidju.", "Għalissa, din it-taxxa ser issir għall- bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott u mhux dawn li jrabbu l-għoġġiela.", "Nerġa' ngħid li l-istima ta' l-ispejjeż kif inhija llum hija stmata li tkun 20% tal-valur mibjugħ pero` biex il-gvern jagħti injection iżjed qawwi lil dan is-settur, l-istima ta' l-ispiża irduppjajniha għal 40%.", "Dan ifisser li jekk bidwi biegħ b'Lm100, il-gvern mill-1 ta' Jannar se jaqtagħlu Lm40 bħala spejjeż u mhux Lm20 u b'hekk it-taxxa titħallas fuq Lm60 u mhux fuq Lm80.", "Ovvjament, jekk hemm xi ħadd li għandu iżjed minn 40% spejjeż, dan għandu jiġi għandna, iġib ir-riċevuti kollha u t-taxxa tiġi kkalkolata fuq kemm kienu l-ispejjez tiegħu pero` dejjem skond l-irċevuti.", "Illum, bidwi miżżewweġ li jkun fulltimer ma jħallasx taxxa fuq l-ewwel Lm4,300 netti li jaqla jew fuq l-ewwel Lm5,375 bejgħ li jagħmel.", "Jekk naraw is-sistema kif inhi ġejja mill-1 ta' Jannar, insibu li l-ammont ta' bejgħ li l-bidwi jista' jiddikjara u li fuqu ma jħallasx taxxa hu Lm7,166.", "B'din ir-rata il- ġdida, din ta' l-40%, l-ammont ta' bejgħ li fuqu ma titħallasx taxxa tela' minn Lm5,375 għal Lm7,166 u din hija qabża kbira!", "Din hi l-għajnuna vera li l-gvern qed jagħti lill-bdiewa sabiex mis-sena d-dieħla, dawn se jibdew jibbenefikaw u jkollhom taxxa aktar ġusta milli għandu fil-preżent.", "Sur President, ngħaddi biex nitkellem rigward ir-ristrutturar u l-ewwel ħaġa li se ngħid hi din, nidħlu jew ma nidħlux fl-UE, il-levies iridu jispiċċaw u r-ristrutturar irid isir xorta waħda.", "Għalhekk, aħna rridu nsaħħu u nagħmlu s-settur iżjed effiċjenti.", "Id-dipartiment, b'mod partikolari matul din l-aħħar sena u nofs, ipprepara l-għodda biex inkunu nistgħu nimplimentaw u nwettqu dan ix-xogħol li għandna quddiemna, għodda bħall-integrated administrative control system biex titħaddem is-sistema ta' kif isir il-ħlas u s-sussidju fuq il-produzzjoni.", "Permess ta' dan il- unit, diġa` ttieħdu l-aerial photos tal-biċċiet tar-raba' li għandna fil- pajjiż u qed tinġabar l-informazzjoni kollha fuq is-sistema elektronika ħalli nkunu nafu kull biċċa raba' li għandna fil-pajjiż jekk hijiex bagħli, saqwi, moxa, ta' min hija r-raba', jekk il-gabilott hux is-sid, inkunu nafu jekk għandux ġwiebi jew spieri ta' l-ilma u b'din l-informazzjoni kollha, inkunu f'pożizzjoni li nkunu nistgħu nagħmlu formolazzjoni ta' policies u implimentazzjoni.", "Ovvjament din l-informazzjoni tiġi updated ta' kull sena bid-dħul ta' data li tgħaddi għand il-ministeru.", "Sur President, sejjer nitkellem ftit dwar is-setturi tad-dipartiment u sejjer nitkellem dwar is-servizz tal-veterinarju.", "Matul dawn l-aħħar erba' snin, kellna l-problema tal-mad cow disease u l-foot and mouth disease .", "Nista' ngħid li d-dipartiment konċernat ħa l-prekawzjonijiet kollha, kultant kienu rigorużi ħafna sabiex jassigura li dan it-tip ta' mard ma jidħolx f'pajjiżna.", "Fl-istess dipartiment, nidejna korsijiet biex inħarrġu biċċiera żgħażagħ għax nafu li rridu nagħmlu s-central cutting and deboning plant, diġa` qed nirranġaw il-linja tal-qatla tal-majjal u ovvjament irid ikollok ir-riżorsi umani biex dawn l-affarijiet inkunu nistgħu immexxuhom.", "Iċ-central cutting and deboning plant sejjer jieħu ħsieb il-ħteġijiet kollha tal-processing plant li għandna fil-pajjiż.", "Irrid ngħid ukoll li f'dan ir-rigward, għaddejna liġijiet dwar is-servizzi veterinarji, dwar l-animal welfare u bdew jinħarġu diversi regolamenti sussidjarji li għandhom x'jaqsmu ma' dawn iż-żewġ liġijiet.", "Fost ir- regolamenti hemm dwar il-housing u l-għalf tal-majjali, it-trasport , il- mediċini u anke l-mod kif jiddaħħlu l-pets fil-pajjiż", "Sur President, nixtieq nitkellem fuq d-dairy compensation scheme li ma ssemmietx hawn ġew.", "Irrid ngħid li kellna skema li permezz tagħha r-raħħal ikun issussidjat għal produzzjoni taċ-ċanga u hawn irid ngħid li l-pajjiż jipproduċi biss 20% tad-domanda u l-bqija aħna nimportawh.", "Ammont sostanzjali taċ-ċanga li nipproduċu fil-pajjiż imur bħala beef intervention għal processing.", "Din kellna skema li meta ġiet introdotta fl-1989, kellna ammont ta' ċanga li jmur għall-intervention, kellna madwar 240 tunnellata u s-sena l-oħra din telgħet għal 360 tunnellata.", "Dan ifisser li f'perijodu ta' 12-il sena, din telgħet u ovvjament telgħet l-ispiża wkoll, minn 215,000 fl-1989 għal madwar Lm0.5 miljun is-sena l-oħra.", "Din kienet sistema li kienet ineffiċjenti fis-sens li ma kenitx qiegħda tagħti inċentiv biex ir-raħħal jipproduċi iżjed ħalib minn kull baqra għax kien jaf li ċ-ċanga tal-baqar kollha tmur għall-beef intervention u l-poplu Malti li jħallas it-taxxa, kien jagħmel tajjeb għal dik l-ineffiċjenza.", "Allura ftehmna mar-raħħala biex nibdlu s-sistema u nagħmlu sistema li hija bbażata fuq il-produzzjoni tal-ħalib.", "Ftehmna li l-produzzjoni massima tal- ħalib fil-pajjiż hija ta' madwar 10 miljun gallun ħalib fis-sena u s- sussidju beda jgħaddi diġa` fuq l-ammont ta' produzzjoni ta' ħalib fejn din id-dairy compensation hi ikkappjata sa limitu ta' 10,000 gallun ħalib.", "Irrid ngħid ukoll li anke f'dan il-qasam għaddejjin bix-xogħol biex jinbena l-inċeniratur u bi pjaċir ngħid li l-fondi għal dan il-proġett – bħal fondi għal diversi proġetti oħra - se jiġu iffinanzjati bis-saħħa tal-financial protocol li ġie iffirmata ma' l-Italja reċentament.", "Sur President, nixtieq li għandi iżjed ħin imma n'għandhiex u allura jkolli naqta' qasir u ngħid li anke min-naħa tal-plant health department, għaddejjna l-plant quaratine act u l-liġi dwar kontroll fl-użu tal- pestiċidi.", "Ovvjament dawn huma liġijiet li se jservu bħala għodda biex ikun assigurat il-food safety fil-prodotti ta' l-ikel li aħna nkabbru f'pajjiżna u intiża biex ma tħallix li jseħħ impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba użu eċċessiv ta' pestiċidi", "Il-plant quarantine act se tassigura li f'pajjiżna ma ndaħħlux siġar jew pjanti li jkunu infettati u hekk nevitaw li jimirdu s-siġar tagħna li b'konsegwenza t'hekk jista' jwassal għal nuqqas fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Saru diversi xogħlijiet oħra fis-settur tan-naħal, xogħol fuq reġistrazzjoni tal-pjanti u prodotti li jiġu importati u diversi affarijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-mard fuq diversi prodotti bħat- tadam, frott irqieq, patata u oħrajn.", "Mr Chairman, għaddejna wkoll liġi ġdida dwar l-inbid minflok dik li kellna qabel.", "Sar training program mal-gvern Taljan li permezz tiegħu fl-1 ta' Jannar, se jiġi grupp ta' 18-il espert u dawn sejrin jgħinu lis-settur lokali fil-produzzjoni tad-dwieli ħalli b'hekk nassiguraw li jkollna produzzjoni u tkabbir tad-dwieli bla mard u u li jkunu ideali għall- produzzjoni ta' l-inbid.", "Dan il-programm ġie ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u jiswa madwar Euro0.5 miljun.", "Qed nagħmlu analiżi tad-DNA tad-dwieli kollha li għandna fil-pajjiż ħalli b'hekk niddentifikaw id-dwieli li huma indiġni jew endemiċi – kieku jkunu endemiċi jkun aħjar – u biex naraw ir-razza ta' kull dilja li għandna fil- pajjiż u mbagħad wara li jsir dan l-analiżi tad-DNA, inkunu f'pożizzjoni li nagħżlu l-aħjar dwieli biex nipproduċu l-inbid minnhom ħalli l-valur ta' l- inbid prodott ikun ogħla.", "Fil-qasam ta' vitikultura, nidejna special market policy programme u ftehmna ma l-UE, wara li preżentajna l-każ b'mod xjentifiku, li f'pajjiżna jista' jkollna area ta' 1,000 ettaru – mad-9,000 tomna - ta' raba' bi dwieli.", "Irrid ngħid li meta beda dan l-eżerċizzju fl-1989, konna nkabbru biss madwar 320 ettaru – madwar 2,800 tomna – imma issa dawn telgħu għal 480.", "It-target tagħna huwa li f'perijodu relattivament qasir, irridu ntellgħu l-area ta' kultivazzjoni ta' dwieli għal 1,000 ettaru.", "Biex dan isir, aħna nidejna skema li permezz tagħha kulmin għandu r-raba' u jibda jkabbar id-dwieli, dan se ikollu għajnuna ta' Lm450 kull tomna biex jagħmel hekk.", "Aparti dan, kull bniedem li għandu r-raba bid-dwieli, se jitħallas Lm 45 kull fis-sena biex iżommha hekk.", "S'issa diġa` għandna 245 applikazzjoni għall-għajnuna ta' Lm45 kull tomna u dawn se jitħallsu madwar Lm65,000 talli għandhom raba' b'kultivazzjoni tad-dwieli.", "Imbagħad għandna 92 applikazzjoni oħra minn bdiewa li se jaqilbu madwar 540 tomna biex jintużaw għal kultivazzjoni tad-dwieli.", "Hemm diversi xogħlijiet li qed isiru taħt dan il-qasam bħal per eżempju qed jiġi rranġat il-farm esperimentali ta' l-Għammieri, il-bini tas- substation, s-surfacing ta' l-art u l-installar tas-servizzi kollha kemm fl-Għammieri kif ukoll fil-bini ta' blokok ġodda sabiex ikollna infrastruttura aħjar biex inkunu nistgħu nwettqu dawn il-proġetti li qed insemmi.", "Saru xogħlijiet fuq ir-rural roads fejn ingħata concreting lil diversi toroq fir-raba'.", "Hemm skema biex ir-raħħala jirranġaw l-irziezet tagħhom, skema li permezz tagħha jistgħu jissellfu sa' Lm12,000 mill-banek u l- imgħaxxijiet kollha jkunu imħallsa bis-sussidju.", "Hemm ukoll kumitat apposta li qed jaħdem fuq ir-ristrutturar tal-pitkalija u rrid ngħid li f'Jannar li ġej se jiġi konsulent mill-UE biex nibdew il-pjan biex fl-aħħar nagħmlu l- grading and packing facilities fil-Pitkalija.", "Nagħmel referenza għall-mod kif il-ministeru ġie riorganizzat minn fuq s'isfel, ġie imsaħħaħ billi għamilna tliet DGs u qegħdin jinħarġu l- applikazzjonijiet neċessarji biex fid-dipartiment u fil-ministeru jkollna dawk in-nies kwalifikati biex nwettqu r-rwol ta' ministeru regolatorju li permezz tiegħu, aħna se nkunu f'pożizzjoni li nattwaw il-proġetti kollha ħalli niggarantixxu li verament is-settur tal-biedja u sajd jiġu ristrutturati.", "Bir-ristrutturazzjoni, minbarra li jkollna provvista ta' prodotti agrikoli li jkunu healthy, ikollna wkoll garanzija li permezz ta' dan ix-xogħol, il-bdiewa u r-raħħala jieħdu ħsieb l-ambjent ukoll imma biex dan jiġri, irrid ikun ġarantit dħul xieraq u ġust għax dan hu kruċjali biex iż-żgħażagħ jagħżlu li jaħdmu f'dan is-settur u jagħmluh sostenibbli.", "Sur President, jiena semmejt il-pjan ta' żvilupp rurali u nista' ngħid li l- pjan hu diġa` imfassal għas-snin 2004 sa l-2006 pero` jonqsu biss ftit dettalji.", "Nista' ngħid li dan il-pjan se jservi bħala injection finanzjarja ta' għexieren ta' miljuni ta' liri fuq perijodu ta' tliet snin lis-settur agrikolu ħalli b'hekk il-bidwi u r-raħħal tagħna jkun kompensat mhux biss talli jkabbar imma talli jieħu ħsieb l-ambjent li hu jopera fih.", "Irrid ngħid li l-għanijiet ta' dan il-pjan ta' żvilupp rurali huma li jrażżan it-telf ta' ħamrija, ikun hemm il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, ikun hemm l-immodernizzar tal-farms kif ukoll biex ikun hemm investiment sabiex jinġabar u jinħażen l-ilma tax-xita sabiex jintuża bħala ilma tat-tisqija.", "Il-pjan li innegozjajna ma' l-UE hu pjan li jrid isir jekk verament nemmnu li l-biedja trid tibqa' sostenibbli f'pajjiżna.", "Dan il-pjan se jipprovdi għajnuna finanzjarja fuq perijodu ta' madwar għaxar snin ta' madwar Euro184 miljun jew Lm 76 miljun.", "Irrid nagħmel riferenza għal dak li qalet gazzetta ta' l-oppożizzjoni fejn qalet li l-valur tal-pakkett naqqasnih mill-valur li kien f'April li għadda imma jiena ngħid li dan mhu minnu xejn.", "F'April li għadda, l-istima ta' dan il-pakkett kienet madwar Lm73 miljun u kif ġie nnegozjat ma' l-UE, il-valur ta' dan il-pakkett żdied għal Lm76 miljun, pakkett ntiż biex jgħin lil diversi setturi tal-biedja bħalma huma t-tadam għal l-ipproċessar, patata għall-ikel, l-għeneb u l-produzzjoni ta' l-inbid, il-ħxejjex u l-frott, il- qasam tal-ħalib u ċ-ċanga, il-qasam tal-majjal u l-qasam tal-bajd u tat- tjur.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li bis-saħħa tan-negozjati, pajjiżna hu garantit li se jirċievi Euro26.5 miljun mill-UE, dan hu madwar terz tan- nefqa totali li hemm imniżżla bejn l-2003 u l-2006.", "Pajjiżna fin-negozjati stinka, ippjana, ħadem u ġab terms tajbin.", "Per eżempju, ir-raba' kollha ta' Malta u t'Għawdex ġie kklasifikat bħala less favoured area u dan ifisser li għal kull tomna raba' li għandna fil-pajjiż, il-bidwi se jirċievi Lm10 kull sena fuq skema permanenti u dan ifisser li pajjiżna se jirċievi Euro2.2 miljun fis-sena u dan għax aħna sempliċiment ikkwalifikajna bħala less favoured area.", "Sur President, apparti dan il-pakkett, aħna ġibna wkoll il-famuża safeguard clause, u dan ifisser li minn barra dik l-iskema ta' sussidju fejn nibqgħu nimportaw ċerti prodotti bl-istess prezzijiet li nafuhom illum għal perjodu ta' snin, aħna ġibna safeguard clause u din kienet iebsa ħafna pero` ġibniha.", "Permess ta' din is-safeguard clause, il-produzzjoni agrikola lokali tkun tista' tiġi mħarsa minn diffikultajiet li jistgħu jinħolqu fis- suq lokali minħabba importazzjoni ta' prodotti agrikoli.", "Biex inkun preċiż, jiena sejjer naqra dan l-arranġament:", "\"Malta se tkun tista' tieħu l-miżuri ta' protezzjoni għal dawk il- prodotti msemmija fil-programm ta' għajnuna u b'hekk f'każ ta' diffikultajiet għal xi settur partikolari, l-Gvern ikun jista' jieħu miżuri li permezz tagħhom dawn id-diffikultajiet ikunu jistgħu jiġu rimedjati.\".", "Din is-safeguard clause tgħodd għal ħames snin wara s-sħubija u b'din il- clause, aħna nkunu nistgħu nieħdu dawk il-passi neċessarji biex naraw li s- suq tal-produzzjoni lokali ma jiġix imfarrak f'każ li jkun hemm xi diffikultajiet.", "Ta min ifakkar li din is-safeguard clause kienet ingħatat lin-Norveġja għal tliet snin avolja din ma mhux membru ta' l-UE.", "Sur President, fl-aħħar ħames minuti li baqagħli, nixtieq ngħaddi xi kummenti fuq is-settur tas-sajd.", "Bħalma rnexxilna b'suċċess ninnegozzjaw il- kapitlu tal-biedja, hekk wkoll b'suċċess nnegozjajna l-kapitlu tas-sajd li permezz tiegħu, Malta għandha l-immaniġjar u l-konservazzjoni taż-żona tas- sajd tagħha li testendi sa 25 mil 'il barra minn xtutna.", "Biex stajna nagħmlu dan, aħna ridna naraw kemm jitkabbar u jinqabad ħut fis-sena f'din iż-żona u bi studju xjentifiku sibna li dawn qegħdin fl-istess livell, jiġifieri għandna dak li jissejjaħ l-optimum sustainability.", "Peress li aħna għandna dawn l-argumenti xjentifiċi, l-UE qablet ukoll li l-immaniġjar ta' din iż-żona tgħaddi f'idejn il-gvern u din iż-żona ta' 25 mil madwar Malta ġiet iddikjarata bħala żona ta' konservazzjoni fejn fiha ma tistax tiżdied il-fishing effort u din trid tibqa' l-istess.", "Ovvjament se nieħdu ċerti miżuri biex aħna nassiguraw li dan il-bilanċ bejn kemm jitkabbar ħut u kemm jinqabad ħut jinżamm, u hemm skema ta' madwar Lm2.5 miljuni fuq ristrutturar u għajnuna lis-sajjieda.", "Lm2 miljuni minnhom huma ntiżi għal dawk is-sajjieda li huma fulltimers u hemm sistema ta' liema dgħajjes jistgħu joperaw fiż-żona ta' 25 mil u ta' liema dgħajjes iridu ta' bilfors joperaw 'il barra mill-25 mil.", "L-għajnuna finanzjarja diġa` qegħda tiġi mgħoddija lis-sajjieda u l-ġimgħa l-oħra tqassmu l-ewwel ċekkijiet lis- sajjieda li se jibbenefikaw miż-Lm2 miljuni.", "Imbagħad għandek in-nofs miljun l-oħra li se jmorru għall-part-timers sabiex dawn jiġu mgħejuna biex itejbu is-safety fl-operat tagħhom.", "Barra minn hekk, Sur President, is- sajjieda frankaw nofs miljun lira minn Mejju ta' l-2000 sa l-aħħar ta' din is-sena permess tad-duty free diesel.", "Is-sajjieda ingħataw ukoll għajnuna biex jixtru kaxxi tal-plastik u apparat ieħor.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li minn dan il-parlament għaddiet mozzjoni li permezz tagħha aħna ftaħna l-bieb lis-sajjieda li jridu jarmaw bil-purse siners fejn dawn bi ftehim mad-dipartiment tas-sajd, illum għandhom il- fakulta li jarmaw għal dan it-tip ta' sajd ukoll.", "Jiena nagħlaq l- intervent tiegħi billi nirringrazzja lin-nies kollha li ħadmu miegħi għax min għandhom tgħallimt ħafna tul dawn l-aħħar erba' snin.", "Insellem lill- ħabib tagħna li m'għadux magħna, lil Franco Serracino Inglott, u sinċerament nixtieq ngħid grazzi minn qiegħ qalbi lin-nies kollha li kultant ikolli xi ngħid magħhom pero` flimkien, irnexxilna nibnu u nippjanaw programm tajjeb għall-biedja u għas-sajd u li rnexxilna wkoll ninnegozjaw b'suċċess ma' l-UE.", "Sur President, dan il-programm hu s-soluzzjoni biex inżommu s-setturi tal- biedja u s-sajd sostenibbli u effiċjenti, u dan irid isir nidħlu jew ma nidħlux fl-UE.", "Dan is-settur għandu bżonn din l-injection finanzjarja sabiex fl-aħħar mill-aħħar nilħqu l-mission statement tagħna f'dan is- settur fejn ikollna settur li jipprovdi provvista bnina u healthy ta' ikel u fl-istess ħin jipprovdi dħul xieraq u ġust lill-operaturi.", "Dan irid isir sabiex inżommu s-settur tal-biedja sostenibbli għaliex biex nagħmlu hekk irid ikollna dħul li jħajjar liż-żgħażagħ jidħlu f'dawn l-oqsma u b'hekk ikunu l-garanzija li dan is-settur jibqa' sostenibbli fil-futur.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il- mistoqsija hi l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat kien sospiż fid-9:30 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għal Vot 42 kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Noel Farrugia.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "376 FAVUR: 27", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Debono Grech Joe| |Agius Chris |Farrugia Angelo | |Attard Montalto |Farrugia Michael| |John | | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Dalli Helena | |", "KONTRA: 34", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 42 - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 15,382,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 42 - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 42 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT X - MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,925,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X - Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot X għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd rrapporta li r- Riżoluzzjonijiet taħt Voti 42 u X tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "KUMITATI PERMANENTI", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil- Qrati u fit-Tribunali ġie mgħoddi mill-Kumitat b'emendi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġonament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 12 ta' Diċembru, 2002 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "1.", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2003", "Id-Disa' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 12 ta' Diċembru, 2002 fid-9:00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊJALI - RESPONSABILTAJIET ĠODDA", "37491.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali li ngħataw responsabbiltajiet ġodda matul din is-sena?", "X'responsabbiltajiet fil-fatt ingħataw, dipartiment dipartiment?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "ĠBEJNIET FRISKI - PRODUZZJONI", "37492.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li żdiedu l-ispejjeż għall- produtturi tal-ġbejniet friski matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?", "Kemm hi kkalkolata ż-żieda fuq il-prezz tal-ġbejniet friski sabiex l- attivita' tal-produtturi tibqa' trendi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Huwa kkalkulat li f'dawn l-aħħar erba' snin l- ispejjeż tal-produzzjoni tal-ġbejniet żdiedu b'madwar 1c5-il waħda.", "Il- prezzijiet tal-ġbejniet għall-konsumatur ukoll telgħu b'dan l-ammont.", "Is-suq għal dan il-prodott qiegħed dejjem jikber u dan jawgura tajjeb biex il-produtturi jkollhom qligħ xieraq.", "PATATA - ESPORTAZZJONI", "37493.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt żdiedu l-ispejjeż għall-bdiewa li jesportaw il-patata matul dawn l-aħħar snin skond l-analisi li għamel il- Ministeru f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Matul dawn l-aħħar snin l-ispejjeż rikorrenti nvoluti fl-esportazzjoni tal-patata ta' Malta prattikament ma żdiedux, tant li saħansitra l-prezz tal-patata taż-żriegħ impurtata mid-dipartiment baqa' l- istess.", "ĦXEJJEX U FROTT - ESPORTAZZJONI", "37494.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-prodotti ta' ħxejjex u frott li l-bdiewa ġew imħajra u mejgħuna jesportaw matul dawn l-aħħar erba' snin u kemm fil-fatt ġew esportati sena b'sena u xi prezzijiet ġabu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJU TAL-WENS", "37558.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni li applikaw biex jieħdu benefiċċju tal-wens?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li b'kollox hemm tmien applikazzjonijiet pendenti għall-Pensjoni tal-Wens.", "Tlett applikazzjonijiet qed jiġu mistħarrġa jekk jikkwalifikawx mill-aspett ta' mezzi filwaqt li l-ħamsa l-oħra jonqoshom jiġu riferuti lill-Bord Mediku.", "SIGURTA' SOĊJALI - BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "37559.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li jieħdu l-benefiċċju tal-mard?", "Kemm ilhom jieħduh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li hemm 13,068 persuna f'Malta u Għawdex li bħalissa qed jirċievu l-għajnuna għall-mard.", "Ninsab informat ukoll li d-dipartiment ma jżommx statistika dwar l- informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija u dan għar-raġuni li din l-informazzjoni hi marbuta speċifikament ma' kull wieħed mit-13,068 każ imsemmija.", "DAY CENTRES - TRASPORT GĦALL-ANZJANI", "37560.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li jagħtu sussidju fuq trasport għall-anzjani għal day centres u liema huma l-kunsilli?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn Ħad-Dingli u r-Rabat li jattendu ċ- Ċentru ta' Ħad-Dingli.", "Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara jħallas għat-trasport ta' l-anzjani minn dak il-lokal li jattendu ċ-Ċentru ta' Birkirkara.", "Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar iħallas għat-trasport ta' l-anzjani mill-lokalitajiet kollha li jaqgħu taħtu li jattendu ċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar.", "Il-Kunsilli Lokali tal-Qrendi, Ħal-Safi u Ħal-Kirkop iħallsu parti mit- trasport ta' l-anzjani li jattendu ċ-Ċentru taż-Żurrieq.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - XUFIERA", "37561.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom drivers personali il-ministri u segretarji parlamentari?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ghandi zewg drivers personali fil- Ministeru tieghi.", "Dwar il-ministeri l-ohra, nistieden lill-Onor.", "Interpellant jaghmel il- mistoqsija tieghu lill-ministri responsabbli.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - ASSISTENT PERSONALI", "37562.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet il- wegħda ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali li jiġi introdott assistent personali għall-persuni b'diżabilita'?", "Kemm hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn din il-miżura?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif diġa' kelli okkażjoni li ngħid pubblikament, f'Awissu tas-sena l-oħra twaqqfet it-Taqsima għall-Għajxien Issapportjat fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali bl-iskop li toffri servizzi ta' djar żgħar residenzjali fil-komunita', skema ta' assistenza personali u servizzi oħra ta' support fil-komunita' lill-persuni b'diżabilita'.", "L-għan aħħari ta' din il-ħidma mill-Ministeru għall-Politika Soċjali hu li persuni b'diżabilita' jkomplu jgħixu mal-familji tagħhom bis-support meħtieġ u, meta dan ma jkunx possibbli għal diversi raġunijiet, jibqgħu jgħixu fil-komunita' f'ambjent kemm jista' jkun viċin bħal dak li jgħixu fih f'darhom.", "Bis-saħħa ta' l-Awtorita' tad-Djar ġew akkwistati żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop li ġew irranġati biex jilqgħu fihom persuni b'diżabilita'.", "Qed isir xogħol ukoll għall-istess skop fil- kumpless ta' Vajrita f'Wied il-Għajn.", "Barra minn dawn it-tlett proġetti qed titlesta dar oħra fl-Imtarfa biex tipprovdi servizz residenzjali fil- komunita' għal dawn il-persuni.", "Għal dak li jirrigwarda l-iskema ta' assistenza personali, it-taqsima msemmija ħadmet biex tipprepara l-qafas amministrattiv meħtieġ biex tkun tista' tibda tħaddem l-iskema fil-futur qarib.", "SVPR - FAMILJARI TA' L-ANZJANI", "37563.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qatt sarux diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet konċernati biex jiġi introdott trasport dirett għall-familjari ta' l-anzjani li għandhom familjari in-naħa ta' fuq ta' SVPR RB1 u RB2?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed jiġi kkonsidrat xi forma ta' trasport intern fir-Residenza ta' San Vinċenz.", "MINISTERI - LAPTOP COMPUTERS", "37623.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu taż l-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw?", "X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti għaliex qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.", "MINISTERI - LAPTOP COMPUTERS", "37624.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu ta' l- uffiċjali u impjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw?", "X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti għaliex qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.", "MINISTERI - LAPTOP COMPUTERS", "37625.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall-użu ta' l-uffiċjali u mpjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id-dikasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw?", "X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti għaliex qed tintalab din l­informazzjoni dettaljata, ma nara l­ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.", "MINISTERI - LAPTOP COMPUTERS", "37626.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laptop computers għall- użu ta' l-uffiċjali u impjegati fil-Ministeru u entitajiet taħt id- dikasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min qed jagħmel użu minnhom u meta nxtraw?", "X'mudell huma u meta u kemm inxtraw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sakemm ma ningħatax raġuni konvinċenti għaliex qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata, ma nara l-ebda skop li nitlob li jinħela ħafna ħin biex tinġabar.", "QALA - ITS", "37629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?", "Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema?", "Jista' jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f'kull każ ħarġitx call for applications?", "Jista' jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.", "Ghalhekk twegiba tinghata f'xi seduta ohra.", "QALA - ITS", "37629.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħaddiema u għalliema full-time u part-time fl-ITS Qala Training Centre?", "Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema u għalliema?", "Jista' jgħid ukoll meta dawn ġew ingaġġati u f'kull każ ħarġitx call for applications?", "Jista' jgħid xi kwalifiki professjonali u akkademiċi għandhom?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "GĦalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19990616_123d_par.doc", "date": "1999-06-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 123 L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 123", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.04 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "123", "L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 84", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 84", "TQEGĦID TA' KARTI 90", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 91", "AĠĠORNAMENT 110", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 115", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 122 li saret fil-15 ta' Ġunju,1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "6773.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt li daħal fid-dipartiment tat-taxxi interni ġie magħżul biex jintbgħat perit ħalli jikkonferma l-valur tal- proprjeta'?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): M`għandi xejn x`inżid mar- risposta li tajt għall-mistoqsija numru 6769.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellmu dwar meta perit imur jara post biex jivvalutah.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk irċeviex complaints - bħalma naħseb irċevew diversi membri parlamentari - dwar il-fatt li l-perit imur wara numru ta' xhur.", "Kien hemm każi fejn anke għaddew sena jew tnejn.", "Ġieli kien hemm każ fejn ikun hemm post li ma jkunx fih ċerti amenities, bħall-kmamar tal-banju, imbagħad dawn isirulu u naturalment il-valur jitla'.", "Jaħseb il-Ministru li biex wieħed ikun aktar ġust ma' min jixtri l-post għandu jkun hemm time limit li jkun jorbot lill- perit biex jagħmel xogħlu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena nirċievi complaints bħalma jirċievi kważi kulmin imur għand perit u ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-kuntratt!", "Biss qed nifhem x'inhu jgħid l-Onor. interpellant u dan li qal ċertament li nieħdu in konsiderazzjoni.", "TAXXI INTERNI - KUNTRATTI", "6774.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tħallset fuqu taxxa proviżorja fuq il-qligħ kapitali, kif ukoll taxxa tal-boll, matul l-1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Matul l-1998 kien hemm 5,057 kuntratt ta` nutura Maltin li tħallset fuqu taxxa proviżorja u 9,500 kuntratt li fuqu tħallset it-taxxa tad-dokumenti u trasferimenti.", "DRENAĠĠ - DRAWING OFFICE", "6775.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4856?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern) (f'isem il-Ministru għall- Ambjent): Saru l-investigazzjonijiet neċessarji u rriżulta li xi kollegi li jaħdmu fl-uffiċċju tal-persuna indikata għamlu kopji - fuq il-photocopiers ta' l-uffiċċju - tar-ritratti uffiċjali bil-kulur biex jintużaw bħala ċajta fuq il-kandidat imsemmi.", "TURIŻMU - FAX MACHINES", "6799.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5160, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-informazzjoni mitluba tirriferi għal oġġetti li huma proprjeta' tal-Gvern ta' Malta, mixtrija minn fondi pubbliċi?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tat-Turiżmu): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor.", "Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 4966.", "ITS - KONSULENT", "6812.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'salarju għandu l-konsulent - ismu qed jintbagħat separatament - fix-xogħol ta' konsulenza li qiegħed jagħmel fl-ITS?", "Jista' l-Ministru jgħid x'titolu u karigi għandu dan il-konsulent fl-ITS?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Qiegħed ngħaddi privatament lill-Onor.", "Membru kopja tal-curriculum vitae tal-persuna konċernata.", "Għall-kumplament tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija tiegħu numru 5939.", "AFFARIJIET BARRANIN - TELEPHONES", "6841.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5590?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): In-numru ta` linji telefoniċi diretti b`aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta huwa 22, imqassmin kif jingħad hawn taħt:", "|segretarjat privat |10 | |uffiċċju tas-segretarjat | 2| |permanenti | | |direttorat servizzi | 2| |korporattivi | | |direttorat affarijiet | 1| |bilaterali | | |direttorat affarijiet | 1| |multilaterali | | |direttorat Unjoni Ewropea | 6|", "Hemm ukoll 13 il-linja li jintużaw għal trasmissjoni bil-fax u huma mqassmin kif se jingħad:", "|segretarjat privat |4 | |uffiċċju tas-segretarju |1 | |permanenti | | |direttorat servizzi |3 | |korporattivi | | |direttorat affarijiet |1 | |bilaterali | | |direttorat affarijiet |2 | |multilaterali | | |direttorat Unjoni Ewropea |2 |", "TURIŻMU - KIRI TA' APPARTAMENTI", "7533.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-liċenza li jridu jħallsu sidien Għawdxin li jikru appartamenti għal ftit jiem ta' vaganzi lill-Maltin biss f'Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Din hi materja li trid tiġi deċiża mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu iżda, kif diġa' stqarrejt waqt id-dibattitu fi stadju ta' kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, jiena fil-fehma li l-ħlas għal din il-liċenza għandu jkun wieħed nominali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, qed nifhem tajjeb li l-Ministru se jagħti ċerti linji ta' gwida lill-awtorita' tat-turiżmu sabiex ikun hemm ħlas nominali?", "X'qed ifisser bi \"ħlas nominali\", li se jagħti xi ammont li, per eżempju, ma jaċċedix l-Lm10?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jien inzertajt li meta qam dan il-punt kont qiegħed nassisti lill-ministru għat-turiżmu f'dak id-dibattitu - għax kienu qamu xi kwestjonijiet legali wkoll - u fil-fatt kienet qamet il- kontroversja dwar jekk għandux ikun hemm liċenza u dwar dan kien hemm opinjonijiet differenti f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Refalo kien baqa' jinsisti li huwa tajjeb li jkun hemm ċertu tip ta' kontroll u li dak il- kontroll irid isir f'forma ta' liċenza imma l-ħlas ta' dik il-liċenza m'għandux ikun f'xi forma ta' xi taxxa imma għandu jkun biss nominali.", "Assolutament m'hemmx l-iċken dubju li b'\"nominali\" l-Ministru Refalo ried ifisser li dan ikun ammont żgħir ħafna.", "GĦAWDEX - TAĦRIĠ TA' ADULTI", "7534.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li jkun hemm assistent kap fiċ- ċentru għat-taħriġ ta' adulti ta' Għajnsielem?", "Kemm hemm persuni mpjegati ma' dan iċ-ċentru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni) (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal postijiet ta' kapijiet u assistenti kapijiet taċ-ċentri ta' l-adulti fid-19 ta' Settembru, 1997 kien ġie deċiż mill-ministru għall-ħarsien soċjali fl-amministrazzjoni preċedenti li għandu jkun hemm kap u assistent kap f'kull ċentru tat-taħriġ ta' l-adulti f'Malta, irrespettivament min- numru ta' persuni b'diżabilita' li jattendu f'kull ċentru.", "Id-deċiżjoni li jkun hemm assistent kap minbarra l-kap taċ-ċentru ta' l-adulti ta' Għajnsielem ittieħdet fid-dawl ta' dik id-deċiżjoni preċedenti.", "Hemm 12-il impjegat fiċ-ċentru tat-taħriġ ta' Għajnsielem li jinkludu kap, assistent kap, 2 care workers, 4 assistenti care workers u 4 assistenti soċjali każwali.", "PSC - ADULT TRAINING CENTRE", "7535.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'wieġbet il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku għall-punti mqajma fl-ittra li rċeviet mingħand il-GWU bid-data tat-12 ta' April, 1999 dwar il-mili ta' post ta' kap fl-adult training centre?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat li l- kummissjoni jidhrilha li m'għandiex tagħmel pubbliku korrispondenza li hi jkollha ma organizzazzjonijiet jew persuni li jikkomunikaw magħha.", "MIA - Y2K", "7605.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 7094, ċioe' jista' jgħid jekk l-MIA ħatritx kumitat jew board fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-millennium bug?", "Jekk fl- affermattiv, min huma l-membri tiegħu?", "Hemm xi konsulenti oħra barra l-impjegati tal-MIA li qegħdin jgħinu lill- MIA f'din il-problema?", "Jekk hemm konsulenti oħra, kemm se tkun l-ispiża ta' din il-konsulenza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L-MIA ħatret kumitat fi ħdanha biex jara li l-ajruport u t-terminal jibqgħu jaħdmu fil- bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-Y2K.", "Il-membri ta' dan il-kumitat huma kollha mpjegati ta' l-MIA.", "Il-kumpannija appuntat ukoll konsulenti biex jgħinuha f'dan l-eżerċizzju.", "MIA - TAXYING GUIDANCE LIGHTS", "7606.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-taxying elective guidance fuq park 9 hijiex qegħda fil-fatt tiffunzjona kif oriġinarjament speċifikat fis-sejħa għal offerti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-sistema tat-taxying guidance lights fuq park 9 qegħda fil-fatt tiffunzjona bl-istess mod kif kienet ġiet mgħoddija lill- MIA mingħand id-dipartiment ta' l-avjazzjoni ċivili fl-ewwel ta' Mejju 1998.", "Din is-sistema kienet damet ma titħaddem għal ħafna snin wara li nxtrat.", "L-MIA qed tikkonsidra l-aħjar azzjoni li għandha tittieħed minħabba l- fatt li xi partijiet minnha saru obsolete.", "MR SPEAKER: Onor. Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk iċ- chairman u ċ-chief executive humiex l-istess persuna, jew inkella hemm persuna differenti għal dawn iż-żewġ postijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun aħjar jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub fuq din il-materja.", "AJRUPORT - OPERAT", "7607.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 7125, ċioe' jista' jgħid jekk l-operat ta' l- ajruport ta' Malta huwiex se jkun affettwat mill-millennium bug?", "Jista' jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti, u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000, mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi wżati kemm fil-kontroll tat- traffiku ta' l-ajru kif ukoll is-sistemi tan-navigazzjoni u radars, jieqfu ħesrem?", "X'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jseħħx?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Waħda mill-ewwel affarijiet li għamel il-bord tad- diretturi preżenti kien li appunta working group fi ħdan il-kumpannija biex jiġi assigurat li l-operat ta' l-ajruport ta' Malta ma jiġix affettwat mill- Y2K, kemm f'Awissu kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000.", "Ix-xogħol meħtieġ biex jiġi assigurat bl-aħjar mod possibbli li s-sistemi kollha jinkludu s-sistemi wżati, kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radars biex dawn ma jiġux affettwati bil-problema tal-Y2K, sar jew wasal biex jintemm.", "AJRUPORT - RUNWAY PRINĊIPALI", "7608.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 7124, ċioe' jista' jgħid meta beħsiebu jirranġa s-subsidence li hemm fuq ir-runway prinċipali, billi dan ix-xogħol jidher li ġie abbandunat wara l-elezzjoni li għaddiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li din is-subsidence ilha preżenti għal iżjed minn għaxar snin.", "Il-flus meħtieġa biex tiġi rranġata s-subsidence li hemm fuq ir-runway prinċipali ġew approvati mill-bord tad-diretturi preżenti ta' l-MIA f'Marzu ta' din is-sena.", "Kien ġie kkummissjonat survey ta' l-area mill-istess bord biex jiġi kkwantifikat ix-xogħol meħtieġ.", "Fuq bażi tar-riżultat ta' dan is-survey, il- kumpannija se titlob offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "SKEJJEL - TIPJIP/ALKOĦOL", "7629.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni matul is- sena skolastika li dalwaqt tintemm biex tkabbar l-awareness fost l- istudenti kontra t-tipjip u alkoħol fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "QRATI - LISTA TA' PREĊEDENZA", "7630.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu biex il-lista ta' preċedenza - li hemm riferenza għaliha f'mistoqsijiet parlamentari numri 6953 u 7329 - issir waħda aċċettabbli?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li kont tajt bi tweġiba għad-domanda numru 7329.", "POWER STATION - DELIMARA", "7632.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Matul is-snin li ġejjin, jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tkun qed tintuża iżjed it-teknoloġija tal-combined cycle fil-power station ta' Delimara?", "Meta hemm il-ħsieb li l- power station ta' Delimara tiġġenera iżjed elettriku minn issa biex jonqos il-bżonn tal-power station tal-Marsa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa qed isiru t-testijiet finali tal-combined cycle plant f'Delimara.", "Hu ppjanat li dan l-impjant jibda jiġi użat fuq bażi regolari minn Lulju li ġej.", "Fil-futur hemm il-possibbilta' li jsiru blocks oħra ta' combined cycle plant f'Delimara u għalhekk ġie allokat spazju għal dan il-għan.", "Bl-użu tal-combined cycle plant hu maħsub li l-proporzjon ta' l-enerġija elettrika mill-Marsa tonqos minn 60% għal 40%, waqt li fl-istess ħin l- impjant tal-Marsa jiġi mmodernizzat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASICAK: Mr Speaker, jista' l-Ministru jindikalna x'effetti ambjentali pożittivi se jkollu l-użu tal-combined cycle?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett il-combined cycle ma taħdimx bil-fuel oil imma taħdem bil-gas oil jew bid-diesel.", "Dan naturalment jippermetti li wieħed juża fuel li għandu content ta' sulphur ferm inqas, apparti li huwa wkoll ferm iktar effiċjenti l-mod kif jaħdem u jinħaraq.", "It-tieni punt huwa li l-combined cycle taħdem fuq il-prinċipju fejn għandek turbina li taħdem bid-diesel li tipproduci s-sħana u din is-sħana tħaddem steam turbine oħra.", "Minħabba f'hekk tintuża għall-massimu possibbli l-enerġija li terġa' tinħaraq biex twassal għall-ġenerazzjoni ta' l- elettriku.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-effiċjenza ta' steam boiler normali hija ranked madwar 30% waqt li dik tal-combined cycle titla' għal madwar 49%.", "Dan ifisser li għandek żieda sostanzjali fuq l-effiċjenza u dan minħabba li s-sħana taż-żewġ gas turbines fil-combined cycle tiġġenera steam turbine, li mbagħad din tiġġenera d-dawl ukoll.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin nieħdu ħsieb l-ambjent billi mhux biss nużaw fuel aħjar imma billi l-fuel jiġi wżat b'mod iktar effiċjenti.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fir-rigward tal-Marsa għad hemm sistema mħaddma bil-fuel oil u l-pjan ta' l-Enemalta huwa li fi żmien qasir - nisperaw fi żmien xahrejn jew tlieta - inkunu nistgħu nibdew nużaw fuel oil li jkollu sulphur content ferm inqas minn dak li ġie wżat s'issa.", "Dan il- fuel oil għandu sulphur content ta' madwar 1% minflok 3.5%.", "Dan irrikjeda ċertu investiment fil-fuel injection system.", "Dan ix-xogħol iwassal ukoll biex innaqqsu l-ammont ta' dħaħen, speċjalment dawk li jkollhom ċertu livell ta' kubrit.", "Kif irrispondejt fil-mistoqsija, il-pjan huwa li s-sistema tal-Marsa tiġi mmodernizzata u forsi tiġi nstallata sistema ta' combined cycle hemmhekk ukoll li twassal għal ferm iktar effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, dan li għadu kemm qal il-Ministru jfisser li m'hemmx il-ħsieb li tingħalaq il-power station tal-Marsa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-pariri tekniċi kollha huma li ma jkunx għaqli li wieħed ineħħi kompletament il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku minn hemmhekk.", "Wieħed jista' jagħmel ħafna affarijiet biex itejjeb il-mod kif l-elettriku jiġi ġġenerat.", "Idealment jiġi wżat fuel bħal natural gas, imma naturalment dan għad m'għandniex f'Malta.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-Marsa hemm gas turbine u l-boilers 7 u 8 li huma relattivament ġodda, allura ma nistgħux nitilfu dan il-makkinarju u din il-capacity.", "F'pajjiżna d-dawl huwa xi ħaġa ta' interess nazzjonali għax bla dawl ma tistax taħdem.", "Huwa veru li l-użu ta' l-impjant tal-Marsa se jonqos pero' xorta se jkollu jibqa' jsir.", "Huwa antiċipat li l-boilers 1 sa 4 'il quddiem jitneħħew.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, fir-risposta li ta l-Ministru qed jindika li l-livell ta' sulphur dioxide emissions miċ-ċumnija tal-power station se jonqos drastikament.", "Dan huwa pass tajjeb ħafna.", "L-aħħar studju ta' l-arja li sar indika li hemm raffinerija tal-petroleum fi Sqallija li l- emissions tagħha qegħdin jiġu fuq Malta u qegħdin jaffettwaw il-livell ta' sulphur dioxide fil-gżejjer Maltin.", "Dan veru?", "Saret xi rappreżentazzjoni mal-Gvern Taljan fuq din il-kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Hawnhekk m'għandix l-informazzjoni u għalhekk nitlob lill-Onor. interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk jikkonfermax dak li kien jingħad fil-passat dwar il-bżonn li tinbena l-power station ta' Delimara sabiex ftit ftit matul iż-żmien il-power station tal-Marsa tingħalaq għal kollox.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar x'monitoring qed isir qrib il-power station ta' Delimara sabiex niżguraw li ma jkunx hemm periklu għar-residenti ta' l- inħawi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien m'għandi ebda indikazzjoni li xi darba kien hemm xi ħjiel li l-bini ta' power station ġdida f'Delimara kien se jfisser l-għeluq ta' dik tal-Marsa.", "Jekk l-Onor. interpellant għandu xi riferenza bħal din, napprezza jekk jirriferiha għandi biex inkun informat ukoll.", "Il- pjan kien li ma stajniex nkomplu nkabbru dik tal-Marsa u allura ridna nsibu sit ieħor.", "Irridu niftakru li llum noqorbu l-500 KW ta' ġenerazzjoni bl- impjant il-ġdid u dan ifisser li biex inti tpoġġi dik il-ġenerazzjoni kollha f'post wieħed, se jkollok xi ħaġa massiva.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar l-emissions minn Delimara, tajjeb li wieħed jgħid li l-ewwelnett iċ-ċumnija ta' Delimara hija ferm ogħla miċ-ċmieni tal-Marsa għax fiha madwar 154 metru.", "Dik weħidha diġa' twassal biex l-emissions ikunu qegħdin fuq livell iktar għoli u dan iwassal biex allura jkollok dispersion aħjar.", "It-tieni nett, bil-combined cycle li se tiġi wżata hemmhekk il-fuel emission se jkun ferm iktar nadif, b'sulphur content ferm inqas.", "Din il- combined cycle ukoll se twassal biex it-tinġis ikun fuq livell aċċettabbli.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar studenti bniet li ħarġu tqal matul is-sena 1998-1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7744.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mill-15 ta' Ġunju 1999.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Grazzi, Mr Speaker.", "Għal darb' oħra għandna quddiemna riżoluzzjoni dwar ħlasijiet ta' fondi lill-kunsilli lokali għal ħteġijiet speċjali u din hija opportunita' għad-deputati kollha sabiex iwasslu leħinhom dwar x'qed jolqot ħażin lid-distrett tagħhom.", "Ta' min ifakkar hawnhekk li l-kunsilli lokali jirċievu fondi minn żewġ għejjun, il-fondi ordinarji li jiġu vvotati waqt l-estimi ġenerali u dawk li qed niddiskutu llum, li huma l-fondi għal ħteġijiet speċjali.", "Ta' min jgħid ukoll li l-fondi ordinarji jingħataw lil kull kunsill skond formola li fiha jiġu kkonsidrati l-area u l-popolazzjoni ta' kull lokal biex dawn ikunu biżżejjed għall-ispejjeż li jinvolvu x-xogħol li skond il-liġi għandu jsir minn kull kunsill lokali.", "Għalhekk, Mr Speaker, ikun importanti li niċċaraw li l-fondi allokati jkunu għallinqas biżżejjed sabiex ix-xogħol li hu dovut li jsir minn kull kunsill lokali jsir b'mod effiċjenti.", "Ikun xieraq ukoll li nippubblikaw lista tad-doveri tal-kunsilli lokali u naħseb li importanti li nagħtu spjega ċara liċ-ċittadini dwar x'suppost isir minn dawn il-kunsilli.", "Jekk nagħmlu dan żgur li jonqos it-tgergir lejn il-kunsilli lokali u ċ-ċittadini japprezzaw aktar is-servizz volontarju li dawn qegħdin joffru.", "Illum wara ħames snin ta' esperjenza, żgur li għandna ideat u opinjonijiet differenti dwar l-effettivita' ta' kull kunsill lokali.", "Il-ħsieb li jitwaqqfu l-kunsilli lokali kien tajjeb għaliex wara kollox il-kunsilli lokali huma magħmula min-nies li jiġu mil-lokal u li jafu l-lokal tajjeb.", "Barra minn hekk, in-nies tal-lokalita' jkunu jafu lill- kunsillieri, li min-naħa tagħhom ikunu jafu bil-problemi u bix-xewqat taċ- ċittadini tal-lokal u jaġixxu sforz l-imħabba ġenwina li għandhom lejn il- lokal tagħhom.", "F'dawn l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kellna bidla sostanzjali għaliex il-Partit Laburista ddeċieda li jikkontesta bħala partit minħabba dak li aħna qisna li qed ikun defiċit dekomkratiku fil-kunsilli lokali.", "Minkejja dan aħna nibqgħu fil-pożizzjoni li dejjem sostnejna li lesti nirtiraw minn dawn it-tiġrijiet, dejjem jekk il-Partit Nazzjonalista jkun ta' l-istess ħsieb.", "Qed ngħidu hekk għaliex nemmnu li l-kunsilli lokali għandhom ikunu 'l bogħod mill-politika partiġjana.", "Naħseb li minħabba dan il-fatt żgur li se nibqgħu nitilfu nies tajbin u nies li għandhom imħabba sinċiera lejn il-lokalita' tagħhom mhux għax ma jkollhomx xi timbru politiku fuqhom - għaliex naħseb li kull ċittadin għandu xi kulur - iżda ma jkunux iridu joħorġu f'isem partit politiku.", "Dawn joħorġu bħala indipendenti u minħabba f'hekk naħseb li ħafna minnhom jibqgħu l-art.", "Diġa' kellna prova ċara fl-aħħar elezzjonijiet, fejn kellna nies validi għall- aħħar imma minħabba l-fatt li ħarġu fuq bażi indipendenti dawn baqgħu l- art.", "Fl-elezzjonijiet li se jkollna fil-futur qarib naħseb li se nibqgħu nitilfu nies li jħobbu l-lokal tagħhom u nies li lesti jaħdmu b'mod volontarju iżda m'humiex lesti li jkunu fil-kunsill lokali f'isem xi partit politiku.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa rigward it-tqassim tal-fondi ordinarji.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li jkun hemm formola ġdida ta' kif dawn jitqassmu.", "Qed ngħid dan għaliex f'ċerti areas hemm ħafna problemi soċjali u ambjentali u naħseb li qed ikun diffiċli għall-aħħar għall-kunsilli ta' dawn il- lokalitajiet li jlaħħqu ma' l-ispejjeż kbar li jinvolvu dawn il-ħteġijiet.", "Dawn iridu aktar flus minn dawk ivvotati lilhom sabiex ilaħħqu ma' l- ispejjeż u sabiex iżommu l-lokal tagħhom aħjar u kif jixtiequ r-residenti.", "Żgur naqblu li l-ibliet tal-Kottonera, fost oħrajn, jixirqilhom ħafna iktar fondi milli fil-fatt qegħdin jingħataw bħalissa.", "Naħseb li l-idea li fil- futur il-kunsilli lokali ikunu jistgħu jiġbru fondi permezz ta' xi tip ta' liċenza, xi taxxa jew xi multa hija idea tajba pero' nisperaw li din ma tkunx xi mezz kif inżidu l-piżijiet fuq iċ-ċittadini.", "Mr Speaker, fil-gżejjer Maltin għandna 67 kunsill lokali li xi 11 minnhom huma bliet u l-oħrajn huma rħula li fil-popolazzjoni tagħhom iġibu ftit mijiet.", "Minħabba f'hekk nemmen li għandna nikkonsidraw il-konċett tar- reġjonalita' fejn ikollna kollaborazzjoni u ħidma flimkien bejn kunsilli lokali li jkunu viċin xulxin.", "M'inix qed ngħid li jkollna kollaborazzjoni bejn kunsill li qiegħed fin-naħa ta' fuq ta' Malta u ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta iżda qed nirriferi għal kunsilli li jkunu viċin xulxin u li jmissu ma' xulxin.", "Qed ngħid dan għaliex jekk ikun hemm xi kuntratt, naħseb li jekk ikun fuq area ħafna akbar il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jiffrankaw mill-ħlasijiet li jagħmlu sabiex dak il-kuntratt jiġi esegwit.", "F'moħħi bħalissa għandi l-kunsilli lokali tal-Kottonera.", "Il-problemi li hemm f'dawn l-ibliet antiki u bi storja żgur li huma problemi komuni għat- tliet kunsilli lokali.", "Għandhom ukoll interessi komuni u wara li għal snin twal tħallew abbandunati, illum jinsabu bi front magħqud sabiex iġibu dak li tilfu tul is-snin u jkunu jistgħu jgawdu wkoll bħalma gawdew partijiet oħra ta' Malta.", "Kien għalhekk li l-gvern Laburista kien waqqaf il-Cottonera rehabilitation committee, li jiena nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuqu.", "Mr Speaker, f'dan il-kumitat kellna wkoll membri mill-kunsilli lokali u dan sabiex ma jinħolqux konflitti bejnhom u bejn dan il-kumitat maħtur mill- gvern.", "Bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali, il-Cottonera rehabilitation committee għamel xogħol mill-aħjar u bis-serjeta' u fost dawn insemmi x-xogħol verament mill-isbaħ li sar f'Couvre Porte fil-Birgu.", "Hemmhekk kien hemm trejqa f'area verament antika li kienet mogħtija t- tarmac u li ġiet irranġata b'mod li saret kompatibbli għall-aħħar mal-bini li jmur sekli lura.", "Dakinhar ix-xogħol sar permezz tal-Cottonera rehabilitation committee li kien qabbad nies tal-gvern.", "Wara li sar dan ix- xogħol, din l-area għaddiet f'idejn il-kunsill lokali sabiex jibqa' jieħu ħsiebha hu.", "Ta' min jgħid li llum din l-area tiġbed ħafna turisti.", "Mr Speaker, illum x'sar mill-Cottonera rehabilitation committee?", "Fuq ġurnal il-bieraħ qrajt li l-Cottonera rehabilitation committee ħareġ xi stqarrija pero' safejn naf jien illum dan il-kumitat m'huwiex imwaqqaf.", "Nispera li jekk jitwaqqaf dan ma jkunx magħmul min nies ta' naħa waħda biss.", "Nispera wkoll li dan mhux isir biex sempliċement nikkuntentaw lil xi wħud.", "Nispera li meta jsir dan il-kumitat ikompli jagħmel dak ix-xogħol mistenni minnu u nispera wkoll li dan ix-xogħol ikun apprezzat miċ- ċittadini tat-Tlett Ibliet.", "Mr. Speaker, fi 22 xahar il-Partit Laburista għamel ħafna xogħol għal dawn in-naħat.", "Kien, per eżempju, ħejja pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa t'isfel ta' Malta, saru ħafna laqgħat, ġew mistednin is-soċjetajiet kollha - inkluż dawk soċjali, dawk tal-baned u tal-football minn tnax-il lokalita' - u flimkien, wara xhur ta' konsultazzjoni, dawn ħejjew pjan soċjo- ekonomiku ambjentali għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dak kien pjan serju li jinvolvi xogħol kbir u jikkonsisti f'erba' volumi ta' ħsebijiet u proposti ta' x'jixtiequ jaraw li jsir fl-ibliet u fl-irħula tagħhom.", "Kienu ħarġu ħafna ideat u ħafna proposti li nittama li issa ma jitpoġġewx fuq l- ixkaffa.", "Nittama li ħafna minnhom jiġu attwati skond ix-xewqat tan-nies tan- naħa t'isfel ta' Malta.", "Mr Speaker, naħseb li ħafna minna tul il-kampanja elettorali ltqajna ma' kummenti kemm pożittivi kif ukoll negattivi dwar l-istat ta' xi area li nkunu qegħdin inżuru.", "Tiltaqa' ma' kummenti fejn jgħidulek li huma minsijin u li ħadd ma jagħti kashom u ħafna minn dawn jippuntaw subgħajhom lejn il- kunsilli lokali, anke jekk forsi dak li jkunu qegħdin igergru fuqu ma jkunx responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Kif għedt qabel, naħseb li hemm bżonn li nagħmluha ċara x'inhi l-funzjoni tal-kunsilli lokali - u dan joħroġ anke mill-white paper li tqassmet il-bieraħ - u fost dawn nixtieq insemmi responsabbiltajiet ta' ġbir ta' skart, tindif tat-toroq u provvista ta' skips, meals-on-wheels, tindif ta' bajjiet, żamma ta' latrini pubbliċi, żamma ta' ġonna u nħawi pubbliċi, żamma ta' marki tat-toroq u sinjali tat- traffiku u manutenzjoni ta' toroq.", "Jidher li ħafna miċ-ċittadini ma jafuhomx dawn l-obbligi u għandhom idea li kunsill lokali għandu xi poteri daqs il-gvern ċentrali.", "Mr. Speaker, sabiex ikollna aktar effettivita' tal-kunsilli lokali, naħseb li hemm bżonn ta' liaison aktar tajjeb u aktar serju bejn il- kunsilli lokali u d-dipartimenti tal-gvern li x-xogħol tagħhom huwa essenzjali għaċ-ċittadini.", "Ħafna min-nies imorru l-kunsilli lokali biex jagħmlu rapporti dwar xi qtugħ ta' bozza, nuqqas ta' ilma, fawran tad- drenaġġ jew xi tkissir ta' bankina, iżda minkejja l-fatt li l-kunsill lokali jressaq l-ilment lid-dipartiment involut, xi kultant idumu ġimgħat sakemm jieħdu risposta u ġimgħat oħra sakemm isir ix-xogħol.", "Dawn huma problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom jum wara l-ieħor il-kunsilli lokali.", "Minħabba dawn l-affarijiet iċ-ċittadini jibdew jitilfu l-fiduċja fil-kunsilli lokali.", "Jekk veru nemmnu fix-xogħol li qed jagħmlu l-kunsilli lokali, hemm bżonn li tinqata' din il-burokrazija żejda sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar.", "Issa, Mr Speaker, xtaqt nasal sabiex nagħmel ftit kummenti dwar x'ħidma nixtieq nara aktar min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Aħna ngħidu li rridu aktar diċentralizzazzjoni - jew aħjar diċentrament - pero' rridu naraw ukoll kif se jiżdied ix-xogħol għall-kunsill lokali.", "Minħabba f'hekk il-kunsilli lokali jippretendu li jkollhom aktar fondi u aktar ħaddiema biex jesegwixxu dawn ix-xogħlijiet.", "Per eżempju, nixtieq nara wkoll li f'kull kunsill lokali jitwaqqaf neighbourhood watch sabiex ikollna ġlieda aktar serja u aktar effettiva kontra s-serq u kontra l-abbuż tad-droga.", "F'ġurnal illum rajt rapport dwar x'qed ikun hemm fil-foss taħt il-kunsill lokali tal- Birgu.", "Hija verament ħaġa ta' qsim il-qalb li tara persuna żagħżugħa titlef ħajjitha minħabba abbuż ta' droga u jiena nippretendi li kull ċittadin li jara dawn l-abbużi għandu jkollu d-dover li jirrapporta sabiex tittieħed azzjoni immedjata mill-pulizija.", "Meta nonqsu milli nagħmlu dan id-dover inkunu qegħdin nonqsu milli ngħinu lis-soċjeta'.", "Fost xogħol ġdid li se jagħmlu l-kunsilli lokali hemm ukoll il-ġbir ta' trading licences.", "Naħseb li dan kien pass tajjeb li permezz tiegħu dak li jkun jinqeda aħjar mingħajr ma jkollu għalfejn joqgħod imur id-depot sabiex iħallas dawn il-permessi.", "F'ċerti kunsilli lokali wkoll għandna ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u xtaqt forsi nikkonsidraw li jkollna wkoll il-ġbir tal-kirjiet.", "Illum ħafna mill-kirjiet tal-postijiet tal-gvern jitħallsu l-Baviera u naħseb li ħafna nies isibuha diffiċli ħafna sabiex jinżlu dik in-naħa tal-Belt.", "Fil-futur anke' l-ħlas tal-liċenzji tal- karozza jistgħu jsiru fil-kunsilli lokali.", "Hawn, Mr Speaker, nixtieq infaħħar l-inizjattiva ta' l-awtorita' tad-djar li ftit tax-xhur ilu ħabbret li membri ta' l-istess awtorita' kienu se jmorru fil-kunsilli lokali tal-Kottonera darba fix-xahar biex min ikun interessat f'xi skemi li qiegħda toffri l-awtorita' tad-djar ikun jista' jmur jistaqsihom għall- informazzjoni.", "B'hekk, Mr Speaker, inkunu qegħdin nagħmlu użu akbar mill- uffiċji tal-kunsilli lokali, kif ukoll iċ-ċittadini nressquhom aktar viċin lejn il-kunsilliera li qegħdin jagħmlu xogħol volontarju verament minn qalbhom.", "Mr Speaker, il-gvern Laburista kellu kritika ħarxa li kien naqqas il- fondi lill-kunsilli lokali.", "Minkejja li forsi dan hu minnu, aħna m'għabbejniex lill-kunsilli lokali b'dak li ma kienx fil-kompetenza tagħhom u eżempju klassiku ta' dan hija Zabbar Road.", "Taħt il-gvern Nazzjonalista kien hemm min qal li din m'hijiex arterial road u allura kellu jagħmillha l- kunsill lokali tal-Fgura, li ovvjament ma kellux fondi biżżejjed biex jagħmilha.", "Il-gvern Laburista nduna b'dan il-fatt u minkejja li forsi m'hijiex arterial road, ħaseb sabiex jagħmel minn din it-triq proġett pilota ta' kif għandhom isiru t-toroq.", "Hemmhekk sar xogħol verament serju li llum huwa apprezzat ħafna mir-residenti tal-Fgura u minn dawk li jużaw din it-triq.", "Illum din it-triq hija xempju ta' kif għandhom isiru x- xogħlijiet, għax anke s-servizzi ta' l-ilma, tad-drenaġġ, tal-cable television u dawk tal-Maltacom kollha saru taħt il-bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq.", "Dan sabiex jekk fil-futur ikun hemm xi ħsarat ma jkunx hemm għalfejn tinqala' t-triq imma sempliċement jinqalgħu l-bankini.", "L-istess nistgħu ngħidu għar-roundabouts ta' ħdejn il-Malta Shipbuilding.", "Hawnhekk ma ddeċidejniex li nfarfru minn fuq spallejna u ngħabbu lil xi kunsill lokali li huwa responsabbli minn dik l-area.", "Huwa veru li hemmhekk kien hemm proposta li issir fly-over iżda minħabba problema ta' finanzi sar dak ix-xogħol ta' traffic-lights, li permezz tiegħu spiċċaw it-traffic jams li konna mdorrijin bihom.", "Mr Speaker, bħalma jaf kulħadd sar ukoll xogħol f'Buġibba.", "Dan ix-xogħol sar bejn ministeri differenti u huwa xogħol li sar bis-serjeta'.", "Dan sar qabel beda l-istaġun tas-sajf u bil-ħidma tan-nies tal-gvern u ta' xi kuntratturi Buġibba nbidlet mill-lejl għan-nhar.", "F'dan il-każ hemm bżonn li dak li għamilna bi flus il-poplu nindukrawh għaliex jidher li f'Buġibba qed ikun hemm abbandun u telqa sħiħa minkejja li qegħdin fl-aqwa staġun tat- turisti.", "Ħidma oħra li saret fi żmien gvern Laburista kien ix-xogħol fl-iskejjel.", "Minkejja li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien hemm min qal", "li l-problemi fl-iskejjel kienu jikkonsistu biss f'xi ħġieġa mkissra 'l hawn u 'l hemm, rapport li kien tħejja mill-ministeru ta' l-edukazzjoni kien kixef ħsarat kbar li kellhom bżonn rimedju mmedjat.", "Għalhekk il-gvern Laburista qabbad lill-kunsilli lokali sabiex jieħdu ħsieb li jkun hemm dik il-manutenzjoni neċessarja fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex.", "Dan kien proġett pilota li rnexxa għax fl-ewwel sajf kien sar xogħol ta' manutenzjoni fuq 23 skola.", "Minbarra dan nistgħu niftaħru wkoll li kull xogħol kien lest qabel bdiet is-sena skolastika sabiex l-istudenti sabu l- iskola u l-klassijiet tagħhom f'dehra ħafna aħjar.", "Issa xtaqt nagħmel ftit kummenti dwar l-ilmenti li kelli waqt home visits li qed nagħmel fil-lokalitajiet li nirrappreżenta.", "Fost dawn insemmi numru kbir ta' toroq li m'humiex asfaltati li qegħdin joħolqu dwejjaq kbar u tgergir mir-residenti li jgħixu fihom speċjalment fix-xitwa.", "Per eżempju, insemmi Triq Paċifiku Scicluna u Triq San Ġwann fil-Fgura.", "Dawn it-toroq jinsabu fi stat verament tal-biża'.", "Kellna wkoll protesti mir-residenti ta' dawk in-naħat u minkejja li forsi gvern Laburista kien wegħidhom u kien kważi wasal sabiex jibda dawn it-toroq, jidher li llum dan il-piż intefa' fuq il-kunsill lokali.", "L-istess nista' nsemmi Triq il-Papa Alessandru u Triq il-Baħrija f'Ħaż-Żabbar.", "Dawn huma toroq li qishom qegħdin f'pajjiż fi stat ta' gwerra; tgħaddi bil-karrozza qisek għaddej minn toroq fil- kampanja.", "Imbagħad nixtieq insemmi wkoll l-abbandun sħiħ li hemm f'garden structures, li qishom ġardini żgħar li kienu nħolqu meta nbnew numru kbir ta' housing estates.", "Dawn insibuhom f'numru ta' housing estates u fost dawn insemmi dak ta' San Ġwann t'Għuxa f'Bormla.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar id-dar ta' l-anzjani li qegħda tinbena f'Bormla.", "Verament kull xogħol li huwa neċessarju għandu jsir iżda jiena nittama li kull meta tiġi biex tinqala' triq ikun hemm aktar ippjanar.", "Ċerti toroq fl-area ta' madwar id-dar ta' l-anzjani inqalgħu darba, darbtejn u anke tlieta.", "Fost dawn insemmi Triq San Ġużepp, li tiġi side street mad-dar ta' l-anzjani, li nqalgħet u fiha gandotti kbar.", "Ta' min jgħid li f'din it-triq hemm il-bieb ta' l-iskola primarja u l-istudenti ta' din l-iskola qed ikollhom jgħaddu minn fuq il-fallakki b'periklu kbir għalihom.", "Jiena nittama li f'dawn it-tip ta' toroq ikun hemm aktar organizzazzjoni u ppjanar ferm aħjar.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kulur użat għad-dar tal-anzjani.", "Din inżebgħet kulur oranġjo skur u anke' jekk toħroġ minn fejn Kastilja din taraha qisha monstru tiela' minn qalb bini storiku.", "Jiena ftit tal-ġranet ilu għamilt mistoqsija parlamentari lill-ministru responsabbli dwar dan il-kulur u dwar kif qatt seta' ntgħażel u l-ministru qalli li dan il-kulur ġie approvat mill-awtorita' tal-ippjanar.", "Il-ministru qalli wkoll li dawn il-kuluri għandhom l-intenzjoni li jsebbħu u jqajmu ftit l-ambjent u li se jkunu jaqblu ma' ġnien li se jinbena f'dawk in-naħat.", "F'dawn il-jumejn li għaddew ukoll kellna anke' lment min-naħa ta' Din l-Art Ħelwa rigward il- kulur użat u jiena nixtieq nikkwota mir-rapport ta' Joe Azzopardi, assistent editur tal-Vigilo, li hija pubblikazzjoni ta' Din l-Art Ħelwa, illi deher f'The Times:", "''The height and style of the building were already incongruous with its historic surroundings but this final act underlines, if need be, the insensibility with which our constituted bodies and some of our so called professionals trade the architectural heritage of this island.", "The building in its final appearance is an environmental and historical disaster.''", "Jidher li mhux xi individwi biss iżda anke' minn hu kompetenti f'dawn l- affarijiet qed jara li dan il-kulur ma jaqbilx ma' l-ambjent ta' madwar din id-dar.", "Biex tkompli tagħqad, issa jidher li l-aperturi ta' l-istess dar ta' l-anzjani se jsiru ta' l-aluminium, ta' kulur ċelesti jgħajjat.", "Jiena ngħid: Qed isir kollox kif suppost?", "Dawn huma kuluri li jixirqu lokal bħal Bormla?", "Mill-banda l-oħra, ma nistax nifhem kif dan kollu ġie aċċettat meta fil-każ ta' residenza privata jew ta' ħanut ikun hemm attakki kontinwi mill- membri ta'l-awtorita' ta' l-ippjanar sabiex il-faċċati u t-twieqi ta' l- aluminium jinbidlu u jsiru ta' l-injam.", "Għaliex hawnhekk qed ikollna two weights and two measures?", "Mr. Speaker, dan il-gvern jiftaħar bil-konsultazzjonijiet kontinwi li jagħmel mal-kunsilli lokali u hawn nixtieq insemmi każ fejn naħseb li l- konsultazzjoni ma ġietx prattikata.", "Qed nirriferi għall-bini ta' crisis intervention centre ġewwa Bormla.", "Hawnhekk qed ngħidu li se jkollna dar li se tkun residenza għal persuni bi problemi tad-droga u persuni bi problemi familjari.", "Ma nixtieqx nipprova nnaqqas il-mertu mix-xogħol u mill-ħidma li hemm bżonn għal dawn in-nies, iżda naħseb li hemm bżonn li nieħdu in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni li saret kemm mill-kunsill lokali kif ukoll mir-residenti.", "Jiena nittama li din il-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali f'dan il-każ tiġi pprattikata.", "Mr. Speaker, xi ngħidu għall-proġett tal-Kottonera li llum ġie approvat minn dan il-parlament u anke' ġie ffirmat?", "Huwa veru li kellna konsultazzjoni mal-kunsilli lokali?", "Minn dak li niltaqa' miegħu, jidher li ħafna mill-kunsilli lokali lanqas biss kienu jafu x'qed jiġri fil-lokalita' tagħhom.", "U dan jista' forsi jixhdu anke' l-fatt li kellna lil min oġġezzjona sabiex membri mill-kunsilli lokali jitilgħu jixhdu u jagħtu l- opinjonijiet tagħhom waqt il-laqgħat tal-PAC.", "Jiena nixtieq nibda' mill- bajja tar-Rinella, li hija l-unika bajja li għandna f'dawk in-naħat.", "Din il- bajja hija l-uniku svog li għandhom fis-sajf ħafna residenti mill-Kottonera u li fiha diġa' hemm il-problema serja tat-tank cleaning farm.", "Issa f'daqqa waħda qed niddeċiedu li ngħabbuha bi problema oħra ta' hard-standing facilities u yacht repair yard.", "Naħseb li minkejja li hawn min jirraġuna li mhux se jkollha impatt negattiv, nixtieq li xi ħadd jgħidli jekk jafx lil xi ħadd ieħor li jmur jgħum fejn ikun hemm yachtyard.", "Jiena nittama li din il-klawsola titneħħa u nittama wkoll li jekk din l-area tinbidel ma biċċa art oħra, din ma tkunx xi biċċa art f'Dockyard Creek.", "Nittama wkoll li l- hard-standing facilities ma jsirux f'Xatt ir-Risq, fejn is-cement stores, kif bosta nies qegħdin jgħidu li se jiġri.", "Naturalment il-Kottonera hija magħmula minn Bormla, l-Birgu u l-Isla u llum hawn min qed idaħħal il-Kalkara wkoll.", "U allura ngħid: Bormla fiex inhi mdaħħla f'dan il-proġett?", "F'dan il-proġett Bormla se tintuża' biss sabiex minnha jgħaddi t-traffiku u sabiex forsi nsaħħu s-sistemi tad- drenaġġ, ta' l-ilma u d-dawl.", "X'se jsir mill-proġett tal-baċir numru wieħed, li tant ilu mixtieq u mistenni mir-residenti ta' Bormla?", "Dan il- baċir ftit li xejn jintuża' u minn mistoqsija parlamentari li għamilt jien stess joħroġ li f'dawn l-aħħar tliet snin ma ntużax għal iktar minn 500 ġurnata.", "Jiena nemmen li hemm bżonn li Bormla u r-residenti tagħha jingħataw dak li ilhom imċaħħdin minnu u dak li ġġieldu kontra tiegħu anke 150 sena ilu meta kien se jitwaqqaf.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kont mistieden għal attivita tal-kunsill lokali ta' Bormla, fejn kien hemm ukoll preżenti l-President ta' Malta, li laqatni b'kelmtejn li għamel dakinhar.", "Fost kollox, l-Eċċellenza Tiegħu qal li Bormla tat ħafna lil Malta iżda ftit li xejn ħadet lura.", "Għalhekk naħseb wasal iż-żmien tal-kontijiet man-nies ta' Bormla sabiex dak li ilhom tant jistennew għal snin sħaħ jingħata lilhom bħala rigal tal-millennju.", "Il-proġett tal-Kottonera l-aktar li jikkonċerna huwa lil-lokal tal-Birgu, fejn jidher li se jsir proġett sħiħ fl-area kollha mill-monument sal-ponta ta' Sant'Anġlu.", "Nixtieq insemmi l-bini ta' 110 appartament li se jinbnew taħt Sant' Anġlu, iħarsu lejn Bighi, bħala parti mill-proġett.", "Dawn qed insejħulhom luxury apartments u nispera li l-mod kif jinbnew dawn l- appartamenti ma jostakolawx il-veduta tal-bini li hemm fuq it-triq li tagħti għal Sant' Anġlu.", "Ta' min ikun jaf ukoll ta' kemm-il sular se jkun dan il-bini u fuq kemm medda art se jinbena.", "Bħala parti mill-proġett għandna wkoll bini ta' casino' fil-Birgu.", "Hawnhekk qed nagħtu casino' b'liċenza ta' Lm100 meta casino' li sar ftit xhur ilu kien ingħata b'liċenza ta' Lm400, 000 u dan fuq proprjeta' privata.", "Ejja nħallu fil-ġenb il-kwestjoni tal-ħlas - li tan-naħa l-oħra qalu li qed jingħata b'Lm100 għaliex casino' fil-Kottonera għad irridu naraw jekk hemmx suq għalih - iżda jiena nistaqsi: Sar xi studju dwar x'impatt soċjali se jħalli dan il-casino' fuq in-nies tal-Kottonera meta nafu xi problemi soċjali kbar għandna hemmhekk?", "Naħseb li anke sħabi tan- naħa l-oħra, midħla tan-naħa tal-Kottonera, jafu bil-kobor tal-vizzju tal- logħob li hemm.", "Anke l-Knisja hija preokkupata dwar il-fatt li casino' fil- Kottonera jista' jkompli jżid il-problemi soċjali li jeżistu f'dawk in- naħat.", "Ta' min isemmi wkoll l-infrastruttura tal-Birgu.", "Bil-bini ta' lukanda, appartamenti lussużi, yacht clubs u casino' se jkun hemm aktar użu kemm mid- drenaġġ, kemm mid-dawl kif ukoll mill-ilma.", "Il-gvern għamel studju dwar il- problemi li jistgħu jinħolqu għar-residenti f'dawn in-naħat?", "Mr. Speaker, fi żmien il-gvern Laburista l-marina kienet se ssir in-naħa tal-Birgu iżda llum dan il-proġett espanda fuq in-naħa ta' l-Isla wkoll.", "Aħna nafu li n-nies tal-Kottonera filgħaxijiet iqattgħu ħafna ħinijiet fuq dan il-moll imma issa qegħdin ngħidu li dan se jingħata b'użu esklussiv ukoll mill-consortia.", "U hawn nistaqsi: In-nies tal-Kottonera se jkollhom aċċess għal dan il-moll?", "Il-gabbani li hemm se jibqgħu jeżistu?", "Imbagħad xi ngħidu għall-uniku waterpolo club li għandna fil-Kottonera, li qiegħed fuq in-naħa ta' l-Isla?", "Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn għandhom garanzija li mhux se jintmessu imma jiena naħsibha b'mod differenti għaliex il-marina se ssir ukoll fejn il-club ta' l-Isla għandhom il-pitch tal- waterpolo.", "Jiena nistenna li tingħata garanzija bil-miktub li dan il-pitch tal-waterpolo se jibqa' fejn hu.", "Problema wkoll li qed iħabbat wiċċu magħha l-kunsill lokali ta' l-Isla hija dwar il-petrol station li se ssir in-naħa tal-ponta ta' l-Isla.", "Dan ukoll huwa post fejn jiddevertu ħafna nies.", "Sar xi studju dwar x'impatt ambjentali se jkollha pompa tal-petrol taħt areas residenzjali?", "Problema oħra li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-kunsilli lokali, speċjalment dawk ta' l-Isla u tal-Birgu, hija rigward il-berths li hemm għad-dgħajjes u frejgatini tar-residenti ta' dawk in-naħat.", "Qed ngħid li qed iħabbtu wiċċhom magħha għaliex naf li ħafna minn dawk li għandhom il- baga hemmhekk qed imorru jilmentaw mal-kunsill lokali u jistaqsu x'se jiġri minnhom.", "Mill-kuntratt nafu li se jingħataw berth għal 150 opra tal-baħar biss.", "Nafu li n-naħa ta'l-Isla hemm aktar minn 250 opra kif ukoll hemm 100 oħra fuq in-naħa tal-Birgu.", "X'se jiġri?", "Dawn il-problemi se jibqgħu jħabbtu wiċċhom magħhom il-kunsilli lokali?", "Issemmew ukoll l-impjiegi.", "Sena ilu kien hemm min qagħad iġib paraguni dwar x'tip ta' mpjiegi se jinħolqu u hawn nixtieq li jkun imisshom xi parti mill-impjiegi in-nies tal-Kottonera.", "Jekk verament irridu li n-nies tal- Kottonera jgawdu minn dan il-proġett nemmen li għandna ninvolvu lill- kunsilli lokali billi flimkien ma' l-ETC jinħolqu tipi ta' courses, anke' f'uffiċini tal-kunsill lokali stess, sabiex isir taħriġ għal dawk l- impjiegi li fil-futur qarib ikunu jistgħu japplikaw għalihom.", "Ftit huma dawk in-nies mill-Kottonera li qed jirreġistraw u li jistgħu jibbenefikaw minn dan l-impjieg.", "Għalhekk nemmen li għandna ninvolvu lill-kunsilli lokali sabiex jaraw min huma dawk il-persuni li huma nteressati li jkollhom impjieg f'din il-marina u jagħtuhom it-taħriġ neċessarju.", "Sabiex nagħlaq il- parentesi fuq il-proġett tal-Kottonera, ngħid li jiena nemmen li l- interessi tar-residenti ta' dawn in-naħat ma tteħdux in konsiderazzjoni a skapitu ta' interessi oħra.", "Mr. Speaker, wieħed mill-fondi speċjali li għandna llum huwa rigward football grounds li nbdew u qed jingħataw fondi sabiex jitlestew.", "Jiena se nerġa' ndur fuq il-Kottonera - għaliex wara kollox l-ikbar interess li għandi huwa dwar ir-residenti t'hemmhekk - fejn minkejja l-fatt li għandna l-eqdem football teams - u fosthom insemmi s-St.", "Georges, li huma l- pijunieri tal-football f'Malta - uħud minnhom għandhom problemi rigward il- ground.", "It-team ta' l-Isla għandu biċċa ground ta' five-a-side.", "Fil- ground tal-Birgu, minkejja li għandhom ground mhux ħażin, hemm nuqqasijiet kbar, fosthom nuqqas ta' dawl u nuqqas ta' dressing rooms, fejn uħud mit- tfal qed ikollhom ibiddlu f'container kollu sadid.", "Dawn huma problemi li jħabbat wiċċu magħhom il-kunsill lokali tal-Birgu u naturalment it-team tal-football kif ukoll in-nursery qed imorru jilmentaw magħhom.", "Minkejja li din is-sena t-team ta' Bormla jagħlaq il-110 anniversarju, dan għadu mingħajr ground u qegħdin jagħmlu użu mill-ground ta' l-iskola.", "Meta tara dawn in-nuqqasijiet kbar ma teħodhiex bi kbira li football teams bi storja kbira jispiċċaw f'diviżjonijiet inferjuri.", "Jiena nappella lill-gvern sabiex wieħed mit-tliet kumplessi sportivi li qed jikkonsidra li jibni, isir fin- naħa tal-Kottonera sabiex jitgawda minn nies tal-Kottonera kif ukoll minn min ikun interessat li jagħmel użu minnu.", "Sabiex nagħlaq nixtieq li fiż-żmien li ġej nara kemm id-dipartimenti tal- gvern, kif ukoll il-korporazzjonijiet, ikunu jistgħu jagħtu aktar servizz effettiv u effiċjenti lill-kunsilli lokali.", "B'aktar effiċjenza lejn it- talbiet tal-kunsilli lokali, ikollna aktar ċittadini li jkabbru l-fiduċja tagħhom fil-kunsill lokali tagħhom.", "Jekk jirnexxielna li nkomplu nkattru fiduċja fil-kunsilli lokali, żgur li nsibu aktar nies lesti li jiddedikaw ħinhom sabiex jaħdmu fi ħdan il-kunsilli lokali għal ġid tal-lokalita' tagħhom.", "Mr. Speaker, jiena ċert ukoll li tgħallimna ħafna mill-esperjenzi li għaddejna minnhom f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Dawn żgur li għandhom jgħinuna biex intejbu l-prodott li għandna biex imbagħad inkunu nistgħu niftaħru li għandna kunsilli lokali aktar effiċjenti lejn iċ-ċittadini tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Din ir-riżoluzzjoni tagħti opportunita' importanti lil dan il-parlament sabiex jaġġorna ruħu fuq l- iżviluppi u fuq il-progress jew ir-rigress fil-qasam tal-kunsilli lokali mit-twaqqif tagħhom fl-1993.", "Jiena kont kunsillier - niftakar li kont fost l-ewwel kunsilliera li kienu ġew eletti lura f'Novembru ta' l-1993 - u għadni sal-ġurnata tal-lum inħares lejn dik l-esperjenza bħala waħda sabiħa u pożittiva li qegħditni għall-ewwel darba f'kuntatt dirett u kuntatt aktar amministrattiv mal-lokalita' li nirrappreżenta, dak iż-żmien Ħaż-Żebbuġ.", "Minn dak iż-żmien rajna lill-kunsilli lokali jiżviluppaw b'mod aktar pożittiv.", "Huwa veru li jiena qabel aċċenajt li wieħed irid jara fejn sar progress u fejn sar rigress, pero' nemmen li matul iż-żmien dawn il- kunsilli lokali aktar żviluppaw u aktar fehmu r-rwol tagħhom.", "Barra minn hekk, hemm aktar awareness dwar l-importanza tagħhom f'dan il-pajjiż.", "Anke' l-kunsilliera stess qed iħossuhom aktar importanti u jħossu li għandhom rwol importanti x'jaqdu għall-komunita' li huma ġew eletti fiha u li huma jirrappreżentaw.", "Mr. Speaker, jiena rrid ngħid mill-bidunett li hemm problema rigward il- mod kif jiġi elett is-sindku.", "Din il-problema ġiet iffaċjata mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ pero' finalment, wara diversi ġimgħat, din is- sitwazzjoni ġiet riżolta u b'hekk wieħed jittama li l-kunsill lokali tar- raħal tiegħi issa jibda jiffunzjona u anke jibda jidentifika - bħalma kien qed jagħmel qabel fuq kollox - il-problemi li hemm f'dan il-lokal.", "Insemmi l-problemi għax il-kunsilli lokali twaqqfu sabiex isolvu l-problemi.", "Dawn mhux qegħdin hemmhekk sempliċement għall-gallarija, biex jidhru għal dak li huwa sabiħ biss, imma qegħdin hemm għax dawn jistgħu jindirizzaw il- problemi tal-lokal tagħhom b'mod aktar effettiv mill-gvern ċentrali.", "Dwar l-effikaċja tas-servizz jien ngħid li, bħalma jgħidu l-Ingliżi, this is a moot point.", "Matul dawn l-ewwel seba' snin għadna qegħdin għaddejjin mill-proċess ta' devoluzzjoni ta' poter mill-gvern ċentrali u allura l- bidla ma tkunx daqstant radikali.", "Il-bidla hija waħda bil-mod imma progressiva fl-istess ħin.", "Il-verita' hi li matul dawn l-aħħar tmien snin rajna complaints mill-kunsilli lokali għax b'mod ġenerali m'humiex stmati mid-dipartimenti tal-gvern, peress li meta jmorru jitolbu affarijiet mingħand il-gvern ċentrali ftit li xejn jagħtu kashom.", "Jiena ngħid li l- gvern għandu jkun aktar konxju ta' l-affarijiet li jitolbu dawn il- kunsilli lokali u għandu wkoll ikun iktar sensittiv għall-problemi li jkun hemm fil-lokal.", "Sfortunatament id-dipartimenti tal-gvern mhux dejjem huma sensittivi għall-bżonnijiet tal-kunsilli lokali u ma jaqduhomx mill-ewwel minħabba li hemm ċerta ħedla kkawżata mill-mentality change.", "Fuq din il- problema diġa' tkellmu membri miż-żewġ naħat tal-Kamra u jien mhux se noqgħod nirrepeti pero nixtieq li nidħol f'aspett ieħor li jinteressani, kemm bħala ex-ministru tal-ġustizzja kif ukoll bħala kelliem ewlieni dwar l- intern.", "Niftakar li jiena u s-sindku ta' Ħaż-Żebbuġ - dak iż-żmien kien Dr Godfrey Farrugia - konna fost il-pijunieri li konna qed nippruvaw nagħmlu l- ewwel bye-laws rigward it-tindif.", "Konna niltaqgħu sabiex nagħmlu dawn l- affarijiet imma mbagħad skoprejna li ma kienx hemm il-mekkaniżmu ta' l- infurzar sabiex dawn il-bye-laws jiġu implimentati.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar il-gwardjani lokali u allura issa suppost li se jkun hemm is-snien sabiex il-bye-laws li jsiru jkunu jistgħu jiġu attwati u inforzati.", "Barra minn hekk, kunċett ieħor li maż-żmien qiegħed jiżviluppa huwa dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti kawżi fil-qorti, li forsi mhuwiex aktar il-lok li jagħmluhom il-maġistrati.", "Hawn qed nitkellem dwar kawżi tad-distretti li l- biċċa l-kbira tagħhom ma jkunux reati imma jkunu kontravvenzjonijiet.", "Barra minn dawn hemm ukoll dawk li huma kontravvenzjonijiet li qabel kellhom element ta' reat fihom, li maż-żmien ġew depenalizzati u spiċċaw jagħmluhom il-kummissarji tal-ġustizzja.", "Fost dawn insibu ħafna kawżi tat-traffic.", "Mr. Speaker, hemm żewġ tipi ta' ċitazzjonijiet u tip minnhom hu dak li jipprovdi l-Att XV ta' l-1993, li jitkellem dwar id-dritt tal-kunsill lokali li jagħmel bye-laws u li eventwalment jipprosegwixxi kontra min jikser dawk ir-regolamenti.", "Safejn naf jiena l-kompetenza tal-kunsill lokali hija limitata għall-bye-laws biss.", "Dan qed ngħidu sabiex ma neħdux l- impressjoni li f'daqqa waħda dak kollu li jsir il-qorti se jibda jsir fit- tribunali lokali jew fuq bażi reġjonali.", "Il-poter li jagħti l-Att XV ta' l- 1993 huwa li l-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu bye-laws u jipprosegwixxu proprju fit-tribunal kontra min jiksirhom.", "Mela naturalment, jekk kunsill lokali ma jagħmilx bye-law dan mhux se jkollu poter biex jipprosegwixxi kontra ħadd.", "Naturalment permezz tal-gwardjani lokali dan il-proċess issa jkollu aktar entużjażmu u se jkun aktar progressiv pero' rridu naraw kif qegħdha tiffunzjona l-liġi ta' l-1993.", "Mr. Speaker, ħalli niftaħ dan il- kunċett b'mod aktar wiesa'.", "Jiena kelli okkażjonijiet li nitkellem mal-ministru attwali tal- ġustizzja, anke meta kont ministru jien u huwa kien shadow minister.", "Fost affarijiet oħra konna nitkellmu anke dwar il-ħtieġa li ċerti kawżi - bħal, per eżempju, dawk tat-traffiku li qed jagħmlu l-maġistrati u l-kummissarji tal-ġustizzja - jibdew jinstemgħu quddiem it-tribunali lokali.", "Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu biss dwar bye-laws, li huwa poter mogħti bil-liġi lill-kunsilli lokali, imma issa qed nitkellmu fuq ħaġa kompletament differenti.", "Jidhirli li meta kont qed nitkellem fuqha fil-parlament, il- ministru tal-ġustizzja attwali kien aċċena li din m'hijiex idea ħażina u li jkun tajjeb li wieħed jara jekk tistax tiġi attwata.", "Meta kont ministru tal- ġustizzja kelli anke taħdidiet dwar dan.", "Huwa veru li fost l-avukati kien hemm min qabel u kien hemm min ma qabilx imma almenu l-maġistrati ma kenux kontra tagħha.", "Għalkemm dak iż-żmien ma kontx għadni kellimt lill- kummissarji tal-ġustizzja, jiena ma naħsibx li din il-ħaġa kienet se tagħmlilhom tant differenza.", "B'dan il-mod igawdi ċ-ċittadin għax din il- ħaġa tevitalu li joqgħod imur il-Belt u jidħol f'dak li jissejjaħ is-suq tal-qorti, għax hekk kien qed jissejjaħ.", "Iċ-ċittadin ma jkollux għalfejn jgħaddi minn dan kollu imma jkollu l-kawża tiegħu mismugħa proprju fil- lokal fejn huwa jgħix jew fil-lokal - u din hija kwestjoni oħra - fejn jiġi mwettaq ir-reat.", "Barra minn hekk, b'din is-sistema nkunu qegħdin ngħinu wkoll lill-qorti għax b'hekk inkunu qed intaffulha mill-problema ta' spazju.", "L-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' qabel kienet tikkritika ħafna l- problema ta' spazju fil-qorti.", "Jiena nemmen li din il-problema teżisti u forsi din hija soluzzjoni minħabba li ċerti kawżi jkunu jistgħu jinqalgħu mill-qorti.", "Mr. Speaker, il-bieraħ ingħatajt żewġ kotba msejħa ''It-Tisħiħ tad- Deċentralizzazzjoni - Kunsilli Tiegħek u Għalik'' u ''Methods for Estimating Local Councils' Funding Needs'' Hawn jitkellem fuq li tidħol emenda \"whereby the law will make it clear that penalties for contraventions, the enforcement of which has been delegated to councils, will go towards council funds.''", "L-idea hija interessanti pero' tista' tinqala' wkoll diskriminazzjoni jekk aħna nibdew inħarsu lejn dawn il-fondi bħala parti sostanzjali ta' kif il-kunsilli jiffinanzjaw lilhom infushom.", "Ċerti lokalitajiet - bħalma huma Paceville, bħalma huma l-Belt u tas-Sliema - li huma ffullati u fihom ikun hemm ħafna attivita', se jiġġeneraw ħafna fondi għax aktarx li se jkun hemm ħafna ksur tar-regolamenti.", "Imbagħad hemm villaġġi li għandhom aktar paċi u mhumiex traffikużi, li ċertament mhux se jkollhom ħafna ġbir minn multi.", "Għalkemm il-kunċett huwa interessanti jiena naħseb li se jkun hemm ċerti żbilanċi.", "Jiena naħseb li l-intenzjoni tal- gvern hi li l-fondi li jinġabru minn dawn il-multi jkunu anċillari.", "Minħabba ċ-ċirkostanzi ta' diskriminazzjoni li għadni kif semmejt, dawn m'għandniex inħarsu lejhom bħala fondi vitali jew sostanzjali ta' kif il- kunsilliera jiffinanzjaw lilhom infushom.", "Mr. Speaker, mhijiex l-ewwel darba li tressqet din it-tip ta' mozzjoni sabiex ikun hemm finanzjament għall-kunsilli.", "Normalment f'din il-mozzjoni jiġu earmarked it-toroq u xi kumpless sportiv; fi kliem ieħor dejjem jiġu allokati fondi għall-istess oqsma.", "Issa żgur li kulħadd jaqbel miegħi li l- qasam li ċertament dan il-pajjiż jeħtieġ aktar finanzjament - u dan mhux biss fuq livell lokali imma anke' fuq livell nazzjonali - huwa l-qasam tal- ġlieda kontra d-droga.", "Jiena naħseb li dan huwa aspett li għandu jibda jiġi kkonsidrat, anke fil-finanzjament fuq livell lokali.", "Għandna problema serja f'dan il-pajjiż, problema li ilha magħna u ma jidhirx li tista' tgħib.", "Dan l-aħħar kellna mewta traġika ta' tfajla ta' 18-il sena u kull meta jinqalgħu dawn il-każi, jiena aktar nemmen li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol iktar proattiv fil-ġlieda kontra d-droga.", "L-Istat m'għandu jabdika qatt kontra din il-gwerra imma kunsill lokali jista' wkoll jagħti l- għajnuna tiegħu fuq livell lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' edukazzjoni u f'dak li għandu x'jaqsam ma' identifikazzjoni ta' ċerti attivitajiet illeċiti li jkunu għaddejjin fil-lokal.", "F'dan ir-rigward tissemma spiss in- naħa tal-Kottonera.", "Huwa veru li hemmhekk hemm problema imma rrid ngħid ukoll li din teżisti ħafna ġewwa Ħal Qormi kif ukoll ġewwa Ħaż-Żebbuġ.", "Dwar Ħal Qormi ilna nisimgħu u f'Ħaż-Żebbuġ din il-problema kibret f'dawn l- aħħar xhur.", "Mr. Speaker, jiena nemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikunu aktar proattivi u għandhom ikunu aktar sensittivi għal din il-problema.", "Dawn għandhom il-poter li jaħtru sotto-kumitati u kumitati għall-prevenzjoni tat- tixrid tad-droga.", "Għandu jkun hemm ukoll kunsilliera li jieħdu ħsieb li jikkordinaw ħidmiethom aħjar mal-pulizija u ma' għaqdiet volontarji bħall- Caritas u s-Sedqa.", "Il-kunsilli m'għandhomx joqogħdu jistennew li n-nies imorru għandhom biex ikellmuhom dwar il-problema - għax normalment ikun hemm l-istigma u ħadd ma jkun irid juri li għandu problema fil-familja - u jkollhom il-mezzi li jkunu jafu aħjar min għandu din il-problema u jistgħu joffru l-assistenza tagħhom billi jmorru huma fid-djar biex jagħmlu l- programm.", "Jiena naf li, per eżempju, is-Sedqa tagħmel dan it-tip ta' programm.", "Għalfejn m'għandux il-kunsill lokali wkoll jidħol f'kordinament mas-Sedqa sabiex jagħmlu programmi ta' prevenzjoni u programmi edukattivi dwar problemi ta' droga?", "Mr. Speaker, mal-kwestjoni tad-droga m'għandna nkunu qatt dgħajfa.", "M'għandniex nibagħtu sinjali ta' dgħjufija fil-ġlieda kontra d-droga.", "Minn hawnhekk jiena nieħu l-opportunita' biex ngħid li jiena naf li hemm leġislazzjoni in the pipeline bħalissa dwar xi emenda li trid isir għad- Dangerous Drugs Ordinance.", "Naf li qegħda 'l fuq fl-aġenda ta' dan il- parlament u nista' ngħid minn hawnhekk stess li aħna dik m'aħniex favur tagħha.", "Aħna m'aħniex favur għax din tibgħat sinjal ta' dgħjufija fil- ġlieda kontra d-droga.", "Minn hawnhekk jiena qed nagħmilha ċara li l-grupp parlamentari Laburista ma jaqbilx ma dik l-emenda.", "Anke t-timing ġie proprju perfett, għax għandek persuna li għadha kemm mietet minħabba l-abbuż tad-droga u issa mbierek Alla, se nitkellmu dwar emenda fil-liġi għad-Dangerous Drugs Ordinance.", "L-obbligu tal-gvern hu li qatt ma juri sinjali ta' dgħjufija fil-ġlieda kontra d-drogi.", "Il-kunsilli lokali għandhom rwol ukoll f'din il-ġlieda imma madankollu jiena għadni ma rajtx kunsill li ħareġ all out sabiex din il-problema jattakkaha b'mod proattiv.", "Mr. Speaker, nixtieq nieħu l-opportunita' wkoll sabiex niġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet ċentrali dwar ċerti problemi li jolqtu l-lokalitajiet li jaqgħu taħt id-distretti li jiena nikkontesta u se nibda minn Ħal Qormi.", "Tliet kwarti tax-xogħol li kien qed isir ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau issa tlesta pero' għad hemm biċċtejn xogħol li għad iridu jsiru.", "Nittama li ma nħallux l-istaġun tas-sajf jgħaddi mbagħad tiġi l-ewwel maltempata u x- xogħol kollu jsir suf.", "Huwa importanti li jitkompla dak ix-xogħol li kien għaddej b'ċertu ritmu.", "Jiena nappella lid-dipartiment tat-toroq sabiex mill- aktar fis possibli jitlesta dan ix-xogħol f'din il-junction tal-bridge.", "Jekk noqogħdu nittratjenu - kif għandna ħabta nagħmlu meta nkunu wasalna biex inlestu xi ħaġa - nispiċċaw biex lanqas nagħmluha.", "Mr. Speaker, hemm ċerti toroq oħrajn li l-kunsilli lokali m'għandhomx ġurisdizzjoni fuqhom - naturalment qed nirriferi għal toroq arterjali u distributorji - peress li dawn jaqgħu fil-kompetenza tal-gvern.", "Insemmi biss Mdina Road, bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ.", "Jiena ngħaddi minn hemmhekk darbtejn, tliet darbiet jew erba' darbiet kuljum.", "Hemmhekk hemm diżastru assolut.", "Meta tgħaddi minn din it-triq għandek eżerċizzju ta' bone-shaking filgħodu u ieħor int u sejjer lura.", "It-triq hija f'kondizzjoni diżastruża, b'mod partikolari minn fejn hemm il-petrol station sar-roundabout li tieħdok lejn Ħal Luqa.", "Ilna ħafna ngħidu li se nagħmluha.", "Riċentement smajt li qegħda fil-miri tal-ministeru responsabbli imma dan ix-xogħol m'hemmx li jibda.", "Meta jiġi dilluvju ta' xita din it-triq aktar tkompli titkisser.", "Mr. Speaker, irridu noqogħdu attenti għall-mod kif issir din it-triq għax mhux kemm taqbad u tagħti t-tarmac.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu qegħdin nippruvaw nagħmlu xi ħaġa bl-irħis meta fil-fatt tkun qed tiġina aktar għolja.", "Ċerti toroq - u jiena nemmen li l-każ ta' Mdina Road huwa każ tipiku - mhux biss wiċċ ġdid għandhom bżonn imma għandhom bżonn li jinqalgħu mill-pedamenti.", "Huwa l-pedament li mhux qiegħed floku u għalhekk ikun inutli li tagħi kisja tarmac għax wara ftit xhur nerġgħu niġu fejn konna.", "Mdina Road trid issir bis-serjeta'.", "Trid tinqala' u trid tinqala' wkoll b'kordinazzjoni anke' ma min jiġġestixxi xi negozji hemmhekk.", "Fil- fatt f'dik l-area hemm ħafna self-employed u hemm ħafna negozji.", "Mr. Speaker, meta konna qegħdin nippjanaw li nagħmluha aħna, kien inħatar unit li kien kompost minn nies residenti tal-post, mill-uffiċjali tal-gvern responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet, kif ukoll minn rappreżentanza tal- GRTU u ta' nies self-employed sabiex ix-xogħol jiġi kkordinat b'mod li meta jsir ma jkunx ta' dwejjaq għar-residenti u ma jkunx ukoll ta' preġudizzju għan-negozji t'hemmhekk.", "Naturalment matul dak iż-żmien se jkollhom problemi sabiex jiġġestixxu n-negozju tagħhom imma dan ma jfissirx li x- xogħol m'għandux isir.", "Dan għandu jsir, iriduh huma stess u allura hemm bżonn li jsir b'mod kordinat.", "Hemm ukoll toroq f'Ħaż-Żebbuġ li jeħtieġ li l-kunsill lokali jagħti kashom.", "Hemm areas bħal, per eżempju, f'Ħal Mula li għandhom ħafna ħteġijiet. ll-kunsill lokali l-ġdid hemm bżonn li jitfa' għajnejh hemmhekk sabiex kemm jista' jkun jiġu solvuti l-problemi tan-nies li jgħixu f'dawk il-housing estates.", "Ta' min igħid li dawn il-problemi ilhom biex jiġu solvuti snin twal.", "Anke partijiet ta' Ħal Dwin jeħtieġ li mill-aktar fis possibbli jiġu rranġati.", "Mr. Speaker, f'Ħal Qormi hemm area magħrufa bħala Tal-Blat, li qegħda fuq il-wied.", "Minkejja li kien hemm sforz mill-kunsilliera indipendenti sabiex dik l-area ssir - issa kważi kważi din għandha l-istess karatteristiċi ta' Mdina Road imma fiha hemm ukoll housing estate fi stat indekoruż għall-aħħar - il-kunsill lokali xorta waħda vvota kontra li jsiru x-xogħlijiet hemmhekk u qed jivvota li jsiru xogħlijiet x'imkien ieħor ġewwa Ħal Qormi.", "Jiena mhux qed ngħid li x'imkien ieħor m'għandux bżonn imma ċertament hemm bżonn li mill-aktar fis possibbli jsiru x-xogħlijiet fl- area Tal-Blat, speċjalment fejn hemm il-housing estate.", "L-aħħar ħaġa li rrid insemmi - din semmiha l-Onor.", "Carmelo Abela l-bieraħ u nixtieq li nsemmiha jiena wkoll - hija l-pożizzjoni tal-football clubs li jiġġestixxu ground vis-a-vis il-VAT.", "Per eżempju, sena u nofs ilu b'kordinazzjoni mal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ u mal-gvern ċentrali, Żebbuġ Rangers għamlu ground tas-synthetic turf - u minn hawn nieħu din l- opportunita' sabiex nifraħ lil Żebbuġ Rangers li din is-sena ħadu promozzjoni għall-ewwel diviżjoni wara żmien twil fit-tieni diviżjoni u nittama wkoll li s-sena d-dieħla jkomplu juru l-istess determinazzjoni li wrew din is-sena forsi nilħqu l-glorji ta' l-imgħoddi; l-Onor.", "Austin Gatt huwa Belti u ma jaqbilx miegħi imma ċertament li dan il-club issa qabad ritmu u nittama li jkomplu bis-suċċessi li għamlu din is-sena - u għamlu ħafna improvements oħra fil-każin u issa se nibdew inbellgħulhom il-VAT.", "Naturalment il-club idaħħal ċertu revenue meta jikri l-użu tal-ground u jiena nħeġġeġ clubs oħrajn sabiex jidħlu għal dan l-esperiment li għamlu Żebbuġ Rangers u li għamlu l-Mosta.", "Iżda issa li se jiġri huwa li jekk, per eżempju, il-club jiċċarġja Lm5 meta jikri l-ground, magħhom irid iżid 15% VAT - ir-rata ma nafx jekk hijiex waħda preferenzjali, bħalma għandu t- turiżmu, imma safejn naf jiena il-VAT li trid tinġabar qiegħda bil-15% - u naturalment il-prezz tal-kirja se jogħla, sakemm il-club ma jiddeċidix li jassorbixxi hu din it-taxxa.", "Għalhekk ma naħsibx li huwa sew li dan il- qasam se nibdew ngħabbuh ukoll bil-VAT.", "Nista' ngħid li bħala president tal-każin taż-Żebbuġ Rangers, m'ilux iltqajt ma' uffiċjal tal-Malta football association u qalli li din tal-VAT ilha ġejja.", "Milli jidher gvern Nazzjonalista huwa determinat u qed jistenna li l-clubs jibdew jiġbru l-VAT anke fuq dawn l-attivitajiet.", "Jiena nemmen li dan huwa rigress u jeħtieġ li f'qasam importanti bħalma huwa dak sportiv - u ċertament anke l-qasam soċjali - m'għandux ikun hemm VAT.", "Jiena minn hawnhekk inħeġġeġ lill-ministru biex flimkien mal-ministru tal- finanzi u s-segretarju parlamentari responsabbli mill-isport jara li jekk jista' jkun dan ma jsirx.", "Għandna nħallu lill-clubs ikomplu jikbru u m'għandniex noqogħdu nagħmlulhom taxxi fuq l-attivitajiet li jagħmlu.", "Aħna ma rridux li l-prezz jogħla għal min irid jiġi jagħmel użu minn faċilitajiet sportivi.", "Wieħed irid ukoll iżomm quddiem għajnejh li għad hemm id-dejn fuq dawn il-faċilitajiet u hemm lokalitajiet li anke daħlu f'obbligazzjonijiet sabiex iħallsu lura l-ispejjeż.", "Ma jistax ikun li proprju f'dan l-istadju, meta qed jippruvaw jgħinu lilhom infushom, dawn ikollhom telf ta' klientela proprju minħabba din iż-żieda.", "Jekk ix-xogħol ma jintilifx dan ikun ifisser li l-club ikun assorba l-VAT hu biex iżomm lilu nnifsu kompetittiv.", "Jiena nagħlaq fuq in-nota ta' twinning li l-bieraħ issemmiet f'dan il- parlament.", "Hemm bżonn li t-twinning ma jsirx sempliċement sabiex inġibu n- nies minn barra jew immorru aħna u noqogħdu nonfqu ħafna flus f'ċerimonji.", "Jeħtieġ li t-twinning isir b'mod aktar produttiv sabiex ikun hemm relazzjonijiet verament amministrattivi bejn il-lokalitajiet.", "Fi kliem ieħor dan it-twinning m'għandux ikun sempliċement limitat sabiex noqogħdu nagħmlu l-purċissjonijiet fit-toroq biex nuru li għandna ħbieb barra l- pajjiż.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Grazzi, Mr Speaker.", "Is-suġġett tal-kunsilli lokali ċertament li jqajjem ħafna interess, speċjalment minna ta' din in-naħa tal- Kamra, li nħossu l-bżonn li nitkellmu dwar problemi li jkunu qed jiltaqgħu magħhom il-kunsilli lokali li llum qegħdin jissejħu gvernijiet lokali.", "Jiena ngħid li l-bidla fl-isem tista' tfisser xi ħaġa jekk verament inwettqu dak li aħna ngħidu pero' tista' ma tfisser xejn jekk kollox jibqa' l-istess.", "Fil-bidu ta' l-introduzzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni, il-ministru semma' d-diffikultajiet finanzjarji li kull gvern jiltaqa' magħhom u jiena nixtieq nibda proprju fuq dan il-punt.", "Ħafna drabi l-gvern Laburista kien jiġi kkritikat li naqqas il-fondi lill-kunsilli lokali pero' tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li l-gvern kien patta billi ta ħwejjeġ oħra, fosthom ħaddiema tal-gvern assenjati mal-kunsilli lokali.", "F'xi kunsilli lokali din il-ħaġa ħadmet, f'oħrajn kellha inqas suċċess u f'oħrajn ma kellha suċċess xejn.", "Minkejja dan ma nistgħux ngħidu li din ma kenitx inizjattiva tajba sabiex ċerti ħaddiema jħossuhom aktar utli u jiena naħseb li jkun tajjeb jekk wieħed ikompli jesplora ftit dan l-esperiment.", "Mr. Speaker, ikun tajjeb jekk nieqfu u nħarsu lejn l-esperjenza ta' ħames snin ta' kunsilli lokali, kif fil-fatt kien sar anke permezz ta' konferenza.", "Importanti li neżaminaw minn fejn tlaqna u fejn wasalna llum u anke naraw il-miri tagħna għall-futur.", "Jekk tassew irridu li l-kunsilli jissejħu gvernijiet lokali, irridu naraw mhux biss x'poteri nagħtuhom imma rridu naraw ukoll jekk għada pitgħada hux se jibqgħu jkunu fuq bażi volontarja jew le.", "Huwa ovvju li s-sindki se jkollhom jiddedikaw ammont ta' ħin akbar fuq xogħolhom u meta l-gvern tal-ġurnata se jkompli jgħaddi aktar poteri lill- kunsilli lokali dawn se jkollhom problema.", "Jekk ma nkunux nafu fejn irridu naslu wisq probabbli se nispiċċaw biex lill-kunsilli lokali nagħmlulhom aktar ħsara milli ġid.", "Jiena naqbel li jkollhom aktar poteri, sakemm il- poteri jingħataw b'ċertu mod u b'ċertu ħsieb pero' fl-istess ħin ma nistgħux inħallu l-affarijiet kif inhuma.", "Jiena ngħid li rridu naħsbu wkoll biex għada pitgħada jkun hemm xi ħadd mill-kunsilliera eletti li jkunu wkoll full-time flimkien mas-sindku, mas-segretarju u l-iskrivani li jista' jkun hemm.", "Huwa importanti li naraw fejn nixtiequ li nwasslu lill- gvernijiet lokali.", "Il-fatt li se nibdew insejħulhom gvernijiet lokali jfisser li għandna f'moħħna li ngħaddulhom aktar poteri u aktar responsabbiltajiet u ovvjament ikun hemm bżonn ta' aktar ħin min-naħa ta' dawn in-nies li bħalissa qed jagħmlu dan ix-xogħol - u huwa tajjeb li nirrikonoxxu x-xogħol b'sagrifiċċju kbir li jagħmlu dawn in-nies - b'mod volontarju.", "Mr Speaker, din hija l-aħħar sena li l-fondi speċjali se jiġu allokati.", "Inħasset il-ħtieġa - u naħseb li din il-ħaġa tagħmel sens - li naraw x'se nagħmlu.", "Kważi kważi iktar jaqbel li tgħin lil żewġ kunsilli milli tgħin disgħa u lil dawk li tgħin tagħtihom ammont sostanzjali biex il-ħolma tagħhom issir realta' pero' mbagħad ġustament tqum il-kwestjoni ta' minn min se tibda' għax kulħadd jara l-prijorita' tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ngħid il-verita' ma kellix ċans nara l-white paper u d-dokumenti l-oħrajn li l-ministru l-bieraħ għoġbu jgħaddielna u allura ma nistax nikkummenta fuq dawk il-proposti pero' ċertament wasal iż-żmien li jsiru ċerti emendi fil-liġi.", "L-emendi li dejjem insemmu u li kulħadd jitkellem fuqhom huma dwar l-aspett finanzjarju.", "Bħalissa hemm ċerti diskrepanzi fil-mod kif jingħataw u jitqassmu l-fondi u mill-ftit rapporti li rajt fil-gazzetti dalgħodu dwar dak li nsibu fil-white paper jidher li hemm proposta li kull responsabbilta' tiġi aġġudikata bejn wieħed u ieħor, jekk niftakar tajjeb, fuq il-merti tagħha u għal kull kunsill b'mod differenti.", "Problema oħra hija l-ħatra tas-sindku.", "Niddiskutu kemm niddiskutu, jiena naħseb li qatt m'aħna se naslu biex naqblu fuq liema hu l-aħjar mod kif għandu jinħatar is-sindku.", "Jekk jiġi elett direttament mill-poplu permezz ta' ballot paper separata, dan se jkun sindku aktar b'saħħtu u allura jkun diffiċli li dan jibqa' volontarju għax ikollu jġorr fuqu aktar poteri milli għandu bħalissa.", "Dan bħal meta kellna diskussjoni fuq jekk il-President tar- Repubblika għandux jintgħażel minn din il-Kamra jew inkella mill-poplu.", "Jekk jintgħażel mill-poplu ċertament irridu niddiskutu jekk il-poteri tal- President tar-Repubblika għandhomx jibqgħu dawk li huma.", "Il-formula li wieħed irid isib għandha tkun waħda li tirrispetta kemm jista' jkun ir- rieda tal-poplu.", "Fl-aħħar mill-aħħar sindku jintgħażel mill-maġġoranza politika li jikseb.", "Issa ġaladarba għandna żewġ partiti li qed jipparteċipaw fl-elezzjonijiet, għallinqas dak ir-raġunament għandu jiġi onorat u s-sindku jintgħażel minn min ikollu maġġoranza politika.", "Fl-aħħar mill-aħħar sta għal dik il-maġġoranza politika li tiddeċiedi min għandu jkun is-sindku.", "Din id-deċiżjoni mbagħad issir abbażi ta' diversi konsiderazzjonijiet, fosthom anke min ikun ġab l-akbar ammont ta' voti.", "B'dan il-mod in-nies tkun qed turik b'mod ċar liema persuna taħseb li għandu jirrappreżentaha bħala sindku.", "Għalkemm tibqa' deċiżjoni f'idejn il- kunsilliera pero' għallinqas b'hekk inkunu nistgħu nsolvu problema li tinbet f'diversi kunsilli.", "Dawn iż-żewġ problemi - jiġifieri dik tal- finanzi u dik ta' l-elezzjoni tas-sindku - għandhom ikunu fost l-ewwel tibdil li l-gvern għandu jressaq f'Settembru li ġej.", "Ikun tajjeb ukoll li mhux biss il-kunsilliera imma l-poplu wkoll jipparteċipa f'din id-diskussjoni.", "Ovvjament il-kunsilliera huma parti mill- poplu pero' anke' l-poplu in ġenerali għandu jieħu aktar interess.", "Ħaġa li kienet tweġġagħni meta kont kunsillier fil-lokalita' taż-Żejtun kienet li l- poplu kien jersaq għand il-kunsill lokali biex jilmenta dwar xi ħaġa u ftit li xejn issib nies li jmorru biex jgħaddu l-proposti tagħhom.", "Jiena naħseb li huwa importanti li ċ-ċittadini tagħna jifhmu l-ħtieġa li jagħtu aktar kontribut.", "Li jmorru jivvotaw darba kull tliet snin ukoll huwa kontribut importanti, pero' jistgħu jagħtu aktar kontribut billi jressqu l-proposti u l-ideat tagħhom quddiem il-kunsill.", "Huwa importanti li jkun hemm il- kuntatt tal-poplu mas-sindku u mal-kunsilliera.", "Problema li ta' spiss nitkellmu fuqha hija l-konsultazzjonijiet li jsiru bejn il-kunsilli lokali u l-awtoritajiet jew id-dipartimenti.", "Waħda mill- ewwel responsabbitajiet f'idejn il-kunsilli lokali hija li dawn għandhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet u d-dipartimenti.", "Jiena naħseb li din il- ħaġa fiha diversi nuqqasijiet għax smajna diversi kunsilli lokali jilmentaw minn nuqqas ta' konsultazzjoni.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li nsaħħu dan l-argument fil-liġi billi nagħmlu timeframes ukoll.", "Kunsill għandu jiġi kkonsultat għax inkella x'jiswa li nsejħulu gvern lokali?", "Per eżempju, l- awtorita' ta' l-ippjanar tħalli ħafna żmien jgħaddi u mbagħad wara li l- froġa tkun saret titlob laqgħa mal-kunsill.", "Din ir-responsabbilta' għandha tkun iktar tassattiva u l-awtoritajiet u d-dipartimenti jridu jagħti prijorita' assoluta lill-gvernijiet lokali.", "Mill-banda l-oħra għandha tkun responsabbilta' min-naħa tal-kunsilli lokali li jkunu raġonevoli fit- talbiet tagħhom.", "M'hemmx għalfejn għal kull ħaġa ta' xejn nitolbu laqgħa ma' awtorita' jew dipartiment għax fl-aħħar mill-aħħar irridu nirrikonoxxu wkoll li l-awtoritajiet u d-dipartimenti għandhom ix-xogħol tagħhom xi jwettqu.", "Mill-esperjenza personali tiegħi ngħid li konna sibniha kważi impossibbli li nkellmu lil xi ħadd mill-awtorita' tal-ippjanar, u iktar u iktar impossibbli li dawn jisimgħuk jew għall-inqas jippruvaw jifhmu d- diffikultajiet li konna nġibu għall-attenzjoni tagħhom.", "Jiena ma ngħidx li l-kunsilli lokali għandhom ikunu parti mid-deċiżjoni li tittieħed minn dipartiment jew minn awtorita' pero' ċertament l-ilmenti li jressqu l- kunsilli lokali għandhom jingħataw il-weight tagħhom u jiġu stmati bħala xi ħaġa li ġejja mingħand rappreżentati tal-poplu eletti demokratikament.", "Jiena naħseb li huwa importanti li fl-emendi ndaħħlu xi ħaġa li tagħti aktar qawwa lil din ir-responsabbilta' primarja tal-kunsilli lokali.", "Nixtieq insemmi wkoll il-kwestjoni li kellna dan l-aħħar bejn il-kunsilli lokali u l-koperattiva ta' l-indafa pubblika, li qajmet għagħa mhux ħażin fil-pajjiż.", "Jiena naħseb li l-kunsilli lokali qed isibu ruħhom dgħajfa quddiem ċerti affarijiet u allura jkollhom bżonn l-għajnuna tal-gvern ċentrali.", "Dan mhux qed ngħidu b'nuqqas ta' rispett jew inkella għax hemm kunsilli lokali li m'għandhomx ħila li huma stess jitkellmu f'isimhom, pero' l-gvern ċentrali ma jistax jabdika minn ċerti problemi li huma fuq skala nazzjonali billi jgħid li r-responsabbilta' tagħhom qegħda f'idejn il- kunsilli lokali.", "Jiena naħseb li stajna ħlejna anqas żmien kieku l-gvern ħa l-problema b'aktar serjeta' mill-ewwel.", "Filwaqt li l-gvern għandu jħalli l- ispazju lill-gvernijiet lokali biex jaħdmu u jiddeċiedu huma pero' għandu jidħol hu sabiex jgħin f'każi speċifiċi fejn jinqalgħu problemi fuq skala nazzjonali.", "Mr. Speaker, wieħed għandu jara wkoll x'inhu l-irwol ta' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "L-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali titkellem f'isem il-kunsilli lokali kollha imma naħseb li fl-aħħar mill- aħħar il-gvern għandu jidħol ħalli jgħin hu mill-aħjar li jista' u jsolvi l- problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Mr. Speaker, ħaġa oħra li nixtieq ngħid hi - u naħseb li kull ex- kunsillier jaqsam dan is-sentiment - li huwa veru li l-kunsilliera huma maqsuma f'dawk Nazzjonalisti u dawk Laburisti pero' l-kunsilli lokali għandhom kemm jista' jkun jibqgħu ħielsa mill-politika partiġjana.", "L-ewwel għan għandu jkun l-interess tal-lokal u jkun żball meta ndaħħlu l-politika partiġjana fin-nofs.", "Jiena ma nistax ma nsemmix dak li kien qal l-Avukat Ian Micallef, li huwa ċ-chairman ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Fis-seminar li kien sar fl-okkażjoni tal-ħames sena tal-kunsilli lokali hu kien ikkritika l-gvern ċentrali, dak iż-żmien gvern Laburista, li kien ħa l- ħaddiema li kienu jaħdmu fid-diversi kunsilli lokali sabiex jagħmlu xogħol fuq proġetti bħal dak ta' Buġibba, ta' Marsaxlokk, Birżebbuġa u Wied il- Għajn.", "U nkompli nikkwota:", "''M'inix nikkritika l-fatt li sar ix-xogħol iżda l-fatt li mingħajr biss il-kunsilli lokali kienu avżati, tteħdulhom il-ħaddiema mill- lokalitajiet tagħhom u dan biex isir xogħol tal-gvern ċentrali mingħajr konsiderazzjoni għax-xogħol li kien qed isir fil- lokalitajiet.", "Din hija attitudni ta' prepotenza u ta' nuqqas ta' rispett lejn il-kunsilli lokali.''", "Bir-rispett kollu lejn l-Avukat Micallef, jiena naħseb li l-istess ħaġa saret issa.", "Kellek kunsilli li kellhom il-ħaddiema magħhom u sfortunatament lil dawn ma sabuhomx meta rieduhom - peress li ġew dettaljati sabiex jassistu fis-servizz ta' emerġenza li pprovda l-gvern ċentrali meta kien hawn il-kwestjoni tal-ġbir ta' l-iskart - imma din id- darba l-Avukat Micallef m'għamilx l-istess kritika lill-gvern ċentrali.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li meta nikkritikaw m'għandniex noqogħdu nħarsu lejn min hu fil-gvern imma għandna naraw l-interess ta' kull lokalita' l-ewwel u qabel kollox.", "Persuna li tkun qed tokkupa l-kariga ta' president ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali ċertament li għandha tagħti l-eżempju hi l-ewwel u qabel kollox.", "Ġaladarba qed insemmu dawn il-proġetti kapitali li l-gvern Laburista kien beda jwettaq, tajjeb li wieħed jifhem li l-ebda kunsill lokali f'Malta, għandu kemm għandu flus, ma seta' jwettaq proġetti ta' dan it-tip u allura ċertament li l-gvern ċentrali bilfors kellu jidħol hu għalihom.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-gvern ċentrali kif ukoll il-kunsilli lokali tkellmu bejniethom u raw kif ix-xogħol jista' jsir aħjar u anke' kif ix-xogħol li jsir u jitlesta għandu jibqa' jiġi ndokrat sew ħalli l-flus ma jkunux intefqu għalxejn.", "Hawnhekk ma nistax ma nikkritikax il-fatt li x-xogħol li kien għaddej sa ftit taż-żmien ilu fil-lokalitajiet ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk jew miexi b'ritmu bil-mod ħafna jew inkella waqaf kompletament.", "Ikun tajjeb li l-gvern ċentrali jkompli b'dawn il-proġetti li nbdew minn gvern Laburista u ma jagħmilx bħat-tfal li ħaġa li ma bdihiex hu allura ma jagħtix kasha.", "Ġaladarba hemm commitment finanzjarju għalihom dawn l- affarijiet għandhom jitkomplew.", "In-naħa t'isfel ta' Malta ftit li xejn ingħatat attenzjoni minn diversi gvernijiet Nazzjonalisti u allura tajjeb li jpattu ftit issa ġaladarba hemm dawn il-proġetti mibdija.", "Ikun tajjeb ukoll jekk il-kunsilli lokali ta' dawn in-naħat jagħmlu l-pressjoni tagħhom sabiex isir ix-xogħol li għandu jsir.", "Mr. Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt poteri oħrajn li jistgħu jingħataw lill-kunsilli lokali minn żmien għall-ieħor.", "Ikun tajjeb li nżommu daqsxejn saqajna ma' l-art u nagħrfu anke d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom jekk nagħmlu dan.", "Kważi kważi flok ngħaġġlu u ngħaddu aktar poteri, nippreferi li nieqfu u naraw f'hiex jinsabu l-poteri li għandna bħalissa biex jekk hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa biex insaħħuhom.", "Jiena nagħmel appell lill-gvern li qabel jgħaddi xi poteri ġodda lill- kunsilli lokali jara li dawn jingħataw bil-ħsieb u mhux sempliċement jiġu mitfugħa bħala responsabbilta' fuq il-kunsilli lokali.", "Dwar dawn għandu jkun hemm ippjanar aktar fit-tul u ppjanar aktar wiesa'.", "Fl-aħħar mill- aħħar irridu naraw ukoll li nsaħħu dak li l-kunsilli lokali diġa' huma responsabbilta' għalih.", "Ħaġ'oħra li xtaqt insemmi hi dwar ir-rapporti li jsiru kull tliet xhur dwar l-effiċjenza tal-kunsilli kunsilli lokali.", "Huwa tajjeb li jsiru dawn ir-rapporti ħalli jkunu jafu kif ħaddieħor iħares lejn ix-xogħol li huma jagħmlu u biex anke' jippruvaw itejbu l-ħidma li b'tant sagrifiċċju jkunu qed iwettqu, pero' importanti wkoll li d-dipartiment tal-kunsilli lokali jkollu feedback mingħand il-kunsilli lokali dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Ġieli jkun hemm xi kunsill partikolari li jkollu problema pero minn rapport għall- ieħor jirriżulta li ma jkun sar l-ebda progress, anzi xi kultant ikun hemm rigress.", "Ma nafx jekk issirx xi diskussjoni mad-dipartiment tal-kunsilli lokali dwar dan imma jiena naħseb li importanti li dan isir biex jekk il- problema tkun waħda ta' fondi naraw ftit kif din tkun tista' tittaffa u jekk forsi tkun waħda ta' know-how naraw x'passi jridu jittieħdu biex il- kunsill konċernat jiġi mgħejjun.", "Sur President, jiena niftakar li qabel twaqqfu l-kunsilli lokali kien isir knis tat-toroq kuljum.", "Niftakar ukoll li fil-bidu tal-kunsilli lokali kien sar rapport mill-MSU dwar kif u kemm il-darba għandhom jinkinsu ċerti toroq.", "Jiena naħseb li n-numru ta' kenniesa fil-lokalitajiet li jiena nirrappreżenta m'huwiex biżżejjed u forsi wieħed irid jara wkoll jistgħux jiġu allokati ħaddiema oħrajn biex jagħmlu din it-tip ta' xogħol.", "Forsi jkun għaqli wkoll li naraw jekk dak ir- rapport li kien sar mill-MSU huwiex tajjeb għal kull lokalita' jew le.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-gwardjani lokali.", "Dawn se jibdew b'esperiment u saru xi courses għal persuni interessati.", "Ikun tajjeb li ssir xi ħaġa wkoll f'postijiet fejn hemm ix-xtut.", "Ta' min jikkonsidra li fix-xhur tas-sajf ikun hemm persuni responsabbli sabiex ix- xtut jiġu mħarsa mill-perikli.", "Naħseb ukoll li hemm bżonn li tiżdied il- ħidma bejn il-kunsilli lokali u l-pulizija biex in-nies jitħarsu mill- periklu fuq ix-xtut u fl-ibħra fejn ikunu qed jgħumu.", "Mhux l-ewwel darba li smajna b'inċidenti fatali li xi kultant iseħħu minħabba t-traskuraġni u minħabba n-nuqqas t'osservanza tar-regolamenti.", "Il-pulizija għandhom ir- responsabbilta' li jaraw li r-regolamenti jiġu osservati pero' 'l quddiem wieħed għandu jikkonsidra wkoll li jkollna nies fuq bażi part-time li f'ċerti xhur tas-sajf ikunu nkarigati mill-ħarsien tax-xtajta.", "Irrid ngħid li qabel ma nagħmlu dan irridu naċċertaw ruħna li l-esperiment tal- gwardjani lokali jirnexxi u nagħtu ċans li dawn jindraw u li xogħolhom jibda jsir b'mod effettiv.", "Mr. Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħu il-ministru qal li kien hemm kunsilli li ma ħaddmux il-flus li ġew allokati lilhom mill-parlament bħala fondi speċjali u dawn żammewhom fil-bank account tagħhom.", "Dawn ma ġewx utilizzati minħabba li ma kellhomx flus biżżejjed sabiex jagħmlu l-proġett li kienu ppjanaw mill-bidu, pero' issa fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna qed jiġi propost li dawn il-fondi jistgħu jiġu utilizzati għal raġunijiet oħrajn u mhux għal dawk li kienu vvotati għalihom.", "B'mod partikolari r-riżoluzzjoni ssemmi li dawn jistgħu jiġu utilizzati għal private roads.", "Jiena naħseb li huwa veru li hemm bżonn li wieħed jirranġa t-toroq mill-aktar fis possibbli u huwa veru li għandna problema finanzjarja - għalkemm għadna niftakru lil min jgħidilna li l-Unjoni Ewropeja se tibgħatilna l-fondi biex nirranġaw it-toroq - pero' jiena naħseb li ta' min jispjega aktar il-proposta li għandna fir-riżoluzzjoni.", "L- ewwelnett wieħed irid jara x'jifhem bi private road.", "Qed ngħid dan għax jista' jkollok problemi ta' preferenzi li wieħed irid joqgħod attent minnhom.", "Din il-ħaġa tista' tfisser ukoll li minħabba problemi finanzjarji, il-gvern qed jipprova jgħabbi lill-kunsilli lokali b'din ir-responsabbilta' li sal-llum m'hijiex responsabbilta' diretta tagħhom minħabba li dawn jagħmlu biss xogħol ta' maintenance fuq toroq tajbin.", "Barra minn dan, irridu naraw ukoll kif il-kunsilli lokali se jaħdmu mad- dipartiment tat-toroq.", "F'din ir-riżoluzzjoni l-gvern qed jorbot lid- dipartiment tat-toroq li jagħti l-flus lura lill-kunsill lokali fi żmien tliet snin.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li tingħata tifsira ta' x'inhi private road.", "Naħseb li l-kunċett ta' private road huwa ristrett wisq.", "Barra minn dan wieħed irid jara kif id-dipartiment tat-toroq u l-kunsilli lokali se jaħdmu flimkien minħabba li fi żmien tliet snin id-dipartiment irid jagħti lura l-flus lill-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Abela, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Abela jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra tal-permess tagħha.", "Nixtieq insemmi xi punti oħrajn u nibda mill-pjan soċjo-ekonomiku li sar għan-nofsinhar ta' Malta.", "Naf li l-Onor.", "Joe Mizzi daħal iktar fid-dettal fuq din il-kwestjoni pero' bħala membru parlamentari li nirrappreżenta distrett li jagħmel parti minn nofsinhar ta' Malta jiena nħoss li dan il-pjan għandu jingħata attenzjoni primarja.", "Barra mill- element ta' ambjent fiżiku, dan il-pjan jieħu ħsieb ukoll l-aspett soċjali.", "Dan l-aspett għandu jingħata attenzjoni partikolari u ġaladarba hemm dan il- pjan hemm bżonn nibdew nattwawh.", "Tkun veru ħasra li x-xogħol li sar fuqu jkun għalxejn.", "Bħala kelliem fuq l-isport, inkun qed nonqos jekk ma nagħmilx riferenza anke għal dak li nsibu fir-riżoluzzjoni dwar l-allokazzjoni ta' fondi sabiex jinbnew jew inkella biex ikunu jistgħu jiġu użati football grounds f'lokalitajiet fejn dawn il-faċilitajiet ma jeżistux.", "Fil-fatt is-somma allokata hija ta' Lm26,942.", "Din hija s-somma kollha li kellha tingħata.", "Issa dan il-fond huwa magħluq u l-fondi mitluba kolha ġew mogħtija.", "Kienu biss disgħa l-kunsilli lokali li kienu talbu sabiex jingħataw fondi speċjali għal faċilitajiet sportivi u kulturali.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq disgħa minn 67 kunsill lokali.", "Dan huwa ftit wisq.", "Wara kollox aħna nitkellmu ħafna fuq il-bżonn li jkollna aktar faċilitajiet u fuq il-bżonn li ż-żgħażagħ u t-tfal ikollhom postijiet fejn jipprattikaw l-isport.", "Hemm postijiet fejn diġa' għandhom faċilitajiet u forsi dawn ma ħassewx il- bżonn li japplikaw pero' ċertament li dawn m'humiex il-maġġoranza tal-każi.", "Kif għedt qabel, din hija l-aħħar sena tal-fondi speċjali, anke' minħabba l-fatt li 86% minnhom se jkunu nklużi fl-ammont ta' flus li kull kunsill se jkollu, pero' naħseb li huwa importanti li jkun hemm xi tip ta' fondi u dan anke b'kollaborazzjoni mad-dipartiment responsabbli mill-isport .", "Mr Speaker, minn din ir-riżoluzzjoni se jibbenefikaw biss żewġ kunsilli lokali għax huma biss kien għad fadal li jieħdu s-somma li talbu.", "Jiena nixtieq inħeġġeġ biex il-kunsilli lokali jagħtu aktar importanza lill-qasam sportiv għax dan il-qasam jista' jiġbed żgħażagħ u tfal.", "Dawn l-ewwelnett jirrikonoxxu l-bżonn tal-kunsilli lokali u t-tieni nett ikun ta' ġid għalihom.", "Problema oħra li l-kunsilli lokali jħabbtu wiċċhom magħha minkejja li mhijiex responsabbilta' tagħhom hija dwar bdil ta' bozoz kif ukoll bozoz ġodda.", "Issa qed jiġi kkonsidrat li l-manutenzjoni u bdil ta' bozoz tgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali u jiena nħeġġeġ biex nagħmlu l-isforzi kollha tagħna biex il-kunsilli lokali jkollhom problemi mill-inqas f'dan ir- rigward.", "Inħoss li l-Enemalta għandha tagħmel policy ġdida dwar bozoz ġodda.", "F'dan i-pajjiż ma nistgħux nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn il-ministru responsabbli mill-Enemalta jkollu japprova bozoz ġodda hu.", "Dwar dan forsi jista' jkun hemm anke' diskussjonijiet bejn il-ministri kkonċernati, jiġifieri dak responsabbli mill-Enemalta u dak responsabbli mill-gvernijiet lokali.", "Mr Speaker, din ir-riżoluzzjoni ssemmi wkoll il-customer care system.", "Huwa importanti li naraw kif se titħaddem din is-sistema.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru semma' diversi affarijiet tajbin li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħhom u waħda minn dawn l-affarijiet hija s-sistema' ta' network li hemm il-ħsieb li ssir fil-kunsill lokali.", "Jiena nittama li jibdew jingħataw aktar servizzi mill-kunsilli lokali għax fl-aħħar mill-aħħar huma ċ-ċittadini li se jgawdu minnhom.", "Ovvjament wieħed irid iħarreġ ħaddiema għax ma naħsibx li l-intenzjoni tal-gvern hi li l-customer care system se titħaddem mill-ħaddiema eżistenti tal-kunsilli lokali.", "Jekk jiena m'inix korrett, allura nitlob lill-ministru biex fil-winding-up jiċċara iktar dwar din is-sistema'.", "Problema li nixtieq insemmi u li jiltaqgħu magħha diversi kunsilli lokali hija dwar l-istandards li jiġu mitluba għal ċertu tip ta' xogħol.", "Huwa importanti li x-xogħol li jsir ikun ta' ċertu livell u huwa importanti wkoll li l-kunsilli jieħdu value for money, pero' dan japplika wkoll għad- dipartimenti tal-gvern li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Per eżempju, id- dipartiment tat-toroq jagħmel ċertu tip ta' xogħol li ma jkunx ta' kwalita' tajba.", "Meta l-istess xogħol jagħmlu kuntrattur privat jinqalgħu ħafna problemi pero' mbagħad l-istandards li jintalbu mn-naħa tal-kunsilli lokali mill-kuntrattur ma jiġux mitluba mid-dipartiment tat-toroq.", "Huwa tajjeb li l-istandards jinżammu minn kulħadd għax xi kultant il-kunsilli lokali jkollhom iħallsu flus extra sabiex l-istandards jinżammu.", "Forsi fid- dipartimenti tal-gvern m'hemmx know-how biżżejjed u jkun tajjeb jekk inġibu esperti sabiex ix-xogħol tagħhom jibda jsir skond l-istandards neċessarji u meħtieġa mill-kunsilli lokali.", "Jiena nixtieq li nikkonkludi billi ngħid li huwa importanti li naraw li l- fondi li jingħataw lill-kunsilli lokali jintefqu għall-ġid tal-komunita' kollha.", "Importanti wkoll li naraw li jkun hemm value for money għal dak li qed jiġi vvutat mill-parlament għax tkun ħasra jekk il-poplu jħares lejn ix- xogħol li jkunu qed iwettqu diversi kunsilli lokali bħala ħela ta' flus.", "Huwa importanti li l-amministrazzjoni, id-dipartiment u l-ministeru jaraw li ma jkun hemm l-ebda ħela ta' flus f'dan ir-rigward ħalli l-poplu ma jkunx jista' jipponta subgħajh lejn il-kunsilli lokali.", "Importanti wkoll li nżommu quddiem għajnejna li primarjament il-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk mhux biex jintużaw bħala ballun politiku imma biex jaqdu d- dmirijiet tagħhom lejn iċ-ċittadini li jkunu eleġġewhom.", "Ikun tajjeb ukoll li tikber aktar il-ħidma bejn il-kunsilli lokali u ċ-ċittadini sabiex anke l-interess fost in-nies jikber għall-ġid ta' kulħadd f'Malta u Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Grazzi, Mr. Speaker.", "Ikun għaqli li meta nkunu qed nitkellmu fuq il-kunsilli lokali ma jkunx hemm ċerta qasma fil- ħsebijiet.", "Ħafna drabi l-qasma tkun ġejja minħabba li jkun hemm konflitt bejn dak li jkun hemm bżonn li jsir għal lokal partikolari u dak li jkun jaqbel lil partit politiku.", "Kienet tkun għaqlija s-sistema li jkollna l- kunsilliera kollha flimkien mas-sindku li jkunu qegħdin jaraw l-interess tal-lokal qabel kwalunkwe interess ieħor.", "Mat-twaqqif tal-kunsilli lokali, aħna konna għidna li l-aħjar ħaġa hi li fil-kunsilli lokali ma jidħlux interessi partiġjani pero' sfortunatament wieħed mill-partiti politiċi hawn Malta kien iddeċieda li joħroġ numru ta' kandidati li jikkontestaw f'ismu.", "B'mod għaqli l-Partit Laburista kien għażel li ma jkollux kandidati li jikkontestaw f'ismu u konna qegħdin naraw numru ta' kandidati indipendenti li kienu qegħdin jitilgħu fil-kunsilli, irrispettivament mill-kulur politiku tagħhom, li kienu lesti li joffru l- kapaċitajiet tagħhom ħalli jaraw il-lokal tagħhom miexi 'l quddiem.", "Wieħed kien jispera li l-Partit Nazzjonalista kien jasal li l-interess tal- lokalitajiet jiġi qabel kwalunkwe interess ieħor imma l-affarijiet mhux dejjem jiġru kif wieħed ikun jixtieq.", "Minħabba f'hekk din is-sena l-Partit Laburista kellu jiddeċiedi li jimla' vojt u kkontesta għall-ewwel darba l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Minkejja dan, il-Partit Laburista ħalla l-ispazju li hekk kif il-Partit Nazzjonalista jiddeċiedi li ma joħroġx il- kandidati għall-kunsilli lokali f'ismu, awtomatikament il-Partit Laburista jattwa' l-istess deċiżjoni.", "Aħna xorta għadna nemmnu li jkun aktar għaqli li għall-kunsilli lokali joħorġu kandidati indipendenti, irrispettivament mill-ebda spaga politika li tkun qed tiġbed lil dawk li jkunu eletti fil- kunsilli lokali.", "Punt ieħor li fil-fatt diġa' tqajjem minn xi kelliema ta' l-oppożizzjoni - għax tista' tgħid li fuq din ir-riżoluzzjoni tkellmu kważi l-membri ta' l- oppożizzjoni kollha u ftit kienu l-interventi mill-membri tan-naħa tal- gvern, donnu li f'daqqa waħda l-interess lokali ta' kull wieħed mill- kollegi tagħna tan-naħa l-oħra m'għadux daqshekk importanti - kien dwar il- problema tad-droga u dwar il-problemi soċjali li jeżistu f'diversi lokalitajiet, fejn fost oħrajn issemmew il-Kottonera, Ħal Qormi u Ħaż- Żebbuġ.", "Jiena rrid ngħid li ċerti kunsilli lokali diġa ħadu diversi inizjattivi fejn jirrigwardja problemi soċjali bħal, per eżempju, dik tad- droga.", "Per eżempju, il-kunsill lokali tan-Naxxar ipprova jagħmel numru ta' kampanji, b'mod speċjali meta fin-Naxxar kienet qed tinħass ħafna l- problema tad-droga.", "Ma nistax ngħid li minħabba dawk il-kampanji ta' awareness li saru f'daqqa waħda sparixxiet il-problema imma permezz tagħhom wieħed sar iktar konxju mill-problemi li jista' jiġi ffaċċjat bihom.", "F'din il-lokalita' saru diversi laqgħat dwar il-problema tad-droga pero' huwa tajjeb li wieħed jgħid li din il-problema mhijiex konċentrata biss fin- Naxxar imma teżisti f'ħafna bliet u rħula ta' madwar.", "Per eżempju, wieħed jiskanta kif fil-pjazza tal-Mosta l-affarijiet isiru fid-dawl tax-xemx u donnu ħafna drabi m'hu qed ikun hemm l-ebda mpenn partikolari.", "Hawnhekk insostni li l-kunsilli lokali għandhom ikunu aktar aware tal-problemi soċjali tal-lokalitajiet tagħhom.", "Kważi kważi ngħid ili għandhom ikunu aware tal-problemi soċjali li jkunu jeżistu ġewwa l-lokalita' tagħhom aktar mill-gvern ċentrali.", "Mr Speaker, mod kif il-kunsilli lokali jistgħu jbiegħdu dawn il-problemi soċjali hu li dawn ikunu aktar aware ta' l-izvog li jkollhom bżonn kemm iż- żgħażagħ kif ukoll persuni oħrajn ikbar fl-eta'.", "Hawnhekk naraw ukoll il- bżonn li l-faċilitajiet sportivi jkunu aktar imsaħħa.", "Dan jista' jsir mhux biss billi nipprovdu faċilitajiet sportivi imma billi jkun hemm aktar impenn bejn il-kunsilli lokali u min huwa responsabbli mill-iskejjel fil- lokalitajiet.", "Ħafna mill-iskejjel fil-lokalitajiet diġa' għandhom numru ta' faċilitajiet sportivi u għandhom anke' postijiet oħrajn fejn jistgħu jsiru numru ta' laqgħat u allura ta' min wieħed jara aktar kordinament bejn il- kunsilli lokali u l-amministrazzjoni ta' l-iskejjel fil-lokalitajiet.", "Hemm bżonn li l-kunsill lokali jkun il-fus li fuqu jdur dan il-kordinament bejn il-faċilitajiet sportivi kollha li jkun hemm f'kull lokalita' partikolari.", "Niġu issa għal fejn jirrigwardja l-fondi speċjali.", "Għas-sena li ġejja se jkollna vvotati madwar Lm2.5 miljun bħala fondi speċjali.", "Kieku l-ministru kellu mqar Lm10 miljun oħra magħhom żgur li kien jieħu aktar pjaċir.", "Dan qed ngħidu għax ftit tal-ġimgħat ilu konna qed niddiskutu l-bejgħ ta' nofs is-settur bankarju Malti - jiġifieri tal-Mid-Med - lill-HSBC u l-Prim Ministru ġie kkwotat li qal: ''U iva, minflok Lm93 miljun konna nbiegħuh Lm83 miljun, mhux xorta!''", "Kien qal li l-prezz mhux daqshekk importanti.", "Iva, huwa importanti wkoll għax kieku dawk l-Lm10 miljun konna nkunu nistgħu nużawhom biex inżidu l-faċilitajiet u nsolvu diversi problemi, anke infrastrutturali.", "Kieku kellna Lm10 miljun aktar naħseb li l-ministru, il- kunsilli lokali u ċ-ċittadini kienu jkunu aktar ferħanin.", "U hawnhekk tajjeb li nżid xi ħaġ' oħra ma' dan il-punt.", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'budget wieħed wara l-ieħor, f'temp ta' sitt snin ivvotajna kważi Lm50 miljun biex il-kunsilli lokali jkomplu jimxu 'l quddiem u jagħtu s-servizzi li huma qegħdin jagħtu, u dawn apparti l-fondi speċjali.", "Meta qed nivvotaw dawn il-flejjes kollha jiena ngħid li m'hijiex għaqlija r-risposta li tani l-Prim Ministru meta kien għadu responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Kont staqsejtu biex jirrispondini fuq xogħol li kien qed isir f'lokalita' partikolari u r-risposta kienet li ma jħossx li għandu jagħtini risposta fuq kif intefqu l-flus fil-kunsilli lokali għax dawk huma awtoritajiet għalihom.", "Qalli wkoll li jekk kellna xi mistoqsija x'nagħmlu bħala deputati, din kellna nidirizzawha lill-kunsill lokali partikolari.", "Le, skużi!", "Mhux hekk għandhom ikunu l-affarijiet.", "Dawn huma flus ħerġin mill-budget annwali tal-gvern u ħerġin ukoll minn fondi pubbliċi bħala fondi speċjali għall-kunsilli lokali.", "Bħala deputati għandna d-dmir li nistaqsu kif fondi pubbliċi qed jiġu utilizzati f'kull settur, f'kull dipartiment, f'kull fondazzjoni u f'kull korporazzjoni u għandna wkoll id- dmir li nagħmlu mistoqsijiet relevanti u d-dritt li jkollna wkoll ir- risposti adegwati.", "Per eżempju, meta qed ngħidu li għandna staġnar ekonomiku u meta qed ngħidu li r-rota għadha m'hijiex taqbad, kemm huwa għaqli li jkollok kunsill lokali li jordna xogħol barra minn Malta?", "Qed nirriferi għall- kunsill lokali tan-Naxxar.", "Jiena nfaħħar fejn ikun hemm bżonn infaħħar u nikkritika fejn ikun hemm bżonn nikkritika.", "Jekk m'hu magħruf għal xejn, in- Naxxar hu magħruf għall-ħaddieda li kellu u li għad għandu llum.", "Allura għalfejn ix-xogħol tal-ħadid għall-playing ground tan-Naxxar ma nħadimx hawn Malta?", "Għalfejn kellu jinħadem l-Italja biex fuq kollox - u għadni ma nafx minn fejn għadda l-permess għalih - wara li nfaqna Lm18,000 u wara li tqiegħed il-ħadid sibna li kellna nagħmlu netting mad-dawra?", "(Interruzzjonijiet) Ġie qisu gaġġa ta' l-iljuni!", "Evidentement in-netting għamluh wara li nstab li t-tfal bdew jgħaddu minn bejn il-ħadid.", "Naturalment anke l-blalen jgħaddu minn bejn il-ħadid.", "Mela wara li nfaqna Lm18,000 - li lanqas intefqu Malta imma barra minn Malta - spiċċajna li kellna noqogħdu nagħmlu n-netting biex ma jibqgħux jgħaddu t-tfal u l- blalen minn bejn il-ħadid!", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Louis Galea biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l-Erbgħa 16 ta' Ġunju, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar il-ħatra ta' membru fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar fondi għal ħtiġijiet speċjali lil kunsilli lokali - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helen D'Amato.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Grazzi, Mr Speaker.", "Jekk naraw x'qed iseħħ fil- pajjiż f'dawk li huma riformi wieħed malajr jinduna li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar riforma fil-building regulations, riforma fil-proċess ta' l-ippjanar u riforma oħra dwar il-punti għall-allokazzjoni ta' housing u dwar x'tip ta' djar u units iridu jinbnew u għalhekk inħoss li huwa ż- żmien opportun biex jiġi mainstreamed il-konċett ta' aċċessibilita'.", "Idealment din il-bidla m'għandhiex issir biss fir-regolamenti u fil- proċessi iżda anke fil-mentalita' ta' kull wieħed u waħda minna u fil- mentalita' ta' min irid iħaddem dawn ir-regolamenti.", "Jekk verament irridu li jkollna soċjeta' inklussiva, ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn nies ma jkunux jistgħu jużaw bini sempliċement għaliex fiżikament ma jistgħux jidħlu fih.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna li l-kwestjoni ta' aċċessibilita' hija ta' qofol għal persuni b'diżabilita' u jekk verament irridu l-integrazzjoni soċjali u jekk verament irridu nippromwovu l-funzjonalita' individwali ta' kull persuna li tgħix f'Malta u f'Għawdex, ma nistgħux inżommu barra nies milli jiffunzjonaw bil-mod forsi anke limitat li huma jistgħu.", "Huwa għalhekk li ma nistgħux ninjoraw dan il- konċett ta' aċċessibilita'.", "Mr. Speaker, inkunu mqarrqin jekk naħsbu li din hija xi issue ta' minoranza.", "Ħafna drabi meta nitkellmu dwar aċċessibilita' jiġuna f'moħħna nies li jkunu twieldu b'nuqqasijiet fiżiċi pero' ninsew li din l-issue tolqot ukoll il-ħtieġijiet ta' l-anzjani u ta' min ikollu diżabilita' fiżika b'mod temporanju għaliex forsi jkun kiser siequ.", "Inkunu qegħdin nolqtu anke ġenituri li jkunu jridu jidħlu b'pushchair.", "Jiġifieri n-numru ta' nies li jgawdu minn dawn il-miżuri ta' aċċessibilita' m'huwiex numru żgħir.", "Anke kieku kien numru żgħir irridu nagħtu kasu, imma meta nafu li dawn jistgħu jinkludu ħafna iżjed nies allura rridu ngħidu li dan il- konċett ta' aċċessibilita' jrid jidħol fil-mentalita' tagħna, b'mod partikolari meta nkunu se ntellgħu bini pubbliku ġdid.", "Issa niġi lura għar- riformi li semmejt fil-bidu u nibda b'dawk li jolqtu lill-awtorita' ta' l- ippjanar.", "Proprju nhar is-Sibt jiena attendejt seminar ta' ġurnata dwar ir-riforma fl-awtorita' ta' l-ippjanar u nista' ngħid li l-kelma aċċessibilita' ma ssemmiet qatt b'mod dirett.", "B'mod indirett nista' ngħid li ġiet inserita, fis-sens li ntqal li l-motto ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar huwa li permezz ta' ppjanar tajjeb ikollna kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Naturalment l- aċċessibilita' għal persuna b'diżabilita' fiżika ma hija xejn ħlief kwalita' ta' ħajja aħjar għal dik il-persuna.", "Intqal ukoll li l-enforcement officers għandhom jagħtu kas anke li jipproteġu l-interessi ta' terzi persuni.", "Issa nies li għandhom bżonn l-aċċessibilita' huma terzi persuni u allura hawnhekk ukoll nistgħu ngħidu li l-enforcement officers iridu jagħtu kas dan il-konċett, kemm jekk l-iżviluppatur ikun il-gvern kif ukoll jekk ikun il-privat.", "Waqt il-konferenza ntqal ukoll li x-xogħol tal-case officer huwa li jevalwa l-impatt ambjentali ta' proġett.", "Issemmew erba' impatti u wieħed minnhom l-impatt soċjali.", "U jien nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-impatt soċjali.", "Wieħed jista' jgħid li ladarba l-enforcement officers iridu jaraw l-impatt soċjali tal-proġetti, għandhom ukoll jaraw l-impatt negattiv li jkun hemm jekk ikun hemm nuqqas ta' aċċessibilita.'", "Issa aħna, Mr Speaker, nisimgħu ħafna kritika fuq l-awtorita' ta' l- ippjanar forsi għax ħafna minna ma nafux kemm din l-awtorita' tagħmel xogħol.", "Ħafna drabi jkun mingħalina li din tagħmel biss xogħol fuq permessi ta' bini iżda l-awtorita' ta' l-ippjanar għandha ħafna iktar xogħol x'tagħmel.", "Minkejja li m'hemmx struttura formali li tagħti kas tal-konċett ta' aċċessibilita', f'ċerti proġetti l-awtorita' ta' l-ippjanar tikkonsulta b'mod ad hoc mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' kif ukoll ma' l-accessibility unit tal-works division.", "Naf ukoll li riċentement il- kummissjoni kellha laqgħa mal-Ministru Tonio Borg u mas-Segretarju Parlamentari George Pullicino fejn ġie deċiż li jkun hemm madwar 16-il proġett li jiġu vetted mill-kummissjoni.", "Dan huwa tajjeb u jien ngħid li hemm bżonn li din il-konsultazzjoni tkun waħda strutturata b'enforcement officers speċjalizzati, li xogħolhom ikun proprju li l-bini, b'mod partikolari bini pubbliku, jsir b'mod li jkun aċċessibbli.", "M'għandniex nibqgħu fuq livell ad hoc imma din għandha tkun xi ħaġa strutturata.", "Mr. Speaker, wieħed jifhem li minħabba l-istil arkitettoniku tiegħu ċertu bini antik ma jkunx jista' jiġi alterat biex ikun aċċessibbli - għalkemm għandu jsir kull sforz biex insibu l-mezzi kif dawn il-binjiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd - pero' wieħed ma jistax jifhem kif għadna naraw bini pubbliku, bħalma huma cinemas, il-banek u ċentri oħra li ma jkunux aċċessibbli għal kulħadd.", "Din il-ħaġa m'hijiex aċċettabbli.", "Agħar minn hekk, issib bini li jiftaħru li huwa aċċessibbli imbagħad tara ċerti affarijiet li bilfors ikollok tistaqsi: Imma skużi, l-aċċess fejn qiegħed?", "Per eżempju, tara rampi li persuna f'wheelchair ma tkunx tista titlagħhom jekk ma jimbottawhiex tnejn jew tlieta min-nies.", "Issib ukoll bibien dojoq li ma jgħaddix wheelchair minnhom u lifts intiżi biex bini jkun jista' jintuża minn persuni b'diżabilita' li jkunu tant dojoq li ma tkunx tista' timmanuvra wheelchair.", "Dawn il-miżuri s'issa għadna ma nsibuhomx fil- building regulations u allura jista' jkun hemm nuqqas ta' inforzar tagħhom.", "Jiena nappella biex issa li l-building regulations qed ikunu riformati, ikun mainstreamed il-konċett ta' aċċessibilita'.", "Mr Speaker, anke fil-kwestjoni tal-housing għandu jidħol il-konċett ta' l- aċċessibilita'.", "F'dan il-każ ma nkunux qegħdin naħsbu biss f'persuni b'diżabilita' imma nkunu qed naħsbu fl-istess nies li jieħdu dawn il-flats li llum m'għandhomx diżabilita' imma li ftit tas-snin oħra se jkunu anzjani.", "Meta aħna nagħtu kas il-konċett ta' l-aċċessibilita' nkunu qed inħarsu 'l quddiem.", "Ta' tletin sena huwa faċli li titla erba' sulari taraġ imma meta bniedem ikollu sebgħin sena jispiċċa jkun qiegħed priġunier f'daru.", "Anke fejn jirrigwarda l-punti, Mr Speaker.", "Ħafna drabi l-punti jivvantaġġaw family unit kif nafuha, pero' rridu nżommu wkoll quddiem għajnejna li ċerti nies li jkollhom ċerta diżabilita' jkunu jixtiequ jgħixu bħala single persons u allura naturalment dawn ikunu żvantaġġati.", "Mr Speaker, fil-bidu għedt li jeħtieġ il-koperazzjoni ta' kulħadd.", "Jiena, per eżempju, nixtieq nara iktar sensittivita' wkoll min-naħa tal- periti.", "Naturalment jekk il-perit ikun sensittiv anke meta jkun qed jagħti parir lill-iżviluppatur, dan se jġib quddiem għajnejh anke din il-problema.", "Għalhekk ma nistax nifhem jien, Mr Speaker, kif il-fakulta' ta' l- arkitettura – jien dan id-diskors diġa' għedtu f'din il-Kamra u se nibqa' nirrepetih sakemm ikolli risposta – m'hijiex qiegħda tilqa' talba li qed tagħmlilha l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex ikun hemm unit dwar l-aċċessibilita' anke mal-periti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq aċċessibilita' fiżika, fejn il-periti jilagħbu logħba verament minn ġewwa u ma nistax nifhem kif il-fakulta' ta' l-arkitettura ma aċċettatx il-proposta li għamlet il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Nixtieq nisma' min-naħa tal-fakulta' ta' l-arkitettura dwar x'inhi l-problema.", "Jekk hemm problema għandna naraw kif indura magħha u mhux sempliċement qatt ma nieħdu tweġiba mingħandhom.", "Meta kont tkellimt dwar dan il-każ f'din il-Kamra kienet ċemplitli persuna li qed issegwi kors ta' l-arkitettura fejn qaltli li dan huwa veru.", "Din il-persuna qaltli wkoll li din il-ħaġa tħossha hi wkoll għaliex għandha familjari bi problema ta' aċċessibilita'.", "Mr Speaker, jekk verament irridu soċjeta' inklussiva ma nistgħux ninjoraw dan il-konċett.", "Il-European social charter, li tiegħu aħna signatories, jgħidilna li rridu nipprovdu l-opportunitajiet kollha anke fil-qasam tax- xogħol.", "Mela allura, Mr Speaker, jekk aħna rridu nipprovdu dawn l- opportunitajiet kollha għal persuni b'diżabilita', ma nistgħux nibqgħu nitfgħu rasna fir-ramel u ngħidu li lil dawn in-nies qed nagħtuhom l- opportunitajiet meta mbagħad meta jmur xi ħadd minnhom isib li jkollu l- kwalifiki kollha pero' ma jkunx jista' jidħol fl-ufficju minħabba li qiegħed f'wheelchair.", "Mr. Speaker, il-kwestjoni ta' aċċessibilita' nistgħu nestenduha ħafna pero' llum m'għandix il-ħin biex nidħol fil-punti kollha, li jinkludu fost oħrajn it-trasport pubbliku, il-ħwienet u l-bankini.", "Kien għalhekk li fil- bidu jiena għedt li jeħtieġ ir-riforma fl-istruttura iżda jeħtieġ ukoll li din ir-riforma tkun akkumpanjata b'riforma fil-mentalita'.", "Illum il- konċett ta' aċċessibilita' għadu m'huwiex tant magħġun fil-liġijiet tagħna pero' fi ftit xhur oħra se jkollna l-Equal Opportunities Act u wieħed mill- pilastri ta' dan l-Att se tkun proprju l-aċċessibilita'.", "Huwa veru li m'għandniex naħsbu li nistgħu nibdlu kull post biex dan ikun aċċessibbli pero' almenu għandna nibdew nagħtu kas din il-kwestjoni.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra l-Onor.", "Adrian Vassallo pprova jwassal messaġġ sabiex f'dawk il-competitions internazzjonali li beħsiebna nidħlu għalihom ma niġux imxekkla minn xi lakuna jew minn xi restrizzjoni fil-liġi.", "Jekk aħna nidħlu biex nikkompetu f'xi ħaġa għandu jkollna l-istess drittijiet li għandhom pajjiżi oħrajn li se jikkompetu bħalna - qed nitkellem dwar il-fatt, u ta' dan il-gvern ħaqqu prosit, li ġie deċiż li l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fis-sena 2003 jiġu organizzati f'pajjiżna - u allura għandhom isiru l-emendi fil-liġi u għandhom isiru r- regolamenti meħtieġa sabiex pajjiżna mhux biss jikkompeti imma jkun jista' jmur aħjar minn drabi oħra billi jirbaħ xi midalji wkoll.", "Aħna rridu noħolqu atmosfera u ambjent fejn il-kompetitur Malti jkun jista' jipprepara ruħu tajjeb.", "Mr Speaker, jiena qed nitkellem dwar il-ħtieġa immedjata li jiġu emendati l-liġijiet - u dan qalu anke sieħbi l-Onor.", "Adrian Vassallo - sabiex min se jikkompeti fl-isparar ma jsibx iżjed xkiel.", "L-aħħar li saru l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f'dan il-pajjiż kellna kompetituri ta' 15, 16 jew 17-il sena li kienu marksmen tajbin biżżejjed biex rebħu l-kompetizzjoni.", "Jiena m'inix qed ngħid li l-pulizija għandha tagħti liċenza biex nies ta' 14-il sena jew 15-il sena jmorru għall-kaċċa, pero' qed ngħid li l-pulizija għandha tagħti permess sabiex min ikun irid jispara fuq plattini jew jispara bl-air-gun jew bl-air-pistol ikollu d- dritt jagħmel dan f'shooting range, anke minn eta' żgħira.", "Jiena niġi minn distrett fejn in-nies iħobbu l-passatemp tas-senter - ma nidħolx fil-mertu jekk dan hux passatemp li jwassal għall-kaċċa jew hux passatemp biex jisparaw għall-plattini - u naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Vassallo u ma nistax nifhem kif dħalna għal kompetizzjoni li hawn Malta suppost li hija llegali.", "Aħna ħadna parti f'air-pistol shot competition li sal-lum għad m'hemmx regolamenti dwarha.", "Jiena nemmen, Mr Speaker, li wasal iż-żmien li immedjatament - u mhux qed ngħid is-sena d-dieħla, għax imbagħad ikun tard wisq - jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex joħorġu r-regolamenti u l-permessi li hemm bżonn għal min irid jikkompeti f'dawn il-kompetizzjonijiet ta' l-air-pistols u air-rifles.", "Fuq kollox aħna tajna l-permess biex jinxtraw dawn l-armi mhux biex dak li jkun iwaħħalhom mal-ħajt u joqgħod iħares lejhom imma sabiex jużahom f'kompetizzjoni u għad-delizzju tiegħu.", "Jiena żgur li n-nies mhux se jmorru għall-kaċċa b'air-pistol u żgur li n-nies mhux se jmorru għall-kaċċa jisparaw bil-pellets ta' l-air-rifles u allura f'dan il-kontest, Mr Speaker, hemm bżonn li jsiru regolamenti li jagħtu permess lil ġuvintur u xebbiet ta' minn 14-il sena 'l fuq biex jekk iridu, taħt id-direzzjoni ta' nies adulti, jkunu jistgħu jitħarrġu biex jikkompetu.", "Huwa fatt, Mr Speaker, li meta bniedem jikber jibda jqassam il-ħsieb tiegħu fuq ħafna affarijiet differenti.", "Bniedem li ma jkollux la piż ta' familja u lanqas piż ta' affarijiet oħrajn ikun jista' litteralment jikkonċentra l-attenzjoni tiegħu fuq l-isport li jkun qiegħed jeżerċita u allura nemmen li huwa tassew importanti li jkollna kompetituri ta' 15 u 16- il sena għax huma dawn li jistgħu jwasslu sabiex pajjiżna jottjeni l- medalji f'dan il-kamp.", "M'għandi xejn kontra kompetituri ta' eta' ikbar jew kontra dawk in-nies li marru jirrappreżentaw lil Malta, pero' għandna nagħtu fair chance lil kulħadd billi nwessgħu l-age gap.", "Mr Speaker, l-istess ħaġa tista tingħad għal dawk li jisparaw għall- plattini bis-senter.", "Ċertament li tiratur irid konċentrazzjoni perfetta meta jiġi biex jispara fuq it-target u allura importanti li dan jibda dan it-tip ta' sport meta jkun għadu żgħir u ma jkollux problemi ulterjuri fil- ħajja.", "Nies ta' eta' żgħira ma jkollhomx problemi li jridu jagħmlu l- overtime biex iżommu familja, jew problemi li jridu jlaħħqu ma' żewġ jobs, pero' mbagħad ikollhom il-problema li hawn Malta dawn l-affarijiet sfortunament għadhom illegali.", "Min se jiġi Malta se nimponulu li jkollu 20 sena biex ikun jista' jispara, jew inkella rridu nagħtu ċans lill-Maltin ukoll li jipparteċipaw f'dan l-isport mingħajr sikkatura żejda?", "Mr Speaker, riċentement minħabba rapporti li kien hemm fil-lokalita' tar- Rabat, il-pulizija kellha tieħu passi sabiex tara li fir-range tal-Virtu' joqogħdu japplikaw għal liċenza kull darba.", "Hemm bżonn li jkun hemm permess u li ikun hemm insurance cover pero' wasal iż-żmien li l-liċenza toħroġ darba fis-sena u mhux bniedem irid japplika kull ġimgħa jew kull xahar.", "Hemm ammont sostanzjali ta' nies li jibdew jitħarrġu mill-Erbgħa biex is- Sibt wara nofsinhar u l-Ħadd filgħodu jidħlu għall-kompetizzjonijiet ta' l- isparar fuq il-plattini.", "Dawn il-kompetizzjonijiet isiru f'areas li ma jweġġgħu lil ħadd u ma jdejqu lil ħadd.", "Isiru f'postijiet fejn bniedem qalb il-ħbieb jipprova jara jekk għadux tajjeb jew jekk sarx aħjar mill-bieraħ u jsiru b'sens li bniedem jibda jinqata' minn dik il-kilba li jmur għall- kaċċa għax il-kapaċita' tiegħu ta' tiratur ikun qiegħed jesebiha mod ieħor.", "Anke hawnhekk, Mr Speaker, hemm bżonn li jsiru emendi urġenti sabiex sakemm qed jisparaw għall-plattini, iż-żgħażagħ ikollhom il-faċilita' li jikkompetu.", "Hija assurdita' li ma nagħtux ċans lil uliedna meta qegħdin ngħidu li aħna limitati fl-ammont ta' nies li għandna u meta nafu li hemm tfal ta' 16 u 17-il sena li huma kapaċi jirrappreżentaw lil pajjiżna u jieħdu l-medalji.", "Jiena niġbed l-attenzjoni kemm tal-ministeru ta' l-intern kif ukoll tal-ministeru ta' l-edukazzjoni li jkopri l-isport sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.", "L-aħħar punt li xtaqt insemmi huwa dwar il-fatt li dan l-aħħar qed jingħad li min jidħol jara l-logħob tal-football irid jibda jħallas il-VAT fuq il-biljett ta' l-entratura.", "Il-ministru l-bieraħ qal li ma jarax differenza bejn min imur jara film f'xi ċinema u min imur il-ground jara logħba football - ġosti! - u kkonferma li l-VAT għandha titħallas fuq il- biljett ta' l-entratura.", "Dan huwa veru pero' min-naħa l-oħra naħseb li għandha ssir emenda, fis-sens li ma tinġabarx VAT għal dak li sar fil- passat.", "Ma nistgħux nikkostrinġu lill-MFA li tħallas il-VAT tal-passat u lanqas nippretendu li kull individwu li mar il-ground mill-1 ta' Jannar ta' l-1995 sal-lum imur jagħti kontribuzzjoni ta' 15c jekk il-biljett kien Lm1 sabiex ikopri l-VAT ta' dakinhar!", "Jien naħseb li dak li ġie ddikjarat bħala dħul fl-1995 ġie rreġistrat fil-budget ta' l-1996 u għalaqna l-kotba; l-istess, dak li ġie reġistrat li daħal fl-1996 deher fil-budget ta' l- 1997 u waqaf hemm.", "Issa jekk kienx dovut taħt is-CET hija question mark pero' huwa fatt li dik il-liġi spiċċat u allura ma nafx kemm baqa' dritt li tinġabar taxxa taħtha.", "Issa dan l-istaġun għadda u t-teams diġa' qegħdin jaħsbu għall-istaġun li ġej.", "Aħna nafu kif jgħixu l-football clubs f'dan il-pajjiż.", "Dawn ikunu qed jistennew dik il-qatra flus tiġi mingħand l-MFA.", "Ma jistax ikun li kull team tal-premier jiġi ffaċċjat b'taxxa li jeħduhielu mill-gate money tas- sena ta' qabel.", "Jiena jidhirli li jekk għandha tinġabar, il-VAT għandha tinġabar mill-bidu ta' l-istaġun li ġej.", "Fuq kollox il-liġi tista' tagħmilha u tista' tilleġislaha pero' jrid ikun hemm ukoll il-lat uman li jikkmandaha.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Erbgħa, 16 ta' Ġunju, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POWER STATION - MARSA", "7633.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex il- ħaddiema fil-power station tal-Marsa ma jaħdmux f'ambjent bi sħana u storbju eċċessivi li qed jagħmlu ħsara lis-saħħa u lis-smiegħ tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-Power Station tal- Marsa, inklużi dawk li jaħdmu fit-Taqsima tal-Manutenzjoni, huma pprovduti bl-ear protectors.", "Barra dan, l-operaturi li jikkontrollaw l-apparat bħall- boilers, għandhom cubicles forma ta' kamra mibnija mal-Panel Aluminium Glass Cubicle li din ukoll hija mgħammra b'sistema t'arja kondizzjonata.", "SKEJJEL - TARĠA GAP - SUMMER COURSES", "7685.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'humiex se jsiru summer courses dan is-sajf, f'Tarġa Gap School for Art and Crafts?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-korsijiet f'Salvatore Dimech School for Craftsmen Tarġa Gap fis-sajf huma inizjattiva ta' l-iskola u mhux tad- dipartiment.", "Għal raġunijiet personali, l-għalliema ħassew li ma kienx possibbli jiftħu l-korsijiet din is-sena.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - LIBRERIJA", "7686.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji enrolled nurse qegħda taħdem fil- librerija ta' l-Institute of Health Care?", "X'inhuma s-sigħat ta' xogħol tagħha?", "Jekk taħdem b'sistema ta' shift, x'inhuma d-doveri tagħha s-Sibtijiet, il-Ħdud u fil-festi pubbliċi u fil- perjodu tas-sajf meta l-librerija tkun magħluqa?", "X'inhuma l-allowances li għandha għall-ħdud u l-festi pubbliċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond ir-records tad-dipartiment, l-enrolled nurse li qed taħdem fil-librerija ta' l-Institute of Health Care ilha hemm minn mindu nfetaħ.", "F'Ġunju 1998 ingħatat transfer għas-sala M6 ġewwa l-Isptar San Luqa, li pero qatt ma ġie mplimentat.", "Peress li l-Institute of Health Care mhux fid-dikasteru tiegħi nitlob lill-Onor.", "Membru biex jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - REDUCED HOURS", "7687.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tibda s-sistema tar-reduced hours għall- ħaddiema tal-gvern?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min se jkun intitolat biex japplika għal din is-sistema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi s-sistema ta' sigħat imnaqqsa kif imħabbra fil-Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Gvern ġiet fis-seħħ f'dawn il-ġranet.", "DJAR - MANUNTENZJONIJIET", "7688.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-għarajjes jistgħux japplikaw għall-iskema ġdida li ġiet imħabbra f'dawn l- aħħar ġranet dwar għajnuna biex issir manutenzjoni f'postijiet privati eċċ?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din l-għajnuna tingħatax ukoll għal bini tal- gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskema mħabbra dan l-aħħar ġranet tapplika għall- inkwilini rikonoxxuti residenti f'proprjeta' tal-gvern.", "Teżisti skema biex sidien (inklużi l-għarajjes) ta' postijiet privati okkupati jew se jiġu okkupati minnhom jistgħu japplikaw għall-għajnuna biex isiru xogħlijiet ta' rranġar u titjieb.", "Teżisti skema għall-istess xogħlijiet ġo postijiet privati okkupati minn inkwilini.", "KALKARA - SCAPYARD", "7689.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb li jsir xi sit alternattiv għall-iscrapyard li hemm fil-Kalkara u li hija ta' ħsara għall- ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern determinat illi ma ssir ebda ħsara lill-ambjent.", "KALKARA - HARD STANDING BOATYARD", "7690.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: In vista li fuq parti tal-moll tal-Kalkara hemm hard standing boatyard li hija eyesore meta tħares mill-faċċata u ta' inkonvenjent għal min irid jippassiġġa fuq dik il-parti tal-moll, hux qed jiġi ppjanat li jinstab xi sit alternattiv?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.Interpellant tapprezza illi din il- hard standing boatyard issa ilha hemm numru ta' snin konsiderevoli, u fil- preżent għad m'hemmx pjani għal siti alternattivi għal din il-boatyard.", "PULIZIJA - DROGA/KRIMINALITA'", "7734.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju mill-awtoritajiet tal-pulizija dwar ir-relazzjoni bejn id-droga u l-kriminalita' speċjalment fost iż-żgħażagħ?", "X'inhu n-numru ta' persuni li ġew arrestati matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena fuq: pussess; u traffikar ta' droga?", "Kemm minn dawn kienu taħt il-21 sena?", "Dawk kollha tressqu l-Qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Teżisti fil-Korp tal-Pulizija u fl-NDIU sistema ta' ġbir ta' informazzjoni li tgħin fl-investigazzjoni dwar id-droga u l- konnessjoni li din għandha ma' reati oħra.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab informat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena ġew arrestati mill-Pulizija 252 persuna fuq suspett ta' pussess ta' droga u 87 persuna fuq suspett ta' traffikar ta' droga.", "Minn dawk li ġew arrestati, 114 kienu taħt il-21 sena, filwaqt li 137 minnhom tressqu l-Qorti.", "SPORTS AND LEISURE FAIR - DISKORS", "7741.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors tas- Segretarju Parlamentari fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-iSports and Leisure Fair?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' l-Isports and Leisure Fair is-Segretarju Parlamentari għamel diskors improviżat.", "Ma nżamm ebda recording ta' dan id-diskors u allura l-aħjar mezz ta' kif wieħed jista' jkun jaf il-kontenut tiegħu huwa minn dak li ġie rrapportat fil-gazzetti.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA", "7742.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7323, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema reġgħu ngħataw kuntratt part- time għal sitt xhur?", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kull wieħed mill-ħaddiema part-time fil-Pixxina Nazzjonali ħadmu sigħat matul April, Mejju u fl-ewwel ġimgħa ta' dan ix-xahar?", "Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-ħaddiema part-time fil-fatt qed jaħdmu sigħat li skond il-liġi tikkwalifikahom bħala full timers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' siegħat li ħadmu matul April, Mejju u l-ewwel ġimgħa ta' Ġunju huma:", "IMPJEGAT/A NUMRU TA' SIEGHAT April Mejju Gunju (sa 6.6.99) Alan Falzon 157 139.5 35.5 Franklin Axisa 175.5 152.75 44 William Galea 171 133 36 Elisabeth Valentine 166.25 120 30 David Grech 162 151.5 47 Keith Zahra 201 200 60 Emanuel Reitano 179 178.5 41.5", "Is-sigħat li dawn il-ħaddiema jaħdmu iżjed minn dak stipulat fil-kuntratt tagħhom jitħallsu tagħhom bl-istess kondizzjonijiet tal-kuntratt.", "Dwar il- mistoqsija dwar il-kuntratt definit għal dawn il-ħaddiema ingħatat tweġiba f'mistoqsija preċedenti.", "SKEJJEL STATALI - GĦAWDEX", "7743.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat f'Għawdex?", "Kif inhuma kklassifikati bħala primarji, sekondarji eċċ?", "X'inhu n-numru ta' studenti f'kull grad ta' skola?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-edukazzjon fiżika assenjati f'kull grad ta' skola f'Għawdex?", "Jista' l-Minstru jgħid kemm hemm għalliema li huma normalment residenti f'Għawdex li qed jaħdmu fi skejjel Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi:", "(1) SKEJJEL TA' L-ISTAT F'GHAWDEX", "Skejjel Primarji 11 Skejjel Sekondarji 2 Post-Sekondarji 1 Trade Schools 3 School of Music 1 School of Art 1 School of Drama 1 ESN Special School 1 li taghmel parti minn Skola Primarja", "(2) NUMRU TA' STUDENTI", "Primarji 2049 Sekondarji (Agius de Soldanis) Junior Lyceum 819 Sekondarja 294 (Ninu Cremona) Junior Lyceum 401 Sekondarja 474 Mary Meilak (Girls' Trade) 43 Carmelo Refalo (Boys' Trade) 31 School of Agric. & Bldg.", "93 Sir M'Angelo Refalo Centre for Further Studies (1st year) 331 (2nd year) 196", "(3) GHALLIEMA TA' L-EDUKAZZJONI (FIZIKA)", "Ninu Cremona Lyceum Complex 8 Agius de Soldanis J.L. & Sec.", "4 Peripatetic Teachers (Primary) 3", "(4) GHALLIEMA RESIDENT F'GHAWDEX LI JGHALLMU MALTA", "Teachers 7 Instructors 2 Part-Time Instructors 10 Supply Teachers 3", "SKEJJEL - STUDENTI LI SARU OMMIJIET", "7744.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti bniet li matul din is- sena skolastika saru ommijiet?", "Jista' jgħid x'għajnuna tingħata mid- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lil dawn l-ommijiet żgħażagħ biex ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom wara li jwelldu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena skolastika 1998 - 1999 l- iSchoolgirl Mothers' Unit attendew studenti bniet mil-livell Sekondarju u Post-Sekondarju.", "Attendew ukoll il-Unit bniet li nqabdu tqal kif spiċċaw l- iskola Sekondarja qabel ma bdew xi kors ieħor post-sekondarju.", "Dawn iċ-ċifri, (li lista tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta), jistgħu ma jirriflettux is-sitwazzjoni vera.", "Din l-istatistika turi biss iċ-ċifri ta' bniet tqal li attendew il-unit.", "Dawn il-bniet tqal huma ta' etajiet differenti u ta' abilitajiet akkademiċi differenti.", "L-iSchoolgirl Mothers' Unit joffri:", "* Programm għat-tfajliet tqal taħt it-18-il sena.", "Dawn jattendu l-Unit tlitt darbiet fil-ġimgħa.", "Huma jingħataw tagħlim, taħriġ, informazzjoni relevanti għas-sitwazzjoni tagħhom.", "* Jingħataw \"Counselling\" kontinwu.", "* \"Counselling\" jingħata wkoll lill-missirijiet tat-trabi, lill-ġenituri tat-tfajla u tal-ġuvni kull meta jiġi mitlub.", "* Jinżammu kuntatt regolari mal-iskola fejn tattendi t-tfajla, u mas- Social Worker skond il-ħtiġijiet tal-każ individwali.", "* Wara li titwieled it-tarbija, t-tfajliet jattendu \"Support Group\", darba fil-ġimgħa fejn ikomplu jingħataw (a) tagħlim relevanti għalihom; (b) counselling skond il-ħtieġa."]} {"filename": "20020206_694d_par.doc", "date": "2002-02-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 694 L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 694", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "694", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 460", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 460", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI (KUMITAT)", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL (COMMITTEE STAGE) 465", "AĠĠORNAMENT 487", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 493", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 693 li saret fis-6 ta' Frar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ KONTI RUĠĠIERU", "30722.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Fid-dawl tal-fatt li numru ta' residenti fi Triq Konti Ruġġieru, ir-Rabat, Malta, qed jirrapportaw diversi ħsarat fl-istrutturi tal-bini residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jinvestiga immedjatament jekk dawn il-ħsarat, fosthom konsenturi fil-bini, humiex kawza tal-volum tat-traffiku li żdied f'din it-triq antika minn mindu Triq G. Borġ Olivier fl-istess lokal saret one way?", "Billi fi Triq Konti Ruġġieru hemm ħafna kantini u billi qabel ma nbnew dawn l-inħawi kien hemm foss u għerien, jista' l-Ministru urġentement jara li jsir stħarriġ intensiv tal-ħsarat li qegħdin dejjem jikbru, sabiex jiġu evitati inċidenti fatali?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Għalkemm id-direttorat tat-toroq ma rċeviex rapporti ta' ħsarat, ġejt informat jien stess minn xi residenti ta' din it-triq dwar il-problema u tlabt lid-direttorat tat-toroq jara x'jista' jagħmel.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru qal li ma sar l-ebda rapport lid- direttorat pero` ovvjament fl-interpellanza tiegħi jien irrapportajt il- konsegwenzi u l-konsenturi li żviluppaw f'numru ta' djar residenzjali f'din it-triq.", "Peress li din il-mistoqsija saret fis-7 ta' Jannar, jiġifieri madwar xahar ilu, jista' l-Ministru jara jekk minn dakinhar sal-lum intbagħtux nies esperti biex janalizzaw is-sitwazzjoni?", "Qed ngħid dan anke minħabba ż- żieda fil-flow tat-traffiku f'din il-parti tar-Rabat fejn jirriżulta li f'St. Mary Street, kantuniera ma' Count Roger Street u St. Publius Street, qed ikun hemm numru ta' kolliżjonijiet fuq bażi regolari.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li r-residenti ta' din it-triq m'għamlu l- ebda rapport lid-dipartiment tat-toroq, wieħed irid jistenna sakemm il- każijiet imsemmija jiġu nvestigati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, minn mindu saret il-mistoqsija s- sitwazzjoni qed tkompli tiggrava u toħloq inkonvenjent għar-residenti u għas-sistema tat-traffiku f'dawn l-arterji partikolari tar-Rabat.", "Jista' l- Ministru jara li l-proċeduri almenu jitħaffu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ir-risposta ingħatat mid-direttur tat-toroq innifsu u jiena ċert li l-investigazzjoni diġa` qiegħda ssir.", "Malli jkolli xi informazzjoni, ngħaddiha lill-Onor.", "Interpellant.", "MELLIEĦA - TRIQ TA' MASRIJA", "30723.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq Ta' Masrija, fil- Mellieħa, tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li l-proċeduri neċessarji jitħaffu sabiex din is-sena tiġi asfaltata?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem iil-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi din il-mistoqsija titratta anke street lighting, li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi - li qed jirrispondi f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni - jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li f'ċerti zoni, bħal fil-każ li qed tirriferi għaliha din id-domanda, għadhom ma bdewx jiġu stallati street lighting b'sistema solari?", "Infakkar li proġett simili li kien sar fl-Universita` kien irnexxa u allura wieħed jista' jikkonsidra li dawn it- tip ta' sistemi jistgħu jkunu sostenibbli, forsi anke bi prova, f'lokalitajiet ġodda fejn ikun meħtieġ id-dawl u fejn fiċ-ċirkostanzi jkunu diffiċli għall-istess korporazzjoni li twassal dan id-dawl.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kien hemm diversi postijiet fejn ġew approvati street lighting bis-sistema solari u l-car park ta' l-Universita` huwa wieħed minnhom pero` irrid ngħid li din hija expensive ħafna.", "Din is- sistema ntużat ukoll riċentement fil-Ġnien ta' l-Għarusa fil-Mosta.", "Irridu nifhmu li biex tagħmel din is-sistema trid tintuża l-battery u allura trid tagħmel ukoll il-kompartament fejn tagħmilha.", "Il-verita` hi li s-sistema solari taħdem billi jkollok unit li bil-lejl qed tipprovdi l- enerġija li tkun ġiet iċċarġjata matul il-ġurnata mis-solar panels u sfortunatament hawn Malta għandna vandaliżmu kontinwu u għalkemm tipprova tagħmel l-affarijiet b'mod li jkunu safe, dejjem se jsibu irkaptu biex jisirqu.", "Jiġifieri minbarra li din is-sistema tqum ħafna biex tagħmilha, għandek din il-problema li tista' tinsteraq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, nirriferi għal xi punti li tqajmu l- bieraħ u li l-Ministru ma kellux ċans jirispondini dwarhom.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Enemalta kellhiex il-ħsieb li tintroduċi sistemi ta' isolators qabel ma ġie deċiż li l-istallazzjoni u l-maintenance fuq l- istreet lighting jgħaddu għand il-kunsilli lokali?", "Il-flus li l-Enemalta kienet qiegħda tivvota f'każ li kienet se tagħmel dan il-proġett hi, se tgħaddi xi parti minnhom lill-kunsilli lokali biex ikunu jistgħu jkopru l- ispiża kbira li għandhom?", "Hemm xi pjan biex fuq bażi nazzjonali tiżdied aktar is-safety fit-toroq f'dak li jirrigwarda twaħħil ta' arbli ta' l- elettriku?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt il-bieraħ il-ħin kien limitat u ma stajtx nirrispondi għal kull punt li tqajjem mid-diversi kelliema.", "L-issue hi li l-kunsilli lokali jieħdu over parti mix-xogħol ta' tqegħid u ta' maintenance ta' bozoz.", "Qed ngħid \"parti\" għax l-Enemalta se tibqa' responsabbli mill-main roads għax dawn huma responsabbilta` tal-gvern ċentrali.", "Sadanittant pero` is-sistema qed tinbidel minn waħda li tieħu ħsiebha l- Enemalta għal waħda li jieħdu ħsiebha l-kunsilli lokali u allura jrid isir ċertu phasing-in.", "Jien tajt instructions lill-Enemalta biex jiżguraw li dan ma jkunx ifisser li jsir xi tnaqqis mix-xogħol normali fuq il-bozoz u minn dak li tipprovdi l-Enemalta.", "Il-gvern qiegħed jivvota fondi direttament lill-kunsilli lokali u naħseb li din hija l-aktar ħaġa għaqlija biex wieħed ikun jista' jagħmel l-aħjar użu mill-fondi li jkun hemm bżonn biex tiddawwal il-lokalita`.", "Bħalissa s-sistema hi li l-kunsilli lokali jitolbu u l-Enemalta twaħħal, naturalment b'ċerti prijoritajiet li jagħtuha l-kunsilli lokali, pero` m'hemm l-ebda limitu li l-kunsill lokali jrid jaħdem fih.", "U kultant din tista' twassal għal ċerti diffikultajiet biex wieħed jaqdi l-ħteġijiet tal- lokalitajiet kollha u jipprova jiżen l-importanza bejn lokalita` u oħra.", "Din m'hijiex faċli li tagħmilha u għalhekk hu għaqli li l-lokalitajiet ikollhom budget allokat għalihom biex huma stess jiddeċiedu kif l-aħjar jonfquh u jekk ma jkollhomx bżonn jonfquh, jonfquh fuq xi ħaġa oħra aktar milli nibqgħu bis-sistema preżenti tal-lum li jien xejn ma jien sodisfatt biha.", "Jien naħseb li huwa diffiċli li xi awtorita` ċentrali tipprova tiddeċiedi fejn l-aktar li hemm bżonn li tagħmel bozza, jekk hux fil-Mellieħa jew f'Birżebbugia għax finalment l-aħjar ħaġa tkun li tagħmilhom fiż-żewġ lokalitajiet imma naturalment mhux dejjem tkun tista' tilqa' għat-talbiet kollha li jsiru.", "Jiġifieri bejn il-kunsilli lokali u l-ministeru responsabbli mill-kunsilli jsiru dawn it-tip ta' diskussjonijiet dwar il- finanzjament tagħhom u nista' ngħid li jiena nkarigajt lill-Enemalta biex tkompli għaddejja bix-xogħol tagħha, taking into account li ċerti kunsilli lokali se jkunu f'pożizzjoni li jagħmluhom huma wkoll u għandhom fondi allokati għalihom pero` ma naħsibx li għandu jkun hemm xi diffikulta` partikolari f'dan iż-żmien ta' phasing-in.", "Kien hemm xi bozoz li kellhom isolators diġa` pero` hemm oħrajn, speċjalment il-bozoz l-antiki, li m'għandhomx isolators.", "Jien nemmen li jkun aħjar jekk ikollok l-isolators l-ewwelnett għax din is-sistema hija aktar safe u t-tieni għax meta ma jkollokx isolators trid tixgħel it-triq kollha, tara fejn għandek id-dawl mitfi, imbagħad titfi t-triq kollha u twaħħal il-bozoz filwaqt li jekk ikollok isolator, kemm titfi lilu, tbiddel il-bozza u tiċċekja jekk tixgħelx - għax jista' jkun li jinqalgħu problemi oħrajn, per eżempju l-bozza ma tkunx daħlet sew jew il-kamin ikun difettuż.", "Din hija sistema aktar effiċjenti, hija investiment fl-infrastruttura u qabel ma kenitx tingħata daqshekk attenzjoni.", "Pero` bix-shift li se jkun hemm mingħand il-kunsilli lokali nħass li jkun ferm aktar għaqli li jkun hemm l-isolators, kemm minħabba safety u anke għaliex l-Enemalta kienet daqsxejn konċernata - u dan bir-raġun - u ma riedetx li jkun hemm aċċess daqshekk miftuħ għas-substations, kemm minħabba perikli li jkun hemm fihom kif ukoll minħabba li dawn ifornu d-dawl għal area aktar wiesa'.", "Ħalli ngħid xi ħaġa fir-rigward il-barriers u kif jiġu stallati l-poles fit- toroq.", "Fil-fatt huwa l-każ li meta wieħed jagħmel poles ġodda fit-toroq, jipprova jagħmilhom b'mod li jekk jista' jkun ma jkunux ta' periklu għat- traffiku.", "Per eżempju, meta kien qed isir dan ix-xogħol fi triq li tagħti għal Baħar iċ-Ċagħaq, l-Onor.", "Evarist Bartolo kien għamel mistoqsija u ġibed l-attenzjoni proprju għall-fatt li ċerti poles kienu qed jiġu stallati pjuttost 'il barra, ħadna l-passi u ċaqlaqnihom 'il ġewwa.", "Dan ġara għax irriżulta li l-kuntrattur li kien qed jagħmel it-toroq għażel l- aktar rotta ħafifa u qabad u poġġa l-poles minflok ma qagħad jidħol 'il ġewwa biżżejjed biex ikunu inqas ta' periklu.", "Naturalment fejn ikun il-każ huwa importanti li tagħmel barriers għax dawn jilqgħu milli jkun hemm perikli akbar, speċjalment meta jsir xi accident u l-karozza tibqa' dieħla f'arblu tad-dawl.", "Imma naturalment m'huwiex possibbli li dawn tagħmilhom kullimkien anke minħabba li fuq il-bankini għandna limitazzjoni ta' spazju.", "Pero` wieħed jispera li mat-tibdil li jsir minn żmien għal żmien, dawn it-tip ta' sistemi jibdew jiddaħħlu aktar u aktar.", "Bħalissa għandna diversi toroq li sa ftit żmien ilu ma kenux imdawwla, fosthom dik bejn Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ.", "Fil-fatt proprju madwar xahrejn ilu twaħħlu l-poles, ġew mgħoddija l-cables minn taħt l-art, twaħħlu l- bozoz u din it-triq inxtegħlet proprju f'dawn l-aħħar jiem.", "Meta jkollok triq bħal din, li jgħaddi ħafna traffiku minnha, tibda tara d-differenza meta tiġi mdawwla għax il-karozzi ma jkollhomx għalfejn jixgħelu l-bright u allura jiġi evitat li dan id-dawl jiġi f'għajnejn is-sewwieqa u tnaqqas il- periklu.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Cuschieri qal li jekk aħna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jkun li s-sussidji li ningħataw fuq l-ilma, ma jibqgħux jingħatawlna.", "Fil-fatt il-każ m'huwiex hekk.", "Is-sussidji fuq l-ilma jingħataw direttament lill-konsumatur u din is-sistema hija aċċettabbli għall-Unjoni Ewropea.", "Meta qiegħed tagħti sussidji direttament lill- konsumatur, ma toħloqx problemi ta' unfair competition ma' postijiet oħra għax ikun il-konsumatur li qed jibbenefika direttament on a level playing field.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena m'għedtx hekk.", "Jiena għedt li l-Unjoni Ewropea se tesiġi fuq numru ta' snin li taqta' milli l-gvernijiet jagħtu s- sussidju lil kumpanniji li jipprovdu dawn is-servizzi u allura staqsejt x'se jagħmlu mbagħad dawn il-kumpanniji.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Pero` is-sens tal-mistoqsija kien li once li Malta ssir membru, ma tkunx tista' tagħti sussidji.", "Jiena qed ngħid li fil-każ tad-dawl u l-ilma, dan m'huwiex il-każ.", "Lill-konsumatur tista' tagħtih għajnuna u s-sistema li għandna tista' tibqa' wkoll 'il quddiem, speċjalment fil-każ ta' pajjiżna li jiddependi fuq l-ilma li jiġi ġġenerat mill-ilma baħar.", "Ċipru wkoll se jkollu parti mis-sistema tiegħu bħal tagħna, għax qiegħed jinvesti fir-reverse osmosis plants pero` aħna jidhrilna li bis-sistemi preżenti u dawk antiċipati mill-Unjoni Ewropea, din is-sitwazzjoni m'għandhiex tkun problema.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, nixtieq inqajjem punt li ġieli qajjimtu drabi oħra.", "Qed nirriferi għall-arbli ġodda li jitwaħħlu biex suppost jiġu replaced dawk imsadda, imma l-arbli l-antiki xorta waħda jibqgħu hemm bil- konsegwenza li qed ikunu ta' periklu kbir speċjalment għas-sewwieqa.", "Per eżempju, fiż-Żejtun hemm toroq partikolari, bħal Triq Delimara u n-naħa ta' Xrob l-Għaġin, li ilhom is-snin bl-arbli ġodda mwaħħlin u dawk qodma ma ġenbhom.", "X'inhi l-problema ta' dewmien biex il-linji ta' l-elettriku jiġu trasferiti minn fuq il-qodma għall-ġodda?", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Normalment dawn m'għandhomx jieħdu żmien biex jitneħħew u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Membru biex jekk jaf b'xi post partikolari jagħtini r-riferenza u nara x'inhi l-kwestjoni.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed ikun qed jistenna ċertu tibdil fil-linji u allura dak iwassal għal ċertu dewmien.", "Issa nara l-każ x'inhu u nirrispondi dwaru darb'oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, ħalli nerġa' mmur lura għall-kwestjoni ta' l-ilma.", "Jaf il-Ministru li għadha kemm ħarġet water directive li titkellem ċar fuq il-fatt li hemm bżonn li ċ-ċittadin jiġi ffaċċjat bil- market price ta' l-ilma u tad-dawl li jiġi fornut bih biex jirrealizza li dawn huma commodities li ma tistax tisparpaljahom u tagħmel użu ħażin minnhom?", "Kif se teffetwana din eventwalment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett tajjeb jingħad li aħna, għal dak li jirrigwarda elettriku, għall-ewwel darba daħħalna sistema li wara li tilħaq ċertu konsum, it-tariffa tiġi għall-prezz tas-suq.", "Fil-fatt jekk it- tariffa tad-dawl taqbeż ċertu ammont ta' units, tiġi bil-4 cents a unit u din tkun qed tagħmel kemm kemm aktar tajjeb mill-cost tad-dawl u jekk fl- ilma taqbeż ċertu konsum, tiġi bil-Lm1.10 u din tkun qed tagħmel ferm aktar tajjeb mill-cost.", "Jiġifieri bis-sistema li għandna bħalissa l-gvern iddeċieda li jiffissa ċertu ammont ta' konsum li jħoss li huwa soċjalment ġust u neċessarju, hemm ċerta aġevolazzjoni fit-tariffa għal dak il-livell, kif tikkonsma aktar u t- tariffa mbagħad tiġi aktar ta' natura kummerċjali jew market oriented kif diġa` għandna.", "Qabel is-sistema tad-dawl ma kenitx hekk; qabel kienet li tikkonsma kemm tikkonsma, ir-rata ma tkunx qed tkopri l-cost tal-fuel.", "Allura aħna għamilna parti li tibqa' tikkonsma b'mod issussidjat, naturalment mhux mill-gvern imma minn min jikkonsma aktar minn ċertu ammont.", "Tajjeb ngħid ukoll li s-sitwazzjoni ta' Malta hija waħda partikolari.", "L- ewwelnett is-sistema tad-dawl hija an isolated network filwaqt li l-pajjiżi ta' l-Ewropa, minbarra xi postijiet remoti ħafna, qegħdin kollha linked mal- grid.", "Barra minn hekk irid ikollok a stand-by capacity li ma tużahiex ħlief f'emerġenza u allura għandna madwar 111-il megawatt ta' gas turbines, li jiswew il-miljuni kbar ta' flus, li qegħdin weqfin u ma jintużawx regolarment imma just in case ikollna ħsara fis-sistema normali u trid iddaħħalhom biex jieħdu over.", "Sadanittant meta qed tagħmel il-maintenance fis-sistema normali jrid ikollok biżżejjed access capacity li taffordja titfi turbina jew tnejn għax dan jaf jeħodlok tliet xhur jew sitt xhur jekk ix-xogħol jinzerta jkun long term.", "U allura qed inġorru ċertu cost.", "Hekk ukoll fil-każ ta' l-ilma.", "Aħna għandna sitwazzjoni sui generis fil-każ ta' l-ilma għax m'hemm ħadd fl- Unjoni Ewropea li jġib nofs l-ilma tiegħu mill-ilma baħar.", "U għalkemm in- nofs l-ieħor ġej mix-xita, l-ewwel irid jgħaddi mill-water table, bil- problema ta' kontaminazzjoni li jkollok fl-għelieqi, ta' fertilisers, eċċ. u bil-problema wkoll li aktar ma tuża l-art b'mod intensiv, iktar tkun qed titfa' ċerti perikli ta' kontaminazzjoni f'dak l-ilma.", "Jiġifieri din hija sitwazzjoni li tapplika proprju għalina.", "Jien naf b'każi fejn l-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna diretta biex ikun hemm sistema aħjar.", "Per eżempju, il-Greċja u l-Italja għamlu link cable bejniethom li sewa Euro 40 miljun u l-Unjoni Ewropea tathom madwar Euro 38 miljun, jiġifieri kważi s-somma kollha, biex ikunu jistgħu jsaħħu parti mill- Greċja li ma kenitx connected tajjeb mas-sistema elettrika u allura ġiet linked mas-sistema ta' l-Italja.", "Jiġifieri wieħed irid iħares lejn dan l- aspett minn diversi point of views u naħseb li l-kwadru tagħna huwa wieħed fejn għandna argumenti sodi li żgur li wieħed jista' allura jħares lejn sitwazzjoni li jien naħseb tkun aktar aħjar b'dan it-tip ta' investiment li wieħed jista' jantiċipa f'dan is-settur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jiena ma nafx għalfejn ħa kwarta biex jirrispondini jekk kemm-il darba jafx li l-water directive qiegħda in vigore u kif din se teffetwa lilna.", "Lili dan hu Ii jinteressani u la staqsejtu dwar turbini u lanqas dwar xejn aktar.", "Veru li l-Ministru kien qal li l-kontijiet ta' l-ilma kienu se jerġgħu jiġu għan-normal imbagħad meta telgħu fil-gvern qal li ma qalx hekk u dan qiegħed on record li qalu hu, imma apparti minn dan, jista' jgħidilna jekk hawn Malta tiġi applikata l-water directive hijiex se tagħmel differenza fil-kontijiet ta' l-ilma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, x'inhi din l-aggressivita` kollha dwar x'għedt jiena, qisu qed jipprova jgiddibni?", "Dawn huma affarijiet li lanqas jitwemmnu!", "Id-direttivi m'humiex xi ħaġa li qegħdin hemmhekk in stone u bilfors trid tapplikahom sa the smallest letter u allura trid tuża naqra common sense, li donnu fil-membri tan-naħa l-oħra huwa nieqes f'dawn l- affarijiet, bħal fil-każ tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed nuri aggressivita`; jien qed nagħti risposta akkont tad-domanda li d-deputy leader tan-naħa l-oħra għoġbu japplika lejja.", "Il-verita` hi li kieku l-kontijiet huma kif id-deputy leader u d-deputy prime minister ta' dak iż-żmien approvawhom fil-Kabinett Laburista, kieku llum għall-konsumatur huma 80% jew 90% aktar għoljin u għall-industrija ħames darbiet jew anke 10 darbiet aktar!", "U dan bil-liġi li l-Onor.", "George Vella vvota favur meta għaddiet f'dan il-Parlament!", "Imma donnu li l-memorja tiegħu hija qasira wisq jew inkella dawn l-affarijiet jinsihom jew inkella jaqbillu jinsihom qisu qatt ma kien fil-gvern!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-KULTURA U L-ARTI", "NATIONAL COUNCIL FOR CULTURE AND THE ARTS BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-6 ta' Frar, 2002.", "Klawsola 6 - Kalendarju ta' Avvenimenti.", "Clause 6 - Calendar of Events.", "(Posposta f'Sed.", "Nru 693 tas-6 ta' Frar, 2002)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, għal klawsola 6 għandi din l-emenda:", "\"B\" Klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) klawsola 6 għandha tiġi rinumerata bħala subklawsola (1) tagħha u minflok il-kliem \"għandu jiżviluppa, isostni u jimplimenta\" li hemm fiha għandhom jidħlu l-kliem \"jiżviluppa, jippubblika, isostni u jimplimenta\"; u", "(b) minnufih wara subklawsola (1) tagħha kif rinumerata għandha tiżdied subklawsola (2) kif ġej:", "\"(2) Il-Kunsill għandu jinkludi wkoll fil-Kalendarju ta' Avvenimenti dawk il-programmi, inizjattivi u avvenimenti kulturali u artistiċi prodotti minn entitajiet, għaqdiet jew persuni oħra apparti dawk imsemmija fis-subartikolu preċedenti ta' dan l-artikolu, u li fil- fehma tal-Kunsill jistħoqqilhom ikunu hekk inklużi għall-aħjar promozzjoni tagħhom.\".", "\"B\" Clause 6 shall be amended as follows:-", "(a) clause 6 shall be renumbered as subclause (1) thereof and for the words therein \"shall develop, sustain and implement\" there shall be substituted the words \"shall develop, publish, sustain and implement\"; and", "(b) immediately after subclause (1) as renumbered there shall be added the following subclause (2):-", "\"(2) The Council shall also include in the Calendar of Events those cultural and artistic programmes, initiatives and events produced by entities, organisations or other persons apart from those referred to in the preceding subarticle of this article, and which in the opinion of the Council deserve to be so included for their better promotion.\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 6 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 6, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 - Skemi għall-allokazzjoni ta' flus jew sussidji lil entitajiet kulturali u artistiċi.", "(Kont.)", "Clause 7 - Schemes for the allocation of funds or subsidies to cultural and artistic entities.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dalgħodu spjegajna l-kontenut ta' din il-klawsola u jekk niftakar tajjeb, imbagħad kelli anke l-opportunita` li niċċara li l-pożizzjoni li qed jistabilixxi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna joffri assigurazzjoni lill-entitajiet li hemm imsemmija fit-Tieni Skeda ħafna iktar milli għandhom illum għax filwaqt li llum it-tibdil jista' jsir faċilment b'sempliċement direttiva amministrattiva, dan l- abbozz ta' liġi qed jaħseb li jieħu pożizzjoni li f'ċertu sens ġiet entrenched fl-iskeda, u m'hawn miktub imkien li din l-iskeda tista' tinbidel b'regolament.", "Għaldaqstant jien jidhirli li m'għandux ikun hemm preokkupazzjoni dwar l- appoġġ finanzjarju li l-gvern qed jagħti sal-lum fis-sens li sakemm il- gvern jibqa' dispost li jagħti s-sussidji lil dawn l-entijiet pubbliċi, l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'hu se jnaqqas xejn min dak li llum għandhom, anzi qiegħed joffri ċerta protezzjoni għax qiegħed jgħid li jekk ikun se jsir xi tibdil, qabel għandha ssir diskussjoni dwar dan it-tibdil f'dan il-Parlament.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 7.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 - Twaqqif ta' korpi magħquda biex jamministraw eċċ. l-attiv kulturali.", "Clause 8 - Setting up of bodies corporate to administer etc. cultural assets.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola tagħmel riferenza għat- Tieni Skeda li hawn annessa ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ta' min jgħid li f'din it-Tieni Skeda nsibu mniżżla t-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, u naħseb li biex wieħed jifhem din il- klawsola li qed nipproponu, ikun tajjeb jekk nispjegaw ftit x'inhu l- istatus ta' dawn iż-żewġ entitajiet.", "Il-Fondazzjoni Patrimonju Malti, li hija msemmija fl-Ewwel Skeda, hija fondazzjoni li taf il-personalita` legali tagħha lill-istatut li ħoloq lil din il-fondazzjoni, u hu bis-saħħa ta' dak l-istatut li l-bord tal- fondazzjoni, li preżentament huwa ppresedut mis-Sur Maurice Degiorgio, jista' jaġixxi b'mod effettiv, kif fil-fatt qed jaġixxi, u ta lil pajjiżna ċertu servizz fil-kamp ta' l-attivita` kulturali u artistika tagħna.", "L- istess nistgħu ngħidu għas-Soċjeta` ta' l-Arti, Manifattura u Kummerċ, li hija msemmija fl-Ewwel Skeda.", "Fil-fatt din is-soċjeta` għandha storja twila ħafna u hija mwaqqfa bi strument legali apposta ta' dawk iż- żminijiet.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn l-Orkestra Nazzjonali - u din hija msemmija fl-Ewwel Skeda wkoll - isib li din għandha l-forma ta' soċjeta` kummerċjali taħt il-liġi li tirrigwarda s-soċjetajiet kummerċjali, hija limited liability company u għalhekk nistgħu ngħidu li l-Orkestra Nazzjonali tislet il-personalita` ġuridika proprju minn dak l-istrument legali mfassal skond il-liġi tal-kumpanniji.", "Jekk min-naħa l-oħra nitkellmu fuq it-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran insibu li f'ċertu sens dawn huma organizzazzjonijiet ftit strambi għax filwaqt li jaġixxu bħallikieku għandhom personalita` ġuridika, din il- personalita` ġuridika m'hijiex distinta għal dawn l-entitajiet partikolari imma toħroġ mill-awtorizzazzjoni regolari, liema awtorizzazzjoni - li llum saret impliċita u taċita - jagħtiha l-gvern minn ġurnata għall-oħra.", "Issa bħal dawn l-entitajiet jista' jagħti l-każ li 'l quddiem ikun hemm oħrajn, u allura aħna, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, qed nipproponu li dawn it- tipi ta' entitajiet ikunu jistgħu jiġu mogħtija l-personalita` ġuridika distinta permezz ta' ordni li ssir mill-ministru, u din l-ordni tkun tistabilixxi l-kompożizzjoni u l-poteri tal-korp regolatorju, ir-regoli ta' l-accountability, tal-kontroll finanzjarju u tal-verifika u anke dawk ir- regoli l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija u ma' l-amministrazzjoni ta' dawn l-entitajiet, jiġifieri din l-ordni tkun l-għoti ta' statut bir- regolamentazzjoni meħtieġa lil dawn l-entitajiet.", "Aħna qed ngħidu wkoll li meta wieħed joħroġ l-istatuti għal dawn l-entitajiet, dawn ikunu jistgħu jiġu emendati jew sostitwiti b'regolamenti apposta, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq regolamenti bil-proċess regolamentari ta' kif isiru l- affarijiet.", "Qed jingħad ukoll li meta wieħed jagħmel din l-ordni, huwa jista' - u hawn se nikkwota minn subklawsola (4) ta' klawsola 8 - ineħħi:", "\"... kull attiv jew intrapriża mill-amministrazzjoni jew it-tmexxija ta' xi korp magħqud imwaqqaf taħt dan l-artikolu u jista' wkoll b'ordni bħal dak jittrasferixxi dik l-amministrazzjoni jew tmexxija minn korp magħqud hekk imwaqqaf għal xi korpi magħqud ieħor, imma ma jistax b'ordni bħal dak ixolji xi korpi magħqud imwaqqaf taħt dan l- artikolu.\",", "pero` din se nispjegaha f'ċertu dettal minn hawn u ftit ieħor.", "Qed ngħidu wkoll li mat-Tieni Skeda wieħed jista' anke jżid fis-sens li jistgħu jinħolqu xi organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn li għalihom tinħass il- ħtieġa li tapplika għalihom din is-subklawsola.", "Sur President, għal klawsola 8 għandi din l-emenda:", "\"C\" Wara subklawsola (5) ta' klawsola 8 għandha tiżdied din is- subklawsola (6) li ġejja:-", "\"(6) Kull ordni bħal dik imsemmija f'dan l-artikolu għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta malajr kemm jista' jkun.\".", "\"C\" After subclause (5) of clause 8 there shall be added the following new subclause (6):-", "\"(6) Every order as is referred to in this article shall be published in the Gazette as soon as possible.\".", "Aħna qed nagħmlu din l-emenda biex, jekk għall-grazzja ta' l-argument, wieħed jagħti struttura legali lit-Teatru Manoel, u din l-istruttura titwaqqaf bis-saħħa ta' din il-klawsola, dak l-istatut jiġi ppubblikat fil- Gazzetta tal-Gvern għall-informazzjoni ta' kulħadd u anke biex il-Kamra tkun tista' tissorvelja dak li jkun qiegħed jiġri.", "Sur President, x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' subklawsola (4)?", "Ħalli nieħdu l-każ ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.", "Illum Dar il- Mediterran għall-Konferenzi għandha management board li jinħatar mill-gvern tal-ġurnata, pero` din la hija a limited liability company u lanqas hija fondazzjoni imma hija organizzazzjoni li titmexxa taħt is-sorveljanza tal- ministru konċernat.", "Naturalment din l-organizzazzjoni għandha tosserva r- regoli li huma stabiliti taħt in-National Audit Office fis-sens li jrid ikollha l-accountant li jagħmel il-verifika tal-kontijiet tagħha u trid issegwi ċerta regolamentazzjoni, anke finanzjarja, imma meta tiġi biex tfittex issib li sal-lum il-ġurnata din l-organizzazzjoni m'għandha xejn minn dan.", "Allura x'tagħmel?", "Tagħmilha soċjeta` kummerċjali?", "Imma jekk tiġi biex tagħmilha soċjeta` kummerċjali, jibdew jidħlu - u naf li dan il- punt ġie diskuss diversi drabi - dawn it-tip ta' kwestjonijiet li se nsemmi.", "Per eżempju, jekk din l-organizzazzjoni ssir soċjeta` kummerċjali, il-bini jgħaddi lil din is-soċjeta` kummerċjali?", "Għax aħna nafu li dan huwa bini uniku fil-patrimonju kulturali tagħna u l-gvern dejjem wera li jixtieq illi l-bini ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi jibqa' bini pubbliku taħt it-tutela diretta tal-gvern, anke jekk ikun qed jintuża għal skopijiet ta' natura artistika, kulturali u kummerċjali.", "Kwestjoni oħra hija din: Meta twaqqaf soċjeta`, l-ishma minn xiex ikunu komposti?", "Naturalment tkun trid tagħmel kapital, imma dan il-kapital minn fejn se jinġieb?", "Imbagħad wieħed jibda jistaqsi wkoll: Imma hemm bżonn li wieħed joħloq dawn il-komplikazzjonijiet?", "Sal-lum għadu ma nstabx x'inhi l- aħjar formula biex Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tkun tista' tingħata dik li fit-termini legali tissejjaħ \"personalita` ġuridika\", pero` issa, b'dan l-abbozz ta' liġi, il-ministru se jkun jista' joħroġ ordni biex Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tkun tista' tingħatalha din il-personalita` ġuridika u b'hekk takkwista l-corporate identity legali tagħha.", "Naturalment f'din l-ordni jkun hemm imniżżel ukoll kif għandu jkun kompost il-bord, b'liema proċedura għandu jimxi, x'inhuma l-funzjonijiet ta' dak il- bord u liema regoli finanzjarji għandhom japplikaw.", "Min-naħa l-oħra jekk tkun se twaqqaf soċjeta` kummerċjali, hemm ħafna affarijiet li diġa' huma inklużi fil-liġi tal-kumpanniji u jekk tkun se twaqqaf fondazzjoni, fl- istatut ikollok dawn it-tip ta' regoli.", "Sur President, forsi hawn wieħed jistaqsi: Subklawsola (4) x'qed tgħid?", "Ejjew nassumu li l-ministru ħareġ l-ordni li semmejt u li allura Dar il- Mediterran għall-Konferenzi ngħatat ir-regolamentazzjoni tagħha dwar kif għandha titmexxa.", "Jista' jiġri li jinqalgħu ċirkostanzi fejn wieħed ikun qed jara prospetti pożittivi biex l-assets u l-undertakings jiġu ttrasferiti lil xi korp magħqud ieħor.", "Per eżempju, nafu li kien hemm żmien meta kienet qed issir diskussjoni dwar jekk Dar il-Mediterran għall- Konferenzi għandhiex tiġi managed minn kumpannija b'dimensjoni internazzjonali.", "Suppost li Dar il-Mediterran għall-Konferenzi jkollha din il-personalita` ġuridika, x'jiġri jekk wieħed ikun irid jilħaq dak it-tip ta' agreement?", "Allura subklawsola (4) qed tgħid li wieħed jista':", "\"... jittrasferixxi kull attiv jew intrapriża mill-amministrazzjoni jew it-tmexxija ta' xi korp magħqud imwaqqaf taħt dan l-artikolu ...\",", "biex filwaqt li lill-enti nkunu qed inneħħulha minn taħt ir-responsabbilta` tagħha dawk l-undertakings u l-assets, fl-istess ħin noqogħdu lura milli nxolju lil din l-enti għax jista' jkun li din tkun laħqet daħlet f'obbligazzjonijiet oħrajn li xi ħadd ikun irid jibqa' responsabbli għalihom.", "Aħna fassalna din il-klawsola b'mod li tkun tippermetti ċerta flessibbilta` għall-futur biex nagħmluha iktar faċli għal min ikun irid jidħol fi sħubija ma' kumpanniji kummerċjali, ma' għaqdiet u m'entitajiet oħrajn lokali u barranin.", "Naturalment seta' kien hemm formulas oħra ta' kif nagħmlu dan, imma l-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin uriet li jew għandna nibqgħu bis-sitwazzjoni preżenti ...", "Jekk tiġi biex taħtar lit- Teatru Manoel u lil Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bħala fondazzjoni, issib lil min jgħidlek li ma jaqbilx li dawn għandhom ikunu fondazzjonijiet u jekk min-naħa l-oħra, tiġi biex taħtarhom bħala soċjetajiet kummerċjali jibdew jinbtu dawk il-komplikazzjonijiet li ġġib magħha kull soċjeta` kummerċjali għax imbagħad lil dawn iż-żewġ entitajiet tkun trid tagħnihom bid-dotazzjoni, bl-ishma u bil-kapital tagħhom.", "Aħna jidhrilna li sibna manjiera prattika li m'hi komplikata u m'hi komplessa xejn u li fl-istess waqt tagħti lil dawn iż-żewġ entitajiet, jiġifieri lit-Teatru Manoel u lil Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, personalita` ġuridika li hija differenti minn dik tad-Dipartiment tal- Kultura.", "Teknikament u legalment dawn iż-żewġ entitajiet għadhom sal-lum jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Lultura, imma minkejja dan, minn mindu twaqqfu dejjem ingħataw vot kull wieħed fil-budget u żvolġiet ukoll il- prattika li dawn il-voti jamministrawhom huma direttament.", "Naturalment huma jkunu jirrapportaw lid-direttur tad-Dipartiment tal-Kultura x'ikunu se jagħmlu b'dawn il-voti u hu, min-naħa tiegħu, ikun jista' jitlobhom ukoll ċerta informazzjoni, pero` fil-prattika dawn iż-żewġ entitajiet jaġixxu bħallikieku għandhom il-piena faculta` legale li dan jagħmluh.", "Issa aħna nixtiequ li dak li ilu jsir fil-prattika għal ħafna snin jingħata bażi legali iktar ċara, u se nagħmlu dan mingħajr ma neskludu l-possibbilta` li fil-futur jista' jkun hemm konsiderazzjonijiet ta' partnerships.", "B'hekk filwaqt li l-gvern jibqa' responsabbli għall-obbligazzjonijiet li dawn iż- żewġ entitajiet jistgħu jkunu laħqu daħlu għalihom, huwa ma jkunx jista' jostakola li ssir din is-sħubija li jien qiegħed nitkellem fuqha.", "B'din l- ispjegazzjoni li tajt, l-emenda li pproponejt biex kwalunkwe ordni li jista' jagħmel il-ministru tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, għandha titqies iktar importanti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, iktar milli rimarki, nixtieq nagħmel ċerti mistoqsijiet, u se nibda billi nagħmel l-ewwel mistoqsija: L- emenda li għadu kif ippropona l-Ministru tfisser li tkun tista' tiġi bħala parti mill-proċedura tal-Kamra li jekk xi ħadd minn din il-Kamra jħoss li l- ordni li jkun ta l-ministru għandha tiġi diskussa, din tingħata l-istatus ta' avviż legali u tkun tista' tiġi diskussa f'din il-Kamra?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax meta konna qed niddiskutu l-qasam tal-patrimonju kulturali, dehrilna li jkun aħjar għal kulħadd li jekk ikun hemm bżonn, f'dan il-każ jiskatta l-mekkaniżmu li l-ordni li jkun ta l-ministru tiġi għad-diskussjoni f'din il-Kamra.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jgħidli jekk l-emenda li għadu kemm ressaq hu tistax tiġi miftehma kif qed ngħid jien jew inkella għandux isir sempliċement avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, liema avviż imbagħad ma jkollux l-istess status li għandu avviż legali.", "Nixtieq nistaqsi wkoll x'qed iżomm li l-Orkestra Nazzjonali tkun fit-Tieni Skeda.", "Sur President, jien m'għandix dubju li t-Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi m'humiex sempliċement stabbilimenti imma huma parti mill- wirt storiku tagħna, imma filwaqt li kull naħa esprimiet il-qbil li jista' jkun hemm partnerships jew management agreements għat-tmexxija tagħhom, ħadd ma joħlom li l-proprjeta` tagħhom tiġi ttrasferita jew inkella li ssir privata, u nixtieq li l-Ministru jispjega x'inhuma r-reazzjonijiet tiegħu f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nibda biex ngħid li l-Orkestra Nazzjonali m'hijiex qiegħda fit-Tieni Skeda minħabba li diġa' għandha personalita` ġuridika u hija a limited liability company filwaqt li t- Teatru Manoel u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kienu ristretti proprju minħabba li sal-lum la kellhom personalita` ġuridika distinta u lanqas kellhom statut legali li jippermettilhom li jaġixxu b'mod awtonomu u indipendenti.", "Għalhekk jekk ma nagħtux lil dawn l-entitajiet din il- personalita` ġuridika, insibu ruħna fi gray area għax minn banda nkunu qed inxekklulhom l-iżvilupp tagħhom u mill-banda l-oħra nkunu qed nesponuhom għal sitwazzjoni fejn jistgħu jkunu qed jaġixxu ultra vires.", "L-Orkestra Nazzjonali diġa' għandha personalita` ġuridika.", "Issa hawnhekk tista' tqum il-mistoqsija: Bħalma għandha personalita` ġuridika l-Orkestra Nazzjonali, ma stajniex tajna personalita` ġuridika lil Dar il-Mediterran u lit-Teatru Manoel?", "Ċertu żmien ilu jien tlaqt f'dik id-direzzjoni u ressaqt anke proposti lill-Kabinett f'dan is-sens, pero` meta mbagħad tiġi għas-si u n- no se tqum il-mistoqsija ta' jekk dak il-bini tat-Teatru Manoel huwiex se jiġi mgħoddi lil xi kumpannija li t-termini tagħha jkun biss l-operat.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija wkoll: Kif tista' tikkapitalizza lil kumpannija li ma jkollhiex bini imma jkollha biss l-operat?", "Kif qed naraw, inqalgħu dawn it-tipi ta' diffikultajiet u donnu ma laħaqx immatura l-ħsieb dwar x'inhu l-aħjar mod li bih wieħed jista' jittekilja dawn iż-żewġ entitajiet.", "Ara fir-rigward ta' l-Orkestra Nazzjonali, tal-Kavallier ta' San Ġakbu u tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti ma kenitx inqalgħet din id-diffikulta`, pero` l-każ tat-Teatru Manoel u ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi kien ftit differenti u għalhekk dawn iż-żewġ entitajiet ma pproċedewx fl-istess direzzjoni ta' l-entitajiet pubbliċi l-oħra.", "Fil-fatt fil-każ tat-Teatru Manoel u ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed noħolqu forma ġdida ta' kif tingħata personalita` ġuridika lil xi ħadd.", "Sal-lum aħna stajna nagħmlu dan jew billi ninqdew bil-liġi li tirrigwarda lill-kumpanniji, jew billi ninqdew bil-liġi ċivili u nwaqqfu fondazzjoni jew inkella billi nippilotaw liġi apposta.", "Per eżempju, il-Kunsill Malti Nazzjonali għall- Arti u l-Kultura se jieħu l-personalita` ġuridika tiegħu minn dan l-abbozz ta' liġi stess.", "Issa naturalment ma jistax ikun noqogħdu nippilotaw abbozz ta' liġi għal kull entita` li tkun trid li jkollha personalita` ġuridika u allura permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed noħolqu artiklu li jgħin lill- gvern biex jagħmel dan mingħajr ma joqgħod jippilota abbozz ta' liġi kull darba.", "Mistoqsija oħra li tqum hawnhekk hija din: Din l-ordni se jkollha l-istess possibbiltajiet li jkollhom l-avviżi legali biex iwettqu r-regolamenti?", "Almenu s'issa dan m'huwiex maħsub, jiġifieri m'huwiex maħsub li, per eżempju, din l-ordni tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern u jekk sa 28 ġurnata wara ma jkun hemm l-ebda riżoluzzjoni fil-Kamra għal xi modifika jew inkella għal xi rifjut tagħha, din tidħol fis-seħħ.", "Fil-fatt s'issa dan m'huwiex maħsub għal ħafna raġunijiet, fosthom għax hawnhekk qed nitkellmu fuq enti pubblika u allura se jkun hemm il-pubblikazzjoni għall- informazzjoni fil-gazzetta li tkun qed issir għall-benefiċċju ta' kulħadd, għax il-Kamra tista' titkellem fuqha u għax il-Public Accounts Committee jista' jitlob li jidħol f'din il-materja għalkemm din taqa' taħt kumitat ieħor.", "Jien nemmen li f'dawn l-affarijiet, wieħed irid jiddependi wkoll mill-bon sens ta' min ikun qed imexxi li jagħmel l-affarijiet b'mod tajjeb.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 8 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 - Relazzjonijiet bejn il-Ministru u l-Kunsill.", "Clause 9 - Relations between the Minister and the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, permezz ta' din il-klawsola qed jiġu stabiliti l-parametri tar-relazzjonijiet bejn il-ministru responsabbli u l- kunsilli li qed inwaqqfu.", "Naturalment meta aħna qed inwaqqfu l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, qed nagħtuh il-funzjonijiet tiegħu, pero` kif jiġri ħafna drabi, il-gvern tal-ġurnata qed jirriżerva d-dritt li joħroġ direttivi ta' policy bil-miktub lil dan il-kunsill kif ukoll lil entitajiet pubbliċi oħra, u huwa preċiżament dan li qed tagħmel din il- klawsola; qed tagħti d-dritt lill-ministru li jagħti lill-kunsill dawk id- direttivi li hu jista' jqis meħtieġa - u f'dan l-abbozz ta' liġi qed nenfasizzaw li dawn id-direttivi m'għandhomx imorru kontra l-provvedimenti tal-liġi nnifisha - u qed torbot lil dan il-kunsill li ġaladarba joħroġ dawk id-direttivi bil-miktub, huwa għandu jmexxi l-affarijiet tiegħu skond dawk id-direttivi.", "Sur President, din il-klawsola tgħid ukoll li l-ministru għandu dritt jitlob informazzjoni sħiħa fuq dak kollu li jaqa' taħt il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, fosthom informazzjoni ta' natura finanzjarja, u għandu anke d-dritt li jivverifika dik l-informazzjoni li tkun ingħatatlu.", "Imbagħad subklawsola (3) tgħid li jekk il-kunsill ma jsegwix id-direttivi li jkunu nħarġulu, il-prim ministru jkun jista' jagħmel trasferiment ta' xi parti jew oħra mill-funzjonijiet tal-kunsill.", "Din is-subklawsola hija estrema u ma nimmaġinax li se jkun hemm raġuni għaliex wieħed jużaha, pero` dawn id-direttivi jinħarġu għall-maġġoranza l- kbira ta' l-entitajiet li jinħolqu għax għalkemm il-gvern ikun iddelega parti mill-amministrazzjoni tiegħu lil xi enti pubblika, dan ma jfissirx li b'daqshekk il-gvern ikun abdika milli jagħti d-direzzjoni politika u amministrattiva tiegħu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Rigward ir-relazzjonijiet bejn il-ministru u l- kunsill ma naħsibx li wieħed għandu għalfejn jespandi iktar l-ispjegazzjoni li għadu kemm ta l-Ministru, pero` ma nafx jekk il-Ministru jikkonsidrax xi ħaġa li ddiskutejnieha fit-tul - imbagħad bħala prinċipju dħalna wkoll fid- dettal - meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar il-patrimonju kulturali, li issa sar liġi.", "Il-Ministru jikkonsidra li bħalma fil-qasam tal-patrimonju kulturali ħloqna okkażjoni importanti ħafna għal dik l- istruttura li kienet qed titwaqqaf billi organizzajna forum pubbliku li għalih ġew mistiedna l-players li jaqgħu taħt il-qasam tal-wirt storiku, noħolqu okkażjoni simili għall-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti?", "Biex niftehmu, qed nagħmlu tajjeb li qed nirregolaw relazzjoni bejn dan il- kunsill u bejn entitajiet tal-gvern u qed nagħmlu tajjeb ukoll li qed nirregolaw l-istruttura tar-relazzjoni bejnu u bejn il-ministru responsabbli, imma ma naħsbux li jagħmel sens ħafna - speċjalment għat- tfassil ta' politika kulturali demokratika u biex nagħtu ħajja lil dan il- kunsill - li f'dan l-abbozz ta' liġi noħolqu dak it-tip ta' spazju li l- Membri taż-żewġ naħat tant tkellmu favurih u li aħna rajna kif żviluppajnieh għall-istruttura dwar il-patrimonju kulturali?", "Jien naħseb li tkun idea tajba li fil-ħajja tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kulturali u l- Arti nsibu mument fejn ikun hemm forum pubbliku li matulu l-membri ta' dan il-kunsill jispjegaw x'ikunu se jagħmlu, jippubblikaw il-pjani tagħhom u jiltaqgħu mal-protagonisti kulturali li għandna f'pajjiżna biex mingħandhom jieħdu ċertu feedback, suġġerimenti kif ukoll kritika.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan jgħin ħafna biex struttura bħal din ma tkunx biss struttura governattiva ċentrali bejn il-ministru u l-istrutturi kulturali u pubbliċi l-oħra li hawn imsemmija fl-Ewwel Skeda u fit-Tieni Skeda.", "Jien naħseb li meta konna qed niddiskutu l-patrimonju kulturali ħriġna b'konċetti u bi strutturi tajbin - dawn il-konċetti u l-istrutturi kienu diġa' msemmija fl-abbozz ta' liġi li kellna quddiemna, pero` mbagħad dawn ġew sharpened f'din il-Kamra bil-kontribut taż-żewġ naħat - l-iktar meta nerġa' ngħid, ftaħna l-ispazju ta' forum pubbliku u ma ħallejniex li l- istrutturi li ħloqna jkunu biss f'relazzjoni mal-ministru u mal-gvern imma żviluppajnielhom ir-relazzjoni tagħhom kemm mal-pubbliku, kemm man-non- governmental organisations, kemm mas-settur kummerċjali kif ukoll ma' dan il-Parlament, u fl-opinjoni tiegħi għandna nagħmlu l-istess b'din l- istruttura li qed inwaqqfu permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "B'hekk inkunu qed ngħinu lill-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti biex dan jingħata iktar statura u ħajja, u għalhekk naħseb li jkun ta' ġid jekk wieħed jaħseb daqsxejn f'din id-direzzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naħseb li l-proposta li qed jagħmel l- Onor. Bartolo għandha tiġi kkonsidrata u wieħed irid jirrifletti ftit fuqha, pero` jekk inwettqu din il-proposta, ikun irid jinħoloq artiklu kompletament ġdid fil-liġi u b'hekk f'din il-Kamra nkunu rridu nsegwu ċerta proċedura.", "Għalhekk jien naħseb li l-aħjar ħaġa li nagħmlu hija li naħsbu ftit fuq il-proposta li għamel l-Onor.", "Bartolo, naraw il-mudell li diġa' addottajna fil-liġi dwar il-patrimonju kulturali u jien u l-Onor.", "Bartolo niskambjaw proposta li mbagħad nhar it-Tnejn li ġej inkunu nistgħu niddiskutuha fil-Kamra.", "Jien naħseb illi dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo jagħmel sens.", "Għaliex?", "Għax fost il-funzjonijiet impliċiti li se jkollu l- Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, se jkollu l-funzjoni li jżomm ċerta kollaborazzjoni ma' għaqdiet volontarji u ma' kunsilli lokali filwaqt li jippromwovi l-politika kulturali.", "Anke jekk inħarsu lura u naraw ftit l-esperjenza nsibu li l-gvern joħroġ white paper biex iqanqal ċerta diskussjoni fil-pajjiż u biex il-gruppi interessati jkunu jistgħu jagħtu kontribut għall-proposti ta' politika, ta' strateġija u ta' programmi li jkunu qed isiru, pero` xi kultant jekk imbagħad il-gvern innifsu ma jiħux l-inizjattiva li jġib lin-nies flimkien, ...", "Ħafna drabi meta tara x'ikunu r-reazzjonijiet tal-pubbliku in ġenerali u anke ta' l-għaqdiet fuq il-white paper issib li sakemm din il-white paper ma tkunx xi ħaġa li tirrigwarda ċerta entita`, ma jkollokx dik il- parteċipazzjoni popolari li tkun tixtieq.", "Per eżempju, il-partijiet soċjali taw kontibut kbir meta ħarġet il-white paper dwar ir-relazzjonijiet industrijali, pero` mbagħad insibu li ftit kienu dawk iċ-ċittadini li kkummentaw fuq din il-white paper.", "Jekk nieħdu l-white paper li ppubblikajna dwar il-politika kulturali nsibu li kellna ċertu feedback, pero` dak il-feedback ma ġiex waħdu imma ġie għax qgħadna niktbu lil ħafna għaqdiet biex nassiguraw li huma juruna x'inhi r-reazzjoni tagħhom dwar din il-white paper.", "Għalhekk naħseb li jekk fil-liġi stess ikun hemm miktub li, per eżempju, xi entita` partikolari trid tiltaqa' mill-inqas kull sentejn, dan jgħin biex il-kunsill innifsu ma jinqatax għalih.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hawnhekk huwa li jekk ikun hawn dan il-forum, dak li jkun, jekk ikun irid jagħti l-kontribut tiegħu, iħoss li huwa jista' jagħmel dan bi dritt u mhux b'tolleranza.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk fil-jiem li ġejjin nirriflettu ftit fuq din il-proposta biex imbagħad nhar it-Tnejn li ġej inkunu nistgħu nikkonsidrawha fid-dettal.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Personalita` ġuridika u rappreżentanza tal-Kunsill.", "Clause 10 - Legal personality and representation of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija l-klawsola li normalment insibu f'dawn it-tipi t'abbozzi ta' liġi u permezz ta' din il-klawsola, qed niddikjaraw li l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti se jkollu personalita` legali.", "Fost affarijiet oħra, din il-klawsola qed tgħid li r- rappreżentanza legali se tkun vestita fil-president u fid-direttur eżekuttiv tal-kunsill, għalkemm imbagħad dawn jistgħu jiddelegaw ċerti affarijiet lill-membri oħra tal-kunsill.", "Min-naħa l-oħra, subklawsola (3) qed tikkonvalida d-dokumenti li jkunu ffirmati mill-president jew mid-direttur eżekuttiv, u għal skop pjuttost legali qed ngħidu li jrid ikun hemm il-preżunzjoni li dawn id-dokumenti jridu jkunu maħruġa mill-kunsill jew inkella mid-direttur eżekuttiv ġaladarba jkunu jġibu l-firma ta' dawn l-awtoritajiet.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 10.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Disposizzjonijiet dwar proċedimenti tal-Kunsill.", "Clause 11 - Provisions with respect to proceedings of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, f'ċertu sens din il-klawsola hija proċedurali.", "L-ewwelnett hawnhekk qed ngħidu li l-kunsill għandu jiltaqa' kemm hemm bżonn, pero` qed ngħidu li mill-inqas għandu jiltaqa' darba kull xahrejn, u qed ngħidu wkoll li tnejn mill-membri tal-kunsill jistgħu jesiġu li ssir laqgħa.", "Subklawsola (2) qed tistabilixxi kemm għandu jkun il-quorum ta' dan il- kunsill u b'liema maġġoranza għandhom jiġu addottati d-deċiżjonijiet.", "Fil- fatt f'dan il-każ qed ngħidu li d-deċiżjonijiet għandhom jiġu addottati b'maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri preżenti li jivvotaw.", "Bħalma dejjem jiġri, min ikun qed jippresjedi jkollu l-casting vote, pero` mbagħad hawnhekk qegħdin ukoll ninkludu maġġoranza kwalifikanti ta' kif għandhom jgħaddu d-deċiżjonijiet fis-sens li qed ngħidu li l-ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma tkunx appoġġjata mill-inqas minn tliet membri tal-kunsill.", "Sur President, f'din il-klawsola qed indaħħlu wkoll il-possibbilta` li l- kunsill ikun jista' jistieden ċerti persuni biex jieħu l-parir tagħhom jew inkella biex jiddiskuti magħhom xi item partikolari ta' l-aġenda tal- kunsill.", "Aħna qed nassiguraw li dan ikun jista' jsir mingħajr ma l- individwi jibqgħu jattendu b'mod regolari bħallikieku huma membri tal- kunsill u mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvotaw anke fis-seduti li jiġu mistiedna għalihom.", "Mill-bqija l-kunsill se jkun jista' jirregola l- proċeduri tiegħu.", "Din il-klawsola qed tassigura wkoll li l-kunsill ma jispiċċax f'sitwazzjoni fejn ma jkunx jista' jaġixxi minħabba li jkun hemm xi vakanza fost il- membri, jiġifieri ebda att jew proċediment tal-kunsill m'għandu jkun invalidat unikament minħabba fl-eżistenza ta' xi vakanza fost il-membri.", "Naturalment imbagħad dejjem hemm issalvagwardjat il-quorum li qed jistabilixxi dan l-abbozz ta' liġi fejn hawnhekk qed ngħidu li jekk il- kunsill ikun magħmul minn sebgħa min-nies, il-quorum huwa nofs l-għadd tal- membri, jiġifieri f'dan il-każ irid ikun hemm mill-inqas erba' membri preżenti.", "Hawnhekk aħna qed ngħidu wkoll li jekk minflok sebgħa, ikun hemm sitt persuni u allura jkun hemm vakanza waħda, b'daqshekk l-atti u l- proċedimenti ta' dak il-kunsill ma jiġux invalidati.", "Sur President, ħaġ'oħra li qed ngħidu hija - u hawn se nikkwota minn subklawsola (6) - li:", "\"Kull att magħmul minn persuna li taġixxi bonafidi bħala membru tal- Kunsill ikun validu bħallikieku kien membru minkejja li wara kellu jiġi skopert xi difett fil-ħatra jew kwalifiki tiegħu.\".", "Anke għal din is-subklawsola, wieħed irid jipprospetta sitwazzjoni eċċezzjonali għax huwa l-każ fejn jiġi nominat membru li jista' jkollu xi skwalifika u li din tiġi skoperta wara li jkun sar membru.", "L-atti kollha li jkunu saru u li fihom tkun ħadet sehem dik il-persuna partikolari ma jiġux invalidati għax post factum tkun ġiet skoperta xi skwalifika partikolari.", "Anke jekk kunsill ikun wettaq proċedura u mbagħad jiġi skopert li biex twettqet dik il-proċedura ma jkunux ġew segwiti r-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tal-konflitt t'interess, kif jitlob subartiklu (8) ta' artiklu 3 ta' l-Att prinċipali, ma jiġix maħlul kollox.", "Subartiklu (8) ta' artiklu 3 ta' l-Att prinċipali jitlob li min ikollu xi interess dirett jew indirett irid jiddikjarah u jirreġistrah, u jekk dan ma jagħmlux, il-membru konċernat jiġi skwalifikat milli jibqa' membru, jiġifieri s-sanzjoni tan- nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' dak l-interess tfisser proprju l-iskwalifika tal-membru.", "Imma jekk min-naħa l-oħra d-deċiżjoni tkun ittieħdet, allura dik id-deċiżjoni ma tiġix invalidata minħabba li jkun naqas l-individwu, jiġifieri filwaqt li l-individwu jiġi sanzjonat u skwalifikat, l-att innifsu ma jiġix invalidat.", "Dan li qed ngħid m'huwiex xi konċett legali ġdid li qed jiġi vvintat għal dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jew għal dan il-kunsill li qed inwaqqfu imma din hija prekawzjoni legali li nsibuha fil-maġġoranza l-kbira tal-liġijiet li jkunu qed iwaqqfu xi entita` partikolari biex b'hekk l-operat ta' dawn l-entitajiet jiġi ssalvagwardjat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien qed nifhem li l-kunsill li qed nitkellmu dwaru se jkun magħmul minn minimu ta' ħames membri u massimu ta' disa' membri, jekk ninkludu wkoll lill-President.", "Il-fatt li din il- klawsola qed tgħid li jekk ikun hemm tnejn mill-membri tal-kunsill li jitolbu li ssir seduta tal-kunsill, din is-seduta għandha hija importanti għax b'hekk il-kunsill ikun jista' jiltaqa' b'ċerta regolarita`.", "Ma tantx għandi xi ngħid iktar fuq din il-klawsola, anke għax kif spjega l- Ministru, il-provvedimenti li hemm fi klawsola 11 huma dawk li jsiru s- soltu biex jiġi assigurat li l-entita` li tkun qed titwaqqaf tkun tista' taħdem aħjar.", "S'intendi f'dan il-qasam xi kultant ikun daqsxejn diffiċli biex wieħed jiddefinixxi fejn ikun hemm interess għax in-nies konċernati bilfors ikunu interessati f'dawn l-inizjattivi kulturali u artistiċi.", "Nafu li jeżistu ħafna networks ta' nies li jkunu involuti u wieħed malajr jibda jakkuża lil xi ħaddieħor li huwa ħabib tiegħu jew inkella li għandu simpatija ma' dak il-grupp u m'għandux simpatija mal-grupp l-ieħor, imma jekk wieħed joqgħod biss fuq din id-definizzjoni jkun impossibbli li nsibu lil xi ħadd biex joqgħod fuq dan il-kunsill.", "Fil-fatt naħseb li l- kompożizzjoni ta' dan il-kunsill se tkun importanti ħafna għax wara kollox in-nies ta' l-arti u l-kultura huma bnedmin bħalna lkoll; għandhom kemm difetti kif ukoll affarijiet sbieħ.", "Nazzarda ngħid li xi kultant dan il- qasam jaf ikun egoċentriku u kannibalu iktar mill-qasam politiku u n-nies huma mqabbdin f'xulxin iktar milli wieħed jistenna.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk kif konna qed ngħidu qabel, ikun hemm mumenti ta' forum pubbliku għax jekk stess dan il-forum ma jtaffix is-sitwazzjoni li semmejt, almenu jkun qed jindirizza ċerti problemi.", "Ħafna drabi n-nies ta' l-arti u tal-kultura jkunu individwali ħafna, imma huwa importanti li dawn jaħdmu flimkien.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif qed jgħid l-Onor.", "Bartolo, aħna qegħdin fid-dinja tal-bnedmin u dejjem trid tqabbad lil xi ħadd biex jissorvelja fuq ħaddieħor.", "Kif qed ngħidu, dan huwa kamp fejn minn banda jekk taħtar nies li m'għandhom l-ebda interess ikun ħażin u mill-banda l-oħra jekk taħtar nies li jkollhom interess fis-suġġett, għalkemm mhux neċessarjament interess dirett, xorta waħda hemm iċ-ċans li wieħed jimxi b'ċerta manjiera għax in-nies taf lin-nies.", "Għalhekk irridu nsibu bilanċ, u naħseb li bil- kunsill li se jitwaqqaf dan il-bilanċ se nsibuh, iktar u iktar jekk imbagħad jirnexxielna naqblu fuq xi forum pubbliku li jkun istituzzjonalizzat.", "Sur President, l-Onor.", "Bartolo tkellem tajjeb meta rrimarka li fl-aħħar mill-aħħar se niddependu minn min ikun magħmul dan il-kunsill għax bħal kollox, nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet u regolamenti, dak li jkun dejjem se jiddependi fuq min hu ċ-chairman, fuq min hu d-direttur eżekuttiv u fuq min huma l-membri ta' dan il-kunsill.", "Jien irrid ngħid li fil-kamp tal-kultura u l-arti, bħal fi kwalunkwe kamp ieħor, dan ma jistax ikun kamp li b'xi mod jispira ruħu minn diviżjonijiet partiġjani u jeskludi lil xi ħadd minħabba xi raġuni partiġjana, li mhux bilfors tkun politika.", "Aħna diġa' għedna li l-kunsill li se nwaqqfu se jkun obbligat li jkun inklussiv, u dan proprju biex inħaddnu l-pluralita` ta' l-ideat.", "Jien nista' ngħid minn issa li ma jidhirlix li għandna nħarsu lejn il-fehma politika tal-membri tal-kunsill, jiġifieri m'għandniex għalfejn noqogħdu naraw li jkun hemm bilanċ politiku f'dan il-kunsill għax inkunu qed nagħmlu żball.", "Jien nixtieq ġenwinament li jkolli suġġerimenti minn nies li japprezzaw il- qasam tal-kultura u ta' l-arti u li għandhom fehmiet politiċi differenti minn dawk tal-gvern tal-ġurnata biex il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti jkun verament kunsill Malti u mhux kunsill tal-gvern.", "Nixtieq nara li kulħadd iħossu komdu li jikkomunika ma' dan il-kunsill u jipparteċipa fih.", "Iċ-ċittadini, kemm jekk huma artisti kif ukoll jekk m'humiex, ikollhom it-twemmin u l-opinjonijiet fuq kull ħaġa.", "Wara kollox il-partiti politiċi ta' Malta, daqqa b'ċertu progress u daqqa b'inqas, dejjem taw kontribut f'dan il-qasam.", "Per eżempju, il-Partit Laburista kien beda l- attivita` \"Iljieli Mediterranji\", li llum saret avveniment importanti mhux biss fil-kalendarju tal-Partit Laburista imma wkoll fil-kalendarju kulturali Malti.", "Għalhekk jien nemmen li l-Kunsill Nazzjonali għall- Kultura u l-Arti li qed inwaqqfu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi m'għandux iħossu skomdu li jagħti l-kontribut tiegħu għall-attivita` \"Iljieli Mediterranji\" minħabba li llum hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Naturalment l-istess argument jista' jsir vice versa.", "Per eżempju, mhux l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista waqqaf inizjattivi kulturali, anke meta kien hemm fil-gvern il-Partit Laburista.", "Ħalli nkun ftit iktar espliċitu.", "Fil-foyer taċ-Ċentru Laburista ġewwa l-Ħamrun mhux darba u tnejn ikun hemm wirjiet ta' artisti u fl-opinjoni tiegħi, jien u n-nies l-oħra li għandhom l-istess fehmiet politiċi li għandi jien m'għandniex inħossuna skomdi li mmorru naraw dawn il-wirjiet.", "Wara kollox aħna, li aħna tant żgħar bħala pajjiż, nistgħu naffordjaw li f'kunsill Malti ma jkunx hemm it-tapping tar- riżors ta' nofs il-popolazzjoni?", "L-importanti huwa li min iservi f'dan il- kunsill, iservi bl-aspirazzjoni li nixtiequ aħna, li qed nitkellmu f'din il- Kamra, u li qed jaspira dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri bl-aspirazzjoni ta' inklużjoni, ta' pluraliżmu, ta' tolleranza u ta' rispett.", "B'hekk mhux biss inkunu nistgħu nassiguraw li f'kull perijodu nkunu qed nutilizzaw il- kreattivita` ta' kulħadd imma nkunu qegħdin ukoll nagħtu statura u kontinwita` lil dan il-kunsill b'mod li sew meta jiġi biex jaħdem mal- Maltin kif ukoll meta jiġi biex jaħdem mal-barranin, dan il-kunsill jingħata r-rikonoxximent li jkollu bżonn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien naqbel kompletament ma' dak li qed jgħid il-Ministru, speċjalment għax waħda mill-isfidi l-kbar li dan il-pajjiż dejjem kellu u li se jibqa' jkollu iktar ma jgħaddi ż-żmien, anke minħabba li huwa pajjiż ċkejken, hija li jrid isib forma ta' kif jgħix bid- diversita` kollha tiegħu u bil-konfront ta' ideat differenti kollha tiegħu, li huma kruċjali u importanti għall-iżvilupp tal-pajjiż, filwaqt li fl- istess ħin issib forma ta' konvivenza.", "F'dan il-pajjiż kellna kemm mumenti sbieħ kif ukoll mumenti koroh, pero` fl-opinjoni tiegħi, ma jkunx ġust li nippretendu li jkun il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti li jsolvi l-problemi ta' l-aspetti negattivi tal-kultura politika tagħna.", "Issa hawnhekk ma rridx nilgħabha tal-qaddis u nidher li qed nippriedka lil ħaddieħor imma dan li qed ngħid qed nippriedkah ukoll għalija nnifsi għax inkella lanqas inkun kredibbli.", "Madanakollu huwa importanti ħafna li anke fil-qasam kulturali u artistiku, nagħtu prova li għalkemm aħna għandna ideat, fehmiet u modi differenti ta' kif naraw l-affarijiet, xorta waħda kapaċi ngħixu flimkien b'mod ċivili.", "Fil-fatt jien naħseb li huwa proprju bil-ħidma artistika u kulturali li nistgħu ngħinu biex aħna, bħala Maltin u Għawdxin, insibu modi kif ngħixu flimkien minkejja l-fehmiet politiċi differenti tagħna.", "Aħna l-politiċi għandna l-fama li nilagħbu wisq il-logħba ta' Tom & Jerry fejn wieħed jagħti daqqa ta' martell lill-ieħor u ġieli jiġi espress fil- ġurnali li aħna nqattgħu ħafna ħin niġġieldu ma' xulxin sempliċement biex inkunu qed niġġieldu ma' xulxin, qisu dan huwa xi ritwal, jiġifieri ma nkunux qed niġġieldu fuq is-sustanza imma l-aqwa li nkunu qed nuru li ma naqblux.", "Issa jien ngħid ġustament li mhux dejjem jiġri hekk, u ħafna drabi lanqas jiġri hekk imma l-mod kif niġu rrapportati - u din hija parti mill-kultura ġurnalistika ta' pajjiżna - iktar iġiegħel lil dak li jkun jaħseb li aħna hawn ġew inkunu qisna xi gladjaturi jiġġieldu ma' xulxin f'arena.", "Ħalli nirrakkonta esperjenza personali.", "Meta jien inqast f'din il-Kamra u għajjart lill-Membri tan-naħa l-oħra b'mod li ma kellix ngħajjarhom, irċevejt telefonati biex jikkumplimentawni għal dak li għamilt, u mbagħad meta nagħmlu seduti sħaħ niddiskutu kif nistgħu ntejbu xi ħaġa jew nipproponu xi ħaġa, dan ġieli lanqas jiġi rrapportat fuq il-gazzetti u s'intendi, f'dan il-każ ħadd ma jċemplilna u jikkumplimentana tax-xogħol li nkunu qed nagħmlu fil-Kamra.", "Għalhekk hija parti mill-folklor politiku tagħna li nagħmlu bħalma jagħmlu żewġ iċrieċer li jiġġieldu fit-triq, u naħseb li għandna naħdmu, kemm għall-ġid tagħna kif ukoll għall-ġid ta' pajjiżna, biex negħlbu dawn il-mumenti.", "Naturalment dan m'għandniex nagħmluh biex insiru naqblu f'kollox.", "Biex naqblu f'kollox, ikollna ċans nagħmlu hekk għal snin twal fiċ-ċimiterju, imma sakemm nibqgħu ħajjin, il-kuluri differenti u d-diversita` huma importanti ħafna, u naħseb li bil-mod tiegħu, il-Kunsill Nazzjonali għall- Kultura u l-Arti jrid jgħin u jiċċelebra l-valuri tal-konfront, tad- diversita` u tad-differenzi.", "Nerġa' ngħid - għax imbagħad aħna mmorru minn estrem għall-ieħor - li nistgħu ma naqblux, jista' ma jkollniex l-istess opinjonijiet, nistgħu ma naqblux anke b'mod qawwi u xorta waħda nkunu kapaċi naħdmu flimkien, u proprju għalhekk huwa importanti li l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti jkollu l-valur ta' l-inklussivita` u ta' l-aċċessibbilta`.", "Madanakollu biex dan isir, il-kunsill irid ikollu nies li jkunu kapaċi jgħixu d-diversita`, jipprattikawha u jiċċelebrawha, u meta qed insemmi d- diversita` m'iniex nirriferi għall-mod dejjaq u restrittiv politiku biss.", "Per eżempju, hemm it-tendenza li jekk wieħed iħobb l-arti astratta viżiva jkun jappartjeni għal partit ta' l-arti astratta viżiva u lil kulmin jipprattika xi tip ta' arti oħra, ma jarahx f'dawl tajjeb.", "Id-diversita` tiddependi min-nies li jiġu magħżula fuq dan il-kunsill u mit-tip ta' politika li dawn iħaddnu.", "Hawnhekk irrid nerġa' nagħmel il-punt li kont qed nagħmel dalgħodu, jiġifieri li huwa importanti li naħsbu f'dawk li bħalissa huma esklużi minn ħafna mill-attivitajiet kulturali u artistiċi, u aħna nistgħu nirranġaw din is-sitwazzjoni billi noħolqu inizjattivi kulturali u artistiċi li jaqbdu l-immaġinazzjoni u jirbħu l-qlub u l-imħuħ tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda.", "Din se tkun sfida kbira, u biex tkun tista' tiġi mfassla politika kulturali bħal din, ċertament li din se tkun xi ħaġa li tiddependi min-nies, li jafu li hemm ħafna xogħol x'isir u li jridu jsibu forom ġodda u diffiċli biex l-attivitajiet kulturali jkunu jistgħu jitwessgħu iktar.", "Kif qal il-Ministru, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed joffri l-qafas u l-għodda biex dan isir, imma mbagħad il-liġi tista' tgħix u timxi biss bis-saħħa ta' l-imħuħ u tal-qlub tal-persuni involuti.", "Liġi ddum ħajja skond kemm il-persuni involuti jkunu inklussivi biex jiġbru madwarhom nies bid-diversita` kollha tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Ħatriet tal-persunal.", "Clause 12 - Staff appointments.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett irrid infakkar li f'din it- taqsima, li hija intitolata \"Uffiċjali u Impjegati tal-Kunsill\", se nżidu artiklu ieħor fuq il-forum pubbliku.", "Prattikament Taqsima III u Taqsima IV huma identiċi għat-taqsimiet li għandna kemm fil-liġi dwar il-patrimonju kulturali kif ukoll f'liġijiet oħra.", "Kif għedt diġa', issa ġejna għal Taqsima III, li tittratta dwar l- uffiċjali u l-impjegati tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, u taħt din it-taqsima hemm diversi provvedimenti - u issa se nitkellmu dwar dawn il-provvedimenti - għax din it-taqsima qed toħloq il-kondizzjonijiet neċessarji biex il-kunsill ikun jista' jagħmel l-ikbar użu possibbli ta' nies li l-gvern diġa' għandu mpjegati miegħu.", "Biss biss, jekk m'iniex sejjer żball, id-dipartiment tal-kultura għandu 'l fuq minn 100 ruħ impjegati miegħu, u dawn il-100 ruħ qegħdin fi gradi differenti.", "Fil-fatt ġaladarba qed insemmi l-gradi, irrid ngħid li jekk wieħed jara kif inhuma mqassma dawn il-100 ruħ bejn min għandu l-kompetenza ta' management, bejn min għandu l-kompetenza ta' amministrazzjoni, bejn min għandu l-kompetenza kreattiva u bejn min għandu kompetenzi u ħiliet industrijali, isib ċertu żbilanċ, u l-problema tas-servizz pubbliku nħolqot proprju minħabba żbilanċ bħal dan.", "Madanakollu l-mira xorta waħda se tibqa' li l-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti ma jingaġġax nies min barra s-servizz pubbliku sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni ċara għaliex dan għandu jsir, u biex dan inkunu nistgħu nagħmluh irid ikun hawn dawn it-tip ta' provvedimenti li qed naraw f'dan l-abbozz ta' liġi u li rajna f'abbozzi ta' liġi oħrajn, liema provvedimenti jippermettu li l-impjegati tal-gvern ikunu jistgħu jiġu attached ma' dan il-kunsill fir-rispett sħiħ tal-kondizzjonijiet sostantivi ta' l-impjieg, speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet tal-pensjoni.", "Jien nispera li dwar dan inkunu nistgħu nidħlu f'iktar dettal meta niġu biex nitkellmu fuq l-artikli konċernati.", "Sur President, il-prinċipju ġenerali ta' klawsola 12 huwa li l-kunsill ikollu d-dritt li jaħtar uffiċjali u mpjegati, u subklawsola (1) tgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta' kull liġi oħra applikabbli għal dan, u mingħajr preġudizzju għad- disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Att, il-ħatra ta' l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Kunsill għandha ssir mill-Kunsill.", "Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' impieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill bi ftehim mal-Ministru.\".", "Issa l-frażi \"bi ftehim mal-Ministru\" m'għandhiex tiġi interpretata bħallikieku l-ministru u l-kunsill se jħawdu l-patti u l-kondizzjonijiet bejniethom imma għax huwa ċar daqs il-kristall li dawn huma ħwejjeġ li l- ministru konċernat irid iġib l-approvazzjonijiet għalihom, b'mod partikolari mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Għalhekk qabel ma l-kunsill jgħid pubblikament x'pattijiet u kondizzjonijiet stabilixxa, ikun irid iġib din il-clearance.", "Naturalment hawnhekk dejjem qed jiġu ssalvagwardjati d- dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni għax dan huwa kunsill li effettivament huwa kkontrollat mill-gvern u allura jekk il-kunsill ikun se jingaġġa lil xi nies, huwa jrid jirrikorri - u dan jistabilixxih subartiklu (6) t'artiklu 110 tal-Kostituzzjoni - għand il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u josserva l-proċeduri stabiliti tal-liġi li waqqfet lil din il- korporazzjoni kif ukoll ta' kwalunkwe liġi oħra li tista' tkun applikabbli.", "Sur President, kif sar fil-liġi dwar il-patrimonju kulturali, subklawsola (2) ta' klawsola 12 qed tgħid li:", "\"Id-Direttur Esekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Kunsill bi ftehim mal- Ministru għal perjodu ta' tliet snin u dak il-perjodu jista' jittawwal għal perjodi ulterjuri ta' tliet snin soġġett għal twettiq sodisfaċenti:", "Iżda l-ewwel Direttur Esekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Ministru għal perjodu ta' erba' snin.\".", "Hawnhekk qed ngħidu li d-direttur għandu jiġi maħtur mill-kunsill bi ftehim mal-ministru filwaqt li l-ewwel direttur eżekuttiv għandu jiġi maħtur mill- ministru għall-perijodu ta' erba' snin.", "Wieħed qed jipprova jagħti ċerta mbottatura ta' stabbilta` f'din id-direzzjoni.", "Jien nifhem li wieħed jista' jkollu l-opinjonijiet tiegħu għal din it-tip ta' deċiżjoni, pero` naturalment the proof of the pudding is in the eating.", "Ta' min jgħid li d-deċiżjonijiet li jittieħdu dejjem ikunu soġġetti għall- verifika politika, kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il- Parlament, u fil-fehma tiegħi wieħed ikun irid jiġġudika mill-kompetenzi tal-persuni li jiġu nominati f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Meta bdejna niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi, jien urejt il-preokkupazzjoni li għandha n-naħa ta' l-oppożizzjoni dwar jekk aħniex se nżidu n-nefqa pubblika bil-ħolqien ta' iktar strutturi, l- iktar meta dan qed isir proprju fi żminijiet fejn it-taxpayers diġa' qed ikollhom iħallsu ħafna taxxi.", "Meta kont għedt li nispera li issa, bil- ħolqien ta' dan il-kunsill, it-taxpayers ma jkollhomx iħallsu iktar taxxi, il-Ministru kien weġibni billi qalli li llum diġa' qed nonfqu l-flus fid- dipartiment tal-kultura u għalhekk fhimt li dan il-kunsill se jaħdem bil- limitazzjoni finanzjarja eżistenti.", "Jien kont staqsejt lill-Ministru wkoll jekk huwiex il-każ - u l-Ministru kien qalli li dan m'huwiex il-każ - li fil-qasam tal-kultura aħniex se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn se nkomplu nillimitaw il-budget iktar milli diġa' huwa limitat billi parti minnu, minflok ma tmur direttament għall-qasam ta' l-inizjattivi kulturali u artistiċi, tmur fi spejjeż amministrattivi, pero` l-Ministru kien reġa' qalli li diġa' teżisti struttura f'dan il-qasam u hawnhekk aħna qegħdin sempliċement inbiddlu dik l-istruttura.", "Ovvjament issa meta niġu biex nitkellmu fuq il-finanzi ta' dan il-kunsill, wieħed ikun jista' jitkellem iktar fuq dan il-punt, pero` jien li nixtieq inkun naf biss huwa jekk aħniex qed niddupplikaw l-istrutturi eżistenti biex ma nkomplux nillimitaw il-budget limitat li għandna diġa' bil-konsegwenza li minflok ma dan il- budget imur f'inizjattivi artistiċi u kulturali diretti, jispiċċa jmur fi spejjeż amministrattivi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, il-preokkupazzjoni li qed isemmi l- Onor. Bartolo trid tittieħed bis-serjeta`.", "L-Oppożizzjoni għamlet sew li ġabet dan l-argument, u fil-fehma tiegħi huwa obbligu tagħna bħala gvern li preokkupazzjoni bħal din nagħtuha l-ikbar piż possibbli.", "Meta nitkellmu, ħafna drabi d-diskors dejjem jaqa' fuq in-nefqa pubblika u fuq il-ħtieġa li n-nefqa pubblika, li qed tiġi ffinanzjata mit-taxxi li jħallas il-poplu, tiġi minfuqa bil-għaqal ħalli ma jkomplix jiżdied iktar piż fuq il-poplu mingħajr ġustifikazzjoni.", "Għalhekk il-preokkupazzjoni li struttura bħall- Kunsill Nazzjonali għall-Arti u l-Kultura tista' żżid in-nefqa pubblika bla ġustifikazzjoni trid tinżamm fuq l-aġenda ta' min ikun qiegħed imexxi u trid ukoll tingħata risposta li tkun onesta, ġenwina u valida.", "Il- preokkupazzjoni prinċipali ta' kull wieħed u waħda minna hi li llum id- dipartiment tal-kultura qed jiswa kważi Lm1,400,000, jiġifieri l-gvern daqshekk qed jinvesti f'dan is-settur.", "Ta' min jgħid li Lm1 miljun mill- Lm1,400,000 kważi qed tmur kollha f'attivitajiet u f'inizjattivi kulturali li jorganizzaw l-entitajiet li qed jiġġestixxu l-kultura u l-arti.", "Għalhekk ġustament hawn qed isir l-appell li għandna noqogħdu attenti li ma mmorrux naqbdu parti mill-Lm1 miljun u minflok ma nitfgħuha fid-direzzjoni ta' din l-attivita` kulturali u artistika, nitfgħuha fid-direzzjoni ta' l- amministrazzjoni.", "Ċertament din hija sitwazzjoni li wieħed irid joqgħod attent għaliha, pero` jekk wieħed iħares lejn il-budget li għandna quddiemna, jien ma narahx faċli jew inkella opportun li wieħed inaqqas xi budget li hemm taħt il- programmi u l-inizjattivi, li b'kollox jammonta għal Lm280,000, jew inkella jnaqqas xi budget li hemm taħt il-kontribuzzjonijiet li jingħataw lill- entitajiet governattivi.", "Għal dan il-kunsill aħna diġa' qed niddedikaw Lm4,000 li huma maħsuba sabiex il-kunsill ikun jista' jibda l-ħidma tiegħu.", "Dan huwa vot li fil-budget kien ilu jidher għal ħafna snin, pero` billi l- kunsill qatt ma twaqqaf, baqa' ma ġiex użat.", "Barra minn hekk, imbagħad ta' min jgħid ukoll li qed jiġu vvotati Lm370,000 għad-dipartiment tal-kultura biex bihom il-ħaddiema jkunu jistgħu jingħataw il-pagi u jkunu jistgħu jsiru wkoll xi spejjeż ta' operation u ta' maintenance.", "Fil-fatt dawn huma l-flus li l-kunsill se jkollu biex jopera, anzi jien ngħid li se jkollu biex jopera bi ftit iktar minn daqshekk għax jien nemmen li jekk wieħed jamministra b'mod iktar effettiv, dawn it-Lm370,000 li llum qed nonfqu għad- dipartiment tal-kultura jistgħu jiġu utilizzati b'manjiera iktar effettiva milli qed jirnexxielna nutilizzawhom sal-lum.", "Issa dan li qed ngħid huwa biss l-aspirazzjoni, jew aħjar id-direzzjonijiet, u jekk naslux s'hawnhekk jew le ma nistgħux ngħidu minn issa.", "Sur President, jien naqbel li m'għandniex neċċedu l-ammonti li qed niddedikaw s'issa għal dik li hija tmexxija, pero` min-naħa l-oħra m'iniex qiegħed nassigura, almenu sakemm ikolli xi responsabbilta`, li din se tkun id-direzzjoni.", "Waħda mid-direttivi li ngħataw hija li r-riżorsi li aħna qed niddedikaw għall-programmi, għall-inizjattivi u għall- kontribuzzjonijiet lill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dipartiment tal- kultura jridu jibqgħu għall-użu li għalih illum huma ddedikati, pero` naħseb li huma biss il-fatti li jistgħu jitkellmu għal dan l-iskop.", "F'dan il-qasam qed noħolqu struttura ġdida għax ngħid għalija, jien nemmen li din se jkollha l-possibbilta` li tassigura value for money iktar milli rnexxielu jassigura sal-lum id-dipartiment tal-kultura.", "Jien nemmen ukoll li din l-istruttura se tkun tista' tagħmel użu iktar cost effective tar- riżorsi li diġa' qed niddedikaw f'dan il-kamp.", "Fil-fehma tiegħi, din l- istruttura se tixpruna lill-entitajiet governattivi l-oħra biex dawn iħaddmu l-flus li qed jagħtihom il-gvern b'mod iktar cost effective u joħorġu potenzjal ikbar mid-dimensjoni kummerċjali li kull waħda minnhom tippossjedi.", "Il-fatt li hekk kif jitwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti, il-flus li jiġu ġġenerati m'humiex se jibqgħu flus ta' dipartiment governattiv imma se jkunu fi ħdan il-kunsill li qed nitkellmu dwaru jista' jwassal biex permezz ta' dawn l-entitajiet governattivi, il-kunsill ikun jista' jiġġenera fondi li mbagħad ikun jista' jidderiġihom għal attivita` kulturali.", "Nerġa' ngħid li din hi l-politika li aħna nixtiequ naraw li titwettaq, pero` jrid ikun iż-żmien li jgħidilna jekk fil-fatt din il- politika hijiex qed titwettaq jew le.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jien naħseb li huwa kruċjali li nitkellmu f'dan is-sens, anke għax - u hawnhekk se norbot ma' dak li konna qed ngħidu dalgħodu - il-budgeting li jsir f'dan il-qasam ...", "Naturalment dak li għedt l-ewwel dwar il-budget ta' dan il-qasam meta għedt li jkun aħjar jekk il-budget li jingħata għal dan il-qasam imur f'attivitajiet artistiċi u kulturali milli fi spejjeż amministrattivi jgħodd ukoll għal kwalunkwe qasam ieħor.", "Xi kultant jien nitbissem meta nisma' lil min jgħid li - u hawn m'iniex se nsemmi ismijiet jew postijiet għax malajr ikun hawn min jieħu għalih, imma nassigurakom li qed nagħti eżempji reali u konkreti - jittama li l-membri ta' dan il-kunsill li se jitwaqqaf m'humiex se joqogħdu jsiefru u jivvjaġġaw u l-flus ta' dan il-kunsill jispiċċaw jintnefqu f'safar u f'lukandi barra minn Malta.", "Għedt li nitbissem meta nisma' lil min jargumenta b'dan il-mod għax ħafna drabi min ikun qed iġib dan l-argument ma tantx ikun allerġiku għas-safar u għal-lukandi, imma sakemm dak li jkun ikun qed igawdi hu, ma jiddejjaqx jara l-flus jintnefqu, imma meta mbagħad jara lil xi ħaddieħor jagħmel xi ħaġa simili, tibda tiġih ir-reqqa u f'daqqa waħda jibda jfittex il-value for money.", "Madanakollu jien naħseb li kemm il-kunsill innifsu kif ukoll l- istrutturi li huma msemmija fl-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, fosthom it-Teatru Manoel, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Orkestra Nazzjonali u ċ-Ċentru għall-Kreattivita`, kollha għandhom bżonn jagħmlu daqsxejn awto- analisi f'dan il-qasam biex jiżguraw li l-budget li jkollhom, li diġa' jkun limitat, imur f'inizjattivi u f'attivitajiet kulturali u artistiċi u mhux fi spejjeż li ma jkunux daqshekk relatati mal-core activity u mal-missjoni tagħhom.", "Fil-fehma tiegħi, l-ikbar sfida li għandna llum f'kull qasam aħna l-amministraturi pubbliċi hi li jkollna - u jekk irridu nkunu sinċieri, għandna nammettu li din hija xi ħaġa li għadna ma dħalniex għaliha bis- serjeta` - l-konċett ta' comprehensive public spending review.", "Jien nemmen li jekk irridu nibdew infejqu s-sitwazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika u finanzjarja f'pajjiżna, meta jasal il-budget m'għandniex naqbdu u, per eżempju, infajru 5% fuq dak li kien hemm is-sena l-oħra.", "Hemm bżonn li anke f'pajjiżna, jibda jidħol iz-zero budgeting fejn wieħed ikun irid jiġġustifika kull Lm1 li tkun qed tintnefaq mit-taxxi tal-poplu, u wieħed m'għandux jagħmel din il-ġustifikazzjoni sempliċement billi jgħid: \"Għax it-tradizzjoni hekk kienet\" jew inkella għax \"Dawn l-affarijiet dejjem għamilnihom b'dan il-mod\".", "Fl-esperjenza limitata tiegħi, waħda mill-iktar affarijiet disheartening u li jekk ma toqgħodx attent għaliha taqtagħlek qalbek hija li meta tissuġġerixxi xi ħaġa ġdida - issa hawnhekk m'aħniex qed ngħidu li jekk tissuġġerixxi xi ħaġa ġdida, dan ikun ifisser li tkun xi ħaġa tajba bilfors jew aħjar minn dak li jkun qed isir - l-ewwel għaxar minuti l-argument li se jinġieb quddiemek huwa: Għaliex m'għandniex inkomplu nagħmlu l-affarijiet kif dejjem kienu jsiru?", "Issa l-ewwelnett mhux veru li l-affarijiet dejjem kienu jsiru b'dak il-mod partikolari għax xi darba xi ħadd ikun daħħalhom għall-ewwel darba.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li anke fil-qasam artistiku u kulturali jiddaħħal il-konċett ta' zero budgeting u dak li jkun jiġġustifika għaliex ikun qed jingħata dawk il-flus għax anke f'dan il-qasam, huwa importanti li l-ftit flus li jkollna għad-dispożizzjoni tagħna nużawhom bl-aħjar mod possibbli.", "Mhux l-ewwel darba li nies li kellhom budget finanzjarju limitat irnexxielhom jagħmlu l-aħjar manifestazzjonijiet kulturali, u dan proprju għaliex kellhom ħafna enerġija u inizjattiva.", "Fil-jiem li għaddew Claudia Taylor East - issa wieħed jista' ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tagħha, imma jien inzertajt qbilt ma' dawn il-konklużjonijiet - meta kienet intervistata minn \"The Times\" u tkellmet fuq il-flus li jinġabru għal organizzazzjonijiet non-governattivi li huma bbażati fuq il-volontarjat - u f'pajjiżna ħafna mix-xogħol li jsir fil-qasam kulturali u artistiku huwa xogħol ta' volontarjat - fetħet għad-dibattitu punt li lkoll għandna nagħtu kasu, ċioe` li kemm jista' jkun in-nefqa għandha tmur direttament għand il- benefiċjarji - fil-każ tagħha kien il-Hospice Movement u fil-każ tagħna huma l-animaturi tal-qasam kulturali u artistiku - u mhux tmur biex tħaxxen strutturi amministrattivi li jispiċċaw ikunu ta' piż fuq dawk l-oqsma li jridu jistimulaw u jimbottaw.", "Għalhekk huwa importanti li l-istrutturi li nwaqqfu jkunu ispirati mill-mod ta' kif qed nesprimu ruħna aħna.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 13 - Il-ħatriet ikunu skond il-funzjonijiet tal-Kunsill.", "Clause 13 - Appointments commensurate with the functions of the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, fi klawsola 13, li hija klawsola pjuttost konsegwenzjali, qed ngħidu li dawn il-ħatriet iridu jsiru mill- kunsill bil-pattijiet u l-kondizzjonijiet approvati u li jiġu maħtura dawk l-uffiċjali u l-impjegati tal-kunsill li jistgħu jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien għall-qadi effiċjenti tal-funzjonijiet tal-kunsill.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jiftaħ ftit fuq il-lat operattiv u organizzattiv ta' din il-klawsola?", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk l-impjegati tad-dipartiment tal-kultura u ta' dipartimenti oħra governattivi humiex se jemigraw kollha lejn l-istruttura l-ġdida jew inkella jekk huwiex se jsir xi forma ta' vetting biex wieħed jagħżel nies b'ċertu orjentament, inizjattiva u enerġija.", "Il-Ministru kif qed jaħseb li se jipproċedi fuq il-lat operattiv u organizzattiv biex il-kunsill ikun jista' jaħtar u jimpjega lin-nies?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija materja li għalkemm qed naħsbu fuqha, għad trid tiġi definita.", "Waħda mid-diffikultajiet li jien ħassejt li hemm fis-sitwazzjoni li kellna s'issa hija li l-arti u l-kultura ġew vestiti f'dipartiment governattiv, u dan id-dipartiment governattiv aġixxa bħala dipartiment governattiv, mingħajr tant sensittivita` u mingħajr tant kuxjenza tal-fatt li hawnhekk qed nittrattaw l-arti u l- kultura.", "Aħna nafu li l-burokrazija tad-dipartimenti tal-gvern mhux darba u tnejn irnexxielha toħnoq inizjattivi artistiċi u kulturali, l-iktar minħabba li l-impjegati tad-dipartiment tal-kultura addottaw il-mentalita` li hija marbuta ma' l-impjegati tal-gvern.", "Issa dan ma jfissirx li l- impjegati tad-dipartiment tal-kultura ma jagħtux servizz tajjeb, anzi m'għandix dubju li dawn jagħtu servizz validu u importanti, pero` l-fatt hu li dawn spiċċaw fid-dipartiment tal-kultura għax intbagħtu hemmhekk minn ħaddieħor.", "Naturalment jista' jkun hemm uħud minnhom li jgħidulek li huma jippreferu jaħdmu fid-dipartiment tal-kultura milli f'xi dipartiment ieħor tal-gvern, pero` jista' jagħti l-każ li hemm ukoll impjegati pubbliċi oħra li ma jinteressawx ruħhom f'dan is-settur.", "Allura x'se nagħmlu biex insolvu din is-sitwazzjoni?", "Sur President, sfortunatament kull meta nħolqu entitajiet ġodda, dawn sabu ċerti diffikultajiet biex jutilizzaw lill-impjegati tal-gvern magħhom.", "Kien hawn żminijiet meta kien hawn wisq l-idea li jekk trid tmur taħdem ma' dawn l-entitajiet tista' tmur u jekk ma tridx tmur ma tmurx, u jien naħseb li din l-idea kienet żbaljata.", "Għalhekk jien nifhimha l-preokkupazzjoni ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li minkejja li twaqqfu entitajiet bl-iskop ġenwin li jingħata servizz iktar effettiv u effikaċi, mhux dejjem jinstab il-medium kif dan ikun jista' jsir.", "Jekk inħarsu lejn l-esperjenza li ksibna fir-rigward tal-Kavallier ta' San Ġakbu nsibu li l-gvern għadu sal- lum jipprova jattira lejn il-Kavallier ta' San Ġakbu persuni li huma mpjegati fis-settur pubbliku, u l-metodu li qed jiġi wżat f'dan il-każ huwa li qed issir sejħa t'applikazzjonijiet lill-impjegati governattivi kollha biex min hu interessat imur jaħdem ma' din l-organizzazzjoni bil- kondizzjonijiet li ġew dikjarati fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħareġ il-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Ta' min jgħid li filwaqt li kien hemm vakanzi li għalihom ma applika ħadd tant li issa l-MPO qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa għat-tieni darba għalihom, kien hemm vakanzi li għalihom applikaw numru ristrett ta' persuni u mbagħad kien hemm vakanzi oħrajn li għalihom applikaw numru sostanzjali ta' persuni.", "Sur President, fil-każ ta' l-impjegati li hemm jaħdmu preżentement fid- dipartiment tal-kultura aħna se niftħu diskussjoni magħhom fejn l-ewwelnett se ninformawhom li m'aħniex se mmissulhom id-drittijiet sostantivi tagħhom, jiġifieri l-iskali, il-pagi, il-kondizzjonijiet tax-xogħol f'termini ta' sigħat u d-drittijiet li għandhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet, se jiġu ssalvagwardjati.", "L-unika differenza li se jkun hemm hija li se jiġi assigurat li l-ġurnata tax-xogħol tagħhom jagħtuha b'impenn u b'mod sħiħ b'mod li kull impjegat ikun leali għas-settur tax-xogħol li jkun qed jaħdem fih kif ukoll ikun kemm jista' jkun kreattiv.", "B'hekk dan is-settur ikun jista' jopera bl-iktar mod effettiv u jiġġenera kemm opportunitajiet kif ukoll finanzi minn ġo ħdanu stess.", "Dan hu l-isforz li jrid isir, Sur President.", "Il-qasam tal-kultura u l-arti xorta waħda se jibqa' hemmhekk u l-unika bidla li se nagħmlu hija fl-istruttura, jiġifieri wieħed m'għandux jirreżisti li jkompli jaħdem f'dan is-settur.", "Jien beħsiebni li ma' l-ewwel opportunita li jkolli niltaqa' ma' l-impjegati tad- dipartiment tal-kultura u ma' l-unions tagħhom biex niddiskutu ċerti affarijiet flimkien.", "M'hemmx dubju li l-ewwel sforz irid isir biex wieħed jagħmel l-aħjar użu minn dawk in-nies li diġa' hemm jaħdmu f'dan is-settur.", "Huwa sigriet magħruf li fid-dipartiment tal-kultura hemm numru ta' mpjegati li jistgħu ma jkunux interessati u lanqas ikunu addattati li jaħdmu f'dan is-settur, u allura f'dan il-każ wieħed irid jara kif jista' jagħmel ċerti spostamenti b'mod fair għal kulħadd.", "Jien nistaqsi: X'metodu se jiġi wżat biex nirreklutaw impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti?", "Se nużaw l-istess metodu li wżajna fil-każ tal-Kavallier ta' San Ġakbu billi noħorġu ċirkolari għal kulmin ikun interessat li japplika għall- vakanzi li jkun hemm?", "Jien naħseb li dak il-metodu m'huwiex ħażin, anzi huwa tajjeb, pero` rridu naraw li dak il-metodu jitwettaq b'ħeffa ikbar milli twettaq fil-każ tal-Kavallier ta' San Ġakbu.", "Nifhem u napprezza li peress li dan il-metodu ġie wżat l-ewwel darba fil-każ tal-Kavallier ta' San Ġakbu, sakemm ġie nnegozjat, approvat u pproċessat seta' ħa ż-żmien, pero` huwa importanti li issa nitgħallmu minn dik l-esperjenza.", "Irridu wkoll insibu manjiera kif lil dawk li jaħdmu f'dan is-settur u jħossu li t- talenti tagħhom m'humiex qed jiġu mmassimizzati, inħajruhom imorru jaħdmu x'imkien ieħor, imma l-gvern m'huwiex beħsiebu jagħmel iktar spejjeż.", "M'għandniex indaħħlu l-użanza li wieħed joqgħod jagħmel ċerti aġġustamenti mingħajr ma dawn ikunu ġustifikati.", "Issa s-suġġett huwa kompless ħafna.", "Ma rridx niftaħ id-diskussjoni iktar billi nsemmi inizjattivi oħra li qed jitwettqu bħalissa u li għandhom aspetti minn dawn l-elementi tad- diskussjoni li qed nagħmlu għax dawn jittrattaw negozjati oħra, imma l- ispirtu huwa dan.", "Madanakollu mbagħad ma rridux nimponu straitjacket fuq il-kunsill tant li meta jiġi biex jagħmel din ir-ristrutturazzjoni, ma jkollux ċertu spazju ta' flessibbilta` li bl-iktar manjiera valida jkun jista' jutilizza kemm lil dawk li diġa' huma mpjegati tal-gvern b'mod differenti u bi ftehim li sar apposta għalihom kif ukoll lil numru ristrett ta' persuni - u jien insostni li dan dejjem għandu jkun numru ristrett - li jistgħu jiġu minn barra s-settur pubbliku proprju biex jistimulaw il-livell tat-tmexxija u t-tip ta' x-xogħol li għalih l-ebda civil servant ma jkun ġie identifikat li jkun jista' jagħmlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jien inħoss li huwa importanti li jkun hemm l-għarfien illi billi sempliċement twaqqaf struttura u ssejħilha xi ħaġa differenti minn \"dipartiment\", bħal per eżempju, \"kunsill\", \"fondazzjoni\", \"kummissjoni\" jew \"awtorita`\", dan ma jfissirx li din l- istruttura se topera b'mod differenti mill-istruttura ta' qabel.", "Bla ebda dubju, ir-re-engineering ta' struttura li taħdem titlob ħafna iżjed minn bidla ta' isem.", "Id-dinamika istituzzjonali li tagħmel struttura taħdem, tirnexxi u tkun effiċjenti u struttura oħra mgħaxxa u rieqda li ma tipproduċix jew burokratika ħafna m'hijiex sempliċement fl-isem.", "Forsi tista' tinstema' bħala battuta kattiva u sarkastika li wieħed jgħid illi f'pajjiżna kellna każi - u l-Ministru għamel riferenza għal dawn il-każi - li meta twaqqfu dawn l-istrutturi l-ġodda, l-ikbar effiċjenza li wrew kienet f'li ħadu għalihom kondizzjonijiet aħjar mill-impjegati tal-gvern għax ir-riżultati baqgħu ma ġewx.", "Issa jekk dawn ir-riżultati kinux differenti jew kinux agħar, inħalliha għal min jara x'kienu r-riżultati, u d-darba l-oħra jien għamilt il-punt li rridu nkunu b'moħħna miftuħ billi nħarsu lejn ir-riżultati.", "Jien naħseb li għandna nkunu result oriented billi jekk irridu, inpoġġu lil din l-istruttura li se nwaqqfu fil- kondizzjonijiet li se tirnexxi, li se taħdem u li se tkun effiċjenti, pero` dawn l-ingredjenti m'humiex awtomatiċi.", "Jien nappella biex aħna nservu ta' għajnuna ħalli l-istrutturi li nwaqqfu jaħdmu aħjar minn dawk l-istrutturi li qed inbiddlu, imma fl-aħħar mill-aħħar kemm dawn jirnexxu jiddependi minn sensiela ta' ingredjenti, fosthom minn kif l-impjegati ta' dawn l- istrutturi jaħdmu flimkien, mit-tip ta' leadership u-team spirit li jkun hemm kif ukoll mill-inizjattivi u enerġija li juru l-impjegati.", "Huwa importanti ħafna li fejn kellna l-fallimenti, nirriflettu fuq il-fallimenti filwaqt li fejn kellna iktar suċċess jew morna aħjar nirriflettu fuq dan is- suċċess ħalli meta niġu biex inwaqqfu dawn it-tip ta' strutturi nkunu verament qed nagħmlu pass 'il quddiem u pass aħjar mir-realta` eżistenti.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi klawsola 13.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 13 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Inkarigu ta' uffiċjali pubbliċi għal xogħol mal-Kunsill.", "Clause 14 - Detailing of public officers for duty with the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola qed tispeċifika l- proċedura li biha l-impjegati governattivi se jkunu jistgħu jitqabbdu jagħmlu xogħol mal-kunsill skond kif ikun speċifikat fl-ordni li toħroġ mill-prim ministru.", "Il-formula li qed tiġi wżata hawnhekk użajnieha f'diversi abbozzi ta' liġi oħra, pero` hija formula li għad irridu naraw kif se taħdem għax hija formula pjuttost ġdida.", "Prattikament f'din il- klawsola qed ngħidu li l-prim ministru, fuq talba tal-kunsill, se jkun jista' jgħaddi lill-kunsill uffiċjali pubbliċi biex jaħdmu f'dik il- kapaċita` li tkun ġiet miftiehma u li l-perijodu li għalih dawn l-uffiċjali pubbliċi jmorru mal-kunsill ikun dak il-perijodu li jiġi speċifikat fl- ordni, jiġifieri dak li jkun ġie miftiehem.", "Fil-fatt ta' min jgħid li ħafna drabi l-perijodu li jiġi speċifikat ikun ta' sentejn, ta' tlieta jew ta' iktar, jiddependi minn xi tkun ir-rakkmandazzjoni ta' l-MPO.", "Jekk impjegat imur jaħdem fil-kunsill, dan ma jkunx ifisser li l-impjegat ikun tilef id-dritt li jitlob li jiġi ttrasferit, jiġifieri wieħed jista' jmur mal-kunsill u mbagħad japplika għas-sejħa t'applikazzjonijiet biex ikun jista' jieħu promotion li jkollu dritt għaliha.", "Naturalment jekk imbagħad dan l-impjegat jirnexxielu jieħu promotion, imbagħad ma jkunx jista' jibqa' jaħdem mal-kunsill.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk, per eżempju, wieħed imur jaħdem fil-kunsill għal tliet snin, dak il-perijodu jkun jista' jintemm qabel jekk l-uffiċjal jaċċetta offerta ta' transfer għas-servizz tal-kunsill jew inkella jaċċetta mpjieg permanenti ieħor għax kif se naraw iktar tard, fl-aħħar mill-aħħar impjegat pubbliku jista' jargumenta li jkun aħjar jekk ikollu mpjieg permanenti mal-kunsill minflok jibqa' biss on attachment mal-kunsill.", "Ħaġ'oħra li qed tgħid din il-klawsola hija li l-prim ministru jista' jirrevoka l-ordni li jkun ħareġ fir-rigward ta' l-uffiċjal pubbliku li jkun mar jaħdem mal-kunsill.", "Naturalment din hija revoka li tkun tista' ssir biss sakemm l-individwu jibqa' bl-istatus t'uffiċjal pubbliku għax jekk jaċċetta mpjieg permanenti mal-kunsill, din ir-revoka ma tkunx tista' ssir.", "Nistgħu ngħidu li dawn huma d-dettalji tal-proċedura li l-uffiċċju tal- prim ministru jkun irid iħaddem meta jiġi biex jiddetta uffiċjali pubbliċi biex jaħdmu mal-kunsill li qed inwaqqfu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk meta ssir ċaqliqa bħal din li qed isemmi jkunx hemm bżonn it-timbru tal-PSC jew jekk din tkunx tista' ssir mingħajr problema ta' xejn.", "Jien niftakar li ġieli meta kien hemm każijiet bħal dawn, kien hemm trade unions li qalu li messha saret sejħa pubblika u l-għażla ta' min imur f'dawk il-ħatriet issir skond ċerti kriterji filwaqt li hawnhekk qed naraw li l-kriterji wżati biex il- prim ministru jagħżel lil xi uffiċjali pubbliċi ħalli jmorru jaħdmu mal- kunsill m'humiex regolati b'xi proċedura partikolari.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna bl-ebda mod ma jaħseb u m'hijiex il-policy ta' l-amministrazzjoni li din tkun xi ħaġa li tinvolvi ruħha fiha l-PSC, illi l-mansjoni tagħha hija regolata kemm mill-Kostituzzjoni kif ukoll mir-regolamenti li toħroġ hija stess.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li kull amministrazzjoni f'ċertu sens ipprovat tkun ġeluża għall-għodda maniġerjali li tagħmel użu mill-impjegati tagħha skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Jien naf li minnha nnifisha, il-frażi \"l-esiġenzi tas-servizz\" tqanqal ċerti diffikultajiet għax din il-frażi mhux darba jew tnejn intużat fi żmenijiet differenti biex jitwettaq abbuż ta' poter.", "Jien wisq nibża' wkoll li biex tirregola u tikkontrolla l-possibbilta` ta' dan l-abbuż, l-amministrazzjoni dgħajfet sostanzjalment l-għodda maniġerjali tagħha, u fil-fatt ma nafx liema management veru u proprju jaċċetta li jidħol għar-responsabbilta` li jopera ta' manager bil-kondizzjonijiet li għandhom il-kapijiet tad- dipartimenti tal-gvern.", "Jumejn ilu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, meta kien qed jikkommemora lill- mibkija Agatha Barbara, irrifera għall-1955 fejn qal li f'dik is-sena, fi żmien ftit xhur, il-mibkija Agatha Barbara rnexxielha tqanqal ċertu moviment u tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Jien ngħid illi li kieku dawn id- deċiżjonijiet kellu jipprova jeħodhom jew l-Onor.", "Bartolo meta kien ministru jew jien illum, bil-permessi kontra permessi u bl- approvazzjonijiet kontra approvazzjonijiet li konna nkunu rridu niksbu, ma kien jirnexxielna qatt nagħmlu dak li għamlet il-mibkija Agatha Barbara.", "Illum wieħed mill-editorjali tal-gazzetti qalilna li hemm bżonn li jkollna iktar go-getters, imma jekk tipprova tkun go-getter għandek iċ-ċans li tispiċċa mdendel quddiem xi tribunal, quddiem xi qorti jew quddiem xi struttura oħra, jiġifieri min irid jamministra għandu l-ħin kollu a tight rope-walking.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen fermament li waħda mill- problemi kardinali li għadha ma ġietx solvuta hija li l-amministrazzjoni tilfet ħafna mill-għodda li tappartjeni maniġerjalment għal min jiġi fdat bir-responsabbilta` li jrid imexxi u għal min jiġi mgħobbi bil-piż li jagħti kont għal għemilu lill-istituzzjonijiet superjuri għalih.", "Sur President, spiss tisma' lil min jgħid li l-gvern għandu ħaddiema żejda miegħu, u f'ċerti livelli nistgħu ngħidu li dan huwa veru.", "Spiss tisma' lil min jgħid ukoll illi l-gvern għandu tqassim żbilanċjat ta' l-impjegati tiegħu.", "Per eżempju, illum id-dipartiment ta' l-edukazzjoni qed isofri minn nuqqas ta' mpjegati li huma kompetenti fil-middle management u min qiegħed imexxi m'għandu l-ebda saħħa li jġib impjegati li huma kompetenti fil-middle management, jikteb kemm jikteb ittri.", "Ta' min jgħid ukoll li meta jkunu qed jimtlew ċerti postijiet, min ikun qed imexxi lanqas jista' jġib lil min irid miegħu imma jkollu joqgħod b'min jibgħatulu, u fl- opinjoni tiegħi dawn il-prattiċi qed joħonqu l-amministrazzjoni effettiva tas-servizz pubbliku.", "Jien m'għandi l-ebda soluzzjoni immedjata ta' kif wieħed jista' jattakka din il-problema għax hemm bżonn ta' tibdil radikali ħafna, liema tibdil jista' jkollhom oġġezzjoni għalih anke l-unions konċernati, li l-funzjoni tagħhom hija li jiddefendu l-interessi ta' l- impjegati u mhux tant l-interessi tas-servizz pubbliku li jingħata lill- poplu.", "Sur President, din il-klawsola li għandna quddiemna qed tipprova tagħti biċċa managerial tool lill-prim ministru biex dan ikun jista' jagħmel deployment ta' mpjegati pubbliċi għax wara kollox fl-ittra tan-nomina tagħhom, huma obbligati li jservu skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Kif jaf kulħadd, is-servizz pubbliku huwa ffinanzjat mill-fondi pubbliċi, u allura m'għandniex inkunu kapriċċjużi, kif ħafna drabi konna s'issa, li nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn l-impjegati ċivili jkunu jistgħu jirrifjutaw li jagħtu s- servizz li jkun qed jiġi mitlub minnhom għax wieħed jagħtihom il-għala - jien ma ngħidx li \"jagħtihom id-dritt\" għax mhux veru jeżisti dan id-dritt - li jiddettaw huma fejn iservu.", "Fil-fatt mhux darba u tnejn li kelli nagħmel din il-mistoqsija lil xi mpjegat tal-gvern: Min hu mpjegat ma' min; inti mpjegat mal-gvern jew il-gvern impjegat miegħek?", "Irridu niftakru li hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq ħatra jew promotion ta' uffiċjal pubbliku imma fuq deployment, u l-PSC qatt ma kellha mansjoni fuq id-deployment ta' l-impjegati pubbliċi.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 14.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Status ta' uffiċjali pubbliċi inkarigati jagħmlu xogħol mal- Kunsill.", "Clause 15 - Status of public officers detailed for duty with the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, filwaqt li s'issa l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kien qed jgħid li min hu mpjegat pubbliku mħallas mit- taxxi tal-poplu huwa obbligat li jservi lill-poplu fis-settur pubbliku, jiġifieri filwaqt li qabel konna qed nitkellmu fuq l-obbligu u d-dritt tal- gvern li jagħmel deployment tan-nies tiegħu fejn hemm bżonn, hawnhekk issa qed nidħlu biex inħarsu l-interessi ta' l-impjegat konċernat.", "L-ewwelnett nagħmilha ċara li mhux veru li aħna ma jinteressaniex mill-impjegati ċivili li jmorru jaħdmu fil-kunsill.", "Aħna mhux hekk qed ngħidu, anzi proprju bis- saħħa tal-liġi f'dan il-Parlament qed nissalvagwardjaw l-istatus ta' dawn l- impjegati.", "X'inhu l-istatus ta' dawn l-impjegati?", "Huwa status speċjali garantit taħt il-Kostituzzjoni u l-liġijiet tagħna.", "Dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna wkoll qed jissalvagwardja l-istatus ta' dawn l- impjegati u qed jgħid li dawn għandhom jibqgħu uffiċjali pubbliċi.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li meta mpjegat jitqabbad jagħmel xogħol mal- kunsill, minkejja li jkun taħt l-awtorita` amministrattiva u l-kontroll tal- kunsill, dan l-impjegat jibqa' kkonsidrat bħala uffiċjal pubbliku.", "Issa jkun tajjeb jekk infakkru li anke hawnhekk sar ċertu żvilupp - għalkemm huwa żvilupp li jinsab miexi b'pass ta' nemla - għax filwaqt li qabel il-kwestjonijiet ta' dixxiplina kienu kkontrollati kemm huma mill- PSC, illum dawn ġew delegati lill-kapijiet tad-dipartimenti.", "Ta' min jgħid li qed isir ukoll diskors biex anke r-reklutaġġ ta' l-impjegati jibda jsir direttament mid-dipartimenti tal-gvern konċernati, pero` dan huwa diskors li jrid jiżviluppa u għad irridu naraw x'se jsarraf fil-konkret.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 15 tgħid hekk: \"Meta uffiċjal pubbliku jitqabbad jagħmel xogħol mal-Kunsill taħt xi disposizzjoni ta' l-artikolu 14 ta' dan l-Att, dak l-uffiċjal għandu, matul il-perjodu li fih dik l-ordni jkollha effett għar-rigward tiegħu, jkun taħt l-awtorita` amministrattiva u l-kontroll tal-Kunsill ...\",", "pero` fl-istess ħin l-istatus tiegħu ta' uffiċjal pubbliku jibqa' ssalvagwardjat.", "Permezz ta' din il-klawsola qed niggarantixxu wkoll li min imur jaħdem mal-kunsill ma jkunx miċħud milli japplika għal trasferiment f'xi dipartiment tal-gvern jekk iħoss il-ħtieġa li jagħmel dan.", "Din il- klawsola tkompli tgħid li min imur jaħdem mal-kunsill ma jistax ikollu rimunerazzjoni u kondizzjonijiet tas-servizz li huma inqas favorevoli minn dawk li għandu bħala mpjegat tal-gvern fil-kariga li huwa qiegħed jaħdem, u ż-żmien li jagħmel jaħdem mal-kunsill ikun ikkonsidrat bħala servizz mal- gvern għall-finijiet ta' pensjoni, gratwita` jew benefiċċju taħt l- Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l- Orfni.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq kategorija ta' mpjegati pubbliċi li dejjem qed tonqos għax qed nitkellmu fuq dawk l-impjegati pubbliċi li daħlu jaħdmu mal-gvern qabel l-1 ta' Jannar, 1979.", "Min daħal jaħdem wara l-1 ta' Jannar, 1979 ma ngħatax il-benefiċċju ta' l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l-Orfni, imma dawk li daħlu jaħdmu qabel dik id-data, id-drittijiet u l-privileġġi li kien ikollhom jedd għalihom li kieku baqgħu mpjegati mal-gvern se jibqa' jkollhom dritt għalihom anke jekk ikunu jaħdmu mal-kunsill.", "Sur President, subklawsola (4) ta' klawsola 15 qed tgħid li minn żmien għal żmien - skond kif jiġi stabilit mill-ministru tal-finanzi - il-kunsill ikun irid iħallas lill-gvern il-kontribuzzjoni li tkun ġiet stabilita biex jitħallsu l-pensjonijiet ta' l-impjegati pubbliċi.", "Din hija materja li hi xi ftit komplikata.", "Hawnhekk qed ngħidu li meta mpjegat tal-gvern, li għandu d-dritt tal-pensjoni taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, imur jaħdem mal-kunsill, dak l-impjegat jibqa' intitolat li jingħata dik il- pensjoni.", "Kif se naraw iktar tard, dak l-impjegat jista' javvanza mal- kunsill għax jista' anke jieħu mpjieg permanenti, pero` anke f'dan il-każ, huwa xorta waħda jibqa' bid-dritt li jingħata l-pensjoni li qed nitkellmu dwarha.", "Ta' min jgħid ukoll li jekk dan l-impjegat javvanza mal-kunsill u allura l-pensjoni tiegħu tiżdied, issir il-kondizzjoni li jkun hemm arranġamenti bejn il-kunsill u t-Teżor biex il-kunsill iħallas id- differenza ta' dik il-pensjoni għal dak il-perijodu ta' żmien li dak l- uffiċjal pubbliku jkun serva mal-kunsill.", "Fi ftit kliem prattikament din hija klawsola li qed tissoda l-istatus ta' l-impjegati li jmorru jaħdmu mal- Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti u d-drittijiet sostantivi tagħhom.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 15.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Offerta ta' Impieg permanenti mal-Kunsill lil uffiċjali pubbliċi inkarigati jagħmlu xogħol mal-Kunsill.", "Clause 16 - Offer of permanent employment with the Council to public officers detailed for duty with the Council.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din il-klawsola qed tikkonferma dak li konna qed ngħidu qabel, jiġifieri li l-impjegati pubbliċi għandhom żewġ toroq; it-triq li jiġu addetti mal-kunsill u jibqgħu kompletament impjegati pubbliċi jew inkella t-triq li jaċċettaw illi jsiru mpjegati diretti tal- kunsill.", "Ħadd m'hu se jisforza lil dawn l-impjegati biex jaċċettaw li jsiru mpjegati diretti tal-kunsill, u huma jagħmlu dan biss jekk iridu, pero` jien nerġa' ngħid li mal-milja taż-żmien se jkun hemm ċirkostanzi fejn l-impjegat tal-gvern jista' jkollu ċerti vantaġġi li permezz tagħhom, jista' jaċċetta offerta ta' mpjieg permanenti mal-kunsill għax bl- approvazzjoni tal-prim ministru, il-kunsill ikun jista' joffri mpjieg permanenti b'rimunerazzjoni u b'kondizzjonijiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li l-impjegat ikun igawdi sa dik il-ġurnata.", "Ta' min jgħid ukoll li anke min jaċċetta li jkollu mpjieg permanenti mal-kunsill, qed jiġi ggarantit id-drittijiet li tipprovdi l-Ordinanza dwar il- Pensjonijiet, u s-servizz mal-kunsill se jitqies bħala servizz mal-gvern fil-parametri tat-tifsiriet relattivi rispettivament.", "Sur President, subklawsola (5) ta' klawsola 16 qed tgħid li:", "\"Il-Kunsill għandu jħallas lill-Gvern dawk il-kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa ta' pensjonijiet u gratwitajiet li jaqla' uffiċjal li jkun aċċetta impieg permanenti mal- Kunsill kif hawn qabel imsemmi matul il-perjodu li jibda għaddej mid- data minn meta dak l-uffiċjal ikun aċċetta.\".", "Forsi hawnhekk wieħed jistaqsi: Jekk impjegat jaċċetta li jmur jaħdem mal- kunsill, il-pensjoni tiegħu fuq xiex se tiġi kkalkolata; fuq l-iskala li kien biha qabel telaq minn mal-gvern jew fuq xi skala oħra?", "Kif sar anke f'liġijiet oħrajn, bħal-liġi li tirregola l-awtorita` nazzjonali tat- turiżmu, f'dan il-każ - u hawnhekk se nikkwota minn paragrafu (a) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 5 - qed ngħidu li:", "\"... il-karigi u l-gradi tas-salarju mal-Kunsill se jkunu klassifikati skond l-iktar gradi korrispondenti u livelli inkrementali fis-servizz mal-Gvern ta' Malta b'riferenza għal job description, abbiltajiet, responsabbiltajiet u fatturi oħra li jixxiebħu.\",", "jiġifieri hawnhekk se jsir eżerċizzju billi jkun hemm bord apposta magħmul minn persuna nominata mill-ministru tal-finanzi, persuna nominata mill-MPO u persuna oħra nominata mill-kunsill biex issir klassifikazzjoni.", "Ir- raġuni hija biex kemm jista' jkun wieħed iżomm l-istess parametri, kemm għal min hu mpjegat pubbliku kif ukoll għal min hu mpjegat mal-kunsill.", "Paragrafu (ċ) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 16 qed jgħid li:", "\"Dik il-klassifikazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur mill- aġġustament tas-salarji ta' l-impjegati li jkunu fis-servizz tal-Gvern u, jew, ta' impjegati tal-Kunsill.\",", "pero` qed jiġi stabilit is-ceiling - u hawn se nikkwota minn paragrafu (d) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 16 - li:", "\"Ebda kariga ma tkun klassifikata fi grad ogħla minn dak ta' Grad 3 fis-servizz tal-Gvern jew dak il-grad ieħor ogħla li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista' minn żmien għal żmien b'avviż fil- Gazzetta jistabbilixxi.\".", "F'din il-klawsola qed jiġi affermat ukoll li ħadd m'għandu jedd għal drittijiet li jkunu inqas favorevoli minn dawk li kien ikollu jedd għalihom qabel dik il-klassifikazzjoni.", "Sur President, nixtieq ngħid li ġejt mogħti l-parir li ndaħħal emenda pjuttost teknika għal subklawsola (3) ta' klawsola 16, u għalhekk qed nipproponi din l-emenda:", "\"D\" F'subklawsola (3) ta' klawsola 16 minflok il-kliem \"u l-Att dwar il-Pensjonijiet tar-Romol u l-Orfni, itemm milli jibqa' fis-servizz mal-Gvern\" għandhom jidħlu l-kliem \"u l-Att dwar il-Pensjonijiet tar- Romol u l-Orfni, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta' dan l-artikolu, itemm milli jibqa' fis-servizz mal-Gvern\".", "\"D\" In subclause (3) of clause 16 for the words \"and the Widows' and Orphans' Pensions Act, cease to be in service with Government\" there shall be substituted the words \"and the Widows' and Orphans' Pensions Act, and saving the provisions of subarticle (6) of this article, cease to be in service with Government\".", "B'hekk subklawsola (3) ta' klawsola 16 ġiet tgħid li:", "\"Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti li jiġi offert lilu mal-Kunsill, taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu għandu, għall-finijiet kollha li ma jkunux dawk ta' l- Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-Pensjoni tar-Romol u l- Orfni, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta' dan l-artikolu, itemm milli jibqa' fis-servizz mal-Gvern u jidħol fis- servizz mal-Kunsill fid-data minn meta jaċċetta, u għall-finijiet ta' dik l-Ordinanza u ta' dak l-Att, daqskemm dawn ikunu applikabbli għalih, servizz mal-Kunsill għandu jitqies bħala servizz mal-Gvern fil- parametri tat-tifsiriet relattivi rispettivament.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "Jekk jogħġbok tkellem fil-qosor għax dalwaqt isir il-ħin għall-aġġornament.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq biss nagħmel mistoqsija, li ma nafx jekk il-Ministru weġibhiex diġa'.", "Min ikun għażel impjieg permanenti mal- kunsill ikun jista' jerġa' jmur lura mal-gvern jew dak ikun impjieg permanenti fil-veru sens tal-kelma?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk wieħed jaċċetta mpjieg permanenti mal-kunsill, dan irid ikun impjieg permanenti fil-veru sens tal-kelma, pero` naturalment anke biex isir dan, irid ikun hemm l-approvazzjoni ta' l-MPO, jiġifieri mpjegat pubbliku ma jistax jaqbad u jaċċetta mpjieg permanenti mal-kunsill imma jkun irid iġib l-approvazzjoni.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 16 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Frar, 2002 b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif jaf kulħadd il-gvern qed jgħid li m'huwiex veru li l-wied tal-Kalkara se jiġi distrutt.", "Jien illum se nkompli nuri dokumenti li juru l-ipokrezija ta' dan il-gvern u kemm qed isir gideb biex jippruvaw jagħtu l-impressjoni li l-wied tal-Kalkara se jiġi salvat.", "Saħansitra ntużat anke' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex issir propaganda, għaliex meta kienet se ssir konferenza fil-każin Nazzjonalista tal-Kalkara, l-awtorita` ta' l-ippjanar ħarġet reklami fil-gazzetta u ħarġet bit-titlu li se nsalvaw il-wied tal-Kalkara.", "Barra minn hekk meta kien hemm programm dwar il-wied tal-Kalkara mill-awtorita' ta' l-ippjanar tqassmu ittri u propaganda li se jiġi salvat il-wied tal-Kalkara.", "Mr. Speaker, jien għandi dokumenti li bihom se nwaqqa' dak kollu li qal is- segretarju parlamentari u li qed jgħidu tan-naħa l-oħra li dan il-gvern u l- awtorita' ta' l-ippjanar qed isalvaw il-wied tal-Kalkara.", "Se nibda biex nikkwota korrispondenza ta' Vince Magri datata Diċembru 17, ta' l-1997, biex nuri kif kienet is-sitwazzjoni fi żmien il-gvern Laburista: Din tgħid hekk:", "\"The Kalkara policy is another such example of extensive debate and consultation within and outside the PA.", "It is no use saying that the PA did not approve its SSAI statutes.", "In effect it has told everybody about the status by approving the public consultation document.", "There is no doubt about the status of the site, as we have specifically asked MUS to confirm their first report.", "The PA has to decide ....\"", "- u hawn issa! –", "\".... whether the interest of the few will take precedence over the national interest.\".", "Nerġa' nirrepeti:", "\"... the PA has to decide whether the interest of the few will take precedence over the national interest.\".", "Hemm iktar f'dan id-dokument x'wieħed jara, u se npoġġih fuq il-Mejda tal- Kamra biex nuri kemm hija gidba li l-wied se jiġi salvat.", "Fiul-wied seta' ma sarx żvilupp u jiġi salvat bis-serjeta`, imma ħalli nkompli nuri korrispondenza oħra mibgħuta lill-ex-ministru George Vella meta kien ministru responsabbli mill-ambjent, datata 24 ta' Marzu 1998.", "Din tgħid hekk:", "\"Grand Harbour Local Plan.", "I am pleased to forward to you two copies of the Grand Harbour Local Plan, January 1998 draft.", "This is being done in accordance with article 25 of the Development Plan Act and intended therefore to seek government approval of this plan.\".", "Din tkompli tgħid:", "\"This January 1998 draft attached is now being presented in anticipation of final approval by the PA board.", "This draft was approved by the PA board in December 1997 except for three policies as mentioned below.\".", "U se nsemmi policy waħda minnhom li tolqot lill-Kalkara:", "\"Residential development in Wied il-Kalkara.", "The problem here arises between national environmental considerations and the effect on individual persons or companies.", "The area was schemed for development in the temporary provision schemes, however one of the surveys carried out by the external consultants shows the area as a site of scientific importance.\".", "U qed jgħid:", "\"In accordance with the structure plan, such areas have to be protected and therefore no development should be allowed.", "The local plan takes this stance, however this is a highly unjust situation for those who had bought the land as it means substantial depreciation which could not be recovered.", "The PA is still to decide whether to exclude development from the site and propose the government that some form of compensation is given or whether to permit development here.\".", "Mela hawnhekk jidher ċar li mhux veru li skond it-temporary scheme hemmhekk bilfors ried jinbena.", "Skond l-istructure plan hemm qatt ma seta' jinbena.", "Barra minn hekk, f'din l-ittra jingħad jekk għandniex nikkompensaw lis- sidien.", "Minn hemm ħarġet l-idea li tibda ssir evalwazzjoni ta' l-art.", "Fil- fatt din l-ittra hija datata 24 ta' Marzu, 1998 u d-dipartiment ta' l- artijiet intalab biex jagħmel valuation proprju fl-1 ta' April 1998.", "Hawnhekk jidher biċ-ċar li sar hekk għaliex il-gvern Laburista ma riedx li hemmhekk imur kontra l-istructure plan li tgħid li hemm hemmhekk m'għandux jinqered u li wieħed għandu jsib soluzzjoni ġusta għal dawk l-imsieken li xtraw plot u anke għal min kellu permess.", "Mr Speaker, dawn id-dokumenti se npoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra għaliex juru biċ-ċar li huwa issa li l-wied tal-Kalkara se jinqered.", "Jekk isir kif kien se jsir fi żmien il-gvern Laburista li skond l-istructure plan ma jistax isir żvilupp hemmhekk allura l-wied tal-Kalkara ma kienx jinqered.", "Mhux se jinqered daqskemm kien ippropona qabel il-Gvern Nazzjonalista.", "Barra minn hekk, tajjeb li ngħid - għaliex din mhux qed isemmiha l-Onor.", "Pullicino - li kienu ż-żgħażagħ nazzjonalisti li qalulu li hija ħaġa anti- demokratika li tħalli l-wied tal-Kalkara jinbena u li jekk jinbena dan se jinbena għall-ispekulaturi u mhux fl-interess nazzjonali.", "Dawn il-provi issa qed inpoġġihom black on white u nistenna li l-istampa tara dawn id- dokumenti ħalli tara s-sitwazzjoni kif kienet fi żmien il-gvern Laburista.", "U anke jekk ma kenitx hekk, jekk tiskopri li kont se teqred xi ħaġa u tista' ssalvha, għandek issalvaha.", "Imma tant hemm kurrent qawwi ta' l- ispekulaturi, ta' ħokkli dahri u nħokklok darek, li mhux qed jagħtu każ l- ambjent u qegħdin jaraw kif jaġevolaw lil ċerti nies.", "Mr. Speaker, il-bieraħ stess fil-ħin tal-mistoqsijiet supplimentari l- Ministru qal li ma kien hemm l-ebda green area li ddaħħlet biex isir il- bini u jien għedtlu li m'hu veru xejn.", "Imbagħad qalli li l-area li ddaħħlet hija dik l-area li se jibnu bini soċjali.", "Jiena għedtlu li m'huwiex korrett u għadtlu wkoll li jiena m'iniex kontra li jinbena bini soċjali pero' dan mhux bilfors għandu jsir fuq green area.", "Dan ipprova jġibha li dik il-green area ħadha biex jibni bini soċjali pero' jiena se ngħid għaliex se jibni bini soċjali hemmhekk.", "Il-ministeru tal-politika soċjali bagħat ittra datata 26 ta' Mejju, 2000 lid-direttur ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar fejn talbu biex il-biċċa tal- kapuċċini li kienet green area tkun tista' tinbena ħalli jkun jista' jdaħħal hemmhekk lil dawk in-nies li bħalissa joqogħdu f'Bighi fil-bini ta' l-ex-service.", "Għaliex għamlu hekk?", "Għax jafu li kienu marru nies ta' l- awtorita' tad-djar għand in-nies ta' Bighi biex jaraw jistgħux joħorġuhom minn hemmhekk biex iwaqqgħu u jibnu hemmhekk, jagħtuh lil Cannataci, biex dan iġib lill-barranin hemmhekk.", "Ara naqra l-ipokrezija ta' dan il-gvern.", "Jiġu jgħidu li se jtellgħu bini soċjali meta jien għandi evidenza - u se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra – li l-ministeru tal-politika soċjali qed jitlob biex jitla' l-bini ħdejn il-kapuċċini fejn kienet green area ħalli jkun jista' jpoġġi fih lin-nies mill-ex-service ta' Bighi.", "Ma nqalx ukoll li qed isir dan kollu biex hemmhekk jingħata lil Cannataci ħalli jpoġġi lill-barranin fih.", "Dawn l-affarijiet ma jitwemmnux!", "Jiġifieri anke hawn ħaġa bħal din, taparsi ngħidu li hu bini soċjali meta hemm logħba oħra warajha.", "U barra dik hemm, green area oħra li ngħatat għall-bini.", "Jien għandi l-pjanti quddiemi hawnhekk u x'ħin irid nurihomlu.", "Mr Speaker, l-argument kollu hu li l-propaganda li l-wied tal-Kalkara se nsalvawh hija propaganda qarrieqa.", "Illum ġibt dokumenti li juru biċ-ċar li anke skond l-istructure plan, hemm qatt ma seta' jinbena.", "Imbagħad jiġi l- Prim Ministru li vilment jipprova jaħrab milli jirrispondi l-mistoqsija dwar jekk għandux isir environmental impact assessment.", "Issa wara li għandna dawn id-dokumenti, jidher ċar għaliex ma riedx jagħmel environmental impact assessment.", "Dawn id-dokumenti juru bil-provi s-sitwazzjoni kif kienet taħt il-gvern Laburista.", "Mela fejn hu l-qerq?", "Ara meta ġie ppreżentant il-Grand Harbour Local Plan dawn qatt ma semmew x'kienet is-sitwazzjoni jew li kien hemm din il-policy li hemm ma jistax jinbena skond l-istructure plan.", "Lanqas lili bħala membru tal-bord qatt ma ntqaluli dawn l-affarijiet u kelli nagħmel riċerka jien biex wasalt għalihom.", "Jiena nitlob lill-mezzi kollha tax- xandir u l-medja biex jiġbru kopja tad-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra għaliex m'għandix ħin biex naqrahom kollha u nispjegahom kollha.", "Nitlobhom jaraw dawn id-dokumenti fid-dettall ħalli jkunu jafu l-qerq ta' dan il-gvern.", "Jien nitlob anke lill-NGOs jiġbru kopja ta' dawn id-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jkunu jafu s-sitwazzjoni vera.", "Is-sitwazzjoni m'hijiex kif qed ipinġuha, li hemm parti minnha ta' importanza xjentifika u oħra le.", "Nitlobhom jaraw dawn id-dokumenti ħalli jkunu jafu li l-area kollha skond l-istructure plan stess ma setgħetx tinbena, imma jidher li l-ispekulaturi, grazzi għal dan il-gvern, se jirbħu.", "F'dan il-każ mhux se jirbaħ iċ-ċittadin in ġenerali u mhux se jirbaħ l-ambjent.", "Bil-paroli biss ngħidu li l-ambjent għandna nieħdu ħsiebu.", "Nagħlaq billi nerġa' nappella lill-mezzi tal-media kollha jieħdu kopja tad- dokument li se npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jaraw il-ħneżrijiet u l- qerq ta' dan il-gvern li jgħid li jħobb l-ambjent.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex jitpoġġew dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOE MIZZI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra datata 24 ta' Marzu 1998 mibgħuta miċ-Chairman ta' l- Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin u Ambjent dwar il-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir;", "Estratt minn artiklu li deher fil-ħarġa ta' \"Il-Mument\" tal-Ħadd, 3 ta' Novembru 1996 miktub minn Forum 21 dwar il-wied tal-Kalkara;", "Kopja ta' e-mail mibgħuta mis-Sur Vince Magri lis-Sur Alfred Fabri fis- 17 ta' Diċembru 1997 dwar il-pjan lokali għall-Port il-Kbir; u", "Kopja ta' ittra datata 26 ta' Mejju 2000, mibgħuta mid-Direttur tal- Bini u Manutenzjoni ta' Djar lid-Direttur ta' l-Ippjanar dwar il- proġett fi Triq il-Kapuċċini, Kalkara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOSEPH SAMMUT: Mr Speaker, illum se nieħu spunti minn dak li qalu ż-żewġ kollegi tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo u l-Onor.", "Joe Mizzi.", "L-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem dwar zero budgeting u kif f'dan il-pajjiż dan il- konċett qisu ma jeżistix anzi kulħadd irid jonfoq iżjed biex jakkwista u jaħtaf iżjed.", "Jiena naqbel mal-kollegi tiegħi l-Onor.", "Evarist Bartolo u l- Onor. Joe Mizzi li għandna pajjiż ta' erbat iħbieb li jaħtfu biss u dan huwa propju dak li nixtieq inwassal illejla.", "Irrid ngħid li dan is-suġġett diġa` tkellimt jien u tkellem ukoll l-Onor.", "Sant u qed nirreferi għall-każ ta' Sciberras Grioli.", "Hija ħasra, u naħseb hija miskinata għall-pajjiż għax titkellem ma' min titkellem u min veru għandu kuxjenza jgħidlek li f'dan il-pajiż tlifna r- rubini u dak li hu ħażin sar jirrenja fuq dak li hu tajjeb.", "Din in-naħa tal- Kamra enfasizzat dwar l-atteġġjament ta' Sciberras Grioli bħala persuna responsabbli f'awtorita' li aġixxa b'mod skorrett u fl-opinjoni tiegħi personali b'mod skandaluż ukoll.", "Sew jiena u sew b'mod partikolari l-Onor.", "Sant elevajna diversi raġunijiet għalfejn l-atteġġjament tas-Sur Sciberras Grioli kien skorrett u jiena se nerġa' nirrepetihom hawnhekk.", "Mr Speaker, Sciberras Grioli uża kuntrattur ta' l-awtorita` tad-djar biex jispiċċa l-maisonette li kien ġie allokat lit-tifel tiegħu.", "Ma ninsewx li dan il-maisonette ġie allokat lit-tifel tiegħu qabel ġie ffirmat il- kuntratt per se u kien diġa` lest 80% minnu, u din ukoll hija ħaġa kontra l- policies ta' l-awtorita`.", "Dan il-maisonette ġie allokat lit-tifel tas-sur Sciberras Grioli billi ġiet użata informazzjoni kunfidenzjali ta' l- awtorita` tad-djar.", "Informa wkoll liċ-chairperson Micallef Leyson li l- awtorita` tad-djar kellha bżonn garage Santa Luċija meta fil-fatt dan kien riedu għal ibnu stess.", "Dan ifisser li għal darb'oħra reġa' uża informazzjoni ta' l-awtorita` biex jakkwista proprjeta` għal familjari tiegħu stess.", "Sciberras Grioli immiżinforma impjegat ta' l-awtorita` dwar l-istess chairperson.", "Hawnhekk għandna każ ta' bniedem f'post sensittiv bħalma hi l- awtorita` tad-djar li b'mod mill-iktar sfaċċat għamel użu mill-fondi ta' l- istess awtorita'.", "L-għan tal-gvern hu li jgħin liż-żgħir u lill-batut u huwa għalhekk li għandna soċjeta`.", "Il-bniedem, minn xadina jgħix għar-rasu fl-għerien beda jingħaqad u jaħdem ir-raba' f'forma ta' soċjeta` biex wieħed jgħin lill-ieħor.", "Issa f'din is-soċjeta' din l-awtorita`għandha responsabbilitajiet kbar.", "Ma rridux ninsew kemm ikun hemm nies japplikaw u jitkarrbu għand l-awtorita` biex forsi jingħataw dar.", "Il-bieraħ stess iltqajt ma persuna f'Birżebbugia li hija sprovvista mill-fondi u sprovvista mid-dar u imn'Alla kien hemm bniedem li aċċetta li jżommha għall-kenn tad- dar tiegħu.", "Dan il-bniedem diżgrazzjatament ġiet nieqsa s-sinjura tiegħu, pero' min-naħa l-oħra hija fortuna għall-ieħor.", "Hija l-ikbar mistħija għal dan l-istat li m'huwiex kapaċi jagħti kenn lil dawn it-tip ta' nies, imbagħad min-naħa l-oħra jkollna persuna li bl-tmexxi biex membru tal- familja tiegħu jakkwista maisonette, 80% lest, bil-garage b'kollox.", "Naħseb li dan huwa skandlu minnu nnifsu.", "Mr Speaker, naħseb li hija miskinata kbira li sew il-gvern sew iċ- chairperson baqgħu muti u mhux jirrispondu għal dak li qegħdin nistaqsu aħna.", "Hija miskinata ikbar anke għall-ġurnal \"The Times\" li artiklu li bgħatnilu aħna biex inkomplu mmexxu dawn il-punti lanqas jippubblikah u lanqas jindenja ruħu jgħidlek irċevihx jew le.", "Nemmen li hija fid- diskrezzjoni tiegħu jippubblikahx jew le, imma naħseb jekk huwa ġurnal indipendenti hija miskinata li wieħed jaġixxi b'dan il-mod.", "Anke din l-idea ta' omerta` fejn ħadd ma jitkellem naħseb hija xi ħaġa kundannabbli u m'hi denja xejn għal soċjeta` li tant tgħid li hija demokratika u li qegħda fit- triq għal sħubija sħiħa f'orgnizzazzjoni li tiftaħar iżjed li hija demokratika.", "Naħseb li għad baqgħalna ħafna x'nagħmlu biex inkunu iktar aperti.", "Interessanti li wieħed jgħid li f'artiklu tagħha, Micallef Leyson kienet poġġiet challenge lill-MLP u din iċ-challenge ġiet aċċettata sew b'artiklu li jiena personalment bgħatt lill-istess \"The Times\" u anke b'dak li ddikjara l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dan mhux talli laqa' ċ-challenge tagħha imma mar oltre ċ-challenge tagħha.", "Iċ-challenge kien jgħid hekk:", "\"I have no evidence of corruption being referred to in the Labour press.\"", "Jiena personalment ma naqbilx ma' dan.", "Naħseb li kien hemm iktar minn riħa ta' korruzzjoni hemmhekk u naħseb kieku n-naħa tal-gvern kellha kelb tal- fenek mhux il-fenek biss kien jaqbad imma anke r-riħa tal-ġrieden bir-riħa ta' korruzzjoni li kien hemm.", "Sfortunatament għandna ministru responsabbli li meta jkun hemm l-iċken riħa dan jibda jgħatti flok jinvestigaha u jara li l-affarijiet mexjin sew jgħatti.", "L-oppożizzjoni llum saret qisha l- private investigator - u dan ma naqbilx miegħu - li toqgħod tfittex hi u ġġib min ifittex biex forsi naslu x'imkien.", "Jiena hekk għamilt, erġajt bdejt infittex, nistaqsi u dħalt fid-dettal ta' kif Sciberras Grioli minn segretarju tal-bord pass pass tela' 'l fuq.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-ewwel ma għamel kien li neħħa min-nofs financial controller u assuma l-poteri tiegħu.", "Ovvjament m'hemmx għalfejn ngħid, meta bniedem jassumi l-pożizzjoni ta' financial controller dan ikollu ċ-cheque book f'idu u m'hemmx għalfejn ngħid, meta għandek iċ-cheque book f'idejk għandek kollox.", "Il-finanzi huma kollox.", "Tħares kif tħares id- dinja hija magħmula fuq flus u min jikkontrolla l-flus għandu r-rigni f'idejh.", "Mela ħeles mill-financial controller li dak iż-żmien kien ċertu Anġlu Agius.", "Sciberras Grioli ra kif għamel tajru bħal Napuljun, ħa poter u baqa' tiela'.", "F'daqqa waħda s-Sur Sciberas Grioli assuma kollox u beda jmexxi hu u ġejna fl-estremita` li s-sur Sciberras Grioli kien kollox.", "L- awtorita` tad-djar kienet is-sur Sciberras Grioli.", "Jekk għandek inkwiet fuq tender tmur tkellem lis-sur Sciberras Grioli, jekk trid forsi tiġi favoreġġjat fuq xi appartament tmur tkellem lis-sur Sciberras Grioli.", "Hu x'inhu dejjem Sciberras Grioli.", "Jekk trid tara kif tieħu xi bowl ta' żebbuġ waqt xi party ridt tkellem lis-sur Sciberas Grioli għax jien smajt u qaluli li anke ż-żebbuġ kien jieħu minn fuq il-mejda waqt xi party, aħseb u ara meta jkollu l-finanzi f'idejh.", "Sciberras Grioli ħareġ ukoll karozza lussuża minn fuq dahar l-awtorita` tad- djar.", "Din tefagħha f'garage u qatt ma ntużat, baqgħet fil-plastic fil- garaxx ħalli meta jirtira, s-sur Sciberras Grioli jkollu karozza ġdida.", "Dan kien il-mod kif nimxu fl-awtorita`.", "Dan kien jikkontrolla kollox.", "Irrid insemmi wkollli Sciberras Grioli kellu Lm15,000 fis-sena, il-leave ma jieħdu qatt, sick leave qatt, jibda minn sbieħ Alla, u jmur id-dar x'ħin jidlam.", "Naħseb lanqas bniedem tal-ħadid ma kien jagħmel dawn l-affarijiet.", "Hawnhekk jibda jtektek suspett.", "Kif jista bniedem li m'għandux interessi ulterjuri jagħmel dawn l-affarijiet?", "Jiena ngħid li bilfors kien hemm xi ħaġa, għax ħadd ma jmur barra minn triqtu għal xejn.", "Wara kollox aħna nafuhom id-dipartimenti tal-gvern.", "Sfortunatament kulħadd jara kif jevadi lill-gvern u allura l-fatt li dan kien jieħu Lm15,000 fis-sena, leave ma jieħdu qatt u ma jimrad qatt inissel ċerti suspetti.", "Mr Speaker, ġara li meta ħadet over Ms Micallef Leyson - u naqbel magħha hawnhekk – din ippretendiet li bħala chairperson she is the boss, imma sabet rreżistenza qawwija mis-sur Sciberas Grioli.", "Li ġara kien li kif diġa` ġie ripetutament kwotat, il-Prim Ministru Fenech Adami kien obbligat lejn is-sur Sciberras Grioli u fil-fatt qal:", "\"At that time I was grateful towards him but I always knew he had done something wrong.\".", "Dawn huma fatti kwotati.", "Aħna kkwotajnihom kemm-il darba u anke l-istess chairperson qalitha fl-istess artiklu tagħha.", "Din qalet hekk:", "\"At the time and even up to recently, the board received allegations about the former CEO.\".", "Mela sew iċ-chairperson u sew il-Prim Ministru qed jikkonfermaw li kien hemm il-ħażin, imma l-Prim Ministru kien obbligat lejh.", "F'okkażjoni oħra meta kien qed jitkellem dwar koruzzjoni - u jiena naqbel miegħu hawnhekk - l-Onor.", "Fenech Adami qal bl-iktar mod ċar li min hu kompliċi f'korrużjoni huwa ħati daqs min fil-fatt ikun wettaq il-korruzzjoni.", "Hawnhekk ċ- chairperson li qed tgħidilna li ilha tirċievi lmenti dwar Sciberras Grioli, min-naħa l-oħra l-Prim Ministru jgħidilna li kien grat lejh u Alla jbierek ma jsir xejn, imma dan mhux kollox.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li l-problema proprja dwar is-Sur Sciberras Grioli kien il-fatt li ġiet mislufa somma sostanzjali ta' flus lil entita` u jekk ma kienx il-perċimes is-Sur Sciberras Grioli kien involut direttament f'din is-somma flus li ħarġet.", "Kienu jafu b'din il-ħaġa tliet persuni li kienu s- segretarja, is-sur Sciberras Grioli nnifsu, il-perit u l-accounts.", "Issa lis-sur Sciberras Grioli ħlisna minnu, għalkemm tajnih il-promotion, u t- tlieta l-oħra ħadu promotion ukoll.", "X'inhu r-raġuni li dan tneħħa mill- pożizzjoni tiegħu daqshekk ħesrem( Issa dan mhux sempliċiment tneħħa ħesrem, imma jirriżulta wkoll li s-Sur Sciberras Grioli beda jitlob favoraġġjamenti mill-istess soċjeta` li lilha ġew mislufa l-flus.", "Fuq din il-ħaġa llum nieqaf hawnhekk imma naħseb li issa aktar minn qatt qabel qed tikber il-ħtieġa li ssir investigazzjoni fuq dan l-aġir tas-sur Sciberras Grioli.", "Irrid ngħid li hemm ukoll il-kwestjoni tal-wied tal-Birkirkara, proġett li din l-awtorita` ftaħret li se jkollha qligħ minnu.", "Sadanittant jirriżulta li l-perit li tqabbad tħallas 15% meta normalment dan jirċievi biss 6%.", "U jien nistaqsi: X'ġara mill-periti l-oħra tal-housing, maintenance and construction?", "Għalfejn dawn l-affarijiet?", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 11 ta' Frar 2002, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA - TRIQ IR-RATTAN", "30724.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq ir- Rattan l-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it- triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar?", "Għaliex il-ministeru ippermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent matul it-tliet snin li għaddew?", "Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t- triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "30721.", "MELLIEĦA - TRIQ IR-RATTAN", "30725.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-tliet snin li għaddew Triq ir-Rattan tħalliet żdingata, jista' l-Ministru jara li jħaffef il-proċeduri neċessarji sabiex din is-sena tiġi asfaltata din it-triq fil-Mellieħa.", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "30721.", "RABAT - TRIQ BORĠ OLIVER", "30726.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinfurmani bl-ilmenti li waslu lid- dipartiment tat-toroq u t-traffic control board dwar il-problemi li żviluppaw fis-sistema tat-traffiku fir-Rabat Malta mindu Triq Borġ Oliver saret one-way?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, is-sistema tat- traffiku fl-inħawi għadha qed tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-bidliet li ssemmew fid-domanda.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-GARGIR", "30727.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Triq il- Gargir il-Mellieħa ma ġietx livellata aħjar sabiex ir-residenti ta' din it- triq li mhux asfaltata almenu jkollhom anqas żdingar?", "Għaliex il-ministeru ippermetta li jkun hemm dan l-inkonvenjent lir-residenti matul it-tliet snin li għaddew?", "Jista' jara li jsir dan il-livell temporanjament qabel tiġi asfaltata t-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "30721.", "ENTERTAINMENT - ĊAQLIQ TA' PREZZIJIET", "31281.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 x'ċaqliq fil- prezzijiet kien hemm fil-konsum tal-ħin ħieles u divertiment kif imkejjel mill-indiċi uffiċjali?", "X'oġġetti u servizzi huma mkejla f'dawn l-indiċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fis-sezzjoni ta' entertainment, l- uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika jeżamina s-servizzi ta' entratura f'cinemas, diskoteki u teatri.", "Iċ-ċaqliq fl-indiċi għal kull servizz matul l-aħħar tliet snin kien hekk", "|SEZZJONI |1999 |2000 |2001 | |Ċinema |1.990 |2.030|2.030| |Diskoteka|1.750 |1.750|1.750| |Teatru |2.690 |3.570|4.070|", "MITTS - RIŻENJI", "31282.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 min kien l-persuni li rriżenjaw mill- MITTS?", "Jista' jgħid f'kull każ x'kienu r-raġunijiet li għalihom irriżenjaw dawn il-persuni?", "Qatt saret xi riflessjoni dwar għaliex irriżenjaw dawn il- persuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li fl-1999, 2000 u 2001 irriżenjaw b'kollox 77 persuna minn mal-MITTS, li minnhom tnejn irtiraw bl- eta` u erbgħa ntemmilhom l-impjieg minn mal-kumpannija, tnejn minnhom waqt iż-żmien tal-prova.", "Ma narax il-ħtieġa li nindividwa dawk kollha li rriżenjaw.", "Ir-raġunijiet għar-riżenji huma varji u jinkludu:", "xewqa għal-tibdil fl-ambjent tax-xogħol,", "kisba ta' xogħol alternattiv minn kumpanniji oħra b'remunerazzjoni aktar vantaġġjuża,", "xogħol barra minn Malta;", "xewqa għal bidla radikali ta' karriera; u", "waqfien mix-xogħol minħabba raġunijiet familjari,", "waqfien mix-xogħol għal raġunijiet ta' studju barra minn Malta.", "Fil-qasam ta' l-informatika, iċ-ċaqliq ta' riżorsi umani huwa wieħed għoli mhux biss f'Malta.", "ĊENTRU TAS-SWATAR", "31283.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-persuni differenti li jmexxu ċ-ċentru tas-Swatar?", "Kif intgħażlu dawn il-persuni?", "Meta saru sejħiet biex jimtlew dawn il- postijiet?", "Min applika f'kull każ għal dawn il-postijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li ċ-ċentru tas-Swatar huwa mmexxi minn Nucleus Training International Ltd taħt ftehim milħuq f'April 2000 ma' l-uffiċċju tal-prim ministru u mal-MITTS Ltd.", "Taħt dan il-ftehim, il-kap eżekuttiv tan-Nucleus Training International Ltd għandu r- responsabilita` ġenerali tal-management, l-iżvilupp u l- ikkumerċjalizazzjoni tal-faċilitajiet tas-Swatar.", "Il-Mitts Ltd qegħda ukoll tixtri s-servizzi professjonali ta' operations manager mingħand l-isess Nucleus Training International Limited biex jgħin fl-immaniġġjar tal-faċilitajiet tas-Swatar.", "In-Nucleus Training International Ltd għamlet sejħa pubblika għall- pożizzjoni ta' operations manager f'Lulju 2001.", "MITTS – ARRANĠAMENTI MA' KUMPANNIJI PUBBLIĊI", "31292.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid x'arranġamenti għamlet il-MITTS ma' kumpanniji oħra pubbliċi u privati għat-taħriġ fil-qasam ta' l-informatika?", "Min huma l-kumpanniji mdaħħla f'dan l-arranġament?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- ftehim ta' dan l-arranġament?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħal ma nsemmi fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari nru.", "31283 u 31294, il-MITTS Ltd għandha arranġament man- Nucleus Training International Ltd biex tmexxi ċ-ċentru tas-Swatar.", "Il-MITTS għandha arranġament man-national computing centre (NCC) ta' l- Ingilterra biex fiċ-ċentru tas-Swatar ikunu jistgħu jittellgħu programmi ta' taħriġ fl-informatika.", "F'dan is-sens l-NCC appuntat lill-MITTS bħala ċentru akkreditat ta' taħriġ.", "Intlaħaq ftehim ukoll mal-e-Malta commission fejn iż-żewġ naħat qablu li jikkoperaw flimkien fit-twaqqif ta' akkademja reġjonali għat-tagħlim u ċ- ċertifikazzjoni fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni taħt is-CISCO networking academy programme magħrufa internazzjonalment.", "Il-MITTS għamlet ftehim ieħor mal-bord ta' l-istudji tat-teknoloġija ta' l- informatika ta' l-Universita` ta' Malta, fejn iż-żewġ naħat qablu li jikkollaboraw flimkien fil-qasam tat-taħriġ ta' l-istudenti li jkunu qegħdin isegwu korsijiet ta' studju fl-informatika fl-Universita` ta' Malta.", "Barra minn hekk il-MITTS ilha għal bosta snin tikkollabora mal- korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ taħt it-traineeship scheme fejn, f'dan ir-rigward, il-MITTS tipprovdi taħriġ fl-informatika lil bosta studenti li jkunu tressqu mill-korporazzjoni.", "ĊENTRU TAS-SWATAR", "31294.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid kif qed jitmexxa ċ-ċentru tas-Swatar fejn isir taħriġ fl- informatika?", "X'sehem għandha l-MITTS f'din it-tmexxija?", "X'sehem għandhom kumpanniji privati?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħruġ u dħul finanzjarju fit-tmexxija ta' dan iċ-ċentru tas-Swatar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l- Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru 31283.", "Taħt l-imsemmi ftehim man-Nucleus Training International Ltd twaqqaf kumitat ta' tmexxija responsabbli għad-direzzjoni u l-kontrol tal- faċilitajiet tas-Swatar.", "Dan il-kumitat ppresedut mir-rappreżentant tal- uffiċċju tal-prim ministru, għandu żewġ membri oħra mill-uffiċċju tal-prim ministru, rappreżentant tal-MITTS Ltd u rappreżentant tan-Nucleus Training International Ltd.", "Ta' min isemmi li l-azzjonisti tan-Nucleus Training International Ltd huma MITTS Ltd (20%), il-Bank of Valletta (20%), in-KnowledgePool Ltd (15%), l- HSBC plc (12.5%) u 14-il kumpanija privata tal-IT (32.5%).", "Dawn ta' l- aħħar huma Charles A. Micallef Ltd, Computer Solutions Ltd, Computime Ltd, Data-Byte Ltd, Deloitte & Touche Services Ltd, First Computer Ltd, Infomate Ltd, Information Technology Services Ltd, KPMG, Megabyte Ltd, Philip Toledo Ltd, Powerserv Ltd, Shireburn Ltd u l-PricewaterhouseCoopers.", "Jien infurmat li l-financial statements għas-sena 2001 ikunu ppublikati aktar tard fis-sena.", "PROGRAM LEONARDO", "31297.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-oqsma li se jingħataw priorita fis- sena 2002 fil-programm Leonardo kemm fil-qasam ta' l-istudenti kif wkoll ta' għalliema u trainers?", "Kif ġew stabiliti dawn il-prijoritajiet u kif jidħlu fil-qafas ta' dak li hu meqjus li għandu bżonn il-pajjiż fl-iżvilupp tar-riżorsi umani tiegħu fis-snin li ġejjin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-oqsma li ser jingħataw prijorita` fis- sena 2002 huma:", "Teknoloġija u informatika Enerġija alternattiva Studji ta' restawr u riabilitazzjoni Is-settur tat-turiżmu u ospitalita` Tagħlim tal-lingwi barranin Servizzi tas-saħħa Użu innovattiv fil-produzzjoni agrikola Akwakultura Servizzi finanzjarji Inġinerija (precision tool engineering) Impjiegi speċjalizzati fis-settur tal-kostruzzjoni", "Informat ukoll li l-prioritajiet ġew deċiżi bejn il-membri li jirrappreżentaw id-diversi interessi ta' l-imsieħba soċjali, edukazzjoni u xogħol, li jiffurmaw il-kumitat tat-tmexxija tal-Leonardo da Vinċi.", "Il-membri msemmija raw il-ħtiġijiet tas-settur li jirrappreżentaw.", "Dawn il- ħtiġijiet ġew diskussi fil-kumitat u saru l-prijoritajiet nazzjonali.", "TRAĠEDJA TAĊ-ĊIRKEWWA", "31314.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern jistax jgħid jekk iddeċediex li jagħti kumpens lil dawk il-ħaddiema li mietu fit-traġedja taċ-Ċirkewwa waqt il- qadi ta' dmirijiethm?", "Minn min ser tintrefa ir-responsabbilita tan- nuqqasijiet li kemm hemm f'safety equipment fuq il-lant tax-xogħol ta' dawn in-nies?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx nuqqas amministrattiv li l- ilbies prottettiv ingħata biss lil ħaddiema simili wara li seħħet it- tragedja?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Filwaqt illi l-Gvern iddeċieda li joffri kumpens ex gratia lill-qraba tal-ħaddiema msemmija għar-rigward tal- mistoqsijiet l-oħra, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-kontenut ta' l- inkjestja maġisterjali."]} {"filename": "19990518_101d_par.doc", "date": "1999-05-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 101 It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 101", "It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "101", "It-Tlieta, 18 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 1", "KUNSENS GĦAL ATTI 1", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 1", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ", "FIL-BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL", "COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC 5", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 32", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 100 li saret fit-18 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:-", "Att Nru. V ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa;", "Att Nru. VI ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur;", "Att Nru. VII ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Att dwar il- Ħabs; u", "Att Nru. VIII ta' l-1999 - Att ta' l-1999 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "INTERVIEWING BOARD - ĦADDIEMA", "6156.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li membri ta' interviewing boards għall-ingaġġ ta' ħaddiema mal- gvern ma jkunux gender-biased?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat illi safejn huwa possibbli l-interviewing boards għall-ingaġġ ta' ħaddiema tal-gvern ikun fihom membri rġiel kif ukoll nisa.", "Barra dan fit-2 ta' April, 1990 il-gvern kien ħareġ linji gwida - f'cirkolari apposta bin-numru 37/90 - dwar kif għandhom jinżammu l- interviews biex ma jkunx hemm gender bias.", "BŻONNIJIET SPEĊJALI - SUMMER DAY CENTRES", "6157.", "L-ONOR.", "JOE DEBONO GRECH (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid huwiex ippjanat li jiġu organizzati summer day centres għal tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, bil-għan li jkollhom kontinwita' u mhux għal ġimgħat sħaħ tas-sajf jinqatgħu mill-grupp li jkunu draw jagħmluha miegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li għal dan is- sajf li ġej se jkun diffiċli li jiġu organizzati summer camps residenzjali għal tfal b'diżabilita` għaliex il-post fejn kienu jsiru dawn l- attivitajiet m'għadux aċċessibbli.", "Minflok saru żewġ live-in weekends għat- tfal b'diżabilita` u l-ġenituri tagħhom f'Novembru ta' l-1998 u f'Marzu ta' l-1999.", "Din l-inizjattiva saret bejn id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u l- għaqda nazzjonali tal-ġenituri ta' tfal b'diżabilita`.", "Fis-sajf se jiġi organizzat day camp fir-Razzett tal-Ħbiberija, li se jsir mill-istess għaqda bl-għajnuna tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Madankollu se nara jekk huwiex possibbli li jsir sforz ħalli s-summer camps isiru f'post alternattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex jibda jkun hemm assistent personali ma' persuni b'diżabilita' u jista' jgħid ukoll jekk hemmx full staff fid-dar għal persuni b'diżabilita' f'Wied il-Għajn, li kieet ġiet imwaqqfa mill-gvern preċedenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nafx eżattament l-Onor.", "Parnis x'irid ifisser meta jgħid assistent personali.", "Fis-sistema edukattiva, taħt il-qasam ta' l- inclusive education, għandna facilitators biex jgħinu persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Issa jekk facilitator - li forsi tista' tiddeskrivih bħala assistent personali - jiġix assenjat ma' student li jkollu bżonnijiet speċjali jiġi deċiż mill-istatementing board, illi jeżamina l-każ wara illi jkun tressaq quddiemu rapport li jkun fih pariri ta' esperti, social workers u professjonisti oħrajn.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Membru huwiex qed jirriferi għal din it-tip ta' sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, fl-aħħar programm elettorali tal- Partit Nazzjonalista kien ġie mwiegħed li se tiġi mnedija skema ta' assistent personali għal persuni b'diżabilita'.", "Jista' l-Onor.", "Lawrence Gonzi jagħtina aktar dettalji dwar fiex waslu dawn in-negozjati jew meta se jibdew?", "Kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li se jgawdu minn skema bħal din?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Miistru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant qiegħed jirriferi għall- personal assistant scheme.", "Pero' naħseb li huwa żbaljat meta qed isemmi n- negozjati, fis-sens illi din m'hijiex kwestjoni ta' negozjati imma hija pjuttost kwestjoni ta' studji biex naraw kif din l-iskema tista' tiġi implimentata.", "Jiena naf personalment illi hawn numru żgħir ta' persuni b'diżabilita' illi diġa' esperimentaw din is-sistema u għalhekk nistgħu nimmudellaw din l-iskema fuq l-esperjenza ta' dan in-numru żgħir ta' persuni b'diżabilita'.", "Anke l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' qiegħda tinvestiga rapporti li jidħlu fid-dettalji ta' skema li tista' tkun adattata għal pajjiżna u wara li tlesti d-diskussjonijiet interni fil-kummissjoni se tressaq rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-ministeru.", "Jiġifieri pjuttost għadna nistudjaw kif nistgħu nimplimentaw din is-sistema u allura għadu kmieni biex wieħed jagħti d-dettalji, pero' m'hijiex kwestjoni ta' negozjati għaliex din l-iskema tinvolvi diskussjonijiet dwar kif nistgħu nħaddmuha fil-prattika u dan nistgħu nagħmluh billi naraw x'għamlu pajjiżi oħrajn li żviluppaw din is-sistema.", "Fil-fatt din is-sistema ntużat f'pajjiżi oħra bħala wieħed mill-iktar metodi effettivi minn firxa ta' servizzi illi jkunu jistgħu jindirizzaw il- preokkupazzjoni tal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita', li dejjem bir-raġun iqajmu d-diffikulta' jew il-biża' dwar x'jista' jiġri minn uliedhom meta għada pitgħada huma jiġu nieqsa.", "Pajjiżi oħrajn sabu din it-triq bħala waħda mit-tweġibiet li jista' jkun hemm.", "Pero' qabel ma nitilgħu fuq skema bħal din, li tinvolvi wkoll ħafna aspetti finanzjarji u amministrattivi, irridu naraw fid-dettall x'tip ta' relazzjoni umana jrid ikun hemm bejn l- assistent personali u l-persuna b'diżabilita', x'tip ta' bniedem irid ikun, kif se jintagħżel u ħafna affarijiet oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt li l-Ministru jinformana fiex waslu l- iżviluppi dwar l-ingaġġ ta' speech therapists li jassistu lil tfal b'diżabbilta' li jattendu skejjel governattivi.", "Nixtieq inkun naf jekk il- ministru huwiex informat li numru ta' ġenituri li t-tfal tagħhom jeħtieġu speech therapists qed jiġu mħeġġa sabiex jekk kemm-il darba ma jkunx hemm din il-faċilita' fl-iskejjel, dawn ma jibagħtux lit-tfal tagħhom l- iskola.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dawk il-ġenituri li għandhom tfal taħt is-16-il sena għandhom l-obbligu li jibagħtu lil uliedhom l-iskola jew inkella jridu jiġġustifikaw azzjonithom.", "Għar-rigward ta' l-ispeech therapists, nista' ngħid li n-numru eżistenti ta' speech therapists li għandu d-dipartiment ilaħħaq man-numru ta' każijiet illi għandhom.", "Għalkemm in-numru ta' speech therapists huwa limitat, isir dak kollu li huwa possibbli biex inkunu nistgħu nissodisfaw il-ħteġijiet speċjali li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Mr Speaker, qgħadt nisma' b'attenzjoni lill-Viċi Prim Ministru dwar l-iskema ta' assistent personali u milli stajt nifhem xi kultant ikun diffiċli biex persuna b'diżabilita' jkollha l-assistent personali tagħha.", "Nixtieq inkun naf jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jilqa' x-xewqa ta' dawk il-ġenituri ta' persuni b'diżabilita' billi jwaqqaf dar li tkun tilqa' fiha dawn il-persuni meta l-ġenituri tagħhom jiġu nieqsa.", "Irridu nifhmu li hemm persuni li ma jistgħux jimxu bl-assistent personali biss imma jrid ikunu miġbura f'dar.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, matul dawn l-aħħar 12-il sena f'pajjiżna bdew diversi inizjattivi - li f'mument minnhom saru iktar bi ħsieb ta' esperiment imma llum il-ġurnata nistgħu nħarsu lura lejhom u nirrikonoxxu li kien esperiment li ħalla l-frott u li kien suċċess - biex jitwaqqfu djar residenzjali żgħar fil-komunita' li fihom persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti.", "Għandna l-eżempju ta' Dar il-Wens, li hija integrata fil-komunita' ta' Raħal il-Ġdid u li hija mmexxija minn persuni b'diżabilita' infushom.", "Fil- fatt din id-dar se tagħlaq għaxar snin miftuħa u tgħallimna ħafna minnha għaliex nafu fejn hi b'saħħitha, nafu fejn huma l-isfidi u x'inhuma d- diffikultajiet.", "Dan l-eżempju ġie kkopjat minn inizjattivi oħrajn, li wkoll għandhom element ta' sħubija bejn il-gvern u s-settur tal-volontarjat, u fil-fatt għandna Dar Nazareth ta' Dun Anġ Seychell fiż-Żejtun u d-Dar tal- Provvidenza stess ħadet inizjattiva biex tiftaħ dar oħra fis-Siġġiewi ħalli tintegra persuni b'diżabilita' fil-komunita'.", "Dawn huma kollha inizjattivi tajbin u hemm domanda għal dawn is-servizzi għaliex fil-fatt Dar il-Wens hija dejjem mimlija u safejn naf jien Dar Nazareth hija mimlija wkoll.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jwaqqaf dar għal persuni b'diżabilita'.", "L-ewwelnett jien ma naqbilx mal-prinċipju li tinfetaħ istituzzjoni kbira li takkomoda numru kbir ta' persuni b'diżabilita' qisna qegħdin nissegregawhom mill-bqija tal-komunita'.", "Pero' naqbel li għandna nibqgħu nħeġġu li jinfetħu djar żgħar fil- komunita' illi fihom infushom jivvalorizzaw l-element ta' solidarjeta' u l- element ta' komunita' li tħossha kollha kemm hi responsabbli u tagħti s- sehem tagħha biex dawn it-tip ta' djar ikunu jistgħu jirnexxu.", "Huwa importanti li meta l-membri kollha ta' din il-Kamra niġu ffaċċjati b'din id-domanda ta' għafsa ta' qalb min-naħa tal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita' li jkunu nkwetati mill-futur ta' uliedhom meta huma jiġu nieqsa, nipprovaw infehmuhom - u jien dan għamiltu riċentement f'laqgħa li kelli ma' ġenituri ta' persuni b'diżabilita' - illi f'pajjiżna ma nistgħux nindirizzaw dan l-inkwiet tal-ġenituri billi nibnu xi post kbir li fih ikun hemm xi 80 sodda u nħalluhom vojta sakemm jinqala' l-bżonn biex il-persuna b'diżabilita' ssib is-sodda lesta għaliex il-post ikun ġie riservat minn xi għaxar snin jew 15-il sena qabel!", "Din m'hijiex soluzzjoni realistika u ma tindirizzax il-bżonn tal-ġenituri ta' persuni b'diżabilita'.", "Għalkemm ħadd m'hu qed jissuġġerixxi li għandu jittieħed dan il-pass, hemm bżonn li nfehmu lill-ġenturi għaliex inkella nistgħu niżgwidawhom.", "Personalment nemmen ħafna li rridu nkomplu nħeġġu l-iżvilupp ta' djar żgħar fil-komunita' fejn ikun hemm element ta' flessibbilta', jiġifieri jkollok komunita', żgħira ta' sebgħa min-nies qegħdin jgħixu f'dar li tkun tista' tirriserva xi tliet postijiet għal dawn il-każijiet.", "Apparti minn hekk, pajjiżna jrid iħares ukoll lejn l-iskema tal-personal assistant li tindirizza dan il-bżonn biex fejn ikun possibbli persuna b'diżabilita' ma tingħalaqx f'istituzzjoni li tkun tiġbor fiha persuni b'diżabilita' biss imma titħalla tkompli tgħix fil-komunita'.", "Barra minn hekk, irid ikun hemm servizzi fil-komunita' li jkomplu jgħinu lil dawn il-persuni b'diżabilita' jgħixu ħajja kemm jista' jkun indipendenti u integrata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien napprezza dak li għadu kif qal il-Viċi Prim Ministru pero' nixtieq ngħid biss li waħda mill-problemi li ta' spiss qed niltaqa' magħha hija ta' persuni illi għandhom ċerta eta' u għandhom lil xi ħadd minn ħuthom jew minn uliedhom b'diżabilita' u l- preokkupazzoni tagħhom hi x'se jiġri minn dawn il-persuni meta huma jiġu nieqsa.", "Peress li issa ilu jingħad ċertu diskors għal żmien twil, nixtieq nistaqsi lill-Viċi Prim Ministru jekk wasalx iż-żmien li lil dawn in-nies ngħidulhom meta se jkun hemm dawn il-faċilitajiet għaliex dawn issa qed jiffaċċjaw il-problema u m'huwiex sewwa li nibqgħu nittamawhom.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Farrugia jaf biżżejjed li din il-problema ma nqalgħetx issa imma ilha teżisti żmien twil u aħna tant konna konxji minnha li bdejna bl-inizjattivi u bil- programmi li nwaqqfu djar żgħar fil-komunita' bħal Dar il-Wens.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-inmates kollha li hemm f'Dar il- Wens, f'Dar Nazareth, fid-dar residenzjali tad-Dar tal-Provvidenza u kif ukoll dawk kollha li qegħdin fuq il-waiting list - biex jekk titfaċċa xi dar oħra f'Birkirkara tkun tista' tintuża għal dan il-għan - huma persuni b'diżabilita' li l-ġenituri tagħhom ma setgħux ikomplu jieħdu ħsiebhom.", "Dan ifisser li l-bżonn ġie rikonoxxut snin ilu u fis-snin li għaddew ipprovajna nindirizzaw dawn il-problemi wkoll.", "Pero' niddejjaq ħafna meta nisma' min jgħid li l-ġenituri ilhom żmien twil jisimgħu ħafna paroli għaliex, bir-rispett kollu, naħseb li l-paroli jsir jekk xi ħadd iwiegħed lil dawn il-ġenituri li se jinbena xi blokk bini x'imkien u nħallu xi 80 sodda vojta biex meta jinqala' l-bżonn inkunu nistgħu nużawhom!", "Naħseb li għandna bżonn infiehmu lill-ġenituri u lil min jieħu ħsieb dawn il-persuni li din m'hijiex is-soluzzjoni pero' hemm soluzzjonijiet oħrajn illi rridu nindirizzaw.", "Kif diġa' ħabbart f'dan il-parlament f'okkażjonijiet oħrajn, fuq inizjattiva li ħadet il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', kien ġie espert minn barra, is-Sur Kinsella, proprju biex jagħmel rapport dettaljat dwar dan il-bżonn, x'servizzi huma provduti barra minn Malta u x'servizzi nistgħu nipprovdu hawn Malta.", "Dan ir-rapport li qiegħed f'idejn il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' qiegħed jiġi studjat ukoll u qed nistenna r-rakkomandazzjonijiet.", "Fil-fatt fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 6159 li qed tidher illum tajt xi ftit informazzjoni dwar dan ir-rapport.", "Nassigura lill-Kamra li malli jkolli dan ir-rapport f'idejja nippreżentah u jekk ikun hemm bżonn noħolqu wkoll diskussjoni fil-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali biex inkomplu nidħlu fid-dettall ta' dan il-bżonn.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL- BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC", "Ikompli mit-18 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici huwa in possession.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, kif kont qed ngħid dalgħodu, il-Kottonera hija sabiħa kemm mill-aspett naturali kif ukoll mill-aspett storiku u għadha toffri lok tajjeb biex isir l-irbit tad-dgħajjes u tal- bastimenti.", "Il-Kottonera kienet ħadet spinta kbira meta ġew il-Kavallieri f'Malta għaliex bdiet tiżdied il-popolazzjoni, l-ewwel fil-Birgu u mbagħad bil-mod il-mod bdew jiżviluppaw Bormla u l-Isla.", "Il-Kavallieri ġabu magħhom ħafna kummerċ, beda jsir ħafna negozju, ħafna bastimenti kienu jiġu Malta biex jieħdu s-servizzi u saħansitra kien beda x-xogħol ta' bini ta' bastimenti għall-flotta ta' l-Ordni.", "Il-Kavallieri ġabu magħhom kultura Ewropea u s-sens ta' żvilupp li kien hemm fl-Ewropa, pero' bil-mod il-mod dan l-aspett kulturali ġie maħkum ukoll mill-aspett militari u allura fil- Kottonera żdiedu l-fortifikazzjonijiet u l-belt ta' l-Isla, illi dak iż- żmien kienet għadha ma żviluppatx, f'daqqa waħda ġiet żviluppata f'belt mill-aktar moderna għal dawk iż-żmenijiet.", "Peress li fil-bidu ta' dan is-seklu kellna ħafna nies li l-għejxien tagħhom kien jiddependi mid-drydocks, ħafna minnhom marru joqogħdu fil- Kottonera u bdiet tinbet il-problema ta' l-overpopulation li hija waħda mill-problemi illi għadna niffaċċjaw sal-lum.", "Imbagħad, kif jaf kulħadd, ġiet il-gwerra u sfortunatament waqgħu numru kbir ta' djar li għalkemm reġgħu nbnew mill-ġdid mhux kollha nbnew bl-istil illi kellhom oriġinarjament u nħoloq kuntrast bejn in-numru ta' djar li ġew preservati mill-gwerra pero' li ma kenux abitabbli u n-numru ta' postijiet illi żviluppaw bħala xi ħaġa moderna u li ma kenux jirrispettaw is-sintonija arkitettonika tal-bqija tal-Kottonera.", "Matul dawn l-aħħar 50 sena fil- Kottonera nħolqu numru ta' problemi soċjali għaliex id-dipartiment tad- djar beda jalloka ħafna minn dawn id-djar substandard lil nies li kellhom problema ta' housing b'kirjiet baxxi u dawn ġabu magħhom problemi soċjali kbar illi ħarbtu l-ħajja u l-immaġini tal-post.", "Ta' min jgħid li l- Kottonera ħadet isem ħażin għalxejn għax il-maġġoranza tan-nies li jgħixu hemmhekk huma ta' l-affari tagħhom u huma nies illi jagħtu sehem importanti fil-ħajja tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Mr Speaker, meta l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987 beda jaħseb biex jirrimedja t-tifrik illi wiret.", "Għall-ewwel darba bdew jiġu kkonfrontati l-problemi fil-Kottonera u bdejna naraw kif nistgħu nxeddu l- aspett industrijali f'dan il-post billi nerġgħu nqajmu l-aspett storiku tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonalista kien ried jagħti dimensjoni ekonomika kompletament differenti lill-Kottonera li għal diversi snin kienet tiddependi mid-drydocks u mill-bini tal-vapuri.", "Fil-fatt meta l- industrija tal-bini tal-vapuri naqset u allura naqsu wkoll numru ta' impjiegi f'dan il-qasam, kien forsi ftit iktar faċli għal min ried jagħti iktar importanza lill-aspett kulturali u storiku tal-Kottonera.", "Mr Speaker, min bħali kiber u għex fil-Kottonera jaf li kien il-gvern Nazzjonalista li mill-1987 'l hawn beda jagħti importanza lil dawn l- inħawi:", "Irrid nibda billi nsemmi l-famuż xatt tal-Birgu li fi żmien il-gvern Laburista ta' qabel l-1987, kien jintuża għall-faċilitajiet ta' dwana.", "Pero' l-gvern Nazzjonalista neħħa dik it-tinda illi tant kienet iddejjaq lin-nies u reġa' rrestawra l-palazzi storiċi illi kien hemm permezz ta' ħidma tajba mwettqa mill-istudenti ta' l-iskola Ġirolmu Cassar.", "Il-gvern Nazzjonalista rranġa wkoll ix-xatt ta' l-Isla u għamlu ferm isbaħ milli kien qabel.", "Il-Forti Sant'Anġlu beda jingħata l-importanza li ħaqqu u tneħħew l-ħafna atroċitajiet li kien hemm, fosthom swimming pool u ħafna ħmerijiet oħra, li ma kenux jixirqu lil post storiku bħal dak għaliex aħna ridna li l-Forti Sant'Anġlu jservi ta' attrazzjoni għat-turisti li jżuru gżiritina.", "Irrid insemmi wkoll il-Maċina illi stranament sabet ruħha ttrasformata f'headquarters ta' partit politiku pero' wara ħidma tajba dan il-post reġa' rritorna lura f'idejn il-gvern li issa qiegħed f'pożizzjoni li jiddisponi minnu.", "Taħt gvern Nazzjonalista nfetaħ il-mużew marittimu, li jagħmel ġieħ lill-Kottonera, għaliex fih jiġbor ħafna oġġetti marbuta mal-baħar u għandu kwantita' kbira ta' oġġetti esibiti li ta' min jibqa' jikkultivahom.", "Irrid ngħid ukoll li barra li ġiet irranġata l-Auberge d'Angleterre fil-Birgu, sar ukoll ħafna xogħol fuq is-swar.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix il-ħidma t-tajba tal-Cottonera rehabilitation committee illi taħt il-Perit Carmelo Cacopardo, kien beda pjan serju dwar kif jistgħu jiġu rrestawrati s-swar kollha tal-Kottonera wara dak kollu li għaddew minnu matul is-sekli li għaddew.", "Mr Speaker, fil-Kalkara saru wkoll xi xogħlijiet u nista' nsemmi, per eżempju, ix-xogħol li sar f'Villa Portelli, li qed tiġi wżata tajjeb minn dipartiment tal-gvern.", "Saru proġetti tajba għal Bighi u l-bajja tar- Rinella ġiet trasformata f'bajja suret in-nies, biex in-nies tal-Kalkara u ta' l-akwati jkunu jistgħu jinżlu jgħumu hemmhekk.", "Żewġ avvenimenti li taw spinta 'l quddiem lill-Kottonera kollha kemm hi kienu l-Birgufest u l- boatshow għaliex dawn ġabu għad-dawl dak kollu illi l-gvern Nazzjonalista kien qiegħed jirranġa fil-Kottonera biex jerġa' jagħtiha lura d-dinjita' tagħha.", "Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti jiġbdu numru ta' turisti u numru sewwa ta' Maltin li fl-aħħar indenjaw ruħhom li jibdew jiġu jżuruna.", "Wieħed jinnota wkoll b'sodisfazzjon illi n-numru ta' turisti ġewwa l- Kottonera qiegħed kuljum jikber.", "Jien naħseb li fattur li kkontribwixxa għal dan kollu kien it-twaqqif tal- kunsilli lokali għaliex ħafna drabi kienu huma li ġabu għad-dawl diversi affarijiet u kienu huma li għamlu pressjoni fuq id-dipartimenti governattivi biex imexxu 'l quddiem dak kollu li kien hemm bżonn isir ġewwa l-Kottonera.", "Għalhekk wieħed ma jistax ma jagħtix il-mertu lil dawn il-kunsilli lokali għas-sehem importanti illi qed jagħtu għall-ġid tal- lokalita' tagħhom.", "Huwa importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li kien gvern Nazzjonalista li beda jaħseb fil-proġett tal-Kottonera u ried juri lill-pajjiż kollu kemm li dan il-post huwa sabiħ u jista' jiġi ttrasformat u rranġat kemm għall-ġid tan-nies tal-lokal u kif ukoll għall- ġid tal-pajjiż kollu.", "Pero' jiddispjaċini ngħid illi l-pajjiż mexa wkoll b'ċertu xeħħa ma' dan id-distrett u kieku tul is-snin li għaddew investa iktar flus fl-iżvilupp tal-Kottonera, kieku ma kienx ikollna għalfejn nistennew kważi s-sena 2000 biex nerġgħu nibdew ingawdu l-aspett storiku u kulturali ta' dan il-post.", "Peress li l-gvern m'għandux il-mezzi finanzjarji biex ikun jista' jirranġa dawk il-postijiet storiċi jew jibni l-affarijiet li jrid, għażel li jdur fuq is-settur privat u fil-fatt iż- żewġ naħat tal-Kamra jaqblu illi l-iżvilupp ta' dan il-post għandu jiġi fdat f'idejn is-settur privat.", "Jien naħseb li dan huwa mument storiku wkoll għaliex għall-ewwel darba l- Istat qiegħed jafda f'idejn intrapriżi privati parti importanti mill- patrimonju nazzjonali tiegħu.", "Dan il-proġett se jservi ta' eżempju biex fil-futur jiġi deċiż jekk postijiet oħra fil-pajjiż għandhomx jiġu fdati f'idejn intrapriżi privati kif qiegħed isir fir-rigward tal-Kottonera.", "Il- gvern Nazzjonalista minn dejjem wera fiduċja kbira fil-kumpanniji privati Maltin u dan il-proġett se jkun wieħed mill-aqwa opportunitajiet għal dawn in-nies li se jagħmluh.", "Wieħed ma jridx jinsa li dawn il-kumpanniji privati m'humiex se jorbtu biss il-kredibbilta' tagħhom mat-twettiq ta' dan il-proġett imma qegħdin jintrabtu wkoll mill-aspett finanzjarju tagħhom għax se jidħlu għal piż kbir biex iwettqu dan il-proġett.", "Pero' ladarba l- gvern għażel li jdaħħal lis-settur privat f'dan il-proġett, irid iħallih jikber u jitkattar anke għal skop ta' profitti.", "Jien ma nistax nifhem l-argument tan-naħa l-oħra meta tgħid li l-gvern qed jagħti dawn il-postijiet storiċi għal skop ta' spekulazzjoni.", "Dan l- argument m'huwiex f`loku u se ngħid għaliex.", "Jekk wieħed iħares lejn subartiklu (1) ta' artiklu 10 tal-kuntratt illi kien għamel il-gvern Laburista jsib li l-management agreements u l-operating agreements illi ħafna drabi jsiru għar-rigward ta' lokazzjonijiet li jkunu ingħataw mid- dipartiment ta' l-artijiet tħallew barra.", "Bir-rispett kollu, ma narax li tagħmel sens illi tafda proġett bħal dan f'idejn istituzzjonijiet privati u mbagħad fl-istess ħin tipprova toħnoqhom milli jikbru u jimxu 'il quddiem!", "Allura ngħid li kienet deċiżjoni għaqlija illi t-trasferiment ta' l-azzjonijiet jew ż-żieda f'dan l-interess finanzjarju minn dawn is- soċjetajiet ma ġiex ristrett, għax jekk kemm-il darba tagħmel dan tkun qiegħed toħnoq is-saħħa finanzjarja ta' dawn is-soċjetajiet.", "Wieħed jippretendi illi ladarba se nafdawlhom f'idejhom dan il-proġett se jonorawh anke finanzjarjament u dan jiggarantixxi li jwettqu dawk l- affarijiet kollha li huma kommessi li jagħmlu.", "Għalhekk huwa importanti li ladarba l-gvern aċċetta li dan il-proġett jiġi fdat f'idejn is-settur privat, irid iħalli dak il-mekkaniżmu jseħħ u allura irid jagħtih il- liberta' illi jaħdem għas-sodisfazzjon tiegħu.", "Huwa veru li wieħed jippretendi li ssir kostruzzjoni tajba, isir restawr tajjeb tad-diversi palazzi li hemm u li dak kollu illi huwa ta' natura storika ma jintmissx; u fil-fatt fil-kuntratt għandna klawsola apposta li tgħid li jekk kemm-il darba tinstab xi ħaġa ta' natura storika waqt li jkun għaddej ix-xogħol, il- kumpanniji għandhom jieqfu mill-kostruzzjoni sabiex il-gvern jirriserva l- pożizzjoni tiegħu fuq dak li jkun instab.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' impjiegi wieħed irid jgħid li minbarra l- impjiegi li se jiġu ġġenerati f'diversi setturi biex jitlesta l-proġett, se jiġu ġġenerati impjiegi oħra meta jitlesta l-proġett, b'mod partikolari meta titlesta l-lukanda.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mill-vantaġġi li joffri dan il-kuntratt, b'differenza minn kuntratti oħra li tressqu quddiem din il- Kamra u li ma kienu jsemmu xejn dwar lukandi.", "Bħalissa t-turist li jiġi ġewwa l-Kottonera huwa turist tal-ġurnata li jagħmel nofs ta' nhar jdur u ma' l-4.00 p.m. jitlaq lura bil-coach, pero' issa bil-bini tal-lukanda se jkollna numru ta' turisti li se jqattgħu l-ġranet ġewwa l-Kottonera.", "Barra minn hekk, se jinħolqu impjiegi għal min irid jaħdem fil-hotel u se jiżdied ix-xogħol għal min se jforni l-ikel lil-lukanda u għal min se jipprovdi servizzi oħra li huma anċillari ma' tmexxija ta' lukanda.", "Wieħed irid jgħid ukoll li fix-xatt tal-Birgu m'aħniex se jkollna xi lukanda tad-daqqiet ta' ħarta għax il-ministru għat-turiżmu se jieħu ħsieb illi jagħti klassifikazzjoni għolja lil din il-lukanda, kif ta lix- Xagħra Palace fl-Imdina li wkoll m'għandhiex pixxina.", "Il-bini ta' lukanda f'dawn l-inħawi se jattira numru ikbar ta' turisti li jħallu iktar flus u jiġġeneraw iktar attivita' ekonomika għall-post kollu kemm hu.", "F'dan il-kuntratt qed jingħad ukoll li Scamps Palace se jiġi ttrasformat f'casino.", "Huwa fatt magħruf illi casino għandu diversi aspetti lukrattivi għaliex, barra li jimpjega n-nies, jagħmel il-qligħ tal-flus u allura huwa kumplimentari ħafna li jkollok casino viċin tal-lukanda.", "Il-ħsieb illi tagħmel dawn iż-żewġ affarijet ħdejn xulxin jagħmel ħafna sens u fih ħafna intelliġenza għaliex jiġġeneraw attivita' ekonomika fit-tul illi tħalli iktar frott fil-Kottonera.", "Se jsir ukoll żvilupp fuq in-naħa ta' l-Isla fejn se jsiru ċerti żviluppi kulturali fil-Maċina u parti mill-yacht marina se tiġi żviluppata wkoll fuq in-naħa tax-xatt ta' l-Isla, billi se jinbnew żewġ kostruzzjonijiet ta' ċertu klassi fil-baħar, minn fejn se jingħataw servizzi lil min jidħol bid-dgħajsa tiegħu ġewwa l-marina, jiġifieri x- xatt ta' l-Isla m'huwiex se jintmiss.", "Il-bini ta' yacht marina se jiġġenera iktar kummerċ u iktar xogħol u dan ifisser li kollox sar bi ħsieb u b' intelliġenza biex ikun jista' jiggwadanja l-post kollu kemm hu.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra għandha viżjoni iktar fit-tul għal dan il-proġett u fil-fatt qed taħseb biex is-cement stores jiġu ttrasformati f'parking area.", "Illum fil-Kottonera għandna problema ta' parking minħabba d-diversi coaches li jġibu t-turisti u li ħafna drabi ssibhom ipparkjati 'l hemm u 'l hawn.", "Is-cement stores huwa l-post ideali u intelliġenti biex iservi ta' parking area għal dawn il-mezzi ta' trasport li jġibu t-turisti fil-Kottonera.", "Dan il-proġett kif prospettat min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista qed jaħseb ukoll biex f'Carafa Palace jinfetaħ bank, u dan jagħmel ħafna sens meta wieħed iqis li t-turisti żgur se jkollhom bżonn ta' servizzi bankarji.", "Dan il-proġett qed jaħseb ukoll biex fit-treasury building isiru catering outlets, jinfetħu restaurants u postijiet oħra ta' divertiment.", "Barra minn hekk, se jinbnew numru ta' appartamenti lussużi fuq il-parti li tagħti għall-Kalkara, proprjament fuq dik il-parti li qiegħda fil-bokka tal-Port, fejn għandek veduta tassew sabiħa, kważi riproduzzjoni ta' l- istess veduta li hemm fi Triq is-Sirena fl-Isla.", "Dawn l-appartamenti għandhom iservu biex jerġgħu jqajmu l-post u se jservu wkoll biex ikun hemm iktar taħlit soċjali, fis-sens li min jixtri dawn l-appartamenti - u wieħed jassumi li dawn ikunu persuni finanzjarjament sodi - se jitħallat man-nies tal-post għaliex se jiġi bżonn ċerti servizzi, irid jixtri l- affarijiet ta' l-ikel ta' kuljum u ħafna affarijiet oħra.", "Dan ifisser li jista' jiġi ġġenerat iktar xogħol għan-nies tal-post għaliex jekk, per eżempju, se jkollhom bżonn lil min iġġorrilhom ċerti affarijiet tagħhom jew ikollhom bżonn ta' xi security, jistgħu jqabbdu lin-nies tal-post Apparti minn hekk, se jkollok komunita' ta' ċertu klassi fl-akwati tal-hotel, tal- casino, tal-yacht marina u tat- treasury building, fejn se jkollok il- catering outlets, li ovvjament ifisser li se jħallu iktar flus f'pajjiżna.", "M'għandix dubju li min se jiżviluppa dawn l-appartamenti se jiżviluppahom bl-iktar mod intelliġenti u forsi wieħed jista' jaħseb ukoll fil- possibbilta' tat-timesharing, fejn ikollok numru ta' nies li f'ċertu żmien tas-sena jokkupaw dawn l-appartamenti u dan jista' jfisser qligħ ikbar għan- nies tal-Kottonera.", "Sur President, irrid nitkellem fuq xi ħaġa li hija xi ftit għal qalbi.", "Jien nemmen li dan il-proġett jista' jkun wkoll ta' għajnuna biex il- barklora li tul dawn l-aħħar snin rajnihom jonqsu fil-port jerġgħu jingħataw l-importanza li tixirqilhom.", "Jien nittama li b'dan il-proġett tal-Kottonera, il-barklora li għandna f'dawn l-akkwati - u bħalissa qed jiġu quddiem għajnejja ċertu uċuħ ta' nies li nara jorbtu kull filgħodu l- Birgu u jaqsmu min-naħa għall-oħra biex iġorru ftit turisti - ikunu jistgħu jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jerġgħu jkollhom iktar qligħ billi jibdew iġorru iktar turisti.", "F'dan il-proġett qed jingħad ukoll li l-parti ta' taħt Sant'Anġlu se tingħata dimensjoni kulturali.", "Din il-famuża darkride li qed tissemma mhi xejn iktar ħlief użu kulturali u intelliġenti billi se jibdew isiru rappreżentazzjonijiet storiċi tal-post.", "L-isem li qed jingħata jagħti idea xi ftit differenti minn dak li verament se jkun hemm imma dan se jkun biss post kulturali.", "Dak kollu li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista għall- Kottonera se jkun ta' ġid ekonomiku u mhux se jkun hemm leżjoni ta' l- aspett kulturali tal-post, anzi se jagħti iktar importanza lill-aspett kulturali.", "Nafu li fil-Kottonera m'hemmx biss il-palazzi tax-xatt tal- Birgu, m'hemmx biss il-Maċina jew Sant'Anġlu imma hemm diversi postijiet oħrajn li wieħed jista' jmur jara.", "Għalhekk dak it-turist li jkun qiegħed hemmhekk għandu jsibha faċli li jqatta' erbat ijiem idur madwar il- Kottonera u kuljum isib xi ħaġa ġdida x'jara.", "Ovvjament wieħed jippretendi li dawn l-affarijiet se jiġġeneraw sparks oħrajn f'diversi postijiet tal- Kottonera u se jagħtu aspett ferm iktar dekoruż u ferm iktar importanti lill-post kollu kemm hu.", "Sur President, huwa importanti wkoll li wieħed jara wkoll x'se jkun l- effett ta' dan il-proġett kollu fuq it-tessut soċjali.", "Għalkemm forsi wieħed jista' jaħseb li se jibda jkollna numru ta' turisti li jkunu ġejjin bil-baħar minħabba li se jkollna l-yacht marina, irridu naħsbu wkoll f'dawk it-turisti li jkunu ġew bl-ajru u li se jkunu qed joqogħdu fil- lukanda li se tinbena.", "Jien naħseb li t-turist li se jkun attirat lejn il- Kottonera huwa dak li jħobb il-kultura u għalhekk huwa importanti li qabel xejn inżommu dawn il-postijiet ta' kultura nodfa għaliex it-turist jippretendi li dawn il-postijiet ikunu ppreżentati b'intelliġenza u b'mod spjegat.", "Huwa importanti wkoll li nerġgħu nqajmu fuq saqajhom l-artiġjanat u s- snajja' antiki li nsibu fil-Kottonera.", "Peress li beħsiebna nattiraw persuni li huma ekonomikament b'saħħithom, bil-mezzi li għandhom se jkunu kapaċi jgħinu lil din it-tip ta' industrija billi jixtri l-prodotti tagħhom.", "Ovvjament dan il-proġett se jaffettwa wkoll lir-residenti tal-Kottonera u għalhekk huwa importanti li jinżamm bilanċ bejn l-aspett kulturali tal- post, ir-residenti u l-viżitaturi li jkunu ġejjin.", "Illum il-ġurnata n- numru ta' turisti li jżuru l-belt tal-Birgu huwa enormi u r-residenti tal- Birgu stess jgħidulna li xi kultant jistgħu joħolqulhom problema fir-rutina tal-ħajja tagħhom ta' kuljum u għalhekk huwa importanti li nibdew naħsbu minn issa kif nistgħu nipproteġu l-ħajja ta' kuljum tan-nies li joqogħdu fil-Kottonera.", "Huwa veru li aħna rridu dan il-ġid ekonomiku u rridu niġbdu t-turisti lejn il-Kottonera, pero' fid-dinja kollox għandu t-triq tan-nofs u ma nistgħux immorru minn estrem għall-ieħor.", "Wieħed irid iżomm ċertu forma ta' kontroll fuq dak li jkun qiegħed jiġri u ma jiġrix ħalli l- ħajja tradizzjonali tan-nies tal-Kottonera tiġi ppreservata u l-post ma jiġix żviluppat f'daqqa waħda f'post kompletament kummerċjali.", "Allura wieħed irid jibda jaħseb minn issa anke billi jitwaqqfu numru ta' kumitati li jkunu jistgħu jħossu l-polz soċjali tar-residenti tal-Kottonera.", "Jien nittama li dan il-proġett iservi wkoll biex titnaqqas il-problema ta' qgħad li għandna fil-Kottonera u jiġu impjegati diversi żgħażagħ li għandna jippromettu ġewwa l-Kottonera.", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista m'huwiex intenzjonat li jwettaq dan il-proġett fil-Kottonera u jieqaf hemm, anzi jrid li dan ikun biss il- bidu ta' dak li hemm bżonn isir ġewwa l-Kottonera.", "U hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix il-proġett tal-baċir ru.", "1 f'Bormla.", "Iż-żewġ consortia li se jinvestu f'dan il-proġett u li se jiżviluppaw sija n-naħa tax-xatt ta' l-Isla u sija n-naħa tax-xatt tal-Birgu, se jieħdu ħsieb ukoll li jiżviluppaw dan il-baċir b'mod intelliġenti u se jibdew billi jwaqqgħu dak il-famuż ħajt li ilu jifred lill-poplu Bormliż mill-baħar tiegħu għal numru ta' snin.", "Issa r-residenti ta' Bormla se jkunu jistgħu jerġgħu jgawdu l- arja tal-baħar u mhux jibilgħu d-dħaħen tax-xogħol li jsir fuq il- bastimenti ġewwa l-baċir ru.", "1.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Zammit Dimech, bit-twaqqigħ ta' dan il-ħajt se jinfetaħ ix-xatt kollu ta' Bormla u għalhekk mill-Kalkara sax-xatt ta' l-Isla se tiġi promenade twila u naħseb li issa din il-ħolma tan-nies tal-Kottonera se ssir realta'.", "MR SPEAKER: Onor. Mifsud Bonnici, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nirringrazzja lill-proponent, lis- sekondant u lill-Kamra kollha.", "Mr Speaker, wieħed ukoll jistenna li l- aspett tal-ġonna ġewwa l-Kottonera jingħata importanza u jiġu rranġati, bħal, per eżempju, il-parti li hemm bejn Bieb il-Polversita u s-sur ta' Santa Liena, fuq Tal-Ħawli jew fuq Sur San Pawl - ħalli jidhru aħjar milli huma llum.", "L-istess jista' jingħad għar-rigward tal-faċilitajiet sportivi.", "Hemm bżonn li l-clubs li għandna fil-Kottonera - bħalma huwa s- St. George's u diversi clubs oħrajn - jingħataw faċilitajiet sportivi adegwati biex it-tfal tagħna jkollhom postijiet tajbin fejn ikunu jistgħu jikkreaw ruħhom u jżommuhom 'il bogħod minn tentazzjonijiet oħrajn.", "Barra minn hekk, irid isir restawr tajjeb tad-diversi postijiet storiċi li għandna.", "Per eżempju, f'Bormla għandna żewġt imtieħen famużi li ma baqgħux jintużaw wara l-gwerra u li kienu żewġ karatteristiċi tal-belt Bormliża sa minn żmien il-Kavallieri u għalhekk ta' min jerġa' jirrestawrahom għall- istat oriġinali tagħhom.", "Fl-Isla hemm bżonn li jiġi restawrat s-sur ta' San Mikiel u Pjazza Mitrovich, filwaqt li fil-Birgu nistgħu nirrestawraw l-Auberge de France, l-Armerija, il-Palazz ta' l-Isqof u dawk il-postijiet bi stil Normann.", "Fil-Kalkara għandna wkoll postijiet storiċi li jeħtieġu restawr bħall-Fortizza Ricasoli, il-knisja tas-Salvatur u Bighi.", "Dawn huma kollha postijiet storiċi li jifformaw parti mill-mużajk tal-Kottonera.", "Pero' huwa importanti li ladarba jinbeda dan ix-xogħol jitkompla.", "Sur President, jekk kemm-il darba rridu nħarsu fit-tul lejn il-Kottonera u jekk verament irridu nkomplu nibnu fuq dan l-ewwel pass li se nagħmlu allura rridu nieħdu ħsieb dan il-post kollu kemm hu u jrid ikollna idea ċara ta' dak li rridu nagħmlu minnu u fejn irridu naslu.", "Il-Partit Nazzjonalista għandu l-unur jgħid li se jkun il-partit li se jagħti din l-ispinta 'l quddiem lill-Kottonera.", "Ta' min jgħid li matul dawn l-aħħar snin sar ħafna diskors dwar x'għandu jsir fil-Kottonera pero' kif jgħid il-Malti bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti u kellu jkun il-Partit Nazzjonalista li mexxa bi ħsieb u b'intelliġenza li issa qiegħed f'pożizzjoni li jagħmel proġett bis-sens.", "Iż-żewġ naħat tal- Kamra jaqblu li s-settur privat għandu jiġi involut f'dan il-proġett għaliex il-gvern m'għandux is-saħħa finanzjarja tiegħu biex iwettqu.", "Pero' rridu noqogħdu attenti li ma nitilfux din l-opportunita' għaliex jekk kemm- il darba dan il-proġett imurilna l-baħar insibu ruħna f'sitwazzjoni verament ħażina.", "Għaliex?", "Għaliex in-nies tal-Kottonera ilhom jistennew dan il-proġett u naħseb li nkun qed nesprimi s-sentimenti tan-nies tal- Kottonera jekk ngħid li dawn in-nies għandhom dritt jippretendu li l- aspettattivi tagħhom issa jitwettqu b'mod tajjeb.", "Jien ngħid li this is the point of no return u allura dan il-proġett irid jirnexxi b'mod tajjeb.", "Kif diġa' għidt, dan il-proġett se jiġi fdat f'idejn is-settur privat pero' l-gvern se jibqagħlu l-obbligu li jieħu ħsieb partijiet oħra tal-Kottonera li ma ġewx minsusa b'dan il-proġett u li jridu wkoll jingħataw l-importanza u d-dinjita' li tixirqilhom.", "Jiena semmejt diversi postijiet ġewwa l-Kottonera li huma għal qalbi u huma għal qalb in-nies tal- Kottonera u għalhekk jagħmel sens li nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet li jħallu frott kulturali, frott ta' intelliġenza u frott fit-tessut soċjali.", "Sur President, waqt li kont qiegħed nipprepara dan id-diskors - xi ħaġa li kont ilni nistenna għal ħafna snin - ġieni f'moħħi l-ħsieb li l- Kottonera nġibuha fuq il-livell ta' world heritage site.", "Il-belt kapitali ta' pajjiżna hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala world heritage site u jien nixtieq li l-Kottonera, li għandha wkoll l-elementi neċessarji, tiġi rikonoxxuta wkoll bħala world heritage site.", "Pero' biex din il-ħaġa tkun tista' sseħħ hemm bżonn li l-proġett jirnexxi u hemm bżonn li l-Istat jagħti s-support tiegħu biex jinħolqu istituzzjonijiet oħra li jieħdu ħsieb dawn l-affarijiet.", "Per eżempju, il-Cottonera rehabilitation committee għamel ħafna ġid u ħafna xogħol tajjeb pero' naħseb li jagħmel sens li, per eżempju, nagħmlu team apposta li jieħu ħsieb ir-restawr tas-swar kollha tal-Kottonera.", "Sur President, m'għandix dubju li l-gvern Nazzjonalista fis-snin li ġejjin se jagħmel dak kollu li huwa possibbli biex iġib 'il quddiem il- Kottonera u nawgura li dak kollu li aħna ilna nittamaw għalih fl-aħħar iseħħ b'mod tajjeb.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, qabel ma nibda nitkellem fuq il- proġett innifsu nixtieq l-ewwelnett ngħid xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal- boatshow għaliex smajna ħafna diskors dwarha.", "S'issa ngħatat l-idea li l- boat show reġgħet bdiet issir fil-Kottonera bis-saħħa tal-gvern Nazzjonalista u din lili tkompli tikkonfermali kemm il-Gvern Laburista ma kellu l-ebda ħtija meta għal sentejn sħaħ il-boatshow tħassret u ma saritx fil-Birgu.", "Illum qed nikkonferma s-suspetti li kelli dak inhar u se nispjega għaliex.", "Qabel xejn irrid ngħid li l-invit biex nattendi għall-boatshow, li se tinfetaħ l-Erbgħa, irċevejtu t-Tnejn filgħaxija u minn hawn nindirizza lill- kumitat tal-boatshow li jekk stednuni biex jgħaddu ż-żmien bija aħjar ma stednuni xejn għaliex aħna l-membri parlamentari għandna x'nagħmlu.", "Jien niftakar li meta sirt ministru resposabbli mit-trasport u l-portijiet kienet qamet kwestjoni f'livell ta' kumitat bejn l-importaturi tal-boats u dawk li attwalment jimmanifatturaw il-boats għaliex ma redux li l-boatshow issir il-Birgu.", "Jien ipprovajt nirranġahom u għidtilhom biex jagħmluha iktar tard għaliex dak iż-żmien riedu jagħmluha f'Marzu u l-manufacturers ma riedux jagħmluha dak iż-żmien minħabba r-riħ.", "Imma baqgħu jsibu d- diffikultajiet u mbagħad qalu li kien daħal iż-żmien.", "Issa rrid infakkar li l-gvern Laburista kien tela' f'Ottubru 1996 u bil-kemm ma redux jitfgħu t-tort fuq il-gvern Laburista meta suppost il-boatshow kienu ilhom jaħsbu għaliha minn qabel, għaliex il-boatshow ma ssirx f'Ottubru.", "Fil-fatt mingħand min kienu krew it-tined kont għidtlu li l-gvern Laburista ma kellu x'jaqsam xejn f'dik il-kwestjoni għaliex dik kienet xi ħaġa privata.", "Niftakar li kont għidtilhom biex is-sena ta' wara jaħsbu minn qabel pero' meta reġa' wasal iż-żmien reġgħu ma ftehmux u għalhekk issa qed nistgħaġeb kif fi ftit żmien irnexxilhom jilħqu ftehim u se jagħmluha fil-Birgu.", "Aħna qatt ma żammejnihom milli jagħmluha l-Birgu, anzi x-xewqa tal-gvern Laburista kienet li l-boatshow issir fil-Birgu u l-kunsilli lokali tal- Birgu, Bormla u l-Isla lkoll ħadmu biex il-boatshow issir hemmhekk.", "Imma li jkollok żewġ ministri li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-boatshow se terġa' ssir fil-Birgu għaliex kien żammha l-gvern Laburista hija xi ħaġa li ma titwemminx!", "Illum qed nikkonferma s-suspetti li kelli f'Ottubru, cioe' li kulma sar dakinhar kien biex joskuraw lill-Gvern Laburista u jgħidu x'jgħidu l-organizzaturi din se tibqa' l-opinjoni tiegħi.", "Lil min trid tistiednu għall-boatshow ma tibgħatlux l-invit lejlet il-ftuħ u l- membri tal-kumitat tal-boatshow għandhom ikunu rġiel u jgħidu li l-gvern Laburista ma kellu l-ebda tort li għal sentejn wara xulxin il-boatshow ma saritx imma kien tort tagħhom għaliex iġġieldu bejniethom u ma redux jagħmluha.", "Dak iż-żmien l-organizzaturi tal-boatshow riedu li jissussidjahom il-gvern Laburista.", "Kif seta' l-gvern Laburista jissussidja shows internazzjonali?", "Issa jekk qed jissussidjahom il-gvern Nazzjonalista ma nafx u għalkemm ipprovajt nindaga ma kelli l-ebda risposta.", "Għalkemm aħna ridna ngħinuhom u konna lesti li nagħtuhom ix-xatt tal-Birgu, xorta waħda ma keux riedu jagħmluha.", "Imma meta tara li f'daqqa waħda rranġaw u minflok f'Marzu se jagħmluha f'Mejju, allura tibda tgħid li kien hemm xi ħaġa fin-nofs u jien lest li ngħid dan id-diskors lil kulmin kien imdaħħal f'dik il-kwestjoni tal-boatshow.", "Sur President, niftakar minn żmenijiet ta' l-iskola li fil-Latin hemm saying Ii jgħid li meta r-Rumani kienu jmorru għall-gwerra, il-ġenituri ta' dawk it-tfal jew in-nisa ta' l-irġiel li kienu se jmorru għall-gwerra kienu jmorru għand il-qassisin il-kbar u jistaqsuhom jekk it-tifel jew ir- raġel tagħhom kienx se jiġi lura - issa fil-Latin il-verb dejjem jiġi l- aħħar - u l-qassisin kienu jweġbuhom li jekk imur u ma jiġix imut u jekk imur u jiġi ma jmutx!", "U jekk kienu jiġu lura kienu jmorru jirringrazzjawhom u jgħidulhom li ġie lura u l-qassisin kienu jgħidulhom li huma hekk kienu qalulhom.", "Imma jekk ma kenux jiġu lura l-qassisin kienu jgħidulhom li huma kienu qalulhom li jekk imur u ma jiġix imut.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jaħdem bl-istess mod għaliex qed imur lura minn dak li qal bħal-lum sena.", "Illum tan-naħa l-oħra qed jgħidu li huma kienu kontra li l-kuntratt jingħata lill-consortium għal 99 sena ċens mingħajr aċċess pubbliku u issa qed jgħidu li s-sena l-oħra ma qalux li ma jistgħux ibigħu.", "Ħalli nfakkar x'kien jingħad bħal dan iż-żmien sena.", "Meta tressqet ir- riżoluzzjoni għall-ewwel darba mill-gvern Laburista, minn din in-naħa kulħadd ivvota favur u l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ivvotat kontra għaliex qatt ma qablet li dan il-proġett isir.", "Imbagħad tressqet l-emenda mill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li m'għaddietx u b'kumbinazzjoni kien hawn xi ħadd li mar ikellem lil xi ħadd u dan ix-xi ħadd f'daqqa waħda darlu u beda jġib l-ostakli kollha biex dan il-proġett ma jsirx.", "Fil-fatt tlifna sena u kieku ma sarux dawk il-konfoffi kollha u l-kukkanji u t- taħwid li sar hawn ġew min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ma' bniedem li l-poplu Malti kien jistenna ħafna aħjar minnu, kieku l-gvern Laburista diġa' beda t-tieni fażi tal-proġett.", "Issa min-naħa tal-Partit Nazzjonalista hemm min staqsa għaliex aħna ma komplejniex bil-proġett tal-Kottonera.", "Il-leader tagħna, dak iż-żmien prim ministru, l-Onor.", "Alfred Sant, u l-kollegi tiegħi, l-Onor.", "Karmenu Vella, l-Onor.", "Charles Buhagiar u l-Onor.", "George Vella dejjem spjegaw kollox b'mod ċar u kellna l-karti kollha fuq il-mejda.", "Jien nista' ngħid li l- kumitat imwaqqaf mill-kabinett, li kien taħt iċ-chairmanship ta' l-Onor.", "George Vella, qatt ma ndaħal lill-isteering committee u sempliċement tlabnih x'ridna mingħandu u fil-proposti li ressqulna quddiemna ndikawlna żewġ consortia u tawna l-parir biex nibdew niddiljaw ma' wieħed minnhom.", "Issa fil-kuntratt kien hemm li l-consortium bilfors ried ikollu shareholding barrani u fil-fatt stennejna tliet ġimgħat sakemm l-ewwel consortium li konna qed niftehmu miegħu sab wieħed barrani, ċertu Arie de Boom, li kellu jieħu ħsieb il-marina.", "Dan il-bniedem qalilna li kien diġa' ġie qabel fi żmien il-Gvern Laburista ta' l-1981 u kien tkellem mal- Perit Mintoff u kien qallu li kellu proġett tajjeb.", "Peress li jien kont il- ministru responsabbli mill-portijiet ġabuh għandi u jien għidtlu li ridt nara l-affarijiet.", "Meta tkellimt man-nies li jifhmu f'dan il-qasam u qalulu li kellu proġett tajjeb, tkixxift ħalli nara x'għandu u x'ma għandux għax meta rajtu ma' ċerti nies ħsibt li ġejjin it-teatrini.", "Meta kont qed nitkellem miegħu u għidtlu li l-proġett għoġobni qalli li huwa kien ressaq dan il-proġett quddiem il-gvern Nazzjonalista pero' dawn ma reduhx.", "Jien għidtlu li forsi dakinhar il-gvern Nazzjonalista ma setax jidħol għall-piż ta' dan il-proġett u żgur li ma kienx daqshekk miġnun li ma jaċċettax proġett tajjeb bħal dak.", "Lanqas kieku kont naf li l-gvern Nazzjonalista ma riedx dan il-proġett ma kont se ngħidlu lil dan il-barrani għaliex ma kienx affari tiegħu li jkun jaf x'kien qiegħed jiġri.", "Għalkemm dan Arie de Boom qalli li reġa' ġie għaliex kien hawn gvern Laburista, jien xorta tlabtu l-provi ta' x'kien se jagħmel.", "Sadanittant ħarġu l-offerti u Arie de Boom intefa' ma' l-ewwel consortium li kien se jieħu l-proġett, imma f'daqqa waħda da irtira għax huwa ried li l-consortium jagħmel il-proġett u lilu jħallsu talli jeħodlu ħsieb il- marina.", "Il-consortium min-naħa tiegħu ma aċċettax u dan telaq minn mal- consortium.", "Minfloku daħal ieħor u meta jien iltqajt miegħu u staqsejtu x'beħsiebu jagħmel u kemm jifhem fil-marina, kulma qalli kien li hu kellu yacht u ried jidħol fil-proġett tal-marina għaliex kien jieħu pjaċir jivvjaġġja bil-yacht.", "Jien dort lejn il-consortium u għedtilhom li jekk riedu setgħu jżommuh magħhom kemm riedu pero' ma kellhom xejn bih.", "Imbagħad fil-preżenza tiegħi, tal-prim ministru ta' dak inhar, l-Onor.", "Alfred Sant u tal-kollegi tiegħi, l-Onor.", "Karmenu Vella, l-Onor.", "George Vella, l-Onor.", "Charles Buhagiar ftehimna illi sa l-għada f'nofsinhar dawn kellhom ipoġġu Lm1 miljun bħala garanzija, li 40% minnhom kienu se jinħarġu mix-shareholder barrani u s-60% joħroġhom il-consortium.", "Wasal nofsinhar ta' l-għada u dawn ma waslux.", "Fil-fatt domna erba' ġimgħat inkaxkru sakemm fl-aħħar iddeċidejna li nibagħtu għall-consortium biex naraw x'se jagħmlu u qalulna li l-ieħor kien telaq barra pero' huma xorta kienu se jpoġġu l-flus.", "Imbagħad għidnilhom li jekk sa dak inhar f'nofsinhar- allavolja f'nofsinhar saru s-2.00 p.m. - ma kenux se jġibu l- flus, konna se mmorru fuq il-consortium l-ieħor, kif kien qalilna l- isteering committee.", "Il-gvern Laburista ma kien indaħal xejn u ma sforza idejn ħadd.", "Sur President, aħna ma naqblux ma' dak li qed jgħid il- ministru għaliex aħna għidna mill-ewwel illi ma ridniex dak il-kobor u li ma stajniex nagħmlu dawk l-affarijiet kollha.", "Per eżempju, aħna ma stajniex niftehmu fuq il-Maċina għaliex mill-Maċina 'l ġewwa huwa tad- dockyard.", "Jekk toħdilha dik il-parti d-dockyard se jibqgħalha d-dock biss!", "Dik il-parti hija tagħhom tant li tintuża bħala parking.", "Barra minn hekk, aħna ma ridniex nagħtu l-Maċina għaliex konna nafu li l-kunsill lokali ta' l-Isla ried jagħmilha mużew jew uffiċini tiegħu u għalhekk ridna li qabel nitkellmu mal-kunsill.", "Sadanittant daħlet il-Malta maritime authority, li dejjem sostniet miegħi li l-marina trendi l-flus.", "U hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed ngħid li lill-ministru ma nemmnux - u dan għidtulu wkoll waqt il-public account committee - imma xi ħadd jew daħak bija jew bil-ministru jew daħak bina t-tnejn.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-ministru m'huwiex qed jgħid il-verita' imma lanqas ma jista' jgħid li jien m'iniex qed ngħid il-verita' għax meta tkellimt mal-maritime authority dejjem qaluli illi l- proġett ma jistax ikun vijabbli mingħajr il-marina.", "Għaliex?", "Fi żmienna kienu pproponewlna ħames postijiet biex nagħmlu marina, fosthom fil- Kalkara, f'Dockyard Creek, f'San Pawl il-Baħar, f'Għawdex u f'Marsaxlokk pero' aħna għidnilhom li la konna se niżviluppaw il-Kottonera l-ewwl marina trid issir fil-Kottonera.", "Il-Malta maritime authority dejjem sostniet miegħi illi l-flus isiru mill-marina u kienet ipproponiet ukoll illi jekk ridna li tkun vijabbli u l-Kottonera tieħu r-ruħ, 90% tal-pontoons riedu jkunu f'idejn il-barranin għaliex jekk ma nikrux lill-barranin ma naslux.", "Reġa' ġie Arie de Boom u qalli li jekk il-gvern jagħtih il-kuntratt huwa kien lest li jmexxi l-marina pero' ried jitħallas.", "Jien għedtlu li kien hemm il-konsorzju u jekk ried seta' jiftiehem mal-konsorzju għaliex aħna ma ridniex nindaħlu f'dawn l-affarijiet.", "Issa dawn dejjem sostnew li hemmhekk kienu se jiġu l-megayachts u fil-fatt kellna talba kbira għall- berthing min-naħa tas-sidien tal-megayachts għaliex fi Franza kienu żiedulhom l-ispejjeż u kien hemm oħrajn li riedu jitilqu minn Spanja għaliex ma kenux safe.", "Fil-fatt kemm jien, kemm l-isteering committee u kif ukoll uffiċjali mill-maritime authority iltqajna ma' dawn in-nies u wara li spjegajnilhom il-problemi li għandna, għidnilhom li aħna konna lesti li nagħmlulhom berthing place għall-yachts.", "Aħna aċċettajna t-talba tagħhom biex ċerti pontoons isiru għat-tlett ijiem ta' tmiem il-ġimgħa għaliex kien hemm minnhom li kienu se jiġu l-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd u jitilqu t-Tnejn filgħodu.", "L-istudju li sar juri wkoll li bilfors ried ikun hemm breakwater.", "Kulħadd jiftakar kemm saru teatrini u kemm intqalu affarijiet fil-gazzetti meta għidna li ridna ntellgħu l-affarijiet minn qiegħ il-baħar, allavolja kull konsorzju kien qed jgħid li minħabba l-mewġ u l-kurrenti li hemm bilfors irid isir breakwater.", "Issa jekk isir hanging breakwater dan se joqgħod jiċċaqlaq fil-maltemp - u skond kif jien informat f'dawk l-inħawi hemm ħafna kurrenti - u s-sidien tal-megayachts qalulna li huma ma kenux lesti li jissograw yacht ta' xi Lm1 miljun jew iktar.", "Għalhekk peress li t-tieni konsorzju kellhom nies li jifhmu fil-marina ddeċidejna li dan kellu jmexxi l-marina pero' għidna wkoll li dan ried ikun għall-użu pubbliku u kulmin ried seta' juża l-barklori u jorbot hemmhekk.", "Issa inutli li joqogħdu jsemmulna l-ħames metri għaliex ma kien jeżisti l-ebda diżgwid la fuq it-tul ta' metri u lanqas fuq il-kwestjoni tad-99 sena.", "Imma aħna kellna wieħed magħna li filgħodu kien iqum marid u sa filgħaxija kien jgħaddilu u f'daqqa waħda dawwar fehimtu fuq dan il-proġett għaliex min kien inqala' mill-marina mar jiekol għandu s-Sibt u ħawwadlu moħħu billi qallu ħafna affarijiet u t-Tnejn ta' wara vvota kontra r- riżoluzzjoni imressqa f'dan il-parlament fuq il-proġett tal-Kottonera.", "Il-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni ħataf l-okkażjoni, ġie jaqa' u jqum min-nies tal-Kottonera u mill-impjiegi li seta' joħloq dan il-proġett u beda jikkopera u jiftiehem ma' Mintoff.", "X'mistħija!", "Jien jiddispjaċini meta nara dawn l-affarijiet għaliex f'dan il-parlament qisna għandna dak l-alla tal-Griegi b'żewġt uċuħ, naħa li tirrappreżenta l-paċi u n-naħa l-oħra tirrappreżenta l-gwerra.", "Sena ilu ħarġu qatta' bla ħabel kontra dan il-proġett u llum qed jitolbu lilna biex napprovawh.", "Ma rridux ninsew li fuq il-kwestjoni tad-99 sena ċens aħna konna lħaqna ftehim li kellu jinqasam fi tlieta.", "Issa mhux talli se jagħtuh għal 99 sena imma se jagħtuh b'ċens perpetwu u jridu jibnu d-djar biex ibigħuhom lill- barranin, pero' n-naħa l-oħra jmissha taf li bil-liġi ma jistgħux ibigħu lill-barranin.", "Issa llum qegħdin joqogħdu jiġu jibku hawn ġew għax jixtiequ l-ġid għall-Kottonera!", "Allura lilna għaliex tellfuna sena?", "(Interruzzjonijiet) Aħna m'għamilna xejn bil-moħbi, anzi konna nagħmlu stqarrijiet u noħorġu l-affarijiet fuq il-mejda.", "In-naħa l-oħra ħatfet l- okkażjoni meta l-Perit Mintoff beda jopponi u vvotaw kontra dan il-proġett.", "Dan kollu jfisser li lill-Kottonera tellifniha sena xogħol għal xejn.", "Issa llum qed jgħidu li se jinvolvu ż-żewġ consortia pero' ħadd m'hu se jemmen li d-dħul m'huwiex se jkun ikbar minn dak li kien se jkun qabel għaliex hija xi ħaġa ovvja li dar isfel biss ġġib tant flus imma dar bil- ġnien b'kollox iġġib ħafna iktar!", "Meta aħna konna se nagħtu naħa waħda tax- xatt biex tiġi żviluppata f'yacht marina, il-maritime authority kienet se ddaħħal Lm25,000 u allura issa nippretendi li la se tagħtuha kollox, iddaħħal id-doppju!", "Meta l-Perit Mintoff mar fuq Net television kien qagħad jurina kemm trid tiġi wiesgħa u meta beda jkejjel fuq il-pjanti, qal li minn hemm ma jgħaddix vapur.", "Jien nixtieq inkun naf vapur x'jidħol jagħmel f'yacht marina!", "Aħna dejjem għidna x'se jkun il-qies tal-fairway u safejn naf jien illum din baqgħet l-istess.", "Allura għaliex dak inhar saret dik l- oppożizzjoni kollha fuq il-fairway u n-naħa l-oħra qablet mal-Perit Mintoff?", "Għaliex ma qamux u qalulu li l-fairway kellha tkun ta' dak id- daqs?", "In-naħa l-oħra għandha għalfejn tirringrazzja lill-Perit Mintoff li tant kien jiftaħ idejh u jgħid li mhux veru ried iwaqqa' lill-gvern għaliex flimkien miegħu rnexxilhom iwaqqgħu lill-gvern minħabba l-kwestjoni tal- fairway, il-kwestjoni tad-99 sena ċens u l-kwestjoni tal-ħames metri.", "Issa qed jgħid li dawn il-ħames metri spiċċaw u li se tiġi b'encroachment, bħall-Pjazza Reġina.", "Jien nixtieq inkun naf min jgħaddi minn bejn l- imwejjed ta' Pjazza Reġina!", "Dawn huma affarijiet tad-daħk.", "(Interruzzjonijiet) Ma noqogħdux indaħħku lin-nies meta ngħidu li b'encroachment tista' tieħu dawn l-affarijiet lura għaliex ħadd ma jasal biex jagħmel dan il-pass.", "Naħseb li n-naħa l-oħra nesiet kemm għamlet storbju għaliex sħabhom inqalgħu barra mill-proġett pero' aħna ma kellna l- ebda obbligazzjoni lejn ħadd u l-interess tagħna kien li nagħmlu yacht marina biex nagħtu nifs ġdid lill-Kottonera.", "Kien il-Partit Laburista li dejjem ħa ħsieb biex jirranġa l-Kottonera.", "Huwa veru li ċerti afffarijiet ma sarux imma ma tistax tippretendi li f'sena u nofs isir kollox.", "F'sena rnexxilna nressqu l-proġett tal- Kottonera u kieku ma ġejniex imfixkla konna se nibdewh mentri f'disa' xhur il-gvern Nazzjonalista għadu ma għamel xejn.", "Meta tlajna fil-gvern sibna ħafna affarijiet x'nirranġaw aħna u hawnhekk nista' nsemmi, per eżempju, il- Gozo Channel, li fi żmienna rnexxilha tagħmel il-qligħ.", "In-naħa l-oħra kienet tgħajjarna li m'għandniex kuxjenza soċjali u l-Perit Mintoff, fid- diskussjoni tal-budget, kien qalli li l-karozzi tal-linja jmissni għamilthom b'xejn biex in-nies tivvjaġġa b'xejn!", "Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kellu ftehim mal-Perit Mintoff dwar meta kellu jivvota u ma jivvotax.", "Kif qalu l-Onor.", "Rita Law u sħabi l-oħrajn, illum qed terġa' titressaq kważi l-istess liġi tat-turiżmu, ħlief għal xi tibdiliet żgħar, li kienet ġiet proposta mill-gvern Laburista u ssekondata mill-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien.", "Telliftu sena lill-poplu Malti għal xejn għaliex kif xammejtu lil dak li kien mixtri magħkom u li kien se jivvota kontra tagħna, bdejtu tivvotaw kollox kontra.", "Wieħed mill-ministri ta' dan il-gvern ammetta li kienu waslu fi stat li jgħidu kollox le.", "Dik x'serjeta'!", "Aħna ridna nibdew il-proġett tal-Kottonera biex inġibu aktar revenue minn barra.", "M'għandniex bżonn lin-naħa l-oħra biex tgħidilna li l- poplu Malti huwa kapaċi jidħol għal proġett bħal dan, imma allura jekk nirraġunaw b'dan il-mod m'għandniex għalfejn nesportaw għaliex il-poplu Malti kapaċi jiekol il-ħut kollu u l-patata kollha li nipproduċu!", "Dawn l- affarijiet isiru biex iġġib il-foreign currency u tħajjar lin-nies jinvestu fil-pajjiż.", "Issa l-gvern preżenti x'għamel?", "Dak li kellna aħna ħallieh hemm u l-konsorzju Malti ma ġiex sforzat biex ipoġġi d-deposit u l- affarijiet li ġibna aħna.", "Kif nistgħu naqblu ma' biċċa xogħol bħal din!", "Il-ministru qal li waqt il-public accounts committee l-karti kollha tpoġġew fuq il-mejda pero' meta sħabi talbuh biex itellgħu lil dak u lil ieħor ħalli nkunu nafu ċerti affarijiet, ma aċċettax għaliex qal li dawn ma kienu mdaħħlin f'xejn u kollox ġie deċiż mill-ministru.", "Meta sħabi staqsew lill-ministru jekk talbuhomlux huma jew tahomlhomx hu, ġab l- iskuża li kien hemm xi kwestjoni.", "Jien nixtieq inkun naf xi kwestjoni kien hemm.", "Lilna wkoll kienu talbuhomlna pero' aħna ridna li l-ewwel issir din il-parti tal-proġett.", "In-naħa l-oħra nsiet kemm xewxet lill-ħaddiema tal-casino għaliex konna se niftħu żewġ casinos oħra, wieħed f'Malta u ieħor f'Għawdex, u qalet li konna se noqtluhom bil-ġuħ?", "Issa bil-ftuħ ta' casino ieħor m'humiex se jmutu bil-ġuħ dawn il-ħaddiema?", "Spiċċa dak id- diskors fuq in-nuqqas ta' moralita' minħabba l-logħob?", "Min se jkun responsabbli minn dan il-casino?", "Għaliex ftehimtu mal-consortium li jista' jġib lil ħaddieħor biex jagħmel ċerti affarijiet?", "Jien nemmen li jekk se tinbena lukanda għandu jkun il-gvern li jiftiehem mas-sidien tal- lukanda u mhux tingħata lil ħaddieħor biex jiddiljaha hu.", "Jekk dan il- consortium se jingħata l-bini tal-yacht marina u l-palazzi, ma' dawk trid tinnegozja.", "Issa jekk 'il quddiem ikunu jridu jagħmlu lukanda għandu jerġa' jidħol il-gvern ħalli l-flus jeħodhom il-poplu Malti.", "Allura x'mortu tagħmlu l-Amerika biex iġġibu lin-nies?", "Din l-istorja diġa' ġrat fil-każ ta' Chambrai , li ngħata b'ċens ta' Lm10,000 fis-sena u min qed jikrih qed idaħħal il-miljuni!", "Ta' min ifakkar lill-poplu meta l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet qalet li ma kienx sewwa li ma kienx se jkun hemm aċċess pubbliku.", "Hawnhekk nixtieq immur daqsxejn lura fl-istorja u nfakkar li qabel l- 1971 ħadd ma seta' jinżel Santa Maria Estate ħlief għal dawk is-settlers li kienu joqogħdu hemmhekk u kien gvern Laburista li hawn reġa' fetħu għall- pubbliku.", "L-istess nista' ngħid għal Ta' Ċenċ f'Għawdex, li kien magħluq għall-Maltin, u kien gvern Laburista li hemmhekk reġa' fetħu għall- pubbliku.", "Għalfejn joqogħdu jilagħbuha tal-qaddisin hawn ġew?", "In-naħa l- oħra forsi tista' tidħak b'xi erba' żgħażagħ li ma jafux l-istorja tagħna imma bija m'hijiex se tidħak!", "Il-gvern Nazzjonalista qed jipprova jdeffes f'ras il-poplu li aħna kontra l-privat meta dan m'hu minnu xejn għaliex aħna kulma ridna kien li l- affarijiet isiru suret in-nies, bdejna d-diskussjonijiet ma' l-ewwel consortium li min-naħa tiegħu ma wasalx għal dak li ridna aħna u morna fuq it-tieni consortium.", "Forsi xi ħadd jitħajjar jgħidli li issa dawn iż-żewġ consortia se jaħdmu flimkien.", "Allaħares ma jaħdmux flimkien wara li tajtuhom dawk l-affarijiet kollha, fejn saħansitra daħħaltu klawsola fil- kuntratt li jekk il-planning authority ma tagħtihomx permess għall-Kalkara, se tagħtuhom banda oħra!", "Fil-public accounts committee xi ħadd qal li dawn se jkunu marbutin għal sena biss.", "B'min iridu jidħku?", "In-naħa l-oħra kienet diġa' miftehma ma' l-ewwel consortium li ma ħax il-kuntratt li jekk jitilgħu fil-gvern jagħtuhom kollox, kif fil-fatt qed jiġri.", "Il-ftehim mal-Perit Mintoff kien li huwa jivvota magħhom biex aħna ma naslux.", "Jien ma nafx għalfejn kienu vvotaw kontra għaliex dak li għamilna aħna qed jagħmluh huma llum.", "Sur President, smajna wkoll li l-Kottonera rridu nieħdu ħsiebha u nibdew nattiraw turisti lejn dawn l-inħawi.", "Jien nistaqsi lil tan-naħa l-oħra: X'għamiltu f'disa' snin u nofs biex tiġbdu lit-turisti lejn il-Kottonera?", "L-unika ħaġa li ħriġtu biha kien dak il-brochure li ntbagħat mill-Ministru Dalli fid-djar kollha - anke deher fil-gazzetta tagħhom - dwar il-proġett tal-Kottonera u kif kien ġej il-post fejn illum hemm il-baċir nru.", "1 - allavolja ma kellhom l-ebda dritt għaliex il-baċir għadu tad-dockyard - għaliex kienu diġa' miftehim ma' l-ewwel consortium, li mbagħad ma wasalx magħna.", "Dak iż-żmien kienu miftehmin bil-moħbi ma' ċerti nies ta' dan il- consortium, li issa huwa wieħed mill-consortia involuti fil-proġett tal- Kottonera.", "Min hu raġel jgħidhom dawn l-affarijiet!", "Jien nibqa' nsostni li kulma sar fil-Kottonera kien bis-saħħa ta' gvernijiet Laburista.", "In- naħa l-oħra kienet tgħajjarna li f'sena u nofs m'għamilna xejn imma ma rridux ninsew li minn dawn is-sena u nofs għamlu tmien xhur jopponu mingħajr ma kienu jafu x'inhuma jopponu għaliex kulma kellhom f'moħħhom kien kif se jwaqqgħu lill-gvern Laburista.", "Sur President, in-naħa l-oħra għandna ħabta ddawwar il-kliem, skond kif ikun jaqblilha, u se nagħti eżempju.", "Kulħadd jiftakar li l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-1981 u l- 1987 kienet tgħid li l-gvern Laburista ma kellux dritt jiggverna għaliex ma kellux il-maġġoranza tal-poplu warajh.", "Imma meta fl-1996 tela' l-gvern Laburista dawret id-diska u kienet tgħid li l-gvern irid ikollu l- maġġoranza tas-siġġijiet hawn ġew u mhux il-maġġoranza tal-poplu warajh.", "S'issa għadu ħadd ma semma li saru xi konsultazzjonijiet għaliex fil-fatt ma saru l-ebda konsultazzjonijiet ma' ħadd ħlief għad-diskussjonijiet li għaddew bejn il-ministru u l-consortia.", "Kienu diġa' ftehmu ma' l-ewwel consortium li dejjem sostna li jrid jagħmel il-marina pero' issa m'għandhom lil ħadd li kapaċi jmexxiha.", "Fil-fatt il-ministru qalilna li l- consortium qed ifittex nies biex imexxu l-yacht marina.", "Allura l-gvern ma setax sab bniedem u ftiehem miegħu biex jagħmel il-marina u jmexxiha, imbagħad jitħallas mill-consortium?", "Aħna kellna offerti bħal dawn pero' ma aċċettajnihomx.", "Sur President, trid tkun daqsxejn iblah biex fil-public accounts committee tgħid li yacht marina ma tirrendix!", "Kieku kif hawn nofs il- pajjiżi tal-Mediterran li jagħmlu dawn il-marinas biex jipprovaw jiġbdu n- nies lejn pajjiżhom?", "Arie de Boom kien issuġġerilna li nagħmlu klabb jew tnejn fejn ikunu jistgħu jorqdu l-baħrin u n-nies għal lejl pero' meta ġejna għall-fatti dan ma ppreżenta xejn u kulma ried kien li jitħallas talli kien qed jipproponilna dawn l-affarijiet.", "Aħna ma aċċettajniex u għidnielu li jekk ried seta' jidħol mal-consortium u aħna niftehmu mal- consortium.", "Imma mid-dehra ma kellux flus u ma riedx jidħol mal- consortium u għalhekk inqala' barra.", "Imma f'daqqa waħda min kien miegħu mar sab lil Mintoff u qalulu li riedu jkeċċuh għaliex ma kienx jaqblilhom.", "Imbagħad kumbinazzjoni mill-Erbgħa sat-Tnejn ta' wara l-perit Mintoff darlu kollox wara li marru jieklu għandu u beda jivvota kontra.", "Aħna nafu min min kien qed imexxi biex jgħidilhom kif riedu jivvotaw.", "Fil-fatt il- klawsola tad-99 sena ċens għadha teżisti fil-kuntratt, il-klawsola dwar il- bejgħ qed tidħol issa u l-klawsola dwar il-fairway baqgħet l-istess.", "Pero' issa ħadd m'għandu garanzija li se jkollu fejn itella' d-dgħajjes allavolja l-ministru qalli li dawn se jkunu jistgħu jtellgħuhom ix-xatt.", "Jekk se ssir il-promenade u x-xatt se jinkera biex ikun hemm encroachment bl- imwejjed, taħseb li se jħalluhom jtellgħulu d-dgħajjes quddiemhom?.", "Il-ministru qal ukoll li se jkun hemm il-hardbank għal min ikun irid itella' d-dgħajjes fix-xitwa jew itellagħhom għar-refit.", "Imma dawn l- affarijiet jiswew il-flus ukoll u x'garanzija hemm li 'l quddiem ma tistax issir talba oħra, għaliex kulħadd jaf li saru ħafna talbiet u ġew aċċettati?", "X'garanzija għandhom in-nies tal-Kalkara li dan il-hardbank ... ?", "(Interruzzjonijiet) Għada jista' jkun hawn gvern ieħor u jaċċetta li hemmhekk jiġi rranġat.", "Għalfejn noqogħdu nilagħbu bid-diskors meta nafu kif isiru l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħid li t-talba trid titressaq quddiem dan il-parlament biex ikun jista' jibni hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma tantx inniżżilha li trid titressaq quddiem il- Kamra u jekk tibqgħu intom fil-gvern tirranġaw il-liġi basta taqdu lin- nies tagħkom!", "(Interruzzjonijiet) Għaliex titkellem b'dan il-mod meta taf kemm wegħidtu affarijiet!", "Mhux veru li t-talba trid titressaq quddiem il- Kamra għaliex la tkun tiegħu jista' jitlob il-permess biex jibni.", "(Interruzzjonijiet)", "Il-kondizzjonijiet tbiddluhom kull ħames minuti!", "Waqt il-public accounts committee għidtilna li għandu dritt jibni fuq il-palazzi u sieħbi staqsiek x'jista' jibni fuq il-palazzi.", "Mur ġib lili ngħid lill-President ta' Malta li rrid nibni penthouse hawn fuq!", "Kien jonqoskom biss li tagħtuh il-knisja ta' San Lawrenz għaliex dik hija wkoll imniżżla fil- pjanta!", "(Interruzzjonijiet) Dalgħodu kien hawn xi ħadd li qal li se nagħmlu yacht marina fil-Wied ta' Birkirkara!", "Ma ndaħħkux nies bina.", "Jien nappellalkom biex tkunu irġiel u tgħidu li ridtu taqdu lin-nies tagħkom u mhux tipprovaw tpoġġulna f'ħalqna li aħna nagħmlu distinzjoni bejn min hu abjad u min huwa iswed.", "Aħna konna bdejna niftehmu ma' l-ewwel consortium għaliex kellu affarijiet tajbin pero' meta wasalna fin-nofs waqaf kollox għaliex ma kellux garanziji x'ipoġġi.", "Fi żmienna kien hemm min kellu l-garanzija biex jagħmel il-moll taċ-Ċirkewwa pero' ma wasalx u tilef il-garanzija.", "Issa nispera li lil dak li kien se jagħmel il-moll taċ-Ċirkewwa u tilef il-garanzija ma terġgħux tagħtuh il-proġett f'idejh!", "Jien kont l-ewwel wieħed li għidt li jekk ma jasalx jitlef il-garanzija.", "Jien ma naqbilx li l-garanzija għandha titpoġġa bil-kitba biss għaliex jekk ma jasalx ħafna drabi nispiċċaw l-qorti u kulħadd jaf kif jimxu l-affarijiet fil-qrati tagħna.", "Aħna għidna mill-bidu li min ried jidħol għal dan il-proġett ried ipoġġi bilfors Lm1 miljun bħala garanzija.", "Fil-fatt it-tieni konsorzju poġġihom u kellu kollox suret in-nies.", "Aħna ma kellna xejn kontra l-ewwel konsorzju pero' la ma wasalx ma stajniex inkomplu niddijljaw miegħu.", "L- ewwel konsorzju qal li sa nofs inhar kien sab il-barranin pero' dawn il- barranin ma dehru qatt.", "Wieħed minnhom kien Arie de Boom, li kulma ried kien li jieħu ħsieb il-yacht marina u mhux li jibniha.", "Sur President, nixtieq nirrimarka wkoll li dak iż-żmien kien hawn min ried idaħħak u kien semma l-għawm u s-sajd.", "Jien ta' spiss nara lil min jgħum jew jistad f'dawk l-inħawi!", "Xi ħadd kien qal ukoll li kien se jivvota kontra għaliex il-bajja tal-Birgu trid tiġi mnaddfa.", "Fil-kuntratt ma nsibu xejn dwar fejn jistgħu jgħumu n-nies, forsi issa jibdew jgħumu bejn il-pontoons!", "Illum in-naħa l-oħra qed tidħak imma dak inhar daħket f'qalbha, mal-Ġuda li kellna magħna.", "Illum li għaddiet sena għalaq ħalqu għaliex ħa sehmu!", "(Interruzzjonijiet) Intom ftehimtu miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Sħabu ma kenux daħlu fil-konsorzju.", "Issa privatament ngħidlek min kien sieħbu tal-konsorzju.", "Illum dan l-individwu mill- Mellieħa qed jgħid li m'għadux Laburista pero' jien kont għidtlu li m'għadux Laburista għaliex ħa sehmu!", "Naħseb li tajt biżżejjed informazzjoni.", "L-istorja nafha sewwa u min lili għajjarni li jien kont ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR MEMBRU: M'għadux is-salvatur!", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Jien kont nammirah imma la daħak bil-partit tiegħi ma bqajtx nammirah.", "Min iridni nżommu ta' raġel la jrid imissli l- familja, la Birkirkara u lanqas il-partit!", "Jien ma naħfirlux għaliex dak tela' bil-programm li jivvota magħna u mhux li jivvota ma' l-oppożizzjoni Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Pero' kien miftiehem ma' l- oppożizzjoni u allura m'għandkomx għalfejn toqogħdu ġġibu l-iskużi tal- kumitati għaliex xorta kontra se nivvotaw kontra dan il-proġett meta tressaq fi żmienna.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex tibqa' mniżżla fir- records ta' dan il-parlament li l-Partit Laburista fil-gvern ġie ttradut minn wieħed li kien miftiehem man-Nazzjonalisti għaliex min iħobb lill- Kottonera kien jipprova jirranġa u mhux itellifna sena.", "Kulħadd jaf li dan il-proġett m'huwiex se jibda l-ġimgħa d-dieħla għaliex, kif qal il- ministru stess, l-ewwel irid jiġi approvat mill-planning authority.", "Jien nista' ngħid li kieku kien għall-planning authority, lanqas il- posta m'għandna għax meta kont lestejt il-posta bagħtuli żewġ inspectors peress li konna ftaħna żewġt itwieqi.", "Niftakar li kont għidtilhom li l- planning authority kien imissha ndaħlet meta l-posta kienet se tonfoq Lm2 miljun għal biċċa art u mhux għaliex ftaħna tieqa f'post li kien qed jitmermer.", "Jiġifieri jekk il-proġett għad irid jiġi approvat irridu mill- inqas nistennew sa Diċembru ieħor biex nibdew.", "Meta sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar, waqt il-public accounts committee, qal li penthouses m'għandhomx jinbnew fuq palazzi storiċi, in-naħa l-oħra qalet li se tivvota biex ikunu jistgħu jsiru għaliex issa huma qegħdin fil-gvern.", "Nafu li ċ- chairman talab vot u għaddiet tal-gvern iżda mbagħad, biex forsi jinġabar, il-ministru ġie jgħidilna li reġa' ħasibha u issa qed jaqbel li ma jsirux, imma wara insistenza mill-oppożizzjoni għaliex li kien għalih kien iniżżilha fil-kuntratt.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Debono Grech ikompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Irrid ngħid ukoll li jekk ma tinbidilx il-liġi dawk id-djar li se jitilgħu fil-Kalkara, dawn ma jistgħux jinbiegħu lill-barranin.", "Issa dalgħodu xi ħadd beda jżerżaqha li dawn id-djar li se jsiru se joħolqu taħlit bejn is-sinjuri u r-residenti tal-Kottonera.", "Hija xi ħaġa sabiħa li jkun hemm dan it-taħlit pero' jien ma nistax nifhem kif il-konsorzju se jasal biex ibigħ lir-residenti tal- Kottonera meta dawn diġa' għandhom problema ta' housing għaliex jien nimmaġina li jekk se jonfoq lira jrid idaħħal mija!", "Dawn id-djar se jkunu f'idejn il-konsorzju u m'humiex se jkunu bil-punti taħt xi skema tal- housing authority!", "Għalhekk il-konsorzju m'huwiex se jibni dawn id-djar biex ibigħhom lin-nies ta' Bormla, ta' l-Isla u tal-Birgu.", "Jien naqbel li għandna nħalltu imma trid tħallat biċċa u biċċa u ma tistax taqbad, per eżempju, Ħaż-Żebbuġ u Birkirkara, għaliex huma postijiet storiċi, u tibda tħallat u tibni!", "Jiġifieri dawn id-djar m'humiex se jinbnew għan-nies tal- Kottonera.", "Kien hawn xi ħadd li qal li l-prezz tal-proprjeta' f'Bormla, l-Isla u l- Birgu diġa' beda tiela'.", "Mela l-prezz tal-proprjeta' diġa' qed jogħla u l- art tal-gvern u dawk il-palazzi kollha li qed nagħtuhom bix-xelini issa se jinbiegħu bl-eluf.", "Il-poplu għandu dritt ikun jafhom dawn l-affarijiet u mhux konna noqogħdu ngħidulu li ma kienx se jista' jmur jgħum jew li tar- ruġġata ma kienx se jkollu minn fejn ibigħ!", "Illum in-naħa l-oħra qed tidħak imma dak inhar ma daħkitx għaliex kienet miftehma ma' wieħed mit- tnax li kellu Kristu biex hu jissapportja lilhom u huma jissapportjaw lilu.", "Illum il-Perit Mintoff qed jgħid li kienu n-Nazzjonalisti li vvotaw miegħu u mhux hu vvota magħhom.", "Imma safejn naf jien il-Perit Mintoff ma kellux xi partit għalih!", "Peress li l-Perit Mintoff kien qed jiddefendi l-konsorzju, il-Partit Nazzjonalista ntrabat miegħu li jekk jitla' fil-gvern jagħti sehem lill-konsorzju tant li minflok reġgħu talbu lill-isteering committee biex joħroġ offerti ġodda għaliex kien inbidel kollox riedu li jitpoġġew Lm2 miljun bħala garanzija u mhux Lm1 miljun u l-oħrajn ma poġġew xejn għaliex skond huma kienu se jagħmlulhom pjaċir.", "Aħna qatt m'għidna li l-Maltin m'humiex kapaċi, anzi lill-Maltin konna se nagħtuhom 60% u lill-barranin konna se nagħtuhom 40%.", "Aħna ridna li l- ewwel inlestu u mbagħad inbigħu u mhux naqbdu u nagħtu l-art, bħalma sar fil-każ ta' Chambrai, fejn l-art ingħatat b'Lm10,000 fis-sena u l-bejgħ sar minn min xtara l-art.", "F'dan il-każ qed tingħata wkoll l-art lill- consortia u se jkunu huma li jibnu l-postijiet, anzi għall-ewwel tajnihom li jibnu l-penthouses fuq il-palazzi wkoll.", "Barra minn hekk, il-yacht marina se ssir fuq żewġ naħat u mhux fuq naħa waħda tal-bajja kif kien propost fi żmienna.", "Fil-fatt jien naf li l-maritime authority qalet lill- gvern li l-yacht marina huwa wieħed mill-iktar sorsi li jirrendi f'dan il- proġett u għalhekk m'għandux jitlaqha.", "Sur President, hawn ġew sar ukoll ħafna biki fuq il-barklori pero' ta' min ifakkar ukoll li kien gvern Nazzjonalista li telaq lill-barklori u kien Matty Grima, illum mejjet, li reġa' ġabarhom.", "Fil-fatt il-gvern Laburista kien għadda liġi li kull vapur li jidħol x-xatt ried iħallas somma flus li mbagħad kienet titqassam lill-barklori u dak inhar l- oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet ħafna storbju għaliex qalet li ma kienx sewwa li l-barklori jitħallsu meta ma kenux qed jaħdmu.", "Ma rridux ninsew ukoll li kien gvern Laburista li rranġa x-xatt u ta dritt lin-nies tax-xatt li jaħdmu.", "Nispera li meta niġu għall-proġett tat-terminal tax- xatt, il-gvern ma joqgħodx jgħid li kellu kollox ippjanat għaliex issa drajna nisimgħu li kien hemm l-istudji lesti u ħafna affarijiet minn dawn.", "Niftakar li anke fuq il-proġett tal-moll taċ-Ċirkewwa u fuq il-vapuri tal- Gozo Channel kienu qalu li saru l-istudji neċessarji pero' aħna ma sibna xejn meta tlajna fil-gvern.", "Aħna tant għandna fiduċja fil-Maltin li meta ridna nwaqqfu l-Air Malta l-ewwel li ma bagħat għalihom il-Perit Mintoff kien għall-Maltin pero' dawn qalulu li ma kellhomx biex iwaqqfu l-Air Malta.", "Dak iż-żmien kienu jgħajruna li qed intajru l-għasafar taċ-ċomb pero' kemm kien hawn min sar sinjur minn fuq l-għasafar taċ-ċomb u kemm sar dandin fl-għeluq il-25 sena mit-twaqqif ta' din il-kumpannija!", "Illum kulħadd iridha l-Air Malta bħalma kulħadd irid l-Gozo Channel li ġabha fuq saqajha gvern Laburista.", "Qabel ħadd ma riedhom dawn il-kumpanniji għaliex kienu jgħidu li ma kenux tajbin.", "In-naħa l-oħra bħalissa qed tiftaħar ħafna bil-banek tagħna pero' ta' min ifakkar li kien gvern Laburista li salvahom, allavolja konna niġu mgħajra mill-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien li sraqna l-banek.", "Il-gvern Laburista kien iddeċieda li jinnazzjonalizza l-banek għaliex kien daq it-togħma qarsa tal-BICAL u tal- Bank of Alderney - dawn kienu banek li nġiebu fi żmienkom - li kienu fallew.", "(Interruzzjonijiet) Il-gvern Laburista kien ħa f'idejh ukoll in- National Bank għaliex ma riedx li l-ħaddiem li kellu flusu investiti f'dan il-bank jitlifhom ukoll.", "Issa li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fil- gvern, jista' jagħti l-Bank of Valletta lil min kien jgħid li aħna sraqna u lil min kien saħansitra jappoġġja ċerti artikli li kienu jidhru f'\"The Times\".", "Għaliex ma tagħtuhulhomx?", "Jew meta tkunu fl-oppożizzjoni tgħidu mod u fil-gvern tgħidu mod ieħor?", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista qed juża l-arma li għaliex qiegħed fil-gvern se tgħaddi tiegħu.", "Fil-fatt ħadd m'hu se jżommu milli jgħaddi dan il-proġett pero' meta l-Partit Laburista jerġa' jkun fil-gvern - allavolja kien hawn xi ħadd għaref li qal li qatt m'hu se nerġgħu nkunu fil- gvern - jerġa' jara l-mod kif saru l-affarijiet u xi ftehim kien hemm ma' dan il-konsorzju għaliex il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf.", "Il-gvern qed jgħid li dan il-proġett se jħaddem 800 ruħ pero' meta dawn l-affarijiet għidnihom aħna kienu jidħku u saħansitra kien hemm wieħed min-naħa tagħna li ried in-numri preċiż u fejn konna se nħaddmuhom!", "Allura kellna raġun ngħidu li dak il-proġett kien vijabbli.", "Anzi nista' ngħid li bħala gvern konna kapaċi mmexxu, allavolja kellna l-mixtrijin fi ħdanna.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet biex jibqgħu mniżżlin fir-records ta' dan il-parlament ħalli min jiġi warajna jkun jaf x'għamel Mintoff u kif ikkonfoffa ma' l- oppożizzjoni Nazzjonalista biex iwaqqa' l-gvern Laburista fuq żewġ affarijiet li llum qed jerġgħu jitressqu mill-gvern Nazzjonalista, li huma l-liġi tat-turiżmu u l-proġett tal-Kottonera.", "Issa fuq xiex tridu consensus?", "Fuq dan il-proġett li lanqas nafu x'qiegħed isir!(Interruzzjonijiet) Il-Partit Laburista m'huwiex lest li jagħti l- consensus tiegħu fuq dan il-proġett għaliex ma nafu xejn x'hemm warajh tant li lanqas biss reġgħu ntefgħu tenders ġodda.", "Minn dawk is-sigħat kollha li għamilna niddiskutuh fil-Public Accounts Committee ma ħareġ xejn u ridtu biss iddaħħku lin-nies għaliex lanqas ridtu tispjegaw lill-poplu Malti x'ġara u kif saru l-affarijiet.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici meta jgħid li rridu niġbdu t-turisti lejn il-Kottonera għaliex bħal ħafna rħula Maltin il-Kottonera għandha l-istorja tagħha u jagħmel sewwa li jiġġieled għall-Kottonera.", "Imma rrid ngħid li l-Kottonera ma bdietx illum u kienu gvernijiet Laburista li ħadu ħsiebha għaliex f'disa' snin u nofs ma sar xejn mill- gvern Nazzjonalista fil-Kottonera.", "Aħna f'sena u tmien xhur ipprovajna nbiddlu l-Kottonera minn lejl għal nhar u kienu saru trattattivi mad- dockyard biex jibda jitwaqqa' l-ħajt ta' Bormla.", "Pero' meta ressaqna r- riżoluzzjoni f'dan il-parlament u n-naħa l-oħra xammet li kien hemm min baqa' barra pprovat tagħmel l-bsaten fir-roti u sar il-ftehim ma' Mintoff - u anke ma' xi oħrajn li pero' mbagħad stħaw jivvotaw kontra - biex jivvotaw kontra dan il-proġett.", "Għalhekk għamel sewwa l-prim ministru ta' dak inhar, l-Onor.", "Alfred Sant, li qies il-proġett tal-Kottonera bħala vot ta' fiduċja fil-gvern għaliex meta tkun deputat ma' partit li jkun tela' fil-gvern bil-programm tiegħu trid toqgħod għal dak li jgħid il- leader li jkun ġie maħtur mill-konferenza ġenerali.", "Il-Perit Mintoff ma kellu l-ebda dritt jiġi hawnhekk u jivvota kontra l-leader tagħna.", "Nesa l-Perit Mintoff li kien hu li għallem lil-Laburisti li meta jridu jagħmlu xi ħaġa għandhom imorru quddiem il-konferenza u quddiem l-eżekuttiv.", "Għalhekk imissu ġie quddiem il-konferenza u quddiem l-eżekuttiv u mhux ftiehem ma' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex iwaqqa' l-gvern.", "Il-Perit Mintoff waqqa' l-gvern fuq riżoluzzjoni li llum ma nbidel xejn minnha, anzi saret iktar maħmuġa milli kienet qabel.", "Niftakar ukoll li kien qal li Sant'Anġlu jittieħed over his dead body pero' llum jaf li Sant'Anġlu ħaduh anke jekk mhux over his dead body, hu ħa sehmu, telaq minn hawn u vvota kontra l-Gvern Laburista li kien imtella' legalment u li kellu l-maġġoranza tal-poplu warajh.", "Il-Perit Mintoff ma kellu l-ebda dritt imur waħdu kontra dik ir-riżoluzzjoni meta l- maġġoranza tal-membri parlamentari Laburisti kienu jaqblu mar-riżoluzzjoni.", "Huwa kien miftiehem mal-Partit Nazzjonalista u llum il-gvern Nazzjonalista beżaqlu mis-sunnara u urih li kien żbaljat għaliex l-istess riżoluzzjoni ħammiġha iktar u mhux talli ħalla l-kondizzjonijiet tad-99 sena u tal-fairway talli żied il-Kalkara, ta iktar aċċess għall-banda oħra u ta Sant'Anġlu.", "Il-Partit Nazzjonalista daħak bil-Perit Mintoff u hu se jibqa' mniżżel fl-istorja li ttradixxa lill-Partit Laburista għaliex kien miftiehem mal-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Sakemm ikollok xi ġakbin issir taf kollox!", "Sur President, wasalt biex nagħlaq u għalhekk se nressaq din l-emenda:", "\"E\" Il-klawsola 1.2 f'paġna 5 tiġi mħassra u sostitwita b'dan li ġej:", "\"The said annual consideration payable as above explained shall be related pro-rata on the basis of the area being allocated as per rate specified in the draft contract of June 1998.\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nissekonda.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Sur President, nagħlaq billi ngħid li qgħadt insemmi l-istorja biex jibqa' mniżżel fir-records ta' dan il-parlament li l-Partit tal-Ħaddiema għamel sewwa li ta raġun lil-leader, l-Onor.", "Alfred Sant, li kien prim ministru dak iż-żmien, lil sieħbi l-Onor.", "Charles Buhagiar, li ħadem il-proġett, lil sieħbi l-Onor.", "Karmenu Vella u lid- Deputy Leader, li mexxa l-isteering committee, għaliex ħafna mill- affarijiet li konna ressaqna aħna f'dik ir-riżoluzzjoni ma nbidlux.", "Aħna se nivvotaw kontra din ir-riżoluzzjoni mhux għax hemm konsorzju iswed u konsorju abjad imma għaliex l-affarijiet ma sarux sew.", "La dak il- kuntratt kien ġdid suppost infetaħ mill-ġdid u suppost sar steering committee ġdid biex jara li l-affarijiet isiru sewwa.", "Ma tistax tagħti biċċa art ta' Lm1 miljun għal Lm250,000 kera u f'daqqa waħda tagħtiha d- doppju u tgħid li daħħalt iktar għaliex hija ħaġa ovvja li jekk se tagħtiha b'iktar se ddaħħal iktar.", "Aħna se nivvotaw kontra dan il-proġett mhux għax ma rridux li l-Kottonera tiġi żviluppata imma għaliex aħna rridu li minn dan il-proġett igawdu n- nies tal-Kottonera u mhux igawdu biss l-ispekulaturi u dawk li għandhom interess mhux li jsebbħu l-Kottonera imma li jdaħħlu l-flus mill-bejgħ ta' l-artijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li wasal il-ħin li nfakkru daqsxejn lil din il-Kamra li f'dan id-dibattitu qegħdin niddiskutu riżoluzzjoni mressqa mill-ministru għall-ambjent li tgħid li art, bini u dritt ta' irmiġġ fil-Birgu, fl-Isla u fil-Kalkara jiġu mogħtija b'titlu ta' ċens temporanju lil żewġ konsorzj,i li huma Port Cottonera Ltd. u Cottonera Waterfront Group Plc għall-iskopijiet u taħt il-patti u l-kondizzjonijiet li huma msemmija f'abbozz ta' kuntratt li diġa' tqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Irrid infakkar lid-deputati li dan id-dibattitu qiegħed isir wara serje ta' laqgħat li saru fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi li, jekk m'iniex sejjer żball, ħadu madwar 19-il siegħa ta' diskussjoni u issa qegħdin hawnhekk biex niddibattu din ir-riżoluzzjoni wara l-informazzjoni kollha li ħarġet mill-mistoqsijiet u mit-tweġibiet li ngħataw waqt il-laqgħat tal- kumitat.", "Allura filwaqt li kulħadd jifhem li f'ċerti interventi li jsiru mill-Onor.", "Membri, speċjalment min-naħa ta' l-oppożizzjoni, jiddaħħlu ċerti elementi li jfakkruk f'sitwazzjonijiet li għaddejna minnhom bejn wieħed u ieħor għaxar xhur ilu, irridu nfakkru lilna nfusna li aħna qegħdin hawnhekk biex niddibattu proġett kbir u importanti kemm għal pajjiżna u kif ukoll għall-Kottonera.", "L-iskop tagħna bħala deputati ta' dan il-parlament huwa li niddibattuh u nressqu r-raġunijiet għaliex din il-Kamra għandha jew m'għandhiex tivvota favur din ir-riżoluzzjoni, kif imressqa mill-ministru u kif sussegwentement proposta li tiġi emendata minnu stess.", "Fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq inressaq ir-raġunijiet tiegħi għaliex din il-Kamra għandha tivvota favur din ir-riżoluzzjoni li qed tagħti art, bini u dritt ta' irmiġġ bil-kondizzjonijiet kif imsemmija fl- abbozz ta' kuntratt salv l-emendi li diġa' semmejt.", "Irrid nibda dan id- diskors billi nelenka dawn ir-raġunijiet u nipprova nidħol fid-dettall ta' kull raġuni biex meta niġu biex nivvotaw kulħadd ikollu quddiem għajnejh b'mod ċar għaliex in-naħa tal-gvern qed tirrakkomanda li din ir- riżoluzzjoni tiġi approvata minn dan il-parlament.", "Jien nikkonsidra li l-ewwel raġuni għaliex din il-Kamra għandha tapprova din ir-riżoluzzjoni toħroġ mill-istqarrija li għamel il-ministru għall- ambjent f'din il-Kamra meta poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u l-pjanti relatati ma' dan il-proġett.", "F'din l-istqarrija l-ministru kien qal li f'dan l-istadju konna qegħdin inwettqu wegħda elettorali tal- Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fil-fatt irrid infakkar lil kulħadd li dan il-proġett bil-kondizzjonijiet miktuba f'dan l-abbozz ta' kuntratt huwa twettiq ta' wegħda elettorali msemmija b'mod speċifiku fil-programm elettorali ta' dan il-gvern li bih rebaħ l-appoġġ tal-maġġoranza tal-poplu.", "Dan ifisser li l-maġġoranza tal-poplu tagħna jrid li l-impenji elettorali li saru jitwettqu u f'dan il-każ hemm impenn ċar li joħroġ mill-programm elettorali - li huwa wkoll il-programm ta' ħidma ta' dan il-gvern - li jgħid hekk:", "\"Il-proġett tax-xatt tal-Kottonera jingħata prijorita'.", "In-nies jibqgħu jgawdu l-użu tal-mollijiet, ikun hemm programm għar-restawr tal-bini pubbliku mill-Isla sal-Kalkara, il-proġett isir mis-settur privat iżda jingħata bi proċess serju u miftuħ ta' konsultazzjoni man- nies tal-Kottonera.", "Il-baċir nru.", "1 tat-tarzna jsir attrazzjoni u jingħataw inċentivi biex jinfetħu lukandi u ristoranti fiż-żona.\".", "Dan kollu nsibuh miktub fil-programm elettorali tagħna li jiġbor fih l- impenji li jridu jitwettqu minn dan il-gvern fil-ħames snin li ġejjin.", "Issa se ndur din il-ġabra ta' wegħdiet waħda waħda biex naraw x'ifissru u naraw jekk dak li qed nagħmlu f'dan il-parlament permezz ta' dawn id- dibattiti humiex qed jilħqu dan l-impenn elettorali.", "L-ewwelnett għidna li l-proġett tal-Kottonera kien se jingħata prijorita' u naħseb li l-Onor.", "Francis Zammit Dimech ta prova ta' dan meta ġie quddiem din il-Kamra u spjega kif dan il-proġett ingħata prijorita' għaliex wara biss tmien xhur fil-gvern tressqet proposta - li kien diffiċli ħafna biex wasalna għaliha f'perijodu daqshekk qasir - fejn irnexxilna nġibu flimkien żewġ consortia li għarfu li bejniethom iridu jagħmlu dan it-tip ta' żvilupp kif propost għall-ġid tal-Kottonera u għall-ġid tal-pajjiż.", "Fil-fatt dalgħodu nnotajt li fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Charles Buhagiar aċċetta l-fatt li l-Ministru Zammit Dimech irnexxilu jagħmel biċċa xogħol li ma kenitx faċli.", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech irnexxilu jwassal lil kulħadd għall-konklużjoni li għandha titressaq proposta illi fil-verita' kulħadd jaf li hija ħafna aħjar minn dik li kellu quddiem dan il-parlament għaxar xhur ilu.", "Dan ifisser li l-prijorita' ngħatat bil-fatti u issa wasalna fi stadju fejn se nagħlqu fażi importanti għaliex se tingħata l- awtorizzazzjoni ta' l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex il-gvern ikun jista' jissiġilla dan il-kuntratt u jkun jista' jgħaddi għall-fażijiet l- oħra bħalma huma l-permessi meħtieġa mill-planning authority biex ix-xogħol ikun jista' jibda kemm jista' jkun malajr.", "It-tieni wegħda kienet illi l-ftehim li jintlaħaq jagħti garanzija li l- poplu Malti u Għawdxi kollu jgawdi l-użu tal-mollijiet.", "F'dan il- parlament smajna ħafna diskors dwar x'għamilna għaxar xhur ilu u ssemma l- għawm u s-sajd, pero' l-kwestjoni kollha kienet li meta aħna konna fl- oppożizzjoni enfasizzajna l-fatt li qatt ma konna se naċċettaw li l- mollijiet li jifformaw parti mit-territorju ta' pajjiżna b'xi mod jew ieħor jingħataw lill-privat mingħajr ma l-poplu Malti u Għawdxi jkollu d- dritt bil-liberta' kollha li jgawdi l-użu tagħhom.", "Din kienet l-ikbar bone of contention li kellna f'Ġunju tas-sena li għaddiet.", "Issa aħna ġejna quddiem dan il-parlament b'abbozz ta' kuntratt li fost il-kondizzjonijiet kollha li għandu jiggarantixxi illi l-poplu tagħna jibqa' jgawdi l-użu tal- mollijiet bil-liberta' kollha.", "Sur President, fil-programm elettorali tagħna wegħidna wkoll programm ta' restawr tal-bini pubbliku mill-Isla sal-Kalkara.", "Il-proġett li ressaq l- Onor. Zammit Dimech quddiem dan il-parlament jaħseb biex jinkludi restawr ta' bini antik, storiku u sabiħ li prattikament jinsab max-xatt kollu, mill-ponta ta' l-Isla sal-Kalkara.", "Din il-wegħda ġiet imwettqa fil- kondizzjonijiet ta' l-abbozz ta' kuntratt li din il-Kamra qed tiddiskuti.", "Wegħidna wkoll li dan il-proġett isir mis-settur privat.", "Fil-fatt dan il- proġett se jsir mis-settur privat fuq livell ta' investiment li huwa iktar mid-doppju ta' dak l-investiment li kien maħsub mill-amministrazzoni Laburista għaliex fil-fatt fejn qabel is-settur privat suppost kien se jinvesti minimu ta' Lm6 miljun, issa se jinvesti minimu ta' Lm16 miljun.", "Sur President, f'din il-ġabra ta' wegħdiet li għamilna għidna wkoll li l- proċess kollu li jwassal għall-abbozzar tal-kuntratt, għan-negozjar tal- kondizzjonijiet u finalment għall-approvazzjoni ta' dan il-parlament ikun wieħed serju u miftuħ.", "Fil-fatt irrid nenfasizza li dan il-gvern wettaq din il-wegħda f'dan l-eżerċizzju kollu mill-bidu sa l-aħħar u s'issa uża proċess serju u miftuħ biex ikun hemm dibattitu sħiħ li jidħol fid-dettalji li jkun hemm bżonn ħalli dan il-parlament ikun jaf għal xiex qed jivvota u x'qiegħed jawtorizza.", "Iktar tard fid-diskors tiegħi nerġa' lura għal dan il-punt għaliex naħseb li ta' min nirriflettu ftit fuq il-proċedura li ntużat u fuq l-esperjenza li ġbarna flimkien matul dawn l-aħħar għaxart ijiem fid-dibattiti tal-kumitat tal-kontijiet pubbliċi.", "Wegħidna wkoll li jkun hemm konsultazzjoni man-nies tal-Kottonera.", "Kif diġa' spjega l-ministru, matul dawn ix-xhur saru laqgħat mal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet li huma interessati f'dan l-iżvilupp, dawn il-laqgħat komplew sa ftit ġranet ilu u jien m'għandix dubju li se jitkomplew għaliex dan huwa proċess kontinwu li jitlob li f'dan l-iżvilupp ikun hemm il-parteċipazzjoni biex jingħataw l-ideat u jkun hemm qbil fuq l-ideat bejn il-kunsilliera li jirrappreżentaw lit-tlett ibliet u l- Kalkara, il-gvern u l-consortia li se jkunu responsabbli mit-twettiq ta' dan il-proġett.", "Fl-aħħarnett wegħidna wkoll li jingħataw inċentivi biex jinfetħu lukandi u ristoranti.", "Jien naħseb li l-kondizzjonijiet tal-kuntratt fihom infushom għandhom mibnijin ċerti inċentivi biex isir dan it-tip ta' investiment li jkun parti mill-proġett sħiħ li huwa maħsub għall-Kottonera.", "Sur President, għalhekk jien ngħid li l-ewwel raġuni għaliex din il-Kamra għandha tapprova dan il-kuntratt bil-kondizzjonijiet li qed jiġu proposti u r-riżoluzzjoni kif imressqa mill-ministru hija li l-elettorat Malti jridna nagħmlu dan il-proġett.", "Dan kien wieħed mill-impenji tal-Partit Nazzjonalista li llum sar parti mill-programm ta' ħidma ta' dan il-gvern biex dan il-proġett isir realta'.", "Fl-opinjoni tiegħi, it-tieni raġuni għaliex din il-Kamra għandna tapprova dan il-proġett hija li dan huwa proġett ta' dimensjoni nazzjonali.", "Iktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi nispjega kif dan il-proġett se jkun ta' benefiċċju għall-Kottonera pero' qabel xejn ngħid li dan il-proġett għandu wkoll dimensjoni nazzjonali.", "Fil-fatt ċertu diskors min-naħa ta' l-oppożizzjoni donnu jagħti x'jifhem li hemm qbil li dan il-proġett għandu jsir u naħseb li nkun korrett jekk ninterpreta lill-oppożizzjoni b'dan il-mod.", "Meta kien tressaq dan il- proġett mill-amministrazzjoni Laburista, aħna bħala oppożizzjoni dak iż- żmien konna ddikjarajna b'mod miftuħ - u dan id-diskors għidtu jien u huwa mniżżel fir-records ta' din il-Kamra - li huwa importanti li dan il- proġett iseħħ fl-interess tal-Kottonera u fl-interess ukoll tal-pajjiż.", "Issa rrid nispjega għaliex qed ngħid li dan il-proġett għandu dimensjoni nazzjonali.", "L-ewwelnett dan il-proġett jirrikonoxxi li f'pajjiżna hawn potenzjal qawwi f'ċerti nħawi tal-gżejjer tagħna li għadu ma ħariġx u dan il- proġett, kif imressaq minn dan il-gvern, qed jipprova joħroġ il-massimu possibbli fl-interess ta' pajjiżna minn inħawi f'pajjiżna li sal-lum kien għadu m'huwiex użat biżżejjed.", "Jeżisti potenzjal moħbi li s'issa gvernijiet differenti ma rnexxilhomx joħorġu l-aqwa tiegħu għall-ġid tal- pajjiż.", "Dan il-potenzjal insibuh f'ħafna oqsma pero' mingħajr ma ntawwal iżżejjed se nsemmi punt wieħed - għaliex m'għandix dubji li hemm kelliema oħra minn din in-naħa tal-Kamra li jistgħu jitkellmu iktar fid-dettall dwaru - u hawnhekk qed nitkellem fuq il-potenzjal li proġett bħal dan jista' joffri fis-settur turistiku.", "Dan il-proġett se jżid mat-teżori li għandu pajjiżna biex jattira turiżmu ta' kwalita' u allura dan il-proġett għandu wkoll il-ħsieb li jseddaq l-investiment ta' pajjiżna f'wieħed mill- iktar pilastri importanti ta' l-ekonomija tagħna.", "B'dan l-iżvilupp inkunu żidna xi ħaġa importanti li tiġbed lejn pajjiżna iktar turisti ta' kwalita' li jiġu hawnhekk, isibu x'jaraw u jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin tagħhom b'valur u bi kwalita'.", "Dan it-tip ta' proġett jatttira lejh tip ta' turiżmu li jkun ftit iżjed speċjalizzat għaliex l-iżvilupp tal-Kottonera ma jfissirx biss xemx u baħar imma huwa żvilupp ta' bini storiku u li joħroġ il-potenzjal tal-kultura u l-istorja ta' pajjiżna u allura jkun attrazzjoni mhux biss għat-turisti li jżuruna fis-sajf imma anke għal dawk it-turisti li jiġu matul is-sena kollha.", "Pajjiżna għandu bżonn dan it-tip ta' investiment biex jiġbed lejh turisti li jiġu f'xhur li nieħdu iżjed pjaċir bihom, kif donnu qed turi d-direzzjoni li mexjin lejha.", "Barra minn hekk, dan il-proġett ma jikkontribwixxix biss lejn is-settur turistiku għat- tisħiħ ta' l-ekonomija tagħna imma jista' jikkontribwixxi minn aspetti differenti.", "Dan il-gvern jemmen bis-sħiħ li pajjiżna għandu jservi ta' hub li minnu nagħtu servizzi li jitgawdew min-nies li jiġu f'pajjiżna u li jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet.", "Fil-fatt il-proġett tal- Kottonera bil-faċilitajiet ta' yacht marina tajba u up to standard jinkwadra ruħu perfettament f'politika ta' żvilupp ekonomiku fejn inkunu nistgħu nippreżentaw lil pajjiżna bħala hub li jkun jista' joffri firxa ta' servizzi.", "Aħna rridu li l-proġett tal-Kottonera jseħħ ukoll minn dan il- lat.", "Dan il-proġett jagħti wkoll spazju għall-investiment mis-settur privat.", "Il-gvern Nazzjonalista jemmen bis-serjeta' u mhux bil-paroli li l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem jekk is-settur privat ikollu fiduċja f'dan il- pajjiż u jkollu l-kuraġġ li jinvesti f'pajjiżna.", "Fil-fatt dan il-proġett jagħti nifs lis-settur privat biex ikun jista' jinvesti u huwa ta' unur għalina li l-ministru fi tmien xhur irnexxilu jġib żewġ consortia flimkien li se jagħmlu investiment sostanzjali ta' diversi miljuni ta' liri fi proġett li se jkun ta' ġid għall-pajjiż kollu kemm hu.", "Din hija prova bil- fatti li aħna rridu ninkoraġixxu lis-settur privat biex jinvesti f'pajjiżna għaliex dan huwa proġett li se jirrendi lis-settur privat u lill-pajjiż kollu kemm hu.", "Apparti minn dan, il-proġett tal-Kottonera huwa wkoll vot ta' fiduċja fil- futur ta' pajjiżna għaliex investiment ta' Lm16 miljun minimum m'huwiex ċajta.", "Issa b'dawn is-Lm16 miljun u bit-Lm83 miljun tal-HSBC qed nuru bil- fatti li f'pajjiżna se nġibu l-ġid, il-fiduċja u d-direzzjoni, tgħid x'tgħid l-oppożizzjoni.", "Meta tqis li għandek żewġ consortia li lesti li jagħmlu dan l-investiment f'lukandi, f'ristoranti, f'casinos u fi żvilupp ta' yacht marina juri vot ta' fiduċja qawwi f'pajjiżna.", "Huwa veru li dan il-proġett se jinkludi wkoll l-investiment barrani li kien hemm qabel u jien ngħid li għad irid ikun hemm iżjed għaliex dan bħal kalamita li tiġbed iktar investiment lejn pajjiżna.", "L-oppożizzjoni għad trid tara dan l-investiment barrani jikber f'mewġa li diġa' kellna prova tagħha matul dawn l-aħħar xahrejn għaliex meta l-pajjiż ikollu direzzjoni, il-fiduċja mill-investituri barranin f'pajjiżna tikber.", "Sur President, dan il-proġett għandu dimensjoni nazzjonali għaliex joffri wkoll opportunitajiet ta' xogħol mhux biss fil-qasam tal-kostruzzjoni sakemm jitlesta l-proġett li jien inqisu bħala xogħol temporanju imma huwa investiment li jġib lejn in-naħa t'isfel ta' pajjiżna opportunitajiet ta' xogħol b'kondizzjonijiet dinjitużi għall-ġid personali ta' dawk il- ħaddiema u għall-ġid tat-tlett bliet u tal-Kalkara li huma milquta direttament minn dan l-investiment.", "Dan il-proġett se joħloq impjiegi fis-settur turistiku, fis-settur tas-servizzi u fil-qasam tar-retailing.", "Issa jien m'iniex se noqgħod insemmi l-figuri bħalma kien ġara għaxar xhur ilu imma ngħid biss li se jkun proġett li se joħloq opportunitajiet ta' xogħol tajba għall-Maltin u l-Għawdxin kollha imma b'mod partikolari għan- nies tal-Kottonera.", "Għalhekk nemmen li l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra għandhom jivvotaw favur din ir-riżoluzzjoni li qed tipprovdi proġett importanti b'dimensjoni nazzjonali qawwija.", "Niġi issa għat-tielet raġuni li tirrigwarda wkoll id-dimensjoni reġjonali ta' dan il-proġett.", "Sur President, in-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari l-Kottonera, tirrappreżenta l-benniena ta' l-istorja importanti ta' pajjiżna.", "M'iniex se noqgħod nirripeti dak li qalu kelliema oħrajn, b'mod partikolari dak li qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, fejn spjega x'tirrappreżenta l- Kottonera u kemm hija parti magħġuna mill-perijodu l-iktar importanti ta' pajjiżna rappreżentat ukoll mill-monumenti li nsibu f'din iż-żona.", "Pero' ta' min jgħid ukoll li l-Kottonera sofriet ħafna fil-gwerra, sofriet minħabba l-mod kif żviluppat l-ekonomija ta' pajjiżna u minħabba l-mod kif żviluppat l-industrija f'dawk l-inħawi.", "Il-Kottonera kellha potenzjal qawwi pero' sofriet biex tkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Għalhekk id- dimensjoni reġjonali f'dak li qed nipproponu lil din il-Kamra huwa importanti u jiġġustifika li għandna nivvotaw favur dan il-proġett.", "Nerġa' nirripeti dak li qal il-Ministru Zammit Dimech fl-istqarrija tiegħu f'dan il-parlament u fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu meta qal li dan huwa parti minn proġett ta' riġenerazzjoni li huwa importanti ħafna għall-pajjiż u għalhekk il-proġett fih innifsu se jkun iċ-ċavetta li tistimola affarijiet oħra ta' riġenerazzjoni tal-Kottonera kollha kemm hi.", "Dan il- proġett ikompli jistimola lilna lkoll biex nindirizzaw l-isfidi soċjali, l- isfidi ambjentali u l-isfidi li nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi kulturali li nsibu f'dawn l-inħawi.", "Sur President, dan il-proġett huwa parti importanti minn viżjoni iktar wiesgħa għall-Kottonera kollha u għalhekk irridu nilqgħu l-isfida biex inkissru l-istigma u l-perceptions ħżiena, kultant mgħawġa, li jimmilitaw kontra dawn il-partijiet ta' pajjiżna u dan għandna nagħmluh billi noħorġu s-sabiħ kollu u minflok nenfasizzaw id-diffikultajiet, nisħqu fuq it- tajjeb.", "Dan huwa proġett li fih innifsu jinvesti biex joħroġ dan kollu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Jien ma nistax nitkellem fuq dan l-iżvilupp kollu fil-Kottonera mingħajr ma ngħid li qed isiru affarijiet oħra li ma nsibuhomx fil-kuntratt li għandna quddiemna.", "Per eżempju, wieħed jista' jsemmi l-inizjattivi li qed nieħdu fil-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali, l-iskemi li ġew imnedija mill-housing authority f'dawn l-aħħar sitt xhur, l-inizjattivi li ħadna biex nibagħtu periti fid-djar li jgħixu fihom in- nies tal-Kottonera, il-proġett ta' slum clearance, il-proġett ta' servizzi fil-komunita', il-proġetti ta' l-embellishment ta' l-ispazji li għandna fil-Kottonera u tant affarijiet oħra.", "Dan ix-xogħol kollu ilu għaddej matul dawn it-tmien xhur u huwa parti minn kwadru ħafna iktar miftuħ.", "Hawnhekk irrid nindirizza punt partikolari li tqajjem dalgħodu mill-Onor.", "Charles Buhagiar fid-diskors tiegħu meta qal li hija oxxenita' li f'dan il- kuntratt insibu li jridu jinbnew 110 appartament residenzjali fil-proġett innifsu.", "Sur President, meta nisma' dawn l-affarijiet ngħid li hemm oċean jaqsam bejn il-mod kif l-oppożizzjoni u l-gvern iħarsu lejn il-Kottonera u meta nisma' li l-Kottonera għandha bżonn social housing u mhux il-110 appartament nibda naqleb għajnejja għaliex ma nkunx qed nifhem x'qed ngħidu!", "L-Onor.", "Charles Buhagiar qed jgħid li minflok nibnu appartamenti li jkunu up to standard fil-Kottonera għandna nikkonċentraw biss u esklussivament fuq is-social housing, tant li ddeskrivihom bħala oxxenita' u qed jeħodha bi kbira li fil-kuntratt hemm l-obbligu li jinbnew 110 appartament ta' kwalita'!", "Dawn x'affarijiet huma!", "L-Onor.", "Buhagiar irid jikkundanna lill- Kottonera għal-livell ta' social housing biss!", "Jien ngħid li la fil- Kottonera u lanqas imkien ieħor f'Malta m'għandna naħdmu b'dan il-mod u għalkemm diġa' għandna problema kbira ta' akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna, ma nistgħux nikkonċentraw l-akkomodazzjoni soċjali f'roqgħa waħda għaliex inkunu qed noħolqu ghettos u firda soċjali li tista' tagħmlilna ħsara fit-tessut soċjali tagħna.", "Allura rridu li l-appartamenti lussużi jsiru biss in-naħa ta' Tas-Sliema u n-naħa tal-Kottonera ma jsir xejn?", "Mhux ta' b'xejn li kultant lanqas nibdew niftehmu fuq l-iktar affarijiet bażiċi!", "Jien kont nippretendi li l-Onor.", "Charles Buhagiar japprezza li se jinbnew dawn il-110 appartament għaliex allura bl-istess argument tiegħu la għandna nibnu lukanda, la casino u lanqas ristoranti imma jsir biss social housing!", "Bir-rispett kollu, naħseb li dan huwa żball kbir.", "Sur President, l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel l-1996 żviluppat il-Birgu u wieħed jista' jara d-differenza bejn il-Birgu li għandna llum u dak li kellna madwar 15-il sena ilu.", "Illum din il-belt tilqa' fiha volum kbir ta' turisti.", "X'biddel il-Birgu?", "L-ewwelnett il- gvern Nazzjonalista għamel ħafna xogħol biex irranġa l-moll, investa f'mużew marittimu u l-Palazz ta' l-Inkwiżitur biddlu f'attrazzjoni turistika.", "Illum tieħu pjaċir tmur il-Birgu u tara dak in-numru ta' coaches bit-turisti.", "Fil-fatt il-ħwienet tal-Birgu llum għandhom klijentela garantita u din il-belt iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tiffjorixxi, tant li anke meta titkellem mar-residenti jgħidulek kemm huma kburin li huma stess qed jirranġaw l-ambjent tat-toroq tagħhom billi jagħmlu l-pjanti bil-fjuri.", "Dawn huma l-affarijiet li jistimolaw għaliex ħaġa ġġib oħra u t-tajjeb iġib it-tajjeb miegħu.", "Jien naf li anke fil-Birgu teżisti l-problema tal-housing u rridu nirranġaw id-djar antiki li nsibu f'din il-belt.", "Dawn l-affarijiet kollha rridu nieħdu ħsiebhom pero' li tiġi hawnhekk u teħodha kontra dan il- gvern għaliex fil-kuntratt daħħal il-kondizzjoni li jridu jiġu żviluppati 110 appartament ta' standard tajjeb, tkun qed tagħmel żball kbir u juri kemm l-oppożizzjoni għadha ma tistax tifhem kemm il-Kottonera għandha bżonn dan it-tip ta' investiment.", "Jien nittama li jkun iktar minn dan it-tip ta' investiment għaliex il-Kottonera għandha bżonn riġenerazzjoni ta' l- ambjent sħiħ tagħha, kemm l-ambjent fiżiku u kif ukoll dak soċjali.", "Dawn l-affarijiet isiru billi jkun hemm pjan serju li mbagħad awtomatikament joħloq il-ġid li jagħti stima u għarfien lill-potenzjal ta' dawn l-inħawi.", "Pero' l-istima u l-potenzjal ma jiġux biss billi ngħidu li hemmhekk irridu nagħmlu social housing.", "Din in-naħa temmen bis-sħiħ li l-potenzjal u l-istima jiġu jekk tassew nemmnu li jrid isir investiment li jirrendi kemm lin-nies tal-Kottonera u kif ukoll lill-pajjiż kollu kemm hu.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-Kamra għandha tivvota favur din ir- riżoluzzjoni għaliex dan huwa kuntratt tajjeb.", "L-Onor.", "Charles Buhagiar dalgħodu kkonkluda d-diskors tiegħu billi qal li this is a bad deal.", "Bir- rispett kollu lejh, jien ma naqbilx miegħu għaliex dan huwa kuntratt tajjeb.", "Jien nifhem ir-retroscena kollha li għexna flimkien għaxar xhur ilu imma rridu nifhmu li dan huwa kuntratt tajjeb kontra dak li kellna fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, għaliex kultant naħseb li għalkemm inkunu qed nitkellmu bil-Malti lanqas inkunu qed niftehmu.", "Il-kuntratt ta' għaxar xhur ilu kellu difett kbir - u dan joħroġ mid-diskorsi kollha li saru - għaliex kien qed jaħseb biex jagħti l-moll kollu lill-konsorzju għal 99 sena mingħajr ma l-poplu Malti jkollu dritt li jirfes l-għatba ta' dak il-moll.", "Dik kienet id-differenza u l-poplu Malti kien se jiġi mċaħħad milli jgawdi wieħed mill-isbaħ siti li għandu pajjiżna.", "Aħna ma stajniex naċċettaw din il-kondizzjoni.", "Barra minn hekk, il-proġett kif imfassal fi żmien l-amministrazzjoni Laburista kien se jikkonċentra fuq il-Birgu biss u fil-fatt il-yacht marina kienet mixħuta kollha fuq in-naħa tal-Birgu, bl-Isla u l-Kalkara jiġu abbandunati.", "Din id-darba l-proġett inbidel b'tali mod li jagħmel iktar sens u huwa mifrux biex ikun ta' ġid għall-inħawi kollha tal-Kottonera u jgawdu minnu l-Birgu, l-Isla, il-Kalkara u malli jsir progress fuq il-baċir nru.", "1 tgawdi minnu Bormla wkoll.", "Sur President, irridu nenfasizzaw li dan il-kuntratt b'differenza kbira mill-kuntratt li kien tressaq mill-Gvern Laburista huwa mfassal biex il-poplu Malti kollu jibqa' jgawdi s-sabiħ li toffri l-Kottonera.", "Hemm bżonn li naqtgħuha darba għal dejjem - allavolja lili ma ddejjaqnix - li noqogħdu nsemmu l-għawm u s-sajd u tajjeb li n-naħa ta' l-Oppożizzjoni tiftakar li kienet hi li għamlet dawn il-kondizzjonijiet fil-kuntratt li kienet ippreżentat lil din il-Kamra meta kienet fil-gvern.", "Kondizzjoni oħra li konna nsibu f'dak il-famuż kuntratt - li l-oppożizzjoni ma għoġobhiex issemmiha u jien nitlobha biex terġa' taqra d-diskors tiegħi għaliex jien meta semmejt l-għawm, is-sajd u l-barbecues kont qed nikkwota x'kien hemm fil-kuntratt - u li kienet agħar minn dawn il- kondizzjonijiet kienet tgħid li jekk il-consortium ried b'xi mod jew b'ieħor idaħħal xi limitazzjonijet oħrajn, ikunu xi jkunu, għaliex fl- opinjoni tiegħu kien ikun neċessarju for the better operation and management of a yacht marina and other commercial activities, seta' jagħmel dan taħt il-kappa ta' din il-klawsola.", "Aħna konna oġġezzjonajna għal din il-kondizzjoni u l-oppożizzjoni għandha ħabta ssemmi l-għawm, is-sajd u l- barbecues pero' ma ssemmix l-ikbar ostaklu li kien hemm f'dak il-kuntratt.", "Sur President, dan il-kuntratt li għandna quddiemna llum iħalli lill-poplu Malti jkompli jgawdi kollox, inkluż spazji u faċilitajiet.", "Naħseb li ta' min jirrifletti ftit fuq il-ħames raġuni li din il-Kamra għandha żżomm quddiem għajnejha meta tiġi biex tivvota fuq din ir- riżoluzzjoni u din tirrigwarda l-proċess li ntuża.", "Il-gvern Nazzjonalista pprova jagħmel ħiltu biex jimxi mal-pariri li ngħataw fix-xhur u fis-snin li għaddew.", "Aħna tajna kas x'kien qal Edgar Mizzi fir-rapport tiegħu meta qal li huwa ħażin li l-gvern iressaq dawn it-tip ta' affarijiet quddiem il-parlament meta jkun diġa' ffirma l-konvenju u fil-fatt aħna mxejna fuq dan il-parir għaliex għalkemm hemm letter of intent, il-konvenju għadna ma ffirmajnihx.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li dak iż-żmien kien prim ministru, kien għamel plejtu sħiħ fuq kemm kien tajjeb ir-rapport ta' Edgar Mizzi.", "Fil-fatt l-Onor.", "Zammit Dimech irnexxilu jġib l-irbit min-naħa tal- consortia li jsegwu l-kondizzjonijet kollha pero' b'konvenju li għadu m'huwiex iffirmat.", "Fir-rapport tiegħu Edgar Mizzi kien qal ukoll li għandu jkun hemm kumitat li jidħol fid-dettall ta' dawn it-tip ta' affarijiet.", "Niftakar li għaxar xhur ilu kont ressaqt emenda li kienet tgħid hekk:", "\"Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-abbozz tal-kuntratt flimkien mad- dokumenti relevanti kollha li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għandhom jintbagħtu lill-Kumitat tal-Verifika tal-Kontijiet Pubbliċi li għandu jivverifika l-kondizzjonijet kollha tal-konċessjoni enfitewtika kif proposta mill-Gvern f'din ir-riżoluzzjoni u fl-abbozz imsemmi u wara jirrelata lura lil din il-Kamra u dan mhux iktar tard mill-15 ta' Ġunju.\".", "Din l-emenda tressqet fis-seduta tat-3 ta' Ġunju tas-sena l-oħra u l- oppożizzjoni tal-lum kienet ivvotat kontra.", "Tista' issa tispjegali għaliex dak inhar kienet kontra li nirriferu l-abbozz ta' ftehim quddiem il-public accounts committee u llum hija favur?", "L-Onor.", "Francis Zammit Dimech fl-istqarrija tiegħu kien qal hekk:", "\"Irrid nagħlaq din l-istqarrija billi sinċerament nistieden lill- oppożizzjoni li jekk hi tħoss li kuntratt bħal dan nistgħu niddiskutuh u nifluh aħjar billi nirriferuh għal eżami mill-iktar dettaljat u fl- istess ħin miftuħ u trasparenti ta' xi kumitat ta' din il-Kamra, skond kif naqblu bejnietna, il-gvern preżenti jkun dispost li jagħmel dan skond il-prinċipji li jħaddan u skond pariri li kienu ngħataw rigward kif għandhom ikunu diskussi kuntratti bħal dawn.\".", "Fil-fatt aħna morna quddiem il-public accounts committee u għamilna 19-il siegħa niddibattu u niddiskutu u tant tajna kas il-punti li tqajmu waqt il- public accounts committee li l-Onor.", "Zammit Dimech ressaq ukoll emendi għall-kuntratt.", "Sur President, irrid ngħid li l-proċess li wżajna kien trasparenti u segwa l-pariri li ngħataw fil-passat, proċess li għen biex din il-Kamra tkun f'pożizzjoni li tiġi għal dan id-dibattitu b'mod li tkun iktar informata u proċess li għad irid ikompli jiġi diskuss bejnietna għaliex għad irridu naraw kif kienet din l-esperjenza u kif nistgħu ntejbuha iżjed milli għamilna s'issa.", "Dan il-proċess li għad irid jiġi jkompli jiġi żviluppat għall-ġid ta' dan il-pajjiż kien tajjeb u tana l- frott għaliex għenna nwettqu impenn elettorali ieħor.", "Nikkonkludi billi ngħid li dan huwa kuntratt b'kondizzjonijiet tajbin u jirrappreżenta muftieħ li se jiftaħ bieb għal futur isbaħ għar-residenti kollha tal-Kottonera u għal pajjżna, huwa wkoll vot ta' fiduċja u stima lill-Kottonera u jagħti prova ta' l-impenn li għandu dan il-gvern biex iżomm lill-Kottonera fost il-prijoritajiet ewlenin tiegħu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali biex iresssaq l-Aġġornament, jekk jogħġbu.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l- Erbgħa, 19 ta' Mejju, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Riżoluzzjoni dwar Enfitewsi temporanja ta' art, bini u dritt ta' rmiġġ fil- Birgu, l-Isla u Kalkara lil Port Cottonera Ltd u lil Cottonera Waterfront Group plc - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, il-mod kif mexa l-gvern s'issa fil- bejgħ ta' l-ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC huwa l-agħar mod kif tista' taħdem, speċjalment meta dak li qed isir qed jiġi ppreżentat bħala xi pass ta' modernizzazzjoni.", "F'soċjeta` żgħira bħal tagħna, f'soċjeta' inċestuża fejn jeżistu ħafna kuntatti personali, ħafna drabi jkun diffiċli li tifred l-affarijiet personali mill-affarijiet pubbliċi u għalhekk huwa iktar importanti għall-gvern tal-ġurnata li jaġixxi bl-iktar mod miftuħ.", "Nerġa' ngħid li anke meta l-affarijiet isiru fil-miftuħ, f'soċjeta' bħal tagħna, minħabba ċ-ċokon tagħha u x-xibka ta' relazzjonijiet personali li jeżistu fi ħdanha, jagħtu lok għal suspetti, aħseb u ara meta l-affarijiet isiru bil-moħbi!", "Meta l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi jiġi ppreżentat bħala xi pass ta' modernizzazzjoni u mbagħad jintuża metodu antikwat fejn l-affarijiet isiru bil-moħbi u kollox jitmexxa minn persuna waħda - f'dan il-każ mill-ministru tal-finanzi- u kollox isir ma' ftit nies, aktar jagħti lok għal suspetti li l-affarijiet ma jkunux saru b'mod sewwa.", "Il-mod kif saru l-affarijiet bil-moħbi fil-każ tal-bejgħ ta' l-ishma tal-gvern fil-Mid-Med bilfors iqanqlu tħassib.", "Jiena qrajt l-opinjonijiet ta' nies li għandhom fehmiet politiċi differenti u tkellimt magħhom ukoll fil-laqgħat li kellna u nista' ngħid li kien hemm qbil ġenerali li l-metodu ta' kif qed jiġi propost il-bejgħ u ta' kif saru n-negozjati m'huwiex aċċettabbli.", "Il-ministru tal-finanzi, l-Onor.", "John Dalli, qal li l-affarijet saru b'dan il-mod biex ma jkunx hemm min jieħu vantaġġ waqt dawn in-negozjati.", "Pero' nerġa' nirripeti li f'soċjeta' żgħira bħal tagħna huwa impossibbli li ma jkunx hemm xi ħadd li ma jkunx jaf x'inhu għaddej.", "Saħansitra anke meta n-nies jitkellmu b'mod konfidenzjali bejniethom minn hawn jew minn hemm il-kelma tiġri u tinxtered.", "Jiġifieri li tagħżel it-triq li tagħmel l-affarijiet bil-moħbi biex ma jkunx hemm min jieħu vantaġġ fil-każ tagħna ma tantx treġi.", "Jien ngħid li l-gvern seta' għażel it-triq l-oħra li jagħmel kollox fil- miftuħ u m'hemmx dubju li din it-triq kienet taqbel għal kulħadd.", "Il- gvern seta' ħabbar li l-ishma tal-Mid-Med kienu għall-bejgħ, kien joħroġ sejħa għal offerti, kumpanniji u korporazzjoni differenti kienu jitfgħu l- offerti tagħhom u kollox kien isir fil-miftuħ.", "Dan huwa l-aħjar mod kif isiru l-affarijiet biex ma jitqanqlux suspetti.", "Qed ngħid dawn l- affarijiet għaliex anke jekk l-affarijiet isiru b'mod korrett, f'pajjiżna jibda jingħad ċertu diskors li qed isir it-taħwid u t-tbagħbis, aħseb u ara meta l-affarijiet isiru bil-moħbi.", "Jekk wieħed jara x'ġara wara Jannar ta' din is-sena minn mindu l-ministru tal-finanzi beda jaħseb biex jinnegozja l-bejgħ ta' l-ishma lill-HSBC isib li fost dawk li xtraw ishma tal-Mid-Med hemm ħu wieħed minn negozjaturi li kien qiegħed imexxi dan il-bejgħ; hemm ukoll il-mara ta' wieħed min-negozjaturi; hemm ukoll sħab fin-negozju ta' wieħed min-negozjaturi u hemm ukoll uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista.", "Meta tibda tanalizza dawn l-affarijiet tinduna kemm fis-soċjeta' tagħna jeżistu relazzjonijet personali u kummerċjali bejn persuni fil-politika u persuni fin-negozju.", "Wieħed jista' jgħid li dawn kulma xtraw kienu ftit eluf u ma xtrawx il-miljuni ta' ishma.", "Imma dak m'huwiex l-argument għaliex malli ġriet il-kelma li l-Mid-Med Bank se jiġi pprivatizzat min kellu x-shares fil-Mid-Med ma tantx kien entużjast biex ibigħhom, allavolja kien hawn min kien ħerqan biex jixtrihom.", "Kieku l-affarijiet saru fil- miftuħ, ħadd ma kien ikollu dritt iqajjem mistoqsijiet dwar dawn l- affarijiet għaliex l-aħwa tan-negozjaturi, in-nisa tagħhom u sħabhom fin- negozju kien ikollhom dritt daqs ħaddieħor li jixtru dawn l-ishma.", "Imma la l-affarijiet saru bil-moħbi, allura bilfors jqumu l-mistoqsijiet u s- suspetti, speċjalment meta jkollok mezzi tax-xandir u ġurnali lokali li jagħmlu minn kollox biex fl-editorjali tagħhom jiddefendu kemm jista' jkun l-interessi tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fil-fatt jekk wieħed ikompli janalizza min xtara shares fil-Mid-Med waqt li kienu għaddejjin in-negozjati jsib anke sidien ta' kumpanniji li għandhom ishma f'kumpanniji li jikkontrollaw ġurnali bl-Ingliż u mezzi oħra tax-xandir f'pajjiżna.", "Allura tikber aktar ix-xibka ta' dawk li jkollhom interess li minflok jikxfu l-affarijiet u juruhom fid-dawl proprju tagħhom jaħbu l-affarijiet u jieħdu pożizzjoni kontra min jikkritika l-mod kif ikunu qed isiru l-affarijiet.", "Jien ngħid li l-metodu li ntuża kien mafjuż għaliex li jkollok persuna waħda bi ftit nies madwarha li qed tinnegozja l-bejgħ ta' l-ikbar bank tal-pajjiż b'dan il- mod moħbi huwa l-agħar mod ta' kif tista' tagħmel dawn l-affarijiet, iktar u iktar meta tgħid li dak li qed tagħmel qed tagħmlu biex il-pajjiż isir aktar modern.", "Il-metodu li ntuża huwa antikwat ħafna u ma jappartjenix lil soċjeta' miftuħa u demokratika u żgur li ma jagħtix eżempju ta' politika avvanzata u matura fejn min imexxi jrid juri li huwa nadif u onest.", "Illum nafu li anke meta l-affarijiet isiru b'mod miftuħ iċ-ċittadini jibdew iqanqlu s-suspetti, jibdew jgħidu li l-politika hija maħmuġa u jiskreditaw aktar il-politiċi u dawk li jkunu madwarhom għaliex jaħsbu li dak li jkunu qed jagħmlu ma jkunux qegħdin jagħmluh għall-ġid tal-pajjiż iżda għall-ġid personali tagħhom u tan-nies ta' madwarhom.", "Il-metodu żbaljat li ntuża ta wkoll riżultati ħżiena għaliex il-gvern qiegħed ibigħ l-ishma tiegħu bi prezz baxx wisq, tkejlu b'liema mod tkejlu.", "S'issa l-ministru tal-finanzi baqa' ma weġibx għaliex il-prezz tal-Mid- Med lill-HSBC kellu jaqa' minħabba r-rata ta' sogru ta' 6%.", "Meta tkun qed tbigħ bank tajjeb bħalma huwa l-Mid-Med, li qed jagħmel il-qligħ, ma tikkonsidrax biss il-passat tiegħu imma tħares ukoll lejn il-futur u ma kien hemm xejn x'juri li l-Mid-Med Bank ma kienx se jkompli jagħmel il- qligħ.", "Allura hija stramba u suspettuża ħafna li meta tiġi biex tbigħ bank tajjeb bħal dan, li tant kellu suċċessi kummerċjali, tagħmillu risk factor ta' 6%, qisek qed tbigħ kumpannija li sena wara sena kienet qed tagħmel it-telf.", "Issa l-HSBC għandhom il-fama li jixtru b'irħis banek li jkunu sejrin ħażin - u fil-fatt xtraw ħafna banek f'inħawi differenti tad- dinja li kienu sejrin ħażin - u mbagħad iħaddmuhom tajjeb u jagħmlu l-qligħ minn dak ix-xiri li jkunu għamlu.", "Il-każ tal-Mid-Med Bank huwa differenti għaliex l-HSBC qed jixtru bank li sejjer tajjeb u allura żgur li m'huwiex ġustifikat li l-ministru tal-finanzi jwaqqa' l-prezz ta' l-ishma tal-Mid-Med b'6%.", "Safejn naf jien is-soltu min ikun qiegħed jixtri jipprova jwaqqa' l-prezz u mhux min ikun qiegħed ibigħ.", "S'issa l- Ministru tal-Finanzi għadu ma ta l-ebda spjegazzjoni għaliex fil-kalkoli tiegħu tal-valur ta' l-ishma tal-Mid-Med għamel risk factor ta' 6% meta s- soltu s-6% ikun għal kumpanniji li jkunu sejrin ħażin.", "Dawn l-affarijiet ikomplu jqajmu s-suspetti u hawnhekk ta' min jistaqsi: Ta' min kien l-interess li jbigħ l-Mid-Med Bank lill-HSBC bi prezz daqshekk baxx meta seta' nġab prezz ħafna aħjar għal dawn l-ishma?", "Din id-deċiżjoni żbaljata jista' jkollha effett ħażin fuq il-proċess tal-privatizzazzjoni u tagħti isem ħażin lill-privatizzazzjoni f'pajjiżna għaliex meta pajjiż jibda jipprivatizza kumpanniji pubbliċi billi jbigħ l-ishma lill-privat, irid jagħmilha bil-ħsieb billi jkun jaf fejn irid jasal u mhux jaqbad u jbigħ bl-addoċċ.", "L-ewwelnett ma tistax tbigħ bl-addoċċ biex sempliċement iddaħħal il-flus ħalli tpatti għall-politika ħażina li tkun imxejt biha qabel, kif għamel gvern Nazzjonalista ta' bejn l-1992 u l-1996 meta faqa' l-kaxxa ta' Malta u żied id-dejn b'mod li ma baqax aktar sostenibbli.", "Dak iż-żmien il-gvern Nazzjonalista minflok ma ħa passi biex jibda jfejjaq dak id-deficit għażel li jmur għall-elezzjoni kmieni biex il- verita' ma toħroġx.", "Issa li reġa' sab ruħu fir-responsabbilta' tat- tmexxija tal-pajjiż, ma jistax jaħbi l-problema tad-dejn kif kien għamel fl-ewwel nofs tas-snin disgħin u qiegħed ibigħ bl-addoċċ l-akbar ġid nazzjonali tal-pajjiż b'mod li qed iqajjem suspetti.", "Barra minn hekk, il- gvern qiegħed iċaħħad lill-Maltin u lill-Għawdxin mid-dritt li jixtru ishma f'bank li bnew u li appoġġjaw huma stess u minflok qabad u għadda dawn l-ishma lil kumpannija waħda barranija.", "Mr Speaker, il-gvern mexa ħażin ukoll mal-Borża ta' Malta u għalkemm ipprova jpinġi lilu nnifsu bħala xi gvern avvanzat u modern, ittratta lill- Borża ta' Malta qisha xi suq żgħir f'xi rokna u mhux bħala dik l-enti li tistimola l-ekonomija lokali billi tinkoraġġixxi li jsir il-bejgħ u x- xiri ta' ishma ta' kumpanniji li jkunu jridu li l-ishma tagħhom jiġu negozjati fuq il-Borża ta' Malta.", "Qed ikompli jċaħħad lill- azzjonisti preżenti milli jġibu valur tajjeb għan-negozju ta' l-ishma tagħhom fil- Borża ta' Malta u lill-Borża ta' Malta qed ikompli jitfagħha lura billi qed iċaħħadha minn parti kbira min-negozju li kellha s'issa.", "Nerġa' ngħid li qegħdin jintużaw metodi antikwati fejn il-ministru jiddetta dak kollu li għandu jsir.", "Pero' l-affarijiet serji f'politika demokratika u miftuħa u fi tmexxija ekonomika serja ma jsirux b'dan il-mod għaliex il- privatizzazzjoni trid tagħti opportunita' liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin stess li jgawdu mill-ġid ekonomiku li jinħoloq u meta taqbad kumpanniji, banek jew korporazzjonijiet li jkunu serjin tajjeb u tbigħhom bi prezz irħis żgur ma tkunx qed tgħin biex tipprivatizza bis-serjeta'.", "Huwa veru li l-privatizzazzjoni żżid id-dħul tal-gvern imma fl-istess ħin irridu naraw li din tkun qed tgħin biex it-tmexxija ekonomika tal-pajjiż issir aktar effiċjenti u serja.", "Pero' l-gvern Nazzjonalista bħas-soltu qed juża l-iktar triq ħafifa billi qed jaqbad bank li sejjer tajjeb u jbigħ l- ishma tiegħu u m'hu qed jieħu l-ebda pass serju biex is-settur pubbliku jagħmlu iktar effiċjenti.", "L-ineffiċjenzi fis-settur pubbliku għadhom jeżistu u l-gvern ma jistax jitkellem fuq tmexxija ekonomika moderna u effiċjenti jekk sempliċement ibigħ dak li sejjer tajjeb u dak li sejjer ħażin iħallih sejjer għall-agħar.", "Fl-aħħar budget imressaq f'Novembru 1998 smajna ħafna diskors fuq kif se tidħol is-serjeta' fit-tmexxija ta' pajjiżna, kif se niżguraw li kull lira li jonfoq il-gvern tintnefaq bis-serjeta' u b'mod effiċjenti, kif se nagħmlu minn kollox biex il-flus li huma dovuti lill-gvern jinġabru u kif id-dipartimenti u l-korporazzjonijiet pubbliċi ma jibqgħux qishom xkora mtaqqba li minnha ħerġin il-flus li ċ-ċittadini jħallsu f'taxxi.", "Dan id- diskors ilna nisimgħuh minn Novembru ta' l-1993.", "Pero' nafu wkoll li tliet snin wara l-Onor.", "John Dalli, li kien il-ministru tal-finanzi, ra d-dejn tal-pajjiż jisplodi ' l fuq u minflok kien ilaħħaq madwar 3% tal-GDP kien diġa' beda jmiss il-11%.", "Dan kollu juri li ma kienx hemm tmexxija serja u l-infiq ma kienx qed isir bil-għaqal billi l-gvern jiġbor dak li huwa dovut lilu u jiżgura li l-flus iħaddimhom tajjeb.", "Għalhekk il-Partit Laburista kien u għadu jsostni li huwa importanti ħafna li t-triq tal- privatizzazzjoni ssir bis-serjeta' u bil-għaqal u ma tistax tippreżentaha bħala s-soluzzjoni għall-problemi li jkollok għaliex xi kultant dik is- soluzzjoni ssir problema hija stess.", "Mr Speaker, wieħed jista' jħares lejn l-eżempju ta' privatizzazzjoni li saret bl-addoċċ f'ċerti pajjiżi tal-lvant fl-aħħar tas-snin tmenin u fil- bidu tas-snin disgħin, fosthom fir-Repubblika Ċeka li dan l-aħħar żarha l- Prim Ministru.", "Jien ma nafx jekk kellux l-okkażjoni jisma' kif ir- Repubblika Ċeka qed jipprovaw jikkoreġu l-iżbalji koroh li għamlu fil- qasam tal-privatizzazzjoni bl-addoċċ u bla ħsieb billi qed jerġgħu jinnazzjonalizzaw ħafna mill-korporazzjonijiet u l-kumpanniji pubbliċi li kienu pprivatizzaw dak iż-żmien biex jerġgħu jipprivatizzawhom bil-galbu u bis-serjeta'.", "Għalhekk m'huwiex biżżejjed li taqbad u tipprivatizza imma trid tgħid b'liema mod se tipprivatizza, kif se tbigħ l-ishma f'kumpanniji pubbliċi lill-privat biex tiżgura iktar dħul għall-gvern, kif se jkun hemm tmexxija aktar effiċjenti u kif se tnaqqas il-piż tas-settur pubbliku minn fuq l-ekonomija billi tagħti aktar ċans liċ-ċittadini tal- pajjiż jiżviluppaw il-ħila tagħhom u jgawdu anke mill-ġid tal-pajjiż.", "M'hemm xejn ħażin li tidħol fi sħab ma' kumpanniji privati pero' hemm modi differenti kif tista' tagħmel dawn l-affarijiet kollha u żgur li ma jagħmilx sens li tieħu l-pass li ħa l-ministru tal-finanzi attwali billi taqbad u tgħaddi bank lokali li jikkontrolla aktar min-nofs l-ekonomija tal-pajjiż lil korporazzjoni barranija.", "Dan huwa tip ta' kolonjaliżmu ġdid.", "M'hemmx dubju li pajjiżna għandu bżonn jinfetaħ għall-bqija tad-dinja u jidħol fi sħab ma' kumpanniji barranin u għandu bżonn ukoll li jkollu relazzjonijiet tajba mal-bqija tad-dinja imma kollox irid isir fl-interess komuni, cioe' fl-interess tagħna u fl-interess ta' min ikun irid jaħdem magħna.", "Il-bejgħ ta' l-ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC qiegħed isir biss fl-interess ta' naħa waħda u żgur li m'huwiex qiegħed isir fl-interess nazzjonali u fl-interess ta' kif nistgħu nimmodernizzaw it-tmexxija ta' pajjiżna.", "Dan huwa tassew eżempju mill-agħar fl-ewwel passi li beda jieħu l-ministru tal-finanzi biex jipprivatizza u allaħares dak li ġej isir fuq l-istess linji tal-bejgħ ta' l-ishma lill-HSBC fejn kollox qiegħed isir bil-moħbi għaliex pajjiżna jaqbad it-triq fejn l-affarijiet pubbliċi u nazzjonali jsiru qishom negozju privat ta' min ikollu l-poter politiku f'dak il-mument.", "Sal-lum il-ministru tal-finanzi għadu ma spjegax għaliex naqqas il-valur ta' l-ishma tal-Mid-Med billi daħħal risk factor ta' 6%.", "Dan il-pass għamlilna isem ħażin, anke f'pajjiżi oħra, u saħansitra kien hemm ambaxxaturi barrani li pprotestaw għall-mod kif saru l-affarijiet fil-bejgħ tal-Mid-Med għaliex kumpanniji ta' pajjiżhom stess ġew imċaħħda mill- possibbilta' li jitfgħu l-offerta għal dan il-bejgħ.", "Pero' l-ministru tal- finanzi qed jibqa' sieket fuq dawn l-affarijiet u jien ngħid li jekk pajjiżna se jkompli f'din it-triq se nispiċċaw f'sitwazzjoni ħażina ħafna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 19 ta' Mejju, 1999, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "6158.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura jew sistema tintuża ta' kif tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu streamed jew grouped fi klassijiet fl-iskejjel tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħala regola, bħat-tfal kollha fil- mainstream, Year 1-4, it-tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu mqassma fil- klassijiet skond l-eta' u fil-Year 5-6 jiġu streamed skond ir-riżultat ta' l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena.", "PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "6159.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex persuni bi bżonnijiet speċjali li jgħixu mal- familja tagħhom jingħataw il-kura meħtieġa meta jiġu nieqsa l-ġenituri tagħhom?", "Il-gvern għandu pjani għat-twaqquf ta' djar eċċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', b'mod partikolari f'dawn l-aħħar sentejn ilha ssostni dwar il-ħtieġa li jkun hawn servizzi fil-komunita' biex persuni b'diżabilita' jkollhom min jissaportjawhom l-aktar meta l-familji tagħhom għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jibqgħu jagħu dan is-support.", "Il-Ministeru għall-Ħarsien Soċjali tal-Amministrazzjoni preċedenti, konxju hu ukoll minn dan il-bżonn kbir, ikkummissjona, permezz tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' studju mill-Management Efficiency Unit.", "L-amministrazzjoni preżenti kompliet fuq dan il-pass u saħħietu billi anke ġabet espert Ingliż f'dan il-qasam, is-sur Peter Kinsella, biex jgħin lil din il-unit fit-tfassil ta' dan l-istudju.", "Abbozz ta' dan ir-rapport issa jinsab f'idejn il-kummissjoni u dan se jiġi diskuss fil-laqgħa tagħha li jmiss.", "Hu ttamat li d-dokument finali, li jkun fih rakkomandazzjonijiet konkreti, ma jdumx ma joħroġ.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "6160.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jħallas ir- refunds tat-taxxa li għandu pendenti mat-tax payers minħabba li hemm min għandu jieħu mijiet ta' liri u dawn ilhom pendenti għal xi snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-ħlas tar-refunds tat-taxxa tad-dħul minn dejjem kien marbut ma` ammont ta` flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali; għalhekk il-ħlas li jista` jsir irid jkun limitat għal dan l-ammont.", "Pero` kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi.", "Nispera li jekk nilħqu ngħaddu l-liġijiet relevanti mill-parlament, dan jista` jibda jseħħ mir-refunds li jirriżultaw mill-formoli tat-taxxa għal din is-sena.", "ETC - GĦAWDEX - IMPJEGATI", "6208.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati skrivani ma' l-ETC f'Għawdex?", "Min huma?", "Xi kwalifiki għandhom?", "Kemm applikaw?", "Min huma dawk li applikaw?", "Xi kwalifiki għandhom dawk li ma ġewx impjegati?", "X'kienet l-ordni tal-mertu ta' dawk kollha li applikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Persuni li kienu intervistati kienu dawn:", "ISEM KWALIFIKI Axiaq Joseph 8 'O' Levels, l 'A' Level Camilleri Edel Mary 11 'O' Lev, 4 'A' Levels, B.A. (Hons)Social Work Camilleri Marvic 6 'O' Levels, l 'A' Level Caruana Mizzi Mary 12 'O' Levels, 2 'A' Levels Farrugia Miriam 8 'O' Levels, l 'Intermediate' Lev, 4 'A' Lev Gatt Rosalind 9 'O' Levels, 2 'A' Levels Psaila Alexia Maria 7 'O' Levels, 5 Intermediate Levels, 2 'A' Levels Saliba Joseph 6 'O' Levels, 2 'A' Levels", "Wara l-interview din kienet l-ordni tal-mertu.", "1.", "Gatt Rosalind 2.", "Caruana Mizzi Mary 3.", "Farrugia Miriam 4.", "Psaila Maria Alexia 5.", "Camilleri Marvic 6.", "Saliba Joseph 7.", "Axiaq Joseph", "Camilleri Edel Mary ma ġietx klassifikata għaliex ġiet meqjusa bħala over qualified għal post ta' clerk, dan l-aktar meta fl-interview stqarret li tara l-karriera tagħha bħala social worker.", "Wara li ġie deċiż li jiġu ngaġġati tliet persuni bħala clerks, Caruana Mizzi Mary, Farrugia Miriam u Psaila Maria Alexia bdew l-impjieg tagħhom nhar is-6 ta' April, 1999.", "Gatt Rosalind ma ġietx ingaġġata għaliex laħqet sabet impjieg fil- frattemp.", "MARSA - TRAFFIC LIGHTS", "6254.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsiru lights (flash) fuq zebra crossing ta' Triq Qormi, Marsa, quddiem dar Numru 135, minħabba l-urġenza tal-każ peress li t-talba ilha tiġi mitluba?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta` l-Onor.", "Interpellant qed tiġi ikkonsidrata flimkien ma` talbiet oħra.", "GĦAWDEX: TRIQ POMPEI - RESERVED PARKING", "6257.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna konċernata applikat għall-reserved parking quddiem ir-residenza tagħha.", "Din it-talba ma setgħetx tintlaqa' mit-Traffic Control Board u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill- Ministru konċernat.", "FURJANA - DAR TA' L-ANZJANI", "6313.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet tesa' nies id-dar tal-Furjana għall-anzjani qabel ġiet irranġata?", "Jista' jgħid kemm daħlu pazjenti ġodda u minn fejn huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-dar ta' l-anzjani tal-Furjana kienet tesa' 29 persuna.", "Il-lum li ġiet irranġata tesa' 47 persuna.", "In-numru ta' residenti ġodda li daħlu f'din id-dar huwa 17 u huma minn dawn l-Ibliet:", "Hamrun 2 Sliema 1 B'Kara 1 Gzira 1 Zabbar 1 Floriana 8 Valletta 2 Marsa 1", "Il-ġimgħa d-dieħla (17.05.99 u 19.05.99) se jidħlu sitt persuni oħra ġodda f'din id-dar u huma minn dawn l-ibliet.", "Hamrun 2 Valletta 1 Paola 1 Sta.", "Luċija 1 SVPR (Luqa) 1", "MFCS - IMPJEGATI", "6372.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.F.C.S. mill- 1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar, 1999 u s-26 t`April, 1999 ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda.", "L-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet saret f`Lulju 1998 u t-tieni sejħa saret f`Jannar 1999 (ETC Permit 78\\98).", "Mill-ewwel sejħa ħadd ma ġie impjegat u mit-tieni sejħa ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda - waħda fid-19 ta` April, 1999 u l-oħra fis-26 ta` April, 1999.", "Saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet f`Diċembru 1998 (ETC Permit 140\\98).", "Ġiet impjegata persuna waħda b`effett minn 1 ta` Marzu, 1999.", "Ġew impjegati żewġ persuni oħra f`1 ta` April, 1999 minn fost persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma` l-ETC.", "(ETC Permit 30\\99).", "Għall-aħħar parti tal-mistoqsija ir-risposta hija fin-negattiv.", "BANEK - BANK ĊENTRALI - IMPJEGATI", "6373.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija l-informazzjoni mitluba:", "a. Fil-perijodu bejn l-1 ta` Jannar, 1999 sas-26 t`April, 1999 ġew impjegati tmien impjegati ġodda mal-Bank Ċentrali.", "b. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi ħarġu f`dawn id-dati:", "Skrivani Grad B 16 t`Ottubru 1998 (Gazzetta tal-Gvern) Trainee Research Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta` l-ETC (Nru. 134\\98 Legal Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta`l-ETC Nru. 132\\98", "c. Ma kien hemm l-ebda impjieg ta` ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet.", "MEDITERRANEAN CONFERENCE CENTRE - ĦADDIEMA ĠODDA", "6374.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru tal- Mediterran tal-Konferenzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi impjiegi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "PBS - ĦADDIEMA ĠODDA", "6375.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS ġiet impjegata persuna waħda - bħala messaġġier fis-26 ta' April, 1999.", "L-ingaġġ sar permezz tar-Reġistru ta' l-ETC Part 1 (RDP), għal persuni b'diżabilita'.", "PIXXINA NAZZJONALI - ĦADDIEMA ĠODDA", "6376.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Xejn.", "DJAR - ĦADDIEMA ĠODDA", "6377.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' tad-Djar mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum l-Awtorita' tad- Djar ma mpjegat lil ħadd.", "FURJANA - DAR TA' L-ANZJANI", "6492.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swiet l- ispiża għall-gvern sakemm kien qiegħed isir ix-xogħol fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana u r-residenti kienu rikoverati f'Villa Messina?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ftehim li kien sar ma' Villa Messina Limited huwa ta' natura kummerċjali u ma jistgħax jiġi pubblikat iżda nixtieq nassigura lill-Onor.", "Membru li huwa irħas milli qed iħallas il-Gvern għal kull anzjan li huwa residenti fid-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun.", "ANZJANI - VILLA MESSINA", "6493.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk barra r- residenti li kien hemm fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana ddaħlux residenti oħra ġewwa Villa Messina minn barra?", "Jekk iva, kemm?", "Kemm kien ilhom li applikaw?", "Minn fejn huma u jekk humiex fis-sodda (bedridden)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Barra dawk tal-Furjana, ma daħlux residenti oħra ġo Villa Messina minn barra.", "Kien hemm numru żgħir ta' Respite Cases li daħlu Villa Messina li sal-lum kollha rritornaw lura lejn djarhom.", "SAĦĦA - SERVIZZ TA' L-INKONTINENZA", "6678.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm reġistrati li jużaw is-servizz ta' inkontinenza (Ħrieqi)?", "Kemm minnhonm jeħduhom b'xejn u kemm jieħdu kull xahar?", "Fil-każ li mhux kollha b'xejn, kemm jeħduhom b'xejn u għaliex dawn biss?", "Kemm jiswew kull xahar ta' b'xejn u kieku kellhom jeħduhom kollha?", "Dawk li jħallsu għalihom, bil-kemm jixtruhom (il-kbar għall-anzjani) kemm hu s-sussidju tal-gvern u kif joħorġu t-tenders?", "Kemm tiġi n-nefqa f'sena kieku kellu jħallashom il-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni reġistrati li jużaw is- servizz ta' l-inkontinenza f'Marzu 1999 huwa:", "Skema A 616 Skema B 1303", "Dawk ta' skema A jeħduhom b'xejn u jieħdu kull xahar ammont li jkun ġie allokat lilhom skond id-diżabilita' tagħhom u fejn hemm massimu ta' 112.", "Dawn jeħduhom b'xejn għax persuni b'diżabilita' u mill-bidu nett kien ġie deċiż li dan is-servizz ikun b'xejn.", "Dawn jiswew madwar Lm8,000 fix-xahar.", "Kieku ta' skema A u ta' skema B kellhom jeħduhom kollha b'xejn huwa stmat li l-ispejjeż jitilgħu għal madwar Lm45,000 fix-xahar.", "Il-prezzijiet ta' dawk li jħallsu għalihom ta' skema B huma hekk:", "Normal Small at 9c5 Medium at 13c Large at 15c7", "'Extra Absorbent' Small at 10c2 Medium at 15c2 Large at 18c8", "Is-sussidju tal-Gvern għal skema B huwa ta' 3c kull nappy.", "It-tender għas-servizz ta' l-inkontinenza joħroġ kull sentejn.", "Kieku kellu jħallas kollox il-gvern in-nefqa titla għal madwar Lm540,000 fis-sena.", "Tajjeb li wieħed isemmi li kieku ma kenitx għall-introduzzjoni ta' l- iskema B f'dan is-servizz, kieku dawn il-ħrieqi kienu jiġu ferm aktar għoljien kieku jinxtraw mir-retailers.", "TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ", "6716.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Issa li wasal is-sajf u jkun hemm żieda qawwija ta' studenti barranin li jiġu pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jittieħdu mill-pulizija fil-postijiet ta' divertiment, bħal Paceville, Buġibba u Għawdex, biex jiġi żgurat li ma tinkisirx il-liġi dwar dħul f'dawn il-postijiet u ta' konsum ta' alkaħol?", "Issir xi kampanja ta' pubbliċita' jew jinħarġu xi leaflets biex l-iskejjel konċernati jqassmuhom lill-istudenti u juruhom x'jgħidu l-liġijiet ta' Malta dwar dawn l- affarijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġa' kelli l-okkażjoni ngħid fit-tweġiba għall- mistoqsija preċedenti, qed isiru spezzjonijiet mill-Pulizija f'postijiet ta' divertiment sabiex ma jkunx hemm abbużi, inkluż dak ta' dħul ta' persuni taħt is-16-il sena, kemm Maltin kif ukoll barranin f'dawn il- postijiet.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferiha lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL PRIVATI - MIŻATI", "6717.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika sarux xi talbiet minn skejjel privati biex isir xi aġġustament fil-miżati tagħhom?", "Jekk iva: minn liema skejjel; żieda ta' kemm; meta saret; ġiet aċettata; u x'ġustifikazzjoni ngħatat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul din is-sena skolastika s'issa saru tliet talbiet minn skejjel privati biex isir aġġustament fil-miżati tagħhom.", "1.", "Little Angels School", "Żieda kull Term Meta saret it-talba Kindergarten Lm27 20.01.99 Primary Lm26", "2.", "Bambi Play School & Anthony Lawrence Bartolo", "Kindergarten Lm 3 09.03.99 Primary Year 1 to Year 2 Lm 4 Year 3 to Year 4 Lm 4 Year 5 to Year 6 Lm 4", "3.", "St Cecilia Kindergarten", "Kindergarten Lm10 09.04.99 Rigward l-aċċettazzjoni il-ġustifikazzjoni għal dawn it-talbiet nirriferi l-Onor.", "Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 150 ta' 1990 (sezzjoni 12 par.3):-", "\"M'għandu jsir ebda tibdil fir-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor qabel ma jingħata Avviż lill-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni mhux anqas minn xahar qabel ma jsir dan it-tibdil\".", "Ara ukoll A.L. ta' l-1994:", "\"Iżda r-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor stabiliti fil-bidu ta' sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul dik is-sena skolastika kollha kemm hi\".", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "6718.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qagħdu għall- eżamijiet tal-: (1)SEC; (2) MATSEC; (3) Livell avvanzat fl-eżamijiet li qed isiru bħalissa?", "Kemm huma mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u privati?", "Kemm minnhom huma studenti bniet?", "Kemm intalbu eżenzjonijiet mill-ħlas ta' l-eżamijiet u x'kienu r-raġunijiet prinċipali?", "Kollha ġew aċċettati?", "Kemm kien hemm studenti li applikaw għall-eżamijiet għaliex għalqu is-16-il sena iżda ma temmewx Form V?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - SKEJJEL", "6719.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall: bini; estensjoni u bdil fl-istruttura ta' skejjel?", "F'kull każ min għamel kull applikazzjoni u f'liema lokalitajiet?", "Meta saret kull applikazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha quddiema tliet applikazzjonijiet għall-skejjel ġodda, 12- il applikazzjoni għall-estensjonijiet u żewġ applikazzjonijiet għall-bdil fl-istruttura ta' skejjel.", "Tabella li turi dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PA - BINI TA' LUKANDI", "6720.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet għall-:bini ta' lukandi ġodda; u bini ta' estenzjoni ta' lukandi eżistenti?", "F'liema lokalitajiet jinstabu?", "Meta saret kull applikazzjoni?", "X'tip ta' estensjoni ntalbet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-preżent l-Awtorita' ta' l- Ippjanar għandha quddiemha 14-il applikazzjoni għall-bini ta' lukandi ġodda, 19-il applikazzjoni għall-estensjonijiet ta' lukandi u 12-il applikazzjoni għall-upgrading f'lukandi eżistenti.", "Tabella li turi d- dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - ĠURIJIET", "6721.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minn dawk li qegħdin il-ħabs jistennew ġuri kemm minnhom diġa' għandhom id-data tal-ġuri tagħhom iffissata?", "Kemm hemm li qed jistennew biex jgħaddu ġuri li d-data tal-ġuri tagħhom għadha ma ġietx iffissata?", "Kemm f'kull każ huma barranin?", "Fil-każ tal-ġurijiet diġa' ffissati, kemm ilu jistenna fil-ħabs kull akkużat?", "X'inhuma l-akkużi ta' dawk il-ġurijiet li diġa' ġew magħrufa d-data tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalissa hemm tmien persuni li għandhom id-data tal- ġuri tagħhom iffissata.", "Minn dawn tlieta huma barranin.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant fl-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Dwar il-bqija ta' dawk taħt arrest preventiv, għar-raġunijiet varji, wieħed ma jistax jgħid kemm minnhom finalment se jgħaddu ġuri.", "Il-każijiet ta' uħud minnhom għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni, filwaqt li ta' l- oħrajn għalkemm il-kumpilazzjoni ntemmet, għad ma kienx hemm deċiżjoni dwar jekk il-każ tagħhom għandux jinstema' quddiem ġuri jew le.", "RABAT - GNIEN RIKREATTIV", "6922.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għas-somma li kien ivvota l-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex is-sezzjoni Urban and Rural Landscaping tagħmel ix-xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv fl-inħawi tan-Nigret, ir-Rabat, Malta, jista' l-Ministru jinformani jekk il-Kunsill tar-Rabat għadux jiggarrantixxi l-istess somma lid-dipartiment illum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma saru l-ebda talbiet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat lill-Urban & Rural Landscaping biex isiru xogħolijiet inkonnessjoni ma ġonna rikreattivi fl-inħawi tan-Nigret.", "Għaldaqstant m'aħniex f'pożizzjoni li nagħtu informazzjoni dwar x'beħsiebu jagħmel bil-fondi il-Kunsill Lokali tar-Rabat.", "IMPORTAZZJONI TA' TIĠIEĠ", "6924.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformani kemm kienu f'tunnellaġġ il-kwantitajiet ta' tiġieġ sħaħ importati minn kumpaniji lokali u li ġew eżentati mil-levy matul il-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999?", "Kemm kienu l-istess tunnellaġġi fuq prodotti oħra tat-tiġieġ proċessati għall-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "POULTRY PRODUCTS - IMPORTAZZJONI", "6925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6284?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq il-prodotti msemmija ngħatat peress li dawn kienu ddaħħlu f`Malta biex jiġu re- esportati.", "Minħabba raġunijiet tekniċi, dawn il-prodotti ma setgħux jiġu re-esportati u għalhekk parti mill-kunsinna ġiet mogħtija lill- istituzzjonijiet tal-karita` u l-parti l-oħra nbiegħet għall-benefiċċju tal- komunita` musulmana f`Malta peress li kienu halal slaughtered u markati tali.", "Tajjeb jingħad li peress li saru allegazzjonijiet ta` korruzzjoni dwar din il-materja, il-gvern immedjatament ħa l-passi xierqa u opportuni billi rrifera l-każ lill-awtoritajiet ikkonċernati.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "6926.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal/studenti li jsofru minn xi diżabilita' u jattendu l-iskejjel governattivi fil-livell tal- kindergarten, primarja, sekondarja, eċċ u universitarju?", "Kemm huwa n-numru ta' facilitators li jassistu lil dawn l-istudenti fil-mument?", "Kemm huwa n- numru ta' facilitators meħtieġa sabiex il-gvern ikun jista' jassisti lil dawn l-istudenti matul is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l- Universita` li jsofru minn xi diżabilita` huma tlieta.", "Wieħed minnhom hu mgħejjun minn facilitator waħda, it-tnejn l-oħra m'għandhomx bżonn għajnuna ta' facilitator iżda l-Universita` tgħinhom b'faċilitajiet oħra.", "In-numru ta' tfal - studenti fil-mainstream li jsofru minn xi diżabilita` huma:", "Kinder 84 Primarja 311 Sekondarja 28", "In-numru ta' Kindergarten Assistants li jgħinu li dawn l-istudenti huma:", "Kinder 73 Primarja 230 Sekondarja 27", "Dan in-numru hu biżżejjed biex jassisti lil dawn l-istudenti.", "In-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom diżabilita` huwa:", "Ġuvintur 2 Tfajliet 2", "M'hemmx bżonn ta' facilitator biex jassisti lil dawn l-istudenti.", "PENSJONIJIET - REFUNDS TA' TAXXI", "6927.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex il-pensjonanti li għandhom refunds tat-taxxi x'jitħallsu jingħatawlhom mill-aktar fis, jista' l-Ministru jinformani bl-iżvilupp u cioe' kemm kien in-numru ta' każijiet ta' pensjonanti li tħallsu mid- Dipartiment tat-Taxxi r-refunds dovuti mill-ewwel tas-sena 'l hawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-1 ta` Jannar, 1999 sal-lum tħallsu Lm217,302 f`refunds ta` taxxa lil 3584 persuna ta` `l fuq minn 61 sena.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - REFUND CASES", "6928.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' refund cases li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ħadem matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?", "Kemm tħallsu minn dawn ir-refunds f'ċifra ta' flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar.", "Dawk l- istimi li jkunu nżammu mis-sistema għax jistgħu jirriżultaw f`refunds ikunu jridu jgħaddu minn diversi proċessi bil-computer u verifiki oħra qabel ikun finalment determinat jekk dawn se jirriżultawx f`refunds."]} {"filename": "19991109_176d_par.doc", "date": "1999-11-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 176 It-Tlieta, 9 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 176", "It-Tlieta, 9 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "176", "It-Tlieta, 9 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 704", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 704", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 710", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROPRJETA' TA'", "L-GĦADU (IT-TIELET QARI)", "ENEMY PROPERTY (AMENDMENT) BILL (THIRD READING) 710", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI", "B'DIŻABILITA' (IT-TIENI QARI)", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL (SECOND READING) 711", "AĠĠORNAMENT 733", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 738", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 175 li saret fit-8 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TOROQ - ĦADDIEMA ĠODDA", "9477.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri): staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartiment tat-toroq mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li żewġ trainee engineers ġew impjegati fl-1999.", "Dawn ġew impjegati minn barra, meta spiċċaw il-course ta' l-università - kienu tnejn minn sitta li ġew mistiedna jaħdmu mad-dipartiment - peress li waqt l- istudji tagħhom segwew il-course tat-toroq taħt id-direzzjoni tal- konsulenti Ġermanizi.", "Saret sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu mpjegati aktar periti mad- dipartiment, sejħa li għalqet fl-10 ta' Settembru.", "Kien hemm tmien persuni li applikaw, inkluzi ż-żewġ trainee engineers li diġà qed jaħdmu fid- dipartiment.", "Diġà nbeda l-proċess mal-public service commission sabiex ikun jista' jiġi appuntat is-selection board.", "TOROQ - TRASFERIMENTI", "9478.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ngħataw trasferiment mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fid-dipartiment tat-toroq?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li ma kien hemm l-ebda trasferiment mid- dipartiment tat-toroq fil-perijodu msemmi.", "ANZJANI - ĦADDIEMA ĠODDA", "9479.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-djar ta' l-anzjani mis- 27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani ma mpjega l-ebda ħaddiema ġodda fid-djar ta' l- anzjani fil-perijodu msemmi.", "ANZJANI - TRASFERIMENTI", "9480.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ngħataw trasferiment mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 fid-dipartiment li jieħu ħsieb id-djar ta' l- anzjani?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fil-perijodu msemmi saru ħames trasferimenti.", "Dawn kollha saru fuq talba ta' l-individwu nnifsu, minnbarra każ wieħed, fejn it-trasferiment sar minnħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "Dwar trasferimenti fil-futur dawn, jekk isiru, isiru skond il-bżonn tad- dipartiment.", "SAN VINCENZ DE PAULE - ĦADDIEMA ĠODDA", "9481.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar St Vincent de Paule mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kemm kien ilhom li applikaw?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fil-perijodu msemmi, fir-residenza St Vincent de Paule ġew impjegati biss 14-il enrolled nurse bħala casuals.", "Dawn spiċċaw il-kors tagħhom riċentement, wara li temmew b'suċċess l-istudji tagħhom fl- institute of health care.", "Sejħa għal applikazzjonijiet ta' enrolled nurses qiegħda fil-proċess li tinħareġ hekk kif il-PSC tagħti l-approvazzjoni tagħha.", "SAN VINCENZ DE PAULE - TRASFERIMENTI", "9482.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 ħaddiema f'St Vincent de Paule?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Fil-perijodu msemmi 11-il ħaddiem ingħataw trasferiment, fis-sens li tlieta telqu u tmienja daħlu jaħdmu fir- residenza St Vincent de Paule.", "It-trasferiment sar fuq talba tagħhom stess.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna dawk li telqu fejn intbagħtu?", "Mill-liema djar ta' l-anzjani u postijiet oħra ġew dawk li marru jaħdmu f'St Vincent de Paule ?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Preċiżament kif saru u ma sarux it- trasferimenti m'għandix imniżżel imma dawn żgur li ġew mid-djar ta' l- anzjani u anke mid-dipartiment tas-saħħa u jista' jkun minn St. Luke's u minn postijiet oħra wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Meta s-Segretarju Parlamentari jgħid li \"fuq talba tagħhom stess\", x'ikun qed ifisser eżatt?", "Dan ifisser li meta ħaddiem jagħmel talba id-dipartiment jew il-ministeru awtomatikament jilqa' it-talba tiegħu?", "Jien nimmaġina li dan jista' ma jkunx skond l-esiġenzi tad-dipartiment.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Hemm diversi raġunijiet għat-trasferiment ta' persuni \"fuq talba tagħhom stess\", fosthom raġunijiet mediċi, jew anke minħabba li, ngħidu aħna, nurse ma jkunx jixtieq ikompli jaħdem fl-istess ward u allura nagħmlulu trasferiment għal ward ieħor jew għal dipartiment ieħor.", "POULTRY BREEDING - REGOLAMENTI", "9760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 7200?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): M'hemm xejn x'inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 7200.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jekk kemm-il darba jirriżulta li l- protezzjoni tal-levies għall-industrija tal-poultry titneħħa qabel Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformani jekk hux se jingħataw inċentiv il-processors u l-produtturi f'każ li jirriżulta xi żvantaġġ minħabba li naturalment ma jkollhomx il-protezzjoni li sal-lum igawdu bil-liġi?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-mistoqsija hija mibnija fuq il-jekk!", "Jekk Alla jrid, għall-bidu tas-sena d-dieħla se jibdew in-negozjati bilaterali, wara dawn ikun hemm diskussjonijiet man-nies kollha involuti u mbagħad immorru għan-negozjati proprja.", "Nista' nserraħ moħħ kulħadd li l-levies mhux se jitneħħew qabel ma jidħlu l-mekkaniżmi tal-common agricultural policy, liema mekkaniżmi jagħmlu tajjeb għad-dħul tar-raħħala.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, forsi ma għamiltx il-mistoqsija tiegħi ċara biżżejjed.", "Meta qed ngħid \"jekk\" qed nirriferi - u nixtieq li kieku jagħtini risposta - għall-fatt li llum, peress li Malta m'hijiex membru ta' l-Unjoni Ewropea, l-importaturi jgawdu ċerti benefiċċji f'sussidji, li korrettament gvernijiet preċedenti, kemm Nazzjonalista u kemm Laburista, kienu għarfu ...", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ejja għad-domanda jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq li ma niġix interpretat ħażin kull darba.", "Jekk il-Ministru m'huwiex jifhimni, almenu nippretendi li s- Sedja tagħtini l-protezzjoni li nipprova nirreġistra l-punt tiegħi, għax lanqas huwa sew li niġi miftiehem li qed nagħmel domanda ipotetika meta fil- verita' qed nirriferi għal xi ħaġa fattwali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li rrid ngħid huwa li għall- esportazzjoni ta' prodotti agrikoli hemm ir-refunds min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri raħħal Sqalli li jesporta lejn Malta jieħu refund fuq l- exports li jagħmel permezz tal-common agricultural policy.", "(Interruzzjonijiet)", "Lill-Onor.", "Interpellant nitolbu jagħmel il-mistoqsija partikolari li jrid bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu eżatt.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEMA - DAWL", "9761.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 8085?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8570 dwar l-istess suġġett fis-seduta nru 147.", "BIEDJA U SAJD - MALTA - LIBJA", "9762.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal- biedja u sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi kien hemm matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress li l- imsemmi protocol jaqa` taħt il-ġurisdizzjoni tal-ministEru għall- agrikoltura u sajd, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jekk il-protocol li qed insemmu jirriferi, fost affarijiet oħra, għall-ftehim li kien qed isir minn gvern Laburista għall- bini ta' trawlers ġodda fil-Malta Shipbuilding u xogħol ieħor għat- tarznari, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar dawn l-isforzi għal xogħol ġdid għall-ħaddiema Maltin?", "MR SPEAKER: Jiena għal darb'oħra nerġa' nagħmel l-appell tiegħi biex il- mistoqsijiet supplimentari jkunu marbutin mal-mistoqsija oriġinali.", "Il- Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-mistoqsija oriġinali kienet tittratta protocol bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u s-sajd.", "Naħseb li t-tarzna ma tantx għandha x'taqsam mal-biedja u s-sajd!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jidhirli li minn dan l-istess protocol kienu ħarġu ċerti kuntatti bejn il-ministeru tal-biedja u s-sajd f'Malta u l- gvern Libjan biex jingħata bidu għal xogħol ta' bini ta' fishing trawlers.", "MR SPEAKER: Onor. Cuschieri, wieħed jista' jagħmel domanda speċifika fuq dan is-suġġett, kif diġà ġie ssuġġerit.", "SELF-EMPLOYED", "9763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8110, jista' l-Viċi Prim Ministru jaġġornana sa Settembru 1999 u għall- istess perijodu 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "9763, in-numru ta' self-employed bejn Mejju u Awwissu kien hekk:", "| |Mejju |Ġunju |Lulju | | | | | | |Awissu| |1998 |15,435 |15,447|15,428| | |1999 |15,372 |14,408|15,385|15,430|", "Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata minn żmien għal żmien miċ-ċentru uffiċjali ta' l-istatistika permezz ta' news release.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari, u orbotha mad- domanda oriġinali, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt li l-Viċi Prim Ministru jinformana dwar id- diskussjonijiet li qed isiru mas-self-employed, peress li jeżistu numru ta' diffikultajiet li se jolqtu lil setturi diversi bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "F'liema stadju waslu dawn il-laqgħat f'dan ir-rigward?", "Dawn se jitkomplew fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin?", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, jiddispjaċini imma d-domanda supplimentari m'għandhiex rabta mad-domanda oriġinali.", "TA' QALI - CRAFTS CENTRE", "9764.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar Ta' Qali crafts centre, b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8102?", "Min huwa responsabbli sabiex jeżamina dan il-proġett u x'għamel s'issa?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): S'issa l-MDC u l-awtorità ta' l-ippjanar għamlu l-evalwazzjoni tal-problemi li jistgħu jinqalgħu fl-eżekuzzjoni tal-proġett u fformulaw proposti li jistgħu jagħmlu l-proġett aktar fattibbli, fl-interess ta' l-inkwilini kollha tal-villaġġ.", "Dawn il-proposti fil-preżent qed jiġu diskussi fi ħdan il-ministeru, bil-għan li sussegwentement iservu bħala bażi għal taħdidiet mal-partijiet kollha interessati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Naf li l-Ministru Refalo qed jirrispondi għan-nom tal-Ministru Bonnici, però jista' jgħidli jekk fil-file hemmx xi informazzjoni dwar l-perijodu li se jdum sejjer dan il-proċess, għaliex ovvjament il-crafts centre ta' Ta' Qali jeħtieġ l-għajnuna u s-support sabiex ikun jista' jaqdi l-interessi ta' l-istess investituri privati u anke ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Farrugia li minn dan il-file - iċċekkjajtu waqt li kien qed jagħmel id-domanda - ma joħroġx iż- żmien u t-termini li fihom għandu jitkompla jew jiġi konkluż dan il-proċess ta' evalwazzjoni li qed jissemma fit-tweġiba.", "Forsi jekk l-Onor.", "Farrugia jagħmel domanda ad hoc, jiena ċert li sieħbi jwieġbu.", "MDC - SELF-EMPLOYED", "9765.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "8104 dwar garaxxijiet u faċilitajiet oħra għas-self-employed?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): L- eżerċizzju għadu għaddej u għaldaqstant huwa prematur li wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju.", "MELLIEĦA - TRIQ GALILEO - DRENAĠĠ", "10935.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid- dipartiment tas-sanità matul Ottubru 1999 wara lmenti ta' fawran tad- drenaġġ fi Triq Galileo fil-Kortin, limiti tal-Mellieħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi Triq G. Galileo, il-Kortin, limiti tal-Mellieħa, hemm problema ta' infiltrazzjoni tad-drenaġġ f'waħda mir-residenzi.", "Qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, inklużi testijiet, biex din il- problema tiġi eliminata.", "Din hi l-unika problema li teżisti f'din it-triq li tirrigwarda drenaġġ.", "Minn spezzjonijiet li saru ma jirriżultax li hemm l-ebda fawran tad-drenaġġ fit-triq imsemmija.", "ITS - GĦALLIEMA", "10936.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f'liema oqsma u suġġetti fil-korsijiet ta' l-istitut ta' l-istudji turistiċi?", "Meta hemm il- ħsieb li l-istudenti jkollhom l-għalliema li għandhom bżonn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li bħalissa l-istitut ta' l-istudji turistiċi qed iħejji struttura ġdida ta' l-istaff akkademiku li hemm bżonn fl-istitut.", "Fil-fatt m'hemm l-ebda klassi li mgħandhiex għalliem għax kemm issa, kif ukoll taħt l-amministrazzjoni l-oħra, ġew impjegati lecturers fuq bażi part-time biex jimlew il-vojt li jista' jkun hemm.", "Però hemm il-ħsieb li 'l quddiem joħorġu applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet fuq bażi full-time.", "Illum dawn huma okkupati minn lecturers fuq bażi part-time, cioe' lecturer/assistant lecturer fil-housekeeping; lecturer/assistant lecturer fil-food preparation and production; u lecturer/assistant lecturer f'hotel reception and communications.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li qed nitkellmu fuq l-għalliema ta' l- ITS, li fosthom hemm ħafna lecturers li għalkemm m'għandhomx ċerti kwalifiki imma ġejjin mill-qasam turistiku, jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jingħataw recognition ukoll għax-xogħol li jagħmlu?", "Hemm uħud minnhom li ġew bi kwalifiki minn barra u lanqas biss huma recognised mill- awtoritajiet lokali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Qabel ma nwieġeb għal din id-domanda, forsi l- Onor. Interpellant jispjegali l-kelma \"recognition\" xi jrid jgħid biha.", "(Interruzzjonijiet) Dawn qegħdin assistant lecturers jew demonstrators, x'inhuma eżattament?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fl-ITS hemm lecturers li qabel kienu jaħdmu f'lukandi, bħala managers, general managers, eċċ., u m'għandhomx il- kwalifiki li għandhom ċerti lecturers, li huma kwalifikati bħala għalliema; u għaldaqstant m'humiex rikonoxxuti mid-dipartiment tat-turiżmu daqskemm huma rikonoxxuti l-għalliema li għandhom il-kwalifiki.", "Per eżempju, insemmilek każ ta' lecturer fl-ITS li ġab diploma minn Milan, liema kwalifika sfortunatament m'hijiex rikonoxxuta mill-Università ta' Malta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Dan il-każ diġà ssemma u fil-fatt l-Onor.", "Bartolo stess kien għamel domanda u niftakarni ngħid li m'huwiex l-istitut ta' l- istudji turistiċi li jiddeċiedi l-grad akkademiku imma l-Università ta' Malta.", "U jekk l-università ma tirrikonoxxix, allura lanqas ma jirrikonoxxi l-ITS.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "L- applikazzjonijiet se joħorġu internament għal dawk il-part-time lecturers jew inkella se joħorġu minn barra wkoll?", "Meta nġab il-konsulent jew l- espert Żvizzeru, inħass il-bżonn li tinħareġ applikazzjoni għal dak il- post?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għall-ewwel parti tad-domanda jiena nittama u nispera li l-call għandha tkun fil-miftuħ u mhux sempliċement għal min qiegħed ġewwa, u naħseb li hekk għandu jsir.", "Rigward it-tieni domanda, l-espert Żvizzeru ma ġiex biex jieħu post fl- ITS imma ġie mistieden jew ikkummissjonat mill-ITS biex jagħmel review ta' kulma kien qed jiġri fl-ITS.", "Dan huwa bniedem ta' fama mondjali, għandu esperjenza f'wieħed mill-aqwa kulleġġi għall-istudji turistiċi u kien qed jagħti pariri.", "Fil-fatt dan ma kienx hawn biex jieħu xi post hu.", "Dan għamel ir-review tal-curricula u kollox.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Imma jista' jgħidilna l-Ministru fuq liema bażi ntgħażlet din il-persuna biex tiġi tagħti dawn il-pariri?", "Per eżempju, kien hemm tlieta jew erba' persuni u dan intgħażel minn fosthom, jew inkella l-ministeru mar fuqu dirett?", "Kif saret l-għażla?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ċertament ma kienx hemm tlieta jew erbgħa minn fejn wieħed jagħżel.", "Kien hemm rakkmandazzjoni mill-bord tal-gvernaturi ta' l-istitut u wara li l-ministeru ra s-CV ta' din il-persuna aċċetta r- rakkmandazzjoni tal-bord tal-gvernaturi, u naħseb li ma għamilx ħażin.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal- Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROPRJETA' TA' L-GĦADU", "ENEMY PROPERTY (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: F'isem il-Ministru ta' l-Intern, nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjetà ta' l- Għadu.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jemenda l-Att dwar il-Proprjetà ta' l-Għadu, Kap 179\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA'", "EQUAL OPPORTUNITIES (PERSONS WITH DISABILITY) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mill-1 ta' Novembru, 1999 Il-mistoqsija reġgħat tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Francis Agius huwa in possession.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Mr Speaker, illum se nkomplu d-diskussjoni fuq l- abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilità.", "Il- ġimgħa l-oħra kont qiegħed nagħmel introduzzjoni għal xi punti li xtaqt naqsam flimkien mal-Kamra u anke mas-semmiegħa.", "Dan l-abbozz ta' liġi fil- fatt ilu xi snin jiġi ppreparat u għadda minn diversi stadji.", "Kellna white paper, kellna abbozzi qabel, kellna ħafna diskussjonijiet u anke kellna liġi li ġiet imfassla fl-1969 relatata ma' nies li għandhom xi diżabilità u l-post tax-xogħol.", "U kont qiegħed ngħid x'tip ta' leġislazzjoni kellna f'dawn l-aħħar 30 sena fuq livell internazzjonali, u kif qed jitbiddel il- ħsieb rigward id-diskriminazzjoni minħabba f'diżabilità.", "Kif għedt fl-aħħar intervent tiegħi, għalkemm ġieli tinduna u tagħraf x'inhi diskriminazzjoni però mhux dejjem faċli li tidentifika u tikkwantifika d-diskriminazzjoni fi kwalunkwe qasam, iktar u iktar fil- qasam ta' nies b'diżabilità mentali jew fiżika.", "Ħafna drabi mingħajr ma nkunu nafu nistgħu nwettqu diskriminazzjoni kemm bħala individwi u iktar u iktar bħala istituzzjonijiet għaliex, biex ngħid hekk, id-diskriminazzjoni nsibuha magħġuna, hija parti mill-istess tessut tas-soċjetà tagħna lkoll.", "Aħna għandna ossessjoni biex nikklassifikaw, biex nagħtu labels lill- persuni u lill-gruppi ta' persuni u dan kollu jmur kontra dak li aħna nixtiequ, li jkollna soċjetà li tinkludi lil kulħadd.", "Allura l- leġislazzjoni tipprova terġa' ddawwar daqsxejn dawn it-tendenzi.", "Mhuwiex faċli għax bil-liġijiet m'aħniex se nbiddlu l-kulturi għal kollox, imma huma pass importanti 'l quddiem.", "Fil-fatt wieħed jinduna kif il- leġislazzjoni mxiet ma' l-ideat taż-żmenijiet; fil-bidu wieħed kien qiegħed iħares iktar lejn il-qasam tax-xogħol fejn jidħlu persuni b'diżabiltà, imbagħad dħalna fil-qasam ta' l-edukazzjoni u anke tal-leisure fejn aħna rridu li kulħadd jipparteċipa f'soċjetà li tinkludi u għandha spazju għal kull persuna.", "Illum wasalna biex inressqu dan l-abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs biex nipprojbixxu diskriminazzjoni minħabba d-diżabilità.", "Dan huwa punt importanti għaliex meta inti qed tgħaddi liġi biex tipprojbixxi d- diskriminazzjoni, allura inti qiegħed tammetti li din teżisti.", "U, kif diġà għedt, aħna mhux biss irridu nammettu li hemm diskriminazzjoni imma rridu nindirizzawha b'mod konkret.", "Kien hawn ħafna interventi li daħlu f'oqsma differenti ta' kif wieħed jista' konkretament jindirizza l- projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u ċertament li dan huwa l-mod kif wieħed jista' jtejjeb il-liġi.", "Però rrid nenfasizza li ndumu kemm indumu niddiskutu biex intejbu l-liġi, huwa mportanti li nifhmu li ma nistgħux ikollna liġi li tkopri kull eventwalità u kull każ.", "Dan japplika għal kwalunkwe tip ta' liġi, iktar u iktar f'dan il-każ partikolari fejn kull diżabilità għandha l-profil uniku tagħha.", "Kull bniedem għandu l-problema tiegħu personali, skond in-natura ta' diżabilità tiegħu, is-setting tal- familja li huwa qed jgħix ġo fiha, is-setting tal-komunità u s-soċjetà li qed jgħix ġo fiha, iż-żmien li qed jgħix ġo fih, l-attitudnijiet li tieħu s- soċjetà, l-Istat u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u oħrajn.", "Allura ma jistax ikun li aħna nistgħu b'xi mod inwieġbu għal kull eventwalità li tista' tinqala' llum u fil-futur.", "B'dan f'moħħna ma nistgħux naqtgħu qalbna u fid-diskors tiegħi qed nipprova nkun pożittiv anke għal dawn in-nies għaliex inħoss li kien hemm ċerti kummenti s'issa fuq din il-liġi li setgħu qatgħu qalb il-familji u n-nies b'diżabilità meta esprimew ħafna dubji dwar kif tista' tkun implimentata liġi bħal din.", "Ovvjament wieħed irid jindirizza l-problemi tar-riżorsi eċċ, però dan se nitkellem fuqu iktar 'il quddiem.", "Niġi issa għad-definizzjoni ta' min huma n-nies b'diżabilità.", "Hawnhekk kellna ċerta kontroversja u anke waqt il-preparazzjoni ta' din il-liġi kien hemm diversi definizzjonijiet dwar lil min se ddaħħal fid-definizzjoni ta' nies b'diżabilità.", "Meta bniedem għandu nuqqas ta' smigħ qawwi jew nuqqas ta' dawl wieħed jifhem mill-ewwel x'tip ta' diżabilità tkun, però mbagħad jistgħu jidħlu ċerti diżabilitajiet li mhux daqshekk faċli li wieħed jagħtihom definizzjoni u li fil-fatt jasal biex idaħħalhom fl-iskemi differenti u jdaħħalhom fil-liġi stess.", "Però kif jgħid Humpty Dumpty: ''When I use a word it means just what I choose it to mean, neither more nor less.''", "Huwa importanti li f'din il-liġi daħlet il-kelma ''nuqqas mentali'' għaliex mhux biss irridu nħarsu lejn id-diżabilità fiżika iżda anke lejn dik mentali li huwa qasam vastissimu u jkopri numru sostanzjali ta' persuni f'pajjiżna li jaqgħu taħt din il-forma ta' diżabilità.", "U għalhekk kien imporanti li anke fil-white paper ġie enfasizzat dan il-punt.", "Fl-1980 id-WHO kienet tat definizzjoni ta' kliem importanti fil-lingwa Ingliża li huwa relatat ma' dan il-qasam u spjegat eżattament x'wieħed jifhem b'dik li aħna nsejħu \"impairment\", nuqqas, \"disability\" u \"handicap\".", "Illum qegħdin iktar nużaw il-kelma \"diżabilità\" li f'din il- liġi tfisser \"nuqqas fiżiku jew mentali li jillimita b'mod sostanzjali xi attività vitali maġġuri waħda jew iktar minn waħda ta' dik il-persuna.\"", "Mela anke nuqqas wieħed li jtellef attività vitali maġġuri tal-persuna, per eżempju, aċċess għall-post tax-xogħol jew għall-iskola, jew nuqqas li jinvolvi ħafna mill-attivitajiet li persuna li aħna nsejħulha normali teħodhom for granted.", "Dan il-konċett iktar jista' jiftiehem, mentri jekk ngħidu \"handicap\" huwa iktar konċett relattiv u llum iktar nużaw il-kelma ''diżabilità''.", "Però huwa mportanti wkoll li nifhmu li dan huwa nuqqas li jkun preżenti l-ħin kollu ma' din il-persuna.", "Jien nixtieq li f'din il-liġi nifhmu sew il-konċett ta' diżabilità għaliex mid-diskors li smajt at one stage jidher li aħna nibdew nimmaġinaw dik il-persuna b'diżabilità forsi bħala waħda żgħira fl-età, ġol- wheelchair, jew persuna għamja u dejjem nassoċjawha ma' ċertu age group, imma fil-fatt irridu nkunu konxji li f'pajjiżna hawn numru ta' nies li sa ċerta età f'ħajjithom jkunu normali u mbagħad jispiċċaw b'diżabilità li ttellef ħafna mill-ħajja normali li kienu jgħixu.", "Għalkemm meta ngħid hekk wieħed jibda jimmaġina nies ta' ċerta età, fuq is-60 jew 70 sena, però f'pajjiżna qed jiżdied numru ta' nies b'diżabilità li huma iżgħar fl-età minħabba n-natura tal-marda li tinqalgħalhom ta' 30 jew 40 sena.", "Ħafna drabi dawn in-nies qegħdin jinqabdu f'ċerta nassa li jkollhom problemi li la huma indirizzati mis-servizzi li jgawdu minnhom nies li għandhom diżabilità u li bdew b'diżabilita' mill-ewwel f'ħajjithom u lanqas jistgħu jibbenenfikaw minn ċerti għajnuniet li jieħdu anzjani.", "Naħseb li rridu nindirizzaw bis-serjetà l-problema ta' dan il-grupp ta' nies li d- diżabilità ġiethom issa għax dawn iħossuha d-doppju peress li jafu iktar x'qegħdin jitilfu fil-ħajja.", "Mr Speaker, ovvjament it-taqsimiet differenti ta' l-abbozz ta' liġi ma jistgħux ikopru kollox però, kif diġà għedt, tajjeb li nħarsu mhux biss lejn ix-xogħol, l-edukazzjoni, eċċ, fir-rigward ta' persuni b'diżabilità, imma anke lejn l-età tal-persuna b'diżabilità.", "Għaliex fi stadji differenti ta' ħajjitna d-diżabilità se jkollha impatt differenti; il- bżonnijiet ta' min hu żagħżugħ huma bżonnijiet differenti mill-bżonnijiet ta' min hu fil-mezza età u ta' min huwa anzjan u kiber fl-età.", "Wieħed irid jikkonsidra anke r-relazzjonijiet fil-familja u l-importanza li jkun hemm kontinwità, x'se jiġri minn din il-persuna b'diżabilità meta l-carers tagħha, x'aktarx il-ġenituri, jiġu nieqsa, mhux bilfors imutu imma forsi ma jkunux kapaċi jkomplu jagħtu dak is-servizz li huma kienu qegħdin jagħtu.", "Wieħed jista' jgħid li diffiċli li jiġi replaced però ċertament jasal dak iż-żmien ukoll.", "Mhux dejjem faċli li wieħed jiddefinixxi eżattament x'nifhmu b'diżabilità.", "Fil-fatt meta niġu fil-qasam tax-xogħol nixtieq insemmi wkoll dak li rrimarka l-Ombudsman fir-rapport tiegħu, li għadu kif ġie mpoġġi fuq il-Mejda ta' din il-Kamra, dwar il-policy fil-forzi armati Maltin rigward persuni flat footed.", "L-Ombudsman irrimarka li għandhom id- dritt u naqbel li jżommu d-dritt li jagħmlu r-regolamenti tagħhom, però hawnhekk ukoll tqum ċerta kontroversja x'għandhom ikunu r-rekwiżiti biex persuna taħdem f'ċertu xogħol.", "Kemm huwa verament bżonnjuż li persuna tgħaddi minn dawn ir-rekwiżiti kollha?", "Qed insemmi dan biss bħala eżempju.", "Fil-fatt hemm ħafna eżempji fejn f'dak li aħna nsejħulu l-pre-employment examination ikun hemm ċerti affarijiet li ħafna drabi sottilment, anke jekk ma jkunux miktubin, huma sors ta' diskriminazzjoni.", "U għalhekk jeħtieġ li jsir aktar fil-qasam ta' edukazzjoni, kemm ta' min jimpjega u kemm ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Agius, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Membru jkompli jinstema?", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li jkompli jinstema.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Agius ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Fil-fatt kont qed nitkellem fuq il-pre-employment examination, x'għandhom ikunu r-rekwiżiti li wieħed għandu jitlob meta persuna tapplika għal xi impjieg.", "Hemm sorsi qawwijin ta' diskriminazzjoni qabel ma wieħed jiġi impjegat, waqt ix-xogħol u anke meta bniedem jispiċċa mill-gvern.", "X'jistgħu jkunu s-sorsi ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax- xogħol?", "Hemm ħafna affarijiet li wieħed jista' jelenka, fosthom il- promozzjonijiet u l-inċentivi li jingħataw lill-ħaddiema hekk imsejħa \"normali\" li xi drabi ma jistgħux jibbenefikaw minnhom ħaddiema li jkollhom xi diżabilità.", "Il-qasam tal-part-time ukoll jista' jinkludi ħafna diskriminazzjoni għaliex huwa inqas regolat, allura hemm iktar lok li persuna tkun eskluża jew inkella tista' tkun b'xi mod abbużata f'dawk li huma drittijiet tagħha.", "Waqt li qed nitkellmu fuq ix-xogħol tajjeb insemmu r-retraining li mhux biss huwa importanti għal kull ħaddiem imma iktar u iktar nħoss li jiswa lill-persuna li jkollha diżabilità.", "Dan huwa qasam dimaniku u nafu kif is- soċjetà llum qed taħseb fuq id-diżabilità u qed tipprovdi l-mezzi biex ittejjeb il-livell ta' għixien tal-persuni b'diżabilità.", "Qed isir studju biex naraw kemm id-diżabilità fiha nfisha hija organika jew xi ħaġa medika fejn jista' jkun hemm iżjed mezzi biex wieħed jilqgħalha.", "Hemm ix-xjenza ta' l-ergonomics li tipprovdi iktar affarijiet li jistgħu jgħinu lill- persuna b'diżabilità biex tgħix il-ħajja tagħha normali u anke fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda li huma friendly iktar ma' nies b'diżabilita' jagħmlu impatt kbir fuq dak li wieħed jista' jilħaq fi żmien iktar qasir.", "Tajjeb li jkun hemm seminars u jkun hemm aġġornamenti għal kull min huwa nvolut ħalli b'hekk dawn in-nies jibbenefikaw iktar u iktar.", "Ħafna drabi nsibu anke fil-mediċina li jkun hemm invenzjoni, xi ħaġa tajba imma jgħaddu numru twal ta' snin qabel ma din il-ħaġa tiġi kummerċjalment available u tkun magħrufa ma' ħafna u ħafna nies.", "Dan huwa żmien importanti li jkun moħli.", "Għalhekk importanti li llum indaħħlu r-research officer f'kull aspett.", "Ejja naraw x'inhi tgħid l- aħħar riċerka fuq l-aspetti kollha biex ngħinu lil dawn in-nies fuq il-post tax-xogħol u anke fid-dar tagħhom.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni ssemmew ħafna l-facilitators.", "Jien ma nixtieqx li ntawwal ħafna iktar id-diskussjoni però ma nistax ma nirrimarkax li hawnhekk mhux biss għandna problema ta' kwantità, jiġifieri għandna domanda kbira u m'għandniex biżżejjed nies imħarrġa, imma iktar u iktar jien ikkonċernat fuq il-kwalifiki u l-kwalita' ta' facilitators.", "Huwa mportanti li l-facilitator almenu jkollha dak it-training meħtieġ, idea tajba kif se tkompli tagħti s-servizz tagħha fil-klassi ma' din il- persuna.", "Naħseb huwa tajjeb li l-gvern ikompli jinvesti fuq din il-linja, għalkemm hemm xi kritika li din il-one-to-one system ma tistax tkun iktar possibbli ekonomikament, però ċertament li rridu naħsbu f'sistemi li huma iktar sostenibbli in the long term.", "U ċertament li b'iktar informazzjoni speċjalment lill-ġenituri, wieħed jista' jasal iktar biex iwettaq dan is- servizz.", "Jien hawnhekk ma nistax ma nagħmilx kuraġġ lil kull min qed jaħdem f'din il-linja u mhux naqtgħalhom qalbhom billi ngħid li dan ma jistax jintlaħaq.", "Jien nemmen li where there is a will, there is a way u fuq dan il-qasam mhux biss hawn qbil bħala partiti politiċi, imma żgur li hawn qbil anke fil- pajjiż kollu biex dawn it-tip ta' servizzi jkunu sostnuti.", "U għalkemm aħna qed nitkellmu f'qafas ta' sitwazzjoni ekonomika diffiċli, imma n-numru li għandna huwa fiss - veru li bid-definizzjoni tista' ġġebbed ftit u ddaħħal iżjed imma finalment aħna qegħdin nitkellmu fuq numru fiss ta' individwi u allura nistgħu naħdmu l-qafas ekonomiku li hemm bżonn biex dawn insostnuhom.", "Tkellimna ħafna fuq l-aċċessibilità li fl-abbozz ta' liġi nsibu provvedimenti dwarha fi klawsola 12.", "Kull meta kelli l-okkażjoni nisma' nies b'diżabilità jitkellmu f'fora u anke fil-professjoni tiegħi, waħda mill-iktar affarijiet li dejjem tissemma hija kif se nagħmlu l-uffiċċji, l- iskejjel, il-postijiet tax-xogħol u l-postijiet tad-divertiment tagħna iktar aċċessibbli.", "U żgur li l-gvern m'għandu jħalli, kif jgħidu bl- Ingliż, \"no stone unturned\" f'dan il-qasam jekk irridu verament niftħu it- triq u l-bieb għal dawn l-individwi biex ikunu jistgħu jipparteċipaw bis- sħiħ f'dak kollu li nagħmlu aħna li nsejħu lilna nfusna \"normali\".", "Niddejjaq nuża l-kliem \"aħna normali\" u \"huma b'diżabilità\" imma s-soċjetà timponi fuqna dan it-tip ta' lingwaġġ sfortunatament.", "Mr Speaker, jistgħu jinqalgħu problemi oħra bħas-sitwazzjoni li ssemmiet hawnhekk fejn ikun hemm restaurant li ma jippermettix li jidħlu annimali, allura x'se jiġri minn persuna b'diżabilità li għandha guide-dog magħha?", "Hemm sitwazzjonijiet bħal meta għandek nightclubs li fihom ovvjament id- dwal ikunu baxxi u jkun hemm persuna li għandha diffikultà fil-viżta tagħha.", "Ovvjament ċerti sitwazzjonijiet ma tistax tagħmel mod ieħor għaliex in-natura ta' dak il-business titlob li jsiru dawk l-arranġamenti.", "Però ċertament jeħtieġ li nkunu sensittivi lejn il-bżonnijiet ta' dawn in- nies u jien konvint li bħalma wieħed isib sistema fil-familja u fuq il- postijeit tax-xogħol jista' wkoll isib kompromess aċċettabbli għal kulħadd ġewwa postijiet ta' divertiment.", "Issa niġu għall-għoti ta' oġġetti, faċilitajiet jew servizzi lil persuni b'diżabillità kwalifikata.", "Hawnhekkk rridu nkunu saqajna ma' l-art u naraw eżattament l-azjendi tagħna kemm huma lesti u kemm huma preparati għal dan.", "F'riċerka li saret fl-Ingilterra, qabel kienet iddaħħlet liġi simili ftit tas-snin ilu, instab li erbgħa minn kull ħames kumpanniji ma kenux preparati biex jipprovdu informazzjoni, per eżempju, fuq braille għal min għandu nuqqas ta' dawl, jew informazzjoni lill-impjegati tagħhom li kellhom nuqqas ta' smiegħ.", "Jiġifieri ġewwa l-Ingilterra nstab li 80% ma kenux ippreparati għal dan.", "Ma nafx jekk f'pajjiżna sarx xi studju dwar kemm il- post tax-xogħol huwa ppreparat biex jipprovdi faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità, pero' ċertament jeħtieġ li ssir kampanja ta' edukazzjoni fost min iħaddem in-nies f'pajjiżna ħalli din il-liġi tkun tista' tiġi mplimentata.", "Fl-Ingilterra nstab li anke f'affarijiet oħrajn importanti tal-ħajja ta' kuljum, per eżempju, ħwienet jew supermarkets, 70% minnhom l-istaff tagħhom ma kenux kapaċi jilqgħu għall-bżonnijiet ta' nies li kienu neqsin mis-smigħ jew neqsin mid-dawl.", "Jeħtieġ li anke f'dan il-qasam wieħed ikompli jagħti l-informazzjoni u l-edukazzjoni li hemm bżonn.", "F'pajjiżna ħafna servizzi jingħataw mit-tieni sular jew sulari oħrajn minħabba l-mod kif inhuma mibnija ħafna mill-postijiet pubbliċi tagħna.", "Wieħed irid jaħseb ukoll għal ċerti innovamenti u ċerta kreattività, u mhux bilfors kull darba rridu nitolbu, per eżempju, għal lift.", "Jekk għandek librerija li għandha r- reference library fuq, hemmhekk jista' jitla' kulħadd minbarra nies b'diżabilità, allura l-librerija għandha toffri servizz fis-sular t'isfel għal nies b'diżabilità.", "Kif diġà għedt, in-numru ma jkunx kbir u hemm bżonn li wieħed ikun iktar kreattiv biex inaqqas il-bżonn tar-riżorsi imma fl-istess ħin jindirizza l-problema li jkollhom nies b'diżabilità.", "Per eżempju, kemm qegħdin nipprovdu servizz lin-nies fil-wheelchair li jkunu jridu jużaw taxi?", "Ħafna drabi bi spiża żgħira wieħed jista' jipprovdi servizz sodisfaċenti.", "Tajjeb li ninvolvu lin-nies b'diżabilità f'dawn l- ideat għaliex ħafna drabi dawn jinteressaw ruħhom u jagħmlu riċerka huma stess, u jkunu jafu ħafna iktar minn nies professjonali fuq il-kondizzjoni tagħhom u kif wieħed jista' dejjem inaqqas id-diskriminazzjoni u l- iżvantaġġi prattiċi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Mr Speaker, ma fhimtx preċiż x'inhi l-pożizzjoni ta' dan l-Att rigward klawsola 18 - forsi l-ministru jkun jista' jagħti spjegazzjoni fil-winding up - fejn tgħid:", "''Ebda ħaġa f'dan l-Att m'għandha b'xi mod tinftiehem bħala li tipprojbixxi xi persuna, awtorità jew istituzzjoni milli tiddiskrimina kontra persuna minħabba fid-diżabilità tagħha jekk -", "(a) din id-diżabilità tkun tikkonsisti f'marda infettiva jew li tittieħed; u", "(b) id-diskriminazzjoni kif hawn aktar kmieni msemmija titqies mill-awtoritajiet tas-Saħħa bħala xi ħaġa li trid issir ta' bilfors fl-interess tas-Saħħa Pubblika.''", "Nifhem ovvjament il-prinċipju li s-saħħa pubblika tiġi qabel id-dritt ta' l- individwu, però nixtieq li l-ministu jispjega eżattament liema mard partikolari.", "Nafu li dawn isofru diskriminazzjoni mhux biss fil-ħajja soċjali imma anke minn diskriminazzjoni sottili meta dawn jiġu biex jieħdu kura mill-qasam tas-saħħa.", "Mhux qed nitkellem biss fuq il-qasam tas-saħħa ta' l-istat imma anke fuq livell tal-privat.", "Din il-liġi qed iddaħħal ukoll l-element ta' protezzjoni permezz ta' assigurazzjoni li tkopri lin-nies b'diżabilità.", "Dan huwa importanti ħafna għaliex inħoss li mil-liġi tal-ġungla se nibdew naraw ftit tad-dawl taċ- ċiviltà f'dan il-qasam.", "Naħseb li din il-kategorija ta' nies ċertament li ġiet diskriminata ż-żejjed u wasal iż-żmien li dan is-servizz ma jkunx miċħud lilhom għaliex fuq kollox huma kapaċi jagħtu l-kontribut tagħhom lis- soċjetà f'dak li huwa xogħol u anke fil-bini tas-soċjetà tagħna.", "U allura għandhom jibbenefikaw minn dan it-tip ta' servizz li iktar ma qed tiżviluppa s-soċjetà hekk imsejħa ċivili, huwa mportanti li kull individwu jibda jaħseb ukoll għall-bżonnijiet tiegħu finanzjarji għal meta jikber aktar fi żmien jew inkella jiġi nieqes għaliex ikollu min jiddependi minnu.", "Rigward il-ħatra u l-għamla tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità ċertament li għandu jkun hemm consensus dwarha għalilex il- firxa ta' nies minn oqsma differenti jistgħu jaqdu verament il-funzjoni tagħha.", "Nagħmel enfasi li l-individwu b'diżabilità hawn Malta jħossu żgħir u jsib diffikultajiet kbar biex iressaq il-każ tiegħu quddiem l- istituzzjonijiet u għalhekk hemm bżonn li din il-kummissjoni jkollha s- snien.", "Is-snien tal-kummissjoni ma jridux ikunu biss fil-kliem tal-liġi, li fl-istadju tal-Kumitat forsi ntejbuhom, imma jridu jkunu fl- implimentazzjoni ta' dak kollu li qed titlob din il-liġi.", "Il-kummissjoni jeħtieġ li jkollha s-snien għax inkella dak li qegħdin ngħaddu hawnhekk jibqa' biss fuq il-karta, ħaġa li żgur ma rridux la din in-naħa u ċert li lanqas in-naħa l-oħra.", "Aħna nixtiequ li f'dan il-qasam ikun hemm pass 'il quddiem ħalli nneħħu dik il-mentalità tal-passat ta' diskriminazzjoni anke jekk hija subkonxja, u naslu biex dawn in-nies ikunu verament parti mis- soċjetà.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq nagħmel xi mistoqsijiet dwar kif se jsir il-monitoring ta' din il-liġi.", "Meta naraw li sfortunatament f'pajjiżna l-liġi tista' tkun dgħajfa ma' min ikun litteralment b'saħħtu - kif diġà għedt il-liġi suppost tħares anke dawk li jibdew jipproponu li jagħmlu diskriminazzjoni - u jiflaħ ikun arroganti fil-mod kif jippreżenta s-servizzi tiegħu fil-post tax-xogħol, u fil-mod kif għandhom jiġu ngaġġati n-nies, nixtieq inkun naf kif se jsir il-monitoring ta' din il-liġi.", "Ma nafx hux se jkun hemm xi listi ta' kondizzjonijiet jew mard li min isofri minnhom ikun jista' jibbenefika minn ċerti għajnuniet.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ikun komprensiv, ma jistax jinkludi kollox għax diżabilitajiet ġodda jew mard ġdid nafu li jista jinqala'.", "Din mhijiex xi ħaġa statika, imma xi ħaġa dinamika li titbiddel biż-żmenijiet u kultant anke tinbidel malajr, allura tajjeb li wieħed ikollu idea ta' kif se jkunu jistgħu jikkwalifikaw nies li jbatu minn dawk il-kondizzjonijiet.", "Nikkonkludi billi ngħid li din il-liġi tapplika għal każijiet partikolari u allura trid issir iktar flessibbli u tipprovdi soluzzjonijiet għal problemi partikolari li jinqalgħu.", "Jien nemmen li għandna ħafna riżorsi, però rridu nużawhom aħjar.", "Għandna nies li għandhom ċertu training, allura ejja nużawhom aħjar.", "Imbagħad għandna riżors ta' nies \"mejta\", li mhumiex attivi, m'humiex fl-impieg, però li jistgħu iktar u iktar jagħtu konbtribut.", "Naħseb li f'dan il-qasam jeħtieġ li nċaqilqu iktar ir-riżorsi umani u anke r-riżorsi strutturali u finanzjarji li għannda.", "Nhar il-Ħadd kelli okkażjoni soċjali f'post ġewwa Ħaż-Żabbar u fl-istess triq innotajt li hemm ħafna postijiet li nbnew matul iż-żmien, wieħed għal għaqda li issa spiċċat, l-ieħor għal għaqda li issa m'għadhiex tiffunzjona u ħafna oħrajn, minkejja li ngħidu li m'għandniex fejn jiltaqgħu għaqdiet, gruppi taż-żgħażagħ, ta' anzjani, u ta' nies b'diżabilità.", "Ejja naraw kif jistgħu jintużaw iktar dawn ir-riżorsi tal-Knisja, ta' l-Istat u ta' individwi.", "Bl-ebda mod ma rrid nindika li aħna se nieħdu dawn il- postijiet, imma ejja naraw kif nistgħu nużawhom.", "Konna jiena u l-Onor.", "Carmelo Abela tan-naħa l-oħra u bdejna nsemmu numru ta' postijiet li għandna fid-distrett tagħna biss li jintużaw għal ftit sigħat fost il- ġimgħa.", "Nista' nsemmi n-numru kbir ta' skejjel f'dan il-pajjiż li jistgħu jintużaw barra l-ħin ta' l-iskola u waqt il-vaganzi.", "Qed insemmi biss riżors wieħed.", "Mr Speaker, kieku nużaw daqsxejn il-lateral thinking li twieled f'dan il- pajjiż nindunaw kemm hu importanti li bejn l-oqsma kollha, is-social partners u kulħadd, ikun hemm ftehim kif għandhom jintużaw ir-riżorsi f'dan il-pajjiż għal kawża ġusta.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kif se nnaqqsu d-diskriminazzjoni lejn nies b'diżabilità u kif se nipprovdulhom is- servizzi, u mhux neqirdu biss li m'għandniex flus, li m'hemmx riżorsi u li għandna l-ħofor!", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin b'din il-mentalità!", "Flok ingergru għandna naraw kif nistgħu nużaw aħjar ir-riżorsi li għandu pajjiżna.", "Jien nemmen li hemm soluzzjoni għal ħafna mill-problemi li niltaqgħu magħhom.", "Importanti li nipprovaw ninżgħu ftit minn dak l- individwaliżmu li jirrenja kompletament f'ħafna għaqdiet li ma jwassalx li jkun hemm użu sħiħ tar-riżorsi li għandna f'pajjiżna.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi ngħid li nittama li l-liġi mhux biss tkun miktuba tajjeb imma huwa importanti li l-ispirtu ta' din il-liġi jidħol fil- qalb tal-Maltin biex imbagħad jidħol fil-moħħ u b'hekk iħalli l-frott mixtieq.", "Dan huwa l-bidu ta' liġi li ċert li tista' tkun aġġornata u mtejba fid-dawl tat-teknoloġiji ġodda, ta' ideat ġodda, ta' riżorsi aħjar milli diġà jeżistu u oħrajn li nistgħu nikkreaw biex ikollna iktar soluzzjonijiet effettivi għal din il-kategorija ta' nies.", "Grazzi.", "Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, il-kollegi tiegħi diġà tkellmu fuq ix- xogħol li sar minn ta' qabilna f'dan il-qasam, fosthom minn Mons. Azzopardi, li l-ħidma tiegħu qed titkompla mis-suċċessuri tiegħu.", "Il- kelliema ta' din in-naħa semmew ukoll ix-xogħol li għamlu gvernijiet Laburisti, li kienu strumentali biex dawn it-tfal u nies li għandhom ħteġijiet differenti ma jibqgħux jinħbdew ġewwa d-djar imma jkunu integrati kemm jista' jkun fis-soċjetà u jagħtu sehemhom lis-soċjetà.", "Ilkoll niftakru li sa 30 sena ilu dawn in-nies kienu jinħbew u forsi joħorġuhom bil-lejl biex ma jarahom ħadd.", "Għalhekk aktar ma jkollna kuxjenza fuq dawn il-bżonnijiet differenti, aktar naħdmu biex dawn in-nies ikunu integrati fis-soċjetà u jagħtu wkoll sehemhom, ħalli inqas iħossuhom differenti.", "Nirringrazzjaw lill-Bambin li ħafna minn dan li qed insemmi spiċċa, iżda żgur li ma nistgħux ngħidu u ħadd ma qal hawnhekk li rnexxielna nagħmlu soċjetà inklussiva, fejn kulħadd għandu l-opportunità jimxi 'l quddiem.", "Ħafna mid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom nies li għandhom dawn il- ħtiġijiet differenti x'aktarx mhumiex ġejjin mid-diżabilità nnfisha imma mill-ostakli li nagħmlu aħna stess, ħafna drabi mingħajr ma nindunaw, għax ma nkunux konxji biżżejjed minn ċerti ostakli li jżommu lil dawn in-nies milli jkomplu ħajjithom b'mod kemm jista' jkun normali.", "Irrid ngħid li mhux dejjem id-diżabilità tkun il-problema imma hija l-attitudni tagħna lejn din id-diżabilità li żżomm lil dawn in-nies lura milli jimxu 'l quddiem.", "L-aħħar gvern Laburista wkoll ħadem fuq dan l-abbozz permezz tal-Prof.", "Edwin Grech - fil-verita' x-xogħol kien inbeda minn gvern Nazzjonalista - flimkien ma' Sylvia Zrinzo, Eric Gatt, Ramona Frendo u esperti oħrajn li ħadmu fuq il-white paper.", "Jiena ukoll kont dħalt mhux ħażin f'din il-white paper, għar-raġuni li kellna l-prattika li kull abbozz ta' liġi jew white paper kien l-ewwel jitla' l-uffiċċju tal-prim ministru biex nagħmlu dak li nsejħulu gender mainstreaming.", "Naturalment ridna nagħmlu l-vetting ta' din il-white paper - u nispera li għadu jsir dan ix-xogħol – ħalli barra li l- esperti fil-qasam tad-diżabilitajiet jaraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità, aħna naraw li ma jkun hemm l- ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, kemm fil-kontenut tal-white paper kif ukoll fil-forma.", "Dan kien xogħol li kien isir fuq kull abbozz ta' liġi u white paper li kien iressaq gvern Laburista.", "Mr Speaker, tiskanta li minkejja r-reqqa li jkun sar biha x-xogħol fuq abbozz xorta tibqa' ssib ċerti affarijiet li jaqbżulek, allura this is an ongoing process li hemm bżonn jibqa' jsir.", "L-issues tad-diżabilità mhumiex qegħdin biex nilbsuhom fuq il-pavru, biex nuru li qegħdin nagħmlu xi ħaġa.", "Kien għalhekk li fis-snin '50 u fis-snin '70 gvernijiet Laburisti ħadu ħsieb li dawn il-persuni jieħdu dak li għandhom dritt għalih.", "Però li sar dak iż-żmien kien aktar min-naħa materjali, jiġifieri li ngħataw għajnuna finanzjarja, iżda fil-qasam tad-drittijiet konna għadna lura.", "Kien għalhekk li l-Gvern Laburista ta' l-1996 kompla jaħdem fuq l-abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni bi bżonnijiet differenti, li kien beda gvern Nazzjonalista.", "Mr Speaker, irridu nkomplu naħdmu dejjem biex nies bi bżonnijiet differenti ma jkollhom xejn li jista' jżommhom lura milli jagħmlu dak kollu li huwa possibbli għalihom.", "Kif diġa' semmejt, xi kultant ikun hemm ħafna ħeġġa u ma tkunx id- diżabilità li żżommhom lura imma l-ostakli li nagħmlu aħna stess, ġieli mingħajr ma nindunaw, minħabba l-mod kif inhi magħġuna l-mentalità tagħna.", "Il-ġimgħa l-oħra l-Prof.", "Len Barton, attivist fuq l-issues tad- diżabilità, f'wieħed mil-lectures li għadu kif ta hawn Malta, qal li \"disability issues are not just soscial justice issues but human rights issues\", jiġifieri l-issues ta' diżabilità mhumiex biss issues ta' ġustizzja soċjali imma issues ta' drittijiet umani.", "Naħseb li jekk indaħħlu din f'moħħna forsi jirnexxilna nbiddlu l-mentalità li teżisti fejn dak li nagħmlu għal dawn in-nies - u jiena ngħid mhux għal dawn in-nies biss, imma għalina lkoll għax min m'għanudx għad jista' jkollu xi diżabilità jew għax inkorru, jew għax nikbru – ikun qisu xi att ta' karità.", "Dawn in-nies iridu biss id-dritt li jgħixu ħajjithom b'mod mill-aktar sħiħ possibbli bħalma għandu dritt kulħadd.", "Aħna lanqas biss noħolmu li jkun hemm xi ħaġa li żżommna lura milli nagħmlu dak li naħsbu li se jkun ta' ġid għalina u għall-familja tagħna u anke għal pajjiżna in the end.", "Allura jien nistaqsi: Għaliex għandu jkun differenti għal persuna li għandha xi diżabilità, li għandha xi ħteġijiet differenti minn tagħna lkoll - u jidhirli li għamel riferenza għaliha wkoll l-Onor.", "Agius - speċjalment f'dawn iż-żmenijiet, fejn ix-xjenza u t- teknoloġija avvanzat daqstant?", "Nerġa' ngħid - għax jiena konxja ħafna minn din il-ħaġa - li ħafna drabi d-diżabilità nġibuha aħna u li nkunu aħna li ninkapaċitaw sa ċertu punt lil dawn in-nies.", "Per eżempju, persuna li mentalment hija normali 100% u tista' tagħmel xogħol tal-moħħ imma b'diżabilità fiżika għandu mnejn - u naf b'każ partikolari - li ma teħux job li hija mħarrġa għalih minħabba l-aċċess fiżiku għall-post tax-xogħol li kienu se jimpjegawha fih.", "F'każ bħal dan aħna nkunu qed niddiżabilitawhom lil dawn in-nies u mhux id-diżabilità li għandhom għax fil-fatt din il-persuna kienet kapaċi taħdem daqs il-persuni l-oħrajn li kien hemm f'dak l-uffiċċju.", "Allura l-fatt li tista' tagħmel l-istess xogħol ma jiswa xejn la ma tistax tmur f'dak il-post biex tagħmlu.", "F'pajjiżi oħra, speċjalment fl-Amerika, kienu n-nies bi bżonnijiet differenti li ġġieldu għad-drittijiet tagħhom u għal-leġislazzjoni, imma naturalment il-liġijiet jaslu safejn jaslu.", "Għax flimkien mal-liġijiet irridu nbiddlu l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet tas-soċjetà.", "L-ewwelnett irridu nbiddlu ċerti perċezzjonijiet fina l-kbar, li ilhom magħġunin fina s-snin, u sfortunatament huma aktar diffiċli biex teqridhom għax dak li tgħid lit-tfal żgħar se jibqa' f'moħħhom tul ħajjithom.", "Nistgħu naraw l-integrazzjoni kompleta tan-nies bi ħteġijiet differenti fis- soċjetà tagħna permezz tal-liġijiet u permezz tat-tibdil li għandna bżonn nagħmlu fis-soċjetà.", "It-tnejn f'daqqa jridu jkunu, ma jistax ikollok waħda mingħajr l-oħra.", "Mhux qed ngħid li hawnhekk ma mxejniex 'il quddiem għax il-fatt li hawn kuxjenza kbira fuq dan ifisser li bdejna, però ma rridux nilludu ruħna u ma ngħidux ukoll li għandna triq twila quddiemna.", "Jien insostni wkoll li għandna ndaħħluha fil-kostituzzjoni li m'għandhiex issir diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità u naħseb li l-Kamra kollha taqbel ma' dan.", "Naturalment il-fatt li ndaħħlu din fil-kostituzzjoni ma jneħħix il-ħtieġa li jkollna din il-liġi li qed niddibattu llum għax ilkoll nafu x'jirrikjedi biex tagħmel kawża kostituzzjonali għax tħossok diskriminata.", "Din l-istess bħal diskriminazzjoni abbażi ta' sess, fejn nafu li għalkemm il-kostituzzjoni tgħid li ma jistax ikollok diskriminazzjoni abbażi ta' sess ilkoll nafu fil-prattika x'jiġri.", "Permezz ta' dan l-abbozz, il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità issa se ssir entità legali.", "Ir-redress se jkun jista' jsir fi stadju aktar kmieni għax inti tagħmel l-ilment fil-legal unit, u wara li ssir l- investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk id-diskriminazzjoni saritx fuq bażi ta' diżabilità jew le, l-ewwel jipprovaw jirrikonċiljaw imbagħad jekk ma jirnexxilhomx jipproċedu.", "Din hija xi ħaġa simili ħafna għal dak li abbozzajna aħna fil-forma ta' liġi għal gender equality.", "Nieħu din l- opportunità biex inħeġġeġ lill-ministru għall-politika soċjali biex jieħu ħsieb li jressaq anke dan l-abbozz fil-parlament għax nafu li fuq bażi ta' sess għandna ħafna każijiet ta' diskriminazzjoni li jsiru ta' kuljum, speċjalment fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Jien ċerta li l-ministru jaf b'dawn il-problemi għax il-qasam tax-xogħol jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu.", "Din il-liġi for gender equality li ħdimna fuqha tipprovdi wkoll għal kummissjoni b'poteri eżekuttivi biex dawk li jħossuhom diskriminati ma jkollhomx għalfejn imorru l-qorti imma jmorru bl-ilment tagħhom quddiem din il-kummissjoni.", "Mr Speaker, problema oħra li jinkwetaw ħafna dwarha l-ġenituri li għandhom ulied bi ħteġijiet differenti, sa minn meta dawn it-tfal ikunu għadhom trabi, hija dwar min se jieħu ħsieb it-tifla jew tifel meta jimirdu jew imutu huma.", "Għalkemm ikun għadu 'l bogħod dak iż-żmien għax ikunu għadhom żgħar, kif isiru jafu li din it-tarbiija għandha xi diżabilità, mill-ewwel jibdew jinkwetaw għal meta se jiġu neqsin huma.", "Hawn djar li jieħdu ħsieb dawn in-nies li ma jibqgħalhomx qraba biex jieħdu ħsiebhom, imma lkoll nafu li dawn mhumiex biżżejjed.", "Il-gvern jgħin lil dawn id-djar imma għandu jsib mezz kif iżid il-postijiet għal dawn in-nies.", "Postijiet bħal dawn m'għandhomx iservu biss bħala residenza għan-nies b'diżabilità imma fihom għandu jkun hemm taħriġ u tagħlim u fejn ikunu jistgħu r-residenti jagħmlu l-affarijiet għalihom infushom.", "Irrid insemmi l-bżonn li jkollna l-istrutturi biex il-liġi li qegħdin niddiskutu tkun tista' tiġi nforzata.", "Sal-lum persuna b'diżabilità diffiċli tieħu passi jekk tħossha diskriminata, u għalkemm din il-liġi se tagħtiha d-dritt li tagħmel dan, irid ikun hemm l-strutturi meħtieġa biex effettivament dan id-dritt ikun jista' jiġi eżerċitat.", "Biex nagħti eżempju prattiku, insemmi każ fejn persuna b'diżabilità ġiet impjegata f'post u dan kien għadu lanqas beda jaħdem meta sħabu bdew iħarsulu bl-ikrah għax ħassew li forsi kien se jkollhom jagħmlu aktar xogħol biex ipattu għal dak li ma kienx se jlaħħaq hu.", "Din hija kwestjoni ta' preġudizzju għax kif sab postu hemmhekk dawn mill-ewwel iddeċidew li mhux se jlaħħaq magħhom.", "Fil- fatt ma kienx il-każ imma mill-ewwel ħaduh, kif ngħidu bil-Malti, fuq demm id-dars.", "Hu ma seta' jagħmel xejn għax huwa diffiċli li ġġib prova fil- qorti li dawn qed jagħmlulek ħajtek infern, sempliċiment billi jinjorawk, biex juruk li m'għandhomx pjaċir bik.", "Sfortunatament il-Kristjaneżmu tagħna s'hemmhekk iwassalna u qed nitkellem dwar każ li ltqajt miegħu riċentement!", "Jiġifieri l-employer tah ix-xogħol imma l-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol lanqas biss tawh ċans jibda li ma bdewx jagħmlulu ħajtu infern, għax rawh differenti minnhom u għax kienu ppreġudikati li dan forsi ma kienx se jaħdem daqshom u jkollhom ipattu għalih huma.", "Jiġifieri minkejja li sab ix-xogħol, għax l-employer ma ddiskriminax miegħu, imma fil-prattika sab ruħu ddiskriminat minn sħabu.", "Issa skond din il-liġi li qegħdin niddiskutu llum, din il-persuna se tkun tista' tmur tieħu redress - u nagħfas fuq din dejjem - jekk l-istruttura fejn dan isir tkun qed tiffunzjona sew.", "Il-poteri legali jridu jkunu b'saħħithom, il-pieni jridu jkunu iebsin u l-kummissjoni jrid ikollha l-poter u r-riżorsi umani u finanzjarji li tinvestiga bis-serjetà.", "F'dawn il-każi ma nistgħux nieħdu half measures għax iktar issir ħsara milli ġid.", "Dan l-aħħar kont qed naqra ktieb - \"Beyond Demographics - Strategic Response to a Changing Workforce\" - ta' William Kearnen, direttur ta' l- institute for community inclusion ta' l-Amerika.", "L-awtur isemmi l-istess esperjenzi li ltqajt magħhom jien hawn Malta u jgħid ukoll li l-akbar ostaklu li nies b'diżabilità jiffaċċjaw meta jipprovaw isibu jobs m'hijiex id-diżabilità fiha nnifisha imma l-attitudni tan-nies li jħabbtu wiċċhom magħhom, jiġifieri ta' l-employers – li ma kienx il-każ ta' l-eżempju li tajt jeina - u tal-kollegi fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-Amerika, biex iqajmu dak li s-soċjoloġi jgħidulu corporate consciousness, xi 20 kumpannija Amerikana tat-teknoloġija fformaw consortium - semmewh \"Able to Work\" - u qed jużaw it-teknoloġija biex jipprovaw jimpjegaw lit-tmien miljun persuna li hemm fl-Amerka li għandhom diżabilità imma li jridu jaħdmu.", "Hawnhekk naraw li minkejja l-liġijiet tassew tajbin li għandhom fl-Amerka, kif qal il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu, xorta hemm iżjed minn 70% tan-nies li għandhom diżabilità li huma ta' età tax-xogħol li m'għandhomx xogħol, minkejja li jixtiequ jaħdmu.", "Mr Speaker, meta teżamina l-istatistika ta' pajjiżi oħra u tqabbel kemm imxew 'il quddiem il-liġijiet minn meta daħlu, tara kemm hemm nies li huma kapaċi jaħdmu minkejja d-diżabilità li għandhom u allura tasal għall- konklużjoni li mhux biżżejjed li nagħmlu l-liġi imma rridu nagħmlu strutturi b'saħħithom biżżejjed biex din il-liġi tiġi nforzata kif suppost.", "Irridu naħdmu ħafna wkoll biex inbiddlu l-mentalità, għax il-liġi malajr tagħmilha, imma huwa ħafna iżjed diffiċli u jieħu ħafna iżjed fit-tul biex tbiddel il-mod kif taħseb is-soċjetà.", "Meta hawnhekk qegħdin naqblu lkoll li l-liġijiet li għandhom l-Amerikani fil-qasam tan-nies b'diżabilità huma ta' min jgħir għalihom, imma mbagħad l-istatistika ta' l-Amerka turi li hemm 70% li jridu jaħdmu u m'għandhomx xogħol, nifhmu x'inhi s-sitwazzjoni fir- realtà.", "F'dan il-consortium li semmejt, hemm imdaħħal Bill Gates u meta dan il- proġett ġie launched fin-national business and disabilities council conference, Gates qal hekk:", "\"We firmly believe that if enough members of the business community step forward, applying positive employment policies in their own workforce and monitoring other companies, that fact will change\".", "Hawnhekk qed jirriferi għall-fatt li fl-Amerika għandhom 70% ta' dawk li għandhom xi diżabilità li jixtiequ jaħdmu u ma rnexxilhomx isibu xogħol.", "Hawnhekk qegħdin naraw inizjattiva tal-privat u jiena ngħid li biex insibu soluzzjoni għal dan li qegħdin niddiskutu llum għandu jkun hemm l-isforz kollettiv tas-social partners kollha, jiġifieri għandhom ikunu nvoluti l- privat, il-gvern u l-unions.", "Jiena ngħid illi jkun pass 'il quddiem li kieku kumpanniji Maltin jieħdu inizjattivi ta' din ix-xorta sabiex verament inġibu l-bidla meħtieġa biex ħadd ma jibqa' lura fis-soċjetà tagħna.", "Jiena naf illi għandna xi kumpanniji li jimpjegaw nies b'diżabilità iżda din m'hijiex in-norma imma l-eċċezzjoni.", "La qed insemmi t-teknoloġija ta' l-informatika, li lili tinteressanti ħafna, ta' min jgħid li t-teknoloġija levels the playing-field f'dan il- qasam, għalkemm dejjem jibqa' l-attitudni tal-bniedem x'inbiddlu.", "It- teknoloġija weħidha m'hijiex biżżejjed, bħalma l-liġi m'hijiex biżżejjed weħidha.", "U biex nagħti eżempju, fis-software tagħha l-Microsoft tibni functions intenzjonati biex jagħmlu l-programmi iktar faċli sabiex jintużaw min-nies b'diżabilità.", "Hemm features, per eżempju, li jkabbru parti mill- iscreen, hemm in-narrator li għandu l-funzjoni li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iscreen, jew inkella kif nafuh aħjar l-audio based screen for blind users.", "Hemm ukoll l-on-screen keyboard li tgħin lil dawk li huma limitati fil-moviment tagħhom jittajpjaw billi jużaw a pointing device.", "Per eżempju, l-IBM għandha wkoll browsers for the blind u nittama li minkejja l-problemi finanzjarji kollha li għandna, il-gvern ma jixxaħħaħx u ma joqgħodx lura milli jinvesti f'din it-teknoloġija tant meħtieġa minn min għandu xi diżabilità.", "Peress li dawn id-devices jiswew ħafna flus, ikun tajjeb ukoll li l-gvern jissussidja lil dawk li forsi jridu jaħdmu mid-dar tagħhom imma għandhom bżonn ċerti computer accessories biex ikunu jistgħu jagħmlu dan - għax għalkemm irridu nġibu quddiem għajnejna li l-ebda ammont ta' flus ma joqgħod ħdejn it-tibdil li dawn id-devices iġibu fil-ħajja ta' dawn in-nies hija an understatement li tgħid li jkun worth it li l-gvern jgħin lil dawn in-nies biex ikollhom dawn id-devices li tant jiffaċilitawlhom ħajjithom - peress li ċerti affarijiet li aħna neħduhom for granted ġieli dawn in-nies ma jkunux f'pożizzjoni li jixtruhom.", "Għalhekk, kif qegħdin naraw, meta nitkellmu fuq aċċess ma nkunux qed nirriferu biss għar-rampi u l-bibien wesgħin u l-lifts - xbajna nisimgħu fuq dawn l-affarijiet, għalkemm ħaġa sewwa li nsemmuhom, għaliex għadna lura wkoll f'dan il-qasam - imma rridu nsemmu wkoll l-investiment fit- teknoloġija ta' l-informatika speċjali.", "Ħafna drabi jsemmuli l-problema tal-facilitators - irrifera għaliha wkoll l-Onor.", "Agius - fejn tfal b'facilitator jibdew mexjin 'il quddiem u mbagħad f'daqqa waħda jneħħuhulhom.", "Per eżempju, f'wieħed mill-programmi li nagħmel ma' l-Onor.", "Dolores Cristina fuq dan is-suġġett, dan l-aħħar kellimna wieħed fuq il-fatt li rriżenja l-individwu li jagħmel il-kors tal- facilitators, minħabba xi ġlied li nqala' fil-fakultà, bir-riżultat li l- ġenituri issa qed jistennew b'mod indefinit għal facilitator għax ma jafux meta se jibdew il-kors.", "Mela minflok jieħdu dak li huwa tagħhom bid-dritt, minflok ma nwittu t-triq biex il-playing-field kemm jista' jkun nillivellawha, bil-kliem qegħdin ngħidu mod u bil-fatti qegħdin nagħmlu aktar ostakoli biex dawn it-tfal flok jimxu 'l quddiem jibqgħu fejn huma, jew agħar minn hekk, imorru lura.", "Ma tistax ma ssemmix dawn l-affarijiet ħalli ssir xi ħaġa fuqhom meta inti titkellem man-nies li l-iżjed qegħdin ibatu minħabba dawn il-problemi.", "Naturalment m'hemmx għalfejn ngħidu li dawn huma affarijiet li jridu jittieħdu bis-serjetà għaliex inkella jkollhom raġun dawk illi jakkużawna li minn fuq li dawn it-tfal diġà qegħdin fi żvantaġġ minħabba d-diżabilità tagħhom, aħna qegħdin inkomplu nitfgħuhom lura għaliex mhux qed nagħmlu biżżejjed biex dak li jista' jsir biex innaqqsu d-differenza bejnhom u bejn tfal li m'għandhomx diżabilità.", "Imma meta tisma' dawn l-affarijiet jiena ngħid li s-slogan li jħobb juża l- ministru għall-politika soċjali, li għandu jkollna \"soċjetà fejn ħadd ma jibqa' lura\", ngħid li jibqa' biss slogan.", "Issa ngħaddi ftit għall- konsultazzjonijiet, Sur President.", "Meta tkun qed issir liġi jew white paper hija ħaġa normali li jsiru konsultazzjonijiet ma' esperti f'dak il-qasam, ma' nies li għandhom il- problema, u ma' kull min imiss ma' din il-problema għax naturalment il- ministru jew in-nies ta' madwaru ma jistax ikun li jkunu jafu bl-affarijiet kollha li rridu nirranġaw u nirregolaw.", "Però ma jidhirx li l-ministru tkellem mal-moviment favur id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, għallinqas sakemm intbagħtet l-ittra lilna l-membri ta' dan il-parlament.", "Din l-ittra li bagħtu lill-ministru fit-28 ta' Ottubru taw kopja tagħha lill-membri parlamentari kollha.", "Din l-għaqda li hija volontarja u għandha hands-on experience ta' persuni b'diżabilità - għax dawn jew huma stess għandhom diżabilità jew il-qraba tagħhom, jew inkella huma professjonisti li jaħdmu ma' dawn in-nies b'diżabilità - u naħseb vale la pena li nisimgħuhom, għax jiena ċerta li għandhom affarijiet validi x'jgħidulna fuq din il-kwestjoni li qegħdin niddibattu llum.", "Jiena skantajt kif il- ministru qal - dejjem minn dak li qrajt, għax din l-għaqda kitbet biex tikkritika xi partijiet mil-liġi, kif wara kollox għandhom id-dover li jagħmlu dawk kollha li jafu xi ħaġa jew tinteressahom l-issue - li dan il- moviment huwa kontra din il-liġi.", "Fil-fatt fl-ittra tagħhom igiddbu lill- ministru u qalulu li l-fatt li kitbu xi kummenti fuq il-liġi ma jfissirx li huma kontra l-liġi.", "U jien, biex inkun fair mal-ministru, rrid ngħid li ma nafx x'kien fiha l-ewwel ittra - għax naturalment kien hemm ittra oħra biex il-ministru rrisponda u mbagħad huma kitbu fuq l-ittra li rrisponda l- ministru - għax l-ewwel ittra ma kellix kopja tagħha.", "Però having said that nista' x'seta' kien fiha l-ewwel ittra biex il-ministru rreaġixxa b'dan il-mod u m'hemmx għalfejn noqgħod naqra l-ittra tal-ministru għaliex kulħadd għandu kopja tagħha.", "If it's anything to go by, Sur President, jiena li nista' ngħid mill- esperjenza personali tiegħi hu li kif inbidel il-gvern u l-Onor.", "Gonzi laħaq ministru - għax nista' ngħid li għaddejt minn esperjenza simili, u meta tibda tara ċertu pattern jifforma ruħu ikollok tiġbed konklużjoni waħda - kont kellimtu f'dan il-parlament fuq il-white paper dwar il- vjolenza domestika, u bl-aktar mod arroganti l-ministru kien qalli mill- ewwel li dik trid terġa' ssir għax m'hijiex tajba, imbagħad kellna nistennew disa' xhur biex il-ministru ħareġ bl-istess white paper li kien ipprepara gvern Laburista mingħajr ma biddel xejn fiha.", "Jiġifieri r- reazzjoni tal-ministru kienet barra minn lokha - kien għadu kif isir ministru dak iż-żmien - u jiena bqajt skantata għaliex il-perception tiegħi tal-Ministru Gonzi ma kenitx dik, għax kont naħseb li huwa bniedem li jipprova jifhem u jrid jagħmel l-affarijiet tajbin.", "Però meta għaddew disa' xhur u ħareġ l-istess white paper li dwarha kien qalli biex ma nsemmihiex għax trid terġa' ssir - u din qiegħda on record li qalli hekk - forsi nista' nifhem ir-reazzjoni tal-moviment favur id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità meta qalu li l-ministru kien arroganti magħhom għaliex ikkummentaw fuq il-liġi u hu qalilhom li huma kontra l-liġi.", "Jekk inhu minnu dak li qegħdin jgħidu fit-tieni ittra - għax fuq il-white paper dwar il-vjolenza domestika nista' naħlef għalih għax kont involuta jiena, però f'dan il-każ ma kontx involuta direttament u għalhekk ma nistax ngħid eżattament x'ġara - jiena nara li m'hi xejn ħlief arroganza l-attitudni min- naħa tal-ministru fir-rigward ta' dan il-grupp li qed jippontalna lejn xi nuqqasijiet li jeżistu fl-abbozz.", "Sur President, kif qalu huma, il-problema jgħixuha u allura naħseb li ta' min jagħti kas dak li qegħdin jgħidu.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Jekk il- ministru jaħseb li l-abbozz ta' liġi li ressaq huwa perfett u ma jridx jaċċetta kritika, għalfejn qegħdin niddiskutuh hawnhekk?", "Jiena ngħid li anke meta jgħaddi minn dan il-Parlament, nibqgħu nsibu affarijiet li stajna nagħmluhom aħjar, u naturalment aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar insibu affarijiet ġodda x'inbiddlu u x'indaħħlu.", "Il-liġi hija xi ħaġa ħajja u m'għandniex inħarsu lejha b'mod riġidu, qisu xi ħadd għandu xi monopolju fuq x'għandu jsir, qisu huwa wieħed li huwa l-espert.", "M'hu veru xejn.", "Aktar ma niġbru r-riżorsi ta' nies li huma nvoluti fil-problema, aktar se jkollna liġi komprensiva, aktar se nimxu towards leaving no stone unturned.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Ippermettili, Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nipproponi li l-Onor.", "Dalli tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Dalli tkompli titkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri?", "Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nagħti ħajr lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Kif kont qiegħda ngħid, il-liġi ma nistgħux inħarsu lejha b'mod riġidu, qisu xi ħadd għandu xi monopolju fuq x'għandu jsir.", "Jiena ngħid li min għandu moħħu magħluq jagħmel hekk.", "Kuljum għandna x'nitgħallmu mingħand xulxin, speċjalment mingħand nies li qed imissu ma' problema bħal din kuljum u naħseb li m'hawn ħadd li jista' jitkellem iżjed minnhom.", "Irridu nisimgħu lil kulmin għandu xi ħaġa ta' sustanza x'jgħid u mbagħad ngħaddu l-liġi.", "Imma naturalment l-affarijiet ma jieqfux hemmhekk, dejjem jibqa' il-lok fejn intejbu fi kwalunkwe ħaġa imma għallinqas inkunu bdejna nnaqqsu ftit mit-tbatija.", "La qed insemmi dawn l-affarijiet, din l-attitudni issa qed naraha wkoll fil-post ta' kenn ta' emerġenza għan-nisa u t-tfal tagħhom li huma vittmi ta' vjolenza domestika.", "Kien hemm post għal dawn in-nies li konna ħdimna fuqu aħna u l-ministru waqqaf kollox.", "Jien ngħid li wieħed għandu jibda proġett u mbagħad ikompli jtejjeb l-affarijiet u niftħu postijiet oħrajn imma għallinqas tkun bdejt!", "U dan kollu meta kien hemm ix-xogħol kollu lest, u mela jiġi jgħidilna li forsi se jkollna xi post ta' kenn għal dawn in-nisa u t-tfal għall-aħħar tas-sena d-dieħla!", "L-istess ġara fuq l-emendi għal-liġi dwar il-vjolenza domestika.", "Issa l-ministru qed jgħidilna li se jkollna nistennew sa nofs is-sena d-dieħla biex dawn l-emendi jersqu fil- parlament.", "U dan meta nafu li n-nisa għandhom ftit jew xejn protezzjoni mil-liġi meta jiġu msawta wara l-bibien fid-dar tagħhom, fejn ma jarahom ħadd.", "Kien hemm ix-xogħol lest f'dak il-post.", "X'qed nistennew?", "Li jiġri bħalma ġara l-ġimgħa l-oħra!", "Dwar dak id-double murder li kellna fil-Qrendi, fejn inqatlet dik l-omm u bintha, jien qrajt li din l-omm li nqatlet kienet ilha tissawwat għal ħafna u ħafna snin, imma l-liġi tagħna ma tkeċċix mid-dar lil min qed iwettaq il-vjolenza.", "U mara li għax ikollha t-tfal xi tmantni u ma tkunx ekonomikament indipendenti ma tistax taqbad it-tfal u titlaq hi, allura tkompli tgħix fl-istess dar ma' min jittrattaha bħal football - mhux qed ngħid ta' annimal, għax illum hawn kuxjenza biex l-annimali jiġu ttrattati sew - għax kif jitilgħulu jibda jballat fiha.", "Din tibqa' tissaporti minħabba t-tfal - ngħid għalija aktar issirilhom ħsara t-tfal meta jaraw dik il-vjolenza - u mbagħad meta jiġri kif ġara l-ġimgħa l-oħra, jiġifieri joqtolha, imbagħad kulħadd joqgħod jgħid \"jaħasra!\"", "Imma ħadna ħsieb biex din ikollha protezzjoni bil-liġi?", "Ħadna ħsieb biex għallinqas ikollha fejn titfa' rasha jekk dan tagħtih is-siegħa u jibda jballtilha?", "X'qed nistennew?", "Nerġa' ngħid li kien hemm ix-xogħol lest.", "Mhux qed ngħid li ma setax ikun improved.", "Mela le, kollox jista' jiġi improved fid-dinja.", "Anke aħna sakemm immutu, min għandu r-rieda jibqa' jtejjeb lilu nnifsu, xi ħaġa naturali din.", "Imma għallinqas dak li nistgħu nagħmlu nagħmluh biex nagħmluha aktar diffiċli għal dawn in-nies li ma jimxux bir-raġuni għax flok raġuni dawn jużaw il-forza fiżika!", "Nitolbok skuża, Sur President, li ħriġt barra mis-suġġett hawnhekk imma tant għandi każi fejn nisma' kuljum lil dawn in-nisa jgħidu: \"Imisskom tagħmlu hekk la tafu li l-liġi m'hijiex qiegħda tajba!", "Għax jekk aħna nitilqu mid-dar fejn se mmorru?\"", "Ma jiswa xejn li lil dawn noqgħod ngħidilhom li l-liġi lesta, kemm inressquha fil-parlament u li x-shelter nistgħu niftħuħ meta dawn fil-prattika qed ifittxu u m'huma jsibu xejn!", "U issa għaddiet sena u qed jgħidilna li forsi l-liġi tersaq għal nofs is-sena d-dieħla, jiġifieri tkun ilha sentejn minn mindu ħriġna l-white paper aħna u forsi forsi x-shelter jiftaħ fl-aħħar tas-sena d-dieħla, meta dan seta' fetħu hekk kif sar ministru u mbagħad kien ikompli jtejbu u jiftaħ oħrajn.", "Aħna hekk irridu, imma minn dan kollu ma sar xejn.", "U mhux ix-xhur issa għaddejjin u qed igerbu, imma s-snin qegħdin igerbu!", "Imbagħad jiġri bħalma ġara l-ġimgħa l-oħra u kulħadd inewwaħ u jgħid jaħasra!", "Nerġa' niġi għal dan li qegħdin niddiskutu u ngħid li hemm ħafna dettalji, però f'dan l-istadju aħna niddiskutu aktar b'mod ġenerali u nitkellmu aktar fuq il-kunċett milli fuq id-dettall.", "Imma l-oppożizzjoni fl-istadju ta' kumitat għandha ħafna x'tikkjarifika, per eżempju, it-tneħħija tas- superseding clause, li minħabba f'hekk qed ikollna aktar lok ta' interpretazzjoni li għandu mnejn toħloq problemi aktar 'il quddiem.", "Nistaqsu wkoll aħna għalfejn ġiet mibdula d-definizzjoni ta' \"diżabilità minn kif kienet fl-abbozz li kien ippreżenta gvern Laburista.", "Jidhirli li dak iż-żmien id-definizzjoni konna ħadnieha minn tal-Kunsill ta' l-Ewropa, so it couldn't have been all that bad.", "Hemm id-definizzjoni ta' \"għajnuna awżiljarja\", li qiegħda wkoll ftit vaga.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni ta' l- aċċessibilità, jekk din hix se tkun tgħodd għall-privat ukoll.", "Hawnhekk irrid ngħid li vera li ħafna inizjattivi jibdew mill-gvern u dan ikun qed jagħti l-eżempju, imma f'dan il-każ ma naħsibx li se nimxu wisq 'il quddiem jekk ma nesiġux li l-privat jaħdem fuq l-aċċessibilità għal kulħadd ukoll.", "Nistaqsi wkoll x'budget hemm biex postijiet pubbliċi nagħmluhom aċċessibbli għal kulħadd, għaliex wara kollox il-parti fiżika, jiġifieri l-parti li mhux kwestjoni ta' mentalità, ta' kultura, ta' attitudni li aħna rridu nbiddluha, it boils down to pounds and cents, m'hemmx two ways about it din.", "Nieħu l-eżempju ta' l-iskejjel li jammontaw għal 270 skola; jekk lift jiġi jiswa Lm70,000, miżerjament qed ngħid hawnhekk, trid kważi Lm2 miljun biex tagħmel lift fl-iskejjel kollha.", "Qed nagħti dan l-eżempju biex inkunu nafu x'aħna ngħidu għaliex dak li ngħidu rridu nkunu nafu li se nkunu kapaċi nikkonkretizzawh inkella nkunu qegħdin nidħqu bin-nies.", "Tissemma wkoll l-inclusive education u, sfortunatament, apparti li ħafna skejjel lanqas fiżikament m'huma aċċessibbli - u jiena kelli każ ta' tifla li ma setgħetx tmur fl-iskola tar-raħal tagħha minħabba li din m'hijiex aċċessibbli għaliha - hemm ukoll il-problema l-oħra, kif qalilna ġenitur ta' tifla li għandha Down's syndrome, li m'aħniex preparati għall- aċċessibilità tal-curriculum.", "Jidhirli li f'dan id-dibattitu l-Onor.", "Cristina għamlet ukoll aċċenn għal din il-problema u tkellmet fuq esperjenza ta' meta ġiet iffaċċjata b'din is-sitwazzjoni - meta kienet tgħallem - u ħassitha li ma kenitx preparata.", "L-edukaturi jitkellmu fuq il- bżonn ta' individual education plan.", "X'qed isir fuq dan?", "Naħseb li huwa importanti li nindirizzaw din il-problema.", "Imbagħad hemm ukoll il- kwestjoni ta' l-insurance, li rajtha ftit vaga fil-liġi, u naħseb li hemm bżonn li jiġi ċċarat jekk kumpannija ta' l-assigurazzjoni tistax tiċħad li tinxurja persuna b'diżabilità.", "Hemm ħafna affarijiet oħra li għandna mistoqsijiet dwarhom li nkunu nistgħu nagħmluhom fl-istadju ta' kumitat.", "Sur President, il-kampanja biex nies bi bżonnijiet differenti jiġu ntegrati fil-mainstream tas-soċjetà f'dik li hija edukazzjoni, xogħol, ħajja fil-familja, ħajja soċjali, il-liġijiet li nagħmlu, l-investimenti fit-teknoloġija, il-ħtieġa li nagħmlu postijiet pubbliċi u privati aċċessibbli għal kulħadd, dan kollu jiswa ħafna u huwa importanti ħafna.", "Però jiġi jiswa ftit ħafna jekk l-attitudni tas-soċjetà tagħna ma tinbidilx u tibqa' tisma', kif għadna nisimgħu sal-lum, lil dawn in-nies li għandhom bżonnijiet differenti, jgħidulek li jħossuhom li s-soċjetà as a whole tiddiskrimina kontrihom.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Sur President, qegħdin niddibattu liġi li l-għan tagħha huwa sabiex tipprovdi għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità, minħabba fid-diżabilità tagħhom, u għat-twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità u dwar ħwejjeġ oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan.", "Din hija liġi li suppost naqblu fuqha ż-żewġ naħat għax it-taħdidiet fuqha kienu bdew immedjatament wara l-1987 u l-abbozz ta' liġi li kien kważi lesta gvern Nazzjonalist ġie rfinut mill-Prof.", "Edwin Grech fl-1997 u issa l-liġi reġgħet ġiet preżentata fil-parlament mill-ministru għall-politika soċjali attwali.", "Sur President, xtaqt li kieku nibda nitkellem mill-ewwel dwar l-iskop in ġenerali ta' din il-liġi imma ma jistax ikun li qabel ma nirribattix xi ftit punti li qajmet l-oppożizzjoni, li tat aċċenn politiku wisq fuq din il-liġi fid-dibattitu li smajna s'issa.", "Naturalment kulħadd għandu l- opinjoni tiegħu u m'iniex qed ngħid li din il-liġi hija perfetta - anzi persważ li meta niġu fl-istadju ta' kumitat hemm bżonn ċerti emendi, li jiena żgur li l-ministru mhux sejjer ma jaċċettahomx - imma żgur ma nistgħux nippermettu li hawnhekk jingħad kliem li jirrifletti ħażin fuq il- ministru li qed jippilota din il-liġi.", "Ngħid għalija skantajt kif l-ewwel kelliem mill-oppożizzjoni - qam jitkellem proprju wara l-Ministru Gonzi - kellu kliem li żgur ma jixraqx li jgħidhom għal ħadd hawnhekk, żgur mhux għall-Ministru Gonzi.", "Jien m'iniex se noqgħod nagħmel id-difiża tal- ministru - għax kapaċi jagħmilha mhux daqsi, anzi ferm aktar minni! - imma tieħu għalik meta tara li kien proprju l-Ministru Gonzi - dak iż-żmien ma kienx ministru, kien chairman tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità - li kien il-pijunier biex din il-liġi waslet fejn waslet issa, u mbagħad jiġu kelliema ta' l-oppożizzjoni u ħlief tmaqdir u imputazzjonijiet u allegazzjonijiet fuq l-istess ministru ma jagħmlux!", "Naturalment għandhom id-dritt li jaraw li l-klawsoli jiġu emendati għall- aħjar.", "Dan huwa dritt tagħhom - u tagħna wkoll - imma m'għandhomx dritt li jimputaw ċerti affarijiet fuq l-intenzjoni tal-ministru, imma nerġa' ngħid li skantajt kif bniedem bħall-Onor.", "Karl Chircop jiġi jagħmel dak id- diskors li żgur m'huwiex denju li jingħad fil-parlament.", "Sur President, biex ħadd ma jaħseb li qed nesaġera jew li m'iniex qed nikkwotah preċiż, se nikkwota l-kliem li qal meta ġie biex jikkritika dak li qal il-Ministru Gonzi.", "Beda biex qal:", "\"Hemm tentattiv serju mill-partit fil-gvern biex jitnaqqsu xi poteri milli kien hemm fil-liġi ta' żmienna tant li iva, effettivament nistgħu ngħidu li b'din il-liġi jista' jagħti l-każ li rrigressjajna xi ftit minflok morna 'l quddiem.\"", "Mela l-gvern qed iressaq din il-liġi biex iġib 'il quddiem l-interess ta' persuni b'diżabilità u l-Ministru Gonzi li tant ħadem għal dawn in-nies jiġi akkużat hawnhekk mill-Onor.", "Chircop li qed iressaq liġi li lil dawn in- nies se titfagħhom lura!", "Kieku din biss ma jimpurtax imma naħseb li mhux sewwa li waqt li kien qed jitkellem fuq il-klawsola ta' l-insurance, l- Onor. Chircop ħareġ b'dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"Din hi l-kuxjenza soċjali li kontu tgħajruna biha lilna u issa qed tipprovaw tattwawha intom?", "Mela sewwa, niffavorixxu l-interessi ta' kumpanniji assikurattivi li żgur m'humiex ħafjin, anzi addirittura nillegalizzawlhom id-dritt li jirrifjutaw polza ta' assigurazzjoni lil persuni b'diżabilità, imbagħad nippożaw li aħna t-tarka tal-batut u ta' nies emarġinati fis-soċjetà!", "Għarukaża għal min kellu l-guts jieħu din l-inizjattiva moqżieża!\"", "Jiena nitqażżeż nisma' dan il-kliem, u qed nuża l-istess kliem li uża l- Onor. Chircop, Sur President.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed ifakkar lill-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra li qabel ma hu kien membru parlamentari - jien għandi quddiemi ktejjeb dwar il- liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabbiltà - kien hemm seminar, fejn kien tkellem il-Ministru Gonzi, dak iż-żmien chairman tal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "U jiena se naqra paragrafu sħiħ, ħalli ma nħalli xejn barra, fejn Dr Gonzi dak iż-żmien semma speċifikament il-kwestjoni ta' l-insurance.", "Dr Gonzi kien qal hekk:", "\"Fost is-servizzi l-aktar importanti li mill-ewwel inġib quddiem għajnejja, meta nitkellmu dwar servizzi u faċilitajiet għal persuni b'diżabilità, insibu l-insurance.", "Intom tafu, bħalma naf jien, li persuna b'diżabilità issib diffikultajiet kbar biex tieħu dan is- servizz, li huwa wieħed offrut bil-liberta' kollha liċ-ċittadini l- oħra.", "Forsi mhux kulħadd jaf jew ma jirrealizzax il-fatt li l-ħajja moderna f'ċerti aspetti tagħha saret iddur madwar din l-imbierka polza ta' l-insurance.", "Hekk, per eżempju, ma tistax issuq mingħajr insurance, ma tistax tissellef mill-bank mingħajr insurance, ma tistax tixtri dar u tibbenefika mis-servizzi tal-Lohombus mingħajr insurance, meta ssiefer trid li jkollok insurance u anke biex tattendi kors fl- universita' barra minn Malta jitolbuk li tkun kopert b'insurance privata.", "Issa jien naf, minn esperjenzi li rrakkontawli, li persuni b'diżabilità kellhom jaħbu d-diżabilità tagħhom biex jakkwistaw polza ta' insurance, ħalli jkunu jistgħu jsuqu karozza, u ddeċidew li jagħmlu hekk għaliex l-użu tat-trasport privat għalihom kien importanti ħafna.", "Naf ukoll li dawn in-nies daru ma' Malta kollha biex isibu kumpannija ta' l-insurance li kienet lesta li tkoprihom iżda ma sabu l-ebda waħda li kienet lesta li tagħmel dan.", "Nistaqsikom jekk dan ifissirx li qed issir diskriminazzjoni fil-konfront tal- persuni b'diżabilità, nistaqsikom jekk huwiex ġust li persuna li qiegħda taħdem, taqla' l-flus u kapaċi tissellef somma flus u troddha lura, għandhiex tiġi mċaħħda minn dan is-servizz sempliċement għax m'hawn l-ebda kumpannija li lesta toħdilha polza ta' assigurazzjoni jew għallinqas tkkalkula x'inhu r-riskju tagħha b'mod ġust u tagħmel offerta li tkun raġonevoli, anke mill-aspett kummerċjali.\"", "Dan huwa kliem li qal Dr Gonzi meta kien chairman tal-kummissjoni, imbagħad jiġi hawnhekk l-Onor.", "Chircop, ħames snin wara, u jakkuża lill- Ministru Gonzi li kellu l-guts jieħu din l-inizjattiva \"moqżieża\"!", "Mr Speaker, nirribella għal dawn l-istatements li nisma' hawnhekk.", "Jiena ma ngħidx li m'hemmx ċerti klawsoli li forsi ma jridux jiġu emendati - issemmiet is-superseding clause - u jien persważ li jekk il- Ministru Gonzi jara li hemm xi dubju fl-interpretazzjoni ta' din il-liġi u hemm bżonn li jdaħħal emenda, mhux se jiddejjaq li jagħmel hekk, imma mhux tiġi tgħajru li qed jagħmel hekk bi skop ħalli jibbenefikaw ċerti kumpanniji privati u jgħaffeġ lil persuni b'diżabiltà.", "Mr Speaker, jien ngħoddha bħala diżonestà politika li l-membri ta' l-oppożizizjoni jagħmlu kapital politiku minn kull ħaġa, anke f'ħaġa bħal din li suppost aħna ta' l- istess opinjoni fuqha!", "Din l-istess bħal meta l-ġimgħa l-oħra kont mistieden nieħu parti f'seminar ma' rappreżentant ta' l-oppożizzjoni - is- suġġet kien \"il-pensjonant fil-millennju l-ġdid u l-isfidi li qed jaffaċċja\" - u jiena għamilt id-diskors tiegħi kif kelli nagħmlu, mingħajr ma ndaħħal politika kemm jista' jkun, imma jiddispjaċini ngħid li r- rappreżentanta ta' l-oppożizzjoni li tkellmet warajja għamlet attakk sfrenat fuq il-partit u l-gvern Nazzjonalista u qalet li s-sitwazzjoni li qiegħed fiha l-pensjonant illum hija tort tal-gvern Nazzjonalista, u li l- pensjonant se jkompli jbati fil-millennju l-ġdid tort ta' gvern Nazzjonalista u ħafna paroli bħal dan.", "Kieku ridt nagħmel diskors politiku, lil sħabna tan-naħa l-oħra kont infakkarhom - għax forsi r- rappreżentanta ta' l-oppożizzjoni ħadet gost tagħmel hekk għax forsi kienet qed tilgħab home - ukoll x'għamel il-gvern Laburista fil-qasam tal- pensjonijiet, kemm dam żmien ma jgħollix pensjonijiet u x'inġustizzji għamel mar-romol.", "Naf nagħmilhom dawn l-affarijiet, imma dawn huma nies li qed japprofittaw ruħhom minn kull okkażjoni ħalli jagħmlu kapital politiku, biex mingħalihom joskuraw lill-partit Nazzjonalista u jipprovaw juru li m'għandniex kuxjenza soċjali, bħalma fil-fatt ma kellhomx huma meta kienu fil-gvern.", "Jiena bdejt b'din għaliex veru urtajt ruħi u mhux fair li bniedem bħall-Onor.", "Gonzi li tant ħadem fil-qasam tal-persuni b'diżabilità jiġi akkużat minn membru ta' l-oppożizzjoni li kellu l-guts biex jagħmel affarijiet \"moqżieża\".", "L-ewwelnett dan huwa kliem li m'għandux jingħad hawnhekk u t-tieni nett dak il-membru ma kienx ġustifikat li jitkellem hekk.", "Mr Speaker, apparti mill-aspett politiku - għax kieku ma sarux dawn l- allegazzjonijiet żgur ma kontx se nżeffen politika fin-nofs għax, kif diġa' għedt, jien jidhirli li din hija liġi li naqblu fuqha - nixtieq issa nitkellem fuq l-iskop u s-sustanza ta' din il-liġi iżda ma nixtieqx noqgħod nirrepeti ħafna minn dak li diġà ntqal.", "Aħna qegħdin fis-Second Reading, allura ċerti dettalji fuq kull klawsola, kif fil-fatt għadha kemm qalet l- Onor. Dalli, inħalluhom għall-istadju ta' Kumitat.", "Jiena se nitkellem fuq il-linji ġenerali ta' din il-liġi.", "Nibda biex ngħid x'nifhmu meta ngħidu li xi ħadd għandu diżabilità.", "L-ewwelnett jista' jkun hemm anormalità jew xi nuqqas mil-lat anatomiku, fiżjoloġiku jew psikoloġiku.", "Per eżempju, huma diżabilitati dawk il- persuni li tilfu sieq jew id jew xi parti mis-sistema nervuż b'effett ta' xi operazzjoni jew ta' accident, jew dawk li sfaw għomja jew torox jew paralizzati.", "It-tieni, hemm kondizzjonijiet kliniċi li huma kroniċi, li jalteraw jew iwaqqfu l-proċess normali fiżjoloġiku jew psikoloġiku, bħalma huma, per eżempju, l-artrite, l-epilepsija, l-iskriżofrenija u anke d- depressjoni.", "It-tielet tista' tkun il-limitazzjoni funzjonali ta' attività ordinarja kemm jekk dik l-attività issir għaliha jew ma' ħaddieħor.", "L-akbar eżempju ċar huwa meta wieħed mhux kapaċi jagħti kas tiegħu nnifsu, fis-sens li jsibha diffiċli jew impossibbli li jimxi, jitla' taraġ, jinħasel jew jilbes waħdu.", "Imma jien aktar irrid nitkellem in ġenerali fuq din il-liġi għax żgur li l-Kamra kollha taqbel magħha fil- prinċipju, Sur President.", "Kif diġà ntqal, sal-ġurnata tal-lum f'pajjiżna għandna żewġ liġijiet biss li jittrattaw il-qasam tal-persuni b'diżabilità, jiġifieri l-liġi li għaddiet fl-1969 li tirregola l-impjieg ta' dawn il-persuni, u li kważi għadha kif kienet sal-lum, u l-liġi tas-sigurtà soċjali li tistabilixxi l- pensjoni tal-ħandikappati, kif isejħulhom illum.", "Wieħed irid bilfors jikkonstata li barra dawn iż-żewġ liġijiet jeżisti baħħ f'dan il-qasam mil- lat leġislattiv.", "Biss tajjeb li wieħed jirreġistra li dawn iż-żewġ liġijiet kellhom importanza kbira, speċjalment fiż-żmien li ġew introdotti, u m'hemmx dubju li kien pass pożittiv ħafna fir-rikonoxximent tad-dritt tal-persuna b'diżabilità biex tgħix ħajja indipendenti finanzjarjament u biex issib fejn taħdem.", "Sfortunatament ma tantx sar aktar progress minn dak iż-żmien u llum kulħadd jirrikonoxxi li ma nistgħux nittolleraw iżjed li persuna b'diżabilità trid tittallab għad-dritt li fil-fatt huwa tagħha u li għandu jkun tagħha mingħajr ebda talbiet.", "Żgur li ma nistgħux nippermettu aktar li biex persuna b'diżabilità tieħu dak li jistħoqqilha bi dritt, ikun jiddependi minn xi diskrezzjoni ta' xi individwu.", "Is-soċjetà tagħna trid tgħin u mhux tostakola lil dawn il-persuni għaliex wara kollox persuna b'diżabilità tista' tgħix ħajja normali bħal kull min m'għandux diżabilità jekk ikollha l-għajnuna neċessarja.", "Hemm diversi gradi u tipi ta' diżabilità u allura wieħed ma jistax jiġġeneralizza dwar il-ħteġijiet u l-bżonnijiet li jkollhom diversi persuni.", "Każ huwa differenti minn ieħor u allura kull każ għandu jkollu s-servizzi personalizzati li jgħinu ħalli jissupera l-ostakoli kollha biex jgħix ħajja normali.", "Naturalment hemm xi raġunijiet għaliex dan il-qasam tal-persuni b'diżabilità ma kellux dak l-iżvilupp li wieħed kien jixtieq matul dawn is- snin kollha.", "Biss huwa veru wkoll li wieħed ma jistax ma jsemmix il- kontribut enormi u imprezzabbli li tat u għadha qed tagħti l-knisja kattolika f'pajjiżna b'diversi modi u b'diversi manjieri, imma l-aktar fil- ftuħ tad-Dar tal-Provvidenza minn Mons. Azzopardi.", "Jiena ngħid li dan huwa monument immortali f'dan il-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll isemmi x-xogħol li għamlu u għadhom jagħmlu diversi għaqdiet volontarji f'dan il-qasam.", "Iżda sfortunatament f'pajjiżna kienet u f'ċertu sens għadha teżisti l-mentalità li persuna b'diżabilità m'hijiex tajba biex tagħmel xogħol produttiv, mentalità li kienet tiddomina mhux biss lil min iħaddem iżda wkoll kienet iffokata f'moħħ l-istess persuni b'diżabilità u anke l-familji tagħhom.", "Għalkemm din il-mentalità m'għadhiex prevalenti daqskemm kienet fl-imgħoddi, sfortunatament għadha teżisti wkoll f'ċerti mħuħ illum.", "Iż-żmien li persuna b'diżabilità tiġi moħbija u mwarrba mis- soċjetà, anke mill-istess familjari tagħha - dan għalihom kien bi skop tajjeb - issa għadda u kważi ntesa għal kollox.", "Illum tiltaqa' ma' persuni b'diżabilità li huma kapaċi jieħdu edukazzjoni normali jew kważi normali u qegħdin naraw persuni b'diżabilità mentali li jiġu impjegati f'xogħol produttiv.", "Huma ħwejjeġ bħal dawn li jagħmlulna l- kuraġġ u jsaħħu d-determinazzjoni tas-soċjetà tagħna biex tkompli ssegwi din it-triq.", "Wara kollox m'għandniex għalfejn niddubitaw mill-potenzjal qawwi li persuni b'diżabilità jistgħu jippossjedu.", "Huwa d-dover tagħna lkoll li naraw kif u b'liema mod nistgħu nagħmlu użu minnu fil-ħajja ta' kuljum.", "Huwa fatt li din il-liġi li għandna quddiemna ilha tinħema iżda issa wasal iż-żmien li mid-diskors ngħaddu għall-fatti ħalli ssir ġustizzja ma' min ilu tant snin jistenna li ssir ġustizzja miegħu.", "Din il-liġi trid tissanzjona ċerti drittijiet tal-persuni b'diżabilità.", "Żgur li waħda mir- raġunijiet li tiġġustifika din il-liġi huwa l-fatt li l-persuni b'diżabilità ilhom żmien twil iħabbtu wiċċhom ma' kontradizzjoni kontinwa meta jkollhom jitolbu dak li huwa rikonoxxut bħala dritt tagħhom.", "U hemm differenza bejn li titlob u bejn li tapplika għal xi ħaġa li wara kollox għandek dritt għaliha.", "Raġuni oħra għall-bażi ta' din il-liġi hija li rridu nagħtu liċ-ċittadini kollha, kemm dawk li suppost m'għandhomx diżabilità u kemm lil dawk li għandhom, dak kollu li għandhom bżonn biex jgħixu b'dinjità.", "Irridu nagħtu lil persuni b'diżabilità l-opportunitajiet daqs ħaddieħor.", "Irridu nagħtu l- mezz kif persuna b'diżabilità tkun tista' tieħu s-sodisfazzjon jekk hi tiġi miċħuda minn xi ħaġa jew minn xi servizz li għandha dritt għalih.", "Dan li jfisser solidarjetà ma' dawn il-persuni.", "Solidarjetà ma tfissirx li tagħmel xi karità magħhom u għalhekk hemm bżonn li din il-liġi li għandna quddiemna tkun liġi tajba u ġusta ma' kulħadd imma l-liġi trid tkun konkreta u effettiva.", "Trid tkun liġi li tista' tiġi applikata u nforzata, liġi li tirrikonoxxi d-dinjità tal-persuni b'diżabilità iżda li tkun ukoll fl-aħjar interess tal-pajjiż kollu.", "Kif diġà għedt, dan l-istadju m'huwiex lok fejn wieħed joqgħod jitkellem u jeżamina fid-dettall kull klawsola tal-liġi.", "Jiena naħseb li llum wieħed għandu jenfasizza l-prinċipji ġenerali abbażi ta' din il-liġi, imbagħad fil- kumitat nipproċedu għad-dettall.", "L-ewwel prinċipju kardinali għandu jkun li permezz ta' din il-liġi sejrin inneħħu kull forma ta' diskriminazzjoni.", "Jekk wieħed jeżamina l-abbozz insibu li Taqsima III tittratta dwar projbizzjoni ta' diskriminazzjoni minħabba f'diżabilità u l-ewwel titolu ta' din it-taqsima jkopri l-impjieg.", "Irridu nirrikonoxxu li l-liġi ta' l- 1969, li tirregola l-impjieg tal-persuni b'diżabilità, għalkemm kienet valida għal dawk iż-żmenijiet, fiż-żmien tal-lum ma tantx baqgħalha valur.", "Persuna b'diżabilità għandha tingħata opportunità ugwali biex tikkompeti u turi x'taf tagħmel u allura tkun tista' taħdem u tipproduċi.", "Id-dritt għax- xogħol li huwa sanċit fil-kostituzzjoni tagħna rridu nagħmluh jgħodd ukoll għall-persuni b'diżabilità.", "Għandu jiġi lleġislat b'mod ċar li kull forma ta' diskriminazzjoni mal- persuni b'diżabilità tiġi eliminata kemm fit-taħriġ, qabel ma ssib l- impjieg kif ukoll fil-mument li ssir sejħa għal mili ta' postijiet tax- xogħol, fuq il-post tax-xogħol u fil-kondizzjonijiet ta' l-impjieg.", "It- tieni titolu ta' din it-taqsima jkopri l-edukazzjoni.", "F'dokument li kien ippubblikat mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, rigward il- policy nazzjonali dwar l-edukazzjoni speċjali, il-kummissjoni kienet qalet li skond l-Att dwar l-Edukazzjoni, meta xi persuna jkollha bżonnijiet edukattivi speċjali l-għażla ta' kif tieħu l-edukazzjoni tkun tmiss lill- ġenituri.", "L-Istat għandu dmir li jipprovdi skejjel speċjali għal dan l- iżvilupp.", "L-Att dwar l-Edukazzjoni kien pass importanti lejn ir- rikonoxximent tad-dritt tal-ġenituri li jagħżlu huma kif uliedhom jieħdu l- edukazzjoni tagħhom.", "Il-qasam ta' l-edukazzjoni huwa l-bażi fundamentali tal-futur ta' kull persuna, kemm dik li għandha diżabilità u sew dik li m'għandhiex.", "Il-liġi trid tħares id-dritt ta' kull ċittadin għall- edukazzjoni u tagħlim f'ambjent inqas ristrett mingħajr distinzjoni ta' età, sess, twemmin, diżabilità jew mezzi finanzjarji.", "L-aċċessibilità huwa qasam importanti ieħor li jrid jiġi salvagwardat b'din il-liġi.", "Nuqqas ta' aċċessibilità tfisser diskriminazzjoni kontra persuna b'diżabilità.", "Dan in-nuqqas jista' jkun rifless fuq l-eżerċizzju ta' drittijiet oħra li jkunu jiddependu mid-dritt ta' l-aċċessibilità.", "Meta nitkellmu fuq aċċessibilità ma nistgħux nillimitaw ruħna biss għall- ambjent fiżiku, jiġifieri bini pubbliku u bini privat.", "Il-prinċipju ta' aċċessibilità ikopri wkoll dak li huwa aċċess għall-informazzjoni u anke għall-mezzi tal-komunikazzjoni.", "Hemm diversi raġunijiet għan-nuqqas ta' aċċessibilità bħal nuqqas ta' ħsieb, ippjanar serju, prijoritajiet ħżiena, ineżistenza ta' impenn veru jew ukoll biex jiġu ffrankati spejjeż żejda.", "Titolu 4 tat-Taqsima III tal-liġi jkopri għoti ta' oġġetti, faċilitajiet jew servizzi.", "Din il-liġi għandha tiggarantixxi l-eliminazzjoni ta' diskriminazzjoni fl-oqsma fejn jiġu pprovduti s-servizzi essenzjali biex persuna b'diżabilità tkun tista' tgħix ħajja indipendenti u ta' kwalità.", "Persuni b'diżabilità huma diġà eliġibbli għal servizzi komunitarji li l- Istat jipprovdi bħalma huma t-telecare, il-home help, l-inkontinenza u l- meals on wheels.", "Fil-fatt għandi informazzjoni minn risposta riċenti ta' domanda parlamentari mogħtija x-xahar l-ieħor li fiha jingħad li d- dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani jagħti dawn is-servizzi lil persuni b'diżabilità li għandhom anqas minn 60 sena.", "Hemm 282 persuna li jieħdu s- servizz ta' għajnuna fid-djar; 538 persuna jieħdu s-servizz ta' inkontinenza; 256 persuna jieħdu s-servizz tat-telecare; u servizz tal- handyman jeħduh 146 persuna.", "Jiġifieri diġà qed nimxu fuq il-linji li għandna nimxu.", "Anzi għandu jkun hemm diskriminazzjoni pożittiva fis-sens li għandhom jiġu provduti servizzi speċjalizzati għall-persuni b'diżabilità u kriterji preferenzjali f'ċerti servizzi u faċilitajiet oħra bħal fit- trasport, fl-akkomodazzjoni soċjali, fl-iskemi finanzjarji u affarijiet oħra.", "Fost is-servizzi l-aktar importanti li se tkopri din il-liġi nsibu l- insurance.", "Diġà tkellimt fuq din il-materja u dak li kien qal l-Onor.", "Gonzi dwar l-insurance meta kien chairman tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, se jipprevali wkoll fil-liġi li qed iressaq f'dan il- parlament.", "Jekk irridu li din il-liġi jkollha effett huwa importanti li jkollna l-mezz kif nenforzawha.", "F'din il-liġi Taqsima V tittratta dwar il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, li ma jidhirlix li għandi għalfejn indum nitkellem fuqha għax naqblu lkoll li kien hemm bżonn li nagħtu aktar saħħa lil din il- kummissjoni ħalli tkun tista' taqbeż għal din is-sezzjoni tal-popolazzjoni.", "Iżda biex nilħqu l-iskop ta' parteċipazzjoni sħiħa u ugwaljanza mhux biżżejjed li nagħmlu din il-liġi.", "L-esperjenza tgħallimna li huwa l- ambjent li l-aktar jiddetermina l-effett ta' xi diżabilità fuq il-ħajja ta' kuljum.", "Persuna hija ħandikappata meta hija mċaħħda mill-opportunitajiet ġeneralment preżenti fil-komunità li huma neċessarji bħala elementi fundamentali ta' għajxien inkluża l-ħajja tal-familja, l-edukazzjoni, ix- xogħol, il-housing, is-sigurtà personali u finanzjarja.", "Kultant soċjetajiet jagħtu kas biss li l-persuni li jippossjedu pjenament l- fakultajiet kollha fiżiċi u mentali.", "Minkejja sforzi preventivi, wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li dejjem se jkun hemm numru ta' bnedmin li għandhom xi difett jew xi b'diżabilità u hija s-soċjetà li trid tidentifika u tneħħi l-ostakoli għall-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom.", "Hu għalhekk li sakemm hu possibbli l-edukazzjoni għandha tingħata fis-sistema ta' skola normali.", "Ix-xogħol għandu jkun offrut permezz ta' impjieg regolari u l- housing għandu jkollhom dritt għalih bħall-popolazzjoni in ġenerali.", "Huwa dmir ta' kull gvern li jara li persuni b'diżabilità jgawdu wkoll mill- benefiċċji ta' programmi ta' żvilupp.", "Miżuri għal dan l-iskop iridu jiġi nkorporati fil-proċess ta' pjanifikazzjoni ġenerali u fl-istruttura amministrattiva ta' kull soċjetà.", "Sur President, dawk is-servizzi żejda li persuni b'diżabilità jistgħu jinħtieġu jridu, safejn hu possibbli, jifformaw parti mis-servizzi ġenerali li l-pajjiż joffri.", "Dan kollu ma japplikax għall-gvernijiet biss.", "Kull intrapriża għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Dan jgħodd għall-aġenziji pubbliċi f'kull livell, għall-organizzazzjonijiet non- governattivi, għal kull industrija u għal individwi privati.", "Japplika wkoll fuq livell internazzjonali.", "Persuni b'diżabilità permanenti li għandhom bżonn l-għajnuna ta' servizzi komunitarji u dawk li jridu jgħinu ruħhom b'xi equipment biex jipprovaw jgħixu kemm jista' jkun ħajja normali, kemm fid-dar u kemm fil-komunità, għandu jkollhom kull aċċess għal dawn is- servizzi.", "Apparti minn dan, dawk li jgħixu ma' persuni b'diżabilità u li jgħinuhom fl-attivitajiet tagħhom ta' kuljum għandhom jirċievu wkoll kull għajnuna biex ikollhom ħin biżżejjed biex jistrieħu u jkollhom iċ-ċans li jagħtu każ tal-bżonnijiet tagħhom personali.", "Il-prinċipju tad-drittijiet ugwali għal persuni li għandhom xi diżabilità jimplika li l-bżonnijiet ta' kull individwu għandhom jingħataw l-istess importanza u li dawn il-bżonnijiet għandhom jifformaw il-bażi tal- formazzjoni ta' soċjetajiet u r-riżorsi kollha jistgħu jiġu applikati b'mod li jassiguraw lil kull individwu opportunità indaqs għall-parteċipazzjoni.", "Policies dwar diżabilità jridu jassiguraw l-aċċessibilità ta' dawn il- persuni għas-servizzi komunitarji.", "Hekk kif persuni b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali, hekk ukoll għandhom obbligazzjonijiet ugwali u għandhom id-dmir li jieħdu parti fil-formazzjoni tas-soċjetà.", "Is-soċjetajiet irid ikollhom livell ta' aspettattiva għolja fejn jikkonċerna persuni b'diżabilità u b'hekk ikunu qegħdin jimmobilizzaw r-riżorsi kollha tagħhom fejn jidħlu bidliet soċjali.", "Dan ifisser, fost ħwejjeġ oħra, li żgħażagħ b'diżabilità għandu jkollhom miftuħin quddiemhom opportunitajiet għall- karriera u vokazzjoni, mhux pensjoni ta' irtirar kmieni jew assistenza soċjali.", "Huwa mistenni li l-persuni b'diżabilità jaqdu dmirhom fis-soċjetà u jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom bħal persuni adulti oħra.", "L-image ta' l-individwi b'diżabilità tiddependi fuq attitudni soċjali bbażata fuq fatturi differenti li jistgħu jkunu l-akbar barriera għall- parteċipazzjoni u l-ugwaljanza ta' nies b'diżabilità.", "Aħna naraw id- diżabilità li tidher fil-forma ta' krozzi, ta' hearing aids u ta' wheelchairs, iżda mhux il-persuna.", "Jeħtieġ li niffokaw fuq l-abilità u mhux fuq id-diżabilità ta' dawn il-persuni.", "Fid-dinja kollha persuni b'diżabilità bdew jingħaqdu f'organizzazzjonijiet biex iġibu 'l quddiem id- drittijiet tagħhom u jinfluwenzaw deċiżjonijiet tal-gvernijiet u ta' kull settur tas-soċjetà.", "Ir-rwol ta' dawn l-għaqdiet jinkludi li huma jitkellmu bil-vuċi tagħhom stess, jidentifikaw x'għandhom bżonn, jesprimu ruħhom fuq prijoritajiet, jevalwaw is-servizzi u bejniethom ikunu ta' gwida f'dak li hemm bżonn isir.", "Dawn l-għaqdiet għandhom importanza vitali fil-proċess tal-parteċipazzjoni u għalkhekk huwa meħtieġ li wieħed jirrikonoxxi u jinkorraġġixi l-iżvilupp tagħhom.", "Dak li aħna nixtiequ nawguraw lill- kummissjoni persuni b'diżabilità f'dak kollu li qed tagħmel favur din is- sezzjoni tal-popolazzjoni.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, illum li għandna quddiemna dan l- abbozz ta' liġi dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilità nixtieq nibda dan l-intervent tiegħi billi nsellem lill-politiċi u anke individwi ta' kull żmenijiet li b'ħidmithom, xi kultant anke b'sagrifiċċji, taw kontribut għal dawn il-persuni b'diżabilità.", "Insellem ukoll u wieħed jirrikonoxxi l-gvernijiet tal-passat, kwalunkwe gvernijiet, li ħadmu biex itejbu u jillivellaw il-ħajja ta' dawn in-nies mal-ħajja ta' persuni hekk imsejħa \"normali\".", "Bla dubju gvernijiet passati Laburisti ħadmu bla heda għal dawn il-persuni u kienu gvernijiet Laburisti li ħarġu lil dawn il- persuni mill-qoxra ta' l-erba' ħitan ta' darhom, tawhom il-wisgħa fis- soċjetà Maltija u offrew opportunitajiet u anke benefiċċji lill-persuni b'diżabilità.", "F'dan il-pajjiż kulħadd jaqbel li dawn il-persuni jistħoqqilhom u għandhom ikollhom l-attenzjoni kollha meħtieġa ta' l-Istat Malti, gvern, oppożizzjoni u anke s-soċjetà in ġenerali.", "Bla dubju wkoll kellna aktar minn prova waħda tul iż-żmenijiet li l-persuni b'diżabilità huma persuni marbuta ma' qalb il-poplu Malti.", "Kien hemm diversi okkażjonijiet u jiġu diversi okkażjonijiet matul is-sena fejn il-poplu Malti bil- kontribuzzjonijiet tiegħu, b'ħidmietu u b'dak kollu li jista' jagħmel, jgħin biex jiffaċilita l-ħajja ta' dawn il-persuni.", "Illum fil-parlament qegħdin nagħtu, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, dak li hu bi dritt għal dawn il-persuni.", "Inkunu żbaljati jekk naħsbu li nkunu qed nagħtu xi karità lil dawn il-persuni imma ejja naqblu li minn din il-Kamra qed nagħtu dak li hu dritt ta' dawn il-persuni u nissogra xi kultant ngħid li qegħdin xi ftit tard.", "Dawn il-persuni kien hemm min sejħilhom l-anġli fil-passat.", "Bla dubju huma anġli u hawnhekk qed nirriferi għall-mibki u kważi nsejjaħlu l-pijunier fil-ħidma għall-persuni b'diżabilità, magħruf mal-poplu Malti għall-ħidma kbira li wettaq Mons. Mikiel Azzopardi .", "Nixtieq li minn din il-Kamra u naħseb li anke membri parlamentari oħra jingħaqdu miegħi biex insellem lil dan il-bniedem li llum m'għadux magħna, Mons. Mikiel Azzopardi, li ħadem u ta eżempju b'ħidmietu, l-ewwelnett lill-poplu imma primarjament lilna l-politiċi, ta' kif għandna nirrispettaw, nittrattaw, ngħinu u nagħtu bid-dritt lil dawk l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna u l-attenzjoni tagħna lkoll.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħi xtaqt nirriferi għal dak li semmew diversi membri parlamentari waqt din id-diskussjoni, jiġifieri l- aċċessibilità ta' dan il-parlament stess.", "Hawnhekk għandna bini storiku imma li ma joffrix aċċessibilità lill-persuni li jbatu b'diżabilità speċjalment ta' mobilità.", "Illum qegħdin 65 membru li ħadd minna m'għandu diżabilità ta' mobilità, imma f'leġislaturi oħrajn jista' jkollna membri parlamentari li jkollhom din id-diżabilità.", "L-istess jista' jingħad għal diversi uffiċjali, ħaddiema mid-dipartimenti u ministeri jew nies li jiġu jżuruna f'dan il-parlament, Maltin u anke barranin, li toħolqilhom inkonvenjent bla bżonn biex jaslu f'dan il-bini tal-parlament.", "Dan għas- sempliċi raġuni li għadna m'addattajniex ruħna għaċ-ċirkostanzi tal-lum, jiġifieri li noffru faċilità ta' lift għal dawn il-persuni li għandhom kull dritt li jidħlu f'dan il-parlament, uħud minnhom jidħlu b'obbligu ta' xogħol.", "F'dawn il-ġranet kellna eżempju ta' l-Onor.", "Helen D'Amato u anke l- Onor. Frederick Azzopardi li kellhom inċident u qed ibatu minn diżabilità temporanja, li daqshom żgur ħadd ma jista' jixhed kemm persuna li jkollha diżabilità ta' mobilità ssibha diffiċli biex tasal f'dan il-parlament.", "Bħalma jafu l-membri u anke int, Mr Speaker, jiġu okkażjonijiet f'dan il- parlament fejn il-membru parlamentari jkollu tiġrija mal-ħin, daqqa għax jinqabad għal division, daqqa minħabba xi quorum, u daqqa minħabba li jmissu jitkellem.", "Aħna li m'għandniex din it-tip ta' diżabilità nsibuha faċli li naslu s'hawnhekk imma persuni li llum qed ibatu minn xi diżabilità ta' mobilità u għada jista' jkollna min ikollu diżabilità permanenti ta' mobilità, isibuha diffiċli biex jaslu hawnhekk.", "Mr Speaker, apparti hekk ta' min jinnota li lanqas fl-uffiċini ta' ministeri, dipartimenti u uffiċini pubbliċi oħra għadna ma wasalna fl- istandard ta' aċċessibilità meħtieġ għall-persuni b'diżabilità ta' mobilità.", "Jiena ngħid li kważi huwa insult u nuqqas ta' min hu u kien responsabbli matul iż-żmenijiet lejn din il-faxxa tas-soċjetà li lejliet it-tielet millennju għadna ma ħadniex ħsieb noffru l-aċċessibilità lil persuni b'diżabilità f'dan ir-rigward.", "Nemmen li dawn il-persuni għandna noffrulhom għajxien indipendenti bħal kwalunwe bniedem ieħor.", "Bħalma għedt qabel, meta nagħmlu affarijiet bħal dawn ma nkunux qed nagħmlu xi pjaċiri jew karità magħhom, imma nkunu qed nagħtuhom dak li hu bid-dritt tagħhom, aċċessibilità bħal kwalunkwe bniedem ieħor li jsib kull post aċċessibbli għalih.", "Forsi nissogra ngħid ukoll li l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità għandha tiġi qabel kull estetika tal-bini, sew jekk huwa palazz, sew jekk huwa bini storiku għax ħdejn dawn il-persuni ma joqgħod l- ebda bini storiku jew palazz u bħalma għandna dritt aħna li jkollna aċċess għal kwalunkwe post, hekk għandhom dritt dawn il-persuni.", "Nixtieq ngħaddi għal-liġi nnifisha u xtaq mill-ewwel nirriferi għal Titolu 5 ta' klawsola 14, fejn paragrafu (d) ta' subartikou (1) jgħid hekk:", "\"... billi tiċħad id-dħul lil dik il-persuni l-oħra, jew tillimita d- dħul ta' dik il-persuna l-oħra, għal kull benefiċċju li jkollu x'jaqsam ma' akkomodazzjoni okkupata minn dik il-persuna l-oħra;\"", "Hawnhekk xtaqt nagħmel riferenza għal skema ta' lifts fi flats tal-gvern fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, skema li nidiet l-awtorità tad-djar li fl-opinjoni tiegħi kienet ġiet introdotta b'mod mgħaġġel u anke żbaljat.", "Qed ngħid hekk għaliex din l-iskema ġiet introdotta għal appartamenti tal- gvern li jinsabu fil-Kottonera, il-Belt Valletta u l-Furjana.", "U fid-dawl ta' din il-klawsola, naħseb li kien ikun aħjar li kieku qabel nidiet din l- iskema għal djar, flats u appartamenti fil-Kottonera, fil-Belt Valletta u l- Furjana, l-awtorità tad-djar għamlet studju fejn tindika flats u appartamenti madwar Malta li fihom jgħixu persuni b'diżabilità u kienet tniedi din l-iskema appuntu għal dawn in-nies.", "Dawn huma n-nies li kellna nibdew minnhom għax huma l-aktar nies li għandhom bżonn dawn il-lifts biex jaslu f'darhom mingħajr tbatija żejda.", "Jien m'għandi xejn kontra li jsiru l-lifts f'appartamenti u flats fil-Kottonera, fil-Belt Valletta jew fil- Furjana, imma naħseb li s-sens komun jgħidlek li f'dan il-każ partikolari għandek tibda minn fejn hu l-aktar meħtieġ.", "L-awtorità tad-djar, bil-kollaborazzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilità, toffri skema oħra fejn tagħti sussidju lil kull min għandu dar privata bit-taraġ biex jixtri lift għal daru.", "Din hija diskriminatorja għaliex filwaqt li kull persuna b'diżabilità li għandha dar privata tista' tieħu sussidju biex tagħmel lift f'darha, fil-każ ta' persuni b'diżabilità li jgħixu fi flats u appartamenti tal-gvern, dan għadu mhux qed isir.", "F'pajjiżna għandna problema tal-housing u nafu li wħud minn dawn il-persuni li jgħixu f'sulari 'l fuq ikunu jridu jibdlu djarhom u kieku nidejna skema tal-lifts għal persuni b'diżabilità ta' mobilità konna nnaqqsu mill-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità li jridu jibdlu darhom ma' waħda fis-sular t'isfel.", "Jien naf b'każ partikolari f'Ta' Ġiorni fejn missier ta' familja fl-aqwa ta' l-età tiegħu waqa' fuq il-post tax-xogħol u minħabba dan l-inċident għandu diżabilità permanenti u llum jinsab f'wheelchair mingħajr ma jista' jaħdem u ftit hija t-tama li ma jibqax fil-wheelchair għall-kumplament ta' ħajtu.", "Dan qed jgħix fuq is-servizzi soċjali u apparti minn hekk, dan irid imur għal kura kontinwa barra minn Malta.", "Kif jaf il-ministru responsabbli mill-housing, il-permess għal-lifts fl- appartamenti ta' Ta' Ġiorni min-naħa ta' l-awtorità ta' l-ippjanar ingħata, imma ġara li meta ġiet introdotta l-iskema min-naħa ta' l-awtorità tad-djar ma ġietx introdotta b'mod nazzjonali imma fuq żona biss, allura jidher li m'hemmx ħsieb li Ta' Ġiorni jkun minn ta' l-ewwel biex isiru l-lifts.", "Bħalma għedt qabel, nemmen li l-iskema kellha tkun l-ewwel għall-flats fejn hemm persuni b'diżabilità ta' mobilità.", "Dan ir-raġel biex jiffaċilita ftit ħajtu applika quddiem l-awtorità ta' l-ippjanar biex jistalla hu l-lift minn barra, liema applikazzjoni ġiet irrifjutata.", "Fl-ittra tagħha l- awtorità ta' l-ippjanar tirriferi lil din il-persuna għall-applikazzjoni ta' l-awtorità tad-djar biex isir il-lift fil-block partikolari tiegħu li qiegħed f'Ta' Ġiorni, liema applikazzjoni ħareġ il-permess għaliha u ovvjament qaltlu biex jistenna sakemm l-awtorità tad-djar tagħmel il-lift fil-flat tiegħu ħalli ma jkollux għalfejn joqgħod jagħmel lift fuq in-naħa ta' barra anke minħabba l-estetika tal-bini.", "Nixtieq li l-ministru għall- politika soċjali li taħtu jaqa' s-settur tal-housing f'pajjiżna, jikkonsidra li l-iskema mnedija mill-awtorità tad-djar għall-istallazzjoni ta' lifts fil-Kottonera, fil-Belt Valletta u l-Furjana - nerġa' ngħid li m'għandi xejn kontra li jiġu stallati hemmhekk - tiġi reveduta fis-sens li jsir studju biex naraw fejn joqogħdu persuni b'diżabilità ta' mobilità madwar Malta fi flats tal-gvern u nibdew minn hemmhekk.", "Naħseb li b'dan il- mod inkunu qegħdin nagħtu aktar aċċessibilità lil dawn il-persuni biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.", "Ngħaddi issa għal Titolu 4 ta' klawsola 13 li jittratta dwar għoti ta' oġġetti, faċilitajiet jew servizzi.", "Fost oħrajn paragrafu (f) ta' subartikolu (2) jgħid li rridu nassiguraw faċilitajiet edukattivi għal dawn il-persuni.", "Hawn persuni b'diżabilità permanenti li ma jistgħux joħorġu minn darhom bħal fil-każ ta' min huwa pparalizzat.", "Jien naf b'każ partikolari f'Pembroke fejn persuna b'diżabilità f'dan is-sens qattgħet ħajjitha tistudja.", "Huwa tajjeb li wieħed joffrilhom kull opportunità ta' studju lil dawn in-nies, imma rridu nkunu ċerti li ma nċaħħduhomx milli jagħmlu l-eżamijiet tagħhom bl-aktar mod liberu fi djarhom stess.", "Dawn mhux b'kapriċċ imma minħabba ċ-ċirkostanzi ma jkunux jistgħu jagħmlu mod ieħor u ovvjament għandna nagħtuhom l-istess drittijiet bħal kull student ieħor li jistudjaw, jagħmlu l-eżamijiet u jikkwalifikaw.", "Fl-opinjoni tiegħi l-persuni b'diżabilità huma ċittadini daqs l-oħrajn u għandhom igawdu l-istess drittijiet bħal persuni oħra dejjem fil-kontest tad- diżabilità tagħhom.", "Huwa dover u obbligu tas-soċjetà kollha kemm hi li tikkontribwixxi u tagħmel dak kollu li hemm bżonn biex tagħti bid-dritt ħajja indipendenti lil dawn il-persuni.", "Insemmi, per eżempju, kif stazzjonijiet tat-televiżjoni f'pajjiżna għandhom jiġu inċentivati mill-awtoritajiet jew huma stess jikkontribwixxu biex jipprovdu programmi u bullettini ta' l-aħbarijiet lill-persuni nieqsa mis-smigħ.", "Dawn il-persuni għandhom dritt għall-informazzjoni u għal divertiment televiżiv daqs kwalunkwe bniedem ieħor.", "L-istess għandu jingħad għal persuni nieqsa mid-dawl.", "Nemmen ukoll li l-gvern għandu jinċentiva u jgħin f'pubblikazzjonijiet għal dawn il-persuni.", "Nemmen li s- settur privat, inkluż il-banek Maltin, id-dipartimenti, l-ażjendi governattivi u non-governattivi u anke stabbilimenti privati kollha għandhom x'joffru f'dan is-sens.", "Il-persuni b'diżabilità bħal kwalunkwe bniedem ieħor jużaw is-servizzi bi ħlas li joffru dawn li semmejt aktar 'il fuq u nemmen li lkoll kemm aħna għandna nipprovdulhom servizz li jkun aċċessibbli għalihom anke fejn tidħol il-komunikazzjoni.", "Wasal iż-żmien li d-dipartimenti tal-gvern u l-banek joffru korrispondenza li tkun aċċessibbli għall-persuni nieqsa mid-dawl.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Cuschieri, imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal- lejla t-Tlieta, 9 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet dwar l-aħħar impenn parlamentari li kelli fil-Georgia, li llum huwa Stat indipendenti.", "Kont qed naqdi dmiri hemmhekk bħala osservatur internazzjonali fi ħdan l-OSCE, l-organizzazzjoni għas-sigurtà u koperazzjoni fl-Ewropa, li parti mix-xogħol tagħha huwa li tara li fejn isiru l-elezzjonijiet ġenerali jkunu b'mod ħielsa u bi spirtu demokratiku.", "Ħassejt li għandi nikkummenta dwar dak li konna nkarigati nagħmlu għax dan il-parlament Malti għandu jkun kburi li pparteċipa fost parlamenti oħra minn mhux inqas minn 12-il pajjiż li taw xogħolhom f'dawk is-sitta, sebat ijiem kemm qabel l-elezzjoni ġenerali li saret fil-31 ta' Ottubru ta' din is-sena u kemm wara li ħareġ ir-riżultat.", "Il-missjoni li kellna fi ħdan l-OSCE kienet immexxija bl-iktar mod professjonali minn Bruce George, membru parlamentari Ingliż li huwa wkoll il-viċi chairman ta' l-assemblea parlamentari ta' l-OSCE, li għandu diversi esperjenzi u jaħdem ħafna fi ħdan l-OSCE.", "Meta wasalna hemmhekk, apparti li kellna nieħdu t-training meħtieġ dwar x'għandna nagħmlu, huwa ħa ħsieb ilaqqagħna mal-partiti politiċi kollha.", "Tajjeb wieħed jgħid li 23 partit ipparteċipa f'din l-elezzjoni ġenerali fl-Istat ta' Georgia, fosthom il-partit ewlieni fil-gvern ta' Shevardnadze, il-partit taċ-ċittadini unjoni ta' Georgia.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li hemmhekk hemm partiti tax- xellug, tal-lemin, tan-nofs, ultra lemin u ultra xellug, bħalma jeżistu f'kull pajjiż ieħor, però wieħed irid japprezza l-fatt li dan il-pajjiż mill-1991 'l hawn għamel passi ta' ġgant fit-triq demokratika.", "Għalkemm kienu ilhom taħt sistema komunista għal aktar minn 70 sena, dawn il-pajjiżi ex-sovjetiċi ftit snin wara li telqu jimxu diġà għamlu passi ta' ġgant fid-direzzjoni demokratika, f'dik li hija libertà ta' l-istampa u libertà tal-kelma.", "Ovvjament hemm problemi, iżda jien ngħid li kieku l- OSCE kellha tiġi Malta jew, kif għedt lil Bruce George, l-OSCE tmur f'pajjiżu, kienet ukoll tosserva ċerti nuqqasijiet dwar kif jitmexxew l- elezzjonijiet.", "Però l-importanti huwa li jkun hemm l-ispirtu demokratiku fis-sens li jkun hemm id-dritt li persuna li tkun trid tivvota tmur tivvota, għaliex l-aktar eżerċizzju ċar biex tgħid hemmx demokrazija verament f'pajjiż, huwa d-dritt li wieħed jivvota.", "U fil-fatt fl-elezzjoni li saret fil-31 ta' Ottubru, ivvotaw mhux inqas minn 70% tal-popolazzjoni kollha ta' Georgia.", "Tajjeb ngħid li l-problemi li hemm f'Georgia m'humiex problemi li għandhom pajjiżi oħra, għaliex f'dan l-Istat hemm ċerti partijiet li tradizzjonalment kienu dejjem okkupati minn gruppi etniċi b'saħħithom, fosthom l-Abkhazi, l-Armeni u minoritajiet żgħar ta' Griegi u Torok.", "Jien missitni x-xorti jew l-isfortuna - għalkemm jien ngħid li kull esperjenza hija miftuħa għat-tagħlim u meta jkolli avventura li nista' nitgħallem minnha ma nonqosx milli nagħmel dmiri - li nkun fl-area fejn hemm minorità qawwija ta' Abkhazi, li tradizzjonalment huma razza li dejjem kien hemm ċertu friction bejnhom u l-Georġjani, u hemmhekk ukoll hemm minorità b'saħħitha Musulmana.", "Kif taf, Mr Speaker, il-popolazzjoni ta' Georgia hija nisranija u nista' ngħid li huma attivi ħafna bħala nsara u kien il- Papa li qal - u minn hawnhekk insellmulu għax bħalissa qiegħed fuq mawra hemmhekk - li Georgia għaddejja mir-rebbiegħa friska għaliex apparti l- ispirtu demokratiku li semmejt hemm ukoll ċertu qawmien reliġjuż.", "Il- maġġoranza tal-poplu hija ortodossa però hemm wisgħa u tolleranza għar- reliġjonijiet kollha.", "Il-fatt li jkollok il-preżenza ta' reliġjonijiet differenti li jistgħu jeżistu flimkien, fih innifsu diġà huwa proċess qawwi demokratiku.", "Kif kont qed ngħid, kont qiegħed f'post fejn hemm preżenza qawwija ta' Abkhazi kien hemm ċerti irregolaritajiet għaliex fl-area ta' Telavi, fejn hemm ċerti rħula żgħar, fosthom Karaiala, fil-polling booth bdew jidħlu mhux persuna waħda tivvota, imma ġieli jidħlu tlieta jew erba' persuni.", "Jew inkella persuna li m'hijiex ta' l-istess nazzjonalità tagħhom jittrattawha differenti milli jittrattaw l-istess komunità.", "Per eżempju, meta huma jgħidu li jafu lil xulxin ma jippreżentawx id-dokument ta' identifikazzjoni biex b'hekk ikun jista' jingħata l-ballot paper.", "Jien bħala membru parlamentari ħassejtni fid-dmir nirrapporta dawn l- irregolaritajiet u l-vjolenza fiżika anke fil-preżenza ta' l-osservaturi internazzjonali, għaliex irrid li d-demokrazija tkompli tissaħħaħ.", "Mr Speaker, għalkemm kien hemm dawn l-inċidenti ma jfissirx li m'hemmx demokrazija f'Georgia, assolutament le!", "Għax inti trid tieħu l-pajjiż intier u tara fejn waslu.", "Hemm demokrazija b'saħħitha u jiena ngħid li l- elezzjonijiet kienu ħielsa u nifraħ lill-partit ta' Shevardnadze li rebaħ u għandu l-maġġoranza tal-membri parlamentari biex imexxi lil pajjiżu.", "Mr Speaker, tajjeb ngħid li hemmhekk anke s-sistema tal-qrati hija b'saħħitha ħafna, il-balance of power f'Georgia huwa manifest fil- kostituzzjoni, bħala l-ogħla liġi ta' l-Istat, fis-Supreme Court u anke fil- qorti kostituzzjonali.", "Jien flimkien ma' sħabi l-parlamentari kellna x- xorti niltaqgħu ma' l-imħallfin, maċ-chairman tas-Supreme Court u ċ- chairman tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Però osservajt ħaġa li pajjiżna għandu jitgħallem minnha, li l-kampanja tal-media, kemm qabel l-elezzjoni kif ukoll waqt l-elezzjoni, tinfluwenza ħafna lill-elettorat.", "Jien nemmen li f'pajjiż demokratiku għandu jkun hemm kontroll fuq il-media anke jekk kemm- il darba l-media toħroġ mill-partiti.", "Persuna li finalment trid tieħu d- deċiżjoni tagħha meta tagħti l-vot lil partit jew lil partit ieħor, għandu jkollha d-dritt li tiżen u mhux li tiġi nfluwenzata b'ċertu dettall li wara jista' jirriżulta li jkun qarrieqi.", "Aħna nafu d-deni ta' żiemel li jkollhom il-partiti politiċi waqt kampanja elettorali, però wieħed irid joħloq bilanċ biex kemm jista' jkun din il-verità toħroġ b'saħħitha.", "Min-naħa l-oħra rrid ngħid li huwa għajb li s'issa għadu għaddej il-ġlied fiċ-Chechnya.", "Fejn kont jien stajt nisma' l-ħoss tal-bombi li bdew jitfgħu r-Russi hemmhekk.", "Hemm bżonn li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex il- partijiet jaslu fi ftehim u ma jkomplix dan it-tixrid ta' demm, it-tkissir ta' proprjetà u d-diżintegrazzjoni, biex ngħid hekk, ta' dawk il- komunitajiet li fuq kollox sa ftit snin ilu, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, dawn kienu magħqudin.", "Id-demokrazija għandha tibqa' tiġi promulgata, u nista' ngħid li mill-press conference li għamilna l-għada ta' l-elezzjoni dwar ir-riżultat ta' l-elezzjoni, ħareġ b'mod ċar li għalkemm kien hemm inċidenti żgħar - jien insejħilhom żgħar għax la ma jintużawx l-armi ma tantx nistgħu ngħidu li kienu inċidenti kbar - huwa fatt li f'Georgia d- demokrazija qiegħda miexja 'l quddiem għax fuq kollox il-partiti politiċi setgħu jispjegaw il-programm tagħhom u jieħdu sehem f'elezzjoni ġenerali.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq fuq artikolu li qrajt fil-gazzetta \"The Malta Independent\" kemm qabel ma tlaqt minn Malta u anke meta rritornajt, fejn intqal li l-MIA se tiġi privatizzata.", "Jekk dan huwa minnu, kemm se jkun il- persentaġġ li se jiġi privatizzat?", "U jekk kemm-il darba l-MIA verament se tinbiegħ, se jallokaw flus fi grant bħala rikonoxximent lejn dawk il- ħaddiema, li m'humiex aktar minn 20 ruħ, li l-airport sar u ġie organizzat fi żmienhom?", "Qed nitkellem dwar iż-żmien diffiċli tas-sebgħinijiet u anke tat-tmeninijiet.", "Ngħid diffiċli għaliex ma rridux ninsew dak li sar fis- sebgħinijiet u fit-tmeninijiet f'pajjiżna meta r-riżorsi tagħna kienu limitati.", "Dak iż-żmien jien kont ġuvnott u niftakar li lanqas kellna Malti li jaf isuq ajruplan, jiġifieri kellna nibdew minn hemmhekk.", "Allura jien qed ngħid li lil dawn in-nies li llum għadhom fl-MIA irridu nagħtuhom rikonoxximent.", "U jaf x'jien ngħid l-Onor.", "Karmenu Vella li kien ministru f'dawk iż-żmenijiet diffiċli u xorta sar ix-xogħol, anzi llum ngħidu mirakli.", "Dawn qatt ma ħadu xejn, qatt ma ġew rikonoxxuti, u llum lanqas qed jiġu mogħtija d-dritt li jieħdu l-promozzjoni għaliex huma Laburisti antiki.", "Jekk se tiġi privatizzata nemmen li għandha tiġi allokata somma flus bħala rikonoxximent tax-xogħol li għamlu dawn in-nies li fosthom hemm min ilu 25 sena u aktar fl-MIA.", "Għalhekk nixtieq li l-gvern jgħidilna l-ewwelnett hux veru li se tiġi privatizzata, u t-tieni, jekk dan huwa minnu, hux se jkun hemm din l- allokazzjoni għal dawn il-ħaddiema.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, fix-xhur u snin li ġejjin huwa importanti li l-gvern jara kif se jagħmel tajjeb għad-deficit strutturali li hawn ġewwa pajjiżna li ilu ġej snin sħaħ, minn żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista tal-bidu tad-disgħinijiet.", "Iżda ejja naraw minn fejn se nkunu qegħdin innaqqsu l-ispejjeż li jagħmel il-pajjiż għax diġà smajna xi affarijiet minn ministru prominenti, u ħafna drabi l-affarijiet li jinstemgħu ma jinstemgħux għalxejn.", "Per eżempju, intqal li operazzjoni tal- qalb tiġi tiswa madwar Lm3,000 u li jekk isiru 150 operazzjoni tal-qalb qed nitkellmu fuq nofs miljun lira u bdew jitqajmu ċerti mistoqsijiet dwar kemm pajjiżna hu lest li jerfa' dan it-tip ta' piż fuq spallejh.", "Kieku waqafna hemmhekk kont ngħid li kien a passing comment ta' persuna prominenti fil- kabinett tal-partit Nazzjonalista.", "Imma wara sena u kważi xahrejn, għall- ewwel darba l-bieraħ ministru ieħor fil-Kabinett tal-Partit Nazzjonalista qal li l-ammont ta' sodod fl-isptar il-ġdid Tal-Qroqq ġie mnaqqas għal madwar 700 sodda.", "Sal-bieraħ dejjem kien qed jingħad li l-isptar Tal-Qroqq qed ikompli jinbena skond il-pjanijiet ta' gvern Laburista preċedenti li kien qal li hemm bżonn li jiġi modifikat bħala sptar ġenerali akut, state of the art, għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u li jkollu wkoll ċertu taħriġ u riċerka.", "Fuq diversi studji li kienu saru minn hospital planners Ingliżi flimkien mas-setturi kollha tas-saħħa Maltin, fejn kulħadd ta l-input tiegħu, ħareġ rapport li kien jindika x'inhu l-ideali bħala ammont ta' sodod għal sptar ġenerali akut li ħafna minnu jkun ukoll speċjalizzat għaċ-ċittadini Maltin.", "U r-rapport aħħari kien jindika li l-isptar għandu jkun fih madwar 870 sodda ħalli jkun jista' jlaħħaq mal-bżonnijiet ta' Malta kif ukoll f'ċerti każi t'Għawdex.", "Biss meta nsemmi Malta ma nkunx qiegħed nitkellem biss fuq il-bżonnijiet ta' ċittadini Maltin għax irridu niftakru li aktar minn miljun turist fis-sena jiġi Malta.", "U sfortunatament fl-aktar perijodu li fih ħafna anzjani jkollhom bżonn kura ġewwa l-isptar minħabba ċertu mard, jinzerta li f'dak l-istess perjodu numru ta' turisti li jkunu qegħdin iżuru pajjiżna, li jkunu wkoll ta' ċerta età, ikollhom bżonn joqogħdu fl- istparijiet akuti tagħna għal xi jiem.", "Ma nistgħux nagħmlu kalkoli xjentifiċi fuq il-bżonnijiet tal-Maltin biss u ninsew il-bżonnijiet ta' turisti li jżuru pajjiżna.", "Mr Speaker, għalhekk kienet sorpriża meta, wara li għal xhur sħaħ dejjem nisimgħu li se nibqgħu fuq l-istess pjanijiet li għamlu l-hospital planners taħt amministrazzjoni Laburista, f'daqqa waħda nisimgħu li l-ammont ta' sodod ġie mnaqqas għal madwar 700 sodda.", "Mela se nitilfu madwar 200 sodda fl-isptar il-ġdid ġewwa Tal-Qroqq u dan a skapitu ta' xiex?", "Veru li hemm bżonn jinbidlu l-istrutturi ta' management, anke kif jiġu managed il- pazjenti ġewwa l-isptarijiet, u meta kienu qed isiru l-pjanijiet l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq kien qed jiġi geared lejn struttura ta' management ġdida.", "U konna qegħdin naraw ukoll li wara li l-pazjenti jingħataw il-kura akuta, irrilevanti mill-età tagħhom, żgħar, ta' età medja jew kbar, ikollhom post ta' rijabilitazzjoni.", "Din hija importanti ħafna għax sfortunatament waħda mill-problemi li teżisti ġewwa l-Isptar San Luqa llum hija li persuni li għandhom inqas minn 60 sena m'għandekx fejn tibgħathom għar-rijabilitazzjoni.", "Dawk li għandhom aktar minn 60 sena jridu jkunu fortunati biex forsi jiġu offruti post fl-isptar Zammit Clapp għax bħala sodod lanqas hemm biżżejjed, u inqas ikun hemm jekk pazjenti jkunu deħlin mill-komunità ġewwa l-Isptar Zammit Clapp.", "Allura l-ammont ta' pazjenti 'l fuq minn 60 sena li jkollhom l-opportunità li jmorru Zammit Clapp dejjem jonqos jonqos, a skapitu ta' sodod fl-Isptar San Luqa, li huwa sptar akut, għax ikollok numru ta' pazjenti li qegħdin hemmhekk meta m'huwiex posthom.", "Problema oħra li għandna hija dawk li jgħidulhom is-social cases.", "Dawn huma persuni li għandhom ċerta età, u jista' ma jkollhomx ċerta età, li jispiċċaw fl-Isptar San Luqa għax il-qraba tagħhom ma jkunux jistgħu jibqgħu jieħdu ħsiebhom, allura jkunu qed jistennew post alternattiv f'xi dar ta' l-anzjani jew inkella f'San Vinċenz.", "Nafu li hemmhekk qegħdin mimlijin sa ruħ ommhom u wieħed irid jistenna li jkun hemm spazju biex ikun jista' jmexxi minn post għal ieħor.", "Waħda mit-targets li kellna kienet li jkollna postijiet għal min għandu bżonn rijabilitazzjoni, għal dawn is- social cases u anke għal persuni b'diżabilità.", "L-Isptar San Luqa kien qed jiġi geared to cater għal dawn il-problemi ħalli l-Isptar Tal-Qroqq ma jitgħabbiex b'dawn il-problemi li llum il-ġurnata niffaċċjaw fl-Isptar San Luqa.", "Jiddispjaċini ngħid li qed jingħad li l-ewwel fażi ta' l-Isptar Tal- Qroqq se tispiċċa fl-2003 u li t-transition mill-Isptar San Luqa għal Tal- Qroqq se tieħu sentejn, jiġifieri qed ngħidu li l-ewwel fażi se twassalna sas-sena 2005, imbagħad nibdew naħsbu għat-tieni fażi.", "Mr Speaker, jekk se nagħmlu xi ħaġa ejja nagħmluha tajjeb mill-ewwel.", "Ma nistgħux noqogħdu nistennew; l-ewwel nipprovaw nagħmlu b'650, naraw kif ngħaddu, imbagħad nagħmlu ċerti studji, u wara niddeċiedu jekk hemmx bżonn inkabbru dan l-isptar.", "Diġà hemm studji li wrew kemm verament hemm bżonn ammont ta' sodod, bit-tibdil kollu fis-settur tas-saħħa in ġenerali.", "Ħalli issa ma jiġix il-ministru jgħid: Isma', għax irridu nagħmlu ristrutturar tas-setturi tas-saħħa kollha, irridu nagħmlu ristrutturar ta' l- isptarijiet!", "Diġà qed nisimgħuha kull darba tingħad.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' pika, imma kwestjoni nazzjonali għax jekk se nonfqu flus il- poplu, ejja nonfquhom sew ħalli għada pitgħada ma nsibux li dak li ppjanajna ma kienx biżżejjed.", "Ejja naħdmu bil-għaqal mingħajr piki għax fejn jidħol sptar li jinvolvi l-miljuni ta' flus irridu naħdmu bis-serjetà u nitkellmu ma' kulħadd.", "Hemm rapport li kien audited mill-hospital planners wara li damu xhur sħaħ jippreparawh id-dipartiment tas-saħħa, u meta daħlu l-hospital planners reġgħu ddiskutew mad-dipartiment u ma' kulħadd qabel waslu għall-konklużjonijiet tagħhom.", "Jiġifieri hemm rapport konkluż dwar kemm għandu jkun hemm sodod fl-isptar il-ġdid tal-Qroqq għal kull speċjalità u sub-speċjalità.", "Imma x'insibu?", "F'mistoqsija parlamentari li kelli risposta għaliha l-bieraħ qaluli li għadu kmieni wisq biex jiġi deċiż kif se jkunu assenjati s-sodod lil kull speċjalità fl- isptar il-ġdid.", "Jiġifieri qegħdin jgħidu li l-istudji m'humiex tajbin għax saru taħt amministrazzjoni Laburista allura dawk nitfgħuhom fuq l-ixkaffa.", "Il-ħin li ġie utilizzat biex isiru diskussjonijiet mal-clinical directors, ma' l-ispeċjalisti, ma' l-infermiera, ma' kulħadd, ma jiswiex għax dawk saru taħt amministrazzjoni Laburista.", "Dawk nitfgħuhom fuq l-ixkaffa u nerġgħu nagħmlu kollox mill-ġdid issa!", "Din m'hijiex serjetà jekk irridu li jkollna sptar li verament jaqdi l-bżonnijiet ta' pajjiżna u li jkun xempju għal ħafna pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna llum il-ġurnata għandu popolazzjoni ta' madwar 370,000 ruħ u għedt ukoll li jiġu aktar minn miljun turist fis-sena f'Malta u f'Għawdex.", "Meta ssemmew 800 sa 1000 sodda qabel kellna r-rapport tal-hospital planners dwar kemm verament għandna bżonn sodod hawn Malta, ma tajniex figura bl- addoċċ, biex inkunu tajna numru.", "F'wieħed mill-istudji li kienu saru mill- fondazzjoni għas-servizzi mediċi, il-popolazzjoni Maltija ġiet pegged ma' popolazzjoni f'area fl-Ingilterra magħrufa bħala Norfolk u Norwich li bejniethom dawn iż-żewġ lokalitajiet għandhom popolazzjoni ta' madwar 400,000 ruħ.", "Mela qed nitkellmu fuq żewġ postijiet li l-popolazzjoni tagħhom hija indaqs.", "Norfolk u Norwich qed jibnu sptar ġenerali akut ġdid li se jiswa bejn wieħed u ieħor l-istess kemm kien qed jiġi stmat li għandu jiġi jiswa l-isptar ġenerali akut hawn Malta ġewwa tal-Qroqq.", "Mr Speaker, dawn qed jikkalkolaw li se jkollhom madwar 810 sodda għall- bżonnijiet ta' 400,000 ruħ!", "Għalhekk jekk nużaw il-mudell ta' l-isptar ġdid ġewwa l-Ingilterra li se jkun magħruf bħala Norfork and Norwich, se nkunu pari ma' dak li kienu qed jgħidu l-hospital planners u anke d- dipartiment tas-saħħa hawn Malta.", "U għalhekk jien qed ngħid li dawn il- piki fejn jidħlu dawn l-affarijiet hemm bżonn li jinqatgħu!", "Għax meta ġejna biex nitkellmu ma tkellimniex minn żniedna imma rajna x'inhuma jagħmlu f'postijiet oħrajn biex inqabblu s-sitwazzjoni tagħna mas- sitwazzjoni tagħhom.", "Għalhekk jien qed ngħid li l-istudji li saru qabel se nitfgħuhom fuq l-ixkaffa, sempliċement biex inkunu tfajniehom u se jinħela ħafna żmien!", "Biex ma nsemmix ukoll ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu li qajmu kjass sħiħ.", "Qed nirriferi, Sur President, għall-mod kif ingħata t-tender l-ewwel darba għall-isptar tal-Qroqq f'nofs tad-disgħinijiet meta ngħata lil kuntrattur u mhux lil ieħor!", "Imbagħad aħna konna ħadna deċiżjoni li ladarba konna se nkabbru ma stajniex noqogħdu nbiddlu l-kuntratturi għax inkella jkun hemm problemi dwar ir-responsabbiltajiet ta' l-istruttura tal- bini, għax wieħed jibda jwaħħal fl-ieħor.", "Għal din ir-raġuni ddeċidejna li nkomplu bl-istess kuntrattur, la l-froġa kienet saret u l-mod kif kienet saret!", "Imbagħad ma nistax nifhem kif il-gvern jaċċetta b'għajnejh magħluqa l-claims tal-kuntrattur preżenti li jlaħħqu madwar Lm7 miljun - bħallikieku dawn mhux flus il-poplu! - meta jaf li kien hemm objection fuqhom mill- fondazzjoni tas-servizzi mediċi għax kienu qed jgħidu li ma kenux reali u kien hemm il-ħtieġa li jiġu ċċekkjati.", "U fil-fatt ma kenux Lm7 miljun imma kienu ferm inqas mit-talba li kien qed jagħmel il-kuntrattur.", "Għalhekk ma nistax naqbel li l-gvern b'mod dirett, minn tliet ministri ta' sotto- kumitat tal-Kabinett, qabad u neħħa d-disinjaturi ta' l-isptar Tal-Qroqq, lil Norman & Dauburn li ntgħażlu bl-aktar mod trasparenti wara sejħa ta' tenders u ngħataw b'mod dirett lill-kuntattur preżenti.", "Hija ġennata li lill-kuntrattur stess tagħtih id-disinji biex jagħmel tajjeb għall-miljuni li qed jgħid li għandu bħala claims!", "Jiena nistaqsi: Mela allura l-gvern qiegħed jaċċettahom dawn is-Lm7 miljun claims?", "Dawn flus il-poplu!", "Dawn m'humiex flus tal-gvern jew il-flus ta' individwi tan-naħa tal-kabinett!", "Dawn huma flus il-poplu!", "U rridu nkunu ċari: Aċċettajniehom jew m'aċċettajnihomx dawn il-claims?", "Ejja ma nkomplux indawru u nkewsu f'din il-balbuljata ta' l-isptar Tal- Qroqq anke bi struttura li mhux se tkun qed tagħmel sens għall-bżonnijiet vera ta' Malta speċjalment meta nqisu li l-anzjani qegħdin jiżdiedu u l- bżonnijiet tagħhom se jkunu ferm akbar!", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 9 ta' Novembru 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PEMBROKE RESTAURANT - IKLA", "10937.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ikla li saret fil-Pembroke Restaurant nhar il-Ħamis 21 ta' Ottubru filgħaxija tħallsitx minn fondi pubbliċi?", "Jista' l- Ministru jgħid kemm swiet din l-ikla?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li l-ikla li saret għad unur ta' l- ex-direttur tat-turiżmu li rtira mis-Servizz Pubbliku wara 44 sena, 12 minnhom fil-Ministeru tat-Turiżmu, tħallset mill-I.T.S. u swiet Lm337.", "ITS - IMPJEGATI", "10938.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' staff akkademiku, Maltin u barranin, fulltime u part-time, jew b'kuntratt definit, fl-Istitut ta' l- Istudji Turistiċi maqsumin skond il-grad?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Staff akkademiku barranin full-time, fuq kuntratt definit ta' sena:", "..Director of Studies 1 Principal Food & Beverage Operations 1 Lecturer Front Office Operations 1 Lecturer Food Preparation & Production 1", "Barranin fuq kuntratt indefinit fuq bażi full-time:", "Lecturer Information Technology 1 Asst.", "Lecturer Tourism Management 1", "Staff akkademiku Maltin b'kuntratt indefinit fuq bażi full-time:", "Lecturer French 1 Asst.", "Lecturer French 1 Lecturer German 1 Asst.", "Lecturer German 1 Asst.", "Lecturer Italian 1 Lecturer Tourism Studies (Guides) 1 Lecturer Tourism Studies (Physical Educ) 1 Lecturer Marketing 1 Asst.", "Lecturer Marketing 1 Asst.", "Lecturer Accounting 1 Asst.", "Lecturer Health & Hygiene 1 Asst.", "Lecturer Accomm.", "Operations 2 Asst.", "Lecturer Tourism Management 1 Lecturer Guidance & Counselling 1 Asst.", "Lecturer Food & Beverage Service 4 Instructor Food & Beverage Service 2 Instructor Beverage Operations 1 Lecturer Food Preparation & Production 1 Asst.", "Lecturer Food Prep. & Production 4 Instructor Food Preparation & Production 2 Asst.", "Lecturer Pastry & Baking 1 Instructor Pastry & Baking 1", "'Lecturers' Maltin fuq bażi part-time - Siegħat limitati fil-ġimgħa skond il-ħtieġa tal-programmi ta' studju:", "Book Keeping/Accounts 1 Tourism Law 1 Information Technology 1 Psychology & Sociology 1 Mathematics 1 General Science 1 Building Science 1 Housekeeping 2 Environmental Studies 1 Human Nutrition 1 English 2 French 1 Spanish 2 Travel Agency Operations 2 Ground Handling Operations 1 Cruise Ships Operations 1 Escorted Tours 1", "ITS - ĦADDIEMA", "10939.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru globali ta' staff mhux akkadamiku fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema fulltime jew part-time huma fuq kuntratt definit, f'liema grad u meta jiskadi l-kuntratt?", "Kemm hemm ħaddiema mhux akkademiċi fuq bażi każwali u f'liema grad?", "Kemm hemm ħaddiema mhux akkademiċi mislufin minn entitajiet/korporazzjonijiet parastatali u f'liema gradi?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema mhux akkademiċi li huma fuq kuntratt definit jew fuq bażi każwali li laħqu l-eta' ta' l-irtirar u f'liema grad qed jaħdmu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: In-numru globali ta' staff mhux akkademiku fl- Istitut ta' l-Istudji Turistiċi huwa ta' 73 persuna.", "Il-ħaddiema li huma 'full-time' fuq kuntratt definit huma kif ġej:", "Skrivani 5 Telephone Operators 2 Kitchen Attendants 2 Storekeepers 2 Asst.", "Librarian 1 Asst.", "Security Guard 1 Messenger/Driver 2 Housekeeper 2 Asst.", "Housekeeper 1 Cleaners 14 Watchmen 4", "Dawn il-ħaddiema huma kollha mpjegati tal-White Rocks Holiday Complex iżda jaħdmu fl-Istitut.", "Il-kuntratt tagħhom huwa għal xahar li jiġġedded minn xahar għal xahar.", "Hemm ħaddiem wieħed li huwa works technical officer misluf mill- Universita' ta' Malta.", "Hemm skrivan wieħed fuq bażi każwali li għandu iktar minn 61 sena.", "SKEJJEL - BIGHI - STUDENTI", "10965.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin u barranin fl-iskola ta' Bighi?", "Hemm vakanzi ta' teachers f'din l-iskola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif għad irid jinġabar tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - COURT MESSENGERS", "10966.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni għal mili ta' vakanzi fil-grad ta' court messenger?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: B`riferenza għall-mistoqsija parlamentari magħmula mill-Onor.", "Joe Cilia dwar mili ta` vakanzi fil-grad ta` court messenger, nixtieq ninformah illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew l- imsemmija vakanzi giet ippubblikata permezz ta` cirkolari mill-Management and Personnel Office numru 112 tas-sena 1999 u li ggib id-data tat-l3 ta`Ottubru 1999.", "L-applikazzjonijiet baqgħu jintlaqgħu mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet sa nhar il-Gimgħa, 5 ta` Novembru, 1999.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA - MPO NRU.", "84/99", "10967.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għaċ-ċirkolari MPO Nru. 84/99 datata 9/7/99, dwar il-mili ta' postijiet ta' deputat reġistratur fil-Qorti Ċivili, jista' l- Ministru jgħid kemm-il vakanzi kien hemm fl-imsemmija sejħa?", "Kemm-il applikant applika?", "Kemm minn dawk li għaddew diġa' bdew jaħdmu fil-post ta' deputat reġistratur?", "Jekk mhux kulħadd beda jaħdem, kemm jonqos u għalfejn dawn ma ġewx rilaxxati mid-dipartimenti l-oħra?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jien infurmat illi s-sejha ghall-applikazzjonijiet permezz tac-cirkolari ta` l-MPO Nru. 84 tas-sena 1999, datat 9 ta`Lulju 1999, kienet intiza biex timla` tmien postijiet vakanti.", "Id-dipartiment ircieva 16-il applikazzjoni sad-data ta` l-għeluq u l-applikanti ġew intervistati minn bord.", "Minnhom, għaxra għaddew.", "Minn dawn, tnejn infurmaw lid-dipartiment li ma kienux aktar interessati li jaħdmu bħala deputati registraturi.", "Sat-3 ta` Novembru 1999 kien hemm żewġ uffiċjali li għaddew u li bdew jaħdmu bħala deputat reġistratur.", "Mill-bilanċ ta` sitta li jifdal, tlieta diġa' huma mpjegati tal-Qorti filwaqt li jonqos tlieta oħra li għadhom ma ġewx rilaxxati mid-dipartimenti rispettivi tagħhom.", "Il- qorti mhux f`pożizzjoni li tgħid għaliex dawn għadhom ma ntbagħtux mid- dipartimenti tagħhom.`", "PBS - CHAIRMAN", "10968.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Wara li ċ-chairman tal-Public Broadcasting Services ġie maħtur ukoll chairman tal-Maltacom, jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejjer jinħatar chairman ġdid tal-PBS u jekk fil-pożittiv meta se jinħatar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħatra taċ-chairman preżenti tal-PBS hi għal sena b'seħħ mid-9 ta' Diċembru 1998.", "SERVIZZ PUBBLIKU - BONUSES", "10969.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tingħata xi forma ta' bonus lil dawk l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, li se jkunu xogħol nhar l-31 ta' Diċembru, 1999 bil- lejl u fl-1 ta' Jannar, 2000 bħalma huma l-infermiera, tobba, ħaddiema fl- isptarijiet, membri ta' l-AFM, pulizija, eċċ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10663 f'Seduta Nru. 170 ta' nhar it-2 ta' Novembru 1999, dwar l-istess suġġett.", "INCOME TAX - OBJECTIONS", "10970.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħidilna kemm baqa' objections għar-returns ta' l-income tax li saru qabel l-1 ta' Novembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru objections bejn Novembru 1998 u l- aħħar ta' Ottubru 1999?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta` oġġezzjonijiet li għad iridu jinħadmu hu ta` 52,092 li minnhom 9,007 ġew reġistrati bejn Novembru 1998 u Ottubru 1999.", "FIS - XIRI TA' KAROZZI", "11004.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Ottubru 1999 kemm-il karozza xtrat il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali?", "Kemm swew f'kull każ?", "Għal-liema raġuni nxtrat?", "Kemm ġew installati air- conditioning units?", "Kemm ġew jiswew?", "X'passi ttieħdu biex ma jkerrħux il-bitħa ta' l-Universita' l-qadima?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: a) Informat li fil-perijodu in kwestjoni l- Foundation for International Studies xtrat vettura waħda, Mażda 323 (1300cc), għall-użu taċ-chief executive.", "Il-cash purchase price tagħha kien ta' Lm6750.", "Il-post ta' direttur ta' l-uffiċju internazzjonali ta' l- Universita` u ta' chief executive tal-foundation huwa conjoint, bi dritt kuntrattwali għal fully serviced vehicle.", "b) Informat ukoll li nxtraw erba' air conditioners għall-prezz totali ta' Lm1640.", "Il-parir tekniku kien li minħabba li l-bejt jinsab ħafna għoli mill-kmamar fejn twaħħlu l-air conditioners, l-outside units kien aħjar jitwaħħlu barra t-twieqi tal-kmamar konċernati.", "Jekk meta jsir ix-xogħol meħtieġ fuq ir-restawr tal-bitħa (li tinsab fi stat diżastruż), jinħass li jkun aħjar li l-units jitpoġġew band'oħra dan ikun possibli bla ħafna diffikulta` jew dannu għall-ambjent.", "LAY LAY - RAPPORT", "11030.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax tippubblika r-rapport ta' l-investigazzjoni dwar il-każ tal-Lay Lay billi inti ġejt irrapportat li għedt li ma tara xejn ħażin li dan jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ir-rapport in kwestjoni, flimkien mar-rapport ta' l-awditur ġenerali u d-direttur tal-kuntratti li kien sar fil-31 ta' Awissu 1998, tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru 1999.", "IPSE - RAPPORT", "11040.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-ditti ta' konsulenza li ssottomettew offerti għat-tħejjija ta' rapport dwar l-industrija ta' l- għamara f'isem l-IPSE?", "X'kienu l-offerti ta' kull ditta nvoluta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10910 waqt Seduta Numru 174.", "ENEMALTA - RAPPORTI", "11041.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Korporazzjoni Enemalta għandha skarsezza ta' three phase meters?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-preżent il-livell ta' ħażna tal-meters kummerċjali three phase hi pjuttost baxxa.", "Din il-ġimgħa waslet kunsinna żgħira ta' dawn il-meters.", "Diġa' hemm ordni oħra li mistennija tasal dalwaqt.", "INCOME TAX", "11042.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid din is-sena kemm ġew written off ammonti ta' income tax dovuta lill-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammont ta` taxxa li ġie written-off bejn l-1 ta` Jannar u l-4 ta` Novembru 1999 kien ta` Lm9,457.", "TAL-QROQQ - PIXXINA NAZZJONALI", "11050.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena sarx management report fuq il-pixxina nazzjonali?", "Jekk iva, min għamlu u kemm tħallas?", "Jista' l- Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba motgħija għall-mistoqsija parlamentari numru 8453.", "INTRAPRIŻI KUMMERĊJALI", "11051.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10875?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Avviż Legali Numru 110 ta' l-1997 ta' l-Att ta' l- Iżvilupp ta' l-Industrija jistabilixxi li ntrapriża tkun meqjusa bħal żgħira meta n-numru ta' impjegati ma jkunx aktar minn għaxra.", "Mill-banda l- oħra dan l-att ma jistabilixxix il-kriterji ta' x'inhuma intrapriżi kbar u intrapriżi ta' daqs medju.", "Madanakollu l-esperjenza wrietna li fis-settur tal-manifattura u għal raġunijiet ta' prattiċita' huwa kkunsidrat li ntrapriża hija ta' daqs medju jekk tkun tħaddem bejn 11 u 250 persuna u ta' daqs kbir jekk timpjega aktar minn 250 ħaddiem.", "A bażi ta' dawn il-kriterji, sa l-aħħar ta' Settembru 1999, in-numru ta' intrapriżi tal-manifattura mqassmin skond id-daqs huwa kif ġej", "Ta' daqs kbir 16 Ta' daqs medju 378 Ta' daqs żgħir 3686", "PA - IMPJEGATI", "11067.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sospożi mpjegati mill-Awtorita' ta' l- Ippjanar matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "X'inhu l-grad tal-persuni sospiżi u f'kull każ għal-liema raġuni ġew sospiżi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar 12-il xahar ġew sospiżi żewġ impjegati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar; wieħed fi Grad 5 u l- ieħor fi Grad B. Dawn ġew sospiżi minħabba li kienu qed jagħmlu xogħol mhux awtorizzat mill-awtorita` u fiż-żewġ każi seta` jkun hemm konflitt ta` interess.", "TIGNE' - ASSOĊJAZZJONI SPORTIVA", "11068.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6063 u għal-lista ta' 30 għaqda li għandhom il-kwartieri tagħhom ġewwa Tigne', jista' l-Ministru jagħti garanzija li kull waħda minn dawn l-għaqdiet sejrin jingħataw akkomodazzjoni alternattiva tul iż-żmien kollu li jdum għaddej il-proġett?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn kull waħda minn dawn l- għaqdiet sejra tiġi akkommodata u meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern dejjem irrikonoxxa biss, u anki issa jirrikonoxxi biss, lill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'.", "Madankollu l- gvern fil-kuntratt li qed jinnegozja ma' l-istess assoċjazzjoni qed jinsisti fuq klawsola li tipprovdi li meta l-assoċjazzjoni tingħata premises ġodda, din tipprovdi l-faċilitajiet lill-clubs kollha li llum jagħmlu użu mill-premises preżenti.", "TAXXI INTERNI - REFUNDS", "11069.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10798 nirriferik għal dik il-parti tad-diskors tiegħek kif irrapportat minn \"In-Nazzjon\" fejn inti tkellimt ukoll dwar sistemi ġodda li l-gvern qed jiddiskuti u jaħseb dwarhom minflok ma jimxi fuq is-sistema ta' refunds ta' taxxa (In-Nazzjon 25/10/99), jista' l-Ministru issa jirrispondi?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jidher li r-riferenza li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant hi riżultat ta` raoportar ħażin.", "Jista` jkun li kont qiegħed nitkellem dwar is-sistema li daħħalna li minn din is-sena r-refunds jitħallsu mill-Inland Revenue sa sitt xhur wara li tintbagħat ir-return.", "MALTA RACING CLUB", "11074.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Racing Club ħatarx persuna bħala technical director?", "Jekk iva, min huwa u kemm qed jitħallas?", "Saret sejħa pubblika, jekk le, għaliex u kif saret l-għażla?", "Xi kriterji ntużaw fl-għażla?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma nħatar ebda technical director fil- Marsa Racing Club.", "POLO CLUB", "11075.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid il-polo club kemm iħallas kera fis-sena lill-Malta Racing Club?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il Malta Racing Club għandha ħlas b'lura lill-gvern ta' l-istess kera?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Malta Polo Club tħallas Lm500 kera fis- sena lill-Marsa Racing Club.", "Informat ukoll li l-kera ta' Lm4000 fis-sena (li għandha l-Malta Racing Club mal-gvern) ilha ma' titħallas mill-1987.", "SLIEMA WANDERERS FOOTBALL CLUB - TAĦDIDIET", "11076.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux taħdidiet mas-Sliema Wanderers Football Club dwar il-konsegwenzi li sejjer ikollu fuqhom il-proġett ta' Manoel Island u Tigne'?", "Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' arranġamenti saru sabiex dan il-klabb jibqa' jiffunzjona bl-anqas tħarbit possibbli?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx xi xorta ta' ftehim magħhom?", "Jista' jgħid jekk dan il-ftehim għandux inkluż fih xi forma ta' kumpens finanzjarju?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ilaħħaq dan il-kumpens finanzjarju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq magħhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-diskussjonijiet mas-Sliema Wanderers F.C. għadhom għaddejjin, u għalhekk għadu prematur nidħol fid-dettalji mitluba.", "SKEJJEL - TAL-HANDAQ JUNIOR LYCEUM", "11077.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid l-iskola tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq (li qabel kienet tas-Servizzi Ingliżi) hux se terġa' tinbena mill-ġdid?", "Meta hemm il- ħsieb li dan isir?", "Kemm ġie vvotat biex dan isir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, hemm il-ħsieb li din l-iskola jsirilha dak li għandha bżonn.", "Il-proġett hu fi stat ta' ippjanar.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11092.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jesgħu karozzi l-faċilitajiet għall-parkeġġ ta' karozzi fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?", "Kemm minn dawn il-parkeġġi huma għall-impjegati?", "Min se jmexxi dawn il-parkeġġi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-faċilitajiet għall-parkeġġ ta`karozzi fl-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq se jesa' 2020 karozza.", "1162 minnhom huma għall- impjegati.", "Madanakollu dan huwa n-numru minimu u nkunu f`pożizzjoni li nagħtu aktar dettalji meta joħorġu r-riżultati tat-traffic impact assessment u jiġu finalizzati d-diskussjonijiet mall-Planning Authority.", "Għadu prematur biex wieħed jiddeċiedi dwar it-tmexxija ta` dawn il- parkeġġi.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "11093.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiġi jiswa l-isptar il-ġdid f'Tal- Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan huwa stadju ta` analisi u diskussjoni u għalhekk huwa prematur li wieħed jagħti stima ta` kemm ser jiġi jiswa l- isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq.", "ZEBBUG - PROVVISTA TA' L-ILMA", "11104.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10996?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li ma hemmx problemi ta' provvista ta' ilma fit-triq imsemmija.", "Il-provvista ta' ilma kienet sospiża tliet darbiet matul Ottubru kollu minħabba xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u żvilupp fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-lokal.", "Illum il-pressa f'din it- triq hija ta' żewġ bar.", "Il-provvista ta' l-ilma f'Ħaż-Żebbuġ tiġi diretta mill-ġibjun tal-Qrendi jew mill-ġibjun ta' Ta' Qali, liema żewġ ġibjuni fihom ilma ta' kwalita' tajba.", "BANEK - BANK ĊENTRALI", "11111.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għal dak li allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-aġġornament tas- seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa filgħaxija, 3 ta' Novembru, 1999, jista' l-Ministru jgħid jekk hux kompitu tal-Ministru tal-Finanzi li jinvestiga d-dejn li jkollhom kumpanniji jew individwi ma' bank kummerċjali?", "Huwa l-bank involut li għandu jagħmel kontroll jekk ikun il-każ?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dak li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni talab lill-Ministru tal-Finanzi biex jagħmel huwiex proprjament irwol tal-Bank Ċentrali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pajjiżna biddel il-liġijiet tiegħu fl-1994 u saħħaħ ir- regolaturi tal-banek biex ikun jista` jagħmel, b`mod indipendenti skrutinju dettaljat u regolari tal-operat sħiħ ta` kull bank, inkluż is-self li jagħmel.", "Jien informat li din is-sistema qegħda taħdem tajjeb.", "PULIZIJA - KAŻI TA' QTIL", "11112.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il każ ta' murder kien hawn mill-1 ta' Jannar, 1999 sa 3 ta' Novembru, 1999 f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm minnhom ġew solvuti u kemm hemm li għadhom qed jiġu nvestigati?", "F'kull każ solvut, liema uffiċjal tal-Pulizija kien qed imexxi l- investigazzjonijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li bejn l-1 ta` Jannar u t-3 ta` Novembru, 1999 kien hemm seba' każi ta` qtil, li f`każ minnhom il-vittmi kienu tnejn.", "Dwar tlieta minn dawn il-każijiet tressqu tliet persuni quddiem il-Qorti akkużati b`omiċidju volontarju, filwaqt li f`każ ieħor persuna tressqet il- Qorti akkużata b`omiċidju involontarju u traffikar ta` droga.", "Każ ieħor seħħ reċentement u għalhekk għadu qed jiġi nvestigat, kif qed isir fil-każi l-oħra li għadu ma` tressaq ħadd dwarhom.", "Dawn il-każi kollha qed jiġu nvestigati mill-Pulizija tad-Dipartiment ta` l-Investigazzjoni Kriminali taħt it-tmexxija ta` l-Assistent Kummissarju nkarigat minn din it-Taqsima.", "ETC - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "11113.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni b'diżabilita' reġistrati f'Malta u f'Għawdex mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita'?", "Kemm hawn parking rerservations quddiem djar ta' persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hawn persuni b'diżabilita' qed jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra."]} {"filename": "19990329_081d_par.doc", "date": "1999-03-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 81 It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 81", "It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "81", "It-Tnejn, 29 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 1", "PETIZZJONI 1", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 2", "TQEGĦID TA' KARTI 6", "MOZZJONI TA' RINGRAZZJAMENT LILL-E.T. UGO MIFSUD BONNICI 8", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA (Imressqa mill-Oppożizzjoni) 13", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA (Imressqa mill-Gvern) 21", "AĠĠORNAMENT 28", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 29", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 80 li saret fl-24 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Grazzi, Mr Speaker.", "F'dawn l-aħħar jiem, kemm jien kif ukoll l-Onor.", "George Vella ġejna avviċinati minn grupp ta' residenti mis-Siġġiewi, li ħaduha f'idejhom biex jiġbru l-firem kontra l-iżvilupp ta' simenterija fil-limiti tas-Siġġiewi, li għaliha hemm applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "M'għandix il-ħin biex nidħol fid-dannu kbir li żvilupp bħal dan jista' jagħmel mhux biss lill-industriji lokali oħrajn - fil-fatt nafu li l-ST Micro Electronics ressqu xi ilmenti f'dan ir-rigward - u lanqas se noqgħod nitkellem fuq il-ħsara li żvilupp bħal dan jista' jagħmel lill-industrija tat-turiżmu, pero' ngħid biss li huwa ppruvat li dan jikkawża ħsara lis- saħħa, speċjalment ta' dawk li jkunu within a five-mile radius and to a limited extent ta' dawk li jkunu within a twenty-mile radius.", "Dan ifisser li prattikament se tkun milquta l-gżira kollha.", "Mr Speaker, il-petizzjoni tgħid hekk:", "Aħna hawn taħt iffirmati qegħdin noġġezzjonaw bil-qawwa kollha għall- bini ta' simenterija mhux biss fil-limiti tas-Siġġiewi iżda f'Malta kollha.", "Aħna nappoġġaw lill-kunsilli lokali kollha fil-ħidma tagħhom kontra l- bini ta' din is-simenterija.", "Żvilupp bħal dan, Mr Speaker, huwa ppruvat li jikkawża partikolarment il- mard tal-kanċer, speċifikament fit-trabi, u għalhekk nitlob lill-Kamra biex kemm jista' jkun kull membru tagħha jagħti l-appoġġ tiegħu għal din il-petizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "XANDIR - FREKWENZI TAR-RADJU", "3980.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn frekwenzi tar-radju vakanti bħalissa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill- ministru li fid-dekasteru tiegħu hemm l-uffiċċju tal-wireless telegraphy.", "RAĦAL ĠDID - POLIKLINIKA", "3981.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u meta se jinbeda x-xogħol ta' estensjoni tal-poliklinika ta' Raħal Ġdid?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta d-dipartiment fl-1995 sar jaf li s-sular ta' fuq iċ- ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid se jiġi vakat, beda proċeduri mal-lands biex is-sular battal jintuża bħala estensjoni taċ-ċentru tas-saħħa.", "Il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati u huwa ppjanat li jinbeda xi xogħol lejn tmiem din is-sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiżerija ta' Raħal Ġdid hijiex se tkun inkluża fl-estensjoni tal-proġett peress li bħalissa f'din l-ispiżerija qed ikun hemm ħafna lmenti minħabba li l-post huwa żgħir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bħal fil-każ taċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, li jkopri n-north ta' Malta kollu, bħalissa ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid qiegħed ukoll jieħu x-xogħol taċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla.", "Jien informat li dan iċ-ċentru għandu jiftaħ għall-ħabta ta' nofs din is-sena - ovvjament tinfetaħ ukoll l-ispiżerija - u allura numru sostanzjali ta' dawk li llum qegħdin jirrikorru ġewwa l-health centre ta' Raħal Ġdid ikunu jistgħu jinqdew minn hemmhekk.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Interpellant li qabel ma kien għalaq il-health centre ta' Bormla ma kienx ikollna dawk il-queues li qed ikun hemm bħalissa ġewwa Raħal Ġdid u għalhekk wieħed jittama u jistenna li s- sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal ladarba jinfetaħ iċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-poliklinika ta' Bormla?", "Ir-raġuni hija li bħalissa hemm attivita' kbira għaddejja n-naħa tal-Kottonera - minħabba l- film li qed jinġibed hemmhekk - u allura jista' jkun hemm il-bżonn tal- poliklinika bil-lejl.", "Barra minn hekk issa dalwaqt jidħol is-sajf, ikun hemm ħafna nies li jmorru fuq ix-xtut u jista' jkun hemm xi każi fejn ikun hemm bżonn tas-servizzi tal-poliklinika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ovvjament dak huwa l-ottimu li d-dipartiment qiegħed jimmira lejh, li l-health centre ta' Bormla tkun miftuħa għal 24 siegħa kuljum.", "Pero' kif jaf il-ħabib tiegħi bħalissa hemm problema ta' nuqqas ta' tobba, liema problema hija diffiċli ħafna biex tiġi riżolta qabel ma jilħaq il-grupp ġdid ta' tobba u wieħed ikun jista' jieħu stock tas-sitwazzjoni.", "Madanakollu ma nsibx diffikulta' biex ngħid li s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant se jiġi kkonsidrat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jinformana f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru?", "Meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ?", "Jista' jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li jibda jiffunzjona mill-ewwel b'ċerta saħħa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru miexi b'mod mgħaġġel u huwa ppjanat li jinfetaħ għall-ħabta ta' nofs din is-sena.", "Dan iċ- ċentru fil-fatt se jkun l-ikbar wieħed u se jkun fih kumditajiet u ċerti faċilitajiet u servizzi li sal-lum ħafna mill-health centres għad m'għandhomx minkejja li ilhom miftuħin għal żmien twil.", "Kif diġa' għedt, il-problema li teżisti biex dan iċ-ċentru jkun jista' jaħdem fuq medda ta' 24 siegħa hija n-nuqqas ta' tobba li għandna fil-livell tal-health centres.", "Aħna diġa' konna tajna konferenza fuq il-post fejn semmejna l-firxa ta' servizzi li se jkun hemm provduti.", "Ovvjament is-servizzi li se jkunu offruti minn ġewwa l-health centre ta' Bormla huma ferm aħjar u iżjed vasti minn dawk li kienu offruti qabel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienet twaqqfet kummissjoni li kellha x'taqsam mat-tmexxija taċ-ċentri tas-saħħa fil-kura primarja u anke mal-mod kif isiru r-rosters, eċċ. Fil-fatt is- CGMO preżenti kien ta l-parir biex uħud miċ-ċentri tas-saħħa jingħalqu bil-lejl, ħaġa li l-gvern ta' dak inhar ma aċċettax.", "Fil-fatt kienet saret talba biex jekk jista' jkun iċ-ċentri tas-saħħa - inkluż ta' Birkirkara u Bormla - jiftħu by roster fuq bażi ta' 24 siegħa.", "Xtaqt nistaqsi lill- Ministru jekk dak ir-rapport kompliex jiġi diskuss u, jekk iva, f'liema stadju wasal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nista' ngħid li l-idea li ċ-ċentri tas-saħħa jagħlqu bil-lejl ma ġietx diskussa iżjed.", "Kif diġa' għedt, ir-raġuni għalfejn m'aħniex se niftħu l-health centre ta' Bormla għal 24 siegħa hija minħabba n-nuqqas ta' tobba.", "Ikun żball kbir jekk l-ewwel niftħu ċ-ċentru għal 24 siegħa mbagħad forsi jkun hemm xi riżenji ta' tobba li jaħdmu fil- health centres u jkollna nerġgħu innaqqsu s-servizzi.", "Huwa għalhekk li ġie deċiż li sakemm jiġi korrett in-nuqqas ta' tobba, il-ftuħ tal-health centre ta' Bormla ikun għal sigħat limitati.", "Rigward il-health centre ta' Birkirkara nista' ngħid li hemmhekk qegħdin jingħataw ċerti servizzi bħal dawk tal-fiżjoterapija u patoloġija u nfetħet ukoll l-ispiżerija, pero' minħabba n-nuqqas ta' tobba s'issa ma stajniex niftħuh.", "Kif jaf il-kollega tiegħi, ġejna avviċinati minn grupp ta' tobba privati sabiex dawn joffru dan is-servizz ġewwa l-health centres pero' dan is-suġġeriment għad irid ikompli jiġi diskuss u jinvolvi wkoll taħdidiet mal-unions għaliex hemm il-problema li se ddaħħal kondizzjonijiet tax-xogħol differenti minn ta' dawk li diġa' qegħdin jagħtu dan is-servizz.", "Nista' ngħid li s'issa għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li fiż-Żejtun tinfetaħ poliklinika.", "Għal xi żmien kien qed jissemma' n- naħa tal-housing estate ta' Ġebel San Martin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt li wieħed ma jiċħadx li ovvjament ikun ideali li ż-Żejtun jew l-inħawi ta' hemmhekk ikollhom health centre, wieħed irid jifhem ukoll li qabel ma nkomplu bil-proċess li niftħu health centres ġodda rridu naraw kif beħsiebna niżviluppaw is-servizzi fil-kura primarja.", "Wieħed irid jara wkoll fuq liema livell irridu nagħtu kura liċ- ċittadini tagħna u naħseb li għadu prematur li wieħed jitkellem dwar ftuħ ta' health centres ġodda f'lokalitajiet differenti meta nafu li għad għandna diffikulta' biex immexxu l-health centres li għandna fil-preżent.", "Ovvjament din hija diffikulta' li jekk ma jitteħdux xi deċiżjonijiet dwarha, 'il quddiem ikun ferm diffiċli biex nikkorreġuha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jaħseb il-Ministru li l-fatt li jkun hemm madwar 100,000 ruħ f'sena li jattendu d-dipartiment ta' l-emerġenza - figura esaġerata għaliex allaħares terz tal-popolazzjoni tkun f'xi stat ta' emerġenza matul is-sena! - juri li ċ-ċentri tas-saħħa m'humiex jaqdu l- funzjoni sħiħa tagħhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-fatt li f'sena jattendu 'l fuq minn 90,000 ruħ ġewwa d-dipartiment ta' l-emerġenza fl-Isptar San Luqa jista' jkun ġej minn ħafna fatturi.", "L-ewwelnett naħseb li ħafna min-nies m'humiex konxji li l-health centres ukoll joffru servizz ta' emerġenza għalkemm limitat.", "Fil-fatt ċerti ittri li jidhru fil-gazzetti - niftakar ittra ta' waħda mara li qalet li damet tistenna madwar sagħtejn u nofs fil-casualty department ta' l-Isptar San Luqa biex jagħmlulha l-punti u fl-aħħar xebgħat, telqet 'il barra u marret ġol-health centre u faħħret ħafna s- servizz t'hemmhekk għaliex qalet li f'affari ta' għaxar minuti kienu diġa' għamlula l-punti - juru proprju dan.", "Pero' rridu nammettu wkoll li l-mod kif żviluppajna l-health centres sal-lum forsi jinduċi lin-nies biex mingħajr ma jridu jirrikorru ġewwa d-dipartiment ta' l-emerġenza ta' l- Isptar San Luqa.", "Qed ngħid hekk għaliex ċerti servizzi bħal, per eżempju, dak ta' l-X-ray ġewwa l-health centres huwa pjuttost limitat - hemmhekk filgħaxija ma jitteħdux X-rays - u allura jekk wieħed ikollu dubju ta' xi ksur jew weġġa' wara nofs inhar ovvjament ikollu jmur l- Isptar San Luqa.", "Fattur ieħor li jġiegħel lin-nies jattendu l-Isptar San Luqa minflok imorru l-health centres huwa li ma jkunx hemm speċjalisti li wieħed jista' jirriferi għalihom meta jittieħdu ċerti eżamijiet u allura ħafna drabi l- junior doctors fil-health centres jirriferu pazjenti għall-casualty department ta' l-isptar għaliex hemmhekk hemm back-up services f'dawk li huma speċjalisti ferm aħjar.", "Jiġifieri l-fatt li hemm daqstant nies li jattendu l-casualty department ta' l-Isptar San Luqa huwa dovut in parti għaliex għadu ma rnexxilniex nedukaw lin-nies jużaw sew il-health centres u wkoll għaliex m'aħniex f'pożizzjoni li hemmhekk inpoġġu speċjalisti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-poliklinika ta' Raħal Ġdid daħlux ukoll dipartimenti bħal dak tas-social security, il-posta u l-kunsill lokali?", "La qed nitkellmu dwar polikliniċi, xtaqt nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb jew jekk sarux diskussjonijiet mal-Caritas jew mas- Sedqa biex kull meta drug addict imur fil-polikliniċi jitlob is-siringi, ma jaqbdux u jagħtuhomlu imma jkun hemm xi ħadd kwalifikat biex jispjegalu kif jista' joħroġ mill-problema.", "Nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla jkun hemm social workers, peress li fil-Kottonera jeżistu problemi soċjali kbar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dwar jekk hemmx dipartimenti oħra nvoluti fid- diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-poliklinika ta' Raħal Ġdid ikolli ngħid li m'għandix l-informazzjoni, pero' nista' ngħid li meta kienu bdew id-diskussjonijiet fl-1995 - jien kont għadni segretarju parlamentari - deherilna li biex nipprovdu s-servizzi li wieħed kien jistenna li se jkun hemm bżonn ġewwa l-health centre ta' Raħal Ġdid kien se jkollna bżonn is- sular kollu.", "Dwar il-problemi tas-siringi, nista' ngħid li din hija waħda perenni; hawn min jgħid li mhux sewwa li dawn jistgħu jieħdu s-siringi faċilment u hawn min jgħid li aħjar tagħmilha iktar faċli għaliex b'hekk tkun qed tnaqqas ir-riskju tal-mard li jista' jinfirex meta d-drug addicts jużaw is- siringi ta' xulxin.", "Barra minn hekk - għaliex aħna donna npoġġu dan l- enfasi kollu fuq is-siringi li qegħdin jitqassmu - dawn is-siringi wieħed jista' jixtrihom minn kull spiżerija mingħajr riċetta tat-tabib, jiġifieri m'huwiex xi oġġett diffiċli biex takkwistah.", "Jien naħseb li l-fatt li l- problema tal-hepatitis u l-AIDS għadna ma laħqitx il-livelli li hemm f'pajjiżi oħra juri li qegħdin nużaw it-triq it-tajba.", "Huwa veru li ta' spiss ikun hemm rapporti li nstabu siringi f'xi post jew ieħor pero', kif jaf l-Onor.", "Interpellant, huwa diffiċli tgħid jekk dawn ikunux siringi mogħtija mill-health centres jew inkella jkunux mixtrija minn spiżerija għaliex, kif diġa' għedt, huwa faċli li bniedem jixtri siringi minn kwalunkwe spiżerija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk għadux il- ħsieb li t-testijiet fl-anti-coagulant clinic jibdew isiru fiċ-ċentri tas- saħħa - qed nistaqsi dan minħabba li kienu nqalgħu xi problemi tekniċi min- naħa tad-dipartiment tal-patoloġija - u anke x'passi qegħdin jittieħdu biex tinżamm il-konfidenzjalita' għal dak li jirrigwarda riżultati li jgħaddu bil-computer mil-laboratorju lejn is-swali u ċ-ċentri tas-saħħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dwar l-anti-coagulant clinic nista' ngħid li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-laboratorju tal- patoloġija.", "Kif japprezza l-kollega tiegħi, l-unika ħaġa li hemm li tista' tikkrea diffikultajiet hija li s-samples ikunu jridu jaslu mill- health centres għal-laboratorju fi żmien nofs siegħa biex jibdew jinħadmu.", "Qegħdin naraw jekk hemmx min hu lest li jieħu d-demm kmieni, qabel ma jibda x-xogħol tal-health centre, jiġifieri għall-ħabta tas-7.00a.m., u qegħdin anke nesploraw il-possibbilta' ta' couriers bil-mutur biex ikunu jistgħu jwasslu d-demm kemm jista' jkun malajr.", "Dwar it-tieni parti tal-domanda li tirrigwarda l-konfidenzjalita', irrid ngħid li s-sistema komputerizzata hija magħmula b'mod li kull persuna li tista' tidħol fis-sistema għandha l-code number tagħha li allura jiġi rreġistrat.", "Fil-fatt għamilna exercise fejn ippruvajna nagħtu codes ħżiena jew codes wieħed ta' l-ieħor, u ħareġ ċar li m'hemmx lok fejn wieħed jista' jabbuża fuq il-konfidenzjalita' tar-riżultati.", "Fil-fatt fl- exercise li għamilna kien faċli ħafna li naslu biex niskopru min ta code ta' ħaddieħor apposta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Politika Soċjali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport maħruġ mir-research development centre ta' l-ETC f'Settembru 1997 intitolat \"Employment and Unemployment within the Cottonera Area\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5954;", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- Skeda li tagħti dettalji dwar persuni appuntati operations manager fis-servizz pubbliku mill-1 ta' Jannar 1990 wara sejħa għal applikazzjonijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5969; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:- Statistika dwar ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-istudenti fl-iskejjel sekondarji statali bejn Ottubru 1998 u Frar 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5137.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 60 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw il-Ħdax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Rapport Annwali taċ-ċentru finanzjarju ta' Malta għas-sena 1998; u", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru tal-Finanzi bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5764.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5767.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5768.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar ta' delegazzjonijiet mid-dikasteru li għalih jien responsabbli bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5769.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati fid-dikasteru li għalih jien responsabbli li jieħdu allowance għal degree jew diploma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5897; u", "Lista ta' persuni li applikaw u ġew intervistati mill-bord tal-għażla tal-FMS għall-post ta' transport officer flimkien ma' rakkmandazzjonijiet dwar il-persuni li ntgħażlet għal dan il-post, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6039.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Skond il-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra li saret fit-23 ta' Marzu 1999, it-tliet mozzjonijiet li jidhru fuq l-aġenda għandhom jiġu diskussi u deċiżi fis-seduta tal-lum u li malli jgħaddi l-vot fuq it-tielet mozzjoni, jiġifieri l-mozzjoni tal-gvern dwar il-ħatra ta' President tar-Repubblika, is-seduta għandha tiġi aġġornata mingħajr ma jittieħed il-ħin ta' l-aġġornament.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi sabiex jekk jogħġbu jressaq l-ewwel mozzjoni kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONI TA' RINGRAZZJAMENT LILL-E.T. UGO MIFSUD BONNICI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nipproponi:", "Illi din il-Kamra tistqarr l-apprezzament tagħha għall-mod siewi u dinjituż li bih Dr Ugo Mifsud Bonnici qeda d-dmirijiet tiegħu lejn il- poplu Malti fil-kariga ta' President ta' Malta u filwaqt li tirringrazzjah ta' dan, tixtieqlu għomor twil u ħieni u aktar servizz għal pajjiżna.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Qabel xejn nixtieq nistaqsi jekk hemmx xi ftehim fuq kif se jinqasam il-ħin tas-seduta.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-ftehim huwa kif spjegajnih fil- kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-Kamra.", "Se nitkellem jien għan-nom tal-gvern u tirrispondi l-oppożizzjoni, imbagħad ngħaddu minn mozzjoni għall-oħra b'mod li f'din is-seduta nkunu ħlisna t-tliet mozzjonijiet li għandna fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Iva, nikkonferma li dak huwa l-ftehim mingħajr ma noqogħdu niżnu l-ħin bil-grammi jew inkejlu biċ-ċentimetri!", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, fl-4 ta' April ta' l-1994 kelli l- privileġġ bħala Speaker ta' din il-Kamra li nagħti l-ġurament tal-ħatra lill-President, l-Eċċellenza Tiegħu Dr. Ugo Mifsud Bonnici.", "U llum minħabba ċerti ċirkostanzi messitni x-xorti u missni l-unur li f'isem il- Prim Ministru u f'isem id-deputati kollha ta' din il-Kamra, inkluż sħabna ta' l-oppożizzjoni, inressaq din il-mozzjoni ta' ringrazzjament lill-Dr.", "Ugo Mifsud Bonnici għall-mod kif qeda d-dmirijiet tiegħu matul il-ħames snin li ilu jokkupa din il-kariga, ħames snin li sejrin jiskadu nhar il- Ħadd, 4 ta' April.", "Minn dak li seħħ tul dawn il-ħames snin wieħed jista' jara kemm Dr. Ugo kellu presidenza li ħalliet il-marka tagħha.", "Naħseb li llum li qegħdin inressqu din il-mozzjoni, nistgħu ngħidu b'oġġettivita' kbira li l-presidenza ta' Dr. Mifsud Bonnici kienet f'ċertu sens waħda unika.", "Aktar 'il quddiem nispjega għaliex qed ngħid hekk.", "Minn esperjenza ta' numru ta' snin nafu li l-kariga ta' president - l- ogħla kariga li bniedem jista' jingħata fl-istituzzjoni demokratika ta' pajjiżna - hija kariga li titlob mingħand il-persuna hekk fdata l- kapaċita' li b'għemilha u b'diskorsha tkun tista' ġġib in-nazzjon Malti kollu flimkien.", "Il-persuna li lilha tingħata din il-kariga fl-opinjoni tiegħi trid tkun persuna li b'għemilha u b'diskorsha tispira dawk il- valuri li aħna nirrikonoxxu bħala l-valuri tradizzjonali tagħna, liema valuri ssibhom fl-għeruq tas-soċjeta' tagħna.", "Hija kariga wkoll li talbet mingħand in-nies kollha li okkupawha - u li m'għandix dubju kollha kemm huma qdewha b'sens qawwi - sens ta' servizz profond lejn in-nazzjon kollu, servizz disinteressat u maqtugħ mill-pożizzjonijiet li bniedem jista' jkollu fid-diversi ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu.", "Naturalment hija wkoll kariga li titlob l-għaqal il-ħin kollu, għaqal li b'intelliġenza jgħinek biex iġġib dejjem lill-poplu kollu madwarek u li jżommok ukoll viċin il-poplu fir-realta' tal-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Il-President f'pajjiżna, waqt li jkun qed jokkupa dik il-kariga, irid ikun persuna li twassal u tipproġetta fost affarijiet oħra, wieħed mill- iktar valuri li huwa għal qalb il-poplu Malti u Għawdxi, jiġifieri l-valur tas-solidarjeta' speċjalment is-solidarjeta' lejn dawk, kemm fis-soċjeta' tagħna kif ukoll barra minn pajjiżna, li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.", "Fl-istess ħin din il-kariga titlob ukoll mingħand il-persuna li tkun qed tokkupaha l-kapaċita' li hi stess bl-aġir tagħha tirrappreżenta lil pajjiżna bid-dinjita' u bid-dehen li jistħoqqlu fir-relazzjonijiet li jkun qed jidħol għalihom ma' pajjiżi u dinjitariji barranin.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'deskrizzjoni ġenerali ta' x'inhuma l-ingredjenti essenzjali għal min jokkupa din il-kariga, wieħed jista' jsemmi li l-persuna jrid ikollha sens qawwi tal-kultura u l-identita' Maltija.", "Mr Speaker, naħseb li nkun qiegħed nesprimi l-opinjoni ta' kull membru ta' din il-Kamra, mingħajr ebda eċċessjoni, meta ngħid li fil-persuna tal- President Dr. Ugo Mifsud Bonnici, f'dak kollu li huwa rnexxielu jagħmel matul il-ħames snin li ilu jokkupa din il-kariga, hu rrappreżenta dan kollu.", "M'għandix dubju li l-poplu Malti li segwa lill-President tul dawn il-ħames snin fl-aġir tiegħu bħala president, rah jgħaqqad lil pajjiżna u jġib lil dan il-poplu kollu warajh.", "Il-poplu Malti ra fil-President Mifsud Bonnici persuna li kellha għajnejja mixħutin il-ħin kollu lejn dawk f'pajjiżna li għal xi raġuni jew oħra huma mwarrba mis-soċjeta' jew iffaċċjati b'diffikultajiet, u rah ukoll jaqdi din il-funzjoni b'sens profond ta' servizz lejn in-nazzjon kollu kemm hu.", "Mr Speaker, aktar kmieni jiena għedt li din il-presidenza kienet unika, għandha forsi xi ħaġa ftit differenti mill-presidenzi l-oħrajn.", "Naturalment filwaqt li qed ngħid dan ma rrid innaqqas xejn mill-valur tal- presidenzi l-oħrajn kollha.", "Fl-opinjoni tiegħi din il-presidenza kienet unika fi tliet aspetti.", "L-ewwelnett kienet presidenza li firxet fuq tliet amministrazzjonijiet ta' gvernijiet differenti; kienet presidenza li naturalment minħabba l-avvenimenti li ġraw - li huma xi ħaġa reali u li wieħed jistenna f'demokrazija parlamentari, bħalma għandna aħna f'pajjiżna - u li ħolqu sitwazzjonijiet differenti minn tas-soltu u li kkreaw mumenti delikati, talbet bħalma dejjem talbet imma f'ċirkostanzi li jispikkaw impenn b'dedikazzjoni qawwi lejn il-valuri demokratiċi ta' pajjiżna u lejn dak kollu li bnejna flimkien tul dawn is-snin li għaddew biex ħloqna l-istituzzjonijiet demokratiċi f'pajjiżna; u kienet presidenza li kellha r-realizzazzjoni tal-valur u r-responsabbiltajiet kostituzzjonali li jitqiegħdu fuq min jokkupa kariga delikata bħal din.", "F'dan is-sens kienet unika - jew nista' nħossni komdu niddeskriviha bħala unika - il-presidenza ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn li, kif għedt diġa', ma jkunux sitwazzjonijiet tas-soltu u jikkreaw ċerti ċirkostanzi delikati għall- pajjiż, il-pajjiż ikollu bżonn li l-bniedem li jkun qed jokkupa l-ogħla kariga tal-pajjiż jagħraf u jkun jaf sewwa x'inhuma r-responsabbiltajiet kostituzzjonali tiegħu u bl-għaqal tiegħu stess ifittex dejjem dak li hu fl-aħjar interess tan-nazzjon u jagħmel dan b'onesta' u b'sinċerita' li tiġi apprezzata mill-partijiet kollha li jkunu involuti, b'mod li tirbaħ awtomatikament il-fiduċja ta' kulħadd.", "Jien naħseb li nkun qiegħed għal darba oħra nesprimi l-opinjoni tal-membri kollha ta' din il-Kamra meta ngħid li l-President Ugo Mifsud Bonnici qeda proprju l-funzjoni tiegħu f'dawn il-mumenti b'dawn il-kwalitajiet u rnexxielu jagħraf ir- responsabbiltajiet kostituzzjonali tiegħu kemm fis-sitwazzjonijiet faċli kif ukoll f'dawk diffiċli.", "Jien naħseb li mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur joħroġ ċar li ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra jirrikonoxxu fil-persuna ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici bniedem li fil-kariga li huwa okkupa kien kapaċi jaqdi u jfittex l-interessi tal-poplu Malti kollu b'onesta' u b'sinċerita', b'mod li rebaħ madwaru l-fiduċja li jkun hemm bżonn li wieħed jirbaħ meta jkun qed jokkupa kariga bħal dik.", "Jien f'isem il-Prim Ministru nirrikonoxxi l-korrettezza u s-sens qawwi ta' servizz li ta l-President Ugo Mifsud Bonnici lejn pajjiżna f'sitwazzjonijiet differenti.", "Jien ċert li kieku hawn il-Prim Ministru bħalissa u qiegħed jagħmel dan id-diskors hu, hu stess jgħid li matul is-snin li għamel bħala prim ministru, jiġifieri bejn l-1994 u l-1996, fil-President Mifsud Bonnici sab bniedem li jsegwi dak kollu li jkun għaddej fil-pajjiż u jinteressa ruħu f'dawk li jkunu prijoritajiet tal-poplu Malti u Għawdxi fiċ-ċirkostanzi li jkun għaddej minnhom minn mument għal ieħor; fi kliem ieħor sab fil-President Ugo Mifsud Bonnici bniedem li ma kienx maqtugħ mir- realta' ta' pajjiżna anzi kien involut il-ħin kollu f'din ir-realta'.", "M'għandix dubju wkoll li kieku hawn il-Prim Ministru kien jgħid ukoll li fit-22 xahar, jiġifieri bejn Ottubru ta' l-1996 u Settembru ta' l-1998, li għamel jokkupa l-kariga ta' kap ta' l-oppożizzjoni, sab President li kien qiegħed jirrikonoxxi kemm kienet importanti l-funzjoni ta' l-oppożizzjoni, kemm kien importanti li jżomm kuntatt il-ħin kollu, li jkun hemm diskussjoni għaddejja bejn il-forzi demokratiċi li għandna fil-pajjiż u li fehem li d-demokrazija parlamentari f'pajjiżna tissaħħaħ jekk ikun hemm min ikollu din it-tip ta' kapaċita' li jġib lil kulħadd madwar mejda biex jisma', jiddiskuti u anke jipprova jsib fejn ikun hemm bżonn is- soluzzjonijiet.", "M'għandix dubju wkoll li kieku kien hawn il-Prim Ministru kien jgħid li anke f'dawn is-sitt xhur ta' Gvern ġdid Nazzjonalista, huwa sab fil- President Ugo Mifsud Bonnici persuna li kompla bil-qadi tad-dmirijiet u l- funzjonijiet tiegħu biex iżomm ruħu dejjem aġġornat ma' dak li qiegħed iseħħ fil-pajjiż.", "M'għandix dubju li dan nistgħu ngħiduh ilkoll kemm aħna, jgħiduh anke l-membri ta' l-oppożizzjoni, u anke jaqbel miegħu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni mill-esperjenza tiegħu tul dawn il-ħames snin li għaddew.", "Fil-fatt diġa' kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi f'dan is-sens u hija ħaġa li tagħmel unur l-ewwel u qabel kollox lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici fil- persuna tiegħu.", "Tagħmillu unur għaliex il-pajjiż huwa grat lejh, kif jixraq li jkun grat lejn persuna li tkun iddedikat ħames snin minn ħajjitha biex tara lil dan il-pajjiż miexi 'l quddiem u biex tgħinu kemm fil-mumenti l-faċli kif ukoll fil-mumenti d-diffiċli.", "M'għandix dubju wkoll li l-President Ugo Mifsud Bonnici jingħaqad mal- lista ta' persuni oħrajn li okkupaw il-kariga ta' President ta' Malta b'unur u b'sens qawwi ta' servizz lejn il-pajjiż, u jien bħala Malti ngħid li dan jagħmel ġieħ lilhom pero' aktar minn hekk jagħmel ġieħ u unur lil pajjiżna.", "Dr. Ugo Mifsud Bonnici ingħaqad ma' din il-lista ta' nies li aħna bħala Maltin inħarsu lejhom bħala li kienu kapaċi li bis-sinċerita', bil-karattru u bil-personalita' tagħhom jirbħu l-ammirazzjoni u l-fiduċja tal-poplu kollu.", "U dan jagħmlilna ġieħ bħala Maltin.", "Ħafna drabi aħna tiġina t-tentazzjoni li nenfasizzaw iktar dak li hu negattiv u ma nagħtux importanza biżżejjed lil dak li għandna pożittiv f'pajjiżna, pero' jien naħseb li waħda mill-iktar affarijiet li għandna nenfasizzaw il-ħin kollu hija li f'pajjiżna għandna individwi li kapaċi jokkupaw karigi importanti u delikati - karigi li jista' jkollhom mumenti fihom li jkunu importanti ħafna għad-destin tal-pajjiż innifsu - b'mod li jirbħu l-fiduċja ta' kulħadd.", "Jien naħseb li dan huwa sinjal pożittiv ħafna, sinjal ta' maturita' tal-poplu Malti u Għawdxi, sinjal ta' maturita' politika u sinjal ta' żvilupp anke politiku li għandna nefasizzawh.", "Wisq drabi nħarsu biss lejn dak li nistgħu ma naqblux fuqu u dan il- parlament fih innifsu huwa magħmul biex jaqdi din il-fuzjoni primarja, li jiddibatti pożizzjonijiet li jistgħu jkunu kontrastanti pero' mhux neċessarjament kontradittorji għal xulxin.", "Dan huwa post fejn niddibattu argumenti minn naħa ma' argumenti minn oħra, pero' filwaqt li nagħmlu hekk, kollha kemm aħna, ibda l-ewwel wieħed minni, nifhmu li kapaċi ningħaqdu flimkien bħala nazzjon wara kariga li fiha nnifisha tiġbor madwarha dak li jirrappreżenta lill-pajjiż bħala pajjiż.", "Naħseb li dan huwa sinjal pożittiv ħafna u sinjal qawwi ta' maturita' li pajjiżna qed jakkwista dejjem iżjed tul iż-żmenijiet.", "F'dan is-sens irrid nuri l- apprezzament tagħna u f'dan is-sens il-mozzjoni ta' ringrazzjament għandha l-ikbar sustanza meta mressqa fil-konfront tal-President Ugo Mifsud Bonnici.", "Hu kien kapaċi li fil-kariga tiegħu, fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu, fis-sagrifiċċji li ovvjament għamel u fl-impenn li hu bla dubju ta' xejn tefa' f'din il-kariga, jingħaqad ma' presidenti oħrajn biex juri li f'pajjiżna aħna nistgħu nimxu 'l quddiem u ningħaqdu anke f'mumenti li jkunu diffiċli.", "Mr Speaker, din hija riflessjoni li torbot ħafna mal- President Ugo Mifsud Bonnici, u hija riflessjoni li nenfasizzha għaliex, fl-opinjoni tiegħi, hija t-timbru ta' din il-presidenza, presidenza li tagħmel unur lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici personalment, pero' tagħmel unur ukoll lill-pajjiż.", "Din kienet presidenza li għenitna nkomplu nimmaturaw fil-mod kif nittrattaw ma' xulxin u fil-mod kif nipprovaw insibu dak li huwa fl-aħjar interess tal-pajjiż anke meta ma nkunux nistgħu naqblu.", "Hemm mod ċivili u demokratiku kif isiru l-affarijiet anke meta ma nkunux qed naqblu, u jien m'għandix l-iċken dubju li l-President Ugo Mifsud Bonnici, bl-istil tiegħu, ta dan it-timbru importanti ħafna lill-presidenza.", "Mr Speaker, jien intenni r-ringrazzjament tiegħi u ta' sħabi d-deputati ta' din il- Kamra lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici għal dan kollu filwaqt li nieħu l- opportunita' biex, kif tgħid il-mozzjoni stess, nawguralu li fiż-żmien li ġej ikompli jkun attiv u ta' servizz lejn il-pajjiż.", "Il-kultura li għandu Dr. Ugo Mifsud Bonnici hija kultura li l-pajjiż għad jista' jieħu ħafna frott minnha u l-ewwel sfida li għandna hija kif pajjiżna jista' jkompli jagħmel użu minn personaġġi bħal dawn li jkunu tant taw lil pajjiżna, anke wara li jkun spiċċa t-terminu tagħhom.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt niddedika kelmtejn lill-mara tal- President Ugo Mifsud Bonnici u lill-familja tiegħu, li ovvjament huma parti integrali mill-presidenza u li jkunu saħħew lill-istess presidenza.", "Jien m'għandix dubju li dawn għenu ħalli l-President Ugo Mifsud Bonnici jkun jista' jaqdi din il-kariga bil-mod kif qdiha.", "J'Alla l-Bambin jaħtih is-saħħa biex ikun jista' jkompli jagħti dan il-kontribut ħalli nkomplu naraw lil pajjiżna jiffjorixxi mhux biss materjalment imma anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-valuri li jsedquna.", "Jien nirringrazzja lill- President Ugo Mifsud Bonnici u f'isem l-Onor.", "Membri kollha ta' din il- Kamra nawguralu minn qalbi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, waqt li nassoċja ruħi ma' dak li għadu kemm qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gonzi, tajjeb li nagħmlu ftit punti min- naħa biex nimmarkaw l-apprezzament tagħna għall-President ta' Malta.", "Fl- istess ħin, għax naf bis-sense of humour tiegħu, mingħajr ma nippreżentaw dak li qed nagħmlu qisu xi kanoniżżazzjoni jew beatifikazzjoni sekulari, tajjeb li nitkellmu fuq il-kwalitajiet personali ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici, fis-sens tal-kultura wiesgħa li għadu kemm semma' l-Onor.", "Gonzi, li m'hemmx dubju hija kultura mifruxa f'sens ta' x'inhi Malta, x'inhi l- identita' Maltija u x'inhi r-rabta tagħna ma' kontest internazzjonali aktar wiesgħa, kultura li f'dawn l-aħħar ħames snin ġiet użata tajjeb ħafna u uriet kif din tista' twassal biex il-presidenza tingħata profil ta' rikonoxximent u ta' saħħa f'pajjiżna.", "Wieħed jirrikonnoxi wkoll il-kwalita' personali ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici bħala politiku fin li l-esperjenza politika tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin użaha b'mod li kien superlattiv u użaha b'mod li kompliet tat saħħa lill-istituzzjoni tal-presidenza bħala istituzzjoni li hija l-apiċe ta' l-istruttura demokratika ta' pajjiżna.", "Nixtieq ukoll nsemmi s-sens ta' umanita' li għandu Dr. Ugo Mifsud Bonnici.", "Diġa' semmejt is-sense of humour li għandu u li jaf idawru fuqu nnifsu pero' nixtieq insemmi wkoll il-mod kif huwa jirrelata ma' ħaddieħor b'mod li jifhem u jagħraf il-perspettiva ta' ħaddieħor, imbagħad f'dak li jgħid he takes into account il-perspettivi u l-aspirazzjonijiet ta' min ikollu quddiemu.", "Irrid nitkellem ukoll dwar il-kwalitajiet tiegħu bħala figura pubblika li f'dawn l-aħħar ħames snin kelli ċ-ċans nagħmel ir- riflessjonijiet personali tiegħi b'mod dirett dwar il-fatt li matul dan iż- żmien għaraf juża diskrezzjoni u għaqal mill-iktar kalibrati.", "Konsistentement kien qiegħed hemmhekk biex juri li t-tħaddim ta' l- istituzzjoni tal-presidenza tista' ssir b'mod li jirrifletti kompletament il-fasla, id-disinn tal-presidenza fil-kontest tal-Kostituzzjoni tagħna.", "Jien naħseb li għandna nqisuha bħala kwalita' tiegħu f'sens ta' figura pubblika l-mod li kont tħossu li kien qed jopera b'mod ġenwin.", "Kien hemm il-ġenwinita' ta' dak li kien qed jagħmel, imbiegħda minn kull sens ta' ipokrezija imma b'sens sinċier u dirett ta' kif hu fil-qadi tal-karigi pubbliċi tiegħu kien qed jirrifletti l-ħteġijiet kostituzzjonali u demokratiċi tal-pajjiż.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll l-esperjenza personali li kelli jien miegħu.", "Fil-bidu ta' din is-sena kelli ċ-ċans infisser l-apprezzment tiegħi għall-mod kif ħadem fi żmien li kien hemm Gvern Laburista, anke fil- mumenti delikati u diffiċli li kellna.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Gonzi li din kienet presidenza li għall-ewwel darba rat alternanza doppja u kien hemm żmenijiet delikati li fihom il-preżenza tal-President u l-mod kif opera kienu mija fil-mija allineati mas-sens ta' demokrazija ta' dan il- pajjiż.", "Jien illum irrid nerġa' nsostni l-apprezzament tiegħi u ta' din in-naħa tal-Kamra għall-operat f'dak il-kontest ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici, li kien mija fil-mija korrett, u li fl-għaqal u fid-diskrezzjoni tiegħu ta xhieda tal-fatt li l-istituzzjonijiet tagħna, anke meta jkunu taħt stress qawwi, jistgħu jimxu 'l quddiem u jistgħu jżommu sammi u sodi.", "Irrid nagħmel ukoll il-punt politiku li f'dawn l-affarijiet it takes two to tango, fis-sens li meta kien hemm l-ewwel alternanza ta' Ottubru ta' l- 1996, Dr. Ugo Mifsud Bonnici sab li kien se jkollu Gvern Laburista li kien se jmexxi l-logħba demokratika mija fil-mija.", "Nista' ngħid li jiena u l- ministri sħabi ta' dak il-Gvern Laburista konna mija fil-mija disposti għall-President u konna mija fil-mija disposti biex taħt il-miżuri li tgħid il-Kostituzzjoni nikkonsultaw miegħu u nżommuh kompletament in our confidence, ħaġa li ma nistgħux ngħidu li ġrat meta kien hemm alternanza oħra, dik ta' l-1987, meta l-acting president, is-Sur Pawlu Xuereb, kien iffaċċjat bi Gvern Nazzjonalista ġdid u kien ġie skartat kompletament minn kull konsultazzjoni serja u ta' fiduċja dwar dak li kien qed isir mill- gvern ta' dak iż-żmien.", "Nerġa' nsostni li fil-kontest ta' kif opera l- Gvern Laburista, mhux biss fil-mumenti delikati imma anke fil-mumenti ta' amministrazzjoni kurrenti, il-President ta' Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, mhux biss kellu sehem kostruttiv imma kien sehem li ħafna drabi kien ta' għaqal kbir u jien personalment tgħallimt ħafna mill-punti li qajjem fid- diversi inkontri li kelli wiċċ imb'wiċċ miegħu.", "Nixtieq li jien ukoll qabel nagħlaq insellem u nagħti l-apprezzament tiegħi lis-Sinjura Ġemma Mifsud Bonnici, li bosta drabi kelli ċ-ċans li nġarrab l-umanita' u l-ospitalita' tagħha flimkien ma' żewġha, u nawguralhom li fiż-żmien li ġej ikomplu għaddejjin b'xogħol li jkun ta' fejda għal pajjiżna, għas-soċjeta' tagħna u anke għall-familja tagħhom.", "Għalhekk mill-ġdid nixtieq intemm dan l-intervent b'xewqat sbieħ ta' kull membru ta' l-oppożizzjoni lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici, lis-sinjura tiegħu u lill-familja tagħhom u nawguraw lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici ħidma dejjem aħjar li fi żmien li ġej it-talenti superlattivi tiegħu jagħtihom ċans li jkomplu jimxu 'l quddiem fl-interess tal-pajjiż kollu kemm hu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Politika Soċjali f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk jogħġbu jressaq it-tieni mozzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nipproponi:", "Billi skond id-dispożizzjoni ta' subartiklu (1) ta' artiklu 48 tal- Kostituzzjoni ta' Malta, għandu jkun hemm President ta' Malta li jiġi maħtur b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi skond subartiklu (3) ta' l-istess artikolu tal-Kostituzzjoni l-kariga tal-President ta' Malta waslet biex issir vakanti;", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet ta' l- imsemmi artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tirrisolvi li malli sseħħ dil-vakanza, taħtar lill-Professur Edwin Grech President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nippreżenta lill- kandidat tagħna, il-Prof.", "Edwin Grech, persuna li kellha karriera distinta kemm barra minn xtutna kif ukoll f'Malta.", "Dan huwa importanti għaliex naħseb li huwa l-ewwel kandidat għall-presidenza li l-karriera personali tiegħu ma żviluppatx biss f'sens politiku hawn Malta imma żviluppat ukoll f'sens professjonali għal żmien twil kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Il- Prof. Edwin Grech twieled fl-1928 u għalhekk huwa kandidat li mhux biss ikun qed jippreżenta esperjenza fil-politika imma jkun qed jippreżenta wkoll esperjenza professjonali wiesgħa, li hija wkoll esperjenza internazzjonali professjonali mhux fil-politika.", "Fi żmenijiet fejn ħafna li jixtiequ jitolbu jew jagħmlu l-punt li tajjeb li ma jkunx biss politiku li jiġi ppreżentat bħala kandidat għall- presidenza, il-Prof.", "Grech f'dan is-sens diġa' jillustra t-tip ta' profil fejn mhux biss għandek l-element politiku imma anke elementi oħra ta' esperjenza u ta' ħidma.", "Il-Prof.", "Grech kien attiv ħafna b'mod professjonali għal bosta snin u fl- Ingilterra mexa 'l quddiem fil-karriera tiegħu u serva b'distinzjoni fl- Afrika tal-Lvant, f'Zambia u fl-Afrika ta' Isfel, fejn kellu karigi professjonali ta' l-aqwa kwalita'.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżna, kien il-Prof.", "Grech li żamm għaddej is-servizz tas-saħħa fi żmenijiet diffiċli.", "Kienu żmenijiet li fihom il-poplu Malti u Għawdxi kellu bżonn min isostni s-servizz tas-saħħa u minkejja l-kondizzjonijiet diffiċli li fihom ħadem il-Prof.", "Grech flimkien ma' oħrajn, kien strumentali biex ir-rikonoxximent akkademiku u professjonali li s-servizzi u l-professjoni tas-saħħa f'Malta kienu tilfu jerġgħu jinkisbu f'temp qasir.", "Bil-ħidma tiegħu u bil-ħidma ta' nies li kienu fl-istess linja tiegħu, reġgħet ġiet stabilita l-linja 'l quddiem tal-professjoni medika u tas-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna, ħaġa li għaliha l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun grat għal żmien twil lejn il-Prof.", "Edwin Grech.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmu wkoll il-kwalitajiet personali tal-Prof.", "Edwin Grech, bniedem serju u bilanċjat.", "Ħaġa li rari ssemmiet hija kif dan il- bniedem, meta ġie lura Malta u kellu ċans jikkapparra ċerti pożizzjonijiet professjonali fil-pajjiż, qagħad attent li ma jagħmilx hekk.", "Per eżempju, ma ssemmietx li meta l-Prof.", "Grech ġie lura Malta, il-post ta' direttur fid-dipartiment tas-saħħa u l-post akkademiku afferenti għal dak ix-xogħol kien effettivament vakanti u l-Prof.", "Grech kien qed jagħmel ix-xogħol ta' direttur tad-dipartiment tas-saħħa.", "Kieku ried, minflok il-post ta' acting director, kien ikollu l-post substantive bħala direttur tas-saħħa u anke tal-post akkademiku li kien marbut miegħu pero' b'għażla personali mill-aktar retta u rigoruża, il-Prof.", "Grech baqa' jinsisti li jkun acting bil-ħsieb li jekk min kien jokkupa dik il-kariga jerġa' jiġi lura Malta, allura dak il-post jibqa' għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li ġrat mhux f'temp ta' sitt xhur jew tmien xhur imma ġrat f'temp ta' snin sħaħ.", "Meta nbidlu l-affarijiet u l-persuna li minflokha kien qed jaħdem il-Prof.", "Grech baqgħet ma ġietx f'pajjiżna, il-gvern ta' wara l-1987 mhux talli ma kkonfermax lill-Prof.", "Grech u ma tahx ċans li jagħmel b'mod sostantiv il-kariga tiegħu, talli keċċih minn professur u minn direttur tad-dipartiment tas-saħħa.", "Minkejja dawn it-tip ta' esperjenzi u esperjenzi personali ħafna aktar ħorox, wieħed jista' jippreżenta lill- Prof. Grech bħala xempju ta' moderazzjoni f'dan il-pajjiż, ħaġa li jien nagħmilha mingħajr ebda riżerva.", "Kull meta kelli x'naqsam mal-Prof.", "Grech f'diskussjonijiet dwar alternattivi li għandhom isiru - issa jien ili nafu ftit iktar minn għaxar snin - il-vuċi tiegħu dejjem kienet waħda ta' moderazzjoni, ta' bilanċ, ta' sens ta' kif tara n-naħa ta' kulħadd u kif tipprova timxi 'l quddiem, tagħżel toroq ta' deċiżjoni u ta' tmexxija li jipprovaw iżommu lil kulħadd on board, hu ta' liema kulur hu.", "Veru li kultant il-mod kif jitkellem huwa dirett pero' jiena, għaliex forsi nitkellem bħalu, napprezza ħafna l- mod dirett tiegħu u f'kull ħaġa li jagħmel kelli ċ-ċans nammira kemm bis- sens dirett tiegħu jkun qed jiċħad u jbarri kull sens ta' ipokrezija.", "Jekk tikkuntrasta dan ma' kif wieħed jista' jimxi b'mod ipokrita, tidħak u titbissem u tieħu b'idejn kemm trid imma ħafna drabi jkollok is-sikkina lesta taħt il-minkeb ...", "Il-Prof.", "Grech jaħdem b'mod dirett, fejn dak li għandu jgħid jgħidu, u jien naħseb li f'pajjiżna l-politika għandha bżonn tissaffa ftit mill-ipokrezija li ħafna drabi qisha bħal trab fl- arterji.", "Xi kultant tħoss li l-ipokrezija hija l-iktar ħaġa li timxi 'l quddiem f'dan il-pajjiż, pero' ċertament li l-Prof.", "Grech huwa wieħed minn dawk il-persuni li juru kif anke fil-politika tista' tkun dak li int; m'hemmx għalfejn la t-tbissim u lanqas il-pożi ta' l-ipokrezija imma tgħid dak li għandek tgħid u timxi b'sens onest.", "Il-bilanċ u l-moderazzjoni tal-Prof.", "Grech ħarġu wkoll fil-ħidma u fil- karriera politika tiegħu.", "Fuq il-bażi tal-Partit Laburista, il-Prof.", "Grech ħa sehem fil-ġlieda kontra dak li kien perċeput bħala dellijiet ta' korruzzjoni u ta' abbuż ta' poter billi ħa sehem f'wieħed mill-aqwa esperimenti politiċi li ġraw f'pajjiżna u li b'xorti ħażina għadu limitat għall-Partit Laburista biss.", "Qed nirriferi għall-bord ta' viġilanza u dixxiplina awtonomu tal-Partit Laburista, fejn il-Prof.", "Grech kellu u għad għandu l-inkarigu li jaħdem minnufih fuq kull akkuża u allegazzjoni ta' korruzzjoni jew abbuż ta' poter.", "Hemmhekk, għal temp ta' ħames snin, il- Prof. Grech ta xogħol ta' siwi u rigorożita' kbira.", "Huwa kkontesta l- elezzjonijet ġenerali erba' darbiet, ġie elett darbtejn u serva bħala ministru fil-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, fejn kellu jiffaċċja ċerti sfidi li b'xorti ħażina, minħabba dak li ġara, il-pjani li kienu qegħdin jitħejjew biex l-affaffarijiet jimxu 'l quddiem ma kellhomx ċans jaslu għall-frott tagħhom.", "Għalhekk meta wieħed iħares lejn il- karriera kemm professjonali kif ukoll politika tal-Prof.", "Edwin Grech, ikollu jirrikonoxxi li huwa persuna li mhux biss huwa idonea għall- preżentazzjoni tagħha bħala President ta' Malta imma li għandu wkoll fond ta' esperjenza, ta' għerf u ta' tagħlim li jkunu jiswew ta' mitqlu deheb fix-xogħol u fil-ħidma ta' President ta' Malta.", "Sur President, tajjeb li nsemmu wkoll xi konsiderazzjonijiet politiċi li jorbtu man-nomina li qed tagħmel l-oppożizzjoni.", "Jien niftakar li f'waħda mill-ewwel stqarrijiet li għamilt meta sirt Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-1992, kont semmejt preċiżament l-oġġettiv li dan il- pajjiż ikun tassew pajjiż ta' kulħadd, li mhux għax hemm gvern ta' kulur allura dawk li huma ta' kulur ieħor iħossu li dan m'huwiex pajjiżhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U huwa f'dan is-sens li jien nemmen li wieħed għandu jħares lejn din in-nomina.", "Ma jistax ikun - u din nibqa' ngħidha u nibqa' ngħidha - li pajjiżna jibqa' maqsum u li l-istituzzjonijiet ikunu kollha kkapparati minn min ikollu l-gvern f'idejh.", "Bejn l-1996 u l-1998 il-Gvern Laburista kien għamel tentattivi kuraġġużi u konna bdejna esperimenti ta' kif nistgħu nkissru din l-għoqda li biha kollox irid ikun ta' kulur wieħed, u batejna talli għamilna din il-ħaġa għaliex kellna ċerti riperkussjonijiet li għadhom jinħassu sal-lum.", "Imma jien xorta waħda nemmen li dan huwa għan nobbli f'pajjiżna u għalhekk f'dan il-qasam inħoss li n-nomina li qed nagħmlu llejla timxi f'din it-triq, aktar u aktar għaliex nemmen li fost il-maġġoranza kbira tan-nies f'pajjiżna jnissel ċertu sens ta' fair play il-ħsieb li l-istituzzjonijiet, il-mod kif issir il-politika u l-mod kif jimxu l-affarijiet ikunu bbażati fuq element ta' ġustizzja.", "Sur President, jien nemmen li meta n-nies iħarsu lejn il-lista ta' presidenti li kellna sal-lum u jaraw kif tqassmu l-karigi u kif saru l- ħatriet, bla dubju ta' xejn ikun hemm persentaġġ sostanzjali li jgħidu li s-sens ta' fair play kellu jwassal biex in-nomina ta' President ta' Malta din id-darba, aktar u aktar wara dak li ġara fl-aħħar sentejn, tkun ta' persuna li toħroġ mill-kamp Laburista.", "Qgħadna attenti wkoll biex in- nomina li nagħmlu tkun ta' persuna li nqatgħet għal xi żmien mill- politika, fis-sens li peress li l-Prof.", "Grech b'xorti ħażina ma telax fl- aħħar elezzjoni, diġa' ilu sitt xhur maqtugħ minn kull polemika politika.", "U dan naħseb li huwa punt ta' importanza.", "Fl-imgħoddi l-prattika kienet li meta jkun hemm xi ħadd li se jiġi nominat biex isir president, jinqata' mill-politika mhux fl-aħħar jumejn imma għal temp ta' xahar jew xahrejn.", "Jekk niftakar tajjeb din kienet il-prattika li kien segwa Dr. Anton Buttiġieġ u li anke segwiet Miss Agatha Barbara.", "Għalhekk il-fatt li l- Prof. Grech għamel sitt xhur maqtugħ juri iktar is-sens politiku ta' kif qed issir din in-nomina.", "Fi żmien fejn l-istituzzjonijiet parlamentari ġew kompletament kapparrati mill-partit fil-gvern sempliċement għaliex irnexxielu jġib ċerta maġġoranza fl-aħħar elezzjoni, li kienet elezzjoni barra minn żmienha - u allura l-ħatra ta' Speaker ittieħdet b'ċerta arroganza u anke ċerti affarijiet oħra bħal ħatriet f'bordijiet u korporazzjonijiet fejn ġew misjuqa 'l barra dawk in-nies li b'xi mod jew ieħor kienu għenu lill- gvern ta' qabel - aktar u aktar naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi jitlob li jkun hawn sens ta' fair play u tiġi nnominata persuna li tħaddan twemmin Laburista.", "Sur President, huwa b'sens ta' unur kbir li jien qed inressaq in-nomina tal-Prof.", "Edwin Grech bħala kandidat għall-President ta' Malta u nemmen li huwa l-aħjar għażla li nistgħu nagħmlu fiċ-ċirkostanzi kollha tal-lum.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, meta wieħed jiġi f'sitwazzjoni bħal din, importanti li ssir premessa minn qabel.", "U l-premessa li nixtieq nagħmel jien hija li m'iniex beħsiebni nidħol fil-merti tal-persuna nnominata bħala kandidat ta' l-oppożizzjoni f'din il-mozzjoni.", "Jiena nirrispettah bħala persuna li ddedika parti minn ħajtu għall-politika u allura offra li jkun ta' servizz għall-pajjiż u jien nirrispetta lil kull min jagħmel dan il-pass għaliex huwa pass fejn tissagrifika mhux biss l- interessi personali imma anke l-ħajja personali tiegħek u tal-familja biex tkun ta' servizz għall-pajjiż.", "Għalhekk irrid nenfasizza ħafna li bl-ebda mod ma rrid nitfa' xi riflessjoni fuq il-Prof.", "Edwin Grech.", "Il-punt li xtaqt nagħmel m'huwiex marbut mal-persuna nnominata imma huwa marbut mal- mod kif saru l-affarijiet u mal-proċedura li qed tadotta l-oppożizzjoni, safejn naf jien għall-ewwel darba minn mindu pajjiżna beda jaħtar il- President.", "Irrid infakkar hawnhekk li proprju fil-bidu ta' din is-sena kienet saret konsultazzjoni bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il- persuna li kellha tiġi maħtura bħala President ta' Malta ma' l-għeluq tat- terminu tal-ħatra ta' Dr. Ugo Mifsud Bonnici.", "Fil-fatt l-ewwel inkontru li kien sar bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien fil-11 ta' Jannar.", "Kulħadd jaf - għaliex huwa pubbliku - li l-proposta li ressaq il-Prim Ministru lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għall-konsiderazzjoni tiegħu bl-iktar mod ċivili ta' kif għandhom isiru l-affarijiet, kienet waħda li kienet tinvolvi l-possibbilita' li nemendaw il-Kostituzzjoni biex ikun jista' jerġa' jinħatar Ugo Mifsud Bonnici bħala President.", "Dakinhar il- Kap ta' l-Oppożizzjoni kien talab żmien sabiex jikkonsidra din il-proposta - kif wara kollox huwa xieraq - u fil-fatt hekk sar u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni ngħata żmien biex ikun hemm il-konsiderazzjoni għal din il- proposta jew għal xi toroq alternativi oħra.", "Irridu niftakru li f'Jannar konna għadna tliet xhur bogħod mid-data ta' l-iskadenza tal-presidenza u ż-żmien kien propizju biex wieħed jirrifletti u jiddiskuti.", "Pero' li ġara kien li fit-22 ta' Frar ġiet preżentata din il-mozzjoni li għandna quddiemna.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-oppożizzjoni m'għandhiex tippreżenta mozzjoni jew li m'għandhiex tippreżenta individwu, xejn minn dan, imma rrid nenfasizza xi ħaġa li l-grupp parlamentari tan-naħa tal- gvern esprima b'mod pubbliku anke fl-istqarrija li ħareġ proprju l-għada li ġiet ippreżentata din il-mozzjoni.", "Il-mozzjoni li l-oppożizzjoni ppreżentatu fit-22 ta' Frar kienet tfisser li ħames ġimgħat qabel l-għeluq tat-terminu tal-President attwali, hija għalqet il-pożizzjoni tagħha stess.", "Jien naħseb li din il-mozzjoni tressqet mingħajr ma kien hemm konsiderazzjoni biżżejjed u fil-fond ta' x'kienet il-konsegwenza tal-fatt li tippreżenta mozzjoni bħal dik ħames ġimgħat qabel ma jagħlaq it-terminu ta' presidenza attwali, ħames ġimgħat li kienu jiswew mitqlu deheb għaliex fihom wieħed seta' jkompli jiddiskuti u jesplora jekk kenux jeżistu toroq alternattivi oħra.", "Din il-proċedura, li ħames ġimgħat qabel iż-żmien l-oppożizzjoni għal xi raġuni jew oħra tagħlaq il-bieb għal possibbilitajiet oħrajn, ikunu x'ikunu anke jekk jidhru diffiċli u tpoġġi lilek innifsek f'pożizzjoni li kważi lanqas tista' tiddiskuti alternattivi oħrajn, għadni sal-lum ma nistax nifhimha.", "Naħseb li mill-mument li ġiet preżentata din il-mozzjoni, nerġa' nirrepeti ħames ġimgħat qabel it-terminu taż-żmien, tqegħedna f'pożizzjoni lkoll kemm aħna, inkluż l-oppożizzjoni, li ma kienx konċepibbli iżjed li wieħed jaħseb fuq alternattivi oħra għaliex ma jistax ikun li jkollok persuna nnominata f'mozzjoni u fl-istess ħin tikkonsidra alternattivi oħra.", "Sinċerament ngħid li dan huwa żball, anke tal-mod kif isiru l- affarijiet, għaliex jien naħseb li wieħed irid dejjem iħalli sa l-aħħar mument biex jara hemmx il-possibilita' li jinstab ftehim.", "Jekk imbagħad ma jinstabx ftehim, allura ħalli wieħed jiġi hawnhekk u jressaq mozzjoni u jekk hemm bżonn jittieħed il-vot fuqha, imma li tieħu pass bħal dan daqshekk kmieni fil-proċess ipoġġik f'pożizzjoni imbarrazzanti.", "Jien m'għandix dubju li kieku l-oppożizzjoni ġietha t-tentazzjoni li tikkonsidra alternattivi oħrajn, kienet tispiċċa fil-pożizzjoni imbarrazzanti li rabtet idejha stess.", "Dan huwa mod żbaljat ta' kif wieħed jagħmel l-affarijiet u dan kien il-punt li l-grupp parlamentari tal- gvern għamel pubbliku bħala reazzjoni immedjata tiegħu, proprju l-għada li ġiet preżentata din il-mozzjoni.", "Għamilna din il-pożizzjoni u qed nirrepetuha issa mingħajr ebda riflessjoni fuq il-persuna involuta, għaliex inħoss li anke għal quddiem, għal dak li jista' jiġri ħames snin oħra, għaxar snin oħra, għal min għad irid jgħaddi minn din l-esperjenza, dan il-preċedent m'għandux jerġa' jiġi kkupjat imma għandhom jibqgħu miftuħin sa l-aħħar mument possibbli l-possibbilitajiet kollha.", "Effettivament b'din is-sitwazzjoni dan ma kienx possibbli u tista' tgħid li fit-22 ta' Frar, mal-preżentazzjoni ta' din il-mozzjoni, ingħalaq il- bieb għal kwalunkwe alternattivi oħrajn.", "Mr Speaker, fl-opinjoni tiegħi, fl-eżerċizzju ta' tfittxija għal persuni idonei għal ċerti karigi, anke jekk napprezza ġenwinament li kultant jista' jidher diffiċli u d-diffikultajiet jistgħu jidhru ebsin, l- esperjenza ta' pajjiżna sal-lum uriet li kapaċi nsibu nies, anke jekk għall-ewwel wieħed jista' jkun ftit xettiku dwar kemm jistgħu jiġbru consensus madwarhom.", "M'hemm xejn li għandu jaqtgħalna qalbna mill-fatt li jeżistu numru konsiderevoli ta' individwi f'pajjiżna li huma stess jgħollu lilhom infushom 'il fuq minn kwalunkwe pożizzjoni partiġġjana jew interess partikolari.", "Pajjiżna tana prova li dan jista' jsir u allura tajjeb li lkoll kemm aħna nħallu sa l-aħħar minuta ċans biex nipprovaw infittxu dawn it-toroq, imbagħad jekk ma naslux ma jkun ġara xejn, imma almenu fil-kuxjenza tagħna nkunu għidna li għamilna minn kollox biex nippruvaw insibu t-triq.", "L-aħħar kumment żgħir li nixtieq nagħmel huwa dwar il-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel argument tista' tgħid politiku u f'mument minnhom uża l-kliem \"fair play\", qisu ried jindika li issa wasal it-turn tagħhom.", "Għalkemm nifhem il-punt li qed jagħmel, bir-rispett kollu naħseb li jkun żball kbir għalina u għall-pajjiż kollu jekk inħarsu lejn ċerti karigi mill-ottika ta' issa jmiss lili u għada jmiss lilek.", "Jien naħseb li dan huwa żbaljat għaliex jekk se noqogħdu sejrin hekk, nispiċċaw nargumentaw b'mod redikolu ta' tlieta kelli jiena u tlieta kellek int. Sinċerament naħseb li dan m'għandux ikun u nerġa' ngħid li l-istorja ta' pajjiżna wrietna li din m'hijiex kwestjoni ta' t-turn ta' min hu imma hija kwestjoni ta' l-persuna li tintgħażel u l-mod kif taqdi d-dmirijiet tagħha f'dik il-kariga.", "Jiena nsostni bil-qawwa kollha li pajjiżna wera li kapaċi jsib nies li jaqdu l-inkarigu li jkollhom għaliex ikunu huma stess responsabbli biżżejjed biex jerfgħu l-piż ta' dik il-kariga fuq spallejhom, liema kariga tirrikjedi minnhom responsabbilta' u delikatezza kbira.", "L-istorja urietna li kellna u għandna nies bħal dawn u allura m'għandniex naqtgħu qalbna u nispiċċaw naqgħu fis-soluzzjonijiet ta' issa jmiss lili u għada jmiss lilek, qisna qegħdin nilagħbu musical chairs, illum imiss lili biex inpoġġi fuq dan is-siġġu u għada jmiss lilek biex tpoġġi fuqu.", "Naħseb li dan ikun żball kbir għal pajjiżna u jkun ifisser li qegħdin naċċettaw il-falliment u qegħdin inċedu quddiem sitwazzjoni fejn qed naqtgħu qalbna li kapaċi nsibu nies li ġenwinament jiġbru lil kulħadd madwarhom.", "L-istorja u l-fatti juru li mhux hekk.", "Jiena nieqaf hawn pero' nerġa' nirrepeti li l-pożizzjoni ta' din in-naħa tal-Kamra hija kif espressa pubblikament fl-istqarrija li ħareġ il-grupp parlamentari, ċioe' li aħna ma naqblux ma' din il-mozzjoni għall-mod u għall-proċedura li ntużat biex tressqet u għall-impatt u l-effett li fil- fatt kellha fuq il-proċess kollu li qed jiġi diskuss u magħluq f'din is- seduta tal-lejla.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni jista' jgħaddi biex jagħmel il-winding up.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ladarba l-Onor.", "Gonzi għoġbu jqajjem il-proċeduri li ntużaw, tajjeb li nitkellmu fuqhom.", "Huwa veru li fil-11 ta' Jannar jiena kelli diskussjoni mal-Prim Ministru, fejn qalli li bl- iktar mod personali u konfidenzjali kien qiegħed jagħmilli l-proposta li nikkonsidraw li lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici nġeddulu l-ħatra għal ħames snin oħra.", "Għalkemm jien issorprendejt ruħi b'din il-proposta, għax niftakar li ħames snin qabel l-Onor.", "Fenech Adami kien daħak bija pubblikament meta sssuġġerejt l-istess ħaġa fir-rigward ta' Dr. Ċensu Tabone, jien għedtlu li fuq bażi konfidenzjali kont se nagħmel il- konsultazzjonijiet meħtieġa u tlabtu ġimgħatejn jew tlieta ċans.", "Niftkar li dakinhar stess filgħaxija tlabt lil sieħbi l-Onor.", "George Vella u lil sieħbi Dr. Joe Brincat sabiex nitkellmu ftit bejnietna ħalli naraw kif nistgħu nipproċedu fuq din it-talba u għedtilhom li għalissa din hija materja konfidenzjali, imbagħad wara nitkellmu mal-grupp parlamentari fuq bażi konfidenzjali.", "L-għada filgħodu niftaħ il-gazzetta \"The Times\" - fil-fatt lanqas kelli għalfejn niftaħha għaliex kienet front page - u sibt li kien hemm il-proposta konfidenzjali tal-Prim Ministru argumentata u lesta.", "Imbagħad niftaħ - lanqas hawnhekk ma kelli għalfejn niftaħ għaliex kienet front page ukoll - \"The Malta Independent\" u f'paragrafu minnhom nara l-istess argument żviluppat.", "Imma, per carita', ejjew ma nibqgħux nidħku bina nfusna b'dan il-mod, taparsi nagħmlu ċerti proċeduri u konsultazzjonijiet meta l-id ix-xellugija u l-id il-leminija jkunu qed jaħdmu mod ieħor!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kif nistgħu minn din in- naħa tal-Kamra nafdaw lin-naħa l-oħra meta tiġi titkellem b'dan il-mod?", "Anke issa, per eżempju, suppost li għaddejja konsultazzjoni oħra fuq kif se jinbidlu l-membri ta' l-awtorita' tax-xandir.", "Nhar l-Erbgħa kont qed nitkellem kunfidenzjalment ma' l-Onor.", "Gonzi - suppost li bagħatlu messaġġ il-Prim Ministru - u s-Sibt filgħodu nara dak li għidt jien f'dik il-laqgħa f'\"In-Nazzjon\".", "Xi proċeduri huma dawn sinjuri?", "Dawn huma l- proċeduri ta' konsultazzjoni fejn suppost nitkellmu bejnietna u niftehmu?", "Ma tarawx!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Imbagħad, meta saret id-diskussjoni fil-grupp parlamentari, bdejna naraw l-istorja ħierġa fil-gazzetti, li se jiġi nominat Dr. de Marco, u li Dr. de Marco huwa front runner.", "Kif fil-bidu \"The Times\", \"The Malta Independent\" u gazzetti oħra ntużaw bħala parti mill-proċess, ċertament imbagħad three quarters of the way forward kienu qed jintużaw bl-istess mod.", "U allura meta taqra f'\"The Times\" li Dr. de Marco huwa front runner u li hemm Dr. Michael Refalo jiġri warajh, allura l-froġa diġa' qed issir.", "X'konsultazzjonijiet u xi proċeduri huma dawn?", "Jekk jogħġobkom ejjew ma nidħkux bina nfusna!", "Allura hemmhekk id-deċiżjoni tagħna kienet ċara: Iva, aħna se nieħdu l-pożizzjoni tagħna.", "U l-pożizzjoni tagħna għallinqas se tkun skjetta, ċara u diretta u mhux ipokrita.", "L-ipokreziji nħalluhom għal tan-naħa l-oħra.", "L-Onor.", "Gonzi ġab l-argument li aħna semmejna persuna u allura issa marbuta magħha, ma nistgħux niċċaqalqu minn dik il-pożizzjoni.", "Skużi ta, imma kif saret il-ħatra ta' l-iSpeaker ta' din il-Kamra f'din is-sezzjoni?", "Morna jien u l-Onor.", "George Vella għand l-Onor.", "Fenech Adami, fejn kien hemm ukoll l-Onor.", "Gonzi, u qalulna li l-iSpeaker se jkun il-persuna li hemm.", "Daqshekk, diġa' lesta.", "Dawn huma konsultazzjonijiet ta' finta jew ta' veru?", "U allura ma nistgħux nibqgħu nidħku, la bina nfusna u lanqas b'din l-istituzzjoni.", "Jekk se nkunu ċari, allura ejjew inkunu ċari, u jekk se naħdmu b'mod ta' konsultazzjoni allura nżommuha, mhux ngħidu ħaġa u nagħmlu oħra!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Allura, bir-rispett kollu, meta jien nisma' dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Gonzi ngħid li m'aħniex qed nitkellmu b'mod frank, hemm l-arma ta' l-ipokrezija għaddejja, l-arma tad- doppia faccia, l-arma fejn titbissem u tieħu b'idejn kulħadd minn naħa mbagħad toħroġ is-sikkina minn taħt.", "Sur President, jien nitkellem b'mod ċivili kemm hemm bżonn imma fl- istess ħin irridu ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Jien nibqa' nirritjeni li l-proċedura li adottat din in-naħa tal-Kamra hija wara kollox proċedura Ewropea u jadottaha wkoll il-Parlament Ġermaniż.", "Fil-Parlament Ġermaniż hemm in-naħa ta' l-oppożizzjoni u n-naħa tal-gvern u t-tnejn jagħmlu l- proposta tagħhom.", "Mhux veru li l-President Ġermaniż jagħżlu l-poplu, huwa l-parlament li jagħżlu.", "Allura aħna m'għamilna xejn ta' barra minn hawn, qisna ħriġna b'xi ħaġa fejn qed noħolqu affarijiet ġodda!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed nagħmlu affarijiet li suppost lilkom jogħġbukom għax ħlief Ewropa, Ewropa, Ewropa ma tgħidux!", "Allura issa għaliex qed nagħmlu ħaġa Ewropea, tgħidulna le fuqha wkoll?", "Skond l-Onor.", "Gonzi, il-fatt li aħna nixtiequ li jkun hemm ċerta alternanza qisna qed ngħawġu l- istituzzjonijiet.", "Jiġifieri li jkun hemm darba wieħed u darba ieħor hija ħażina imma li jkun hemm dejjem wieħed hija tajba!", "Imma dawn x'argumenti huma!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Jien għadni nemmen - minkejja li jikkritikawni min-naħa tiegħi, mhux is- sinjuri li għandi hawnhekk imma n-nies tal-partit tagħna, u jien kultant nifhem l-uġigħ tagħhom - li f'dan il-pajjiż huwa tajjeb li meta jkun hemm xi ħadd fil-gvern, in-nofs l-ieħor ma jħossuhomx qishom qed jgħixu f'pajjiż barrani pero' naħseb li tan-naħa l-oħra din ma jemmnuhiex.", "U bħalissa l-Laburisti hekk qed iħossuhom, li qed jgħixu f'pajjiż barrani.", "Naħseb li huwa fl-interess tad-demokrazija li nipprovaw nibbilanċjaw l- affarijiet.", "X'hemm ħażin li nipprovaw nagħmlu hekk?", "Allura naċċettaw il- political cleansing fid-dipartimenti u fil-ministeri qisu ma ġara xejn?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak ifisser il-fair play, li mhux għax xi ħadd għen lill-Gvern Laburista - jista' ma jkunx Laburista - jiġi cleansed.", "Darb'oħra nibagħtulhom il-political cruise missiles biex nirranġawhom l-affarijiet!", "Din hija l-ipokrezija li qed ngħixu bħalissa f'dan il-pajjiż.", "Sur President, jekk dan il-pajjiż verament irid jitmexxa b'mod modern u demokratiku, fejn kulħadd iħoss li qed jieħu nifs f'pajjiż li huwa tiegħu, allura għandna nagħmlu ftit ċaqliqa.", "Aħna konna bdejna nagħmlu dan iċ- ċaqliq - u batejna politikament minħabba f'hekk - u ma qgħadniex ngħidu li kollox tagħna.", "Allura billi noqogħdu nagħmlu kliem biz-zokkor u tbissim taz-zokkor, ir-realta' tibqa' dik li hi.", "Kien hemm ċans fejn in-naħa l- oħra turi li tajjeb niċċaqalqu ftit imma minflok għamlet hekk, kompliet sammret l-affarijiet 'l isfel.", "Mhux veru li aħna sammarna l-affarijiet 'l isfel.", "Jien ħadt gost li l-Onor.", "Gonzi tkellem fuq il-proċedura għaliex stennejtu jagħmel hekk.", "Jien ngħid li hekk kien hawn min uża l-proċedura apposta biex iwaddab it- torpedos, din kienet in-naħa tal-gvern, il-Prim Ministru u l-Onor.", "Gonzi wkoll.", "Kif nista' nafda iktar meta jgħiduli li dak li nkunu qed ngħidu jkun qed jingħad b'mod konfidenzjali bejnietna jekk naf li l-għada jew il- pitgħada dak li nkun għedt se joħroġ f'\"The Times\", f'\"The Malta Independent\" jew f'\"In-Nazzjon\"?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Tajjeb li l- affarijiet isiru retti u dritti.", "Jien ngħid li l-iktar ħaġa onesta li qed issir illum f'dan il-parlament - apparti mir-ringrazzjament li tajna lil Dr. Ugo Mifsud Bonnici - hija din il-mozzjoni ġenwina, onesta u li tagħmel sens demokratiku għall-pajjiż u li biha l-oppożizzjoni qed tgħid lin-naħa l-oħra: Aqblu magħna, ivvotaw għall-Prof.", "Edwin Grech bħala President ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Il-Kamra ġiet sospiża fis-7.31 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, din in-naħa tal-Kamra qed titlob sabiex il-votazzjoni tittieħed bil-mod li kull Onor. Membru jqum u jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu.", "MR SPEAKER: Hemm oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: No) L-Iskrivan tal- Kamra jista' jsejjaħ l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU.", "159", "FAVUR: 28 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "KONTRA : L-Onor.", "32", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis |", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nipproponi:", "Billi skond id-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta għandu jkun hemm President ta' Malta li jiġi maħtur b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi skond is-subartikolu (3) ta' l-istess Artikolu tal- Kostituzzjoni l-kariga ta' President ta' Malta ssir vakanti fl-4 ta' April, 1999;", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet ta' l- imsemmi Artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tirrisolvi li taħtar lill-Professur Guido de Marco President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, huwa bi pjaċir li qed inressaq din il-mozzjoni għall-approvazzjoni tal-Kamra, mozzjoni li permezz tagħha l- Kamra qed tiġi mistiedna tiddeċiedi li taħtar lill-Prof.", "Guido de Marco bħala President ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Qabel xejn naħseb li ta' min wieħed jirrifletti ftit iżjed dwar il- kariga li qegħdin nitkellmu fuqha.", "Aħna ngħidu li din hija l-ogħla kariga fil-pajjiż u ta' min wieħed jispjega għaliex ngħidu hekk.", "Din hija l-ogħla kariga għaliex tissimbolizza l-Istat Malti, jiġifieri fiha nnfisha tirrappreżenta dak kollu li huwa Malti u dak kollu li jagħmilna Maltin.", "Kif għedna diġa' u nerġgħu ngħiduh f'dan il-każ - din hija kariga li titlob l-esperjenza u l-għaqal ta' kif taġixxi f'qafas demokratiku, titlob kapaċita' li tisma' u tagħti valur lil dak li jkun qiegħed jintqal.", "Hija kariga li min jokkupaha jrid ikun kapaċi jogħla 'l fuq minn kull pożizzjoni partikolari li wieħed ikollu u jfittex u jara dejjem l-interess ta' dan il-pajjiż.", "Hija kariga li min jokkupaha jrid ikun kapaċi jipproġetta lil pajjiżna bid-dinjita' li jistħoqqlu, kemm lokalment kif ukoll fir-relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' pajjiżi barranin.", "Għalhekk fl- għażla tagħna rridu noqogħdu attenti li l-persuna nnominata jkollha l- attributi kollha biex hi tkun tista' taqdi din ir-responsabbilta' bl-aħjar mod possibbli.", "Mr Speaker, jien m'għandix dubju li fil-Prof. de Marco aħna nsibu persuna li għandha dawn l-attributi kollha li jagħmluh personalita' li tista' taqdi din il-kariga u bla dubju ta' xejn se jaqdiha fl-aħjar interess ta' pajjiżna, bil-mod, bil-karattru u bil-personalita' tiegħu stess.", "Fl-aħħar diskors li huwa għamel f'dan il-parlament, proprju nhar it-Tlieta li għaddew, il-Prof. de Marco stess qalilna li dak kien diskors li jimmarka l-għeluq ta' 33 sena impenn fil-qasam politiku ta' dan il- pajjiż.", "Fil-fatt lili qalli li 33 sena jagħlaqhom proprju llum id-29 ta' Marzu.", "Kultant l-istorja fiha nnfisha toħloq dawn iċ-ċirkostanzi ħelwin li għandhom is-sinifikat tagħhom u sinifikat ukoll personali għall- individwu.", "Bla dubju ta' xejn 33 sena hija karriera politika twila, anzi lanqas insejħilha karriera għaliex fil-persuna tal-Prof. de Marco u f'dak kollu li segwejtu jagħmel f'dan iż-żmien kollu li ili nafu jien, fil- verita' m'hijiex kwestjoni ta' karriera imma hija kwestjoni ta' vokazzjoni.", "Irrid ngħid li Guido de Marco jissimbolizza l-vokazzjoni politika li wara kollox m'hi xejn ħlief impenn li inti tkun ta' servizz lejn pajjiżek.", "Jien lill-Prof. de Marco sirt nafu meta kien lecturer tiegħi fl-universita' meta kont għadni student fil-kors tal-liġi.", "Minn dak iż-żmien jiena rrealizzajt li huwa persuna li l-impenn politiku tiegħu huwa ta' l-ogħla livell possibbli.", "Naħseb li jekk wieħed iħares lura lejn dawn it-33 sena ta' xogħol li l- Prof. de Marco ta għall-ġid ta' pajjiżna wieħed isib li hu ta dak il- massimu li kien umanament possibbli fiċ-ċirkostanzi li huwa għex u għadda minnhom, kultant anke f'mumenti diffiċli ħafna.", "L-impenn politiku tiegħu wrih mhux biss fi żmenijiet meta kien deputat ta' din il-Kamra fl- oppożizzjoni pero' wkoll meta okkupa karigi ministerjali importanti f'pajjiżna, bl-aħħar kariga li huwa ħalla warajh, dik ta' ministru għall- affarijiet barranin.", "F'dik il-kariga huwa rrappreżenta lil pajjiżna barra minn Malta u jien naf - għaliex kelli anke jien stess diskursati ma' dinjitarji, ministri u personalitajiet ta' gvernijiet barranin meta kont inkun qed immexxi xi delegazzjoni ta' dan il-parlament - li huwa jgawdi rispett fuq livell internazzjonali għall-mod kif hu jaqdi d-dmirijiet tiegħu, għall-kultura tiegħu, għall-intelliġenza tiegħu u għall-kapaċita' li jagħraf janalizza sitwazzjoni politika u jsib f'dik is-sitwazzjoni l- punti li huma l-iktar importanti.", "Irrid infakkar li barra li huwa għamel isem għalih, għamel isem ukoll għal pajjiżna fuq livell internazzjonali, b'mod speċjali fil-perijodu ta' żmien li kien intagħżel biex jippresjedi l- Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Dan kien unur għal pajjiżna u bla dubju ta' xejn huwa qeda dik il-funzjoni bl-aħjar mod possibbli, b'mod li wera li għalkemm pajjiżna huwa żgħir xorta waħda jista' jagħti kontribut qawwi fuq livell internazzjonali anke fl-ogħla istituzzjonijiet internazzjonali.", "Fost il-kwalitajiet li l-iktar li jimpressjonawni fil-persuna tal-Prof. de Marco hija l-kapaċita' tiegħu li allavolja jkun qiegħed jargumenta jew jeżamina s-sitwazzjoni minn pożizzjoni politika waħda, ifittex l- affarijiet li fuqhom wieħed ikun jista' jsib qbil.", "Jien naħseb li valur importanti li wieħed bilfors irid japprezza fil-persuna tal-Prof. de Marco, kemm fil-livell politiku kif ukoll fuq livell nazzjonali, hija l- kapaċita' tiegħu ta' medjazzjoni.", "Jien nista' insemmi żewġ ċirkostanzi - waħda minnhom ma kont involut fiha xejn u l-oħra kont involut fiha sewwa - fejn ħarġet bl-aktar mod ċar din il-kapaċita' ta' medjazzjoni u allura l- kapaċita' biex issib it-triq li dejjem twassal għal dak il-bilanċ li kultant tant hu diffiċli biex issibu.", "Din il-kapaċita' kien uriha l- ewwelnett fiż-żmien meta kienu qed isiru diskussjonijiet dwar emendi kostituzzjonali f'pajjiżna.", "Naħseb li dak kien żmien diffiċli għall- pajjiż u li l-pajjiż ħareġ minnu bl-unuri, grazzi għall-kontribut ta' ħafna nies, fosthom għall-kontribut tal-Prof. de Marco.", "Ċirkostanza oħra li kont involut jien fiha u allura kont xhud jien stess tal-kapaċita' ta' medjazzjoni tiegħu, ta' kif iġib lil kulħadd madwar mejda biex jipprova jsib il-punt ta' ftehim, kien in-numru twil ta' laqgħat li kienu saru fl-uffiċċju tiegħi - dak iż-żmien kont nokkupa l- kariga ta' Speaker - bejn il-gvern u l-oppożizzjoni fejn kien qed isir sforz ħalli jsiru tibdiliet - fl-opinjoni tiegħi, tibdiliet importanti ħafna - fir-regolamenti ta' dan il-parlament u li bis-saħħa tagħhom waqqafna l-kumitati permanenti.", "Jien kont xhud ta' diversi minn dawn il- laqgħat li kienu dejjem immarkati mhux biss b'kordjalita' u rispett reċiproku qawwi imma b'sens ukoll ta' individwi mpenjati biex isibu dak li huwa fl-aħjar interess tal-pajjiż u jipprovaw isibu l-punti li finalment iwasslu għal qbil.", "Fil-fatt nafu li dawk il-laqgħat taw il-frott tagħhom u kien irnexxielna nemendaw ir-regolamenti ta' din il-Kamra u ndaħħlu l- kumitati permanenti fis-sistema parlamentari tagħna, xi ħaġa li nnotajt li l-Prof. de Marco wkoll jgħożża bħala mument importanti fil-karriera u fil- vokazzjoni politika tiegħu għaliex semmiha hu stess fl-aħħar diskors li għamel f'dan il-parlament.", "Mr Speaker, jien m'għandix dubju li l-Prof. de Marco għadda minn dilemma kbira meta ġie ffaċċat bid-deċiżjoni dwar jekk jaċċettax jew le li jkun nominat għall-kariga ta' President ta' Malta.", "Jien naħseb li din stajna mmissuha b'idejna, narawha b'għajnejna u nisimgħuha b'widnejna lkoll kemm aħna matul il-ġranet li għaddew.", "Id-diskors tiegħu ta' nhar it-Tlieta f'dan il-parlament jixhed id-diffikulta' li hu kien qed jara quddiem għajnejh, fis-sens li l-fatt li tħalli 33 sena ta' impenn politiku qawwi, tħalli kariga fejn inti qed tirrappreżenta lill-poplu u taqdi funzjoni ta' deputat f'din il-Kamra u tħalli kariga ministerjali forsi f'mument importanti u anke storiku għall-pajjiż tassew hija ħaġa diffiċli.", "Anke meta ġie biex isellem lill-istaff ministerjali tiegħu huwa qal li sab din id-deċiżjoni diffiċli.", "Fl-opinjoni tiegħi dan jagħmillu ġieħ.", "F'mumenti ta' diffikulta' fejn għandek il-liberta' li tgħid iva jew le, u tgħid iva għaliex temmen li se tkun ta' servizz lejn il-pajjiż meta dan ifisser li se tissagrifika parti minnek innifsek, fl-opinjoni tiegħi jagħmillek ġieħ kbir.", "Dak li jolqotni wkoll fil-Prof. de Marco huwa s-sens parlamentari qawwi li għandu.", "Jekk hemm xi ħaġa li naħseb li d-deputati ta' din il-Kamra kollha jaqblu fuqha, indipendentement mill-pożizzjonijiet li wieħed jista' jieħu hija dik li f'dak li rajnih jagħmel u jgħid fid-diskorsi li huwa ressaq quddiem dan il-parlament fis-snin kollha li għaddew, il-Prof. de Marco dejjem wera rispett qawwi lejn l-istituzzjoni parlamentari u lejn id- dmirijiet tiegħu bħala deputat tal-poplu.", "Fl-opinjoni tiegħi m'huwiex faċli għal kwalunkwe persuna li tgħaddi minn bidla bħal din, bidla li tfisser li trid titlaq dak li inti kont drajt tgħix bih, li temmen fih, u li kont iddedikajt ħajtek għalih għal tant snin, biex tidħol għal kariga li għandha responsabbiltajiet u mpenji kbar.", "Pero' jien naħseb li dan kollu juri li l-Prof. de Marco għandu, kif dejjem kellu, sens qawwi ta' impenn nazzjonali, sens qawwi ta' dmir lejn il-pajjiż u sens qawwi ta' persuna li taf tagħżel fejn hu tassew l-ewwel dmir tagħha.", "Jien naħseb li l-pajjiż għandu bżonn li min ikun f'din il-kariga, jokkupaha bl-għaqal u b'mod li jġibna lkoll flimkien biex kull fejn hu possibli u kull meta hu possibbli, naqblu.", "Fejn f'pajjiżna jkun hawn opinjonijiet differenti għandna bżonn dejjem persuna li jkollha l-kapaċita' ssib il-punti fejn nikkonverġu u mhux il-punti fejn nitbiegħdu minn xulxin.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Prof. de Marco għandu dawn il-kapaċitajiet kollha, urihom tul ħajtu, urihom tul it-33 sena fil-politika u huma kapaċitajiet aċċettati u rikonoxxuti minn kulħadd.", "Jien xtaqt nagħmel riferenza qasira għal dak li kitiblu l-Prim Ministru fl-ittra li bagħatlu proprju meta huwa temm il-kariga tiegħu ta' ministru u ressaq ir-riżenzja tiegħu lil dan il-parlament minn deputat.", "M'għandix dubju li kieku kien hawn il-Prim Ministru kien jerġa' jenfasizza l-kliem li huwa semmielu fl-ittra tiegħu.", "Jien se nikkwota paragrafu wieħed biss minn dik l-ittra fejn il-Prim Ministru qallu hekk:", "\"Matul it-33 sena li int servejt fil-parlament ħdimt b'dehen u bla heda biex pajjiżna jmur 'il quddiem billi jinbidel fejn hemm ħażin u jissaħħaħ fejn hemm tajjeb.", "Inti tajt kontribut mill-aktar qawwi biex pajjiżna żviluppa fuq il-binarji tad-demokrazija u r-rispett assolut lejn id-dinjita' tal-bniedem.\".", "Jien naħseb li dawn il-ftit kliem jiġbru s-sustanza tas-sentiment wara l- mozzjoni li qegħdin inressqu quddiem din il-Kamra, mozzjoni li qiegħda tinnomina lill-Prof. de Marco biex jokkupa din l-ogħla kariga tal-pajjiż.", "Jien ċert li dak is-sens ta' dedikazzjoni qawwi, dak is-sens lejn il-valur demokratiku u parlamentari ta' pajjiżna, u dak l-impenn li hu dejjem wera biex ifittex dak li huwa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi, se jkompli jurih b'aktar impenn minn qatt qabel fil-kariga li qegħdin ninnominawh għaliha.", "Pajjiżna għandu bżonn personaġġ u personalita' ta' l-intelliġenza u l-kultura tal-Prof. de Marco f'din il-kariga.", "Mr Speaker, jien ċert li l-Prof. de Marco se jkun President kif għandu bżonn pajjiżna.", "Fid-diskors li huwa għamel f'dan il-parlament nhar it- Tlieta li għaddew, fost affarijiet oħra qal li l-ogħla unur għalih kien li hu jkun rappreżentant tal-poplu.", "Naħseb li dan l-unur juri kemm tassew huwa bniedem li jipprova jagħmel ħiltu biex ifittex dejjem dak li hu fl- interess tal-poplu li huwa jirrappreżenta.", "L-okkażjoni tal-nomina tiegħu għall-ħatra ta' President tar-Repubblika hija okkażjoni li fiha hu jkun jista' jkompli jaqdi dan id-dmir u jkompli jagħmel ħiltu biex lil pajjiżna u lill-poplu tagħna jġibu flimkien.", "Jien m'għandix dubju li l-Prof. de Marco se jkun President li jkompli fuq dak li għamlu anke presidenti ta' qablu, jiġifieri li jġib l-għaqda fil-pajjiż u jseddaq lill-poplu Malti f'dak kollu li jagħmilna Maltin, b'identita' li hija tagħna biss u b'kultura li tagħmilna poplu uniku u speċjali.", "Mr Speaker, jien bil-qalb kollha nressaq din il-mozzjoni u nitlob lil din il-Kamra sabiex tapprova l-ħatra tal-Prof.", "Guido de Marco bħala l- President il-ġdid ta' Malta.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, bla ebda eżitazzjoni ta' xejn ngħid li l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-mozzjoni għal tliet raġunijiet prinċipali.", "L-ewwel raġuni - li diġa' semmejnieha llejla - hija li din in- nomina tivvjola s-sens ta' fair play politiku li d-demokrazija tagħna temmen fiha u li l-poplu fil-maġġoranza kbira tiegħu jemmen fiha.", "Hija nomina li tmur kontra l-grain ta' min jemmen li pajjiżna għandu jkun tal- poplu kollu.", "It-tieni raġuni hija li l-persuna li qed tiġi ndikata hija waħda li sa ftit tal-ġranet ilu kienet attivament tikkappeġġa polemika politika fil- pajjiż u kienet bl-aktar mod qawwi qiegħda tikkontesta l-veduti politiċi ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Sa ġimgħa ilu l-persuna konċernata kienet fuq quddiem nett f'waħda mill-akbar polemiċi politiċi li għadhom għaddejjin fil-pajjiż u li bl-aktar mod reali jeżistu fil-pajjiż, jiġifieri l- politika Ewropea li għandu jsegwi pajjiżna fejn m'hemmx consensus.", "Anzi meta kien hemm Gvern Laburista, il-persuna konċernata baqgħet fuq dan il- punt m'aċċettatx il-verdett popolari tal-poplu kif mogħti f'Ottubru 1996.", "Allura ċertament li minn dan il-lat din il-persuna m'hijiex indikata bħala li tista' mil-lum għal għada, f'daqqa waħda, tissimbolizza l-għaqda nazzjonali li għadu kemm tkellem dwarha b'mod elokwenti l-Onor.", "Gonzi.", "Allura hija għażla ħażina li persuna li b'daqstant mod ċar ippersonifikat il-polemika politika għal naħa waħda - li għandha kull dritt tagħmel - f'daqqa waħda tittrasforma ruħha biex issir persuna li suppost tirrappreżenta l-poplu kollu.", "It-tielet raġuni mbagħad hija raġuni li tmiss mill-qrib l-avvenimenti li ġraw u li wasslu għall-elezzjoni ta' Settembru tas-sena li għaddiet.", "Il- persuna indikata kienet waħda min-nies b'responsabbilta' ewlenija għall- konfoffi li saru biex il-Gvern Laburista jiġi mminat u biex ikun hemm ċerti affarijiet u ċerti żviluppi li wasslu għal elezzjoni bikrija f'Settembru li għadda.", "Għalhekk ċertament li din in-naħa tal-Kamra se tivvota kontra n-nomina ta' din il-persuna.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel żewġ rimarki.", "Jien naf li min- naħa l-oħra tal-Kamra ġew espressi veduti kuntrarji għal dak li għedna llejla fuq il-fair play, pero' jien naħseb li hemm bżonn ta' iktar riflessjoni fuq dak il-punt.", "Ċertament nerġa' ninsisti li din in-nomina tmur kontra s-sens mhux ta' politika, ta' legalita' u ta' kalkoli politiċi imma ta' kif in-nies tħoss il-politika f'pajjiżna.", "Iva, din in-nomina tmur kontra s-sens ta' fair play li jeżisti f'pajjiżna fil-maġġoranza l- kbira tal-poplu.", "It-tieni punt huwa rimarka personali tiegħi.", "Jien nemmen li l- istituzzjonijiet tagħna huma flessibbli ħafna iktar milli naħsbu aħna u li għadna ma wżajniehomx għall-potenzjal kollu tagħhom.", "Imma ċertament inkunu qed nimxu fid-direzzjoni l-ħażina jekk dwar ċerti karigi tonqos bejnietna dik li tissejjaħ trust.", "Ipprovajt insib din il-kelma bil-Malti pero' l-kelma \"fiduċja\" m'hijiex eżatt; il-verb li jeżisti fil-Malti huwa \"tafda\".", "Tista' ma taqbilx ma' xi ħadd, tista' tkun fuq linja politika differenti, tista' tkun l-akbar avversarju imma mbagħad ikollok ċertu trust personali.", "Filwaqt li jien nemmen fl-istituzzjonijiet tagħna u fl- element flessibbli tad-demokrazija tagħhom, naħseb li nagħmlu żball kbir li naħsbu li dawn l-istituzzjonijiet ma jistax jiġrilhom ħsara jekk ma nibqgħux nagħtu wkoll l-istess importanza lit-trust personali li jrid ikun hemm fuq ċerti karigi f'ċerti funzjonijiet.", "Jidher li n-naħa tal-gvern ma tagħti l-ebda importanza lil dan l-element, affari tagħhom, imma nixtieq nagħmilha on record li dan l-element ta' trust fuq bażi personali f'ċerti karigi huwa wkoll essenzjali għad-demokrazija daqs l-aqwa istituzzjoni li taħdem tajjeb.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni se tivvota kontra din il-mozzjoni, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Ministru Gonzi jista' jgħaddi biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, xtaqt nagħmel żewġ kummenti bħala winding-up fuq din il-mozzjoni u biex nirreaġixxi wkoll għal xi punti li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Nibda proprju mill-aħħar punt li għamel dwar il-kelma \"trust\", jiġifieri li bniedem ikollu fiduċja meta jkun qiegħed jittratta madwar mejda u jiddiskuti affarijiet ta' ċerta importanza.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li anke jekk ma naqblux, kapaċi npoġġu bil-qiegħda madwar mejda u b'din il-fiduċja f'xulxin inkunu kultant kapaċi nsibu s-soluzzjonijiet.", "U fil-passat urejna li dan jista' jsir għaliex fil-fatt għamilnih.", "Kemm- il darba kellna ċirkostanzi fejn b'maturita' politika kbira poġġejna madwar mejda u sibna s-soluzzjonijiet.", "Jien semmejt okkażjoni waħda fejn sar dan, ċioe' d-diskussjonijiet twal li kienu saru u li wasslu għal emendi importanti fil-mod ta' kif jaħdem dan il-parlament.", "Kien possibbli li naslu għal dan għaliex konna kapaċi npoġġu madwar mejda flimkien u kulħadd esprima l-opinjoni, il-pożizzjoni u l-biżgħat tiegħu imbagħad ġew imwieġba l-punti kollha.", "Dan sar ukoll biex wasalna għan-nomina ta' l-Ombudsman f'pajjiżna u fil- fatt konna kapaċi npoġġu bil-qiegħda u nsibu l-aħjar soluzzjonijiet.", "Hawnhekk jien nixtieq nerġa' nenfasizza l-punt li għamilt aktar kmieni.", "Kien hemm mumenti meta għal karigi importanti f'pajjiżna nnominajna persuni li għall-ewwel qajmu kontroversja pero' ż-żmien tana parir u dawk il-persuni rebħu l-fiduċja, our confidence u l-appoġġ mhux biss tal-membri ta' din il-Kamra imma tal-poplu Malti kollu li aħna nirrappreżentaw.", "Waħda mir-raġunijiet li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta għaliex l- oppożizzjoni se tivvota kontra din il-mozzjoni hija għaliex qal li din qed tivvjola s-sens ta' fair play u għaliex il-poplu fil-maġġoranza tiegħu ma jappoġġahx.", "Bir-rispett kollu, ma naħsibx li huwa hekk.", "Jippermettili l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jekk ma naqbilx miegħu imma jien naħseb li fil- maġġoranza kbira tiegħu, il-poplu jifhem li din hija ħatra li tagħmel ġid lill-pajjiż u li l-persuna tal-Prof. de Marco hija l-aħjar persuna li għandha l-kwalitajiet u li hija idonea għall-kariga ta' responsabbilta' bħal din.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan hu s-sentiment tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi fuq din il-ħatra.", "Jien nerġa' nirrepeti dak li għedt qabel.", "Dan l-argument tal-fair play, fl-opinjoni tiegħi m'għandux jitressaq meta nkunu qegħdin proprju fil-mument ta' deċiżjoni ta' għażliet ta' persuni li rridu naqilgħu 'l fuq mill-politika partiġġana.", "Malli inti ssemmi l-argument tal-fair play tkun qiegħed tpoġġi mażżra ma' saqajn il- persuna li tkun qed tintgħażel għaliex tkun għażiltu sempliċement għax hu ġej minn parti jew oħra.", "Minn esperjenza riċenti nafu - u rridu nħallu l- istorja tgħallimna - li pajjiżna jista' jgħaddi minn mumenti delikati fejn min ikun qiegħed jokkupa dawn il-karigi ma jkollu ebda mażżra u l-argument tal-fair play ipoġġilu din il-mażżra ma' saqajh.", "Għalhekk ejjew nagħmlu sforz u nfittxu n-nies it-tajbin.", "Illum l-istorja tgħallimna li nsibu nies tajbin u nies li joħorġu 'l fuq mill-partiġġaniżmu politiku.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal ukoll li l-Prof. de Marco kkappeġġa xi pożizzjoni politika.", "Iva, anke hawn l-esperjenza tgħallimna.", "Kellna personaġġi oħrajn li okkupaw karigi ta' presidenti ta' Malta li kellhom esperjenza ta' numru ta' snin jieħdu sehem attiv fil-ħajja politika ta' dan il-pajjiż pero' meta ngħataw ir-responsabbilta' nafu li dawn in-nies qdew id-dmirijiet tagħhom bl-aħjar mod possibbli u meta spiċċaw dak id- dmir, spiċċaw bl-appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi bla distinzjoni ta' xejn, inkluż ukoll bl-appoġġ ta' l-oppożizzjoni, li fil-bidu nett kienet ukoll hi stess oġġezzjonat għall-individwu partikolari li kien intagħżel.", "Ħaġa oħra li semma l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet li l-Prof. de Marco kien b'xi mod jew ieħor skond hu kien involut fis-sitwazzjoni politika li żviluppat matul ix-xhur tas-sena li għaddiet, li finalment wasslet għal elezzjoni bikrija.", "Jien naħseb li din hemm bżonn nagħmluha ċara daqs il- kristall.", "Dak kollu li seħħ fil-pajjiż matul it-22 xahar li kien hemm fil- gvern il-Partit Laburista seħħ għaliex kien hemm il-Partit Laburista u ħa ċerti deċiżjonijiet u għal xejn iżjed.", "Inutli noqogħdu nippuntaw subgħajna lejn dak jew lejn l-ieħor.", "Illum il-verdett tal-poplu Malti qiegħed hemm, ġie rreġistrat fil-5 ta' Settembru, u juri li kienet il-politika li kienet żbaljata.", "U allura mhux fair - u hawn nappella għas-sens ta' fairplay - li wieħed joqgħod jipponta subajgħ u joqgħod b'xi mod jew ieħor iġib argument fil-konfront ta' persuna li m'għandix l-iċken dubju l-poplu Malti u Għawdxi jaqbel li huwa wieħed mill-persuni l-aktar idonei biex jokkupaw kariga bħal din, il-kariga ta' President tar-Repubblika.", "Mr Speaker, jien nappella lil din il-Kamra sabiex tagħti l-appoġġ tagħha lil din il-mozzjoni billi tivvota favur; u lil dawk li m'humiex se jivvotaw favur ngħidilhom li għad jgħaddi ż-żmien u huma stess jgħidu li għal darb'oħra għandna President tar-Repubblika li jaqdi d-dmirijiet tiegħu fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Gonzi f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kamra ġiet sospiża fit-8.37 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l- mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Politika Soċjali f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru għall-Politika Soċjali f'isem il-Prim Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, bħal fil-każ tal-votazzjoni l-oħra, din in-naħa tal-Kamra qed titlob li l-votazzjoni tittieħed billi kull Onor. Membru jqum u jesprimi ruħu favur jew kontra.", "MR SPEAKER: Nifhem li m'hawnx oġġezzjoni.", "Nitlob lill-Iskrivan tal- Kamra sabiex, jekk jogħġbu, jaqra l-ismijiet ta' l-Onor.", "Membri.", "VOTAZZJONI NRU.", "160", "FAVUR: 33 L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | | | | |", "KONTRA: 28 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian| |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond il-ftehim reġistrat fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ħadd, 4 ta' April 1999, fil-11.25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill, il- Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:", "Ħatra tal-President tar-Repubblika.", "Skond il-ftehim milħuq, f'dik is-seduta m'għandu jsir xejn ħlief il- ħatra tal-President tar-Repubblika u, immedjatament li jittieħed il- ġurament, il-Kamra taġġorna għal nhar it-Tnejn, 26 ta' April 1999, fis- 6.00 p.m. b'aġenda li naturalment tiġi kkomunikata aktar tard.", "Il-Minuti tas-seduti tal-lum kif ukoll dawk tas-seduta ta' nhar il-Ħadd li ġej għandhom jiġu kkonfermati fis-seduta tas-26 ta' April.", "Naturalment il-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħidtx lanqas.", "Irrid ngħid ukoll li ċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-ġurament lill-President tar-Repubblika se tkun ukoll trasmessa dirett fuq il-mezzi tax-xandir.", "Mr Speaker, nieħu din l-opportunita' biex nawgura lid-deputati sħabi taż- żewġ naħat tal-Kamra l-Għid it-Tajjeb, vaganzi li jgħinuna nistrieħu ftit u li matulhom inkunu nistgħu nippreparaw ruħna biex imbagħad nibdew sezzjoni fis-26 ta' April li m'għandix dubju - se nagħti avviż minn issa - se tkun sezzjoni ta' xogħol impenjattiv ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena wkoll f'isem l-oppożizzjoni nawgura l-Għid it-Tajjeb lill-membri kollha, lill-familji tagħhom, lill-istaff kollu u lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad ukoll mal-fehmiet espressi miż- żewġ naħat tal-Kamra, tirringrazzja lill-membri, lill-istaff u lill-media u tixteqilhom ilkoll l-Għid it-Tajjeb.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ħadd, 4 ta' April, 1999, fil-11.25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ANZJANI - PENSJONIJIET", "3982.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li ma jieħdu l-ebda tip ta' pensjoni mil-gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta, persuna jista' jkollha dritt kemm għal pensjoni kontributorja jew mhux kontributorja.", "Fost kundizzjonijiet oħra, mhux bilfors li persuna jkollha cittadinanza Maltija jew tgħix Malta biex tikkwalifika għal pensjoni kontributorja u lanqas li tkun reġistrata fuq ir-reġistru elettorali ta' Malta.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jkun diffiċli li wieħed iżomm l-istatistika kif qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "PERSUNI NIEQSA MID-DAWL - SUSSIDJU FUQ IT-TELEPHONE", "3983.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li persuni li huma nieqsa mid-dawl (għomja) jieħdu sussidju fuq it- telephone?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-possibbilta' ta' dan it-tip ta' benefiċċju għandha tiġi kkunsidrata fuq il-bażi tal-bżonn u mhux fuq il- kawża tad-diżabilita'.", "Jien infurmat li fil-passat il-Korporazzjoni Telemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienu waqqfu kumitat konġunt sabiex jiddiskutu flimkien kif jistgħu joffru dejjem aktar opportunitajiet indaqs lil persuni b'diżabilita'.", "Dan il-kumitat ma kienx baqa' jiltaqa' u l- kummissjoni għandha talba pendenti ma-Maltacom Ltd. sabiex dan il-kumitat jerġa' jibda jopera.", "IMPJIEG - ŻIEDA FIL-QGĦAD", "3984.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied il-qgħad mil-5 ta' Settembru sal-lum?", "Jista' jagħti l-etajiet ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-aħħar ta' Awissu 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 il-qgħad żdied b'177 persuna.", "L-etajiet tal-persuni fejn kien hemm żieda huma kif ġejjin:", "Taht it-18 26 bejn it-18 u d-19 77 l-25 u d-29 20 it-30 u l-34 19 il-35 u d-39 32 l-40 u l-44 40 l-50 u l-54 2 u l-55 u d-59 sena 1", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONIJIET", "3985.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ħsieb tal-gvern dwar il-futur tal-pensjonijiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget għas-sena kurrenti, il-gvern jirrikonoxxi l-fatt li fi żmien 20 sena l-pajjiż ser jiffaċċja problema fil-qasam tal- pensjonijiet minħabba li ser ikollna numru akbar ta' anzjani sostnuti minn numru iżgħar ta' ħaddiema jikkontribwixxu fl-iskema nazzjonali tas- sigurta' soċjali.", "Din il-problema rridu niffaċċjawha bis-serjeta'.", "Għalhekk kif tħabbar mill-Onor.", "Ministru tal-Finanzi l-gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibbilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal- pensjonanti, u rappreżentanti ta' l-assoċjazzjoni ta' l-assikurazzjoni.", "L- għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkmandazzjonijiet għal-liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli.", "GOZO CHANNEL - ESPERTI NORVEĠIŻI", "4353.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf il-Ministru jew le li l-esperti Norveġiżi li suppost qed imexxu l-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel u li qed jitħallsu eluf ta' liri, apparti l-karozzi lussużi li qed jużaw, fil-fatt m'hu qed jagħtu l- ebda pariri jew konsulenzi lil MSCL, anzi l-każ huwa l-kontra u cioe' li huma l-managers u l-foremen ta' l-MSCL li qed jagħtu pariri lis-suppost esperti Norveġiżi?", "Jista' l-Ministru jinvestiga dan kollu u jieħu passi biex ma jibqgħux jintnefqu flus għalxejn u li eventwalment qed jispiċċaw down the drain?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mhux korrett li wieħed jgħid li l-konsulenti Norveġiżi ngaġġati mill-Kumpanija Gozo Channel mhumiex jagħtu servizz ta' konsulenza u pariri.", "Dawn fil-fatt għadhom qed jagħmlu l-istess xogħol li kienu qed jagħmlu fl-aħħar sentejn u nofs.", "Barra minn hekk il-management tal-Malta Shipbuilding qed jeżamina kif dawn il-konsulenti jistgħu jkunu ta' servizz aħjar biex iħarrġu lill- ħaddiema tat-Tarzna tal-Marsa.", "Meta l-bżonn ta' dawn il-konsulenti jonqos isiru l-arranġamenti meħtieġa biex in-numru tagħhom jonqos.", "GOZO CHANNEL - BINI TA' VAPURI", "4354.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni u x'inhi r-raġuni biex fil-kuntratt tal-bini tal-vapuri ta' Għawdex saret klawsola li torbot lil MSCL li kull meta jkun hemm bżonn il-vireg tal-welding u żebgħa, l- aktar żewġ materji importanti f'vapur, għal 30 sena sħaħ jinxtraw bilfors mingħand kumpannija Norveġiża?", "Jidhirlu l-Ministru li kummerċjalment klawsola bħal din hija ta' żvantaġġ ekonomiku għal MSCL?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll min ħa d-deċiżjoni li l-pipes fuq il-vapuri ta' Għawdex ma jkunux galvanizzati b'konsegwenza li wara ftit ta' snin dawn ikunu jridu jerġgħu jinqalgħu bi spiża enormi u fuq kollox żejda?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif bi spiża ta' miljuni kbar ta' liri għal bini ta' dawn it-tliet vapur mhux se tiġi nstallata sistema ta' arja kundizzjonata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-tarzna tal-Marsa m'għandha l- ebda rabta li tixtri vireg tal-welding u żebgħa mingħand xi kumpanija partikolari Norveġiża għal dawn it-30 sena li ġejjin.", "Fuq parir tat-tekniċi, il-kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li l-pipes li ntużaw fuq il-vapuri, flok jiġu galvanizzati, ikunu ta' ħxuna aktar min- normal u li jifilħu aktar għall-corrosion.", "Kuntrarjament għal dak li ngħad fil-mistoqsija, it-30 vapur ġodda ser ikunu mgħammra b'sistema ta' arja kundizzjonata.", "MSCL - VAPURI GĦAL GĦAWDEX", "4355.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara diversi stqarrijiet pubbliċi mill-ħaddiem direttur tal-MSCL dwar problemi li jeżistu fid- drawings u fil-wasla tal-materjal għal bini tal-vapuri ta' Għawdex, u eventwalment dwar id-dewmien tal-bini ta' dawn il-vapuri, sarx jew hux qiegħed isir xi ħaġa serja u konkreta mill-ministeru biex din il-problema li 'l quddiem tista' tiswa lill-pajjiż miljuni ta' liri tiġi solvuta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Id-disinji tal-vapuri issa tista' tgħid li tlestew.", "Il-listi tal-materjal u l-inġenji meħtieġa għall-bini ta' dawn il-vapuri tlestew ukoll.", "Nuqqas ta' kordinazzjoni bejn id-disinjaturi u l- kumpaniji li pprovdew il-materjal wasslet biex l-ispecifications li kienu nklużi fid-disinji xi drabi ma' qablux ma' l-ispecifications tal-materjal.", "Dan il-fatt ikkawża ċertu dewmien u xogħol ħażin fil-bini matul dawn l- aħħar xhur.", "Issa, li ġiet identifikata l-kawża tal-problema, qed jittieħdu passi biex id-disinji jerġgħu jiġu ċċekkjati biex ikun żgurat li dawn jaqblu ma' l-ispecifications tal-materjal u l-inġenji li ser jintużaw.", "MSCL - BINI TA' VAPURI", "4356.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li kif jaf il-Ministru malli l-MSCL tlesti l-vapuri ta' Għawdex m'għandhomx ordnijiet ta' xogħol ieħor li jiggarantixxi x- xogħol lill-ħaddiema ta' l-azjenda u biex ma jiġrix bħalma ġara lill- ħaddiema tal-Kalaxlokk, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-gvern biex jinġieb xogħol għal MSCL biex jiġu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema u l-għajxien tal-familji tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-management tal-Malta Shipbuiliding, minbarra li jgħin fir-riorganizzazzjoni tal-kumpanija, irid jistabbilixxi marketing department biex din l-azjenda tkun tista' tattira xogħol ġdid wara li jitlestew il-vapuri t'Għawdex.", "Biex dan isir b'suċċess trid titjieb il-produttivita' f'din il-kumpanija li bħalissa hi pjuttost baxxa biex tattira xi xogħol ġdid.", "Irid isir kull sforz possibbli biex din is-sitwazzjoni tinbidel biex l-azjenda tkun tista' tikkompeti fis-swieq tal-bini tal-vapuri fuq bażi kemm jista' jkun kummerċjali.", "WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX - PROĠETT", "4357.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti u l- parametri proposti ta' sit tal-White Rocks Holiday Complex kif propost li jingħata lil privat mill-gvern?", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar dak propost fil- proġett imsemmi?", "Jaf jew le l-Ministru li l-White Rocks Holiday Complex jagħmel parti mill-konfini tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif żgur jaf l-Onor.", "Membru d-development brief dwar il-White Rocks Holiday Complex jinsab għall-bejgħ mill-Ministeru u ma jidhirlix li jkun xieraq li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għalhekk aċċessibbli mingħajr ħlas, waqt li ħaddieħor ikun ħallas qabel ma jagħlaq iż-żmien stabilit għar-reġistrazzjoni ta' nteress fil-proġett.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru jaf ukoll li din mhijiex l-ewwel darba li tnieda dan il-proġett u nikkonferma li peress li mill-foot print oriġinali, kif suġġerit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ma nbidel xejn mill- 1995 sal-lum, il-Kunsill Lokali ta' Pembroke ma ġiex konsultat qabel is- sejħa li saret riċentement.", "Inżid ngħid li sal-lum la fil-Ministeru u lanqas fid-Dipartiment tat-Turiżmu ma waslu kummenti ta' ebda xorta mill- Kunsill ta' Pembroke.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - RIĊEVIMENTI", "4358.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3298?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalma hija l-prattika, fl-okkażjoni tal-festi tal- Milied 1998 u l-Ewwel tas-sena 1999, saru żewġ riċevimenti.", "Dawn saru f`isem il-Ministeru u kienu jikkomprendu liż-żewġ segretarjati parlamentari.", "L-ewwel riċeviment inżamm fit-23 ta` Diċembru 1998 u t-tieni wieħed fil- 31 ta` Diċembru 1998.", "Iż-żewġ riċevimenti saru fil-bini tal-ministeru, cioe' fil-Berġa ta' Aragona, u l-ikel u xorb ġie pprovdut mid-ditta Arrigo Caterers.", "L-ispiża totali ta' dawn ir-riċevimenti kienet tammonta għal Lm2179.70c.", "Inġabru kwotazzjonijit mingħand erba' stabbilimenti li jipprovdu dan it-tip ta' servizz.", "Dawn huma Percius Caterers, Moulin D'or Caterers, Arrigo Caterers u The Hilltop Co. Ltd.", "Kif soltu jsir f'okkażjonijiet bħal dawn, għar-riċevimenti msemmija, kienu mistiedna ministri u segretarji parlamentari, membri tal-korp diplomatiku, kapijiet ta' dipartimenti, ażjendi u korporazzjonijiet, membri tal-korpi kostitwiti, uffiċjali tat-trade unions u persuni oħra li n-natura ta' l-operat tagħhom ikollha kuntatt frekwenti mal-ministeru.", "SKEJJEL - STUDENTI", "5136.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti: 1) fl- iskejjel primarji; 2) fl-iskejjel sekondarji (inkluż ex-opportunity centres and trade schools) li s'issa għadhom qatt m'attendew skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministeru qed jagħti attenzjoni partikolari biex jevalwa u jittratta l-problema ta' l-assenteiżmu ta' studenti fl-eta' obbligatorja għall-edukazzjoni.", "Każi ta' assenteiżmu jaqgħu fis-sezzjoni tal-welfare għax il-parti l-kbira ta' l-informazzjoni tikkonċerna każijiet soċjali li jirrikjedu intervent ta' natura soċjali.", "Tlabt li jsir eżerċizzju fl-iskejjel u rriżulta li n-numru ta' tfal li ma marrux skola din is-sena skolastika jew li attendew ftit ferm hu kif ser ngħid:", "Isem tal-Iskola Qatt ma Qatt ma Qatt ma Total attendew attendew b' attendew u ċertifikat ġieli mediku ppreżentaw ċertifikat mediku Maria Assumpta 29 6 1 36 Bormla Girl's Secondary 32 4 4 40 New CEntre Girls Ħamrun 22 2 24", "BNIET (Total) 83 12 5 100 Boys' School Floriana 11 11 Boys' School Naxxar 10 5 15 Trade School Naxxar 12 13 7 32 SUBIEN (Total) 33 18 7 58 TOTAL 116 30 12 158", "Diġa' qed isir xogħol fil-ministeru biex nassiguraw li l-istrutturi meħtieġa jissaħħu u jaħdmu f'kordinament ħafna akbar ma' taqsimiet oħra f'ministeri oħra.", "SKEJJEL - ASSENTEIŻMU", "5137.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sa Frar 1999 x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-istudenti fl-iskejjel sekondarji statali tal-bniet u s-subien ta' Malta u Għawdex skola b'skola (inkluż ex-opportunity centres u trade schools)?", "Jista' jpoġġi kopja ta' l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja ta' l-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra.", "VALLETTA - MONTI", "5138.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-pulizija ssorveljat il-Monti li jintrema fil-Belt Valletta u ħadet passi dwar tfal żgħar li suppost ikunu l-iskola u minflok ikunu qed jaħdmu fuq il-Monti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-ġranet li jintrama' l-Monti tal-Belt dejjem ikun hemm pulizija assenjat xogħol f'dan il-post li jissorvelja kontinwament li ma jkunx hemm tfal żgħar jaħdmu fuq il-Monti.", "B'danakollu nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu xi informazzjoni rigward xi każ partikolari jinformani b'mod kunfidenzjali.", "EU - AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "5139.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l- Kummissjoni Ewropea tesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħha dwar l- amministrazzjoni pubblika lokali fir-rapport aġġornat tagħha li għadu kemm ħareġ x'xogħol sar mill-1990 sa l-1996 biex is-servizz ċivili jiġi ppreparat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sa mill-1990, fuq ir-rakkmandazzjoni tal- Public Service Reform Commission, bdiet isseħħ riforma fis-Servizz Pubbliku li ġie kompletament mibdul fi strutturi aktar omoġenji u flessibbli.", "Dan kollu sar bi ftehim u qbil mar-rappreżentanti tal- ħaddiema.", "Il-bidla kbira li saret fil-ministeri u d-dipartimenti fil-qasam ta' l- informatika sa minn kmieni fid-disgħinijiet għamlet lis-Servizz Pubbliku aktar modern u effiċjenti.", "Matul dawn l-aħħar snin sar kambjament ukoll fil-qasam tat-taħriġ għall- impjegati, kemm f'Malta kif ukoll barra, f'oqsma u speċjalitajiet diversi.", "FORZI ARMATI - SKWADRA MARITTIMA", "5140.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid minn Jannar sal-lum x'tibdil sar fis-sistema ta' xiftijiet u ħlasijiet ta' allowance fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati?", "Fiex jikkonsisti dan it-tibdil?", "Għaliex sar dan it-tibdil?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li fl-iskwadra marittima, mill- 1 ta' Frar 1999, beda jseħħ tibdil fis-sistema ta' xiftijiet imħaddma mill- ekwipaġġi tal-patrol boats żgħar u mis-suldati li jagħmlu xogħol ta' sigurta'.", "Dan it-tibdil sar wara studju bir-reqqa fl-istess skwadra, li l- għan tiegħu kien li tiżdied l-effiċjenza.", "Permezz ta' dan it-tibdil il-manutenzjoni tad-dgħajjes iż-żgħar qiegħda ssir b'aktar regolarita' u l-ekwipaġġi ta' dawn id-dgħajjes qegħdin jattendu għal taħriġ ta' rutina mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jidħlu xogħol ta' spiss fil-ħin liberu (off duty) tagħhom.", "Ġie stabbilit ukoll numru ta' suldati li xogħolhom hu biss fuq sigurta' tal-bażi.", "Permezz tas- sistema l-ġdida, l-ekwipaġġi tad-dgħajjes huma inqas involuti fix-xogħol ta' sigurta u għalhekk qegħdin jiddedikaw aktar ħin għall-manutenzjoni u xogħol fuq il-baħar.", "Jien infurmat li dan it-tibdil ma kkawżax differenza sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' allowances.", "SKEJJEL - MARSAXLOKK", "5141.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Marsaxlokk?", "Se jitkompla?", "Għaliex waqaf?", "Qed jiġu kkonsultati l-kap u l- kunsill skolastiku dwar it-tkomplija ta' dan il-proġett?", "Kemm saru laqgħat ma' dawn?", "Il-Ministru konxju li bħalissa hemm periklu għat-tfal minħabba li x- xogħol tħalla nofs leħja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-kuntratti li ngħataw għal xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk intlaħaq il-valur tagħhom u għaldaqstant dawn qegħdin jiġu magħluqa ħlief għal dak tar-resurfacing li se jitkompla ladarba jitlestew xogħlijiet oħra li l-offerti għalihom qegħdin jiġu ppreparati għall-pubblikazzjoni eventwali tagħhom.", "Fil-preżent il-Kap ta' l-Iskola għandu abbozz ta' dawn l-offerti u qiegħed jiġi kkonsultat b'mod regolari.", "PULIZIJA - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA", "5376.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern vis-a-vis persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jaħdmu mingħajr permess, billi jduru fil- ħwienet ibiegħu minn ħwejjeġ sa play stations?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija dejjem tieħu passi kontra barranin li jinqabdu jaħdmu mingħajr permess.", "Jekk l-Onor.", "Interpellanti għandha aktar dettalji, nitlobha tgħaddihomli, anke' b'mod kunfidenzjali.", "POWER STATION - MARSA", "5377.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern fir- rigward tal-Power Station tal-Marsa biex inaqqas it-tniġġis ikkawżat mill- attivita' tagħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bit-tħaddim tal-Combined Cycle Gas Turbine f'Delimara li bħalissa qiegħda fil-fażi tal-commissioning, hu mistenni li l-kontribuzzjoni tal-power station tal-Marsa għad-domanda totali tonqos b'mod sinifikanti.", "Qed isiru modifiki biex jippermettu l-użu taż-żejt b'ammont iżgħar ta' sulphur u dawn mistennija li jkunu lesti sas-sajf li ġej.", "Hu maħsub li l-impjant qadim tal-power station tal-Marsa jitneħħa b'mod gradat fis-snin li ġejjin u minfloku jitpoġġa impjant li hu iktar favorevoli għall-ambjent.", "Sadanittant, qed jiġu studjati u mplimentati teknoloġiji li jtejjbu l- operat ta' l-impjant u jnaqqsu t-tniġġis.", "Fost dawn hemm l-użu ta' emulsjoni ta' ilma miż-żejt, u modifiki fuq il-burners tal-boilers.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li kien il-gvern Laburista ta` qabel 1987 li inroduċa l-faħam fil-power station tal-Marsa u li tant għamel ħsara lill- ambjent.", "L-impenn tal-Gvern Nazzjonalista biex jitnaqqas it-tniġġiz wassal għal bidla mil-faħam għaż-żejt li biddel radikalment il-ħsara kbira li kienet qed issir b`użu tal-faħam.", "Il-Gvern preżenti huwa impenjat biex ikompli inaqqas it-tniġġis bl-użu ta` żejt b`kubrit baxx u impjant modern li iniġġes ferm anqas.", "BUĠIBBA - SPIŻERIJA", "5378.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Dan l-aħħar fil-Media ssemma każ ta' turisti li ġew overcharged minn spiżerija f'Buġibba, jista' l-Ministru jgħid jekk il- gvern investigax dan l-ilment?", "Jekk iva, x'riżultat inkiseb?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l- mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.", "SAĦĦA - HEALTH IMPACT ASSESSMENT", "5379.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid qattx sar health impact assessment fir-rigward ta' l-effetti li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalitajiet fil- viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa?", "Jekk sar, meta u x'riżultati nstabu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt għamel Health Impact Assessment fir-rigward ta' l-effett li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalita' fil- viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa.", "ĦARSIEN TA' L-AMBJENT", "5380.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex jittieħdu azzjonijiet min-naħa tal- gvern biex tiġi ttestjata l-arja għal tniġġis?", "F'liema lokalitajiet?", "Kemm-il darba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li bħalissa qed isir programm ta' monitoraġġ ta' Carbon Monoxide.", "Dan il-monitoraġġ qed isir f'diversi inħawi fuq bażi regolari tul is-sena kollha sabiex wieħed jikseb idea ċara ta' livelli tipiċi li jeżistu lokalment.", "Dawn il-livelli qed ikunu rrapportati fuq il-website tad-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent (www.environment.gov.mt)", "Minn barra dan, ġie ordnat aktar apparat analitiku li jkejjel il-livelli fl-arja ambjentali ta' Sulphur Dioxide, Nitrogen Oxides, Ozone 2.5/10.", "SORSI TA' ENERĠIJA", "5381.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet konkreti għall-introduzzjoni fis-suq ta' sorsi ta' enerġija ġodda f'Malta, bħall-użu tar-riħ, u/jew ix-xemx, u/jew il-baħar bil-għan li jitnaqqas it- tniġġis?", "Jekk iva, x'inhuma l-pjanijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-policies dwar l-introduzzjoni ta' sorsi ġoddda ta' enerġija se jiġu mfassla bħala parti mill-Energy Policy li qed titħejja mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal- Korporazzjoni Enemalta.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "5576.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern għax ikunu morda, jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunx preżenti waqt dan l-eżami?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jittieħdux passi jew le ta' dixxiplina kontra mpjegati li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunux preżenti, jiddependi miċ- ċirkostanzi ta' kull każ.", "TA' XBIEX - TRIQ L-IMRADD", "5577.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq l-Imradd, f'Ta' Xbiex billi hemm dlam esaġerat bil-lejl u r-residenti kellhom iwaħħlu spot light huma għal spejjeż tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba għal dawl adegwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "KORPORAZZJONIJIET - SUSSIDJU", "5578.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il- korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li ngħataw xi forma ta' sussidju s-sena l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-azjendi li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li matul is-sena li għaddiet ingħataw xi forma ta` sussidju huma l-Malta Drydocks u l-Korporazzjoni Malta Freeport.", "KORPORAZZJONIJIET", "5579.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li llum igawdu minn monopolju u/jew xi forma ta' protezzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-korporazzjonijiet, azjendi u entitajiet, formanti parti mid-dikasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li llum igawdu monopolju jew xi forma ta` protezzjoni huma l-Maltacom, Malta International Airport, il- Korporazzjoni Enemalta, il-Maltapost, it-Tug Malta, il-Gozo Channel, is- Sea Malta, il-Medigrain u l-Kordin Grain Terminal.", "OQSMA PRIVATI", "5580.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-oqsma jew tip ta' servizzi offruti mill-privat jew minn persuni li huma self-employed u li llum għandhom xi forma ta' protezzjoni, per eżempju, taxis bojod, mini buses ħomor, furnara, funeral hearses, karozzini, pompi tal-petrol, spiżeriji, karozzi fuq tal-linja, burdnara, cable TV, mobile phone supply, pitkala, kerosine hawkers, distributuri tal-gass u oħrajn)?", "X'tip ta' protezzjoni jingħataw dawn l-oqsma u oħrajn li ma semmejtux?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta se tingħata f`xi seduta oħra.", "ENEMALTA - BEJGĦ TA' PETROL", "5581.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu litri ta' petrol unleaded u leaded f'Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Kemm inbiegħu fl- istess xhur is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "UNLEADED LEADED Jannar 1998 2,170,880 5,693,070 Frar 1998 1,994,230 5,232,450", "Jannar 1999 2,182,900 4,972,020 Frar 1999 2,333,790 5,194,050", "Kif jidher minn din it-tabella, l-użu tal-petrol leaded baqa' jinżel waqt li l-użu tal-petrol unleaded baqa' jiżdied.", "MAKKINARJU AGRIKOLU", "5723.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd ma hemmx sistema ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni ta' makkinarju agrikolu.", "Jekk l- Onor. Interpellant qed jirreferi għall-liċenzja tat-triq, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "IMPJIEGI - KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "5724.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul ix-xhur ta' Jannar u Frar?", "Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol?", "Kemm saru spezzjonijiet fuq azjendi f'fabbriki sabiex ikun assigurat li dawn ikunu konformi ma' l-istands neċesarji tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' korrimenti f'Jannar, 1999 kien ta' 313, waqt li fi Frar, 1999 kien ta' 375.", "Matul il-perjodu msemmi, id-Dipartiment tax-Xogħol kien informat b'żewġ inċidenti fuq il-post tax-xogħol li rriżultaw f' żewġ fatalitajiet.", "Saru mija u erbgħa u erbgħin (144) spezzjoni f'postijiet tax-xogħol minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta'.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA", "5747.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li suppost hi dovuta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata verbalment dwar il-każ tagħha u dehret sodisfatta bl-ispjegazzjoni mogħtija mid-Dipartiment.", "Minkejja dan kollu, se tingħata wkoll tweġiba uffiċjali bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "ETC - SELF-EMPLOYED", "5748.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati bħala self-employed matul il-perijodu ta' Jannar u Frar għas-snin 1999,1998,1997,1996 u 1995?", "Kemm minn dawn kienu nisa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni reġistrati bħala self- employed fil-perijodi msemmija huma kif ġejjin:", "SENA JANNAR FRAR 1995 15,850 15,992 Nisa 1,916 1,910 Rgiel 13,934 14,012 1996 15,870 15,865 Nisa 1,935 1,929 Rgiel 13,935 13,936 1997 15,574 15,596 Nisa 1,919 1,923 Rgiel 13,655 13,673 1998 15,392 15,426 Nisa 1,939 1,941 Rgiel 13,453 13,485 1999 15,267 Ghada qed tingabar Nisa 1,926 -- Rgiel 13,341 --", "FINANZI - DELEGAZZJONIJIET", "5764.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "AMBJENT - DELEGAZZJONIJIET", "5765.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru, 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l- ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn Ottubru, 1998 sal- lum fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kien hemm dawn id- delegazzjonijiet li żaru pajjiżi barra minn Malta kif gej:", "MINISTERU MEMBRI XOGHOL LI SAR MINN SPEJJEZ TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD- DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI R Cachia Zammit Zjara ta' Lm284.54 familjarizazzjoni Kummissjoni Ewropea Onor. Ministru Tahdidiet ma' ufficjali Lm1257.28 ghall-Ambjent, mill-Universita' ta' Kevin Gatt, Bologna Carmel Callus", "Mary Debattista Konferenza dwar fondi Lm248.77 mill-Ewropa u shubija bejn il-pubbliku u l- privat - Dublin R Cachia Zammit Laqgha ghall- Lm101.30 korrispondenti nazzjonali ta' SMAP - Brussels Onor Ministru Tahdidiet mal-Gvern Lm8919.47 ghall-Ambjent, Ciniz dwar gonna Paul V Mifsud, pubblici - Cina Vincent Cassar, Kevin Gatt, Joseph Farrugia", "Paul V Mifsud Kors ghall-ufficjali Lm1595.83 Maltin dwar negozjati ma' l-Unjoni Ewropea - Ingilterra TAQSIMA TAX-XOGHLIJIET MEMBRI XOGHOL LI SAR MINN SPEJJEZ TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD- DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI ---------------------------------------------------------Vince Magri Attendenza Recycling Exhibition Joe Camilleri Stoneleigh - UK 03/10/98 sa s- Mario Agius 07/10/98 Lm1388.40 Paul Saliba Progett Aramis: Sistema ta' Irrigazzjoni fil-Mediterran Palermo - Italja 28/10/98 Lm314.08 sa l-01/11/98 Carmel Mifsud Borg, Zjara ta' familjarizzazzjoni Vince Magri lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea Brussel - Belgium Lm576.22 Ray Bondin, Konferenza Internazzjonali Norbert Gatt Facadism & Urban Identity Parigi - Franza Lm830.41 Claude Borg Konferenza Internazzjonali dwar Bini u Zvilupp Regjonali Halmstead - Svezja Lm308.39", "Herman Bonnici Stone Construction Lectures u Seminar fl-Universita' ta' York UK Lm261.00", "Vince Cassar Conference to launch the EU 5th framework for research Essen - Germanja Lm206.18", "Vince Cassar, Zjara f'Bari - Italja Vince Magri Lm863.99", "Anthony Abela, Quality Streetscapes Conference Emanuel Buttigieg '99 Londra UK Lm389.30", "DIPARTIMENT GHALL-HARSIEN TA' L-AMBJENT", "MEMBRI TAD- XOGHOL LI SAR SPEJJEZ TAD- DELEGAZZJONI MINN KULL DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI Prassede Grech Nehap Pan European Meeting Lm433.68 Luxembourg", "Joseph Callus Zjara ta' familjarizzazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fi Brussel Lm606.01", "Anthony Mallia Briggs Marine Environmental Services Oil Ltd'- Supervisors' Course - Irlanda Lm400.05", "Alf E Baldacchino RAC/SPA Pjani ta' Azzjoni harsien tal-mammali tal- bahar fil-Greċja Lm 46.51", "M Gauci, Konferenza Internazzjonali Lm170.93 S Stevens, dwar konservazzjoni u użu M Psaila sostenibbli tal-boskijiet Mediterranji fi Spanja", "V Gauci, Kummissjoni mhallta Franciza Lm517.60 V Magri u Maltija fi Franza", "C Tanti RAC/SPA - Med. inventories of Marine & Coastal biodiversity fi Franza Lm 44.82", "L Vella Laqgha tal-korrispondenti ta' l-SMAP fi Brussel Lm454.16", "R Camilleri Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni ta' tniggiz tal-bahar bi tfigh ta' skart u materjal iehor Lm400.87 f'Londra", "C Muscat CITES - Correspondence with standing committee - Brussels Lm 19.10", "C Gauci It-tieni laqgha tal-Med.", "Wetlands Com fi Spanja Lm 46.66", "L Vella It-tielet laqgha preparatorja dwar Trasport, l-Ambjent Lm293.24 u s-sahha fis-Slovenja", "V Gauci, R'99 (Geneva) - It-tielet Lm1581.10 A Vella, Konferenza Ministerjali dwar L Vella l-Ambjent u s-Sahha fil- Germanja", "A E Baldacchino RAC/SPA - Pjani ta' azzjoni dwar il-harsien tal-mammali tal-bahar fit-Tunezija Lm 30.57 J Sammut Waste Management Subject Plan Training f'Londra Lm 26.16", "L Vella Il-hames Framework Programme ghar-ricerka fil-Germanja Lm 560.57", "C Grech Fontainebleau Youth Foundation Lm 225.07", "TURIŻMU - DELEGAZZJONIJIET", "5766.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari,meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: It-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Ottubru 1998 sad-data tal-Mistoqsija hu kif jidher hawn taħt:", "Kompozizzjoni tad-Delegazzjoni Ghan taz-Zjara Spiza", "Ministru u C. Micallef St. John Zjara dwar Lm 962 progetti godda fl-Irlanda", "Ministru, L. P. Naudi, C. Micallef Iffirmar ta' Protokoll Lm1,199 St. John u M. Portelli dwar it-Turizmu mat- Turkija u Fiera tat- Turizmu f'Istanbul", "L. O. Borg Zjajjar f'lukandi fir- Lm 645 Renju Unit ghal 'placement' ta' studenti ta' l-'Institute of Tourism Studies'", "J. Bonello, T. Camilleri, 'Monitoring' ta' Lm2,975 A. Borg u A. Calleja studenti ta' l- 'Institute of Tourism Studies' f'lukandi fir- Renju Unit", "L. O. Borg, M. Pinchbeck u Ftehim mal-'Forte' u Lm2,998 S. Micallef 'Stakis Groups', zjajjar f'lukandi fejn se jsir 'placement' ta' studenti ta' l-'Institute of Tourism Studies' u kollaborazzjoni mill- qrib ma' diversi universitajiet u kulleggi fir-Renju Unit", "T. Camilleri 'Euro Chrie Conference Lm 514 for Hospitality Industry' fl-Isvizzera", "L. P. Naudi, ċ-'Chief Executive, Laqghat ma' u ffirmar Lm1,368 N.T.O.M.,' G. Micallef u T. ta' Protokoll dwar it- Camilleri Turizmu ma' l-awtoritajiet Tunezini G. Micallef 'South meets North Lm 268 Conference and Workshop' fl-Italja TRASPORT - DELEGAZZJONIJIET", "5767.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill- ministeru, segretarju parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartiment governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d- delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - DELEGAZZJONIJIET", "5768.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU TA' L-INTERN - DELEGAZZJONIJIET", "5769.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija?", "Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni?", "Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "KORPORAZZJONIJIET - CHAIRPERSONS", "5873.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-chairpersons tal- korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ li jiġu maħtura mill-gvern?", "Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iċ-chairpersons tad-diversi bordijiet fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej:", "Bord ta` Diretturi Is-Sur Emanuel Ellul BA 1.10.97 - tal-Bank Centrali (Hons) Econ Dip Econ (Oxon) 30.09.99", "Bord tal-Gvernaturi Prof Edward Scicluna MA BA 20.09.97 - taċ-Centru għas- (Hons) Ph D (Econ) DSS (Oxon) 19.09.99 Servizzi Finanzjarji", "Il-Kunsill tal-Borza Is-Sur Alfred Mallia ACIB FCIS 01.02.99 - FIMgt 31.01.2001", "Bord ta` l-Accountancy Is-Sur Alfred Lupi FCCA, MIA, 01.01.99 - CPAA, BSc (Econ) 31.12.99", "Kumitat tal-Kuntratti Id-Diretturi tal-Kuntratti - Permanenti Is-Sur Joseph V Spiteri", "Bordijiet tal-Lottu Id-Direttur tal-Lottu Pubbliku Permanenti u Lotteriji Is-Sur Alfred Muscat Bord ta` l-Appelli (VAT) Is-Sur Edgar Wadge 15.11.98 - 14.11.2001", "It-Tieni Bord ta` Is-Sur Ray Vella CPAA FIA ACIB 01.01.97 - l-Appelli (VAT) 31.12.99", "Tribunal Dwar it-Taxxa Dott John Vassallo LLD 09.04.98 - tas-Sisa 05.08.2000", "Bord ta` Kummissarji Il-Magistrat Dott Silvio 05.02.99 - Specjali (Taxxa fuq Meli LLD 04.02.2000 Dokumenti u Trasferimenti) (Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni)", "Bord Dwar il-Loghob Dott Joseph M Ciappara BA LLD 30.04.98 - 29.04.2001", "Tribunal għal Servizzi Dott Pierre Lofaro 09.02.99 - Finanjzarji 08.02.2002", "Xi bordijiet li għalqilhom il-perjodu tal-ħatra u għadhom ma ġewx imġedda mhumiex inklużi hawn fuq.", "BARRIERI", "5874.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri fil-gżejjer tagħna li qed jintużaw?", "Kemm huma dawk li m'humiex jintużaw u x'policy ħejja l-gvern għal din il- leġislatura għal dawn il-barrieri mhux użati?", "Liema huma l-lokalitajiet residenzjali f'Malta u f'Għawdex li jilmentaw mad-dipartimenti konċernati dwar il-problemi ta' splużjonijiet li jsiru f'dawn il-barrieri sabiex jitfarrak il-blat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-barrieri li qegħdin jintużaw huma maqsuma kif ġej : -", "Barrieri Malta Għawdex Tal-Qawwi 23 6 Tal-Franka 64 9", "Ninsab informat ukoll li fil-preżent ma teżistix statistika dwar in-numru ta' barrieri li mhumiex jintużaw.", "Iżda huwa ppjanat li dawn jiġu mistħarrġa bħala parti mill-preparazzjoni tal-Minerals Subject Plan li mistenni jibda fi żmien qasir.", "L-istess pjan mistenni li jeżamina kif dawn is-siti għandhom jiġu riabilitati.", "Sadanittant, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn il-P.A., l-WSC u l-EPD sabiex b'koordinazzjoni flimkien jiġu identifikati xi barrieri fejn ikun jista' jsir rimi ta' skart.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-biċċa l-kbira ta' l-ilmenti jiġu mid-distretti li jinkludu l-kunsilli tan-Naxxar, Mosta, Rabat, San Ġwann u Dingli, f'Malta u dawk tal-Qala u Nadur, f'Għawdex.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - NEFQA GLOBALI", "5875.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa globali tal- ministeru u tas-segretarjat parlamentari nkluż tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru mill-vot ta' hospitality u safar mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu msemmi, fil-Ministeru, inklużi ż- żewġ Segretarjati Parlamentari u d-dipartimenti nkorporati fih, intnefqet is-somma globali ta` Lm5,388 mill-vot tal-hospitality, waqt li minn dak tas-safar b`kollox intnefqet is-somma ta` Lm13,854.", "Minn dan l-aħħar ammont għad irid jitnaqqas l-ammont li ma ntnefaqx minn xi delegazzjoni.", "SAĦĦA - IMPJEGATI B'DEGREE", "5897.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5622?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "Nikkonferma li x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa huwa relatat mal-kwalifiki li qed jingħataw allowance għalihom", "SKEJJEL - BIRGU", "5907.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger School fil-Birgu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għad m'hemmx deċiżjoni kif l-aħjar jintuża l-post imsemmi.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5908.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara kif l-omm ta' tlett itfal bil-file numru H 13604 mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, tista' tingħata post fejn tgħix?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- possibbiltajiet li persuni bi problemi serji, kif jistgħu jixhdu rapporti ta' l-istess social workers, ikunu jistgħu jintegraw aħjar u jgħixu b'mod aħjar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ tal-persuna ndikata qed jiġi kkonsidrat, iżda postijiet fil-pjan terran, kif għandha bżonn hi ma tantx ikun hemm disponibbli.", "ŻABBAR - TRIQ SAN DUMINIKU - TISWIJA", "5918.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk Triq San Duminku, f'Ħaż-Żabbar hijiex fil-lista tat-toroq li se jiġu rranġati minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna u hi ferm abitata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija hija diġa' asfaltata u r-resurfacing tagħha jrid isir mill-kunsill.", "SKEJJEL - STUDENTI", "5931.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi preżentament il- popolazzjoni ta' studenti full time f'kull skola - primarja, sekondarja, junior lyceums, trade schools u post-sekondarji f'Malta?", "Kemm ġew allokati flus din is-sena, 1999, lil kull skola għal: (1) impressed for materials and supplies; (2) impressed for maintenance; u (3) impressed for furniture and equipment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "VETTURI - REĠISTRAZZJONI", "5932.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi reġistrati li għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 25, 30, 35 u 40 sena?", "22/03/99", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-karozzi rreġistrati f`Malta li għandhom is-snin indikati hawn taħt huma:", "inqas minn 5 snin 35,780 minn 5 snin sa 10 snin 48,101 minn 10 snin sa 15 il-sena 28,512 minn 15 il-sena sa 20 sena 20,666 minn 20 sena sa 25 sena 16,324 minn 25 sena sa 30 sena 18,088 minn 30 sena sa 35 sena 10,184 minn 35 sena sa 40 sena 4,684 `l fuq minn 40 sena 2,991", "Dan in-numru ma jinkludix informazzjoni dwar vetturi kummerċjali.", "VETTURI", "5933.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi privati li ġew garaged jew scrapped mill-1993 sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jżommx statistika tan-numri ta` vetturi li ġew garaged jew scrapped skond il-kategorija tal-vettura.", "Għalhekk qed tingħata l- informazzjoni bbażata fuq il-vetturi kollha.", "SENA `GARAGED` `SCRAPPED`", "1993 - 2,261 1994 1,463 1,641 1995 2,088 1,761 1996 3,683 2,224 1997 7,959 2,480 1998 4,110 3,599", "Id-Dipartiment m`għandux statistika ta` kemm kien hemm vetturi garaged fl-1993.", "PA - PA1084/98", "5934.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5839 dwar żvilupp fi Triq Antonio Schembri, Attard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 5839 ingħatat f'Seduta 78.", "SKEJJEL - GĦAWDEX", "5935.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet fil-Higher Secondary School ta' Għawdex, il-lezzjonijiet tal-matematika tnaqqsu minn erbgħa għal tnejn fil-ġimgħa?", "Minn meta tnaqqsu dawn il-lezzjonijiet?", "Hemm possibbilta' li jerġgħu għan-numru li kienu qabel, speċjalment minħabba l-eżamijiet li l- istudenti jridu jagħtu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Jannar 1999 'il hawn l-istudenti kollha li qegħdin isegwu xi kors fil-matematika kemm f'livell ordinarju, intermedjarju u avvanzat fiċ-Ċentru għall-Istudji Ogħla Sir Mikiel Refalo Għawdex għandhom il-lezzjonijiet kollha li suppost għandhom.", "Fil-bidu ta' din is-sena skolastika, minħabba n-numru kbir ta' studenti li għażlu l-Matematika u minħabba nuqqas żgħir ta' għalliema, l-istudenti li kienu qegħdin isegwu l-kors ta' reviżjoni f'livell ordinarju ingħataw tnejn minn erba' lezzjonijiet bejn Ottubru u Diċembru 1998.", "KMĦ - MEMBRI", "5936.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid xi kwalita' ta' membri fadlilha l-Koperattiva Maltija tal-Ħalib, jiġifieri l-KMĦ?", "Għal-liema sena l-aħħar li rċevew l-imgħax fuq l-ishma l-membri tal- ħalib li kellha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirreferi għall-Malta Milk Producers Co-operative Society Limited kif kienet reġistrata taħt l- ordinanza ta' l-1946, din illum qegħda reġistrata bħala Koperattiva Produtturi tal-Ħalib, skond l-Att ta' l-1978 dwar l-Għaqdiet Koperattivi.", "Il-membri ta' din il-koperattiva huma raħħala (Maltin u Għawdxin) li jipproduċu ħalib għall-ippasturiżżar.", "Is-sehem ta' membru f'din il-koperattiva hi ta' Lm1 u bħala regola ma jiġix dikjarat \"dividend\" għal sehem ta' Lm1.", "Iżda l-koperattiva tqassam kull sena benefiċċji kbar lill-membri - bħal servizz ta' veterinarju b'xejn, skonti, apparat u gaġeġ, u benefiċċji oħra li f'sena jammontaw eluf kbar ta' liri.", "RESEARCH DEVELOPMENT CENTRE - RAPPORT", "5954.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra kopja tar-rapport maħruġ mir-Research Development Centre ta' l-ETC f'Settembru 1997 bit-titolu \"Employment and Unemployment within the Cottonera area\"?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kopja tar-rapport maħruġ mir-Research Development Centre ta' l-ETC f'Settembru 1997 bit-titolu Employment and Unemployment within the Cottonera Area tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BORMLA - PEDESTRIAN CROSSINGS", "5955.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li fi Triq Santa Tereża, Bormla quddiem il-Knisja ta' Santa Tereża isir xi tip ta' pedestrian crossing bħal zebra crossing jew xi traffic lights?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista jsir.", "PA - PROPRJETAJIET", "5956.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy u allura x'isir meta persuna jkollha proprjeta' li tkun affettwata bi proġett ta' slum clearance?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Membru huwa mitlub jagħti iktar dettalji, jiġifieri jgħid jekk huwiex jirreferi għas-sid jew għall-kerrej tal- proprjeta' affettwata.", "Jekk qiegħed jirreferi għall-kerrej, huwa mitlub jgħid jekk il-fond huwiex residenza, ħanut jew x'użu ieħor qiegħed isir minnu.", "PRODOTTI - ĦLAS TA' DAZJI", "5957.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx xi trattament speċjali fuq ħlas ta' dazji, VAT, u courier service fuq oġġetti essenzjali (bħal spare parts ta' xi makkinarju użat għall-industrija) li ma jinstabux lokalment, allura tkun trid timportahom bilfors?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-Malta Development Corporation toffri sistema ta` exemptions mid-dazju fil-każi msemmija, għalhekk wieħed jista` jirreferi għall-Corporation għal aktar tagħrif.", "L-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma jipprovdi għall-ebda trattament speċjali fuq ħlas ta` VAT fuq oġġetti bħal spare parts ta` makkinarju wżat għall-industrija.", "Kull ammont ta` VAT li titħallas fuq l- importazzjoni ta` dawn l-oġġetti tista` tintalab lura lid-Dipartiment fid- denunzja għall-perjodu tat-taxxa relattiv.", "Madanakollu, intrapriżi li jesportaw il-prodotti tagħhom jistgħu jagħmlu talba lill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp biex il-ħlas tal-VAT dovut fuq l-oġġetti importati minnhom ikun jista` jiġi diferit.", "Għal dan il- għan il-korporazzjoni toħroġ ċertifikati apposta fil-każ li t-talba tiġi milqugħa.", "BIR TAL-MADONNA TAŻ-ŻEJT", "5959.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' l-iktar riżultat riċenti li l-esperti għamlu fuq is-samples mill-Bir tal-Madonna taż-Żejt?", "Kemm intnefqu flus fuq dan it-tħaffir?", "Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fulltime u part-time?", "X'kien ix-xogħol tagħhom?", "X'kienu l-aħħar żviluppi?", "X'se jsir issa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-riżultati tal-kampjuni miġbura mill-bir Madonna taż-Żejt għandhom valur kummerċjali u mhux prudenti li jitpoġġew fuq il-Mejda.", "Informat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3 miljun u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru inklużi l-provi, mistennija jlaħħqu madwar Lm5 miljun oħra.", "Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u l-Italja.", "Hemm ħamsa u tletin ħaddiem Malti jaħdem mas-Saipem fuq it-tħaffir tal- bir.", "Tnejn minnhom jaħdmu part-time.", "Dawn huma: 3 Assistant Drillers, 3 Derrickmen, 9 Floormen, 9 Roughnecks, 2 Electricians, 2 Mechanics, 1 Welder, 2 Office Clerks, 2 Nurse/Clerks, 2 Watchmen (part-time).", "L-aħħar żviluppi fuq il-bir jirrigwardaw provi ta' produzzjoni li saru bejn l-10 ta' Marzu u l-15 ta' Marzu 1999.", "Dawn il-provi wrew li l-gass li nstab fil-bir fil-livell bejn 5,800 u 6,000 metru mhux kummerċjali.", "Bħalissa qegħdin isiru preparamenti meħtieġa fil-bir biex isiru provi oħra f'livell ieħor fejn instab il-gass.", "UE - TAĦDIDIET", "5960.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet ta' Malta u l-Unjoni Ewropea?", "Ma' min qed isiru t-taħdidiet?", "ONOR.", "JOE BORG: Wara li Malta rrijativat t-talba taggħa għal sħubija fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ħarġet rapport aġġornat fis-17 ta'Frar li fih tat parir lill-Kunsill tal-Ministri li l-proċess ta' screening ma' Malta jingħata bidu kemm jista' jkun malajr b'mod li n- negozjati għal sħubija jibdew fl-aħħar ta' din is-sena.", "Minn naħa tiegħu, il-Kunsill, fit-22 ta' Marzu, approva il-parir tal-Kummissjoni.", "Għalhekk huwa maħsub li t-taħdidiet ma' Malta fil-qafas tal-proċess ta' screening jibdew bejn it-tieni u t-tielet ġimgħa ta' Mejju u jsiru bejn l- awtoritajiet Maltin u l-Kummissjoni Ewropea.", "SKEJJEL - FGURA - TRASFERIMENT", "5961.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ħa transfer wara 14-il sena jaħdem bħala handyman fi Skola Primarja A. Fgura?", "Jaf il-Ministru li fl-istess skola Primarja B kien hemm vakanza li ilha battala għal ħafna żmien?", "X'kienet ir-raġuni li ngħata transfer meta hemm post vojt fl-istess skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna msemmija qed tagħmel xogħol ta' Cleaner għax il-Grade tiegħu huwa ta' General Hand.", "Kien hemm bżonn li din il-persuna tmur l-iskola fejn intbagħtet għax fl- iskola ta' Fgura Primary 'B' hemm żewġ cleaners ma' 17-il klassi.", "TA' QALI NATIONAL PARK COMMITTEE", "5962.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5776 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid jekk Ta' Qali National Park Committee għadux jiffunzjona?", "Jekk fl-affermattiv, min kienu l-membri ta' l-istess kumitat għas-sena 1997 - 1998 u 1999?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "PERIT MINTOFF - PROPRJETA' \"TA' L-GĦARIX\"", "5963.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5808 u billi f'dik ir-risposta il-Ministru tkellem dwar xi imgħaxijiet li għandhom jitħallsu, jista' l-Ministru jgħid f'liema klawsola tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 huwa pprovdut li l-gvern, barra il-Lm128,000 li għandhom jitħallsu bħala danni, għandhom ukoll jitħallsu l-imgħaxijiet fuq dan l-ammont?", "ONOR.", "TONIO BORG: Qari akkurat tar-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 5808, jindika li jiena użajt il-kliem 'imgħax/danni'.", "Ma tajt l-ebda ndikazzjoni li jista' jkun hemm ħlas ta' imgħax barra ħlas ta' danni.", "Minn korrispondenza nterna ta' żmien l-Amministrazzjoni preċedenti jirriżulta li l-ammont ta' danni in kwestjoni ġie maħdum a bażi ta' imgħax fuq is-somma prinċipali tal-kumpens.", "PERIT MINTOFF - PROPRJETA' \"TA' L-GĦARIX\"", "5964.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5808, jista' l-Ministru jgħid f'liema klawsola tal-letter of intent tat-22 ta' Mejju, 1998 hemm ipprovdut li l-proprjeta' \"Ta' l-Għarix\" m'għandhiex tgħaddi lill-Gvern Malti qabel il-Gvern Malti jħallas il-kumpens proprju għall- esproprjazzjoni de facto tal-proprjeta' in kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa ċar mil-Letter of Intent tat-22 ta' Mejju, 1998, li t-trasferiment isir malli jsir it-trasferiment ta' l-art tal-Fawwara; ġaladarba dik ma saritx, ma jistax isir it-trasferiment ħlief naturalment permezz ta' ordni ta' esproprjazzjoni.", "DJAR - APPARTAMENTI TAL-GVERN", "5967.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-introduzzjoni ta' lift f'appartamenti tal-gvern fejn joqogħdu ħafna anzjani fis-sulari ta' fuq bħal, per eżempju, l- appartamenti fi Triq Sant'Anna fil-Furjana u dawk f'2, Melita Str, Valletta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif aktarx jaf l-Onor.", "Interpellant, ftit tal- ġimgħat ilu ħabbart li l-Awtorita' tad-Djar se tniedi skema ta' stallazzjoni ta' lifts f'bini tal-Gvern fil-Kottonera, il-Belt u l- Furjana.", "Għandi pjaċir ninformah ukoll li d-dettalji ta' din l-iskema se jitħabbru fil-futur qarib.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - IMPJEGATI", "5968.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li huma kwalifikati fihom l- impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li għalihom igawdu minn allowance għal degree jew diploma?", "X'inhu x-xogħol relattiv li dawn l-impjegati qegħdin jagħmlu bħalissa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5613.", "SERVIZZ ĊIVILI - OPERATIONS MANAGER", "5969.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew promossi għal grad ta' Operations Manager mill-1 ta' Jannar, 1990 sal-lum?", "X'kienu l-kwalifiki ta' dawn il-persuni meta applikaw għal promozzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nformat illi kien hemm żewġ persuni li ġew appuntati Operations Manager mill-1 ta' Jannar 1990 sa llum wara sejħa għal applikazzjonijiet.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant jidhru fl-Iskeda li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "LUKANDA VERDALA", "5970.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt li permezz tiegħu l-lukanda Verdala għaddiet għand il-privat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kuntratt li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hu wieħed pubbliku u għalhekk jista' jinkiseb mill-Arkivji Notarili bħal kull kuntratt ieħor ta' dan it-tip.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - ROAD ROLLERS", "5971.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu ir-road rollers li nxtraw mid- diviżjoni tax-xogħlijiet f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Kemm inxtraw min dawn ir- rollers?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn dawn ir-road rollers inxtraw sitta u tqassmu fid-Distretti Nri 2,4,9,10,11 u 13.", "SERVIZZ ĊIVILI - TRASFERIMENT", "5972.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat it-transfer tal-persuna (li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) mid-dipartiment tas-saħħa għal mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi l-persuna ndikata mill- Onor. Interpellant se tirritorna fid-Diviżjoni tas-Saħħa fuq talba tad- Diviżjoni stess fejn tista' tagħmel xogħol kompatibbli mal-grad tagħha.", "TARXIEN - SITI STORIĊI", "5973.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Tarxien ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4343 f'Seduta 69.", "XOGĦOL TA' MISSJUNARJI - BENEFIĊĊJI", "5980.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jikkonsidra l-Ministru li jibdew jingħataw exemptions lil dawk il-Maltin miżżewġin u bit-tfal li jwettqu xogħol missjunarju barra minn Malta għal perijodu twil ta' żmien sabiex ma jibqgħux jiġu mċaħħda mic-Childrens' Allowance li jkunu ntitolati għalih waqt il-ħidma missjunarja volontarja barra minn Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.", "SANTA LUCIJA - PARKEĠĠ ĦDEJN L-ISKOLA", "5981.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jikkonsidra l-Ministru li l-biċċa art kollha ħamrija li hemm fil-kantuniera bejn Triq Kaħwila u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija ssir parking space sabiex il-mini vans tat-tfal tal-Junior Lyceum ta' Margaret Mortimer f'Santa Lucija jkollhom fejn jipparkjaw?", "Jista' jsir l-istess bil-biċċa art mhux mibnija, proprjeta' tal-Gvern li hemm bejn Triq Kaħwila u Triq l-Istefanotis ġewwa Santa Luċija?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infOrmat li l-proġett qiegħed jitmexxa mid- Dipartiment ta` l-Edukazzjoni.", "L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ENEMALTA - ELECTRICAL FITTERS", "5982.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm electrical fitters bil- licences A u B impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi vacancies f'dan il-grad u f'tali każ meta huwa maħsub li jimtlew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Enemalta għandha mpjegati magħha 78 electrical fitters bil-liċenzja A u 70 bil-liċenzja A u B.", "Jekk mill-eżerċizzju tal-Human Resource Audit jirriżulta li hemm vakanzi f`dan il-grad, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jimtlew tali vakanzi.", "RAĦAL ĠDID - SITI STORIĊI", "5984.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Raħal Ġdid ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il- Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l- imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4343 f'Seduta 69.", "GUDJA - SITI STORIĊI", "5985.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Gudja ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l- imsemmija dipartimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4343 f'Seduta 69.", "PIXXINA NAZZJONALI", "5991.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni ġenerali fil- pixxina nazzjonali min Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu, 1999?", "Fuq liema xogħol?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar min kien responsabbli għall-fatt li sena ilu kellha tingħalaq il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq minħabba tiswijiet fil-madum tal-pixxina?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu 1999, intefqu Lm16,956.75 (Lm11,491.86 infiq rikorrenti u Lm5,464.89 infiq kapitali).", "Dawn intefqu hekk:", "Infiq Rikorrenti / Manutenzjoni Generali LM Tindif u Pest Control 4550.10 Manutenzjoni fuq il-lift 400.00 Waterproofing 942.72 Taghmir għal kontra n-nirien u manutenzjoni 130.25 Spares għall-Plant Room 840.15 Manutenzjoni tal-follodlighting 815.13 Manutenzjoni ta'spectator seating 860.19 Printing, Stationery u Computer supplies 1172.19 Pjanti 400.00 Hwejjeg Mixxellanji ohrajn (liema infiq ma jeccedux aktar minn Lm20 fuq kull item individwali) li jinkludu spejjez ghat-tigdid tar-reception area u tibdil ta' kmamar f' changing rooms 1381.13 Infiq Kapitali Lanes godda, computerisation, partitioning ta' kmamar 5464.89", "Id-deċiżjoni dwar ir-responsabbilta' tal-ħsara li kienet ġrat fil-madum tal-Pixxina għadha ma ttieħditx peress li r-rapport ta' l-istħarriġ għadhom qegħdin jiġu studjati", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "5992.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time fil-pixxina nazzjonali jingħataw xogħol fuq bażi permanenti?", "Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati part-time?", "X'inhu x-xogħol tagħhom?", "X'inhi l-paga tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-pixxina nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5870.", "Informat li bħalissa hemm 7 ħaddiema impjegati part-time fil-Pixxina Nazzjonali.", "Id-dettalji huma:", "Deckhands (4) Ottubru 1996 Lm1.65 fis-siegha Novembru 1996 Lm1.65 fis-siegha Frar 1997 Lm1.65 fis-siegha April 1998 Lm1.65 fis-siegha Security/Maintenance (1) April 1997 Lm1.80 fis-siegha Cleaner (1) Novembru 1997 Lm1.60 fis-siegha Deckhand/Reception (1) Marzu 1995 Lm1.80 fis-siegha", "ĊINA - DELEGAZZJONI", "5993.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min se jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari fid- delegazzjoni fiż-żjara li dan se jagħmel fiċ-Ċina?", "Kemm se tiġi tqum din iż-żjara u min se jħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ż-żjara li se jagħmel is-Segretarju Parlamentari fiċ-Ċina kienet ippjanata li ssir fil-bidu ta' Settembru 1998 iżda kellha tiġi posposta minħabba li f'dak iż-żmien kien hemm l- Elezzjonijiet Ġenerali.", "Is-Segretarju Parlamentari se jkun akkumpanjat mid-Direttur u l-Kap tat-Taqsima Sport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, mill-Programme Coordinator tal-Youth Studies ta' l-Universita' ta' Malta u miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Kull Dipartiment se jkun responsabbli għall-ħlas tal-biljetti ta' l-ajru tad-delegat rispettiv.", "Din iż-żjara se ssir fuq stedina tal-Gvern Ċiniż li tinkludi l- akkomodazzjoni.", "Is-Sinjura Mugliett se takkumpanja wkoll lid-delegazzjoni a spejjeż tagħha.", "SAĦĦA - SRNS", "5998.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se jinħarġu applications għal SRNs fulltime għal Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għas-sejħa li ħarġet fil- Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru, 1998 għall-mili ta' Staff Nurses fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Għalhekk m'hemmx ħsieb li toħroġ xi sejħa oħra.", "SKEJJEL - STIPENDJI", "6004.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda elettorali li jingħataw stipendji sħaħ?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat bejn il-Ministru jew uffiċjali oħrajn tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-KSU u meta saru?", "Saru laqgħat bejn il-kumitat li twaqqaf dwar l- istipendji u l-KSU?", "Jekk iva, meta saru?", "Meta hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-istipendji?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TASK FORCE TAL-GVERN", "6005.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5389 dwar it-Task Force tal-Gvern fuq il-privatizzazzjoni, dan ifisser li l-membri appuntati u li aċċettaw li jservu fuq din it-Task Force, m'humiex imħajrin li jixtru ishma f'entitajiet li l-gvern għoġbu jipprivatizza?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar Insider Trading u Professional Secrecy li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "IMPORTATURI/BEJJIEGĦA", "6007.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4970, jista' l- Ministru jagħtini lista ta' mediċini li suppost roħsu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Eżempji ta` mediċini li l-prezz tagħha ġie mnaqqas dan l-aħħar mill-importatur fuq inizjattiva tiegħu stess wara li raħset minn barra kienet din:", "Cardura 1mgx28 tablets minn Lm10.08c niżlet għal Lm 5.34c Cardura 2mgx28 tablets minn Lm13.42c niżlet għal Lm 8.45c Diflucan 150mgx1 minn Lm 6.87c niżlet għal Lm 4.76c Diflucan 50mgx7 minn Lm15.78c niżlet għal Lm11.50c", "BORD TAT-TASK FORCE", "6008.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid għaliex fil-bord il-ġdid tat-Task Force li se jipprepara programm għall-privatizzazzjoni f'Malta ma ġewx inklużi rappreżentanti tat- Trade Unions?", "Ma jaħsibx il-Ministru li t-Trade Unions jistħoqqilhom li jkunu konsultati dwar il-proċess ta' privatizzazzjoni ladarba l- privatizzazzjoni żgur li se tħalli impatt fuq il-kondizzjonijiet tax- xogħol tal-membri tagħhom?", "Kif jista' l-gvern jikkontrolla abbużi fis- sens li jista' jkun hemm individwi li jkollhom aċċess għall-inside knowledge (għax qegħdin fuq il-board), liema informazzjoni tista' tiġi wżata biex tiffaċilita' li huma stess, jew permezz ta' intermedjarji jew kumpanniji, jixtru x-shares għalihom infushom?", "Jista' l-Ministru jassigura lill-poplu Malti li dawk li se jagħtu l-parir lill-gvern permezz ta' dan it-task force mhux se jkunu l-istess nies li jixtru x-shares u forsi jispiċċaw biex bejniethom jikkontrollaw il-kumpanniji li se jiġu privatizzati?", "X'miżuri se jieħu l-gvern biex jiżgura li ma jkunx hemm konflitt ta' interess f'dan it-task force?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F`dan l-istadju ta` programmar, inħass li jkun biżżejjed li fuq it-Task Force ikun hemm persuna ntiża dwar ir- relazzjonijiet industrijali fil-qasam parastatali.", "Dwar il-mistoqsijiet l- oħra, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar Insider Trading u Professional Secrecy li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirriferi l-Onor.", "Interpellant.", "BIRKIRKARA - ĊENTRU ĊIVIKU", "6009.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'funzjonijiet se jaqdi ċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara?", "Meta se jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li rigward l-ewwel parti tad-domanda, din għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli lokali.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara beda joffri servizz limitat fit-8 ta' Marzu 1999.", "Minħabba nuqqas ta' tobba, is-servizzi offruti għalissa huma: 1 Servizzi ta' Klinika tat-tabib tal-Familja u Nurse kuljum mit-8.00am sal 11.00am, mit-Tnejn sal- Ġimgħa.", "2.", "Servizz ta' Spiżerija għat-tqassim ta' mediċini b'xejn.", "3.", "Servizz ta' Podoloġija.", "4.", "Servizz ta' Fiżjoterapija.", "5.", "Servizz ta' Speech Therapy.", "SVPR/ĦAS-SERĦ - IMPJEGATI", "6010.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Minitsru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema kollha ta' San Vinċenz de Paule/Ħas-Serħ xahar b'xahar, minn Settembru, 1998 sa Frar, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn Settembru 1998 u Frar 1999 il-ħaddiema kollha ta' San Vincenz de Paule tħallsu ta' dan l-overtime.", "Settembru 1998 Lm25,352.968 Ottubru 1998 Lm41,137.255 Novembru 1998 Lm33,206.465 Dicembru 1998 Lm35,648.409 Jannar 1999 Lm38,025.173 Frar 1999 Lm30,571.347", "SKEJJEL - ĦAMRUN - ADELAIDE CINI", "6011.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li l-Iskola Adelaide Cini tal-Ħamrun ilha mingħajr head għal ħafna ġimgħat?", "Meta jaħseb li se tintbagħat head ieħor/a f'din l-iskola minħabba l-urġenza tal-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Iskola Adelaide Cini ilha mingħajr head minn meta l-head ħadet promotion ta' Assistant Director.", "Head oħra tintbagħat malli tinstab il-persuna addatta biex timla din il- kariga.", "SKEJJEL - ĦAMRUN - ADELAIDE CINI", "6012.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif għadha ma ssewwietx il-ħsara fl-elettriku fl- Iskola ta' Adelaide Cini, fil-Ħamrun?", "Jaf il-Ministru li ħafna mil- lezzjonijiet bħal dawk tal-computer u tal-Home Economics u użu ta' laboratorju, eċċ qed jiġu mħassra?", "X'sar wara r-rapporti li għamlu għalliema u oħrajn?", "X'inhi proprju l-ħsara?", "X'se jagħmel il-gvern biex din l-iskola tibqa' għaddejja bit-tagħlim?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-ħsara msemmija hija parti mis-sistema interna ta' l-iskola u għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta.", "RECURRENT EXPENDITURE CONTROL", "6014.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'qed isir min-naħa tal-gvern dwar dak li għandu x'jaqsam ma' recurrent expenditure control?", "X'inhi l-politika ta' dan il-gvern dwar supplimentary estimates?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qiegħed isir monitoring kull xahar, fuq bażi ta` kull dipartiment, u tintalab spjegazzjoni (jekk ikun il-każ) fejn u meta jinħass li jista` jkun hemm varjazzjoni fl-infiq li tista` twassal biex l- allokazzjoni originali tkun maqbuża.", "Fondi supplimentari jiġu pprovduti biss jekk jinqalgħu kontinġenzi neċessarji u urġenti li ma kienux previsti waqt il-preparazzjoni ta` l- Estimi.", "REVENUE EXPENDITURE", "6015.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-projections tal-gvern għal rata li huwa dħul u ħruġ (revenue and expenditure) humiex on track meta mqabbla mal-figuri attwali għal Jannar u Frar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dħul u l-infiq attwali fl-ewwel xahrejn ta` din is- sena huma fil-fatt fuq l-istess livell ta` kemm kienu mistennija li se jkunu.", "SPTARIJIET - PAZJENTI", "6016.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jattendu persuni fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Sir Paul Boffa, fl-Isptar Monte Carmeli, eċċ kif ukoll il-Health Centres sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu ntitolati għalihom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li peress li ma speċifikax il-perjodu li għalih talab l-informazzjoni, ninformah li l- medja ta' pazjenti li jattendu kull xahar fl-ispiżeriji tal-Gvern huwa ta' 52420, li jinkludi fih dawk it-talbiet għal-mediċini permezz tas-Servizz Postali (li jlaħħaq medja ta' 6197 fix-xahar).", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "6035.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' familja minn Bormla bil-File No. H.0311 li ilhom jitolbu għal post alternattiv għal dawn l-aħħar 40 sena?", "Jista' l-Ministru jibgħat għal din il-familja biex jikkonferma t-talba ta' dawn l-anzjani in vista tal-fatt li dawn lanqas jistgħu jinżlu t-taraġ minħabba diżabilita' kaġun ta' problemi ta' mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ tal-familja ndikata qed jiġi kkonsidrat, fil-fatt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa' offrilhom żewġ postijiet fil-pjan terran, kif jgħidu li għandhom bżonn, iżda rrifjutawhom għax kienu fil-lokal li joqogħdu huma stess, ġewwa Bormla.", "MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA", "6036.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar, minn meta reġa' nfetah f'April li għadda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-lista ta' kemm nies żaru l-Mużew ta' l- Arkeoloġija, xahar b'xahar hi kif ġej: XAHAR B'XEJN BI HLAS TOTAL April 1977 7864 9841 Mejju 469 6333 6802 Ġunju 428 3262 3690 Lulju 602 3887 4489 Awissu 111 5079 5190 Settembru 630 5318 5948 Ottubru 1048 6484 7534 Novembru 995 5503 6498 Diċembru 1486 4453 5939 Jannar 832 3141 3973 Frar 619 3318 3937", "SERVIZZ ĊIVILI - ĦADDIEMA AWŻILJARJI", "6037.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħtini tagħrif dettaljat dwar fiex waslet il-ħidma tal- Ministeru tiegħu għar-rigward ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li setgħu ġew impjegati rregolarment xi snin ilu?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi għalkemm sar progress fir-rigward ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-ħaddiema nvoluti, għad jonqos xi stħarriġ li jrid isir.", "Dan huwa mistenni li jintemm fi żmien qasir.", "QORMI - XOGĦLIJIET", "6038.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qiegħed isir Ħal Qormi fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau waqaf ħesrem?", "Għaliex it-traffic islands ma tkomplewx u t-triq li tagħti għal area ta' Fleur-de-Lys tħalliet fi stat deplorevoli b'periklu għat-traffiku?", "Għaliex fil-korsa tal-wied tħalla materjal u ġebel?", "Meta se jitkompla x-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li:", "* Ix-xogħol ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau għadu għaddej pero' b'workforce imnaqqsa;", "* It-traffic islands tan-naħa tat-triq ta' l-Erba' Qaddisin u t-triq li tgħaqqad magħha ma tkomplewx ghax:", "(i) Għad trid titlesta house connection tad-drenaġġ minn terzi persuni;", "(ii) Għad qed jiġi diskuss mar-residenti ta' l-inħawi kif l-aħjar isir xi parkeġġ pubbliku.", "* Ix-xogħol tat-tindif se jsir.", "SAĦĦA - OFFICER I/C OF TRANSPORT", "6039.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' persuni li applikaw għall-post ta' Officer i/c of Transport u r-rapport li sar mill-board li għarbel l-applikanti u fuq liema bażi ta' argumentazzjoni waslu biex għamlu l-għażla tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bl-ismijiet tal-persuni li applikaw u ġew intervistati mill-Bord ta' l-Għażla maħtur mill-Bord precedenti tal-F.M.S. Peress li r-rapport ta` l-interviews huwa ta' natura kunfidenzjali, mhux xieraq li nagħmel il-kummenti tal-Bord pubbliċi għal raġunijiet ovvji.", "Pero' lest nurihom lill-Onor.", "Interpellant privatament.", "Dwar il-persuna li isimha ntbagħat separatament, qed impoġġi wkoll fuq il- Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Bord tal-Għażla bir-riferenzi u rakkomandazzjonijiet dwarha.", "Informat li fatt deċiziv kien li din il- persuna kellha diġa' esperjenza ta' 21 xahar bħala Manager fil-Garage ta' l-Ambulanzi, li erbatax il-xahar minnhom kienu taħt il-Gvern preċedenti.", "Infurmat li fatt iehor deċiziv kien ir-rakkomandazzjonijiet qawwija li saru minn ex-Supridendent tal-Isptar San Luqa, mis-Supridendent preżenti u mid-Direttur Finance and Administration.", "Din il-ħatra saret bl-istess proċeduri kif kien gie magħzul l-I.T. Systems Manager tal-G.P.S. taħt l-amministrazzjoni preċedenti.", "UNIVERSITA' - STIPENDJI TA' L-ISTUDENTI", "6047.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l- istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' li tkellem dwaru is- Segretarju Parlamentari Mugliett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, beħsiebni nagħmel dan fil-mument opportun.", "IMPJIEGI", "6048.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom minn Ottubru 1998 sa Frar 1999, xahar b'xahar maqsumin f'irġiel u nisa u bl-etajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu mingħajr permess minn Ġunju 1998 'l hawn?", "Kemm minn dawn kienu barranin?", "Kemm minnhom kienu jieħdu r-relief jew jirreġistraw għax-xogħol?", "Kemm minnhom għadhom ma għalqux is-16-il sena?", "Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar, maqsuma f'irġiel u nisa u bl- etajiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "6049.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1547?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-gvern fuq assessments magħruġa sall-11 ta` Novembru 1998 hu ta` Lm166 miljun.", "Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi.", "Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u normalment jonqsu sew meta l-oġġezzjonijiet jiġu likwidati.", "Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jistma, anke fuq eżerċizzju ta` sampling li sar fuq dawn l-objections, li t-taxxa mitluba skond l-assessments li nħarġu tista tiġi mnaqqsa f`ħafna każijiet b`sittin fil-mija (60%) ta` l- ex officio assessment oriġinali.", "Għaldaqstant hu stmat li l-arretrati li jmiss jinġabru jammontaw għal Lm50 miljun.", "ŻABBAR - BYPASS - CENTRAL STRIP", "6050.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li kienet inbdiet central strip fil-bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l- wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "ŻABBAR - TRIQ LIA", "6051.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fi żmien il-gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, f'Ħaż Żabbar, fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l- Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "NADUR - TOROQ", "6068.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Taf il- Ministru li Triq il-Madonna ta' Fatima, Vjal l-Imnarja u Triq il-Madonna ta' Lourdes, kollha fin-Nadur, Għawdex, jintħieġu resurfacing?", "Tista' tgħid meta beħsiebu jsir l-imsemmi resurfacing fit-toroq fuq imsemmija?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: It-toroq imsemmija huma mdaħħla fil-programm ta' xogħolijiet ta' resurfacing.", "GĦAWDEX - BIR MADONNA TAŻ-ŻEJT", "6077.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol u t-testijiet li saru fil-bir esploratorju Madonna taż-Żejt?", "Jista' jagħti stima ta' l-ispejjeż involuti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bir Madonna taż-Żejt kopra diversi affarijiet, fosthom il-preparazzjoni tas- sit, provista ta' l-ilma għat-tħaffir, tħaffir sa fond ta' 8,012 metri b'wisgħa ta' bejn 36\" u 5 7/8\" djametru, it-twaħħil ta' conductor pipe ta' 30\", it-twaħħil ta' casings ta' 20\", 13 3/8\" u 9 5/8\", it-twaħħil ta' liners ta' 7\" u 5\", reġistrazzjoni ta' diversi logs, provi ta' produzzjoni, monitoraġġ u konsulenza ta' esperti fuq il-post u minn barra, analiżi ta' kampjuni fuq il-post u barra, twettiq ta' diversi studji, u xogħol anċillari ieħor.", "Infurmat ukoll li l-provi ta' produzzjoni li saru sa issa fond ta' madwar 6,000 metru wrew li l-produzzjoni tal-gass li nstab hi baxxa ħafna u mhux kummerċjali, u li fil jiem li ġejjin ser isiru provi oħra fond ta' madwar 7,000 metru.", "Infurmat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3 miljuni u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru, inklużi l- provi, mistennija jlaħħqu madwar Lm5 miljuni oħra.", "Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u l- Italja.", "MINISTRU TAL-FINANZI - SAFAR", "6078.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid mit-8 ta' Settembru sal-lum kemm-il darba siefer fuq xogħol tal-Gvern, f'liema pajjiż mar, min kienu l-membri ta' kull delegazzjoni u x'kien il-għan prinċipali ta' kull safra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet numru 3812 u 5764.", "SAN ĠWANN - KUMITAT TA' AZZJONI - STQARRIJA", "6079.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l- istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-Toroq San Ġwann u l-Iskola fil-Fgura?", "Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - DIRETTUR TAL-MID-MED BANK", "6082.", "L-ONOR.", "ANTHONY ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 4955, jista'jkun li ma ġietx mifhuma ċar u għaldaqstant jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra l-eżitu eżatt ta'l-investigazzjonijiet li saru, dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-pulizija dwar l- allegazzjonijiet kontenuti f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru mill-ex president u ex segretarju tal-MUBE f'Diċembru, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Pulizija kienet investigat ilment li sar minn uffiċjali tal-MUBE dwar nomina ta' direttur fil-Mid-Med Bank u kontra persuna oħra li kienet ex-direttur meta saru l-allegazzjonijiet mill-MUBE.", "Dawn l-allegazzjonijiet ġew investigati iktar minn darba mill-Pulizija, u l-każ ġie riferut ukoll lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Kemm il-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali dejjem sostnew li ma jirriżultax li hemm lok għal proċeduri kriminali għax ma jidhirx li ġie mwettaq xi reat kriminali ta' kwalunkwe xorta minn nies jew soċjetajiet li kontrihom saru dawn l-allegazzjonijiet."]} {"filename": "19950510_419d_par.doc", "date": "1995-05-10", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 419 L-Erbgħa, 10 ta' Mejju, 1995 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 419", "L-Erbgħa, 10 ta' Mejju, 1995", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "Seduta Nru. 419", "L-Erbgħa, 10 ta' Mejju, 1995", "WERREJ", "MINUTI 1008", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 1008", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA", "COMMISSIONERS FOR JUSTICE (AMENDMENT) BILL", "Kumitat 1015", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' MPIEG U TAĦRIĠ", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari 1017", "AĠĠORNAMENT 1039", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 1045", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 418 li saret fid-9 ta' Mejju, 1995, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX - ĊENTRU TAD-DETOX", "25617.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex qed jinfetaħ biss għal sagħtejn kmieni fil-għodu?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan hu żmien qasir wisq u ma jkunx aċċettabbli fis-sajf meta n-numru ta' nies li jmorru d-Detox jiżdied anke b'nies barranin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Jien informat li peress li n-numru ta' pazjenti li jattendu d-Detox Centre f'Għawdex huwa żgħir, u billi dawn qegħdin jaħdmu ħinijiet regolari, l-aħjar ħin li jattendu fid-Detox huwa kmieni fil-għodu fil-ħinijiet stabbiliti preżentement.", "Skond l-esperjenza tal-konsulenti u l-infermiera anzjani ta' l-isptar, il-ħin ma huwiex qasir wisq.", "Jekk u meta n-numru ta' pazjenti li jeħtieġu s-servizz tad-Detox Unit jiżdied, il-ħinijiet u s-servizz jiġu riveduti.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Il-bieraħ konna qed niddiskutu mozzjoni dwar l- għoti b'ċens ta' biċċa art lill-Caritas u ssemmiet ukoll il-problema tad- droga.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk kemm-il darba għandux xi riżultat pożittiv rigward dan il-qasam f'GĦawdex, jiġifieri dwar ir-riabilitazzjoni ta' GĦawdxin milquta b'dan il-vizzju?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax tajjeb li wieħed ikun jaf jekk ix-xogħol li qiegħed isir f'dan ir-rigward hux qed jagħti r-riżultati mixtieqa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika ġieli ġiet ippubblikata imma jekk l- Onor. Interpellant jixtieq figuri aġġornati u preċiżi, nista' nikkonsulta rapporti li tipprepara l-aġenzija \"SEDQA\" biex inkun nista' ngħaddilu l- istatistika.", "Ma jidhirlix li qatt sar survey xjentifiku biex tiġi assessjata l-prevalenza tal-problema f'GĦawdex.", "Fil-fatt preżentement dan is-suġġett qiegħed jiġi kkonsidrat mis-SEDQA fil-prevalent study li qed tagħmel għall-adulti u s-survey li qed isir dwar żgħażagħ ta' 16-il sena li diġa' rreferejna għalih f'din il-Kamra.", "GĦAWDEX - ĊENTRU TAD-DETOX", "25618.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħadd miċ- Ċentru tad-Detox f'Għawdex jew minn dawk li jaħdmu ma' l-Istat f'dan il- qasam fil-gżira Għawdxija ma ġie mistieden biex jieħu sehem fil-kors ta' għaxart ijiem li ġie organizzat għall-istaff ta' l-Istat u tal-volontarjat dwar riabilitazzjoni tad-drogati u alkoħol ma' universita' Ingliża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-social worker li jaħdem mad- Dipartiment tas-Servizzi għat-Tfal u Għall-Familja u li jagħmel xogħol ukoll fiċ-Ċentru tad-Detox ta' Għawdex ma' persuni li għandhom il-problema tad-droga, attenda għall-kors imsemmi.", "GĦAWDEX - ĊENTRU TAD-DETOX", "25619.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff mediku/paramediku li hu assenjat għaċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex?", "Ta' liema grad huma?", "Dawn in-nies jaħdmu biss f'dan iċ-Ċentru jew iservu f'post ieħor fl- Isptar il-ġdid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fiċ-Ċentru tad-Detox ta' Għawdex hemm jaħdmu konsulent, psikjatra, tabib (medical officer), żewġ nursing officers u erba' staff nurses, social worker u casual social worker.", "Dawn jaħdmu wkoll fis-swali ta' l-Isptar il-Ġdid skond l-esiġenzi tas- servizz.", "SLIEMA - TRIQ MATTEW PULIS - STORBJU MINN STUDENTI", "25620.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Issa li fil-btajjel ta' l-Għid u anke fis-sajf hu mistenni li jerġa' jkun hemm numru kbir ta' studenti li jattendu skola li tgħallem l-Ingliż fi Triq Mattew Pulis, f'Tas-Sliema u s-sena li għaddiet kien hemm ilmenti ġustifikati mir-residenti ta' din it-triq dejqa minħabba l-imġieba xejn dekoruża ta' dawn l-istudenti, jista' l-Ministru minn issa jordna li ssir is-sorveljanza meħtieġa u jingħataw it-twissijiet xierqa biex dawn ir-residenti ma jkomplux jbatu?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Informat li fi Triq Mattew Pulis għadhom kemm twaħħlu sinjali ġodda tat-traffiku.", "Qed isiru arranġamenti biex din it-triq tkun sorveljata minn żewġ kuntistabblijiet mid-Distrett ta' Tas-Sliema f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-inkonvenjent lir-residenti.", "SPTAR SANTA MARIJA/ĊENTRU DETOX - PAZJENTI LI TELQU QABEL IŻ-ŻMIEN", "25621.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Matul Jannar, Frar u Marzu separatament, kemm kien hemm residenti li telqu minn jeddhom qabel ma spiċċaw il-kors maħsub għalihom mill-Isptar Santa Marija u miċ-Ċentru tad-Detox fi Guardamangia, il-parti residenzjali?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "Kien hemm residenti b'passaport barrani?", "Minn fejn?", "Minn dawk li telqu kien hemm min kien mibgħut mill-Qorti u/jew kien għall-kura mid-droga qabel ma ttieħdet deċiżjoni mill-Qorti?", "Jekk it- tweġiba għat-tielet mistoqsija hija fl-affermattiv, meta telqu?", "Il- Pulizija ġiet informata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' residenti li telqu minn jeddhom qabel ma spiċċaw il-kors maħsub għalihom fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, kien hekk:", "a. F'Santa Marija:", "| |Irġiel|Nisa |Total| | | | | | |Jannar |1 |2 |3 | |Frar |1 |2 |3 | |Marżu |2 |0 |2 |", "b. Fiċ-Ċentru Detox G'Manġia (il-parti residenzjali)", "| |Irġiel|Nisa |Total| | | | | | |Jannar |0 |3 |3 | |Frar |4 |0 |4 | |Marzu |6 |0 |6 |", "Minn fost dawn imsemmija hawn fuq kien hemm pesuna waħda b'passaport Irlandiż.", "Minn fost dawk li telqu minn jeddhom kien hemm dawk li kienu mibgħuta mill-Qorti u/jew kienu għall-kura mid-droga qabel ma ttieħdet deċiżjoni mill-Qorti.", "F'każi bħal dawn il-Pulizija tiġi informata mill-ewwel.", "SKEJJEL TA' L-ARTI - XOGĦLIJIET", "25714.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-Iskola ta' l-Arti, il-Belt biex tingħata dehra ġdida?", "Kemm tħallas ix-xogħol li sar?", "Huwa sodisfaċenti x-xogħol li sar?", "Il- kuntrattur tħallas anke fejn sar xogħol meqjus ħażin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Fl- iskola ta' l-arti sar twaħħil ta' madum ta' l-art u tal-ħajt kif ukoll twaħħil ta' toilets u sinkijiet.", "Dan ix-xogħol sar minn kuntrattur u sewa Lm397.", "Xogħol ieħor li sar mill-impjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li sewa Lm80 f'materjal u labour, kien jinkludi tibdil ta' pajpijiet u drains għat-toilets il-ġodda.", "Wara li sar ix-xogħol mill-kuntrattur, jirriżulta li tfaċċaw xi problemi li affettwaw ix-xogħol li kien sar mill-kuntrattur.", "SPTAR SAN LUQA - GAMMA CAMERA UNIT", "25763.", "L-ONOR.", "JOE CILIA (f'isem l-Onor.", "Edwin S. Grech) staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-istaff li qed jaħdem fil-Gamma Camera Unit fl-Isptar San Luqa?", "X'miżuri qed jittieħdu biex jitnaqqas il-periklu ta' kontaminazzjoni għall-ħaddiema waqt ix-xogħol tagħhom?", "Jista' l-Ministru jinsisti li jiġu ppreparati protokolli għall-operat ta' dan il-unit u li dawn jiġu esegwiti minn kulħadd biex jitnaqqas il-periklu kemm jista' jkun?", "Min hu nkarigat minn dan il-unit?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għall- Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li fil-Gamma Camera Unit bħalissa qiegħed isir it-taħriġ on site tar-radiographers u t-tobba fl-użu ta' l- apparat.", "Għal dan il-għan ġew identifikati erba' radiographers li se jingħataw taħriġ ukoll barra minn Malta f'Guy's Hospital, Londra (tnejn marru diġa' u tnejn oħra se jmorru dalwaqt) minbarra taħriġ f'Malta minn speċjalisti barranin kif stipulat fil-kuntratt tax-xiri ta' l-apparat.", "Il- persuna nkarigata mill-Unit huwa d-Direttur tad-Dipartiment tar- Radjoloġija.", "F'ittra mibgħuta lill-konsulenti kollha dwar dan is-servizz - li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra - id-Dipartiment għamilha ċara li dan is-servizz, bħal kull servizz ġdid ieħor, irid jiġi introdott gradwalment.", "Ġie identifikat l-istaff meħtieġ biex il-Unit ikun jista' jitmexxa u jibda jagħti servizz kliniku sħiħ meta jintemm il-perjodu ta' taħriġ.", "Fil-Unit hemm il-faċilitajiet kollha biex dan ikun jista' jaħdem mingħajr periklu għall-ħaddiema.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-protokolli ġew ippreparati u t-taħriġ ta' l-istaff jinkludi wkoll it-tħaddim ta' dawn il-protokolli u l-metodi kif jiġu maniġġjati l-materjali radjuattivi li jintużaw f'dan is-servizz.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S.GRECH: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-apparat fil- preżent hux qed jaħdem?", "Għax skond l-informazzjoni li għandi dan huwa wieqaf.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed jaħdem fuq trial period, għax kif diġa' għidt, hemm ċerti affarijiet li għadhom qed jiġu finalizzati.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien nifhem li dan hu apparat li jqum il-flus; issa ilna tliet snin biex noperaw dan is-servizz u allura suppost li ilna li għaddejna mit-trial period.", "Nerġa' ngħid li l-informazzjoni li għandi hi li dan l-apparat bħalissa jinsab wieqaf.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan huwa veru, pero' kien ħareġ tender għax-xiri ta' dan l-apparat li safejn naf jien beda jintrama f'Jannar ta' din is- sena.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Naf li ntrama xi xhur ilu u li biex inawgurajnieh għamilna festa, għamilna kwadru u affarijiet bħal dawn.", "Imma wara li ntnefqu dawn il-flejjes kollha jidher li bħalissa mhux qed jaħdem.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Safejn naf jien u skond ir-risposta li għadni kemm tajtek, dan l-apparat għadu qed jitħaddem fuq trial period sakemm jiġu mgħallma l-membri ta' l-istaff.", "Fil-fatt l-Onor.", "Interpellant diġa' għamel domanda fuq dan is-suġġett li għandha tiġi risposta fis-seduta li jmiss fejn se jingħata risposta għall-mistoqsijiet li qed jagħmel.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk jidhirlux li f'apparati u f'dipartimenti bħal dawn, l-istaff għandu jiġi trained qabel jew waqt li jkun ordnat l-apparat, biex meta jiġi l- apparat ma jkunx hemm il-ħtieġa li jdum tliet snin wieqaf sakemm inħarrġu l- istaff u mbagħad nibdew inħaddmuh fuq trial period.", "Ma jidhirlux is- Segretarju Parlamentari li dan m'huwiex il-metodu kif għandhom jitmexxew dipartimenti bħal dawn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Idealment hekk isir, pero' wieħed irid jifhem ukoll li biex jitħaddem dan l-apparat jiddependi ħafna mit-tip ta' apparat li tkun se tixtri.", "L-apparat tal-Gamma Camera Unit mhux kollha jaħdmu bl- istess teknika u allura ovvjament wieħed ma jistax jibda jittrenja n-nies tiegħu fuq tip ta' camera qabel ma jkunu ħarġu t-tenders u ġew awarded.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk fil-call for tenders biex jinxtara apparat bħal din il-Gamma Camera, tiġix imposta l-kondizzjoni li s-suppliers li jiġu awarded it-tender ikollhom l- obbligu li jittrenjaw lit-technicians u jekk hemm bżonn anke lill- konsulenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma nafx nirrispondik.", "Safejn naf jien, dan kien sar, pero' ma nafx jekk hux fil-call for tenders jew meta ġiet awarded it- tender.", "Iktar tard inkun nista' nagħtik risposta preċiża dwar dan.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Jista' l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jgħidli jekk kemm-il darba l-bord mediku li jibgħat pazjenti għall- operazzjonijiet u għall-kura medika barra minn Malta hux qed jikkonsidra li jestendi l-lista ta' mard li min ibati minnu jkun eliġibbli biex jintbagħat għall-kura barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma naħsibx li din hija kwestjoni li testendi jew ma testendix il-lista ta' mard.", "Hemm ċerti kriterji li jridu jiġu segwiti, fosthom li jekk pazjent ma jkunx jista' jingħata kura bil-faċilitajiet li għandna fil-preżent f'pajjiżna, jintbagħat barra, pero' m'hemm l-ebda klassifikazzjoni ta' dan il-mard.", "Kif taf, ovvjament aħna marbutin bil- bilateral agreement rigward in-numru ta' pazjenti li nistgħu nibagħtu barra, pero' m'hemmx klassifikat liema mard jikkwalifika biex jingħata kura barra.", "Dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn kura li ma tistax tingħata hawn Malta ovvjament jingħataw prijorita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Rigward il-Gamma Camera jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna hemmx xi ħadd li qed jittrenja lil dawn in-nies bħalissa?", "Ninsab inkwetat dwar dan għax, kif għidt, lili nformawni li bħalissa dan l-apparat mhux qed jaħdem, u dan mhux għax għandu xi ħsara, imma għax forsi m'hemmx flus biex jitħaddem.", "Ta' min jgħid li fil-preżent kulħadd qed igerger li hemm nuqqas ta' flus.", "Mr Speaker, nixtieq inkun naf x'qed jiġri.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif diġa' għidt, m'iniex inormat biżżejjed pero' nista' nirrispondik iktar tard bil-miktub, għalkemm għandi informazzjoni li inti għamilt mistoqsija parlamentari oħra proprju fuq dan li qed tistaqsi llum u din dalwaqt se tiġi risposta.", "Ma naħsibx li tagħmel differenza jekk tkunx taf ir-risposta llum jew għada.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - CONTROL CARDS TAL-MEDIĊINA", "25816.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 24923 magħmula fil-21 ta' Frar, 1995, ċioe' jista' jgħid kemm hawn persuni bħalissa f'Malta u Għawdex maqsuma bejn irġiel u nisa 'l fuq minn 60 sena li huma fuq control cards tal-mediċina skond il-kategorija ta' hawn taħt:-", "a) Narcotic Control Cards - Malta; b) Narcotic Control Cards - Għawdex; c) Schedule V - Malta (Yellow cards); d) Schedule V - Għawdex (Yellow cards); e) Diabetic Control Cards - Malta (Blue cards); f) Diabetic Control Cards - Għawdex (Blue cards); g) Control Cards - Malta (Roża); u h) Control Cards - Għawdex (Roża)?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 24923 f'Seduta 414 tal-25 ta' April, 1995.", "SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI", "25817.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindika fejn kienu joqogħdu oriġinarjament il- persuni rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli maqsumin skond il-kategoriji:-", "a) Mobile; b) Semi-mobile; c) Bed-ridden; u d) Psycho-geriatric skond kif mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 24924?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif dwar ir-residenza tal-pazjenti anzjani - 'l fuq minn 60 sena - qabel ma daħlu l-Isptar Monte Carmeli sa l-10 ta' April 1995, imqassmin skond il-kategoriji fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 24924, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - PAZJENTI", "25818.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jindika fejn kienu joqogħdu oriġinarjament il- persuni rikoverati fl-Isptar San Vinċenz de Paule maqsumin skond il- kategoriji:-", "a) Mobile; b) Semi-mobile; c) Bed-ridden; u d) Psycho-geriatric skond kif mogħtija fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 24922?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari) (f'isem il- Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li fir-Residenza San Vincenz de Paule tinżamm statistika aġġornata tal-kategoriji ta' residenti kif imsemmi fl-istess mistoqsija.", "Fil-preżent tinżamm lista tal-lokalitajiet minn fejn oriġina kull resident, pero' din m'hix kategorizzata kif imsemmi.", "Biex wieħed jara f'liema kategorija jaqa' l-1,024 resident u minn fejn oriġina, jinvolvi ċertu ammont ta' xogħol.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jiġifieri aħna ma nistgħux niġu mogħtija din l- informazzjoni?", "Jien napprezza li l-impjegati tad-Dipartiment għandhom ħafna xogħol imma naħseb li kollox jirrikjedi x-xogħol.", "Jidhirli li din l- informazzjoni hija importanti, speċjalment minħabba l-iżviluppi li qed isiru u għalhekk nispera li xi darba jkollna risposta għal dan ix-xogħol.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jien ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha valur għall-għan li qed isemmi l-Onor.", "Grech.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jien jidhirli li din l-informazzjoni hija importanti għax tista' sservi sabiex wieħed jipprova jagħmel studju epidemoloġiku.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: GĦalkemm l-informazzjoni mitluba tinvolvi ħafna xogħol lill-personnel tad-Dipartiment, aħna se nipprovaw nirrispondu din il-mistoqsija iktar tard.", "Madankollu jien nibqa' nsostni li din l- informazzjoni m'hix daqshekk importanti għall-istudju epidemoloġiku li jrid isir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Is-Segretarju Parlamentari donnu qed jakkużana li aħna qed nitolbu din l-informazzjoni biex naħlu l-ħin.", "Jekk issa f'dan il- Parlament mhux se nibdew nieħdu l-informazzjoni rikjesta, nistgħu ma niġu xejn mill-ewwel!", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Jien m'iniex qed nakkużak.", "Kulma ġara huwa li jien esprimejt l-opinjoni tiegħi u inti esprimejt l-opinjoni tiegħek.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Portelli.", "ONOR.", "ALFRED PORTELLI: Kif nafu, mill-Parlament għaddejna l-liġi rigward saħħet il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Peress li fl-isptarijiet tagħna hemm impjegati, bħar-radiographers, li jkunu esposti għal ċertu periklu fuq il-post tax-xogħol tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispetturi tal- Gvern imorrux jagħmlu spezzjonijiet fl-isptarijiet ħalli jaraw li l-liġi dwar saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol tiġi osservata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub ħalli jkun jista' jirrispondiha l-Ministru konċernat għax il-Ministru responsabbli mill-Kummissjoni dwar is-Saħħa tal-Ħaddiema biss jista' jgħid x'jagħmlu l-ispetturi f'dan il-qasam.", "SPTARIJIET - PAZJENTI B'SOCIAL CASES", "25819.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fil-preżent li qed jiġu miżmuma fl-istituzzjonijiet imsemmija hawn taħt bħala social cases:-", "Fl-Isptar San Luqa; Fl-Isptar Sir Paul Boffa; u Fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Kemm minn dawn huma rġiel u kemm huma nisa, maqsumin f'dawn l-etajiet minn 60-75, 76-85 u 86+?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' pazjenti b'social cases fl-isptarijiet fl-aħħar ta' Marzu 1995 kien kif se ngħid:-", "PAZJENTI RĠIEL", "ETA' SPTAR SPTAR *SPTAR TA' SAN LUQA BOFFA GHAWDEX TOTAL", "60 - 75 10 2 0 12 76 - 85 6 8 0 14 86+ 5 0 0 5", "TOTAL 21 10 0 31", "PAZJENTI NISA", "ETA' SPTAR SPTAR *SPTAR TA' SAN LUQA BOFFA GHAWDEX TOTAL", "60 - 75 14 2 2 18 76 - 85 17 17 1 35 86+ 7 14 2 23", "TOTAL 38 33 5 76", "(*Il-figuri għal Għawdex jinkludu biss social cases li huma rikoverati f'wards akuti.)", "SPTARIJIET - ENROLLED NURSES", "25820.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 25027, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enrolled nurses jaħdmu f'istituzzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tas-Segretarjat ta' l-Anzjani, ċioe' l- Isptar San Vinċenz de Paule, l-Isptar Zammit Clapp; u d-Djar ta' l-Anzjani?", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li n-numru ta' enrolled nurses li qed jaħdmu bħalissa huwa kif jidher hawn taħt:", "Residenza San Vincenz de Paule 114 full-time u 54 part-time", "Sptar Zammit Clapp 25.7 full-time equivalent Djar ta' l-Anzjani 3 Enrolled Nurses", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Moran.", "ONOR.", "VINCENT C. MORAN: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk jafx kemm hu n-numru ta' enrolled nurses li m'humiex qed jagħmlu nursing duties f'dawn l-isptarijiet?", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Nista' nassigurak li n-nurses li m'humiex qed jagħmlu nursing duties f'St Vincent De Paule huma waħdiet; ma nafx il- figura preċiża bl-amment, imma forsi hemm xi tlieta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna kemm hemm part-time enrolled nurses li jridu jsiru tal-post?", "Hawnhekk qed nirreferi partikolarment għall-enrolled nurses li jaħdmu fl-isptar St. Vincent De Paule.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Fil-fatt kull min ried isir tal-post applika u issa dawn l-applikazzjonijiet qed jiġu kkonsidrati mill-Public Services Commission.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S GRECH: Jien jidhirli li fl-Isptar St Vincent De Paule in- numru ta' enrolled nurses part-time huwa kważi d-doppju ta' l-enrolled nurses tal-post.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI: Le, għax fil-fatt filwaqt li n-numru ta' part-time enrolled nurses huwa ta' 54, in-numru ta' full-time enrolled nurses huwa ta' 114, jiġifieri huwa n-nofs u mhux id-doppju.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA", "COMMISSIONERS FOR JUSTICE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, Viċi-President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mit-22 ta' Marzu, 1995.", "Klawsola Ġdida 17 - Emenda ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.", "Att Nru. XV ta' l-1993.", "(Kont.)", "New Clause 17 - Amendment of the Local Councils Act, 1993.", "Act XV of 1993.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki fuq klawsola ġdida 17?", "Il- Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru tal-Ġustizzja u Kultura): Minn dokumentazzjoni li għandi jidher li ma kien hemm ebda diffikulta' fuq Klawsola Ġdida 17 u kien sempliċement il-ħin li ma ppermettiex lill-Kumitat japprova din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 17 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola Ġdida 15 - Emenda ta' l-artikolu 3 ta' l-Att prinċipali.", "New Clause 15 - Amendment of section 3 of the principal Act.", "(Posposta fit-22 ta' Marzu, 1995)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nipproponi din l-emenda:", "\"F\" Minflok il-paragrafu (a) li hemm fil-klawżola ġdida 15 kif proposta bl-emenda \"C\" għandu jidħol il-paragrafu (a) li ġej:", "\"(a) Minnufih wara l-kliem \"mogħtija lilhom b'dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"jew taħt l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali\"; u minflok il-kelma \"jiġifieri\" għandhom jidħlu l-kliem \"inkluż il- funzjonijiet u s-setgħat\";\".", "\"F\" For paragraph (a) in new clause 15 as proposed in amendment \"C\" there shall be substituted the following new paragraph (a):", "\"(a) Immediately after the words \"assigned to them by this Act\" there shall be inserted the words \"or under the Local Councils Act 1993\"; and for the words \"that is to say\" there shall be substituted the words \"including the functions and powers\";\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola Ġdida15 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 15, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor.", "Clause 1 - Short title.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 1:", "\"G\" Fi klawżola 1 minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1994\" għandhom jidħlu l- kliem \"l-Att ta' l-1995\".", "\"G\" In clause 1 for the words \"Act 1994\" there shall be substituted by the words \"Act 1995\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il- mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi t-Titolu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal- Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering meħtieġ.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering meħtieġ.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SERVIZZI TA' MPIEG U TAĦRIĠ", "EMPLOYMENT AND TRAINING SERVICES (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "RICHARD MUSCAT (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Falzon.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Mr Speaker, dan l-Abbozz ta' Liġi ilu ħafna fuq l- agenda tal-Parlament pero' huwa Abbozz qasir ħafna li l-bżonn tiegħu jirriżulta mill-fatt li hemm differenza bejn it-test Malti u t-test Ingliż tal-Liġi prinċipali, partikolarment f'subartiklu 13 (2) fejn filwaqt jittratta fuq min jirrifjuta li jieħu xogħol jew taħriġ u jgħid li dan jista' jitlef il-prijorita' għall-employment.", "Fit-test Ingliż hemm il- kliem:", "\"When a person who is registered for employment refuses, without a good and sufficient cause, to avail himself of any suitable opportunity for employment or training offered to him by the Corporation, he shall lose his priority for referral for employment and shall be notified accordingly in writing.\".", "Fit-test Malti l-kliem \"or training\" ma jeżistix, u hemm il-kliem:", "\"Meta persuna li tkun reġistrata għal impieg tirrifjuta, mingħajr raġuni tajba u biżżejjed, li tilqa' xi opportunita' xierqa ta' impieg li tkun offerta lilha mill-Korporazzjoni, hija titlef il-preċedenza tagħha għal riferiment għal impieg u tiġi avżata b'dan bil-miktub.\".", "Ovvjament hemmhekk hemm żball għaliex m'hemm l-ebda dubju li l-intenzjoni kienet li jiġi inklużi ukoll il-kliem it-taħriġ.", "Għalhekk b'dan l-Abbozz qed nipproponu emenda żgħira biex dan il-kliem jidħol fil-Liġi prinċipali u allura l-verżjoni Maltija tiġi tikkorrispondi għall-verzjoni Ingliża.", "Naturalment minħabba din is-sitwazzjoni ġieli qamu xi diffikultajiet.", "Kulħadd jaf li skond il-liġi hija l-verżjoni Maltija li torbot meta jkun hemm diskrepanza u allura jista' jkun hemm każijiet fejn persuna tiġi offruta taħriġ għal xogħol bl-iskop li jgħinha ssib ix-xogħol li qiegħda tfittex u din tirrifjuta t-taħriġ.", "Sal-lum ma setgħux jittieħdu l-passi kontemplati f'dan l-artiklu għaliex, kif għidt, meta jkun hemm diskrepanza fit-test tal-liġi, hija l-verżjoni Maltija li torbot.", "Għalhekk kulma qed jipproponi dan l-Abbozz hu li jiddaħħal il-kliem \"jew taħriġ\" fit-test Malti biex dan ikun konformi mat-test Ingliż.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Philip Muscat.", "ONOR.", "PHILIP MUSCAT: Mr Speaker, naħseb li kemm in-naħa tal-Gvern kif ukoll in-naħa ta' l-Oppożizzjoni jaqblu fil-prinċipju.", "Huwa veru li l- ispirtu tal-liġi kien li min jirrifjuta xi taħriġ għall-impieg li jkun qed jirreġistra għalih - għax suppost li dan ġenwinament ikun qed jirreġistra bl-iskop li jaħdem f'dak l-impieg - ...", "Allura kien nuqqas li fil-verżjoni Maltija, li hija dik li torbot, ma kienx hemm il-kliem neċessarju għal din il-kondizzjoni.", "Pero' jien xtaqt li l-Ministru llum ta aktar informazzjoni lill-Kamra biex naraw f'dawn l-aħħar snin kemm kien hemm każijiet ta' persuni li ġew maqtugħa mir-reġistrazzjoni, mhux għax irrifjutaw xi impieg imma għax irrifjutaw xi taħriġ.", "Jekk irrifjutaw xi taħriġ, x'passi ħadet l- Employment and Training Corporation, imxiet mal-verżjoni Ingliża tal-Liġi jew inkella mal-verżjoni Maltija?", "Jekk il-Korporazzjoni mxiet bil-verżjoni Maltija, allura bil-liġi ma setgħetx taqta' mir-reġistrazzjoni lil min ikun qed jirreġistra.", "Din l-informazzjoni hija relevanti ħafna għad-dibattitu tal-lum, għaliex b'hekk wieħed ikun jista' jifli sew - u mhux iħares b'għajnejh magħluqa - jekk din l-emenda fil-liġi hijiex ġustifikata jew le.", "Veru li ġieli jkun hemm nies jirreġistraw għal xi kategorija ta' xogħol u wara ċertu żmien, għal xi raġuni jew oħra, ibiddlu l-kategorija ta' xogħol li jkunu qed ifittxu jew għax ikunu kibru fl-eta' jew għax ma jibqgħux interessati f'dak it-tip ta' xogħol.", "L-Employment and Training Corporation għandha xi mezz biex wieħed li jkun qed jirreġistra għal xi impieg jingħata iktar minn opportunita' waħda biex jiġi mħarreġ f'sengħa jew f'xi linja oħra ta' xogħol li għalkemm ma tkunx preċiżament dik li jkun qed ifittex, almenu tkun relatata?", "X'kondizzjonijiet ta' training hemm għal dawk in- nies li jkunu jirreġistraw u jkunu ta' ċertu eta' u jista' jkollhom xi diffikultajiet finanzjarji?", "X'kumpens għandu jkun hemm għal min jieħu t- taħriġ?", "Illum l-Oppożizzjoni tixtieq tkun taf xi training qed tagħti l- Employment and Training Corporation għax mill-aħħar rapport tas-sena li għaddiet nafu li kien hemm programm \"training the trainers\".", "GĦalkemm fuq il-karta jingħad li wieħed irid jiġi mħarreġ, u issa huwa obbligat iktar minn qabel li jiġi mħarreġ għall- impieg li qed jirreġistra għalih, ovvjament jekk ma jkollokx biżżejjed faċilitajiet biex tħarrġu ma tistax tagħmlu produttiv u effiċjenti fil-linja li jkun qed jirreġistra għaliha.", "Mir-rapporti ta' l-Employment and Training Corporation jidher li l- korsijiet huma qosra wisq u superfiċjali u allura m'hemmx iċ-ċans li wieħed jiġi mħarreġ b'mod sodisfaċenti għall-impieg li jixtieq isib.", "GĦalhekk wieħed irid janalizza sew jekk it-taħriġ li qed jingħata llum huwiex sodisfaċenti u jekk jistax jiġi offrut lil kull min qed jirreġistra għal kull kategorija ta' xogħol.", "X'se jkun ir-riżultat jekk ma jingħatax taħriġ għat-tip ta' xogħol li wieħed ikun qed jirreġistra għalih?", "Huwa importanti li wieħed mhux biss jagħmel il-liġi fuq il-karta u jagħmel il- kondizzjonijiet, imma jrid jara li dawn jiġu implimentati.", "L-Employment and Training Corporation għandha l-obbligu u d-dmir li tara li dawk in-nies li llum għandhom bżonn it-training fid-diversi oqsma tas-soċjeta' Maltija, dan it-taħriġ jeħduh u jeħduh b'effiċjenza.", "L-impressjoni li għandi mir- rapport li ħareġ is-sena l-oħra - naħseb li issa wasal biex joħroġ rapport ieħor - hija li hemm nuqqas ta' faċilitajiet u anke personnel neċessarji għat-taħriġ.", "Dan il-Gvern wiret skemi ta' taħriġ bħalma hi l-ESTS, nies tekniċi, skejjel tas-snajja' u istituti tekniċi, u għalhekk ma kellux ikun diffiċli għall-ETC li jkollha l-għodda u l-mezz biex tħarreġ liż-żgħażagħ li jispiċċaw mit-technical institutes u mit-trade schools.", "Hemm differenza kbira bejn it-taħriġ fuq il-bank ta' l-iskola u t-taħriġ fuq il-bank tax- xogħol.", "GĦalhekk huwa importanti li wieħed jagħmel analiżi u jara x'qed isir fid-diversi oqsma ta' l-ETC.", "Wieħed jifhem li mhux il-privat biss għandu bżonn ir-riżorsi umani, imma anke l-Gvern stess.", "Per eżempju, fid- Dipartiment ta' l-Argikoltura kien hemm sezzjoni li kienet tieħu ħsieb tagħti pariri fuq il-mard tas-siġar u ż-żabra, imma llum din tinsab kważi mingħajr nies.", "Dan ifisser li lanqas il-Gvern m'għandu nies imħarrġa fil- postijiet fejn l-aktar li hemm bżonnhom.", "Tajjeb li fid-dawl ta' l-ispejjeż kbar li ħallas dan il-Gvern lill-MSU, wieħed jeżamina jekk ir- rakkommandazzjonijiet li għamlet ġewx implimentati fid-diversi dipartimenti tal-Gvern ħalli naraw jekk l-ewwel passi f'dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ sarux sew u sarux fejn hemm bżonn.", "Fi ftit kliem qed ngħid li għandu jkun hemm moviment ta' riżorsi umani biex fejn hemm nies żejda jew nies li mhux qed jiġu utilizzati biżżejjed, jiġu utilizzati aħjar f'dipartimenti oħra.", "Waħda mill-affarijiet li wieħed iħabbat wiċċu magħhom hija l-after-sales service.", "Is-settur privat m'għandux ikollu l-interess li jbigħ il-prodott, imma għandu jara wkoll li jagħti an after-sales service ta' maintenance fuq il-prodotti li jkun biegħ.", "F'dawn is-setturi wieħed jara l-faqar li għad għandna f'dawk li huma riżorsi umani mħarrġa fi snajja' li llum il-pajjiż għandu bżonnhom ħafna minħabba l-firxa li dejjem qed tikber ta' kwantita kbira ta' white goods.", "GĦalhekk wieħed irid jara u jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-lum fejn qed ipoġġulna piż fuqna, speċjalment fuq l-Employment and Training Corporation, sabiex ir-riżorsi umani li għandna fil-pajjiż - u għandna ħafna - jiġu utilizzati sew u jiġu channelled f'dawk l-oqsma fejn wieħed irid jikkordina ma' l-industriji Maltin, mal-Kamra tal-Kummerċ u mas- setturi kollha biex flimkien jaraw il-bżonnijiet li għandha Malta.", "Huwa fatt ukoll li wieħed min-nuqqasijiet li għandna huwa fit-taħriġ ta' nies għall-għajnuna u għall-prevenzjoni ta' inċidenti waqt il-ħin tax- xogħol.", "Jien inħoss li waħda mill-affarijiet li għandna nagħmlu hija li nħarrġu nies apposta ħalli fil-fabbrika fejn ikunu jaħdmu jkunu jistgħu jgħallmu lil xulxin ħalli jsiru inċidenti mill-inqas.", "Wieħed irid jara li jkun hemm nies imħarrġa fil-fabbriki u l-postijiet tax-xogħol biex il- ħaddiem jiġi protett kemm b'mezzi preventivi u anke mezzi ta' first-aid li jista' jkun hemm bżonn.", "Jien naħseb li l-emenda li qed iressaq il-Gvern hija tajba għalkemm tista' tiġi abbużata.", "Kif għidt qabel, meta nkunu qegħdin nikkonsidraw it- taħriġ wieħed irid jikkonsidra wkoll iċ-ċirkostanzi ta' dak li jkun qed jirreġistra, jiġifieri l-inklinazzjoni tiegħu, l-eta' tiegħu u fatturi oħra ħalli ma jinqatax mir-Reġistru bl-addoċċ.", "Jien għandi nifhem li jekk ma jkunx hemm element politiku - kif naħseb li hemm fl-ETC għaliex dawn in- nies huma placed hemm minħabba their political feelings - ma jkunx hemm il- ħtieġa li lin-nies naqtgħuhom mir-Reġistru u nħalluhom jgħumu unemployed u ma jieħdu xejn.", "Nispera li dan il-paraventu jinqata', għax inkella ma naslux li lil dawn in-nies tassew insibulhom job xieraq.", "Wara kollox, ma jkunx diffiċli li wara l-paraventu jkun hemm nies appuntati minna ħalli jsibu xogħol adatt għal dawk li jkunu jridu xi job tajjeb.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Is-soltu jkun il-mument li niddiskutu l-istat ta' taħriġ f'pajjiżna meta jitressqu fil-Kamra l-Estimi tal-Korporazzjoni għax- Xogħol u Taħriġ, pero' naħseb li din l-emenda li qed titressaq illum tagħtina wkoll l-opportunita' biex niddiskutu ftit dan il-qasam daqshekk importanti għal pajjiżna.", "Hija emenda li s'intendi naqblu magħha u huwa importanti li naqblu magħha mhux biss b'mod formali imma wkoll b'mod sostanzjali.", "Illum f'pajjiżna ħadd aktar m'għadu jissogra jitkellem kontra t-taħriġ jew iqis li t-taħriġ huwa superfluwu jew irrelevanti.", "Pero' l- aktar ħaġa li għadha inkwetanti f'pajjiżna hi li waqt li bil-fomm ilkoll nitkellmu fuq kemm it-taħriġ huwa importanti, il-fatti ma jirriflettux biżżejjed l-importanza li ngħidu li għandu t-taħriġ f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid, kulħadd jitkellem fuq l-importanza tat-taħriġ kemm għal min se jidħol fid-dinja tax-xogħol u kemm għal dawk li jkunu qed jaħdmu għax illum spiċċa ż-żmien li tkun imħarreġ darba għal dejjem, jew li tkun edukat darba għal dejjem.", "Iċ-ċirkostanzi, l-impiegi, l-isfidi fid-dinja tax- xogħol u allura l-kapaċitajiet meħtieġa għal xogħol partikolari jinbidlu kontinwament u għalhekk hemm bżonn it-taħriġ.", "Hemm ukoll bżonn ta' taħriġ għal min jispiċċa mix-xogħol u jrid jipprova jsib xogħol ieħor, kif ukoll għal dawk li ilhom żmien twil ifittxu xogħol u ma sabux - f'rapporti uffiċjali ġie indikat li l-problema tal-long-term unemployment hija problema - jew għax ma jkunux fittxew bis-serjeta'; jew għax għandhom xi problemi oħra, forsi minħabba l-eta' jsibuha diffiċli biex jerġgħu jaqbdu d- dinja tax-xogħol.", "Jien nixtieq li nirriflettu ftit fuq it-taħriġ ta' dawk li se jibdew ix- xogħol.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nirrevedu bis-serjeta' l-iskemi ta' apprentistat li għandna f'pajjiżna u l-kontenut tat-taħriġ li jingħataw żgħażagħ li għadhom se jsibu x-xogħol għall-ewwel darba.", "Jien konvint li l- kapaċita' min-naħa taż-żgħażagħ tagħna mhix nieqsa.", "Fil-fatt ftit ilu ħassejtni kburi nitkellem ma' imprenditur Kanadiż li investa hawn Malta u issa qed ikabbar ix-xogħol tiegħu, għax dan qalli li l-aktar ħaġa li togħġbu fiż-żgħażagħ Maltin hi li fejn hu jikkalkola li ż-żgħażagħ Kanadiżi jieħdu 16-il xahar biex jitgħallmu ċerti snajja', iż-żgħażagħ tagħna kapaċi jitħarrġu fi żmien sitt xhur.", "Din hija xi ħaġa tajba u għandna napprezzaw dan ir-riżors uman f'pajjiżna.", "Pero' waħda mill-affarijiet li nisslet fih dan l-ottimiżmu u din il-fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna kienet it-taħriġ li hu ddisinja għaż-żgħażagħ tagħna, taħriġ relevanti għax-xogħol tagħhom li jagħtihom il-kapaċita' li jsolvu l-problemi li jiltaqgħu magħhom fuq il- post tax-xogħol.", "B'hekk il-biċċa xogħol li jingħataw biex jagħmlu jkunu jafu u jagħmluha sew.", "Mr Speaker, jien naħseb li f'ċerti skemi ta' taħriġ li għandna, per eżempju, areas partikolari ta' l-ESTS, liż-żgħażagħ tagħna qed nagħtuhom wisq orjentament dejjaq, fis-sens li l-livell tas-snajja' huwa baxx.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Fl-ESTS hemm żgħażagħ li qed jagħmlu t-tlett ijiem tax- xogħol tagħhom ma' l-Enemalta.", "F'dan il-każ it-tip ta' taħriġ prattiku li qed jingħataw hemmhekk huwa ddisinjat għal xogħol li f'pajjiżna jeżisti biss fl-Enemalta.", "Aħna nafu li dawn iż-żgħażagħ m'għandhom l-ebda garanzija li se jingħataw impieg ma' l-Enemalta meta jispiċċaw l-iskema ta' appretistat, apparti l-fatt li jista' jkun ukoll li fis-snin li ġejjin l- Enemalta ma jkollhiex growing capacity tali li tassorbi lil dawk iż- żgħażagħ li qed jingħataw taħriġ magħha fi ħdan l-ESTS.", "Jien nappella bis- serjeta' biex il-kontenut tat-taħriġ prattiku li jingħataw iż-żgħażagħ ma jkunx dejjaq u ma jkunx marbut wisq ma' tip ta' xogħol li mhux se jkollhom ċans jagħmluh f'pajjiżna għaliex it-tentazzjoni għal dawk iż-żgħażagħ tkun - diġa' jkollhom tentazzjonijiet għax jaraw żgħażagħ oħra ta' l-eta' tagħhom jaħdmu u jaqilgħu flus aktar minnhom - li jibdew id-dinja tax- xogħol kmieni, l-aqwa li jaqilgħu xi ħaġa, ħalli mbagħad 'il quddiem jiddispjaċihom li ma tħarrġux u ma tgħallmux meta messhom għamlu hekk u kellhom l-opportunita' li jagħmlu hekk.", "Jien nappella li wasal iż-żmien li nirrevedu l-kontenut tat-taħriġ, għax kif inhuma ddisinjati l-iskemi ta' apprentistat li għandna u l-kontenut tat-taħriġ prattiku li qed jingħataw iż-żgħażagħ tagħna, jidher li wħud mill-korsijiet huma dojjoq wisq, huma marbuta wisq ma' xogħol li mbagħad mhux se jsibu jagħmluh.", "Meta qed nitkellem fuq din l-iskema, nixtieq inqajjem punt fuq problema li ltqajt magħha dan l-aħħar u nittama dan il-punt jingħata l-attenzjoni li jixraqlu biex jekk hemm bażi f'dak li qed ngħid, is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.", "Jien informat li żgħażagħ li qed isegwu skema ta' taħriġ biex jieħdu l-liċenzja A ta' electricians, ħalli jkollhom il-possibilita' li jagħmlu l-eżami għal-liċenzja B, biex jingħataw dik il-liċenzja jridu jkunu għamlu tliet snin xogħol ta' electricians.", "Jien informat li l-Enemalta lil dawn iż-żgħażagħ m'hijiex tiffirmalhom ċertifikat li juri li fil-fatt għamlu tliet snin jagħmlu dak ix-xogħol mal-Korporazzjoni.", "Allura meta dawn iż-żgħażagħ jiġu biex jagħmlu l-eżami għal-liċenzja B, qed ikollhom problemi serji u qed ikunu żvantaġġjati komparati ma' oħrajn li jipprovdu dan iċ-ċertifikat.", "Nerġa' ngħid, dawn forsi jidhru dettalji u jolqtu biss ftit nies, pero' jekk hu hekk tajjeb li wieħed jieħu ħsieb jirrimedjahom għaliex dan m'hux mod kif ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ tagħna jħarrġu lilhom infushom, imma nkunu qed inħajruhom jitilqu l-impenn ta' taħriġ u jibdew id-dinja tax- xogħol malajr kemm jista' jkun.", "Din hija xi ħaġa li ma taqbilx lil pajjiżna għax wara kollox hi kemm hi cliche l-asserzjoni li pajjiżna jimxi 'l quddiem skond kemm għandu nies imħarrġa u edukati, din hija asserzjoni li rridu nibqgħu nagħmluha u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se jkollna bżonn nagħmluha.", "GĦalhekk, nerġa' ngħid, l-appell tiegħi hu li naraw li l- iskemi ta' taħriġ li għandna jkunu disinjati tajjeb b'mod li jagħtu liż- żgħażagħ li jkunu qed jagħmlu dan it-taħriġ il-flessibilita' li titlob illum id-dinja li qed tinbidel b'mod mgħaġġel.", "GĦad għandna ħafna apprentistati li huma narrow-skilled u li jieħdu narrow craft approach.", "Għandhom ikunu l-istess nies li raw l-importanza li jbiddlu l-orjentament ta' l-iskejjel tas-snajja' għandhom li jaraw li jekk huwa importanti li ma nagħlqux lill-ġuvintur u t-tfajliet ta' 14 jew 16-il sena f'sengħa dejqa, bl-istess prinċipju huwa importanti wkoll li filwaqt li l-iskemi ta' taħriġ kemm jista' jkun jagħtu l-kapaċitajiet prattiċi li l-ħaddiema jkollhom bżonn biex ikunu kapaċi jagħmlu l-biċċa xogħol li se jidħlu għaliha, fl-istess ħin dan it-taħriġ ikun flessibbli u wiesa' biżżejjed biex ikunu kapaċi jbiddlu x-xogħol tagħhom, ikunu kreattivi u jsolvu l- problemi li jiltaqgħu magħhom.", "Is-suspett tiegħi hu li ħafna mit-taħriġ li qed jingħata m'huwiex relatat ma' dan it-tip ta' approach u għalhekk għandna l-problemi.", "Allura hemm bżonn li fit-taħriġ u l-iskemi ta' apprentistat ikun hemm aktar kordinament bejn ix-xogħol li se jagħmlu u t- taħriġ li jingħataw.", "F'pajjiżna sfortunatamanent għad għandna diviżjoni kbira bejn id-dinja tat-tagħlim u d-dinja tax-xogħol, u konsegwenza t'hekk qed ibatu ż-żewġ oqsma u qed ibati ċertu tip ta' tagħlim impostat b'mod astratt u b'mod pjuttost nieqes minn ċertu saħħa għaliex il-kapaċita' tal-kultura u l- kapaċita' ta' l-edukazzjoni hi li mhux sempliċement tkun taf dwar xi ħaġa imma li tkun kapaċi tagħmilha u kapaċi ssolvi l-problemi li tiltaqa' magħhom.", "F'Malta għal żmien twil inbniet it-tradizzjoni li aktar ma teduka u tħarreġ ruħek, aktar tinqata' mix-xogħol prattiku.", "Imma din hija attitudni żbaljata li għadna qed inbatu minnha; dan it-tip ta' preġudizzju kontra l-fatt li rridu nħammġu jdejna bix-xogħol, li rridu li t-tagħlim u t- taħriġ iservu biex insolvu problemi prattiċi, għadna nbatu minnu.", "Sfortunatament dan it-tip ta' approach qiegħed anke jivvizzja oqsma fejn tistenna li m'għandux ikun hekk.", "Per eżempju, insibu nies li għax jitħarrġu, jingħataw diploma jew imorru jagħmlu xi kors l-Universita' konness ma' social work ma' persuni b'diżabilita' u b'diffikultajiet, jifformaw l-opinjoni żbaljata u perikoluża ħafna li issa għax tħarrġu aktar, m'huwiex kompitu tagħhom li jkomplu jagħmlu dak ix-xogħol jew li jagħmluh aħjar milli kienu jagħmluh qabel, imma xogħolhom issa huwa li joqogħdu wara skrivanija jiktbu rapporti dwar kif ħaddieħor għandu jagħmel dak ix-xogħol.", "Din hija xi ħaġa li pajjiżna jrid jegħleb jekk it-taħriġ irid iservi tassew biex intejbu l-kwalita' tax-xogħol li nagħmlu u mhux biex nitħarrġu jew nedukaw irwieħna ħalli ninqatgħu mix-xogħol.", "Għalhekk irridu nkomplu nsaħħu bis-serjeta', u mhux bil-kliem biss, l-idea li t- tagħlim, il-kultura u x-xogħol qegħdin hemm biex insaħħu u nistimulaw lil xulxin.", "Jien ma ngħidx li t-tagħlim huwa superjuri għax-xogħol jew li x- xogħol huwa superjuri għat-tagħlim, imma li jekk it-tagħlim u x-xogħol imorru flimkien u jiffertilizzaw lil xulxin jirbħu t-tnejn li huma.", "Nerġa' ngħid, ħafna drabi t-taħriġ li jingħata f'pajjiżna jew ma jkunx relevanti biżżejjed għall-problemi li niltaqgħu magħhom fuq il-post tax- xogħol, jew ikun meħud minn kotba ta' pajjiżi oħra miktubin fi żmenijiet oħra; ħafna drabi min ikun iddisinja t-taħriġ ikun qara xi ħaġa 20 jew 30 sena ilu u jkompli jiddisinjah b'dak il-mod.", "Min-naħa l-oħra dan it-tip ta' nuqqas ta' kapaċita' li ġej minn min jgħallem biex isolvi problemi prattiċi fid-dinja tax-xogħol isaħħaħ preġudizzju - li huwa perikoluż daqs l-ieħor - li t-taħriġ u l-edukazzjoni m'humiex relevanti għad-dinja tax- xogħol.", "Jien ngħid li hemm bżonn li negħlbu din id-dikotomija perikoluża, għaliex sakemm tibqa' kif inhi la t-taħriġ ma jsir sew u lanqas ix-xogħol.", "Il-futur ta' pajjiżna jiddependi ħafna mill-kwalita' ta' xogħol li kapaċi nagħmlu.", "It-taħriġ huwa wieħed mill-fatturi neċessarji biex intejbu l- kwalita' tax-xogħol tagħna f'kull qasam.", "M'huwiex sew li naħsbu li t- taħriġ isolvi l-problemi kollha fuq il-post tax-xogħol, għax dan jiddependi mill-organizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol kif ukoll mill-attitudni tal- management, mill-istrutturi u mill-ambjent.", "It-taħriġ huwa biss wieħed mill-fatturi importanti, imma jekk mhux se nsolvu din id-dikotomija li semmejt, huwa inutli li noqogħdu niddiskutu l-importanza tat-taħriġ, għax nerġa' ngħid li l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li nsaħħu l-kwalita' tat-taħriġ ħalli nagħtu l-kapaċita' li hemm bżonn biex intejbu l-kwalita' tax-xogħol u nsolvu l-problemi li jinħolqu fuq il-post tax-xogħol.", "Bil- kliem kulħadd jgħid kemm it-taħriġ huwa importanti, iżda bil-fatti ħafna drabi ma nkunux qed insostnu u nappoġġjaw bis-serjeta' attivita' bħal din li tant hija importanti għall-futur ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba hawn l-opportunita' li wieħed jitkellem dwar l-Employment and Training Corporation naħseb li huwa tajjeb li wieħed jagħmel xi rimarki dwar ċerti problemi fil-qasam tax-xogħol jew aħjar fil-qasam tan-nuqqas ta' impieg, għax ma naħsibx li l-pajjiż qed jiddedika l-attenzjoni tiegħu u ċertament mhux qed joħroġ miżuri sabiex isolvu dawn il-problemi.", "L-ewwel problema li nħoss li rridu nagħtuha iktar ħsieb hija dik ta' nies li jsibu ruħhom bla xogħol f'eta' avvanzata.", "Nies 'il fuq minn 50 sena li wara li jkunu ilhom f'ċertu xogħol għal medda ta' madwar 30 sena, f'daqqa waħda jsibu ruħhom liċenzjati mill-impieg għar-raġuni li x-xogħol li kienu jagħmlu jkun spiċċa jew li l-post fejn ikunu mpjegati jnaqqas in-numru ta' ħaddiema.", "Allura dawn isibu ruħhom mitfugħin fis-suq tax-xogħol - kif inhu msejjaħ - bid-diffikulta' kbira li t-tendenza ta' kull min qed jiddomanda ħaddiema hija li jagħżel ħaddiema ta' eta' żgħira u jiskarta oħrajn ta' eta' kbira.", "GĦalhekk insibu numru ta' persuni li wara li jkunu taw snin twal ta' servizz, jispiċċaw diżokkupati u meta jipprovaw ifittxu xi xogħol ieħor isibu kullimkien magħluq sepliċement minħabba l-eta' avvanzata tagħhom.", "Din il-problema ma nsibuhiex biss f'pajjiżna imma teżisti anke f'pajjiżi oħra, imma aħna jinteressana immedjatament minn pajjiżna.", "Peress li fl-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu hija regola stabbilita li n-nies li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jiġu mogħtija opportunita' ta' xogħol skond il-prijorita' tar-reġistrazzjoni tagħhom, meta l- Korporazzjoni tirreferi għal min ikun qed jirreġistra biex jimtlew xi postijiet tax-xogħol ma tistax tippreferi lil dawk in-nies li jkunu ta' ċerta eta' u minħabba f'hekk dawn isibu aktar diffikulta' minn nies ta' eta' iżgħar biex jiġu offruti xogħol.", "Jien naħseb li għandu jinstab mezz kif nies ta' ċerta eta' li ġenwinament iridu jaħdmu - ħafna minnhom ikunu demoralizzati minħabba l-fatt li għax huma ta' eta' avvanzata ħadd ma jagħtihom preferenza fl-għażla ta' impieg - jingħataw preferenza meta jiġi offrut xi xogħol jew meta jkun hemm talba lill-Korporazzjoni biex tirreferi xi ħaddiema għall-impieg.", "Aħna ma nistgħux inservu l-kuxjenza tagħna billi ngħidu li llum m'hux il-ħaddiema qed jiġru wara x-xogħol imma x-xogħol qed jiġri wara l-ħaddiema għax għandna numru ta' ħaddiema ta' ċerta eta' li qegħdin jiġru wara x-xogħol u minħabba l-eta' tagħhom ma jingħatawx xogħol.", "GĦalhekk inħoss li ta' min jikkonsidra jekk ħaddiema li intortament sfaw bla xogħol wara ħajja twila ta' xogħol, għandhomx jingħataw konsiderazzjoni prioritarja u preferenzjali ħalli n-numru qasir ta' żmien li baqagħlhom qabel ma jaslu għall-pensjoni, iqattgħuh attivi f'impieg u m'hux disokkupati kontra r-rieda tagħhom u b'effett ħażin ħafna fuq il-moral tagħhom.", "It-tieni problema li nħoss li rridu nagħtu aktar kas tagħha hija l- problema ta' numru ta' ħaddiema li m'humiex qed jaħdmu u li m'għandhomx sengħa.", "GĦalkemm qed nitkellmu fuq id-dritt tal-Korporazzjoni li tesiġi li fejn ikun hemm opportunita' ta' taħriġ adattat għal min qed jirreġistra għax-xogħol, jekk din l-opportunita' ma titteħidx, allura min jirrifjuta bla raġuni jinqata' mir-reġistrazzjoni għall-impieg u jitlef il-priorita', huwa fatt li hemm numru ta' ħaddiema li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol li huma bla sengħa u li sfortunatament bir-rieda tajba kollha ta' kulħadd xorta waħda m'humiex ħaddiema li jistgħu jiġu mħarrġa f'sengħa.", "Dawn aktarx huma nies li fl-eta' tagħhom ta' l-iskola jkunu tilfu kull opportunita' li jitgħallmu sengħa u la jitgħallmu skola u lanqas jitgħallmu sengħa.", "Fil-każ ta' dawn in-nies imbagħad huwa diffiċli li f'eta' aktar avvanzata jiġu persważi, imħeġġa jew imħajra biex jitgħallmu sengħa għaliex aktarx li huma nies li m'humiex kapaċi jitgħallmu sengħa u għalhekk l-opportunita' ta' taħriġ, kbira kemm tkun kbira, xorta waħda ma tistax tagħmlilhom ġid.", "Jidhirli li l-pajjiż m'hux qed jaħseb biżżejjed dwar il- fatt li persentaġġ ta' nies ta' l-eta tax-xogħol se jkunu nies li la tgħallmu sengħa u lanqas huma kapaċi jitgħallmu sengħa, u għalhekk il- pajjiż irid jara li jkun hemm numru ta' postijiet available għal nies bħal dawn.", "Minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-mobilita' ta' l-impieg - fosthom li min qiegħed jaħdem ma jistax jiġi konsidrat għal impieg ieħor meta min qed jitlob li jimla' dak l-impieg jitlob nies mill-Korporazzjoni - jiġri li jekk hemm nies li għandhom is-sengħa imma qegħdin f'impieg fejn jagħmlu xogħol li ma jirrikjedix sengħa, il-fatt li huma diġa' mpjegati, ikun ta' ostakolu għalihom sabiex jiġu kkonsidrati għal opportunitajiet ta' impieg f'postijiet fejn wieħed jirrikjedi ċerta sengħa.", "Din hija sfortuna għaliex kieku n-nies li għandhom sengħa imma qegħdin jagħmlu xogħol li ma jirrikjedix sengħa jieħdu l-opportunita' - għaliex m'humiex ostakolati mil- liġijiet li għandna - ta' postijiet ta' xogħol li jirrikjedu sengħa, huma jivvakaw il-postijiet tagħhom għan-nies li m'għandhomx sengħa u li ma jistgħux jew m'humiex kapaċi jitgħallmu sengħa biex okkupaw huma dawn il- postijiet.", "Nieħdu l-eżempju tipiku, il-post ta' watchman.", "Il-post ta' watchman, apparti l-kwalitajiet li wieħed jitlob biex persuna timla' dan il-post, m'huwiex post li jirrikjedi sengħa, u huwa għajb li jkollok numru ta' nies li jkollhom sengħa u jimlew post ta' watchman, mentri mbagħad issib numru ta' nies li m'għandhomx sengħa, ma jistgħux jitgħallmu sengħa u li ma jistgħux jaħdmu għax m'hemmx xogħol available għalihom.", "Allura jkollok numru ta' nies li jkunu qed jirreġistraw bħala labourers u li faċilment ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ta' watchmen u mbagħad ikollok numru ta' watchmen li għalkemm għandhom sengħa ma jistgħux jokkupaw xogħol li jirrikjedi sengħa għax ma jistax ikun hemm din il-mobilita' minn post għall- ieħor minħabba li l-liġijiet li għandna ma jippermettux lil min hu impjegat jiġi kkunsidrat li jimla post li jkun vakanti.", "Nifhem li jekk wieħed ineħħi r-restrizzjoni li għall-postijiet vakanti l-Employment Corporation toffri biss nies li qed jirreġistraw, jista' jinħoloq chaos u tista' tinħoloq ukoll opportunita' ta' abbuż.", "Jiena jidhirli li f'kamp ta' impieg ma' dipartimenti u kumpanniji li huma governattivi, parastatali u li l- Gvern għandu kontroll fuqhom, tista' tinħadem skema fejn wara li jsir survey u assessment dettaljat tan-nies li jokkupaw postijiet li ma jirrikjedux sengħa u fejn l-individwi li jokkupaw dawn il-postijiet huma nies tas-snajja', il-Gvern, il-korporazzjonijiet u l-kumpanniji jistgħu jirrimedjaw biex dawn il-postijiet jiġu vakati minn dawn in-nies u jimtlew minn oħrajn li m'għandhomx sengħa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon, bil-permess ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fit-teorija dan huwa tajjeb imma allura fil- prattika dawn il-korporazzjonijiet u kumpanniji se jġegħlu lin-nies li għandhom sengħa u li qed jagħmlu xogħol ta' watchmen jitilqu xogħlhom u jmorru jkaħħlu, jiżbgħu u whatever biex in-nies li ma jafu jagħmlu xejn ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Id-domanda hija jekk intix se ġġegħlhom jagħmlu dan.", "Jiena se nirrispondik imma qabel nitlob lill-Gvern jikkonsidra l-kontinġenza l-oħra.", "Jiena qed ngħid li anke jekk dawn jixtiequ jagħmlu hekk, ma jistgħux jiġu kkonsidrati li jimlew postijiet li jirrikjedu sengħa għax meta l-employer jitlob l-ismijiet lill-ETC, din ma tistax tissottometti ismijiet ta' nies li diġa' qegħdin fl-impieg.", "Mela jekk jiena watchman u naf nagħmel ix-xogħol ta' electrician u hemm post ta' electrician available ma' korporazzjoni, din titlob lill-ETC, tingħatha lista ta' nies li qed jirreġistraw bħala electricians, jintagħżel numru ta' nies minnhom u jiena li qiegħed impjegat bħala watchman mal-Gvern ma nistax niġi kkonsidrat minn dik il-korporazzjoni allavolja nkun nixtieq.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Min jixtieq?", "That is where you are wrong.", "Inti imma tixtieq bħala Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa se niġi għad-domanda dwar jekk iġġegħlhomx.", "Jiena qed ngħid li minħabba r-restrizzjonijiet li hawn fil- liġi li saru minn Gvern Laburista stess, jista' jkun hemm każi fejn min irid jiġi kkunsidrat biex jimla' post ta' sengħa ma jistax jiġi kkonsidrat għax huwa diġa' fl-impieg.", "Qed jintqal li din hija ipotetika għax ħadd ma huwa fil-pożizzjoni li jkun jrid jitlaq il-post li għandu ta' bla sengħa biex jieħu post ieħor fis-sigur u fiċ-ċert li jirrikjedi sengħa.", "Naħseb li din l-ipotesi m'hijiex remotissima u jekk hija remota u wieħed jipprovaha ma toħloqx diżgwid u disturb kbir għax ir-rispons jista' jkun żgħir.", "Fl- opinjoni tiegħi din għandha tiġi tested u naħseb li jekk ħaġa bħal din tiġi ppruvata, ikun hemm nies li fil-fatt jagħżlu post ta' sengħa u li jkun ukoll fiċ-ċert minflok ikomplu jżommu post ta' bla sengħa.", "Issa ħalli nirrispondi d-domanda li saret dwar jekk hux qed jiġi suġġerit illi min għandu sengħa u qed jokkupa post li ma jirrikjedix sengħa għandux jiġi sfurzat kontra r-rieda tiegħu li jmur f'post li jirrikjedi sengħa, liema sengħa huwa għandu.", "Jiena nitlob lill-Kamra tikkonsidra dan il- konċett.", "Jekk post jirrikjedi sengħa, min m'għandux dik is-sengħa m'għandux dritt jippretendi li jokkupa dak il-post.", "Jekk post ma jirrikjedix sengħa, min għandu sengħa m'għandux dritt jippretendi li jokkupa dak il-post.", "Mela allura jekk il-pajjiż jirrikjedi li min għandu sengħa mhux biss dan isarraf id-dritt li jkun impjegat imma li jutilizza dik il-ħila li għandu li swiet lill-pajjiż il-flus biex għallmu dik is- sengħa, dan ma jistax jippretendi li għandu d-dritt li jokkupa post li ma jirrekjedix sengħa meta l-pajjiż għandu problema li għandu numru ta' nies li m'humiex kapaċi jitgħallmu sengħa - mhux ma jridux jitgħallmu - u l- pajjiż ma jistax joffrilhom impieg għaliex m'għandux numru biżżejjed ta' impiegi biex jissodisfa n-numru ta' nies li m'humiex kapaċi jitgħallmu sengħa.", "Jien jidhirli li dan il-konċett m'huwiex għal kollox stramb; konċett li jista' jiġi approfondit u li naħseb li dwaru jista' jsir attentat jew tentattiv biex jitwettaq.", "Jien żgur li hi xi ħaġa loġika, issa jekk tistax titwettaq fil-prattika hi ħaġa oħra imma żgur li fit- teorija hija ġusta u li wieħed żgur li għandu jinsisti fuqha u jippropagaha.", "Dan hu ħsieb u konċett li għandu jiġu propagat.", "Mr Speaker, it-tielet rimarka li xtaqt nagħmel hi dwar it-taħriġ li qed jiġi offrut mill-Korporazzjoni.", "Jien naf li kull tant żmien jingħataw l- aħbarijiet ta' kemm il-Korporazzjoni kkonduċiet korsijiet ta' taħriġ u kemm nies utilizzaw u bbenefikaw minn dawn il-korsijiet u li fl-aħħar anke sabu mpieg; imma jien jidhirli li wasal iż-żmien li wieħed jirrevedi għal darba oħra jekk il-Korporazzjoni hijiex adattata u għandhiex il-mezzi biex tipprovdi t-taħriġ u l-korsijiet ta' taħriġ, speċjalment dak tekniku.", "M'iniex qed nirreferi għal taħriġ fl-iskills ta' l-uffiċċju imma għal suġġetti tekniċi.", "M'hemmx dubju li l-ETC la għandha l-mezzi, la għandha l- fondi u lanqas għandha n-nies li jistgħu joffru dan it-taħriġ.", "GĦalhekk kienet saret dik il-kritika sa mill-bidu li twaqqfet l-ETC li m'għandhiex tkun hi li tipprovdi t-taħriġ tekniku.", "L-ETC għandha tkun hi li tippromwovi, tgħin u tikkordina t-taħriġ tekniku illi bilfors irid jiġi provdut minn dawk il-postijiet tax-xogħol li huma speċjalizzati, fejn isir xogħol tekniku u minn dawk l-istituti u l-iskejjel tekniċi, imma mhux li tkun hi stess li tipprovdih.", "Għalhekk għandna nerġgħu naraw li t-taħriġ m'għandux jibqa' taħt il-kappa ta' l-ETC; l-ETC għandha biss tkun dak il- korp li tispira li jsir it-taħriġ, tikkordina u tgħin lil min jista' jagħmel dan it-taħriġ u mhux tipprova tipprovdi jew torganizza l-korsijiet hi.", "La qed nitkellem fuq it-taħriġ nixtieq li l-Gvern jinforma lill-Kamra x'sar u fiex waslet il-proposta li kienet saret u l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u d-Drydocks biex l-iskola tat-taħriġ li kien hemm ġewwa d- Drydocks titmexxa mid-Drydocks pero' mhux biss għar-rekruti tad-Drydocks.", "Meta sar l-ewwel ftehim bejn il-Gvern u d-Drydocks kien hemm provdut espressament li dik se tkun skema illi għalkemm kienet se tkun involuta fiha t-tmexxija tad-Drydocks, fil-fatt se tkun skema li tipprovdi taħriġ għal numru ta' żgħażagħ, mhux dawk li jaspiraw li jaħdmu fid-Drydocks biss.", "Dik il-proposta li kienet saret li kienet element prominenti ta' dak il- ftehim ma jidhirx illi ngħatat prominenza fis-snin li għaddew.", "Naħseb li l- proposta kif saret oriġinarjament u kif kienet miftiehma jew mietet jew żnaturat ruħha, ma naħsibx li qiegħda titwettaq kif kien issuġġerit.", "Huwa għajb li postijiet tax-xogħol bħad-Drydocks li jistgħu jkunu postijiet - mhux li joffru xogħol qed ngħid - fejn jista' jsir taħriġ għall-ħaddiema li 'l quddiem meta jitgħallmu s-snajja' ma jridux jew lanqas jaspiraw li jaħdmu fid-Drydocks ma jkunux ukoll postijiet ta' taħriġ għaż-żgħażagħ tagħna, apparti li jkunu wkoll postijiet li joffru opportunita' ta' xogħol.", "GĦandhom ukoll jiġu inċentivati postijiet oħra ta' xogħol li fl-istess ħin barra li huma postijiet tax-xogħol jkunu wkoll postijiet ta' taħriġ għall- ħaddiema li wara li jitħarrġu mhux bilfors jibqgħu f'dawk il-postijiet bħala impjegati.", "Issemma mill-Onor.", "Evarist Bartolo t-taħriġ li qed jingħata lil numru taż- żgħażagħ fl-Enemalta.", "Barra l-korporazzjonijiet jidhirli li hawn numru ta' postijiet ta' xogħol tekniku u tat-teknoloġija li b'iktar inċentivazzjoni jistgħu joffru opportunita' ta' taħriġ mingħajr ebda obbligu li jżommu fl-impieg liż-żgħażagħ li jitħarrġu f'dawn il-postijiet.", "Għalhekk naħseb li hemm lok li jingħataw ħafna aktar inċentivi ħalli aktar postijiet tax-xogħol li jistgħu jkunu wkoll postijiet ta' taħriġ u skejjel ta' taħriġ, jiftħu l-bibien tagħhom biex huma jħarrġu numru ta' żgħażagħ mingħajr ma jkollhom l-ebda ħsieb u żgur ebda obbligu li lil min iħarrġu jimpjegawhom wara li jitħarrġu u jsiru nies tas-sengħa.", "Fi kliem ieħor, jidhirli li l-aħjar skejjel ta' taħriġ tekniku huma l-postijiet tax-xogħol u mhux l-iskejjel tagħna.", "Jien naf li t-taħriġ tekniku trid tikkumplimentah ukoll b'taħriġ teoretiku li ma jistax jingħata fuq il- postijiet tax-xogħol imma llum aktarx li dawk il-postijiet tax-xogħol li qegħdin joffru wkoll taħriġ, barra l-postijiet governattivi u parastatali fil-qasam privat, ftit huma dawk li lesti mingħajr ma jkollhom il-ħtieġa li 'l quddiem jimpjegaw żgħażagħ imħarrġa li jiftħu l-bibien tagħhom biex il- postijiet tax-xogħol ikunu wkoll skejjel ta' taħriġ.", "Jidhirli li fil-qasam privat hemm lok li opportunitajiet bħal dawn jiġu kkreati u biex jinħolqu aktar opportunijiet ta' taħriġ fil-qasam privat ta' l-industirja privata jidhirli li hemm lok ta' aktar inċentivi min-naħa tal-Gvern.", "Kull inċentiv ieħor addiżjonali ma' dak li hemm li jingħata mill-Gvern ikun qiegħed jissostitwixxi l-ispiża li altrimenti jagħmel il-Gvern jew biex jagħti t- taħriġ hu; jew biex jagħtu t-taħriġ il-korpi parastatali; jew biex jagħmel il-korsijiet ta' taħriġ taħt il-korporazzjoni; jew inkella biex iħallas il-benefiċċji ta' diżimpieg meta dawn iż-żgħażagħ altrimenti jistgħu jiġu mħarrġa u ma jkunux ġew imħarrġa f'xi sengħa fiż-żgħożija tagħhom.", "GĦalhekk tajjeb li wieħed ma jistrieħx fuq iċ-ċifri ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, għax għalkemm il-bażi ta' dawk li huma gainfully occupied qed jiżdied, il-persentaġġ qed jonqos mingħajr ma jonqos neċessarjament b'mod drastiku l-ammont ta' dawk - f'termini reali u mhux f'termini ta' persentaġġ - li qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Jien qed ngħid li fil-bidu ta' Mejju ta' l-1987, in-numru ta' ħaddiema li kienu jirreġistraw għax-xogħol kien niżel għal mhux iktar min-numru ta' ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol illum.", "Jien qed ngħid għal Mejju ta' l- 1987 meta konna ħaddimna dawk in-nies kollha li inthom issa żidtu magħhom u mhux naqqastu u meta wara numru twil ta' snin li l-Gvern kien mexa bil- politika li ma jimpjegax nies.", "Din hija ħaġa li inthom m'għamiltux għax minkejja li n-natural wastage ta' bejn 2,000 u 3,000 ta' kull sena imlejtuhom - allavolja għidtu li sibtu nies żejda - żidtu wkoll in-numru ta' nies mad-Dipartimenti tal-Gvern.", "Qed ngħid mad-Dipartimenti tal-Gvern ħalli ma jiġix xi ħadd u jgħid fis-settur pubbliku, li hu iktar wiesa' mid- Dipartimenti tal-Gvern, fejn in-nuqqas fil-postijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku mhux governattiv, jagħmel tajjeb għaż-żieda ta' impjegati u ħaddiema direttament mal-Gvern.", "Meta l-pajjiż għandu numru ta' ħaddiema li jirreġistra għax-xogħol li jifflatwa bejn l-4,500 u l-5,000 xorta waħda din hija problema għal pajjiż, u l-pajjiż m'għandux jaċċetta li ma jagħmel xejn fil-konfront tagħha.", "Wieħed lanqas m'għandu jaċċetta t-teorija li llum hawn iktar postijiet ta' xogħol milli hawn ħaddiema li qed ifittxu x- xogħol.", "Illum il-problema hija iktar serja mhux minħabba n-numru imma minħabba l-fatt li t-tendenza qiegħda tkun li dawk il-ħaddiema li ma jaħdmux, huma dawk il-ħaddiema li 'l quddiem żgur li ma jsibux jaħdmu minħabba t-tibdil strutturali li qed isir fil-qasam ta' l-impieg.", "Jekk ma nagħtux kas din it-tendenza, 'l quddiem, jiġrilna bħalma ġralhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, fejn qed jaraw l-ekonomiji nazzjonali tal-pajjiżi qed immorru 'il quddiem, imma fl-istess ħin qegħdin jonqsu l-postijiet tax- xogħol għal dawk il-ħaddiema li jistgħu jagħmlu biss xogħol li għalihom m'hemmx iktar post u m'hemmx iktar opportunita'.", "Din il-problema rridu nagħtu kasha llum, qabel ma tisserja bħalma sserjat fil-pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Biżżejjed wieħed ifakkar li f'dawn il-ġranet, bit-tibdil ta' min se jokkupa l-post ta' President ta' Franza, l-ewwel problema li tkellem dwarha kienet proprju l-problema tan-numru ta' ħaddiema li m'għandhomx xogħol.", "Jekk wieħed jiftakar meta ġie f'Malta s-Segretarju tal-Ġnus Magħquda Perez de Quellar u ndirizza lill-Kamra, inġibdet l-attenzjoni tiegħu li din il- problema tan-nuqqas ta' xogħol hija l-problema l-iktar akuta tal-mument u fil-fatt sar appell lill-Ġnus Magħquda biex tieħu ħsieb il-problema tan- nuqqas ta' xogħol u tagħmilha problema prijoritarja.", "Fil-fatt anke l- Qdusija Tiegħu l-Papa, għadu kif insista li l-kwestjoni tan-nuqqas ta' xogħol hija l-ikbar jew fost l-ikbar problemi li ħafna pajjiżi tad-dinja anke dawk li huma l-iktar avvanzati u li jiftaħru li ekonomikament qed jespandu u sejrin 'il quddiem, qed iħabbtu wiċċhom magħha.", "Jidhirli wkoll li pajjiżna m'għandux ikun sodisfatt li jkollna 4,500 jew 5,000 - skond il- fluctuation minn staġun għall-ieħor - ħaddiema ma jaħdmux iktar u iktar meta numru kbir minn dawn il-ħaddiema huma ħaddiema ta' bla sengħa u ħaddiema ta' eta' kbira.", "L-opportunita' li dawn il-ħaddiema jiġu impjegati hija żgħira u għalkemm jixtiequ jaħdmu m'humiex qed isibu min joffrilhom ix-xogħol.", "Dawn iż-żewġ affarijiet fil-qasam tax-xogħol għandhom jippreokkupawna.", "Għalhekk jekk il-Gvern ma jintervjenix b'mod iktar effettiv m'aħniex se naslu fl-istat fejn pajjiżna jkun solva l-problema tan- nuqqas ta' xogħol.", "Irid ikun il-Gvern jew l-intervent pubbliku li jsolvi l-problema ta' dawn il-ħaddiema għax is-suq mhux se jagħmel dan għalihom.", "Jien ċert li l-ETC m'hi qed tiġi mogħtija ebda direttiva mill-Gvern biex b'xi mod tikkonduċi skemi jew proġetti li jistgħu jinċidu fuq il-problemi tal-ħaddiema bla sengħa li ma jistgħux jitgħallmu sengħa u tal-ħaddiema ta' eta' avvanzata li għalkemm jixtiequ jaħdmu għax għandhom sengħa ma jsibux min joffrilhom ix-xogħol għax ma jiġux preferuti.", "Dawk li qed jiġu preferuti huma ħaddiema ta' eta' iżgħar.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, naħseb li issa mis-sħab aħjar inqiegħdu saqajna ma' l-art u mis-sofiżmi ngħaddu għall- affarijiet kif inhuma llum f'dan il-pajjiż.", "Jien nista' nibda nargumenta u ngħid li peress li żiemel huwa annimal u ħmar huwa annimal ukoll allura żiemel huwa ħmar!", "Nista' nibqa' sejjer hekk.", "Ikun aħjar li nagħtu figuri ċari, nuru x'qed isir f'dan il-pajjiż fil-qasam tax-xogħol, kif dan il- Gvern irnexxilu joħloq ekonomija soda li kapaċi tikkompeti u li ġġenerat l- impiegi f'dan il-pajjiż u kemm l-ETC - li jien u sieħbi m'għandna l-ebda ħsieb li nbiddlulha isimha jew naqtgħulha biċċa minnha imma din se tkompli taħdem biex tgħin fil-qasam tax-xogħol - ...", "F'Marzu ta' din is-sena in-numru ta' nies bla xogħol kien ta' 4,941.", "Qed ngħid dan biex nuru l-qagħda eżatta ta' nies li ma jaħdmux, biex saqajna nżommuhom fl-art u ma noqgħodux naħsbu u nħawdu fuq affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn.", "Dan l-istess bħal meta nħalltu t- tagħlim fl-iskejjel ma' l-ETC.", "Ma nafx x'ried jgħid b'dan l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Nista' ngħid, bħala fatt li matul Marzu li għadda l-qagħad niżel b'234 meta mqabbel ma' Frar, jiġifieri f'Malta l-qagħad naqas 178 u hekk baqgħu jirreġistraw 4,490.", "F'GĦawdex, matul Marzu l-qagħad niżel b'36 u hekk baqgħu jirreġistraw 451.", "Qed nagħti l-figuri eżatti biex dejjem inżommu saqajna fl-art.", "Matul is-sena li għaddiet l-ETC ħarrġet 2,708 persuni u 80% minn dawn dejjem isibu x-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa xogħol produttiv - mhux xogħol f'xi korp jew fejn in-nies ma jagħmlu xejn - li jgħin lill-ħaddiem jiżviluppa t-talenti tiegħu, li jagħti kontribut lis- soċjeta' u li bih ikun jaqla' l-għixien tiegħu.", "Bħalissa fil-Korporazzjoni għaddejjin 25 kors - jekk niftakar sewwa għax tant isiru korsijiet diversi li wieħed kultant jista' jiżbalja f'xi numru - u dawn dejjem qed jiżdiedu.", "Qed isiru wkoll korsijiet għal min iħarreġ biex ikun jaf iħarreġ aktar aħjar.", "Qed jingħata sforz speċjali għal dawk li jissejħu long-term unemployed.", "Naf u nammetti li din hija problema fil-pajjiż li min għandu ċerta eta' jsibha diffiċli biex isib ix-xogħol u min iħaddem ma tantx huwa lest li jerfa' dan il-piż, imma qed isir sforz speċjali biex dawn in-nies ta' ċerta eta' jiġu mpjegati.", "Din hija problema kif qal l-Onor.", "Membru korrettement - hawnhekk kien korrett, f'affarijiet oħra ma kienx - li teżisti fid-dinja kollha.", "Rigward għajnuna lill-industriji mingħalija l-Gvern ta' qabel kien neħħiha, imma forsi l-kollega tiegħi li tkellem qabel nesa li għandna l- Industrial Development Act, forsi nesa dan l-Att tant importanti li kien ġie emendat u li tant qed jagħmel tajjeb lis-soċjeta' Maltija!", "It-taħriġ qiegħed jingħata mill-ETC u jien ma nistax nifhem għaliex xi ħadd jgħid li l-ETC m'għandhiex mezzi u fondi.", "L-ETC għandha kollox biex tmexxi lill- ħaddiema tagħna 'l quddiem.", "Per eżempju, għandha l-Job Centre li ilna ngħidu dwaru.", "Ma nixtieqx nirrepeti imma f'diskussjoni bħal tal-lum ikolli nirrepeti.", "Il-Job Centre li hemm fi Triq Żakkarija l-Belt qiegħed isib impieg għal 200 ruħ kull xahar, impieg serju, mhux biex bniedem joqgħod iħares.", "Il-privat - mhux billi xi ħadd qed iqarras wiċċu min-naħa l-oħra - illum qed jibgħat fl-ETC ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ir-rimarka qed issir għalija.", "Mela le, inqarras wiċċi.", "Jien qed ngħid li l-ETC ....", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mr Speaker, jekk jogħġbok, aqta' din il-biċċa mid- diskors u niskuża ruħi ta' din ir-rimarka.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'għandekx għalfejn tiskuża ruħek, anzi nirringrazzjak li tajtni din l-opportunita' biex nitkellem.", "Inti għadek kif għidt li ma tistax tifhem kif issir kritika li l-Korporazzjoni m'hijiex adattata biex tagħti hi ċertu taħriġ u għidtilna wkoll li hawn job centre fil-Belt li jsib opportunita' ta' xogħol għal 200 żagħżugħ fix- xahar.", "U hawn staqsejt x'għandu x'jaqsam il-job centre mat-taħriġ.", "Fil- fatt għalhekk qarras wiċċi għax inti ħallat ħaġa ma' oħra fl-istess nifs.", "Issa nixtieqek tispjegali x'għandu x'jaqsam il-job centre mat-taħriġ.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici jkompli jinsisti li jitkellem hekk allura l-espressjoni nħalluha hemmhekk.", "Jien kont qed ngħid li billi xi ħadd qal - ħalli nuża l-kliem \"xi ħadd\" biex b'hekk ma nonqos mir-rispett - li l-ETC m'għandhiex mezzi, fondi u ħaġa oħra li ntqalet - fil-fatt ma lħaqx niżżilt kulma ntqal - allura kelli bilfors insemmi l-job centre u għidt li b'xi ħaġa trid iżommhom ...", "(Interruzzjonijiet) Aħna għamilna l-job centre għax għandna l-mezzi, il- fondi u wasalna wkoll għall-ideat.", "Jiġifieri l-job centre li għamilna qed isib impiegi għal 200 ruħ kull xahar u dan għax għandna l-mezzi, il-fondi u għax għandna l-ideat.", "Mentri ħaddieħor ma kellux ideat għax kien qed jagħmel il-korpi.", "Jien kont ikkwotajt id-dati u l-figuri u min irid ikun jafhom imur isibhom fid-diskors tiegħi għaliex m'iniex se noqgħod nerġa' nirrepetihom illum.", "Fil-fatt id-diskors tiegħi tal-lum ma kellux jieħu dan il-ħin kollu.", "Fil-pajjiż hawn ix-xogħol li kif qal tajjeb l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici - hawn qed insemmi ismu apposta għaliex qal xi ħaġa tajba - li qiegħed ifittex il-ħaddiem u mhux il-ħaddiem ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiddispjaċini ngħid imma jien ma għidtx hekk.", "Jien għidt li l-Gvern jgħid hekk.", "Jiġifieri meta tgħid hekk, tkun qed tinjora l-problema kif inhi għaliex għandek numru ta' nies li ma jistgħux isibu xogħol minħabba l-eta' u hemm numru ta' nies li ma jistgħux isibu xogħol għaliex huma bla sengħa.", "Issa jien qed nispjega hekk u inti tiġi u taqleb kollox.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Il-Gvern jgħid hekk għaliex għandu l-figuri f'idejh u jaf li qed jagħmel dmiru, għax f'dan il-pajjiż illum huwa x-xogħol li jfittex lill-ħaddiem u mhux il-ħaddiem ifittex ix-xogħol.", "Dan huwa l- ewwel punt.", "It-tieni punt huwa li fil-pajjiż il-qgħad dejjem qed jonqos u s-sajf li ġej se jonqos sewwa minħabba ż-żieda fit-turiżmu; wieħed irid jgħid li l- kwalita' ta' turiżmu qiegħda tiżdied ukoll.", "L-ETC għandha l-mezzi, il- fondi u dak kollu meħtieġ biex tkompli taħdem u jien lil din il- Korporazzjoni nawguralha li tkompli taħdem biex issolvi ħafna mill-problemi li jeżistu bl-għajnuna tal-ħaddiem Malti li jien għandi fiduċja - l- importanti li jkollok fiduċja fil-ħaddiem Malti - li kapaċi jgħaddi minn xogħol għall-ieħor skond l-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-pajjiż għax dan jgħin fil-ħolqien u t-tkattir tal-ġid kif ukoll fi tqassim aħjar tal-ġid.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, jien m'iniex beħsiebni ndum.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma nixtieqx nibda on a wrong foot.", "Is-Segretarju Parlamentari għadu kif qalilna li ma jistax jifhem għaliex id-dibattitu qed jieħu daqshekk fit-tul u l-Ministru qed jispera li ma ndumx nitkellem.", "Issa kemm-il darba s-Sinjorija Tiegħek trid li nagħlqu l-Kamra u nitilqu 'l barra ...", "Din qed tiġri kull darba.", "(Interruzzjonijiet) Jiena nieħu pjaċir li jsiru rimarki min-naħa l-oħra biex id-dibattitu jsir bis- serjeta', jekk verament irridu nitkellmu bis-serjeta' f'dan il-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ċert li r-rimarki li saru s'issa saru fi spirtu kostruttiv u mhux sempliċement biex wieħed jagħmel kritika.", "Imma issa se nitkellem fil-qosor.", "Jiena xtaqt nieħu din l-okkażjoni - kif ħaduha sħabi - mhux biex nikkritika lill-ETC fiha nnifisha, għax oġġett li għandu għan tajjeb ma nafx għaliex għandu jiġi kkritikat għall-gost li wieħed jikkritikah.", "Hemm ħafna affarijiet li jkunu qegħdin jiffunzjonaw ħażin pero' l-għan tagħhom ikun tajjeb u bi ftit kritika kostruttiva wieħed jista' jirranġahom.", "Mr Speaker, din in-naħa qed tieħu l-okkażjoni biex tagħmel ir-rimarki tagħha għar-raġuni illi fuq il-kwestjoni tas-suq tax-xogħol qed jiġru ħafna affarijiet strambi f'dan il-pajjiż u se nibda biex nirribatti dak li qal l- Onor. Cassar dwar il-Job Centre.", "Jiena naqbel ma' sieħbi li dan iċ-ċentru m'huwiex qed jikkrea l-jobs.", "Dan qisu dak li fl-Ingilterra jew f'postijiet oħra jgħidulu l-exchange markt - mhux market - fejn min ikun qed ifittex ix-xogħol imur japplika, min ikollu bżonn l-impjegati jmur japplika u mbagħad iqabblu l-applikazzjonijiet ma' xulxin.", "Ħafna drabi dan huwa xogħol li jsir minn computer li jqabbel it-talba ma' l-offerta u jlaqqa' lil min ikollu bżonn ix-xogħol ma' min ikun qed jitlob ix-xogħol.", "Naqbel li parti minn din hija funzjoni ta' l-ETC imma m'għandux jiftaħar li b'daqshekk l-ETC qed toħloq jew qed tikkrea domanda għall-jobs.", "Dan bħal meta għandek aġenziji ta' żweġijiet li jlaqqgħu l-koppji.", "F'dan il-każ l- ETC qed tlaqqa' lil min irid iħaddem ma' min għandu bżonn ix-xogħol.", "Min imur hemmhekk biex japplika diġa' jkollu s-sengħa jew il-kapaċita' meħtieġa li jkun qed jitlob dak li jkollu bżonn l-impjegati.", "Dan biex inwaqqgħu l- argument li din hija xi ħaġa ta' min jiftaħar biha.", "Mhux qed ngħid li din m'hijiex xi ħaġa tajba, imma ma tidħolx fl-argument kollu tad-trading.", "Għaliex beda dan l-argument kollu?", "L-għan ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa - kif qal tajjeb il-Ministru meta ntroduċih - li min għal ebda raġuni speċjali jirrofta li jingħata training adegwat, jinqata' mir-reġistrar.", "Jiena naqbel ma' dan speċjalment meta jkun hemm każijiet ċari ta' xi ħadd li jkun irid jibqa' fuq ir-Reġistru għall-gost li jibqa' fuq ir-Reġistru.", "Imma ejja nanalizzaw daqsxejn kemm minn dawk li jirrifjutaw qed jagħmlu hekk b'kapriċċ jew għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Jiena nara li l- problema hija ħafna iktar fonda u tmur ħafna aktar 'il bogħod minn sempliċi kwestjoni ta' qgħad.", "Wieħed m'għandux ikun saqajh fis-sħab imma prattiku.", "Jien naħseb li m'hemmx sitwazzjoni li ddejjaq, tweġġa' u tumilja bniedem li kapaċi jaħdem li jrid aktar minn sitwazzjoni fejn ma jsibx jaħdem.", "M'hemmx dubju li psikoloġikament dawn huma affarijiet li jkissru lill-bniedem, biex ma nsemmix il-konsegwenzi ekonomiċi fuq wage-earner, fuq raġel tal- familja li jrid jaqla' l-għajxien tiegħu u mhux kapaċi jsib xogħol.", "Jien napprezza l-fatt li l-qgħad hawn Malta issa niżel - skond kif qed jgħid is- Segretarju Parlamentari - għal 4,941 ruħ, pero' ma rridux ninsew li persentaġġ kbir minn dawn - naqbel li hemm numru ta' nies li ma jridux jaħdmu u isimhom qiegħed hemmhekk biex sempliċement ikunu mniżżlin fir- Reġistru, imma dan ma japplikax għal kulħadd - għandna nissimpatizzaw magħhom għaliex minkejja li jixtiequ li jagħtu l-kontribut tagħhom, ma jistgħux isibu xogħol.", "Għaliex jien għidt li l-problema hija ħafna iktar fonda minn hekk?", "Fil- fatt il-problema ma bdietx illum.", "Kif qal tajjeb sieħbi, wħud min-nies li jirreġistraw huma beyond training jew beyong retraining, ma tistax tagħtihom sengħa jew tgħallimhom xi ħaġa.", "Għaliex?", "Ħalli mmorru ftit 'il bogħod u naraw x'inhi l-kawża.", "Fil-każ ta' wħud minn dawk li jirreġistraw, mhux biss dawk li għandhom 'il fuq minn 45 sena jew minn 50 sena, imma anke oħrajn li spiċċaw mingħajr job għaliex l-azjenda li kienu fiha għalqet jew falliet għax ma kienx għad fadal dik il-kwalita' ta' xogħol li huma kienu kapaċi jagħmlu - ħafna drabi xogħol manwali u bla sengħa - ikun kważi impossibbli li tagħtihom iktar minn ċertu livell ta' training għaliex ma jkunx hemm l-iżvilupp mentali neċessarju, fis-sens li ma jkunux kapaċi jassorbu s-sengħa jew it-tagħlim li jkun hemm bżonn.", "Għalhekk jien għidt li dan jeħodna iktar 'il bogħod, għaliex sfortunatament jien inħoss li ħafna mill-uniku riżors li għandu dan il-pajjiż, ir-riżors uman ...", "Hawn ma rridx nitfa' xi dell fuq xi ħadd, għaliex din il-problema ilha li bdiet, għadha għaddejja, u nibża' li jekk mhux se nagħmlu l-almu tagħna kollu se tibqa' teżisti.", "Jien nieħu gost b'dak li qal il-Ministru ta' l-Edukazzjoni għax il-crux tal-problema huwa n-nuqqas ta' tagħlim liż-żgħażagħ meta jkunu għadhom l-iskola.", "Il-fatt hu li dak li ma jkunux tgħallmu fi ċkunithom, assolutament ikun impossibbli għalihom li jitgħallmuh meta jikbru.", "Aħna nafu li jekk bniedem jibda jitħarreġ minn meta jkun għadu żgħir u jżomm ruħu aġġornat u jibqa' jitgħallem, ħafna drabi jibqa' sejjer hekk sakemm jixjieħ sakemm imut.", "Imbagħad hemm ċerti nies li ma jitgħallmux mhux għax ma jkunux kapaċi jitgħallmu jew għax ma jkollhomx moħħhom tajjeb, imma għax ħafna drabi ma jiġux mgħallma kif għandu jkun.", "Għalhekk iċ-ċirkostanzi kemm soċjali kif ukoll iċ-ċirkostanzi fl-iskejjel ħafna drabi jistradaw lill-istudenti fi triq li għandu mnejn twassalhom għal dawn is- sitwazzjonijiet ta' dwejjaq f'ħajjithom għaliex isibu li baqgħu injoranti - qed nuża l-kelma \"injoranti\" mhux fis-sens ta' \"stupidi\" imma injoranti għal ċerti snajja', għal ċertu knowledge u għal ċerti mezzi li permezz tagħhom wieħed ikompli jiftaħ moħħu.", "Waħda mill-affarijiet li nixtieq li jsiru hija li nibdew ngħallmu kif għandna ngħallmu saħansitra mil-livell tal-kindergarten, għaliex ħafna drabi lanqas it-teachers stess ma jafu jgħallmu; minkejja li fl-Universita' jistudjaw ħafna pedagoġija, xorta ssib min mhux kapaċi jgħallem kif wieħed għandu jgħallem.", "Dan bħal meta jkollok computer li għandu potenzjal tremend, imma ħadd ma jgħallmek kif tużah, kif iddaħħal informazzjoni fih, x'buttuni tagħfas u affarijiet oħra bħal dawn.", "Forsi ssib min jgħidli: Kemm qed tmur 'il bogħod.", "Ħalli nibda minn dak il-livell u mmorru iktar 'il fuq.", "Waqt li t-tfal ikunu qed jiżviluppaw ħafna drabi ndaħħlu dik il-misħuta distinzjoni bejn dawk li jkollhom x-xeħta għal studji akkademiċi u dawk li jkollhom xeħta għas-snajja'.", "Fil-fatt hemm tfal li minn qaddishom juruk dan; agħtihom biċċa injama u martell, jew inkella biċċa ġebla u tagħtihomx il-kotba.", "Issib li lil dawn il-povri tfal li għandhom dik l-aptitude, dik it-tendenza ...", "Allaħares kulħadd huwa ta' linja waħda għaliex kieku ma kienx ikollna pitturi kbar bħal Michelangelo, eċċ., li ħafna minnhom ma kenux marru skola, pero' xorta kellhom il-kapaċita'.", "Jekk f'pajjiżna m'aħniex se nedukaw lill-poplu in ġenerali, speċjalment lill-ġenituri, biex neleminaw minn moħħ in-nies l-idea li bilfors kulħadd irid imur għal studji akkademiċi, allura dan il-pajjiż se jibqa' jħoss id-diffikulta' u r- riżultat ta' din is-sistema.", "U inutli nagħmlu l-ETC, ABC jew XYZ għaliex imbagħad ikun tard wisq biex tipprova tiddritta dik is-siġra li tkun diġa' kibret mgħawġa u laħqet xriefet.", "Mhux talli hekk, talli tkun qed tinvolvi lill-pajjiż fi spejjeż doppji, għaliex tkun infaqt ruxxmata flus fi skejjel li ma rnexxilhom jagħtu dak li kellhom jagħtu u r-riżultat deher fil-frott li suppost li taw, u mbagħad ikollok terġa' tinvesti mill-ġdid biex tgħallem lil dawn in-nies li jkunu għaddew mis-sistema edukattiva mingħajr ma ħadu xejn minnha.", "Issa kieku kien assigurat li the second time around se ninvestu fihom u jirnexxilna ngħallmuhom, allura ma ngħid xejn, anzi ngħid j'Alla ninvestu.", "Pero' jien naħseb li meta jkun għadda ċertu żmien minn meta wieħed ikun ħalla l-istudji, ikun diffiċli ħafna li terġa' tibda tgħallmu.", "Il-mentalita' misħuta li għandna hija li tifel li ma jkunx irid ikompli bl-istudji u jġib l-\"O\" levels u l-\"A\" levels jew inkella biex imur l- Universita', imma jkollu l-ħajra li jsir mechanic, jiġi ttimbrat mis- soċjeta' bħala ċttadin tat-tieni jew tat-tielet kategorija.", "Din hija xi ħaġa li hemm bżonn li niġġelduha.", "Għalkemm veru li d-dinja tal-lum qed timxi lejn teknoloġija iktar għolja, b'sistema iktar komputerizzata u sofistikata, jibqa' jkun hemm bżonn ta' nies li jaħdmu b'idejhom u li għandhom xi sengħa.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, għaliex fl-iskejjel tan-snajja' tagħna diġa' qed ikun hemm tfal li psikoloġikament huma ttimbrati, malajr nibdew ngħidu li lil dawk it-tfal li ma jridux jistudjaw qed nitfgħuhom fl-iskejjel tas-snajja'.", "Mela dak it-tifel mill-ewwel jitla' bl-impressjoni li huwa differenti u iktar injorant mill-oħrajn li jattendu skejjel akkademiċi u jitgħallmu l-lingwi u x-xjenzi.", "Jien nammetti li ħafna minnhom huma mitfugħin flimkien u allura filwaqt li jkun hemm min verament irid jitgħallem sengħa, ikun hemm ħafna oħrajn li ma jimportahom minn xejn.", "Li qed ikompli jikkomplika s-sitwazzjoni huwa l- fatt illi f'dawn l-iskejjel imbagħad hemm ċirkostanzi li qed ikomplu jiskoraġġixxu lil dawn it-tfal milli jitgħallmu xi ħaġa.", "Jien qed nagħmel dan il-punt għaliex Gvern Laburista sa mill-bidu tas-sittinijiet ta importanza massima lill-edukazzjoni teknika.", "Ovvjament dak kien żmien ieħor; konna nafu li wara l-Gwerra l-pajjiż ried jindustrijalizza ruħu u għalhekk kellna bżonn nies kapaċi għall-industrija, ma bqajniex biss bin- nies imorru skrivani ma' l-Air Force, maċ-Ċivil jew mas-Servizzi.", "Kien hemm bżonn illi jitħarrġu n-nies ħalli jibdew imexxu l-fabbriki li konna qed nittamaw li se jibdew ġejjin, kif fil-fatt bdew ġejjin.", "Saħansitra fl- aħħar snin tiegħu l-Gvern Laburista, flimkien ma' interessi Svizzeri, waqqaf il-Fellenberg Centre fejn bdiet dieħla t-teknoloġija l-ġdida, ċerntru li mbagħad kompla jiġi żviluppat mill-Gvern ta' wara li għamel sewwa għax dan huwa l-post minn fejn joħorġu nies b'ċerta teknika.", "Pero' llum nistgħu ngħidu l-istess affarijiet għall-iskejjel tas-snajja'?", "Jien m'iniex qiegħed fuq dawn l-affarijiet imma meta nitkellem man-nies nibda ngħid jekk hux possibbli li qegħdin f'dan l-istat tal-biki!", "Jiġu nies għandi u jgħiduli: Għada lit-tifel ma nixtieqx nibagħtu skola għax ilu ġimgħa jiġi d-dar aħmar nar u meta nistaqsih x'qagħad jagħmel jgħidli li kellhom ħames free periods u qagħdu jilagħbu fil-ground.", "Dan qed ngħidu mhux bi kritika ġenerali. - qed nieħu gost li hawn il-Ministru preżenti - imma qed ngħidu b'sinċerita' għaliex jiddispjaċini nisma' illi għad hawn skejjel tas-snajja' li qegħdin f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Meta titkellem mat-teachers jgħidulek li huma jipprovaw jgħallmuhom imma m'għandhomx materjal biex jgħallmuhom.", "Aħna nafu li t-tfal ta' dik l-eta', 13 u 14-il sena, ikunu moħħhom biex jagħmlu l-mutetti, jiffrankaw ftit xogħol u jaħarbu 'l barra.", "Jien ngħid li huwa importanti li lil dawn il-povri tfal illi jitilqu mill-main stream tal-magħżulin, biex ngħid hekk, ta' l-iskola akkademika biex imorru fl-iskejjel tas-snajja', nipprovdulhom ambjent serju illi jħajjarhom jitgħallmu, ambjent li jagħżel min minnhom huwa kapaċi jsir tradesman tajjeb.", "Apparti l-fatt illi ħafna drabi s-sengħa li t-tfal jgħidu li jixtiequ jitgħallmu jsibu li ma jistgħux jgħallmuhielhom għax dak il-block ikun imtela.", "Per eżempju, jekk wieħed jixtieq isir mastrudaxxa jgħidulu li f'dik il-klassi diġa' hemm biżżejjed studenti u jkollu jagħżel xi ħaġa oħra, xi sengħa li jkun diġa' ddikjara li mhux interessat fiha.", "Per eżempju, jien niftakar każ ta' xi ħadd li mill-familja kien tapezzar, xtaq jitgħallem iktar it-tapezzerija biex ikun iktar kapaċi u meta pprova jagħżel dik is-sengħa qalulu li ma kienx hemm post għalih u li kellu bilfors jagħżel il-linja ta' electrician.", "Ir-riżultat kien li dan it-tifel spiċċa ma jmurx l-iskola, meta l-awtoritajiet setgħu qalulu, kif issuġġerixxa tajjeb l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, li ladarba m'hemmx biżżejjed studenti biex jgħaqqdu klassi, se jitfgħuh f'apprentistat ma' xi ħadd ta' l-affari tiegħu li jkun jista' jiċċertifika li jagħmel daqstant xogħol matul il-ġimgħa, u dak ikun l-apprentistat tiegħu.", "Ma ninsewx illi f'pajjiżi żviluppati, bħal Franza, anke min jistudja l-lingwi u x-xjenzi jiġi mħajjar jitgħallem sengħa bħal book-binding, carpentry, eċċ. Fil- fatt persentaġġ kbir ta' dawk li jikkwalifikaw mill-aqwa universitajiet Franċiżi jkunu jafu xi sengħa għax jiġu mħajrin illi, paripassu ma' l- istudji akkademiċi, jitgħallmu wkoll xi snajja'.", "Għaliex illum l-iskejjel tas-snajja' qegħdin f'din is-sitwazzjoni?", "Għax m'hemmx superviżjoni biżżejjed?", "M'hemmx għalliema motivati biżżejjed?", "Għax jekk lit-tfal tiddixxiplinahom b'mezz jew b'ieħor u timmotivahom billi tipprovdilhom il-materjal, turihom li hemm għalliema dedikati għalihom - jien mhux qed niġġeneralizza, mhux qed ngħid li l-għalliema kollha m'humiex motivati - ...", "Per eżempju, minn hawnhekk insellem lil ħabib intimu tiegħi, li huwa kap ta' skola, li tgħidx kemm jitbaqbaq, jeħodha bi kbira u jiddispjaċih meta jara tfal li ma jridux jitgħallmu.", "Pero' nħoss li s-sistema fiha nnifisha trid tiġi riveduta ħalli jkun hemm iktar rispett lejn dawn it-tfal, ikun hemm xi ħaġa li tħeġġiġhom aktar biex jitgħallmu, ikun hemm iktar motivazzjoni u jkun hemm iktar għażla tajba fil- bidu ħalli meta jmorru f'dawn l-iskejjel fil-fatt ikunu għamlu għażla tajba.", "Issa ħalli nassumu li minn dan kollu ma jsir xejn u nibqgħu fis- sitwazzjoni li aħna.", "Meta nies li qegħdin jirreġistraw jiġu offruti biex jitgħallmu sengħa għaliex ma jkunux iridu u ma jikkoperawx?", "Illum l- ironija hija li anke għalliema u skrivani, per eżempju, qed imiddu jdejhom għal xogħol manwali.", "Jekk iddur dawra fejn hemm bini tiela' ssib li kulħadd qed jitgħallem ipoġġi l-madum tal-kamra tal-banju, kulħadd qed jitgħallem jgħaddi l-elettriku u kulħadd qed jitgħallem il-plumbing.", "Jiġifieri kapaċitajiet hemm, mhux m'hemmx.", "Għalhekk jien għidt li għandna riżors uman li m'aħniex qegħdin nisfruttawh.", "Jien ċert li jekk ikun hemm motivazzjoni, streaming suret in-nies, għażliet tajbin fil-bidu - fejn nagħżlu bejn min verament huwa tajjeb għas-sengħa u min verament huwa inklinat għall-iskola - u ċerti kontrolli, dawk li jgħidu li ma jridux u ma jistgħux jitgħallmu, jibdew jitgħallmu.", "U hawnhekk niġi għall- kontrolli.", "Jien ngħid li jekk kemm-il darba individwu jeħles mill-famuża mentalita' li jmur jirreġistra ħalli jsib xogħol bħala watchman imbagħad bħala part-time job jagħmel xogħol ta' mechanic jew sprayer u jkollu sengħa bil-mustaċċi, nibdew nimxu 'l quddiem.", "Allura l-kontrolli fejn jidħlu?", "Il-kontrolli jidħlu, per eżempju, biex mhux kull min ifettillu jibda jagħmel xogħol ta' mechanic, jiftaħ għal rasu.", "Ħalli nibdew minn din il- problema.", "F'pajjiżi oħra dan ma jsirx għax biex tiftaħ għal rasek ...", "Wara kollox, biex bniedem li jkun għadu ġej minn barra u ma jkunx jaf min huma n-nies, jafda karozza ta' Lm10,000 għand mechanic, għallinqas dan irid ikollu xi forma ta' ċertifikat li juri li għandu ċerti kapaċitajiet.", "Fuq dan il-punt jien tkellimt drabi oħra u anke ġieli ktibt dwaru u ma narax li għandu jkun li jsiru dan it-tip ta' kontrolli.", "Jien ngħid li biex, per eżempju, bniedem jiftaħ ta' mechanic għandu jagħmlu aptitude test u jiġi ċertifikat li għandu għallinqas ċertu basic knowledge dwar is-sengħa li se jiftaħ ħanut tagħha ħalli l-konsumatur li se jafdalu l-karozza f'idejh ma jispiċċax b'ħafna kwereli u litigar għaliex ikun għamillu xogħol ħażin.", "Forsi hawn min jgħidli li s-suq jikkontrolla għax jekk dak li jkun ikun sarlu x-xogħol ħażin ma jerġax imur għandu.", "Kollox sew imma sadanittant ikunu ngidmu diversi nies.", "Jien qed inġib eżempju b'mechanic, imma nista' nsemmi hairdresser li llum hairdresser tuża kimika u reagents elf miljun darba iktar minn spiżjar u minn tabib.", "Jien ma għandi xejn kontra tagħhom u naf li ħafna minnhom huma kwalifikati sew.", "Imma hemm xi mezz kif l- ETC, il-Labour Office jew xi ħadd ieħor jikkontrolla li l-ewwel wieħed li se jpoġġi fuq is-siġġu tal-hairdresser u se jkun taħt idejh, mhux se ssirlu ħsara bil-kimika li se tintużalu ma' rasu?", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Membru qed jidħak, pero' m'għandniex nieħdu l-affarijiet biċ-ċajt.", "Meta int qed toħloq rispett u ċerti standards, tkun qed tibda toħloq l- aspirazzjonijiet għal dak il-job.", "Jekk jien naf li biex insir mastrudaxxa jrid ikolli ċerti kwalifiki u rrid ngħaddi minn ċerti testijiet u eżamijiet u naf li hemm bord li jrid jiċċertifikani li għallinqas għandi l- basic knowledge, allura bilfors ikolli nistudja u mhux niġi naqa' u nqum meta nkun għadni fl-iskola tas-snajja' u nittama biss li nagħlaq is-16-il sena ħalli mmur naħdem ma' mastrudaxxa u nibda nħaddem iċ-ċana u makkinarju ieħor.", "Mr Speaker, konsiderazzjoni oħra li rridu nieħdu hi l-korrimenti li qed ikollna ta' spiss fuq ix-xogħol, ħafna drabi kaġunati jew minn nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti għax dak li jkun ma jkunx jafu bihom jew inkella għax ma jkunx hemm esperjenza biżżejjed.", "Dan kollu anke jiswa l- flus lill-pajjiż għax ikollu jħallas ċerti benefiċċji, pensjonijiet eċċ., lil min ikun involut f'xi korriment.", "Jien ngħid li għandna naħsbu bis- serjeta' dwar dawn l-affarijiet u jekk irridu li lis-snajja' nagħtuhom ir- rispett li jixirqilhom, irridu l-ewwel u qabel kollox nagħtuhom status.", "Fl- Ingilterra għadhom joħorġu ċ-ċertifikat tat-tradesman u jagħtuk il-parċmina li turi li sirt Gentleman of the City, jiġifieri li sirt, per eżempju, goldsmith, butcher jew carpenter.", "Din il-prattika ġejja mill-antik, meta kien hemm speċi ta' konfraternita' li kienet tagħti ċ-ċertifikat li juri li int tajjeb għal dak ix-xogħol u allura għandek il-permess li taħdem fih.", "Il-punt tiegħi hu li jekk timponi trade test jew inkella trade certification, tkun diġa' qed iddaħħal ċertu impetus fl-iskejjel tas- snajja' għax it-tfal ikunu jafu li jekk m'humiex se jgħaddu minn ċerti testijiet m'humiex se jirnexxilhom jiftuh negozju bħala welder, bħala mechanic, bħala panel beater jew bħala sprayer.", "Illum kulħadd jaqbad u jiftaħ il-ħwienet bl-addoċċ, imbagħad min ikun tajjeb jibqa' u min ma jkunx, wara li jkun gidem xi erba' klijenti, ikollu jżarma.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq fuq il-punt dwar dawk ir-retraining ta' nies.", "Jien għandi d-dubji tiegħi kemm nies qed jiġu re-trained f'dawk li huma snajja', għax fl-opinjoni tiegħi qed nagħmlu enfasi wisq fuq clerical work, computer studies u affarijiet simili.", "Nerġa' ngħid, veru li dawn huwa importanti, pero' fejn jidħlu snajja' manwali, bħal dawk ta' bennejja, mastrudaxxi, mechanics, sprayers u panel beaters, ma nafx kemm qed jingħata taħriġ u niddubita kemm qed joħorġu nies mill-ETC kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol.", "Personalment ma naħsibx li ssir hekk, ħalli nkun ċar.", "Imma għalhekk qed ngħid li rridu mmorru iktar 'il bogħod, għax mhux għal-lum irridu naħsbu imma għal ħames snin jew għaxar snin oħra, meta t- tfal li llum qegħdin fl-iskejjel tas-snajja' jitilqu 'l barra jiġru, moħħhom mistrieħ li għalqu s-16-il sena, mingħajr ċertifikati ta' xejn.", "Jien jidhirli li lil dawn l-istudenti għandna norbtuhom ftit, indaħħlulhom sens ta' responsabilita' u nipprovdulhom ambjent li jista' jimbottahom ħalli jistudjaw iktar u b'hekk faċilment ikunu kapaċi jġibu ċertifikat ta' sengħa u b'hekk ikunu ċerti li se jaħdmu u mhux imbagħad aktar tard nerġgħu nsibuhom ma' wiċċna u nerġgħu nonfqu l-flus fuqhom ħalli nipprovaw ngħallmuhom xi ħaġa.", "Dan hu l-argument kollu li rrid nagħmel.", "Jien naħseb li fl-ETC irid ikun hemm selection board serju biex dawk li verament ma jistgħux jitgħallmu ...", "Ikun inutli li lil dak ma jistax jitgħallem tkeċċih għax dan xorta ma jistax jimpjega ruħu.", "Kien hemm ktieb jismu \"Through no fault of their own\" li jittratta nies li jispiċċaw redundant għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor, ikunu għamlu għomorhom f'ċertu mpieg u msieken ma jkollhomx l-aptitude li jibdew sengħa ġdida.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm board serju li jiddistingwi bejn dawk li jkunu qed jirreġistraw u verament ma jistgħux jiġu re-trained - irridu naċċettaw il-fatt li hemm persentaġġ ta' nies li psikoloġikament ma jistgħux jiġu re-trained, ikun hemm ċertu blokk fil-moħħ, tant li jkollok tgħid li dak l-individwu sa hawnhekk jista' jasal - u dawk li huma kapaċissimi, pero' ma jridux juru li jafu għax ma jaqblilhomx ħalli jibqgħu jirreġistraw għal watchman jew għal xi job fejn ma jagħmlu xejn u mbagħad isibu part-time job fejn imorru jibnu jew jagħmlu l-madum, għax fil-fatt ikunu kapaċi ssiru: Imbagħad insibu wkoll lil dawk li tassew huma kapaċi jiġu re-trained.", "Jien nemmen li dak li għandu jsir m'huwiex li l-ETC innifisha għandha tirdoppja l-mezzi u l-faċilitajiet biex tagħmel re-training, imma li wara li tkun waqqaft sistema ta' trade certification u allura jkollok t- tradesmen b'livell aċċettabbli ta' kwalifiki u ċertu status, tkun tista' tibgħat apprentist magħhom.", "Is-sengħa ma titgħallimhiex billi tpoġġi bil- qiegħda fuq bank u joqogħdu jiddettawlek.", "Per eżempju, il-football ma jitgħallmuhx billi joqogħdu jagħmlu l-figuri u l-passaġġi fuq il-blackboard imma billi l-players imorru fil-ground.", "U hekk irid isir fl-apprentistat, imma l-ETC mhux qed tagħmel hekk.", "Fl-opinjoni tiegħi l-ETC għandha ssib numru ta' postijiet fejn jistgħu jiġu re-trained dawn in-nies.", "Hawnhekk issemma d-Drydocks; forsi illum dan huwa eżempju daqsxejn diffiċli għax m'għadekx issib il-livell għoli ta' skola u sengħa li kien hemm qabel, għalkemm hemm il-potenzjal.", "Ħalli nieħu l-eżempju tal-mastrudaxxa.", "Illum il-ġurnata l-livell ta' l-għamara f'Malta, għall-grazzja t'Alla, tela' sew u r-raġunijiet huma l-makkinarju ġdid u l-materjal li hawn available, mudelli ġodda u anke ideat minn pajjiżi oħra.", "Allura x'hemm ħażin li ma' mastrudaxxa serju u kapaċi f'xogħolu tibgħat tifel jitħarreġ, tissussidjalu l-paga u dak il-mastrudaxxa jidħol responsabbli għalih?", "(Interruzzjonijiet) On paper hekk qed isir, pero' nerġa' ngħid li l- importanti m'hux li nagħmlu r-regolamenti.", "Dan qed ngħidu bl-akbar animu kostruttiv.", "Qed isiru inspections serji minn spetturi biex jaraw kollox qed isir sew, jew sempliċement jagħmlu biċċa karta u l-apprentist minflok ma jkun ma' l-imgħallem, imur jonsob?", "Meta dan itemm it-training tiegħu, se jsirlu trade test ħalli naraw jekk hux veru tgħallem?", "Dan hu l-crux ta' kollox, għax inkella se nispiċċaw nonfqu l-flus biex isiru ħafna plakki ma' bibien ta' uffiċini, jingħataw ħafna ismijiet u titli imbagħad il-prodott ma jkunx kif irriduh.", "Jien qed nitkellem bl-iktar mod sinċier għax ninsabu obbligati li lil dawk kollha li huma kapaċi u li jridu jaħdmu, nagħtuhom l- aħjar kondizzjonijiet biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, għax m'hemmx ħaġa iktar frustranti milli tkun bla xogħol.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, naħseb li jekk hemm ħaġa li għandha tapprezza n-naħa tal-Gvern huwa l-livell għoli ta' kontribut li qed tagħti l-Oppożizzjoni għal din l-emenda li ilha abbozzata u ilha fuq l-agenda aktar minn sena.", "Qed ngħid hekk sabiex wieħed malajr jifhem l-importanza ta' din l-emenda meta nafu li ilha aktar minn sena fuq l-agenda tal- Parlament.", "Jiena kelli okkażjoni nitkellem diversi drabi dwar dan il-qasam u ma nixtieqx li l-atmosfera ta' kontribut pożittiv li taw il-kollegi tiegħi l- Onor. Karmenu Mifsud Bonnici u l-Onor.", "George Vella li kont qed nisma' d- diskorsi tagħhom tintilef.", "Jien naħseb li huwa xieraq li l-Ministru u l- Gvern jieħdu nota ta' dak li ntqal għar-raġuni li hemm xi jsir u hemm xi jsir sewwa f'dan il-qasam.", "Ma' dak li għadu kif qal il-kollega tiegħi u Deputy Leader ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor.", "George Vella, inżid ngħid li huwa minnu li hija ħasra li żgħażagħ qegħdin jattendu għal snin sħaħ fi skejjel tekniċi u dan qed ikun ħela ta' żmien għalihom u ħela ta' riżorsi għall-pajjiż għaliex in-nuqqasijiet li hemm f'dawn l-iskejjel la jippermettu li l-għalliema u l-instructors li hemm jagħtu s-sehem tagħhom u lanqas jippermettu li l-istudenti jakkwistaw xi ħaġa mill-ħin li qegħdin iqattgħu hemm.", "Din hija xi ħaġa li jafha kulħadd, jafha l-Ministru, jafha s-Segretarju Parlamentari, nafuha aħna u jafha l-poplu kollu.", "Kulħadd jaf li qed ikun hemm ħela kbira ta' riżorsi u r-riżultat qed ikun ferm, ferm u għat-tielet darba ferm fqir, Mr Speaker.", "Jiena ma nixtieqx inkompli nitkellem fuq dan il-binarju għar-raġuni li bħalma diġa' għidt dak li ssuġġerixxa b'mod l-aktar konkret l-Onor.", "Mifsud Bonniċi - dħalt meta kien qiegħed jitkellem hu - u dak li kompla jżid miegħu l-Onor.", "George Vella jagħmel ħafna sens għall-fatt li meta twaqqfet il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ proprju dan kien l-iskop tagħha.", "Jien naħseb li dan l-iskop iżda m'hux qed jintlaħaq u bil-mod li mexjin m'hux se jintlaħaq.", "Qabel ir-recess tas-sajf li għadda jien għamiltha ċara li ċ- Chief Executive Officer inkarigat mill-ETC kien diġa' mar oltre din l- emenda li għandna quddiemna li tgħid li wara l-kliem \"opportunita' xierqa ta' impieg\" jidħlu l-kliem \"jew taħriġ\".", "Kulħadd jaf li ftit inqas minn bħal dan iż-żmien sena kienet ħarġet ċirkolari li ntbagħtet lil dawk kollha li kienu qegħdin jirreġistraw fejn qalulhom li jekk ma jattendux għal sagħtejn tagħlim bil-Malti kienu se jinqatgħu minn fuq l-Ewwel Parti tar- Reġistru.", "Jiġifieri ċ-Chief Executive kien diġa' qiegħed imur oltre hekk u ma nistax nifhem x'inhi r-raġuni li n-naħa tal-Gvern tiġi b'din l-emenda u b'dan l-Abbozz - nerġa' ngħid ilu fuq l-agenda aktar minn sena - meta min hu inkarigat mill-Korporazzjoni ilu jiġi jaqa' u jqum u jmur anke oltre hekk.", "Fil-verita' jien ngħid li diġa' kellu d-dritt li jagħmel dan li qed nipproponu f'din l-emenda għax anke jekk wieħed iħares lejn l-interventi tiegħi u lejn id-domandi li kont nagħmel meta kont nitkellem fuq dan il- qasam bħala kelliemi ewlieni sa sena ilu mill-ewwel jintebaħ li jien kont għamiltha ċara illi f'dawn l-aħħar żmenijiet in-numru ta' nies jirreġistraw fit-Tieni Parti tar-Reġistru rdoppja għax bdew deħlin dawk li għal xi raġuni jew oħra nqatgħu mill-Ewwel Parti tar-Reġistru.", "Fil-fatt f'dawn l- aħħar xhur in-numru ttrippla.", "Jien hawn tra parentesi ngħid li kieku taħt Amministrazzjoni Laburista min kien hemm fid-Dipartiment tax-Xogħol qeda dmiru u għamel dak li kellu jagħmel u għamlu forsi b'mod inqas kattiv milli qed isir illum, kieku n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fi żmienna naħseb kien ikun nofs ta' dak li fil-fatt kien hemm.", "Jien din il-kritika għamiltha tmienja, għaxra, tnax-il xahar ilu għall-mod illi bih qed jinqatgħu ċerti nies mill-Ewwel Parti tar-Reġistru, u meta tlabt bil-miktub x'inhu n-numru ta' dawn in-nies xahar b'xahar stajt ninduna b'liema mod qegħdin jinqatgħu għax f'daqqa waħda ssib li f'xahar wieħed għandek 800 ruħ jirreġistraw fit-Tieni Parti tar-Reġistru.", "Jien infakkar li ftit ilu tqassmilna r-rapport annwali tan-National Employment Authority u għalkemm dawn ma jixtiqux ikunu kritiċi għall-Gvern meta wieħed jaqra x'hawn f'ċerti paragrafi - m'iniex se ntawwal imma naħseb il-Ministru rah dan; dak inhar li ħareġ ir-rapport ġibduli l- attenzjoni u qaluli li dak li kont għidt jien xhur qabel ġie konfermat mill- istess Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol - dwar l-abbużi li saru f'dawn l- aħħar żmenijiet ...", "F'dan il-mument jien qed nagħmel minn kollox biex ma nsemmix l-individwu.", "Nerġa' ngħid, din in-naħa tal-Kamra m'għandhiex għalfejn tkun kontra l-emenda li għandna quddiemna għax diġa' sar ferm agħar minn hekk, pero' nappella lin-naħa tal-Gvern illi jekk tabilħaqq irridu li n-nies jiġu mħarrġa, mhux emenda ta' din ix-xorta għandna bżonn ħalli nagħtu aktar iċ-ċans lil min hu intenzjonat li jkisser aktar nies ikompli jkisser.", "Ħafna nies qegħdin ibatu minħabba l-attitudini taċ-Chief Executive li għal dawn l-aħħar 15, 18-il xahar qed jokkupa din il-kariga.", "Dan jirriżulta mhux minn dak li qed ngħid jien biss imma anke minn dak li qalet l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li żgur tagħmel minn kollox biex ma tikkritikax lill-Gvern fuq qasam hekk sensittiv.", "Meta taqra illi l-istess Awtorita' tifhem illi ċerti dismissals minn ċerti employers saru b'mod kważi vendikattiv huma affarijiet ta' min jagħti kas tagħhom.", "Meta wieħed jaqra li", "\"The Authority felt that striking off from the register was a harsh punishment and should only be resorted to after full investigation.\",", "jien naħseb li s-Segretarju Parlamentari Cassar u l-Ministru Falzon għandhom jirrealizzaw li barra milli mhuwiex sewwa li meta dak l-individwu li kien qed jiġi maqtugħ kważi għal xejn b'xejn jmur jappella - kien hemm ħafna li ngħataw ir-raġuni - kien qed ikollu jagħmel sitt xhur jirreġistra fit-Tieni Parti tar-Reġistru, żdiedet ukoll il-kondizzjoni li jekk ma jmurx għal sagħtejn jitgħallem il-Malti jinqata' barra mill-Ewwel Parti tar- Reġistru.", "Allura din ma saritx apposta biex ikomplu jaqtgħu n-nies!", "Jien wisq nibża' - anzi jien ċert - li l-emenda li għandna quddiemna mhux qed issir biex jiġu mħarrġa n-nies imma biex jingħata iktar opportunita' lil min irid ikun iktar vicious ma' nies li ma jaqblux miegħu politikament li jkollu ċ-ċans jaqta' xewqtu.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax f' \"The Times\" dan il-bniedem ġie rapportat li qal that he carries \"a chip on his shoulder\" għal din in-naħa.", "Issa lil dan il-bniedem ħajtu kollha joffrulu l-aħjar jobs - 18-il job - u l-uniku post li fih saddad għal ċertu perjodu ta' żmien hu proprju dan.", "Jien m'għandi l-ebda mibgħeda imma ma jistax ikun li f'post daqshekk sensittiv fejn l-ewwel Chief Executive li kien hemm kellu jitlaq - qed nirreferi għal Aquilina - għax ma riedx jagħmel dan ix-xogħol u warajh daħal Gerada - wara sirt naf kemm huwa gentleman mill-kbar - li ftit wara kellu jitlaq ukoll, inħallu bniedem li apertament ...", "Jien għandi 30 ittra - biċċiet minnhom iġibu l-isem ta' min qed jiktibhom, u jafuh sewwa; lest biex nurihomlkom - fuq dan il-bniedem u minnhom wieħed jista' jara b'liema mod dan il-bniedem jitkellem fuq il- Laburisti meta jgħid li he cannot stand the word \"socialist\".", "Jien m'hu qed ngħid xejn ġdid għax dan diġa' tkellimt dwaru tmien xhur ilu.", "Jien għalhekk qed ngħid li din l-emenda qed issir biex jingħata iktar ċans li jiġu msawta nies ta' ċertu kulur.", "Kieku kien hemm nies li m'humiex qed ikunu daqstant diskriminattivi kieku ma jiddispjaċinix li qed issir din l- emenda.", "Jien nappella lill-Gvern biex ma jħallix dawn l-affarijiet isiru għax meta bniedem li hu stess jammetti that he carries a chip on his shoulder għal min jaqbilx miegħu politikament - u r-record tiegħu nafuh - ...", "Dan huwa l-istess bniedem li kien ġie maħtur Chief Executive ta' l- Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku u fl-ewwel paragrafu tar-rapport li kien issottometta qal li l-Gvern Laburista kien ħalla t-trasport pubbliku \"in shambles\".", "Din il-kwalita' ta' nies jistgħu jkunu f'pożizzjoni hekk sensittiva li familja jistgħu joqtluha bil-ġuħ għal xejn b'xejn?", "Dawn huma affarijiet li qed jiġru għax jien kull fejn immur nitkellem man-nies u naf x'inhu għaddej.", "Jien se nsemmi l-każ ta' Bugeja mir-Rabat għax għandi l-awtorita' mill- ġenituri tiegħu.", "Dan għamel il-kors kollu ta' l-Extended Skill Training Scheme u għalkemm kien wieħed minn ħamsa li m'għaddiex mit-teorija għalkemm fil-prattika jgħallem lill-aqwa plumbers kien l-uniku wieħed li spiċċa bla xogħol.", "Tant hu hekk li l-istess nies tal-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma riedu li jżommuh għax ma kellhomx ħaddiem aħjar minnu pero' l-ordni li kellu Albert Sant - illum m'għadux ma' l-ETC din qalhieli personali fuq it-telephone - miċ-Chief Executive Laurenti kienet li Bugeja ma jidħolx.", "Dawn huma fatti li ħarġu iswed fuq l-abjad meta għamilt domanda lill-Ministru Falzon.", "Imbagħad wara taparsi qalu li min dak inhar il-quddiem min ma jgħaddix mit-teorija jibqa' barra u ma jingħatax ix-xogħol.", "Jiena nixtieq li l-Gvern jew il-Ministru jispjegali kif żagħżugħ li jkun ħela ħames snin minn ħajtu biex jitgħallem u jagħmel il-kors kollu ta' l-ESTS ma jingħatax xogħol u jkollu jitlaq?", "Issa llum qegħdin tgħidu li l-ETC ikollha d-dritt taqta wkoll lil min ma jaċċettax taħriġ.", "Mr Speaker, jiena nixtieq spjega ta' din.", "Fejn hi attrezzata l- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ sabiex tagħti l-istess taħriġ li ngħata bniedem ta' din ix-xorta li għamel ħames snin jitgħallem is-sengħa u minflok ma ngħata mpieg tkeċċa l-barra mill-istess Korporazzjoni?", "Min jista' jemminkom allura!", "Min se jemminkom li m'intomx tagħmlu din biex iktar tagħtu ċans lil minn jaqta aktar nies mill-Part II ...", "Tidħaq xejn Sur Segretarju Parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Poġġi bil-qegħda għax jiena qiegħed in possession.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħoġobkom tindirizzawx lil xulxin.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiena minni nitkellem hekk.", "Hu jaf li m'għandi xejn għalih.", "(Interruzzjonjiet) X'diskors hu?", "Mela inti qatt għidt xi ħaġa!", "Safejn naf jien qatt ma smajtek titkellem hawn.", "Kieku din l-emenda inti qed tmexxiha waħdek, mhux il-Ministru tiegħek.", "Mr Speaker, jiena kont tlabt lill-Onor.", "Cassar - u dan fil-preżenza ta' l- Onor. Moran, ta' l-Onor.", "Michael Farrugia u tal-ministri sħabu - biex tiġih ħniena minn bniedem kap ta' familja li kien ilu sitt snin jirreġistra - illum ilu tmien snin - u li għandu tlett itfal ħandikappati.", "Jiena tliet darbiet tajtu karta u għidtlu li jekk ngħinuh inkunu qed nagħmlu karita' mal-familja tiegħu.", "Iżda l-Onor.", "Cassar kulma għamel huwa li tefa' l-karta fil-but u jiena naf li kieku tajtha lilek din il-karta, Mr Speaker, inti kont timpjegah għax naf xi tħoss għan-nies b'diżabilita'.", "Jien nibża' li l- karta li tajt lill-Onor.", "Cassar spiċċat fid-dustbin.", "Mr Speaker, jiena ċert li kieku tajtha lilek kont tara kif tagħmel bil-kuntatti li għandek biex lil din il-familja tgħinha.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien qed inżomm kalm u nixtieq li l-ħabib tagħna wkoll iżomm kalm, imma l-Onor.", "Membru issa qed jaqbeż il-linja u qed jallega ħafna affarijiet fuqi li m'humiex veri.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li qed jgħidlek hija li l-karta marret fid- dustbin.", "Dik allegazzjoni!", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nirringrazzja lill-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici li qed jidħol kompliċi ma sieħbu.", "Grazzi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela le.", "MR SPEAKER: Ħalli ma nagħmlux referenzi personali u nkomplu fuq l- Abbozz.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, f'dan iċ-ċirku t'hawn u fil-preżenza ta' oħrajn għidtlu li jiena m'għandi xejn minn din il-familja.", "Dan il- bniedem kien għadu kemm tilef lill-bintu - fil-fatt għandu tlett itfal oħra ħandikappati - u tlabtu biex ikollu ħniena minnu u mill-familja tiegħu.", "Dan seta' ntbagħat man-numru kbir ta' nies li ntbagħtu biex jaħdmu ta' loaders - forsi qed jismagħni l-Prim Ministru għax għandi fiduċja li jkellmu dwar dan - għax fejn ikollhom bżonn 20 loader, jibagħtu 120 għall- interview biex imbagħad jagħżlu lil min iridu huma.", "Imma dan il-bniedem u min hu bħalu qatt ma bagħtu għalih.", "Imbagħad iqum l-Onor.", "Cassar u jqajjem point of order li fuq kollox ma kien point of order xejn.", "Allavolja avukat, xorta ma jafx x'inhu point of order!", "Taf x'qalet l-Awtorita'?", "Ara x'qalet l-Awtorita', Sur Prim Ministru u tkun taf ta' x'hix inhu responsabbli s-Segretarju Parlamentari Cassar.", "Din qalet hekk: \"The Authority also noted that in certain cases the number of persons referred for employment was large and unreasonable in relation to the number of workers required.\".", "Mela dan qed jikkonferma dak li għidt jien diversi drabi li mhux min imissu jintbagħat għax-xogħol, imma tintbagħat lista twila ħalli fiha jidħlu kemm dak li jkun ilu jirreġistra seba' snin u kemm dak li jkun ilu jirreġistra sitt xhur u li jkunu qalulu biex imur jirresġistra bit-tali nomenklatura, ħalli dak li jkun ilu jirreġistra sitt snin jibqa' jirreġistra bħal ma għadu sal-lum jistenna l-individwu li semmejt u hemmhekk jidħol ħaddieħor.", "Dan ikkonfermatu l-Awtorita' li tatna dan ir-rapport.", "Mela ġaladarba l- Awtorita' tikkonferma dawn l-affarijiet, fejn hu l-point of order ta' l- Onor. Cassar!", "Fejn hu l-point of order!", "Meta għandek nies li fi tmien snin sħaħ qatt ma tajtuhom opportunita' u qatt ma offrejtulhom impieg, min se jemminkom li m'intomx se tkomplu kif jgħidu l-Ingliżi adding insult to injury u taparsi tibgħatu għalihom għat-taħriġ biex issa jkollkom l-iskuża biex taqtgħuhom mir-reġistru?", "Mr Speaker, meta niltaqa' ma' dawn l-affarijiet ma nistax ma nitkellimx b'dan il-mod - dan huwa t-ton tiegħi allavolja jaf l-Onor.", "Cassar li nirrispettah daqskemm nirrispetta kull membru ieħor tal-Kamra - għax dan mhux sewwa.", "Ara l-ironija tal-ħajja!", "Ħalli nurik kemm hi organizzata l- ETC.", "Bniedem li kien jaħdem mal-Korporazzjoni Enemalta laqtitu marda tal- cancer u kien għadda bord fi Frar li għadda u ftit żmien wara miet.", "Permezz ta' domanda parlamentari jien kont staqsejt fuq dan il-bniedem li kien mill-Għargħur u l-Onor.", "Zammit Dimech kien irrispondini li dan ma kellu dritt għal xejn u fil-fatt tilef is-somma u kollox allavolja jien lill-Ministru għidtlu li kieku fetħulu għajnejh peress li kellu familja ta' ħamsa min-nies u peress li kien għadu taħt il-50 sena u għandu tfal żgħar kien jieħu somma flus...", "L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnic jaf bil-każ.", "Ilum sena wara li miet bagħtulu karta - issa nibgħatha lilek, Prim Ministru - fejn qalulu hekk: Inti kont irtirajt mix-xogħol fi Frar tas-sena l-oħra - dan illum ġara - tista' tiġi sa għandna ħalli naraw għal liema taħriġ se nibgħatuk.", "Issa ma ninsewx li dan ilu mejjet aktar minn sena - inġiblek il- kopja tagħha għada għaliex irrid ngħaddi għalija l-Għargħur.", "Ara l- ironija!", "Il-Bambin qisu jibgħathom in time dawn l-affarijiet għaliex issa li qed niddiskutu dan l-Abbozz li għandna quddiemna li jitratta dwar l-ETC nistgħu naraw fejn qiegħda s-serjeta'.", "Min se jemmen li se jibgħatu għal nies vera għal taħriġ meta inti tiltaqa' ma każi bħal dan fejn bagħtu għal bniedem li kien ilu mejjet iktar minn sena!", "(Interruzzjonijiet) Ma fiha xejn billi nsemmi fejn kien joqgħod; l-indirizz huwa Nru. 5 Ferdinand Street, Għargħur.", "Fil-fatt jien iċċassajt x'ħin martu ċemplitli fuq dan.", "Min se jemminkom fuq dan li tibagħtu għalih biex jingħata t-taħriġ!", "(Interruzzjonijiet)", "Issa jekk wieħed ikompli jħares lejn x'qalet l-Awtorita' jara li dawn huma affarijiet li ġbidtilkom l-attenzjoni għalihom.", "Għalhekk għidtlek biex ma tkomplix tidħak bħalma qiegħed tidħak għax dawn huma affarijiet tal- biki.", "Jien nibqa' ngħidlek.", "Għalkemm lili jgħiduli kemm int tifel tajjeb pero' paragun miegħi sinċerament jien narak bla kuxjenza għaliex kieku ma tidħakx b'dawn l-affarijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: La verita' offende!", "MR SPEAKER: Point of order l-Onor.", "Joe Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: (Interruzzjonijiet) Mr Speaker, l-ewwel ried idaħħak, imbagħad beda jinsulentani, imma issa se jkolli nitlob il-protezzjoni tiegħek għaliex qed juża d-dizzjunarju kollu.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: X'inhi din tal-protezzjoni?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien fl-aħħar debate li kellna dwar l-ETC ippreżentajtlek ittra u s'issa għadek m'għidt xejn fuqha.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: X'ittra hi?", "Żgur mhux lili tajtha.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Mur qalleb id-debates u mbagħad staqsi lill-Onor.", "Mifsud Bonnici x'kienet.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ikollok biex tidħak dak il-ħin!", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, jien llejla pprovajt nevita li nqum nitkellem daqskemm inħossni rrabjat fuq ċerti affarijiet li qegħdin isiru u jiddispjaċini se nerġa' ngħidilek bil-kalma kollha Onor. Cassar - jien fuq ċerti każi anke tkellimt ma sħabek - hemm uħud minn sħabek li għalija huma rġiel u anke meta nkun qiegħed ġo l-aqwa Laburisti ma niddejjaqx ngħid li t-tali u it-tali huma rġiel; dawn l-affarijiet kienu jeżistu, għadhom jeżistu u jibqgħu jeżistu fuq iż-żewġ naħat - li kont naħseb li għandek kuxjenza imma paragun ma' li kont naħseb jien m'għandekx għax kieku tieħu l- passi meta taf b'dawn il-każi għax jien ġbidlek l-attenzjoni kemm-il darba.", "Biex trid tieħu għalik!", "X'point of order!", "Mr Speaker, meta wieħed jara dak li qalet l-istess Awtorita' - jien minix insemmi kollox illum għax kieku rrid għandi biex nagħmel diskors li ma jispiċċa qatt - malajr jinduna fejn qed imorru l-flus kollha li qed tonfoq l-ETC u għalxiex qegħdin iservu.", "Bil-computerisation u bl-MSU b'kollox - bir-raġun jikkritikahom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni lil dawn ta' l-aħħar - mhux l-ewwel darba li bagħtu għal xi bniedem li jkun ilu mejjet 15-il xahar!", "Jien l-aħħar darba kitibli wieħed miż-Żejtun li ilu jaħdem mal-Water Services Corporation 30 sena - la naf Axisa u lanqas Desira; dan inzerta ħabib ta' ħabib tiegħi u qallu biex jgħidli biex nara l-każ tiegħu - u lil dan bagħtulu biex iħallas il-permess tas-self employed meta lili qalli li qatt ma kien self employed.", "Dawn l-affarijiet għaddejjin kontinwament u mhux l-ewwel darba li jċempillek xi ħadd minn ġewwa u jgħidlek: Kieku tkun taf!", "Issa la tkun waħdek nurik ċerti ittri imma għall-irġulija ma noħroġhomx għax huma ittri anonimi.", "Naturalment dawn l-ittri jinkitbu minn nies ta' madwar ic-Chief Executive li hemm preżentement.", "Jien nagħlaq billi nappella lill-Prim Ministru biex jagħti daqqa ta' għajn u jara x'inhu jiġri, jara x'inhi r-raġuni li minn numru ta' 200 li kienu nqatgħu mill-Ewwel Parti tar-Reġistru, llum telgħu għal 900, jara b'liema mod qegħdin jinqatgħu u jara li din l-arma li qed tkompli ssaħħaħ biha jdejn ic-Chief Executive li hemm ma tkunx kaġun li jbatu aktar nies bla bżonn.", "Dan pubblikament jgħid li jieħu gost jagħmel dawn l-affarijiet kontra l-Laburisti ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MEMBRU: Kien hemm mistoqsija parlamentari fuq din.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Kellek bżonn tara l-mod kif jirrisponduna fil- mistoqsijiet parlamentari.", "Ta' min kienet, tiegħi?", "Ta' min kienet?", "(Interruzzjonijiet) X'ma żdiedx?", "Il-numru ta' nies jirreġistraw fit-Tieni Parti tar-Reġistru tela' b'800 u b'900.", "Quddiemi qegħda r-risposta għad- domanda parlamentari li qed tirreferi għaliha.", "Fi żmienna qatt ma kien hemm aktar minn 200.", "X'għandha x'taqsam din?", "Malli daħal dan il-bniedem n- numru ta' dawk li jirreġistraw fit-Tieni Parti tar-Reġistru rdoppja minnufih.", "Jien l-appell tiegħi huwa dan li naraw li b'dak li qed nagħmlu ma jbatux nies li huma innoċenti.", "Dan li rrid ngħid u nieqaf hawn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrota u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar il-ħatra ta' membri fil-Kunsill ta' l-Ewropa;", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali; u", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Bills tat-Teżor ta' Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Arbitraġġ - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kumpanniji Kontrollati (Proċedura ta' Likwidazzjoni) - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari (Kont); Abbozz ta' Liġi dwar Dazju tas-Sisa - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kumpanniji - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jħassar l-Att dwar it-Taxxa tad-Divertimenti - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ombudsman - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2); u", "Xi agenda oħra li tista' tiġi kkommunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil-ġranet li ġejjin se nfakkru żewġ issues ta' importanza nazzjonali, jiġifieri Jum l-Omm, li se niċċelebrawh f'Malta nhar il-Ħadd li ġej u nhar it-Tnejn 15 ta' Mejju se jiġi ċċelebrat b'mod internazzjonali Jum il-Familja.", "F'dawn it-tmien snin li ili Membru ta' din il-Kamra kważi kull sena għal Jum l-Omm tajt messaġġ għal din il-ġurnata.", "Iċ-ċirkostanzi tal-lum, jiġifieri l- impenji li ġejt mogħtija dan l-aħħar, iqanqluni aktar biex naqsam xi fehmiet dwar ir-rwol u l-missjoni ta' l-omm fiż-żmenijiet tal-lum.", "L-akbar suċċess li tista' tagħmel omm ma jitqiesx la mis-suċċess tal-professjoni li tkun tipprattika u lanqas mill-qagħda ekonomika tal-familja, imma s-suċċess ta' l-omm, kif narah jien, hu li din tirrendi familja ferħana.", "L-akbar dritt tan-nisa hu li tkun omm u dan id-dritt m'huwiex neċessarjament li jitwettaq b'mod ġenetiku jew bioloġiku f'kull mara, imma kull mara normali hija msejħa għal xi tip ta' motherhood, anke jekk psikoloġiku biss bħal meta mara tingħata għal xi ħidma soċjali jew volontarja b'sens u spirtu ta' motherhood.", "Pero' l-akbar ġieħ għall-mara hu li tkun omm.", "Mr Speaker, ippermettili naqra riklam li stabbiliment internazzjonali tal- ħwejjeġ ippubblika dan l-aħħar.", "Veru li dan huwa riklam imma għalija fih messaġġ li jikkonferma dan li qed ngħid, jiġifieri li l-akbar ġiegħ għall- mara hu li tkun omm.", "Nirrepeti li dan li se naqra huwa wording ta' riklam u għahekk tista' tingħata dehra ta' kummerċjaliżmu, pero' fil-fatt jien narah li fih verita'.", "Dan jibda hekk: \"Cook, teacher, nurse, nappy changer, voice of reason, best friend ... mother is all of them\".", "Dan m'huwiex xi argument filosofiku pero' żgur li jagħmel ġieħ lill-omm.", "L- ikbar xogħol jew servizz jew professjoni li jista' jkollha mara hu li tkun omm u fil-fatt s-sena li għaddiet il-Papa stqarr li l-gvernijiet għandhom jagħtu salarju lill-ommijiet.", "Aħna f'Malta diġa' għamilna xi ħaġa f'din il- linja meta taħt din l-Amministrazzjoni introduċejna il-parental allowance.", "Mr Speaker, nerġa' nirrepeti li għal mara, l-ikbar suċċess, dritt, ġieħ u servizz huwa li tkun omm sew f'sens bioloġiku u ġenetiku sew jekk b'mod psikoloġiku u morali.", "Irrid ngħid ukoll li dawn l-erba' credits jew achievements jgħoddu wkoll għall-irġiel għax bħal fil-każ tal-mara anke l- irġiel l-ikbar suċċess, dritt, ġieħ u servizz huwa li jkun il-missier - u nirrepeti - sew bioloġiku u ġenetiku sew psikoloġiku u morali.", "B'dan il-messaġġ għal Jum l-Omm nixtieq bħala l-unika mara fil-Parlament nagħti l-awguri tiegħi lill-ommijiet kollha Maltin u GĦawdxin speċjalment lil dawk li għaddejjin minn xi mument jew ċirkostanzi ta' kriżi familjari.", "Sfortunatament f'xi familji naqqsu l-valuri nsara bħal m'huma l-altruiżmu, s-sinċerita', d-dedikazzjoni, l-ispirtu ta' ċaħda jew nuqqas ta' tolleranza u l-bqija, iżda anke lil dawn l-ommijiet fi kriżi nappellalhom biex ma jaqtgħux qalbhom, ma jaqgħux fil-pessimiżmu, ma jkomplux ir-rovina tal- familja imma ifittxu l-għajnuna u s-solidarjeta' f'xi persuna ta' fiduċja jew ifittxu l-għajnuna f'xi struttura kemm governattiva kif ukoll volontarja.", "Wara Jum l-Omm, jiġifieri l-għada 15 ta' Mejju, fuq inizjattiva tal- Ġnus Magħquda se niċċelebraw għat-tieni darba fuq bażi internazzjonali Jum il-Familja.", "L-istess Ġnus Magħquda għażlu bħala motto għal din is-sena 1995, \"Tolerance begins in the family.\"", "Fuq il-familja tista' tgħid ħafna, iżda se nillimita ruħi għal ftit slogans u mottos li bi kliem qasir fihom messaġġ dwar il-valur tal-familja.", "Nibda billi nsemmi l-ewwel kliem fejn il-Papa qal li l-familja hija \"GĦajn ta' paċi\".", "Slogan ieħor huwa tal-Prim Ministru l-Onor.", "Eddie Fenech Adami fejn qal li \"l-valuri f'pajjiżna huma marbuta ma' dawk tal-familji.\"", "Slogan ieħor huwa dan: \"Politika ekonomika mhux f'posta tweġġa' lill- familja.\"", "Dan is-slogan qalu Buttos Buttos Ghali.", "Stqarrija oħra tgħid: \"It-tisħiħ tal-familja hija l-prijorita' tal-ħidma pastorali f'pajjiżna.\"", "Nispiċċa b'statement li deher f'artiklu ta' Padre Sorge, fejn qal: \"Il- Familja tiddependi miċ-ċivilta' ta' mħabba\" u fl-istess ħin qal: \"Il- familja hi ċ-ċentru, hi l-qalb taċ-ċivilta' ta' l-imħabba\".", "Mr Speaker, dawn huma slogans, statements jew ideat li fihom messaġġi mill-aqwa.", "Fil-fatt dawn huma thought provoking u jekk nirriflettu fuqhom jistgħu jiggwidawna biex ikollna mentalita' sana dwar il-familja u b'hekk inkunu nistgħu nadattaw il-ħidma tagħna għal dan il-kamp tal-familja.", "Jien ninsab konvinta mill-verita' u mis-sewwa ta' dawn is-slogans u fost l- impenji tiegħi bħala Segretarju Parlamentari se nagħti prijorita' lil din il-ħidma favur il-familja.", "Is-slogan li din is-sena ġie magħżul mill-Ġnus Magħquda għall-Jum Internazzjonali tal-Familja huwa \"t-Tolleranza tibda fil- Familja.\"", "Li t-tolleranza tibda fil-familja huwa bżonn fundamentali u forsi għal xi wħud il-kelma \"tolleranza\" hija kelma tqila u astratta pero' għalija fil- prattika t-tolleranza hija element neċessarju u bażiku ta' l-imħabba.", "It- tolleranza tgħinna naċettaw lil xulxin minkejja li jkollna fehmiet tajbin iżda differenti.", "Bit-tolleranza nibqgħu nittrattaw lil xulxin bħala aħwa minkejja li jkollna karattri differenti.", "It-tolleranza tgħinna wkoll nirrispettaw l-għażliet politiċi u soċjali ta' l-oħrajn għax wara kollox kulħadd għandu dritt għall-fehma tiegħu sakemm din ma tfixkilx il-ġid komuni.", "Dawn kienu ftit konklużjonijiet prattiċi li semmejt fejn tidħol il- kelma \"tolleranza\" li jekk jiġu magħllma u prattikati fil-familja Maltija u GĦawdxija żgur ikollna garanzija li nirrendu l-poplu tagħna aktar matur u magħqud.", "B'hekk ukoll ikollna pajjiż fejn tiġi prattikata demokrazija vera u effikaċi għal żvilupp pprogressiv.", "J'Alla din it-tolleranza li qed nagħmlu enfasi fuqha, b'mod partikolari din is-sena, tiġi prattikata f'kull familja Maltija u GĦawdxija.", "Dan huwa l-awgurju tiegħi f'din il-ġurnata, il-Jum Internazzjonali tal-Familja.", "Dan m'huwiex biss awgurju lill-familji tagħna, imma fl-istess ħin huwa wkoll inċentiv għall-impenn tiegħi fil-kariga l-ġdida li qed nokkupa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, il-bieraħ xtaqt nitkellem dwar il- problema tad-droga imma l-ħin ma ppermettiex.", "Waqt li kont qed nisma' b'attenzjoni dak li kienu qed jgħidu diversi kelliema fuq it-trasferiment ta' biċċa art tal-Gvern lill-Caritas innotajt li mhux il-Membri kollha li tkellmu huma aware biżżejjed ta' dak li qed jiġri f'pajjiżna fil-ġlieda kontra d-droga.", "Fil-fatt naħseb li ħafna minnhom kienu sajmin mill- informazzjoni li wieħed jista' jakkwistaha faċilment.", "Għalhekk nibda biex ngħid li bħalma ġew maħtura b'mod statutorju l-Kumitati tal-Kamra jien naħseb li għandu jkun hemm xi kumitati soċjali li ma jkunux b'mod leġislattiv fejn dawk il-membri interessati - b'mod speċjali f'din il- kwestjoni tad-droga u l-problemi li ġġib magħha - jiltaqgħu flimkien, iġibu speakers għal tapposta u jkunu jistgħu jagħmlulhom kull domanda mmaġinabbli.", "Kieku kellu jinħatar dan il-kumitat soċjali - forsi jkun anke presedut minnek, Mr Speaker - jien naħseb li jagħmel ħafna ġid u jkun ta' informazzjoni għall-Membri kollha tal-Kamra.", "L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li l-problema tad-droga għandha erba' strateġiji.", "Aħna nafu li l-ġlieda kontra d-droga la l-Amerka ma rebħitha, la l-Colombia u l-ebda pajjiż ieħor fid-dinja u wisq iktar l-Ewropa.", "Ħadd ma rebaħ il-ġlieda kontra d-droga u wisq anqas Malta m'hi se tirbaħ din il- ġlieda.", "Għalkemm ma tistax tirbaħ din il-ġlieda u allavolja tista' tkun ġlieda mitlufa inti trid tibqa' tikkumbattiha.", "Minkejja li taf li hemm dawk il-potenzi kollha li għandek kontra tiegħek, barunijiet eċċ., inti trid tkompli għaddej bil-ġlieda tiegħek biex kemm jista' jkun iżżommha taħt kontroll.", "Mezz ieħor huwa l-edukazzjoni f'eta' żgħira għaliex nafu li t- tixrid tad-droga qed jibda jew minn kmieni ħafna, minn meta t-tfal ikollhom 15-il sena jew inkella f'eta' akbar u tilħaq il-peak tagħha ta' 24 sena.", "Imagħad għandna r-rijabilitazzjoni tagħha.", "Dawn huma l-erba' strateġiji li hemm bżonn li jittieħdu fl-inqas żmien possibbli biex kemm jista' jkun il- problema tad-droga mhux nirbħuha - għax ma tista' qatt tintrebaħ - imma almenu jkun hemm dak l-isforz qawwi biex inkomplu nikkumbattuha bl-aħjar mezzi possibbli.", "Mr Speaker, nafu li Malta qiegħda f'sitwazzjoni prekarja ħafna għax hija iżola u hemm diversi faċilitajiet kif wieħed jista' jdaħħal id-droga.", "Pero' wieħed irid jara l-isforzi kbar u l-investiment kbir li għamel il- Gvern sabiex din il-pjaga kemm jista' jkun jirreżistiha bl-aktar mezzi possibbli.", "Per eżempju, għandna d-Detox Centre.", "Veru kien infetaħ mill- Gvern ta' qabel pero' nerġa' nikkonferma li d-Detox Centre kien għadu lanqas beda jiffunzjona meta twaħħlet il-plakka lejliet l-Elezzjoni ta' l- 1987.", "Ġiet ifformata wkoll is-SEDQA fejn għandek il-gruppi li kienu mxerrdin, departmental u inter-departmental commissions u kummissjonijiet oħrajn u llum din qed tagħmel l-isforzi tagħha kollha possibbli.", "Hemm l- Isptar ta' Santa Marija u hemm l-OASI ta' Għawdex.", "Imbagħad għandek id- Drug Rehabilitation Centre tal-Caritas li l-Gvern kważi introduċih hu stess u ta kull support possibbli lil din is-soċjeta' li jien tant u tant infaħħar għax qed tagħmel ħafna ġid u saħansitra tagħti għajnuna lill- pajjiżi li tmisshom xi sfortuna tan-natura u altru malli qed tagħti sehemha fil-battalja li qed tagħmel kontra l-użu eċċessiv ta' alkohol għax id-droga u l-alkohol imorru flimkien.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq it-training li qed isir.", "Mill-1988 'l hawn il-Gvern ħatar diversi kummissjonijiet biex hu jkun jista' jikkumbatti l- pjaga tad-droga.", "Fl-1985 il-Caritas għamlet opinion poll li fiha ġew intervistati 3,500 persuna.", "Minn dan instab li 30% ġew offruti xi forma ta' droga u 39% kienu jafu ħbieb tagħhom li fil-fatt kienu qed jieħdu d- droga.", "Dan ifisser li fl-1985 diġa' kellna pjaga qawwija ta' droga u għalhekk mhux veru dak li jingħad li d-droga ħadet l-ispinta tagħha fl- 1987.", "Peress li din il-problema baqgħet tintensifika ruħha fl-1988 il- Gvern Nazzjonalista beda ġlieda kontra tagħha li ħalliet l-effetti tagħha wkoll.", "Fil-fatt bdew jintbagħtu uffiċjali, kemm mill-Pulizija, kemm mill- Armata kif ukoll minn diversi postijiet oħra fosthom minn dipartimenti biex jibdew jieħdu t-training f'akkademji barranin fosthom fl-Amerika, fl- Italja u fil-Ġermanja ħalli hawn Malta jkollna nies imħarrġa biżżejjed.", "Hawnhekk ta' min isemmi anti-drug specialist Amerikan li fl-1988 iltaqa' ma' youth leaders Maltin biex dawn jieħdu l-ewwel informazzjoni dwar il- ġlieda tad-droga.", "Mr Speaker, wieħed irid jgħid ukoll li l-Gvern estenda kull koperazzjoni u nkoraġġiment għal dawk kollha li jridu jgħinu fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga.", "Kien hawn soċjetajiet oħra li riedu jagħtu l-għajnuna tagħhom.", "Per eżempju, ċerti għaqdiet taż-żgħażagħ għamlu sensiela ta' laqgħat f'diversi parroċċi biex jagħmlu liż-żgħażagħ aware mid-droga u jilqgħulha mill-bidu, jiġifieri minn meta t-tfal ikunu għadhom fl-iskejjel.", "Mil-lat pastorali nafu li diversi kappillani kważi mill-parroċċi kollha għamlu kampanja sħiħa u intensiva fil-komunita' tagħhom biex ikunu jistgħu jagħmlu l-poplu aware minn din il-pjaga soċjali li ħakmet lil pajjiżna.", "Tant hu hekk li żewġ units oħra li huma l-KADA u s-SEDQA b'koperazzjoni sħiħa mal- Caritas qed imexxu programmi utili ħafna f'dan il-qasam vitali għall-futur ta' pajjiżna fost dawk li qed jieħdu d-droga.", "Barra minn hekk dawn qed jagħmlu l-ikbar enfasi possibbli biex dak li jkun jilqa' għal din il- problema, partikolarment meta jkun għadu f'eta' tenera ħafna.", "Mr Speaker, għidt ukoll li fl-1988 - inqas minn sena wara li l-Partit Nazzjonalista ħa l-Gvern f'idejh - għall-ewwel darba f'Malta l-Gvern għamel strutturi ta' kordinament bejn dawk id-dipartimenti konċernati nvoluti fil-ġlieda kontra d-droga.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wħud minnhom.", "Per eżempju, fid-dipartimenti kollha tal-Gvern hemm liaison officers u nħatret kummissjoni inter-dipartimentali; hemm kumitat magħmul mill- ministri stess, uffiċjali mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Kultura, mill- Attorney General, mill-Ħabs, mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, mid- Dipartiment tas-Saħħa, mis-Social Security, mill-Housing, mill-Pulizija, mid-Dwana, mid-Dipartimenti tal-Farmaċija fl-Universita' u fl-Isptar San Luqa u fl-aħħarnett anke rappreżentant minn GĦawdex.", "Dan kollu l-Gvern għamlu għaliex ikkommetta ruħu li lil din il-pjaga jiġġieldilha.", "X'ġara?", "Sar taħriġ fil-personnel involuti għax ħadd ma kien għadu trained fuq dan ix-xogħol, b'mod speċjali uffiċjali tad-Dwana; sar taħriġ barra minn Malta għal stħarriġ u studju u nġiebu esperti minn barra sabiex jaqsmu l- esperjenzi tagħhom, kien hemm attendenza f'forums u f'laqgħat barra minn Malta u hawn Malta u għall-aktar intensifikazzjoni tal-problema; saru diversi seminars u konsultazzjonijiet biex inqassam il-materjal li għandi biex qed nagħmel dan is-survey.", "Per eżempju, saru surveys u opinion polls, saret sistema edukattiva mmirata lejn il-bażi tal-problema fl-iskejjel, saru rapporti dwar tibdil fil-liġijiet eżistenti, saru pieni ġodda, rehabilitation programmes u diversi affarijiet oħra li l-Gvern kien kostrett li jagħmel kontra d-droga.", "Imbagħad fil-pubblikazzjoni \"Society\" li kien joħroġ il-Partit Soċjalista, fil-ħarġa Nru. 12 ta' Diċembru 1991, kien hemm: Din il-ħidma kontra d-droga hija tassew jew inkella propaganda biss?", "Dan kien fl-1991 meta l-Gvern kien intensifika bis-sħiħ u kien diġa' poġġa strutturi bażiċi biex jiġġieled kontra d-droga.", "Il-fatti juru mod ieħor u hawnhekk nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-fatti.", "Per eżempju, fid-Drug Community Service li toffri SEDQA - din toffri assessment, pariri, support u social work għal dawk il-persuni milquta mill- problema tad-droga - f'November ta' l-1994 kien hemm 24 każ, f'Diċembru kien hemm 50 każ, f'Jannar ta' l-1995 kien hemm 41 każ, fi Frar kien hemm 55 u f'Marzu kien hemm 47 każ.", "Din kollha kienet attendenza ta' klijenti fis-support group imsejjaħ SEDQA.", "F'sessions minn servizzi kien hemm average ta' 40 persuna fix-xahar li attendaw għas-servizzi tas-SEDQA.", "Hemm servizzi oħra mis-SEDQA li tagħti dwar il-family service, fejn tagħti servizzi lil dawk il-familji fejn xi wħud mill-membri ta' dawk il-familja jkunu milquta jew mill-problema ta' l-alkoħol jew mill-problema tad-droga.", "Per eżempju, fi Frar 1995 - biex ma nidħolx f'ħafna dettalji - is-SEDQA marret għand 117-il familja.", "F'Marzu mbagħad marret għand 76 familja.", "Is- SEDQA kkordinat dak li għamel il-Gvern fl-1988, għamlithom flimkien - kien hemm rakkommandazzjoni anke mill-United Nations u mill-Kunsill ta' l-Ewropa biex kemm jista' jkun ikun hemm soċjeta' waħda - u dan qed tagħmlu bl-ikbar mod responsabbli u qed iħalli ħafna frott.", "Jekk wieħed iħares lejn id- Detox Centre jsib li hemm average ta' 150 persuna li qed imorru hemmhekk fix-xahar.", "Infetah ukoll id-Detox in-Patient, fejn qed imorru diversi persuna - mat-80 persuna - u jorqdu hemmhekk.", "Dawn huma nies li jkunu jridu li bis-serjeta' jinqatgħu mill-ambjent li jkunu qed jgħixu fih u allura jmorru hemmhekk u jibdew jieħdu l-kura.", "Imbagħad minn hemmhekk imorru postijiet oħra u fl-aħħar jispiċċaw fir-Rehabilitation Centre tal- Caritas.", "Per eżempju, l-iSptar Santa Marija u l-out-patients ta' l-OASI ġewwa GĦawdex b'kordinament flimkien qed jagħmlu kull mezz possibbli biex dak li jkun jaqta' l-prattika tad-droga.", "Mr Speaker, fuq kollox imbagħad ta' min isemmi l-ġlieda kontra d-droga fil-veru sens tal-kelma u naraw x'qed isir amministrattivament.", "X'għamel u x'qed jagħmel il-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra d-droga?", "Nista' ngħid li pulizija ġew trained barra minn Malta, b'mod speċjali fl-Amerika fejn hemm il-United States Coast Guard b'nies li jitħarrġu f'dan il-lokal u jieħdu ċ-ċertifikat b'commitment li jaħdmu f'pajjiżhom.", "Hemm relazzjonijiet eċċellenti ma' l-Interpol li dan il-Gvern kompla saħħaħ u li nafu li diġa' ħallew diversi riżultati pożittivi.", "Dan l-aħħar kellna viżta ta' 30 persuna mill-American Drug Enforcement Agency li taw lectures u programmi lil diversi Maltin dwar l-ispeċjalizzar tagħhom u x'jagħmlu sew fl-Amerika kif ukoll f'pajjiżi oħrajn.", "Qed jingħataw ukoll professional courses lill-uffiċjali tal-Pulizija u lill-ufficjali korrezzjonali ta' Kordin.", "Jekk wieħed iħares lejn source ieħor fil-ġlieda kontra d-droga jsib li sa l-1988 fid-Dwana ma kien hemm l-ebda kelb biex ikun jista' jxomm jew jidentifika xi droga.", "Nafu li fid-Dwana, sew jekk tagħmel X-ray kif ukoll jekk tuża xi apparat soffistikat ieħor xorta waħda dawn ma jidentifikaw l- ebda droga.", "Il-klieb huma l-uniku source li jistgħu jidentifikaw kemm xi jkollha fuqha persuna kif ukoll xi tkun qed iġġorr dik il-persuna.", "Nafu li għall-ewwel kienu ġew introdotti żewġt iklieb u llum il-ġurnata hemm 12- il kelb u nista' ngħid li hemm 12 oħra li għadhom ġejjin biex jagħmlu l- watch tagħhom ukoll.", "Nista' nsemmi l-laboratorju tal-Pulizija.", "Illum f'xi gazzetta lokali - ma nafx liema waħda minnhom - isemma xi apparat ġdid li ġie nstallat biex jagħmel detecting fuq ħwejjeġ kriminali kif ukoll fuq affarijiet oħra konnessi mad-droga.", "Rajna l-ftehim li sar ma' l-Italja b'koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-ġlieda konta d-droga u l-computer link li sar bejn Malta u l-Italja - dan jissejjaħ Teledrug - peress li aħna viċin ħafna ta' l-Italja u nafu li ħafna mid-droga li tidħol hawn Malta tkun ġejja minn hemmhekk għalkemm hemm il-Greċja, il-Libja, l-Alġerija u diversi postijiet oħra.", "Permezz ta' dan l-apparat wieħed jista' jikkonnettja kemm minn Malta għall-Italja kif ukoll vice-versa biex b'hekk wieħed ikun jaf x'ikun hemm għaddej.", "Peress li hawn servizz bil-baħar mal-Libja u diversi drabi jiġi darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa mil-Libja u li qed joħloq diversi problemi għamilna l-istess mal-Libja..", "Nafu li Malta għandha diversi outlets - kważi outlets teribbli - peress li aħna gżira.", "Per eżempju, hemm l-airport minn fejn jidħlu madwar 6,000 passiġġier kuljum; hemm eluf oħra li jgħaddu mis-sea terminal; jidħlu madwar 120 container kuljum f'Malta for local consumption.", "Għandek ukoll il-Posta, il-Yacht Marina, il-fishing vessels, il-cruise liners, il-general cargo u n-new bonded stores f'Ħal Far.", "Dawn huma kollha outlets u possibilitajiet fejn tista' tiġi traffikata d-droga, pero' l-Gvern huwa committed li f'dawn il-postijiet jagħmel kull għassa possibbli.", "Mhux qed ngħid li qed jirnexxielu għal kollox imma dan huwa mpossibbli għax l-ebda pajjiż fid-dinja ma' rebaħ il-ġlieda kontra d-droga - din għidtha mill-bidu - u lanqas aħna m'aħna se nirbħuha.", "Imma almenu qed isir l-isforz kollu possibbli sabiex wieħed iżommha taħt kontroll.", "Għandna wkoll il-Forzi Armati ta' Malta u nafu wkoll li fil-Ħabs ta' Kordin għandna madwar 60 persuna li qed jiskontaw sentenzi minħabba t-traffikar tad-droga.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett, għalkemm għandi diversi statistiċi oħrajn, nagħmel appell li anke f\"The Parliamentarian\" ta' Jannar li għadda qrajna li saret konferenza tas-CPA għall-pajjiżi ż-żgħar u hemm artiklu dwar \"Drug Abuse Policy in Small Countries\".", "Kien hemm ukoll artiklu dwar \"Jobs, Drugs and Aids\".", "Jiena nistieden lill-Membri Parlamentari kollha - għalkemm m'humiex hawnhekk bħalissa - biex jaqraw dawn l-artikli li huma nteressanti ħafna u jagħmlu kuraġġ biex f'din il-materja jintensifikaw l- informazzjoni tagħhom u bħalma diġa' għidt j'Alla jinħatar dan il-kumitat għal min hu interessat sabiex iżomm ruħu nformat b'dak kollu li qed jagħmel il-Gvern fil-ġlieda kontra din il-pjaga internazzjonali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 15 ta' Mejju, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ST.", "GEORGE'S FLOUR MILL - KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTA' SOĊJALI", "25866.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li mill-ħaddiema li kienu jaħdmu mas-St.", "George's Flour Mill qabel għalqet wieħed biss irċieva notizja mid- dipartiment tiegħu li se jirċievi l-flus tal-bolli jew in-National Assistance?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li s-St.", "George's Flour Mill ħallset l-arretrati kollha tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali kemm tagħhom u kemm ta' l-impjegati.", "Infatti l-ammont dovut favur kull impjegat issa daħal fil-Ledger Sheet ta' kull individwu u b'hekk l-ex-impjegati jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju mingħajr ma jkun hemm dewmien fl-ipproċessar.", "AMBJENT - KONFERENZA TA' RIO", "25867.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x'kienu l-passi li ħadet Malta biex tissalvagwarda l-ambjent wara l-Konferenza ta' Rio?", "Jista' l-Ministru meta jagħti l-lista ta' passi li ttieħdu jgħid taħt liema rakkommandazzjonijiet ta' Rio ttieħdu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-konferenza ta' Rio ħarġu tliet inizjattivi prinċipali:", "L-hekk imsejħa dikjarazzjoni ta' Rio li tfisser l-impenn meħtieġ għat- twettieq ta' l-Aġenda 21; il-Konvenzjoni dwar il-Klima u l-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversita.", "Mill-konferenza ta' Rio:", "a) Malta rratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Klima li issa ġiet fis-seħħ.", "Diġa' ttieħdu miżuri konkreti biex jonqos it-tniġġiż ta' l-ajru (bħal bidla mill-faħam għaż-żejt) u nħoloq kuntatt permanenti bejn id-Dipartiment għall- Ħarsien ta' l-Ambjent u l-Enemalta biex jistħarreġ miżuri oħra fil-futur.", "Bħalissa qed isir studju xjentifiku biex jistabbilixxi l-ammont ta' CO2 preżentement prodott f'Malta.", "b) Malta ntroduċiet diversi regolamenti (taħt il-liġi għall-ħarsien ta' l-ambjent) biex tħares bosta speċi ta' flora u fawna u dan għandu jwassal biex pajjiżna jkun f'pożizzjoni fil-futur qrib li jirratifika din il- konvenzjoni.", "Is-Segretarjat Ambjent riċentement ippubblika ktieb dettaljat dwar il-Flora u Fawna f'Malta filwaqt li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija qiegħed jaħdem ukoll fuq database komprensiva dwar dan l-istess suġġett.", "ċ) L-Aġenda 21 huwa dokument estensiv li jkopri bosta ħwejjeġ iżda li fih jispikka, fuq kollox, il-kunċett li l-ħarsien ta' l-ambjent jitlob impenn wiesgħa kemm jista' jkun li ma jinvolvix biss lill-Gvern iżda kull qasam tas-soċjeta'.", "Hija biss din it-tip ta' ħidma li tista' twassal għall- iżvilupp sostenibbli (li kien l-iktar kunċett importanti li ħareġ minn Rio).", "Dan aspett li fuqu ħadem ħafna l-Gvern: billi ta bidu għal numru ta' kampanji edukattivi għall-informazzjoni tal-pubbliku, billi kattar kuntatti mill-qrib ma' organizzazzjonijiet ambjentali u billi ħoloq djalogu effettiv mas-settur privat.", "Eżempju ċar ta' dan kien il-ħolqien tal-Cleaner Technology Centre li jagħtina eżempju konkret ta' inizjattiva li tiġbor fi ħdanha lill-Gvern, l- Universita' u s-settur privat f'ħidma ta' fejda għall-ambjent.", "Din l-unika triq biex wieħed jasal għal żvilupp sostenibbli.", "Dan nistgħu ngħidu li huwa żvilupp li jinkorpora fih konsiderazzjonijiet ta' natura ambjentali fejn l-ambjent u l-iżvilupp ma jibqgħux għanijiet kontrastanti iżda ngħaqqduhom f'għan wieħed.", "Eżempju sinifikanti ta' din il-viżjoni huwa l-Pjan ta' Struttura li jħares lejn l-iżvilupp f'Malta filwaqt li (fl-istess proċess) jistabbilixxi politika għall-ħarsien ta' l-ambjent f'pajjiżna.", "Din hija preċiżament it- tip ta' integrazzjoni bejn l-għanijiet ta' l-iżvilupp tradizzjonali u dawk tal-ħarsien ta' l-ambjent imżewqa fi strateġija waħda u komuni.", "KONVENZJONI TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA", "25868.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li Malta tiffirma l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa imsejħa Convention of Civil Liability biex min jikkaġuna ħsarat lill-ambjent iħallas hu?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Il-Konvenzjoni Ewropea `CIVIL LIABILITY FOR DAMAGE RESULTING FROM ACTIVITIES DANGEROUS TO THE ENVIRONMENT` (ETS No. 150) tal- 21 ta` Gunju 1993, giet iffirmata minn tminn pajjizi membri tal-Kunsill ta` l-Ewropa, jiġifieri., Cipru, Finlandja, Grecja, Islanda, Italja, Liechtenstein, Lussemburgu u l-Olanda.", "Ma kien hemm l-ebda ratifika s' issa.", "Hemm bzonn ta` lanqas tliet ratifiki biex din il-Konvenzjoni tigi `in vigore`.", "Peress li l-iffirmar ta` din il-Konvenzjoni jitlob certu xogħol inkluż xogħol legali u kkonsiderati l-fatti fuq esposti, Malta għad mhix fi grad tiffirma l-Konvenzjoni msemmija.", "PENSJONIJIET - FTEHIM REĊIPROKU BEJN MALTA U L-AWSTRALJA", "25949.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li meta sar il-ftehim reċiproku bejn Malta u l-Awstralja dwar il-pensjonijiet, tħallew barra l-ex-servicemen?", "Jaf li b'riżultat ta' din il-lakuna fil-ftehim imsemmi ex-serviceman li japplika għal pensjoni meta jagħlaq 60 sena jew 65 sena, il-pensjoni li tingħatalu ma tistax tiġi trasferita lejn Malta, kif isir fil-każ ta' persuna li qed tirċievi l-pensjoni mis-servizzi soċjali?", "Jaf li filwaqt li d-Dipartiment tas-Social Services Awstraljan jittrasferixxi hu dirett lejn bank f'Malta, il-Veteran Affairs jibgħatuha biss sal-Bank fl-Awstralja?", "Jaf li b'hekk kull ex-serviceman Malti li jinżel Malta jrid iħallas t- transfer fee kull darba li jagħmel transfer tal-flus (madwar 20 dollaru Awstraljan).", "Jidhirlu l-Ministru li din hi anomalija għax dawn l-ex-servicemen qed jiġu kkastigati?", "Jaf li dawn qed jirċievu pensjoni ferm inqas għaliex il- ftehim reċiproku dwar il-pensjonijiet, dawk tal-veterani ma ġewx inklużi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ftehim Reċiproku li qed jagħmel referenza għalih l-Onor.", "Interpellant hu Ftehim Reċiproku dwar is-Sigurta' Soċjali u għalhekk jitratta biss fuq benefiċċji li jitħallsu kemm minn Malta kif ukoll mill-Awstralja taħt il-liġijiet tas-Sigurta' Socjali taż-żewġ pajjiżi.", "Il-pensjoni ta' l-'ex-serviceman' li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant hija pensjoni li titħallas taħt il-'Veterans Entitlement Act 1986' ta' l-Awstralja, liema liġi ma tifformax parti mill-Liġi dwar is- Sigurta' Soċjali u għaldaqstant ma taqax taħt il-Ftehim Reċiproku dwar is- Sigurta' Soċjali.", "Filwaqt li fuq il-pensjoni tal-'Veterans Affairs' ma kienx hemm restrizzjoni ta' portabilita', jiġifieri li persuna tista' ġġib il-pensjoni tagħha hawn Malta, dawk il-pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali Awstraljana ma kienux jistgħu jitħallsu jekk il-persuna ma tkunx residenti ġewwa l- Awstralja.", "Jiġifieri dawk l-eluf ta' emigranti li rritornaw lura Malta kienu qed jitilfu dawn il-pensjonijiet.", "Il-Ftehim Reċiproku jneħħi kull xkiel ta' portabilita' ta' pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali Awstraljana li li qabel ma daħal fis-seħħ dan l-istess Ftehim lanqas biss kienu jitħallsu hawn Malta.", "B'hekk mijiet ta' Maltin ibbenefikaw minn pensjonijiet li qabel ma kienux jistgħu jirċievu.", "JOSEPH BARTOLO - MIDALJA TAL-GEORGE CROSS", "25950.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Prim Ministru: Jikkonsidra l- Prim Ministru li jagħti l-George Cross Medal lil Joseph Bartolo li għandu 70 sena u jgħix fl-Awstralja, meta dan jaħlef li serva fil-Home Guards matul l-aħħar gwerra, meta l-Gvern Malti, in-National Archives, il-War Museum u l-Kummissarju tal-Pulizija ma jistgħux isibu r-records tal-Home Guards (skond risposta mogħtija lil Bartolo min Cecilia Attard, Segretarja tal-Kabinett fl-24 ta' Frar, 1995?", "Kif jistenna li dawn in-nies, li huma emigrati u ħafna minnhom kienu llitterati jipproduċu dan iċ-ċertifikat huma?", "Jikkonsidra l-Prim Ministru li jagħti ċ-ċans lil dawn in-nies li servew fil-Home Guards, li jieħdu affidavit li jiddikjaraw dan il-fatt?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm Home Guards li ħadu l-Midalja għall-Ħamsin Anniversarju tal-George Cross ta' Malta iżda dawn bħal ħaddiehor ipproduċew jew s-Service Record tagħhom jew xi ċertifikat jew dokument ieħor biex juru li servew fil-Home Guard.", "Bħal Home Guards hemm persuni oħra li kellhom diffikulta' biex isibu dokumenti uffiċjali li juru s-servizz tagħhom f'Malta fi żmien il-Gwerra, u dawn ukoll ma setgħux jingħataw il-Midalja.", "BIRZEBBUGIA: BAJJA TA' SAN ĠORĠ - TĦAMMIL", "25991.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsalill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi s-sidien tad-dgħajjes f'Birżebbugia u ċioe' fil-bajja ta' San Ġorġ ġew imġiegħla jħallsu liċenzja u ħlas biex jokkupaw irmiġġ u baga għad-dgħajjes tagħhom u billi dawn kienu mwegħda li sa Novembru kellha titħammel il-bajja ta' San Ġorġ, Birżebbugia u jitwaħħlu bagi ġodda, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan għadu ma sarx meta kollha qed iħallsu liċenzja li tiswilhom mhux ħażin?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li dawk is-sidien tad-dgħajjes li ġew identifikati li kienu qed jirmiġġjaw fil-bajja ġew mitluba mill- Awtorita' Marittima jħallsu depożitu biex jikkonfermaw li se jużaw il-mażra li kienet se tiġi allokata lilhom.", "Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ittra li ntbgħatet lilhom, huma kienu mitluba jagħmlu dan id-depożitu li kien se jitqies validu bħala l-ħlas għall-ewwel sena li tibda tgħodd minn meta jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-irmiġġ allokat lilhom mill-Awtorita' Marittima.", "Rappreżentanti tas-sidien tad-dgħajjes kienu talbu li jekk jista' jkun il- proġett kollu jsir b'mod u manjiera li ma jitilfux mill-istaġun tas-sajf jew tas-sajd.", "Għaldaqstant meta ngħata t-tender għat-tħammil, ġie deċiż li l-ewwel titħammel il-Bajja ta' Marsaxlokk, billi din bajja kbira u t- tħammil ma jikkaġunax problemi lis-sajjieda Xlukkajri.", "Wara, għal Novembru, titħammel il-Bajja ta' San Ġorġ u jitqiegħdu il-mażri, fi żmien meta l-opri jkunu l-art.", "RABAT: TRIQ RIEBU WELL - PROVVISTA TA' ELETTRIKU", "26053.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi sqaq Nru. 3 fi Triq Riebu Well, Rabat qed ikun ta' spiss mudlam u wkoll il- provvista tad-dawl tar-residenti ta' dan l-isqaq qed tkun sospiża minħabba l-ħsarat kkawżati mis-sistema tal-wires qodma tad-dawl eżistenti, jista' d- dipartiment jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa inkluż li jibdel l-wire li hemm f'dan l-isqaq?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt biex tittieħed azzjoni biex jinbidlu l-wires ta' l-elettriku li jissupplixxu Sqaq Nru 3 fi Triq Riebu Well, Rabat biex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku.", "RABAT: WESGĦA TAL-MUŻEW - ASFALTAR", "26060.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 25886, u ċioe' jista' jgħid meta se tiġi asfaltata jew mogħtija t-tarmac l-area magħrufa l-Wesgħa tal-Mużew, ir-Rabat, Malta?", "Kemm fil-fatt hija kkalkolata n-nefqa għal dan il-proġett?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li safejn hu magħruf, meta żmien ilu kienu se jasfaltaw il-parti mħarbta ta' din il-Wesgħa, kien hemm indikazzjonijiet ta' possibbilita' ta' xi fdalijiet storiċi u x-xogħol ma kienx sar.", "Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jerġa' jinvestiga l- possibbilita' li dan ix-xogħol isir.", "AGRIKOLTURA U SAJD - BEXX PROJBIT", "26061.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jirriżultalu d-Dipartiment għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd li hawn bexx likwidu u sustanzi oħra artifiċjali li huma projbiti li jiddaħħlu f'Malta, iżda fil-fatt jinsabu jinbigħu lill-bdiewa Maltin u Għawdxin?", "X'investigazzjonijiet saru u x'riżultati kien hemm?", "X'qed jagħmel id-dipartiment biex possibbilment jassigura li ma jiddaħħlux dawn l-oġġetti ta' kuntrabandu f'pajjiżna?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Id-Dipartiment għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd ma rċieva l-ebda rapport ta' bexx projbit li ddaħħal f'Malta.", "Jekk l-Onor interpellant jaf b'xi każ speċifiku dan għandu jirrapportah lill-awtoritajiet.", "Id-dipartiment jimxi skond il-ligi u jirrapporta lill-pulizija każi ta' suspetti ta' ksur tal-ligi.", "DINGLI - TRIQ DUN BOSCO - DAWL", "26062.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi fi Triq Dun Bosco f'Ħad Dingli hemm dlam ċappa u t-triq bla asfalt u bankini, jista' d-dipartiment jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa sabiex jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proġett biex isir dawl adegwat fi Triq Dun Bosco, Ħad-Dingli qed jiġi kkonsidrat flimkien ma' proġetti oħra.", "Rigward il-bankini nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25712 Seduta Nru. 409.", "Dwar l-asfaltar nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - VJOLENZA FUQ ANZJANI", "26127.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 25894 dwar vjolenza u/jew serq fuq anzjani, jista' l-Ministru jirrispondi bl-informazzjoni għall- ewwel xhur tas-sena?", "Jista' jikkonsidra li jiġi nvestigat l-fatt li f'dawn iż-żmenijiet qed ikun hemm wisq reati fuq l-anzjani partikolarment fir-Rabat, Malta u jara jekk possibbilment hux possibbli li jsiru sorveljanzi aħjar mill-pulizija sabiex jiġu mrażżna dawn ir-reati fuq l-anzjani?", "ONOR.", "TONIO BORG: Minħabba li ma tinżammx statistika speċifika, tajt struzzjonijiet sabiex din tinġabar għall-ewwel xhur tas-sena.", "SANT'ANDRU: QASAM TAD-DJAR - KERA TA' MRS MICALLEF", "26135.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'inhi r-raġuni li l-kera ta' Mrs Micallef, Block 3, Flat 6, St. Andrews Housing Estate telgħet minn Lm44 fis-sena għal Lm66 fis-sena wara żieda marġinali fil-pensjoni ta' l-armla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Minsitru konċernat.", "SAN GWANN: MISRAĦ LEWŻA - KAŻ TA' SIMON ZAMMIT", "26157.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-claim pendenti ta' Simon Zammit, ta' Bl.", "5, Dr. D, Flat 1, Misraħ Lewża, San Ġwann dwar spejjeż mediċi u liema każ kont diġa' għamilt mistoqsijiet parlamentari dwaru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-talba tas-Sur Zammit ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Finanzi għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "RABAT - DAWL FIT-TOROQ", "26158.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi Triq Ħad Dingli u Vjal il-Ħaddiem, Rabat huma relattivament mudlama meta wieħed jikkonsidra l-volum ta' traffiku u pedestrians li jiffrekwentaw dawn it-toroq, jista' l-Ministru jara li jiddawlu aktar dawn it-toroq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - OFFERTI MITFUGĦA GĦAT-TENDERS", "26211.L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-offerti mitfugħa għat-tenders maħruġa mill- Awtorita' ta' l-Ippjanar jinfetħux fil-pubbliku bħalma jsir f'każi oħra ta' tenders maħruġa minn azjendi pubbliċi?", "Jekk fl-affermattiv, il-kumpanniji li jitfgħu l-offerti (inklużi dawk barranin) ikunu nformati meta se jinfetħu l-offerti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-offerti mitfugħa għat- Tenders maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jinfetħu kollha fil-miftuħ fejn il-pubbliku jista' jattendi.", "Fl-avviż għat-tenders ikun hemm id-data u l-ħin ta' l-għeluq u dawn jinfetħu bil-miftuħ fl-istess ħin u ġurnata."]} {"filename": "20000925_370d_par.doc", "date": "2000-09-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 370 It-Tnejn, 25 ta' Settembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 370", "It-Tnejn, 25 ta' Settembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "370", "It-Tnejn, 25 ta' Settembru, 2000", "WERREJ MINUTI 421", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 421", "TQEGĦID TA' KARTI 425", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (KUMITAT)", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (COMMITTEE STAGE) 426", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI (IT-TIENI QARI)", "COMPETITION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 446", "AĠĠORNAMENT 450", "MISTOQSIIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 456", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 369 li saret fil-25 ta' Settembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GVERN - INTERNAL AUDITORS", "18959.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħidilna kemm kien hemm internal auditors mill-1995 sal-lum?", "Kif inhuma mqassmin?", "Kemm minnhom spiċċaw?", "Min huma dawk li spiċċaw?", "Għaliex spiċċaw?", "Wara li spiċċaw - jekk baqgħu jaħdmu - x'xogħol ingħataw u fejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru tal-Finanzi) : Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qiegħed nehmeż tabella li tagħti d-dettalji mitluba, ħlief għall-ismijiet ta' l-internal auditors, li l-Onor.", "Interpellant tapprezza m'huwiex etikament mixtieq.", "Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li l-funzjoni ta' internal auditing mal-gvern qiegħda fil-fażi ta' re-engineering.", "Dan jinkludi wkoll it-trasferiment tar-responsabbilta` għall-funzjoni mill-ministeru tal- finanzi għall-uffiċċju tal-kabinett fi ħdan l-uffiċċju tal-prim ministru.", "Id-dipartiment ta' l-awditjar intern li għadu kif twaqqaf qiegħed fil- fażi ta' reklutaġġ ta' riżorsi umani addizjonali.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien naħseb li din hija biss skuża tal- Ministru li jgħid li ma jistax jagħti ismijiet.", "Għaliex ma jistax jagħti ismijiet?", "Mela dawn qegħdin hemmhekk bil-ħabi!", "Jien nitlob għal darb'oħra lill-Ministru sabiex jagħti l-ismijiet ta' dawn l-awdituri.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena li nista' ngħid huwa li l- ministru tal-finanzi iħoss li m'huwiex etikament korrett li wieħed jagħti l- ismijiet, u jkolli ngħid li naqbel miegħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, minħabba li qegħdin niġu hawn naħlu l-ħin -għax hawnhekk nitolbu l-informazzjoni fl-interess pubbliku u ma ningħatawx risposta adegwata - u anke minħabba l-fatt li lanqas biss hawn preżenti l- ministru tal-finanzi biex jirrispondi għad-domandi tagħna, qed insejjaħ quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża.", "Fis-6.15 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nitlob lill-Ministru biex jgħid x'inhi r-raġuni li mhix tingħata l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija meta hawn qed nistaqsu dwar ħaddiema fis-servizz pubbliku.", "Tajjeb infakkar ukoll li kien hemm diskussjoni dwar dan is-suġġett anke fil-public accounts committee.", "Jiġifieri din żgur li m'hijiex xi ħaġa sigrieta jew xi informazzjoni tas-secret service!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jiena nistenna li wieħed għandu jifhem li jkun iktar għaqli jekk wieħed ma jagħtix l-ismijiet f'dan il-forum.", "Naħseb li dan huwa xogħol delikat u m'hemmx għalfejn noqogħdu nsemmu persuni individwali fejn m'huwiex assolutament neċessarju.", "Nixtieq inżid ngħid ukoll li l-ministru tal-finanzi jinsab imsiefer fuq xogħol ta' l-IMF u mhux il-każ li m'huwiex hawnhekk għaliex ma riedx iwieġeb għad-domandi.", "MINISTERI - INTERNAL AUDITORS", "18960.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħidilna liema ministeri kellhom internal auditor iżda bħalissa jinsabu mingħajr wieħed?", "Liema ministeri qatt ma kellhom internal auditor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat aktar kmieni din is-sena għal mistoqsija parlamentari nru 14598, kif ukoll għat-tweġiba li qiegħed nagħti illum għal mistoqsija parlamentari nru 18959.", "Il-ministeri li qatt ma kellhom internal auditor huma l-ministeru għat- turiżmu u l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-internal auditors humiex magħrufa li qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol fid- dipartimenti u l-ministeri konċernati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, fl-istrutturi tal-ministeri konċernati hemm indikat ix-xogħol ta' liema internal auditor hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Allura minn dan li qed jingħad, iktar u iktar jinħass stramb il-fatt li ma ngħatatx l-informazzjoni bl-ismijiet ta' dawn l-awdituri.", "Barra minn hekk, meta jkun hemm awdituri privati - ngħidu aħna awdituri li jagħmlu xogħol għall-kunsilli lokali - l-ismijiet tagħhom ikunu magħrufa.", "Jiġifieri jien ma nafx x'inhi r-raġuni li informazzjoni ta' natura pubblika - m'aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa ta' barra minn hawn - ma tingħatax.", "Jiena għadni ma nistax nifhem u m'iniex konvint minn din it- tweġiba.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, jien ma nistax nifhem għalfejn tħossu l- ħtieġa li wieħed joqgħod isemmi individwalment l-ismijiet ta' dawn in-nies li qed jagħmlu funzjoni delikata bħal din.", "Jien ma narax għalfejn fost l- impjegati kollha tal-gvern wieħed għandu jimmira lejn dawn.", "Dawn huma uffiċjali pubbliċi u m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu min minnhom qiegħed jagħmel liema xogħol.", "Dan huwa xogħol li jirrikjedi ċerta dixxiplina u konfidenzjalita`.", "Issa jew qed nimxu bis-serjeta` jew inkella l-oppożizzjoni trid toqgħod iżżeffen lil dawn l-individwi fin-nofs!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, l-ewwelnett kull membru jkollu r- raġunijiet tiegħu għalfejn jagħmel interpellanza u jien qed nagħmel din id- domanda għaliex qed nibqa' mingħajr risposta.", "Assolutament ma nistax nifhem għaliex ma jistgħux jingħataw l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi.", "Jista' l-Ministru almenu jgħidilna jekk qattx kien hemm xi atti ta' intimidazzjoni fuq dawn l-internal auditors minn xi ħaddiema oħra sħabhom minħabba x-xogħol li qed jagħmlu?", "Jekk ir-risposta hija fl- affermattiv, ittieħdu passi kontra min intimida jew b'xi mod għamel il- ħajja tagħhom diffiċli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk pero` jekk l-Onor.", "Interpellant jogħġbu jagħmel din id-domanda bil-miktub ċertament li jkollu tweġiba.", "Nixtieq inżid ngħid li hemm bżonn nifhmu li qegħdin ngħixu f'pajjiż fejn xi kultant min ikun qed jipprova jimxi b'ċerta dixxiplina isib ċerti diffikultajiet u dan li qed ngħid m'huwa xejn ġdid.", "Il-pożizzjoni li qiegħed inpoġġi hawnhekk hija li m'għandniex għalfejn noqogħdu nżeffnu lil dawn in-nies fin-nofs bla bżonn.", "SERVIZZ PUBBLIKU - PENSJONI", "18964.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Fir- rigward tal-pensjonanti li spiċċaw minn mal-gvern wara l-1l ta' Jannar 1996, f'paġna 8 para.", "5.3 tal-ftehim kollettiv dwar il-ħaddiema tal-gvern li ġie ffirmat bejn gvern u unions f'Diċembru 1998 hemm dan li ġej:", "\"It is agreed that ad hoc arrangements on a personal basis will be made for public officers retiring during the years 1996 to the year 2000 to reflect, on a national basis, increases in emoluments awarded to serving public officers.\".", "Dejjem skond l-istess ftehim dan l-arranġament suppost għandu jsir mill-1 ta' Jannar, 2001.", "Huwa minnu li l-accountant general għadu ma ħareġ ebda struzzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward?", "Huwa minnu li hemm nuqqas ta' qbil bejn il-gvern u l-UĦM dwar din il- problema, billi min-naħa ta' l-official side qed jingħad li dan l- eżerċizzju għandu jinkludi fih biss lil dawk li spiċċaw bil-pensjoni mill- 1999 'il hawn?", "Jekk huwa hekk, dan ma jirriżultax f'pensjonanti li ġew maqlugħa barra mill-ftehim ta' Diċembru 1998 bil-wegħda li fl-1 ta' Jannar, 2001 il-pensjoni tagħhom se tiġi aġġornata mal-ftehim kollettiv imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-ri-komputazzjoni tas-somma u ż-żieda fil-pensjoni lill-pensjonanti tas-servizz pubbliku li spiċċaw is-servizz tagħhom bejn is- snin 1996 - 2000 tibda sseħħ minnufiħ li tinħareġ direttiva mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "L-accountant general m'għandux għalfejn joħroġ xi struzzjonijiet dwar dan jew jieħu xi azzjoni oħra ħlief li joħroġ malajr kemm jista' jkun il- flejjes dovuti, maħduma skond il-ftehim milħuq.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, ma jaħsibx il-Ministru li t-tweġiba li dan jiġi fis-seħħ minnufih li tinħareġ direttiva mill-uffiċċju tal-prim ministru, hija daqsxejn open-ended?", "Jekk ma jeżistix terminu ta' żmien, allura din id-direttiva tista' tinħareġ fl-anno mai!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, meta l-ministru tal-finanzi qed jgħid li dan jiġi fis-seħħ minnufih, allura żgur li mhux il-każ li qed isemmi l- Onor. Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR LEO BRINCAT: Mr Speaker, il-ministru tal-finanzi mhux qed jgħid li jibda jseħħ minnufih imma qed jgħid jibda jseħħ minnufih li tinħareġ id- direttiva mill-uffiċċju tal-prim ministru.", "Jiena m'iniex qed nallega li hemm xi tlajjar minn naħa ta' l-uffiċċju tal-prim ministru, biex ma niġix miżinterpretat, imma jekk ipotetikament ikun hemm tlajjar minn dik in-naħa biex joħorġu din id-direttiva, sempliċement għaliex il-ministru tal-finanzi qed jgħid li meta toħroġ mill-uffiċċju tal-prim ministru tiġi fis-seħħ, xorta m'għandniex indikazzjoni tat-terminu li fih din se tiġi fis-seħħ.", "Din hi l-preokkupazzjoni tiegħi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li għandi jien hija li din toħroġ mill-aktar fis possibbli.", "INTERNAL AUDITOR - XOGĦOL", "18965.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min jiddeċiedi jekk ix- xogħol ta' l-internal auditors huwiex sodisfaċenti jew le u fuq liema kriterji jsir dan?", "Kemm saru rapporti minn kull internal auditor kull sena?", "Individwalment kemm saru audit reports minn kull internal auditor?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Finanzi): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ġiet mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru 18959.", "Inżid ngħid li s'issa l-internal auditors kienu jirrappurtaw biss lis- segretarji permanenti tal-ministeru li fih ikunu assenjati.", "Il-kriterji li fuqhom jiġi deċiż jekk ix-xogħol ta' internal auditor huwiex sodisfaċenti jew le huma kriterji ta' performance management fis-servizz pubbliku.", "L- informazzjoni l-oħra mitluba qed tingħata fit-tabella mehmuża.", "Rapporti li saru mill-Internal Auditors mill-1995.", "| |199|19|19|19|19|20|Tota| | |5 |96|97|98|99|00|l | |Finan|7 |3 |- |- |- |- |10 | |zi | | | | | | | | |(1) | | | | | | | | |Finan|7 |8 |8 |3 |5 |3 |34 | |zi | | | | | | | | |(2) | | | | | | | | |Finan|- |- |- |- |- |5 |5 | |zi | | | | | | | | |(3) *| | | | | | | | |Sigur|11 |6 |9 |6 |8 |2 |42 | |ta | | | | | | | | |Soċja| | | | | | | | |li | | | | | | | | |(1) | | | | | | | | |Sigur|- |- |- |- |0 |0 |0 | |ta | | | | | | | | |Soċja| | | | | | | | |li | | | | | | | | |(2) | | | | | | | | |Għawd|4 |9 |7 |9 |10|5 |44 | |ex * | | | | | | | | |Xogħo|11 |9 |- |- |- |- |20 | |lijie| | | | | | | | |t (1)| | | | | | | | |Xogħo|12 |8 |4 |- |- |- |24 | |lijie| | | | | | | | |t (2)| | | | | | | | |Xogħo|20 |17|19|9 |12|2 |79 | |lijie| | | | | | | | |t u | | | | | | | | |Ambje| | | | | | | | |nt | | | | | | | | |(3) | | | | | | | | |Uffiċ|- |- |- |- |7 |1 |8 | |ċju | | | | | | | | |tal-P| | | | | | | | |rim | | | | | | | | |Minis| | | | | | | | |tru | | | | | | | | |(1) | | | | | | | | |Uffiċ|- |- |- |- |7 |3 |10 | |ċju | | | | | | | | |tal-P| | | | | | | | |rim | | | | | | | | |Minis| | | | | | | | |tru | | | | | | | | |(2) | | | | | | | | |Kunsi|11 |6 |48|40|56|28|189 | |lli | | | | | | | | |Lokal| | | | | | | | |i | | | | | | | | |Eduka|10 |9 |- |- |- |- |19 | |zzjon| | | | | | | | |i (1)| | | | | | | | |Eduka|- |5 |6 |2 |- |- |13 | |zzjon| | | | | | | | |i (2)| | | | | | | | |Eduka|- |5 |7 |8 |9 |7 |36 | |zzjon| | | | | | | | |i (3)| | | | | | | | |* | | | | | | | | |Eduka|- |- |- |- |9 |7 |16 | |zzjon| | | | | | | | |i (4)| | | | | | | | |* | | | | | | | | |Affar|- |3 |4 |- |- |- |7 | |ijiet| | | | | | | | |Barra| | | | | | | | |nin | | | | | | | | |(1) | | | | | | | | |Affar|- |- |- |- |8 |2 |10 | |ijiet| | | | | | | | |Barra| | | | | | | | |nin | | | | | | | | |(2) | | | | | | | | |Agrik|- |5 |9 |10|21|13|58 | |oltur| | | | | | | | |a u | | | | | | | | |Sajd | | | | | | | | |* | | | | | | | | |Inter|- |6 |4 |3 |6 |5 |24 | |n | | | | | | | | |Ġusti|- |5 |11|6 |4 |- |26 | |zzja | | | | | | | | |Trasp|- |14|12|14|30|3 |73 | |ort | | | | | | | | |Saħħa|- |- |- |- |7 |2 |9 | |(1) | | | | | | | | |Saħħa|- |- |- |- |7 |9 |16 | |(2) | | | | | | | |", "* Ifisser li dawn huma l-internal auditors li hemm fil-preżent.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li dawn l-internal auditors minflok jibqgħu jirrapportaw lis-segretarju permanenti f'kull ministeru, jibdew jirrapportaw dirett lill-uffiċċju tal- prim ministru?", "Dan il-proġett inbeda?", "Fiex wasal?", "Meta hemm il-ħsieb li jitlesta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mill-file li għandi hawnhekk ma jirriżultalix meta dan il-proċess se jitlesta u għalhekk nitlob li d-domanda ssir bil-miktub.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiena ma tlabtx għal data preċiża imma staqsejt jekk dan il-proċess bħalissa jinsabx għaddej.", "Il-Ministru huwa informat dwar jekk inbediex dan il-proċess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, nista' ngħid li dan il-proċess jinsab għaddej, anke għaliex fil-ministeru tiegħi il-proċess ta' ristrutturazzjoni jinvolvi wkoll li tinħoloq il-kariga ta' internal auditor u din timtela minn persuna li tkun tista' tagħmel din il-funzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq safar u riċevimenti mill-ministeru tiegħi u minn dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt l- istess dikasteru matul Jannar - Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 18566.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 36 - Emendi u riżervi.", "(Kont.)", "Clause 36 - Amendments and saving.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Chairman, dalgħodu qbilna li billi din il-klawsola tirriferi għat-Tieni Skeda, li hija l-iskeda ta' l-emendi, għandna nieħdu l-emendi waħda waħda, b'riferenza għal-liġi prinċipali li tkun qed tiġi emendata.", "Ma kien hemm ebda diffikulta` dwar l-ewwel liġi - jiġifieri dwar l-Ordinanza dwar l- Importazzjoni, Magazzinaġġ u Bejgħ ta' Pitrolju - u s'issa għar-rigward ta' l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju, l-Onor.", "Louis Buhagiar għamel rimarka waħda, fis-sens nibdlu l-kelma \"pitrolju\" għal \"petroleum\".", "F'dan is-sens se nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"Q\" Partiti 1 sa 4 fit-Tieni Kolonna tat-Tieni Skeda riferibbilment għall- partita \"Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju, Kap. 156\" fl-Ewwel Kolonna, għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala partiti 2 sa 5 rispettivament, u minnufih qabel partita 2 kif enumerata mill-ġdid għandha tidħol il-partita li ġejja:", "\"1.", "Fit-test Malti ta' l-Att inkluż it-Titolu u n-noti marġinali, minflok il-kelma \"pitrolju\" għandha tidħol il-kelma \"petroleum\".\".", "\"Q\" The items 1 to 4 in the Second Column with regard to the item \"Petroleum (Production) Act, Cap.", "156\" in the First Column, shall be renumbered as items 2 to 5 respectively, and immediately before item 2 as renumbered there shall be added the following item:", "\"1.", "In the Maltese text of the Act including the Title and the marginal notes, for the word \"pitrolju\" wherever it appears there shall be substituted the word \"petroleum\".\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, issa li daħħalna l-awtorita` f'dawn il-funzjonijiet jista' l-Ministru jgħidilna x'għandu f'moħħu?", "Issa li qed indaħħlu \"awtorita`\" hemm bżonn li ndaħħlu l-kelma \"persuna\"?", "Jista' jkun hemm esiġenzi forsi straordinarji, imma jien ma nistax nifhem għaliex bil- provisions kollha li għamilna fil-liġi oriġinali li qegħdin nitkellmu dwarha għandha tidħol il-kelma \"persuna.\"", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, fit-test oriġinali kien hemm \"ministru jew uffiċjal ieħor\" li jkun awtorizzat, filwaqt li issa l-enfasi se tmur fuq \"awtorita`\" imma mhux li bilfors tkun l-awtorita`.", "Allura qed ngħidu \"persuna\" minflok il-kliem \"uffiċjal jew awtorita` oħra li tkun awtorizzata\".", "Anke l-kelma \"persuna\" għandha l-vantaġġ li hija kelma ġenerika, jiġifieri awtomatikament tinkludi korp ta' persuni u mhux bilfors bniedem wieħed partikolari", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, safejn niftakar jien, anke fil-parti l-kbira tal-liġi li għadna kif iddiskutejna, m'hemmx provision għal xi ċirkostanza li jista' jkun hemm fejn il-funzjonji ta' l-awtorita` tingħata lil persuna waħda.", "Jekk m'iniex sejjer żball ma ddiskutejna l-ebda klawsola fejn hemm provision li tgħid li l-funzjonijiet ta' l-awtorita` jistgħu jgħaddu f'idejn xi persuna oħra, kuntrarjament għal meta ddiskutejna liġijiet dwar awtoritajiet oħrajn fejn hemm provvediment għal ċerti ċirkostanzi, fejn il-prim ministru jista' jgħaddi l-funzjonijiet kollha ta' awtorita` partikolari - jekk niftakar tajjeb waħda mill- awtoritajiet li għandha dan il-mekkaniżmu hija l-awtorita` dwar il- communications - lil xi persuna partikolari.", "F'din il-liġi m'għamilna l- ebda provvediment li bih il-prim ministru jista' jittrasferixxi l- funzjonijiet ta' din l-awtorita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb tajjeb li nfakkar li kien l-Onor.", "Buhagiar stess li rriferieni għal subklawsola 5 (5) li tgħid:", "\"Sew l-awtorita` sew kull wieħed mid-direttorati jistgħu jeżerċitaw xi wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom kemm direttament kemm permezz ta' l-uffiċjali jew impjegati tagħhom jew permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak l-għan, jew permezz ta' kuntrattur jew persuna oħra li magħhom isir ftehim għat-twettiq ta' xi waħda jew iktar minn dawk il-funzjonijiet:\".", "Għar-rigward tal-poter tal-prim ministru, li għamilna huwa dak li għamilna f'liġijiet oħrajn, u hawn nirriferi għal subklawsola 6 (3) li tgħid li:", "\"Jekk l-awtorita` tonqos milli tħares xi ordni maħruġa taħt dan l- artikolu, il-Prim Ministru jista' jagħmel ordni li biha jittrasferixxi lill-Ministru għal kollox jew biss f'parti xi funzjoni jew funzjonjiet ta' l-awtorita`.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, il-punt tiegħi hu li fl-ebda klawsola u fl-ebda ċirkostanza ma ddiskutejna eventwalitajiet fejn il-prim ministru jista' jittrasferixxi l-funzjonijiet kollha ta' l-awtorita` lil xi persuna oħra minbarra l-ministru.", "Il-klawsola li għadu kif ikkwota l- Ministru tiddefenixxi ċirkostanzi fejn il-prim ministru jirtira l- funzjonijiet ta' l-awtorita` u jgħaddihom lil ministru ieħor, pero` m'hemm l-ebda ċirkostanza fejn dawn il-funzjonijiet, fit-totalita` tagħhom, jgħaddu lil xi persuna oħra.", "Dan jista' jkun punt tekniku u m'iniex se ninsisti iżjed fuqu, pero` ngħid biss li l-kelma \"persuna\" hemmhekk qed naraha żejda preċiżament minħabba li kważi ttekiljajna ċ-ċirkostanzi kollha fejn l-awtorita` tista' teżerċita l-funzjonijiet tagħha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, klawsola fejn il-prim ministru jiddelega l-funzjonijiet kollha ta' l-awtorita` lil xi persuna għajr il- ministru m'hemmx.", "Jiġifieri l-poter tal-prim ministru huwa li jekk l- awtorita` tonqos, jekk ikun hemm il-ħtieġa jittrasferixxi lill-ministru għal kollox jew in parti.", "Min-naħa l-oħra, meta qed ngħidu li l-awtorita` tista' teżerċita l- funzjonijiet tagħha permezz ta' aġenzija li tkun awtorizzata għal dak il- għan, m'hemmx limitazzjoni li ma tistax tagħti din id-delega tal- funzjonijiet kollha.", "Allura apparti l-awtorita', ir-riferenza għall-kelma \"persuna\" tibqa' neċessarja għaliex jista' jkollok sitwazzjoni fejn la tkun l-awtorita` awtorizzata u lanqas ikun il-ministru għaliex tkun l-awtorita`, anke f'eżerċizzju ta' funzjoni partikolari, li tkun qed tiddelega lil persuna oħra, u allura inti trid tkopri dik l-eventwalita` ukoll.", "Minħabba f'hekk ma nistgħux inneħħu l-kelma \"persuna\" minn hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, meta konna qed niddiskutu subklawsola 5 (5) konna indirizzajna ċirkostanzi fejn l-awtorita` tista' tittrasferixxi partijiet mill-funzjonijiet tagħha lill-entitajiet oħrajn, anke entitajiet privati.", "F'waħda mil-liġijiet li ddiskutejna ma kienx hemm il-provision li l-core functions ta' l-awtorita` jistgħu jiġu ttrasferiti lill-entitajiet oħra privati.", "Dan kien suġġeriment li għamlet in-naħa ta' l- oppożizzjoni għax insistejna li l-core functions ta' l-awtorita` qatt m'għandhom jiġu ttrasferiti lill-privat.", "Kien hemm dibattitu dwar dan u n- naħa tal-gvern aċċettat fl-istadju tad-diskussjoni dwar l-awtorita` tal- komunikazzjoni - fil-fatt anke l-Prim Ministru kien daħal f'din id- diskussjoni - li l-core functions ta' l-awtorita` qatt m'għandhom jiġu ttrasferiti.", "Issa jekk fid-definizzjoni tal-kelma \"Ministru\" ndaħħlu \"persuna oħra\" b'mod li mhux ben definit, nibża' li dak kollu li ddiskutejna u qbilna dwaru jisfa fix-xejn.", "M'hu xejn ċar għalxiex qed nirriferu meta ndaħħlu l- kelma \"persuna\" hemmhekk.", "Barra minn hekk inkunu qegħdin nagħmlu bypassing tad-diskussjoni kollha u l-qbil kollu li tkellimna fuqu meta rriferejna għal subklawsola 5 (5).", "Jiena ninsisti li jew niddefenixxu sew u nitkellmu u nikkjarifikaw għalxiex qegħdin nirriferu meta ninkludu l-kelma \"persuna\", jew inkella dik il-kelma tiġi rtirata biex nirriferu biss għall-ministru jew l-awtorita` konċernata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, nibdew mill-punt kunċettwali li l-fatt li tgħid \"ministru jew persuna awtorizzata\", jekk ma jkollokx il- poter tawtorizza dak ma tistax tagħmlu għaliex tkun qed tbiddel id- definizjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq x'jista' jagħmel il-ministru mhux l-awtorita`, jiġifieri jekk l-awtorita` tista' tiddelega, għandha tiddelega skond subklawsola 5 (5), fejn naqblu li eskludejna li hi tagħmel delega tal-funzjoni regolatorja tagħha.", "Delega ta' funzjonijiet oħra li m'humiex il-core functions tagħha tista' tagħmel imma mhux id-delega ta' dak li hi twaqqfet biex tagħmel.", "Jiġifieri dak naqblu li ma tistax tagħmlu u allura, nagħmlu kemm nagħmlu definizzjonijiet, hawnhekk ma nistgħux b'xi mod nibdlu dak li tant iddiskutejna u għamilna.", "L-awtorizzazzjoni li qed nitkellmu dwarha hawnhekk hija mill-ministru għaliex id-definizjoni hija tal-kelma \"ministru\".", "Jekk nieħdu din id-definizzjoni fil-kuntest tal-liġi prinċipali li qed nemendaw, naraw li qabel ma kellna din l-awtorita` diġa` kien hemm miktub \"ministru jew uffiċjal ieħor li jkun awtorizzat\", u issa żdiedet l- awtorita`.", "Imma b'daqshekk se nnaqqsu x'seta' jagħmel il-ministru qabel?", "Qabel il-ministru seta' jagħmel id-delega lil uffiċjal ieħor.", "L-Onor.", "Buhagiar jista' jargumenta li minflok \"persuna\" nagħmlu \"uffiċjal\" - u jekk din hija d-diffikulta` nagħmel emenda f'dan is-sens -biex almenu nħallu l-liġi kif kienet u ma nnaqqsu xejn mill-poteri eżekuttivi.", "Jekk il- kelma \"persuna\" toħloq daqshekk diffikulta`, inħallu l-kliem kif kien u ngħidu \"ministru, uffiċjal jew awtorita` oħrajn li jkunu awtorizzati\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jien ma nsib l-ebda oġġezzjoni li nimxu hekk, pero` dejjem jekk issir definizjoni aħjar ta' min hu uffiċjal.", "Meta ngħidu \"uffiċjal\" inkunu qed nirriferu għal uffiċjal pubbliku?", "Il- mistoqsija tiegħi hija jekk billi hemmhekk ninkludu l-kelma \"persuna\", inkunux qegħdin indaħħlu l-possibilita` li ċerti funzjonijiet importanti li s-soltu skond din il-liġi jgħaddu lill-awtorita`, ikunu jistgħu jgħaddu lil persuna li m'għandha x'taqsam xejn mas-servizz pubbliku, jiġifieri persuna privata.", "Nafu li konna diġa` qbilna li ċerti core functions ta' kull awtorita` m'għandhomx jgħaddu għand entitajiet privati.", "Jekk min qed jieħu ħsieb id-drafting tal-liġi jiddefinixxi \"uffiċjal\" bħala \"uffiċjal pubbliku\" - jiġifieri tiġi li l-funzjonijiet ikunu qegħdin jgħaddu għal għand uffiċjal pubbliku - ma nsib l-ebda oġġezzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, we can go one better - l- avukat ġenerali jista' jagħmlilna draft ta' emenda f'dan is-sens - u ngħidu \"ministru, uffiċjal pubbliku jew awtorita` oħra\".", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Jien naħseb li trid tiġi \"jew l-awtorita` awtorizzata\".", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Awtorizzata dejjem għaliex inti għandek \"li jkunu awtorizzati\".", "Jiġifieri l-awtorizzazzjoni trid tagħmilha kemm għall-awtorita` kif ukoll għall-uffiċjal pubbliku.", "Dwar dan noqgħod fuq il- parir ta' l-avukat ġenerali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nirriferi għal partita 3 li qed temenda artiklu 4 ta' Kap 156.", "Din il-partita tgħid hekk:", "\".... fis-subartikolu (1) minflok il-kliem \"li jagħti lil min jidhirlu xieraq liċenzi\" għandhom jidħlu l-kliem \"li jagħti lill- applikant li jintgħażel liċenza.\";", "Issa jekk immorru lura għal subartiklu 4 (1) ta' Kap 156 naraw li m'hemm l- ebda definizjoni dwar l-applikant li jintgħażel.", "Fil-fatt dan is- subartiklu jgħid li:", "\"Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħti lil min jidhirlu xieraq liċenzi għat-tiftix u taħfir u teħid ta' pitrolju fuq, taħt jew minn xi artijiet f'Malta magħduda konċessjonijiet dwar estrazzjoni ta' pitrolju.\".", "S'issa m'hawn l-ebda riferenza għall-applikant li jintgħażel, pero` jista' jkun li minn dak iż-żmien saru xi emendi dwar id-definizzjoni ta' \"applikant\" li għadhom ma ġewx imdaħħla fil-kopja li tani l-Iskrivan tal- Kamra.", "Jekk ma saritx emenda f'dan is-sens naħseb li ma tagħmilx sens li nkomplu mexjin mingħajr ma nagħtu definizjoni ta' min hu applikant u għalxiex qed japplika.", "THE CHAIRMAN Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, naħseb kulma qed nagħmlu hawnhekk huwa li nippressuponu li għaliex ikollok awtorita` regolatorja, awtomatikament ikollok proċess formali ta' applikazzjonijiet.", "Jien ma naħsibx li hemm lok għalfejn tiddefenixxi l-kelma \"applikant\".", "Hawnhekk kulma qed ngħidu huwa li se jkun hemm regolamenti fejn anke jkun hemm formoli ta' kif tapplika.", "Meta tgħid \"applikant\" tkun diġa` qed tagħti ċerta direzzjoni ta' proċedura korretta li rridu nsegwu.", "Kif inhi llum tgħid:", "\"The Minister shall have the power to grant to such persons as he thinks fit\".", "Jiġifieri teoretikament, mingħajr proċedura ta' xejn, ikun mar xi ħadd ikellem lill-ministru, jgħidlu li hu ditta kbira għat-tħaffir taż-żejt u jitolbu liċenzja biex iħaffer għall-petroleum u l-liċenzja toħroġ.", "Jien naħseb li jagħmel sens li jkun hemm proċedura ta' applikazzjoni.", "Jiġifieri f'ċertu sens qed nillimitaw id-diskrezzjoni żejda u qed ngħidu li jkun hemm applikazzjoni, li jistgħu jsiru domandi dwarha u imbagħad toħroġ il- liċenzja meħtieġa lil min jintgħażel.", "Din il-liġi ġiet emendata fl-1958 u fl-1962 imma fost l-emendi li saru ma kienx hemm dik li tiddefinixxi \"applikant\".", "Din qed indaħħluha issa għaliex billi hawn struttura regolatorja, qed nassumu proċedura ta' applikazzjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, aħna favur li l-ministru ma jkunx jista' jaqbad u jagħti lil min jidhirlu hu l-liċenzja.", "Jiġifieri din iċ- ċerta diskrezzjonalita` ma naqblux li għandha tkun hemm, anzi naqblu li għandu jkun hemm proċedura ta' applikazzjoni.", "Li qed ngħid jien huwa li filwaqt li qegħdin nemendaw dan il-paragrafu, fis-sens li se jinfetħu l- applikazzjonijiet u se jkun hemm l-applikanti, m'hemmx definizjoni bil-liġi dwar il-fatt li se jkun hemm l-applikazzjonijiet.", "Jekk inħarsu lejn partita 5 naraw li din tirriferi għal \"sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1)\".", "Issa jekk qed nara sew jien, f'dak is-subartiklu m'hemm l-ebda sejħa għal applikazzjonijiet u allura anke din trid tiġi emendata.", "Hemm bżonn li dawn l-affarjiet niċċarawhom ħalli nkunu nistgħu nagħmlu sens minn dak li qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, salv dejjem li l-avukat ġenerali jivverifika jekk l-interpretazzjoni li se nagħti issa hijiex koretta, irrid ngħid li ħafna drabi emenda tkun hija konsegwenzjali.", "Jiġifieri meta niġu għal paragrafu (ġ) ta' paġna C910 fejn qed ngħidu li:", "\"Minnufih wara s-subartikolu (4) għandhom jiżdiedu dawn is-subartikoli ġodda li ġejjin....\",", "u ngħidu kif issir, se tidħol il-proċedura li kont qed nirreferi għaliha qabel.", "Subklawsola (5) qed tippressuponi li aħna nkunu emendajna subartiklu 4 (1) tal-liġi prinċipali.", "Min għamel id-drafting ma daħħalx il- kliem \"li jkun hemm applikazzjonijiet\" f'subartiklu (1) imma daħħal \"li jagħti liċenzja lill-applikant li jintgħażel.\"", "Jekk qed nifhem tajjeb, la d-drafter qed jgħid lil min jagħti, cioe' lill-applikant, allura qed jagħmel riferenza għall-proċess ta' applikazzjonijiet.", "Nifhem ukoll l-argument ta' l-Onor.", "Buhagiar fejn qed jistaqsi kif jista' jkun li qed nirriferu għal sejħa pubblika għal applikazzjonijjiet imsemmija f'subartiklu 4 (1) meta hemmhekk m'hemmx applikazzjonijiet imsemmija.", "Jien nassumi li min għamel id-drafting qed jifhem li l-fatt li hemm applikant imsemmi, hija inferenza għall-proċess ta' applikazzjonijiet.", "Jekk dak huwiex drafting tajjeb jew le noqgħod fuq il-ġudizzju savju u superjuri ta' l-avukat ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jekk huwa kif qed jgħid il-Ministru it is a very roundabout way of arriving at a meaning!", "Jiena nħoss li l- affarijiet jistgħu jkunu ħafna iżjed sempliċi minn hekk u għandha ssir emenda, fis-sens li ndaħħlu klawsola li tgħid li għandu jkun hemm sejħa pubblika għal liċenzji bħala parti minn subartiklu 4(1).", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, l-avukat ġenerali qed jiġbidli l-attenzjoni għall-fatt li f'paragrafu (e) hemm riferenza iktar ċara għall-proċess għaliex jgħid \"dawk il-patti u kondizzjonijiet oħra li jistgħu jiġu speċifikati fis-sejħa għal applikazzjonijiet\".", "Mela biex inkunu fair ma' min għamel id-drafting, f'subartiklu 4 (1) kif se jiġi emendat se jkun hemm riferenza speċifika għal \"sejħa għal applikazzjonijiet\".", "Jista' jagħti l-każ li xorta jkun aħjar li nżidu emenda u nagħmluha iktar ċara minn hekk, pero` fit-totalita` ta' subklawsola 4 (1) hemm riferenza għal sejħa għal applikazzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, jiġifieri qed nifhem sew li se nkomplu nemendaw subartiklu 4(1) tal-liġi oriġinali biex nagħmluha ċara li se jkun hemm sejħa pubblika?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Iva, filwaqt li nifhem li dan is- subparagrafu (vi) kien se jagħmel l-affarijiet iktar ċari - forsi daqsxejn iżżejjed ukoll - se nagħmlu emenda biex niċċarawha iżjed.", "Naturalment meta wieħed jaqra t-totalita` tal-liġi jara li huwa evidenti li l- proċedura se tibda ssir b'sejħa għal applikazzjonijiet, liema sejħa tkun pubblika, imbagħad fis-subartikli l-ġodda li se niddiskutu hemm anke l- proċedura kollha dwar kif se tkun esegwita b'sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nimxu ftit iżjed 'il quddiem u niġu għal subklawsola (6).", "Hemmhekk qed jingħad li l-bażi li fuqha l-gvern jew il-ministru jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet u għoti ta' liċenzja għandha tkun soġġetta għall-kapaċita` teknika u finanzjarja ta' l-applikant, il-mod li bih l-applikant jipproponi li jipprospetta, jesplora, eċċ. Hemm imbagħad konsiderazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji.", "Jekk wara sejħa għal applikazzjonijiet ikun hemm applikazzjonijiet li ma jiġux aċċettati, ir-raġunijiet għalfejn ingħatat liċenzja lil parti u mhux oħra se jkunu pubblikati?", "Jew se jingħataw u jiġu intimati lill-applikanti individwalment mingħajr ma jiġu ppubblikati?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, trid tingħata xi forma ta' komunikazzjoni tad-deċiżjoni lil min japplika, kemm pożittiva kif ukoll negattiva, anke minħabba l-fatt li jeżisti d-dritt ta' appell lill-bord ta' appell li konna qed nitkellmu dwaru dalgħodu.", "Għalija pjuttost hija proċedura aktar ċara u trasparenti milli kellna s'issa.", "Issa dwar liema element ikun pubbliku jew le naħseb li wieħed irid iħalli jevolvu daqsxejn il-proċeduri, liema proċeduri huma ġodda, pero` min ikun applika huwa intitolat għal deċiżjoni bil-miktub u motivata għaliex ma jkunx hemm fejn hu jista' jappella jekk hu ma jaqbilx mad-deċiżjoni.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, nimxi ftit iktar 'il quddiem u nitkellem dwar l-emendi li l-gvern qed jipproponi għal liġijiet oħrajn, fosthom dawk għal-liġi dwar l-Enemalta.", "L-emendi li qed niġu mitluba napprovaw ineħħu l-esklussivita` li din il-korporazzjoni għandha f'dak li huwa tħaddim ta' enerġija.", "Sal-lum din il-korporazzjoni kellha d-dritt esklussiv li taħdem f'dan il-qasam u issa l-gvern qed jipproponi li jneħħi din l-esklussivita` u jilliberalizza s-suq, kemm f'dik li hija importazzjoni ta' fuel u anke f'dik li hija ġenerazzjoni ta' l-enerġija.", "Din kienet waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex in-naħa ta' l- oppożizzjoni oġġezzjonat mill-ewwel għal din il-liġi.", "Aħna nħossu li entita` infrastrutturali pubblika importanti bħall- Enemalta, li anke bħalissa għandha diffikultajiet kbar mhux biss operattivi - din il-korporazzjoni bħalissa għandha pressjoni kbira u qed jiġrulha affarijiet li qed inaqqsulha ħafna l-effiċjenza; per eżempju, dan l-aħħar rajna lill-Enemalta tonqos milli tipprovdi s-servizzi tagħha b'effiċjenza, kif il-poplu jixtieq minnha, u kellna okkażjonijiet fejn partijiet kbar tal-pajjiż u fabbriki u entitajiet kummerċjali u industrijali kbar sofrew qtugħ ta' dawl, preċiżament minħabba nuqqas ta' effiċjenza min-naħa ta' din il-korporazzjoni ...", "Sur President, li qed ngħid huwa li hemm aktar bżonn li naraw li l-Enemalta tkun korporazzjoni b'saħħitha kemm finanzjarjament, kemm mil-lat tekniku, kif ukoll mil-lat maniġerjali biex tkun tista' taqdi lill-pajjiż aħjar.", "Jekk ma jkollniex entita` importanti bħall-Enemalta li taqdi l-ħteġijiet għal domanda ta' enerġija b'responsabilita`, allura ma jkunx jista' jkollna moħħna mistrieħ.", "B'din l- emenda li qed jipproponi, il-gvern se jneħħi l-esklussivita` lill- korporazzjoni waħdanija li taħdem f'dan il-qasam u se jdaħħalha f'diffikultajiet kbar.", "Jien diġa` tkellimt fit-tul dwar dan anke fl-istadju tat-Tieni Qari, pero` tajjeb nerġa' nispjega li l-Enemalta għandha tliet partijiet prinċipali.", "Waħda minnhom hija x-xiri u l-bejgħ ta' petroleum u petroleum products, liema prodotti imbagħad tbigħhom lill-pubbliku u lill-entitajiet industrijali bi prezz li s'issa bih l-Enemalta dejjem għamlet il-qligħ.", "Jiġifieri, fi ftit kliem din hija l-profit-making part ta' l-Enemalta u tikkumpensa, almenu parzjalment, għal dawk il-partijiet l-oħrajn tagħha li ma jagħmlux daqstant qligħ.", "Issa parti mill-Enemalta li ma tagħmilx qligħ hija dik li tiġġenera d-dawl elettriku.", "Din il-parti mhux talli ma tagħmilx qligħ talli tagħmel it-telf.", "Anke l-parti li tipproduċi l-gass li jintuża fis-settur domestiku hija mgħejjuna minn dik il-parti ta' l- Enemalta li tagħmel il-qligħ.", "Issa jekk se nneħħu l-esklussivita` ta' l-Enemalta, se nkunu qed niftħu s- suq beraħ għal kompetituri u operaturi privati li jkunu lesti li jidħlu jikkompetu għall-parti li tagħmel il-qligħ.", "Jien ċert li se jkun hemm entitajiet privati stabiliti, bħall-BP, ix-Shell u t-Texaco, li hekk kif jinfetaħ is-suq, se jkunu minn ta' l-ewwel li jidħlu jikkompetu biex jixtru l-fuel u jbigħuh b'kompetizzjoni diretta ma' l-Enemalta.", "Il-biża' tagħna hi li din il-parti ta' l-Enemalta li tagħmel il-qligħ se tibda tiffaċċja kompetizzjoni tremenda li se toħolqilha problemi kbar.", "Minħabba f'hekk il- poplu Malti se jispiċċa jitgħabba bil-piż tal-partijiet ta' l-Enemalta li ma jagħmlux il-qligħ, filwaqt li l-laħma tittieħed minn dawn l-operaturi privati.", "Aħna minn dejjem insistejna li dan ma jagħmilx sens u żgur li l- Enemalta, almenu għalissa m'hijiex preparata biex tiffaċċja din it-tip ta' kompetizzjoni.", "Aħna nifhmu li l-gvern, bl-atteġjament tiegħu, kulma qed jagħmel huwa li joqgħod dejjem iżjed għad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, liema direttivi huma li at all costs jinfetaħ is-suq beraħ għall- kompetizzjoni.", "Din hija xi ħaġa fundamentali għall-Ewropej u aħna ċerti li parti mill-intenzjoni tal-gvern li jipproduċi din il-liġi hija preċiżament il-pressjoni li qed tagħmillu l-Unjoni Ewropea biex jiftaħ is-swieq.", "Ir-riżultat ta' dan kollu se jkun li se jkollna korporazzjoni iżjed debboli, gvern iżjed mgħobbi bil-piżijiet tal-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, filwaqt li l-ftit profitti li l-Enemalta bħalissa qed tagħmel fil-parti li tagħmel il-qligħ, jiġifieri fil-parti tax-xiri u l-bejgħ tal-pitrolju, se jgħaddu għal għand entitajiet privati u l-qligħ tagħhom se jmur barra bħalma ġara meta l-gvern, bla għaqal ta' xejn iddeċieda li jbigħ il-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Hawnhekk il-gvern kien jiftaħar li għamel xi ħaġa tajba - ma naħsibx li għadu jgħid hekk - imma llum qed naraw li ġara hu li l- profitti kollha qed imorru barra.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk, minflok insolvu l-problema kbira li għandna tad-deficit, se nispiċċaw nitgħabbew b'iżjed piżijiet filwaqt li l-laħma tmur barra.", "Dan huwa l-argument li l- oppożizzjoni qiegħda ġġib għall-oġġezzjoni tagħha dwar it-tneħħija ta' l- esklussivita` lill-Enemalta f'dan il-qasam.", "L-istess japplika għall-emendi li qed jipproponi l-gvern għal-liġi dwar il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, pero` fil-każ ta' l-Enemalta t- tneħħija ta' l-esklussivita` hija aktar ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Chairman, hawnhekk nistgħu ngħidu li jeżisti nuqqas ta' qbil bejnietna ta' natura fundamentali.", "Aħna nsostnu li dak li ġara fil-qasam tal-komunikazzjoni għad japplika wkoll fil-qasam tar-riżorsi.", "Japplikax mil-lum għal għada jew fuq terminu ta' żmien ma nafux.", "Il-pajjiż mhux qed jintrabat b'xi terminu ta' żmien imma qed jgħid li għandha titneħħa l-esklussivita`.", "Jekk u meta jkun hemm operaturi, jekk u meta jidħlu ċerti klawsoli u oħrajn tal-liġi in vigore, jekk u meta jsiru ċerti sejħiet huma għażliet li jagħmel il-Gvern Malti minn żmien għal żmien skond iċ-ċirkostanzi kollha nazzjonali.", "Li nista' ngħid bħala linja ġenerali ta' policy huwa li l-ewwelnett irridu nagħmlu numru ta' distinzjonijiet - qed nitkellem hawnhekk fuq l-enerġija - u distinzjoni importanti ħafna f'dan il-każ hija dik bejn il-parti ta' l-Enemalta li tiġġenera l-elettriku u l-parti li tiddistribwih.", "Ngħid li huwa importanti li nagħmlu din id-distinzjzoni għaliex filwaqt li jidher li ma jagħmilx sens, per eżempju, li jkollok kompetizzjoni fil- qasam tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, fil-qasam tal-ġenerazzjoni dik il- kompetizzjoni tista' tagħmel ħafna sens anke għaliex, jekk tassew irridu nippromwovu sorsi alternattivi ta' enerġija li jkunu fuq skala kbira, ma jistax ikun li tgħid li dawn se tippromwovihom jekk imbagħad ma jkollhomx il-liċenzja biex jipprovdu enerġija minn sors alternattiv, u li l-enerġija li jipproduċu ma jagħmlux il-komunikazzjoni tagħha għal ġol-grid nazzjonali.", "Huwa b'hekk biss li jagħmel sens li tippromwovi dawn is-sorsi alternattivi.", "Naturalment hemm ukoll il-kwestjoni tad-differenza bejn il- ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku, fejn ma naqblux li jinżamm monopolju, u hemm aspetti oħrajn bħalma hu l-aspett ta' l- importazzjoni u dak tal-ħażna taż-żejt.", "Huwa veru li aħna mdorrijin naħsbu f'termini li din hija l-laħma u li jekk b'xi mod tiftaħ hawnhekk, mill-ewwel se jiġi kulħadd biex jagħmel l- importazzjoni taż-żejt u ma jerfax piżijiet oħrajn.", "Pero` huwa veru wkoll li ħafna pajjiżi jżommu l-istess livell ta' qligħ mill-importazzjoni taż- żejt - kemm jekk jagħmluh direttament huma permezz ta' l-Istat jew kumpanniji parastatali għan-nom ta' l-Istat, kif ukoll jekk isir minn kumpanniji privati - u kulma jagħmlu huwa li jużaw il-mekkaniżmu magħruf bħala royalties, fejn wieħed jagħti liċenzja għall-importazzjoni taż-żejt lil suppliers differenti, idaħħal element ta' kompetizzjoni f'dak ir- rigward - naħseb li lkoll kemm aħna niftakruh dan għaliex qabel kellna l- Esso, ix-Shell u l-BP ...", "Ma jfissirx li meta ġbarna kollox taħt kappa waħda għamilna tajjeb.", "Jista' jkun li storikament kien hemm dawk iċ- ċirkostanzi dak iż-żmien li ġġustifikaw li nagħmlu 25 sena mexjin b'dak il- metodu, pero` li nibqgħu ngħidu għall-eternita` li dan huwa l-mudell li kollox mingħajr differenza ta' xejn, mingħajr differenza ta' bejn tip ta' żejt u ieħor, mingħajr element ta' ebda tip ta' kompetizzjoni u li ma nħallux li l-importazzjoni ssir b'mod kompetittiv, huwa żball.", "Jekk l-argument huwa biss fuq livell ta' x'inhu l-introjtu nazzjonali u kif dak l-introjtu nazzjonali mbagħad jintuża biex wieħed jippromwovi l- attivitajiet l-oħra konnessi mal-qasam ta' l-enerġija fil-pajjż, allura hemm strutturi li huma ppruvati, bħal strutturi ta' royalties, ta' liċenzjar, ta' profit-sharing u ħafna oħrajn, li wieħed jista' japplika bħala kondizzjonijiet fil-liċenzji li jagħti u li bihom jassigura bħala minimu li jkollu l-istess livell ta' qligħ li għandu l-pajjiż illum.", "Jiġifieri jien m'iniex se jgħid li għandi \"dan\" l-introjtu u se nitilfu imma ngħid li għandi \"dan\" l-introjtu, irrid inkompli nibni fuqu u se nsib strutturi kif possibbilment l-introjtu tiegħi ikun iktar u mhux inqas.", "Din hi wara kollox l-esperjenza li diġa` għaddejjin minnha fil-qasam tal- komunikazzjoni, fejn il-liberalizzazzjoni ma fissritx għall-Istat u għall- pajjiż b'mod ġenerali inqas dħul imma fissret l-istess livell ta' dħul u ħafna drabi livelli ogħla ta' dħul.", "Effett ieħor li huwa marbut maż-żejt huwa l-probabbilta` ta' ħtieġa li ssir kumpannija loġistika u li l-iskop tagħha jkun li tipprovdi l-istorage space meħtieġ għall-ħażna ta' żejt differenti.", "Dan għaliex inti trid tara imbagħad realtajiet oħrajn.", "Ma tistax tgħid li kulmin irid jimporta, jimporta imbagħad naraw fejn se jaħżen.", "Il-probabbilta` f'dan ir-rigward aktarx hi li wieħed ikollu jagħmel struttura ta' kumpannija li tkun responsabbli mill-ħażna ta' żjut differenti u li f'dan ir-rigward - din tista' tkun opportunita` għall-istess Korporazzjoni Enemalta - wieħed jirrazzjonalizza il-faċilitajiet eżistenti ta' ħażniet bħalma għandna f'Ħas- Saptan, Wied Dalam, Ras Ħanżir u Birżebbuġa.", "Inċidentalment huwa ddikkjarat fl-NPAA u jiena nista' nirriafferma din il- policy hawnhekk - naf li l-oppożizzjoni hija konxja ta' dan, anke meta tagħmel analisi tan-national plan for the adoption of the acquis, jiġifieri d-dokument li l-gvern qed jipproponi għad-diskussjoni f'dan il-parlament dwar l-istrateġija tal-gvern kif jadotta l-acquis communautaire għar- rigward ta' l-elettriku - li aħna qed nitolbu għal deroga fid-dawl tal-fatt li nemmnu li nikkwalifikaw bħala dak li fit-termini ta' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea jissejjaħ \"a small isolated system\".", "Dan japplika fejn jidhrilna li għandu japplika għall-ġid tal-pajjiż.", "B'mod partikolari japplika għall-fatt li, per eżempju, fil-qasam tad- distribuzzjoni probabbli jkollna nibqgħu b'sistema ta' monopolju.", "Jien naħseb li huma b'dawn l-ispjegi li wieħed għandu b'moħħ miftuħ ikun ippreparat jilqa' għall-isfidi ġodda f'dan il-qasam.", "Min-notamenti li żammejt ta' l-interventi li kienu saru anke fit-Tieni Qari - naħseb li l-Kamra tapprezza li din hija materja ta' prinċipju tali li iktar minn dettal ta' diskussjoni fi stadju ta' kumitat, hija materja ta' prinċipju li wieħed kellu jiddiskuti fit-Tieni Qari u fil-fatt iddiskutejnih - jirriżultati li l-Onor.", "Buhagiar, fir-riferenza tiegħu għal dan il-kunċett ta' liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni, kien qal dawn il- preċiżi kelmiet: \"L-oppożizzjoni m'hijiex kontra l-liberalizzazzjoni u l- privatizzazzjoni, basta jkun jaqblilna\".", "U t-tweġiba tiegħi hija: Iva, naqblu perfettament.", "Aħna għandna nagħmlu l-miżuri ta' liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni li nqisu li jaqblilna.", "Fejn ma jaqblilniex u fejn is- sistema tagħna hija waħda tant żgħira u iżolata li ma tistax ma titlobx lill-Unjoni Ewropea tikkonsidra dan il-fatt u dawn iċ-ċirkostanzi partikolari tagħna, se nagħmluh u mhux qed nagħmluh bil-moħbi.", "Qed ngħidu li se nagħmluh fl-NPAA, imma fejn jaqblilna li jkollna l-kompetizzjoni u l- liberalizzazzjoni, u nagħmluh billi nużaw strutturi iktar moderni kif nassiguraw l-introjtu u fatturi oħra li l-oppożizzjoni nifhem li trid tissalvagwardja.", "Nagħmluh ukoll bi proċeduri oħrajn, inkluż l-istess proċeduri ta' liċenzjar u regolamentazzjoni li rridu nagħmlu bl-awtorita` li se nwaqqfu bis-saħħa ta' din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, jien nerġa' ninsisti fuq dak li kont għedt u li għadu kif ikkwota l-Ministru.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni taqbel mal-liberalizzazzjoni u mal-privatizzazzjoni fejn jaqbel lill- pajjiż.", "Fil-qasam tal-komunikazzjoni kien jaqbel li s-suq jinfetaħ u jkun hemm liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni.", "Fil-fatt il-pajjiż kollu qed igawdi minn din it-tip ta' liberalizzazzjoni u qed naraw is-servizzi dejjem jitjiebu.", "Dan mhux biss riżultat tal-liberalizzazzjoni imma anke riżultat taċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna u tal-mod kif qed jiżviluppa l- qasam tal-komunikazzjoni.", "Pero` minkejja dan in-naħa tal-gvern ma tistax timplika li għaliex ikun hemm qbil li ssir liberalizzazzjoni f'settur wieħed, ifisser li allura tagħmel hekk fl-oqsma l-oħra kollha.", "Dan ma jagħmilx sens u huwa għalhekk li n-naħa ta' l-oppożizzjoni hija iżjed prammatika, għaliex tikkonsidra u tqis iċ-ċirkostanzi partikolari tas- settur li tkun qed titkellem fuqu.", "Il-Korporazzjoni Enemalta bħalissa tinsab għaddejja minn problemi kbar, mhux biss minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt imma anke minħabba l-mod ta' kif inhi strutturata.", "Filwaqt li fis-settur tal-komunikazzjoni m'hemmx a small isolated system minħabba li f'dan is-settur l-insularita` ta' pajjiżna ma tagħmel l-ebda differenza, fis-settur ta' l-enerġija l-fatt li aħna a small isolated system tpoġġi ċerti constraints u allura bilfors li rridu nikkonsidraw dan is-settur għalih.", "Jien ngħid li qabel ma nneħħu l- esklussivita` mingħand l-Enemalta u niftħu għal-liberalizzazzjoni għandna ngħabbu lill-awtorita` bil-piż tas-security of supply.", "Fil-fatt waħda mill- emendi li għamilna titratta proprju dan, li jkollna pjan proviżorju ta' kontinġenza f'każ li jkun hemm kriżi internazzjonali.", "Lill-Ministru ngħidlu li s'issa l-awtorita` tista' tinfluwenza u tesegwixxi l- funzjonijiet billi tirriferi għall-Enemalta, imma jekk ikun hemm operaturi privati differenti li jistgħu wkoll isibu ruħhom f'ċerta diffikulta`, din l- awtorita` kif se tkun daqstant kapaċi li tara li jkollha security of supply bħalma hi kapaċi issa meta għandha korporazzjoni waħda?", "Jekk se tiftaħ b'dan il-mod li tneħħi l-esklussivita` ta' l-Enemalta u ddaħħal kompetituri, apparti mill-fatt li l-Enemalta se tiġi iżjed weakened, se tiżdied id-diffikulta` ta' l-awtorita` li tesegwixxi l-funzjonijiet tagħha, speċjalment f'dik li hija security of supply and security of energy production.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jiena ppruvajt nispjega l- aspett regolatorju f'ċertu dettal biex nuri preċiżament li dawn it-tip ta' perikli ma jeżistux.", "L-ewwelnett ħalli nagħmlu daqsxejn eżami realistiku ta' x'kien jingħad u x'qed jingħad issa.", "Jien illum nieħu pjaċir nisma' lil kulħadd jgħid li huwa favur il-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni, imma dan mhux minn dejjem kien hekk.", "Meta din in-naħa kienet ipproponiet il-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni u konna ngħidu li m'għandux ikun hemm prattiċi monopolistiċi - b'riferenza għat-Telemalta - niftakar li kien intqal ħafna kliem simili għal dak li qed nisimgħu illum fuq il-qasam ta' l- enerġija.", "Jien ma rridx noqgħod nidħol fl-istorja imma niftakar li wieħed kien ikollu jħallas Lm500 fis-sena biex ikollu linja tal-fax!.", "Jekk kont tgħid dawn il-prattiċi nneħħuhom jew nemendawhom b'xi mod, konna nimmaġinaw li se jkun hemm il-falliment tat-Telemalta.", "Ħafna drabi jinħoloq ċirku vizzjuż.", "Jekk tgħid li l-profitti tiegħek jiddependu minn dak is-settur, awtomatikament kif se tgħid li dak is-settur se tilliberalizzah iqum l- argument li qed tneħħi bażi soda li hija ta' introjtu kbir.", "Nieħu eżempju aktar riċenti u nirriferi għal meta konna għedna li servizzi ġodda għandhom ikunu liberalizzati mill-ewwel.", "Għaxar snin ilu pajjiżna kien wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li introduċa sistema ta' mobile communications.", "Illum l-iktar ħaġa ovvja u l- iktar ħaġa li għandna nużaw u forsi anke nantiċipaw hija l-avvanzi teknoloġiċi ġodda li se jsegwu fuq il-platform tal-mobile communications.", "Imma llum l-argument huwa bil-maqlub, cioe' li l-kumpannija nazzjonali Maltacom għandu jkollha, u issa għandha, il-liċenzja biex tikkompeti mal- privat b'sistema ta' mobile communications.", "Forsi hawnhekk wieħed jista' jgħidli li s-settur ta' l-enerġija huwa differenti.", "Jien nifhem li hawnhekk qed nitkellmu fuq settur differenti imma m'għandi l-ebda dubju li hawn żviluppi anke f'dan il-qasam li m'għandniex inżommu lura minnhom.", "Anke hawn qed tinbidel il-mentalita`.", "Sa ftit snin ilu konna nitkellmu dwar l-effiċjenza tas-supply - l-argument li qed jagħmel l-Onor.", "Buhagiar - u l-kunċett kollu marbut ma' l-effiċjenza tas-supply kien il-bini ta' power stations massiċċi li jipprovdu l-enerġija kollha meħtieġa għal pajjiż sħiħ.", "Illum s-sistemi ta' gas turbines li qed jiżviluppaw u sistemi oħrajn ta' produzzjoni ta' l-elettriku qegħdin dejjem jiċkienu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR LOUIS BUHAGIAR: Sur President, jien ma kontx qed nirriferi għall- effiċjenza tas-supply imma għas-sigurezza tas-supply, jiġifieri li jkollna supply sigura ta' materja prima.", "Jien kont qed ngħid li l-awtorita` s'issa tista' teżerċita l-funzjoni tagħha li jkollna security of supply minħabba li għandna korporazzjoni waħda, imma malli tiftaħ u jidħlu operaturi differenti li r-raġuni prinċipali ta' l-operazzjoni tagħhom hija l-profitt, ma jkollhiex daqstant say fuq din il-funzjoni fundamentali li qegħdin nagħtuha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Biex almenu nagħlaq l-argument li kont qed nagħmel - irrispettivament qalitux l-oppożizzjoni jew le - ngħid li llum hawn żviluppi teknoloġiċi li jkollok sigurezza ta' servizz effiċjenti fil- qasam ta' l-enerġija billi jkollok operaturi żgħar.", "U nagħmel riferenza għall-cover story ta' \"The Economist\" ta' xi xahrejn ilu li kellu t-tema - qed nikkwota \"The Economist\", ħalli ħadd ma jgħidli li qed naqbad ma' xi artiklu biex nagħmel xi dig lejn l-oppożizzjoni jew lejn il-gvern - ta' l- iżvilupp tas-sistemi ż-żgħar.", "Rigward is-sigurezza ta' supply naħseb li dan huwa marbut mal-qasam ta' ħażniet adegwati ta' żejt - kellna dibattitu sħiħ dwar dan fl-istadju tat- Tieni Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk irid ikun hawn minimum stock levels.", "Kieku tgħidli x'nantiċipa li se jiġri f'dan ir-rigward, ngħid li nantiċipa li tinħoloq storage company - naħseb li tkun problema jekk hawnhekk nitkellmu fuq \"companies\" imma trid tkun kumpannija waħda nazzjonali, possibbilment offshoot ta' l-Enemalta; jiġifieri jekk tistaqsi lili ngħidlek li din naraha bħala opportunita` ġdida għall-Enemalta - li tipprovdi spazji lill-importaturi diversi tal-fuels li jużaw dak l-istorage space.", "B'dan il-mod, apparti kundizzjonijiet li tagħmel fuq min jimporta, tkun qed tassigura l-minimum levels ta' stock li jrid ikun hemm għal-livell u għall-kwalitajiet differenti ta' żjut, li naturalment iridu jlaħħqu dejjem il-minimu tad-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea, li huwa supply għal 90 jum.", "Issa jew tagħmel dan f'partijiet mas-suppliers pero` taf li t-total huwa dak, jew preferibbilment tagħmlu permezz ta' storage company li jkollha l-faċilitajiet meħtieġa - irriferejt għall-faċilitajiet eżistenti li nistgħu ninkorporaw taħt din il-kumpannija - u allura tkun taf awtomatikament li l-pajjiż għandu dak il-livell ta' supply.", "Infakkar li għamilna wkoll ir-regolament li permezz tiegħu l-gvern ikollu d-dritt jikkonfiska supplies ta' żejt, allavolja jkunu proprjeta` privata, għaliex ma jistax ikun li niġu f'sitwazzjoni fejn fil-pajjiż ikun hawn ħażniet ta' żejt privati u jkun hawn kriżi taż-żejt u ma nkunux nistgħu nikkonfiskawh.", "Dak il-poter għamilnih ċar fil-liġi.", "Aħna naqraw dwar aħbarijiet internazzjonali kurrenti u nafu li l-Istati Uniti ta' l-Amerika ħassew il-bżonn li jmorru fuq ir-riservi taż-żejt nazzjonali tagħhom sabiex iserrħu kemm ras l-Istati Uniti kif ukoll ras pajjiżi oħrajn li għandhom supply adegwata ta' żejt.", "U f'Malta, fil-limitazzjoni tagħna, se nagħmlu l- poter tal-konfiska ta' supplies jekk ikun hemm ċirkostanza li tiġġustifika dan.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, il-Ministru għandu ħabta joqgħod jgħid x'kien jgħid gvern Laburista fil-passat imbagħad ixebbħu mal-preżent u jipprova jiskorja politikament minħabba din it-tixbiha.", "Dan qisu qed jaqbad karozza tal-marka Mercedes manifatturata fl-1930 u jqabbilha ma' karozza ta' l-istess marka imma manifatturata llum, u jgħid kemm kien iblah min għamel dik il-Mercedes fl-1930!", "Dan ma jagħmilx sens għaliex iċ- ċirkostanzi li kienu jeżistu meta aħna konna nargumentaw favur li jkun hemm monopolju fil-komunikazzjonijiet 10 jew 20 sena ilu, m'humiex iċ- ċirkostanzi li qed nitkellmu dwarhom illum.", "Min kien joħlom dak iż-żmien li se jkun hemm il-mobile telephony?", "Min kien joħlom li jkun hemm il-cable transmission ta' data?", "Jiġifieri ma tistax toqgħod tipprova tbaxxi lil min kien jargumenta mod 20 sena ilu meta ċ-ċirkostanzi kienu totalment differenti, u xxebbaħhom mal-fatti kif inhuma llum!", "Jekk fhimtu tajjeb, il-Ministru qal li jantiċipa sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm lok għal aktar minn storage company waħda.", "Jiġifieri hawnhekk il- Ministru stess qed jinduna li l-esklussivita` f'ċerti sitwazzjonijiet ma jistax ikun hemm alternattiva għaliha.", "U l-argument ta' l-oppożizzjoni huwa preċiżament dan, li l-Enemalta bħalissa tant tinsab f'sitwazzjoni tant prekarja fis-sezzjoni ta' l-enerġija li ma tagħmilx sens li jkun hemm iżjed minn operatur wieħed f'dan il-qasam, almenu għalissa.", "B'daqshekk m'aħniex ngħidu li jekk 10 jew 20 sena oħra l-Enemalta tkun b'saħħitha m'għandhiex tinfetaħ hi ukoll għall-kompetizzjoni, bħalma għamlet il-Maltacom, pero` għalissa u għall-futur previdibbli din il-korporazzjoni m'hijiex f'qagħda li tinfetaħ għall-kompetizzjoni u titteħdilha l-esklussivita`.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, bħalma tajt eżempji biex nuri li jista' jkollok setturi li għall-mument jiġġustifikaw li tagħmel ċerta razzjonalizzazzjoni ta' kif is-servizz jingħata - jien stess tajt l- eżempju ta' storage company, anke għaliex l-Enemalta għandha faċilitajiet massiċċi li bilfors il-pajjiż ikollu jirrazzjonalizzahom ...", "Għaliex inkella x'tagħmel?", "Taqbad il-faċilitajiet ta' Ħas-Saptan, Birżebbuġa jew Għar Dalam u tipprivatizzahom?", "Jiġifieri huwa veru li jien tajt dak l- eżempju, pero` tajt ukoll eżempji fejn speċjalment għar-rigward tal- ġenerazzjoni ta' l-elettriku, se jagħmel sens minħabba t-teknoloġija ġdida li qiegħda tiżviluppa u li qed tkun focal point anke ta' artikli f'rivisti li żgur jittrattaw bis-serjeta` dan il-qasam - fl-istadju tat-Tieni Qari jiena kont irriferejt għall-fatt li fil-bidu tax-xahar id-dieħel il- gvernijiet tal-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant se jagħmlu utilities summit ġewwa Praga u fost l-isfidi li se jaraw taħt it-tema ta' infrastructure for new Europe 2000 se jitkellmu preċiżament dwar l- opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu fl-oqsma ta' l-enerġija, ta' l-ilma u ta' servizzi oħra infrastrutturali, preċiżament fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda li hawn f'dan ir-rigward ukoll ...", "Dawn qed jaraw li din tista' tkun l-opportunita` għalihom kif jagħtu servizzi iktar effiċjenti u iktar mifruxa.", "Apparti mir-rappreżentanti ta' gvernijiet, se jieħdu sehem f'dan is-summit uħud mill-aqwa ismijiet kummerċjali li huma speċjalizzati fil-utilities.", "Jiġifieri dan huwa żvilupp internazzjonali u Malta ma tistax tgħid li se tagħlaq il-bibien fuq kwalunkwe service provider li jrid jagħtina bis-serjeta` sistema ta' enerġija alternattiva u li jkun irid jagħmel dan billi jikkomunika man-national grid.", "Lanqas ma nistgħu ngħidu le għal xi ħadd li jkun irid juża dawn il-mini power stations li qed jiżviluppaw ġodda u jgħid li huwa feasible li jipprovdi sistema ta' elettriku li hija marbuta ma' dak il-compound partikolari.", "U hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq science fiction imma qed nitkellem fuq realtajiet li jeżistu f'pajjiżi oħrajn u għar-rigward ta' Malta qed nitkellem diġa` fuq il-bidu - bidu żgħir u neboluż għaliex naturalment għad m'għandniex l-istrutturi biex verament niftħu f'dan ir- rigward - ta' nies li jiġu f'pajjiżna u jagħmlulna proposti f'dan ir- rigward.", "Dan ma jfissirx li se nilliberalizzaw kollox.", "Aħna rridu nimxu bil-għaqal u rridu nagħmlu pjan b'targets u b'benchmarks preċiżi kif għamilna fil-komunikazzjoni.", "F'dan il-qasam issa lkoll kemm aħna qed nitkellmu all the wiser fid-dawl tat-teknoloġija pprovata u qed ngħidu li wasal iż-żmien li fl-aħħar tas-sena jkollna s-second operator ta' mobile communications.", "Jista' jkun li jkun hemm lok għat-tielet wieħed, imma mhux qabel is-sena 2003.", "Jiġifieri għalkemm neħħejna l-monopolju tal-Maltacom u tal-Vodafone m'għedniex li issa jekk jiġu 20 ruħ li jkunu jridu jagħmlu mobile service, dan jistgħu jagħmluh għada, imma għamilna pjan b'timeframes preċiżi.", "Pajjiżi ikbar minna li jemmnu fil-liberalizzazzjoni bl-iktar mod assolut ma jgħidux li kulmin irid jipprovdi s-servizz, jipprovdih.", "Ġieli jgħidu li jridu tlieta jipprovdu ċertu servizz partikolari u jagħmlu rkant u jtellgħu l-liċenzja bl-irkant.", "Jiġifieri l-fatt li hawnhekk qed ngħidu li l-Enemalta ma jibqagħlhiex l- esklussivita` m'huwiex sinjal li f'daqqa waħda se niftħu l-bibien beraħ u kulmin irid jiġi u jipprovdi servizz ta' enerġija, ta' importazzjoni taż- żejt, ta' distribuzzjoni ta' enerġija, ta' sistemi ġodda ta' l-elettriku u ta' mpjanti kbar ta' reverse osmosis għall-ilma, jista' jagħmel hekk mill- għada.", "Aħna qed ngħidu li se nneħħu l-esklussivita` biex almenu nkunu kapaċi nagħmlu dak li għamilna fil-komunikazzjoni, jiġifieri pjan u policies nazzjonali b'timeframes u miri li ma tkunx lanqas biss tista' tapplika għalihom qabel ma jgħaddu numru ta' snin u mbagħad nieħdu l-aqwa għal pajjiżna - għalhekk naqbel ma' meta l-oppożizzjoni qalet li nagħmlu dak li jaqblilna - f'timeframes li nkunu ddefinejna u mhux inħallu l-bibien magħluqa.", "Jien la jien favur li l-bieb tiftħu beraħ u lanqas li ssakkru u tarmi ċ- ċavetta tal-katnazz barra.", "Hawnhekk li qed nagħmlu huwa li qed inbexxqu l- bieb u qed nagħtu sinjal u ngħidu li l-iżviluppi li ġraw f'oqsma oħra nafu li se jiġru hawn ukoll, u ma rridux inwebbsu rasna u dan il-bieb inżommuh magħluq għaliex għada pitgħada niġu hawn fil-Kamra u kulħadd jibda jgħid li f'\"dak\" il-qasam partikolari kellna niftħu.", "L-appell tiegħi huwa sabiex nagħmlu dan il-pass flimkien.", "Fil-komunikazzjoni għamlu l-gvern waħdu imbagħad l-oppożizzjoni kkonvertiet wara, u f'dan jekk trid l-oppożizzjoni nistgħu nagħmluh flimkien.", "Jekk imbagħad in-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jridux jagħmlu dan, il-gvern jerfa' r-responsabbilta` hu waħdu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, safejn naf jien kien il-gvern Laburista li beda l-proċess ta' privatizzazzjoni tal-Maltacom u dan kien wieħed mill-ħafna passi li saru sabiex is-settur tal-komunikazzjoni jinfetaħ u jsir iżjed modern.", "Huwa veru li kif qal il-Ministru rridu nżommu għajnejna miftuħa għall-iżvilupp li qed isir fis-settur ta' l- enerġija u tar-riżorsi - u jien m'għandi ebda dubju li pajjiżna se jżomm ruħu abreast ma' l-iżviluppi li jsiru f'dan il-qasam - pero` ma jfissirx li dak kollu li jgħodd għall-pajjiżi Ewropej li se jiltaqgħu fi Praga bilfors irridu nadottawh għal pajjiżna.", "Daqskemm huwa importanti li pajjiżna jżomm għajnejh fuq x'qed jiġri f'pajjiżi oħra f'dan is-settur, daqstant ieħor huwa importanti li jżomm għajnejh miftuħa għaċ-ċirkostanzi partikolari li jeżistu f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri filwaqt li nżommu għajnejna miftuħa għall-iżvilupp li qed isir f'dan is-settur fuq bażi internazzjonali, irridu wkoll inżommu għajnejna miftuħin għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' pajjiżna.", "U lanqas huwa sewwa li nħallu lilna nfusna niġu pressured minn esiġenzi barranin.", "Aħna nafu li ħafna mill-affarijiet li qed jagħmel il-gvern huma sforz il-pressjoni li qed ikollu mill-Unjoni Ewropea.", "L-argument tagħna huwa li fis-settur ta' l-enerġija għandna nżommu għajnejna miftuħa għal dak li qed jiġri f'pajjiżi oħra biex naraw dawk l- iżviluppi li jaqblu għalina.", "Jien niftakar li kienet din in-naħa li at one stage issuġġeriet li xi kultant ikun iżjed effiċjenti li tagħmel small independent energy-producing units, u n-naħa tal-gvern kienet irreżistiet din l-idea.", "Kieku kellna niżvolġu s-settur tal-produzzjoni ta' l-enerġija, illum iżjed immorru fuq dak li kienet qed tgħid din in-naħa, jiġifieri li nagħmlu small independent units.", "Nerġa' ngħid li ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna bħalissa fis-settur ta' l-enerġija huma tali li l-Enemalta għadha m'hijiex preparata biex titneħħilha l-esklussivita`, anzi nkunu qed nagħmlulha ħsara kbira jekk indaħħlulha l-kompetizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, jien naħseb li qed induru ċirku tond hawnhekk.", "Nerġa' ngħid li ħadd m'hu qed jgħid li dan kollu se jsir mil-lum għal għada, imma jekk tassew irridu nżommu għajnejna miftuħa rridu niftħu l-opportunita` almenu fil-livell tal-liġijiet li qed nagħmlu.", "U hawn qed ngħidu li m'għandniex nitilqu iktar mill-kunċett ta' esklussivita` għaliex hemm oqsma anke f'dawn is-setturi li jistgħu jkunu liberalizzati minn issa.", "Sa ċertu punt diġa` qed jiġri hekk fil-qasam ta' l-ilma għax għandna min jagħmel reverse osmosis plants mhux biss bil-barka tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma imma bl-inkoraġġiment tagħha għaliex jipprovduh b'dik is-sistema.", "Fil-qasam ta' l-enerġija, jekk teknoloġikament naqblu ma' l-idea ta' small independent units - qed nisimgħu li din hija option oħra li tista' tikkonsidra kif tipprovdi l-enerġija fil-pajjiż - allura lil kulmin irid jipprovdi small independent unit għal żona industrijali, turistika jew ta' żvilupp partikolari se ngħidulu \"le\" għaliex l-Enemalta għandha l- esklussivita` ta' kull unit ta' enerġija li rridu nipprovdu f'dan il- pajjiż, mhux biss fil-livell ta' distribuzzjoni fejn jien nifhem li trid tibqa' responsabbli min-national grid imma anke fil-livell ta' ġenerazzjoni ta' kull unit ta' l-elettriku f'Malta?", "Jew almenu se ngħidu: Ejjew niftħu l-istrutturi biex dan inkunu nistgħu nagħmluh?", "Hemm bżonn napprezzaw li kull forma ta' liberalizzazzjoni, meta tagħmilha bħala pass inizjali, huwa pass ta' kuraġġ u trid ċerta fiduċja f'dak li l-pajjiż jista' jagħmel.", "Jien nista' nagħti eżempji mill-oqsma kollha ta' liberalizzazzjoni.", "Meta lliberalizzajna l-kamp tax-xandir kemm konna smajna vuċijiet jgħidu li dan se jfarrak lill-pajjiż u li se niddividuh u li mhux se jkun tajjeb!", "Dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għall-bidu ma konniex nisimgħu li hemm qbil dwaru imma imbagħad wara smajna li dik kienet idea tajba.", "L-istess rigward il-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni li l-gvern preċedenti jgħid li għandu parti minnha.", "Veru dan imma seta' jagħmel hekk għaliex bena fuq liberalizzazzjoni reali li saret bil-liċenzji privati fil-qasam tal-mobile communications, tal-paging, tal-liberalizzazzjoni tas-set li jkollok ġod- dar u tat-tneħħija tat-tariffa fuq il-linja tal-fax li rriferejt għaliha aktar kmieni.", "Jiġifieri saru miżuri konkreti ta' liberalizzazzjoni totali u nbniet pjattaforma teknoloġika li tagħmel il-komunikazzjoni minn sistema għall-oħra faċli.", "Waħda mill-affarijiet li trid fil-liberalizzazzjoni hija l-fakulta` li sistemi differenti, filwaqt li jikkompetu ma' xulxin, jikkomunikaw ma' xulxin jew jagħmlu interconnecting fil-qasam ta' l-enerġija jew ta' oqsma oħra marbuta ma' l-utilities.", "Dawn huma kollha eżempji ta' liberalizzazzjoni.", "Issa hawn ġejna għal-liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l- enerġija, fil-qasam ta' l-ilma u fil-qasam tar-riżorsi minerali, bil- limitazzjonijiet kollha li wieħed irid jagħmel fl-istadju inizjali, fejn inti ma titlaqx tiġri qabel ma titlaq timxi.", "Imma ma rridux norbtu lill- pajjiż biċ-ċinga mal-cot u ngħidulu li jrid joqgħod wieqaf dritt!", "Aħna qed ngħidulu: Imxi, agħmel pass żgħir 'il quddiem, agħmel pass ieħor, agħmel daqsxejn kuraġġ fik innifsek u fiduċja u ara bil-possibbiltajiet li llum jeżistu x'tista' tagħmel, imbagħad jekk tkun tista' tiġri ftit iktar iġri wkoll!", "Imma mhux norbtuh qisu m'hu kapaċi jagħmel xejn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, meta nisma' dan id-diskors nistħajjilna qiegħed naqra l-comics għaliex dan id-diskors li għadna kemm smajna huwa diskors tal-comics.", "Tħossok timmaġina l-bubble ħierġa minn fuq ras il-Ministru bil-kliem \"fiduċja u liberalizzazzjoni\".", "X'diskors dan!", "Qed nitkellmu fuq xi ħaġa fejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurta` ta' provvista` ta' enerġija għandna quddiemna sitwazzjoni strateġika li dan il-pajjiż irid jiffaċċja b'mod strateġiku.", "U mhux joqgħod ikellimna fuq ir-radio u t-television stations!", "Bħallikieku mhux veru dak li kien jgħid Dr. Karmenu Mifsud Bonnici minn din in-naħa tal- Kamra li bl-istazzjonijiet tar-radju tal-partiti ħloqna iktar firda fil- pajjiż.", "Mhux veru dan!", "Li noqogħdu npinġu l-liberalizzazzjoni qisha Santa Liena, bir-rispett kollu, inkunu qegħdin nirredikolaw il-mod kif nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż.", "Il-liberalizzazzjoni saret il-fetish il-ġdid mingħajr ma nifhmu x'inhi s- sustanza tal-kelma u mingħajr ma nirrealizzaw li l-liberalizzazzjoni, anke f'ċerti oqsma li semma l-Ministru fissret li ċerti fat cats lokali saru aktar ħoxnin.", "Ċerti qtates ħoxnin ħxienu iktar filwaqt li l-ispejjeż żdiedu.", "Il-liberalizzazzjoni fil-banek?", "Għid lill-poplu Malti x'ġabet il- liberalizzazzjoni tal-banek.", "Żgur li mhux investiment ġdid.", "L-ispejjeż għall-konsumatur għolew, biex issarraf ċekk trid tħallas, biex is-self- employed iż-żgħir ibiddel id-dollari Amerikani li jirċievi fi flus Maltin irid iħallas, biex tħallas il-kontijiet il-bank, trid tħallas ....", "Dalwaqt ikollna nħallsu biex insarrfu xi ċekk ieħor tal-gvern!", "Ejjew naraw ftit ir- realta` ta' l-affarijiet.", "Liberalizzazzjoni fis-sens tajjeb tagħha tfisser li fejn hemm spazju li jagħmel sens li jkun hemm dak l-ispazju tiftaħ għall- kompetizzjoni, imma ma jfissirx li kull meta ddaħħal xi monopolju jew oligopolju ġdid b'daqshekk tkun għamilt xi ġenna ġdida!", "Il-punt li qed jagħmel sieħbi l-Onor.", "Louis Buhagiar huwa li strateġikament f'pajjiżna fil-qasam ta' l-enerġija ma rridux noqgħodu nitkellmu fuq il-qasam tal-cable.", "U dwar il-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-cable?", "Staqsihom lin-nies x'fissret għalihom din!", "Kull ħaġa li jagħmlu dejjem jgħollulhom il-prezz u s-servizz jonqos!", "Fejn hi l- liberalizzazzjoni fil-qasam tat-televiżjoni li lill-konsumatur ġovietu bis- serjeta` bħalissa, meta għandna gvern inkompetenti u medjokri li l-aqwa li jiftaħ ċerti bibien għal ċerti nies imbagħad joqgħod lura u jistenna l-flus deħlin għan-NET television?", "Dik hija r-realta` tal-liberalizzazzjoni li qed jiftaħar biha l-Ministru!", "U issa qed nitkellmu fuq qasam partikolari, li huwa importantissimu, il-qasam ta' l-enerġija.", "U hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq żmien il-bużnannu imma qed nitkellmu fuq sitwazzjoni li tista' terġa' tiġri sa xahrejn jew tliet xhur oħra.", "Bħala gżira żgħira, jekk ikun hemm xi forma ta' shortage mondjali u nkunu niddependu sempliċement minn kif jaħdmu fuqna u magħna l-importaturi min- naħa u l-multi-nazzjonali l-kbar mill-oħra ma jkollniex arma eżekuttiva li tipprova tassigura li f'pajjiżna jkun hemm xi forma ta' sigurta` ta' supply, xejn iktar u xejn inqas.", "U x'inhi l-iktar arma li jista' jkollna biex din is-sigurta` nippruvaw minn dak li għandna, nassigurawha?", "Xejn ħlief li l-volum fuq bażi nazzjonali tagħna, żgħir kemm hu żgħiri, ikun taħt kontroll uniku, dak kollu!", "Allura issa qegħdin b'dan il-punt kompletament ċar - ċar fis-sens li f'din id-dinja fejn aħna biss tikka nippruvaw għallinqas napplikaw il-globalizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni - mhux nitkellmu fuqhom qisna qed nitkellmu fuq il-ġenna mirbuħa - bis-sens għall-pożizzjoni tagħna - u mhux kull ħaġa li jagħmlu ta' l-Unjoni Ewropea fuq bażi kontinentali napplikawha għalina b'għajnejna magħluqa.", "Fil-każ tagħna hija xi ħaġa ċara li strateġikament l-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu f'sitwazzjoni fejn tista' tqum kriżi - u qed naraw li se tqum kriżi - hija li l-volum żgħir kemm hu żgħir tagħna, għallinqas inżommuh sħiħ u mhux inqattgħuh iktar biċċa biċċa.", "U biex iżżommuh sħiħ allura mbagħad għallinqas tista' tuża dan is-suq żgħir li għandek ħalli tkun tista' tassigura l-provvista` tiegħek.", "U li tipprova terġa' tispezzetta fl-isem ta' din il-liberalizzazzjoni qisha nerġa' ngħid Santa Liena, fir-realta` ma tfisser xejn ħlief li l-multi-nazzjonali l-kbar u t- transnazzjonali l-kbar jerġgħu jikkontrollaw l-għeruq kollha tat-tmexxija tal-pajjiżi tad-dinja.", "Issa għandna gvern fis-sapjenza tiegħu mogħmi bi Brussels u bir-regoli kollha tagħhom li dawn l-affarijiet jiġi jitmellaħ minnhom; l-aqwa li jingħoġob kemm jista' jkun mal-burokratiċi ta' Brussels li ma jimportahom xejn minna u kulma jinteressahom huwa li jekk hemm ir-regola \"1(a)\", \"(b)\", \"(c)\" fi Brussels, trid tapplika \"1(a)\", \"(b)\", \"(c)\" f'Malta u jekk hemm ir-regola \"2\", \"3\", \"4\", \"5\" fi Brussels, trid tapplika \"2\", \"3\", \"4\", \"5\" f'Malta xejn iktar u xejn inqas!", "U dan il-gvern, b'mod għami, qisu l-ħmar ta' Bendu qed jagħmilha f'kollox din il-ħaġa, inkluż f'xi ħaġa li strateġikament hija daqshekk importanti u vitali għalina mingħajr ma jgħid li r-regola \"A\", \"5\", \"7\", \"4\", \"4\" ta' Brussels hija tajba għall-Ġermanja imma għal Malta ma tapplikax.", "Qisna qed nagħmlu tellieqa tal-karozzi f'Ben Hur, min jasal l-ewwel!", "Jekk hemm il-Litwanja u r-Repubblika Ċeka qed jiġru, ejjew niġru iktar minnhom!", "U lanqas qed nindunaw li l-karettuni u r- roti tagħna qegħdin jitberflu bit-tellieqa li qed nagħmlu!", "U dan huwa l- punt mhux billi noqogħdu nibnu l-artali fuq il-liberalizzazzjoni u l- globalizzazzjoni.", "Iva, dak huwa fenomenu li qed jiġri, imma aħna rridu nużaw moħħna biex fejn jaqbel għalina nużawhom u fejn se joħolqulna problemi naraw kif nilqgħu għalihom.", "U mela qisna gniedes għaddejjin lejn ir-romblu!", "U dan huwa l-punt li qed jagħmel sieħbi l-Onor.", "Buhagiar.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurta` ta' provvista` taż-żejt fil-pajjiż - m'aħniex qed nitkellmu fuq il-cable television issa; jekk nagħmlu sentejn bla cable television, bla NET television u bla Super 1 television ma tkunx ġrat daqshekk ħsara, imma jekk nagħmlu ġimgħa jew tnejn bla provvista taż- żejt, hemmhekk tkun problema - aħna għandu jkollna d-dehen - din in-naħa għandha iżda dan il-gvern m'għandux - li naraw x'inhuma l-miżuri li rridu nżommu f'idejna ħalli meta jinqalgħu ċerti problemi- issa qed nitkellmu fuq Malta mhux fuq Brussels u l-Unjoni Ewropea - dan in-nazzjon ikun jista' jiddefendi ruħu.", "Din hija l-issue, Sur Ministru, u mhux aktar ħmerijiet fuq il-liberalizzazzjoni u fuq x'ġara 20, 30 jew ħames snin ilu.", "U għalhekk din in-naħa tal-Kamra qed tara din l-issue bħala waħda importantissima, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, dak li jkun ġara qabel isir l-iktar rilevanti fil-pajjiż meta tara oppożizzjoni tirriverti lura għalih!", "Issa donnu hawn fissazzjoni ġdida min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jirriverti lura għal dan l-idolu tiegħu, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici, u jgħid \"iva\" għax kif kien jgħid tajjeb hu.", "Lin-New Labour issa mhux biss difnu totalment, talli qed imur lura għal dak li kien jgħidilna Dr. Karmenu Mifsud Bonnici!", "Jien għalija l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jagħmel l- għażliet tiegħu u għar-raġunijiet li jidhirlu li għandu jagħmilhom, imma dan żgur li m'huwiex il-metodu ta' kif pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Dan huwa l- metodu kif indaħħlu rasna fir-ramel u niġbru kemm nistgħu ramel biex ma narawx x'qiegħed jiġri madwarna.", "Huwa faċli li tagħmel il-metafora u tgħid ma nagħmlux bħal Ben Hur u mmorru għat-tellieqa mingħajr ma nindunaw li r- rota tagħna qed titberfel, imma b'dan l-istess argument jien nistaqsi: Allura x'suppost noqogħdu nagħmlu!", "Noqogħdu fuq iċ-ċint naraw lil ħaddieħor itellaq imbagħad naraw min jasal l-ewwel biex forsi jħenn għalina?", "U aħna nibqgħu barra għaliex ngħidu bil-quddiem li r-roti tagħna m'humiex tajbin!", "Imma dawn x'argumenti huma!", "Imbagħad nippruvaw norbtu dan kollu ma' l-argument li issa, għaliex se nieħdu miżuri fejn il-pajjiż anke meta jimplimenta d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea jkollu livelli ta' ħażna taż-żejt li huma darbtejn u tliet darbiet daqs li għandna llum, se nipperikolaw is-sigurezza tas-supply tal-fuel fil- pajjiż.", "Dawn comics tassew!", "Inżidu l-ħażna, nagħmlu proċeduri kif ikollna livelli ogħla u ngħidu li għaliex se nagħmluhom ogħla is-sigurezza tas- supply se tiġi inqas!", "Imma kif nista' nifhem lill-oppożizzjoni meta titkellem b'dan il-mod!", "Meta nisma' dan jien nista' biss nasal għall- konklużjoni li ngħid li għandhom fissazzjoni li jkunu kontra, f'dan il-każ l-Unjoni Ewropea, u għax jisimgħu argumenti li huma ispirati mill-Unjoni Ewropea, nisimgħu biss din il-lezzjoni kif aħna għandna noqogħdu barra, kif aħna għandna noqogħdu 'l bogħod minn kollox li ma tmurx ir-rota tagħna titnawwar.", "Jekk noqogħdu barra mit-tellieqa lanqas biss ikollna bżonn roti!", "Sur President, il-gvern qiegħed jagħmel awtorita` regolatorja sabiex jassigura dan kollu u biex Malta jkollha l-istrutturi tassew moderni biex ma jkollniex għalfejn noqogħdu mmorru lura u nispiraw ruħna minn min ippriedka prinċipji li suppost il-Partit Laburista stess kien għamel żmien jgħid li ċaħadhom u issa qed jirriverti lura għalihom.", "B'dan il-metodu niżguraw l-iżvilupp f'pajjiżna mhux billi ndeffsu rasna fir-ramel.", "THE CHAIRMAN: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, sal-mument li qgħadt bil-qiegħda wara li għamilt l-aħħar intervent tiegħi kont konvint li l-agħar problemi li għandu l-gvern preżenti huma l-medjokrita` u l-inkompetenza, imma wara dan id-diskors qed nikkonvinċi ruħi li għandu t-tielet problema, il-pwerilita`.", "Għadna kemm smajna diskors pwerili fuq din il-ħaġa li ma indirizza bl-ebda mod il-punt li qajjimt jien, li allura jkompli jikkonferma li effettivament dan huwa gvern li sempliċement għandu pjan quddiemu li bagħatlu xi ħadd dwar x'għandu jagħmel, u dan hu li qed jagħmel.", "Dwar il-kwestjoni strateġika ta' l-importanza tas-sigurezza f'dan il-pajjiż ma qal xejn il- Ministru Zammit Dimech u telaq fuq is-soltu diskors vojt ta' \"New Labour\" u mhux \"New Labour\" li lili ħallieni kompletament indifferenti.", "Il-punt kruċjali li qajjem l-Onor.", "Buhagiar huwa li pajjiż żgħir bħal tagħna, f'ċirkostanzi li għandhom x'jaqsmu ma' kif jaħdem is-suq taż-żejt mondjalment, irid jipprova jassigura - bħala pajjiż mhux bħala importaturi spezzettati - li jkollu kemm jista' jkun xi forma, żgħira kemm hi żgħira, ta' bargaining power.", "Li din is-saħħa żgħira imbagħad tkompli tispezzettaha ma jagħmilx sens, la 20 sena ilu, la llum u lanqas għada.", "Dan huwa l-punt li qed tagħmel l-oppożizzjoni, u minflok jirrispondi għal dan il-punt, il-Ministru, bil-pwerilita` li issa saret it-trademark tiegħu, ipprova jiżvijja b'ħafna diskors vojt.", "Aħna qed nieħdu stand fuq din il- ħaġa għaliex din hija vitali għall-pajjiż u tista' tiskatta tlieta, erba' xhur oħra.", "Dawn kienu jitmellħu bina sena ilu fuq il-hedging agreement li għamilna fuq iż-żejt u ppruvaw iwaqqgħuna għaż-żuffjett.", "Kellna l-bravu Prof. Bonnici li beda jgħidilna kemm konna stupidi meta konna fil-gvern li għamilna dan l-agreement.", "Qalilna: Ara aħna kemm aħna bravi, neħħejnieh il-hedging agreement!", "U minn dak iż-żmien 'il hawn il-pajjiż tilef Lm25 miljun!", "Issa qed nerġgħu nagħmlu l-istess fuq livell strateġiku.", "U jiġi hawnhekk l-Onor.", "Zammit Dimech b'dawn il-pwerilitajiet kollha tiegħu.", "Sur President, lill-Onor.", "Zammit Dimech ngħidlu li l-istockpiling u s- sigurta` ta' provvista` li għandha x'taqsam ma' żejt f'pajjiż ma tridx tittrattaha bil-leġġerezza li biha wieħed, per eżempju, jittratta provvista ta' teddy bears għall-elezzjoni!", "Hemm differenza bejn waħda u oħra.", "It- teddy bears għall-elezzjoni mod - dawk xi ħaġa li jifhem fihom l-Onor.", "Zammit Dimech għax kellu stockpile minnhom u ħadimhom tajjeb imma baqagħlu xi ftit għax m'aċċettawhomx u bagħtuhomlu lura - imma ż-żejt differenti.", "Onor. Zammit Dimech, ma nistgħux nittrattaw l-istockpiles taż-żejt bl- istess leġġerezza li bihom wieħed jittratta l-istockpiles tat-teddy bears imsemmija \"Francis\" jew xi ħaġa oħra!", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan huwa s- sens li rridu niffaċċjaw u mhux dan il-pwerilita` ta' diskors li għadu kemm għamel il-Ministru Zammit Dimech.", "Mela l-pupi u ż-żejt tittrattahom bl- istess mod!", "Din xi pwerilita` hi!", "Il-punt ewlieni li qed jagħmel u li ilu jipprova jisħaq fuqu tajjeb ħafna l-Onor.", "Louis Buhagiar kien preċiżament dan, li aħna bħala nazzjon għandna nieħdu kull miżura, indipendentement minn x'jgħidu Brussels u l-Unjoni Ewropea.", "Dawk għandhom il-concerns tagħhom, u għandhom kull dritt għalihom, imma aħna għandna l-concerns tagħna.", "Aħna għandna affarijiet li huma differenti minn Brussels u allura l-concerns tagħna rridu niddefinuhom u naħdmu fuqhom skond il-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi tagħna bħala gżira żgħira.", "U ma joqgħodx jiġi jgħidli kemm tbiddlet it-teknoloġija!", "Forsi fit- teddy bears tbiddlet it-teknoloġija, imma ż-żejt jibqa' li hu.", "Rajna tliet ġimgħat ilu lill-Ingilterra u lil Franza - kont hemm u naf x'kien hemm - ipparalizzati.", "Issa dawn pajjiżi kbar u ġew ipparalizzati għaliex kellhom strikes interni, aħseb u ara aħna li minbarra strikes interni, jista' jkollna l-produtturi li ma jibagħtulniex iż-żejt!", "Din ħaġa li kienet se tiġri fis-snin sebgħin, u tista' tiġri llum u għada.", "U toqgħodx tilgħabha tal-bravu b'dan il-mod!", "Għidilna x'jista' jsir jekk tinqala' xi ħaġa bħal din jekk aħna nkunu spezzettati, kollox ikun biċċa biċċa.", "Dawn kulma huma importaturi.", "Jekk il-maġġur tagħhom jgħidilhom li m'għandux żejt għalihom x'se jagħmlu jekk ma jkunx hemm gvern, awtorita` jew korporazzjoni bis-saħħa tas-suq kollu Malti - saħħa relattiva żgħira, imma almenu għandek dik is-saħħa - li jkun qed jagħtiha l-backing.", "Jekk is- suq Malti kollu kemm hu huwa żgħir, aħseb u ara kwart jew terz minnu kemm hu iżgħar!", "Dan huwa l-punt kollu u m'hemmx għalfejn ta' ħafna fireworks u ħafna pwerilitajiet x'ħin niġu biex nirrispondu.", "Sur President, jiena nsostni li din in-naħa tal-Kamra għandha raġun tgħid li ma nistgħux nibqgħu nagħlqu għajnejna għal din il-ħaġa u għalhekk qed nagħmlu stand fuqha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, għandi t-tentazzjoni ngħid li il tono fa la musica.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għandux jissorprendi ruħu li nwieġbu bit-ton li jitkellem hu.", "Jekk ma jogħġbux ma jużahx hu, imma meta jużah hu jien inwieġbu b'dak it-ton għaliex jien issa mhux fuq it- teddy bears se nkellmu imma fuq it-tuffieħ, iċ-ċikkulata u t-toothpaste.", "Il- mentalita` li bilfors trid tiċċentralizza biex ikollok sigurta` ta' supply kienet tapplika għall-gvern li hu kien jappartjeni għalih, meta kien jgħid li biex f'Malta nkunu ċerti li jkollna l-ikel biex nieklu, irid jimporta kollox hu jew irid jagħmel sistemi ta' bulk-buying.", "U x'kien jiġri mbagħad?", "Kien jasal it-tuffieħ?", "U kif kien jasal!", "Imma kien jasal tuffieħ li ma jridu ħadd, li kien ikun imnawwar u li f'pajjiżi oħra kienu jikklassifikawh għall-annimali u kienu jibagħtuh hawnhekk għaliex il-gvern kien jaċċetta kollox bil-bulk buying.", "M'huwiex veru li biex ikollok sigurta` ta' supply ta' oġġett, ikun xi jkun, hemm bżonn li tagħmel dan b'mod ċentralizzat.", "It-tieni nett - u dan għalija huwa kruċjali - hawnhekk qed nagħmlu argumenti sħaħ dwar klawsola li sempliċement tgħid li m'għandniex inħallu lill-Korporazzjoni Enemalta bilfors fi stadju ta' esklussivita` fl-operat tagħha.", "Imma xi ħadd b'daqshekk qed jgħid, jew f'xi intervent li jien għamilt qabel f'din il-Kamra għedt, li l-funzjoni li din il-korporazzjoni għandha llum li timporta ż-żejt se tispiċċa mil-lum għal għada?", "Jew xi ħadd qal li jekk stess jingħataw liċenzji oħrajn mhux se jkun hemm kondizzjonijiet dwar stocks minimi li għandhom jinżammu?", "Anzi kienet din in-naħa tal-Kamra stess li kienet qalet li l-istocks minimi għandna ngħolluhom ferm aktar mil-livelli attwali.", "Allura hemm bżonn l-għerf ta' Salamun, jew hemm bżonn nagħmlu xi kalkoli dwar kif iż-żejt jitla' verament f'wiċċ l-ilma u għar-rigward ta' l-argumenti kollha biex ngħidu li jkun hemm sigurta` akbar jekk l-istock levels ta' pajjiżna jkunu ogħla minn dawk li huma llum?", "Iva l-oppożizzjoni anke fuq din issib diffikulta` għaliex iddeċidiet li tmur lura għall-kunċetti antikwati kif tirraġuna?", "Jien nerġa' ngħid li l-oppożizzjoni tagħmel l-għażliet tagħha hi, imma nfakkar li fil- liberalizzazzjoni tal-kummerċ, wara qalet li kellna raġun u l-istess meta lliberalizzajna x-xandir u l-qasam tal-komunikazzjoni.", "Imma allura hemm bżonn li dawn dejjem jiddestinaw lilhom infushom li jħallu ma nafx kemm-il sena tgħaddi biex jgħidu li għandna raġun!", "Qatt m'huma kapaċi jgħidulna li għandna raġun bil-quddiem!", "Dan huwa l-appell li qed nagħmel jien.", "L-istrateġija kollha nazzjonali biex il-pajjiż jekk hemm bżonn jimporta hu, jekk hemm bżonn iżomm ħażniet hu, jekk hemm bżonn jagħmel kumpannija nazzjonali ta' stock levels, l-istrateġija nazzjonali li jkollna stock levels ogħla b'darbtejn jew bi tliet darbiet dak li għandna llum huwa kollu parti minn strateġija biex aħna jkollna s-sigurta` kollha ta' supply għall- pajjiż.", "Dan apparti - u hawnhekk nikkwota minn fatti magħrufa nazzjonalment - mill-fatt li dan il-gvern filwaqt li juża s-sistema li kien juża l-gvern preċedenti li jixtri ż-żejt fuq dak li jissejjaħ l-ispot market ma qagħadx lura milli jkompli jsaħħaħ u jtejjeb ftehim bilaterali bħalma huwa l-ftehim mal-pajjiż ġirien ħabib tagħna, il-Libja, biex ikollna supplies adegwati ta' żejt.", "Dan il-pajjiż taħt il-gvern preżenti ma qagħadx lura milli jesplora li jkollna sigurta` ta' provvista b'metodi oħrajn bħal li Malta tkun intitolata li tkun parti minn gas pipeline li llum nafu li huwa ppjanat bejn il-Libja u l-Italja u li Malta tipparteċipa fi proġetti bħal dawn.", "Allura dan kollu jfisser li aħna ma jimpurtaniex milli jkun hawn il-provvisti adegwati f'dan ir-rigward?!", "Kemm iridu jagħmlu spinning iktar biex ibellgħuha lil xi ħadd din!", "Aħna nemmnu bis-serjeta` li għandu jkun hemm provvisti adegwati, pero` ma nemmnux li biex tagħmel dan trid bilfors iżżomm b'mod riġidu legali struttura li biha tħalli kollox f'idejn korporazzjoni waħda.", "Meta konna ngħidu hekk għall-ikel konna nieklu l-ikel li pajjiżi oħra jitimgħu lill- bhejjem u meta bħala poplu Malti konna nsiefru, konna nfittxu ċ-ċikkulata u t-toothpaste għaliex kien hawn gvern li jgħid li jekk dawk ma jipproduċiehomx b'mod ċentrali ma jkunx hawn sigurta` tagħhom.", "Dik kienet sigurta`!", "Aħna ma nitkellmux b'dan il-mod.", "Aħna nitkellmu b'fatti, bi pjani konkreti u bi pjani li ma jiddependux minn strutturi riġidi, antikwati u ċentralizzati mill-Istat bħallikieku mingħajhom ma tista' tagħmel xejn fil-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: Niġbdilkom l-attenzjoni għall-fatt li qed ikollna ħafna ripetizzjoni.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Mr Chairman, wara dan id-diskors tal-Ministru xtaqt inqajjem punt żgħir.", "M'iniex se nipprova nkun polemikuż, pero` tajjeb infakkar lill-Kamra x'kien ġara meta gvern Laburista, fil-bidu tas- sebgħinijiet, kien daħal fi kwestjoni mal-gvern Ingliż u waħda mill- pressures li ġabu dawn l-operaturi privati fil-qasam ta' l-enerġija kienet preċiżament li ma jfornux lil Malta biż-żejt.", "Jiġifieri dawn kienu użaw is- saħħa ta' dan il-fatt biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-pożizzjoni tal- Gvern Malti.", "Jiġifieri altru milli qed nitkellmu fuq it-toothpaste u ċ- ċikkulata imma qegħdin nitkellmu fuq affarijiet ta' importanza kbira għall- pajjiż.", "Pajjiżna huwa żgħir u huwa suġġett ħafna għal dak li jiġri fil- qasam ta' l-enerġija.", "Aħna ma rridux li jiżvolġu sitwazzjonijiet bħal dawk li kellna fis-sebgħinijiet, fejn ikun hemm forzi operattivi barranin li jużaw is-saħħa tagħhom fis-suq biex jinfluwenzaw mhux biss lis-settur ta' l- enerġija imma anke d-deċiżjonijiet tal-gvern Malti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, biex wieħed jenfasizza l- punt nerġa' ngħid li bl-emendi li qed nagħmlu, aħna mkien m'aħna qed nippruvaw nispustaw b'xi mod mill-proċeduri li l-pajjiż uża s'issa għall- importazzjoni taż-żejt.", "Kulma qed ngħidu hu li bħala punt ta' liġi mhux bilfors li din il-funzjoni tibqa' waħda esklussiva.", "Issa jekk tinfetaħx jew le, f'liema żmien tinfetaħ u liema timeframes u benchmarks jintużaw, huma kollha issues ta' policies nazzjonali li l-gvern jifformola fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Hu x'inhu, li nistgħu nassiguraw bħala gvern hu li aħna mhux biss se nżommu ma' l-istock levels preżenti imma se ngħolluhom għal-livell Ewropew, li huwa livell superjuri għal dak li għandna llum u allura dak fih innifsu huwa livell aħjar ta' sigurta` ta' supply.", "Huwa żgur ukoll li rridu nirrazzjonalizzaw bl-iktar mod effiċjenti s- sistemi tal-ħażna taż-żejt biex inkunu f'qagħda li ma jkollna l-ebda diffikulta` nużaw iż-żjut kollha li jkollna bżonn.", "Huwa fatt ukoll li qed nirriżervaw għall-gvern il-poteri kollha eżekuttivi, inkluż il-poter tal- konfiska, f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew fejn ikollna ħtieġa oħra.", "Huwa fatt ukoll li qed nirriżervaw għalina, bħala gvern u bħala korporazzjonijiet pubbliċi, kull fakulta` ta' negozjati bilaterali ma' dawk il-pajjiżi li jidhrilna biex ikollna provvista taż-żejt mingħajr ma niddependu biss fuq suppliers ta' natura kummerċjali.", "Huwa fatt ukoll li qed nesploraw bl-iktar mod attiv il-possibbilta` li jkollna forom oħra ta' enerġija pprovduta lill-pajjiż, bħalma huwa l-proġett tal-pipeline tal- gass, u li bihom pajjiżna jkollu livelli ta' sigurta` ferm ogħla.", "Jiġifieri kulma qed jagħmel il-gvern huwa marbut b'mod konkret ma' livelli aħjar ta' sigurta` fuq dan is-suġġett li naqblu li huwa delikat.", "Allura li noħolqu kontroversja bla bżonn fuqu huwa, bir-rispett kollu, biex verament nagħmlu l-argumenti għall-gallarija.", "Ma ġara xejn b'daqshekk.", "Qegħdin fil- kamp politiku u xi kultant nagħmlu hekk ukoll, imma almenu ejjew naqblu fuq il-fatti u mhux fuq jekk għandniex opinjonijiet differenti għaliex il-fatti fl-aħħar mill-aħħar se jkunu l-bażi tal-ġudizzju ta' l-operat ta' gvern u kif tipparaguna dak il-gvern ma' gvernijiet oħra.", "Bħala fatti dawn huma l- pjani tagħna, u dawn il-pjani naturalment fil-mument opportun nippubblikawhom, nispjegawhom u niddiskutuhom ma` kulmin ikun hemm bżonn.", "Sur President, fuq suġġeriment ta' l-oppożizzjoni se nippreżenta l-emenda dwar il-kwestjoni li ma kienx hemm riferenza ċara għal subklawsola (1).", "L- emenda taqra hekk:", "\"S\" F'paragrafu (g) ta' partita 3 fit-Tieni Kolonna tat-Tieni Skeda riferibbilment għall-partita \"Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju, Kap. 156\" minflok il-kliem \"fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu\" għandhom jidħlu l-kliem \"f'dan l-artikolu\".", "\"S\" In paragraph (g) in item 3 in the Second Column of the Second Schedule with reference to the item \"Petroleum (Production) Act, Cap.", "156\" for the words \"in subarticle (1) of this article\" there shall be substituted the words \"in this article\".", "Sur President, nipproponi wkoll emenda oħra li tgħid hekk:", "\"T\" Fit-Tieni Skeda l-partita 1 fit-Tieni Kolonna riferibbilment għall- partita fl-Ewwel Kolonna \"Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Magazzinaġġ u Bejgħ ta' Pitrolju, Kap. 25\" għandha tiġi enumerata mill-ġdid bħala partita 2, u minnufih qabilha għandha tidħol il-partita li ġejja:", "\"1.", "Fit-test Malti tiegħu minflok il-kelma \"pitrolju\" kull fejn tinstab, inkluż fit-Titolu u fin-noti marġinali, għandha tidħol il- kelma \"petroleum\".", "\"T\" In the Second Schedule item 1 in the Second Column relative to the item in the First Column \"Petroleum (Importation, Storage and Sale) Ordinance, Cap.", "25\" shall be renumbered as item 2 and immediately before it there shall be inserted the following item:", "\"1.", "In the Maltese text thereof for the word \"pitrolju\" wherever it occurs, including the Title and marginal notes, there shall be substituted the word \"petroleum\".", "Sur President, din l-emenda hija konsistenti ma' dik li għamilna wkoll għat-titlu ta' Kap 156 u hija konsistenti ma' emendi oħra li qbilna dwarhom anke ma' l-oppożizzjoni.", "Dan forsi jindika li hemm okkażjonijiet fejn il- gvern u l-oppożizzjoni jaqblu dwar l-emendi.", "Anke fil-passat kien hemm ħafna okkażjonijiet fejn qbilna u nispera li dan ikun l-ispirtu li janimana, mhux biss fuq issue waħda partikolari jew oħra imma anke kif għada pitgħada għad irridu naħdmu fl-interess nazzjonali.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda \"O\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"O\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"P\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"P\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"Q\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"Q\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"R\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"R\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"S\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"S\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija l-emenda \"T\", kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"T\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 36 u t-Tieni Skeda kif emendati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kumitat ġie sospiż fit-8:30 p.m. u rriżuma 20 minuta wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi Klawsola 36 u t-Tieni Skeda kif emendati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "251 FAVUR: 29", "L-Onor. | | | |Agius Francis |Galea Louis | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |D'Amato Helen |Muscat Claude | |Debono Giovanna |Pullicino George| |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 27 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles|Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vella George | |Dalli Helena |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | | | | |", "Klawsola 36 u t-Tieni Skeda, kif emendati, għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nipproponi li l-iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-iskrivan tal-kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, u jagħmel xi emendi żgħar u r-renumbering li jkun hemm bżonn.", "Fid-8.54 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI", "COMPETITION (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru jipproponi t-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Kompetizzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, għaddew ħames snin mill-promulgazzjoni ta' l-ewwel liġi li kellna li tirregola l-kompetizzjoni.", "Kien pass innovattiv, ma kellniex il-kunċett ta' regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni u naturalment issa f'dan il-perijodu kellna l-benefiċċju li tgħallimna xi ftit minn dik il-liġi, apparti li kellna wkoll l-opportunita` naraw pajjiżi oħra kif żviluppaw il-kunċett.", "Huwa kunċett li jinkwieta lil ħafna nies, fis-sens li huwa kunċett importanti li wieħed jifhmu għaliex din it-tip ta' regolamentazzjoni jista' jkollha influwenza kbira fuq il-mod ta' kif isir il-kummerċ f'Malta u allura tinfluwenza lill-kummerċanti, pero` iktar importanti għax tinfluwenza wkoll lill-konsumaturi.", "Dan kunċett jippreokkupa ħafna lin-nes - saħansitra semmih l-Mons.", "Arċisqof fl-omelija li għamel fil-quddiesa solenni fl-okkażjoni ta' l- indipendenza - fejn esprima t-tħassib tiegħu dwar kemm fil-pajjiż jeżistu strutturi biex jikkontrollaw l-abbuż fil-kummerċ u li ma jippermettux li l- ħuta l-kbira tiekol lill-ħuta ż-żgħira.", "Ovvjament l-istrutturi qegħdin hemm u huwa dover tagħna - għaliex aħna wkoll naqsmu dan it-tip ta' tħassib - li naraw li dawn it-tip ta' strutturi dejjem jitjiebu.", "F'dawn il-ħames snin għamilna l-ewwel passi f'dan il-kamp daqshekk delikat li jassiguraw il-vantaġġi li toffri l-ekonomija tas-suq jiġu gawduti u anke li l-kummerċ f'Malta jinżamm dejjem ħieles fl-interess tan- negozju u tan-negozjanti, pero` aktar u aktar fl-interess tal-konsumatur.", "Il-politika ekonomika tal-protezzjoniżmu kif ukoll il-politika tal-kontroll tal-gvern fuq l-ekonomija mietet il-mewta naturali tagħha - naħseb li ħadd minna llum ma jiddispjaċih ħafna għal dan - u llum huwa aċċettat minn kulħadd, anke min-naħa l-oħra tal-Kamra, li huwa fl-interess tal-partijiet kollha li l-kummerċ inżommuh ħieles u ġust għaliex b'dan il-mod biss tista' ssir pressjoni fuq il-prezzijiet fl-interess tal-konsumatur.", "Hekk biss ukoll jistgħu jkampaw in-negozji ż-żgħar.", "U l-istess kif fil-liġi ngħidu li biex tkun ħieles, aħna rridu nkunu skjavi tal-liġi, hekk ukoll irridu nirrikonoxxu li għandu jkun hemm regolamenti proprju biex dak l-istess kummerċ jibqa' ħieles.", "Naħseb li huwa assolutament importanti li wieħed jifhem dan il-kunċett altrimenti jsib ruħu ffaċċat b'paradoss li jħawdu għaliex wieħed jista' jaqa' fl-iżball li jgħid li m'hemmx sens li tagħmel ħiltek biex tikber fil- kummerċ biex tkun tista' iktar tippenetra u tikkontrolla swieq, meta imbagħad jiġi gvern li jemmen fis-suq ħieles - kif nipprofessaw li aħna aħna - u jagħmillek regolamenti proprju biex iżommok lura.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li wieħed jifhem li dawn it-tip ta' regolamenti qegħdin hemm proprju biex jissalvagwardaw il-ħelsien tal-kummerċ.", "M'huwiex l-iskop ta' liġijiet bħal dawn li jippenalizzaw lil min jikber.", "M'aħniex qegħdin b'xi mod nirristrinġu l-kobor tan-negozju imma dak li qed inrażżnu b'dawn it-tip ta' liġijiet huwa l-abbuż tal-kobor u ta' min ikollu dominanza fis-suq.", "Naħseb li huwa importanti li meta wieħed jiġi biex jiddiskuti din it-tip ta' liġi, iżomm dan quddiem għajnejh.", "Importanti wkoll li l-players kollha f'din il-logħba jkunu jafu r-regolamenti u jkunu moħħhom mistrieħ li dawn qegħdin jiġu mħaddma tajjeb, b'effiċjenza, b'imparzjalita` u bi trasparenza.", "Kif jaf kulħadd, il-liġi li kellna s'issa u anke l-emendi li qed nipproponu huma mudellati fuq liġijiet simili għal dawk Ewropej u bqajna nsegwu l-iżviluppi fil-kontinent biex minn żmien għal żmien intejbu l-liġi, u din hija l-ewwel opportunita`.", "Il-benefiċċju ta' l-esperjenza m'għandux jiġi minimizzat, għaliex dawn l-emendi huma frott ta' dik l-esperjenza kif ukoll rifless ta' żviluppi paralleli li seħħew madwarna, u kif naħseb se jgħidu żgur il-kelliema ta' l-oppożizzjoni, qegħdin isiru biex naqblu ma' l- acquis ta' l-Unjoni Ewropea.", "Żgur li din m'għandhiex tkun xi ħaġa li tħamrilna wiċċna, anzi hija ħaġa li niftaħru biha.", "Il-liġi li għaddiet f'Diċembru ta' l-1994 saret bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u jien m'għandi l-ebda dubju li dawn l-emendi se jsibu l- konfort ta' l-oppożizzjoni wkoll għaliex fil-verita` ma naħsibx li qegħdin immissu l-prinċipji, anzi naħseb li l-emendi li qegħdin nagħmlu huma ntiżi biex jirranġaw l-affarijiet.", "Tajjeb li għalhekk wieħed jara x'qegħdin fil- fatt nipproponu.", "Naħseb li l-aktar żvilupp importanti huwa t-trasferiment ta' ċerti poteri li s'issa kienu eżerċitati mill-kummissjoni għal fuq id- direttur kif ukoll l-introduzzjoni ta' poteri ġodda lid-direttur.", "Ma rridux ninsew li l-istrutturi li għandna huma ta' uffiċċju mmexxi minn direttur li għandu funzjonijiet speċifiċi u għandna wkoll kummissjoni li huwa tribunal ippresedut minn maġistrat li għandu żewġ persuni tekniċi jassistuh, liema persuni għandhom ċerti poteri.", "Sal-lum dawn il-poteri kienu kważi kollha eżerċitati minn din il-kummissjoni, naturalment istigati mid-direttur.", "Fil-liġi li għandna sal-lum insibu li d-direttur għandu essenzjalment rwol konsultattiv u investigattiv.", "Ftit li xejn nistgħu ngħidu li d-direttur jaġixxi b'mod dirett fil-konfront ta' xi nuqqas taħt il-liġi ħlief billi jirriferi għall-kummissjoni.", "Jista' jaġixxi ex officio jew fuq complaint ta' xi ħadd interessat jew fuq talba tal-ministru stess.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li bil-liġi eżistenti l-kummissjoni effettivament taġixxi hi pero` istigata mid-direttur.", "Kif qed ngħid, il-kummissjoni hija tribunal suġġett għar-regoli li jinvolvu t-tul ta' żmien li jġib miegħu s- smigħ tal-kawżi u dan it-tul ta' żmien jista' f'xi każi jkun detrimentali għal min ikun qed isofri l-konsegwenzi tal-ksur tal-liġi.", "L-ewwel poter ġdid li qed jingħata lid-direttur, liema poter li ma kienx jinstab fil-liġi eżistenti huwa li jaġixxi b'mod dirett u immedjat f'ċerti każijiet waqt li tkun għaddejja investigazzjoni.", "Qed nirriferi għas-setgħa li d-direttur joħroġ b'ordni ta' waqfien u ebda tkomplija, liema ordni naħseb li tista' tkun arma tajba biex id-direttur jaġixxi malajr f'każijiet li jistgħu jiskonvolġu s-suq.", "Dan forsi nistgħu nqabbluh mal-mandat ta' inibizzjoni, fis-sens li d- direttur jista' proviżorjament jordna l-waqfien ta' ċerta tip ta' azzjoni dejjem sakemm jitkompla s-smigħ tal-kawża.", "S'issa għad m'għandniex eżempji prattiċi ta' kif intuża dan il-poter għaliex naturalment kien għadu ma jeżistix, pero` kien hemm każijiet fejn kieku kien hemm dak il-poter probabbli kien jintuż.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh li meta jkun hemm ksur ta' din il-liġi l-effett mhux dejjem tista' ssarrfu fi flus, jiġifieri mhux dejjem tista' ssarraf fi flus il-ħsara li tkun qed issir lill-individwi milquta ħażin minn min jabbuża.", "U tajjeb allura li jkun hemm dan it-tip ta' poter għaliex huwa l-mod ta' kif issalva lil xi ħadd li jibqa' fin-negozju.", "Huwa fl-interess tal-kompetizzjoni stess li min jabbuża ma jkomplix jagħmel dan u mhux biżżejjed li wieħed jirraġuna bil-mod li jista' jfittex għad-danni għaliex din m'hijiex dejjem is-soluzzjoni.", "Jien naħseb li dan huwa poter interessanti bħala esperiment, liema poter għandu jiġi wżat b'kawtela bl-istess mod kif jintuża l-mandat ta' inibizzjoni fil-qorti.", "M'għandux ikun il-mod ordinarju ta' kif id-direttur jintervjeni, imma għandu jkun użat dejjem f'ċirkostanzi li huwa jħoss li kemm-il darba ma jużahx il-ħsara li ssir tkun irriparabbli.", "Poter ieħor ġdid u importanti li qed jingħata lid-direttur huwa dak li jasal għal ftehim fuq il-piena bħala alternattiva għall-proċeduri fil- qorti, dawk li jistgħu jissejħu bħala l-compromise penalties.", "Fil-fatt Artiklu 26A kif propost jitkellem dwar il-possibbilta` li d-direttur, f'każ fejn in-nuqqas ikun ta' importanza relattivament żgħira li pero' xorta kienet tiskonvolġi s-suq u toħloq distortion ta' competition jekk ma tiġix imwaqqfa u li tista' ma tkunx daqstant preġudikanti, jimponi piena żgħira - fil-fatt fl-istadju ta' kumitat se nipproponu xi emendi għal dan għaliex hemm xi żball - bħala alternattiva għall-proċeduri fil-qorti.", "Dan huwa mod li bih, kemm-il darba d-direttur jasal għal ftehim, il-kwestjoni tkun tista' tieqaf hemm.", "Estensjoni tal-kunċett insibuh f'Artiklu 26B kif propost li jitkellem proprju dwar \"estinzjoni ta' responsabbilta` kriminali\".", "Hawnhekk ukoll taħt ċerti ċirkostanzi u taħt il-parametri stabiliti minn dan l-artiklu stess id-direttur se jkollu l-poter li jasal fi ftehim ma' min ikun qed imur kontra din il-liġi biex iħallas il-multi, liema multi m'għandhomx ikunu inqas minn 50% tal-minimu stabilit u mhux aktar minn 75% tal-massimu biex jiġu evitati proċeduri fil-qorti.", "Hawnhekk l-iskop huwa li wieħed jaċċetta n-nuqqas tiegħu u jħallas multa; m'huwiex daqshekk importanti li kemm-il darba jkun hemm dan it-tip ta' rikonoxximent immorru l-qorti imma għandna nħallu l-ħin tal-qorti għal każi li forsi huma iżjed kontroversjali.", "Jien naħseb li dawn huma żewġ poteri importanti ħafna.", "Funzjoni li qabel kienet responsabbilta` tal-kummissjoni u li qed tgħaddi fuq id-direttur hija dik ta' l-individual exemption.", "S'issa din kienet toħroġ biss mill-kummissjoni, imma b'din il-liġi qegħdin nipproponu li l- individual exemption tibda toħroġ mid-direttur.", "Kif kont qed ngħid, il- konċett m'huwiex ġdid għaliex l-individual exemption diġa` kienet teżisti, li hemm ġdid huwa li din l-eżenzjoni se tibda toħroġ mid-direttur minflok mill-kummissjoni u barra minn hekk se jkun hemm il-possibbilta` li min ma jaqbilx fuq kif ikun aġixxa d-direttur se jkun jista' jappella lill- kummissjoni.", "Jiġifieri din hija forma ta' eżami doppju li naħseb li huwa ta' utilita` għal kulħadd.", "Tajjeb li wieħed jgħid li s'issa ma kienx hemm każijiet ta' individual exemptions mhux għaliex ma kienx hemm talbiet, imma għaliex il-ftit talbiet li kien hemm ma nkwadrawx ruħhom fl-iskop tal- liġi.", "Mr Speaker, kieku wieħed kellu jistaqsini x'tip ta' ftehim jista' jingħata individual exemption nista' naħseb f'każijiet fejn għandek xi tip ta' tying agreements li jmorru kontra Artiklu 5, pero` f'ċerti ċirkostanzi wieħed jista' jikkonsidra xi tip ta' eżenzjoni.", "Per eżempju, jekk wieħed ikun qed jipprova jbigħ prodott ta' ċertu tip u jkun hu li jinsisti u jikkonvinċi lid-direttur li biex ibigħu hemm bżonn li jkun selective fid- distribution tiegħu, wieħed jista' jikkonsidra li jkun hemm eżenzjoni għal dan it-tip ta' agreement.", "Fil-fatt dan il-kunċett ta' appell lill- kummissjoni naħseb jikkaratterizza l-aspetti kollha fejn ġew trasferiti poteri lid-direttur jew fejn qed jingħataw poteri ġodda għaliex kif qegħdin ngħidu, il-poteri kollha li kienu f'idejn il-kummissjoni llum qed jingħataw lid-direttur u b'hekk qed nikkreaw lok ta' appell lill-kummissjoni, liema appell naħseb li jieħu gost bih kulħadd.", "Żvilupp ieħor importanti li naħseb ta' min jinnotah huwa f'dak li għandu x'jaqsam ma' Artiklu 30 tal-liġi prinċipali li kien jeżenta lid- dipartimenti u intrapriżi kontrollati mill-gvern mill-applikazzjoni tar- regoli dwar il-kompetizzjoni.", "B'dawn l-emendi, id-dipartimenti kollha tal- gvern li jaqdu xi funzjoni kummerċjali, il-kumpanniji u korporazzjonijiet kontrollati mill-gvern kif ukoll il-kumpanniji li jingħataw xi tip ta' drittijiet soċjali u esklussivi se jiġu soġġettati għar-regoli tal- kompetizzjoni.", "Dwar dan hemm ċertu ammont ta' outcry għax ma' kulmin titkellem jgħidlek li tkun ħaġa tajba li dawn id-dipartimenti jiġu soġġettati għar-regola tal-kompetizzjoni u aħna naħsbu li wasal iż-żmien li nagħtu l-messaġġ li hekk għandu jkun, jiġifieri li l-entitajiet li jipprovdu servizz kummerċjali għandhom jiġu soġġettati għal dawn ir-regoli.", "Voldieri biex inkunu ċari, dak li qegħdin nagħmlu huwa li filwaqt li s'issa l-prinċipju kien li l-liġi ma kenitx tapplika għal dawn l-ażjendi pubbliċi ħlief fejn il-ministru kien jeżenta b'avviż legali, issa se nagħmluha bil-kontra, jiġifieri dawn l-ażjendi kollha jinqabdu fix-xibka ta' din il-liġi ħlief dawk li jiġu speċifikament eżenti mill-ministru.", "Fil- fatt kien diġa` ħareġ avviż legali fl-1985 b'lista ta' l-entitajiet li qed jiġu eżentati.", "Nista' nikkonferma li fil-fatt qed isir xogħol biex jiġu identifikati bir- reqqa dawk l-ażjendi li ma tinħassx il-ħtieġa iżjed li jiġu protetti b'dan il-mod.", "Dawn l-ażjendi qed ikunu ppreparati għal din il-bidla u naħseb li dalwaqt inkunu nistgħu nippubblikaw il-lista f'forma ta' esklużjoni, fis- sens li nistgħu ngħidu pubblikament liema huma dawk il-korporazzjonijiet li ma kenux soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni u li issa b'dawn l-emendi se jkunu soġġetti għaliha.", "Hawnhekk ta' min wieħed ifakkar li l-iskop m'huwiex li b'xi mod nattakkaw dawn il-korporazzjonijiet il-kbar jew inneħħulhom il-monopolju li għandhom s'issa, l-iskop huwa biss li nassiguraw li ħadd ma jabbuża mill-pożizzjoni ta' dominanza li jista' jkollu.", "Naħseb li dan huwa mod kif wieħed jinkoraġġixxi l-kompetizzjoni u jkabbar il-kummerċ u naħseb li jkun żball għal min jaħseb li b'dan il-mod se ndgħajfu l-kumpanniji l-kbar.", "Il-kumpanniji l-kbar għandhom ikunu lesti għad-dinja tal-kompetizzjoni kif fil-fatt huma u naħseb li wasal iż-żmien li ma nibqgħux naħsbu f'dan it-tip ta' protezzjoniżmu xi ftit antikwat.", "Mr Speaker, f'dan l-abbozz qed nintroduċu wkoll artiklu li effettivament iwitti t-triq għall-introduzzjoni tar-regolamenti għall-kontroll tal- mergers, jiġifieri dawk it-tip ta' konċentrazzjonijiet jew joint ventures li jistgħu jiskonvolġu l-kompetizzjoni fis-suq rilevanti.", "Naħseb li dan huwa artiklu mportanti fis-sens li qed jagħti l-poter lill-ministru pero` mhux neċessarjament huwa artiklu li qiegħed hu stess jintroduċi l-liġijiet.", "Naturalment aħna kommessi li ndaħħlu dawn il-liġijiet dalwaqt.", "Aspett ieħor li għandu jiġi nnotat huwa l-eliminazzjoni tal-price orders.", "Aħna jidhrilna li spiċċa ż-żmien tal-price orders u li m'għandux ikun hemm dan it-tip ta' regolamenti.", "Artiklu li forsi jista' jissostitwixxih huwa l- 15A li qed jiġi propost f'dan l-abbozz.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nistieden lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 26 ta' Settembru 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fil-weekend li għadda kien hemm reazzjoni mdaqqsa minn setturi tal-media rigward aħbar li ħarġet minn Reuters, u nista' ngħid li ħassejtni diżappuntat għax ippretendejt li l- Prim Ministru jew inkella l-Ministru Joe Borg jagħmlu stqarrija quddiem il- Kamra ħalli jispjegaw is-sitwazzjoni u jekk hemm bżonn iserrħu moħħ il- poplu.", "Sur President, irid jiġi recorded il-fatt illi fit-22 ta' Settembru, jiġifieri tlett ijiem ilu, ħarġet aħbar minn Reuters li kienet tgħid illi il-ministri tad-difiża ta' l-Unjoni Ewropea ltaqgħu u komplew jaqblu fuq it- twaqqif ta' dik li qed isejħulha rapid reaction force, forza militari Ewropea.", "Fil-passat dawn kienu jitkellmu fuq forza ta' madwar 60,000 ruħ biex dawn jagħmlu dawk li jsejħulhom \"Petersburg tasks\" - jiġifieri affarijiet ta' natura umanitarja, fejn tidħol per eżempju għajnuna waqt diżastri u ġarr ta' mediċinali - imma issa f'daqqa waħda ddeċidew li flok 60,000 ruħ għandhom jippreparaw 230, 000 suldat li jiġu anke backed up b'mhux inqas minn 300 ajruplan tal-gwerra - hawnhekk ma rriferewx għall- ajruplani tat-tip li jintużaw għall-għajnuna umanitarja imma għal combat aircraft - u 80 vapur navali.", "Anke hawn ma kenux qed jirriferu għal bulk carriers, jiġifieri vapuri biex iġorru l-qmugħ żejda u l-butir żejjed ta' l- Ewropa għall-pajjiżi li għandhom il-ġuħ, imma rriferew għall-vapuri tal- gwerra.", "Mr. Speaker, intqal mill-ministru tad-difiża Franċiż li l-iskop ta' l- Unjoni Ewropea huwa li dawn it-truppi jiġu located għal sa madwar 2,400 mil 'il bogħod mill-Ewropa u jinżammu \"in a possible combat situation\".", "Issa jekk nagħmlu riflessjoni żgħira fuq l-2,400 mil bogħod mill-Ewropa nindunaw li dawn id-distanzi ma jwasslux sas-South Africa, sa' l-Amerika, saċ-Ċina jew sal-Japan, imma jilħqu sew l-Afrika ta' Fuq, jilħqu sew il-Medju Orjent, fejn hemm ir-riżervi taż-żejt il-kbar, u jilħqu wkoll biċċa sew minn dik li qabel kienet tissejjaħ l-Unjoni Sovjetika, fejn għandna l- Caucasus, il-Ukraine u postijiet oħra.", "Dan il-ministru spjega wkoll li dawn is-suldati - u issa qegħdin nitkellmu fuq 230, 000 ruħ - ikunu bżonjużi f'sitwazzjoni bħal xi operazzjoni militari li ssir flimkien ma' xi diżastru umanitarju.", "Mr. Speaker, din l-aħbar ġiet anke kkomplimentata minn kummenti ta' Javier Solana, li qabel kien is-segretarju ġenerali tan-NATO u li huwa l- bniedem responsabbli biex iwaqqaf din l-istruttura militari, li qal li l- progress biex tinħoloq din il-forza militari kien għaddej \"very quickly and very seriously.\"", "Fl-aħħar jgħid ukoll dan li din il-forza tagħti s-saħħa lill-Istati ta' l-Unjoni Ewropea li jintervjenu militarment meta minn Washington ma jkunux iridu truppi Amerikani jiġu involuti.", "Dan ifisser li meta n-NATO - li hija biex ngħid hekk iddominata u kkontrollata kważi mid- deċiżjoni ta' l-Amerika - jidhrilha li m'għandhiex għalfejn tibgħat it- truppi tagħha, din il-forza Ewropea tkun tista' tieħu over u tiddeċiedi hi.", "Barra minn hekk il-ministru Franċiż tad-difiża qal li issa se ssir laqgħa fil-21 ta' Novembru bejn il-15-il pajjiż li huma membri ta' l-Unjoni Ewropea u 15-il pajjiż ieħor li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea imma li wrew interess li jkunu assoċjati ma' din il-forza militari.", "Ta' min igħid li ma dawn il-pajjiżi tissemma wkoll Malta.", "Sur President, kulħadd kien jaf li fil-Kunsill Ewropew ta' Cologne, taħt il-presidenza Ġermaniża kien hemm dikjarazzjoni fuq it-tisħiħ tal-politika komuni ta' sigurta' u difiża ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien hawnhekk m'għandix iċ-ċans li noqgħod nidħol fid-dettall ta' dan is-summit imma dan il-kunsill fakkar li t-Trattat ta' l-Unjoni kien diġa' jitkellem fuq it-twaqqif ta' politika komuni ta' sigurta' u ta' difiża li 'l quddiem tgħaddi għall- politika komuni ta' difiża u eventwalment għal dik li hija difiża komuni.", "Hawnhekk jissemmew l-istrutturi kollha li ġew imwaqqfin fejn jittieħdu deċiżjonijiet rigward xi jrid isir, fejn tista' ssir xi azzjoni, fejn se jintervjenu u fejn se jibagħtu n-nies.", "Mr. Speaker, wieħed irid jgħid li minn mindu sar dan id-diskors fis- summit ta' Cologne u anke minn meta ġie mogħti l-job li jieħu ħsieb jiżviluppa din il-politika Javier Solana, l-affarijiet imxew mhux bil-ġiri imma b'pass ta' ġgant tant li f'dan il-perijodu qasir - qed nitkellmu minn Ġunju tas-sena l-oħra - qed ikun hemm meetings regolari tal-ministri tad- difiża, qed ikun hemm kumitat dwar politika tas-sigurta', qed ikun hemm laqgħat ta' kumitati li fihom jieħdu parti l-mexxejja ta' l-istaff militari tal-pajjiżi li huma involuti u qegħdin isiru ħafna preparamenti ħalli din il-forza tieħu s-saħħa tagħha.", "Wieħed irid jinnota wkoll, Sur President, illi anke żewġ fabbriki kbar li jimmanifatturaw l-armi fi Franza u l-Ġermanja dan l-aħħar xhur għamlu merger bejniethom.", "Jiena nassumi li dawn għamlu hekk ħalli jkunu jistgħu jissuplixxu l-armamenti li jkun hemm bżonn għal din il-forza.", "Wieħed irid jgħid ukoll li f'dawn il-laqgħat qed jiġi kkalkolat l-ammont ta' hardware, l-ammont ta' armi, l-ammont ta' tankijiet u l-ammont ta' affarijiet li jkollhom bżonn biex jaraw kull pajjiż x'se jikkontribwixxi bħala truppi, bħala armamenti u affarijiet bħal dawn.", "Issa dan l-argument kollu għaliex jinkwetana, Sur President?", "Lilna jinkwetana l-fatt li maż-żmien din l-Unjoni ta' natura ekonomika u ta' kummerċ bidlet aktar il-fiżjonomija tagħha u saret għaqda politika li ħadd ma jista' jinnega li llum il-ġurnata miexja lejn sitwazzjoni ta' stat federali fejn ikollok, bħalma diġa' hemm, parlament wieħed, bank wieħed, qorti waħda, munita waħda u li jkollok ukoll armata waħda ta' dan il- pajjiż kbir li huwa l-Unjoni Ewropea.", "Li jinkwetana hu li dan il-gvern jinsab miexi lejn din id-direzzjoni.", "Fost il-ħafna affarijiet għaliex aħna ma naqblux ma' din it-triq hemm proprju din il-kwestjoni li eventwalment se twassal biex ikun hemm difiża komuni bħalma għandek fil-każ tan-NATO, fejn għandek il-prinċipju ta' all for one and one for all. (Interruzzjonijiet) Il-famuż Artiklu 5 jgħid illi attakk fuq pajjiż tan-NATO ifisser attakk fuq il-pajjiżi kollha tan-NATO u allura kulħadd irid jiddefendi lil xulxin.", "Biex inkunu ċari, s'issa dan m'huwiex il-każ fl-Unjoni Ewropea, pero' l- kummentaturi kollha jgħidulek illi fl-aħħar mill-aħħar mexjin 'l hemmhekk.", "Mr. Speaker, jiena se nsemmi x'qal Lamberto Dini, ministru ta' l- affarijiet barranin ta' l-Italja proprju f'Mejju ta' din is-sena.", "Se nsemmi lilu biex ma nsemmix lill-Ġermaniżi u l-Franċiżi.", "Meta Dini kien qed jitkellem fuq il-viżjoni tiegħu ta' l-Ewropa tal-futur, fost il-miżuri li jara u li jemmen li għandhom ikunu parti mill-kostruzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea - u ovvjament dan kien qed jitkellem f'isem il-Gvern Taljan - hemm l-inklużjoni fit-trattat dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwar dik li hija msejħa common defence matters, li hija d-difiża komuni tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea.", "Dan m'hu xejn ħlief Artiklu 5 tat-trattat tan-NATO.", "Biex inkun ċar irrid ngħid li għad hemm min għadu qiegħed joġġezzjona għalih, imma minkejja dan nafu li huma l-forzi l-kbar bħal Franza, il-Ġermanja u f'dan il-każ anke l-Italja li jagħmlu l-politika.", "Mr. Speaker, s'issa qegħdin jgħidu li din il-forza se tkun biss għal Petersburg tasks.", "Mela s'issa qiegħed jingħad li l-iskop se jkun biss għal dawn it-tip ta' missjonijiet imma jiena naqra li l-missjonijiet huma peacekeeping - jiġifieri żżomm il-paċi u terġa' ġġib il-paċi fejn ma jkunx hemm il-paċi - and crisis management.", "Issa kulħadd jaf li f'dawn it-tip ta' missjonijiet huwa diffiċli biex taqta' linja fejn jibda l-intervent militari u fejn jispiċċa l-crisis management.", "Diffiċli taqta' l-linja fejn jibda attakk militari u jispiċċa l-peacekeeping.", "Barra minn hekk kulħadd jgħid li - biex inkompli ma' dak li għedt fuq Dini, jiġifieri qed nikkwota minn dokument uffiċjali - l-fruntiera l-ġdida ta' l-Ewropa se tkun il- common defence.", "Loġikament hemm trid tasal għax ma jistax jibqa' kulħadd jagħmel li jfettillu.", "Jekk se jkollok politika ta' difiża komuni fl-aħħar irid ikollok difiża komuni.", "Mr. Speaker, meta sa żmien ilu kienu jitkellmu fuq Petersburg tasks wieħed kien jgħid li dawn se jibdew jagħmlu atti umanitarji, imma meta mbagħad il-ministru tad-difiża Franċiż u l-ministri ta' l-Ewropa jibdew jitkellmu fuq 300 ajruplan tal-gwerra bilfors li wieħed jibda jaħsibha mod ieħor.", "Biex tagħmel atti umanitarji inti xi jkollok bżonn, ajruplani kbar biex titfa' l-proviżjonijiet ta' l-ikel lil min qiegħed fi stat ta' diżastru, jew ajruplani armati bil-missili, bil-kanuni u bil-machine-guns biex tagħmel il-gwerra bihom bħalma rajna fil-Kossovo?", "Jiena naħseb li kieku veru temmen fil-paċi madwarha, l-Ewropa kienet tgħid li se jagħmlu 300 jew 200 vapur bulk carrier ħa jġorru l-qmugħ u l-ġid li għandha l- Ewropa lejn il-pajjiżi li għandhom bżonn.", "Mr. Speaker, biex inkun ċar jiena mhux qed nakkuża lill-Unjoni Ewropea - għax din hija waħda mill-iktar blokki li jagħtu għajnuna fi flus lill- pajjiżi sotto-żviluppati - imma jiena qed ngħid li over and above that kont nippreferi kieku dawn il-flus li se jintefqu f'din l-armata jintefqu għall- ġid ta' l-umanita'.", "Għadu kemm kellna l-millennium summit fejn il-Prim Ministru tagħna wkoll u l-mexxejja kollha tal-gvernijiet tad-dinja ddikjaraw il-bżonn li neqirdu l-faqar, neqirdu l-ġuħ u neqirdu l-ġlied u l- gwerer iż-żgħar.", "Dawn neqirduhom jekk nipprovdu l-flus, jekk nipprovdu l- ikel, jekk nipprovdu l-potenzjal tax-xogħol, jekk nipprovdu l- opportunitajiet u jekk noffrulhom l-investiment.", "B'dan neqirdu l-faqar mhux billi nagħtu l-flus biss.", "Il-flus jikkonsmaw ruħhom u ħafna drabi jmorru anke f'xi korruzzjoni u l-povri nies li suppost jirċievu l-għajnuna ma tantx jirċevuha.", "Jiġifieri jekk se nitkellmu fuq atti umanitarji kieku naħseb Malta konnu nkunu unanimi mija fil-mija kieku nagħmlu bħalma għamilna fil-każ ta' l-Albanija u l-Kossovo, li għadna kemm bgħatnilhom l- affarijiet.", "M'hemmx għalfejn inkunu f'armata Ewropea biex nagħmlu dan!", "Wara kollox dan l-ammont ta' truppi kollha u dawn il-vapuri u l- ajruplani tal-gwerra kollha x'nambuhom?", "X'tambihom l-Ewropa, Sur President?", "Għax il-blokk Sovjetiku suppost li majna, pero' wara li warrab Yeltsin u tela' Putin issa l-affarijiet qed jinbidlu?", "Jien naħseb li l- Ewropa mhux l-atti umanitarji qed tara imma qed tara xenarju madwarha li qed jitbiddel.", "Jiena aċċennajt għal x'se jkun ir-range of action tagħha u għedt li jkopru l-Afrika ta' Fuq, ikopru l-Middle East, ikopru l-Persian Gulf u anke l-Caucasus.", "Jiena naħseb li l-Ewropej qed jagħmlu dan kollu wara li waslilhom il-messaġġ tal-commander in chief tal-flotta militari Russa li proprju f'Awissu li għadda qal li l-forza ta' l-ajru u l-forza navali Sovjetika fil-Mediterran sa l-aħħar tas-sena se tkun iktar qawwija milli qatt kienet fi żmien is-Soviet Empire.", "Mela fil-verita' x'qegħdin jaraw l-Ewropej, l-atti umanitarji jew il-fatt li issa r-Russja m'għadhiex written off?", "Ir-Russja qed terġa' tissaħħaħ u b'Putin fil-gvern qed naraw fenomenu differenti ta' bniedem li għandu kontroll ta' l-armata, ta' bniedem li għadu żgħir u jista' jerġa' jagħti saħħa militari lir-Russja.", "Mr. Speaker, dawn huma ħsebijiet tiegħi li naħseb għandi d-dritt kollu li nwassalhom lill-poplu Malti ħalli dan kun jaf fiex dieħel dan il-pajjiż newtrali tagħna.", "Nixtieq issa npoġġu dan ix-xenarju kollu mal-mossa tal- Gvern Malti li ħasdet lil kulħadd.", "Il-Gvern Malti fil-programm elettorali tiegħu ma qalx li se jaqbad it- triq biex ikun parti mill-forza militari Ewropea.", "Lanqas kien qal li se jerġa' jidħol fil-PfP!", "Meta l-Prim Ministru tal-lum kien mistoqsi qabel l- elezzjoni ta' l-1998 jekk hux se jerġa' jikkonsidra l-PfP, huwa qal li din m'hijiex fuq l-aġenda.", "U dan huwa każ ieħor ta' qerq, għaliex reċentement reġa' beda jtektek biex nikkonsidraw biex nidħlu fil-PfP.", "Sa backbencher min-naħa tal-gvern beda jħeġġeġ biex il-gvern jerġa' jidħol fil-PfP!", "U jiena rrispondejt anke quddiem it-television meta intervistawni...(Interruzzjonijiet) Jekk il-Prim Ministru jrid jerġa' jqajjimha ħalli jkompli jehda l-poplu biex minflok ma naħlu l-ħin niddiskutu n-nuqqas ta' investiment u n-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol u s-sitwazzjoni ekonomika, noqogħdu nedhew bit-toy soldiers.", "Kien jidher ċar li dan mhux fuq il-PfP kien qed jitkellem imma fuq din, fejn inqabad u nkixef li l-gvern qed juri interess li jipparteċipa fil-forza militari Ewropea.", "Tant hu hekk li uffiċjal għoli ta' l-armata, il-Kaptan Xuereb, intbagħat ġo Brussels fl-ambaxxata.", "Jiena ma nafx li dan bniedem diplomatiku, u allura x'mar jagħmel dan?", "Biex ikun military attache'?", "Probabbilment intbagħat biex jirrappreżenta l-militar Malti fil-laqgħat li jkun hemm ġo Brussels.", "I stand to be corrected għax informazzjoni m'għandix, pero' dawn huma fatti u kont nippretendi li l-ministru kien iqum u jispjegahomlna.", "Issa dan kollu għaliex jaħsad lill-poplu Malti, Sur President?", "L-ewwelnett dan kollu ma kienx fil-programm elettorali.", "Jiġifieri jiena nikkontendi li l-gvern m'għandu l-ebda mandat li jagħmel kuntatti u jagħmel patti biex jipparteċipa fil-militar Ewropew minn wara dahar il-poplu.", "It- tieni hemm il-Kostituzzjoni.", "Naqblu u ma naqblux, irridu u ma rridux, jekk ilkoll aħna hawn Malta, iż-żewġ naħat, naqblu li jaqblilna nagħmlu dan il- pass, ejja niġu hawn u niddiskutu l-Kostituzzjoni għaliex l-ebda prim ministru, lanqas jekk ikollu mandat elettorali, ma jista jmur kontra l- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "U l-Kostituzzjoni hija ċara.", "F'Artiklu 1 (3) tagħha tgħid li ma nistgħux inkunu parti minn alleanza militari.", "Issa jekk blokk ta' 27 pajjiż li jikkontribwixxu kollha biex jagħmlu forza militari ta' 230,000 suldat, bi 300 ajruplan tal-gwerra u bi 80 biċċa navali m'hijiex alleanza militari, jiena nixtieq li xi ħadd jiddeskrivili xi tkun alleanza militari!", "U fuq dak il-livell din id-diskussjoni m'għandhiex titkompla qabel ma tiġi fil-parlament biex tiġi diskussa.", "Nerġa' ngħid li mhux talli l-ministru m'għamilx dikjarazzjonijiet illum fil-Parlament talli lanqas kien hemm id-diċenza li dan is-suġġett iqum fil- kumitat għall-affarijiet barranin.", "Dan qatt ma ssemma.", "Dan kollu sar minn wara dahar il-poplu, bħalma kien sar fil-kas tal-PfP meta l-Prim Ministru kien se jiffirma biex Malta tkun parti mill-PfP bla ma biss jiġi f'dan il- parlament u jagħmel dikjarazzjoni, imbagħad inqala' xi ħaġa li minħabba fiha ma ffirmax u wara nqala' pandimonju hawn Malta u għamilna diskussjoni.", "Ħalliha li minkejja d-diskussjoni l-Prim Ministru xorta qabad u ffirma u mbagħad bħalma jaf kulħadd, fl-1996, 24 siegħa wara li tlajna fil-gvern aħna neħħejna dak li għamel il-gvern ta' qabilna ħassarnih b'daqqa ta' pinna.", "Mr. Speaker, il-gvern m'għandu l-ebda mandat f'din il-kwestjoni u mhux imbilli jgħidilna li din Petersburg task.", "L-għajnuna umanitarja għandna nagħtuha lill-ġirien kollha tagħna fuq bażi bilaterali jew fuq bażi multilaterali imma mhux fi ħdan alleanza militari.", "Aħna jinteressana li jkollna l-koperazzjoni anke fil-qasam militari, fis-sens li aħna nkunu nistgħu nikkontrollaw l-immigranti illegali, id-droga, il-kuntrabandu u l- kwestjoni ta' jekk xi ħadd li jintilef bħalma kellna fil-kwestjoni tal- Piper Lance.", "Veru anke l-Amerikani taw l-għajnuna tagħhom u vera li t- Taljani taw l-għajnuna tagħhom, u nirringrazzjawhom, imma koperazzjoni ma' pajjiżi oħra bħal-Libja wkoll hija bżonjuża.", "Għaliex għandna aħna mmorru nitfgħu ġildna u ruħna ġo armata Ewropea li għada pitgħada se jkollha l- iskop li tiddefendi l-Ewropa?", "U ma jiġix il-Prim Ministru jgħidilna għax aħna nkunu hemm u nagħtu anke l-kontribuzzjoni bl-opinjonijiet tagħna!", "Dan xi ħadd se jbiddel l-għanijiet tal-Ġermanja, ta' Franza, ta' l-Italja jew ta' l-Ingilterra f'din il-forza?", "Mhux li jridu dawn il-pajjiżi jsir?", "U jekk kemm-il darba r-Russja terġa' tieħu saħħitha, x'pożizzjoni se niġu fiha jekk inkunu qegħdin parti minn dan il-blokk militari Ewropew?", "X'se nagħmlu bin-newtralita' tagħna li ħdimna tant għaliha u li tant servietna tajjeb?", "Jiena laqtitni r-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament Ewropew meta kienu qalu li jaqblu li Malta tkompli d-diskussjonijiet biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Min jgħarbilha ma jsib xejn fiha li jagħti kas l- interess ta' Malta u tal-poplu Malti.", "Jagħmlu biss enfasi fuq tliet affarijiet, li din hija importanti għax Malta hija strateġikament ta' valur, li din se tagħti l-okkażjoni biex l-Unjoni Ewropea testendi lejn in- naħa t'isfel u jiddikjaraw ċar u tond li Malta hija importanti għall-fini tas-sigurta' ta' l-Ewropa.", "Mela dawn qegħdin jaraw mill-punto di vista tagħhom.", "Dawn qegħdin jarawna kemm aħna nistgħu nkunu ta' vantaġġ għalihom jekk kemm il-darba jsibu gvern dgħajjef bħalma għandna li jarmi kollox biex isir parti mill-Unjoni.", "Sur President, jien dan qed ngħidu għaliex issa meta kulħadd beda jipprova jieħu xi dikjarazzjoni mingħand il-ministru u anke mingħand il- Prim Ministru, dawn qalu li huma qegħdin jagħmlu monitoring tas-sitwazzjoni u li s'issa m'hemmx deċiżjonijiet X'sitwazzjoni jridu jimmoniterjaw il-Prim Ministru u l-Ministru Joe Borg?", "Dawn m'għandhomx idejhom liberi biex jagħmlu li jridu f'din il-kwestjoni kollha.", "Dażgur li mhux se jieħdu deċiżjonijiet!", "F'din il-kwestjoni kollha ma tistax tieħu deċiżjonijiet.", "Xi trid tistenna!", "X'se tmur tagħmel fil-laqgħa tal-21 ta' Novembru ġo Brussels?", "X'se tgħidilhom lil dawn?", "Li għandek il-mandat tal-poplu!", "Se toffrulhom it-truppi Maltin?", "Se toffrilhom li jkollhom fejn jillandjaw jekk ikollhom bżonn?", "Se tagħtihom il-port u tgħidilhom biex jekk ikollhom bżonn jistgħu jiġu fil-port ukoll?", "Dan se jmur jgħidilhom il-Prim Ministru?", "Għax dan kollu assolutament diskors vojt.", "Il-Prim Ministru u l-Ministru Joe Borg għamlu żmien fejn kienu jgħidu li aħna din ma nidħlux fiha għaliex se jkun hemm l-opportunita' li we opt out.", "Dan mhux id-diskors tal-lum.", "U dan qed ngħidu ħalli l-poplu jiftaħ widnejh u jkun jaf li qegħdin jitbiddlu l-affarijiet b'mod sottili ħalli mbagħad insibu tfaqqa' ma' wiċċna d-deċiżjoni tal-gvern.", "U għalhekk qed nagħmel dan id-dettal kollu jien.", "Mr Speaker, il-bieraħ kelliem tal-Gvern Malti qal li s-sehem li għandu jkollha Malta għad irid jiġi studjat, se jkollhom laqgħat fuq livell tekniku u politiku u l-aħħar kelma se tkun tal-Gvern Malti.", "Mhux ovvja!", "Imma l-Gvern Malti ma jistax ikollu l-aħħar kelma li tmur iktar 'il bogħod minn dak il-mandat li tah il-poplu u mill- Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Ma jista bl-ebda mod imur lanqas pulzier 'il bogħod minn hekk.", "Mr. Speaker, jiena ma nafx u ma jimportanix x'deċiżjoni ħa l-gvern, pero' d-deċiżjoni hija meħuda diġa' mill-Kostituzzjoni ta' pajjiżna u mill-poplu Malti kollu, Nazzjonalisti u Laburisti, li ma jridux ikollhom x'jaqsmu f'dawn l-affarijiet.", "Hemm sistemi oħra kif nassiguraw is-sigurta' tagħna, hemm sistemi oħra kif nistgħu nsaħħu l-ħarsien tax-xtut tagħna, pero' żgur mhux billi naqbdu pajjiżna u nagħtuh f'idejn l-Unjoni Ewropea, nagħmluh kolonja tagħhom u anke nipparteċipaw f'din il-forza militari.", "Din hija ħaġa anti-kostituzzjonali u l-gvern ma jistax jagħmilha u nispera li l-poplu jifhem eżatt l-importanza ta' din id-diskussjoni.", "Nispera wkoll li din id- diskussjoni tingħata l-importanza li jixirqilha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 26 ta' Settembru 2000 fid- 9.00a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - SAFAR", "18566.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18153?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PATATA - VARJETA' SANTE", "18567.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18152?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-Onor.", "Interpellant qiegħed jitlob konferma ta' dak li diġa' weġibtu u li ġie ppubblikat.", "Dwar it-tieni parti ninformah illi l-prezz mħallas lill-bdiewa għal patata kien wieħed uniformi u ma sarx l-ebda distinzjoni bejn dik bikrija u dik imwaħħla.", "Il-prezz medju li tħallas lill-bdiewa kollha kien dak sodisfaċenti ta' Lm10.22 il-qantar.", "MAJJAL - QATLA", "18587.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18162?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nibda biex nikkoreġi l-Onor.", "Interpellant u nerġa' nappellalu sabiex ma jibbażax domandi fuq informazzjoni żbaljata qabel ma jindenja ruħu jivverifika l-fatti.", "Dan għaliex tul il-perjodu li kien hemm in-nuqqas fil-produzzjoni l- inqas qatla kienet ta' 1760 f'ġimgħa waħda partikolari, u mhux ta' 1600 fil- ġimgħa kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant.", "Ir-raġunijiet għal dan spjegajthomlu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18294.", "MINISTERU TA' L-INTERN - PROS", "18619.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salaraji għandhom il-PRO tas-segretarji parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal- Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra rċevew kemm ilhom f'din il- kariga?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern id-dmirijiet marbuta ma' public relations jitwettqu mill-communications co-ordinator.", "Ir-rimunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument engagement of staff for private secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999.", "Il-communications co-ordinator tas-Segretarju Parlamentari fil-ministeru tiegħi minn Settembru 1998 'il hawn hu is-Sur Joe Azzopardi.", "BIĊĊERIJA - MAJJAL", "18633.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18158 dwar il-piz tal-qatla tal-majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nibda billi nerġa' nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jien tajtu għall-mistoqsija parlamentari nru.", "18294.", "Il-piż medju għall-ewwel tlett xhur tas-sena kien ta' 80.7 kgs waqt li għat-tieni tliet xhur il-piż medju kien ta' 79.3 kgs.", "Dan jipparaguna tajjeb ma ta' snin oħrajn meta dan il-piż saħansitra laħaq niżel għal 76 kgs.", "EDUKAZZJONI - PROs", "18669.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salarji għandhom il- PRO tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il- kariga?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ix-xogħol ta' public relations f'kull segretarjat isir mill-communications co-ordinator.", "Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u s- salarji huma skond il-guidelines għall-ingaġġ ta' staff fis-segretarjati.", "Peress li f'dan is-segretarjat bħalissa dan il-post jinsab vakanti, ix- xogħol ta' public relations qiegħed isir minn membri oħra ta' l-istaff.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - PROs", "18670.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salarji għandhom il-PRO tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il- kariga?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fis-segretarjat privat taż-żewġ segretarji parlamentari li jiffurmaw parti mill-ministeru li għalih jiena responsabbli, id-dmirijiet marbuta ma' public relations jitwettqu mill- communications co-ordinator.", "Ir-remunerazzjoni u kondizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-dokument engagement of staff for private secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta Nru. 124 tas-16 ta' Ġunju, 1999.", "Fis-segretarjat privat tas-segretarju parlamentari Dr. George Hyzler, il- communications co-ordinator huwa s-Sur Oliver Mallia, filwaqt li fis- segretarjat privat tas-segretarju parlamentari s-Sur Edwin Vassallo, il- communications co-ordinator huwa s-Sur Iman Schembri.", "SAĦĦA - PROs", "18671.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 11538.", "OPM - PROs", "18672.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18464.", "AFFARIJIET BARRANIN - PROs", "18673.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom?", "Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?", "ONOR.", "JOE BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirriferi għar-risposta li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18458.", "ISTITUT TA' BARI - PROĠETT TA' CHADWICK LAKES", "18695.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma saret l-ebda laqgħa ma' l-istitut ta' Bari dwar il-kontinwazzjoni tal- proġett fiċ-Chadwick Lakes?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif diġa' għedlu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17997 saru diversi laqgħat ma' l-Istitut ta' Bari.", "F'dik ir-risposta kont għedtlu li ma saret l-ebda laqgħa speċifika fuq dan is-suġġett.", "Pero' nieħu pjaċir ninfurmah illi l-fondi tal-protokol Taljan ġew utilizzati bit-tkomplija tal-proġett fiċ-Ċentru tal-Mikro Propogazzjoni f'Ħal Lija.", "CHEAM - RIVISTA", "18696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li fuq ir-rivista ta' l-Ekonomija, Ambjent u Agrikoltura pubblikata miċ-Cheam għamel riferenza dettaljata dwar l- importanza ta' dan il-proġett f'Diċembru li għadda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nistax nifhem għalfejn l-Onor.", "Interpellant qiegħed jitlob konferma mingħandi dwar pubblikazzjoni ta' artiklu.", "Pero' nista ngħidlu li fir-rivista li qed jagħmel riferenza għaliha, ġie miktub artiklu intitolat Setting up of an experimental area in Malta for hydraulic management and environmental restoration of Chadwick Lakes.", "F'dan l-atiklu li nkiteb minn F. Gentile, C. Lacirignola, S. Puglisi u G. Trisorio Liuzzi ġie deskritt ix-xogħol li sar mill-esperti Taljani f'dan il-post.", "ENEMALTA - ENERĠIJA MIR-RIĦ", "18731.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'vijabilita' tara l-Enemalta li kumpanniji barranin jiġu Malta jipproduċu l-enerġija mir-riħ?", "X'kuntatti għamlu kumpaniji barranin ma' l-Enemalta f'dan il-qasam ta' l-enerġija mir- riħ?", "Kemm mill-bżonn nazzjonali ta' l-enerġija wrew li lesti jipproduċu mir- riħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta irċeviet numru ta' proposti minn kumpaniji barranin li iddikjaraw ruħhom interessati li jesploraw il-possibilta' li jibnu impjanti f'Malta sabiex jipproduċu enerġija mir-riħ.", "Dawn il-proposti ivarjaw f'dik li hija il-kwantita' ta' enerġija li qed jindikaw li jistgħu ikunu f'qagħda li jiġġeneraw.", "Dawn il-proposti lkoll jispeċifikaw li l-enerġija kollha li jipproduċu trid tinxtara mill-Enemalta.", "Minħabba li r-riħ, mill-istess natura tiegħu, ivarja konsiderevolment u ma tistax tiddependi minnu dejjem; anki jekk il- korporazzjoni timplimenta impjant għall-produzzjoni ta' enerġija mir-riħ, xorta waħda jkollha tinvesti f'impjant ieħor konvenzjonali sabiex tkun f'qagħda li tissuplixxi l-elettriku meħtieġ anki meta ma jkunx hemm riħ.", "Dan jirrappreżenta ostaklu serju għall-viabbilta' ekonomika ta' dawn it-tip ta' proposti għaliex ifisser li ma l-ispejjeż sabiex wieħed jibni dawn l- impjanti u sabiex joperhom wieħed irid iżid ukoll l-ispejjeż ta' impjanti oħra li jridu wkoll jinxtraw u jinżammu standby għal meta ma jkunx hemm riħ.", "Madanakollu l-gvern xorta waħda għadu qed jistħarreġ il-possibbilta' ta' proġett għal produzzjoni ta' enerġija mir-riħ.", "Dan speċjalment sabiex tiġi determinata il-vijabilita' konkreta ta' impjanti ta' dan it-tip: għal dak li għandu x'jaqsam mal-qawwa u konsistenza tar-riħ meħtieġ, għan-numru ta' raddieni u għall-ispazju li jkun neċessarju li jiġi allokat għalihom; u għall-impatt viżwali u akustiku li proġett bħal dan bilfors jimplika.", "BIGHI - ĊENTRU TAR-RESTAWR", "18732.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq l-overtime għal xogħol li sar fuq iċ-ċentru tar-restawr f'Ta' Bighi minn Settembru, 1998 sal-lum?", "Min ħadem dan l-overtime?", "Kull ħaddiem kemm ingħata?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-nefqa fuq l-overtime għal xogħol li sar fil-Malta Centre for Restoration f'Bighi bejn Novembru 1999 u Mejju 2000 tammonta għal madwar Lm31,500.", "Dan l-overtime sar minn għadd ta' ħaddiema mill-Education Division.", "M'hijiex il-prassi li tingħata l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal- mistoqsija fejn jissemma' ħaddiem ħaddiem b'ismu.", "WIND FARMS", "18733.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanniji barranin wrew l-interess li jiftħu wind farms f'Malta biex jipproduċu l-enerġija mir-riħ?", "Liema partijiet ta' Malta u Għawdex huma tajbin biżżejjed biex jipproduċu l-enerġija mir-riħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Diversi kumpanniji tkellmu mad-dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent fuq proġetti ta' wind farms.", "Id-dipartiment inkuraġġixxa dawn l-inizjattivi u talabhom li jitkellmu ma' l-Enemalta u mal-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp.", "Ma naħsibx li jkun prudenti li jingħataw ukoll l-ismijiet tal-kumpanniji nvoluti.", "UNIVERSITA' - TEKNOLOĠIJA DENTALI", "18734.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Minkejja l-impenn li fis-sena akkademika l-ġdida l-Universita' ħadet biex torganizza l-kors tat-teknoloġija dentali, jista' l-Minstru jgħid għaliex issa ttieħdet id-deċiżjoni li dan il-kors mhux se jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Universita` għadha bil-ħsieb li jinfetaħ il-kors tat-teknoloġija dentali mill-aktar fis possibbli wara li jiġu żgurati l-faċilitajiet u riżorsi neċessarji.", "ĦABS ĊIVILI - KORS TA' M. PSYCH", "18879.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-faċilita' korrettiva ta' Kordin tkompli tiffinanza l-istudenti li qed jagħmlu l-kors tal-M.Psych?", "Ma jarax li għandu bżonn persuni mħarrġa u kwalifikati f'dan il-qasam?", "Jista' jintervjeni biex jgħin isalva dan il-kors?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-awtoritajiet tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin qatt ma ffinanzjaw studenti li qed jagħmlu l-kors tal- M Psych.", "Li ġara kien li s-sena l-oħra, qabel ma beda dan il-kors, kien hemm problema minħabba li żewġ studenti ma ġewx sponsorjati.", "Għalhekk kien sar suġġeriment li dawn iż-żewġ studenti jiġu sponsorjati mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bil-patt u l-kundizzjoni li wara li jiggradwaw dawn jintrabtu bi ftehim li jagħtu servizz b'xejn fil-Faċilita' għall-perijodu ta' ħames snin.", "Ninsab informat ukoll li dawn iż-żewġ studenti m'humiex impjegati fis- servizz pubbliku iżda huma mpjegati jew se jkunu mpjegati ma' l-Aġenzija Sedqa u l-SWDP rispettivament.", "Meta dawn ġew mitluba mid-direttur tal- faċilita' korrettiva ta' Kordin biex jersqu ħalli jiffirmaw il-ftehim imsemmi iktar 'il fuq huma naqsu li jagħmlu dan.", "EDUKAZZJONI - KORS TAL-M.", "PSYCH", "18880.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex jiġi salvat il-kors tal-M.Psych li jinsab fil-perikolu li jikkollassa wara diffikultajiet li nħolqu bejn dawk li qed jagħmlu l-kors iffinanzjat minn diversi ministeri?", "Jista' jintervjeni biex il-kors jiġi salvat għax ċert li huwa konxju kemm għandna bżonn educational psychologists għall-istudenti tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors tant meħtieġ ta' l-M.Psy se jkompli kif kien ippjanat.", "Id-diffikultajiet li kienu nħolqu ġew indirizzati mill-ministeri li qed jiffinanzjaw il-kors.", "IMPRESSED DRIVERS", "18998.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impressed drivers li għażlu mpjieg bħala labourer?", "Kemm minnhom għażlu li jikru l-vettura tagħhom lid-dipartiment tal-gvern?", "Kien hemm xi bdil f'xi kondizzjonijiet li tħabbru aktar qabel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li kien hemm 653 impressed drivers li għażlu li jkollhom impjieg bħala labourer (ex-impressed driver).", "611 minnhom għażlu li jikru l-vettura tagħhom lid-dipartimenti jew entitajiet governattivi fejn qegħdin jaħdmu.", "440 minnhom qegħdin f'dipartimenti tal-Gvern.", "Ma kien hemm ebda tibdil fil-kundizzjonijiet li tħabbru aktar qabel.", "MALTA RACING CLUB", "18999.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rendikont finanzjarju tal-Malta Racing Club?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fid-19 ta' Settembru meta s-sitwazzjoni finanzjarja ngħatat prijorita` u ttieħdu passi biex jingħata rendikont ġenerali permezz ta' awdituri.", "Meta jitlesta r-rapport inkun f'qagħda li nagħti d-dettalji li jkunu ta' interess pubbliku.", "MALTA RACING CLUB - CHAIRMAN", "19000.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18652, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni mistoqsija, jiġifieri min attenda għal dawn il-laqgħat bl- ismijiet ta' dawk preżenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għal laqgħat:", "* fil-5 ta' Ġunju 2000 kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Raymond Mifsud, Pio Saliba, Randolph Camilleri, Mario Meli, Ray Clifton, Joe Cordina, Lucienne Cassar u Frans Catania", "* 30 ta' Ġunju 2000 - kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Pio Saliba, Alfred Ciangura, Joe Cordina, Randolph Camilleri, Raymond Mifsud u Mario Meli.", "MALTA RACING CLUB - SAFAR", "19001.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18656, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefru kull membru li huma msemmija li siefru fit- tweġiba mogħtija f'Seduta Nru. 360?", "Jista' jgħid jekk f'kull każ kenux akkumpanjati minn xi nies li m'humiex membri tal-Malta Racing Club?", "Jekk iva, min kienu dawn in-nies u lil min jirrappreżentaw u min ħallas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-membri li siefru matul l-istaġun 1999 - 2000 kienu - Pio Saliba (2) - Kungress tal-UET f'Jannar: Seminar tal-UET dwar użu ta' internet u computers fi Frar.", "Kenneth Vella (3) - Jannar għal kungress tal-UET: Ġunju bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Mario Seguna fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma, Awissu - b'emerġenza minflok Mario Meli li fl-aħħar ħin kien indispost mar Moska bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Tony Cauchi għal Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Apprendisti organizzat mill-UET.", "Alfred Ciangura (1) - Mejju - Jakkumpanja lis-sewwieq George Schembri fl- Olanda u l-Belġju għall-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonali organizzat mill-UET.", "Raymond Mifsud (1) - Ġunju - Flimkien ma' Kenneth Vella kien bħala uffiċjal jakkumpanja lil Mario Seguna fil-kampjonat ta' Ruma.", "Lucienne Cassar (1) - Lulju - Flimkien ma' Randolph Camilleri akkumpanjat lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska.", "Randolph Camilleri (1) - Lulju - Akkumpanja lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska flimkien ma' Lucienne Cassar.", "Simone Zammit Endrich (1) - Attendiet għal Kungress tal-UET f'April ġo Berlin.", "Fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonati tal-UET, l-akkomodazzjoni tas- sewwieq u ta' l-uffiċjal kienet imħallsa mill-pajjiż organizzattiv: fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma l- organizzaturi ħallsu kemm l-akkomodazzjoni u anke l-passaġġ tas-sewwieq u anki l-akkomodazzjoni ta' uffiċjal: fil-każ tal-Kampjonat f'Moska l- organizzaturi ħallsu l-akkomodazzjoni ta' sewwieq u uffiċjal.", "Wieħed irid jirrimarka li minn dawn il-vjaġġi joħorġu ukoll il-ġid.", "Jinbnew kuntatti ġodda għall-futur filwaqt li ċertu sewwieqa kellhom riżultati pożittivi għal Tony Cauchi li spiċċa fl-ewwel post fil-kampjonat tal-apprendisti u Noel Baldacchino li f'kampjonat ta' ħbiberija f'Moska spiċċa fir-raba' post.", "MIA - STRAJK", "19002.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18663?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fl-20 ta' Awissu, 1999, minn 751 ħaddiem tal-Malta International Airport, kien hemm 27 ħaddiem li kienu fuq strajk.", "Dawk li daħlu għax-xogħol meta kien hemm l-istrajk tħallsu skond il-provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv.", "UE - VAT", "19003.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18623, jista' l-Ministru jgħid meta nbeda l-kuntratt tal-konsulent dwar il-VAT u kemm-il siegħa ħa f'laqgħat sal-lum?", "Dwar it-tliet konsulenti fil-MFSC jista' jgħid jekk dawn għamlux xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-konferma tal- kuntratt dwar il-leġislazzjoni tal-VAT saret fit-28 ta' Jannar, 2000.", "Sal- lum saru tliet laqgħat u wkoll ħafna ħin ta' preparazzjoni, għalhekk m'iniex f'pożizzjoni li ngħati aktar dettalji.", "Fir-rigward tal-MFSC, tnejn mit-tliet konsulenti ġew assenjati xogħol marbut ma' l-Unjoni Ewropea.", "VERDALA - NISSAN HUTS", "19031.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm nissan huts fl-area ta' Verdala (Sur San Kelment) Bormla?", "Kemm hemm minnhom allokati u lil min?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-Foss ta' San Klement f'Bormla hemm għaxar huts.", "Minn dawn, tmienja huma mikrija lil Desira Furniture Ltd., Emanuele Cutajar, Felix Busuttil, Louis Cauchi u Carmelo Bonello, u lil Louis Cauchi.", "Dwar it-tnejn l-oħra, ninsab informat li qed issir investigazzjoni dwar minn min huma okkupati u taħt liema titlu.", "BORMLA - PJAZZA STA.", "MARGERITA", "19033.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li jidher li l-proġett li kien hemm għal Pjazza Sta.", "Margerita, Bormla waqaf, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jitkompla?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-pjanti oriġinali nbidlux jew se jinbidlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li dan il-proġett se jitkompla, pero' fuq rikjesta tal-kunsil lokali ta' Bormla kien hemm xi tibdiliet fil-pjanti.", "Bħalissa qed isir xogħol fuq il-pjanti ġodda biex jiġu ppreżentati lill- Awtorita ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni.", "SKEJJEL - BORMLA", "19034.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola primarja ta' Bormla hux se jkollha kap ta' skola din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskola primarja ta' Bormla se jkollha kap.", "TARZNA - ĦAJT", "19035.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li x-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna kien waqaf minħabba l-azzjonijiet tal-GWU, issa li dawn l-azzjonijiet tneħħew, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninforma l-Onor.", "Interpellant illi x-xogħol fuq il-ħajt tal-Bacir Nru.1, fil-fatt qiegħed jitkompla.", "DOCKYARD CREEK - DGĦAJJES", "19036.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom id-dgħajjes marbuta ma' Dockyard Creek, jekk iridux iħallsu ta' l-irmiġġ lil xi wieħed mill-Consortia involut fil-proġett tal-Marina tal-Cottonera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PTA - TRANSPORT ASS.", "19049.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għal transport ass. mal-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?", "Kemm applikaw u minn liema lokalita' kienu?", "Kemm ġew magħżula u min liema lokalita' kienu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-aħħar sejħa għal transport assistants ma` l-awtorita` saret f'Jannar 2000 wara sejħa nterna għall- impjegati tal-gvern.", "Applikaw total ta' sitta b'kollox u dawn kienu minn: wieħed mill-Birgu; wieħed minn Bormla; wieħed miż-Żejtun; tnejn minn Birkirkara; u wieħed minn Marsascala", "Ġew magħżula tnejn, wieħed minn Birkirkara u l-ieħor minn Marsascala."]} {"filename": "20001202_445d_par.doc", "date": "2000-12-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 445 Is-Sibt, 2 ta' Diċembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 445", "Is-Sibt, 2 ta' Diċembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "445", "Is-Sibt, 2 ta' Diċembru, 2000", "WERREJ", "MINUTI 177", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 177", "TQEGĦID TA' KARTI 181", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IT-TIELET JUM STABBILIT (Kont.)", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI 181", "AĠĠORNAMENT 214", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 215", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 444 li saret fit-2 ta' Diċembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "21405.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li xi ħadd mill-uffiċjali tal-ministeru jitkellem mal- kuċċiera tar-Rabat sabiex jisma' l-ilmenti tagħhom dwar problemi li qed jiffaċċjaw huma u ż-żwiemel tagħhom kawża ta' xogħlijiet li saru u mistennija jsiru mir-rehabilitation committee ta' l-Imdina?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "21065.", "Il-kumitat għar-riabilitazzjoni ta' l-Imdina huwa lest li jiltaqa' mal- kuċċiera, iżda ħadd mill-kuċċiera għadu ma avviċina lill-kumitat biex issir din il-laqgħa.", "Dan jista' jsir jew permezz ta' ittra jew permezz ta' l-uffiċjali tekniċi li huma preżenti fl-uffiċċju tal-proġett li jinsab fl- istess uffiċċju tal-kunsill lokali ta' l-Imdina.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl tal-problema li teżisti bejn il-kunsilli lokali tal-Mosta u d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi dwar kontijiet pendenti ta' aktar minn Lm100,000 li l-kunsill tal-Mosta ma ħallasx għas- sena 1996 u 1997 u jirriżulta li lanqas biss ġew preżentati fl-accounts - peress li hemm ħafna xogħlijiet pendenti li d-dipartiment tax-xogħlijiet jeħtieġ li jagħmel ġewwa l-Mosta, jista' l-Ministru jinformani bis- sitwazzjoni f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, meta jkun hemm każi bħal dawn nistieden lill-kunsill lokali biex jiddiskuti ma' l-uffiċjali tat-taqsima xogħlijiet biex l-ewwelnett naraw għaliex l-ammont tela' daqshekk, jekk hemmx xi kontestazzjoni min-naħa tagħhom u biex naraw jekk nistgħux nagħtu xi tip għajnuna billi niddiskutu l-ammont kif ikun akkumula bejn il-kunsill lokali u l-ministeru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien informat li nhar il-Ħamis ġiet mibgħuta ittra mill-ministru nkarigat lill-kunsill lokali tal-Mosta minħabba d-deficit li dan il-kunsill għandu ta' aktar minn Lm200,000.", "Hemm xi target date partikolari meta għandhom jiġu rrimedjati sitwazzjonijiet bħal dawn?", "Qed nagħmel din id-domanda għax naf li ħafna ċittadini mill-Mosta ilhom ix-xhur jistennew li jisru x-xogħlijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, ħalli nippreċiża.", "Jien bgħatt ittra lill-kunsill lokali tal-Mosta għax dawn naqsu li jibagħtu fil-ħin l-audited accounts tagħhom għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu u din l-ittra ma kenetx tirriferi għad-deficit għax ovvjament għad m'għandniex l-audited accounts biex inkunu nistgħu nivverifikaw dan id-deficit.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq inkompli nżid ma' dak li qal il- Ministru Gatt li timeframe preċiż m'hemmx għax din hija kwestjoni ta' diskussjoni.", "Ħafna drabi din tkun itemised dwar x'jidhirlu l-kunsill lokali li ma jkunx komplut - u allura nifhem li jista' jitlob xi forma ta' riduzzjoni - u dwar items oħra, per eżempju, għax ma jkunux qed jaqblu mal- kwalita' tax-xogħol li jkun sar.", "Jiġifieri l-istedina hija miftuħa u naturalment il-kunsill lokali jkollu l-interess li dan il-proċess ma jtawlux ħafna, anzi jtemmu qabel il-proċess ta' l-elezzjoni, kif jagħmel kull kunsill lokali ieħor wara kollox.", "Naħseb li dak li jridu jagħmlu hu li joqogħdu bil-qiegħda ma' l-uffiċjali tekniċi responsabbli, iduru l-kontijiet bejniethom, fejn ir-records ma jaqblux jippruvaw jagħmlu verifika flimkien u jien nawgura - u lest nagħti wkoll il-parti tiegħi - li jintlaħaq ftehim raġonevoli għal kulħadd.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl li kien ġie propost li se jsiru x-xogħlijiet ta' refurbishment fil-pjazza tal-Mosta u anke fid-dawl ta' l-ittra li ntbagħtet lill-kunsill - din ġibtha miegħi u fiha hemm imniżżel li s-sena l-oħra l-kunsill spiċċa b'deficit fil-workings kapitali ta' Lm207,000 - u barra minn hekk li 'l fuq minn Lm100,000 lanqas ġew ippreżentati fl-accounts bħala provisions mill-istess kunsill, il-policy tad-dipartiment hija li jestendi aktar xogħol jew li għalissa jwaqqaf ix- xogħolijiet li jitlob minnu li jsiru l-kunsill, f'dan il-każ għall- benefiċċju tar-residenti Mostin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Irridu noqogħdu attenti li ma nħalltux l- issues kollha f'salt.", "Jekk inti għandek kont li m'hemmx qbil dwaru u mbagħad isir ftehim dwar kont ridott, allura awtomatikament dak ma jkunx argument għal xogħol addizzjonali b'xejn.", "Ġieli jkun hemm kunsilli lokali li jargumentaw bil-maqlub.", "Dawn ma jkunux iridu jiddiskutu dwar riduzzjonijiet imma jkunu jridu jingħataw ix-xogħol, jiġifieri jew waħda jew oħra.", "Apparti minn hekk, dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor.", "Interpellant jolqot ħafna xogħol konness ma' toroq, li naturalment ikun qed isir b'koordinazzjoni mal-ministeru għall-ambjent u ministeri oħrajn u f'każi bħal dawn noqogħdu bil-qiegħda mal-kunsill u naraw xi ftehim wieħed jista' jilħaq.", "Il-fatt li l-kunsill ikun daħal f'deficit m'huwiex argument waħdu biżżejjed għax inkella jmorru għand it-taqsima tax-xogħlijiet jew xi dipartiment ieħor, jordnaw ix-xogħlijiet kollha immaġinabbli u jgħidulna biex naqtgħulhom il-kont għax jinsabu f'deficit.", "Jekk il-kunsill lokali jgħidli hekk - u jkun hemm min jirraġuna b'dan il-mod - ngħidlu li nzerta li l-ministru għall-ambjent ukoll għandu budget u lanqas hu ma jrid jidħol f'deficit fuq il-voti vvutati lilu.", "Pero' apparti dan, naħseb li tajt biżżejjed parametri biex ikun hemm diskussjoni għal soluzzjoni ġusta għal kulħadd.", "MTARFA - ĠIBJUNI", "21406.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa?", "Kemm minn dawn il-ġibjuni kienu nbnew matul il-perijodu li l- Imtarfa ġiet żviluppata mis-servizzi Ingliżi u kemm inbnew mill-1987 'l hawn?", "X'manutenzjoni saret matul l-1999 u din is-sena fuq dawn il-ġibjuni?", "Kif qed jiġi wżat dan l-ilma fil-mument?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma m'għandha ebda informazzjoni dwar il-ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl- Imtarfa, billi dawn m'humiex parti minn network ta' l-ilma tax-xorb.", "ĠIBJUNI - MANUTENZJONI", "21407.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-ġibjuni ta' l-ilma tax-xiri li saret manutenzjoni fihom matul l-1999 u din is-sena?", "Kemm swiet din il- manutenzjoni u liema huma dawk il-ġibjuni ta' l-ilma li se jiġu rranġati b'manutenzjoni sabiex ikollna aktar ħażna ta' l-ilma tax-xita f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li s-sena l-oħra u din is-sena ma saritx manutenzjoni fuq ġibjuni ta' l-ilma tax-xita.", "Għall-futur il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qed tistudja x'arranġamenti effettivi jistgħu jsiru għall-manutenzjoni ta' dawn il-ġibjuni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jista' jiġi kkonsidrat li x-shelters li għandna fid-diversi bliet u rħula jservu bħala catchment areas sabiex jiġi kkonservat l-ilma tax-xita u jkun ta' source tajjeb għall-bdiewa, speċjalment matul in-nixfa tas-sajf?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed tiġi studjata sistema ta' stormwater masterplan biex, flimkien mal-ministeru għall-ambjent, naraw kif tista' tiġi żviluppata s-sistema tagħna biex ikollna cathment area aħjar għall-ilma tax- xita.", "Ta' min jgħid pero' li f'dan il-qasam jeżistu xi problemi, anke tekniċi, b'mod partikolari minħabba li l-catchment areas huma soġġetti li jiġu flooded b'xi ilma mniġġeż speċjalment meta tagħmel ħafna xita.", "Il-mod kif ġew strutturati t-toroq tul dawn l-aħħar 40 jew 50 sena - forsi bi ftit ħsieb, jekk mhux bla ħsieb ta' xejn! - huwa ta' problema minħabba r-run- off water li jkollna fihom u anke minħabba li kultant is-sistema tad- drenaġġ tiġi flooded b'ammont ta' ilma tax-xita li jinżel fiha u allura jkollok spill-over fit-toroq ukoll.", "Dawn huma problemi kumplessi li jridu spiża konsiderevoli u bħalissa l-primary goal tal-water services corporation hi li tkompli bl-estensjoni u bit-tibdil ta' kanen biex tnaqqas il-water losses qabel ma wieħed ikun jista' jikkonsidra investimenti oħrajn li jwasslu għal catchment areas aħjar.", "Nistennew li s-sena d-dieħla l-prijorita' tkun li nnaqsu l-ħela ta' l- ilma li ssir minħabba leakages f'ċerti partijiet ta' pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ir-raġuni li fis-sentejn li għaddew ma saritx manutenzjoni fuq il-ġibjuni kienet li għax ma kellhomx bżonn jew għax min kien inkarigat kellu xogħol ieħor ta' prijorita'?", "MR SPEAKER: II-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni li għandi hi li bħalissa l- prijorita' qiegħda fuq tibdil ta' kanen u tnaqqis ta' leakages mis-sistema tad-distribuzzjoni.", "Fil-fatt meta ftit ilu tkellimna dwar l-estimi tal- water services corporation għedna li qed ikun hemm ċertu progress f'dan il- qasam, pero' għad baqa' ħafna xi jsir.", "Dan ix-xogħol li qed insemmu wkoll huwa ta' prijorita' għax fil-fehma tiegħi m'huwiex aċċettabbli li għad għandna persentaġġ għoli ta' leakages għalkemm inqas ħafna milli kellna erba' jew ħames snin ilu.", "Hemm il-ħsieb li l-water services corporation bir-riżorsi finanzjarji li għandha tkompli bil-ħidma tagħha għas-sena d-dieħla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fid-dawl ta' din l-ispjegazzjoni li qed jagħti l- Ministru, jista' jgħid jekk matul is-sentejn li għaddew il-water services corporation iddiskutietx il-manutenzjoni tal-ġibjuni mal-kunsilli lokali?", "Għax ħafna minn dawn jistgħu jiġu utilizzati biex jissaqqa l-landscaping li l-istess kunsilli huma responsabbli li jikkultivaw minn staġun għal ieħor.", "MR SPEAKER: II-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'għandix l-iċken dubju li l-water services corporation għandha kuntatti mill-qrib mal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt fid- dibattitu li kellna tal-water services corporation innutajt il-kumment li għamel l-Onor.", "Noel Farrugia proprju fuq il-qasam tar-reservoirs.", "Dawn ir- reservoirs, speċjalment dawk li jinsabu f'partijiet li huma responsabbli minnhom il-kunsilli lokali, jistgħu jservu biex l-ilma li jinġabar fihom jintuża biex jiġu msoqqija l-ġonna pubbliċi.", "Dan il-kumment ta' l-Onor.", "Farrugia jien għaddejtu lill-water services corporation u fil-fatt qed jesploraw kif wieħed jista' jkompli jiżviluppa dan il-kunċett u nużaw il-faċilitajiet tal-pajjiż b'mod iktar adattat.", "AMBJENT - TREJQIET", "21448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinformana jekk hemmx xi policy min-naħa tad-dipartiment għall- ambjent dwar kif għandhom isiru trejqiet tal-bdiewa sabiex ikunu aktar environmentally friendly, cioe' metodi li fihom ma hemmx għalfejn jintuża konkos?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress illi dawn it-trejqiet isiru mid- dipartiment ta' l-agrikoltura, ikun aktar xieraq illi l-Onor.", "Interpellant jindirizza mistoqsijiet fuq dan is-suġġett lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien napprezza t-tweġiba tal- Ministru pero' jirriżulta' li numru ta' ekoloġisti f'pajjiżna jilmentaw li l-konkos qed iħalli impatt negattiv fuq l-ambjent u għaldaqstant il- mistoqsija għamiltha fid-dawl ta' dawn l-ilmenti.", "Nixtieq inkun naf jekk id-dipartiment ta' l-ambjent ivverifikax u analizzax dawn l-ilmenti u jekk għandux xi sistemi li jkunu aktar environmentally friendly.", "MR SPEAKER: ll-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mill-verifiki li għamilt nifhem li hemm opinjonijiet differenti fuq dan is-suġġett.", "Naturalment dawn tagħmilhom biex tgħin lill-bdiewa għax kieku jkollok il-kampanja mingħajr attivita' ta' biedja ġo fiha, probbabilment ma jkollokx bżonn tagħmel dawn it-tip ta' trejqiet.", "L-Onor.", "Interpellant irid japprezza - naf li għamel diversi mistoqsijiet dwar il-qasam agrikolu u dan ngħidu b'sens pożittiv - li trid tħares lejn dan is-suġġett fil-komplessita' tiegħu jiġifieri mhux mil-lat biss ambjentali, fejn ikun hemm min iwissik u jgħidlek biex il-kampanja ma tmisshiex, biex ma tagħmel l-ebda intervent fiha u tħalli l-pajsaġġ b'mod naturali u l-esiġenzi u l-ħteġijiet li jista' jkollok għall-bdiewa.", "U allura trid issib xi forma ta' bilanċ li hu meħtieġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol li qed jagħmlu l-ħames periti impjegati part-time sabiex jitwettaq il-prinċipju ta' aċċessibilita' għal kulħadd, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21766; u", "Tagħrif dwar xogħlijiet li saru mid-dipartiment bini u tiswija ta' djar fi flats tal-gvern fil-Furjana, il-Belt, Ħamrun, Pieta' u Santa Venera, matul l-1999 u l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21789.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IT-TIELET JUM STABBILIT (Kont.)", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-2 ta' Diċembru, 2000)", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat għandu quddiemu għad-diskussjoni l- kontinwazzjoni tad-dibattitu fuq ir-Riżoluzzjonijiet imressqa fis-seduta ta' dalgħodu mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u fuq l-emenda mressqa mill-Onor.", "Karl Chircop għan-nom ta' l-Oppożizzjoni.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Sur President, kemm ili membru ta' din il-Kamra, f'dawn l-aħħar erba' snin dejjem użajt il-ħin allokat għalija fil-budget biex nieħu sehem waqt li jkunu qegħdin jiġu diskussi l-voti tal-ministeru għall-politika soċjali.", "Dan għaliex bħala deputat li nirrappreżenta t- tieni distrett dejjem ħassejt l-importanza ta' dak kollu li jaqa' taħt dan il-ministeru għaliex nemmen li l-bżonnijiet tan-nies tan-naħa tiegħi jistgħu jintlaqgħu b'dak li joffri dan il-ministeru.", "Kieku kelli nagħti tifsira b'kelma waħda għal dan il-budget ngħid li dan huwa budget li joffri mirage, joffri dehra b'oħra.", "Qed ngħid hekk għaliex l-ewwel impressjoni tan-nies l-għada tal-budget kienet li din id-darba kellna budget bla tbatijiet ġodda, budget bla taxxi ġodda, budget li mhux se jkompli jisloħ but il-ħaddiem iżda meta wieħed jidħol fil-fond ta' dak kollu li jgħid jinduna li l-affarijiet ma tantx se jibqgħu sbieħ daqskemm wieħed jistenna.", "Għalkemm il-bulk tat-toqol tat-taxxi l-poplu ħadhom is- sena l-oħra u se jkomp jġorr il-piż għas-snin li ġejjin, hemm iktar u iktar piżijiet u tagħbijiet ġodda għall-poplu li żgur irid iħosshom iktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Fid-diskors tal-budget ta' sentejn ilu l-Ministru Dalli - u nikkwota - kien qal:", "\"Jekk aktar 'il quddiem bil-miżuri kollha li semmejt il-mira ma tintlaħaqx allura jkollna nżidu t-taxxi ġodda biex nagħmlu tajjeb għad- differenza.\"", "Hawn jidher ċar li sas-sena l-oħra din il-mira ma kenitx intlaħqet għax il- poplu tgħabba b'tgħabija sħiħa ta' piżijiet ġodda li żgur farrku ħafna familji.", "Ta' min ifakkar ukoll fil-kampanja tal-GWU li pprovat tfakkar lill-gvern fil-piżijiet ġodda li tefa' fuq il-poplu u bdew iħallu effetti koroh fuq il- livell ta' l-għajxien tiegħu.", "Imbagħad fi Frar ta' din is-sena l-Ministru Dalli f'konferenza li ta ppreżenta kalkolazzjoni dwar l-effetti li kien se jkollu l-budget fuq il-poplu.", "Parti minn dan il-press handout kien jgħid hekk:", "\"The results show that the total effect of the budget measures should range between 52c per week at the lower end to Lm8.02 per week at the upper income group earning Lm11,000 per annum.", "These results show the socially just distribution of the burden and belie the fortuitous assertions that the lower income bracket was hit harder than the higher income bracket.\"", "Imbagħad fid-diskors ta' din is-sena qalilna:", "\"Qgħadna attenti ħafna li l-piż jinqasam fuq is-setturi tas-soċjeta' tagħna skond kemm dawn jifilħu biex ma noħolqux skwilibriju fit-tessut soċjali ta' pajjiżna.\"", "Kieku dan huwa diskors sabiħ, iżda x'qed iħoss il-poplu?", "Il-poplu qed jemmen dan li qed jingħad?", "Possibli li tan-naħa l-oħra tant inqatgħu diġa' mill-poplu li qed jaħsbu li kulħadd komdu, kulħadd paxxut?", "Hawnhekk nistidinhom biex jistaqsu lin-nies, jiltaqgħu man-nies, dawk li għandhom paga baxxa, dawk li għandhom paga medja u lill-pensjonanti u jaraw jekk ħassewx l-għafsa tat-taxxi ġodda mposti fuqhom is-sena l-oħra.", "Jidher li tan-naħa l-oħra diġa' ngħalqu f'fosdqa u nsew li hemm barra hemm min għaddej minn żmenijiet diffiċli minħabba l-miżuri li ħadu s-sena l-oħra.", "U huma baqgħu jinsistu li qagħdu attenti biex il-piżijiet jinqasmu skond kemm jiflaħ dak li jkun!", "Għalhekk jidħollok id-dubju u s-suspetti fuq dak li jingħad u mbagħad isir min-naħa l-oħra.", "Sur President, il-Malti jgħid \"Ħu l-fama u mur orqod.\"", "Dan il-qawl Malti ntuża ftit tal-ġranet ilu u se nfakkar hawnhekk fil-fama li ħadu tan-naħa l-oħra.", "L-ikbar waħda hija l-wegħda tal-Lm100 miljun li kellhom jiġu minn Brussels l-għada li nerġgħu nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna għas- sħubija sħiħa.", "Infakkar imbagħad fiċ-ċaħda li damet għaddejja x-xhur, xi ħaġa li meta sabu ruħhom fil-gvern irrikonoxxewha.", "Qed nirriferi hawnhekk għaċ-ċaħda li l-ħofra finanzjarja li sab il-gvern Laburista kienet ħrafa.", "Naħseb li l-poplu jaf li tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern jafu jilagħbu bil-figuri, jafu jilgħabu bil-kliem skond kif u meta jaqblilhom u allura meta l-poplu jisma' b'ċerti dikjarazzjonijiet mill-ewwel jiżen dak li jkun sema' u jkun jaf x'hemm ippreparat għalih iktar 'il quddiem.", "Xtaqt nibda nitkellem dwar l-oqsma tax-xogħol differenti, kif intlaqtu u kif se jkomplu jintlaqtu.", "Il-ministru tal-finanzi qal li qed nerġgħu nniżżlu l-qgħad f'livelli dejjem iktar 'l isfel ftit għola mill-4% kif għedna li hija l-mira tagħna.", "Ikun tajjeb li jsir sforz kollettiv biex ikollna inqas nies jirreġistraw għax-xogħol għaliex wara kollox ilkoll nirrikonoxxu li x-xogħol jagħti dinjita' lill-bniedem.", "Pero' ma rridux nittrattaw lin-nies bħala numru u l- aqwa li nidhru li qed nilħqu l-għan tagħna li nnaqsu l-qgħad!", "Irridu naraw li t-tnaqqis fin-numru ta' nies jirreġistraw ikun verament jirrifletti li għandna iktar nies jaħdmu u inqas nies mingħajr impjieg jidhru jew ma jidhrux fl-istatistika.", "Dan qed ngħidu wkoll fid-dawl - kif aċċennajna għaliha jiena u sħabi meta ftit tal-ġranet ilu tkellimna waqt l-estimi tal- korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ - tal-kampanja organizzata li għaddejja għat-tqaċċit ta' persuni minn fuq ir-reġistru.", "Nerġa' nsostni li aħna ta' l-oppożizzjoni naqblu li għandhom jinqatgħu l-abbużi; dan għednih kemm-il darba u nerġa' ngħidu biex ħadd ma jinterpretana b'mod differenti.", "Dażgur li ma naqblux li jkollna min jirreġistra u jieħu r-relief imbagħad ikollu impjieg ieħor minn taħt!", "Iżda rridu nammettu li l-qtugħ qed ikun bir-rank, bla ebda ċans li tipprova tiġġustifika l-każ tiegħek.", "Pero' mhux kulħadd xorta għax imbagħad ikollna min jaħdem u jirreġistra u jew qatt ma ssirlu inspection jew jekk issirlu u jinqabad jaħdem ikollu xi qaddis lest biex jidħol għalih.", "Nagħmel riferenza għar-rapport ta' ħidma ta' l-ETC ta' din is-sena u nitkellem dwar il-figuri ta' strike offs li jagħmlu l-ispetturi ta' l-ETC.", "Se nsemmi l-figuri kif inhuma mniżżla minn Ottubru sa Settembru u naraw li bejn l-1995 u l-1996 inqatgħu 1,354, bejn l-1996 u l-1997 inqatgħu 1,216, bejn l-1997 u l-1998 inqatgħu 762, bejn l-1998 u l-1999 inqatgħu 713 u sa Settembru s-sena li għaddiet inqatgħu 1,554, li hija figura record.", "Nerġa' ngħid, dawn huma figuri ta' l-ETC u kieku l-figura ta' 1,545 persuna maqtugħha minn fuq ir-reġistru kellna naqsmuhom fuq 12-il xahar, dan iffiser li nqatgħu medja ta' 128 persuna fix-xahar minn fuq ir-reġistru.", "Jiena ma naħsibx li danhuwa l-mod kif innaqqsu n-numru ta' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Fid-diskors tal-budget il-ministru qal ukoll:", "\"Fuq kollox aħna kommessi li nipprovdu x-xogħol.\"", "U J'Alla jkun hekk għax jekk ikollna iktar xogħol ikollna inqas problemi għal kulħadd inkluż għalina li niltaqgħu mal-kostitwenza.", "Kellna wkoll ftaħir dwar żieda fin-numru ta' mpjiegi u anke hawn nixtieq nagħmel ftit osservazzjonijiet dwar il-figuri li għandna fl-economic survey, iżda qabel xtaqt nagħmel domanda waħda.", "Veru li l-ETC sabet li kellna ammonti ta' persuni b'mod partikolari fil-qasam tal-kostruzzjoni li wara li spiċċaw minn impjieg ma mlewx it-termination form u meta sabu mpjieg ieħor għamlu engagement form u allura ġew doppjament reġistrati bħala employees?", "Imma nibda iss bil-qasam tal-manifattura.", "Sur President, diġa' kellna min min-naħa tal-gvern jgħid li minkejja t- theddida tat-tneħħija tal-levies dan is-settur minflok ċkien kompla kiber iżda ħalli naraw eżattament x'ġara.", "Nixtieq nibda bil-figuri ta' Settembru 2000 u nikkomparahom mal-figuri ta' l-aħħar ġimgħat tal-gvern Laburista ta' Settembru 1998 meta skond tan-naħa l-oħra dan il-pajjiż kien għaddej minn diżastru.", "Nibda bil-manifattura ta' l-affarijiet ta' l-ikel.", "Fi żmien gvern Laburista kien hemm 3,354 impjieg, f'Settembru li għadda kien hemm 3,210, tnaqqis ta' 144.", "Fil-qasam tal-manifattura ta' żraben u ħwejjeġ, f'Settembru 1998 kien hemm 3,900 impjieg li sa Settembru li għadda niżlu għal 3,423, tnaqis ta' 477 impjieg.", "Impjiegi fil-qasam ta' l-għamara f'Settembru 1998 kellna 2,570 u f'Settembru li għadda kellna 2,386, tnaqqis ta' 54 impjieg.", "Fix-xogħol fuq il-ġilda, minn 267 impjieg niżlu għal 219 impjieg, tnaqqis ta' 48 impjieg.", "Fix-xogħol fuq il-prodotti tal-lastiku minn 1,043 niżlu għal 976, tnaqqis ta' 67 impjieg.", "Hemm tnaqqis kważi fl- oqsma kollha tal-manifattura ħlief fil-qasam tal-manifattura tal-makkinarju elettriku u aċċessorji oħra u dan kollu grazzi għal kumpannija waħda ST Microelectronics.", "Minn dawn il-figuri li semmejt jidher ċar li għandna ħafna mpjiegi li għandhom il-mannara fuq rashom għaliex il-fatt li ma baqgħux jikbru jew għallinqas baqgħu stabbli, juri li hemm xi ħaġa sejra ħażina.", "Jiena nasal għall-konklużjoni li r-raġuni prinċipali hija t-tneħħija mgħaġġla tal- levies u jekk lesti nissagrifikaw dawn l-oqsma kollha tal-qasam tal- manifattura biex forsi nissodisfaw waħda mir-rekwiżiti ta' Brussels - cioe' li nneħħu l-protezzjoni b'mod daqshekk mgħaġġel - irridu nkunu ppreparati nissostitwixxu dawn l-impjiegi b'impjiegi ġodda.", "Nafu pero' li prospetti ta' investiment ġdid li joħolqu mpjiegi alternattivi ma tantx jidher li hemm fil-futur viċin u allura inutli noqogħdu nużaw kliem sabiħ u li jimpressjona; irridu naraw kemm lil min għandu l-ħobża tiegħu mdendla qegħdin nikkonvinċuh b'li ngħidu.", "Mill-banda l-oħra meta nisma' lin-naħa tal-gvern jitkellmu dwar ħolqien ta' impjiegi ġodda, inħoss li jiena u forsi sħabi wkoll qegħdin ngħixu f'dinja oħra.", "Jiena ta' kuljum niltaqa' ma' nies, kuljum jiġu għandi persuni jistaqsuni jekk nistax ngħinhom għal xi mpjieg.", "Ta' spiss jiġu għandi persuni li jgħiduli li wara li jkunu ngħataw xi vakanza jew tnejn mill-uffiċċju ta' l-ETC li għandna f'Bormla, jgħidulhom li l-vakanza mtliet.", "U allura ngħid: ''Possibbli li tan-naħa tal-gvern ma jafux x'qed jiġri barra mill-uffiċini tagħhom?", "Ma jafux li hemm persuni tas-sengħa bi kwalifiki akkademiċi li qed jibku għal xi mpjieg?''", "Jekk dawn il-fatti mhux qed jingħatalhom għax forsi hekk jaqbel, inħeġġiġhom jerġgħu jibdew jiltaqgħu man-nies fit-toroq u jisimgħu dawn l-ilmenti li semmejt.", "Il-Ministru Dalli qalilna li n-numru ta' ħaddiema fis-settur pubbliku għadu ma niżilx kif kienu mmiraw u dan wara li fil-budget ta' sentejn ilu kien qalilna:", "\"Il-gvern huwa kommess lejn tkattir ta' impjiegi li verament jirrendu.", "Se nibqgħu viġilanti dwar impjiegi ġodda mal-gvern.\"", "Nafu pero' li dawn baqgħu jifqgħu lis-settur pubbliku b'iktar impjiegi ġodda.", "Fil-fatt minn Jannar tas-sena l-oħra sa Ġunju li għadda - jiġifieri fuq perijodu ta' 18-il xahar - daħħlu 1,528 persuna f'impjieg ġdid mal- gvern, medja ta' 85 impjieg ġdid fix-xahar.", "Jiena ngħid li minkejja dak li qed jingħad fil-budget in-numru ta' mpjegati taċ-ċivil se jkompli jikber u jinħeba wara l-ħolqien ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet ġodda, u se jkompli jikber b'ingaġġ ta' persuni li ħafna minnhom l-uniċi kwalifiki li għandhom huwa l-kulur politiku tagħhom.", "Sur Persident, il-bieraħ rajt rapport li ħareġ mill-ombudsman dwar il-mod kif intgħażlu xi part-time cleaners u loaders ma' l-Air Malta u xtaqt nikkwota parti waħda biss minn dak li kellu xi jgħid l-ombudsman dwar dawn l-għażliet.", "Dan qal:", "\"In a nutshell, the ombudsman concluded that the process leading to the choice of part-time cleaners/loaders was short of transparency and attracted criticism.\"", "Il-mod kif intgħażlu ma tantx kien trasparenti u naħseb li qed jiġri hekk f'ħafna oqsma għax ħafna nies qegħdin jintgħażlu skond il-kulur li jħaddnu mhux skond il-kapaċitajiet li jkollhom.", "Ladarba qed nitkellem dwar l-impjiegi mal-gvern, xtaqt naċċenna għall- proġett ġdid tal-gvern imsejjaħ private/public partnership fil-budget fejn se jkollna ħaddiema tal-gvern li minkejja li jibqgħu fuq il-kotba tal-gvern ikunu mmexxija mill-privat.", "Hawn jiġini f'moħħi l-proġett tal-ħaddiema tal- Kalaxlokk li kienu għaddew għal mal-kumpannija Novita' għax-xogħol fuq terminal 2 tal-freeport u nistaqsi jekk huwiex se jsir xi ħaġa fuq dan il- mudell.", "Nistaqsi wkoll jekk hux se jkun hemm xi kondizzjonijiet li sal-lum gawdew il-ħaddiema tal-gvern li jridu jitnaqqru bħal, per eżempju , in-nofs ta' nhari fis-sajf.", "Nistgħu nkunu nafu jekk fis-snin li ġejjin il-ħaddiema tal-gvern humiex se jispiċċaw jaħdmu ħinijiet itwal fis-sajf?", "Meta nara dan jiena ngħid li l-gvern fl-istess ħin ma jemminx fil-kapaċitajiet tal- ħaddiema taċ-ċivil u biex insostni dan nixtieq nagħti eżempju li ġara f'Bormla.", "Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu beda t-twaqqigħ tal-ħajt li jdawwar il-baċir nru.", "1.", "Kellna anke ministri tal-gvern li żaru din l-okkażjoni storika fejn grupp ta' ħaddiema tal-gvern flimkien ma' ħaddiema tat-tarzna għamlu biċċa xogħol tajb, xogħol bis-serjeta', xogħol bis-sengħa, xogħol li qabad ritmu tajjeb biex jitlesta u kulħadd stenna li sa din il-ġimgħa meta Bormla tkun qed tiċċelebra l-festa dan ix-xogħol ikun tlesta ikunu tneħħħew it-trabijiet u l-perikli iżda jidher li d-deċiżoni minn fuq kienet li l-kumplament tax-xogħol jitkompla mill-kuntrattur wara li toħroġ tender.", "Din il-ġimgħa għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Zammit Dimech dwar dawn ix-xogħlijiet f'Bormla u huwa qalli:", "\"Ix-xogħol fuq il-bankina li se jsir mill-kuntrattur se jinbeda minn wara l-festa.", "Ninsab informat li x-xogħol se jsir mill-kuntrattur għax għandu kontenut qawwi ta' provvista ta' materjal li jiġi prokurat mingħand il-kuntrattur.", "Għal dan il-għan jitqies opportun li x-xogħol tal-bankina l-aħjar li jsir hija b'sejħa għall-offerti.\"", "Illejla minn xit-3.00 p.m. 'l hemm għall-grazzja t'Alla ntbagħtu grupp ta' ħaddiema tal-gvern li qegħdin jaħdmu fuq il-bankina biex għall-festa jkollna dehra aħjar.", "Jidher li x-xogħol se jitlesta pero' jiena ngħid li l- ħaddiema tal-gvern m'humiex se jkomplu l-bankina skond kif qal il-ministru għax se titkompla mill-kuntrattur.", "Din hi l-fiduċja li għandna fil- ħaddiema tal-gvern wara li għamlu biċċa xogħol daqshekk tajba?", "B'hekk irridu nistimulawhom lill-ħaddiema tal-gvern?", "Xtaqt indur issa għall-qasam tat-tarznari.", "Il-Ministru Dalli qalilna li ħafna jħossu li dan is-settur qed jixrob ħafna mir-riżorsi tagħna u jkompli:", "\"Wisq inqas għandu xi ħadd jippretendi li pajjiżna għandu jħarbat il- futur tiegħu u ta' wliedna għall-privileġġ li nibqgħu nissussidjaw it- tarznari għal dejjem.\"", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra ielna naqblu li għandna nagħmlu t-tarznari tagħna iktar kompetittivi u iktar vijabbli biex innaqqsu s-sussidju iżda ma nħossx li m'għandiex nimpenjaw ruħna biex lit-tarznari tagħna ngħinuhom isibu xogħol.", "Wara kollox huwa dover tagħna li lit-tarznari nsibulhom xogħlijiet ġodda biex il-ħaddiema jkollhom xogħol garantit.", "X'se jsir mill-ħaddiema tax-shipbuilding meta x-xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel ikunu tlestew?", "X'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern meta jiġi ordnat minn Brussels biex ineħħi s-sussidji lit-tarznari?", "Dawn huma mistoqsijiet li niltaqgħu magħhom kuljum u li jeħtiġilhom tweġiba biex il-ħaddiema tat-tarznari jserrħu rashom wara dak li kellu jgħid dwarhom il-Ministru Dalli fil- budget.", "Fil-ftit minuti li baqagħli xtaqt nitkellem dwar il-part-time work, Sur President.", "Fid-diskors tal-budget ntqal:", "\"Fil-fatt qed ninnotaw li parti kbira taż-żieda fil-ħaddiema part-time hija dik ta' nisa miżżewġa li allura qed jirrikonċiljaw ir- responsabbilitajiet tal-familja max-xogħol.''", "Sur President, għalija dan l-istat ta' fatt m'hu xejn ħlief konferma ta' dak li ilna ngħidu aħna tal-Partit Laburista kif ukoll il-GWU li bit-taxxi l-ġodda li daħħal il-gvern Nazzjonalista fl-aħħar snin ħafna familji qegħdin ibatu.", "Għandna familji li sa ftit tas-snin ilu kienu jgħadduha tajjeb bil-paga tar-raġel biss imma llum jridu jaħdmu t-tnejn.", "Iżda l- gvern qed jaħrab mir-realta' tal-fatti, il-gvern qed jiċħad li qed ibażwar lill-familji tagħna.", "Kieku kellna nagħmlu stħarriġ u nistaqsu għaliex ħafna nisa, b'mod partikolari dawk miżżewġa, qegħdin joħorġu jaħdmu part- time, nemmen li l-maġġornaza assoluta tagħhom jgħidu li qegħdin joħorġu jaħdmu biex jgħinu liż-żwieġhom fil-piżijiet u tbatijiet ġodda li tefagħhom fihom il-gvern Nazzjonalista bil-miżuri li ħa fl-aħħar żewġ budgets u mhux biex jagħmlu l-air conditioning fid-dar.", "Biex nikonkludi nixtieq ngħid li għalija dan huwa budget li mill-faċċata jidher li huwa budget ħanin, budget mingħajr piżijiet ġodda u budget li mhux se jerġa' jidħol fil-but tal-ħaddiem iżda bħall-maġġoranza tal-poplu konvint li kif dejjem għamel gvern Nazzjonalista - li ma qagħadx jistenna xi budget biex jimponi ċerti miżuri iżda daħħalhom matul is-sena - malli nibdew deħlin fis-sena 2001 nibdew naraw li kellna ħafna piżijiet moħbija wara ħafna kliem sabiħ.", "Għalhekk l-appell aħħari tiegħi huwa biex il-gvern jisma' d-dwejjaq li hawn bħalissa madwar il-pajjiż.", "U jekk il-ministri tal- gvern tant huma mħabbtin li nqatgħu minn man-nies allura huwa d-dover tal- backbenchers li żgur għadhom jiltaqgħu mal-kostitwenti tagħhom li jgħidulhom x'qed iħoss il-poplu, jgħidulhom jekk il-poplu huwiex għaddej tajjeb bil-pagi u jekk huwiex ibati.", "Jekk naslu għal dan il-gvern għandu jinduna li bil-piżijiet li għamel il-poplu tagħna qed ibati ħafna iktar milli kien ibati fi żmenijiet imgħoddija.", "Grazzi, Sur President.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Sur President, fil-fehma tiegħi, din il-fażi tad-diskussjonijiet tagħna dwar l-estimi finanzjarji għas-sena 2001 hija fost l-iktar importanti għaliex inutli niġu hawnhekk nitkellmu fuq il-GDP, kemm kibret l-ekonomija u nfajru ċ-ċifri - u kellna ħafna li b'wiċċhom minn quddiem sa dalgħodu stess qalu li se jkomplu jiftaħru biċ-ċifri u bil- figuri minkejja li n-nies la huma ċifri u lanqas huma figuri u la jieklu ċifri u lanqas figuri imma jgħixu r-realtajiet ta' l-affarijiet .....", "Għalija din il-fażi tad-diskussjonijiet hija proprju l-progress in real terms ta' pajjiżna, tal-poplu tagħna.", "Għaliex mhux imbilli fuq il-karta jkollok li kabbart meta mbagħad dan it-tkabbir ma tafx jekk wasalx għand il- poplu u anke kieku aħna qed naqblu li veru sar it-tkabbir li qed jiġi professat min-naħa tal-gvern, ukoll ikollna l-mistoqsija jekk dan it- tkabbir ekonomiku wasalx għand il-poplu.", "Għaliex imbagħad huwa fil-mod kif tqassam il-ġid li inti tkun verament taf jekk intix qed tilħaq l-għan tiegħek li twettaq il-ġustizzja soċjali fil-prattika.", "Fuq dan suppost naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra għaliex fid-debate tas-sena li għaddiet il- Ministru Gonzi - hawn se nikkwota mit-transcript - kien qal:", "\"Wasalna fl-għeluq ta' dan id-dibattitu ta' ministeru li jiena nikkonsidrah bħala wieħed mill-ministeri li jirrappreżenta l-fus kollu li fuqu u madwaru ddur il-politika f'pajjiżna tal-gvern.\"", "M'għandix dubju li dan id-diskors naqblu fuqu t-tnejn għaliex ma naħsibx li kieku l-Ministru Gonzi se joqgħod jagħmel dawn it-tip ta' statements, u s- sena ta' qabel kliem simili kellu xi jgħid ukoll.", "Jiena ma nixtieqx nitkellem biċ-ċifri u bil-figuri biss għax għalkemm dawn huma importanti, u sħabi bir-raġun kollu għamlu ħafna mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dawn iċ-ċifri u l-figuri - għaliex spiċċajna b'gvern taċ-ċifri u l-figuri - pero' nixtieq nisma' x'social impact assessments għamel dan il-gvern biex wasal għal dan il-budget.", "X'social impact assessments għamel biex jara kif dan il-budget, il-budget tas-sena l-oħra u l-budget tas-sena 1999 laqtu lill-gruppi l-iktar vulnerabbli f'pajjiżna, dawk li jgħixu bil-paga minima, dawk li jgħixu bil-pensjoni, dawk li jgħixu bil-benefiċċji soċjali u dawk li nsejħulhom tal-klassi medja li s-sena li għaddiet kellhom għafsa kbira fuqhom bil-miżuri li ddaħħlu?", "Nixtieq li fil-winding up nisma' x'tip ta' social impact assessments saru biex wasalna għal dan it-tip ta' budget għaliex meta s-sena li għaddiet staqsejna din il-mistoqsija qalulna li sar u wara ma nafx kemm-il ġimgħa tfaċċa l-Ministru Dalli bil-laptop quddiemu, għamel preżentazzjoni teknika u qal li wasal ....", "Sieħbi l-Onor.", "Chris Agius għadu kif għamel riferenza għal dak li kien qal il-ministru fil-press conference li kien ta dak inhar.", "Li mbagħad skantani u ċċassani wara li ħareġ in-national programme for the adoption of the acquis huwa dak li qed jingħad f'paġna 104.", "Dan il- paragrafu jgħid:", "\"The COS is co-ordinating an inter-departmental working group on income, poverty and social exclusion.", "This working group is reviewing the work that has been carried out elsewhere in this area as well as an evaluation of the available data sources for similar work in Malta.\".", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li sal-lum lanqas għandna national social statistics u dan id-dokument tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru li għadda.", "Imma dan hu li jfisser biex is-COS għadha tikoordina inter- departmental working group biex tagħmel review ta' x'għamel ħaddieħor f'dan il-qasam u mbagħad tagħmel evalwazzjoni tad-data sources li għandna biex dan ix-xogħol isir f'Malta.", "Mela s-sena li għaddiet kienet daħka fil-wiċċ li l-ministru tal-finanzi jasal għal ċerti konklużjonijiet u jgħid lill- press li dan kien is-social impact assessment.", "Daqskemm ftaħar li l-miżuri li ddaħħlu s-sena li għaddiet jiflaħhom kulħadd għax qagħdu attenti li ma jkissrux it-tessut soċjali eċċ!", "Mela din kienet farsa u daħka fil-wiċċ!", "Minn fejn ġabu dan jekk lanqas għandna r-research kollu biex nistabbilixxu l-istatistika ħalli naslu għall-income, għall-poverty u social exclusion f'dan il-pajjiż?", "Basta nħarsu lejn l-Unjoni Ewropea!", "Xi ħadd jista' jgħidli x'inhi l-poverty line tagħna bħala Maltin?", "Ħadd ma jaf, u sakemm ma narawx in-nies jittallbu fit-toroq ngħidu li m'għandniex faqar imma mbagħad tidħol fid-djar ta' uħud min-nies u tinduna f'liema miżerja qegħdin jgħixu.", "Għalhekk nixtieq nisma' b'liema mod ġew evalwati l-effetti u l- impatti taż-żewġ budgets li għaddew tal-gvern Nazzjonalista partikolarment l-budget għas-sena 2000 fejn għall-ewwel darba ġiet magħfusa wkoll il- klassi medja.", "Nixtieq nisma' wkoll imbagħd fuq il-bażi ta' l-impatti ta' dawn iż-żewġ budgets li għaddew kif waslu għall-budget tal-lum.", "Sur President, għalija dan huwa budget li minkejja l-mirage li semma sieħbi l-Onor.", "Chris Agius reġa' kkonferma kemm dan il-gvern kull darba jagħżel it-triq il-faċli.", "Dan il-gvern kull darba jdur l-ewwel għal min għandu kollox iddikjarat, għal min għandu kollox iswed fuq l-abjad, għal min m'hemmx problemi biex tiġri warajh u tippersegwitah ħalli jipprova jsewwi l-ħsara li għamel matul is-snin li għamel fil-gvern qabel l-1996.", "Naturalment lill-Ministru tal-Finanzi ninżagħlu l-kappell għaliex ħareġ ta' mustaċċun biex jagħmel budget qisu kien xi aġenzija tar-reklamar qed jibni xi kampanja ta' pubbliċita' għax dak hu t-tip ta' budget li dan il-gvern ippreżentalna.", "Pero' din nifhmuha għax dawn il-gimmicks issa drajnihom u l- poplu drahom ukoll minkejja li qisu ċċassa għal 24 siegħa jew 48 siegħa sakemm beda jipprova jifhem il-95 faċċata ta' diskors li għamlilna.", "Fil- fatt għamilna iktar minn sagħtejn u nofs nisimgħuh u t-target kien li jinħoloq il-feel good factor ħalli dak li jkun jaljena ftit rasu, ma joqgħodx iqis ċerti affarijiet, ikollna ftit kummerċ ħalli l-kummerċ li suppost tgħidx kemm irranka jipprova jirranka għal ftit jiem u mbagħad wara l-Milied ikunu jistgħu jgħidu li kellna record fl-infiq u fil-kummerċ!", "Din qisha l-istorja ta' l-Lm10 tal-ħobż tas-sena l-oħra.", "Niftakar li meta din in-naħa tal-Kamra kkritikajna bir-raġun kollu - u din nibqgħu nikkritikawha - it-tneħħija tas-sussidju fuq il-ħobż li jolqot lil kulħadd u jolqot l-iktar lil t'isfel u tan-nofs partikolarment dawk il- gruppi vulnerabbli fil-pajiż bħall-familji li għadhom qegħdin irabbu, il- Viċi Prim Ministru qalilna: ''Lin-nies tajnihom Lm10''.", "Dażgur kienet tajba din!", "Nagħtu Lm10 għal kull persuna d-dar lejliet il-Milied biex ikollhom ftit mhux ħażin fil-but u jiġġeneraw ftit kummerċ!", "Issa ħalliha li kien hemm uħud li minkejja li nefqu l-Lm10 ta' kull persuna fil-familja mbagħad damu xi sitt xhur jew tmienja jiġru biex jieħdu l-Lm10 li suppost kellhom jieħdu fil-bidu tas-sena!", "Sur President, il-poplu tagħna ma eleġġiex gvern biex jagħmilha ta' aġenzija tar-reklamar u bħalma għamel din is-sena jiġi jippreżenta kampanja ta' pubbliċita' biex mingħalih jgħatti x-xemx bl-għarbiel.", "Il-poplu jeleġġi gvern biex imexxih fid-direzzjoni - u qed ngħid hawnhekk fil-veru sens tal-kelma mhux id-direzzjoni li jużaw fil-jargon elettorali tal-Partit Nazzjonalista - li twasslu għall-progress veru mhux il-progress taċ-ċifri u l-figuri fuq il-karti.", "Il-poplu jeleġġi gvern biex jgħidlu l-verita', jgħidlu fejn qiegħed u x'inhi r-realta' li qed jgħix.", "Kieku veru għandna gvern serju ma kien jiġi jiftaħar kemm kibret l-ekonomija kellna u x'targets għandna.", "Il-gvern Nazzjonalista jmissu ġie jispjega lill-poplu x'ifisser tkabbir ekonomiku mhux noqogħdu ngħidu li kellna tkabbir ekonomiku tajjeb u noqogħdu nagħtu l-persentaġġi u r-rati.", "Irridu nispjegaw lill-poplu - jew forsi l-gvern irid jibda jifhem hu l-ewwel - li meta tirreġistra tkabbir ekonomiku fuq il-karta, ma jfissirx li għandek xi garanzija li dak it-tkabbir se jiġi trasmess għand il-poplu għax it-tkabbir ekonomiku tista' tagħmlu fabbrika waħda kif fil-fatt ġara.", "Nistgħu nieħdu, per eżempju, l-ST Microelectronics li veru daħħlet ftit nies, u allura t-tkabbir ekonomiku ta' l-ST Microelectronics ġie trasmess fi ftit xogħol għall-ħaddiema Maltin imma tajjeb nifhmu li t-tkabbir ekonomiku jista' jkun ukoll fejn fabbrika tkabbar il-kapaċita' produttiva tagħha għaliex iġġib makni b'teknoloġija moderna.", "Allura żżid il- produzzjoni tagħha, issir iktar kompetittiva u ġġib iktar xogħol imma tista' wkoll tkeċċi lin-nies għaliex tnaqqas il-workforce.", "Jista' jkollok kumpannija fejn it-tkabbir tagħha jmur kollu fi profitti u dividends, jew ikollok kumpannija barranija li l-profitti tkaxkarhom barra l-pajjiż.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif dan it-tkabbir ekonomiku li jkun reġistrat fuq il-karti jkun għadda għand il-poplu tagħna?", "Kif ikun tqassam dan il- ġid in real terms f'idejn il-poplu tagħna, f'idejn il-vunerabbli tal- pajjiż, f'idejn l-anzjani tal-pajjiż u l-familji li qegħdin irabbu?", "Jista' xi ħadd min-naħa l-oħra jispjegali x'interpretazzjoni qed jagħtu ta' dawn il-figuri u ċifri li pprovaw ibellgħu lill-poplu?", "Qisu bl-istatistika n- nies se tiekol!", "Iċ-ċifri u l-istatistika jridu jiġu analizzati u naraw x'inhuma l-indikaturi; fuq l-indikaturi mbagħad inkunu nafu fejn sejrin.", "Din hija s-serjeta'.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa budget ta' kontradizzjonijiet kbar għaliex iktar ma taqra u tifli x'hemm fih iktar ssib.", "Jiena ngħid li mhux żewġ seduti biss għandna bżonn biex niddiskutu l-estimi tal-politika soċjali iżda ġimgħa pero' l-ħin li għandna huwa limitat.", "Dan huwa budget li jipprofessa kontroll fuq in-nefqa tal-gvern imma bl-istess mod imbagħad jipprofessa nefqa ta' Lm10 miljun biex ikompli jadotta l-acquis communautaire.", "Din hija t-top priority ta' l-agenda tal-gvern Nazzjonalista u jiġi jitmejjel kemm piżijiet f'daqqa ta' l-acquis se jagħfsu fuq in-nies.", "Mela nipprofessaw kontroll fuq in-nefqa tal-gvern u filwaqt li s-sena l-oħra neħħejna n-Lm0.5 miljun f'sussidji fuq il-ħobż din is-sena qed nipprovdu Lm10 miljun biex nadottaw l-acquis u ma jimpurtax kemm se ngħaffġu fuq in-nies.", "Dan il-budget imbagħad jipprova jindirrizza l-underemployment mal-gvern u f'paġna 68 hemm riferenza ċara fejn jingħad li se jinħoloq il- private/public partnership li għamel riferenza għaliha sieħbi l-Onor.", "Chris Agius.", "Iżda mbagħad sa din il-ġimgħa stess Allajbierek naraw l-avviż li se jidħlu skrivani mal-gvern!", "Dan x'ġenn hu?", "Sieħbi l-Onor.", "Chris Agius kkwota x'qal sentejn ilu l-ministru tal-finanzi fuq il-kwestjoni ta' l-over employment li hemm fil-gvern u fuq il-bżonn li dawn il-ħaddiema jiġu deployed u issa ġejna bil-proposta tal-private/public partnerships imma fl- istess waqt niftħu l-bibien ħalli ndaħħlu l-iskrivani!", "Nafu li madwar 15- il ġurnata ilu kellna r-rapport ta' ħidma ta' l-ETC u smajna bid-Lm900,0000 li se jintnefqu għat-taħriġ.", "Jiena ngħid j'Alla jkollna iktar minn Lm900,000 biex inħarġu u nagħmlu retraining tal-ħaddiema tagħna u j'Alla nagħmlu wkoll retraining għan-nisa imma possibbli m'għandniex focus wieħed biex nagħmlu retraining tal-ħaddiema tal-gvern li huma underemployed?", "Jiena persuna li ġejja mill-public service u naf kemm għandna ħaddiema li qegħdin fl-industrial grades imma tant ilhom hemm li ċertu xogħol klerikali u amministrattiv drawh bl-amment u ħafna drabi jispiċċaw jagħmluh imma jibqgħu fl-industrial grade.", "Allura bi ftit taħriġ dawn nistgħu nagħtuhom responsabbiltajiet amministrattivi u forsi oħrajn li għandhom background akkademiku jidħlu fi gradi oħra u jagħmlu xogħol ieħor.", "Għaliex dan x'deployment hu?", "Jew bħas-soltu qed nipprovaw insibu l-ventilatur biex naraw kif neħilsu minn skoss nies?", "Dan x'taħwid hu?", "Kontradizzjoni waħda wara l-oħra.", "U dan mhux aħna tal-Labour Party biss qed ngħiduh.", "Sur President, ġie f'idejja l-management journal ta' Ottubru 2000 tal- Malta institute of management u l-president, Abela Fitzpatrick, qed jgħid l- istess diskors fuq il-ħaddiema tal-gvern u l-bżonn ta' retraining.", "F'interview li saritlu fl-14 ta' Settembru 2000 dan qed jgħid hekk:", "\"Mr Abela Fitzpatrick insists there is also a need to downsize the public service and parastatal companies through a properly planned programme over a period of say three years.", "The workforce should be retrained.\"", "Nerġa' ngħid, dan mhux il-Labour Party qed jgħidu!", "Mr. Abela Fitzpatrick lanqas nafu minn Adam, jiġifieri ma naf xejn dwaru u żgur m'huwiex influwenzat mil-Labour Party apparti l-fatt li ċerti tradizzjonijiet fosi għadhom dominanti f'dan il-pajjiż pero' naħseb li huwa bniedem integru għax fejn kellu jfaħħar faħħar u fejn kellu jmaqdar, jikkritika u jkun kostruttiv għamilha wkoll.", "Imma dawn lanqas min-nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-Labour Party ma jisimgħu, lanqas minn akkolti tal-Partit Nazzjonalista ma jimsimgħu!", "Imma dak ventilatur tajjeb tal-private/public partnership biex ikunu jistgħu jaqbdu gozz ħaddiema u ngħidulhom: ''Intom hemmhekk''.", "Din hija kontradizzjoni oħra; nipprofessaw taħriġ għall- ħaddiema biex isiru employable mbagħad ma nafux x'se jiġri minnhom?", "Hemm xogħol?", "Fejn hu l-investiment?", "Dakinhar tal-budget fuq programm ta' NET Television, is-Sur Mallia Milanes ta' l-employers' association faħħar il-budget imma qal ċar u tond li kien jippretendi li jkun hemm indirrizz aħjar lejn il-kwestjoni ta' l- investiment.", "Għaliex mhux talli m'hemmx indirrizz partikolari f'dak li għandna quddiemna talli l-NPAA twiegħed li sa l-aħħar ta' din is-sena kellha tgħaddi l-liġi għall-promozzjoni ta' l-industrija imma sa erbat ijiem ilu lanqas l-abbozz ma kien għadu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra!", "Mela x'kontradizzjoni hi din?", "Mhux pari passu rridu nimxu?", "Irid isir xogħol intensiv biex Malta terġa' tiġi attraenti għall-investitur barrani ħalli jġib investiment produttiv u jinħoloq ix-xogħol.", "Huwa tajjeb li qiegħda ssir għafsa kbira fuq it-taħriġ għaliex hekk għandu jkun - biex ma nispiċċawx fil-winding-up ikollna ħafna taqlib ta' diskors u jkun hemm min jgħid li aħna ma naqblux mat-taħriġ u r-retraining tal-ħaddiema għaliex fuq żdin żgur m'hemmx diverġenza - imma t-taħriġ ma jridx isir meta għandna problemi kkankrati.", "Qed ngħidu li fir-reġistru għandna ħaddiema lliterati u bla sengħa u huwa tajjeb li qed nivvotaw it- taħriġ għalihom imma dan huwa taħriġ short-term u kemm jista' jkun malajr.", "Iżda għal dawn iż-żgħażagħ li telgħin għadna nkaxkru saqajna.", "Il-bieraħ il-ministru ta' l-edukazzjoni beda jiġġustifika l-kwestjoni tal-vocational institute li għadu biss firma fuq il-karta f'Awissu li għadda u qal: ''Jiena stajt għaġġilt u nagħmel xi ħaġa ta' kafkaf!''", "Mela ilhom 12-il sena fil-gvern u seta' jgħaġġel!", "Mela qed inwelldu l-iljunfanti!", "Imbagħad dwar l-istitut Mikel'Anġ Sapiano ta' Raħal Ġdid joħorġu l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tat-teknoloġija ta' l-informatika, japplikaw 66 u jidħlu 25.", "U din m'hijiex xi ħaġa li qed nivvintaha jien imma qiegħda fil- mistoqsija parlamentari 20616.", "Qalilna li m'hemmx spazju u m'hemmx għalliema.", "Aħna rridu ndaħħku?", "Ma nafux nagħmlu pjan ħolistiku li jimxi in tandem fl-affarijiet?", "Nikkuraw biss irridu?", "Irridu naħsbu għat-tul għax se nibqgħu għexieren ta' snin dejjem niġu hawnhekk ngħidu li għandna ċerti problemi.", "Ejjew nibdew nittekiljaw il-problemi mir-roots tagħhom u nkunu serji mhux ngħidu l-kontradizzjonijiet waħda wara l-oħra.", "Kontradizzjoni oħra grassa hija l-kwestjoni tat-trigger factors tal- pensjonijiet.", "F'paġna 70 tal-budget għandna eloġju sabiħ tal-Ministru Dalli fejn ġabilna qalbna perżuta fuq il-kwestoni ta' kif il-pensjonijiet ta' ex-ħaddiema tal-gvern, tal-korporazzjonijiet u anke dawk fis-settur privat li huma allaċċjati mas-salary grade ta' l-iscales tal-gvern huma allaċati mas-salarji kurrenti u kemm dawn se jifqgħu l-kaxxa ta' Malta.", "Imma mbagħad nagħmlu collective agreement fejn il-konċertina bejn il- ħaddiem ta' fuq u l-ħaddiem t' isfel niftħuha beraħ.", "Mela f'paġna 70 tal- budget qegħdin nipprovaw niġġustifikaw għaliex għat-tieni sena qegħdin ngħidu dawn it-trigger factors għandhom itiru għax qal li mhux sew li ħafna flus imorru għand il-ftit ....", "Aħna naqblu ma' dan għaliex din hija inġustizzja soċjali.", "Lanqas li konna pajjiż sinjurun għaliex it-tqassim tal-ġid irid ikun ekwu.", "Imma mbagħad mhux b'id waħda ngħidu dan u bl-oħra niftħu l-konċertina beraħ ħalli li ta' fuq nagħtuh żieda b'rata ta' 27% u lil ta' isfel nagħtuh 6%!", "Bħallikieku mhux kulħadd irid iqum għax-xogħol, mhux kulħadd irid jerfa' l-piż tax-xogħol u s-sagrifiċċji u s-sofferenzi li jagħtik ix-xogħol?!", "Dawn huma kontradizzjonijiet koroh wisq.", "Kif diġa' għedt, Sur President, aħna ma naqblux li jkun hemm distribuzzjoni inekwa b'dan il-mod fejn il-ħafna jmur għand il-ftit għaliex aħna bis-serjeta' nemmnu fil-ġustizzja soċjali.", "Pero' l-anomaliji fil- pensjonijiet m'hijiex marbuta ma' dan biss u għalhekk hemm bżonn li dawn l- anomaliji nindagawhom għaliex meta hemm l-anomaliji hemm l-inġustizzja u jekk verament nemmnu u nipprofessaw il-ġustizzja soċjali rridu nanalizzaw u niflu tajjeb ħalli naqtgħuhom.", "Min-naħa l-oħra, li tgħid li se teqred il- prinċipju tat-trigger factor għaliex il-ħafna li qed imur għand il-ftit ......", "Jiena ngħidlek eqred dik tal-ħafna għand il-ftit għaliex dik hija inġustizzja pero' t-trigger factor għandu effett soċjali kbir, huwa parti mill-kunċett ta' l-inklużjoni soċjali.", "Din xi tfisser?", "Jekk il-pensjonijiet ma jibqgħux allaċċjati mal-paga kurrenti, ifisser li jiena nispiċċa b'\"x\" pensjoni u nibqa' marbuta biha u nista' nieqaf ngħix għaliex għada ma jistgħux jitwieldu bżonnijiet oħra, ħames snin oħra ma jistgħux jitwieldu bżonnijiet oħra!", "Dan x'sens jagħmel?", "Jiddispjaċini ngħidha imma hawnhekk erġajna qegħdin ngħattu x-xemx bl- għarbiel; qegħdin inġibu lil kulħadd qalbu perżuta biex ngħattu prinċipju fundamentali tal-ġustizzja soċjali u nwaddbu lill-anzjani tagħna bil-mod il- mod fix-xifer għall-esklużjoni soċjali.", "Aħna hekk irridu mmexxu, kulħadd jiftaħar u jitgħajjar kemm hu champion tal-ġustizzja soċjali u mbagħad inħallu dawn il-ħniżrijiet iseħħu bil-mod il-mod?", "Din hija t-tieni sena li ssemmiet imma din id-darba saret iktar elaborata biex taparsi ''Ara kemm għandna raġun nitkellmu fuqha!''.", "Ejjew ngħidu kollox jekk irridu nkunu serji, għandna nkunu kurraġġużi u ngħidu li illi l-ħafna jmur għand il-ftit irid jisiċċa imma t-trigger factor bħala prinċipju ma jistax jieqaf jekk ma rridux li l-anzjani tagħna nwaddbuhom fit-trappola tal-faqar li tkellem fuqha l-Onor.", "Jason Azzopardi li veru ma kienx jaf x'inhu jgħid bir-rispett kollu lejh dalgħodu x'ħin qal li din l-ETC qed tindirrizzaha.", "U jekk ikolli l-ħin ngħidlu min qed jindirrizzaha t-trappola tal-faqar f'dan il- pajjiż.", "Kontradizzjoni grassa oħra hija fejn nipprofessaw li rridu turiżmu aħjar imbagħad Alla jbierek l-impenn fuq ħaġa bażika bħalma huma t-toroq - għaliex kulħadd isiefer u l-ewwel ħaġa li tolqotna l-aktar huma it-toroq .....", "Dan x'ġenn hu!", "F'paġna 51 tad-diskors tal-budget il-Ministru Dalli qalilna ċar daqs il-kristall li se jkollna tassazzjoni mill-inqas imma mbagħad f'paġna oħra nsibu li se jkollna żieda ta' Lm55 miljun f'taxxi.", "Lil min qed nipprovaw inbellgħu r-ross bil-labra?", "Għaliex anke t-tfal iż- żgħar kapaċi jagħmluhom dawn id-deductions sempliċi.", "Qegħdin ngħidu li se jkollna Lm10 miljun żieda mill-VAT, se jkollna Lm22 miljun żieda mill- income tax u se jkollna Lm9 miljun żieda mill-bolla li b'kollox jagħmlu Lm41 miljun.", "Kif diġa' għedt pero' hemm commitment ta' Lm55 miljun.", "Allura dawn l-Lm14-il miljun minn fejn ġejjin?", "Forsi se nerġgħu napplikaw is-soltu prattika tal-gvern Nazzjonalista li l-budget jiġi s-sena kollha, qatt ma nkunu nafu x'se niffaċċjaw?", "Nisbħu filgħodu u nsibu li telaq is- sussidju tat-trasport!", "Għaliex ma jiġux up-front u jiffaċċjaw lin-nies mhux dan il-ħabi kollu?", "Se tibqgħu bl-istess marda li kellkom qabel l- 1996, twaddbu l-affarijiet taħt it-tapit?", "Kunu kuraġġużi u kunu rġiel u nisa u ejjew affrontaw l-affarijiet fid-deher.", "Kontradizzjoni oħra kbira, Sur President, hija fejn qegħdin jipprofessaw li se joħolqu l-inċentiv u l-ispazju għan-negozjant iż-żgħar imbagħad Alla jbierek jintaxxaw l-investiment kollettiv.", "U dak li jinvesti waħdu għax kbir, jiflaħ u spallejh wesgħin, jibqa' għaddej.", "Imbagħad jiġi l-Ministru Dalli u jgħidilna li kulħadd jiflaħ daqskemm kapaċi jġorr għax dan huwa budget li jirrifletti l-ġustizzja soċjali.", "Dawn huma affarijiet tad-daħk.", "Jiena ma nafx fejn tgħallmuhom dawn il-konċetti u din il-filosofija.", "Qegħdin jipprofessaw ukoll li se jnaqqsu d-djun imma mbagħad f'paġna 65 jgħidulna li l-interessi fuq id-dejn se jogħla għaliex ovvjament l- interessi jiġu compounded u nibqgħu sejrin hekk.", "Imma allura aħna m'aħniex kapaċi ngħidu s-sitwazzjoni reali tal-pajjiż?", "Għandna gvern li qisu aġenzija tar-reklamar, jiġi jippreżentalna qisu kampanja ta' pubbliċita' biex ibigħ xi prodott!", "Din x'serjeta' hi!", "Fil-budget tissemma wkoll il-liberalizzazzjoni u jgħidu kemm din hija tajba imma mbagħad b'vuċi oħra joħloq il-monopolji bħalma għamel fil-banek.", "U tant ħoloq monopolji li kellu jbaxxi rasu għat-taħwida li għamel fuq tal- fringe benefits u jikkonċedi li talbuh.", "Imm mhux hekk biss.", "Il-bużżillis huwa li ħoloq diskriminazzjoni bejn ħaddiem u ħaddiem għaliex lill-ħaddiema tal-banek li għandhom house loans sa Lm15,000 - allura dawn ħadu l-loan bit- 3% minflok bit-8% u fuq Lm15,000 ffrankaw Lm700 - kkonċedihomlhom imma lill-ħaddiema l-oħra - mhux qed ngħid għal dawk li għandhom karozzi ta' Lm30,0000 jew dawk li għandhom xi insurance li tkopri kollox u kullimkien, l-art u l-baħar - li jużaw il-lifetime savings biex jinvestu f'dar għall- familja u fl-edukazzjoni ta' uliedhom, dawk le!", "Min jiflaħ ħa jagħti għaliex hekk għandu jkun u rrid nagħmilha ċara li aħna m'aħniex naqbżu għal dawn in-nies imma qed naqbżu għal dawk li jaħdmu u jgħixu bil-qies biex ikunu jistgħu jagħmlu l-bażiku għalihom u għall-familja tagħhom.", "Mela tal- banek ikkonċedielhom Lm700 u j'Alla ġid imma allura l-ħaddiema l-oħra huma s-suwed tal-pajjiż?", "Dawk jibqgħu bi Lm300 biss?", "Dan x'ġenn hu!", "Illum il- gvern tant għandu monopolji u tant hu mgħallaq bil-banek li jkollu jbaxxi rasu.", "Naturalment ma' l-HSBC ma jistax jidher ikrah u ma jistax jidher li qed joħloq xi instabilita' industrijali u l-BOV irid ibiegħu.", "Jiġifieri jekk jinqalagħlu l-inkwiet il-BOV forsi l-istrategic partner li qal li għandu ma jiġix.", "Imma mbagħad ma jimpurtax li noħolqu l-anomaliji u d- diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema.", "Dan il-gvern dejjem iħares barra minn xtutna u jagħmel tajjeb imma mhux jilbes il-libsa li tiġi 'l ħaddieħor, l- aħjar li jaddattaha għalina.", "Jekk inħarsu lejn l-Amerika, per eżempju, din anke tiġġieled mal-Microsoft, kumpannija globalizzata bħal dik!", "Tgħid kbira l-Microsoft!", "Imma aħna daqqa ngħidu liberalizzazzjoni mbagħad indawru daharna u ngħidu monopolju.", "Sur President, dan huwa budget li fil-veru sens tal-kelma ħoloq firda soċjali, qed ikompli jkisser it-tessut soċjali u se joħloq instabilita' industrijali fil-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra jgħidulna: ''Għidulna ridtux tiffirmaw l-agreement ma' tal-gvern''?, u jiena ngħidilhom: ''Mela l- affarijiet hekk isiru?''", "Inti ma tridx taħseb f'kategorija waħda imma trid taħseb f'kulħadd.", "Mela issa l-ħaddiema tal-gvern se jkollhom iż-żidiet fil- pagi u j'Alla l-ġid imma dawk il-ħaddiema fis-settur privat li huma unionised mhux se jduru fuq il-union tagħhom u jgħidulhom biex jaraw x'jagħmlu meta jiġu għan-negozjar tal-ftehim kollettiv?", "U x'se jiġri minn dawk l-intrapriżi privati li ma jifilħux ċerta tgħabijiet?", "Dan barra t-30% tal-work force Maltija li m'humiex unionised, dawk li nsejħilhom is-suwed tas-suwed.", "Bħallikieku dawn ma jbatux daqskemm ibatu l-ħaddiema l-oħra fil- pajjiż.", "Imma dawn x'se jiġri minnhom?", "Jista' xi ħadd min-naħa l-oħra jgħidilna?", "Jiena ma neħodhiex bi kbira li l-gvern din ma jarahiex għaliex is-sena li għaddiet kienet l-agħar u kienet record għal dawk li huma industrial disputes, u ma kenitx imdaħħla l-GWU biss.", "Fil-fatt meta għamilt mistoqsija parlamentari ħadt lista ta' 12-il trade union.", "Għalija dan il-budget għandu aġenda moħbija kbira, dan huwa budget ta' ifred u saltan u hemm indirrizz ċar biex nifirdu l-ħaddiema.", "U meta tifred il-ħaddiema tkun qed tagħmel l-ikbar disservizz lill-klassi tax-xogħol għaliex tkun qed tipprova thedded u timmina lit-trade unions u r- rappreżentanti tagħhom.", "Dan huwa budget li m'huwiex jaffronta bis-serjeta' l-problemi veri tal-pajjiż u qed jolqot il-livell ta' l-għajxien ta' min hu żgħir u min hu fil-klassi tan-nofs.", "Jekk nieħdu l-underemployment, f'95 faċċata, diskors ta' iktar minn sagħtejn u nofs, instema' biss fejn għandhom x'jaqsmu l-ħaddiema tal-gvern.", "Meta ġimgħatejn ilu konna qed niddiskutu l-estimi finanzjarji ta' l-ETC ġibt statistika fuq il-part-time work.", "Min-naħa tal-gvern kulħadd qed jiftaħar li l-part-time work żdied u kulħadd interpretah li n-nisa qed jipparteċipaw iktar fil-qasam tax-xogħol.", "Imma mhux bilfors dawk in-nisa li għandhom il-familji x'irabbu joħorġu jagħmlu part-time job la m'għandhomx alternattiva, u dan bir-riskji kollha ta' l-abbuż li qed isir minn ċerti sidien bit-tnaqqir tal-kondizzjonijiet tax-xogħol?", "Dan żgur li kulħadd jafu għax ma naħsibx li aħna biss niltaqgħu man-nies.", "Imma allura ma nagħmlux analiżi ħalli naraw jekk dawn in-nisa jixtequx jidħlu f'fulltime employment għaliex jiena naf b'nisa, partikolarment single parents, li għandhom bżonn il-finanzi imma ma jistgħux jidħlu għal full- time employment għax qed irabbu t-tfal.", "Imma din m'hijiex importanti għall- gvern.", "L-aqwa li niftaħru li dan sploda u kulħadd iċapċap u qisna nħarsu lejn il-mera u nidħku bina nfusna!", "Hekk spiċċajna ninterpretawhom il- figuri biex nidhru kemm aħna sbieħ għaliex gvern qisu aġenzija tar-reklamar għandna!", "Imma li jinkwetawni lili huma l-każijiet fejn il-part-time huwa l-primary job.", "Ħalliha li għandek 5% żieda fil-part-time kumplimentari mal- full-time u ta' min ukoll jistaqsi għaliex għandna tant nies li qed ifittxu extra income għaliex dak ukoll jindikalek il-qagħda soċjali u ekonomika tal- familji Maltin imma ħalli nikkonċentra fuq il-part-time work bħala l- primary job.", "Kif diġa' għedt, jiena ġibt statistika u analizzajtha imma wara 15-il ġurnata ħadd għadu ma rrispondieni min-naħa l-oħra, bqajna nsemmgħu l- istess diska li żżarżret; min-naħa tal-gvern kulħadd ferħan u kuntent għax il-part-time work żdied u għandna fenomenu ġdid!", "Kulħadd jgħid li żdiedu n- nisa imma ħadd ma rrispondieni dwar x'qed isir għal dik il-kategorija ta' rġiel miżżewġin bejn il-25 sena u l-44 sena li huma fl-aqwa tax-xogħol u jridu jrabbu familja.", "Nafu li f'erba' snin il-part-time work għal din il- kategorija bħala l-primary job żdied b'142%.", "Għal dawn ukoll qegħdin inċapċpu imma l-underemployment tagħhom lanqas biss nikwerjawh.", "Imma hawn hi l-kruha għax dan huwa fenomenu ikrah u tat-twerwir.", "Irridu nammettu li l-kultura tagħna hija li n-nisa jippreferu joqogħdu d-dar irabbu l-familja bil-kwiet u r-raġel joħroġ jaħdem imma ħafna nisa llum mhux qed ikollhom id- dritt ta' din l-għażla u huma kostretti joħorġu jaħdmu.", "U ma joħorġux jaħdmu għall-air-conditioners jew biex jagħmlu xi safra imma biex jipprovaw iġebbdu mal-bżonnijiet normali tal-ħajja.", "Pero' fuq l-underemployment ta' l-irġiel ħadd mhu qed isemmi xejn.", "Kellna stqarrijiet fuq ix-xogħol u ċifri u figuri kemm trid u kulħadd jgħid prosit imma jiena bqajt bla risposta.", "Xi ħadd jista' jgħidli dawn in-nies kif qed jgħaddu?", "Qed jirnexxielhom ikollhom livell ta' l-għajxien diċenti?", "Kif qed jirnexxielhom irabbu l-familji tagħhom?", "Qed jirnexxielhom jagħmlu pjanijiet għall-futur?", "Jien naf b'żgħażagħ li kellhom jidħlu f'part-time work bħala l-primary job għaliex ma sabux u jgħidulek li lanqas jistgħu jippjanaw għall-futur.", "Oħrajn għarajjes jgħidulek: ''Jiena ma nistax nibda naħseb biex ikolli post, ma nistax nixtri karozza u ma nistax insegwi ċerta attivita' fil-ħin ħieles tiegħi għaliex ma naffordjax.''", "Din hija s- sitwazzjoni ta' din il-kategorija kbira ta' nies u huwa fenomenu tat- twerwir li għandek din il-qabża kbira ta' part-time work bħala l-primary job partikolarment dik bir-rata ta' 142% ta' l-irġiel miżżewġin bejn il-25 sena u l-44 sena fi żmien erba' snin.", "Nittama li xi ħadd ikollu l-kuxjenza - anke jekk ma jridx jwieġeb hawn - u jindaga x'qed jiġri għaliex dawn huma problemi soċjali ġodda li għandhom mushrooming effect.", "Milli jidher, Sur President, min-naħa tal-gvern m'hemm ħadd li jrid jitkellem dwar l-abbużi li qed isiru mill-kondizzjonijiet tal-ħaddiema.", "Għandna liġi li tirregola dan iżda l-liġijiet kollha għandhom it-toqob tagħhom.", "Imma allura ħadd ma jgħid xejn?", "Għandna żgħażagħ li qegħdin jiġu sfruttati bil-kbir u esplojtati u l-gvern stess qed jisfrutta ħaddiema part- time nisa ġewwa l-iskejjel partikolarment fejn m'hemmx assistant heads.", "Dawn qed jagħmlu ħafna xogħol u jġorru ħafna responsabilita' u m'humiex imħallsin u m'għandhomx il-kondizzjonijiet addattati.", "Biex irrid nitkellmu u niftaħru u nċapċpu għaċ-ċifri?", "Il-Malti jgħid l-eżempju jkaxkar u trid tibda mir-ras u jekk il-gvern qed jagħmel l-abbuż anke fuq dawn .....", "Ħalli ngħaddi issa għall-għoli tal-ħajja.", "Fl-aħħar il-Ministru Dalli b'ħafna finesse - u finesse kbira uża fit- terminoloġija ta' kif qiegħed il-kliem - aċċetta u ammetta li l-inflazzjoni tiela' imma basta lil Vince Farrugia tal-GRTU għajruh Ġeremija.", "Imma profeta kien mela mhux Ġeremija għaliex is-sena li għaddiet ma nafx kemm-il stqarrija għamel fejn qal ejja noqogħdu attenti għax għandna creeping inflation minħabba l-government induced costs.", "Jiena ma ngħidx li l-gvern ma riedx jara 'l bogħod għax jaf x'kellu imma issa b'ħafna finesse u kliem meqjus - għaliex inkella l-aġenzija tar-reklmaar ma tkunx 100% - l- Ministru Dalli ammetta li r-rata ta' l-inflazzjoni żdiedet u qed jimmira biex iniżżilha.", "Anzi qal li din se tkun qisha l-fulkrum ta' l-istrateġija tal-gvern għas-sena d-dieħla imma jekk verament dan il-gvern huwa mpenjat biex jara x'qed jiġri fil-qasam tal-mediċini u tas-servizzi mediċi li jolqtu lill-anzjani u l-familji li qed irabbu jrid ikollna thrusts suret in- nies.", "Sur President, dan huwa settur fejn ir-retail price index kemm ilu fil- gvern il-Partit Nazzjonalista dejjem tela'.", "Allura jrid ikollna indirriz partikolari biex naraw x'qed jiġri fejn tidħol l-edukazzjoni u affarijiet relatati għaliex anke hawnhekk ir-retail price index jindika li dejjem tiela' u dan imbagħad jolqot lill-familji li qed irabbu liż-żgħażagħ tagħna.", "Hawnhekk fejn verament inkunu qegħdin nindirrizzaw il-poverty traps li semma dalgħodu l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Bir-rispett kollu lejh, nafu li jkun imsiefer fuq xogħol minkejja li ħadha bi kbira li xi ħadd dalgħodu rrefera għalih b'dan il-mod, imma vera qata' min-nies.", "Jiġi jgħidilna li l-ETC qed tindirrizza l-poverty trap!", "Mela l-ETC issa se noqogħdu nixxuttjawlha l-blalen kollha f'daqqa waħda?", "L-ETC tagħmel xogħlha bis-serjeta' fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ u l-impjiegi tan-nies u ma tidħolx f'affarijiet ta' din il-kwalita'.", "Qabel nagħlaq minkejja li kien hemm ħafna iktar xi ngħid nixtieq nerġa' nsemmi l-ħaddiema tat-tarzna.", "Dawn huma s-suwed tal-pajjiż, dawn qishom ta' Kalaxlokk għaleix fl-istess keffa qegħdin.", "Budget wara l-ieħor dejjem nisimgħu li dawn huma problema - anke l-ħaddiema tal-gvern irrefera għalihom bħala piż imma mbagħad xorta ftaħar li mar jiffirma l-collective agreement - u li rridu naraw x'nagħmlu.", "Imma mhux talli matul is-sena ma jiġri xejn talli l-kampanja se tibda tiħrax għax dak li nsibu fuq paġna 52 tad-disors tal-budget għalija mhu xejn ħlief tixwix tas-setturi differenti fil-poplu biex lill-ħaddiema tat-tarzna kważi kważi nġiegħluhom jistħu għall-paga li jieħdu.", "Ma nistgħux nistmawhom daqsxejn differenti?", "Mela qtajnielhom l-apprentistat biex minn hawn u ftit ieħor ngħidu li lanqas skilled labourers m'għandna fit-tarzna ...", "Imbagħad żgur nibdew ngħidu li huma piż u li ma jistgħu joffru xejn u jkollna kull raġun biex nidhru ħelwin ħafna ma' Brussels u nagħlqu l-bibien.", "Il-poplu tagħna mhux aġenzija tar-reklamar eleġġa, suppost eleġġa gvern li kellu joffri l-ġid, il-fiduċja u d-direzzjoni.", "Imma din id-direzzjoni ma nafx fejn hija għax il-kontradizzjonijiet ħreġin minn budget għall-ieħor, minn ġurnata għall- oħra.", "L-istoriċi għad jiktbu l-volumi fuqhom!", "Sur President, il-poplu tagħna jrid gvern serju, gvern li mhux jagħtih il- paroli u l-illużjonijiet imma jagħtih il-fatti u s-soluzzjonijiet ħalli bis- serjeta' dan il-pajjiż jaqbad id-direzzjoni tal-progress veru u sod li jwassal biex il-familji Maltin u Għawdxin, it-tfal tagħna, iż-żgħażagħ tagħna u l-anzjani tagħna verament ikollhom moħħhom mistrieħ.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari, l- Onor. Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, fi żmien li għandi mħolli għalija se nittratta żewġ oqsma importanti fil- qasam soċjali, dak ta' l-anzjani u dak tal-persuni b'diżabilita'.", "Wara li smajt dak li kellha xi tgħid l-oppżizzjoni dwar dawn l-oqsma, inħossni iktar konvint minn qabel kemm aħna qegħdin nattwaw politika tajba u fejjieda f'dawn l-oqsma.", "Nibda bil-qasam ta' l-anzjani.", "L-għan ewlieni tal-politika tal-gvern Nazzjonalista għall-anzjani hija li filwaqt li niżguraw l-ogħla livell ta' għajxien għalihom, jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni ta' l-anzjani f'kull settur tas-soċjeta' Maltija.", "Aħna nemmnu li l-anzjani huma ħolqa importanti fl-ekonomija nazzjonali u għandhom ħafna x'jistgħu joffru għall-ħolqien u tkabbir tal-ġid komuni.", "L- anzjani huma wkoll riżors importanti u għalhekk safejn hu possibbli għandhom jibqgħu jgħixu fiċ-ċentru ta' l-attivita' soċjali u fi djalogu kontinwu ma' ġenerazzjonijiet oħra.", "Quddiem ir-realta' ta' popolazzjoni qed tikber, il-gvern jirrikonoxxi l-bżonn ta' parteċipazzjoni ikbar ta' persuni anzjani fl-attivita' ekonomika u soċjalii.", "Dan irid isir id f'id ma' ħolqien u proviżjon ta' servizzi ffokkati biex jilħqu l-bżonnijiet ta' persuni anzjani filwaqt li joħloq l-ambjent neċessarju sabiex titjieb il- kwalita' ta' ħajja li diġa' jgawdu l-anzjani.", "Il-gvern irid jassigura wkoll serħan il-moħħ lill-anzjani kollha billi jiżguralhom futur f'soċjeta' li ma tħalli barra lil ħadd minnhom.", "X'għamilna fis-sena li għaddiet u iktar importanti x'għandna ppreparat mid-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani fis-sena d-dieħal u fis-snin ta' wara?", "Is-sena li għaddiet kienet sena ta' ħidma li biha kkonsolidajna l-attivitajiet, is-servizzi u l-faċilitajiet kolha f'dan il-qasam biex b'hekk assigurajna amministrazzjoni b'saħħitha u effiċjenti għat-twettiq tal-politika tagħna u is-sena d-dieħla rridu nkomplu fuq din it-triq.", "Id- dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani huwa kommess li jkompli jtejjeb il- kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali u għalhekk qiegħed jipprovdi network sħiħ ta' servizzi fil-komunita' u residenzi biex nilqgħu u nissodisfaw l-esiġenzi ta' support u kura li dawn in-nies għandhom bżonn.", "Kif se nilħqu dawn l-għanijiet fis-sena 2001?", "Fil-financial estimates li l-Ministru Dalli ppreżenta mad-diskors tal-budget hemm iddikjarat kif id- dipartiment se jestendi u jtejjeb il-kura li diġa' qed tingħata.", "Hemm elenkati dawn is-sitt prijoritajiet:", "''Id-dipartiment irid ikompli jipprovdi support services lill-anzjani fid-dar tagħhom u b'hekk ikunu f'qagħda aħjar li jgħixu f'ambjent familjari; jippromwovi l-ftuħ ta' iktar day centres biex ikun iktar faċli li l- anzjani jitħalltu bejniethom u b'hekk iħossuhom iktar attivi u integrati fil-komunita';", "iżid iktar in-numru ta' postijiet fid-djar residenzjali tal-gvern u f'San Vinċenz de Paule biex nilqgħu għad-domanda li dejjem qiegħda tikber;", "ikabbar il-kollaborazzjoni mas-settur privat biex jiżdied il-provvista ta' servizzi residenzjali ta' kura;", "jirrevedi r-regolamenti li jorbtu d-djar ta' l-anzjani biex nassiguraw standards ta' kura effettiva u ta' kwalita'; u", "jkompli jieħu inizjattivi ta' taħriġ fil-qasam ta' l-anzjani biex dejjem intejbu s-servizz ta' kura li jingħata.''.", "L-għan ewlieni tal-policy tagħna kien u għadu biex safejn hu possibbli u safejn wieħed jista' nżommu lill-anzjan jgħix f'daru fl-ambjent familjari u fil-komunita'.", "Kien għalhek li mill-1987 'l hawn gvern Nazzjonalista beda jdaħħal is-servizzi għall-anzjani fil-komunita', servizzi li kkontribwew mhux ftit biex l-anzjani llum qed jgħixu l-kwalita' ta' ħajja li qed jgħixu.", "Gvern Nazzjonalista dejjem sostna li l-fattur finanzjajru ekonomiku huwa bażilari għal-livell tajjeb ta' l-għajxien ta' l-anzjani u għalhekk f'dawn l-aħħar sentejn ħa l-passi kollha neċessarji biex jassigura li l-pensjonant jieħu l-pensjoni li qed igawdi u biex il-pensjonanti fil- futur ikollhom il-pensjoni tagħhom garantita.", "Dan barra li din il-politika tal-gvern qiegħda saħħaħ u tissoda l-ekonomija tal-pajjiż u tnaqqas gradatament id-deficit.", "Fir-rigward tal-pensjonijiet, waqt li l-gvern qed jistenna l- konklużjonijiet tal-welfare commission il-gvern jemmen f'żewġ prinċipji, l- ewwel li ekonomija b'saħħitha u soda hija l-bażi ta' ħlas tal-pensjonjiet fil-futur u t-tieni li l-pensjoni ta' l-istat għandha tkun il-pensjoni fundamentali u għandha sservi bħala safety net.", "Mill-banda l-oħra aħna konxji bl-utilita' enormi ta' servizzi li qed jingħataw lill-anzjani.", "Jekk wieħed jara l-figuri, iċ-ċifri ta' servizzi li ngħataw is-sena l-oħra fil- qasam ta' lanzjani wieħed malajr jinduna kemm dawn is-servizzi huma utli.", "Jekk nieħdu l-home-help, per eżempju, kellna 2,589 household li rċevew dan is-servizz u 160 minnhom kienu benefiċċjarji taħt is-60 sena bi bżonnijiet speċjali.", "Fit-telecare hemm total ta' 8,026, li minnhom 211 huma persuni taħt is-60 sena.", "Fil-handyman service kien hemm total ta' 546 li kellhom il-karta r-roża u 353 li ma kellhomx il-karta r-roża.", "Fis- servizz tal-meals-on-wheels s'issa ġew provduti 44,583 ikla.", "Fid-day centres s'issa attendew 788 persuna li minnhom 36 huma persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Fl-incontinent service hemm skema \"A\" u skema \"B\", u hemm 639 li qed jibbenefikaw minn skema \"A\" u 1,272 li qed jibbenefikaw minn skema \"B\".", "Sur President, dawn is-servizzi għall-anzjani beħsiebna nkomplu nestenduhom u ntejbuhom iżda fl-istess waqt irridu naraw li jeħduhom dawk li veru għandhom bżonn u jikkwalifikaw għalihom.", "Għalina m'hijiex ġustizzja soċjali li anzjan jew anzjana li m'għandhomx bżonn il-home-help jippretendu li għandhom jingħataw dan is-serviz u ma jistax ikun li nkomplu nħallu li persuna li ma tikkwalifikax għall-karta r-roża tħallas l-istess bħal waħda li għandha l-karta r-roża, jiġifieri Lm1 fil-ġimgħa.", "Issa nispera li meta mill-bidu tas-sena d-dieħla nibdew nattwaw din il-miżura ma jiġix l-Onor.", "Parnis - li dalgħodu kkritika li hemm anzjani li qegħdin tajjeb finanzjarjament u qegħdin jieħdu dan is-servizz - u jikkundannana li qegħdin nieħdu xi miżura antisoċjali.", "Irridu nippromwovu l-ftuħ ta' aktar day centres.", "Matul din is-sena ftaħna żewġ day centres, wieħed f'Bormla u ieħor f'Birkirkara u b'hekk issa għandna disa' f'Malta u tlieta f'Għawdex.", "Kif diġa' għedt sa Novembru attendew b'kollox 788 persuna f'dawn iċ-ċentri li minnhom 36 huma persuni bi bżonnijiet speċjali taħt is-60 sena.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin insiru konxji mill-ġid li l-anzjani jgawdu bl-attendenza tagħhom f'dawn iċ-ċentri.", "Hawnhekk l-anzjani jkunu jistgħu jitħalltu bejniethom u għalihom huwa ta' rendezvous soċjali li jkabbar il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet soċjali u kulturali u b'hekk iħossuhom iktar integrati fis- soċjeta' tagħna.", "M'hemmx dubju li l futur u s-suċess dejjiemi ta' dawn iċ-ċentri huwa marbut ma' kemm ikun hemm kooperazzjoni u involviment mill-kunsilli lokali.", "Ċerti kunsilli lokali dejjem sibnihom lesti biex jaqsmu l-piż mad- dipartiment iżda kontra qalbi ngħid li għandna numru mhux ħażin ta' kunsilli lokali oħrajn li lanqas biss iridu jidħlu għall-piż ta' l-ispejjeż għat-trasport ta' l-anzjani tal-lokal tagħhom lura u lejn iċ-ċentru.", "Għalhekk id-dipartiment ħa d-deċiżjoni li mill-1 ta' Jannar tas-sena l- ġdida kull kunsill lokali jrid iħallas l-ispejjeż tat-trasport għall- anzjani tiegħu.", "Bħalissa qegħdin ukoll f'taħdidiet ma' diversi kunsilli lokali dwar il-possibilita' ta' ftuħ ta' ċentri ġodda u m'huwiex 'il bogħod li nkunu nistgħu nawguraw day centre fir-raħal ta' Ħal Luqa.", "Irridu nżidu n-numru ta' postijiet għall-anzjani fid-djar residenzjali tal-gvern u f'San Vincenz de Paule.", "Fil-preżent, għandna 449 resident fid- djar tal-gvern u minn dawn hemm 321 nisa u 128 irġiel.", "Minn dawn hemm sebgħa persuni bi bżonnijiet speċjali taħt is-60 sena.", "Matul din is-sena tajna spinta qawwija biex dawn id-djar ikunu maniġġjati b'mod aħjar bit- tisħiħ tar-riżorsi umani.", "Ġew magħżula sitt officers-in-charge tal-homes, saru intervisti wara sejħa għall-applikazzjoni għall-care workers u qegħdin nistennew konferma tal-PSC għall-għażla ta' 45 minnhom li 15 se jkunu assenjati fil-homes u t-30 l-oħra fil-wards il-ġodda li dalwaqt humalesti f'San Vinċenz de Paule.", "Imlejna wkoll il-postijiet ta' 15 asistant care workers u rridu tmienja oħra.", "Ħadna wkoll il-passi kollha neċessarji biex l-anzjani li għanda f'dawn id-djar ikunu jistgħu jiġu moqdija bis-servizzi ta' fiżjoterapija u occupational therapy u b'hekk intejbulhom il-kwalita' ta' ħajja li qegħdin jgħixu.", "Matul din is-sena sar xogħol ta' alterazzjoni f'żewġ kmamar fid-dar ta' l- Imsida biex b'hekk żidna n-numru ta' residenti b'erbgħa.", "Konna ħadna deċiżjoni li nikkonvertu fejn qabel kien hemm id-dining-room fi kmamar għall-anzjani u fi żmien 15-il ġurnata oħra se jkollna lesti ħamest ikmamar oħra oħra biex b'hekk inkunu nistgħu nospitaw għaxar anzjani oħra.", "Kif wieħed jista' jinduna minn mistoqsijiet parlamentari reċenti, f'dawn il- ġranet qegħdin nieħdu l-miżuri kollha neċessarji għax id-dar tal-Gżira għandha xi ħsara strutturali u jkun ta' periklu jekk inħallu r-residenti hemmhekk.", "Nista' nassigura lil kulħadd li r-residenti se jkunu moqdija l- istess kif kienu fid-dar fl-akkomodazzjoni alternattiva li se nalloġġjawhom fiha temporanjament.", "Għalkemm m'huwiex il-każ li s-sena d-dieħla l-gvern jibni djar ta' l-anzjani ġodda, hemm il-possibilita' ta' estensjoni ta' l- occupancy tad-djar eżistenti biex b'hekk inkunu nistgħu nospitaw iktar anzjani u waqt li noffru servizz tajjeb dan isir iktar cost-effective.", "Matul din is-sena fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule komplejna bil- ħidma tagħna biex dejjem intejbu l-kwalita' ta' ħajja ta' l-anzjani u dan mhux biss mil-lat materjali iżda anke mil-lat soċjali.", "Bħalissa għandna ftit iktar minn 1,000 li minnhom 671 huma nisa u 340 huma rġiel.", "Minn dawn hemm 55 persuna li huma taħt is-60 sena, li 45 minnhom huma nies li jsofru minn xi diżabilita'.", "Din is-sena ġew ammessi 11-il persuna li jsofru minn xi diżabilita'.", "Komplejna bil-proċess ta' refurbishment kontinwu u lestejna s-swali ħamsa u sitta n-naħa ta' l-irġiel.", "Is-sena l-oħra konna bdena x-xogħol fuq l-aqwa proġett li qatt nistgħu nwettqu f'din ir- residenza, proġett li sejjaħnilu l-proġett tal-millennju.", "Qed nirriferi għas-swali ġodda li pproġettajna għal dawk li qabel kienu l-wards 19 u 20 n- naħa tan-nisa.", "Sur President, dan huwa blokk sħiħ li jikonsisti fi tliet sulari, kull sular jospita 40 resident, jiġifieri 120 sodda b'kollox.", "Dan il-blokk ta' swali se jkun mgħammar bil-kumditajiet u faċilitajiet kollha neċessarji għaż-żmenijiet tal-lum u żgur se jikkontribwixxi biex inkomplu ntejbu l- kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani f'San Vinċenz de Paule.", "Xtaqna ftaħnih għall-aħħar ta' din is-sena u għamilna minn kollox biex nilħqu dan l-għan iżda ma kienx possibbli.", "Se jkollna nittardjaw bi ftit ġimgħat pero' nista' ngħid li għall-bidu t tas-sena d-dieħla dan il-blokk jiġi inawgurat.", "Wara li nlestu minn dan il-proġett diġa' għandna preparamenti meħtieġa biex jinbeda xogħol estensiv ta' mmodernizzar fuq blokk ieħor ta' wards.", "Inkun qed nonqos jekk meta nsemmi San Vincenz de Paule ma nirreferix għax- xogħol filantropiku u volontarju li l-għaqda Friends of St Vincent de Paule qiegħda tagħmel.", "Bl-għajnuna ta' din l-għaqda u fuq inizjattiva tagħha fi ftit ġranet oħra se niftħu community radio għall-benefiċċju tar-residenti biex b'hekk dawn l-anzjani jħossu li anke mil-lat soċjali m'humiex minsijin.", "F'post kbir bħal San Vincenz de Paule li wieħed jista' jqisu bħala raħal żgħir, ix-xogħol ta' manutenzjoni u titjib bilfors huwa an ongoing process, pero' rridu nħarsu 'l quddiem u naraw kfi nistgħu ntejbu l- amministrazzjoni ta' dan il-kumpless.", "Kien b'dan il-għan li din is-sena waqqafna kumitat apposta ta' ħames persuni biex jagħmel operations review ta' l-operat kollu ta' din ir-residenza biex iktar 'il quddiem titfassal politika ġdida għat-tmexxija awtonoma ta' din ir-residenza.", "Dan il-kumitat diġa' tagħna rapport preliminari li qegħdin nikkonsidraw.", "Ma rridx naħli ż- żmien li baqagħli biex noqgħod nirribatti l-kritika inġusta ta' l-Onor.", "Parnis dwar San Vinċenz de Paule dalgħodu biss nassigurah li r-residenti u l-qraba tagħhom żgur m'humiex jiddispjaċihom bit-tibdil fir-rata ta' kontribuzzjonijiet li qed iħallsu minn din is-sena għax qed jaraw b'għajnejhom u jmissu b'idejhom il-progress kontinwu fil-kwalita' ta' ħajja li l-anzjani jgawdu f'din ir-residenza.", "Irridu nkabbru l-kollaborazzjoni mas-settur privat biex tiżdied il-provvista ta' servizzi residenzjali ta' kura.", "Kif diġa' aċċennajt qabel, il-gvern jidhirlu li mhux aktar possibbli u cost-effictive li nkomplu nibnu djar ta' l-anzjani u d-dipartiment ta' l- anzjani jidħol għall-amministrazzjoni tagħhom bl-impjegati tad-dipartiment.", "Mill-banda l-oħra l-gvern mhux se jabdika mir-responsabbilta' li għandu li jrid jipprovdi u jkabbar is-servizzi residenzjali għall-anzjani biex jilqa' għad-domanda dejjem tikber għall-istituzzjonalizzazzjoni Huwa għalhekk li aħna qegħdin nevalwaw it-toroq kollha ta' koperazzjoni mas-settur privat biex inkunu f'pożizzjoni li tittaffa l-poblema tal-waiting list li dejjem tiżdied ta' anzjani li jixtiequ jgħixu f'dar residenzjali.", "Kif inhu magħruf id-dipartiment ta' l-anzjani diġa' għandu koperazzjoni mas-settur privat billi d-djar ta' l-anzjani taż-Żejtun u ta' Bormla diġa' huma amministrati minn kumpannija privata.", "Din il-policy trid tkompli tiġi estiża fil-futur u għalhekk qegħdin neskoġitaw it-toroq kollha possibbli u fattibbli biex insibu x'inhi l-aħjar triq li flimkien mas-settur tal-privat u bil-koperazzjoni tal-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governativi naslu biex insibu l-aħjar soluzzjoni għal din il-problema.", "Fil- fatt bħalissa għandna taħdidiet u preparamenti għall-bini ta' kumpless għall-anzjani u persuni b'diżabilita' fil-Mellieħa u qegħdin fi stadju avvanzat.", "Appuntament importanti li għandna għas-sena d-dieħla huwa li rridu nirrevedu r-regolamenti li jorbtu kemm il-ftuħ u kemm l-amministrazzjoni tad-djar ta' l-anzjani.", "Il-gvern mhux talli m'huwiex kontra ta' djar ġodda ta' l-anzjani fis-settur privat iżda talli huwa favurihom u jinkorraġġihom.", "Mill-banda l-oħra matul din is-sena rċevejna numru ta' ilmenti minn anzjani li qegħdin jgħixu fi djar ta' l-anzjani privati.", "Aħna vverifikajna dawn l-ilmenti u wasalna għall-konklużjoni li hemm verita' f'numru minnhom u l-gvern m'huwiex se jippermetti iktar li jsiru dawn l-abbużi għas-skapitu ta' l-anzjani li qegħdin jgħixu f'dawn id-djar.", "Irridu nassiguraw ukoll standards ta' kura effettiva u ta' kwalita', irridu naraw li kull anzjan ikun jista' jgawdi l-indipendenza u d-dinjita' tiegħu f'kull dar ta' l- anzjani.", "Għalhekk qegħdin naħdmu fuq abbozz ta' liġi li wara li jkun approvat mill-Parlament jipprovdilna l-mezzi kollha biex nieħdu l-passi neċessarji ħalli nissalvagwardaw id-drittijiet u d-dinjita' ta' l-anzjani li jgħixu f'xi dar ta' l-anzjani.", "Id-dipartiment irid ikompli jieħu inizjattivi ta' taħriġ fil-qasam ta' l- anzjani biex dejjem intejbu s-servizz ta' kura li jingħata.", "Matul is-sena li għaddiet id-dipartiment żamm diversi korsijiet ta' taħriġ għall- impjegati tiegħu biex b'hekk dejjem jitjieb is-servizz ta' kura li qed jingħata lill-anzjani.", "Għas-sena d-dieħla qegħdin nintensifikaw dan it- taħriġ bil-koperazzjoni ta' l-istitut tal-ġerentoloġija billi norganizzaw korsijiet ta' ġimgħatejn dwar il-problema ta' xjuħija.", "Dawn il-korsijiet ikunu miftuħa għall-carers, nurses u care workers.", "Se jkompli b'iktar enfasi wkoll l-in-service training li jingħata kull xahar bil- kollaborazzjoni ta' l-institute of health care.", "Imbagħad mil-lat amministrattiv u maniġerjali bl-għajnuna tal-Malta university services se jingħata taħriġ dwar customer care, dwar leadership skills u fuq affarijiet oħra.", "Niġi issa għall-qasam tal-persuni b'diżabilita'.", "Wasalna fl-aħħar ta' ġimgħa ta' attivitajiet li qed jikkomemoraw il-ġurnata magħżula mill-Ġnus Magħquda bħala l-ġurnata dwar persuni b'diżabilita' li hija għada t-3 ta' Diċembru.", "Irrid l-ewwelnett insellem lill-persuni kollha li għandhom xi diżabilita' u magħhom insellem naturalment lill-qraba u lill-familja tagħhom.", "Sur President, l-impenn politiku tal-gvern Nazzjonalista huwa kollu kemm hu mibni fuq prinċipji li jpoġġi lill-bniedem sħiħ fiċ-ċentru ta' kull attivita' jew inizjattiva politika.", "Is-soċjeta' li aħna rridu hija soċjeta' li fiha kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs biex jiżviluppa l-potenzjal tiegħu jew tagħha.", "Din hija soċjeta' li ma tħarisx lejn x'mhux kapaċi tagħmel persuna imma tiffoka fuq l-abilitajiet u l-kapaċitajiet tagħha, politika li għandha l-għan li jitneħħa kull xkiel li s-soċjeta' Maltija tagħmel għall-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom, politika li tassigura bi dritt l-aċċess ta' kulħadd għal kollox, aċċess fiżiku, aċċess għall-informazzjoni, aċċess għall-edukazzjoni eċċ.", "Tajjeb li wieħed jara x'sar s'issa f'dan il-qasam.", "Il-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs tressqet quddiem il-parlament, għaddiet bħala l- ewwel liġi ta' din is-sena u ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru.", "S'issa diġa' daħħlu quddiem il-kummissjoni 32 każ ta' allegat diskriminazzjoni u l- kummissjoni permezz ta' taqsima mwaqqfa apposta qiegħda tinvestiga u taħdem biex jinstabu s-soluzzjonijiet ġusti għalihom.", "Tajjeb li wieħed jinnota li b'din il-liġi l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' ngħatat struttura legali.", "Barra minn hekk minn din is-sena l-awtorita' ta' l- Ippjanar saret tibgħat kull applikazzjoni għal żvilupp ta' natura pubblika lit-taqsima speċjali fil-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex il-pjanti jkunu evalwati u rranġati skond il-politika ta' aċċess għal kulħadd.", "Tlestew u ġew ppubblikati wkoll linji ta' gwida dwar aċċessibilita' fiżika għall-periti kollha.", "Sur President, is-servizzi tal-home-help, it-telecare u servizz oħrajn li kienu ġew żviluppati primarjament għall-anzjani qed jingħataw ukoll lill- persuni b'diżabilita' fejn dawn is-servizzi jistgħu jgħinuhom jgħixu ħajja bħal ħaddieħor fil-komunita'.", "Kompla wkoll it-taħriġ għall-interpreti tal- lingwa tas-sinjali.", "Fil-qasam ta' servizzi residenzjali l-awtorita' tad- djar leħqet ftehim ma' żewġ għaqdiet volontarji biex jiġu żviluppati servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita'.", "Ma' Dar il-Wens intlaħaq ftehim biex tiġi żviluppata u bdiet topera dar żgħira fil- komunita' li fiha tliet persuni b'diżabilita' intelletwali qed jgħixu ħajja normali fil-komunita' bis-support ta' l-istaff ta' Dar il-Wens li ngħatat l- għajnuna finanzjarja neċessarja biex tkun tista' topera dan is-servizz.", "Ma' l-Eden Foundation intlaħaq ftehim biex jiġi żviluppat appartament biex jintuża fit-taħriġ ta' persuni b'diżabilita' intelletwali sabiex dawn jitgħallmu l-kapaċitajiet li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti fil-komunita'.", "F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, is-servizzi residenzjali għall-anzjani qed jintużaw ukoll għall-persuni b'diżabilita'.", "Fil-fatt kif diġa' semmejt din is-sena ġew ammessi f'San Vincenz de Paule 11-il persuna b'diżabilita'.", "F'dan il-budget ġew ivvotati għall-ewwel darba fondi speċifiċi biex dan is-settur ta' importanza kbira li dwaru ġenituri ta' persuni b'diżabilita' jinkwetaw ħafna jibda jiġi żviluppat b'mod sistematiku.", "Fil-fatt ġew ivvotati Lm85,000 f'fondi rikorrenti għas-supported-living project u Lm50,000 f'fondi kapitali għall-adaptation works at supported-living f'residential centres.", "B'dawn il-fondi fis-sena 2001 se jsiru tliet proġetti importanti.", "L-ewwel proġett huwa l-proġett ta' dar żgħira fil- komunita' biex fiha tilqa' persuni b'diżabilita' intelletwali severa li fil- preżent ħafna drabi jispiċċaw l-Isptar Monte Carmeli.", "Għal dan l-iskop diġa' ġiet identifikata proprjeta' addatta u bħalissa qed isiru l-permessi meħtieġa biex isiru t-tibdiliet li hemm bżonn skond is-servizz li se jingħata.", "Dan huwa żvilupp importanti ħafna u huwa proġett pilota li nittamaw li jirnexxi biex bħalu jsiru oħrajn.", "Se jiġu żviluppati numru ta' appartamenti ġewwa Wied il-Għajn għall- persuni b'diżabilita' li għandhom bżonn ta' servizz ta' sheltered housing u se jibda jingħata servizz limitat ta' assistenza personali fid-djar ta' persuni b'diżabilita' fejn b'dan is-servizz dawn il-persuni jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom.", "Dan is-servizz ikun jikkumplimenta l-home- help li diġa' qed jintuża b'mod limitat għal dan l-iskop.", "Biex dan ix- xogħol isir, il-gvern se jwaqqaf taqsima ġdida taħt il-foundation for social welfare services biex din tkun tista' tindirrizza dan is-settur ta' importanza kbira għall-persuni b'diżabilita' u għall-familji tagħhom.", "Sur President, tajjeb wieħed jgħid li dan huwa biss bidu modest ħafna.", "M'hemmx dubju li f'dan is-settur hemm bżonn ta' żvilupp kbir u ħafna investiment u m'hemmx soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd.", "Għalhekk il- gvern permezz ta' l-istruttura ġdida li se jwaqqaf fi ħdan il-fondazzjoni għas-servizzi tal-ħarsien soċjali jrid jiżgura li din l-organizzazzjoni tibqa' taħdem mill-qrib mal-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom biex jiġu identifikati l-aħajr soluzzjonijiet skond il-bżonnijiet partikolari tal-persuni konċernati b'mod li l-familji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul għal meta ma jkunux jistgħu jibqgħu jeħdu ħsieb il-persuna b'diżabilita' intelletwali tagħhom.", "F'dan il-budget il-fondi rikorrenti għas-servizz ta' matul il-jum għall- persuni b'diżabilita' żdied b'iktar minn 25% fuq is-sena li għaddiet.", "B'din iż-żieda s-servizzi ta' matul il-jum se jkunu jistgħu jilħqu mad- domanda dejjem tiżdied fuq dawn is-servizzi filwaqt li qed isir kull sforz biex jogħla l-livell ta' dawn is-servizzi permezz ta' taħriġ u reklutaġġ ta' staff professjonali.", "Sur President, l-għan espress u evidenti tal-gvern Nazzjonalista kien, għadu u jibqa' li bil-politika soċjali li jħaddan naslu biex inkunu soċjeta' għal kulħadd.", "Din kienet il-missjoni tal-ministeru għall-politika soċjali f'dawn l-aħħar sentejn u din irridu nkomplu nattwawha fis-sena li ġejja u fis-snin ta' wara, politika li tħares lejn il-bżonnijiet ta' kull membru tas-soċjeta' u b'mod speċjali lejn il-bżonnijiet ta' dawk il-persuni li qegħdin fix-xifer tas-soċjeta' Maltija.", "Din hija politika soċjali li trid timxi id f'id mal-politika ekonomika u finanzjajra biex jiġi żgurat li r-riżorsi ta' pajjiżna jiġu ndirrizzati fis-setturi li l-iktar hemm bżonn.", "Meta nħares lura lejn il-ħidma ta' dan il-ministeru f'din is-sena li għaddiet insibu li kienet ħidma li biha saħħaħna l-impenn li dħalna għalih, il-bini ta' soċjeta' fejn ħadd ma jibqa' lura, soċjeta' li tiftaħ dirgħajha għal kulħadd, soċjeta li hija tassew ta' u għal kulħad.", "Din hija l-viżjoni tagħna ta' kif għandha tkun is-soċjeta' Maltija u bis-saħħa tal-budget ta' din is-sena l-ministeru għall-politika soċjali se jagħmel minn kollox biex ikollna soċjeta' għal kulħadd, soċjeta' inklussiva u mhux esklussiva.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, wasalna għal darb'oħra fl-għeluq ta' dan id- dibattitu li fih qegħdin nindirrizzaw dak li s-sena li għaddiet - fil-fatt ikkwotatni l-Onor.", "Marie Louise Coleiro u jiena dejjem hekk iddeskrivejt dan il-qasam kull meta intervjenejt fid-diskors tal-budget, anke meta konna fl-oppożizzjoni - iddeskrivejtu bħala qasam li huwa l-fus li madwaru ddur l-attivita' politika kollha.", "Aħna nemmnu li l-ħolqien tal-ġid hija mira ewlenija pero' hija mira ewlenija u għandha tkun mira ewlenija ta' kwalunkwe politiku jekk iżomm quddiem għajnejh jew iżżomm quddiem għajnejha li l-ħolqien tal-ġid iġib miegħu l-kapaċita' tagħna li nqassmu dak il-ġid b'ġustizzja soċjali, li nqassmuh b'mod li kulħadd jieħu sehem fih mill-kbir saż-żgħir, pero' f'dak it-tqassim sal-massimu possibbli aħna nagħtu l-ewwel preferenza lil dawk fis-soċjta' tagħna li huma l-iktar batuti.", "Il-qasam tal-politika soċjali huwa qasam li tista' tgħid jimxi fuq żewġ saqajn, u sieq minnhom hija s-soċjeta' in ġenerali.", "Il-qasam tal-politika soċjali jindirrizza dak li nsejħulu t-tessut soċjali, jiġifieri d-drapp li minnu toħloq, dak li jagħmel l-oġġett partikolari.", "Aħna nafu li bid- deċiżjonijiet li nieħdu f'dan il-qasam nistgħu nagħmlu d-differenza fil- ħajja tan-nies, nistgħu nkunu aħna stess li nimmassaġġjaw l-iżvilupp tas- soċjeta' tagħna.", "Qed ngħid dan għaliex id-deċiżjonijiet tagħna li ninvestu, per eżempju, fit-taħriġ tal-ħaddiema u x'tip ta' taħriġ irridu nagħtuhom ifisser li b'dak it-taħriġ qegħdin nimmiraw li nagħtu lil pajjiżna ħaddiema li jkollhom f'idejhom l-għodda neċessarja li bis-saħħa tagħha jaqilgħu l-għajxien tagħhom u jġibu l-pajjiż 'il quddiem.", "Pero' din l-għodda trid tkun l-għodda taż-żmenijiet tal-lum u mhux ta' 20 sena ilu, anzi kemm jista' jkun trid tkun l-għodda li se jkollhom bżonn fis-snin li ġejjin.", "L-istess meta aħna nfasslu l-liġijiet tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' għotijiet u benefiċċji li għandhom x'jaqsmu ma' pensjonjiet.", "Anke hawnhekk qed jieħdu deċiżjonijiet li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies mill-kbir saż-żgħir.", "U meta ngħid mill-kbir saż-żgħir inkun qed niriferi kemm għal min hu finanzjarjament tajjeb kif ukoll għal min m'huwiex għaliex dawn huma deċiżjonijiet li jaffetwaw lil eluf ta' nies fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Allura madwar dak il-fus tal-politika soċjali ddur l- attivita' ekonomika kollha kemm hi tal-pajjiż għaliex imbagħad nieħdu deċiżjonijiet li l-ġid li jinħoloq permezz ta' dik l-attivita' ekonomika jġib lis-soċjeta' tagħna 'l quddiem.", "Sur President, dan huwa wkoll il-qasam fejn nuru verament x'valuri nemmnu fihom, jiġifieri x'soċjeta' rridu.", "Din il-frażi semmiha l-ministru tal- finanzi fid-diskors tal-budget u qal li rridu niddeċiedu x'soċjeta' rridu u mbagħad irridu nħallsu għaliha u naħdmu għaliha.", "Huwa permezz tal-politika soċjali u flimkien ma' ministeri oħrajn - pero' primarjament permezz tal- ministeru għall-politika soċjali - li niddeċiedu x'soċjeta' rridu, liema valuri nixtiequ mmexxu 'l quddiem u fid-deċiżjonijiet li nieħdu ninvolvu lil-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet volontari mhux tal-gvern fil- ħdima tagħna ħalli naraw f'liema oqsma nagħtu l-enfasi.", "Minn dan kollu wieħed jifhem li dan il-ministeru li qed niddiskut l-vot tiegħu llejla u li finalment nieħdu l-vot f'dan il-parlament biex napprovaw l-finanzi li għandhom jgħaddu lilu, jista' jagħmel differenza fil-ħajja tal-poplu Malti kollu f'dak li għandu x'jaqsam ma' valuri, ma' stil ta' ħajja u prijoritajiet li għandu jkollna fid-dinja tal-lum.", "Is-sieq l-oħra importanti daqstant ukoll hija dik il-parti tal-ministeru fejn aħna verament nagħtu ħilitna biex nagħtu kas lil dawk il-gruppi ta' nies fis-soċjeta' tagħna li jgħaddu minn diffikultajiet, dawk l-iktar dgħajfa, dawk li jkunu fix-xifer tas-soċjeta'.", "U proprju biex isseħħ l- ewwel parti tal-missjoni ta' dan il-ministeru - jiġifieri li mmexxu 'l quddiem il-valuri li nixtiequ f'dan il-pajjiż - bilfors li bħala gvern irridu nħaddnu u bħala pajjiż irridu nħaddmu partikolarment il-valur tas- solidarjeta'.", "Dan il-ministeru għalhekk huwa ċentrali biex jara li min hu b'saħħtu jaħseb għal min hu dgħajjef, għal min hu marid, għal min hu f'diffikultajiet biex min hu dgħajjef isib spalla li fuqha jkun jista' iserraħ.", "Sur President, naħseb li nkun korrett jekk ngħid li din hija l-mira prinċipali tal-ministeru, u din minn dejjem hekk kienet.", "Jiġifieri m'iniex qed ngħid li din il-missjoni hija missjoni li tfaċċat kemm ilu li tela' dan il-gvern imma hija d-direzzjoni ta' dan il-ministeru.", "Għalhekk dan il- ministeru huwa importanti u għax huwa importanti kull min b'xi mod jew ieħor jaħdem fi ħdanu - id-dipartimenti, l-aġenziji u l-ħaddiema kollha mill-kbir saż-żgħir - għandu responsabbilta' fkbira fuq spallejh, għandu r- responsabbilta' li xogħlu mhux biss jarah bħal xogħol normali imma jarah ukoll bħala vokazzjoni u attitudni pożittiva lejn dan il-qasam.", "Għalhekk irid jiġi minnek u trid tkun inti stess li tkun proattiv.", "Xtaqt nibda allura - u nittama wkoll li nagħlaq bl-istess mod - billi jiena stess nirrikonoxxi x-xogħol kollu li sar matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema kollha li jaħdmu direttament jew indirettament taħt dan il- ministeru u nirringrazzjahom għax-xogħol kollu li sar għaliex bla dubju ta' xejn ir-rapporti li għandna, l-estimi li qegħdin nippreżentaw għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra u r-rapport ta' ħidma li pubblikajna ftit ġranet ilu, kollha juru li l-ħaddiema kollha taw il-kontribut tagħhom.", "Din kienet sena pożitiva, sena li fiha ħdimna bil-għaqal, sena li lħaqna wħud mill-miri ewlenin li kellna, sena li kien fiha miri oħrajn li għadna ma lħaqnihomx imma li se nkomplu naħdmu fuqhom biex nilħquhom is-sena d- dieħla.", "Ħadmu ħafna nies u għalhekk nirringrazzja lil dawn in-nies kollha li ħadu sehem.", "Issa se nipprova nirrispondi - sakemm il-ħin jippermettili - il-punti li ġew imressqa minn dawk li ressqu l-kritika tagħhom pero' huwa tajjeb li f'dan il-parlament nitkellmu fuq dan il-qasam.", "Naturalment bħal dejjem f'dibattitu tisma' interventi u tgħid: Dan l-intervent tajjeb, dan qed jagħmel sens, dan qed jagħmel kritika kostruttiva.", "Pero' tisma' interventi oħrajn fejn il-kritika tkun distruttiva, tkun kritika mibnija fuq informazzjoni falza jew mgħawġa.", "Inkella ssib interventi oħrajn ta' xi ħadd li assolutament ma jkunx fehem eżattament x'qed jiġri u ma jiġrix.", "Nibda din il-parti tad-diskors tiegħi billi npoġġi dan il-ministeru fil- qafas tal-budget kollu kemm hu għaliex ma nistgħux niddiskutu l-estimi tal- ministeru għall-politika soċjali maqtugħ minn realtajiet oħrajn.", "Kif diġa' kellna l-okkażjoni li nisimgħu f'din il-Kamra u nkomplu nisimgħu fid-dibattiti li għad jonqos, il-budget li l-gvern ressaq għal pajjiżna għal din is-sena huwa budget li jurina li l-politika tagħna hija politika tajba li qiegħda tagħtina r-riżultati li xtaqna u allura huwa budget li qed jikkonferma li l-politika ta' dan il-gvern hija politika tajba għall-pajjiż.", "Dan huwa budget li għandu direzzjoni li qed imexxi lil pajjiżna 'l quddiem; aħna nafu fejn irridu mmorru u nafu kif irridu naslu hemmhekk pero' bħal kull taraġ trid titla' minn tarġa għall-oħra u tibni dejjem fuq is-sod li tkun għadek kif bnejt is-sena ta' qabel.", "Allura dak li smajna s'issa mid-diskors tal-budget juri ċar li l-ħidma li bħala gvern investejna fis-sentejn li għaddew hija ħidma li tatna r-riżultati u qed twassalna fejn nixtiequ.", "U x'inhuma dawn ir-riżultati?", "L-ewwelnett ridna mill-bidu nett li jkollna ekonomija soda li tkun miexja 'l-quddiem u mbagħad bis-saħħa ta' dik l-espansjoni jinħoloq il-ġid u l- opportunitajiet ta' xogħol biex kull min b'xi mod jew ieħor jista' jikkontribwixxi jsib l-opportunita' li jikkontribwixxi biex hu stess imur 'il quddiem u jġib il-pajjiż 'il quddiem.", "Għamilniha wkoll bħala mira ewlenija tagħna li nindirizzaw l-iżbilanċ tal-pajjiż, dak li aħna ngħidulu d-deficit u li ħaddieħor iddeskrivih bħala l-ħofra.", "Ħafna nies jaħsbu li d- deficit u l-fatt li pajjiżna jrid jimxi l-quddiem huma żewġ affarijiet differenti minn xulxin, u din irrid nagħmilha ċara.", "Sur President, il-verita' hi li jekk aħna ma jkollniex il-finanzi ta' pajjiżna fuq sisien sodi allura jkun kollu ħolm li noqogħdu ngħidu ejja ntejbu il-qasam tas-servizzi soċjali għalix it-titjib ma jsirx jekk qabel ma tpoġġix kollox fuq bażi finanzjarja b'saħħitha.", "U dak qed jirnexxielna nagħmluh, ir-riżultati urew li sentejn ilu tlaqna bi żbilanċ ta' Lm150 miljun f'dan il-pajjiż, illum ilħaqna l-mira ta' Lm95 miljun u għas-sena d- dieħla qed nimmiraw li dak l-iżbilanċ inkomplu nnaqqsuh.", "Hemm mira oħra li dan il-budget qed ikompli jwettaq fil-kuntest anke taż-żewġ budgets l-oħra u fid-direzzjoni li dan il-gvern irid li nimxu fit-tqassim tal-ġid b'ġustizzja soċjali.", "Jien smajt il-kritika li tressqet s'issa min-naħa ta' l-oppożizzjoni u waħda mill-frażijiet li ntużat diversi drabi hija li dan il-budget ma jurix ġustizzja soċjali u mhux veru jagħti kas liż-żgħir.", "Jiena dan l-argument nirribattih bħalma rribattejtu s-sena li għaddiet.", "Meta s-sena li għaddiet ippreżentajna l-budget lil dan il-pajjiż konna għidna li l-pajjiż irid jagħmel ċertu sagrifiċċju biex inkunu nistgħu noħorġu mill-isfida ta' l- iżbilanċ f'pajjiżna.", "Dan konna għidnih u ma nħbejniex wara subgħajna pero' qgħadna attenti ħafna li dak is-settur f'pajjiżna li huwa l-aktar dgħajjef - jiġifieri dawk il-familji li għandhom dħul baxx meta mqabbel ma' ta' ħaddieħor - ikun l-anqas li jintlaqat u jekk jista' jkun ma jintlaqat xejn.", "Infakkar hawnhekk li fid-deċiżjonijiet li ħadna s-sena li għaddiet il- miżżewġin li d-dħul tagħhom kien taħt il-Lm5,500 u dawk li kienu single u d- dħul tagħhom kien taħt l-Lm4,000 ma nlaqtux bil-miżuri li konna ħadna ħlief għall-miżura li kienet ġiet imħabbra sentejn ilu fejn konna żidna l-ħlas tal-bolla mifruxa fuq perjodu ta' sentejn.", "Nerġa' ngħid, f'kull miżura li ħabbarna tul dawn is-sentejn dejjem qagħdna attenti li nimxu bil-kriterju ta' ġustizzja soċjali biex min hu l-aktar dgħajjef fis-soċjeta' tagħna jkun l-anqas li jintlaqat ħalli dawk li jifilħu jkunu huma stess l-ispalla li fuqha jkunu jistgħu jserrħu dawk li huma batuti f'pajjiżna.", "Dik kienet il- politika tagħna u hija l-politika tagħna anke llum.", "Sur President, jiena ninsisti li anke dan il-budget huwa budget li huwa mfassal fuq il-prinċipji importanti tal-ġustizzja soċjali anke mill-aspett finanzjarju.", "Anzi l-estimi u l-mod kif qed inqassmu l-flus ta' pajjiżna jkomplu jikkonfermaw għall-darba oħra li dan il-gvern qiegħed joqgħod attent ħafna li fit-tqassim tal-ġid li jinħoloq fil-pajjiż ħarstu l-ħin kollu jixħetha fuq min huwa l-aktar dgħajjef.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro qalet li dan il-budget m'huwiex jindirizza l-qasam tas-settur soċjali l- aktar dgħajjef f'pajjiżna u qalet li m'aħniex inqassmu l-ġid b'ġustizzja soċjali.", "Biex inwieġeb dan jien xtaqt niġbed l-attenzjoni tad-deputati kollha ta' l-oppożizzjoni għal xi ħaġa li s'issa għadhom ma ndunawx biha.", "Qed nirriferi hawnhekk għaż-żieda qawwija ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża li l-gvern qed jagħmel biex b'dik l-ispiża jżid is-servizzi fil-komunita' tagħna ħalli dawk li huma l-aktar dgħajfa nkunu nistgħu ngħinuhom fil-mumenti diffiċli.", "L-Onor.", "Coleiro fl-introduzzjoni tagħha qalet li m'għandniex nitkellmu fuq ċifri u statistika għaliex il-ħajja tal-bniedem m'hijiex ċifri u statistika u dan huwa veru iżda ċ-ċifri u l-ististika huma riġa importanti li biha nistgħu nkejlu.", "Għaliex ma jistax ikun li kull darba li ċ-ċifri jkunu pożittivi u allura favur il-politika tal-gvern l-oppożizzjoni tgħidilna biex ma nikkwotawhomx u li aħjar niltaqgħu man-nies kif jiltaqgħu man-nies huma.", "Jien nassigura lid-deputati kollha ta' l-oppożizzjoni li aħna niltaqgħu man-nies; aħna nafu li mhux kollox huwa ward u żagħar, nafu li hemm familji li għadhom qegħdin fi problemi u għalhekk impenjati biex dawk il-problemi nipprovaw intaffuhom u anzi mpenjati biex ngħinuhom joħorġu minn dawk il-problemi.", "Sur President, ħarsitna hija mixħuta l-ħin kollu fuq dan il-qasam u qed nagħmlu ħilitna biex inkomplu nżidu dawn is-servizzi pero' l-kejl taċ-ċifri qiegħed hemm ukoll u ma tistax twarrbu.", "Il-kejl taċ-ċifri ma tistax ma tagħtix kasu għaliex dak il-kejl juri jekk intiex qiegħed titkellem bis- serjeta' jew inkella tipprova tidħak bin-nies jew jekk intix tgħid xi ħaġa u mbagħad tagħmel oħra.", "Qabel ngħaddi biex nuri kif dan il-gvern qiegħed iqassam dawn il-flus nsemmi xi ħaġa li forsi ftit isemmuha pero' hija realta'.", "Dan il-ministeru waħdu jkopri spiża rikorrenti li llum il-ġurnata tilħaq il-Lm274 miljun u dan jinkludi kollox, jinkludi pensjonijiet, benefiċċji, programmi eċċ. Issa, meta tikkonsidra li l-ispiża rikorrenti totali tal- Gvern Malti illum hija Lm600 miljun tirrealizza li dan il-ministeru waħdu jkopri kważi nofs l-ispiża rikorrenti totali tal-gvern.", "Meta mbagħad wieħed iqabbel l-ispiża ta' din is-sena ma' tas-sena li għaddiet x'insibu?", "Insibu li l-ispiża s-sena li għaddiet għal dan il-qasam kienet ta' Lm252 miljun, li jfisser li għas-sena 2001 il-gvern se jonfoq Lm22 miljun oħra fuq l-ispiża rikorrenti li nofshom huma żidiet fil-pensjoniet u l- benefiċċji soċjali.", "Fil-fatt għal dawk li huma pensjonijiet u benefiċċji soċjali kontributorji u mhux kontributorji għal din is-sena għandek qabża ta' Lm11-il miljun.", "Imbagħad hemm spiża oħra li hija qrib is-Lm7 miljun li tirrapreżenta l- parti li joħroġ il-gvern bħala kontribuzzjonijiet tan-national insurance.", "Għaliex id-deputati jafu u anke min qed isegwina jaf li l-gvern joħroġ sehmu mill-kontribuzzjonijiet tal-bolla u għal din il-qabża bejn din is- sena u s-sena d-dieħla l-gvern se jkollu jħallas mas-Lm7 miljun iżjed.", "Imbagħad jibqagħlek qabża kbira oħra li qed issir biex inkunu nistgħu ntejbu l-programmi kollha li għandna fil-qasam tal-welfare f'pajjiżna indirizzati għall-aktar setturi li l-aktar għandhom bżonn.", "Fil-fatt jekk naqbad dawn biss u nara x'nefaq il-gvern din is-sena fuq programmi - per eżempju, x'infaqna biex mexxejna l-aġenzija li taħdem fil- qasam tad-drogi, x'infaqna biex mexxejna l-aġenzija li taħdem man-nisa msawta u t-tfal abbużati, x'infaqna f'dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ għall-ħaddiema tagħna, f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna biex il- ħaddiema li jkunu qed ifittxu x-xogħol inkunu nistgħu nsibulhom ix-xogħol u x'infaqna biex inkunu nistgħu nagħtu s-sussidji fil-qasam tal-housing għall- akkomodazzjoni soċjali - insibu li nfaqna kważi Lm14-il miljun u għas-sena d-dieħla dawn se jiżdiedu għal kważi 17-il miljun.", "Din hija żieda record u tirrapreżenta żieda ta' 20%, li jfisser li għal kull Lm100 li nfaqna din is- sena s-sena d-dieħla se nonfqu Lm120 biex inkomplu ntejbu u nenfasizzaw il- programmi li hemm bżonn ħalli min hu l-aktar dgħajjef f'pajjiżna nkunu nistgħu ngħinuh fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu.", "Sur Persident, jien ma nafx kif jiġu jitkellmu hawnhekk id-deputati min- naħa ta' l-opożizzjoni fuq dan il-vot daqstant importanti u din ma jsemmuhiex.", "Qed ngħid dan għaliex jekk naqbad l-istess vot u nara x'kien sar fis-sentejn ta' l-amministrazzjoni Laburista għall-istess affarijiet insib li dak iż-żmien dan l-vot kien naqas mhux żdied.", "Bejn l-1997 u l- 1998 lill-aġenzija Sedqa li taħdem fil-qasam tad-drogi naqqsulha l-flus, u issa ngħid kemm.", "Lill-SWDP, l-aġenzija li taħdem man-nisa msawta, tfal abbużati u familji mkissrin wkoll naqqsulha l-flus.", "Anke lin-non- governmental organisations naqqsulhom il-flus taħt is-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista.", "Issa wħud mill-kelliema li smajna jitkellmu hawnhekk kienu deputati eletti man-naħa tal-gvern f'dawk is-sentejn.", "Nerġa' ngħid, dan il-gvern se jerġa' għal darba oħra - għax din diġa' għamilha s-sena li għaddiet - jinvesti 20% iżjed għas-sena d-dieħla f'dan il-qasam.", "U qgħadt attent li naqta' barra l-pensjonijiet u qed naqta' barra l-benefiċċji li awtomatikament iridu jiżdiedu biex ħadd ma jifhimni ħażin.", "Dawk iridu jiżdiedu u se jiżdiedu imma kif għidt filwaqt li s-sena li għaddiet f'pensjonijet biss u benefiċċji soċjali inkluż children allowance u dawn l-affarijiet kollha nfaqna Lm179 miljun u s-sena d-dieħla se nonfqu Lm190 miljun.", "Jiġifieri jekk dawn taqtagħhom barra - allavoja ż- żieda qegħda hemm għax veru se nonfqu Lm11-il miljun aktar u allura dak huwa investiment soċjali ukoll - u nitkellmu fuq dawk li veru huma ċ-ċentru ta' l-attenzjoni tagħna li huma n-nisa msawta, tfal abbużati, nies li jkunu fi problemi kbar u familji mkissrin, inisbu li dawn se jkollhom żieda fuq l- ispiża tal-gvern ta' 20%.", "Allura, Sur President, dan mhux gvern ta' ġustizzja soċjali?", "U dan il- budget mhux budget ta' ġustizzja soċjali?", "Jiena ngħid li min qed jgħid hekk lanqas biss qrah, lanqas jaf x'fih.", "Għax niġu nitkellmu hawn u jkun hemm min jivvinta minn żniedu u jfajjar ċifri bl-addoċċ?", "Jiena niggarantixxi li lanqas biss ikunu analizzaw iċ-ċifri u dan huwa ħażin; ma jistax ikun li f'dan il-parlament niġu nitkellmu b'dan il-mod aktar u aktar fil-kamp tal-benefiċċji soċjali.", "Dan barra li niġu hawn u nieħdu ċertu pożizzjonijiet strambi.", "Huwa veru li f'dan il-parlament għandna ħafna simboliżmi imma qed niġu hawn u nivvutaw qisu din hija xi logħba u ħadd ma jagħti kas.", "Qisu li nivvutaw ma jfisser xejn f'dan il-parlament!", "L-uniku parlament fid-dinja fejn niġu hawn u qisu l-vot tagħna ma jfisser xejn!", "Għax tafu x'ġara l-bieraħ?", "Il-bieraħ waqt il-vot tal-ministru tal-finanzi li fih kien hemm miljuni ta' liri li qed jiġu vvotati għall-pensjonijiet, l- oppożizzjoni talbet division.", "Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li niftakar jien kemm ilni midħla ta' dan il-parlament mill-1988 - ma nafx jekk ġratx qabel - li ntalbet division fuq il-parti tar-riżoluzzjoni tal-voti tal-ministru tal-finanzi fejn il- parlament qed jgħid: ''Iva, dawn il-flus iridu jmorru għall-pensjonijiet.", "Dawn jidħlu f'dik li ngħidulha l-fond konsolidat u nawtorizzaw lill-gvern biex iħallas il-pensjonijiet minnhom.''", "Din hija l-ewwel darba li niftakar jien li l-opożizzjoni qed titlob division u qisu ma jfisser xejn!", "Imma x'jiġifieri ma jfisser xejn?", "Għax l-oppożizzjoni ma titlobx divisions dejjem, ġieli titlob u ġieli ma titlobx u għalhekk naħseb li taf x'inhi tagħmel.", "Mela la talbet division il-bieraħ wasslet messaġġ.", "Imma x'inhu dan il-messaġġ meta talbet division fuq il-voti tal-pensjonijiet taħt il- ministeru tal-finanzi u qalet le?", "Il-poplu Malti m'għandux dritt għal spjegazzjoni ta' dawn il-pożizzjonijiet strambi li jien sinċerament ma nistax nifhimhom?", "Sur President, qabel ngħaddi biex inwieġeb ċertu kritika li saret nixtieq nirringrazzja lill-kelliema kollha miż-żewġ naħat.", "Lill-kelliema sħabi min- naħa tal-gvern nirringrazzjahom talli għenuni biex inkunu nistgħu nidħlu f'oqsma li huma setgħu jidħlu f'ċertu dettall fihom; kulħadd ta s-sehem tiegħu biex inkunu nistgħu nagħtu perspettiva sħiħa ta' dan il-qasam li huwa qasam wiesa' ħafna b'baħar ta' responsabbiltajiet.", "Se nipprova issa nwieġeb xi punti ta' kritika li ressqu l-kelliema min-naħa ta' l- oppożizzjoni għaliex naħseb li għandna nirrispondu għal ċertu kritika sia dik il-kritika pożittiva mbagħad aktar u aktar il-kritika li hija superfiċjali u bbażata fuq informazzjoni falza jew informazzjoni ħażina.", "Issa meta l-informazzjoni hija falza, jista' jkun li dak li jkun ikun jaf li hija falza imma xorta jgħidha jew inkella verament ikun informat ħażin u allura għandna d-dmir ninformawh tajjeb.", "Ħalli nibda mill-Onor.", "Karl Chircop li bir-rispett kollu ngħidlu li jrid jibda joqgħod attent ħafna.", "Bil-mod il-mod anke hu qed irabbi l-fama li jfajjar l-affarijiet bl-addoċċ imbagħad ma jkollux l-irġulija li jqum hawnhekk u jgħid li huwa żbaljat.", "Kulħadd jista' jiżbalja, mhux se taqa' d- dinja u ngħid f'liema sens qed ngħidu dan.", "L-Onor.", "Chircop reġa' rrepeta hawnhekk u l-bieraħ kiteb artiklu fuq ''l-orizzont' fejn għamel żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett qal li għamilli żewġ mistosijiet u li ili tmien xhur bi nirrispondih.", "Jiena ċċekkjajt l-affarijiet u sibt li waħda minn dawn il-mistoqsijiet m'għamilhiex lili imma lil ministru ieħor u dwar it- tieni mistoqsija rrispondejtu erbat ijiem wara li għamilha.", "Jiġifieri għaddew tmien xhur u lanqas biss induna li rrispondejtu!", "U jiġi jikkritikani u anke jikteb artiklu fuq ''l-orizzont'' nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Diċembru - liema artiklu qiegħed f'idejja - u jgħid ''Il-Ministru Gonzi jdum tmien xhur biex jirrispondi l-mistoqsija tiegħi.''", "Dan mhu veru xejn għaliex it-tweġiba tajthielu erbat ijiem wara li għamilha.", "Issa jien mhux se noqgħod ngħid li din hija gidba imma l-affarijiet imissu ċċekjahom u mhux jaqbad u jfajjar bl-addoċċ.", "It-tieni ħaġa li għamel f'dan l-artiklu hija fejn għamilli mistoqsija u staqsieni min għandi bħala konsulenti fil-ministeru.", "Jiena tajtu l-lista tal-konsulenti u fosthom semmejt lil Richard Muscat li huwa konsulent tal- ministeru fil-qasam tad-droga u huwa ukoll iċ-chairman tal-co-ordinating commission.", "Imma tafu x'kiteb l-Onor.", "Chircop?", "\"Naf lil Richard Muscat grazzi għall-konnessjonijiet tiegħi mal-Partit Laburista .....''", "Imma dan ma fehem xejn.", "Qed jaħseb li Richard Muscat huwa Richard Muscat li kien deputat ta' din il-Kamra mentri dan huwa Richard Muscat ieħor!", "Allura bir-rispett kollu għandu jqum hawnhekk u jitlob apoloġija lil Richard Muscat.", "Għandu jqum hawnhekk u jgħid li huwa żbaljat u għandu jikteb f'''l-orizzont'' u jgħid li għamel froġa, li ma ċċekkjax l- affarijiet u li daħħal fellus f'rasu u daqshekk.", "Din hija s- superfiċjalita'.", "Bħal meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni tkellem fil-budget u ppreżenta dokument fuq il-Mejda tal-Kamra fuq il-household budgetary survey u qalilna li qegħdin inbagħbsu ċ-ċifri tal-qgħad, li hija akkuża serja.", "Din hija akkuża serja u jien fid-dmir li neħodha bis-serjeta'.", "Kulħadd huwa fid-dmir li jeħodha bis-serjeta' akkuża bħal din għaliex dan huwa l- kejl importanti li biha nkunu nafu pajjiżna kif inhu miexi.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni poġġa dokument fuq il-Mejda tal-Kamra u qal li dan jgħid li f'pajjiżna hawn qagħad ta' 6.5%.", "Jiena rajtu dan id-dokument u meta tkellimt l-Erbgħa għedtlu li pulzier 'il fuq fl-istess dokument hemm tabella oħra differenti li tgħidlek li l-unemployed f'pajjiżna huma 4.3%.", "Allura ma jindunajx!", "(Interruzzjonijiet) Fl-istess dokument li poġġejt int, pulzier 'il fuq u ma tindunax?", "Sur President, it-tabella li għoġbu jikkwota minnha qed tgħid li hawn 6.5% li huma unemployed pero' l-istess tabella tgħid ukoll li hawn 93.5% li huma employed.", "Jiġifieri skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni mill-poplu kollu Malti 6.5% huma unemployed u 93% huma employed?", "U bin-nisa u t-tfal b'kollox uma employed?", "Nhar l-Erbgħa li għaddew lill-Onor.", "Sant weġibtu u għedtlu: Inti għamilt statement serju f'dan il-parlament, statement serju għall-pajjiż u għall-istituzzjonijiet, statement serju li jista' jiddestabilizza.", "Allura ma jqumx xi ħadd min-naħa ta' l-oppożizzjoni u jgħid li jiena kelli raġun u li huma għamlu żball?", "Għaliex pulzier 'il fuq f'dak id-dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra veru hemm tabella li tgħid li l-qgħad f'pajjiżna huwa 4.3%, u dan huwa kważi preċiż daqs il- qgħad li huwa rreġistrat illum ma' l-ETC.", "Imma hawn ġew ma tisma' xejn ħlief diskorsi li jitfgħu d-dubji fuq l-istatistika tal-qgħad, u dawn huma affarijiet li jiena ma nistax nifhimhom għaliex dan itellef ħafna l- kredibilita' min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Sur President, jiena ngħid li jekk iridu jkomplu jwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom fl-aħħar mill-aħħar affari tagħhom imma lanqas huwa serjeta' illi tiġi hawnhekk u tkompli tagħmel dawn l-akkużi, tiżbalja, tkun taf li żbaljajt u ma jkollokx l-irġulija li tqum u tgħid: Iva żbaljajt, se nikkorreġi ruħi.", "Imma mhux talli hekk.", "Meta għamlu din l-akkuża l-ewwel darba, jiena qomt fl-Aġġornament, weġibt lill-Onor.", "George Vella u għedtlu li f'dawn l-affarijiet m'għandniex naħbu.", "Għedtlu wkoll li qed nistieden lil xi ħadd mill-oppożizzjoni - ikun min ikun, jistgħu jiġu kollha kemm huma għalija - iġibu awditur magħhom, lili ma javżawnix u jċempluli biss għaxar minuti qabel kemm ngħid lill-ETC li sejrin hemmhekk, qis li juruhom kulma jridu u jiftħulhom kollox, kotba, proċeduri, sistemi eċċ. Għaxar minuti biss kulma ridt jien.", "Iżda x'qalli l-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Qalli: ''Ċajta!''", "X'qal l-Onor.", "Karl Chircop?", "Qalli li din hija ċajta.", "Hija ċajta meta xi ħadd jagħmel stedina bħal din biex tivverifika?!", "Ċajta huwa l-abbuż min-naħa tagħkom!", "Dak huwa ħażin.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, huwa abbuż illi tqum hawnhekk u tagħmel akkużi serji u mbagħad tgħid li hija ċajta li xi ħadd jgħidlek li m'għandux x'jaħbi u jistiednek tara u tiċċekja.", "Jiġifieri f'dan il-parlament jista' jiġi xi ħadd, ifajjar akkużi kemm irid u kemm jogħġbu u qisu qatt ma kien xejn?", "(Interruzjonijiet) Meta trid u meta jogħġbok inwieġbek fuq il-Lm100 miljun imma issa qed nitkellem fuq il-ministeru għall-politika soċjali.", "(Interruzzjonijiet) L- Onor. Vella għandu jkollu l-irġulija li jqum u jgħid li żbalja.", "Din l- akkuża dwar it-tbagħbis fl-istatistika kien bdiha hu u għamilha fuq it- television, għamilha f'mass meeting il-Belt, reġa' għamilha hawn u meta poġġejt bil-qiegħda ma' ġenbu biex nara eżattament x'inhu jgħid, għedtlu: ''Hawn qed tqabbel iċ-ċifri ta' Settembru ma' dawk ta' Diċembru.'', u ma kienx qed jinduna.", "Ma jimportax għaliex żball kulħadd jista' jagħmlu imma kien qed iqabbel iċ-ċifri ta' Settembru maċ-ċifri ta' Diċembru.", "Din hija l- verita' u rridu nkunu rġiel f'dan il-parlament li nammettu li jista' jsir żball u meta nagħmlu żball nammettuh.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, billi l-Onor.", "Gonzi għandu l- microphone f'idejh ma jistax jgħid il-ħmerijiet kollha li jfettillu jgħid!", "(Interruzzjonijiet) Infakkar lill-poplu li jiena għamilt żewġ aġġornamenti biex nipprova li huwa kien qed jigdeb meta qal li aħna fi żmienna ħloqna 44 job biss.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, il-ħmerijiet qalhom l-Onor.", "Vella u qed jibqa' jgħidhom, u jekk irid jibqa' jgħidhom affari tiegħu.", "Biss kien żball u jaf li kien żball.", "(Interruzzjonijiet) Għamilt żball u ma kellekx l-irġulija li tgħid li għamilt żball.", "(Interruzzjonijiet) Għamilt żball li jimmina l-kritika kollha tagħkom, għamilt żball li juri li l-akkużi kollha li qed tagħmlu huma akkużi foloz, tafu li huma foloz u tibqgħu ssostnuhom.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, m'hemmx iżjed interruzzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jiena ili minn filgħodu s'issa nissaporti u nisma' kollox u ma nterrompejt lil ħadd.", "Issa nippretendi li għallinqas b'edukazzjoni jħalluni nkompli.", "Kellhom żewġ seduti, kellhom is- seduta ta' filgħodu u s-seduta ta' filgħaxija.", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "Mela l-oppożizzjoni tista' tiġi hawn, titfa' din il-kritika, takkużana li qed inbagħbsu ċ-ċifri u aħna m'għandniex dritt nirrispondu.", "Mela skond l-oppożizzjoni lanqas għandna dritt li nuruhom li huma żbaljati, li qed jagħtu informazzjoni żbaljata u jibnu argument wara l-ieħor fuq informazzjoni li hija żbaljata.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Karl Chircop semma ċ-children allowance u qal li qegħdin ingerrmu dan il-benefiċċju.", "Qalilna li dan huwa budget li hu kamla ġdida soċjali dieħla ħelu ħelu mingħajr ma jinduna ħadd biha għax l-ispiża għaċ-children allowance għas- sena d-dieħla hija ndikata li se tonqos.", "Issa, anke din hija kritika li bir-rispett kollu ma tagħmilx sens għaliex dawn lanqas jirrealizzaw ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Vella, nitlob aktar rispett lejn il-Kamra.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jekk wieħed janalizza ...", "(Interruzzjonijiet) Anke inti trid tikkontrolla lsienek.", "Ma tistax tgħid xi ħaġa u mbagħad ħadd ma jirrispondi.", "Mela inti tista' tinsulenta lil kulħadd?", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Karl Chircop qal li ċ-children allowance qiegħda tiġi mgerrma.", "Jiena ngħid li l-membri ta' l-oppożizzjoni jmisshom janalizzaw ftit fejn tidħol iċ-children allowance x'qed jiġri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża.", "Jekk wieħed jara daqsxejn l-iżviluppi fuq iċ-children allowance matul l- aħħar ħames snin, wieħed jinduna li ċ-children allowance inevitabbilment hija marbuta wkoll ma' l-iżvilupp tad-demografija f'pajjiżna.", "X'jiġifieri?", "Din tiddependi fuq kemm qed jitwieldu tfal u kemm qed jispiċċaw bl-eta' t- tfal li jibqgħu ntitolati għaċ-children allowance.", "Din bilfors trid iżżommha quddiem għajnejk u l-analisi ta' dawn iċ-ċifri turi li aħna qegħdin fi stadju fejn in-numri - proprju minħabba twelid inqas u minħabba li t-tfal li jilħqu l-etajiet - bilfors jinżlu.", "Allura jiena stajt għedt lill-ministru tal-finanzi li la s-sena li għaddiet għall-grazzja ta' l- argument ivvotajna Lm20 miljun fuq children allowance, mela din is-sena nerġgħu nivvotaw Lm20 miljun pero' naf li dawn mhux se nonfquhom.", "Mela aħna se noqogħdu nidħqu bin-nies?", "Mela l-affarijiet hekk isiru?", "Aħna rridu naraw it-trends kif inhuma sejrin u rridu nkunu nafu - u għandna l- metodu kif inkunu nafu - kemm se jidħlu tfal fis-sistema taċ-children allowance u allura nkunu nafu x'vot irridu nivvotaw u naħsbu għalih is-sena d-dieħla.", "Sur President, ta' min infakkar hawnhekk fil-miżuri li kien ħa dan il- gvern.", "Kif kienet is-sistema qabel ma daħal il-means test fiċ-children allowance, dawk il-familji li kellhom a minimum wage, jiġifieri dħul inqas minn Lm2,700, u kellhom tfel wieħed kienu jirċievu Lm195.", "Bis-sistema l- ġdida, jiġifieri bl-emendi li kienu daħlu fl-1996, din il-familja bdiet tirċievi Lm450, qabża ta' Lm255.", "Il-familji b'żewġt itfal minn Lm348 bdew jirċievu Lm675, żieda ta' Lm326.", "Familji bi tlett itfal kienu jirċievu Lm449 imbagħad bdew jirċievu Lm862, żieda ta' Lm412.", "Familji b'erbat itfal kienu jirċievu Lm514 imbagħad bis-sistema li daħħal dan il-gvern fl-1996 bdew jirċievu Lm975, żieda ta' Lm460.", "Familji b'ħamest itfal kienu jirċievu Lm579 imbagħad bdew jirċievu Lm1,087, qabża ta' Lm507.", "Familji b'sitt itfal kienu jirċievu Lm644 imbagħad bdew .....", "(Interruzzjonijiet) Lanqas irrid inkompli għaliex din it-tabella timmeraviljak.", "Anke jiena meta ffriskajt il-memorja rajt kemm din hija mfassla b'tali mod u manjiera li tgħin l-ewwelnett lil dawk il-familji li għandhom l-inqas dħul u lil dawk li għandhom l-ikbar numru ta' tfal.", "Dan hu s-sens tagħha.", "Infakkar imbagħad li lil dawk illi kienu jaqbżu s-Lm7,000 dħul konna naqqasnilhom iċ-children allowance pero' daknhar il-ministru tal-finanzi kien biddel ukoll ir-rati ta' l-income tax u min kien jaqla' iżjed minn Lm7,000 u naqqasnilu ċ-children allowance kien gawda minn vantaġġi kbar f'dak li għandu x'jaqsam ...", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Chircop, on a point of order.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, jgħid il-Ministru meta saret l-ikbar nefqa fiċ-children allowance.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, biex l-Onor.", "Chircop jagħmel point of order, li għandu jagħmel huwa li jagħmlu f'\"l-orizzont\" u jikkorreġi l- iżbalji kollha li kiteb fl-artiklu li ppubblika l-bieraħ.", "Din sieħeb dik tat-Lm12,000!", "Din tliet darbiet irrispondejtu għaliha diġa' u jibqa' jgħidha.", "Jgħid li matul din is-sena qtajna Lm12,000.", "Dawn huma affarijiet tal-ġenn!", "L-Onor.", "Chircop qed jgħid li min isib impjieg m'għandix naqtgħu mir-reġistru u ngħidlu kemm ngħidlu n-nies li qtajna mir-reġistru huwa inqas milli qatħu huma fl-1997 jibqa' jirrepeti xi ħaġa li hija żbaljata.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux, Sur President.", "L-Onor.", "Chircop tkellem ukoll fuq l-ETC u kkritikaha f'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ li qiegħda tagħti.", "Imma mbagħad ma jsemmix kelma waħda illi l-vot ta' l-ETC tul is-snin li għaddew - inkluż fi żmien gvern Laburista - dejjem naqas.", "Aħna x'qed nagħmlu?", "Minn vot li qabel kien ta' Lm1.2 miljun l-ETC s-sena d-dieħla -inkluż il-vot li qed jingħata speċifikatament għat-taħriġ - se jkollha vot ta' Lm2.2 miljun, żieda ta' Lm900,000.", "Alla jbierek din ma jsemmihiex l-Onor.", "Chircop.", "Li għandek gvern li qed jimpenja ruħu illi r-riżorsi tal-pajjiż jużahom bl-aħjar mod possibbli u bl-aktar sens ta' kuxjenza soċjali billi jiddedika vot bħal dan għat-taħriġ tagħhom mill-ETC għall-Onor.", "Chircop ma tiswa xejn għaleix lanqas biss isemmiha!", "U mhux l-Onor.", "Chircop biss għaliex lanqas kelliema oħrajn ma semmewha.", "Ara issa ma jinterrompunix.", "Din ma tfisser xejn għalihom?", "Din hi l-kritika ta' budget li huwa bla kuxjenza soċjali?", "Ħalli niġi issa għall-kwestjoni tal-pensjonijiet u nirrispondi kemm lill- Onor. Chircop kif ukoll lill-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "L-Onor.", "Sammut semma l-qasam tal-housing pero' m'għandniex għalfejn nidħlu wisq f'dan il- qasam għaliex ma saritx kritika f'dak li għandu x'jaqsam mal-housing f'dan id-dibattitu.", "Naturalment ftit ġranet ilu kellna d-dibattitu fuq l-estimi tal-housing authority u m'għandniex għalfejn noqogħdu nirreptu ruħna.", "Pero' l-Onor.", "Rita Law għamlet riferenza għall-qasam tal-persuna b'diżabilita' u xtaqt nikkorreġiha ftit billi nistedinha terġa' tiċċekkja ftit l-affarijiet u tiffriska ftit il-memorja tagħha.", "F'mument minnhom l- Onor. Law qalet li l-liġi dwar il-persuni b'diżabilita' għaddejniha għax ordnawlna ta' l-Unjoni Ewropea.", "Imma din minn fejn ġabitha?", "Taf x'naf ingħid, Sur President, li mill-aħħar informazzjoni li għandi bl-e-mails li nirċievi minn Brussels u mill-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea mexjin fid- direzzjoni li jagħmlu liġi li tkun tfisser l-istess bħal-liġi li aħna għandna.", "U din għandna nkunu kburin biha għaliex dan ifisser li aħna konna pajjiż minn ta' quddiem ħdejn pajjiżi oħrajn u għamilna pass importanti 'l quddiem.", "Imma jaħasra għalfejn niġu hawn u nivvintaw dawn l-affarijiet?", "U għalfejn għandi nqum jien u nikkorreġi lill-Onor.", "Law?", "Ma jqumx xi ħadd mill-oppożizzjoni biex jikkorreġiha hu?", "Ħaġa oħra li qalet l-Onor.", "Law hija li din il-liġi qiegħda tgħid li issa kulħadd se jimpjega 2% persuni b'diżabilita'.", "U qalet: ''U issa nistenna biex nimpjegaw lin-nies ħalli naraw it-2% persuni b'diżabilita'.''.", "Imma l- Onor. Law ma tirrealizax li din il-liġi tat-2% m'għandha x'taqsam xejn mal- liġi tal-persuni b'diżabilita'?", "Ma tirrealizzax li din hija liġi li kienet għaddiet fl-1969?", "Dak iż-żmien kien ministru t-Tabib Ċensu Tabone imma din il-famuża liġi tat-2% m'għandha x'taqsam xejn mal-persuni b'diżabilita'!", "Allura ma jqumx xi ħadd jikkorreġiha?", "Inkella se nibqgħu ngħidu dawn l- affarijiet u nagħtu informazzjoni żbaljata waħda wara l-oħra.", "L-Onor.", "Silvio Parnis tkellem fuq il-qasam ta' l-anzjani u fuq San Vinċenz de Paule.", "Fuq il-qasam ta' l-anzjani diġa' rrisponda l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici u allura m'għandix għalfejn nidħol fid-dettall f'dak il-qasam.", "L-Onor.", "Chris Agius irrepeta akkuża oħra żbaljata u falza li għamel il-Kap ta' l-Oppożizjoni.", "Bena argument sħiħ fuq il-qasam ta' l- impjiegi u qal li hemm min jispiċċa minn impjieg, l-employer tiegħu ma jibqgħatx il-formola tat-terminazzjoni ta' l-impjieg u allura għall- iskopijiet ta' l-ETC dan ikun għadu qed jaħdem.", "Imbagħad din il-persuna ssib impjieg ieħor u tibgħat engagement form u allura l-istess persuna - dejjem , skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - tidher impjegata f'żewġ postijiet.", "Qed jgħidulna allura li din hija ż-żieda fl-impjiegi għaliex hawn nies li huma rreġistrati darbtejn!", "Sur President, jiena diġa' għedt u nerġa' ngħid li għandna sistema li ma tippermettix li din issir għaliex is-sistema ta' l-ETC taħdem bl-ID card u meta xi ħadd iniżżel li hu ġie mpjegat jiġi mitlub jagħti l-ID card u din tidħol fis-sistema.", "U jekk l-ETC issib li dak qed jidher li huwa mpjegat ma' xi ħadd ieħor, dik ir-reġistrazzjoni tagħlaqielu, tikteb lill-employer u tgħidlu: Isma', dan kien impjegat miegħek, int obbligat bil-liġi li lili tinformani, ma nformajtnix issa jew tibgħatli t-termination form jew se ntellgħek il-qorti.", "U tniżżel lil dak l-istess impjegat taħt l-impjieg il- ġdid u allura t-termination tkun ingħalqet imma l-ID card darba tidħol fir- reġistru.", "Issa meta stidint lill-oppożizzjoni biex x'ħin iridu u x'ħin jogħġobhom jitilgħu l-ETC - lanqas l-għaxar minuti jekk iridu ma jagħtuni, jaqbdu u jitilgħu - u jieħdu awditur magħhom ħalli jiċċekjaw, fost l-affarijiet li jiskopru - dejjem jekk jaċċettaw din l-istedina - jiskopru li s-sistema hekk taħdem.", "U bir-rispett kollu din m'hijiex sistema li vvintajniha llum imma hija sistema li ilha taħdem għal dawn l-aħħar snin.", "Ħadmet hekk fi żmienhom u qed tibqa' taħdem hekk fi żmienna għaliex ma biddilna xejn fiha.", "Allura kif jerġgħu jqumu u jagħmlu dawn it-tip ta' akkużi?", "U min qalha għandu jkollu l-irġulija, jekk għadha teżisti, li jqum hawnhekk u jgħid: Skużawni, żbaljajt.", "Smajt lill-Ministru Gonzi u ma emmintux imma mort hemm fuq, iċċekjajt u sibt li veru huwa hekk.", "Imma xi ħadd jagħmilha din mhux nibqgħu nirrepetu u erġajna smajniha anke llejla!", "L-Onor.", "Chris Agius qal li anke fil-manifattura sejrin lura u li ntilfu l- impjiegi.", "Jiena ma ngħidx li f'ċerti setturi ma naqsux l-impjiegi għaliex f'ċerti setturi naqsu u f'oħrajn żdiedu imma meta tara x'naqas u xi żdied issib li fis-settur tal-manifattura l-impjiegi żdiedu bil-kbir.", "Pero' f'dawk is-setturi tal-manifattura fejn aħna neħħejna l-levies netti kellna żieda fl-impjiegi.", "L-Onor.", "Chris Agius qal ukoll li fis-settur tal- clothing u tal-footwear naqsu 102 ħaddiema pero' li ma semmiex huwa li skond l-economic survey ta' din is-sena fis-sentejn ta' gvern Laburista f'dan is-settur naqsu 146 ruħ.", "Tajjeb infakkar ukoll li l-investiment li dawn is-setturi għamlu matul is- sena li għaddiet kien investiment record u ejja nifhmu sewwa x'ifisser investiment.", "Dan m'għandix għalfejn ngħidu imma ħalli ngħidu ħalli jkun irreġistrat.", "Investiment ifisser li ġġib makni moderni biex dak li qabel kont tagħmlu b'għaxar min-nies illum tagħmlu bi tnejn min-nies.", "Dak ifisser investiment.", "U meta aħna ngħidu restructuring, kelma li bdejna nisimgħuha anke fi żmien l-amministrazzjoni Laburista, din tfisser li timmodernizza lilek innifsek u issir aktar effiċjenti biex tkun tista' toħloq prodott aħjar bi prezz aktar kompetittiv.", "Dak hu li jfisser restructuring pero' jfisser ukoll li fejn qabel kont taħdem b'għaxra min- nies, issa taħdem bi tnejn u allura trid tara x'se tagħmel b'dawk it- tmienja min-nies l-oħra.", "Imma mhux imbagħad tiġi hawnhekk u tgħidli li naqsu 102 persuni mis-settur tal-manifattura tal-footwear u clothing meta fis-sena 1997/98 f'dan is-settur kien hemm tnaqqis ikbar.", "U meta taqbad is- setturi kollha, inkluż dawk tal-levies u tara x'kien qed jiġri fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista ssib li f'dawk is-setturi netti kien hemm tnaqqis ta' impjiegi mhux żieda.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro għamlet ftit punti li ta' min wieħed jirrispondihom fil-qosor.", "Per eżempju, għamlet riferenza fuq it-training u retraining u naqbel magħha li huwa tajjeb li qegħdin nivvotaw dawn l- ammonti sostanzjali ta' flus lill-ETC biex tista' tħarreġ Pero' mbagħad staqsiet x'aħna nagħmlu għal dakl i hu taħriġ tal-ħaddiema tal-gvern u l- underemployment tal-ħaddiema tal-gvern li huwa punt tajjeb ukoll.", "Pero' anke hawn jaħasra jeħtieġ li jsegwu x'qed jiġri għaliex inkella ssir il- kritika f'din il-Kamra u ma jkunux up-to-date.", "Ftit ġranet ilu ħarġet call for applications mill-ministeru tal-ġustizzja illi ssejjaħ proprju għal 65 clerical posts ġodda mal-qrati pero' s-sejħa hija fost l-industrial grades tal-gvern.", "Ħall niftehmu sewwa x'qed isir.", "Il-gvern seta' qal li għandu bżonn 65 skrivan u seta' ħareġ call for applications biex jimpjega dawn il- 65 skrivan.", "Iżda x'qed isir?", "Ħarġet sejħa interna mituħa għall-ħaddiema li qegħdin fil-gradi industrijali.", "Min hu nteressat - naturalment dawn se jirċievu t-taħriġ li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjoni tagħhom tajjeb - jista' japplika għal din is-sejħa u jgħaddu mill-grad industrijali għall-grad klerikali u hekk inkunu qegħdin inħarrġu lill-ħaddiema stess tal- gvern biex inqegħduhom f'opportunitajiet aħjar għalihom, ikunu jistgħu javvanzaw u nkunu qegħdin nagħmlu użu aħjar tar-riżorsi umani tagħna.", "Dan huwa pilot project u rridu naraw l-esperjenza x'se tkun, pero' mexjin f'din it-triq u naħseb illi huwa punt tajjeb.", "Kumment ieħor li għamlet l-Onor.", "Marie Louise Coleiro kien fuq il-qasam tal-pensjonijiet.", "Għamlet statement li jien naqbel miegħu u qalet li l- Partit Laburista ma jaqbilx mas-sistema fejn il-ħafna jingħata lill-ftit.", "Iva, f'dan il-pajjiż għandna nagħmlu ħilitna biex is-sistemi kollha tagħna, inkluż is-sistema tal-pensjonijiet, nirreveduhom biex ma nibqgħux b'sistemi fejn il-ħafna jmorru għand il-ftit.", "Aħna għandna nagħmlu ħilitna biex dawk li qed idaħħlu l-inqas ikunu l-iktar li jirċievu l-għajnuna.", "Issa, dan il- gvern xtaq jimxi pero' xhur ilu ħadna d-deċiżjoni illi f'pajjiżna jkun hawn kummissjoni li nkarigajniha biex hi tidħol għal din il-biċċa xogħol u b'rispett għal dik il-kummissjoni qagħadna pass lura.", "Pero' dan l- istatement li għamlet l-Onor.", "Coleiro huwa tajjeb u fil-prinċipju qegħdin naqblu ż-żewġ naħat għaliex m'għandux ikollna sistemi li jippermettu li l- ħafna jmur għand il-ftit u tkun qed tivvantaġġja lil min fl-aħħar mill- aħħar mhux hu l-ewwel li għandu bżonn l-appoġġ u tiżvantaġġa lil dawk li huma fil-parti d-dgħajfa.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro stednitna nagħmlu analisi ta' l-issue tal- part time tan-nisa.", "Hawn naħseb li l-oppożizzjoni nqabdet f'daqsxejn ta' kontradizzjoni.", "Għaliex kif tista' l-oppożizzjoni tgħidilna li l-ekonomija hija staġnata, li m'aħniex noħolqu l-ġid u l-opportunitajiet tax-xogħol, li hawn falsifikazzjoni ta' statistika u mbagħad fl-istess nifs tgħidilna: X'għarukaża dawn in-nisa kollha qed imorru jaħdmu part-time?", "Imma skużi, hawn xi ekonomija fid-dinja illi toħloq l-opportunitajiet tax-xogħol f'mument fejn ikun hemm l-istaġnar?", "Hawn xi employer f'pajjiżna illi qed jimpjega lin-nies part-time biex jagħmlilna pjaċir?", "Jew inkella l- employers f'pajjiżna barra l-full-timers qegħdin jimpjegaw ukoll il-part- timers għaliex Alla jbierek l-ekonomija miexja 'l quddiem?", "Għax biex ikollok dawn l-opportunitajiet ta' eluf ta' postijiet tax-xogħol - hawnhekk qed nitkellmu fuq żieda ta' kważi 4,000 fil-part-time biss u mat-3,500 full- time", "dawn ma jiġux mix-xejn.", "Dawn jiġu għax l-ekonomja miexja u qed toħloq il- ġid u l-oppożizzjoni trid tiddeċiedi x'se tagħmel għaliex jekk qiegħda tgħid li l-ekonomija hija staġnata, l-argument tagħha stess li ħafna nisa u ħafna rġiel qed isibu postijiet tax-xogħol part-time huwa sinjal ieħor ma' sinjali oħrajn li l-ekonomija ta' pajjiżna miexja 'l quddiem.", "Sur President, xtaqt niddedika dan l-aħħar ftit minuti billi malajr malajr nagħti ħarsa lejn l-oqsma in ġenerali li jaqgħu taħt dan il- ministeru.", "L-ewwel qasam importanti ta' dan il-ministeru huwa l-qasam tal- familja u minn hawnhekk niringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema kollha f'dan id-dipartiment għax-xogħol kollu li għamlu fis-snin li għaddew u għax- xogħol li għad iridu jagħmlu.", "Irrid ngħid ukoll li dan id-dipartiment għall-ħarsien tal-familja fix-xhur li ġejjien se nagħtuh funzjoni importantissima.", "Dan il-punt għamlitu l-Onor.", "Helen D'Amato fid-diskors tagħha.", "F'dan il-pajjiż għandna ħafna servizzi pero' m'għandniex organu regolatur li jirregola t-tip ta' servizzi u l-kwalita' ta' servizzi li nagħtu u dan huwa dipartiment li jaħdem f'oqsma delikati ħafna bħalma huma l-familji mkissrin u t-tfal abbużati li eventwalment ikunu suġġetti għall- ħruġ ta' care orders.", "Dan id-dipartiment jaħdem ukoll fost l-adozzjonijiet u dan huwa qasam li rridu nagħtuh attenzjoni partikolari għax jiena minn banda nixtieq li min irid jgħaddi mill-proċess ta' addozzjonijiet f'pajjiżna jgħaddi minn dak il-proċess imma rridu noqogħdu attenti ħafna li m'hemmx xi suq moħbi li qed jisfrutta lill-persuna jew lill-familji li jkunu f'pożizzjonijietli diffiċli.", "L-SWDP, jiġifieri l-aġenzija li aħna nafuha bħala s-social welfare development programme, hija aġenzija li taħdem ħafna fost it-tfal abbużati.", "Irrid infakkar li matul din is-sena kellna 655 każ ġdid ta' tfal abbużati f'forom differenti ta' abbuż u dan ifisser li rridu noqogħdu attenti x'qed jiġri u ma jiġrix f'pajjiżna.", "Jeħtieġ ukoll li nżidu s-servizzi speċjalizzati fl-oqsma tan-nisa msawta u l-vjolenza domestika.", "X'għamlet l- SWDP is-sena li għaddiet?", "Din l-aġenzija s-sena li għaddiet impjegat 30 social worker ġdid magħha li qed jaħdmu fil-kura tas-saħħa mentali li huwa qasam ieħor importanti ħafna, fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal abbużati, mal-vittmi tal-vjolenza domestika, fis-servizz tal-fostering u servizzi oħrajn.", "Tajjeb infakkar li filwaqt li l-vot taħt gvern Laburista għal din l-aġenzija kruċjali minn Lm390,000 kien tnaqqas għal Lm290,000, aħna minn Lm440,000 għas-sena 2000 qed inżiduh għal Lm800,000, jiġifieri kważi qed nirduppjawh.", "Nitkellem issa dwar is-Sedqa, aġenzija importanti oħra f'pajjiżna li qiegħda tagħmel xogħol tajjeb fost dawk li b'xi mod jew ieħor sfortunatament jiċċapsu bil-vizzju tad-droga jew ta' l-alcohol.", "Irrid nifiraħ lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'din l-aġenzija għax-xogħol kollu li qed jagħmlu mhux biss ma' dawk li jinqabdu fin-nassa ta' l-abbuż imma speċjalment ma' dawk li jaħdmu fil-qasam tal-prevenzjoni fejn lil uliedna u lill-familji tagħna jipprovaw jiftħulhom għajnejhom biex qatt ma jidħlu f'din in-nassa, biex iġibuhom konxji tal-perikli li jeżistu u biex jevitawh għaliex aħna nemmnu li l-prevenzjoni hija l-aħjar strateġija li wieħed jista' jkollu.", "L-aġenzija Sedqa ħadmet tajjeb ħafna matul is-sena li għaddiet, ħadet diversi inizjattivi, fosthom inizjattiva ġdida li nixtieq li jkun hemm inizjattivi oħra bħala.", "Din hija inizjattiva li ttieħdet ma' ħaddiema ta' l-HSBC li flimkien ma' ħaddiema tas-Sedqa ħadu kors ta' taħriġ biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien ma' sħabhom fuq il-post tax-xogħol jekk jindunaw li jkun hemm problema jew diffikulta' fil-qasam ta' l-abbuż tad-droga.", "Irrid nenfasizza li anke l-vot għal din l-aġenzija għas-sena d-dieħla qegħdin inżiduh b'mod sostanzjali biex tkun tista' taħdem iżjed milli ħadmet s'issa.", "Ma' l-aġenzija Sedqa u fil-qasam ta' l-abbuż tad-droga nirringrazzja u nsellem ukoll lill-organizzazzjoinijiet volontarji oħrajn partikolarment il- Caritas u l-OASI.", "Nirrikonoxxi ukoll ix-xogħol siewi li għamlet il- kummissjoni li tikkoordina dawn it-tliet organizzazzjonijiet flimkien biex inkomplu nagħmlu ħilitna ħalli ma nirrduppjawx l-enerġiji u r-riżorsi li għandna f'pajjiżna, mira li nista' ngħid li qiegħda tintlaħaq.", "Matul is- sena li għaddiet sar xogħol tajjeb fejn dawn l-organizzazzjoniijet għaddew informazzjoni lil din il-kummisjoni li hi preseduta minn Richard Muscat - mhux Richard Muscat li semma l-Onor.", "Chircop imma Richard Muscat ieħor - u għall-ewwel darba qed jibda jkollna stampa nazzjonali ħafna aktar ċara ta' dak li qed jiġri fil-qasam ta' l-abbuż tad-droga u ta' l-alchohol f'pajjiżna.", "Il-qasam ta' l-anzjani li huwa t-tieni qasam importanti diġa' semmih l- Onor. Antoine Mifsud Bonnici.", "Il-persuni b'diżabilita' semmihom ukoll l- Onor. Mifsud Bonnici pero' rrid nenfasizza hawnhekk il-qabża kbira li qed nagħmlu għas-sena li ġejja.", "Qed nivvotaw aktar flus għall-kummissjoni u qed nivvotaw flus għall-programm partikolari importanti li se nibdew matul is-sena li ġejja li bih se noffru alternattiva oħra ma' dawk li jeżistu diġa' għall-famuża problema li l-ġenituri bi tfal b'diżabilita' dejjem isemmulna, jiġifieri x'jiġri minn uliedhom meta jiġu nieqsa huma.", "Is-sena d-dieħla se nkunu qed ninvestu fi proġett ta' residential services fiċ- ċentru ta' l-adulti ta' Wied il-Għajn kif ukoll proġett ieħor importanti ħafna li għandu x'jaqsam mas-supported living.", "Qegħdin nippjanaw ukoll li ndaħħlu servizz ġdid speċjalizzat ħafna għall-qasam tal-persuni b'diżabilita' li huwa diffiċli mmens.", "Dan huwa l-qasam ta' l-autism li għandu bżonn servizz diffiċli u speċjalizzat u nittama li s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nħabbru li dak is-servizz waqqafnih.", "Fuq il-qasam tan-nisa li semmejnih en passant rrid ngħid li matul is-sena li għaddiet ħdimna biex dan ukoll ikompli jespandi bir-ritmu li nixtiequh jespandi.", "U r-riżultati rajnihom għaliex il-mara Maltija qiegħda dejjem iżjed issib postha fis-soċjeta' tagħna, qegħda dejjem aktar tagħti kontribut naturalment biex taqdi d-dmirijiet tagħha lejn il-familja pero' tieħu sehem ukoll fil-ħolqien tal-ġid ta' pajjiżna.", "Irrid infakkar hawnhekk f'miżura importanti li kienet ġiet innegozjata ma' l-unions meta ġie ffirmat il-ftehim kollettiv sentejn ilu pero' ġiet fis-seħħ matul din is-sena li qegħdin fiha.", "Fil-fatt għall-ħaddiema fis-settur pubbliku din is-sena bdejna nħaddmu l-prinċipji tar-reduced hours u r-responsibility breaks li qed jippermettu lin-nisa li qabel kien ikollhom jirriżenjaw minn fuq il-post tax-xogħol minħabba ċirkostanzi partikolari tal-familji tagħhom li jieħdu sigħat imnaqqsa jew jieħdu break mingħajr ma jitilfu l-post tax- xogħol tagħhom.", "Din hija waħda mill-aktar affarijiet li proprju qiegħda tgħin lin-nisa li jaħdmu fil-qasam tas-settur pubbliku biex jibqgħu fid- dinja tax-xogħol u qed nittama li għas-sena d-dieħla dan il-qasam ikun wieħed mill-isfidi li nindirizzaw fit-tiġdid tal-liġijiet tax-xogħol f'pajjiżna għaliex nittama li dawn it-tip ta' inizjattivi narawhom iseħħu fis-settur privat.", "Dwar it-taħriġ, impjiegi u relazzjonijet industrijali diġa' tkellimt.", "Xtaqt ngħid pero' kelma waħda biss dwar ir-relazzjonijiet industrijali u dwar id-djalogu soċjali.", "Diġa' kelli l-okkażjoni ngħid il-ġimgħa li għaddiet u nerġa' nirrepetiha llum li d-djalogu soċjali huwa pilastru importanti tal-politika mhux biss soċjali ta' dan il-gvern imma tal- politika sħiħa ta' dan il-gvern.", "Aħna rridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem bil-ħidma tal-gvern labranzetta ma' l-imsieħba soċjali tagħna għaliex nirrikonoxxu li l-imsieħba soċjali - jiġifieri r-rappreżentanti tal- ħaddiema, l-unions kollha f'pajjiżna, ir-rappreżentanti ta' min iħaddem f'pajjiżna u l-korpi kostitwiti - għandhom rwol importanti ħafna f'dan il- pajjiż u jistgħu huma stess jagħtu sehem importanti ħafna biex il-pajjiż ikun jista' jimxi l-quddiem.", "Dan irrikonoxxejnih, stabbilejnih u wettaqnih fil-prattika mhux bil-kliem biss.", "Li qegħdin nagħmlu llum b'riżultat ta' dan il-budget huwa kollu kemm hu frott ta' dan id-djalogu soċjali u diġa' hemm l-impenn dikjarat pubblikament li dan il-gvern irid isaħħaħ dan id- djalogu soċjali mill-aspett prattiku u anke mill-aspett ta' l- infrastruttura tiegħu.", "Fil-budget hemm ukoll il-proposta li l-gvern iressaq quddiem dan il- parlament abbozz ta' liġi li jagħti qafas legali lill-kunsill Malti għall- iżvilupp ekonomiku.", "Mhux talli hekk, talli qegħdin nipproponu li l-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku nwessgħulu l-firxa tal-ħidma tiegħu biex jidħol ukoll fil-qasam soċjali.", "Infatti dan jibda jissejjaħ il-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali.", "Din hija prova oħra mill-aktar ċara li dan il-gvern jemmen li l-iżvilupp ekonomiku jiġi msarraf fi żvilupp soċjali u li t-tnejn li huma jimxu id f'id flimkien.", "Il-progress ekonomiku tagħna aħna nkejluh mill-progress soċjali tagħna.", "F'dan id-dibattitu ma semmejna xejn f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Is-sena li għaddiet ħdimna ħafna biex ngħaddu liġi importanti f'dan il-pajjiż u issa qegħdin fil-proċess li dik il-liġi nwettquha.", "Allura nittama li fil-bidu tas-sena d-dieħla nħabbru t- twaqqif tal-bord ta' l-awtorita' tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax- xogħol.", "Irrid infakkar li f'estimi li qegħdin quddiem il-Kamra għall- approvazzjoni tagħha hemm maħsub - dan huwa parti wkoll mill-pjan nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis f'pajjiżna - investiment ta' Lm390,000 kapitali u Lm300,000 rikorrenti ndirizzati partikolarment għall- qasam tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Din hija ukoll mira ewlenija ta' dan il-gvern għax aħna nemmnu li l-kundizzjonijiet tal- ħaddiema tagħna jitjiebu mhux biss billi jkollhom pagi aħjar imma b'mod partikolari jekk ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar li fosthom jinkludu ambjent li jkun aktar san, jiġifieri ambjent li jneħħilhom u kemm jista' jkun jeliminalhom il-perikli li jista' jkun hemm.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment tas-sigurta' soċjali, dipartiment li jamministra vot qawwi ħafna u importanti ħafna mill-ispiża rikorrenti tal-gvern, nixtieq ngħid li din is-sena dan kien qed jamministra mal-Lm180 miljun u s-sena d-dieħla se jkun qed jamministra mal-Lm190 miljun.", "Allura għandu responsabbilta' kbira li jara l-ewwelnett li s- servizz jingħata u li ma jkunx hemm abbuż minnhom.", "Fuq dan il-punt irrid nerġa nirrepeti dak li kelli okkażjoni ngħid diġa'; ma jistax ikun li l- oppożizzjoni tilgħab tal-bżallu fuq dan il-punt, ma tistax tgħid li hi favur li nattakkaw l-abbużi u l-frodi fil-benefiċċji soċjali mbagħad tiġi hawn u tgħidilna li qegħdin naqtgħu lil dak u lill-ieħor li hu żgħir jew inkella skond il-kulur politiku.", "Din hija għarukaża u hija xi ħaġa li timmina l-proċess tal-gvern biex idaħħal is-serjeta' f'pajjiżna u għalhekk hemm bżonn li jkun hemm dikjarazzjoni mill-aktar kategorika bla tlaqliq, bla parentasi u bla riżervi min-naħa ta' l-oppożizzjoni fejn jgħidu ċar u tond li huwa tajjeb li nattakkaw l-abbużi f'dan il-pajjiż u li huwa tajjeb li jkollna strutturi b'saħħithom biex inkunu nistgħu nagħmlu l- investigazzjonijiet li hemm bżonn li nagħmlu.", "Il-qasam tad-djar m'għandix għalfejn nidħol fih għax diġa' tkellimna fuqu u dħalna fid-dettal.", "Qasam ieħor importanti li ma semmejna xejn fuqu pero' huwa l-qasam tal-koperattivi.", "Irrid nirreġistra li matul is-sena li għaddiet rajna numru ta' koperattivi jiżdiedu u qed nittama - mingħajr ma nagħti wisq dettalji f'dan l-istadju - li kmieni s-sena d-dieħla nkunu nistgħu nħabbru wkoll it-twaqqif ta' koperattiva taħt l-iskema li kien ħabbar il-gvern fejn ikollok ħaddiema tal-gvern jew ta' xi korp parastatali li huma stess jagħżlu li jiffurmaw koperattiva u jinqatgħu kompletament mill-istruttura governattiva.", "Kif qed ngħid mexjin f'din it-triq u nittama li s-sena d-dieħla nkunu rreġistrajna l-ewwel pass importanti fiha.", "L-aħħar kelma niddedikaha b'mod speċjali lill-organizzazzjonijiet volontarji f'pajjiżna.", "Anke hawnhekk din is-sena l-gvern qiegħed jivvota mas-Lm700,000 biex inkomplu ngħinu u nappoġġjaw għaqdiet volontarji f'pajjiżna li jinagħqdu flimkien mal-gvern biex bi sħubija bejnietna nkomplu nagħtu servizz fil-qasam soċjali lejn pajjiżna.", "Is-sehem li l- volontarjat jagħti f'dan il-pajjiż huwa sehem li aħna nagħtuh valur, dan il- gvern jemmen f'dak il-valur pero' nemmnu wkoll li għandu jkun hemm struttura li tgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet ħalli jkunu jistgħu jiffunzjonaw.", "Fil-fatt mira ewlenija għas-sena d-dieħla hija li nressqu quddiem dan il-parlament liġi li tagħti qafas li fih l-għaqdiet volontarji jkunu jistgħu joperaw bi sħubija mal-gvern b'ċertu liberta' imma wkoll b'ċertu regolamentazzjoni biex kulħadd ikun ċert - kemm l-għaqdiet volontarji u kemm min jagħtihom l-appoġġ tiegħu - li huma qegħdin jaħdmu b'serjeta' ub'mod li jkun pożittiv u jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna.", "Sur President, nagħlaq billi għal darba oħra nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li ħadmu direttament jew indirettament fi ħdan id-dipartiment u l- aġenziji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għall-politika soċjali.", "Huma ħadmu bla heda u tawna riżultati tajbin matul is-sena li għaddiet pero' għas-sena li ġejja għandna sfidi oħrajn kbar, sfidi li m'għandix dubju li jintrebħu bl-għajnuna ta' kulħadd jekk dejjem inżommu quddiem għajnejna li dan ix-xogħol irid isir b'vokazzjoni, b'dedikazzjoni, b'serjeta', bi professjonalita' u b'attenzjoni l-ħin kollu speċjalment fuq dawk li huma l-aktar dgħajfa.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda mressqa u moqrija mill-Onor.", "Karl Chircop.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-mozzjoni ta' proċedura.", "Il-Kumitat ġie sospiż fid-9.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda mressqa u moqrija mill-Onor.", "Karl Chircop.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "278", "FAVUR : 28 L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Farrugia Noel | |Attard Montalto |Gulia Gavin | |John | | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Charles |Mizzi Joe | |Buhagiar Louis |Parnis Silvio | |Cardona Chris |Refalo Anton | |Chircop Karl |Sammut Joseph | |Cilia Joe |Sant Alfred | |Coleiro Marie |Vassallo Adrian | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "KONTRA: 33", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-voti tal-Ministeru tal- Politika Soċjali u se nibda minn vot 10.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 10 - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,991,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 10 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 - SIGURTA' SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 62,907,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 - Sigurta' Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 11 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 - FAMILJA U ĦARSIEN SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 641,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Familja u Ħarsien Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 13 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 14 - KURA TA' L-ANZJANI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 11,934,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Kura ta' l-Anzjani, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 14 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 - DJAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 496,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 - Djar, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 15 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA' L-IMPIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 665,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 16 għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT II - MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,848,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot II - Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas- sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot II għaddiet.", "Fid-9.42 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 10, 11, 13, 14, 15, 16 u II kienu ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 4 ta' Diċembru 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Kumitat ta' Provvista", "Estimi Ġenerali 2001", "Ir-Raba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2000 bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 172.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MDINA REHABILITATION COMMITTEE", "21405.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li xi ħadd mill-uffiċjali tal-Ministeru jitkellhem mal- kuċċiera tar-Rabat sabiex jisma' l-ilmenti tagħhom dwar problemi li qed jiffaċjaw huma u ż-żwiemel tagħhom kawża ta' xogħlijiet li saru fl-Mdina mill-Mdina Rehabilitation Committee u li mistennija jsiru?", "Jista' l-Ministru jinfurmani bl-iżviluppi ta' dawn l-ilmenti tal-ħaddiema Rabtin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21065 (Seduta 432).", "Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina huwa lest li jiltaqa' mal- kuċċiera iżda ħadd mill-kuċċiera għadu ma avviċina lill-Kumitat biex issir laqgħa.", "Dan jista' jsir jew permezz ta' ittra jew permezz ta' l-uffiċjali tekniċi li huma preżenti fl-uffiċċju tal-proġett li huwa fl-istess uffiċċju tal-Kunsill Lokali Mdina.", "IMTARFA - ĠIBJUNI TA' L-ILMA", "21406.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl-Imtarfa?", "Kemm minn dawn il-ġibjuni kienu nbnew matul il-perijodu li l- Imtarfa ġiet żviluppata mis-Servizzi Ingliżi u kemm inbnew mill-1987 'l hawn?", "X'manutenzjoni saret matul l-1999 u din is-sena fuq dawn il-ġibjuni?", "Kif qed jiġi wżat dan l-ilma fil-mument?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandha ebda informazzjoni dwar il-ġibjuni ta' l-ilma li hemm fl- Imtarfa, billi dawn mhumiex parti minn network ta' l-ilma tax-xorb.", "ĠIBJUNI TA' L-ILMA - MANUTENZJONI", "21407.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk ir-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma tax-xiri li saret manutenzjoni fihom matul l-1999 u din is-sena?", "Kemm swiet din il-manutenzjoni u liema huma dawk ir-riservaturi/ġibjuni ta' l-ilma li se jiġu rranġati b'manutenzjoni sabiex ikollna aktar ħażna ta' l-ilma tax-xita f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li s-sena l-oħra u din is-sena ma saritx manutenzjoni fuq ġibjuni ta' l-ilma tax-xita.", "Għall-futur, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tistudja x'arranġamenti effettivi jistgħu jsiru għall-manutenzjoni ta' dawn il- ġibjuni.", "AMBJENT - TREJQIET", "21448.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmana jekk hemmx xi policy mid-dipartiment għall-ambjent dwar kif għandhom isiru trejqiet tal-bdiewa sabiex ikunu aktar environmental friendly cioe' metodi li fihom ma hemmx għalfejn jintuża konkos?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress illi dawn it-trejqiet isiru mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ikun aktar xieraq illi l-Onorevoli Interpellant jindirizza mistoqsijiet fuq dan is-suġġett lill-Ministru konċernat.", "DRENAĠĠ - SPIERI", "21450.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jinfurmana kemm kien in-numru ta' rapporti dwar spejjer ta' l-ilma tad-drenaġġ li tressqu lid-dipartiment tad-drenaġġ mill-kunsilli lokali, bdiewa u familji matul l-1999 u din is-sena separatament?", "X'passi ttieħdu?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex waslu dawn l-ilmenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-Mistoqsija Parlamentari rigward x'tip ta' rapporti qiegħed jirreferi għalihom u jekk humiex spejjer ta' l-ilma jew tad-drenaġġ.", "MOSTA - TAL-BLATA L-GĦOLJA", "21454.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li fil-madwar tat-toroq kollha fl-inħawi residenzjali tal- Blata l-Għolja, il-Mosta, jentħieġu landscaping sabiex ikun hemm ambjent aħjar, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir sabiex jiġu upgraded dawn l-inħawi fil-Mosta?", "Jista' l-Ministru ġentilment jara li jsir sforz sabiex il-programm tal- landscaping isir sal-Milied ħalli dawn ir-residenti jkollhom toroq f'ambjent xieraq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Minkejja li r-responsabbilita għax-xogħol li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax direttament taħt il-Ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota ta' s-suġġeriment biex nirreferih lill-awtorita kompetenti.", "PULIZIJA - TRAFFIKU", "21746.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-pulizija biex jingħeleb l- inkonvenjent għar-residenti f'Valletta Road, Qormi minħabba parking ta' vetturi kbar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda fl- inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex ma jkunx hemm ksur tar- regolamenti tat-traffiku.", "IMPJIEGI - POSTMAN OPERATOR", "21747.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se jidħlu dawk li għaddew mill- interview għal postman operator li sar f'Diċembru li għadda u li kienu parti minn grupp ta' 130 ruħ li għaddew f'kollox, iżda sal-lum għadhom daħlu biss 75 ruħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fil-fatt sa llum ġew ingaġġati 86 Postal Operator u mhux 75 kif hemm indikat fil-mistoqsija.", "Il-Maltapost issejjaħ għall-impjieg, dejjem skond l-ordni tal-mertu, skond l-esiġenza li tinħoloq minn żmien għal żmien.", "Ta' min jinnota li l-Maltapost talbet lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ biex l-iskadenza tal-validita' tar-riżultat ta' l-eżami tal-Postal Operators tiġi estiża sa l-aħħar ta' April 2001.", "POWER STATIONS - GRID", "21748.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid hemmx grid bejn il-power station tal- Marsa u dik ta' Delimara?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MDINA - TISWIJA TA' ĦAJT", "21749.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-ħajt ta' għalqa li qegħda fi triq ta' taħt l-Imdina li tgħaddi għal Mosta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tiswija tal-ħitan tal-għelieqi hija responsabilta tal-bdiewa u f'każ fejn triq pubblika tinsab f'livell ogħla mill-għalqa r- responsabilta tiġi tad-Direttur tat-Toroq.", "Għalhekk nissuġerixxi li tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabli, jekk ikun il-każ.", "QORMI - TRIQ MIKEL BALDACCHINO", "21750.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbena Triq Mikel Baldacchino, f'Ħal Qormi li minkejja li ilha mimlija residenti għal snin sħaħ, għadha sal-lum mhux mibnija b'detriment serju għar-residenti u għal kull min juża din it-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal- Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "PA - PERMESSI", "21751.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fabbrika li hemm fl-area ta' Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi, għandhiex permessi biex topera?", "Jekk għandha permessi, x'tip ta' permessi għandha?", "Xi prodotti għandha permess biex timmanifattura u tipproduċi?", "Għandha permess biex ikollha saqaf tal-pjanċi u li l-ilma tax-xita li jaqa' fuqu jaqa' fit-triq bil-konsegwenza ta' ħolqien ta' inkonvenjenzi kbar u periklu?", "Għandha permess għal ħajt imtella' fit-Triq Nikol Baldacchino, Ħal-Qormi?", "X'passi ttieħdu dwar dan il-ħajt li waqgħu minn fuqu xi filati għat-triq bil-konsegwenza ta' perikli u ħsarat għal terzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, fil-post imsemmi, hemm fabbrika liċenzjata mal-Pulizija sabiex tipproduċi, tibbottilja u tbiegħ ilma, fruit juices, ice tea u istonic drinks.", "Infurmat ukoll, illi minn spezzjoni li saret mill-Pulizija fl-1 ta` Diċembru 2000, ma jirriżultax li hemm xi ħitan imwaqqgħin.", "Għal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi l- ħajt li hu mibni fi Triq Nikol Baldacchino hu kopert b`permess tal-bini P2120/78/2049/77 maħruġ fl-14 ta` Lulju 1978.", "L-Awtorita` ser tinvestiga xi soqfa tal-pjanċi li nbnew fil-bitħa ta` dan il-post u jekk ikun il-każ tittieħed azzjoni rimedjali skond il-liġi appena jiġu konklużi l-investigazzjonijiet.", "TAXXI - FRINGE BENEFITS", "21752.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk dak li hemm f'paġna 17 tal-guidelines tal-fringe benefits dwar scholarships, ifisser li jekk il-gvern bħala employer jibgħat lill xi ħaddiem minn tiegħu għal scholarship dan jkun jammonta għall-fringe benefit taxxabli?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk il-Gvern, jew kwalunkwe 'employer', jibghat lil xi haddiem minn tieghu ghal 'scholarship' ghal finijiet ta' 'training' konness max-xoghol tieghu, dan ma jikkostitwixxix 'fringe benefit'.", "ANNUAL EUROPEAN FINANCE CONVENTION - EXCHANGE RATE POLICY OPTION PRE- ACCESSION SCENARIO", "21753.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors dwar Exchange Rate Policy Option in a Pre-Accession Scenario li il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għadu kif għamel fil-14th Annual European Finance Convention li saret Pariġi nhar il-Ġimgħa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li meta l-Bank Centrali bhala istituzzjoni awtonoma jhoss il-htiega li jikkomunika xi informazzjoni ta' interess pubbliku, dan jaghmlu permezz tal- publikazzjonijiet tieghu u tal-website tal-Bank.", "Jien ninsab informat li dan il-kriterju japplika wkoll ghad-diskorsi tal-Gvernatur tal-Bank.", "LISTA TA' IMPJIEGI", "21761.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Wara li l-Viċi Prim Ministru jiddikjara fuq aktar minn okkażjoni waħda li lest juri l-Oppożizzjoni fejn qed jaħdmu dawk il- 4,000 impjieġ ġdida, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' fejn ġew impjegati dawk l-4,000 impjieg ġdid?", "Jista' jispeċifika isem il-kumpannija li qed tħaddimhom jew isem l- employer?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "CHILDRENS ALLOWANCE - ABBUŻI", "21762.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm familji ibbenifikaw din l-aħħar sena mic-childrens allowance?", "Kemm familji għadhom ma ħadux iċ-childrens allowance?", "Kemm familji ibbenefikaw mic-childrens allowance fil-1999 imma ma ikkwalifikawx fil-2000?", "Kemm kien hemm każi ta' abbuż?.", "F'dawn il-każi kemm kien stmat li qabżu l-limitu ta' income jew kellhom flus il-bank dawk li ma kellhomx dritt jikkwalifikaw imma xorta kienu applikaw għaċ-childrens allowance?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li madwar 40,700 familja qegħdin jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal.", "Hemm madwar 400 familja li għadhom ma ħadux l-Allowance tat-Tfal minħabba li naqsu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba.", "Matul is-sena 1999 ibbenefikaw 41,570 familja.", "Ma tinżammx statistika ta' kemm minnhom ma kkwalifikawx din is- sena.", "Ma nżammitx statistika ta' kemm kien hemm każi ta' abbuż iżda dawn kienu ta' eluf kbar, min ma ddikjarax anqas minn mitt lira u min ma ddikjarax l- eluf.", "Wieħed biżżejjed jgħid li madwar 10,380 ma ddikjarawx aktar minn mitt lira.", "Madwar 600 familja ma ħadux l-Allowance tat-Tfal għax qabżu l- limitu tad-dħul.", "Mhux possibbli tgħid kemm minnhom kienu dawk li nqabbdu li ma ddikjarawx dħul u l-oħrajn li qabżu l-limitu skond ma' ddikjaraw huma stess.", "ESPAD' 99 - RIŻULTATI", "21763.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport komparattiv li janalizza r-riżultati ta' l-ESPAD'99 u l- ESPAD'95?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bi ftehim mal-pajjiżi Ewropej kollha li ħadu sehem fl-istudju ta' l-ESPAD '99, ir-riżultati, ser ikunu ppubblikati fi Frar tas- sena 2001.", "Għalhekk, ir-Rapport Komparattiv, jiġi ppubblikat wara din id- data.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI SOĊJALI - UFFIĊĊJU", "21764.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-area office tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali huwiex aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'?", "Jekk fin-negattiv, jista' jelenka liema huma u liema m'humiex?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali għandu tnejn u għoxrin Uffiċċju Distrettwali, għoxrin f'Malta u tnejn f'Għawdex.", "Mhux kollha huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' minħabba li xi wħud minnhom m'humiex fil-pjan terran, jew inkella fihom xi ftit turġien biex tasal għalihom.", "Hawn taħt tinsab lista ta' dawk l-uffiċċji distrettwali li huma jew m'humiex aċċessibbli:", "AĊĊESSIBBLI MHUX AĊĊESSIBBLI", "Ħal Balzan Ħamrun Birkirkara Ħal Luqa Bormla Il-Marsa Raħal Ġdid Il-Mosta Ħal Qormi L-Imsida Ir-Rabat In-Naxxar Ħaż-Żabbar San Ġwann San Pawl il-Baħar Tas-Sliema Il-Belt Valletta Ħaż-Żebbuġ Iż-Żejtun Iż-Żurrieq Ir-Rabat, Għawdex In-Nadur, Għawdex", "CHILDRENS ALLOWANCE", "21765.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif il-Gvern diġa' naqqas u ser inaqqas in-nefqa tiegħu fuq iċ-childrens allowance b'Lm4 miljun miż-żmien ta' amministazzjoni Laburista?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-nefqa stmata għas-sena 2001 hija ta' Lm16,500,000 jiġifieri hija biss ta' madwar Lm2,000,000 anqas minn kemm hi stmata li ser tkun in-nefqa din is-sena.", "Matul is-snin in-nefqa fuq din l-Allowance qiegħda dejjem tonqos għal żewġ raġunijiet prinċipali.", "L-ewwel raġuni hija li n-numru ta' tfal qiegħed kull ma jmur jonqos, filwaqt li t-tieni raġuni hija li d-dħul tal-familja qiegħed dejjem jiżdied, kemm fejn hemm persuna waħda li qiegħda taħdem, u wisq u wisq aktar fejn il-koppja jaħdmu t-tnejn.", "Niżgura lill-Onor.", "Interpellant li kull familja ser tirċievi l-Allowance dovuta lilha, kif niżgura wkoll li kull familja li ħadet xi allowance tat- Tfal minħabba nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' dħul ser tiġi mġiegħla tirrifondi l-ammont li ħadet b'qerq.", "PERSUNI B'DIŻABILITA'", "21766.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispeċifika x'inhu x- xogħol ta' dawk il-ħames periti li ġew impjegati fuq bażi part-time sabiex il-prinċipju ta' l-aċċessibbilta' għal kulħadd jitpoġġa fil-prattika?", "Jista' jelenka x-xogħol li għamel kull wieħed minn dawn il-periti?", "Fejn ittieħdu passi biex jimplimentaw rakkmandazzjonijiet ta' dawn il-periti?", "Fejn ma ttieħdux passi?", "Għaliex?", "Min huma l-periti li ġew impjegati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MIA - UFFIĊĊJU METEREOLOĠIKU", "21774.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jiġi kkonsidrat li fil- privatizzazzjoni tal-MIA, l-uffiċċju metereoloġiku jibqa' fi ħdan id- Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala regolutur f'dan il-qasam - u dan minħabba l-importanza ta' studji u statistika kif ukoll ta' previżjoni ta' temp?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie nnutat.", "SKEJJEL - STIPENDJI", "21775.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21378, jista' l-Ministru jwieġeb għal aħħar parti ta' din il-mistoqsija dwar l-istipendji ta' l-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u privati fis-sena skolastika li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiddispjeċini li dan it-tagħrif għadu ma wasallix u tweġiba jkollu nagħtiha f'xi Seduta oħra.", "SKEJJEL - TA' L-INGLIŻ", "21776.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel li jgħallmu l-Ingliż?", "Minn min saret kull applikazzjoni, meta u għal-liema lokalita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l- informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - ĦADDIEMA", "21777.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid meta ħaddiem tal-gvern jittella' l-qorti biex jixhed bħala xhud f'kawża, dan huwa ntitolat li jiġi skużat mix-xogħol mingħajr ma jonqoslu il-leave tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li ħaddiem tal-Gvern ma jiġix skużat mix-xogħol u jrid jieħu l-\"leave\" minn tiegħu sabiex jitla' jixhed quddiem il-Qorti fuq xi każ li ma jkunx relatat max-xogħol uffiċjali tiegħu.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDRENS ALLOWANCE", "21778.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm beneficiares taċ-children's allowances din is-sena?", "Kemm mistennija tkun din il-figura is-sena d- dieħla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din is-sena hemm madwar 40,700 familja li qegħdin jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal.", "Jekk kolox jibqa' miexi bl-istess mod ta' kif varja n-numru ta' benefiċċjarji matul l-aħħar snin, wieħed jista' biss jikkalkula li n-numru ta' benefiċċjarji għas-sena d-dieħla jonqos b'madwar 1,000.", "SKEJJEL - ASSISTENT KAP TA' SKOLA", "21779.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta nħolqu (ġurnata, xahar, sena) l-vacancies ta' assistent kap ta' skola li rispettivament intlew mill-assistenti kapijiet ta' skola li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l- informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.", "SAĦĦA - PERSUNI JISTENNEW TRAPJANT", "21780.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm huma l-persuni li qed jistennew u kemm huwa l-itwal perijodu f'kull każ, biex ikollhom trapjant: tal-kliewi, tal-cornea u tal- fwied (jekk ikun il-każ)?", "Jista' jagħti r-raġunijiet (in ġenerali) għal din l-istennija jew nuqqas ta' organi għat-trapjanti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21780 qiegħed tinġabar.", "Risposta tingħata iktar tard.", "SAĦĦA - MARDA TAS-CJD", "21781.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'miżuri qiegħed jieħu l-gvern biex jassigura li l-marda tas- CJD ma tidħolx f'pajjiżna?", "Jista' jagħti rendikont ta' skambju ta' informazzjoni u/jew għajnuna f'dan il-qasam minn pajjiżi barranin?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Onor. Interpellant huwa mitlub li jirreferi din l- mistoqsija lill-Ministru responsabli għal Agrikultura u Sajd.", "ANZJANI - IMPJEGATI BARRANIN", "21782.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati barranin fil-qasam tal-kura għall-anzjani, sew fis- settur governattiv u anke fil-privat inkluż djar tal-knisja, matul din is- sena, xahar b'xahar, u skond il-grad tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani ma mpjega l-ebda persuna barranija fil-qasam tal- kura tal-anzjani.", "SAĦĦA - PERMESSI LILL-BARRANIN", "21783.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill-barranin biex jaħdmu mas-settur tas-saħħa matul din is-sena 2000, xahar b'xahar, skond il-grad u x-xogħol li ġew impjegati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta` barranin li bdew jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa matul din is-sena 2000 huma għoxrin (20).", "L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:", "Frar 1 Enrolled Nurse Mejju 1 Staff Nurse 1Senior Registrar (Radjoliġija) 1 Senior Registrar (Anestesija)", "Lulju 1SeniorRegistrar (Radjoloġija)", "Awissu 1 Enrolled Nurse 1 Staff Nurse 2 Midwife", "Settembru 1 Physiotherapist", "Ottubru 1SenRegistrar(Kirurġija Pedjatrika) 2 Senior Registrar (Anestesija) 1 Senior Registrar(Radjoloġija) 1 Senior Registrar (Kirurġija)", "Novembru 3 Senior Registrar (Anestesija) 2 Senior Registrar(Radjoloġija)", "DAR IL-MEDITERRAN TAL-KONFERENZI", "21784.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-petition number PL 2186 li qed tintbagħat separatament u l-mistoqsija parlamentari numru 19347, peress li minkejja r-risposta tiegħu, il-caterer xorta waħda qed iżarma bil-lejl fost ħafna storbju b'inkonvenjent kbir għar-residenti, peress li bl-istruttura preżenti, il- ħatt jista' jsir minn Triq il-Mediterran u peress l-mużika xorta waħda qed tibqa' għaddejja wara l-11.00 p.m., jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex dan l-inkonvenjent jinqata' darba għal dejjem?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għaddejt dan l-ilment lill-Bord tal-Mediterranean Conference Centre u qed nistenna reazzjoni mingħandhom.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - EQUIPMENT GĦAS-STANDARD LABORATORY", "21785.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema \"equipment għas-standard laboratory li huma stmati li jħallsu Lm225,000 s-sena d-dieħla huwa maħsub li jinxtara (Vot VIII item 7102) Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "HOUSING", "21786.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema blocks ta' appartamenti għandhom:", "i) Permessi maħruġa mill-Awtorita' tal-Ippjanar;", "ii) Applikazzjonijiet pendenti ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar;", "iii) Tenders mogħtija; u", "iv) Pjanti li qegħdin isiru fir-rigward ta' installar ta' lifts mill- Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar, tingħata risposta f'xi Seduta oħra.", "HOUSING", "21787.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn se jittellgħu:", "i) Il-35 appartament fil-Belt li diġa' nbeda x-xogħol fuqhom?", "ii) It-8 appartamenti fil-Floriana li għalihom hemm applikazjonijiet mal- Planning Authority?", "iii) L-40 appartament fil-Floriana li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu - f'dan il-każ meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol?", "iv) L-4 appartamenti fil-Floriana li qegħdin fi stadju tat-tendering?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: i. L-appartamenti l-ġodda li telgħu il-Belt jinsabu fi Triq Sant'Ursula u f'Nru 140, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.", "ii.", "L-appartamenti li għalihom hemm applikazzjoni il-Planning Authority jinsabu f'20-24, Capuchin Street, il-Floriana.", "iii.", "L-appartamenti fil-Floriana li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu huma dawk ta' Triq l-Argotti/Triq l-Iljun.", "Saret pre-submission application lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ftit tal-ġimgħat ilu.", "Il-proġett hu maħsub li ser jibda lejn il-bidu ta' l-2002 iżda dan jiddependi minn kemm idum ma joħroġ il-permess u mill-konklużjoni tan-negozjati ma sid ta' stabbliment kummerċjali affettwat mill-proġett.", "iv.", "L-erba' appartamenti fil-Floriana li qegħdin fi stadju ta' tendering huma dawk ta' Triq il-Kapuċċini.", "Billi nbidlu l-pjanti (ara (ii)) biex flok 4 units isiru 8, it-tender mhux ser toħroġ għalissa u titħejja waħda ġdida meta jkun ħareġ il-permess għal tmien units.", "MIMCOL - DIRECT INVESTMENTS", "21788.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-direct investments (subvention) Vot VII Kapital għall-MIMCOL li għandha tammonta għal Lm3.88 miljun?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra", "DIPARTIMENT BINI U TISWIJA - FLATS", "21789.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema xogħlijet saru mid-Dipartiment Bini u Tiswija ta' Djar fil-flats tal-Gvern fil-i) Floriana;ii) Belt; iii) Ħamrun; iv) Pieta'; u v) St. Venera fis- sentejn li għaddew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "CLEANER TECHNOLOGY CENTRE", "21790.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsab il-cleaner technology centre, x'inhu x- xogħol tiegħu, kemm nies jaħdmu fih u x'riżultati wettqu matul is-sena korrenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Cleaner Technology Centre kien inħoloq fuq inizjattiva tal-Ministeru ta' l-Ambjent u jinsab fil-bini ta' l-Universita' f'Tal-Qroqq.", "L-għan ta' dan iċ-ċentru huwa li jwassal lill-industrija informazzjoni dwar materji ambjentali.", "Għal aktar informazzjoni nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jagħmel il- mistoqsija lill-Ministru ta' l-Ambjent.", "INTERNATIONAL MANAGEMENT DEVELOPMENT COMMITTEE", "21791.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-parteċipazzjoni tagħna fl- International Management Development Committee\" mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-International Management Development Committee inħoloq fuq inizjattiva meħuda minn numru ta' industrijalisti li joperaw f'Malta li ħolqu kumitat bejniethom sabiex iħaddem skema ta' taħriġ prattiku għall-middle managers u supervisors fis- settur tal-manifattura.", "Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, permezz tad- Dipartiment ta' l-Industrija, ikkonsistiet f'għajnuna finanzjarja limitata sabiex jingħata l-programm ta' taħriġ imsemmi.", "DIPARTIMENT TAL-KONSUMATUR - AMALGAMAZZJONI", "21792.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-amalgamazzjoni maħsuba tad- Dipartiment tal-Konsumatur tal-Kompetizzjoni, jekk dan il-unit ġdid se jkollu premises ġodda jew inkella humiex se jibqgħu joperaw minn fejn qegħdin bħalissa?", "Jekk se jkun hemm premises ġdid fejn huwa maħsub li dan ikun u meta huwa maħsub li ssir it-transizzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-pjan biex id-Dipartiment għall- Affarijiet tal-Konsumatur u dak tal-Kompetizzjoni Ġusta jiġu miġbura f'Diviżjoni waħda għadu mhux finalizzat, ma jkunx prudenti li f'dan l- istadju jingħataw dettalji.", "DEPOŻITI", "21793.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid sena b'sena mill-1995 sal-lum kemm kienu jammontaw: (a) id- depożiti fissi; (b) kontijiet ta' tifdil; u (c) kontijiet kurrenti f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni qeda tingabar u r-risposta ser tinghata f'xi seduta ohra.", "TOROQ - INSTALLATION TA' TRAFFIC / PELICAN LIGHTS", "21794.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jintlaqgħu t-talbiet tal- Kunsill Lokali, Ħamrun fir-rigward ta' installation ta' traffic/pelican lights fil-Ħamrun?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu ħsieb biex jiġu ppreparati pjanti għall-istallazzjoni ta' traffic u pelican lights fil-lokalitajiet li ssuġġerixxa l-Kunsill Lokali tal-Hamrun, biex jiġi stabbilit jekk l-istallazzjoni ta' dawn is-sistemi tkunx addattata għall-lokalitajiet proposti.", "TOROQ - TAR-RABBAT - IL-ĦAMRUN", "21798.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol ta' tqegħid ta' tarmac fit-toroq f'Tar-Rabbat, il-Ħamrun?", "Liema toroq huma nklużi f'dan il-proġett?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-toroq li qed jiġu asfaltati f'Tar- Rabbat huma;", "Triq Atocia Triq Ġuże Bajada Triq Dun Frans Camilleri Triq il-Loġġa Triq Manwel Attard Pjazza 7 ta' Ġunju 1919", "Ix-xogħol fil-lokalita' beda fit-23 ta' Ottubru u mistenni li jitlesta sa nofs Frar 2001.", "UE - SETTUR FINANZJARJU", "21802.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk iħossx li għandu jsir studju tekniku u indipendenti dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-settur finanzjarju f'pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema taghna hi diga hafna qrib ta' dik ta' l-Ewropa.", "Ghalhekk is-shubija taghna tnehhi r-restrizjonijiet li jezistu llum fuq l-operazjoni ta' enti finanzjarji li jahdmu minn Malta.", "L-indikazzjonijiet huma illi dan is- settur ghandu jifjorixxi bid-dhul eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ GĦAXQET IL-GĦAJN", "21808.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.", "21607, jista' l- Ministru jwieġeb it-tieni parti tat-tweġiba mogħtija f'Seduta Nru. 438?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-programm ta' l- Embellishment tal-lokalitajiet kollha qed jiġi rivedut u fil-każ ta' Wied il-Għajn wieħed irid jara jekk din it-triq tistax tiġi nkluża fil-programm.", "SKEJJEL - MARSA - SKOLA FX ATTARD", "21809.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21603?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li skond l-awtoritajiet ta' l-Iskola F.X. Attard, Marsa la hemm ħmieġ, la hemm toilets imkissrin u lanqas ġrieden fl- iskola kif allegatament ġie rrapurtat.", "WSC - MULTI", "21810.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21604?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhijiex awtorizzata li twaħħal multi.", "Ninsab infurmat li l-ispejjeż amministrattivi ta' ħamsa u għoxrin lira japplikaw biss għaċ-ċekkijiet 'dishonoured' li jiġu rritornati lill- Korporazzjoni minħabba nuqqas ta' flus fil-kont tal-klijent.", "Dawn l- ispejjeż amministrattivi jinqasmu ndaqs bejn il-Korporazzjoni u l-Enemalta.", "L-istess spejjeż jinħafru meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun sodisfatta li sar żball ġenwin.", "WIED IL-GĦAJN - CATERING BOARD", "21812.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "21244 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid kemm hemm catering outlets ġewwa Triq ix-Xatt, Wied il- Għajn li għandhom permess mill-catering board?", "Jista' jgħid min huma?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li l-Catering Outlets li għandhom permess mill-Hotels and Catering Establishment Board fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn huma għaxra.", "Dawn huma:", "Sottovoce Restaurant Al Kafe' Restaurant Dong Fang Chinese Restaurant Shahrazad Restaurant Chico's Snack Bar La Buona Pasta Snack Bar Tiny Mint Snack Bar Lemon & Lime Snack Bar Brighton Take Away Chick King Take Away", "LIVELL TA' ĊOMB FL-ARJA", "21815.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "21381, jista' l- Ministru jgħid x'apparat inxtara biex jissorvelja il-livelli taċ-ċomb fl- arja?", "Kemm sewa?", "Ġie deċiż f'liema lokalitajiet se jsir monitoring?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent xtara apparat magħruf bħala low volume sampler equipped with a microfibre filter head għall-monitoraġġ taċ-ċomb fl-arja.", "Dan l-apparat sewa Lm1,000.", "Hu maħsub li l-monitoraġġ għaċ-ċomb jibda jsir minn għadd ta' lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Dawn il-lokalitajiet ġew magħżula fuq bażi ta' l- iżvilupp urban, industrijali u rurali fiz-zona, kif ukoll fuq bażi ta' kundizzjoni meteoroloġika tal-lokal.", "BORMLA - BINI TA' KOMPLESS SPORTIV", "21820.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Issa li s-Segretarju Parlamentari ħabbar li fi ftit jiem oħra se jibda l- iskavar għal kumpless sportiv ġdid f'Bormla, jista' jgħid x'arranġamenti saru mal-Pulizija biex jkun hemm sigurta' sħiħa għat-tfal ta' tlett skejjel kbar li jinstabu fil-viċin?", "Peress li minħabba n-natura tax-xogħol jintużaw trakkijiet kbar u inġenji oħra, kif se jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu għall-istudenti li jattendu l-iskejjel Gużeppi Despott, De La Salle u St. Edward's?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol fuq il-Kumpless sportiv tal- Kottonera se jsir ġewwa 'enclosed area'.", "Diġa' ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda periklu għat-tfal tat- tlett skejjel li hemm fil-viċin.", "GĦALLIEMA TA' L-INGLIZ - KUNTRATT DEFINIT", "21823.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-kuntratt definit?", "Jaf li hemm għalliem kwalifikati biex jgħallmu l-Ingliz lill-barranin li għandhom kuntratt definit li jiġġedded kull sena?", "Jaf li hemm minn dawn l-għalliema li ilhom impjegati fuq bażi fulltime iżda fuq kuntratt definit ta' sena għal aktar minn għaxar (10) snin?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex niġbor l- informazzjoni meħtieġa, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra."]} {"filename": "19991104_173d_par.doc", "date": "1999-11-04", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 173 Il-Ħamis, 4 ta' Novembru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 173", "Il-Ħamis, 4 ta' Novembru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "173", "Il-Ħamis, 4 ta' Novembru, 1999", "WERREJ MINUTI 525", "TQEGĦID TA' KARTI 525", "DISKUSSJONI FUQ IR-RAPPORT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA.", "525", "AĠĠORNAMENT 575", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 576", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 172 li saret fit-3 ta' Novembru, 1999 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-eta` u s-sess ta' żgħażagħ jaħdmu bi qligħ f'Mejju 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9143; u", "Tagħrif dwar karozzi tal-kiri u mobile phones fid-dikasteru li għalih jien responsabbli għall-perijodu bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Settembru 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10300.", "DISKUSSJONI FUQ IR-RAPPORT", "TAL-KUMMISSJONI EWROPEA", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, skond ftehim milħuq fil-kumitat permanenti dwar ix- xogħol tal-Kamra, nitlob il-permess sabiex minflok ma ngħaddu għall- Ordnijiet tal-Ġurnata ngħaddu biex niddiskutu r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Infakkar lill-Kamra li skond il-ftehim milħuq, il-ħin tad- diskussjoni, li se tieħu żewġ seduti, għandu jinqasam indaqs bejn kelliema min-naħa tal-gvern u kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding-up għall-gvern.", "Rimarki?", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, huwa interessanti l-fatt li dan il-parlament, għat-tieni darba fi żmien ta' ftit iktar minn tliet xhur, iddeċieda li jiddibatti għal għaxar sigħat sħaħ it-tema \"Malta u l-Unjoni Ewropea\".", "Jien ngħid li huwa tajjeb li dan qed isir għaliex, anke meta f'Lulju li għadda dan il-parlament kien iddibatta fit-tul dan is-suġġett, kellna l- okkażjoni li nħarsu lejn din it-tema ta' importanza politika u ekonomika kbira, in vista tat-triq li Malta ħadet immedjatament wara l-elezzjoni tal- 5 ta' Settembru meta l-gvern, f'isem il-poplu Malti, irriattiva t-talba ta' pajjiżna biex jissieħeb fl-Unjoni.", "Fil-fatt dakinhar kien intqal li l- gvern jidhirlu li jkun tajjeb li jsir dibattitu wara li joħroġ rapport dwar Malta mill-Kummissjoni Ewropea, u aħna nafu li dan ir-rapport ħareġ fit-13 ta' Ottubru li għadda.", "F'dan it-tieni dibattitu jien se nipprova ma nkunx polemikuż, għaliex jidhirli li s-sitwazzjoni li għandna quddiemna tirrikjedi atteġjament nazzjonali, fis-sens illi l-materja li qed niddiskutu u li qed nitkellmu dwarha żgur li se tfassal il-futur tal-poplu Malti għall-millennju li ġej.", "F'dan iż-żmien kulħadd qed jirrealizza li s- suġġett ta' l-Unjoni Ewropea għandu importanza nazzjonali.", "Madanakollu hawn ma nistax ma nfakkarx li meta Malta kienet qabdet rotta differenti wara l-elezzjoni ta' l-1996, dan il-parlament kien ġie mistieden minni b'mozzjoni ppreżentata fit-2 ta' Ottubru, 1997 biex il-gvern ta' dakinhar, allura mmexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, jeżamina l-iżviluppi li saru fl-Unjoni mill-elezzjoni ta' l-1996 sa Ottubru ta' l-1997.", "Fil-fatt dakinhar konna stedinna lill-gvern li jwaqqaf kummissjoni biex fi żmien xahar tirrapporta jekk huwiex fl-interess nazzjonali li f'dawn iċ- ċirkostanzi ġodda Malta terġa' tinsisti fuq it-talba tagħha għal sħubija.", "Dakinhar l-enfasi kienet fuq iċ-ċirkostanzi l-ġodda, minħabba li dak iż- żmien l-Unjoni kienet ħadet ċerti deċiżjonijiet dwar kif se timxi fis-snin ta' wara.", "Ta' min jgħid li fost it-tibdiliet li saru dak iż-żmien kienet spiċċat l-inter-governmental conference u kienet ġiet pubblikata Aġenda 2000 u għalhekk, fid-dawl ta' dan kollu, konna stedinna lill-gvern biex jiddibatti b'mod oġġettiv x'inhu l-aħjar interess nazzjonali.", "Pero` sfortunatament ir-risposta kienet dibattitu ta' seduta waħda u minkejja li kien hemm diversi deputati li riedu jagħmlu l-interventi tagħhom, dan id- dibattitu ġie interrott u ma tkompla qatt sa ma waslet l-elezzjoni ta' Settembru tas-sena l-oħra.", "Mr Speaker, ta' min jinnota li t-tema \"Malta u l-Unjoni Ewropea\" ilha tiddomina l-aġenda politika u ekonomika ta' pajjiżna għal dawn l-aħħar 12- il sena, jiġifieri mill-1987, meta jien kont ħadt ir-riedni tal-gvern f'idejja u ddikjarajt politika li għandna nankraw lil Malta fl-Unjoni kemm jista' jkun malajr, pero` fil-verita` din it-tema ilha tiddomina l-politika Maltija ħafna iktar minn hekk.", "Biżżejjed infakkar li fl-1979 il-Partit Nazzjonalista kien diġa' adotta formalment politika li biha ried iwassal lil Malta fi sħubija sħiħa ma' l-Unjoni.", "Issa hawn ta' min isemmi li s- sena 1979 kienet is-sena li fiha kienu ttieħdu deċiżjonijiet ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Per eżempju, naħseb illi kulħadd jaf li matul dik is- sena kien intemm il-ftehim oriġinali li kien sar fl-indipendenza ta' l-1964 u li kien ġie mġedded f'forma differenti fl-1972, liema ftehim wassal għall- konklużjoni ta' era fl-istorja ta' pajjiżna, l-era tal-preżenza tal-forzi militari Ingliżi.", "Fil-fatt kien proprju f'dak iż-żmien illi l-programm tal- gvern ta' dakinhar kien li wara Marzu ta' l-1979 the future beckons.", "Ta' min jgħid li din l-espressjoni konna bqajna nużawha ħafna.", "Forsi llum wieħed jistaqsi: X'kienet tfisser l-espressjoni the future beckons?", "Għalina din kienet tfisser illi l-gvern ma kellux il-futur ta' pajjiżna, jiġifieri ta' wara l-1979, b'mod ċar, u kien f'dak il-kuntest li l-Partit Nazzjonalista indika t-triq u qal: Mhux \"the future beckons but we should know what the future stands for.", "Fil-fatt dakinhar aħna għedna li l-futur ta' pajjiżna kellu jorbotna ma' l-Unjoni Ewropea, li dak iż-żmien kienet l- EEC.", "Issa hawn ta' min ifakkar li dan kien fi żmien meta d-dinja kienet għadha maqsuma bejn il-lvant u l-punent, bejn is-sistemi komunisti u s-sistemi liberali ta' demokrazija ħajja ta' kummerċ ħieles, u din il-qasma kbira baqgħet hemm sa l-1989, jiġifieri sa għaxar snin wara li l-politika dwar l- Unjoni kellha d-dimensjoni qawwija tagħha.", "Għalhekk l-għażla espliċita li għamel u li ddikjara l-Partit Nazzjonalista dakinhar kienet illi nimxu favur sistema ta' tmexxija li tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet umani u għalkemm diġa' għedt li ma rridx inkun polemikuż, hawnhekk bilfors ikolli nirrimarka li l-enfasi ta' dakinhar kienet f'postha.", "Kieku l-analisi li għamlet l-Unjoni llum dwar il-qagħda politika għamlitha fl-1979, wisq nibża' li ma konniex ningħataw ċertifikat illi Malta kapaċi tilħaq l- għanijiet politiċi ta' l-Unjoni.", "Niftakru minn xiex kien għaddej pajjiżna dakinhar u għalhekk id-deċiżjoni li ħadna dak iż-żmien kellha dimensjoni politika, liema dimensjoni politika llum qegħdin narawha terġa' tingħata importanza kbira fl-Unjoni.", "F'dawn l-aħħar xhur rajna l-falliment ta' l- isforzi kollha li saru biex ikun hawn il-paċi fl-Ewropa u biex qatt iktar fl-Ewropa ma jkun hawn tilwim li jwassal għal gwerer.", "Naħseb kulħadd jinduna li hawnhekk qed nirriferi għall-inkwiet li kien hemm fil-Bosnia u fil-Kosovo, u fil-fatt huwa minħabba f'dawn iċ-ċirkostanzi li llum l-Unjoni qed tgħid li hemm bżonn li t-tkabbir li jmiss isir malajr.", "Mr Speaker, hawnhekk irrid ngħid li l-proposta li għamel 12-il sena ilu l- Partit Nazzjonalista ma kenitx biss proposta politika imma kienet ukoll proposta ekonomika.", "Nixtieq infakkar li fl-1979 pajjiżna kien qiegħed f'sitwazzjoni ekonomika fejn l-indħil tal-gvern kien totali, f'kull settur ta' l-ekonomija, u għalhekk aħna dehrilna li kien hemm bżonn illi mmorru għall-prinċipji tal-liberta` tas-suq fejn, għalkemm konna qbilna li dan għandu jiġi mrażżan fl-aspetti soċjali u politiċi, irrealizzajna li kien hemm bżonn illi pajjiżna jieħu dimensjoni ekonomika qawwija billi jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "Issa hawn ta' min ifakkar, Mr Speaker, illi wara li fl-1979 il-Partit Nazzjonalista adotta politika ta' adeżjoni fl-Unjoni, mill-ħames elezzjonijiet li saru - jiġifieri ta' 1981, ta' 1987, ta' 1992, ta' 1996 u ta' 1998 - erba' minnhom kellhom il-maġġoranza assoluta ta' l-elettorat Malti favur dak il-programm politiku u ekonomiku ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni.", "Qed ngħid dan għaliex għadek issib lil min għandu l-interess li jħawwad l-imħuħ u jagħmel kampanja ta' miżinformazzjoni, bħalma ssib ukoll lil min jistaqsik: Imma l-poplu Malti xi jrid sewwa sew?", "Il-poplu Malti huwa poplu matur u, kif għedt diġa`, minkejja l-polarizzazzjoni politika magħrufa bejn iż-żewġ partiti, f'erba' elezzjonijiet minn ħamsa l-poplu vvota fil-maġġoranza assoluta tiegħu favur programm ta' sħubija fl-Unjoni.", "Fil-fatt kien biss fl-elezzjoni ta' l-1996 li l-poplu Malti għamel għażla oħra u vvota b'maġġoranza assoluta lill-Partit Laburista.", "Huwa importanti li meta aħna nkunu qed niddiskutu xi jrid il-poplu Malti nżommu l-istorja ta' l-aħħar 20 sena quddiem għajnejna, u għal darb'oħra nirripeti li matul dawn l-20 sena l-poplu Malti u Għawdxi, ħlief għal 22 xahar, wera li fil-maġġoranza assoluta tiegħu huwa favur is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "Dan li qed ngħid m'huwiex xi interpretazzjoni imma huwa fatt, u hemm bżonn li nisħqu fuq dan il-fatt, ħalli jsir iktar magħruf, għaliex meta jiġu l-ġurnalisti barranin hawnhekk u jitkellmu mal-membri ta' l-oppożizzjoni u mal-membri tal-gvern għadhom jgħidulna li Malta hija indeċiża u ma tafx xi trid fuq il-kwestjoni ta' l-Unjoni.", "Ovvjament dan mhux veru, u biex nagħti l-ikbar prova tar-rieda sħiħa tal-poplu Malti favur l-Unjoni biżżejjed insemmi r-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni, li saret wara l-esperjenza ta' gvern Laburista li pprova jgħaddi minn triq oħra, fejn il-partit li għandu politika favur is-sħubija ta' pajjiżna fl- Unjoni ġab 52% tal-voti.", "Mr Speaker, it-triq li pprova jgħaddi minnha l-Partit Laburista fis-sena u għaxar xhur li dam fil-gvern ma kenitx tiċħad lill-Unjoni, u huwa importanti li nagħmlu enfasi fuq dan il-punt, għaliex ikun tajjeb li nsemmu wkoll fuq xiex naqblu f'dan il-pajjiż.", "Kulħadd jaqbel li l-Unjoni Ewropea hija forza politika u ekonomika qawwija u li sar żvilupp storiku u eċċellenti mill-pajjiżi Ewropej meta waqqfu l-Unjoni.", "Ċertament m'hemmx diverġenza ta' opinjoni dwar dan, pero` sfortunatament il-Partit Laburista qed jibqa' jsostni li għalkemm fiha nnifisha l-Unjoni hija ħaġa tajba, għal Malta m'hijiex tajba, almenu fiż-żmenijiet tal-lum.", "Jien jidhirli li llum qegħdin ngħixu f'mument storiku, u f'dan il-mument l-interess nazzjonali għandu jirbaħ fuq kull argument partiġjan.", "Jien naħseb li llum erġajna qegħdin in the moment of truth ta' l-istorja tagħna u għalhekk irridu naraw x'inhu l-interess nazzjonali tagħna u naħdmu għalih b'ħilitna kollha.", "Ma jistax ikun illi wieħed ma jarax l-analoġija attwali fl-istorja politika u ekonomika ta' pajjiżna u ma jqabbilx dan ma' dak li kien ġara 35 sena ilu fuq it-tema ta' l-indipendenza.", "Dakinhar ukoll iż-żewġ partiti ewlenin ta' pajjiżna kienu jgħidu kemm hija tajba l-indipendenza, bħalma llum qegħdin jgħidu kemm hija tajba l-Unjoni.", "Dakinhar il-Partit Nazzjonalista kien sostna li hemm bżonn li Malta ssir indipendenti malajr kemm jista' jkun, skond kostituzzjoni li ppreżenta l-gvern tal-ġurnata, filwaqt li min-naħa tiegħu l-Partit Laburista, għalkemm qabel li hemm bżonn li Malta ssir indipendenti malajr kemm jista' jkun, ried kostituzzjoni differenti.", "L-isfida kbira li kellu quddiemna pajjiżna dak iż-żmien kienet l-istess waħda li għandu quddiemna llum, ċioe` r-ristrutturazzjoni ta' pajjiżna, u dak iż-żmien it-tema li kienet tifred xi ftit l-opinjoni pubblika Maltija kienet il-mistoqsija: Imma l-indipendenza, għalkemm fiha nnifisha hija xi ħaġa tajba, aħna kapaċi namministrawha biex ikollna politika ekonomika li tiggarantielna t-tkattir tal-ġid?", "Dan kien il-biża' li tpoġġa quddiem il-poplu Malti meta pajjiżna kien se jikseb l- indipendenza tiegħu.", "Illum erġajna qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna żewġ partiti ewlenin li qed jaqblu li l-Unjoni hija xi ħaġa tajba u li għandna noqorbu lejha kemm jista' jkun, pero` sfortunatament għal darb'oħra llum, meta qegħdin fil-fażi deċiżjonali, il-Partit Laburista m'huwiex qed isib il- kuraġġ li jgħid: Iva, din hija t-triq.", "Kif ġara 35 sena ilu, illum qed nerġgħu nipprovaw inbeżżgħu lill-poplu u ngħidulu: Kif jista' jkun illi nirristrutturaw lil pajjiżna, kif fil-fatt hemm bżonn!", "Mr Speaker, minn meta l-Partit Nazzjonalista adotta l-politika ta' adeżjoni fl-Unjoni 20 sena ilu, aħna diġa' wettaqna politika ta' ristrutturazzjoni.", "Diġa' semmejt it-tema politika u t-tema tar-rispett tad- drittijiet umani.", "Dażgur li għamilna ristrutturar kbir f'pajjiżna matul dawn l-aħħar 20 sena!", "Dażgur li mill-1987 'l hawn ħadd ma baqa' jiġih dubju fuq il-fatt li Malta hija pajjiż demokratiku, pajjiż li jirrispetta d- drittijiet umani ta' kulħadd!", "Aħna diġa' għamilnieh dak il-proċess u għandi l-unur ngħid li dan il-proċess mhux talli rnexxa imma talli llum ħadd m'għadu jiddubita minnu.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam mar-ristutturar ekonomiku, fl-1987 aħna għedna mal-ewwel li rridu naqbdu t-triq tal-liberalizzazzjoni, u konna bdejna mill-bidu nett.", "Naħseb li kulħadd għadu jiftakar x'kienu l- kondizzjonijiet ekonomiċi ta' pajjiżna fl-1987, fejn ma stajt timporta xejn minn barra jekk mhux b'liċenzja, u dik il-liċenzja x'aktarx ma kienet toħroġ qatt għax kienu jgħidulek li ġaladarba l-politika tal-gvern hija ta' import substitution u l-affarijiet nagħmluhom aħna hawn Malta, allura ma tistax timportahom.", "Dak iż-żmien kienu jgħidulna: Le, ma tistgħux timportaw affarijiet ta' lussu.", "U tafu x'kienu l-affarijiet ta' lussu dak iż-żmien?", "Illi timporta television tal-kulur, għaliex kienu jgħidulna li l- black and white television huwa biżżejjed!", "Dawn huma r-realtajiet li konna ngħixu fihom sa 12-il sena ilu.", "Sa l-1987 konna ngħidu: Nimportaw il- computers?", "Dażgur li le meta l-computer itellef ix-xogħol!", "Imma hekk kif tlajna fil-gvern aħna għedna li dawn huma affarijiet żbaljati, li dawn huma affarijiet ta' l-imgħoddi u li aħna se nieħdu lil Malta fit-triq tal- liberalizzazzjoni, għaliex aħna għandna fiduċja kbira li l-poplu Malti u Għawdxi kapaċi jikkompeti.", "Kellna raġun meta ħadna dawk id-deċiżjonijiet?", "Biżżejjed ngħid li minn dak iż-żmien 'l hawn, jiġifieri minn meta neħħejna ħafna mir-restrizzjonijiet ekonomiċi li kien hawn qabel fuq kif isir il-kummerċ, tkattar il-ġid u tkattru eluf ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Hawn wieħed irid isemmi wkoll ir-ristrutturazzjoni li saret, liema ristrutturazzjoni saret f'miżura kbira.", "Per eżempju, kulħadd jaf li hemm differenza kbira bejn is-sitwazzjoni li kien jinsab fiha l-qasam tal- fabbriki tat-tessuti fl-1987 u bejn is-sitwazzjoni li dan il-qasam jinsab fih illum, u li l-produzzjoni ta' llum hija ħafna ikbar.", "Aħna riedna nneħħu l-biża' li kien hawn u riedna nfehmu lill-poplu li d-dinja tal-lum ma nistgħux infassluha hawn Malta fiċ-ċokon tagħna, għaliex aħna biss parti minn din id-dinja, u li m'għandniex nibżgħu nuru bil-fatti li kapaċi nilliberalizzaw u nagħmlu kulma jkun hemm bżonn ħalli l-ekonomija ma nibqgħux inżommuha dejjem fl-istess stat imma mmexxuha dejjem iktar 'il quddiem.", "Mr Speaker, l-ewwel jien għedt li llum erġajna qegħdin f'mument storiku għaliex issa rridu nieħdu deċiżjoni dwar jekk indaħħlux lil pajjiżna fl- Unjoni jew le.", "Ir-rapport li ġie ppubblikat mill-Unjoni u li, kif għedt diġa`, ħareġ fil-13 ta' Ottubru li għadda, qed jgħidilna li Malta għandha l- kwalifiki neċessarji u għalhekk, jekk hija trid timxi 'l quddiem, tista' timxi 'l quddiem u tkun konsidrata fost dawk il-kandidati li jsiru membri ta' l-Unjoni meta jkun hemm it-tkabbir li jmiss.", "Meta wieħed jaqra kemm ir- rapport li sar mill-Unjoni dwar Malta kif ukoll il-composite paper dwar il- pajjiżi applikanti, għandu jieħu pjaċir jinnota li - u hawn irrid ngħid li ta' dan m'għandhomx ikunu orgoljużi n-Nazzjonalisti biss, għaliex din hija xi ħaġa ta' natura nazzjonali - il-poplu Malti ngħata ċertifikat li fost it- 12-il pajjiż kandidat, fil-mument attwali pajjiżna huwa l-iktar pajjiż li jikkwalifika biex jissieħeb fl-Unjoni.", "Iva, aħna għandna ċ-ċertifikat li Malta tissodisfa l-kriterji politiċi u ekonomiċi ta' l-Unjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid ukoll li dan ir-rapport qed jgħid li għad hemm xi affarijiet li jridu jinbidlu, pero` bir-rispett kollu jien ngħid li jekk issir analisi dwar il-15-il pajjiż li huma diġa' membri fl-Unjoni Ewropea żgur li l-Unjoni tgħidilhom li għad għandhom affarijiet li jridu jbiddluhom ukoll.", "Kif għedt diġa', illum aħna qegħdin fil-mument tal-verita` għaliex għal darb'oħra l-Unjoni qed tagħtina ċertifikat - u qed ngħid għal darb'oħra għaliex irridu niftakru li fl-1996 l-Unjoni kienet diġa' ddeċidiet li kellha tibda n-negozjati ma' Malta f'Marzu ta' 1998, pero` l- gvern Laburista kien rema dik l-opportunita` - li Malta, flimkien ma' Ċipru, tikkwalifika għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Allura x'se jagħmel il- poplu Malti f'dan il-mument?", "U x'inhu l-interess nazzjonali tal-pajjiż, li nbeżżgħu lin-nies u ngħidu: \"Le!", "Li nbeżżgħu lin-nies u ngħidu: Kif jista' jkun li ssir ristrutturazzjoni!", "Il-bieraħ intqal li s-settur ta' l-għamara ta' pajjiżna m'huwiex kapaċi jikkompeti mal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni.", "Jien ngħid: Bil-mod, veru li hemm bżonn illi s-settur ta' l-għamara, bħal setturi oħra, jipprepara ruħu aħjar għal kompetizzjoni iktar ħielsa u miftuħa, pero` kulħadd jaf li r- ristrutturazzjoni saret anke f'dan il-qasam.", "Jien ma nħossx li għandi noqgħod insemmi l-kumpanniji b'isimhom hawnhekk pero` f'pajjiżna hawn tliet kumpanniji ta' l-għamara kbar li tul is-snin żgur li wrew li huma kapaċi jikkompetu fi swieq barranin.", "Naturalment għalihom huwa aħjar li jikkompetu b'ħafna protezzjoni u b'suq li hawn Malta huwa garantit permezz ta' projbizzjonijiet minn barra minħabba l-levies fuq l-importazzjoni, pero` m'hemmx dubju li hawn Malta għandna anke lil min huwa kapaċi jikkompeti ma' swieq barranin fis-settur ta' l-għamara u għalhekk ikun aħjar jekk naraw biss x'inhu l-interess nazzjonali.", "Nerġa' nirripeti li r- rapport li l-Unjoni għamlet dwar Malta jgħid, bi kliem preċiż, l-ewwelnett li Malta tissodisfa l-kriterji politiċi - xi ħaġa li pajjiżna fl-1987 ma kienx jissodisfa - it-tieni nett li Malta u Ċipru huma l-uniċi pajjiżi kandidati li jissodisfaw il-kriterji ekonomiċi u t-tielet nett li Malta kapaċi terfa' l-piż tas-sħubija.", "Dan huwa l-mument storiku li qed ngħixu fih illum.", "Mr Speaker, jien jiddispjaċini li l-Partit Laburista għadu juri atteġjament negattiv dwar l-Unjoni u li llum il-kap tal-Partit Laburista, l- Onor. Alfred Sant, jinsab iżolat.", "Illum l-Onor.", "Sant huwa priġunier tar-rabja li għad għandu għaliex kellu l-appoġġ ta' gvern u ma kienx kapaċi jibqa' fil-gvern għaż-żmien li tela' għalih.", "Illum għandna lill-Onor.", "Alfred Sant li ma jistax jirrealizza u jaċċetta r-realta` ta' pajjiżna.", "Ikun biżżejjed jekk wieħed jara l-isforzi li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni biex iġiegħel lill-unions jippronunzjaw ruħhom kontra l-Unjoni Ewropea, u fil-fatt jien qed nieħu pjaċir nara li l-unions u l-korpi kostitwiti qed jaġixxu b'mod responsabbli billi filwaqt li m'humiex qed jgħidu li ma jeżistux problemi u li l- affarijiet se jimxu weħidhom ġaladarba nidħlu fl-Unjoni, fl-istess ħin huma qed jgħidu: Imma f'dan il-mument storiku għal pajjiżna għandna nieħdu l- parir tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "U jien ngħidilhom: Dażgur li le!", "Fil- fatt iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar l-Onor.", "Sant qed jispiċċa iżolat u l- atteġjament tiegħu iktar m'huwiex qed jinftiehem.", "Jien persważ li fost id- diversi nies li jiġu jkellmuh minn barra jkun hemm min jistaqsih: Għaliex ħadt dan l-atteġjament?", "X'atteġjament politiku u ekonomiku huwa dan?", "Hawnhekk jien nistaqsi: Jekk illum ikollna nħarsu lejn l-Ewropa demokratika kollha, fejn insibu dan l-atteġjamenti kontra l-Unjoni?", "Għadna kemm smajna bl-elezzjonijiet Svizzeri u għadna kemm rajna l-partit tal-lemin estrem jitkellem kontra s-sħubija fl-Unjoni, filwaqt li rajna wkoll lill-Gvern Svizzeru jitkellem favur is-sħubija ta' l-Isvizzera fl- Unjoni.", "Fl-Awstrija, fejn għadu kif kien hemm l-elezzjonijiet, lil min qed naraw jeħodha kontra l-Unjoni?", "L-iktar partit lemini estrem fil-politika Ewropea li jeżisti.", "Madanakollu llum l-Onor.", "Alfred Sant jinsab ma' dawn in-nies, bil-konsegwenza li poġġa lill-partit tiegħu fil-pożizzjoni tal- partiti tal-lemin, li ma jridux jifhmu l-valuri soċjali u l-valuri favur il- paċi ta' l-Unjoni.", "Illum l-Unjoni hija t-tarka tal-ħaddiema.", "Illum spiċċaw id-differenzi ideoloġiċi bejn il-partiti u baqa' biss dawn il- partiti estremi li jgħidu \"le\" għall-Unjoni Ewropea u li, kif għedt diġa', sfortunatament illum l-Onor.", "Alfred Sant jinsab magħhom.", "Hawnhekk qed insemmi biss lill-Onor.", "Alfred Sant għaliex jien ninsab ċertissimu li mhux il-Partit Laburista kollu huwa ma' l-Onor.", "Sant fuq din il-politika, u meta ngħid il-Partit Laburista nkun qed nirriferi l-ewwelnett għad-deputati li hawn quddiemi u nkompli fil-livelli istituzzjonali kollha tal-Partit Laburista, fejn hemm moviment qawwi biex lill-kap tagħhom jgħidulu: Ma jistax ikun inħabbtu rasna ġol-ħajt għax se nkissru rasna!", "Għaliex kif jista' jkun li wara li saru tant sforzi minn gvern immexxi minni biex fi żmien tant qasir jirnexxielna nerġgħu npoġġu lil pajjiżna fuq quddiem nett f'dik li hija sħubija sħiħa ma' l-Unjoni, il-kap tal-Partit Laburista jibqa' jgħid: Se nfixkel, u rrid infixkel b'kull mod!", "Biex wieħed jifhem aħjar għaliex qed ngħid li l-Onor.", "Alfred Sant irid ifixkel b'kull mod biżżejjed insemmi għal darb'oħra t-tentattivi qawwija li għamel biex jipprova jinfluwenza lil-unions, fosthom lill-GWU, ħalli dawn jieħdu atteġjament negattiv rigward is-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni.", "Mr Speaker, jekk wieħed jaqra r-rapport li għamlet il-Kummissjoni ta' l- Unjoni dwar Malta malajr jinduna li d-deċiżjoni min-naħa ta' l-Unjoni kważi diġa' ttieħdet, u qed ngħid kważi għaliex jonqos il-konferma ta' Helsinki, pero` l-messaġġ intbagħat bl-iktar mod ċar, u l-messaġġ huwa li l-Unjoni se tirranġa l-affarijiet interni tagħha mhux iktar tard mis-sena 2002 għax l- Unjoni stess iddikjarat li fis-sena 2002 il-bieb se jkun miftuħ għal kull min ikun lest biex jissieħeb fiha.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: Malta x'se tagħmel din id-darba?", "Se terġa' tibqa' fuq l-għatba, kif ried l-Onor.", "Alfred Sant matul is-sentejn li għaddew?", "L-Onor.", "Sant għandu jirrealizza li l-poplu Malti u Għawdxi diġa' fehem il-politika tiegħu.", "Jien ma rridx nieħu l-ħin ta' sħabi imma nixtieq li wieħed jiftakar ftit minn xiex għaddejna matul is-sentejn li pajjiżna ġie mmexxi mill-partit ta' l-Onor.", "Sant u x'fissret realment il-politika tiegħu.", "Biżżejjed wieħed jara r-rapporti li saru fi Frar ta' l-1998 fejn l- Unjoni qalet lill-Onor.", "Alfred Sant: Ġaladarba inti ma tridx tidħol fl- Unjoni, l-unika alternattiva għalik hija li tibqa' bit-trattat ta' assoċjazzjoni li għandek, u għalkemm nistgħu nirranġawh xi ftit, s'hemmhekk nistgħu naslu.", "Imma l-Unjoni a waqfitx hemmhekk u kompliet tgħid lill-Dr Sant: Effettivament inti se jkollok terfa' l-piżijiet kollha li ġġib magħha żona ta' kummerċ ħieles, fosthom il-customs union, imma mbagħad m'inti se tieħu xejn mill-benefiċċji li toffri l-Unjoni lill-membri tagħha.", "Fil-fatt kien proprju f'dan l-isfond li fit-13 ta' Marzu tas-sena l-oħra jien ħassejtni fid-dmir li nressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern ta' dakinhar, liema gvern kien immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant, u l- motivazzjoni kienet eżattament illi wara fis-7 ta' Frar tas-sena l-oħra sirna nafu xi tfisser il-politika ta' l-Onor.", "Alfred Sant vis-a-vis l- Unjoni Ewropea, jiġifieri li se nitgħabbew b'ħafna piżijiet mingħajr ma se nieħdu l-ebda benefiċċji, aħna għedna li l-Kamra tqis illi l-politika tal- gvern tmur kontra l-interessi nazzjonali, ekonomiċi, soċjali, finanzjarji u politiċi ta' pajjiżna u li huwa fl-interess nazzjonali li l-proposti tal- kummissjoni jkunu marbuta ma' negozjati simultanji għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Issa hawn irrid infakkar li dakinhar għal din il-mozzjoni kienet tressqet emenda li prattikament neħħiet il-kliem kollu tal-mozzjoni li pproponejt jien u minflok daħħlet vot ta' fiduċja fil-gvern, fejn il-Kamra ġiet mitluba biex tawgura lill-gvern li l-politika tiegħu tirnexxi.", "Ta' min ifakkar ukoll li l-vot fuq l-emenda li kien ressaq il-gvern għall- mozzjoni ta' sfiduċja li ressaqt jien intilef, jiġifieri din il-Kamra kienet qalet illi hija ma taċċettax li l-politika tal-gvern fuq l-Unjoni kienet tajba.", "Imbagħad għaddejna l-mozzjoni ta' sfiduċja, liema mozzjoni għaddiet minn dan il-parlament b'maġġoranza, u dakinhar l-Onor.", "Alfred Sant kien messu nduna li l-politika tiegħu lanqas biss kellha l-appoġġ tal- partit tiegħu kollu għaliex, għalkemm kien wieħed biss li vvota kontra, illum nafu li mhux wieħed kien kontra l-politika tiegħu u li dakinhar fuq il-bankijiet kien hemm diversi membri oħra li ma kenux qed jaqblu mal- politika tal-gvern, kif hemm min mhux qed jaqbel illum, imma din id-darba mal-politika ta' l-oppożizzjoni.", "Ovvjament illum dawn m'għadhomx fuq il- bankijiet tal-gvern imma llum xorta waħda qegħdin jitkellmu, qegħdin jesprimu ruħhom, qegħdin jiktbu u wħud minnhom qegħdin jikkooperaw biex il- pajjiż jieħu deċiżjonijiet tajba.", "Għalhekk, Mr Speaker, irridu nifhmu li dan huwa mument storiku li jrid jimpenjana lkoll biex nimxu b'pass mgħaġġel, u hawn jien irrid nesprimi s- sodisfazzjon li għandu l-gvern għall-fatt li f'Ġunju ta' din is-sena l- Kummissjoni Ewropea qaltilna li għalkemm il-ħsieb oriġinali kien li l- iscreening isir bil-mod, malli bdejna dan l-iscreening process qaltilna li magħna tista' timxi b'pass mgħaġġel u nispiċċaw sa l-aħħar tas-sena.", "Fil- fatt aħna hekk se nagħmlu u mbagħad ikun baqgħalna kapitlu wieħed biss, dak ta' l-agrikoltura li kif diġa' nafu, se niddiskutuh fit-tieni ġimgħa ta' Jannar.", "Jien ninsab sodisfatt ħafna mhux biss għall-mod mgħaġġel li bih saru dawn id-diskussjonijiet imma anke għaliex in-nies li qed jieħdu sehem f'dawn id-diskussjonijiet huma nies preparati u kapaċi ħafna - fil-fatt nixtieq nieħu l-okkażjoni li nirringrazzjahom - u bl-aġir tagħhom urew li aħna, bħala pajjiż, nafu x'qed nagħmlu.", "Ngħidu ħafna kontra l- amministrazzjoni taċ-ċivil f'pajjiżna u għalkemm huwa veru li jeżistu diversi difetti f'dan il-qasam, tajna prova li n-nies tagħna can rise up to the occasion u they can deliver b'mod tajjeb ħafna.", "Fil-fatt minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk li aċċettaw li jkunu membri fuq dak li jissejjaħ il-Malta - European Union steering and action committee, li qed janalizzaw kif għandu jsir il-proċess ta' l-iscreening bl-ikbar reqqa u saħansitra qed jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li qed isiru ġewwa Brussels.", "Din hija esperjenza li kulmin jinsab għaddej minnha iktar qed jikkonvinċi ruħu kemm hemm bżonn li Malta tkompli b'dan il-proċess u li dan il-proċess isir fl-iqsar żmien possibbli.", "Mr Speaker, illum il-poplu Malti u Għawdxi qed jieħu deċiżjoni li ma tiddependix biss minn kif dan il-pajjiż se jimxi fil-millennju l-ġdid imma wkoll minn kif se nimxu 'l quddiem biex inkattru l-ġid.", "Illum wasal iż- żmien li nieħdu deċiżjoni u ċertament ma nistgħux nibqgħu ngħidu: Issa noqogħdu kwieti u mbagħad sitt xhur oħra nerġgħu naraw.", "Hemm bżonn li mil- lum 'il quddiem kulħadd jibda jagħti l-parti tiegħu u kulħadd jifhem li m'għandniex nitilfu dan il-mument storiku wara li diġa' ħlejna sentejn taħt il-gvern ta' l-Onor.", "Alfred Sant.", "Għall-grazzja t'Alla bl-isforzi li qed jagħmel il-poplu tagħna qed jirnexxielna nirkupraw dawn is-sentejn u issa għandna quddiemna rapport li qed jgħidilna: Jekk intom kapaċi tkunu lesti sas-sena 2002, il-bibien għalikom huma miftuħa.", "Huwa veru li m'għandniex nagħlqu għajnejna u ngħidu li ġaladarba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l- Unjoni kollox jibda jiġina ward u żahar, pero` din l-isfida hija opportunita` li rridu nilqgħuha b'kuraġġ, kif jien persważ li se jagħmel il- poplu tagħna.", "Madanakollu hemm bżonn li l-Partit Laburista jifhem x'inhu l- interess nazzjonali ta' dan il-pajjiż, u l-interess nazzjonali ta' dan il- pajjiż huwa li lkoll niġbdu ħabel wieħed ħalli nippreparaw lil pajjiżna biex isir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, jien diġa' naf li se niġi kkritikat minħabba li ma dħaltx f'iktar dettal fuq il-kwestjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.", "Fil-fatt, iva, hemm bżonn li nidħlu f'iktar dettal, pero` min-naħa l-oħra ma nistgħux nagħmlu kif jgħidu l-Ingliżi, jiġifieri to miss the wood for the trees.", "Aħna rridu nkunu nafu eżattament x'aħna qed niddeċiedu, u aħna qed niddeċiedu li Malta tibda tifforma parti mill-Unjoni, li l-iskopijiet ewlenin tagħha huma li l-paċi tisseddaq kullimkien u li l-livell ta' għajxien tal-popli tagħha, inkluż allura l-livell ta' l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi, jibqa' dejjem jogħla.", "Mr Speaker, hawnhekk aħna m'aħniex nagħmlu politika partiġjana.", "Diġa' għamilna politika partiġjana meta kellna l-indipendenza ta' pajjiżna u llum għandna s-sodisfazzjon li rajna lil prim ministri li kellna mill-1964 'l hawn iqimu l-indipendenza ta' pajjiżna.", "Fil-fatt dan li qed ngħid tant huwa minnu li wara li pajjiżna ħa l-indipendenza tiegħu fl-1964 u wara li f'dan il-parlament kien hemm qbil unanimu li dan il-jum isir jum nazzjonali, il-Perit Mintoff kien qam u qal li dan huwa l-isbaħ jum fl- istorja ta' Malta u li dan huwa tribut kbir għall-indipendenza.", "Fil-fatt meta l-Onor.", "Alfred Sant kien prim ministru, fl-anniversarju ta' l- indipendenza rajnieh imur iqim lill-monument ta' l-indipendenza u llum Dr Karmenu Mifsud Bonnici, li wkoll kien prim ministru, induna li l- indipendenza hija ta' kulħadd u li għalhekk kulħadd għandu jagħti qima lil dak li ġara 35 sena ilu.", "Mr Speaker, jien m'għandix dubju li dan il-mument li ninsabu fih huwa storiku daqs dak ta' l-indipendenza, u aħna rridu li pajjiżna jgħid illi mhux biss imxejna maż-żmenijiet imma qrajna s-sinjali taż-żmenijiet ukoll.", "Min qed jgħid li l-Unjoni Ewropea m'hijiex tajba għal Malta m'huwiex qed jifhem is-sinjali taż-żmenijiet - forsi nista' anke nabbuża ngħid li qed jimpika jew għadu taħt ix-xokk kbir ta' telfa elettorali - pero` ejjew naraw x'għandu bżonn pajjiżna u nesprimu l-fiduċja tagħna fih.", "Dan hu l- messaġġ li jien ridt nagħti f'dan id-dibattitu.", "Mr Speaker, illum għandna quddiemna diversi konklużjonijiet.", "Malta reġgħet tpoġġiet fost l-ewwel pajjiżi kandidati biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea u għalhekk huwa fl-interess ta' pajjiżna li nagħmlu ħilitna kollha biex inżommu dan l-appuntament, li huwa appuntament marbut mad-destin.", "Dan huwa mument storiku għal pajjiżna u kulmin hu Malti għandu jaħtaf din l- opportunita.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, nibda biex ngħid li ħadt pjaċir ħafna nisma' l-introduzzjoni tad-diskors tal-Prim Ministru fuq ir-rapport tal- Kummissjoni Ewropea dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni, pero` min-naħa l- oħra mbagħad ħriġt diżappuntat ħafna meta iktar ma beda jgħaddi l-ħin, kulmin sema' d-diskors tal-Prim Ministru iktar beda jinduna li dan beda jitkellem b'ċertu partiġjaniżmu, fejn beda saħansitra jagħmel ċerti attakki personali fuq l-Onor.", "Alfred Sant.", "Veru li d-diskussjoni tal-lum, li se tieħu għaxar sigħat, qed insejħulha maratona, pero` fir-realta` għaxar sigħat huma ftit biex tidħol fid-dettal ta' kull qasam fuq din il- kwestjoni.", "Minħabba f'hekk kulma se jagħmlu l-membri li se jagħmlu l- interventi tagħhom illum huwa li jsemmu ħafif ħafif dak kollu li turi s- sitwazzjoni ta' pajjiżna llum fil-konfront ta' l-Unjoni.", "Huwa veru li l- aħħar diskussjoni li saret f'din il-Kamra dwar l-Unjoni u li rrifera għaliha l-Prim Ministru saret f'Lulju li għadda, pero` minn dak iż-żmien 'l hawn saru xi affarijiet li wieħed bilfors se jkollu jirriferi għalihom fid- diskussjoni tal-lum.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk wieħed jara x'ġara mill- aħħar rapport li kien sar fi Frar li għadda dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid li f'Ottubru li għadda ħareġ rapport aġġornat mill- Kummissjoni Ewropea, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, f'dak li għandu x'jaqsam mal-prijoritajiet u ma' l-objettivi li għandu jieħu pajjiżna fil-mixja li qabad il-gvern għal sħubija sħiħa, u composite paper li turi - din diġa' rrifera għaliha l-Prim Ministru fil-ftuħ ta' din id- diskussjoni - x'sar mill-pajjiżi applikanti għal din is-sħubija.", "Imma qabel ma niġi għal dak li qed jgħidu dawn id-dokumenti, irrid nirrimarka għall-fatt li t-ton użat f'dawn id-dokumenti huwa ton imperattiv jew enfatiku, u nistgħu ngħidu mal-ewwel li hawnhekk qed naraw one-way traffic fejn, filwaqt li l-Unjoni qed tordnalna x'nagħmlu u ma nagħmlux, min-naħa tagħha ma rajna l-ebda kambjament sostanzjali dwar it-tip t'għajnuna li hija tista' toffri biex isiru t-tibdiliet li qed tgħid li pajjiżna għandu bżonn jagħmel.", "Imma issa ħalli niġi biex nitkellem dwar il-qasam tal- kompetizzjoni ta' pajjiżna vis-a-vis l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, l-ewwel ħaġa li talbitna l-Unjoni fir-rigward tal-qasam tal- kompetizzjoni hija li jsiru xi emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni li sar fl-1995, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-trusts.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra l-Unjoni qed titlobna nagħmlu kontrolli u leġislazzjoni speċifika f'dak li għandu x'jaqsam ma' merger controls.", "Issa hawn irrid nirrimarka li din hija xi ħaġa pożittiva għaliex ħafna drabi biex l-azjendi ż-żgħar ikunu jistgħu jkampaw - u dan ma jiġrix biss f'pajjiżna imma f'kull pajjiż - ikollhom jingħaqdu f'entita` waħda ħalli b'hekk ikollhom iktar saħħa.", "Ta' min jgħid ukoll li sal-lum pajjiżna għad m'għandu l-ebda leġislazzjoni li tikkontrolla dawn il-mergers.", "L-Unjoni qed titlobna wkoll nidentifikaw iktar id-distinzjoni li teżisti bejn l-office of fair competition, li sal-lum ix-xogħol prinċipali tiegħu hu li jinvestiga l-ilmenti li jsiru u affarijiet oħra li ma jkunux sejrin tajjeb fis-suq, u l-commission of fair competition, li nistgħu ngħidu li hija mfassla biex tieħu d-deċiżjonijiet, imma l-biża' hi li sal- lum il-ġurnata l-kontroll tal-gvern jinħass qawwi wisq f'dawn iż-żewġ entitajiet.", "Wieħed irid jgħid ukoll li għadha lanqas biss teżisti proċedura ta' appell għad-deċiżjonijiet li tieħu l-commission of fair competition u għalhekk bla ebda dubju jekk aħna qed inħarsu lejn il- kompetizzjoni tas-suq ħieles, żgur li rridu nfasslu framework għal dawn iż- żewġ entitajiet.", "Talba oħra li qed tagħmlilna l-Unjoni għall-qasam tal- kompetizzjoni biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem hija li l-Istat joffri l- għajnuna tiegħu b'diversi modi differenti ħalli b'hekk l-ekonomija tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Fil-fatt l-Unjoni qed titlobna biex nelenkaw ir- regoli li jagħmel l-Istat dwar kif jagħti l-għajnuna tiegħu lill-azjendi lokali, u dan minħabba li dawn ir-regoli, li qed jingħad li jridu jagħtu enfasi partikolari lix-shipbuilding u lix-shiprepair, iridu jkunu in line ma' dak li titlob ir-regolamentazzjoni ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, jien naħseb li ħadd m'hu se jopponi għal dawn it-tip t'emendi għaliex fl-aħħar mill-aħħar jekk isiru dawn l-emendi s-sussidji li jingħataw lil ċerti entitajiet jonqsu u l-Att dwar il-Kompetizzjoni tagħna jsir aħjar, pero` hawn jien nistaqsi: Possibbli li għandna għalfejn nintrabtu ma' xi karru partikolari biex bħala pajjiż inkunu kapaċi nbiddlu dawn l-affarijiet tagħna?", "Qed ngħid dan għaliex jekk ma nintrabtu ma' ħadd inkunu nistgħu nbiddlu l-affarijiet fil-pass tagħna u bil-mod kif jidhrilna aħna u mhux bil-mod li jiddettalna dan il-blokk ekonomiku u politiku.", "Fil-fatt huwa importanti li hawnhekk wieħed jenfasizza li ta' l-Unjoni Ewropea qed jidentifikawlna anke s-sena li fiha l-Gvern Malti jkun irid jagħmel dawn l-emendi, għax qed jgħidulna li fis-sena 2000, jiġifieri s-sena d-dieħla, il-gvern irid ikun diġa' ħa l-passi tiegħu.", "Jien naqbel mal-Prim Ministru li llum ninsabu fil- mument tal-verita` u li issa għandna nibdew nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Dażgur li jrid jieħu d-deċiżjonijiet il-gvern!", "La dan il-gvern daħal fi sqaq u l- politika tiegħu daħħlitu f'sitwazzjoni fejn min qed jimponilu issa mhux qed iħallilu aktar nifs, għax qed jgħidlu li s-sena d-dieħla jrid jibda jieħu ċerti deċiżjonijiet!", "Biżżejjed insemmu li l-Unjoni qed timponi fuq il- Gvern Malti biex jagħmel framework legali fuq l-għajnuna statali li jagħti u biex jelenka t-tipi differenti ta' għajnuna li jrid jagħti, fosthom, per eżempju, sussidji fuq l-export u fuq affarijiet oħrajn li huma marbuta ma' l-operat ta' dan il-qasam.", "Il-Gvern Malti qed jintalab ukoll iwaqqaf monitoring authority, li xogħolha huwa li tagħmel monitoring fuq din l- għajnuna statali u anke fuq ir-riżorsi umani.", "Ta' min ikompli jsemmi li l- Unjoni qed titlob ukoll li jsiru annual reports li juru li nkunu qed nużaw il-metodoloġiji ta' din l-unjoni u li jinżamm inventarju komprensiv dwar kif din l-għajnuna statali qiegħda timxi.", "Hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza għal darb'oħra li dan kollu jrid isir fis-sena 2000.", "Mr Speaker, id-dokumenti li fasslet l-Unjoni Ewropea dwar Malta - u li semmejt anke fil-bidu tad-diskors tiegħi - jelenkaw affarijiet oħra li pajjiżna jrid jagħmel on a short-term basis, u dawn għandhom x'jaqsmu mal- monopolji u mal-public undertakings, mhux biss ta' kumpanniji parastatali imma anke ta' azjendi privati li jingħataw xi exclusive rights dwar kif jistgħu jaħdmu fis-suq.", "Hawnhekk nista' nsemmi bħala eżempji l-Maltacom p.l.c., il-Maltapost p.l.c., il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u l- korporazzjoni Enemalta.", "Sal-lum f'pajjiżna ma għadu ma jeżisti l-ebda artiklu fil-liġijiet li huwa simili għal Artiklu 86 tat-Trattat ta' Ruma, liema artiklu jittratta proprjament dwar il-monopolji, il-public undertakings u l-azjendi bi drittijiet esklussivi, imma issa l-Unjoni tridna nieħdu diversi miżuri short-term f'dawn l-oqsma.", "Issa għal min ma jafx, jekk nieħdu dawn il-miżuri short-term li qed timponielna l-Unjoni, dan ikun ifisser li jew ikollna ħafna privatizzazzjonijiet sabiex l- entitajiet konċernati ma jibqgħux fis-sistema ta' monopolju, jew inkella jkollna tnaqqis radikali f'dawk li huma riżorsi umani, anke biex niġu in line mal-prinċipju ġenerali li l-amministrazzjoni pubblika trid tonqos f'dik li hija riżorsi umani.", "Madanakollu jien naħseb li kull min għandu rasu fuq għonqu żgur jirrealizza li hija xi ħaġa impossibbli li jittieħdu dawn il-miżuri kollha sas-sena 2000.", "Imbagħad hemm affarijiet oħrajn li forsi għandhom inqas portata minn dawk li semmejt s'issa imma jridu jsiru wkoll, u jien ngħid li dawn iridu jsiru mhux għaliex l-Unjoni qed timponielna nagħmlu dan imma għaliex inħossu li b'hekk pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Per eżempju, huwa fatt illi hemm bżonn jitwaqqfu liġijiet ġodda dwar il- patents u dwar it-trademarks f'pajjiżna - u nerġa' nirripeti li qed ngħid li hemm bżonn li dan isir għaliex verament jinħass il-bżonn li jsir u mhux għaliex qed timponielna nagħmlu dan l-Unjoni - għax sal-lum jekk wieħed iħares lejn il-liġijiet tagħna li jitkellmu fuq dawn l-oqsma, minbarra li jsibhom imxerrdin 'l hemm u 'l hawn, isib li dawn ma jagħmlu l-ebda riferenza għal dak li qed jiġri fid-dinja kummerċjali tal-lum, la f'dawk li huma intellectual industrial property rights u lanqas f'dik li hi data protection.", "Illum kważi kulħadd għandu xi personal computer id-dar u għalhekk ħafna jafu li hemm bżonn li jkun hemm ċerta protezzjoni għat-tip ta' data li wieħed jista' jżomm fuq computer, pero` biex dan isir irid ikun hemm enforcement ġenerali, u dan irid isir mhux biss billi ngħaddu l- liġijiet minn dan il-parlament għal dan il-għan imma wkoll billi mbagħad ikun hemm inforzament sħiħ ta' dawn il-liġijiet.", "Mr Speaker, jien stennejt li l-Prim Ministru kien se jitkellem ukoll fuq il-qasam tal-levies u fuq il-miżuri li l-Unjoni qed timponielna li nieħdu f'dan il-qasam, pero` forsi l-ħin tiegħu ma ppermettiex li jidħol fid- dettal fuq dawn l-affarijiet u għalhekk issa nistenna li jkun hemm xi ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra li jitkellem fuq dan il-qasam.", "Naħseb li sal-lum kulħadd jaf li wara Frar li għadda, meta sar l-aħħar rapport dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta fl-Unjoni, il-gvern iddeċieda li jagħmel timetable biex jimxi fuqha għar-rigward tat-tneħħija tal-levies.", "Fil-fatt sa Ottubru li għadda tneħħew madwar 56 levy, sa l-1 ta' Jannar li ġej iridu jitneħħew 121 levy u mbagħad fl-ewwel ta' kull sena mill-2001 se jitneħħew madwar 392 levy oħrajn fi żmien tliet snin, fejn 20% minnhom se jitneħħew fl-2001, 30% minnhom se jitneħħew fl-2002 u 50% oħra minnhom se jitneħħew fl-2003.", "Madanakollu l-meravilja hi li wara li ttieħdet din id-deċiżjoni u wara daqs dik il-commotion fil-pajjiż fuq din il-miżura li ħa l-gvern, l-Unjoni tafu biex ippremjatu lill-gvern preżenti?", "Billi qaltlu - u hawnhekk se nikkwota mir-rapport ta' l-Unjoni ħalli żgur inkun faithful - dan il-kliem:", "\"This lengthy timetable contrasts sharply with the commitment previously made by Malta to abolish by the end of 1996 four hundred levies.", "A timetable for the removal of levies on agricultural goods has not yet been decided and should be addressed urgently.\".", "Issa jkun tajjeb jekk wieħed jifhem ftit x'qed jingħad.", "Fil-fatt hawnhekk l-Unjoni qed tirriferi għall-wegħda li kien għamel il-gvern Nazzjonalista fl-1996, liema wegħda ħadd ma kien jaf biha u kellu jkun il-gvern Laburista li jgħid pubblikament li l-gvern Nazzjonalista kien se jneħħi ma' l-400 levy b'daqqa ta' pinna mill-ekonomija tagħna.", "Issa hawn l-Unjoni Ewropea qed tfakkar lill-gvern Nazzjonalista fil- wegħda li kien għamel fl-1996, imma iktar minn hekk qed tgħidlu: Tliet snin huma wisq biex tkompli timxi fir-relazzjoni ta' bejnietna.", "Għalhekk, kif qed naraw, wara li għamilna diskussjoni f'dan il-Parlament u wara li tkellimna fuq l-implikazzjonijiet kollha biex nuru li tliet snin huma katastrofiċi f'ċerti oqsma tal-pajjiż, issa llum dan huwa l-premju li tatu l-Unjoni:", "\"Malta lacks legislation in line with the EU acquis in the area of free movement of goods and should consider adopting an internal market approximation programme.\".", "Mela żgur li dawn il-miżuri ta' ristrutturazzjoni li se jolqtu l-ismall and medium enterprises ta' pajjiżna m'humiex adegwati.", "Madanakollu sfortunatament minkejja li l-gvern preżenti qal kemm-il darba li jaf fejn irid jasal, huwa qatt ma qal kif irid jasal u dan baqa' misteru f'moħħ kulħadd.", "Jien ngħid li l-gvern għandu r-responsabbilta` li jispjegalna bl- iktar mod miftuħ kif se naslu biex inżommu dawn it-targets, x'riperkussjonijiet huma mistennija fil-qasam ta' l-ekonomija tagħna u kif inhuwa maħsub li għandna nilqgħu għal dawn ir-riperkussjonijiet, u għandna nilqgħu għal dawn ir-riperkussjoniijiet mhux billi ngħidu li llum hawn il- fiduċja fil-pajjiż jew li llum tela' gvern b'direzzjoni imma billi nkunu konkreti.", "Kif għedt diġa', jien naqbel mal-Prim Ministru li llum huwa l- mument tal-verita` u li jeħtieġ li llum il-gvern jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu, pero` jeħtieġ ukoll li l-gvern jaħseb x'implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali se jħallu fuq pajjiżna dawn id-deċiżjonijiet.", "L-Unjoni qaltilna darbtejn, kemm fi Frar li għadda kif ukoll issa, li għandha tiġi kkonsidrata l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fit-third multi-lateral programme u għalhekk nixtieq nistaqsi xi progress kien hemm f'dan ir-rigward.", "L-Unjoni saħqet ukoll li l-Gvern Malti għandu jtejjeb il-kondizzjonijiet f'dik li hija l-kreazzjoni u l-iżvilupp ta' l-SMEs, pero` din hija xi ħaġa li nafuha lkoll u fil-fatt din il-Kamra kemm-il darba għamlet riferenza għal din il-ħtieġa.", "Matul ix-xhur tas-sajf il-Ministru Josef Bonnici kien qal li n-national industrial programme kellu jkun lest għall-ħabta ta' Settembru li għadda.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi: X'sar minnha din il- policy?", "Tlestiet?", "Ma tlestietx?", "Għax sal-lum għadu ma ntqal xejn dwarha.", "Jien nixtieq li fid-diskussjoni ta' llum jagħtuna ħjiel fiex se jkun jikkonsisti dan in-national industrial programme.", "Mr Speaker, jien għandi ħafna iktar xi ngħid, pero` kulma baqgħali għad- dispożizzjoni tiegħi hija minuta u għalhekk nixtieq nikkonkludi dan id- diskors billi nistaqsi: X'qed jistenna l-poplu tagħna fid-diskussjoni tal- lum?", "Huwa żgur li m'hux qed jistenna attakki personali.", "Ara jien ikkritikajt il-politika tal-gvern tal-ġurnata, imma m'attakkajt lill-ebda membru min-naħa tal-gvern personalment, u jien naħseb li huwa biss b'dan il- mod li nkunu nistgħu ngħidu li qed nimxu b'maturita` f'dan il-parlament.", "Ejjew ma nippersonalizzawhomx l-affarijiet.", "U jekk il-Prim Ministru jrid jimputa li hawn xi deputati Laburisti minn din in-naħa tal-Kamra li huma favur il-politika tiegħu, jien ngħidlu li llum huwa liberu li jsemmihom, u minn hawn jien nisfidah biex isemmihom.", "Illum lanqas biss se jittieħed vot, jiġifieri llum il-Prim Ministru iktar u iktar huwa liberu li jsemmi l- ismijiet tad-deputati Laburisti li rrifera għalihom fid-diskors tiegħu ħalli mbagħad dawn illum stess ikollhom l-opportunita` li jqumu jgħidu jekk dak li qal fuqhom il-Prim Ministru huwiex minnu jew le.", "Jien nagħlaq dan id-diskors billi nawgura li d-diskussjoni tal-lum tħalli l-frott mixtieq u kulħadd jingħata ċans jesprimi l-veduti tiegħu b'mod ħieles.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jidher ċar illi jekk il-gvern Nazzjonalista jrid li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, waħda mill-problemi prinċipali li għandu quddiemu hija l-qasam ta' l-ambjent, għaliex pajjiżna għadu m'huwiex preparat biex jattwa dak li l-Unjoni qed tiddetta lill-Gvern Malti jagħmel f'dan il-qasam.", "Dan m'iniex qed nivvintah jien imma qed jgħidu r-rapport li ġie ppreparat mill-Kummissjoni Ewropea stess, illi jgħid ċar u tond li minn mindu l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern u rriattiva l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, ma sar l-ebda progress fil-qasam ta' l-ambjent, la fil-protezzjoni tan-natura, la fil- protezzjoni ta' l-ilma, la fil-kwalita` ta' l-arja, la fil-waste management, la fl-industrial pollution, la fil-kontroll u lanqas fir-risk management.", "Dan ir-rapport jagħmilha ċara wkoll li għad fadal ħafna x'isir f'dan il- qasam u jgħid li l-gvern Nazzjonalista lanqas biss għadu għamel stima ta' x'finanzjament hemm bżonn biex jagħmel dak li qed titolbu l-Unjoni.", "Imma minkejja dan kollu, milli jidher din il-problema kbira qed titħalla għall- aħħar.", "Sfortunatament minflok ma l-gvern Nazzjonalista qed jaqdi d-dover tiegħu li jinforma lill-poplu dwar l-affarijiet pożittivi, l-affarijiet negattivi u l-konsegwenzi li ġġib magħha s-sħubija fl-Unjoni, qed jagħmel propaganda sħiħa biex jagħti l-impressjoni lill-poplu li bi sħubija fl- Unjoni Malta se ssir ġenna ta' l-art, u li għax il-Partit Nazzjonalista rriattiva l-applikazzjoni tiegħu għal sħubija sħiħa fl-Unjoni, b'daqshekk il-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Issa jien nerġa' ntenni li dan m'hu minnu xejn għax, speċjalment fejn jidħol l-ambjent, pajjiżna għadu m'huwiex preparat biex iwettaq dak li qed titlob minna l-Unjoni, u jekk stess pajjiżna jibda jwettaq dak li qed titlob minna l-Unjoni, il-poplu Malti u Għawdxi se jkollu jbati l-konsegwenzi.", "Biżżejjed insemmi li l- liġijiet tagħna huma differenti ħafna minn dawk il-liġijiet li qed titlobna biex nattwaw l-Unjoni, u dan biex ma nsemmux ukoll l-infiq kbir li hemm bżonn biex dan isir.", "Ovvjament il-miżuri li jkunu jridu jittieħdu biex isir dan it-tibdil kbir fil-liġijiet tagħna se jaffettwaw l-industrija ta' pajjiżna b'mod negattiv ukoll, bil-konsegwenza li jiġu mhedda l-impjiegi ta' ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Mr Speaker, jien ngħid li biex intejbu l-qasam ta' l-ambjent ta' pajjiżna u biex nagħmlu liġijiet favur l- ambjent m'għandniex għalfejn insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Biżżejjed insemmi l-fatt li għalkemm it-triq tal-gvern Laburista ma kenitx illi nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni, aħna wettaqna diversi miżuri favur l-ambjent.", "Hawn ta' min jgħid ukoll li fir-rapport tagħha l-Unjoni għamlitha ċara li taħt il-gvern Nazzjonalista jeżisti nuqqas kbir ta' infurzar f'dan il-qasam, kontra l-gvern Laburista li mhux talli kien għamel l-infurzar imma talli kien anke għamel studju dwar kif jistgħu jinbidlu l- liġijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent.", "Madanakollu hekk kif il- Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern minflok ma rringrazzja lin-nies tax- xogħol li għamlu biex seta jsir dan l-istudju għall-ewwel darba - the state of the environment report - huwa tajjarhom.", "Għalhekk l-Unjoni kellha raġun tgħid fir-rapport tagħha li l-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn għal dan il- qasam.", "Kuntrarjament għal dan, meta l-Partit Laburista kien fil-gvern beda kampanja ta' edukazzjoni għal dan il-qasam, għaliex għaraf kemm huwa importanti li teduka lill-poplu f'kollox; ra li jsir rapport dwar dan il- qasam; irratifika l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda li tikkumbatti d- desertification; iffirma l-protokoll ta' Kyoto dwar it-tibdil fil-klima bil-ħsieb li ssir ratifika fl-iqsar żmien possibbli dwar dan; f'Marzu ta' l- 1997 irratifika l-protokoll fuq long-term financing programme for monitoring and evaluation of long range transmission of all pollutions in Europe; appunta l-ewwel ambaxxatur għall-programm tal-Ġnus Magħquda dwar l- ambjent, il-UNEP; ipparteċipa f'laqgħat internazzjonali u reġjonali, fosthom fis-sezzjoni speċjali ta' l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f'livell ministerjali u fil-Montreal Protocol; f'Novembru ta' l-1997 saret laqgħa ministerjali intitolata Mediterranean action plan - Pacem in Maribus f'pajjiżna u sar ukoll proġett Ewro-Mediterranju, li kien proġett pilota għall-prevenzjoni u għall-kontroll ta' diżastri ambjentali fejn fih Malta daħħlet anke l-konċett ta' diżastri marittimi u għandna anke membru fuq l- isteering committee ta' dan il-proġett.", "Ta' min isemmi wkoll il- preparamenti li saru taħt il-gvern Laburista biex din is-sena pajjiżna jkun jista' jospita s-seminar reġjonali organizzat fi ħdan l-OSCE dwar it- theddid ta' l-ambjent fil-Mediterran u l-action plan f'livell ministerjali.", "Jien semmejt dawn l-affarijiet kollha li saru taħt il-gvern Laburista biex nuri li m'hemmx bżonn iddaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni biex temenda l- liġijiet ħalli ttejjeb il-qasam ta' l-ambjent.", "Fil-fatt minkejja li l-Partit Nazzjonalista jippriedka mod ieħor, il- verita` hija li huwa kellu jaċċetta li fil-perijodu qasir li għamel fil- gvern, il-Partit Laburista wera biċ-ċar li l-politika li għandu għal-qasam ta' l-ambjent kapaċi ttejjeb lil dan il-qasam u tibdel il-liġiijet biex iġġibhom pari passu ma' dawk ta' l-Unjoni, jew inkella mal-liġijiet ta' pajjiżi oħra li jistgħu jkunu aħjar minn dawk ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, bħal kull pajjiż ieħor, pajjiżna għandu t-tradizzjoni u l-kultura tiegħu li jaffettwaw il-kwalita` tal-ħajja tal-bniedem indirettament.", "Għax wara kollox l-ambjent x'inhu?", "L-ambjent huwa l-mod kif wieħed jista' jgħix ħajja aħjar u waħda mit-tradizzjonijiet u mill-kultura ta' pajjiżna hija proprjament il-kaċċa u l-insib.", "Fil-fatt anke hawnhekk, il-Partit Laburista wera biċ-ċar li kien kapaċi jsib bilanċ bejn it-tradizzjoni u l- kultura ta' pajjiżna u l-protezzjoni ta' l-ambjent, u meta rnexxielu jsib dan il-bilanċ huwa wiegħed lill-partijiet konċernati, jiġifieri lill- kaċċaturi u lill-ambjentalisti, li meta jkun fil-gvern huwa se jattwa regolamenti ġodda għal dan il-qasam.", "M'għandniex għalfejn ngħidu li meta l- Partit Laburista tela' fil-gvern huwa żamm kelmtu u wettaq dak li qal billi għamel dawk ir-regolamenti li qal li se jagħmel qabel l-elezzjoni dwar il- kaċċa u l-insib.", "Issa hawn ta' min ifakkar li qabel l-elezzjoni li għaddiet il-Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali l-Onor.", "Gonzi u l-Onor.", "Fenech Adami, li huwa l-prim ministru tal-lum, kienu fuq quddiem nett li wiegħdu li jekk isir xi tibdil ġaladarba huma jitilgħu fil-gvern, dan isir biss biex ir-regolamenti li saru fi żmien il-gvern Laburista fuq dan il- qasam ikomplu jiġu mtejba, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista kien aċċetta dan il-bilanċ li sab il-Partit Laburista.", "Madanakollu, kif kulħadd jaf, fl- ewwel sena ta' gvern Nazzjonalista la l-Onor.", "Gonzi u lanqas l-Onor.", "Fenech Adami ma baqgħu jirripetu dak li wegħdu qabel l-elezzjoni li għaddiet u lanqas biss taw indikazzjoni x'se jwettqu minn din il-wegħda.", "Fil-fatt kulma qalu kien biss li wieħed mir-rapporti ta' l-Unjoni qed jordna lill- Prim Ministru biex anke fl-oqsma tal-kaċċa u ta' l-insib, iġib il-liġijiet ta' Malta in line ma' dawk ta' l-Unjoni, anzi biex nissostanzja dan li qed ngħid se nikkwota silta mis-second avis, li jgħid ċar u tond li:", "\"It is important that Malta fully transposes the acquis communautaire as far as the best directive is concerned.\".", "Għalhekk jien ngħid li l-Prim Ministru għandu d-dmir illi fix-xhur li ġejjin jispjega lill-kaċċaturi u lin-nassaba kif se jattwa l-wegħdiet li għamlilhom u fl-istess ħin jimplimenta dak li qed tordnalu l-Unjoni, għaliex jekk il-Prim Ministru beħsiebu jwettaq dak li qed tordnalu l-Unjoni - u jien m'għandix dubju li hekk se jagħmel - m'għandux għażla oħra x'jagħmel ħlief li jikser il-wegħda li għamel lill-kaċċaturi u lin-nassaba bl-iktar mod sfaċċat.", "Għalhekk hawn jien nappella għal darb'oħra lill-Prim Ministru biex jgħid ċar u tond jekk huwiex se jagħżel li jbaxxi rasu quddiem l-Unjoni, kif nerġa' ngħid nemmen li se jkollu jagħmel, jew jekk huwiex se jżomm kelmtu mal-kaċċaturi u man-nassaba.", "Mr Speaker, l-esperjenza diġa' wrietna li l-Prim Ministru għamel ħafna wegħdiet qabel l-elezzjoni, sempliċement sabiex jieħu l-poter f'idejh, u ma kellu l-ebda ħsieb li wara li jieħu l-poter f'idejh iwettaq dawn il- wegħdiet.", "Hawnhekk nixtieq nappella lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex joqogħdu attenti ħafna għall-Partit Nazzjonalista, b'mod speċjali għall- Prim Ministru Fenech Adami, għaliex qed isir ħafna logħob bil-kliem.", "Per eżempju, mhux veru li l-gvern ta' Fenech Adami se jkun jista' jitlob xi derogi, u dan mhux jien qed ngħidu imma qaluh pubblikament esperti li huma mħallsin mill-gvern Nazzjonalista, fosthom Simon Busuttil, li waqt seminar tal-GWU qal hu stess li huwa mħallas mill-gvern Nazzjonalista sabiex imexxi l-proċess ta' l-iscreening li għaddej ma' l-Unjoni, ħalli suppost iżomm lill-poplu informat b'dak kollu li jkun għaddej.", "Mr Speaker, kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, l-uniku partit li sab bilanċ bejn il-kultura, bejn it-tradizzjoni u bejn l-aspett ambjentali huwa l-Partit Laburista, u minkejja li l-Partit Laburista ma kitibx il-wegħdiet li kien għamel qabel l-elezzjoni, huwa kien raġel biżżejjed li jwettaq dawk il-wegħdiet, kuntrarjament għall-Partit Nazzjonalista, li għalkemm niżżel il-wegħdiet li għamel qabel l-elezzjoni bil-miktub, deher ċar li kien daħak bil-poplu.", "Hawn ta' min ifakkar li fl-1992 il-Partit Nazzjonalista kien għamel l-istess għax minkejja li kien wiegħed illi m'hux se jmiss il-kaċċa u l-insib, kulħadd jaf x'għamel fil-verita`, speċjalment min għandu dawn il- passatempi.", "Jien naħseb li sal-lum kulħadd irrealizza li kulma jagħmel il- Partit Nazzjonalista, huwa jagħmlu biex jirbaħ il-poter ħalli meta mbagħad jitla' fil-gvern jagħmel dak li jaqbillu u mhux dak li wiegħed.", "Mr Speaker, jien persważ li wara dak kollu li għadni kemm għedt illum kulħadd qed jirrealizza li l-aħjar triq għal pajjiżna m'hijiex li nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni għaliex pajjiżna għadu m'huwiex preparat.", "Illum il-poplu diġa' qed jinduna li t-triq ta' pajjiżna għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea se titfgħu f'inkwiet kbir, l-iktar lill-ħaddiem iż-żgħir, liema inkwiet imbagħad irid ikun pajjiżna stess li jara kif se jsolvih.", "Għalhekk, Mr Speaker, jien nerġa' nappella lill-gvern Nazzjonalista biex jagħraf li huwa d-dover tiegħu li jinforma lill-poplu x'konsegwenzi se jbati jekk kemm-il darba l-gvern jibqa' jwettaq dak li jiddettawlu ta' l- Unjoni Ewropea.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, bla dubju ta' xejn it-tip ta' diskors li kien qed jagħmel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mizzi tista' tgħidlu kollox minbarra li huwa reali, għaliex fil-verita` huwa maqtugħ ħafna mir-realta`, kemm f'dak li jħoss u għandu bżonn il-poplu tagħna, kif ukoll f'dak li qed jiġri fid-dinja.", "Kumbinazzjoni ftit ilu jien għadni kif kont Pariġi biex nattendi għal laqgħa organizzata mill- UNESCO, u waqt din l-okkażjoni soċjali kelli miegħi żewġ delegati, wieħed Franċiż u ieħor Taljan, li ma domtx ma skoprejt li huma fanatiċi fuq il- kaċċa.", "Issa hawn ta' min ifakkar li dawn iż-żewġ delegati ġejjin minn żewġ pajjiżi li huma fundaturi ta' l-Unjoni u promoturi tal-konvenzjonijiet u tar-regoli ta' l-Unjoni.", "Fil-fatt kieku dakinhar kien hemm miegħi xi kaċċatur Malti jew Għawdxi żgur li kienu jgħiru mhux ħażin jismgħu lil dawn iż-żewġ delegati jitkellmu fuq kif huma jipprattikaw dan id-delizzju.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif kelliem ta' l-oppożizzjoni jippernja d- diskors tiegħu fuq l-Unjoni sempliċement fuq il-kwestjonijiet tal-kaċċa, ta' l-insib u tal-bird directives - bħal dak li qallu fl-Unjoni m'hemm ħadd li għandu dan id-delizzju - u dan meta nafu kemm hemm miljuni kbar ta' Ewropej li jsegwu d-delizzju tal-kaċċa b'tant entużjażmu u organizzazzjoni.", "Għalhekk meta l-oppożizzjoni tiġi hawnhekk u tipprova tinkalja l-proġett ta' l-Unjoni fuq dan l-argument, jien ngħid li l-oppożizzjoni mhux talli m'hijiex bilanċjata imma talli lanqas biss għandha idea tar-realta`.", "Mr Speaker, il-kelliem ta' qabli qalilna wkoll li fir-rapport li għamlet dwar Malta, l-Unjoni qalet li pajjiżna għadu m'huwiex preparat.", "Hawn jien nixtieq nirrispondih bl-Ingliż billi ngħidlu: \"So what, jekk għad jonqosna iktar affarijiet x'nagħmlu!", "Dażgur li għad fadlilna ħafna iktar miżuri x'nieħdu, pero` jien immur oltre minn hekk u ngħid li hemm pajjiżi li minkejja li ilhom membri ta' l-Unjoni snin sħaħ, lanqas huma għadhom m'għamlu r-ristrutturazzjoni kollha u anke huma għad jonqoshom ħafna iktar preparazzjoni.", "Fil-fatt ta' min jirrimarka li hemm pajjiżi, bħall-Irlanda u l-Greċja, li allavolja huma membri ta' l-Unjoni, din xorta waħda għadha qed tagħtihom għajnuna massiċċa biex ikomplu bil-proċess ta' ristrutturazzjoni, għaliex il-preparazzjoni ta' pajjiż fid-dinja ekonomika li qed ngħixu fiha llum hija kontinwa, dinamika u tirrikjedi ċerta flessibbilta`.", "Punt interessanti ieħor li għamel il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mizzi kien li minkejja li l-gvern Laburista ma kienx fit-triq għal sħubija sħiħa fl- Unjoni, xorta għamel ħafna liġijiet, ħafna regoli u ħafna inforzar.", "Fil- fatt huwa dan il-punt li rridu nenfasizzaw, li irrispettivament minn jekk irridux li Malta tissieħeb fl-Unjoni jew le xorta rridu nagħmlu ċerti affarijiet jekk irridu li pajjiżna jkun b'saħħtu ekonomikament, politikament u kulturalment f'kull qasam u jkun kapaċi jikkompeti.", "B'hekk biss nistgħu nassiguraw li wliedna jkollhom opportunitajiet ta' xogħol u futur mingħajr restrizzjonijiet, liema restrizzjonijiet jiġu kkaġunati minħabba li aħna nibqgħu ngħixu fi gżira iżolata.", "L-Onor.", "Mizzi stess qalilna li l-pajjiż xorta jrid jirristruttura ruħu, xorta jrid jirranġa l- liġijiet tiegħu, xorta jrid isir iktar effiċjenti, xorta jrid isir dixxiplinat u xorta jrid jassigura li f'dak kollu li nagħmlu ntejbu l-mod ta' kif nippjanaw, ta' kif niddeċiedu xi prijoritajiet nagħmlu, ta' kif inwettqu l-programmi tagħna u ta' kif l-amministrazzjoni pubblika tkun kapaċi tagħti servizz dejjem aħjar f'dik li hija kwalita` u dejjem b'inqas flus.", "Għalhekk jien ngħid illi l-poplu tagħna huwa lest li jilqa' l-isfidi soċjo-kulturali, ekonomiċi, industrijali u politiċi li jikkaratterizzaw pajjiż żgħir f'dinja li qed tevolvi f'raħal globali.", "Aħna nafu li għandna sehem x'nagħtu fir-reġjun Ewro-Mediterranju, fl-Unjoni Ewropea, fl- ekonomija globali u fl-ekonomija Ewropea, u huwa għal dawn l-isfidi li aħna qed nippreparaw lil uliedna.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra fil-kurrikulu minimu nazzjonali aħna semmejna kemm hu importanti li nippreparaw lil uliedna għal dawn l-isfidi; għax aħna ma rridux li t-tfal tagħna jiġu ppreparati biex jgħixu fi Svizzera tal-Mediterran imma biex jieħdu posthom fir-raħal globali tar-reġjun Ewro-Mediterranju.", "Aħna m'ilniex ħafna b'rajna f'idejna, ilna biss 35 sena indipendenti għaliex qabel konna kolonja.", "Minn hawn u ftit ġranet oħra se nagħlqu 25 sena Repubblika, u dan il-fattur ifisser li aħna m'għandniex xi tradizzjoni twila biżżejjed biex inqiegħdu b'mod rilevanti r-rwol tagħna fix-xenarju wiesa' tar-realta` li rridu ngħixu f'dan il-Mediterran, f'din l-Ewropea u f'din id-dinja.", "Għalhekk jien nemmen li l-proġett ta' l-Unjoni huwa opportunita` fejjieda biex niġġeddu, biex naġġornaw ruħna u biex nimbottaw lilna nfusna ħalli nkunu nistgħu ngħollu l-kwalita` tal-ħajja tagħna u nkattru l-prosperita`.", "Bħalissa l-Ewropa, li dejjem kienet il-promotur ta' l-istorja ta' l-umanita`, qed tagħmel l-ikbar espansjoni tagħha, u dan huwa mument ta' storja.", "Fis-seklu l-ġdid se naraw Ewropa magħquda, li se jkollha kondizzjonijiet totalment differenti milli kellha fiż-żmenijiet tas- seklu għoxrin, li kienu żmenijiet ta' firda, ta' għawġ, ta' gwerer u ta' nkwiet, u dan għaliex il-lvant, iċ-ċentru, is-sud u n-nord ta' l-Ewropa se jaħdmu flimkien iktar milli qed narawhom jaħdmu flimkien illum.", "L- inċidenti li seħħew fil-Kosovo riċentement urewna li l-bnedmin ma jistgħux ikollhom id-drittijiet fundamentali tagħhom rispettati u l-pajjiż ma jistax ikabbar l-ekonomija u l-prosperita` jekk il-popli tal-kontinent ma jintrabtux flimkien ma' l-ideali u mal-patrimonju tal-kontinent li jappartjenu għalih.", "Fil-fatt illum kulħadd jinsab lest li jaħdem ħalli nagħmlu flimkien regoli ta' mġiba fil-qasam soċjali, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam politiku u f'kull qasam ieħor, minbarra l-Partit Laburista.", "Illum qed naraw gvernijiet, parlamenti, trade unions, setturi pubbliċi u setturi privati jaħdmu kollha kemm huma biex jirristrutturaw, u nafu li l- flessibbilta` hija parti minn dan il-proċess.", "Għadna kemm rajna lill- Unjoni tagħmel shift ta' portata storika u li bih wessgħet il-viżjoni tagħha.", "Hawnhekk qed nirriferi għal meta l-Unjoni sinnet id- determinazzjoni tagħha għal evoluzzjoni integrata, bi strateġija u b'dimensjoni kulturali, politika, soċjali u ekonomika, liema strateġija u dimensjoni jridu jkunu l-muturi tad-direzzjoni l-ġdida.", "Jien ngħid li wieħed mill-agħar żbalji li wieħed jista' jagħmel fil-politika hija li jkun riġidu, għax jekk wieħed irid jaqdi l-interessi tal-poplu tiegħu verament ma jistax iżomm pożizzjoni riġida għal dejjem, ma jistax jibqa' jġorr il- preġudizzji miegħu, ma jistax ma jiftaħx widnejh għall-argumenti ta' ħaddieħor u għajnejh għat-tibdil li jsir madwarna.", "Kif spjega tajjeb ħafna l-Prim Ministru dalgħodu, il-Partit Nazzjonalista wera flessibilita` kbira ma' kull sitwazzjoni li nqalgħetlu u kien hu li ġġieled għall-indipendenza ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, aħna nħossuna komdi li nibqgħu mexjin bil- politika vis-a-vis l-Unjoni Ewropea għaliex l-Unjoni m'hijiex xi reġim riġidu bħalna imma hija għaqda li ġġedded lilha nnifisha kontinwament.", "Per eżempju, sa ftit ta' żmien ilu l-ħsieb kien li jkun hemm żewġ saffi ta' membri, dawk li jidħlu l-ewwel u dawk li jidħlu wara, u l-Unjoni kienet qed tieħu pożizzjoni qawwija fuq din il-materja, pero` l-flessibbilta` u ċ- ċirkostanzi li nqalgħu fl-Ewropa ġiegħlu lill-Unjoni tbiddel il-pożizzjoni tagħha bir-riżultat li llum qed tgħid li għandu jkun hemm saff wieħed biss ta' membri u kulmin ikun lest li jwettaq ir-riformi tiegħu jista' jidħol membru, fejn imbagħad jibda jieħu ċerti benefiċċji kif ukoll ikollu jibda jġorr il-piżijiet ta' sħubija.", "Sfortunatament meta l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u sħabu jitkellmu fuq l-Unjoni - fil-fatt ftit ilu għadna kemm smajna d-diskors tal-ħabib tagħna l-Onor.", "Mizzi - isemmu biss il-piżijiet li nkunu rridu nġorru jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l- Unjoni, u qatt ma jipprovaw jiftħu l-prospettiva fuq dak li l-poplu tagħna jista' jgawdi minn din is-sħubija.", "Għall-kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista, lill-Partit Laburista jien xejn ma narah flessibbli, anzi ngħid illi għandu pożizzjoni riġida immens.", "Fil-fatt il-Kap ta' l- Oppożizzjoni stess qalilna li hu ilu 30 sena jemmen li Malta m'għandhiex issir membru ta' l-Unjoni.", "Jien niddubita jekk hawnx xi ħadd f'din il- Kamra li qatt ma biddel l-opinjoni tiegħu fi 30 sena sħaħ!", "Milli qed naraw il-Kap ta' l-Oppożizzjoni lanqas biss huwa dispost, aħseb u ara kemm huwa lest li jgħin lil pajjiżna jwettaq il-bidliet meħtieġa biex inkunu nistgħu ngawdu lkoll mis-sħubija ta' l-Unjoni.", "Issa hawnhekk bilfors ikolli ngħid li l-atteġjament ta' l-oppożizzjoni fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna mhux biss qed idgħajjef il-pożizzjoni tal- Gvern Malti imma qed idgħajjef il-pożizzjoni ta' Malta u tal-poplu tagħna kollu.", "Kuntrarjament għal dak li tista' tgħid qed jagħmlu l-pajjiżi kollha li jridu jissieħbu fl-Unjoni, li laħqu bejniethom kunsens fil-politika tagħhom dwar l-Unjoni, l-oppożizzjoni Laburista qiegħda tipprova tikkonvinċi lill-poplu li pajjiżna qatt ma jista' jagħmel il-pass li jissieħeb fl-Unjoni u li l-Partit Nazzjonalista qatt ma jista jkun kapaċi biżżejjed biex jieħu din id-deċiżjoni importanti.", "Kif għedna diġa', il- Partit Nazzjonalista diġa' kellu jaffronta din is-sitwazzjoni meta ġie biex jagħti l-indipendenza lil pajjiżna, meta l-Ingliżi ġew biex jagħlqu l- bażijiet tagħhom, meta ried isib impjieg għal 15,000 ruħ u meta d- demokrazija kienet mhedda, u għalhekk m'għandix dubju li huwa se jkun kapaċi jaffronta din is-sitwazzjoni din id-darba wkoll.", "Sur President, issa fil-ftit minuti li għad fadalli nixtieq niffoka ftit fuq l-oqsma ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ, tal-kultura, tax-xjenza u tar- riċerka.", "Il-membri tan-naħa l-oħra qed jipprovaw jagħtuna l-impressjoni li l-istudenti, il-lecturers u l-ħaddiema jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni - liema programmi l-oppożizzjoni stess tgħid li huma interessanti - irrispettivament minn jekk insirux membri sħaħ ta' l-Unjoni jew le.", "Ta' min jgħid ukoll li fil-bidu ta' l-amministrazzjoni preċedenti, f'Ottubru ta' l-1996, il-predeċessur tiegħi kien qal li l-Partit Laburista għandu l-intenzjoni li jikkollabora f'dawk l-oqsma fejn l-aspirazzjonijiet jikkoinċidu, u qalilna li l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u ta' l-Ewropa żgur li jikkoinċidu fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Fil-fatt l-Onor.", "Bartolo kien kompla jgħidilna wkoll li l-Partit Laburista jrid li nipparteċipaw fil- programmi ta' l-Unjoni, fosthom fil-programmi Socrates, Leonardo, Youth for Europe u l-fifth framework programme tar-riċerka u tat-teknoloġija, pero` aħna nafu li m'hux biżżejjed li nkunu rridu nipparteċipaw jekk ma nisseħbux fl-Unjoni.", "Huwa veru li wieħed jista' jipprova jbellagħha lil dak li jkun li qed jieħu sehem f'dawn il-programmi billi jagħmel ftit token participation 'l hawn u 'l hemm, pero` aħna nafu wkoll li wara biss ftit xhur l-Unjoni rrealizzat li l-Partit Laburista kien se jibqa' riġidu fl- iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni u li madanakollu xorta ried jibbenefika mill-vantaġġi kollha li hija toffri.", "Fil-fatt l-Unjoni lagħbet il-logħba tal-Partit Laburista għal ftit xhur, pero` mbagħad meta l-Kummissjoni Ewropea għamlet stima tas-sitwazzjoni malajr kitbitilhom ittra fejn qaltilhom: Isma', biex tkomplu tieħdu sehem fil-programmi ta' l-Unjoni jrid ikun hawn il-qbil u l-bażi legali ''to establish a legal framework which would allow for such co-operation''.", "Imbagħad qaltilhom ukoll li:", "\"My director's office has therefore informed me that in the case of this programme this means that we should come to a halt at this point.", "I am sorry to say that this also goes for your participation in the coming national co-ordination unit's meeting of the 23rd April.\"", "Jiġifieri minkejja li l-oppożizzjoni qed tipprova tagħti l-impressjoni li nistgħu nieħdu sehem fil-programmi ta' l-Unjoni anke jekk nibqgħu barra, fl- 4 t'April il-Kummissjoni Ewropea qalet lis-Sur Edgar White, li dak iż-żmien kien il-bniedem li kien qed isegwi dan il-qasam, li l-uffiċċju tad-direttur tagħha informaha li ma nistgħux nibqgħu nipparteċipaw fin-national co- ordinating unit.", "Għalhekk issa li għandhom anke din id-dikjarazzjoni, il- membri ta' l-oppożizzjoni iktar u iktar m'għandhomx jibqgħu jimmislijdjaw lill-Kamra u jagħtu l-impressjoni li nistgħu nibqgħu nipparteċipaw fil- programmi ta' l-Unjoni anke jekk ma nisseħbux fiha, u dan huma tant jafuh li meta kienu fil-gvern, fil-budget lanqas biss kienu baqgħu jinkludu l-vot tal-programmi ta' l-Unjoni.", "Mr Speaker, aħna nafu li minn mindu ġiet riattivata l-applikazzjoni ta' pajjiżna f'Settembru ta' l-1998 imxejna 'l quddiem u sar screening f'ħafna oqsma, fosthom fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ, tal- kultura, tal-qasam awdjo-viżwali, tar-riċerka u ta' l-iżvilupp.", "Fil-fatt meta għamilna dan l-iscreening aħna ħassejna ruħna sodisfatti biżżejjed li stajna nagħtu struzzjonijiet lis-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru ta' l-edukazzjoni biex dan japplika formalment għas-sehem sħiħ tagħna fil- programmi edukattivi ta' l-Unjoni, u hawn ikun tajjeb jekk ngħid li minn mindu tfajna din l-applikazzjoni fit-22 ta' Lulju - din kienet l-iqreb data li aħna fiha stajna napplikaw, wara li ġiet riattivata l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa - mhux biss irnexxielna nqarrbu r-relazzjonijiet tagħna ma' ċerti organizzazzjonijiet, bħall-European training foundation, li se nsiru membri tagħha - fil-fatt għandna nitilgħu għall-ewwel board meeting f'Novembru u mbagħad f'Diċembru se jkollna meeting importanti ħafna ma' din il-fondazzjoni dwar l-oqsma ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali - imma minn dak iż-żmien 'l hawn komplejna b'diversi diskussjonijiet u negozjati.", "B'riżultat ta' dan kollu issa mhux biss se nibdew inwaqqfu l- istituzzjonijiet biex ikollna national agency li tieħu ħsieb dawn il- programmi edukattivi, imma l-gvern ddeċieda wkoll x'inhu l-livell ta' finanzjament meħtieġ - u dan issa se narawh fil-budget li ġej - ħalli mis- sena d-dieħla, hekk kif jiġu konklużi n-negozjati li għaddejjin fir-rigward tal-programmi Socrates, Leonardo, Youth for Europe u l-fifth framework programme tar-riċerka u tat-teknoloġija - fil-fatt nistgħu ngħidu li n- negozjati fuq il-programm Leonardo diġa' huma konklużi - ikollna l- finanzjament meħtieġ biex nieħdu sehem f'dawn il-programmi.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, wara li smajna lill-Prim Ministru u lill-Ministru Louis Galea jagħmlu l-interventi tagħhom, nistgħu ngħidu li bqajna għaddejjin bl-istess diska u kantaliena, għax kulħadd jitkellem fl- arja mingħajr ħadd ma jgħid xejn konkret u jagħti dettalji, basta viva l- Ewropa!", "Nibda biex ngħid li dan il-gvern qed jittratta din il-kwestjoni b'arroganza u b'suppervja kbira, u huwa għalhekk li teżisti ħafna konfużjoni u teżisti qasma kbira fir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni.", "Huwa ovvju li l-gvern irid ir-raġun f'kollox, irid ir-raġun dejjem u qed jipprova jpinġi lill-Unjoni bħala l-art imwiegħda u bħala xi ġenna ta' l- art.", "Donnhom dawn ma jafux li hemm pajjiżi li għalkemm ilhom ħafna snin fl- Unjoni għadhom ma sabux din l-art imwiegħda!", "Fil-fatt ta' min isemmi li dan l-aħħar membru parlamentari Ewropew stess ammetta li ħafna mill-pajjiżi li huma mseħbin fl-Unjoni għandhom iktar problemi milli għandna aħna u li l- qagħda tagħhom hija ferm inqas pjaċevoli minn tagħna.", "Jien nemmen li dan il-gvern qed jagħmel ħażin ukoll li qed ipinġi lill- Partit Laburista bħala xi partit li huwa totalment kontra l-Unjoni, bħallikieku qegħdin ngħidu li aħna ma rridu l-ebda affari ma' l-Unjoni.", "Kif jaf kulħadd din m'hijiex il-verita` għax aħna, bħala Partit Laburista, nemmnu li t-triq tagħna vis-a-vis l-Unjoni hija ħafna aħjar minn dik li għażel il-Partit Nazzjonalista, u huwa inutli li l-Prim Ministru joqgħod jgħid, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, li min-naħa ta' l-oppożizzjoni hemm membri li ma jaqblux mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Għaliex ma jsemmihomx lil dawn in-nies?", "Meta nitkellem mal-membri tan-naħa l-oħra, jien ukoll nara li xi wħud minnhom ma tantx jidhru konvinti fuq it- triq li qabad il-partit tagħhom.", "Iva, jien l-ewwel wieħed nista' nistqarr li meta nitkellem ma' xi wħud mill-membri tan-naħa l-oħra u nsemmilhom xi ftit mill-problemi li jistgħu jinqalgħu f'diversi setturi jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, dawn jagħlqu ħalqhom, anzi bilkemm ma jgħidulix li għandi raġun.", "Mr Speaker, il-verita` hi li l-gvern m'huwiex qed ifiehem lill-poplu li Malta tista' tħares lejn l-Unjoni b'żewġ binarji, il-binarju tagħna u l- binarju ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa hu qed jgħid li l-binarju ta' l-Unjoni huwa tajjeb u aħna qed ngħidu li l-binarju tagħna huwa tajjeb, imma dan ma jistax jibqa' joqgħod jgħid lill-Ewropej li nofs Malta hija kontra tagħhom u mbagħad jiġi hawn kważi kważi mbikkem għaliex l-Unjoni qed tgħidlu li Malta ma tafx xi trid.", "Jekk Malta ma tafx xi trid, dan mhux għaliex il- gvern qed iħawwad lill-poplu?", "Lill-poplu għaliex ma jgħidlux il-verita`, ċioe` li t-triq li trid tieħu l-oppożizzjoni Laburista tagħmel sens ukoll u mhux ta' min iwarrabha, anzi hija triq li ta' min jistudjaha bħala alternattiva għat-triq li qabad il-gvern preżenti?", "Li kien għall-Partit Nazzjonalista pajjiżna ilu li sar membru sħiħ ta' l-Unjoni mill-1995, u fil- fatt dak iż-żmien kien diġa' qal li Malta se ssir membru sħiħ f'dik is-sena - jiġifieri kien diġa' ta d-data - imma għax kien gvern inkompetenti jew inkella għax l-Ewropej għaddewh biż-żmien ...", "Illum hu qed joqgħod jaqla' ħafna skużi għaliex dan il-pjan li kellu ma seħħx u bilkemm mhux qed jgħid li huwa tort tagħna li ma dħalniex fl-Unjoni minħabba li ffriżajna l- applikazzjoni bejn l-1996 u l-1998!", "Mr Speaker, jien ngħid: Ejjew nitkellmu ċar u tond u ma nibqgħux naraw x'jaqbel lill-Partit Nazzjonalista imma naraw x'jaqbel lill-poplu Malti u lis-settur privat.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien biss għax Brussels qalet kemm-il darba li jekk se ssir integrazzjoni bejn Malta u l-Unjoni, din ma tridx issir fuq livell ta' gvern ma' gvern imma biex ikun hemm koperazzjoni sħiħa bejn Malta u l-Unjoni, din il-koperazzjoni trid issir bejn settur privat Malti u settur privat Ewropew, bejn poplu Malti u poplu Ewropew.", "Għalhekk minn hawn nindunaw kemm qed imur żbaljat il-gvern li mingħalih se jġib l- integrazzjoni bejn Malta u l-Unjoni billi m'hu qed jiddjaloga ma' ħadd, m'hu qed jieħu l-opinjoni ta' ħadd u qed jgħaffeġ kollox hu.", "Il-verita` hi li l-Partit Nazzjonalista ħa deċiżjoni purament politika, mingħajr ma qagħad jikkalkola x'se jkunu l-konsegwenzi ekonomiċi, kemm dawk tajbin kif ukoll dawk ħżiena, u issa, wara li ħa dik id-deċiżjoni politika, qed joqgħod idawwar ħafna argumenti biex taparsi jipprova jiġġustifika dik id- deċiżjoni b'konsegwenzi ekonomiċi.", "Jien naħseb li kulħadd ra l-film \"The Godfather\", u jien l-iktar parti li laqtitni f'dak il-film kienet meta l- padrino qal lil wieħed li kien se jagħmillu ''an offer that he cannot refuse'', kif qed jagħmlilna l-Partit Nazzjonalista llum li jridna bilfors nieħdu l-offerta ta' l-Unjoni, bħallikieku ma nistgħux ngħaddu mingħajrha.", "Jien ngħid li din m'hijiex l-għażla vera li trid tagħmel Malta, u jeħtieġ li qabel xejn Malta tiżen x'se tirbaħ, tiżen x'inhuma l-options li għandha, tara taħt liema kondizzjonijiet jaqblilha tikkopera ma' l-Unjoni, tara kif se nieħdu l-aħjar minn dawn il-kondizzjonijiet, tara meta huwa l-aħjar mument li fih nibdew nattwaw xi miżuri, tara x'miżuri se tieħu u x'effetti jistgħu jħallu dawn il-miżuri kif ukoll jekk hemmx xi mod kif nistgħu nnaqqsu l-effetti ħżiena li jistgħu jħallu dawn il-miżuri.", "Kif għedt iktar kmieni, jien nemmen ukoll li meta nitkellmu fuq l-Unjoni għandna niffokaw fuq żewġ binarji, xi ħaġa li s'issa għadna m'aħniex nagħmluha.", "Mr Speaker, bħalissa qed nisimgħu ħafna kliem rigward il-miżuri li rridu nieħdu, bħallikieku kif nieħdu dawn il-miżuri nsibu ruħna fil-ġenna ta' l- art!", "Jien ngħid li qabel ma noqogħdu nitkellmu biss fuq il-miżuri, l-ewwel għandna naraw x'vantaġġi u xi żvantaġġi se jiffaċċja pajjiżna jekk isir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "M'għandniex neħduha for granted li ladarba għamilna sagrifiċċju u ħadna l-miżuri li kellna nieħdu, b'daqshekk ġejna fil-ġenna ta' l-art.", "Jekk wieħed iħares lejn l-oqsma differenti li jifformaw l-ekonomija Maltija jsib il-manifattura għal-lokal, il- manifattura għall-esportazzjoni, ix-shipbuilding, ix-shiprepair, is-settur finanzjarju, is-settur tas-servizzi, is-settur ta' l-offshore u s-settur tat-turiżmu.", "Allura hawn jien nistaqsi: Kif ħadd m'hu qed jitkellem fuq x'se jirbaħ u x'se jitlef kull settur?", "Jien m'iniex qed ngħid li jekk pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni se nitilfu biss imma ma nistgħux nagħtu l-impressjoni li għandna x'nirbħu biss lanqas!", "Mr Speaker, bħalissa l-membri tal-gvern il-ħin kollu jsemmu r- restructuring - fil-fatt l-Onor.", "Louis Galea għadu kemm tkellem fuq hekk - qisha din hija xi ħaġa li skoprejnieha issa, minn mindu qed nitkellmu mal- membri Ewropej!", "Imma fil-verita` r-restructuring x'inhu?", "Din żgur li m'hijiex xi ħaġa li għandna nagħmluha biss minħabba li rridu nidħlu fl- Unjoni.", "Pajjiżi oħrajn jagħmlu r-restructuring tagħhom kontinwament, jiġifieri ma nafx għaliex aħna qed nagħtu l-impressjoni li din hija xi ħaġa ġdida li għallmitielna l-Unjoni.", "Fuq kollox il-membri tan-naħa tal-gvern lanqas qed jgħidu l-verita` fuq dan ir-restructuring għaliex għalkemm isemmu s-sagrifiċċji - u huwa issa li qed nammettu li biex nagħmlu dan ir- restructuring irridu nagħmlu ċerti sagrifiċċji għax qabel dan lanqas biss konna nammettuh - ħadd m'hu qed jgħid kif se ngawdu minn dan ir- restructuring.", "Jien nemmen li huwa l-gvern li għandu jagħti l-eżempju f'dan ir-rigward għax gvern fallut ma jistax idur fuq is-settur privat u jgħidlu li għandu bżonn jagħmel restructuring.", "Jeħtieġ li nifhmu li r- restructuring m'hijiex qiegħda biss għall-industrija privata imma qiegħda wkoll għall-ekonomija tal-pajjiż u għalhekk il-gvern imessu beda jagħmel ir- restructuring hu stess qabel ma qal lis-setturi ekonomiċi lokali kollha biex jagħmlu r-restructuring.", "Il-gvern għandu jimxi fuq il-passi għaqlin tal-Partit Laburista meta tela' fil-gvern tliet snin ilu billi jara kif se jnaqqas id-deficit u kif se jsaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż, u mela joqgħod jitkellem fuq ir-restructuring bħallikieku din kienet xi ħaġa li jrid jagħmilha biss is-settur privat u bħallikieku l-gvern m'għandux x'jaqsam magħha!", "Imbagħad irridu ngħidu kollox u nistqarru li llum ħafna mill-kelliema tan- naħa l-oħra qed jammettu li kieku stajna nagħmlu r-restructuring għal rasna mingħajr l-għajnuna ta' l-Unjoni kien ikun ħafna aħjar għalina.", "Mela ejjew nobżqu l-verita` u ngħidu li waħda mir-raġunijiet għaliex aħna qed inħarsu lejn l-Unjoni hija li minħabba li m'għandniex il-flus u l-mezzi neċessarji m'aħniex kapaċi nagħmlu r-restructuring weħidna u għalhekk qed inħarsu lejn l-Unjoni bħal xi big daddy.", "Imma skużi, hawn jien nistaqsi: Jekk aħna fallejna bħala gvern, jekk aħna m'għandniex flus għax sparpaljajna kollox, it-tort ta' min hu?", "Meta bdew sejrin lura l-affarijiet?", "M'huwiex sew li għax issa għaffiġna kemm flaħna fil-qasam ta' l-ekonomija qed ngħidu li ma nistgħux nagħmlu mod ieħor ħlief li nduru lejn l-Unjoni, biex forsi tgħinna nġibu lura l-bajd li għaffiġna għall-froġa li għamilna!", "Huwa veru li hemm ċerti miżuri li jkun iktar jaqblilna neħduhom li kieku nidħlu fl-Unjoni, bħalma mbagħad hemm ċerti miżuri li jkun aħjar jekk neħduhom mingħajr ma nidħlu fl-Unjoni, pero` hawn irridu nifhmu wkoll li ħafna drabi l-effett li jħallu l-miżuri li nieħdu ma jkunx jiddependi biss fuq il-miżuri per se imma jkun jiddependi fuq ħafna fatturi oħrajn bħal, per eżempju, fuq meta tieħu dawn il-miżuri, fuq kemm iddum biex teħodhom u fuq f'liema doża teħodhom, għax jista' jiġri bħal meta tieħu mediċina f'daqqa u minkejja li tħalli effett tajjeb, jekk teħodha kollha f'daqqa minflok tfejqek tista' toqtlok!", "Issa ħalli nitkellem ftit fuq il-qasam tat-turiżmu.", "Jien naħseb li kulħadd jaf kemm huwa importanti dan il-qasam għal Malta pero` ejja nammettu li l-Unjoni ma tagħtix importanza lill-qasam tat-turiżmu daqskemm jagħtih pajjiżna.", "Biex nissostanzja dan li qed ngħid naħseb li jkun biżżejjed illi nsemmi li filwaqt li f'Malta l-qasam tat-turiżmu jikkontribwixxi għal madwar 33% tal-GDP, fl-Unjoni dan il-qasam jikkontribwixxi għal inqas minn 5% tal-GDP.", "Ta' min jgħid ukoll li l- Unjoni tefgħet il-qasam tat-turiżmu taħt ir-responsabbilta` tad-DGT 23, li huwa responsabbli wkoll minn diversi oqsma oħrajn, fosthom mill-qasam tal- kummerċ, ta' l-industrija, ta' l-esportazzjoni u tat-trade, jiġifieri l- Unjoni ma ħassitx il-bżonn li tagħti attenzjoni partikolari lill-qasam tat- turiżmu.", "Punt interessanti ieħor li wieħed irid isemmi huwa li minn seminar li sar ftit tax-xhur ilu ħareġ b'mod ċar illi kieku Malta kellha tkun membru sħiħ fl-Unjoni, ħafna pajjiżi kompetituri tagħna, bħal Tuneż u t-Turkija, ikollhom vantaġġ kompetittiv qawwi fuq Malta, u dan minħabba s-sempliċi raġuni li aħna nkunu membri sħaħ ta' l-Unjoni u huma ma jkunux.", "Ara bit- triq li jrid jieħu lil pajjiżna fiha l-Partit Laburista, dan l-iżvantaġġ jiġi eliminat kompletament.", "Ikun tajjeb jekk wieħed ikun jaf ukoll li jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, ikun ħaddieħor li jiddetermina kemm għandha tkun ir-rata tal-VAT f'pajjiżna u x'għandu jiġi ntaxxat, u anke hawn, bit-triq li jrid jeħodna fiha l-Partit Laburista dan l-iżvantaġġ fuq il-qasam tat-turiżmu jiġi eliminat ukoll.", "Sa sena ilu l-ministeru tat-turiżmu kien qed jipprova jgħaddi l-inċentivi li għandu s-settur tal-manifattura lis-settur tat-turiżmu.", "Issa jekk pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni mhux talli ma nkunux nistgħu nitfgħu inċentivi fuq is-settur tat-turiżmu imma talli jkollna nneħħu anke dawk l- inċentivi li jeżistu fuq is-settur tal-manifattura.", "Per eżempju, il- problema tat-TOSS jew ta' l-FBR li għandna mas-suq Ingliż inħolqot minħabba li Malta għandha a strong currency ma' dawk il-pajjiżi li m'għandhomx l-FBR jew it-TOSS u kienu jaqbdu u jagħmlu devaluation.", "Ara aħna ma nistgħux nagħmlu hekk għax we are an importing country u ċertament m'huwiex fl- interess tagħna li niżvalutaw il-lira Maltija.", "Fil-fatt kien għalhekk li mbagħad ħriġna bis-sistema tal-forward buying rate, li ħadmet tajjeb, u tat- tour operators support scheme.", "Anke hawnhekk, lill-operaturi qed ngħidulhom li jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni nitilfu l- kompetittivita` li għandna.", "Biżżejjed infakkar li meta pprovajna nneħħu l- FBR, is-suq Ingliż naqas għal sentejn wara xulxin bi 13%.", "Imbagħad xi ngħidu għat-tour operator margin scheme?", "L-ewwelnett ħalli nispjega fiex tikkonsisti din l-iskema għax ħadd m'hu qed isemmiha.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf illi meta operatur fl-Unjoni jibgħat lit-turisti li jkunu ġejjin minn xi pajjiż membru ta' l-Unjoni fl-Ewropa stess jeħel 15% fuq il-profitti li jagħmel - jiġifieri meta, per eżempju, jibgħat lit- turisti Ingliżi fl-Italja jew inkella lit-turisti Franċiżi fl-Irlanda - imma jekk min-naħa l-oħra jibgħat lil dawn it-turisti f'pajjiż li m'huwiex membru ta' l-Unjoni, bħal Malta, dawn il-15% fuq il-profitti li jagħmel ma jeħilhomx.", "Allura ħadd m'hu qed iqis li hekk kif inneħħu lill-operaturi Ewropej it-tour operator margin scheme, il-pakkett tagħna se jitla' b'xi 5%?", "Ta' min isemmi wkoll id-duty-free.", "Aħna nafu li 90% tat-turisti li jżuru Malta jiġu mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni, jiġifieri jekk aħna nissieħbu fl-Unjoni, il-bejgħ tad-duty-free se jaqa' awtomatikament.", "Sur President, hawn ta' min isemmi wkoll il-freedom of movement.", "Aħna nafu li ħafna barranin iridu jiġu Malta biex jieħdu post il-Maltin f'dawk li huma mpjiegi.", "Il-ministru għat-turiżmu qalilna li din m'għandhiex tkun ta' problema għaliex il-barranin ma jitkellmux bil-Malti.", "Imma skużi, mela lill-barranin li jaħdmu hawn Malta aħna nkellmuhom bil-Malti!", "Mhux bil- lingwa tagħhom jew bil-lingwa Ingliża nkellmuhom!", "Fil-fatt jekk aħna nsiru membri ta' l-Unjoni u jibdew jiġu l-barranin jaħdmu hawn Malta, il-gwidi, l- operators, il-handling agents u l-excursion organisers barranin ikollhom vantaġġ fuq il-Maltin li jaħdmu l-istess xogħol, u dan proprjament minħabba l-lingwa.", "Per eżempju, jien naħseb li t-tour operators barranin li jaħdmu hawn Malta jippreferu jħaddmu persuni li ġejjin minn pajjiżhom stess u għalkemm għalissa dawn l-affarijiet qed nikontrollawhom minħabba l-work permits, jekk nidħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni addio l-work permits u min jaf kemm ikun hemm Maltin li jitilfu l-impjieg tagħhom għax jeħduk il- barranin.", "Mr Speaker, illum meta nsemmu lill-Air Malta kulħadd jibda jitkellem fuq l-open skies imma ħadd ma jsemmi kemm-il kumpannija ta' l-ajru falliet minn mindu bdew iħaddmu politika ta' open skies.", "Imbagħad xi ngħidu għall- problema tal-visas li tinħolqilna jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni?", "Per eżempju, illum aħna, bħala gvern, iddeċidejna li lir-Russu li jiġi Malta nagħtuh il-visa on arrival u meta rridu nistgħu niddeċiedu li nagħmlu hekk lil kull turist ta' pajjiż partikolari li jkun, pero` jekk nidħlu membri sħaħ ta' l-Unjoni ma nkunux nistgħu niddeċiedu iktar aħna lil min għandna nitolbu visa jew le imma dan tkun trid tibda tiddeċidieh l-Unjoni.", "Ara jekk nimxu fit-triq li jridna nimxu fiha l- Partit Laburista, inkunu qed neliminaw dan l-iżvantaġġ ukoll.", "Mr Speaker, illum ħafna lukandiera jinsabu mwerwra imma jibżgħu jitkellmu.", "Ara lili kemm-il darba jiġu jkellmuni imma meta nistaqsihom għaliex m'humiex qed isemmgħu leħinhom, jgħiduli li jibżgħu li jaqilgħu xi vendikazzjoni jekk jagħmlu dan.", "Għall-kuntrarju, fi żmienna kulħadd kien jitkellem għax ħadd ma kien jaqla' vendikazzjonijiet meta jsemma' leħnu!", "Fil-fatt kif kont qed ngħid, illum il-lukandiera jinsabu mwerwrin għax jekk aħna nidħlu fl-Unjoni u allura l-lukandi tagħna jibdew jiġu kklassifikati bħal-lukandi ta' dawk il-pajjiżi li jinsabu fl-Unjoni, tliet kwarti mil- lukandi Maltin li llum huma 3-Star jew 2-Star ikunu jistgħu jagħlqu l- bibien u ma jiftħux iżjed.", "Ovvjament dan l-iżvantaġġ jiġi eliminat ukoll jekk nimxu fit-triq li għażel il-Partit Laburista.", "Issa ħalli nagħmel punt fuq il-liberalizzazzjoni.", "Jien naqbel li l-liberalizzazzjoni hija xi ħaġa pożittiva u li huwa tajjeb li l-operat tat-taxis, il-coaches, id-dgħajjes li jieħdu t-turisti l- Blue Grotto u l-handling agents jiġu lliberalizzat, pero` ejjew infehmu lin- nies li filwaqt li bil-liberalizzazzjoni ta' dawn il-permessi llum il-gvern jista' jilliberalizza l-liċenzji tat-taxis u minflok ma jagħti dawn il- liċenzji lil 200 Malti jagħtihom lil 400 Malti ħalli jkompli jkabbar il- kompetizzjoni f'dan il-qasam, jekk inkunu membru fl-Unjoni t-taxi drivers Maltin ikollhom iċedu l-impjieg tagħhom lill-barranin.", "Issa hawn jien qed qed insemmi lit-taxi drivers imma fil-verita` anke l-handling agents, il- gwidi, it-tour operators u diversi ħaddiema oħra f'dan is-settur isibu ruħhom f'din is-sitwazzjoni jekk insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni.", "Imbagħad hawn jien nerġa' nistaqsi: Jekk aħna nemmnu li l- liberalizzazzjoni hija tajba, għalfejn għandna noqogħdu nistennew li nidħlu fl-Unjoni biex nagħmluha?", "Dan l-aħħar waqt programm li sar fuq in-NET Television kien hemm uffiċjal tal-UĦM li qal illi huwa jemmen li għandna nidħlu fl-Unjoni għaliex inkella ħafna mill-affarijiet li jrid jagħmel dan il-gvern jibqa' ma jagħmilhomx.", "Jiġifieri issa aħna rridu nidħlu fl-Unjoni għax qed nammettu li għandna gvern defiċjenti!", "Issa dan l-uffiċjal żgur li ma kienx qed jirriferi għall-gvern Laburista meta qal dan il-kliem għax mill-aħħar 13-il sena li għaddew, 11-il sena minnhom għamilhom fil-gvern il- Partit Nazzjonalista.", "Sur President, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nappella lill-membri tan-naħa l-oħra jfiehmu lin-nies li jiltaqgħu magħhom illi t-triq lejn l- Unjoni m'hijiex biss dik li għażlu imma hija anke dik li għażel il-Partit Laburista, u jekk wieħed jidħol fid-dettal fuq dan il-qasam isib li l- għażla tagħna hija ħafna aqwa minn dik li għamel il-gvern preżenti.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, jien naħseb li jkun tajjeb jekk f'dan id-diskors nipprova nfiehem lill-poplu Malti u Għawdxi iktar b'mod ċar xi sfidi se jiffaċċjaw in-negozjanti, speċjalment in-negozjanti ż-żgħar, aħna u mexjin fit-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Pero` żgur li daqskemm in-negozjanti se jħabbtu wiċċhom ma' sfidi aħna u mexjin f'din it-triq, daqstant ieħor se jħabbtu wiċċhom ma' inċentivi.", "Sur President, ir-restructuring m'huwiex xi ħaġa li skoprejnieh illum u ilu ħafna jsir, pero` llum dan qed jingħata iktar enfasi għax bħalissa għandna diversi aġenziji li qed jipprovaw jagħmlu xi tip ta' restructuring fin-negozju tagħhom.", "Għalhekk ikun qed joħlom min jiġi hawn u jgħid li r- restructuring tan-negozju beda issa, u jekk għal xi deputati r- restructuring tan-negozju beda issa, dan għaliex il-gvernijiet li kellna s'issa ftit li xejn ħasbu biex jagħmlu xi tip ta' restructuring, b'mod speċjali lis-settur tan-negozji ż-żgħar.", "Illum li qed niddibattu l-għażla tal-gvern preżenti li jirriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni rridu nitkellmu fuq restructuring li mhux biss irid isir fil-qasam industrijali imma fis-setturi kollha, inkluż fis-servizzi li joffru d-dipartimenti tal-gvern, pero` b'daqshekk ma jfissirx li r- restructuring huwa xi fenomenu marbut mat-triq tal-gvern Nazzjonalista lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Kif għedt diġa', ir-restructuring kien isir il- bieraħ, qed nagħmluh illum u jrid jibqa' jsir anke għada, u jekk negozju, ikun x'ikun, ifettillu jieqaf milli jagħmel dan ir-restructuring, huwa jkun qed jiffirma s-sentenza tiegħu għal diżastru sħiħ.", "Jien qbilt ma' l-Onor.", "Karmenu Vella meta qal illi meta nkunu qed niddiskutu issue bħal din irridu nitkellmu b'mod oġġettiv u mhux skond f'liema partit ninsabu fih, pero` mbagħad xejn ma qbilt miegħu meta l-Onor.", "Membru kompla jgħid li l-għażla li pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni qed issir mill-gvern Nazzjonalista, għax fl-aħħar mill-aħħar se jkun il- poplu Malti u Għawdxi li jiddeċidieh dan.", "Ara meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, dan lill-poplu Malti u Għawdxi ma tahx l-opportunita` li jiddeċiedi hu jekk għandniex nidħlu fi free trade zone jew le, kuntrarjament għall-gvern Nazzjonalista li qed iħalli lill-poplu tagħna jieħu din id-deċiżjoni u qed jgħidlu biex ma jħarisx lejn dak li jemmen fih il-partit tiegħu imma jara x'jaħseb li jaqbel lil pajjiżna verament hu stess.", "Il-verita' hi li d-dibattitu rigward id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni ilu għaddej għal żmien twil tant - niftakar li meta kont qed nagħmel l-\"A\" levels darba minnhom konna ġejna mitluba biex insemmu l-vantaġġi u l- iżvantaġġi li jiffaċċja pajjiżna jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni - u naħseb li wasal iż-żmien li naraw b'mod oġġettiv x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jiffaċċja l-qasam tan-negozju bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni", ".", "Kemm ilu għaddej dan id-dibattitu bdew jissemmew ħafna kliem, bħal serjeta`, dixxiplina, xogħol, kompetizzjoni, organizzazzjoni u għajnuna.", "Ċertament aħna m'aħniex qed insemmu dawn il-kliem illum minħabba li b'xi mod huma marbuta ma' l-Unjoni.", "Is-serjeta`, id-dixxiplina, ix-xogħol, il- kompetizzjoni, l-organizzazzjoni u l-għajnuna għandna bżonnhom dejjem, irrispettivament minn jekk insirux membri ta' l-Unjoni jew le.", "Naturalment aħna dejjem irridu naraw x'jaqbel lilna, u fil-fatt jien minn hawnhekk nappella lin-negozjanti ż-żgħar biex meta jsir ir-referendum jgħarblu l- vantaġġi u l-iżvantaġġi kollha tas-sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-Unjoni.", "L- Onor. Karmenu Vella għadu kemm qal li jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni din tibda tiddettalna hi x'nagħmlu u nkunu rridu nimxu bilfors fuq id-direttivi tagħha.", "Pero` fl-aħħar mill-aħħar ir-referendum għalhekk se jsir, biex inkunu aħna li nagħżlu jekk indaħħlux lil pajjiżna membru sħiħ ta' l-Unjoni, u dan wara li nkunu għarbilna ċ-ċirkostanzi kollha.", "Madanakollu ma nistgħux nitkellmu fuq is-settur tan-negozju jekk ma nibdewx naraw mhux biss x'irridu nagħmlu imma wkoll x'kapaċi nagħmlu.", "Sur President, meta nsemmu l-kelma \"serjeta`\" aħna nkunu qegħdin infissru standards ta' ċertu livell u fil-fatt preżentement l-awtorita` għall-istandards ta' pajjiżna qed taħdem ħafna biex tilħaq l-għanijiet tagħha fil-qasam tan-negozju.", "Meta nlissnu l-kelma \"serjeta`\" nkunu rridu nfissru wkoll li ma jistax jibqa' jgħaddi kollox u lill-konsumatur ma nistgħux nibqgħu nbellgħulu kollox, pero` din m'hijiex se tkun xi ħaġa ta' one-way traffic għax l-istandards li qed jiġu imposti minn din l-awtorita` fuq is-settur tan-negozju se jiġu imposti wkoll fuq is-servizzi li joffri l- gvern lill-istess settur, jiġifieri lis-settur tan-negozju.", "Kif qed tindunaw, hawnhekk qed nitkellmu fuq restructuring, fuq bidla fil- mentalita`, kemm fis-settur industrijali kif ukoll fis-settur pubbliku.", "Anke l-kondizzjonijiet rigward dak kollu li għandu x'jaqsam ma' dixxiplina għandhom ikunu għal kulħadd xorta, kemm għall-industrija kif ukoll għad- dipartimenti tal-gvern li joffru servizz.", "Għalhekk min irid li fil-pajjiż ikun hawn is-serjeta`, id-dixxiplina, ix-xogħol, il-kompetizzjoni, l- organizzazzjoni u l-għajnuna għandu raġun li jkun irid jimxi fit-triq li qed jurina l-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, kif qal il-Prim Ministru dalgħodu, dan huwa l-mument tal- verita` għaliex issa wasalna għall-mument ta' l-għażla.", "Aħna, kemm jekk aħna konsumaturi kif ukoll jekk aħna negozjanti, irridu jew ma rridux li jkollna standards ta' ċertu livell f'dan il-pajjiż?", "Jekk iva, għandna nagħżlu sett ta' regolamenti li jgħinuna nifformaw parti minn suq ikbar li wkoll għandu dawn l-istandards u b'hekk inkunu qed inneħħu dik id- diskriminazzjoni li teżisti bejn l-istandards tagħna u bejn dawk ta' pajjiżi li diġa` huma membri ta' l-Unjoni.", "Jekk pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni, in-negozji Maltin ikollhom anke l-possibbilta` li jagħmlu mergers ma' negozji oħrajn biex jissaħħu iktar u jaħdmu f'suq ikbar mingħajr ma jsofru l-ebda diskriminazzjoni bejn dak li jiġri f'pajjiżna u dak li jiġri f'pajjiżi oħra.", "Jien wisq nibża' li jekk nibqgħu ma nissieħbux fl-Unjoni ma jkollniex il-forza meħtieġa biex immorru għall- kompetizzjoni ġusta li jkollna jekk kemm-il darba nsiru membri sħaħ ta' l- Unjoni, u biex illum is-settur tan-negozju jkun protett żgur li għandu bżonn dik it-tip ta' kompetizzjoni ġusta li toffri l-Unjoni għax illum il- protezzjoni ma tiġix billi aħna ningħalqu fis-swar.", "Sfortunatament f'dan il-pajjiż gvern wara ieħor dejjem wieġbu għall- ħtieġa ta' protezzjoni fis-settur tan-negozju billi dawru dan is-settur bis- swar, permezz tal-liċenzji, ta' l-importazzjoni, tal-kwoti u tal-levies, imma llum nafu li jekk irridu ngħinu lis-settur tan-negozju rridu ngħallmuh jgħix f'kompetizzjoni ġusta u mhux wieħed jipprova jirbaħ fuq l-ieħor, u din hija l-isfida li qed niffaċċjaw illum.", "Il-maġġoranza l-kbira tan- negozjanti ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea għandhom l-istess serjeta`, dixxiplina, xogħol, kompetizzjoni, organizzazzjoni u għajnuna, u dan sabiex ma tinħoloqx diskriminazzjoni bejn il-pajjiżi membri.", "Min-naħa l-oħra jekk inħarsu lejn il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq insibu li dawn qegħdin fi free trade, u allura għandhom dawk l-inċentivi li ried li jkollna l-Partit Laburista fil-gvern, imma issa rridu nieħdu deċiżjoni hawnhekk.", "Jien nemmen li huma pożittivi l-inċentivi li ried joffri l-Gvern Laburista lis-settur tan-negozju permezz tal-free trade, imma huwa fatt li huma ħafna iktar pożittivi l-inċentivi li hemm lesti għalina jekk insiru membri sħaħ ta' l-Unjoni u mhux nibqgħu ġirien biss ta' din l-Unjoni, u din hija l-għażla li rridu nagħmlu llum, dan huwa l-mument ta' verita` li wasalna fih illum.", "Irridu nagħżlu jekk nagħmlux il-preparamenti meħtieġa biex nidħlu fl-Unjoni malajr kemm jista' jkun - u dan żgur li nkunu kapaċi nagħmluh - jew inkella jekk nistennewx ftit taż-żmien ieħor biex insiru membri u sadanittant nibqgħu ġirien.", "Jien naqbel mal-membri ta' l- oppożizzjoni li hija xi ħaġa pożittiva li nibqgħu biss ġirien ta' dan il- franchise kbir li diġa` qed jiffunzjona, bħalma ddeċidew li jagħmlu pajjiżi Ewropej oħrajn u li llum qed igawdu mill-inċentivi li qed jiġu offruti, pero` aħna rridu nibqgħu ngawdu biss l-inċentivi li jista' jingħata ġarr jew irridu ngawdu minn iktar inċentivi pożittivi billi nidħlu f'din id-dar kbira ta' l-Unjoni Ewropea?", "Sur President, jekk kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni aħna nkunu kapaċi nikkompetu ħafna iktar, anke f'dawk li huma servizzi finanzjarji.", "Kemm bżajna li għax ġej f'Malta l-HSBC, dan se jiġi jikkmandana u se jkun hemm min jibgħat flusu barra!", "Illum fejn hu dak id-diskors li kienu jgħidu l-membri ta' l-oppożizzjoni fuq l-HSBC, u fejn huma dawk il-karti li kienu joqogħdu jwaħħlu mal-bibien fuq l-HSBC!", "Illum ma baqa' xejn minn dawn il- karti u minn dik il-kritika li kienet saret, anzi llum għandi l-unur ngħid li grazzi għal dan il-pass li għamel il-gvern Nazzjonalista, is-settur bankarju lokali daħal f'kompetizzjoni reali u s-settur tan-negozju diġa' qed igawdi minn din il-kompetizzjoni.", "Ara intom, Onor. Membri ta' l- Oppożizzjoni, bżajtu u rrifjutajtu li tagħmlu dan il-pass u kieku kien jiddependi minnkom illum għandna monopolju sħiħ!", "Madanakollu ma jistax ikun li nibqgħu nibżgħu nieħdu r-riskji imma rridu naraw x'jaqbel lilna, nevalwaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' sitwazzjoni, nieħdu deċiżjoni u nieħdu anke riskju.", "Irridu nifhmu li l-ebda negozju jew politika serja ma jimxu mingħajr riskju.", "Sur President, l-Unjoni Ewropea ma toffrix opportunitajiet għal min m'huwiex preparat, ma toffrix opportunitajiet għal min hu għażżien, ma toffrix manna nieżla mis-sema - u aħna qatt m'għedna li l-Unjoni toffri manna nieżla mis-sema - u lanqas irrid li jkun hemm min jaħseb li din l- Unjoni hija xi ġenna ta' l-art, qisha hija xi rigal li naqilgħu jekk niddeċiedu xi ħaġa.", "Aħna nafu li se jkun hemm min se jbati jekk nidħlu fl- Unjoni, mela mhux se jkun hemm min se jbati!", "Per eżempju, żgur li se jbati min ma jridx jispeċjalizza fin-negozju tiegħu, żgur li se jbati dak il- cowboy li jrid jibqa' jinnegozja mingħajr ma jorganizza l-affarijiet tiegħu, żgur li se jbati min irid jibqa' jagħmel in-negozju tiegħu bl-udit u anke l-pajjiż se jbati jekk nibqgħu nfasslu l-politika tagħna bl-udit.", "Allura aħna rridu nibqgħu niġu mmexxijin minn gvern wara gvern mingħajr regola u mingħajr ma nistgħu norbtu lill-gvern jistmana iktar?", "Għax fost affarijiet oħra s-sħubija sħiħa fl-Unjoni tfisser xogħol, u huwa biss min ma jridx li nkattru x-xogħol li ma jridx l-Unjoni.", "Sur President, kif għedt diġa', biex tidħol fl-Unjoni għandek prezz xi tħallas għax trid tirregola l-livell ta' standards tal-pajjiż ma' dak ta' l- Unjoni, pero` once li inti tgħolli l-livell ta' l-istandards awtomatikament se jogħlilek anke l-livell tal-produzzjoni ta' dak li qed tbigħ jew tas- servizz li qed tagħti.", "Allura aħna rridu nibqgħu cheap fin-negozju tagħna u rridu li pajjiżna jibqa' pajjiż tat-tielet klassi meta kkomparat mal- kumplament tal-ġirien tagħna li jinsabu biss erba' passi 'l bogħod?", "Jekk aħna rridu nibqgħu niġu stmati bħala l-pajjiż tat-tielet klassi m'għandniex nivvotaw sabiex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, u jekk ma rridux li jkun hemm ċerta dixxiplina fuq is-settur tan-negozju u fuq id-dipartimenti tal-gvern ...", "Qed ngħid dan għaliex jekk fl-Unjoni hemm ċerta dixxiplina, din m'hijiex qiegħda biss fis-settur tan-negozju imma qiegħda wkoll fl- entitajiet tal-gvern, u għalhekk jekk pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l- Unjoni se jkun hemm l-istess piż fuq kull min jagħti servizz, kemm fuq in- negozji kif ukoll fuq id-dipartimenti tal-gvern.", "Jien wisq nibża' li jekk pajjiżna ma jsirx membru sħiħ ta' l-Unjoni s-settur tan-negozju qatt ma jista' jkun stmat għaliex kieku s'issa dan is-settur kellu biex ikun stmat, u fil-fatt din hi r-rivoluzzjoni li se ġġibielna s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk irridu nżidu l-impjiegi f'pajjiżna għandna ngħinu lis- settur tan-negozju jaħdem u mhux nisolħuh u nagħmlu l-qligħ minn fuqu.", "Issa ħalli niċċara punt li għamel l-Onor.", "Vella rigward il- liberalizzazzjoni.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni, il-liberalizzazzjoni se tkun kondizzjonata, jiġifieri m'hux veru li s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni tfisser illi l- monopolju li għandna llum f'xi wħud mis-servizzi, fosthom fis-servizzi li joffru l-burdnara u t-taxi drivers, se jispiċċa, u rridu nkunu aħna li niddeċiedu jekk servizz għandux jibqa' bil-monopolju jew le.", "Anke d- digriet tal-free movement of persons or services jgħidlek li aħna nistgħu niddeċiedu x'inżommu magħluq, pero` mbagħad dak li niftħu rridu niftħuh għal kulħadd mingħajr l-ebda diskriminazzjoni għal ħadd.", "Imma hawnhekk nerġa' nenfasizza li dak li rridu nżommu fil-magħluq, l-Unjoni Ewropea se tagħtina ċ-ċans li nżommuh fil-magħluq u jekk irridu nibqgħu nagħtu s- sussidji, l-Unjoni Ewropea se tagħtina ċ-ċans li nibqgħu nagħtu s-sussidji wkoll.", "Jien naqbel ma' min jgħid li rridu nħallsu ċertu prezz għall-Unjoni Ewropea, pero` aħna nafu li permezz ta' din is-sħubija l-impjiegi jistgħu jiżdiedu.", "Irridu nifhmu li kull ħaġa għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha.", "L-Unjoni Ewropea tħobb titkellem ħafna fuq il-four freedoms.", "Issa hekk kif aħna nistgħu niggwadanjaw minn dawn il-four freedoms, li huma l-freedom of movement, il-freedom of persons, il-freedom of services u l- freedom of capital, daqstant ieħor hawn min jaħseb li dawn jistgħu jservu ta' dannu għalina.", "Madanakollu jien nista' nassigura lil kulħadd illi l- ministeru għas-servizzi ekonomiċi qed jagħmel l-eżerċizzji kollha neċessarji - allavolja hawn min jaħseb li dan m'aħniex nagħmluh - biex ikun jista' jevalwa l-impatt soċjali li se jħallu dawn il-four movements fuq id- diversi setturi tan-negozju.", "Aħna qed nagħmlu minn kollox biex is-settur tan-negozju tagħna jkun iktar professjonali għax jekk jirnexxielu jilħaq dan it-target, ikun jista' jgawdi mill-inċentivi kollha li jista' jkun hemm.", "Sur President, l-isfida li għandna quddiemna llum hija li niksbu iktar opportunitajiet minn dawk li għandna llum għaliex aħna nemmnu li n- negozjant Malti huwa kapaċi jagħmel iktar qligħ, joħloq iktar xogħol u allura jgħin lil pajjiżna jkompli jiżviluppa kif jixraqlu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, id-dibattitu tal-lum qed jagħtina l-opportunita` li nitkellmu fuq l-iktar ħaġa importanti għal pajjiżna, jiġifieri fuq id-direzzjoni li għandna nieħdu fil-qasam għall- affarijiet barranin, u peress li m'huwiex se jittieħed vot fuq dan id- dibattitu, il-membri ta' din il-Kamra iktar qed jingħataw wisa' biex jesprimu ruħhom, dejjem naturalment skond il-prinċipji u d-direzzjonijiet imħaddna mill-partit politiku rispettiv.", "L-ewwel ħaġa li xtaqt ngħid, Sur President, hija li f'dan id-dibattitu m'għandux isir diskors favur jew kontra s-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni u min jipprova jiddeġenerah b'dan il-mod la jkun qed jagħmel ġid lilu nnifsu u wisq inqas lil pajjiżu.", "F'dan id-dibattitu għandu jsir diskors favur pajjiżna u aħna għandna nesprimu l-ideat individwali tagħna dwar x'inhu fl- aħjar interess tal-pajjiż, għax wara kollox l-interess tagħna m'għandux ikun li nkunu jew ma nkunux parti mill-Unjoni imma x'jaqbel l-iktar lil pajjiżna.", "Mingħajr tlaqliq ngħid li l-Partit Laburista m'huwiex kontra l- Unjoni, anzi qatt ma kien kontra l-Unjoni, u min jipprova jpinġina b'dan il- mod ma jkunx qed ikun ġenwin imma jkun qed jagħmel dan biex jieħu gwadann politiku.", "Fil-fatt il-Partit Laburista jemmen li f'dan il-mument m'huwiex fl-interess tal-pajjiż li jissieħeb b'mod sħiħ ma' l-Unjoni, u dan għaliex aħna nħossu li huwa importanti li qatt ma nagħlqu l-bibien kompletament għal xejn fil-ħajja, aħseb u ara għal affarijiet ta' natura nazzjonali bħal din.", "Il-problema hija li jekk lill-Partit Nazzjonalista tneħħilu d-direzzjoni ta' l-Unjoni, il-politika kollha tiegħu tikkrolla għax huwa m'għandu l-ebda direzzjoni oħra, u din hija xi ħaġa perikoluża ħafna għax jekk kif tneħħi mill-politika tal-Partit Nazzjonalista lill-Unjoni tkun qed tneħħielu ruħu, huwa ovvju li huwa ma jistax jiddiskuti din l-issue b'mod oġġettiv.", "Għall- kuntrarju, l-issue ta' l-Unjoni m'hijiex parti integrali mill-politika tal- Partit Laburista u minħabba li għandu iktar wisa' ta' ħsieb u ta' ideat għandu iktar fejn jimmanuvra biex jiddiskuti u jiddibatti.", "Il-Partit Laburista jemmen li l-affarijiet li jsiru f'pajjiżna m'għandhomx jiġu marbuta ma' jekk pajjiżna huwiex se jidħol fil-parametri li jagħmillu ħaddieħor.", "Ħalli nispjega għaliex dan huwa importanti ħafna li ma jsirx.", "Meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien juża l-kelma \"nimmodernizzaw\" - issa qed nużaw il-kelma \"nirristrutturaw\", imma l-kunċett huwa l-istess - ċioe' illi l-pajjiż għandu ħafna oqsma li għandhom bżonn jiġu rranġati, u dawn l-oqsma għandhom bżonn jiġu rranġati mhux għax Malta trid issir membru sħiħ ta' l-Unjoni imma għaliex jekk dawn l-oqsma ma jiġux irranġati ma tantx ikollhom futur sabiħ.", "Fil-fatt l-iżball li qed isir minn dan il- gvern huwa li dan m'huwiex qed jorganizza, jimmodernizza, jirristruttura u jirriforma kull settur skond in-neċessitajiet tal-pajjiż imma skond dak li tordnalu l-Unjoni.", "Jien ngħid li dak li għandu jsir, dan għandu dejjem isir minna.", "Jien napprezza li wieħed jitkellem dwar għajnuna minn barra, dwar finanzjament mill-Ewropa u dwar affarijiet simili, imma fl-aħħar mill- aħħar, meta tiġi għas-si u n-no, ħafna drabi ssib illi aħna nistgħu niddependu biss minn dak li l-pajjiż jista' jipproduċi u minn dak li l- pajjiż jista' jwarrab.", "Huwa biss b'dan il-mod li tkun qed tgħin lill-poplu Malti u Għawdxi u lil pajjiżek u mhux billi tagħmel dak li jiddettalek ħaddieħor.", "Sur President, jien nemmen li hawn ħafna oqsma fil-pajjiż li jridu jiġu rranġati bis-serjeta`.", "Meta konna fil-gvern konna bdejna nirranġaw qasam qasam - u hawnhekk irrid ngħid li mhux bilfors illi kull qasam li bdejna naqbdu aħna kien tajjeb li naqbduh u kull qasam li qed jaqbad illum il-gvern Nazzjonalista huwa ħażin li qed jaqbdu - imma rridu nifhmuha darba għal dejjem li jekk aħna rridu niżviluppaw lil pajjiżna f'pajjiż kapaċi u f'pajjiż li wieħed ikun jista' jiftaħar bih verament, irridu nkunu aħna li niddeċiedu x'għandna nirranġaw, u għalkemm huwa tajjeb li nfittxu lil min jista' jagħtina l-għajnuna rridu nagħrfu l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar aħna nistgħu niddependu minna nfusna biss.", "Jien nista' nistqarr minnufih illi l- politika tal-Partit Laburista fil-gvern bl-ebda mod m'għandha titqies inferjuri għall-politika tal-gvern Nazzjonalista dwar sħubija sħiħa fl- Unjoni, la f'dawk li huma kunċetti u lanqas f'dawk li huma ideat.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar is-settur li jolqot lili direttament minħabba li kont il-ministru responsabbli minnu, u hawn qed nirriferi għas-settur industrijali.", "Sur President, jien naħseb li sal-lum kulħadd għaraf il-fatt li kwart minn dak li jipproduċi l-pajjiż ġej mill-industrija tal-manifattura u li allura dan is-settur jirrappreżenta l-ikbar persentaġġ tal-gross domestic product.", "Jiġifieri wieħed jista' jimmaġina kemm is-settur industrijali tal- manifattura huwa importanti għall-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Madanakollu jien naħseb li llum aħna qed inkejlu l-qasam tal-manifattura b'mod żbaljat għax meta nitkellmu fuq il-kunċett Ewropew qed nikkonċentraw biss fuq il-manifattura lokali u l-levies.", "Fil-fatt ix-xenarju industrijali ta' pajjiżna jista' jinqasam b'mod mhux sofistikat fi tnejn għax min-naħa hemm il-qasam ta' l-esportazzjoni, li ħafna drabi jiġi minn investiment barrani, u li jkun diġa' ġie ristrutturat u ppenetra s-swieq għaliex inkella ma jkunx jista' jkopri s-sostenn tiegħu, u min-naħa l-oħra hemm il-qasam lokali.", "Issa għall-ewwel ejjew nieħdu l-qasam li għandu x'jaqsam mal-levies.", "Meta kont għadni ministru kont stqarrejt li l-levies industrijali jridu jitneħħew.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Allura l-Partit Laburista biddel il-politika tiegħu f'dan il-qasam meta mar minn fuq il-bankijiet tal-gvern għall-bankijiet ta' l-oppożizzjoni?", "Le, dan m'huwiex il-każ.", "Il-politika tal-gvern Laburista f'dan ir-rigward kienet ċara u kien maħsub li fil-futur il-levies industrijali jridu jitneħħew, pero` d-differenza bejn il-politika tal-gvern Laburista u dik tal-gvern Nazzjonalista fuq dan il-qasam kienet fl-istil, fir-ritmu, fiż-żmien, fil-ħin u fis-sistema.", "Allura la fil-prinċipju qed naqblu u la qed naqblu li l-levies iridu jtiru, x'inhi d-distinzjoni?", "Id-distinzjoni hija qawwija ħafna, u hija li l- industrija lokali m'għandhiex iż-żmien biex tirranġa l-affarijiet, terġa' tibni mill-ġdid dak li hemm bżonn jerġa' jinbena u tirristruttura sabiex tilqa' għall-isfida mill-kompetizzjoni sħiħa tal-prodotti.", "Aħna naqblu li għandu jkun hemm il-liberalizzazzjoni industrijali, naqblu li wasal iż- żmien li kif aħna nesportaw lejn l-Ewropa bla xkiel, l-Ewropej għandhom jesportaw lejn Malta bla xkiel imma konna naqblu li nagħmlu dan mhux għax fil-prinċipju ma xtaqniex nipproteġu lill-industrija Maltija imma għaliex għall-industrija Maltija kien jeħtieġ li nidħlu fi ftehim li ma jitħassarx sabiex inkomplu ngawdu dak li diġa' qegħdin ingawdu, jiġifieri l- esportazzjoni sħiħa tal-prodotti industrijali Maltin bla xkiel lejn l- Ewropa.", "Għalhekk aħna kellna quddiemna qafas totalment differenti minn dak li qed jipprinzipja l-gvern għaliex jiena naħseb li għal Malta jkun żball li tipprova tissieħeb b'mod sħiħ ma' l-Ewropa fis-setturi kollha.", "Sur President, Malta trid issib fejn hija differenti mill-Ewropa u tara li jkollha ftehim ta' sħubija b'ċertu mod u f'ċerti oqsma u setturi, imma jekk ikollna oqsma oħra fejn bil-kapaċita` diplomatika u politika tagħna nistgħu nżommu lil pajjiżna barra biex nieħdu vantaġġ minn affarijiet li nkunu se nitilfu, allura nkunu qed nieħdu dak li bl-Ingliż jgħidulu the best of both worlds.", "U din kienet il-politika tagħna fil-qasam industrijali għaliex hekk kien jaqbel għall-pajjiż.", "Allura kien ċar li fejn għandha x'taqsam l-industrija, fejn għandhom x'jaqsmu l-prodotti manifatturati jkollna dan il-ftehim li ma jistax jitħassar - allura fil- qasam industrijali nkunu qisna parti mill-Ewropa, mingħajr ma jkollna bżonn noqogħdu għar-regoli kollha li għandhom x'jaqsmu mal-manifattura, regoli li niġi għalihom fi ftit ħin - u fl-istess ħin ikollna l-opportunita` li ċerti regoli ma napplikawhomx għaliex jekk napplikawhom jista' jfisser li l- industrija esportattiva - u dan hu l-inkwiet, ħafna iktar mil-levies - ma tisfrondax.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Sur President, jekk inti trid tissieħeb ma' l-Ewropa trid toqgħod għar- regoli tagħha, u waħda mir-regoli l-aktar importanti hija dwar minn fejn ġejja l-materja prima għaliex meta din ma tiġix mill-Ewropa se jkollha d- dazju, taxxa jew levy fuqha.", "Din hija problema teknika enormi għall-pajjiż għaliex jekk ma nibqgħux inġibu l-materja prima mill-Ewropa dan il-vantaġġ kbir nitilfuh u allura wieħed irid jieħu direzzjoni.", "Kulħadd jaf jgħid li dan huwa l-mument tal-verita` u d-deċiżjoni - dan il-kliem m'hemmx bżonn tkun fl-ogħla pożizzjoni biex tgħidhom; jiena kapaċi ngħidhom daqs kemm hu kapaċi jgħidhom kull individwu f'din il-Kamra; jiena kapaċi ngħolli l- emozzjonijiet daqs ħaddieħor - pero' l-affarijiet irridu narawhom b'mod kalm u mingħajr partiġjaniżmu u passjoni politika.", "Meta wieħed jiddiskuti dawn l-affarijiet, ġo qalbu jaf li hemm din il-problema.", "Fil-fatt din hija waħda mill-ikbar problemi li l-pajjiż se jkollu jaffaċċja u mhux biss fil- qasam ta' l-industrija lokali.", "Nistaqsi wkoll: L-esportazzjoni ta' Malta se tibqa' tiġi prodotta bl- istess mod?", "Il-manifattura esportattiva se tibqa' tiġi bl-istess rittmu u bl-istess espansjoni jew se tikkrolla?", "U se tikkrolla minħabba ċerti regoli li hemm fl-Ewropa bħal din li semmejt tal-materja prima?", "Jista' jagħti l-każ li l-vantaġġi llum qed noffru lil min irid jinvesti f'pajjiżna ma jibqgħux?", "Per eżempju, hemm il-vantaġġi fiskali.", "Għalfejn naħsbu li persuna tiġi Malta biex tiftaħ fabbrika meta tista' tmur f'kull pajjiż ieħor fl-Ewropa mingħajr il-bżonn li taqsam il-baħar?", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn isiru investimenti f'fabbriki f'pajjiżna hija l-bażi fiskali mhux il-pagi.", "Huwa veru li l-pagi huma iżjed baxxi mill-pagi li jitħallsu f'ċerti pajjiżi fl-Ewropa pero' hemm pajjiżi fejn il-pagi huma ħafna iżjed baxxi minn tagħna, per eżempju, il-Marokk.", "Allura għalfejn jagħżlu lil Malta?", "Għaliex barra li għandna l-kapaċita` u l-effiċjenza, barra li m'għandekx dik il-job mobility li lill-kumpanniji l-kbar tkissirhom, għaliex inkunu nefqu ħafna flus biex ittrejnjaw lill-individwu u mbagħad jitilfuh, għandna wkoll bażi fiskali tajba u jekk kumpannija li tesporta tibda tipproduċi wara ċertu data ma tħallasx taxxa.", "Imma din se tibqa' jekk aħna nissieħbu fl-Unjoni Ewropea jew inkella se jkun hemm armonizzazzjoni anke ta' dawn it-tipi ta' taxxi?", "Ħalli niġi issa għas- sussidji.", "Sur President, aħna lill-industrija nissussidjawha u nissussidjaw anke l- industrija esportattiva.", "Per eżempju, hemm fabbriki li nissussidjawlhom il-kirjiet b'¥4,000 fis-sena, u dan huwa cost importanti ħafna għall- industrijalist.", "Pero' dan is-sussidju indirett nistgħu nżommuh jekk nissieħbu fl-Unjoni?", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jiddiskuti u janalizza.", "Issa, x'kienet il-viżjoni tagħna?", "Il-viżjoni tagħna kienet ċara u kienet li f'dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-manifattura, Malta tintegra ma' l-Ewropa biex inkunu nistgħu nesportaw u nimportaw bla xkiel.", "Kien importanti li fix-xenarju lokali nżarmaw il- protezzjoni - u nistqarr minn hawn li jiena kontra l-protezzjoni u l- monopolju, jiena favur il-liberalizzazzjoni; din hija l-politika personali tiegħi u nipprova ninfluwenzaha fil-partit tiegħi - imma min-naħa l-oħra m'iniex daqshekk iblah li ngħid li għaliex jiena favur il-liberalizzazzjoni u l-kompetizzjoni, allura nneħħu kollox mil-lum għal għada għaliex dan huwa ħażin.", "Sur President, huwa tajjeb li jkollok l-ideal imma tajjeb ukoll li tirrikonoxxi l-probabbilta` li jekk tagħmel kollox mil-lum għal għada, il- pajjiż se tkissru u ma jkunx jista' jiflaħ għal dawk il-piżijiet u għalhekk l-affarijiet iridu jsiru bl-għaqal u mhux bl-għaġġla.", "Dik hija d- distinzjoni bejn il-politika Laburista u l-politika Nazzjonalista f'dan il- qasam u bla dubju ta' xejn hemm ċerti oqsma li huma monopolistiċi, speċjalment fl-ekonomija li għandha x'taqsam direttament mal-gvern.", "Issa ma naħsibx li aħna kontra l-konsumatur - anzi jekk kien hemm partit li huwa favur il-konsumatur dan dejjem kien il-Partit Laburista - pero' rridu noqogħdu attenti minn żewġ affarijiet.", "L-ewwelnett irridu noqogħdu attenti li meta tagħmel ċerti affarijiet tara li dak li tiffranka verament jieħdu l- konsumatur u mhux il-konsumatur ma jgawdi xejn; u t-tieni nett trid tara li ma tkissirx il-fabric ekonomiku tal-pajjiż li ma jkunx jista' jiflaħ għalih.", "Għalhekk qed ngħidu li wasal iż-żmien tad-deċiżjoni pero' meta tittieħed dik id-deċiżjoni l-affarijiet iridu jsiru bl-għaqal u mhux mil- lum għal għada, u fl-industrija sentejn jew tliet snin huma mil-lum għal għada.", "Ħalli nkompli fuq il-viżjoni Laburista.", "Barra li nintegraw b'dan il-mod ma' l-Ewropa, ridna wkoll li kif konna qed nagħmlu ma' l-Ewropa nagħmlu l-istess ma' l-Amerika u fil-Mediterran, u din kienet parti fundamentali tal-politika industrijali tagħna.", "Fil-fatt minn kull ¥5 li bdejna nesportaw, ¥1 bdiet tmur lejn l-Amerika, jiġifieri 20% ta' l-esportazzjoni tagħna bdiet tmur lejn l-Amerika, u din hija ċifra kbira għal pajjiżna.", "Iżda din l-idea li kienet tant avant-garde, idea li konna qed naslu biex natwawha, tmur kontra d-direzzjoni ta' l-Unjoni, b'Malta parti minnha b'mod sħiħ.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, ħadt gost insegwi d-dibattitu li sar s'issa għaliex inħoss li l-membri qegħdin jimpenjaw ruħhom u jiffokaw fuq is-suġġett li għandna quddiemna.", "Forsi l-kumment li sar f'wieħed mill- ġurnali tal-lum, li bħala parlamentari rridu nuru li aħna qegħdin nagħtu kontribut, kien f'waqtu u nista' ngħid li l-membri parlamentari qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex dan il-kontribut jagħtuh.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "John Attard Montalto, għaliex ħafna minn dak li qal jirrifletti ċertu consensus li hawn fil-pajjiż, pero' ma naqbilx miegħu li d-differenza bejna u bejn il-Malta Labour Party hija li aħna qegħdin ngħaġġlu u huma qegħdin jeħduha iktar bil-għaqal.", "M'huwiex għaqal li żżomm lil pajjiżek milli jimxi 'l quddiem u naħseb li fir- realtajiet tad-dinja huwa importanti li Malta ma taqax lura, u dan mhux biss minħabba l-Unjoni Ewropea.", "Jekk naraw x'qal il-bieraħ id-direttur ġenerali tal-world trade organisation - Malta hija membru tad-WTO - insibu li dan Mike Moore meta tkellem fuq il-globalizzazzjoni qal hekk:", "\"Some see globalisation as a threat but globalisation is a fact.", "We cannot retreat from it and nor should we want to.", "It holds benefits for us all and we need to take steps to ensure that the prosperity that flows from globalisation is accessible to all. Further liberalisation will make our exports more competitive, create better jobs and advance the welfare of our consumers.\".", "Li nilliberalizzaw iktar is-swieq u li jkun hawn iktar swieq ħielsa fid- dinja hija xi ħaġa li qiegħda ssir u qiegħda tiġri anke barra r-realta` ta' l-Unjoni.", "U anke l-Labour Party, fl-option li huwa jagħti bħala l-politika tiegħu, meta jitkellem fuq free trade zone, ukoll jitkellem fuq realta` bħal din, realta` fejn ma jkunx hemm levies, fejn ikun hemm kummerċ ħieles u ma jkun hemm l-ebda xkiel, tariff jew non-tariff, li jista' jżomm il- kummerċ milli jsir.", "Allura l-poplu Malti, meta jħares lejn dak li qed joffri l-Partit Nazzjonalista bħala option u dak li qed joffri l-Labour Party bħala option, isib li komuni għat-tnejn hemm il-consensus li hemm bżonn ristrutturazzjoni u modernizzazzjoni, li rridu nneħħu l-għanqbut u li ma jistax ikun li jibqa' jkollna industriji u entitajiet li qegħdin jiġu mwieżna l-ħin kollu minn ħaddiema oħrajn - għaliex dan hu li jfisser meta tgħid li dawn huma mwieżna mill-gvern - li qed jaħdmu biex iżommuhom fl-impjieg.", "Allura kulħadd qed jirrealizza li hemm bżonn li dan il-pajjiż jiftaħ il-qasam tal- kompetizzjoni, jikkompeti internazzjonalment u jkollu ekonomija li ma tkunx magħluqa fiha nnifisha imma li tkun integrata mal-bqija ta' dak li qed jiġri fid-dinja.", "Sur President, jiena ma naqbilx li wieħed jgħid li l-objective tal-Partit Nazzjonalista huwa sempliċement l-Ewropa.", "Fil-fatt l-objective tagħna u ta' kull partit ieħor, anke tal-Partit Laburista, huwa li mmexxu lill- pajjiż 'il quddiem.", "Issa, l-Ewropa hija parti minn din il-politika tagħna, bħala Partit Nazzjonalista, u qegħdin ngħidu li ladarba fi kwalunkwe każ se jkollna bżonn nagħmlu a free trade zone, ladarba se jkollna nneħħu l- levies, ladarba se jkollna bżonn niftħu swieq tagħna, ladarba se jkollna bżonn nieħdu dan it-toqol fuqna, fl-aspett ekonomiku ta' l-argument, għaliex m'għandniex ikollna l-vantaġġi li l-Unjoni tagħti, f'sens ta' solidarjeta` mal-pajjiżi kollha tagħha?", "Dan huwa wieħed mill-argumenti li jsiru kontinwament.", "Hemm imbagħad argumenti żgħar, Sur President.", "L-Onor.", "Karmenu Vella semma, per eżempju, il-kwestjoni tat-turiżmu u qal li t-Turkija tkun iktar kompetittiva, jekk ma tkunx membru fl-EMU, minn dawk il-pajjiżi li jkunu fl-EMU.", "L-ewwelnett irrid ngħid li m'hijiex domma li tidħol fl-Unjoni u ma tidħolx mill-ewwel fl-EMU, anzi wieħed jista' jagħżel li jagħmel hekk.", "Semma wkoll il-vantaġġi pero' ma semmiex wieħed mill-iżvantaġġi kbar li għandna, jiġifieri li l-Ingilterra li hija suq importanti ħafna għalina, timponi taxxa fuq min joħroġ 'il barra mill- Unjoni Ewropea u allura dik it-taxxa hija kontrina, iżda jekk inkunu membri ma tkunx kontrina.", "Dawn huma ftit mid-dettalji pero' dawn nasal għalihom iktar 'il quddiem għaliex tajjeb li nagħtu ftit dettalji.", "Sur President, jiena nemmen pero' li għażla u l-mument storiku li semma l- Prim Ministru dalgħodu huwa fil-fatt l-għażla strateġika, u huwa mument storiku kemm jekk tagħmel l-għażla u kemm jekk ma tagħmilhiex.", "Li ma tidħolx fl-Unjoni hija għażla u ma jfissirx sempliċement li ma tkun għamilt xejn.", "Li ma tagħmel xejn ukoll hija għażla imma jekk nistaqsu fejn irridu li pajjiżna jkun minn hawn u ħames snin oħra jew minn hawn u għaxar snin oħra, x'se jkun is-scenario minn hawn u għaxar snin oħra ....", "Ħadd minna mhu Nostradamus jew xi profeta kbir ħiereġ mill-Bibbja, pero' kulħadd jipprova jkollu viżjoni ta' x'jaħseb li jista' jkun pajjiżna ħames snin jew għaxar snin oħra.", "Jiena nemmen li pajjiżna jrid ikun kompetittiv, u allura jrid ikun leaner, irid ikun kapaċi jintegra ruħu fis-suq internazzjonali u jrid ikun kapaċi jesporta għax is-suq tagħna huwa żgħir ħafna.", "Niftakru li l-Labour Party fis-sebgħinijiet daħħal l-import substitution imma eventwalment irrealizza u ammetta li din kienet xi ħaġa li ma setgħetx taħdem għax kienet qed tmur kontra t-trends mondjali li issa qed narawhom jissaħħu iktar u iktar.", "L-import substitution qatt ma setgħet taħdem f'suq minuskolu, f'suq verament żgħir, mentri meta saret il-liberalizzazzjoni tat-trade li ntroduċa l-Partit Nazzjonlaista fl-1987, din irnexxiet.", "X'ifisser dan?", "Sur President, jiena nemmen li aħna rridu nkomplu nikkompetu u rridu nikkompetu għall-investiment.", "L-Onor.", "John Attard Montalto semma l-investiment industrijali u kif qal huwa rridu nħarsu bir-reqqa lejn kif l-inċentivi industrijali f'pajjiżna se jibqgħu jgħoddu meta nkunu membri ta' l-Unjoni.", "Irridu nħarsu wkoll lejn x'għamel ħaddieħor, lejn kif ittekiljawha l-Irlanda u kif illum il- Ġappuniżi qegħdin saħansitra jinvestu f'Aberdeen għaliex għandhom ċerti benefiċċji partikolari.", "Jekk imbagħad inħarsu lejn ir-regional and social aid ippjanati għal bejn is-sena 2000 u s-sena 2006 bħala parti mis-sistema Ewropea, insibu li Euro 127.5 biljun minn total ta' Euro 230 biljun se jmorru għal pajjiżi bħall-Greċja, xi għaxar reġjuni fi Spanja, il-parti t'isfel ta' l-Italja u postijiet oħra li ma nisimgħux biżżejjed fuqhom bħal, per eżempju, Merseyside, Cornwall, is-Scilly Isles, South Yorkshire u partijiet mill-valleys ta' Wales.", "U dan qed ngħidu għaliex tajjeb li nneħħu l-impressjoni li anke l-pajjiżi li ilhom membri jafu kif jieħdu vantaġġ mill-għajnuna ta' solidarjeta` li tagħti l-Unjoni għal dawk il- partijiet minnhom li ma jkunux daqshekk żviluppati daqs partijiet oħrajn.", "Issa, Sur President, Malta għandha argumenti importanti ħafna u dawn m'humiex marbutin biss mal-GNP.", "Malta għandha ċerti argumenti oħrajn ta' solidarjeta` għar-rigward ta' xi trid tagħmel; għalkemm Malta hija gżira m'hijiex periferali daqs il-Canary Islands jew Madeira, li għandhom programmi speċjali għalihom fi ħdan l- Unjoni.", "Malta m'hijiex lanqas il-Lussemburgu, fil-qalba ta' fejn hemm l- iktar kummerċ fl-Unjoni.", "Il-Lussemburgu jikkwalifika għal ħafna iktar affarijiet, fil-fehma tiegħi, għaliex jidħol fl-argumentazzjoni li ssibu kullimkien fid-dokumentazzjoni ta' l-Unjoni - partikolarment fid- dokumentazzjoni tal-forzi politiċi fl-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew - li jagħtu l-importanza li l-Ewropa tkun Ewropa ta' kulħadd ....", "U din l- Ewropa ta' kulħadd, din l-Ewropa li nbidlet ....", "Jiena ma nistax inkun f'moħħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni pero' għandi hunch li meta jitkellem fuq l- Ewropa, forsi għadu qed jitkellem fuq l-Ewropa li kien jaf hu, l-Ewropa tas- snin 60, l-Ewropa fejn il-left kien vera kontra l-Unjoni Ewropea għax kienu jgħidulha \"rich men's club\".", "Jiena niftakar d-dimonstrazzonijiet li kienu jsiru fi Franza imma meta mbagħad daħlu Spanja, il-Portugal u l-Greċja ma tantx baqgħet rich men's club u l-bidla l-kbira hemm saret.", "Il-bidla l-kbira hemm saret, u saret ukoll meta kien hemm il-bidla biex jagħmlu s-single market, meta l-pajjiżi li kienu iktar foqra qalulhom: Nagħmluh is-single market imma rridu l- cohesion funds u tridu ssaħħulna r-regional funds biex ngħaġġlu u nlaħħqu magħkom mhux nibqgħu hemm.", "U dan l-argument rebħuh, rebħu wkoll ħafna finanzjament importanti u rebħet anke l-loġika ta' solidarjeta`.", "Uffiċjal għoli ta' l-Unjoni - ma nixtieqx ngħid min hu għax ma naħsibx li huwa sewwa li bniedem jgħidlek xi ħaġa konfidenzjali u inti tikxfu b'dan il- mod - darba wara li ltaqa' ma' xi nies mill-Malta Labour Party, qalli: Għalfejn qegħdin jaħsbu li we are out to get you?", "Il-pajjiżi Ewropej għandhom l-istess problemi li għandna aħna; ħafna pajjiżi fl-Ewropa għandhom problemi simili għal tagħna u ħafna pajjiżi jridu jittekiljaw dawk il-problemi.", "Tarznari b'diffikultajiet, per eżempju, f'Malta biss hawn?", "Jiena kelli l-okkażjoni nattendi għall-maritime industry forum, li ssir bejn il-private enterprise u bejn membri tal-commission, u dawn għandhom il- preokkupazzjoni kif l-Asja qiegħda tikkompeti mal-bqija ta' l-Ewropa.", "Sur President, huwa veru li l-Ewropa trid il-kompetizzjoni u li ma jkunx hemm state aid fejn il-kompetizzjoni toħloq distortion fis-suq Ewropew - mhux distortion f'Malta - imma trid ukoll li strateġikament jibqgħala x- shipyards u x-shiprepair yards.", "L-Unjoni Ewropea, bħala ekonomija, ma tistax strateġikament tispiċċa mingħajr ix-shipyards u x-shiprepair yards u għalhekk tgħin u għenet lil pajjiżi bħal Spanja u tammetti ċertu element ta' state aid.", "U jekk il-gvern jagħti għajnuna pero' dik l-għajnuna kieku kien investitur privat kien jagħtiha xorta għaliex jidher li dik l- industrija għandha pjanijiet tajbin biex timxi 'l quddiem, dak lanqas jikkonsidrawh state aid u lanqas għandek għalfejn tapplika għalih għaliex jgħidu li tkun imxejt skond il-private investor market principle.", "U din hija xi ħaġa li ġrat fl-airline industry.", "Fil-fatt, meta ġew għal-liberalizzazzjoni tar-rotot, kien hemm min ried l- għajnuna u l-commission aċċettat dak il-prinċipju u aċċettat anke l- prinċipju tal-\"one-time only\" għaliex xorta taċċetta li tagħmilha jekk inti qed tagħmilha bħala parti mir-restructuring process u mhux bħala investitur privat.", "Jiġifieri kultant l-istraitjacket li tiġi mpinġija m'hijiex daqshekk straitjacket.", "Dażgur li hemm ċerti regoli imma hemm ukoll iż- żmien biex nidħlu!", "Issa, aħna ilna nipprovaw nidħlu.", "Fl-1979 għamilna l- politika tagħna li nidħlu fl-Unjoni Ewropea u fl-1981 irbaħna l-maġġornza tal-gvern pero' minħabba ċ-ċirkostanzi politiċi ma ggvernajniex u ntilfet opportunita` kbira għaliex fl-1986 kien hemm l-expansion tal-Mediterran u dan kien wieħed mill-aħjar żmenijiet biex nidħlu fl-Unjoni.", "Imma issa għandna ċ-ċans li nidħlu, u dan huwa ċar mid-dokument.", "Id-dokument ma jpoġġiniex l-ewwel fil-queue, kif issuġġerew fil-programm li attendejt fuq NET Television, imma jneħħi l-queue u jqiegħed lil kulħadd fuq il-mertu tiegħu.", "Anzi d-dokument jgħid ukoll li Malta għandha merti kbar.", "Jiġifieri filli konna frozen, filli konna fit-tieni row u issa m'hemm l- ebda row u kulħadd għaddej għal rasu!", "Sur President, aħna ma rridux inħarsu lejn l-Unjoni Ewropea bl-għajnejn ta' l-Unjoni u għalija dan m'huwiex dibattitu fuq l-Ewropa imma huwa dibattitu fuq Malta.", "Aħna f'pajjiżna jinteressana li nagħmlu l-ġid u allura rridu nagħmlu bidliet kbar.", "U verament għandna bidliet kbar x'nagħmlu, imma mhux għaliex storikament l-ewwel konna kolonja u din il- mentalita` batejna ħafna biex ħlisna minnha u għadna nbatu minnha allura jien irrid inwaħħal kollox f'dan il-fatt.", "U lanqas irrid inwaħħal kollox fil-fatt li kellna l-perijodu ta' Mintoff jew inwaħħal kollox fil-Labour Party jew f'ħaddieħor.", "Jiena ngħid li aħna pajjiż żgħir u biex nintegraw fil-mixja taż-żmenijiet se jkollna nagħmlu sforz.", "U jkun iblah dak in- negozjant jew economic operator ta' kwalunkwe tip f'dan il-pajjiż li jinjora l-possibbilta` li Malta ssir membru ta' l-Unjoni u jinjora li l- kummerċ internazzjonali se jikber mhux fil-prodott biss imma fis-servizzi wkoll, kif qed juruna l-WTO u l-Unjoni Ewropea mal-Euro-Med.", "Fil-fatt dan ix-xahar il-WTO se tagħmel diskussjoni f'Seattle fuq ir-round il-ġdid u s- servizzi se jkunu fuq l-aġenda tagħha, jiġifieri ħadd ma jista' jinjora din ir-realta`.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi fil-ħin li baqagħli għad-dispożizzjoni tiegħi - kelli ħafna iktar xi ngħid imma l-ħin malajr jgħaddi - huwa li jiena nemmen li dan huwa ta' vantaġġ għalina, anke fir-rigward ta' parti minn politika li storikament il-Labour Party għandu mertu fiha.", "Din semmiha anke l-Onor.", "John Attard Montalto u qed ngħid li l-Labour Party għandu mertu fiha għaliex tifforma parti mill-kunċett li anke s-swieq tal- Mediterran huma importanti għalina.", "U meta aħna nidħlu fl-Unjoni Ewropea, aktar milli politika ta' kliem u ta' għażla, in one go aħna se jkollna aċċess għall-agreements kollha li l-Unjoni Ewropea għamlet mal-baċin kollu Mediterranju.", "Jiġifieri dan in-network sħiħ, l-aċċess għal dawn is-swieq se jkun ta' benefiċċju għalina, u forsi dan huwa wieħed mill-benefiċċji li ma jissemmix imma li huwa importanti.", "Sur President, biex nagħlaq ngħid li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd se jqis dak li se jaffetwa lilu.", "Pero' meta tqis dak li se jaffetwa lilek, trid tqis il-bidliet li trid tagħmel, anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni - bidliet li fl-Unjoni Ewropea tagħmilhom bl-għajnuna ta' l-Unjoni - u trid tqis l- opportunitajiet li l-Unjoni tagħti mhux biss f'dan il-qasam imma wkoll fil- qasam politiku, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam soċjali u fil-qasam edukattiv.", "Ir-realta` ta' l-Unjoni hija ħafna iktar komplessa u allura tajjeb li wieħed jgħid li din m'hijiex xi mostru li ġej biex jiblagħna imma hija realta` li kull pajjiż qiegħed iħares lejha u fil-fehma politika tagħna huwa ta' ġid kbir għall-pajjiżna li nsiru membri tagħha.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, jien naħseb li ħadd ma pinġa lill- Unjoni Ewropea bħala mostru u huwa tajjeb li s'issa din id-diskussjoni ħadet l-andament li ssir b'mod kalm, biż-żewġ naħat jippreżentaw l- oġġezzjonijiet, l-options, l-ideat u l-perspettivi tagħhom, ħalli l-poplu eventwalment ikun jista' jiffoka iktar fuq din il-materja.", "B'mod partikolari, Sur President, ħadt gost li l-Onor.", "Michael Frendo qal li aħna rridu naħsbu fl-aħjar interess ta' Malta għax naħseb li din kienet l-ewwel dikjarazzjoni formali li smajt min-naħa tal-gvern f'dan ir-rigward.", "Qed ngħid dan għaliex sa dalgħodu stess id-diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea kienet iffokata fuq rettorika, passjoni politika u sitwazzjoni li jekk ma timmirax għal adeżjoni sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, allura m'għandekx direzzjoni.", "Dan huwa fejn iż-żewġ naħat effettivament ma jaqblux.", "Il-kwestjoni m'hijiex jekk irridux jew jekk hemmx bżonn li nirristrutturaw.", "Ir-ristrutturazzjoni hija proċess li l-pajjiż irid jgħaddi minnu kontinwament u minn wara l-indipendenza sal-lum, b'mod jew ieħor, daqqa bl-iskossi u daqqa iktar smoothly, pajjiżna għadda minn proċess ta' ristrutturazzjoni.", "Irrid ngħid li hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq il-livell politiku għaliex illum donnu qed jiġi miftiehem li l-konsiderazzjoni dwar ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' l-Unjoni qegħdin jiffokaw iktar fuq l-aspett ekonomiku soċjali.", "Sur President, Malta m'għandhiex il-problemi politiċi tal-pajjiżi tal- lvant ta' l-Ewropa dwar rule of law, dwar proċeduri demokratiċi, dwar qrati ħielsa.", "Dawn it-tappi pajjiżna rnexxielu jilħaqhom bl-iskossi, bit-tajjeb jew bil-ħażin, bl-argumenti f'din il-Kamra u anke barra, u rnexxielu jilħaqhom barra mill-Unjoni.", "Effettivament fl-istrutturi tagħna naħseb li fuq livell politiku nħabbtuha ma' l-iktar pajjiż demokratiku.", "Jiġifieri l- problema tal-lvant ta' l-Ewropa, li jħarsu lejn l-Unjoni bħala dik l-ankra li ssalvalhom id-demokrazija, li għadha fraġili, m'hijiex xi ħaġa li rridu nagħtuha importanza partikolari għaliex aħna dan ilħaqnih bil-kapaċita` tagħna.", "M'għandniex lanqas il-problema ta' Ċipru, li għandu l-problema ta' pajjiż maqsum fi tnejn, u li qiegħed iħares lejn l-Unjoni għaliex jara l- possibbilta` li jingħaqad bħala pajjiż, xi ħaġa li naħseb li hija l- ambizzjoni u x-xewqa ta' kull poplu.", "Mela l-konsiderazzjonijiet ta' pajjiżna, fil-limitazzjonijiet tagħha, fiċ-ċokon tagħha, fl-opportunitajiet u fil-potenzjal li din jista' jkollha, irridu narawhom fl-oqsma ekonomiċi u soċjali.", "Sur President, jekk fhimt sewwa lil sieħbi tan-naħa l-oħra l-Onor.", "Frendo kien qed jagħti l-impressjoni li issa d-derogi u l-fażi ta' transizzjoni ma' l-Unjoni Ewropea huma permessi wkoll.", "Jien mhux hekk qrajt - forsi fhimt ħażin - għax l-update ta' l-avis kif ukoll l-accession document li għandna quddiemna ma jagħtix l-indikazzjoni li se jikkonċedu xi derogi partikolari jew xi perijodi ta' transizzjoni ħlief f'ċerti oqsma partikolari ħafna.", "Id-dokument li għandna quddiemna jgħidilna li Malta hija politikament preparata biex issir membru.", "Ovvjament ma poġġewniex fuq l-istess livell tat-Turkija, li bil-problemi li għandhom politikament jonqoshom ħafna x'jaqdfu, imma dan ma jfisser xejn.", "Dawn qalulna: Dan huma r-regoli ta' min irid jidħol membru, dawn huma l-kriterji li rridu li intom tatwaw.", "Imma mbagħad sta għalina kif natwawhom, jekk natwawhomx u x'jaqblilna nagħżlu.", "Huwa hawnhekk fejn tidħol l-għażla bejn naħa u oħra u l-pass li rridu nassorbu b'dawn il-bidliet u l-problemi l-oħra relatati, imma ma naħsibx li huwa possibbli li jkun hemm xi forma ta' derogi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Michael Frendo, bil-permess ta' l-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, iktar milli fuq derogi u transitional periods, l-argument tiegħi kien li working within the rules tista' tagħmel ċerti affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Iva, imma l-existing rules li qegħdin jipprevalu llum u li bbenefikat minnhom l-Irlanda fil-fażi transizzjonali biex tifformola u tkabbar iċ-ċentru finanzjarju, mhu se jkunu available għall- ebda pajjiż ieħor; u dan id-diskors intqal ċar u tond.", "Allura l-kwestjoni kollha, kif diġa' għedt, hija kwestjoni ekonomika soċjali.", "Il-kwestjoni m'hijiex li naħa trid ir-ristrutturazzjoni u l-oħra ma tridhiex, m'hijiex li wieħed irid jimmodernizza u l-ieħor ma jridx, pero' issa dan id-diskors tant ilna ngħiduh li dejjaqna lilna nfusna.", "Dan huwa diskors li ilna nsemmuh mill-1987 pero' effettivament ftit li xejn sar biex dan il-proċess jinbeda, għaliex dan jinvolvi ċertu uġigħ u ċerta tbatija u allura jrid ikollok il-guts politiku li tattwah.", "Imma huwa dan li għamel il-Partit Laburista u fit-22 xahar li għamel fil-gvern, meta beda jara r-ristrutturazzjoni bil-mod il-mod għaliex kien jaf li hija neċessita`.", "L-argument mela m'huwiex dan pero' r-ristrutturazzjoni trid tkun xprunata fl-interess ta' pajjiżna.", "U f'dinja globalizzata, dinja li dejjem tiċkien, din ir-ristrutturazzjoni rrid nagħmilha biex insir iktar kompetittiv u effiċjenti, irrid nagħmilha biex inkun nista' nħajjar investiment veru produttiv lejn il-pajjiż, investiment li jikkreali opportunitajiet ġodda ta' xogħol, opportunitajiet li nkabbar il-ġid nazzjonali u din ninsisti fuqha.", "F'dan il-proċess ta' ristrutturazzjoni, fejn f'ċerta oqsma jkollok telf ta' mpjiegi, ikollok oqsma oħra li qegħdin jiżviluppaw bis-saħħa ta' dak il-proċess, oqsma li jikkreawlek opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "U din hija realta` kbira.", "Sur President, aħna nafu li fil-qasam tal-manifattura, minkejja li jiżdied l-ammont ta' esportazzjoni, ikun hemm ukoll telf ta' mpjiegi, u dan huwa proprju minħabba l-proċess ta' ristrutturazzjoni.", "Allura huwa importanti li oqsma oħra, bħall-qasam tat-turiżmu u l-qasam tas-servizzi, ikollhom il-potenzjal kollu quddiemhom mingħajr l-ebda limitazzjoni li jiżviluppaw u jikkreaw opportunitajiet - ovvjament f'qafas legali rikonoxxut u aċċettat internazzjonalment - u mhux minħabba r-regoli li jkunu mposti min-naħa ta' l-Unjoni nxekklu u nċekknu dan is-settur u wkoll il-potenzjal li Malta tgawdi.", "U Malta għandha dan il-potenzjal; Malta għandha l-pożizzjoni ġeografika tagħha, għandna l-lingwa Ingliża, għandna livell tajjeb ta' edukazzjoni, għandna nies li kapaċi jagħtu parir tajjeb għaliex huma mħarrġa tajjeb u huma skilled.", "Din pero' għandha l-element negattiv tagħha wkoll.", "Aħna gżira ċkejkna, b'popolazzjoni żgħira, u allura ma tantx nattiraw nies minħabba l-konsum intern.", "Hemm il-fatt li kollox jiddependi mit-trasport, li huwa an added cost, u m'għandekx terra ferma.", "Hemm il-fatt li għadna nazzjon li għadu jiżviluppa u allura ma tantx aħna rikonoxxuti.", "Sur President, ovvjament dawn huma elementi li meta rridu nkabbru l- investiment, meta rridu nippreżentaw lilna nfusna u nikkompetu ma' pajjiżi oħra rridu nżommuhom quddiem għajnejna.", "Meta jkollna dan kollu quddiem għajnejna nistgħu mbagħad nevalwaw x'inhi l-aħjar triq u liema huma l- kondizzjonijiet li fuqhom ma nistgħux immorru lura.", "U huwa hawnhekk fejn joħroġ in-nuqqas kbir ta' dan il-gvern li sal-lum għadu ma għarrafniex liema huma skond hu l-prinċipji bażiċi ta' ċerti punti li ma tistax tinnegozjahom fl-aħjar interess ta' Malta.", "Per eżempju, jekk aħna ngħidu li fl-aħjar interess ta' Malta ma rridux li kulmin jiġi minn barra jkun jista' jaqbad u jispekula l-proprjeta minħabba l-problema ta' nuqqas ta' proprjeta` available, allura dan huwa prinċipju li rridu npoġġuh minn ta' quddiem.", "Naturalment, dan huwa biss eżempju pero' jrid ikun mpoġġi 'l quddiem minn qabel u rridu ngħidu li fuq dan m'aħniex se nimxu lura.", "Huwa hemmhekk fejn inti tibda ddaħħal xi ftit l-element tal-fiduċja u mhux tħalli kollox nebuluż, qisna għandna triq kollha ċpar.", "Jekk qegħdin ngħidu li din hija t-triq it-tajba imma hija kollha ċpar .....", "Allura jekk wara li nidħlu fiha nsibu xi arblu fin-nofs u nibqgħu ħajjin, nirranġaw il- karozza, u jekk ma nibqgħux ħajjin paċenzja!", "Għalhekk meta nħarsu lejn dan irridu nħarsu lejn il-qasam ekonomiku ta' pajjiżna, li bażikament jiddependi fuq tliet setturi, li huma l-manifattura, it-turiżmu u s- servizzi, fosthom is-servizzi finanzjarji u marittimi u servizzi oħra relatati.", "Meta nsemmu s-servizzi finanzjarji, dawn kienu bdew fil-bidu tas-snin 90, kienu twaqqfu mazz liġijiet f'dan ir-rigward u Malta kienet bdiet timpenja ruħha biex tiġi kkonsidrata bħala ċentru finanzjarju, bħalma hemm l- Irlanda, li ħadet konċessjoni speċjali għalih fl-1987, bħalma hemm Jersey fiċ-Channel Islands, bħalma hemm il-Lussemburgu eċċ. Mela Malta, bil- pożizzjoni ġeografika tagħha, riedet tidħol f'dan il-qasam, qasam li jinvolvi l-banking, l-insurance, l-investment and collective incentive schemes, il-fund management, istituzzjonijiet finanzjarji, business internazzjonali u l-korpi regolatorji.", "Sal-lum hemm dawn il-ħames oqsma u tajjeb illi wieħed jinnota - biex jara l-importanza tiegħu - li dan huwa qasam li qed jiżviluppa b'rata ta' 14.5%, jiġifieri r-rate of growth hija ta' 14.5%.", "Hemm 5,200 ruħ jaħdmu f'dan il-qasam, li għadu żgħir meta tikkomparah ma' ċentri oħra fil-Lussemburgu, fl-Irlanda u l-Isvizzera, pero' forsi tajjeb ngħid ukoll li l-Isvizzera, minħabba l-kriterji li miexja bihom l-Unjoni Ewropea, qed iżżomm aktar il-brakes.", "Riċentement kien hemm anke kumment tal-ministru tal-finanzi Svizzeru li qal li jridu jaraw kif qed tiżviluppa l-Isvizzera f'dan is-settur.", "Issa dawn għandhom dominanza sħiħa imma jridu jesplojtjaw aktar l- opportunitajiet tad-direzzjoni li qed jimxu bihom fl-Ewropa.", "Dan minbarra wkoll li r-referendum li għamlu wera li l-poplu Svizzeru ma jridx li jingħaqdu ma' l-Unjoni iżda jippreferu li jkollhom relazzjonijiet kuntrattwali.", "Allura l-mistoqsija f'dan il-qasam u f'dan ir-rigward biss tibqa': Aħna rridu li Malta ssir ċentru finanzjarju?", "U huwa importanti li din il-mistoqsija ssir illum għaliex huwa inutli li tirreklama biex iġġib nies joperaw taħt l-istrutturi illi għandna - strutturi li huma tajbin għaliex huma aċċettati internazzjonalment u ma jikkreaw l-ebda konflitti ma' tax treaties bilaterali li għandna ma' diversi pajjiżi, u allura dan huwa qafas li qiegħed hemmhekk u għandu l-potenzjal tiegħu - imma l- mistoqsija tibqa': Din l-istruttura rriduha jew inkella jekk jidħlu in vigore r-regoli ta' l-armonizzazzjoni tat-taxxa, dan is-settur jibda bilfors jirrestrinġi ruħu?", "Dan iċ-ċentru finanzjarju, fil-qafas finanzjarju kif inhu u bil-potenzjal kollu li għandu li jiżviluppa fil- preżent u fil-futur, irridu nżommuh?", "Din il-mistoqsija trid issir u effettivament trid tingħata risposta.", "Sur President, dan huwa importanti għaliex filwaqt li fil-qasam tal- manifattura - għalhekk irridu nħarsu lejn l-ekonomija fil-pajjiż bħala ħaġa sħiħa - l-investiment jidher 'il bogħod u l-impjiegi qegħdin jonqsu minħabba l-proċess ta' ristrutturazzjoni li hija neċessita`, għandek imbagħad oqsma oħra illi għandhom potenzjal kbir li jiżviluppaw, li jikkreaw opportunitajiet ġodda ta' xogħol u li jġibu flus kbar lejn pajjiżna.", "Jekk nieħdu l-Lussemburgu, per eżempju, din tiddependi bażikament 70% fuq dawn is-setturi.", "Issa dan huwa wieħed mill-fonding members ta' l-Unjoni Ewropea u wkoll huwa nkwetat u wkoll huwa pajjiż fejn hemm ċerta instabilita` minħabba d-direzzjoni li se jieħdu f'dan il-qasam.", "Allura meta jiġu jagħmlu l-queries u jistaqsu min huwa interessat jinvesti f'dan is-settur, dawn se jgħidulek: Imma dawn il-kriterji li qed toffrili llum tagħtini garanzija li se nibqa' ngawdihom?", "U risposta għal dan ċertament ma jkollniex.", "Ħalli niġi issa għall-qasam ta' l-assigurazzjoni.", "Sur President, m'ilux għaddejna liġi minn dan il-parlament biex dan il- qasam inkomplu nkabbruh pero' nafu wkoll li jekk nidħlu fl-Unjoni l- benefiċċji fiskali li għandu dan il-qasam jistgħu jispiċċaw.", "Anke s-settur tal-fund management u l-collective investment schemes huwa bbażat ħafna fuq benefiċċji ta' natura fiskali.", "Fil-fatt f'sena waħda dawn irdoppjaw u għandna entitajiet li qegħdin joperaw minn pajjiżna imma anke dawn jistgħu jispiċċaw u effettivament dan ix-xogħol jittrasporta ruħu f'lokalitajiet fejn ikollhom aktar benefiċċji li jibbenifikaw minnhom.", "Allura inti qed tingħafas miż-żewġ naħat.", "L-istess nistgħu ngħidu fil-qasam marittimu.", "Matul l-aħħar snin saru sforzi kbar f'dan il-pajjiż biex dan is-settur nidħlu fih u r-reġistrazzjoni tal-vapuri, bid-difetti kollha - għax ovvjament hemm ċerti nuqqasijiet bħal fejn tidħol is-surveyance, u minkejja r-regoli kollha li timplimenta dejjem ikollok ċerti vapuri li ma jilħqux il- livell mixtieq - hija ta' kwalita` tajba.", "Ovvjament kull pajjiż jgħaddi minn dawn il-problemi u huwa tajjeb li l-livell ta' vapuri reġistrati dejjem ngħolluh, imma rridu nżommu quddiem għajnejna illi f'dan il-qasam hemm benefiċċji fiskali - bħalma hi l-eżenzjoni ta' taxxa fuq vapuri reġistrati f'Malta, eżenzjoni mit-taxxa tal-boll, eżenzjoni mit-taxxa tas- suċċessjoni - illi Malta bħalissa qed toffri biex tikkompeti ma' ċentri oħra ħalli tkun aktar kompetittiva u aktar attraenti.", "Tajjeb ngħid ukoll li riċentement l-Ingilterra kienet qiegħda tagħmel revision tal-liġijiet tagħha f'dan ir-rigward biex tattira dan it-tip ta' negozju.", "Allura aħna ma rridux direzzjoni ċara jekk irridu nibqgħu nagħfsu fuq din il-linja?", "M'aniex se ngħidulhom li dan is-settur ma rridux li jintmiss?", "Sur President, dawn huma assigurazzjonijiet f'oqsma hekk importanti, f'oqsma illi bil-kliem jingħad ħafna li rridu niżviluppawhom, imma apparentment bil-fatti hemm dubji u inċertezza kbira dwarhom, li wasal iż- żmien illi mingħajr ebda emozzjoni nibdew nelenkawhom waħda wara l-oħra.", "U dan huwa l-vantaġġ tat-triq li kien qed jadotta l-Partit Laburista, triq illi tqarrab lil pajjiżna f'relazzjonijiet kuntrattwali imma fuq direzzjoni, bażi u mudelli ta' l-istess Unjoni.", "Aħna għandna relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u taħt il-financial protocols li saru mill-1983 sal-lum bl-association agreement, skond mistoqsija parlamentari li għamilt riċentement, Malta rċeviet madwar ¥63 miljun.", "Jiġifieri hemm l- istruttura u l-mudell illi wieħed jista' jiżviluppah u l-vantaġġ ta' dak il- mudell huwa li jħallilek il-flessibbilta` tesplojtja l-potenzjal kollu bħala pajjiż u tara liema niċċa tista' tħaffer għalik għaliex dan biss huwa s-suċċess ta' pajjiżna.", "F'dinja kompetittiva u globalizzata, pajjiżna jrid joħloq in-niċċa tiegħu, kemm fl-oqsma tal-manifattura, tas-servizzi, tat- turiżmu, tat-trasport eċċ. u jekk dik il-flessibbilta` nitilfuha, il- proċess ta' ristrutturazzjoni ma jwassalx biex jilħaq l-għanijiet ta' ġid u investiment ġdid u ma jikkreax opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "U huwa fuq dawn il-prinċipji illi rridu nikkonċentraw meta nkunu qegħdin nagħżlu liema hi l-aħjar direzzjoni għal pajjiżna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ninu Zammut.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Sur President, jiena wkoll irrid nagħti kontribut f'dak li qed jiġi diskuss illum pero' se nillimita lili nnifsi għall-oqsma tal-biedja u sajd.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li bl-Unjoni Ewropea u mingħajrha, l-oqsma tal-biedja u sajd bilfors iridu jiġu ristrutturati.", "Fl-oqsma tal-biedja u sajd trid titkabbar il- produzzjoni tal-prodotti ta' l-ikel, trid tiġi msaħħa l-effiċjenza u trid tiżdied ukoll il-kompetittivita` u dan inkunu jew ma nkunux fl-Unjoni.", "Huwa dan kollu li mbagħad joħolqilna n-neċessita` ta' dak li jissejjaħ restructuring, u dan mhux biss fl-ambjent Ewropew imma wkoll fl-ambjent globali.", "Bħala gżira ċkejkna fil-Mediterran aħna qegħdin naspiraw li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni li mbagħad bħala grupp - u bħal pajjiżi fl-Amerika ta' fuq u fl-Amerika t'Isfel, l-Awstralja u l-Ġappun - irid jaħdem fil-WTO li minnha joħorġu ċerti direttivi illi huma mmirati biex il-produzzjoni u l-bejgħ tal- prodotti ta' l-ikel isir b'mod illi jkun ta' vantaġġ għall-popli kollha tad- dinja ħalli tiġi eliminata l-problema tan-nuqqas ta' ikel f'ċerti reġjunijiet f'ċerti pajjiżi.", "Allura biex naslu għal dan kollu rridu niddikjaraw illi biex intejbu l-livell ta' kompetizzjoni tagħna rridu bilfors nibdew mexjin fuq linja li nneħħu l-protezzjoni żejda li għandna fuq ċerti prodotti permezz tal-levies kif ukoll il-mekkaniżmi li kultant, jiddispjaċini ngħid, qegħdin jipproteġu l-ineffiċjenza.", "L-Unjoni Ewropea la tissussidja l-għazz u lanqas l-ineffiċjenza.", "Allura għaliex hemm bżonn ir-restructuring?", "U kif għandu jsir dan ir- restructuring?", "Dan irid isir b'tali mod li tiġi garantita provvista bnina u adegwata ta' prodotti ta' l-ikel għall-konsumatur u l-ikel irid ikollu prezz adegwat u jrid ikun graded u ppreżentat fl-aħjar mod possibbli.", "Dan irid isir b'bilanċ ma' dħul xieraq u ġust għall-bdiewa, raħħala u sajjieda u mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Sur President, tajjeb ngħid ukoll li l-Unjoni Ewropea m'hijiex xi kexxun bla qiegħ.", "L-Unjoni ma taqbadx u tagħtik il-flus għal xejn imma għandha programmi u strumenti finanzjarji u tekniċi biex tgħin l-industriji tal- biedja u sajd.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-istrument tal-common agricultural policy li hija l-European agriculture guidance fund, il- financial instrument for fisheries guidance u l-proġett li huwa mmirat għal rural development u li permezz tiegħu pajjiżi li qegħdin diġa' fl-Unjoni u pajjiżi applikanti jibbenefikaw minn fondi biex ikunu f'pożizzjoni jiżviluppaw l-ambjent rurali tagħhom, għalkemm għadu m'huwiex deċiż mija fil-mija jekk pajjiżna huwiex se jibbenefika minn dan il-proġett.", "Biex aħna bħala pajjiż inkunu nistgħu nipparteċipaw f'dawn it-tip ta' proġetti ovvjament irridu nxammru l-kmien, nitfgħu għonqna għax-xogħol u nagħtu s-sehem tagħna.", "Bħalma jaf kulħadd, l-Unjoni ma tagħtikx il-fondi kollha biex twettaq proġett imma tagħtik parti minn dawk il-fondi u tagħtik skond il-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż.", "Fil-fatt jiena nformat li ġeneralment l-Unjoni ma tagħtix iżjed minn 70% ta' l-ispiża totali tal- proġett.", "Jiġifieri jekk pajjiżna, per eżempju, qed jagħmel proġett ta' tisfija ta' l-ilma tad-drenaġġ biex minnu jieħu l-ilma għall-irrigazzjoni li jiswa ¥10 miljun, l-Unjoni bħala massimu se toħroġ is-somma ta' ¥7 miljun u l-kumplament irid joħroġhom il-pajjiż.", "Sur President, minħabba l-pożizzjoni tiegħu u minħabba li aħna nistgħu ngħidu li nikkwalifikaw bħala a less favoured area għaliex għandna żvantaġġi naturali, pajjiżna jista' jibbenefika minn ċerti għajnuniet oħra.", "Forsi hawn min jistaqsi: Imma aħna għaliex qegħdin magħfusin b'dawn l- iżvantaġġi?", "Aħna qegħdin magħfusin b'dawn l-iżvantaġġi għaliex f'pajjiżna, bħala gżira żgħira, għandna l-problemi ta' spiża żejda meta niġu biex nimportaw u nesportaw, għandna l-problemi bit-topografija ta' pajjiżna għax ir-raba' tagħna hija magħmula f'biċċiet żgħar u fi ħbula, għandna l- problema tal-klima għax għandna pajjiż mikxuf għall-irjiħat, għandna sjuf twal u allura għandna wkoll nuqqas ta' ilma tat-tisqija.", "Sur President, li rridu nagħmlu għalhekk huwa li dawn l-iżvantaġġi ndawruhom f'vantaġġi ħalli nibbenefikaw minn għajnuniet finanzjarji u tekniċi li l-Unjoni Ewropea għandha biex dawn l-iżvantaġġi naturali jiġu megħluba.", "Fil-fatt l-Unjoni sal-lum għenet gżejjer żgħar bħalma huma l- gżejjer Aegean li jagħmlu mal-Greċja, il-gżejjer Azores li jagħmlu mal- Portugall u l-Canary Islands li jagħmlu ma' Spanja.", "Forsi ta' min jgħid ukoll fiex jikkonsistu dawn l-għajnuniet.", "L-Unjoni Ewropea, per eżempju, tagħti mal-¥25 kull sena għal kull tomna raba' li fuqha titkabbar il-patata u ¥20 kull sena għal kull tomna li fuqha jitkabbru d-dwieli direttament lill-bdiewa li jgħixu f'dawn il-pajjiżi.", "Fejn jidħlu mbagħad ir-raħħala, l- Unjoni tipprovdi għajnuna lil min iżomm merħla għall-produzzjoni tal-ħalib fuq l-irjus ta' bhejjem li jinżammu biex tkun tista' tinżamm merħla għat- tkabbir tal-ħalib kif ukoll merħla għall-produzzjoni taċ-ċanga.", "Dan biex nagħti eżempju fuq fuq x'jiġri fi gżejjer oħra tal-qies tagħna li huma membri ta' pajjiżi akbar imsieħba fl-Unjoni.", "Jiena għalhekk qed ngħid li dawn l-iżvantaġġi li għandna f'pajjiżna, bi programmi serji u maħdumin sewwa, nistgħu napplikaw biex niibbenifikaw minn għajnuniet u b'hekk minn żvantaġġi ndawruhom f'vantaġġi.", "Ħalli niġi isa għal punt ieħor.", "Sur President, meta tħares lejn l-agrikoltura trid tħares lejn dan il- qasam industrijali mil-lat tal-multi-functionality tiegħu.", "Xi tfisser multi-functionality?", "Din tfisser li l-biedja trid tħares lejha bħala industrija li fiha ħafna funzjonijiet mhux biss mil-lat ta' produzzjoni ta' prodotti.", "F'dan il-qasam ma jidħolx biss il-bidwi li jiżra' u jkabbar il- patata, per eżempju.", "Fil-fatt illum il-bidwi għandu d-dover illi jieħu ħsieb l-ambjent rurali kollu.", "Huwa appuntu minn dan l-aspett ta' multi- functionality illi l-bidwi għandu jieħu ħsieb kemm il-produzzjoni tal- prodotti kif ukoll il-konservazzjoni ta' l-ambjent rurali, u meta ngħid \"il- konservazzjoni ta' l-ambjent rurali\" nifhem illi l-bidwi għandu jieħu ħsieb l-ambjent kollu tal-kampanja b'tali mod illi jagħmel l-almu tiegħu ħalli jkun hemm konservazzjoni ta' l-ammont ta' ħamrija billi l-ħitan tas- sejjiegħ jinżammu fi stat tajjeb, billi jsiru proġetti ħalli jitkabbar l- ammont ta' ilma għat-tisqija kif ukoll billi fejn ikun possibbli ssir afforestation ħalli l-pajsaġġ jinżamm f'kundizzjoni tajba u jiġi msebbaħ.", "F'dan l-aspett ta' rural development, l-Unjoni Ewropea tipprovdi wkoll fondi u għajnuna teknika illi fil-każ tal-kondizzjoni topografika ta' pajjiżna nistgħu faċilment nibbenefikaw minnhom.", "Allura minn dan l-aspett ta' multi-functionality wieħed jinnota illi l-bidwi għandu l-inkarigu illi jżomm u jkabbar il-produzzjoni tal-prodotti ta' l-ikel u għandu l-obbligu li jagħmel manutenzjoni ta' l-ambjent rurali ta' pajjiżna, li jara li jsir it-tisħiħ ta' l-infrastruttura tal-pajsaġġ tagħna u li jassigura li jkollna l-ilma għat-tisqija għaliex, kif jaf kulħadd, l-industrija tal-biedja mingħajr ilma ma tgħix.", "Hawnhekk nasal għall-mod kif irridu naslu biex l- industrija tal-biedja u sajd nagħmluha waħda sostenibbli f'pajjiżna, u nasal ukoll għad-diverġenza li teżisti bejn iż-żewġ partiti politiċi fil- pajjiż.", "Sur President, quddiemna għandna żewġ toroq, għandna t-triq tal-Malta Labour Party, li hija t-triq ta' twaqqif ta' zona ta' kummerċ ħieles, u għandna t-triq tal-gvern preżenti li hija t-triq ta' sħubija sħiħa fl- Unjoni.", "Ħalli nispjega mela fiex twassal it-triq ta' zona ta' kummerċ ħieles fir-rigward ta' l-oqsma tal-biedja u sajd.", "B'mod partikolari fil- qasam tal-biedja, biż-żona ta' kummerċ ħieles kienet tispiċċa kull forma ta' protezzjoni għall-prodotti tagħna.", "Dan ifisser li l-levies fuq il- prodotti agrikoli kienu se jiġu mneħħija u jkollna importazzjoni ta' l- istess prodotti bi prezzijiet illi l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala ma jlaħħqux magħhom.", "Għalhekk din hija triq li kienet twassalna għall-qerda tal-biedja u sajd għaliex din tixxotta u ġġib fix-xejn id-dħul tal-bdiewa, raħħala u sajjieda.", "Sur President, jekk niġu mbagħad għat-triq ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni - triq li m'hijiex xi triq faċli imma persważ li b'fiduċja u responsabbilta` u kemm-il darba niġbdu ħabel wieħed naslu għaliha - fil-qasam tal-biedja u sajd ukoll jitneħħew il-levies, pero' bid-differenza li fl-istess ħin jiddaħħlu l-mekkaniżmi finanzjarji tal-common agricultural policy li jagħmlu tajjeb biex id-dħul tal-bdiewa, sajjieda u raħħala ma jonqosx.", "Anzi l-mekkaniżmi tal-common agricultural policy u tal-financial instrument for fisheries guidance huma mmirati biex ladarba nkunu membri sħaħ dawn l- istrumenti finanzjarji jagħmlu tajjeb biex, bi ħlas dirett lejn l- operaturi, id-dħul ta' l-istess operaturi ma jonqosx, anzi għall-kuntrarju jkollu ċ-ċans illi jiġi miżjud.", "Mela x'jonqos li jsir min-naħa tagħna?", "Sur President, bħalma wrejna minn Settembru 1998 'l hawn u bħalma wrejna anke qabel, irridu nuru r-rieda politika qawwija, soda u determinanti li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni u din nagħmluha l-ewwelnett billi nuru li għandna fiduċja fina nfusna.", "F'dan il-qasam tal-biedja u sajd, bħala gvern għandna fiduċja sħiħa li l-bdiewa u s-sajjieda tagħna se jagħmlu l-almu tagħhom biex flimkien iqumu għal din l-isfida ta' sħubija sħiħa u mhux biss nilqgħu għaliha imma negħlbuha u nkomplu nsaħħu dawn l-oqsma.", "Irrid ngħid ukoll li l-multilateral screening sar kemm fil-qasam tas-sajd kif ukoll fl- agrikoltura u l-bilateral screening sar fil-qasam tas-sajd fejn ġie ċċarat b'mod sodisfaċenti li rridu nagħmlu żona ta' konservazzjoni madwar il-gżira tagħna, ġie ċċarat il-punt kif aħna nixtiequ nimxu jekk ikun hemm xi problemi fuq il-common external tariff ta' l-Unjoni ma' xi pajjiżi oħra li jesportaw il-ħut u għamilna l-pożizzjoni ċara wkoll li biex nirranġaw ċerti friegħi ta' l-industrija tas-sajd ovvjament għandna bżonn għajnuna finanzjarja.", "Il-bilateral screening fir-rigward tal-qasam tal-biedja se jinbeda għall-bidu tas-sena d-dieħla u jiena persważ li bħalma n-nies tal- ministeru qatgħu figura tajba fl-iscreening li sar fil-fisheries hekk ukoll jaqtgħu figura tajba rigward l-industrija tal-biedja.", "Wara dan il- bilateral screening ovvjament irridu mmorru għan-negozjati sħaħ pero' qabel nagħmlu dan iridu jsiru laqgħat man-nies li huma involuti f'dawn l-oqsma, u hawnhekk qed nirriferi għal koperattivi u dawk kollha li b'xi mod huma involuti f'din l-industrija.", "Biex nagħlaq, Sur President, irrid ngħid li bi sħubija aħna nifhmu solidarjeta`, nifhmu li nkunu parti minn dan il-grupp kbir Ewropew biex b'mod solidari nagħmlu l-almu tagħna ħalli fil-pajjiżi ta' l-Ewropa jkun hawn provvista ta' prodotti bi prezzijiet adegwati għall-konsumatur u dan b'bilanċ ta' dħul adegwat għall-bdiewa, raħħala u sajjieda tal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni.", "Dan irridu nagħmluh b'mod li jħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent u b'mod li jkun hawn biżżejjed produzzjoni ta' prodotti ta' l- ikel mhux biss għall-popolazzjonijiet fil-pajjiżi ta' l-Unjoni imma wkoll f'pajjiżi oħrajn billi s-surpluses li jkun hemm fil-produzzjoni tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jintużaw b'mod għaqli biex tkompli tittaffa l-problema tal-ġuħ fid-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, mingħajr ma nkun kontroversjali nħoss li d-difett fundamentali fid-diskorsi li saru min-naħa tal-kelliema tal-gvern huwa li ġie injorat għal kollox ir-rapport li għandna għad-diskussjoni quddiemna llum u ttrattaw ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kif dejjem jagħmlu fl-aġġornamenti u f'okkażjonijiet oħrajn b'mod pjuttost astratt.", "Naħseb li kemm għall-merti tiegħu u anke għad-difetti tiegħu, illum il-focus tagħna jrid ikun fuq ir-rapport innifsu għax kieku ma kienx ikun hemm skop li nagħmlu diskussjoni oħra b'żieda mad-diskussjoni li kellna xi xhur ilu fuq l-avis aġġornat li ħareġ fi Frar li għadda.", "Ir-rapport li għadha kif ħarġet il-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, fil- fehma tiegħi għallinqas, huwa l-akbar konferma kemm it-triq ta' żona ta' kummerċ industrijali ħieles li kien qabad il-gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 kienet triq li kellha ferm inqas obbligi, kellha ferm inqas kondizzjonijiet u kellha ferm inqas impożizzjonijiet.", "Din kienet triq li toffri bażi ta' kunsens bejn iż-żewġ naħat Matlin għaliex mill-free trade zone cencept 'il quddiem kienet tħallihom liberi li jimxu 'l quddiem fir- relazzjonijiet tagħhom ma' l-Unjoni kif iridu u b'liema pass iridu.", "Forsi jkun hawn min jgħidlek: Imma dan ir-rapport m'huwiex l-istess bħal dak li ħareġ fi Frar li għadda?", "Jiena ma naqbilx ma' dan għaliex minkejja li dan ir-rapport għandu struttura simili għal dak ta' l-avis aġġornat ta' Frar 1999, jekk wieħed jaqra l-fine print tiegħu jsib li anke mill-aġġettivi magħżula u l-kliem imnaqqxa huwa rapport ferm aktar tassattiv, b'għamla u b'sura ta' one way deal favur l-istess unjoni.", "U t-toqol tiegħu l-aktar li jinħass, għalkemm jinħass f'diversi setturi, huwa, fil-fehma tiegħi, fl-oqsma ekonomiċi u anke f'dawk tal-finanzi.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex dawn it-tnejn huma forsi l-aktar toroq fejn il-Gvern Malti għad irid jirranġa l-affarijiet biex jilħaq il-livelli mitluba mill-Unjoni.", "Ħalli nibdew mill-finanzi.", "Il-gvern suppost kien impenjat inaqqas id-deficit billi jżid id-dħul b'paragun man-neqfa pubblika.", "Il-figuri li ħareġ l-istess gvern minn Jannar sa Settembru li għadda, figuri li għadhom kif ġew ippubblikati, juru li l-gvern fil-fatt ma żammx dan l-impenn tant li n-nefqa totali tiżboq dik tad-dħul ordinarju.", "Fil-fatt id-dħul ordinarju żdied b'¥49.3 miljun filwaqt li n-nefqa totali żdiedet b'¥50.7 miljun.", "Jekk nieħdu n-nefqa rikorrenti li suppost dejjem huwa t-target ta' kull gvern li jikkontrollaha jekk irid effettivament jindirrizza d-deficit strutturali tal-pajjiż, dan il-gvern flok rażżanha fil-fatt żiedha b'aktar minn 7.1% b'madwar ¥25.5 miljun.", "L-istess ġara fir-rigward tal-qgħad li għar-raġunijiet kemm ċikliċi u anke strutturali, laħaq l-ogħla livell ta' l-aħħar 12-il sena.", "Imma dan ma jgħiduh min-naħa tal-gvern; iġibu ħafna argumenti u jgħidu \"Għax żidna tal-Kalaxlokk u żidna dawk u naqqasna l-oħajn\", imma l-fatt li għandna l-ogħla ċifra ta' qgħad ta' dawn l-aħħar 12-il sena huwa argument li jiġi evitat kompletament min-naħa tal-gvern.", "Sur President, jiena ngħid li jekk Dr Fenech Adami, meta kien kap ta' l- oppożizzjoni f'Lulju 1998, ma kienx sab aċċettabbli li ċ-ċifra tal-qgħad tilħaq is-7,000 ruħ, kemm aktar għandu għalfejn jitkaża biċ-ċifra tal-qgħad issa li din qabżet it-8,000 minkejja diversi fatturi, minkejja li t- tneħħija tal-levies għadha effettivament se tibda, għalkemm bdiet bi ftit f'dawn l-aħħar ġimgħat, u minkejja li r-ristrutturar ta' l-industrija għadu lanqas beda jiġi mplimentat bis-serjeta`?", "Irrid ngħid li aħna dan mhux qed ngħiduh b'sens ta' kritika imma qalitu l-istess kummissjoni ta' l-Unjoni fir-rapport tagħha meta black on white qed titlob lill-gvern biex jiddefenixxi l-politika tiegħu f'dan ir-rigward.", "Meta xi ħadd jgħidlek eżattament x'għandek f'moħħok, din hija l-ikbar konferma li inti lanqas kont għadek bdejt tiċċaqlaq fid-direzzjoni suppost iddikjarata li tkun kommess magħha!", "Ejja nieħdu l-privatizzazzjoni.", "Dwar il-privatizzazzjoni, anke hawnhekk jidħol id-diktat ta' Brussels u din m'hijiex fissazzjoni min-naħa tagħna.", "Jidher ċar li minħabba d-diktat ta' Brussels, il-gvern se jkollu jġib fit-tmiem il-programm kollu li għandu sas-sena 2004.", "Din tirriżulta mill-accession partnership documents - mhux mil-commission report imma mill-accession partnership documents li hemm anness mar-rapport - li jgħidu ċar u tond li sa tmiem is-sena 2004 il-gvern irid ikun temm il-programm kollu li għandu għall-privatizzazzjoni.", "Wara dik id-data. ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, qajla se jkollu x'jipprivatizza għaliex il-gvern sa dik inhar se jkun laħaq biegħ il-fidda tal-familja kollha.", "Ftit ilu l-Ministru Dalli ndirrizza l-fond monetarju internazzjonali f'Washington, fejn għamel diskors li safejn naf jien ma ġiex rilaxxat lill- istampa lokali mid-dipartiment għall-informazzjoni.", "Fost affarijiet oħra l-Ministru Dalli mpenja ruħu li sa tmiem Ottubru li għadda, jiġifieri sal- ġimgħa li għaddiet, iressaq quddiem dan il-parlament għad-diskussjoni dokument dwar il-privatizzazzjoni li suppost kellu jkun imħejji bl-għajnuna tal-bank dinji.", "Ottubru ġie u għadda u din il-wegħda ma nżammitx, tant li sal-lum għadna fid-dlam dwar il-politika tal-gvern f'dan il-qasam, politika li jekk niġġudikaw minn dak li sar s'issa spikkat l-iktar għan-nuqqas ta' kontabilita` u trasparenza fl-operat tagħha.", "Kulma nafu minn dak li qal il-Ministru Dali f'xi konferenza f'dawn l-aħħar jiem hija li dan id- dokument se jiġi ppubblikat mal-budget jew fl-istess żmien tal-budget.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi allura: Għaliex dokument li kellu jiġi ppubblikat sa tmiem Ottubru issa se ndumu nistennew kważi sa l-aħħar ta' Novembru biex jiġi pubblikat?", "Hawnhekk hija mitluba spjegazzjoni min-naħa tal-gvern.", "Dwar il-VAT li n-naħa tal-gvern għaddew mill-parlament b'tant għaġġla qabel il-vakanzi tal-Milied, tajjeb li wieħed ifakkar li tant kienu mgħaġġlin li dak inhar saħansitra kienu qed jikkonsidraw serjament li jimponuha mingħajr ebda diskussjoni parlamentari.", "Issa sibna li dak li kellu jkun biss sempliċi rtokk għal-liġi VAT II li ġiet fis-seħħ f'Jannar li għadda, din se tkun ferm aktar minn hekk, tant li se jiġu milquta diversi aspetti ta' zero rating u anke ta' eżenzjonijiet.", "Li nixtieq ngħid biss f'dan l-istadju - ikolli ċans nitkellem aktar 'il quddiem - huwa li skond konsulent li qabbad l-istess gvern Nazzjonalista mis-settur privat meta kien qed ifassal il-liġi tal-VAT II f'diskors pubbliku waqt seminar jew forum dwar l-Ewropa ftit ilu qal li t-tibdil li jrid isir dwar il-VAT m'hijiex kwestjoni biss ta' ftit emendi għal-liġi eżistenti iżda - hawn qed nikkwota verbatim maqlub mill-Ingliż għal Malti - qed nitkellmu dwar tibdiliet li jinvolvu piżijiet ġodda fuq il-konsumaturi u sistemi ġodda ta' tħaddim għan-negozji u għall-amministraturi tat-taxxa.", "Dan mela jkompli jikkonferma ħaġa waħda; jikkonferma kemm, bir-rispett kollu, il-Ministru Dalli kien qed iqarraq meta ta x'jifhem li l-liġi tal-VAT II kellha bżonn biss ftit tibdil żgħir biex tiġi modifikata.", "Minkejja l-ftaħir tal-gvern li l-ekonomija qed tirpilja u li nibtet fiduċja ġdida fost il-poplu, issa mhux biss huma l-konsumaturi u n- negozjanti li qed jgħidu li dan m'huwiex minnu; issa hija l-istess Unjoni li qed tgħid li d-domanda domestika li hija persistentement dgħajfa naqqset id-deficit tal-kont kurrenti bin-nofs.", "Hija wkoll l-istess Unjoni li qed tgħid li l-impjiegi fis-settur tal-produzzjoni diretta staġnaw, hija l- istess Unjoni li qed tgħid li s-self-employed li jirrappreżentaw 11% ta' dawk li jaħdmu bil-qliegħ naqsu fin-numru.", "Issa mhux l-Oppożizzjoni Laburista li qed tkun qisha Ġeremija imma qed tkun proprju l-Unjoni stess li qed tpoġġi subajha fuq il-feriti kbar li għandha din l-amministrazzjoni.", "U kollox jindika li biex inqarrbu lilna nfusna ma' l-Unjoni se jkollna nerġgħu mmissu r-rati ta' l-interessi b'dannu kbir għad-depożitanti Maltin, l-aktar iż-żgħar.", "Dan għaliex kif jgħid ir-rapport innifsu, il-yield difference fir-rati ta' l-imgħax tagħna b'paragun ma' dawk ta' l-Unjoni - għalkemm illum x'aktarx li r-rati Ewropej jiċċaqalqu b'marġini 'l fuq, hekk hu mbassar jew mistenni - xorta huma 'l fuq minn xi 100 basis points u dan minħabba t-tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax fiż-żona ta' l-euro li kien hemm fix-xhur li għaddew.", "Dwar l-intrapriżi pubbliċi, fosthom il-Malta shipbuilding u t-tarzna, l- Unjoni qed tagħmilha ċara li mhux biss is-sussidji ma jistgħux jibqgħu bir- rata li huma fil-preżent, iżda indikaw li dawn l-ażjendi m'għandhomx jibqgħu f'idejn l-istat.", "Ħalli nitkellem ċar.", "Aħna nemmenu li ċerta liberallizzazzjoni fil-kontroll tal-kapital eventwalment għandha tispiċċa, jiġifieri ma rridx niġi miskwotat f'dan ir-rigward u wara kollox diġa' saret parti sostanzjali minn din il-liberalizzazzjoni.", "Iżda aħna nemmnu li t-time-frame ta' tliet snin hija impożizzjoni għaġġelija fuq dan il-gvern għaliex aħna nafu xi problemi kellhom bosta pajjiżi li għamlu l-iżball li neħħew dawn il-kontrolli fuq il-kapital b'ċertu għaġġla żejda.", "In-Nazzjonalisti qed jipprovaw ibellgħuha lill-poplu li ċerti tibdiliet se jsiru bil-mod biex il-poplu jweġġa' mill-inqas, għallinqas dan kien it- ton ta' Dr Fenech Adami meta ġie intervistat mill-gazzetta \"The Financial Times\", iżda l-ħsieb min-naħa ta' l-Unjoni jidher li huwa differenti.", "Jekk wieħed jifli r-rapport - mhux l-appendiċi tar-rapport - li għandna għad- diskussjoni llum, wieħed isib li l-Unjoni jaslu għal konklużjoni interessanti.", "Skond huma l-ekonomija ta' pajjiż - f'dan ir-rigward il- pajjiż huwa Malta għax qed jitkellmu fuq Malta - tkun f'qagħda aħjar li tassumi l-obbligi ta' sħubija sħiħa ogħla ma jkun il-livell ta' integrazzjoni ekonomika ma' l-istess unjoni qabel ma din issir membru ta' l- Unjoni.", "Jiġifieri spiċċa ż-żmien li nitkellmu dwar żmenijiet transitorji, derogi u żmien ta' nifs.", "Issa lill-gvern malti qed jgħidulu ċar u tond: Inti importanti li tkun f'pożizzjoni li tonora l-obbligi li għandek għas-sħubija sħiħa u biex tilħaq dan il-għan importanti li tintegra ruħek ekonomikament kemm jsita' jkun ma' l-unjoni qabel ma ssir membru sħiħ ta' l-istess unjoni.", "Fi kliem ieħor dawn qed jgħidulhom: Tridu tintegraw ruħkom magħna qabel tissieħbu u mhux wara.", "U jekk dan se jsir fl-istadju li jkunu għaddejjin fih in- negozjati, billi l-gvern huwa impenjat li r-referendum jagħmlu biss wara li jkunu temmew in-negozjati, hemm ċans kbir li l-poplu jkun diġa' beda jġorr diversi piżijiet u obbligi meta jiġi mistoqsi jekk iridx ikompli jimxi fit- triq ta' sħubija sħiħa.", "Dan huwa punt importanti ħafna għaliex għalkemm dan il-gvern għandu mandat elettorali li jagħmel referendum wara n- negozjati, m'għandux mandat li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni.", "Sur President, dawn it-time-frames, fil-fehma tiegħi, jirrendu anke r- referendum f'xi ħaġa neboluża, aktar u aktar meta naraw kif l-Unjoni qed tippretendi li għandna naċċelleraw ċerti bidliet fejn jidħlu tneħħija ta' levies kif ukoll tħaddim ta' suq wieħed intern li jirregola l-freedoms, b'mod partikolari l-freedom of goods u anke l-freedom of services.", "Għalkemm l-Unjoni qed tgħid li aktar ma nerfgħu malajr il-kontrolli fuq il- kapital aktar se nsiru destinazzjoni attraenti għall-investiment dirett barrani, naħseb li tajjeb li wieħed jara bil-fatti x'se jiġri f'dan il- qasam għaliex ir-record ta' dan il-gvern b'mod partikolari minn kemm ilu fil-poter minkejja li neħħa l-friża fuq l-applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa, hija record fejn ma ġie l-ebda investiment barrani siewi.", "Għaldaqstant wieħed irid jara wkoll x'se jiġri mhux biss dwar dawn il- prospetti imma x'se jiġri dwar il-pakkett ta' inċentivi għall-investiment barrani li għandna attwalment illum.", "Sur President, naf li l-MDC suppost qiegħda tirrevedi dawn l-inċentivi pero' naħseb li l-MDC qed tagħmel dan għax qed ikollha tirrevedihom fid- dawl anke ta' l-obbligi ġodda li ġġib magħha sħubija sħiħa, mhux sempliċement biex tagħmel xi inċentivi iktar user-friendly għal pajjiżna.", "Dan japplika wkoll għat-turiżmu kif irriżulta mid-diskussjonijiet li kellna fil-PAC xi ġimgħatejn ilu.", "Biex jikkongratula lilu nniffsu dwar dan ir- rapport, il-gvern ftaħar li l-Unjoni qalu li fil-fehma tagħhom Malta għandha tkun kapaċi tlaħħaq mal-pressjonijiet kompetittivi kif ukoll mal- forzi tas-suq.", "Li ma qalux tan-naħa tal-gvern hija ħaġa importanti li qalu ta' l-Unjoni, u dan qalitulhom ċar u tond u niżlitu fir-rapport, jiġifieri li biex dan isir hemm bżonn li l-gvern jieħu diversi miżuri xierqa.", "Dawn il-miżuri xierqa ovvjament in-naħa tal-gvern lanqas biss għaddiet żbrixx magħhom illum, lanqas biss għamlet l-iċken aċċen għalihom u niddubita kemm se jagħmlu aċċen għalihom fl-interventi li baqa' min-naħa tal-kelliema tal- gvern.", "Lill-poplu - jiena ngħid deliberatament - dan il-gvern la qed jispjegalu x'inhuma dawn il-miżuri xierqa u wisq inqas mhu jgħidlu xi prezz soċjali se jkollu jħallas għalihom.", "Ċerti liġijiet siewja dwar copyright u dik ta' proprjeta` industrijali kif ukoll liġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur nistgħu ndaħħluhom faċilment fis-seħħ l-ewwelnett għax naqblu fuqhom u t- tieni nett għax m'hemmx bżonn li dawn ikunu jagħmlu parti mill-programm ta' sħubija sħiħa fl-unjoni.", "Wara kollox taħt gvern Laburista kien diġa' sar xogħol ferm siewi biex jiġu aġġornati il-liġijiet dwar il-copyright u dik li tissejjaħ proprjeta` intelletwali fuq id-drittijiet kif ukoll dwar it- trademarks, u safejn naf jien ix-xogħol għadu jsir bl-istess nies fid- dipartiment żgħir - forsi understaffed kif kien fi żmienna u għadu understaffed illum - tal-proprjeta` industrijali.", "Jiġifieri aħna konna xorta waħda mexjin fl-istess direzzjoni u dawn it-tibdiliet jistgħu jseħħu mingħajr il-bżonn li wieħed bilfors jirkeb il-karru ta' sħubija sħiħa.", "Lil min iħoss li għandu jibqa' jistudja dwar l-unjoni, ngħidulu li dwar ċerti affarijiet li l-unjoni hija ċara u hija kategorika, b'mod partikolari dwar it-tarznari.", "Naf li l-gvern f'dawn l-aħħar jiem ipprova jixtri l-paċi industrijali, nafu li l-gvern għandu strateġija li jipprova jrattab il- pożizzjoni ta' l-unions dwar l-Ewropa imma l-pożizzjoni ta' l-Unjoni dwar it-tarznari hija kategorika.", "Huma qed jgħidu li l-għajnuna ta' l-istat mogħtija lil dawn l-ażjendi għandha tkun irregolata bir-regoli ta' l-istess unjoni u għaldaqstant qed jorbtu - u din toħroġ mir-rapport inniffsu u mhox konkoużjoni tiegħi - lill-Gvern Malti biex jibda jħejji rapport annwali dwar l-għajuna ta' l-istat ħalli jkun hemm trasparenza sħiħa f'dan ir-rigward.", "Anzi lill-Gvern Malti qalulu iktar minn hekk, qalulu li appart milli jħejji rapport annwali dwar l-għajnuna ta' l-istat li jkun qed jagħti, importanti li jwaqqaf awtorita` ta' sorvelja ħalli minn issa 'l quddiem din tkun tista' tissorvelja s-sussidji kollha li qed jagħti l-gvern fuq dawn l-affarijiet.", "Sur President, l-ewwel tkellimna dwar il-VAT, imma mhux din il-liġi biss mistennija tinbidel b'mod sinifikanti, iżda anke l-liġi dwar is-sisa.", "Fil- fatt ir-rapport jgħid \"Malta's system differs to a large extent\" meta jitkellem fuq is-sisa, jiġifieri hemm differenza sostanzjali fil-prattiċi tagħna tas-sisa għal dak li għandhom fl-Unjoni.", "Anke hawnhekk jidher ċar li flok qed jgħidulna nidħlu u mbagħad inbidlu, ta' l-Unjoni qed jgħidulna li rridu nfasslu programm strutturat sew biex jiġi mdaħħal qabel is-sħubija bħala parti mill-pre-accession strategy mingħajr ma jagħtuna l-wegħda ta' għajnuna verament xierqa.", "Din tal-pre-accession strategy naħseb li importanti li wieħed jenfasizzaha għax jekk wieħed jaqra r-rapport f'diversi paġni jsib miktub din l-espressjoni ta' l-unjoni mhux biss għas- sisa, mhux biss għall-VAT imma għal diversi aspetti.", "Dawn diversi drabi jgħidu \"Malta needs a well structured and targeted pre-accession strategy in .... \", jiġifieri lill-gvern qed jgħidulu li qabel nidħlu hemm bżonn li nimxu b'mod aktar iffukat u iktar strutturat.", "Dwar id-dwana ta' l-Unjoni qed jgħidu ċar u tond li jeħtieġ li l-gvern jfassal strateġija ċara għal qabel is-sħubija.", "Jekk il-gvern mingħalih li se jgħaddi dawn il-liġijiet kollha mill-Parlament b'ħeffa liema bħalha u permezz ta' ruxmata legal notices, naħseb li għarralu għaliex aħna bħala oppożizzjoni għandna l-obbligu li niflu bil-lenti dawn l-affarijiet ikbar ma jkunu t-tibdiliet u iktar ma jkunu radikali.", "Naf li dan l-aħħar fuq it- television kien hemm min ftaħar li mhux biss qbiżna l-queue - u agħamel tajjeb l-Onor.", "Michael Frendo li ma qabilx ma' dan - imma l-affarijiet tant se jkunu faċli li qisna sejrin surfing.", "Din rajniha fuq in-NET Television.", "Irridu nżommu f'moħħna pero' li f'dan l-istadju delikat u kruċjali - u huwa stadju delikat u kruċjali - l-akbar żball li nistgħu nagħmlu huwa li nħallu l-ewforija u r-romantiċiżmu jiġru bina.", "Jeħtieġ li nkunu b'saqajna ma' l-art u nfittxu dejjem dak li huwa fl-interess nazzjonali.", "Lil min qed jikkongratula lilu nniffsu għax se jinfetħu n- negozjati ma' Malta ngħidulu: Għadek ma ntbaħtx li minn żewġ gruppi l- applikanti saru grupp wieħed u li l-istess unjoni ddeċidiet li tinnegozja ma' kulħadd ħlief it-Turkija li għandhom problemi speċjali?", "Sur President, jiena nagħlaq kif bdejt.", "Dan id-dokument - u fuq dan irridu niffukaw minn issa 'l quddiem - fil-fehma tiegħi huwa doċċa kiesħa għal kull min f'dawn l-aħħar xhur ħalla l-immaġinazzjoni tiegħu tiġri bih.", "Huwa dokument li jġibna wiċċ imb'wiċċ mar-realtajiet ekonomiċi, finanzjarji u anke soċjali ta' sħubija sħiħa.", "Ir-realpolitik li timxi bih l-Unjoni Ewropea toħroġ minn dan id-dokument b'mod partikolari meta wieħed jikkontrastjah ma' l-irtokk u mat-tlellix ta' dawk kollha li s-soltu jagħmew bit-tlellix ta' l-istilel.", "Jiena ngħid li d-differenza fundamentali bejn in-naħa tagħna u n-naħa tal-gvern m'hijiex li huma jridu integrazzjoni sħiħa u aħna rridu kollaborazzjoni mill-eqreb, imma hija li filwaqt li l-Partit Laburisa huwa partit b'saqajh ma' l-art, il-Partit Nazzjonalista f'dan ir-rigward ta' l-Ewropra għallinqas qed jimxi b'pożizzjoni fundamentalista.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, naħseb li battuta żgħira fuq li dak li għadu kemm qal il-kollega l-Onor.", "Leo Brincat hija żgur f'postha.", "L-ewwelnett ma nafx x'hemm x'tiftaħar li tkun f'partit li jimxi b'mod fundamentalista għaliex il-politika moderna trid tkun politika oġġettiva, mhux estrema u f'dan is-sens mhux fundamentalista.", "Għaliex liema fundamentaliżmu qed isegwu?", "Tal-partiti tal-lemin li ndikahom dalgħodu fil-bidu ta' dan id-dibattitu l-Prim Ministru kif rajna, per eżempju, fl-Isvizzera jew inkella ta' dawk fl-Awstrija?", "Dak it-tip ta' fundamentaliżmu, dak it-tip ta' estremiżmu ma jagħmel ġid lil ħadd.", "Pero' nixtieq nirriferi għal kumment ieħor li għamel l-Onor.", "Brincat, fejn qalilna: \"Għadkom ma ntbaħtux li issa ż-żewġ gruppi ta' pajjiżi applikanti saru grupp wieħed?\"", "Jien inwieġeb għal din id-domanda b'domada oħra, fejn nistaqsi: \"Il-Partit Laburista għadu ma ntebaħx li fiż-żewġ gruppi li kellna - jiġifieri min kien se jkun fl-ewwel grupp u min kien se jkun fit- tieni grupp - fi żmien meta huma kienu fil-gvern Malta ma kienet fl-ebda grupp?\"", "Sur President, issa l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħid li se tikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha fuq il-merti tagħhom u fuq il-prinċipju ta' differentiation.", "Dan ifisser li issa se jaraw iż-żewġ gruppi flimkien pero' iktar importanti minn hekk għalina bħala pajjiż ifisser li skond il- merti tagħna nistgħu nipprovaw li kapaċi nkunu minn ta' l-ewwel, u dan huwa ta' vantaġġ għalina.", "Allura dażgur li ntbaħna b'dan, u ntbaħna wkoll li Malta qiegħda ma' l-applikanti l-oħra kollha u se tkun aġġudikata fuq il- merti tagħha jekk tistax tkun membru anke fl-ewwel tkabbir li jsir.", "Tajjeb ngħid ukoll li mhux biss ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea imma anke rapporti mill-\"Financial Times\" u rapporti oħrajn indipendenti jagħtu prosit lil Malta li qiegħda tidher fuq quddiem nett f'din it-tiġrija biex tidħol membru ta' l-Unjoni.", "Sur President, jiena naqbel mal-kelliema kollha miż-żewġ naħat tal-Kamra li għamlu appell favur dibattitu serju u oġġettiv fejn naraw l-interess nazzjonali u niflu f'daqsxejn dettall l-oqsma diversi fl-acquis communautaire li huma responsabbilta` tal-ministeri differenti.", "Naturalment f'dan ir-rigward allura jixraw li min-naħa tiegħi nifli b'mod oġġettiv l-isfidi li għandna quddiemna speċjalment fil-qasam ta' l-ambjent.", "Irrid ngħid li l-esiġenzi li joħorġu mill-acquis communautaire huma varji.", "Jekk tgħodd id-direttivi u r-regolamenti dwar l-ambjent għandek 'il fuq minn 300 liġi u dan jindika li għandna sfidi kbar quddiemna u fil-ftit ħin qasir li se nuża se nipprova nirriferi għal uħud minn dawk li huma l- iktar importanti.", "Qabel xejn pero' nistaqsi: \"Aħna bħala ministeru għall- ambjent ħadna passi fejn l-acquis communautaire jolqot l-aspetti ambjentali tal-pajjiż?\"", "Nibda billi ngħid, Sur President, li meta f'dan il-parlament fil-bidu tas- sena 2000 se nressqu għad-diskussjoni l-liġi ġdida dwar l-ambjent, din hija intenzjonata biex ikollna leġislazzjoni li tkopri diversi prinċipji ambjentali li huma importanti għal pajjiżna.", "Pass ieħor importanti li ħadna kien li applikajna biex Malta tissieħeb fil-European environmental agency.", "Il-ġimgħa li għaddiet f'pajjiżna kellna konferenza tal-contracting parties tal-konvenzjoni ta' Barcelona u huwa ta' sodisfazzjon għalija li ngħid li rappreżentant f'din il-konferenza mill-istess environmental agency feraħ u awgura lil Malta li se nkunu membri ta' din l-aġenzija li tipprovdi għajnuna teknika, amministrattiva u koordinattiva biex jitwaqqfu l-istituzzjonijiet u l-proċeduri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali.", "Irrid ngħid ukoll li aħna ħejjena rapport rigward l-istat ta' l-ambjent fil-pajjiż, inizjattiva li nbdiet mill-gvern preċedenti, u dan għaliex huwa importanti li jkollok kejl li tista' tħares lejh biex tkejjel l-isfidi li għandek quddiemek mill-aspett ambjentali.", "Jiena naħseb li lkoll naqblu, Sur President, li l-ambjent - u dan se jkun rifless fil-liġi l-ġdida - huwa suġġett interdixxiplinarju.", "Inti ma tistax tgħid li fi ħdan il- ministeru għall-ambjent għandek dipartiment għall-ħarsien ta' l-ambjent li jara x'jagħmel għall-ambjent u daqshekk.", "Fil-fatt illum fit-taqsima xogħlijiet - jiġifieri apparti d-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent - id- dipartiment tad-drenaġġ huwa relevanti.", "F'ministeri oħrajn id-dipartiment ta' l-agrikoltura u s-sajd, id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, id- dipartiment tas-saħħa u l-awtorita` ta' l-ippjanar kollha qegħdin f'attivita` interdixxiplinari għaliex l-ambjent irridu nħarsu lejh b'mod integrat.", "Dik hija l-viżjoni Ewropea u dik hija l-viżjoni li taqbel għal pajjiżna.", "Issa, fid-dawl anke tal-preparazzjoni tagħna biex nagħmlu evalwazzjoni kif nipparagunaw ma' l-acquis communautaire waqqafna diversi working groups li jittrattaw il-kooperazzjoni internazzjonali, il-kwalita` ta' l-arja, l- immaniġġar ta' l-iskart, il-kwalita` ta' l-ilma, l-amministrazzjoni ta' riskji kimiċi u tniġġis industrijali, il-biodiversita` u protezzjoni tan- natura, il-genetically modified organisms u l-aspetti dwar tniġġis anke mill-ħoss jew minn xi aspett nukleari.", "Nieħu din l-okkażjoni hawnhekk biex nirringrazzja lil kull min qed jieħu sehem f'dawn il-working groups u ngħid ukoll li dawn kollha ppreparaw ir-rapport tagħhom dwar l-aspetti relevanti ta' l-acquis.", "Dawn il-working groups kollha ħadmu b'mod interdixxiplinari u ħafna minnhom tmexxew minn rappreżentant tal-ministeru għall-ambjent pero' kellna wkoll ir-rappreżentanza tal-ministeri l-oħrajn kif għadni kif spjegajt.", "Inħasset ukoll il-ħtieġa għal kampanji edukattivi wiesa' dwar l-aspetti kollha ta' l-ambjent għaliex nemmen li huwa kruċjali li l-pubbliku jkun edukat dwar l-aspetti ta' l-ambjent li jolqtuh.", "Irrid ngħid ukoll li fit- tmiem tax-xogħol tal-working groups saru wkoll diversi laqgħat mal-korpi kostitwiti li bgħatna għalihom u wkoll għall-għaqdiet interessati, għamilnilhom preżentazzjonijiet tal-konklużjonijiet tal-working groups, tajnihom l-opportunita` li jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u tajnihom ukoll iż-żmien biex jagħtuna r-reazzjonijiet tagħhom anke bil-miktub u fil-fatt kienu diversi li għamlu hekk.", "Sur President, irridu nifhmu li l-ambjent ma jikkonċernax biss lobbies partikolari imma jolqot setturi anke minn oqsma oħra mhux l-inqas dawk ta' l-industrija u l-kummerċ.", "Għalhekk issa se nipprova nirriferi fil-qosor għal ftit mir-riżultati li għandna anke minn dawn il-working group.", "Per eżempju, fil-working group dwar koperazzjoni internazzjonali rajna trattati internazzjonali li aħna mseħbin fihom u wasalna għall-konklużjoni li Malta ftit se jkollha problemi biex taddotta din il-parti ta' l-acquis communautaire għaliex aħna diġa' mseħbin fil-biċċa l-kbira tal- konvenzjonijiet u protokolli li fihom hija msieħba l-Unjoni.", "Rigward il-working group dwar il-kwalita` ta' l-arja li pparteċipaw fih rappreżentanzi mid-dipartiment tas-saħħa, mill-korporazzjoni Enemalta, mill- Malta development corporation, il-public transport authority, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Malta standardisation authority, bla dubju nista' ngħid li hawn nuqqas kbir ta' regoli fuq dan l-aspett u għalhekk se nispjega qasam qasam bl-iktar mod oġġettiv.", "Identifikajna wkoll numru ta' direttivi li jeħtieġ li jidħlu fil-liġi Maltija permezz ta' leġislazzjoni li jkun hemm bżonn f'dan ir-rigward.", "Żgur pero' - u hawn naħseb li nippretendi li naqblu - li dawn huma regoli li għandhom ikunu ta' fejda għas-saħħa u għall- ambjent tal-poplu Malti kollu, u huwa hawn fejn jiena nagħmel l-appell li niddiskutu b'mod oġġettiv.", "Mela jiena nista' noħroġ barra u ngħid li n- Nazzjonalisti f'Malta jridu li jkollhom l-arja nadifa u l-Laburisti ma jridux għaliex dik hija r-regola ta' l-Unjoni Ewropea?!", "Allaħares nitkellmu hekk!", "U dawn huma l-isfidi li jaqblu lil pajjiżna.", "Niġi issa għat-tielet working group li jittratta l-management ta' l- iskart.", "Anke hawn kellna rappreżentanza ta' diversi dipartimenti u rajna l- leġislazzjoni tagħna.", "Nista' ngħid li f'pajjiżna kellna bidu ta' regolamenti f'dan il-qasam li jaqblu ma' l-acquis communautaire b'mod partikolari ċerti regolamenti rigward is-sistema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt Malta diġa' bdiet iddaħħal il-prinċipju ta' the polluter pays pero' huwa evidenti li hemm bżonn li tibda tkun prattikata dik li tissejjaħ il- ġerarkija ta' għażliet fl-immaniġġar ta' l-iskart, jiġifieri l-famużi prinċipji ta' reduce, reuse u recycle.", "Dawn huma prinċipji li jimponu ċerti miri li naturalment huma applikabbli anke għall-pajjiżi diġa' membri fl-Unjoni.", "Sur President, waqt dan il-working group issemmiet ħafna l-landfill tal- Magħtab, pero' landfills hemm fil-pajjiżi Ewropej kollha u ħadd ma qal li dawn għandna nneħħuhom kollox.", "Kif għedt dan l-aħħar anke meta żort lill- attivisti tal-Greenpeace abbord ir-\"Rainbow Warrior\", Allaħares il-livell ta' kontaminazzjoni hemmhekk huwa l-istess bħal dak f'park nazzjonali.", "Imma dan nistgħu napplikawh anke fid-djar tagħna għaliex dustbin fil-living room fejn tilqa' lin-nies ma jkollux l-istess livell ta' kontaminazzjoni li għandek fid-dust bin li hemm fil-kċina.", "Imma ħalli nkompli fuq il- landfill tal-Magħtab.", "Sur President, jiena nistaqsi: Għandna nneħħu dak li hu perikoluż f'din il-landfill?", "Għandna nimxu lejn direttivi ta' l-Unjoni li jikkontrollaw u jneħħu speċjalment il-kontenut ta' bio-gas li probabbli hemm jew il-lactate li jista' jinżel anke għas-saff tal-gound water level?", "Dażgur li għandna nagħmluh!", "U din hija l-isfida Ewropea quddiemna li għandna nimmiraw għaliha, li l-Magħtab kif nafuh illum m'għandux jibqa' kif inhu.", "Fil-fatt sa l-aħħar ta' din is-sena, kif konna ħabbarna, se noħorġu bi pjan ta' strateġija fuq l-immaġġinar ta' l-iskart.", "Niġi issa għall-working group dwar il-kwalita` ta' l-ilma.", "Naturalment hawn jidħol l-aspett tas-sewerage master plan fejn qed inkomplu fuq ħidma li kienet inbdiet minn Gvern Nazzjonalista preċedenti biex insaffu s- sistema tad-drenaġġ u ma nikkontaminawx il-baħar ta' mad-dawra ħalli nkomplu bl-upgrading tas-sistema u ma nkunux kaġun ta' kontaminazzjoni.", "Hawnhekk huwa meħtieġ investiment qawwi u dan rridu nagħmluh għas-saħħa ta' pajjiżna u għall-kwalita` ta' ambjent li rridu f'pajjiżna.", "Għandek imbagħad il-ħames working group li jittratta l-amministrazzjoni ta' riskji kimiċi u tniġġis industrijali.", "Sur Presidnet, din hija parti ta' l-acquis communautaire li żgur se tkun ta' benefiċċju kemm għall-ambjent, għas-saħħa pubblika u wkoll għall- protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Malta diġa' toffri ċerta protezzjoni rikjesta mil-liġi Ewropea.", "Per eżempju, aħna ma naċċettawx li nimportaw asbestos pero' hemm livelli ogħla ta' protezzjoni li jeżistu fl-Ewropa li qed nidentifikaw u li jidhrilna li għandhom ikunu applikabbli f'pajjiżna wkoll.", "Fil-fatt biex nimxu f'din id-direzzjoni għamilna l-eco-management and audit scheme li hija sistema volontarja li teżisti fi ħdan l-Unjoni u li permezz tagħha l-industrija tilħaq il-livelli Ewropej b'mod volontarju.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma niddejjaq xejn li partijiet minn dawn saru fi żmienkom.", "Jien għedt diġa' li dawn huma miri Ewropej u nippretendi li n-naħa l-oħra tibda tgħid li huma ta' ġid għall- poplu Malti bid-differenza li flok nagħmlu dan kollu waħedna qed nagħmluh fi programm ta' strateġija ta' pre-accession għall-Unjoni għaliex aħna għandna minn fejn ingawdu mill-għajnuna teknika, finanzjarja u ta' konsulenza li toffri l-Unjoni lill-pajjiżi applikanti kif se nuri b'mod ċar iktar tard.", "Aħna ma naħsbux li aħna żgħar wisq u m'aħniex tajbin biżżejjed u din il-mentalita` insulari llum iħaddnuha biss fl-estrem lemin fundamentalista - ħalli nuża frażi li uża l-kelliem ta' qabel - li hemm fl- Ewropa.", "Min hu soċjal demokratiku, min tassew iħobb lill-ħaddiem, min għandu viżjoni għall-futur u min hu oġġettiv serjament ma jħaddanx din il- mentalita`.", "Sur President, aħna qegħdin lejliet il-bidu ta' negozjati u dan huwa fatt. Allura aħna għandna b'mod nazzjonali u b'mod oġġettiv ngħidu: X'għandna bżonn fin-negozjati għal pajjiżna?", "Ħalli l-Partit Laburista wara n-negozjati jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq in-negozjati imma dawn anke qabel tmur tinnegozja qed jgħidu li dak li qed nagħmlu huwa ħażin.", "Dawn qed jgħidu li jekk inti Laburista lanqas biss għandek tmur tinnegozja!", "(Interruzzjonijiet) Il-pożizzjoni tagħkom meta kontu fil-gvern bil-fatti hija li lanqas ridtu li ssir mozzjoni biex issir kummissjoni maħtura minnkom stess biex tagħti l-parir jekk tkomplux tinnegozjaw jew le.", "Jekk illum qed taqblu li jsiru negozjati almenu f'dawn il-ħames sigħat u nofs li fadal tad-dibattitu ddikjaraw s'hemm għaliex b'hekk tkunu għamiltu pass 'il quddiem.", "Sur President, working group ieħor jittratta l-bio-diversita` u protezzjoni tan-natura.", "Din hija parti ta' l-aquis li tikkonċentra numru ta' aspetti li għandhom x'jaqsmu kemm mal-protezzjoni ta' l-ispeċi kif ukoll mal-protezzjoni ta' l-abitat tagħna u tikkonċerna wkoll il-kummerċ fl- ispeċi u derivativi minnhom.", "Kif nafu, aħna diġa' parti mill-konvenzjoni dwar il-kummerċ ta' l-ispeċi protetti u se nagħmlu l-parti tagħna biex din nimplimentawha.", "Naturalment bħala punt ta' tluq irridu nenfasizzaw ukoll il-ħtieġa - safejn naf jien din hemm il-qbil ta' kulħadd dwarha - li r- regolamenti eżistenti fil-pajjiż rigward il-protezzjoni tan-natura u l- protezzjoni ta' bio-diversita` għandhom ikunu mħarsa u enforzati.", "Huwa minn dan il-punt ta' tluq li huwa punt anke ta' kredibilita` fejn għaqdiet ambjentali u oħrajn fil-pajjiż jitkellmu ma' xulxin u jikkordinaw il- pożizzjoni tagħhom li jiena nemmen li Malta fin-negozjati li se jkun hemm - kemm minħabba t-tradizzjonijiet kif ukoll minħabba l-qgħada ġeografika partikolari tagħha - tista' titlob għal ċerti derogi li nħossu li huma relavanti għal pajjiżna.", "Sar ukoll working group dwar il-genetically modified organisms.", "Dan huwa suġġett relattivament ġdid u suġġett ta' importanza kbira.", "F'dan il-qasam pero' għandna nuqqas ta' nies imħarrġa u għandna wkoll nuqqas ta' informazzjoni kbira pero' żgur li l-implimentazzjoni tar-regoli Ewropej jirriżolvu dak li rridu nagħmlu f'pajjiżna f'dan ir-rigward.", "Dan ifisser ukoll li jrid ikun hemm leġislazzjoni komprensiva f'dan il-qasam.", "Rigward il-working group dwar it-tniġġiż minn ħsejjes jew minn aspetti oħra, din hija materja li tikkonċerna iktar id-dipartiment tas-saħħa u fil-fatt qed issir koordinazzjoni f'dan is-sens pero' nista' ngħid li fuq noise pollution, biex nagħti eżempju ieħor, irridu li l-istandards Ewropej ikunu applikabbli għalina.", "Sur President, jiena nħoss li huwa ċar li aħna għandna naħdmu biex inwettqu dawn l-istandards u meta nisma' lill-parti l-oħra tgħid li dawn jaqblu magħhom, allrua ngħid li fil-qasam ta' l-ambjent naqblu li l- istandard Ewropew huwa validu u tajjeb għal pajjiżna.", "Pero', nerġa' ngħid, dan għandna nagħmluh għal rasna jew inkella permezz ta' l-istrutturi Ewropej għandna nidentifikaw kif Malta tibbenefika mill-għajnuniet varji li jservu biex hija timplimenta dawn ir-regoli ambjentali vasti ħafna?", "Għaliex għamilna kemm għamilna bħala gvernijiet differenti - anke jekk nieħu l-ispazju ta' l-aħħar 30 sena - l-isfidi ambjentali kbar li għandna quddiemna huma fenomenali.", "Imma ħalli nagħti eżempju wieħed.", "L-Unjoni, per eżempju, adottat dak li jissejjaħ l-instrument for structural policies for pre-accession u jekk inħarsu lejn dokument tal- Kummissjoni Ewropea tal-21 ta' Ġunju 1999 insibu li b'enfasi fuq dik li hija għajnuna għall-proġetti li jolqtu l-infrastruttura tat-trasport u miżuri ambjentali, il-voti li din il-kummissjoni kull sena tagħti lill- pajjiżi applikanti kollha flimkien huwa ta' biljun Ewro.", "Hawn ukoll lista ta' l-applikanti kif rikonoxxuti f'Lulju ta' din is-sena.", "(Interruzzjonijiet) Iva, is-Slovenja hija li ħadet l-inqas u nieħu gost li l-Onor.", "George Vella qed jistaqsini dwar is-Slovenja għaliex jiena kont se nġib proprju l-eżempju ta' dan il-pajjiż.", "Mela s-Slovenja se tieħu bejn 1% u 2% ta' biljun Ewro fis-sena, li jfisser - u tajjeb niftakru li dan huwa l- minimum tal-minima kollha li hawn s'issa għaliex dawn għad iridu jiġu riveduti - għaxar miljun Ewro fis-sena.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, dan huwa għas-Slovenja imma Malta, bħala pajjiż applikant - għax hawn hu l-breakthrough; aħna ħriġna lil Malta mill-friża fejn la kienet fl- ewwel grupp u lanqas fit-tieni grupp u issa hija applikant - issa tista' tagħmel il-każ tagħha biex ikollha l-allokazzjoni meħtieġa apparti għajnuniet oħra għall-proġetti ambjentali li jolqtu proġetti anke ta' infrastruttura tat-trasport.", "Allura dan huwa ħażin?", "Aħna għandna nagħmlu l-programm tal-Magħtab?", "Għandna nagħmlu l-programm tal-ħarsien aħjar tan- natura?", "Għandna nagħmlu programm tal-genetically modified organisms?", "(Interruzzjonijiet) Mela dawn daqqa jgħidu li aħna żgħar wisq u daqqa jgħidu li aħna kbar wisq, skond it-ton li jkunu qed jużaw!", "(Interruzzjonijiet) Għaxar miljun Euro m'humiex ¥2 miljun bir-rispett kollu.", "(Interruzzjonijiet) Jiena qed ngħidlek li s-Slovenja se tieħu 1% li jiġu għaxar miljun Ewro, pero' ma nafx għalfejn waħħalt f'rasek li nħarsu biss lejn is-Slovenja.", "Jekk nieħdu l-Estonja, per eżempju, insibu li l-minimu li jistgħu jieħdu huwa ta' 2% u l-massimu huwa ta' 3.5%.", "Jiena ma naħsibx li qed naspiraw li ningħataw l-allokazzjoni tal-Polonja imma dawn, anke minħabba d-daqs ġeorgrafiku tagħhom, se jieħdu bejn 30% u 37%.", "(Interruzzjonijiet) Intom ma ridtu xejn!", "Intom kontu bravi imma aħna rridu dak li hu tagħna bħala pajjiż applikant u pajjiż li - u nagħlaq biha għaliex dan kollu huwa sinjal pożittiv ħafna - fuq stedina tal-kummissjonarju għall-ambjent fl-aħħar ta' dan ix-xahar se jkun qed jattenti għal-laqgħa għall-ministri ta' l-ambjent mill-pajjiżi applikanti kollha fi Brussels.", "Mela, anke jekk aħna formalment jonqosna l-konferma tas-summit ta' Hensinki, għandi l-unur ngħid li aħna mistednin mal-membri applikanti kollha nipparteċipaw f'din il-laqgħa mal-kummissjonarju Ewropew għall- ambjent fit-tmiem ta' dan ix-xahar fi Brussels għaliex aħna ntbaħna - biex nagħlaq bl-istess battuta li bdejt biha ispirata mill-Onor.", "Brincat - li qabel Malta kienet barra miż-żewġ gruppi li kien hemm u llum reġgħet hija parti mill-equation u se titqies fuq il-merti tagħha, u dan fejn qabel kienet barra għal kollox minn kull grupp immaġinabbli.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Buhagiar.", "ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR: Sur President, jiena nieħu pjaċi nisma' lill- Onor. Francis Zammit Dimech jitkellem għaliex jitkellem b'tali mod li diffiċli ma taqbilx miegħu fl-affarijiet li jgħid.", "Pero' mbagħad għandu l- vizzju li jsemmi l-affarijiet tajbin biss u ċerti affarijiet li jaf li wieħed jista' ma jaqbilx magħhom ma jsemmihomx.", "Per eżempju, staqsa jekk aħna ta' l-oppożizzjoni Laburista naqblux li jkollna standards bħalma għandhom il-pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Dażgur li naqblu!", "Min qal li ma naqblux?", "Aħna naqblu imma iktar minn hekk anzi naqblu li pajjiżna ħaqqu l- aħjar.", "Allura jekk jeżistu standards fl-air quality li huma iktar għoljin u tajbin minn dawk ta' l-Unjoni bħalma hemm fl-Istati Uniti ta' l-Amerika allura mmorru għalihom.", "Aħna naqblu li pajjiżna għandu jkollu l-aħjar u għalhekk ma nafx minn fejn ġab din l-idea li aħna ta' din in-naħa ma naqblux li f'Malta għandu jkollna l-aħjar.", "Sur President, il-ministru qalilna wkoll li se ntejbu l-kwalita` ta' l- ilma, li se nimmoniterjaw ir-radjazzjoni u ħafna affarijet oħra bħal dawn.", "Dawn kollha huma affarijiet li kulħadd jaqbel magħhom u kif jitkellem il- Ministru Zammit Dimech, kif diġa' għedt, ma tistax ma taqbilx miegħu imma meta mbagħad tara kif dak li qed jgħid qed jiġi transalted f'azzjonijiet, tneħħi l-aħħar biċċa fejn irrifera għall-ISPA, il-funding arrangement ġdid li forsi huwa ġdid għal Malta - imma b'hekk għallinqas sibna kelma ġdida x'nagħtu lill-media - u li permezz tiegħu nistgħu nieħdu funding biex inwettqu proġetti għal titjib ambjentali u titjib infrastrutturali fit- trasport, ma ssib xejn.", "Dan barra li nafu li jeżistu fundings oħrajn li wieħed jista' jieħu flus minnhom.", "Sur President, fuq kollox dan li qed nagħmlu llum huwa dibattitu huwa fuq id-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ftit taż-żmien ilu fuq l- opinjoni ta' l-EU rigward l-applikazzjoni ta' Malta.", "Għalhekk se naqra ftit dawn x'qegħdin jgħidu fejn jidħol il-qasam ambjentali.", "Dawn qegħdin jgħidu li hemm bżonn li l-qasam ambjentali jiġi imtejjeb u nnotaw li bejn Frar li għadda sa Ottubru meta sar dan id-dokument, Malta tista' tgħid li ma għamlet l-ebda progress f'dan il-qasam.", "Imbagħad taw ukoll ix- xogħlijiet short-term - jiġifieri għas-sena d-dieħla - u l-medium term - jiġifieri sa żmien tliet snin oħra - li jridu jsiru u qed jgħidu wkoll fejn iridu jwasslu.", "U fost l-aktar ħaġa importanti li qed jgħidu fejn jidħol il- qasam ta' l-ambjent - hawn se nikkwota - huwa:", "\" ... integrate sustainable development principles into the definition and implementation of all other sectoral policies''.", "Dan x'ifisser?", "Dan ifisser li aħna rridu nsibu mezzi kif intejbu l-oqsma ambjentali ta' pajjiżna b'mod sostenibbli.", "Jiġifieri dak kollu li se nagħmlu biex intejbu, per eżempju, is-sistema tad-drenaġġ f'pajjiżna jris isir b'mod sostenibbli.", "Iżda dawn l-affarijiet f'pajjiżna ma jsirux, anzi dan il-gvern għamel il-kontra.", "Fejn kien hemm attentat minn gvern preċedenti Laburista biex idaħħal il-konċett li jkollna sustainable development f'dan il-qasam, dawn raw kif għamlu u neħħew l-affarijiet li kienu bdew jiġu mplimentati kif qalu li se jagħmlu f'wegħdiet elettorali biex jisirqu ftit voti.", "Sur President, ħalli nibda mela biex nitkellem fuq il-qasam tad-drenaġġ.", "Il-ministru qal li f'dan il-qasam irid ikollna l-aim li d-drenaġġ kollu li nipproduċu f'pajjiżna, apparti li jkollu sistema tajba biex jinġabar, jiġi trattat qabel ma jasal fil-baħar.", "Li ma qalx il-ministru kien li dan beda fuq inizjattiva ta' gvern Laburista fis-snin sebgħin, inizzattiva li sussegwentement ħarġet ukoll mill-konvenzjoni ta' Barcelona li ġiet ratifikata dan l-aħħar mill-ministru u li permezz tagħha aħna ntrabatna li ma nħallux li fil-Mediterran jidħol drenaġġ li ma jkunx ittrattat.", "Kien appuntu wara din il-konvenzjoni li hija marbuta mal-mod kif taħdem l-Unjoni li aħna bdejna nibnu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ ħalli nimplimentaw dik il-konvenzjoni li konna firmatarji għaliha.", "U din hija konvenzjoni li ġiet negozjata mill-pajjiżi tal-Mediterran flimkien ma' l- Unjoni Ewropea, jiġifieri m'hijiex xi konvenzjoni li ma tagħmilx sens u li hija b'xi mod konfliġġenti ma' l-Unjoni.", "Iżda minn dak iż-żmien 'l hawn, Sur President, aħna li b'ħafna rettorika niġu f'dan il-parlament u ngħidu li irridu nimplimentaw u ndaħħlu kundizzjonijiet biex inkunu konformi ma' standards Ewropej, m'għamilna xejn!", "Fil-fatt wara li dan l-uniku impjant tat-trattament tad-drenaġġ kabbarnih - xogħol li spiċċa fi żmien gvern Laburista - spiċċa x-xogħol kollu għaliex s'hemmhekk wasalna.", "Nafu pero' li jridu jinbnew xi tliet impjanti oħrajn, wieħed f'Għawdex, wieħed fin- naħa ta' fuq ta' Malta u wieħed fin-naħa t'isfel ta' Malta iżda l- pjanijiet baqgħu fuq il-karta.", "Sur President, waħda mill-affarijiet li għamilna aħna kienet li għedna: Dawn l-impjanti kif qed jiġu funded?", "Rajna li kien hemm protokoll ma' l- Unjoni, li permezz tiegħu konna nieħdu fondi mill-European Investment Bank, parti bħala grant u parti bħala loan, biex fost affarijiet oħrajn inkunu nistgħu nimplimentaw dawn it-tip ta' xogħlijiet.", "Anzi dawn il-loans mingħand l-EIB kienu mmirati appuntu fuq proġetti ta' natura ambjentali u allura jekk inti tibni impjant għat-tisfija tad-drenaġġ jaqa' proprju f'din il-ħaġa.", "Kemm domna aħna fil-gvern, jiġifieri fl-amministrazzjoni Laburista preċedenti, konna qed nagħmlu ħilitna biex dawk il-loans li kienu miftiehma bħala parti mill-protokoll ta' l-EU - loans li kienu jammontaw għal ECU 30 miljun - naraw kif nużawhom ħalli nkunu nistgħu nibnu dawn l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ.", "Fil-fatt nista' ngħid - għaliex ħafna drabi kont niċċerja u nkun preżenti għall-meetings li kien ikollhom l-uffiċjali ta' l-EIB hawn Malta fuq dan is-suġġett flimkien ma' l-uffiċjali tiegħi - li konna mxejna pass 'il quddiem mhux ħażin fuq din il-ħaġa.", "Pero' l-EIB kienu għamlulna żewġ kondizzjonijiet sabiex aħna nkunu nistgħu nieħdu dawn l-ECU 30 miljun .", "L- ewwel kondizzjoni kienet li jridu jibdew isiru arranġamenti ħalli d- dipartiment tad-drenaġġ jiġi nkorporat fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għar-raġuni li dawn l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ effettivament jispiċċaw jipproduċu l-ilma u allura nħass il-bżonn li dan id- dipartiment isib ruħu f'din il-korporazzjoni.", "It-tieni kondizzjoni kienet li kellu jiġi ntrodott sewerage charge, xi ħaġa li l-EIB li nerġa' ngħid huwa funding li ġej mill-EU qalulna ċar li jekk m'aħniex se nddaħħluha allura ma jagħtuna l-ebda loan.", "Għalhekk sibna l-agreement li kien sar minn gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 fejn ftehmu li jieħdu dan it-tip ta' loan, għedna li dan ix-xogħol Ewropa u mhux Ewropa hemm bżonn li jsir, għedna li hemm bżonn li d-drenaġġ nittrattawh u mhux inħallux sejjer raw fil-baħar Mediterran, rajna li hemm dan il-funding, rajna li biex nakkwistaw dan il-funding irridu ndaħħlu it- tariffa tad-drenaġġ u mxejna b'dan il-mod.", "Imma x'ġara?", "Kulħadd jiftakar li qamet kwestjoni politika kbira f'dan il-parlament u anke bara minnu.", "Qalu li aħna gvern anti-soċjali għaliex daħħalna tariffa ta' ¥3 fis- sena fuq kull household għad-drenaġġ u pprovaw jieħdu ftit mileage politiku minn din l-istorja.", "Ġaladarba pero' ġara dan, Sur President, meta mbagħad inbidel il-gvern it- tariffa tad-drenaġġ kellhom ineħħuha.", "U meta jiena wara l-elezzjoni li għaddiet staqsejt lill-Ministru Josef Bonnici x'sar minn din it-tariffa huwa qalli li din inkorporawha fit-tariffa ta' l-ilma.", "Għalhekk jiena naħseb li meta qal hekk ried idaħħak; almenu bina pprova jdaħħak imma bl- EIB ma jistax idaħħak.", "Fil-fatt meta lill-EIB qalulhom li din it-tariffa neħħewha, dawn ma tawhom l-ebda loan u allura Malta tilfet ECU 30 miljun.", "Din hija xi ħaġa li ġiet irrapportata fil-gazzetti l-ġimgħa li għaddiet u xi ħaġa li kkonfermaha l-Ministru John Dalli.", "Issa llum il-ministru qal li huma jaqblu mal-polluter pays principle imma jekk verament jaqblu ma' dan allura t-tariffa tad-drenaġġ imisshom ħallewha għaliex jekk inti twaddab id-drenaġġ fis-sistema you are polluting the system, you are polluting the Mediterranean.", "Imma dawn, Sur President, jgħidu mod u jagħmlu totalment bil-kontra għar-raġunijiet politiċi tagħhom.", "Hawnhekk jiġu jgħidulna kemm se nieħdu benefiċċji u flus mill-Unjoni li jistħu jgħidulna li tlifna minn ħalqna ECU 30 miljun fuq ftehim negozjat mill-gvern Nazzjonalista preċedenti ta' qabel l-1996 fuq kollox!", "U dan għaliex qabel l-elezzjoni wegħdu lin-nies li se jneħħulhom it-tariffa tad- drenaġġ, xi ħaġa li qabel l-1996 kienu jaqblu magħha għaliex iffirmaw għaliha!", "Imma dawn l-affarijiet ma jgħiduhomx, anzi l-ministru jiġi jgħidilna kemm se nibbenfikaw minn fondi.", "Imma x'fondi se nibbenefikaw mihhom jekk anke dawk li kellna tlifna?!", "Każ ieħor ta' fondi mitlufa mill-EU huwa dwar il-proġett - anke dan kien inbeda fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti - tat-tneħħija tal-wires tat-telefons mill-Belt Valletta.", "Aħna wkoll naqblu ma' dan il- proġett u anke l-EU kienet taqbel li dan il-proġett jagħmel sens.", "Fil-fatt tatna l-fondi sabiex isir proċess ħalli t-Telemalta, dak iż-żmien, tneħħi dawn il-wires minn mal-ħitan tal-Belt Valletta.", "Niftakar li wara li waslu dawn il-fondi jiena u sieħbi l-Onor.", "Joe Mizzi li kien il-ministru inkarigat minn dak is-settur konna bdejna nitkellmu din kif se nimplimentawha imma nbidel il-gvern u ma sar xejn.", "Mhux talli hekk, talli issa taw permess lill-Melita Cable Television ikomplu jżidu l-wires ma' dawk li hemm!", "U dawn mhux wires biss iwaħħlu imma kull kaxxa daqsiex u jekk hawn xi ħaġa li tkerrah il-belt kapitali ta' pajjiżna huma proprju dawn il-ħafna wires u kaxxi mwaħħlin mal-ħitan kollha u ma naħsibx li fuq din ma naqblux.", "Effettivament pero' din tant domna biex nimplimentawha, jekk m'iniex sejjer żball disa' snin jew għaxar snin - li l-Unjoni Ewropea qaltilna: \"Ilkom is-snin biex timplimentawha!\", u qabdu u neħħewlna l- fondi għaliha.", "U mbagħad jiġi l-ministru u jgħidilna li se nidħlu fil- programm ta' l-ISPA u li se jkollna access għal ħafna fondi.", "Sur President, jiena ngħid: Aħna lanqas il-fondi li kellna ma konna kapaċi nużaw minħabba wegħda politika żbaljata - għaliex jiena ngħid li din kienet wegħda politika żbaljata tan-naħa l-oħra meta qalu lin-nies li se jneħħu t-tariffa tad-drenaġġ għaliex kienu jafu li jekk ineħħuha jitilfu ECU 30 miljun - ....", "Dawn huma affarijiet li l-Ministru Zammit Dimech iħobb jgħidhom u jħobb jiffanfra kemm se nġibu flus lejn il-pajjiż imma meta niġu għan-nitty gritty ta' l implimentazzjoni ta' l-affarijiet ma jiġri assolutament xejn.", "Il-Ministru Zammit Dimech ma qalx lanqas, per eżempju, xi tfisser li tagħmel sustainable development fil-qasam ambjentali infrastrutturali kif qalulna fir-rapport l-EU.", "Din tfisser li s-servizzi li tipprovdi trid tibbażahom fuq a cost recovery programme fejn dak li ddaħħal minnhom irid għallinqas ikun biżżejjed biex iħallas il-pagi u r- running costs ta' dak l-impjant li jipproduċi, per eżempju, l-ilma.", "Sur President, nerġa' ngħid, l-Unjoni tinsisti li sustainable development f'dan il-qasam ifisser a full cost recovery programme.", "Issa, meta aħna rrivedejna t-tariffi ta' l-ilma u tad-dawl - mhux ma tajniex sussidji għaliex tajna ¥6 miljun f'sussidji u jekk rajt tajjeb fl-estimi tal-WSC li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra s-sena d-dieħla qed jgħidu li se jieħdu ¥8 miljun - kellna storja kbira politika oħra.", "Imma dawn lill-poplu ma qalulux li meta nidħlu fl-Unjoni se jkollu jibda jħallas il-full cost ta' l- ilma.", "Jekk iridu jirranġaw il-qasam ta' l-ilma u ta' l-enerġija f'pajjiżna bilfors iridu jdaħħluhom dawn ir-rati li permezz tagħhom ikollna full cost recovery.", "Imma, nerġa' ngħid, dawn l-affarijiet ma jgħiduhomx.", "Allura, Sur President, meta nara dawn l-affarijiet u naqra between the lines ta' dak li qegħdin jgħidu fir-rapport ta' l-Unjoni li qegħdin niddiskutu llum, ngħid: Imma b'min qed jipprovaw jidħku f'dan il- parlament?", "Qed jipprovaw jidħku bin-nies bħalma pprovajw jidħku bihom qabel l-elezzjoni u issa qed jidħku bina?", "U meta qed ngħid in-nies, m'iniex qed ngħid għall-Maltin imma għall-Ewropej li qegħdin jidħku bina.", "Dawn qed jgħidu: \"Ara kemm huma ħmir!", "Ara x'għamlu!\"", "Għalhekk dawn l- affarijiet għandna narawhom bis-serjeta` għaliex il-committment ta' gvern Nazzjonlaista li jressaqna membri sħaħ fl-Unjoni se jdaħħalna għal ħafna piżijiet.", "Sur President, diġa' għedt li aħna qatt ma għedna li ma naqblux ma' l- istandards Ewropej u ma nafx din minn fejn ġabuha pero' żgur li hemm modi oħra ta' funding anke jekk trid tersaq lejn l-Unjoni.", "Meta l-Unjoni fl- 1985 qalet li l-Mediterran se jkun a free trade area sas-sena 2001 hija stess ħolqot il-MEDA programme biex permezz tiegħu tgħin lill-pajjiżi kollha tal-Mediterran.", "Jiġifieri hemm tip ta' funding li nistgħu nieħdu u dan m'huwiex funding żgħir.", "Hawnhekk m'għandix il-figuri tal-MEDA programme pero' ċert li dawn huma figuri kbar ħafna u probabilment jitqabblu ħafna ma' dak li semma l-ministru li jingħataw taħt l-ISPA.", "Jiġifieri aħna mhux bilfors irridu mmorru għat-tip ta' funding li qed isemmi l-gvern; dan il-funding għandna bżonnu ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem imma m'għandiex għalfejn nieħdu ċerti piżijiet.", "Per eżempju, wieħed mill-piżijiet li żgur ġej fuq pajjiżna jekk xi darba naslu biex inkunu membri sħaħ hija l-free movement of capital li permezz tiegħu kull min ikun irid jixtri proprjeta` f'dan il-pajjiż ikun jista' jixtriha.", "Meta tkellimna fuq dan qalulna li fuq din il-ħaġa jitolbu deroga.", "S'issa l-Unjoni ma tat lil ħadd din id-deroga.", "Kulma taw huma fuq second homes f'Denmark imma ma waslu ma' ħadd iktar fuq dawn l- affarijiet.", "Issa jekk kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni kulħadd se jkollu d- dritt li jixtri l-proprjeta` li jrid f'Malta.", "Ejja mela mmorru ftit lura meta telgħu n-Nazzjonalisti fl-1987.", "Meta telgħu n-Nazzjonalisti fl-1987 kellna influss qawwi ta' buyers barranin li riedu jixtru proprjeta` f'Malta, influss li tant kien qawwi li l-ministru tal-finanzi ta' dak inhar stess ħass il-bżonn li biex jikkontrolla dak l-influss - għaliex minħabba dan l-influss ta' buyers barranin tant qawwi l-prezz tal-proprjeta` f'Malta beda tiela' u sploda u l-Onor.", "Ċensu Galea li jifhem ħafna fil-proprjeta` bħalma nifhem jien minħabba x-xogħol tagħna jaf kif splodew il-prezzijiet tal-proprjeta` f'dik il-ħabta - kellna bżonn nagħmlu xi tip ta' taxxa fuq dawn it-tip ta' transazzjonijiet.", "Effettivament, Sur President, daħlu ċerti taxxi, żdiedet it-taxxa tal- boll għall-barrani li jixtri proprjeta` f'Malta u bil-mod il-mod is- sitwazzjoni stabbilizzat ruħha.", "Imma meta ma kien hemm xejn minn dan kollu kellna dan l-influss qawwi u splużjoni qawwija fil-prezz tal-proprjeta` f'Malta.", "Issa, kull min huwa żviluppatur u kull min għandu biċċa art jieħu pjaċir li l-prezz tal-proprjeta` jisplodi imma aħna bħala pajjiż jaqblilna li jkollna din is-sitwazzjoni?", "Din xi tfisser?", "Ħafna mill-Maltin diġa' ma jaffordjawx li jkollhom id-dar tagħhom imma jekk ikollok splużjoni aktar u aktar mhux se jkollok min jaffordja jixtri daru.", "Allura min ma jaffordjax jixtri l-proprjeta` f'Malta se jagħmel?", "Se jmur jixtri l-proprjeta` fi Sqallija jew l-Ingilterra?", "Sur President, dawn se jduru fuq il-gvern tal-ġurnata u jgħidulu: Aħna m'għandniex mezzi biex nixtru proprjeta`.", "Ara x'se tagħmel ħalli tgħini nixtriha.", "Allura dan mhux piż żejjed fuq il-gvern tal-ġurnata se jkun?", "Għalhekk qed ngħid li rridu naħsbu naqra' x'qed ngħidu meta qed ngħidu dawn l-affarijiet għaliex huwa tajjeb li f'għajnejn in-nies inpinġu l-Unjoni bħala xi ħaġa tlellex imma jeħtieġ naraw l-affarijiet bis-serjeta`.", "Biex nagħlaq, Sur President, jiena ngħid li minn din in-naħa nemmnu li l- Unjoni hija tajba għall-membri li hemm fiha u għal dawk li jridu jidħlu fiha imma għalina bħala pajjiż nixtiequ li jkollna relazzjoni kemm jista' jkun fil-viċin tagħha, nipprovaw nieħdu mit-tajjeb u mill-benefiċċji tagħha imma ma jkunx għaqli li f'dan l-istadju nifformaw parti sħiħa minnha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Ċensu Galea biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, il-Hamis, 4 ta' Novembru, fil-5.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu – it-Tielet Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - Kumitat Permanenti.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li skond ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, is-seduta tal-lejla għandha timxi fuq l-istess linji tas-seduta ta' dalgħodu.", "Għalhekk l-ordnijiet tal-ġurnata jiġu sospiżi u d-diskussjoni tintemm fl-10.00 p.m., bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bil-winding-up għall- gvern.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ħamis, fil-5.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-2.01 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MELLIEĦA - TRIQ ID-DENCI - XOGĦLIJIET", "8571.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jitkompla l-ilma u d-dawl (fejn hemm l-arbli tad-dawl diġa') fi Triq id-Denċi, il-Mellieħa?", "Ladarba dan ix-xogħol inbeda, possibbli jitkompla biex ir-residenti kollha jkunu moqdija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dwar l-ilma ninsab infurmat li l-formazzjoni fil- livell ta' din it-triq għadu mhux lest u minħabba dan ma jistgħux jitqiegħdu l-kanni.", "Meta l-formazzjoni titlesta, is-servizz ta' l-ilma jiġi pprovdut.", "Rigward id-dawl fl-istess triq, ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet kollha huma lesti u m'hemmx applikazzjonijiet pendenti.", "Hija l-policy ta' l-Enemalta li l-linji kollha jiġu mgħoddija ladarba jsiru applikazzjonijiet ġodda.", "ENEMALTA - CORRADINO STORES", "8769.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex qed isir overtime fil- Corradino Stores, kważi kuljum, fil-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li f'Corradino Stores ma jsirx overtime regolari imma meta jinqalgħu l-emerġenzi.", "Hawn min forsi jaħseb li għax jara l-impjegati jaħdmu wara l-ħin normali, dawn il-ħaddiema jkunu qegħdin jagħmlu l-overtime.", "Dawn il-ħaddiema jkunu qegħdin jaħdmu bix-xift, ta' jew bejn is-6.30a.m. u s-2.30p.m. jew inkella bejn is-1.00p.m. u d-9.00p.m.", "Dawn il-ħaddiema jkunu ġejjin mill-workshop tal-Power Station tal-Marsa.", "QORMI - DE LA CRUX AVENUE - ĠNIEN - DAWL", "8823.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-ġnien f'De La Crux Avenue f'Ħal Qormi qed ikun bla dawl, jista' l-Ministru jara li dan il-ġnien ikun mixgħul adegwatament bil-għan li jkun sigur għall-familji li jieħdu lil uliedhom biex jiddevertu f'dan il-post?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li dan il-ġnien, li l-manutenzjoni tiegħu hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi, huwa mdawwal adegwatament.", "Tajjeb jingħad li xi ħsara li kien hemm fid-dawl li hemm f'dan il-ġnien kienet ġiet irranġata.", "ŻABBAR - TRIQ ĦAS-SAJJIED - DAWL", "8877.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa biex issir bozza ġdida fi Triq Ħas- Sajjied, Żabbar, ħdejn ir-residenza tal-familja Saliba, residenza numru 16, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli jittieħdu passi biex din il-bozza li ilha ħafna pendenti titwaħħal?", "Billi din il-familja toqgħod fl- imwarrab u hi ferm anzjana u billi diġa' jeżisti arblu tad-dawl ħdejn din ir-residenza, huwa possibbli jintervjeni l-Ministru biex din il-bozza li ilha tintalab snin twal fl-aħħar titwaħħal għax hemm ferm bżonnha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fl-inħawi msemmija hemm dawl adegwat.", "TARZNA TA' MALTA - DOCK NO.", "1", "9140.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 8636, jista' jgħid, issa li l-bieb tat-Tarzna No 1 ġie iwweldjat, kif sejjer wieħed jilqa' għall-ilmijiet li jkun hemm fi Pjazza G. Gulia kull meta jkun hemm xi maltempata?", "Peress li dan il-bieb kien jinfetaħ kull meta jkun hemm maltempata, anke bil-lejl, jaħseb il-Ministru li l-flaps li saru taħt il-bieb m'humiex biżżejjed biex Pjazza G. Gulia u Triq ix-Xatt f'Bormla, ma jegħrqux wara kull maltempata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-bieb li għalih qed issir riferenza bħala li ġie iwweldjat, huwa l-wicket door.", "L-iwweldjar sar għal skopijiet ta' sigurta' u bl-ebda mod m'hu ser ixekkel l-operat tal-bieb prinċipali jew tal-bottom flaps.", "F'każ ta' emerġenza jew waqt xi maltempata, is-sezzjoni tas-sigurta' tat- Tarzna tieħu ħsieb tiftaħ il-bottom flaps.", "OQSMA TA' L-EKONOMIJA - ŻGĦAŻAGĦ", "9143.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ li jaħdmu fid-diversi oqsma ta' l-ekonomija?", "Tista' din l-informazzjoni tingħata fi breakdown skond: 1) l-eta'; 2) il-gender; u 3) il-marital status?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "ENEMALTA - MARSA - TANK AREA", "9174.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8770, jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fil- manutenzjoni u fil-linji tat-tankijiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Jananr 1999 u t-30 ta' Ġunju 1999 tħallset is-somma ta' Lm82,069 f'sahra lill-ħaddiema ta' l- Enemalta mpjegati fil-manutenzjoni u fil-linji tat-tankijiet.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10300.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il- ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "ECONOMIC PLANNING - PROJECTIONS", "10562.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10212?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Huwa fatt li bħalissa hemm inċertezza qawwija fis- sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali.", "Barra dan, hemm numru ta' proġetti u inizjattivi importanti oħra li jridu jittieħdu fil-qasam lokali matul is-snin li ġejjin.", "Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, dawn il- fatturi kollha jikkundizzjonaw il-projections ta' l-indikaturi ekonomiċi ta' pajjiżna fuq medda ta' snin.", "F'dan il-kontest, huwa mistenni li matul il-perijodu msemmi, il-prodott gross domestiku (GDP) f'termini reali huwa mistenni li jkun ta' madwar 4%.", "F'ekonomija miftuħa bħal Malta, ir-rata ta' tkabbir ta' l-ekonomija tkun influwenzata mill-iżviluppi li jistgħu jseħħu fix-xena internazzjonali kif ukoll mir-ristrutturazzjoni f'diversi setturi ta' l-ekonomija.", "Minbarra hekk, fis-snin li ġejjin, il-proġetti kapitali li mistennija jibdew fil- futur qarib huwa mistenni li jkollhom impatt ukoll fil-qasam tax-xogħol u l- kummerċ domestiku u internazzjonali.", "Huwa mistenni wkoll li r-rata ta' inflazzjoni tibqa' relattivament baxxa.", "ĦABS ĊIVILI - GWARDJANI - TRASFERIMENTI", "9459.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-gwardjani tal-ħabs?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l- Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor.", "Interpellant, kien hemm supervisor u għaxar gwardjani li tbiddlilhom xogħolhom.", "Ninsab infurmat ukoll li hija prattika normali li minn żmien għal żmien il-gwardjani tinbidlilhom id-diviżjoni fejn jaħdmu u dan għal raġunijiet ta` sigurta`.", "Bdil bħal dan isir meta jkun meħtieġ skond l- esiġenzi fiċ-ċirkostanzi u prevalenti fl-aħjar interess ta` l- amministrazzjoni tal-ħabs.", "PULIZIJA - TRASFERIMENTI", "9460.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-pulizija?", "Jista' l-Ministru jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10193, ninsab infurmat li sad-data speċifikati fil-mistoqsija, kien hemm erba' membri oħra tal-korp li tbiddlilhom xogħolhom.", "Kif diġa` kelli okkażjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interess ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.", "DIPARTIMENT GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA - TRASFERIMENTI", "9461.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, ma sar ebda trasferiment ta' ħaddiema fid-Dipartiment tal- Kompetizzjoni Ġusta.", "Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk ikunu fl-interess tad-dipartiment li jsir dan.", "DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ - ĦADDIEMA ĠODDA", "9462.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ.", "DIPARTIMENT TAL-KUMMERĊ - TRASFERIMENTI", "9463.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kummerċ?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-perijodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fid-Dipartiment tal-Kummerċ.", "Fil-futur trasferimenti jsiru jekk ikun fl-interess tad-dipartiment li jsir dan.", "DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA - TRASFERIMENTI", "9464.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika?", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi saru ħames trasferimenti fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.", "Ir-raġuni għaliex saru hija:", "Wieħed għaliex ħa l-grad ta' immigration officer u għalhekk ma setax jibqa' f'dan l-uffiċju.", "Waħda marret isservi bħala segretarja f'kunsill lokali.", "Tnejn marru jaħdmu f'ministeru.", "Waħda fuq talba tagħha stess.", "Fil-futur trasferimenti jsiru jekk l-interessi ta' dan l-uffiċċju jkunu jitolbu li jsir dan.", "UE - SĦUBIJA", "9669.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li issa għaddew 12-il xahar mir-riattivazzjoni ta' l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE, jista' l-Ministru jinfurmani bil-kondizzjonijiet tal-liġijiet u regoli ġodda li jridu jibdew japplikaw il-produtturi tal-ħalib tal-mogħoż u tan-nagħaġ fil-gżejjer tagħna?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn il- liġijiet u r-regoli ta' l-UE/CAP għar-rigward taċ-ċokon ta' pajjiżna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari numru 9664.", "Ir-regolament relevanti jiprovdi għal għajnuna speċjali għall-ħażna tal- ġobon mill-ħalib tal-mogħoż u tan-ngħaġ.", "UE - SĦUBIJA", "9670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet u l-liġijiet li tinponi l-UE mal-bdiewa tal-pajjiżi membri li jkabbru l- Cannabis għall-użu ta' l-industrija?", "Kemm huwa s-sussidju li jingħata lill-bdiewa li jkabbru din il-pjanta fil- mument fl-UE?", "Kemm huwa s-sussidju li fil-fatt jieħdu l-bdiewa tal-pajjiżi membri fuq il-prezzijiet ta' prodotti bħal kaboċċi, pastard, karrotti, basal, patata eċċ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-partijiet rilevanti ta' l-aquis ta' l-UE b'mod partikolari għar-regolament tal- Kunsill Numru 1308/70.", "CAP - REGOLI", "9671.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regoli u liġijiet għall-industrija tal-majjal sabiex din tkun konformi mal-CAP?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-partijiet rilevanti ta' l-aquis ta' l-UE b'mod partikolari r-regolament tal-Kunsill Numru 2759/75.", "UE - SĦUBIJA", "9744.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li fil-Portugal bejn l-1985 u l-1994, minkejja s-sussidju tal-CAP u l-opportunita' ta' l-esportazzjoni li tiggarantixxi l-UE, l- esportazzjoni tal-bdiewa niżlet minn 10% għall-7%, il-persentaġġ tal-bdiewa jaħdmu r-raba' niżel minn 24% għall-11%, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kif Malta mhux se jkollha dawn id-disfatti fis-setturi tal-biedja u sajd bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hemm ħafna x'wieħed jgħid fuq il-progress tal- Portugal u l-andament ekonomiku tiegħu minn meta l-Portugal sar membru ta'l- UE.", "Dan hu ta' siwi għall-preparazzjonijiet tagħna għan-negozjati għall- biedja u s-sajd.", "L-Onor.", "Interpellant jista' jibqa' ċert li l-ministeru qed jaħdem għall-aħjar kundizzjonijiet għall-biedja u s-sajd kif il-bdiewa u s- sajjieda, u l-poplu Malti kollu inġenerali, jixraqlu.", "Il-figuri kkwotati mill-Onor.", "Interpellant jindikaw żieda sostanzjali fl- attivita' ekonomika tal-Portugal fil-perijodu ndikat.", "Filwaqt li s-sehem tal-prodotti tal-biedja fl-esportazzjoni naqas, l-esportazzjoni totali żdiedet b'mod konsiderevoli u filwaqt li n-numru tal-bdiewa naqas bħala persentaġġ tan-nies kollha li jaħdmu, in-numru tal-ħaddiema fis-settur relatat ta' l-ikel, inkluż it-trasport, l-ippakkjar u l-ipproċessar żdied għal 20.4% skond studju ta' l-OECD.", "Skond l-istess studju, bdiewa fil- Portugal saru ħafna aktar effiċjenti tant li l-istandard gross margin, jiġifieri l-qliegħ tal-bdiewa żdied b'mod sostanzjali.", "ĦMIRA - IMPORTAZZJONI", "9745.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed tiġi importata l-ħmira tal-furnar fil-preżent?", "Kemm hija l-levy li jkollu jdaħħal il-Gvern Malti fuq il-ħmira meta din tiġi importata mill-pajjiżi li ma jkunux membri ta' l-UE?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent il-ħmira tal-furnar qed tiġi mpurtata mill-Italja u l-Olanda.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ta' min jinnota li l-ħmira m'hijiex soġġetta għal-levy (imposta) meta tiġi importata, la minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea u lanqas minn dawk li m'humiex.", "IMPJIEGI - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "9746.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' inċidenti rrapportati fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali u kemm ta' natura ta' diżabilita' permanenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li korrew fuq ix-xogħol minn l-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Settembru 1999, kien ta' 3,864.", "Minn dawn kien hemm 239 persuna li ħadu gratuity għax ir-rata ta' diżabilita' kienet bejn 1% u 19%.", "Kien hemm 17-il persuna oħra li ħadu pensjoni għax id- diżabilita' kienet ta' 20 jew aktar fil-mija.", "Skond l-occupational health and safety unit in-numru ta' inċidenti fatali matul dan il-perijodu kien ta' tmienja.", "SKEJJEL - TAL-KNISJA - GĦALLIEMA", "10744.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema b'permanent warrant u kemm b'temporary warrant li jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja u kemm f'kull każ huma reliġjużi u kemm huma lajċi?", "Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?", "Kemm hemm kapijiet u assistenti kapijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li peress li l-istatistika tat-teachers ta' l-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika kurrenti għadha tintbagħat, id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għad m'għandhiex f'idejha din l-istatistika kollha u għalhekk hu kmieni biex inwieġeb għal din il-mistoqsija.", "UNIVERSITA' - KORS FIT-TEKNOLOĠIJA DENTALI", "10745.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-Kors fit- Teknoloġija Dentali jibda tassew f'Ottubru 2000 u mhux jerġa' jiġri, kif ilu jiġri mill-1994, li dejjem tinstab xi spjiega biex dan il-kors ma jsirx?", "F'Ottubru 2000 se nerġgħu naraw ripetizzjoni ta' x'ġara f'kull Ottubru 1994 'l hawn u l-kors jerġa' ma jibdiex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10250 fejn joħroġ ċar li r-raġuni unika għaliex din is-sena ma fetaħx il-kors indikat kienet li l-arranġamenti li riedu jsiru mad-dipartiment tas-saħħa sabiex jibda jintuża l-laboratorju tat-teknoloġija dentali fl-Isptar San Luqa ħadu fit-tul u ġew konklużi f'Lulju 1999 u għaldaqstant ma kienx hemm żmien biżżejjed sabiex ir- regolamenti tal-kors jiġu kkunsidrati mis-senat u mill-kunsill ta' l- Universita`.", "1.", "Il-ftehim bejn l-Universita` u d-Dipartiment tas-Saħħa biex jintuża l- laboratorju fid-dipartimenti tad-dentistrija ntlaħaq u se jintuża wkoll il- laboratorju ta' l-Universita` fl-Iskola medika.", "2.", "Ġew imfasslin ir-regolamenti tal-kors u dawn se jkunu sottometti lis- senat ta' l-Universita` għall-approvazzjoni.", "3.", "Is-sillabus dettaljat tal-kors ġie konkluż ukoll.", "4.", "Saru arranġamenti biex dawk is-suġġetti li huma komuni ma' korsijiet paramediċi oħra jiġu mgħallmin fl-istess ħin u b'hekk tonqos l-ispiża.", "5.", "Ġew stabbiliti n-numru ta' għalliema neċessarji tal-kors.", "RESTORATION UNIT - QRENDI - TORRI TAL-ĦAMRIJA", "10746.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet ir-restoration unit wara t-talba tal- Kunsill Lokali tal-Qrendi biex jissewwa t-torri tal-Ħamrija wara l-ħsara li saritlu fl-1 ta' Settembru, 1999?", "X'xogħol ieħor jonqos isir fuq dan it- torri biex ikun f'kundizzjoni tajba?", "Meta se jsir dan ix-xogħol?", "X'relazzjonijiet jeżistu bejn ir-restoration unit u ċ-Ċentru ta' l-Istudji tar-Restawr?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li r-restoration unit kienet diġa'qiegħda tagħmel studju intensiv fuq il-ħsarat ta' dan it-torri meta ġara l-inċident ta' l-1 ta' Settembru.", "Rapport fuq il-ħsarat kien diġa' sar kemm mill-perit inkarigat kif ukoll minn ġeoloġista tad- dipartiment konċernat.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn saret talba lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isir xogħol ta' restawr kemm jista' jkun malajr.", "Il- pjanti u t-tender biex isir dan ix-xogħol jinsabu fl-aħħar fażijiet ta' tħejjija.", "Ix-xogħol mistenni li jinbeda kmieni s-sena d-dieħla.", "Uffiċjal mir-restoration unit inħatar bħala membru fuq il-board of governors taċ-ċentru ta' l-istudji tar-restawr.", "IHC - STUDENTI", "10747.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, kienx ikkwalifikat biżżejjed biex jibda l-kors Certificate in Nursing Practice organizzat mill-Institute of Health Care?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudent indikat kien eliġibbli biex jibda l-kors imsemmi iżda sad-data li fiha setgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet tard, li kienet is-27 ta' Awissu, hu ma applikax.", "KUNSILLI LOKALI - MELLIEĦA", "10748.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-Pulizija, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment ta'l-Artijiet dwar abbużi li tkellem dwarhom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fl-aħħar jiem dwar rimi ta' terrapien, reklamazzjoni bla permess u ħsarat lis-sejjieħ fl-inħawi fil-Mellieħa u madwarha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fl-20 ta` Settembru, 1999, ftit ħin wara li rċevew rapport mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, il-Pulizija marru fuq il-post indikat fejn instabu xi persuni jagħmlu xogħol ta` reklamazzjoni ta` art.", "Dawn ġew ordnati jieqfu milli jagħmlu dan ix- xogħol.", "Il-Pulizija qed tagħmel sorveljanza ta` dan il-lokal sabiex ma jsirx xogħol, in vista ta` stop notice maħruġa mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar.", "Min-naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ninsab infurmat li din ħadet il- passi neċessarji skond Att 1 ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp u nħarġu Stop and Enforcement Notices kontra l-Kummissarju ta` l-Artijiet bħala sid l-art.", "Għal dak li jirrigwardja d-Dipartiment ta` l-Artijiet, dan jinvestiga kull każ li jiġi rrappurtat lilu dwar rimi ta` terrapien jew reklamazzjoni ta` art bla permess.", "Kif jista` jifhem l-Onor.", "Membru, id-dipartiment jiddependi ħafna fuq informazzjoni mogħtija lilu biex ikun jista` jieħu l- passi kollha meħtieġa skond il-liġi kontra min jabbuża.", "PA - MELLIEĦA - SANTA MARIA ESTATE", "10749.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex plot 217 fi Triq Għajn Żejtuna, Santa Maria Estate, Mellieħa, qed jitħalla mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jibni barra mil-linja ta' bini ieħor?", "Għaliex qed jitħalla jibni fuq l-indefinite water course?", "Għaliex tħalla jidfen bil-konkos mnejn għaddej l-ilma ġieri fil-wied?", "Meta se jreġġa' lura fi stat naturali l-parti tal-wied li difen bir-radam illegalment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9867, ninsab infurmat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar illi ma jirriżultax li sar xi bini barra mil- linja; ma jirriżultax li qed isir xi bini fuq l-indefinite water course u lanqas jirriżulta li sar radam bil-konkos 'il barra miż-żona approvata fil- permess PA 1568/97.", "Irriżulta iżda li ntefa` radam żejjed fil-wied u dan sar illegalment, kif ukoll inbena ħajt ta` madwar 20 pied iżjed minn dak approvat.", "Ninsab infurmat ukoll li nħareġ Stop & Enforcement Notice Numru 973/99.", "Is- sid ikkommetta ruħu li jottempora ruħu ma` l-avviż kif maħruġ.", "L-awtorita` se tkun qed tosserva l-iżvilupp u tieħu dawk il-passi kif mitlub mil-liġi, jekk ikun il-każ."]} {"filename": "20000307_258d_par.doc", "date": "2000-03-07", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 258 It-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 258", "It-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "258", "It-Tlieta, 7 ta' Marzu, 2000", "WERREJ MINUTI 688", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 688", "TQEGĦID TA' KARTI 693", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (IT-TIENI QARI) 694 BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (SECOND READING) 694", "AĠĠORNAMENT 720", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 725", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 257 li saret fis-7 ta' Marzu, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TOROQ - ĦADDIEMA ĠODDA", "12624.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-dipartiment tat-toroq mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li fil-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad- dipartiment tat-toroq.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li numru ta' residenti fl-Imtarfa ilhom xhur sħaħ jirrapportaw dwar problemi li jeżistu fis-sistema tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jinformana bl-iżviluppi li seta' kien hemm dan l-aħħar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirriferi għall-kwestjoni konnessa mal-venda tal-karozzi tal-linja tar-Rabat, nista' ninforma lill- Kamra li l-ġimgħa li għaddiet intlaħaq ftehim dwar il-mod kif se jibdew jaħdmu l-karozzi fuq din il-linja.", "Għalkemm diffikultajiet dejjem jibqa', qegħdin naraw li l-kondizzjonijiet kif ukoll il-ħinijiet jibdew jiġu osservati skrupolosament.", "MALTACOM - ĦADDIEMA ĠODDA", "12625.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati mal-Maltacom mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza giet impjegata persuna waħda wara sejħa għal applikazzjonijiet.", "Barra minn dan, matul l-istess perijodu persuna li kienet impjegata mal- kumpannija fuq bażi part-time giet impjegata fuq bazi permanenti.", "SANITA' - ĦADDIEMA ĠODDA", "12626.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati fid-dipartiment tas-sanita' mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jeżistix dipartiment tas-sanita'.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għad-dipartiment tas-saħħa pubblika, ninformah li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi dipartiment mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, riċentement dawk li kellhom il-karta blu ġew mitluba biex imorru l-uffiċċju tas-servizzi soċjali u minflok il-karta blu jingħataw kartuna roża.", "Jista' l-Ministru jgħidli jekk dawn in-nies hux se jkunu ntitolati li jieħdu mediċinali li għandhom x'jaqsmu mad- dijabete biss?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dawk kollha li għandhom il-kartuna r-roża - ċioe' d- dijabetiċi li m'għandhomx income biżżejjed, il-pensjonanti u dawk li jirreġistraw għax-xogħol - se jibqgħu intitolati li jieħdu l-firxa ta' mediċini li qegħdin fuq il-formolarju.", "Meta kienet ittieħdet id-deċiżjoni li d-dijabetiċi jkunu ntitolati għall-mediċini kollha kienet għadha ma teżistix ix-schedule five u, kif jiġri ħafna drabi meta nintroduċu xi sistema ġdida, is-sistema l-qadima ninsew inneħħuha.", "Kien qed jiġri li min kellu l-kartuna l-blu kien intitolat li jieħu mediċini tad-dijabete pero', minħabba l-liġi li kien hemm qabel, dan kien awtomatikament intitolat li jieħu l-mediċini kollha li hemm fuq il-formolarju.", "Allura d-dipartiment kellu jagħmel korrezzjoni għax ħafna drabi min kellu l-kartuna l-blu, għax kien dijabetiku, kien qed jieħu mediċini li m'humiex indikati għal ċertu tip ta' mard.", "Issa dan ġara għax is-sistema kienet ġiet replaced b'waħda aħjar, billi l- gvern tal-ġurnata - jidhirli li kien gvern Laburista - kien għamel sistema li biha d-dijabetiċi ikunu ntitolati għall-mediċini kollha tad-dijabete b'xejn.", "U r-raġuni kienet waħda valida għax tant kellna prevalenza kbira ta' komplikazzjonijiet ta' dijabete, li l-gvern kien iddeċieda li kien aktar cost-effective li tikkura d-dijabete billi tagħti mediċini b'xejn milli toqgħod tistenna li jinqalgħulek il-komplikazzjonijiet.", "Din tat tiżultat tajjeb, anke minħabba l-fatt li l-gvern kien nieda kampanja edukattiva aktar effettiva u naturalment bis-saħħa t'hekk kibret il- konoxxenza fost il-pubbliku dwar id-dijabete.", "Fil-fatt dawk il- komplikazzjonijiet u amputazzjonijiet li konna naraw għaxar sena ilu llum kważi spiċċaw kompletament.", "Jiġifieri din is-sistema riedet tiġi kkoreġuta għax kien qed isir abbuż minnha, ħalliha li abbuż jibqa' jsir dejjem.", "Il-bieraħ stess, believe it or not, qarib ta' pazjent ġabilna lura massa enormi ta' mediċini biex forsi nagħmlu użu minnhom; u dawn kienu kollha skaduti - fost dawn kien hemm 48 inhaler Ventolin u 48 inhaler Atrovent - u għalhekk irridu nqajmu ftit iżjed kuxjenza f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew, il-kartuna l-blu tad- dijabete mhux se tibqa' teżisti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk niftakar sew - issa nerġa' nivverifika - min għandu l-kartuna l-blu m'huwiex awtomatikament se jingħata l-kartuna r-roża jekk ma jikkwalifikax għaliha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, il-mistoqsija tiegħi kienet proprju din, jekk kulmin għandu l-kartuna l-blu huwiex se jispiċċa b'kartuna roża u allura jkun intitolat għal dak kollu li tintolak għalih il-kartuna r-roża.", "Issa l-Ministru donnu qed jgħid li probbabilment irid isir eżerċizzju biex min għandu l-kartuna l-blu u l-kartuna r-roża jibqa' bil-kartuna r-roża, u min għandu l-kartuna l-blu imma ma jikkwalifikax għall-kartuna r-roża jibqa' bil-kartuna l-blu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hekk hu.", "Għax wieħed jifhem li bniedem dijabetiku jingħata l-kartuna l-blu imma jekk awtomatikament dan ikun intitolat għall- kartuna r-roża, irrispettivament mid-dħul tiegħu, ikun qed jidħol fi branka, oħra fejn ma jibqax jiġi assessed fuq l-income jew il-pensjoni, u b'hekk tkun qed tiftaħ ċavetta għall-abbuż.", "Pero' dawk li huma rikonoxxuti bħala dijabetiċi xorta waħda se jibqgħu jingħataw il-kartuna l-blu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, dwar il-kumment tal-Ministru li m'għadniex naraw amputazzjonijiet u komplikazzjonijiet tad-dijabetiċi li konna naraw għoxrin sena ilu, naħseb li nkunu ġusti jekk kemm-il darba nirringrazzjaw lill-community care u lin-nurses ta' l-MMDNA li jagħmlu servizz ta' l-għaġeb mal-pazjenti li qabel ma kienx jeżisti.", "Ilkoll kemm aħna għandu jkollna moħħna mistrieħ li nħallu f'idejn nies bħal dawn u għandna għalfejn nirringrazzjawhom għax qed jagħtu servizz verament tajjeb.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naqbel perfettament ma' dak li għadu kemm qal l- Onor. George Vella.", "AIR MALTA - ĦADDIEMA ĠODDA", "12627.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-Air Malta mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l- ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul il-perijodu msemmi l-Air Malta impjegat persuna waħda fil-kariga ta` group financial controller wara li saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu mpjegati numru ta' stewards fuq il-linja ta' l-ajru fil-ġejjieni qarib?", "Jekk iva, kemm se jkun in-numru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ta' kull sena l-Air Malta timpjega diversi persuni f'kariga temporanja minħabba l-volum tax-xogħol li jkun hemm fix-xhur tas- sajf - ħafna drabi dawn jibdew minn April jew Mejju u jispiċċaw f'Ottubru jew Novembru - u n-numru ta' dawn l-impjegati mhuwiex xi ħaġa fissa, at least at this stage, għax dan jiddependi mil-load li l-Air Malta tkun qed toffri, u ċioe' mill-bżonnijiet ta' dik is-sena partikolari.", "Pero' huwa mistenni li għall-ħabta ta' April isir xi recruitment on a part-time basis għal diversi kategoriji ta' nies li ħafna drabi jibdew jaħdmu minn Mejju 'il quddiem.", "MDC - ĦADDIEMA ĠODDA", "12628.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda ġew impjegati ma' l-MDC mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000?", "Jista' jgħid ukoll jekk dawn ġewx impjegati wara l-ħruġ ta' sejħa għal applikazzjonijiet?", "Jekk jirriżulta li dawn ġew impjegati mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm kien ilhom li applikaw?", "Jekk jirriżulta li lanqas biss kienu applikaw, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul il-perijodu msemmi ma gewx impjegati ħaddiema godda mal-korporazzjoni għall-izvilupp ta` Malta.", "WHITE ROCKS - TRASFERIMENTI", "12629.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm trasferimenti ngħataw mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-White Rocks holiday complex?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li ma ngħata l-ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-White Rocks holiday complex tad-dipartiment tat-turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.", "Peress li kif jaf l-Onor.", "Interpellant wasal iż-żmien li l-gvern jiddisponi minn dan il-complex, bħalissa qed isir eżerċizzju biex possibbilment jinstab xogħol alternattiv għall-ħaddiema.", "Transfers dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.", "BIGHI - ĊENTRU GĦAR-RESTAWR", "14369.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa fiċ-ċentru għar-restawr f'Bighi?", "Xi gradi għandu kull ħaddiem?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Nirriferi l- Onor. Membru għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari nru.", "10965, 10416, 11107 u 11541.", "TARZNA - BAĊIR", "14370.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru, relatati mal-ħajt tal-baċir nru.1?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru relatati mal- ħajt tal-baċir nru 1.", "PENSJONANTI - SUSSIDJI", "14371.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema tip ta' sussidju, bħal dawl, telephones u kera, huma intitolati l-pensjonanti u dawk reġistrati bħala unemployed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pensjonanti u dawk reġistrati bħala persuni bla mpjieg jistgħu jikkwalifikaw għal sussidju fuq dawl u ilma jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi, kif jinsab fit-tieni parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali.", "Persuni li jikkwalifikaw għal għajnuna soċjali, għajnuna għal disimpjieġ, pensjoni ta' l-eta', pensjoni għal diżabilita', pensjoni għal persuni b'vista batuta, kif ukoll pensjoni għal wens, jikkwalifikaw għal żieda fir- rata jekk ikunu qed iħallsu l-kera fuq il-post tar-residenza tagħhom.", "Id-dipartiment għall-ħarsien ta' l-anzjani jagħti sussidju fuq il-ħlas tal-kera tat-telefon lil dawk il-persuni 'l fuq minn 60 sena li għandhom il- karta r-roża.", "Dan id-dipartiment jagħti wkoll eżenzjoni tal-kera tat- telecare lil persuni li jgħixu waħedhom jew ma' persuni anzjani oħra, li għandhom 'l fuq minn 60 sena u li għandhom il-karta r-roża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li qed jingħad illi sussidju jingħata, u peress li minn risposta għal mistoqsija parlamentari oħra jirriżulta li f'xahar wieħed biss il-gvern ġabar 'il fuq minn Lm600,000 f'dik li hija VAT fuq servizzi ta' telekomunikazzjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment hux qed jikkonsidra jew jagħmel assessment dwar kif qed jiġu affettwati l-persuni li jiddependu mill-benefiċċji soċjali f'dan ir- rigward?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan l-eżerċizzju għamlu l-gvern qabel ma ħabbar il- miżuri tal-budget.", "Minn assessment dettaljat ta' x'impatt kien se jkollhom dawn il-miżuri, jirriżulta li l-piż infirex b'mod illi dawk li l-inqas jifilħu ġew affettwati bl-inqas mod.", "Allura r-risposta għal din id-domanda hi li l-gvern għamel din l-analisi qabel ma ħabbar il-miżuri kollha u qagħad attent illi b'dawn il-miżuri dawk li l-inqas jifilħu jkunu l-inqas illi jerfgħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karl Chircop, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-familja tikkwalifika għal sussidju fuq l-ilma u d-dawl?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-mistoqsija oriġinali kienet dwar x'sussidji huma ntitolati għalihom il-pensjonanti u dawk reġistrati bħala unemployed, u allura informazzjoni dettaljata dwar in-numru ta' familji li jikkwalifikaw m'hijiex available fil-file li għandi f'idejja.", "Pero' jekk l- Onor. Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub lest inwieġbu bil-qalb kollha.", "SKEJJEL - KOTTONERA", "14372.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'mod konkret sabiex tfal mill-Kottonera jġibu riżultati aħjar fl-eżamijiet?", "Peress li huwa fatt magħruf li l-agħar riżultati qed ikunu ta' dawk it-tfal mill-Kottonera, ma jidhirlux il-Ministru li issa smajna biżżejjed dwar il- bżonn li ssir xi ħaġa biex titjieb is-sitwazzjoni u hemm bżonn li ngħaddu għal azzjoni immedjata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): B'żieda ma' dak li diġa' għedt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "14340, informat li l- provvedimenti kollha li jittieħdu għal edukazzjoni ta' kwalita` għat-tfal Maltin jittieħdu wkoll għat-tfal tal-Kottonera.", "Barra minn hekk qegħdin jittieħdu miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva - dawn jeħtieġ li jkunu intensifikati - li jiffavorixxu aktar lil dawn it-tfal.", "ŻABBAR - ST PETER'S - DWAL", "14373.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r- raġuni li d-dwal tal-bandli fl-area ta' St Peter's, fil-limiti ta' Ħaż- Żabbar, ilhom għal ħafna ġimgħat ma jixegħlu?", "Jista' jara li dawn jissewwew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-playing-fields fl-inħawi ta` St. Peter's - fil-limiti ta` Ħaż-Żabbar - huma responsabbilta` tal-kunsill kokali u għalhekk il-manutenzjoni tad-dawl f`dan il-post għandu jieħu ħsiebha l-imsemmi kunsill lokali.", "KALKARA - TISWIJA TA' TOROQ", "14374.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol li hemm bżonn fit-triq imġarrfa li tagħti mill-Kalkara għat-Toqba tal-Birgu?", "Jekk forsi jrid isir xi xogħol minn nies li jaqgħu taħt il-ministeru għat- trasport u komunikazzjoni, jista' l-Ministru jara li dan isir peress li din it-triq tintuża ħafna minn nies tal-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Jien informat li diġa' nħarġu l-offerti biex dan ix-xogħol isir.", "PENSJONANTI - GĦOLI TAL-ĦAJJA", "14402.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid meta l-gvern se jonora l-wegħda elettorali li jagħti żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li diġa' kelli l- opportunita' li f'din il-Kamra nispjega l-pożizzjoni tal-gvern dwar il- qasam tal-pensjonijiet.", "Wara li jkollna r-rapport finali tal-kummissjoni nazzjonali għar-riforma tal-welfare, inkunu nistgħu naħsbu bis-serjeta' għall-futur tas-sigurta' soċjali, u dan wara li jkunu ressqu l-fehmiet tagħhom il-partijiet kollha nvoluti f'dan il-qasam.", "Kif taf l-Onor.", "Membru, l-oppożizzjoni wkoll ġiet mistiedna tressaq l- opinjoni tagħha għall-ġid tas-sigurta' soċjali f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gatt.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MR SPEAKER: Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda:", "Avviż Legali Nru 38 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali;", "F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar għalliema barranin li jgħallmu fi skejjel tal-knisja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "14489;", "F'isem il-Ministru tal-Finanzi, nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 36 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw it-tieni skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru. 37 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw it-tielet skeda li tinsab ma' l-Att dwar it-Taxxa tad-Dwana u s-Sisa; u", "Avviż Legali Nru. 39 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 li jemendaw ir- regoli ta' l-FSS; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 35 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-liċenzi tal-pulizija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-7 ta' Marzu, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, dalgħodu kont qed nitkellem fuq l- impatt li qed iħallu l-miżuri li tħabbru fl-aħħar budget, liema miżuri se jidħlu fis-seħħ permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u, fost affarijiet oħrajn, spjegajt kif mill-1987 'l hawn il-gvern Nazzjonalista rnexxielu joħloq problemi finanzjarji konsiderevoli.", "Jien semmejt ukoll li sa Settembru 1998 il-Partit Nazzjonalista kien għadu jiċħad li kienet teżisti xi problema finanzjarja u kien biss wara li għaddiet l-elezzjoni li l-gvern ta' Fenech Adami beda jammetti dan kollu.", "Li għadhom m'humiex qed jammettu l-membri tan-naħa l-oħra llum huwa l-fatt li l-problemi finanzjarji li qed ikollu jiffaċċja pajjiżna ħoloqhom il-gvern Nazzjonalista, u filwaqt li qed ikun hemm drabi fejn il-membri tan-naħa l- oħra jargumentaw li dawn il-problemi ġew ikkaġunati mit-8,000 ħaddiem li l- gvern Laburista ta' qabel l-1987 kien daħħal fis-servizz pubbliku, qed ikun hemm drabi oħra fejn dawn jargumentaw li l-problemi ġew ikkaġunati mill-gvern ta' Dr. Alfred Sant ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Ma nistax nifhem kif il-membri tan-naħa tal-gvern qed jitfixklu fi kliemhom stess, Mr Speaker!", "Madanakollu jien ngħid li llum kulħadd qed jirrealizza, anke sħabna stess tan-naħa l-oħra, li l-problemi finanzjarji tal-pajjiż inħolqu mill-gvern Nazzjonalista bil-mod irresponsabbli li mexxa l-pajjiż qabel l-1996.", "Bħalma għedt dalgħodu, dawn il-problemi finanzjarji kienu anke wasslu biex il-gvern Nazzjonalista jevita li jippreżenta budget għall-1997, bl-iskuża li ma kellux għalfejn jippreżenta budget qabel l-elezzjoni biex joqgħod jgħammex lin-nies.", "Imma ma domniex wisq biex indunajna li l-Partit Nazzjonalista ma tantx kellu biex jgħammex lin-nies, anzi kellu biex iwerwirhom, u m'għandix dubju li kieku ressaq il-fatti kollha quddiem il- poplu żgur li t-tkaxkira li ħa fl-1996 kienet tkun ikbar.", "Pero` d- diżonesta` tal-gvern Nazzjonalista wasslitu biex jevita li jippreżenta budget u minflok għażel li jsejjaħ elezzjoni bikrija f'Ottubru ta' l-1996.", "Kuntrarjament għall-gvern Nazzjonalista, minn mindu l-Partit Laburista ħa t- tmun f'idejh u xegħellu r-red light, dan mal-ewwel għarraf lill-poplu bis- sitwazzjoni li kien jinsab fiha l-pajjiż u mal-ewwel beda jieħu l-miżuri neċessarji biex jipprova jtejjeb il-qagħda.", "Ta' min jgħid li meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern, ma sabx biss problemi fil-finanzi pubbliċi imma anke f'dawk il-korporazzjonijiet u l- entitajiet li gvern, b'xi mod, għandu sehem fihom.", "Madanakollu hekk kif il- gvern Laburista beda jieħu ċerti miżuri biex itejjeb is-sitwazzjoni, il- membri ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien tgħidx kemm kienu għajruna u akkużawna li daħħalna 33 taxxa.", "Ara llum, li reġgħu qegħdin fil-gvern, il- maġġoranza l-kbira ta' dawn it-taxxi ħallewhom hemm, allavolja għandi nifhem li hekk kif dawn it-taxxi kienu anti-soċjali meta n-Nazzjonalisti kienu fl-oppożizzjoni, għadhom anti soċjali llum.", "Hawn ta' min isemmi wkoll li minkejja li qabel l-elezzjoni l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien kien wiegħed li jekk kemm-il darba l-partit tiegħu jitla' fil-gvern dan se jnaqqas il-piż tat-taxxi, illum ir-realta` hi li l-gvern Nazzjonalista żied il-piż tat-taxxi fiż-żewġ budgets konsekuttivi li għamel, u dan il-piż żiedu fuq il-ħaddiema u fuq min jiflaħ l-inqas.", "Imbagħad xi ngħidu għal dik il-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni, meta kien qal li hekk kif nirriattivaw l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se nibdew nirċievu Lm100 miljun fis-sena, biex illum indunajna li kulma se jirċievi pajjiżna huma biss Lm3 miljun fis-sena!", "Punt ieħor li rrid insemmi huwa li peress li l-gvern Nazzjonalista neħħa l-ftehim tal-hedging li kien għamel il-gvern Laburista, issa li l-prezz taż-żejt spara 'l fuq għal $9-il barmil hemm il-biża' li l-prezz tal-petrol u d-diesel jerġa' jogħla.", "Issa naraw jekk din il-bravura li għamel il-gvern Nazzjonalista, ċioe` li neħħa l- ftehim tal-hedging, hijiex se twassalna fis-sitwazzjoni li għal darb'oħra l- ħaddiema u l-familji Maltin u Għawdxin ikollhom jerġgħu jdaħħlu jdejhom fil- but biex ipattu għaż-żieda fil-prezz taż-żejt!", "Mr Speaker, ma rridux ninsew lanqas li qabel l-1987 il-Partit Nazzjonalista kien jgħid li l-bolla hija balla għalkemm bejn l-1987 u l- 1996 il-bolla baqgħet l-istess - anke taħt il-gvern Laburista ta' bejn l- 1996 u l-1998 il-bolla baqgħet l-istess ukoll - u kellu jkun il-gvern attwali Nazzjonalista li għal sentejn konsekuttivi lill-ħaddiem għollielu l- bolla.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-income tax għax għalkemm ftit tas-snin ilu l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li jrid ineħħiha u għalkemm, kif għedt dalgħodu, il-ġurnalist Jesmond Bonello rrapporta f'The Times\" ta' l-4 ta' Settembru, 1999 - jiġifieri ftit ġimgħat biss qabel l-aħħar budget - li Dr. Fenech Adami qal illi kien se jnaqqas il- piż tat-taxxi, illum reġa' mar lura għas-sistema ta' l-income tax li kellna qabel.", "Bħala konsegwenza ta' dan kollu, illum il-livell ta' l-għajxien tal- ħaddiema, tal-pensjonanti u tal-familji tagħna qed jitnaqqar, u jien m'għandix dubju li din hija realta` li m'aħniex niltaqgħu magħha aħna biss imma anke l-membri tan-naħa l-oħra.", "Jekk hemm xi ħaġa li dan il-gvern jibqa' magħruf għaliha żgur li dan huwa l-ingann li uża biex jirbaħ l-aħħar elezzjoni.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax filwaqt li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien wiegħed kollox lil kulħadd, hekk kif irnexxielu jieħu l-poter f'idejh lill-ħaddiem u lil min jiflaħ l-inqas mhux biss beda jħabbarlu miżuri ebsin fil-budget, imma issa qed jeħodha drawwa li jżerżaqlu wkoll diversi miżuri oħra matul is-sena permezz ta' legal notices, fosthom xi żieda fin-nol tat-trasport pubbliku u xi żieda fuq il-prezz tal-petrol u d-diesel.", "Kif għadni kemm għedt, minkejja li l-gvern Nazzjonalista għadu kemm ħabbar żieda fuq il- prezz tal-petrol u d-diesel fil-budget li għadda, illum diġa' qed nisimgħu li dan il-prezz se jkompli jogħla matul ix-xhur li ġejjin.", "Fil-fatt meta l- esponenti ewlenin tal-gvern ġew mitluba jagħtu garanzija li mhux se jkun hemm iktar żieda f'taxxi matul din is-sena, din il-garanzija baqgħet ma ngħatatx.", "Hawn irrid infakkar li din iż-żieda qed jimponieha fuq il-poplu l-istess Partit Nazzjonalista, li meta kien għadu fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni min jaf kemm beka u kemm għajjat b'kuxjenza soċjali.", "Ara llum milli jidher il-kuxjenza soċjali taritlu mar-riħ!", "Il-verita` hi li l-uniku interess tal-gvern Nazzjonalista huwa li jdaħħal lil pajjiżna membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea - din issa saret l-ossessjoni tiegħu - u qed jiġi jaqa' u jqum mill-fatt li qed jipprova jnaqqas id-deficit finanzjarju a skapitu tal-ħaddiem u a skapitu ta' min jiflaħ l-inqas.", "Imbagħad xi ngħidu għall-mod li bih dan il-gvern qed jittratta lit-trade unions?", "Qed jittrattahom b'arroganza kbira, kuntrarjament għall-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, li dejjem fetaħ il-bibien beraħ għal dawk l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.", "Meta t-trade unions urew lill-gvern ta' Fenech Adami li xtaqu jerġgħu jiddiskutu miegħu l-miżuri tal-budget, ħareġ Dalli jgħidilhom li dawn il-miżuri la huma diskutibbli u wisq anqas negozjabbli, imma meta mbagħad beda jara lil kulħadd kelma waħda ma kellux alternattiva oħra ħlief li jidħol għad-diskussjonijiet.", "Madanakollu f'dawn id-diskussjonijiet il-gvern qed jaġixxi b'mod fejn donnu mhux qed jiggverna hu imma t-trade unions għax qed jippretendi mingħandhom li jkunu huma li jsibulu s-soluzzjonijiet għall-problemi finanzjarji li ħoloq hu stess.", "Dan huwa l-ewwel gvern fl-istorja ta' pajjiżna - jew għallinqas fl-istorja ta' dawn l-aħħar mitt sena - li lill-ħaddiema naqqsilhom il-paga.", "Liberament nistgħu ngħidu li fejn qabel l-esponenti tal- Partit Nazzjonalista kienu jgħajru lill-gvern Laburista tas-snin tmenin bħala li huwa gvern tal-wage freeze, illum għandna prova ċara iktar minn qatt qabel li dan il-gvern ta' Fenech Adami huwa gvern tal-wage decrease!", "Mr Speaker, meta partit iwiegħed li se jġib Lm100 miljun mill-Unjoni Ewropea u dawn ma jaslu qatt, u meta l-istess partit jagħmel programm elettorali b'233 wegħda, allavolja jaf li huwa impossibbli li dawn il- wegħdiet jitwettqu, ma jkun qed jagħmel xejn ħlief jinganna lill-poplu.", "Illum il-poplu jistenna li jingħata spjegazzjoni ċara daqs il-kristall għal liema raġuni l-gvern ħass li kellu jqarraq bih.", "Illum il-poplu jinsab ukoll imbeżża' għax jaf li matul is-sena l-gvern jista' jimponi fuqu iktar taxxi, meta s-sitwazzjoni għall-familji tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li jgħixu bil-paga ma tantx hija waħda sabiħa.", "Din hija r-realta` u huwa inutli li ninqatgħu minn man-nies u li nistaħbew fl-uffiċini għax il- verita` hi li llum il-poplu jinsab muġugħ, u l-uġigħ li qed iħoss mhux veru li jiflaħ għalih, kif hemm min qed jaħseb.", "Titkellem ma' min titkellem, illum kulħadd jgħidlek li fil-pajjiż hawn staġnar kbir u, m'għandniex xi ngħidu, dan qed joħloq inċertezza kbira fost il-poplu.", "Fil-pajjiż tant hawn staġnar li kemm ilu l-Partit Nazzjonalista fil- gvern, jiġifieri sena u tmien xhur, il-qgħad żdied b'1,200 ruħ.", "Imma l- ikbar ironija hi li filwaqt li meta taħt il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien hawn 7,000 ruħ qegħda Dr. Fenech Adami kien jgħid li dik kienet ċifra allarmanti, illum li r-rata tal-qgħad laħqet it-8,000 ruħ bilkemm il-membri tan-naħa l-oħra m'humiex qed jipprovaw jagħtuna x'nifhmu li din iċ-ċifra m'hi allarmanti xejn.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li nħoss illi hemm bżonn li mhux biss inżommu statistika ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol imma wkoll ta' dawk li m'humiex qed jaħdmu u m'humiex qed jirreġistraw, għax ovvjament dawn ukoll huma nies qegħda.", "Jekk irridu nkunu nafu s-sitwazzjoni reali hemm bżonn li nieħdu in konsiderazzjoni wkoll din il-kategorija ta' persuni qegħda.", "Hemm bżonn ukoll li ngħoddu anke lil dawk li matul dawn l-aħħar għoxrin xahar inqatgħu minn fuq ir-reġistru b'xi skuża jew oħra.", "Jien persważ li jekk ngħoddu dawn iċ-ċifri li semmejt kollha flimkien insibu li ċ-ċifra uffiċjali ta' 8,000 persuna qegħda ma tirriflettix is-sitwazzjoni reali li teżisti fil- pajjiż.", "Jien nemmen li l-qagħda hi ferm agħar minn hekk u m'hemmx dubju li iktar ma jgħaddi ż-żmien is-sitwazzjoni se tkompli taggrava ruħha.", "Dan jikkontrasta bil-kbir ma' dak li kien wiegħed il-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni meta f'paġna 13 tal-programm elettorali kien ħareġ jgħid li x-xogħol se jkun l-aqwa garanzija ta' gvern Nazzjonalista.", "Jidher ukoll li teżisti problema f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment għax fil-mument l-investiment barrani nixef u l-prospetti għal tali investiment ma tantx jidhru sbieħ.", "Bla ebda dubju, dan huwa fattur inkwetanti għax l-investiment barrani huwa vitali għall-qasam ta' l- ekonomija, l-iktar illum li dan il-qasam ma jinsabx f'xi sitwazzjoni feliċi.", "Fil-fatt il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 għamel minn kollox biex jattira iktar investiment lejn pajjiżna u filwaqt li kien hemm drabi fejn irnexxielu jagħmel dan, kien hemm drabi oħra fejn ma rnexxielux, pero` l-gvern preżenti jidher li lanqas biss qed jindenja ruħu jagħmel xi ħaġa biex jattira xi investiment barrani.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li din hija problema kbira għax meta fil-pajjiż jonqos l-investiment barrani, iċ- ċansijiet huma li l-pajjiż jaqbad it-triq tan-niżla.", "Minkejja li qed jara dan kollu, illum il-gvern preżenti qed imexxi politika ta' awsterita` u qed iwarrab fil-ġenb għal kollox il-kuxjenza soċjali, li meta kien għadu fl- oppożizzjoni tant kien jidher li kienet għal qalbu.", "Illum hekk kif tiftaħ ir-radio jew it-television jew toħroġ fit-triq tisma' lil kulħadd kelma waħda, pero` milli jidher dan il-gvern sadd widnejh u ma jrid jisma' minn ħadd u lil ħadd.", "Ftit ilu jien tajt titwila lejn id-diskorsi tal-budget li saru bejn l- 1996 u l-1998, ħalli nara x'kien jintqal dak iż-żmien, u fost l-oħrajn laqtuni żewġ sentenzi ta' l-Onor.", "Lawrence Gonzi f'dan il-parlament, eżattament fid-19 ta' Novembru, 1997.", "Fil-fatt kien qal hekk:", "\"L-essenzjal ta' dan il-budget huwa li qed nittrattaw ma' familji li bħalissa jinsabu nkwetati.", "Kulma għandek tagħmel biex tara kemm illum il-familji jinsabu nkwetati huwa li tiftaħ ir-radio u ssegwi liema stazzjon trid.\"", "Lill-membri tal-gvern preżenti jien ngħidilhom: Onor. Membri, hekk għandkom tagħmlu llum!", "Tisimgħux lilna ta' l-oppożizzjoni imma iftħu r- radju, iftħu t-televiżjoni, aqraw il-gazzetti u agħtu kas ta' dak li qegħdin jgħidulkom it-trade unions - u hawn irrid ngħid li mhux il-GWU qed titkellem fuq kemm il-miżuri li tħabbru fil-budget qed iweġġgħu lill- ħaddiema imma anke l-UĦM - biex b'hekk tkunu tafu kemm illum il-familji qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji u kemm qed ikollhom iġebbdu l-paga biex ikunu jistgħu jgħajxu lill-familja tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l- opportunita` li nistaqsi wkoll lill-membri tal-gvern jekk hux minnu li t- tariffi fuq is-servizzi tad-dawl u l-ilma se jerġgħu jogħlew.", "Jekk dan huwa minnu, jiddispjaċini nerġa' ngħid li dan il-gvern huwa gvern ta' ngann għaliex minkejja li qabel l-elezzjoni kien wiegħed lill-poplu li t-tariffi tad-dawl u l-ilma kien se jagħmilhom bħalma kienu qabel - u ma ddejjaqx jiksirha dik il-wegħda - jekk issa beħsiebu jerġa' jgħolli t-tariffi jkun kiser dik il-wegħda għal darbtejn.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-fatt li l-gvern preżenti b'nuqqas ta' għaqal qed ibigħ l-azjendi li bena l-poplu matul is-snin u fosthom, per eżempju, nista' nsemmi l-bejgħ tal-Mid-Med Bank lill-HSBC.", "Naħseb li l- kumment li sar f'dawk iż-żmenijiet xejn ma kien f'loku - meta xi ħadd qal li Lm10 miljun 'l hemm u Lm10 miljun 'l hawn ma jimpurtax - għax hekk kif tħabbar il-budget kulħadd induna li issa dawn il-miljuni ta' liri se jkollu jagħmel tajjeb għalihom il-poplu permezz tat-taxxi.", "Imbagħad xi ngħidu għall-Lm4 miljun f'boll li ġew maħfura lill-konsorzji li se jagħmlu l- proġetti ta' Tigne` u dak ta' Manoel Island?", "Fil-fatt illum il-poplu għalhekk jinsab iddispjaċut għax qed jara li filwaqt li lill-barunijiet il- gvern qed jaħfrilhom miljuni ta' liri kbar, lill-ħaddiem qiegħed dejjem ikomplu jsallbu billi jimponi fuqu iktar taxxi.", "Dan m'huwiex sew u dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma anke n-Nazzjonalisti, fosthom Nazzjonalisti prominenti.", "Issa għadu kif ġie deċiż min se jieħu l-White Rocks holiday complex ukoll, pero` dwar dan se nitkellem fit-tul f'okkażjoni oħra, fejn imbagħad inkun nista' nsemmi fid-dettal kif saru l-affarijiet u kif ittieħdu ċerti deċiżjonijiet f'dan il-każ.", "Biss naħseb li huwa biss gvern irresponsabbli li jasal biex jaħfer miljuni ta' liri lill-konsorzji u jbigħ bank kummerċjali bix-xejn biex imbagħad iġiegħel lill-poplu jagħmel is- sagrifiċċji għal dawn in-nuqqasijiet tiegħu.", "Mr Speaker, meta konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi dwar id-dazju u s- sisa jien kont ikkwotajt xi siltiet mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista biex nipparaguna dak li kien ġie mwiegħed il-poplu qabel l- aħħar elezzjoni li għaddiet ma' dak li qed iwettaq il-gvern tal-lum, pero` l-Ministru John Dalli donnu xejn ma ħa pjaċir b'dan u qalli: Kif ġejt toqgħod taqralna l-programm elettorali hawnhekk!", "Dakinhar jien ma ġejtx hawnhekk biex noqgħod naqra l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista imma biex dak li jkun jifhem kemm il-Partit Nazzjonalista nganna lill-poplu qabel l-elezzjoni meta wiegħed mod u attwa eżattament l-oppost.", "Imma issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-qasam tas-saħħa.", "Mr Speaker, minkejja li llum pajjiżna għandu gvern li ħafer il-miljuni ta' liri lill-barunijiet u minkejja li fl-aħħar budget żied in-nefqa tiegħu għall-festini, għas-safar u affarijiet oħra bħal dawn, mill-mistoqsijiet parlamentari li jsiru f'dan il-parlament jirriżulta li għal sempliċement operazzjoni l-gvern preżenti qed iħalli liċ-ċittadin Malti jistenna għal xhur sħaħ u xi kultant anke għal sena sħiħa.", "Quddiemi għandi mistoqsija parlamentari numru 14,290 li saret mill-Onor.", "Noel Farrugia lill-ministru tas-saħħa, fejn sieħbi staqsa hekk:", "\"Peress li issa għandna l-konferma li l-preparazzjonijiet li qed isiru mid-dipartiment tas-saħħa, sabiex jitnaqqsu l-listi kbar ta' pazjenti li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti, xorta m'humiex se jindirizzaw il-problema fl-immedjat, jista' l-Ministru jikkonsidra li jinġieb team mediku barrani sabiex f'perijodu immedjat jagħmel dawn l-operazzjonijiet ta' l-għajnejn, ħalli forsi nevitaw problemi akbar għall-popolazzjoni anzjana?\"", "It-tweġiba tal-ministru tas-saħħa għal din il-mistoqsija parlamentari hija \"le\", u kompla jgħid li sabiex l-awtoritajiet konċernati jiffokaw fuq il- waiting list tal-katarretti, minn Awissu li għadda beda jintuża teatru fl- isptar Karen Grech esklussivament għall-operazzjonijiet ta' l-għajnejn.", "Dan kollu jfisser li minflok ma l-gvern Nazzjonalista qed jara kif jista' jtejjeb is-servizzi tas-saħħa, qed jonfoq il-flus bl-addoċċ biex imbagħad qed jixxaħħaħ u jitqammel kemm jista' jkun mal-bżonnijiet li għandhom iċ- ċittadini komuni.", "Dalgħodu waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien staqsejt għal liema raġuni ċerti artijiet tal-gvern qed jiġu mgħoddija lil ċerti individwi jew kumpanniji bil-għan li jiżviluppawhom.", "Ta' min ifakkar ukoll li xi xhur ilu jien kont insistejt f'dan il- parlament, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari li għamilt waħda wara l-oħra, li dik il-biċċa art tal-gvern li hemm biswit il-Westin Dragonara, liema biċċa art hija kbira mhux ħażin, għandu jgawdiha l-poplu, għax wara kollox din hija art pubblika u kienet qed tintuża minn ħaddieħor illegalment.", "Fil-fatt issa hekk ġara għax ix-xatba tneħħiet u l-poplu seta' jibda jgawdi din l-art, pero` issa f'daqqa waħda hemmhekk twaħħlet applikazzjoni maħruġa mill-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex dik il-biċċa art issir parking area.", "Jien iddispjaċini ħafna għal dan għax m'huwiex sew li art bħal din tittieħed minn idejn il-poplu u tiġi mgħoddija lill-privat.", "Jien kont diġa' ssuġġerejt li din il-biċċa art tibda tintuża bħala parking area mir-residenti ta' Paceville bħala rikonoxximent tal-kalvarju li jkollhom jgħaddu minnu kull weekend biex isibu fejn jipparkjaw, pero` s- suġġeriment tiegħi ma ntlaqax għax mid-dehra hemm xi ħadd li tefa' għajnejh hu fuq din l-art.", "Jien għandi iktar dettalji dwar l-għoti ta' din l-art lill-privat - dwar dan nilħaq nitkellem iktar 'il quddiem - iżda għalissa ngħid biss li nispera li meta din l-applikazzjoni tiġi għall-attenzjoni tal- gvern, l-awtoritajiet ma jaqgħux f'din in-nasba.", "Fl-aħħarnett nixtieq nappella wkoll lill-kunsill lokali ta' San Ġiljan u lir-residenti ta' Paceville biex ma jitilqux din l-art minn taħt idejhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha r-residenti tal-lokal u mhux tiġi spekulata minn ħaddieħor.", "Mr Speaker, jien niskanta kif ċerti verżjonijiet jinbidlu - skond jekk min ikun qed jgħidhom ikunx fil-gvern jew fl-oppożizzjoni! - u hawn qed nirriferi fost l-oħrajn għal dak li kien qal il-Prof.", "Josef Bonnici fis-27 ta' Awissu, 1998, jiġifieri ftit ġranet biss qabel l-aħħar elezzjoni, dwar it-tariffi fuq tad-dawl u l-ilma.", "Fil-fatt huwa kien qal hekk:", "''Għax ma jaqbadx u jagħmel bħalna Dr Alfred Sant u jgħid li dawn ir- rati se jonqsu b'tant ammont?", "Aħna qed ngħidu li dawn ir-rati se jmorru lura għal li kienu, jiġifieri prattikament se nkunu f'pożizzjoni li nġibu r-rati tad-dawl u l-ilma l-istess bħalma kienu qabel.''.", "Illum kulħadd jaf li dan ma ġarax u kulmin jagħmilha man-nies jaf kemm Maltin u Għawdxin qed jibqgħu ċċassati bil-kontijiet għoljin li qed jirċievu.", "M'hemmx dubju li min wiegħed li hekk kif jitla' fil-gvern it- tariffi tad-dawl u l-ilma jerġa' jagħmilhom l-istess bħalma kienu qabel l- 1996, ma żammx dik il-wegħda.", "Il-prova ta' dan li qed ngħid insibuha fil- kontijiet għoljin iktar minn qatt qabel li qed jirċievi il-konsumatur.", "Kwotazzjoni oħra li nixtieq insemmi hija dik ta' l-Onor.", "Fenech Adami, li meta kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni kien qal hekk, eżattament fit-12 ta' Novembru, 1997:", "''Il-kuxjenza soċjali hekk tgħidlek, li bħala gvern l-ewwel li għandek taħseb huwa li ħadd ma jibqa' lura u li ż-żgħir ma jkunx magħfus.", "Imma llum il-poplu kollu qed jgħid li dan il-budget (għall-1998) se jagħfas proprju lil dawk li l-inqas jifilħu, u naħseb li hija l-ewwel darba f'pajjiżna li hawn kor sħiħ unanimu - għax kulħadd jaqbel, m'hawn l-ebda vuċi li ma taqbilx - li qed jgħid li dan huwa budget li se jolqot lil dawk li l-inqas jifilħu.\".", "Jien lill-Prim Ministru ngħidlu li anke llum hawn kor sħiħ unanimu li dan il-budget għas-sena 2000 laqat u weġġa' liż-żgħir u lil min jiflaħ l-inqas.", "Fil-fatt ta' min isemmi wkoll li dakinhar Dr Fenech Adami kien ikkonkluda d-diskors tiegħu b'dan il-kliem:", "\"Din hi s-sitwazzjoni li hawn fil-pajjiż u tajjeb li nifhmu daqsxejn x'qiegħed jiġri u għaliex dan il-gvern qiegħed f'din is-sitwazzjoni ta' kriżi.''.", "Fil-fatt anke llum il-gvern jinsab f'sitwazzjoni ta' kriżi, u minkejja li kulħadd kelma waħda u minkejja li t-trade unions qed jibbumbardjawh biex jipprovaw juruh is-sagrifiċċji u t-tbatijiet kbar li qed ikollhom jgħaddu minnhom il-ħaddiema Maltin u Għawdxin, il-gvern m'huwiex qed jagħti kas ta' dan kollu imma qed jibqa' dejjem iżid il-piżijiet fuq il-poplu.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota silta oħra mid-dibattitu li kien sar f'dan il- parlament fit-12 ta' Novembru, 1997, din id-darba mid-diskors ta' l-Onor.", "Gonzi, li kien qal hekk:", "''Aħna konna għedna li l-ekonomija trid tkompli tqajjimha u tmexxiha 'l quddiem.", "Il-konklużjoni loġika tas-sitwazzjoni tal-lum tgħidlek li l-gvern ma messux ġie hawn jgħidilna li għamel budget tajjeb għax żied it-taxxi, imma l-gvern messu ġie jgħidilna li għamel budget li permezz tiegħu jiġi żgurat li l-ekonomija se tqum fuq saqajha u li dan il- pajjiż se jkattar il-ġid.\".", "Issa hawnhekk nistaqsi: Il-membri tan-naħa l-oħra x'jaħsbu dwar l-aħħar budget, li kien budget tajjeb jew li kien budget anqas tajjeb?", "Għax kulma għamel il-gvern Nazzjonalista fl-aħħar budget kien li żied it-taxxi, u fil- fatt m'għamel xejn konkret biex iġib l-investiment, iqajjem l-ekonomija u jkattar il-ġid.", "Imbagħad l-Onor.", "Gonzi kompla jgħid hekk: \"Ġaladarba l-pajjiż jibda jkattar il-ġid, awtomatikament il-gvern jibda jiġbor iktar taxxi.\".", "Jien nistaqsi għal darb'oħra: Mela llum il-gvern għalfejn qiegħed dejjem iżid iktar it-taxxi?", "Għax ġaladarba, skond hu, illum fil-pajjiż qed jitkattar il-ġid, suppost li l-gvern jibda jiġbor it-taxxi awtomatikament u għalhekk ma kellux għalfejn iżid iktar taxxi!", "Jien nassumi li dan il-kliem jgħodd għal-lum ukoll u mhux għal dawk iż-żmenijiet biss.", "Imma issa ejjew inkomplu naraw x'qal iktar l-Onor.", "Gonzi dakinhar.", "L-Onor.", "Gonzi kien żied jgħid hekk:", "''Għalhekk il-gvern m'għandux jipprova jsolvi s-sitwazzjoni preżenti billi jimponi taxxi fuq servizzi essenzjali - bħall-ilma, l-elettriku u d-drenaġġ - imma billi jara li jiżdied il-qligħ.", "Imbagħad ħalli jintaxxa lil min jirċievi dak il-qligħ.", "Iva, hemmhekk għandu jintaxxa, mela le!", "Din hi l-politika li hemm bżonn titħaddem għal pajjiżna.", "Madanakollu minflok li f'dan il-budget il-gvern għażel li jintaxxa lil min jiflaħ jonfoq, għażel li jintaxxa lil min ma jiflaħx jonfoq.\".", "Dan il-kliem japplika eżattament għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, Mr Speaker!", "Dakinhar l-Onor.", "Gonzi kien qal ukoll:", "''Gvern li huwa verament responsabbli u jaf x'qed jagħmel x'ifittex?", "Li jkabbar l-ekonomija u jiġbor it-taxxi minn min jiflaħ jonfoq u jħallas.\".", "Pero` jiddispjaċini ngħid li llum mhux hekk qed isir għax il-gvern m'huwiex qed ifittex li jkabbar l-ekonomija u jiġbor it-taxxi minn min jiflaħ jonfoq u jħallas imma qed ifaqqa' taxxi bl-addoċċ fuq il-ħaddiema u familji Maltin, u dan huwa l-qerq tal-gvern Nazzjonalista.", "Ħalli nkompli nikkwota minn dan id-diskors ta' Dr Gonzi:", "''Allura dħaktu bin-nies u l-Prim Ministru għandu jkun kuraġġuż u jgħid: Issa tgħallimt!", "Qabel ma kontx naf imma issa tgħallimt li ma jistax ikun li dan il-pajjiż ma jkollux sistema ta' tassazzjoni li tkun tajba biex jinġabru l-flus meħtieġa!", "Dan hu li għandu bżonn il- pajjiż.", "Li jkun jaf fejn sejjer, li jkollu ekonomija tajba u li l- gvern jiġbor il-flus mingħand min jiflaħ.", "Huwa skandlu għal dan il- pajjiż li dan il-gvern Laburista ressqilna budget li l-piż tiegħu se jġorru l-poplu Malti u se jġorru l-iktar min ma jiflaħx iġorru.\".", "Għalhekk bl-istess argument illum jien ngħid li huwa skandlu li dan il- gvern ressqilna budget li l-piż tiegħu se jġorru l-poplu Malti u se jġorru l-iktar min ma jiflaħx iġorru.", "Id-diskors li kien jintqal sentejn u nofs ilu mill-oppożizzjoni Nazzjonalista japplika perfettament għal-lum, u dan mhux aħna biss qed ngħiduh imma qed jgħiduh il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha.", "Imma issa ħalli nerġa' nikkwota mid-diskors li kien sar f'dan il- parlament fid-19 ta' Novembru, 1997, fejn l-Onor.", "Gonzi kien qal dan il- kliem:", "''Madanakollu minkejja li issa l-gvern Laburista qed jifrex fuq sentejn, permezz ta' dan il-budget qed jgħidilna: Jiddispjaċini imma f'dawn it-tnax-il xahar li ġejjin m'iniex se nkun kapaċi noħloq il-ġid għal dan il-pajjiż u għalhekk lestu ruħkom għal iktar sagrifiċċji u għal iktar fallimenti!''", "Fil-fatt, Mr Speaker, dan huwa eżattament dak li qed jiġri llum għax iktar ma l-poplu qed ikollu jagħmel sagrifiċċji, iktar qed jara fallimenti, u s- sagrifiċċji li tħabbru fil-budget għadhom m'humiex biżżejjed għax hija xi ħaġa evidenti li matul is-sena l-ħaddiema se jiġu mġiegħla jagħmlu iktar sagrifiċċji.", "Dakinhar l-Onor.", "Gonzi kompla d-diskors tiegħu billi qal:", "''Jien m'għandix idea kif nevita dawn is-sagrifiċċji u dan il- falliment, u l-unika idea fantastika li għandi hija dik li s-soltu jkollu l-Partit Laburista, jiġifieri li ndaħħal idejja fi bwietkom u neħdilkom il-flus ħalli b'hekk insolvi l-problemi li ġibt b'idejja stess!''", "Fil-fatt din hija l-idea fantastika li kellu dan il-gvern biex jirranġa s- sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna minn mindu ħa l-gvern f'idejh permezz tal-qerq u l-konfoffi, li jdaħħal idejh fi bwiet il-ħaddiema u fi bwiet il- familji Maltin u jeħdilhom il-flus ħalli b'hekk isolvi l-problemi li ġab b'idejh huwa stess.", "Ħalli nkompli nikkwota minn dan id-diskors li għamel l-Onor.", "Gonzi meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu fl-oppożizzjoni:", "''Kif tista' tgħid li għandek kuxjenza soċjali meta b'dak li qed tagħmel qed tkompli toħloq il-qgħad u m'inti qed tippreżenta l-ebda proġett jew għallinqas tagħti xi xaqq dawl li beħsiebek tara kif tagħmel biex f'pajjiżna toħloq l-impjiegi u l-opportunitajiet ta' xogħol?''", "Illum jien indur fuq min qal dak id-diskors dak iż-żmien u nistaqsih: Tista' tgħidilna xi proġetti ġodda ppreżenta l-gvern Nazzjonalista f'din is- sena u nofs li ilu fil-gvern?", "Għax il-proġetti li kien wiegħed li se jwettaq qabel l-aħħar elezzjoni sal-lum għadhom lanqas biss inbdew.", "Allura bl-istess argument ta' l-Onor.", "Gonzi jien ngħid li għalhekk il-qgħad qed jiżdied, għax il-gvern preżenti m'hu qed jagħtina l-ebda xaqq dawl li beħsiebu jara kif jagħmel biex joħloq l-impjiegi u opportunitajiet ta' xogħol, anzi llum jidher li l-investiment huwa niexef.", "Imbagħad l-Onor.", "Gonzi, li llum huwa l-Viċi Prim Ministru, kompla jgħid:", "''Fil-fatt f'dan il-budget lanqas jissemma proġett wieħed jew inizjattiva waħda li forsi b'xi mod jew ieħor tista' tinkoraġġik u tgħid li għallinqas dan il-gvern qed jirrealizza li f'pajjiżna hawn sitwazzjoni serja ta' qgħad.\".", "Allura s-sitwazzjoni tal-qgħad li għandna llum, fejn dan żdied b'1,200 iktar milli kien taħt gvern Laburista, m'hijiex serja?", "Għax min fi żmien gvern Laburista ħass li s-sitwazzjoni tal-qgħad kienet serja, is- sitwazzjoni tal-qgħad li għandna llum għandha tkexkxu.", "Jien nistaqsi lill- membri tal-gvern: Xi proġetti ġew preżentati fl-aħħar żewġ budgets mill- gvern Nazzjonalista sabiex jiġu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin?", "Issa ħalli nikkwota xi siltiet oħra minn dak li kien jintqal mill-membri ta' l-oppożizzjoni fi żmien il-gvern Laburista għax jekk taqbad tikkwota ma tieqaf qatt daqskemm issib x'tikkwota!", "(Interruzzjonijiet) Jidher li kwotazzjonijiet bħal dawn ma tantx idoqqulkom tajjeb għal widnejkom!", "Per eżempju, ikun tajjeb jekk infakkar lill-Onor.", "Gonzi li fl-istess seduta tad-19 ta' Novembru, 1997, jiġifieri meta l-partit tiegħu kien għadu fl-oppożizzjoni, huwa kien qal ukoll:", "''Ġustizzja soċjali tfisser li l-morda, il-ħaddiema u l-familji bi problemi soċjali jsibu s-soluzzjonijiet fil-politika tal-gvern.", "Ġustizzja soċjali tfisser li tħaddem politika li permezz tagħha toħloq il-ġid il-ħin kollu fuq pedament ta' solidarjeta'.\"", "- ara llum dan it-tip ta' diskors m'għadux jingħad mill-membri tal-Partit Nazzjonalista! - ''Ġustizzja soċjali tfisser li min jiflaħ jagħmel tajjeb għal min ma jiflaħx.", "Ġustizzja soċjali tfisser li min hu b'saħħtu jservi ta' spalla għal min hu dgħajjef.''.", "Issa, jekk illum hawn xi ħaġa li kulħadd qed jaqbel fuqha, dan huwa l-fatt li l-miżuri li ttieħdu fil-budget xejn ma jaqblu ma' dak li kien jintqal mill-membri ta' l-oppożizzjoni fi żmien il-gvern Laburista, anzi jikkontrastaw bil-kbir.", "Waqt is-seduta tad-19 ta' Novembru, 1997 l-Onor.", "Gonzi kien wasal saħansitra biex qajjem din il-mistoqsija:", "\"Kif tista' tgħid li għandek kuxjenza soċjali jekk int stess, bħala gvern, qed iddaħħal miżuri li huma stess jgħollu l-ħajja minħabba t- taxxi kollha li qed tippreżenta?''", "Illum jien nixtieq nagħmel l-istess mistoqsija lill-gvern preżenti u nistaqsi: Kif tista' tgħid li għandek kuxjenza soċjali jekk int stess, bħala gvern, qed iddaħħal miżuri li huma stess jgħollu l-ħajja minħabba t- taxxi kollha li qed tippreżenta?", "Issa hawnhekk nixtieq nikkwota wkoll silta mid-diskors li għamel l-Onor.", "John Dalli, il-ministru tal-finanzi tal-lum, f'dan il-parlament, eżattament fis-27 ta' Novembru, 1997.", "Fil-fatt huwa kien qal dan il-kliem:", "''Gvern Nazzjonalista tella' liż-żgħir 'il fuq mingħajr ma niżżel 'l isfel lil ta' fuq.", "Aħna ridna li lill-poplu nagħtuh il-kumdita` li tixraqlu u l-piż erfajnih u m'għaddejnihx lil ħaddieħor, bħalma qegħdin jagħmlu Dr Alfred Sant u sħabu.''.", "Illum lill-ministru tal-finanzi nistaqsih: Mela l-piż min qed jerfgħu?", "Onor. Dalli, tista' tgħidli fuq min qed titfgħuh il-piż inti u l-kumplament tal-kabinett?", "Fuq il-ħaddiema u fuq il-familji Maltin u Għawdxin!", "X'wiċċ kellu Dr Gonzi jgħid fis-seduta tad-19 ta' Novembru, 1997 li:", "''Is-servizzi soċjali jistgħu jew jitnaqqsu jew inkella jitnaqqsilhom il-valur tagħhom u fil-fatt li għamel dan il-budget hu li naqqsilhom il-valur.\"", "Lanqas temmen li xi darba dan il-kliem intqal mill-membri tal-gvern preżenti!", "Jien ma nixtieqx nieħu iktar fit-tul pero` ma nistax nikkonkludi l- intervent tiegħi qabel ma naċċenna għal dak il-fuss kbir li għamlu l-membri tan-naħa l-oħra dwar l-inċident tal-ħruq tal-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea biex jaljenaw lill-poplu minn dak kollu li qed iseħħ f'pajjiżna.", "B'dawn it- tip ta' atteġġamenti l-membri tan-naħa l-oħra qed juru bl-iktar mod ċar li m'għandhom xejn sod fuq l-aġenda u allura jridu jaqbdu ma' l-inqas tentufa biex forsi jtaffu xi ftit mill-kritika li qed issir mhux biss min-naħa tal- Laburisti imma wkoll min-naħa tan-Nazzjonalisti.", "Issa hawn ta' min ifakkar li meta wara li tħabbar ir-riżultat ta' l- elezzjoni ta' l-1998 kienu nqalgħu xi inċidenti, ftit ġimgħat wara l-Prim Ministru waqt intervista li saritlu ma' NET television iġġustifika dawk l- inċidenti għax qal li din kienet ewforja spjegabbli u reazzjoni naturali.", "Pero` issa huma qed jipprovaw jattibwixxu t-tort ta' min ħaraq il-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea lill-Partit Laburista, allavolja Giorgio Boggio qalilhom li qed jagħmlu ħafna għaġeb għalxejn.", "Il-bużżieqa li nefħu biex forsi jsalvaw u ma jegħrqux faqagħhielhom l-istess ambaxxatur ta' l-Unjoni Ewropea għal Malta.", "Jien naħseb li jkun ferm aħjar jekk tikkonċentraw fuq ir-raġuni vera li qed twassalkom biex tegħrqu, ċioe` dik li llum n-nies tagħkom stess qed iduru kontra tagħkom, u dan intom tafuh iktar milli nafuh aħna.", "Illum anke n-nies tagħkom jinsabu mweġġgħin għax ovvjament in-nies tagħkom huma parti mill-poplu wkoll u allura anke huma jħallsu t-taxxi li qed timponu intom.", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra li kien qal Dr Gonzi fit-12 ta' Novembru, 1997 - jiġifieri meta l-Partit Nazzjonalista kien għadu fl-oppożizzjoni - hija din li se ngħid:", "''Issa wasal il-budget u kollox sar bil-maqlub.", "Hekk sewwa!", "Huwa sew li jkollok strateġija ta' qerq biex tirbaħ l-elezzjoni u tirbaħha, imbagħad tiġi hawn quddiem il-poplu Malti fil-parlament u tippreżenta budget qisu m'hu xejn u taqleb dak kollu li tkun wegħidt?''", "Dan id-diskors japplika perfettament għal-lum.", "Donnu li hawnhekk l-Onor.", "Gonzi kien qed jantiċipa f'liema sitwazzjoni se jġib lil pajjiżna l-gvern Nazzjonalista!", "Imbagħad kompla jgħid:", "''Għalhekk f'dawn il-ġranet ħlief diskors fuq il-budget m'hawnx.''", "- fil-fatt anke llum, minkejja li għadda Novembru, għadda Diċembru, għadda Jannar, għadda Frar u issa bdejna anke Marzu, illum ħlief diskorsi fuq il- budget m'hawnx -", "''Ara aħna konna drajna għax jiġi l-budget u jgħaddi.", "Ikun hemm ftit garr, ġeneralment li ma tajniex żieda biżżejjed għall-għoli tal-ħajja, u kulħadd jinsa kollox.", "Din id-darba mhux hekk għax din id-darba ħafna nies se jinqarsu fil-laħam il-ħaj.''.", "Fil-fatt huwa proprju għaliex in-nies qed jinħarsu fil-laħam il-ħaj li minkejja li issa għaddew ix-xhur minn mindu sar il-budget, il-poplu għadu jitkellem fuq il-miżuri li tħabbru fl-budget.", "Nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nikkwota silta li din id-darba ntqalet mill-Onor.", "Fenech Adami - kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni - liema kwotazzjoni naħseb li jrid ikun veru ma jistħix biex ikun qiegħed preżenti hawnhekk u jkollu l-kuraġġ li jibqa' jismagħha.", "Qed ngħid dan għax dak iż- żmien kien qal hekk b'riferenza għall-Gvern Laburista:", "\"Dan il-gvern tela' bil-wegħda li se jraħħas il-ħajja.", "U x'għamel f'dan ir-rigward fl-ewwel budget tiegħu?", "Imbagħad wara li semma l-miżuri li kien ħa l-gvern Laburista, Dr Fenech Adami għalaq id-diskors tiegħu b'dan il-kliem:", "\"Jien naħseb li veru jrid ikollok ċertu ardir li tkun għadek ġej rebbieħ minn elezzjoni u kulma tagħmel huma miżuri proprju opposti ta' dawk il-wegħdiet li tkun għamilt!''", "Dan il-kliem joqgħod eżatt għall-gvern Nazzjonalista preżenti għax veru jrid ikollu ċertu ardir biex wara li jkun għadu ġej rebbieħ minn elezzjoni, kulma jagħmel huma miżuri proprju opposti ta' dawk il-wegħdiet li jkun għamel qabel l-elezzjoni, u jekk dan m'huwiex qerq ma nafx x'tista' ssejjaħlu.", "Il-gvern Nazzjonalista jrid jifhem li m'huwiex faċli li jaħbi l- miżuri li għamel fil-budget wara sempliċement inċident fejn fiha nħarqet bandiera ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ara huma, minkejja li pprovaw jonfħu dak l- inċident kemm jifilħu, il-fatt li wieħed mill-membri tagħhom qal pubblikament li min ħaraqha jinħaraq ma jsemmuhiex, u nixtieq inkun naf x'ried jgħid b'din il-frażi dan l-għaref Onorevoli.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jrid li jkollu gvern li jattira l-investiment barrani ħalli b'hekk jinħoloq ix-xogħol; irid li jkollu gvern li jirnexxielu jibni ekonomija b'saħħitha; irid li fil-pajjiż ikun hawn il- fiduċja verament ħalli jkun jista' jgħix hu u jgħajjex lill-familja tiegħu; u jrid li dak li bena tul is-snin b'tant sagrifiċċju jiġi assigurat u mhux jinħatt minn gvern irresponsabbli, bħalma hu l-gvern Nazzjonalista, li l- unika viżjoni li għandu hi li jimponi iktar taxxi fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR GEORGE VELLA: Sur President, m'iniex beħsiebni nagħmel intervent twil daqs sieħbi pero` rrid ngħid li l-Onor.Cuschieri l-ħin użah tajjeb ħafna.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nifraħlu għar-riċerka li għamel fuq id-diskorsi li saru għall-aħħar budget ta' gvern Laburista, għalkemm ovvjament min kien qal dak il-kliem li kkwota l-Onor.", "Cuschieri xejn ma ħa pjaċir jisimgħu.", "Illum taħbat l-aħħar ġurnata tal-karnival u wara nofs il-lejl in-nies tinża' l-maskri u suppost li kollox jiġu lura għan-normal għax ikun spiċċa żmien il-bluha u l-illużjoni.", "Pero` sfortunatament f'nofs il-lejl m'humiex se jaqgħu l-maskri tal-gvern Nazzjonalista, liema gvern s'issa libes diversi maskri u ta diversi dehriet differenti lill-poplu, għalkemm ħafna drabi l-poplu jinduna x'hemm moħbi taħt il-maskra.", "Il-maskra tintuża għal diversi raġunijiet - hemm min jużaha biex jagħti xi sorpriża, hemm min jużaha biex iqarraq u hemm min jużaha wkoll biex iddaħħak biha - pero` ħaġa waħda hi ċerta, li l-maskra dejjem tintuża biex dak li jkun jipprova jaħbi l-verita`.", "Fil-fatt fiż-żewġ elezzjonijiet li għaddew il-Partit Nazzjonalista resaq lejn il-poplu Malti u Għawdxi b'maskra, li taħtha kien hemm wiċċ totalment differenti.", "Hekk kif il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jieħu l-gvern f'idejh ma damx wisq ma neħħa l-maskra u wera lill-poplu min hu verament, u min-naħa tiegħu l-poplu rreaġixxa għal dik il-verita` li nkixfet taħt il-maskra.", "Għalkemm ħafna minn sħabi għamlu riferenza għat-tbatijiet li qed ikollhom jgħaddu minnhom il-ħaddiema tal-paga u min jiflaħ l-inqas, jien ngħid li l-għan ta' dan id-dibattitu m'huwiex biss illi nikkonċentraw biss fuq kemm qed ibatu l-ħaddiema.", "Huwa importanti ħafna li nikkonċentraw fuq it-tbatijiet li qed ikollhom jgħaddu minnhom il-ħaddiema llum, pero` dan m'huwiex l-uniku riżultat tal-miżuri finanzjarji u ekonomiċi li qed jieħu l- gvern tal-ġurnata imma huwa biss wieħed mill-effetti.", "Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien magħruf bħala l-partit tas-sinjuri u tal- professjonisti, pero` qabel l-aħħar elezzjoni l-membri ta' dan il-partit għamlu kampanja sħiħa biex jipprovaw jattiraw l-appoġġ tal-ħaddiema, u balleċ ikolli ngħid li rnexxielhom.", "Li ma rnexxielhomx biss kien li jbiddlu l-bandiera għax għalkemm ipprovaw iwarrbu l-iswed tal-faxxiżmu, għalkemm ipprovaw iwarrbu l-iswed li ġej mill-qomos suwed ta' Mussolini fis-snin tletin, kien kollu għalxejn.", "Imma issa ħalli niġi biex nitkellem ftit fuq l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Sur President, l-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jgħidu hekk:", "\"L-għan ewlieni ta' l-Abbozz huwa biex iġib fis-seħħ il-miżuri mħabbrin fid-diskors ta' l-estimi għas-sena 2000 għar-rigward ta' l- Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti.\"", "Pero` bażikament hawn il-gvern Nazzjonalista qed jitlob lil din il-Kamra biex tagħtih l-awtorizzazzjoni li jiġbor iktar taxxi.", "Issa jekk il- parlament għandu funzjoni importanti, din hija proprju dik li għandha x'taqsam mat-taxxi - u hawnhekk nixtieq infakkar fil-famuż dictum \"no taxation without representation\" - u fil-fatt oriġinarjament fil-House of Commons kienu jinġabru diversi nies f'assemblea biex jipprovaw jikkontrollaw lir-Re ħalli dan ma jimponix taxxi fuq il-poplu.", "Huwa veru li maż-żmenijiet ir-rejiet ġew irrimpjazzati mill-gvern pero` xorta waħda jibqa' l-fatt illi suppost il-parlament qiegħed hemmhekk biex jipprova jikkontrolla u jnaqqas l-implimentazzjoni tat-taxxi kemm jista' jkun.", "Infatti s-sistema demokratika parlamentari tagħna - li għandha ħafna mis- sistema Ingliża, liema sistema kienet l-ewwel waħda ta' din ix-xorta - tesiġi li l-oppożizzjoni tipprova tikkontrolla kemm jista' jkun lill- ministri milli jimponu taxxi inġusti jew inkella taxxi li l-poplu ma jkunx jiflaħ għalihom f'isem il-gvern, u strettament anke l-membri tal-gvern li m'humiex ministri għandhom l-obbligu u d-dover li jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex jipprovaw jikkontrollaw lill-kabinett milli jimponi dawn it- tip ta' taxxi fuq il-poplu.", "Għalhekk għalkemm id-dibattitu fuq dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna twal mhux ħażin, dan m'huwiex ħin mitluf għax il-membri ta' l-oppożizzjoni għandhom l-obbligu u d-dover li jfehmu lill-poplu x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż.", "Sur President, kulħadd jiftakar li qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien pinġa stampa rosy, mingħajr ħjiel ta' l-ebda trouble u kien ta l-impressjoni lill-poplu li kien se jkun gvern li għalih money no problem, għax tant kellu aspirazzjonijiet u tant kellu ħbieb li seta' faċilment jimxi 'l quddiem.", "Għalhekk nistgħu ngħidu bla tlaqliq li ċ- ċittadin ma vvotax lil dak li kien hemm verament taħt il-maskra tal-Partit Nazzjonalista imma vvota lil dik il-maskra li kien qed jilbes il-Partit Nazzjonalista biex jipprova jistad għall-voti.", "Issa hawnhekk ma nixtieq lil ħadd jieħu l-idea li l-oppożizzjoni Laburista qiegħda tgħid li l-gvern m'għandux jintaxxa lill-poplu għax wara kollox il-gvern, ikun min ikun, għandu l-obbligu li jamministra kemm id-dħul u kemm il-ħruġ tal-finanzi tal- pajjiż.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk kulmin qed jismagħni jifhem li l-gvern irid jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kapitali, irid jagħmel tajjeb għall- investiment, bħalma per eżempju hi l-infrastruttura, irid jagħmel tajjeb għall-ispejjeż rikorrenti, bħalma huma l-pagi tal-ħaddiema taċ-ċivil, irid jagħmel tajjeb għas-servizzi soċjali, irid jagħmel tajjeb għas-servizzi tas- saħħa, irid jagħmel tajjeb għas-servizzi ta' l-edukazzjoni u jrid jagħmel tajjeb għal bosta affarijiet oħra, liema affarijiet il-poplu llum sar jippretendihom bi dritt, grazzi għall-Partit Laburista li matul is-snin dejjem għallem lill-poplu li dawn kollha huma drittijiet tiegħu.", "Fil-fatt jien nieħu pjaċir ħafna meta nara li partiti li normalment ma kenux jipprofessaw dan it-tip ta' twemmin, illum anke huma qed iħaddnu dawn il- prinċipji u qegħdin jimplimentawhom fil-politika tagħhom.", "Wara kollox għaliex le?", "Pero` biex inkompli fuq dak li kont qed ngħid qabel, ovvjament imbagħad il-gvern irid jara minn fejn se jiġbor id-dħul, u d-dħul tal-gvern jiġi mid-dazji, mis-sisa, mill-multi, mil-liċenzji, mit-taxxi, kemm minn dawk diretti kif ukoll minn dawk indiretti, mill-għotjiet li jista' jirċievi minn żmien għal żmien jew inkella minn xi riżorsi naturali li jista' jkollu.", "Issa ovvjament biex il-gvern ikollu d-dħul mid-dazju u mis- sisa jrid ikollu ekonomija b'saħħitha li tkun qed iddur il-ħin kollu u jrid ikollu wkoll turnover tajjeb ta' negozju ħalli jkun jista' jdaħħal it-taxxi minn dan it-turnover.", "Imma issa ħalli nerġa' mmur lura għall-maskri.", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista preċedenti għamel maskra ma' wiċċu u ħeba l-fatti.", "Issa hawn m'iniex se nerġa' noqgħod nirripeti dak li qalu sħabi, jiġifieri li dak iż-żmien il-gvern kien joqgħod jgħid li l-ħofra li kien qed isemmi l-Partit Laburista kienet ħrafa u li aħna konna qed nigdbu, pero` rrid ngħid li l-gvern Nazzjonalista preċedenti kien igiddeb lill- Partit Laburista, allavolja dan ta' l-aħħar kellu l-fatti quddiemu, u infatti iktar 'il quddiem beħsiebni nikkwota x'kienu jgħidu l-figuri tal- bank ċentrali dak iż-żmien.", "Per eżempju, ikun tajjeb jekk wieħed isemmi li hekk tlajna fil-gvern fl-1996, bagħat għalina l-gvernatur tal-bank ċentrali għax qalilna li jħossu obbligat li jgħidilna l-fatti kif inhuma ħalli b'hekk inkunu nistgħu niffaċċjaw ir-realta`, liema realta` ma kenitx turi l- istampa li kien qed jipprova jpinġi l-Partit Nazzjonalista, li niżel mill- gvern minħabba li kien imbeżża' mis-sitwazzjoni tal-pajjiż li kienet ħarbitlu minn idejh.", "Jien tal-fehma li dakinhar il-gvern Nazzjonalista pprova jakkwista mandat ġdid biex imbagħad ikun jista' jimplimenta miżuri iktar ħorox minn dawk li kien qed jimplimenta, għax naturalment kien diġa' jaf x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja vera tal-pajjiż.", "Quddiemi għandi dokument li kkwotajtu diversi drabi oħra - u m'iniex se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li m'għandix kopja oħra tiegħu - pero` rrid ngħid li dan id-dokument juri iswed fuq l-abjad li fl-1996 id- deficit finanzjarju bħala perċentwal tal-GDP, jiġifieri ta' dak li jipproduċi pajjiżna, kien diġa' laħaq id-9%, u dan kien fl-istess żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien jagħti l-impressjoni lill-Unjoni Ewropea li d-deficit finanzjarju tal-gvern kien biss ta' madwar 3% jew 4%.", "L- informazzjoni li hawn f'dan id-dokument tinkrimina lill-gvern Nazzjonalista li kien jaf x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja vera tal-pajjiż, pero` deherlu li għandu jaħbi din il-verita` mill-poplu billi jpinġi stampa totalment differenti mir-realta`.", "Fi kliem ieħor il-gvern Nazzjonalista libes maskra u povru poplu ma rax x'hemm wara dik il-maskra.", "Biżżejjed ngħid li minħabba l-irresponsabbilta` tal-gvern Nazzjonalista, l-ispiża tal-gvern bejn l-1992 u l-1996 splodiet 'il fuq għal Lm537 miljun u f'perijodu ta' sena waħda biss, jiġifieri mill-1995 sa l-1996, id-dħul tal-gvern niżel minn Lm450 miljun għal Lm425 miljun.", "Dan tafu xi jfisser?", "Dan ifisser illi f'sena waħda biss il-gvern tilef qrib il-Lm112-il miljun.", "Issa hawn ikun tajjeb jekk infakkar li waqt mass meeting li kien organizza l-Partit Laburista lejliet l-elezzjoni ta' l-1996 fuq il-fosos tal-Furjana jien kont staqsejt għaliex ir-revenue u l-expenditure tal-gvern għax-xahar ta' Settembru kienu ma baqgħux ġew ippubblikati, u r-raġuni vera li għaliha l- gvern ta' dak iż-żmien ma kienx ippubblika dawn iċ-ċifri qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kienet li ma riedx jikxef il-verita`.", "Meta mbagħad hekk kif tlajna fil-gvern u sibna l-problemi kollha li kien ħalla l-gvern Nazzjonalista ma' wiċċna, aħna bdejna nikxfu l-fatti u bdejna nitkellmu fuq il-ħofra, pero` l-Partit Nazzjonalista kien baqa' mistur wara l-maskra u baqa' jinsisti li l-ħofra li konna qed nitkellmu fuqha aħna kienet biss ħrafa.", "Mhux talli hekk imma talli hekk kif sab ruħu fuq il-bankijiet ta' l- oppożizzjoni, il-PN beda jwiegħed lill-poplu ħafna affarijiet għal meta jerġa' jkun fil-gvern, fosthom li m'huwiex se jagħmel iktar taxxi u li m'huwiex se jgħolli r-rata ta' l-income tax.", "Imma issa ejjew naraw flimkien x'wassal biex ġara dak li ġara fil-passat, x'inhuma l-fatti fil- preżent u, iktar importanti minn hekk, x'se jiġri minn issa 'il quddiem, għax ovvjament issa aħna bħala oppożizzjoni mhux biss għandna l-obbligu u d- dover li nħarsu lejn is-slaleb li l-gvern preżenti għabba fuq il-ħaddiema imma għadna wkoll l-obbligu u d-dover li naraw jekk fil-futur dan il-gvern huwiex se jagħmel il-ħajja tal-ħaddiema iktar faċli jew iktar diffiċli.", "Sur President, huwa fatt magħruf minn kulħadd li fi żmienna kien hemm attentat iddisprat biex il-Partit Laburista jitqaċċat mill-gvern ħalli b'hekk il-poter jerġa' jgħaddi f'idejn il-Partit Nazzjonalista, u jkolli nammetti li dan l-attentat irnexxa, bil-konsegwenza li llum flus il-poplu reġgħu qed jitmexxew mill-istess ministru li bejn l-1987 u l-1996 kien għamel ħerba sħiħa mill-finanzi ta' pajjiżna.", "Fil-fatt jiddispjaċini ngħid illi jidher b'mod ċar li għal darb'oħra l-ministru tal-finanzi qed jerġa' jfalli f'ħidmietu, u qed ifalli b'mod miżerabbli.", "Għalhekk hawn wieħed jistaqsi: Għaliex dak il-bniedem li taħt gvern Nazzjonalista wassal lill- pajjiż għal diżastru finanzjarju reġa' ġie mogħti r-responsabbilta` li jerġa' jibda jmexxi l-finanzi tal-pajjiż?", "Ovvjament il-poplu ma jistenniex risposta għal din il-mistoqsija mingħandna imma mingħand il-gvern tal- ġurnata, li għandu jwieġeb għal din il-mistoqsija bla ebda maskra ma' wiċċu.", "Jien ma nistax nifhem kif bniedem li wassal lil pajjiżna f'xifer l- irdum reġa' ngħata t-tmun f'idejh ħalli jkun jista' jkompli jgħaffeġ kemm irid fil-finanzi tal-pajjiż.", "Meta l-gvern preżenti ra li ż-żejt ma sibniehx, li m'għandniex riżorsi naturali, li ħadd ma tana dak li wegħidna li se jagħtina u li mill-kummerċ m'hemmx minn fejn terda iktar taxxi u dazji, huwa ħaseb li l-unika u l-aħjar soluzzjoni kienet dik li jżid it- taxxi ħalli b'hekk ikun jista' jdaħħal il-flus minn fuq dahar il-poplu.", "Ejjew ngħiduha kif inhi, lill-Ministru Dalli ħadd ma jista' jlumu li żied it-taxxi għaliex huwa qal bil-quddiem li se jagħmel hekk.", "Biżżejjed infakkar f'dak li kien qal wara li sar l-ewwel budget ta' matul din il- leġislatura, fejn dakinhar kien qal ċar u tond li jekk jirriżulta li l- miżuri li ħa f'dak il-budget ma kienx se jkunu biżżejjed ikun hemm bżonn li jiżdiedu taxxi oħra, u ta' raġel li hu hekk kif wasal it-tieni budget ta' din il-leġislatura reġa' żied iktar taxxi fuq il-poplu.", "Sfortunatament is- sitwazzjoni attwali hi li l-ekonomija ta' pajjiżna nieżla 'l isfel, u dan mhux jien biss qed ngħidu imma qed jgħiduh ukoll il-kummerċjanti u n- negozjanti.", "Anke l-investiment qabad it-triq tan-niżla, u jiddispjaċini ngħid li min kien isostni li hekk kif nirriattivaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea se jkollna lista sħiħa ta' investituri Ġappuniżi jistennew fil-pipeline biex jinvestu f'pajjiżna kien qiegħed jitkellem bil-maskra ma' wiċċu, liema maskra ma jilbishiex biss fil- karnival imma jilbisha permanentament ħlief meta jkun qed jitkellem ma' sħabu jew fil-klikek.", "Wieħed irid jgħid ukoll li lanqas il-wegħda ta' opportunitajiet ta' xogħol li kien għamel il-gvern Nazzjonalista ma seħħet, bil-konsegwenza li llum in-nies għandhom inqas flus fil-but x'jonfqu, u jekk stess għad hawn min għandu x'jonfoq illum qed jibża' jagħmel hekk għax ma jafx x'se jiġri għada.", "Mhux ta' b'xejn li l-industrija lokali qed tbigħ inqas, li l- kummerċ qed jonqos u li l-ekonomija qiegħda tistaġna bil-mod il-mod.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix anke l-fatt li minħabba wħud mill-miżuri li ħa dan il-gvern, fosthom it-tneħħija tal-levies, l-industrija lokali mhux talli ma tantx qiegħda tiffunzjona imma talli l-futur tagħha huwa mhedded.", "Imbagħad xi ngħidu għall-għoli tal-ħajja?", "Ir-rata ta' inflazzjoni li għandna bħalissa ma tantx qed tirrifletti r-realta`, pero` sakemm isir household budgetary survey ġdid ikollna nimxu mar-retail price index li għandna.", "Madanakollu ħadd ma jista' jiċħad il-fatt li l-prezzijiet qegħdin dejjem jogħlew u l-pagi qegħdin dejjem jonqsu.", "Jien ma nistax nifhem kif il-gvern, minkejja li jaf b'dawn l-affarijiet kollha li qed insemmi, jibqa' jżid dejjem iktar taxxi fuq il-poplu u mbagħad bl-ardita` kollha jiġi jgħajjarna li fi żmienna aħna għamilna 33 taxxa.", "Uħud minn sħabi diġa' staqsew lill-membri tan-naħa l-oħra liema taxxa neħħew minn dawk li kien għamel il-gvern Laburista.", "Jekk wieħed irid jitkellem bla maskra, ikollu jammetti l-fatt li l-maġġoranza l-kbira tat- taxxi li introduċa l-gvern Laburista kienu fuq affarijiet ta' lussu, bħalma huma l-yachts u l-karozzi ta' ċertu ċilindraġġ.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, wieħed mill-membri tan-naħa l-oħra qed jistaqsini: Il-pitrolju għandu ċertu lussu wkoll?", "Huwa għalhekk li jien għedt li \"l-maġġoranza l- kbira\" tat-taxxi li introduċa l-gvern Laburista kienu fuq affarijiet ta' lussu u m'għedtx li kienu fuq affarijiet ta' lussu t-taxxi kollha.", "Ovvjament huwa veru li daħħalna wkoll taxxi fuq affarijiet li assolutament m'humiex ta' lussu, bħalma hu l-pitrolju, pero` aħna kellna nieħdu dawn il- miżuri għax konna diġa' bdejna nħokku rasna ħalli naraw kif se nimlew il- ħofra finanzjarja li intom kontu tgħidu li ma teżistix.", "Imbagħad xi ngħidu għall-ħela li qed issir min-naħa tal-gvern bla ebda kontroll?", "Ħadd ma jista' jinnega l-fatt li l-ħela min-naħa tal-gvern għadha għaddejja, u ma nistgħux nimlew il-barżakka jekk l-ewwel ma nsoddux it-toqob.", "Għalhekk jien nistaqsi: X'inhu jagħmel dan il-gvern biex isodd it-toqob li għandu fil-barżakka?", "Biex naraw kemm il-gvern m'huwiex konxju tas-sitwazzjoni finanzjarja li ġab lil pajjiżna fiha, biżżejjed insemmi l- fatt li ta' biċċa pjanta dan il-gvern ta lil wieħed perit is-somma ta' Lm177,000, u dan il-każ jien se nibqa' nsemmih għax skandalizzajt ruħi bih.", "Kemm irridu nagħsruhom lill-ħaddiema biex niġbru mingħandhom Lm177,000 f'taxxi!", "Imbagħad niġu nagħtu dawn l-eluf ta' liri kollha lil xi ħadd li għamlilna biċċa pjanta.", "Il-membri ta' din in-naħa ma jistgħux ma jsemmuhomx dawn l-affarijiet, u huwa għalhekk li l-membri tan-naħa l-oħra jiddejqu meta sieħbi l-Onor.", "Cuschieri jibda jikkwota diskorsi li għamlu huma stess.", "Bilfors li llum ikollhom jibilgħu kulma qalu dak iż-żmien.", "Illum għandna gvern li m'huwiex marbut biss illi jimla l-bwiet ta' min għandu l-obbligi lejh ...", "Iva, dan jien ma nibżax ngħidu li l-gvern preżenti huwa marbut jimla' l-bwiet ta' dawk li qed jgħinuh, ta' dawk li qed jagħlqu ħalqhom u ta' dawk li qed jagħtu stampa pożittiva fil-gazzetti tagħhom.", "Dan l-aħħar qrajna x'qalu l-advisers tal-ministri, li huma edituri tal-gazzetti.", "X'ma jgħidux favur il-ministri dawn!", "U nagħtuhom il- flus fil-but talli jkunu advisers!", "Pero` dwar dan beħsiebni nitkellem fid- dettal iktar 'il quddiem.", "Kont qed ngħid li l-gvern m'huwiex marbut biss illi jimla l-bwiet ta' min għandu l-obbligi lejh imma huwa marbut ukoll li jagħmel spejjeż kbar, u hija l-politika tiegħu stess li qed iġġiegħlu jagħmel dan għax b'hekk biss jista' joqrob lejn l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk ovvjament il-gvern irid iġib il-flus minn x'imkien ħalli jipprova jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż li qed jagħmel.", "Biex tkompli tgħaxxaqha, minkejja li issa l-Partit Nazzjonalista ilu 18- il xahar li tela' fil-gvern il-proġetti kbar ta' l-investiment li kien ipproġetta l-gvern Laburista u li kien wasal biex jimplimenta f'qasir żmien baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Mela aħseb u ara li kieku l-membri tan-naħa l-oħra ma sabu xejn ipproġettat!", "Jiddispjaċini ngħid li l-gvern preżenti m'għandu f'moħħu l-ebda idea ta' proġetti u m'għandu f'moħħu l-ebda tamiet!", "Aqraw il-budget ta' din is-sena u l-budget tas-sena l-oħra u araw jekk fihom issibux xi idea oriġinali li se toħloq l-investiment, li se toħloq l- impjiegi, li se tagħti l-opportunitajiet, li se ġġib il-flus lejn pajjiżna jew li se tittama liż-żgħażagħ tagħna li dawn se jkollhom minn fejn jaqilgħu l-ħobżna ta' kuljum!", "Aqraw il-budgets li semmejt u araw jekk fihom hemmx imqar idea li għada pitgħada tista' tiġi żviluppata!", "Il-membri tan-naħa l-oħra lanqas biss kellhom il-guts jibdew dak li wirtu mingħandna.", "Meta rajt lill-Ministru Zammit Dimech, lill-Ministru Bonnici u lill-membri tan-naħa tal-gvern li huma mill-Kottonera neżlin Bormla ħsibt li kien se jinbeda l-proġett tal-Kottonera, pero` ma domtx wisq ma skoprejt li dawn kienu neżlin Bormla sabiex jaraw jitwaqqa' ċint li l-permess biex jitwaqqa' ilu li ħareġ minn Novembru li għadda!", "Imma issa li waslu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ħassew li għandhom imorru jaraw dan iċ-ċint jitwaqqa' ħalli jagħmlu daqsxejn teatrin.", "Il-membri tan-naħa l-oħra m'humiex qed jilbsu l-maskri għall-ħamest ijiem tal-karnival biss imma qed jilbsuhom is- sena kollha!", "Jien ma nafx kif min f'mass meeting kien għamel dikjarazzjoni formali bħal dik fejn wiegħed lill-poplu li hekk kif nirriattivaw l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea nirċievu Lm100 miljun, ma marx jinħeba kif induna li waqa' għaċ-ċajt jew almenu ma talabx skuża lill-poplu talli kien illudih b'dak il-mod.", "Ara kieku għamilna wegħda bħal dik jien u sħabi mur ara kif kienu jqattgħuna l-gazzetti!", "Uħud miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kienu belgħu dik il-propaganda u llum, imsieken, indunaw li kienu żbaljaw meta ħasbu li kienu qed jittrattaw ma' nies serji u lil dawn iċ-ċittadini ngħidilhom: Kontu qed tittrattaw ma' nies li wara l-elezzjoni neħħew il-maskri li kienu lebsin u issa qed taraw il-verita`.", "Kif għedt diġa', anke r-riżorsi naturali li l-gvern kien qed jittama fihom, fosthom is-sejba taż-żejt f'Għawdex, sfumaw fix-xejn, u dan qed ngħidu b'dispjaċir.", "Irrid nirrimarka wkoll għall-fatt li filwaqt li l-ispiża ta' ċerti servizzi li jagħti l-gvern qiegħda tiżdied, bħalma huma s-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni, id-dħul għall-gvern qiegħed dejjem jonqos, u jkollna nammettu li bħala konsegwenza ta' dan kollu anke l- istandard of living tal-poplu Malti u Għawdxi qed jitbaxxa.", "Tkellmu mal- bejjiegħa tal-laħam, tkellmu mal-bejjiegħa tal-ħaxix, tkellmu mal-bejjiegħa tal-ħwejjeġ, tkellmu mal-bejjiegħa tal-white goods u dawn kollha jgħidulkom kemm qed jonqos in-negozju minħabba li l-istandard of living tal-poplu tagħna - speċjalment tal-ħaddiema, li f'sitwazzjoni bħal din huma l-iktar nies li jintlaqtu - qiegħed jitbaxxa.", "Sur President, meta wieħed jagħti ħarsa ħafifa lejn il-gvern preżenti jista' jkun li jibni xi ftit kuraġġ għax, peress li mad-daqqa t'għajn jara li dan il-gvern għandu ċerta arja, jaħseb li għandu s-soluzzjonijiet għall- problemi li jeżistu fil-pajjiż; iżda jekk imbagħad ineħħilu l-maskra minn ma' wiċċu jsib gvern mifxul u gvern imħawwad li ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Għax mhux imbilli nkunu nidhru qed nidħku u nkunu qed nidhru kalmi bil-maskra.", "Il-maskra tagħtik dehra ħafna iktar differenti minn dik li tkun verament, u taħt il-maskra tal-gvern preżenti hemm wiċċ imqarras, wiċċ imħasseb, wiċċ inkwetat u wiċċ mifxul.", "Ovvjament il-gvern jinsab mifxul minħabba li m'għandux soluzzjonijiet għax min ikollu s- soluzzjonijiet ikun kalm, ikun jaf x'se jagħmel u jkun diġa' qed jippjana l- azzjonijiet li jkun imissu jieħu.", "Imbagħad il-ministru tal-finanzi ħa għalih għax l-Onor.", "Helena Dalli qaltlu li għażel it-triq il-faċli.", "Fil- fatt dak li qaltlu l-Onor.", "Dalli huwa kollu minnu għax, iva, il-gvern Nazzjonalista għażel l-iktar triq faċli, dik li jżid it-taxxi fuq il-poplu.", "Kieku almenu l-gvern preżenti mpona taxxi ġusti u bilanċjati ma kienx iqum dan l-istorbju kollu fil-pajjiż, pero` l-gvern deherlu li m'għandux jimponi dawn it-taxxi b'ġustizzja u b'kuxjenza soċjali, li l-membri tan-naħa l-oħra tant kienu jitkellmu fuqha fi żmenijiet oħra.", "Jien illum ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-gvern lanqas impona dawn it- taxxi b'kuxjenza, aħseb u ara kemm imponiehom b'kuxjenza soċjali, u veru ma jridx ikollok kuxjenza biex timponi dak li mpona l-gvern fl-aħħar budget!", "Ġaladarba l-gvern Nazzjonalista tant iħobb jipprofessa t-tagħlim u l- ispirazzjonijiet tad-demokrazija kristjana, jekk xejn jien kont nippretendi li dan kien se japplika t-tagħlim tal-knisja fuq dak li għandu x'jaqsam mal- ġbir tat-taxxi, fuq dak li għandu x'jaqsam ma' min għandu jerfa' s-salib u fuq dak li għandu x'jaqsam ma' min għandu jdaħħal spalltu l-iktar biex jirfed lill-pajjiż, li bħalissa qed jikkrolla.", "Dan kollu jfakkarni f'San Franġisk meta kien ipprova jżomm l-knisja milli taqa'!", "Ma nistax nifhem kif minkejja li l-gvern Nazzjonalista jaf li l-ħaddiema ż-żgħar ma jifilħux tagħbija tqila għax jitgħaffġu, jibqa' jitfa' l-piż fuqhom xorta waħda.", "Jien nistaqsi lill-gvern preżenti: Allura għaliex lil min jista' jgħinu, lil min għandu minn fejn jgħinu u lil min hu kapaċi jikkontribwixxi ħafna iktar ma missejtuhx?", "Issa nispera li ma jiġux isemmulna n-naqra żieda income tax li għamlu fuq il-kbir!", "Imbagħad xi ngħidu għall-kutrumbajsi li għamlu?", "Ngħid għalija, jien kont se nirremetti meta wara li f'Settembru li għadda l-Prim Ministru rrisponda \"no\" hekk kif ġie mistoqsi jekk hux se jżid it-taxxi, illum qiegħed jipprova jiġġustifika lil dan il-parlament li dik in-\"no\" li qal dakinhar tfisser xi ħaġa oħra.", "Li kieku rrisponda mod ieħor, b'xi mod wieħed jista' jasal biex jirnexxielu jagħti interpretazzjoni differenti, pero` l-Prim Ministru qal biss \"no\" u \"no\" tfisser \"le\" u xejn aktar.", "Allura l-Prim Ministru kif jista' jipprova jġib l-argument illi n-\"no\" tiegħu tfisser differenti?", "Nerġa' nirripeti li dakinhar li smajtu jġib dan l-argument jien tlaqt 'il barra għax veru ħassejtni se nirremetti.", "Din l- ipokresija hija inaċċettabbli u ma jistax ikun li dan il-pajjiż jibqa' jitmexxa minn nies li jibdlu l-maskri kull żewġ minuti.", "Jien insostni li l- gvern preżenti għażel l-iktar triq faċli, u dan għaliex huwa mhux biss żied it-taxxi imma talli din iż-żieda tefagħha l-iktar fuq min żgur li ma jistax jiskappalu, u hawn qed nirriferi għall-ħaddiem iż-żgħir tal-paga.", "Ara lill- ħut il-kbir il-gvern iħallieh għaddej!", "Pero` jien xejn ma niskanta b'dan għax il-gvern preżenti l-istess ħaġa għamel fil-qasam tad-droga għax lil min fil-pussess tiegħu sablu nofs uqija ħaxixa tefgħu l-ħabs, u lil min sablu tliet kilogrammi eroina bagħtu lura lejn pajjiżu!", "Dawn huma affarijiet li taħt gvern Nazzjonalista tarahom jirripetu ruħhom u, għalkemm jirripetu ruħhom f'okkażjonijiet differenti, dejjem jintuża l-istess pattern.", "Sur President, bħalma qalu sħabi, min jitkellem man-nies jaf mil-liema sagrifiċċji u tbatijiet jinsab għaddej il-poplu, u hawn qed nirriferi għal min jiltaqa' mal-ħaddiema u mhux għal min imur iċekċek it-tazzi tax- xampanja ma' dawk in-nies li għandhom il-yachts u l-vilel bis-swimming pool.", "Biex tkun taf minn xiex ikun għaddej il-poplu trid titkellem ma' dawk in-nies li jkunu għadhom ġejjin mis-suq, ma' min ikun qiegħed bil- minimum wage, ma' min ikun qiegħed jaqlagħha u jikolha jew inkella ma' dak ir-raġel bi tlett itfal li kien ħaddiem tal-Kalaxlokk u tkeċċa u li filwaqt li qed jitħabat biex jipprova jsib impjieg ieħor, il-gvern qed ikompli jżidlu t-taxxi ħalli jkompli jkissru.", "Jien ma nistax nifhem kif imbagħad jiġi l-gvern u bil-wiċċ tost kollu jgħidilna li m'hux veru li l-miżuri li ħa fil-budget jolqtu negattivament lil min jaqla' inqas minn Lm5,500.", "Allura ngħid jien, il-ħaddiema u l-familji ta' dawk il-ħaddiema li jaqilgħu inqas minn Lm5,500 ma jsuqux karozza, ma jeklux ħobż, ma jpejpux sigaretti u ma jagħmlux telefonati?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax dawn l- affarijiet kollha għolew fl-aħħar budget.", "Il-membri tan-naħa l-oħra jgħidulna li l-gvern ma żiedx ir-rata ta' l-income tax lil dawk li jaqilgħu inqas minn Lm5,500, pero` dan m'hu minnu xejn għax anke f'dan il-każ kien hemm xi żieda żgħira.", "Bilfors li jrid ikollok maskra ma' wiċċek biex ma tistħix tgħid dawn l-affarijiet!", "Nhar is-Sibt li għadda, li kien jaħbat Sibt il-karnival, tgħidx kemm ħadu gost in-nies ġon-Nadur, bil-maskra ma' wiċċhom, għax ġaladarba ħadd ma seta' jagħrafhom ma stħawx jinbxu lil kulmin kien għaddej.", "Fil-fatt anke l-gvern għandu maskra ma' wiċċu u għalhekk m'huwiex qed jistħi jgħid lil min jiflaħ l-inqas li qed inaqqarlu dak kollu li għandu fil-but.", "Terġa', għal dik li hija rata ta' income tax, il-gvern żgarra waħda sew għax lanqas biss kellu d-diċenza jifhem li l-poplu Malti u Għawdxi jinsab imsallab u li allura jkun aħjar jekk iżid l-income tax billi ...", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed nirrakkmanda lill-gvern iżid l-income tax, anzi jidhirli li diġa' kien intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra - għalkemm ma' dan il-gvern ma tista' tiftiehem qatt - li r- rati ta' l-income tax m'għandhomx jintmessu.", "Fil-fatt qabel l-elezzjoni l- Partit Nazzjonalista tant kien beda jipprova jagħti l-impressjoni li hu assolutament kontra li jogħlew ir-rati ta' l-income tax, li kien għamel propaganda sħiħa kontra tagħna u tgħidx kemm kien izzika li jekk kemm-il darba l-Partit Laburista jitla' fil-gvern aħna konna se ngħollu r-rati.", "Min kellu jobsor li hekk kif jitla' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, l- ewwel ma kellu jagħmel kien li jitfa' l-maskra fil-ġenb u jgħolli r-rati ta' l-income tax!", "Terġa' lanqas biss indenja ruħu jara li jgħolli dawn ir- rati b'mod ġust għax lil min jaqla' Lm10,000, lil min jaqla' Lm20,000 u lil min jaqla' Lm25,000 imponielu l-istess żieda; jiġifieri jekk lil min jaqla' Lm10,000 imponielu Lm300 żieda f'taxxa, lil min jaqla' Lm20,000 u Lm25,000 imponielu l-istess żieda wkoll.", "Dik ġustizzja soċjali!", "Dak gvern li jħenn għaż-żgħir!", "Għax ngħiduha kif inhi, lil min jaqla' Lm8,000 llum issejjaħlu sinjur, meta tikkonsidra l-għoli tal-ħajja u l-aspettazzjonijiet illi ġustament nebbitna fil-poplu tagħna?", "Aħna lill-poplu darrejnieh jippretendi li l-istandard of living tiegħu jitjieb minn ġurnata għall-oħra u mhux imur id-dar b'paga inqas minn dik tas-sena ta' qabel.", "Fejn qatt kienet din!", "Il-ħaddiem iż-żgħir xtaq li dan il-gvern ikun serju biżżejjed li joħroġ bis-saħħa kollha kontra min ikun qed jiskappa mit-taxxa ħalli almenu ma jarax lilu nnifsu u lil sħabu l- ħaddiema biss ibatu.", "Jien nistaqsi: Lil min sal-lum baqa' jiskappa mit- taxxa l-gvern x'inhu jagħmillu?", "Meta l-gvern Laburista kien beda jitkellem fuq sistema ta' spot checks fir-returns ta' l-income tax, tgħidx kemm kienu daħku bina u kemm qalulna li dik m'hijiex sistema tajba!", "Issa l- iskop kien li dawn l-ispot checks iservu ta' deterrent għal min ikun qed jipprova jiskappa t-taxxa, għax ikun jaf li jekk issir spot check fuq l- income tax return tiegħu u jinstab li jkun qed jevadi t-taxxa mbagħad ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li hekk kif il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987, ma kienx baqa' jippubblika dak il- ktieb li kien jippubblika l-gvern Laburista sabiex permezz tiegħu l-poplu jkollu d-dritt u l-faċilita` jkun jaf min qed iħallas it-taxxa u min qed jevadieha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex l-Onor.", "Membru jkun jista' jkompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Vella jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Jien nistaqsi: X'kien fih x'tistħi dak il-ktieb?", "Ġaladarba s- soċjeta` Maltija u Għawdxija hija familja waħda - għax huma hekk kienu jgħidu - kif tista' tistħi turi li xi ħadd qed jisraq lil ħutu billi m'huwiex qed jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu u mbagħad bil-wiċċ tost kollu qed jieħu s-servizzi daqskemm jeħodhom dak li, miskin, qed iħallas dak li huwa dovut minnu sa l-inqas ċenteżmu?", "Meta nħallu lil dak li jista' jħallas kontribuzzjoni ta' Lm5,000 jiskappa jkunu jridu jpattu għall- kontribuzzjoni tiegħu mill-inqas 10, 15 jew 20 ħaddiem.", "Allura din hi l- ġustizzja soċjali?", "Din hi l-kuxjenza soċjali?", "U ejjew inwaqqgħu l-maskri u ma nibżgħux nirfsu l-kallijiet ta' ċerti nies!", "Għax hawn hi l-istorja kollha li tan-naħa l-oħra m'għandhomx il-guts li jirfsu l-kallijiet u jiftħu l-kaxxa mimlija skandli ta' ċerti kategoriji ta' nies, u dan għal diversi raġunijiet, fosthom minħabba alleanzi u rikatti.", "Il-ministru qalilna li issa se nonfqu xi Lm2 miljun biex inwaqqfu tax compliance unit, pero` min irid jibgħat flusu l-Isvizzera xorta se jkun jista' jibgħathom, u min irid jinvesti f'yacht u ma jgħidx li hu tiegħu imma tal-kumpannija xorta se jkun jista' jagħmel dan ukoll.", "Spiss nisimgħu lill-accountants jgħidu li qed jiġu mġiegħla ...", "Fil- fatt anke wieħed mill-membri tan-naħa tal-gvern qalilna li qed jiġi mġiegħel jimla l-income tax returns mhux kif suppost!", "Imma dawn x'affarijiet huma?", "Dan xi ħmieġ hu?", "Aħna nistgħu nibqgħu mexjin b'dan il- mod u nħallu liż-żgħir jokrob taħt il-piżijiet jekk aħna nsara?", "Bla ebda dubju, ma nistgħux nibqgħu nippermettu lil min jaqla' l-mijiet ta' liri kuljum jiskappa, u hawnhekk naf x'qed ngħid, bħalma jaf x'qed ngħid il- ministru.", "Allura għaliex ma nipprovawx nilħqu consensus fuq dawn l- affarijiet?", "Fuq dawn l-affarijiet għandna nilħqu consensus u mela fuq l- Unjoni Ewropea!", "Ejjew inġibu l-ġustizzja soċjali f'dan il-pajjiż ħalli naraw min għandu l-interess vestit li ma nikxfux borom, imbagħad min ma jogħġbux jitlaq!", "Ejjew niftehmu ħalli naraw kif nistgħu nibdew nikxfu lil min m'hux qed iħallas it-taxxi!", "Hawn irrid infakkar ukoll li meta konna nitkellmu fuq il-moralita` fiskali, il-membri tan-naħa l-oħra tgħidx kemm kienu jidħku bina.", "Fil-fatt il-moralita` fiskali kienet idea ta' l-ex-ministru tal-finanzi, Lino Spiteri, li kien jitkellem ħafna fuqha.", "Lill-membri tan-naħa l-oħra ngħidilhom: Il-moralita` fiskali teżisti, mela le!", "Huwa min jipprova jiskappa milli jħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu li jkun qed jagħmel dnub u mela min ma jmurx quddies kull nhar ta' Ħadd!", "Dawn huma d-dnubiet moderni, li tonqos mid-doveri tiegħek lejn is-soċjeta` li tifforma parti minnha.", "Pero` l-ħaddiem iż-żgħir mhux b'dan biss huwa skandalizzat imma anke bil-ħela, bl-illaxkar, bir-rimi ta' flus, bin-nuqqas ta' kontrolli u bil-korruzzjoni li għaddejja bħalissa fil-pajjiż.", "Sur President, ovvjament in vista tas-sitwazzjoni li għandna fil-pajjiż, illum għandna wkoll ħafna nkwiet industrijali, u l-gvern, bil-mezzi kollha leġittimi li għandu - u kważi anke b'dawk il-mezzi li m'humiex leġittimi - qed jara kif jista' jostakola lit-trade unions milli jiddefendu l-interessi tal-ħaddiema.", "Issa biex inkunu ċari mal-ewwel, jien la għandi mill-GWU u lanqas għandi mill-UHM.", "Jien m'għandi minn ħadd, pero` huwa fatt li għall-ħaddiem it- trade unions huma l-uniku forum li fihom jista' jsemmi leħnu.", "Għax ejjew ngħiduha kif inhi, il-ħaddiem x'jista' jagħmel?", "Il-ħaddiem m'għandu xejn li biha jista' jirrikatta lill-gvern u l-unika għodda li għandu hija li jipparteċipa f'azzjoni industrijali.", "Issa jekk aħna m'aħniex naċċettaw lanqas dawn l-affarijiet allura nistgħu nżarmaw kollox, inkluż dak kollu li daħal matul is-snin bis-soċjaliżmu demokratiku, u mmorru lura fi żmien Rousseau.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax il-gvern preżenti qed jipprova jagħmel minn kollox biex ifixkel lit-trade unions, biex ma jħallihomx jesprimu ruħhom u biex ma jħallihomx ikunu l-porta voce ta' dak il-ħaddiem li hu mweġġa', diżappuntat u mdejjaq bis-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna.", "Jien lill-gvern preżenti ngħidlu: Imbilli tressaq lit-trade unions il- qorti?", "Mhux tagħmilhom martri tkun qiegħed?", "Għalfejn dan il-qżież?", "Għalfejn qed nagħmlu affarijiet li qatt u ħadd m'għamel f'pajjiżna?", "Dan biex inkomplu nżidu l-inkwiet u l-ferment?", "Imbagħad jiġu jgħidulna li fil- pajjiż m'hawnx investiment għax qegħdin ingerrxuh bl-azzjonijiet tagħna!", "Jien, bħala Malti, nista' ngħid bl-ikbar sinċerita` quddiem Alla li niddejjaq nara din is-sitwazzjoni mwiegħra fil-pajjiż.", "Dak jonqosna biex żgur ma jersqux investituri lejn pajjiżna!", "Wara kollox lit-trade unions min qed iġiegħlhom jagħmlu dak li qed jagħmlu?", "Mhux il-gvern preżenti, li għax m'għandux kuxjenza soċjali qed jgħabbi lill-ħaddiem b'piżijiet li ma jiflaħx għalihom, u dan meta qabel l-elezzjoni kien illudieh bil-maskra sabiħa li kien ippreżenta ruħu biha?!", "Sur President, ħadd ma jista' jinnega l-fatt li l-gvern Nazzjonalista preżenti huwa insensittiv u arroganti.", "Kieku kien gvern serju, żgur li ma kienx jippermetti dawn il-ħafna pulċinellati li qed isiru.", "Biżżejjed ngħid li biex sempliċement it-trade unions jitolbu lill-gvern jinnegozjaw miegħu tgħidx kemm qed ikollhom jgħaddu minn ċerimonji għax l-ewwel jistaqsihom jekk fehemhomx tajjeb li jridu jinnegozjaw miegħu, imbagħad javżahom biex iressqulu proposti serji ...", "U ejjew ngħidu l-verita`, f'ġieh il-Bambin!", "Ejjew inkunu serji u nammettu li jeżistu l-problemi u jeżisti l-mard f'dan il-pajjiż!", "Iktar ma nsolvu l-inkwiet industrijali li jeżisti fil-pajjiż malajr, iktar se jkun jaqbel għall-pajjiż kollu.", "Jien niskanta bl- atteġġament li qed jieħdu l-federation of industry u ċ-chamber of commerce għax dawn qishom ma jeklux mal-ħaddiem, bħallikieku mhux minn hemm jiġi ħobżhom ukoll!", "Fil-fatt ġieli nibda niddubita li dawn qed idaħħlu l- introjtu minn x'imkien ieħor għax kieku għandi nifhem li jkunu huma stess li jimbottaw lill-gvern u jħeġġuh biex jitkellem mal-ħaddiema.", "Wara kollox il-ħaddiema huma parti mir-rota tas-soċjeta` tagħna.", "Hemm għalfejn immorru lura għat-tagħlim ta' Marx illum u nibdew naraw min għandu l-iktar valur, jekk hux min jinvesti jew min jaħdem?", "Jien ma ngħidx li huwa l-ħaddiem li l-iktar għandu valur lanqas għax nemmen li l-ħaddiem, l- investitur u n-negozjant jifformaw parti minn makkinarju wieħed.", "L-arloġġ li kien ivvinta Mikiel Anġ Sapiano ma kienx jaħdem b'rota waħda imma b'ħafna roti li jingranaw flimkien u l-arloġġ b'hekk biss seta' jimmarka l- ħin eżatt!", "Infatti aħna dak li rridu mis-soċjeta`, mhux li noqogħdu nimbxu lil dak u lil ieħor, mhux li niddieħku b'dak u bl-ieħor jew li l-poter tant jitla' għal rasna li nibagħtu lin-nies il-qorti ħalli nuruhom kemm aħna b'saħħitna.", "Jien qed nagħmel dan l-appell minn qalbi għax ma jistax ikun li f'dan il- pajjiż nibqgħu l-ewwel nimbxu lill-ħaddiem u mbagħad nipprovaw nostakolawh biex dan ma jurix id-dwejjaq tiegħu, biex ma jurix l-uġigħ tiegħu, biex ma jurix il-pwieni li għandu, biex ma jurix il-biża' li għandu u biex ma jurix l-inċertezza li għandu għall-futur tiegħu.", "Imbagħad, kif għedt diġa', nippretendu li għandu jiġi l-investiment f'pajjiżna!", "U mela le!", "Bil-ġirja se jiġi l-investiment!", "Din is-sitwazzjoni ma żviluppatx mil-lum għal għada, u kif jgħidu, il-passat huwa l-mera tal-futur.", "Illum kulħadd jirrealizza li huwa l-gvern Nazzjonalista li ġab lill-pajjiż f'din is- sitwazzjoni, u għalhekk wieħed għandu jistaqsi: Ta' min ikompli jafdah lill-gvern preżenti?", "Għax ġaladarba ġabna f'din is-sitwazzjoni ta' faqar mill-punt tat-tluq tiegħu, allura ma nistax nimmaġina f'liema sitwazzjoni se jġibna għada pitgħada!", "Sur President, meta fl-1987 il-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern, wiret sitwazzjoni finanzjarja tajba.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod insemmi ċifri għax dawn diġa' kkwotawhom sħabi l-kelliema ta' oppożizzjoni, pero` huwa fatt li l-gvern preżenti wiret sitwazzjoni finanzjarja tajba.", "Jien ma ngħidx li s-sitwazzjoni li wiret il- gvern Nazzjonalista kienet bħal ta' l-Emirati jew inkella bħal ta' dawk il- pajjiżi li għandhom iż-żejt ħiereġ mill-art, għax sfortunatament il-Bambin m'għoġbux iżejjinna b'dawn ir-riżorsi naturali.", "Insomma, jien naħseb li kien jaf x'qed jagħmel il-Bambin meta ma żejjinniex b'dawn ir-riżorsi naturali għax kieku min jaf kemm kibritilna iktar rasna!", "Imma ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Kont qed ngħid li fl-1987 il-gvern Nazzjonalista wiret sitwazzjoni finanzjarja tajba, pero` sfortunatament ma kompliex imexxi lil pajjiżna b'mod tajjeb, speċjalment minħabba l- mentalita` żbaljata li kellu li jibda jħeġġeġ il-konsum bl-amment.", "Hekk kif tela' fil-gvern beda jħeġġeġ lill-poplu biex jikkonsma kemm jiflaħ ħalli r-rota ta' l-ekonomija tibqa' ddur, pero` kien qed jiġri li min kien qed jikkonsma ma kienx qed jipproduċi.", "Min kien qed jissellef ma kienx qed jagħmel dan biex jinvesti ħalli jipproduċi imma kien qed jissellef biex jikkonsma.", "Min kien qed jixtri l-karozzi kien qed jagħmel dan biex ikissirhom u min kien qed jaħdem biex jaqla' l-flus kien qed jonfoq dawn il- flus f'xi ġita.", "Ovvjament m'hemm xejn ħażin illi wieħed jagħmel dawn il- kapriċċi, pero` jrid ikun jiflaħ jagħmilhom u mhux ikun qed jagħmilhom sempliċement għax ikun hemm xi ħadd jgħidlu biex igawdi issa ħalli jħallas għada.", "Biżżejjed ngħid li għall-ħabta ta' l-1996, tant kien qed jidher li qed tiżvolġi sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra illi l-bank ċentrali stess beda jwiddeb lill-banek biex ma jsellfux iktar għax kien qed isir self esaġerat.", "B'dak is-self kollu li kien qed isir wieħed kien jippretendi li konna se nkabbru l-esportazzjoni tagħna, pero` sfortunatament dan ma ġarax.", "Lil min jissellef biex jinvesti fl-industrija ħalli mbagħad ikun kapaċi jipproduċi, jien ngħidlu: God bless you!", "Hawnhekk qed niftakar fi trattat tajjeb ħafna li sar fuq il-kwestjoni ta' x'inhu dejn tajjeb u x'inhu dejn ħażin fil- qasam ta' l-ekonomija, u dan huwa trattat li ta' min jaqrah.", "Bħalissa m'huwiex qed jiġini f'moħħi l-isem tal-kittieb pero` jekk niftakar nsemmih.", "Fil-fatt f'dan it-trattat il-kittieb iġib eżempju ta' x'inhu dejn tajjeb u x'inhu dejn ħażin billi jgħid illi kieku missieru kien xi wieħed minn dawk li jħobb jagħmel ħafna dejn, kien jippreferi li meta jirtu kien isib li d- dejn li jkun għamel missieru kien irendi milli kieku jsib li missieru kien għamel dak id-dejn kollu ħalli jixxala u jberbaq il-flus biex imbagħad jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ikollu jħallas id-dejn kollu li jkun għamel missieru, u sfortunatament din hi s-sitwazzjoni li writna aħna fl-1996.", "Aħna sibna gvern illi matul is-snin ħeġġeġ il-konsum, b'mod partikolari meta daħħal il-VAT fl-1995.", "Veru li bl-introduzzjoni tal-VAT ċerti prezzijiet raħsu, speċjalment il-white goods, pero` min-naħa l-oħra l- investiment u d-dħul tal-gvern beda nieżel bil-mod il-mod.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li l-1995 kienet sena kruċjali li fiha n-niżla fil-finanzi tal-pajjiż kienet bdiet bis-serjeta`.", "Dak iż-żmien il-karnival kien isir is-sena kollha għax il-gvern kien jilbes il-maskra u kien jgħid lill-poplu: Tibżax tikkonsma għax hekk jew hekk issa aħna sitt xhur jew seba' xhur oħra deħlin fl-Unjoni Ewropea, the land of milk and honey, ma' l-ewwel grupp u hemmhekk se nsolvu kollox!", "Sur President, wieħed jista' jgħaddi biż-żmien lin-nies għal ċertu żmien, pero` ċertament ma jistax jgħaddihom biż-żmien għal dejjem.", "Biżżejjed ngħid li hekk kif fl-1996 tlajna fil-gvern, sibna li d-dejn pubbliku kien diġa' skorra l-65% ta' dak li nipproduċu - u hawn m'iniex qed nirriferi għad-deficit li kien kważi laħaq id-9% - l-ispiża u l-konsum tal-gvern kien żdied, id-deficit fit-trade kien qiegħed dejjem jitwessa' u d-deficit fil-kont kurrenti tal-pajjiż kien beda joqrob il-Lm130 miljun.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li fl-1995 ir-rata tat-tkabbir tal-prodott nazzjonali kienet ta' 9%, fl-1996, jiġifieri sena wara, din niżlet f'daqqa għal 5%.", "Fil-fatt anke l-qgħad kien qiegħed jgħolli rasu tant li kien diġa' tela' għal 4.1%.", "Min-naħa l-oħra l-produzzjoni tant kienet qed tonqos li naqset bir-rata ta' 4.5% fuq is-sena ta' qabel u l-istess nistgħu ngħidu għal dik li hi esportazzjoni fil-manifattura, għax din ukoll niżlet b'9.3% fuq is-sena ta' qabel.", "Wieħed irid iżid jgħid illi filwaqt li fl- 1996 it-turiżmu niżel b'1.7% fuq is-sena ta' qabel, ir-rata ta' l- inflazzjoni kienet telgħet għal 2.56%.", "Fil-fatt f'dik l-istess sena anke l- livell ta' l-importazzjoni naqas xi ftit fuq l-1995 għax, peress li kif għedt diġa' fl-1995 il-gvern kien qed jagħmel ewforja sħiħa biex dak li jkun jixtri u jdaħħal kemm jista' jkun affarijiet f'pajjiżna, fis-sena ta' wara n-negozjanti kien għad għandhom l-istocks li daħħlu s-sena ta' qabel.", "Ta' min jirrimarka wkoll li fl-1996 id-dħul tal-gvern naqas b'4.2% fuq l- 1995, l-ispiża żdiedet b'9.7% filwaqt li l-imgħaxijiet li kellu fuq id-dejn żdiedu b'21%.", "Bla ebda dubju, wieħed ma setax ma jirriflettix fuq din is- sitwazzjoni.", "Biżżejjed ngħid li sal-budget ta' l-1997 l-ispiża tal-gvern kienet laħqet is-Lm615-il miljun, ir-revenue kien laħaq il-Lm514-il miljun u d-deficit kien żdied għal Lm101 miljun.", "Hawnhekk wieħed irid ifakkar li fl-1990 kulma kellu dejn pajjiżna kienu Lm320 miljun, pero` sa l-1996, jiġifieri f'perijodu ta' sitt snin, dan tela' għal Lm977 miljun.", "U mbagħad jiġu l-membri tan-naħa l-oħra u bil- maskra f'wiċċhom jiġu jgħajru lill-gvern Laburista li huwa kompla jżid id- dejn!", "Jien ngħidilhom: Għiduli intom kif tista' twaqqaf dik ir-rankatura ta' żieda fid-dejn mil-lum għal għada!", "Intom għandkom ħila twaqqfu trakk li jkun qabad in-niżla u rranka?", "Kulħadd jifhem li ġaladarba trakk ikun qabad ir-rankatura għan-niżla tkun trid iż-żmien biex twaqqfu.", "Issa ovvjament hawnhekk jien ma semmejtx it-tbagħbis li jsir fiċ-ċifri min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Il-verita` hi li l-gvern Laburista kellu oppożizzjoni Nazzjonalista li kienet qed tfixklu tant li meta dak iż-żmien aħna konna ngħidu lill-poplu li kien hemm bżonn jittieħdu ċerti miżuri biex b'xi mod nipprovaw inwaqqfu dak it-trakk milli jkompli jirranka u jisfronda l-ħitan kollha, il-membri tan-naħa l-oħra tgħidx kemm kienu jidħku bina.", "Din kienet is-sitwazzjoni xejn feliċi li wiret il-gvern Laburista fl-1996!", "Barra minn hekk, ma rridux ninsew li prattikament il-gvern Laburista ma sab l-ebda investiment barrani fil-pajjiż, u meta l-membri tan-naħa l-oħra jgħidu li huma l-flus nefquhom fl-infrastruttura, jien ngħidilhom: Isma', intom tafu li l-korporazzjonijiet pubbliċi għandhom dejn kbir ukoll, u li jekk tgħodd id-dejn kollu li għamel il-gvern Nazzjonalista flimkien ma' dak li għamlu l-korporazzjonijiet pubbliċi - u hawn irrid insemmi l-ħela li kienet issir f'dawn il-korporazzjonijiet, fejn iċ-chairpersons kellhom paga li tammonta għal għexieren ta' eluf, plus li kellhom il-karozza, is- segretarji u anke kienu jsiefru b'ajruplani privati - issib li prattikament dawn flimkien jammontaw għal daqs il-cake nazzjonali.", "Din il-ħela li għadda minnha dan il-pajjiż u li għadu għaddej minnha sal-lum il-ġurnata.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea, fl-aħħar rapport li għamlet, wissiet lill-gvern biex ma jinsiex illi d-dejn li għandu jammonta għal 90% tal-GDP, għax anke d-dejn tal-korporazzjonijiet pubbliċi huwa dejn tal-gvern.", "Issa dan huwa l- istess gvern li qed jgħid illi fi żmien sentejn jew tlieta se nkunu kapaċi nilħqu l-miri ta' Maastricht, jiġifieri li l-GDP tagħna jilħaq iċ-ċifra ta' 60% u li d-deficit jinżel għal 3%.", "Hawnhekk jien se nagħmel xi mistoqsijiet li nispera li fil-winding-up il-ministru, li ilu ħafna jpaċpaċ u jgħid il-ħmerijiet dwar x'ikkaġuna ż-żieda fid-deficit, jirrispondihom.", "Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li l-gvern Nazzjonalista lanqas biss għandu l-guts jerfa' r-responsabbilta` tal-fatti u jammetti li l- pajjiż mar ħażin bit-tmexxija tiegħu.", "Fil-fatt meta xi negozju ma jmurx tajjeb daqs kemm ikun mixtieq, in-negozjant jibda jara x'jista' jagħmel u x'jista' jtejjeb, pero` l-gvern Nazzjonalista mhux hekk għamel imma baqa' jsostni li huwa m'għamel xejn ħażin u li l-ħażin għamlu kollu l-partit Laburista.", "Imbagħad biex jipprovaw idaħħku - veru li kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi llum jaħbat il-karnival! - il-membri tan-naħa l-oħra qalulna li ż-żieda fid-deficit tal-gvern ġiet ikkaġunata minħabba li l- gvern Laburista ta' qabel l-1987 kien impjega 8,000 ruħ mas-servizz pubbliku.", "Issa ħalli nagħmel xi ftit mistoqsijiet għax din hi kwestjoni purament matematika u kulma rridu huwa calculator.", "Sieħbi dara bil- computer u għalhekk jekk irid jista' jagħmel dawn is-somom bil-computer ukoll!", "L-ewwelnett irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b'din id- dikjarazzjoni sabiex jikkritika lil Dr. Karmenu Mifsud Bonnici fuq xi ħaġa li huwa qal fil-preżenza ta' l-istudenti ta' l-universita`.", "Issa jien m'iniex se nidħol f'din il-kwestjoni pero` din hi t-teżi tal-Partit Nazzjonalista, liema teżi ssemmiet hawnhekk kemm-il darba u ġiet spjegata anke fi press release.", "Il-membri tan-naħa l-oħra qed isostnu li t-8,000 persuna li daħħal il- gvern Laburista fi 13-il sena wasslu għal dejn nazzjonali ta' Lm600 miljun, jiġifieri għal kważi żewġ terzi tad-dejn kollu li għandu pajjiżna.", "L- ewwelnett jien ngħidilhom: Dan issa qed tgħiduh?", "Għax jien niftakar lill- Onor. Fenech Adami jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi: Jekk joffrulkom il- jobs ħuduhom!", "Issa hawnhekk ma rridux ninsew li dan kien fi żmien illi fil- kaxxa ta' Malta kien hemm Lm440 miljun, jiġifieri mhux biss għal dawk l- impjiegi kienet tiflaħ ...!", "Ovvjament dan minbarra li dak iż-żmien il- Partit Laburista kien qed joħloq servizzi soċjali dejjem iktar u kien qed jagħti lill-ħaddiem ix-xogħol, id-dinjita` tiegħu u r-raġuni għaliex iqum filgħodu u jitlaq 'il barra mid-dar, ħalli jaqla' l-ħobża għall-familja, u mhux imur jittallab il-karita` mingħand id-dipartiment tas-servizzi soċjali.", "Madanakollu l-membri tan-naħa l-oħra għandhom mentalita` differenti minn tagħna.", "Jien ngħid li għamel sew il-gvern Laburista ta' qabel l-1987 li meta fil-pajjiż kien hawn dak il-qgħad kollu, huwa offra dawk l-impjiegi lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Imma jien nerġa' nistaqsi: Għaliex il-membri tan-naħa l-oħra qed jitkellmu fuq dawn l- affarijiet proprju issa, u allura għaliex fi żmienhom kienu komplew idaħħlu eluf ta' mpjegati oħra mal-gvern?", "Jien dort il-budget speeches kollha li saru mill-1987 sa l-1995, jiġifieri fiż-żmien li fil-gvern kien hawn il-Partit Nazzjonalista, u niċċalinġja lil min irid sabiex iġib budget speech wieħed fejn ingħad li d- dejn tal-pajjiż qed jiżdied minħabba t-8,000 ruħ li l-gvern Laburista kien daħħal fis-servizz pubbliku qabel l-1987.", "L-ewwelnett biex ngħidu dan irridu nassumu li kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati ħadu paga medja ta' Lm5,769 għal 13-il sena sħaħ, u jien niċċalinġja lill-Onor.", "Dalli - u forsi anke lill-Onor.", "Josef Bonnici, għaliex dan għaċ-ċifri bravu! - biex jgħidli kemm kienet il-medja tal-paga matul dawn it-13-il sena.", "It-tieni mistoqsija li nixtieq li l-ministru jirrispondili hija din: Kemm minn dawk it-8,000 impjegat baqgħu mal-gvern?", "Biss biss ma rridux ninsew kemm kien hemm minnhom li l-gvern Nazzjonalista keċċiehom 'il barra meta biex jeħles minnhom offrielhom Lm3,000 ħalli jitilqu 'l barra.", "Possibbli nsejniehom dawn l-affarijiet?", "Possibbli nsejna wkoll kemm bagħat minn dawn l- impjegati jaħdmu mal-Win Cargo minkejja li kien jaf li din kienet se tfalli?", "Fil-fatt jien stess kont wissejt lill-Ministru Dalli f'dan il- parlament li dik il-kumpannija kienet se tfalli, imma l-ministru għoġbu jibgħathom hemmhekk xorta waħda ħalli jeħles minnhom.", "U l-ministru x'jgħidilna rigward il-ħaddiema tal-gantry cranes li wkoll ġew impjegati fi żmien il-gvern Laburista ta' qabel l-1987?", "Kemm minnhom għadhom hemm sal- lum?", "Ejjew nagħmlu l-kalkoli u mhux ngħaddu żmien bin-nies, Onor. Dalli u Onor. Membri tan-naħa l-oħra, li tħobbu tħarbxu d-dikjarazzjonijiet!", "Jista' l-Ministru Dalli jgħidilna wkoll kemm minn dawk it-8,000 ruħ kienu jirreġistraw qabel ma l-gvern Laburista daħħalhom jaħdmu mas-servizz pubbliku?", "Din hi l-mistoqsija kruċjali, għax dawn jaħsbu li n-nies m'għandhomx moħħ.", "Forsi kif qal darba l-Onor.", "Gonzi, għadhom jemmnu li aħna fliexken vojta.", "Le, aħna m'aħniex fliexken vojta!", "Neħħuha minn raskom illi aħna fliexken vojta!", "Jien qed nistaqsi kemm minn dawk it-8,000 li l-gvern Laburista daħħal mal-gvern kienu jirreġistraw u allura kienu jieħdu l-unemployment benefit.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax min qabel ma ddaħħal jaħdem mas-servizz pubbliku kien qed jieħu l-unemployment benefit, dan kien ifisser li bejn wieħed u ieħor kien jieħu żewġ terzi tal- paga.", "Għalhekk li kieku stess il-ħrafa li qalu l-membri tan-naħa l-oħra, jiġifieri li t-8,000 impjegat li l-gvern Laburista daħħal miegħu kellhom paga ta' Lm5,769 kull sena għal 13-il sena kienet minnha, jekk għall- grazzja ta' l-argument dawn kienu kollha jirreġistraw, dawn ġew iqumu lill- pajjiż terz ta' dak li fil-fatt il-membri tan-naħa l-oħra qed jgħidu li ġew iqumu, għax inti trid tieħu biss id-differenza li hemm bejn il-paga u bejn dak li dawn il-ħaddiema kienu jieħdu bħala unemployment benefit.", "Kulħadd jafhom dawn l-affarijiet, onorevoli professuri tan-naħa l-oħra, jiġifieri għalxejn toqogħdu bil-maskra ma' wiċċkom tbellgħu ċ-ċuċati lin-nies!", "Jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd mill-bravi li għandkom u jgħidli jekk dan li qed ngħid huwiex minnu jew le, pero` nappellalkom biex ma tibqgħux titfgħu ċ-ċifri bl-addoċċ.", "Żgur li ħadd mit-8,000 impjegat li l-gvern Laburista daħħal mas-servizz pubbliku ma ħa Lm177,000 talli għamel biċċa pjanta!", "Se mai dawn in-nies jissograw ħajjithom marru fuq il-post tax- xogħol tagħhom, bħal dawk id-disgħa minn sħabhom li mietu xi snin ilu ġewwa d-dockyard.", "Imbagħad jiġi xi bravu fuq Radio 101, bħalma ġie llum, u jgħidilna: Ibagħtu lill-ħaddiema tat-tarzna jippruvaw il-vapur li għamlu huma stess u mbagħad, kif ikunu hemm, agħtuhom sulfarina u qabbduhom kollha!", "Din hi l-ħdura, Sur President.", "Spiċċat l-imħabba li għandna għall- ħaddiem!", "Hemm min anke jgħajjar lil dawn il-ħaddiema \"sangisugi\", u dan min għandu Lm17,000 paga talli ma jagħmel xejn u jikteb l-artikli f'\"The Times\" għax jaf bl-Ingliż!", "Sur President, jien nixtieq li l-membri tan-naħa l-oħra jirrispondu dawn il-mistoqsijiet li qed nagħmlilhom, forsi fl-aħħar inneħħu dan il-qerq kollu li minħabba fih il-ħaddiem m'hux qed jitgħabba biss bit-taxxi imma wkoll bil-kalunnji.", "Għaliex ma tispjegawx il-falliment li ħloqtu intom?", "Mela tgħabbu lill-ħaddiema b'dawn l-affarijiet?!", "Jien qed nistenna lill- membri tan-naħa l-oħra jgħiduli kemm mit-8,000 ruħ li daħħal il-gvern Laburista mas-servizz pubbliku kienu jieħdu l-unemployment benefit, kemm minnhom kellhom xi mpjieg ieħor, kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-gvern sal- lum u kemm kienet il-medja tal-pagi f'dawk it-13-il sena.", "Huwa wara li ningħataw tweġiba għal dan kollu li mbagħad inkunu nistgħu naraw kemm swew lill-gvern dawk it-8,000 ħaddiem.", "U mela niġu u naqbdu nfajru akkużi mimlijin ħmieġ kontra dawn il-ħaddiema!", "Għaliex ma ssemmux l-għexieren ta' eluf f'konsulenzi li vvintajtu għalxejn biex lill-ħbieb tagħtuhom il-perkaċċi kollha?", "Dawn l-affarijiet żgur iqumulu miljuni ta' liri lill-gvern!", "Għaliex ma narawx il-ħela li qed issir, il-mismanagement li hemm fil-ministeri, il-perkaċċi tal-ħbieb u l- ammonti enormi ta' flus li ngħataw lil dawk il-ħaddiema tal-gvern li siefru u li baqgħu ma rritornawhomx lura, liema flus huma msemmija fl-accounts ta' l-awditur?", "Mhux kull qatra tgħin biex timtela l-ġarra?", "Madanakollu dan il-gvern iddeċieda li għandu jaħbi l-fatti, anzi nnega li jeżistu, u jien għalhekk ngħidlu li mhux biss huwa qarrieqi imma hu wkoll giddieb għax jaf il-verita` u qed jipprova jqarraq bil-poplu billi qed jilbes il-maskra.", "Sur President, diġa' semmejna x'sibna fl-1996, jiġifieri hekk kif tlajna fil-gvern, u issa m'iniex beħsiebni noqgħod nidħol fid-dettalji tat-tfixkil u tal-kalunnji li sibna dak iż-żmien, pero` rrid ngħid x'ġara bejn l-1997 u l-1998, fiż-żmien qasir li l-pajjiż ħalla lill-gvern Laburista jipprova japplika d-duwa tiegħu.", "Fil-fatt bil-mod il-mod il-gvern Laburista kien beda jfejjaq lil pajjiżna billi jressqu iktar lejn iċ-ċivilta`, lejn l- ekwita`, lejn il-kuxjenza soċjali u lejn il-ġustizzja, u qagħad attent li ma noqorbux iktar lejn dawk il-pajjiżi li huma mmexxijin mill-klikek, minn min jiltaqa' bil-moħbi u minn dawk li jħobbu jieħdu b'idejn ħaddieħor.", "Il- gvern Laburista ried it-trasparenza u l-accountability fil-pajjiż ħalli kulħadd jerfa' d-doveri tiegħu.", "Fil-fatt minn rapport li ngħatajt f'Awissu ta' l-1998 irriżulta li kien hemm diversi sintomi ta' fejqan, u jien, bħala tabib, napprezzahom ħafna dawn is-sintomi għax meta nara li pazjent ikun qaleb għall-aħjar, inkun nista' nibqa' nittama li se jkompli ġej 'il quddiem.", "Per eżempju, ikun tajjeb jekk ngħid li matul l-1998, jiġifieri fi żmien il-gvern Laburista, l-esportazzjoni tal-manifattura żdiedet, il-qasam tat-turiżmu kompla jissaħħaħ, il-prodott gross domestiku żdied bi 11.4%, it- trading profits żdiedu u l-income mill-biedja, mis-sajd u mis-servizzi privati żdied ukoll.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li f'Mejju ta' l-1998 il-labour supply kien ta' 143,000, fil-bidu tas-sena kien hemm żieda ta' 937.", "Fl-1998 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 8.3% biex niżel għal 6,558, l-unemployment rate niżlet għal 4.7% u fl-ewwel ħames xhur ta' dik is-sena l-impjiegi fis-settur privat żdiedu b'410.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, għandek bżonn il-permess tal-Kamra biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, għal dawk li huma mpjiegi fis-settur pubbliku, bejn Jannar u Mejju ta' l-1998 il-gvern Laburista rnexxielu jnaqqashom b'413.", "Hawn ta' min ifakkar li għalkemm il-gvern Nazzjonalista kien xeba' jgħid li jrid inaqqas l-impjiegi minn mas-settur pubbliku, ma kienx irnexxielu jagħmel dan u kellu jkun gvern Laburista li jnaqqashom.", "Min-naħa l-oħra n-numru ta' self-employed baqa' stabbli għal 11.3% u l-part- time employment żdied b'1,091.", "Jekk imbagħad naraw x'ġara fil-qasam tal- manifattura fil-perijodu qasir li l-Partit Laburista għamel fil-gvern insibu li dan il-qasam espanda b'7.6% biex laħaq iċ-ċifra ta' Lm195 miljun.", "Issa hawn irrid ngħid illi jien qed nikkwota dawn iċ-ċifri mir-rapport ta' l-economic services tal-gvern u għalhekk wieħed jista' jiċċekkja dan li qed ngħid.", "Barra minn hekk il-qligħ medju tal-ħaddiema fil-ġimgħa żdied b'Lm6.05 jew b'6.6%.", "Imbagħad xi ngħidu għat-titjib li sar fil-qasam ta' l- agrikoltura u sajd?", "Biżżejjed ngħid illi fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 il- volum tal-ħut esportat minn 833 tunnellata tela' għal 1,067 tunnellata.", "Fl- ewwel sitt xhur ta' l-1998 it-turnover tad-drydocks tela' minn Lm5.6 miljun għal Lm8.3; u jekk kien hemm settur li fih sar verament improvement kbir dan kien is-settur turistiku, mertu ta' seħibna, l-Onor.", "Karmenu Vella.", "Wieħed irid jgħid ukoll li t-Lm48 miljun li kellna deficit fl-ewwel sitt xhur ta' l-1998 kien ħafna inqas mit-Lm63 miljun li kellna s-sena ta' wara.", "Minn dawn iċ-ċifri joħroġ ċar li l-gvern Laburista preċedenti kien determinat li jindirizza l-problemi finanzjarji li kellu l-pajjiż.", "Sur President, issa nixtieq niġi għal dak li għadda minnu l-pajjiż wara li ssejħet elezzjoni bikrija fl-1998, wara li l-gvern Laburista kien qed jiġi mgħajjar li huwa gvern bla kuxjenza soċjali u li mhux ta' min jafdah.", "Diġa' għedt li llum il-pajjiż sab ruħu f'din is-sitwazzjoni mwiegħra bħala riżultat tal-maskra li libsu l-membri ta' l-oppożizzjoni Nazzjonalista meta pprovaw jerġgħu jieħdu l-poter, kif fil-fatt irnexxilhom jagħmlu.", "S'issa jien tkellimt fuq is-sitwazzjoni li konna fiha qabel, tkellimt fuq is- sitwazzjoni li ġabna fiha l-gvern Laburista fil-perijodu qasir li għamel fil-gvern, tkellimt fuq is-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum u issa se nitkellem fuq il-prospetti li hemm maħsuba għall-futur.", "L-ewwelnett irrid ngħid li llum il-poplu Malti u Għawdxi mhux biss jinsab muġugħ minħabba l-piżijiet li qed jintefgħu fuqu imma jinsab imħasseb ukoll għax ġustament qed jistaqsi: Għada x'hemm lest għalija?", "Għada se jonqsu jew se jiżdiedu l-piżijiet fuqi?", "Il-livell ta' l-għajxien tiegħi se jitjieb jew se jmur għall-agħar?", "Jien wisq nibża' li fil-futur il-Ministru John Dalli se japplika l-istess politika li applika fl-ewwel u fit-tieni budget tiegħu, ċioe` li jekk it-taxxi ma jservux biex ikopru l-ispiża tal- gvern allura jkompli jżid iktar taxxi, għax ġaladarba wasal biex applika din il-politika fl-ewwel u fit-tieni budget tiegħu, allura ma narax għalfejn m'hux se jagħmel l-istess anke fit-tielet budget.", "Fil-fatt l- iktar dokument li jista' jurina x'se jkunu l-prospetti tal-futur taħt il- gvern Nazzjonalista huwa l-famuż pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jien diġa' tkellimt fuq dan id-dokument darb'oħra u m'iniex beħsiebni noqgħod naħli l-ħin nirripeti dak kollu li għedt f'din il-kamra, pero` bilfors ikolli nagħmel riferenza għalih għax dan id-dokument huwa l- mera tal-futur u lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin qed jgħidilhom: Illum intom tinsabu mgħobbijin bil-piż!", "Issa agħmlu l-kalkoli tagħkom u araw jekk tridux tnaqqsu jew iżżidu l-piż fuq spallejkom!", "Ta' min jgħid li dan il-pjan t'adozzjoni jinvolvi miljuni ta' liri, jiġifieri żgur li m'huwiex se jitwettaq bil-Lm100 miljun li kien wiegħed li se nirċievu l-ex-ministru ta' l-affarijiet barranin hekk kif nirriattivaw l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt meta l- Ambaxxatur Boggio kien qed jiġi intervistat u r-rappreżentanti ta' l- istampa għarrfuh bl-ispejjeż enormi li jridu jsiru fil-qasam ta' l-ambjent, qal ċar u tond li f'ċirkostanzi bħal dawn is-soluzzjoni għandha tkun waħda, dik li f'pajjiżna jiżdiedu t-taxxi, it-tariffi u ċ-charges, fi kliem ieħor iktar piżijiet fuq dahar il-poplu.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li l- bieraħ, waqt li kien qed jiġi intervistat, f'ħin minnhom Romano Prodi qalilna li l-Unjoni tgħidx kemm għandha spejjeż u commitments għax ħafna mill-pajjiżi li huma membri tagħha huma ikbar minna u għandhom ħafna iktar bżonnijiet minna wkoll.", "Jien lill-poplu tagħna ngħidlu: Sur Malti, jekk tixtieq li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea, ipprepara ruħek biex idaħħal idejk fil-but għax biex il-gvern Nazzjonalista jwettaq il-ħolma ta' ħajtu jeħtieġ li tagħtih iktar flus, ħalli b'hekk ikun jista' jagħmel l- istrutturi li qed timponielu l-Unjoni!", "Sur President, il-pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni jgħid li l- pajjiż irid jiddependi iktar mill-own resources jew inkella għandu jirrikorri għand il-bank, bħalma huwa l-European investment bank, ħalli jkompli jżid d-dejn u jħallas l-imgħaxijiet li fl-aħħar mill-aħħar ikun irid iħallashom il-poplu.", "Fl-ewwel faċċati tiegħu dan il-pjan qed jagħmilha ċara wkoll li t-taxxi għandhom jiżdiedu u d-deficit jista' jitnaqqas biss b'riforma fit-taxxa u bi ġbir tat-taxxa iktar effiċjenti.", "Wieħed diġa' jista' jinduna li dan il-pjan t'adozzjoni ma jsemmi l-ebda investiment u l-ebda pjan konkret imma jsemmi biss it-taxxi.", "Ta' min jgħid li fil-pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea ssemma wkoll li l-welfare gap qed jitwessa', u hawnhekk il-ħaddiem għandu jiftaħ widnejh sew għax fi kliem ieħor, lill-ħaddiem qed jitwassallu l- messaġġ li jkun aħjar jekk jibda jaħseb biex jagħmel private insurance.", "Issa jien nistaqsi: Min għandu minimum wage mnejn irriduh iħallasha l- private insurance?", "X'se jibqgħalu biex jiekol?", "Min għandu dħul għoli ħallih ħa jagħmel private insurance - u fil-fatt min għandu dħul għoli anke biex isiefer jagħmel insurances straordinarji - imma min għandu paga minima, min qiegħed kemm kemm iżomm fil-wiċċ, kif jista' jlaħħaq ma' dawn l- ispejjeż?", "Anke l-messaġġ ta' cost-sharing fil-qasam tas-saħħa ...", "L-Ingliżi ħelwin u jużaw il-frażi \"cost-sharing\", pero` bil-Malti din il-frażi tafu xi tfisser?", "Tfisser \"oħroġ sehmek\"!", "U mela niġu noqogħdu nsemmu l-cost- sharing!", "Imma l-gvern Nazzjonalista jħobb iżerżaq affarijiet bħal dawn bil- mod il-mod ħalli l-ewwel jibdew jidħlu f'moħħ il-poplu, bħal meta ddeċieda li l-pazjent għandu jibda jingħata kont maħruġ mill-isptar ħalli jirrealizza kemm ikun qed joħroġlu flus il-gvern biex jikkurah.", "Dan biex ma nsemmux ukoll l-iskandlu li tant kien tkaża bih il-Ministru Dalli meta qal lill-poplu: X'għarukaża!", "Tafu li kull operazzjoni tal-qalb lill-gvern qed tqumlu mat-Lm3,000?", "Jien ngħidlu: So what?", "Lanqas jekk l- operazzjonijiet tal-qalb jibdew jiġu jiswew lill-gvern Lm10,000 ma jimporta għax il-ħajja ta' bniedem tiswa ferm iktar minn hekk, Onor. Dalli!", "Din hi l-mentalita` tal-membri tan-naħa l-oħra, liema mentalita` qed tweġġa' lill- ħaddiema, qed tirritahom u qed iġġegħilhom anke jirreaġġixxu għax ma jistgħux jifhmu kif partit b'ispirazzjoni demokratika u nisranija jista' jġib argumenti ta' dan it-tip.", "Sur President, il-pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea jitkellem ukoll fuq il-bżonn li jitnaqqsu l-impjiegi fis-settur pubbliku.", "Issa hawn jien nistaqsi lill-poplu: Tiftakru kemm kienu xewxukom il-membri tan-naħa l-oħra li aħna se nkeċċu 5,000 impjegat minn mal-gvern?", "Dan il- pjan jgħid ukoll li għandhom jiżdiedu l-prezzijiet tal-utilities b'mod li jitilgħu għal market price.", "Jien nistaqsi: Min se jħallashom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, liema kontijiet farrku lin-nies?", "Veru li anke aħna konna għollejna t-tariffi tad-dawl u l-ilma, pero` aħna għollejna biss dawn iż-żewġ servizzi u konna beħsiebna nerġgħu nirrivedu t-tariffi.", "Ta' min ifakkar ukoll li taħt gvern Laburista l-anzjani u dawk li għandhom il-karta r-roża kienu se jkunu eżentati minn din iż-żieda fit-tariffi.", "Fil-fatt kienu se jgawdu minn din l-eżenzjoni 70,000 ruħ across the board, pero` għall-kuntrarju llum il-poplu għandu gvern li b'ħalq imċarrat minn naħa għall-oħra, liema ħalq huwa mgħotti bil-maskra, qed jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi: U inti tiflaħ għall-problemi li għandi d-dritt divin li noħloqlok jien!", "Issa ħalliha li wara dik il-maskra hemm wiċċ imqarras, imħawwad u nkwetat!", "Sur President, il-pjan li qed nitkellem fuqu jgħid ukoll li l- leġislazzjoni tal-VAT għandha tkun iktar armonizzata.", "Jien nistaqsi lill- ministru tal-finanzi: Dan x'ifisser, Onor. Dalli?", "Tista' tispjegalu xi jfisser dan lill-poplu?", "Tfisser li issa se nibdew narmonizzaw anke l- exempt with credit?", "In-nies ma jifhmux dan il-ħafna kliem tqil.", "Jaqaw din tfisser iktar taxxi?", "Għidilhom ħalli jkunu jafu n-nies!", "Fil-bidu tad- diskors tiegħi jien għedt li ma' nofs il-lejl se jaqgħu l-maskri tal- karnival.", "Għalhekk ejjew inwaqqgħu l-maskri tagħna wkoll ma' nofs il-lejl u mhux nibqgħu nilbsuhom is-sena kollha!", "Spjegawlu lill-poplu x'qed jgħid dan il-pjan t'adozzjoni!", "Diġa' rajna xi tfisser il-kelma \"armonizzazzjoni\".", "Biżżejjed insemmu t-taxxi fuq il-petrol u fuq it- telephone, li minkejja li qatt ma konna smajna bihom, il-gvern Nazzjonalista għamilhom xorta waħda.", "Dan il-pjan isemmi wkoll il-programmi li għandu l-gvern li jneħħi s- sussidji.", "Fil-fatt il-gvern diġa' neħħa s-sussidju tal-ħobż, u ovvjament meta ttieħed dan il-pass il-poplu ħass xi ħaġa għax, ejjew ngħiduha kif inhi, ċenteżmu minn hawn u ċenteżmu minn hemm, 5c minn hawn u 10c minn hemm, il-paga kemm se tiġġebbed!", "Jien m'iniex se nsemmi l-effett li din it- tneħħija tas-sussidji jista' jkollha fuq it-tarznari u, ġaladarba qed insemmi lit-tarznari, irrid nitlob lill-membri tan-naħa l-oħra biex jagħtuna garanzija li bil-politika li l-gvern Nazzjonalista qed imexxi lill- pajjiż biha, sa ħames snin oħra t-tarznari jkunu għadhom qed jiffunzjonaw.", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid li l-pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni jgħid ċar u tond li l-qasam ta' l-agrikoltura għandu ċerti handicaps, għax isibha diffiċli biex isib niche markets, m'huwiex kapaċi jikkompeti u għalhekk ma jistax ikun li jagħmel profitt.", "L-istess jgħid dwar il-qasam tas-sajd pero` dwar dan se jkolli ċans nitkellem darb'oħra.", "Li nixtieq ngħid biss rigward dan il-qasam huwa li ma nistax nifhem kif filwaqt li Simon Busuttil qed jgħidilna li fil-Mediterran mhux se jkun hemm kwota, imbagħad f'dan il-pjan t'adozzjoni hemm miktub li se titbiddel il- liġi biex jidħol il-kunċett tal-kwota.", "Jien nistaqsi: Il-poplu lil min se jaqbad jemmen?", "Sur President, bla ebda dubju l-ħaddiem se jintlaqat negattivament l- iktar fit-tneħħija tal-kontrolli fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel.", "Fil-fatt lanqas Romano Prodi u Verheugen ma rrispondewna meta staqsejniehom jekk huwiex il-ħaddiem li għal darb'oħra se jkollu jerġa' jerfa' l-piż tal-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropea, b'liema politika se jiżdiedu l-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel, anke f'affarijiet essenzjali, bħalma hu l-butir, il-ġobon, iz-zokkor, ir-ross u l-laħam.", "Imma ħaġa ta' l-iskantament, il-pjan t'adozzjoni tal-liġijiet ta' l-Unjoni jgħid li għal pajjiżna se tiġi applikata eċċezzjoni permanenti billi l- konsumatur ma jiġix iċċarġjat il-prezzijiet ta' l-internal market fuq il- prodotti ta' l-ikel.", "Issa din l-eċċezzjoni ma teżisti fl-ebda pajjiż u jekk jiġi xi ħadd bħall-Onor.", "Ninu Zammit li mingħalih se jgiddibni billi jsemmili x'ġara fl-Isvezja, fil-Fillandja u fil-gżejjer periferiċi, jien ngħidlu li dawn il-pajjiżi ngħataw ftit eċċezzjonijiet biss fuq l- importazzjoni ta' l-ispirti minħabba li jikkonsmaw ammont kbir ta' alkaħol, pero` diġa' qed issir pressjoni biex dawn l-eċċezzjonijiet jiġu żmantellati fi żmien erba' jew ħames snin.", "Lill-Onor.", "Zammit niċċalinġjah biex isemmili pajjiż wieħed biss li huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea li huwa eżentat milli jħallas il-prezzijiet bil- common external tariff.", "Issa jekk kif insiru membri ta' l-Unjoni se tiġi Sant'Ursula, se tiġi Santa Ċeċilja jew se jiġi San Pawl f'pajjiżna mill- ġdid u jagħtuna dawn l-eċċezzjonijiet huma, jien ma nafx!", "Meta nitkellem fuq Romano Prodi jien nitkellem b'ċertu rispett għax nammira l-viżjoni u l- entużjażmu li għandu biex ikabbar l-Unjoni pero`, bir-rispett kollu, naħseb li l-ebda Prodi ma jista' jifhem il-problemi tagħna daqskemm nistgħu nifhmuhom aħna u s'issa l-ebda Prodi ma ġabilna s-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.", "Nerġa' nirripeti li jien m'iniex qed nitkellem fuq Romano Prodi b'tmaqdir u jien ngħid li għandu raġun li ġie jkellimna fuq l- affarijiet pożittivi li għandha l-Unjoni Ewropea, pero` la hu u lanqas Verheugen ma qalulna li l-prezz li rridu nħallsu għal tali sħubija ...", "Anzi mhux talli hekk talli, kif semmejt diġa', kemm Prodi kif ukoll Verheugen qalulna li l-Unjoni Ewropea tinsab xi ftit issikkata mill-flus u li għandha bħala membri tagħha pajjiżi li huma ikbar minna u li għandhom bżonnijiet wisq ikbar minn tagħna.", "Romano Prodi ma qalilniex li huwa lest ipoġġi madwar mejda magħna ħalli niddiskutu kif jista' jintlaqat il-poplu tagħna mis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Ara meta l-Onor.", "Alfred Sant kien xeba' jispjega l-viżjoni tal-Partit Laburista, Verheugen esprima x-xewqa tiegħu li jkollu l-opportunita` li jitkellem iktar fit-tul magħna dwar dan is-suġġett.", "Fil-fatt jien staqsejtu jekk huwiex se jkun preżenti għal laqgħa tal-joint parliamentary committee li se tiġi organizzata fit-tieni ġimgħa ta' Mejju hawn Malta għax fil-każ jekk hemm bżonn inkunu nistgħu nagħmlu anke ġurnata sħiħa niddiskutu, u mbagħad qabeż l-Ambaxxatur Boggio u qalli li din kienet idea tajba ħafna.", "Kif qed naraw, meta tesprimi l-fatti b'mod ċar, b'loġika, bla ħabi u bla maskri kulħadd ikun jista' jara l-verita`.", "Imbagħad jiġu jgħidulek li jixtequna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea!", "Mhux ovvja li jixtequna nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea ġaladarba Malta għandha tant importanza għas-sistema tad-difiża tagħhom!", "Imma l-kontijiet tagħna aħna rridu nagħmluhom u huwa l-ħaddiem Malti u Għawdxi li jrid jara kif id- deċiżjonijiet li jittieħdu se jolqtu l-ħajja tiegħu, il-kompetittivita` tiegħu u kif se jkun kapaċi jżomm l-impjieg li għandu.", "U mela niġu niftaħru li neħħejna l-levies u li bit-tneħħija tal-levies kien hemm ċerti affarijiet li raħsu!", "Dażgur li raħsu!", "Imma issa ejjew naraw ukoll min ġie mkeċċi mill-impjieg tiegħu minħabba t-tneħħija tal-levies jekk aħna nsara u mhux naħsbu fina nfusna biss!", "Dawn l-affarijiet irridu naraw jekk aħna komunita` u jekk aħna nħobbu lil xulxin bħala aħwa Maltin u Għawdxin bis- serjeta`.", "Huwa għalhekk li dan id-dibattitu jdejjaq lill-membri tan-naħa l- oħra għax aħna nitkellmu minn qalbna, għandna l-interess li naraw il-ġid f'dan il-pajjiż u ma nħobbux noħolmu bl-istilel, ħalli forsi xi darba nkunu mal-kbar.", "Kieku kulħadd jieħu gost ikun mal-kbar, pero` nkunu mal- kbar meta nkunu kapaċi nieqfu daqshom!", "Prodi xebbah is-sħubija fl-Unjoni Ewropea maż-żwieġ u qalilna li għandna nirrinunzjaw għas-sovranita` ħalli jkollna benefiċċji oħra, bħal min jiżżewweġ li jitlef ċerti libertajiet biex igawdi affarijiet oħra.", "Jien lil Prodi nagħtih raġun hawnhekk, pero` ngħidlu li qabel ma wieħed jiżżewweġ l-ewwel huwa jara xi jkun se jitlef u xi jkun se jiggwadanja u mhux jaqbad u jiżżewweġ biex jagħmel bħalma jagħmel ħaddieħor.", "Irrid ngħid ukoll li m'hux minnu li l-pajjiżi ż-żgħar li huma mseħbin fl-Unjoni Ewropea għandhom vuċi qawwija daqs pajjiżi oħra li huma ikbar minnhom.", "Quddiemi għandi dokument ta' Prodi u ta' Michel Barnier, li huwa commissioner Franċiż, u dan id-dokument jgħid ċar u tond li t-taqlib li għaddej fl-IGC huwa kkaġunat minħabba li issa l-voti ta' kull pajjiż se jibdew jirriflettu s-saħħa li għandu dak il-pajjiż.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna mhux biss qed jiftaħ feriti kbar imma qed jiftaħ ukoll diskussjoni li ma tispiċċa qatt dwar min hu l-pern tas-soċjeta` Maltija.", "Jien ngħid li l-pern tas-soċjeta` Maltija huwa l-ħaddiem tal- paga, li biex jaqla' xi ħaġa għalih u għall-familja tiegħu jkollu jipperikola ħajtu.", "Huwa veru li l-ħaddiem tal-paga jakkwista x-xogħol permezz ta' l-investitur, u fil-fatt fl-aħħarnett nixtieq nappella lill- gvern biex lill-investitur jirrispettah u mhux jużah bħal staffa biex jakkwista l-poter.", "Jeħtieġ li nneħħu l-maskra u lill-poplu Malti u Għawdxi nuruh min aħna verament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Issa nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 8 ta' Marzu, fid-9.00a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Privattivi Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, nixtieq li fil-ħin allokat għalija l- lejla nittratta tlett suġġetti partikolari, cioe' l-qagħda tax-xogħol, il- ġrajja hekk imsejħa storika li ġrat ġewwa Bormla ftit tal-ġranet ilu u l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Nibda mal-ewwel biex nitkellem dwar il- qagħda tax-xogħol.", "Mr Speaker, l-aħħar figura ppubblikata mill-uffiċċju ċentrali ta' l- istatistika għal dak li għandu x'jaqsam mal-qagħda tax-xogħol kienet dik għax-xahar ta' Diċembru 1999, fejn kellna 7,695 persuna jirreġistraw għax- xogħol, u dan wara li fix-xhur ta' qabel kellna ċifri ħafna ogħla.", "Fil- fatt għax-xahar ta' Awissu 1999 kellna l-ogħla ċifra ta' nies jirreġistraw għax-xogħol f'dawn l-aħħar 12-il sena, meta kellna 8,126 persuna; fix- xahar ta' wara ċ-ċifra niżlet bi ftit għexieren u kompliet nieżla ftit ftit, sakemm fl-aħħar tas-sena dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kienu jlaħqu 7,695.", "Minn informazzjoni li għandi jidher li ċ-ċifra ta' dawk jirreġistraw għax- xogħol għax-xahar ta' Frar ta' din is-sena laħqet is-7,996.", "Jekk din iċ- ċifra hija eżatta - u jien ċert li hekk hu - allura kien ta' xejn in-nifs li ħadna meta forsi ħsibna li r-rota ta' l-ekonomija bdiet iddur u l-qgħad kien se jonqos għaliex jidher li kellna żieda ta' 300 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq ix-xahar ta' Diċembru.", "Minbarra ċ-ċifra ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, ikun tajjeb li kieku bħala bilanċ ikollna żieda fil-labour supply kif ukoll żieda fin-numru ta' dawk li għandhom xogħol bi qligħ, iżda fuq dawn iċ-ċifri għax-xahar ta' Frar jkollna ċans nitkellmu iktar 'il quddiem meta tkun pubblikata l-lista uffiċċjali miċ-ċentru nazzjonali ta' l-istatistika.", "Mr Speaker, għadha friska f'moħħi l-kantaliena li kienet issir ta' kuljum f'din il-Kamra mill-kelliema tal-Partit Nazzjonalista fit-22 xahar li għamilna aħna fil-gvern.", "Dakinhar kull ċaqliqa fiċ-ċifri tal-persuni bla xogħol kienet tingħata prominenza, anke jekk iż-żieda fin-numru kienet tkun minima.", "Kull xahar kienu jagħmlu statements dwar in-numru ta' l- unemployed u dan sabiex ikomplu jixħtu d dellijiet ta' staġnar ta' l- ekonomija.", "Irrid infakkar hawnhekk li ċ-ċifra tal-qgħad kienet ilha li bdiet tgħolli rasha sa minn Lulju ta' l-1996, meta kien għadu fil-gvern il- Partit Nazzjonalista, u din iċ-ċifra kompliet tiela' ftit ftit sakemm gvern Laburista qabad ir-riedni f'idejh u beda l-ħidma tiegħu sabiex joħloq proġetti ġodda li kellhom joħolqu mpjiegi ġodda.", "Kienet inżergħat fiduċja ġdida fil-pajjiż u b'hekk iċ-ċifra tal-qgħad bdiet nieżla ftit ftit b'mod kostanti, xahar wara l-ieħor.", "Mr Speaker, ta' min jgħid li l-ogħla ċifra ta' qgħad li ħabbat wiċċu magħha gvern Laburista fit-22 xahar li kien ilu fil-gvern kienet ta' 7,149 u dan kien f'Diċembru ta' 1997.", "Meta mbagħad bdew jiġu mnedija proġetti kbar bħal dawk tal-Kottonera, ta' Manoel Island u Tigne`, il-cruise liner terminal, il-marina ta' Għawdex u l-bini mill-ġdid tat-Teatru Rjal, il- fiduċja fil-gvern Laburista bdiet tikber u l-qgħad beda nieżel ftit ftit.", "Jiġifieri ċ-ċifra tal-qgħad fi żmienna ma kenitx niżlet għaliex ħbejna l- figuri, jew għaliex daħħalna n-nies jaħdmu mas-servizz pubbliku u mal-korpi parastatali, jew għaliex qaċċatna ħafna nies minn fuq il-kotba tar- reġistrar imma għaliex konna bdejna noħolqu mpjiegi ġodda mas-settur privat.", "Nista' ngħid li f'Ġunju ta' l-1998 iċ-ċifra tal-qgħad kienet niżlet għal 6,558, pero` imbagħad minn hemmhekk kulħadd jaf x'ġar.", "Fil- fatt it-tixwix li kien hawn f'din il-Kamra wassal sabiex b'irġulija gvern Laburista sejjaħ elezzjoni barra minn żmienha u l-Partit Nazzjonalista, bil- wegħda li kellu joħloq fiduċja ġdida u jagħti nifs ġdid lill-ekonomija tal- pajjiż, rebaħ l-elezzjoni.", "Dakinhar il-wegħdi kienu kbar u jien ċert li l- poplu llum qed jinduna li ġie ngannat.", "Mr Speaker, tajjeb li meta wieħed jitkellem fuq il-persuni li qed jirreġistraw isemmi wkoll dawk li minħabba xi raġuni jew oħra ma jistgħux jirreġistraw għax-xogħol.", "Ikun tajjeb li niftakru li minn mindu tela fil- gvern il-Partit Nazzjonalista nqatgħu 1,217 persuna minn fuq il-kotba tar- reġistrar.", "Dan ifisser li minbarra li kellna dawk il-persuni li tilfu x- xogħol tagħhom għalliex forsi fejn kienu qed jaħdmu naqsilhom ix-xogħol, kellna wkoll kważi 72 persuna fix-xahar li nqatgħu mir-reġistrar.", "Kieku maċ-ċifra tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol kellna ngħoddu n-numru ta' dawk li nqatgħu minn fuq ir-reġistrar, żgur kien ikollna ċifra ħafna aktar inkwetanti.", "Jien nittama li kulmin qed jinqata' minn fuq il-kotba tar-reġistrar qed jinqata' b'mod ġust, wara li jsir iċekkjar tajjeb, u nittama wkoll li qed issir ġustizzja ma' kulħadd l-istess u mhux lil min forsi għandu għajnejh isbaħ minn ta' ħaddieħor naqduh u lil ħaddieħor nittrattawh b'mod differenti.", "Jiġifieri jien nispera li m'humiex qed isiru abbużi b'mod li lil min irridu naħfrulu, anke jekk ikollna l-aktar provi ċari u konkreti li dak li jkun ikun qed jikser il-liġi, billi jkun qed jaħdem u fl-istess ħin jirreġistra, u lil ħaddieħor nittrattawh mod ieħor.", "Huwa sewwa li nikkontrollaw dawn l-abbużi u ma nħallux lil min jirreġistra u jaħdem fl-istess ħin, pero` huwa tajjeb li nagħmlu l-istess kontrolli fuq kulħadd u bl-istess mod.", "Mr Speaker, xtaqt issa nitkellem dwar l-avveniment li seħħ ftit tal- ġranet ilu f'Bormla, liema avveniment ħafna qegħdin isejħulu storiku.", "Irrid ngħid li għalkemm kont ftit tal-metri 'l bogħod, jiena kont preżenti għal dan l-avveniment u kont qed nara dak kollu li kien qed jiġri, il-wasla tal-Ministru Zammit Dimech u tal-Ministru Josef Bonnici flimkien ma' numru kbir ta' cameramen u ġurnalisti biex jassistu għat-twaqqigħ tal-ħajt tat- tarzna!", "Għal min forsi m'huwiex min-naħa ta' Bormla jew qatt ma ġie Bormla u ra dan l-avveniment fl-inews forsi seta' jaħseb li l-Bormliżi fl-aħħar qatgħu xewqithom.", "Pero` ta' min jgħid li filwaqt li l-permess ħareġ fit-8 ta' Novembru li għadda, kien biss f'dawn il-jiem li beda it-twaqqigħ ta' dan il-ħajt, naturalment għax issa waslu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Tajjeb hawnhekk li fi ftit kliem infiehem eżattament x'sar biex forsi dawk li qed jisimgħuna u m'humiex minn dawn in-naħat ikunu jafu x'sar.", "Ta' min jgħid li mad-dawra tal-baċir ta' Bormla hemm ħajt għoli madwar 13-il filata u twil madwar 400 metru li minn pjazza Gavino Gulia jasal sa quddiem il-knisja ta' Santa Tereża.", "Issa dakinhar kulma sar kien li twaqqgħu 50 metru minn dan il-ħajt - għalhekk jien ngħid li dak kien sempliċement a public relations exercise - u jien ċert li dan sar sabiex lin-nies ta' Bormla jagħtuhom x'jaħsbu li qed isir xi ħaġa.", "Fil-fatt li se jiġri hu li se jinbena ħajt ieħor - din id-darba mhux ħajt tal-ġebel imma bil-vireg tal-ħadid, għax il-ministru fil-fatt għaddieli kopja tal-pjanti llum - u n-nies tal-Kottonera xorta waħda m'humiex se jkollhom aċċess għax- xatt.", "Mr Speaker, kien hemm min ħa għalih għaliex xi anzjani li kienu qed jaraw it-twaqqigħ tal-ħajt ma tantx urew xi ferħ għal dan l-avveniment, anzi pjuttost urew id-diżapprovazzjoni tagħhom għal dak li kien qed isir.", "Irrid ngħid li anke jien, bħala persuna residenti f'Bormla u li l-ħajt qiegħed proprju quddiemi u allura kieku se ssir xi ħaġa kbira żgur li nieħu pjaċir biha, kont nistenna li jekk se jaqa' dan il-ħajt, li huwa parti mill-pjaga ta' Bormla, ma kellux jitla' ħajt ieħor, ħalli b'hekk in-nies ta' Bormla jkollhom aċċess għal din il-parti.", "Jien hawnhekk bilfors li jkolli nistaqsi x'se niggwadanjaw aħna n-nies ta' Bormla bit-twaqqigħ ta' dan il- biċċa ħajt.", "Kulma se niggwadanjaw aħna hija bankina ftit aktar wiesgħa u li minflok naraw il-ħajt li kien hemm issa se nibdew naraw il-ħitan tat- tarzna!", "Jien kont nistenna ħafna aktar serjeta` minn dawn in-nies li tant tkellmu u wegħdu affarijiet dwar dan il-proġett.", "Irridu nfakkru li l-oppożizzjoni Nazzjonalista rikbet fuq il-kontroversja li nqalgħat fi żmien gvern Laburista dwar dan il-proġett, tant li kellha tissejjaħ elezzjoni.", "U jien issa nistaqsi: Fejn hu l-aċċess li tant iġġieldu għalih in-nies tal- Kottonera?", "Fejn hi l-konsultazzjoni man-nies ta' dawn in-naħat?", "It- twaqqigħ ta' dan il-ħajt irridu narawh f'kuntest aktar wiesa' tal-proġett kollu tal-Kottonera, liema proġett wara li għaddew kważi sentejn minn meta aħna kellna l-proġett lest biex jibda lanqas biss għad hemm il-pjanti approvati.", "Kulħadd jaf li l-Kottonera qatt ma kienet fuq quddiem fl-aġenda tal-gvernijiet Nazzjonalisti u għalhekk dak li sar nhar il-Ħamis li għadda kien biss eżerċizzju biex mingħalihom jimpressjonaw lir-residenti ta' hemmhekk li nhar is-sibt huma msejħa biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali.", "U dan m'iniex qed ngħidu jiena biss imma qed jgħiduh in- nies ta' dawk il-lokalitajiet kollha.", "Morru s-suq ta' Bormla u tkellmu man- nies ħalli tkunu tkunu tafu x'qed jaħsbu huma u kemm huma sodisfatti b'dak li qed isir!", "Veru li l-poplu tal-Kottonera, inkluż dak ta' Bormla, dara jaċċetta fil- kwiet ta' daru dak kollu li jsir madwaru pero` jien naċċerta lil kulħadd li nhar is-Sibt li ġej il-poplu Bormliż se jitkellem bil-vot tiegħu.", "Nhar is- Sibt li ġej il-poplu ta' Bormla, flimkien ma' dak ta' lokalitajiet oħra, se joħroġ jivvota bi ħġaru lill-kunsilliera Laburisti.", "Żgur li permezz tal- kunsilliera eletti li se jkunu qed jirrappreżentaw il-partit tagħna se jkun hemm tmexxijja differenti.", "Aħna qed ngħidu li bil-vot tiegħek il-kunsill se jkun tiegħek għaliex fejn se jkollna kunsilliera Laburisti se jkun hemm verament kunsilli li jkunu qed iħarsu l-interessi taċ-ċittadini tal-lokal qabel kull interess ieħor.", "Minkejja li se jkunu hemm f'isem il-partit tagħna, se jkunu hemm biex qabel kollox iħarsu l-interessi tan-nies tal- lokal u jaraw li leħen kulħadd ikun mismugħ.", "Ma jistax ikun li jkollna partijiet minn xi lokal li għaliex forsi żgħir u maqtugħ għalih ma jingħatax dik l-attenzjoni li jkollu bżonn.", "Il-kunsilliera Laburisti se jaraw li jispiċċa darba għal dejjem dak id-deficit demokratiku li kien inħoloq u li kull parti tal-lokal tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.", "Ilkoll kemm aħna kellna lmenti minn persuni li sar ċertu xogħol bi preferenza fuq postijiet oħra għaliex forsi l-maġġoranza tar-residenti tkun Nazzjonalista.", "Il-kunsilliera Laburisti se jaraw li dan jispiċċa u kollox isir b'mod miftuħ u trasparenti.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa sabiex nhar is-Sibt noħorġu nivvutaw lill- kandidati Laburisti kollha.", "Fit-tieni distrett se jkollna ħames elezzjonijiet, cioe' f'Bormla, il-Kalkara, il-Fgura, ix-Xagħjra u Ħaż- Żabbar.", "Żgur li f'dawn il-lokalitajiet il-kunsilliera Laburisti se jagħtu attenzjoni speċjali lill-inizjattivi soċjali fejn hemm ħtieġa għalihom.", "Biżżejjed insemmi numru kbir ta' persuni bla xogħol li għandna f'dawn in- naħat, il-problema kbira tad-droga, in-numru dejjem jikber ta' anzjani, kif ukoll l-edukazzjoni.", "Il-kunsilliera Laburisti se jaraw li l-gvern ċentrali jimpenja ruħu aktar sabiex dawn in-naħat jingħataw aktar għajnuna.", "Jien ċert li l-kunsilliera Laburisti ta' dawn in-naħat se jimpenjaw ruħhom biex dak li hemm bżonn u li s'issa forsi ma sarx, isir u għalhekk nemmen li n-nies ta' dawn in-naħat se jivvutaw bil-għaqal u l-kandidati Laburisti se jingħataw l-appoġġ li jistħoqqilhom.", "Għandna team tajjeb ta' kandidati għal kull lokalita` u li huma ġejjin minn oqsma differenti tal- ħajja, għandna taħlita ta' persuni li żgur se jagħtu l-aqwa kontribut biex fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom isir dak mitlub u mixtieq mir- residenti.", "Jiena nerġa' nappella sabiex nhar is-Sibt noħorġu nivvutaw sabiex fil- kunsilli tagħna nġibu s-serjeta`, il-galbu u l-ġustizzja mixtieqa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nixtieq nibda billi nuri d- diżapprovazzjoni tiegħi għall-fatt li l-pulizija, waqt li kienu qed iqassmu l-voti tal-kunsilli lokali, qabżu numru kbir ta' familji Laburisti.", "Jiena nħoss li dan huwa abbuż serju li ħoloq inkonvenjent bla bżonn lil dawn il- votanti u ma jawgurax tajjeb għat-tmexxija serja tal-gvern.", "Mr Speaker, xtaqt issa nagħmel riferenza għal dak li qal il-president taċ- chamber of commerce fil-laqgħa ma' Prodi meta qal li l-GWU ma kenitx preżenti minħabba li l-uffiċjali tal-union kellhom appuntament ieħor.", "Dan qalu meta kien jaf li l-uffiċjali tal-GWU kienu qegħdin il-qorti jiddefendu ruħhom mill-akkużi li saru kontra tagħhom mill-gvern, liema akkużi jien ċert li qatt ma kien hemm bħalhom fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nħoss li dakinhar kellha tingħad il-verita`, jiġifieri li l-GWU ma kenitx preżenti minħabba li kienet qiegħda l-qorti tiddefendi bl-ikbar spirtu ta' kredibilita` trejdjunonistika l-interessi tal-ħaddiema.", "Mr Speaker, xtaqt issa nagħmel xi riferenzi għal numru ta' battibekki li kelli mal-Ministru Ninu Zammit li huwa responsabbli mill-qasam tal-biedja u s-sajd.", "Matul dawn l-aħħar xhur kienu diversi dawk il-battibekki bejnietna dwar il-fatt li jiena dejjem insostni li rapporti u dokumenti uffiċjali juru li l-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea qed tiswa lill- popli tal-pajjiżi membri aktar minn Lm600 fis-sena lil kull familja.", "Minkejja dan, għal numru ta' xhur il-ministru għoġbu jibqa' jsejjaħ dawn il- fatti bħala ħrejjef.", "Jiena llum jirriżultali li dan l-ammont ta' taxxi diretti u indiretti li fil-preżent qed tiswa l-politika komuni lill-familji kollha ta' l-Unjoni Ewropea ġie kkonfermat ukoll mill-editorjal tal-UK Daily Mail ta' l-24 ta' Frar ta' din is-sena fejn fost oħrajn intqal hekk:", "\"We are stuck with the expense of the common agriculture policy that costs the average family more than Stg 20 a week while failing to protect the livelihood of our farmers.", "Our fishing industry is on the verge of collapse because of the lunatic operations of the common fisheries policy.\"", "Dan jikkonferma dak li ili ngħid jien u li l-ministru ilu jgħidlu ħrafa.", "B'wiċċi minn quddiem jien ngħid lill-poplu Malti li s-sorsi tiegħi huma kredibbli u qed jiġu kkonfermati minn ġurnali barranin.", "Issa jekk il- ministru jrid ikun kredibbli, jew jirtira l-kritika nġusta u bla bażi li ilu jagħmel dwar dan il-każ jew inkella jkollna ngħidu li hu li qed jgħid il-ħrejjef u mhux jien!", "Nixtieq issa nagħmel riferenza għat-taħrika li bħalissa qed jagħmel l- Onor. Zammit lili għal danni ta' Lm5,000 għaliex tlabtu jispjega pubblikament u ma jkomplix jaħbi mill-bdiewa l-fatt li filwaqt li l-patata bikrija esportata fl-1990 kienet qed tinbigħ għall-prezz ta' Lm38 kull qantar, il-bdiewa ħadu biss Lm14.20 għal kull qantar.", "Jiena kont tlabtu jgħid kemm kien l-overprice li ġabet il-varjeta` Alpha fuq l-ewwel 3,000 tunnellata u allura fejn mar l-overprice ta' l-471 tunnellata.", "U r- raġunijiet li għalihom jiena tlabt lill-ministru ma jkomplix jaħbi din l- informazzjoni lill-bdiewa kienu li fil-25 u fit-30 ta' Lulju ta' l-1998, kien il-Ministru Ninu Zammit stess - dak iż-żmien shadow minister - u l- ġurnal tal-Partit Nazzjonalista \"in-nazzjon\" li akkużawni li ma kienx hemm trasparenza fil-proċess ta' l-esportazzjoni tal-patata ta' dik is-sena.", "Huma bnew dawn l-allegazzjonijiet infondati fuq ritratt li qalu li l-bdiewa tawhom li jindika li l-prezz ta' dan il-prodott bikri kien ta' Dutch guilder 4.98 għal kull żewġ kilos, jew aħjar Lm46 kull qantar.", "Jiena minn hawnekk ngħid lill-ministru biex ikun serju, ma jkomplix jgħaffeġ, jiffaċċja l-verita` u jispjega lill-bdiewa x'ġara mid-differenza tal-flus tal-patata bikrija li ġiet esportata bejn is-7 u l-25 ta' Mejju tas-sena li għaddiet.", "Aktar 'il quddiem, bil-permess tal-Kamra, inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar il-kontinwazzjoni tal-proġett ta' Chadwick Lakes li ftit tal-jiem ilu ġie ppubblikat mill-organizzazzjoni bdiewa żgħażagħ - li hija għaqda oħra li l-ministru jogħġbu jsejħilha fantasija u jogħġbu jgħid li m'hi xejn ħlief għaqda finta - liema rapport diġa` ġie kkomunikat lill-media.", "Jiena rrid hawnhekk nifraħ lil dawn il- bdiewa żgħażagħ li fl-okkażjoni tas-sena ddedikata lill-bdiewa żgħażagħ mill-FAO ħadu l-inizjattiva biex jagħmlu rapport bħal dan li jimmarka l- interess li minkejja li l-gvern Nazzjonalista tal-lum qed jabbanduna totalment l-interessi ta' dawn iż-żgħażagħ, għad hawn żgħażagħ denji, kredibbli u li jagħrfu li minkejja din id-disfatta li qed jaraw min-naħa ta' l-awtoritajiet ikomplu jsostnu l-mistjier tagħhom fil-qasam tal-biedja.", "Mr Speaker, irrid nappella wkoll lill-ministru sabiex ikun aktar responsabbli fid-dmirijiet tiegħu u jara kif jirrimedja l-kwestjoni ta' l- art li tenħtieġ l-MDP sabiex din tkun tista' tibni fabbrika ġdida.", "Ma jistax ikun li dan il-proċess importanti jkompli jiġi mitfugħ fuq xkaffa minn xahar għall-ieħor u minn sena għall-oħra.", "Matul l-amministrazzjoni preċedenti kienet ġiet proposta zona f'Ta' Qali u kien ġie miftiehem li din kellha tiġi proposta lill-awtorita` ta' l-ippjanar għall-konsiderazzjoni tagħha.", "Jien naħseb li għandu jintqal eżattament x'inhuma r-raġunijiet għalfejn din is-sit għadha ma ġietx allokata u meta se tkun finalizzata din is-sitwazzjoni.", "Il-gvern Nazzjonalista kien wiegħed li se jagħti biċċa art lilll-MDP sabiex tinbena fabbrika ġdida imma s'issa għadu ma żammx kelmtu.", "Jekk il-ministru verament irid jagħmel xogħlu u ma joqgħodx jinħela f'insulti li ma jagħmlu ebda sens anzi li jgħawġu l-verita`, għandu jpoġġi din il-kwestjoni għall-attenzjoni immedjata tiegħu.", "Mr Speaker, irrid infakkar ukoll lill-ministru u lill-gvern li għadhom ma qalux kemm qed jikkalkulaw li se jintilfu miljuni ta' liri fuq l- importazzjoni ta' l-ikel u l-importazzjoni ta' materja prima mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wara li nsiru membri.", "Fil-fatt jien jirriżultali li se jintilfu 'l fuq minn Lm17 miljun fis-sena fuq importazzjoni annwali ta' prodotti bħalma huma l-laħam aħmar, il-butir, il-ġobon, iz-zokkor u l- ġwież.", "Dawn huma affarijiet li f'pajjiżna se joħolqu splużjoni fil- prezzijiet u li se jġibu magħhom problemi, l-aktar għal dawk in-nies li għandhom dħul baxx.", "Il-gvern ma jistax ikompli jkun kapriċċuż u ma jfehimx lill-poplu kif jista' jkun li jsir dan it-telf kull sena meta fl-istess ħin qiegħed ikompli jgħaddi lill-istess poplu b'aktar taxxi sabiex suppost nindirrizzaw 'l hekk imsejjjaħ deficit.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom aktar kmieni fid-diskors tiegħi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar iċ-Chadwick Lakes maħruġ mill-young farmers (Malta), flimkien ma' dokumenti oħra relatati mas-settur tal-biedja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 8 ta' Marzu, fid-9.00 a.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BANEK", "14403.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma dak li semma fil-media u dak li qed jintqal min-nies li l-banek se jibdew jitolbu ħlas biex jissarrfu ċ-cheques?", "Jekk dan huwa minnu, l-Ministru jista' jgħid jekk din il-miżura ġietx diskussa mal-gvern u allura ġietx approvata jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-banek ilhom mill- 1996 jitolbu li għandhom jiċċarġjaw għas-servizz tat-tisrif taċ-ċekkijiet.", "Il-gvern ma tax l-approvazjoni imma jifhem li trid tinstab soluzjoni.", "Għalkemm il-gvern tkellem mal-banek u wera t-tħassib tiegħu dwar ħlas li jista` jibda jintalab minnhom għal tisrif ta` ċekkijiet, il-pubbliku irid jifhem li l-banek, huma istituzzjonijiet kummerċjali u li għalhekk iridu jkopru l-ispejjeż tagħhom.Il-Gvern ħeġġeġ lill-banek biex jibdew kampanja sabiex il-poplu jiftaħ kontijiet magħhom biex hekk pagamenti mill-gvern ikunu jistgħu jsiru direttament f`dawn il-kontijiet.", "RAĦAL ĠDID - CHECK UPS", "14404.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-Health Centre ta' Raħal Ġdid, fid- diabetic clinic, pazjenti li jkollhom check ups dwar il-kondizzjoni tagħhom, ikollhom jerġgħu joqogħdu fil-queue biex it-tabib jagħmlilhom vista?", "Ma jidhirlux l-Ministru li jkun aħjar li l-pazjenti li jkunu jenħtieġu vista wkoll jinqdew mill-ewwel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kull pazjent li jattendi l-klinika tad-diabete f'xi ċentru tas-saħħa jiġi eżaminat mit-tabib.", "Il-proċedura li tiġi segwita fid-diabetes clinic ta' Raħal Ġdd, bħal fiċ- ċentri tas-saħħa l-oħra, hi li l-ewwel il-pazjenti jiġu eżaminati min-nurse li tiċċekja l-piż, l-awrina, l-pressjoni u d-demm ta' kull pazjent, u wara kull pazjent jiġi eżaminat mit-tabib bl-assistenza tan-nurse.", "Din il- proċedura hi kkonsidrata l-aktar prattika fiċ-ċirkostanzi preżenti għal dawn ir-raġunijiet:", "1.", "Biex jiġi utilizzat bl-aħjar mod il-ħin tat-tabib, għaliexwaqt li n- nurse tkun qed tipprepara l-pazjenti, it-tabib jkun jista' jagħmel xogħol ieħor.", "2.", "Hu wkoll fl-interess tal-pazjenti, li ħafna minnhom ikunu sajma, li jlestu mit-testijiet tad-demm u l-awrina kmieni kemm jista' jkun, ħalli jkunu jistgħu jieklu xi ħaġa.", "Jekk joqogħdu jistennew li jibda' x-xogħol it-tabib, idumu aktar sajmin.", "ŻEBBUĠ - OLIVE SQUARE - PARKEĠĠ", "14405.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni dwar parking, li jsir regolarment mar-roundabout f'Olive Square, Żebbuġ u li huwa ta' periklu kemm għat-traffiku, kif ukoll għal min jgħaddi bil-miexi minn hemm?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li m'hemm l-ebda pjazza b-isem imsemmi mill-Onor.", "Interpellanti f`Ħaż Żebbuġ.", "QORMI - TRIQ ID-DEHEB - BLOKK 3", "14406.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li fil-Blokk 3, Ta' Farsina, Triq id-Deheb, Qormi, fejn bħalissa qed issir il-manutenzjoni tal-common parts, u qed jiġi nbajjad il- ħajt tat-taraġ, ir-residenti ġew informati verbalment li l-ħaddiema li qed jagħmlu dan ix-xogħol m'għandhomx l-ordni li jbajdu l-letter boxes, il- kaxxa tal-metres u l-bieb ta' barra?", "Ma jidhirlux il-Ministru li għal ftit xogħol, dan għandu jsir, biex il-manutenzjoni ssir b'mod komplet?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jara li tingħata l-ordni biex dan il-ftit xogħol meħtieġ isir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "STA.", "VENERA - TISWIJA", "14407.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Patri Gwann Azzopardi, Sta.", "Venera, se tiġi rranġata, minħabba l-periklu li hemm għar-residenti, minħabba t-tħarbit fit-triq, u anke il-fatt li d-drenaġġ ta' spiss ifur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol imsemmi normalment jesegwih il-kunsill lokali, u għalhekk l-Onor.", "Interpellant hija mitluba tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - ID CARDS", "14463.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ID cards irrapportati nieqsa lill-pulizija matul l-1999 u sa l-20 ta' Frar ta' din is-sena?", "Kemm minnhom instabu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li mill-1 ta` Jannar, 1999, sa l-20 ta` Frar, 2000, ġew irrapportati lill-Pulizija 1,856 karta ta` l-identita` mitlufa, filwaqt li fl-istess perijodu ġew irrapportati lill-pulizija 35 karti ta` l-identita` misjuba.", "ZURRIEQ - TISWIJA TA' TOROQ", "14484.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Fonzu Gauci fiż- Żurrieq hix waħda minn dawk inklużi fil-proġett ta' rranġar ta' toroq li l- amministrazzjoni qegħda tipprepara?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din issir, peress li l-inkonvenjent f'din it- triq huwa kbir ħafna?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Billi jien informat li t-triq indikata diġa` ġiet asfaltata, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jivverifika sew l-isem tat-triq.", "ŻURRIEQ - TRIQ DONATO DEL PIANO", "14485.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Donato del Piano hix inkorporata fil-pjan li qiegħed jiġi mniedi għall-irranġar ta' toroq?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hijiex se ssir din is-sena peress li l-inkonvenjent u l-ħsara f'din it-triq hija kbira?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija kienet fil-pjan u fil-fatt għadu kif ingħata kuntratt biex din it-triq isir ix-xogħol fiha.", "SVPR - PEDALOĠISTA", "14486.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja li ma hemm l-ebda pedaloġista residenti fl-Isptar ta' San Vinċenz de Paule, il-gvern jew aħjar il-ministeru qiegħed jirrifjuta li jagħti mpjieq lil erba' pedaloġisti appena gradwati?", "Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Bi ftehim bejn iż-żewġ ministeri konċernati, is- servizz tal-podoloġija fl-Isptar San Vinċenz de Paule jingħata mid- Diviżjoni tas-Saħħa.", "Dwar l-impjieg lil erba' podoloġisti li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant, nirriferih għat-tweġiba li kont tajt għall- mistoqsijiet parlamentari numri 13098 u 12224.", "SAĦĦA - PATOLOĠISTI", "14487.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-erba patoloġisti li ggradwaw dan l-aħħar ma ġewx impjegati għall anqas bħala casuals u dan bħalma dejjem ġara fis-snin ta' qabel?", "Veru li dawn il-gradwati mhux se jiġu mpjegati għallinqas qabel is- sena 2001?", "Għaliex din ix-xeħħa f'qasam daqshekk importanti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'iniex informat li ggradwaw erba' patoloġisti dan l- aħħar.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-podoloġisti, nirriferih għar-risposti numru 13098 u 12224.", "KALAXLOKK - ĦADDIEMA", "14488.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi u x'se tkun il-pożizzjoni tal- ħaddiema tal-Kalaxlokk u kemm se jdumu f'din is-sitwazzjoni?", "Jista' l- Ministru jgħid x'se jsir minn dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-kumpannija Kalaxlokk u l-GWU dwar reviżjoni tal-collective agreement.", "Huwa ittamat li jintlaħaq ftehim li jwassal lill-kumpannija li tkun f`qagħda li tikkompeti għax-xogħol kif jirrikjedi s-suq.", "B`hekk biss jista` b`xi mod jigi garantit il-futur tal-ħaddiema.", "SKEJJEL - GĦALLIEMA BARRANIN", "14489.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' issa l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba fil-mistoqsija parlamentari tiegħi nru.13925 ċioe' dwar għalliema barranin li jgħallmu fl- iskejjel tal-Knisja, s-suġġetti tagħhom u d-dettalji dwar il-permess li jaħdmu Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - PESCATORE", "14490.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-ewwel ta' Jannar, 2000 sa l-aħħar ta' Frar, 2000 f'liema dati, f'liema ħinijiet (ftuħ u għeluq) u għal liema attivitajiet kellu l-permessi meħtieġa l-Pescatore li jinsab f'San Pawl il- Baħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fil-perijodu speċifikat il-liċenzji tal-pulizija relevanti għal post li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant kienu dawk li jien tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12266.", "SKEJJEL TAL-KNISJA - FTEHIM", "14491.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar minn Settembru 1999 sa Frar, 2000, kemm ingħatat għajnuna finanzjarja lill-iskejjel tal-Knisja skond il-ftehim bejn Stat u Knisja?", "Kien hemm xi żieda fuq dak li kien jingħata qabel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat lill- iskejjel tal-Knisja minn Settembru 1999 sa Frar 2000 skond il-ftehim bejn Stat u Knisja kien hekk:", "Settembru 1999 - Lm 557,083 Ottubru 1999 - Lm 557,083 Novembru 1999 - Lm 680,827 Diċembru 1999 - Lm 541,820 Jannar 2000 - Lm 590,000 Frar 2000 - Lm 590,000", "TOTAL Lm3,516,813", "Informat ukoll li din is-somma fiha żieda ta' Lm184,621 fuq l-istess perjodu ta' sena qabel.", "PA - RABA'", "14492.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara d-diskors tal-Ministru tal-biedja f'dawn l-aħħar jiem li eluf ta' tmiem ta' raba' se jingħata għall-bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u fejn qabel kien hemm projbizzjoni dwar dan, jista' l-Ministru jelenka fejn hu dan ir- raba', kemm hu kbir f'kull każ u min hu s-sid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14449.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWEĠIJIET", "14493.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet matul l-ewwel xahrejn ta' din is-sena?", "Kemm minnhom kienu żweġijiet ċivili biss?", "Kemm saru żweġijiet fejn wieħed/waħda mill-koppji kien/kienet barranija?", "Kemm saru żweġijiet f'Malta bejn koppji barranin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar żweġijiet bejn l-1 ta` Jannar, 2000, u d-29 ta` Frar, 2000, hu kif ġej : -", "Malta Għawdex", "Total ta` żweġijiet 132 8 Żweġijiet ċivili (mit-total) 53 3 Żweġijiet (parti waħda barranija) 31 xejn Żweġijiet (iż-żewġ partijiet barranin) 14 xejn", "OPM - SAFAR", "14530.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm-il darba tqabbad fotografu barrani biex jieħu ritratti neċessarji waqt żjajjar li għamel barra minn Malta?", "Kemm ġew imħallsa flus fuq xogħol bħal dan is-sena l-oħra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Matul is-sena 1999, kien hemm għaxar darbiet li fihom ġie mqabbad fotografu biex jieħu ritratti neċessarji waqt żjajjar tal- Prim Ministru barra minn Malta.", "Il-photographic fees li tħallsu lill- fotografu kienu jammontaw għal Lm1815.", "Inżid ngħid li din il-prattika bdiet f'Novembru 1996.", "Mal-bidla fil-gvern f'Settembru 1998 l-assistenti personali ta' l-ex Prim Ministru ta' l-parir lill-assistent personali tiegħi biex din il-prattika titkompla.", "RABAT - APRIL 1987", "14531.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar xi kumpens mill-gvern lil dawk il-persuni li weġġgħu waqt u/jew wara avveniment għall-familja li sar ġewwa r-Rabat f'April 1987 fejn waqt u wara dan l-avveniment politiku diversi nies iddaħħlu l-isptar isofru minn tiri ta' armi tan-nar?", "Jekk iva, kemm tħallsu dawn il-persuni u kemm kienu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tinghata f`xi seduta oħra.", "EU - NEGOZJATURI", "14532.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitħallsu l-persuni li se jifformaw it-team ta' negozjaturi li se jinnegozjaw id-dħul ta' Malta ma' l- Unjoni Ewropea, kull wieħed fuq medda ta' xhur?", "ONOR.", "JOE BORG: Dawk minn fost it-team ta' negozjaturi li huma mpjegati governattivi se jitħallsu biss s-salarju normali tagħhom.", "Għalkemm jista' jkun hemm il-bżonn li jiġu appuntati persuni minn barra s-servizz ċivili anke fil-kapaċita tagħhom ta' esperti fuq materja jew materji partikolari, s'issa għad ma ġie appuntat ħadd.", "Fil-każ partikolari tas-Sur Richard Cachia Caruana li ġie appuntat bħala chairman tal-core negotiating group nirriferi għar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 14090.", "UE - KAĊĊA/INSIB", "14533.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jitlob deroga u/jew eċċezzjoni mill-Unjoni Ewropea waqt in-negozjati dwar il-kaċċa u anke dwar l-insib?", "F'dan l-istadju jista' jgħid x'se jitlob il-gvern?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-pożizzjoni Maltija għan-negozjati dwar il-qasam tal- ambjent għadha qed tiġi mħejjija, ġaladarba għad jonqos żmien biex jibdew in-negozjati fuq dan il-qasam.", "Nixtieq inżid pero' li ma jkunx għaqli li tiġi żvelata il-pożizzjoni Maltija għan-negozjati qabel ma jseħħu dawn l- istess negozjati.", "Minkejja dan il-gvern lest li jsib mod kif iżomm l-oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat- tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna naddottaaw l-acquis.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "14550.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-policy attwali dwar għoti ta' permessi ta' ftuħ ta spiżeriji ġodda?", "X'inhuma l-kriterji li fuqhom minn diġa' għandu permess tal-Planning Authority għall-applikazzjoni sabiex jiftaħ spiżerija, jingħata l-permess mid-Dipartiment tas-Saħħa?", "Kemm hemm applikazzjonijiet bħal dawn u meta huwa previst li tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta' dawn il-permessi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tliet ijiem qabel l-aħħar elezzjoni ġie ffirmat ftehim bejn id-diviżjoni, ic-chamber of pharmacists u l-GRTU li rabat lid- diviżjoni u li ma jinħargux aktar liċenzji sakemm jiġu konklużi d- diskussjonijiet.", "Id-diskussjonijiet dwar spiżeriji għadhom għaddejjin u għalhekk il-ħruġ ta` permessi ta` ftuħ ta` spiżeriji ġodda huma temporanjament sospiżi.", "Il-kriterji biex jingħataw permessi dwar spiżeriji mid-dipartiment tas- saħħa qed ikunu riveduti fl-istess diskussjonijiet.", "In-numru pendenti ta` applikazzjonijiet għal spiżeriji huwa ta` 291.", "Il- lista li tinżamm mid-dipartiment tas-saħħa tikkonċerna dawk l- applikazzjonijiet pendenti għal liċenzji maħruġa mis-supritendent tas-saħħa pubblika u mhux dwar permessi tal-planning authority.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - KUMPENS", "14551.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jingħata lil sidien ta' raba' esproprjata fl- inħawi ta' Raba' tas-Salib fejn l-isptar il-ġdid?", "Jista' jikkonsidra l- għoti ta' raba' oħra bħala kumpens lil dawn is-sidien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-kumpens li se jingħata lill- persuni li rrifera għalihom l-Onor.", "Interpellant ser ikun skond l-Ordinanza għall-Akkwist ta` Art Kap. 88.", "Ninsab infurmat ukoll li talbiet biex sidien ta` art esproprijata jiġu mogħtija proprjeta` flok flus bħala kumpens jiġu kkunsidrati skond il-policy li tirregola l-Att dwar it- Trasferiment ta` Artijiet skond kif ġiet approvata mill-parlament."]} {"filename": "19991013_156d_par.doc", "date": "1999-10-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 156 L-Erbgħa, 13 ta' Ottubru, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 156", "L-Erbgħa, 13 ta' Ottubru, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.05 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "156", "L-Erbgħa, 13 ta' Ottubru, 1999", "WERREJ MINUTI 764", "TQEGĦID TA' KARTI 768", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI (KUMITAT)", "CIVIL PROTECTION BILL (COMMITTEE STAGE) 769", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET", "STATUTARJI (IT-TIENI QARI)", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 773", "AĠĠORNAMENT 790", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 795", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 155 li saret fit-13 ta' Ottubru, 1999 ġew konfermati.", "TURIŻMU - KAROZZI", "9092.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq separatament l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-karozzi tal-ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, it-tweġiba li se tingħata twassal sad-19 ta' Lulju, 1999 meta saret id-domanda.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, taħt il-vot tal-ministeru għat-turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-operational and maintenance expenses, kemm tal-ministeru kif ukoll tad-dipartiment u d-diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan-national tourism organisation, li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-ispejjeż li setgħu ntnefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ. ma jeċċedux l-estimi maħsuba għalihom.", "Jekk l-Onor.", "Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- operational and maintenance expenses dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-ministeru, fid-dipartiment u fl- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9093, 9094, 9095, 9096 u 9097.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra lill-Ministru, li forsi mhijiex daqstant relatata ma' din il-mistoqsija imma forsi jogħġbu jwieġeb.", "Smajna diversi stqarrijiet mill-għaqda tar-ristoranti fejn qed jilmentaw mis-sistema ta' l-all inclusive u l-5% li hemm fuq il-pakkett ta' l-ikel għal-lukandi.", "Dawn iħossu li qed ikunu żvantaġġati.", "Jista' l- Ministru jgħid jekk kellux laqgħat ma' l-għaqda tar-ristoranti f'dan ir- rigward u, jekk kellu, xi frott taw?", "Din it-talba tagħhom qed tiġi kkonsidrata?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, naf b'din l-istqarrija li għamlet l- għaqda tar-ristoranti.", "Din ilha tgħid hekk - ovvjament kulħadd għandu l- opinjoni tiegħu - iżda l-gvern ma jaqbilx magħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiddispjaċini imma ma naħsibx li hija kwestjoni ta' opinjoni għax l-għaqda tar-ristoranti tħoss li qed tiġi żvantaġġata f'dan ir-rigward.", "Tant huwa hekk li mir-riċerka li ħabbret dan l-aħħar l- istess għaqda, irriżultalha li kien hemm madwar 50% jew aktar tnaqqis fil- bejgħ tar-ristoranti a paragun tas-sena l-oħra u ma jistax ikun li daqstant sidien ta' ristoranti jibqgħu sejrin b'dan ir-ritmu mingħajr ma jsibu l- appoġġ tal-gvern.", "Jiġifieri l-mistoqsija tiegħi kienet jekk il-gvern jikkonsidrax li jsib kompromess f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Is-sistema ta' l-all inclusive m'hijiex sistema li topera biss f'Malta imma topera fid-destinazzjonijiet kollha turistiċi u din is-sitwazzjoni teżisti kullimkien.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- istqarrija li għadu kif għamel l-Onor.", "Membru, dwar riċerka li għamlet l- għaqda tar-ristoranti, veru li hi qalet li għamlet din ir-riċerka però ma pprovditniex b'dettalji.", "Jekk l-għaqda tar-ristoranti - din taf li għandha aċċess dejjem għalija u għall-ministeru, kif għandhom l-għaqdiet kollha - tipprovdina b'din l-informazzjoni, inkunu f'qagħda aħjar li niddiskutu u nifhmu, aħjar is-sitwazzjoni.", "F'dan l-istadju nibqa' ngħid li hija kwestjoni biss ta' opinjoni għaliex jiena m'għandi l-ebda ċifra li tikkonforta dak li qed tgħid l-għaqda tar-ristoranti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, domanda supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Forsi din id-domanda wkoll m'għandhiex wisq x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali, però xi ħaġa li ilha tinkwetani għal ħafna żmien huwa l-ftuħ tal-hypogeum ġewwa Raħal Ġdid.", "Nafu li dak huwa patrimonju nazzjonali u anke patrimonju dinji li jiġbed ħafna turisti lejn Malta.", "X'inhu jagħmel il-ministeru biex jinfetaħ il-hypogeum u b'hekk iressaq aktar turisti lejn pajjiżna?", "Jista' jgħidilna meta se jiftaħ?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif naħseb li japprezza l-ħabib tiegħi, il-ftuħ, il-manutenzjoni u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-hypogeum huwa mansjoni tal-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "Madankollu jiena niftakar - għax għamilt żmien ministru tal-kultura wkoll - li din il-biċċa xogħol ilha ġejja ħamsa jew sitt snin.", "Jiena naf li kien hemm ħafna problemi ġejjin minħabba d- drenaġġ u l-iskular ta' l-ilma.", "Naf ukoll li dan huwa monument storiku u uniku, li hemm deċiżjoni li suppost fih lanqas jitħallew jidħlu turisti kif ġie ġie imma l-aċċess għandu jkun regolat.", "Jien ċert li jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel domanda lill-ministru ta' l-edukazzjoni, ikun jista' jikseb informazzjoni aktar preċiża ta' x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa.", "Però jiena wkoll nieħu l-okkażjoni biex inħeġġeġ minn hawn li jekk hemm xi affarijiet li qed jinżammu u jistgħu jsiru, allavolja din m'hijiex kwestjoni ta' tikħil u bini imma kwestjoni ta' manutenzjoni u ta' restawr akkurat u bil-mod, jiena nixtieq li kieku dan il-monument daqshekk rari u daqshekk ta' interess għat-turisti jinfetaħ jekk jista' jkun malajr.", "Jiena smajt biss - għaliex il-kwestjoni m'hijiex f'idejja - li suppost li kellu jinfetaħ din is-sena imma mid-dehra nqala' xi ntopp u m'huwiex se jinfetaħ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista` jekk jogħġbu l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmel is-Sur Silvio Zammit fil-ministeru u jekk huwiex qed jitħallas jew le, minħabba li l-mistoqsija li kont għamilt ma kenitx ġiet imwieġba f'dan is-sens.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-Onor.", "Membru għamel domanda f'dan ir-rigward u nitolbu ftit sabar għax l-interpellanza qiegħda fuq l-order paper, fejn tajna d-dettalji preċiżi.", "(Interruzzjonijiet) La twieġbet m'għandekx għalfejn terġa' tistaqsiha!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, il-mistoqsija diġà dehret fuq l-order paper però ma ġietx imwieġba.", "Jien staqsejt kemm qed jitħallas u dan wara mistoqsija preċedenti li t-tweġiba għaliha kienet tgħid li s-Sur Zammit ma kienx qed jitħallas!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Sur President, sakemm ġie ffirmat il-kuntratt mas- Sur Silvio Zammit - u l-kuntratti kollha jiġu approvati mill-uffiċċju tal- prim ministru - dan l-individwu ma kien ħa l-ebda pagament, allavolja kien beda jaħdem minn qabel; fil-fatt ħa l-arretrati wkoll.", "Pero', jekk niftakar sew, din id-domanda ġiet imwieġba wkoll u saret riferenza għal tweġiba oħra li kienet ingħatat, jidhirli mill-Prim Ministru stess, fejn ta l-iskali ta' rimunerazzjoni u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' nies fil- grad li daħal fih fis-segretarjat tiegħi s-Sur Zammit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Filwaqt li wieħed jinnota b'sodisfazzjon li tul din is-sena l-ministeru tiegħek reġa' rreġistra suċċess u kellna numru kbir ta' turisti, nitolbu ġentilment jispjega ftit aktar fuq it- turiżmu mill-Ġappun u x'inhu jsir biex jiġu aktar turisti minn hemm.", "Wieħed irid jgħid li ħafna nies mill-Ġappun qed jiġu hawn Malta għax għandna numru ta' world heritage sites.", "Xi żviluppi saru fuq dan il- binarju meta wieħed jinnota li żdiedu konsiderevolment in-numru ta' turisti li jiġu mill-Ġappun?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill-ħabib tiegħi ta' l-awgurju u t-tifħir li għamel lill-ministeru, però dan it- tifħir ma naċċettahx għalija nnifsi - jew għan-nom tal-ministeru, jew għan- nom tan-national tourism organisation - imma naċċettah għan-nom ta' kulmin qiegħed fl-industrija tat-turiżmu, mill-kbir saż-żgħir.", "Ix-xogħol li jsir fl-industrija tat-turiżmu ma jiddependix ċertament mill-ministeru imma minn kulħadd.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu mill-Ġappun irrid ngħid li xi sitt snin ilu kien beda l-ewwel sforz biex nattiraw turiżmu minn dawk in- naħat.", "Minkejja li nonfqu relattivament ftit, konna kapaċi nsibu persuna ħawtiela u li għandha kuntatti tajbin, li n-national tourism organisation dak iż-żmien u l-Malta tourism authority illum ikkonfermat bħala r- rappreżentant ta' Malta għal dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "Maż-żmien minn 700 persuna wasalna għal 2000, imbagħad 3000 u 4000 u qed nistmaw li din is-sena jkollna kważi 7000 ruħ mill-Ġappun.", "Paragunat man-nefqa li nagħmlu, ċertament li huwa riżultat tajjeb.", "Ix-xogħol li tagħmel il-Malta tourism authority fil-Ġappun huwa kkomplimentat ukoll minn diversi aġenti ta' l-ivvjaġġar Maltin, li għandhom aġenziji - għax din hija sħubija, m'hijiex kwestjoni tal-gvern, m'hijiex kwestjoni tas-settur pubbliku biss imma ta' kulmin huwa involut f'dak is- settur - u nista' nikkonferma li n-numru ta' turisti mill-Ġappun fil-fatt qed jiżdied.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: L-għaqda tar-ristoranti, li għandha numru kbir ta' membri - fil-fatt issostni li hi l-aktar għaqda li fi ħdanha għandha stabilimenti - tinsab urtata, kif intqal anke pubblikament, għax m'għandhiex rappreżentanza diretta fuq l-MTA.", "Nixtieq li l-Ministru jagħti r-raġuni.", "Mistoqsija oħra li xtaqt nagħmel hija dwar il-klassifika tal-lukandi.", "Il- klassifika tal-lukandi ssir darba biss meta tinfetaħ il-lukanda jew tiġi riveduta kull tant żmien?", "U jekk tiġi riveduta kull tant żmien, min hu responsabbli għal din ir-reviżjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' dispjaċir ta' l- għaqda tar-ristoranti għall-assenza tagħha mill-bord ta' l-awtorita` tat- turiżmu u mid-direttorati tat-turiżmu - ejja ngħidu hekk għax il-kelma \"urtata\" forsi hija daqsxejn qawwija - irrid ngħid li din toħroġ mil-liġi stess.", "F'dik il-liġi huma l-lukandiera u l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li għandhom id-dritt li jkunu rappreżentati u ħadd aktar.", "Qed nitkellem għall- bord ta' l-awtorità tat-turiżmu.", "Waqt li kienet qed tiġi msawra l-liġi bil-versjoni li spiċċajna biex approvajna f'din il-Kamra unanimament, żidna membru ieħor mal-wieħed li diġa` kien hemm biex jirrappreżenta dawk l-assoċjazzjonijiet l-oħra li ma kellhomx rappreżentanza bi dritt, kif fil-fatt kellhom il-lukandiera u l- aġenti ta' l-ivvjaġġar.", "Dan għamilnieh biex nagħtu opportunità li jkunu rappreżentati l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti mill-ministru, kif tgħid il- liġi, bħalma hija l-għaqda tar-ristoranti.", "Fil-fatt kien hemm tmien għaqdiet li kienu kklassifikati b'dan il-mod, li laqqajniehom u saret għażla bejniethom stess - mhux minni jew minn ħaddieħor - u ġew eletti r- rappreżentant ta' l-iskejjel ta' l-Ingliż u r-rappreżentant tal-UBS.", "Minn dawn it-tmienja li kien hemm biex jeleġġu membru minn fosthom, kien hemm ukoll l-għaqda tar-ristoranti.", "Dik hija l-istorja kollha.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-klassifika ta' lukandi, ovvjament lukanda l-ewwel trid tibda topera biex wieħed jikklassifikaha u mhux sempliċement tara l-istruttura imma trid tara l-manning u l-mod kif tkun managed.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, il-klassifika għandha x'taqsam sew ma' numru ta' stilel kif ukoll ma' klassifika oħra bejn deheb, fidda u bronż, li għandha x'taqsam ħafna mas-servizz u l-amenities li jkollha lukanda.", "Wara tiġi kklassifikata, ikun hemm diversi opportunitajiet li tiġi kklassifikata aktar 'il fuq jew inkella tista' titniżżel 'l isfel bħala ranking.", "Bħalissa sfortunatament hemm żewġ lukandi li qed jagħtuna ftit inkwiet u wasalna biex mhux biss baxxejnilhom il-klassifika - mhux jien imma l-bord li bħalissa għandu x'jaqsam ma' dan ix-xogħol, li huwa l-hotels & catering establishments board - imma addirittura ġew ordnati li jagħlqu għaliex huwa importanti li żżomm ftit dixxiplina u standards kemm jista' jkun tajbin.", "Jekk wara li tingħatalu l-klassifika, il-lukandier iħoss li biż-żmien ikun saħħaħ l-operazzjoni tiegħu jew żied l-amenities jew inkella għamel refurbishment, allura dan għandu l-opportunità wkoll li jerġa' japplika lill-hotels & catering establishments board biex jitlob reviżjoni.", "Però rrid ngħid ukoll li l-bord ma tantx jieħu pjaċir jagħmel dawn l- affarijiet singolarment peress li minn żmien għal żmien, ngħidu aħna kull sentejn, tlieta, isir exercise sħiħ, allura kważi kważi jaqbel li wieħed jistenna li jsir l-exercise komplet milli jieħu każ individwalment.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Jista' jekk jogħġbu l- Ministru jgħidilna x'inhija l-pożizzjoni tal-gvern rigward l-iżvilupp ta' golf courses ġodda f'Malta, fil-qafas ta' l-iżvilupp turistiku tal-pajjiż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, fl-1993 kont responsabbli mit-turiżmu wkoll u fil-fatt kont jien li ġibt l-ewwel konsulenti - għaliex jien nemmen li jeħtieġ li jkollna golf courses hawn Malta; issa jekk hux waħda jew tnejn ma narahx jien imma jarah min hu responsabbli biex jiddeċiedi dwar l- użu ta' l-art - u hemm rapport imtella' minn dawn il-konsulenti, li kien ukoll il-bażi tal-white paper li ħareġ il-gvern preċedenti.", "Il-gvern huwa favur il-golf courses u naf li hemm tliet proġetti li bħalissa qed jiġu eżaminati.", "Irrid ngħid ukoll li kemm ilni ministru kelli l-okkażjoni li nlaqqa' rappreżentanti ta' l-awtorità ta' l-ippjanar ma' kulmin applika għal golf course, anke taħt il-gvern preċedenti.", "Kien hemm min kellu proġett li jidħol ħafna fil-parametri mniżżlin fil-pjan ta' struttura u kien hemm oħrajn li ma kenux.", "Naf li bħalissa, kif forsi qara anke fil-gazzetti l- Kap ta' l-Oppożizzjoni, għal dak li għandu x'jaqsam mal-golf course tal- Verdala, l-awtorità ta' l-ippjanar qiegħda titlob li jsir environment impact assessment.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-golf course propost ta' Ħabel Bellu, tressqet il-proposta lill-awtorità ta' l-ippjanar.", "Naf ukoll li għall-golf course maħsub li jkun parti mill-iżvilupp f'Ta' Ċenċ, kellhom jitressqu d-dokumenti lill-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Ma nafx eżatt jekk ġewx imressqa imma naf li kienu fl-istat finali tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed ninnota li fix-xatt tal-Belt qed ikun hemm diversi cruise liners - fil-fatt illum kien hemm tlieta żgur u rajt kwantità kbira ta' passiġġieri - li qed iżidu n-numru ta' turisti li jiġu f'pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jgħaddi suġġeriment lill-awtorità tat- turiżmu biex wieħed jikkonċentra iktar sabiex dawn it-turisti, li prattikament jiġu jagħmlu ġurnata hawn Malta, forsi jħallu ftit iktar flus u jaraw ftit iktar minn pajjiżna matul il-ġurnata li jagħmlu f'Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Tajjeb li f'din il-Kamra wieħed jikkonstata wkoll l-avvanzi kbar li qed isiru f'dan il-qasam tat-turiżmu.", "Huwa qasam li fil- fatt il-ministeru u l-awtorità tat-turiżmu għandhom interess kbir fih, allavolja d-driving force wara din il-politika huwa fil-fatt il-ministeru għat-trasport u telekomunikazzjoni, preċiżament l-awtorità marittima.", "Il- bieraħ kelli opportunità li nitla' fuq cruise liner jien ukoll u dak il-ħin kien hemm erba' cruise liners enormi u kienet veduta li tabilħaqq tpaxxi l- għajn.", "Però, kif qed jgħid l-Onor.", "Membru, huwa importanti li kemm jista' jkun nimmassimizzaw id-dħul minn dan it-tip ta' viżitatur.", "Dan it-tip ta' turist fil-fatt iħalli l-flus però rrid infakkar ukoll li m'hijiex il-Malta tourism authority - jew il-ministeru jew l-awtorità marittima - li torganizza t-tours u tiddeċiedi fejn imorru dawn it-turisti.", "L-aġenti tagħhom stess jorganizzawlhom it-tours għall-erba', ħames jew sitt sigħat li jkollhom fil-port of call.", "Forsi l-aġenti ta' l-ivvjaġġar li jkunu qed jisimgħuna - jew jaqraw x'inkunu qed ngħidu - jistgħu jieħdu nota ta' dak li jixtieq dan il-parlament.", "Jien naħseb li jekk jipprovaw iferrxu ftit il-bejgħa, biex ngħidu hekk, ikun ħafna aħjar.", "Ovvjament meta l-vapuri jittrakkaw il-Belt, lit-turisti ma tistax teħodhom wisq 'il bogħod!", "Ikun hemm ħafna nies li jitilgħu bil-mixi mill-moll sal-Belt u f'dan ir- rigward jien inħeġġeġ lill-poplu Malti biex jiftakar li din tista' tgħid hija l-intrata tad-dar Maltija.", "U kif l-intrata ta' darna ma nħammġuhiex, kemm jista' jkun anke l-mollijiet u t-toroq għandna nżommuhom pinna, sew għalina, kif għedt dalgħodu, kif ukoll għal min jiġi jżurna.", "Però ċertament m'huwiex kompitu tal-gvern, għalkemm hija xewqa tal-gvern, li jiġi mmassimizzat id-dħul anke minn dawn il-cruise liners.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, l-Ambaxxatur ta' l- Unjoni Ewropea għal Malta għadu kif għaddieli dawn id-dokumenti, li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fit-13 ta' Ottubru, 1999 dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea;", "Composite paper fuq l-istess rapport; u", "Stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea dwar l- istrateġija għat-tkabbir ta' l-Unjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Karti:", "Kopja ta' programmi edukattivi għall-istudenti sekondarji, b'riferenza għall-hands-on farming, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9232.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "CIVIL PROTECTION BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-13 ta' Ottubru, 1999)", "Klawsola 10 - Reati.", "(Kont.)", "Clause 10 - Offences.", "(Cont.)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Chairman, dalgħodu waqt li konna qed niddiskutu klawsola 10, jekk fhimt sew, l-Onor.", "Gulia qajjem il- punt dwar jekk dawk li jagħmlu s-salvataġġ, fis-sens tad-dritt marittimu, jistgħux b'xi mod jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta' klawsola 10, li timponi piena massima ta' għaxar snin ħabs għas-sakkeġġ.", "Jien naħseb li nkunu qed inġebbduha ftit biex ngħidu hekk, għax klawsola 10 tgħid li r- reat jiġi kommess meta wieħed \"ineħħi minn xi post u juża mingħajr ebda dritt\".", "Issa jekk id-dritt marittimu jikkonċedi dan id-dritt li xi ħadd li jsalva xi ħaġa li tkun qed tegħreq jew inkella jipprevjeni li tegħreq jieħu benefiċċju skond il-liġi, allura la hemm l-intenzjoni li wieħed japprofitta ruħu minn diżastru naturali sabiex iħaxxen butu u lanqas ma hemm ir- rekwiżit li dak li jkun għamel ikun għamlu mingħajr ebda dritt.", "Hawnhekk il-kliem \"għal benefiċċju tiegħu\" jirriferu għal benefiċċju egoistiku, li xi ħadd f'sakkeġġ jisraq jew inkella jieħu affarijiet li ġew abbandunati minħabba terremot jew għargħar.", "Ma naħsibx li by any stretch of the imagination wieħed jista' jgħid li dan japplika wkoll għall-każ ta' salvataġġ.", "Jien naħseb li l-provvedimenti ta' klawsola 10 jkopru r-reati kollha li wieħed jista' jimmaġina konnessi ma' sitwazzjoni ta' emerġenza.", "Nerġa' nirripeti, kif għidt fit-Tieni Qari, li l-provvediment li għandek bżonn permess biex tiġbor għal nies li ġew milquta minn xi diżastri naturali ġie mneħħi.", "Dan ma jfissirx li wieħed jista' jiffroda n-nies billi jiġbor għal għargħar u jdaħħalhom fil-but tiegħu, għax dak ikun qed jikkommetti frodi taħt il-Kodiċi Kriminali, imma li wieħed jitlob permess u jekk jiġbor mingħajr permess jikser il-liġi talli għamel hekk biss, dak ġie mneħħi mill-abbozz.", "Però l-provvedimenti kollha tal-Kodiċi Kriminali li japplikaw għall-frodi m'humiex preġudikati bit-tneħħija ta' dik il- klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Gavin Gulia.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Meta wieħed iqabbel din il-klawsola, kif qed tiġi proposta, ma' Artiklu 343 tal-Merchant Shipping Act, fejn jitkellem speċifikament dwar salvage, wieħed jista' jifhem li hemm differenza.", "Però fi klawsola 10 jingħad:", "\"Any person who removes and applies for his own benefit or that of any other person ...\"", "Issa biex inkunu ċari mija fil-mija, \"any other person\" tista' tfisser anke l-owner.", "ONOR.", "TONIO BORG: Però jkompli jgħid \"mingħajr ebda dritt\".", "Naħseb li qiegħda fit-test Ingliż ukoll.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jekk tridu nħalluha kif inhi però nissuġġerixxi li nagħmlu \"or that of any other person other than the owner\", għaliex taħt il- Merchant Shipping Act meta inti tagħmel salvage naturalment tkun qed tagħmlu għall-benefiċċju ta' l-owner.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Is-Sedja qiegħda tifhem li hemm distinzjoni fl- intenzjoni, għax waħda hija meta qed tieħu ħsieb xi ħaġa ta' ħaddieħor, mentri fl-oħra inti qed tapprofitta ruħek mis-sitwazzjoni.", "ONOR.", "TONIO BORG: Però, apparti minn hekk, qed ninnota li filwaqt li t- test Malti jgħid: \"Kull min ineħħi minn xi post u juża mingħajr ebda dritt\", fit-test Ingliż li kkwota l-Onor.", "Gulia għadni ma rajtx il-kliem li jfisser \"mingħajr ebda dritt\".", "Veru li t-test Malti dejjem jipprevali imma biex inkunu iktar ċari forsi nistgħu nintroduċu dak il-kliem \"mingħajr ebda dritt\" fit-test Ingliż ukoll bil-kelma ''unlawfully\".", "It-test Ingliż huwa iktar ġenerali mit-test Malti.", "It-test Malti qiegħed jispeċifika iktar għax qed jgħid li kulmin jagħmel dawn l-affarijiet għall-benefiċċju tiegħu b'mod egoistiku u mingħajr ebda dritt.", "Dak il-kliem \"mingħajr ebda dritt\" żgur ikopru s-sitwazzjoni ta' xi ħadd li jista' jieħu kumpens taħt il-liġi li kkwota l-Onor.", "Gulia u ma jkun jista' qatt jinstab ħati ta' reat kriminali taħt klawsola 10.", "Onor. Gulia, nistgħu ngħidu \"who unlawfully removes and applies\", ħalli żgur inkopru din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Iva, naqbel.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"H\" Fit-test Ingliż ta' subklawsola (1) ta' klawsola 10, minnufih wara l- kliem \"Any person who\" għandha tiżdied il-kelma \"unlawfully\".", "\"H\" In the English text of subclause (1) of clause 10, immediately after the words \"any person who\" there shall be inserted the word \"unlawfully\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 10, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 - Tħassir ta' ċerti liġijiet.", "Clause 11 - Repeal of certain laws.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, klawsola 11 tħassar żewġ liġijiet.", "Qegħdin inħassru l-Att dwar Korp tax-Xogħol ta' Emerġenza - fl-1972 din il- liġi kienet qajmet ċertu kjass fil-pajjiż u llum mietet mewta naturali, però għadha hemmhekk u allura qiegħda titħassar - u qegħdin inħssru wkoll l- Att dwar Għajnuna minħabba Għargħar.", "Fl-istess ħin f'paragrafu (e) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 7 ta' dan l-abbozz issa għamilna li l-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "\"for determining, with the concurrence of the Minister responsible for finance, of the method and payment of compensation levels for material losses incurred by persons during an emergency in terms of the Emergency Powers Act (Cap.178) and during a disaster as defined in this Act;\"", "Mela f'każ ta' għargħar, taħt regolamenti li għad iridu joħorġu, ikun hemm il-possibbiltà li jingħata kumpens lill-persuni li jkunu sofrew ħsarat materjali.", "U fil-passat ġieli tħallas kumpens għal min kien vittma ta' għargħar, partikolarment dak ta' l-1979, fejn kienet saret liġi għal tapposta.", "Issa dan il-Floods Relief Act qed jitħassar u issa l-kumpens jista' jingħata mhux biss għall-floods imma għal kwalunkwe diżastru kif definit fil-liġi, jiġifieri emerġenza li thedded il-ħajja tan-nies jew inkella l-proprjetà kif ukoll meta jkun hemm element ta' urġenza fis- sitwazzjoni.", "F'dawk il-każi l-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex ikun jista' jagħti kumpens lin-nies li jsofru l-ħsara u dak il-kumpens irid jitħallas mill-Fond Konsolidat, li hija r-raġuni għaliex bdejna din id- diskussjoni bil-Messaġġ tal-President u anke qegħdin niddiskutu dan l- abbozz f'Kumitat tal-Kamra kollha.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 11.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 11 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 - Dispożizzjonijiet transitorji.", "Clause 12 - Transitory provision.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Klawsola 12 tiggarantixxi d-drittijiet tal-pensjoni tal-membri tal-korp tal-pulizija li qegħdin fid-dipartiment għall- protezzjoni ċivili.", "Din hija klawsola ġdida f'dan l-abbozz però nsibuha f'liġijiet oħrajn.", "Meta riċentement emendajna l-Liġi dwar il-Ħabs għedna li dawk il-membri ta' korp dixxiplinat - jiġifieri l-korp tal-pulizija jew il-forzi armati - li jagħżlu li jsiru impjegati tad-dipartiment tas- servizzi korrettivi ma jitilfux il-pensjoni tagħhom u s-snin ta' servizz li jkunu diġà għamlu mal-korp jew fl-armata.", "L-istess japplika fil-każ tad- dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Jiġifieri jekk xi ħadd li ilu għaxar snin fil-korp tal-pulizija jmur mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, dawk l-għaxar snin ma jintilfux a skopijiet tal-pensjoni.", "Għalhekk hawnhekk qegħdin ngħidu li:", "\"Any member of the Police Force who is transferred to the Assistance and Rescue Force set up under this Act or who ceases to be a member of the Police Force immediately before, and for the purposes of, becoming a member of the Assistance and Rescue Force, shall for the purposes of any law applicable to pensions payable to members of the Police Force, be deemed to have remained in the Police Force during their period of service with the Assistance and Rescue Force, and for the purposes of such laws service with the Assistance and Rescue Force by such members shall be deemed to be service with the Police Force, and his entitlement to a pension under such laws shall be regulated accordingly.\"", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qegħdin neskludu kompletament li membru fl- armata jiġi ttrasferit mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-membri tal-forzi armati qatt ma kienu nvoluti fit- tifi tan-nar, ħlief fl-airport - u dawk lanqas issa ma ġew parti mid- dipartiment għall-protezzjoni ċivili - allura dan il-provvediment japplika għall-membri tal-korp tal-pulizija.", "Meta ħarġu l-applikazzjonijiet, kemm taħt l-amministrazzjoni l-oħra u kif ukoll taħt din l-amministrazzjoni, qatt ma kien possibbli għal membru ta' l-armata li japplika.", "L-ewwel darba li ħarġu kienu għall-membri tal-pulizija u għal ċerti gradi fiċ-ċivil li huma pjuttost 'l isfel, u t-tieni darba ħarġu għall-pulizija biss, allura l- problema ma qamitx.", "Jiġifieri qegħdin nillimitawha biss għall-membri tal- korp tal-pulizija, għax dawk il-membri ta' l-armata se jkun ftit diffiċli biex jiġu ttrasferiti għad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili għax dawk, in their own right, diġà għandhom id-dritt għall-pensjoni wara 25 sena servizz.", "M'huwiex previst li dawk jiġu taħt id-dipartiment għall- protezzjoni ċivili għax l-intenzjoni kienet dejjem li dan id-dipartiment jikkoordina.", "L-unika eċċezzjoni hija din il-forza ta' għajnuna u salvataġġ, imma mhux se jkun hemm bżonn li l-membri tagħha jiġu mill- armata.", "Però l-armata tista' tkun involuta f'operazzjoni ta' salvataġġ in its own right, b'kordinazzjoni mad-dipartiment għall-protezzjoni ċivili, mingħajr il-bżonn li jiġu mpjegati għax ma jkunx hemm dak il-bżonn, u huma għandhom il-pensjoni ta' 25 sena diġà garantita taħt l-Armed Forces Act.", "Mr Chairman, dalgħodu fi klawsola partikolari għedna li kull fejn hemm il- kelma \"ħelsien\" fit-test Malti għandha ssir \"salvataġġ\".", "Fi klawsola 12 il- kelma \"ħelsien\" trid tinbidel ukoll.", "Għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"I\" Fit-test Malti ta' klawsola 12, minflok il-kelma \"Ħelsien\" kull fejn tinstab għandha tidħol il-kelma \"Salvataġġ\".", "\"I\" In the Maltese text of clause 12, for the word \"Ħelsien\" wherever it occurs there shall be substituted the word \"Salvataġġ\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nixtieq niġbed l-attenzjoni li għalkemm l- Iskeda diġà ġiet approvata ma' klawsola 8, hemm il-kelma \"ħelsien\" li trid tinbidel ukoll biex issir \"salvataġġ\".", "Din tidher darbtejn, darba fit-text tal-ġurament li jieħdu l-membri tal-forza ta' għajnuna u salvataġġ u l-oħra fejn hemm l-asterix", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, peress li hija prattika tal-Kamra li meta tgħaddi liġi l-Iskrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat biex jagħmel il- korrezzjonijiet meħtieġa, din l-emenda tista' taqa' taħt dik l- awtorizzazzjoni.", "KLAWSOLA 1 għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Titolu", "Title ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"J\" Fit-test Malti tat-Titolu, minflok il-kelma \"Ħelsien\" għandha tidħol il-kelma \"Salvataġġ\".", "\"J\" In the Maltese text of the Title, for the word \"Ħelsien\" there shall be substituted the word \"Salvataġġ\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għat-Titolu kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"J\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija t-Titolu, kif emendat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "It-Titolu, kif emendat, għadda nem. con. u ġie ordnat isir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Chairman, nitlob li l-Kumitat jawtorizza lill- Iskrivan tal-Kamra biex jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn, inkluż is-sostituzzjoni tal-kelma \"ħelsien\" bil-kelma \"salvataġġ\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.58 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IR-REVIŻJONI TAL-LIĠIJIET STATUTARJI", "STATUTE LAW REVISION (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri Ikompli mit-12 ta' Ottubru, 1999 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Sammut.", "ONOR.", "JOE SAMMUT: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji huwa intenzjonat sabiex jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta' l-edizzjoni riveduta tal-Liġijiet ta' Malta f'format elettroniku.", "Fi kliem ieħor dan l-abbozz huwa intenzjonat biex jikkrea dik il-konformità neċessarja sabiex dawk il-liġijiet li nsibu f'volumi jew inkella, kif illum il-ġurnata sar iktar komuni, permezz ta' leaflets li jifformaw il-Kodiċi tagħna, insibuhom fuq CD-ROM waħda u jibdew jipprovdu servizz li jkun up-to-date kemm jista' jkun sal-ġurnata li fiha jkunu ġew ippubblikati.", "Dan huwa pass li kien tant mixtieq u li bilfors ried jiġi rregolat permezz ta' liġi li tiġi nkorporata fil-liġijiet tagħna sabiex dawn il-liġijiet fuq CD-ROM jingħataw ir-rikonoxximent bħala liġi uffiċjali.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jemenda l-Att ta' l-1980 li meta kien ġie promulgat żgur ma kienx jieħu into consideration il-kreazzjoni tal- computers u wisq inqas il-kreazzjoni tas-CD-ROM kif nafuha llum.", "Dak iż- żmien il-computer kien għadu biss f'moħħ xi ħadd ġewwa l-Istati Uniti - u forsi lanqas ġo l-istess Silicone Valley, fejn twieled il-computer u twieldet it-teknoloġija avvanzata tal-lum - aħseb u ara s-CD-ROM!", "Allura bilfors riedu jsiru dawn l-emendi li qed jiġu proposti u naturalment wieħed jaqbel magħhom għaliex għandhom jirregolaw il-pożizzjoni.", "Hawn nerġa' niġi għall-punt tal-partenza li l-għan dikjarat fl-abbozz, cioe sabiex jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta' l-edizzjoni riveduta tal- liġijiet ta' Malta f'format elettroniku, fil-fehma tiegħi huwa tajjeb.", "Kulmin jagħmel użu mil-liġijiet tagħna għandu jkollu l-fakultà li jiġi pprovdut b'dik it-teknoloġija u b'dawk il-mezzi l-oħra li jkunu up to date u konformi mal-liġijiet tal-lum.", "Però, Mr Speaker, ma nistax naqbel mal- mod kif qiegħed jiġi mressaq dan l-abbozz.", "Ma' l-ewwel daqqa t'għajn dan l- abbozz jagħtik l-idea li dan sempliċement jitkellem dwar il-pirating u kif se tiġi protetta din is-CD-ROM tal-liġijiet meta tiġi ppubblikata.", "Fil- fatt meta wieħed jidħol fil-fond jinduna li x-xibka li tifrex din il-liġi ladarba tidħol fis-seħħ tmur oltre - għax jien inħoss li bl-emendi kif proposti se jagħtu lok għal monopolju - u dwar dan nidħol f'iktar dettall 'il quddiem.", "Kif diġà spjegajt, hawn qegħdin nittrattaw dwar kif il- liġijiet - għax \"liġijiet statutarji\" kulma tfisser hija dawk l-liġijiet kollha li ġew promulgati mal-medda taż-żmien - se jiġu nkorporati f'CD-ROM u ma jibqgħux iktar fil-famużi volumi li għandna llum.", "Dawn il-liġijiet se jintużaw minn kulmin jipprattika l-liġi, awtoritajiet, eċċ. Fl-essenza tagħha din l-idea ma fiha xejn ħażin u tajjeb hawnhekk nieqaf ftit biex ngħid kif bdiet din l-idea tas-CD-ROM, u biex nagħmel dan bilfors irrid ngħid x'ġara barra minn Malta.", "Fuq il-kontinent ta' l-Ewropa llum il-ġurnata għandna l-amalgamazzjoni ta' diversi pajjiżi taħt il-kappa ta' l-Unjoni.", "Il-fatt li l-Unjoni ġabet flimkien diversi pajjiżi li jħaddnu diversi drawwiet kulturali, diversi reliġjonijiet, diversi użanzi u fuq kollox jipprattikaw diversi liġijiet, ħoloq il-ħtieġa li kull ċittadin minn dawn il-pajjiżi jkun jaf x'jgħidu l- liġijiet ta' kull pajjiż ħalli verament jifformaw blokk magħqud.", "Għalhekk inħolqot l-idea li kull pajjiż li jifforma parti mill-Unjoni jagħmel il- liġijiet tiegħu fuq CD-ROM, li mbagħad tiġi nkorporata fuq l-internet.", "Ħalli nieħdu eżempju żgħir għalfejn dan kien ta' importanza - għax jekk Malta ssirx parti mill-blokk Ewropej jew le hija xi ħaġa li għad trid tiġi diskussa u jittieħdu d-deċiżjonijiet fuqha - u nsemmu l-każ tat-teħid tad- droga u forsi anke l-kwestjoni dwar il-prostituzzjoni li f'Malta huma żewġ punti jaħarqu u li żgur mhumiex permessi.", "Jekk, per eżempju, inħarsu lejn il-Ġermanja nsibu li sew it-teħid tad-droga għall-użu personali f'ċerti stati kif ukoll il-prostituzzjoni bħal fil-każ ta' Hamburg huma permessi.", "Jekk Malta tibda tifforma parti minn dan il-blokk, il-fruntieri jitneħħew u jkun hemm il-freedom of movement, kif sanċit u priedkat mill-membri fi ħdan l-Unjoni, però ma jfissirx li tali użanzi se jkunu awtomatikament permessi f'pajjiżna u ma jkunx il-każ li tali ċittadin awtomatikament jista' jiġi f'dan il-pajjiż u jipprattika t-teħid tad-droga jew inkella prostituzzjoni.", "Għalhekk biex ma jkunx hemm l-iskuża li l-liġi ma kenitx magħrufa, mill-internet tali ċittadin faċilment jista' jara x'jgħidu l- liġijiet Maltin f'dan ir-rigward.", "Għalhekk kienet idea tajba li dawn il- liġijiet jiġu kollha promulgati u jkunu aċċessibbli immedjatament.", "Kien ikun inutli għall-Ewropa li tippriedka t-tneħħija tal-fruntieri, tippriedka l-freedom of movement mingħajr ma tneħħi wkoll dan l-ixkiel tal-liġi.", "Apparti hekk, il-konċett ta' globalizzazzjoni kompla żied din in-neċessità li l-liġijiet jiġu ppromulgati fuq CD-ROM u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal- pubbliku.", "Illum, kif jaf kulħadd, m'għadniex nitkellmu fuq kemm hi kbira d-dinja imma bil-kontra, kemm il-globu sar żgħir.", "Bla dubju l-computer qiegħed jilgħab xejra importanti u għalhekk wasal iż-żmien li anke f'pajjiżna nkunu konformi billi nintroduċu din is-CD-ROM tal-Liġijiet ta' Malta.", "Min-naħa l-oħra kif daħlet l-idea tas-CD-ROM hawn Malta?", "Hawn Malta għandna storja diversa għax għal żmien twil il-liġijiet f'pajjiżna kienu biċċa uġigħ ta' ras biex jinżammu up-to-date.", "Kien hemm min ħa ħsieb jorganizza l-liġijiet tagħna b'mod organizzat f'diversi kotba li jixbħu lil dawk maħruġa mill-kummissjoni u kulħadd kien jemenda l- liġijiet tiegħu.", "Dan kien proċess twil li kien jinvolvi ħafna tqattigħ ta' gazzetti u ħafna inkollar.", "Imma fuq kollox kien ikollna sitwazzjoni fejn min kien jipprattika l-liġi u min kien qed jibbaża d-deċiżjonijiet u s- sentenzi fuq il-liġijiet ma kienx dejjem ikun up-to-date mija fil-mija.", "Għalfejn?", "Għax dan kien proċess li jieħu t-tul u qatt ma kien ikun eżatt.", "Imbagħad kien hemm kumpannija, li diġà rriferew għaliha l-kollegi tiegħi, il-Legal (Publishing) Enterprises, li kienet ħadet l-inkarigu li torganizza dawn il-liġijiet u kienet bdiet toħroġhom f'leaflets li jaġġornaw minn żmien għal żmien il-liġijiet statutarji.", "Eventwalment bdiet tinħass il-ħtieġa li nimxu maż-żmenijiet moderni u li dawn il-liġijiet ma jibqgħux joħorġu iktar fuq leaflets imma jibdew jinħarġu fuq CD-ROM.", "Hawnhekk inħolqot speċi ta' tiġrija u f'daqqa waħda tfaċċat ukoll is-CD-ROM min-naħa tal-gvern.", "Safejn ninsab informat kienet il-Legal (Publishing) Enterprises li ħarġet l-ewwel CD-ROM.", "Illum il-ġurnata fis-suq għandna żewġ CD-ROMs tal-liġijiet Maltin, li joffru xi ħaġa effiċjenti, organizzata u moderna.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta' liema CD-ROM hija l-aħjar għaliex f'suq ħieles il-konsumatur irid jiġġudika, però żgur li l-kompetizzjoni hija tajba f'dan is-sens u wriet kif anke bħala prodott jista' jkun hemm prodott aħjar mill-ieħor.", "Wara din id-daħla dwar kif żviluppat u ġiet f'pajjiżna l-idea tas-CD-ROM ta' min iħares lejn kif qed tiġi proposta l-liġi u naraw l-effett tagħha fuq illum.", "Sal-lum din il-kompetizzjoni bejn iż-żewġ konkorrenti li għandna fis-suq hija waħda ġusta, miftuħa u timmerita inkoraġġiment.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 2 ta' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, taħt id- definizzjoni ta' x'inhu kkonsidrat protett taħt id-dritt ta' l-awtur, bil- copyright, hemm diversi items, mill-(a) sa l-(f), biss m'hemmx inkluż il- liġijiet statutarji.", "Tant hu hekk li fil-proviso ta' l-istess artiklu hemm il-kliem \"iżda ma tinkludi ebda liġi miktuba, rapporti ta' kawżi jew deċiżjoni ġudizzjarja\".", "Din hija l-pożizzjoni tal-lum.", "Minn hawn joħroġ ċar li l-liġijiet statutarji u dawk sussidjarji m'humiex koperti bil-liġi tal-copyright, kif enunzjat taħt Kap 196.", "Il-liġijiet statutarji u dawk sussidjarji ġew imħollija mil-leġislatur sabiex jaqgħu fid-dominju pubbliku u fir-rigward tal-liġijiet dawn m'huma f'idejn ħadd u ħadd ma jgawdi xi monopolji billi jibbenefika minn xi protezzjoni.", "Huma jaqgħu f'dik il- parti li kulmin jista' jagħmel użu minnhom, jagħmel użu minnhom liberament mingħajr in-neċessità ta' xi permess.", "Hawnhekk ta' min iħares lejn is- sitwazzjoni ta' xi pajjiżi oħra fir-rigward tal-liġijiet statutorji.", "Jekk immorru fuq il-kontinent Ewropew ninnotaw li l-ebda pajjiż li jifforma parti mill-Unjoni ma jittratta l-liġijiet statutarji tiegħu bil- mod li qed jipproponi dan l-abbozz.", "Fil-pajjiżi ta' l-Unjoni - jew aħjar dawk li qegħdin fuq il-kontintent - iħallu l-liġijiet miftuħin biex jifformaw parti mid-dominju pubbliku.", "L-uniku pajjiż li jifforma parti mill-Unjoni fejn fit-turija bniedem irid permess biex ikollu d-dritt jagħmel użu minnhom huwa l-Ingilterra, fejn il-liġijiet jaqgħu taħt il- Kuruna, però fir-realta' dan mhux hekk.", "Ġo l-Ingilterra nsibu diversi okkażjonijiet fejn il-liġijiet ġew interpretati u ppromulgati u għalhekk forsi wieħed jista' jgħid li bil-konswetudni, anke ġo l-Ingilterra, illum il-ġurnata l-liġijiet jifformaw parti mid-dominju pubbliku.", "Mela kważi m'hawn l-ebda pajjiż li għamel xi ħaġa biex xi ħadd jingħata xi privileġġ jew ikollu d-dritt li hu jippubblika jew jikkontrolla dak li jsir dwar il- liġijiet statutarji.", "Lanqas Malta, għax sal-lum il-pożizzjoni f'pajjiżna hija bħal dik li nsibu sew fl-Ingilterra u sew f'pajjiżi Ewropej għax il-liġijiet tagħna jifformaw parti mid-dominju pubbliku.", "Iżda artiklu 2 ta' Kap 196 se jiġi emendat - kif qed jipproponi l-ministru fi klawsola 7 ta' dan l-abbozz - sabiex ix-xogħol letterarju jibda jikkostitwixxi l-punti diġà indikati mill- (a) sa l-(f) fl-istess artiklu, \"iżda, bla ħsara u bla ebda preġudizzju għall-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, ma tinkludi ebda liġi miktuba, rapport ta' kawżi jew deċiżjoni ġudizzjarja.\"", "Jiġifieri jekk dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħaddi mill-parlament dan il-proviso qed jiġi emendat biex fir-rigward tal-liġijiet ikun suġġett għal dak li jgħid l-Att.", "Hawnhekk wieħed bilfors irid jara artiklu 12, kif prodott fi klawsola 6 ta' dan l-abbozz li għandna quddiemna.", "Dan jaqra hekk:", "(1) Ħadd ma jista' jagħmel, mingħajr il-permess tal-Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f'xi format materjali li jkun, ta' xi edizzjoni riveduta jew xi parti minnha kif pubblikata mill- Kummissjoni.", "(2) Id-diżpożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw għall-istampar jew il-pubblikazzjoni ta' xi liġi li tkun tinsab f'edizzjoni riveduta, b'kull mezz li jkun, sakemm ebda parti minnha ma tkun ġiet fotokopjata, scanned, maħruġa bi print out elettroniku jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta, kollha kemm hi jew f'parti minnha, u sakemm ukoll li pubblikazzjoni bħal dik ikun fiha dikjarazzjoni li fiha jingħad li dik mhijiex pubblikazzjoni uffiċjali ta' xi liġi partikolari.\"", "F'dan il-kontest, Mr Speaker, l-importanza taqa' fuq il-kelmiet \"jew xorta oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta.\"", "Il- konnotazzjonijiet li joħorġu minn dawn il-kelmiet huma varji.", "Fl-ewwel lok, jekk inħarsu lejn dak li għadu kif intqal dwar il- kompetizzjoni li għandna preżenti, din tista' tipprojbixxi minnha nfisha lil kwalunkwe konkorrent milli jidħol f'kompetizzjoni.", "Għalfejn?", "Ir- riproduzzjoni materjali ġiet imdaħħla fir-renju tal-copyright.", "Issa li bniedem jagħmel riproduzzjoni ta' xi ħaġa diġà prodotta b'riproduzzjoni fidila, m'għadhiex taqa' barra peress li issa l-liġijiet statutarji mhux se jibqgħu barra r-renju ta' Kap 196 iżda se jidħlu fih.", "Allura bil-kelmiet \"ħadd ma jista' jagħmel, mingħajr il-permess tal-Gvern, jew jordna li jsiru kopji jew riproduzzjonijiet f'xi format materjali\", u meħuda in konsiderazzjoni wkoll il-kelmiet \"jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali\", ġaladarba huwa se jagħmel riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta - għax liġi waħda se jkollna u bilfors trid tkun identika għaliha - allura din tfisser fl-opinjoni tiegħi projbizzjoni espliċita għax m'hemmx il-permess tal-gvern.", "Din hija xi ħaġa li tmur kontra l-kummerċ ħieles u li żgur tmur kontra kulmin jinvesti sabiex bena sistema li llum il- ġurnata qiegħda tagħtina prodott li kważi kulħadd jimxi fuqu.", "Barra minn hekk dawn il-kelmiet imorru oltre dan.", "Irid jiġi osservat li bil-liġi l-kummissjoni tal-liġijiet per se għandha l-poter llum il-ġurnata - u hawn ta' min jidħol daqsxejn fid-dettall tagħha din - li tbiddel u temenda ċerti affarijiet li mhumiex ta' sustanza, bħal meta għandek atti u tbiddilhom f'kapitli, jew inkella tirranġa n- numerazzjoni fejn ikun hemm xi klawsoli li ġew abbrogati minn xi Att.", "Bil- kelmiet \"riproduzzjonijiet materjali\" wieħed jifhem li l-fatt li wieħed jagħmel riproduzzjoni tal-liġijiet u li ma jkollux il-permess neċessarju tal-gvern, kif qed tgħid din il-liġi, dak ikun qiegħed jirriproduċi dawk il- korrezzjonijiet li din il-kummissjoni tkun qiegħda ddaħħal, u awtomatikament ikun qiegħed jinkorri l-penali li tfisser ħabs u anke multa ta' Lm5,000.", "Jekk min qiegħed jagħmel din ir-riproduzzjoni ma jimxix ma' dawk il-guidelines li bihom tkun imxiet il-kummissjoni, flok ikun qed jimxi b'mod li jagħti servizz huwa jkun qiegħed iħawwad lil kulħadd għax ma tistax tagħmel riproduzzjoni ta' liġijiet mingħajr ma tkun fidil għall- istess.", "Ħaġa oħra li wieħed jista' jikkummenta dwarha huwa l-fatt li jekk nieħdu l-każ ta' avukat ġo awla li qed jikkwota mil-liġi biex jagħmel l- osservazzjonijiet tiegħu, ukoll se jinkorri dawk l-istess penalitajiet għax għal darba oħra qiegħed jirriproduċi materjalment.", "U, anke kif se nuri aktar 'il quddiem, subklawsola (2) ta' klawsola 12 tkompli bil-kelmiet \"produzzjonijiet materjali\" wkoll.", "Mela dan l-abbozz qiegħed jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda għax qiegħed jintroduċi l-liġijiet fuq CD-ROM b'mod uffiċjali u qiegħed ineħħi l-liġijiet statutarji mill-klassifika tad- dominju pubbliku għax bl-introduzzjoni ta' din l-emenda se nġibu l-liġijiet statutarji fil-parametri tal-protezzjoni mogħtija lill-awtur.", "L-emenda kif proposta f'subklawsola (4) ta' klawsola 6 tgħid:", "\"Il-kummissjoni tista' fuq talba ta' xi persuna u wara li jsir il-ħlas ta' dawk id-drittijiet hekk kif hi tista', bi ftehim mal-Ministru, tistabbilixxi, toħroġ kopji stampati ta' liġijiet partikolari f'edizzjoni riveduta, u għandha tara li dawk il-kopji jiġu awtentikati minn dak l-uffiċjal tal-Kummissjoni hekk kif il-Kummissjoni tista' b'avviż fil-Gazzetta minn żmien għal żmien tistaBbilixxi.", "Dawk il- kopji awtentikati għandhom, kemm-il darba ma tinġiebx prova xort'oħra, jiġu aċċettati bi prova quddiem qorti tal-ġustizzja bħala vera kopja ta' dik il-liġi hekk kif tidher fl-edizzjoni riveduta.\"", "L-interpretazzjoni tat-test Malti donnha hija differenti minn dik ta' l- Ingliż għax tal-Malti jagħti l-impressjoni li qed jiġi maħluq xi monopolju f'idejn il-ministru, fis-sens li huwa l-ministru li jiddeċiedi jekk dak il- bniedem jew soċjetà jistax jingħata d-dritt li joħroġ kopji stampati tal- liġijiet partikolari.", "F'kelma waħda qegħdin nagħtu l-poter lill-ministru li jagħti dan id-dritt lil min irid hu, każ li joħnoq kwalunkwe trasparenza u kwalunkwe kompetizzjoni.", "Dan żgur li ma jistax ikun l-iskop wara tali liġi, iktar u iktar meta wieħed iġib quddiem għajnejh li l-gvern preżenti huwa bl-intiża li qiegħed jipprova jneħħi l-protezzjoni u jiftaħ is-suq.", "Ma jistax ikun li nneħħu xi ħaġa li minn dejjem kienet tappartjeni lill- poplu hawnhekk.", "U dan in linja mal-prassi tal-pajjiżi kollha li qegħdin imsieħba fl-Unjoni u li qegħdin nipprovaw nissieħbu magħhom.", "Min-naħa l-oħra t-test Ingliż m'huwiex daqshekk drakonjan, fis-sens li ma jinftihemx li l-ministru għandu d-deċiżjoni dwar min joħroġ il-kopji stampati ta' liġi partikolari, iżda jagħti l-impressjoni li hija fid- diskrezzjoni tiegħu min ikollu l-permess li jistampa bħall-oriġinal.", "Filwaqt li hija differenti mill-każ fejn għandek l-idea ta' monopolju, fejn għandek l-idea li qegħdin noħonqu l-libertà ta' min jaħdem f'dan ix-xogħol, din hija sitwazzjoni fejn min se jkollu l-permess, id-dritt li jibbaża l- prodott tiegħu fuq it-test oriġinali, allura se jgawdi vantaġġ fuq min m'għandux.", "Diffikultà oħra li toħroġ minn klawsola 12 hija dwar il-kliem \"fotokopjata scanned u maħruġa bi printout elettroniku jew xort'oħra prodotta bir-riproduzzjoni materjali ta' edizzjoni riveduta\".", "Hawnhekk se tidħol id-diffikultà li għadna kif irriferejna għaliha meta jiġu biex jitniżżlu kopji.", "Nieħdu l-każ ta' persuni li qegħdin barra dan il-pajjiż, qegħdin fuq il-kontinent, li permezz ta' l-internet, kif se jkollu l-aċċess kulħadd, u permezz ta' mezzi elettroniċi jniżżlu partijiet mil-liġijiet tagħna u jagħmlu printouts tagħhom.", "Naturalment dawn mhumiex se jkunu l- kopji oriġinali u l-mistoqsija li tqum hija: Dawn il-kopji, dawn ir- riproduzzjonijiet se jaqgħu taħt il-penali ta' ħabs u anke multa?", "L-istess mistoqsija tqum fil-konfront ta' meta jkollok avukat li jipprattika l-liġi jew inkella mħallef li jagħti s-sentenza tiegħu li jirriproduċi partijiet mit-test tal-liġi b'mod elettroniku - għax meta l-imħallef jittajpja s- sentenza tiegħu jew inkella l-avukat jinnota l-osservazzjonijiet tiegħu qiegħed jirriproduċiha b'mezz elettroniku - għax fl-istess ħin qiegħed joħloq riproduzzjoni materjali.", "Se niġu fil-pożizzjoni li ngħidu li waqt seduta trid tinġieb il-prova jekk dak li qed jiġi mpoġġi fuq il-karta huwiex meħud mit-test oriġinali jew le?", "Fi ftit kliem l-ebda persuna ma tista' tikkwota l-liġijiet statutarji tagħna.", "Żgur li din mhijiex il- pożizzjoni li wieħed jitħajjar li jkollna fil-pajjiż.", "Niġi issa biex nagħti ħarsa lejn subklawsola (3) ta' klawsola 12 kif proposta fl-abbozz.", "Din tgħid hekk:", "\"Id-dispożizzjonijiet tal-proviso li hemm mas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 7 ta' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għas-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu.", "Din hija klawsola li tattakka direttament kull forma ta' innovazzjoni u ta' organizzazzjoni fil-kamp tal-liġijiet statutarji.", "Il-fatt li fil-liġijiet tagħna qatt ma kien hemm xi paragrafu simili kien il-mutur wara l- organizzazzjoni bis-serjetà tal-liġijiet statutarji tagħna.", "U dan kien prodott verament serju.", "Ħadd qabel ma kien kapaċi jorganizza din il-massa ta' volumi għajr kumpannija privata f'dan il-każ.", "U bilfors nirriferi dejjem għall-istess kumpannija għax waħda biss hawn.", "U din il-kumpannija setgħet biss tagħmel li għamlet għax dawn il-liġijiet dejjem baqgħu fid- dominju pubbliku.", "Din hija klawsola li meta tinqara in linja ma' artiklu 7 ta' l-Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur toħroġ id-differenza fundamentali bejn pirating u persuna li tipproduċi prodott li jkun ġenwin iżda bbażat fuq l-oriġinal.", "Fl-opinjoni tiegħi hawn fejn wieħed irid joqgħod attent.", "Fid-dinja kollha llum il-ġurnata kulħadd jagħmel li jista' biex jikkumbatti l-pirating u ma jħallihiex tirbaħ għax hija xi ħaġa li tkisser il-kompetizzjoni u tista' tagħti lok anke għal abbuż fis-sens li prodott ma jkunx ġenwin.", "Min-naħa l-oħra azjenda jew istituzzjoni li tikkomponi u tikkrea prodott li jkun ġenwin m'għandhiex tiġi kkundannata.", "Dan għandu jiġi nkoraġġit u għalhekk ngħid li dan il-pagarafu huwa ftit jew wisq drakonjan għax qiegħed jeqred darba għal dejjem lil kulmin qiegħed b'xi mod jipprova joħloq xi ħaġa ġdida f'dan il-kamp.", "Il-liġijiet tagħna għandhom jitħallew fid-dominju pubbliku u għandha tkun biss il-funzjoni tal- kummissjoni li tara li min ikun qiegħed jagħmel tali riproduzzjoni materjali tal-liġijiet tagħna jkun qiegħed jimxi mat-test oriġinali u jkun fidil lejh.", "U bl-ebda mod ma tkun hi li toħnoq li persuni jew kumpanniji diversi jingħataw il-permess biex jipproduċu huma tali liġijiet.", "Mr Speaker, nagħlaq billi ngħid li dan l-abbozz imur oltre dak li jipprova jindika, u cioè li sempliċement jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta' l-edizzjoni riveduta tal-liġijiet statutarji f'format elettroniku.", "Dan huwa abbozz li vera l-mira tiegħu hija li jipprovdi żona ta' monopolju f'idejn persuna jew persuni ta' xi ħaġa li għal tant żmien ilha fid-dominju pubbliku u li qatt ma kien hemm diffikultajiet dwarha.", "Din hija xi ħaġa li żgur ma tistħoqq l-inkoraġġiment ta' ħadd u wisq nibża' li l-membri tal- kummissjoni nkarigati mill-iscreening tal-liġijiet ma rawhiex din il-ħaġa.", "Jien ninsab informat li l-Att ta' l-1990 ġie mressaq fil-format l-antik tiegħu u mhux kif qed jiġi propost li jiġi emendat issa.", "Din hija xi ħaġa li għandha tiġi kkorreġuta għax min għamel dan l-iscreening żgur li mhux kuntent li tali liġijiet jitneħħew minn dan id-dominju pubbliku.", "Kif għedt, din hija liġi li se tagħti wisq diskrezzjoni lill-ministru u ma tikkonċerna xejn il-mod kif il-liġijiet tagħna jiġu introdotti għall-mezzi elettroniċi.", "Lanqas m'huwa l-każ li wieħed jgħid li din hija liġi ntiża sabiex tipproteġi kontra l-copyright.", "Jekk l-awtorità trid tipproċedi kontra l-copyright, illum il-ġurnata hemm ħafna mezzi.", "Kif diġà ntqal mill- kollega tiegħi - u anke qrajna fil-gazzetti - is-CD-ROM maħruġa mill-gvern ġiet ikkopjata u tinsab għall-bejgħ bi prezz ħafna inqas.", "Nagħlaq billi nappella biex dan l-abbozz jiġi emendat ħalli l-liġijiet statutarji jitħallew fid-dominju pubbliku u l-funzjoni tal-kummissjoni tkun dik li tara li min jipproduċi l-liġi jimxi fedelment ma' dik pubblikata u xejn iżjed.", "Għandu jsir eżami sew ta' l-emendi li ġew proposti bil-għan li jsiru iktar ċari għax, kif indikajt, hemm lok għal interpretazzjoni u diverġenza vasta bejn it-test Malti u t-test Ingliż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, mhux beħsiebni noħroġ barra mis-suġġett ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu - nippreferi li nibqa' mas- suġġett u nitkellem fuq il-liġi li tkun qed tiġi ttrattata fil-mument, għax l-iskop li niddiskutu l-liġijiet hawn ġew huwa biex nilluminaw lil min ikun qiegħed jippromulga dik il-liġi biex forsi f'ċerti areas din issir aħjar - però l-parlament joffri wkoll l-opportunità li niżvolġu xi punti in konnessjoni ma' dik il-liġi li jkollna quddiemna u ċertament li dan l- abbozz ta' liġi ġie ppreżentat fi żmenijiet pjuttost diffiċli għall-qorti.", "Dalgħodu kelli okkażjoni li niddiskuti xi ftit il-ħsieb wara din il-liġi ma' wħud mill-membri tal-ġudikatura u jkolli ngħid li l-imħallfin u l- maġistrati huma xi ftit demoralizzati minħabba numru sostanzjali ta' nuqqasijiet li hemm fil-qorti u anke minħabba l-implikazzjonijiet ta' din l- istess liġi.", "Din il-liġi qiegħda tillegalizza ħaġa li diġà qiegħda in vigore u fil- fatt il-liġi hija retroattiva għall-1 ta' Mejju, meta l-gvern iddeċieda - u għamel sewwa - li l-liġijiet jibdew isiru f'format elettroniku.", "Meta bdiet titħaddem din il-proċedura, li hija tajba, fil-qorti beda jsir il-garr minħabba l-fatt li ħafna mill-maġistrati u mill-avukati sempliċement mhumiex computer-friendly.", "Forsi l-ministru ma jaqbilx imma jien tkellimt ma' membri tal-ġudikatura dwar dan.", "Veru li l-qrati huma konservattivi - u mad-dinja kollha l-qorti forsi huwa dak l-iktar forum konservattiv, forum minsuġ bi tradizzjonijiet, minsuġ b'element ta' solennità , u pożi wkoll ikolli ngħid! - u meta inti tipprova tbiddel xi ħaġa se ssib reżistenza kbira mill-imħallfin, maġistrati u avukati li jkunu ta' ċerta età u li ma jkunux computer-friendly u li ma tantx ikunu jifhmu f'din it-tip ta' teknoloġija.", "Ma jfissirx li dawk in-nies ta' professjoni legali li m'għandhomx esperjenza fil-computers huma xi legal brains inqas minn oħrajn, xejn minn dan kollu - uħud mill-imħallfin u wħud mill-aqwa ġuristi tagħna huma nies li konoxxenza tal-computer ftit li xejn għandhom però għandhom esperjenza kbira u għandhom konnoxxenza tajba tal-liġi, ta' l- ispirtu tal-liġi u ta' kif għandhom jiġu interpretati l-liġijiet - imma nerġa' ngħid li meta inti qed tintroduċi sistema bħal din bilfors se ssib min jirreżistik.", "Però mhux dik biss kienet il-kritika.", "Apparti li hija ħaġa innovattiva, il-kritika kienet li meta ħarġu s-CD- ROMS dawn damu x-xhur biex tqassmu lill-membri tal-ġudikatura u din il-ħaġa urtathom u bir-raġun li urtathom.", "Veru li l-liġijiet qegħdin hemm għal kulħadd, però min qed japplikahom?", "Qed japplikawhom il-qrati.", "Allura wieħed japprezza r-rabja ta' dawn il-ġudikanti, li qegħdin hemm biex suppost jimplimentaw il-liġijiet - fil-fatt il-qrati huma parti mit-tliet organi ta' l-Istat - meta dawn jiġu pprovduti b'dawn is-CD-ROMS xhur wara li joħorġu.", "Mela dawn suppost kienu qed jinterpretaw il-liġijiet meta dawn is-CD-ROMS aġġornati ma kenux għadhom ġew f'idejhom!", "Din urtathom u kkritikawha.", "Issa l-membri tal-ġudikatura qed jibżgħu li bl-emenda l- ġdida, kif proposta fi klawsola 5 ta' l-abbozz ta' liġi, dan id-dewmien flok m'hu se jitnaqqas se jikber.", "Klawsola 5 bażikament tgħid li meta l- kummissjoni tippubblika l-liġijiet f'format elettroniku, dik l-edizzjoni se jkollha preċedenza fuq liġijiet stampati.", "Tant hu hekk li l-liġijiet stampati se jkunu meqjusa bħala awtentiċi ħlief meta ma jkunux jaqblu ma' dawk il-liġijiet li jkunu ppubblikati f'format elettroniku.", "Mela l-forma elettronika llum qed tingħata prevalenza fuq il-liġijiet stampati.", "Din hija problema għaliex imbagħad klawsola 6 tgħid li:", "\"Il-Kummissjoni tista', bi ftehim mal-Ministru, tistabbilixxi li għandha ssir edizzjoni riveduta f'format elettroniku fuq CD-ROM.\"", "Mela qed ngħidu li l-kummissjoni għandha l-poter li tagħmel il-liġijiet f'format elettroniku, liema verżjoni hija dik awtentika u se tieħu preċedenza fuq qualsiasi liġi oħra stampata li ma tkunx konformi ma' dak il- format elettroniku.", "Però mbagħad mhux se tkun ħaġa awtomatika li eventwalment titqassam lil min hu interessat, fosthom il-membri tal- ġudikatura, il-klassi legali u oħrajn.", "Wara li joħorġu s-CD-ROMs hemm il-proċedura kif dawn ikunu available - billi jkollok żewġ kopji, waħda għand il-kummissjoni u l-oħra fir-reġistru tal-qorti, imbagħad dak li jkun jista' jħallas miżata u jieħu l-kopja tiegħu - però klawsola 6 ta' dan l- abbozz ta' liġi tgħid li \"l-kummissjoni tista'\", jiġifieri mhijiex ħaġa awtomatika.", "Allura nistgħu niġu f'pożizzjoni fejn il-liġijiet ikunu f'format elettroniku f'idejn il-gvern waqt li l-membri tal-ġudikatura, ċioe' dawk li jridu jinforzaw u jinterpretaw il-liġijiet, ikollhom biss il- kopja stampata u aħna l-avukati jkollna biss il-kopja stampata.", "Mela aċċess għal dak li għandu l-gvern mhux se jkollna mal-ewwel u mhux se jkollna bilfors, għaliex il-kummissjoni \"tista'\" jekk trid tagħtina s-CD- ROMs u mhijiex obbligata entro ċertu terminu tagħtihomlna jew tagħmilhom available għalina.", "Din hija problema, Mr Speaker, u għalhekk huwa importanti li l-liġi tagħmilha tassattiva li jingħataw is-CD-ROMs u għandu jkun hemm terminu ta' żmien; jew inkella għandna nemendaw il-liġi fis-sens li, sakemm ma ssirx CD, il-liġi stampata uffiċjalment u maħruġa legalment għandu jkollha preċedenza, ġaladarba s-CD se tkun made available għan-nies li jridu jinterpretaw u jimplimentaw il-liġi meta toħroġ u mhux qabel.", "Inkella nistgħu niġu f'pożizzjoni fejn il-qrati jagħtu interpretazzjoni tal-liġi mod u meta s-CD attwalment tiġi fil-pussess tal-ġudikant niskopru li dik l- interpretazzjoni li jkun ta ma tkunx l-interpretazzjoni t-tajba u allura tinħoloq ċerta konfużjoni.", "Din hija l-preokkupazzjoni tal-membri tal- ġudikatura u naħseb li din għandha tiġi ċċarata.", "Din l-imħallfin u l- maġistrati qegħdin jgħiduha wara esperjenza li għaddew minnha għax, nerġa' ngħid, li sfortunatament din l-informazzjoni artifiċjali, ħalli ngħidilha hekk, kienet made available wara ħafna xhur.", "Ħaġa oħra li wieħed jista' jgħid fuq dan l-abbozz ta' liġi - ma rridx nirrepeti ħafna minn dak li qalu l-kelliema ta' qabli - huwa l-fatt li qed nitfgħu l-liġijiet statutarji taħt il-liġi tal-copyright, fejn hemm pieni ħorox għal min jikser id-dispożizzjonijiet ta' din il-liġi, multi sa Lm5,000 u ħabs sa sena.", "Issa l-Istat biss se jkollu dritt li jippubblika l- liġijiet statutarji u jagħmilhom available għal kulħadd, meta bħala prassi l-liġijiet u materjal ieħor konness qatt ma kienu jaqgħu taħt il-copyright - dawn mhumiex affarijiet ta' arti jew ta' kultura imma sentenzi, liġijiet, bye-laws u regolamenti oħra, ċioe' affarijiet ta' interess ġenerali - però b'din l-emenda li qed jipproponi l-gvern hekk se jiġri u ħadd ma se jkun jista' jippubblika jew jikkopja dawn il-liġijiet u joffrihom kummerċjalment jew mod ieħor.", "Min jagħmel hekk jeħel multa u dan meta attwalment f'ħafna aspetti kien il-privat li ħa l-inizjattiva biex jaġġorna ċerti affarijiet.", "Per eżempju, jekk tmur l-insinwa u tordna li ssir riċerka trid iddum tistenna ħafna biex tieħu riżultat imma hemm avukati li ħadu l-inizjattiva u għamlu computer link u bis-saħħa t'hekk kienu kapaċi jiġbri ruxxmata informazzjoni on disc, u jekk tmur tordna riċerka llum jagħtuhielek at a fee fi żmien raġonevoli ħafna.", "Anke fejn għandhom x'jaqsmu sentenzi tal- qrati, kieku ma kenitx għall-inizjattiva ta' xi wħud li ppubblikaw is- sentenzi b'mod ordnat u espedit kieku sal-lum għandna b'xejn.", "Kieku ma kenitx għall-inizjattiva privata matul iż-żmenijiet li ħadet ħsieb tippubblika dawn l-affarijiet, kieku biex wieħed jagħmel riċerka jkollu iqalleb id-dokumentazzjoni kollha fl-arkivji.", "Ma rridx insemmi nies imma kulħadd jaf li hawn ditta ewlenija, immexxija minn nies fl-ambitu legali, li tieħu ħsieb tagħtina dawn il-liġijiet stampati.", "Issa kif ġejja l-liġi din id-ditta se tkun eskluża għal kollox u se tkun trid il-permess tal- gvern biex tipproċedi.", "Kemm hi tajba din!", "(Interruzzjonijiet) Il-liġi tal-copyright hija liġi ġusta - għax kieku ma kenitx għal din il-liġi kieku kulħadd jabbuża u d-drittijiet morali ta' l-artisti u l-kittieba jispiċċaw fix-xejn - però meta qed titkellem fuq liġijiet u affarijiet simili, dawn bl-ebda mod ma tista' tgħid li jaqgħu taħt l-ispirtu ta' l-iskop tal-liġi tal-copyright.", "Mela hawnhekk qed nikkreaw mostru ieħor għax issa l- liġijiet huma tal-gvern u biex inti jkollok kopja tagħhom trid il-permess tal-gvern.", "Intqal ukoll li din il-miżura mhijiex fl-istess spirtu tar-riattivar ta' l-applikazzjoni ta' Malta biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, għax adezjoni fl-Unjoni tfisser it-tneħħija ta' kull monopolju.", "Kellhom raġun dawk li qalu li din teħodna lura, u lanqas ma nemmen li l-iskop ta' din il- liġi huwa ta' natura prekunjarja - għaliex l-ammont ta' flus li jista' jiġġenera l-gvern minn ħaġa tant huwa żgħir li kważi kważi ma tagħmilx sens ekonomikament, peress li n-numru ta' nies li jkunu jridu dawn il-liġijiet huwa limitat - u ladarba m'hemmx gwadann ieħor li jista' jagħmel il-gvern, allura bilfors wieħed jistaqsi x'inhu l-iskop - kif staqsew il-kollegi tiegħi l-Onor.", "Gavin Gulia u l-Onor.", "Anġlu Farrugia - għax waħdu jidħol is- suspett li forsi hemm xi interess li għada pitgħada dan it-tip ta' xogħol jingħata lil xi ħadd partikolari, a skapitu ta' ħaddieħor.", "Meta ħaġa tkun sejra kontra l-ħsieb ġenerali tal-politika tal-mument, wieħed bilfors jibda jissuspetta u allura qegħdin ngħidu li fuq din il-ħaġa l-oppożizzjoni ma taqbilx.", "Mr Speaker, bħalissa fil-qorti hemm feeling qawwi - u naħseb li dan huwa l-mument propizju li nirriferi għal din il-kwestjoni, la qed nitkellmu fuq suġġett analogu - li fl-eżerċizzju tal-computerisation mexjin b'pass slow ħafna.", "Dan qed ngħidu għaliex nispera li wara li tgħaddi din il-liġi ma ndumux wisq biex inressqu liġi oħra, bl-iskop li ċerti atti jibdew jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti elettronikament, sabiex forsi wieħed jevita dik il-konfużjoni u burokrazija eċċessiva.", "L-Onor.", "Austin Gatt għandu esperjenza u jaf li jekk wieħed imur ir-reġistru tal-qorti - issa dan l-uffiċċju suppost li ilu li telaq mill-post fejn qiegħed imma sal-lum hemm għadu - se jsib konfużjoni ta' nies, kulħadd jiġġieled biex jiċċekkja differimenti, mandati u atti.", "Naħseb li wasal iż-żmien li biex innaqqsu xi ftit min-numru ta' dawk li jinġabru fir-reġistru tal-qorti, wieħed għandu jikkontempla li ċerti atti, ittri uffiċjali, noti ta' sottomissjonijiet u anke ċitazzjonjiet jiġu filed elettronikament, kif hemm f'pajjiżi oħra.", "Naturalment trid ċertu kuraġġ biex timplimenta emendi bħal dawn però ilu jissemma li għandu jsir dan it-tip ta' filing ta' atti ġudizzjarji.", "Jien ngħid li anke noti ta' komunika mill-qrati - fejn jgħidlek, per eżempju, li inti trid tippreżenta t-tali rikors u ttella' t-tali xhud f'ċerta data - għandhom jitwasslu elettronikament, għaliex le?", "Hekk qed jiġri f'fdiversi pajjiżi oħra, speċjalment fl-Ewropa; jiġifieri wieħed jista' wkoll jikkomunika mar-reġistru tal-qorti, jippreżenta l-atti u jiskambja n-noti b'dan il-metodu.", "Jien nissuġġerixxi li ladarba ħadna l-briga li nagħmlu dan li għamilna - u naħseb li dan missna ilna li għamilnieh, għaliex l- computer age ma wasalx il-bieraħ imma snin ilu - naħseb li wasal iż-żmien li wieħed irabbi l-kuraġġ u jibda jikkonsidra li r-reġistru tal-qorti jsir b'dan il-mod ukoll.", "Naħseb li wasal ukoll iż-żmien li s-summaries tas-sentenzi fl-arkivju jibdew jiġu inseriti elettronikament ukoll sabiex l-imħallfin ikunu jistgħu jagħmlu r-riċerka tagħhom fuq każistika b'dan il-mod.", "Dan huwa importanti meta wieħed iqis li wieħed mill-ikbar ilmenti li hemm fil-konfront tal- qorti - u naqbel jien - ġej mill-fatt tan-nuqqas ta' konsistenza.", "Il-qrati tagħna mhumiex marbutin mal-liġi tal-preċedent u jekk qorti tkun iddeċiedet mod, qorti oħra mhix obbligata li timxi ma' dik il-linja ta' ħsieb, la fil- kamp kriminali u lanqas fil-kamp ċivili.", "Il-bieraħ smajt lill-Onor.", "Austin Gatt jikkummenta dwar dan fuq il-programm televiziv ta' Lou Bondì.", "Saritlu mistoqsija dwar l-inkonsistenza ġudizzjarja, jiġifieri jekk jagħmilx sens li bniedem ikun ħa deċiżjoni fuq ħaġa u fuq l-istess ħaġa persuna oħra tieħu deċiżjoni kompletament bil-kontra.", "Il-ministru rrisponda tajjeb u qal li l-imħallfin u l-maġistrati dejjem irreżistew li b'xi mod ikollhom xi sentencing policy, iddettata lilhom u fuq din naqbel.", "M'għandux ikollok leġislazzjoni li timponi fuq il-qrati sentencing policy għax il-ġustizzja trid issir suġġettiva għall-każ li jkun, speċjalment fil-kamp kriminali.", "Però waħda mir-raġunijiet għaliex m'hemmx konsistenza - ikolli ngħidha din - hija għaliex l-imħallfin stess u l-maġistrati stess ma jkunux dejjem aware tas-sentenzi kollha li jingħataw.", "U lanqas aħna l-avukati ma nkunu nafu, għax din l-informazzjoni mhux qed tkun readily available għal min irid jimplimenta jew jittratta fuq dawk id-deċiżjonijiet.", "Veru li għandek sistema ta' arkivji fejn wieħed jista' jiċċekkja però wieħed irid japprezza wkoll li l-qrati u l-ġudikanti huma mgħobbijin b'piż esaġerat ta' xogħol ġudizzjarju.", "Għandhom mijiet ta' sentenzi, mijiet ta' kawżi, mijiet ta' digrieti, mijiet ta' deċiżjonijiet li jridu jagħtu u allura huwa impossibbli li wieħed jistenna - anke mill-iktar wieħed għaref minn fost il- membri tal-ġudikatura tagħna - li ġudikant ikun jaf eżattament x'qalu l- qrati fuq ċerta materja f'perijodu ta' żmien.", "U għalhekk nerġa' naqa' fuq l-intelliġenza artifiċjali, biex insejħilha hekk, tal-liġijiet jew sentenzi reġistrati b'mod elettroniku.", "Jekk isir dan l-eżerċizzju, l-imħallfin u l-maġistrati ikunu f'pożizjoni aħjar li jkunu konsistenti magħhom infushom, għax ikollhom l- informazzjoni lesta u jkunu jafu x'qed jiddeċiedu maġistrati oħra fuq ċerti kriterji, x'qed jiddeċiedu imħallfin oħra fuq ċerti kriterji u x'deċiżjonijiet ngħataw f'ċerti rikorsi, u b'hekk ikunu f'pożizzjoni aħjar li jiddeċiedu, għax inkella kulħadd jiddeċiedi għal rasu, u jkolli ngħid li din qed tikkrea ċerta konfużjoni.", "U l-prinċipju tal-qrati hu - u ma tistax titkellem fuq liġi bħal din u ma ssemmix il-qrati - li l-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tkun tidher li qed issir.", "Allura min jingħata sentenza kompletament opposta għal sentenza oħra li tkun ngħatat xahrejn qabel mill-istess qorti diversament preseduta, lil dan kif tista' tfiehmu li l-ġustizzja qiegħda ssir fil-konfront tiegħu?", "Jew jekk bniedem fuq ċertu reat weħel ċerta piena u ieħor fuq l-istess reat, taħt l-istess ċirkostanzi, weħel għaxar darbiet iktar minnu, kif tista' tispjegalu li qed issir ġustizzja miegħu?", "Sur President, nenfasizza l-punt li n-nies qed iħarsu lejn il-qrati b'nuqqas ta' rispett minħabba n-nuqqas ta' konsistenza li qed toħroġ mill- qrati.", "Dan jista' jitneħħa - mhux għal kollox għax ġustizzja trid issir - jew jiġi mitigat jekk is-sentenzi jiġu rreġistrati b'mod elettroniku ħalli din l-informazzjoni tkun readily available għall-imħallfin u l-maġistrati.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Dan l-abbozz ta' liġi huwa pass kbir 'il quddiem għal pajjiżna għal diversi raġunijiet, prinċiparjament għaliex permezz ta' klawsola 5 qegħdin ngħidu li issa t-test uniku u awtentiku tal- liġijiet statutarji se jkun dak fuq CD-ROM.", "Jiġifieri l-kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu ħsieb li dak li jkun hemm fis-CD jirrappreżenta fedelment u bis-sħiħ il-liġijiet ta' Malta.", "Din hija qabża kbira fil-ħsieb u hija ħaġa sabiħa li fil-bidu ta' seklu ġdid Malta se tidħol fil-kamp legali b'viżjoni kompletament differenti minn dik li kellna fl-aħħar 200 sena.", "Ovvjament l-informatika qiegħda tirrifletti dak li skopriet Ruma fi żmenijiet oħra, jiġifieri li l-liġijiet mhux biss iridu jsiru minn min jiggverna imma jridu jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.", "L-istudenti tad- Dritt Ruman jiġu mgħallma li waħda mill-ewwel affarijiet li saret f'Ruma kienet li jiġu ppubblikati l-liġijiet mal-ħitan.", "Kien hemm dawk li jissejħu t-twelve tables minquxa fl-irħam mal-ħitan ta' barra għall- benefiċċju tal-pubbliku.", "Cicerun jgħid li ta' seba' snin kien jaf bl- amment l-liġijiet kollha ta' Ruma.", "Illum permezz ta' l-informatika ċ- ċittadin jista' jkollu aċċess iktar malajr għal-liġijiet.", "In-numru kbir ta' familji li għandhom f'idejhom computer huwa awgurju tajjeb biex wieħed ikun jista' jkollu din l-informazzjoni kollha f'idejh.", "Aħna l-avukati nafu li dawn il-liġijiet kollha ġew pubblikati fuq il-karta, f'volumi kbar li jiswew ħafna flus, mentri din is-CD hija irħas u huwa iktar faċli biex wieħed isib fuqha l-informazzjoni li jkollu bżonn .", "Ħadt pjaċir nisma' lill-ministru jintroduċi dan l-abbozz għax jidher li bdejna mexjin fit-triq it-tajba billi napprofittaw ruħna mill-vantaġġi ta' l-informatika.", "Fil-fatt hemm il-ħsieb li anke l-leġislazzjoni sussudjarja tiġi reġistrata wkoll fuq CD-ROM.", "Hija ħasra li għadha mhijiex għax l- avukati jkollhom problema biex joqogħdu jfittxu fit-test tal-liġi, mentri fuq CD l-informazzjoni tkun aċċessibbli iktar u tippermetti wkoll lill- avukat li minn fuq l-iskrivanija tiegħu jagħti parir iktar malajr lill- klijent tiegħu.", "L-istess ħaġa rrid ngħid għar-rigward tas-sentenzi mogħtija mill-qrati.", "Jiena ma narax għalfejn is-sentenzi li jiġu ppubblikati f'sena partikolari m'għandhomx ikunu fuq CD u kull sena jiġu aġġornati.", "Dan huwa importanti wkoll biex ikun hemm ċerta uniformita' fid- deċiżjonijiet tal-qrati u għal min irid jaħdem fil-kamp legali.", "Dawn huma kollha affarijiet tajbin u wieħed irid jgħid li f'dan il-kamp pajjiżna forsi qiegħed jingħaqad ftit tard ma' pajjiżi oħrajn.", "Fl-Amerika hemm żewġ soċjetajiet kbar li permezz ta' l-internet jittrasmettu d-deċiżjonijiet l-iktar riċenti tal-qrati Amerikani u jagħtu wkoll l-opinjonijiet l-iktar riċenti fuq is-suġġett partikolari li wieħed ikun qiegħed jittratta.", "Dan sewa ta' ġid kbir biex ikun hemm iktar uniformità fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u jkun hemm iktar informazzjoni available.", "Jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit jara li anke fl-Ewropa 'l hemm sejrin, fis-sens li wieħed ikollu deċiżjonijiet iktar uniformi u jien ngħid li mexjin lejn sitwazzjoni fejn il-pajjiżi kollha jkollhom liġi waħda.", "Kulmin jaqra jaf li f'perijodu ta' żmien partikolari kellek prattikament l- Ewropa kollha taderixxi ruħha għad-Dritt Ruman, u dak kien avvanz kbir għal dawk iż-żmenijiet, għalkemm sfortunatament dan l-avvanz ma baqax daqshekk applikat.", "Forsi wieħed jista' jargumenta li meta ġie ppromulgat il-Kodiċi ta' Napuljun, kien hemm ukoll dak l-appoġġ f'diversi pajjiżi Ewropej però dan ma kellux is-saħħa li kellu d-Dritt Ruman u lanqas ma kellu s-saħħa li għandha issa l-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma' uniformità fil- liġijiet.", "Permezz ta' din il-liġi l-gvern qiegħed jirrealizza wkoll x'minjiera għandu fil-kamp tal-copyright.", "Il-gvern jieħu ħsieb li joħroġ diversi pubblikazzjonijiet - il-gazzetti tal-gvern, il-liġijiet u pubblikazzjonijiet oħrajn - u naħseb li huwa l-waqt li dan id-dritt tal- copyright li hu għandu fil-liġijiet jużah aħjar għall-ġid komuni.", "B'din il- liġi aħna qegħdin ngħidu li huwa l-gvern li għandu d-dritt jaqla' l-flus, fejn tidħol il-pubblikazzjoni tal-liġijiet f'format elettroniku fuq CD-ROM, jew inkella jekk irid jagħti permess lil ħaddieħor li jippubblika l- liġijiet ta' Malta - jien m'għandix nifhem li dan se jiġi miċħud - dan ikun suġġett għal xi ħaġa ta' dħul għall-gvern.", "Allura f'dik id-dimensjoni wieħed irid jgħid li se jkun hemm avvanz ieħor.", "Tajjeb li din il-copyright testendi wkoll għal diversi pubblikazzjonijiet ta' letteratura li tul iż-żmenijiet għamlet l-istamperija tal-gvern u li llum qegħdin out of print, ħalli dawn jerġgħu jiġu ppubblikati u jkunu wkoll source of income għall-gvern.", "Il-gvern jista' jagħti permess lil ħaddieħor biex jippubblikahom, jew inkella jagħżel li jippubblikahom huwa stess.", "Dan huwa kollu tajjeb però forsi wieħed mhux dejjem ikun jista' jifhem kif aħna fil-parlament - u anke l-korp legali kollu kemm hu - ninsabu avvanzati fl-approach tagħna lejn l-iżviluppi li qed isiru fid- dinja minn dan il-lat, imbagħad meta tmur il-qorti ssib li kollox għadu ftit arkajku.", "Sur President, xtaqt nieħu l-okkażjoni biex ngħid li dalgħodu l-avukati kollha sabu ruħhom iffaċċjati b'żewġ kaxxi tal-bejgħ tal-Coca Cola ġewwa l- bini tal-qorti.", "Bir-rispett kollu lejn min ħa din id-deċiżjoni li jdaħħal dawn iż-żewġ kaxxi - normalment wieħed dawn isibhom viċin xi pompa tal- petrol jew f'postijiet simili - nappella lill-ministru sabiex dawn il-kaxxi jitneħħew minn ġol-kuriduri tal-qorti.", "Kien hemm ukoll il-ħsieb li tinfetaħ cafeteria fil-qorti, li kien ħsieb tajjeb, però li tagħmel dawn il- kaxxi tal-Coca Cola inħoss li tkun qed twaqqa' l-ġieħ tal-qorti.", "Punt ieħor li ridt insemmi huwa li l-qorti għandha bżonn iktar nies li jkunu ntiżi fuq l-informatika u hemm bżonn li wieħed ikollu wkoll back-up staff li jifhem sew il-vantaġġi kbar li hemm f'dan il-kamp vast.", "Tajjeb li dawn is-CD-ROMs ikunu iktar available għall-poplu in ġenerali billi l- ministru jikkonsidra li dawn ikunu mqassma fil-ħwienet.", "Peress li fi klawsola 5 qegħdin ngħidu:", "\"Iżda meta tiġi pubblikata edizzjoni riveduta f'format elettroniku, dik l-edizzjoni għandha tkun it-test uniku u biss idoneu u awtentiku tal-liġijiet statutorji\",", "allura wieħed jifhem l-importanza kbira li din is-CD tkun korretta sabiex kulħadd ikollu il-versjoni preċiża tal-liġijiet.", "Jien ngħid li permezz t'hekk għandna nagħmlu qabża kbira fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u f'dak li għandu x'jaqsam ma' aċċessibilità għall-informazzjoni.", "Ovvjament jagħmel ħafna ġid - u din ta' min iħares lejha 'l quddiem - l-aċċess għall- informatika ħalli avukat mill-uffiċċju tiegħu jkun jista' jidħol fil- proċess ta' kawża u jara x'kienu l-verbali u jara x'kienet ix-xhieda f'kawża.", "Sur President, għalkemm din il-liġi tidher li qed tbexxaq il-bieb f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-informatika, però strettament ma tidħolx fihom dawn l-affarijiet.", "Allura wieħed jawgura li jara iktar miżuri f'dan is- sens - bħal, ngħidu aħna, ħlas bil-credit card għall-pagamenti fir- reġistru tal-qorti - għax iktar ma jkun hemm miżuri ta' progress, iktar timxi 'l quddiem l-istituzzjoni tal-qrati tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, din il-liġi li għandna quddiemna naqblu fuqha għaliex ix-xogħol biex il-liġijiet ikunu fuq CD kien inbeda mill-amministrazzjoni ta' qabel l-1996, tkompla matul l-amministrazzjoni Laburista u hija xi ħaġa li rridu nkomplu niżviluppaw iktar 'il quddiem.", "Dan l-abbozz ta' liġi hawn qbil sħiħ fuqu għax huwa kontinwità ta' xi ħaġa li mhux biss fil-prinċipju imma anke amministrattivament rridu niżviluppaw.", "Fil-ftit minuti li se nitkellem irrid inqajjem punti jew problemi prattiċi u amministrattivi li joħorġu bħala riżultat ta' din l-emenda.", "Però qabel ma nkompli nitkellem fuq dan is-suġġett, nixtieq nagħmel parentesi żgħira għax xtaqt nikkjarifika xi ħaġa li semma l-bieraħ l-Ministru Tonio Borg - meta kien qed jagħmel il-winding-up fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il- Protezzjoni Ċivili - għax ma kontx hawnhekk dak il-ħin.", "Waqt li kien qed jiddefendi l-inkompetenza manifestata fil-ħarba ta' Azzabi, li kien akkużat b'importazzjoni ta' 18-il kilo droga, il-ministru rrifera għar-riżenja tiegħi ta' l-1998.", "Jien hawnhekk irrid ngħid, biex tkun recorded ukoll, li dakinhar ir-riżenja offrejtha jiena għax assumejt ir-responsabbiltà politika sħiħa u ma kien hemm l-ebda raġuni ulterjuri.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dakinhar assumejt ir-responsabbiltà u ma ridt l-ebda paraventu.", "Għal dak li niddeċiedi jien u nagħmel jien irrid nkun responsabbli jien u ma rrid il-paraventi ta' ħadd.", "Qed ngħid dan ħalli dak il-każ li ġara dakinhar, li huwa magħluq illum, ma jservix ta' paraventu għal ħadd.", "U dak li qed jiġri fil-ministeru ta' l-Onor.", "Tonio Borg u dak li ġara, inkluż il-ħarba ta' dan il-Libjan, hija responsabbiltà tiegħu - jekk irid jiddefendi lill-uffiċjali tiegħu jiddefendihom, dik hija affari tiegħu - u huwa jrid iġorr ir-responsabbiltà kollha.", "Din hija l-kjarifika li xtaqt nagħmel illum fl-ewwel opportunità li kelli.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-liġijiet bis-sistema elettronika fuq CD-ROM se jkunu l-liġijiet uffiċjali.", "X'ifisser dan?", "Dan jimporta żewġ affarijiet, li jrid ikollok proof-reading tal-liġijiet impekkabli - mhux biss fuq din imma anke meta jkollok il-printed form hemm bżonn li jkollok proof-reading magħmul b'mod mill-iktar professjonali - u daqstant importanti jimporta wkoll li jkollok aġġornament kontinwu ta' dawn il- liġijiet.", "Dan mhux biss huwa fl-interess tal-professjoni legali, tal-qrati u ta' kulmin jagħmel użu mil-liġijiet ta' Malta imma wkoll fl-interess tal- poplu Malti kollu għax il-liġijiet mhumiex xi ħaġa ristretta għal min jipprattika l-professjoni legali.", "Ovvjament dan huwa l-għajxien tagħhom imma kull professjonist ieħor u kull persuna jinteressawha l-liġijiet.", "Mela l-kummissjoni mhux biss trid tagħti l-boll tagħha dwar l-awtentiċità u l-preċiżjoni tal-liġijiet b'din is-sistema elettronika imma għandha wkoll tippjana - u naħseb li dan huwa l-ħsieb effettivament - li jkun hemm l- aġġornament regolari tal-liġijiet.", "Hawn wieħed ma jistax ma jirrimarkax li l-kummissjoni twaqqfet fl-1980 biex tieħu ħsieb li għallinqas darba kull għaxar snin ikun hemm riproduzzjoni tal-liġijiet.", "U minkejja l-għanijiet tajbin ta' l-Att prinċipali u tal-ħsieb tat-twaqqif tal-kummissjoni, sfortunatament din il-kummissjoni ma ħadmitx biżżejjed.", "Qed nitkellmu fuq perijodu ta' kważi 20 sena u l-fatti huma fatti.", "Li kieku ma kienx għall- inizjattiva privata, li naħseb utilizzawha l-prattikanti kollha u ħafna mill-professjonisti, kif ukoll il-qrati stess, kieku l-liġijiet aġġornati qatt ma kienu jkunu available kif inhuma issa, mhux għax huma mija fil-mija perfetti imma qatt ma kienu jkunu f'dan il-livell.", "Jien niftakar li fl-ewwel sitt xhur li kont ħadt ir-responsabbiltà tal- ministeru tal-ġustizzja, waħda mill-problemi li kellna kienet li kellna ngħaddu liġi biex nirregolaw sistema ta' proċedura li kienet ġiet mibdula u abbrogata imma baqgħet tiġi segwita minħabba l-fatt li l-ġudikanti lanqas kienu informati u ma kellhomx f'idejhom l-liġijiet aġġornati.", "Dawn huma problemi amministrattivi reali li effetivament jinqalgħu għax l-istruttura taċ-ċivil ftit torbot fuq ir-responsabbiltà ta' min jonqos u ċerti affarijiet in-nies taċ-ċivil mhux dejjem iwassluhom u jattwawhom kif wieħed ikun jixtieq.", "Issa permezz ta' dawn l-emendi l-gvern qed jassumi r- responsabbilta' sħiħa, anzi qed jgħid li se jkollu d-dritt tal-copyright, u min jabbuża u jagħmel kopji ta' din is-CD u jikkumerċjalizzahom ikun qed jikkommetti reat kriminali u jista' jeħel anke ħabs.", "Allura huwa iktar importanti li jkun hemm undertaking sħiħ min-naħa tal-gvern biex l- ewwelnett jipproduċi l-liġijiet b'mod regolari - u jkunu aġġornati regolarment ukoll - iżda, iktar minn hekk, li dawn ikunu preċiżi u awtentiċi u ma jkunx fihom żbalji għaliex l-implikazzjoni ta' dawk l- iżbalji ovvjament wieħed m'għandux għalfejn jelabora fuqhom.", "Sur President, jien ma nafx min se jkollu dawn id-doveri - suppost se tkun il- kummissjoni imma ma nafx kemm hi attrezzata jew kif se tkun attrezzata biex tieħu dawn ir-responsabbiltajiet - u għaldaqstant nistaqsi għalfejn inħass il-bżonn li ndaħħlu l-miżura li hemm kontemplata fi klawsola 12.", "L-ewwelnett irridu nżommu quddiem għajnejna li s-CD-ROM li jagħmel il- gvern biss se jkollha t-timbru ta' l-awtentiċità, l-oħrajn kollha m'humiex uffiċjali.", "Jien nifhem li l-gvern ikollu d-dritt li l-produzzjoni tiegħu biss tkun il-prodott awtentiku u dan se jibqa'.", "Allura jekk il-gvern se jkun effiċjenti fil-produzzjoni u fl-aġġornament tal-liġijiet - u tajjeb ngħidu li s-CD li ġiet prodotta mill-kummissjoni hija waħda sempliċi u consumer-friendly ħafna - ladarba dik is-CD hija uffiċjali għax għandha l- boll uffiċjali ta' l-awtentiċità, min se jikkompeti mis-suq privat biex jipproduċi dak is-servizz se jkun diġà qiegħed fi żvantaġġ u dak huwa żvantaġġ li wieħed ma jistax jaħrab minnu.", "Issa rridu naraw kemm il- gvern se jkun effiċjenti fis-servizz li jipprovdi u jekk hux se jkun hemm xi organizzazzjoni privata li tagħmel riproduzzjoni tal-liġijiet b'mod aktar effikaċi u b'mod li taqdi lill-professjoni legali u professjonisti oħrajn aħjar milli jaqdihom il-gvern.", "Mela x'ħin tirriduċi l-kwestjoni għal dan il-punt ta' kompetittività, ma jreġix l-element li min irid jirriproduċi din is-CD-ROM irid bilfors il-permess uffiċjali.", "Li kieku tgħid li min se jagħmel użu mid-dokument uffiċjali jrid iħallas fee, nifhimha għaliex biex tipproduċi dik is-CD trid ċertu xogħol u ċerti spejjeż u min jippretendi li jieħu servizz għandu jħallas tiegħu.", "L- obbligu għandu jkun f'dan is-sens, li min irid jagħmel użu mis-CD-ROM biex jirriproduċiha jħallas fee u daqshekk.", "Min ma jħallasx il-fee u jirripproduċiha bil-moħbi - għax illum huwa faċli biex tirripproduċi CD-ROM u l-kollega tiegħi diġà semma li kienet qiegħda ssir - ikun ħati ta' reat u jeħel il-penalitajiet kollha taħt il-liġi tal-copyright.", "Imma l-fatt li inti se tippenalizza lil xi ħadd mis-settur privat għax jagħmel servizz iktar effiċjenti jmur kontra kull prinċipju ta' liberalizzazzjoni u kull prinċipju li sostnejna s'issa, anke meta waqqafna l-kunsilli lokali u għedna li biex ikunu iktar effiċjenti, dawn jistgħu jagħmlu użu mis- servizzi privati minkejja li l-gvern jipprovdi dawn l-istess servizzi.", "Jien nagħlaq billi ngħid li l-ħsieb wara din il-liġi huwa pożittiv, għax din se tgħin lil min qiegħed fil-professjoni legali, se tgħin lill- istudenti, tgħin lill-avukati u mħallfin, imma huwa importanti li l- istrutturi amministrattivi jirrendu b'mod li s-servizz jestenduh u jassiguraw il-kontinwità.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Sur President, fil-fehma tiegħi l-emendi li qed nintroduċu b'dan l-abbozz ta' liġi jikkostitwixxu pass tajjeb ħafna 'l quddiem għaliex wasal iż-żmien li naġġornaw ruħna maż-żmenijiet billi jkollna l-pubblikazzjoni ta' l-edizzjoni riveduta tal-Liġijiet ta' Malta f'format elettroniku.", "B'dan il-mod se nkunu qegħdin ngħinu lill-avukati, il-maġistrati u l-imħallfin u indirettament lill-poplu kollu għax il-qrati tagħna jkunu iktar effiċjenti.", "Nittamaw li eventwalment is-sentenzi u d- deċiżjonijiet tal-qrati jiġu ppubblikati wkoll f'dan il-format elettroniku, għax din hija ħaġa li fil-fatt waqajna ħafna lura fiha u huwa importanti li ngħaġġlu f'dan il-kamp biex inlaħħqu maż-żmenijiet.", "Fil-fatt dan il-qasam lili jinteressani ħafna u madwar 15-il sena ilu, flimkien ma' persuna oħra, kont għamilt database fuq ċerta każistika pero' dak iż-żmien forsi s-suq ma kienx matur biżżejjed biex japprezza x- xogħol li sar.", "Niftakar ukoll li l-gvern ta' dak iż-żmien ma kienx fehem dak li konna qegħdin nagħmlu għax meta pprovajna nistednuh biex jiftaħ dik id-database legali, lanqas biss kien irrispondiena.", "Fil-fatt ħafna pajjiżi kienu diġa' mxew ħafna 'l quddiem f'din il-ħaġa u, per eżempju, it- Taljani, li s-soltu jkunu tard f'ċerti affarijiet, dak iż-żmien kienu minn ta' quddiem nett bis-sistema ta' Italgiure.", "F'ċertu sens nistgħu ngħidu li għalkemm kien ta' żvantaġġ għalina għaliex domna ma applikajna din is-sistema, fl-istess ħin nistgħu nqisuh bħala vantaġġ għaliex issa se jkollna l-possibbilta' tat-teknoloġija kollha li ġiet qabel u nixtieq inħeġġeġ lill-ministru biex f'din il-biċċa xogħol tant importanti jagħżel kemm jista' jkun l-iktar teknoloġija avvanzata f'dan l-istadju.", "Sur President, jien naqbel mad-deċiżjoni tal-gvern li ħass il-bżonn li jkun hemm ċerti tibdiliet għall-Copyright Act.", "Naħseb li l-ministru jaqbel miegħi li għall-forom elettroniċi hemm bżonn aktar tibdil fil-liġi tal-copyright biex nassiguraw li d-dritt ta' proprjeta' intellettwali jkun b'saħħtu ħafna għar-rigward tal-qafas elettroniku ta' l-internet.", "Barra minn hekk issa li pajjiżi oħra bħall-Amerika, l-Ingilterra, l-Awstralja u pajjiżi oħrajn qegħdin iħarsu lejn leġislazzjoni fuq il-kummerċ elettroniku, naħseb li huwa importanti għalina wkoll li nirregolaw il- kummerċ elettroniku kemm jista' jkun malajr.", "Nittama li din il-liġi tiġi segwita b'liġijiet oħrajn, partikolarment b'liġi li tħares lejn l- issues tal-kummerċ elettroniku li se jbiddel il-mod ta' kif isir in-negozju bejn il-pajjiżi tad-dinja.", "Nixtieq li fil-winding-up il-ministru jilluminana fuq il-fatt jekk dak li jkun ikunx qed jikser xi artikli mil- liġi tal-copyright meta jagħmel scanning ta' xi liġi li tkun ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern biex jagħmel database minnha.", "Ma naħsibx li dan huwa l-każ pero' nixtieq li l-ministru jilluminana dwar dan għaliex l-importanti huwa li x-xogħol li tagħmel il-commission ma jiġix ikkuppjat minn ħaddieħor.", "Nagħlaq billi nifraħ lill-ministru għall-iżvilupp li diġa' sar tas-CD- ROM, għaliex din hija ta' utilita' enormi għal min jipprattika l-liġi bħali.", "Kif qal hu, dan ix-xogħol se jiġi estiż għal diversi oqsma oħrajn u għalhekk nixtieq nissuġġerixxi li l-atti ġudizzjarji jibdew isiru b'mod elettroniku, għaliex ma jagħmilx sens li trid toqgħod timla dawk il-ħafna formoli u trid toqgħod attent meta tkun qed tagħmel it-typing, meta din it- tip ta' dokumentazzjoni tista' ssir b'mod elettroniku permezz tal-computer.", "Kif qal wieħed mill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, dawn it-tip ta' dokumenti nistgħu nittrasmettuhom b'mod elettroniku wkoll.", "Pero' qabel nintroduċu dawn l-affarijiet irridu nkunu ċerti li d-dokumentazzjoni elettronika fl-informatika tkun regolata legalment biex ikollna l- possibbilta' li nkunu żguri li dak id-dokument ikun wasal.", "Din m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn għaliex fil-fatt ħafna mit-tendering process tal- Gvern Amerikan isir b'mod elettroniku u ma jsirx permezz tal-karta u għalhekk nemmen li dan il-proċess jista' jintuża wkoll għad-dokumentazzjoni ġudizzjarja.", "Sur President, ma rridx nieħu iktar ħin tal-Kamra u ngħid biss li din hija liġi tajba.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru Gatt biex jgħaddi għall- winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Sur President, se nibda billi nirrispondi l-ħafna kummenti u dubji li tqanqlu dwar artiklu 12 tal-Copyright Act - kien hemm min qal li qed nagħlqu l- liberaliżżazzjoni, kien hemm min qal li qed immorru kontra t-tendenza fl- Ewropa u saħansitra ġejna mpinġijin b'mod li qisna se nagħmlu xi section li se toħnoq id-dritt tal-kummerċ privat jew id-dritt ta' xi ħadd li jistampa jew jipproduċi CD-ROM hu - billi nikkwota minn ittra li jiena bgħatt fis-27 ta' Awissu - u se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - lill- persuna li tmexxi l-kumpannija privata:", "\"Regarding the main point of your letter as expressed in paragraphs 9 and 10 ...\"", "- u se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tiegħu wkoll -", "\"...I have been given assurances that the Bill as now drafted ...\"", "- u nispjega għaliex qed ngħid \"as now drafted\" -", "\"...does not in any way prohibit you from legitimately carrying out your publications as long as they are not pirated from official publications.", "However, in order to make doubly sure, I am copying your letter to the Attorney General for his opinion.\"", "Sur President, inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra li l-avukat ġenerali bagħat lili u se naqra l-aħħar paragrafu tagħha:", "\"In short, your conclusions are right.", "What is prohibited is only the pirating of the official publications.\".", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn il-permess biex dawn id-dokumenti li rrifera għalihom il-Ministru jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor.Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.AUSTIN GATT: Aħna li ma rridux huwa li jekk il-gvern joħroġ CD jew pubblikazzjoni stampata, ma jkunx hemm xi ħadd li jaqbad u jikkopja dik is- CD u joħroġha għall-bejgħ hu.", "Ħalli nagħi eżempju.", "Aħna ma rridux li jekk il-gvern joħroġ l-Atti stampati kif inhuma llum, ikun hemm xi ħadd li jgħaddihom minn scanner, jerġa' jistampahom u jbigħhom, pero' ma nsibu l- ebda problema jekk xi ħadd jixtri l-Gazzetta tal-Gvern, ikun kapaċi jibni database hu u jbigħha.", "Aħna m'għandna xejn kontra min irid jikkompeti mal- gvern imma naħseb li kulħadd jaqbel li m'huwiex sewwa li l-gvern jonfoq il- flus, imbagħad ikun hemm xi ħadd li sempliċement jikkopja s-CD u joħroġ a pirated version.", "Dak li jrid jiġi pprojbit.", "Għaliex qabel għedt \"as now drafted\",Sur President?", "Uħud mill-Onor.", "Membri tan-naħa l-oħra jmisshom jafu - din hija l- vilta' - li l-verżjoni tal-liġi kif ippreżentata mil-law commission fi żmienhom mhux hekk kienet tgħid - u iktar tard nitlob il-permess biex inpoġġiha wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra - imma kienet tgħid li:", "\"The Copyright Act shall apply to any revised edition of the Laws of Malta published under this Act and to any part thereof as it applies to literary work as defined by that Act and in respect thereof the right to control the doing of Acts shall extend to the updating of any such edition as part thereof.\"", "Il-liġi kif intenzjonata mill-gvern Laburista, kienet tipprojbixxi lil xi ħadd milli joqgħod jittajpja l-liġijiet kollha u jippubblikahom.", "Jekk huwa onest u raġel min jidher li dar ħafna mill-Onor.", "Membri ta' din il- Kamra u qagħad isefsfilhom ħażin f'widnejhom u ma qallhomx xi ktibtlu jien, imissu qallhom li ftit wara li jien sirt segretarju parlamentari bgħatt għalih - u saħansitra kont bgħattlu ittra meta kont fl-oppożizzjoni b'mod privat biex infaħħru għall-inizjattivi li kien ħa u, kif għedt fil- bidu tad-diskors tiegħi, inneħħi l-kappell lil-Legal (Publishing) Enterprises li kienu l-uniċi nies li għal ħafna żmien provdew l-uniku servizz li kien hawn f'dan il-pajjiż - u għedtlu li xtaqt nasal miegħu biex il-proġett tas-CD li l-gvern kien ikkommetta ħafna flus fuqu - u 'l quddiem ngħid kemm intnefqu flus - joħroġ u minn hemm 'il quddiem jimmaniġġjah hu, għaliex naf li huwa kompetenti.", "Pero' sfortunatament ma wasalniex għaliex kien hemm diversi punti tekniċi li ma qbilniex fuqhom u għandi l-korrispondenza li nista' nuriha lil kulħadd.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Mangion li l-problema fil-passat kienet li l-gvern ma kellux is-set-up biex iżommhom tajbin u l-law commission falliet għaliex għalkemm għamlet pubblikazzjoni tajba, qatt ma emendatha u qatt ma riedet taqleb għal mezzi elettroniċi.", "Għalhekk l- ewwel reazzjoni tiegħi meta sirt segretarju parlamentari kienet li mmur għand il-privat u tant ridt nirranġa, mhux biss ma' xi ħadd bħal-Legal (Publishing) Enterprises, li ħriġt tender u applikaw madwar ħames kumpanniji biex jagħmlu dan ix-xogħol li qed jagħmel il-gvern illum.", "Pero' l-parir li ngħatajt bil-miktub - u nista' nuri r-rapport mill-konsulenti tal-MITTS u minn min kien fl-adjudicating board - kien li ħadd mis-settur privat, inkluż il-Legal (Publishing) Enterprises, ma laħaq l-istandard neċessarju biex jagħmel dan ix-xogħol u x-xogħol previst li jrid isir fis- snin li ġejjin.", "X'kelli nagħmel?", "Nagħmel overriding tal-parir tekniku li kelli?", "Jien nifhem xi ħaġa fl-informatika pero' ċertament m'iniex kapaċi niġġudika jekk kumpannija tatniex daqshekk telephone lines per entry u per minute u dawn it-tip ta' affarijiet.", "Ma nistgħux naslu f'sitwazzjoni li għaliex xi ħadd li għandu interess personali joqgħod isefsef fil-widnejn u kulħadd jemmnu, qisu hawnhekk m'hu qed jiġri xejn!", "Jien niskanta kif żewġ Onor. Membri min-naħa l-oħra li servew f'kariga ministerjali ma jiftakruhx dan il-Bill!", "Sur President, jien sibt dan il- Bill li kien drafted mill-ex-chairman tal-law commission fil-files tal- ministeru u meta ltqajt miegħu għedtlu li kien oxxen għaliex ma jistax ikun li l-gvern jippretendi li jkollu copyright fuq il-liġijiet.", "Jekk m'iniex sejjer żball din semmiha l-Onor.", "Herrera u jien naqbel miegħu li allaħares naslu fl-istat li l-gvern jiddeċiedi li għandu copyright fuq il- liġijiet, pero' jien ngħid li l-gvern għandu dritt li jkollu copyright fuq il-kumpilazzjoni tal-liġijiet.", "Fil-liġi kif qed nipproponuha aħna m'aħniex qed ngħidu li ħaddieħor ma jistax jagħmel kumpilazzjoni tagħhom pero' basta jgħid li m'hijiex uffiċjali u għall-grazzja ta' l-argument jista' jaqbad il-liġijiet minn fuq il-Gazzetta tal-Gvern, jagħmel scanning tagħhom u mbagħad jagħmel il-kumpilazzjoni.", "Skond din il-liġi dak m'huwiex illegali pero' bil-liġi kif kienu se jipproponuha tan-naħa l-oħra dak kien illegali għax il-copyright kien japplika fuq literary work ukoll, li hija l-liġi sussidjarja.", "Aħna qed ngħidu li dak li jkun jista' jagħmel scanning tal- liġijiet mill-Gazzetta tal-Gvern u jekk irid jista' jagħmel inputting manwalment, pero' qed nimpedixxu li dak li jkun jaqbad il-kumpilazzjoni li għamel il-gvern materjalment, jippubblikaha u joħroġha għall-bejgħ.", "Qed nagħmlu xi ħaġa ħażina?", "Diversi kollegi hawn ġew qraw dan l-artiklu biex joqogħdu jgħidu li b'xi mod il-gvern biss jista' jippubblika, li l-gvern biss jista' jagħti l- liċenzja u kważi kien hawn min implika li se nagħżlu lil min nagħtu l- liċenzja u lil min ma nagħtux.", "Irrid nagħmilha ċara li m'għandna l-ebda intenzjoni li nagħtu liċenzja lil xi ħadd.", "S'issa se nibqgħu nippubblikaw is-CD aħna u nittama li s-sena d-dieħla l-liġijiet kollha jkunu fuq l- internet u l-kumpannija li hemm tkompli bix-xogħol tagħha.", "Imma naħseb li għandna naqblu li m'għandna nippermettu lil ħadd li għaliex illum huwa faċli li tikkopja, jaqbad u jikkopja kif ġieb u laħaq mingħajr ħadd ma jagħmillu xejn meta l-gvern qed jonfoq il-flus.", "Nerġa' nirripeti li kien il-Gvern Laburista preċedenti li ried jimpedixxi lil ħaddieħor milli jikkopja l-liġijiet billi jagħmel scanning tagħhom minn fuq il-Gazzetta tal- Gvern u aħna m'aħna qegħdin nimpedixxu lil ħadd milli jagħmel xogħlu u jagħmel il-kummerċ u jekk irid jagħmel iktar flus mil-gvern.", "Nerġa' nirrepeti li l-iskop tagħna huwa biss li the material reproduction tal- liġijiet tkun mill-kollezzjoni tal-gvern.", "Waqt l-istadju ta' Kumitat ikun hawn l-avukat ġenerali preżenti u aħna lesti li naċċettaw kwalunkwe emenda min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tiżgura biss dan il-għan.", "Dan dejjem kien l-għan tal-gvern u se jibqa' l-għan tal-gvern.", "Waqt id-dibattitu saru diversi insinwazzjonijiet li jidhirli li għandi nirribatti.", "L-ewwelnett intqal li aħna tant irridu noħonqu l-inizjattiva privata li bgħatna ċirkolari lid-dipartimenti tal-gvern biex jixtru biss is- CD tal-gvern u ma jixtrux tal-privat u saħansitra kien hemm min qal li qed nissusidjaw din is-CD.", "Niskanta kif ex- ministru jasal biex jgħid dawn l-affarijiet meta l-ispejjeż tal-produzzjoni saru fi żmienhom u jien sibthom lesti, committed.", "Fil-fatt jien dħalt at the end part u għalhekk fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi faħħart kemm lill-ex-Ministru Mangion u kif ukoll lill-ex-Ministru Gulia, għax it-tnejn ħadmu fuq din il-biċċa xogħol.", "Meta sirt ministru sibt id-database kompilata u prattikament kulma għamilt jien kienet il-parti tal-pubblikazzjoni, pero' l-ispejjeż il-kbar ma sarux fi żmienna.", "Il-verita' hi li bħala direct cost il-gvern nefaq - u hawnhekk m'iniex qed ninkludi l-ispejjeż rikorrenti tal-law commission li jintnefqu sena wara oħra - Lm60,000 biex tinbena d-database, Lm3,000 biex nipproduċu s-CD u kellna sales ta' madwar Lm18,000, jiġifieri mill- ewwel CD baqa' profitt dirett ta' Lm15,000 kontra capital outlay ta' Lm60,000.", "Dan huwa s-sussidju li ssemma?", "Jew inkella m'huwiex veru dak li ġie ssuġġerit minn ħaddieħor u ġie ripetut hawn ġew li l-prezz tal-bejgħ huwa prezz baxx?", "Jew il-verita' hi - u jien nippreżumi li l-costs ta' ħaddieħor huma bejn wieħed u ieħor daqs tal-gvern - li min qed ibigħha d- doppju u t-tripplu tal-gvern qed jagħmel ħafna profitti?", "Kif diġa' għedt, il-gvern nefaq Lm60,000 għad-development tad-database, inkluż il-flus li tħallsu biex litteralment jsiru l-liġijiet kollha bit-typing, bil-proof- reading u b'kollox, Lm3,000 biex jipproduċi s-CD u kellna sales ta' Lm18,000.", "Naħseb li l-prezz ta' Lm40 huwa prezz raġonevoli għaliex la huwa għoli u lanqas baxx u qed jagħti return tajjeb lill-gvern mingħajr ma jagħmel is-CD prohibitive.", "Naħseb li mhux il-gvern għandu jiġi attakkat li qed jissussidja imma ħaddieħor li qed jipprova jagħmel ħafna profitti!", "Dak huwa s-sabiħ tas-suq, min irid jixtri tat-Lm80 u min irid jixtri tal- Lm40!", "Kif diġa' aċċennajt, intqal li ntbagħtet ċirkolari lid-dipartimenti biex jixtru s-CD tal-gvern.", "Jien ngħid biss li biex il-qorti iżżomm l- amendment scheme għand il-privat kienet tonfoq Lm10,000 fis-sena.", "Meta dħalt fil-ministeru ma sibtx set wieħed updated tal-liġijiet u meta mort nixtri printed set sħiħ mingħand il-privat ġieni Lm800, meta s-CD tqum Lm40.", "Ma nafx il-parlament għandhomx xi set jew inkella għadhomx jaħdmu bis-sistema tal-cut and paste!", "Allura niġu attakkati għaliex mill-qorti biss qtajna spejjeż ta' Lm10,000 fis-sena, meta llum b'Lm40 kull sitt xhur jista' jkollok il-liġijiet kollha?", "Għaliex qed niġu kkritikati li bgħatna ċirkolari lid-dipartimenti tal-gvern biex jixtru s-CD tal-gvern?", "Jew inkella xi ħadd qabditu ferneżija biex jibda joħroġ l-legal notices għaliex kien jaf li ħaddieħor se joħroġhom?", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li ħaddieħor ħareġ parti minnhom u t-tieni nett irrid nirrimarka li għad għandna mijiet ta' legal notices, uħud minnhom anke bit-Taljan, li jmorru lura sa l-1880 u li għadhom in vigore.", "Dawn il-legal notices għadhom bl-istess saħħa ta' kull liġi li hawn fil-pajjiż u ħadd ma ġabarhom u issa l-gvern qed jiġi kkundannat għax qed jiġborhom u jippubblikahhom, għaliex skond l-argument li sar imissna bqajna fuq id-ditta privata biex tipprovdihom!", "Il-gvern jista' qatt joqgħod fuq ditta privata għall- kumpilazzjoni tal-liġijiet?", "Ma rridx immaqdar u ma rridx nagħmel ħafna insinwazzjonijiet pero' nafu li fil-pubblikazzjonijiet isiru l-iżbalji.", "Huwa veru li kulħadd jieħu żball għaliex anke min kien responsabbli għall- ewwel CD li ħriġna aħna ħalla xi tliet paġni neqsin, pero' fil- pubblikazzjonijiet kollha li għamel ħaddieħor kien hemm l-iżbalji u, per eżempju, tħallew numru ta' klawsoli f'diversi liġijiet in vigore meta dawn m'għadhomx japplikaw.", "Il-gvern irid li l-kumpilazzjoni tal-liġijiet sussidjarji ssir b'mod tajjeb, bl-updating tal-kliem, bil-konsolidazzjoni ta' l-emendi kollha biex joħroġ text wieħed u jiġu eliminati legal notices li ma jkollhom l-ebda relevanza.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Xi kultant toħroġ legal notice li tkun tgħid li xi parti tal-baħar li tkun immarkata fuq pjanta se tkun magħluqa għat-traffiku tal-baħar bejn l- 4.00 p.m. u s-6.00 p.m. Dawn it-tip ta' notices ma tridx tagħti kashom pero' l-law commission biss tista' ma tagħtix kashom u mhux il-privat.", "Allura qed nagħmlu xi ħaġa ħażina li għall-ewwel darba se jkollna kumpilazzjoni uffiċjali tal-liġijiet sussidjarji?", "Niftakar li meta kont għadni naħdem fil-partit kellna kawża kostituzzjonali - meta qatgħulna l- electronic broadcaster li konna tellajna fuq il-każin tal-Belt - u l-pern tal-kwestjoni kienu r-regolamenti ta' l-Enemalta.", "Minn fejn issibhom ir- regolamenti ta' l-Enemalta f'dan il-pajjiż?", "Probabbilment għadhom f'xi uffiċċju ta' l-Enemalta għax jużawhom huma biss u ħadd m'għandu kopja tagħhom!", "Jien nisfida lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra biex imorru fl- uffiċċju ta' l-attorney general u jaraw jekk għandux ir-regolamenti updated taħt l-Enemalta Act.", "F'dan il-pajjiż ħadd m'għandu u jien kelli mmur il- librerija pubblika, noqgħod insib l-ewwel enactment li kien sar, mingħalija fl-1913, qgħadt inqalleb sena wara oħra f'kull issue tal-Government Gazzette biex nara jekk kenux saru xi emendi u għamilt updating tagħhom.", "Illum qegħdin fl-1999 u għad m'għandniex pubblikazzjoni tal-legal notices!", "Allura huwa ħażin li din il-biċċa xogħol se jagħmilha l-gvern?", "Jien ngħid li l-gvern għandu l-obbligu li jagħmel dawn l-affarijiet u ma jagħmilx sens li noqogħdu ngħidu li aħna rridu noħonqu lill-privat.", "Jien niskanta kif jintqalu dawn l-affarijiet hawn ġew meta nafu li wieħed mill-oġġettivi tal-law commission, kif imsemmija fl-estimi ta' dawn l-aħħar tliet snin - inkluż is-sentejn tal-Gvern Laburista - kien il- pubblikazzjoni tal-liġijiet sussidjarji.", "Pero' fis-sentejn li għaddew ma sar xejn u issa qed jakkużawna għaliex sibna mezz kif tista' ssir, meta fis-sentejn li għamlu fil-gvern ħadd ma ddeċieda x'se jagħmel fuq il- leġislazzjoni sussidjarja!", "Kif diġa' għedt, min ikun ħaqqu l-mertu jien nagħtihulu u fil-fatt faħħart liż-żewġ ministri preċedenti li ħadmu fuq is- CD - għaliex kieku ma kenux huma ma konniex se naslu biex nippubblikawha daqshekk malajr - pero' l-verita' hi li fuq leġislazzjoni sussidjarja kien hemm speranze pie iżda qatt ma sar xejn.", "Allura issa niġu attakkati għax għamilna l-arranġamenti neċessarji biex din issir?", "Jien nispera li sax- xahar id-dieħel almenu jkollna l-ewwel għaxar chapters u nappella biex ma nipprovawx naraw kif pass pożittiv indawruh f'wieħed negattiv.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kemm l-Onor.", "Gulia u kif ukoll l-Onor.", "Herrera ssuġġerew li għandna nikkopjaw lill-privat fil-pubblikazzjoni tas- sentenzi.", "Imma possibbli li ma jafux li l-gvern għandu kuntratt ma' din id- ditta privata biex issir il-pubblikazzjoni tas-sentenzi u li l-ministeru tal-ġustizzja - u l-Onor.", "Gulia kien responsabbli minn dan il-qasam - huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' dan il-kuntratt?", "Il-kuntratt kien sar fis-sens li l-gvern iħallas tar-riċerka u l-profitti jmorru għand dik id- ditta.", "Għalkemm qed issir biċċa xogħol tajba, nixtieq li tkun aħjar għaliex ħafna drabi l-volumi jispiċċaw ħesrem u jista' jsir setting aħjar, pero' għallinqas rridu nifhmu li l-gvern qed jagħti kontribut u dejjem ta kontribut għax dak iż-żmien kien ħass li hu ma jistax jagħmilha għax kien waqa' lura u l-aħjar mezz li sab kien li jgħaddiha lill-privat billi hu joħroġ il-fondi għar-riċerka tas-sentenzi u l-pubblikazzjoni ssir mill- privat u l-profitti jittieħdu minn dik id-ditta.", "Dan il-proċess ilu għaddej xi tmien snin u għallinqas qegħdin ningħataw servizz.", "Ċertament li jien stennejt li nkunu nafu iktar x'inhu jiġri qabel ma nipprovaw nibnu din l-istorja kollha biex ngħidu li l-gvern miexi ħażin.", "MR SPEAKER: Ministru, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 14 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' l-Onor Gavin Gulia u l-Onor Anglu Farrugia dwar il-ħarba ta' priġunier mill-kustodja tal-pulizija.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b'Diżabilita' - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Arbitraġġ – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż-Żejt - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tielet Qari.", "-----------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal- Gvern – Kumitat Permanenti.", "Mr Speaker, hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li s-seduta t'għada tkun seduta normali, jiġifieri tibda bħas-soltu fis-6.00 p.m. bil-question time u l-aħħar nofs siegħa titħalla għall-aġġornament.", "Il-ħin tad- dibattitu jkun maqsum indaqs bejn iż-żewġ naħat, jekk inhu possibbli bl- alternanza ta' kelliema, skond l-arranġament li jagħmlu l-whips.", "Peress li l-mozzjoni hija ta' l-oppożizzjoni, l-introduzzjoni u l-winding-up jispettaw lin-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membri, irrid ngħid li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna seduta t-Tnejn filgħaxija, waqt li t-Tlieta u l-Erbgħa l- parlament jiltaqa' filgħodu u filgħaxija.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, matul il-ġranet li għaddew fil-pajjiż qamet diskussjoni dwar l- introduzzjoni tal-VRT, li fiha nnifisha naħseb hija ta' ċerta importanza, u kulħadd jitkellem dwar din l-innovazzjoni li prattikament tolqot lil kulmin għandu vettura.", "Biss jien nemmen li d-diskussjoni ma kkonċentratx bis- serjeta' la fuq it-test innifsu u lanqas fuq ir-raġunijiet għala dan it- test qegħdin indaħħluh.", "Tajjeb li allura nħarsu ftit lura u flimkien neżaminaw x'kien intqal f'dan il-parlament, meta kienet qed issir diskussjoni dwar dan is-suġġett, u anke naraw x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu biex taħt l-amministrazzjoni preċedenti jsir dibattitu fuq hekk.", "Tajjeb li wieħed jagħti ħarsa wkoll lejn x'kienet il-pożizzjoni ta' l- oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien dwar l-introduzzjoni tal-VRT.", "Meta fl-1998, taħt amministrazzjoni Laburista, dan il-parlament ddiskuta l-introduzzjoni tal-VRT, iż-żewġ naħat tal-Kamra konna qbilna dwar il- ħtieġa li f'pajjiżna jkun hawn dan it-tip ta' test.", "Kien hawn il-qbil li dan kien test li kellu jwassal għal iktar sigurta' fit-toroq u anke biex forsi wieħed iżomm il-vettura tiegħu f'livell aħjar ta' maintenance and upkeep.", "Minkejja li stajna ħadna vantaġġ politiku minn dik id-diskussjoni u stajna anke oġġezzjonajna u stajna ngħidu li ma naqblux mal-gvern, dan aħna m'għamilniehx għax konna oppożizzjoni serja.", "Aħna dejjem emmenna li l- VRT għandu jikkostitwixxi miżura fid-direzzjoni t-tajba u konna u għadna nemmnu li f'pajjiżna hemm bżonn li ntejbu s-sigurta' fit-toroq.", "Għalhekk meta l-gvern preċedenti ġab din il-liġi quddiem il-parlament, aħna mill- ewwel qbilna magħha u għalhekk ivvotajna favur li jidħol dan it-tip ta' test.", "Il-gvern Laburista preċedenti kellu kull intenzjoni li jdaħħal fis- seħħ il-leġislazzjoni li għaddiet mill-parlament u tant hu hekk li fit-8 ta' Mejju, 1998 kien ħareġ avviż legali li kien jistabilixxi il-mod ta' kif kellhom isiru t-testijiet, min jista' jagħmel it-testijiet u meta se jidħol fis-seħħ il-VRT.", "Allura wieħed kien jistenna li għall-grazzja tal- konsistenza kien se jkun hawn diskussjoni serja dwar dan is-suġġett li, kif għedt iktar qabel, iż-żewġ naħat tal-Kamra konna qbilna fuqu.", "Għalkemm s'issa n-naħa l-oħra tal-Kamra mhux qed tinqeda bil-mezzi uffiċjali tagħha, is-Super One qed irewwaħ mhux ħażin kontra l-introduzzjoni ta' dan it-test.", "Meta fit-8 ta' Mejju, 1998 il-ministru ta' dakinhar, l-Onor.", "Joe Debono Grech, ħabbar il-pubblikazzjoni tal-legal notice, fl-istess ġurnata kien ħareġ press statement dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' vetturi bil-mutur li jkunu tajba għat-triq.", "Dakinhar fid-diskors li kien sar mil-Onor.", "Debono Grech kien intqal li l-VRT kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu, 1998 għal dawk il-vetturi li jservu lill-pubbliku u f'Settembru għall-vetturi privati.", "L-Avviż Legali Nru. 126 ta' l-1998 kien jitkellem proprju dwar il- mod ta' kif kellu jkun introdott it-test u dwar liema partijiet tal-vettura kellhom jiġu ttestjati.", "Għalkemm dak l-avviż legali kellu l-forza kollha tal-liġi - fil-fatt qatt ma ġie challeged u qatt ma tħassar - il-gvern Laburista qagħad lura milli jimplimenta dawk il-miżuri li kien ħabbar b'tant pompa.", "Jiena naħseb li dan sar għar-raġunijiet politiċi għax fl-1 ta' Awissu, meta suppost kellu jibda l-VRT, tħabbar li ħames ġimgħat wara kellhom isiru l-elezzjonijiet ġenerali u għalhekk il-gvern tal-ġurnata baqa' ma daħħalx fis-seħħ il-VRT.", "Madanakollu l-framework legali, bil- legal notice b'kollox u bil-kondizzjonijiet kollha ta' l-ittestjar tal- vetturi, kien diġa' in place.", "Mr Speaker, nista' ngħid li riċentement Legal Notice 126 ta' l-1998 ġiet emendata b'Legal Notice 157 ta' l-1999, fejn fiha tħabbru bidliet li kienu marbuta ma' l-introduzzjoni tat-test u ddaħħlu emendi sostanzjali.", "Madwar seba' xhur ilu l-kabinett qabel li l-VRT kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru, 1999.", "Matul dan il-perijodu kien hawn diskussjoni li kienet tindika li hawn qbil ġenerali li dan it-test għandu jidħol.", "Naturalment kull persuna li kienet qed tesprimi l-opinjoni tagħha kellha s-suġġerimenti tagħha x'tagħmel, dwar kif it-test jista' jsir b'mod aħjar u dwar kif jista' jsir b'mod gradat.", "Meta tħabbar li l-VRT se jiġi introdott mill-1 ta' Ottubru, 1999 fil-ġurnali konna tajna indikazzjoni li t-test mhux se jsir skond kif kien ippubblikat fl-Avviż Legali 126 ta' l-1998, u mill- ewwel bdiet il-kritika.", "Issa rrid ngħid li kif kien se jkun it-test, skond l-Avviż Legali 126 ta' l-1998, kien se jkun iktar riġidu, tant li n-nies kienu qed jikkritikaw lill-gvern ta' qabel li t-test kien iebes wisq, għax kull parti tal-vettura kienet se tkun ittestjata u jekk teħel fuq xi parti minnhom ma kontx se tingħata ċ-ċertifikat tal-VRT.", "Imma issa skond l-avviż legali kif ġie emendat fuq erba' items biss tista' teħel mit-test, għalkemm l-items kollha tal-vettura se jiġu ttestjati.", "Allura qed issir il-kritika li fuq tali partijiet tal-karozza teħel mit-test u fuq partijiet oħra ma teħilx.", "Donnu fil-mument li daħal fis-seħħ bis-serjeta' l-VRT kulħadd nesa l- kritika tal-passat u l-kritika nqalbet ta' taħt fuq!", "Kien hemm anke karikaturi fil-gazzetti li juru tali parti se tiġi ttestjata u tali parti le.", "Iva, l-avviż legali tas-7 ta' Settembru, 1999 jindika b'mod ċar li għalkemm it-test se jsir fuq il-partijiet kollha tal-vettura, hemm erba' items biss li fuqhom wieħed jista' jeħel mit-test u ma jingħatax ċertifikat ta' roadworthiness, ċioe' l-engine u ċ-chassis numbers, id-dwal, l- isteering u l-brakes tal-vettura.", "Kien hawn min kiteb u tkellem b'enfasi kbira kontra l-mod ta kif se jsir dan it-test imma jien ngħid li kulħadd għandu r-responsabbiltajiet tiegħu u kulħadd jaf li jrid iġorrrhom.", "Mr Speaker, matul iż-żmien li għadda, b'mod partikolari fl-aħħar ġranet, ingħad li dan it-test se jiġi introdott minħabba li Malta trid tissieħeb fl- Unjoni Ewropea.", "Din hija gidba oħra għax dan it-test, kif għedt aktar kmieni, kellu jiġi introdott bis-saħħa ta' Legal Notice 126 ta' l-1998, fi żmien meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista, li kien u għadu jgħid li hu kontra li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif issa b'diversi mezzi dan l-istess partit qiegħed jgħid li l- introduzzjoni ta' dan it-test hija meħtieġa biex Malta tissieħeb fl-Unjoni.", "Jien m'għandix l-iċken dubju li dan kollu qed jagħmlu għar-raġunijiet ta' esiġenzi politiċi u partiġġjani.", "Jien kont nimmaġina li l-Partit Laburista għandu biex jiftaħar li din kienet leġislazzjoni li ħadem fuqha u għaddiet minn dan il-parlament fi żmien meta hu kien fil-gvern u mhux joqgħod jitkellem kontra tagħha sabiex forsi jieħu vantaġġ politiku.", "Jiddispjaċini ngħid li l-oppożizzjoni tkun qed turi nuqqas ta' serjeta' meta tikkritika lill-gvern attwali fuq dan is-suġġett.", "Ir-responsabbilta' tiegħi u tal-gvern trid twassal biex bis-serjeta' nintroduċu dan it-test ħalli nkunu konsistenti ma' dak li għamilna qabel.", "Mr Speaker, kien hawn min argumenta u qal għalfejn fost l-erba' items li wieħed jista' jeħel fuqhom il-ministru daħħal l-engine u ċ-chassis numbers qisu kont jien li se niċċekkja l-engine u ċ-chassis numbers!", "Naħseb li kulmin hu f'sensih u kulmin isegwi x'jiġri fil-qasam internazzjonali jaf x'inhi r-raġuni għaliex l-engine u x-chassis numbers se jkunu ċċekkjati.", "Dawn se jkunu ċċekkjati għax in-numru li jkollok fuq il-makna u n-numru li jkollok fuq ix-chassis iridu jkunu jaqblu ma' dawk li għandek fil-logbook.", "Din qisha l-identity card iżda flok tal-persuna tal-vettura.", "Jiena nistaqsi: Għaliex din it-tip ta' kritika fuq oġġett li għandu jkun il-pern fundamentali ta' kull vettura li hawn fil-pajjiż?", "Jien ngħid li ħadd m'għandu jippretendi li joqgħod jiġri fit-triq b'vettura li ġġib engine u ċ- chassis numbers differenti minn dawk li jkunu jidhru fil-logbook ta' l- istess vettura.", "Ovvju li vettura bħal dik tista' tkun waħda misruqa u tkun sabet ruħha tiġri fit-triq b'xi kulur differenti u b'xi makna ta' karozza oħra.", "Dik hija r-raġuni fundamentali għaliex irid isir ir-reading ta' l- engine u ċ-chassis numbers.", "(Interruzzjonijiet)", "Issa nispera li ma jkunx hawn xi ħadd li jistaqsini għalfejn għandna nittestjaw id-dwal, il-brakes u l-isteering!", "Dawn huma tliet partijiet tal- vettura li allaħares ma jkunux issettjati sew għax tkun qed tissogra mhux biss ħajtek imma tkun qed tissogra l-ħajja ta' ħaddieħor ukoll.", "Jien ma niddejjaqx ngħid li hija r-responsabbilta' tiegħi - u ta' kull ministru responsabbli minn dan il-qasam - li jara li dawn il-partijiet tal-vettura jkunu ttestjati ħalli b'hekk ikun hawn iktar sigurta' fit-toroq.", "Mr Speaker, hawn min qed jgħid li qabel ma l-gvern introduċa dan it-test messu l-ewwel irranġa t-toroq ħżiena li għandna.", "Illum stess fuq ir-radju tal-Partit Laburista kien hemm kummenti li f'dawn it-13-il xahar ma sar xejn fil-qasam tat-toroq.", "Jien ma nitkellimx b'dan il-mod u ngħid li jekk il-Partit Laburista, fiż-żmien li għamel fil-gvern, għamel xi ħaġa tajba kienet li għaraf il-ħtieġa li l-programmar tat-toroq ma jibqax isir bil-mod li dejjem sar u ġab esperti Ġermaniżi biex jgħinuna fit-tfassil tat-toroq.", "Dan kien pass li nbeda ftit xhur qabel l-aħħar elezzjoni u, għax kien pass għaqli, aħna komplejna fuqu matul is-sena li għaddiet.", "Nista' nikkonferma li mexjin fuq programm li jindikalna dawk it-toroq arterji li l-iktar għandhom bżonn ta' manutenzjoni biex waħda wara l-oħra jiġu rranġati b'mod li jkun ta' livell internazzjonali u ta' livell li jixraq lil pajjiżna u fuq dan il-programm se nkomplu mexjin għas-snin li ġejjin.", "Min jgħid li t- test ma messux ġie introdott qabel jissewwew it-toroq ikun qed jargumenta b'mod konvenjenti, aktar u aktar meta dan l-argument ikun ġej minn partit politiku li meta jkun fl-oppożizzjoni jinqeda b'karikaturi u b'mezzi oħra biex jibgħat messaġġi żbaljati.", "Ngħid messaġġi żbaljati għax ma nistgħux nibqgħu iktar nitkellmu fuq esiġenzi partikolari tal-mument mingħajr ma verament naraw il-ħteġijiet għall-futur.", "Mr Speaker, sar ħafna diskors fuq ix-xogħol li sar fuq ir-roundabout tan- naħa ta' Tal-Qroqq u staqsew għaliex ix-xogħol ma sarx bil-lejl.", "Hemm diversi raġunijiet għaliex ma sarx bil-lejl.", "Il-lejla m'għandix ċans nitkellem dwar dan pero' waħda mir-raġunijiet prinċipali hija marbuta mal- fatt li sal-lum għadna nemmnu li l-gvern għandu jaċċetta l-orħos tender, tkun xi tkun il-kwalita' tax-xogħol, u għadna ma tgħallimniex li l-irħis huwa għali, kif jgħid il-Malti.", "Naħseb li fil-qasam tat-toroq kellna diversi esperjenzi ta' fejn l-irħis huwa għali u niftaħar li matul din is- sena diversi kuntratturi għaddew mill-esperjenza li kellhom jaqilgħu x- xogħol li għamlu għal iktar minn darba għax ix-xogħol li għamlu ma kienx tajjeb u naturalment dan sar a spejjeż tagħhom.", "Hemm bżonn li nassiguraw li x-xogħol li jkun qed isir mill-kuntrattur jew mill-ħaddiema tal-gvern ikun xogħol ta' kwalita' tajba u jibqa' jservi għal numru ta' snin.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-kritika li qed issir fuq it-test li qed isir fuq id-dwal tal-vetturi.", "(Interruzzjonijiet) Nista' ngħid li ma kienx hawn daqshekk kritika fuq it-test li jsir fuq l-isteering u fuq il- brakes!", "Ħafna minn dawk li qed itellgħu l-vettura tagħhom għall-VRT qed jilmentaw li f'dan it-test hemm wisq sikkatura meta l-operator jiġi biex jittestja s- sistema tad-dawl.", "Fil-fatt ammont sostanzjali ta' dawk li jeħlu mill-VRT qegħdin jeħlu minħabba d-dwal.", "Naturalment għal min jeħel fuq id-dwal m'hemm xejn eħfef milli jgħid li l-fanal tal-vettura ma kienx qed jixgħel minħabba l-istat ħażin tat-toroq.", "Issa jista' jkun li dan jaffettwa xi ftit imma żgur li mhijiex din ir-raġuni prinċipali.", "Nista' ngħid li x'ħin nitlaq minn hawn, fi triqti lejn San Pawl il-Baħar, kuljum nara numru sostanzjali ta' vetturi b'fanal wieħed jixgħel jew inkella f'xi parti mid- dwal ta' quddiem li ma tkunx qed tiffunzjona sew.", "Jiena nistaqsi lil min qed jikteb u jikkritika jekk waqt li jkun għaddej bil-karozza jiltaqax ma' karozzi b'fanal wieħed jixgħel.", "M'hemmx għalfejn ngħid li dan huwa ta' periklu kbir għax taħseb li jkun ġej xi mutur u faċli taħbat miegħu.", "Bħalissa għaddejja xniegħa li wieħed mill-operators li jagħmel dawn it- testijiet qala' xebgħa mingħand xi ħadd li l-vettura tiegħu ma ġietx ċertifikata roadworthy.", "Dan huwa paroli li ħafna drabi nħobbu nagħmlu mingħajr ma nibbażaw fuq ir-realta'.", "Jiena konvint li ħafna minn dawk li jikkritikaw permezz tal-gazzetti u radjijiet għadhom lanqas biss qorbu biex b'xi mod jagħmlu t-test.", "Jien nista' ngħid li s'issa kien hemm, bejn wieħed u ieħor, 1,500 persuna li telgħu għat-test.", "Fil-bidu r-rata ta' dawk li kienu qed jeħlu kienet waħda għolja ħafna għax kienet qed taqbeż il- 50% imma issa nista' ngħid - anke jekk l-informazzjoni għadha ma waslitx għand id-dipartiment b'mod uffiċjali għax tali informazzjoni tasal fil-15 tax-xahar - li mill-1,500 karozza li marru għal dan it-test kien hemm iktar minn 70% tal-karozzi li għaddew, u iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qegħdin noqorbu lejn il-pożizzjoni li jkun hemm responsabilizzazzjoni min- naħa ta' dak li jkun qed jagħmel it-test.", "Mr Speaker, sfortunatament issib ċerti karozzi li għalkemm ikunu ġodda - u dan intqal fil-gazzetta tal-bieraħ - ikollhom żewġ fanali li jkunu ta' l- istess naħa, m'hemmx distinzjoni liema hu tal-lemin u liema hu tax-xellug.", "Mela hawn fabbriki li jagħmlu dawn il-fanali apposta, wieħed tal-lemin u l- ieħor tax-xellug, u Alla jbierek f'pajjiżna hawn min jimporta karozzi li jkunu b'żewġ fanali tal-lemin jew tax-xellug!", "Dan minnu nnifsu jindika aktar il-ħtieġa ta' dan it-test.", "Nista' ngħid ukoll li f'dawn il-ġranet li għaddew saru laqgħat bejn id-dipartiment u numru ta' aġenti li jimportaw il- karozzi u l-indikazzjoni hi li aktar 'il quddiem dawn minn jeddhom - jekk ma jkollniex bżonn nagħmlu xi tip ta' leġislazzjoni - se jibdew jagħmlu speċi ta' VRT fuq il-karozzi importati ġodda ma' l-ewwel service li jsir lill-karozza.", "Dan huwa wkoll pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Mr Speaker, naturalment ikun hawn nies li jkunu jridu jikkritikaw kollox u allura tibda tifhem għaliex dan ikun qed isir.", "Per eżempju, fil-ġurnal ''l-orizzont'' tal-bieraħ intqal hekk:", "''Il-karozzi għadhom jeħlu mill-VRT b'rata għolja.''.", "Li tgħid li weħlu 30% nistggħu ngħidu li mhuwiex żbaljat pero' mbagħad insibu li ntqal li:", "''It-testing stations jgħidu li l-VRT daħal mgħaġġel wisq.''.", "Diġa' għedt li għalkemm dan it-test beda jopera fl-1 ta' Ottubru, dan suppost li kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu, 1998 għall-vetturi li joffru servizz lill-pubbliku u xahar wara għall-karozzi privati, iżda l- ikbar ħrafa li hawn f'dan ir-rapport hija dwar dawk il-persuni liċenzjati biex jagħmlu dawn it-testijiet.", "Matul is-sena li għaddiet u b'mod partikolari matul ix-xhur li għaddew, kemm ilna li ħabbarna li t-test se jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Ottubru, kelli numru kbir ta' laqgħat ma' dawk li jirrappreżentaw lill-garages li diġa' qegħdin joperaw - applikaw 51 u issa dan in-numru tela' għal 53 - u ma' oħrajn li jridu japplikaw biex jingħataw liċenzja.", "Peress li l-VRT kellu jkun fis-seħħ 15-il xahar ilu, dawn setgħu beżgħu li l-gvern tal-lum kien se jagħmel bħal gvern preċedenti u t-test ma jdaħħlu qatt fis-seħħ.", "Allura dawn baqgħu ma investewx biżżejjed u fil-fatt nista' ngħid li kien fl-aħħar ftit ġranet li numru sostanzjali - mingħalija xi ħdax - kienu f'pożizzjoni li jistgħu jibdew jagħmlu dawn it-testijiet fuq il-vetturi.", "Mr Speaker, fl-artiklu ta' ''l-orizzont'' jissemmew żewġ garages u dak identifikat qed jgħid li kellu każi ta' klijenti li riedu jagħmlu t-test f'Ottubru iżda ntbagħtu l-kwartieri ġenerali tal-pulizija.", "Kif jista' jkun li xi ħadd li huwa operatur jibgħat lin-nies il-kwartieri tal-pulizija?", "Ma jistax ikun għax suppost l-operatur jaf li l-kwartieri ġenerali tal- pulizija m'għandhom x'jaqsmu assolutament xejn ma' dan it-test.", "Punt żgħir ta' l-aħħar, Mr Speaker.", "Inħolqu xi inkonvenjenzi minħabba l-fatt illi hemm numru kbir ta' sidien ta' vetturi li f'dawn il-ġranet irċevew karta biex jitilgħu għat-test iżda ma sabux fejn jagħmluh.", "Nista' ngħid li d-dipartiment qiegħed fl-aħħar preparamenti biex jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali.", "Mandanakollu nista' nassigura minn issa lil dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra ma sabux fejn jittestjaw il-vettura li se jkollhom iċ-ċans mhux li jevitaw jew jiskartaw jew jaħarbu mit-test imma se jingħatalhom iċ-ċans kollu, b'mod legali u bis-saħħa tar-regolamenti, li jibqgħu jużaw il-vettura tagħhom sakemm isir it-test.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 14 ta' Ottubru, fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mil-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - COMPUTER PRINTERS", "9093.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computer printers tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-operational and maintenance expenses kemm tal-ministeru kif ukoll tad-dipartiment u d- diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan- National Tourism Organisation - Malta li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom.", "Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- operational and maintenance expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-ministeru u d-dipartiment u l- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9094, 9095, 9096 u 9097.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - COMPUTER SCANNERS", "9094.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computer scanners tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-operational and maintenance expenses kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-dipartiment u d- diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan- National Tourism Organisation - Malta li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom.", "Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- operational and maintenance expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-dipartiment u l- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9095, 9096 u 9097.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - COMPUTERS", "9095.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-computers tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-operational and maintenance expenses kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-dipartiment u d- diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan- National Tourism Organisation - Malta li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom.", "Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- operational and maintenance expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-dipartiment u l- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9096 u 9097.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - FAX MACHINES", "9096.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-fax machines tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-operational and maintenance expenses, kemm tal-Ministeru kif ukoll tad-dipartiment u d- diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan- National Tourism Organisation - Malta li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom.", "Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- operational and maintenance expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-Ministeru u d-dipartiment u l- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095 u 9097.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - PHOTOCOPY MACHINES", "9097.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża ta' manutenzjoni li saret fuq il-photocopy machines tal-Ministeru, tad-dipartimenti u entitajiet oħra li b'xi mod jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament mill-5 ta' Settembru, 'il hawn?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Kif jaf l-Onor Membru taħt il-Vot tal-Ministeru tat-Turiżmu hemm items 21 sa 34 li flimkien jagħmlu l-Operational and Maintenance Expenses kemm tal-ministeru kif ukoll tad-Dipartiment u d- Diviżjonijiet li jaqgħu taħtu.", "L-istess jista' jingħad dwar l-estimi tan- National Tourism Organisation - Malta li jipprovdu wkoll budget għal spejjeż simili.", "Nassigura lill-Onor Membru li l-ispejjeż li setgħu ntnefqu fuq manutenzjoni ta' drenaġġ, ilma, dawl, air-conditioners, għamara, eċċ ma jeċċedux l-estimi maħsub għalihom.", "Jekk l-Onor Membru jrid ikun jaf xi ħaġa partikolari dwar l-ispejjeż li saru s'issa mis-subhead ta' l- Operational and Maintenance Expenses, dispost nagħtih il-faċilitajiet kollha biex jistħarreġ personalment fil-ministeru u d-dipartiment u l- organizzazzjonijiet li jien politikament responsabbli minnhom.", "Din it-tweġiba tgħodd ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numri 9086, 9087, 9088, 9089, 9090, 9091, 9092, 9093, 9094, 9095 u 9096.", "HANDS ON FARMING/FISHING", "9232.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm tal-hands on farming u hands on fishing għas-sena skolastika li jmiss?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il- programm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-programm imfassal għas-sena akkademika li ġejja huwa l-istess bħal dak tas-sena li għaddiet.", "Kopja tal-programm tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta", "SETTUR TAL-BIEDJA/AGROINDUSTRIJA - TNEĦĦIJA TA' LEVIES", "9233.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-Gvern Nazzjonalista qal diversi drabi li Gvern Laburista kien se jneħħi l-levies ta' protezzjoni fuq is-settur tal-biedja u l- agroindustrija, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relattivi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Dak li qal aktar minn darba mill-oppożizzjoni l- Partit Nazzjonalista meta kien hemm il-Gvern preċedenti huwa li: il-proċess ta' adesjoni minn Malta fiz-zona ta' kemmerċ ħieles Ewro-Mediterranja kienet ser twassal biex jitneħħew il-levies mhux biss fuq il-prodotti industrijali iżda wkoll fuq prodotti u servizzi oħra inkluż dawk agrikoli.", "Minħabba l-elezzjoni bikrija fl-1998, it-taħdidiet dwar iz-zona ta' kummerċ ħieles bejn il-Gvern Laburista u l-Unjoni Ewropea spiċċaw ħesrem.", "Minħabba f'hekk, l-Oppożizzjoni Laburista għandha illum l-opportunita li jgħid li tgħid li trid dwar x'kienu l-intenzjonijiet finali tiegħu u dwar x'ma kienitx lesta tinnegozja.", "Iżda jekk inħarsu lejn dokumenti uffiċjali ta' dak iż-żmien insibu li l- kunċett ta' żona ta' kummerċ ħieles, hekk kif kien qed jiġi propost mill- Unjoni Ewropea, kien wieħed ħafna iktar vast minn sempliċi ftehim dwar kummerċ ħieles fi prodotti industrijali biss.", "Ma dan nistax nżid li fid-dokument intitolat Communication from the Commission to the Council on future relations between the European Union and Malta, li ħareġ fi Frar 1998 f'paragrafu 12 taħt il-kapitlu Trade hemm miktub In order to be compatible with the WTO such a free trade area should cover substantially all trade, no sector excluded.", "Complete free trade for products, other than those for which special arrangements will have to be negotiated, should come fully into force within three years at the most, by which time the removal of existing obstacles to trade should have been completed.", "Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade flows.", "This process should take account of the respective agricultural policies and the results achieved in the GATT/WTO negotiations.'", "Fil-EC-Malta Association Council, Joint Declaration on Future Relations Between the Parties (maħruġa fit-28 ta' April 1998) insibu dawn il-kliem preċiżi, b'messaġġ ċar ħafna: The EC-Malta Association Council recognized that a free trade area between the EC and Malta should be fully WTO (World Trade Organization) compatible and cover substantially all trade.'", "Diffiċli tiltaqa ma stqarrijiet iktar kategoriċi minn dawn.", "Iż-żewġ dokumenti li rriferejt għalihom huma diġa' ppubblikati.", "TALBA F'FILE NO.", "TL/B/35/99", "9234.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li talba għal trasferiment skond file TL/B/35/99 ilha pendenti x-xhur, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien esaġerat?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-trasferiment li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant sar fis-16 ta' Awissu, 1999.", "NATIONAL ACQUACULTURE CENTRE - STUDENTI", "9249.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li bdew jitħarġu fin-National Aquaculture Centre matul dawn l-aħħar għaxar xhur?", "X'korsijiet qed jieħdu u għal-liema diploma/i?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-National Aquaculture Centre m'huwiex immexxi mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.", "UNIVERSITA' - ISTITUT TA' L-AGRIKOLTURA", "9251.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-riċerka fuq il-pjanta mediċinali karella li qed jissokta l- Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta, jista' l-Ministru jinformani x'sar mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Kemm ġew ikkonsultati tobba li wżaw din il-pjanta fuq pazjenti tagħhom li jbatu minn mard tal-pressjoni, diabete, mard tal-prostita, eċċ matul l- istess perjodu?", "Kemm ġew intervistati persuni li kkonsmawha?", "X'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'dawn l-aħħar għaxar xhur saru investigazzjonijiet kimiċi fuq il-pjanta magħrufa \"Karella\", iżda għad ma għandiex riżultati fuq dan.", "Informat li ma ġie kkonsultat ebda tabib li juża din il-pjanta fuq pazjenti tiegħu, u lanqas ma ġew intervistati persuni li jikkonsmawha.", "MDP/KPH - LAQGĦAT", "9252.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8249?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru 'l hawn saru diversi laqgħat dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib.", "Il-laqgħat saru mal-bord tad-diretturi ta' l-MDP u ta' l-KPH.", "Il- progress li sar huwa sostanzjali.", "Kemm l-MDP kif ukoll l-KPH għadhom qegħdin jevalwaw dan il-proġett.", "PULIZIJA - SERQ", "9718.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq minn istituzzjonijiet reliġjużi din is-sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din is-sena (sad-29 ta' Settembru) saru 28 rapport lill-Pulizija ta' serq minn knejjes jew istituzzjonijiet reliġjużi.", "PULIZIJA - TESTIJIET TAL-BREATHALYSER", "9719.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-breathalyser din is-sena u kemm minnhom kienu pożittivi?", "Kemm minn dawn saru fuq persuni li jkunu nvoluti f'inċident tat-traffiku?", "F'liema postijiet ta' Malta saru dawn it- testijiet f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 9930.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab informat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika.", "PULIZIJA - MUTURI ĠODDA", "9720.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm qamu flus il-muturi l-ġodda li xtraw il- pulizija dan l-aħħar?", "Kemm inxtraw muturi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li s-seba' muturi ġodda li nxtraw mill- Pulizija għat-Taqsima tat-Traffiku swew Lm26,950.", "PULIZIJA - ĦABTIET", "9721.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħabtu u/jew kienu nvoluti f'kolliżjonijiet vejikoli tal-pulizija din is-sena?", "ONOR.TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena kien hemm 58 vettura tal-Pulizija nvoluti f'kolliżjonijiet.", "PULIZIJA - TISWIJIET", "9722.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet il-pulizija, sena b'sena, għal dawn l- aħħar għaxar snin, għal tiswijiet fuq karozzi tagħha li kienu nvoluti f'kollizjonijiet tul dan iż-żmien?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li, mill-1996, mindu bdew jinżammu records dwar is-suġġett tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif ġej : -", "Sena Ammont Lm", "1996 5,606 1997 5,903 1998 6,578 1999 * 5,203", "* Sat-30 ta' Settembru", "VAT - PERSUNI MTELLA' L-QORTI", "9723.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti din is-sena talli kissru il- Liġi tal-VAT?", "X'kienet l-offiża li allegatament ikkommettew?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar 1999 u Settembru 1999 ġew imsejħa l-Qorti 444 persuna taħt l-Att tal-1998 dwar it- Taxxa fuq il-Valur Miżjud għax naqsu li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa.", "Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li skond l-Att ta` l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, persuna li tinqabad ma toħroġx irċevuta jew li toħroġ irċevuta li ma tkunx korretta jewli tkun tqarraq f`rigward materjal tista` tagħżel li tħallas multa ta` kompromess minnflok li titressaq il-Qorti.", "Il-ħlas tal-multa għandu jsir fi żmien sebat ijiem minn meta dik il-persuna tingħata l-għażla permezz ta` ittra mid- dipartiment.", "Matul il-perjodu msemmi kien hemm 400 persuna li ġew avżati b`ittra bħal din mid-dipartiment.", "Minnhom 231 għażlu li jħallsu l-multa, fil-waqt li 125 oħra għadu ma skadilhomx iż-żmien li fih jistgħu jħallsu.", "Il-bqija d- dipartiment qed jieħu l-passi meħtieġa biex il-persuni kkonċernati jitressqu l-Qorti.", "ORKESTRA NAZZJONALI - LOGISTICS OFFICER", "10246.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-logistics officer ta'l-Orkestra Nazzjonali?", "Kemm applikaw għal dan il-post?", "Min applika?", "Kif intgħażel u b'liema proċedura ntgħażel il-logistics officer ta' l-Orkestra Nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li wara li saret sejħa għall-applikazzjoni nterna sabiex jimtela' l-post ta' Logistic Officer, sar interview mill-Bord tad-Diretturi u rriżulta li ma ntgħażel ħadd.", "L-erba' applikanti kienu:", "Stephen Galea Stephen Żammit Lino Cremona Alfred Cremona.", "ORKESTRA NAZZJONALI - VJOLINISTI", "10247.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, matul l-aħħar sena, min huma l-vjolinisti li ġew ingaġġati ma' l-Orkestra Nazzjonali?", "Kif intgħażlu?", "B'liema kondizzjonijiet tax-xogħol?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'din is-sena ma ġie ngaġġat ebda vjolinista ġdid ma' l-Orkestra Nazzjonali.", "ORKESTRA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "10248.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il post battal imtela' fl-Orkestra Nazzjonali?", "Min mela' dawn il-postijiet battala?", "Kif imtlew il-postijiet battala?", "Kemm inħarġu sejħiet pubbliċi biex l-ewwel jimtlew mill-Maltin?", "Meta ħarġu dawn is-sejħiet?", "Saru auditions għall- persuni li ntgħażlu?", "Min għamel dawn l-auditions?", "X'kien ir-riżultat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li matul is-sena li għaddiet imtela' post wieħed biss li kien vakanti ma' l-Orkestra Nazzjonali, dak ta' Oboeista.", "Informat ukoll li ma ħarġet ebda sejħa speċifika sabiex il-post l-ewwel jimtela' minn persuna Maltija.", "Meta ntagħżlet il-persuna, dan inġieb sabiex idoqq f'kunċert bħala prova li serviet ukoll ta' audition.", "Wara li sar dan il-kunċert fl-1 ta' Ġunju 1999, il-Bord tad-Diretturi iddeċieda li jagħti l-Kuntratt lil dan il-Mużiċista.", "KOPERATTIVA TAL-FURNARA - PREZZ TAL-ĦOBŻ", "10249.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju biex jiġi determinat kemm tiswa biex tagħmel ħobża tal-Malti tal-500 gramma u tat-300 gramma?", "Jaqbel il-gvern ma'dak li tgħid il-Koperattiva tal-Furnara (il- president tagħha is-Sur Carmelo Micallef f'\"The Times\" paġna 64, 28 ta' Lulju 1999) li ħobża tal-Malti tiġi tiswa 28c biex tagħmilha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Diġa' saru numru ta' laqgħat bejn rappreżentanti tal- Koperattiva tal-Furnara u uffiċjali mid-Dipartiment tal-Kummerċ.", "F'dawn il- laqgħat qed issir analisi teknika dettaljata tal-fatturi kollha li għandhom inċidenza fuq il-prezz tal-ħobż tal-Malti sabiex jintlaħaq ftehim dwar prezz ġust għall-bejgħ ta' dan il-ħobż.", "Ma l-ewwel waħda mill-laqgħat fuq imsemmija, ir-rappreżentanti tal-Gvern għamluha ċara li huma ma kenux qed jaqblu maċ-ċifri li dehru fl-artiklu ppubblikat f'ġurnal lokali li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Min-naħa tagħhom, ir-rappreżentanti tal-Koperattiva tal-Furnara stqarrew li ċ-ċifri ikkwotati fl-artiklu fuq imsemmi kienu biss stima approssimattiva u li huma kienu lesti, kif fil fattt qed jagħmlu, li jerġgħu janalizzaw fid-dettal il-kalkoli tagħhom f'konsultazzjoni mar- rappreżentanti tal-Gvern.", "Tajjeb jingħad li s'issa, mill-laqgħat li qed isiru, għalkemm xejn għadu ma ġie konkluż, jirriżulta li l-prezz tal-ħobża huwa anqas sew minn dak ikkwotat fl-artiklu.", "UNIVERSITA' - KORS FIT-TEKNOLOĠIJA DENTALI", "10250.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: F'April tas-sena 1999 il-Kanċellier ta' l-Universita', Dr. J. Izzo Naudi li huwa wkoll iċ-Chairperson tal-Kumitat fit-Teknoloġija Dentali fl-Institute of Health Care, aċċerta lid-Direttur tas-Saħħa li l-kors fit-teknoloġija dentali kellu jibda f'Ottubru 1999.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-kors suppost kellu jibda f'Ottubru tas-sena 1992 u li din il-kwestjoni għadha tkarkar sal-lum.", "Qegħdin f'Ottubru tas-sena 1999 u jidher li dan il-kors mhux sejjer isir minkejja l-assigurazzjonijiet kollha li ngħataw f'April li għadda.", "Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jibda dan il-kors u għaliex dan il-kors għadu ma bediex?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kors imsemmi ma bediex f'Ottubru ta' l- 1999 għaliex l-arranġamenti li kellhom isiru mad-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jintuża l-laboratorju tat-Teknoloġija Dentali fl-isptar San Luqa ħadu fit-tul u fil-fatt ġew konlużi f'Lulju ta' l-1999.", "Għaldaqstant ma kienx hemm biżżejjed żmien sabiex ir-regolamenti tal-kors ikunu jistgħu jiġu kkonsidrati mis-senat u mill-kunsill ta' l-Universita`.", "Il-kors mistenni issa li jkun jista' jibda f'Ottubru tas-sena 2000.", "SKEJJEL - ŻABBAR - SKOLA PRIMARJA", "10251.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tfal li jgħixu f'Buleben u jmorru l-iskola primarja ta' Ħaż-Żabbar mhumiex qed jiġu pprovduti bit- trasport skolastiku meta d-distanza bejn id-dar u l-iskola taqbeż il-minimu rikjest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-distanza bejn id-dar u l-iskola ma taqbżx il-mil, li hija d-distanza stipulata skond ir-regolamenti.", "BORMLA - KNISJA TA' SANTA TEREŻA", "10297.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir xi tip ta' pedestrian crossing fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża, Bormla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li t-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qegħdha tiġi kkonsidrata.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10298.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il- ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda minn 6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10299.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il- ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru, 1999?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li bejn Settembru 1998 u Settembru 1999:", "a) In-numru ta' karozzi tal-kiri kien skond il-bżonn, u varja bejn 68 u 76.", "In-nefqa totali kienet ta' Lm123,689.46;", "b) In-numru ta' mobile phones użati kien ta' 24 u l-ispiża kienet ta' Lm9,825.85", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10300.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il- ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10301.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in- numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid- dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li kont tajt għal numru ta' mistoqsijiet dwar dan is-suġġett.", "Dawn jinkludu l- mistoqsijiet parlamentari numri 604, 1295, 2119, 2268, 6623, 8997 u 9001.", "Ma naħsibx li jagħmel sens li din l-informazzjoni li tenħtieġ ħafna xogħol u ħin biex tinġabar toqgħod tiġi aġġornata b'mod daqshekk frekwenti.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KIRI TA' KAROZZI/MOBILE PHONES", "10302.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministru u x'ienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant dwar numru u spiża ta' karozzi u mobile phones fid-dekasteru tas-saħħa hija kif ġej:", "Karozzi Spiża Mobile Spiża tal-Kiri LM Phones LM _______________________________________________________", "Segretarjat 1 663.30 3 1353.89 Diviżjoni tas-Saħħa 10 29319.70 3 1609.11 Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern 1 1621.60 - - Kumm.", "Nazzjonali għas-Saħħa Mentali - - - - Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi 8 2294.35 6 1764.98 Sptar Zammit Clapp - - 2 321.72", "Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li fl-ispiża li tidher taħt id- Diviżjoni tas-Saħħa hemm inkluża n-nefqa għall-kiri ta' tliet lift-vans mingħand il-Garden of Eden.", "Din l-ispiża kienet ta' Lm22 kull jum kull van li b'kollox swiet Lm19612.20.", "Il-kuntratt tal-kiri ta' dawn il- vannijiet ġie mitmum fit-28 ta' Mejju, 1999 wara li d-Diviżjoni tas-Saħħa xtrat il-lift vans mill- Ingilterra.", "Nixtieq inżid ukoll li matul l-aħħar sena ta` l-amministrazzjoni preċidenti l-ispiża għall-mobile phones fis-segretarjat tal-ministru kienet tlaħħaq għal Lm4503.77."]} {"filename": "20010215_495d_par.doc", "date": "2001-02-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 495 Il-Ħamis, 15 ta' Frar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 495", "Il-Ħamis, 15 ta' Frar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "495", "Il-Ħamis, 15 ta' Frar, 2001", "WERREJ MINUTI 495", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 495", "TQEGĦID TA' KARTI 499", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000 500", "AĠĠORNAMENT 516", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 521", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 494 li saret fl-14 ta' Frar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI – WARDENS", "23398.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għadhom ma bdewx jużaw is-servizz tal-gwardjani lokali?", "Kien hemm xi kunsilli li wara li għażlu li jużaw dan is-servizz ma komplewx bil-gwardjani jew inkella naqqsu l-ħinijiet tax-xogħol iktar milli kienu qabel?", "F'kull każ, jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli lokali?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Il-kunsilli lokali li għadhom ma bdewx jużaw is-servizz tal-gwardjani lokali għall- infurzar ta' ċerti ligijiet huma ħamsa minn 68, u cioe' Birżebbuga, il- Furjana, il-Marsa, l-Imtarfa u x-Xgħajra.", "Kien il-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli li fl-1 ta' Frar, 2001 abdika mid- delega li ngħata fit-8 ta' Marzu, 2000.", "Rigward it-tnaqqis u anke ż-żieda tal-ħinijiet tal-gwardjani lokali, din is-sitwazzjoni tinbidel regolarment skond il-ħteġijiet ta' kull kunsill lokali kif ukoll skond l-istaġun.", "Peress li din id-deċiżjoni hija prerogattiva tal-kunsill lokali biss, dawn il-bidliet m'għandhomx bżonn l- approvazzjoni tal-ministeru jew tad-dipartiment.", "Għaldaqstant din l- istatistika ma tinżammx.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Billi bħalissa qed isir ħafna diskors, primarjament mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dwar taxxi li qed jagħmlu l-kunsilli lokali, jista' għal darb'oħra l-Ministru jerġa' jikkonferma li l-kunsilli lokali ma jagħmlu l-ebda taxxi imma li jagħmlu huma bye-laws?", "Nixtieq inkun naf jekk dawn il-bye-laws humiex sinonimi għal xi kunsilli lokali fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista, jew inkella jekk sarux f'dawk il-kunsilli lokali fejn il-maġġoranza tal-kunsilliera huma Laburisti.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-ewwelnett irrid ngħid li l-liġi tal-kunsilli lokali tipprovdi li kunsill lokali ma jistax jagħmel taxxi.", "Fil-fatt hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li l-kunsilli lokali m'għandhomx jingħataw il- poter li b'xi mod jagħmlu xi tip ta' taxxa.", "Prattikament dan il-qbil ġie kkonfermat darbtejn, kemm meta saret il-liġi oriġinarjament fl-1993 kif ukoll meta s-sena l-oħra ddiskutejna l-emendi għal-liġi prinċipali.", "Iż- żewġ partiti politiċi jaqblu li l-kunsilli lokali m'għandhomx ikollhom il- poter li jieħdu jew jesiġu xi taxxa mir-residenti tagħhom, nikkonferma bl- iktar mod assolut li m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern li jbiddel din il- pożizzjoni.", "Skond il-liġi viġenti, bi qbil maż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, il- kunsilli lokali jistgħu jagħmlu bye-laws, jiġifieri regolamenti, fejn jitolbu ħlasijiet għas-servizzi li huma joffru.", "Fosthom saru bye-laws biex kull meta jorganizzaw xi korsijiet - u kważi kull kunsill lokali jorganizza l-korsijiet - jitolbu ħlas.", "Per eżempju, jekk jorganizzaw korsijiet tal- computer jitolbu ħlas.", "Ngħidu aħna, jekk il-kunsill lokali tal-Gudja joffri servizz ta' internet mil-librerija jew mill-kunsill tiegħu, huwa għandu dritt jitlob ħlas u dawk il-kunsilli lokali ta' lokalitajiet li għandhom il-ġonna kultant jitolbu ħlas għall-użu ta' ċerti faċilitajiet.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li kważi l-maġġoranza tal-kunsilli lokali kollha għamlu regolamenti biex meta wieħed ikun qed jibni, titpoġġa skip f'dik l-area u mbagħad il-ħlas isir bil-ġurnata.", "Mr Speaker, dawn il-bye-laws saru kemm minn kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista, kemm minn kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista kif ukoll minn kunsilli lokali b'maġġoranza jew b'sindki indipendenti.", "Biżżejjed ngħid li s-sena l-oħra biss, jiġifieri fis-sena 2000, kien hemm ħames kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista li għamlu disa' bye-laws biex jimponu ħlas għal ċerti servizzi.", "Irrid ngħid ukoll li meta l-ministri Laburisti kienu responsabbli għall- kunsilli lokali bejn l-1996 u l-1998, huma approvaw talbiet mill-kunsilli lokali biex isiru dawn il-bye-laws.", "Fi kliem ieħor, jekk wieħed jipprova ma jkunx passjonali u ma jħallix il-kampanja elettorali tiġri bih, isib li ż-żewġ partiti politiċi jaqblu fuq il-poter li l-kunsilli lokali jagħmlu r- regolamenti, li dawn ir-regolamenti għandhom jinkludu ħlas għas-servizzi li jiġu offruti mill-kunsilli lokali u l-ministri taż-żewġ partiti approvaw dawn il-ħlasijiet.", "Mr Speaker, hawnhekk qed nitkellem fuq fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "Jien nifhem li bħalissa ż-żewġ partiti politiċi qed jiġru wara l-voti minħabba l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, pero` napprezza ħafna jekk fil-kampanja elettorali ma nipprovawx nagħtu l-impressjoni li ħaġa ma tkunx qed tiġri meta nkunu nafu li qiegħda tiġri.", "Jekk issa l-membri tan-naħa l- oħra qed jgħidu li l-bye-laws huma taxxi, jien infakkarhom li meta fil- gvern kien hemm il-Partit Laburista, huma għamlu dawn it-tip ta' bye-laws.", "MONUMENTI STORIĊI - MANUTENZJONI", "23399.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il- monumenti storiċi li din is-sena se ssir manutenzjoni jew restawr fuqhom?", "Fejn qegħdin dawn il-monumenti u kemm ġie vvotat din is-sena għal dan il- għan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li se ssir manutenzjoni jew restawr fuq dawn il-monumenti storiċi, cioe' l-Palazz ta' l-Inkwiżitur, il-Mużew Marittimu fil-Birgu, il-Mużew ta' l-Arti fil- Belt, il-Mużew ta' l-Istorja Naturali fl-Imdina, il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u l-Mużew tal-Gwerra fil-Belt.", "Għal dan il-għan ġew allokati Lm335,300.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, filwaqt li wieħed japprezza il- constraints li l-ministeru jopera fihom, jikkonsidrax il-Ministru li jsir monument ad unur iċ-ċittadin Malti Arvid Pardo, li ħafna snin ilu kien il- prekursur tal-kunċett tal-common heritage of mankind fuq il-liġi tal-baħar fil-Ġnus Magħquda?", "Jikkonsidrax ukoll li l-knisja ta' Sant'Ubaldeska ġewwa Raħal Ġdid tingħata ftit attenzjoni mill-awtoritajiet konċernati peress li tinsab fi stadju ħażin ħafna u tista' tkun ukoll ta' periklu għal dawk kollha li qegħdin jużaw din il-knisja, li hija knisja pjuttost antika?", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra xi skoperti nstabu bħalissa fl-Imdina u x'inhu maħsub li jsir sabiex dawn l-iskoperti jkunu ppriservati jew jiġu murija fil-mużew ta' l-arkeoloġija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kif kelli l-okkażjoni ngħid lill-kollega tiegħi, aħna qed nikkonsidraw il-proposta ta' tifkira t'Arvid Pardo, l-ex- Ambaxxatur ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti u l-protagonist ewlieni fit- tifsil tal-liġi l-ġdida dwar qiegħ il-baħar, liġi li kif kulħadd jaf ġabet magħha tibdiliet importanti fil-mod ta' kif il-komunita` internazzjonali tirregola r-riżorsi li jinsabu f'qiegħ il-baħar.", "Arvid Pardo, flimkien ma' Prof. Peter Serracino Inglott, Elizabeth Mann Borgese u m'oħrajn żviluppaw konċett ta' importanza globali; il-konċett tal-wirt komuni tal-bniedem.", "L- Onor. Azzopardi ssuġġerixxa li jinbena monument għal Arvid Pardo.", "Jien naħseb li m'huwiex neċessarju li wieħed jibni monument ta' din il-persuna partikolari biex ikollna l-figura tiegħu imma tista' tiġi ddisinjata xi ħaġa ta' valur artistiku, anke jekk ma tkunx figurattiva.", "Rigward il-kappella ta' Sant'Ubaldeska, nieħu gost jekk l-Onor.", "Membru jiddiskuti l-proposta miegħi ftit iktar fid-dettal biex inkun nista' nagħti brief lill-ministeru f'dan ir-rigward, u jekk hemm xi miżuri li nistgħu nieħdu għall-aħjar konservazzjoni u għall-aħjar użu tagħha, ikun il-pjaċir tal-gvern li jikkollabora biex dan inkunu nistgħu nagħmluh.", "Dwar l-iskoperti ta' ċerta importanza li nstabu fl-Imdina, jien ninsab informat mid-direttur tal-mużewijiet li f'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jifforma stampa ċara biżżejjed ta' kif inhu l-aħjar li nipproċedu f'dan il-kamp.", "Bħalma jiġri f'dawn il-każi, normalment isir studju arkeoloġiku u xjentifiku ħafna f'dan ir-rigward, u jien naħseb li rridu iktar żmien qabel ma naraw x'se jsir.", "Issa nixtieq nirrimarka dwar il-kompetenza, l-impenn u l-imħabba li għandhom id-diversi kuraturi u l-esperti li għandna llum fid-dipartiment tal-mużewijiet.", "Issa hawn ta' min jgħid li dawn il-kuraturi, li huma prodott ta' l-universita` ta' pajjiżna, marru jkomplu japprofondixxu l- istudji tagħhom barra minn Malta, biex illum naħseb li għandna grupp ta' esperti li jgħinuna ħafna biex fix-xhur li ġejjin, jekk il-Bambin irid, din il-Kamra tkun tista' tiddiskuti strutturi ġodda f'dan il-kamp.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Helena Dalli, domanda supplimentari.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, ġaladarba l-Ministru semma l-kuraturi, jista' jgħidilna għalfejn għalkemm għaddiet iktar minn sena minn mindu miet wieħed mill-kuraturi u l-ieħor spiċċa bl-eta`, dawn għadhom ma ġewx replaced?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett ta' min jgħid li l-proċeduri huma regolati taħt il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku u jirrikjedu ċertu xogħol mid-dipartiment.", "Fil-fatt aħna żammejna r-ritmu tal-proċess tagħhom fid-dawl tat-tibdil kbir li se jsir f'dan il-kamp.", "Sal-lum aħna għandna sitwazzjoni fejn għandna numru ta' kuraturi li jaħdmu f'ċerti struttura ta' gradi li ġew stabiliti numru ta' snin ilu, pero` dik hija struttura li tirrispetta ċ-ċentralizzazzjoni tal-mod kif inhu mmexxi dan is- settur.", "Jekk aħna qegħdin naħsbu li fi żmien mhux imbiegħed se nersqu b'liġijiet jew b'liġi biex nibqgħu ċentralizzati, ir-regolatur jibqa' awtorita` pubblika mogħnija bis-setgħat meħtieġa biex tissalvagwarda u tikkonserva l-wirt tagħna imma t-tmexxija tal-mużewijiet se ssir diċentralizzata.", "Għalhekk l-istruttura ta' management li għandna llum fuq is-settur kollu kemm hu ma tibqax iktar applikabbli u jkunu jridu jiġu maħsuba u mwettqa l- konsultazzjonijiet meħtieġa u strutturi oħrajn fejn inkunu nistgħu napplikaw in-nies li diġa' għandna u oħrajn li għad iridu jilħqu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jikkonsidra l-Ministru illi l-gvern jintroduċi xi skema biex dawk in-nies li joqogħdu fi proprjeta` li hija skedata mill- awtorita` ta' l-ippjanar - per eżempju, bħalissa għandi f'moħħi proprjeta` li tinsab ġewwa Ħaż-Żabbar u li qabel kienet sptar tal-Franċiżi - jiġu megħjuna finanzjarjament mill-gvern, peress li r-restawr ta' proprjetajiet bħal dawn jinvolvi ħafna spejjeż?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-iskemi li qed isemmi l-Onor.", "Galea ma jeżistux u ma naħsibx li dawn se jiġu introdotti fiż-żmien qarib.", "Il-gvern lanqas għandu skemi effettivi biżżejjed biex jikkonserva l-wirt pubbliku li qiegħed f'idejh stess, aħseb u ara kemm se jikkonserva l-wirt inestimabbli li qiegħed f'idejn is-settur privat!", "Is-suġġeriment li qed jagħmel l-Onor.", "Membru huwa ta' ċerta levatura, pero` jien la rrid nalludi lilu u lanqas lill-Kamra li skema bħal din qiegħda fuq l-aġenda tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anġlu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nixtieq nerġa' mmur lura fuq l-iskoperti li nstabu fl-Imdina.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx xi konsultazzjoni ma' barra, speċjalment ma' pajjiżi tal-Mediterran dwar dawn l-iskoperti?", "Mill- informazzjoni li għandi dawn l-iskoperti huma uniċi u għandhom importanza kbira, partikolarment għal min qed jistudja l-istorja jew l-arkeoloġija, liema suġġetti iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed isiru popolari ma' l- istudenti tagħna.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, kumbinazzjoni nhar il-Ħadd saret laqgħa f'Malta mal-kumitat internazzjonali dwar l-ibliet u ċ-ċentri storiċi ta' l- ICOMOS, u ma setax jonqos li n-nies li ġew urew interess partikolari f'din is-sejba.", "Barra minn hekk, irrid ngħid ukoll li d-dipartiment tal- mużewijiet għandu diversi kuntatti ma' pajjiżi fil-Mediterran.", "Il-punt li għamel l-Onor.", "Farrugia jirriferi għax-xibka ta' kuntatti li jien personalment inħossha li dejjem qiegħda tissaħħaħ, anke fil-proċess Ewro-Mediterranju li kien beda f'Barċelona, għaliex il-konservazzjoni tal- wirt huwa wieħed mill-oqsma fejn kulħadd isib li huwa faċli li ġġib il- partijiet kollha flimkien, huma x'inhuma, kemm kwestjonijiet politiċi kif ukoll ġeo-politiċi.", "Il-qasam tal-heritage jgħaqqad lin-nies flimkien u jkabbar ukoll id-djalogu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Ma jaħsibx il-Ministru li huwa perikoluż li mużew jagħmel iktar minn sena mingħajr kuratur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li jien ġejt mogħti parir li l-għażla tal-kuraturi hija xi ħaġa delikata - sfortunatament filwaqt li ċerti nies li jsiru kuraturi jħallu marka, imbagħad ikun hemm oħrajn li ma jħallux marka - u jien ġejt mogħti l-parir biex noqgħod attent li din l-għażla mhux biss issir b'ġustizzja imma wkoll li tħalli l-marka tagħha f'dan il-kamp.", "Mr Speaker, biex inwieġeb lill-Onor.", "Dalli rrid ngħid li iva, huwa veru li perijodu ta' sena jew iktar huwa żmien twil biex mużew jibqa' mingħajr kuratur, imma jien qed niġi bejn ħalltejn nibqax nagħmel in-nomini taħt struttura li naf li se tispiċċa jew inkella nistennix biex inkun nista' nagħmel in-nomini taħt struttura ġdida.", "Illum tant inħossni konfortat li l- proposta ta' l-abbozz ta' liġi l-ġdida huwa matur, li se nagħmel dak kollu li nista' biex matul l-ewwel nofs ta' din is-sena nkunu ressaqna l-abbozz ta' liġi quddiem il-parlament.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Issa ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Refalo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport datat Frar 2001 magħmul minn Prof Patricia Leighton minn Wales University, intitolat \"Maximising talent for the public service: A strategy for increasing the representation of women in decision-making positions in the Maltese public service\";", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport datat 4 ta' Ġunju 1999 maħruġ mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' dwar servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilita', flimkien ma' feasibility study dwar l-istess suġġett datat Jannar 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23541;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Kopja tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-projbizzjoni ta' l- użu, ħażna, produzzjoni u trasferiment ta' mini ta' kontra l-persunal u d-distruzzjoni tagħhom; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 19 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 li jemendaw Skeda X li tinsab ma' l-Att dwar Kunsilli Lokali; u", "Avviż Legali Nru 20 ta' l-2001 - Ordni ta' l-2001 li jemenda l-ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Farrugia.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI GĦAT-TĦASSIR TA' L-AVVIŻI LEGALI NRI 261 U 262 TA' L-2000", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, f'ismi u f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia, inressaq il-Mozzjoni Nru. 186:", "Illi minħabba li fis-seduta tat-8 ta' Jannar, 2001 tal-Kamra tad- Deputati ġew imqiegħda fuq il-Mejda ta' l-istess Kamra:-", "Avviż Legali 261 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 dwar il- komputerizzazzjoni, spezzjoni u riċerki fir-reġistru pubbliku, u", "Avviż Legali 262 ta' l-2000 - Regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l- iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku;", "Liema regolamenti qed isiru bis-saħħa mogħtija b'artiklu 39 ta' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u dan mill-ministru ta' l-intern bi ftehim mal-ministru tal-finanzi;", "Billi dawn ir-regolamenti, u in partikolari dawk indikati fl-avviż legali 262 ta' l-2000 qegħdin jgħollu t-tariffi u l-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fir-reġistru pubbliku għal kull applikazzjoni għal riċerka, għal kull riċerka u ċertifikati kif ukoll żidiet kbar fil-ħlasijiet ta' kopji ta' Insinwa jew parti mir-riċerka, ħlasijiet ogħla wkoll f'riċerka ta' garanzija ta' paċifiku pussess, maternita' differenti jew noti oħra simili, żidiet f'riċerki ta' verifiki u kontrolli oħra ta' noti ta' riferenzi, żidiet fil-ħruġ ta' ċertifikati speċjali ta' iskrizzjoni u oħrajn; u", "Billi dawn iż-żidiet li jkollu jħallas kull ċittadin f'Malta u f'Għawdex minħabba riċerki kemm għal kawżi li jkollu fil-qrati tagħna, diviżjoni, kawżi ta' wirt, paternita', qsim ta' proprjeta', u wkoll każijiet ta' pubblikazzjoni ta' kuntratti ta' xiri ta' art, inklużi dawk ta' proprjetajiet mibjugħa mill-awtorita' tad-djar lil persuni ta' dħul medju jew baxx li finalment ikunu waslu biex jagħmlu l-ewwel xiri ta' darhom, inklużi skemi maħruġa mill-istess awtorita' tad-djar lil koppji żgħażagħ u oħrajn, liema żidiet sejrin ikomplu jżidu l-piż diġa' qawwi ħafna fuq dawn in-nies; u", "Billi dawn iż-żidiet fil-ħlasijiet għar-reġistru pubbliku huma forma oħra ta' taxxi indiretti, liema tip ta' taxxi fin-numru tagħhom kif elenkati fl-avviżi legali msemmija ma jissemmew imkien fid-diskors tal-budget għas-sena 2001 ta' l-istess ministru tal- finanzi li issa taħt dawn l-avviżi legali qed jintroduċihom bil- ftehim mal-ministru ta' l-intern;", "Għal dawn ir-raġunijiet u raġunijiet oħra illi għandhom jiġu trattati f'dibattitu serju f'dan il-Parlament u dan billi skond l- artiklu 11 dwar l-Interpretazzjoni Kap 249 - regolamenti li jsiru taħt xi liġi għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad- Deputati u jekk fi żmien 28 jum wara li jiġu hekk imqiegħda, il- Kamra tirriżolvi li għandhom jiġu annullati jew emendati dawn għandhom minnufih jieqfu mis-seħħ jew jekk jiġu hekk emendati skond il-każ iżda bla ħsara għall-validita' ta' kull ħaġa li qabel tkun saret bis-saħħa tagħha jew għal għemil ta' regoli, regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta' dik ix-xorta; u", "Għal raġunijiet hekk indikati din il-Kamra jidhrilha li r- regolamenti fuq imsemmija u cioe' fl-Avviż Legali 261 ta' l-2000 u l-Avviż Legali 262 ta' l-2000 m'għandhomx jiġu fis-seħħ.", "Għaldaqstant dan il-Parlament jirrevoka, iħassar u jannulla l-Avviż Legali 261 ta' l-2000 u l-Avviż Legali 262 ta' l-2000.", "MR.", "SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, nibda' billi ngħid li ħadd ma kien sorpriż b'dawn l-avviżi legali, għax fis-sajf li għadda, eżattament kif il- parlament iddeċieda li jaġġorna għal wara l-vakanzi, ġew ippubblikati ħames avviżi legali li xxukkjaw lill-poplu Malti u Għawdxi minħabba l-mod esaġerat ta' kif għollew it-tariffi tal-qrati.", "Għalhekk wieħed ma jeħodhiex bi kbira li issa, wara dawk il-ħames avviżi legali, ġew pubblikati oħrajn.", "Ftit tal-ġranet ilu kien hawn dibattitu sħiħ dwar l- avviżi legali fir-rigward tat-turiżmu, li nerġa' ngħid, hekk kif ġew imħabbra ħadd ma ħassu sorpriż.", "Dan huwa l-istil li adotta l-gvern Nazzjonalista biex jimponi iktar taxxi fuq il-poplu.", "Għalkemm l-Onor.", "Gonzi, l-Onor.", "Gatt u l-Onor.", "Borg xebgħu jgħidulna li dawn m'humiex taxxi, aħna nibqgħu nsostnu li iva, dawn huma forma oħra ta' taxxi.", "Irrid ngħid li l-ewwel reazzjoni tal-pubbliku għal dawn l-avviżi legali kienet li l-gvern, qabel ma ppubblikahom, missu ra fejn ħa falza stikka fuq ċerti ħlasijiet.", "Il-poplu għandu d-dritt li jingħata servizz effiċjenti u bi ħlas raġonevoli għal xi ħaġa li l-istess liġi titolbu jagħmel.", "Li persuna tixtri lukanda m'hijiex xi ħaġa normali imma li jmut xi ħadd u għalhekk, skond il-liġi, persuna tagħmel ir-riċerki meħtieġa biex jinqasam il-wirt, hija xi ħaġa komuni u l-proċess li tinvolvi, jiġifieri dak ta' transfer by inheritance, huwa ferm laboruż.", "Għalkemm dan huwa proċess pjuttost sempliċi u komuni għall-aħħar, l-ispejjeż li jinvolvi huma l- istess daqs il-proċess ta' riċerka fuq xiri ta' art ta' kwart ta' miljun lira.", "Dan minbarra spejjeż addizzjonali li jistgħu jinqalgħu minħabba l- bżonn ta' riċerki dwar privileġġi, djun, iskrizzjonijiet eċċ.", "Biex nispjega b'mod aktar sempliċi, sa qabel ma ħarġu l-avviżi legali, min ried jordna riċerka mir-reġistru pubbliku dwar persuna li mietet, jiġifieri dwar jekk din għamlitx testment jew le, l-ispejjeż involuti kienu ta' Lm2.50.", "Issa, skond l-avviżi legali, l-ispejjeż ta' din ir-riċerka jekk kemm-il darba din ma tmurx lura iktar mill-1972, huma ta' Lm3.50, jiġifieri żieda ta' 70%, waqt li għal kull każ ieħor, it-tariffa hi ta' Lm5.", "B'dawn iż-żidiet il-gvern Nazzjonalista m'huwiex qed jagħmel distinzjoni bejn il-ħaddiema ta' dħul baxx u dawk ta' dħul medju u għoli, u qed iġiegħel lil kulħadd iħallas l-istess tariffi mingħajr distinzjoni.", "Fil-formolazzjoni ta' dawn it-tariffi, il-gvern mexa pari passu maż-żieda f'dak kollu li għandu x'jaqsam mas-sekonda awla tal-qorti ta' Malta.", "Għalkemm forsi min qed jismagħni diġa' qed jiskanta b'dawn iż-żidiet li qed insemmi, tajjeb li ngħid li dawn m'humiex ħlief affarijiet żgħar ħafna għax il-kbir għadu ġej!", "Mr Speaker, mit-tiftix li għamilt jirriżultali li għal kull applikazzjoni għal riċerka ta' iskrizzjoni - jiġifieri talli l-public registry jixgħel il-computer - min ikun talab dik ir-riċerka jrid iħallas Lm6; u jekk il- persuna li dwarha jkun qed isir it-tiftix tkun miżżewġa, iridu jitħallsu Lm6 oħra biex tingħata l-informazzjoni dwar il-partner ukoll.", "Jekk imbagħad ikun hemm bżonn li jsir tiftix fuq il-partner meta kien jew kienet ġuvni jew xebba, l-ispiża titla' b'Lm6 oħra.", "Dan kollu għall-kuntrarju ta' qabel, fejn kulħadd seta' jmur fl-uffiċċju tar-reġistru pubbliku u, peress li hu pubbliku, kellu kull dritt li jiftaħ il-kotba u jara l-informazzjoni kollha li jkun jinħtieġ.", "Għalkemm ħadd ma kellu d-dritt li jieħu l-kotba d- dar jew jissellifhom għal tul ta' żmien, xorta ħadd ma kien jgħaddilu minn moħħu li biex ifittex informazzjoni dwar persuna waħda, kien se jkollu jħallas Lm6.", "Kif diġa' spjegajt, biex issir riċerka dwar koppja miżżewġa, l-ispiża involuta hija dik ta' Lm18.", "Mela allura min jaf kemm titla' l- ispiża jekk issir riċerka dwar familja kbira minħabba xi dejn fuq proprjeta' indivisa!", "Għalkemm dawn l-avviżi legali ilhom xahar u nofs biss fis-seħħ, il- problema diġa' bdiet tinħass.", "Diġa' bdiet il-prattika li n-nutara, minflok jagħmlu r-riċerki huma, qed jibagħtu lill-klijenti jagħmlu dan għax l- ispejjeż tant qed jitilgħu li dawn qed jistħu jitolbu lill-klijenti xi Lm100 għal sempliċi riċerka.", "Jekk, per eżempju, xi ħadd jixtri garaxx ta' Lm5,000 mingħand kumpannija li jkollha numru ta' trasferimenti kull sena, ir-riċerki lix-xerrej se jiġu jiswewh balla liri għax peress li issa anke n-nisa qed ikunu involuti fil-kuntratti tal-bejgħ, ir-riċerki jridu jsiru doppji.", "Huwa għalhekk li għall-ewwel darba f'Malta, in-nutara qed jippreferu jġiegħlu lix-xerrej imur personalment fl-uffiċċju tar-reġistru pubbliku biex jagħmel ir-riċerki meħtieġa.", "Tajjeb li f'dan l-istadju wieħed jara eżattament x'inhu jiġri.", "F'dawn l- avviżi legali l-Ministru Gatt qal li sar ftehim mal-kumpannija Eureka tan- Nutar Joe Tabone.", "Jaħseb il-ministru li huwa sew li lil din il-kumpannija jmexxiha nutar li għadu jipprattika l-professjoni tiegħu?", "Ma jidhirlux il- ministru li jista' jinħoloq konflitt?", "(Interruzzjonijiet) Jien ma trattajt ma ħadd, jien qed niddibatti bl-aktar mod ħieles bħalma dejjem għamilt!", "Jien qed ngħid li jekk irridu li l-affarijiet isiru b'mod professjonali u b'mod trasparenti, ma jistax ikun li din il-kumpannija tibqa' titmexxa minn nutar għax żgur li xi darba jew oħra se jinħoloq konflitt.", "Ħaġa oħra li rrid ngħid hija li l-gvern jidher li se jaħdem b'mod ieħor, jiġifieri li l-klijent iħallas lir-reġistru pubbliku, dan min-naħa tiegħu jordna r-riċerki u dak kollu meħtieġ mingħand din il-kumpannija u, wara li jkun ħa sehmu, iħallas il-kumplament lil din il-kumpannija.", "Dan ifisser li l-prezz tas-servizz bilfors se jogħla, għax fejn qabel ix-xogħol kien isir mingħajr ma l-gvern jidħol fin-nofs, u għalhekk b'xi mod seta' jikkontrolla, issa s-sistema nbidlet totalment.", "Permezz ta' dawn l-avviżi legali, kollox qiegħed f'idejn il-gvern li min-naħa tiegħu, skond il-liġi, irid jikkuntrattja mal-kumpannija Eureka u talli jagħmel dan jieħu s-sehem tiegħu.", "Jien nistaqsi x'se jiġri jekk, skond dak li smajt, fi ftit xhur oħra s-sistema tiġi outdated.", "Jekk jiġri hekk, min se jagħmel tajjeb għall- finanzjament ta' sistema ġdida, il-kumpannija involuta jew il-gvern?", "(Interruzzjonijiet) Ma rridux ninsew li l-informazzjoni kollha tinsab għand din il-kumpannija, u n-Nutar Tabone u l-Avukat Cassar qed iżommu kollox under lock and key biex jaqdu lil min jidhrilhom huma.", "Dan m'huwiex mod serju ta' kif jiġu mmexxija affarijiet bħal dawn.", "M'huwiex sew li issa, għall-kuntrarju ta' ftit xhur ilu, il-pubbliku m'għadx għandu aċċess faċli għar-reġistru pubbliku.", "Riċentement l-applikazzjonijiet għal riċerka kienu qed jiġu ppreżentati f'ordni numerika, imma issa jidher li dawn qed jiġu ppreżentati f'ordni alfabetika minħabba l-ġenn u t-taħwid li kien hemm.", "Jien nixtieq nistaqsi għaliex is-sistema saret tali li biex wieħed jagħmel riċerka jrid bilfors juża l-computer u ma jistax ikollu aċċess għall-informazzjoni b'mod manwali.", "Dan biex jekk ikun hemm xi nutar mhux tal-qalba nkunu nistgħu ngħidulu li l-computers bil-ħsara?", "Jekk verament qed isir dan, dik il- persuna responsabbli mill-uffiċċju tar-reġistru pubbliku qed tiżbalja bl- ikrah li qed tħalli lok għall-ħolqien ta' monopolju.", "Ir-reġistru pubbliku m'hu l-monopolju ta' ħadd, u għalhekk min imexxih għandu jħalli aċċess miftuħ lill-pubbliku kollu billi ma jħallix l-informazzjoni magħluqa fil- computers.", "Ma jistax ikun li l-pajjiż kollu jkun at the mercy tal- computers ta' dan l-uffiċċju, jiġifieri li jekk dawn jieqfu, ħadd ma jkun jista' jagħmel riċerki.", "Rigward l-updates dawn suppost ikunu in order sa jumejn wara, iżda jien informat li dawn qed ikunu b'lura sa tlett ijiem jew aktar.", "Kif jista' jkun li minkejja li żdiedu dawn it-tariffi kollha xorta sejrin lura!", "Kif jista' jkun li minkejja dawn iż-żidiet kollha, ir-riċerki qed idumu iktar minn għaxart ijiem biex isiru!", "Jaqaw mhux il-poplu qed jagħmel tajjeb għal dawn iż-żidiet!", "M'huwiex sew li fil-kolleġġjata, fejn jiltaqgħu n-nutara, ikun hemm min jappella biex ma jinqalax paniku fuq dawn iż-żidiet għax fuq kollox huwa l-poplu li qed jagħmel tajjeb għalihom.", "Għaliex il-gvern qed jippermetti lil min jgħid diskors bħal dan bl-iktar mod sfaċċat?", "Il-ħażin, isir fejn isir u jsir minn min isir, għandu jiġi indirizzat, għax inkella se nispiċċaw biex flok il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, f'pajjiżna se jkollna l-partit tad-diżonesti u dak ta' l-onesti!", "Kif jaf kulħadd, nutar pubbliku huwa wkoll uffiċjal pubbliku u għalhekk għandu jkollu morali għolja ħafna.", "Ħafna nutara, anke jekk ma jaqblux miegħi politikament, qaluli li fil- kolleġġjata, meta bdew jitkellmu dwar il-kumpannija Eureka, kien hemm min dam siegħa u nofs iħambaq dwar kif għandhom isiru l-affarijiet, imma minkejja dan xorta kien hemm min daħak bih għax il-pajjiż kollu ġie at the mercy tal-computers ta' l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku, u jekk lil dawn jidħlilhom virus ikollu jieqaf kulħadd.", "Dan assolutament ma jagħmilx sens.", "Ma rridx ninsa ngħid li jekk min iħaddem il-computers jikteb il-kunjom ħażin, speċjament jekk ikun xi kunjom ikkomplikat, il-computers ma jagħtuh l-ebda informazzjoni imma minkejja dan il-klijent xorta kollu jħallas Lm6.", "Dawn l-affarijiet jien ma nsejħilhom xejn għajr ġenn sfrenat.", "Kieku s- sistema kienet manwali, dawn l-affarijiet ma jiġrux, għax kulħadd jimxi skond il-kunjomijiet u d-dati tat-twelid, u l-informazzjoni tinstab f'kemm ili ngħid.", "ONOR.", "TONIO BORG: Safejn naf jien, meta xi ħadd jagħmel riċerka fuq isem partikolari, is-sistema tfittex l-informazzjoni fuq il-varjazzjonijiet kollha ta' dak l-isem partikolari.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Allura skond kif qed jgħid il-ministru, dawk li ġralhom kif għedt jien għandhom dritt jitolbu refund?", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar reġistru pubbliku li suppost qiegħed hemm biex jaqdi lill- poplu Malti u Għawdxi kollu mingħajr ħlasijiet bla bżonn, imma sfortunatament ikolli ngħid li s-sistema li ġiet adottata dan l-aħħar ma tagħmilx sens meta mqabbla ma' dik li kienet ilha titħaddem għal numru twil ta' snin.", "Huwa ovvju li ma jagħmilx sens li jekk persuna hija obbligata mill-gvern li tagħmel ċerti riċerki minħabba raġunijiet li jaqgħu as a result of the effect of the law, mhux talli jkollha tħallas ta' dan is- servizz talli l-gvern jista' jitlobha prezz ogħla meta jrid u meta jogħġbu.", "Dan x'jista' jissejjaħ jekk mhux piż żejjed fuq il-poplu Malti?", "Mr Speaker, fir-realta' l-poplu Malti huwa mxebba' sa mnieħru bl- amministrazzjoni arroganti ta' dan il-gvern.", "Kif jista' jkun li gvern jagħmel taxxa bħal din u ma jikkonsultax man-nutara, ma' min jaħdem fil- qasam tar-riċerki u mal-pubbliku in ġenerali biex jara x'impatt se jkollhom dawn it-tariffi!", "(Interruzzjonijiet) Jien m'iniex qed ngħid li min kien jagħmel l-eluf tal-liri kien jagħmel sew, imma min-naħa l-oħra lanqas ma huwa sew li għax xi ħadd kien qed jagħmel il-ħażin, il-ministru jagħlaq għajnejh għal kollox.", "Allura l-ministru se jiġġustifika l-mod ta' kif qed isiru ċerti affarijiet?", "Kulħadd jaf li meta persuna tixtri proprjeta', din trid tħallas id-dritt tan-nutar u r-riċerki.", "(Interruzzjonijiet) Fl-1999 dan il-gvern għamel ftehim mal-kumpannija tan-Nutar Tabone u t-tariffi sparaw 'il fuq.", "(Interruzzjoniijet) Il-verita' hi li sakemm sar il- kuntratt mal-kumpannija Eureka, l-ispejjeż tar-riċerki u tad-dritt tan- nutar kienu jkunu ħafna inqas minn dawk tal-lum.", "(Interruzzjonijiet) Din hija xi ħaġa sempliċi imma l-Ministru ma jridx jismagħha, għax ma ddoqqx għal widnejh.", "(Interruzzjonijiet) Li nista' ngħid hu li l-ispejjeż involuti qabel l-introduzzjoni ta' dawn l-avviżi legali tant kienu żgħar li n-nutara kienu spiss jikkritikaw il-fatt li dwar dan qatt ma sar xejn.", "(Interruzzjoniijet) Hawnhekk qed nitkellmu dwar żball li l-awtur tiegħu huwa rrilevanti.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk kien hemm xi ħaġa ħażina fis-servizzi li jagħti l-uffiċċju tar- reġistru pubbliku, missha ġiet irranġata hi biss u mhux tinqaleb is-sistema ta' taħt fuq.", "B'liema diċenza l-Ministru Gatt għamel l-Avviż Legali nru.", "262 biex il-kumpannija li hu kkuntrattja magħha tkun tista' terġa' tgħolli t-tariffi?", "Il-ministru jaf li b'dawn l-avviżi legali hemm ċerti tariffi li għolew għal erba' darbiet iktar milli kienu qabel?", "Jaf il-ministru li r- residenti tal-flats tal-gvern li issa ħarġu għal bejgħ, biex jixtru darhom għall-prezz ta' Lm2,600 se jkollhom iħallsu madwar Lm80 fi spejjeż ta' nutar u ta' riċerki?", "(Interruzzjonijiet) X'tagħmel l-awtorita'!", "Mela int qed taħseb li l-awtorita' għadha bħalma kienet fi żmienna!", "Illum il- ġurnata r-riċerki tant saru għoljin li nbidlu f'farsa, għax minħabba fihom hemm min qed jaqta' qalbu biex jagħmel akkwist.", "Dan għaliex ma jagħmilx sens li biex persuna tixtri garaxx ta' Lm5,000, iħallas mijiet ta' liri f'riċerki.", "Jien naħseb li ta' min jinħoloq index ta' riċerki li jsiru mid- diversi nutara biex ix-xogħol ma jsirx doppju u ma jiġux involuti spejjeż għalxejn.", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid dan għax ħafna min-nutara ma jafux li diġa' beda jsir xi ħaġa dwar dan.", "(Interuzzjonijiet) Jien qed ngħid dan biex il-poplu jiffranka l-flus u l-ħin.", "Għaliex għandu jsir xogħol doppju meta b'sempliċi index, in-nutara jkun jista' jkollhom record tar-riċerki kollha li jagħmlu l-kollegi tagħhom stess?", "Jekk kemm-il darba diġa' qed tħallas is-servizz ta' dik ir-riċerka m'għandekx terġa' tħallas.", "(Interruzzjonijiet)", "Dan mhux se jfixkilni, anzi l-ministru jaf li għandi rispett lejh, għalkemm ovvjament ma naqbilx mal-politika tal-gvern tiegħu.", "Li qed ngħid jien hu li għandha ssir xi ħaġa aktar organizzata, bħal ̧ per eżempju, index fir-reġistru pubbliku biex min ikollu bżonn jordna riċerka fuq dak u fuq l-ieħor ikun jista' jidħol fih u jekk din ir-riċerka tkun saret diġa', dak li jkun ikun jaf li għamilha t-tali nutar u jiffranka l-flus għax ma joqgħodx jagħmel applikazzjoni.", "Per eżempju, jekk wieħed ma jkunx jaf li saret applikazzjoni biex dan ikun jaf kemm it-tali kumpannija għandha privileġġi, ipoteki, skrizzjonijiet u affarijiet bħal dawn, dan ikollu jħallas Lm300 biex ikun jaf dan kollu.", "(Interruzzjonijiet) Ma nafx kemm se jkun hemm kelliema min-naħa l-oħra.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Aħna se jkollna ħamsa.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mela tan-naħa l-oħra għamlu progress għax meta ddibattejna l-avviżi legali tal-qorti ma kien hawn ħadd u lill-ministru ħallewh waħdu!", "ONOR.", "TONIO BORG: Skużi, dik kienet seduta waħda.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Ma ġara xejn imma bis-saħħa tagħna se jkun hemm tlieta.", "(Interruzzjonijiet) Fil-qrati tagħna, persuna tintalab biex tħallas żidiet esaġerati fit-tariffi u min huwa avukat bħali jaf li hemm min jiġi r-reġistru tal-qorti biex ikun jaf kemm se jħallas għar-reġistru ̧ notifiki eċċ. Imbagħad wara li tirreġistra u jkollok l-ewwel appuntament, il-master jgħidlek li għandek xi dokumenti neqsin.", "Issa hawnhekk jien qed nitkellem fuq kawżi ta' wirt u kawżi ta' diviżjoni fejn l-aħwa ma jaqblux u fuq qsim ta' proprjeta' li tkun in komunjoni.", "Ir-riċerki li tintalab biex tagħmel tkun trid terġa' tiblagħhom.", "Mela l-ewwel tkun blajt il-kanna tal-Ministru Gatt għax trid tħallas iż-żidiet fit-tariffi u issa għandek kanna oħra tal-Ministru Tonio Borg.", "La tkun ippreżentajt il-kawża dawn iż- żidiet tkun trid tħallashom kollha.", "Aħna bħala oppożizzjoni serja qed nitkellmu wkoll fuq dawk il-kawżi li qegħdin fil-qrati tagħna u mhux biss fuq dawk li se jagħmlu kuntratt ̧ hu x'inhu.", "Per eżempju, jien semmejt każijiet fejn se jkun hemm min se jbati mill-aspett soċjali.", "Meta avukat ikun se jippreżenta ċitazzjoni jista' jinduna li għandu jagħmel ċerti riċerki fir-reġistru pubbliku biex dak li jkun ikun jaf ċerta informazzjoni li tkun parti mill-prova li tkun trid tinġieb fil-qorti tagħna.", "Mr Speaker, jekk il-qorti tordnalek li trid tagħmel ċerti riċerki u trid tmur ir-reġistru pubbliku jfisser li se tiġi trattat daqslikieku se tmur tixtri block flats jew lukanda?", "Illum anke dawn qed igorru bħalma garrew ukoll il-banek.", "Per eżempju, għalkemm ta' l-HSBC marru tajjeb ̧ dawn xorta qed igorru għax sfortunatament min għandu, aktar irid.", "(Interruzzjonijiet) Dawn inzertaw li mhumiex Maltin imma ħalli nħalluha din.", "Jien qed ngħid li kulħadd qed jiddejjaq bl-arroganza tal-gvern Nazzjonalista għax dan qed jaqbad u jgħolli t-taxxi.", "L-ewwel beda bil-qrati u issa kompla jgħolli t- taxxi fil-qasam tat-turiżmu u tar-reġistru pubbliku u l-Ministru Dalli mkien ma tana xi ħjiel dwar dan kollu.", "Kieku dan indikalna li jista' jkun hemm xi ċaqlieq konna ngħidu li dan huwa raġel pero' fil-budget ma ssemma xejn.", "Mr Speaker ̧ huwa sewwa li nutar li huwa uffiċjal pubbliku u li għandu ċerti responsabbiltajiet kważi ma jkollux drittijiet uffiċjali fl-użu tar- reġistru pubbliku?", "Nafu li dawn l-affarijiet qed narawhom taħt gvern Nazzjonalista?", "Illum ir-reġistru pubbliku m'għadux ir-reġistru pubbliku kif ħallejnih ftit xhur u snin ilu imma huwa reġistru pubbliku li qed jiġi kkontrollat u magħluq.", "Per eżempju, jekk tordna riċerka u fiha jkun hemm xi żball jew typing error, min se", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Jien naf xi tgħid il-liġi imma l-liġi trid tkun popolarizzata l-aktar ma' min iħaddimha.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt wieħed mill-prinċipji li dejjem iħambqu fuqu l-gvernijiet huwa huwa li kemm jista' jkun għandek tippopolarizza l-liġi ħalli kulħadd ikun jaf biha.", "Mr Speaker, il-verita' hi li jekk l-iskrivana tieħu żball ̧ ħadd mhu responsabbli pero' issa qed ngħidu li l-gvern għandu jkun responsabbli u hekk għandu jkun.", "Din hija sistema li qed nifirħu biha.", "Jekk hemm bżonn fir-reġistru pubbliku għandu jkun hemm notice boards li fuqhom ikun hemm affarijiet li jifhimhom kulħadd ħalli dak li jkun ikun jaf għalxiex dieħel ̧ xi drittijiet għandu u kif għandu jaġixxi.", "Illum jekk tibgħat e-mail jew fax lir-reġistru pubbliku ma tirċevix acknowledgement.", "Din ma tagħmilx sens u mkien fid-dinja ma tiġi trattat b'dan il-mod.", "L-aqwa li ngħollu t- tariffi u t-taxxi!", "Ir-riċerka fiha nnifisha hija ġustizzja ta' storja u informazzjoni u Allaħares ma jkollokx fiduċja f'dak li tkun qed tingħata pero' wieħed irid jara jekk ikunx hemm konflitti.", "Per eżempju, l- kumpannija Eureka hija mmexxija min-Nutar Joe Tabone pero' min huwa responsabbli għandu jara li ma jkunx hemm konflitt.", "Ma nistax ma nsemmix, per eżempju, l-fatt li hawn ċerti nutara li jinqdew malajr u mbagħad hawn nutara oħrajn li forsi għax ma jkunux daqshekk gustużi jew għax ma jkunux jafu, per eżempju, lill-Avukat Cassar li forsi jista' jgħaddi kelma ...", "(Interruzzjonijiet) Dawn x'kummiedji huma?", "Jekk f'pajjiżna qed isiru dawn l-affarijiet u mbagħad biex tagħmel applikazzjoni trid tħallas Lm6, biex tagħmel photocopy trid tħallas Lm1.20 ...", "(Interruzzjonijiet) Mhux hekk qiegħda hawn?", "Daqskemm ilkom tħawdu; daqqa hekk u daqqa hekk!", "(Interruzzjonijiet) Intom qed tħawdu fit-tariffi u ġġennu n-nies!", "Is-sabiħa hi li wara l- affarijiet kollha li tkun għamilt ikun hemm ħaddieħor li jkun daħal warajk u jeħodhom qablek.", "Din serjeta'!", "Dawn huma affarijiet li qed jiġru u allura jidher bl-aktar mod ċar li għandek konflitt.", "Jekk hemm nutar li qed jaħdem bħala nutar ...", "Din anke l-avukati jagħmluha u dan mhuwiex xi sigriet.", "Per eżempju, hemm avukati li jekk waqt kawża jiġrilhom xi ħaġa jitolbuk biex tagħmlilhom pjaċir u tlaħħqilhom differiment imbagħad jekk ikun hemm ħaddieħor fl-awla ma jgħidulux.", "Allura se tħalli dawn l- affarijiet jibqgħu għaddejjin?", "Dan qed jiġi ripetut u kważi daħal f'racket u jekk se tħallih jiżviluppa se jkollok problemi kbar.", "Jien informat li tant iddardru wħud minnhom li qatgħu qalbhom, apparti l-fatt li jistħu jgħidu lill-klijenti kemm huma ż-żidiet.", "(Interruzzjonijiet) Iva ̧ jagħtuhom irċevuta; bħal dak qallu ċ-ċittadin għax iħallas iktar, joqgħod jiekol l-irċevuta!", "Din bħall-każ tal-container.", "Għax issa poġġejna l-affidavits, jekk jinqala' xi ħaġa n-nies joqgħodu jieklu l-affidavits!", "Il-verita' hi li din m'hijiex serjeta'.", "Is-serjeta' titlob li tagħmel xi ħaġa foolproof.", "(Interruzzjonijiet) Mela agħmilha kronoloġika għax ma kenitx daqshekk kronoloġika.", "Jekk iċempillek xi ħadd mil-legal office ta' dak il-bank ....", "(Interruzzjonijiet) Jien mhux se nsemmi ismijiet, għalkemm hemm uħud minnhom li tant iddardru li qaluli biex insemmihom.", "Lill-ministru ngħidlu li s-sistemu għandu jirranġaha u biex jagħmel dan irid jiltaqa' magħhom u jagħmel laqgħa pubblika, bħalma għamel fuq l- immigrazzjoni, fuq iċ-ċittadinanza u fuq il-planning authority.", "Mr Speaker, ta' min igħid li f'Malta għandna ħafna nies li jħobbu jagħmlu r-riċerka għall-gost.", "Per eżempju, hemm min joqgħod jagħmel riċerka storika pero' llum dan ma jistax joqgħod jagħmilha fuq il-computer u jħallas Lm6 kull darba ...", "(Interruzzjonijiet) X'ma jħallasx!", "ONOR.", "TONIO BORG: Dan iħallas Lm5 fis-sena.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Allura din mhi xejn!", "Per eżempju ̧ jien kont nieħu gost nara ħafna anzjani jagħmlu riċerka fuq l-antenati tagħhom pero' dawn issa jridu jħallsu Lm5 fis-sena.", "Mela fost ħafna spejjeż oħra pensjonant irid iħallas 50c lill-bank u Lm5 fis-sena għar-riċerka.", "Jien in- Nazzjonalisti jissorprenduni għax għalihom kollox xejn mhu xejn u dan ma jagħmilx sens.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq dak li qal il-ministru.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn jekk tkun qiegħed fuq il-computer biex tagħmel riċerka u minflok tagħmel ̧ per eżempju, LAR Limited tagħmel LAR Limited bi żball ̧ ikollok tħallas darbtejn.", "Kultant limited jiktbuha wkoll ltd pero' jekk tkun ħadt żball trid tħallas darbtejn għax hekk irid il-gvern Nazzjonalista.", "Ara kieku għadna bil-ktieb ma tħallas xejn għax din tagħmilha manually.", "Dawn huma affarijiet li l-pubbliku Malti jrid jiffaċċjahom u l-gvern Nazzjonalista jidher li daħal f'pika full force mal- pubbliku Malti u Għawdxi.", "Il-gvern mhux qed jinteressah min-nies li qed igergru miż-żidiet fuq it-taxxi u tariffi.", "Il-pubbliku Malti tant qed jieħu daqqiet li għalxejn qed jgħajjat.", "Fil-fatt on average it-tariffi għolew darbtejn u tliet darbiet aktar.", "ONOR.", "TONIO BORG: Fuqhiex?", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Fuq riċerka normali.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Jason Azzopardi, illum in-nutara qed igħiduli li fejn qabel għar- riċerki kienu jħallsu Lm10, illum qed iħallsu Lm30.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross-debate.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Il-Ministru jaf - għalhekk din qed jiddejjaq jismagħha - li r-riċerki għolew ħafna u dan qed jirrifletti ħażin fuq il- professjoni.", "Naf li hemm ċerti nutara li għandhom pride kbira għall- professjoni u huma inkwetati ħafna, pero' jekk il-Ministru jrid jieħu l- affarijiet bis-serjeta' għandu jagħmel laqgħa magħhom kollha u mhux ma' tlieta jew erbgħa.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien diġa' għamilt laqgħa magħhom.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mela allura agħmel laqgħa oħra għax mhux kulħadd fehem.", "(Interruzzjonijiet) Agħmel laqgħa oħra f'lukanda, ġibilhom il- kafe' u jiġu.", "Il-ministru ma jafx li dawn l-affarijiet qed jagħmlu ħafna ħsara għall-istess moral tal-professjoni?", "Per eżempju, fl-avviż legali għamilna li direttur jista' jirrifjuta li jipproċessa applikazzjoni jekk ma jkunx hemm deposit ta' Lm100.", "Hekk qed nittrattawhom lill-uffiċjali pubbliċi?!", "Fl-opinjoni tiegħi għandu jkun hemm sistema oħra għax għandu jkun tan-naħa l-oħra flus biss jaraw.", "Il- Ministru jidhirlu li hija ħaġa tajba li jimmulta lin-nutara?", "Jien ngħid li huwa tajjeb li dawn jaraw l-affarijiet tagħhom pero' lanqas huwa sewwa li dawn jiġu trattati qishom tfal tan-nuna u joqgħodu għal kollox.", "Mela r- reġistru pubbliku kważi ma baqax aċċessibbli u min jagħmel typing error m'huwiex responsabbli meta fil-fatt il-liġi tgħidlek li huwa responsabbli.", "Dan biex ma nsemmix ukoll li jekk in-nutara jirrifjutaw li jagħmlu ċerti affarijiet għax jidhrilhom li m'għandhomx ikunu hekk, ikollhom ipoġġu depożitu ta' Lm100 għax inkella d-direttur jista' ma jipproċessalhomx l- applikazzjoni.", "Dawn l-affarijiet qed isiru għax xi ħadd igħid lill- ministru biex jagħmel hekk?!", "Reġistri pubbliċi oħra hekk jimxu?", "Il- ministru jaf għalfejn dawn in-nutara ma kenux qed jobdu ċerti affarijiet?", "Naħseb li kieku kien jaf kien jaħtaf lil xi ħaddieħor.", "Dawn l-affarijiet hemm bżonn li jiġu investigati.", "(Interruzzjonijiet)", "Iva, llum hemm Dr Grima bħala direttur u għada jkun hemm ħaddieħor.", "Aħna li jinteressana hu li l-pubbliku Malti u Għawdxi jkun moqdi mingħajr ħafna tariffi esaġerati, li jkun hemm l-effiċjenza u l-accountability u li min huwa negliġenti għandu jirrispondi.", "Nixtieq ngħid ukoll li jekk, per eżempju, tagħmel riċerka u tkun trid tiċċekkja xi affarijiet li hemm f'Għawdex ikollok tħallas darbtejn ukoll.", "Dan ifisser li fejn qabel kont trid tħallas Lm2.50 illum trid tħallas Lm10.", "Fl-opinjoni tiegħi din hija ġennata.", "Lill-ministru nistiednu biex jitkellem ftit man-nutara li jaħdmu maż-żgħir li jrid jigdem difrejh biex jiekol il-ħobża ta' kuljum u mhux ma' dawk in-nutara li qegħdin mar- retailers.", "Dawn jistgħu jgħidulek kemm qed ibatu n-nies u għalxejn noqgħodu nduru mal-lewża u ngħidu li din hija tariffa.", "Hawnhekk qed naġevolaw ċerti nies u fl-opinjoni tiegħi, din mhijiex serjeta'.", "Kieku qed ngħollu t-tariffi biex intejbu s-sistema tad-dipartiment u kulħadd ikun accountable u kulħadd jifhem id-doveri tiegħu nifhimha.", "Jekk jiżbalja uffiċjal pubbliku jrid imur quddiem bord ta' dixxiplina imma kumpannija fejn se teħodha?", "Din hija sitwazzjoni tal-biki.", "Iċ-ċittadin Malti għandu jingħata servizz tajjeb u m'għandux iħallas biss.", "Mela fl-1999 meta kkuntrattaw ma' l-Eureka għollew u issa se jerġgħu jgħollu.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien nixtieq li n-nutara kollha li hawn f'dan il-parlament jipparteċipaw fil-mozzjoni tiegħi u ta' sieħbi l-Onor.", "Gavin Gulia.", "Aħna qed ngħidu lill- ministru biex jerġa' jirrevedi dawn l-avviżi legali ħalli min ma jiflaħx iħallas ma jeħux daqqa daqshekk kbira.", "Hawnhekk dawn qed ipoġġu lil kulħadd f'keffa waħda, kif qed jagħmlu f'kull ħaġa li jagħmlu.", "Bir- rispett kollu ngħid li tan-naħa l-oħra jappartjenu għall-partit tal-lemin għax kieku għandhom kuxjenza jaraw x'se jagħmlu biex ħadd ma jbati.", "Dwar din il-ħaġa tan-naħa l-oħra għandhom jaqblu magħna għax din hija xi ħaġa għall-ġid tal-poplu Malti.", "Għalhekk hemm bżonn li nidħlu fid-dettall ta' dawn l-avviżi legali ħalli jsiru l-emendi meħtieġa.", "Mr Speaker, nixtieq ngħid ukoll li għalkemm l-avviżi legali li għadda l- Onor. Gatt għadhom qawwijia, għallinqas ċerti affarijiet bdew jitranġaw.", "Qed nifhmu li ma jagħmilx sens li ċerti affarijiet tħallihom daqshekk għoljin.", "Għalhekk f'każijiet fejn, per eżempju, dipartiment tal-gvern jordna ċerti riċerki u l-pubbliku Malti jkollu jidħol f'kuntratt, għandu jkun hemm ċerti eżenzjonijiet jew inkella jkun hemm nominali.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux veru.", "Jien qed ngħidlek x'jitolbu n- nutara.", "Issa jekk qed jagħmlu ħażin in-nutara mhux magħhom trid titkellem?", "Aħna dawn l-affarijiet inkunu nafuhom mill-uffiċċju tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk, per eżempju, jkun hemm min jixtri mill-housing, il-housing irid jagħmel dawn ir-riċerki.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, għalfejn qed jintalbu l-passive researches fuq dak u fuq l-ieħor?", "Mhux il-klijent irid iħallas?", "(Interruzzjonijiet) Lill-gvern Nazzjonalista aħna qed ngħidulu biex ma jagħmilx bħaż-żiemel ta' Spanja imma għandu jara kif jirranġa l- affarijiet ħalli l-problemi ma jkomplux jikbru.", "Il-gvern għandu jieħu s- suġġerimenti li jsiru biex is-sistema li għandna titjieb fl-interess nazzjonali tal-pubbliku Malti u Għawdxi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'din il-mozzjoni tajjeb li wieħed jinnota li minn stat ta' abbuż għaddejjna għal stat ta' liġi, minn stat ta' diżonesta' għaddejjna għal stat ta' trasparenza u minn stat ta' evażjoni tat-taxxa għaddejjna għall-stat ta' accountability.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Wieħed irid iżomm f'rasu li l-assjem ta' l-avvenimenti li wasslu biex jiġi konkluż il-ftehim ta' Ottubru ta' l-1999 ma' Eureka Ltd. kien proprju dan il-mottiv.", "Tajjeb li hawn ġew ukoll ngħidu minn fejn tlaqna għax dan il-proċess ma bediex f'Ottubru ta' l-1999 imma beda ħafna snin ilu.", "L-oriġini tiegħu jmur għas-snin 70 u jien se ngħid minn fejn u kif.", "Tajjeb li nispjegaw ukoll li m'hijiex onesta' li tippermetti li jkollok mijiet ta' eluf ta' liri fis- sena li ma jiġux dikjarati.", "Fejn hija l-onesta' hemmhekk?", "Hemmhekk ma tħabbatx il-qalb tal-ħaddiem, ir-ruħ soċjali?", "Meta nisma' l-argumenti ta' l- oppożizzjoni niftakar f'dak li qal Shakespeare f'Macbeth.", "\"Fair is foul and foul is fair\".", "Qlibna d-dinja ta' taħt fuq.", "Dak li hu iswed qed insejħulu abjad u dak li hu abjad qed insejħulu iswed.", "U huwa għalhekk li din hija mozzjoni viljakka u diżonesta.", "Din hija mozzjoni li trid tissanzjona d-diżonesta' intelletwali.", "Din hija mozzjoni li trid tipproteġi l-abbuż u lil min jikkommetti l-abbuż.", "Għaliex ma ngħidux per eżempju - u issa l-ministru meta jispjega fir-replika tiegħu se jidħol aktar fid-dettal - li 80% u aktar mir-riċerki li jsiru huma taħt l-Lm20?", "Sur President, l-Onor.", "Anġlu Farrugia semma' l-l-awtorita' tad-djar.", "L- awtorita' tad-djar titlob ħlas ta' Lm3 fuq ir-riċerki.", "Qalilna wkoll li jkollu ħafna noti biex isib il-proprjeta'.", "Imma skużi, min japplika quddiem l-awtorita' tad-djar, is-sinjur jew il-batut?", "Jien nippretendi u l-loġika tiddettali li min japplika quddiem l-awtorita' tad-djar huwa dak li hu fil- bżonn u forsi jkollu nota waħda u jħallas Lm3.", "Allura dik ħaġa inġusta?", "Imma skużi, jekk int għandek il-proprjeta', jekk int benestant, għandna nħalluk tagħfas lill-awtorita' tad-djar biex il-gvern jissussidjak.", "Hekk irridu nwassluh lil dan il-pajjiż?", "Din hi r-ruħ soċjali li rridu?", "Nippermettu lis-sinjur li japplika għand l-awtorita' tad-djar għad- detriment tal-batut?", "U dan biex ma nsemmux ukoll li hawn ġew ilna siegħa u nofs nisimgħu paniġierku u ta' l-oppożizzjoni hawn ma kellhomx id-diċenza - u nisfidhom f'dawn il-jumejn li ġejjin - jgħidulna ma' xiex qed iqabblu r- rati ta' issa.", "X'inhu l-benchmark?", "X'inhi l-yardstick li magħha qegħdin jipparagunaw ir-rati l-ġodda?", "Fejn hija l-istatistika ta' x'kienet tiċċarġja l-insinwa qabel Ottubru tal-1999?", "M'intix se ssibha!", "Sur President, minn dak li qalu tan-naħa l-oħra, Ċikku l-poplu li qed jismagħna faċilment jista' jieħu l-impressjoni li hawnhekk hawn xi żidiet fenomenali.", "Ejja nfehmuh li qabel Ottubru tal-1999 int kont trid tħallas skond id-diskrezzjoni ta' l-iskrivan fir-reġistru pubbliku.", "Fejn kienet l- istatistika tat-tariffi li int kellek tħallas?", "L-iskrivan kien jiddeċiedi hu kemm għandek tħallas għal kull faċċata u għal kull riċerka li tinstab.", "Issa llum għandek xi ħaġa ċara u miktuba iswed fuq l-abjad.", "Jiġifieri kkritikana fuq kollox imma tikkritikaniex għax daħħalna t-trasparenza u l- accountability u għax illum qed noffru garanzija fejn qabel ma kienx hemm.", "Jekk kien jieħu żball qabel l-iskrivan, x'se tagħmel?", "Se tfittex lill- iskrivan?", "Le, kien jeħel in-nutar bl-iżball li jkun għamel l-iskrivan fir- reġistru pubbliku.", "Illum din il-kumpannija ntrabtet li trid toħroġ insurance policy sa Lm1miljun għal kull proven claim li xi ħadd jagħmel.", "Hemm il-garanzija, hemm is-serjeta' u hemm it-trasparenza, apparti ovvjament li fl-1927 meta daħal l-Att tar-Reġistru Pubbliku kien hemm artiklu 35 (A) li jgħid li l-gvern jagħmel tajjeb mill-Fond Konsolidat.", "Issa qabel Ottubru ta' l-1999, jekk jieħu żball l-iskrivan ma kellekx dik il-garanzija.", "Imma llum, apparti li tista' timla' complaint form fejn qabel ma stajtx - u jien naf bi żbalji li għamlu skrivani, imma mur ippruvhom! - tista' tfittex lin-nutar.", "U għalfejn għandu jeħel in-nutar?", "Sur President, minn fejn tlaqna minn dan il-proċess?", "Tajjeb li nispjegaw li l-ewwel attent sabiex din is-sitwazzjoni titranġa kien fis-sebgħinijiet.", "Kienet l-amministrazzjoni Laburista taħt il-Perit Mintoff - il-ministru dak iż-żmien kien Ġuże' Cassar - li riedet tbiddel din il-liġi tal-ġungla u din l-anarkija li kien hemm.", "L-iskop ta' dawk il- proposti ta' dak l-ewwel pass kien sabiex ir-riċerki jibdew isiru uffiċjali, pero' wara tlett ijiem dak it-tentattiv ikkollassa.", "Wara dak it- tentattiv imbagħad stennejna kważi 20 sena.", "Erġajna dħalna aħna fil-gvern fl-1987, kien hemm l-Avukat Joe Fenech ministru responsabbli, li reġa' beda l-proċess, din id-darba bl-avvanz tal-computers, sabiex ir-reġistru pubbliku jiġi kkomputerizzat.", "Mela dakinhar beda dan il-proċess li llum qegħdin niddiskutu.", "Imbuttatatura importanti kienet dik ta' l-Onor.", "Michael Refalo meta kien ministru tal-ġustizzja aktar tard fis-snin '90, fejn kien ta l-pemess lill-kumpannija Eureka tagħmel dan ix-xogħol taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Imbagħad wasalna għall-era Laburista ta' bejn l-1996 u l- 1998.", "U ċertu fatti importanti tan-naħa l-oħra ma semmgħuhomx.", "Sur President, jekk xi ħadd jiżbalja b'mod ġenwin niskużah, imma li xi ħadd jipprova jabbuża bl-intelliġenza ta' dak li qed jisimgħu dik hija diżonesta' intellettwali u dik ma nippermettihiex.", "Għaliex per eżempju nippruvaw nitfgħu t-tajn?", "U hawnhekk issemma' n-Nutar Tabone.", "Jien lanqas qatt biss ma ltqajt miegħu f'ħajti, pero' għalfejn nitfgħulu t-tajn sempliċement għax għandu din il-kumpannija Eureka?", "Għalfejn nitfgħu l- insinwazzjonijiet?", "Hekk irridu nmexxuha l-politika f'dan il-pajjiż?", "Għax ma ngħidux li fi żmien tmexxija Laburista, wara l-elezzjoni ta' l-1996, xi ħadd mis-segretarjat privat tan-Nutar Charles Mangion - jekk ikunu jriduna nagħtuhom l-ismijiet u d-dettalji nagħtuhom ukoll - kien avviċina lin-Nutar Tabone u lill-Avukat Cassar sabiex id-database ta' l-Eureka tkun mibjugħa lill-gvern.", "Għalfejn ma tissemmiex din?", "Dak li kien tajjeb dakinhar illum hu ħażin?", "Mela sewwa għidt fil-bidu li what is fair is foul and what is foul is fair, għax dak li hu abjad qed ngħidulu iswed.", "Il-konflitt ta' interess li semma' llum l-Onor.", "Anġlu Farrugia fejn kien dak iż-żmien?", "Il- qalb li llum qed tħabbat għall-batut dak iż-żmien ma kenitx qed tħabbat?", "Dan ħames snin ilu u mhux 50 sena ilu!", "Imbagħad kien hemm l-Onor.", "Gavin Gulia, ħabib tiegħi u ta' ħafna minna għall-ispirtu enerġetiku u simpatiku tiegħu.", "U tajjeb li ngħidu li meta kien jokkupa l-ministeru tal-ġustizzja, kien ukoll kompla f'dan il-pass għaliex hu kien jaf li hemmhekk hija ċ-ċavetta għas-soluzzjoni fir-reġistru pubbliku.", "U din irrikonoxxiha l-gvern ta' Mintoff, irrikonoxxiha Dr. Joe Fenech, l-Onor.", "Michael Refalo, l-Onor.", "Charles Mangion u l-Onor.", "Gavin Gulia, pero' kien biss il-Ministru Tonio Borg li kellu l-guts u l-kuraġġ jagħmilha.", "U nagħmel enfasi fuq il-kelma kuraġġ għax se nikkwota lil xi ħadd li qal li kuraġġ irid ikollok biex tagħmel dan il-pass li għamilna.", "L- Onor. Gavin Gulia saħansitra kien qal li kellu a blank cheque mill-prim ministru ta' dak iż-żmien biex il-gvern jixtri d-database u kienu bdew in- negozjati.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, li qed jgħid għandu jissostanzjah u mhux jaqbad u jagħmel allegazzjoni bħal din.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Bil-qalb kollha nissostanzjaha.", "Id-dokument mhux qiegħed miegħi imma meta għada nkomplu bid-dibattitu, xi ħadd mill-kelliema tagħna jippreżentah.", "Jiena mhux qed ngħid li l-Onor.", "Gulia għamel xi ħaġa ħażina.", "(Interruzzjonijiet) Il-kelma hija \"blank cheque\" u qed ngħid li l- Onor. Gulia kellu l-awtorizzazzjoni tal-kap tal-gvern Dr. Alfred Sant li jixtri d-database ta' l-Eureka.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Issa donnu li rranġaha.", "L-Onor.", "Azzopardi qabel irrifera għal xi dokument li fih hemm imsemmi li jiena kelli xi blank cheque.", "Issa jekk hu għandu d-dokument li jgħid li jien għandi blank cheque, jaqbad u jgħid li f'dan id-dokument hemm blank cheque.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Fuq din nerġa' lura, pero' sakemm insibu dan id- dokument.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Jippreżentah ħalli naraw x'hemm f'dan id-dokument!", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jien se nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra affidavit magħmul mill-Avukat John Cassar u min-Nutar Joseph Tabone fl-14 ta' Frar ta' din is-sena fejn jintqal x'kien l-iter biex wasalna għall-ftehim li għandna llum.", "U se nikkwota testwalment:", "\"L-Onor.", "Carmel Mangion irriżenja u minfloku ġie appuntat ministru l- Onor. Gavin Gulia.", "Wara diversi laqgħat ma' uffiċjali tad-dipartiment u mal-kummissjonijiet appuntati għal dan il-għan, iltqajna mal- Ministru Gulia.", "Għal din il-laqgħa li saret f'April ta' l-1998 il- ministru qalilna li l-gvern ried jixtri d-database\".", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, qed nikkwota mill-affidavit.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Gavin Gulia, aktar tard se jkollok l- opportunita' li titkellem u tkun tista' twieġeb.", "Onor. Jason Azzopardi, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Inkompli nikkwota, Sur President:", "\"Il-ministru qal li hu għandu blank cheque mil-prim ministru biex jixtri.", "Il--ministru ssuġġerixxa li għandu jsir konvenju fuq trial period ta' tliet xhur u jitħallas 10% tal-prezz u l-kumplament mal- kuntratt.", "In-Nutar Tabone oġġezzjoni li d-database titlaq minn idejn il-kumpannija imqar għal nofs siegħa, mingħajr ebda nuqqas ta' fiduċja fil-ministru jew fil-ħaddiema li kellhom iħaddmuha.", "Il-ministru ssuġġerixxa li niltaqgħu darb'oħra sabiex insibu soluzzjoni għal din il-problema.", "Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Sur Vincent Attard.", "Saret l-elezzjoni u l-ministru reġa' nbidel.", "Kien f'dan il- perjodu li reġgħu bdew it-trattattivi li wasslu għall-ftehim ta' Ottubru 1999\".", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Sur President, dak li hemm miktub fl-affidavit jien niċħdu kategorikament.", "Dik hija gidba faħxija.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: F'Lulju tal-1998, l-awtorita' tad-djar ħarġet tender sabiex ikun hemm provision għar-riċerki.", "F'Lulju tal-1998, bi gvern Laburista fit-tmexxija tal-pajjiż, dan it-tender ta' l-awtorita' tad-djar kumbinazzjoni ntrebaħ mill-Eureka.", "Mela li rrid ngħid hu li din kienet tipprovdi servizz tajjeb u effiċjenti u allura għandna nirrikonoxxu dan il- fatt u ma noqogħdux nitfgħu tajn.", "Sur President, għalfejn it-trasparenza fuq din il-kwestjoni tar-reġistru pubbliku bdiet f'Ottubru ta' l-1999?", "Għaliex qabel Ottubru ta' l-1999 ma konniex inkunu nafu, la jien, la l-gvern, la l-oppożizzjoni u lanqas ħadd f'dan il-pajjiż x'inhu s-suq u kemm qed ikun hemm riċerki jew hemm qed idaħħal flus dak li qed jaħdem ir-riċerki fir-reġistru pubbliku.", "Issemmew diversi ċifri, hemm min semma Lm0.25 miljun u hemm min semma Lm0.5 miljun.", "Hi x'inhi l-figura ma tinteressanix għax setgħet kienet lira.", "Il-punt hu li kien hemm ammont sostanzjali ta' flus - inzertaw li kienu mijiet ta' eluf - li dawn qatt ma ġew iddikkjarati fl-income tax ta' dawk l-impjegati u allura kien hemm evażjoni tat-taxxa mingħajr irċevuta la tal-VAT u lanqas tas-CET fil-każ li dawn ġew magħmula fis-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista.", "Issa għalfejn it-trasparenza bdiet f'Ottubru ta' l-1999?", "X'jgħid dan il-kuntratt?", "Il-kuntratt fi klawsola 21 (F) jgħid:", "\"Il-kumpannija qed tintrabat li matul dan il-perijodu tgħin lid- dipartiment tar-reġistru pubbliku jieħu indikazzjoni tas-suq in vista tal-ħsieb li l-quddiem jiġu provvduti riċerki uffiċjali\".", "Illum wasalna għal dak il-famuż tragward li l-gvern ta' Mintoff u gvernijiet sussegwenti ma waslux għalih.", "Intqal ukoll li minn dan il-pass se ndaħħlu gelgul ta' liri.", "Il-verita' hija li r-revenue tal-gvern issa se jkun minn tliet sorsi.", "Issa għandna l-irċevuta tal-VAT, għandek ir-revenue mill-kumpannija, għax il-kumpannija tiġi intaxxata 35%, bħal kull kumpanija oħra, għandek ir-revenue mit-tariffi, imbagħad għandek il- famigerata legal notice ta' Diċembru ta' l-2000.", "Iva, id-dipartiment se jagħmel charge ta' 5%.", "Imma din ħafna?", "Charge ta' 5% huwa l-qligħ kollu li se jagħmel ir-reġistru pubbliku.", "Allura din hija diżonesta' jew effiċjenza?", "Issemma ukoll il-monopolju.", "Ejjew ngħidu li dan il-monopolju ngħata għal għaxar snin u għaxar snin oħra kull gvern, ikun min ikun, ikollu l-liberta' li jieħu l-passi li jħoss opportun.", "Persuna hi min hi li tkun għamlet investiment Alla jaf ta' kemm, tagħmel microfilming tar-riċerki kollha mill- 1854, meta ġie fis-seħħ il-Kodiċi Ċivili, jiġifieri morna lura 150 sena, u sal-lum l-index kollu tar-riċerki kollha huwa lest, huwa kkomputerizzat.", "U aktar il-quddiem se ngħid x'inhuma l-benefiċċji tal-komputerizzazzjoni.", "Il-garanzija, semmejt li qabel l-1999 ma kellekx garanzija mingħand l- impjegati jekk jieħdu xi żball.", "Bejn Ottubru ta' l-1999 u Jannar ta' din is- sena kellek il-garanzija mill-Eureka għal xi żbalji wara l-15 ta' Jannar ta' din is-sena apparti l-garanzija tal-fond konsolidat għandna l-insurance li l-Eureka trid toħroġ sa miljun lira Maltin per proven claim.", "Jien l-ewwel semmejt l-kuraġġ li wera b'mod partikolari l-Ministru Tonio Borġ u min hu nkarigat mir-reġistru pubbliku biex jattwa din ir-riforma.", "Fis-16 ta' Diċembru ta' l-1998 f'dibattitu tal-budget l-Onor.", "Gulia qal hekk:", "\"Nawgura lill-gvern preżenti jkollu l-kuraġġ iwettaq din l- amalgamazzjoni, anke minħabba aspetti li jaf dwarhom kulħadd.", "Huwa importanti wkoll li dan il-kambjament isir bl-anqas uġigħ possibbli\".", "L-amalgamazzjoni li kien qed jirriferi għaliha dak iż-żmien l-Onor.", "Gulia kienet tinkludi fiha l-komputerizzazzjoni tar-reġistru pubbliku.", "U interessanti li uża wkoll il-frażi \"anke minħabba aspetti li jaf dwarhom kulħadd\".", "Issa dawn l-aspetti li dwarhom jaf kulħadd jien jista' jkolli ħjiel tagħhom, pero' hemmhekk wieħed jista' jara t-titubanza tal- gvernijiet fil-passat għax meta toqros fil-but lil dak li jkun jibda joqmos.", "Nista' nerġa' nikkwota lil Shakespeare:", "\"What is done is done and cannot be undone\".", "Il-passat huwa passat, kapitlu magħluq u ejja ma nkantawx aktar fuq il- mejjet.", "Ejja nibdew paġna ġdida u ejja nirrikonoxxu li se jkollna benefiċċji kbar bil-komputerizzazzjoni.", "Sur President, diżonesta' oħra kienet li l-Onor.", "Anġlu Farrugia f'siegħa u nofs ma kellux id-diċenza jsemmi ż-żidiet li l-Ministru Charles Mangion kien għamel b'avviż legali fil-1998 u li bihom laqat liż-żgħir u l-batut.", "Ejja nispjegaw lill-poplu li fl-1998, nota ta' insinwa minn Lm1.50 telgħet Lm10 sa Lm10,000; minn Lm5 saret Lm10 meta l-valur ikun ta' Lm17,000; u minn Lm11.50 saret Lm20 fejn il-valur huwa ta' Lm30,000.", "Fl-1998 ukoll, gvern Laburista riċerka testimentarja minn Lm1.50 għamilha Lm2.50.", "Allura għaliex qed jaqbeż issa l-Onor.", "Anġlu Farrugia u qed jitkaża u jgħid li din is-sena minn Lm2.50 għamilnieha Lm3.50?", "Issa tajjeb li ngħidu li aħna għamilna pass aktar milli għamel ħaddieħor għax din il-lira żieda se tmur għall-kunsilli lokali.", "Aħna nemmnu fl-e-goverment, fl-informatika u nemmnu f'Malta moderna u issa kull ċittadin jista' jordna riċerka testimentarja on line mill-uffiċċji tal-kunsill lokali.", "Dan hu l-e-goverment.", "U dan barra l- ftehim li kien hemm bejn il-BOV u l-kunsill tan-nutara dwar id-debit cards sabiex huma jħallsu għar-riċerki anke jekk il-klijent ikun għadu ma ħallashomx.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li llum ir-riċerki jitħallsu malli tieħu s-servizz u mhux meta tordnahom.", "Dawn huma affarijiet fejn fihom għandek l-aspett definit tal-kwestjoni.", "L-Onor.", "Farrugia qal li n-nutara qed jibagħtu lin- nies biex jordnawhom huma r-riċerki tagħhom.", "Jien nistaqsi għalfejn.", "Għax m'għandhomx in-nies tagħhom aktar jaqduhom jew għax issa għandhom l- irċevuta uffiċjali?", "Għax issa n-nies ikollhom l-irċevuta, issa jkollhom is- sodisfazzjon.", "Dik hija t-trasparenza.", "Per eżempju, hija gidba li jingħad li trid tħallas Lm6 ta' l-użu biss.", "U hawnhekk dam jagħmel enfażi fuq il- buttuna.", "Dawn hu partit li jemmen f'Malta moderna imma l-computer għadhom ma jistgħux jammettuh.", "Fis-sena 2001 għadhom jemmnu fis-sistema manwali.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Mizzi qed jgħid garbage in, garbage out.", "Aħna qegħdin nagħtu t- training lin-nies ħalli jużawh tajjeb ħalli r-riżultat ikun wieħed tajjeb.", "(Interruzzjonijiet) Mhux veru li trid tħallas ta' l-użu biss.", "Din hija ineżattezza.", "Per eżempju issa għandna l-complaint form fejn wieħed jista' jagħmel l-ilmenti tiegħu.", "Din hi l-accountability!", "Qabel Ottubru ta' l-1999 ma stajtx tagħmel ilmenti imma llum iva, għax għandek xi ħaġa kompjuterizzata.", "Per eżempju hija gidba li jingħad li hemm nutara li jinqdew qabel oħrajn.", "Aħna nistiednu lill-oppożizzjoni jmorru fir-reġistru pubbliku, jaraw l-irċevuti, jaraw it-talbiet meta saru min-nutara u jaraw jekk humiex in chronological order.", "Din hija stedina ġentili u edukata.", "M'hijiex sfida, pero' qed nagħmel stedina ħalli ma noqogħdux nitfgħu t-tajn u ngħidu li xi ħadd hu vvantaġġjat fuq ieħor.", "Sur President, intqal ukoll li aħna ma kkonsultajniex in-nutara.", "Hawnhekk irrid ngħid li fis-sajf tas-sena l-oħra d-direttur ġenerali, Dr. Godwin Grima, fuq stedina tal-kunsill notarili attenda laqgħa tal-kulleġġ notarili sabiex in-nutara kollha interessati jattendu u jisimgħu mingħandu x'kellu xi jgħid fuq din il-proposta u hu jisma' mingħandhom x'għandhom x'jgħidu huma fuq dawn il-bidliet.", "Din il-laqgħa kienet miftuħa għan-nutara kollha ta' Malta li mingħalija jammontaw għal150 jew 170.", "Issa ta' min igħid li attendew 14 biss.", "Lil dawn ma nistgħux naqbduhom minn għonqhom u nġegħluhom jattendu.", "Din is-sena wara l-1 ta' Jannar d-direttur ġenerali tar-reġistru pubbliku, Dr. Godwin Grima, bagħat dan id-dokument li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lil kull nutar f'Malta fejn minn barra li spjegalu l-bidliet li se jkun hemm b'mod grafiku, stidienhom għal-laqgħa bejn 11.45a.m u s-1.00 p.m. Taf kemm attendew, Sur President?", "Sitt nutara.", "Sitt nutara min-nutara kollha ta' Malta!", "Aħna ma nibżgħux niffaċċjaw lil dak li jkun u nistiednuh jikkonsulta magħna.", "U kien unur għalina li l-Onor.", "Farrugia jqal li l-Ministru Tonio Borg u l-awtorita' ta' l-ippjanar ma nafx kemm il-regional area conference għamlu.", "Anke fuq l-emigrazzjoni u ċ- ċittadinanza doppja.", "Aħna nikkonsultawh u nisimugħ lill-poplu.", "Aħna rridu nħossuh il-polz ta' dak x'qiegħed jgħid, imma mbagħad tikkritikanix li ma kienx hemm konsultazzjoni jekk in-nutara ma attendewx għal-laqgħa li aħna stedinnihom għaliha.", "Sur President, biex nagħlaq irrid ngħid li din hija mozzjoni ta' diżonesta' intellettwali għax biha qed nippruvaw inpinġu stampa li m'hijiex veru.", "Hija mozzjoni li tipprova tissalvagwarda l-ineffiċjenza, l-abbuż, l- evażjoni tat-taxxa u l-ingann.", "Nagħmlu ħafna paraguni u jgħidulna għax għolew, imma aħna nerġgħu ngħidulhom u nibqgħu ngħidulhom: Ipparagunat ma' xiex?", "Ma kemm kien jiċċarġjak dak l-iskrivan?", "U dak li l-iskrivan kien jiċċarġjak kien jiddikjarah?", "Kien jagħtik irċevuta?", "Kien jagħtik garanzija?", "Qatt ma kienet tingħata, u għalhekk Sur President, nagħlaq billi ngħid li b'din il-mozzjoni għandna konferma li verament għandna oppożizzjoni tal- bieraħ b'nies tal-bieraħ għal Malta ta' għada.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn il-permess biex l-Onor.", "Jason Azzopardi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rrifera għalihom?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Sur President, nibda billi ngħid li nixtieq li d- diskussjoni tkun iktar relatata mas-suġġett għax jiddispjaċini ngħid li l- konfużjoni m'hijiex qiegħda biss fis-sistema imma anke fost il-kelliema tal- gvern.", "Ftit jiem ilu, qabel ma tressqet il-mozzjoni, l-Onor.", "Tony Abela semma' l- inkwiet li hawn bħalissa f'dan ir-rigward.", "Forsi dakinhar ħadd ma ta kasu, pero' llum jien nistieden lill-ministru biex jagħti kas ta' dak li qal dan id-deputat, għax hawnhekk mhux qed nitkellmu politika biss.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar ir-realtajiet ta' madwarna u huwa dnub li jkollna mmorru 30 sena lura biex nippruvaw naraw x'kien jiġri dak iż-żmien.", "Għalkemm huwa veru li xi sistemi ta' dak iż-żmien riedu jiġu rranġati, ma nistgħux nagħtu l-impressjoni li l-pajjiż ġie kkreat issa.", "Dan qed ngħidu għax hemm bżonn li nħarsu lejn il-preżent, jiġifieri lejn x'ġara bil-barka ta' dan il- gvern, u jekk insibu xi ħaġa ħażina għandna ningħaqdu biex nirranġawha.", "Sur President, li ġara hu li saret sistema ta' riċerki - jiġifieri sistema biex wieħed ifittex dwar titli ta' proprjeta', drittijiet, dejn eċċ. – bi ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija Eureka Services li permezz tiegħu nxtrat id-database magħrufa bħala Eureka index database u Eureka images database, bil-għan li jkunu jistgħu joħorġu r-riċerki uffiċjali.", "Ta' din id-database, minflok tħallset fi flus il-kumpannija Eureka ngħatat monopolju sħiħ.", "Din hija ironija kbira, partikolarment issa li anke f'dan il-parlament qed nisimgħu ħafna diskors favur il-liberalizzazzjoni tal- qasam tal-kummerċ, li jkun il-gvern li anke kontra t-tendenza li tant jiftaħar biha, jagħti monopolju għal għaxar snin sħaħ f'area daqshekk delikata u sensittiva.", "Tajjeb li wieħed jgħid li l-gvern kien ilu snin sħaħ biex jikkomputerizza s-sistema tar-riċerki fir-reġistru pubbliku.", "Numru mhux żgħir ta' mpjegati damu snin sħaħ jittrasferixxu d-data għal ġol-computers.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu vverifikati minn kulħadd.", "Intefqu eluf kbar ta' liri f'salarji, f'makkinarju u f'computers, imma sfortunatament s'issa nistgħu ngħidu li minn dawn is-soluzzjonijiet li ppreżenta l-gvern ma ħareġ xejn.", "Il-ħasra hi li fil-qagħda preżenti tal-pajjiż, minflok ra għaliex mar kollox ħażin u għaliex intilfu eluf kbar ta' liri, bi ftit eluf ta' liri l- gvern biegħ kopja tal-microfilms lil kumpanija privata li fi ftit xhur irnexxielha tagħmel dak li l-gvern f'bosta snin m'għamilx.", "Jien m'iniex qed nagħti tort lil xi gvern partikolari imma qed ngħid biss x'inhi s- sitwazzjoni attwali.", "Bil-ftehim milħuq mal-gvern, il-ftit investiment li sar minn din il- kumpannija beda jirrendi bil-kbir.", "Biex din il-kumpannija tkun tista' topera, il-gvern ipprovda, a spejjeż tiegħu, dipartiment sħiħ biex il- maġġoranza ta' l-impjegati fi ħdan id-dipartiment tar-reġistru pubbliku spiċċaw jaħdmu direttament jew indirettament għall-imsemmija kumpannija.", "Ta' min wieħed jinnota li waqt li issa kull talba għal riċerki ssir lill- gvern – għax sa ftit ilu kienet issir lill-Eureka - dan hu marbut li jgħaddi din ir-rikjesta lill-kuntrattur privat, bl-ispejjeż amministrattivi jitħallsu min-naħa tal-gvern.", "Jiġifieri l-gvern jiġbor il-ħlas u jgħaddih lill-kuntrattur.", "Issa l-kuntrattur spiċċa aħjar milli kien, għax fejn qabel kien ikollu jsaqqaf wiċċu hu biex jiġbor il-flus, issa dan ix-xogħol qed jagħmilhulu l-gvern.", "Bl-Avviż Legali Nru. 262 tas-sena 2000, il-gvern ippubblika r-rati ġodda li se jgħaddu lill-kuntrattur kif spjegajt, u bl-iskuża li r-riċerki jkunu garantiti ħadd ma jista' jaħrab minn dawn it-tariffi.", "Jista' jiċħad il- gvern li ta' photocopy in-nies qed jintalbu Lm1.20, jew li ċertifikat tat- testment li qabel kien jiswa Lm2.50 issa sar Lm5?", "L-inqas ħlas ta' riċerka tela' għal Lm6 meta qabel kien inqas minn Lm1.", "Rigward din il-famuża riċerka li tiswa Lm6, il-verita' hi li talli persuna sempliċement tordnaha trid tħallas Lm6; u jekk il-persuna li dwarha tkun qed issir ir-riċerka tkun miżżewġa jridu jitħallsu Lm6 oħra talli ssir riċerka dwar il-partner; u Lm6 oħra talli ssir riċerka dwar il-partner meta kien għadu jew għadha ġuvni jew xebba, jiġifieri l-ispiża totali titla' għal Lm18.", "Rigward is-servizzi, jien niftakar li meta tressaq il-kuntratt f'dan il- parlament, waħda mill-affarijiet li kienet għoġbitni kienet il-garanzija li f'sebat ijiem ir-riċerki jkunu lesti.", "Fil-verita' il-maġġoranza tar-riċerki qed idumu iktar minn sebat ijiem biex jitlestew.", "X'rimedji għandu l-gvern għal dan in-nuqqas?", "L-unika soluzzjoni hi li min m'huwiex kapaċi jistenna, ma jitlobx riċerki in the first place.", "Dan hu dak li jġib il-monopolju.", "Hija ħaġa stramba li l-gvern jiftaħar li r-riċerki huma uffiċjali u ma jgħidx li dawn qegħdin isiru minn kuntrattur privat bl-approvazzjoni sħiħa ta' l-istess gvern.", "Filwaqt li l-ministru jiftaħar li l-gvern ma ħariġx penny għal dan il-għan, is-salarji ta' l-impjegati tar-reġistru pubbliku u d-day-to-day running ta' l-uffiċini, inkluż il-ħlas tal-kontijiet tat- telephone, tad-dawl u ta' l-ilma, qed jitħallsu kollha mill-gvern.", "Xi ħadd min-naħa tal-gvern argumenta li 80% tar-riċerki jiswew inqas minn Lm20.", "Li ma ntqalx kien x'differenza se jkun hemm bejn dawn it-80% u l-20% l-oħra.", "Lanqas ma ntqal li meta ssir riċerka dwar proprjeta', it-tiftix irid isir fuq kull persuna li kienet sid ta' dik il-proprjeta' u jrid imur lura għaxar snin.", "Għaliex il-gvern ma jridx jgħid li jekk tiġi ordnata riċerka dwar mara li qatt ma kellha proprjeta', il-minimu li jrid jitħallas huwa Lm12, Lm6 ta' meta kienet xebba u Lm6 ta' meta żżewġet?", "Iktar minn hekk, għalkemm il-gvern qed jiftaħar li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l- awtorita' tad-djar, il-fee hija ta' Lm3, m'huwiex qed jgħid il-verita' għax l-ewwel u qabel kollox, m'huwiex jikkalkula d-differenza fl-infiq meta minflok xebba jkun hemm involuta mara miżżewġa.", "Jiġifieri jekk issir riċerka dwar koppja, l-ispiża titla' għal Lm9, Lm3 għal kull persuna u Lm3 oħra ta' meta l-mara kienet xebba, biex fuq kollox ma jirriżulta xejn.", "Imma l-aqwa li l-gvern jiftaħar li rnexxielu jnaqqas ir-rata bin-nofs.", "Sur President, wara li l-gvern biegħ xi ħaġa kważi b'xejn, issa l- kumpannija li daħlet għal dan l-investiment qed jirnexxiela tagħmel turnover qawwi ħafna grazzi għall-ftehim li laħqet ma' l-istess gvern, ftehim li jrid jiġi rivedut kull sentejn, jiġifieri li hemm probabbilta' kbira li f'Jannar tas-sena 2002, it-tariffi jerġgħu jogħlew.", "Il-gvern lanqas kellu d-diċenza li ta' l-inqas, bejn dipartiment u ieħor ma jkunx hemm ħlas, għax inkella l-kbar ma jgawdux.", "Kieku ta' l-inqas il-flus kollha li qed jitħallsu qed imorru għand il-gvern biex jibda jsolvi ftit mill- problemi kbar li għandu, kieku dawn it-tariffi kien ikollhom ftit tas-sens, imma fejn hi t-trasparenza f'din il-biċċa xogħol?", "Kemm qed jieħu l-gvern minn dawn it-tariffi?", "Xi ħaġa ta' l-iskantament hija li l-gvern s-sehem tal-gvern tant se jkun żgħir li mhux se jkun biżżejjed biex ta' l-ijqas ikopri l-ispejjeż tas- salarji ta' l-impjegati tar-reġistru pubbliku, u sadanittant il-kuntrattur ikompli jistagħna.", "Jien nistaqsi lill-gvern jekk huwiex veru li l-computer li fih hemm stored it-tagħrif dwar il-pajjiż kollu jinsab f'dar privata ta' xi nutar partikolari.", "Allura jekk jiġri xi ħaġa lil dan it-tagħrif, x'se nagħmlu?", "Ħadd m'hu infallibbli, u allura jekk lil din id-ditta jiġrilha xi ħaġa, f'pajjiżna ma jsirux iktar kuntratti?", "Sur President, tajjeb li wieħed jgħid ukoll li fir-rigward tal-garanziji fuq ir-riċerki uffiċjali, jidher li l-uniku uffiċċjalita' hija l-ewwel paġna li tagħti l-lista tan-numri.", "Mill-bqija, xejn m'hu garantit.", "Fil- fatt, il-ftehim jgħid hekk:", "\"Il-partijiet iddikjaraw li huma konxji li teżisti possibbilta' li hemm diverġenzi bejn l-indiċijiet manwali u dawk li jinsabu fil- microfilms, peress li wara li ttieħed il-microfilm mir-reġistru pubbliku, setgħu saru xi korrezzjonijiet jew aġġornamenti mingħajr ma ġew aġġornati l-microfilms.", "Għaldaqstant għandu jinħadem pjan bejn il- partijiet biex id-diskrepanzi li jeżistu fl-indiċijiet manwali kif imsemmi jiġu korretti\".", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'sar minn dan il-pjan li suppost kellu jsir?", "Ikolli ngħid li wasalna fl-istat redikolu li lanqas il-ħaddiema tar- reġistru pubbliku ma huma fdati, u biex il-pubbliku jinqeda, irid jibgħat e- mail jew fax, anke min ma jafx jikteb u jaqra.", "Sur President, jekk il-gvern qed jaħseb li din hija xi ħaġa ta' din in- naħa tal-Kamra, sejjer żball.", "Avolja l-gvern se jkun ferħan li din il- mozzjoni biex tirrevedi t-tariffi se tgħaddi, fir-realta' qed tinħoloq problema kbira li diġa' qed tinħass min-nutara kollha.", "Għalkemm f'pajjiżna m'hawnx ħafna li għandhom din il-professjoni, b'daqshekk ma jfissirx li l- gvern għandu l-jedd jgħaddi bir-romblu minn fuq dawn in-nies, għax fuq kollox, aħna bħala uffiċjali pubbliċi nirrappreżentaw lill-poplu u dan il- fatt għandu jiġi rikonoxxut.", "Ma jistax ikun li fejn qabel, nutar seta' jiċċekkja ċerti affarijiet manwalment, issa intenzjonalment inħolqot sistema tat-taħliet, fejn għalkemm hemm index alfabetiku, ma teżisti l-ebda sistema biex persuna tfittex l-informazzjoni li jkollha bżonn b'mod raġonevoli.", "Jien nisfida lill-gvern biex jgħid jekk huwiex veru li din il- ħaġa għamilha b'mod intenzjonat biex forsi jħares l-investiment li għamel.", "Jekk għamel hekk ma nistax ngħid li għamel sew, partikolarment għaliex spiss nisimgħu ħafna paroli dwar it-trasparenza, l-accountability u l- kumdita' taċ-ċittadini.", "Fir-rigward tas-servizz li jingħata, irrid ngħid li nħolqot burokrazija anke fil-metodu ta' kif wieħed jista' japplika.", "Fejn qabel kien hemm formola li kienet timtela' faċilment minn min ried jordna riċerka, illum din il-kumpannija qed titlob li jkollha kollox typed.", "Jien ma ngħidx li din hija xi ħaġa ħażina, imma fir-realta' rridu noqogħdu attenti li nħallu lok għall-flessibilta', biex il-pubbliku b'mod partikolari jkun jista' jinqeda' mingħajr problemi.", "Nerġa' ngħid li din il-kwestjoni m'hijiex biss politika.", "Il-lat politiku huwa dak li l-gvern qed iżid it-taxxi taħt forma differenti.", "Għalkemm rajna diversi eżempji ta' din l-attitudni arroganti tat-tmexxija preżenti, il-kwestjoni kollha tmur oltre minn hekk.", "Jien ma nistenniex li l-prezzijiet se jibqgħu l-istess għall-eternita', imma ta' l- inqas, tal-prezz li wieħed jitħallas, jistenna effiċjenza, li tfisser rapidita', serħan il-moħħ u aċċessibilita' għal kulħadd.", "Sfortunatament ikolli ngħid li ħafna nutara, anke ta' tendenzi politiċi differenti minn tagħna, spiss jgħidulna li jinsabu mbellħin quddiem il-mod ta' kif il-gvern qed jaġixxi f'din il-materja.", "Bħala konsultazzjoni nista' ngħid li kienet kważi ineżistenti.", "Il-gvern wera stampa sabiħa ta' uffiċċjalita', ta' modernizzazzjoni u ta' aktar effiċjenza, biex imbagħad meta ġejna għall- fatti ndunajna li l-mod ta' kif tħaddmu l-affarijiet xejn ma kien sodisfaċenti.", "Jien m'għandi xejn kontra l-kumpannija Eureka jew kontra dawk li jokkupaw ċerti karigi.", "Jien kontra dak kollu li ma jsirx kif jixraq lill-pajjiż.", "In- nutara tant huma nkwetati b'din is-sitwazzjoni li saħansitra ffirmaw petizzjoni.", "Għalkemm l-Onor.", "Azzopardi qal li sitt nutara biss attendew għal laqgħat li saru, wieħed ma jistax ikejjel dak li jkun qed jiġri fil- pajjiż bl-attendenza għal xi laqgħat.", "Jien nista' ngħid li minkejja dak kollu li qed jingħad hawn, nhar is-Sibt se ssir laqgħa għalina n-nutara ġewwa l-Corinthia biex niddiskutu l-ħafna diffikultajiet li qed insibu ma' wiċċna.", "Nerġa' ngħid li l-gvern qed jiżbalja jekk qed jaħseb li dawn l- affarijiet qed tgħidhom l-oppożizzjoni biss.", "Fil-bidu ta' dan l-intervent semmejt każ ċar, fejn membru tal-gvern li hu anke nutar ilmenta dwar in- nuqqasijiet li jeżistu.", "Nista' nikkwota lill-Onor.", "Abela li qal: \"Wasalna fil-pendlu li minn nejja ssir maħruqa\".", "Nerġa' ngħid li dawn l-affarijiet mhux aħna biss qed ngħiduhom, u għalhekk jekk il-gvern qed jgħid li qed noħolqu kwestjoni politika minn din is-sitwazzjoni, irid jindirizza lill-membri tiegħu stess.", "Jekk iħares lejn il-firem tal-petizzjoni jkun biżżejjed biex jara li mhux l-oppożizzjoni biss qed tqajjem dawn id-diffikultajiet.", "L-għebusija tar-ras qatt ma tagħmel ġid, u jien nemmen li l-gvern, jekk irid, għadu fiċ-ċans li jikkonsulta u jara kif se jelimina dawn id-diffikultajiet.", "Pero' jrid jagħti commitment serju li verament se jagħti każ ta' x'inhu jiġri f'dan il- qasam.", "Jien qed nagħmel din l-istedina f'ismi, f'isem ħafna nutara pubbliċi u finalment f'isem il-poplu kollu.", "Ħadd m'għandu jaħseb li ż-żieda fit- tariffi se nbatuha aħna n-nutara.", "At the end of the day, il-klijenti tagħna se jagħmlu tajjeb għal dawn iż-żidiet.", "Jien ma nistax nifhem għalfejn il-gvern qed jinnega dawn id-diffikultajiet u għalfejn jikkwota ż- żidiet ta' nota fl-insinwa li ssir darba ma' kuntratt filwaqt li r-riċerki li jsir kontinwament, ma jsemmihomx.", "Sur President, nagħlaq billi nappella lill-gvern biex ikollu l-irġulija li jammetti li jista' jtejjeb is-sitwazzjoni.", "Nappella wkoll biex din il- mozzjoni ma titteħidx bħala xi ħaġa tal-Laburisti kontra n-Nazzjonalisti.", "Aħna qed inressqu din il-mozzjoni skond id-dmirijiet li għandna lejn il- pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 16 ta' Frar 2001, fid-9.00 a.m. b'din l-Aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni ta' l-Onor Gavin Gulia u l-Onor Angelo Farrugia għat-tħassir ta' l- Avviżi Legali Nri 261 u 262 ta' l-2000 - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni – (Tielet Qari).", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, dan huwa wieħed mill-ewwel aġġornamenti li qed nagħmel din is-sena u rrid niddedikah għal dak illi qiegħed jingħad rigward ix-xogħol tajjeb li qed jagħmel il-gvern Nazzjonalista fit-tieni distrett elettorali.", "Ma nkunx qiegħed niżbalja jekk infakkar lin-nies fil-proġett tal-Kottonera, li għall-grazzja t'Alla mhux biss għaddej imma qiegħed jissoda kuljum.", "Wieħed ma jridx jinsa lanqas il- proġett ta' l-isports complex ġewwa l-Kottonera, li miexi b'ritmu tajjeb ukoll.", "Il-Ħadd li għadda jiena smajt b'attenzjoni dak li qal il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar dan u ħassejt illi għandi umilment nikkoreġi xi affarijiet illi ntqalu.", "Naħseb illi huwa tajjeb illi l-poplu tal- Kottonera, speċjalment il-poplu tal-Birgu illi dalwaqt se jivvota għall- kunsill lokali tiegħu, iqiegħed l-affarijiet b'mod ċar quddiem għajnejh ħalli jkun jista' jara sewwa min qiegħed jaħdem għall-ġid tiegħu u min qiegħed jipprova jċaqlaq l-affarijiet 'il quddiem.", "Smajt il-kritika li saret mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kienet ippermjata fuq tliet affarijiet, l-ewwel il-kwestjoni ta' l-ispekulazzjoni.", "Dr. Sant qal li mhux sew li dan il-kuntratt waqa' f'idejn l-ispekulaturi.", "U dan huwa pjuttost mod stramb kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jimposta l-affarijiet, għax il-kelma ''spekulaturi'' fil-lingwa tagħna tfisser bniedem ħawtiel fin-negozju, bniedem li jaħdem biex idabbarha, bniedem li jaħdem biex jagħmel profitt minn ħidmet il-kummerċ.", "Ngħid is- sewwa urtajt ftit ruħi meta smajtu jgħid illi l-proġett tal-Kottonera waqa' f'idejn l-ispekulaturi u ddejjaqt li pprova jagħti mmaġini kerha lil xi ħaġa illi hija tajba.", "Meta għamilna l-proġett tal-Kottonera aħna tajna l- fiduċja lin-negozjant Malti billi għednilu li nafdaw li hu kapaċi jwettaq dak li fdajnilu f'idejh.", "Ovvjament għaddejna għand in-negozjant Malti għax konna qegħdin naċċettaw hawnhekk, iż-żewġ naħat tal-Kamra, illi l-gvern m'għandux biżżejjed mezzi biex jagħmel proġett bħal dan u allura bilfors ried imur għand in-negozjant.", "Issa li lin-negozjant Malti tipprova tħammġu u tipprova tgħid li huwa spekulatur f'sens ħażin żgur li m'huwiex sew.", "Skond id-dizzjunarju tiegħi negozjant huwa bniedem ħawtiel u bniedem li jipprova jżid fin-negozju, u għalhekk naħseb li huwa żbaljat daparti tal- Kap ta' l-Oppożizzjoni li jipprova jħammeġ dan il-proġett.", "Din il-ġimgħa xi ħadd qal li n-naħa l-oħra għandha politika neo-Marxista.", "Għall-mument għedt li kien qed jiżbalja l-ħabib tiegħi, għax forsi mhux għal Karl Marx ried jgħid imma għal Groucho Marx!", "Dan f'wieħed mill-films tiegħu qal din is-sentenza:", "'No matter what it is or who commenced it, I'm against it!''.", "U naħseb li din hija l-linja li qed jieħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ladarba dan il-proġett inbeda minn din in-naħa, allura ma jaqbilx miegħu u għalhekk jipprova jħammġu.", "Fost affarijiet oħra qal li kieku għad hemm gvern Laburista, il-proġett kien ikun diġa' lest.", "Qalilna wkoll li kieku diġa' hemm id-dgħajjes fil-Birgu.", "Imma kulħadd jaf, Mr Speaker, li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien iġġieled ma' kulħadd fis-sentejn li dam fil-gvern.", "Dr. Sant kien iġġieled mhux biss ma' diversi nies li kellu fil-partit tiegħu stess, imma kellu wkoll xi jgħid mal-konsorzja nnifishom.", "Kulħadd jiftakar id-diversi dikjarazzjonijiet li saru f'din il-Kamra.", "L- ewwel kien sar ftehim ma' konsorzju, imbagħad iġġieldu ma' konsorzju ieħor.", "Wara reġgħu ftiehmu ma' konsorzju ieħor imma xorta ma setgħux jiftehmu fuq diversi affarijiet.", "Jiena ngħid li kieku għad hemm il-gvern Laburista, kieku l-proġett għadhom jiddiskutuh u għadhom qegħdin jippruvaw jikkuntrattaw biex isibu lil xi ħadd interessat li jidħol għalih!", "Jiena nħoss li l-qawl Malti li min imaqdar irid jixtri huwa relevanti ħafna hawnhekk.", "Għax fil-fatt huwa dan il-gvern li qiegħed iwettaq dan il- proġett u li qiegħed joħloq anke x-xogħol.", "Imma dan il-fattur qisu jdejjaq lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, bħalma qisu jdejqu wkoll il-fatt li t-tielet konsorzju, Camper and Nicholsons, daħal jaħdem fih, u qiegħed jagħmel ix- xogħol tiegħu biex il-proġett tal-Kottonera jkun suċċess.", "Hawn ta' min ifakkar illi tan-naħa l-oħra m'għandhom l-ebda mertu fuq it-trattativi.", "Kien xogħol u ħidmet l-Onor.", "Ministru Francis Zammit Dimech li b'paċenzja kbira ħa ħsieb jagħmel ftehim ma' dawn it-tliet konsorzji li qegħdin avvjati jaħdmu.", "Jiena ninnota, illi meta għal xi raġuni x-xogħol ikollu jieqaf temporanjament, fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra jkun hemm ħemda, ħadd ma jitkellem u ħadd ma jgħid xejn.", "Qisu li kulħadd iħossu komdu li dan ix- xogħol ikun waqaf.", "Imbagħad appena jerġa' jibda x-xogħol, jibdew iqumu l- problemi kollha.", "U dan wieħed jifhem għaliex, għax tant qalulhom li l- Partit Nazzjonalista mhux se jwettaq il-proġett tal-Kottonera, li issa li n- nies tal-post qegħdin jarawh isir, il-Partit Laburista qiegħed iħossu skomdu.", "Għaliex?", "Għax il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li mill-paroli għadda għall-fatti, u beda jagħmel l-affarijiet bl-aħjar mod possibbli u fl- interess tan-nies ta' l-inħawi.", "Jiena jiddispjaċini meta nara l-ħidma li wettaq gvern Nazzjonalista ġewwa l-Birgu m'hijiex daqshekk apprezzata.", "Il-proġett tal-Kottonera fil-fatt se jagħti spinta kbira lill-Birgu, pero' rrid ngħid ukoll illi dan il-gvern għandu wkoll tliet ġojjelli, f'din il-belt li jeżistu sforz il-ħidma tiegħu.", "Dawn huma l-Mużew Marittimu, l- Auberge of Angleterre' u l-importanza li issa saret tingħata lill-Palazz ta' l-Inkwiżitur.", "Il-Mużew Marittimu, Mr Speaker, jiġbed lejn il-Birgu numru kbir ta' nies, uħud minnhom qatt ma kienu resqu lejn dan il-post qabel u lejn il-Kottonera.", "Fosthom insibu għadd sabiħ ta' barranin li jiġu biex jaraw dan il-mużew sabiħ, li jixraqlu wkoll iżjed espansjoni.", "Dan huwa kollu frott ta' ħidma ta' gvern Nazzjonalista.", "L-istess jista' jingħad dwar l-Auberge of Angleterre li gvern Nazzjonalista ħa ħsieb jirrestawra u jittrasforma f'librerija reġjonali.", "Hawn il-ħin kollu jintbagħtu l-kotba, mhux biss bil-lingwa Ingliża, imma fi kwalunkwe lingwa, kif irriżultali minn diversi domandi parlamentari li jien stess għamilt dwarha.", "Issa din il-librerija għaddiet f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Birgu pero' l-importanza tagħha, ir-role strateġiku tagħha, huwa kollu frott ta' ħidmet gvern Nazzjonalista.", "L-istess għal dak li għandu x'jaqsam mal-Palazz ta' l-Inkwiżitur.", "Għal dan il-post il-gvern Nazzjonalista nefaq Lm11,000.", "Din mhux ukoll ħidma tajba, Mr Speaker?", "L-istess ngħidu għall-ħidma li qiegħda tagħmel il- Kottonera rehabilitation, li tonfoq flejjes kbar ġewwa l-Birgu għar-restawr u għall-pavimentar.", "Is-sena l-oħra, jekk m'inix sejjer żball, intnefqu mat- Lm80,000, apparti l-proġetti li hemm lesti għal din is-sena.", "Kulmin jasal il-Birgu u jgħaddi minn quddiem il-Vittoriosa Stars, jara armat il-ħadid biex isir ir-restawr ta' dik il-faċċata.", "Dik hija dar antika li xieraq li l- faċċata tagħha tiġi restawrata.", "Ma' dan ta' min iżid li l-kumitat tal- Kottonera qiegħed jaħseb ukoll biex it-torri tal-Birgu jerġa' jinbena mill- ġdid.", "Dawn huma kollha attivitajiet u xogħol li qiegħed isir minn gvern Nazzjonalista ġewwa l-Birgu, u tajjeb li l-mertu jieħdu hu.", "Huwa veru li dejjem kien hemm il-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali.", "Per eżempju, meta ġejna għax-shelters dan sar b'inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Birgu b'danakollu mn'Alla kien hemm il-Cottonera rehabilitation project - li huwa wkoll frott tal-gvern Nazzjonalista - li ta s-sehem tiegħu u għadu jagħtih.", "Din il-ħaġa mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam il-Birgu nnifsu, għax il- Birgu elettoralment qisu maqsum f'biċtejn, għax għandek il-Birgu l-antik, imbagħad għandek Tal-Ħawli, il-housing estate li qiegħed 'il fuq mill- kulleġġ, De La Salle u St Edwards.", "Minn domanda parlamentari li kont għamilt lill-Ministru Gonzi sirt naf li l-gvern nefaq ħafna flus - madwar Lm4,000 jew Lm5,000 - biex in-nies f'dawk l-inħawi jkollhom ambjent diċenti.", "Sar ħafna xogħol biex Tal-Ħawli jkun post sabiħ u xieraq għal dawk li joqogħdu hemm.", "Sur President, wieħed jifhem għaliex il-Kap ta' l-Oppożizzjoni il-Ħadd li għadda ħass il-bżonn mhux biss li jagħmel konferenza ġewwa l-Birgu kif is-soltu jagħmel, imma li jmur iżur ċerti nies fi djarhom, għaliex in-nies tal-Birgu, bħan-nies tal-Kottonera in ġenerali qegħdin jaraw b'għajnejhom il-ħidma fejjieda ta' dan il-gvern f'dawn l-inħawi.", "Anke jekk biss wieħed jikkonsidra l-kwantita' kbira ta' turisti li jiġu jżuru din il-belt, in- numru ta' kafetteriji li nfetħu - issa hemm kafetterija ġdida ġewwa Couvre Porte - u l-investiment ġdid li qed ikun hemm, wieħed għandu jifhem li dan hu kollu frott ta' xogħol b'risq din il-belt mill-Partit Nazzjonalista.", "Din m'hijiex xi strateġija li qiegħda ssir f'post wieħed biss, għax kull min idur it-Tlett Ibliet jinduna li xogħol simili qiegħed isir kullimkien.", "Bħalissa għaddej proġett ta' tindif u restawr tal-mina ta' Santa Liena ġewwa Bormla.", "Dan qed jiswa lill-gvern Lm80,000.", "U xi ngħidu għat-twaqqigħ tal-ħajt ta' Bormla?", "Dak huwa wkoll frott tal-ħidma li qiegħed jagħmel dan il-gvern fil-Kottonera.", "L-istess jista' jingħad għall-Belt Sengleana, fejn il-kumitat tar-rijabilitazzjoni tal-Kottonera beda jaħdem anke hemmhekk.", "Hemm maħsub li matul din is-sena titnaddaf il-mina ta' Sant'Anna ġewwa l- Isla.", "Sadattant, l-istatwa ta' San Mikiel, maħbuba ħafna mis-Sengleani, ġiet restawrata u rranġata dejjem taħt il-kappa tal-proġett għar- rijabilitazzjoni tal-Kottonera.", "X'inhu l-messaġġ tagħna?", "Il-messaġġ tagħna huwa li dak li qegħdin nagħmlu aħna qegħdin nagħmluh biex inżommu mhux biss wegħda elettorali, imma għax aħna verament irridu l-ġid lin-nies tat-tieni distrett.", "Jiena naf li għad baqa' ħafna x'isir, iżda wettaqna ħafna u qegħdin inwettqu ħafna.", "Ladarba tibda, allura taqbad ċertu ritmu li diffiċli biex wieħed iżommu lura.", "U din tidher li hija l-atmosfera fit- tlett ibliet.", "L-istess fil-Kalkara, fejn issa se taqa' l-knisja magħrufa Tas-Salvatur, knisja żgħira ħafna, iżda li hija importanti għan-nies tal-Kalkara.", "Din se tiżżarma u terġa' tinbena mill-ġdid, għax it-trapass taż-żmien tant kiel il- ġebla illi hemm bżonn li din tiżżarma u terġa' ssir kważi mill-ġdid għar- restawr tagħha.", "Din hija kollha ħidma li l-gvern Nazzjonalista qiegħed iwettaq ġewwa t-tieni distrett.", "Veru li ssib lil min jgħid li l-kritika ta' l-oppożizzjoni hija bbażata fuq il-ħsieb, li min imaqdar irid jixtri.", "Forsi wkoll dan hu s-senteiment tal-parti l-oħra, illi dak li aħna qegħdin nagħmlu tixtieq kieku tista' tiftaħar li għamlitu hi.", "Pero', tul is-sentejn li għamlu fl-amministrazzjoni tagħhom, fit-tlett ibliet u fil-Kalkara ma għamlu assolutament xejn; u din hija l-verita' u dawn huma l-fatti.", "Jiena din irrepetejtha diversi drabi hawn ġew, u r-risposta min-naħa l-oħra kienet li sar rapport soċjo-ekonomiku, rapport ta' ħafna laqgħat, ta' ħafna diskorsi, ta' ħafna nies li nġabru f'diversi karti u f'diversi biċċiet ta' l-istampa u li qegħdin miġburin.", "Imma x'differenza bejnhom u bejna!", "F'sentejn din in-naħa bdiet taħdem, għamlet il-proġett, għamlet il-ftehim tal-Kottonera, bdiet iċċaqlaq l-affarijiet, bdiet tmexxi l-affarijiet, bdiet tinvesti sewwa fl-affarijiet u n-naħa l-oħra f'kull ma għamlu f'sentejn qagħdu jitkellmu u jitkellmu; dejjem jitkellmu.", "Veru kien hemm bżonn li jagħmlu rapport għax dak id-diskors kollu kellu jinġabar xi mkien, imma baqa' rapport, bejn il-fatti u l-azzjoni ma ġara xejn.", "Mentri din in- naħa tkellmet, rat l-affarijiet, imma mbagħad bdiet twettaq ħidmietha.", "Din id-differenza li n-nies fit-tieni distrett elettorali qegħdin jaraw, mhux biss, imma l-istess nies qegħdin jaraw li kieku ma kienx hemm is-sejħa ta' l-elezzjoni, il-ħajt tan-number 1 dock ma kienux jinżlu żewġ filati minnu.", "Allura, mhux bilfors kulħadd qiegħed jara d-differenza bejn gvern u ieħor!", "Mhux bilfors kulħadd qed jara li dan il-gvern qiegħed jagħti lill-Kottonera l-importanza li tixirqilha.", "Sfortunatament, il-kritika li ssirilna min-naħa l-oħra hija li aħna qisna tajna l-art tal-Kottonera lil xi nies ħżiena, malvaġi u li qegħdin jisfruttaw din l-art għall-interessi tagħhom.", "Bbir-rispett kollu, din il- kritika hija ftit żleali, għax aħna, bħalma kienu beħsiebhom jagħmlu huma, morna għand in-nies fin-negozju, li min-naħa tagħhom daħlu għal din l- intrapriża.", "Il-parti l-oħra jgħidulna li fil-kuntratt tagħhom kien hemm li ma setgħux jagħmlu ċerti atti bħal per eżempju ma setgħux ibiegħu l- azzjonijiet tagħhom jew jidħlu f'ċerti tipi ta' kuntratti.", "Ħasbu li b'dik il-klawsola kienu se jżommu n-nies tan-negozju milli jerġgħu jbiegħu xi ħaġa bid-drittijiet tagħhom lil ħaddieħor u b'hekk jiġġeneraw iktar xogħol.", "In-negozju jiġi min-nies li jifhmu l-valur tal-ħaġa u li jkunu kapaċi jgħadduha lil ħaddieħor wara li jkunu żidulha l-valur tagħha, Mr Speaker.", "Jiena nibqa' skantat meta nisma' lil tan-naħa l-oħra jikkritikawna li qegħdin nippruvaw nagħtu l-art għal xi forma ta' spekulazzjoni f'sens ħażin.", "Irrid ngħid li s-sens Malti tal-kelma ''spekulazzjoni'' huwa dawk in-nies li jaħdmu u li huma ħawtiela fin-negozju.", "Tajjeb nifhmu li meta per eżempju se jsir il-casino ġewwa x-xatt tal-Birgu, aħna ma tajniex l-art lil xi għaqda, bħal boy scouts u din flok ma użatha għall-ġid tat-tfal qabdet u għamlet negozju minnha.", "F'dan il-kas ma sarx hekk.", "Din għaddejniha lin-nies tan-negozju u nieħdu pjaċir naraw li dawn se jagħmlu minnha xi ħaġa tan-negozju.", "U iktar ma jagħmlu hekk, aktar se jiżdied il-valur tal- post. Mhux biss, imma l-proġett tal-Kottonera allura jiġbed iktar nies li jkunu lesti jinvestu fih.", "Dan huwa s-sens tagħha kollu u naħseb li gvern Nazzjonalista qed jirnexxielu wkoll f'dan il-kamp iġib iktar nies tan- negozju mill-Ewropa u mid-dinja li huma lesti li jidħlu għal dan il-proġett u li jinvestu fih.", "Hija ħaġa sabiħa illi l-casino ta' Venezja ddeċieda li jagħmel branch tiegħu hawnhekk.", "Dan huwa investiment tajjeb għal pajjiżna, peress li dawn se jonfqu l-flus, se jimpjegaw lin-nies filwaqt li aħna se nagħmlu xi ħaġa li minnha jibbenefika l-poplu tal-Kottonera.", "Jiena niftakar li fil- kampanja elettorali l-parti l-oħra bdiet tgħid lin-nies li kienu se jimpjegaw 500 ruħ hemmhekk, pero' ħadd ma kien kapaċi jagħti spjegazzjoni dawn il-500 ruħ kif kienu se jiġu impjegati.", "Aħna ppreferejna ma nitfgħux bżar fl-għajnejn, imma mxejna kif kellna nimxu u għedna li se nagħmlu dan il-proġett u li se nagħmlu ħilitna biex dan jirrendi u jagħti l-frott.", "Issa kulħadd qiegħed jifhem li fil-Kottonera, ladarba se jiġi dan il- casino ta' Venezja, ladarba se jseħħu l-affarijiet illi wegħedna u ntrabatna ma' dawn in-nies fil-kuntratt, allura bilfors li f'dan il-lokal ser jinħoloq ix-xogħol, fattur importanti għal pajjiżna.", "U dan hu riżultat tal-ħidma tagħna.", "Ir-riżultat m'huwiex xi ħaġa fl-arja, imma huwa fatt konkret illi juru li l-affarijiet qegħdin isiru tajjeb.", "L-istess għall-kwestjoni ta' Camper & Nicholsons, soċjeta' internazzjonali li hija magħrufa għal dak li huwa yachting.", "Hija isem ta' prestiġju, għandha wkoll il-persuni tagħha li qegħdin jippruvaw jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, u allura kienet ħidma tajba li rnexxielna nattirawha bħala t-tielet konsorzja.", "Din hija prova oħra li turi kemm dan il-gvern jaħdem bis-serjeta', u kemm il-Ministru Francis Zammit Dimech ta s-sehem tiegħu biex dan kollu seta' jitwettaq ħalli għada pitgħada għad naraw verament id-dgħajjes isiru.", "Faċli ħafna li toqgħod tgħid x'beħsiebek tagħmel, faċli ħafna tiddikjara ċerti affarijiet; u iktar faċli li tipprova tikkritika u ssib id-difetti f'dak li ħaddieħor ikun qiegħed jagħmel.", "Imma mbagħad meta tiġi biex l-affarijiet tagħmilhom int, l- istorja titkellem mod ieħor.", "F'dan il-każ, f'din is-sitwazzjoni, gvern Nazzjonalista mhux biss iddikjara li se jagħmel xi ħaġa, imma qiegħed iwettaqha, u ħafna nies qegħdin jindunaw li din il-ħaġa qiegħda ssir.", "Forsi mhux dejjem jammettu magħna, imma l-verita' hija li fil-qiegħ ta' qalbhom qegħdin jaraw li dan qed isir u qegħdin jinnotaw id-differenza bejn gvern u ieħor.", "Bħalissa, per eżempju, beda x-xogħol ta' pajpijiet tad- drenaġġ li neżlin mill-Fgura għal Santa Liena, Bormla.", "Dan huwa wkoll parti mill-proġett tal-Kottonera.", "Dan kollu li għedt juri li l-Partit Nazzjonalista qed iħares lejn it- Tlett Ibliet u lejn il-Kalkara bħala tliet ġojjelli li wieħed irid verament jerġa' jagħtihom id-dinjita' li ħaqqhom mhux bid-diskors fl-arja imma billi jinvesti fihom.", "U jekk wieħed imur idur jara b'għajnejh li qegħidn jintnefqu flejjes kbar għal dan il-għan.", "U jiena ċert li n-nies tal- Kottonera dan qegħdin japprezzawh, indipendentement minn x'qiegħed jgħid ħaddieħor.", "Forsi wieħed jista' jipprova dejjem juri l-ikrah, pero' s-sewwa dejjem jibqa' sewwa u l-fatti jibqgħu dejjem il-fatti, u dak li hu magħruf jibqa' dejjem magħruf u ħadd ma jista' jmerih.", "Għalhekk jiena ħassejt li għandi nwieġeb umilment għal dak li qiegħed jingħad min-naħa l-oħra u mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni, għax m'huwiex sew li xi ħaġa li qiegħda ssir b'tant attenzjoni u b'tant sforz tiġi oskurata b'dan il-mod żbaljat.", "Jiena ngħid li kieku ma telax dan il-gvern, kieku dan il-proġett, dan ix-xogħol kollu, ma kienx jitwettaq, u mn'alla hemm dan il-gvern għax l-affarijiet bdew isiru u bdew jiċċaqilqu.", "Sur President, anke l-fatt li l-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Kottonera issa qiegħed ġol-Birgu stess u qiegħed jopera minn hemmhekk mill-qalba tal- Birgu juri kemm l-affarijiet qegħdin isiru b'ċerta serjeta'.", "Nieħdu wkoll il-mina ta' Porto Salvo, l-Isla, li qiegħda tkun restawrata.", "Huwa veru li din għadha ma tlestietx, imma li kieku ma kienx għall-kumitat ta' riabilitazzjoni tal-Kottonera, dan ix-xogħol żgur li ma kienx isir.", "L- istess jista' jingħad għall-ħidma in ġenerali bħal per eżempju d- devoluzzjoni ta' ċerti artijiet li l-gvern għandu f'idejh u li issa għaddew f'idejn il-kunsilli lokali.", "Per eżempju, il-kunsill lokali ta' l-Isla riċentement ħa f'idejh il-Ponta ta' l-Isla, fejn hemm ground tal-football.", "Huwa veru li dan il-ground ilaqqat ħafna xita u li matul ix-xitwa ħafna mill-materjal jispiċċa l-baħar, imma almenu l-kunsill lokali ta' din il- belt jista' jieħu ħsieb u jara x'jista' jagħmel, bħalma qiegħed jieħu ħsieb il-gardjola.", "Għaldaqstant, jekk wieħed ipoġġi ftit bil-qiegħda u joqgħod jaħseb u jara dawn l-affarijiet kollha, jirrealizza li kuntrarjament għall- kritika li qiegħda ssir min-naħa l-oħra, dan il-gvern Nazzjonalista qed jagħmel ħidma kbira u tajba b'risq din il-lokalita'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, il-Ġimgħa, 16 ta' Frar 2001 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TEMPJI STORIĊI", "23400.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie vvotat din is-sena għar- restawr/manutenzjoni ta' tempji storiċi?", "Liema huma dawk it-tempji li matul din is-sena finanzjarja se jsir restawr/manutenzjoni fuqhom?", "Liema xogħol se jsir?", "Fejn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għal din is-sena huwa maħsub illi n-nefqa fuq ir-restawr ta' tempji preistoriċi jkun ta' Lm45,000.", "Din il-figura mhix assoluta u tista' tkun riveduta.", "Lm19,700 ġew allokati għal dik li hija manutenzjoni ta' dawn l-istess tempji.", "It-tempji konċernati huma: Ħaġar Qim, Ġgantija, Mnajdra, Tarxien, Skorba.", "Ix-xogħol li ser isir huwa kif ġej:", "Ħaġar Qim: Ilqigħ ta' scaffolding: Rikostruzzjoni ta' parti kolasata: Riċerka permezz ta' weather station: Tqegħid ta' information penals: Proċessar ta' design briefs għal ċentru ta' viżitaturi.", "Mnajdra: Bini ta' ħajt protettiv: tender documents għal survey ta' fotogrammatirija.", "Ġgantija: Ilqigħ ta' scaffolding: tender documents għal survey ta' fotogrammatrija.", "Tarxien: Rikostruzzjoni ta' ħajt: Proċessar ta' tender documents għal survey ta' fotogrammatrija.", "Skorba: Xogħol ta' manutenzjoni fil-ħajt protettiv.", "SKEJJEL - TOBBA/DENTISTI", "23401.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, matul din is-sena skolastika, kemm saru visti minn tobba/dentisti fl-iskejjel ta' l-Istat?", "Kemm saru fl-iskejjel privati u tal-knisja?", "X'kien l-għan ta' kull żjara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "(Appendix 1 - It-tobba tas-servizz medikun fl-iskejjel tad-diviżjoni tas- saħħa:", "Appendix 2 - It-tabib tas-servizz mediku ta' l-edukazzjoni fi ħdan id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni:", "Appendix 3 - Id-dentisti tas-servizz tad-dentisti fl-iskejjel fi ħdan id- diviżjoni tas-saħħa.)", "STUDENTI OVERWEIGHT", "23427.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix program biex jingħataw pariri/għajnuna studenti li huma overweight ħalli jnaqqsu mill-piż tagħhom?", "Meta tobba jżuru l-iskejjel biex jeżaminaw lill-istudenti jagħmlu rakkomandazzjoni f'dan is-sens?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba tinqasam fi tnejn:", "1.", "It-tobba tas-servizz mediku fl-iskejjel fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa:", "\"Ix-xogħol tat-tobba u l-infermiera jinkludi wkoll programm ta' promozzjoni tas-saħħa fejn jingħataw pariri fuq bażi personali lill-ġenituri kif ukoll jiġu organizzati talks fl-iskejjel, kemm għall-ġenituri kif ukoll għat- tfal.", "2.", "It-tabib tas-servizz mediku ta' l-edukazzjoni fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni: Is-servizz mediku ta' l-edukazzjoni m'għandux programm separat fir-rigward ta' studenti li għandhom piż żejjed.", "Madanakollu, pariri u informazzjoni fuq dan is-suġġett tingħata kull meta tkun mitluba u partikolarment waqt is- seminars li jsiru barra mill-iskejjel għall-istudenti l-kbar ta' l-iskejjel sekondarji.", "BIDNIJA - DAWL", "23429.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir is-sistema ta' three phase flok dik ta' single phase fil-Bidnija?", "Jista' jara li x-xogħlijiet ikunu awtorizzati bla aktar telf ta' żmien peress li jirriżulta li d-dawl fl-inħawi qed jinqata' regolarment?", "Jekk fl- affermattiv, meta?", "Jista' l-Ministru jinformana kemm-il darba kienet sospiża l-provista tad- dawl fil-Bidnija matul Diċembru u Jannar li għaddew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li skond ir-records tal-Korporazzjoni Enemalta darbtejn biss kien hemm qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku matul ix-xahrejn imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Dan kien fid-29 ta' Diċembru 2000, minħabba ħsara fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli, u fid-9 ta' Jannar minħabba xogħol programmat biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx.", "Sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku hemm bżonn li jsir transformer fl-inħawi.", "Fil-fatt il-pjani biex dan ix-xogħol isir diġa' nbdew.", "L-implimentazzjoni ta' dan ix-xogħol għandha ssir flimkien ma' xogħlijiet oħra.", "SKEJJEL - SLIEMA - SKOLA PRIMARJA", "23453.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkollhom għalliema regolari l-istudenti tas- sitt klassi B tal-Primarja ta' Tas Sliema?", "X'sar mill-istudenti ta' din il- klassi li sfaw bla għalliema fil-ġimgħat li għaddew?", "Kif se jirbħu dak li tilfu bla għalliem regolari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-għalliem regolari ta' din il-klassi ħareġ bis-sick leave fil-bidu ta' Jannar, 2001, u ma kien hemm ebda indikazzjoni li se jtawwal.", "Kien għalhekk li fis-26 ta' Jannar, meta baqa' fuq is-sick leave intbagħtet għalliema oħra għal din il-klassi.", "L-għalliema hi waħda kwalifikata u għalhekk it-tfal għandhom kull għajnuna biex jirkupraw dak li tilfu.", "EXPORT REFUND", "23509.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-industrija ta' l-ikel titlef il-benefiċċju ta' l-export refund fuq il-materja prima mportat mill-EU, bħala laħam aħmar, ċereali, zokkor, ross, trab tal-ħalib, ġobon, butir, eċċ, jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra x'impatt se jkollu fuq il-kompetizzjoni lokali t-telf ta' l-export fuq din il-materja prima mportat f'pajjiżna wara li Malta ssir membru ta' l- UE?", "In vista tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista għadu qatt ma poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra kopja ta' xi impact assestment li saru fuq l-export refunds fuq il-materja prima mportata għall-industriji lokali ta' l-ikel, minerali u ħelu, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-export refund għal items importati imsemmija f'din il-mistoqsija fil-preżent", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' kelli okkażjoni nsemmi meta weġibt mistoqsijiet dwar l-istess materja, il-kwestjoni kollha tal-prezzijiet tal- prodotti ta' l-ikel importati ser jiddependi ħafna mir-riżultati tan- negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dwar it-tħaddim tal-politika agrikola komuni (Common Agricultural Policy) ta' l-Unjoni fil- konfront ta' Malta bħala membru ġdid.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li fil-preżent f'Malta qed jiġu applikati levies sostanzjali fuq l-importazzjoni ta' bosta minn dawn il-prodotti ta' l-ikel.", "Huwa mistenni li eventwalment dawn il-levies jispiċċaw u b'hekk ikun hemm impatt 'l isfel fuq il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti.", "L-export refunds jingħataw mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea direttament lill-esportaturi u għaldaqstant ma jistax jinżamm rekord ta' dawn l-export refunds min-naħa tal-pajjiżi importaturi bħalma huwa l-każ ta' Malta.", "EXPORT REFUND", "23510.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid, fid-dawl tal-fatt li telf ta' l-export refund fuq l- importazzjoni tal-laħam aħmar importati mill-pajjiżi ta' l-Unjoni wara li Malta ssir membru jkun fil-livelli ta' madwar US$6000 it-tunnellata metrika fuq prodotti bħal Irish origin beef eċċ, jista' jinformani kif dan it-telf se jaffettwa lill-lukandi u ristoranti tal-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt lill- Onor. Membru fis-Seduta nru.", "493 għal mistoqsija tiegħu 23421.", "TARIC", "23511.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni ma jdaħħalx it-TARIC fuq l-ikel importat għall-Maltin u l-Għawdxin mill-pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea hija ssegwi l-Istati membri l-oħra dejjem fil- kontest ta' dak li jkun ġie negozjat u aċċettat waqt in-negozjati ta' qabel is-sħubija.", "UE - TARIC", "23512.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jikkonferma l-Ministru li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni l-Gvern Nazzjonalista ma jdaħħalx it-TARIC fuq il-materja prima ta' l-ikel importat għall- industriji lokali, ta' l-ikel, ħelu u minerali (drinks)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea hija ssegwi r-regoli li jsegwu l-Istati membri l-oħra dejjem fil-kuntest ta' dak li jkun ġie negozjat u aċċettat waqt in- negozjati ta' qabel is-sħubija.", "INTEGRATED TARIFS OF THE EUROPEAN COMMUNITIES", "23513.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformani x'inhuma l-integrated tarifs of the European communities - it-TARIC?", "Jista' jinformani kemm ilhom jiġu prattikati s-sistemi tat-TARIC mal- pajjiżi li mhumiex ta' l-Unjoni fuq ikel importat għall-popli tal-pajjiżi membri mill-pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: L-integrated tariffs of the European communities, jew kif inhi magħrufa aħjar it-TARIC, hija l-lista kompluta tal-prodotti kollha li jistgħu jiġu importati fl-Unjoni Ewropea - li hi magħrufa ukol bħala il- harmonised system - kif ukoll ir-rata tat-tariffa li l-Unjoni timponi fuq kull prodott skond l-oriġinu tiegħu.", "Dan ifisser li mhux kull prodott għandu l-istess rata ta' tariffa għal kullimkien.", "Prodott jista jkollu rata ta' tariffa għaliex joriġina min pajjiż wieħed filwaqt li l-istess prodott ikollu rata ta' tariffa mnaqqsa jew saħansitra rata ta' xejn meta joriġina minn pajjiżi oħrajn.", "Is-sistema tat-TARIC żviluppat b'riżultat ta' l-adottazzjoni tal-common commercial policy tat-Trattat tal-European economic community fl-1957 u bdiet topera sa mill-bidu wara r-ratifika.", "QRATI", "23516.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li ġie mitlub f'mistoqsijiet parlamentari nri.", "22741 u 22743, minħabba li r-riċerka mitluba minni hija ta' interess pubbliku u ġentilment nitlob li l-Ministru jipprovdi din l-informazzjoni anke minħabba l-fatt li huwa diffiċli ħafna li riċerka bħal din issir minna stess?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li ngħataw fid-domandi parlamentari nri.", "22741 u 22743.", "ENROLLED NURSES", "23534.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk hux veru li enrolled nurses li jsegwu kors b'suċċess għal SRN's se jispiċċaw bi grad u paga anqas meta jilħqu SRN's kif intqal dan l-aħħar mill-Oppożizzjoni fil-parlament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-diviżjoni tas-saħħa diġa' ħadet il- passi meħtieġa biex dawk l-enrolled nurses li jsegwu kors b'suċċess għal state registered nurses ma jispiċċax bi grad u paga anqas meta jilħqu state registered nurses.", "ENEMALTA", "23535.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibli l-Enemalta tara li arblu tad-dawl li hemm f'nofs Sqaq San Pawl nru 1, Safi jitneħħa għaliex qed jingombra l-aċċess għall-isqaq u hu ta' periklu għax jinsab fin-nofs f'parti ta' l-isqaq li verament hi mudlama?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PERSUNI B'DIŻABILITA' - TASK FORCE", "23536.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il- pjan imħejji mit-task force imwaqqfa apposta dwar is-servizzi ta' matul il- jum għal persuni b'diżabilita' tlestiex?", "Jekk le, meta huwa mistenni li jitlesta?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PA - IMPJEGAT", "23537.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħatra tal-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - bħala chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar u l-ħatra tiegħu bħala project manager mal-kumpannija li qed tmexxi l-proġett ta' Villa Cassar Torreġġiani f'San Ġiljan huwiex konfliġġenti u aktar minnhekk jekk hemmx konflitt ta' interess?", "Jista' l-Ministru jgħid ukol jekk inġibditlux l-attenzjoni dwar dan u jekk irċeviex rapporti f'dan ir-rigward?", "Jekk fl-affermattiv, x'passi ħa l- Ministru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "22651, ninsab informat illi l-persuna msemmija dejjem iddikjarat kull interess, kemm dirett kif ukoll indirett, li seta` kellha minn żmien għal żmien dwar applikazzjonijiet ta` żvilupp li dehru quddiem l-awtorita` ta` l-ippjanar.", "Il-persuna ndikata kienet involuta f`dan il-proġett mis-7 ta` Novembru 2000 sa l-20 ta` Jannar 2001.", "Għalhekk ta` min jinnota li fit-13 ta` April 2000, meta l-proġett ġie awtorizzat, il-persuna ndikata ma kenitx involuta fil-proġett.", "Kull konflitt ta` interess li membru tal-bord ta` l-awtorita` ta` l-ippjanar jista` jkollu minn żmien għal żmien huwa regolat minn Art 5 ta` l-Ewwel Skeda ta` l-Att ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp u mill-kodiċi ta` etika għal diretturi ta` bordijiet fis-settur pubbliku maħruġ mill-uffiċċju tal-prim ministru fl-1994.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, peress illi l-persuna iddikjarat l- interess f`dan il-proġett meta ġiet involuta fih u hija mxiet skond kif tipprovdi l-liġi u l-kodiċi ta` etika, ma kienx meħtieġ jittieħdu xi passi.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li l-persuni kollha li s`issa nħatru fl-awtorita` bħala chairman dejjem żammew l-attivita` professjonali tagħhom; l-obbligu tagħhom hu li jiddikjaraw l-interess tagħhom, mhux li ma jkollhomx interessi, u li ma jeħdux sehem bi kwalunkwe mod fid-deċiżjoni dwar applikazzjonijiet li fihom jista` jkollhom xi interess.", "KORPORAZZJON MALTIJA TA' L-IŻVILUPP - IMPJEGATI", "23538.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'ammont tħallas fuq courses tal- computers lill-istaff tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp f'dawn l- aħħar sentejn?", "Jista' jgħid ukoll min kienet il-kumpannija li pprovdiet dan is-servizz u jekk kienx hemm sejħa għall-offerti?", "Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawk il-kumpanniji li tefgħu l-offerta tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar sentejn il- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta ħallset is-somma ta' Lm8,601 għal korsijiet tal-kompjuter.", "Il-kumpaniji li pprovdew dan is-servizz kienu Executarian Limited, Integrated Business Systems Limited, MITTS Limited u Shireburn Co. Limited.", "Għal dan is-servizz, minbarra mingħand il-kumpanija msemmija, inġabru kwotazzjonijiet ukoll mingħand id-ditti Deloitte & Touche, Key Services Limited u Nucleus Limited.", "ADULT TRAINING CENTRES", "23539.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk adult training centres għal persuni b'diżabilita' hux se jkunu f'qagħda li jieħdu l-istudenti li s-sena d-dieħla se jispiċċaw mill-ispecial schools?", "Hemm xi pjanijiet ġodda kif dawn l-adult training centres jistgħu jiżviluppaw programmi li jħejju aħjar lil dawn iż-żgħażagħ kemm għal qasam tax-xogħol kif ukoll għall-oqsma oħra fil-ħajja?", "X'inhuma dawn il-pjanijiet, jekk iva?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ipoġġi l- mistoqsija lill-ministru tal-politika soċjali.", "PEMBROKE - TRIQ WILLIAM HARDING", "23540.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li saret mill- kunsill lokali ta' Pembroke fl-20 ta' Ġunju 2000 lit-Traffic Control Board għal twaħħil ta' No U-Turns fi Triq William Harding, Pembroke?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-bord għal kontroll tat-traffiku approva t-twaħħil ta' No U Turn signs imsemmija mill-Onor.", "Interpellant fil- 11 ta' Lulju, 2000.", "Dawn fil-fatt twaħħlu iżda ġew vandalizzati u ma reġgħux ġew imqiegħda mill-kunsill lokali.", "PERSUNI B'DISABILITA' - SERVIZZI RESIDENZJALI", "23541.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar is-servizzi residenzjali fil-komunita' għal persuni b'diżabilita' mħejji mill-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' (KNPD) ikkummissjonat rapport mingħand il-management efficiency unit (MEU) dwar residential services for persons with disabilities.", "Fl-4 ta' Ġunju 1999 dan ir-rapport ġie ppreżentat mill-MEU lill-kummissjoni.", "Kopja ta' dan ir-rapport flimkien mal-appendiċi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "L-istess MEU komplew jaħdmu fuq dan ir-rapport u f'Jannar 2000 ippreżentaw lill-KNPD feasability study dwar l-ewwel rapport.", "Kopja ta' dan l-istudju tpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta.", "XEMXIJA BYPASS - ĦSARAT", "23542.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minħabba liema ċirkostanza ġiet sfrundata parti mill-bypass li minn San Pawl tagħti għax-Xemixija?", "Jista' jgħid min kien responsabbli ta' din il-ħsara?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min għamel din il-ħsara u jekk intalabx iħallas l-ispiża li hemm bżonn biex tiġi rranġata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "14926.", "DJAR-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "23543.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex single parent - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - tingħata akkomodazzjoni peress li apparti li diġa' għandha tarbija u qed tistenna oħra qiegħda toqgħod f'post żgħir ħafna b'kera ta' Lm70 fix-xahar meta l- uniku dħul li għandha huwa ta' Lm136 fix-xahar mis-servizzi soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - FAKULTA TA' L-ARKITETTURA", "23544.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fakulta' ta' l-arkitettura ta' l-Universita' għadha m'aċċettatx li l-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tagħti serie ta' lectures fuq issues dwar id-diżabilita' lill- istudenti biex tikber l-awareness u jkunu jistgħu jitħejjew aħjar dwar l- issue ta' l-aċċessibilita' fil-bini f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-suġġett ta' aċċessibilita' għal persuni b'diżabilita' huwa nkluż fil-kurrikulu tal-fakulta' u jingħata importanza fix-xogħol tad-disinn lill-istudenti.", "Informat ukoll li d-dekan tal-fakulta' se jkollu laqgħa maċ-chairperson tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' bl-iskop li jsiru l- arranġamenti neċessarji għal koperazzjoni bejn il-fakulta' u l-kummissjoni.", "PULIZIJA - SAN ĠILJAN - VILLA CASSAR TORREĠĠIANI", "23545.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-pulizija dwar ix-xogħol li qed isir f'Villa Cassar Torreġġiani fi Triq il-Kbira, San Ġiljan?", "Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi kien hemm okkażjoni waħda fejn intalbet l-assistenza tal-pulizija minħabba li trakkijiet li kienu ħerġin mis-sit in kwestjoni bdew iħallu tajn fit-triq minħabba x-xita li kienet niżlet.", "Il-pulizija ħadet azzjoni immedjata u t-triq ġiet imnaddfa mill- kuntrattur stess.", "QORMI - TRIQ IL-ĦELSIEN", "23547.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ż-żewġ zebra crossings li dan l- aħħar saru fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi jsirilhom d-dawl u jiġu mmarkati aħjar għaliex kif inhuma m'humiex jilħqu l-għan tagħhom, minħabba li ħafna sewwieqa ma jindunawx li ġew fuq zebra crossing u għalhekk min jaqsam minn fuqhom mhux sigur biżżejjed, speċjalment fid-dlam?", "Jista' jara li din il- faċilita' (zebra crossing jew xi facilita' oħra) tiġi estiża għal parti ta' fuq ta' Triq il-Ħelsien u għal parti ta' isfel ta' l-istess area, magħrufa bħala Triq il-Ħammieri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dwar l-ewwel parti tad-domanda għaddejt it-talba lill- bord għall-kontroll tat-traffiku.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsija jien informat li l-punti mqajjma ġew riferiti lill-kunsill lokali.", "QORMI - EMBELLISHMENT", "23548.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani biex isir xi xogħol ta' embellishment fl-area ta' qrib il-blokki ta' l-appartamenti fi Triq id- Deheb Fin, f'Ħal Qormi, bħal per eżempju bankijiet eċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li xogħol ta` embellishment isir mill- kunsill lokali għalhekk l-Onor.", "Interpellanta hi mitluba tirriferi l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ HURD'S BANK", "23549.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23449, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jingħataw tarmac ġewwa Marsaskala, u dan wara ftehim li ġie milħuq ma' l-istess kunsill lokali ta' Marsaskala?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-lista tat-toroq, kif fil-preżent mifthiema mal-kunsill lokali, hija skond l-iskeda anessa.", "1. car park and p/o promenade St. Thomas Bay Marsascala;", "2.", "Triq Għaxqet il-Għajn - M'Skala;", "3.", "Triq Gidwet - M'Skala;", "4.", "Triq Munxar - M'Skala;", "5.", "Triq Maħsel - M'Skala;", "6.", "Triq P.Wistin Borne - M'Skala;", "7.", "Triq Mriekeb - M'Skala;", "8.", "P/O Triq Vajrita - M'Skala;", "9.", "Triq Qawwara - M'Skala;", "10.Triq is-Sibbien - M'Skala;", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ HURD'S BANK", "23550.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23449, jista' l-Ministru jgħid meta se tibda t-tieni fażi tal-programm imsemmi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fil-preżent qed isiru preparamenti biex isir l-asfaltar ta` toroq fl-ewwel fażi.", "Ix-xogħol fit-tieni fażi jsir aktar 'l quddiem.", "ŻEJTUN - KUNSILL LOKALI", "23551.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ġiet mitluba mill-kunsill lokali taż- Żejtun minn Ottubru 1998 sal-lum u għaliex?", "Jista' jgħid ukoll x'għajnuna ngħata l-istess kunsill u fiex kienet tikkonsisti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill lokali taż-Żejtun baqa' jinsisti fuq talba għal Lm3,000 għotja għat-tkomplija taċ-ċentru sportiv San Girgor.", "Wara li qies l-għajnuniet lil diversi assoċjazzjonijiet u kunsilli lokali oħra ma' Malta u Għawdex matul is-sena, is-segretarju parlamentari offra massimu ta' Lm1,000 liema offerta ma ġietx aċċettata minn dan il-kunsill.", "S'issa l-kunsill kien irċieva Lm6,500 f'għajnuna għall-istess proġett.", "Madanakollu fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni taċ-ċentru f'Novembru 2000, id-dipartiment taż-żgħażagħ u sport bagħat tliet ħaddiema biex jgħinu fl- immarkar bil-linji tal-multipurpose hall.", "Dan ix-xogħol dam tlett ijiem.", "Barra minn dan il-kumitat sport for all ipprovda s-servizz ta' sport leader biex jgħin fl-attivitajiet sportivi fil-lokal.", "FOUNDATION FOR INTERNATIONAL STUDIES", "23552.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru għid x'ħidma twettqet mill-foundation for intenational studies minn Ottubru 1998 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll x'ħidma hemm ħsieb titwettaq matul din is-sena?", "Min huma l-persuni nvoluti f'din il-ħidma?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kopja tar-rapporti annwali tal-fondazzjoni għas-snin 1998 - 1999 flimkien ma' lista ta' l-impjegati attwali se ngħaddihom lill- Onor. Membru.", "KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA", "23553.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret minn Ottubru 1998 sal-lum mill- kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija?", "Min hija l-persuna nkarigata minn dan il-kunsill?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li ċ-chairperson ta' dan il-kunsill irriżenja?", "ONOR LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "PENSJONANTI", "23557.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari nri.", "22914 u 23403 li oriġinarjament saru lill-Minstru tal- Finanzi u li issa ġew riferuti lilu u cioe':", "Mistoqsija parlamentari nru.", "PQ22914.", "Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "22734 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jekk il- pensjonant ta' qabel l-1996 huwiex se jibqa' jsir bħal qabel li jieħdu 2/3 aġġornati mas-salarju kurrenti?", "Mistoqsija parlamentari nru.", "23403: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "22914 dwar pensjonanti, qed nirreferi għal pensjoni tan- national insurance tal-ħaddiema tal-gvern li l-aħħar li ġiet riveduta kien għall-perjodu 1991-1998.", "Jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond kif jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) fil-preżent, b'effett mill-ewwel Sibt ta' Jannar 2001, issir stima mill-ġdid tad-dħul pensjonabbli li fuqu tinħadem ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali ta' kull pensjonant.", "F'din ir-reviżjoni, fost ħwejjeġ oħra, jiġu kkunsidrati dawk iż-żidiet li jkun hemm fis-salarji bażiċi tal-post li fuqu jkun inħadem id-dħul pensjonabbli oriġinali.", "Dawn iż-żidiet fis-salarju bażiku jiġu magħduda mad-dħul pensjonabbli oriġinali biex terġa' ssir stima tar- rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali fuq dan id-dħul pensjonabbli rivedut taħt il-prinċipju taż-żewġ terzi skond kif provdut fl-Att dwar is-sigurta' soċjali.", "Dan jgħodd għal pensjonanti kollha, kemm dawk li rtiraw qabel u anke wara l-1996.", "AGREEMENT MAL-GVERN SVIZZERU", "23559.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "23357?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Gvern Malti ma ngħatax flus direttament mill-Gvern Svizzeru imma l-Gvern Svizzeru ħallas l-ispejjeż tat-taħriġ u l- akkomodazzjoni.", "L-għadd ta' għalliema li ntbagħtu għal kors fl-Isvizzera fis-sena 2000 kien ta' sitta.", "Il-korsijiet kienu jkopru aspetti varji li jinkludu:", "* analogue and digital electronics * operational amplifiers/sensors/transducers * position control systems * induction motors &aApplications * simulation systems and experiments * transformer testing.", "L-istudenti ggwadanjaw ħafna b'riżultat tal-korsijiet imsemmija għaliex l- għalliema kienu aġġornati mhux biss fis-suġġett, iżda wkoll dwar aspetti prattiċi u pedagoċiċi.", "VAT - APPELL", "23560.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara li jiġi konkluż appell dwar il-VAT ta' sajjied - partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separtament - peress li ilu pendenti għal żmien twil?", "Jistgħu l-aħħar żviluppi jintbagħtu direttament lil din il-persuna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-appell li għalih qed jirriferi tressaq quddiem il-bord ta' l-appelli tal-VAT fis-27 ta' Settembru 2000.", "Qed isir kull sforz sabiex l-appelli pendenti quddiem il- bord jinstemgħu mill-aktar fis possibbli.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "23563.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata t-tagħrif dwar l-aħħar żviluppi dwar ir-relief tagħha peress li dan il-benefiċċju ilu ma jintbagħat għal dawn l-aħħar xhur?", "Jista' jara li din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-dipartiment tas- sigurta' soċjali.", "RESERVED PARKING", "23564.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna b'disabilita' - il-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament - issirlha inspection minħabba li qiegħda tilmenta dwar reserved parking għal persuna b'diżabilita'?", "Tista' din il-persuna tiġi nformata personalment bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-servizz tar-reserved parking quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jinħareġ mill-bord għall-kontroll tat-traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "Il- kummissjoni tagħmel r-rakkomandazzjoni tagħha fuq kriterji maqbula bejn iż- żewġ naħat.", "Waħda minn dawn il-kriterji hi li l-applikant ma jridx ikollu garaxx mad-dar.", "Ir-raġuni hi li hu llegali li tipparkja quddiem garaxx ta' persuna oħra u għalhekk, per se, l-individwu li għandu garaxx diġa' għandu parkeġġ riservat għalih.", "L-applikazzjoni li dwarha qed issir il-mistoqsija hi ta' applikant li għandu garaxx mad-dar tiegħu.", "L-applikant qiegħed jitlob li jinżebgħu linji sofor quddiem il-garaxx tiegħu minħabba li hu qiegħed jgħid li hemm diversi persuni li qegħdin jipparkjawlu quddiem il-garaxx.", "Filwaqt li l-kummissjoni tissimpatizza mal-persuna konċernata u ma' min qiegħed fl-istess sitwazzjoni, il-kummissjoni tħoss li din hi problema ta' infurzar tal-liġi u għalhekk il-kummissjoni ftit li xejn tista' tagħmel dwarha.", "Dwar jekk għandhomx jinżebgħu linji sofor quddiem garaxxijiet, din ukoll hi materja li mhijiex fil-kompetenza tal-kummissjoni.", "Il-kummissjoni kellha kuntatt mal-persuna konċernata li ġiet informata b'din il-pożizzjoni.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "23568.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li l-ħaddiema fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin jipparkjaw fil-parking ġewwa l-faċilita' korrettiva ta' Kordin stess minflok fi Triq il-Belt Valletta minħabba li qiegħed ikun hemm ħafna lmenti mir-residenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "3481.", "PERSUNSI B'DISABILITA'", "23569.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "23131, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni b'diżabilita' huma reġistrati tali mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' titlob, b'mod volontarju, lill-persuni b'diżabilita' kollha (jiġifieri ta' kull eta') li jitolbu xi servizz tal-kummissjoni biex huma jimlew kwestjonarju ħalli l-kummissjoni jkollha statistika dwar dan il-qasam.", "Waħda mill-mistoqsijiet li hemm f'din il-kwestjonarju (6.5.1) hi \"Inti reġistrat għax-xogħol bħala persuna b'diżabilita?\"", "Fil-preżent hemm 7,497 li wieġbu dan il-kwestjonarju.", "Minn dawn 847 wieġbu \"iva\" għal din il-mistoqsija.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN", "23571.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jkun hemm reklutaġġ ta' gwardjani fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma hemm l-ebda ħsieb li fil-futur qarib jerġa` jkun hemm reklutaġġ ta` gwardjani għall-faċilita' korrettiva ta` Kordin.", "PA - ŻWIEMEL - ENFORCEMENT ORDERS", "23572.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm enforcement orders sabiex żwiemel li jinżammu f'garaxxijiet fejn residenzi mingħajr permess jiġu mneħħija, lokalita' b'lokalita', sena b'sena mit-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar 'l hawn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat kif ġej:-", "Tabella li turi lista ta` avviżi li nħarġu u li għadhom pendenti fi stadji diversi", "| | | | |Sena |Nru. ta` |Lokalita` | | |Avviżi | | | |Maħruġa | |", "| |1993 |2 |Żebbuġ -1 | | | | | | | |Żejtun -1 |", "| |1994 |3 |Rabat – 1; | | | |Żebbuġ - 2 |", "| |1995 |3 |Għargħur – 1; | | | |Mosta – 1; | | | |Żebbuġ - 1 |", "| |1996 |4 |Għajnsielem – 1;| | | |Naxxar – 1; | | | |Xewkija – 1; | | | |Żebbuġ - 1 |", "| |1997 |2 |Għaxaq – 1; | | | |Żabbar - 1 |", "| |1998 |1 |Mosta – 1 |", "| |1999 |4 |Rabat – 1; | | | |Żabbar – 2; | | | |Żebbuġ – 1 |", "| |2000 |8 |Fgura – 1; | | | |Ħamrun – 3; | | | |Marsascala – 1; | | | |Marsaxlokk – 1; | | | |Qormi – 1; | | | |Siġġiewi - 1 |", "|Tabella li turi lista ta` avviżi li nħarġu u li ġew esegwiti", "| | | | |Sena |Numru ta` |Lokalita` | | |Avviżi | | | |Maħruġa | | |1996 |1 |B`Kara | |1997 |1 |Munxar, Għawdex | |1998 |1 |B`Bugia | |2000 |3 |Mosta, Ħamrun, | | | |Żabbar |", "INTERNET - REGISTERED USERS", "23581.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mir-registered users ta' l-internet kemm minnhom huma: (a) individwi; (b) kumpaniji?", "Teżisti statistika jew riċerka dwar l-age profiles ta' l-individwi li huma registered users?", "Jeżistu xi projections dwar ir-rata ta' tkabbir tan-numru ta' registered users imbassra għall-perijodu 2001-3?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li sal-lum m'hemmx distinzjoni fil- ġabra ta' l-istatistika dwar min juża l-internet, jekk hux individwi jew kumpaniji.", "Dwar in-numru totali ta' users nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsija parlamentari 22502.", "KALKARA - TRIQ ANTON FALZON", "23586.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Anton Falzon, Kalkara, hemmx tender biex din it-triq tinfetah u tiġi rranġata bil-first phase?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li għad m'hemmx tender biex din it-triq tinfetaħ peress li l-ammont ta' żvilupp għadu lura u għad hemm ħafna bini għaddej.", "PTA - KALKARA", "23588.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li tiżdied ir-rotta tal-karozzi tal- linja fil-Kalkara, peress li r-residenti li joqogħdu viċin l-industrial estate tar-Rinella fir-Ricasoli jkollhom jiefqu fl-aħħar stage, jiġifieri ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini Kalkara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dan is-servizz jingħata bħala parti mill-iskeda.", "Fuq talba tal-kunsill lokali tal-Kalkara qiegħed jiġi diskuss suġġeriment biex minkejja li r-Rinella park għalaq, mhux biss jibqa` jingħata s-servizz preżenti, iżda dan jiġi estiż għal aktar ħinijiet matul il-ġimgħa kollha.", "KALKARA - KLIEB", "23589.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jara li jinġabru l-madwar sitt iklieb kbar li hemm jiġġerrew mat- toroq ta' l-industrial estate fir-Ricasoli, Kalkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nitlob lill-Onor.", "Membru jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ĊITTADINANZA - CAMPERS & NICHOLSONS", "23592.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "23517 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid jekk is-Sur Terry Walsh, il-persuna imsemmija mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil- Parlament bħala r-rappreżentant ta' Campers & Nicholsons f'Malta, għandux il-permessi meħtieġa sabiex jaħdem f'Malta?", "Jekk le, x'passi qegħdin jittieħdu kontra din il-persuna?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi skond ir-rekords tad-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta` l-expatriates hemm persuna bl-isem ta` Terence Patrick Walsh li għandha permess ta` resident permanenti f`Malta.", "Id-dipartiment ma jistax jgħid iżda jekk din il-persuna hijiex l-istess waħda msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "PROF.", "P LEIGHTON", "23597.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mgħoddi lill-gvern fit-2 ta' Frar, 2001, minn Prof P Leighton", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- rapport ta' Prof. Patricia Leighton.", "ŻURRIEQ - TOROQ", "23599.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isir fi Triq P.P. Pullicino u Triq Napuljun fiż-Żurrieq u cioe' fil-parti li tikkonfina ma' Triq l-Għadir fiż-Żurrieq u dan sabiex jittieħdu l-passi opportuni ħalli l-abitanti ta' Triq il-Għadir ma jisfawx merqa bl-ilma li jaqa' minn fuq il-Qrendi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jara x'hemm bżonn isir.", "NI", "23602.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jinġabru NIs, inklużi arretrati minn soċjetajiet u kumpaniji privati u dawk parastatali, matul s-snin 1996 sa l-aħħar tas-sena 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma diġa' għedt f'risposti oħra, il-ġbir tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali m'għadhiex ir-responsabbilta' tal- ministeru tiegħi u għaldaqstant din id-domanda għandha tiġi magħmula lill- ministru konċernat."]} {"filename": "20020626_762d_par.doc", "date": "2002-06-26", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 762 L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 762", "L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "762", "L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 41", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 41", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 44", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 761 li saret fid-19 ta' Ġunju, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BAĦRIJA – VULTAĠĠ TA' DAWL BAXX", "32739.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħidli x'sar dwar il-kwestjoni ta' vultaġġ baxx fil- Baħrija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat- tweġiba li tajt għall-mistoqsija 31093.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed iwieġeb għan-nom tal-ministru sieħbu, jista' jgħidilna x'se jiġri mill-management u mill-ħaddiema ta' l- IPSE, l-MDC u l-METCO, tliet aġenziji li skond ma tħabbar se jiġu amalgamati f'aġenzija waħda li suppost dalwaqt għandha tibda topera.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ninforma lill-Kamra li l-Onor.", "Josef Bonnici qiegħed fuq xogħol ieħor tal-gvern u għal din ir-raġuni li jien qomt nirrispondi f'ismu.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru għandu xi domanda oħra x'jagħmel lill-Ministru Bonnici, nitolbu jagħmililu meta jkun preżenti fil-Kamra għax hu l-bniedem responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiena nirrispetta t-tweġiba tal-Ministru, imma ġaladarba affarijiet bħal dawn ikunu ġew approvati mill-kabinett u allura jkunu jagħmlu parti mill-policy tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk l- impjiegi tal-management u tal-ħaddiema fit-tliet aġenziji li semmejt humiex se jiġu ssalvagwardati?", "Lill-Ministru m'iniex nistaqsih affarijiet tekniċi imma qed nagħmillu domanda wiesgħa fuq kwestjoni ta' impjiegi, u dan fuq kollox wara statement li sar fil-pubbliku ftit tal-ġimgħat ilu biss.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Huwa ovvju li biex issir l-amalgamazzjoni jridu jsiru l-istudji u t-taħditiet neċessarji fid-diversi livelli.", "F'dan ir-rigward m'hemmx dubju li n-nies tal-ministeru għas-servizzi ekonomiċi huma l- esperti u jekk ma jimpurtax, nitlob lill-Onor.", "Membru jkollu ftit tal- paċenzja u jistenna li jkun hawn preżenti l-Onor.", "Josef Bonnici biex jingħata l-informazzjoni li qed jitlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien allura neħodha li l-Ministru ma jafx x'inhi l-pożizzjoni dwar l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema inkwantu għal din l-amalgamazzjoni?", "Nerġa' ngħid li mhux qed nistaqsi domandi tekniċi imma qiegħed nistaqsi biss jekk l-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema f'dawn l-agenziji humiex mhedda.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jien m'iniex acting b'mod formali għall-Onor.", "Bonnici.", "Hu l-ministru responsabbli u hu jaf il-materja fuq ponot subgħajh.", "Kieku kien hawn ċertament li kien jirrispondi għad- domanda ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Irrid ngħid ukoll li ħadd m'għandu jippretendi li dak il-ministru li jqum biex jirrispondi fl-assenza ta' sieħbu, f'daqqa waħda jsir espert u informat f'kollox fuq qasam li mhux tiegħu.", "L-ewwel ħaġa mhix prudenza li jien nidħol fuq sieħbi u l-mistoqsija li donnu se jibqa' jinsisti fuqha l- Onor. Farrugia, hi fuq materja totalment differenti minn dik originali.", "Jien mhux daqshekk prużuntuż li ndaħħal imnieħri f'kollox!", "Jekk l-Onor.", "Farrugia jrid li nitkellmu fuq il-vultaġġ tad-dawl nista' nwieġbu sa ċertu punt għax għandi ftit esperjenza fuq dawn l-affarijiet, imma m'għandux jippretendi li nirrispondih għal kull domanda li jagħmilli.", "Diġa' għedtlu li l-Ministru Bonnici hu l-bniedem intiż fuq dawn l- affarijiet u nitolbu jistaqsi lilu.", "Qomt jien nirrispondi l-mistoqsija oriġinali dwar vultaġġ peress li sieħbi jinsab impenjat fuq xogħol ieħor tal-gvern.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irid jagħmel aktar domandi, nitolbu jagħmilhom lil min għandu jagħmilhom.", "Naħseb li anke l-etika hekk titlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed isemmi l-etika u jien ngħidlu li l- etika titlob li l-ministri jkunu qegħdin hawn preżenti fil-Kamra.", "Naħseb li jaqbel miegħi wkoll li dak il-ministru li lilu tiġi indirizzata l-ewwel interprellanza li tkun tidher fuq l-aġenda, għandu jkun preżenti biex jagħti t-tweġiba tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Forsi xi ħadd jista' jispjegalna għaliex m'huwiex qiegħed hawn il-Ministru Josef Bonnici?", "Jista' jkun li għalih hemm ħaġa oħra li tiġi qabel l-ogħla istituzzjoni tal- pajjiż!", "MR SPEAKER: Il-Ministru", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena nerġa' ngħid li l-ministru m'huwiex assenti b'kapriċċ imma qiegħed fuq xogħol ieħor tal-gvern.", "(Interuzzjonijiet)", "Sur President, jien infakkar lill-Onor.", "Mizzi li meta huma kienu fuq din in- naħa tal-Kamra kien iqum hu jirrispondi f'isem kulħadd.", "Dak iż-żmien ma kienx jiġi ministru wieħed hawn ġew imma kienu jbellgħu kollox lilu u kien jieħu pjaċir iservi għal kulħadd!", "MR SPEAKER: l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Meta jiena kont nirrispondi f'isem sħabi intom kontu takkużawna b'irresponsabbilta', allavolja kontu tkunu tafu li sħabi kienu qegħdin fuq xogħol ieħor tal-gvern.", "Issa tistgħu tgħidulna fuq liema xogħol qiegħed l-Onor.", "Josef Bonnici?", "Jien naħseb li l-Ministru qed jgħid li qiegħed fuq xogħol ieħor biex jgħattilu!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Mizzi li l- Ministru Josef Bonnici llum m'huwiex hawn preżenti minħabba li għandu xogħol ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Meta se nitgħallmu nirrispettaw lil xulxin hawnhekk?", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' nfakkar li fl-amministazzjoni preċedenti, ta' kuljum preċett l-uniku ministru li kien jiġi hawnhekk biex jirrispondi għall-interpellanzi kien l-Onor.", "Joe Mizzi, ministru mingħajr portafoll.", "Kien iservi għall-ministri l-oħra kollha.", "(Interruzzjonijiet) Ara x'jidħaq l-Onor.", "Farrugia!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qed nidħak għax il-Ministru qed jikkonferma li almenu kien jirrispondi l-Onor.", "Joe Mizzi!", "(Interruzzjonijiet) Lili ħadd m'hu qed jirrispondini, allavolja qed inkun prudenti fil-mistoqsijiet li nagħmel.", "Nerġa' ngħid li tliet ġimgħat ilu tħabbar li l-MDC, l-IPSE u l- METCO kellhom jingħaqdu f'organizzazzjoni waħda u jien nixtieq li xi ħadd jgħidli x'se tkun il-pożizzjoni tal-management u tal-ħaddiema!", "L-impjieg tagħhom se jkun imħares u ssalvagwardat taħt din l-intrapriża l-ġdida?", "Din hija xi ħaġa li jkun jafha kull ministru għax nifhem li d-deċiżjoni tkun ġiet approvata mill-kabinett.", "Jekk il-Ministru m'għandux din l- informazzjoni jgħidli li ma jafx, imma peress li hawn qed nitkellmu fuq kwestjoni ta' natura ġenerali, kont nippretendi li dawn l-affarijiet ikun jafhom fuq ponot subgħajh!", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): L-ewwelnett il-Ministru Bonnici m'huwiex qiegħed hawn għax għandu mpenji oħra, bħalma nimmaġina li għandhom impenji oħra l-Kap ta' l- Oppożizzjoni li m'huwiex qiegħed hawn, l-Onor.", "Charles Buhagiar, l-Onor.", "John Attard Montalto, l-Onor.", "Joe Cuschieri, l-Onor.", "Helena Dall u l-Onor.", "Carmelo Vella.", "Fi kliem ieħor l-oppożizzjoni kollha m'hijiex hawn ħlief għall-Onor.", "Noel Farrugia u l-Onor.", "Joe Mizzi!", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Filwaqt li l-mistoqsijiet isiru minn din in-naħa għalkemm jista' jagħmilhom ħaddieħor ukoll, il-Viċi Prim Ministru m'huwiex qed jgħid li l-prim ministru, li huwa responsabbli mill-kabinett u allura jista' jirrispondi f'isem kulħadd, lanqas m'hu qiegħed hawn preżenti.", "Biex nuri l-irresponsabbilta' tan-naħa tal-gvern li lanqas għandhom membri biżżejjed biex iżommu l-parlament għaddej, qed ngħajjat għal quorum, Sur President.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-Seduta hija sospiża għal-ħames minuti.", "Is-Seduta ġiet sospiża fis-6.14 p.m. minħabba nuqqas ta' quorum u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-Seduta tkompli.", "L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ninsisti fuq it-talba tiegħi.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra jgħodd in-numru ta' l-Onor.", "Membri preżenti.", "Preżenti kienu l-Onor:", "Francis Agius Frederick Azzopardi Michael Bonnici Joe Borg Tonio Borg John Dalli Louis Deguara Eddie Fenech Adami Censu Galea Mario Galea Lawrence Gonzi Joe Mizzi Michael Refalo Ninu Zammit", "MR SPEAKER: Peress li m'hawnx preżenti n-numru ta' membri kif rikjest bir- regolamenti, qed naġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn 1 ta' Lulju, 2002 fis- 6:00 p.m. bl-istess aġenda.", "Fis-6:20 p.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE – KWOTI U TARIFFI", "32740.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' 87 prodott ta' l-ikel li se jkunu suġġett ta' kwota u tariffa wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġiba tiegħu fis-seduta 720?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għat- TARIC ta' l-UE.", "UE – SPECIAL SAFEGUARDS", "32741.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' 539 prodott ta' ikel li fuqhom se jkun hemm special safeguards ta' l- agriculture products li l-UE għandha rreġistrati mad-WTO wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġiba tiegħu fis-seduta 720?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ftehim bejn l- UE u d-WTO li sar qabel u li jifforma parti mil-ftehim ta' Marrakesh.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "32777.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għat-talba li qed tintbagħat separatament, jista' l- Ministru jara jekk teżistix il-possibbilta` li titħaffef il-proċedura?", "Jekk fl-affermattiv meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li din il-liċenzja inħarġet.", "MTARFA HOME", "32778.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-talba pendenti tal-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tidħol fi Mtarfa home, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra l-urġenza tal-każ kawża taċ- ċirkostanzi familjari?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ li għamel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant qed jiġi trattat bħala wieħed urġenti tant li għalkemm l-applikazzjoni saret fl-20 ta' Marzu 2002, diġa` sar ir-rapport soċjali u r-rapport mediku mistenni jsir fi żmien qasir.", "LEVIES - BIEDJA", "32824.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-levies tal-biedja f'pajjiżna huma limitati biss fuq 25% tal-prodotti li nikkunsmaw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-levies tal-biedja f'pajjiżna huma dawk elenkati fl- ewwel parti tat-tieni skeda ta' l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali (Kap. 336) kif jidhru fl-avviż legali 74 ta' l-2002 ippubblikat fil- gazzetta tal-gvern tat-28 ta' Marzu, 2002.", "KUNTRATTURI – ĦLASIJIET PENDENTI", "34214.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kuntratturi li għandhom jitħallsu għal xogħol li għamlu minn Settembru 1998 sal-lum?", "X'inhuma l-ammonti għal kull każ u kemm ilhom pendenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "BORMLA – ST.", "JOHN STREET - POSTIJIET VOJTA", "34217.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jingħalqu bil-ġebel il-bibien tal-postijiet li ġew żvojtjati fl-area ta' St. John Street Bormla, quddiem il-club ta' Cospicua Rangers peress li fihom qed ikun hemm l-abbużi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34206 f'seduta 760.", "SPTAR SAN LUQA – OUT-PATIENTS", "34218.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Issa li għaddew numru ta' xhur mill-aħħar viżta tal-persuna, li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, fl-out-patients ta' St. Luke's, jista' l-Ministru jgħid meta se jibagħtu għall-anzjana ndikata sabiex issirilha l-operazzjoni tant meħtieġa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "STUDJU FIX-XJENZA VETERINARJA", "34266.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jagħtix xi tip ta' għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studju barra minn Malta fix-xjenza veterinarja meta dawn l-istess studenti jagħmlu korsijiet bħal dawn mhux b'xi forma ta' scholarship imma a spejjeż tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istaff development section qatt ma tat għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studji barra minn Malta fix- xjenza veterinarja.", "Għajnuna finanzjarja għal studju barra minn Malta hi regolata mir- regolamenti ta' l-SDO għall-persuni li huma mpjegati tal-gvern.", "WSC - ATTARD - KONT", "34267.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qiegħda tinsisti li din il-persuna tħallas nofs il-kont għall- konsum ta' l-elettriku u ta' l-ilma meta dan il-kont hu tant għoli u meta din il-persuna żgur li m'għandha l-ebda mod kif tħallas somma ta' flus daqshekk kbira?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-ammont dovut mill-konsumatur li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant ilu jakkumula mill-kont li nħareġ f'Novembru 1998.", "Dan il-kont, u l-kontijiet li nħarġu sussegwentement, baqgħu ma tħallsux u lanqas ma saru pagamenti akkont.", "Fiċ-ċirkostanzi, f'Jannar ta' din is-sena, il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma talbet lill-korporazzjoni Enemalta sabiex tissospendi l- provvista ta' l-elettriku.", "Uffiċjali ta' dik il-korporazzjoni kellmu personalment lill-konsumatur iżda dan baqa' m'għamel l-ebda pagament.", "Għaldaqstant is-servizz ta' l-elettriku ġie sospiż fl-14 ta' Mejju.", "Tajjeb infakkar li f'każi bħal dan, hija l-policy taż-żewġ Korporazzjonijiet li biex jingħata lura s-servizz, il-konsumatur irid iħallas nofs l-ammont dovut u jiffirma ftehim dwar kif ser iħallas il- kumplament.", "Ma jidhirx li hemm lok li din il-policy ma tkunx applikata f'dan il-każ ukoll.", "LOGĦOB TAL-FISEC", "34270.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat mill-Istat biex jiġu organizzati l-logħob tal-FISEC f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien intlaħaq ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari u l-kumitat organizzattiv tal-FISEC dwar l-għajnuna biex jiġu organizzati dan il-logħob f'Malta.", "Din l-għajnuna tikkonsisti f'għotja finanzjarja li tammonta għal Lm15,000.", "S'issa diġa` ġew mgħoddija Lm7,000 minnhom.", "Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed ukoll jipprovdi għajnuna permezz ta' membri mill-istaff li qegħdin jgħinu fl-organizzazzjoni ta' dan il-logħob.", "Id-dipartiment taż-żgħażagħ, kultura u sport se jgħin ukoll permezz ta' rranġar u upgrading tal-faċilitajiet.", "Sar sforz sabiex il-multipurpose hall fil-kumpless sportiv tal-pixxina nazzjonali jitlesta sabiex jintuża għall-ewwel darba waqt dawn il-logħob.", "Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed joffri wkoll l-użu ta' dawn il- faċilitajiet biex isir il-logħob:", "* Matthew Micallef St. John Stadium * Multipurpose hall fil-kumpless sportiv ta' l-universita` * pixxina nazzjonali fil-kumpless sportiv ta' l-universita`.", "MARSA - TRACK TA' L-ATLETIKA - XOGĦOL", "34271.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-sajf hux se jitqiegħed il-wiċċ il-ġdid tat-track ta' l-atletika tal-Marsa?", "Jista' jgħid lil min ingħata l- kuntratt?", "B'kemm?", "Kemm kien hemm ditti li tefgħu offerti biex jieħdu x- xogħol?", "Jista' jagħti lista ta' dawk li applikaw u kemm kienet kull offerta?", "Meta se jibda x-xogħol?", "Kemm hu stmat li se jdum sabiex jitlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tender għat-tqegħid ta' wiċċ ġdid fit- track tal-Marsa għadu qiegħed jiġi aġġudikat.", "Dwar l-aħħar parti tad- domanda nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari 30734.", "WAR MUSEUM – AVIATION HALL - SCAFFOLDING", "34272.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija 34147, jista' l-Ministru jgħid minn min inbena l-iscaffolding?", "Dan l-iscaffolding inkera wara li nħarġet sejħa għall-offerta jew b'xi mod ieħor?", "Ix-xogħol li għalih inbena l- iscaffolding issa tlesta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iscaffolding inbena minn Vassallo Scaffolding Services.", "Dan l-iscaffolding inkera wara li ntalbet offerta verbali mingħand tliet kuntratturi li kienu: Vassallo Scaffolding Services, BTY Ltd., u Jos.", "Spiteri & Sons Ltd.", "Għal din l-offerta applika biss Vassallo Scaffolding Services.", "Ix-xogħol li nkera għalih l-iscaffolding għadu ma sarx, biss l-ispezzjoni tas-saqaf saret u l-offerta biex isir ix-xogħol se tinħareġ fi żmien qarib.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li r-rata tal-kiri ta' l-iscaffolding hija ta' Lm20 fil-ġimgħa u mhux għal kull ġurnata kif indikat fir-risposta għall- mistoqsija parlamentari 34147.", "MARSA - TRACK TA' L-ATLETIKA – KONTROLLI", "34273.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Għalkemm huwa tajjeb li kulħadd ikollu ċans li juża t-track ta' l-atletika tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid x'kontroll ikun hemm biex ma jinqalgħux inċidenti jew ma ssirx ħsara?", "Peress li l-gates huma dejjem miftuħa u kulħadd dieħel u ħiereġ, jista' jsir kontroll aħjar tas-sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-kumpless sportiv tal-Marsa hemm kontroll u sorveljanza kontinwa mill-istaff tat-taqsima sport tad- dipartiment taż-żgħażagħ u sport u anke permezz tas-servizzi ta' watchmen għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tal-faċilitajiet u biex jiġu kkontrollati xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu.", "MARSA SPORTS GROUND - UFFIĊĊJI ĠODDA", "34274.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex isir żvilupp sħiħ fil- Marsa sports ground biex l-awtoritajiet ta' hemmhekk ikollhom uffiċċji ġodda u faċilitajiet aħjar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li diġa` tlesta x-xogħol tal-piling u għadu kemm ġie ppubblikat it-tender għall-bini ta' underground car part, dressing rooms u susbstation.", "SECURITY OFFICERS - IDENTIFICATION", "34276.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa biex dawk li jissejħu gwardji tas-sigurta` jew bouncers jiġu liċenzjati?", "Jaħseb li dawn ikollhom xi forma ta' identifikazzjoni biex jingħarfu mill-pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-Ministeru ta' l-Intern flimkien mal-Kummissarju tal- Pulizija qiegħed jikkonsidra jekk dawn il-persuni għandhomx jiġu regolati taħt kapitlu 389 tal-liġijiet ta' Malta.", "PULIZIJA – ĦLASIJIET DOVUTI", "34277.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu fi ħlas extra l- pulizija f'somma globali?", "Kemm hi s-somma li għadha ma tħallsitx ta' xogħol extra li sar fl-1999, 2000 u 2001 separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "1999 Lm23,604.39 2000 Lm 1,822.66 2001 Lm16,306.23", "INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "34286.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega x'tip ta' miżuri l-gvern qiegħed jipproponi sabiex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti tat-traffiku b'50% kif ġie rrapportat li qal f'konferenza xi jiem ilu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li diġa` qed jittieħdu diversi inizjattivi biex in-numru ta' inċidenti li jikkaġunaw imwiet u korrimenti gravi f'pajjiżna jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun.", "Fost dawn il-miżuri ta' min isemmi l-programm li qed jitwettaq biex isir titjib fit-toroq, kemm għal traffic management aħjar b'junction upgrading, stallazzjoni ta' traffic lights u sinjali ta' traffiku kif ukoll miżuri oħra ta' traffic calming.", "Parti oħra mill-miżuri li qed jittieħdu jinkludu wkoll l-upgrading tad- driving test.", "Barra minn hekk il-gvern qed iħares ukoll lejn sistemi ġodda ta' enforcement bl-użu ta' teknoloġija moderna, u għalkemm għad jonqos ħafna xi jsir f'dan ir-rigward, huwa mportanti li kull ċittadin jagħraf ir- responsabilitajiet tiegħu u jagħti kull kontribut biex l-inċidenti fit- toroq jonqsu kemm jista' jkun.", "MEPA - APPLIKAZZJONIJIET", "34288.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal kostruzzjoni ta' bini ta' għoli bejn il-15 u l-20 sular 'il fuq mil- livell tat-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm żewġ applikazzjonijiet quddiem l-MEPA għal kostruzzjoni ta' bini għoli bejn 15- u 20-il sular 'il fuq mil- livell tat-triq.", "Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.", "NGOs", "34315.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista flimkien mad- dettalji kollha ta' l-NGOs reġistrati f'Malta konnessi mal-qasam ta' l- ambjent?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ma teżistix sistema ta' reġistrazzjoni ta' NGOs f'Malta.", "WIRELESS TELEGRAPHY – TINDIF TA' UFFIĊINI", "34316.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex l- uffiċini tal-wireless telegraphy jinżammu fi stat ta' ndafa aħjar minħabba l-qagħda mwiegħra li jinsabu fiha u l-allerġiji li wħud mill-istaff żviluppaw?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fid-dipartiment tat-telegrafija mingħajr fili hemm general hand li xogħlu huwa biss it-tindif.", "GŻIRA – DAR RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI BID-DOWN SYNDROME", "34317.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li ssir xi dar residenzjali fil-Gżira jew fil-qrib ta' dan il-lokal fejn ikunu jistgħu jinżammu nies bid-Down Syndrome l-aktar dawk li jispiċċaw jitilfu l- ġenituri tagħhom?", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li jinħatar kumitat volontarju dwar din il-problema ħalli forsi tkun tista' tinsab soluzzjoni dejjiema għaliha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan il-Gvern ilu li ħa inizjattiva biex tkun indirizzata l-problema li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "Tard is-sena l-oħra twaqqfet diviżjoni ġdida għall-għajxien issapportjat fi ħdan il-fondazzjoni għas-servizzi dwar ħarsien soċjali, li taqa' taħt ir- responsabbilta` tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "L-iskop ta' din id-diviżjoni hu li tissapportja persuni b'kull tip ta' diżabilita` fid-dar fejn jgħixu biex ittejjeb il-kwalita` tal-ħajja tagħhom u tnaqqas il-ħtieġa li jiġu mdaħħla f'istituzzjoni u, meta dan ma jkunx aktar possibbli, tgħin biex dawn il-persuni xorta jibqgħu jgħixu fil- komunita`.", "Għal dan l-iskop id-diviżjoni qiegħda fil-fażi finali biex takkwista żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop, kif ukoll qed tlesti bini ieħor fl-Imtarfa.", "Barra minn hekk se jibda wkoll ix- xogħol meħtieġ biex jinfetħu sitt units fil-kumpless Ta' Vajrita, f'Marsascala, liema xogħol mistenni jkun lest kmieni s-sena d-dieħla.", "Barra minn dan, il-Ministeru jgħin finanzjarjament lid-djar li diġa` twaqqfu fil-komunita`u li huma mmexxija minn NGOs.", "GĦAWDEX - KARTA ANZJAN", "34318.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'Għawdex ħafna outlets u mezzi tat- trasport lanqas jirrikonoxxu l-karta anzjan?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid għal­liema outlets qed jirriferi.", "Rigward mezzi tat-trasport nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 18955.", "WHEELCHAIR GĦAL PERSUNA B'DIŻABILITA`", "34319.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi pprovdut wheelchair għar-residenta li toqgħod fl-indirizz indikat separatament li tilfet is- saħħa tal-mixi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li fl-indirizz indikat mill-Onor.", "Interpellant jidher li hemm diversi residenti, nitolbu jgħaddili, anke b'mod kunfidenzjali, dettalji dwar il-persuna li qed jirriferi għaliha biex il-każ ikun jista' jiġi nvestigat.", "GŻIRA – CARER GĦAL PERSUNA ANZJANA", "34320.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jintbagħat carer biex taħsel il-premises tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija armla u hija anzjana wisq biex tlaħħaq mal-faċendi fid- dar tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata qatt m'għamlet applikazzjoni għas-servizz li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Id-dipartiment konċernat bagħtilha l-applikazzjoni meħtieġa biex timliha u tirritornaha lid-dipartiment biex ikun jista' jikkunsidra t-talba."]} {"filename": "20001129_439d_par.doc", "date": "2000-11-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 439 L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 439", "L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "439", "L-Erbgħa, 29 ta' Novembru, 2000", "WERREJ MINUTI 757", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 757", "TQEGĦID TA' KARTI 761", "ORDNIJET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IT-TIENI JUM STABBILIT 762", "AĠĠORNAMENT 783", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 784", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 438 li saret fit-28 ta' Novembru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIĊĊERIJA - INDAFA", "21220.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li ressqu l-meat sellers association nhar il-21 ta' Settembru lil Mr Mark Xerri dwar kif ikun imnaddaf il-majjal?", "X'inhija s- sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "21134.", "MR SPEAKER (0nor.", "Anton Tabone): Onor. Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma jekk saru diskussjonijiet ma' l-uffiċċju tas- segretarju parlamentari, jista' allura l-Ministru jgħidilna x'ħareġ mid- diskussjonijiet li saru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nimmaġina li l-Onor.", "Mizzi ma rax il-mistoqsijiet ta' qabel.", "Il-complaints li tqajmu m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-ministeru tiegħi - saru lmenti dwar toilets, l-art, il-bins u kif jitnaddaf il- majjal - u fil-fatt dawn aħna għaddejnihom lill-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "Veru li dawn kienu points for discussion u veru wkoll li huma punti validi, pero' dan kollu jidħol fl-operat tal-biċċerija.", "Forsi jixtieq iżid xi ħaġa l-Ministru Zammit.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ma tantx għandi wisq x'inżid, Sur President.", "Prattikament l-istess mistoqsijiet saru lill- ministeru tiegħi u jiena wkoll irrispondejt f'dan is-sens.", "Barra minn hekk ġew diskussi affarijiet oħra, bħalma hija l-pit fejn jidħlu u joħorġu l- karrozzi, u kwestjonijiet oħra relatati mal-parking.", "Dawn il-kwestjonijiet kollha ġew solvuti.", "(Interruzzjonijiet)", "Kienu qegħdin jgħidu li fejn hemm iċ-chillers kien hemm ċerta ntiena.", "Wieħed irid ifakkar pero' li fejn hemm iċ-chillers sar refurbishment qawwi u allura dik l-intiena ġiet solvuta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qed jgħid li huwa spjega kollox u li l- affarijiet mexjin sewwa.", "Allura jista' jgħidilna xi prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex il-mad cow disease ma tidħolx f'pajjiżna wkoll?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dan l-aħħar fil-parlament kien hawn sensila ta' mistoqsijiet dwar il-mad cow u ġie spjegat ċar li din qed tittieħed bis- serjeta'.", "L-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam f'Malta tiġi ċċekkjata fid-dettal.", "Ħmistax ilu ħarġet anke direttiva biex ma jiġix importat materjal li fih ċertu meat content.", "Fil-fatt laħam li jkollu aktar minn sentejn ma jiġix importat.", "Nixtieq ukoll li fuq dan is-suġġett isir kliem meqjus għaliex kif nafu din hija xi ħaġa delikata u hija xi ħaġa li kontinwament qed tiżviluppa f'diversi pajjiżi fl-Ewropa.", "F'pajjiżna l-industrija taċ-ċanga nistgħu nsejħulha low risk u m'għandniex għalfejn noqogħdu nallarmaw bla bżonn.", "Inserraħ moħħ kulħadd li d-dipartiment tas-servizzi veterinarji qed jieħu l- passi kollha meħtieġa biex jassigura li ma jidħolx laħam imniġġes f'pajjiżna u lanqas għalf tal-bhejjem li jkun fih bonemeal content.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Naħseb iktar kien ikun għaqli li l-Ministru joqgħod attent x'jgħid hu għax jien bl-ebda mod m'għedt li xi ħadd għandu jkun ippreokkupat bil-baqar li għandna.", "Il-poplu jistenna li l-laħam li jidħol f'pajjiżna jiġi ċċekkjat u mhux noqogħdu fuq l-informazzjoni jekk dawn il- bhejjem inqatlux sentejn ilu jew le.", "Irrelevanti ikunx hemm ċertifikat minn barra li jgħid dan, jista' l-Ministru jgħidilna min huwa responsabbli biex jiċċekkja l-laħam li jiġi importat?", "Qed isiru testijiet?", "U jekk qed isiru, x'tip ta' testijiet huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dawn il-mistoqsijiet diġa' ġew imwieġba, pero' għall- informazzjoni ta' l-Onor.", "Membru rrid ngħid li huwa d-dipartiment tas- servizzi veterinarji li huwa responsabbli minn kull importazzjoni tal-laħam fil-pajjiż.", "Kif għedt ħmistax ilu ħarġet stqarrija li tagħti d-dettalji kollha u tiddeskrivi l-mod kif jiġi importat il-laħam f'pajjiżna.", "Għedt ukoll li jien nixtieq kieku għandna laboratorju fejn inkunu nistgħu nagħmlu dawn it-tip ta' testijiet fid-dettall pero' m'għandniex.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura għid il-verita'!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena l-verita' qed ngħid!", "Jiena nixtieq li f'pajjiżna għandna dan it-tip ta' laboratorju pero' m'għandniex, u dan la hu tort tiegħi u lanqas ta' l-Onor.", "Mizzi.", "Bilfors ikollna noqogħdu fuq dak li jgħidulna minn barra.", "Dan bħal meta toħroġ mediċina ġdida.", "Ejja nieħdu l-aspro, per eżempju.", "F'pajjiżna m'għandniex laboratorju li jista' jagħmel analisi ta' l-aspro, iżda ladarba din hija mediċina li tintuża f'pajjiżi żviluppati iżjed minnha allura nużawha aħna wkoll.", "J'Alla nkunu f'pożizzjoni li xi darba jkollna kemm laboratorji kif ukoll ir-riżorsi umani - u ma noqogħdux naraw kbir! - ħalli nkunu nistgħu nimmaniġjawhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Aktar kmieni l-Ministru qal li kollox miexi sewwa u issa qed jgħid li m'għandniex biex nittestjaw ċerti affarijiet.", "Ma jikkonsidrax allura li għandu jżomm l-importazzjoni ta' prodotti li jista' jkollhom il-BSE?", "MR SPEAKER: II-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Trid tkun imbeċilli biex tħalli jidħol laħam minn areas infettati!", "Assolutament iċ-ċanga li tiġi importata ma nimportawhiex minn areas fejn hemm il-mad cow disease, kif tindika anke l-press release li ħareġ id-dipartiment tas-servizzi veterinarji.", "Barra minn hekk qegħdin nimxu fuq sistema li ma nimportawx ċanga li tkun inqatlet wara li l-bhima tkun għalqet sentejn.", "Biex inkompli nserraħ moħħ kulħadd inżid ngħid li d-dipartiment tas- servizzi veterinarji qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha kemm fil-kwalita' taċ-ċanga kif ukoll fit-traceability tagħha, jiġifieri l-oriġini tagħha, fejn trabbiet u fejn inqatlet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma jidhirlux il-Ministru li mbeċilli min jaħseb li din il-marda tinsab biss f'dawk il-pajjiżi fejn jintqal uffiċjalment li hemm din il-marda u nhux f'pajjiżi oħrajn li ma jissemmewx uffiċjalment?", "Ma jidhirlux il-Ministru li għandna nieħdu l-prekawzjonijiet kollha?", "U dment li m'għandniex biex niċċekkjaw l-affarijiet, allura wieħed irid isib sistema kif ningħataw għajnuna ħalli nkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Jiena naħseb li għandna biżżejjed ċanga f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwel ħaġa li wieħed irid jara hija s-saħħa taċ-ċittadin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nerġa' ngħid li aħna noqogħdu attenti li ma nimportawx ċanga minn pajjiżi infettati.", "Pero' peress li m'għandniex laboratorji li kapaċi jiċċertifikaw li ċ-ċanga li nimportaw m'hijiex infettata, allura noqogħdu fuq certification ta' laboratorji barra minn pajjiżna li huma speċjalizzati f'dawn l-affarijiet.", "Għaliex ovvjament trid allura tkun imbeċilli biex timporta minn dawn il-pajjiżi!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: (Interruzzjonijiet) Li qed ngħid jiena huwa li m'għandniex inħallu f'idejn xi kumpannija li tesporta dan il-laħam lejn pajjiżna biex tkun hi li tagħmel iċ-ċertifikazzjoni.", "Irid ikun hemm xi ħadd indipendenti li jagħmel dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qabel xejn biex kumpannija tesporta dan it-tip ta' ċanga trid tkun kumpannija bla sens.", "Pero' aħna noqogħdu fuq ċertifikati minn laboratorji li jkunu akkreditati u ta' l-affari tagħhom.", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM - MAJJAL", "21229.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farruigia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu lilu fil-21 ta' Settembru, 2000 mill-meat sellers association dwar il-grad u l-piż tal-majjal li għandu jiġi mniżżel bi professjonalita' fuq tabella sabiex ma jkun hemm ebda abbużi?", "X'passi ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru.", "21134.", "BIĊĊERIJA - INDAFA", "21230.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu mill-ministeru dwar l-ilmenti li ressqu l-meat sellers association sabiex isiru bins għall-biċċiet tal-laħam li jintremew ma' l-art minn xi individwi u jikkawżaw nuqqas ta' iġene fil-biċċerija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "21134.", "BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM - UŻIN", "21231.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinformana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu mill-meat sellers association fil-21 ta' Settembru, 2000 dwar l-użin tar-robbu tal-majjal u partijiet oħra?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru.", "21134.", "SAJD - KONSERVAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI", "21237.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20696?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-dipartiment tas-sajd ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-istudju li l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li sar.", "Il- conservation and management of straddling and highly migratory fish stock agreement huwa għodda ta' l-UNCLOS biex jiġi mmaniġjat b'mod sostenibbli bl- istocks tal-ħut pelaġiku.", "Pajjiżna jista' fil-futur jirratifika dan l-agreement, li bħalma diġa għedt jifforma parti mill-UNCLOS.", "INLAND REVENUE - N.I. CONTRIBUTIONS", "21240.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' ċittadini reġistrati ma' l-inland revenue li ħalsu l-NI bejn l-1999 u s- sena 2000, bħala ħaddiema u bħala self-employed?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' ċittadini rreġistrati mad-dipartiment tat-taxxi interni li ħallsu s-social security contributions huwa kif ġej:", "Impjegati:", "1999 : 135,886 2000 : L-informazzjoni tasal fi Frar 2001 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS.", "Self-employed jew Self-occupied:", "1999 : 18,904 2000 : 18,634", "Nota: Fil-każ tas-self-employed, in-numru rreġistrat mad-dipartment jinġabar matul is-sena mal-ħlas tal-provisional tax.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jista' l-Ministru jgħidilna jħossux preokkupat meta jiġu ppubblikati l-listi ta' dawk li jeħlu l-multi mill-qorti minħabba li jinqabdu ma jagħtux l-irċevuti tal-VAT, u dan rarament tara fihom xi professjonist, xi negozjant kbir, xi avukat jew xi tabib?", "Huma sempliċement ix-shopkeepers iż-żgħar li ssib f'dawn il-listi.", "Jaħseb il- Ministru li din tista' tispira fiduċja fin-nies li qed isir ġbir ekwu tat- taxxi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mir-rapport li għandi jidher li jkun hemm anke professjonisti li mhux biss jitilgħu l-qorti imma jeħlu wkoll.", "Naturalment l-ammonti jvarjaw għaliex jekk hawn 200 avukat u 3000 ħanut, allura l- proporzjon ta' shopkeepers li jinqabdu huwa ikbar.", "Wieħed irid jifhem ukoll li fis-settur tas-servizzi huwa ħafna iktar problematiku li jinqabad xi ħadd li ma jagħtix l-irċevuta għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq professjonisti.", "Pero', kif dejjem ngħid, tajjeb nitkellmu fuq is-setturi tas-servizzi kollha għaliex daqskemm hawn professjonisti li ma jagħtux irċevuti - u mhux qed niddefendihom, qatt ma kont difensur tagħhom f'dawn l-affarijiet - daqshekk ieħor hawn nies tax-xogħol bħalma huma bajjada, kaħħala, nies li jiġu jsewwu t-television, ir-refrigerator eċċ li ħafna drabi jieħdu d- doppju li jieħu tabib li wkoll jabbużaw ħafna mill-għoti tal-irċevuti.", "U s- sistemi li qegħdin nippruvaw ndaħħlu u li ħabbart anke fil-budget huma proprju biex nagħfsu kemm jista' jkun fuq dawn is-setturi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jiena bl-ebda mod ma rrid ninstema' li qed nipprova nkeskes lill-ministru għall-professjonisti, lejn it-tobba tal-professjoni tiegħi jew lejn in-negozjanti u lanqas kelli dik l-intenzjoni.", "Li qed ngħid huwa li meta inti qed titkellem fuq il-listi li tisma' fil-gazzetti rigward dawk li jonqsu li jagħtu l-irċevuti tal-VAT, ħafna drabi dawn huma shopkeepers żgħar.", "Rari tisma' bil-pezzi grossi, ejja nitkellmu ċar, kienu f'liema professjoni kienu u f'liema kategorija kienu.", "U anke dawn li semma' l-Ministru, il-moonshiners li jaħdmu wara l-ħin jew inkella jaħdmu ta' bajjada, kaħħala eċċ., rari tisma' bihom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiena bl-ebda mod ma fhimt li l-Onor.", "Vella qiegħed ikeskisni għal xi ħadd, pero' tajjeb li wieħed jifhem li fl-għoti ta' l- irċevuta l-ħwienet il-kbar ma jistgħux ma jagħtux irċevuta għaliex is- sistema ntern ta' kontroll tagħhom huwa tali li ma jistgħux jibbajpassjaw l- għoti ta' l-irċevuta.", "Meta għandek supermarket b'ħafna cash registers, l- employer mhux se jmurlek fuq l-impjegat u jgħidlu biex ma jagħtix irċevuti għaliex ikun qiegħed jeqred il-kontroll tiegħu nnifsu.", "Għalhekk ftit issib li xi darba jinqabad xi wieħed minn dawn l-azjendi li jkunu sostanzjali.", "L- abbuż l-iktar li jsir huwa fejn ikun hemm il-kontroll assolut tas-sid fuq il-cash register.", "AMBJENT - IMPJEGATI ĠODDA", "21517.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il- ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Matul is-sena 2000 in-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru kienu kif jidher hawn taħt:", "|GRAD |DATA |SALARJU U | | | |BENEFIĊĊJI | | | |OĦRA | |Consultan|21.01.20|Lm10,000 p.a. | |t |00 | | |(on | | | |contract)| | | | |24.04.20|Skala 16 | |Clerk |00 | | | |28.09.20|Skala 16 | |Clerk |00 | | |Ministry | | | |Communica|01.10.20| | |tions |00 |Lm5,941 p.a. | |Co-ordina| |plus Lm90 | |tor | |allowance | |(on | |fix-xahar, | |contact) | |plus Lm1680 | | | |car allowance,| | | |plus free | | | |telephone | | | |facilities | |Junior |16.10.20|Lm4,451 p.a. | |Legal |00 | | |Officer | | | |2 |18.04.20|Lm4,238 p.a. | |Environme|00 | | |nt | | | |Officers | | | |* | | |", "* Wieħed irriżenja minn mad-dipartiment b'effett minn 16.10.2000", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "L- Aġent Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): F'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Report and financial statements ta' l-awtorita' tax-xandir għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 1999; u estimi ta' dħul u nfiq ta' l- istess awtorita' għas-sena 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali taċ-ċentru għar-restawr għas-sena 1999; u", "Report and financial statements taċ-ċentru għar-restawr għall-perijodu bejn it-3 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru 1999.", "ORDNIJET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2001", "IT-TIENI JUM STABBILIT", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu s-seduta dirett fuq it-televiżjoni.", "Nistieden ukoll lill-fotografi tal-media u d-DOI sabiex jiġbdu ritratti u filmati għal ftit minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: Quddiemna għandna l-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fuq il- mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-Sena 2001.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 172 li għaddiet fis-Seduta Nru. 428 tas-17 ta' Novembru 2000, is-seduta tal-lum għandha tintemm fit-8.30 p.m. u d-diskors ikun eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi.", "Nistieden issa lill-Aġent Prim Ministru biex jibda d-diskors tiegħu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, iċ-ċirkostanzi riedu li kelli nkun jien li llum inqum u nagħlaq dan id-dibattitu li bis-saħħa tiegħu l-Kamra għandha quddiemha mozzjoni biex niddiskutu u neżaminaw l-estimi għas-sena finanzjarja li għandna quddiemna.", "Qiegħed nagħmel dan f'ismi, f'isem sħabi kollha li ħadmu taħt id-direzzzjoni tal-Prim Ministru matul is-sena li għaddiet li bis-saħħa ta' dik il-ħidma taw ir-riżultati li ġew imħabbra fid- diskors tal-budget li ressaq il-ministru tal-finanzi bħal nhar it-Tnejn tmint ijiem ilu, riżultati li huma frott ta' ħidma qawwija li saret mhux biss matul dawn l-aħħar 12-il xahar imma ħidma li bdiet sentejn ilu ftit wara li ntrebħet l-elezzjoni minn dan il-gvern.", "Bla dubju ta' xejn id-diskussjoni li pajjiż ikollu dwar budget nazzjonali li jkollu quddiemu hija diskussjoni importanti.", "Dan huwa mument importanti għal pajjiżna, mument importanti li jistedinna kollha bħala deputati u bħala rappreżentanti fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, bħala poplu sħiħ, biex nieqfu ftit u nirriflettu daqsxejn il-ħidma tagħna kif imxiet, x'riżultati tatna, naraw jekk aħniex qegħdin mexjin fid-direzzjoni li xtaqna, naraw jekk il-miri tagħna humiex qed jintlaħqu, naraw jekk il- proċess għat-tkabbir tal-ġid f'pajjiżna hux miexi 'l quddiem u naraw ukoll kif qed jitqassam dak il-ġid.", "Dan l-eżerċizzju huwa importanti mhux biss għaliex jagħtina l-okkażjoni li nħarsu lura, li nagħmlu analisi dwar dak li rnexxielna nakkwistaw imma huwa mument importanti għall-pajjiż għaliex inkunu qed nippreżentaw il-pjan ta' ħidma tagħna u l-proposti li għandna għas-sena finanzjarja li ġejja.", "Jien ngħid li f'pajjiżna żviluppajna u mmaturajna biżżejjed li l-mument ta' dibattitu ta' budget m'għadux dik l- esperjenza li konna mdorrijin ngħaddu minnu sa qabel l-1987.", "Illum id- dibattitu nazzjonali wasal f'mument fejn nistgħu niddiskutu u nagħmlu analiżi mportanti ta' l-affarijiet u nagħtu ħarsa 'l quddiem.", "Irrid ngħid li din is-sena partikolari u dan id-dibattitu partikolari joffrilna okkażjoni speċjali, okkażjoni f'ċertu sens unika li ma setgħetx isseħħ fl-aħħar żewġ budgets li kellna u lanqas tista' terġa' sseħħ is-sena d-dieħla jew fis-snin li ġejjin.", "Din id-diskussjoni huwa mument uniku għaliex joffrilna l-uniku ċans biex inqabblu l-ħidma ta' dan il-gvern f'għeluq is-sentejn tiegħu ma' ħidma meta fil-pajjż kien hawn gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant.", "Jien ngħid li dan huwa mument uniku għaliex issa biss għandna ċ-ċans li nqabblu sentejn ma' sentejn u issa biss nistgħu nqabblu like with like.", "Is-sena li għaddiet dan ma stajniex nagħmluh u f'ċertu sens lanqas se nkunu nistgħu nagħmluh is-sena li ġejja.", "Din is- sena pero' nistgħu nqabblu r-riżultati li qed nakkwistaw taħt dan il-gvern f'għeluq is-sentejn tiegħu u nqabbluhom preċiż mar-riżultati li akkwista gvern Laburista meta kien sa sentejn ilu kien qed imexxi pajjiżna.", "Sur President, huwa mument uniku wkoll għaliex din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, qed jitressaq budget quddiem il-poplu Malti li għadda minn proċess ta' diskussjoni li qatt ma sar qabel.", "Dan huwa proċess li ppermetta li naslu quddiem il-poplu Malti u quddiem dan il- parlament b'analisi kollha kemm hi frott ta' djalogu soċjali.", "Dan il-punt irrid nenfasizzah għaliex il-kunċett ta' djalogu - u iktar u iktar il- kunċett ta' djalogu soċjali - m'ilux wisq li twieled f'dan il-pajjiż.", "Anzi jiena ngħid li l-bidu ta' dan il-kunċett sar għall-ħabta ta' l-1987 meta għall-ewwel darba tela' gvern immexxi minn Dr Fenech Adami.", "Hemmhekk beda dan il-ħsieb li d-djalogu f'pajjiżna jista', jekk aħna nseddquh, iwassalna biex nakkwistaw riżultati għal pajjiż li jkunu mertu ta' kulħadd, mertu tal- pajjiż kollu kemm hu.", "Għall-grazzja t'Alla tul dawn is-snin li għaddew pajjiżna mmatura u naħseb issodajna - għalkemm ngħid li għad fadlilna fejn nistgħu nkomplu nissodaw - dan il-proċess b'diskussjoni madwar mejda li bis-saħħa tiegħu kulħadd jifhem x'inhu l-interess tal-pajjiż u allura kulħadd jiġbed - jew jipprova jiġbed - l-istess ħabel.", "Jiena naħseb li hija xi ħaġa li għandna biex niftaħru biha li dan il-budget għall-ewwel darba fl-istorja għadda minn dan il-proċess f'numru ta' laqgħat li mexxa l-ministru tal-finanzi fil- kunsill għall-iżvilupp ekonomiku, fejn l-imsieħba soċjali - jiġifieri r- rappreżentanti tal-ħaddiema, l-unions il-kbar, ir-rappreżentanti ta' min iħaddem u r-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti - kollha jiġu madwar mejda u flimkien mal-gvern, mingħajr ma dan ifarfar ir-responsabbilta' li għandu li finalment jieħu d-deċiżjonijiet - jagħmlu l-almu tagħhom biex jifhmu x'inhu għaddej fil-pajjiż u jressqu l-proposti tagħhom.", "Jien ngħid li din hija xi ħaġa li ġiet aċċettata mill-poplu Malti u l-kummenti in ġenerali li smajna matul il-ġimgħat u x-xhur li għaddew fil-proċess kollu li l-ministru tal-finanzi mexxa quddiem l-MCED wera li dik l-esperjenza kienet esperjenza pożittiva.", "Din hija xi ħaġa li rridu nkomplu nibnu fuqha u hija xi ħaġa li għas-snin li ġejjin tista' tiftħilna orizzonti oħrajn li jkunu ta' interess kbir.", "Irrid nenfasizza, fil-bidu ta' dan id-diskors, li l-għan ewlieni tagħna lkoll huwa li nfittxu dak li hu fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "F'dan is- sens dan id-diskors li se nagħmel se nipprova naqsmu fi tliet partijiet.", "Irrid inpoġġi dan il-budget, ir-riżultati li akkwistajna u l-miri li qegħdin inpoġġu għalina nfusna għat-12-il xahar li ġejjin f'kuntest iktar wiesa', f'kuntest nazzjonali, f'kuntest ta' viżjoni li aħna għandna ta' pajjiżna.", "Għaliex ma nistgħux nagħmlu analisi la tal-budget innifsu u lanqas tad-diskors li smajna sa issa min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għaddew, u ma nistgħux niżnu sewwa l-impatt ta' dak li qed ngħidu jekk ma npoġġux kollox f'kuntest nazzjonali u f'kuntest ta' viżjoni.", "Dan li qed nagħmlu għandu sens warajh u m'aħniex qed nagħmluh għax b'kumbinazzjoni l-affarijiet jiġu hekk.", "Dan m'huwiex pjan li qed niktbuh illum imma huwa pjan li fassalnieh skond politika li għalina, għal dan il- gvern, għal din in-naħa tal-Kamra, hi politika ċara, b'direzzjoni ċara, mibnija fuq il-fiduċja li aħna għandna fil-poplu Malti, u naturalment fuq il-fiduċja li l-poplu Malti tana meta għażel lilna ħalli mmexxu l-pajjiż.", "Se nibda proprju minn hawn biex imbagħad inkun nista' nanalizza l-kummenti u l-kritika li ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u mbagħad nasal għall- aħħar parti tad-diskors tiegħi fejn irrid bilfors inħares 'il quddiem u nara x'qed nipproponu bħala gvern biex pajjiżna jkompli r-ritmu ta' żvilupp li qabad s'issa.", "Bdejt biex ngħid li rrid inpoġġi dan il-budget fil-qafas ta' interess nazzjonali u viżjoni nazzjonali għal pajjiżna.", "U x'inhu dan l-interess?", "Naħseb li dan li se ngħid issa jgħodd għalina lkoll deputati eletti fuq in- naħa tla-gvern u fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, uħud minna ministri jew shadow ministers, uħud minna backbenchers, però jgħodd ukoll għall-poplu kollu.", "Bħala politiċi, xogħolna huwa li nagħmlu ħilitna kollha biex naraw pajjiżna x'potenzjal għandu u nagħmlu l-almu tagħna biex dak il-potenzjal - nittama li lkoll kemm aħna nemmnu fih - noħorġuh b'tali mod u manjiera li l- ġid jikber u nqassmuh fl-aħjar interess ta' kulħadd, speċjalment ta' dawk l- aktar fil-bżonn.", "Imma l-interess nazzjonali jitlob li aħna nanalizzaw l- affarijiet sewwa, u dan huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel.", "Għaliex huwa importanti li npoġġu kollox f'qafas nazzjonali u nagħmlu l-analisi tagħna kemm jista' jkun b'mod oġġettiv?", "Sur President, l-ewwelnett irridu nistabilixxu u nispjegaw lill-poplu Malti jekk bħala pajjiż - mhux bħala gvern biss - aħniex mexjin fit-triq it- tajba li hija fl-interess tal-familji tagħna, fl-interess ta' wliedna, fl- interess ta' kulħadd.", "Irridu nkunu nafu jekk il-miri li qed inpoġġu lilna nfusna aħniex nilħquhom.", "U jekk le rridu naraw x'se nagħmlu, irridu nirranġaw u rridu nirfinaw.", "Imma jekk iva, ejja nissodaw dik it-triq li qbadna.", "Irridu nistabilixxu jekk aħniex nimxu skond il-pjan li ħejjejna għall-pajjiż u jekk il-politika tagħna hijiex tagħtina riżultati kif nixtiequ.", "Bis-saħħa t'hekk insiru nafu jekk din it-triq hijiex tajba biżżejjed biex inkomplu mexjin fiha għall-futur tagħna u ta' wliedna.", "Irridu nagħrfu r-responsabbiltà kbira li għandna li dawk id-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum huma deċiżjonijiet li se jagħmlu differenza għall- ġenerazzjoni tagħna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, u allura r- responsabbiltà hija kbira.", "Ngħid mill-ewwel - għalkemm se jkolli ċ-ċans nidħol iktar fid-dettall iktar tard f'dan id-diskors - li kont naħseb li dan ukoll kien se jkun is- sens wara d-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għaddew.", "Kont nistenna li hu wkoll jagħmel analisi b'dawn l-istess żewġ skopijiet, jiġifieri li jistabilixxi jekk aħna aħniex qegħdin inġibu riżultati tajbin għal pajjiżna u x'futur għandu jkollu pajjiżna.", "Imma minn dan kollu nhar it-Tnejn li għadda ma smajna xejn u rrid ngħid li ħriġt diżappuntat għaliex il-kritika tiegħu kellha bl-iktar mod ċar skop wieħed biss - ma nistax ngħid li forsi fhimtu ħażin, u naħseb li ħadd ma jista' jgħid li fehmu ħażin - dak li jimmina l-kredibilità tar-riżultati li akkwistajna, dik li huwa f'isem l-oppożizzjoni li jirrappreżenta jmeri s-sewwa magħruf.", "Sur President, pajjiżna mhux dan għandu bżonn.", "Bħallikieku l-fatt li inti tipprova timmina l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, il-kredibilità, l-istatistika u ċ-ċifri, se jwassalna x'imkien!", "Bħallikieku l-allegazzjonijiet u d-dubji li titfa' 'l hawn u 'l hemm se jwassalna x'imkien!", "Pajjiżna mhux dan għandu bżonn imma għandu bżonn ikollu nies li jagħmlu kritika kostruttiva, li jixprunawna biex inkomplu naħdmu iżjed, li jixprunawna biex inkomplu nirfinaw il-politika tagħna, imma mhux politika li l-iskop tagħha jkun biss li timmina l- istituzzjonijiet ta' pajjiżna, timmina ċ-ċifri, timmina l-kejl, ir-riga li biha wieħed jista' jkejjel il-progress li l-pajjiż ikun qed jagħmel.", "Pero' issa se nagħmel tliet punti ġenerali li huma wkoll importanti ħalli dan id- dibattitu nkunu nistgħu nimpustawh fil-qafas li spjegajt, Sur President.", "L-ewwel punt huwa li naħseb li jkun żball jekk nagħmlu l-analisi ta' dan il-budget billi nħarsu lejn dan il-budget biss.", "Dan il-budget m'huwiex xi ħaġa li huwa mdendel waħdu.", "Dan il-budget huwa parti minn żewġ budgets oħra li ppreżentajna minn mindu ġejna eletti biex immexxu dan il-pajjiż.", "Dan huwa riżultat taż-żewġ budgets l-oħra li aħna ppreżentajna quddiem dan il-pajjiż u huwa parti minn programm ieħor ta' gvern li għandu jwassalna sa meta l-poplu Malti jerġa' jiġi mistieden biex jiddeċiedi lil min irid li jiggverna lil dan il-pajjiż u jiddeċiedi x'politika jrid għal dan il- pajjiż.", "Allura dan il-budget huwa tarġa oħra f'sellum li għall-grazzja ta' Alla qed ittellagħna 'l fuq, qed iressaq il-livell ta' l-għajxien tal-poplu tagħna fejn ilkoll kemm aħna nixtiequ narawh.", "Sur President, dan il- budget, id-diskors li smajna, l-estimi li ġew ippreżentati, iċ-ċifri u r- riżultati li akkwistajna għandna nħarsu lejhom bħala l-frott ta' pjan ċar li ġie mħejji għal dan il-pajjiż, pjan li għandu direzzjoni ċara, pjan li qal mill-ewwel x'kienu dawn il-miri u pjan li issa qabad it-triq biex dawk il-miri jilħaqhom.", "Fil-fatt irrid ngħid ukoll li dan lanqas huwa pjan li beda sentejn ilu imma huwa pjan li jmur lura numru ta' snin.", "Fid-diskors tiegħu l-ministru tal-finanzi spjega fid-dettall u mar lura saħansitra għall-miri u l-pjan li kien ġie mfassal fl-1992 meta kien tfassal pjan fit-tul, kif kien qed jarah il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien biex jara lil dan il-pajjiż miexi 'l quddiem, joħloq il-ġid u jqassam dak il-ġid.", "Il-pjan imfassal fl-1992 kien jara lil dan il-pajjiż jieħu postu b'dinjita' mhux biss f'dan ir- reġjun imma fil-kontinent Ewropew u anke fuq livell internazzjonali.", "Dan il-pjan ta' l-1992 tfassal b'miri preċiżi u wieħed jista' jikkritika kemm irid, pero' r-riżultati qegħdin hemmhekk u wieħed jista' jkejjilhom.", "Ħafna minn dak il-kejl il-ministru tal-finanzi tah fid-diskors tiegħu u jien m'għandix għalfejn nirrepetih, pero' dan huwa pjan b'viżjoni ċara f'moħħna li qed iressaqna lejn dik il-viżjoni li rridu għal pajjiżna.", "Dan iġibni issa għat-tieni punt importanti, il-viżjoni ta' pajjiżna.", "Anke din ipprovajt infittixha nhar it-Tnejn li għaddew fid-diskors tal- Kap ta' l-Oppożizzoni, iżda minflok Dr Sant kellimna fuq iċ-ċokon tagħna u x'm'aħniex kapaċi nagħmlu.", "Dak li xtaqt nisma' pero' dan ma smajtux.", "Ma ġara xejn, imma għalina dan huwa importanti.", "Jiena ngħid li kollox jinbena fuq din il-viżjoni għaliex inkella qed naħdmu bla sens, inkella nkunu qed naħdmu għaliex kumbinazzjoni ċ-ċirkostanzi jimbuttawna biex naħdmu f'dan il- mod.", "Aħna rridu npoġġu kollox b'viżjoni ċara għal pajjiżna u allura nagħtu kemm nagħtu ċifri u riżultati, fl-aħħar mill-aħħar dawk ir-riżultati jagħmlu sens biss jekk huma skond il-viżjoni li għandna.", "Għaliex jista' jkollok sitwazzjoni fejn ikollok riżultati tajbin pero' li mhux qed jeħduk fid-direzzjoni li tixtieq inti.", "Aħna li rridu huwa li jkollna riżultati tajbin li jeħduna fid-direzzjoni li nixtiequ għal pajjiżna.", "U x'inhi din il-viżjoni li għandha din in-naħa tal-gvern?", "Se ngħid fi ftit kliem x'inhi l-viżjoni għal pajjiżna, viżjoni li aħna kburin biha.", "Aħna rridu li Malta u Għawdex, il-poplu tagħna, jkun pajjiż modern, kapaċi jikkompeti u kapaċi joffri livell ta' għajxien mill-aqwa għal kull wieħed li jgħix f'dawn iż-żewġ gżejjer.", "Din hija viżjoni ġdida li vvintajniha issa?", "Assolutament le!", "Din kienet viżjoni li wellidniha mill- bidu nett u bdejna nimplimentawha fl-1987.", "Jiena m'għandix għalfejn insemmi x'għamilna biex lil pajjiżna nġibuh pajjiż modern.", "Hija viżjoni li rridu li jkollna soċjeta' li nsejħulha inklussiva.", "Dan ifisser li nixtiequ li pajjiżna ma jkollu lil ħadd li jkun fix-xifer, li mhux qed nagħtu kasu.", "Aħna nixtiequ li jkollna politika u anke poplu li għandu valuri tant kbar li jiddejjaq u jinkwieta li jkun hemm xi ħadd li qiegħed imwarrab u jagħmel ħiltu biex jitfa' ħarstu lejn dak li huwa mwarrab, u jipprova jagħtih l- għajnuna kollha ħalli ma jibqax imwarrab u jkun parti minn din ix-xmara li tirrappreżenta l-potenzjal ta' pajjiżna.", "Irridu li nkunu kburin li aħna Maltin u għalhekk aħna minn din in-naħa tal-Kamra niddarsu meta nisimgħu Malti ieħor, Għawdxi ieħor, ikun min ikun, li jipprova jċekkinna.", "Nerġa' ngħid, aħna kburin li aħna Maltin, kburin mill-istorja tagħna, kburin b'dak li konna kapaċi nagħmlu, u kburin li għandna poplu li jista' jgħinna nkomplu mexjin 'il quddiem.", "Sur President, irridu li bħala pajjiż nirkbu fuq dak li qed jissejjaħ il- globalizzazzjoni, dik li qed tissejjaħ rivoluzzjoni fl-informatika.", "Irridu napprofittaw irwieħna minn kull opportunita' li tiġina għaliex ma rridux inkunu inqas minn pajjiżi oħrajn.", "Aħna ma rridux nitkabbru u ma nemmnux li aħna aqwa minn ħaddieħor, pero' lanqas aħna iċken minn ħaddieħor.", "Aħna għandna poplu b'potenzjal enormi u nafu li dak il-potenzjal il-poplu jista' jiżviluppah jekk ikollu l-għodda li għandha d-dinja moderna tal-lum li tippermettilu jikkompeti.", "Illum nafu - u din hi l-viżjoni ta' din in-naħa - li t-territorji spiċċaw u allura dak li qabel kien jipproteġina, il-Baħar Mediterran, illum spiċċa.", "Illum nikkomunikaw u nikkompetu ma' min irridu u x'ħin irridu u kapaċi nġibu riżultati.", "Din hi l-globalizzazzjoni, li fl- aħħar mill-aħħar m'hi xejn ħlief il-kapaċita' li għandna llum li nikkomunikaw bl-iktar mod sempliċi u allura ma fadalx iktar territorji.", "Is- swar li l-Kavallieri bnew ma' pajjiżna biex ma jħallux lin-nies jidħlu f'pajjiżna llum metaforikament saru l-mezz kif nikkomunikaw u nġibu n- negozju lejn pajjiżna.", "Din hi d-dinja moderna, u l-viżjoni tagħna hija viżjoni mibnija fuq dan l-iżvilupp.", "Irridu wkoll insaħħu u nseddqu l-valuri soċjali li għandu l-poplu Malti, l-importanza tal-familja bħala ċ-ċentru li fuqha nistgħu nibnu kwalunkwe ħaġa oħra għal pajjiżna, l-importanza tal-valur tas-solidarjeta' li dan il- poplu dejjem wera fl-istorja kollha tiegħu.", "Aħna ma rridux inħarsu biss lejn x'jaqblilna, x'se nakkwistaw, x'se niddobbaw imma rridu nħarsu wkoll lejn x'nistgħu nikkontribwixxu bil-kapaċita' ta' moħħna ħalli nagħtu kontribut għalina nfusna pero' anke għal ħaddieħor.", "Il-poplu tagħna ma jridx iħares lejn iċ-ċokon tat-territorju imma jrid iħares lejn il-kobor tal-potenzjal li għandu.", "Din hija viżjoni li fl-aħħar mill-aħħar timbuttana u tixprunana biex insaħħu dak li għandna fil-preżent ħalli nagħtu garanzija għall-futur u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Għaliex jiena ngħid li dak li rnexxielna nakkwistaw s'issa u r-riżultati tal- politika li qegħdin inwettqu juru li aħna mexjin fid-direzzjoni ħalli nwettqu din il-viżjoni.", "U aħna kburin bir-riżultati li rnexxielna nakkwistaw.", "Issa, biex nakkwistaw din il-viżjoni ridna bilfors ikollna triq ċara, triq li trid tinbena fuq ċerti binarji kardinali.", "Sur President, meta tlajna fil-gvern fl-1998 ħadna deċiżjoni u għedna li biex titkompla t-triq li bdejna ħalli din il-viżjoni narawha titwettaq, din għandha bżonn titmexxa fuq tliet binarji importantissimi li poġġejnihom bħala miri ċari b'impenn qawwi matul dawk il-ħames snin li kellna quddiemna li minnhom issa diġa għaddew sentejn.", "L-ewwel mira kruċjali li fuqha kien jiddependi kollox u jibqa' jiddependi kollox huwa l-iżbilanċ ta' pajjiżna, dak li ħaddieħor sejħilha l-ħofra.", "Aħna għedna mill-bidu nett li nistgħu nwettqu l-viżjoni tagħna biss jekk jirnexxielna nindirizzaw l-isfida ta' l- iżbilanċ ta' pajjiżna, dak li jissejjaħ il-ħofra ta' pajjiżna.", "It-tieni punt, it-tieni mira importanti, it-tieni pilastru li fuqu tinbena l-politika kollha tagħna hija li aħna rridu noħolqu ekonomija li tiċċaqlaq, vibranti, li toħloq, li tmexxi, ekonomija li ma tiddependix il- ħin kollu fuq il-gvern, imma ekonomija li waħedha toħloq il-ġid, għax fuq l- iżvilupp ta' l-ekonomija tagħna jiddependi l-ħolqien ta' l-opportunitajiet tax-xogħol, jiddependi jekk aħniex kapaċi nkomplu niġġeneraw il-ġid.", "Dan imbagħad iwassalni għat-tielet pilastru importanti ta' din il- politika fejn, wara li tkun ġibt il-qagħda finanzjarja fuq saqajha, tqassam dak il-ġid li tkun ħloqt bi kriterji ċari ta' ġustizzja soċjali, kriterji li jgħinuna li fil-ġid jipparteċipa kulħadd però l-iktar li jieħdu sehem huma dawk l-iktar batuti fis-soċjetà.", "Jien ngħid li dan it-tielet budget li l-gvern ippreżenta fl-20 ta' Novembru li għadda jagħti prova qawwija u b'saħħitha ħafna li mexjin sewwa fit-triq li fassalna għal pajjiżna, li qegħdin nakkwistaw il-miri li poġġejna għalina nfusna minn sena għal sena u li mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Dan ma jfissirx li kollox huwa perfett, ma jfissirx li rbaħna l-isfidi kollha jew li kulħadd qed jgħix ħajja li għandna nikkuntentaw ruħna biha.", "Dan ifisser li qegħdin nindirizzaw u nsolvu l-problemi u l-isfidi li poġġejna quddiemna, u jfisser li għandna nagħmlu kuraġġ ħalli nkomplu naħdmu f'din it-triq għaliex ir-riżultati li qegħdin inġibu huma riżultati tajbin.", "Dan iġibni issa għat-tielet punt importanti.", "Bid-diskors nistgħu ngħidu ħafna affarijiet.", "Id-diskors huwa rħis.", "Kemm nistgħu ngħidu xorti!", "Imma rridu noqogħdu attenti għaliex bid-diskors irħis ma naslu mkien.", "Naslu jekk ikollna l-fatti ċari quddiemna.", "Hemm l-espressjoni sabiħa li bejn il-paroli u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, u huwa importanti li din inżommuha quddiem għajnejna.", "U ngħid dan mhux biss għad-deputati preżenti fil-Kamra imma wkoll għal min qed isegwi dan id-dibattitu.", "Nisimgħu iva, però nanalizzaw u nirraġunaw.", "Ngħidu: Imma dak li qed nisma' jgħodd mal-fatti li pajjiżna għandu f'idejh?", "Irridu niġġudikaw fuq il-fatti u mhux fuq il-paroli.", "Il-poplu tagħna m'huwiex xi poplu ġwejjed jew fidil li tbellagħlu kulma trid, u tana prova ta' dan fl-1998 meta għall- ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna mill-indipendenza 'l hawn gvern spiċċa għamel biss sentejn imexxi u wettaq politika li ġabet diżastru fil-pajjiż.", "Allura meta kellu jersaq quddiem il-poplu f'inqas minn sentejn biex jiġġudikah, il-poplu Malti aktar li ġġudikah.", "Mela aħna għandna poplu li m'huwiex poplu li jibla' kollox, għandna poplu li kapaċi jagħmel il- ġudizzju tiegħu.", "Sur President, nhar it-Tnejn li għaddew il-Kap ta' l- Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu beda billi għamel żewġ affarijiet.", "Dr Sant ipprova jniggiżna ftit - ma ġara xejn b'daqshekk, anzi naħseb li tajjeb li kultant f'dan il-parlament niċċajtaw ftit; għallinqas din in-naħa neħduha ċajta - billi beda d-diskors tiegħu bir-reklam fuq il-marġerina li kien hemm f\"The Times\" u jiena biex ninkih ngħidlu li d-diskors tiegħu fakkarni fir-reklam tal-lira, kollox irħis!", "Għaliex waqt li smajtu wasalt għall-konklużjoni li l-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija rħisa, tixtriha bix-xejn!", "B'lira tista' tikkritika lill-Enemalta, tista' tikkritika lill-awditur ġenerali, tista' tikkritika lill-uffiċċju ta' l- istatistika, tista' tikkritika lill-ETC, kollox irħis!", "Il-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni irħisa, bix-xejn!", "B'lira tikkritika lil min trid!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien ma nistax nifhem kif tersaq quddiem il- poplu u tippreżenta dak it-tip ta' diskors ta' kritika irħisa, kritika li assolutament ma tagħmel ebda sens.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni - u se nikkwotah preċiż - qalilna:", "\"Dan il-budget jirrappreżenta falliment ta' viżjoni, falliment ta' ġustizzja soċjali, falliment ta' direzzjoni u falliment ta' tmexxija.\".", "U meta smajtu jien għedt: Forsi qed jirriferi għas-sentejn li għamel hu fil-gvern?", "Għax effettivament dawn l-erba' affarijiet li semma jfakkruni fl-esperjenza li għaddejna minnha meta f'pajjiżna verament kellna falliment kbir - u bħalma jfakkru lili jfakkru lill-poplu Malti kollu - falliment li ġab lill-pajjiż kollu għarkobbtejh, falliment li, nerġa' ngħid, huwa ċċertifikat bir-riżultat elettorali li nkiseb fl-1998.", "Kien falliment għaliex il-viżjoni min-naħa tal-gvern Laburista tant kienet falluta li dak iż-żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien, per eżempju, jenfasizza ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Kien jgħid li aħna żgħar wisq biex nikkompetu!", "Kien falliment, Sur President, meta bid-deċiżjonijiet li kien ħa l-gvern Laburista kien għaffeġ liż-żgħir, lill-pensjonant, lill-marid, kien għamel minn kollox biex jarmi kull sens ta' ġustizzja soċjali tant li xi ħadd min- naħa tiegħu qallu: Isma', inti l-boxxla soċjali tliftha!", "Ir-riżultati li akkwista pajjiżna taħt dawk is-sentejn kienu riżutati li urew li pajjiżna lanqas kien jaf fejn hu sejjer.", "Ħadd ma kien jaf x'se jiġrilu dan il- pajjiż, la nafu x'inhi s-sistema ta' tassazzjoni, la nafu x'inhi r- relazzjoni tagħna ma' l-Unjoni Ewropea u ma nafu xejn.", "Din kienet il- pożizzjoni taħt l-amministrazzjoni Laburista.", "Allura ta' min nistaqsu x'inhu l-valur veru tal-kritika li ressaq il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid- diskors li għamel nhar it-Tnejn li għaddew.", "Iżda qabel ma naslu biex naraw jekk f'dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandux raġun jew le, tajjeb li l-ewwel nistabilixxu dak li huwa fatt reġistrat u verifikat, li jagħmel kemm jagħmel diskorsi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dejjem jipprova jimmina l- kredibilita' tagħhom.", "Sur President, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena l-ġid f'pajjiżna, dak li jissejjaħ il-GDP, kabbarnih b'7%, jiġifieri kull ¥100 aħna kabbarniha b'¥7, rata li hija tajba ħafna.", "Aħna naqqasna l-iżbilanċ, id-deficit jew il-ħofra, sejħilha li trid, mira li jien għedt mill-ewwel, kienet ewlenija u tibqa' ewlenija għal dan il-gvern, pilastru importanti fit-twettiq tal- politika li aħna għandna.", "Jgħid x'jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, meta tlajna fl-1998 sibna pajjiż li kellu żbilanċ, kellu ħofra, ta' ¥150 miljun.", "Min jiftakar tajjeb fl-ewwel budget tagħna ftit ġimgħat wara li tlajna fil- gvern - għalhekk għedt li dan il-budget ma tistax tarah maqtugħ miż-żewġ budgets l-oħra - il-ministru tal-finanzi kien ippreżenta pjan fuq numru ta' snin fejn qal: 'Din hija l-ikbar sfida li aħna għandna u se nagħmlu ħilitna biex dan l-iżbilanċ innaqqsuh, sena wara sena, sakemm naslu biex nilħqu l-livell ta' żbilanċ li jkun mhux iktar minn 3% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż.", "Mela bdejna b'¥150 miljun għall-1999 u mmirajna li dan innaqqsuh għal ¥130 miljun.", "Fil-fatt f'dik l-ewwel sena rnexxielna nnaqqsu l-iżbilanċ għal ¥124 miljun.", "U dan ma jonqosx bix-xejn, jonqos għaliex il-politika li tkun qed titwettaq tkun qed tirrendi r-riżultati li tkun tixtieq.", "Meta ġejna għat-tieni budget għedna lil dan il-parlament u lill-pajjiż li morna aħjar milli mmirajna u ġibna riżultat aqwa minn dak li konna qed nimmiraw għalih.", "Konna għedna wkoll li issa l-mira tagħna għandha tkun li nniżżlu l- iżbilanċ ta' pajjiżna għal ¥109 miljun u bħal nhar it-Tnejn tmint ijiem smajna lill-ministru tal-finanzi jagħtina l-aħbar tajba li mhux talli rnexxielna nnaqqsu l-iżbilanċ għal ¥109 miljun, talli għat-tieni sena wara l-oħra morna aħjar mill-mira li poġġejna għalina nfusna għaliex l-iżbilanċ naqas għal ¥95 miljun.", "Issa x'qegħdin ngħidu?", "Sur President, issa qegħdin ngħidu li għas-sena li ġejja rridu li dan l- iżbilanċ inkomplu nnaqqsuh għal ¥83 miljun u r-riżultati qegħdin hemm.", "Infakkar li dawn huma riżultati li meta l-Onor.", "Sant kien hu prim ministru ta' dan il-pajjiż naħseb li kien jigdem il-minkeb biex jipprova jakkwistahom.", "Kien jgħid tant fuq il-ħofra!", "Kont tisimgħu filgħodu, f'nofsinhar u filgħaxija, bil-kelma ħofra kienet ħierġa minn widnejja!", "L- Onor. Sant bħala prim ministru għamel minn kollox biex dan l-iżbilanċ inaqqsu, imma kulħadd jaf x'ġara għaliex fis-sentejn li għamel hu fil-gvern dak l-iżbilanċ sploda.", "Imma aħna fis-sentejn tagħna - għalhekk fl-bidu għedt li għandna okkażjoni unika fejn nistgħu nqabblu - erġajna naqqasna dan l-iżbilanċ u mexjin fid-direzzjoni li nixtiequ għal pajjiżna.", "Kellna suċċess ieħor importanti, Sur President, u dan ilu ma jiġri mill- 1994 jew l-1995.", "Fil-fatt għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar sitt snin jew seba' snin irnexxielna nirreġistraw bilanċ pożittiv fl-ispejjeż rikorrenti.", "Jekk inti taqbad dak li l-pajjiż għandu bżonn biex jiekol u dak li jdaħħal, issib li għamilna numru ta' snin fejn konna qed nieklu iżjed minn dak li konna qed indaħħlu.", "Jekk inti jkollok paga ta' ¥100 f'xahar u tkun qed tiekol b'¥120, allura għandek problema kbira għax tkun għamilt dejn ta' ¥20 ma' tal-ħanut li se jeħodlok l-imgħax fuqhom.", "U jekk jiġi x-xahar ta' wara u terġa' tagħmel l-istess froġa, issa l-¥20 saru ¥40 u jekk tibqa' sejjer hekk tista' timmaġina d-dejn kbir li tkun qed tidħol għalih.", "Allura waħda mill-miri tagħna kienet li dak li l-pajjiż għandu bżonn biex jiekol, dawk l-ispejjeż li aħna nsejħulhom rikorrenti, hemm bżonn nikkontrollawhom b'tali mod u manjiera li għallinqas dak li ndaħħlu jservina biex inkunu nistgħu nieklu fil-bżonnijiet ta' kuljum.", "Fil-fatt għall-ewwel darba f'għeluq din is-sena finanzjarja rnexxielna niġu quddiem il-poplu Malti u nagħtuh din l-aħbar tajba ħafna li rreġistrajna ¥2 miljun iżjed minn dak li l-pajjiż għandu bżonn biex ikun jista' jgħix għall- bżonnijiet tiegħu.", "Dan ifisser li ġemmgħajna ¥2 miljun u issa dawn se nwarrbuhom għal affarijiet oħrajn li l-pajjiż għandu bżonn.", "Dawn m'humiex wisq u għad fadlilna x'naqdfu biex inkabbruhom u l-mira tagħna għas-sena li ġejja hi li dawk iż-¥2 miljun ngħolluhom sew.", "Pero' dan il-breakthrough għamilnih u din hija xi ħaġa li għandha tagħmlilna kuraġġ u għandha tipprova lil kulħadd li din il-politika hija politika tajba.", "Jien bid- diskors nista' ngħid ħafna affarijiet pero' kieku m'għandix dawn ir- riżultati jkun paroli fil-vojt.", "Pero' huma dawn ir-riżultati li jagħtu kredibilita' lil dak li qiegħed jgħid il-gvern u dak li qed ngħid jien.", "Sur President, aħna żammejna l-inflazzjoni, jiġifieri l-għoli tal-ħajja, fil-livell ta' 3%.", "Huwa inevitabbli li f'kull pajjiż fid-dinja jkollok ċertu żidiet fil-prezzijiet, speċjalment meta jkollok ekonomija li tiddependi ħafna fuq l-importazzjoni ta' prodotti minn barra bħalma għandna fil-gżira tagħna u allura ċ-ċaqliq tal-prezzijiet ta' barra bilfors inħossuhom, pero' għat-tieni sena konsekuttiva rnexxielna nikkontrollaw l- inflazzjoni u nżommuha taħt it-3%.", "Ħaġa oħra li niġi għaliha meta nwieġeb iktar fid-dettall id-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hija l-investiment fil-qasam tal-manifattura li huwa l-ogħla ċifra ta' investiment li kellna f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Fil-fatt fil-qasam tax-xogħol in-nies jaħdmu full-time żdiedu bi 3,343.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-qasam tas- servizzi nħolqu 2,095 post tax-xogħol, fil-qasam tal-manifattura nħolqu 570 post tax-xogħol; fil-qasam tal-kostruzzjoni nħolqu 592 post tax-xogħol.", "Jiena bħala l-ministru għall-politika soċjali kont bil-kuntratturi jiġru warajja biex nagħtihom il-permessi ħalli jkunu jistgħu jġidu ħaddiema minn barra għaliex mhumiex isibu ħaddiema Maltin biex jidħlu f'dan il-qasam!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Il-labour supply, jiġifieri dawk li qed jaħdmu u dawk li qed ifittxu x- xogħol, żdied b'1,926 u nirreġistra b'sodisfazzjon kbir li minn din iż- żieda 74% huma nisa.", "Ngħid dan ukoll għaliex dan huwa fenomenu ġdid fejn qed niftħu l-opportunitajiet biex in-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jieħdu sehem fil-ħolqien tal-ġid għalihom infushom u anke għal pajjiżna.", "Dwar il-part-timers kellna żieda ta' 3,750; għal dawk li huma self-employed kellna żieda ta' 750 u l-qgħad niżel b'1,400.", "X'irid iżjed il-poplu Malti biex ikollu riżultati li jagħtuh is-serħan tal-moħħ li din il-politika qiegħda tirrendi r-riżultati!", "U meta mbagħad iqabbel dawn ir-riżultati mar- riżultati li akkwista l-Onor.", "Sant fis-sentejn li għamel fil-gvern, bilfors li l-poplu Malti jgħid li dik Laburista kienet politika żbaljata u din tagħna hija politika tajba.", "Dik il-politika ġabet diżastru u din il- politika qed iġġib riżultati li huma impressjonanti.", "M'hemmx mod ieħor kif tiddeskrivihom dawn ir-riżultati.", "Sur President, dawn huma riżultati li ħarbtu lill-oppożizzjoni għaliex l-impressjoni tiegħi hija li l- oppożizzjoni kesħet quddiem dawn ir-riżultati u ma tridx temminhom.", "Dawn ma jridux iniżżluha ġo griżmejhom li l-politika ta' dan il-gvern qed tirrendi dawn ir-riżultati u tant tħarbtu li ma kellhomx triq oħra u għażlu t-triq li jagħżlu l-iddisprati, bir-rispett kollu.", "U x'inhi t-triq li jagħżlu l-iddisprati?", "Hija meta tispiċċa tgħid li mhux qed temmen u tmeri s-sewwa magħruf.", "Għalhekk jiena nistaqsi lill-Onor.", "Sant u lill-membri tal- Partit Laburista: Għalfejn din ir-reazzjoni ta' paniku min-naħa tagħkom?", "Jiena ngħid li dawn tathom rashom, l-ewwelnett għaliex meta dawn ir- riżultati nqabbluhom mar-riżultati li akkwista l-Onor.", "Sant meta kien fil- gvern bil-politika tiegħu ta' friża ta' l-Unjoni Ewropea, ta' tneħħija tal- VAT, ta' introduzzjoni tas-CET, tal-miżuri kontra l-kuxjenza soċjali, meta wieħed iqabbel sentejn b'sentejn, il-politika tagħna li qed intwettqu u l- politika tagħhom li huma wettqu .....", "U ara xi ħadd ma jgħaddilux minn rasu li msieken dawn għamlu sentejn u dawk is-sentejn ma kenux biżżejjed!", "Ma kenux biżżejjed?", "Ġimgħa wara li telgħu fil-gvern iffriżaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea; sitt xhur wara neħħew il-VAT u daħħlu s-CET; u fi żmien 12-il xahar bdew bil-proċess biex idaħħlu l- kontijiet tad-dawl u l-ilma u t-taxxi.", "Mela l-politika tagħhom wettquha u ħasdu dak li żergħu u allura bilfors li issa tagħtihom rashom għaliex ir- riżultati li akkwistajna f'dawn is-sentejn huma riżultati li jagħtu l-akbar ċertifikat li l-politika tagħna hija tajba u l-politika tagħhom hija ħażina.", "U min jispiċċa f'din il-kantuniera x'jagħmel?", "Jgħidlek li mhux qed jemmen, imma huma t-tfal iż-żgħar li jagħmlu hekk.", "Sur President, dawn jinkwetaw ukoll għaliex għal sentejn sħaħ kull meta ġejna quddiem dan il-parlament bil-budget tagħna ffaċċjajna diskorsi min- naħa tagħhom li bassru diżastri u wieħed wara l-ieħor.", "Allura kieku jien kont fiż-żarbun tagħhom u kieku kont bil-qegħda n-naħa l-oħra kont ninkwieta u ngħid x'ħarġa ta' ħmar ħriġt għaliex sena ilu bassart diżastru f'dan il-pajjiż u issa qed jiġi l-ministru tal-finanzi u jgħidli: Ara x'riżultati ġibna!", "Allura bilfors tiddispra u bilfors ikollok dik it-tip ta' reazzjoni li smajna nhar it-Tnejn li għaddew għaliex hawnhekk tidħol il- kwestjoni ta' kredibilita'.", "Fil-fatt fid-diskors tiegħu ta' nhar it-Tnejn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni m'għamel xejn ħlief jattakka u jipprova jitfa' dubji fuq ir-riżultati li akkwistajna u li ppreżentajna lill-poplu Malti.", "Is-sabiħa hija li tefa' d-dubji fuq l-affarijiet u l-istatistika t-tajba, u l-istatistika li għandha tinkwetak daqsxejn għoġbitu!", "Aħna mhux qed ngħidu li kollox huwa perfett - ċertament hemm affarijiet li jiġbdulna l- attenzjoni, li rridu naħdmu ħafna iżjed fuqhom u li huma prijorita' - imma lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ċ-ċifri li jindikaw li għandna nagħtuhom prijorita' għoġbuh!", "Dawk ikkwotahom left, right and centre, imma ċ-ċifri t- tajba u r-riżultati t-tajbin għalih bagħbasnihom.", "Allura l-mistoqsija hi jekk għandniex nagħtu piż dak li qed jgħidilna l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, u t-tweġiba għal din il-mistoqsija toħroġ minn dak li bl-Ingliż jgħidulu track record.", "Mela ħalli naraw kemm nistgħu nemmnu u noqogħdu fuq dak li jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kemm nistgħu nafdawh fl-analisi tiegħu u kemm hu korrett.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna - din ma qalhiex hawn imma qalha pubblikament qabel ma ġie jitkellem hawnhekk nhar it-Tnejn - li kien se jraqqadna fid-diskors li kien se jagħmel.", "Bil-Malti ngħidu: Ħu l-fama u mur orqod, u jien ngħid li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-fama ħadha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U jiddispjaċini għax il-fama issa trabbiet; il-fama li tfajjar bl-addoċċ, il-fama li ċċappas lil kulħadd left, right and centre, il-fama li tivvinta minn żniedek, il-fama li tersaq viċin ix-xifer ta' l-irdum ta' l-etika u tal-korrettezza, il-fama li tattakka istituzzjonijiet stabiliti li jgawdu l-fiduċja tal-poplu Malti hija fama li, bir-rispett kollu, wiritha l-Partit Laburista għaliex il-Kap tal-Partit Laburista huwa l-Onor.", "Alfred Sant.", "Il-fama li inti kapaċi tivvinta, titfa' t-tajn, tattakka lin-nies personali, lill-ministri, hija fama li issa bilfors wiritha l-Partit Laburista.", "Din hija fama li twieldet fl-1996 meta l-Onor.", "Sant kellu r-riedni f'idejh, għamel ħafna wegħdiet u mbagħad għamel minn kollox biex dawk il-wegħdiet jarmihom il-baħar.", "Infakkar hawnhekk l-istipendji ta' l-istudenti, it-taxxi fuq il-mard, il- fatt li għakksu liż-żgħir mill-aspetti kollha, il-fatt li għasru l-vot tal- politika soċjali u kissru s-settur privat.", "Kienu jgħidu li se jagħtu nifs ġdid lis-settur privat, kull poster daqshiex.", "Imma l-fama li għandhom hija l-fama ta' partit li jwiegħed mod imma malli jieħu l-poter f'idejh ikisser u jfarrak dak kollu li kien għamel biex imbagħad membri u deputati tiegħu stess jispiċċaw iqumu jippuntaw subgħajhom lill-prim ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, u jgħidulu li tilef il-boxxla soċjali.", "Sur President, il-fama tal-Partit Laburista hija marbuta wkoll ma' l- għebusija tar-ras u li timpika allavolja xi ħadd jgħidlek li tkun żbaljat.", "Kemm qalulu lill-Onor.", "Sant li kien se jagħmel żball li jneħħi l-VAT u jdaħħal sistema li ħadd ma kien qed jifhimha.", "L-Onor.", "Dalli dak iż-żmien kien qallu li se jfarrak il-Kaxxa ta' Malta u li f'sentejn se jtellifna Lm50 miljun.", "Kieku llum id-deficit huwa Lm50 miljun inqas u kieku llum qegħdin fil-livell ta' 3% tal-GDP f'dak li għandu x'jaqsam ma' żbilanċ.", "Ara dawk is-sentejn xi swewh lil dan il-pajjiż!", "U l-għebusija tar-ras tibqa' sal-lum għax irridu niftakru li l-għada li tilef l-elezzjoni l-Onor.", "Sant meta xi ħadd staqsieh jiddispjaċihx minn xi ħaġa li għamel, huwa wieġeb: Assolutament ma jiddispjaċini xejn!", "Allura jien nasal biex nistaqsih: Jekk xi darba inti terġa' tkun fil-gvern, se terġa' tneħħi l- VAT, se ddaħħal is-Sisa, se terġa' tiffriża l-applikazzjoni ta' Malta għall- Unjoni Ewropea?", "Din hi l-politika tiegħek?", "Dik il-politika falluta li mhux biss falliet lill-pajjiż imma kissret lill-Partit Laburista se terġa' twettaqha?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawn hi l-għebusija tar-ras li ma tfittix dak li huwa verament ta' interess għall-pajjiż imma tfittex sal- ponta ta' mnieħrek, tfittex iċ-ċirku politiku ta' madwarek.", "Issa se nfakkar malajr malajr x'kien qalilna s-sena li għaddiet, Sur President.", "Jiena għedt li l-poplu jiġġudika u l-fama tinbena fuq l- affarijiet li tkun għamilt u li tkun għedt u allura se nkejjel daqsxejn x'qalilna sena ilu l-Onor.", "Sant u jekk jirriżulta li kellu raġun ngħid li qed jagħmel sens imma jekk jirriżulta li t-tbassir tiegħu kien kompletament żbaljat allura dan ifisser li ma nistax noqgħod fuq l-analiżi tiegħu.", "Se nikkwota paragrafu mid-diskors tiegħu fejn kien qed isemmi s-setturi tal- levies u qabad il-kwestjoni tad-deċiżjoni tal-gvern li bil-mod il-mod jibda jneħħi l-levies.", "Huwa kien qal hekk:", "\"F'dawn is-setturi kollha li issa huma mhedda bit-tneħħija tal-levies, minn kif qed jitneħħew il-levies, bħalissa għad baqa' 13,000 ruħ impjegati u għandhom raġun jinkwetaw dawn it-13,000 ruħ!\"", "Kien qed jgħid li dawn it-13,000 ruħ kellhom l-impjieg tagħhom mhedded.", "Issa bdejna l-proċess tat-tneħħija tal-levies.", "Għad fadlilna x'nimxu f'din it-triq, imma r-riżultati x'kienu wara sena?", "Huwa interessanti li meta tgħodd l-impjiegi fl-oqsma fejn neħħejna l-levies issib li dawn żdiedu!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "L-Onor Sant kien staqsa:", "\"Fejn hu l-ġid u fejn hi d-direzzjoni fl-industrija tal-manifattura, li qiegħda tirrallenta, li qiegħda titlef ir-rata li biha suppost qiegħda żżomm, issostni, tkabbar is-swieq tagħha, li allura jirrifletti minnufih imbagħad fuq l-impjiegi u fuq l-opportunitajiet?\"", "Mela sena ilu kien qed jagħmel l-argument li bid-deċiżjonijiet u bil-budget li ressaqna quddiem il-poplu, konna se nġibu diżastru fil-manufattura.", "Imma x'inhu r-riżultat sena wara?", "Ir-riżultat huwa li l-impjiegi fis- settur tal-manufattura żdiedu b'570 ruħ, l-ogħla żieda f'impjiegi fil-qasam tal-manifattura mill-1995 'l hawn.", "Kellu raġun l-Onor.", "Alfred Sant?", "Le, ma kellux raġun.", "Reġa' żbalja.", "Kienet kritika irħisa, kienet kritika tal- Lm1, tixtriha bix-xejn.", "Kien qalilna wkoll:", "\"Nista' ngħidlek li matul dawn l-aħħar xhur sħabi u jiena kellna diversi laqgħat ma' nies li anke jekk il-levies industrijali ma laqtuhomx direttament, jafu li hemm affarijiet oħra jolqtuhom.", "Għamluhielna ċara li qabel ma jkunu jafu kif se jiżviluppaw l- affarijiet, m'humiex se jinvestu.", "Din żgur friża!", "Din hija friża ta' investiment għaliex in-nies se jibqgħu jistennew biex jaraw x'se jiġri.\".", "Kien qalilna li bid-deċiżjonijiet li ħadna sena ilu, konna se niffriżaw l- investiment u ma kien se jsir assolutament xejn.", "Imma x'inhu r-riżultat illum?", "Illum għandna investiment fil-qasam tal-manufattura record li ilu ma jseħħ f'dan il-pajjiż għal numru kbir ta' snin.", "Dwar il-miżura ta' l-income tax li ħabbarna sena ilu, Dr Sant kien qalilna hekk:", "\"Dawn huma affarijiet li se jnaqqsu mill-purchasing power fil-pajjiż, se jnaqqsu mill-ħila tal-konsumatur biex jixtri u żgur se jolqtu ħażin mill-ġdid in-negozju u l-kummerċ.\".", "Kellu raġun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni sena wara?", "Ħalli ngħid kemm ma kellux raġun, anke fuq din.", "Jek nieħdu s-settur partikolari tal-wholesale and retail, jiġifieri dawk il-ħwienet iż-żgħar tal-bejgħ bl-imnut, insibu li l-impjiegi f'dan il-qasam żdiedu b'570 ruħ.", "Dan żgur huwa record mill- 1995 sal-lum, imma mhux hekk biss.", "Jekk taqbad paġna 23 ta' l-economic survey, fejn jitkellem dwar il- purchasing power u l-expenditure tal-consumers, issib:", "\"In real terms consumer expenditure advanced by 5.8%.\"", "Għalhekk jekk naraw x'ġara fl-ewwel disa' xhur ta' l-1998, jiġifieri fid- disa' xhur li fihom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim ministru tal- pajjiż, skond l-economic survey li ġie ppubblikat dak iż-żmien, insibu li l- purchasing power mexa 'l quddiem b'2.9% biss.", "Fi żmienhom iż-żieda fil- purchasing power kienet 2.9% u llum il-ġurnata l-purchasing power żdied bid- doppju tar-rata li kellna fi żmien il-Labour.", "Kellu raġun il-Kap ta' l- Oppożizzjoni?", "Le ma kellux raġun, lanqas fuq din.", "Dwar it-tneħħija tal-monopolju tal-Maltacom kien qalilna:", "\"Qegħdin jgħidu li fil-qasam tat-telekomunikazzjoni se jiżdiedu l- impjiegi jekk inneħħu l-monopolju.", "Minn fejn ġabuha din!\"", "Iżda x'inhuma r-riżultati meta għadna fil-bidu nett ta' dan il-proċess ta' liberalizzazzjoni li għandna bżonn nagħmlu f'dan is-settur li sploda fid- dinja kollha u li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jridniex nagħmluha għaliex jgħid li ma tgħoddx għalina, għaliex irridu l-protezzjoni peress li aħna żgħar u kollox bil-monopolju?", "X'kien ir-riżultat?", "Ir-riżultat kien żieda fl-impjiegi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u dan meta, nirripeti, għadna fil-bidu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iżda mhux hekk biss għaliex ħmistax ilu - jekk mhux ġimgħa ilu - tħabbru rati ġodda kompetittivi fil-qasam tat- telekomunikazzjoni, rati li minnhom se jgawdi l-konsumatur.", "Jiena għandi rispett lejn l-Onor.", "Sant pero' kien żbaljat ma ġitux waħda tajba minn dak li bassar sena ilu.", "Allura kif nista' noqgħod fuq dak li jgħid illum jekk sena ilu għamel froġa ta' dan it-tip, jekk ġara bil-kontra ta' dak li qal f'dak kollu li bassar!", "Hawn hi l-fama, hawn hu t-track record!", "Niġi għad- diskors li għamel nhar it-Tnejn li għaddew, Mr Speaker.", "Id-diskors li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel nhar it-Tnejn li għaddew irridu nanalizzawh sewwa u rridu neħduh bis-serjeta'.", "Jien nista' ngħidlu li l-kritika tiegħu hija rħisa, li hija kritika tal-lira u nistgħu ninku lil xulxin, pero' l-akkużi li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni hemm bżonn li jiġu analizzati sewwa u hemm bżonn li nċapsuhomlu lura ma' wiċċu, għaliex li inti timmina l-kejl li f'pajjiżna għal snin twal ġie aċċettat minn kulħadd hija xi ħaġa li għandna nagħtuha s-serjeta' kollha mhux biss minn din in-naħa tal-gvern imma mill-pajjiż kollu.", "Għaliex jekk tneħħili r- riga li nkejjel biha, kif nista' nkejjel jekk iniex sejjer 'il quddiem jew lura!", "Kif qed jgħid il-ministru tal-finanzi, dan huwa proċess li jiddistabilizza għax qed tneħħili r-riga li biha dejjem kejjilna.", "X'inhu l- iskop li tagħmlu dan?", "X'qed takkwista b'daqshekk?", "X'ġid qed tagħmillu lill-pajjiż b'daqshekk?", "Xejn, Mr Speaker!", "Semma, per eżempju, id-deficit, fejn qed jibqa' jgħid li bagħbasna ċ- ċifri.", "Qed jibqa' jgħid li meta spiċċa mill-gvern hu fl-1998 mhux veru li kien hemm żbilanċ ta' Lm150 miljun.", "Ma nixtieqx nerġa' nidħol fit-tweġiba li ngħatat fit-tul is-sena li għaddiet u anke s-sena ta' qabel għal dan l- argument u għalhekk li se nagħmel huwa li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument - naf li diġa' tqiegħed imma se nerġa' npoġġih - li kien ippreżenta l-ministru tal-finanzi fejn wera lill-Onor.", "Sant li l-iżbilanċ f'pajjiżna kien ta' Lm150 miljun.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Inutli jipprova joqgħod jargumenta li hemm ammonti dovuti li m'għandhomx jidhru għax dawk l-ammonti kienu dovuti, huma dovuti u bilfors iridu jiġu kkontjati.", "Se mai t-tbagħbis sar min-naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jrid jipprova jnaqqas id-deficit li pajjiżna wiret meta hu spiċċa mill-gvern.", "Fuq dan l-argument tad-deficit f'dan il-parlament għamilna pass 'il quddiem, innominajna awditur ġenerali u għaddejna liġi apposta biex naqilgħuh minn taħt ir-responsabbilta' tal-ministru tal- finanzi u npoġġuh responsabbli lejn dan il-parlament.", "Xogħol l-awditur huwa li jivverifika dawn l-affarijiet kollha.", "Allura l-Onor.", "Sant qed jgħid li lil dan l-uffiċjal responsabbli lejn il-parlament, li suppost ġie magħżul b'appoġġ unanimu f'dan il-parlament, ma jafdahx?", "L-awditur għandu l-funzjoni li jiċċekkja dawn l-affarijiet u jekk isib affarijiet li m'humiex f'posthom jiġbdilna l-attenzjoni kif fil-fatt għamel; imma allura l-Onor.", "Sant anke lill-awditur ġenerali mmina?", "Mela għamilna pass 'il quddiem biex insaħħu d-demokrazija f'pajjiżna, iżda Dr. Sant anke dan il- pass irid jimmina?", "Semma mbagħad il-kwestjoni tal-GDP u qal xi ħaġa li naħseb li ħadd ma fehmha.", "M'iniex se nidħol fiha għaliex naħseb li kulħadd jibqa' ma jifhimhiex, pero' għamel argument fejn qal li matul is-sena li għadha kif spiċċat il-grupp tal-Bank of Valletta rċieva ammont ta' flus li saru minn kumpanniji sussidjarji oħrajn tul numru ta' snin, liema ammont ta' flus daħlu fil-Kaxxa ta' Malta.", "Qal ukoll li dik is-somma ta' flus tant kienet kbira li ċ-ċifra li kkwotajna bħala tkabbir ta' l-ekonomija ta' 7%, kabbarniha.", "Jiena li nista' ngħidlu lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni hu li mhux veru li fil-kalkolu tal-GDP jiġi kkonsidrat dan l-ammont ta' flus li għadda lill-BOV.", "Jiena m'iniex ekonomista u ma nipprovax nagħmilha tal-bravu imma min suppost jifhem dawn l-affarijiet nippretendi li jafhom.", "Imma jekk jafhom għaliex qed jgħid dan?", "Għaliex qed jipprova jimmina dan il-proċess ukoll?", "Niġi issa għall-kwestjoni ta' l-Enemalta li fl-opinjoni tiegħi hija oxxena.", "Mela tajjeb!", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel l-akkuża li l- Enemalta bagħbset iċ-ċifri u biex isaħħaħ dan l-argument ġab kopja tal- minuti ta' laqgħa partikolari tal-bord tad-diretturi li fiha waslu għall- konklużjoni li l-korporazzjoni kellha problema finanzjarja li kieku jkomplu bil-programm tagħhom kienet se tfisser żbilanċ sostanzjali.", "Issa jiena rrid infakkar li l-liġi ta' l-Enemalta stess torbot lill-korporazzjoni li ma tippreżentax estimi b'deficit.", "Allura dan il-bord tad-diretturi ltaqgħu, tkellmu mal-ministru responsabbli mis-servizzi ekonomiċi, l-Onor.", "Josef Bonnici, poġġewlu l-istampa quddiemu, qalulu li għandhom din il- problema li rridu naraw kif se nsolvuha u pproponew ċerti soluzzjonijiet.", "U meta baqgħu ma jistgħux isibu soluzzjoni kif il-korporazzjoni tista' hi stess tvinċi u tmexxi 'l quddiem, spiċċat anke saret laqgħa fil-preżenza tal-ministru tal-finanzi u tal-Prim Ministru biex tinstab l-aħjar triq għall-Enemalta u għal pajjiżna.", "Għalhekk ngħid li hija irresposabbilta' mill-kbar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiġi hawn u jipprova jgħid li dan huwa eżerċizzu tat-tbagħbis.", "Jiġifieri f'dan il-pajjiż spiċċajna li korporazzjoni jew awtorita', tkun xi tkun, taqbad u tagħmel l-eżerċizzi tagħha u tippreżentalek estimi b'deficit, u mbagħad inti b'xi mod jew ieħor ikollok tkopri dak li tkun iddeċidiet.", "Jekk ikun hekk jien ngħid li mhux ta' b'xejn li bellgħulu r-rati tat-dawl u ta' l-ilma meta kien fil-gvern!", "Din hi l-froġa vera.", "Nixtieq ngħaddi issa kumment ieħor, Sur President.", "Il-minuti li ppreżentalna l-Onor.", "Sant huma miktubin bil-lingwa Ingliża u għoġbu jagħmel traduzzjoni tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Skond il-verżjoni Ingliża jingħad:", "\"... that was still a matter of concern and in fact the chairman and director Simon Vella were still considering where certain further trimmings could be made so that a balanced budget could be presented to the minister.'.", "Issa kif ittraduċiha bil-Malti l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, dejjem jekk għamilha hu, biex inkun korrett, għaliex ma nafx min għamilha?", "Qalilna:", "\"Din il-biċċa kienet għadha qed tqanqal tħassib u fil-fatt iċ-chairman u d-direttur Simon Vella kienu għadhom qed jikkunsidraw jekk setax isir ċertu tqasqis ieħor biex ikun jista' jiġi ppreżentat budget bilanċjat lill-ministru.\".", "Issa jekk dan m'huwiex użu ta' semantika Maltija biex tkompli tipprova titfa' t-tajn, titfa' d-dell u tpinġi bl-ikrah eżerċizzju li mhux biss huwa eżerċizzju serju imma Alla ħares ma jsirx ....", "Fil-fatt dan l-eżerċizzju ta r-riżultati tiegħu u l-ministru tal-finanzi flimkien mal-ministru għas- servizzi ekonomiċi ppreżentaw u sabu soluzzjonijiet biex l-Enemalta tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Sal-bieraħ stess sar dibattitu u m'hemmx għalfejn .....", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu, il-kelma \"trimmings\" bl-Ingliż f'dak il- kuntest tfisser li inti tara minn fejn tista' tnaqqas l-ispejjeż biex iġġib il-kumpannija vijabbli.", "Din hi xi ħaġa li għandna ngħidulhom prosit tagħha, u jiġi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u jgħid li dan huwa tbagħbis!", "L-Onor.", "Sant qajjem ukoll il-kwestjoni tar-retail price index u l- kwestjoni tat-tibdil li kellu jsir f'dan l-indiċi tal-prezzijiet li fuqu tiġi kkalkolata l-għoli tal-ħajja.", "Biex nisjpega fil-qosor, l-indiċi tal- prezzijiet jiġi kkalkolat fuq basket ta' affarijiet.", "Ngħidu aħna jekk dan il-basket fih 100 oġġett, żewġ biċċiet u nofs minnhom jirrappreżentaw il- kontijiet tad-dawl.", "Allura inti tara l-prezzijiet kif ivarjaw u mbagħad tikkalkola l-għoli tal-ħajja kif għandu jkun.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel l-argument li meta fl-1998 tela' gvern Nazzjonalista u ħassar ir- rati li kien ħabbar il-gvern Laburista, dan kien ifisser li l-indiċi li kien ġie stabilit bir-rati tiegħu kellu bilfors jiġi rivedut.", "Allura għamel l-argument li l-indiċi tal-prezzijiet mhuwiex tajjeb u li matul is- sena li għaddiet suppost ingħatat żieda oħra fl-għoli tal-ħajja.", "Biex inwieġeb lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mingħajr ma nidħol fid-dettalji tekniċi se nikkwotalu hawnhekk minn stqarrija li ħareġ ir-retail price index management board il-bieraħ.", "Dan ir-retail price index management board huwa ppresedut minn Reno Camilleri u għandu fuqu rappreżentanti tal- unions, għandu fuqu lil Tony Coleiro tal-GWU, lil Gejtu Tanti tal-UĦM, għandu fuqu lil Vince Farrugia tal-GRTU u għandu fuqu xi żewġ membri oħra.", "Issa l-funzjoni ta' dan il-bord hi li jivverifika d-deċiżjonijiet tad- direttur ta' l-istatistika f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif jinħadem dan l- indiċi, biex jiġi stabilit fir-rati ta' l-għoli tal-ħajja qed tinħadem sewwa.", "Infakkar ukoll li dan m'huwiex xi ħaġa li vvintajna issa imma huwa frott ta' esperjenzi ta' snin imgħoddija meta kienu jqumu ħafna kwestjonijiet fuq kif dan il-basket inħadem u ma nħadimx.", "Mela dan ir- retail price index management board magħmul minn rappreżentanti ta' l- imsieħba soċjali biex jiċċekkjaw dak li jkun qed jagħmel id-direttur ta' l- istatistika ltaqa' b'urġenza l-bieraħ u ħareġ stqarrija li se nikkwota sentenza waħda biss minnha, li hija tweġiba għall-akkuża rresponsabbli li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "X'tgħid din l-istqarrija?", "Din tgħid:", "\"Il-bord jikkonferma l-korrettezza ta' l-indiċijiet kif ġew ikkalkolati mid-direttur ta' l-istatistika.\"", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Dan id-dokument se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-bieraħ il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-aġġornament - ma kellux il-paċenzja jistenna ftit għax tkellem it-Tnejn u ħa l- aġġornament tal-bieraħ - għamel attakk sħiħ kontra l-membri kollha ta' dan il-bord talli ħarġu din l-istqarrija.", "Jien kont hawn preżenti u bqajt skantat.", "Għedt: Iva anke kontra dan il-bord irid jitfa' d-dubji u t-tajn?", "Mela għandek bord magħmul minn rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali li qed jikkonfermalek li l-affarijiet saru sewwa u jiġi l-Kap ta' l- Oppożizzjoni u jagħmel attakk bħal dan!", "Ħalli niġi issa għaċ-ċifri tal- qgħad u l-impjiegi, Sur President, għax hawnhekk ukoll għandna xi ħaġa oħra importanti ħafna u serja li hemm bżonn li tiġi indirrizzata.", "L-Onor.", "Sant qalilna li l-qgħad niżel għaliex l-ETC bdiet taqta' n-nies mir-reġistru bir-rata ta' bejn 100 u 120 fix-xahar.", "L-ewwelnett nispera li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni mhux qed jgħid biex lil min naqbduh jaħdem u jirreġistra nħalluh!", "Din irrid ngħidha għaliex ma smajtx kelma waħda min- naħa tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li tinkorraġġina nattakkaw l-abbuż.", "Smajt ħafna tifħir mingħand ħafna nies u l-uniċi nies li lilna ma qalulniex li qegħdin nagħmlu sewwa huma dawk li jinqabdu u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma s-sabiħa mhix din.", "Is-sabiħa hija li skond iċ-ċifri li għandi fl-1997, l-unika sena sħiħa li għamel il-Partit Laburista fil-gvern, in-numru ta' nies li nqatgħu mir-reġistru kien laħaq ir-record ta' 1,308 persuna.", "Allura b'liema dritt u b'liema sens jiġi hawn Dr Sant u jagħmel akkuża bħal din u ma jirrealizzax li fi żmienu nqatgħu aktar nies minn fuq ir-reġistru milli qed jinqatgħu llum?", "Din ukoll se nqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-għadd ta' persuni li l- ETC qatgħet mir-reġistru tax-xogħol bejn l-1993 u s-sena 2000.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dr. Sant qalilna wkoll li filgħodu ċempillu imprenditur żgħir u qallu li hemm ħaddiema li jispiċċaw mix-xogħol, ma javżawx lill-ETC u jmorru jsibu xogħol ieħor, imbagħad javżaw lill-ETC li sabu xogħol ieħor u allura l-istess persuna tkun reġistrata darbtejn ma' l- ETC.", "Qed jgħidilna allura li dawn l-impjiegi ġodda huma kollha foloz għaliex hemm nies li jidhru li huma mpjegati fi tliet postijiet differenti.", "(Interruzzjonijiet) Għandek żball u taf li għandek żball għaliex m'intix ħmar u għandek min kien miegħek meta kont prim ministru li jaf jagħtik il- pariri u jgħidlek il-proċess x'inhu.", "Is-sistema ma tippermettix li dak isir għax meta lill-ETC javżawha li xi ħadd ġie mpjiegat, l-identity card ta' dik il-persuna tidħol fil-computer u permezz tat-teknoloġija moderna - xi ħaġa li l-Partit Laburista fl-1987 ma ridniex indaħħluha avolja qegħdin għaxar snin tard imqabblin ma' pajjiżi oħrajn - malajr insiru nafu li dak suppost qed jaħdem x'imkien ieħor.", "Allura x'jagħmlu mill-ETC?", "Jagħlqu l- impjieg l-ieħor, iħalluh reġistrat darba biss u lill-imprenditur jgħidulu: Hawn qed tikser il-liġi għaliex inti jmissek avżajtna li lil dak itterminajtlu l-impjieg.", "Allura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu jgħidilna min hu dan l-imprenditur ħalli fil-każ inqabbad lill-ETC imorru jifittxuh u nara x'inhi r-raġuni li ma bagħatx il-formola ta' terminazzjoni għax dak huwa fl-obbligu tiegħu ta' employer li jibgħatha.", "Imma hemm xi ħaġa agħar minn hekk.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li ħareġ l-uffiċċju ta' l-istatistika li jagħti summary ta' dak li jissejjaħ household budgetary survey li fost affarijiet oħra jistabilixxi kemm hawn nies fis-sample tal-familji li ħadu li qegħdin jaħdmu, kemm jixtiequ jaħdmu pero' mhux qed jirreġistraw u kemm ma jridux jaħdmu.", "Is-sabiħa hija li dan id-dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jagħtina żewġ tabelli partikolari.", "Waħda minn dawn it-tabelli tindika li n-nies qegħda f'pajjiżna huma 6.5% minn dan is-sample u allura l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel l-argument u qalilna: Qed tara kif intom tgħidu l-ħmerijiet!", "Qed tgħidu li l-istatistika qed turi li hawn qgħad ta 4.5% u l-household budgetary survey qed jgħid li hawn 6.5% qegħda!", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu: Skużi, ma tafx li f'din il-karta li ppreparajt pulzier 'il fuq - anke pulzier ifixklu! - hemm tabella oħra li tgħid kemm hawn nies li huma employed, kemm hawn nies li huma inactive u kemm hawn nies li huma unemployed?", "U x'tgħid din it-tabella?", "Temmen li din it-tabella tgħid li l- unemployed huma 4.3%!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Temmen li l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jkollu l-wiċċ jagħmel argument li l-istatistika ta' l-ETC hija mbagħbsa u ma jsemmix li fid-dokument li hu stess qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-unemployed huma 4.3%, persentaġġ li jaqbel kważi preċiż mal- persentaġġ tar-registered unemployed ma' l-ETC?", "Hawn hu t-track record, hawn hi l-fama, hawn hi l-kritika rħisa!", "Is-sabiħa taf x'inhi?", "Qalilna: Prosit kieku veru!", "Mela issa li qed ngħidlu li huwa veru, allura qed jgħidli prosit!", "Ħalli niġi issa għal xi punti oħrajn.", "F'mument minnhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabad fuq il-kwestjoni tat- turiżmu u beda jpinġi kollox iswed.", "Bħalma għamel sena ilu u rrrriżulta li ma kellu raġun assolutament f'xejn, reġa' qed ibassar il-problemi u pprova jieħu l-mertu li fis-sentejn li għamel fil-gvern Alla jbierek għamel minn kollox biex it-turiżmu jġibu 'l quddiem.", "Qalilna: Ara l-hotels li nbnew fi żmienna!", "Jiena ngħidlu li meta kont bil-qiegħda f'post ieħor f'dan il- parlament u ġew quddiem din il-Kamra proposti biex jgħaddu artijiet fin- naħa ta' pajjiżna fejn illum il-ġurnata hemm żewġ hotels 5-star, niftakar l- għajjat u l-kritika li kienet saret għaliex bdew jgħidu li dan huwa skandlu ieħor u li kien għalihom dan ma sarx.", "Iżda llum taf x'qed jgħidulha dik in- naħa ta' Malta n-nies li qegħdin f'dan il-qasam?", "Qed jgħidulha ''the golden mile'' għaliex hemmhekk hemm investiment enormi li ġie b'riżultat tal-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni ta' l-1996 u bl-investiment kbir li sar.", "M'iniex qed ngħid li kollox ward u żahar, nafu kemm il-qasam tat-turiżmu huwa qasam delikat, kemm jiddependi minn dak li nagħmlu aħna u kemm jiddependi minn dak li jsir madwarna.", "Għandna ċertu kontroll fil-qasam tat- turiżmu, pero' jiġru affarijiet li m'għandniex kontroll fuqhom u allura dejjem irridu nkunu - se nuża kelma li tintużat dan l-aħħar - viġilanti u attenti għal dak li qed jiġri f'pajjiżna.", "Imma mhux jiġi l-Onor.", "Sant u jgħidilna li qisu hawn xi diżastru għaliex fl-ewwel disa' xhur ta' din is- sena rreġistrajna żieda fl-arrivals ta' 3% fuq l-ewwel disa' xhur tas-sena li għaddiet.", "Bejn l-1997 u l-1998, is-sentejn ta' l-Onor.", "Alfred Sant, l- impjiegi fis-settur tat-turiżmu kienu żdiedu b'149 ruħ u f'dawn l-aħħar disa' xhur l-impjiegi fl-istess qasam żdiedu b'200.", "Tajjeb ngħid ukoll li din iż-żieda ta' 200 impjieg fil-qasam tat-turiżmu tirrappreżenta żieda ta' 18% ta' l-impjiegi kollha fil-qasam tas-servizzi f'pajjiżna.", "Għal dak li huwa dħul kull ġurnata li pajjiżna jagħmel minn fuq kull turist, jirriżulta li s-sena li għaddiet pajjiżna kien qed jaqla' Lm22.30 u din is- sena qlajna Lm24.09.", "Nafu wkoll li l-5-Star hotels minn tmienja żdiedu għal ħdax u s-sodod żdiedu għal 3,750, żieda ta' 902 sodod fuq dak li kien hemm matul is-sena l-oħra.", "Dawn huma ċifri li jirriżultaw fl-economic survey li wieħed jista' jivverifikahom u li ma tistax tivvintahom.", "Rigward il-qasam tal-manifattura s-sena li għaddiet smajna tbassir ta' disastru, lanqas naf kemm qalulna fuq il-levies u l-kompetizzjoni!", "Imma x'irriżulta, Sur President?", "Irriżulta li t-turnover żdied bi 28%.", "Dan ifisser li dan is-settur minn turnover ta' Lm650 miljun, din is-sena għamel turnover ta' Lm834 miljun.", "Il-qligħ mix-xogħol li jsir mill-ħaddiema li jaħdmu minn dan is-settur qiegħed fl-ogħla livell li qatt kien f'dawn l- aħħar ħames snin.", "L-investiment f'dan is-settur ukoll laħaq livell rekord.", "Fil-fatt l-investiment li ġie rreġistrat din is-sena huwa tliet darbiet iżjed mil-livell ta' investiment li sar fiż-żmien li l-Onor.", "Sant kien prim ministru ta' dan il-pajjiż.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-bejgħ medju kull ġimgħa għal kull impjegat laħaq ukoll livelli rekord.", "L-istess jista' jingħad għall-qligħ li qed jagħmel min qed jaħdem f'dan il-qasam, li qegħdin jaqilgħu medja ta' Lm5 fil-ġimgħa aktar milli kienu jaqilgħu fl- 1999.", "Ħalli niġu għall-qasam tas-servizzi, is-self-employed iż-żgħir u medju, Mr Speaker.", "Anke hawn il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritikana imma jekk jaqbad daqsxejn l-economic survey u jqabbel is-sentejn tagħna mas-sentejn tiegħu jsib li mill-1997 sa l-1998 fil-wholesale and retail naqsu 97 impjieg u din is-sena żdiedu 570.", "Fil-qasam tat-trasport fis-sentejn tiegħu naqsu 86 ruħ u fi żmienna żdiedu 457.", "Fil-qasam ta' l-istorage and warehousing, taħt l- Onor. Sant naqsu 66 ruħ u fi żmienna żdiedu 242.", "Fil-qasam tar-recreation services naqsu 106 u fi żmienna żdiedu 136.", "Fil-kategoriji l-oħra kollha fi żmien l-Onor.", "Sant żdiedu b'457 u fi żmienna żdiedu b'2,095.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura dawn l-affarijiet jiġru kumbinazzjoni jew jiġru għaliex aħna grupp magħqud, għaliex aħna team wieħed u għaliex aħna mmexxija minn prim ministru li għandu direzzjoni ċara?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Li jkollok grupp kompatt jiswa' ħafna pero' jiswa iżjed li jkollok politika tajba, politika li tagħmel sens u politka li tagħtik ir- riżultati.", "Dan iġibni għall-aħħar parti tad-diskors tiegħi, fejn m'iniex se niddedikaha għall-kritika tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni għaliex dik ittekkiljajtha.", "Sur President, tajjeb li issa nħarsu 'l quddiem għaliex dawn huma riżultati li jinkorraġġuk għaliex nafu li qegħdin fit-triq it-tajba.", "L- ikbar żball li nistgħu nagħmlu pero' hija li ma nagħtux kas x'qed tgħid l- oppożizzjoni.", "Ħalli nfiehem x'irrid ngħid.", "L-oppożizzjoni tista' tgħinna f'din it-triq billi tixprunana iżjed fl-oqsma li huma l-vera sfidi f'pajjiżna u mhux tattakka u tagħti l-gambetti.", "U kieku qiegħda tixprunana f'dawn l-oqsma kieku ngħid kollox sew, imma ladarba l-oppożizzjoni m'hijiex tagħmel dan, allura x-xogħol li suppost tagħmel hi se nagħmluh aħna.", "Għandna politika tajba li qed tagħtina riżultati imma tajjeb inħarsu 'l quddiem u nistaqsu fejn huma l-isfidi l-kbar għal pajjiżna.", "X'għandu jkun xogħolna bħala ministri u bħala gvern fit-12-il xahar li ġejjin?", "Fejn irridu nitfgħu l-attenzjoni tagħna u r-riżorsi tagħna?", "Sur President, se nelenka dak li aħna nikkonsidraw li huma l-ikbar sfidi li ma niddejqu xejn li naffrontaw b'sidirna għaliex determinati li nsibu s- soluzzjonijiet għalihom, għaliex diġa' nafu li qed innaqqru mill-problema u nsolvu l-problema li pajjiżna għandu.", "Nistgħu ndumu nitkellmu fuq kuxjenza soċjali u tqassim tal-ġid, nistgħu ngħidu ħafna affarijiet sbieħ imma jekk ma nindirizzawx il-problema ta' l-iżbilanċ inkunu lanqas biss bdejna.", "Għalhekk konna għaqlin sentejn ilu meta poġġejna din bħala l-aqwa mira tagħna u nibqgħu għaqlin jekk inżommuha bħala mira ewlenija tagħna u nibqgħu nimbuttaw kemm nifilħu biex l-iżbilanċ inġibuh f'livelli li jkunu sostenibbli għal pajjiżna biex pajjiżna jkun jista' jkompli t-triq tiegħu fil-ħolqien tal-ġid.", "Niġi issa għat-tieni sfida kbira li aħna għandna quddiemna u li l-budget li ppreżentajna jindirizzah u jsemmih bħala qasam importanti ħafna.", "Qabel nagħmel dan pero' nerġa' nirrepeti xi ħaġa li għedt aktar kmieni fid- diskors tiegħi.", "Dawn huma miri li ġew identifikati fil-proċess ta' konsultazzjoni li l-Ministru Dalli għamel ma' l-imsieħba soċjali.", "Dan huwa proċess ta' dibattitu nazzjonali, proċess pożittiv, fejn anke l-imsieħba soċjali jaqblu li dawn il-miri għandna npoġġuhom anke qabel l-interessi settorjali tagħna.", "Mela din it-tieni mira importanti hija li nkomplu nagħmlu ħilitna biex is-settur pubbliku jkun settur effiċjenti, settur li jagħti servizz ta' kwalita', kif jixraqlu l-poplu Malti.", "Sur President, sentejn ilu ħadna deċiżjoni li ma kenitx faċli u nnegozjajna ftehim kollettiv li qed jagħti kondizzjonijiet tax-xogħol ġodda għall-ħaddiema tagħna u pagi aħjar.", "Pajjiżna pero' jitlob ukoll il-value for money, jitlob li kull ħaddiem mill-kbir saż-żgħir iġorr ir- responsabbiltajiet tiegħu u jagħti xi ħaġa lura lill-pajjiż għaliex dan l- investiment jiswielna.", "Kif diġa' għedt din kienet deċiżjoni kuraġġuża u kienet deċiżjoni mimlija fiduċja għaliex il-kuraġġ ma jridx ikun il-kuraġġ tal-ħmir imma l-kuraġġ ta' min għandu fiduċja li għandek sfida u kapaċi tirbaħha.", "U fis-settur pubbliku għandna sfida biex inkomplu dan il- proċess.", "Is-sena li għaddiet il-Ministru Austin Gatt ħabbar diversi inizjattivi biex nimmodernizzaw is-servizz pubbliku, nagħmluh iktar effiċjenti u nagħmlu l-aħjar użu possibbli ta' l-investiment ta' miljuni ta' liri li għamilna f'dawn is-snin fl-informatika, fil-computers.", "Illum għandna sistemi li qishom larinġa mimlija sugu u kulma rridu nagħmlu huwa li nagħsruha ftit u nieħdu dak is-sugu minnha.", "Għadna m'aħniex qed nieħdu s- sugu kollu ta' dik il-larinġa.", "U jekk nużaw dak is-sugu, dak l-investiment fl-informatika, is-settur pubbliku jista' jagħmel qabża ta' kwalita' ħafna ikbar.", "Ejjew nagħmluh dan, Sur President.", "Fil-fatt il-proposta li l-Ministru Dalli poġġa fil-budget b'riżultat tad- diskussjonijiet ma' l-imsieħba soċjali tinkludi, per eżempju, il- benchmarking, jiġifieri l-kejl biex naraw kull servizz fis-settur pubbliku huwiex jaħdem tajjeb, l-effiċjenza tiegħu u kif jitqabbel ma' servizzi simili fis-settur privat.", "Issemmiet ukoll il-proposta ta' sħubija mal- privat, dak li jissejjaħ il-public private partnership fejn il-gvern ikabbar l-esperjenza tiegħu fi sħubija mal-privat u fejn ħaddiema tal-gvern iżommu d-drittijiet kollha tagħhom ta' ħaddiema tal-gvern pero' jidħlu fi proġetti ta' sħubija mal-privat u naraw fejn nistgħu nimmassimizzaw fuq dan it-tip ta' sħubija.", "Hemm mira oħra msemmija fil-budget li hija importanti għaliex il-gvern f'dan l-budget refa' fuq spallejh responsabbilta'.", "Kien hemm editorjal tajjeb fejn qal li dan il-budget huwa kuraġġuż għaliex fih m'aħniex qed ngħidu li qed nimponu xi taxxi ġodda iżda qed ngħidu li l-piż se nerfgħuh aħna.", "Qed ngħidu li se nagħmlu ħilitna biex lill-pajjiż inġibuh iktar effiċjenti milli hu, biex innaqqsu l-ispejjeż fejn hemm bżonn innaqqsuhom u fejn nistgħu nnaqqsuhom.", "Waħda mill-affarijiet li ssemmiet, per eżempju, hija l-mira li l-gvern jagħmel ħiltu biex innaqqas l-ispiża tiegħu f'dawk li jgħidulhom spejjeż operattivi b'Lm5 miljun.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni din semmiha u qal li se nżidu l-ispiża rikorrenti b'9% u jiena nixtieq li jispjega daqsxejn lill-poplu Malti din x'irid jgħid biha.", "Irid jgħid li ma ridniex nagħtu ż-żieda lill-ħaddiema tal-gvern?", "Ma ridniex intejbu l- kondizzjonijiet ta' pajjiżna?", "Ma ridniex intejbu l-kondizzjonijiet tal- ħaddiema?", "Ma ridniex inkomplu ntejbu l-qasam soċjali?", "Fl-opinjoni tiegħi l- Kap ta' l-Oppożizzjoni ma jemminx li f'pajjiżna nistgħu nagħmlu din il- qabża ta' kwalita' u nġibu wkoll riżultati pożittivi għal pajjiżna?", "M'għandux din il-fiduċja f'pajjiżna?", "Kieku l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien prim ministru ma kienx jagħti dan il-benefiċċju lill-ħaddiema tal-gvern u kien jerġa' jpoġġi l-arloġġ lura.", "Qed ngħid dan għaliex fid-diskors kollu tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma sibtx alternattiva waħda u allura nasal għall-konklużjoni li dak li kien qal wara li tilef l-elezzjoni ta' l-1998 għadu jgħodd sal-lum.", "Din għedtha u nerġa' ngħidha.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dik l-okkażjoni kien qal li ma jiddispjaċih xejn b'dak li għamel.", "Allura ngħid li l-alternattivi ta' l- oppożizzjoni baqgħu l-istess kif kienu għal dawk is-sentejn sħaħ li ġabu diżastru f'dan il-pajjiż u kieku qegħdin fil-gvern jerġgħu jagħmlu l-istess frejjeġ u jerġgħu jieħdu l-istess deċiżjonijiet.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabbilna ma' pajjiżi oħrajn u qal: Ara x'għarukaża, qed iżżidu l-ispiża rikorrenti b'9%!", "Ara x'qed jiġri fl-Ingilterra, ara x'qed jiġri fil- Belġju!", "Ikkwotalna pajjiżi fejn ipprivatizzaw oqsma sħaħ tas-settur pubbliku, u jiena ngħidlu: Naslu tibżax!", "Naslu għaliex il-proċess ta' privatizzazzjoni huwa proċess pożittiv li rridu nagħmluh.", "Imma l-Onor.", "Sant iridna nimxu f'dan il-proċess ta' privatizzazzjoni jew le?", "Fil-konferenza stampa li għamel wara li spiċċa jitkellem nhar it-Tnejn li għaddew - xi ħaġa li wkoll rajtha stramba, imma forsi l-ġurnalisti kienu raqdu waqt id-diskors tiegħu ta' sagħtejn u ried iqajjimhom daqsxejn! - qal li huma m'humiex kontra l-privatizzazzjoni sa 40%.", "Imma din ta' l-40% x'inhi?", "Minn fejn ġiet?", "Din xi privatizzazzjoni hi?", "Dan x'sens hu?", "Jistgħu jgħidulna x'inhi l-politika tagħhom?", "Huma favur il- privatizzazzjoni jew le?", "Jemmnu fil-liberalizzazzjoni li ġabet tant ġid f'dan il-pajjiż?", "Jemmnu li l-proċess ta' privatizzazzjoni jista' jġib qabża ta' kwalita' kbira fis-servizzi?", "Ħaduha l-lezzjoni li qegħda tingħata issa bil-proċess ta' tneħħija tal-monopolju li qabel kellha l- Maltacom fil-liberalizzazzjoni fil-qasam tat-telekommunikazzjoni?", "Għallmithom xi ħaġa din l-esperjenza jew le?", "Imma donnu li meta npoġġu dawn il-mistoqsijiet insibu ħajt tal-concrete li la jgħidlek si u lanqas no. Jgħidlek ħaġa waħda biss: Ma nemminx l-istatistika, ma nemminx dak li qed tgħiduli.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma jemminx l-istatistika t- tajba għaliex il-ħażina jemminha!", "Prijorita' oħra li għandna quddiemna għat-12-il xahar li ġejjin u għax- xhur ta' wara wkoll hija t-tisħiħ tas-settur privat.", "Kien dan il-gvern minn qabel l-1987 li dejjem emmen li l-futur ta' pajjiżna jiddependi fuq kemm is-settur privat jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ġid, kemm ikun huwa stess xprun fl-ekonomija biex imexxiha 'l quddiem, speċjalment l- impredituri ż-żgħar.", "Anke hawn għandna sfida kbira għaliex il-burokrazija ta' dan il-pajjiż - wirt li f'ċerti aspetti għadu ġej minn meta konna kolonja - hija kbira; għadna ma daħħalniex dak l-istreamlining li għandna bżonn biex niffaċilitaw lil min irid jinvesti, biex niffaċilitaw lill- impreditur iż-żgħir, dak medju u anke dak kbir.", "Għadna m'għamilniex biżżejjed u rridu nagħmlu ħafna iżjed biex din il-burokrazija niffaċilitawha mingħajr ma niftħu l-bibien għall-abbużi għaliex il- kontrolli trid tagħmilhom.", "Jiena ma naqbilx ma min jgħidli ejja nneħħu l- burokrazija biex imbagħad dak li jkun jagħmel li jrid.", "Naħseb li għandna biżżejjed lezzjonijiet f'dan il-punt, imma li jiena nuża l-mezzi moderni biex nagħmel il-ħajja iktar faċli lill-impreditur iż-żgħir, biex nikkoraġġih biex jinvesti, dik iva.", "Jekk m'iniex sejjer żball, Sur President, proprju llum ippubblikajna abbozz ta' liġi biex jintroduċi l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li qed jipproponi inċentivi ġodda li jinkorraġġixxu u jgħinu lill-impredituri tagħna biex jinvestu, jimpjegaw in-nies u jkabbru.", "Fil-ġimgħat li ġejjin dan l-abbozz ta' liġi se jkollna ċ-ċans niddibatuh fil-parlament u meta dan jasal ikun test ieħor mhux biss għan-naħa tal- gvern għaliex il-proposti tagħna hemm qegħdin imma anke għan-naħa ta' l- oppożizzjoni ħalli naraw kemm verament nistgħu flimkien infittxu dak li huwa fl-interess ta' pajjiżna.", "Irrid infakkar li dan l-abbozz diġa' ġie diskuss fl-MCED u allura huwa frott ta' djalogu soċjali.", "Hawnhekk nenfasizza kemm dan il-gvern qed jagħti importanza li ma jridx ikun il- gvern biss li jagħmel il-pass 'il quddiem imma jrid ikollu labranzetta miegħu l-imsieħba soċjali kollha.", "F'ċertu sens, Sur President, jiddispjaċina għal ħaġa waħda biss mill- proċess li sar fil-konsultazzjonijiet li għamel il-Ministru Dalli fid- diskussjoni tal-budget, meta kien hemm mumenti fejn il-GWU kienet preżenti pero' ma kenitx qed tipparteċipa.", "U din ngħidha f'sens pożittiv, fis-sens li kienet okkażjoni mitlufa li setgħet tgħin biex intejbu iżjed l- affarijiet.", "Fil-ħajja jiġuk l-opportunitajiet u tiddeċiedi taħtafhomx jew le, u kien hemm okkażjoni u ttieħdet deċiżjoni mill-GWU li kienet żbaljata u din ngħidha b'rispett għaliex tilfu ċans u opportunita'.", "Pero' ejja ninsewh dan u nibnu fuq din l-esperjenza pożittiva u dan il-pass importanti għal pajjiżna.", "U dan huwa s-sigriet.", "Mhux qed nivvintaw ir-rota aħna, ma skoprejnix l-Amerika aħna!", "Jien tkellimt mal-ministru responsabbli għall- politika soċjali fl-Irlanda u staqsejtu x'kien is-sigriet f'pajjiżhom.", "Wieħed mis-sigrieti li dejjem isemmulek l-Irlandiżi u anke ħaddieħor hija l-kapaċita' tagħhom li joħolqu djalogu soċjali, li jinvolvu lill-imsieħba soċjali, il-unions, lil min iħaddem għaliex fl-aħħar mill-aħħar qegħdin fl- istess dgħajsa.", "Iva, jekk naqdfu kollha bl-istess ritmu u fl-istess direzzjoni naslu żgur imma rridu naqdfu u rridu nkunu kollha qed nifhmu li d-direzzjoni tagħna hija l-aħjar direzzjoni għalina lkoll u mhux biss għal min huwa fil-pruwa jew fil-poppa.", "Allura d-djalogu soċjali huwa kruċjali u kien tajjeb l- eżerċizzju tal-ministru tal-finanzi li lill-imsieħba soċjali daħħalnihom fl- oqsma kollha u hemm bżonn indaħħluhom f'iżjed oqsma.", "M'għandix dubju għalhekk li dan l-abbozz ta' liġi li semmejt għandu jservi bħala xprun biex dan is-settur ikompli jżomm l-importanza tiegħu u jkompli jikber bħalma kiber kull meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Din tajjeb nenfasizzaha għaliex meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern sfortunatament dan is-settur ċkien mhux kiber.", "Wegħduh nifs ġid imma dak in-nifs fgah lil dan is-settur!", "Irid ikun dan il-gvern bil-politika tiegħu li jagħti nifs veru lil dan is-settur.", "Sfida oħra importanti u ċentrali li għandna hija fil-qasam ta' l- edukazzjoni għaliex ma jista' jsir xejn minn dak li għedt jekk aħna ma nkomplux insostnu b'saħħitna kollha l-qasam ta' l-edukazzjoni fl-aspetti kollha tiegħu.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu qal li qed nivvotaw Lm1,000 għall-iskejjel kollha.", "Allura ma jafx li fil-budget hemm proposta interessanti ħafna li sa tfisser Lm60 miljun li jridu jinġabru b'inizjattiva innovattiva, Lm60 miljun li se jiġu investiti fl-iskejjel tal- gvern primarji u sekondarji mifruxin fuq sitt snin biex ikollna l-aħjar skejjel possibbli għal uliedna?", "Din jaf li qegħdha hemm u ma semmihiex.", "Lanqas ma semma ż-żieda ta' l-ispiża tal-Lm11 miljun, għalkemm il-biċċa l- kbira sejrin f'pagi.", "Mela x'qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Qed jgħid lill-gvern biex din iż-żieda lit-teachers ma nagħtuhielhomx?", "Fil-każ jgħidilhom lill-MUT!", "Iva, nerġa' ngħid, din iż-żieda ta' Lm11 miljun l- biċċa l-kbira minnha se tmur għall-pagi biex it-teachers jaqdu mhux dmirijiethom imma l-vokazzjoni tagħhom.", "U din nenfasizzaha, għedtha darba snin ilu u nerġa' ngħidha issa.", "Għalija t-teachers - bil-union li tirrappreżentahom, union importanti f'pajjiżna - għandhom vokazzjoni waħda, vokazzjoni lejn it-tfal u l- edukazzjoni tagħhom.", "Forsi dan huwa qasam speċjalizzat, differenti mill- oqsma oħrajn.", "Huwa qasam fejn inti tpoġġi l-ewwel l-interess tat-tfal u tara li kull jum f'dak li tagħmel tagħtihom l-għodda li se jagħmlilhom differenza f'ħajjithom.", "Kull ġurnata mitlufa mill-edukazzjoni ma tirbaħhiex lura u allura mhux ta' b'xejn li l-qasam ta' l-edukazzjoni huwa ċentrali għalina.", "Għalhekk bi pjaċir ngħid li matul is-sena li għaddiet jiena u l-Ministru Louis Galea ħdimna fuq parti oħra mill-istampa ta' l- edukazzjoni, il-parti vokazzjonali għaliex anke hawn għandna sfida.", "Irridu nammettu li pajjiżna ma nvestiex biżżejjed biex liż-żgħażagħ jagħtihom karriera fil-qasam vokazzjonali.", "Għad fadlilna x'naqdfu biex f'dan il- qasam inkunu nistgħu nagħmlu breakthrough qawwi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Kif diġa' għedt, dan huwa qasam li għalina huwa kruċjali u huwa importanti ħafna għaliex wieħed mill-bżonnijiet il-kbar biex parti minn dik il-viżjoni li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi - fejn għedt li l- viżjoni tagħna hija li jkollna Malta moderna li tkun tista' tikkompeti fid- dinja tal-lum pero' biex tagħmel hekk irid ikollna ħaddiema żgħażagħ li jkollhom l-għodda biżżejjed biex jikkompetu u jirbħu ....", "Aħna ngħidu b'wiċċna minn quddiem li fil-qasam vokazzjonali għad fadlilna x'naqdfu u għamlilna tajjeb li s-sena li għaddiet iddeċidejna li jitwaqqaf il-kullegġġ vokazzjonali.", "Matul ix-xhur li ġejjin dan kulleġġ irridu narawh jikber u jagħtina żgħażagħ fil-qasam vokazzjonali, fil-qasam tas-snajja' u fil-qasam ta' professjonijiet oħra moderni li għandu bżonn pajjiżna.", "Tajjeb ukoll li nispjegaw liż-żgħażagħ li mhux it-triq ta' l-universita' biss tagħtik garanzija li jkollok futur tajjeb imma hemm karrieri oħrajn kruċjali kemm għall-individwu kif ukoll għall-pajjiż li jagħtuk futur tajjeb.", "Huwa tajjeb ukoll li matul is-sena li għaddiet bdejna l-proċess biex inwaqqfu dawk li ngħidulhom national vocational qualifications, xi ħaġa li ried jagħmel il-Partit Laburista meta kien fil-gvern imma li ma rnexxilux iwettaqha.", "Min-naħa tagħna aħna ħdimna, ippubblikajna l-avviż legali, waqqafna l-ewwel kunsill u se jkollna sistema ta' ċertifikazzjoni ta' snajja' li jkollu valur mhux biss lokalment imma anke fil-qasam internazzjonali.", "Għaliex għandna ħafna nies li għandhom kapaċitajiet kbar fis-snajja' pero' m'għandhomx x'juru.", "Huwa tajjeb ukoll l-investiment li sar fil-programmi Socrates u Leonardo, opportunitajiet li l-Partit Laburista meta kien fil-gvern tilifhom, opportunitajient iżda li jkomplu juru li l-qasam ta' l-edukazzjoni għalina huwa qasam ċentrali.", "Qasam ieħor ċentrali, prijorita' u sfida kbira għalina kif kien dejjem, huwa llum u jibqa' huwa l-qasam tas-saħħa, Sur President.", "Aħna gvern li l- politika tagħna hija mimlija fuq il-ġustizzja soċjali u wieħed mill- pilastri ta' dik il-ġustizzja soċjali huwa li tipprovdi l-aħjar servizz tas- saħħa possibbli għaċ-ċittadini.", "U hija xi ħaġa inkredibbli li din is-sena Malta ġiet iċċertifikata bħala l-ħames l-aqwa pajjiż fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizz tas-saħħa.", "Nerġa' ngħid li din hija xi ħaġa inkredibbli, iżda għandna sfidi kbar, sfidi li rridu nsostnuhom finanzjarjament.", "Għaliex biex il-viżjoni li għandek twettaqha fil-prattika trid tkun vijabbli u sostenibbli finanzjarjament.", "Għalhekk bdejt biex għedt li l-ewwel prijorita' tagħna hija li nattakkaw l-iżbilanċ.", "Jiena nista' niġu hawn u ngħid ħafna diskors fuq is-saħħa, fuq il-qasam tas- sigurta' soċjali u fuq il-pensjoni, imma jekk ma nkunux indirizzajna l- qasam ta' l-iżbilanċ u l-effiċjenza kif se nsostnu dawn l-affarijiet?", "Sfida kbira oħra li għandna quddiemna hija fix-xogħol għall-ħaddiema u l- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "L-ewwelnett kull meta l-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern ġiet imħaddma sew - ma rridx ngħid kull meta l- Partit Nazzjonalista kien fil-gvern - dik il-politika ħolqot ix-xogħol f'dan il-pajjiż għaliex hija politika li bilfors tinkorraġġixxi l-ekonomija biex timxi 'l quddiem.", "Din hija politika li hija bbażata fuq il-fiduċja u tagħti l-ispazju lil dak li jkun biex ikabbar u jinvesti għaliex kulħadd ikun jaf preċiż fejn aħna sejrin u fejn irridu naslu.", "Sfida importanti mhux għal pajjiżna biss imma għad-dinja kollha hija fil- qasam tal-welfare.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li b'xi mod jew ieħor se nnaqqsu mill-benefiċċji li qed jieħu l-pensjonant, ma tarax!", "Dan il-gvern kien minn ta' quddiem nett biex dejjem tejjeb is-servizzi lill-anzjani u tajjeb indaħħluha f'ras kulħadd li l-kwestjoni mhijiex biss iċ-ċekk ta' l- aħħar tax-xahar tal-pensjoni.", "Il-kwestjoni hija: Qed nipprovdu djar ta' l- anzjani?", "Qed nipprovdu servizzi li l-anzjani għandhom bżonn?", "Qed nipprovdu t-telecare?", "Qed nipprovdu dak li l-anzjani għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' kwalita' tajba?", "Dawn huma l-affarijiet li għandu bżonn pajjiżna.", "Pero' l-qasam tal-welfare huwa sfida u għalhekk waqqafna kummissjoni li nittama li tħaffef fil-proposti li trid tressaq biex pajjiżna jkun jista' jindirizza din l-isfida.", "Forsi tajjeb ngħid ukoll li l-Partit Laburista ħasel idejh minn din il-problema.", "Aħna stedinnihom jipparteċipaw imma għadhom sal-lum jgħidu li ma jridux jipparteċipaw għaliex jgħidulna li din mhux problema tal-lum imma hija problema ta' għada.", "Imma x'responsabbilta' hi din!", "Punt kruċjali ieħor li dan il-gvern ikkommetta ruħu li jindirizza huwa l- qasam ta' l-abbużi u l-evażjoni.", "Sal-lum sibna l-appoġġ ta' kulħadd f'din it-triq u ma jiġux jgħidulna li l-abbużi li qegħdin naqbdu huma l-abbużi ż- żgħar.", "Jiena diġa' wegħedt li fejn għandek ċertu elementi ta' qagħda soċjali se noffru s-soluzzjonijiet, pero' l-abbuż huwa abbuż.", "II-Kap ta' l- Oppożizzjoni f'mument minnhom għamel riferenza għaċ-children allowance u allura ngħidlu: Qed tgħidli li min għandu Lm100,000 jew Lm200,000 il-bank, li mhux qed jiddikjarahom, għandi nibqa' nħallih jirċievi ċ-children allowance?", "Qed tgħidli li m'għandniex id-dmir li nindirizzaw l-abbużi u l- evażjoni f'dan il-pajjiż?", "Għaliex il-pożizzjoni u l-argumenti ta' l-Onor.", "Sant huma argumenti li normalment tismagħhom minn min jiddejjaq mill-attakk fuq l-abbuż u fuq l-evażjoni.", "Jien nixtieq li nisma' dikjarazzjoni ċara u bla tlaqliq li naqblu li għandna nattakkaw l-evażjoni u l-abbużi.", "Punt ieħor kruċjali huwa d-djalogu soċjali.", "Għedt diġa' li dan kien parti importanti mill-politika li wżajna s'issa u se jibqa' u minn hawn u ftit ġimgħat oħra jien u l-ministri sħabi nkunu lestejna proċess ta' konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali fl-MCED għaliex hemmhekk irridu nagħmlu bidla kbira.", "Dan il-kunsill uriena li jservi ta' ġid kbir għall- pajjiż, mela ejjew insaħħuh, ejjew nirrikonoxxuh, ejjew nippreżentaw liġi f'dan il-parlament li għall-ewwel darba jagħti lil dan il-kunsill il-qafas legali, jagħtih rikonoxximent fuq livell nazzjonali u jagħtih ukoll spazju biex ikun jista' jagħti kontribut ikbar milli ta s'issa.", "Sfida oħra għall-pajjiż hija fil-qasam ta' l-ambjent, sfida li ma twelditx illum iżda writniha tul is-snin, sfida li ġejja wkoll mill- mentalita' u l-kultura stramba tagħna l-Maltin u Għawdin li d-dar tagħna nżommuha pupilla pero' t-triq ta' barra mhijiex tagħna.", "Din l-isfida tfisser li għandna dmirijiet kbar anke bħala gvern u ma niddejjaqx ngħid li dan huwa qasam li rridu naħdmu sewwa fih.", "Il-ministru għall-ambjent huwa deteriminat li nindirizzaw dan il-qasam, imma l-affarijet ma jistgħux isiru bil-lapazzar, l-affarijiet ma jistgħux isiru bl-amateurism.", "L-affarijiet iridu jsiru sewwa u s-soluzzjonijiet li rridu nfittxu għal pajjiżna jridu jkunu soluzzjonijiet veri u soluzzjonijiet li jaħrsu 'l quddiem.", "Niġi issa għall-aħħar pilastru, l-aħħar parti li qisha kutra li fiha jiena nkebbeb dan kollu.", "Qed nirriferi hawnhekk għad-direzzjoni ta' pajjiżna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Hawn hi!", "Smajtha l-espressjoni?", "Min qed isegwi minn fuq it-television ma qabadx il- frażi li għadu kemm qal l-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Qal: ''Waqa' l-ass!''", "Qed taraw kif għall-oppożizzjoni l-issue ta' l-Unjoni Ewropea tiġi indirizzata?", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt li dan il-budget joffrielna okkażjoni tad-deheb u okkażjoni li mhijiex se tirripeti ruħha għaliex nistgħu nqabblu sentejn ma' sentejn, like with like.", "Is-sena d-dieħla ma nkunux nistgħu nagħmluha din u s-sena li għaddiet ma stajniex nagħmluha.", "U x'inhu dak l-element wieħed ċar u differenti mill-politika Laburista għall- politika tal-Partit Nazzjonalista?", "X'inhi dik il-parti fundamentali li tiddistingwi ż-żewġ partiti bħalma l-abjad jiddistingwi l-iswed?", "Din hija l-Unjoni Ewropea u s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta ngħid like with like inkunu qed ngħid sfrattu ma' ġid, staġnar ma' ekonomija li miexja 'l quddiem, qgħad tiela' ma' opportunitajiet ta' xogħol, kuxjenza soċjali mitlufa u boxxla soċjali abbandunata ma' gvern li għandu politika soċjali!", "Mela dik il-ħaġa waħda li taqsamna t-tnejn minn xulxin hija l-Unjoni Ewropea.", "Imma x'kienet l- isbaħ waħda fid-diskors tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni kkritikana li f'dan il- budget, ma' l-ispejjeż kollha li hemm qed niddedikaw Lm10 miljun biex inwettqu l-programm li hemm stabilit fl-NPAA.", "(Interruzzjonijiet) Minn dawk l-Lm10 miljun li hemm ivvotati, per eżempju, hemm Lm790,000 għall- qasam tas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol biex inwaqqfu l- awtorita' tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol u biex din l- awtorita' nkunu nistgħu mmexxuha.", "Jien nistaqsi: Din l-ossessjoni tal- Partit Laburista, li anke ħaġa tajba jgħidulha ħażina għaliex b'xi mod jew ieħor għandha t-timbru ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jispjegawhieli?", "(Interruzzjonijiet) Imma jekk intom li kien għalikom dawn Lm10 miljun ma nivvotawhomx, jekk li kien għalikom dan l-investiment ma nagħmluhx, tistgħu tispjegawli x'inhi r-raġuni li kull darba li niġu bi proposta biex Malta tilħaq il-livelli aċċettabbli għall-Unjoni Ewropea u li b'riżultat tagħha se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi, tispiċċaw targumentaw kontra tagħha għaliex tgħidulna li hija dak li jridu l-burokratiċi ta' Brussels?", "M'intomx tindunaw li l-kwestjoni m'hijiex x'iridu l-burokratiċi ta' Brussels?", "M'intomx tindunaw li dawn huma affarijiet li rridu aħna u ma nistħux u kburin li mexjin biex intejbu l-qgħada tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin?", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Buhagiar, m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, jien nasal għall-konklużjoni ta' dan id-diskors.", "Dan huwa budget li bla dubju ta' xejn jimlina bil-kuraġġ, u meta ngħid jimlina bil-kuraġġ mhux lil din in-naħa tal-gvern biss imma lill- poplu Malti u Għawdxi kollu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Naturalment huwa wkoll budget li jwerwer lill-oppożizzjoni.", "Dan budget li jserrħilna rasna li mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan budget li jikkonferma li l-politika ta' dan il-gvern tirrendi għal dan il-pajjiż.", "Dan budget li jressaqna viċin ħafna l-viżjoni li għandna għall-pajjiż.", "Dan budget mibni fuq il- ħolqien tal-ġid u t-tqassim ta' dak il-ġid b'ġustizzja soċjali.", "Dan budget li jseddaq il-fiduċja, budget li jpoġġina fid-direzzjoni t-tajba, id- direzzjoni li tpoġġi lil dan il-pajjiż fejn jixraqlu bid-dinjita' kollha tiegħu.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Nirringrazzja lill-Aġent Prim Ministru għad-diskors tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll lill-crew tal-PBS u nitlobhom jirtiraw mill-Kamra.", "Inpoġġi issa l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru tal- Finanzi fl-20 ta' Novembru 2000.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-Sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-mozzjoni ta' proċedura, din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Fit-8.31 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2001.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "264", "FAVUR : 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Farrugia Jean |Vella John | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 26", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Farrugia Michael| |Agius Chris |Gulia Gavin | |Attard Montalto |Herrera Jose' | |John | | |Bartolo Evarist |Law Rita | |Brincat Leo |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Farrugia Angelo |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Aġent Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 30 ta' Novembru fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' l-Awtorita' Marittima għas-sena 2000-2001.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anglu) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad- Dwana - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 30 ta' Novembru, 2000 fid- 9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Aġent Prim Ministru.", "Fit-8.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- mozzjoni ta' proċedura.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21220.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li ressqu l- Meat Sellers Association nhar il-21 ta' Settembru lil Mr Mark Xerri, rappreżentant tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħt id-dekasteru tal- Ministeru tiegħu, dwar kif ikun imnaddaf il-majjal?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21229.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu lill- Ministru fil-21 ta' Settembru, 2000 mill-Meat Sellers Association dwar il- grad u piż tal-majjal li għandu jiġi mniżżel bi professjonalita' fuq tabella sabiex ma jkun hemm ebda abbużi?", "X'passi ttieħdu u x'inhija s- sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21230.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar l-ilmenti li ressqu l-Meat Sellers Association sabiex isiru bins għall-biċċiet tal- laħam li jintremew ma' l-art minn xi individwi u jikkawżaw nuqqas ta' iġene fil-biċċerija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "MEAT SELLERS ASSOCIATION", "21231.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu mill- Meat Sellers Association fil-21 ta' Settembru, 2000 dwar l-użien tar-robbu tal-majjal u partijiet oħra?", "X'inhija s-sitwazzjoni llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.", "CONSERVATION AND MANAGEMENT OF STRADDLING AND HIGH MIGRATORY FISH STOCK", "21237.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "20696?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Id-Dipartiment tas-Sajd ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-istudju li l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li sar.", "Għaldaqstant ngħid li l-Conservation and Management of Straddling and Highly Migratory Fish Stock Agreement huwa għodda tal-UNCLOS biex jiġi mmaniġjat b'mod sostenibbli bl-istocks tal-ħut pelaġiku.", "Pajjiżna jista' fil-futur jirratifika dan l-agreement li bħalma diġa għidt jifforma parti mill-UNCLOS.", "INLAND REVENUE - ĦLAS TAL-NI", "21240.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' ċittadini reġistrati ma' l- Inland Revenue li ħalsu l-NI (National Insurance Contribution) bejn l-1999 u sena 2000, sena b'sena bħala ħaddiema u bħala self-employed?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' ċittadini rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ħallsu s-Social Security Contributions huwa kif ġej: Impjegati: 1999 : 135,886", "2000 : L-informazzjoni tasal fi Frar 2001 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS.", "Self-employed jew Self-occupied:", "1999 : 18,904", "2000 : 18,634", "Nota: Fil-każ tas-self employed, in-numru rreġistrat mad-Dipartment jinġabar matul is-sena mal-ħlas tal-Provisional Tax.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - IMPJEGATI ĠODDA", "21517.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Matul is-sena 2000, in-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru kienu kif jidher hawn taħt:", "|GRAD | DATA|SALAR|BENEFIĊĊJ| | | |JU |I | | |TAL-ĦATR| | | | |A | | | | | | | | |Consulta|Lm10,000| |-------- | |nt |p.a. |-----| | |(On | |--- | | |contract| | | | |) | | | | |21.01.20| | | | |00 | | | | | | | | | |Clerk |24.04.20|Skala| | | |00 |16 |-------- | | | | | | |Clerk |28.09.20|Skala| | | |00 |16 |-------- | | | | | | |Ministry| | | | |Communic| | | | |ations | | | | |Co-ordin|01.10.20|Lm5,9|Lm90 | |ator (On|00 |41p.a|allowance| |contract| |. |fix-xahar| |) | | | | | | | |Lm1680 | | | | |car | | | | |allowance| | | | |p.a. | | | | |Free | | | | |telephone| | | | |facilitie| | | | |s | | | | | | |Junior |16.10.20|Lm4,4| | |Legal |00 |51p.a|-------- | |Officer | |. | | | | | | | |2 |18.04.20|Lm4,2| | |Environm|00 |38p.a|-------- | |ent | |. | | |Officers| | | | |* | | | |", "* Wieħed irriżenja minn mad-Dipartiment b'effett minn 16.10.2000", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - IMPJEGATI ĠODDA", "21518.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tat-Turiżmu ġiet impjegata Part-Time Assistant Secretary b'salarju ta' Lm 1560 fis-sena.", "Fl-I.T.S ġew impjegati 4 persuni kif ġej Konsulent (F.P.P) Lm 400 fix-xahar (4,800 p.a.) 2 Part-Time Lecturers Lm4 fis-siegħa 1 Part-Time Technician Lm2.30 fis-siegħa", "M.T.A impjegat dawn il-persuni 2 Diretturi Esekuttivi b'salarju ta' Lm 10,298 1 Senior Manager b'salarju ta' Lm 8069 14 Executives b'salarju ta' Lm 6,478 kull wieħed 8 Skrivani b'salarju ta' Lm 4,121 kull wieħed", "N.B. Ħames persuni ġew impjegati mill-M.T.A. minflok oħrajn li spiċċaw.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21519.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjoni hemm bejn il-kap tad-dipartiment tal- farmaċija u l-istudenti?", "X'passi beħsiebu jieħu biex dik li semma l-kap tad-dipartiment li hija interpretazzjoni ħażina minn numru ta' studenti, ma terġax sseħħ?", "Jaħseb illi l-istudenti jistgħu jħossuhom taħt xi pressjoni minnu minħabba dak li ġara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - IMPJEGATI ĠODDA", "21520.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 20915 u 19217, jien infurmat li ġew impjegati żewġ ħaddiema oħra ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, waħda bħala Accounts Officer u l-ieħor bħala I.T./Project Manager.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - IMPJEGATI ĠODDA", "21521.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi aktar minn sebgħa u għoxrin entita' bejn korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni daqshekk dettaljata sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.", "MINISTERU TA' L-INTERN - IMPJEGATI ĠODDA", "21522.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 l-Awtorita` ta` l- Ippjanar impjegat magħha 23 persuna li jinkludu 19-il persuna li qabel kienu jaħdmu bħala impressed drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l- Awtorita` kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni din is-sena.", "Il- grad tal-persuna, data ta` impjieg, u s-salarji/benefiċċji li qed jieħdu l- imsemmija ħaddiema huma hekk kif ġej:", "| | | | | |Grad |Data |Salar|Benefiċċju | | |ta` |ju |annwali | | |impjie|annwa|(Lm) | | |g |li | | | | |(Lm) | | |1 |20 ta`|4,332|Xejn | |Secretar|Novemb| | | |ial |ru | | | |Assistan|2000 | | | |t | | | | |(kuntrat| | | | |t | | | | |definit | | | | |ta` | | | | |6 xhur) | | | | | | | | | |1 Junior|23 ta`|5,490|?", "Allowance | |Planning|Ottubr| |għal spejjeż| |Executiv|u 2000| |ta` Lm225 | |e | | |?", "Ħlas ta` | |(kuntrat| | |miżata | |t | | |f`għaqda | |definit | | |professjonal| |ta` | | |i | |12-il | | |?", "Training | |xahar) | | |credits ta` | | | | |Lm100 | | | | |? | | | | |Performance | | | | |Bonus | | | | |(0-15%) | | | | |tal-paga | | | | |bażika | | | | |annwali | | | | |?", "Health | | | | |insurance | | | | | | |1 |2 ta` |5,892|?", "Health | |Planning|Ottubr| |insurance | |Officer |u 2000| | | |(kuntrat| | | | |t | | | | |definit | | | | |ta` 24 | | | | |xahar) | | | | | | | | | |1 |14 ta`|7,222|?", "Spejjeż | |Financia|Awissu| |ta` telefon | |l |2000 | |sa Lm200 | |Controll| | |?", "Allowance | |er | | |għal spejjeż| | | | |ta` Lm390 | | | | |? | | | | |Performance | | | | |Bonus | | | | |(0-15%) | | | | |tal-paga | | | | |bażika | | | | |annwali | | | | |?", "Health | | | | |insurance | | | | |?", "Ħlas ta` | | | | |miżata | | | | |f`għaqda | | | | |professjonal| | | | |i | | | | | | |*19 |1 ta` |2,635|?", "Ħlas ta` | |Labourer|Novemb| |Lm698 | |s |ru | |għall-kirja | | |2000 | |tal-vettura |", "* Dawn huma persuni li kienu diġa` qed jaħdmu bħala Impressed Drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni matul din is-sena.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21523.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-kors tal-farmaċija l-prattiċi tal- laboratorji, per eżempju, fil-kimika farmeċewtika, twaqqfu kompletament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI ĠODDA", "21524.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħu?", "Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?", "X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd la hemm organizzazjonijiet u l-anqas entitajiet parastatali.", "DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U ARKIVJI - IMPJEGATI", "21543.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li fir-risposta għall- mistoqsija parlamentri nru 14827 qal li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta' promozzjoni lill-10 Assistant Librarians u Senior Assistant Librarian fl-Estimi ta' l-2001 fl-Appendix H (li qed jintbagħtu separatament) jidher li hemm Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian lanqas biss hu mniżżel?", "Jista' l-Ministru jgħid minn fejn huma mislufa n-nies li jidhru fl-istess Appendix?", "Dawn din is-sena żdiedu, għax fl-estimi tas-sena 2000 ma jidhirx li kien hemm dan in-numru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-promozzjonijiet għall-gradi ta' Assistant Librarian (10) u Senior Assistant Librarian (1) li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ta, kienu kif ġej:", "| | | | |Isem |Grad |Dipartiment/Sezz| |l-Impjeg| |joni fejn huma | |at/a | |impjegati | | | | | |Maria |Senior |Libreriji u | |Camiller|Assistan|Arkivji (B'teka)| |i |t Libr. | | |Margaret|Assistan|Libreriji u | |Callus |t |Arkivji (B'teka)| | |Libraria| | | |n | | |Louis |Assistan|Libreriji u | |Cini |t |Arkivji (B'teka)| | |Libraria| | | |n | | |Carmelo |Assistan|Libreriji u | |Farrugia|t |Arkivji | | |Libraria|(Arkivju) | | |n | | |Maria |Assistan|Libreriji u | |Calleja |t |Arkivji | | |Libraria|(Arkivji) | | |n | | |Michael |Assistan|Libreriji u | |Cachia |t |Arkivji (C.P.L.)| | |Libraria| | | |n | | |Priscill|Assistan|Segretarjat | |a |t |Privat Ministeru| |Camiller|Libraria|ta' | |i |n |l-Edukazzjoni | | | | | |Joseph |Assistan|Diviżjoni ta' | |Boffa |t |l-Edukazzjoni | | |Libraria|(School Library | | |n |Services) | | | | | |George |Assistan|Librerija | |Borġ |t |Pubblika Għawdex| | |Libraria| | | |n | | |George |Assistan|Librerija | |Cassar |t |Pubblika Għawdex| | |Libraria| | | |n | | |Rita |Assistan|librerija | |Cassar |t |Pubblika Għawdex| | |Libraria| | | |n | |", "Għalkemm fl-estimi tas-sena 2001 (Appendiċi H) hemm imniżżel Assistant Librarian wieħed u l-post ta' Senior Assistant Librarian mhux imniżżel, il- lista eżatta u korretta hija din kif semmejt.", "Informat ukoll li l-impjegati msemmija qed jitħallsu regolari skond il-grad tagħhom u dawn jidhru fil-paylist tat-Teżor.", "Ma jidhrux f'Appendiċi H ta' l-estimi għax ma kenux inklużi fir-return b'risposta għaċ-ċirkulari maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Dwar il-ħaddiema mislufa (on loan) mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, għad illi fl-estimi tas-sena 2000 hemm imniżżel impjegat wieħed misluf minn dipartiment ieħor, fil-fatt kien hemm erbatax-il impjegat misluf.", "Dan jidher ċar fl-Employment Return mibgħuta f'Diċembru 1999.", "Fil-preżent, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji jinsabu jaħdmu tlettax- il impjegat misluf u b'hekk in-numru naqas b'wieħed, minn erbatax għal tlettax, wara li impjegat minnhom ma baqax misluf u ingħata trasferiment.", "It-tlettax-il impjegat li fil-preżent huma mislufa mad-Dipartiment tal- Libreriji u Arkivji, huma:-", "|Isem |Grad |Minn fejn | | | |ġejjin | | | | | |Maria |Assistant |Education | |Camilleri |head |Division | |Joseph |Teacher |Education | |Casha | |Division | |David |Teacher |Education | |Filippidis | |Division | |Joseph |Teacher |Education | |Sapiano | |Division | |Lilian |Teacher |Education | |Valletta | |Division | |Carmelo |Messaġġier|Education | |Micallef | |Division | |Simon |Group |Education | |Camilleri |A-Carpente|Division | | |r | | |Joe Stivala|Group B- |Education | | |Skilled |Division | | |Labour | | |Phyllis |Group A |Education | |Żammit | |Division | |Louise |Group A |Education | |Abela | |Division | |Carmelo |Group A |Education | |Debattista | |Division | |Joseph |A.O. |University | |Bonniċi | |of Malta | |Michael |E.O. |Gozo | |Angelo | |Secretariat| |Mercieca | | |", "UNIVERSITA' - FARMAĊIJA", "21544.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-farmaċija ġie estiż għal ħames snin fl-Universita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21545.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-kap tad-dipartiment tal- farmaċija fl-Universita' ressaq suġġeriment quddiem is-Senat biex it-titlu tal-kors tal-farmaċija jinbidel?", "Din il-bidla seħħet u għaliex?", "Saret konsultazzjoni mal-Kamra ta' l-Ispiżjara fuq dawn il-bidliet?", "X'kien il- parir li ngħata lilu mill-Kamra ta' l-Ispiżjara f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAL-FARMAĊIJA", "21549.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri akkademiċi full-time u part-time fid-dipartiment tal-farmaċija?", "X'inhuma l-kwalifiki ta' dawn il-membri?", "Kemm hemm staff akkademiku u mhux akkademiku illi għamel jew qed jagħmel studju post-graduate fuq farmaċija?", "X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fid- dipartiment?", "Kemm hemm staff temporanju illi qed jagħti demonstrations u tutorials lid-dipartiment tal-farmaċija?", "Hemm nies oħrajn li qed jagħtu servizz akkademiku lid-dipartiment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif wasal illum wara nofs in-nhar u ma kienx hemm żmien biex jien nivverifika t-tweġiba, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "PULIZIJA", "21572.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-membri tal-korp tal-pulizija li għadhom fis-servizz, minkejja li diġa' għamlu l-25 sena servizz tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 117 membru li għandhom 25 sena servizz u għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija.", "PULIZIJA", "21573.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-membri tal-korp tal-pulizija li mistennija li jkunu għamlu l-25 sena servizz tagħhom fis-sena 2001?", "Jista' jgħid f'liema rank huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:", "|Assistent |4 | |Kummissarju | | |Supretendent |4 | |Spettur |7 | |Surġent |33 | |Kuntistabbli |56 |", "PULIZIJA", "21574.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru tal-membri tal-korp tal-pulizija?", "Jista' jgħid f'liema rank huma u kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:", "| | | | |Rank |Irġie|Nisa| | |l | | |Kummissarju |1 |- | |Deputat |1 |- | |Kummissarju | | | |Assistent |6 |- | |Kummissarju | | | |Supretendent |23 |- | |Spettur |61 |11 | |Surġent Maġġur|3 |- | |Surġent |256 |25 | |Kuntistabbli |1,173|158 |", "PULIZIJA - OFFICER CADETS", "21575.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' officer cadets fil-korp tal- pulizija bħalissa?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma minn ġewwa l-korp stess u kemm minnhom huma ġodda minn barra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` Officer Cadets fil- Korp tal-Pulizija huwa ta` 22.", "Minn dawn 17 huma rġiel u 5 huma nisa.", "Ninsab infurmat ukoll li 10 huma minn ġewwa l-Korp u 12 huma minn barra l- Korp.", "PULIZIJA", "21576.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw pulizija għal grad ta' surġent?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kien hemm 148 membru tal-Korp li applikaw wara li fid-19 ta` Settembru 2000, kienet saret sejħa għall- applikazzjonijiet għall-grad ta` Surġent fil-Korp tal-Pulizija.", "Minn dawn 12 huma kuntistabbli nisa.", "PULIZIJA", "21577.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jinfetaħ reklutaġġ ieħor ġdid fil-korp tal-pulizija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ bħala Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija, mistennija li tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern matul din il-ġimgħa.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "21584.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħroġ ir-relief tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u dak ta' l-SKA għal martu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "PENSJONIJIET", "21585.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevietx iċ- ċekk tal-pensjoni din il-ġimgħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-persuna minnu ndikata ġiet imħallsa kif suppost wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - SKA", "21586.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tieħu ċ-cheque ta' l- SKA li ilu wieqaf ħafna u jekk hiex tieħu l-pensjoni korretta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "RADJU FM - FREKWENZA", "21599.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bħalissa applikaw għall-frekwenza tar-Radju FM u kemm ilhom li applikaw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-Awtorità tax-Xandir tista' tagħti liċenzji għall-xandir fuq l-FM kemm għal servizz bir-radju fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal servizz bir-radju fil-komunità.", "Bħalissa m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għal xandir fuq bażi nazzjonali.", "L-applikazzjonijiet għall-xandir fil-komunità li jidhru hawn taħt qed jiġu pproċessati mill-Awtorità:", "Applikant Data ta' l-Applikazzjoni", "Radju Katidral 18 ta' Novembru 1999 Olde City Radio 20 ta' Settembru 1999 Radio St Vincent de Paule 15 ta' Frar 2000 Radju Balzan 6 ta' Novembru 2000 Radju Mħabba 26 ta' Ġunju 2000 Radju Tlett Ibliet 27 ta' Settembru 2000 Radju Vilhena 31 ta' Ottubru 2000 Radju Xodus 16 ta' Novembru 2000", "PENSJONIJIET", "21608.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti raġuni lill- koppja anzjani li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex tnaqsitilha Lm41 fix-xahar u ġiet imġiegħla tħallas Lm6.00 fix- xahar mill-pensjoni.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-koppja minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.", "Seduta 439", "PULIZIJA", "21611.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'ċerti għases ikun hemm numru sostanzjali ta' surġenti, eżempju 13 fl-Għassa tal-Ħamrun u mbagħad fid- Distrett 4PD (Żabbar, M'Scala) issib 4 surġenti biss?", "Jaħsibx fiċ-ċirkustanzi li ċertu diskrepanzi għandhom jissewwew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi hemm 7 Surġenti stazzjonati fl- Għassa tal-Ħamrun, filwaqt li hemm 4 Surġenti stazzjonati l-Għassa ta` Ħaż Żabbar.", "Kif kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti, f`Settembru li għadda kienet saret sejħa għall- applikazzjonijiet għall-promozzjoni fir-rank ta` Surġenti fil-Korp tal- Pulizija.", "Dan sabiex ikun jista` jiżdied in-numru attwali ta` Surġenti."]} {"filename": "20021206_829d_par.doc", "date": "2002-12-06", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 829 Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 829", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "829", "Il-Ġimgħa, 6 ta' Diċembru, 2002", "WERREJ", "MINUTI 330", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 330", "TQEGĦID TA' KARTI 336", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-FINANZI 337", "AĠĠORNAMENT 372", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 373", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 828 li saret fis-6 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SAN ĠWANN: SKOLA PRIMARJA – TIFEL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "36793.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Meta se jingħata l-għajnuna meħtieġa tifel bi bżonnijiet speċjali li jattendi l-iskola primarja u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ġejt informat min- national support services li dan it-tifel għadu kemm ġie statemented u r- rapport se jintbagħat lid-diviżjoni appena jkun iffirmat.", "Hekk kif id- diviżjoni tirċievi r-rapport jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan it-tifel jingħata l-għajnuna meħtieġa skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l- istatementing moderating panel.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba għandu bħalissa d-dipartiment ta' l-edukazzjoni għas-servizz ta' facilitator?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif forsi jaf l-Onor.", "Membru, illum qegħdin nadottaw il-proċess ta' l-individual educational programme.", "Dan jimplika li fil- mument li l-ġenituri jew l-għalliema jkun jidhrilhom li t-tifel jew tifla jippreżentaw diffikultajiet partikolari, jibda proċess ta' konsultazzjoni bejniethom u n-nies tad-dipartiment tas-servizzi għall-istudenti.", "Imbagħad jekk ikun hemm il-bżonn jiġu involuti wkoll nies professjonali minn oqsma differenti.", "Il-ħsieb ta' l-individual educational programme huwa li jidentifika fl- iktar livell baxx possibbli x'inhuma d-diffikultajiet li jkunu qed jippreżentaw dak it-tifel jew dik it-tifla partikolari u x'inhu l-appoġġ veru meħtieġ biex dawn id-diffikultajiet jiġu tackled.", "Aktar ma wieħed jiftiehem dwar l-appoġġ meħtieġ fil-livell qrib l-iskola bi ftehim bejn il- ġenituri, l-għalliema u l-kap ta' l-iskola, aktar ikun aħjar.", "Nifhmu illi f'numru ta' każi irridu nitilgħu aktar 'il fuq, fejn allura jkun hemm bżonn li tiġi involuta ċ-child development advisory unit - fejn għandek team ta' professjonisti multi-dixxiplinarji f'oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-psiko-soċjali - mal-qasam mediku u ma' tipi ta' aspetti oħra tas-saħħa tal-bniedem.", "Jekk f'dan il-livell wieħed jibqa' ma jkunx qiegħed jara ċar x'inhu l-appoġġ speċjali li t-tifel jew tifla għandhom bżonn, ngħaddu għall- istatementing process.", "Kif diġa' spjegajt drabi oħra, hemm ċertu backlog ta' każi li qegħdin jiġu ttrattati.", "Waħda mir-raġunijiet għala nħoloq dan il-backlog hi li sfortunatament iż-żewġ persuni li kienu l-fulcrum tal-proċess kollu kemm hu, is-Sur Alfred Zammit Montebello, iċ-chairman ta' l-istatementing process u s-Sur Frank Mallia, l-educational officer inkarigat mill-qasam tal-bżonnijiet speċjali, ġew nieqsa.", "Naturalment mhux kulħadd hu tajjeb biex imexxi dawn it-tip ta' taqsimiet u allura sakemm sibna n-nies adatti biex jieħdu over tlifna ċertu żmien, pero' dan il-backlog issa qed jiġi ttrattat.", "Ftit ilu ngħata rapport dettaljat miċ-chairman il-ġdid ta' l- istatementing moderating panel lill-membri kollha tal-ministerial committee fuq l-edukazzjoni inklussiva u nħoss li issa l-affarijiet qabdu ċertu ritmu u nistgħu naslu biex inlaħħqu mad-domanda li għandna.", "Nerġa' ngħid li aħna m'għadniex qed naslu għall-konklużjoni awtomatika kif donnu kien qed isir sa ftit ta' żmien ilu, li f'kull każ ta' persuna bi bżonnijiet speċjali nagħtu one-to-one facilitator.", "Illum qed ngħidu li l- facilitator għandu jiġi ngaġġat għall-klassi kollha kemm hi, b'attenzjoni speċjali għat-tifel jew tifla jew tfal li jiġu assenjati lil dak il- facilitator.", "B'hekk qed nevitaw sitwazzjonijiet li nħolqulna diġa' minn meta daħħalna l-edukazzjoni inklussiva – fil-fehma tiegħi dan kien wieħed mill-aspetti negattivi tal-ġid li sar f'dan ir-rigward - fejn ġieli kellna speċi ta' ghetto ġol-klassi.", "Is-sistema m'hijiex waħda statika u tevolvi l- ħin kollu, Sur President.", "Għandek uħud mill-każi li jiġu riveduti u l-appoġġ qawwi jista' jiġi anke mnaqqas għax ma jkunx hemm bżonn dak l-appoġġ kollu.", "Hemm każi oħrajn li jiġu riveduti u l-appoġġ jiżdied u hemm każi li jiġu on-line għax jinqalgħulek sitwazzjonijiet ta' tfal ġodda li jidħlu minn żmien għal żmien.", "Barra minn hekk hemm il-problema tal-kompetenza tan-nies konċernati.", "Dan huwa qasam delikat ħafna u aktar ma jgħaddi żmien aktar nirrealizzaw kemm hu delikat u jirrikjedi nies b'ċerta vokazzjoni u preparazzjoni.", "Aħna mexjin fid-direzzjoni li jkollna dan l-appoġġ u nittama li ntejbuh, Sur President.", "Naturalment hemm katina ta' servizzi oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' dan il- proċess ta' inklużjoni.", "Għandek il-proċess ta' complementary education, is- servizzi li tipprovdi l-fondazzjoni għal servizzi edukattivi, is-servizzi li jipprovdi d-dipartment tal-kurrikulu u servizzi oħrajn li tipprovdi d- diviżjoni ta' l-edukazzjoni in ġenerali biex tilħaq l-objettiv li lkoll kemm aħna nisħqu fuqu, u cioe' li kemm jista' jkun ħadd mit-tfal ma jaqa' lura fl-edukazzjoni.", "SAN ĠWANN: SKOLA PRIMARJA – TIFEL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "36795.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom it-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mhux qed jitħalla jattendi ġurnata sħiħa fl-iskola?", "Kif ittieħdet din id- deċiżjoni?", "Min eżamina t-tifel biex jiddeċiedi dan?", "X'għajnuna jinħass li għandu bżonn biex ma jiċċaħħadx mill-edukazzjoni tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li din hi l-ewwel sena li dan l-istudent attenda l-iskola primarja.", "Hi proċedura ta' l-iskola li tfal li jattendu l- ewwel darba, jagħmlu ċertu żmien jattendu għal ħin qasir kuljum sakemm dawn jidraw joqogħdu 'l bogħod mid-dar aktar fit-tul.", "S'issa dan it-tifel f'dan il-każ għadu ma darax.", "L-istudent qed jiġi monitored fil-klassi waqt ħinijiet differenti u nbdew ukoll proċeduri biex jingħata s-servizz ta' facilitator.", "SKEJJEL - TFAL KLANDESTINI", "36809.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' klandestini li bħalissa qed jattendu l-iskejjel ta' l-Istat?", "F'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' tfal ta' immigranti illegali li bħalissa qed jattendu l-iskejjel ta' l-Istat huwa ta' 55.", "Il- lokalitajiet li jattendu dawn it-tfal huma kif ġej:", "Lokalita` Nru ta' tfal Floriana 7 Ħamrun SS 5 Pieta` 17 B'Buga A 8 B'Buga B 5 Żurrieq A 8 Żurrieq B 5 Total 55", "Biss xtaqt nieħu l-opportunita' biex nispjega illi l-ewwelnett hemm kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' diversi ministeri u dipartimenti li qegħdin jagħmlu monitoring ta' l-immigranti illegali li għandna bħalissa.", "Qegħdin nagħmlu li nistgħu biex sakemm dawn l-immigranti illegali jibqgħu f'pajjiżna ntaffulhom xi ftit is-sitwazzjoni u lit-tfal tagħhom noffrulhom servizz edukattiv.", "Ix-xewqa hi li dawn it-tfal jiġu ambjentati fi skejjel normali.", "Naturalment biex dan nagħmluh qed nieħdu l-prekawzjonijiet stabiliti fil-qasam tas-saħħa biex nassiguraw li t-tfal ikunu ċċertifikati li huma b'saħħithom daqs tfal oħra.", "Malta ssegwi proċedura internazzjonali f'dan il-qasam, fis-sens li dawk it- tfal li jiġu minn barra l-pajjiż iridu jkunu ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-saħħa li huma b'saħħithom u jistgħu jattendu l-iskola.", "Fil-fatt dawk it-tfal li għamilt riferenza għalihom ġew eżaminati wieħed wieħed mill- awtoritajiet tas-saħħa u kollha ngħataw ċertifikat li m'għandhomx problemi ta' saħħa u li jistgħu jattendu fi skejjel pubbliċi mingħajr ebda diffikulta', kif fil-fatt qed jagħmlu.", "Il-materja qiegħda tiġi segwita kuljum minn dan il-kumitat u l-ħsieb tagħna hu li nkomplu nsaħħu s-sistema ta' ċertifikazzjoni medika biex inkunu ċerti li m'hemmx diffikulta' la għal tfal oħra, la għal min jgħallimhom u lanqas għal ħaddieħor.", "Is-sitwazzjoni hija waħda pożittiva ħafna, fis-sens illi l-kapijiet ta' l- iskejjel u l-għalliema wrew ċerta disponibilita'.", "Jien nirringrazzjahom minn qalbi għax din hija sitwazzjoni li ma konniex qed nistennewha u sibniha ma' wiċċna mingħajr ma ppjanajna għaliha.", "Hemm dispożizzjoni tajba wkoll mill-ġenituri u wisq aktar mit-tfal.", "Inħossu li b'sens ta' responsabbilta' irridu nkomplu niggarantixxu dak li qed nagħmlu.", "Fil- ġranet li ġejjin għandna laqgħat ma' l-awtoritajiet tas-saħħa u awtoritajiet oħrajn li huma responsabbli mill-immigranti illegali, bl-iskop li nassiguraw li ċ-ċertifikazzjoni tkun waħda li tissodisfa lil kulħadd.", "Irrid nerġa' nfakkar li f'dan il-kamp ta' saħħa pubblika jeżistu kriterji internazzjonali li jiġu segwiti mill-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Għalhekk nappella li filwaqt li qegħdin nieħdu ħsieb sitwazzjoni daqshekk delikata, huwa d-dover tagħna li nassiguraw rwieħna li dawn it-tfal huma ċċertifikati bl-aktar mod sħiħ possibbli u jrid ikollna wkoll is-sens li napprezzaw li f'din il-materja hemm prinċipji mediċi, hemm prinċipji etiċi u prinċipji ta' saħħa pubblika.", "Id-dover tal-gvern hu li jara li dawn il-prinċipji jiġu segwiti, għalkemm jista' jkun li jkun hemm min jippretendi aktar minn hekk.", "Aħna nagħtu konsiderazzjoni għal kollox, imma rridu nifhmu wkoll illi f'din il-materja l-affarijiet ma jsirux bl-amment imma jsiru skond proċeduri li huma stabiliti u aċċettati mill-għaqda dinjija tas-saħħa.", "TAQSIMA SPLD – RAPPORT MEDIKU", "36810.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: It-taqsima SpLD assessjat lit-tifla li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, skond kif indikat mis-CDAU fir- rapport mediku tas-26 ta' Jannar, 2002?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tifla msemmija waslet biex isirilha assessment mit-taqsima SpLD.", "Fil-fatt xi ġimgħatejn ilu jidher li d-diviżjoni ħalliet risposta fuq l- answering machine biex huma jċemplu lit-taqsima SpLD u b'hekk ikunu jafu li l-ġurnata u l-ħin huma komdi għall-familja.", "S'issa għadhom ma semgħux minn għandhom u ma reġgħux ċemplulhom darba oħra għaliex bħalissa hemm aktar xogħol urġenti.", "UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI - MATURE STUDENT CLAUSE", "36811.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: X'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma ġiex aċċettat bħala mature student għall-kors tal-liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li meta l-istudent kien attenda għall- intervista kien informa lill-bord li huwa kien qiegħed jagħmel eżami ta' l- Ingliż f'livell avanzat u għalhekk il-bord ħass li jkun għaqli li jistenna dan ir-riżultat qabel ma jieħu deċiżjoni finali tal-każ.", "Fil-fatt l- istudent ma ġabx ir-riżultat.", "Meta ġie kkuntattjat mill-uffiċċju tal- fakulta` kien qal li l-eżami kien ser jagħmlu f'Settembru, presummibilment għax kien weħel f'Ġunju.", "Wara Settembru, il-fakulta` ma rċeviet ebda ċertifikat li kien juri r-riżultat li ottjena l-istudent.", "TFAL KLANDESTINI", "36812.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Kemm hemm tfal ta' klandestini li bħalissa qed jinżammu hawn Malta?", "X'inhuma l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fost il-persuni li qed jinżammu mill-awtoritajiet tas-sigurta` minħabba li daħlu Malta illegalment, hemm 137 li huma tfal.", "L-iżgħar fosthom hija tarbija ta` ftit ġimgħat, filwaqt li l-akbar hija ta` 16-il sena.", "SKEJJEL – INGAĠĠ TA' COACHES BARRANIN", "37372.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaf il-Ministru li minkejja li mhux dawk kollha li ggradwaw fil-B.Ed (Sports) ġew impjegati ma' l-iskejjel, hemm skola indipendenti li qed timpjega fuq bażi part-time żewġ coaches barranin, x'aktarx Jugoslavi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li mir-records tad-diviżjoni ta' l- edukazzjoni ma jirriżultax dak li qed isemmi l-Onor.", "Membru, se nkompli ninvestiga biex inkun nista' nagħti tweġiba definittiva f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "37374.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l- iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti li aċċettaw persuni b'diżabilita' u jekk ikun hemm bżonn facilitator?", "Jista' jagħti lista' ta' dawk l-iskejjel li għal xi raġuni jew oħra rriffjutaw li jieħdu lil xi student/a b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel tal-Knisja kollha jaċċettaw persuni b'diżabilita` bi bżonn ta' facilitator.", "L-Istat joħroġ il-ħlas tal- facilitators li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knijsa.", "Din is-sena skolastika hemm persuni bi bżonnijiet speċjali f'dawn l- iskejjel tal-Knisja:", "St Benilds - Sliema", "St Dorothy's - Zebbug", "St Francis - Sliema St Francis - Cospicua St Francis - Msida St Joseph - Sliema St Monica - B'Kara St Monica - Gzira De La Salle College St Augustine's College St Albert College St Francis - B'Kara Sacred Heart - St Julians Our Lady Immaculate - Ħamrun Stella Maris School - Balzan Archbishop Seminary - Malta St Monica - Qormi St Paul's Missionary College - Rabat Savio College - Dingli Stella Maris College - Gzira Teresa Nuzzo School – Ħamrun Teresa Nuzzo School - Marsa Laura Vincuna School – Gozo St Michael's School – Qormi St Theresa School – Gozo St Vincent School - Sliema St Elias College - St Venera", "St Francis Victoria - Gozo", "St Angela - G'Mangia St Angela - Lija St Angela - Rabat St Angela - Cospicua St Joan Antide School - Gudja Mater Boni Consglii - Paola Sacred Heart Seminary - Gozo St Monica - Mosta Immaculate Conception - Tarxien St Dorothy's School - Sliema", "Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma taf b'ebda każ fejn skola tal- Knisja rrifjutat persuna b'diżabilita`.", "Taf b'każ fejn saru sforzi kbar biex jinstab facilitator u li s'issa ebda facilitator magħżul ma' aċċetta.", "Din is-sena skolastika hemm persuni bi bżonnijiet speċjali f'dawn l- iskejjel privati:", "Chiswick House School St Catherine's School St Edward's College St Michael's School St Michael's Foundation San Anton School San Andrea School St. Martin's College", "Informat li ma ġie rrapportat ebda każ fejn skola Indipendenti rrifjutat persuni b'diżabilita`.", "SKEJJEL - STUDENTI B'DIŻABILITA'", "37375.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad- diviżjoni ta' l-edukazzjoni dwar l-iskejjel tal-Knisja jew privati li jirrifjutaw li jieħdu studenti b'diżabilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel tal-Knisja ma jirrifjtuawx li jieħdu studenti b'diżabilita` biex jitgħallmu fl-iskejjel tagħhom.", "Id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma kellha ebda każ fejn skola indipendenti rrifjutat studenti b'diżabilita`.", "SKEJJEL - TEĦID TA' DROGA", "37377.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi rapporti minn xi skejjel tal-gvern, tal-Knisja jew indipendenti dwar teħid tad- droga?", "X'azzjoni ttieħdet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "KOTTONERA - STORBJU MINN TFAL TA' L-ISKOLA", "37380.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tibda tagħmel ir-ronda speċjalment bejn is-1.00 p.m. u s-2.00 p.m. fil- ġranet ta' l-iskola minħabba storbju, tipjip u affarijiet oħra li qed idejqu lin-nies li joqogħdu fl-appartamenti ħdejn żewġ skejjel, waħda tal- Knisja u l-oħra indipendenti, li isimhom qed jingħata separatament?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni)(f'isem il- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Ninsab informat illi fil-viċinanzi ta` l-iskejjel imsemmija ikun hemm il-pulizija fil-ħinijiet indikati.", "Jekk jagħtina iktar dettalji nkun nista` nivverifika ulterjorment.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA – PRODOTT TAS-SAQWI", "37381.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għaċ-ċensiment tal-biedja msemmi fil-budget, kemm kienet l-evalwazzjoni tal-produzzjoni li ttieħdet fuq raba' saqwi u raba' bagħli separatament?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "PITKALIJA - PREZZ MEDJU TAL-ĦXEJJEX", "37383.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il- prezz medju tal-ħxejjex li ddaħħlu fil-pitkalija ċentrali, inkluż il- patata, bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena, f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' il-Ministru jagħtini l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA - DĦUL", "37384.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid fuq liema bażi ta' sigħat ta' xogħol ġie kkalkulat d-dħul ta' 80% li jaqilgħu il-bdiewa, skond iċ-ċensiment li sar u li l-ministru tal-finanzi rrifera għalih fid- diskors tal-budget?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 37379.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA - DĦUL", "37387.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l- għaqdiet/koperativi tal-bdiewa li ma qablux - u anke dawk li qablu - mal- kalkoli tad-dħul tal-bdiewa li rriżultaw fiċ-ċensiment li sar u li ssemma bi prominenza kbira fil-budget tal-gvern Nazzjonalista?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kalkolu tad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment.", "M'hux kompitu ta' dan il-ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew koperativi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment.", "Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi rduppjata għal 40%, li allura jfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul inqas.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA - DĦUL", "37388.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu l- għaqdiet/ koperativi tal-bdiewa li qablu jew ma qablux mad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kalkolu tad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni hu bbażat fuq informazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' bdiewa fl-aħħar ċensiment.", "M'hux kompitu ta' dan il-ministeru li jindaħal f'dak li jaħsbu l-għaqdiet jew kooperattivi tal-bdiewa dwar x'jirriżulta miċ-ċensiment.", "Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi rduppjata għal 40%, li allura jfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul inqas.", "ĊENSIMENT TAL-BIEDJA - DĦUL", "37389.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet/koperativi tal-bdiewa li qablu mal-kalkoli tal-gvern Nazzjonalista mħabbra fil-budget li d-dħul tal-bdiewa mill-produzzjoni tagħhom huwa ta' 60%, kif ġenerożament iddikjara l-ministru tal-finanzi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iċ-ċifra li ġiet diskussa mal-bdiewa kienet ta' 80% dħul mill-produzzjoni tagħhom li l-bdiewa stess iddikjaraw fiċ-ċensiment.", "Iċ-ċifra ta' 60% ma ġietx diskussa.", "Pero' nfakkar lill-Onor Interpellant li bħalma fehmu l-bdiewa kollha, fejn qabel kienu jiġu stmati 20% tal-bejgħ bħala spejjeż, mis-sena d-dieħla l- istima medja ta' l-ispejjeż fuq prodotti mibjugħa se tiġi rduppjata għal 40%, li allura jfisser li l-bdiewa se jiġu ntaxxati fuq ammont net ta' dħul nieqes.", "BORMLA - TRIQ XANDRU - FOND NRU.", "25", "37432.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jara li l-post 25, Triq Xandru, Bormla jiġi debitament disinfestat u mnaddaf billi hemm wisq imbarazz miġbur fih?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li wara li d-dipartiment ġie innotifikat b'dan il-każ, fit-28 ta' Jannar 2002 saru żewġ spezzjonijiet u ġie identifikat is-sid u ntalab biex ineħħi l- imbarazz.", "UFFIĊĊJU TA' L-AVUKAT ĠENERALI – PREMISES ĠODDA", "37433.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI (f'isem l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal il-post il-ġdid fejn l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali għandu jiċċaqlaq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Diġa' kien beda xi xogħol wara li nħarġu l-permessi mill-MEPA, liema xogħol kellu jieqaf minħabba problemi ta` post alternattiv għall-inkwilina li toqgħod fil-lok.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LOUIS GALEA: Sur President, f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' residenti fid-djar ta' l-anzjani u fir- residenza San Vincenz de Paule li ġejjin minn Ħal Kirkop u mil- lokalitajiet tal-ħames distrett elettorali, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 37464;", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-films li nħadmu f'Malta bejn l-1998 u l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37472; u", "f'ismi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li għamlu l-eżami tal-MATSEC fl- 2002 kif ukoll in-numru ta' dawk li ħadu ċertifikat bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 37453;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "KUMITAT TA' PROVVISTA", "ESTIMI ĠENERALI 2003", "IT-TIELET JUM STABBILIT", "MINISTERU TAL-FINANZI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE CHAIRMAN: Nixtieq ninforma lill-kumitat li skond il-Mozzjoni Numru 307 ta` l-20 ta' Novembru, 2002 il-ħin tad-diskussjoni għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Issa nitlob lill-Ministru tal-Finanzi biex, jekk jogħġbu, iressaq ir- riżoluzzjonijiet tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, nipproponi::", "VOT 21 - MINISTERU TAL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm3,193,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 22 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,174,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Teżor, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 23 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm776,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 24 - TAXXI INTERNI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,003,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 25 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm5,476,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Dwana, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 26 - VAT Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm2,989,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 - VAT, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT 27 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm381,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 - Kuntratti, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "VOT IV - MINISTERU TAL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm1,539,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:-", "VOT 21 MINISTERU TAL-FINANZI", "Personal Emoluments", "Item 11 Holders of Political Office", "Ħassar iċ-ċifra \"Lm14,280\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"Lm1\".", "Delete the figure \"Lm14,280\" and substitute therefor the figure \"Lm1\".", "Sur President, jekk dan il-budget jixraqlu xi titlu huwa li dan huwa konferma tal-bżonn tal-bidla fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Dan rajnih kemm fil- kontenut u anke fl-istil partiġġjan li fih ġie ppreżentat f'din il-Kamra ftit jiem ilu.", "Minkejja li lejliet il-budget il-ministru wiegħed li se jkollna budget li se jkattar l-attivita` ekonomika, l-ingredjenti għat- tkabbir ekonomiku huma n-nuqqas fundamentali u ewlenin li fih dan il- budget, ħaġa li wara kollox bassar il-pre-budget consultation document li kien tqassam lill-korpi kostitwiti ftit ġimgħat ilu fejn fih kien intqal li fis-sena 2003 l-espansjoni ekonomika kienet mistennija li se tonqos minflok tiżdied, bħala rata.", "Jekk dakinhar tal-budget ħarġu figuri tat-tkabbir ekonomiku biex iqawwu xi ftit qalb in-nies, dawn il-figuri kienu biss riżultat ta' logħob bid-deflators kif ukoll minħabba dawk li jissejjħu aġġustamenti fl-inventarju, inventory changes, li fihom infushom ma jirrappreżentaw l-ebda qabża 'l quddiem fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Jekk imbagħad min-naħa l-oħra nħarsu lejn il-qagħda tal-finanzi pubbliċi naraw li bl-istess ħila u makakkerija politika li biha l-ministru tal- finanzi kien kważi rdoppja d-deficit li ħallejna aħna fl-1998 biex itellgħu għal Lm150 miljun għall-iskopijiet partiġġjani tiegħu, issa qed jipprova jgħid li se jnaqqas id-deficit skond it-targets li għandu meta ninsabu biss inqas minn tliet ġimgħat 'il bogħod mill-Milied u meta l-figuri ta' Jannar/Ottubru li ħarġu ftit jiem ilu juru li l-problema kompliet taħrablu, kemm f'dak li huwa dħul mill-privatizzazzjoni, kemm f'dak li huwa dħul ordinarju li kien inqas minn dak previst, kif ukoll dik li hija nefqa rikorrenti li kompliet tirranka.", "Għedtha u nerġa` ngħidha, budget serju, hemm min hemm fil-gvern, jitkejjel mill-istrateġija ekonomika li jkollu, mit-tisħiħ tal-kompetittivita` li pajjiżna joffri, mit-titjib fis-servizzi pubbliċi li jġib miegħu, miż-żidiet fil-produttivita` li jwassal għalihom kif ukoll mill-bibien li jiftaħ għall-qawmien fit-turiżmu u fl-investiment dirett barrani.", "Minn dan kollu l-budget ma fih xejn, anzi jippreżentalna gvern għarwien għal kollox mill-ideat u mill-proposti ġodda u konkreti f'dawk is-setturi tant vitali li għadni kemm semmejt li ħafna jqisuhom bħala l-mutur ta' l-ekonomija Maltija.", "Għalkem il-Ministru Dalli għandu t-tendenza li jgħajjar imbeċilli lil kulmin ma jaqbilx miegħu u jakkuża b'sabutaġġġ lil kulmin jikkritika l- operat tiegħu, irid iżomm f'moħħu li huwa l-istess ministru li fl-1996, is- sena li fiha l-partit Nazzjonalista għajjat elezzjoni bikrija, kien ra d- deficit jikbirlu tliet darbi iktar milli hu stess kien bassar li kien se jkun, id-dejn irnexxielu jkabbru bi 12-il darba aktar milli kien fl-1987 u kabbar id-deficit għad-doppju ta' dak li ħallejnih aħna fl-1987.", "Dan huwa konferma tal-logħob bid-deficits, li għamel malli tela` fil-gvern fl-1998, rifless mhux f'xi pubblikazzjoni tal-Labour party, imma rifless fil- quarterly review tal-bank ċentrali ta' Diċembru ta' l-1998 fejn f'dan ir- rapport fost affarijiet oħra jingħad hekk:", "\"Although the fiscal deficit for 1998 is expected to be almost Lm73 million higher than originally anticipated, over one half of this is attributable to the adjustments, to the fiscal accounting system that are being affected, including the consideration of items that were previously recorded under the treasury clearance fund.\".", "Min jisma` u jaqra dawn il-kummenti jieħu l-impressjoni li t-treasury clearance fund kien xi ħaġa li welldu il-gvern Laburista u użah biss il- gvern Labuirsta.", "Kemm qabel l-1996 kif ukoll mill-1998 sa ftit ilu l- Ministru Dalli innifsu baqa` jagħmel użu estensiv tat-treasury clearance fund.", "U jien ngħid li kien jibqa` jagħmel hekk diment li ma qabżux fuqu tal-fond monitarju internazzjonali u anke ta' l-Unjoni Ewropea u qalulu ċar u tond li hemm bżonn li Malta trażżan l-użu ta' dan il-fond kif seta` sar fl-imgħoddi taħt diversi amministrazzjonijiet.", "Dan qed ngħidu for the record.", "Sur President, huwa importanti li nżommu f'moħħna wkoll li jekk il-Ministru Dalli dakinhar ikkontja u nefaq flus li la kienu dovuti dak iż-żmien u li lanqas kienu ġew ibbaġitjati mill-gvern tagħna, issa qed jagħmel bil- maqlub.", "Issa qed jirrikorri għal creative accounting biex fl-aħħar ftit ġimgħat tas-sena ipaċi l-iżbilanċi kbar fid-deficits u fid-dejn li ħoloq b'riżultat tal-politika finanzjarja żbaljata tiegħu.", "L-akbar konferma tal- falliment ta' dan il-budget kienet riflessa f'dak li qal il-Prim Ministru meta indirizza konferenza stampa dwar il-budget ftit wara li l-Ministru Dalli temm jaqra d-diskors tiegħu.", "Dakinhar il-Prim Ministru qal li l- budget fittex li jissodisfa l-ħteġijiet soċjali tal-pajjiż kif ukoll li jsaħħaħ l-ekonomija tal' pajjiżna.", "Il-fatt li l-budget m'għamel xejn minn dan kollu huwa ċertifikat ċar ta' falliment ta' dan il-gvern.", "Il-budget mhux talli ma weriex li huwa wieħed ta' kuraġġ għall-poplu, iżda juri li quddiemna għandna gvern għajjien li spiċċawlu mhux biss il-flus imma spiċċawlu wkoll l-ideat u l-kuraġġ u l-ħila li jkompli jmexxi.", "Sur President, l-agħar aspett tal-budget għalija huwa li għandna prova ċara ta' kemm il-gvern inqata` mir-realta` tal-ħajja ta` kuljum li qed jgħixu ċ- ċittadini ordinarji Maltin u Għawdxin, sew Laburisti u kif ukoll Nazzjonalisti u kemm infatam mill-problemi u mid-diffikultajiet kbar li dawn in-nies qed isaqqfu wiċċhom magħhom, kemm mill-aspett finanzjarju, kemm mill-aspett ekonomiku u anke mill-aspett soċjali fil-ħajja ta' kuljum li jgħixu bħala nies sempliċi u ordinarji.", "L-uniku tajjeb li fih dan l- budget huwa li x'aktarx huwa l-aħħar budget tal-Ministru Dalli u tal-gvern Nazzjonalista qabel ma jerġgħu jsibu ruħhom fil-bankijiet ta' l- oppożizzjoni.", "Lejliet il-budget kont bassart li se jkollna replika ta' dak li ġara fl-1996, u ma tantx fallieli, għax filwaqt li issa l-Ministru għamel xi aġġustament żgħar fit-taxxa ninsab persważ li kieku l-poplu kellu jitlef rasu u jerġa` jtella` lin-Nazzjonalisti fil-gvern lanqas biss jilħqu jidħlu l-bieb ta' Kastilja mill-ġdid li ma jerġgħux jgħabbu lill-ħaddiem iż- żgħir u lill-middle class Maltija u Għawdxija b'xi xita ta' taxxi u piżijiet ġodda mill-ġdid kif kienu għamlu fl-1998.", "Lil dawk li staqsewni jekk jien inqisx dan il-budget bħala wieħed pri-elettorali inwieġeb billi ngħid li għalkemm teknikament dan il-gvern jista' jagħmel budget ieħor, bħala medda ta' żmien, xorta nemmen li dan huwa l-aħħar wieħed tiegħu.", "Iżda għal dawk li huma pre-electoral gimmicks u bżar fl-għajnejn ngħid li anke hemmhekk ixxotta mill-ideat għaliex il-ftit ħlewwiet li introduċa kienu żgħar, trivjali, kosmetiċi u ma jaħdmux.", "Dawn huma lkoll indikaturi li bil-kemm sab irtokk qawwi biżżejjed biex ikompli jinganna lill-elettorat Malti.", "Jien se nagħti eżempju biex nuri kif dan il-gvern jitbiegħed minn dak li jwiegħed.", "Meta nitkellmu fuq privatisation il-Ministru Dalli għandu t- tendenza li jgħid: Imma intom x'intom, favur li ngħaġġlu jew favur li neħduha bil-mod?", "Jien ngħidlu li aħna f'dan l-istadju bħala oppożizzjoni, għalkemm għandna l-fehmiet tagħna u se ngħidhom, il-kejl tagħna huwa li nqabblu xi tkunu għedtu intom ma` dak li tkunu wettaqtu.", "U hekk se nagħmel fil-qosor fil-kamp tal-privatisation biex nagħti eżempju wieħed ta' kemm dan il-gvern jitbiegħed mill-benchmarks tiegħu stess.", "Nibda bil-wegħdiet li għamel fuq privatisation għas-sena 2001 u s-sena 2002, imbagħad naraw x'seħħ minn dawn il-miżuri fil-qasam tal-privatisation.", "Fil-white paper tal-privatisation ta' l-1999 kienu qalu li kienu se jipprivatizzaw il-Libyan Arab Maltese Holding Co. Minn dak iż-żmien 'il hawn ma smajns xejn.", "F'Novembru tas-sena 2000 kienu wegħdu li se jagħmlu ħafna private/public partnerships biex s'issa kulma kellna kien proġett wieħed biss li tnieda b'ħafna kontroversja wara ħafna dellijiet koroh dwar in-nuqqas ta' trasparenza li bih ġie mwaqqaf.", "Qalulna li qed jagħmlu l- benchmarking fis-settur pubbliku, iżda sal-lum għadu ma tħabbar xejn uffiċjalment.", "Qalulna li s-sena l-oħra kellhom idaħħlu l-miljuni bħala somma upfront għall-privatizzazzjoni tal-lottu pubbliku.", "Mhux talli għadna ma daħħalna xejn talli għad hemm rapporti, li l-ministru kien qal lil din il-Kamra li qed jinvestiga, biex jiġi stabbilit jekk huwiex veru jew le li l-operatur li x'aktarx se jintgħażel huwiex jew le konness mal-ħasil ta' flus.", "Qalulna li kienu waslu biex jikkonkludu dwar il-Kordin Grain Terminal Company.", "Fiex waslu Alla biss jaf!", "Qalulna li fis-sena li ninsbu fiha kellhom jittieħdu deċiżjonijiet finali biex jinbigħu l-bqija ta' l-ishma li l-gvern għandu fil-Bank of Valletta.", "Safejn naf jien bqajna b'baħħ kbir f'dan il-qasam.", "Qalulna li kienu qed iħejju l-Maltacom għall- privatizzazzjoni kompluta.", "Dwar dan skiet perfett.", "Qalulna li matul is- sena 2002 kienu se jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu irkant ta' l-irmiġġi li għandna fil-yacht marinas wara li jkunu organizzaw aħjar l-operazzjoni tagħhom.", "Safejn naf jien la organizzaw aħjar l-operazzjoni tagħhom u lanqas għaddew għall-irkant ta' l-irmiġġi.", "Kulma ġara kien li qabżu fuqhom ħafna yacht owners, fil-biċċa l-kbira tagħhom nies ta' tendenza Nazzjonalista, u biex ma jkomplux jitilfu iktar voti ddeċidew li jibilgħu kollox.", "Qalulna li se tissaħħaħ l-effiċenza fis-sevizz pubbliku.", "Ġara dan?", "Lanqas għandi għalfejn inwieġeb jien.", "Inħalli lill-pubbliku jgħid jekk huwiex jinqegħda aħjar milli kien jinqeda fl-imgħoddi meta jmur ġo xi dipartiment tal-gvern.", "Qalulna li l-industrija tal-fund management kellha tgħin biex jiġi żviluppat aktar is-suq kapitali Malti biex imbagħad l-istess gvern għamel withholding tax fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv li tat il-bewsa tal-mewt lil dan is-settur.", "Sur President, xi ngħidu mbagħad għar-riforma fil-welfare?", "Kulma għandhom x'juru għall-kummissjoni tal-welfare reform, li aħna konna għaqlin biżżejjed li ma ċċappasniex magħha sa mill-bidunett, huwa li l-ewwel kellhom chairman li wara li laqqa` l-kumitat diversi drabi telaq għax ma qabilx ma` l-istrateġija li riedu jimponulu dwar il-health insurance.", "Ġie appuntat chairman ad interim mill-privat biex jara x'ħalla warajh iċ- chairman l-antik, biex imbagħad meta fil-parlament staqsejt x'xogħol sar taħtu qaluli li kienu għadu lanqas biss laqqa` l-kumitat darba li hi darba uffiċjalment għaliex kien qed jistudja l-karti li ħallewlu ta' qablu u għaliex il-gvern kien għadu ma taħx segretarju amministrattiv biex jgħinu jagħmel xogħlu.", "Nittama li forsi minn dak iż-żmien sal-lum sabulu segretarju amministrattiv u sab il-ħin biex ilaqqa` dan l-imbierek kumitat.", "Interessanti l-approach li se jieħu l-gvern f'dan ir-rigward.", "Issa milli jidher se jintuża l-MCESD biex jimbotta l-kummissjoni dwar il-welfare biex tqum mir-raqda tagħha, u hawn jidħol l-element tal-kunsens.", "U jien nistaqsi: Il-gvern se jinsisti fuq kunsens għat-tibdiliet proposti f'dan il-qasam jew le?", "U qed ngħid hekk għaliex filwaqt li fil-budget il- Ministru ta x'jifhem li jista' jagħmel dan, meta f'Lulju li għadda l-Prim Ministru kien ġie intervistat mill-istampa lokali kien qal li għalkemm huwa tajjeb li jkun hemm ċertu appoġġ ġenerali għal ċerti bidliet li jridu jsiru ma riedx jimplika li bilfors għandu jkun hemm kunsens sħiħ.", "Għalhekk fiċ-ċirkostanzi nistaqsi x'inhi l-qagħda attwali u x'se tkun ir-reazzjoni tas-sħab soċjali għal din il-konfużjoni strateġika min-naħa tal-gvern tal- ġurnata.", "Aħna, bħala partit Laburista diġa` għamilna l-politika tagħna ċara dwar il- pensjonijiet privati.", "Aħna qed ngħidu li filwaqt li dak ta' l-Istat għandu jibqa` mingħarj mittiefes, diment li l-pensjonijiet privati jkunu volontarji u mhux ikunu mandatorji, kif donnu li implika wieħed mill-ewwel rapporti prelimari tal-working group, il-partit Laburista jaċċettahom sakemm dawn ikunu over and above dawk ipprovduti mill-Istat u sakemm dawn ikunu regolati tajjeb biex ħadd ma jirriskja li jingidem bihom kif ġara u għadu qed jiġri f'diversi pajjiżi barranin.", "La qegħdin fuq pensjonijiet ma nistgħux ma ntennux wkoll il-wegħda tagħna li nkomplu fejn ħallejna fl- aġġustament xierqa li għandhom isiru li konna bdejna nagħmlu meta konna fil-gvern ma' l-ex-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi.", "Gvern Laburista ġdid ikompli jindirizza din il-problema sakemm isolviha.", "Sur President, is-sena l-oħra l-ministru ftaħar ħafna li kien se jġib il- Lm1 biljun, rough figure, li l-Maltin għandhom barra l-pajjiż illegalment.", "Għaddew ix-xhur u minkejja li kollox jindika li kien hemm aktar nies li rreġistraw flushom ma' l-awtoritajiet billi ġabuhom lura, il-ministru l- ewwel kellu l-wiċċ jgħid li l-iskema kienet suċċess mingħajr ma jissustanzja dak li qal, imbagħad meta tlabnih biex jagħtina l-figuri ta' kemm flus ġab lejn il-pajjiż qalilna li din kienet informazzjoni kunfidenzjali bankarja li ma riedx jgħidilna dwarha.", "Ħalli nkunu ċara.", "Aħna la jinteressana n-numru ta' klijenti li kienu involuti, kienx hemm 1,000 ruħ jew 10,000 ruħ, li ġabu flushom minn barra u wisq anqas min kienu l-individwi.", "Aħna jinteressana biss bl-ammont ta' flus li attwalment ġew ripatrijati u nibqa' nisfida lill-ministru sakemm iġibilna l-provi ta' dawn l-ammonti għaliex l-impressjoni li għandi jien u li għandhom ħafna nies anke practitioners hija li hemm baħar jaqsam bejn il-miljuni li ġew reġistrati u l-miljuni li ġew ripatrijati.", "Jien ngħid li sakemm bħala oppożizzjoni ma nkunux nafu kemm ġew attwalment fondi ripatrijati fil- pajjiż, ma nkunux f'pożizzjoni li naċċettaw il-verżjoni tal-gvern li joħroġ jgħid li l-iskema kienet suċċess.", "Sur President, jgħid xi jgħid il-gvern l-ikbar falliment tiegħu jibqa` fin- nuqqas ta' kontroll fin-nefqa pubblika.", "Fil-fatt diversi analisti barranin li kitbu rapporti dwar il-qagħda finanzjarja f'pajjiżna diversi drabi ilmentaw li l-gvern Nazzjonalista għandu politika fiskali konfuża għaliex min-naħa qed jipprova jsaħħaħ il-ġbir tat-taxxi, u jagħmel tajjeb, u min- naħa l-oħra m'huwiex juri ħila li jrażżan in-nefqa pubblika.", "Aħna nakkużaw lill-gvern li falla bil-kbir f'dan il-qasam għaliex la għandu l-ħila u lanqas għandu r-rieda politika li jagħmel dan ta' l-aħħar, aktar u aktar billi din hija xi ħaġa li ilha tiġi mwiegħda sa mill-ewwel budget li qatt ippreżenta fil-parlament l-istess ministru tal-finanzi l-Onor.", "John Dalli.", "Meta f'Ġunju li għadda l-MLP kien għamel studju dwar l-ekonomija ta' Malta, il-gvern Nazzjonalista kien ipprova jxejjen it-tbassir tiegħu li din is-sena kienet se tkun ikkaratterizzata minn aktar dgħufija ekonomika.", "Ftit ilu r-raġun tatulna, u mhux ħadnih b'idejna, l-istess Kummissjoni Ewropea fejn fil-forecast report tagħha dwar l-accession countries qalet li fir- rigward ta' Malta l-esportazzjoni din is-sena kienet se tibqa` baxxa, l- attivita` fl-elettronika u fit-turiżmu se jibqgħu taħt il-livell meħtieġ, l- investiment se jibqa` insodisfaċenti filwaqt li l-qgħad kellu jilħaq l- ogħla livell għal bosta xhur.", "Imma issa ħareġ ċertifikat aqwa min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Proprju l-bieraħ il-Kummissjoni Ewropea ħarġet l-EU enlargement key short- term indicators for the ten acceding countries.", "Qabdet id-diversi setturi fosthom l-inflazzjoni, tkabbir ekonomiku, dejn u deficits u qabblet flimkien l-għaxar pajjiżi kandidati li qed japplikaw għal sħubija sħiħa.", "Ir- rekord nista' ngħid li qiegħed f'idejna għaliex mingħajr ma nsemmi l- pajjiżi l-oħra kollha - imma nsemmi xi ftit bħala eżempju - u minkejja li l- gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li d-deficit huwa ta' madwar 5%, dawn qed jgħidu li kemm fis-sena 200 u kemm fis-sena 2001 id-deficit kien ta' 7% bħala persentaġġ tal-GDP.", "Meta ġew biex jitkellmu dwar id-dejn tal- gvern Malti bħala persentaġġ tal-GDP, tal-ġid nazzjonali ħalli jifhimni kulħadd, qalu li fis-sena 2000 dan kien ta' 60.7% u s-sena li għaddiet tela` għal 65.7%.", "Mad-daqqa t'għajn l-eqreb pajjiż li hemm li għandu deficit għoli huwa l-Ungerija li għandu 4.1% u għandu government debt ta' 53.1%.", "Imma ma jidhirlix li hemm pajjiż wieħed, li hu wieħed, mill- applikanti li jmiss jew jersaq viċin is-60%.", "Għandek il-Litwanja 23%, il- Latvja 16%, il-Polonja 39% bid-diffikultajiet kollha li għandha, l- Islovakkja 44% u l-Islovejna 27%.", "Jiġifieri dan huwa ċertifikat ieħor ta' falliment min-naħa ta' dan il-gvern.", "Nerġa' ngħid li issa din m'hijiex il- makna propogandistika tal-partit Laburista li qed taħdem.", "Hawnhekk għandna l-istess Unjoni Ewropea li issa qed nipprovaw nissieħbu fiha biex mingħalina nipprovaw insolvu l-problemi kollha kbar u żgħar li għandna.", "U dan jikkuntrastja bil-kbir, u jikkuntrastja bil-kbir ma' l-istampa differenti li l-Ministru tal-Finanzi jew il-Prim Ministru ipprovaw jagħtuna ftit wara li spiċċa l-qari tal-budget.", "Sur President, ħrafa oħra tal-Ministru tal-Finanzi li hemm bżonn li nesponu hija dwar kif jitkellem dwar dejn, deficit u privatizzazzjoni fl-istess kuntest.", "Il-ministru għandu jkun politikament onest biżżejjed li jammetti li d-dħul mill-privatizzazzjoni ma jnaqqasx d-deficit strutturali, iżda jgħin biss biex jittaffa l-piż tad-dejn fejn jidħol dak li jissejjaħ il- public debt servicing.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax is-sena l-oħra meta l-gvern naqas li jdaħħal il-flus kollha mill-privatizzazzjoni, il-ministru kien qalilna li dan ma kienx se jaffetwa d-deficit, allura għaliex issa saru dawn l-attentati kollha biex permezz tal-privatizzazzjoni ta' l-MIA jidher li tnaqqas id-deficit?", "Wara kollox għadna niftakru lill- Ministru jiġi f'dan il-parlament qabel il-vaganzi tal-Milied tas-sena li għaddiet jgħidilna, mingħajr ekwivoċi, li għalkemm il-programm ta' privatizzazzjoni għas-sena 2001 kien waqa` lura xi ftit – u kien waqa` lura sew – kien fil-proċess li jiġi finalizzat u li r-revenue target ta' Lm47 miljun kien se jintlaħaq xorta waħda.", "Il-Ministru għalxejn jipprova jagħmel brainwashing lill-udjenza tiegħu bħallikieku qed ikellem il-canvassers tiegħu waqt xi coffee morning għaliex il-fatti jkomplu juru li l-iktar aspett inkwetanti tad-deficit tiegħu mhux biss huwa li huwa ogħla bħala persentaġġ minn dak li suppost ikun sa tmien is-sena li ninsabu fiha, imma li huwa ferm ogħla milli kien fl-istess żmien is-sena li għaddiet.", "Aħna sa mill-bidunett konna bassarna li l-budget 2002 kien se jmur żmerċ u fil- fatt hekk ġara.", "Sur President, ftit ilu fil-parlament kien issemma l-każ tal-Lm15 miljun li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada sselfet minn bank kummerċjali Malti biex dan ma jkunx jidher bħala dejn uffiċjali tal-gvern.", "Dan huwa kif jgħidu l-Ingliżi only the tip of the iceberg.", "Se nikkwota ftit figuri ta' xi faċilitajiet li kumpanniji parastatali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħrajn governattivi għandhom ma' l-uniku bank li għad fadal li fih il-gvern għad għandu ċerta influwenza, biex ma nużax il-kliem \"kontroll finanzjarju\".", "U dawn, kuntrarju għal dak li qed jimplika l- ministru, huma fil-biċċa l-kbira tagħhom kważi kollha iggantiti.", "Dawn huma l-ammonti tal-faċilitajiet li dawn il-kumpanniji għandhom: Air Malta Lm6 miljun, Enemalta Lm19 miljun, Foundation for Medical Services Lm25 miljun, Gozo Channel Lm800,000, Malta Air Traffic Services Ltd.", "Lm3.4 miljun, Maltacom Lm8 miljun, Malta Countertrade Lm1.59 miljun, MDC Lm4.4 miljun, Malta Drydocks Lm15.8 miljun, Malta Freeport Corporation Lm19 miljun, Malta Freeport Terminal Lm2 miljun, Malta Government Investments Lm14 miljun, MIA Lm21 miljun, Malta Shipbuilding Lm1.664 miljun, Malta Tourism Authority Lm2.4 miljun, Medigrain Lm1.5 miljun, MOBC Lm641,000, Mobile Communications Lm1 miljun, Sea Malta Lm2.528 miljun u l-Water Services Corporation Lm5.237 miljun.", "Sur President, dan juri li bank wieħed biss kummerċjali ta faċilitajiet bankarji lill-kumpanniji kontrollati jew garantiti mill-gvern madwar Lm164 miljun.", "Dan joħroġ mid-dokument li se nqiegħed iktar tard fuq il-mejda tal- Kamra.", "U biex wieħed jara kif dan il-bank intuża b'mod sfaċċat għas-servizz tal-gvern minħabba l-pressjonijiet politiċi li saru fuq il-bord tad- diretturi tiegħu insemmi biss li bejn is-sena 2001 u s-sena 2002 l-ammonti outstanding minn entitajiet owned mill-gvern telgħu b'36%, minn Lm92 miljun għal Lm125 miljun, filwaqt li l-ammonti garantiti mill-gvern telgħu minn Lm60 miljun għal Lm102 miljun, żieda ta' xejn inqas minn 70%.", "Mhux ta' b'xejn li l-ministru jgħidilna li l-finanzi huma in track għaliex li qed jiġri huwa li minflok jissellifhom il-gvern qed juża bank kummerċjali bħala forċina għall-azjendi parastatali minn tiegħu.", "Nerġa' ngħid, il- ministru jkun qed jimmislijdja l-Kamra meta jgħid li l-gvern m'għadux joħroġ garanziji kif kien qed joħroġ qabel.", "Jien għandi informazzjoni li fil-każ ta` self li se tagħmel il-Malta Maritime Authority ma' bank kummerċjali lokali għal Lm8 miljun, self għall-15-il sena u self li se jkollu moratorium ta' sentejn, biex jifhimni kulħadd is-self se jibda jitħallas sentejn wara li jittieħed, dan se jkun kompletament garantit mill- gvern.", "Jiġifieri mhux biss tajt eżempju biex nuri kif ħafna mis-self u l- faċilitajiet huma garantiti mill-gvern, imma anke self ġdid li se jsir se jkun garantit mill-gvern.", "U biex nuri kemm is-self ta' dan il-bank partikolari huwa garantit mill-gvern se nsemmi t-total bank facilities li huma Lm160 miljun, id-debit balances and commitment, jiġifieri kemm issellfu, li huwa Lm126 miljun u mbagħad għandek l-exposure guaranteed by the government of Malta li Lm127 miljun, jiġifieri ekwivalenti għad-debit balances and commitments.", "Sur President, nitlob il-permess biex inpoġġi dawn il-figuri li għadni kemm ikkwotajt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:- Tabella li turi l-faċilitajiet finanzjarji kkontrollati jew garantiti mill-gvern fil-25 ta' Ottubru 2002.", "Jien kont nippretendi li l-gvern, f'xi stadju jew ieħor, jgħidilna jekk kienx beħsiebu jagħmel kif għamlu diversi gvernijiet serji, kemm barra kif ukoll ġewwa l-Unjoni Ewropea li introduċew standing limits, limiti fuq l- infiq.", "Imma kont żbaljat għaliex l-ewwel kien hemm indikazzjoni li l- ministru kien ġie rapportat li tana x'nifhmu li kien se jaħseb biex jintroduċi dawn il-limits, imbagħad ftit wara kienet ħarġet stqarrija mill- ministeru fejn pronti pronti kienu qalu li l-ministru kien ġie miskwotat.", "Sur President, fil-bidu kont semmejt diversi problemi li għandhom ikunu indirizzati f'kull budget, hi x'inhi l-qgħada finanzjarja tal-pajjiż.", "Il- problema tal-kompetittivita` li semmejt fil-bidu tinkwetani l-iktar mhux biss għax teżisti, imma tinkwetani l-aktar għaliex il-gvern donnu lanqas irid jammetti li l-kompetittivita` tagħna diġa` tinsab mhedda u qed tiġi mikulha.", "Jien ngħid kieku xi skop kien ikun hemm li fis-sajf li għadda l- Prim Ministru meta ġie intervistat f'waħda mill-business journals lokali qal li fil-fehma tiegħu l-ekonomija ta' pajjiżna ftit li xejn qed tiffaċċja theddida f'dan il-qasam tal-kompetittivita`.", "Jien ngħid li min jirraġuna b'dan il-mod ikun qed jgħaddas rasu taħt ir-ramel u juri nuqqas kbir ta' responsabbilta` politika u jkompli jikkonferma kemm in-nies politikament qed jinaqtgħu mill-aspirazzjonijiet u l-problemi u l-ħteġijiet taċ- ċittadini komuni.", "Taħsbux li meta l-Ministru Dalli fil-budget ta' din is- sena qal li kien se jistimula l-ekonomija kien qed jagħmel xi trovata ġdida, għaliex wara kollox is-sena l-oħra meta introduċa l-budget kien ukoll ta x'jifhem li aktar milli jiffoka biex idaħħal flus fil-kaxxa ta' Malta, il-gvern kien se jkun moħħu biex jistimola l-ekonomija u s-settur tan-negozju biex imbagħad aktar tard, hu u l-akkolti tiegħu fil-ġurnali li s-soltu tinġibidielhom l-ispaga mill-Partit Nazzjonalista ħarġu jgħidu li l- biċċa l-kbira tal-miżuri tal-budget għas-sena li waslet biex tintemm kienu intiżi biex jagħtu spinta lill-kompetittivita`, lit-tkabbir ekonomiku kif ukoll biex jiġu streamlined l-operazzjonijiet tal-gvern.", "Nerġa` ngħid fil- prinċipju naqbel magħhom u mhux qed nikkritika lill-gvern li għamilhom parti mill-istrateġija tiegħu.", "Il-kritika tagħna hija li meta ġie għat- twettiq tal-pjani tiegħu din il-politika, din l-istrateġija, din it-tattika ma rrealizzatx ruħha fl-attwazzjoni tal-programmi ta' ħidma li kellu l- gvern.", "Il-ministru jsostni li ż-żieda fid-dħul tal-gvern mhux veru ġejja minn aktar taxxi imma ġejja minn tkabbir ekonomiku u titjib fl-effiċjenza tal- ġbir tat-taxxi.", "Din ma hija xejn għajr ħrafa, għax illum jekk tanalizza ssib li l-gvern qed jixrob mill-ekonomija Maltija kważi 20% iktar milli kien jieħu fl-1998.", "Jekk din m'hijiex żieda fil-piż tat-taxxi x'tista' issejħilha?", "It-tax revenue tal-pajjiż tela` minn Lm155 miljun fl-1987 għal Lm687 miljun fis-sena li qed nipproġettaw għaliha, erba` darbiet u nofs iktar f'sittax-il sena, filwaqt li minn deficit ta' Lm16 miljun li ħallejna fl-aħħar sena sħiħa li għamilna fil-gvern fl-1986, issa qed ibassar deficit ta' Lm75 miljun.", "Tafu minn xiex qed ikun ġenerat it- tkabbir ekonomiku?", "Minn ħaġa waħda, minn dak li l-ekonomisti jsejħulu l- fiscal stimulus, jiġifieri minn dak li huwa t-tkabbir fl-ispiża tal-gvern, fejn il-gvern jippompja l-finanzi tiegħu, jippompja r-riżorsi tiegħu biex forsi jqajjem il-pazjent mil-agunija li jkun jinsab fiha.", "Jien ngħid kif jista` l-ministru jiftaħar b'rakuntura ekonomika meta jekk nieħdu settur wieħed biss, it-turiżmu, insibu li din is-sena tlifna 66,000 turist li f'termini ta' foreign exchange jissarfu Lm21 miljun, 10% ta` li ndaħħlu mit-turiżmu.", "Sur President, il-budget qed ibassar li se jonqsu n-nies minn mal-gvern.", "Interessanti din.", "Mela l-ministru nesa li s-sena d-dieħla skond in- national plan for the adoption of the acquis se jiddaħħlu mijiet mal-gvern biex jimlew dawn il-postijiet li ġew ordnati mill-Unjoni Ewropea?", "Apparti mbagħad il-ħaddiema tal-Maltapost.", "Safejn naf jien qalulna li l-Maltapost trid teħles minn iktar minn 200 impjegat tagħha u dawn x'aktarx li se jiġu assorbiti mis-servizz pubbliku jew mis-settur pubbliku jew miċ-ċivil innifsu.", "Jiġifieri jekk nieħdu dawn il-ħaddiema ġodda ta' l-NPAA u nżidu magħhom il-ħaddiema tal-Maltapost li se jitilfu l-impieg tagħhom jidher li l-gvern aktarx li se jkollu jżid in-nies fuq il-kotba tiegħu minflok innaqqashom.", "Issa jekk hux se jkunu direttament maċ-ċivil jew jekk hux se jkunu f'korporazzjonijiet pubbliċi forsi jgħidilna l-ministru fil-winding up tiegħu.", "Sur President, il-Ministru Dalli ftit ilu ta lill-parlament x'jifhem li għalkemm ħafna kumpanniji parastatali kienu qed jissellfu mill-banek kummerċjali mingħajr il-bżonn ta' garanziji bankarji l-fatti rriżultaw mod ieħor.", "Jien tajt il-figuri neċessarji u ma naħsibx li għandi nidħol f'iktar dettall milli dħalt s'issa.", "Imma naħseb li xorta waħda jibqa` l- fatt li dan kollu rridu narawh fil-kuntest ta' l-istampa attwali tad- deficits u anke tad-dejn nazzjonali li għandu l-pajjiż bħalissa.", "Dan kollu huwa prova ċara ta' kemm dan il-gvern jaħdem b'mod mistur.", "Dan joħroġ mill-fatt li mhux biss ma jridx jagħti sodisfazzjon lill-Kamra kemm ġew ripatrijati flus li l-Maltin kellhom barra l-pajjiż - fuq hekk tkellimna u jidher li m'hu se naslu mkien biex niksbu l-informazzjoni neċessarja - imma kien hemm okkażjonijiet oħrajn fejn bl-iktar mod leċitu u bl-iktar mod onest staqsejna lill-gvern għal ċerta informazzjoni għar-raġuni sempliċi sabiex inkunu nafu ċerti miżuri baġitarji ta' l-imgħoddi ħadmux jew le.", "U dawn kienu il-withholding tax ta' 15% li impona fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv u l-andament tal-fringe benefits.", "Irrid nagħmilha ċara ħalli ħadd ma joħroġ ixewwex lin-nies u jipprova jagħti l-impressjoni li l-partit Laburista jrid ineħħi l-fringe benefits.", "Aħna qed nistaqsu fuq il-fringe benefits mhux għax għandna xi ħsieb li bħala xi election gimmick ngħidu li la nitilgħu aħna nneħħuhom kompletament il-fringe benefits.", "Aħna kif kont għedt fil-budget tas-sena li għaddiet konna għamilna anke xogħol preliminari, għalkemm ma konniex ikkonkludejna l-istudju tagħna f'dan ir- rigward.", "Imma naħseb li biex aħna nkunu nafu kif ħadmu dawn iż-żewġ miżuri baġitarji fil-prattika, il-ministru huwa fid-dmir li jinforma lil din il- Kamra kemm effettivament ġabar withholding tax il-gvern fuq il-15% li impona fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv, kif ukoll x'kien l-andament tal-fringe benefits tax infushom.", "Nerġa` ngħid li dan qed nistaqsih bl- ikbar onesta` ħalli nkunu nafu x'kien ir-riżultati, inkunu nafu x'kien il- cost benefit tagħhom u nkunu nafu dawn il-liġijiet setgħux ħadmu aħjar u setgħux ħadmu b'mod iktar ekwu u li ta r-riżultat.", "Hekk biss wieħed jista` jasal biex jirrikmanda lok għal fine tuning ta' liġi.", "Jekk lanqas tkun taf liġi ta' revenue kif ħadmet fil-prattika, kif tista' tgħid se nħalliha kif inhi, se nbiddilha, se nemendaha, se nsaħħaħha, jew se nagħmel fine tuning tagħha?", "Dan kollu li qed nitolbu biex aħna, bħala oppożizzjoni uffiċjali tal-pajjiż, ikollna dawn il-fatti f'idejna ħalli meta nagħmlu l- kritika nagħmluha bl-iktar mod miftuħ u bl-iktar mod onest.", "Dan qed ngħiduh għaliex ma tistax titlob li tagħmel overhaul review tat- tassazzjoni jekk ma tkunx taf il-performance attwali tagħha x'kienet u x'revenue daħħal minnha l-gvern tal-ġurnata.", "Sur President, ħalli issa niġi għall-kunċett tal-corporate governance.", "Dan il-kunċett, biex jifhimni kulħadd aħjar, huwa kunċett li m'ilux forsi moda ħafna imma tajjeb li daħal, u llum daħal fid-dinja internazzjonali tal- finanzi u anke fl-immaniġġjar tal-kumpanniji.", "L-iskop tiegħu huwa biex ikun hemm iktar trasparenza fl-operat tal-kumpanniji u biex inqas ikun hemm lok għal tbagħbis fil-figuri u konflitt ta' interess.", "Meta l-borża ta' Malta daħħlet dan il-kunċett aħna ma għamilniex kapital politiku, ħriġna in the open u faħħarna l-istock exchange għall-pass li ħadet u tajniha anke s- suġġerimenti tagħna.", "Iżda aħna nemmnu bħala Partit Laburista li biex il- corporate governance jaħdem u jagħti r-riżultati meħtieġa għad hemm bżonn pass ieħor kuraġġjuż x'jittieħed, li din tiġi introdotta fuq bażi obbligatorja u mhux tibqa' fuq bażi volontarja biss.", "Naf li madwar id- dinja mhux kullimkien daħlet fuq bażi obbligatorja, anzi f'ħafna pajjiżi għadha teżisti fuq bażi volontarja.", "Nafu x'qed jiġri f'pajjiżi oħrajn, imma jien naħseb li anke biex titħaddem tajjeb f'pajjiżna, speċjalment f'dawk il- kumpanniji li sal-lum qed iżommu 'l bogħod milli jersqu lejn l-istock exchange minħabba li jridu jżomm l-family concerns tagħhom għalihom importanti li l-corporate governance qed titħaddem, titħaddem f'mod effettiv ħalli min ippriedka t-trasparenza – u hawn mhux qed ngħid għall- gvern – iwettaqha huwa wkoll fil-kumpanniji tiegħu, iwettaqha huwa wkoll fl- azjendi tiegħu u f'dawk li jkun qed imexxi.", "Aħna bħala partit Laburista nkunu qed naħdmu fuq dawn il-linji.", "Sur President, il-budget isemmi ħafna lis-self-employed iżda fih lakuna kbira fis-sens li m'hemm l-ebda miżura ġdida li se toħloq ġid ġdid f'dan is- settur.", "M'hemmx miżura waħda li se toħloq attivita` ekonomika ġdida f'dan is-settur.", "Inutli li ngħidu li hemm ħames jew sitt items li jindirizzaw lis-self-employed.", "Jien persważ li sieħbi l-Onor.", "Joe Cilia li huwa l- kelliemi tagħna fuq is-self-employed u l-SMEs ikollu iktar ħin biex jidħol fid-dettall dwar dan.", "Imma jien ngħid li mad-daqqa t'għajn jidher ċar li f'dawn il-miżuri, jekk tiflihom, la se jkun hemm tibdil fl-overall environments fl-ambjent totali tan-negozju, la se titnaqqas b'mod verament effettiv il-burokrazija u lanqas hemm miżuri li verament jaġevolaw lill- SMEs f'dawn iż-żmenijiet tant diffiċli għalihom f'pajjiżna.", "Dan qed ngħidu għaliex ikun żbaljat min jaħseb li huwa dan il-budget biss li qed jitkellem dwar il-bżonn ta' qawmien ekonomiku.", "Nerġa' ngħid, anke l- budget tas-sena li għaddiet kien tkellem dwar dawn l-affarijiet u kien hemm nuqqasijiet dwaru.", "Jien informat li meta ġew biex jagħmlu stocktaking tal-miżuri dwar is-self- employed li kien hemm fil-budget tas-sena l-oħra, l-MCESD sabu li fil- prinċipju kienu miżuri tajbin, harmless, imma fil-prattika ma ħadmux u ma tawx ir-riżultat neċessarju.", "X'jiswa li nagħmlu miżuri sbieħ, miżuri li jidhru tajbin fuq il-karta u mbagħad ma jagħtux ir-riżultat neċessarju?", "Bil-livell ta' stagnation li għandu bħalissa pajjiżna għandu bżonn miżuri radikali li jċaqilqu l-makna ekonomika tal-pajjiż bl-iktar ħeffa possibbli.", "Għalhekk aħna qed nagħmlu l-kritika tagħna li l-main weakness tal-budget hija l-istrateġija ekonomika tiegħu.", "Qed ngħid dan kollu għaliex il-ministru - mhux qed nattakkah fuq bażi personali imma qed nattakka l-operat tiegħu bħala ministru - għandu l-marda li mhux biss m'huwiex kapaċi jwettaq il-pjani tal-budgets li ilu jressaq għal dawn l-aħħar disa' snin, iżda ħafna drabi lanqas idaħħal fil-budget il- linji gwida li wieħed isib bħala leitmotif tal-consultation documents li jgħaddi lill-korpi kostitwiti.", "Napprezza li hemm baħar jaqsam bejn consultation document u budget document, jiġifieri m'iniex qed nippretendi li kulma hemm fil-consultation document għandu jkun rifless fil-budget.", "Ħafna drabi jkun food for thought biex jistimula diskussjoni meta jkunu qed jiltaqgħu l-MCESD biex jgħarblu l-budget.", "Imma ħafna drabi jkun hemm ċerti affarijiet li jagħtu l- impressjoni li se jkun hemm riformi radikali f'ċerti oqsma, imbagħad tmur tfittex fil-budget u ma ssib xejn.", "Ħalli nsemmi eżempju.", "Kemm is-sena l-oħra u kemm din is-sena qalu li se jkun hemm a major income tax reform.", "Dak li kellna s'issa kien a major income tax reform?", "Ma kienx fil-fehma tagħna.", "Is-sena l-oħra qalu li se jkun hemm cuts in the recurrent expenditure.", "Fejn kienu l-cuts in the recurrent expenditure, jiġifieri qtugh fin-nefqa rikorrenti?", "L-oppost ġara.", "Nerġa' ngħid li dawn la rajniehom fis-sena li qegħdin fiha - (Interruzzjonijiet) Issa jkollok ċans titkellem u ħu l-ħin tiegħek - u lanqas rajniehom riflessi fil-budget li qed jitressaq għall-approvazzjoni.", "Mr Chairman, jien ngħid li l-ministru dejjem falla fil-budgets tiegħu għax filwaqt li fl-ewwel seba' budgets dejjem ħares mill-ottika ta' accountant - u dan qaluh diversi kritiċi Laburisti u anke Nazzjonalisti - kemm fil- budget tas-sena l-oħra u anke ta' din is-sena pprova għallinqas juża l- budget bħala għodda ekonomika.", "Għallinqas kien pass 'il quddiem.", "Imma xorta nerġa' ngħid li l-konsegwenza kienet li ma laħaqx u lanqas jidher li se jilħaq il-miri u l-istrateġija tiegħu f'dan ir-rigward.", "Is-sena li għaddiet, per eżempju, l-MCESD kienet mistennija tifli u tiżviluppa l-idea proposta fil-budget għar-riforma fis-sistema tas-sigurta` soċjali, għalkemm din is-sena, kif għedt iktar kmieni, ipprova jdaħħal xi ftit iktar lill-MCESD f'dan is-settur.", "Jien m'iniex qed ngħid li din hija idea ħażina u m'iniex ngħid li kulma hemm fil-budget huwa negattiv, anzi ngħid li l-MCESD imissu kien involut sa mill-bidu nett għax naħseb li l- MCESD, għalkemm kultant ikun laborjuż biex jiċċaqlaq, għallinqas il- partijiet kollha jkunu hemmhekk.", "Dawn obbligati li jiltaqgħu fuq bażi regolari u għallinqas jistgħu jkunu ta' filtru ferm iktar effettiv milli hija l-commission tal-welfare reform li issa din qisha un figlio di nessuno.", "Nafu li wellidha l-Prim Ministru għax kienu ħadu ċertifikat mingħandu, imma dawn qishom ma jappartjenu għal ħadd.", "F'waħda mill-ħafna intervisti tas-soltu ftit wara l-budget tas-sena l-oħra kienu ntervistaw lill-Ministru Dalli fuq ir-radju tal-partit tagħhom u niftakarni naqra r-rapport li kien hemm fuq il-media.", "Dan kien qalilhom: Il-budget tas-sena 2002 – issa mhux qed nitkellem fuq il-budget tal-lum imma fuq dak li wasal biex jintemm – huwa budget pro-business li se jagħti imbuttatura tajba għal dawk li jdawru r-rota ta' l-ekonomija u jidħlu għar- riskju billi jinvestu u jħaddmu lin-nies.", "Jien nitħawwad meta nisma' kliem bħal dan u nistaqsi: Illum li għaddiet sena minn meta sar dak il-kliem, illum li għaddiet sena minn meta l- ministru ta dik id-direzzjoni jew linja gwida għall-budget li wasal biex jintemm jistgħu n-nies fin-negozju, fil-kummerċ jgħidulna f'termini effettivi kemm intlaħaq dan l-għan min-naħa tal-ministru?", "Jien nippretendi li mill-kuntatti li jkollhom mal-kostitwenti tagħhom, kif ikollna aħna, in-naħa tal-gvern jkunu jafu x'inhu għaddej on the ground man- nies fin-negozju, man-nies fil-kummerċ u jkollhom il-feedback neċessarju biex ikunu jafu jekk ċerti miżuri tawx ir-riżultati neċessarji jew le.", "Mingħajr ma nipprova nilgħabha tal-profeta ngħid li l-istaġnar li kellna se jkompli jestendi ruħu b'riżultat ta' dan il-budget għax il-budget ma fih ebda kick-starting ingredients għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "U dan jgħiduh l-operaturi ekonomiċi kollha li tiltaqa' magħhom, kemm nies li jivvotawlna, kemm nies li ma jivvotawlniex u kemm nies li għadhom indeċiżi liema naħa sejrin jitfgħu l-vot tagħhom.", "Ftit ilu l-ministru ħarġilna b'sensila ta' challenges u qalilna: \"Għidulna jekk intomx se żżidu r-rata ta' l-income tax, u għidulna minn fejn se ġġibu l-flus għat-triqat u għall-Magħtab.\"", "L-ewwelnett ngħidlu li jekk niffrankaw biss biss dak li qed tonfqu intom biex tiġu in line ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea diġà jkollna flus biżżejjed biex nindirizzaw uħud minn dawn il-miżuri.", "It-tieni nett aħna beħsiebna niffrankaw il-flus kollha ħalli jkollna aktar għall-ambjent, għall-edukazzjoni u għas-saħħa milli mxejtu bihom intom.", "Nintroduċu kontroll fuq il-ħela fit-tmexxija u fl-amministrazzjoni tas- servizz pubbliku.", "Indaħħlu sens qawwi ta' value for money fl-operat tal- gvern u ma nistriħux aktar fuq eżenzjonijiet fuq il-boll għan-negozjanti l- kbar bl-iskuża tal-kobor tal-proġetti li jkunu deħlin għalihom.", "Din xi ħaġa li dejjem jagħtihielhom bħala ċejċa talli jkunu daħlu biex jinvestu fuq xi proġett ta' ċertu daqs.", "Apparti minn hekk aħna impenjati li nagħmlu rationalisation programme ta' ħafna korporazzjonijiet, organizazzjonijiet u korpi regolatorji billi jibqa' jsir ix-xogħol tagħhom b'mod iktar streamlined mingħajr il-bżonn li jkollna dawk il-ħafna mushrooms jikbru u jiġru mas-saqajn kif għandna fil- preżent illum.", "Hemm imbagħad il-konsulenzi.", "Aħna m'aħnie ngħidu li l-gvern ma jqabbadx konsulent wieħed, imma xorta qed nagħmluha ċara minn issa li nirriduċu b'mod sostanzjali l-għadd ta' konsulenzi li jingħataw.", "U anke għal dawk li huma public/private partnerships naraw li dawn jaħdmu bis-serjetà u mhux jibqgħu fuq l-ixkaffa kif baqgħu taħt dan il-gvern, u kulma rnexxielhom jintroduċu kien wieħed biss.", "U anke dan twieled daqsxejn immankat għax twieled b'ċertu dellijiet fuq il-mod kif ġie stabbilit.", "Nittamaw ukoll li nkunu nistgħu nħaffu x-xogħol fuq is-sistema ta' l- accruals ħalli kemm jista' jkun din tiddaħħal qabel iż-żmien ippjanat u, hemm min hemm fil-gvern, pajjiżna jibda jkollu stampa vera u attwali tal- qagħda tal-finanzi u ma jibqax ikollna lok li jista' jkun hemm il-ħabi fil- figuri finanzjarji kif seta' jiġri taħt diversi amministrazzjonijiet fis- snin l-imgħoddija.", "Jien onestament ngħid li - u l-Ministru għandu jifhimni għax għandu snin sħaħ ta' esperjenza fil-qasam privat, mhuwiex xi civil servant minn ċkunitu u baqa' civil servant għal dejjem - jekk aħna nkunu kapaċi, hemm min hemm fil-gvern, indaħħlu xi ftit mill-mentalità tas-settur privat f'dak li huwa cost control u f'dak li huwa waste control biex inrażżnu l-ħela u t-tberbiq fl-operat tal-gvern, m'hemmx għalfejn dan il-ħafna pjani li semma Gejtu Vella li nkeċċu l-għexieren ta' l-eluf.", "Dawk inħallu lil Gejtu Vella jgħidhom biex iservi ta' forċina għall-partit Nazzjonalista.", "Bil-cost control u bil-waste control xorta nkunu nistgħu nindirizzaw ħafna mit- tberbiq żejjed li qed ikun hemm li wieħed jippretendi li suppost kellu jsir mill-kapijiet ewlenin tal-dipartimenti tal-gvern.", "Dwar it-tassazzjoni ngħidulu: Tikkonfondux, fiż-żmien opportun nagħmlu l- pjanijiet tagħna ċari.", "Għandna diversi options għall-konsiderazzjoni tagħna, u fiż-żmien opportun nħabbruhom lill-poplu għall-benefiċċju tal- poplu ħalli nserrħulu rasu li taħtna l-piż tat-taxxi mhux se jkun wieħed li jiżdied.", "Ftit ilu l-Ministru pprova jiżżufjetta bina f'laqgħa pubblika fejn suppost kien imdawwar bis-civil servants u kienet għall-pubbliku in ġenerali.", "Kieku kienet f'każin politiku neħodha kont neħodha bħala joke.", "Jien għandi ħafna difetti imma sense of humour għandi.", "Imma l-Ministru għamel a pre-budget consultation session imdawwar bit-top civil servants tal-ministeru tal-finanzi fil-Pheonicia, suppost biex ikellimhom fuq il- budget, u mbagħad fuqxiex kellimhom?", "Kellimhom fuq iż-żjara li Dr Alfred Sant u jien għamilna fl-Istati Uniti u qalilhom: Dawk tafu fejn marru?", "Ġo bank biex issarrfu t-travellers' cheques.", "Jien nippretendi li l-Ministru kellu jkun daqsxejn iktar intelliġenti dwar dan!", "Le, Sur Ministru, ma morniex biex insarrfu t-travellers' cheques, morna biex ngħaddu kelma ta' ġid għal pajjiżna, hemm min hemm fil-gvern, għaliex aħna meta nkunu fil-gvern ...", "(Interruzzjonijiet) Ngħidulkom, ma jimpurtax!", "Mal-bidillu jew mal-porter iltqajna!", "Ngħidulkom at the right moment.", "Magħkom ma tridx taħdem hekk għax intom, the moment li ngħidulkom fejn morna, tipprovaw timminaw kull proġett li jkun qed jagħmel gvern Laburista!", "La morna biex insarrfu t-travellers' cheques u lanqas morna biex nieħdu sehemna, Sur Ministru.", "Morna biex nagħmlu l-ġid għal pajjiżna, morna biex inwittu t-triq għal proġetti ġodda għal meta sitt xhur oħra jkollna gvern Laburista ġdid.", "Sur President, issa se nitkellem fuq il-Borża ta' Malta li inqas ma jitkellem fuqha l-Ministru aktar aħjar.", "Qed ngħid hekk għaliex l-ewwel qatilha b'ċerti stqarrijiet barra minn lokhom li għamel, imbagħad kompla taha diksata 'l isfel bil-withholding tax fuq il-collective investment schemes, imbagħad ħareġ jiftaħar li l-ishma kienu qed isibu l-livell xieraq li kellhom bżonn biex jirriflettu l-qagħda attwali tal-kumpanniji li jirrappreżentaw.", "U ftit aktar tard beda jgħid li qed niffaċċjaw l-istess problemi li wara kollox qed jiffaċċjaw is-swieq internazzjonali.", "Kellu dritt jagħmel dawn il-kummenti, anke jekk ma naqblux magħhom, imma llum inbidlet id-diska.", "Jien rajt interventi li għamel fl-istampa l- Ministru u rajt anke kif kiteb fil-budget.", "Fil-budget ma tkellimx fuq l- istock exchange, imma fl-appendiċi li ma qarax tkellem fuq l-istock exchange.", "U dak għalija parti mill-budget ukoll u tajtu l-istess weight daqslikieku qrah il-Ministru fil-Kamra tar-Rappreżentanti.", "X'qal il-Ministru fuq il-Borża ta' Malta?", "L-ewwel ħareġ jgħajjar fil- gazzetti li ħafna family run businesses jibżgħu mit-trasparenza u ma jridux barranin fuq il-bord tad-diretturi tagħhom u għaldaqstant qed iżommu lura milli joffru l-ishma lill-pubbliku, biex imbagħad fil-budget ħareġ jgħid li, apparti l-fatt li n-negozju fl-ishma fuq il-lista tal-Borża baqa' kajman, in-nuqqas ta' attività wasslet biex il-prezzijiet ikkwotati fil- Borża la juru s-saħħa tal-kumpanniji li fihom ikunu jinbiegħu l-ishma u lanqas l-andament ta' l-ekonomija.", "Anzi mar oltre minn hekk - se nipprova nikkwota verbatim - u qal li: ''Meta nqabblu l-indiċi tal-Borża ta' Malta f'dawn l-aħħar ħames snin nsibu li l-Borża tagħna ma mxietx mat-tendenzi internazzjonali.''", "Idur kemm idur ma' dan is-suġġett il-gvern ikollu jammetti li ta l-bewsa tal-mewt lill-Borża ta' Malta bid-dikjarazzjonijiet li għamel fil-jiem bikrin tagħha.", "U issa qed isibha diffiċli biex jagħtiha mill-ġdid il- fiduċja li tant għandha bżonn.", "Il-Ministru huwa wkoll inkwetat - bir- raġun u hawnhekk nikkondividi t-tħassib tiegħu - bid-dipendenza żejda li qed ikun hemm fuq ħruġ ta' bonds.", "Jien tkellimt fuq ċerti bonds fl-imgħoddi u qed nagħmilha ċara li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma nies u kumpanniji serji biex ħadd ma jaħseb li jien kont qed nalludi li l-bonds kollha li ħarġu kienu minn nies irresponsabbli jew nies mingħajr mezzi.", "Imma l-enfasi qawwi li qed ikollna fuq il-ħruġ ta' bonds minn kumpanniji privati jmur oltre l-iskop oriġinali li għalih twaqqfet il-Borża ta' Malta.", "U hawn qed naqbel mal-Ministru, mhux qed nikkritikah.", "Dan qed ngħidu għaliex l-iskop tat-twaqqif tal-Borża kien li l-ġid fil-pajjiż jinfirex mhux billi l-poplu jsellef flusu lill-kumpanniji privati iżda billi jsir parti minnhom bħala shareholder.", "Illum spiċċajna li dawn qed isellfu l-flus lill-kumpanniji privati biex ikunu jistgħu jaqtgħu partijiet sostanzjali mid-djun li għandhom mal-banek, u wħud minnhom qed jużaw dawn il-flus biex anke jespandu l-operazzjonijiet tagħhom.", "Għalhekk jien ngħid li dment li se nibqgħu b'din id-dipendenza żejda fuq il- bonds, din tkompli turi ħaġa waħda: kemm il-Borża ta' Malta tbiegħdet mill- pjani oriġinali tagħha.", "Il-Ministru għamel tajjeb li wera tħassib dwar dan u jien ngħidlu li l-Oppożizzjoni taqsam it-tħassib tiegħu dwar dan.", "Biss fuq il-Borża inutli jagħmlu kif għamlu l-uffiċjali ta' l-istock exchange meta ġew quddiem il-Public Accounts Committee, li pprovaw jikkonvinċuna li l-Borża sejra tajjeb wara kollox.", "Ftit ilu l-HSBC - global mhux ta' Malta biss - u l-Blumberg kellhom rapport fin-New York Times u sabu li l-Borża ta' Malta kienet t-tieni l-agħar performer li marret fost il-pajjiżi kollha applikanti għal sħubija fl- Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri inutli noqogħdu ngħidu li l-boroż internazzjonali ntlaqtu ħażin mid-downturn dinji.", "Intlaqtu ħażin, mela le!", "M'iniex qed ngħid li aħna qed ngħixu f'bozza maqtugħin minn kulħadd, imma meta tipparagunana mal-pajjiżi l-oħra applikanti għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea jidher li bl-eċċezzjoni ta' Ċipru - il-worst performer kien Ċipru u Slovenia kienet the best performer - Malta kienet t-tieni l-agħar performer.", "Kif ftaħt fil-bidu, il-kritika tiegħi tmur għall-mod kif il-Ministru, anke meta kellu argumenti ekonomiċi u politiċi x'jagħmel, rriduċihom fuq livell ta' diskussjoni ma' erba' canvassers tal-qalba mid-distrett tiegħu.", "Dan rajnieh fit-ton li bih inkiteb il-budget, fit-ton li bih ġie moqri l-budget fil-parlament, rajnieh fix-xandiriet bħal ''Xarabank'' fuq it-television u rajnieh fil-pre-budget consultation meeting li sar fil-Phoenicia.", "Dan huwa ta' insult speċjalment meta jkollok civil servants għoljin tal- ministeru tiegħek li jkunu ġew ordnati biex jattendu fuq quddiem, qishom l- anġli tal-vara.", "Ħalli nsemmi eżempju wieħed.", "Darba meta konna fil-gvern kienu stiednuni għall-programm ''Xarabank''.", "Kont dort fuq il-permanent secretary li kelli dakinhar u għedtlu: Tħoss li għandek tattendi?", "Staqsejtu bil-ġentilezza kollha, m'għedtlux: Ejja!", "Iżda hu qalli : Le, ma nħossx li għandi nattendi għax dur minn hawn u dur minn hemm il-programm se jirriduċi ruħu fi programm politiku.", "Jien ma rridx niċċappas mal-politika.", "U jien għedtlu: Għandek raġun, irbaħtli, lanqas biss se nkompli ninsisti.", "Imma llum mhux hekk qed jiġri.", "Illum il-Ministru qed imur jagħmel dawn id- diversi laqgħat, ikaxkar miegħu l-entourage tiegħu, it-top civil servants tal-ministeru tal-finanzi u flok ma jitkellem fuq il-policies tal-partit joqgħod jitkellem fuq Alfred Sant biex jirredikola lil Alfred Sant għax mar isarraf t-travellers' cheques u ħafna argumenti li jinsulentaw l- intelliġenza ta' kulmin ikun qed jgħidhom.", "Nerġa' ngħid li meta l-gvern jaqa' f'dan il-livell juri l-falliment u l-faqar ta' l-ideat tiegħu u l- faqar ta' l-istrateġija politika u ekonomika u anke finanzjarja tiegħu.", "Ftit ilu l-ministru semma l-problema tal-klandestini.", "Naf li hija problema, ma rridx inċekkinha, imma li tattribwixxi din il-problema li se insemmi għad-deficit naraha daħka fil-wiċċ.", "Naf li għandna problema fil- pajjiż - (Interruzzjonijiet) Semmejtha inti għax ġejt ikkwotat fil-gazzetti - bil-klandestini u naf li hija akbar milli wieħed jixtieq, imma li l- Ministru jiġi kkwotat li - m'għandix id-date hawnhekk imma nikkonfermalek u nagħtihielek - qal li kellna problema tal-kladestini li kienet ikbar milli immaġinajna u din swietna finanzjarjament u setgħet kellha anke effett fuq in-nefqa pubblika iktar milli ħsibna.", "Iva, issa se nwaħħlu l-problema tad- deficit fuq il-klandestini!", "Argument bħal dan huwa redikolu għalija.", "(Interruzzjonijiet)", "Din ħadtha mill-gazzetta, m'iniex qed nivvintaha jien.", "Żgur li mhux se nikkwotak f'xi ħaġa ...", "(Interruzzjonijiet) Le, le, skużi.", "Inti stess qed tattribwixxi li l-problema tal-klandestini hija fost il-fatturi ...", "Mhux qed tgħid li minħabba f'hekk biss.", "(Interruzzjonijiet) Imma allura jekk kien hemm 20 raġuni għalfejn kellek a deficit problem, issemmi din meta hemm tant problemi kbar u tant hemm tberbiq ta' flus f'dipartimenti u ministeri tal-gvern?", "Per eżempju, tista' ssemmi dak il-każ li ppreżenta l-awditur l-bieraħ fuq id-diparitment ta' l-edukazzjoni, fuq l-IT, fejn kellek proġett ta' dawk l- eluf ta' liri li l-ministeru ta' l-edukazzjoni lanqas biss kellu l-ħila jgħid li hu se jkun responsabbli għat-twettiq tiegħu.", "Imma fuq dak ikun hemm okkażjoni nitkellmu darb'oħra.", "Il-Ministru għandu ħafna kapaċitajiet imma f'dan il-budget wera li l-ikbar kapaċità li għandu hija li jilgħab noli billi jipprova jaħbi ħafna deficits mill-aħjar li jista'.", "Bħalissa għaddejja drive intensiva fir-revenue raising departments biex jinġabru kemm jista' jkun taxxi, inklużi arretrati u fondi li huma saħansitra statute barred ħalli jipprova jilħaq il-miri tiegħu.", "Iżda meta wieħed iqis li lanqas l-Unjoni Ewropea m'hija qed tieħu bis- serjetà l-figuri li qed jippreżentalna l-Ministru, allura għandna kull raġun niddubitaw ċerti figuri, kemm meta huma korretti u anke meta dawn il- figuri ma jkunux korretti.", "Huwa proprju għalhekk li kemm il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u anke jien diversi drabi qed nisħqu - u bla dubju ta' xejn din tkun fil-manifest elettorali tagħna - li appena nitilgħu fil-gvern nagħmlu independent audit minn awdituri privati tal-finanzi pubbliċi ħalli naraw il-juggling act tal- ministeru tal-finanzi sa liema limiti baqgħet tiġġebbed sa l-aħħar.", "Sur President, xtaqt ngħaddi ftit kummenti fuq xi dipartimenti tal-gvern.", "Nibdew bil-Bank Ċentrali.", "Jien m'iniex se nerġa' nidħol fil-kwestjoni tal- gvernatur għax dak li kelli ngħid għedtu u ma nirtirax kelma milli għedt.", "Imma biex nissostanzja dak li għedt, u nuri kemm kelli raġun nikkritika lill-gvernatur tal-Bank Ċentrali, se nsemmi żewġ każi li m'għandhomx x'jaqsmu ma' Malta.", "Il-bieraħ jien u l-Onor.", "Victor Galea Pace konna Brussels fejn attendejna laqgħa teknika fuq il-Euro, aktar teknika milli politika kienet, u kienet indirizzata mill-permanent representative tal-gvern Ingliż għall-European Union.", "Meta bdejna nistaqsuh l-pożizzjoni tal-gvern Ingliż fuq il-Euro - apparti mill-fatt li għandek qasma anke fil-higher echeolon tal-gvern Ingliż dwar il-Euro; min jgħid li Blair għandu teorija mod u Brown għandu teorija mod ieħor, imma dik mhix problema tagħna, problema tagħhom - il- kumment li għamel kien li hu ħass li bħala public official ma kellux jikkummenta u kellu jżomm newtralità stretta u qalilna biex ma nistaqsuhx biex jagħti interpretazzjoni politika anke ta' issues li jista' jkollhom implikazzjonijiet ekonomiċi.", "U meta staqsjetu fuq il-gvernatur tal-Bank Ċentrali Eddie George li wasal biex jispiċċa, u fuq il-gvernatur il-ġdid li se jopera minfloku, qalli ċar u tond li l-monetary policy committee ma jidħolx f'dawn l-affarijiet u li l-gvernatur il-ġdid mistenni li jżomm newtralità sħiħa fuq l-issue jekk l-Ingilterra għandhiex tkun favur il-Euro jew le.", "Din mhix xi ħaġa li tapplika biss għall-Ingilterra fejn hemm din il-qasma, fejn il-partit fil-gvern jidher x'aktarx aktar favur u l-public opinion x'aktarx hija kontra.", "Qed ngħid hekk milli naqra fil-gazettti.", "Imma din tapplika wkoll għal Sweden, fejn jidher li l-partiti ewlenin, tneħħi xi splinter parties, huma favur li jidħlu fl-Euro.", "Minkejja dan kollu meta d- deputy governor tas-Swedish Central Bank kienet qed tagħmel indirizz dwar il-Euro u l-impatt li jista' jkollha fuq pajjiżha, taf x'qalet?", "Qalet: Kull wieħed u waħda minna għandna l-opinjonijiet tagħna, imma qgħadna attenti biex bħala executive board tas-Swedish Central Bank ma nikkommettux ruħna bħal bank ċentrali.", "U dakinhar dik kienet il-kritika tagħna għall institute of financial services, mhux għax għamel xi diskors stunat bħala diskors, imma għaliex kien qiegħed jieħu pożizzjoni wisq on the front line fejn kien qed jikkometti wisq il-Bank Ċentrali, meta aħna ħassejna li newtralità kienet tkun ta' ġid aktar għal dik l-istituzzjoni.", "Issa nagħmel xi ftit kummenti dwar id-dwana.", "Qed jgħidulna li l- computerisation miexja ħafna.", "Mir-rapporti li għandi jien jidher li għad hemm ħafna karti li għadhom jimtlew bl-idejn u din il-computerisation ma laħqitx l-livell neċessarju ta' l-implimentazzjoni tagħha.", "Forsi l-Ministru jkun jista' jgħidilna xi ħaġa dwar ix-Schengen Agreement?", "Forsi l-Ministru jgħidilna għaliex is-sezzjoni tad-drogi ilha bla kap minn Awissu tas-sena 2001.", "Apparti minn hekk, it-taqsima tal-klieb kompliet tiddgħajjef u għandhom X-ray machine li aktar ma taħdimx milli taħdem.", "Qaluli wkoll li hemm spettur li kien in charge mis-sezzjoni tad-dwana fil- Freeport ilhom snin sħaħ jibagħtuh barra minn Malta għat-taħriġ, sa tliet ġimgħat ilu bagħtuh l-Irlanda.", "Appena ġie lura għarrfuh li daqshekk se jibqa' in charge u x'aktarx li qalgħuh minn hemmhekk minħabba kwestjoni allegatament politika.", "Biex ma nsemmix ukoll id-diskriminazzjoni fis-sahra kontra ċerti ħaddiema Laburisti.", "Fid-dipartiment tat-taxxi interni jirriżultali li hemm communication breakdown totali, minn fuq nett s'isfel, li ħafna drabi qed ikun rifless f'moral baxx ta' l-istaff iżda ħafna drabi wkoll fil-kwalità tal-customer service li jkun qiegħed jingħata.", "L-aħħar darba għedt li kien hemm xi canvassers tal-Ministru li marru jaqbżu għal xi persuni fit-tax compliance unit.", "Issa naf b'każ ieħor jien.", "Ħaddiem ta' l-inland revenue mar ma' xi ħadd li qed jiġi nvestigat biex jagħtih palata hemmhekk.", "Jien lanqas jinteressani jekk tawhx widen jew le lil dan il-ħaddiem taċ-Ċivil, imma jien nippretendi li jekk il-prinċipal responsabbli mit-tax compliance unit sar jaf li kien hemm civil servant li ġie jaqbeż għal xi ħadd li kien qed jiġi ndagat, kien fid-dmir li jieħu passi dixxiplinari kontra tiegħu, kemm jekk dan ħallieh jaqbeż għalih u anke jekk dan ma tax widen għall-intervent li seta' għamel dan l-individwu.", "Dan qed ngħidu biex nuri li għalkemm it-TCU bdiet tajjeb fl-ewwel ġimgħat tagħha jidher li resqin lejn sitwazzjoni kritika li konna bassarna li tista' tiġi fiha aħna meta konna qegħdin nitkellmu ma' l-istess ministru dwar is-setup tagħha.", "Issa niġi għall-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Mindu l-MFSA assumiet rwol purament regolatorju llum ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li huwa responsabbli biex jippromwovi lil Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji.", "Ninsab informat li fi stadju preliminari kien hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda jsir mill-Malta Enterprise.", "Issa x'aktarx li l-ministru qatel din l- inizjattiva.", "U għalkemm naf li l-practitioners Maltin kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol promozzjonali minn rajhom b'ċertu sengħa, xorta waħda hemm bżonn li titwaqqaf struttura separata fejn il-gvern għandu jkollu driegħ ġdid li jagħmel din il-promozzjoni.", "Jien dejjem sostnejt li l-option Laburista tkun iktar vantaġġjuża jekk tidħol it-tax harmonization fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru Dalli kemm-il darba jgħid li din ma tidħolx.", "Nirriferih għal dak li għaddej bħalissa fil- convention meetings ta' Brussels u ssib li proprju llum jew il-bieraħ kellha tiġi tabled joint paper mill-Gvern Franċiż u mill-Gvern Ġermaniż proprju biex jimbuttaw ħalli fil-kostituzzjoni Ewropea tidħol it-tax harmonization.", "Jiġifieri ninsabu mexjin f'direzzjoni li jekk tidħol tkompli ssaħħaħ l-utilità ta' l-option Laburista għal dak li huwa l-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Dwar il-ftehim kollettiv mal-gvern jidher li qed isir capping tal-cost of living increases.", "U kull żieda fil-cost of living se tkun ibbilanċjata bi tnaqqis fiż-żieda reali li jieħdu l-ħaddiema.", "Filwaqt li bl-iskuża tal- konċertina l-kapurjuni taċ-Ċivil se jieħdu żieda ta' Lm8 fil-gross pay annwali tagħhom, iż-żgħir jidher li miexi lejn sitwazzjoni fejn il-cost of living increases ma jibqgħux awtomatiċi.", "Jien naħseb li jkun importanti li l-gvern jagħtina assigurazzjoni li dan mhuwiex il-każ.", "Diġà tkellimt aktar kmieni dwar is-self-employed u m'għandix għalfejn nidħol f'iktar dettalji.", "Issa niġu għall-figuri tal-gvern.", "Jekk il-gvern saħansitra tbiegħed mill-pre-budget consultation document projections għas- sena 2003 ta' xahrejn qabel ma ġie mħejji l-budget, kif nistgħu noqogħdu aħna fuq il-figuri tiegħu għas-sena l-ġdida li għandna quddiemna?", "Kif nistgħu nintrabtu fuq figuri li għad għandhom sena sħiħa quddiemhom meta kien hemm diġà distakk, kien hemm baħar jaqsam bejn figuri li ġew ippubblikati f'Awissu/Settembru u l-figuri attwali li rajna f'Novembru meta l-budget ra d-dawl tax-xemx.", "Ftit ilu l-Ministru qalilna li l-agħar għadda.", "Jien ngħidlu li jekk il- poplu jkun daqstant baħnan li jerġa' jtella' gvern Nazzjonalista l-agħar ikun għadu ġej.", "Għaliex jerġa' jkollna replika ta' l-istess stil, ta' l- istess tattika, ta' l-istess strateġija li mexa biha dan il-gvern kull meta kien fil-poter.", "Kif tersaq elezzjoni jipprova jtaffi xi ftit il-piżijiet, kif jerġa' jsib ruħu fil-poter, speċjalment b'xi maġġoranza kif kellu fl- aħħar leġislatura, ovvjament jipprova jgħaddi minn fuq kulħadd bħal gaffa.", "Jien ngħid li n-nuqqas ewlieni tal-budget huwa li ma jindirizzax il- problemi reali tal-pajjiż bħalma huma l-qgħad, it-theddid tas-sensji, l- għeluq tal-fabbriki, l-istaġnar fl-ekonomija, in-non-performing loans tal- banek li dwarhom ikkummentaw tal-Kummissjoni Ewropea, l-investiment ġdid barrani u anke t-theddida li għada pitgħada jista' jkollna f'dawk li huma pensjonijiet u servizzi soċjali jekk ċerti nies tispiċċa tgħaddi tagħhom.", "Sur President, hemm faxx ieħor tas-soċjetà li ħafna drabi aħna l-politiċi lkoll ninsew kultant, u nkunu qed nonqsu meta nagħmlu dan.", "Qed nitkellem dwar dawk il-1,500 tas-soċjetà Maltija li qed jgħixu taħt il-poverty line ukoll.", "Dawn ukoll huma votanti, dawn ukoll huma ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Jien naħseb li kull gvern huwa fid-dmir li fil-budgets li jagħmel, ebsin kemm ikunu ebsin iċ-ċirkostanzi finanzjarji ta' pajjiżna, jaħseb bis-serjetà dwar dan il-faxx tas-soċjetà Maltija, in-nies li qed jgħixu taħt il-poverty line tagħna.", "Wara kollox din il-figura ma vvintajnihiex aħna bħala Labour party imma toħroġ mill-istatistika uffiċjali.", "Naf li bħalissa għaddejja l-kantaliena li hemm bżonn nidħlu fl-Unjoni Ewropea għall-ġid ta' wliedna.", "Jien naħseb li jekk hemm xi ħadd li qed jiġi abbandunat minn dan il-budget huma proprju wliedna.", "Għaliex mhux talli dan il-budget ma jaħsibx għall-futur tagħhom, imma qed iwikkilhom dejn li se jispiċċaw imsallbin bih għall-eternità.", "Għalhekk ma nistax nifhem b'liema wiċċ il-Ministru spiċċa l-budget kif spiċċah, b'litanija sħiħa ta' miżuri, it-triqat, l-ambjent, l-iskejjel, l- ilma, d-dawl, u l-infrastruttura.", "Qal li kollox se nsolvu jekk ningħaqdu fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħid li l-Ministru kien qed jitkellem fuq l- Unjoni Ewropea b'dan il-mod għax kellu skop li jpinġi lill-Unjoni Ewropea bħala treasure island.", "Ried ipinġiha bħala treasure island għax qed ifittex forċina li ma jistax isib wara li qata' qalbu li jsolvi l-problema tad-dejn li ħoloq huwa stess.", "Sur President, dan kollu jikkonferma li gvern Nazzjonalista mhux talli mhuwiex is-soluzzjoni għal pajjiżna iżda huwa l-problema ewlenija tal- pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Grazzi.", "Sur President.", "Meta deħlin fl-aħħar sena tal-leġislatura ta' dan il-gvern, bl-indikazzjonijiet ċari li s-sena 2003 se tkun s-sena ta' l-elezzjoni ġenerali, għalkemm dan l-aħħar kien hemm min ipprova jagħti x'wieħed jifhem mod ieħor, il-poplu Malti kien jistenna budget li jifhem is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali diffiċli li wassalna fiha l-gvern preżenti.", "Jidhirli li dan kien l-14-il budget ippreżentat lill-poplu Malti mill-gvern Nazzjonalista mis-snin disgħin 'l hawn.", "Għalhekk dan il-gvern ma jistax iwaħħal fl-amministrazzjoni Laburista għax minn 16-il sena ta' falliment fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi għamlet biss 22 xahar.", "Madankollu issa li wasalna għal elezzjoni oħra l- gvern qed ikompli jgħaddas rasu.", "Illum il-poplu dera b'dan il-gvern u bil- Ministru Dalli li kien fdat b'xejn inqas minn disgħa budgets ta' pajjiżna.", "Għalhekk il-poplu jaf x'isarraf il-budget ta' gvern Nazzjonalista u naħseb li l-akbar kriżi li għandu llum hija li għandu nuqqas ta' kredibilità.", "Illum ħadd m'għadu jemmnu u jieħdu bis-serjetà u l-poplu xeba' jiġi mwiegħed fil-vojt, xeba' mill-fatt li jkun hemm min jipprova jgħaddih minn għajn il-labbra u xeba' bin-nuqqas ta' riżultati ta' dan il-gvern.", "Fl- aħħar mill-aħħar il-poplu xeba' li jrid ikun hu li jrid jagħmel tajjeb għat-tmexxija ineffiċjenti tal-gvern.", "Il-poplu m'għadux jemmen il-logħob bil-figuri li sar tant magħruf għalih dan il-gvern f'kull qasam.", "Fil-ftit ħin li għandi nixtieq nagħti xi eżempji ta' l-inkredibilità tal- budget li ppreżenta l-Ministru Dalli lil din il-Kamra l-ġimgħa li għaddiet ̧ b'riferenza partikolari għad-dħul tal-gvern.", "Se nibda bl-income tax.", "Mill- kalkoli u l-proġettazzjonijiet li qed jagħmel il-gvern qed jistenna li ż- żieda fl-income tax mis-sena 2000 sa tmiem is-sena 2003, jiġifieri fuq perijodu ta' tliet snin, tkun ta' xejn inqas minn 33% jiġifieri minn Lm149.5 miljun fis-sena 2000 tkun Lm198.8 miljun fis-sena 2003.", "Mill- istess kalkoli u proġettazzjonijiet il-gvern qed jistenna li ż-żieda mill- VAT matul l-istess perijodu ta' tliet snin tlaħħaq 26% cioe' minn Lm104 miljun fis-sena 2000 għal Lm131 miljun fis-sena 2003.", "Sur President, dawn iż-żewġ sorsi ta' dħul jirrappreżentaw madwar 48% tad- dħul kollu mit-taxxi tal-gvern, kemm jekk inhuma taxxi diretti kif ukoll jekk inhuma taxxi indiretti.", "Il-gvern jattribwixxi dan u jiftaħar bl- effiċjenza tiegħu fil-ġbir tat-taxxi pero' l-poplu qed jitbażwar bit-taxxi.", "Pero' l-istramberija kbira hija kif il-gvern qed jibbaża daqstant fuq dawn is-sorsi ta' dħul b'aspettattivi daqshekk għoljin meta kemm fil-qasam ta' l-impjiegi kif ukoll fil-konsum - dawn it-tnejn huma essenzjali kemm fil-kontest ta' l-income tax u kif ukoll fil-kontest tal-VAT - għaddejjin minn żmenijiet diffiċli ferm.", "Allura fejn hi l-kredibilità tal-budget f'dan kollu?", "Sur President, il-famuża bolla balla kienet it-timbru li kienu jagħtu l- esponenti tal- partit Nazzjonalista lill-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.", "Hemm ukoll id-dħul mid-dwana.", "Minn dawn iż-żewġ sorsi ta' dħul il-gvern ma laħaqx il-miri tiegħu għal din is-sena u kellu jirrevedi l- estimi tiegħu 'l isfel b'Lm4.4 miljun f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u b'Lm6 miljun għal dak li għandu x'jaqsam mad-dħul mid-dwana.", "Pero' minkejja li l-gvern qed jammetti li matul din is-sena fid-dħul tiegħu mar żmerċ, għas-sena li ġejja qed jimmira li jdaħħal Lm10 miljun aktar mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u Lm5 miljun akar mid-dħul tad-dwana.", "Il-Ministru Dalli qed igħid li ż-żieda mid-dħul tal-bolla se timmaterjalizza ruħha minħabba dak li jsejjaħ żieda fl-impiegi, fil-pagi u fil-profitti.", "Dan meta kulmin jgħix b'saqajh ma' l-art f'pajjiżna u mhux fl-istilel u fis-sħab jaf kemm il- qgħad qiegħed dejjem jiżdied u mhux jonqos.", "L-attività kummerċjali dejjem qiegħda nieżla 'l isfel u l-profitti tan-negozji dejjem qegħdin jitnaqqru.", "Għalhekk dan huwa kuntrast kbir mal-mod kif qed jaħsibha l-Ministru tal- Finanzi llum.", "Fid-diskors tal-budget ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni għal kif fil-customs duty kien hemm iż-żieda mistennija ta' Lm5 miljun.", "Għalhekk forsi l- ministru jilluminana ftit fil-winding up.", "Nispera li r-raġuni tkun sostanzjata ftit aħjar mill-mod kif għamel fil-każ ta' bolla.", "Allura fejn hi l-kredibilità?", "Dan il-gvern għandu track record negattiv li jitkellem waħdu fil-qasam tal-finanzi pubbliċi.", "Iil-gvern qed jiftaħar b'suċċess kbir li kellu matul din is-sena għax id-dħul mhux ġej minn xi forma ta' taxxa imma fl-istess nifs qed jilqa' minn issa u jgħid li s-sena d-dieħla dan id-dħul mistenni jonqoslu b'Lm1 miljun.", "Huwa hawnhekk li rajna l- akbar manipulazzjoni tal-budget.", "Fis-''suċċess'' tal-Ministru Dalli għal din is-sena, li fuq il-karti wasslitu għal żieda fid-dħul ta' Lm10 miljun, hemm inkluż it-transactions marbutin mal-bejgħ ta' l-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Ħalli nispjega ftit x'ġara.", "Wara li l-MIA isselfet il-flus mingħand il-Bank of Valletta, li rrifera tajjeb għalih l-Onor.", "Leo Brincat ̧ din għaddiet id- dividendi lill-gvern pero' minflok iż-Lm2 miljun li kien ippreveda li se jirċievi attwalment spiċċa biex jirċievi Lm14 miljun.", "Tant l-affarijiet ġew manipulati ad hoc f'dan il-kontest li l-gvern stess ma ħasibx għalihom fil-budget li kien fassal għas-sena li qegħdin fiha.", "Agħar minn hekk, biex l-istampa vera tad-deficit tal-gvern għal din is-sena ma tantx tirrifletti r-realtà, dan l-ammont ġie mnaqqar mad-dħul ordinarju meta l- gvern jaf li din mhix se tirrepeti ruħha fis-snin li ġejjin.", "Iġġebbed kemm iġġebbed dan l-ammont żgur li dan mhuwiiex xi forma ta' dħul ordinarju.", "Fil-fatt dan imur kontra n-normal accountancy procedures li bla dubju ta' xejn, il-Ministru Dalli bħala accountant jafhom sewwa.", "L-aqwa li qed igħid li daħħal Lm10 miljun aktar!", "B'min iridu jidħku dawn!", "Kif iriduna nemmnu dawk li qed jippreżentawlna!", "Skond il-budget tas-sena 2003 is-sorsi tat-taxxi kollha mistennijin jiżdiedu ħlief għal-liċenzji u l-multi.", "Dan meta suppost dawn huma marbutin mal-qasam tal-kummerċ u max-xogħol f'pajjiżna ̧ żewġ oqsma li ċertament huma preokkupanti.", "Kuntrarjament għall-impressjoni li jipprova jagħti dan il-gvern hija xi ħaġa ta' l-għaġeb li fis-sena 2003, id-dħul mil-liċenzji u l-multi mistenni jinżel b'madwar Lm2 miljun.", "Din titwemmen meta s-sena kollha nisimgħu l-esponenti tal-gvern jiftaħru biż- żieda fil-kummerċ u fin-negozju?", "Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' multi nafu biżżejjed x'isarraf dan il- gvern.", "Fil-fatt il-multi saru ħaġa waħda mal-gvern Nazzjonalista.", "Fejn hi l-kredibilità?", "Kif jista' xi ħadd jemmen u jkollu fiduċja f'dan it- taħwid li qed jiġi ppreżentat quddiemna.", "Matul is-sena 2003 id-dħul kollu tal-gvern mistenni jiżdied b'Lm25.4 miljun aktar mis-sena li ninsabu fiha u jitla' għal Lm686.6 miljun.", "Sur President, sa l-aħħar tas-sena d-dieħla dan il-gvern se jkun responsabbli għad-dħul miż-żieda f'taxxi ġodda jew akbar minn fuq dahar il- poplu tagħna ta' xejn anqas minn Lm265 biljun.", "Dan ifisser li dan il-gvern li qiegħed jasal fi tmiemu se jkollu record assolut li lill-poplu Malti ̧ ras għal ras, se jkun żiedlu t-taxxa b'madwar Lm663 ̧ tfal u mhumiex.", "Din hija żieda fuq it-taxxa li kienet titħallas fl- aħħar sena ta' l-amministrazzjoni Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998.", "Sur President, il-gvern qed jibbaża l-istrateġija tiegħu tal-budget fuq il- premessa falza li qed jirnexxielu jikkontrolla d-deficit u b'hekk jista' jibda jerħi ftit qabel l-elezzjoni.", "Kien hemm min sejjaħlu pre-election budget u kien hemm min qal li għandna ċ-ċans li jista' jsir budget ieħor fil-pajjiż.", "Jien ngħid li aktar ma ttawwal aktar tkun kbira r-rebħa Laburista.", "Pero' ċ-ċifri jibqgħu dawk li huma u ħadd ma jista' jaħbi dak li għadda minnu l-pajjiż matul din l-aħħar leġislazzjoni.", "Fil-budget ta' din is-sena l-Ministru Dalli qal li d-deficit li għandu jispiċċa bih il-pajjiż matul din is-sena għandu jkun Lm78.5 miljun pero' dan qed jasal għal din iċ-ċifra billi jdaħħal affarijiet ta' natura straordinarja jiġifieri mhux mistenni li jirrepetu ruħhom fil-futur.", "X'inhuma dawn il-famużi one-offs ̧ kif hemm min isejħilhom ̧ li ċertament se jolqtu dawn il-kalkoli li qegħdin isiru?", "Sur President, li ma kkonsidrax konvenjentement il-Ministru Dalli biex jistabbilixxi ċ-ċifra tad-deficit huma xi affarijiet li se nsemmi u li forsi diġà rriferejt għalihom.", "L-ewwelnett dan qed jinkludi l-bejgħ ta' l- MIA u l-art mgħoddija lura lill-gvern biex ikun jista' jipprivatizza u allura mit-taxxa tal-boll u mid-dividenti daħħal dħul straordinarju ta' madwar Lm21 miljun.", "Pero' l-investment repatriation scheme li semma tajjeb sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat ma ġietx ikkonsidrata f'dan il-kalkolu.", "Wara diversi dikjarazzjonijiet dan il-gvern ħareġ igħid li fuq flus li qegħdin barra minn Malta li huwa kkalkolat li jammontaw għal Lm1 biljun - ħafna minnhom dawn mhumiex dikjarati – kien hemm inċentiv biex dawn jinġiebu f'pajjiżna u jekk jista' jkun jiġu nvestiti hawnhekk.", "Fil-fattt jidher li minn dan l-investment repatriation scheme il-gvern irreġistra dħul ta' madwar Lm7.4 miljun.", "Dawn il-miżuri ngħataw il-possibbiltà li jirregolarizzaw ruħhom biex ma jibqgħux bħala fondi mhux iddikjarati għall- fini tat-taxxa u dawn is-Lm7.4 miljun konvenjentement ma ġewx ikkalkolati għall-fini tad-deficit.", "Allura din hija xi ħaġa li huwa mistenni li tirrepeti ruħha fis-sena li ġejja jew kienet xi ħaġa li twieldet minn din il-miżura u għandha titqies bħala one-off?", "Nixtieq insemmi wkoll il-Lm15 miljun self li sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u li mhux qed jidhru fuq l-ispejjeż tal-gvern.", "Dawn huma affarijiet li l-gvern ma kkonsidrahomx fid-deficit tiegħu pero' nkunu qegħdin nidħku bil-poplu Malti jekk nieħdu dik l-attitudni.", "Jien ma dħaltx fil-kwestjoni tad-djun li jsiru minn entitajiet jew azjendi governattivi li jagħmel tajjeb għalihom il-gvern.", "Pero' huwa mportanti li l-ministru jagħtina spjegazzjoni dwar dan.", "Jekk wieħed jieħu dawn l- eżempji biss - il-ħin ma jippermettix li nagħtu aktar eżempji – isib li d- deficit għal din is-sena fir-realtà għandha tkun ta' madwar Lm122.5 miljun u mhux ta' Lm78 miljun kif bassar il-ministru.", "Għalhekk hemm differenza ta' madwar Lm44 miljun.", "Jien lill-Ministru tal-Finanzi nqabblu ma' Harry Potter li huwa karattru popolari mat-tfal.", "Mhux se nkun l-ewwel wieħed li nagħmilha din għax il- bieraħ użaha Caruana Curran meta kien qed iqabbel referee f'logħba football.", "Qed ngħid dan għax donnu li l-Ministru tal-Finanzi għandu l- maġija u jirnexxilu jisparixxi xi figuri filwaqt li oħrajn jirnexxielu jonfoħhom.", "Bil-maġija biss tista' tasal biex tagħmel dawn l-affarijiet għax iddur kemm iddur fl-aħħar mill-aħħar ikollok tħabbat wiċċek magħhom.", "Il-ministru jagħmel kollox kif jaqbel lilu u lill-gvern li jirrappreżenta.", "Kieku tajjeb ngħixu f'dinja ta' l-immaġinazzjoni!", "Kemm naħarbu minn problemi kieku!", "Pero' fil-ħajja ta' veru l-affarijiet mhux hekk isiru u l- problemi ma tridx tipprova taħbihom imma trid tipprova ssolvihom.", "Il-poplu Malti jafu sewwa dan il-punt u se juri kemm jafu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, itawluha kemm itawluha.", "Jien nemmen li dan il-budget huwa wieħed minn katina ta' budgets mhux fattwali u inkredibbli ta' dan il- gvern ̧ liema katina fl-aħħar mill-aħħar se tispiċċa mdawra ma' għonq l- istess gvern sakemm jispiċċa jifga lilu nnifsu biha.", "Jien min-naħa tiegħi nawgura li fuq dan li qed ngħid ikolli spjegazzjonijiet ċari, tajbin u kredibbli.", "Pero' qabel nagħlaq nixtieq ngħid li ż-żmien għad irid jagħtina parir.", "Nirringrazzjak.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-oppożizzjoni.", "Issa l-ħin kollu li fadal huwa għall-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, hawnhekk qisna qed inqabblu min hu mejjet u min hu ħaj.", "L-oppożzizjoni qaltilna li l-gvern huwa għajjien u aħna ngħidu li l-oppożizzjoni hija mejta għax ir-records tagħha huma ta' partit mejjet mingħajr ideat u partit li qiegħed jegħreq u jipprova jsib xi qasba biex ma jegħriqx.", "L-ewwelnett ħalli naraw fejn huma r-records ta' dan il-gvern u fejn huma r- records tal-gvern Laburista ħalli naraw min hu ħaj u min hu mejjet.", "Sur President, jekk immorru lura 50 sena nsibu li l-partit Laburista kellu r-record li l-leġislatura li bdiet fl-1996 kienet l-iqsar waħda.", "Kien hemm ukoll il-gvern Laburista ta' l-1955 li żarma wara tliet snin minħabba l-kwestjoni ta' l-integration.", "Pero' l-Onor.", "Alfred Sant mar pass aħjar mill-Perit Dom Mintoff dak iż-żmien u forsi għalhekk hemm dak il-battibekk bejniethom li jimpikaw ma' xulxin.", "Filwaqt li l-Perit Dom Mintoff dak iż- żmien kien dam 33 xahar biss fil-gvern, l-Onor.", "Alfred Sant qalibhielu għaliex dam biss 22 xahar.", "Dak huwa r-record li l-partit Laburista rnexxielu jagħmel fil-konfront tal-partit Nazzjonalista.", "It-tieni record x'inhu, Sur President?", "Huwa l-fatt li l-Onor.", "Leo Brincat igħidilna ħafna li l-Onor.", "Dalli m'għamel l-ebda suċċess f'dawn l-aħħar għaxar budgets li għamel pero' hu għamel budget wieħed u tant qata' qalbu minnu l-Onor.", "Sant li dan ammetta mal-gazzetti li b'riżultat ta' dak il- budget kellu problemi ekonomiċi kbar u fl-1998 ipprova jsib l-iskuża b'Mintoff li serva wkoll ta' scapegoat.", "Pero' jibqa' l-fatt li dak il- budget ma rnexxiex u l-gvern spiċċa biex kellu jgħajjat elezzjoni.", "Mela nistgħu ngħidu li mill-1962 'il hawn l-Onor.", "Brincat għandu record tal- persuna li għamlet l-inqas budgets f'Malta.", "Dak huwa record ieħor tal- partit Laburista.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li l-gvern Nazzjonalista huwa għajjien imma l- fatti juru mod ieħor.", "Per eżempju, bil-miżuri li ttieħdu fil-budget li għamel l-Onor.", "Leo Brincat għola d-dawl u l-ilma across the board u mbagħad kellna lill-Perit Dom Mintoff jgħidlu li kien budget ħażin u lill- Onor. Charles Buhagiar jgħidlu li se jaffettwa ħażin lil ħafna nies.", "Fil- fatt dak kien budget li weġġa' l-iżjed lill-aktar saff baxx tas-soċjetà.", "Sur President ̧ issa qiegħda tiġri l-kelma li waħda mill-ideat li għandu l- partit Laburista jekk ikun fil-gvern hija li jagħmel raids fuq il-proprjetà u min għandu post u villeġġjatura jispiċċa jħallas ċerti taxxi u allura l- iżjed li se jbatu huma l-ħaddiema.", "F'dan il-budget għamilna provvediment biex il-VAT tkun inqas iebsa għan- negozjant u allura issa dan se jibda jħallasha fil-mument li jbigħ l- affarijiet li jimporta.", "Pero' l-Onor.", "Alfred Sant - nafu min kien ikun hemm bil-qiegħda ħdejh – kien ingħata l-parir li jdaħħal is-CET.", "Ħafna drabi fuq it-television konna naraw nies jagħmlulu l-mistoqsijiet imma hu kien iwieġeb li kienu għadhom qed jaħdmu fuq xi affarijiet.", "Per eżempju, l- ex-ministru Lino Spiteri tant ħass li l-affarijiet kienu se jiġġammjaw meta ddaħħlet din il-liġi li anke hu żarma minn ministru.", "Imbagħad kienet iddaħħlet piramida.", "Niftakar li dak kien l-istess żmien meta fl-Albanija kien hemm dik il-famuża piramida tan-nies li nvestew ħafna u mbagħad din il- piramida minflok ingħalqet min-naħa ta' fuq, infetħet in-naħa ta' fuq ̧ waqgħet u kissret lil kulħadd.", "L-istess kien ġara dak iż-żmien bis-CET.", "Din kienet sistema fejn kienet tinżamm CET fuq CET fuq CET u sakemm din tgħaddi mill-importatur għall-wholesaler u għal min ibiegħ, kienet prattikament ġiet 21.22% .", "Dak huwa record ieħor tal-partit Laburista u din hija idea sabiħa kif tipprova tlaqqa' l-kontijiet.", "Il-partit Laburista kien wiegħed lin-nies li jekk jitla' fil-gvern kien se jitneħħa l-cash register minn fuq il-bankijiet tal-ħwienet pero' meta tela' fil-gvern l-istorja kienet totalment differenti anzi l-cash registers kellhom jiżdiedu għaliex bis-CET, żdiedet il-VAT.", "Aħna ngħidu li l-passat mhuwiex garanzija tal-futur pero' l-poplu Malti dera jinvesti fejn jafda.", "Per eżempju, fis-sena għamel l-Onor.", "Leo Brincat bħala Ministru tal-Finanzi kien se jipprova jerġa' jdaħħal dikjarazzjoni tal-capital gains.", "Kienu nfetħu l-bibien u ħarbu l-flus u mbagħad fuq parir tal-ministru tal-lum – fil-fatt dan kien qallu hawn fil-parlament ̧ mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni li din kienet ġennata – din kien irtiraha.", "Tant hu hekk li din kien ħabbarha fil-budget u wara rtiraha.", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat, on a point of order.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna kellna l-irġulija li internament, wara li konna qbilna kollettivament li nagħmlu dik il-miżura, ħadna d-deċiżjoni li ma nattwawhiex.", "Pero' dan żgur li m'għamilnihx għax kellna lil xi ħadd jiftħilna għajnejna min-naħa ta' l-oppożizzjoni ta' dakinhar.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nispera wkoll li kienet interna r-riżoluzzjoni tagħhom li jmorru fl-oppożizzjoni wara 22 xahar.", "Fil-fatt l-affarijiet setgħu rranġawhom imma ma kenux kapaċi.", "Record ieħor kien li l-Onor.", "Brincat iddikjara li kollox ħażin qiegħed.", "Illum il-budget jitfassal minn kulħadd għal kulħadd, fejn kulħadd jikkontribwixxi.", "Tan-naħa l-oħra jemmnu li huma kapaċi jikkmandaw kollox huma u jieħdu d-deċiżjonijiet kollha huma pero' mbagħad rajna l-frakass li kien ġara.", "Għandu wkoll ir-rekord l-Onor.", "Brincat li fis-sena li kien hu ministru tal-finanzi d-deficit miegħu żdied b'Lm146.9 miljun.", "Il-karti ħadd ma jista' jmerihom.", "(Interruzzjonijiet) Ma tridx tagħmel point of order fejn tgħid li dan mhux veru wkoll hux?", "THE CHAIRMAN: Onor. Abela, indirizza lis-Sedja.", "L-Onor.", "Brincat, on a point of order.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Ili biex nagħmel point of order imma ma rridx intellfu.", "Fil-quarterly report ta' Diċembru ta' l-1998 is-Central Bank jgħid li nofs id-differenza kienet due to different accounting methods.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-fatt hu li fi 22 xahar ta' għaqal Laburista, id-dejn fil-pajjiż żdied b'Lm250 miljun.", "Iċ-ċertifikat għal dan huwa another ground zero bħalma għamlu dan l-aħħar meta l-Onor.", "Brincat u l-Onor.", "Sant marru jżuru diversi postijiet.", "S'issa mkien ma qalulna li marru l-Amerika; forsi marru holiday!", "Sur President, tan-naħa l-oħra dejjem igħidu li għollejna t-taxxi imma aħjar naraw fejn marru l-flus u jekk il-Maltin baqgħalhomx iżjed flus fil- but.", "X'inhu l-aħjar ̧ li jkollok Lm5,000 fil-but u l-gvern jeħodlok Lm200 minnhom jew li l-gvern iżidek biex tkun kapaċi taqla' Lm8 minflok Lm5 u minnhom jeħodlok Lm1 ̧000?", "B'dan il-mod at the end of the day, fil-but jibqgħalek Lm7,000 u mhux Lm4,800.", "Il-poplu Malti jista' jgħid li taħt gvern Nazzjonalista ż-żidiet ħadhom dejjem mill-1987 'il hawn.", "Min-naħa l- oħra l-poplu Malti friża ħa taħt gvernijiet Laburisti, kemm fil-pagi kif ukoll fl-applikazzjoni għall-Unjoni Ewropea.", "Mela aħna taż-żieda u huma tal-friża, Sur President!", "Record ieħor huwa l-mod ta' kif huma se jikkontrollaw l-ispiża tal-gvern.", "Issa smajna kemm-il darba u ntweriet l-evidenza li turi kif l-ex-prim ministru u l-ex-ministru tal-finanzi riedu jirrijorganizzaw iċ-ċivil billi jnaqqsu ammont sostanzjali ta' ħaddiema minn mal-gvern.", "Dawn diġa` qed jgħidulna kif ħa jnaqqsu l-impjegati mill-entitajiet pubbliċi.", "Xi żmien ilu, l-Onor.", "Bartolo kien wissa lis-Sur Wain fuq il-programm Xarabank li dan irid imur jirreġistra malli l-Labour jitilgħu fil-gvern u l-Onor.", "Brincat ġa avża lill-gvernatur tal-bank ċentrali li postu mhux se jkun hemm ladarba jitilgħu huma.", "Sur President, dan hu l-mod ta' kif se jnaqsu l-ħaddiema; bejn dawk it- tnejn, ikun diġa` neħħa Lm30,000 spejjeż fis-sena.", "Dawn qed iwaħħlu kollox fil-partit Nazzjonalista imma qed jinsew x'kien jiġri qabel l-1987 u għalhekk jiena sejjer infakkar x'kien jiġri għax il-passat hu l-mera tal- futur.", "Ma nistgħux ninsew li l-gvernijiet laburisti kienu jdaħħlu n-nies biex sempliċiment jaħdmu waqt li aħna ġibna 160 kumpannija li investew f'Malta u li b'riżultat ta' dan, se jkollna 'l fuq minn 5,000 impjieg ġdid fis-settur ekonomiku.", "Le, dawn ma kienux jagħmlu hekk, kellhom l-korp \"Iżra u Rabbi\" u \"Ifrex u Orqod\".", "Dan kien il-mod ta' kif jimpjegaw lin-nies fejn ftit xhur qabel l-elezzjoni tal-1987, daħlu b'mod irregolari 'l fuq minn 8,000 persuna biex jaħdmu mal-gvern u sal-lum, dawn swew lill-poplu Malti Lm250m f'pagi, allowances u affarijiet oħra.", "Din hi l-verita`.", "Kulħadd jiftakar x'kienet is-soluzzjoni ta' dak iż-żmien tal-Prim Ministru, Karmenu Mifsud Bonnici u cioe` li jimpjega lill-kulħadd basta fuq il- minimum wage.", "Sur President, aħna ma neħdux pjaċir li jkun hemm nies bil- minimum wage u fil-budgets ta' dawn l-aħħar erba' snin, minkejja li kienu żminijiet diffiċli, urew li l-gvern Nazzjonalista u l-ministru tal-Finanzi qatt mhu sejjer jaċċetta l-fatt li n-nies iżżomuhom bil-minimum wage.", "Sur President, veru li hemm l-eċċezzjonijiet pero` din m'għadhiex ir-regola tal-ġurnata li n-nies jaħdmu bi 3 jew 4 day week imma dak iż-żmien kellna gvern mejjet u tal-lum hu għajjien pero` għall-anqas dawn eċċezjonijiet u mhux ir-regola!", "Dawn qalu li l-ekonomija marret lura u aħna m'għandniex ideat ta' kif din se nqajjmuha imma aħna mixjien lejn l-UE u nafu x'ġara fl- ekonomiji tal-Portugall, tal-Greċja, ta' Spanja u ta' l-Irlanda u żgur li mhux se nkunu aħna l-eċċezzjoni.", "U lanqas se nippermettu li l-partit Laburista jagħmilna l-eċċezzjoni.", "Aħna rridu mmorru ma' team li qiegħed jaħdem u jara li l-ekonomiji tiegħu jikbru u jmorru aħjar, u b'dan il-mod se ngħollu l-livell ta' l-għixien tal-Maltin.", "Xbajna nisimgħu li jekk ma nidħlux fl-UE, irridu 75 sena biex niġu fil- livell ta' kif qegħdin l-Irlanda.", "Dan kollu jirriflettu ruħu fil-budget.", "Il- ministru xeba' jgħid li dan mhux budget ta' sena waħda u hu wieħed minn serje ta' budgets li jispiċċa s-sena d-dieħla u kif nerġgħu nitilgħu, inkompluhom.", "Jiena ngħid li se jkun gvern Nazzjonalista li se jkomplihom is- sena ta' wara.", "Dawk l-affarijiet kollha li l-Onor.", "Brincat qal li se jivverifika wara l-elezzjoni li ġejja, nispera li jkun jista' jivverifikom mis-siġġu fejn qiegħed bilqegħda bħalissa għax probabilment f'dak is-siġġu se jibqa'.", "Sur President, x'ingħidu fuq il-famuża CET li l-MLP daħħlu f'Malta?", "Mela dawn għajruna għax qed nagħmlu l-ġbir tal-VAT effiċjenti imbagħad huma użaw sistema li fid-dinja kollha, tintuża biss mill-Gambia – wieħed mill-iżjed pajjiżi diżorganizzati anke fl-Afrika stess – u jiena veru ma nafx liema espert setgħa ssuġġerixxa din it-tip ta' sistema!", "Imbagħad Sur President, qalulna li rridu nsibu miżuri radikali sabiex inċaqalqu bis-saħħa, hekk qal, il-magna ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "Għall- grazzja t'Alla, bejn il-viżjoni tagħna u dik tal-partit Laburista hemm baħar jaqsam.", "Waqt li aħna, iżjed ma nimxu 'l quddiem, iżjed tiċċaralna l- viżjoni, dawn iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed qed tiċċajprilhom l-viżjoni.", "Issa l-partit Laburista qed jgħid li jridu jirrijorganniżaw iċ-ċivil u naħseb li l-bieraħ ħadu qatgħa, x'ħin raw il-Prim Ministru jiffirma ftehim ġdid mal-ħaddiema kollha, liema ftehim kellu l-appoġġ anke tal-union fejn ġabu lis-Sinjura Attard Sultana titkellem u tgħid li ħafna mill-affarijiet li huma pproponew lill-gvern, ġew aċċettati.Ħass ħażin għandhom bih dan il- fatt għax dak il-ħafna tagħwir minn taħt swielhom suf erba' t'ijiem qabel l- elezzjoni.", "Sur President, dawn qed jgħidu li aħna dejjem fallejna fil-budget u imponejna t-taxxi biex nonfqu Lm 20 miljun biex inġibu dan il-pajjiż in regola mar-regolamenti ta' l-acquis.", "L-ewwelnett nixtieq ngħid li l- maġġoranza l-kbira tal-liġijiet li aħna għaddejna f'dawn l-aħħar snin kienu liġijiet li pajjiżna kellu bżonnhom indipendentement minn jekk nidħlux fl- UE jew le.", "Imma anke jekk kellna bżonnhom sabiex niġu in regola ma' l- acquis communautaire, nafu li mill-Lm20 miljun li wżajna, Lm18 miljun minnhom dawn ġew minn fondi mill-UE.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Leo Brincat, on a point of order.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Hemm rapport ta' l-UE li ħareġ fit-13 ta' Novembru li jagħmilha ċara li waħda mir-raġunijiet għala żdiedet in-nefqa tal-gvern kienet proprju għaliex kellu l-cost of compliance biex jiġi in line ma' l- acquis communautaire.", "Jiġifieri l-piż ta' din il-compliance inġarr fil- biċċa l-kbira tiegħu mill-gvern Malti.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Dan il-piż kieku stess mhux se nibqgħu nġorruh għal ħafna għax se jingħataw Euro 181 miljun f'10 snin lill-bdiewa, raħħala u s-sajjieda Maltin biex jaġġornaw ruħhom u jiġu up-to-date.", "Nispera li dan ma jgħidx li din se nġorruha aħna għax jekk aħna se nġorru din, aħna nkunu kuntenti li nġorru lill- poplu Malti għal snin oħra għax ma nibżgħux mill- isfidi u dan minkejja l-kritika distruttiva li ssir fil-konfront tagħna b'mod regolari.", "Mela konna wasalna fi stat tajjeb u fl-1996, dawn telgħu u reġgħu dawru kollox u qalu li aħna żbaljajna f'kollox.", "Veru li ma kellnix kollox perfett u f'ċertu affarijiet żbaljajna, pero` aċċettajna l-iżball u bqajna mexjin il-quddiem.", "Taf min jagħmel ħażin, Sur President?", "Min ma jagħmel xejn, jikkritika biss u imbagħad jippretendi li jċapċap minn fuq dahar ħaddieħor.", "U din hija d-differenza bejn partit u ieħor.", "Sur President se nkomplu naħdmu u l-affarijiet mhux bilfors se jiġu eżatt kif irridu għax kieku kollox ikun perfett, la għandna bżonn qrati tal- ġustizzja, la għandna bżonn pulizija u lanqas uffiċjali ta' l-income tax.", "Aħna se nibqgħu naħdmu u minkejja d-diffikultajiet li jkun hawn, aħna lesti niġġielduhom.", "Minħabba dak li għamlu bejn l-1996 u l-1998, l-isptar se jiġi jiswa Lm100 miljun iżjed, għaliex Alfred Sant kien għamel il-suo cavallo di battaglia li l-isptar ma kellnix bżonnu u x'ħin ġie għas-si u n- no, qal li flok 450 sodda aħjar nagħmluh b'1,000 sodda dan l-isptar!", "Ovvjament dawn l-ispejjeż ma kienux proġettati u dan għamel bħal ma jgħid li jagħmlu n-Nazzjonalisti, qabad u żiedu għal 1,000 sodda u ħalla d-dejn f'idejn il-gvern ta' wara għax dan lanqas dam biżżejjed biex joħroġ l-ewwel ċekkijiet.", "Sur President, x'ġara fil-budget ta' din is-sena?", "Il-miżuri li ttieħdu missu lil kull persuna li qiegħda fil-low class, żidna l-income li fuqu ma jitħallsux taxxi, naqqasna t-taxxa għal dawk in-nies li għandhom problemi soċjali fil-familja, kemm jekk huma single parents, kemm jekk dawk li għandhom iktar minn tliet itfal u m'għandhomx ċertu dħul, kemm dawk in-nies li huma separati u jħallsu allowance lill-mara jew lil uliedhom u għednilhom li l-ammont li jħallsu għal uliedhom mhux taxxabbli.", "Aħna żidna l-pensjoni, ħadna kejl ġdid għall-għoli tal-ħajja għall- pensjonanti u diġa` nafu li din is-sena - għax ġie kkalkolat il-basket ta' l-ispiża tal-pensjonanti – dawn ħadu żieda aktar minn żewġ terzi żieda tas- soltu.", "Iva, veru kienu snin diffiċli pero` wasalna biex naqqasna d-deficit bin-nofs minkejja li kull sena sibna minn fejn se nagħu ż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja lin-nies.", "Ara ma taħsbux li l-ħajja ma għolietx bejn l-1981 u l-1986 imbilli l-gvern ta' dak iż-żmien għamel il-wage freeze.", "Dak iż-żmien minflok wieħed kien jixtri tuffieħa ta' belludja, kien jixtri tuffieħa tal-bulk buying u dik it-tuffieħa, imnelħa kemm kienet imnelħa, kien ikollok tixtriha u toqgħod biha.", "Sur President, illum il-\"Mars\" 5c u dak iż-żmien kienet Lm1 minn taħt il-bank meta n-nies kienu bil-wage freeze!", "Tħallas Lm 1 biex tiekol biċċa ċikkulata tajba jew inkella tikkuntenta ruħek bid-\"Deserta\" u veru tħossok fid-deżert għaliex kont trid tixrob flixkun u nofs ilma warajha biex tgħaddilek!", "L-ex-ministru kien diġa` fil-partit Laburista dak iż-żmien.", "Aħna rrivedejna r-rati tat-taxxa bil-mod kif irrevedejnihom sabiex ġibna sitwazzjoni li koppja llum se tiffranka ammont sostanzjali iżjed milli kienet tiffranka taħt gvern Laburista.", "Sur President, illum ir-rata tat-taxxa fuq koppja li taqla' Lm6,000 se tkun bil-15%.", "Erġajna daħħalna żewġ bands oħra u ġibniha li llum, sa Lm10,000, koppja se tiffranka Lm187 f'taxxa u dan l-ammont li se tiffranka mit-taxxa huwa iżjed mit-total ta' kemm ħadet żieda.", "Dan ifisser li at the end of the day, din il-koppja se jkollha aktar spending power f'idejha.", "Koppja li tagħmel il-mili tat-taxxi separatament se jibqagħlha Lm216 fil-but u l- istess ħaġa tgħodd għal min hu waħdu.", "Rigward it-taxxa tal-bdiewa; jien niġi minn distrett fejn din hi ħaġa li se taffetwa sostanzjalment in-nies ta' l-agrikoltura tan-naħa tiegħi.", "Illum lill-bidwi qed ngħidulu li sakemm dan jiddikjara ċertu ammont ta' dħul mill- bejgħ tal-prodott tiegħu, dan ma għandux għalfejn jinkwieta iżjed għall- irċevuti għax dan ikun tax exempt f'ħafna mill-affarijiet.", "Dan ikun tax exempt f'dak li jbiegħ u tax exempt ta' ċerti affarijiet li jixtri.", "Qegħdin ngħidulu li aħna ma rridux naraw l-irċevuti tiegħu fuq 40% ta' l- ispiża tiegħu għax dawk qed nagħtuhomlu bi dritt, pero` mhux qed nikkundannawh li dan jista' jkollu 40% biss bħala spiża imma qegħdin ngħidulu li jekk ikollu iżjed, dik għandu jiddikjaraha wkoll.", "Ngħaddi biex nitkellem fuq l-inizjattivi li se nagħtu lin-negozji ż-żgħar.", "Kellna kemm lill-Onor.", "Cilia kif ukoll lill-Onor.", "Brincat li qalulna li lil dawn ma tajnihom xejn.", "Min irid jibqa' fejn hu llum, jibqa' pero` għada jsib li dan baqa' lura u aħna mhux se nħallu lin-nies jibqgħu lura mingħajr ma ntuhom opportunita` biex jimxu 'l quddiem.", "Aħna għedna li kull min jinvesti f'teknoloġija jew f'riċerka biex ix-xogħol tiegħu jitjieb, se ntuh Lm 150 tax exempt għal kull Lm 100 li se jiddikjara Imma allura din m'hi xejn?", "Jgħidulna li missna nippreparaw lil uliedna aħjar għall-isfida ta' għada, dik ta' l-informatika.", "Aħna niftaħru b'dak li għamilna fl-informatika.", "Dawn qalu li l-ministru ma jridx jassumi responsabbilta` ta' l-informatika u teknoloġija ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. Leo Brincat, on a point of order .", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Aħna bl-ebda mod ma kkritikajna l-bżonn li jkun hemm aktar informatika.", "Aħna rriferejna għal rapport ta' l-awditur ġenerali li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra riċentament, fejn qal li l-ministeru ta' l- edukazzjoni did not own this project u għalhekk dan wassal għal ċertu tberbiq ta' flus.", "Aħna akkużajna l-mod kif ġew amminstrati dawn il-flus u mhux għax konna kontra l-informatika.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, il-biża` tagħhom mhux li berbaqna flus imma l-biża' tagħhom huwa li bil-mod kif użajna l-flus fl-informatika, kull min se jkun gawda l-iskejjel taħt gvern Nazzjonalista u ried jipprepara ruħu, dan se jkun kapaċi jaħseb b'moħħu u allura l-Laburisti għandhom inqas ċans li jieħdu l-voti ta' dawn in-nies.", "Dak huwa l-inkwiet reali tagħhom f'dan il-kamp!", "Qed jinkwetaw għax aħna rridu li n-nies jaħsbu u jippreparaw ruħhom għall-ħajja u l-isfida ta' għada.", "Għalhekk dan il- budget qed ikompli jipprepara u jlesti lin-nies għall-isfidi ta' għada.", "Tal-Labour jgħidu li kulma nagħmlu, kollox ħażin, imma x'se jagħmlu huma ma jgħidux!", "X'fiha Pandora's box tagħhom?!", "(Interuzzjonijiet) Il-kaxxa tal- Labour fiha l-istess ħaġa li ex-deputat tagħhom fuq il-programm Xarabank kellu meta fetaħ il-kaxxa tiegħu u ma kien fiha xejn għax qal li kien hemm min iħobbu u ħaraqlu kollox.", "Il-partit Laburista dak li qed jipprova jagħmel!", "Mhux qed ngħid li min ħaraqlu kollox għamel tajjeb u nikkundannah minn hawn.", "Pero` nistaqsi lill-partit Laburista jekk jafux x'jixtiequ?", "Iridu jaħarqu kollox bl-impressjoni li mbagħad in-nies iġibuhom lura għax jkunu kuntenti biċ-ċejċa u jkunu kuntenti li ġibna agreement mingħajr drittijiet ma' l-UE u jkollna free trade agreement bi ftit xinxilli li kien kapaċi jġib Gorg Borg Olivier 'il fuq minn 30 sena ilu.", "Dak li jrid il- partit Laburista!?", "Sur President, jiena naħseb li l-ministeru tal-finanzi ħadem bil-għaqal biex ipprepara lil Malta u ta sisien sodi sabiex għada, pitgħada, uliedna jsibu s-sodda mifruxa u mbagħad huma responsabbli li dak li aħna ppreparajnilhom, ikomplu jgawduh.", "Irranġajna l-mod ta' kif in-nies jaħsbu, konna kapaċi f'dawn l-erba' snin inkomplu nibnu kultura li l-budget huwa annual general meeting fejn inti tirrapporta x'ġara, kif mort, dak li sar u dak li se nagħmlu għada.", "Din hi s-serjeta` li poġġieta fit-tieni post fost dawk il-pajjiżi applikanti biex jidħlu fl-UE u minn hawn aħna nerġgħu niddikjaraw li m'hemmx alternattiva aħjar għal uliedna milli dik li nidħlu fi ħdan l-UE.", "Sur President, dan kien budget li ma ħasibx għan-nies ta' fuq nett.", "In-nies ta' fuq nett ħa ħsiebhom il-gvern Laburista fejn anke fl-aħħar mumenti ta' gvern Laburista, kien hemm ċerti manuvri għal ċerti nies f'ċerti pożizzjonijiet.", "Issa dalwaqt se jkollna l-elezzjoni ġenerali u jiena nitlob lill-poplu sabiex din it-triq li qbadna, ma nergħux nitilfuha.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, jekk wieħed iħares lejn ir-reazzjoni tal-MLP għall-budget tas-sena 2003, wieħed jara li l-kritika tagħhom tiċċentra fuq il-catch phrase ''gvern għajjien'' pero` użaw anke l- kelma ''gvern qadim''.", "Jien ngħid li f'dawn l-erba' snin minkejja li konna daqstant \"għajjenin\" daqskemm qed jippruvaw ipenġuna sħabna ta' l- oppożizzjoni, aħna laħaqna mal-kandidati l-oħra li qegħdin jistennew biex jissieħbu ma' l-UE u dan minkejja li tlifna sentejn għax l-MLP - minkejja li kien ilna naħdmu u nużaw ir-riżorsi tagħna biex nidħlu fl-UE - tefgħet l- applikazzjoni ta' Malta fl-UE fil-friża.", "Min-naħa l-oħra naraw it-taħwid ta' ħsibijiet li jirrenja fi ħdan il-MLP fuq il-qasam tal-foreign policy.", "Dawn bdew bil-konċett ta' ''Svizzera fil- Mediterran'' - konċett li ġie ntrodott f'pajjiżna fi snin ħamsin mill-Perit Duminku Mintoff – imbagħad għaddew għall-kunċett ta' partnership.", "Issa drajna naraw lil dik is-sinjorina simpatika li tagħmel il-reklami għal famuża partnership ma' l-UE u issa sirna nafu li din l-idea vaga ħafna ta' partnership se tiġi estiża anke għall-pajjiżi oħra diversi, bħalma huma ċ- Ċina, l-Awstralja u l-Amerika.", "Nafu wkoll li meta xi ħadd jistaqsi lill-Onor.", "Alfred Sant u anke kelliema oħra ewlenin ta' l-MLP dwar dan il-famuż partnership, isib li dan finalment ma jfisser xejn għax jekk il-kelliema ta' l-MLP iridu jkunu onesti - kif fil-fatt xi drabi jkunu fortunatament - meta wieħed jistaqsihom x'ifisser dan il-partnership, huma jridu jirrispondu bilfors billi jitolbu lill-poplu Malti jerġa` itihom l-fiduċja ħalli jkunu jistgħu jinnegozjaw dan l- imbierek partnership.", "Dan ifisser li dawn qed jitolbu lill-poplu Malti jagħmel qabża fid-dlam għax il-poplu ma jafx x'se joffri l-partit Laburista u qed jitolbu lill-poplu biex jafda fih u fil-benevolenza ta' l-UE għax jekk, kontra kull previżjoni, l-MLP jispiċċa fit-tmun ta' pajjiżna ftit xhur oħra u jmur quddiem l-UE u joffri l-idea ta' partnership, aħna se jkollna noqogħdu b'dak li joffrulna l-UE u assolutament m'għandniex idea ta' x'se joffru dawn lill-poplu tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-kelma ''partnership'' li tant iħobbu jużaw ta' l- Oppożizzjoni tfisser ''sħubija'' meta taqliba għall-Malti u għalhekk wieħed jittama li bil-mod il-mod, din l-idea li bdiet minn Svizzera fil- Mediterran, evolviet fl-idea ta' partnership u eventwalment twassal lill- MLP biex jaqblu mal-bqija tal-grupp soċjalista Ewropej u jkunu favur l- isħubija ta' Malta fi ħdan l-UE.", "Qed nagħmel dan l-aċċenn għax din il-foreign policy ta' l-MLP qed toħloq l- inċertezza u qed twassal għal anqas investiment f'pajjiżna.", "Dan min se jkun dak li se jinvesti f'pajjiż li ma jkunx jaf x'se jagħmel fi żmien sena jew sentejn oħra.", "Liema azjenda se tiġi tinvesti f'pajjiżna meta għandna qasma daqstant kbira bejn iż-żewġ partiti fir-rigward ta' dan il-qasam politiku tant importanti għal pajjiżna?", "Jien m'għandix dubbju li wara li l- poplu tagħna jmur biex jagħti l-verdett tiegħu fir-referendum, l-MLP jirrealizza li ħliet dawn is-snin kollha u jbiddel l-attitudni tiegħu, wisq aktar minħabba l-fatt li ftit ġimgħat wara biss, aħna se nressqu l-poplu għall-verdett elettorali u m'għandix dubbju li se jerġa' jagħti verdett pożittiv għall-partit Nazzjonalista, mhux biss minħabba n-nuqqasijiet li l- MLP qed juru f'diversi oqsma tal-politika tagħhom imma anke minħabba r- record tajjeb ħafna tagħna li l-poplu ra f'dawn l-aħħar erba' snin.", "Nafu li fl-1996, l-MLP rebaħ kontra l-previżjonijiet ta' x'uħud.", "Dak iż- żmien kienu ntużaw diversi catch phrases bħal ''se jkollna gvern li għandu stil maniġerjali'' u ''jkollna gvern Laburista jew partit Laburista modern'', liema phrases jekk jiġu rrepetuti ħafna drabi jkollhom kważi effett ta' indotrinazzjoni lill-elettorat u fil-fatt hekk ġara għax b'dawn il-phrases flimkien ma' wegħdiet oħra bħall-wegħda diżonesta tat-tneħħija tal-VAT, waslu biex il-partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ta' l-1996.", "Nafu li finalment din il-wegħda li se titneħħa l-VAT ġiet interpretata min- nies bħala wegħda li se jitneħħew il-cash registers, li tant kien hawn nies li rawhom koroh.", "Aħna nafu li din l-wegħda għenet bil-kbir biex il-partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ta' l-1996 u għalhekk, biex din il-wegħda titwettaq, l-Onor.", "Alfred Sant kellu jara kif jagħmel biex ineħħi l-VAT imma jżomm xi ħaġa oħra li tkun speċi ta' VAT, iċ-CET.", "Nafu li minħabba t-taħwid li rriżulta fis-settur finanzjarju, il-Ministru tal-Finanzi ħass li kellu jirriżenja għax ma felaħx jara aktar taħwid quddiem għajnejh.", "Nafu wkoll li t-taxxa l-ġdida li ddaħlet, is-CET ma kinitx aċċettabbli la għall-UE – l-istess unjoni li jrid jagħmel partnership magħha - u lanqas għall-WTO.", "Dan ifisser li minkejja li l-CET ġabet ħafna taħwid u wasslet għar-riżenja tal-Ministru tal-Finanzi u minkejja li din it-taxxa ma kinitx aċċettabbli għall-entitajiet barranin, Dr Alfred Sant xorta waħda għadu ma ħax deċiżjoni fuq jekk ineħħiex il-VAT jew le jekk jitla' fl-elezzjoni li jmiss.", "Qegħdin naraw li b'hekk Dr Alfred Sant qed imeri anke dak li qed jgħidu esponenti ewlenin tal-MLP stess bħal ma hu s-Sur Alfred Mifsud li nafu li qed jgħid li l-VAT ma tistax titneħħa.", "Nafu wkoll li meta tela' l-partit Laburista fil-gvern, dan sab li ħafna wegħdiet li kien għamel, ma setax iwettaqhom u kważi, kważi daħħal lil dan il-pajjiż f'depression meta beda jtenni għal miljun darba li kellna problema kbira minħabba l-ħofor finanzjarji.", "Veru kien hemm deficit fl- 1996, deficit ta' Lm100 miljun imma x'ġara wara( Il-partit Laburista veru għattiha il-ħofra?", "Iva, għattiha għax ħaffer oħra bil-wisq akbar li wassal lil dan il-pajjiż ...", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok, Onor. Vella, jien ma interrompejt lil ħadd u għalhekk tinterrompinix.", "Sur President, nitolbok li twaqqaf lill-Onor.", "Vella għax dan m'għandu l- ebda dritt jikkummenta bħalissa.", "THE CHAIRMAN: Onor. Pullicino Orlando, għandek il-protezzjoni tas-Sedja.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jien qgħadt bil-qiegħda hawn kif dejjem nagħmel u anke meta jkun qed jitkellem l-Onor.", "Vella, qatt ma interrompejtu (Interuzzjonijiet).", "Sur President, minħabba il-politika żbaljata tal-MLP li neħħa l-VAT - liema taxxa hemm qbil internazzjonali li hija ġusta u effiċjenti – id-deficit telgħa minn Lm100 miljun fl-1996 għal Lm132 miljun fl-1997 u għal Lm150 miljun fl-1998.", "Mela flok għalqu l-ħofra, dawn komplew iħaffru iżjed fil- fond bil-politika żbaljata tagħhom u issa jiġi Dr Alfred Sant u jgħidilna li m'hu qed joffri xejn ġdid minn dak li offra bejn l-1996 u l-1998!", "(Interuzzjonijiet) Min hu dak li vvota lil Dr. Alfred Sant fuq il- performance li kellu bejn l-1996 u l-1998!?", "(Interruzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Jekk jogħġobkom, ma tistgħu tinsulentaw lil ħadd.", "(Interuzzjonijiet) ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Il-partit Nazzjonalista f'dawn l-aħħar erba' snin kien kapaċi jnaqqas l-iżbilanċ bħala perċentaġġ tal-GDP minn 11.2% fl-1998 għal 4.6% din is-sena.", "Dan il-gvern \"għajjien\" li għandna rnexxilu jmexxi lill-pajjiżna 'l quddiem minkejja l-ostakoli kollha li qed tagħmillu l-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Onor. George Vella u Onor. John Dalli, jekk jogħġobkom!", "Inżommu l-ordni u nibqgħu mexjin.", "Kompli Onor. Pullicino Orlando.", "(Interuzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, l-Onor.", "Vella qed itellifni.", "(Interuzzjonijiet)", "THE CHAIRMAN: Onor. George Vella, jekk jogħġbok!", "Onor. Pullicino Orlando għandek il-protezzjoni tas-Sedja.", "(Interuzzjonijiet)", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, aħna ħadna l-miżuri li ħadna fil-budget ta' din is-sena biex kif wegħdna, ħadd ma jibqa' lura u wieħed jista' jsemmihom waħda wara l-oħra.", "Wara li s-sena l-oħra għolejna l-means test minn Lm4,000 għal Lm6,000 għal persuna waħedha u minn Lm7,000 għal Lm10,000 għal kopja miżżewġa biex naraw min hu intitolat għal pensjoni ta' l-eta` taħt l-iskema mhux kontributorja u issa estendejna din il-miżura għal dawk li jirċievu l-għajnuna soċjali, medika u l-pensjoni tal- wens.", "Din is-sena rrevedejna l-iskema ta' għajnuna supplementari biex iktar nies jibbenefikaw minn din l-għajnuna u jiżdied l-ammont li jirċievu dawk li huma ntitolati.", "Minn din is-sena 'l quddiem, il-parti li tirċievi manteniment rigward it-tfal f'każijiet ta' separazzjoni ma tibqax tkun aktar intaxxata fuq dan id-dħul.", "Din is-sena kien hemm żieda fiċ- childrens' allowance għal dawk bi tliet itfal jew iktar u minn din il- miżura se jibbenefikaw madwar 4,400 familja li żdiedilhom il-benefiċċju b'medja ta' Lm1 fil-ġimgħa.", "Din is-sena wkoll, żidna l-pensjonanti għal għoli tal-ħajja biex mill-ewwel Sibt ta' Jannar tas-sena d-dieħla, il- pensjonanti se jibdew jingħataw l-ammont kollu taż-żieda li tirriżulta mill- indiċi tal-prezzijiet maħduma għalihom u dan minflok iż-żewġ terzi taż- żieda għal għoli tal-ħajja li tirriżulta mill-indiċi ġenerali.", "Wara li sewwejna l-inġustizzji li kienu jeżistu għal ħaddiema impressed u awżiljari, issa l-assistenti soċjali każwali mhux se jibqgħu jitqiesu bħala self-employed iżda bħala part-timers u dan se jwassal għal aktar benefiċċji għal dan il-grupp ta' ħaddiema.", "Tajna wkoll sussidju lill-ġenituri fuq il- ħlas tal-baby sitting biex inżidu r-rata tal-parteċipazzjoni tal-mara fil- kamp tax-xogħol.", "Sur President, il-fatti juru li l-gvern Nazzjonalista dejjem mexxa dan il- pajjiż 'il quddiem filwaqt li gvern Laburista – bil-paroli kollu tagħhom - lanqas biss kien kapaċi jservi iktar minn sentejn.", "Il-gvern Laburista, gvern li taparsi hu tal-ħaddiema, kien se jgħabbi lill-istess ħaddiema b'taxxi li kienu se jolqtuh direttament.", "Il-gvern li xi darba kien tal- ħaddiema missu jistħi juri lilu nnifsu quddiem il-ħaddiema meta kien se jimponi taxxi li direttament kienu se jolqtu lill-lower classes tas- soċjeta` Maltija.", "Il-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 lanqas biss kien kapaċi jżomm lill-partit tiegħu magħqud biex ikampa għal ħames snin minħabba dawn it-taxxi inġusti.", "Imbagħad jiġi hawn u jgħidu li aħna gvern għajjien.", "Għajjenin huma, Sur President!", "Spiċċaw b'ideat ta' politika barranija li kien daħħal il-Perit Duminku Mintoff fis-snin 50 (Interruzzjonijiet) Issa dejjaqtni!", "THE CHAIRMAN: Onor. Pullicino Orlando indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Kellmu lill-bdiewa u araw kemm ferħu bil-miżura li ħadna din is-sena!", "Se jibda jitqies li 40% tal-valur tal- prodott tal-bidwi huma spejjes, minkejja li l-aħħar ċensiment jurina li fil- fatt, l-ispejjes huma madwar 20%.", "Dan ifisser inqas taxxa mħallsa mill- bidwi u mhux kif kienu se jagħmlu l-MLP fejn kienu se jsallbu l-bidwi bil- kontijiet ta' l-ilma!", "Imisshom jistħu!", "(Interuzzjonijiet)", "L-income brackets fuq it-taxxa tad-dħul infetħu minn tlieta għal ħamsa u b'hekk il-miżżewġin li jagħmlu dikjarazzjoni flimkien se jiffrankaw madwar Lm187 waqt li l-miżżewġin li jagħmlu dikjarazzjoni separata jiffrankaw sa Lm108.", "Dawn huma miżuri li se jkomplu jkattru l-ġid għax it-tmexxija Nazzjonalista timxi fuq il-fatti u mhux fuq kliem fieragħ.", "Fis-sentejn li għamel il-gvern Laburista, l-ekonomija staġnat imma xorta baqgħu jipersistu li l-ideati antikwati tagħhom - ħafna minnhom frott ta' pika politika - huma l-aħjar rimedju għal pajjiż u dan meta dawn l-ideat ma ġabu xejn ħlief għaks u qtiegħ ta' qalb u saħansitra waslu biex l-MLP jkollu jsejjaħ elezzjoni kmieni, liema elezzjoni tilifha għax il-poplu ra l-qerq u d-dilletantiżmu ta' dan il-partit u reġa' għażel il-partit li dejjem ġab stabilita` u prosperita` fi gżiritna.", "Taħt il-labour ġdid u maniġġerjali taf x'fatti rajna, Sur President?", "Rajna li dawk li jaħdmu bi qligħ naqqsu b'2,365 u dawk li jirreġistraw għax- xogħol żdiedu b'1,002.", "Il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma kienu sejrin jogħlew drastikament u addio kuxjenza soċjali li suppost hi tant importanti fil-politika tal-partit tal-ħaddiema.", "Taħt il-gvern Nazzjonalista ta' dawn l-aħħar snin, iddaħħlet leġislazzjoni ġdida u ta' fejda għal-pajjiż f'diversi setturi u ta' min insemmi ftit minnhom.", "Kellna l-equal opportunities act, l-occupational health and safety act, il-protezzjoni tal- konsumatur, l-employment and industrial relations act u ħafna liġijiet siewja oħrajn.", "Minkejja dan, xorta sibna oppożizzjoni tikkritikana u tgħid li qed nisparpaljaw il-flus biex indaħħlu liġijiet ġodda f'pajjiżna ħalli naġevolaw l-UE.", "U hawn, jiena nistaqsi lill-MLP u nitlobhom jgħidulna liema liġijiet jixtiequ jneħħu minn dawn li semmejt hawn fuq u mill-ħafna oħrajn li daħħalna.", "(Interuzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ma rridx interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "Kompli Onor. Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Għidulna liema liġijiet se tneħħu!", "(Interruzzjonijiet) Ħlief jgħidu li sparpaljajna l-flus ma jafux!", "Isemmu ċ- ċifra ta' Lm20 miljun u ma jsemmux li Lm18 miljun minnhom ġew mill-UE biex jgħinuna fl-introduzzjoni ta' dawn il-liġijiet.", "Il-gvern wiegħed tkabbir fl- ekonomija u hekk għamel fattwalment u dan minkejja slow down ekonomiku internazzjonali (Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: M'hemmx interruzzjonijiet; kulħadd għandu dritt jitkellem u jinstema'.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Sur President, il-pagi żdiedu b'25% fuq il-livell ta' l-1998, il-flus fl-idejn żiedu b'78% mill-1998, id- deficit niżel b'48% u n-nies jaħdmu bi qliegħ żdiedu b'aktar minn 3,000 mill-1998.", "(Interruzzjonijiet) Id-dħul fit-taxxi żied b'Lm265 miljun u dan mhux għax qed nagħsru aktar lill-poplu Malti bħal ma qal l-Onor.", "Cilia imma għax hawn tkabbir ekonomiku u għalhekk qed niġbru aktar taxxi u minħabba l-fatt li aħna neħħejna l-balbuljata tas-CET li inthom għamiltu bl- għajnuna ta nies korrotti u daħħalna l-VAT li hija ferm u ferm aktar effiċjenti.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jekk jgħoġbokom, m'hemmx interruzzjoniijiet.", "Indirizza lis-Sedja Onor. Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFRY PULLICINO ORLANDO: Sur President, kien hemm tkabbir ukoll fl- importazzjoni ta' l-industrial supplies u dan tant hu minnu li din żdiedet b'Lm40 miljun mill-1998.", "L-importazzjoni tal-capital goods żdiedet b'Lm32 miljun u l-importazzjoni ta' consumables żiedet b'Lm43 miljun filwaqt li l- esportazzjoni żdiedet b'Lm80 miljun.", "Sur President, jien ma nħobbx insemmi ħafna ċifri għax ma rridx indejjaq lil min forsi qed jindenja ruħu jismagħna llejla imma dawn iċ-ċifri huma t- termometru tas-saħħa finanzjarja tal-pajjiż u dawn iċ-ċifri juru li pajjiżna verament huwa b'saħħtu finanzjarjament u ekonomikament.", "F'dawn l- aħħar erba' snin, il-partit Nazzjonalista fil-gvern reġa' ġab lil dan il- pajjiż fuq saqajh.", "Jekk dan kollu huwa xogħol ta' gvern għajjien, mela j'Alla nibqgħu għajjenin u ma nkunux super maniġġerjali kif kienu huma u j'Alla nibqgħu mmexxu dan il-pajjiż 'il quddiem kif qed nagħmlu.", "Ta' l-inqas dan il-gvern \"għajjien\" mhux daqstant għajjien li ma jirrealizzax li miżuri li se jieħu fis-sussidji tad-dawl u ta' l-ilma kienu se jwasslu għal splużjoni fil-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.", "Mhux billi tgħid li inti super maniġerjali u trid tagħmel ristrutturazzjoni taċ-ċivil billi tnaqqas 10,000 impjieg.", "Iċ-ċivil taf x'raw il-bieraħ, Sur President, (Interuzzjonjiet) Bilfors ikolli ngħajjat Sur President, għaliex kelli interruzzjonijiet minn għaxar min-nies x'ħin kont qiegħed nitkellem.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ma jimpurtax pero` issa li s-sitwazzjoni kkalmat, Onor. Pullicino, nistiednek tbaxxi ftit il-vuċi.", "Kompli d-diskors tiegħek bil-kalma solita tiegħek.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Il-ħaddiema taċ-ċivil raw collective agreement ġdid, iffirmat ma' l-unions tagħhom fejn infetħet kategorija ġdida ta' unpaid leave għal min jixtieq jipprova impjieg alternattiv, kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema part-time u każwali (Interuzzjonijiet) Għalhekk qed ngħajjat Sur President, ara kemm hawn interruzzjonijiet!", "Ma jimpurtax, se nibqa' ngħajjat.", "Żieda minima fil- paga ta' Lm2.50 fil-gimgħa fl-2003 u fl-2004, u kemm il-UĦM u kemm il-puppy dog tal-MLP, il-GWU ma kellha xejn ħlief kliem ta' tifħir għal dan il- collective agreement ġdid.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ma ninterrompux, jekk jogħġobkom, il-kelliem għandu dritt li jitkellem.", "Din hija r-regola fundamentali ta' dan il- parlament.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Jekk insemmi taxxi oħra li neħħejna f'dawk l-aħħar ħames snin, nista' nsemmi t-taxxa tas-sisa li kienet tlaħħaq 29%, it-taxxa ta' Lm48 fuq kull bieb, nerġa' ntenni li traħħsu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, traħħas in-noll tal-Gozo Channel għall-Għawdxin, traħħas il-pitrolju, tneħħit it-taxxa fuq iċ-ċertifikati tal-mard (Interruzzjonijiet) Issa biżżejjed!!", "Tliet kwarti mid-diskors interruzzjonijiet!", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Onor. Pullicino Orlando, ippermettili ftit.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Debono Grech, on a point of order.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Dan qed jgħid li l-kontijiet tad-dawl raħsu!", "Trid inġiblek il-kont tiegħi u tħallsu.", "Taf kemm kien il-kont tad-dawl tiegħi, Lm171!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ikompli l-Onor.", "Pullicino Orlando.", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Ta' min wieħed jgħid li kontra dak li jgħidu l-MLP – dawk li jgħidu li huma d-difensuri tal-ħaddiem - illum wasalna f'estremita` li t-taxxa ta' l-low wage earners hija ta' 17.4%, kważi l-anqas fl-Ewropa.", "Issa wara l-ħidma kbira b'risq il-poplu Malti u Għawdxi, il-partit Nazzjonalista li kien qed imexxi lil dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar erba' snin se jmur quddiem il-poplu Malti biex jiffaċċja l-eżami elettorali b'wiċċu mill-quddiem.", "Aħna konvinti li l-poplu Malti kapaċi jagħraf min tassew għamel l-aħjar għażliet fl-interessi tiegħu u ta' wliedu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Nistieden issa lill-Ministru tal-Finanzi sabiex jagħlaq dan id-dibattitu.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, jien se nibda l-intervent tiegħi billi nwieġeb fuq il-kummenti li għamel l-Onor.", "Brincat dwar ftit mid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Nibdew l-ewwel nett bl-MFSA fejn dan qal li din mhux qed tagħmel promotional activity u li allura, hemm nuqqas kbir fix-xogħol ta' l-MFSA.", "Ir-realta` hi li llum l-MFSA miexja b'ritmu straordinarju ta' tkabbir ta' l- attivita` finanzjarja fil-pajjiż fejn qabdet a snowball effect għaliex aktar m'aħna nidhru serji bħala pajjiż u aktar ma nidhru pajjiż li jaf u jimxi skond ir-regolamenti – li addottajna qabel ħaddieħor - li jiġu addottati minn kulħadd - investejna ħafna biex nidhru hekk u hawn infakkar r-riforma kbira fis-settur finanzjarju li għamilna fl-1994 u r-riforma li erġajna għamilna issa b'dan il-gvern ġdid meta għamilna reviżjoni kważi totali tal-liġijiet kollha tas-settur finanzjarju – aktar se nkunu rispettati minn kulħadd u r-rwol ta' Malta bħala ċentru finanzjarju b'saħħtu u tajjeb qiegħed dejjem jiġi aktar magħruf u dan juruh il-fatti bil-ħafna reġistrazzjonijiet ta' kumpanniji ġodda f'kull settur li qegħdin jiġu rreġistrati.", "Sur President, dan qed isir bil-għaqal għax settur delikat bħall-MFSA ma tistax titrattah bħalma titratta setturi oħra ta' l-ekonomija.", "Aħna ma nistgħux imorru u noqogħdu nagħmlu l-marketing tal-MFSA bħalma jagħmlu l- MDC.", "Ma nistgħux u jekk wieħed jaf x'inhu jagħmel, jifhem li hemm differenza kbira bejn il-mod kif timmarketja ħaġa u l-mod kif timmarketja ħaġa oħra.", "Allura l-għażla li għamilna aħna, bi qbil tal-practitioners fis-settur hija li l-marketing jagħmluh il-practitioners infushom.", "L-MFSA mhux qed taħsel idejha imma qegħda tikkordina din l-attivita` tal-practitioners, qegħda tgħinhom anke finanzjament biex jagħmlu dan it-tip ta' seminars u marketing exercises barra minn Malta, tikkordinalhom ukoll - għaliex dan hu importanti – l-literature u l-materjal li jipprovdu ħalli anke jsir auditing tajjeb ħalli ma jmurx xi ħadd, bħalma ġralna, jaqbad u jikteb xi affarijiet li jġibuna fi trouble kbir ma' pajjiżi oħra, u din l-awtorita` qeħda tkun preżenti f'dawn l-attivitajiet.", "F'dawn l-aħħar xahrejn biss, l-MFSA ma' dawn il-practitioners marru Boston fl-Amerika – jiġifieri ma kellux għalfejn imur l-Amerika, il-Kap ta' l- Oppożizzjoni u l-Onor.", "Leo Brincat biex iġibu xi xogħol! - marru Toronto, marru Prague, marru Innsbruck, marru Birmingham u Cardiff, altru li aħna reqdin f'dan is-settur!", "Dan l-Onorevoli qalilna li hawn il-moviment tat- tax harmonisation fid-dinja u l-partnership - jiġifieri jekk nibqgħu barra mill-Ewropa – tkun soluzzjoni aktar vijabbli għall-financial services.", "Sur President, xejn ma hu iktar 'il bogħod mill-verita.", "Jekk nibqgħu barra mill-Ewropa se jkun id-daqqa tal-mewt għaċ-ċentru finanzjarju f'Malta u dan għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija li l-passporting li se jkollna awtomatikament kif aħna nidħlu fl-UE - jiġifieri li prodotti li jkunu reġistrati u jaħdmu minn Malta jkollhom aċċess sħiħ għas-suq finanzjarju ta' l-Ewropa kollha u tal-pajjiżi li għandhom qbil ma' l-UE – ma jsirx.", "Bħalissa ma għandniex dan il-passporting u mhux se jtuh jew jekk itugħ, itugħ b'ħafna kundizzjonijiet, u għalhekk nistgħu neħduh biss jekk aħna nidħlu fl-UE.", "Issa, biex jiġu investituri ġodda f'dan is-settur, aħna jrid ikollna l-garanzija tal-passporting li tiġi biss jekk aħna nidħlu fl-UE.", "Barra minn hekk, jekk l-oppożizzjoni taħseb li billi nibqgħu barra mill- Ewropa, jistgħu jkunu cowboys u jagħmlu li jridu fis-settur finanzjarju, jiena ngħidilhom li dak iż-żmien spiċċa jew forget it, kif qed jgħid Dr. Vella!", "Illum is-sitwazzjoni internazzjonali hija li kulħadd irid jaħdem b'ċerta mod u min ma jridx jaħdem, se jibqa' magħluq fil-burdura tiegħu.", "Issa ċentru finanzjarju jgħix biss billi aħna naħdmu internazzjonalment u nsegwu kompletament ir-regolamentazzjoni li qegħda toħroġ fuq bażi internazzjonali.", "Jekk xi ħadd webbel jew huma qegħdin iwebblu lil xi ħadd li jekk nibqgħu barra mill-UE, inkunu nistgħu nagħmlu li jridu, jiena ngħidilhom li dawn qegħdin iqarrqu bihom infushom u qed iqarrqu b'kulħadd.", "Nieħdu l-każ ta' l-Isvizzera, Sur President.", "L-Isvizzera ilha għaddejja b'ħafna negozjati ma' l-UE f'dan is-settur għax l-Ewropa jridu, kif dejjem ngħid jien, li l-pajjiżi kollha jirraportaw lil xulxin, l-investimenti li hemm minn nies li mhumiex minn pajjiżhom u l-Isvizzera qegħda tipprova tipproteġi kemm tista' l-kunfidanzjalita` tal-banek tagħha, issa waslet riċentement, li hi toffri li tiċċarġja lil kulmin għandu investiment hemmhekk b'35% taxxa, Sur President.", "Mela din se tipprova żżomm is-secrecy at the cost li tiċċarġja 35% taxxa fuq l-interessi kollha u fejn bħalissa m'hemmx taxxa fuq dawn l-investimenti.", "Dawn għadhom f'negozjati u ma qalulhiex iva, pero` biex din mingħaliha tipprova ssalva s-segretezza tal- banek, hi stess offriet li fuq l-interessi kollha ta' kulmin għandu kont l- Isvizzera, hi se tibda tiċċarġja 35% taxxa.", "Altru li ma tagħmilx li trid!", "Nerġa ngħid li din hija oxxenita` minn naħa ta' l-oppożizzjoni li anke biss ilissnu din it-tip ta' assurdita`.", "Sur President, dawn tkellmu fuq it-TCU.", "Mid-dehra, għax aħna konna effiċjenti ħafna fil-ġbir tat-taxxa - u dan qaluh esponenti tal-Labour stess – dawn is-soċjalisti, dawn in-nies li jemmnu fil-ġustizzja soċjali, kważi qed jiskandalizzaw ruħhom għax aħna qed niġbru t-taxxa.", "Jien ma nistax nifhem, Sur President, kif dawn in-nies b'mod l-aktar populist u diżonest, qegħdin imorru għand il-poplu u jgħidulu li l-gvern qed jiġbor aktar taxxa.", "Qed niġbru aktar taxxa għax aħna iktar effiċjenti u donnu l-Onor.", "Brincat qabad kruċjata biex ikisser it-TCU.", "Ġie jgħid li kien hemm xi impjegat tad- dipartiment li sar rapport fuqu, qed jiġi investigat u ġie trasferit il- barra mid-dipartiment fejn kien.", "B'daqshekk x'ġara?", "Din hi xi ħaġa normali u m'għandekx tgħid li t-TCU hija ħażina.", "Iva, ittieħdu passi pero` din m'għandix tkun argument ta' budget.", "Dan kien bniedem li żbalja u ttieħdu passi kontrih.", "Imbagħad l-Onor.", "Brincat semma d-dwana u smajna litanija ta' akkużi li bellagħlu Sur President, u jien ngħid li l-Onor.", "Leo Brincat suppost għandu esperjenza biżżejjed biex jaf li mhux kull ma jpespsulu f'widnejh hu veru u għalhekk, jiġi jobżqu hawn!", "Darba kien qal li daħlu salt containers bil-laħam infettat meta rriżulta li ma daħal xejn pero` dan spiċċa biex kisser l-industrija tal-laħam għal xhur sħaħ bl-irresponsabilta` ta' dan it- tip ta' diskors.", "Hawn jidħlu l-interessi ta' ħafna nies li għax ikollhom interess li l- affarijiet per eżempju jibqgħu għadejjin kif inhuma, jiġu jpespsu f'widnejn dak u l-ieħor u jkun hawn min jemminhom u jiġi hawn iparla fil- parlament.", "Iva, id-dogs' section qed tiġi rundown għaliex id-dipartiment tad-dwana - jiena noqgħod fuq il-pariri li jtuni n-nies tad-dipartiment tad- dwana u ma nindaħlilhomx f'ħafna affarijiet - iddeċidew li s-sezzjoni tal- klieb ma kenitx qegħda tagħti riżultati daqskemm hu mixtieq.", "Illum għax id- dinja imxiet il-quddiem, Sur President, hawn sistemi differenti, hawn is- swipe system per eżempju, li qed tagħti riżultati ħafna iktar aħjar mill-klieb u d-dwana diġa` ordnaw dawn il-mezzi ġodda ta' investigazzjoni biex dan isir.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li għamilna vendikazzjoni politika - ħasibna hu dan! - għax kien hemm spettur, li kien in charge mis-sezzjoni tad-dwana fil- freeport, li konna ilna nħarrġuh u issa waddabnieh ma nafx fejn.", "Ma nafx kienx dan l-individwu stess li mar jgħidlu għax jien niskanta u nitnixxef ukoll!", "Dan il-bniedem ġie identifikat.", "Dan intbagħat jitħarreġ fuq transit u issa se jkun il-bniedem li se jmexxi unit imwaqqfa apposta u speċjalizzata fuq it-transit u l-free zones.", "Din x'vendikazzjoni politika hi?", "Qed jipprova jagħti x'wieħed jifhem li dan il-bniedem ħarriġnieh fuq ħaġa u mbagħad meta ġie trained bgħatnieh fuq ħaġa oħra!", "Sur President, semma wkoll il-computerisation u qal li għad hemm ħafna karti li għadhom jimtlew bl-idejn u l-computerisation ma laħqitx l-livell neċessarju ta' l-implimentazzjoni tagħha.", "Grazzi!", "Bil-komputerizzazzjoni aħna tajna terminals fl-uffiċċji tal-kumpanniji u fl-uffiċċji tal- burdnara, jiġifieri lanqas għandhom bżonn jiġu d-dipartiment tad-dwana biex jagħmlu l-entries.", "Pero` min irid jagħmel hekk.", "Aħna m'għidnilhomx li jekk ma jridux ma jistgħux jidħlu fid-dwana.", "Min ried - u kien hemm ħafna li riedu, anke kumpanniji kbar li jesportaw - ħa din il-faċilita` u oħrajn ippreferew li jagħmlu l-entries bil-miktub.", "Dan huwa ta' żvantaġġ għad-dwana u għall-gvern għax ikollna nimpjegaw lin- nies biex idaħħlu fil-computer dawn l-entries li jkunu saru bil-miktub.", "Imma din hija għażla li għamlu dawn il-burdnara għaliex aħna għażilna wkoll li ma nimponux din is-sistema fuq in-nies.", "Issa se jsir żvilupp ieħor fil- computerisation li se jibda jaħdem fuq is-sistema ta' l-internet.", "Allura se jkun hemm ħafna iktar faċilita` biex ikun hemm direct access għal dawn l- entraturi tad-dwana.", "Qal ukoll li m'hemmx X-ray machines.", "Id-dipartiment għadhom kemm informawni issa li m'għandhom l-ebda rapport ta' xi X-ray machines li mhumiex jaħdmu, u li għamilna ordni għal X-ray machine oħra għall-arrivals u mexjin fuq dawn l-affarijiet.", "Għandna wkoll l-iżvilupp tal-vehicle and container inspection system.", "Qed nistennew it-trakk jiġi sa l-aħħar ta' Jannar u nisperaw li s-sistema tkun implimentata iktar tard għaliex iridu jittieħdu ħafna prekawzjonijiet ukoll minħabba l-mod kif taħdem.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Brincat qalilna wkoll li qed issir diskriminazzjoni politika dwar kif jingħata l-overtime.", "Jien m'iniex il-kollega tiegħi l- Onor. Leo Brincat, jien ma nindaħalx fil-mod kif jitmexxew id-dipartimenti, jien ma nordnax trasferimenti fid-dipartimenti.", "Mr Chairman, fis-seduta numru 59 tat-2 ta' Frar, 1999 kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra ittra li kien bagħat l-Onor.", "Brincat lill-permanent secretary tiegħu, datata 17 ta' April 1997 fejn qallu hekk:", "\"I have studied the present structure of the department of inland revenue and have come to the conclusion that for various reasons ...\",", "- il-Bambin biss jaf lejliet l-elezzjoni x'kienu! -", "\"... the appended internal department placings should be effected forthwith.\".", "U tah lista ta' nies li riedu jinqalgħu mid-dipartiment u nies li riedu jeħdulhom posthom.", "U għall-benefiċċju ta' kulħadd, għal min nesa qed nerġa' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Lill-Onor.", "Leo Brincat ngħidlu li mhux veru li qed issir xi diskriminazzjoni politika fid-dipartiment tad- dwana.", "Qed iqarraq, qed ibellgħulu l-affarijiet u ma messux jiġi hawn u jgħid dawn l-affarijiet mingħajr ma jkun ivverifikahom.", "Qalilna wkoll li l-anti-drug squad ilha ħafna bla kap.", "Din hija wkoll qlajja u gidba.", "F'dan il-unit kien hemm żewġ kapi, wieħed għal shift u ieħor għax-shift l-ieħor u l-management tad-dwana ddeċidew – jien issa sirt naf biha għax mort niċċekkja x'kienet din il-kwestjoni, u jien nagħtihom raġun li ddeċidew hekk, għamlu sew - li għandu jkun hemm kap wieħed u mhux tnejn f'dan id-dipartiment.", "Issa min qed jipprova jżomm postu jew jieħu promotion mar għand l-Onor.", "Leo Brincat ibellagħhielu li m'hemmx kap fil- unit tad-droga.", "Aħjar jerġa' jgħajjatlu u jara eżattament l-affarijiet kif inhuma.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni qed jgħidu li jaqblu fuq il-privatizzazzjoni.", "L- Onor. Brincat semma l-BOV li issa niġi għalih iktar tard meta nitkellem fuq il-garanziji.", "Il-BOV huwa bank privat.", "Jien ma nħossx li għandi nimponi forma ta' privatizzazzjoni fuq bank li 75% tiegħu huwa ta' shareholders privati.", "Allura qiegħed naħdem kostantement mal-bord u mal-management tal- BOV biex dak li jsir isir bil-qbil assolut tagħhom u bil-parteċipazzjoni totali tagħhom.", "It-targets li poġġejna għalina huma iebsa.", "Aħna nixtiequ li ma jkun hemm ħadd bħall-Onor.", "Brincat li jmur ideffes imnieħru fil-bank u jieħu informazzjoni konfidenzjali mill-bank, kif għamel meta poġġa dik il-karta li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hija oxxenita` oħra ta' l-Onor.", "Brincat li jdeffes imnieħru fejn ma jesgħux u dan juri li dawn baqgħu l-istess.", "Dan huwa gvern magħmul minn nies li ma jirrispettawx il-privatezza tal-poplu u jidħlu f'kulma hu privat tan-nies.", "Irnexxielu jikseb rapporti minn xi bniedem, minn xi mole li jpoġġu kullimkien, li għandhom iktar lealta` lejn il-partit - u din hi l-korruzzjoni tal-partit Laburista - milli għandhom lealta` lejn l-istituzzjoni li jservu u lejn il- pajjiż.", "Din korruzzjoni, din korruzzjoni!", "U din hija korruzzjoni li hija istituzzjoni fil-partit Laburista.", "L-Onor.", "Brincat qalilna li qed inħejju l-Maltacom ...", "(Interruzzjonijiet) Kunu serji intom George.", "Intom qatt ma kontu serji fil-partit.", "Issa ħallini nkompli.", "Għandi nofs siegħa.....", "L-Onor.", "Leo Brincat għamel siegħa u iktar jitkellem u ma interrompejtux darba.", "Issa tinterrompux u kunu daqsxejn leali lejn dan il-parlament, George.", "Issa ħallu lilna nitkellmu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'għedtlekx hekk jien.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa għedt li għedt!", "Veru li jien għedt li qed inħejju l-Maltacom biex tipprivatizza.", "Jien m'għedtx li se nipprivatizza din is-sena.", "Jien għedt li issa daħlet il-Go Mobile u l-ewwel irridu nħallu lill-Go Mobile timmatura u mbagħad naraw kif se nipprivatizzaw il- Maltacom.", "Dan hu l-għaqal, mhux li nagħtu 20% tal-Maltacom lill-iħirsa, lill-klijenti tagħna, 20% tal-Maltacom li taparsi begħniehom barra u mbagħad 16% minnhom reġgħu ġew Malta!", "Dan li ma nagħmlux aħna.", "Dawn huma dawk li qed jgħidu li hemm xi affarijiet mhux sejrin sewwa f'kull pass li nieħdu aħna.", "Mr Chairman, l-Onor.", "Brincat qalilna li l-ministru jmissu jkun onest u jgħid li l-privatizzazzjoni ma tgħinx id-deficit, imma tgħin id-dejn.", "Il- privatizzazzjoni tgħin id-dejn, veru.", "Huwa qal li l-boll m'għandux jitnaqqas mit-transazzjonijiet li jsiru, imma finalment tnaqqas jew ma tnaqqasx il-boll ħafna drabi jiddependi mill-pakkett li jkollok.", "Tista' iġġib iktar somma kapitali u tnaqqas il-boll, jew tista' iġġib somma kapitali ikbar u ma tnaqqasx il-boll.", "Dan qal hekk għall-benefiċċju tan- nies li jisimgħu r-radju tagħhom, ta' l-għalliema, li joqogħdu jbellgħulhom ir-ross bil-labra.", "Hekk għamilna u issa qed jikkritikana għaliex għamilna hekk.", "Mr Chairman, dwar it-taxxi qalilna li aħna ma nilħqux nitilgħu fil-gvern li ma nerġgħux indaħħlu taxxi ġodda.", "Niftakru fl-1998 lill-leader tagħhom Dr Alfred Sant jgħajjat li kif nitilgħu fil-gvern aħna konna se ngħollu l-VAT għal 26%.", "Saret 26% il-VAT?", "Aħna nagħmlu t-taxxi kif suppost u kif ikun hemm bżonn.", "Mr Chairman, anke meta jitolbuni garanziji juri kemm huma ineffiċjenti u kemm mhumiex serji għax min jista' jagħti garanzija ta' x'se jiġri s-sena d- dieħla u s-sena ta' wara?", "Jekk l-Onor.", "Leo Brincat irid jagħti garanziji, jagħmel hu!", "U jekk jagħti garanzija waħda ta' dan it-tip ngħajtu: Inti m'intix dehen li tkun fuq bank tal-parlament, mhux biss li ma tkunx ministru!", "Mr Chairman, l-Onor.", "Brincat ikkritikana wkoll dwar kemm għamilna taxxi.", "Jien għamilt lista bit-tabelli ta' kemm għamilna taxxi peress li anke l- bieraħ, fil-ħames minuti li rnexxieli nisma' minn dak li kien qed jgħid Alfred Sant fuq it-television, smajtu jgħid li huma għamlu Lm12 miljun taxxa.", "Mela mhux Lm12 miljun taxxa għamlu!", "Mr Chairman, se npoġġi fuq il-mejda tla-Kamra tabelli li juru li fl-ewwel budget tagħhom żiedu t-taxxi bi Lm15 miljun u fit-tieni budget tagħhom żiedu t-taxxi bi Lm30 miljun.", "Dawn huma listi li jien ippubblikajt fil- budget, taxxa, taxxa, taxxa, taxxa!", "U mhux tagħhom biss hawn, anke t-taxxi li għamilna aħna ppubblikajt.", "Jien ma nistħix mit-taxxi li għamilna.", "Ara huma jistħu mit-taxxi li għamlu!", "U jiġi jgħid li għamlu Lm12 miljun taxxa!", "Jekk wieħed iħares lejn dawn it-tabelli jsib li meta ngħoddu kemm ġbarna taxxi f'ħames snin mit-taxxi ġodda li għamilna - u jekk għamilna taxxa ta' Lm2 miljun fl-ewwel sena qed ngħoddhom li ġbarniehom kull sena għal ħames snin, jiġifieri dawk iż-Lm2 miljun qed ngħoddhom Lm10 miljun - dawn jammontaw għal Lm66 miljun.", "Bit-taxxi li għamlu huma f'sentejn u jekk tassumi li ma kenux jagħmlu taxxa oħra fit-tliet snin ta' wara, kieku baqgħu fil-gvern, b'dawk it-taxxi ta' sentjen biss taf kemm kienu jinġabru minn taxxi ġodda( Lm196 miljun!", "Allura jrid ikollok wiċċ biex toqgħod tgħajjarna bil-ġbir tat-taxxi!", "Mr Chairman, il-ġbir ta' Lm66 miljun jiġu minn taxxi ġodda u mit-tkabbir ta' l-ekonomija u fl-ispeech tiegħu ta' nhar it-Tnejn l-għaref, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qalilna li mhux veru għax it-taxxi żdiedu b'Lm66 miljun u l- ekonomija kibret bi Lm33 miljun.", "Grazzi!", "Mela jien għedt li dawn it-taxxi jinġabru mill-ekonomija biss( Jien għedt li jinġabru mill-ġbir tat-taxxa u mit-tkabbir ta' l-ekonomija.", "Almenu huwa kkonferma li mis-Lm66 miljun li ġbarna iktar f'taxxi, Lm33 miljun ġew mit-tkabbir ta' l-ekonomija.", "Jiġifieri nofshom ġew mit-tkabbir ta' l-ekonomija, imbagħad jiġu wkoll mill- effiċjenza għax aħna altru li m'aħniex gvern għajjien.", "Aħna gvern ta' enerġija kbira u gvern ta' deċiżjoni.", "Aħna naqtgħu fejn hemm bżonn jinqata', anke jekk ta' l-oppożizzjoni jgħidu mod ieħor biex ikunu popolisti.", "L-Onor.", "Brincat sostna li huma jridu jkunu jafu kemm inġabru mill-fringe benefits biex jagħmlu l-pjan tagħhom ta' taxxa alternattiva.", "Kull meta weġibtu dwar kemm inġabru mill-fringe benefits għedtlu li mill-fringe benefits ma tistax tikkalkula eżattament x'ġara.", "Ġara dak li xtaqna li jiġri, li ħafna kumpanniji u impjegati qablu li l-fringe benefits ineħħuhom.", "Allura dawn qegħdin jiddikjaraw il-paga vera li għandhom in- nies u mhux jipprovaw jaħarbu t-taxxa għax parti minnha jagħmluha bħala fringe benefits.", "Dan huwa ħażin, Sinjuri Soċjalisti( Dan għidulna!", "Meta jiġu hawnhekk jgħidulna li dan huwa tajjeb, imbagħad barra joqogħdu jgħidu li jridu ma' min iridu jxewxu.", "Mr Chairman, qalilna wkoll li għamilna diżastru għax għamilna l-withholding tax fuq il-collective investment schemes.", "Imbagħad fl-istess nifs jgħid li jaqbel li m'għandhomx jinħarġu dawn il-bonds kollha fuq l-istock exchange.", "Allura għandna nħallu l-interessi fuq dawn il-bonds ikunu tax free bħallikieku dawn huma equities( Inti stess għedt - almenu naqblu f'waħda - li l-istock exchange qiegħed hemm biex ikun hemm equities u mhux bonds.", "Dak li ngħid jien barra mill-parlament.", "U dak li ngħid barra ma nibżax ngħidu għax jieħu għalih xi ħadd!", "Jien m'iniex bħalkom, nipprova nlaqqat u nqaxxar kull vot u ngħid lil kulħadd dak li jridni ngħid u li jħobb jisma'.", "Jien mhux bħalkom, jien ngħid dak li hemm bżonn jingħad għall-ġid tal-pajjiż.", "Jien nagħmel dak li hemm bżonn nagħmlu għall-ġid tal-pajjiż.", "Jien ngħidlu li qed jimxi ħażin min qiegħed juża l-istock exchange biex joħroġ bonds u mhux l-equities.", "Ħalli joqogħdu jgergru li John Dalli joqgħod jgħid hekk u jgħid hekk!", "Meta jkunu qed isiru affarijiet ħżiena jien ma niddejjaqx ngħid barra li huma ħżiena.", "Mhux imbilli tiġi tgħidli li nkun qed nagħmel ħsara lill- Borża meta nitkellem jien!", "Inkun qed nagħmel ħsara lill-Borża( Inkun qed nagħmel ġid lid-depożitant għax inkun qed niftaħlu għajnejh.", "Jien jinteressani mid-depożitant.", "La jinteressani min qed joħroġ il-bonds u lanqas jinteressani min qed jieħu ħafna u ħafna liri f'commissions.", "Dawk ma jinterssawnix, jien jinteressani d-depożitant u li finalment dak ikun protett.", "L-Onor.", "Brincat tkaża għaliex id-dipartiment tat-taxxa qed jiġri wara dawk li għandhom jagħtu l-arretrati.", "Għandu jitkaża għax qegħdin niġru wara l- arretrati( Din hija r-regola normali.", "(Interruzzjonijiet) Dak qed tgħid int, skużi!", "Qed jgħidulek li qed nieħdu panic measures il-moles li int poġġejt fl-inland revenue department.", "Dawk qed jitimgħuk u jbellgħulek dawn l-affarijiet.", "Aħna qed nagħmlu ordinary administration għax illum id- dipartiment tat-taxxa huwa ħafna iktar effiċjenti milli ħallejtu int wara sentjen rieqed.", "Dak kien għajjien!", "Aħna għamilna dipartiment tat-taxxa effiċjenti li qed jiġbor it-taxxa mingħand in-nies.", "Mr Chairman, qalilna li jrid jaħgmel ir-review tat-taxxa u li fil-ħin opportun jgħidilna x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom dwar it-taxxa.", "Erba' snin ilhom jaħsbu fuq il-VAT.", "Dawk għajjenin!", "Erba' snin ilhom biex jieħdu deċiżjoni!", "Imbagħad inkun f'radio programme miegħu u jgħidli: Mela dan jeffettwa l-investiment( Ara daqsxejn!", "Dawn mhumiex qed jgħixu f'dinja!", "Is-sistema ta' tassazzjoni fil-pajjiż ma teffettwax l- investiment!", "Jekk is-sena d-dieħla f'Malta aħniex se jkollna VAT jew le ma teffettwax id-deċiżjoni ta' min irid jinvesti!", "Mr Chairman, nixtieq li għandi ħin iktar għax għandi ħafna xi ngħid, imma l- iktar diskors diżonest kien fuq il-garanziji.", "L-ewwelnett nerġa' ngħid li hija vilta` min-naħa ta' l-Onor.", "Leo Brincat li jġib informazzjoni kunfidenzjali tal-BOV.", "Dan huwa l-mod kif iddeffes imnieħrek fejn ma jesgħekx bħala politiku.", "Poplu Malti ismagħni, poplu Malti ismagħni: Ma' dawn in-nies tan-naħa l-oħra m'int safe qatt, int m'għandek xejn tiegħek, int m'għandek ebda ħajja privata għax dawn ikunu jridu jindaħlulek f'kollox.", "Mr Chairman, il-kollega tkellem ukoll fuq il-garanziji!", "Qal li l- Foundation for Tomorrow Schools ħadet Lm15 miljun.", "Mhux veru!", "Facility għandha ta' Lm15 miljun.", "Kien hemm xi bravu li qal li d-deficit kellu jiżdied bi Lm15 miljun li ħadet din il-fondazzjoni.", "Din hija ħmerija għax il-fondazzjoni bilkemm għadha missitha l-facility.", "Qalilna li l-MIA għandha Lm20 miljun garantiti mill-gvern.", "M'hu veru xejn!", "Fil-karta għandek!", "(Interruzzjonijiet) Mela x'għedtli( Mela ma tafx x'qed tgħid!", "Hawnhekk għandek karta li tgħidlek \"not driectly guaranteed by government\", u inti ġejt tgħid li għandha Lm20 miljun garantiti mill-gvern!", "Sur President, fl-1998 meta kien Ministru Leo Brincat il-garanziji tal- gvern kienu jammontaw għal Lm492 miljun, filwaqt li llum jammontaw għal Lm415 miljun.", "Lm77 miljun inqas, Sur Leo Brincat!", "Din bħall-kwestjoni tad- dejn.", "Jiġi jgħajjarna bid-dejn!", "Leo Brincat ħarbat il-finanzi tal-pajjiż għax għamlu deċiżjonijiet bl-addoċċ fuq il-mod kif jintaxxaw, għax mhux kapaċi jiggvernaw, għax huma inkompetenti u ineffiċjenti.", "Kull sena li kien hemmhekk Leo Brincat issellef Lm125 miljun.", "Maħruqin, maħruqin!", "Għadhom ma ntfewx minn dakinhar li qrajna l-budget hawn ġew.", "Għandhom ħarqa u issa ma jistgħux jintfew minnha.", "(Interruzzjonijiet) Dan issellef Lm125 miljun fis-sena u aħna ssellifna Lm80 miljun.", "Sur President, dan huwa gvern li mhux talli mhux għajjien, talli huwa gvern li ġarr lill-oppożizzjoni u huma għajjew jiġru warajna.", "(Interruzzjonijiet) Għajjew huma jiġru warajna.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, nifhem li għandek xi dokumenti xi tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru ż-żieda fit-taxxi tul ħames snin ta' gvern Nazzjonalista u ta' gvern Laburista; u", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 4115 li saret mill-Onor Leo Brincat lill-Ministru tal-Finanzi u twieġbet f'seduta numru 59 tat-2 ta' Frar 1999, dwar trasferimenti u ħatriet fid-dipartiment tat-taxxi nterni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat għall-Vot 21.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra skond il-Mozzjoni 307 ta' l-20 ta' Novembru, 2002.", "Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fid-9.35 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- emenda għal Vot 21 imressqa mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "371", "FAVUR: 26", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Debono Grech Joe |Vella George |", "KONTRA: 30", "L-Onor.", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Bonnici Josef |Gonzi Lawrence | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis |", "L-emenda m'għaddietx.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Jinfetħu l-bibien.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija fuq il-voti tal-Ministeru tal-Finanzi.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT 21 - MINISTERU TAL-FINANZI Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 3,193,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 21 - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 21 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 22 - TEŻOR Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,174,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 - Teżor, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 23 - PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 776,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 23 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 24 - TAXXI INTERNI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,003,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 24 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 25 - DWANA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 5,476,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Dwana, kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 25 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 26 - VAT Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 2,989,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 - V.A.T., kif dettaljata fl- Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 26 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT 27 - KUNTRATTI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 381,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 27 għaddiet.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi:", "VOT IV - MINISTERU TAL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,539,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2003.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27 u IV tal- Ministeru tal-Finanzi ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "THE DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Diċembru, 2002 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2003", "Ir-Raba' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 9 ta' Diċembru fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il- Mozzjoni ta' Proċedura Nru 307.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN", "37434.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flus intnefqu u kemm dam sejjer ix-xogħol fuq il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta?", "Jista' wkoll jinforma lill- Kamra jekk hemmx il-ħsieb li l-bankina ta' quddiemu ssir ukoll ġdida?", "ONOR.", "JOE BORG: Ix-xogħol ta' restawr taż-żewġ faċċati ta' Palazzo Parisio li fih jinsab il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ġie jiswa Lm61,723,89 u dam sejjer 42 ġimgħa.", "Rigward il-bankina, tajjeb jingħad illi t-tiswija tal-bankini hija responsabbilta' tal-kunsill lokali.", "Il-ministeru beħsiebu jagħmel talba lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sabiex issir bankina ġdida quddiem il- ministeru.", "VALLETTA - MONTE DI PIETA'", "37435.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bix-xogħol li sar ġewwa l-Monte Di Pieta' tul dawn l-aħħar erba' snin fi Triq il-Merkanti, fil-Belt Valletta u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tiġi restawrata l-faċċata tiegħu wkoll?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment kellu programm ambizzjuż biex itejjeb l-effett ta' l-aspett tar- relazzjonijiet pubbliċi u tiżdied l-effiċjenza.", "L-uffiċini u l-ambjent ġenerali ma kienux ta' livell sodisfaċenti.", "Għalhekk kellu jsir xi ħaġa biex jittejjeb l-post minn fejn qed issir il-ħidma u fejn qed jintlaqa' l- pubbliku.", "Tfassal pjan u ntalbet l-għajnuna tal-Periti fis-Sezzjoni tar- Restawr fid-Diviżjoni ta' Xogħolijiet, l-aktar minħabba r-restawr tal-post u biex jintalbu il-permessi għall-bini ta' xi kmamar.", "Ix-xogħol fil-maġġor parti tiegħu sar mill-istaff industrijali tad-dipartiment - kostruzzjoni ta' kmamar bis-soqfa b'kollox, twaqqiegħ ta' soqfa, twessiegħ ta' twieqi u bibien, tqaxxir ta' ħitan, tikħil u tibjid, tqaxxir tat-travi, bdil ta' xorok, bdil ta' madum, tqegħid ta' xi madum aktar addattat, tfassil u tqegħid ta' ħadid fit-twieqi minħabba sigurta' tal-Monti di Pieta', tibdil fis-sistema ta' l-elettriku u ħafna xogħol ieħor.", "Dan wassal għal trasformazzjoni kompleta ta' l-uffiċċju bħalma wieħed jista' jara b'għajnejh stess.", "Qabel tkaħħlu l-ħitan u tpoġġa l-madum, tħaffru t-trinek biex minnhom jgħaddi l-wiring ta' l-elettriku u tas-sistema kompjuterizzata tad- dipartiment kollu.", "Wara li jitlesta l-bini tas-sala li se sservi ta' Arkivju għad-dokumenti tad-dipartiment hemm il-ħsieb li tiġi rrestawrata ukoll il-faċċata tal-Monte Di Pieta'.", "KALKARA - FORTIZZA TAR-RINELLA", "37436.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinforma lil-Kamra x'xogħol ta' restawr qiegħed isir fuq il-fortizza tar-Rinella fil-Kalkara u kemm dan huwa proġettat li se jiswa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-preżent mhux qed isir l-ebda xogħol ta' restawr fil-Fortizza tar-Rinella mill-Minsteru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura.", "Dan il-Ministeru kien għamel xogħol fuq is-soqfa tal- Fortizza li kien qed jiġrilhom ħsara minħabba dħul ta' ilma.", "Dan ix-xogħol pero' twettaq is-sena l-oħra, u sewa Lm20,000.", "MANOEL ISLAND - XOGĦOL TA' RESTAWR", "37437.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x-xogħol ta' restawr qiegħed isir fuq Manoel Island ai termini tal-ftehim u kemm dan huwa proġettat li se jiswa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat illi skond il-ftehim, il- konsorzju MIDI huwa obbligat illi jagħmel xogħlijiet ta' restawr fil-Forti Manoel hekk kif inhuma ddettaljati fil-Heritage Studies Report, anness mal- kuntratt bħala parti minn Skeda Nru. 14.", "L-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment informat illi l-informazzjoni rigward il-valur ta' dawn ix-xogħlijiet tingħata f'xi seduta oħra.", "CDAW - TOBBA", "37440.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba li qed jaħdmu mat-tfal li jiġu riferuti mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fis-CDAW?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirreferi din il- misotqsija lill-Ministru tas-Saħħa.", "CDAU - TFAL/ŻGĦAŻAGĦ", "37441.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal u żgħażagħ ġew riferuti mid- Dipartiment ta' l-Edukazzjoni lis-CDAU, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm idum bejn wieħed u ieħor kull każ biex jiġi investigat u diagnosed?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - CDAU", "37442.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni idum biex iwettaq ir-rakkommandazzjonijiet tas-CDAU?", "Kien hemm xi każijiet fejn dak li r-rakkomanda s-CDAU ma setgħux jitwettqu?", "Kemm kien hemm u x'alternattiva nstabet għat-tfal?", "Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mgħammar bil-kompliment ta' nies speċjalisti biżżejjed biex ilaħħqu mal- ħtiġijiet?", "Kemm hemm speċjalisti fuq dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - BINI U MANUTENZJONI", "37446.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 37276?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "WASTE OILS COMPANY LTD.", "37447.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-kumpannija Waste Oils Company Ltd. hijiex waħda parastatali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħal fil-każ ta' kull soċjeta' kummerċjali oħra, l-informazzjoni mitluba dwar id-diretturi u l-azzjonisti jistgħu faċilment jinkisbu mir-Reġistru tas-Soċjetajiet li jagħmel parti mill-MFSA jew mill-website relattiva.", "UE - REGOLAMENTI DWAR KIMIĊI FL-ILMA", "37448.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37275, jista' l- Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża kapitali għax-xogħol imsemmi fir- risposta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali nvoluta.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "37449.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Issa li jingħad li tlestew ix-xogħlijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi flus: 1) Mdina Road, Ħal Qormi, 2) Ħal Far Road; 3) Psaila Street, Santa Venera/Birkirkara, 4) il-junction ta' quddiem l- isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard; u 5) il-junction ta' fejn it-tankijiet tal- gass (Regional Road)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "37450.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati traffic accidents fil- junction li mit-Triq ta' Ħaż Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn (fejn riċentement ġew installati traffic lights), xahar b'xahar matul din is- sena?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul din is-sena kien hemm sitt inċidenti stradali irrapportati lill-Pulizija li seħħew fil-post imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Dawn kienu tnejn fi Frar, tlieta f`Marzu u wieħed f`April.", "ŻABBAR - PEDESTRIANS", "37451.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika s-sitwazzjoni tal-pedestrians li ma jistgħux jaqsmu t-triq ta' Ħaż Żabbar bil-mod kif qegħdin jiġu mħaddmin it-traffic lights fil-junction tat-triq ta' Ħaż Żabbar li tagħti għal Wied il-Għajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-junction upgrading sar biex jiġi kkontrollat aħjar it-traffiku.", "Il-pedestrians għandhom faċilitajiet biex jaqsmu t-triq permezz ta' pedestrian u pelican crossings li qedgħin allokati kif gej:", "Bejn il-Junction imsemmija u l-Mina ta' Hompesch.", "Lejn Ħaż-Żabbar bejn Triq Bajada u Triq Vitorja.", "Fil-bypass ta' Wied il-Għajn.", "MATSEC - EŻAMIJIET", "37453.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm resqu studenti għall-eżamijiet tal-MATSEC din is-sena?", "Kemm għaddew minn ta' l-anqas suġġett wieħed?", "Minn fejn huma lokalita' b'lokalita' sew il-kandidati kollha kif ukoll dawk li għaddew?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Lista bin-numru ta' kandidati li għamlu l-eżami tal- MATSEC kif ukoll in-numru ta' dawk li ħadu ċertifikat, skond il-lokalita` fejn joqogħdu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "QRATI - KAWŻI", "37454.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37272?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 35247", "ARTIJIET – PROPRJETA' TAL-GVERN", "37455.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jispeċifika liema partijiet minn art, li pjanta tagħha qiegħed nibgħat separatament, u li hija 'highlited' bil-kulur isfar, hija proprjeta' tal-Gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi skond informazzjoni miġbura mit- Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija kollha kemm hi tal-Gvern.", "GOZO CHANNEL CO.", "LTD. - VAPURI", "37456.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jikkonferma x'tip ta' xogħol huwa mistenni jsir fuq il-vapuri tal-Gozo Channel il-ġodda fit-tarzni fil-ġranet li ġejjin?", "Jista' jgħid kemm huwa stmat li jiswa x-xogħol li ser isir?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla il-vapuri tal-Gozo Channel mistenni jsirilhom is-survey annwali.", "Fl-istess ħin se jsirulhom ukoll it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fuq ir-rampi, il-pajpijiet ta' l-ilma, il-magni u l-linoleum ta' l-art.", "Il- kumpannija qed tikkonsidra wkoll li tinstalla sistema ta' soft starters fuq il-vapuri kollha bil-għan li jonqsu l-ispejjez kemm ta' manutenzjoni kif ukoll ta' konsum ta' fuel.", "L-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li tali informazzjoni ssir pubblika.", "RESIDENTI FI DJAR TA' L-ANZJANI", "37464.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm residenti ġewwa San Vinċenz de Paule u d-djar l-oħra ta' l-anzjani (waħda b'waħda) li huma ġejjin minn; Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Safi, Kirkop, Għaxaq, B'Buġia u Marsaxlokk (separatament għal kull raħal)?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "SPTAR SAN LUQA – TRASFERIMENT TA' PAZJENTI", "37465.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-migration plan, mill-Isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei, hemmx xi provvediment fir-rigward ta' trasferiment tal-pazjenti li jkunu f'koma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor.", "Interpellant li meta jitlestew il- pjanijiet dettaljati tat-trasferimenti għall-Isptar Mater Dei se jkun hemm provvedimenti neċessarji għal trasferimenti ta' pazjenti li jkunu f'koma.", "SPTAR - PERSUNI F'KOMA", "37466.", "L-ONOR.", "FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni, rikoverti fl-Isptar San Luqa, li kienu fi stat ta' koma u li wara irnexxielhom joħorġu minn dan l-istat?", "Kemm kien hemm persuni li kienu f'dan l-istat u wara mietu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mil-Onor Interpellant ma tinżammx.", "Nirreferi l-Onor. kollega għar-risposta ta' mistoqsija 37141.", "RAĦAL ĠDID – ASFALTAR TA' TOROQ", "37467.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jogħġbu l-Ministru jaġġornani dwar fiex wasal il-proċess ta' għoti ta' tenders għall-asfaltar tat-toroq wara l-Carters Supermarket f'Raħal Ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35302.", "FILMS F'MALTA", "37472.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37239 u cioe' jgħid x'kien jisimhom il-films li nħadmu f'Malta u min kienu l-producers tagħhom sena b'sena mill-1998 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba", "----------------"]} {"filename": "20010130_479d_par.doc", "date": "2001-01-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 479 It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 479", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.11 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "479", "It-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001", "WERREJ", "MINUTI 704", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 704", "TQEGĦID TA' KARTI 708", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' TRATTATI (SANT'ANĠLU) (IT-TIENI QARI)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST.", "ANGELO) BILL (SECOND READING) 708", "AĠĠORNAMENT 728", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 733", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 478 li saret fid-29 ta' Jannar, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR MONTE CARMELI - CANTEEN", "22681.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinformani għaliex il-canteen ta' l-Isptar Monte Carmeli qed jinżamm magħluq meta jkun hemm xi ħaddiema bil-leave, b'detriment għall- pazjenti li jkollhom joħorġu barra l-bini ta' l-isptar biex jixtru l- bżonnijiet tagħhom?", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rrimedjata s- sitwazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Informat li meta xi ħadd mill- impjegati jkun bil-leave jew bis-sick leave il-canteen ikollu jibqa` magħluq.", "Dan għax mhux possibbli li tqabbad lil xi ħadd ieħor biex temporanjament imexxi il-canteen peress li hemm involuti stocks u flus cash.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien napprezza t-tweġiba tal-Ministru pero' jirriżulta li dan il-fatt qed joħloq numru ta' problemi, mhux lanqas meta pazjent jiġi biex jaqsam it-triq ta' Ħ'Attard li tagħti għar-Rabat.", "Possibbli li ma nistgħux insibu xi rimedju temporanju biex ma nżidux il- gwaj?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-dipartiment huwa konxju ta' din il-problema u ovvjament qed jipprova jsib soluzzjoni għaliha iżda sal-lum għadu ma sabhiex.", "Pero' japprezza l-Onor.", "Interpellant li meta xi ħadd ikollu responsabbilta' ta' stocks u flus, mhux faċli li ssib lil xi ħadd ieħor biex jidħol biex jerfa' r-responsabbilta' ta' x'hemm u x'mhemmx.", "Minkejja dan kollu, kif għedtlek, qegħdin naraw kif tista' tiġi solvuta l-problema.", "SPTAR MONTE CARMELI – OVERTIME", "22682.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li supervisors f'Mount Carmel Hospital – u anke d-WTO - qed jiddaħħlu overtime biex jagħmlu xogħol ta' fattiga, imbagħad ħaddiema bi grad anqas mhux jiddaħħlu jagħmlu overtime?", "Jista' l- Ministru jara li ma jħallix din l-inġustizzja ssir mal-ħaddiema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-ewwel impjegati li jitqabbdu jagħmlu s-sahra fuq xogħol ta` tindif huma dawk l-impjegati li jagħmlu xogħol ta` fattiga.", "Meta l-fattigi jkunu daħlu kollha, warajhom jidħlu impjegati oħra skond kif imisshom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Lili ma jirriżultalix dan li qed tgħid int, Ministru.", "Lili jirriżultali li hemm uħud b'responsabbiltajiet f'ċerti unions partikolari .....", "(Interruzzjonijiet) Għal xi raġuni jew oħra l- fattigi m'humiex jidħlu għal dan l-overtime.", "Nitlob li jiġi investigat dan il-każ u forsi fi stadju aktar 'il quddiem wieħed ikun jista' jingħata risposta aktar konkreta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Hawnhekk informazzjoni dettaljata dwar min qed jieħu l-overtime m'għandix għaliex ovvjament qegħdin nitkellmu fuq proċedura ġenerali.", "Pero' jekk l-Onor.", "Interpellant huwa konxju li hemm xi nies li qegħdin jgħaddu minn din l-inġustizzja - jekk hu veru dan li qed jgħid - nitolbu jgħaddili l-ismijiet biex inkun nista' niċċekkja ma' l- amministrazzjoni ta' l-isptar.", "RABAT - GĦAR BARKA - TRASPORT", "22683.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani għaliex minkejja li l-parti mill-bankina fi Vjal il-Ħaddiem li tagħti għat-triq ta' Għar Barka r-Rabat twessgħet xhur ilu, it-traspost pubbliku ma ġiex estiż għall-komunita ta' Għar Barka?", "Jista' jara li jsiru l-arranġamenti neċessarji?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd) (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li s-sidien tal-karozzi tal- linja għadhom qed isibu numru ta' diffikultajiet biex jgħaddu minn dawk l- inħawi.", "RABAT – GĦERIEXEM - HOUSING ESTATE", "22684.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li anzjan ta' 80 sena li joqgħod f'Blk 3 Għeriexem housing estate ilu ġimgħat jirrapporta bozza maqtugħa, jista' l-Ministru jara li s- sitwazzjoni tiġi rrimedjata qabel ma dan il-povru jweġġa' serjament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li l-bozza li qed issir riferenza għaliha diġa nbidlet.", "BSE – TESTIJIET", "22733.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestewx it-testijiet tal-BSE fuq il- merħla tal-baqar?", "Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn it-testijiet?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li testijiet validati fid-dinja jsiru biss fuq karkassi.", "Fil-fatt id-dipartiment tas- servizzi veterinarji diġa għamel l-arranġamenti biex jibdew isiru dawn it- testijiet f'Malta.", "Dawn mistennija jaslu fil-bidu ta' Frar.", "Ninformah ukoll illi diġa' ntbagħtu tekniċi l-Irlanda biex jiġu mħarrġa fuq dawn it-testijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ġentilment nitlob lill-Ministru jiggwidani ftit kif qed tiġi handled u attwata l-aħħar ċirkolari tad- dipartiment tas-servizzi veterinarji, fejn intqal li laħam ta' tletin xahar mhux tajjeb li jiġi importat u naturalment lanqas huwa tajjeb biex jittiekel.", "Bil-maqlub l-istqarrija tgħid li laħam ta' tmintax-il xahar huwa dak rakkomandat.", "Xtaqt lill-Ministru jgħid x'se jiġri mil-laħam li naturalment hemm fil-cold rooms.", "F'dan il-każ x'inhuma d-diffikultajiet?", "Kif se jgħin il-gvern minħabba din id-diffikulta' li qed jiffaċċjaw dawn l- importaturi, ġaladarba dawn dejjem obdew id-direttivi maħruġa mid- dipartiment.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nimxu biċċa biċċa.", "(Interruzzjonijiet) Qabel xejn irrid ngħid li l-baqar u l-għoġġiela tagħna ma jiġux mitmugħa ġwies li jkun fih taħlita ta' meat and bonemeal.", "Issa t-testijiet fuq l- annimali li jiġu maqtula fil-biċċerija jsiru fuq dawk l-annimali kollha li għandhom iżjed minn 24 xahar.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li filwaqt li sal-lum fl-Ewropa jsiru testijiet fuq baqar u għoġġiela li jkollhom iżjed minn tletin xahar - għaliex ukoll dawn qegħdin jaħsbu biex ibaxxu l-eta' kif għamilna aħna - f'pajjiżna t-testijiet se jibdew isiru fuq iċ-ċanga kollha li tkun iżjed minn 24 xahar.", "Rigward l-importazjoni qegħdin ngħidu li ċ-ċanga li tiġi importata ma jridx ikollha iżjed minn 18-il xahar.", "Barra minn hekk, fuq iċ-ċanga importata rridu nkunu nafu ċerta informazzjoni, bħal per eżempju meta twieled l-annimal partikolari, f'liema razzett trabba, f'liema biċċerija ġie maqtul, f'liema packing station ġie ppakkjat, kif ukoll irridu nkunu ċerti li fuq l-istess ċanga jkunu saru t-testijiet biex jiġi ddeterminat li l-istess ċanga tkun BSE-free, ma jkunx fiha traċċi jew ma tkunx infettata bil-marda tal-BSE.", "Irrid ngħid li d-dipartiment diġa' xtara dawn il-kits - xtara b'Lm15,000 għal madwar 3,000 kit - u jekk Alla jrid fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew isiru t-testijiet kollha fuq iċ-ċanga li tiġi maqtula.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Id-domanda oriġinali tiegħi kienet dwar il- kwestjoni li llum qed jiffaċċja sia l-importatur u sia l-konsumatur, fis- sens li l-gvern kien hu li l-ewwel semma 30 xahar iżda mbagħad kellu second thoughts u niżżilha għal tmintax-il xahar.", "Apparti li b'hekk tkun ħloqt diffikulta' lir-ristoranti, lill-lukandi, lill-bejjiegħa tal-laħam u naturalment m'hemmx dubju anke lill-konsumatur, żgur li ħloqt problema kbira għall-importaturi għaliex sal-lum ħadd minnhom dawn ma jaf min se jikkumpensahom għal dan it-telf.", "Naturalment il-gvern irid jerfa' r- responsabbilita' tiegħu f'din il-biċċa xogħol għax kien hu li l-ewwel talab u nsista li jkun hemm din il-prattika, imbagħad biddel l-istess prattika jew rakkmandazzjoni li kien għamel qabel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, għall-bidu l-ewwel direttiva li ħarġet kienet tgħid li ċ-ċanga importata m'għandux ikollha aktar minn 24 xahar.", "Pero' rrid ngħid ukoll, biex inserraħ moħħ kulħadd, li anke fuq dik iċ- ċanga li setgħet ġiet importata ntalbet l-informazzjoni kollha.", "Nerġa' nirrepeti li l-informazzjoni li tintalab hija fejn tkun twieldet il-baqra, fejn trabbiet, f'liema biċċerija ġiet maqtula kif ukoll f'liema packing station ġiet ippakkjata.", "Issa biex inserrħu iżjed moħħ kulħadd, minħabba kwestjoni ta' food safety u minħabba s-saħħa tal-poplu, iddeċidejna li l-eta' taċ-ċanga importata nniżżluha għal 18-il xahar.", "Irrid ngħid li anke mill-informazzjoni li għandna bħalissa, anke fl- Ewropa qegħdin jaħsbu serjament jekk l-eta' jniżżluhiex taħt it-30 xahar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Li qed nifhem jien minn dak li qed jgħid il- Ministru hu li l-poplu huwa free li jiekol dak il-laħam xorta waħda, hux hekk?", "Hekk qed tgħid?", "Allura jekk qed tgħid hekk, għalfejn niżżilt l-eta' għal 18-il xahar u ma ħallejthiex kif kienet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Evidentement meta niżżilna l-eta' minn 24 xahar għal 18-il xahar għamilnieha għar-raġuni li l-gvern ried ikun aktar kawt.", "M'hemmx dubju li l-gvern qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex kemm jista' jkun jelimina l-possibbilta' li jkun hemm xi laħam infettat li jista' jiġi importat.", "Irrid nerġa' nfakkar li anke qabel, meta kien jiġi importat il-laħam, id-dipartiment tas-servizzi veterinarji kien jieħu l-prekawzjonijiet kollha bħalma qed jieħu llum biex jassigura ruħu li mhux qed jidħol laħam infettat.", "Kienu jittieħdu anke fi żmienek meta kont inti ministru, Onor. Farrugia.", "Iva, kienu jieħdu l-prekawzjonijiet kollha u jaraw iċ-ċanga minn fejn tiġi, jaraw il-baqra f'liema zona tkun twieldet, f'liema razzett trabbiet, f'liema biċċerija nqatlet u kienu jsiru t-testijiet kollha neċessarji biex jiġi ddeterminat li ma tiġi importata l-ebda ċanga infettata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ħalli nara jekk hux qed nifhem sew, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Id-domanda jekk jogħġbok.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, dawn huma affarijiet li qegħdin magħna.", "Forsi inti ma tesperjenzahomx għaliex ma tiltaqax man-nies, imma jien nista' ngħidlek li jiġu nies għandi b'ħafna problemi bħal dawn.", "MR SPEAKER: Iva, imma trid tapprezza wkoll li din hija t-tielet darba li qed inħallik tqum biex tagħmel supplementary question.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma ninsewx li dawn huma domandi li qed jagħmel il-konsumatur.", "Kif se jkun jaf il-konsumatur liema huwa l-beef ta' 18-il xahar u liema huwa l-beef ta' 24 xahar?", "Lil dawn in-nies x'se ngħidilhom, li jistgħu jieklu ċanga ta' 24 xahar?", "Nixtieq li nkun naf preċiż x'għandi nirrispondi jien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, iċ-ċanga li toħroġ mill-biċċerija jkun fiha ...", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Le, mhux ċanga lokali qed ngħid jien.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kollox sew, l-Onor.", "Membru qed titkellem fuq ċanga ta' barra.", "Kif jaf l-Onor.", "Farrugia, fuq il-kaxxa taċ-ċanga importata minn barra jkun hemm l-informazzjoni fejn tkun twieldet il-baqra.", "Jiġifieri l- konsumatur meta jmur għand tal-laħam jista' jgħidlu: Tista' turini l-kaxxa li fiha ġiet importata din il-biċċa laħam?", "U hemm ikun jista' jara d-data tat-twelid tal-baqra jew ta' l-għoġol.", "Imbagħad ikun hemm l-informazzjoni wkoll f'liema reġjun trabbiet il-baqra u anke f'liema razzett.", "Ikun fiha l-informazzjoni f'liema biċċerija nqatlet u jkun fiha wkoll fejn saru t- testijiet li ddeterminaw li ċ-ċanga hija BSE-free.", "Jiġifieri jkun hemm din l-informazzjoni kollha.", "U minn dan joħroġ biċ-ċar li l-konsumatur jista' jserraħ moħħu għaliex ikun jaf l-informazzjoni kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iżda peress li l-gvern qed jirrakkomanda l- importazzjoni ta' ċanga li m'għandiex aktar minn 18-il xahar, dik ta' l-24 xahar hija tajba jew le għall-ikel?", "Iva jew le?", "Ħażin għall-bniedem jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nimxu pass pass.", "Meta sa ftit xhur ilu d-dipartiment kien iddeċieda li jimporta ċanga li ma jkollhiex iżjed minn 24 xahar, nista' ngħid li dik iċ-ċanga kienu jsiru t-testijiet kollha neċessarji fuqha; jiġifieri s'hemmhekk safe.", "Mela biex inkunu iżjed safe fejn tidħol is-saħħa pubblika ddeċedejna li nniżżlu l-eta' minn 24 xahar għal 18-il xahar biex nassiguraw dejjem iżjed li l-istess ċanga li tiġi importata ma tkunx infettata b'xi marda.", "Din hija l-istorja kollha.", "Jiġifieri qabel konna qegħdin ngħidu li ċ-ċanga li tiġi importata ma jkollhiex iżjed minn 24 xahar meta tiġi maqtula, u kienu jsiru t-testijiet kollha fuqha ta' traceability u l-affarijiet kollha li semmejt.", "U biex żgur inserrħu dejjem iżjed moħħ kulħadd u biex żgur neliminaw kull possibbilta' li jista' jkun hemm ta' xi ċans ta' xi laħam infettat, iddeċedejna li l-laħam li jiġi importat meta jiġi maqtul ma jkollux iżjed minn 18-il xahar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tad- dipartiment tas-servizzi veterinarji fir-rigward tal-hormone growth treatment u fuq il-kwestjoni tal-beef li jkun suġġett għall-genetic modification.", "F'dan ir-rigward hemm xi tip ta' kontrolli fuq l- importazzjoni jew le?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nista' ngħid li l-mod kif jiġi ppreparat il-ġwies lokalment ma fihx ingredjenti ta' meat and bonemeal.", "Ovvjament id- dipartiment tas-servizzi veterinarji meta jiġi biex jagħmel riċerka fuq l- importazjoni jiġi mitlub il-parir biex jiċċekkja li l-għalf ma jkunx fih dan l-ingredjent magħruf bħala MBM.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni li tressqu l-qorti mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22989;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' ħaddiema nisa fis-settur tax-xogħol f'Novembru 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22993; u", "Tagħrif dwar il-ħidma tas-social welfare development programme (SWDP), bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23016.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): F'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li żaru l-mużewijiet matul l-2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23135; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni li kontrihom ittieħdu proċeduri kriminali minħabba l-imġiba tagħhom f'Ta' Qali, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "23189.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RATIFIKA TA' TRATTATI (SANT'ANĠLU)", "RATIFICATION OF TREATIES (ST.", "ANGELO) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Jannar 2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, ma' l-ewwel daqqa ta' għajn jista' jidher li dak li qed niddiskutu llum, jiġifieri t-trasferiment tal-Forti Sant' Anġlu lill-Ordni tal-Kavallieri skond arranġament u ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann, jista' jinteressa biss lil min jinteressa ruħu fil-wirt storiku, fil-wirt arkitettoniku u fil-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Pero' jekk naħsbu bis- serjeta' dwar dak li għandu jsir, mhux il-ġebel u l-wirt storiku għandu jinteressana iżda n-nies li jgħixu fl-inħawi tal-Kottonera u l-iżvilupp li hemm bżonn biex dawn in-nies ikollhom kwalita' ta' ħajja aħjar.", "Jekk illum irridu niddiskutu tassew x'għandha tkun ir-raġuni aħħarija għalfejn qed niddiskutu dak li qed niddiskutu, għandu joħroġ ċar li m'aħniex niddiskutu r-restawr tal-bini, ir-restawr tal-ġebel, jew li qed nipprovaw nirxuxtaw xi imgħoddi li ilu li spiċċa.", "Jekk irridu nkunu serji, dak li qed niddiskutu għandu jgħin - jekk ikun maħsub sew u jekk jitwettaq sew - biex jagħti futur ġdid lin-nies tal-Kottonera.", "Jekk dak li qed nagħmlu jirnexxi u parti ewlenija minn Malta tingħata lill-Ordni tal- Kavallieri b'ċerti kondizzjonijiet, dan għandu jkun mezz għall-qawmien soċjali u ekonomiku ta' l-inħawi.", "Pero' dan il-qawmien soċjo-ekonomiku ta' l-inħawi tal-Kottonera mhux se jiġri awtomatikament għaliex sempliċement ngħaddu bini lil xi entitajiet jew lil xi organizzazzjonijiet imma għandu jkun maħsub programm kbir u wiesa' li jittratta ħafna aspetti tal-ħajja differenti.", "Issa hawnhekk nixtieq nistaqsi: Dan il-ftehim qed jgħin biex ikun parti minn pjan soċjo-ekonomiku ġenerali għall-inħawi ħalli n-nies tal-post jgħixu kwalita' ta' ħajja ħafna aħjar milli qed jgħixu?", "Il-gvern għandu dan il-qafas ta' żvilupp ġenerali ta' l-inħawi biex jgħin lin-nies tal- Kottonera jgħixu ħajja aħjar?", "Jien naħseb li dan it-trasferiment ta' proprjeta' lill-Ordni tal-Kavallieri għandna nħarsu lejh f'dan il-qafas ta' kemm se jservi biex jgħin lin-nies tal-post jgħixu ħafna aħjar milli qed jgħixu bħalissa.", "Fil-fatt naħseb li fl-iżvilupp li qed iseħħ fl-inħawi u fit-trasferiment tal-Forti ta' Sant'Anġlu m'hemmx pjan ġenerali soċjali u ekonomiku koordinat.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li tieħu inizjattivi biex isiru ċerti żviluppi fl- inħawi ma jfissirx li awtomatikament se jgawdu n-nies tal-post minnhom.", "Biex igawdu n-nies tal-post irid ikun pjan kordinat maħsub li l-għanijiet ewlenin tiegħu jkunu proprju biex igawdu n-nies tal-post.", "Qed ngħid dan għax jista' jkollok dak li jissejjaħ enclave development – dan ġara Malta kif ukoll barra minn Malta - fejn l-iżvilupp li jkun qed iseħħ ikun magħluq fih innifsu u l-effett, l-impatt u l-benefiċċji li jista' jkun hemm għan-nies ta' l-inħawi ma jkunu xejn jew ikunu ftit li xejn.", "Jien naħseb li hemm bżonn impenn serju għall-iżvilupp tal-komunita' tal-Kottonera, imma dan irid ikun żvilupp sħiħ fejn iridu jaħdmu flimkien oqsma differenti, nies mill-oqsma tas-saħħa, nies mill-oqsma ta' l- edukazzjoni, nies mill-oqsma tal-ħarsien soċjali u nies li jaħdmu fl-oqsma tad-djar biex in-nies ikollhom djar aħjar.", "Is-settur privat ukoll irid joħroġ b'inizjattivi ekonomiċi għax mingħajr żvilupp ekonomiku ma jistax ikollok żvilupp soċjali.", "Il-forzi ta' l-ordni pubbliku wkoll iridu jagħtu sehemhom fil-ġlieda kontra l-kriminalita' u kontra t-tixrid tad-drogi.", "Per eżempju, l- għaqdiet non-governattivi li ċertament għandhom sehem importanti ħafna x'jagħtu flimkien mal-kappillani u l-kunsilli lokali, iridu jkunu f'rabta sħiħa ta' koperazzjoni għaliex il-problemi tan-nuqqas ta' żvilupp ekonomiku, il-problemi tal-qgħad ̧ il-problemi tan-nies li jħossuhom imwarrba mis-soċjeta' u l-problemi ta' dawk li m'għandhomx biżzejjed dħul u biżżejjed opportunitajiet biex itejbu ħajjithom, ma tistax issolvihom billi tagħti kas il-qasam tas-saħħa biss, il-qasam ta' l-edukazzjoni biss, il-qasam tax-xogħol biss jew il-pulizija biss.", "Dawn kollha flimkien iridu jagħmlu sforz li jrid jorbot flimkien it-tiġdid ekonomiku, urbanistiku u l- qawmien soċjali.", "Jekk waħda ssir mingħajr l-oħra mhux se jkun żvilupp tal-komunita' u żvilupp sħiħ.", "Jien il-mistoqsija tiegħi hija din: Il-mod kif qed isir it-trasferiment tal-Forti ta' Sant'Anġlu, kemm se jgħin biex ikun hemm dan l-iżvilupp sħiħ fil-komunita' tal-Kottonera li jgawdu minnu n-nies ta' hemmhekk minħabba t-tiġdid ekonomiku u urbanistiku li jista' jġib?", "L-għan aħħari tagħna għandu jkun mhux biss li nsalvaw il-ġebel ta' bini storiku iżda li nagħtu tama ġdida lin-nies tad-demm u l-laħam li jgħixu fl- inħawi.", "Għandna nkunu kontra żvilupp li jsir b'dahru lejn in-nies tal-post jew żvilupp kontra n-nies tal-post, biex ngħid hekk.", "Il-fatt li f'post ikun qed isir żvilupp ma jfissirx li n-nies tal-post se jgawdu minnu awtomatikament.", "Fil-fatt il-biża' tiegħi hi li fl-iżvilupp li hemm ippjanat li jseħħ fl-inħawi m'hemmx rabta ma' l-iżvilupp tal-komunita', apparti l-fatt li ċerti aspetti ta' l-iżvilupp anke tal-proġett tal- Kottonera, għallinqas minn dak li rajna s'issa fid-disinji li ġew murija lill-pubbliku, hemm aspetti li aktar se jħassru l-ambjent ta' rikkezza storika kbira li hemm fl-inħawi.", "Irridu niftakru li min ippjana s-swar, il-fortizzi, il-Port il-Kbir, Marsamxett u l-Forti Sant'Anġlu dawn rahom kollha bħala unita' waħda u nibża' li ċerti aspetti tal-proġett tal-Kottonera se jħassru l-inħawi minħabba li se jitħallew jinbnew strutturi li ma joqgħodux fl-inħawi u li jħassru d-dehra tas-swar.", "Jien nemmen li jekk il-pjan għall-iżvilupp tal- Kottonera ma jkunx integrat u ma jkunx hemm pjan sħiħ kordinat u integrat li jżomm l-aspetti kollha bilanċjati flimkien mhux pass fid-driezzjoni t- tajba tkun qed tagħmel imma tkun qed tħassar l-inħawi.", "Per eżempju, hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija dwar iċ-ċentru ta' restawr ta' Bighi.", "X'qed jieħdu minnu dan in-nies tal-post?", "Fil-pjan oriġinali li kellna aħna għaċ-ċentru tar-restawr f'Bighi u li miegħu konna bdejna nitkellmu bis- serjeta' mal-Kunsill ta' l-Ewropa fuq is-sehem li għandu jagħti dan iċ- ċentru, konna rajna x'benefiċċji għandu jkun hemm għan-nies tal-post.", "Fil-fatt wieħed mill-għanijiet ewlenin li kien se jkollna, minbarra li jsiru l-korsijiet avvanzati li għandhom isiru, li jistgħu jkunu anke f'livell post-sekondarju u terzjarju u allura tkun trid kwalifiki akkademiċi ta' ċertu livell biex tkun tista' ssegwi dak il-kors ....", "Bħalissa qed niftakar b'għożża fid-direttur kulturali tal-Kunsill ta' l- Ewropa, Jose' Maria Ballester, li huwa bniedem ħabib ta' Malta u taħt amministrazzjonijiet differenti xtaq jagħti s-sehem tiegħu biex niżviluppaw il-wirt kulturali u l-wirt storiku tagħna flimkien ma' l-iżvilupp soċjali, bniedem li bir-raġun irid jara dawn l-affarijiet marbutin flimkien għax ma tistax tkun sensittiv biss lejn is-swar u lejn il-ġebel tal-fortizzi u ma tkunx sensittiv ukoll lejn in-nies tad-demm u l-laħam li jgħixu fl-inħawi, għaliex inkella s-sensittivita' lejn il-ġebel u lejn il-fdalijiet storiċi ssir perversita'.", "Aħna konna bdejna naħsbu flimkien ma' Dr Ballester, mal-UNESCO u ma' ċerti ċentri, fosthom maċ-ċentru tar-restawr ta' Venezja, biex nibdew infasslu skemi ta' taħriġ f'xogħlijiet ta' restawr ta' ċertu livell għal żgħażagħ li joqogħdu fl-inħawi li ħafna drabi jkunu mingħajr il-kwalifiki u snajja' meħtieġa.", "S'issa dan għadna ma smajna xejn dwaru u din hija opportunita' li qed tintilef għaliex fi żmien li suppost hemm pjan għall- iżvilupp tal-Kottonera, suppost li x-xogħol ta' restawr, bħal per eżempju, ir-restawr tal-ġebel u r-restawr ta' l-injam, jagħmluh żgħażagħ li jkun tħarrġu f'dan ix-xogħol.", "Per eżempju, il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO taw is-sehem tagħhom f'postijiet bħal Spanja, fejn żgħażagħ bla xogħol li ġew imħarrġa, waqqfu koperattivi bejniethom u għamlu xogħol ta' restawr f'inħawi li qabel kienu mitluqin.", "Fil-fatt f'dawn il-postijiet mhux biss il-fdalijiet storiċi kienu abbandunati imma wkoll in-nies li kienu jgħixu hemmhekk.", "Għalhekk ir- riġenerazzjoni urbana u t-tiġdid ta' l-inħawi għandu jseħħ id f'id mat- tiġdid tan-nies tal-post.", "Il-bqija ma jkun tiġdid u żvilupp xejn imma sempliċement inkunu qed naqbdu partijiet sbieħ u importanti minn pajjiżna u ngħadduhom lill-barranin mingħajr ma n-nies tal-post igawdu minnhom.", "Per eżempju, jien għadni ma smajt xejn dwar pjani miċ-ċentru tar-restawr biex joffri skemi ta' taħriġ u skemi ta' apprendistat għan-nies tal-post.", "Jekk iż-żgħażagħ tal-post jiksbu dawn is-snajja' fil-ħiliet meħtieġa tar- restawr, imbagħad fl-inħawi stess, anke fil-Forti Sant' Anġlu, ikun hemm opportunita' ta' xogħol u opportunita' ta' avvanz personali u ekonomiku u dak huwa l-aqwa tip ta' żvilupp.", "Per eżempju, jien ninsab diżappuntat, bħalma huma diżappuntati sħabi, li l-gvern ma kompliex fit-triq tal-pjan ta' żvilupp soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta li kien ġie mfassal fiż-żmien gvern Laburista.", "Naħseb li din hija pika stupida u partiġġjana.", "Jien niftakar lill-Onor.", "Lawrence Gonzi u lill-Onor.", "Louis Galea, f'laqgħa li kien hemm fil-kulleġġ De La Salle, jgħidu li jaqblu ma' dan il-pjan soċjo-ekonomiku għan-naħa ta' isfel ta' Malta, pjan li jagħti kas it-tiġdid ekonomiku, it-tiġdid soċjali u t-tiġdid edukattiv li kollha jridu jmorru flimkien pero' hija ħasra li l-gvern abbanduna għal kollox dak il-pjan ta' żvilupp li kien għadu biss fil-fażi ta' tfassil u kien għad baqgħalu l-aktar parti importanti fejn in-nies imbagħad jibdew igawdu mill-benefiċċju tiegħu meta jibda jitwaqqaf u jitwettaq.", "Il-gvern abbanduna wkoll inizjattiva li kienet bdiet tissawwar għall- proġett ta' l-iżvilupp tal-komunita' tal-Kottonera.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq li tiftaħ casino jew fuq li tagħti l-Forti Sant Anġlu biex jintuża.", "Dawk kollha huma affarijiet importanti imma jekk mhux se jkun hemm impenn serju, kif m'hemmx, biex jiġu żviluppati l-ħiliet u n-nies tal-post, allura jkun żvilupp b'nuqqasijiet serji għax iħalli barra l- aspett uman u l-aspett soċjali.", "Aħna konna qed infasslu proġett għall-iżvilupp tal-komunita' tal- Kottonera u konna diġa' bdejna nieħdu ċerti inizjattivi li fihom konna qed indaħħlu l-Kunsill ta' l-Ewropa, il-UNESCO u l-għaqda dinija tas-saħħa.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-proġett tal-vision screening, proġett żgħir imma li jagħmel differenza kbira lill-inħawi u lin-nies u lit-tfal tal- post. Safejn naf jien dan il-proġett żgħir li jiswa ftit flus imma li jagħti tama ġdida lit-tfal tal-post li minn studji li saru minn tabib tal- post instab li jekk minn eta' żgħira t-tfal ikollhom problemi tal-vista titħarbtilhom il-ħajja tagħhom jekk ma jindunawx biha u jekk ma tgħinhomx minn kmieni, ġie abbandunat.", "Dan meta aħna konna bdejna dan il-proġett tal-vision screening biex naraw x'inhuma n-nuqqasijiet ta' dawk it-tfal tal- post ta' eta' żgħira.", "Huwa żgur li n-nies u t-tfal ta' dawn l-inħawi, speċjalment ta' Bormla u ta' l-Isla, għandhom bżonn skejjel aktar diċenti għaliex ikollna żvilupp żbilanċjat jekk min-naħa waħda ċerti inħawi tagħtihom imbuttatura kbira u mbagħad ikollok skejjel żdingati, abbandunati u bla spazju.", "Mhuwiex sew li dawn l-iskejjel ma jkunux mgħammra tajjeb u t-tfal ma jkollhomx fejn jilgħabu.", "Dan jgħodd ukoll għall-faċilitajiet taż-żgħażagħ.", "Dawn l- iżviluppi fil-komunita' hemm bżonn li jseħħu u jridu jkunu id f'id ma' l- iżvilupp li jkun qed iseħħ fl-inħawi.", "Il-bqija se jkollna żvilupp żbilanċjat li ma jkun żvilupp xejn.", "U min isegwi t-tfal u ż-żgħażagħ ta' l- inħawi jaf bil-problemi kbar li għandna hemmhekk fejn tfal m'humiex jirnexxu biżżejjed fl-edukazzjoni tagħhom.", "Ovvjament dan ikompli jkabbar il-problema li hemm fl-inħawi.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota minn teżi li ġiet sottomessa s-sajf li għadda minn tfajla li tgħix fl-inħawi, ċerta Ingrid O'Brien.", "Din it-tfajla li llum saret għalliema titkellem fuq il-bżonn li l-Kottonera tiġi dikjarata żona ta' prijorita'.", "Din tgħid li:", "\"Il-Kottonera hija żona ta' prijorita' u dan sar fatt magħruf fost għaqdiet governattivi.", "Madankollu li dan il-fatt ikun miktub fuq il-karta biss mhuwiex biżzejjed.", "Għandha tittieħed azzjoni biex din iż-żona terġa' tqum fuq saqajha.\"", "Minn meta ħareġ ir-rapport jew aħjar il-pjan reġjonali soċjo-ekonomiku ta' Malta fi Frar ta' 1998, pjan li issa ġie mwarrab minn gvern Nazzjonalista, fejn il-Kottonera ġiet iddikjarata bħala żona ta' prijorita', għadu ma sar xejn.", "Għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex titranġa s-sitwazzjoni f'din iż-żona.", "Kull sena r-riżultati jixhdu li l- qagħda tal-Kottonera sejra għall-agħar iżda ħadd m'hu qiegħed jagħti kas ta' dan.", "Kulħadd jaħseb kif u meta se jibda l-proġett tal-bini tal- Kottonera u ħadd ma jaħseb biex itejjeb il-qagħda soċjali u ekonomika ta' din iż-żona.", "Issa din l-istudenta li semmejt kienet qed tistħarreġ kif sejrin it-tfal li jmorru fl-iskejjel tal-gvern tal-lokal u x'opportunitajiet qed ikollhom hemmhekk biex jieħdu l-edukazzjoni li tixirqilhom.", "Fil-fatt nafu li f'dawk l-inħawi għandna problema serja ta' kemm it-tfal fil-fatt m'humiex jirnexxu fl-edukazzjoni tagħhom.", "Din tkompli hekk:", "\"L-eżami għad-dħul fil-junior lyceum jixhed li minn sena għall-oħra l- istudenti kważi dejjem sejrin għall-agħar u n-numru ta' dawk li jgħaddu huwa minimu jew aħjar insinifikanti meta mqabbel ma' skejjel oħra.", "Il-marki ta' l-eżami tal-Malti juruk b'mod ċar li hemm problemi serji ħafna ta' illitteriżmu għax hemm ħafna tfal li ma jafux jiktbu u jaqraw bil-Malti.", "Sabiex tkun verament żona ta' prijorita' hemm bżonn ta' aktar fondi biex tittejjeb l-edukazzjoni.", "Dan għandu jsir fiż-żoni kollha ta' prijorita'.", "Madankollu l-fondi li jingħataw għadhom l- istess bħas-snin mgħoddija.", "U xi ngħidu għall-għalliema li jgħallmu hawnhekk?", "Kif jista' jkun li l-istudenti li diġa' għandhom problemi serji fl-edukazzjoni jmorru 'l quddiem meta għad fadal bosta għalliema li jiġu jgħallmu f'dawn l-inħawi li m'għandhomx il-kwalifiki neċessarji?", "Fit-tliet irħula - l-istudju tat-tfal tal-Kottonera kien studju komparattiv mat-tfal ta' Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħ'Attard - hemm numru kbir ta' għalliema li temmew il-korsijiet fl-Universita' jew fil-kulleġġ li jikkwalifikawhom bħala tali.", "Ladarba nafu li l- Kottonera hija żona ta' prijorita' hemm bżonn immedjat li jintbagħtu għalliema ggradwati biex jieħdu post l-instructors, forsi bil-mod il- mod il-qagħda tal-Kottonera tibda tiċċaqlaq.\".", "Jien nieħu gost li studju bħal dan li huwa fuq l-edukazzjoni tat-tfal jorbot ma' l-iżvilupp ta' l-inħawi u mat-tiġdid urbanistiku.", "Din it-tfajla tagħlaq l-istudju tagħha billi tgħid hekk:", "\"Ilna nisimgħu ħafna fuq il-qagħda soċjali u edukattiva fil-Kottonera.", "Iżda li tisma' u tikteb biss mhux biżejjed.", "Hemm bżonn li jittieħdu passi biex forsi xi darba din iż-żona terġa' tikseb l-istima li kellha qabel.\"", "Din ir-riċerka turi l-qagħda edukattiva fl-aħħar tal-millennju, iżda għalkemm kulħadd jaf il-bżonnijiet ta' din iż-żona, xorta ma sar l-ebda proġett tal-millennju biex intejbuh.", "X'se jiġri issa?", "Se nħallu dawn il- lokalitajiet imorru aktar għall-agħar?", "Il-bini ta' proġetti ġodda u restawr ta' oħrajn m'humiex biżżejjed biex tgħin lis-soċjeta' timxi 'l quddiem.", "Wasal iż-żmien li kulħadd ikun litterat.", "Ma jistax ikun li l- iskejjel jibqgħu jipproduċu studenti illitterati.", "Hemm bżonn ta' sistema edukattiva aħjar fejn jintbagħtu għalliema kwalifikati bħala tali sabiex dan il-proġett jimxi 'l quddiem.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nsewwu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Huwa minnu li l-frott ta' dan ix-xogħol idum biex jidher imma ta' min jipprova jsib din is-soluzzjoni.", "Għalhekk nerġa' ninsisti li l- iżvilupp tal-post irid ikun żvilupp sħiħ li jaħseb dwar l-aspetti kollha.", "Minbarra li trid tingħata spinta, li mhux qed tingħata, lit-tfal ta' l- inħawi biex ikollhom skejjel u edukazzjoni aħjar, għandna mbagħad il- problema serja ta' kif qed nieħdu ħsieb jew kif m'aħniex nieħdu ħsieb il- ħarsien tal-wirt storiku u kulturali li l-Forti Sant'Anġlu huwa parti minnu.", "Għandna frammentazzjoni sħiħa u responsabbiltajiet maqsuma bejn id-dipartiment tal-mużewijiet li jaqa' taħt il-ministru ta' l-edukazzjoni, it-taqsima tar-restawr li taqa' taħt il-ministru għall-ambjent u l- awtorita' ta' l-ippjanar li taqa' taħt il-ministeru ta' l-intern.", "Kulħadd għandu l-imperu u t-territorju tiegħu u ħafna drabi dawn minflok jikkoperaw flimkien joqgħodu jiġġieldu għat-territorju u għall-kontroll tagħhom.", "Għalhekk hemm bżonn issir kordinazzjoni strutturali.", "Ikollna ċans nitkellmu aktar fit-tul dwar dan meta niddiskutu r-riformi li qed jitressqu fl- awtorita' ta' l-ippjanar u meta forsi din is-sena, jekk il-gvern iżomm kelmtu, iressaq il-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku.", "Per eżempju, l-istudju dettaljat li kien tressaq f'Ġunju ta' l-1998 - dan kien sar bil-koperazzjoni teknika u bil-konsulenza mal-Kunsill ta' l-Ewropa - li kien sar minn Dr Robert Pickard fih ħafna suġġerimenti u rakkmandazzjonijiet dwar kif il-wirt storiku u kulturali għandu jkun riżorsa ewlenija fil-pajjiż, kemm għat-tisħiħ ta' l-identita' u l-iżvilupp ta' l-identita' nazzjonali tagħna, kif ukoll bħala riżorsa ewlenija fit- turiżmu kulturali u fil-mod ta' kif inħajru u niġbdu n-nies jiġu fostna.", "Pero' biex isir dan irid ikun hemm pjan - mal-Kunsill ta' l-Ewropa konna qegħdin nitkellmu fuq pjan nazzjonali, kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex - ta' kif jitħares u jitmexxa l-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna għaliex s'issa għadu qatt ma sar pjan koordinat.", "Kollox isir bl- ispirtu pront u bl-iskossi; daqqa naqbdu hawn u daqqa naqbdu hemm.", "Ħafna drabi jkun jiddependi minn liema distrett ikun ġej il-ministru; jekk ikun ġej min-naħa f'daqqa waħda jibdew jiġu restawrati partijiet minn dik in- naħa, u jekk ikun ġej min-naħa oħra jibdew jiġu restawrati partijiet min- naħa oħra!", "Minħabba l-ammont kbir ta' wirt storiku u kulturali li għandna f'pajjiżna kif ukoll minħabba t-territorju żgħir tagħna, il-Kunsill ta' l-Ewropa kien interessat ħafna li jara lil Malta u lil Għawdex bħala post fejn jista' jagħmel, għall-ewwel darba, masterplan għall-managment tal-heritage.", "Dan ma jkunx masterplan lokali, kif ħafna drabi jagħmel il-Kunsill ta' l- Ewropa, imma jkun masterplan għat-territorju nazzjonali kollu u bir- rikezzi ta' mill-inqas 7,000 sena storja li tmur mill-preistorija saż- żmenijiet moderni.", "Dan ifisser li f'territorju daqshekk żgħir u konċentrat ikollok ammont enormi ta' wirt storiku li l-gvern waħdu żgur ma jiflaħx jieħu ħsiebu.", "Per eżempju, biżżejjed insemmu li fl-inventarji li saru matul iż-żmien tal-bini storiku skedat li għandna fostna nsibu li m'għandniex riżorsi biex nieħdu ħsieb dawn il-postijiet kollha.", "Jekk m'inix sejjer żball siti preistoriċi għandna madwar 300 imferrxin ma' Malta u Għawdex li jekk ma neħdux ħsiebhom biżżejjed għad inqumu filgħodu u nsibuhom borġ ġebel.", "Aħna naħsbu mill-ewwel f'Ħaġar Qim, fl- Imnajdra u fil-Ġgantija, pero' għandna postijiet preistoriċi importanti ħafna mferrxin ma' Malta u Għawdex illi għandhom bżonn jiġu żviluppati fil- pjani għall-qawmien soċjo-ekonomiku ta' l-inħawi.", "Per eżempju, min-naħa għall-oħra tat-territorju ta' l-Imġarr ta' Malta hemm ħafna fdalijiet preistoriċi u Rumani li huma mitluqa u li jistgħu jservu biex jagħtu ħajja ġdida lill-komunita'.", "Pero' ċertament hemm bżonn ta' pjan nazzjonali ta' kif tassew se nużaw dan il-wirt storiku u kulturali kbir li għandna f'pajjiżna, li Sant'Anġlu huwa biss parti importanti minnu.", "Mr Speaker, mhux biss għandna bżonn nagħmlu koordinazzjoni strutturali u pjan nazzjonali f'dan il-qasam imma għandna bżonn ukoll - din hija xi ħaġa li rrikkmandaha l-Kunsill ta' l-Ewropa u li s'issa, safejn naf jien, għadu ma sar xejn - linji gwida ċari ta' kif isiru x-xogħlijiet ta' restawr.", "Dan kollu jrid isir bi sħab anke mal-knisja peress li hemm ħafna postijiet ta' valur storiku li jaqgħu taħtha.", "Pero' ħafna drabi, r- restawr, in-nuqqas ta' restawr u l-vandaliżmu f'dawn il-postijiet jiddependi mill-personalita' tas-superjur ta' dik l-ordni u jekk dan ikun sensittiv lejn il-wirt storiku jieħu ħsiebu u jekk ma jkunx, jivvandalizzah u jagħmillu l-ħsara.", "Għandna bżonn guidelines ċari ta' kif isiru x- xogħlijiet tar-restawr, tal-konservazzjoni u tal-preservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali tagħna.", "Dan għandna bżonnu anke għall-Sant'Anġlu nnifsu għax hemmhekk irid isir xogħol importanti.", "Meta nitkellmu fuq Sant'Anġlu nafu li qed nitkellmu fuq sit ta' importanza kbira f'pajjiżna li aktarx kien importanti diġa' minn żmien il-preistorja u aktarx li fil-post hemm anke fdalijiet megalitiċi, għalkemm m'għandniex provi ċari ta' dan għax għadu qatt ma saru skavi arkeoloġiċi serji.", "Is-sejbiet arkeoloġiċi li kellna s'issa tista' tgħoddhom fuq id waħda pero' fil-post hemm valur storiku kbir.", "Biżżejjed insemmu l-Kappella ta' Sant'Anna u d-Dar tal-Kaptan.", "Fil-fatt hemm ħjiel li dan il-bini kien hemm diġa' qabel il-wasla tal-Kavallieri u li aktarx kien jeżisti wkoll fis- seklu 14.", "Per eżempju, fl-ewwel volum ta' l-istorja tal-Birgu nsibu li fi studju li għamel Prof. Anthony Bonanno dan jirrikkmanda li proprju f'Sant'Anġlu jrid isir xogħol serju ħafna ta' restawr u skavar arkeoloġiku b'mod sensittiv.", "Hemm ħafna affarijiet li rridu nagħtu kashom u allura huwa importanti ħafna li x-xogħol isir b'mod serju, b'mod sensittiv u b'mod li ma ssirx ħsara.", "M'hemmx dubju li Sant'Anġlu ra żmenijiet aħjar u ra żmenijiet agħar milli jinsab fih illum.", "Per eżempju, wara li nbniet il-Belt Valletta u l-kavallieri ċċaqalqu lejn din in-naħa tal-Port il-Kbir – dan insibuh ukoll fl-arkivju ta' l-Ordni tad- 29 ta' Ottubru ta' l-1692, jiġifieri 308 snin ilu - il-bini f'Sant'Anġlu lanqas biss kien għadu tajjeb għas-suldati li kienu stazzjonati hemmhekk għax kienet tidħol ix-xita u dawn kienu fil-periklu kontinwu li jindifnu hemmhekk.", "Fil-fatt il-bini ta' Sant'Anġlu kien beda jieħu ftit tar-ruħ meta bdew jużawh l-Ingliżi għall-iskopijiet tagħhom.", "Kif diġa' għedt, fil- post għandna l-Kappella ta' Sant'Anna, waħda mill-isbaħ kappelli li għandna f'pajjiżna.", "L-istudjużi ma jaqblux fuq meta nbniet u min bniha din il- kappella.", "Li nafu żgur huwa li fl-1430 fl-istess post kien hemm dak li fil- Medju Evu kien jissejjaħ il-castrum mares li kien jieħu ħsiebu ċertu Gutierrez da Nava.", "Imbagħad meta fl-1530 ġew il-Kavallieri kienu żviluppaw din il-kappella pero' l-istudjużi ma jaqblux dwar il-mod kif żviluppawha u x'daħħlu fiha.", "Mr Speaker ̧ jien dalgħodu tbissimt meta f'paġna 11 tal-ġurnal \"in- nazzjon\" rajt it-titlu \"Malta żżomm is-sovranita' fuq Sant Anġlu\".", "L- istess nies li jiftaħru li qed iżommu s-sovranita' ta' kull rokna ta' pajjiżna lesti jċedu din is-sovranita' lit-territorju sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea!", "La l-gvern kien tant bravu u għaqli li jagħmel arranġament ma' l- Ordni tal-Kavallieri biex iżomm is-sovranita' fuq Sant'Anġlu, kemm għandu jkun aktar bravu u għaqli li ma' l-Unjoni Ewropea jirranġa biex iżomm is- sovranita' fuq it-territorju kollu ta' Malta u Għawdex ukoll!", "Kienet saret frattarija sħiħa dwar il-proposta tal-Partit Laburista li ried arranġament speċjali biex l-Ordni ta' San Ġwann tuża l-forti bħala kwartieri ġenerali tagħha, ħalli b'hekk ikun jista' jiġbed lejh ħafna turisti minn inħawi differenti tad-dinja.", "Din il-proposta kienet ġiet ippreżentata b'mod bizzarr bħala xi ħaġa li toħloq xi stat ġo stat u b'Malta titlef mis-sovranita' tagħha.", "L-idea tal-Partit Laburista kienet li hemmhekk ikun ta' attrazzjoni speċjali biex tinħoloq attivita' ġdida fil- Kottonera u f'Malta.", "Kif diġa' tajt ħjiel fil-bidu, jien nibża' li bl- arraġament li qed jipproponi l-gvern ma jinħoloq l-ebda qafas serju biex il- Forti ta' Sant'Anġlu jintuża fil-potenzjal sħiħ tiegħu.", "Jien diġa' għedt li l-wirt storiku ta' pajjiżna huwa riżors ewlieni kemm għat-tisħiħ ta' l- identita' tagħna kif ukoll għall-ħolqien tal-ġid pero' l-gvern mhux qed jagħmel dan, mhux biss f'Sant'Anġlu iżda wkoll fil-bqija tal-pajjiż.", "Jien ma nara l-ebda inizjattiva serja biex insalvaw u niżviluppaw il-wirt storiku tagħna u ħafna minnu qed jitħalla abbandunat u qed jinqered.", "M'hemm l-ebda pjan strateġiku għall-ħarsien u l-iżvilupp tiegħu.", "Jien kont iddiżappuntat ħafna meta dan l-aħħar f'dan il-parlament iddiskutejna l-inċentivi għall-iżvilupp industrijali u l-gvern m'aċċettax il-proposta tagħna li fost l-oqsma li għandhom jikkwalifikaw għal dawn l- inċentivi għandu jkun hemm il-qasam tal-ħarsien, ir-riabilitazzjoni, il- preżentazzjoni u l-iżvilupp tal-wirt storiku u kulturali tagħna.", "Hemm ħafna xi jsir fil-mod kif insalvaw u nippreżentaw il-qasam tal-wirt storiku u kulturali tagħna u naħseb li l-gvern fis-seklu 21, meta aġġornajna l- inċentivi għall-iżvilupp industrijali u ekonomiku ta' pajjiżna, missu ra li anke proġetti bħal dawn għandhom jikkwalifikaw għall-inċentivi, kif jikkwalifikaw proġetti oħra.", "Kif diġa' għedt, il-gvern waħdu żgur li m'għandux il-fondi pubbliċi biex isalva u jippreżenta aħjar il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Hemm bżonnijiet kbar u l-wirt storiku tagħna huwa mifrux ħafna.", "Il-Partit Laburista dejjem għamilha ċara li jaqbel li dan ix-xogħol isir bi sħubija ma' gvernijiet oħrajn, bħas-settur privat, organizzazzjonijiet bħall-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann u għaqdiet volontarji, pero' għandu jkun hemm qafas serju kif isir dan ix-xogħol u kif isseħħ din is-sħubija.", "Dan il-ftehim mhuwiex prova tal-qafas li għandna bżonn.", "Għandna bżonn pjan serju u pjan fit-tul kif, per eżempju, għandna bżonn ta' pjan serju u fit-tul dwar il-ħarsien tal-wirt storiku li għandna fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann.", "Fil-fatt ħadt gost li l-gvern aċċetta r-rakkmandazzjoni tagħna u li l- bieraħ il-kabinett approva t-twaqqif ta' fondazzjoni li minflok ma tkun fondazzjoni kif kienet proposta oriġinarjament fl-1996, fejn wirt storiku bħal San Ġwann imexxih il-kapitlu ta' hemmhekk, dan jitmexxa bi sħab bejn il-gvern u l-knisja.", "Jidher li l-proposta li kien għamlilna Dr Ballester, li fuq kollox huwa wkoll il-konsulent tal-Papa fuq il-wirt storiku u li miegħu kien tkellem l-Arċisqof Mons. Mercieca, issa ġiet aċċettata u x- xogħol fuq San Ġwann se jsir bi sħab bejn il-gvern u l-knisja għax dak huwa wirt storiku tagħna lkoll.", "Hemm bżonn ta' pjan serju u fit-tul għall- postijiet importanti bħall-kon-katidral ta' San Ġwann, fejn fih jerġa' jkun hemm mhux biss pjan serju u fit-tul in ġenerali, iżda anke pjani settorjali kif għamilna fi żmienna, bħal meta rrestawrajna, bl-għajnuna tal- protocol Taljan, il-pissidi famuż ta' Ferri, il-Gloria li hemm wara l-altar maġġur u żewġ arazzi.", "Biżżejjed insemmi illi kieku kellna nirrestawraw l-arazzi kollha li għandna f'San Ġwann u nibdew minn issa, sena b'sena, għandna sas-sena 2026.", "Aktar ma ndumu biex nibdew aktar se ndumu ma nirrestawrawhom u aktar hemm ċans li x'ħin immorru biex nirrestawrawhom ikun tard wisq.", "Għalhekk hemm bżonn ta' pjani sostenibbli ta' restawr għaliex hemm xogħol kbir li jieħu ħafna u ħafna żmien.", "Dawn il-pjani ta' restawr u riabilitazzjoni jistgħu jsiru bi sħubija mas-settur privat, ma' għaqdiet differenti u mal- kunsilli lokali imma rridu noqgħodu attenti li ma nagħmlux iżjed ħsara milli ġid.", "Jien għalhekk għidt li hemm bżonn li f'pajjiżna jkollna charter ta' kif isir ix-xogħol ta' restawr storiku, biex mhux kulħadd jieħu l- inizjattiva u fejn ninzertaw nies ta' kwalita' tajba x-xogħol isir tajjeb u fejn ninzertaw nies li jaħdmu bl-addoċċ, ix-xogħol isir bl-addoċċ u aktar issir ħsara milli ġid.", "Dan l-aħħar fil-laqgħa li kien hemm ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar biex jiddiskutu x'se jiġri minn Palazz Scampi u jekk dan hux se jiġi żviluppat bħala casino fl-inħawi, ħadt gost nara li kien hemm għaqdiet bħal Din L- Art Ħelwa u għaqdiet oħrajn li bir-raġun qalu li għandna noqgħodu attenti li waqt li jkun qed isir ix-xogħol, ikun hemm il-monitoring.", "Nafu b'bini storiku f'pajjiżna li ġie vvandalizzat u meqrud fl-hekk imsejjaħ żvilupp tiegħu, għaliex waqt li jkun qed isir ix-xogħol, ħadd ma jagħmel monitoring.", "L-għassa ma tridx issir wara li t-traġedja u l-froġa tkun diġa' saret.", "Qabel jibda x-xogħol iridu jissottomettu b'mod ċar x'se jsir u waqt li jkun qed isir ix-xogħol irid ikun hemm is-sorveljar.", "Dan għandu jsir ukoll wara ħalli b'hekk il-ħarsien serju u sħiħ tax-xogħol li jkun sar.", "Bin-nuqqasijiet kollha li fih dan il-ftehim nawguraw li jservi bis- serjeta' għall-qawmien soċjo-ekonomiku tan-nies tal-Kottonera għax dawn jistħoqqilhom li jgħixu ħajja ħafna aħjar milli qed jgħixu bħalissa.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Mr Speaker, ftit żmien ilu fil-gazzetti kienu jġibu l-frażi tal-ġimgħa u naħseb li llum l-Onor.", "Evarist Bartolo qal il-frażi tal-ġimgħa.", "L-Onor.", "Bartolo qal li fil-ġurnal ''in-nazzjon'' kien hemm xi headline fis-sens li l-gvern se jżomm is-sovranita' f'dak li għandu x'jaqsam ma' palazzi, forti u wirt storiku ieħor, u fl-istess waqt lesti li jikkonċedi, almenu sa ċertu punt, is-sovranita' ta' pajjiżna minħabba l- politika tiegħu għal dak li jirigwarda l-Unjoni Ewropea.", "Jien se nibda billi nitkellem ftit fuq il-kwestjoni tas-sovranita' u hawnhekk nixtieq nistaqsi: Fejn mhux qed jaqblu l-gvern u l-oppożizzjoni?", "Veru li aħna konna lesti li nikkonċedu ftit aktar, pero' dan konna se nagħmluh biex nakkwistaw ħafna aktar.", "Din hija d-differenza bejn l- intenzjoni tal-Partit Laburista u l-pożizzjoni li qed jieħu l-gvern illum.", "Jekk wieħed jeżamina daqsxejn il-lat relattiv jara illi hemm ħafna elementi u karatteristiċi li s-soltu jingħataw lil stat sovran.", "Per eżempju, jekk wieħed jara ftit ċerti privileġġi li qed jingħataw lill-Ordni jsib li inti ma tistax tagħmel azzjoni ġudizzjarja fuq il-proprjeta' tagħhom, ma tistax tagħmel search fil-forti, ma tistax tagħmel rekwiżizzjoni, ma tistax tagħmel konfiska u ma tistax b'xi mod tindaħal fid-dritt li huma joħorġu visas u mbagħad in-nies li jaħdmu ma' l-Ordni jistgħu jiġu jaħdmu Malta liberament.", "Hemm ukoll id-dritt fuq il-munita tagħhom.", "Dan kollu jfisser li jekk wieħed jagħsar il-ftehim isib li kważi l-gvern qiegħed jikkonċedi s-sovranita'.", "Pero' meta mbagħad tara l-aħħar paragrafu ta' l-ewwel paġna ssib li l-gvern Malti qed iżomm is-sovranita' fuq il-forti.", "Issa aħna lil dawn mhux biss qed nagħtuhom highly glorified embassy imma qed nagħtuhom ukoll, fis-sustanza, ħafna mill-aspetti illi wieħed jamalgamahom mal-kunċett ta' sovranita'.", "Pero' fino in fondo aħna qed inżommu s-sovranita'.", "Allura x'inhi l-problema?", "Il-problema hi li għall- Ordni Ospitalier Sovran ta' San Ġwann, ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, il-kunċett ta' sovranita' jfisser ħafna.", "Kieku aħna kkonċedejna dik it-tikka aktar lill-Ordni - b'daqshekk ma konniex se nippreġudikaw ruħna b'xi mod ta' barra minn hawn għaliex kulma qed jikkonċedi l-gvern huwa kważi sovranita' - kienet tfisser ħafna għaliex bi dritt internazzjonali, biex organizzazzjoni, ġens, jew pajjiż jkun jista' jissejjaħ tabilħaqq sovran, fost l-ingredjenti li jrid ikollu huwa biċċa żgħira ta' territorju.", "Mhuwiex importanti kemm ikun kbir it-territorju.", "Fil-fatt dan jista' jkun forti jew villaġġ żgħir imma jekk fuq dik il- biċċa territorju jkun hemm is-sovranita', allura dik l-ordni jew dak il- ġens ikun jista' jsejjaħ lilu nnifsu bħala ġens tabilħaqq sovran.", "Issa fid-dritt internazzjonali l-Ordni għandha post speċjali, fis-sens li għalkemm tissejjaħ sovrana din m'hijiex sovrana kif nifhmu aħna għax m'għandhiex sit jew proprjeta'.", "Għalhekk f'fora internazzjonali l-Ordni forsi jonqosha dik it-tikka żgħira biex tkun tista' tilħaq il-livell ta' ġens jew ta' stat żgħir sovran.", "Hawn ħafna stati sovrani.", "L-istatus ta' l- Ordni jitbiddel radikalment jekk din ikollha biċċa territorju, żgħir kemm hu żgħir, li tkun tista' tgħid li huwa tagħha.", "Fil-fatt l-Ordni ilha għal snin sħaħ tinsisti u tinnegozja biex takkkwista biċċa proprjeta', żgħira kemm hi żgħira, ħalli hi terġa' ssir ordni sovrana kompletament f'għajnejn id-dritt internazzjonali.", "Dan ilha li tilfitu mill-1798 minn meta ġew il- Franċiżi f'Malta.", "Fil-fatt qabel kellha lil Rodi u qabel Rodi kellha pajjiżi oħra li kellha ċerta sovranita' fuqhom.", "Dan ifisser li din ilha kważi 'l fuq minn 200 sena ma tkun ordni verament sovrana għax m'għandhiex biċċa territorju żgħir.", "Il-Partit Laburista fil-gvern kien lest li jikkonċedi mhux sovranita' assoluta imma sovranita' limitata fuq biċċa farka ta' territorju Malti.", "Mill-banda l-oħra filwaqt li l-Partit Nazzjonalista xorta waħda kkonċeda dik il-farka ta' territorju Malti u xorta waħda abdika ċerti poteri fuq dik l-awtorita' - kif għedna, jekk wieħed jara x'poteri u x'funzjoni se tingħata l-Ordni jsib li fil-fatt hemm l-ingredjenti kollha tas-sovranita' li qegħdin jiġu ċeduti - is-sembianza legali li hija tant indispensabbli u importanti għall-ordni mhux qed jikkonċedihielhom.", "Għalhekk l-aħħar tarġa ma laħquhiex u minħabba f'dan mhumiex lesti li jikkonċedu dak kollu li kienu se jikkonċedu kieku waslu kif ridna naslu aħna.", "Aħna ilna mis-snin sittin b'ambaxxata ta' l-Ordni, imma f'dan il-każ Malta kienet issir il- bażi u s-sid ta' l-Ordni.", "Issa kif inhuma l-affarijiet dawn se jkollhom ċerti drittijiet pero' mhux se jkollhom l-istatus internazzjonali li tant ilhom jiġru warajh.", "Naturalment minħabba li aħna konna se naslu ftit iktar magħhom kienu se jagħtuna aktar.", "Fost affarijiet oħra dawn kienu se jonfqu madwar USD 75miljun biex jirrestawraw il-Forti ta' Sant'Anġlu.", "Issa llum mhux il- forti kollu se jiġi konċess għaliex, kif qalu tajjeb il-kelliema ta' qabli, parti minnu mar mal-proġett tal-Kottonera.", "Meta wieħed jara daqsxejn dan il-ftehim, li huwa ftehim pjuttost qasir, wieħed isib xi drittijiet li qed jikkonċedi l-gvern lill-Ordni, imma x'se jieħu l-gvern b'mod konkret m'hawn xejn.", "Dan ifisser li aħna qed nintrabtu illi nagħtu dritt lill-Ordni biex tuża dan il-forti imprezzabbli tagħna għall-perijodu ta' 99 sena, pero' mbagħad m'hawn xejn dwar x'se nieħdu b'mod konkret.", "Il- kritika tal-Partit Laburista fl-oppożizzjoni hija illi aħjar tajna dik it- tikka aktar u ħadna ferm aktar milli ma tajniex dik it-tikka aktar u qisu m'għandna xejn konkret x'se nieħdu.", "Fil-fatt l-uniku irbit li għandha l- Ordni nsibuh f'artikolu 10:", "\"The Order shall restore St Angelo and the buildings and other constructions thereon to higher standards reasonably possible and shall maintain the same out of its funds or out of such funds it may manage to secure internationally from individual or institutional donors.\"", "Mela r-rabta mhijiex waħda konkreta għax ma nafux kemm iridu jonfqu flus jew jekk hemmx xi termini meta jridu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Meta jkollok dan it-tip ta' irbit jew kuntratt li jdum għaddej 99 sena jkun aktar obbligu morali milli obbligu ġuridiku.", "Aħna naqblu li jkollna din ir- relazzjoni ma' l-Ordni - issa nitkellem fuqha din u ngħid għaliex - pero' m'hu qed nieħdu xejn b'mod konkret u din hija l-kritika tagħna.", "Aħna konna lesti li nikkonċedu ċerti privileġġi lill-Ordni u aħna naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi għal bosta raġunijiet, fosthom ir-rabta storika u intrinsika ta' l-Ordni ma' pajjiżna.", "Il-kelma ''Malta'' kważi hija sinonima ma' l-Ordni Sovran ta' San Ġwann.", "Tant hu hekk illi meta, per eżempju, fl-1974 għadda l-abbozz ta' liġi dwar ġieħ ir-Repubblika minn dan il-parlament u ġie leġislat li l-ebda titoli u onorifiċi ma setgħu jingħataw ħlief dawk previsti f'dak l-abbozz ta' liġi, kienet saret eċċezzjoni għal dak li jikkonċerna l-ordni ta' San Ġwann.", "Fil-fatt l- Istat Malti baqa' jirrikonoxxi t-titli li tagħti din l-Ordni.", "L-Ordni ta' San Ġwann għandha rappreżentanza diplomatika f'pajjiżna u aħna tant konna nagħtu importanza lil din l-Ordni li l-ambaxxatur ta' l-istess Ordni kien ukoll id-dean tad-diplomatic corps f'Malta.", "Kulħadd jiftakar lil Dino Marrajeni li kien dam ambaxxatur ta' l-Ordni f'Malta għal kważi 30 sena u li għal żmien twil fis-snin sebgħin kien ukoll id-dean tal-korp diplomatiku.", "Dan qed ngħidu mhux biex inkun akkameniku biss imma biex wieħed japprezza l-importanza u l-irbit li għandna ma' din l-Ordni.", "Pero' din mhijiex xi ħaġa akkademika, storika jew kulturali biss.", "Aħna għandna interess li jkollna din it-tip ta' relazzjoni ma' l-Ordni għax din hija ordni internazzjonali u, kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella fl- intervent tiegħu l-bieraħ, din hija ordni li tgawdi ċertu prestiġju, hija ordni li għandha ċerti riżorsi fiskali ta' ċerta saħħa u għandha wkoll riżorsi għax ħafna mill-membri li hemm fi ħdanha huma nies sinjuri b'konnessjonijiet internazzjonali.", "Għalhekk il-membri ta' din l-Ordni huma nies illi għandhom il-flus, il-konnessjonijiet u l-preġju tagħhom u allura meta inti għandek ordni li għandha din it-tip ta' saħħa ekonomika, ordni li tagħmel xogħol filantropiku fil-kamp ta' l-edukazzjoni, fil-kamp tradizzjonali tagħha ta' ospitaliera u ordni li għandha wkoll l- isptarijiet tagħha - f'Malta din għandha sptar żgħir li huwa l-blood bank - din ikollha għeruq ma' kullimkien.", "Pero' l-membri fi ħdan din l-Ordni huma nies ta' ċertu preġju u ta' ċerti konnessjonijiet.", "Allura huwa importanti li nżommu r-relazzjoni li għandna ma' Ordni ta' dan il-kalibru għaliex aħna nistgħu ngawdu mill-investiment li din l-Ordni tista' tagħmel f'pajjiżna.", "Issa l-Ordni tista' tagħmel investiment mhux b'mod indirett, kif fil- fatt qed jingħad, imma b'mod indirett.", "Jekk wieħed jara x'hemm bejn il- kliem isib li l-injection ta' flus li se jkun hemm f'pajjiżna se tkun kemm b'mod dirett mill-ordni kif ukoll minn xi donors li jista' jkollna.", "Kif għidt qabel, din l-ordni għandha nies li għandhom ċerti mezzi finanzjarji u allura wieħed jistenna wkoll illi jkun hemm injection indirett mill- membri ta' l-istess ordni.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li aħna nżommu din ir-relazzjoni tagħna ma' din l-ordni.", "Rabta oħra ma' l-Ordni hija marbuta mal-festa nazzjonali tat-8 ta' Settembru.", "Tradizzjonalment dan il-jum li huwa marbut ma' l-Ordni ta' San Ġwann kien il-festa nazzjonali ta' pajjiżna.", "Għalhekk wieħed ma jistax jeskludi l-Ordni minn pajjiżna.", "Fil-fatt kif qal il-kelliem ta' qabli, ħafna mill-wirt kulturali tagħna, ħafna mis-swar tagħna u ħafna mir- rikkezzi li għandna qegħdin għandna grazzi għall-ordni.", "Għalhekk wieħed għandu jisfrutta kemm jista' jkun din il-konnessjoni naturali li hemm bejn l-Ordni u pajjiżna għall-benefiċċju taż-żewġ naħat.", "Aħna nemmnu illi forsi b'dan il-ftehim ma wasalniex safejn kellna naslu.", "Naturalment meta wieħed jitkellem fuq suġġett bħal dan, wieħed bilfors ikollu jiftaħ aktar.", "Sfortunatament hija ħasra li f'dan il-parlament ma tantx ikollna okkażjonijiet nikkummentaw fuq il-wirt stroriku u kulturali tagħna.", "Malta għandha l-importanza tagħha bħala ċentru turistiku grazzi għall-fdalijiet storiċi u ta' preġju li għandna.", "Allura hija ħasra li dawn l-affarijiet ma nagħtuhomx wisq priorita' fi ħdan dan il-parlament u min- naħa ta' l-awtoritajiet governattivi.", "Malta hija mimlija b'siti storiċi miż-żmenijiet preistoriċi sa żmien l-Ispanjoli u l-Kavallieri.", "Aħna għandna storja ta' tlett elef sena.", "Jien naħseb li m'hawnx pajjiż ieħor fid-dinja li għandu tant x'joffri bħala storja, wirt kulturali u fdalijiet storiċi u dan meta tqis id-daqs tagħna.", "Għalhekk mhuwiex sew li dawn is- siti storiċi u kulturali jinsabu fi stat ħażin u dilapidat.", "Per eżempju, s-swar li hawn fil-Belt naħseb li huma l-isbaħ swar li għandna f'pajjiżna pero' jekk tħares lejhom mill-viċin issib li dawn mhumiex fi stat tajjeb anzi ċerti partijiet tagħhom huma fi stat tal-biki.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-bereġ u ċerti palazzi antiki fil-Belt, fil-Furjana u n-naħa tal- Birgu.", "Per eżempju, it-tempji pre-Neolitiċi u Neolitiċi u l-fdalijiet tar- Rumani jinsabu fi stat ħażin ħafna u aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jiddeterjoraw.", "Meta kien sar sforz biex dawn jitranġaw jew jiġu preservati fis-snin ħamsin u fi żmien Sir Temi Zammit sfortunatament it- teknoloġija ta' dak iż-żmien ma kenitx kif inhi llum u ħafna xogħol ta' restawr li kien sar dak iż-żmien, kien sar ħażin bil-konsegwenza li ċerti tempji u ċerti fdalijiet minflok ma tranġaw, spiċċaw agħar milli kienu.", "Mela għandek stampa ta' pajjiż rikk f'dawn il-fdalijiet storiċi, fil- kultura u fir-rikkezzi tiegħu pero' aktar ma jgħaddi żmien aktar sejrin lura.", "Pero' rridu nkunu responsabbli u rridu nirrikonoxxu l-fatt illi forsi f'dan l-istadju, Malta m'għandhiex ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tirranġa u tippreserva dan il-wirt storiku u kulturali tagħna.", "Naqbel perfettament ma' dak illi qal il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Evarist Bartolo illi wasal iż-żmien illi jsir pjan nazzjonali - fuq dan żgur se naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra - sabiex wieħed jistudja x'hemm bżonn isir biex nippreservaw il-wirt storiku tagħna.", "Naturalment dan il-pjan storiku mhuwiex biżżejjed u wieħed irid jara x'għamlu pajjiżi barranin ħalli nkunu nistgħu nġibu flejjes minn barra u nkunu nistgħu nagħmlu r-restawr illi hemm bżonn isir.", "Wieħed jifhem ukoll li hemm ċerti siti u ċerti fdalijiet li mhux biss huma wirt Malti imma huma wirt internazzjonali u allura hemm riżorsi internazzjonali li wieħed jista' jħares lejhom.", "Pero' naħseb illi l-gvernijiet mhumiex qed jagħrfu japprofittaw ruħhom biżżejjed f'din il- linja u għamel sew l-Onor.", "Bartolo li għamel aċċenn qawwi fuq dan għaliex jekk nipprovaw nagħmlu kollox aħna, m'aħna se naslu mkien.", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq forti, li kif qal tajjeb il- kelliem ta' qabli, jmur lura għal qabel żmien il-Kavallieri.", "Hemm min igħid li dan il-forti nbena fuq fdalijiet preistoriċi u fil-fatt meta ġew il-Kavallieri dan sabuh hemm, għalkemm naturalment attrezzawh huma.", "Jekk wieħed jaqra l-istorja jsib li dan kien il-fulcrum, biex ngħidu hekk, ta' l-attivita' militari ta' żmien l-assedju l-kbir u allura dan mhux biss għandu s-sbuħija tiegħu bħala forti pero' għandu wkoll jaspira sens ta' storja qawwija.", "Dan huwa wieħed mill-aktar forti importanti f'pajjiżna pero' matul iż-żmien ma ngħatax l-importanza li kellu jingħata.", "Per eżempju, issemma li dan il-forti kien jintuża għal skopijiet kummerċjali għal perijodu twil u allura kien intelaq.", "Pero' qatt ma kien hemm ir- riżorsi biex attwalment il-Gvern Malti jirranġah hu.", "Allura huwa tajjeb li min kien jokkupah fl-antik se jerġa' jkun hawn biex jirrestawrah pero' naturalment meta tara l-kuntratt in kwestjoni ssib li l-uniku rbit li hemm huwa rbit morali u mhux legali.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: Jekk dawn jibdew jirranġaw dan il-forti u jieqfu u ma jimplimentawx dak li hemm f'din il-klawsola, x'se jiġri jekk m'hemmx terminu?", "Din hija klawsola vaga għax ma tistax iġġegħlhom jinvestu ċertu ammont ta' flus.", "Hija idea tajba illi għandek ordni internazzjonali illi se tirranġa dak li għandu bżonn jitranġa pero' mbagħad min-naħa l-oħra għandek dik il-lakuna fejn m'hemmx dak l-obbligu legali qawwi biżżejjed biex timplimenta din l-obbligazzjoni.", "Pero' almenu hemm tip ta' ftehim biex wieħed mill-forti u mis-siti importanti ta' pajjiżna jiġi restawrat.", "Hija ħasra li dan is-sit se jiġi maqsum għax parti minnu se jibqa' bħala forti u parti minnu se jaqa' taħt il-proġett li qed isir hemmhekk.", "Meta sit bħal dan tkun qed tneħħilu l-integrita' tiegħu tkun qed tnaqqas mill-valur u l-preġju tiegħu.", "Din il-kritika għamilniha wkoll meta sar il-ftehim tal-proġett tal-Kottonera u naturalment ma jonqosx illi nagħmluha meta qed niddibattu trattat bħal dan.", "Nerġa' ntenni li għandna bżonn insibu sorsi oħra internazzjonali b'mod urġenti sabiex insalvaw il- wirt storiku tagħna li dejjem sejjer lura.", "Issa se nitkellem ftit fuq xi ħaġa oħra li qed issir il-kritika fuqha, cioe' l-kwestjoni ta' kif ċerti proprjetajiet b'ċertu valur storiku qed isir ċertu żvilupp fuqhom illi mhu xejn fl-orjentament ta' dak is-sit.", "Qed ngħid dan għax kultant l-awtorita' ta' l-ippjanar ma' persuna jkollha lenti mod u ma' persuna oħra jkollha lenti differenti.", "Hemm ċerti palazzi antiki u ċerti siti n-naħa ta' San Pawl il-Baħar u kullimkien li għalkemm m'għandhomx preġju daqs il-Forti Sant'Anġlu, għandhom ċertu preġju wkoll.", "Stranament dawn jingħataw permess ħalli jitwaqqgħu u jsir żvilupp fuqhom u mbagħad forsi proprjeta' oħra ta' inqas importanza jsir paniku sħiħ fuqha u ma jsir l-ebda żvilupp.", "Għalhekk wieħed bilfors isib fejn jikkritika l-awtorita' f'dan ir-rigward.", "Issa jien mhux qed ngħid li l- awtorita' ta' l-ippjanar m'għamlitx ġid f'dan ir-rigward għax immarkat ċerti siti wkoll pero' l-inkonsistenza tad-deċiżjonijiet ta' l-awtorita' ħafna drabi jagħtu lok għal suspetti fondati għaliex il-laxkezza ta' l- awtorita' f'ċerti ċirkostanzi tibqa' tkompli tikkrea preġudizzju għall-wirt storiku tagħna.", "Din hija l-kritika li trid issir meta qed niddibattu suġġett daqstant delikat bħal dan.", "Sur President, jekk wieħed jaqra l-klawsoli kollha jsib li fil-fatt l- Ordni qed tingħata drittijiet daqslikieku kienet sovrana imma aħna xtaqna mmorru ftit oltre' sabiex inkunu nistgħu nakkwistaw aktar.", "Wieħed kien jippretendi illi dan il-forti jsir is-sede uffiċjali ta' l-Ordni, pero' dan it-tip ta' kuntratt mhux se jsir.", "Dan il-post se jkun importanti għall- ordni imma qatt ma jista' jkun is-sede tagħha għax kif diġa' għidt ̧ jonqos dak il-pass li forsi ma kellniex il-kuraġġ li nieħdu.", "Pero' wieħed jispera li xorta waħda forsi jirnexxielna nattiraw ċertu investiment minn ċertu sezzjoni ta' nies illi jiġu hawnhekk u jattiraw it-turiżmu.", "Dawn jistgħu jkunu nies li jkunu membri f'ordni li forsi jkollhom il-mezzi u allura wieħed forsi jista' jiftiehem magħhom biex jagħtuna palata b'mod dirett jew b'mod indirett ħalli nkunu nistgħu nirrestawraw siti oħra mhux biss ta' l-epoka tal-kavallieri imma wkoll ta' epoki oħra.", "Kif għidna qabel ir-riżorsi finanzjarji ta' pajjiżna, huma li huma u m'għandniex il-mezzi biex nirranġawhom dawn l-affarijiet mingħajr l-għajnuna barranija.", "Allura issa wieħed jispera li l-preżenza ta' l-Ordni msemmija f'pajjiżna tagħti spinta sabiex isir aktar żvilupp f'dan is-sens.", "Għalhekk wasal iż-żmien illi wieħed joqgħod jaħseb ftit fuq dak li jikkonċerna l-fdalijiet storiċi ta' pajjiżna.", "Ta' min igħid ukoll illi s- sitwazzjoni għal dak li jikkonċerna fdalijiet storiċi waslet fi kriżi.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed igħidu kulħadd.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares ħarsa madwaru mill-ewwel jinduna li l-ġid storiku u kulturali tagħna qiegħed fi stat ħażin ħafna u allura għandu jsir sforz monumentali minn kulħadd sabiex mhux biss insalvaw dak li għandna u ma nħalluhx ikompli jiddeterjora imma nimxu 'l quddiem.", "Hemm ħafna organizzazzjonijiet bħal Din l-Art Ħelwa u organizzazzjonijiet simili li għalkemm matul iż-żmien bdew jakkwistaw ċertu rikonoxximent u għajnuna finanzjarja mill-gvernijiet naħseb li wasal iż-żmien illi ssir riflessjoni biex isir speċi ta' kunsill li jkollu fi ħdanu dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet ħalli forsi l- għajnuna finanzjarja li tingħata lil dawn it-tip ta' għaqdiet volontarji tkun akbar u aktar awtonoma.", "Kif għedt qabel, kultant dawn l-affarijiet isiru aħjar mill- organizzazzjonijiet volontarji milli minn dipartiment governattiv għax dawn ikunu organizzazzjonijiet professjonali u jkunu qed jitmexxew b'imħabba u b'interess ġenwin.", "Naħseb li l-approach għandu jkun illi l-gvern jikkontrolla b'leġislazzjoni ad hoc u dawn l-għaqdiet li huma non- governmental jingħataw aktar għajnuna finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjoni tagħhom aħjar.", "Fil-fatt jekk wieħed jara daqsxejn il- passat ta' dawn l-għaqdiet - minbarra l-għaqda Din l-Art Ħelwa hemm għaqdiet oħrajn - wieħed jiskanta kif bil-ftit riżorsi tagħhom u bil-mod volontarju tagħhom irnexxielhom jagħmlu ġid lil pajjiżna.", "Per eżempju, il-kappelli sbieħ imprezzabbli li għandna fl-outskirts tal- villaġġi tagħna u fil-kampanja tagħna kienu kważi ġew fix-xejn pero' bis- saħħa ta' dawn l-għaqdiet dawn ġew irranġati u rrestawrati.", "Dawn l- għaqdiet saħansitra ġabu nies minn barra biex jgħinuhom u jagħtuhom pariri biex kappelli abbandunati jibdluhom f'kappelli sbieħ.", "Jien naħseb li nkun qed nonqos bħala rappreżentant f'dan il-parlament jekk f'okkażjoni bħal din ma nagħtix prosit u ma nirrikonoxxix l-impatt pożittiv u tremend li qed jagħmlu dawn l-għaqdiet f'pajjiżna.", "Jien ngħid illi Allaħares ma kenux dawn l-għaqdiet għax kieku l-ftit li baqgħalna tlifnieh.", "Għalhekk mhux talli hemm bżonn li tingħata aktar għajnuna għal dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet talli dan huwa indispensabbli.", "Nixtieq insemmi wkoll l-isforzi li qed isiru fuq il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Belt, il-Furjana u l-Kottonera li jmexxi s-Sur Ray Bondin.", "Ftit tas-snin ilu ġie kkreat speċi ta' dipartiment biex jagħmel ċertu restawr - fil-fatt f'dan il-parlament nivvotaw ammont sostanzjali ta' flus f'dan il-proġett - u nemmen li qed isir sforz għax jien ma rridx nikkritika dejjem.", "F'dan il-proġett hemm min huwa ġenwin u qed jagħmel l-almu tiegħu pero' meta wieħed jara r-riżorsi finanzjarji illi għandu dan il-proġett isib li dan huwa tad-daħk.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax biex nibdew nieħdu ħsieb is-siti storiċi, il-palazzi u s- swar li għandna trid ħafna aktar riżorsi finanzjarji.", "Issa jien qed ngħid li dawn il-flus mhumiex biżżejjed biex nibdew biss għax biex nirranġaw il-wirt storiku li għandna bis-serjeta' l-Bambin jaf x'irid isir.", "Għalhekk il-limitazzjonijiet huma tremendi u jien għalhekk qed ngħid li għandha ssir kollaborazzjoni kbira biex naraw x'nistgħu nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Jien naħseb li jrid isir sforz straordinarju kif nistgħu nħarsu lejn riżorsi internazzjonali.", "Per eżempju, jekk wieħed isegwi d-discovery channel fuq il-cable tv u jagħmel daqsxejn riċerka jara kemm hawn għaqdiet internazzjonali ta' importanza kbira li lesti jagħtu l- kontribut finanzjarju tagħhom biex isalvaw il-wirt storiku ta' ċerti pajjiżi.", "Il-wirt storiku tagħna huwa l-ewwel u qabel kollox tagħna imma mbagħad dan huwa wirt taċ-ċittadini kollha tad-dinja wkoll.", "Il-kultura u l- wirt storiku jiddefinixxu l-umanita' u għalhekk aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex nippreservawh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, bħala membru parlamentari jien ħassejt illi kelli nagħmel l-intervent tiegħi fuq dan l-abbozz ta' liġi tant importanti għal pajjiżna.", "Pero' b'dispjaċir ninnota li ħafna membri tal-gvern mhumiex qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom u dan iwassalni biex nagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Dan id-dibattitu fil-parlament huwa verament bżonn għall- pajjiż, imma d-deputati tal-gvern jaqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi?", "X'inhi r-raġuni li min-naħa tal-gvern hawn biss l-Onor.", "Victor Galea Pace li ilu jsegwi s-seduta mill-bidu sa l-aħħar?", "Nista' ngħid li l-Onor.", "Membru dejjem ikun hawnhekk meta nkunu qed niddiskutu suġġett bħal dan li għandna quddiemna, pero' jien inħoss li meta jkollna quddiemna abbozz ta' liġi bħal dan li jolqot lill-pubbliku in ġenerali kull deputat tal-Kamra għandu jsemma l-opinjonijiet tiegħu.", "Mr Speaker, dan huwa abbozz ta' liġi li se jkun qed jawtorizza lill- gvern biex jirratifika ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Ordni Ospitallier Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta.", "Meta wieħed jisma' dan il-ħafna kliem forsi jistaqsi x'ifisser u allura jkun tajjeb li wieħed jispjega ftit minn fejn oriġina dan l-abbozz ta' liġi u x'interess għandu l-poplu Malti f'din ir-rabta illi se jkun hemm bejn il-gvern Malti u l-ordni ta' San Ġwann.", "Pero' qabel nibda nixtieq nagħmel mistoqsija lill- poplu in ġenerali.", "Aħna bħala Maltin x'nafu fuq il-kavallieri u fuq l- Ordni ta' San Ġwann?", "Per eżempju, meta jien tkellimt man-nies tal- Kottonera dwar dan kulma qaluli huwa li l-Kottonera hija mdawra bis-swar u li l-kavallieri għamlu ammont ta' żmien f'Malta.", "Fil-fatt meta wieħed jaqra ftit l-istorja tagħna jsib li s-swar kollha ta' Malta nbnew f'erba' snin u allura l-ewwel ħaġa li tiġik f'moħħok hija li l-kavallieri huma biss dawk li bnew is-swar u li kienu f'pajjiżna għal ċertu ammont ta' snin.", "Pero' ftit li xejn issib min jaf fuq il-kavallieri u jekk dawn għadhomx jeżistu.", "Mr Speaker, ftit ilu ġejt mistiedna minn Fra' John Critien illi fil- preżent qed igħix f'Sant'Anġlu biex indur dan il-monument storiku.", "Sfortunatament ftit Maltin marru ġo dan il-kastell pero' naħseb li dan huwa nuqqas min-naħa tagħhom għax biex tmur hemmhekk m'hemm l-ebda diffikulta'.", "Nista' ngħid li sakemm kont hemmhekk kien hemm grupp ta' tfal ta' l- iskola illi kienu qegħdin iduru dawn il-kmamar meraviljużi illi ġew restawrati mill-istess ordni ta' San Ġwann.", "Meta qgħadt nitkellem ftit ma' Fra' John Critien dan qalli li f'Malta għandna 64 kavallier minn Malta li qed jagħtu kontribut f'din l-Ordni.", "Jien komplejt ninteressa ruħi u x-xewqa tiegħi kienet li ningħata site plan biex inkun naf fuq kull kamra u rokna li se tingħata lill-Ordni, pero' b'dispjaċir kbir ikolli ngħid li s-site plan li ngħatajt ma tindika xejn.", "Jien inħoss li dan il- gvern mhux qed jimxi bis-serjeta' għax ġaladarba aħna qed niġu hawnhekk biex nitkellmu fuq xi ħaġa daqstant importanti, naħseb li għandu jkollna aktar viżjoni ċara fuqhiex qed nitkellmu.", "Ir-risposta qasira illi tani l- Prim Ministru kienet illi l-pjanta kienet fuq il-Gazzetta tal-Gvern, pero' meta jien fittixt sibt li din kienet l-istess pjanta li tpoġġiet ma' dan l-abbozz ta' liġi li ma tindika xejn.", "Dan juri li dan mhuwiex gvern serju u sfortunatament Malta qed titmexxa minn persuna illi m'għandha responsabbilita' ta' xejn.", "Xi ħaġa li għaġġbitni kienet li l-Prim Ministru ma tkellem xejn fuq dan l- abbozz ta' liġi.", "Qed ngħid dan għax fis-seduta tas-17 ta' Ġunju ta' l- 1998, meta dan kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni, kien qal li huwa kontra li Sant'Anġlu jingħata b'mod li jkun hemm is-sovranita' ta' xi ħadd fuqu, pero' Alla jbierek, illum li huwa prim ministru, qed jagħmel il-kontra u qed jimxi fuq l-abbozz ta' liġi li konna qed inressqu aħna.", "Għalhekk nistaqsi: Qegħdin inkunu serji mal-poplu Malti u Għawdxi?", "Qed ngħid dan għax hawnhekk wieħed jinduna kemm dan il-gvern jagħmel l-affarijiet totalment bil-kontra ta' meta jkun fl-oppożizzjoni.", "Kieku wieħed kellu jara d-debate ta' l-1998 meta kienet qed issir id-diskussjoni fuq il- proġett tal-Kottonera u meta bħala prim ministru kellna lill-Onor.", "Alfred Sant lanqas jemmen dak li qalu d-deputati Nazzjonalisti.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li dak iż-żmien kienu jgħidu li ma jaqblux mas-sovranita' għax b'hekk tkun qed tbigħ lil pajjiżek, illum li qegħdin fil-gvern qed jagħmlu l-istess u agħar.", "Dak iż-żmien kliem velenuż kien joħroġ minn fomm dawn il-membri Nazzjonalisti.", "Fis-seduta tas-17 ta' Ġunju ta' l-1998 il-Prim Ministru tal-lum kien qal hekk fuq il-proġett tal-Kottonera:", "\"Għaliex il-gvern ħass il-bżonn li biex tiġi żviluppata marina għandu jingħata l-moll bħala proprjeta' privata għal 99 sena?\".", "Ara llum le!", "Illum l-affarijiet qed jarahom differenti!", "Illum m'hemm xejn ħażin li jagħti l-art tagħna għal 99 sena!", "Illum mhux biss il-marina se jagħti imma se jagħti wkoll il-Forti Sant'Anġlu!", "L-istess bniedem dan, l- istess nies illi kienu jikkritikaw il-proġetti li kien se jagħmel il-gvern Laburista, l-istess nies li qegħdin imexxu lil pajjiżna u li qed jirrappreżentaw parti mill-poplu!", "Dawn huma nies li jgħidu l-gideb u li qed inisslu inċertezza kbira fil-pajjiż.", "Per eżempju, malli l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern jien ħsibt li kien se jibda l-proġett tal-Kottonera.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax wara li qabel l-elezzjoni dam igħid ħafna li m'hawnx żejt u li min kien igħid hekk kien qed jidħak bil-poplu, kif tela' fil-gvern kompla jħaffer għaż-żejt għax l-esperti qalulu li kien hemm possibilita' kbira li nsibu ż-żejt.", "Allura jien nistaqsi: B'min irridu nidħku?", "Hekk se nkomplu mmexxu lil dan il-poplu Malti u lil din il-gżira Maltija?", "Se nkomplu nbiddlu l-kuluri bħall-kamaleonti?", "Nixtieq insemmi wkoll li minkejja li fl-1 ta' Jannar ta' l-1999 il- Ministru Francis Zammit Dimech ħareġ jgħid illi l-marina ta' Manoel Island se tkun lesta fi żmien sitt xhur, illum għaddew kważi sentejn u x-xogħol fuqha għadu lanqas beda.", "Dan qed ngħidu biex nuri l-kliem fieragħ li qed jimxi bih dan il-gvern qarrieqi u giddieb li qed joħloq inċertezza kbira fil-pajjiż.", "Anke min imur sa Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara jibda jiddubita jekk hux qed jgħix fis-sena 2001 jew inkella hux qed igħix fis- sena 1998 għax il-proġett għadu ma nbediex.", "Meta xahrejn ilu staqsejt x'qed jagħmel il-gvern rigward il-proġett tal-Kottonera, il-ministru qalli li għadu qed jagħmel l-istudji tiegħu.", "Imbagħad noqgħodu niftaħru u nwiegħdu lill-poplu illi l-proġett tal-Kottonera se jitlesta fi żmien qasir u li l-casino se jkun lest f'Awissu!", "Per eżempju, jien jiġu għandi nies jistaqsuni jekk hemmx xi ċans japplikaw biex jaħdmu hemmhekk.", "Il-membri tan-naħa l-oħra huma nies qarrieqa għax wara li jgħidu li se jagħmlu xi ħaġa biex itaffu ftit id- dwejjaq tan-nies ma jagħmlu xejn.", "Din hija l-arroganza li qed jara l-poplu Malti kollu f'dan il-gvern.", "Kien ingħad li dan il-gvern se jdawwal in-naħa ta' isfel ta' Malta pero' li nista' ngħid hu li fejn se jkun hemm il- proġett tal-Kottonera għad hemm dlam ċappa u wieħed irid joqgħod attent fejn ikun miexi.", "Naħseb li hemmhekk mhux qed imorru ta' l-imqaret, tal- ġelati u tal-qubbajt u nies jagħmlu l-barbecues għax il-lampi għadhom qed isiru!", "Jien jiddispjaċini ħafna għan-nies li joqgħodu fil-Kottonera.", "Kieku għad hemm gvern Laburista l-proġett kien ikun lest u ħafna żgħażagħ li jixtiequ jaħdmu u li qed jirreġistraw għax-xogħol qed jaħdmu hemmhekk.", "Dan il-gvern mhux talli qed joħloq dwejjaq u inċertezza kbira talli qed inaqqar il-possibilita' li l-poplu Malti jsib fejn jaqla' l-għajxien tiegħu.", "L-Onor.", "Gonzi jiġi jiftaħar hawnhekk illi x-xogħol mhuwiex daqstant problema u li llum wieħed jista' jbiddel ix-xogħol tiegħu faċilment pero' jien jiġu għandi ħafna nies biex ifittxu x-xogħol.", "U allura jien nibda ngħid: Allura jien għandi xi ħaġa differenti mill-membri parlamentari Nazzjonalisti?", "Għalhekk jien għamilt mistosija parlamentari biex nara kemm ġew impjegati nies mill-ETC f'Novembru u f'Diċembru.", "Il-ministru weġibni li f'Novembru u f'Diċembru ma ġie impjegat ħadd pero' sat-22 ta' Jannar ġew impjegati tmienja biss.", "Issa din mhijiex għarukaża!", "Hawnhekk qiegħda l-inċertezza li għandna fil-pajjiż u dan huwa d-dwejjaq li qed iħossu n- nies.", "Imbagħad xi ngħidu għal dak li jirrigwarda l-kultura?", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici dejjem jitkellem fuq il-kultura u l-Kottonera, pero' jmissu jaqra t-tweġiba li ta l-ministru għall-ambjent lill-Onor.", "Helena Dalli li staqsiet x'sar f'dawn l-aħħar tliet snin mir-rehabilitation committee.", "(Interruzzjonijiet) Lili interessatni din għax għedt li forsi jien mhux qed nara l-istess affarijiet li qed jara l-gvern, pero' kulma semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien li l-gvern waqqa' ħajt u bena ieħor.", "Il-aħwa kemm qed igawdu n-nies tal-Kottonera!", "Issa l-Onor.", "Mifsud Bonnici jaf bħali li n-nies tal-Kottonera mhux dan iridu imma jridu dak li wegħedhom hu bi dritt.", "Issa jien se nsemmi lista ta' affarijiet li wiegħed li se jagħmel dan il-gvern.", "Dan il-gvern wiegħed li f'dawn l-aħħar tliet snin ir-rehabilitation committee se jagħmel 13-il proġett pero' kulma saru huma ħamsa.", "Per eżempju, kellu jsir restawr fuq il-berġa ta' Franza fil-Birgu.", "Fil-fatt meta jien staqsejt lill-kunsill lokali qalli li dak naddfuh huma pero' r- restawr għadu ma sarx.", "L-upgrading ta' Triq id-Dejqa ġewwa Bormla ma sarx.", "Ir-restawr tal-faċċata tal-knisja ta' San Pawl b'kumbinazzjoni nbdiet dalgħodu - naħseb li din bdewha għax qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi u allura dawn jgħidulek li almenu jkun hemm xi ħaġa pożittiva fuqhiex jitkellmu!", "L-upgrading fi Triq Alessandra f'Bormla ma sarx.", "L- upgrading ta' l-area tal-bieb ta' Santa Liena ta' Bormla qed isiru issa naraw meta jkun lest.", "Il-paviment ta' Triq is-Sur u Triq San Nikola fl- Isla għadu ma sarx.", "Sar xi ħaġa fuq ir-restawr ta' l-istatwa ta' San Nikola fl-Isla.", "Fuq il-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara għadu ma sar xejn u fil-Bajja tar-Rinella kulma sar huwa biss twaħħil ta' railing.", "Kellu jinbeda wkoll il-heritage trail, pero' meta staqsejt lill-kunsill lokali dan qalli li għadu ma nbeda xejn.", "Dawn l-affarijiet suppost saru sas-sena l-oħra għax issa għandna lista oħra.", "Għalhekk wasal iż-żmien li l-gvern Nazzjonalista ma jibqax jidħak bil- poplu.", "Min huwa mweġġa', min irid is-serjeta', min irid jara l-proġetti jitwettqu, min irid isib ix-xogħol u min qed jeżisti u mhux jgħix, lill- gvern se jgħidlu daqshekk.", "Jien ma nafx kemm il-poplu jissaporti jgħix f'dawn l-inċertezzi kollha.", "In a way naħseb li mn'Alla xi ħadd ġietu l-idea li l-kavallieri għandhom jieħdu ħsieb dan il-post storiku ta' Sant'Anġlu għax kieku dan il-post jispiċċa bħal Għar Dalam u Għar Ħasan li qed jittertqu u jitmermru!", "Is-sabiħa hi li pulizija jew xi ħadd għassa ma' dawn il-postijiet storiċi ma npoġġux imbagħad bniedem li m'għandux żarbun inpoġġulu s-sigurta' wara l-bieb tiegħu!", "X'jimporta li nitilfu t-turisti!", "Mr Speaker, jien nieħu pjaċir nisma' lil xi ħadd jikkritika imma mill- banda l-oħra niddejjaq ħafna meta xi ħadd jipprova jagħmel il-kritika biex iweġġa'.", "Qed ngħid dan għax kien hawn xi membri parlamentari Nazzjonalisti li tgħidx kemm iddieħku bil-frażi ''Svizzera fil-Mediterran''.", "Dawn qalulna: Issa intom se ġġibu l-muntanji u s-silġ!", "U jien ngħidilhom: Mela kemm għandna għalfejn nidħku aħna b'dak li qed jgħidu huma li se jagħmlu Venezja mill-Kottonera u li se jġibu l-gondoli!", "Mela issa dawn l-affarijiet qed jinżlulhom tajjeb?", "Pero' l-ħelwa hi li meta jiena saqsejt lill-ministru min se jkunu dawn il-qaddiefa illi se jkunu qed jaħdmu bi qligħ fil-Kottonera qalli li dawn se jkunu xi żewġ Taljani li se jġibu d-dgħajjes tagħhom hawnhekk.", "Qegħdin tajjeb!", "Il-ħmar tagħna u jirkbuh il-barranin!", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid li fejn is-soltu n-nies konnessi ma' l- abbozz ta' liġi li nkunu qed niddiskutu jkunu preżenti hawnhekk, illum mhu qed nara l-ebda kavallier f'din il-Kamra.", "Dan mhuwiex nuqqas tagħhom għax meta jien tkellimt ma' Fra' John Critien qalli li ma kienx jaf li l- Parlament Malti se jkun qed jiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi.", "Mhux jien biss jiddispjaċini għal dan imma jiddispjaċih ukoll dan il-bniedem għax ħass illi, għalkemm forsi mhuwiex l-obbligu tiegħu li jkun preżenti, almenu xi ħadd min-naħa tal-gvern kellu jinformah b'dan kollu għax b'hekk forsi kien jisma' d-diskussjoni minn fuq ir-radju u jkun jaf kif jaħsbuha ż-żewġ naħat dwar dak li qed niddiskutu llum.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li l-gvern Nazzjonalista mhux qed imexxi lil pajjiżna bis-serjeta'.", "Meta tan-naħa l- oħra jkunu fl-oppożizzjoni jitkellmu b'mod velenuż u mbagħad meta jkunu fil- gvern jagħmlu proprju l-kontra ta' dak li jkunu qalu.", "Jien jiddispjaċini għall-poplu Malti kollu in ġenerali li qed jgħaddi minn din l- inċertezza kbira u allura hemm bżonn li dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru.", "Pero' l-poplu dalwaqt se jerġa' jasal għal deċiżjoni oħra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, bħalma ħassew id-deputati li ġew eletti mit-tieni distrett jien ukoll ħassejt l-obbligu li nipparteċipa fid- diskussjoni li għaddejja bħalissa dwar il-Forti Sant'Anġlu.", "Jien segwejt b'attenzjoni u interess id-diskorsi tal-kelliema li tkellmu s'issa dwar l- abbozz ta' liġi li qed jawtorizza lill-gvern biex jiġi ratifikat il-ftehim bejn il-Gvern Malti l-Ordni Ospitallier Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, liema ftehim kien sar nhar il-5 ta' Diċembru, 1998.", "Il-kelliema li tkellmu l-bieraħ kellhom laqtiet differenti fid-diskorsi tagħhom.", "Filwaqt li l-ministru fetaħ id-diskussjoni u spjega l-artikli kollha li ffurmaw dan it-trattat, l-Onor.", "George Vella taha informazzjoni dettaljata dwar id-differenzi li jeżistu bejn dan il-ftehim u dak li kellu fil-ħsieb li jagħmel il-gvern Laburista ma' l-Ordni.", "Il-gvern Laburista ried li l-ftehim ma' l-ordni jsir biex il-preżenza ta' din l-istituzzjoni bi storja glorjuża u prestiġġuża tħalli warajha l-frott li minnu jiggwadanja l-poplu Malti kollu.", "Gvern Laburista ried - dwar dan kien hemm ftehim u qbil ma' l-ordni fid-draft agreement - li Sant' Anġlu jkun ir-residenza u s-sede tal-Gran Mastru ta' l-Ordni u li din il-forti sservi ta' sede minn fejn isiru l-attivitajiet umanitarji u l-attivitajiet ekonomiċi ta' l-Ordni.", "Dan ifisser li l-forti ta' Sant'Anġlu altru milli kien se jservi ta' ambaxxata oħra man-numru kbir ta' ambaxxati li għandha l-ordni mferrxin madwar id-dinja.", "L-Onor.", "Vella tkellem ukoll dwar is-sovranita' u l-għoti ta' art tal- gvern u semma numru ta' eżempji kif fl-imgħoddi - b'kumbinazzjoni dejjem taħt gvernijiet Nazzjonalisti - ngħataw ċerti artijiet.", "Ikun tajjeb li nfakkru kif, per eżempju, il-gżira ta' Kemmuna ngħatat lil ċertu John Gaul pero' bil-ħidma tal-gvern Laburista tas-snin sebgħin, din reġgħet ingħatat lill-poplu Malti.", "Mr Speaker, ikun tajjeb li fatti bħal dawn nisimgħu aktar dwarhom, speċjalment aħna li ma għexniex dawn iż-żmenijiet.", "Għax imbagħad hemm ukoll il-każ tal-forti Chambrai li għalkemm forsi mhuwiex popolari daqs Sant' Anġlu, dan għandu valur storiku u ingħata għal ftit eluf.", "Ikun tajjeb li l-poplu jkun jaf x'sar mill-ftehim ta' Chambrai.", "Wara l-Onor.", "Vella, il-bieraħ tkellem ukoll sieħbi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniċi, li bħali jirrappreżenta n-nies tat-tieni distrett.", "Wara li ta informazzjoni storika dwar l-Ordni Sovran ta' San Ġwann, tkellem dwar xi proġetti li qed isiru bħalissa fil-Kottonera.", "Dwar dawn il-proġetti forsi jkolli ċans nitkellem aktar 'il quddiem.", "Dalgħodu kellna l-intervent ta' l-Onor.", "Evarist Bartolo li tkellem b'mod konkret fuq dak li hemm bżonn isir biex il-Kottonera tingħata dak li jixirqilha.", "Kellna mbagħad lill-Onor.", "Herrera li tkellem b'mod legali fuq il-kuntratt u issa għadha kif tkellmet l-Onor.", "Rita Law li tkellmet dwar x'suppost għaddej bħalissa fit-tieni distrett.", "Issa jien nixtieq nagħti tagħrif qasir li għadu ma ssemmiex dwar il-Forti Sant'Anġlu, Mr Speaker.", "Huwa ddokumentat li sa mill-1274 il-Forti Sant' Anġlu kien diġa' magħruf bħala castrum mares iżda l-istess sit kien diġa' jservi ta' fortizza fi żmenijiet aktar imbiegħda.", "Fi żmien il-Medju Evu dan kien okkupat minn interessi Sqallin, sabiex fl-1530 il-castrum mares inbidlet il-funzjoni tiegħu u allura ngħata sabiex iservi bħala s-sede tal-Gran Mastru tal- Kavallieri ta' San Ġwann.", "Maż-żmien il-kavallieri żiedu ma' Sant' Anġlu ħafna swar u ħafna iktar fortifikazzjoni majestuża li matul iż-żmenijiet laqgħu għall-attakki li kienu ġejjin minn min kien qed jattakka lil Malta, fosthom it-Torok.", "Minn hawnhek il-kavallieri ddefendew lil Malta kif ukoll il-Kristjaneżmu meta rebħu l-assedju li kienu għamlu t-Torok fl-1565.", "Fl- 1912 il-Forti Sant'Anġlu beda jservi bħala Mediterranean headquarters tal- flotta Ingliża li serviet tul iż-żewġ gwerer mondjali li kellna sakemm imbagħad fil-jum storiku tal-31 ta' Marzu ta' l-1979, meta telaq l-aħħar suldat Ingliż minn fostna, Sant'Anġlu reġa' ġie lura f'idejn il-Gvern Malti.", "Issa ħalli mmorru lura għal sentejn ilu meta gvern Laburista kien qed jaħdem sabiex jasal f'xi ftehim ma' l-Ordni tal-Kavallieri sabiex din tieħu l-Forti Sant'Anġlu bħala s-sede tagħha.", "Il-ħsieb tal-gvern Laburista ma kienx li Sant' Anġlu jsir xi waħda mill- ħafna ambaxxati ta' l-Ordni mferrxin mad-dinja.", "Aħna emminna li r-rabtiet u l-preżenza għal akar minn 200 sena ta' l-Ordni ta' San Ġwann f'Malta seta' jkollhom kontribut fl-iżvilupp kulturali, soċjali u turistiku ta' pajjiżna għax din l-ordni għandha għarfien internazzjonali.", "Kieku l-Forti Sant'Anġlu kellu jkun is-sede ta' l-Ordni żgur li pajjiżna kien igawdi minn ħafna fattur, il-fattur ekonomiku, il-fattur kulturali u l-fattur turistiku.", "Il- ħsieb ta' gvern Laburista kien li jinħoloq ammont ta' attivita' li minnha jiggwadanja l-poplu Malti.", "Il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, kien qal li ried li l-kavallieri jibdlu Sant'Anġlu f'Vatikan żgħir.", "Kien hemm min ikkritika, għal skopijiet tiegħu, l-argument ta' Vatikan żgħir iżda min ried jifhem dakinhar fehem x'ridna ngħidu.", "Aħna ridna li Sant' Anġlu jiġġenera interess kulturali, turistiku u kummerċjali, hekk kif min iżur Ruma, ma jistax jonqos li jżur il-Vatikan u minn hemm forsi jakkwista oġġetti ta' tifkira.", "Bl-istess mod, pero' fuq livell iżgħar, emminna li Sant'Anġlu seta' joffri interess għal min iżur pajjiżna u fl-istess ħin il-firxa u l-għarfien ta' l-istess Ordni, setgħu jwasslu għal aktar interess sabiex aktar nies, forsi anke membri ta' l-Ordni, iżuru pajjiżna.", "Kien hemm ukoll min ipprova jbellagħha lill-poplu li b'xi mod, gvern Laburista kien se jċedi s-sovranita' tal-Forti Sant'Anġlu.", "Il-ftehim kellu jikkonferma li Malta ma kenitx se ċċedi s- sovranita' tal-forti ta' Sant'Anġlu lill-Ordni.", "Minbarra dan, fl-istess ftehim kellu jkun garantit xogħol ta' manutenzjoni u restawr fuq l-istess forti.", "Barra minn hekk il-Gvern Malti kellu jieħu persentaġġ mid-dħul ta' turisti li jżuru l-fortizza kif ukoll persentaġġ minn dħul minn bejgħ ta' bolol u muniti li toħroġ l-Ordni ta' San Ġwann.", "Kif diġa' għedt, illum qegħdin hawn sabiex nirratifikaw il-ftehim li kien sar fil-5 ta' Diċembru ta' l-1998.", "L-għada li kien ġie ffirmat il-ftehim, fl-ewwel paġna ta' quddiem tal-ġurnal ''The Malta Independent'' kien hemm it-titlu: ''Knights plan Lm1 million restoration of fort St. Angelo.''", "Imbagħad l-artiklu jkompli hekk:", "\"In this agreement the Knights will be granted the use of the upper section of the fort for 99 years.", "However the Knights have undertaken to carry out restoration works on the fort which will ammount to USD 3 million or Lm1.4 million.", "This was announced by the Order's Grand Chancellor.\"", "J'Alla din il-wegħda ta' restawr tal-forti, li wara kollox hija elenkata f'artiklu 10 ta' l-istess trattat, isseħħ għax min żar Sant'Anġlu f'dawn l- aħħar xhur żgur jaf xi bżonnijiet immedjati ta' restawr għandu bżonn dan il-forti majestuż.", "It-telqa li teżisti tikkuntrasta mal-mod u stat li fih kien jinstab Sant'Anġlu meta kien għadu taħt l-Ingliżi qabel is-snin sebgħin.", "Niftakar li meta kont għadni żgħir kemm-il darba kont inżur din il- fortizza ma' missieri li kien jaħdem fin-navy Ingliża, pero' dak iż-żmien din kienet miżmuma fi stat ta' perfezzjoni.", "Min-naħa l-oħra għadu frisk f'moħħi l-istat li jinsabu fih partijiet minn Sant'Anġlu li rajthom fl- aħħar Birgufest li għamlu.", "Dakinhar dan il-post kien miftuħ għall-pubbliku u dawk il-Maltin li marru jżuruh żgur li ma ħadux gost jaraw lil Sant'Anġlu f'dan l-istat.", "Għalhekk nerġa' ngħid li j'Alla dan l-investiment fir- restawr u fil-manutenzjoni ta' partijiet minn Sant'Anġlu jseħħ għaliex ċerti partijiet jinsabu fi stat tal-biki u aktar ma jgħaddi żmien, akbar se tkun il-ħsara.", "Jien nittama li dan il-ftehim flimkien mal-proġett tal- marina u żviluppi oħra fil-madwar li suppost għandhom isiru jgħinu fl- iżvilupp ta' riġenerazzjoni tal-Kottonera.", "Mistoqsija li ilna nisimgħu hija din: Possibbli nistgħu nemmnu u nimmaġinaw li l-iżviluppi infrastrutturali se jkunu biżżejjed sabiex in- nies ta' dawn in-naħat li ntesew min-numru ta' gvernijiet u li tħallew bi problemi soċjali kbar, jieħdu dak li ilhom imċaħħdin minnu numru ta' snin?", "U jien nistaqsi: X'sar minnu l-istudju serju li kien sar sabiex ikun hemm pjan ħollistiku ħalli n-nies ta' dawn in-naħat, nies ta' qalb kbira, onesti u ħabrieka, ikollhom futur aħjar?", "Hawnhekk nixtieq infakkar il- ħidma li kienet saret fi żmien gvern Laburista min-numru ta' ministri sabiex isir pjan ta' titjib soċjali u ekonomiku fil-Kottonera.", "Dakinhar kienu ltaqgħu l-ministru responsabbli mill-edukazzjoni, mis-saħħa, mill- ħarsien soċjali, mill-kunsilli lokali, mill-ġustizzja u mix-xogħlijiet pubbliċi flimkien ma' l-Onor.", "Joe Mizzi sabiex bis-serjeta' jsir pjan ħalli l-Kottonera nagħtuha l-vera bżonnijiet li jixirqilha.", "Jiena nemmen li hemm bżonn impenn serju min-naħa ta' dawn il-ministeri li llum huma amministrati min-nies differenti.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi: X'qed jagħmlu dawn il-ministeri llum f'din l-area meqjusa bħala priority area?", "X'qed isir, per eżempju, mill-ministru ta' l-edukazzjoni sabiex il- livell edukattiv tat-tfal u żgħażagħ tan-naħat tal-Kottonera jitjieb u jkun ta' livell xieraq?", "Possibbli d-dipartiment u l-ministeru ta' l-edukazzjoni jistgħu jibqgħu jaċċettaw li n-numru ta' tfal mill-Kottonera li jgħaddu għall-junior lyceum jibqa' daqshekk baxx?", "Possibbli nistgħu nibqgħu naċċettaw li minn area ta' aktar minn 15,000 ruħ ikollna numru daqshekk minimu ta' studenti li jattendu l-universita'?", "Jekk verament nemmnu li l- Kottonera ta' għada tkun aħjar minn dik tal-lum il-gvern għandu jibda jimpenja ruħu f'dawn l-affarijiet.", "Dan biex ma nsemmix l-istat fiżiku li jinsabu fih l-skejjel tal-Kottonera li wħud minnhom għandhom aktar minn 100 sena, bħal dik ta' Bormla li nbniet fl-1901.", "Possibbli nistgħu nibqgħu naċċettaw li x-xogħlijiet infrastrutturali jinbdew u jibqgħu għaddejjin waqt is-sena skolastika?", "Per eżempju, fl- iskola Lorenzo Gafa' tal-Birgu għadhom għaddejjin xogħlijiet kbar ta' ġebel li ilhom għaddejjin numru ta' xhur bil-konsegwenza li l-istudenti qed ikollhom jgħaddu minn qalb it-trabijiet.", "Dawn żgur li mhumiex qed imorru l-iskola għall-qalbhom.", "L-istess fl-iskola primarja ta' Bormla fejn ix- xogħol fuq is-soqfa qed isir waqt li l-istudenti jkunu qegħdin l-iskola.", "Hawnhekk nixtieq nirrimarka li ħafna ġenituri huma nkwetati li jista' jkun hemm xi perikli għat-tfal tagħhom li jattendu din l-iskola.", "Issa nixtieq insemmi ftit il-qasam tax-xogħol għax f'dawn in-naħat għandna problema kbira ta' qgħad li ilha tkarkar żmien twil pero' jidher li m'aħniex qed neħduha bis-serjeta'.", "Per eżempju, jien kont nistenna li jsiru preparamenti mill-ETC sabiex dawk il-persuni bla xogħol u bla ebda sengħa fil-Kottonera jingħataw taħriġ għall-impjiegi li se jinħolqu.", "Il-proġett tal-Kottonera kellu jkollu garanzija ta' xogħol għan-nies qiegħda minn dawn in-naħat.", "Fil-fatt meta aħna konna fil-gvern konna wegħedna li n-nies tal-Kottonera kellhom jingħataw prijorita' għax-xogħlijiet li kellhom jinħolqu bis-saħħa tal- proġett tal-Kottonera pero' dan il-proġett, li nitkellem fuqu aktar 'il quddiem, issa ilu sentejn staġnat u minkejja li dejjem iwiegħdu li se jinbeda, għadu ma beda xejn.", "Għalhekk jekk mhux se jkun hemm impenn serju min-naħa ta' min hu verament konċernat sabiex il-qgħad fil-Kottonera jonqos ma nafx kif nistgħu nippretendu li l-livell ta' ħajja tan-nies li jgħixu f'dawn l-inħawi jista' jitjieb.", "Jien nippretendi li meta jinħolqu ċerti impjiegi f'numru ta' korporazzjonijiet u aġenziji tal-gvern ikun hemm share miżmum apposta għal persuni mingħajr impjieg li joqgħodu f'dawn in-naħat fejn għandna konċentrazzjoni ta' qgħad.", "Kif nistgħu nemmnu li hemm impenn serju għal dawn in-naħat meta naraw li meta jinħolqu l-impjiegi mal-korporazzjonijiet tal-gvern - u qegħdin jinħolqu mpjiegi - in-numru ta' nies mill-Kottonera huwa ineżistenti jew inkella minimu għall-aħħar.", "Għalhekk in-nies tal- Kottonera m'humiex jieħdu bis-serjeta l-wegħda li għada se jkollhom ħajja aħjar mil-lum għax dawn qed jindunaw li qishom ma jeżistux għal dan il- gvern.", "Mr Speaker, jien kont nistenna li dan il-ftehim b'xi mod seta' jikkumplimenta mal-proġetti mwiegħda lill-Kottonera u lin-nies tagħha iżda jidher li f'dawn in-naħat qed ikollna aktar paroli u wegħdi milli fatti.", "Jidher li ċerti konċessjonijiet mhux qed isiru u ma sarux fl-interess tan- nies tal-Kottonera.", "Meta gvern Laburista ressaq dan il-proġett quddiem din il-Kamra kien hawn min taparsi qagħad jiddefendi l-interessi ta' dawn in- nies pero' dan għamluh għax hekk kien jaqblilhom.", "Kemm għajtu dwar l- aċċess li kienu se jibqgħu jgawdu n-nies tal-Kottonera!", "Per eżempju, diġa' ngħalqet mina li mix-xatt tal-Birgu tagħti għal dik li aħna nsejħulha t-toqba.", "U inutli jkun hawn min igħid f'din il-Kamra u jipprova jbellagħha lill-poplu, b'mod partikolari lin-nies ta' dawn in-naħat, li din il-mina ngħalqet biss temporanjament għaliex lanqas nies Nazzjonalisti li jgħixu f'dawk in-naħat m'huma qed jemmnuha din.", "Dawn qed jgħidu li din hija skuża sabiex nilħqu nidraw il-fatt li dawn l-areas mhux se jibqgħu aċċessibbli għalina meta jekk Alla jrid isir il-proġett tal- Kottonera.", "Kif għedt diġa' dawn bdew iċaħħduna minn affarijiet li ilna ngawdu għal ħafna snin.", "U hawnhekk nixtieq nistaqsi: X'se jagħmel il-kumitat tar- regatta tal-Birgu?", "Qed nistaqsi dan għax fl-area fejn qed jitwaqqa' l-blat sabiex isiru l-appartamenti lussużi hemm l-imħażen tar-regatta tal-Birgu.", "Ta' min ifakkar li s-sena l-oħra l-kumitat tal-Birgu ma ħax sehem fir- regatta ta' Marzu minħabba nuqqas ta' attenzjoni fuq xogħlijiet li kellhom isiru fuq dawn in-naħat.", "Allura jien nistaqsi: Din kienet xi ħaġa premeditata sabiex fil-futur qarib il-klabb tar-regatta tal-Birgu jkollu jżarma minn fejn hu?", "Imbagħad b'rabta ma' din l-attivita' sportiva u ma' Sant'Anġlu, insemmi wkoll id-dilettanti tat-tlielaq tal-ħamiem li kelli okkażjoni niltaqa' magħhom ftit tal-ġimgħat ilu minħabba problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom.", "Ikun tajjeb li l-poplu jkun jaf li fin-naħa ta' fuq ta' din il- fortizza, hemm il-klabb tal-ħamiem għall-persuni mill-Kottonera u l-area tal-madwar u min jaf din l-area jaf li dawn qegħdin 'il bogħod mill-abitat u ma jtellfu lil ħadd.", "Ftit tax-xhur ilu kelli l-okkażjoni, flimkien ma' l-Onor.", "Rita Law, li niltaqa' ma' dawn in-nies li għalihom dan l- isport hu mezz ta' terapija għax uħud minnhom kienu maqbuda fil-vizzju tad- droga.", "Dawn in-nies qalulna li kienu għaddejjin minn żmenijiet diffiċli għax skond il-liġi, li għadha mis-snin ħamsin, ma jistax ikollok aktar minn sitt irjus ta' ħamiem jew tiġieġ fuq il-bejt.", "Issa dawn id-dilettanti li b'sagrifiċċji personali u finanzjarji jrabbu għexieren ta' ħamiem sabiex jikkompetu u jtajruhom bejn Sqallija u Malta kien qed ikollhom rapporti ta' kuljum u kienu qed iżuruhom tas-sanita' u l- pulizija u jgħidulhom li qegħdin jiksru l-liġi.", "Dawn in-nies qegħdin fi stat isteriku u ftit tal-ġimgħat ilu f'din il-Kamra jien għamilt appell f'isimhom sabiex naraw x'jista' jsir biex dawn id-dilettanti jibqgħu jgawdu d-delizzju tagħhom.", "Allura jien nistaqsi: Tgħid din il-liġi antika li s'issa tħalliet fuq l-ixkaffa u forsi ħadd ma ta kasha hija skuża biex lil dawn in-nies naqtgħulhom qalbhom u nġegħluhom iżarmaw ħalli joħorġu mill- post li għandhom f'Sant' Anġlu?", "Jien nittama li min għandu l-awtorita' hawnhekk iserraħ moħħ dawn in-nies u jiggarantilhom li dawn jibqgħu jgawdu dawn il-premises għas-snin li ġejjin.", "Sur President, kif qal tajjeb l-Onor.", "George Vella l-bieraħ, il-parti ta' isfel ta' Sant'Anġlu ngħatat lill-konsorzja li ġew fdati mill-proġett tal- Kottonera.", "Issa Sant'Anġlu huwa mill-pont 'il ġewwa u, biex ngħid hekk, huwa maqtugħ għalih pero' hemm aċċess għalih permezz tal-pontijiet li saru.", "Jien kont nistenna li l-areas storiċi li jagħmlu parti minn Sant'Anġlu ma kellhomx jingħataw b'mod dirett lill-konsorzja sabiex jagħmlu li jridu u jagħmlu proġetti aktar moderni li żgur jistonaw mal-valur storiku li għandu Sant'Anġlu.", "Fil-fatt il-partijiet ta' madwar Sant'Anġlu li se jingħataw lill-konsorzja se jkun fihom bini modern bħal ngħidu aħna, yacht club, ħwienet, uffiċini kif ukoll numru kbir ta' bini residenzjali.", "Jien nittama li kulmin għandu għal qalbu l-wirt storiku ta' pajjiżna jitkellem kull meta jkun se jsir xi abbuż minn dan il-wirt storiku.", "Diġa' kellna t-twaqqigħ ta' xi mħażen li jmorru lura għal żmien il-kavallieri bl- iskuża li kellhom ħsarat irreparabbli u li kienu ta' żmien l-Ingliżi u issa dawn tlifnihom darba għal dejjem.", "Jien naħseb li kien aktar minn eżatt is-Sindku tal-Birgu meta qal li jibża' li t-twaqqigħ ta' dawn l-imħażen jista' jkun il-bidu ta' proċess li jwassal għal aktar qerda ta' bini storiku.", "Is-Sindku tal-Birgu kompla jgħid li meta jkunu qed jitwaqqgħu dawn l-imħażen jintlaqat bini storiku maġenbu u jgħidu li waqa' waħdu.", "Huwa fl-interess tagħna lkoll li dak li salva minn taħt żewġ gwerer ma jispiċċax taħt il-gafef għal skopijiet oħra.", "F'din il-Kamra kien hawn min ċaħad li dawn l-imħażen kellhom valur storiku pero' Fr Eugene Zerafa għamel studju serju u dettaljat dwar dawn l-imħażen u qal li dawn huma ta' żmien il-kavallieri.", "Dwar dan għamel studju wkoll il-Kaptan Wismayer fejn ikkonferma li dawn l-imħażen imorru lura għal żmien il-kavallieri.", "Fil- fatt dan jagħti spjegazzjoni ċara u dettaljata ta' dawn l-imħażen kif ukoll dwar il-lokazzjoni tagħhom u allura żgur li mhux il-każ li wieħed jiddubita li dawn mhumiex ta' żmien il-kavallieri.", "Jien ċert li l-ewwel bini se jkun bini residenzjali n-naħa tal-Birgu li tħares lejn il-Kalkara.", "Allura fejn qed jiġu mħarsa l-interessi tan-nies tal-Kottonera?", "In-nies tal-Birgu żgur mhux se jiggwadanjaw mill-bini ta' dawn l-appartamenti.", "Ftit tal-ġimgħat ilu smajna bl-aħbar li l-Casino di Venezia se jmexxi l- casino f'wieħed mill-palazzi tax-xatt tal-Birgu.", "Qalulna li dan se joħloq numru ta' mpjiegi u jien nistenna, kif diġa' għidt qabel, li għallinqas naraw li nies mill-Kottonera jkunu eliġibbli għall-impjiegi li qed iwegħduna li se jinħolqu.", "Jien nistenna li nies bi kwalifiki neċessarji mill-Kottonera jingħataw priferenza għal dawn l-impjiegi li se jinħolqu.", "Nistenna wkoll li l-ETC timpenja ruħha sabiex flimkien ma' l-operaturi tal- Casino di Venezia, tħejji numru ta' korsijiet għal persuni mill-Kottonera sabiex ikunu mħejjija dwar l-impjiegi li qegħdin iwegħduna li se jinħolqu.", "Marbuta mal-Casino di Venezia hemm il-ħsieb li jinġiebu xi gondoli ̧ li naħseb li se jibdew jaħdmu mill-Belt għall-Kottonera, u hawnhekk nistaqsi: Dawn se jkunu ta' theddida għax-xogħol tal-barklori li hemm in-naħa tal- Birgu u ta' l-Isla?", "Qed nistaqsi dan għax il-barklori li hemm huma nkwetati li bil-miġja ta' dawn il-gondoli, x-xogħol tagħhom se jkun mhedded.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonniċi semma l-waqa' tal-ħajt ta' Bormla.", "Naħseb li dan bħali jixtieq l-aħjar affarijiet għan-nies tal- Kottonera pero' hawnhekk nixtieq nistaqsih: Huwa veru li waqa' l-ħajt ikrah ta' Bormla pero' dan hu li riedu n-nies ta' hemmhekk?", "Fil-fatt jekk tiltaqa' man-nies ta' Bormla dawn igħidulek li twaqqa' ħajt tal-ġebel sabiex issa għandhom ħajt ieħor bil-vireg tal-ħadid.", "Barra minn hekk l- aċċess li ġew imwiegħda għall-parti ċaħħduhulhom ukoll.", "Din hi l-viżjoni li għandhom in-Nazzjonalisti għall-Bormla!", "Naħseb li meta nieqaf mid- diskors tiegħi ikun hawn xi ħadd min-naħa l-oħra – għalkemm ftit qed ikun hawn membri jitkellmu min-naħa l-oħra ̧ mhux fuq din il-liġi biss iżda anke fuq liġijiet oħra – jsemmi l-proġetti Ii suppost għaddejjin bħalissa fil-Kottonera ̧ fosthom il-proġett tal-marina, il-Pjazza Santa Margerita, id- dar ta' l-anzjani, il-baċir nru.", "1 u l-kumpless sportiv.", "U ladarba qed insemmi l-proġett tal-marina - dan issa ilu li twaqqaf mis-sajf ta' l- 1998, meta ġejna mwaqqfa b'mod goff milli nkomplu nagħmlu dan ix-xogħol minn dawk li m'għandhomx fuq quddiem nett l-interessi tal-Kottonera – nixtieq ngħid li jidher li se tkun il-parti residenzjali li fiha se jkun hemm involut il-miljuni li se tkun l-ewwel parti li titlaq.", "Hemm ukoll il-proġett ta' Pjazza Santa Margerita.", "Lili wrewni pjanti mill-isbaħ u dan huwa proġett li verament jixraq għall-area fejn qiegħed pero' dan il-proġett ilu ħafna wieqaf u ħafna xhur bl-iskuża li għaddej ix- xogħol fuq id-dar ta' l-anzjani.", "Għalhekk meta jitkompla l-Bambin biss jaf.", "Allura jien nixtieq nistaqsi: Meta se jitkompla dan ix-xogħol?", "U x'se jiġri minn dik il- ground li hemm li ħadu biċċa minnha u qed iċaħħdu lit-tfal tagħna milli jkollhom fejn jilgħabu anke waqt il-ħin ta' l-iskola?", "Dan sar ukoll b'detriment għan-nursery tas-St.", "Georges għaliex dawn kienu jitħarrġu fil-logħba tal-football hemmhekk.", "U hawnhekk nistaqsi: Għalfejn in-nies ta' dawn in-naħat qegħdin ikunu ttrattati b'mod inferjuri minn ċittadini oħra Maltin?", "Nixtieq insemmi wkoll id-dar ta' l-anzjani li qamet ħafna flus u damet tiela' ħafna.", "Fil-fatt din inbdiet taħt gvern Nazzjonalista, tkompliet fis-sentejn ta' gvern Laburista u nfetħet minn gvern Nazzjonalista.", "Dan huwa proġett mill-isbaħ u ta' min ifaħħru għax din id-dar komda u lussuża verament tixraq lill-anzjani tagħna ħalli jkunu jistgħu jqattgħu l- kumplament ta' ħajjithom f'aktar kumdita'.", "Mr Speaker, se jkollna wkoll kumpless sportiv iżda jien nistaqsi: X'aċċess se jkollhom l-għaqdiet sportivi tal-Kottonera għall-użu tal- faċilitajiet?", "Naħseb li jkun aktar xieraq kieku l-għaqdiet sportivi tal- Kottonera jkollhom il-possibbilta' kollha li jużaw dan il-kumpless għat- taħriġ tal-membri tagħha.", "Jien nemmen li Sant'Anġlu kellu jkun il-bidu ta' ċaqliq għal żvilupp fil- Kottonera.", "Dan il-forti kkumplimentat ma' l-għarfien internazzjonali ta' l- ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta għandu potenzjal kbir.", "Aħna dejjem emminna li dan għandu jkun il-qawmien tal-Birgu u l- qawmien tal-Kottonera kollha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE BORG: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra, għal lejla, it-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda: Abbozz ta' Liġi dwar it-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.);", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tielet Qari.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, proprju fil-weekend li għadda l-Partit Laburista żamm il-konferenza ġenerali annwali tiegħu li fiha rajna tibdiliet interni anke fl-amministrazzjoni tal-partit.", "Apparti minn hekk kien hemm diskussjoni u kontribut min-naħa tad-delegati fuq erba' mozzjonijiet.", "Fil-fatt kien hemm tnejn li l-enfasi tagħhom kienet fuq il- politika barranija tal-partit u proprju fil-mozzjoni dwar \"Malta, Svizzera fil-Mediterran\", kien hemm il-possibbilta' li wieħed jispjega r- relazzjonijiet li jixtieq jibni l-Partit Laburista fil-konfront ta' l- Unjoni Ewropea.", "It-tieni mozzjoni fuq il-qasam ta' l-affarijiet barranin kienet imsejħa \"Malta, Gżira ta' Paċi\" u ovvjament kienet tikkonċerna wkoll l-isfera internazzjonali.", "Barra dawn kien hemm żewġ mozzjonijiet partikolari li kienu ta' interess lokali.", "Waħda minnhom - u smajna ħafna dwarha mhux biss fil-konferenza imma anke fit-toroq - kienet intitolata \"Gvern tat-Taxxi\" u l-oħra - u jien inħoss li kienet il-pern tal-konferenza kollha - kienet intitolata \"Inizjattiva u Wens f'Soċjeta' b'Opportunitajiet Ġodda\".", "U jien proprju fuq din it-tema ta' l-inizjattiva nixtieq inħares lejn x'inhu jiġri fil-qasam tas-self-employed taħt il-gvern preżenti.", "Il-mozzjoni fiha nfisha kienet mozzjoni mifruxa ħafna għaliex l-inizjattiva tfisser li wieħed jagħti lil dak li jkun l-ispazju neċessarju biex ikun jista' jiżviluppa l-ideat li jkollu l-bniedem.", "Din fil-fatt wieħed jista' japplikaha għall-isferi kollha, kemm għal dak li huwa l-ambjent, kemm jekk qed nitkellmu fuq il- qasam ta' l-edukazzjoni, kemm jekk wieħed jitkellem fuq il-qasam tat- turiżmu, kemm fuq il-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna, industrija u b'mod partikolari fuq is-self-employed.", "Jekk wieħed jitkellem fuq l-inizjattiva inkwantu għas-self-employed, wieħed jara li llum is-self-employed jinsab mitluf u mingħajr direzzjoni.", "L- unika direzzjoni li jidher li qed jingħata bħalissa s-settur tas-self- employed huwa dik negattiva.", "F'diversi okkażjonijiet il-gvern, anke fl- aħħar diskors tal-budget, dejjem qies dan is-settur bħala wieħed tal- ħallelin.", "Saħansitra l-ministru li llum huwa responsabbli mill-finanzi anke uża din it-terminoloġija fil-konfront ta' dan is-settur.", "Jien ngħid li aħna nħarsu lejn dan is-settur b'mod differenti.", "Is-self-employed għall- Partit Nazzjonalista huwa sors ta' taxxi u xejn iktar.", "Hafna drabi nisimgħu speeches, nisimgħu nies li jkunu konċentrati fuq dan il-qasam jgħidu kif huwa l-mutur ta' l-ekonomija li fuqu irridu nibnu s-sisien, imma fil- prattika jidher li dan il-gvern iħares lejh biss bħala sors ta' taxxi kif se jipprova jimla ftit mill-ħofra finanzjarja kbira li rnexxielu jibni.", "Diversi huma l-eżempji li wieħed jista' jagħti.", "Dan l-aħħar jiem kellna ż-żieda f'dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tariffi li jitħallsu lit-tourism authority.", "Din iż-żieda laqtet diversi aġenziji mhux kbar.", "Issa mhux qed nitkellmu fuq l-operaturi l-kbar imma qed nitkellmu fuq dak li jaqla' l-għajxien tiegħu proprju minn dan il-qasam.", "Barra dawn il-fees illum dan il-gvern għolla wkoll il-bolla.", "Meta ma kienx fil-gvern din kienet balla imma llum il-ġurnata żiedha mhux biss għas-self- employed imma anke għall-ħaddiema in ġenerali.", "Żied ukoll il-costs marbutin ma' l-enerġija, ma' l-ilma u d-dawl.", "Dan minkejja li l-gvern tal- lum kien jgħajjar lilna bil-mod kif konna se nżidu t-tariffi.", "Din il- miżura qed teffettwa negattivament lill-familji Maltin u Għawdxin u fiha nfisha hija miżura li qed tkompli tnaqqas il-flus fl-idejn biex jintefqu fil-qasam tal-kummerċ.", "L-enerġija hija element essenzjali tan-negozju u ċertu negozju jiġi affettwat iktar minn ieħor.", "Per eżempju, fil-qasam tal-catering, biex nagħtu eżempju klassiku, il-cost huwa marbut id f'id proprju ma' l-użu ta' l-elettriku.", "U hawn irrid ngħid li l-għoli tal-kontijiet jidher li qed ikun piż iebes wisq biex jinġarr minn min tassew aħna rridu nirrispettaw.", "L- istess, iż-żidiet tal-planning authority ma ħallewx effett negattiv biss fuq l-għarajjes u ż-żgħażagħ li jkunu jridu jibnu r-rokna tagħhom imma anke fuq il-qasam tan-negozju.", "Barra minn hekk ħafna drabi jkollhom n-negozji jkollhom dawk id-defaulters li jkunu ħadu affarijiet mingħand in-negozjant u ma jħallsuhx imma biex jirrikorri l-qorti u jieħu l-ġustizzja - u dan ma jgħoddx għas-self-employed biss imma għall-poplu in ġenerali - dan il-gvern għabbieh b'piżijiet akbar.", "Issa, l-aħħar waħda li smajna kienet fuq l-iskips għar-rimi.", "Dawn diġa' kienu qed iħallsu ferm aktar milli jħallas normalment the man in the street u issa qed naraw li anke hemmhekk se jkun hemm iż-żidiet.", "L-aħħar waħda li qiegħda donnha tispikka bħalissa hija l-kwestjoni tal-parking.", "Minħabba nuqqas ta' traffic management serju fejn hemm il-qasam tal-kummerċ qed jispiċċaw jitwaħħlu tabelli no-parking.", "Dawn huma affarijiet li jtellfu ħafna l-kummerċ u ħafna drabi kienu anke l-kawża ta' nies li jiġu fl-idejn u jispiċċaw il-qorti.", "Il-verita' hi li l-burokrazija li qed idaħħal dan il- gvern ukoll qed iżżid il-piżijiet għan-negozjant iż-żgħir.", "L-ispejjeż li qed jagħmlu biex jiġu in compliance mal-liġijiet u mal-miżuri ġodda li qed idaħħal dan il-gvern ukoll huma konsiderevoli.", "Dan kollu li semmejt jirriżulta f'nuqqas ta' spazju għan-negozju biex ikun jista' jieħu l- inizjattiva.", "Mr. Speaker, fid-diskors tal-budget intqal ukoll li l-gvern se jmur għal eżerċizzju ta' benchmarking fuq is-self-employed.", "Aħna ngħidulu li din m'hija xejn ħlief miżura li permezz tagħha se jerġa' japplika sistemi antikwati li kienu jissejħu exofficio.", "Ovvjament il-gvern ta nomenklatura ġdida lil din is-sistema imma fir-realta' hija sistema ta' ex-officio.", "Qed jgħid li se jibda jaqbad bands differenti bħal nutara, benneja, bajjada, mechanics, ikun xi jkun il-qasam tan-negozju li wieħed jaħdem fih u jistipula hu skond l-average li jara jew skond dak li jkun qed jiġri fil- pajjiż mit-tax compliance unit kemm għandu jħallas taxxa dak is-settur.", "Aktar minn hekk il-gvern qed jgħid li din is-sistema gradwalment se titfassal f'waħda ta' minimum tax.", "Mela kull kategorija tan-negozju fil- pajjiż, hu x'inhu, retailer, ħanut żgħir, nerġa' ngħid, fl-oqsma tas-snajja jew professjonist, il-gvern jgħidlu: Int l-inqas taxxa li tista' tħallas hija daqshekk.", "Mr. Speaker, fil-passat il-Partit Nazzjonalista kien jgħid li kien se jadotta skemi personalizzati anke fil-qasam tas-servizzi soċjali.", "Fejn marret din il-filosofija?", "M'għadux jara li hemm differenza bejn negozju f'lokalita' u negozju f'lokalita' oħra?", "Dan il-gvern jidher li dan kollu qiegħed iwarrbu.", "Jien nixtieq nagħmilha ċara li aħna favur il-ġbir tat- taxxi imma jien ngħid li l-gvern għandu jagħfas fejn għandu jagħfas.", "Aħna għennih biex ifassal it-tax compliance unit u ma fixkilnih f'xejn.", "Tajna l- kontribut tagħna fejn stajna.", "Barra minn hekk, għodda għandu jekk irid il- gvern jagħfas fejn għandu jagħfas, imma ħafna drabi jagħżel li jagħlaq għajnejh.", "Il-maġġoranza kbira tal-poplu qed ibati bil-metodoloġija li qed juża dan il-gvern fil-ġbir tat-taxxa, metodoloġija li tagħfas l-aktar fuq iż-żgħir, fuq min ma jiflaħx u fuq il-klassi medja li ħafna mis-self- employed jaqgħu fiha.", "Mill-banda l-oħra l-politika Laburista, anke f'dak li rajna fil- konferenza ġenerali tal-partit, hija waħda dinamika, tħalli l-ispazju għall- inizjattiva, tirrispetta lil min għandu jiġi rispettat u tara li min jaħrab ir-responsabbiltajiet tiegħu lejn is-soċjeta' jagħmel tajjeb għan- nuqqasijiet tiegħu.", "Din hija d-differenza bejna u bejn il-gvern preżenti.", "Il-gvern preżenti jħares lejn is-self-employed solament bħala sors ta' income.", "Fejn jiġi għall-aġevolar, għall-għajnuna, għall-appoġġ u għas- solidarjeta' ma' dan il-qasam tant importani jidher li l-gvern qiegħed jabbanduna kollox.", "Aħna nemmnu li f'dan is-settur tas-self-employed hemm nies li dawn ħolqu in-niche tagħhom, ħolqu r-rokna tagħhom, ħolqu l-impjieg tagħhom u ta' ħaddieħor li jaħdem magħhom u allura għandna nirrispettaw is- sagrifiċċju li jagħmlu biex jaslu għal dan l-istat.", "Irridu nifhmu wkoll li jekk il-konsumtur ma jkollux disposal income biżżejjed imbagħad lilhom iktar inkomplu ngħaddsuhom 'l isfel.", "Jiena naħseb li n-negozji ż-żgħar m'għandhomx futur sabiħ taħt il-politika preżenti ta' dan il-gvern u l- unika politika li tista' tagħti serħan il-moħħ u wens lil dan is-settur hija dik Laburista.", "Illum sfortunatament għandna gvern li anke meta jitqajmu issues bħalma huma l-ħinijiet tal-ħwienet, nibdew naraw il-fares.", "Naraw il-permessi li joħorġu jridu jerġgħu jinbidlu u naraw pulizija li kważi kważi jintimidaw lin-nies.", "Min għandu l-inkarigu li jara li jkun hemm is-serjeta' fil-pajjiż minflok jara kif se nlaqqgħu n-nies qed jaħrab u jgħid: Issa, naraw xi tgħid il-qorti.", "Hekk se nibdew nittrattawhom il-problemi li jinqalgħu?", "Bir-rata li għaddejja l-qorti naħseb li ma tantx għandna naraw xi inizjattivi kbar.", "Il-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista kienet xi ħaġa li nħasset u li tat arja ġdida lill-pajjiż.", "Min segwa l-konferenza ġenerali nduna li minnha ħarġu ħafna ħsebijiet u ideat.", "Jiena ngħid li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar se jiżdiedu u aktar se jiġu kkonkretizzati l-ideat min-naħa tal- Partit Laburista.", "Minkejja d-diffikultajiet li għandna tal-media, il-ftit li għandna hija tajbin u b'saħħitha, qed tagħmel impatt kbir u jidher li l- maġġoranza l-kbira tal-poplu qed tifhem il-politika Laburista.", "Nagħlaq billi ngħid li bil-politika Laburista biss il-poplu jkun jista' jkollu tmexxija li turi serjeta' u tmexxija li turi l-inizjattiva għal dan il- qasam tas-self-employed.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Chris Cardona.", "ONOR.", "CHRIS CARDONA: Mr Speaker, fil-pajjiż dalwaqt jerġa' jkollna l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Din hija esperjenzi ta' kull sena li jiena ngħid mhux drajniha biss pero' hija kważi esperjenza li qegħdin nieħdu for granted.", "Barra minn hekk dejjem niġu bl-istess argumenti dwar dawn l-elezzjonijiet.", "Il-partiti diġa' bdew bil-kampanja tagħhom u ovvjament huwa inevitabbli li f'din il-Kamra jkun hawn diversi kelliema miż- żewġ naħat li jgħidu x'jaħsbu dwar dawn l-elezzjonijiet u x'jaħsbu li jfissru għall-poplu Malti.", "Pero' xi jfissru eżattament u x'għandu jkun ir- rwol tal-kunsilli lokali fil-pajjiż tagħna?", "X'għandu jkun ir-rwol ta' l- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "Għalkemm it-terms of reference tal-kunsill lokali huma ċari u għalkemm dawn joperaw fil-parametri ta' liġi pero' s-sinifikat veru ta' elezzjonijiet tad-diversi lokalitajiet ftit nitkellmu fuqu.", "Jien ma nemminx żgur li dawn l-elezzjonijiet għandhom ifissru xi forma ta' pika partiġġjana.", "Sfortunatament hekk qed jiġri u n-nies proprju ddejqu li kull sena jkollok liż-żewġ partiti li jassedjawhom b'materjal dwar il-kandidati tagħhom.", "Ovvjament din il-pika qed idejjaq lin-nies, u forsi għalhekk jien nasal biex ngħid li nibqa' nemmen fil-politika oriġinali li kellu l-Partit Laburista li fil-kunsill lokali m'għandux ikun hemm kontestazzjoni fuq bażi politika.", "Il-Partit Laburista jemmen li ċ-ċittadini għandhom jikkontestaw fuq bażi individwali, pero' inevitabbilment kellu jikkontesta dawn il- kunsilli lokali minħabba l-mod kif żviluppat l-istorja ta' dawn il-kunsilli lokali.", "Jiena ngħid biss li ma tagħtihomx tort lin-nies li ddejqu jisimgħu kull sena għal xahar sħiħ fuq dawn il-kunsilli u dwar lil min għandhom jivvutaw u min m'għandhomx jivvutaw.", "Din hija xi ħaġa li se jkollna nħabbtu wiċċna magħha fix-xahar li deħlin fih.", "Ma nemminx lanqas li r-riżultat tal-kunsilli lokali għandu jkun interpretat b'xi mod li jagħti rebħa lill-partit jew lill-ieħor.", "Ma nemminx li dawn l-elezzjonijiet għandhom ikunu ġirja sfrenata bejn il-partiti għal min hu l-aħjar jew inkella ġirja għall-voti.", "Nemmen li fl-aħħar mill-aħħar dawn l-elezzjonijiet għandhom ikunu elezzjonijiet li fihom jirbaħ iċ- ċittadin f'dik il-lokalita', li jirbaħ kulħadd li jkun jiddependi minn dak il-kunsill partikolari.", "Nemmen li dawn l-elezzjonijiet ta' dawn il-kunsilli lokali għandhom ikunu wkoll sinjal għal tmexxija serja għall-kunsilliera preżenti li verament ikkontribwew jew inkella juru li se jikkontribwixxu b'mod serju u dekoruż speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' kif jintefqu l-flejjes li jingħataw.", "Politikament, Mr Speaker, irrid ngħid li jinħoloq kuntrast ukoll dwar dan il-punt għaliex qegħdin nisimgħu li l-gvern iddeċieda li jnaqqas il-flus minn ċerti fondi ta' ċerti kunsilli lokali.", "F'ċerti lokalitajiet dan it- tnaqqis qed iwassal għal diffikultajiet fit-tmexxija tal-kunsill lokali partikolari.", "Dan l-aġir jikkuntrasta bil-kbir ma' dak li kien jgħid il- gvern meta kien fl-oppożizzjoni bejn l-1996 u 1998.", "F'dawk iż-żmenijiet kien hemm attakk kontinwu minn kelliema tal-Partit Nazzjonalista, dak iż- żmien fl-oppożizzjoni, fuq l-approach li kien ħa l-gvern Laburista fit- tmexxija tal-kunsill lokali li llum il-ġurnata.", "Jien nemmen li r-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhom ikunu f'direzzjoni li ċ-ċittadin juri li jrid amministrazzjoni tajba u li jrid ikun hemm inizjattivi ġodda u mhux taxxi ġodda.", "U hawnhekk ukoll irrid insemmi jien l-inizjattiva biex jintroduċi taxxi ġodda li kien se jieħu l-kunsill lokali ta' Birkirkara.", "Dan il-kunsill lokali pprova jagħmel taxxa ta' Lm25 għall-parking u naħseb ta' min ifaħħar l- oppożizzjoni li għamlu l-kunsilliera laburisti ta' Birkirkara li ġġieldu l- impożizzjoni ta' din it-taxxa ġdida u rraġunaw li din mhux talli m'hijiex se ssolvi l-problemi imma se toħloq problemi akbar.", "Hija impożizzjoni ta' taxxa ġdida u hija deċiżjoni li ma tmurx ma' l-andament ta' kif għandu jmexxi kunsill f'lokalita' tiegħu.", "Mr Speaker, jien nemmen li kunsill ma jridx ikun pernjat fuq seminars, fuq taħdidiet u paroli fil-vojt ta' ħafna maġija u stilel.", "Barra minn hekk, għalkemm Malta hija gżira żgħira fil-lokalitajiet differenti jeżistu problemi differenti u wieħed ma jistax imexxi l-kunsill lokali tal-Mellieħa bl-istess mod li jmexxi l-kunsill lokali ta' Birkirkara.", "Bl-istess mod ma tistax tmexxi kunsill lokali ta' Birżebbuga bil-mod kif tmexxi kunsill lokali ta' Hal Lija jew ta' Hal Balzan għaliex huma lokalitajiet li l- esiġenzi tagħhom huma differenti, l-ammont ta' nies li jgħixu fihom huma differenti, it-tip ta' negozju li hemm f'dawn il-lokalitajiet huma differenti u għaliex l-ammont ta' traffiku li jgħaddi minn dawn il- lokalitajiet huma differenti.", "Illum il-kunsilli lokali m'għadhomx esperiment.", "Illum suppost qbadna ritmu xogħol u dan ix-xogħol żgur li mhux se jsir permezz ta' seminars u paroli fil-vojt.", "Dan irid isir permezz ta' xogħol u b'inizjattivi ġodda fis-setturi differenti ta' kull lokalita'.", "Mr. Speaker, l-oppożizzjoni Laburista temmen li l-Maltin verament jemmnu li nistgħu nagħmlu ħafna aħjar fil-livell lokali speċjalment fl- edukazzjoni u fl-isport.", "Il-kunsill jista' bla dubju ta' xejn jgħin fil- mod ta' kif l-edukazzjoni u l-isport - li huwa relatat ħafna mas-settur edukattiv - fir-raħal jingħataw direzzjoni aħjar.", "Għandek, per eżempju, libreriji, għandek per eżempju, il-kunsilli skolastiċi u huwa possibbli ikun hemm relazzjoni bejn il-kunsill skolastiku u l-kunsill lokali.", "Għandek it-tournaments ta' l-isports u s-settur tas-saħħa li huwa settur ieħor li jista' jaħdem ħafna fih il-kunsill lokali individwali ta' kull belt u raħal.", "Sfortunatament din ir-relazzjoni bejn il-kunsill lokali u s- saħħa ma tingħatax daqshekk enfasi pero' naħseb wasal iż-żmien li tingaħta iżjed enfasi għaliex kif għedt aktar kmieni l-kunsilli lokali m'għadhomx f'fażi ta' esperiment imma llum għandhom esperjenza ta' snin ta' ħidma.", "Mr Speaker, l-anzjani huma settur ieħor fejn il-kunsill lokali jista' jagħmel ħafna.", "Naħseb li hemm relazzjoni wkoll kemm bejn ix-xogħol li jagħmel il-kunsill lokali fis-settur ta' l-anzjani vis-a-vis ir-relazzjoni ta' kunsill lokali mas-saħħa.", "B'ċertu sodisfazzjon tinnota li anke b'mod dirett il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fuq livell lokali qiegħda dejjem tiżdied.", "U donnhom li ż-żagħżagħ qegħdin jemmnu iżjed fil-parteċipazzjoni tagħhom f'livell ta' kunsill lokali.", "Naraw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ anke b'mod indirett, per eżempju, permezz ta' subcommittees li jiġu fformati fil-kunsill lokali.", "Ix-xogħol li jagħmel il-kunsill lokali fis- settur ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, il-mod ta' kif jirrelata, per eżempju, ix-xogħol li jagħmel f'dak li għandu jaqsam ma' xogħol ta' toroq, f'dak li għandu x'jaqsam ma' toroq li huma taħt il-ġurisdizzjoni tal- kunsill lokali u l-ambjent.", "Dawn huma kollha setturi li żgur mhux se jissolvew bis-seminars, mhux se jissolvew ruħhom bid-diskussjonijiet u bl-artikli fil-gazzetti.", "Dawn huma setturi li verament jistgħu jmorru għall-aħjar jekk ikollna kunsilli lokali li għandhom inizjattivi, li jridu jaraw li jridu jġibu l-ħajja ta' kull ċittadin fil-kunsill fil-lokalita' tagħhom aħjar bix-xogħol li huwa ta' ċertu serjeta' u ċertu galbu u b'xogħol ukoll li se jagħti l-frott fl-aħħar mill-aħħar mhux biss lil dik il-lokalita' individwali pero' anke fuq bażi nazzjonali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tlieta, 30 ta' Jannar, 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BEEF - IMPORTAZZJONI - KONTROLLI", "22737.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Fid-dawl tal- fatt li l-marda tal-BSE u CJD qed tinfirex, jista' l-Ministru jara li jiddaħħlu miżuri immedjati ta' kontrolli fuq il-beef importat, bħal barcoding fuq kull qatgħa tal-beef, sabiex ikunu provduti d-dettalji ta' l- istorja tal-prodott sa mit-twelid u l-qatla għall-assigurazzjoni tal- konsumaturi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.", "UE", "22884.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22693 li oriġinarjament saret lil-Viċi Prim Ministru u ċioe jista' jgħid jekk żgħażagħ li huma illiterati u bla snajja', jew inkella semi-skilled jew li għandhom livell ta' edukazzjoni medju, hux qed jew hux ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fil-programm Leonardo hemm opportunitajiet għall-ħaddiema mill-postijiet tax-xogħol biex jieħdu sehem fi proġett ta' Mobility.", "Il-programm Leonardo ma jimponi ebda livell ta' kompetenza akkademika jew vokazzjonali.", "VAPURI TAĦT IL-BANDIER MALTIJA", "22916.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm vapuri taħt il- bandiera Maltija li għal raġuni jew oħra jinsabu miżmuma f'portijiet barranin?", "F'liema pajjiżi u għal liema difetti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRABIJIET FL-ARJA", "22917.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kontroll se jsir mid-dipartiment għall-ambjent dwar trabijiet/għabra fl-arja meta jibda l-proġett proprju tal-Kottonera u issa li qed issir l-iskavar/bini għall-kumpless sportiv fil-Marsa?", "Kif se jsir permess li minbarra eluf ta' residenti fl-inħawi hemm tlett skejjel kbar; Ġużeppi Despott, De La Salle u St Edwards?", "Japrezza li ħafna trabijiet fl-arja jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa, speċjalment għal dawk li jsofri bl-ażma?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li mhuwiex mistenni li x- xogħlijiet fil-Kottonera ser jikkaġunaw xi inkonvenjenza lir-residenti jew lill-iskejjel fil-viċin; dan minħabba l-fatt illi l-kontroll tat-trabijiet fl-arja minn dan il-proġett kienu ġew ikkunsidrati qabel fil-permess ta' l- iżvilupp ta' dan l-istess proġett.", "Il-miżuri li ser jittieħdu għall-kontroll ta' trabijiet fl-arja huma dawn:", "'water sprays' ser jintużaw biex inaqqsu l-inkonvenjent ta' trabijiet fl- arja filwaqt li jkun qed isir l-iżvilupp.", "Ser jittieħdu wkoll miżuri adekwati sabiex il-vetturi kollha li jitilqu mill-post fejn qed isir l-iżvilupp u li għandhom x'jaqsmu ma' dan l- iżvilupp ma jarmux tajn jew materjal ieħor fit-toroq.", "Filwaqt li jkun qed isir dan il-proġett id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l- Ambjent flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser jagħmlu spezzjonijiet regolari sabiex ikunu jistgħu jaraw jekk hux kollox sejjer kif suppost.", "Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda xogħol ta' skavar/bini għal kumpless sportiv fil-Marsa.", "PULIZIJA - BORMLA - TRAB FL-ARJA", "22918.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qed tieħu xi prekawzjonijiet speċjali issa li beda x-xogħol fuq il-kumpless sportiv f'Bormla biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu għat-tfal ta' l-iskejjel fil-viċin?", "Peress li trakkijiet kbar mimlija bit-terrapien qed jgħaddu regolarment mit- triqat viċin l-iskejjel De La Salle, St Edwards u Ġużeppi Despott u meta jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera dan il-periklu jikber, jista' l- Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn meta beda l-proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ħadet ħsieb li jsiru l- arranġamenti meħtieġa sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm periklu.", "SKEJJEL - SKOLA TA' SANTA VENERA", "22919.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid il-persuna li tgħallem l-IT fl-iskola sekondarja tas-subien ta' Santa Venera meta se tingħata l-opportunita' li tagħmel il- Conversion Diploma Course fil-Computer Studies Education fl-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-Ċirkulari li ħarġet fit-22 ta' Mejju 2000, ref: OPS 4/2000, għalliema tas-Sekondarja ġew mitluba biex japplikaw biex jgħallmu s-suġġett \"ICT Applications\".", "Dawk li kienu se jiġu magħżula kienu ser jintbagħtu biex jagħmlu 'Conversion Diploma Course in Computer Studies' fl-Universita` ta' Malta.", "Sfortunatament għal din is-sejħa applikat persuna waħda li ma kinitx eliġibbli skond is-sejħa ta' l-imsemmija ċirkulari.", "Huwa maħsub li din iċ- ċirkulari terġa toħroġ din is-sena fejn fiha sejra tiġi mogħtija l- opportunita` biex l-għalliema fis-sekondarja jkunu jistgħu japplikaw.", "DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI - DIRETTURI", "22920.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 u 2001 s'issa kemm kien hemm diretturi li rtiraw bl-eta' mill-ħatra tagħhom fid-diviżjoni ta' l- edukazzjoni?", "Min kienu?", "Kemm minn dawn kien hemm li ngħataw estensjoni tas-servizz?", "Min kienu?", "Kemm minn dawn żammew il-poter li jonfqu mill- budget tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?", "Min huma?", "Liema line items għandhom awtorizzazzjoni jonfqu minnhom?", "X'nefqiet għamlu minn dawn il- line items fis-sena 2000 u 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kien hemm żewġ diretturi li rtiraw bl-eta` mill-ħatra tagħhom fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "Dawn kienu Ms Carmelina Debono u Mr Joseph Sammut.", "Ħadd minnhom ma ingħata estensjoni tas-servizz u ħadd ma żamm il-poter li jonfoq mill-budget tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.", "SKEJJEL - GUIDANCE/PSS TEACHERS", "22921.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "22514, jista' l- Ministru jgħid kemm-il guidance and PSS teachers attendew għal-laqgħa dwar is-sena Ewropea tal-Lingwi?", "Kien hemm mill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti?", "Jekk fl-affermattiv, kemm attendew minn dawn l-iskejjel?", "Min liema skejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ntbagħtet ċirkulari lill-iskejjel kollha, Statali, tal-Knisja u Indipendenti.", "Attendew 110 Guidance Teachers li numru minnhom jgħallmu wkoll il-PSE.", "95 kienu mill-Iskejjel ta' l-istat.", "16 kienu mill-Iskejjel tal-Knisja 1 minn Skola Indipendenti.", "FTUĦ TA' SPIŻERIJI PRIVATI", "22955.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Mnistru jirrispondi l-kumplament tal-mistoqsija parlamentari nru.", "22850?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22850.", "FURJANA - CASA GASPE - LIFT", "22958.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħsieb li jitwaħħal lift ġewwa Casa Gaspe, fil-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk l-Onor.", "Membru qed jirreferi għad-Dipartiment tal-Kultura fi Triq ir-Repubblika, Valletta, informat li l-lift ġie stallat u kummissjonat f'Settembru 2000.", "XOGĦOL MINGĦAJR PERMESS", "22989.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti talli ħaddmu nies mingħajr permess is-sena l-oħra u x'weħlu f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li n-numru ta' persuni li ttellgħu l- Qorti s-sena l-oħra għax naqsu li jinnotifikaw lill-Korporazzjoni tax- Xogħol u t-Taħriġ bl-impjieg magħhom ta' ħaddiema kien ta' 238.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.", "XOGĦOL MINGĦAJR PERMESS", "22990.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu barranin jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "Minn liema pajjiż kienu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, il- Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qabdet 104 persuna barranija taħdem f'Malta mingħajr permess.", "Il-Korporazzjoni ma żżommx informazzjoni dwar l- aħħar parti tal-Mistoqsija.", "IMPJEGATI BARRANIN", "22991.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta llum?", "Minn liema pajjiżi huma?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ETC", "22993.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nisa li jaħdmu llum?", "Jista' jagħti breakdown tan-numru f'kull xogħol partikolari?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "XOGĦOL MINGĦAJR PERMESS", "22994.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess is-sena l-oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara x'qiegħed jifhem b'persuni \"jaħdmu bla permess\".", "GĦAJNUNA SOĊJALI - ABBUŻ", "22995.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li nqabdu jabbużaw minn xi benefiċċju soċjali s-sena l- oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru.", "22878.", "KTEJJEB \"UNJONI EWROPEA XI TFISSER GĦALIJA\"", "22999.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22715, jista' l- Ministru jgħid jekk fl-informazzjoni mogħtija hemmx inklużi l-ispejjeż ta' l-artwork, tas-separations u biex saret id-distribuzzjoni?", "Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm saru spejjeż biex sar l- artwork, is-separations u d-distribuzzjoni?", "Jista' f'kull każ jgħid minn min sar ix-xogħol?", "ONOR.", "JOE BORG: Minbarra l-ispejjeż li ngħataw fir-risposta għall- mistoqsija numru 22715, saru wkoll dawn l-ispejjeż kif ġej:", "Biex sar l-artwork u s-separations għall-fuljett \"L-UE xi tfisser Għalija\" intefqu Lm350.75.", "Ix-xogħol sar mill-kumpanija Visual Trends & Co Ltd.", "Biex sar l-artwork u s-separations għall-ktejjeb \"Mistoqsija u Tweġiba\" intefqu Lm358.80.", "Ix-xogħol sar mill-kumpanija JP Advertising Ltd.", "Biex sar id-distribuzzjoni tal-fuljett \"L-UE Xi tfisser Għalija\" flimkien mall-ktejjeb \"Mistoqsija u Tweġiba\" f'142,269 dar f'Malta u Għawdex intefqu Lm4,268.07.", "Ix-xogħol sar mill-kumpanija 13 Distributions Ltd.", "SWDP", "23016.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-istruttura u l-ħidma li qed titwettaq mill-SWDP?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "23018.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitħaffef il- każ ta' koppja anzjana fejn ir-raġel huwa marid u twaqqfitilhom l-għajnuna tal-mard u li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "Jista' jinforma lil dawn l-anzjani bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "FREE TRADE AGREEMENT", "23028.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "20653, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-kunsiderazzjoni li kienet qed tingħata mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-interess li wrew it-Tuneżija, l-Eġittu u t-Turkija fil-possibbilta' li jsir free trade agreement ma' pajjiżna?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-Gvern Malti qed jaħdem bis-sħih biex jibdew taħdidiet dwar ftehim ta' kummerċ ħieles ma' l-Eġittu u mat-Tuneżija.", "Il-Kumitat Tekniku Malti diġa ġie kompost u issa qed nistennew li l-Eġizzjani u t- Tuneżini jikkomponu l-kumitati tagħhom.", "Fir-rigward tat-talba mit-Turkija għal ftehim simili, din qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartimenti kkonċernati.", "LIMSUK", "23031.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-qgħada tal-Limsuk?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent qed isiru sforzi sabiex it-tmexxija tal- LIMSUK tgħaddi taħt struttura ġdida ta' management, prinċipalment magħmula minn managers Maltin.", "TAX COMPLIANCE UNIT", "23033.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm investigat każi t-Tax Compliance Unit s'issa?", "Fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru.", "18983.", "Nżid ukoll li Uffiċċjali tat- Tax Compliance Unit qiegħdin bħal issa mqassmin f'diversi Dipartimenti u qiegħdin jgħinu f'każi eżistenti għalkemm ma humiex jaħdmu fuq każi speċifiċi.", "VAT - EVAŻJONI", "23035.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-VAT office qed jinvestiga każ ta' evażjoni tal-VAT minn undertaker firm lokali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hux prudenti li nippublikaw x'investigazzjonijiet qiegħed jagħmel id-dipartiment tal- VAT.", "MUŻEWIJIET", "23135.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm persuni marru fil-Mużewijiet f'Malta u f'Għawdex, wieħed wieħed, xahar b'xahar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tabella li turi kemm persuni żaru l-Mużewijiet f'Malta u Għawdex tul is-sena 2000, tas-siti kollha, xahar b'xahar, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informat ukoll li l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni reġa` nfetaħ għall-pubbliku f'Awissu tas-sena 2000 filwaqt li l-Mużew tal-Gwerra kien magħluq għall- pubbliku matul ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju ta' l-istess sena.", "HOUSING", "23136.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "21960, għaliex ma ġiex inkluż il-block ta' appartamenti bl-indirizz 46, Triq Sant'Anna, Floriana, peress li r-residenti konċernati applikaw quddiem l-Awtorita' tad-Djar bl-iskema rilevanti primarjament minħabba li fosthom hemm persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn spezzjoni li saret fuq il-post jirriżulta li s-sistema tal-lift ma tistax tiġi nstallata minħabba l-ispazju ristrett tal- post.", "FAĊILITAJIET SPORTIVI - SERVIZZI", "23137.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet, kemm persuni/għaqdiet għamlu użu mis-servizzi f'dawn il-faċilitajiet sportivi, xahar b'xahar: (i) pixxina nazzjonali, Tal-Qroqq; u (b) kumpless sportiv tal-Marsa, faċilita' b'faċilita'?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni dwar il-Pixxina Nazzjonali, Tal- Qroqq, għadha qed tinġabar.", "Informat li t-track ta' l-Atletika \"Matthew Micallef St John\" hija miftuħa għall-pubbliku.", "Sadanittant il-Clubs kollha ffiljati mal-MAAA jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom hemmhekk.", "Bosta skejjel privati, ta' l-istat u diversi għaqdiet oħra organizzaw l-Isports day ukoll.", "Matul is-sena 2000 ir-Rugby Association, il-Baseball Association, Gvern u Parastatali organizzaw il-leagues tagħhom fil-grounds l-oħra.", "Sadanittant Floriana F.C., Valletta F.C., Pieta' F.C. u Marsa F.C. għalu użu regolari għat-taħriġ tagħhom.", "Clubs u għaqdiet oħra għamlu użu mill-istess grounds.", "Sadanittant Malta.", "International Airport, Pieta' Hotspurs organizzaw tournaments ta' tlett ijiem fl-istess grounds.", "Skolasport jagħmlu użu ta' nofs ta' nhar sħiħ mill-kumpless kollu kull nhar ta' sibt.", "In-Netball Association u l-Gvern u Parastatali jorganizzaw leagues tan-Netball fil- courts tal-Marsa.", "Fil-Marsa ma jinżammux dettalji tal-partiċipazzjoni individwali jew in- numru tal-gruppi.", "KAROZZI TAL-LINJI", "23138.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi rimedjata s- sitwazzjoni sabiex karozzi tal-linja kultant ħin jidħlu lura l-Belt minn Triq Sant'Anna matul il-jum għall-kumdita' tar-residenti fil-Floriana?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tikkunsidra il-possibilta' li tibda tintuża rotta 75 sabiex jintlaħaq dan il-għan.", "DWANA - LAĦAM TAĊ-ĊANGA", "23140.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta skond id-dwana daħlet l-aħħar kunsinna ta' laħam taċ- ċanga minn Franza?", "X'kienu l-cuts?", "X'kienet il-kwantita'?", "Fuq liema vapur daħlet?", "Minn liema port tgħabbiet?", "X'ċertifikati mediċi u veterinarji kellha?", "Dawn kienu għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dwana kien hemm kunsinna ta' laħam taċ-ċanga minn Franza li ġiet irrilaxxata fis-17 ta' Jannar, 2001.", "Din kienet tikkonsisti f'952 kartuna li kien fihom Halal Meat, Brisket u Striploin u waslet Malta fl-15 ta' Jannar 2001 fuq il-vapur m.v.", "Lince wara li tgħabbiet minn Genoa.", "Dwar tagħrif fuq ċertifikati nista' ngħid illi r-rilaxx sar wara li d- dokumenti kienu riferuti lill-Public Health Service u wara li l-istess dokumenti u kampjun marru għand l-Ispettorat tas-Servizzi Veterinarji li awtorizza r-rilaxx.", "INSTITUTE OF HEALTH CARE - MS BARBARA BURKLEY", "23144.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jaqbel l-Ministru li l-Universita' ta' Malta għandha tikkunsidra li tagħti xi ġieħ lil Ms Barbara Burkey li tat kontribut kbir u siewi lill-Institute of Health Care fi ħdan l-Universita' ta' Malta lil professjoni tan-nursing?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Institute of Health Care fi ħdan l- Universita` ta' Malta ta ġieh lil Ms Barbara Burkey għall-kontribut li tat bejn l-1988 - 1995, fi ħdan id-diviżjoni tan-Nursing.", "Dan sar meta ġie inawgurat 'Clinical Skills Laboratory' li ġie msemmi għaliha.", "Dan sar fis- 26 ta' Ġunju 2000.", "L-inawgurazzjoni tal-'Barbara Burkey Clinical Skills Laboratory' sar f'serata fejn diversi proġetti ta' gradwati fil-livell Masters ġew ippreżentati.", "B'danakollu ser inġib din il-Mistoqsija u t-tweġiba għall-attenzjoni ta' l- awtoritajiet kompetenti fl-Universita`.", "RESTAURNATS ĊINIŻI", "23145.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb it-tieni part tal-mistoqsija parlamentari nru.", "22841 li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jagħti lista ta' restaurants Ċiniżi li huma liċenzjati f'Malta, fejn qegħdin, kemm iħaddmu nies u kemm iħaddmu Ċiniżi li għandhom il-permessi tax-xogħol?", "Jista' jagħti tagħrif tal- ħaddiema Ċiniżi li għandhom il-permess jaħdmu f'dawn ir-restaurants Ċiniżi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li bħalissa hemm 53 persuna ta` nazzjonalita` Ċiniża li għandhom permess biex jaħdmu f`Ristoranti fejn ikun servut ikel Ċiniż.", "Tagħrif dettaljat - isem tal-persuna, il-post fejn taħdem, ix-xogħol li tagħmel u l-validita` tal-permess tax-xogħol (work permit) - jidher f`lista li tiġi ppublikata mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar.", "Dwar Maltin li jaħdmu f`dawn ir-Ristoranti nitlob lill-Onor.", "Membru jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.", "GĦAQDIET TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "23146.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "22858, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser tingħata din l-għajnuna finanzjarja?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għadha ma ġietx deċiża ġurnata meta ser tingħata din l-għajnuna.", "RIŻOLUZZJONI", "23147.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "22859 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u ċioe' jista' jgħid kemm kienu talbu spejjeż marbutin mal-kuntratti nfushom, il-clubs u l-għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl- 1997?", "Jista' jagħti l-figuri b'mod separat għal kull kuntratt li ġie ffirmat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il- kuntratti tar-riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament fl-1997 ma talbu ebda spejjeż għall-kuntratti nfushom.", "Fil-fatt il-clubs u l-Għaqdiet li ffirmaw il-kuntratti ħallsu għall- kuntratti li ġew ippublikati minn Nutar privat.", "Il-ħlas li sar bejn kull klabb u Għaqda lin-Nutar kien fuq bażi individwali u personali bejn il- partijiet konċernati.", "Ma hemm ebda rekord ta' kemm kien kull ħlas għand il-Kunsill Malti għall- Isports.", "PIETA' - TRIQ MARINA - VANN ISFAR", "23151.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex jitneħħa vann isfar li ilu mitluq f'Alley 3, Triq Marina, Pieta' għal bosta xhur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l- Onor. Interpellant hija pparkjata skond ir-regolamenti tat-traffiku u hija wkoll liċenzjata sabiex tkun fit-triq.", "SAĦĦA - MEDIĊINI", "23153.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin għal dak li jirrigwarda: (i) mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għal operazzjonijiet u in-patients; (ii) investigazzjonijiet radjoloġiċi; u (iii) tagħmir mediku f'depreciation?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.", "SLIEMA WANDERERS F.C. - FOOTBALL GROUND", "23178.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-bini tal-ground il-ġdid tal- football tas-Sliema Wanderers F.C. li ser jissostitwixxi l-ground ta' Tigne' li ttieħed minħabba l-proġett ta' Tigne'?", "Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-ground ikun lest?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi x-xogħol fuq l-imsemmi ground tal-football jagħmel parti mill-fażi tal- proġett imsejjaħ Tigne Sports.", "Din il-fażi tal-proġett huwa mistenni li tinbeda matul is-sena 2001, kif appena jinħareġ il-Permess ta' l-Iżvilupp relevanti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat ukoll illi skond is-sub-artiklu 8.1.2.1 fil-kuntratt, din il-fażi għandha tkun sostanzjalment kompluta fi żmien erba' snin mill-ħruġ tal- Permess ta' l-Iżvilupp.", "DJAR - MANUTENZJONI", "23186.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minstru jara li block ta' Scheme 3, Paola Hill, Raħal Ġdid, jiġi mbajjad peress li jinsab fi stat ta' abbandun?", "Jista' jara li l-appramorta ta' shaft ta' l-istess plot tiġi mkaħħla peress li hija perikoluża u jiġi rranġat ukoll id-drain ta' l- istess shaft?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba tal-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "MFA", "23189.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tal-football premier tal-MFA kemm ġew mħarka u arrestati persuni mill-ground nazzjonali ta' Ta' Qali?", "Jista' f'kull każ jgħid meta sar dan it-taħrik/arrest, għal-liema raġuni sar, waqt liema partiti u f'liema dati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ttieħdu proċeduri kriminali kontra 22 persuna minħabba l-imġieba tagħhom fl-Istadium Nazzjonali ġewwa Ta` Qali matul dan l-istaġun tal-Premier League.", "Dawn kienu kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PA - APPLIKAZZJONI", "23191.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' koppja anzjana li applikaw għal bdil ta' gallerija, u li n-numru relattiv qiegħed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l- Onor. Interpellant (PA 2664/99) kien ġie rrifjutat fit-8 ta` Novembru 1999, minħabba li l-istat tal-gallerija oriġinali mhux daqshekk fi stat ħażin u għaldaqstant hu aktar opportun li din tiġi restawrata aktar milli mibdula kompletament.", "Barra minn hekk, il-materjal li kienu qed jipproponu għall- gallerija l-ġdida mhux adattat għall-Area ta` Konservazzjoni Urbana fejn tinsab.", "Forsi jkun opportun li l-applikanti jaraw jikwalifikawx għal sussidji għal xogħlijiet bħal dawn mingħand l-Awtorita` tad-Djar.", "Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota wkoll li l-ewwel numru ta` referenza li ġie ppreżentat, jiġifieri PA 349/99, mhux relatat mal-bqija tad-dettalji mogħtija.", "DJAR", "23196.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid jekk il-post, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux vojt u jekk hux tal-privat jew jekk hux tal-gvern?", "X'inhi l-pożizzjoni ta' dan il- post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-post indikat hu tal-Gvern u huwa allokat."]} {"filename": "19940708_289d_par.doc", "date": "1994-07-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 289 Il-Ġimgħa, 8 ta' Lulju, 1994 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 213", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Lulju, 1994", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.", "Talba", "Seduta Nru. 289", "Il-Ġimgħa, 8 ta' Lulju, 1994", "WERREJ", "MINUTI 406", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 406", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 416", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING BILL", "Kumitat 416", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRRIKONOXXI TRUSTS", "THE RECOGNITION OF TRUSTS BILL", "Kumitat 417", "AĠĠORNAMENT 441", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 445", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 288 li saret nhar l-Erbgħa, 6 ta' Lulju, 1994, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦWIENET LIĊENZJATI BIEX IBIEGĦU SNIETER U MUNIZZJON", "19374.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħwienet, fuq min kienu l-liċenzji u fejn kienu jinsabu l-ħwienet liċenzjati biex ibiegħu snieter u munizzjon matul l-1993?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqiegħed ta' Karti f'xi seduta lista ta' persuni liċenzjati biex jbiegħu snieter u munizzjon u l- indirizzi tal-ħwienet tagħhom.", "TOBBA/GĦALLIEMA - IRĊEVUTA TAL-ĦLASIJIET LI JIRĊIEVU GĦAS-SERVIZZI LI JAGĦTU", "19375.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Kemm is-servizzi mediċi kif ukoll dawk edukattivi se jkunu eżentati mill-VAT.", "Iżda, t-tobba u l-għalliema li jagħtu l-privat se jkollhom jibdew jagħtu riċevuta bil-ħlasijiet li jirċievu għas-servizzi li jagħtu?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li iva t-tobba u l-għalliema li jagħtu l-privat se jkollhom jibdew jagħtu riċevuta bil-ħlasijiet li jirċievu għas-servizzi li jagħtu.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari lill- Ministru tal-Finanzi biex inkun naf jekk dawn hux se jiġu refunded.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għalkemm dawn huma zero rated xorta jridu jagħtu irċevuta.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri mhux se jiġu refunded?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Xi trid li jiġi refunded jekk ħadd m'hu se jħallas xejn?", "ĦLAS TA' DAZJU FUQ SNIETER U MUNIZZJON", "19376.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas dazju fuq snieter, skrataċ vojta, skrataċ ikkargati, porvli, ċomb tal-kaċċa u plattini sena b'sena mill-1989 sa l-1993?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hawn VAT fuq dawn l-oġġetti meta tiġi ntrodotta din it-taxxa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija tingaħta f'xi seduta oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - TWAQQIGĦ TA' VILLA SANT'CASSIA FI TRIQ IT-TORRI", "19377.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Meta ħareġ il-permess biex titwaqqa' Villa Sant'Cassia fi Triq it-Torri, f'San Pawl il-Baħar?", "Meta tħalliet titwaqqa' din il-villa ttieħed in konsiderazzjoni l-valur storiku u arkitettoniku ta' dan il-bini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Jien infurmat li il-permess biex titwaqqa' Villa Sant Cassia inħareġ fis-26 ta' Marzu 1991.", "Il-bord ta' dak iż-żmien kien qal lill-perit jirrevedi l-pjanti biex dawn ikunu aktar aċċettabbli.", "XEMXIJA/MISTRA - PERMESSI TAL-BINI", "19378.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Fuq l-għolja tax-Xemxija u l-Mistra kemm huwa l- għoli tal-bini permess?", "Il-bini kollu fl-inħawi msemmi huwa skond l-għoli permess?", "Kemm hemm bini li huwa aktar għoli minn dak permess?", "Liema hu?", "X'passi ttieħdu dwaru?", "Meta saret l-aħħar spezzjoni fuq il-post biex jiġi vverifikat jekk il- bini hux kollu bil-permessi meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li skond l-iskemi approvati l-għoli tal-bini fix-Xemxija permess hu ta' erba' sulari.", "Il-Mistra hi barra ż-żona ta' l-Iżvilupp.", "Mhux il-bini kollu hu skond il-għoli permess.", "Passi legali ttieħdu kontra żewġ persuni responsabbli tal-blokki li qiegħdin, wieħed fit-Triq Piscopo Macedonia u l-ieħor fi Triq Simar.", "Inħareġ Avviz biex jieqaf fuq blokk fi Triq it-Trunċiera.", "L-ispezzjonijiet isiru madwar darbtejn fil-ġimgħa u l-aħħar spezzjoni saret fit-8 ta' Ġunju 1994.", "PACEVILLE - PULIZIJA STAZZJONATI FL-GĦASES TAL-MOSTA U BIRKIRKARA", "19379.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Veru li kull nhar ta' Ġimgħa, Sibt u Ħadd ġewwa Paceville jintbagħtu pulizija stazzjonati fl-għases tal- Mosta u Birkirkara?", "Veru li dawn il-pulizija jintbagħtu waħedhom fit-toroq u bla ebda protezzjoni u bla ebda komunikazzjoni waqt li pulizija oħra stazzjonati fid- distrett ta' Tas-Sliema u taqsimiet oħra, fosthom ta' l-SAG, ikunu xogħol Paceville flimkien u għalhekk inqas ikunu mhedda mill-kriminali mill- pulizija li jkunu ġejjin mil-Mosta u Birkirkara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Informat li ma ssir ebda distinzjoni fit-tqassim u x-xogħol tal-Pulizija li jaħdmu f'Paceville il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd.", "TRASPORT PUBBLIKU - RIFORMA", "19616.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (F'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi sewwa sew ir-riforma li l-Gvern irid idaħħal fil- Public Trasport?", "Kif se tiżdied l-effiċjenza, jonqsu l-monopolji u tikber il-protezzjoni lill-pubbliku in ġenerali?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Kommunikazz-joni u Teknoloġija): It-tweġibiet għall-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Interpellant isibhom fil-\"White Paper\" dwar it-trasport pubbliku li l-Gvern ippubblika f'Marzu li għadda u li kopja tagħha tqassmet lil Membri kollha tal-Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kif jaf il-Ministru ilhom snin twal isiru ilmenti fuq it-trasport pubbliku tal-Fgura - din il-problema kulħadd jaf biha - kif ukoll tal-Kalkara li l-karozzi tal-linja jwaqqfu n-nies il-Birgu biex imbagħad jerġgħu jirkbu minn hemmhekk meta l-karrozza tkun tal-Kalkara.", "Jista' l-Ministru - veru li l-Ministru konċernat m'huwiex hawn u ma nafx x'inhi r-raġuni - jgħid kif se tiġi solvuta din il-problema tal-Fgura wara li kien ġie aċċettat li jsir sub-terminus fil-Fgura u sal-lum għadu ma sarx.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Naħseb li anke kieku hawn il-Ministru kien jirrispondi b'dan l-istess mod.", "Se nieħu nota ta' l-ilment biex wieħed jgħaddih lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u jien stess se ninforma lill- Ministru dwar din il-ħaġa.", "SETTUR PRIVAT - INVESTIMENT", "19617.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tela' l-investiment li sar minn forzi, minn barra fl-ekonomija tal-pajjiż u partikolarment fis-settur privat tul is-snin 1987 - 1993 sena b'sena?", "Dan kif għen biex tista' tistejqer l-ekonomija tal-pajjiż?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-twegiba li kont tajt tal-mistoqsija parlamentari numru 18871 fejn poggejt fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-investiment proġettat għas-snin 1987 sa 1993.", "FURJANA - TINDIF TA' PLAYGROUND", "19618.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-playground tal- Furjana jitnaddaf regolarment mill-ħmieġ u mis-siringi li kważi dejjem issib hemmhekk?", "Jistgħu jerġgħu jinfetħu l-latrini pubbliċi ta' l-imsemmi playground?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tindif tal-Playing Field tal-Furjana qatt ma kienet ir-responsabbilta' tas-Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6637 Seduta 140.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fix-Xgħajra ta' Ħaż Żabbar kien hemm biċċa art bil-ħamrija li kienet żdingata u li suppost kellha ssir playground, jista' l-Ministru jieħu passi biex jiddeċiedi jekk hijiex se ssir playground u jekk m'hijiex se ssir playground jara jekk tistax tiġi mnaddfa u jitpoġġew xi bankijiet u ssir xi ġnien jew xi ħaġa oħra?", "Din qiegħda wara Triq il-Farfett tal-Fejġel u dwarha qamu kwestjonijiet kbar anke s-sena l-oħra.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien ma fhimtx għal liema parti qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant pero' se nieħu nota ta' dak li qed jgħid u nara x'jista' jsir.", "BELT VALLETTA - BDIL TA' TRAVI TA' TAĦT SANT'IERMU", "19619.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara fiex waslu l-offerti għall-proġett ta' bdil ta' travi ta' taħt Sant'Iermu l-Belt Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-pont li jaqsam il-blat ta' taħt Sant' Iermu.", "Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien ħareġ sejħa għall-offerti għal bini ta' pont kontemplat ġdid peress li vandali kienu kontinwament qed jagħmlu ħsara fil-pont ta' l-injam ta' qabel.", "Jien informat li x-xogħol imsemmi jibda fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex se jsir xi forma ta' pont bejn Sant'Iermu - in-naħa tal-port - għal fuq il-breakwater fejn fl-antik kien hemm dawk li qishom ċmieni?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi ħaġa proġettata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naf għalfejn qed tgħid, pero' f'dan l- istadju ma nafx li hemm xi ħaġa proġettata.", "Dak ilu mwaqqa' sa mill-aħħar gwerra pero' wieħed irid jara fuq proġett ferm iżjed wiesa' minn din id- domanda li kelli hawnhekk.", "Nista' ngħid li f'dan l-istadju m'hemm xejn proġettat.", "VALLETTA - SOQFA PERIKOLUŻI TA' 157/9 F'WEST STREET", "19620.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba tar-residenti ta' 157/9, West Street, Valletta biex jinbidlu s-soqfa perikolużi tal-kmamar tas-sodda?", "Għaliex dan id-dewmien kollu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' tibdil ta' saqaf ġie approvat u l-offerta tax-xogħol ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.", "VALLETTA - SAQAF PERIKOLUŻ F'4/6 WEST STREET", "19621.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-tabla tar-residenti ta' 4/6 West Street, Valletta għal bdil ta' saqaf perikoluż ħafna u dan wara li anke ġew il-periti u ċċertifikaw li s-soqfa jridu jinbidlu?", "Huwa minnu li ħarġet l-offerta?", "Jekk le, meta se toħroġ?", "(WD 373/65)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għandi ninforma lill-Onorevoli Membru li x-xogħol ta' tibdil tas-saqaf ġie approvat u l-offerta tax-xogħol ser toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.", "SERVIZZI TAS-SAĦĦA - PJAN TA' RIFORMA", "19686.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi kopja ta' l-hekk imsejjaħ pjan ta' riforma fis-Servizzi tas-Saħħa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-riforma hi proċess progressiv li diġa' beda jiġi implimentat u ma jeżistix dokument wieħed biss.", "Hemm diversi dokumenti li jkopru oqsma u dixxiplini differenti u kollha saru għall-użu intern tal- Ministeru u d-Diviżjoni tas-Saħħa.", "SERVIZZ PUBBLIKU - RIFORMA", "19687.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi kopji tad-diversi ftehim dwar it-tieni stadju tar-riforma fis-servizz pubbliku li jikkonċernaw lil diversi kategoriji ta' impjegati bħal tobba, spiżjara, dentisti, infermiera u paramediċi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata.", "KAŻIJIET TAL-CANCER - RAPPORT ANNWALI KOMPRENSIV", "19688.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-ewwel Rapport Annwali Komprensiv dwar il-każijiet ġodda ta' cancer fir-residenti Maltin li ġie mħejji mill-Cancer Registry fuq il-Mejda tal- Kamra, jew jekk dan mhux possibbli jgħaddili kopja personali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti f'xi seduta, kopja tar-Rapport dwar il-każijiet ġodda ta' 'cancer' f'Malta fl-1992, flimkien ma' verżjoni aġġornata tat-tabella statistika prinċipali ta' dan ir-Rapport.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - MEKKANIŻMU AMMINISTRATTIV U MANEĠERJALI", "19689.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif ġew msaħħa il-Mekkaniżmi amministrattivi u manegerjali biex tiġi mħarsa aħjar saħħet il-ħaddiema partikolarment minn meta l-Att biex jippromwovi is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol sar liġi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani li hu responsabbli mill-qasam tax-xogħol.", "DIPARTIMENT TA' L-ISPTARIJIET - PJAN TA' TISĦIĦ", "19690.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Peress li skond kif ġie rrapportat fir-Rapport tat-Tieni Sena tat-Tieni Leġislatura tal-Gvern jidher li l-ħatra ta' Direttur u twaqqif tad-Dipartiment ta' l-Isptariiet kien ġie mħejji pjan ta' tisħiħ intern biex id-Dipartiment ikun jista' jibda jiffunzjona, fejn ukoll ġew identifikati is-sistemi u l-istrutturi tat-Tmexxija, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk dan mhux possibbli, jista' l-Ministru jagħti ħjiel fid- dettal ta' dan il-pjan?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant l-abbozz tal-pjan għat-tisħiħ ta' l-istruttura interna tad-Dipartiment ta' l-Isptarijiet u tal-Amministrazzjoni Ġenerali ta' l-Isptarijiet qiegħed jiġi diskuss mal- MSU biex ikun jista' jiġi ppreżentat lill-Gvern flimkien mal-pjanijiet għat- tisħiħ intern tad-Dipartiment kollha fid-Diviżjoni tas-Saħħa.", "Dwar sistemi u strutturi ta' tmexxija qed jiġu pproċessati l- applikazzjonijiet li ntefgħu biex jimtlew il-postijiet ta' 'Principal Medical Officers' li wħud minnhom ser inkunu responsabbli mill- amministrazzjoni medika ta' l-isptarijiet.", "Waslu biex jiġu ppublikati s- sejħiet għal ħatra tal-karigi għolja fil-'management' ta' servizzi ta' infermiera u paramediċi.", "Fl-istess ħin għaddejjin bil-proċess ta' riforma tal-'Management' ta' l- Isptarijiet li trid tintroduċi aktar awtonomija fit-tmexxija ta' l- Isptarijiet.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - QASAM TA' L-INĠINERIJA", "19791.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Edwin Grech) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet fuq il-ftehim ta' riorganizzazzjoni fil-qasam ta' l- inġinerija fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li billi t-taħdidiet fuq il-Ftehim ta' Riorganizazzjoni fil-Qasam ta' l-Inġinerija qed isiru mal-'Management and Personnel Office', nistieden lill-Onor.", "Interpellant li jagħmel il- Mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "SINDKI/VIĊI SINDKI U KUNSILLIERA", "19819.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk is-Sindki/Viċi Sindki u Kunsilliera impjegati ma' Telemalta li jirrappreżentaw parti mill-kunsill lokali tal-belt jew raħal fejn joqogħdu?", "Kemm minn dawn għandhom arranġamenti speċjali sabiex jwettqu ix-xogħol tagħhom fil-lokal waqt il-ħin ta' xogħol normali tagħhom ma' Telemalta?", "Kemm minn dawn jirrappreżentaw il-Partit Nazzjonalista fil-kunsill u kemm minn dawn huma Indipendenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Jien informat li l-Korporazzjoni Telemalta taf b'disgħa ħaddiema li ġew eletti fil-Kunsilli tal-belt/raħal tagħhom.", "Wieħed jokkupa l-ħatra ta' Sindku, wieħed Viċi Sindku u sebgħa Kunsilliera.", "Tnejn minn dawn il-Kunsilliera ikkontestaw f'isem il-Partit Nazzjonalista u s-seba' l-oħra Indipendenti.", "Kull talba għal eżenzjoni temporanja mix-xogħol ta' Telemalta għal qadi ta' dmirijiet konnessi mal-lokal tiġi evalwata fuq il-merti tagħha fid-dawl tal-liġi dwar il-Kunsilli Lokali u l-guidelines stabbiliti mill-Gvern għall- ħaddiema tiegħu u ta' Ażjendi Parastatali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Billi jirriżulta li qed ikun hemm daqsxejn ta' konflinġenza bejn kunsillieri li jridu jwettqu dmirijiethom, jista' l- Ministru jgħidilna x'inhuma t-terms of reference tal-korporazzjoni fis-sens ta' kondizzjonijiet ta' prova u jestendihom lil dawn il-kunsillieri biex ikunu nformati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Fil-fatt il-Korporazzjoni naturalment tagħti kull għajnuna li tista' mingħajr ma jkun hemm disruption tal-work schedule tagħha.", "Dan huwa l-kriterju li għandu jmexxihom fid-deċiżjonijiet tagħhom, jiġifieri biex ikun hemm assistenza ħalli jkunu jistgħu jagħmlu l-qadi ta' dmirijiethom.", "Jekk l-Onor.", "Membru għandu xi każ speċifiku nitolbu jirreferihuli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, nerġa' nagħmel mistoqsija supplimentari, pero' b'mod ġenerali, għax m'hemmx għalfejn wieħed joqgħod isemmi persuni.", "Kemm-il darba wieħed ikun qed jaqdi dmirijietu u jkollu xi xogħol li jrid iwettaq fil-kunsill lokali tiegħu, Telemalta se testendi l- opportunita' għal kemm sigħat fil-ġimgħa ...", "Per eżempju dan kuljum jista' jitlaq minn fuq ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Naħseb li l-Onor.", "Membru fehemni ħażin.", "Jekk hemm xi ħadd li għandu roster partikolari li jista' jaffettwalu x-xogħol tiegħu, il-kwestjoni hi jistax isib mezz li jagħmel roster differenti, pero' m'hux li jkun hemm ħinijiet speċifiċi li jiġu allokati waqt il-ħin tax-xogħol.", "Il-kriterju m'hux dak, imma li fil-kontest tal-work schedules li jeżistu l- persuna tingħata l-opportunita' u l-għajnuna kollha biex tkun tista' tagħmel id-dmirijiet tagħha, pero' l-obbligi tagħha tax-xogħol jibqgħu kollha kemm huma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jien qed nifhem, minn dak li qed jgħid il-Ministru, li kemm-il darba niltaqgħu ma' persuni li regolarment fil-ħin tax-xogħol tagħhom ikunu qed iwettqu xogħol tal-kunsill u mhux tal-Korporazzjoni, ikunu qed jagħmlu dan skond ir-regoli u l-proċeduri kollha li għandhom bħala mpjegati ta' Telemalta.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'hux hekk qed ngħid assolutament.", "Kull impjegat ta' Telemalta għandu d-dover u d-dmir li jagħmel ix-xogħol tiegħu normali, imbagħad għandu wkoll l-obbligi u d-doveri li jkun ħa meta sar kunsillier, li jrid jagħmilhom mhux a skapitu tax-xogħol ma' Telemalta.", "U din il- proċedura m'hijiex biss għal Telemalta.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ftit ilu l-Ministru weġibni li fil-fatt m'hux normali li jkun hemm estenzjoni ta' ħin kuljum biex dan il- kunsillier ikun jista' jwettaq dmirijietu waqt il-ħin tax-xogħol, anzi kemm- il darba jkun hemm il-ħtieġa, wieħed jara kif jorganizza roster aħjar.", "Issa qed jirriżulta li hemm kunsilliera li rari qed ikunu jwettqu dan ix- xogħol u nimmaġina li l-Ministru jaf bihom.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena m'għandix dettalji ta' każi ta' kunsillieri li jkunu regolarment fuq xogħol tal-kunsill waqt il-ħin tax-xogħol ta' Telemalta.", "Nitlob lill-Membru jagħtini aktar informazzjoni biex inkun nista' nivverifika dwarhom.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għar-rispett tal-Kamra ninforma lill-Ministru wara l-ħin tal-question time.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li s-sindku li ndika huwa s-sindku ta' lokal li jiġi fid-distrett tiegħi u peress li kien hemm talbiet li ġew aċċettati mill-enġinier responsabbli biex jiġi eżentat u kien hemm talbiet oħrajn li ma ġewx aċċettati mill-inġinier minħabba xogħol tal-kunsill, il-Ministru jidhirlu li huwa ġust li biex wieħed jilgħab il-football eżentawh u ħalsitu Telemalta u s-sindku, li skond il-Gvern preżenti għandu kariga importanti għal pajjiżna, ma ġiex eżentat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "GEROGE BONELLO DU PUIS: Wieħed irid jara l-fatti kollha ta' kull każ u jekk dik l-eżenzjoni tistax issir fi ħdan l-esiġenzi tax-xogħol.", "Il- punt importanti hu li għandu jkun hemm assistenza, anke l-liġi nnifisha tal- local counsels tesiġi dan, li min ikun irid jagħmel id-dmirijiet tiegħu ta' kunsillier ikun jista' jagħmlu, pero' dan m'għandux ikun a skapitu tax-xogħol tal-Korporazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela allura fil-każ ta' dak li tħalla jmur jilgħab il- football jista' jkun a skapitu tax-xogħol mentri fil-każ tas-sindku ma jistax ikun a skapitu tax-xogħol.", "TA' QALI - ŻVILUPP INDUSTRIJALI FIL-CRAFTS VILLAGE", "19820.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Liema kienu dawk il-permessi għall-iżvilupp industrijali li ngħataw matul dawn l-aħħar seba' snin fil-Craft Village f'Ta' Qali?", "Meta fil-fatt ingħata l-aħħar permess?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-permessi għall-izvilupp industrijali li ngħataw matul dawn l-aħħar seba snin fil-Crafts Village f'Ta' Qali jikkonsistu f'erba kategoriji:", "(i) allokazzjonijiet ta' huts jew bini b'kera sussidjat għal għaxar snin.", "Taht din il-kategorija kien hemm tnax il-permess.", "(ii) estensjoni ta' fabbrika.", "(iii) għotja b'cens ghal 65 sena ta' art lil-kumpannija eżistenti biex tirranġa l-qadim u tibni estensjoni bl-approvazzjoni tal-MDC, għas-spejjeż tal-kumpanija.", "(iv) għotjiet b'cens għal 65 sena ta' 3 plots b'kundizzjoni li d-ditti jibnu skond l-approvazzjoni tal-MDC għas-spejjez tagħhom.", "L-aħħar permess ingħata fis-7 ta' April, 1994.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Filwaqt li qed nisma' b'attenzjoni t-tweġiba tal- Ministru, jista' jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-persuni li ngħataw dawn il-permessi vis-a-vis s'issa t-tibdil li l-istess Korporazzjoni qed tipproponi li jseħħ fil-Crafts Village?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bonello Du Puis.", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Għaddejjin b'xogħol biex il-Crafts Village jiġi modernizzat u ragruppat, għax hemm xi huts li nbnew mill-Airforce Ingliża fl-1940 li qegħdin barra l-preferija u huma fi stat avvanzat mal- Planning Authorities biex niddelimitaw u niddelineaw fejn nistgħu ġo periferija u niżviluppawh.", "Qegħdin fi stat avanzat, pero' dejjem issib min ikun komdu kif inhu u ma jkunx irid jiċċaqlaq u lanqas jirranġa s- sitwazzjoni u l-pożizzjoni tiegħu.", "Jiena rridha li din tkun proprjament għall-crafts u għalhekk ma rridx li hemmhekk jiġu mibjugħin is-souveniers ta' Taiwan.", "Jien għandi informazzjoni li dan il-post iżuruh man-nofs miljun turist u għalhekk irrid li t-turist jixtri dak li jara lill-Malti jaħdem b'idu.", "(Interruzzjonijiet) Frankament jien nammetti li l-progress miexi bil-mod u nixtieq li ninawgura dan il-post illum qabel għada.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-fatt il-Ministru jirriżultalu li hemm xi wħud minn dawn l-industrijalisti li avolja ġew mogħtija l-permess riċenti, dawn fil-fatt iridu jerġgħu jidħlu fl-iskema l-ġdida?", "Jien nixtieq inkun naf għax hemm nies li ftit tas-snin ilu ngħataw il-permess u ntqalilhom li mhux se jkollhom problemi f'dak li jridu jwettqu kif ukoll f'dak li jipproduċu u f'dak kollu li għandu x'jaqsam man-natura industrijali tagħhom.", "Pero' issa dawn in-nies ġew informati li ma jistgħux iwettqu dak il-proġett li kienu se jwettqu bħala professjonisti minħabba li se jsir dan it-tibdil kollu.", "GĦalhekk jien nixtieq li l-Ministru jinformani liema huma dawn l- industrijalisti li ngħataw il-permessi matul dawn l-aħħar snin - imqar medja ta' ħames snin - u fil-fatt liema huma l-areas indikati...", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien naħseb li hemm mal-50 industrijalist imma ma nistax ngħidlek offhand.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kollox sew.", "Forsi jkollna l-okkażjoni li nkunu nformati darb'oħra, hux hekk?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Jien naf li Mdina Glass qegħdin barra u aħna rridu ndaħħluhom ġewwa.", "Dawn aċċettaw biex jidħlu ġewwa.", "Hemm ukoll min jagħmel l-għamara u jkun irid jibqa' fejn hu għax qiegħed komdu u minħabba li dawn jagħmlu l-kmamar tas-sodda u l-kmamar tal-pranzu, dan m'huwiex craft u għalhekk it-turisti mhux se jixtru mingħandhom.", "Jien ngħid li l-problemi eżistenti jistgħu jiġu megħlubin għax in-nies stess iridu jirrealizzaw li dan sar għall-ġid u għall-interess tagħhom.", "B'hekk it-turist u kull min iżur dawn il-ħwienet jieħu idea ċara tal-crafts tagħna.", "ENEMALTA - KONTIJIET TAD-DAWL U ILMA", "19821.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19258?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ewwelnett wieħed irid japprezza li kull sena joħorġu 'l fuq minn nofs miljun kont li jkun normalment fihom iż-żewġ kontijiet għas-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma.", "L-ilmenti jew aħjar il-verifiki isiru kemm personalment u anke bil- miktub.", "Fil-fatt huwa kalkolat fuq bażi soda li n-numru ta' verifiki huwa ta' anqas minn 1% li huwa numru raġjonevoli ħafna.", "Wieħed irid jifhem li bejn wieħed u ieħor il-familji Maltin jonfqu madwar 17-il ċenteżmu kuljum fuq kurrent elettriku.", "Barra minn hekk, il-meters kemm tad-dawl elettriku u anke ta' l-ilma qegħdin fil-proprjeta' tal-konsumatur u għalhekk huwa faċli li wieħed jivverifika u jirregola l-konsum tiegħu huwa stess.", "Pero' l-istatistika mitluba mill-Onor.", "Membru ma tinżammx.", "REFUĠJATI - BENEFIĊĊJI MILL-UNITED NATIONS", "19823.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19207, peress li hawn refuġjati li huma rikonoxxuti mill-Ġnus Magħquda u xorta waħda mhux jingħataw il-benefiċċju finanzjarju, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-awtoritajiet Maltin sabiex dawn jintervjenu ħalli r- refuġjati in kwestjoni jitħallsu immedjatament?", "Jikkonferma l-Ministru li r-refuġjati bir-referenza 920614, 930155, 930156, 930154, 920596, 930085 huma rikonoxxuti mill-Gvern Maltin u mill- Ġnus Magħquda bħala refuġjati iżda m'humiex jingħataw il-benefiċċju mill- Ġnus Magħquda?", "Jista' l-Ministru għaldaqstant jara li jistħarreġ il-każijiet sabiex immedjatament dawn ir-refuġjati u wliedhom ma jkomplux jiffaċċjaw aktar tbatija żejda?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin): Ir-refugjati li huma rikonoxxuti mill-Kummissarjat Għoli għar- Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti - UNHCR - jiġu mogħtija assistenza finanzjarja mid-data li huma jiġu rikonoxxuti.", "Din l-assistenza finanzjarja tingħata ma' għeluq ix-xahar.", "Lil dawk li huma fil-bżonn, is- Sezzjoni Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti, li magħha l-Ministeru ta` l- Affarijiet Barranin ikollu kuntatt kontinwu, tkun disposta tgħaddilhom din l-assistenza fi tmiem il-ġimgha.", "Kien hemm żewg każi ta' refuġjati li twaqqfitilhom l-assistenza.", "Il-persuni li ġew mogħtija n-numru tar-referenza tagħhom ġew miċħuda l- istatus ta' refuġjati mill-UNHCR fl-appell ukoll u għalhekk mhumiex rikonoxxuti bħala refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nimmaġina li jkun inutli li wieħed jagħmel domanda supplimentari għax il-Ministru jgħid li ma jistax iwieġeb.", "KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-ISPORT - ŻVILUPPI", "19872.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 659, dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Isport, il-Liġi ta' l-Isport u l- finanzjament għall-Isport, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl- iżviluppi?", "Għaliex minkejja li għaddew dawn is-snin kollha, ma sar ebda żvilupp f'dawn in-neċessitajiet hekk meħtieġa għat-tisħiħ u l-aġġornament ta' dan is-settur f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jara li ma jkompliex jittollera dan in-nuqqas u jiffinalizza t-twettieq ta' dawn l-għanijiet mmedjatament?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura): Napprezza l-interess li għandu l-Onor.", "Interpellant f`dan il-qasam u nassigurah li bħalu nixtieq li nara l-isport f`pajjiżna jimxi `l quddiem.", "Bħalissa għandi f`idejja rapport li tħejja dwar politika għall-isport.", "Dan ir-rapport qed jiġi eżaminat biex naraw sa fejn ikun jista` jiġi addottat.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li l-ewwel għandha tiġi rfinuta l-politika u imbagħad l-istrutturi u l-istituzzjonijiet, etc.", "Nixtieq inżid ukoll li, b'danakollu, il-Gvern ma naqasx li jagħti kontribut qawwi biex jgħin ħalli jogħla l-livell ta` l-isport f`pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma jaħsibx il-Ministru li wieħed irid jibda biex jagħti l-eżempju tiegħu stess li hu sportiv u jeżerċita ruħu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Kif apprezzajt l-interess ta' l-Onor.", "Interpellant fl-isport napprezza iktar l-interess ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici f'saħħti, fil-figura tiegħi u anke fid-dehera tiegħi.", "Jekk l-Onor.", "Mifsud Bonnici għandu xi programm li jista' jgħaddili, jiena ċertament nikkonsidrah għal benefiċċju tiegħi u mhux sempliċement tal- Kamra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, l-aħħar mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq li l-Ministru jinformana ftit iżjed, fis- sens li l-eżerċizzju li qed isir huwiex ipprogrammat li jkun lest f'xahrejn jew tliet xhur oħra in vista tal-fatt li din hija s-seba' sena ta' dan il- Gvern u ilna ħafna nisimgħu li se jitwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali għall- iSport u li rridu ntejbu l-liġijiet fil-pajjiż.", "GĦalhekk wieħed irid ikun prattiku u eventwalment jinforma lin-nies fejn waslet is-sistema u fejn qed isiru l-preparamenti.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Mr Speaker, jien qed nifhem li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għal domanda oriġinali tiegħu u mhux tal-kollega tiegħu.", "Jiena wkoll għandi anzjeta' daqs l-Onor.", "Membru u fil-fatt fl- agenda li għandi f'moħħi nixtieq li dawn il-problemi - la dawn l-affarijiet saru problemi - neħlishom dan is-sajf.", "Dan huwa dak li nixtieq nagħmel jien u fil-fatt se nipprova nagħmel dak li nista'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' karti.", "TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rendikont tan-nefqa kapitali fl-Universita' ta' bini għall-perjodu bejn l-1987 u l-1994, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20143.", "MR SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista b'informazzjoni in konnessjoni ma' tobba impjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa li qegħdin jistudjaw barra minn Malta, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 19677.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Ikompli mis-6 ta' Lulju, 1994", "Klawsola 1 - Titolu u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short Title and Commencement.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Għal din il-klawsola se nipproponi din l-emenda:", "\"M\" Fis-subklawżola (1) tagħha minflok il-kliem \"l-Att ta' l-1993 kontra Money Laundering\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-Att ta' l-1994 kontra Money Laundering\".", "\"M\" Substitute the words in subclause (1) thereof \"the Prevention of Money Laundering Act, 1993\" by the words \"the Prevention of Money Laundering Act, 1994\".", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"M\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"M\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob il-permess tal-Kumitat biex il-Clerk of the House jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija fejn hemm bżonn.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija fejn hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Ministru tal-Finanzi rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIRRIKONOXXI TRUSTS", "THE RECOGNITION OF TRUSTS BILL", "Il-Kamra marret f'Kumitat.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir", "Clause 2 - Interpretation.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:", "\"A\" Minflok it-tifsira ta' \"trust\" fis-subklawżola (1) tagħha, għandu jidħol dan li ġej:", "\"\"trust\" tfisser trust kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 tal- Konvenzjoni.\".", "\"A\" For the definition of \"trust\" in subclause (1) thereof substitute the following:", "\"\"trust\" means a trust as referred to in Article 2 of the Convention.\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa ġejjin fil-pożizzjoni li f-Istatute Book se jkollna chapter 331 li huwa l-Att dwar l-Offshore Trusts u se jkollna wkoll din il-liġi, li qed tissejjaħ Recognition of Tusts Act.", "Jien inħoss li l-pożizzjoni issa saret konfuża wisq.", "GĦaliex?", "Il-provvediment fil-Liġi Ċivili li jgħidlek li l-konċett ta' trust mhux rikonoxxut fil-Liġi Ċivili Maltija għadu ħaj u dan imissna naqbdu u nabolixxuh għaliex min ifittex fil-Liġi Ċivili u jsib li aħna ma nagħtux rikonoxximent lill- konċett u lill-istitut tat-trusts u mbagħad insibu żewġ liġijiet li għamlu hekk u waħda minnhom hija pċroprju Recognition of Trusts, se nkunu qed nikkreaw konfuzjoni.", "Allura f'waħda għandna mill-ewwel nipprovdu billi nirrevokaw dak il-provvediment fil-Liġi Ċivili u t-tieni dawn iż-żewġ liġijiet għandhom jiġu amalgamati.", "Inkella se jkollna definizzjoni ta' trusts f'Chapter 331 tal-liġi prinċipali u se jkollna definition oħra tal- Konvenzjoni li hija parti mil-liġi Maltija.", "Mela fl-Istatut Malti se jkollna żewġ definizzjonijiet ta' l-istess istitut.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif diġa' spjegajna fit-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz aħna ma nħossux li nkunu qed nagħmlu t-taqliba li hemm bżonn li ssir, meta nagħmlu dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Membru, jiġifieri nneħħu l-konċett li trust m'għadux xi ħaġa applikabbli taħt il-liġi Maltija.", "Jien naħseb li fil-pajjiż qed jikber consensus li t-trusts għandha tkun istituzzjoni li għandha topera, pero' kulħadd jifhem li biex isir dan irridu nistudjaw sew u nilqgħu għall-implikazzjonijiet kollha li jistgħu jsiru fil-liġijiet ċivili tagħna.", "Veru li m'iniex avukat, pero' l-parir li għandna huwa eżattament dan.", "Dak li qed nagħmlu huwa li, filwaqt li qed inħallu l- possibilita' li f'Malta jiġu reġistrati trusts taħt l-Offshore Trusts Act, li issa b'din il-Liġi qed inneħħulu l-kelma \"Offshore\" u jiġi Trusts Act, bl-istess mod b'din il-liġi wkoll qed nagħtu l-possibilita' li dawk li jifformaw trusts barra minn Malta, jiġifieri mhux jirreġistrawhom Malta imma jkunu trusts reġistrati barra minn Malta, jkunu jistgħu jiġu amministrati Malta u jekk jinqala' xi każ fuqhom fil-qrati Maltin b'dan li qed nagħmlu hawnhekk il-qrati se jkunu directed biex jaċċettaw il-liġijiet tal-qrati fejn ġie reġistrat it-trust bħalha l-liġijiet li japplikaw għal dak it-trust partikolari.", "Qed nagħmlu xi emendi fl-Offshore Trusts Act biex nemendawhom vis-a-vis dan li qed nagħmlu pero' wkoll bl-għarfien tal- Konvenzjoni ta' The Hague fuq ir-Recognition of Trusts, qed nagħmluha possibbli li trusts reġistrati barra minn Malta jkunu jistgħu jiġu amministrati u managed f'Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, bir-rispett kollu ma' naqbilx li din hi sitwazzjoni tajba.", "Se jkollna l-provvediment fil-liġi ċivili li jibqa' jgħid li l-konċett astratt huwa għal li hemm għas-sistema ġuridika Maltija, se jkollna Chapter 331 minflok Offshore Trusts, Trusts Act - liġi dwar it-trust - imbagħad se jkollna liġi ġdida li hija r- Recognition of Trusts.", "L-ewwel punt huwa li fl-opinjoni tiegħi ma jista' jkun hemm ebda oġġezzjoni jew diffikulta' biex il-provvediment fil-liġi ċivili jitneħħa.", "GĦaliex?", "Jekk wieħed josserva Kapitlu 331 tal-Liġi Maltija jara li għalkemm dan jitkellem fuq Offshore Trusts, parti mil- liġijiet ma jitkellmux fuq Offshore Trusts.", "F'section 3 ta' l-Att dwar Offshore Trusts, Cap.", "331 li qed nemendaw, jitkellem fuq trust li m'hijiex offshore, tant li f'section 6 insibu \"Offshore trusts and their recognition\".", "Jiġifieri għandna d-definizzjoni ta' trust plus l-elementi li huma meħtieġa u kif wieħed jirregola t-tmexxija ta' trust.", "Mela, apparti li din il-liġi ilha hemm numru ta' snin, issa se nagħmlu liġi oħra li tgħid \"recognition of trusts\" u li ma nistax nifhem għaliex hemm il- ħtieġa tagħha, ħlief biex napplikaw il-Konvenzjoni.", "Imma biex napplikaw il- Konvenzjoni rridu jew nagħmlu liġi ad hoc li qed tgħid tapplika l- Konvenzjoni għal-liġi Maltija jew inkella ninkorporaw il-Liġi tat-Trusts Act.", "Mela issa se jkollna l-offshore trusts li f'chapter 331 se tissejjaħ Trusts Act imbagħad se jkollna liġi ġdida - Recognition of Trusts Act.", "Din ma tagħmilx sens u se noħolqu konfużjoni.", "Dak huwa l-ewwel punt u t-tieni punt huwa li se jkollna żewġ definizzjonijiet ta' l-istess istitut ta' trust f'żewġ liġijiet, fil-liġi proprja u fir-Recognition of Trusts Act, li hija d-definizzjoni tal- Konvenzjoni.", "Imma għaliex għandu jkollna żewġ definizzjonijiet fil-liġi tagħna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nerġa' nirrepeti li aħna m'aħniex qegħdin bl-ebda mod indaħħlu l-konċett ta' trusts f'pajjiżna b'dan li qed nagħmlu; it-tieni qegħdin nieħdu l-miżuri biex nirrikonoxxu l-Hague Convention li biha nkunu nistgħu nirrikonoxxu trusts li jsiru barra minn pajjiżina - naturalment dawn bil-kondizzjonijiet li se jkun hawn iridu jsiru mill- barranin f'pajjiżna u mhux mill-Maltin.", "Veru li d-definizzjoni ta' trust għal din il-liġi hija differenti mid-definizzjoni ta' trust tal-liġi l- oħra, imma normalment id-definizzjonijiet isiru biex jinqraw ma' dik il- liġi partikolari.", "Jiġifieri jkun hemm ħafna kliem l-istess li jkollhom definizzjoniijet differenti f'liġijiet differenti.", "F'din il-liġi li se nagħmlu bi \"trust\" nifhmu trust kif inhuwa definit fil-Convention u meta naqraw \"trust\" fil-liġi ta' Offshore Trusts naraw id-definition biex naraw xi jfisser.", "B'daqshekk ma naħsibx li qed noħolqu konfużjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNCI: Fl-Abbozz ta' Liġi li qed nagħmlu qed ngħidu li issa l-Convention hija liġi Maltija.", "Jiġifieri fl-istatut tagħna se jkollna żewġ liġijiet li jirregolaw lill-istess istitut - it- trust - b'definizzjonijiet u kwalitajiet differenti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma taħt kondizzjonijiet differenti.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, m'humiex għax dak huwa l-istess istitut.", "Dik hija l-problema.", "Liema liġi tapplika għall-istess trust?", "It-tnejn japplikaw għaliha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Trust li huwa reġistrat f'Malta jista' jkun reġistrat biss taħt l-Offshore Trusts Act u allura se japplikaw għaliha d- definizzjonijiet u dak kollu li japplika fil-Liġi ta' l-Offshore Trusts li se jinbidlilha t-titolu.", "Dawk li huma reġistrati barra mill-pajjiż se tapplika għalihom din il-liġi għax huma reġistrati barra l-pajjiż u se jkunu recognised għall-amministrazzjoni biss.", "Hemm firda skjetta u ma jistax ikun hemm trust li se jkun recognised taħt it-tnejn.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Mela l-Konvenzjoni ma tapplikax għal trust li tkun reġistrata hawn Malta?", "Il-Konvenzjoni tirregola l-liġi lokali kollha.", "Għalhekk ma jistax ikun li l-provvedimenti tal-liġi taħt Kapitlu 331 jkunu differenti mill-Konvenzjoni li aħna aderejna għaliha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed nifhem li l-Konvenzjoni m'hijiex qed tpoġġi f'Malta l-istitut tat-trusts.", "Il-Konvenzjoni qiegħda tpoġġi r-regolamenti li bihom trust barrani għalkemm ikun sar barra mill-pajjiż jingħata l-forza ...", "Aħna mhux se ngħidu li għax m'għandniex l-istitut tat-trusts allura għalina qisu ma jeżistix.", "Aħna qed ngħidu li t-trusts li jsiru barra se jirrikonoxxuhom ir-regolamenti tal-Konvenzjoni.", "Dan huwa differenti milli meta tgħid li qed issir liġi Maltija qisu llum nista' nagħmel trust f'Malta.", "It-trusts f'Malta jistgħu jsiru biss tramite l-Offshore Trusts Act.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk wieħed jara section 3 isib li l- Offshore Trusts Act ma tgħidx li trid tkun offshore; dan jingħad f'section 6.", "Il-Konvenjoni - li qisha Att Malti - ma tgħidx li trid tkun trust barrani.", "Subsection 3(1) tgħid hekk:", "\"The provisions of Articles 1 to 12, 14, 15, 16 (the first paragraph only), 17, 18 and 22 (the first paragraph only) of the Convention as set out in the First Schedule to this Act shall have the force of law in Malta.\"", "Mela allura dawn huma parti mil-liġi Maltija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' fl-artikli l-oħra ta' l-Offshore Trusts Act li hemm illum jispeċifikaw li trid tkun barrani biex tkun tista' tirreġistra t- trusts.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, biex tkun offshore trust trid tkun tikkwalifika imma biex tkun trust biss ma tgħidx hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma ma tistax tkun trust biss reġistrat f'Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Tista' tkun trust għax trust ma tirrikjedix reġistrazzjoni skond il-liġi.", "Trust jista' jkun strument privat jew pubbliku, imma dan m'hux bħal kumpannija li tirrikjedi reġistrazzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qegħdin jikkonfermawli li trust m'hijiex xi istituzzjoni bir-relazzjonijiet li hemm bejn it-trustee, it-trustor u dawn l-affarijiet li b'xi mod huma recognised u enforcable bil-liġi Maltija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli naraw x'jgħid subartiklu 3 (1) tal- Liġi ta' l-Offshore Trusts li qegħdin nemendaw.", "Dan jgħid:", "\"A trust exists where a person (called a trustee) holds or has vested in him property under an obligation to deal with that property for the benefit of persons (called the beneficiaries), whether or not yet ascertained or in existence, or for a purpose which is not for the benefit of the trustee, of for both such benefit and purposes aforesaid.\".", "Jiġifieri jekk inti tagħmel dawk l-affarijiet li huma kontemplati ħloqt trust u m'għandekx bżonn reġistrazzjoni.", "It-trust hija relazzjoni bejn is- settlor u t-trustee rigward il-vested property u għall-benefiċċju ta' min.", "Dan kollox, tant li hija regolata bil-Liġi Civili.", "Il-Liġi Ċvili tgħidlek li dik il-ħaġa ma tistax tagħmilha hawn Malta.", "Imma mbagħad bil-Liġi ta' l- Offshore Trusts għamilniha li tista' tagħmilha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma f'ċerti ċirkostanzi.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "Il-Liġi ta' l-Offshore Trusts imbagħad tkompli tgħid li tista' tagħmel ukoll offshore trusts u jekk tkun offshore trust is-settlor irid bilfors ikun persuna mhux residenti hawn Malta, il-beneficiary irid ikun persuna mhux residenti hawn Malta u ma jridx ikollha immovable property f'Malta.", "Imbagħad irid ikollha ċerti trustees, wieħed minnhom nominee company.", "Dan kollox.", "Imbagħad tirregola l-istitut tat-trusts kif jagħmlu l-liġijiet barranin.", "Allura din hi l- pożizzjoni.", "Aħna rridu naffrontaw is-sitwazzjoni wara li għaddejna l-liġi ta' l-Offshore Trusts fejn annullajna kull effett u tifsira tal- provvediment tal-liġi li jgħidlek li trust m'huwiex rikonoxxut fil-liġi Maltija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' jekk taqra artiklu 5 ta' l-Offshore Trusts fejn jgħid li l-liġi li se topera taħt trusts is the proper law of Malta f'dan il-każ, dan ifisser li l-liġi Maltija, kif qed tgħid inti fil-Ċivil, qed tgħid li ma jistax ikun hemm trusts.", "Taħt din il-liġi aħna qed ngħidu li se namministraw offshore trusts u mhux local trusts.", "Allura jfisser li taħt l-Offshore Trusts Act huma permessibbli biss l-offshore trusts u mhux it-trusts kollha.", "It-trusts Maltin m'humiex u qatt m'għamilnihom permissibbli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Is-sitwazzjoni m'hijiex hekk imma hija li meta inti tgħid li l-proper law of Malta tirregola t-trust, ifisser li dawk ir-relazzjonijiet li ħloqt bit-trust iridu jiġu regolati skond il-prinċipji tal-liġi Maltija, imma inti ma tistax fl-istess nifs li tgħid li l-konċett tat-trust irid jiġi regolat skond il-liġi Maltija tinvoka dak il- provvediment tal-liġi Maltija li jgħidlek li l-konċett tat-trust ma jeżistix.", "Dak il-provvediment annullajnih; b'kapitlu 331 it-trusts ġew magħrufa fil-liġi Maltija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, aħna qed ngħidu li f'pajjiżna llum it- trust lokali m'huwiex recognised u għamilna liġi li sejjaħnielha Offshore Trusts Act li biha ġew recognised il-formazzjoni tat-trusts.", "Pero', f'dik il-liġi għamilniha ċara li t-trusts offshore ifformati b'ċerti kondizzjonijiet biss se jkunu joperaw taħt din il-liġi.", "Issa qed nagħmlu liġi oħra fejn qegħdin inpoġġu bħala parti mil-Liġi Maltija, il-Konvenzjoni ta' The Hague li qed tirregola l-mod ta' kif jiġu recognised mill-pajjiżi trusts li jkunu reġistrati flimkien.", "F'Malta, għalkemm m'għandniex il- konċett tat-trust fil-Liġi Ċivili tagħna, se nużaw din it-triq biex trusts li huma reġistrati barra l-pajjiż ikunu jistgħu jiġu managed f'Malta.", "Dik hi l-pożizzjoni u s-sitwazzjoni li qed nagħmlu.", "Jekk wieħed iħares lejn il- Convention, isib li f'artiklu 6 hemm li: \"A trust shall be governed by the law chosen by the settlor.", "The choice must be express or be implied in the terms of the instrument creating or the writing evidencing the trust, ...\"", "Aħna qed ngħidu li ma rridux li Malti jagħmel trust f'Malta u qed naqblu li dan forsi jrid isir, pero' biex nagħmluh irridu noqogħdu attenti għaliex tista' ssir overhaul kbira fil-Liġi Ċivili tagħna.", "X'pożizzjoni qiegħed fiha Malti li jagħmel trust?", "Dan ma jistax jopera t-trust taħt l-Offshore Trusts Act għax din tillimita t-trusts li jiġu recognized u reġistrati bħala offshore.", "Hemm ukoll ċerti regolamenti ta' meta jkun japplika dan it- terminu għaliha.", "Jekk il-Malti li jagħmel it-trust jaħseb li b'xi mod jista' juża din il-Convention, ma jistax jgħid li t-trust will be governed by the laws of Malta għax m'hemmx laws of Malta li tħalli Malti jinforza t- trusts b'xi mod.", "GĦalhekk il-Malti bilfors irid jirreġistra t-trust barra minn Malta u allura dak isir trust barrani u mhux Malti.", "Naturalment dan ma jistax isir bil-liġi ta' l-exchange control u liġijiet oħra simili li għandna llum.", "Din hi s-sitwazzjoni li għandna preżentament u naħseb li f'din is-sitwazzjoni la hemm konflitti u lanqas problemi.", "Aħna qed ngħidu li għandna l-Offshore Trusts Act biex jekk barrani jkun irid jirreġistra t- trust f'Malta, qed nagħtuh din il-possibilita'.", "Imma aħna għadna m'aħniex lesti biex fil-liġi Maltija Ċivili nagħmlu t-trust.", "Issa qed nagħmlu pass ieħor billi ngħidu li trust li jkun reġistrat barra minn Malta jista' jiġi amministrat f'Malta.", "Aħna nafu li jekk jinqalgħu xi problemi, jekk nagħmlu dan u jkun hemm enforcement bil-qorti, il-qorti taf kif għandha ġġib ruħha b'dawn ir-regolamenti tal-Convention.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Fl-Abbozz li għandna quddiemna, aħna qed nagħmlu l-provvedimenti tal-Convention parti mil-liġi Maltija.", "GĦalhekk l- istitut tat-trusts se jkun regolat kemm bil-provvedimenti tal-Convention u kemm bil-liġi Maltija għax il-Convention se ssir liġi Maltija.", "Allura fil- liġi Maltija se jkollna r-regoli bid-definizzjoni kollha ta' x'inhu trust.", "Ma tistax tgħid li ma jeżistix trust Malti għax fil-Liġi Ċivili li saret mijiet ta' snin ilu, hemm trust li m'huwiex rikonoxxut.", "Dawn huma liġijiet sussegwenti li jipprevalu fuq dak li hemm fil-Liġi Ċivili.", "GĦalhekk inkunu qed niżbaljaw meta ngħidu li l-istitut tat-trust m'huwiex rikonoxxut fil- liġi Maltija.", "Wieħed jista' jara Chapter 331 tal-liġijiet eżistenti.", "L- ewwel diġa' għamilt referenza għal section 3, u section 6 stess timplika li jista' jkun hemm trust which is not offshore.", "F'section 6 tal-Liġi dwar l- Offshore Trusts hawn miktub li:", "\"A trust which is an offshore trust validly created in accordance with or as provided by this Act ...\".", "Allura għaliex nibqgħu ninjoraw dak li għamilna f'Chapter 331.", "Aħna annullajna dak li hemm fil-Liġi Ċivili.", "Din hi l-liġi sussegwenti u allura tipprevali fuq il-Liġi Ċivili.", "Issa qegħdin nieħdu Konvenzjoni li tirrikonoxxi t-trusts ta' kullimkien barra t-trusts ta' Malta.", "Allura kif aderejna għall-Konvenzjoni?", "Kif nistgħu niġu f'pożizzjoni li naderixxu għall-Konvenzjoni li tirrikonoxxi istitut imma f'dak l-istitut m'huwiex rikonoxxut Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Aderejna għall-Konvenzjoni għas-sempliċi raġuni li jeżistu ħafna trusts barra minn Malta, għax hawn ħafna pajjiżi li jirrikonoxxu t-trusts u għandhom it-trust institute recognised fil- ġurisprudenza tagħhom.", "Dawn it-trusts ifittxu ċentri finanzjarji fejn jistgħu jiġu amministrati u managed u aħna qegħdin noffru s-servizz ta' dan iċ-Ċentru Finanzjarju biex noħolqu lok fejn jiġu amministrati dawn it- trusts li jiġu fformati barra minn barranin.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Illum bil-liġi Maltija hekk qiegħda u dan jista' jgħidulek kemm avukat kif ukoll nutar.", "Jekk hemm trust ifformata barra li trid takkwista proprjeta' jew trid tagħmel negozju, aħna nirrikonoxxuha bħalma nirrikonoxxu kumpannija barranija u ilna nagħmlu dan għal numru ta' snin.", "Min jaf kemm hawn proprjeta' ta' barranin mixtrija minn trusts companies barranin!", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' skond l-informazzjoni li għandi, din dejjem kienet diskrezzjonarja fuq il-Qorti jekk tirrikonoxxix jew le u b'liema liġi topera dik it-trust.", "Kulma qed nagħmlu huwa li qed nirregolawha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħmlu mod aħna t-tnejn miżżewġin f'Timbuctoo u għalhekk il-Qrati Maltin jirrikonoxxu ż-żwieġ validu f'Timbuctoo.", "Allura jekk hemm trust ifformata f'Timbuctoo, kif il-Qrati Maltin ma jirrikonoxxuhiex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: X'inhu ħażin illi hawn Konvenzjoni li tpoġġi regolamentazzjoni internazzjonali ta' kif għandu jiġi regolat dan ir- recognition ta' trust internazzjonali u aħna naderixxu għaliha?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Anzi jiena qed ngħid li rridu narmonizzaw il-liġi li għandna s'issa - li lanqas se nħalluha Offshore Trusts Act imma se nagħmluha Trusts Act - ma' liġi ġdida li se nagħmlu dwar ir-recognition of trusts.", "Ma jagħmilx sens li tagħmel recognition of trusts meta għandek Trusts Act għax ir-recognition trid tagħmilha fl-istess liġi.", "Irridu naraw illi l-liġi tagħna, it-Trusts Act, tkun skond il-provvedimenti tal- Kostituzzjoni u rridu nemendaw it-Trusts Act biex inġibuha f'armonija la aħna se nadderixxu għal provvedimenti tal-Konvenzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt, schedule 2 qed taħseb biex tagħmel l-emendi kollha f'din il-liġi u l-emendi kollha meħteġa fl-Offshore Trusts Act sabiex tarmoniza s-sitwazzjoni kif qed jgħid l-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Li qed ngħid huwa li la l-Offshore Trusts Act se ssir Trusts Act, l-emendi li rridu nagħmlu huma fil-liġi unika Trust Act fejn ikun hemm il-provvedimenti tal-Kostituzzjoni.", "Mela se nagħmlu Recognition of Trusts Act - li huma l-provvedimenti - u l-basic law li tirregola t-trusts, li se tkun Chapter 331 la neħħejna l-kelma \"offshore\", jista' jkollha provvedimenti li mhumiex in armonija!", "Kif jista' jkun dan?", "Jew se narmonizaw il-provvedimenti tal-liġi tagħna mal-Konvenzjoni, jew se nagħmlu l-Konvenzjoni tapplika mbagħad nagħmlu liġi oħra li hija differenti mill-Konvenzjoni.", "GĦandu jkollna din is-sitwazzjoni fl-istatut tagħna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-diskussjoni daret fuq kwestjoni ta' forma, jiġifieri għandux ikollna żewġ Bills li jirregolaw trusts li jiġu reġistrati Malta u trusts li huma barra - qed ngħidu li dawn se nirrikonoxxuhom - jew inkella għandhiex tkun liġi waħda li tinkorpora t- tnejn.", "Aħna għażilna t-triq li ladarba qed nitkellmu fuq trusts differenti - jiġifieri trust reġistrat f'Malta u kif għandu jiġi reġistrat u r- regolamentazzjoni tiegħu bħala trust Malti basta jkun magħmul minn barranin u r-regolamentazzjoni tagħha - dik tkun liġi għaliha u issa qed nagħmlu liġi oħra fejn qed nagħmlu żewġ affarijiet; qegħdin ngħidu kif se jiġi l- mekkaniżmu ta' recognition għal trusts magħmulin barra u qed nagħmlu l- emendi neċessarji fit-Trusts Act Malti li hemm bżonn minħabba l- istituzzjoni tal-Financial Centre li qed nagħmlu, u fejn hemm bżonn narmonizzaw ma' din il-Convention.", "Jien ma nara xejn ħażin f'din il-ħaġa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Offshore Trusts Act qed nemendawha u waħda mill-emendi li qed nagħmlu hija proprju għal dawk l-artikli fil-liġi li jiddistingwu bejn offshore u m'hux offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Liema artikli huma?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'section 4 tas-Second Schedule tal-Bill li għandna quddiemna nsibu li klawsola 4 tgħid hekk:", "\"4.", "(1) Subsection (1) of section 6 of the Act there shall be substituted the following:", "\"(1) \"The validity of a trust, its construction, its effects and the administration of the trust shall be governed by this Act where the proper law of the trust is law of Malta, ...\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta qed tgħid \"this Act\" m'hux qed tirreferi għal dak li qed ngħaddu llum imma għal dak li issa se jissejjaħ Trusts Act, hux hekk?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma issa qed inbiddlu Section 6 tal-Liġi Prinċipali li tgħid: \"A trust which is an offshore trust validly ...\" u qed inneħħu l-konċett ta' offshore.", "Mela the proper law of the trust is the law of Malta, m'hux għall-offshore issa qed ngħidu.", "Id-distinzjoni ta' offshore neħħejniha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma dan li se jkun imsejjah Trusts Act xorta se jkollu kondizzjonijiet li fihom il-barranin biss jistgħu joperaw taħtu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subsection 6(1) se nbiddluha, mela fejn għandna \"a trust which is an offshore trust\" neħħejniha l-kelma \"offshore\".", "Mela allura meta tneħħi l-kelma \"offshore\" tneħħi anke l-kelma \"onshore\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Neħħejna l-kelma \"offshore\" pero' l-kondizzjonijiet li kienu japplikaw biex trust jissejjaħ \"offshore\" xorta għadhom l-istess kondizzjonijiet li se japplikaw biex trust jissejjaħ trust taħt din il- liġi.", "Allura mhux l-istess pożizzjoni għandna?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Trust biex ikun \"offshore\" irid jikkwalifika, imma hemm trust li m'huwiex \"offshore\" li jeżisti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma jeżistix.", "Dak li qed ngħidu hawnhekk huwa li kull trust li jista' jeżisti f'Malta se jkun taħt it-Trusts Act.", "Issa l-Liġi tat-Trusts qed tispeċifika kondizzjonijiet speċjali u speċifiċi ta' meta se jkun jeżisti t-trust taħt il-liġi Maltija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux dak li qed tgħid.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mela allura għax m'hemmx il-kelma \"offshore\" ifisser li m'għadux hekk?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'section 6 tat-331, se tinbidel biss subsection (1) imma subsection (2) se tibqa' hemm.", "Mela subsection (2) tgħid li biex trust ikun offshore jrid jikkwalifika imma trust li m'huwiex offshore xorta jeżisti; biss ma jkunx offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma l-isem Offshore Trusts se jispiċċa u se jibqa' Trusts, pero' dak li kien jikkostitwixxi offshore trust se jibqa' dak li jikkostitwixxi trust.", "Allura fejn hi d-differenza sostanzjali?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura la għandek liġi li tipprovdi li hemm trust imma biex ikun offshore trid dawn il-kwalifiki, dik timplika li hemm trusts li jistgħu ma jkunux offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-trusts li m'humiex se jiġu regolati b'din il-liġi m'hemm l-ebda liġi oħra f'Malta li tirregolahom.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Offshore Trusts Act tirregolahom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, għax dik il-liġi tgħid speċifikament li trust irid ikollu kondizzjonijiet li barranin jistgħu joperaw fih.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le.", "Biex ikun offshore irid dawk il- kondizzjonijiet.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn neħħejna biss il-kelma \"offshore\" u ħallejna l- istess sustanza u l-istess kondizzjonijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'section 6 tal-liġi prinċipali għandna l- kelma \"offshore\".", "Jiġifieri fil-liġi prinċipali se nibqgħu niddistingwu u kulma għamilna huwa li biddilna subsection 6 (1), imma f'subsection 6 (2) xorta se jibqa' jinħad li \"a trust is an offshore trust if ...\" u jsemmi tliet kondizzjonijiet.", "Jiġifieri subsection (6) 2 biss qed titkellem fuq offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Forsi nistgħu nagħmlu emenda għal subsection 6 (2) tal- liġi prinċipali, li fiha ngħidu li trust under Maltese law tista' tkun biss offshore trust u offshore trust tkun b'dawn il-kondizzjonijiet.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ma naħsibx li hemm għalfejn.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, biex b'hekk inkunu għalaqniha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Trusts under this Act ifissru li trid tosserva dawn it-tliet kwalitajiet; issejħilhiex offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak li qed ngħid jien.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma allura ssejħilhiex offshore.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Trid tgħid li għandna nneħħu l-kelma \"offshore\"?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Trust fil-liġi Maltija tapplika biss jekk tissodisfa dawn it-tliet kwalitajiet li huma s-settlor, il-property u l- beneficiary.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imbagħad naqtgħu d-definizzjoni ta' offshore trust mid-definitions u fejn hemm il-kelma \"offshore\" inneħħuha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa din hija s-soluzzjoni ta' parti mill- kwestjoni.", "Jien nistaqsi x'inhi r-raġuni li persuna li hija residenti f'Malta ma tistax tagħmel trust għal proprjeta' immobbli li m'hijiex Malta u anke għaliex persuna li m'hijiex residenti hawn Malta ma jistax ikollha beneficiary li huwa residenti f'Malta.", "Imma għaliex qed nagħmlu dan?", "La qed nemendaw il-liġi, allura rridu naffrontaw dawn il-kwestjonijiet fundamentali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawn il-kwestjonijiet staqsejnihom waqt li konna qed nagħmlu dawn l-iżviluppi u r-risposti li dejjem irċevejt jien - naħseb li huma validi - kienu li kif nibdew inċaqilqu l-kunċetti tat-trusts f'Malta se jkollhom implikazzjonijiet f'ħafna liġijiet f'Malta u allura minflok nipprovaw inċaqilqu biċċa hawnhekk u biċċa hemmhekk - qed ngħid għal trusts f'Malta - huwa aħjar li ladarba nagħmlu d-deċiżjoni li se jkollna l- istituzzjoni tat-trusts f'Malta - u jien naħseb li qed naslu biex nagħmluha dik id-deċiżjoni għax donnu issa hawn concensus f'Malta li it's a step in the right direction - huwa tajjeb li jsir studju approfondit tal- konsegwenzi kollha fil-Liġi Ċivili, biex meta jsiru dawn l-affarijiet isiru sew fil-każ li jieħdu ħsieb il-konsegwenzi kollha li jista' jkun hemm.", "Issa meta jibdew jispjegawli fuq l-eredita' u l-familja hemm konsegwenzi kbar u allura it's a matter of policy li niddeċiedu u ma naħsibx li jkun tajjeb li noqogħdu nnaqqru minn din l-Istituzzjoni.", "Jekk nieħdu dan il- pass ma jidhirx li hemm konsegwenzi oħra u naħseb li allura nistgħu nneħħu l-kelma \"offshore\" mil-liġi 331 u nneħħu wkoll id-definizzjoni ta' Offshore Trust.", "Iċċekkjajt jekk hemmx xi referenza fl-Income Tax Act imma mhux se jkun hemm konsegwenzi ta' dan it-tip.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Irridu noqogħdu attenti fuq dak li għidna, li skond il-liġi Maltija t-trust irid ikollha dawn it-tliet elementi li qegħdin taħt artiklu 6 (2) tal-liġi prinċipali, imma trusts oħra barranin taħt liġijiet oħra xorta jisgħu jiġu rikonoxxuti, anke jekk ma jissodisfawx dawn l-elementi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mhux xorta se jissodisfawhom dawn?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jien qed ngħid li meta ngħidu \"trusts oħra barranin li xorta jistgħu jkunu magħrufa\" rridu noqogħdu attenti jekk ma nkunux qegħdin nagħmluha possibbli li wieħed jagħmel trust fl- Ingilterra, li tirrigwarda immovable property Maltija, jew li settlor residenti f'Malta jew beneficiary li huwa residenti f'Malta u għax skond liġi barranija hija trust, se tkun rikonoxxuta f'Malta.", "Jekk aħna ma rridux li jkollna settlor residenti f'Malta, benefiċċjarju li huwa residenti f'Malta u immovable property li tifforma parti minn proprjeta' tat-trust, irridu noqogħdu attenti li a foreign trust set up in a foreign country according to the laws of that country imma li tirrigwarda settlor Malti, benefiċċjarju Malti, jew immovable property Maltija, mhux bilfors tkun rikonoxxuta mill-Qrati Maltin.", "Jekk aħna ngħidu li foreign trust regolata skond il-liġijiet tal-pajjiż fejn it is set up, jista' jkollha settlor residenti Malti, jew benefiċċjarju li huwa residenti f'Malta, jew settled property li hija immovable property f'Malta imma tirrigwarda waħda jew it-tliet fatturi li semmejt, allura se noħolqu l-possibilta' illi l-Maltin jistgħu jagħmlu trusts billi jmorru barra, they set up a foreign trust li tirrigwarda benefiċċjarju Malti, settlor Malti, immovable property Maltija u bilfors trid tiġi rikonoxxuta għax tkun regolari skond il-liġi tal-pajjiż.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija): Ħalli nara jekk fhimtux sew lill-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "Qed jgħid li din is-sitwazzjoni hija simili għal-liġi taż-żwieġ Jiġifieri ċerti affarijiet li ma jistgħux isiru f'Malta jistgħu jsiru minn Maltin li jissodisfaw ir-requirements ta' dik il-liġi u mbagħad jiġu rikonoxxuti f'Malta.", "Naħseb li kif inhi l-liġi fil-preżent hekk qiegħda.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le m'hijiex hekk.", "Jekk il-provvediment taċ-Ċivil għadu in vigore m'hijiex hekk.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Qed tgħid li hija public policy.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dażgur.", "Il-Convention tgħidlek li m'intiex obbligat li tirrikonoxxi trust jekk tmur kontra l-public policy tiegħek.", "Għalhekk irridu nkunu ċari dwar dak li rridu nagħmlu.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt artiklu 15 tal-Konvenzjoni qiegħed jgħid speċifikament li:", "\"The Convention does not prevent the application of provisions of the law designated by the conflicts rules of the forum, in so far as those provisions cannot be derogated from by voluntary act, relating in particular to the following matters -", "(a) the protection of minors and incapable parties;", "(b) the personal and proprietary effects of marriage;", "(c) succession right, testate and intestate, especially the indefeasible shares of spouses and relatives;", "(d) the transfer of title to property and security interests in property;", "(e) the protection of creditors in matters of insolvency;", "(f) the protection, in other respects, of third parties acting in good faith.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Barra minn dawn li għadek kif ikkwotajt, hemm il-public policy ukoll.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, hekk hu.", "L-aħħar parti ta' article 15 tal- Konvenzjoni tgħid hekk:", "\"If recognition of a trust is prevented by application of the preceding paragraph, the court shall try to give effect to the objects of the trust by other means.\"", "Fl-artiklu 16 hemm ukoll li:", "\"The Convention does not prevent the application of those provisions of the law of the forum which must be applied even to international situations, irrespective of rules of conflict of laws.\"", "L-artiklu 18 jgħid ukoll li:", "\"The provisions of the Convention may be disregarded when their application would be manifestly incompatible with public policy (ordre public).\".", "Hawnhekk aħna għandna dan it-tip ta' covering ukoll.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Veru li hawnhekk għandna dan it-tip ta' covering imma meta inti tagħmel parti mill-provvedimenti tal-liġi tiegħek li jimplikaw li l-public policy m'għadhiex hekk, tista' tbiddel il-public policy.", "GĦalhekk jekk tagħmel provvediment li jimplika li issa qed nirrikonoxxu t-trusts, il-public policy tkun biddiltha allavolja ma tkunx għidtha.", "Din jien m'iniex qed navvokaha, għalkemm f'diskussjoni oħra navvoka li nirrikonoxxu t-trusts regolarment.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel miegħek u fil-fatt għalhekk qed ngħid li hawn consensus fil-pajjiż ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma ladarba l-istand tal-Gvern hu li m'għandniex nagħmlu hekk, ma nistgħux nagħmlu provvedimenti tal-liġi fejn ikollna l-effett li ma rridux li jkollna.", "Jien qed ngħid li rridu noqogħdu attenti jekk aħna se nagħmlu provvedimenti fil-liġi tagħna li jgħidu \"a foreign trust\" għax din hija differenti minn \"an offshore trust\".", "Meta konna ngħidu \"offshore\" kellna f'moħħna li t-trust is a trust set up in Malta imma se jkollha dawk it-tliet kwalifiki li s-settlor ma jkunx residenti, il-beneficiaries ma jkunux residenti u ma jkunx hawn l- immovable property f'Malta.", "Dik hi l-offshore trust.", "Il-foreign trust is a trust set up in a foreign country in accordance with the laws of that foreign country.", "Imma jekk the laws of the foreign country ma jipprojbixxux li l-immovable property tista' tkun f'Malta, wieħed residenti f'Malta jista' jmur l-Ingilterra to set up a trust hemmhekk u jekk hu jkun beneficiary Malti u l-immovable property tkun Maltija u minħabba li l-liġi tagħna se tgħid li a foreign trust set up according to the laws hija rikonoxxuta hawn Malta, din ikollok tirrikonoxxieha.", "Aħna dan irriduh?", "Jekk dan irriduh, nagħmluh imma jekk ma rriduhx irridu nipprovdu xi ħaġa biex dan ma jkunx hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jiġifieri jien qiegħed ma' l-argumenti ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici, pero' nixtieq niġbidlu l-attenzjoni għall-fatt li fit- Tieni Skeda artiklu 43A kif propost fi klawsola 6 jgħid li:", "\"Trust barrani li jissodisfa l-kondizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 6 jista' jiġi reġistrat maċ-Ċentru.\"", "Jiġifieri dawk li jkunu jaqgħu taħt ir-recognition, se jkunu reġistrabbli biss jekk jissodisfaw dawk it-tliet kondizzjonijiet.", "Imbagħad subklawsola 3 (3) tgħid:", "\"In accordance with Article 15 of the Convention, where Maltese conflicts rules require the application of the laws of Malta or of a foreign state with regard to any of the following matters -", "(a) the protection of minors and incapable parties; ....\",", "u nerġgħu nirrepetu l-issues ta' protezzjoni soċjali li bi trust jistgħu jiġu side-tracked.", "Żgur li m'hemm l-ebda gwadan finanzjarju għax trusts li ma jkunux taħt dawk il-kondizzjonijiet, per eżempju, trust li huwa fuq proprjeta' Maltija ma jistax jiġi reġistrat fiċ-Ċentru u allura ma jistax jiggwadanja minn xi benefiċċju fiskali.", "It-tieni ħaġa, jekk imbagħad jiġi biex jenforza dan it-trust - jista' ma jkunx reġistrat imma jkun għamlu - għax ma jkunx reġistrat, meta jiġi għar-recognition u biex jenforzah se tapplika din is-subklawsola 3 (3) li tgħid li f'dawk il-każijiet, il-Liġi ta' Malta tibqa' tapplika.", "Jien naħseb li għandna coverage sostanzjali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri issa s-sitwazzjoni se tkun li foreign trust, biex jiġi reġistrat hawn Malta u per konsegwenza rikonoxxut irid jissodisfa subsection 3(2).", "Biex trust jiġi set up in Malta jrid jissodisfa subsection 6(2).", "Issa d-differenza bejn foreign trust u trust set up in Malta hija sempliċement where it is set up.", "L-affarijiet irridu nissimplifikawhom kemm jista' jkun.", "Issa rridu naraw x'aħna nagħmlu.", "Jien nixtieq li xi ħadd jara jekk għadhiex utili li jkollna żewġ liġijiet b'definizzjoni differenti ta' trust.", "Meta dawn l-affarijiet jarawhom il-barranin jibdew jgħidu: Imma dawn x'jagħmlu?", "La issa qed naqblu f'għajnejn il-liġi Maltija li se jkun hemm żewġ trusts - foreign trust li biex tiġi rikonoxxuta f'Malta trid tikkwalifika taħt subartiklu 6(2) ta' Kapitlu 331 u a locally set up trust li biex tkun valida trid tikkwalifika skond subsection 6(2) - għalfejn għandu jkollna żewġ definizzjonijiet ta' trusts, dik tal-Konvenzjoni u dik ta' Kapitlu 331?", "Jien naħseb li għandna nadottaw definizzjoni waħda.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt id-definizzjonijiet huma sostanzjalment l- istess u m'hemmx differenzi pero' ma naħsibx li hemm il-ħtieġa li noqogħdu nagħmlu l-istess definizzjoni għax jista' jkun hemm xi dettalji oħra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Rigward l-appointment of trustees kif se jkollok l-obbligu li jkun hemm nominee company bħala wieħed mit-trustee?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk ikun imwaqqaf f'Malta biss.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Biex foreign trust tkun tista' takkwista immovable property trid tkun bilfors reġistrata?", "Illum żgur li m'hux hekk qiegħda.", "Dik se tibqa' hekk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦalhekk kont qed ngħid li kienet ħrafa li fil-liġi Maltija ngħidu li trust m'huwiex rikonoxxut għax il-barranin kienu jakkwistaw proprjeta' hawn Malta.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien naqbel miegħek li dan il-konċett ta' trusts f'Malta jrid jibda jidħol.", "Niftakar li fl-1965 jew l-1966 ipprovajt nagħmel trust għall-ħaddiema tal-fabbrika fejn kont naħdem u assolutament ma stajtx.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Minħabba l-liġi tal-wirt, tista' tevadi l- obbligi li għandek lil min tħalli l-leġittima.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hi klawsola \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 2, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 - Il-liġi applikabbli u l-għarfien ta' trusts.", "Clause 3 - Applicable law and recognition of trusts.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi din l-emenda għal klawsola 3:", "\"B\" Klawżola 3 għandha tiġi emendata kif ġej: (a) Is-subklawżola (2) tagħha għandha tiġi mħassra;", "(b) Is-subklawżoli (3), (4), (5), (6), (7), (8) u (9) għandhom jiġu numerati mill-ġdid (2), (3), (4), (5), (6), (7) u (8) rispettivament; u", "(ċ) Minnufih fi tmiem is-subklawżola (3) tagħha, kif enumerata mill- ġdid, għandu jiżdied dan li ġej:", "\"GĦall-finijiet ta' dan is-subartikolu \"wirt furzat\" ifisser regola legali li tirrestrinġi d-dritt ta' persuna li tiddisponi mill- proprjeta' tagħha matul ħajjitha sabiex dik il-proprjeta' tinżamm biex titqassam wara mewtha, jew li jkollha bħal dak.\".", "\"B\" Clause 3 shall be amended as follows:", "(a) Subclause (2) thereof shall be deleted;", "(b) Subclauses (3), (4), (5), (6), (7), (8) and (9) shall be renumbered (2), (3), (4), (5), (6), (7) and (8) respectively; and", "(c) Immediately at the end of subclause (3) thereof, as renumbered, there shall be added the following new paragraph:", "\"For the purposes of this subsection, \"forced heirship\" means a legal rule restricting the right of a person to dispose of his property during his lifetime so as to preserve such property for distribution at his dealth, or having similar effect.\".", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiena jidhirli li ladarba kemm jekk trusts locally set up jew created u foreign trusts, jirrigwardjaw settlor u beneficiary li m'humiex residenti f'Malta u immovable property li m'hijiex f'Malta, allura m'għandniex għalfejn nagħmlu restrizzjonijiet fuq il- kapaċita' u fuq ir-rigward tad-drittijiet suċċessorji.", "GĦaliex?", "Għax qed nitkellmu fuq nies li m'humiex soġġetti għal-liġi ta' Malta u dwar propjreta' li m'hijiex f'Malta.", "Jekk żewġ barranin are setting up a trust in Malta u se jirreġistrawha, la tirrigwarda proprjeta' barra minn Malta u tirrigwarda barranin, għaliex m'għandhiex tkun possibbli li jekk dawn ma jridu jħallu xejn lil xulxin u lil uliedhom jkunu jistgħu jagħmlu dan?", "Nieħdu l-każ tar-regime suċċessorju tal-wirt u jien qed ngħid li żewġ barranin se jirregolaw x'jiġri wara mewthom b'mod differenti milli tippermetti l-liġi Maltija.", "La tirrigwarda proprjeta' mhux f'Malta u żewġ barranin għaliex m'għandniex inħalluhom jagħmlu dan?", "GĦaliex il-Liġi Maltija tas-suċċessjoni trid tipprevali fuqhom?", "Kieku għamlu t-trust barra minn Malta - created abroad a foreign trust - kienu jirregolaw id- drittijiet suċċessorji bil-liġi ta' barra imma aħna se nagħtuhom faċilita' li jagħmlu t-trust hawn Malta għaliex nixtiequhom u għaliex jaqblilna imma rridu nħallulhom il-liberta' li l-liġijiet suċċessorji li jagħżlu jkunu taħt ta' barra u m'hux ta' Malta.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien qed niġi informat li allavolja t-trust per se huwa regolat hawn Malta, civilment il-benefiċċjari u s-settlors tat-trust ma jibqgħux regolati bil-liġi tagħhom?", "Il-players in the trust għal dak li huwa benefiċċjarji u settlors ma jaqgħux taħt il-Liġi Ċivili Maltija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nikkontemplaw trust created in Malta.", "Dak jista' jkollu pprovvediment li ma jkunx uniformi ma' provvedimenti tas-suċċessjoni Maltija?", "Jien ngħid li għandu jkollu imma mhux kif qed nagħmlu aħna.", "Per eżempju, jekk jilledi d-drittijiet tal- leġittima tat-tfal jew id-dritt suċċessorju tal-mara, dawk huma d- drittijiet li skond il-liġi Maltija ma tistax tevitahom.", "Tista' ma tkunx konformi ma' a trust set up in Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna qed nipprovaw ninċentivaw u noħolqu possibilita' li għal nies m'hux residenti f'Malta minflok inwaqqfu t-trust fl-Ingilterra jew f'pajjiżi oħra nwaqqfuhom f'Malta, imma ma nistgħux nissoġġettawhom għal-liġijiet Maltin.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'aħniex nissoġġettawhom għal-liġijiet Maltin.", "Naħseb li l-\"le\" fhiminiha ħażin.", "Il-\"le\" hi li meta jiġu biex jirreġistraw trust taħt il-liġi 331ma joqogħdux jaraw li l-kondizzjonijiet tat-trust huma konformi mal-liġijiet Maltin.", "Dak ma jinteressahomx għar-reġistrazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk ma jkunux konformi jkunu validi jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva jkunu validi u jista' jirreġistra.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Allura għalfejn qed nagħmlu li l-liġi Maltija tipprevali?", "Aħna qed nagħmlu bil-maqlub, li t-trusts ma jistgħux imorru kontra ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: GĦal liema klawsola qed tirreferi?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'subklawsola 3 (3) hemm ċerti prinċipji li skond il-liġi Maltija ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 3 (3) tgħid:", "\"... where Maltese conflicts rules require the application of the laws of Malta or of a foreign state with regard to any of the following matters -\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Qed ngħidu li fosthom hemm anke l-liġi tas- suċċessjoni, imma aħna qed ngħidu li m'għandux ikun hekk għaliex dawn jirrigwardaw nies li m'humiex residenti f'Malta li konvenjentement waqqfu t- trust mhux fl-Ingilterra imma f'Malta u għamlulna pjaċir meta għamlu hekk.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qegħdin ngħidu li l-liġi Maltija tapplika għal kondizzjonijiet meta jkun hemm bżonn li tieħu d-deċiżjoni skond il- Maltese conflicts rules.", "Issa fl-analiżi finali jidher li l-liġi Maltija tapplika f'każ ta' settlor barrani li jiġi u jikkostitwixxi trust f'Malta u normalment jista' japplika biss jekk ikollu proprjeta' f'Malta li l-qorti tiddeċiedi li tkun il-liġi Maltija li tapplika.", "Allura f'dak il-każ ma jistax ikun reġistrat f'Malta għax ikun qed tikkozza t-tielet kondizzjoni li qed nagħmlu.", "Dan ifisser li jista' jkun hemm każ ta' trust ta' settlor barrani, benefiċċjarju barrani u proprjeta' Maltija.", "Aħna qed ngħidu li dan jista' jeżisti imma ma jkunx reġistrat allura m'għandux benefiċċji fiskali.", "Pero' ma nistax nifhem għalfejn barrani - issa hawn qed nirreferi għal barrani veru u mhux wieħed li jkun paraventu għal xi Malti - jagħmel din, fis-sens li mhux qed jieħu benefiċċju reali.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'Malta jista' ma jkollux imma barra minn Malta jista' jkollu.", "Barra jista' jagħmel trust u jinkludi proprjeta' f'Malta għal raġuniet fiskali.", "Hawn qed ngħidu għal foreign trust f'pajjiż ieħor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' f'Malta mhux se jkollu benefiċċji fiskali u lanqas se jkun eleġibbli għad-double tax agreements benefits.", "Imma l- benefiċċju fiskali jibda jonqos ħafna.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jekk tkun barra jiġi iktar sempliċi għax il-proprjeta' ma tkunx iktar tas-settlor imma tkun vested fi trust, jiġifieri wara mewtu ma taqax fl-estate tiegħu għax il-proprjeta' se tmur għand il-benefiċċjarji u mhux through id-decuius.", "Għalhekk isiru t- trusts, biex ikunu jistgħu jagħmlu t-tax saving.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' li qed ngħidu huwa li m'huwiex fl-interess tagħna li niġbdu dik it-tip ta' klijentela.", "ONOR.", "KARMENU MIFUSD BONNICI: Imissna noqogħdu attenti għax wara li għidna dan kollu, din il-projbizzjoni ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk ikun hemm proprjeta' Maltija biss, tapplika trust.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri persuna li m'hijiex residenti f'Malta ma tistax fit-trust tinkludi immovable property f'Malta.", "Din se tgerrex lil non-residents.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Milli jixtru proprjeta'.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, mhux li jixtru imma li jagħmlu set-up ta' trust hawn Malta.", "Għaliex?", "Għax jekk ikunu barra jiġri li if they can set up the trust according to the laws of England imbagħad jistgħu jissetiljaw immovable property f'Malta billi jakkwistaw trust company.", "Allura x'hemm ħażin li la l-beneficiary u s-settlor huma non-residents, they settle immovable property in Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ejja naraw x'hemm ħażin fiż-żewġ issues.", "Prima facie, din m'hemm xejn ħażin fiha.", "Li hemm ħażin huwa li qed inżidu t-tentazzjoni għall-Maltin li jagħmlu kumpannija barra minn Malta, allura din il- kumpannija se tiġi non-resident ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Din tista' ssir, pero' trid tirreġistra l- kumpannija hawn Malta.", "Illum hekk qed isir.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma llum din mhux qed issir fi proprjeta' Maltija.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Illum qed jiġri li Malti qed imur barra minn Malta, jagħmel trust company u t-trust company takkwista proprjeta' Maltija.", "Meta l-Malti jmut ma jkun hemm xejn għax ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak spiċċa wkoll bis-suċċessjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma għall-finijiet fiskali oħra, il-yield mill-proprjeta' wkoll ma tifformax parti mill-estate tiegħu.", "Dan jevita wkoll l-obbligi tal-Liġi tas-Suċċessjoni għax it-trust company ma tifformax iktar part of his estate għax din hija proprjeta' tat-trust.", "GĦalhekk il- beneficiary li jkun indika fit-trust li għamel barra se jgawdi mill- proprjeta', jevita wkoll l-obbligi...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nista' nistaqsik mistoqsija?", "Jekk ikun hemm din it- transazzjoni li saret u xi ħadd iħossu inġurjat li saret din it- transazzjoni u eredi leġittimu Malti ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Dan hu dritt li jkun ġie miċħud lilek.", "ONOR.", "JOHN DALLI: ... jipprova jikkontestaha, b'din ikun jista' jagħmel hekk?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: GĦaliex?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jista' jġib il-Malta conflicts rules in operation, jgħid li dik hi proprjeta' Maltija u jkun irid li l-Malta conflicts rules ikunu in operation?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, aħna qed nikkontemplaw ir- reġistrazzjoni tal-foreign trusts jew tal-locally created trusts.", "Issa qed nitkellmu fuq kif inhi r-reġime illum u mhux fuq ir-reġistrazzjoni.", "Illum ir-reġime huwa li Malti jista' jifforma trust company fiċ-Channel Islands u din il-kumpannija takkwista proprjeta' immobbli f'Malta.", "Fil-fatt il- proprjeta' ġiet akkwistata permezz tal-kumpannija tal-Malti u se tiġi utilizzata jew gawduta mill-benefiċċjarji skond kif il-Malti ippredestina s- set-up tal-kumpannija.", "Jista' l-eredi ta' dak il-Malti li jħoss li għandu d-dritt tiegħu menomat b'dik il-manuvra li għamel, jipprova jikkontestaha?", "Dan jista' jagħmel hekk jekk jiġri dan imma t-trust company m'hijiex se tiżvela min hu s-settlor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Pero' jekk jaqbad dan, l-eredi jista'?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Iva, imma l-pożizzjoni llum mhux se tinbidel.", "GĦaliex?", "GĦax dik ma tirrikjedi l-ebda registration.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kieku kellna mmorru pass ieħor u ndaħħlu li r-regime li rridu japplika jinkludi l-proprjeta' f'Malta konna nagħmluha aktar faċli.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għax dik timplika r-registration.", "Ir- registration ma tistax issir jekk is-setlor ma jkunx ....", "ONOR.", "JOHN DALLI: Subklawsola 3(3) titkellem fuq ir-recognition u fuq Article 15 tal-Convention.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ladarba t-trust barranija tista' takkwista property, in effect, ir-recognition qiegħed hemm.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Issa qed naraw liema liġijiet se japplikaw għas- suċċessjoni fil-każ li ħsibt għalih inti.", "Qed ngħidu li f'dan il-każ jekk kien jirrigwarda proprjeta' f'Malta, bil-Convention b'kollox, qed ngħidu li l-Convention tista' tgħid li jekk dak it-trust ġie magħmul fic-Channel Islands m'iniex se nagħti kasu u xorta se napplika l-liġijiet tas- suċċessjoni f'Malta.", "Aħna qed ngħidu li hekk nixtiequ li tkompli l- affari.", "Nifhmu li qed nagħmlu ftit restrizzjonijiet, pero' nifhmu wkoll li jekk ma nagħmlux hekk ikun hemm iktar tħajjir biex isiru dawn it-tip ta' transazzjonijiet barra u li ma xtaqniex niftħu għal dan - nerġa' nirrepeti - sakemm ma nagħmlux ir-reviżjoni li qed ngħidu li għandha ssir li nibdew ngħidu li t-trust concept ikun applikabbli f'Malta, bil- kontrolli kollha anke soċjali li rridu ndawwru miegħu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Meta se nikkonsidrawhom ix-schedules?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwel nikkonsidraw il-Convention ħalli imbagħad ma' klawsola 4 nikkonsidraw schedule 2.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Subsection 3(4)(b) hija ftit komplikata u contorted nixtieq inkun naf x'irridu ngħidu sewwa bil-kliem:", "\"No rule relating to inheritance or successions to such movable property (including, but without prejudice to the generality of the foregoing, forced heirship, legitim or similar rights) of the law of his domicile or of any other system of foreign law applicable under Maltese conflicts rules shall affect the recognition of such trust by the courts of Malta.\".", "Jiena nħoss li l-import ta' din ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: ... huwa dak li konna qed ngħidu.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Anzi bil-maqlub.", "Jekk tkun kontra, l- qrati xorta jridu jirrikonoxxuha għax hawn miktub \"shall not affect the recognition\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawn qed jirreferi għal proprjeta' mobbli u mhux immobbli, u mill-informazzjoni li qed jagħtuni l-prassi hija li anke llum prattikament, jiġifieri jekk ikun hemm trusts ta' settlor barrani u jkollu kont f'bank Malta, normalment fil-Maltese conflicts rules kienu jħallu l- liġi tad-domiċilju tiegħu tapplika.", "U din qed nagħmluha ċara billi qed nenforzawha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'section 6 qed ngħidu li f'fundamental public policy, il-liġi ta' Malta tapplika.", "Issa aħna qed nikkontemplaw trust fejn is-settlor huwa non-resident, il-beneficiary huwa non-resident u ma tirrigwardax immovable property f'Malta.", "Allura l-qrati jidħlu meta tinqala' kwestjoni bejn il-beneficiary u trustee.", "Mela għalfejn se nimponu l-public law ta' Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed nagħmlu hekk biex nispeċifikaw xi jfisser Article 18 tal-Konvenzjoni li jgħid hekk:", "\"The provisions of the Convention may be disregarded when their application would be manifestly incompatible with public policy (ordre public).\".", "Issa b'\"public policy\" irridu nfissru l-liġijiet ta' Malta.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Le, għax din tgħid \"shall not give effect to the trust\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Section 6 tgħid hekk:", "\"Without prejudice to the generality of Article 18 of the Convention, the courts shall not give effect to a trust to the extent that to do so would be inconsistent with the fundamental public policy of the law of Malta.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jiġifieri jekk kien hemm tnejn min-nies li huma barranin u għażlu li jikkrejaw trust - mhux ġewwa pajjiżhom imma f'Malta - rigward proprjeta' li m'hijiex f'Malta, dawn ikunu qed jagħmlulna pjaċir li ġew Malta.", "Għalfejn iridu jħarsu l-public policy ta' Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naħseb li this is an umbrella clause li biha tista' tara għalfejn ġie maħluq it-trust.", "Per eżempju, wieħed jista' jagħmel trust u jirreġistrah f'Malta biex jagħmel attivita' ta' gun running, biex nieħdu eżempju.", "Jekk din hija against fundamental public policy of Malta, ma tirrikonoxxihx.", "Dak li qed ngħid, jiġifieri din m'hijiex kwestjoni ta' proprjeta' imma prattikament this is a safety net biex jekk ikun hemm xi ħaġa fit-trust illi lil Malta tista' b'xi mod tagħmlilha l-ħsara, ngħidu li it's against the public policy u ma naċċettawhiex.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma meta jkun provvediment ġeneriku hekk ikun jinkludi wkoll sitwazzjonijiet li m'humiex palesi u strident bħalma semma l-Ministru.", "Qed ngħid li meta tnejn barranin, kemm is-settlor u kemm il-beneficciary jagħżlu li jikkrejaw trust f'Malta - mhux rigward proprjeta' - m'għandekx timponihom għal public policy ta' Malta għax allura jfittxulek pajjiż ieħor.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma x'inhi public policy?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: La ma tirrigwardax la residenti f'Malta u lanqas proprjeta' f'Malta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inħossu li hemm bżonn ta' din it-tip ta' safety net għax finalment hemm bżonn li jkollna xi ħaġa li speċifikament ngħidu li t- trust fuqha m'aħniex se naċċettawh għar-reġistrazzjoni.", "Terġa qegħdin nitkellmu fuq fundamental public policy, jiġifieri m'hijiex xi ħaġa irrisoria imma rridu noqogħdu attenti li meta qed noħolqu din it-tip ta' sitwazzjoni, kif diġa' għidt, jista' jkun hemm xi ħadd li jagħmel trust li bih se jibda jbigħ l-armi lill-Bosnia.", "Aħna ngħidulu li ma jistax jagħmel hekk għax this is against fundamental public policy in Malta.", "Pero' dik hi l-intenzjoni u ma naħsbux illi b'daqshekk se npoġġu din is-sistema in jeopardy.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawn favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"B\"għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Memrbi: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Emenda ta' l-Att dwar l-Offshore Trusts.", "Clause 4 - Amendments to the Offshore Trusts Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi dawn l-emendi għall-iskeda li tmur ma' din il-klawsola:", "\"Ċ\" It-Tieni Skeda - Partita 3", "Minnufih wara s-subartikolu (2) ta' l-artikolu 5 fil-partita 3 tagħha, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(3) Il-kundizzjonijiet ta' trust jistgħu jipprovdu għall-liġi proprja tat-trust li tinbidel mill-liġi ta' Malta għal dik ta' liġi ta' ġurisdizzjoni oħra.\".", "\"Ċ\" Second Schedule - Item 3", "Immediately after subclause (2) of section 5 in item 3thereof, there shall be inserted the following:", "\"(3) The terms of a trust may provide for the proper law of the trust to be changed from the law of Malta to the law of another jurisdiction.\".", "\"D\" It-Tieni Skeda - Partita 4", "Minflok il-partita 4 għandha tidħol din il-partita ġdida kif ġej:", "\"4.", "(1) Minflok is-subartikolu (1) ta' l-artikolu 6 ta' l-Att għandu jidħol dna li ġej:", "\"(1) Meta l-liġi applikabbli għal trust tkun il-liġi ta' Malta, il- validita' ta' trust, l-interpretazzjoni tiegħu, l-effetti tiegħu u l- amministrazzjoni tiegħu għandhom jiġu regolati b'dan l-Att minkjejja d- dispożizzjonijiet ta' kull liġi oħra u trust għandu jiġi regolat bil- liġi proprja tiegħu kif imfissra fl-Att ta' l-1994 dwar l-GĦarfien ta' Trusts, fil-każijiet l-oħra kollha.\".", "(2) Is-subartikoli (3) u (4) ta' l-artikolu 6 ta' l-Att għandhom jiġu mħassra.\".", "\"D\" Second Schedule - Item 4", "For item 4 there shall be inserted the following new item:", "\"4.", "(1) Subsection (1) of section 6 of the Act there shall be substituted the following:", "\"(1) When the proper law of the trust is the law of Malta, the validity of a trust, its construction, its effects and the administration of the trust shall be governed by this Act notwithstanding the provisions of any other law and a trust shall be governed by its proper law as determined in accordance with the Recognition of Trusts Act, 1994 in all other cases.\".", "(2) Subsections (3) and (4) of section 6 of the Act shall be deleted.", "\"E\" It-Tieni Skeda - Partita 5", "Il-paragrafu (2) tal-partita 5 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala l- paragrafu (3) u minnufih wara l-paragrafu (1) għandu jidħol dan il- paragrafu (2) ġdida kif ġej:", "\"(2) Is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 43 ta' l-Att għandu jitħassar u jidħol minfloku dan li ġej:", "\"(2) Tkun ir-responsabbilta' tat-trustee li jaċċerta li trust tkun reġistrata taħt dan l-Att.\".\".", "\"E\" Second Schedule - Item 5", "Paragraph (2) of item 5 shall be renumbered as paragraph (3) and immediately after paragraph (1) there shall be inserted a new paragraph (2) as follows:", "\"(2) Subsection (2) of section 43 of the Act shall be deleted and substituted by the following:", "\"(2) It shall be the responsibility of the trustee to ascertain that a trust is registered under this Act.\".", "\"F\" It-Tieni Skeda - Partita 6", "(a) Is-subklawżola (2) ta' l-artikolu ġdid 43A fi klawżola 6 għandha tiġi mħassra;", "(b) Il-paragrafu (b) tas-subartikolu (3) ta' l-artikolu ġdid għandu jiġi emendat billi minflok il-kliem \"mill-kumpannija nominee liċenzjata li tkun qed taġixxi\" għandhom jidħlu il-kliem \"minn nominee liċenzjat li jkun qed jaġixxi\";", "(ċ) Is-subklawżoli (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10) u (11) tagħha għandhom jiġu numerati mill-ġdid (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9) u (10); u", "(d) Minnufih wara s-subklawżola (10) tagħha kif numerata mill-ġdid għandu jidħol dan li ġej:", "\"(11) GĦall-finijiet ta' dan l-Att, nominee liċenzjat\" tfisser kumpannija nominee liċenzjata mwaqqfa taħt id-dispożizzjonijiet ta' l- artikolu 51A ta' l-Att.\".", "\"F\" Second Schedule - Item 6", "(a) Subclause (2) of the new section 43A in item 6 shall be deleted;", "(b) The word \"company\" appearing in paragraph (b) of subclause (3) thereof shall be deleted;", "(c) Subclauses (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10) and (11) thereof shall be renumbered as subclauses (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9) and (10); and", "(d) Immediately after subclause (10) thereof as renumbered there shall be inserted the following:", "\"(11) For the purposes of this Act, \"licensed nominee\" refers to a licensed nominee company established in terms of section 51A of the Act.\".\".", "\"Ġ\" It-Tieni Skeda - Partiti 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 18 ġodda", "Minnufih wara l-partita 8, għandhom jidħlu l-partiti 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 18 ġodda kif ġej:", "\"9.", "Minflok l-artikolu 8 ta' l-Att għandu jidħol dan li ġej:", "\"8.", "Id-dokument ta' trust ta' offshore trust għandu jinkludi l-isem li bih trust għandu jkun magħruf u reġistrat, u dan l-isem jista', bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, jiġi mibdul meta meħtieġ.\".\".", "\"10.", "Ħassar l-artikolu 13 ta' l-Att u n-nota marġinali tiegħu u daħħal minflokhom dan li ġej:", "\"Trust protettiv.", "13.", "Il-kundizzjonijiet ta' trust jistgħu jagħmlu l-interess ta' benefiċjarju -", "(a) suġġett li jkun terminat; jew", "(b) suġġett għal restrizzjoni f'kas ta' trasferiment jew trattament; jew", "(ċ) suġġett għal tnaqqis jew terminu kemm-il darba l-benefiċjarju jkun dikjarat fallut jew insolventi jew xi proprjeta' tiegħu tiġi suġġetta għall-qbid favur il-kredituri tiegħu.\".\".", "\"11.", "L-artikolu 17 ta' l-Att għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) Minflok is-subartikolu (2) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:", "\"(2) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu, it-trustee jista' jitlob li jkun provdut b'sigurta' xierqa għal djun, sew jekk eżistenti, futuri, kontinġenti jew xort'oħra qabel ma jqassam il-proprjeta' tat-trust.\"; u", "(b) Is-subartikoli (3), (4) u (5) tiegħu għandhom jiġi numerati mill- ġdid (4), (5) u (6) rispettivament u minnufih wara s-subartikolu (2) tiegħu kif emendat għandu jidħol dan li ġej:", "\"(3) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu u minkejja l- kundizzjonijiet tat-trust, fejn il-benefiċjarji huma kollha eżistenti u ġew aċċertati u ħadd minnhom ma jkun interdett jew minorenni, jistgħu jġiegħlu lit-trustee li jittermina t-trust u jqassmilhom il- proprjeta' tat-trust.\".\".", "\"12.", "Ħassar is-subartikolu (4) ta' l-artikolu 21 ta' l-Att u daħħal minfloku dan li ġej:", "\"(4) It-trustees għandhom iżommu kontijiet u records eżatti tat- trusteeship tagħhom u għandhom jagħtu kopja ta' dawn il-kontijiet, fi żmien raġonevoli, lil kull benefiċjarju li jitlobhom.\".", "\"13.", "Is-subartikolu (3) ta' l-artikolu 24 ta' l-Att għandu jitħassar.\".", "\"14.", "Daħħal l-artikolu ġdid 24A wara l-artikolu 24 ta' l-Att kif ġej:", "24A.", "(1) Il-kundizzjonijiet ta' trust jistgħu jipprovdu għall- uffiċċju ta' protector tat-trust.", "(2) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, il-protector għandu jkollu dawn il-poteri:", "(a) li jaħtar trustee ġdid jew addizzjonali;", "(b) li jneħħi trustee;", "(ċ) li jirrikjedi li t-trustee jikseb il-kunsens tiegħu qabel jeżerċita setgħa jew diskrezzjoni.", "(3) Fit-twettiq tal-kariga tiegħu, il-protector ma jitqiesx li jkun trustee.\".\".", "\"15.", "Ħassar is-subartikolu (5) ta' l-artikolu 30 ta' l-Att u daħħal minfloku dan li ġej:", "\"(5) Xejn fid-dispożizzjonijiet ta' trust ma tista' tnaqqas, teħles jew teżonera trustee mir-responsabbilta' tiegħu għal ksur ta' trust kawżat minnu permezz ta' frodi, imġieba xjentement ħażina jew traskuraġni gravi.\".\".", "\"16.", "Is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 32 ta' l-Att għandu jiġi emendat billi minnufih wara l-kliem \"jaġixxi bħal trustee,\" għandu jidħol dan li ġej:", "\"u dik it-terza persuna ma tkunx taf li qiegħed jaġixxi f'dik il- kapaċita',\".\".", "\"17.", "L-artikolu 34 ta' l-Att għandu jiġi emendat kif ġej:", "(a) Minflok in-nota marġinali li hemm għandu jidħol dan li ġej:", "\"Pożizzjoni ta' trustees li jitilqu.\"; u", "(b) Is-subartikolu (4) tiegħu għandu jiġi mħassar.\".", "\"18.", "Minnufih wara l-artikolu 40 ta' l-Att daħħal l-artikolu ġdid 40A kif ġej:", "\"Segwiment ta' proprjeta' ta' trust u l-falliment ta' trustee.", "40A.", "(1) Bla ħsara għar-responsabbilta' ta' trustee, proprjeta' ta' trust li tkun ġiet trasferita jew negozjata bi ksur ta' trust, jew il- proprjeta' li fiha tkun ġiet konvertita, tista' tiġi segwita u rkuprata kemm-il darba ma tkunx f'idejn xerrej bona fede li jkun ħallas għaliha u ma kien jaf li jeżisti ksur ta' trust.", "(2) Meta trustee jiġi dikjara fallut, jew insolventi, jew meta l- proprjeta' tiegħu ssir soġġetta għall-qbid jew xi proċess legali simili, il-kredituri tiegħu ma jkollhom ebda dritt jew talba fuq il- proprjeta' tat-trust, u d-dritt jew it-talba jestendu biss sa fejn it- trustee nnifsu jkollu talab kontra t-trust.", "(3) Il-Qorti tista' tagħmel ordni jew direttiva, kif ikun jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ, fuq rikors magħmul taħt dan l-artikolu minn benefiċjarju jew kreditur skond il-każ li jkun.\".", "\"Ġ\" Second Schedule - New items 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17 and 18", "Immediately after item 8 there shall be added the following new items 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17 and 18", "\"9.", "For section 8 of the Act there shall be substituted the following:", "\"8.", "The trust instrument of an offshore trust shall include the name by which the trust is to be known and registered and such name may, subject to the terms of the trust, be changed at any time.\".\".", "\"10.", "For section 13 of the Act and the marginal note thereto there shall be substituted the following:", "\"Protective Trust.", "13.", "The terms of a trust may make the interest of a beneficiary -", "(a) liable to termination; or", "(b) subject to restriction on alienation or dealing; or", "(c) subject to diminution or termination in the event of the beneficiary becoming bankrupt, or insolvent, or any of his property becoming liable to seizure for the benefit of his creditors.\".\".", "\"11.", "Section 17 of the Act shall be amended as follows:", "(a) For subsection (2) thereof there shall be substituted the following:", "\"(2) Notwithstanding the provisions of subsection (1) of this section, the trustee may require to be provided with reasonable secuirty for liabilities whether existing, future, contingent or otherwise before distributing trust property.\"; and", "(b) Subsections (3), (4) and (5) thereof shall be renumbered (4), (5) and (6) respectively and immediately after subsection (2) as amended, there shall be inserted the following:", "\"(3) Subject to the provisions of this section and notwithstanding the terms of the trust, where all the beneficiaries are in existence and have been ascertained and none is interdict or a minor, they may require the trustee to terminate the trust and distribute the trust property among them.\".\".", "\"12.", "For subsection (4) of section 21 of the Act there shall be substituted the following:", "\"(4) Trustees shall keep accurate records and records of their trusteeship and shall, upon a request by any beneficiary, provide a copy of such accounts within a reasonable time.\".\".", "\"13.", "Subsection (3) of section 24 the Act shall be deleted.\".", "\"14.", "A new section 24A shall be inserted after section 24 of the Act as follows:", "24A.", "(1) The terms of a trust may provide for the office of protector of the trust.", "(2) Subject to the terms of the trust, the protector shall have the following powers:", "(a) to appoint a new or additional trustee;", "(b) to remove a trustee;", "(c) to require the trustee to obtain his consent before the exercise of a power or a discretion.", "(3) In the exercise of his office the protector shall not be deemed to be a trustee.\".\".", "\"15.", "Subsection (5) of section 30 of the Act shall be substituted by the following:", "\"(5) Nothing in the terms of a trust shall relieve, release or exonerate a trustee from liability for breach of trust arising from his own fraud, wilful misconduct or gross negligence.\".\".", "\"16.", "Subsection (2) of section 32 of the Act shall be amended by the insertion of the words:", "\"and that party is otherwise unaware of it,\" immediately after the words \"acting as trustee,\".\".", "\"17.", "Section 34 of the Act shall be amended as follows:", "(a) For the marginal note thereof, there shall be substituted the following:", "\"Position of outgoing trustees.\"; and", "(b) Subsection (4) thereof shall be deleted.\".", "\"18.", "A new section 40A shall be inserted immediately after section 40 of the Act as follows:", "\"Following trust property and bankruptcy of trustee.", "40A.", "(1) Without prejudice to the personal liability of a trustee, trust property which has been alienated or dealt with in breach of trust, or the property into which it has been converted, may be followed and recovered unless it is in the hands of a bona fide purchaser for value without notice of the breach of trust.", "(2) Where a trustee becomes bankrupt, or insolvent, or upon his property becoming liable to seizure or similar process of law, his creditors shall have no right or claim against the trust property except to the extent that the trustee himself has a claim against the trust.", "(3) The Court may, make an order or directive as it deems fit in the circumstances of the case, upon an application made under this section by any beneficiary or creditor as the case may be.\".", "\"Ħ\" Klawżola 4 u t-Tieni Skeda", "Minnufih wara l-partita 18 fit-Tieni Skeda għandha tidħol il-partita li ġejja:-", "\"19. (a) It-tifsira ta' \"offshore trust\" fl-artikolu 2 ta' l-Att għandha titħassar;", "(b) fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 6 ta' l-Att minflok il-kliem \"Trust ikun offshore trust jekk\" għandhom jidħlu l-kliem \"Trust ikun regolat b'dan l-Att jekk\"; u", "(ċ) minflok il-kliem \"offshore trust\" u \"offshore trusts\" fil- kumplament ta' l-Att għandha tiġi sostitwita bil-kliem \"trust\" u \"trusts\" rispettivament.\".", "\"Ħ\" Clause 4 and Second Schedule", "Immediately after item 18 of the Second Schedule there shall be added the following:", "\"19. (a) The definition of \"offshore trust\" in section 2 of the Act shall be deleted;", "(b) in subsection (2) of section 6 of the Act, for the words \"A trust is an offshore trust if\" there shall be substituted the words \"A trust shall be governed by this Act if\"; and", "(c) for the words \"offshore trust\" and \"offshore trusts\" wherever they appear in the rest of the Act there shall be substituted the words \"trust\" and \"trusts\" respectively.\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Section 4 hija schedule ta' ħafna emendi għal-liġijiet ta' dak li kien jissejjaħ offshore trust.", "Issa dawn se ngħadduhom waħda waħda kif inhuma fix-schedule.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Issa qed nieħdu s-second schedule u dawn mhux se nsejħulhom klawsoli jew sections imma qed insejħulhom items.", "Għaliex subartikli 6 (3) (4) qed jiġu mneħħija minn Artiklu 6 tal-liġi Prinċipali.", "Din qegħda f'item 4.", "Subartiklu 6 (3) tal-Liġi Prinċipali jgħid hekk:", "\"For the purposes of this section, where a trust is created by a will, the time at which the trust is created shall be the time at which the will is made.\".", "ONOR.", "JOHN DALLI: Milli jidher kien hemm xi żball fil-mod kif kienet qegħda fl-antik, fis-sens li hawnhekk qed ngħidu li \"a trust is created by a passage of property\" jiġifieri meta tgħaddi l-propjeta' u mhux mat- testment.", "Meta saret oriġinarjament kien hemm xi feles illegali u allura qed inneħħuha.", "Subartiklu 6 (4) tal-Liġi Prinċipali jgħid:", "\"Trusts which arise as provided by this Act shall also be recognised and enforced as such by the courts of Malta.\".", "Din hija superfluwa.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk inneħħu subartiklu 6 (3) se tibqa' fil-liġi l-possibilita' li jkun hemm il-kreazzjoni tat-trust?", "Il- passaġġ tal-proprjeta' mingħand is-settlor għat-trusts nifhimha imma bħala fondazzjoni ...", "Kien dejjem possibbli li trust tiġi set up by will.", "Din kulma tagħmel huwa li tispeċifika ż-żmien li fih it-trust ġiet set up.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk inti għamilt testment tal-proprjeta' li għandek, il-fatt li inti għamilt testment m'għandux joħlolq trust għaliex tista' tmur il-ġimgħa ta' wara u tħassar it-testment.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: It-testment jidħol in vigore mal-mewt.", "Mela għaliex kienet fil-liġi din?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt din qed inneħħuha.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Jien naħseb li kien hemm xi kontinġenza li kienet qed tkopriha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-amministrazzjoni ta' din il-liġi raw li din kienet discordant.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: F'item 5 hemm:", "\"Every offshore trust shall be registered with the Centre.\"", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq trusts created in Malta, hux hekk?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Se ngħidu wkoll li anke dawk li huma foreign trusts can be registered in Malta jekk japplikaw għalihom l-istess kondizzjonijiet.", "Infatti f'subartiklu 43A (1) kif propost fi f'item 6 tat- Tieni Skeda nsibu hekk:", "\"A foreign trust which satisfies the conditions of subsection (2) of section 6 may register with the Centre.\".", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Ħalli nagħmluha ċara.", "Il-validita' tat- trust tiddependi mir-reġistrazzjoni jew le?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ir-reġistrazzjoni governs the fiscal benefits li jkollu trust.", "Dan ifisser li trust ma jistax japplikaw għalih benefiċċji fiskali jekk ma jkunx reġistrat.", "Kif għidna qabel, trust jista' jkun jeżisti mingħajr ma jkun reġistrat, pero' ma jkollu ebda benefiċċju fiskali f'Malta u meta jiġi għal xi enforcement f'Malta se jkun taħt l- ispecifications li għamilna fi klawsola 3.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq foreign trusts għax foreign trusts irid jirreġistrahom f'Malta biex iġawdi mill- benefiċċji, imma qed nitkellmu fuq trusts li huma created locally.", "Biex dak it-trust ikun validu jrid ikun hemm ir-reġistrazzjoni jew le?", "Mhux qed nirreferi għall-benefiċċji fiskali għax mhux il-benefiċċji huma importanti imma r-relazzjonijiet bejn is-settlor, it-trust u l-benefiċċjarji.", "Jekk se nagħmlu \"every trust shall be registered with the Centre\" donna timplika li min ma jirreġistrax it-trust ikun qisu ma sarx.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jew irid ikun reġistrat barra minn Malta jew inkella jekk isir trust lokali jrid ikun reġistrat maċ-Ċentru.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Bilfors hekk irid isir?", "Aħna qed nitkellmu f'każ fejn ma jridx jakkwista benefiċċji fiskali.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ma ninsewx li qegħdin nikellmu dwar benefiċċjarji barrani fi proprjeta' Maltija.", "Kif jista' jkun mod ieħor?", "Dan m'għandu x'jaqsam xejn ma' Malta, jiġifieri la hu Malti ...", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu kas ikunu joqogħdu hawn Malta ...", "Ejja nikkontemplaw fl-expatriates ...", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk se jagħmlu trust iridu jikkostitwuh taħt xi liġi.", "Biex jikkostitwuh taħt il-liġi Maltija jridu jirreġistrawh mal-MIBA.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Nagħtu kas li ma jirreġistrawhx mal-MIBA, allura dak it-trust ikun qisu qatt ma sar?", "Fir-relazzjoni bejn is-settlor, it-trust u l-benefiċċjarji, ir-registration hija essenzjali għall-validita' tal-locally created trust?", "Il-Ministru jaf li m'hijiex għall-validita' għaliex f'item 5 tat-Tieni Skeda hemm li:", "\"(2) It shall be the responsibility of the trustee to ascertain that a trust is registered under this Act.\"", "It-trustee diġa' daħal in vigore u quindi t-trust diġa' jeżisti.", "Mela allura r-reġistrazzjoni m'hijiex għall-validita'.", "Ejja nimmaġinaw li ġara xi ħaġa bejn the setting up of the trust għar-registration.", "Jekk il- validita' hija mar-registration, qisu ma sar xejn.", "Per eżempju, miet is- setlor, avverrat ruħha l-kondizzjoni fejn il-benefiċċjarju jiskattalu d- dritt li jgawdi mit-trust u t-trust ikun għadu ma ġiex reġistrat.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Section 43 tibda biex tgħid li \"every trust shall be registered with the Centre\", imbagħad f'paragrafu (2) ta' item 6 qed ngħidu li hija r-responsabilita' tat-trustee li jirreġistrah, ma jfissirx li jista' jkun trust u mhux reġistrat.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma allura aħna rridu nimplikaw li jekk m'hemmx reġistrazzjoni qisu ma jeżistix?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dak li qed nimplikaw hu li jekk trust isir minn barrani, fi proprjeta' barranija u b'benefiċċjarji barranin, allura jista' jirreġistrah f'Malta jew le.", "F'każ li ma jirreġistrahx il-liġi ta' Malta m'hijiex se tgħodd għal dak it-trust u jekk tiġi quddiem il-qorti xi kwestjoni dwar dak it-trust il-qorti trid tiddeċiedi liema liġi se tapplika għalih.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma jekk skond il-liġi ta' Malta u ladarba t-trust sar Malta kellu jiġi reġistrat, qrati barranin jgħidu li skond il-liġi Maltija dak m'huwiex validu, jekk ir-reġistrazzjoni timplika validita' jew le, dak it-trust jitqies li qisu ma sarx minn qrati barranin, jekk skond il-liġi Maltija kien hemm essenzjali l-obbligu tar- reġistrazzjoni għall-validita'.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Biex trust ikun recognised taħt il-liġi Maltija, irid ikun reġistrat.", "Issa x'jiġri minn qrati barranin hija responsablita' ta' min qed jagħmel it-trust, min qed jorganizzah, it-trustee li qed jieħu ħsieb u kulħadd li jaraw li jkun hemm coverage legali.", "Issa f'ħafna pajjiżi m'hemmx bżonn ta' reġistrazzjoni.", "Per eżempju, fl-Ingilterra m'hemmx bżonn ta' reġistrazzjoni.", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNICI: Imma aħna rridu jew tibbenefika mill- benefiċċji jekk tkun reġistrat biss imma mill-bqija jekk ma tridx benefiċċji it-trust xorta jkun jeżisti.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma għalfejn għandna ngħidu li jeżisti t-trust?", "ONOR.", "KARMENU MIFSUD BONNCI: Biex nagħmluha faċli għall-barranin li jagħmlu trust hawn Malta u ma jmorrux barra.", "Għanda ħafna expartriates.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Sar il-ħin għall-aġġornament.", "Fin-12.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa 6 ta' Lulju, b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi kontra Money Laundering - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jirrikonoxxi Trusts - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi kontra Insider Dealing - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar Segretezza Professjonali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Attivitajiet Kummerċjali Internazzjonali ta' Malta - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' Investiment - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ Bankarju - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda t-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti - it- Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Artijiet - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni - Kumitat (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar l-GĦajnuna lill-Industriji - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Massa Frumentarja - it- Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Carmel Borg.", "ONOR.", "CARMEL BORG: Mr Speaker, il-biedja f'Malta, bħal f'kull pajjiż ieħor, hija ħolqa importanti fl-iżvilupp tal-pajjiż.", "Minbarra li l-biedja tgħin lill-ekonomija Maltija qed isservi wkoll għal xi ħaġa oħra ta' ġid li ħafna minna ma jagħtux kasha.", "It-trobbija ta' l-annimali tirrikjedi l- għalf għalihom u minħabba f'hekk ħafna raba' li ħafna jqisuh bħala selvaġġ, speċjalment dak li jkun hemm mas-sisien, qed ikollu jinħadem.", "Jekk il- biedja f'pajjiżna neqirduha u tmur lura, din ir-raba', u anke raba' oħra, tispiċċa żdingata b'dettriment kbir għad-dehra ta' pajjiżna u b'dettriment ikbar għall-ħamrija tagħna, li ħafna minnha tispiċċa titkaxkar għall-baħar bl-ilmijiet tax-xita.", "Fattur ieħor importantissimu huwa li fit-trobbija ta' l-annimali tagħna jista' jkollna kontroll sħiħ u strett fuq il-mezzi li jintużaw fih, filwaqt li ma jistax ikollna kontrolli fuq il-metodi tat-tkabbir u trobbija ta' l- annimali f'pajjiżi oħra.", "Huwa fatt magħruf li f'pajjiżi żviluppati qegħdin jużaw mediċinali, fosthom l-isteroids, biex ikabbru l-annimali tagħhom.", "B'dawn il-mediċinali qed jirnexxilhom ikabbru l-annimali fi żmien ferm iqsar minn dak li tieħu n-natura biex tagħmel l-istess xogħol.", "Qiegħed jirriżulta wkoll li l-laħam li jiġi minn annimali li jkunu mkabbra b'dawn il-mediċinali qiegħed ikollu dehra isbaħ minn dak il-laħam ta' l-annimali li jitrabbew u jikbru b'mod naturali, pero' b'konsegwenza li parti sostanzjali ta' l-annimali li jitrabbew b'dawn il-mediċinali qed imutu.", "Agħar minn hekk, dan il-laħam li jkun kiber u żviluppa b'dawn il-mediċinali - fosthom l-isteroids - qed jagħmlu ħsara fuq il-konsumatur.", "Għalhekk minħabba dawn ir-raġunijiet li semmejt u raġunijiet oħra huwa importanti ħafna li l-biedja f'pajjiżna ma nħalluhiex tnin u tmut bil-mod imma għandna nagħmlu minn kollox biex tkompli tikber u titkattar.", "X'inhi s-sitwazzjoni tal-biedja f'Malta fil-preżent?", "X'inhuma l-problemi u s-sitwazzjoni mwiergħa li qed iħabbat wiċċu magħhom ir-raħli Għawdxi?", "Fil-mument ir-raħħala waslu fis-sitwazzjoni mwiergħa li lanqas biss qegħdin isibu jbigħu il-laħam ta' l-annimali li jrabbu.", "Meta dawn jirnexxilhom isibu min jixtri, dan ma joffrilhomx il-prezz imma jiftiehmu li jagħtihom milli jiġbor u lanqas jeħdilhom il-bhejjem tagħhom meta u x'ħin iridu huma iżda meta u x'ħin isib is-suq għalihom.", "B'riżultat ta' dan ir-raħħala tagħna qed jitgħabbew b'annimali kemm produttivi kif ukoll li m'humiex u minkejja li ma jkunux produttivi jkollhom jitimgħuhom.", "Dan qiegħed jirrendi li l-mestjier tagħhom ma jitħaddimx bi qliegħ u ma jkunx produttiv.", "Fejn qabel il-prezz tal-laħam ta' l-għoġol kien madwar Lm130 għal kull qantar illum ir-raħħal ikollu xorti tajba jekk jiġbor Lm90.", "Fejn qabel għoġla kienet tinbiegħ bil-prezz ta' Lm100 għal kull qantar tagħha, illum il-laħam tagħha qiegħed jinbiegħ għal medja ta' Lm40 il-qantar, u dan meta wieħed isib ibigħha.", "Anke l-baqar li huma produttivi u li jkunu kapaċi jagħtu l- ħalib kif suppost qed ikunu ta' problema għar-raħħala tagħna.", "GĦaliex?", "GĦax kull raħħal għandu l-kwota ta' kemm idaħħal ħalib lill-koperattiva.", "Meta r-raħħal jeċċedi din il-kwota l-prezz tal-ħalib jaqa' drastikament, bil-konsegwenza li r-raħħal ikollu jrabbi dawn l-annimal b'telf.", "Meta tkellimna ma' wħud minn dawn ir-raħħala dwar x'tip ta' telf qed iġarrbu wieħed minnhom, b'nofs daħka u b'nofs bikja, qalilna li ma jkunx kuntent jekk din is-sena ma jitlifx iktar minn Lm20,000.", "Dan kollu minħabba s- sitwazzjoni mwiergħa li jinsabu fiha r-raħħala.", "Hemm diversi raġunijiet li qed jikkawżaw dawn it-tbatijiet u telf lir-raħħala tagħna, pero' nsibu li l-iktar importanti huma dawn.", "Waħda minnhom hija l-importazzjoni llegali ta' laħmijiet u prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-laħam.", "It-tieni ħaġa hi li laħam li qed jiġi importat legalment minn barra l-pajjiż, laħam li jkun tal-friża, qiegħed jinbiegħ lill-konsumatur Malti bi prezz tal-laħam frisk.", "Jiġifieri l-konsumatur qiegħed jiġi ngannat b'konsegwenza li dawn ir- raħħala qed isofru tbatija.", "Barra minn hekk hemm raġunijiet oħra għalfejn il-mestjier ta' dawn ir- raħħala qiegħed imur lura.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol fihom għaliex iż- żmien ma jippermettix, pero' se nsemmi l-passi li qiegħed jieħu l-Gvern sabiex jirranġa din is-sitwazzjoni.", "Din l-affari ilha sejra, fil-fatt dawn ir-raħħala kemm-il darba talbu l-għajnuna tal-Gvern, pero' jidher li l- Gvern min-naħa tiegħu ma tahomx widen.", "Biex taparsi qiegħed jirranġa xi ħaġa, il-Gvern ra kif irranġa żewġ laqgħat jew tlieta u l-affari mietet hemm.", "Sabiex ir-raħħala jġiegħlu lill-Gvern ikompli jimxi bin-negozjati, għamlu diversi protesti fosthom li ma jeħdux sehem fil-wirja ta' Santa Marija; diġa' għamluha għal sentejn u milli jidher se jagħmluha s-sena li ġejja ukoll.", "Pero' minkejja dan kollu l-Gvern xorta għadu miexi bl-istess apatijja.", "Filwaqt li jgħid kemm qed jagħtihom sussidju, min-naħa l-oħra miexi b'dan il-pass ta' nemla u lir-raħħala jgħidilhom li jew ikunu produttivi jew inkella iżarmaw.", "Jiddispjaċini ngħid li din m'hijiex l- attitudni li biha għandhom jaġixxu l-mexxejja ta' pajjiżna biex imexxu 'l quddiem waħda mill-industriji li għandna.", "Biex lir-raħħala u lill-bdiewa tagħna nagħmluhom kompetittivi - jenħtieġ li jkunu kompetittivi - irridu ngħallmuhom, nedukawhom u ngħinuhom biex ikunu kompetittivi għaliex ikun inutli li minn naħa ngħidu li qed ngħinuhom u minn naħa oħra nagħlqu għajnejna biex jinkissru l-liġijiet li jkunu qed ikissru lil din l- industrija.", "Kif għidt fil-bidu tad-diskors tiegħi, hemm raġunijiet validi għaliex din l-industrija, akkost ta' kollox, trid tissaħħaħ u mhux tkompli titkisser kif qiegħed jiġri fil-preżent.", "Għalhekk bħalma jien, bħala ċittadin Malti u bħala Membru Parlamentari, għamilt dmiri biex inqajjem din il-problema hawnhekk, issa nistennew li min hu responsabbli jfittex isolvi dawn il- problemi llum qabel għada għall-ġid tar-raħħala nfushom u għall-ġid tal- konsumatur Malti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Brincat.", "ONOR.", "JOSEPH BRINCAT: Jien se naqbad aspett differenti fuq l-istess suġġett li għadu kemm tkellem fuqu l-Onor.", "Borg, ċioe' l-annimali.", "Jiddispjaċini ngħid li barra d-drawwa li hemm f'pajjiżi barranin, u li daħlet hawn Malta wkoll, li l-annimali jiġu mogħtija hormones biex jismienu bl-iskop li jkun hemm iżjed laħam, hemm annimali oħra li jiddispjaċini ngħid li t-ttrattament li qed jirċievu ġewwa pajjiżna m'hux dak li wieħed jixtieq.", "M'iniex se nitkellem fuq il-kaċċa, li m'hijiex kif iddeskrivieha xi ħadd, rigal tal-Ħallieq biex insibu x'nieklu.", "Jien ma naqbilx ma' dan.", "Pero' jien ridt nitkellem fuq dawk in-nies li jżommu annimali f'darhom.", "Illum qed jinstab li l-fatt li jkollok annimali d-dar għandu effett benefiku fuq il-bilanċ psikiku tal-bniedem.", "Per eżempju, sar studju enormi fuq il-qtates u l-effett tagħhom fuq in-nies li jrabbuhom, speċjalment fuq it-tfal.", "Pero' jolqotni ħafna l-aspett li waqt li qed nitkellmu fuq l- ambjent, fuq il-parteċipazzjoni tal-bniedem fin-natura - u mhux il-bniedem fuq in-natura - u allura l-parteċipazzjoni ta' l-annimali f'dan l-ambjent - ħafna drabi aħna ninqaflu f'bini kbir u għoli u allura l-annimali jkollhom jadattaw ruħhom għall-ambjent tagħna - nissuspetta li sfortunatament f'pajjiżna l-kura ta' l-annimali hija nieqsa ħafna.", "Hawn veterinarji li verament iħobbu l-annimali, imma hawn oħrajn li għalihom l-annimal li dak li jkun jeħodlu biex jikkurah - jista' jkun li għalih huwa ġojjell - huwa biss mezz ta' profitt.", "Waħda mill-affarijiet li jolqtuni hija li waqt li ċerti veterinarji jagħtuk ir-riċetta biex tmur tixtri l-mediċina barra minn Malta, veterinarji oħra jimponu li jbigħulek il-mediċina huma stess u l- uniku post minn fejn tkun tista' tixtri dik il-mediċina jkun mingħand dak il-veterinarju biss.", "Safejn naf jien, hemm distinzjoni netta bejn dak li jeżamina u jfejjaq - it-tabib li jikkura lill-bnedmin ma jistax ikun li jkollu wkoll l-ispiżerija tiegħu; jattendi fi spiżerija, imma mhux ikun involut fl-importazzjoni u l-bejgħ tal-mediċina - ...", "Imma li dak il- veterinarju partikolari biss ikollu l-mediċina li jordnalek hu stess bħala treatment għall-annimali tiegħek u allura bilfors ikollok tixtriha minn hemm, ma naħsibx li hu ġust għall-annimali, li hawn ħafna nies li jħobbuhom u jkunu jridu jagħtuhom il-kura li jkollhom bżonn.", "Mr Speaker, għaldaqstant nitlob li l-Ministeru ta' l-Ikel, Agrikoltura u Sajd u d-Dipartiment tas-Saħħa bejniethom - għax ħafna mediċini huma tajbin kemm għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali, bħal ċerti antibiotics - biex jaraw li l-pubbliku jkun jista' jkun jaf minn fejn jista' jixtri dawn il- mediċini, għax inkella niġu f'sitwazzjoni ta' monopolju fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali.", "Jien għandi esperjenza personali ta' veterinarji li jagħmlu minn kollox - anke sagrifiċċji - għall-annimali, imma sfortunatament ma nistax ngħid l-istess għal ċerti veterinarji.", "Jien ma nixtieqx li jeħel kulħadd, imma naħseb li tkun ħaġa tajba li s-sources minn fejn tista' tixtri l-mediċini ta' l-annimali jkunu magħrufa ħalli tispiċċa din is- sistema monopolistika.", "Ħaġa oħra li laqtet lili personalment hija dak ir-regolament - li jien ngħid li hu żbaljat - li wieħed ma jistax iżomm annimali domestiċi f'bini u appartamenti tal-Gvern.", "Jien ma nippretendix li wieħed għandu jkun jista' jżomm mogħża jew bodbod, imma għandu jkun permissibbli li wieħed iżomm annimali li huma aċċettabbli u li ma jkunux ta' inkonvenjent għal ħaddieħor.", "Naħseb li ma fiha xejn ħażin li wieħed ikollu xi poodle żgħir jew qattus li ma jagħti fastidju lil ħadd; mhux qed ngħid xi kelb tal-ġlied b'widnejh maqtugħin, drawwa oħra kerha li jmissha tinqata' assolutament minn pajjiżna.", "Imma ma narahiex għaliex għandek tapplika strettament u bil- ħruxija kollha r-regola li f'appartamenti tal-Gvern assolutament ma tistax iżżomm annimal, anke meta ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni min-nies ta' dak il-blokk.", "Ma narax għaliex dan ir-regolament għandu jibqa' fi żmenijiet meta l-mentalita' qed tinbidel.", "Mr Speaker, ħalli nitkellem fuq annimali oħrajn, il-briegħed.", "Mhux il- briegħed li ssib fuq l-annimali, imma l-briegħed li jduru ma' l-uffiċjali pubbliċi, ministri, deputati, eċċ., u li tant ikunu attakkati li m'hemmx protezzjoni kontra tiegħu.", "X'irrid ngħid b'dan?", "L-ewwelnett fil-Kodiċi Kriminali tagħna ma jeżistix ir-reat, bħalma jeżisti f'kodiċi oħra, dak li jgħidulu millantato credito.", "Xi tfisser?", "Jien nippreżenta ruħi quddiem xi ħadd ieħor u ngħidlu: Lit-tali nista' nkellimulek jien; nista' ngħaddilek kelma jien; nista' nressqek quddiemu; issa nċempillu; issa narah jien u nirranġalek miegħu\".", "Dawn huma affarijiet li kulħadd jisma' bihom, huwa diffiċli li tissoprimihom u lanqas hemm provision fil-Kodiċi Kriminali tagħna li tieħu ħsiebhom.", "Għax wieħed irid jgħid li dawn l-affarijiet ma jinvolvux li sempliċement dak li jkun jgħaddilek kelma jew jieħdok għandu.", "Kien hemm xi ftit każijiet fejn xi ħadd inqabad u tressaq il-qorti taħt frodi.", "Imma dan huwa reat serjissimu għax ikun qed jisfiduċja l- amministrazzjoni meta dak li jkun jgħidlek: Ħadtek għandu, , kellimtulek, pero' issa aqlagħli.", "Dan m'hux reat ta' korruzzjoni u għalhekk lil dawn in- nies nipparagunahom mal-briegħed, għax jeħlu ma' ħaddieħor biex jerdgħu minn fuq ħaddieħor.", "Ma tistax tgħid li dak li jkun mar biex jikkorrompi lil dik il-persuna, imma hu jkun qiegħed jaġixxi għalih innifsu, jieħu l- kredtu - għalhekk jgħidulu millantato credito - u jiftaħar bil-poter u bl- influwenza li għandu fuq dik il-persuna u bl-aċċess li għandu għaliha, meta fil-fatt jista' jkun li lil dik il-persuna qatt ma jkun kellimha fuq dak il- każ partikolari.", "Imma għax sempliċement iressaq lil xi ħadd għand dik il- persuna, jgħaddilu kelma, eċċ., joħroġ idejh u jiddobba.", "U ħafna drabi, l- individwu li jiġi merdugħ - din hija l-unika espressjoni li tista' tuża - li his blood is sucked, ma jitkellimx, għax hu mingħalih li dawk il-flus li qed jagħtih, qed jagħtihom lill-ieħor.", "Din hija waħda mid-diffikultajiet enormi ta' kull min ikun fil-poter; iċ-ċirku ta' nies li jkollu madwaru, li juru li huma dejjem maġenbu, li huma ħbieb ħafna, kultant they call by first names ħalli juru l-intimita' bejniethom.", "Dawn jistgħu jġibu ħafna għawġ għal dik il-persuna fil-poter u ma jista' jsir xejn dwarhom, ħlief li jista' jinstab ħati ta' frodi jew b'xi mod remot tirriżulta messa in scena.", "Il-Kodiċi tagħna ma jipprevedix ir-reat serjissimu ta' dak il- bniedem li jkun qed joħloq korruzzjoni immaġinarja u jkun qed jagħmel ħsara enormi, forsi mingħajr ma jkun uffiċjal pubbliku u mingħajr ma jkollu x'jaqsam xejn ma' l-amministrazzjoni pubblika u għalhekk ma jaqax taħt l- artikli tal-Kodiċi Kriminali li jittrattaw il-korruzzjoni.", "Lanqas taħt il- ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma jkunx jaqa' għax ma jkunx uffiċjal pubbliku.", "Issa dan ma jgħoddx biss għall- amministrazzjoni tal-Gvern.", "Hemm oqsma oħra fejn is-sistema ta' \"ngħaddilek kelma, inqabbżek il-kju, inkellimlek lil dak jew lill-ieħor, pero' trid taqlagħli ta' l-inkarigu li nieħu\" hija widespread ħafna aktar milli wieħed jaħseb.", "Dan ma ssibux biss fl-amministrazzjoni jew fl-ogħla livelli, imma hemm livelli oħrajn aktar 'l isfel u oqsma oħrajn fejn dawn l-affarijiet jagħmlu ħafna ħsara.", "Il-mentalita' tan-nies hija li ma jemmnux fit-tjubija imma jemmnu fil-ħażin u għalhekk kull fiduċja li jkun hemm tispiċċa biex titmermer.", "Naħseb li kieku - mhux qed ngħid li din se ssolvi l-problema kollha - fil-Kodiċi Kriminali tagħna jeżisti r-reat - li jeżisti f'kodiċijiet oħrajn - li jolqot lil dak li jagħmilha ta' bergħud għax jiddendel ma' persuna li għandha ħafna demm aktar minnu u juri li jista' jwassal lil dik il-persuna għal xi benefiċċju ...", "Din hija l-istess sitwazzjoni li jsib ruħu fiha kelb li jeħel bergħud miegħu; dan ma jkunx iridu l-bergħud imma ma jkunx jista' jeħles minnu u kulħadd jibda jgħid li l-kelb għandu l-bergħud.", "Ħadd ma jgħid li l-bergħud kien makakk biżżejjed li ddendel mal-kelb u li l-kelb ma jixtequx.", "Għalhekk jekk aħna ma neħdux ħsieb biex - indipendentement minn min hu fil-gvern - dawn l-affarijiet naqtgħuhom, jiddispjaċini ngħid li jkollna lakuna fil-Kodiċi tagħna, mhux biss fil-qasam amministrattiv, imma anke fil-qasam ġudizzjarju.", "Nisimgħu ħafna diskors bħal \"għaddili ħalli nkellimlek\".", "Il-mentalita' tal-poplu aktar tikkorrompi ruħha b'dawn l-affarijiet.", "Meta jkun hawn il-general idea li xi ħadd jista' jkellimlek lil xi ħaddieħor biex tasal u li jekk ma jkollokx il-qaddis ma tasalx, jiddispjaċini ngħid li tista' tagħmel teoriji fuq kodiċi dwar kif għandu jimxi ta' fuq għax jekk ta' madwaru jkunu jistgħu jaġixxu b'dan il-mod, ħsara jkollna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l- Ġimgħa, 8 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif kommunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKALORA - IMPORTAZZJONI", "19873.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 17344 dwar l- iskalora, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-aħħar żviluppi, ċioe' kemm komplew jogħlew il-prezzijiet ta' l-iskalora?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "BANEK - SIGURTA' MILL-KUMPANNIJA TAL-GROUP 4", "19999.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħidli f'liema banek qed jipprovdu servizz il-Grupp 4?", "Kemm ilhom jipprovdu dan is-servizz lill-banek il-Grupp 4?", "Kemm tħallsu mill-banek is-sena li għaddiet u din is-sena tal-Grupp 4?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Il-Grupp 4 ilhom jagħtu servizz lill-Bank of Valletta u lill-Mid-Med Bank mis-sena 1989.", "Dwar il-pagamenti mħallsa mill-Bank inhoss li din hija informazzjoni ristretta u ta' natura kummercjali.", "MINISTERU TAL-FINANZI - SERVIZZ MILL-KUMPANNIJA TAL-GROUP 4", "20000.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħidli jekk il-kumpannija Grupp 4 hux qed tipprovdi xi servizz lill-Ministeru?", "Liema hu dan is-servizz?", "Kemm ilu pprovdut?", "Kemm tħallas s'issa l-Grupp 4 tas-servizz msemmi jekk qed jingħata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kumpannija Group 4 mhux qed tipprovdi servizzi lill-Ministeru tal-Finanzi.", "QRATI - KAWŻI TA' LIBELL", "20001.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' kawżi ta' libell li saru fil-Qorti Ċivili f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Liema minnhom ġew deċiżi?", "Min għamel dawn il- kawżi u kontra min saru?", "Kif inqatgħu f'kull każ?", "Min kien l-Imħallef f'kull każ?", "Meta beda kull każ u meta ntemm kull każ?", "Kemm baqa' każi pendenti?", "ONOR.", "JOE FENECH: Il-kawżi ta' libell huma kawżi ċivili bħal kull kawża oħra, u ma tinżammx statistika separata.", "QRATI - KAŻI TA' SWAT", "20002.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mressqa mill-pulizija ta' swat fuq nies mill-irġiel jew għarajjes tagħhom, kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "Kemm minnhom inqatgħu?", "Kif spiċċa kull każ?", "Jista' l-Ministru jagħtini lista dettaljata jekk jogħġbu?", "ONOR.", "JOE FENECH: Ma tinżamm ebda statistika dwar l-oġġett trattat f'kull kawża.", "PULIZIJA - KAŻI TA' HOLD-UPS", "20003.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati \"hold-ups\" minn ħallelin f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?", "Kemm insterqu f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istatistika dwar hold ups li tinżamm ma tinkludix xi jkun insteraq separatament f'kull hold up.", "Il-hold ups irrapportati lill-Pulizija fl-aħħar għaxar snin hu kif se ngħid:", "1984 - 13 1989 - 36 1985 - 15 1990 - 38 1986 - 13 1991 - 60 1987 - 44 1992 - 35 1988 - 38 1993 - 32 1994 - 7 (sa l-aħħar ta' Ġunju).", "TOROQ - ASFALTAR TA' TOROQ", "20004.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Dwar il-mistoqsija tiegħi dwar it-Triq tal-Ħandaq, billi f'din l-area issa hemm diversi mħażen li jservu lin- negozju f'Malta, u billi din it-triq u t-toroq li joħorġu minnha huma mfarrka għal kollox, jista' l-Ministru jordna li x-xogħol fuq l-asfaltar ta' dawn it-toroq jitħaffef?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: M'għandi xejn xi nzid mar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18584 fis-Seduta Nru 272.", "ESTS - DISKRIMINAZZJONI MA' APPRENTIST", "20071.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 17131 fejn intqal li \"kien hemm ħames apprentisti li m'għaddewx mir-Re-Sit\" tal-\"Final Trade Test\" u jirriżulta li wieħed m'għadux fuq il-\"kotba tad-dipartiment li kien sponsorjat waqt li l-erbgħa l-oħra jidhru li għadhom fuq il-kotba tad-dipartiment li kien sponsorjawhom\", jista' l-Ministru jgħid għaliex saret din id- diskriminazzjoni ma' din il-persuni billi l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ m'aċċettatx talba bil-miktub li saret mill-Korporazzjoni għas- Servizz ta' l-Ilma biex tkun tista' żżomm lil din il-persuna fuq il-kotba ta' l-istess Korporazzjoni li magħha l-imsemmi apprentist kien ilu erbgħa snin sħaħ?", "Jidhirlu l-Ministru li tkun ħaġa sewwa li jinvestiga dan it-trattament diskriminatorju min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jinsisti li l-inġustizzja li saret mal-persuna involuta tiġi rimedjata kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Apprendisti li ma jgħaddux mir-resit ta' l-eżami finali ma jistgħux jibqgħu jaħdmu fi grad inqas mal-korp parastatali li kien qed jimpjegahom.", "Dan għaliex dan imur kontra l-Att ta' l-1990 dwar is- Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ.", "Ladarba apprendist ma jgħaddix mill-eżami, hu jispiċċa minn apprendist u allura ma jistax jitqies awtomatikament bħala impjegat.", "Din hija proċedura li ma tapplikax għal xi każ partikolari imma għal kull każ.", "Għalkemm din il-proċedura ma kenitx applikata qabel, meta min jagħmel l- ESTS kien garantit xogħol mal-Gvern jew ma' xi korp parastatali, din il- proċedura hija approvata wkoll mill-Public Service Commission u se tiġi applikata wkoll għal dawk l-apprendisti li huma impjegati mal-Gvern.", "Fid-dawl ta' dan kollu, ma jirriżultalix li sar xi trattament diskrimatorju min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kif qiegħed jallega l-Onor.", "Interpellant, għaliex ħadd minn dawk li weħlu ma kien konfermat bħala impjegat permanenti.", "MOSTA - TINDIF PUBBLIKU", "20072.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8733, jista' l-Ministru jgħid issa wara li għaddew kważi sena u nofs minn meta qal li d-dipartiment konċernat se jara kif dan il-materjal jista' jitneħħa jew jintuża' f'xi xogħol ieħor, għaliex ma kien hemm l-ebda ċaqlieqa biex dan ix-xogħol isir?", "Jaf il-Ministru li din is-sitwazzjoni qed kontinwament tkun ta' inkonvenjent kbira għar-residenti kif ukoll ta' eyesore?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: M'hemm ebda ħsieb li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant isir f'dan l-istadju.", "MOSTA - PERMESSI TAL-BINI F'TAŻ-ŻOKRIJA", "20073.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Meta ngħata l-kuntatt għall-bini ta' 32 flat fil-blokk Taż-Żokrija limiti tal-Mosta?", "Kemm kien l-contract value ta' dan ix-xogħol?", "Meta kellu skond il-kuntratt jitlesta ix-xogħol u x'kien jinkludi fih?", "Jekk ix-xogħol tlestiex skond kif stipulat fil-kuntratt u meta tlesta?", "Kemm kienet l-ispiża finali li se jitħallas l-kuntrattur u xi ħlas sar s'issa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNJONI EWROPEA - PROJBIZZJONI TA' DĦUL TA' ANNIMALI", "20074.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18200, jista' l-Ministru jgħid jekk issa li għaddew sitt xhur minn meta nqalgħet l-imsemmija problema jekk kienx hemm xi żviluppi konkreti biex tkun riżolta l-problema?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nirriferi ghad-decizjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta` Jannar, 1994, fejn kienu ddentifikati lista ta` border inspection posts li kienu maghzula minn qabel biex isiru spezzjonijiet veterinarji fuq prodotti u annimali minn pajjizi tat-Tielet Dinja u jirrevokaw id-decizjonijiet 92.430.", "EEC u 92.431.EEC.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti qieghed jikkonsulta mar-Rapprezentant ta` l-Unjoni Ewropea f`Malta, kif ukoll ma` l- Awtoritajiet Taljani, biex tinstab soluzzjoni ghal din il-problema mill- aktar fis possibili.", "MOSTA - MANUTENZJONI F'TAŻ-ŻOKRIJA", "20075.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 17128 u 14340 jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħteġijiet ta' xogħlijiet indikati huwiex ippjanat li jsiru matul dan is-sajf?", "Għaliex it-toroq ta' madwar il-Blokk flats li bena l-Gvern tħallew dan iż- żmien kollu fi stat tant ħażin li t-tunnellati ta' materjal u trab li tħalla qed jikkaġuna inkonvenjent kontinwu lill-mijiet ta' residenti fil- lokal?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-manutenzjoni tat-toroq f'dawn l-inħawi nbdiet dan ix-xahar.", "It-talba għal aktar dwal għadha qed tiġi kkonsidrata mill-Korporazzjoni Enemalta.", "It-toroq ta' madwar il-blokki l-ġodda huma responsabbilta' tad- Dipartiment tat-Toroq.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "MOSTA - TWESSIGĦ TA' TRIQ PATRI GUŻE' DELIA", "20076.", "L-ONOR.", "FREDDIE MICALLEF staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jidhirlu l-Ministru li għandha tiġi mwessa' Triq Patri Guże' Delia, l- Mosta, almenu l-parti ta' din it-triq faċċata ta' Triq l-Għerien tal-Wied billi hija dejqa tant li qiegħda tkun kaġun ta' inċidenti sikwit?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lit-Taqsima tax-Xogħlijiet tara x'tista' tagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "DIPARTIMENT GĦAL TISWIJA TA' TOROQ - REF: 258/70", "20125.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Nirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari numri 16438 u 17116 dwar l-istess suġġett ta' korrispondenza mad-dipartiment li bdiet 9/8/93, imbilli fl- aħħar risposta dik ta' 18/4/94 il-Ministru kien qal illi dan il-file irid imur (a) Town Planning (b) Chief Draughtsman (c) ir-Revenue (d) approval mingħand id-Direttur Ġenerali (e) Revenue (cashier) (f) Accounts (g) Teżor, jista' l-Ministru jara li r-refund tingħata kemm jista' jkun malajr peress li wara kważi sena, il-file uża liema sistema uża ta' trasport wara suppost li wasal għand it-Teżor?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li t-talba saret mill-Onor.", "Interpellant għal refund ta' ħlas żejjed li sar fuq l-asfaltar ta' Bluebell Street, Paola ġiet ipproċessata mill-lat tekniku.", "Fil-fatt waslet biex tiġi mibgħuta għall-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali tat-Taqsima tax- Xogħlijiet.", "XGĦAJRA/KALKARA - TRIQ IL-FARFETT TAL-FEJĠEL/TRIQ SANTU ROKKU", "20126.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli jekk triq li kellha ssir minn Triq il-Farfett tal-Fejġel Xgħajra għal Triq Santu Rokku, l-Kalkara għadiex ipprogrammata li ssir?", "Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li ssir?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "ZABBAR: XGĦAJRA - ARBLI TA' L-ELETTRIKU", "20127.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi biex l-arbli tad-dawl li twaħħlu x-Xgħajra wieħed fi Triq San Leonardu u l-ieħor wara l-Housing Estate, Xgħajra, jitwaħħal il- wire magħhom kif suppost kellu jsir xhur ilu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta tieħu l- passi meħtieġa.", "KALKARA - TRIQ IR-RINELLA U PJAZZA SAGRA FAMILJA", "20128.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli meta l-pjazza fi Triq Rinella, l-Kalkara ġiet imsemmija Pjazza Sagra Familja?", "Meta l-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq approva l-isem ta' din il-Pjazza?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq bagħat ir-rakkommandazzjoni tiegħu fis-17 ta' Mejju, 1990.", "L-isem ġie approvat fl-10 ta' Awissu, 1990 u deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta' Mejju, 1991.", "SAN GWANN - TELEPHONE BOX FIL-QASAM INDUSTRIJALI", "20129.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jieħu passi biex titwaħħal telephone box fl-Industrial Estate, San Ġwann?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-Korporazzjoni Telemalta għandha ppjanat li sa l-aħħar ta' din is-sena tinstalla tlett card phones fl-area ta' San Ġwann fosthom waħda fl-Industrial Estate.", "KALKARA - BOWSER LI QED JARMI ĦMIEĠ TA' L-ANNIMALI", "20130.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu passi biex dak il-bowser li kien qed jarmi l-ħmieġ ta' l- annimali fil-Kalkara ma jkomplix jarmi fejn qed jarmi dan l-aħħar f'post ix- Xgħajra kontra l-permess li ngħata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Numru ta' rziezet li għandhom il-permess meħtieġ mid-dipartiment ta' l-Agrikoltura biex irabbu l-ħnieżer, preżentement jiddisponu mill-iskart prodott mill-majjali tagħhom billi jbattlu dan l-iskart għal ġol-mains tad-drenaġġ permezz ta' bowsers.", "Din mhix sitwazzjoni ideali iżda ma jidhirx li għalissa teżisti alternattiva aħjar.", "Id-Dipartiment tad-Drenaġġ, id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jeżaminaw is- suġġett biex tinstab soluzzjoni għall-problemi preżenti, inkluż dawk l- inkonvenjenti fl-inħawi tal-Kalkara u x-Xgħajra li għamel referenza għalihom l-Onor.", "Interepellant.", "Sadanittant il-bowser imsemmi fil- mistoqsija ġie ordnat ibattal l-iskart f'lokalita' aktar imbiegħda.", "KALKARA - TRIQ TA' WARA L-KNISJA", "20131.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli meta se ssir it-Triq li kellha ssir skond tweġiba għall- mistoqsija parlamentari li għamilt żmien ilu, it-Triq wara l-Knisja, tal- Kalkra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloġija.", "PULIZIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "20141.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 19970 fejn intqal li f'inqas minn sentejn ġew irrapportati 239 inċident tat-traffiku fl-intersection fejn it-tarf ta' l- Imrieħel Bypass taqbad mat-triq tar-Rabat, ma jidhirlux l-Ministru li dawn jindika li din l-intersection hi perikoluża ħafna?", "Jekk fl-affermattiv, x'se jsir ħalli dan il-periklu jiġi evitat?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jiena nformat li l-\"Junction\" imsemmi mhuwiex minnu nnifsu perikoluż għaliex fih is-sinjali kollha neċessarji, il-\"lay- by's\" u c-\"channelisation\" meħtieġa.", "Il-fatt li ġraw tant inċidenti jfisser biss li f'ħafna każi ma jiġux osservati l-liġijiet tal-\"Highway Code\".", "Madanakollu d-Dipartiment tat-Toroq se jutilizza parti mill-ispazju li hemm ħdejn is-salib biex itawwal il-\"lay-by\" biex b'hekk ikun hemm aktar assistenza għas-sewwieqa.", "SIĠĠIEWI - PROPRJETA' ST.", "PHILIP GARAGE,KONTIJIET TA' DAWL U ILMA", "20142.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19963?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "UNIVERSITA' - NEFQA KAPITALI F'BINI ĠDID", "20143.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19793?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Rendikont li juri n-nefqa kapitali ta' l- Universita' f'bini għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar, 1987 u l-31 ta' Marzu, 1994 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta .", "Dan ir-rendikont juri n-nefqa kapitali maqsuma fuq kull bini.", "Il-periti inkarigati kienu England & England u l-kumpannija Malta University Services Ltd.", "AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - KIOSKS MINGĦAJR PERMESS", "20144.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Minsitru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra dawk li jarmaw kiosks mingħajr permess fil-bajjiet ta' Għajn Tuffieħa?", "Kontra minn ittieħdet azzjoni f'dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li fl-24 ta' Ġunju, 1993, ittieħdet azzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra Mario Bezzina u Manuel Vella biex kiosk u caravan jitneħħew mill-bajja tar-Riviera Martinique.", "Dawn tneħħew mis-sidien stess.", "Fis-7 ta' Mejju, 1994 saret ispezzjoni fil-bajja ta' Golden Sands mill- Ispettorat ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mill-Pulizija ta' l-ALE.", "Instab li kien hemm żewġ kiosks li la kellhom permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u lanqas liċenzja tal-Pulizija.", "Inħarġet Stop Notice biex dawn jieqfu milli jagħmlu attivitajiet kummerċjali.", "Il-persuni responsabbli kienu Silvio Coleiro u Charles Micallef.", "L- attivitajiet ġew sospiżi.", "GĦAJN TUFFIEĦA - KIOSKS ILLEGALI", "20145.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu kontra dawk il-persuni li ripettutament qegħdin jarmaw kiosks illegali fil-bajja ta' Golden Sands, Għajn Tuffieħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Diversi persuni diġa' tressqu l-Qorti.", "DIPARTIMENT TAS-SUĊĊESSJONI - PROMOZZJONI LILL-ĦADDIEMA", "20146.", "L-ONOR.CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 19345, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li persuni li qegħdin fi grade C fid- Dipartiment tas-Suċċessjoni u li qegħdin jagħmlu x-xogħol ta' responsabbilta' aktar mill-grad tagħhom se jingħataw promozzjoni u b'hekk jingħataw ir-rikonoxximent li ħaqqhom għal ħidmithom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-passat minħabba ċerti ċirkostanzi partikolarment ta' nuqqas ta' staff, xi persuni fi Group C li jaħdmu fil-Branka tas-Suċċessjoni, (llum \"Capital Transfer Duty Branch) tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kienu ngħataw karigi ta' natura temporanja pjuttost għola mill-grad tagħhom.", "Illum waqt li l-Branka għaddejja minn perjodu transitorju ta' bdil ta' liġijiet u peress li s-suċċessjoni spiċċat, qed isir eżerċizzju ta' \"redeployment\" li jieħu ħsieb, fost ħwejjeġ oħra, li jsolvi problemi bħal dawn fejn il-Gradi jingħatalhom xogħol xieraq għalihom u fl-istess ħin jiġi żgurat li ma jintilef ebda ċans ta' promozzjoni għal futur tagħhom."]} {"filename": "20010430_534d_par.doc", "date": "2001-04-30", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 534 It-Tnejn, 30 ta' April, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 534", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "534", "It-Tnejn, 30 ta' April, 2001", "WERREJ MINUTI 512", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 512", "TQEGĦID TA' KARTI 517", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAT-TRATTAT FUQ IL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA U L-PROTOKOLL TAL-KARTA", "DWAR L-ENERĠIJA FUQ L-EFFIĊJENZA TA' L-ENERĠIJA U ASPETTI AMBJENTALI", "MARBUTIN MAGĦHA 518", "AĠĠORNAMENT 538", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 544", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 533 li saret fil-25 ta' April, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA", "23651.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid hu n-numru ta' studenti tal-kulleġġ tal-biedja li matul l-1999 u l-2000 tħarrġu fuq programmi ta' żvilupp sostenibbli rurali?", "Min kien responsabbli minn dan il-programm mill-kulleġġ?", "X'kien jinvolvi dan il-programm bħala tagħlim rigward l- iżvilupp rurali fil-gżejjer tagħna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali) (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-korsijiet segwiti fil-kulleġġ huma indirizzati lejn dawk l-istudenti li jridu jsiru tekniċi jew assistenti veterinarji jew ortikulisti kummerċjali.", "Il- programmi ta' żvilupp sostenibbli rurali ma jaqgħux direttament taħt dawn il-korsijiet imma jiġu ttrattati taħt il-programm rural youth leadership li jsir fil-kulleġġ.", "Huwa dan il-programm li jgħin lill-istudenti jippreparaw ruħhom biex isiru t-tekniċi tal-ġejjieni li jieħdu ħsieb l-iżvilupp sostenibbli rurali minn perspettiva ħolistika.", "In-numru ta' studenti li kienu involuti matul is-sena skolastika 1999 u 2000 kien ta' 27 u l-programm kien immexxi mis-Sur M. Salerno.", "Il-programm jinkludi kontrolli bijoloġiċi u metodi organiċi li għalissa għadhom sperimentali u jkomplu jikkomplimentaw mat-tagħlim fuq futur sostenibbli għall-ambjent tal-gżejjer tagħna.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA", "23652.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li jattendu l-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq sistemi ta' żvilupp sostenibbli li jħallu l-anqas impatt fuq l-ekoloġija, il-geoloġija u l-idroloġija meta applikati fis-settur tal-biedja?", "Fuq liema sistemi tħarrġu?", "Min kien responsabbli minn dan it-tagħlim ta' l-istudenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-istudenti kollha tal-kulleġġ jitħarrġu fuq sistemi ta' żvilupp sostenibbli li jħallu l-anqas impatt fuq l-ekoloġija, il-ġeoloġija u l- idroloġija.", "Din is-sena n-numru ta' studenti kien ta' 27.", "Isir studju dwar kif il-waste li jħallu l-annimali jew il-ħxejjex għandu jiġi wżat jew mormi mingħajr ma jħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija, il- ġeoloġija u l-idroloġija.", "Fost dawn is-sistemi jiġi studjat kif il-waste jintuża bħala fertilizzant wara li jiġi ttrattat u newtralizzat u b'hekk xorta jkun jista' jitħallat mal-ħamrija u jiġi maħruq fl-inċineraturi tal- fdalijiet tal-mejtin.", "Il-lecturers involuti huma s-Sur S. Vella, is-Sur J. Mifsud u s-Sur M. Salerno.", "FIS - ALLOWANCES", "23797.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mal-fondazzjoni għall-istudji internazzjonali jew impjegati oħra li huma bbażati fuq il-post u li għandhom xi allowance marbuta mal-kariga tagħhom?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-ammonti, fuq liema kriterju ġew mogħtija u min ħa d-deċiżjoni li jingħataw u kemm jingħataw?", "Hemm xi vantaġġi oħra li jingħataw bħala ħlas ta' fuel għal karozzi privati u uffiċjali, użu ta' mobile phones kif ukoll ħlas ta' kontijiet tat-telefon ta' djar privati?", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn in-nies u l-vantaġġi li għandhom, kemm jekk huma mħallsa mill-grant tal-ministeru kif ukoll jekk inhuma mħallsa minn proġetti li qed jiġu mogħtija lill-fondazzjoni jew lill- istituti tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' jgħidli min ħa d-deċiżjoni illi jagħti dawn l- allowances u fuq liema kriterji?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qiegħda f'dawn id-dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infatti f'Dok.", "\"A\" hemm miktub \"authorised by director general pre-September 1997\", waqt li f'Dok.", "\"B\" hemm \"authorised by chief executive post-September 1997\".", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura l-mobile phones qabel ma kenux authorised?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond kolonna \"B\", il-mobile phones u l-home phones ġew awtorizzati miċ-chief executive wara Settembru 1997.", "UNIVERSITA' - DIRECT ORDERS", "24095.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm direct orders u kemm ingħataw f'dawn l-aħħar sentejn fl-Universita' ta' Malta?", "Kemm kienu jammontaw b'kollox?", "Liema kienu dawk il-kumpanniji li ħadu direct order?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-Universita` ta' Malta ħarġet 32 direct order tul dawn l-aħħar sentejn.", "Id-direct orders, kollha approvati mill-ministeru tal-finanzi skond il- proċedura, kienu f'diversi muniti u saru lil diversi kumpanniji kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "UNIVERSITA' – FAKULTA' TAL-LIĠI – LECTURERS", "24637.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph M. Sammut) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jindika min huma l-lecturers full- time u part-time fil-fakulta' tal-liġi fl-Universita' ta' Malta?", "Fuq liema kriterji ġew magħżula u appuntati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-membri ta' l-istaff akkademiku fil-fakulta` tal-liġi huma disgħa full- time u 32 part-time, magħżula u appuntati fuq kriterji stabiliti f'sejħa għal applikazzjonijiet minn selection board.", "Barra minn dawn dejjem ikun hemm numru ta' temporary part-timers li jintalbu li jagħmlu lectures skond il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-fakulta` minn żmien għal żmien fuq talba tad-dipartiment u bl-approvazzjoni tar- rettur.", "B'kollox l-ispiża ta' dawn hija inqas minn ta' żewġ full-timers.", "STADIUM NAZZJONALI - ŻWIEMEL TAL-KAVALLERIJA", "24811.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Qed jiġri kemm-il darba li wara xi partita football importanti jintbagħtu żwiemel tal-kavallerija fil-carpark ta' fejn l- istadium nazzjonali u peress li jkun id-dlam, dan qed ikun ta' periklu kemm għaż-żwiemel kif ukoll għall-pulizija.", "Jista' l-Ministru jara li dan ma jkomplix isir jew inkella jitlob li jiġi stallat id-dawl fil-carpark?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Il-preżenza tal-kavallerija u l-pulizija fil-carpark ta` fejn l-istadium nazzjonali hija bil-ħsieb li jkun hemm deterrent għal xi nkwiet li jista` jinqala bejn il-partitarji kif ukoll biex kemm jista` jkun jonqos is-serq mill-vetturi pparkjati f`dawk l- inħawi.", "Matul dan ix-xogħol il-pulizija tal-kavallerija dejjem ikunu akkumpanjati minn membri oħra tal-korp, inklużi dawk tas-sezzjoni tal- klieb.", "Huwa minnu li fil-post ma hemmx biżżejjed dawl.", "Fil-fatt xi żmien ilu saru arranġamenti biex id-dwal tal-floodlights ta` l-istess stadium ma jintfewx qabel ma jkun hemm is-sinjal mill-pulizija.", "Dan sar bi qbil ma` l- awtorita` ta' l-MEA.", "Is-sitwazzjoni fil-preżent hija ħafna aħjar milli kienet qabel.", "Għandu jingħad ukoll li matul iż-żmien saru diversi laqgħat ma' l-MFA biex, fost affarijiet oħra, jiġi asfaltat il-carpark kif ukoll biex il-post ikun imdawwal sewwa.", "L-MFA tinsisti li l-area ta` madwar l-istadium m'hix tagħha u għaldaqstant ma tistax tiġi obbligata li tagħmel dan ix-xogħol.", "PULIZIJA - FOOTBALL", "24812.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx ġie stabilit min ta l-ordni biex jinfetah l-ilma fuq partitarji ta' Birkirkara fil-final tat- trophy kontra s-Sliema s-sena li għaddiet?", "X'investigazzjoni saret?", "Minn min?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi dwar il-każ li rrifera għalih l- Onor. Interpellant kienet saret investigazzjoni interna mis-supretendent inkarigat mit-taqsima ta` l-SAG.", "Minn din l-investigazzjoni kien ġie stabilit illi żewġ kuntistabbli kienu aġixxew b`dan il-mod mingħajr ordni superjuri u ġew ammoniti severament dwar dan l-aġir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anglu Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Meta saru dawn l-inċidenti, ittieħdu passi kontra terzi persuni fil-qorti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Lili jirriżutali biss li fl-inċidenti tar-Rothmans trophy final bejn Birkirkara u s-Sliema kienu weġġgħu xi spettaturi u kien hemm ukoll żewġ membri tal-korp li soffrew xi feriti ta' natura ħafifa.", "Fl- investigazzjoni dwar dawn l-inċidenti, il-pulizija żammet xi persuni u kien mistenni illi jinbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom skond l-eżitu ta' l-investigazzjoni.", "Safejn naf jien dawn il-proċeduri ttieħdu.", "Irrid inżid li l-passi dixxiplinarji ma tteħdux għax l-azzjoni li jintefa' l-ilma hija minnha nnifisha ħażina, imma għaliex dawn aġixxew mingħajr ma stennew ordni mis-superjuri tagħhom kif suppost li jsir f'dan il-każ.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Ladarba l-Ministru għandu riżultat ta' l- investigazzjoni, huwa minnu li għalkemm ma kienx hemm dik l-ordni ġie ddikjarat li fiċ-ċirkostanzi huma aġixxew b'mod aċċettabbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, huma aġixxew bona fide.", "SAN ĠILJAN - ĦSARAT STRUTTURALI", "24841.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Issa li għaddew 17-il jum minn mindu lill-pulizija ta' Tas Sliema għaddewlha rapport dwar ħsarat strutturali - kif jintqal fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24342 - jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar dan il-każ?", "X'irriżulta minn dawn il- passi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li wara li l-pulizija kkonfermat ir- rapport tal-perit, ikkuntatjat lis-sid tal-fond in kwestjoni u wara li dan ta' l-aħħar ġie informat bil-periklu eżistenti, ġie wkoll servut b`intimazzjoni skond kif hemm maħsub f'artiklu 25 Kap 10.", "Is-sid iddikjara li ser jibda x-xogħol immedjatament.", "MOSTA - TRIQ SAN SILVESTRU", "24872.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fil-parti ta' isfel fi Triq San Silvestru, il-Mosta, hemm familji li qed jitolbu li t-triq issir one-way, peress li hija dejqa ħafna u qed tkun ta' periklu għar-residenti kif ukoll għall-pedestrians, jista' l-Ministru jara li jsiru l- investigazzjonijiet meħtieġa u jinformana bl-iżviluppi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru.", "24149.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "24873.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati u parastatali li l- ħlas tal-bolla tal-ħaddiema baqgħu ma għaddewhx lid-dipartiment?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li l-ħlas tal-bolla tagħhom għad irid isir, allavolja huma jkunu diġa' ħallsuha?", "X'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex jara li dawn il-ħlasijiet isiru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- responsabbilta' għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' nazzjonali ilu li għadda taħt id-dipartiment tat-taxxi interni minn Jannar 1998 u għalhekk nitolbu jirriferi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BIEDJA U SAJD – RELAZZJONIJIET MAL-LIBJA", "24874.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana bid- diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal- koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Libja matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "BIEDJA U SAJD – RELAZZJONIJIET MA' L-EĠITTU", "24875.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana bid- diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal- koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u l-Eġittu matul l- 1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "BIEDJA U SAJD – RELAZZJONIJIET MA' ĊIPRU", "24876.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana bid- diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal- koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Ċipru matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "BIEDJA U SAJD – RELAZZJONIJIET MA' FRANZA", "24877.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jinformana bid- diskussjonijiet u l-progress li kien hemm dwar il-kontinwazzjoni tal- koperazzjoni fis-settur tal-biedja u sajd bejn Malta u Franza matul l-1999 u s-sena 2000?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin): Peress li l-imsemmija diskussjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-ministru konċernat.", "SKEJJEL SEKONDARJI", "24927.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi problemi se jkun hemm biex jinstab spazju biżżejjed għall-istudenti subien li se jibdew skola sekondarja f'Settembru 2001?", "Għaliex inħolqu dawn il-problemi?", "Kif se jiġu solvuti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Kif jaf l- Onor. Membru, is-settur ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien ilu żmien isofri minn pressjoni minħabba ċertu nuqqas ta' spazju.", "Kif kien mistenni, it-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali, inkluż il-programm ta' edukazzjoni teknoloġika li qed jiġi ntrodott fl-iskejjel sekondarji kollha, kif ukoll l-espansjoni tat-tagħlim f'livell terzjarju vokazzjonali li jirrikjedi aktar spazju, ser jaċċentwaw din il-problema.", "Din is-sitwazzjoni ta' pressjoni fuq spazju hija waħda temporanja.", "Il-bini ta' skola ġdida fil-Karwija għandu jwassal għal soluzzjoni tal-problema.", "Sadanittant it-tkabbir ta' l-Iskola San Franġisk t'Assisi u miżuri oħra li qed jiġu kkonsidrati, għandhom jgħinu biex tittaffa l-problema.", "SKOLA NAWTIKA – KAPTANA", "24936.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex meta jiritraw is-17-il kaptan tal-baħar ikollna Maltin oħra li jilħqu minflokom, u dan meta tqis li l-eta' medja tal-kaptana attwali hija 45 sena u li biex kadett jilħaq kaptan irid 15-il sena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l- awtorita' marittima u l-iskola nawtika fi ħdan id-dipartiment ta' l- edukazzjoni fit-tnedija ta' korsijiet li jwasslu għall-eżami għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' kompetenza, l-ewwel bħala uffiċjal tad-dverta u eventwalment bħala kaptan.", "L-ispejjeż ta' l-organizzazzjoni ta' l-eżamijiet li jsiru skond l-iskeda normali tagħmel tajjeb għalihom l-awtorita' marittima.", "Jien informat ukoll li l-awtorita' marittima qiegħda f'diskussjonijiet ferm avvanzati mal-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija għall- kollaborazzjoni ferm mill-qrib għat-twaqqif ta' istitut ta' studji marittimi li l-iskop tiegħu se jkun aktar wiesa' minn dak ta' l-iskola nawtika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: L-awtorita' marittima se tkun bħala partner ma' l- organizzazzjoni eżistenti?", "X'se jkun is-sehem tagħha fid-dawl li l- awtorita' marittima diġa' għandha diversi funzjonijiet?", "Hija idea tajba li jkollha wkoll il-kontroll tas-servizz edukattiv?", "Jagħmel aktar sens li tagħtiha sehmha imma ma jkollhiex kontroll determinanti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant innifsu, id- diskussjonijiet dwar dan is-suġġett bejn il-ministeru ta' l-edukazzjoni u l- ministeru responsabbli mill-awtorita' marittima ilu għaddej is-snin.", "Huma bosta l-membri miż-żewġ naħat tal-Kamra li f'xi żmien jew ieħor kienu responsabbli minn dan is-settur li ħadu sehem dwar il-mod ta' kif nistgħu mmexxu l-iskola nawtika 'l quddiem.", "Kemm ilu li l-gvern preżenti ddeċieda li jagħmel il-kulleġġ ta' l-arti, xjenza u teknoloġija, ġie deċiż li jkun hemm ukoll l-istitut dwar l-istudji marittimi, u nista' ngħid li bħalissa qegħdin fl-istadju finali ta' diskussjonijiet bejn l-awtorita' marittima u l-ministeru ta' l-edukazzjoni biex nikkonkludu dan il-ftehim.", "Malli dan il-ftehim jintlaħaq nkun nista' nagħti d-dettalji kollha lill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Dikjarazzjonijiet għas-sena 2000 magħmula skond paragrafi 48 u 49 tal- kodiċi ta' etika għal ministri u segretarji parlamentari; u", "Lista ta' uffiċjali fiċ-ċivil li ħadu l-ħatra ta' direttur matul l- 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25297.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar korsijiet organizzati mill-ETC, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25397; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol bejn Jannar u Marzu ta' l-2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25178; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti residenti fil-Kalkara, Birgu, Bormla u l-Isla f'kull kors fl-universita', bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25262; u", "Kopja ta' l-ispecifications u kondizzjonijiet speċjali f'sejħa għal offerti għall-produzzjoni ta' dokumentarju informattiv għall-kumplessi sportivi ta' tal-Qroqq, Marsa u Kottonera, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25264.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pożizzjoni li adottat Malta fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea fuq Kap. 3 - moviment ħieles tas-servizzi; Kap. 4 - moviment ħieles tal-kapital; Kap. 6 - politika dwar il-kompetizzjoni; Kap. 8 - sajd; Kap. 9 - politika dwar it-trasport; Kap. 13 - politika soċjali u mpjiegi; Kap. 21 - politika reġjonali u kordinazzjoni ta' strumenti strutturali; u Kap. 29 - dispożizzjonijiet finanzjarji u tal-budget, li dwarhom Malta rċeviet il-pożizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropea; u", "Listi ta' dikjarazzjonijiet maħruġa mis-segretarjat tal-Kunsill fi Brussell; stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York; stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra, u stqarrijiet magħmula f'organizzazzjonijiet internazzjonali fi Vjenna, prinċiparjament fl-OSCE, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "25284.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il- Ministru Francis Zammit Dimech.", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAT-TRATTAT FUQ IL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA U L-PROTOKOLL TAL-KARTA DWAR L-ENERĠIJA FUQ L-EFFIĊJENZA TA' L-ENERĠIJA U ASPETTI AMBJENTALI MARBUTIN MAGĦHA", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi:", "Il-Kamra tad-Deputati,", "Wara li fis-17 ta' Diċembru 1994, Malta ffirmat f'Lisbona, il- Portugal, it-Trattat fuq il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokoll tal- Karta dwar l-Enerġija fuq l-Effiċjenza ta' l-Enerġija u Aspetti Ambjentali marbutin magħha;", "Wara li rat li jekk Malta tirratifika dan it-Trattat tkun qed tissieħeb ma' iktar minn erbgħin pajjiż ieħor, inkluża l-komunita' Ewropa u l-membri tagħha, li s'issa rratifikaw dan it-Trattat li hu meqjus fundamentali biex tintlaqa' d-domanda għall-enerġija li kulma jmur qiegħda tiżdied;", "Wara li rat l-artikolu 3(1)(c) u 3(2)(b) ta' l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati, Kap 304, u l-artikolu 3(2) ta' l-Att dwar Poteri li jsiru regolamenti fl-Interess Nazzjonali, Kap 365;", "Tirriżolvi li tawtorizza r-ratifika tat-Trattat fuq il-Karta dwar l- Enerġija, il-Protokoll tal-Karta dwar l-Enerġija fuq l-Effiċjenza ta' l-Enerġija u Aspetti Ambjentali marbutin magħha kif ukoll l-Emenda għall-provvedimenti fit-Trattat fuq il-Karta dwar l-Eenrġija li huma marbutin mal-Kummerċ.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn qbil li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu żewġ seduti, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema fuq in- naħa tal-gvern u kelliema fuq in-naħa ta' l-oppożizzjoni, naturalment bil- winding-up għall-gvern.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nifhem li meta qed nitkellmu dwar il-karta ta' l-enerġija u t-trattati marbutin magħha u anke dwar emendi li jolqtu l-qasam kemm tal-kummerċ u dak ambjentali qed nitkellem fuq inizjattivi li m'humiex kontroversjali u wieħed jawgura li jkun hawn il- qbil tal-Kamra kollha għar-rigward ta' dan il-pass.", "Nixtieq issa nagħti daqsxejn background storiku fuq din l-inizjattiva.", "L-inizjattiva fuq il-karta ta' l-enerġija kienet bdiet b'suġġeriment ta' l- ex-prim ministru Olandiż Ruud Lubbers fil-kunsill Ewropew ta' Dublin f'Ġunju 1990.", "Hu kien issuġġerixxa li l-koperazzjoni fis-settur ta' l- enerġija setgħet tistimola titjib fl-ekonomija tal-pajjiżi fil-Lvant ta' l- Ewropa kif ukoll dik li dakinhar kienet għadha tissejjaħ l-Unjoni Sovjetika.", "Fl-istess ħin minn din il-koperazzjoni kien jista' jiġi żgurat li pajjiżi tal-komunita' Ewropea jkollhom sigurta' fil-provvista ta' l- enerġija.", "Dan ifisser li qed nitkellmu dwar inizjattiva marbuta ma' kollaborazzjoni u ma' koperazzjoni mifruxa bejn il-pajjiżi kollha Ewropew u fil-fatt, fl-istess karta dwar l-enerġija u anke dokumentazzjoni li kienet saret dak iż-żmien hemm ħafna riferenza għal dik li ħdax-il sena ilu kienet qed tissejjaħ l-Ewropa l-ġdida li bażikament hija l-Ewropa mingħajr il-ħajt ta' Berlin u l-Ewropa li m'hijiex maqsuma anke vis-a-vis kummerċ bejn il- lvant u l-punent.", "Fuq inizjattiva ta' Lubbers, il-kapijiet ta' l-Istat ta' l-Unjoni Ewropea kienu ħejjew konferenza internazzjonali sena wara f'Lulju, ta' l-1991.", "Il-karta dwar l-enerġija kienet imbagħad iffirmata minn 52 pajjiż u l-komunita' Ewropea f'konferenza ministerjali li kienet saret f'The Hague f'Diċembru 1991.", "Il-karta kienet dikjarazzjoni politika mill- istati firmatarji biex jippromwovu l-investiment, il-kummerċ u l- koperazzjoni bejniethom fis-settur ta' l-enerġija.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li f'The Hague kien sar ukoll qbil fuq il- bżonn li jiġi negozjat ftehim fuq bażi legali.", "Jiġifieri hawnhekk il- komunita' internazzjonali diġa' kienet qed tħoss il-bżonn li mhux biss ikollha karta ta' guidelines għar-rigward tal-qasam ta' l-enerġija imma anke wkoll li jkun hemm trattat li jorbothom għal dawk li huma obbligi ġodda.", "Fil-fatt wara tliet snin ta' negozjati intensivi, it-trattat tal- karta dwar l-enerġija kien ġie konkluż u nfetaħ għall-firma f'Lisbona fi 17 ta' Diċembru 1994.", "It-trattat kien l-ewwel ftehim ekonomiku li ressaq flimkien ir-repubbliki ta' l-ex-Unjoni Sovjetika, il-pajjiżi ex-komunisti fl-Ewropa tal-lvant, l-Ewropa ċentrali u l-membri ta' l-OECD minbarra l- Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kanada, Messiku u New Zealand.", "Nixtieq ngħid ukoll li dan it-trattat tal-karta dwar l-enerġija flimkien mal-protokoll tal-karta dwar l-enerġija fuq l-effiċjenza ta' l-enerġija u aspetti ambjentali marbutin magħha kienu ffirmati minn 50 pajjiż u l- komunita' Ewropea.", "Fil-fatt dawn issa daħlu fis-seħħ f'April 1998, jiġifieri 90 ġurnata wara t-tletin ratifika.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, peress li għadha kemm daħlet delegazzjoni ta' membri parlamentari mill-Kuwait u xtaqt nindirizzahom.", "\"I would like to say welcome to the Members of Parliament from Kuwait who are visiting Malta and I would like them to have an enjoyable and fruitful stay in Malta for the next few days.", "Thank you for being in the House of Representatives.\"", "(Onor. Membri: Hear,hear)", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nagħtuhom il-merħba aħna wkoll, Sur President.", "Jien hawnhekk kont qed nirriferi wkoll għal meta dan id-dokument infetaħ għall-firem wara ċ-ċerimonja ta' ffirmar f'Lisbona fis-17 ta' Diċembru 1994.", "Malta dakinhar f'din iċ-ċerimonja kienet preżenti u ffirmat kemm l- att finali tal-konferenza dwar iċ-charter ta' l-enerġija mal-pajjiżi Ewropej, dik li tissejjaħ il-final act of the European Energy Charter, kif ukoll l-istess trattat dwar din il-karta ta' l-enerġija, l-energy charter treaty.", "Malta dakinhar iffirmat ukoll l-energy charter protocol on energy deficiency and related environmental aspects.", "It-trattat hu parti wkoll mill-acquis ta' l-Unjoni Ewropea u rrid ninforma lill-Kamra li fin- negozjati fuq dan il-kapitlu Malta permezz tal-MEUSAC rabtet ruħha mar- ratifika ta' dan it-trattat, il-protokoll u l-emenda tal-provvedimenti tat- trattat fuq il-kummerċ.", "Tajjeb wieħed jgħid ukoll li qabel ma wasalna għal din il-pożizzjoni, f'April tas-sena l-oħra kien tlaqqa' kumitat inter-ministerjali li sar apposta biex jara l-implikazzjonijiet tal-provvedimenti tat-trattat u biex ukoll jiddetermina jekk kienx hemm bżonn ta' xi azzjoni qabel din ir- ratifika.", "Il-kumitat kien imbagħad irrakkmanda r-ratifika u ra li ma kien hemm bżonn ta' l-ebda emendi fil-liġijiet.", "It-trattat, il-protokoll u l-emenda fuq il-kummerċ jidħlu fis-seħħ f'Malta 90 jum wara li Malta tiddepożita l-istrumenti tar-ratifika.", "Nista' ngħid ukoll li t-trattat kien irratifikat minn 42 pajjiż u mill-komunitajiet Ewropej.", "Il-parlamenti ta' żewġ firmatarji, il-Bosnia Herzegovinia u l- Polonja approvaw ir-ratifika tat-trattat waqt li seba' firmatarji li huma Malta l-Awstrija, il-Belarus, l-Iżlanda, il-Ġappun, in-Norveġja u l- Federazzjoni Russa għadhom ma approvawx ir-ratifika.", "Naturalment il-proċess tal-lejla huwa biex il-parlament japprova li tkun tista' ssir ir-ratifika min-naħa ta' Malta.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Belarus u l-Federazzjoni Russa diġa' qed japplikaw it-trattat proviżorjament.", "X'jipprovdi dan it- trattat, Sur President?", "It-trattat joħloq qafas legali internazzjonali li bih jistgħu jinvestu, joperaw u jagħmlu kummerċ kumpanniji fis-settur ta' l-enerġija li qegħdin fid-diversi pajjiżi firmatarji.", "L-implimentazzjoni sħiħa tat-trattat l- ewwelnett tkompli ssaħħaħ il-koperazzjoni fis-settur ta' l-enerġija bejn il- punent u l-lvant.", "Dan it-trattat huwa sinifikanti wkoll għaliex inaqqas ir- riskju politiku li ma jkunx hemm biżżejjed provvista ta' enerġija għax jipprovdi qafas ta' interkonnettivita'.", "It-trattat huwa importanti għaliex jassigura t-titjib ta' l-ambjent billi tiżdied l-effiċjenza ta' l-enerġija u jiftaħ it-triq għal opportunitajiet ġodda ta' negozji.", "L-aktar provvedimenti importanti fit-trattat huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni u l-promozzjoni ta' investiment, il-kummerċ, it-transitu kif ukoll il-provvedimenti rigward settlement of disputes fejn hemm riferenza għall-proċeduri anke internazzjonali ta' arbitraġġ u anke għall- qasam ambjentali.", "It-trattat m'huwiex trattat li jidħol fil-liġi ta' stati individwali li jiddefenixxu l-pożizzjoni tagħhom fuq kwestjonijiet diffiċli bħall-istruttura legali ta' kumpanniji fil-qasam ta' l-enerġija jew aċċess għal terzi partijiet jew għall-istruttura tas-suq ta' l-enerġija ġenerali.", "Jiġifieri t-trattat jorbot bħala trattat bejn il-pajjiżi firmatarji pero' ma jsirx parti mil-liġi tal-pajjiż b'mod awtomatiku imma jsir parti mill- liġi permezz ta' xi riferenza li tista' ssir għalih.", "L-emenda tal-provvedimenti fit-trattat tal-karta dwar l-enerġija li huma marbutin mal-kummerċ kienet adottata fl-24 ta' April, 1998 u din l-emenda tipprovdi qafas legali internazzjonali.", "Hawnhekk hawn rabta ma' dak li kont qed ngħid qabel li mhux qed titkellem fuq trattat li jsir parti mil-liġi nazzjonali imma trattat li jorbot strutturi internazzjonali li huma bażati fuq ir-regoli tal-World Trade organisation, fuq kummerċ f'materjal, prodotti u equipment relatatati ma' l-enerġija fejn għallinqas pajjiż mhux membru tad-WTO hu involut.", "Jiġifieri qed nitkellmu dwar trattat li jimxi fuq l-istruttura tad-WTO pero' li fil-fatt iħares anke 'l hinn minn dawn li huma firmatarji jew li huma membri ta' din l-organizzazzjoni.", "Kif għedt qabel, Malta ffirmat it-trattat u l-protokoll fl-1994.", "Malta kienet ukoll innotifikat eċċezzjoni li ma tkunx marbuta li trid tagħżel li kull pajjiż li jagħmel investiment f'Malta jrid ikollu bilfors the better off jew it-trattament nazzjonali li nagħtu lil kumpanniji Maltin stess, inkluż dawk li għandhom monopolju jew il-famuża klawsola li hija riferuta bħala l-klawsola rigward most favoured nations.", "Naturalment Malta għamlet riserva fl-1994 fuq din il-klawsola anke minħabba li kien għad hawn prattika ta' monopolju f'dan il-qasam.", "Irrid ngħid li wara l-miżuri tal- liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-exchange controls, l-applikazzjonijiet għal kumpanniji ġodda b'partiċipazzjoni tan-non-residenti jew fergħat ta' kumpanniji barranin biex jibdew joperaw f'Malta iridu jkunu approvati mill- Malta financial services centre.", "Tajjeb nispjega wkoll, Sur President, dwar l-enquiry point li huwa insemmi f'artiklu 20(3) tat-trattat fejn hemm riferenza ta' enquiry point għal min irid jagħmel dan it-tip ta' investiment f'pajjżna u għal min irid l- informazzjoni dwar l-istrutturi ta' l-enerġiji f'pajjiżna.", "Fil-fatt l- enquiry point f'Malta se tkun l-awtorita' ta' Malta dwar ir-riżorsi u din tkun tista' tipprovdi informazzjoni fuq il-liġijiet, fuq ir-regolamenti u fuq deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jeffettwaw il- provvedimenti tat-trattat.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li bir-ratifika ta' dan it-trattat Malta tkun tista' tipparteċipa fil-laqgħat ta' konferenza tal-karta ta' l-enerġija u l-entitajiet sussidjarji tagħha", "Sur President, meta nħarsu lejn il-karta, lejn it-trattat li jorbot magħha, lejn l-emenda dwar l-aspetti kummerċjali tagħha kif ukoll lejn ir- regolamenti għar-rigward l-aspetti ambjentali, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra b'mod partikolari għall-artiklu 19 tat-trattat li jitkellem dwar prinċipju importanti ħafna fil-qasam ambjentali li huwa l-prinċipju ta' l- iżvilupp sostenibbli.", "Fil-fatt dan l-artiklu jipprovdi li kull pajjiż firmatarju ta' dan it-trattat irid jottjeni l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli billi jagħmel dak kollu li jista' sabiex b'mod ekonomiku u effiċjenti jimminimizza l-impatti ambjentali li jagħmlu ħsara kemm jekk qed jiġru fl-area fejn hu qed jopera kif ukoll jekk qed jiġru f'areas 'il barra minn fejn qed jopera.", "Dan huwa prinċipju ambjentali importanti ħafna għaliex illum nafu li l-problema ambjentali m'hijiex problema li wieħed jista' b'xi mod jillimitaha għall-konfini ta' pajjiżu biss.", "Għall-argument dak li tagħmel inti f'Malta jista' jolqot pajjiżi oħra u dak li jiġri f'pajjiżi oħra jista' jolqot lil Malta wkoll.", "Naturalment dan irid isir mill kull pajjiż firmatarju b'mod li jippromwovi wkoll il-cost- effectiveness.", "Irridu ngħidu wkoll li kull pajjiż firmatarju jrid jieħu dawk il-miżuri prekawzjonarji biex jevita li jkollok problemi ta' degradazzjoni ambjentali.", "Il-pajjiżi firmatarji jaqblu wkoll li min jikkaġuna inkwinament għandu fil- prinċipju jkun responsabbli wkoll għall-ispejjeż marbuta ma' dak l- inkwinament anke jekk l-inkwinament jolqot pajjiżi oħrajn.", "Naturalment filwaqt li jagħmel dan kollu, wieħed irid jieħu attenzjoni dejjem speċjali ta' l-interess pubbliku u wieħed irid joqgħod attent ukoll li ma jagħmilx miżuri li b'xi mod ifixklu l-kummerċ internazzjonali u l-investiment fil- qasam ta' l-enerġija.", "L-istess artiklu 19 jagħti wkoll numru ta' gwidi dwar dak li jrid isir u naħseb li jixraq li nsemmi ftit minnhom.", "L-ewwelnett il-pajjiżi firmatarji jridu jagħtu attenzjoni għal dawk il-konsiderazzjonijiet ambjentali u jridu jagħmlu dan anke waqt li qed jifformolaw policies ġodda fil-qasam ta' l- enerġija.", "It-tieni prinċipju hu li l-pajjiżi firmatarji jridu mhux biss iħarsu lejn l-ispejjeż ta' l-investiment bil-lenti tradizzjonali imma jridu jibdew iħarsu wkoll lejn dawk li llum nirriferu għalihom bħala l-ispejjeż ambjentali, l-environmental costs u l-environmental benefits u li naturalment dawn jorbtu b'mod partikolari fiċ-ċikli ta' l-enerġija li inti tista' toħloq bejn sistema u oħra.", "It-tielet obbligu ambjentali huwa li jrid ikun hemm il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi firmatarji f'dawk li huma obbligi internazzjonali ambjentali għall-ħolqien ta' ċiklu ta' enerġija.", "Meta l-pajjiżi jagħmlu dan iridu joqogħdu attenti minn differenzi li jista' jkun hemm fis-sistemi li jużaw il-pajjiżi in kwestjoni u kif dawn is- sistemi jorbtu ma' l-energy cycle li jrid jinħoloq bejniethom.", "Ir-raba' obbligu huwa li l-pajjiżi jridu jagħtu importanza partikolari biex itejbu l- effiċjenza ta' l-enerġija u biex jiżviluppaw u jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, jiġifieri enerġija minn sorsi ndaf.", "Iridu jagħmlu hekk billi jippromwovu l-użu ta' fuels nodfa u jippromwovu wkoll l-użu ta' teknoloġiji u sistemi teknoloġiċi li jnaqqsu l-inkwinament.", "Il-ħames obbligu ambjentali huwa li l-pajjiżi firmatarji jridu jiġbru l-informazzjoni li tkun meħtieġa dwar il-metodi li huma jkunu qed jużaw, li jkun hemm aċċess għal dik l-informazzjoni u li huma jżommu dejjem quddiem għajnejhom l-aħjar prattiċi kemm mill-aspett ambjentali kif ukoll mill-aspett ekonomiku.", "Is-sitt obbligu huwa to promote public awareness ta' l-impatti ambjentali ta' sistemi differenti ta' enerġija bl-iskop li l-pubbliku jagħmel il-parti tiegħu biex jipprevjeni jew biex innaqqas jew jelimina safejn jista' dawk l- impatti ambjentali l-aktar negattivi.", "Kif nafu ma tistax tagħmel politika fl-enerġija, politika fuq l-ambjent u politika fuq oqsma differenti jekk inti ma jkollokx dak is-sens ta' ownership mill-pubbliku b'mod ġenerali, u dan jista' jsir billi jkun hemm iktar awareness.", "Eżempju li qed jiġini f'moħħi hu meta inti tagħmel kampanja edukattiva dwar it-tip ta' dawl li jista' jintuża ġo dar, dwar tip ta' enerġija li juża għal sistemi differenti u dwar il-ħtieġa li ma tħallix id-dawl dejjem standby, biex imbagħad kulma tagħmel hu tagħfas buttuna waħda u kollox jixgħel.", "Fi kliem ieħor b'dan il-mod tkun qed tħeġġeġ lin-nies isiru iktar konxji mill- importanza li jiffrankaw l-enerġija mhux biss għal skop ekonomiku imma anke għal skop ambjentali.", "Obbligu ieħor ambjentali huwa biex il-pajjiżi firmatarji bejniethom jippromwovu u jikkoperaw fl-oqsma tar-riċerka u ta' l-iżvilupp u ta' l- applikazzjoni ta' enerġija li tuża l-iktar teknoloġija avvanzata bl-iskop li jiġu minimizzati l-effetti ambjentali ħżiena.", "Il-pajjiżi firmatarji jobbligaw ruħhom ukoll li jinkoraġġixxu li jkun hemm kondizzjonijiet favorevoli biex ikun hemm trasferiment ta' dawn it-tipi ta' teknoloġija minn pajjiż għal ieħor mingħajr ma jkun hemm b'xi mod nuqqas fil- protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali.", "Il-pajjiżi firmatarji jobbligaw ruħhom ukoll li jippromwovu assessments, jiġifieri kalkolu oġġettiv b'mod trasparenti, u li dan jagħmluh fl-istadju preliminari meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar politika ta' proġetti ġodda ambjentali li jorbtu s-settur ta' l-enerġija.", "Huwa provdut ukoll li jkun hemm sens ta' għarfien mhux biss nazzjonali imma anke internazzjonali u skambju ta' ideat bejn il-partijiet firmatarji dwar il- programmi ambjentali li jkunu qed jagħmlu sabiex ikun hemm anke koperazzjoni bejniethom f'dan il-qasam.", "L-aħħar obbligu huwa li l-pajjiżi firmatarji kollha jridu jipparteċipaw naturalment dejjem skond ir-riżorsi li jkollhom fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi ambjentali li l-pajjiżi jkunu qed jiddeċiedu dwarhom b'sens internazzjonali.", "Irrid ngħid ukoll li dan it-trattat jipprovdi sistemi dwar l-applikazzjoni ta' l-artikli diversi li hawn fih b'mod partikolari dwar ir-riżoluzzjoni amikevoli f'każ li jkun hemm differenza bejn pajjiż u ieħor.", "Huwa għalija interessanti, Sur President, id-dokumenti konklussiv li kellek fil-konferenza ta' The Hague fuq il-European energy charter fejn il-pajjiżi preżenti, Malta nkluża, kienu għamlu preċiżament riferenza għall-proċess ta' l-Ewropa ġdida li jien aċċennajt għalih qabel u li fl-opinjoni tiegħi huwa l-bażi fondamentali ta' dawn il-bidliet kollha u ta' koperazzjoni akbar bejn dawn il-pajjiżi kollha f'diversi oqsma tal-kummerċ b'mod partikolari fil-qasam anke ta' l-enerġija.", "Nixtieq nikkwota l-iktar riferenza fl-opinjoni tiegħi importanti f'dan il- concluding document li Malta ffirmat ukoll.", "Din tgħid li:", "\" ..... having regard to the charter of Paris for a new Europe signed in Paris on 21 November 1990 at the summit meeting of the conference on security and co-operation in Europe...\".", "Jiena diġa' aċċennajt għal dan il-proċess.", "Hawnhekk tissemma l-konferenza importanti Ewropea dwar sigurezza u koperazzjoni bejn pajjiżi Ewropej diversi fejn qed jitkellmu dwar il-karta ta' Pariġi dwar l-Ewropa ġdida li hija Ewropa mingħajr fruntieri, li hija l-Ewropa mingħajr il-ħajt ta' Berlin li jiddividi parti minn oħra, li hija l-Ewropa li ma tridx iktar ħitan jew diviżjonijiet tipo l-purtiera tal-ħadid.", "Fid-dokument ta' konklużjoni ta' din il-konferenza l-pajjiżi membri kienu tkellmu wkoll dwar iċ-ċertezza tagħhom li dan għandu jwassal biex il-pajjiżi Ewropew kollha jkollhom vantaġġi ġodda fil-mod kif jikkoperaw bejniethom fil-qasam ta' l- enerġija u fil-mod kif wieħed jgħin ukoll l-ekonomija internazzjonali.", "Il- pajjiżi huma konxji wkoll li koperazzjoni akbar bejniethom fil-qasam ta' l- enerġija hija essenzjali għall-iżivlupp ekonomiku kif ukoll għall-iżvilupp soċjali u għall-kwalita' aħjar tal-ħajja.", "Il-pajjiżi li qed jiffirmaw dan id-dokument konklussiv huma konvinti wkoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm security of supply, jiġifieri li inti għandek koperazzjoni u interkonnettivita' u li dan iwassal għall-immaniġjar iktar effiċjenti u għall-użu aħjar ta' riżorsi rispettivi fid-diversi pajjiżi apparti milli jgħin lill-pajjiżi kollha firmatarji biex ikollhom titjib ambjentali u biex jersqu wkoll għal sistema ta' żvilupp sostenibbli.", "Sur President, jien nifhem li dawn huma kollha objettivi li għandhom isibu l-kunsens miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-iffirmar ta' dan it-trattat ikompli jinkwadra lil Malta fi proċess wiesa' Ewropew internazzjonali li għandna nkunu kburin li nkunu qed nipparteċipaw fih u li nagħmlu dan bl-iktar mod pro-attiv.", "Malta għad tibbenefika minn revoluzzjoni li żgur se naraw fi snin li ġejjin fil-qasam ta' l-enerġija, parti minnha hija naturalment revoluzzjoni ta' liberalizzazzjoni wkoll.", "Illum forsi ħafna għadhom iqisu l- liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija bħala fenomonu ġdid pero' sa ftit snin ilu hekk ukoll kien jitqies il-fenomenu tal-liberalizzazjoni fil- qasam tat-telekomunikazzjoni.", "Illum naraw il-vantaġġi pożittivi tiegħu madwar id-dinja kollha u m'għandi ebda dubju li fil-qasam ta' l-enerġija diġa' hemm min irid jagħmel din l-esperjenza.", "Malta dan tista' tgħaddi minnu wkoll.", "Nikkonkludi billi ngħid li bir-ratifika ta' dan it-trattat, billi twaqqaf ukoll strutturi adegwati li jippreparawna nimplimentaw it-trattat f'pajjiżna u mhux l-inqas bit-twaqqif ta' l-awtorita' Maltija dwar ir- riżorsi, li hija awtorita' regolatorja separata minn min jopera fil-qasam ta' l-enerġija, Malta mhux biss tibbenefika minn dan il-proċess imma Malta tkun ukoll pro-attiva f'dan il-qasam.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, l-iżvilupp ekonomiku dinji u l- livell ta' l-għajxien huwa bbażat fuq il-konsum ta' l-enerġija.", "Il-pajjiżi żviluppati tad-dinja huma dipendenti fuq sorsi ta' l-enerġija li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżi bħal tal-Lvant Nofsani u pajjiżi Għarab jipproduċu l-maġġorparti tal-materjal ta' l-enerġija li jittrasportaw u jgħaddu lil pajjiżi oħrajn.", "Fl-istess ħin il-konsum ta' din il-materja prima fis-settur ta' l-enerġija huwa ta' theddida kbira għall-ambjent.", "Dan iċ-ċiklu wassal biex il-pajjiżi tad-dinja kollha kellhom jidħlu biex jirregolamentaw dan is-settur u kienet proprju l-Olanda li ħarġet bl-idea li titwaqqaf din il-laqgħa.", "Wara din il-proposta l-Komunita' Ewropea ħadet l-inkarigu u organizzat laqgħa tal-European energy charter f'The Hague fis- 17 ta' Diċembru 1991 li l-iskop tagħha kien li jixpruna l-iżvilupp ekonomiku dinji fil-qasam ta' l-enerġija.", "Tajjeb li wieħed isemmi li ħafna mill-pajjiżi li jikkonsmaw din il-materja prima jinvestu somom kbar ta' flus f'pajjiżi li għandhom din il-materja prima allura l-bażi ta' din il-European energy charter kienet eżattament li tixpruna l-iżvilupp ekonomiku dinji, l-investiment u l-kummerċ fil-qasam ta' l-enerġija.", "Barra dan, f'din l-European energy charter li ġiet fl- għeluq tagħha fis-17 ta' Diċembru 1991 kien hemm affarijiet oħra ta' interess kbir.", "Waħda mill-affarijiet li mbagħad spiċċat bħala dokument separat kienet il-promozzjoni għal aktar effiċjenza fil-qasam ta' l- enerġija.", "Din il-konferenza tat ukoll importanza kbira dwar il-protezzjoni ta' l- ambjent meta wieħed jiġi biex jikkonsma din il-materja prima fil-qasam ta' l-enerġija.", "Ingħata mportanza wkoll għall-iskart li jirriżulta mill-konsum ta' dawn il-materji.", "Issa apparti li wieħed jitkellem fuq żjut fis-settur ta' l-enerġija hemm affarijiet oħrajn li huma ta' theddida kbira għall- ambjent.", "Wieħed jista' jsemmi n-nuclear fuels li kif jaf kulħadd ġie ppruvat li huma ta' theddida kbira għal areas vasti u għal popolazzjonijiet sħaħ fid-dinja.", "Il-każ ta' Chernobyl huwa l-eżempju l-iżjed estrem ta' kemm f'dan is-settur it-tekonoloġiji wżati għar-rimi ta' l-iskart li ma jkunux moderni jistgħu jikkaġunaw ħsara li tkun ta' theddida kbira anke għall- umanita'.", "F'din l-European energy charter ingħata importanza wkoll it- tibdil tal-klima li huwa ppruvat li huwa kkaġunata mill-konsum ta' dan iż- żejt li jitla' fl-atmosfera bħala gassijiet.", "Dawn il-punti kollha wasslu biex ħafna mill-pajjiżi qablu ma' din l- European energy charter, u kif spjega l-Ministru kien hemm ħafna pajjiżi li ħadu sehem fiha u ffirmawha fosthom il-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżi oħrajn ta' l-Ewropa tal-Punent li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant li għadhom m'humiex membri ta' l- Unjoni Ewropea,", "pajjiżi ta' l-ex-USSR.", "Kien hemm ukoll pajjiżi li m'humiex fl-Ewropa imma li huma wkoll fl-OECD u dan juri kemm il-qbil dwar dan it-trattat huwa wiesa' u mifrux mad-dinja kollha.", "Meta l-organizzaturi ta' din il-laqgħa raw li kien hemm qbil wiesa' dwar l-għanijiet ta' din il-European energy charter, il-pass li kien imiss kien preċiżament li jsir trattat biex wieħed ikun jista' jimxi anke fuq bażi legali.", "Proprjament aħna dan li qegħdin niġu mitluba nagħmlu f'din il-Kamra, li napprovaw li Malta tirratifika dan it-trattat fuq il-karta ta' l-enerġija.", "Fit-tieni artiklu ta' dan it-trattat, Mr Speaker, hemm l-għanijiet prinċipali fosthom il-ħsieb li jiġi stabbilit qafas legali u biex tiġi mħajra l-koperazzjoni fit-tul u b'mod wiesa' fil-qasam ta' l-enerġija bbażat fuq il-gwadann.", "Jiġifieri bażikament dan it-trattat qed jistabbilixxi qafas legali biex ikun hemm koperazzjoni bejn il-pajjiżi fit- tul u bl-iktar mod wiesa'.", "Il-pajjiżi li qed jiffirmaw dan it-trattat intrabtu li jaħdmu biex ikun hemm suq miftuħ fil-qasam ta' l-enerġija skond ir-regolamenti tal-GATT, il-general agreement on tariffs and trade.", "Jekk wieħed ifittex ftit dwar l-artikli interessanti ta' dan it-trattat isib li artiklu 3 jgħid preċiżament li s-suq għandu jkun ħieles u mibni fuq open market principles.", "Artiklu 6 jitkellem dwar il-kompetizzjoni ġusta u miftuħa fil-qasam ta' l-enerġija mingħajr ma jkun hemm market distortions.", "Il-pajjiżi li ffirmaw dan it-trattat jintrabtu li ma jkunx hemm barrieri għall-kompetizzjoni fl-attivita' ekonomika f'dan is-settur.", "Dan huwa importanti, Mr Speaker, pero' x'jiġri meta pajjiżi jkollhom ftehim preferenzjali ma' pajjiżi oħrajn?", "Per eżempju aħna nafu li għal ħafna snin Malta kellha trattati preferenzjali mal-Libja li għenu lill-poplu mhux ftit.", "Din hija xi ħaġa li l-Ministru ma jeħux gost jitkellem fuqha f'din il- Kamra - u forsi għandu raġunijiet validi tiegħu - imma jiena nistaqsi: Kif se nintlaqtu jekk niffirmaw dan it-trattat?", "Dan qed nistaqsih għax skond artiklu 6 il-pajjiżi huma mħajra biex ineħħu kull tip ta' market distortions li jistgħu jxekklu din il-kompetizzjoni miftuħa.", "Artiklu 7 jitkellem dwar l-iskariġġ ta' materja konnessa ma' l-enerġija.", "Hawnhekk it-trattat jinkoraġġixxi li pajjiż jippromwovi t-transit ta' materjal konness ma' l-enerġija.", "Hawnhekk wieħed jista' jġib quddiem għajnejh pajjiżi bħall-Iraq u l-Iran fejn ikun hemm pipelines sħaħ għaddejjin minn pajjiż għall-ieħor u li jgħaddu minn terzi pajjiżi.", "Issa dan l-artiklu qed jippromwovi biex pajjiżi ma jagħmlux distinzjoni minn fejn ġej dan il-materjal ta' l-enerġija, fejn sejjer u minn fejn jgħaddi biex ma jkunx hemm xkiel għall-moviment ta' materjal bħal żjut u materja prima oħra li hija konnessa ma' l-enerġija.", "Artiklu 8 jittratta għall-aċċess tat-teknoloġija fuq bażi kummerċjali mingħajr diskriminazzjoni.", "Dan l-artiklu qed jgħid m'għandux ikun hemm xkiel għal trasferiment minn pajjiż għal ieħor u minn kumpannija għal oħra f'dik li hija teknoloġija konnessa ma' l-enerġija.", "Pajjiż li jkollu teknoloġija avvanzata ma jistax ma jgħaddihiex lil pajjiżi oħrajn minħabba xi raġunijiet tiegħu, dejjem bl-eċċezzjoni ta' l-enerġija nukleari li dwarha hemm trattat tal-ġnus magħquda.", "Effettivament dan it-trattat jitkellem b'mod l-aktar wiesa' fuq kull ħaġa li tittratta l-enerġija.", "Jitkellem ukoll fuq l-esportazzjoni ta' materja prima fil-qasam ta' l- enerġija, fuq estrazzjoni, fuq ir-raffinar, fuq il-produzzjoni, fuq il- ħażna, fuq it-trasport bl-art, fuq trażmizzjoni, fuq distribuzzjoni, fuq negozju u fuq bejgħ jew riklamar ta' prodotti fil-qasam ta' l-enerġija.", "Artiklu 9 jitkellem fuq ħelsien minn xkiel fuq trasferiment jew ksib ta' kapital.", "Meta kumpanniji kbar jinvestu f'dan il-qasam, qegħdin nitkellmu fuq miljuni jew biljuni ta' liri u allura bilfors li l-ksib ta' kapital jew trasferiment ta' kapital ikollu importanza u jissema anke f'dan it-trattat.", "Artiklu 10 jitkellem fuq il-promozzjoni u protezzjoni ta' l-investiment fis- settur ta' l-enerġija.", "Kif għedt, pajjiżi żviluppati jinvestu f'pajjiżi produtturi biex jiġi estratt u trażmess dan il-materjal importanti u allura bilfors li dan it-trattat jitkellem fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni ta' l-investiment fis-settur ta' l-enerġija.", "Ma jistax ma jkunx hekk minħabba li ma jkunx sew li jkollok kumpannija li tinvesti f'pajjiż ieħor u mbagħad ma tistax isserraħ moħħha fuq dak l-investiment li tkun għamlet.", "Artiklu 11 jitkellem fuq in-nies li jaħdmu f'pajjiżi oħra fil-qasam ta' l- enerġija.", "Xi kultant dawn ikunu nies tekniċi li jkollhom ċerta esperjenza u li ma jkunx hawn ħafna minnhom, u kumpanniji kbar imexxu lil dawn in-nies minn pajjiż għal ieħor f'temp qasir ta' żmien biex il-produzzjoni tagħhom tkun tista' tibqa' għaddejja mingħajr xkiel.", "Dan it-trattat iħeġġeġ biex ma jkunx hemm xkiel jew ikun hemm l-inqas xkiel possibbli meta dawn in-nies jiġu trasferiti minn pajjiż għal ieħor.", "Mr Speaker, artiklu 19 jitkellem fuq ħaġa importanti ħafna, jiġifieri fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent.", "Sfortunatament il-produzzjoni ta' l-enerġija tiddependi kważi kompletament miż-żjut, mill-faħam, mill-gass u minn sorsi nukleari li m'humiex renewable u li jagħmlu ħsara kbira lill-ambjent.", "F'pajjiżna, Mr Speaker, nisimgħu ħafna drabi ċittadini ta' rħula sħaħ jitkellmu fuq dan it- tinġis ta' l-ambjent li jaffettwalhom il-ħajja tagħhom.", "L-ambjent fil-qasam ta' l-enerġija huwa suġġett importanti ħafna u bis-sewwa ġie mdaħħal anke f'dan it-trattat.", "Artiklu 22 jitkellem dwar intrapriżi privileġġati jew ta' l-istat.", "Dan l- artiklu japplika għal pajjiżna fejn s'issa l-kumpannija unika li tiġġenera l-enerġija hija ta' l-istat.", "Artiklu 26 jitkellem dwar proċedura jekk ikun hemm nuqqas ta' ftehim.", "Din hija ħaġa sewwa għax bilfors li xi kultant ikun hemm pajjiżi li ma jaqblux u jkun hemm tilwim dwar dan il-qasam.", "Hija ħaġa tajba li dan it-trattat anke jagħti linji gwida ta' kif għandhom jimxu l-affarijiet u xi tkun il- proċedura meta jkun hemm dan in-nuqqas ta' ftehim.", "Hawnhekk ta' min igħid li kien hemm ħafna każi fl-istorja ta' pajjiżna fejn kellna dan in-nuqqas ta' ftehim ma' pajjiżi ġirien tagħna.", "Meta inti jkollok xi trattat internazzjonali li ż-żewġ pajjiżi jkunu ffirmaw tkun ħaġa iktar sempliċi biex wieħed isib soluzzjoni għan-nuqqas ta' ftehim.", "Mr. Speaker, l-iskopijiet fundamentali ta' dan it-trattat huma li l- ewwelnett kull pajjiż ikollu s-sigurta' fil-qasam ta' l-enerġija.", "Nerġa' ngħid li l-ebda pajjiż modern ma jista' jiżviluppa u ma jista' jkollu livell ta' l-għajxien tajjeb jekk ma jkollux sors ta' enerġija sigur u allura dan it-trattat anke b'mod ġenerali jittratta dwar is-sigurta' fil- provvista ta' l-enerġija.", "Jitkellem ukoll dwar l-iżvilupp ekonomiku għax l- iżvilupp ekonomiku u s-sigurta' tal-provvista ta' l-enerġija huma xi ħaġa li jmorru flimkien.", "Ma jistax ikollok żvilupp ekonomiku jekk pajjiż ma jkunx jista' jserraħ moħħu li għandu provvista ta' l-enerġija li tkun ċerta.", "Jitkellem ukoll dwar il-liberalizzazzjoni tas-swieq li jkunu bbażati fuq open market policies.", "It-trattat jagħti importanza wkoll lill-ambjent.", "Jitkellem fit-tul dwar investiment, dwar koperazzjoni aktar wiesa' bejn il-pajjiżi, dwar is- soluzzjoni tat-tilwim, dwar il-ħażna ta' dawn il-materji li jiġġeneraw l- enerġija, dwar kif isiru l-laqgħat tas-segretarjat, dwar kif jiġi appuntat is-segretarjat, min imexxih u kif isiru l-votazzjonijiet.", "Mr Speaker, jien ngħid li iva, Malta għandha tirratifika dan it-trattat għax għalkemm ma jidħolx fid-dettall tad-dritt, imma jagħti linji gwida dwar x'għandha tkun ir-relazzjoni ta' pajjiż ma' ieħor f'dan is-suġġett internazzjonali.", "Is-suġġett ta' l-enerġija huwa suġġett globali minħabba li għandek pajjiżi li għandhom bżonn l-enerġija, għandek pajjiżi produtturi ta' dawn is-sorsi ta' l-enerġija, għandek pajjiżi oħrajn li minnhom jgħaddu pipelines u allura huwa tajjeb li jkollok trattat bħal dan, u iżjed kemm ma jkollok pajjiżi li jirrattifikawh iżjed wieħed jista' jserraħ moħħu fuq sorsi ta' l-enerġija.", "Mr Speaker, wieħed bilfors irid jitkellem dwar dan is-suġġett fil-kuntest ta' Malta bħala gżira u fil-kuntest tal-problemi li għandna aħna f'dan is- settur.", "Is-settur ta' l-enerġija f'pajjiżna huwa ta' importanza kbira u dan rajnih anke s-sena l-oħra meta kellna qtugħ fil-provvista ta' l-enerġija li xi kultant kien b'mod wiesa' ħafna għad-detriment anke ta' kumpanniji kbar.", "F'pajjiżna iżjed kemm jgħaddi żmien iżjed qed naraw konsum ta' l-enerġija.", "F'Jannar ta' l-2000 kellna żieda fuq il-maximum peak months tax-xitwa.", "Qed naraw li sena wara l-oħra f'Jannar ta' kull sena iżjed qed tikber id- domanda għall-enerġija u l-istess ħaġa qed tiġri fix-xhur sħan tas-sajf meta qed ikollna peak oħra minħabba l-użu ta' l-air conditioners.", "Kull sena f'pajjiżna qed naraw żieda ta' madwar 5% fid-domanda ta' l-elettriku u dan bilfors għandu jqanqal fina ħsieb dwar kif pajjiżna għandu jaħseb li jilqa' ċ-challenge tal-futur f'dan il-qasam.", "Dan huwa suġġett importanti ħafna u pajjiżna għandu jkollu strateġija jekk aħna rridu nserrħu moħħna minn żvilupp ekonomiku.", "Mr Speaker, pajjiżna f'dan is-settur għandu ħafna problemi kbar.", "Waħda mill- problemi, li jintlaqtu minnha anke pajjiżi oħrajn, hija l-problema tal- prezzijiet għolja taż-żejt.", "Din hija problema li kull pajjiż, speċjalment pajjiżi li jiddependu fuq l-importazzjoni taż-żjut, intlaqtu biha s-sena l- oħra.", "Dwar dan hemm kważi qbil li wieħed qatt m'għandu jistenna li l-prezz taż-żejt jinżel taħt l-$20 kull barmil.", "Meta s-sena l-oħra kellna għoli fil- prezzijiet taż-żejt inkixef kemm dan il-gvern ma jkunx ippreparat u ma jarax fit-tul f'dan il-qasam.", "Kellna diskussjonijiet twal fil-parlament dwar jekk il-gvern Nazzjonalista kellux iġedded ftehim li kien għamel il- gvern Laburista biex jipproteġi lill-kumpannija Enemalta minn żidiet fil- prezzijiet taż-żejt.", "Nerġa' nsemmi li kien pass għaqli ta' gvern Laburista ta' qabel l-1998 li pprova jilqa' għaż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt - żidiet li wieħed seta' jantiċipa li jogħlew minħabba li dak iż-żmien il-prezz kien verament baxx - billi għamel dak li jissejjaħ hedging agreement.", "Minħabba l-politika ta' gvern Nazzjonalista li akkost ta' kollox, tajjeb jew ħażin, ibiddel kull deċiżjoni li kien ħa l-gvern Laburista, il-ministru responsabbli", "minn dan is-settur waqqaf dan il-ftehim bir-riżultat li s-sena l-oħra l- poplu Malti tilef madwar Lm25 miljun minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet taż- żejt.", "Dan ifisser li waqt li nitkellmu tajjeb fuq trattati bħal dawn - u minn din in-naħa tal-Kamra lesti li ningħaqdu man-naħa tal-gvern biex nirratifikawh - imma fl-istess ħin joħroġ in-nuqqas ta' għaqal, in-nuqqas ta' viżjoni ta' gvern Nazzjonalista anke f'dan is-settur.", "Nerġa' ngħid li l-prezz għoli taż-żejt jolqot lil kull settur, jolqot lill- konsumatur, u jolqot lill-pajjiż minħabba li s'issa parti sostanzjali tal- prezzijiet ta' l-enerġija għandhom anke sussidjati mill-gvern.", "Nuqqas ta' viżjoni bħal din, Mr Speaker, dehret f'oqsma oħra ta' l-enerġija, pero' fosthom jispikka l-aktar il-każ tal-hedging agreement li neħħa dan il- gvern, minħabba r-ras iebsa tiegħu u minħabba li jaħseb li l-politika tiegħu biss hija tajba.", "Problema oħra li għandu dan il-pajjiż hija d-dipendenza assoluta fuq l- importazzjoni fis-settur ta' l-enerġija.", "Din hija problema mhux biss lokali imma problema internazzjonali.", "Hija problema ta' l-Unjoni Ewropea, problema anke ta' l-Istati Uniti li dawn il-pajjiżi jħossuhom dipendenti b'mod mill- iktar assolut fuq l-importazzjoni fil-qasam ta' l-enerġija.", "U fl-istorja riċenti anke dinjija rajna kemm dawn il-pajjiżi li jkunu dipendenti fil- qasam ta' l-enerġija jistgħu jiġu rikattati minn pajjiżi oħrajn produtturi taż-żejt.", "Pajjiżna għandu din il-problema b'mod iktar assolut minn pajjiżi oħrajn.", "Waqt li, per eżempju, l-Unjoni Ewropea għandha ċerta ammont ta' produzzjoni domestika, f'pajjiżna din it-tip ta' produzzjoni ma teżistix.", "Għalkemm pajjiżna kien qed ifittex għall-materja prima fil-qasam ta' l- enerġija sfortunatament ma kellniex ix-xorti tajba li aħna wkoll insiru produtturi taż-żejt.", "Din hija problema li l-Unjoni Ewropea qed tieħu bis-serjeta'.", "Fil-fatt dan l-aħħar il-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea ħarġet green paper dwar strateġija ġdida fuq sigurta' fil-provvista ta' l-enerġija u waħda mid- domandi kienet dwar kif se tiġi trashed id-dipendenza assoluta fuq pajjiżi oħra li jipproduċu dan is-sors.", "L-Unjoni Ewropea tiddependi u se tibqa' tiddependi fuq pajjiżi produtturi li m'humiex membri tagħha għal madwar 70% tal-bżonnijiet tagħha fil-qasam ta' l-enerġija u sa l-2030, jiġifieri 30 sena oħra huwa previst li s-sitwazzjoni tibqa' l-istess.", "45% ta' dawn joriġinaw mill-Lvant Nofsani.", "Aħna hawn Malta nipendendu iżjed fuq l- importazzjoni ta' dan it-tip ta' materjal.", "Mr Speaker, pajjiżna f'dan il-qasam matul is-snin kien relattivament fortunat minħabba li kellna relazzjoni tajba ma' pajjiżi ġirien, bħal-Libja li għal sena wara l-oħra tawna żjut xi kultant b'rati preferenzjali.", "Pajjiżna kien fortunat li kellu ċerta security of supply minħabba dan it- trattat u huwa importanti ħafna li pajjiżna jżomm relazzjonijiet tajba dawn il-pajjiżi mhux biss għax jissupplixxuna f'dan il-qasam imma anke minħabba l-viżjoni aktar wiesa' ta' negozju bejn dawn il-pajjiżi ġirien.", "Huwa importanti li pajjiżna, bħala pajjiż fiċ-ċentru tal-Mediterran jidher mill-ġirien tiegħu bħala pajjiż ħabib mingħajr l-iċken theddida għalihom.", "Għalhekk fl-1987 il-Partit Laburista fil-gvern kien insisti li tiddaħħal il- klawsola tan-newtralita' u non-alinjament fil-Kostituzzjoni tagħna.", "L- ewwelnett insista fuq dan minħabba li aħna pajjiż li nħobbu l-paċi imma anke minħabba dawn il-konsiderazzjonijiet fil-qasam ta' negozju u fil-qasam ta' l-enerġija.", "Kif jista' aħna naspiraw li jkollna security of supply anke fil-qasam ta' l-enerġija jekk b'xi mod wieħed jarana bħala theddida għal pajjiżu?", "U għalhekk din in-naħa tal-Kamra tkompli tinsisti li pajjiżna qatt u qatt ma jiġi muri bħala theddida, għax b'hekk jista' jbati n-negozju kollu u ibatu r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi li qed nitkellmu fuqhom.", "Mr Speaker, problema oħra li hemm fil-qasam ta' l-enerġija hija l-problema taċ-ċentralizzazzjoni f'dan is-settur.", "F'pajjiżi oħra hemm ħafna tipi ta' enerġija li wieħed jista' juża.", "Per eżempju pajjiżi kbar bħall-Ġermanja għandhom power stations li jaħdmu bil-faħam, hemm power stations li jaħdmu bil-gass, hemm power stations nukleari u power stations li jaħdmu biż-żjut, pero' f'pajjiżna għandna żewġ power stations biss u t-tnejn jaħdmu biż- żejt.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ried jagħmel power station ġdid u argumenta li mhux sewwa jkollok kollox fuq power station wieħed biss.", "S'issa r-riżultati qed juru li din m'hijiex tirrendi.", "Huwa veru li għandna żewġ power stations, imma dawn għandhom jaħdmu b'mod indipendenti biex il- pajjiż kollu ma jkunx dipendenti minn power station wieħed.", "U kien minħabba f'hekk li s-sena l-oħra kellna power cut fil-pajjiż kollu.", "Mr Speaker, sar investiment kbir f'dan ir-rigward f'dan il-pajjiż imma madankollu wieħed għadu jinkwieta li fil-qasam tal-ġenerazzjoni ftit li xejn imxejna 'l quddiem.", "Mr Speaker, jidher li f'dan il-qasam il-gvern irid idaħħal il- liberalizzazzjoni.", "Is-sena l-oħra meta ddiskutejna l-liġi dwar l-awtorita' tar-riżorsi kien hemm artiklu fejn tneħħiet l-esklussivita' fil- ġenerazzjoni u anke fid-distribuzzjoni ta' l-enerġija.", "Irrid ngħid li minkejja li ddaħħlet din il-klawsola s'issa l-gvern għadu ma tax direzzjoni ċara ta' dak li jrid isir f'dan il-qasam u minħabba f'hekk il-poplu u l- investituri f'dan il-qasam għadhom imħawdin.", "Waqt li neħħa l-esklussivita' minħabba li kien sfurzat mill-Unjoni Ewropea, il-gvern mhux qed jagħti direzzjoni dwar x'hemm bżonn isir f'dan il-qasam biex ikun hemm liberalizzazzjoni serja li tkun ta' ġid għall-konsumatur.", "Wieħed min-naħa jilqa' din l-idea tal-liberalizzazzjoni għax b'liberalizzazzjoni serja u miftuħa huwa l-konsumatur li jgawdi, imma min- naħa l-oħra l-poplu jinsab inkwetat li liberazzazzjoni f'dan il-qasam tista' tfisser il-bejgħ ta' partijiet ta' din l-intrapriża li jkunu jagħmlu l-qliegħ u li qed jagħmlu tajjeb għal sezzjonijiet oħra li ma jagħmlux il- qliegħ.", "Il-konsegwenza ta' dan tkun li l-gvern jispiċċa jitgħabba bil- piżijiet ta' dawk is-sezzjonijiet li jagħmlu t-telf u allura tajjeb li jkun hemm direzzjoni ċara dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern f'dan il-qasam.", "U jekk ma jkunx hemm pjan dwar x'hemm bżonn isir f'dan il-qasam nispiċċaw inbatu l-konsegwenzi u wieħed jista' jgħid li jkun aħjar jekk l-affarijiet jitħallew kif inhuma.", "Mr Speaker, problema oħra hija n-nuqqas ta' ħsieb u viżjoni dwar innovazzjoni mill-korporazzjoni Enemalta.", "Dan it-trattat jitkellem ħafna dwar enerġija li tiġġedded mhux biss minħabba l-effett pożittiv ekonomiku għax din l-enerġija ma tkunx daqshekk expensive imma anke minħabba li din it-tip ta' enerġija ma jagħmilx daqshekk ħsara lill-ambjent.", "Sfortunatament, minkejja li ħafna organizzazzjonijiet u anke aħna f'dan il- parlament tkellimna dwar kemm huwa importanti li pajjiżna jidħol f'dan il- qasam anke għax għandu klima tajba biżżejjed biex għallinqas jingħata bidu biex nużaw l-enerġija alternattiva, il-korporazzjoni Enemalta ftit li xejn ħadet interess.", "Dan in-nuqqas ta' motivazzjoni jidher ċar meta investituri privati - u dan l-aħħar kumpannija privata, Autogas Malta Ltd, talbet informazzjoni dwar l-introduzzjoni ta' natural gas f'pajjiżna - jmorru quddiem il-korporazzjoni u jagħmlu l-proposti tagħhom dwar tipi alternattivi ta' enerġiji.", "Mr Speaker, hemm ħafna pajjiżi li jutilizzaw in-natural gas anke għat- trasport pubbliku u għall-karozzi privati.", "Is-sena l-oħra jien mort Majorca u hemmhekk il-karozzi privati għandhom sistema li taħdem bin-natural gas.", "Ċertament dan it-tip ta' fuel huwa aktar nadif, huwa orħos mill-petrol jew diesel u qed idaħħluh anke pajjiżi oħra li m'humiex iżjed żviluppati minna.", "Bis-sewwa kollu kien hemm kumpannija Maltija li għamlet xi proposti biex tibda ddaħħal f'pajjiżna din it-tip ta' enerġija imma mill-Enemalta ma kien hemm ebda interess u l-iskużi li bdiet iġġib kienu affarijiet li jħammru l- wiċċ.", "Fil-fatt kien hemm ġurnalista li kiteb b'mod mill-iżjed derogatorju fuq l-Enemalta biex juri kemm din il-korporazzjoni hija mmexxija b'mod antikwat, mingħajr viżjoni, mingħajr l-iċken ħsieb u mingħajr l-iċken tendenza biex ittejjeb l-affarijiet f'dan il-pajjiż.", "F'dan il-pajjż qisu dejjem naħdmu biż-żejt jew bil-faħam u m'għandu ħadd iċaqlaq xi ħaġa biex l- affarijiet jitjiebu.", "Din hija l-iktar korporazzjoni konservattiva u mingħajr ħsieb li għandna f'pajjiżna.", "Jien nawgura li l-Enemalta tibda taħseb b'mod differenti.", "Minflok tagħmel xkiel lil min jagħmel xi proposti ġodda, għandha tkun hi stess, forsi anke bl-għajnuna tal-Malta college of science and technology, li toħroġ b'ideat ġodda biex f'dan il-pajjiż nibdew nintroduċu mezzi alternattivi ta' l- enerġija.", "Huwa tajjeb li niġu f'dan il-parlament u nirratifikaw dan il- ftehim imma mbagħad irridu nimxu għall-prattika.", "Wara kollox mhux qed nivvintaw ir-rota imma qegħdin sempliċement nikkupjaw dak li sejjer tajjeb f'pajjiżi oħrajn.", "Jien ma narax għaliex l-Enemalta għandha ssib diffikulta' biex dawn it-tipi ta' enerġija alternattiva ddaħħalhom f'dan il-pajjiż.", "Huwa veru li wieħed irid jagħmel ċerti kalkoli dwar kemm se ddaħħal iżjed jew kemm se ddaħħal inqas l-Enemalta, imma l-problema għandha tiġi trattata b'mod ħolitistiku fejn jittieħdu in konsiderazzjoni anke kwestjonijiet ambjentali.", "M'għandniex nibżgħu nieħdu deċiżjonijiet li se jbiddlu l- affarijiet fil-pajjjiż, dejjem ovvjament jekk ibiddluhom għall-aħjar.", "Irrid ngħid ukoll li f'dan il-parlament tkellimna ħafna drabi dwar il-ħsieb li mil-Libja għall-Italja jsir gas pipeline.", "Il-ministru tal-finanzi s- sena l-oħra tkellem b'mod pubbliku dwar il-ħsieb li Malta tieħu vantaġġ u tkun tista' tuża dan il-pipeline.", "Din hija ħaġa tajba għax il-gass huwa orħos minn fuel ieħor u ċertament fuq l-ambjent għandu effett inqas negattiv.", "Jiena ngħid li l-gvern għandu jagħmel l-indaġni ma' dawn iż-żewġ pajjiżi għax din hija opportunita' kbira li nistgħu nitilfuha jekk ma nagħmlux il-lobbing u t-trattativi tagħna.", "Dan fih ħafna vantaġġi fosthom li tnaqqas il-problema tat-trasport u tnaqqas il-problema ta' l-inkwinament tal-baħar barra li dan huwa fuel żjed nadif u iżjed irħis ukoll.", "F'dan it-trattat tissemma' ħafna l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u ovvjament meta wieħed jitkellem fuq l-effiċjenza wieħed bilfors jitkellem fuq l-użu ta' enerġija alternattiva.", "Bħalissa 5% tas-sorsi ta' l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea ġejjin minn renewable sources of energy u l-istess Unjoni qed taspira li sa l-2010 dan il-perċentaġġ jitla' għal 12%.", "Aħna f'pajjiżna mberkin li għandna ħafna xemx - u pajjiżi oħrajn mediterranji bħal Cipru, Mallorca u anke Spanja jużaw ix-xemx bħala sors importanti ta' l-enerġija – u ma neħdux din l-opportunita' biex għallinqas nibdew xi ħaġa fil-kamp ta' l-enerġija alternattiva.", "Huwa veru li l-perċentaġġi ma jkunux għoljin u l-ebda pajjiż qatt ma jista' jaspira li jkun totalment dipendenti fuq dan it-tip ta' enerġija, imma li jkollok enerġija alternattiva hija challenge li kull pajjiż għandu jieħu bis-serjeta' għal ħafna raġunijiet.", "Sur President, dan iż-żmien qed jissemma' wkoll il-biofuel, li hu fuel bħall-alkoħol u fuels bħal żejt li f'pajjiżi oħrajn qegħdin jintużaw biex jiġġeneraw l-enerġija.", "Dawn m'humiex fi stadju esperimentali u f'ħafna pajjiżi huma sorsi stabbiliti.", "Hemm ukoll l-użu wkoll ta' wind energy u ta' enerġija li ġejja minn gassijiet bħall-idroġenu.", "Dawn huma kollha sorsi ta' enerġija li għandhom ċerti vantaġġi fuq enerġija konvenzjonali ġejja miż- żejt u ċertament pajjiż li jħares 'il quddiem f'dan il-qasam bilfors irid jieħu dawn is-suġġerimenti bis-serjeta'.", "U jekk wieħed jiġi b'xi idea fuq dan is-suġġett, wieħed għandu jippromwoviha minflok jipprova joqtolha.", "Mhux biżżejjed li ngħidu li rridu nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea u mbagħad eżempji bħal dik li semmejt li l-Unjoni qed taspira li sal-2010 ikollha 12% tas-sorsi ta' l-enerġija ġejjin minn renewable sources of energy, ninjorawhom u ma nimxux fuqhom.", "Dawn huma eżempji tajbin u ċertament l-Enemalta għandha turi viżjoni akbar u tinkoraġġixxi lin-nies li jagħmlu dawn it-tip ta' proposti.", "Sur President, meta wieħed jitkellem dwar enerġija alternattiva jrid isemmi wkoll l-inċentivi biex iħajru lill-pubbliku biex juża dawn it-tip ta' enerġiji.", "L-ewwel inċentiv ta' dan it-tip kien ingħata mill-gvern Laburista ta' l-1997 rigward is-solar water heaters u jidhirli wkoll li fl-aħħar budget ingħata xi inċentiv ukoll.", "Hawnhekk iqum l-argument jekk wieħed għandux jippromwovi din it-tip ta' enerġija billi jagħti inċentivi jew għandux idaħħalha billi jagħmel regolamentazzjoni.", "Din id-diskussjoni tinsab għaddejja bħalissa li fil-pajjiżi Ewropej.", "Sur President, f'dan it-trattat ukoll hemm sezzjoni separata dwar aktar effiċjenza u anqas ħela fis-settur ta' l-enerġija.", "Dan huwa suġġett importanti ħafna li anke f'din il-Kamra tkellimt fuqu qabel.", "B'mod iżjed effiċjenti ma nfissrux f'sens ekonomiku biss imma anke f'sens ambjentali.", "Hawnhekk nerġa' wkoll nikkritika lill-Enemalta li m'hijiex tagħti direzzjoni, u anke qed tipprova xxekkel jew tnaqqas il-ħeġġa li pajjiżna għandu jkollu f'dan il-qasam.", "Fi żmien gvern Laburista kien diġa' sar studju għal proġetti dwar kif wieħed jeduka lill-pubbliku biex juża l- enerġija aħjar.", "Kien sar per eżempju l-household education campaign biex tingħata edukazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar x'tip ta' bozoz jew appliances jużaw li ma jaħlux daqstant elettriku, jiġifieri dawk li nsejħulhom energy efficient appliances.", "Gvern Laburista kien beda jaħdem ukoll fuq school education programme, imma sfortunatament bid-direzzjoni u bil-management preżenti ta' l-Enemalta dawn l-affarijiet qed jingħataw il-ġenb bħalma ngħata ġenb il-customer care section.", "Il-customer care section ta' l-Enemalta ukoll huwa uffiċċju importanti biex il-konsumatur jinqeda tajjeb u biex ikollok one stop shop.", "Dik kienet il-viżjoni ta' min kien qed imexxi l-Enemalta taħt gvern Laburista pero' sfortunament din il-viżjoni m'għadhiex hemmhekk.", "Għalkemm l- uffiċċju huwa lest imma għadu ma bedix jaħdem kif oriġinarjament kif maħsub li jaħdem.", "Din hija xi ħaġa li m'għandhiex tkun.", "Il-poplu għandu jingħata edukazzjoni iżjed dwar kif juża aħjar l-enerġija, kif jinqeda aħjar f'dan id-dipartiment u bis-sitwazzjoni kif inhi llum bilfors ikollok ħafna nies u ħafna kunsilli lokali li ma jħossuhomx sodisfatti mill-korporazzjoni Enemalta.", "Sur President, dan it-trattat jagħti importanza kbira lill-kwestjoni ta' ħażna ta' dawn is-sorsi ta' enerġija.", "Pajjiżna wkoll għandu jkollu politika dwar il-ħażna tal-materjal li jiġġenera l-enerġija.", "Jekk m'inix sejjer żball waqt li konna qed niddiskutu l-liġi dwar l-awtorita'tar-riżorsi konna għamilna enfasi li l-gvern jew l-Enemalta tkun marbuta li żżomm ħażna ta' sorsi ta' enerġija li tkun determinata u definita bil-liġi imma l-gvern kien irresista li jintrabat fuq dan.", "Din hija xi ħaġa ħażina għax jien naħseb li pajjiżna għandu jserraħ moħħu li jkun hemm ħażna adegwata ta' dawn iż-żjut tant importanti.", "L-ambjent huwa importanti ħafna u ngħata importanza kbira f'dan it-trattat.", "Nerġa' ngħid li l-ambjent u l-enerġija huma relatati ħafna.", "Wieħed biżżejjed jgħid li 95% tal-carbon dioxide fl-arja ġej minn fume activities.", "Dan il-gass jagħmel ħsara lill-klima b'mod permanenti u aħna għandna naraw li nimxu fuq dawn it-trattati internazzjonali, speċjalment fuq the ozone convention biex innaqqsu l-emissions ta' dawn il-gassijiet.", "Pero' l-iżjed li jolqot lil pajjiżna huwa l-power station tal-Marsa għax in-nies ta' l- inħawi għadhom sal-lum igergru u jbatu konsegwenzi serji kemm minħabba emissions ta' carbon dioxide jew ta' sulphur dioxide li huma gassijiet li jagħmlu ħsara lis-saħħa u lill-proprjeta' kif ukoll għax qed ikunu effettwati ukoll minn biċċiet tal-ġmied li jiġi fuq il-bjut u fuq il- ħwejjeġ tagħhom.", "Smajna ħafna drabi kunsilli lokali u nies li ngħaqdu flimkien biex joġġezzjonaw ma' l-Enemalta fuq dawn l-emmisjonijiet, u għalkemm l-istess Enemalta qed tagħmel sforz biex l-affarijiet ikunu ċari, imma fl-opinjoni tiegħi dan l-isforz għandu jkun akbar biex jitnaqqas dan l-inkonvenjent u din il-ħsara lill-ambjent.", "F'dan it-trattat nitkellmu fuq il-prinċipju tal- polluter pays principle li min jagħmel ħsara lill-ambjent għandu jħallas għalih.", "Dan huwa prinċipju li f'pajjiżna għandu jidħol b'mod ġenerali.", "Il- gvern għandu jara li l-ambjent jiġi protett u anke jdaħħal dan il-kunċett li min jinqabad jagħmel ħsara lill-ambjent għandu jħallas, għallinqas in parti, biex din il-ħsara tissewwa.", "Sur President, fit-trattat hemm parti sostanzjali fuq l-effett tas-settur ta' l-enerġija fuq il-klima.", "L-oppożizzjoni taqbel li dan it-trattat jiġi ffirmat minħabba li jitkellem fuq prinċipji li naqblu magħhom jiġifieri li fis-settur ta' l-enerġija jkun hemm kompetizzjoni ġusta u miftuħa, ma jkunx hemm xkiel, ikun hemm koperazzjoni bejn pajjiż, ma ssirx ħsara lill-ambjent u li fis-settur ta' l-eneġija wieħed jesperimenta u jdaħħal mezzi alternattivi ta' l-enerġija.", "Dawn kollha tkellimna ħafna favurhom fil- passat jiġifieri aħna naqblu li dan it-trattat jiġi ffirmat.", "Min-naħa l- oħra l-oppożizzjoni tinsisti li l-gvern għandu jieħu bis-serjeta' dan il- qasam ta' l-enerġija.", "Hemm provi li l-gvern mhux qed jieħu bis-serjeta' dan il-qasam u qed jipprova jraqqa jew jimxi b'dik li tissejjaħ crisis management u minħabba f'hekk meta tinqala' problema kbira bħalma nqalgħet is-sena l-oħra nispiċċaw b'panic sħiħ.", "Wara dak l-investiment kollu li sar f'pajjiżna qatt ma kellna naraw il- problemi li nqalgħu s-sena l-oħra.", "Nispera u nistenna hawnhekk li l- ministru jaċċerta lill-pubbliku lill-poplu Malti li problemi bħalma nqalgħu s-sena l-oħra, li kellhom effett ħażin fuq l-ekonomija ma jerġgħux jinqalgħu.", "Nawgura l-Enemalta turi viżjoni aħjar biex tinkoraġġixxi mezzi alternattivi u ideat ġodda biex f'dan is-settur nevolvu minn xi ħaġa antika għal xi ħaġa moderna li pajjiżi oħra diġa' qed jgħaddu minnha.", "Nawgura li l- Enemalta tieħu bis-serjeta' wkoll il-qasam ta' l-ambjent u tgħin lil dawn il-ħafna nies li sfortunatament illum għadhom ibatu u jilmentaw minn affarijiet li wara dak l-investiment kollu jħossu li m'għandhomx ibatu minnhom.", "Nagħlaq billi ngħid li l-oppożizzjoni se tivvota favur dan it-trattat imma fl-istess ħin tħoss li l-gvern f'dan il-qasam mhux juri s-serjeta' u l- viżjoni li hemm bżonn.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, huwa ta' sodisfazzjon li llum qegħdin inressqu din il-mozzjoni biex ikun ratifikat dan it-trattat li jdaħħal lil Malta f'qafas aħjar dwar l-eneġija.", "Jien illum kont se nitkellem iktar fuq it-trattat pero' jiddispjaċini ngħid li anke meta taqbel, donnu li n-naħa l-oħra tkun trid tippolitiċizza l-affarijiet bla bżonn.", "Il-kelliem ta' qabli għamel dik li nsejħilha Enemalta bashing fejn wera wkoll li lanqas biss huwa informat sewwa fuq ċerti affarijiet.", "Lili jiddispjaċini li anke meta niddiskutu trattat li qed naqblu fuqu rridu noqogħdu nillitikaw fuq affarijiet oħra.", "Mr. Speaker, l-Onor.", "Buhagiar tkellem fuq id-dħaħen u qal li l-Enemalta mhux qed tagħti kas għal ċerti żviluppi fl-enerġija imma mbagħad ma semmiex li naqqasna l-ammont ta' sulphur fid-diesel minn 0.5% għal 0.2% u issa għal 0.05%.", "Jiena ma nistax nifhem għaliex nieħdu dan it-tip ta' atteġġament ta' farrak, kisser u kkritika.", "Jien ma nistax nifhem ukoll din il-kritika għax wara kollox l-Enemalta hija magħmula minn nies li ġejjin miż-żewġ spectra politiċi u meta jkun hemm kriżi jkunu nies miż-żewġ naħat li jaħdmu biex isolvuha.", "L-Onor.", "Buhagiar qal ukoll li dak li ġara s-sena li għaddiet seta' ġie evitat.", "Skużi, ħsara kultant ma tistax tippreveniha u ma tistax tgħid li ċerti diffikultajiet żgur li qatt ma jistgħu jinqalgħu.", "Qal ukoll li l-ministru għandu jaċċerta lill-poplu li qatt ma jerġa' jkollna ħsara simili.", "Skużi, jien ċertament m'għandix il-poter li nagħti din il-garanzija bħalma m'għandhiex il-poter l-Enemalta li tgħidlek li qatt ma jista' jiġri xi ħaġa.", "Mr. Speaker, fil-każ tad-diesel naqqasna l-ammont ta' ħsara li ssir lil- ambjent u fil-każ tal-petrol ukoll naqqasna iċ-ċomb mil-livell ta' 0.4 grammi għal kull litru għal 0.15 grammi għal kull litru.", "Issa jekk irrid nippoliċizza d-diskors jien nista' ngħid li dawn il-miżuri setgħu saru minn tan-naħa l-oħra meta kienu fil-gvern, imma mbagħad xi skop fih dan it-tip ta' atteġġjament?", "Dan qed ngħidu għax jien żgur u konvint li l-Onor.", "Buhagiar dejjaq lil ħafna nies li jaħdmu fl-Enemalta li jafu l-isforzi li jsiru b'dan id-diskors tant biased u mhux informat.", "Qal ukoll li aħna investejna f'power station ġdida pero' ftit li xejn imxejna 'l quddiem.", "X'jiġifieri?", "Għaliex ma qalx li proprju ftit ġimgħat ilu bdejna bi proġett għas-sistema ta' distribuzzjoni li missu kien beda fl- 1996 jew 1997?", "Qed nirriferi għat-tħaffir ta' mina bejn Delimara u l-Marsa li se jinvolvi spiża ta' Lm2 miljun biex titħaffer il-mina u jekk m'inix żball ta' madwar Lm2 jew Lm3 miljun biex jidħol il-cable.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Buhagiar, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Il-Ministru qed jgħid li din il-mina kellha ssir bejn l-1996 u l-1997 u allura huwa tort tal-gvern Nazzjonalista jekk ix- xogħol ma sarx.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: M'hu veru xejn dan li qed jgħid l-Onor.", "Membru.", "Kien hemm proposta biex issir mina u minflok mina għadda cable ta' 132 KW minn ġot-triq għaliex kien irid jgħaddi malajr u kien hemm ċertu xettiċiżmu dwar jekk titlestiex il-mina.", "Dak kien qabel l-1996 pero' l-pjan kien li jkun hemm mina li tillinkja ż-żewġ power stations biex ikun hemm aktar security of supply.", "Mhux veru li dan ix-xogħol kien pospost.", "Din taħwida prima klassi oħra ta' l-Onor.", "Buhagiar.", "Li ġara huwa li meta tela' gvern Laburista waqqaf l-applikazzjoni quddiem il-planning authority u waqqaf l- iżvilupp kollu u kellna nerġgħu nibdew mill-bidu fl-aħħar ta' l-1998.", "Illum ħarġu u ġew awarded it-tenders u beda x-xogħol.", "Hekk hi s-sitwazzjoni u hawnhekk m'għandniex nippruvaw ngħattu x-xemx bl-għarbiel.", "Issa ngħaddu għal affarijiet oħra, Mr Speaker.", "Irrid ngħid li aħna qegħdin f'sitwazzjoni akar fraġli u kritika bħala pajjiż għaliex aħna qegħdin fiċ-ċentru tal-Mediterran.", "Għalkemm strateġikament għandna ċerti vantaġġi minn din il-pożizzjoni, pero' għandna wkoll ċerti perikli.", "Per eżempju, skond dan iċ-charter stess, fil- Mediterran hemm seba' postijiet li huma mmarkati bħala heavy traffic għaż- żejt u wieħed minnhom qiegħed viċin Sqallija u allura viċin Malta.", "Dan naturalment joħloq ċerti perikli għax jekk Alla jħares qatt ikollok xi problema jiġi affettwat it-turiżmu.", "Kulħadd japprezza wkoll li jekk ikollok xi ammont ta' żejt fil-baħar anke l-ilma li nixorbu jiġi affettwat għaliex ma jkunux jistgħu jitħaddmu l-impjanti ta' reverse osmosis minħabba li ż- żejt jiekol il-membranes ta' dawn l-impjanti.", "Aħna qegħdin f'sitwazzjoni li qegħdin f'area kritika u allura huwa iktar u iktar importanti li dan it- trattat nidħlu fih għaliex joffri ċerti possibilitajiet li waħedna ma nkunux nistgħu naslu għalihom.", "It-terms of reference ta' din l-organizzazzjoni u dan it-trattat ukoll juru li aħna bħala pajjiż żgħir jaqblilna ħafna li nkunu membri f'din it-tip ta' organizzazzjoni.", "Fost dawn l-oġġettivi nsemmi r-rule of law to facilitate market developments in the energy sector, li jiġi stabbilit l-use of contact, guidelines, recommendations for open and sustainable markets, jiġu żvluppati commonly accepted rules on energy transits u li jkun hemm għajnuna lil pajjiżna biex jiġu żviluppati n-national energy efficiency policies.", "Dwar din diġa' tkellem il-kollega tiegħi l-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Tkellem fuqha l-Onor.", "Buhagiar ukoll u fil-fehma tiegħi anke' hawn ma kienx informat.", "Dan tkellem b'mod qisu l-Enemalta ma tridx li jkun hemm enerġija alternattiva.", "Jien irrid ngħid li s'issa ġew ikellmuni nies u kumpanniji dwar enerġija alternattiva speċjalment dik li tiġi ġġenerata mir- riħ u wasalna għall-konklużjoni li din hija possibbli.", "Infatti l-Enemalta ddeċidiet li twaqqaf wind turbine hi ta' ċertu daqs biex tara kif din tista' topera f'pajjiżna.", "Dwar din it-tip ta' enerġija rrid ngħid li hemm ċerti implikazzjonijiet, speċjalment fejn għandu x'jaqsam mal-cost.", "L-enerġija li tiġi ġġenerata minn din it-tip ta' sistema trid madwar 30% jew 40% iktar spiża għal kull unit li jiġi ġġenerat.", "Issa dan huwa każ li wieħed irid jikkonsidra wkoll.", "Jirriżulta wkoll li peress li r-riħ mhux dejjem jonfoħ inti xorta jrid ikollok il-makkinarju biex tiġġenera d-dawl meta ma jonfoħx ir-riħ.", "Jiġifieri l-investiment xorta trid tagħmlu biex joqgħod idle hemmhekk għal meta jkollok bżonnu.", "Jien m'inix qed ngħid li dan mhux possibbli u li pajjiżi oħra ma jagħmlux dan it-tip ta' investiment, imma kważi kullimkien ingħatat xi għajnuna jew mill-gvern jew mill-Unjoni Ewropea biex wieħed ikun jista' jagħmel dan it-tip ta' investiment kapitali.", "Issemma wkoll l-LPG għall-karozzi imma anke hawnhekk irridu noqogħdu attenti.", "Jien naf li ċ-chairman ta' l-Enemalta kiteb u rrisponda kemm-il darba fil- gazzetti u jiena nippretendi li min jitkellem dwar dan is-suġġett għandu jaqrahom dawn ir-risposti.", "Iċ-chairman qalha ċara u tonda li wieħed irid jieħu into consideration it-taxxa li hemm fuq il-petrol.", "Kif jaf kulħadd il- petrol għandu persentaġġ qawwi ta' taxxa fuqu u billi dan il-gass jiġi bla taxxa, naturalment se jkollok riżultat li ma naħsibx huwa riżultat realistiku.", "Kulħadd jaf li għandna problema finanzjarja, kulħadd jaf li qegħdin nimxu biex innaqsu din il-problema u allura wieħed ma jistax jaqbad u jgħid li għandna nibdew nużaw il-gass pero' l-gvern m'għandux jagħmel taxxa fuq il-gass daqskemm hemm fuq il-petrol.", "Dan qed ngħidu għax f'dan l- istadju wieħed irid ikun daqsxejn ikar kawt kif jargumenta.", "Barra minn hekk il-gass bħalissa huwa ssussidjat.", "Issa dan se tissussidjah anke meta inti qed tużah għall-karozzi?", "Naturalment le, anzi trid tagħmillu taxxa fuqu biex jekk jista' jkun il-gvern ma jitlifx dħul f'dan l-istadju.", "Allura mbagħad kif se timmaniġġja sistema fejn għandek gass issussidjat għall-użu domestiku u l-istess gass mhux issussidjat bi prezz differenti użat għal sistema tal-karozzi?", "Din hija problema oħra li wieħed irid jittrattaha qabel ma jkun jista' jintroduċi din it-tip ta' sistema.", "Jien nixtieq ngħid ukoll li llum jista' jsir xi ħaġa iktar fuq l-aspett ta' l-enerġija solari, speċjalment biex issaħħan l-ilma tad-djar.", "Huwa veru li hawn min diġa' ntroduċa din is-sistema imma bħala perċentaġġ għadna baxxi.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm aktar support fiskali biex dak li jkun jinkoraġġixxu ruħu aktar.", "F'pajjiżi bħall-Iżrael u Ċipru fejn kien hemm sapport fiskali qawwi din is-sistema daħlet sewwa.", "Jiena nemmen li din hija xi ħaġa kważi kważi iktar vijabbli mill-wind power.", "Biss biss inqas tiddisturba l-ambjent ta' madwarna, u qed ngħid hekk għaliex kull min mar, kif mort jien, jara dawn il-wind farms jaf li hemm ċertu cost ambjentali minħabba ħsejjes, spazju u tibdil tal-landscape għal numru twil ta' snin.", "Sur President, wieħed jista' jitkellem ukoll fuq kif l-Enemalta tista' ttejjeb is-sitwazzjoni pero' rridu niftakru li din il-korporazzjoni assorbiet hi ż-żieda li kien hemm f'dawn l-aħħar snin fil-prezzijiet.", "Tajjeb li ngħid li minn mindu daħħalna t-tariffi tad-dawl u l-ilma ġodda, li huma madwar 70% inqas minn dawk tal-gvern preċedenti, il-prezz taż-żejt bħala medja kien qiegħed madwar 40% iktar għoli.", "U jekk xi ħadd minn tan- naħa l-oħra jgħid li b'xi forma ta' hedging dan tista' tiffrankah kompletament, jien ngħidlu li dan mhux possibbli.", "Fil-fehma tiegħi kien hemm tbażwir u mhux hedging.", "Min kien warajh illum ismu qiegħed fil- gazzetti, Sur President.", "Is-sitwazzjoni xejn ma kienet sabiħa għax meta lħaqt ministru jien l- Enemalta kienet qed titlef Lm13-il miljun fuq il-hedging taż-żejt.", "Dakinhar ħadd minn tan-naħa l-oħra ma qam jgħidli biex nerġgħu nagħmlu dan l- agreement is-sena ta' wara.", "Dawn stennew l-aħħar tas-sena u mbagħad qalulna: Li kieku għamilt hekk, kien jiġri hekk.", "Mela kien hemm sitwazzjoni li kienet dubjuża u suspettuża ħafna u kulmin kellu rasu fuq għonqu ma kienx jidħol għal dik il-ġennata, speċjalment b'sentejn bil-quddiem.", "Il- verita' hija li finalment ikollok tħallas il-prezz taż-żejt il-medju li tiffaċċja d-dinja.", "Jiġifieri jekk inti għandek medja fuq medda ta' żmien ta' $25, $26 jew $27 kull barmil, l-ebda sistema over time ma tista' ġġib il-prezz bil-$15 jew bl-$10 kull barmil.", "Jekk naħsbu hekk inkunu qed nidħku bin-nies.", "Sur President, kif diġa' għedt, fl-aħħar tliet snin kien hemm żieda ta' 40% fil-prezz taż-żejt u dan assorbietu l-Enemalta kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' petrol u diesel kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mad-dawl.", "Jien nixtieq nistaqsi tan-naħa l-oħra x'kienu jagħmlu meta jiġu ffaċċati b'long-term jew medium-term shift in crisis kif ġara f'dawn l-aħħar tliet snin jew erba'.", "Dawn kienu jerġgħu jgħollu t-tariffi u l-petrol?", "Fil-każ tagħna l-Enemalta assorbiet din iż-żieda hi sakemm aħna mmorru għal sistema iktar flessibbli u naturalment dan tefa' ċertu strain fuq l-Enemalta li allura kellha tillimita ruħha f'ċerti affarijiet u miżuri bħal per eżempju li tixtri żejt li jħammeġ inqas għall-power tal-Marsa.", "Jiena nixtieq li nkunu f'pożizzjoni li nixtru dan it-tip ta' żejt, imma fis-sitwazzjoni finanzjarja li qegħdin fiha dan m'huwiex possibbli.", "Barra minn hekk kieku saret it-tunnel wieħed kien jista' jnaqqas ukoll l- użu tal-parti tal-power station tal-Marsa l-iktar li tħammeġ minħabba li ma fihiex precipitators pero' anke hawn kellna delay.", "Irrid ngħid li dawn il- precipitators mhux faċli tpoġġihom għax dan huwa makkinarju kbir li diffiċli tintroduċih speċjalment meta qed tuża l-parti fejn tkun se tpoġġih.", "Rigward il-parti l-oħra rrid ngħid li ħaddimna l-precipitators li qatt ma kienu tħaddmu sewwa.", "Jien li nista' ngħid huwa li din ta' l-energy charter hija inizjattiva li bdietha l-Enemalta.", "Din daħlet fiha minn jeddha u proprju madwar sentejn ilu anke ġabet konferenza hawn Malta fuq dan is- suġġett.", "Dan qed ngħidu għax l-Onor.", "Buhagiar qal li din il-korporazzjoni m'hijiex innovattiva.", "Din hija inizjattiva pożittiva li tpoġġina fix-xibka internazzjonali u tagħmilha possibbli għalina li ntejbu s-sistemi tagħna billi nkunu informati aħjar u b'hekk inkunu nistgħu nippjanaw aħjar.", "Mr. Speaker, issemmiet ukoll l-Unjoni Ewropea.", "Kemm hemm affarijiet rigward l-enerġija li wieħed jista' jippjana aħjar kieku Malta tkun fl-Unjoni Ewropea!", "Aħna nbatu għax aħna gżira iżolata u allura rridu naħsbu fil- generating capacity u f'sistemi li m'humiex linked mal-bqija ta' l-Ewropa.", "Aħna m'għandniex linkage ma' l-energy network imma fl-Unjoni Ewropea jeżistu sistemi li jgħinuk biex tiżviluppah.", "Jien niftakar li proprju qabel l-elezzjoni kellna programm fuq NET Television u l-kap ta' l-oppożizzjoni qal li hija fantażija tiegħi li jkun hawn pipeline bejn Malta u Sqallija.", "Illum ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Louis Buhagiar jgħid li jaqbel ma' dan il-pass għax huwa in the right direction.", "Dażgur li huwa in the right direction, imma qabel l-aħħar elezzjoni l-kap tiegħu stess kien qal bil- kontra u sa kien ġie fuq it-television jgħidli li qed ngħix fil-fantanżija.", "Jiena naħseb li hu kien qed jgħix fil-fantażija dak iż-żmien, ladarba llum kellna din il-U-turn.", "(Interruzzjonijiet) J'Alla jkun hemm iktar U-turns min-naħa l-oħra fejn huma jiġu iktar magħna biex nibnu politika aħjar.", "Din tal-pipeline hija xi ħaġa li qed tiġi diskussa u evalwata u hija xi ħaġa li fil-preżent irridu nġorruha prattikament fuq spallejna.", "Li nista' ngħid huwa li fl-Unjoni Ewropea hemm fondi apposta li wieħed jista' jutilizza biex jgħin dan l-iżvilupp minħabba li dan jinvolvi spiża kbira li pajjiż bir-riżorsi tagħna mhux faċli jiffinanzjaha.", "Li rrid ngħid hu li m'hemmx dubju li kieku aħna jirnexxielna jkollna sistema tal-gass għall-power stations allura din tkun l-ikbar rigal li nkunu qed nagħtu fil- millennju l-ġdid lil pajjiżna għaliex inkunu qegħdin neħilsuh mill-problema ta' pollution li tirriżulta mill-ġenerazzjoni tad-dawl li huwa daqshekk essenzjali għall- ħajja moderna.", "Bis-sistemi ta' gass jibqa' l-possibilita' li wieħed jaqleb għaż-żejt, pero' dik tkun fal-back position fil-każ li jkollok xi diffikulta' fis-sistema li tissupplixxi l-gass.", "Din tkun l-aħjar sistema li nistgħu naħsbu fiha.", "'Il quddiem ukoll jista' jkollok anke linkage fl- elettriku, pero' dan jista' jsir b'cable li jinvolvi spejjeż kbar.", "Din ukoll saru studji fuqha pero' ċertament m'hijiex xi ħaġa within our reach f'dan l-istadju.", "Nagħlaq billi ngħid li j'Alla niqbgħu għaddejjin flimkien ma' iktar minn 50 pajjiż li ffirmaw dan it-trattat biex pajjiżna jiggwadanja u jkollu iktar protezzjoni anke mid-diffikultajiet li jista' jiffaċċja 'l quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, allura nitlob lill-Ministru Zammit Dimech biex jagħlaq dan id-dibattitu.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, naturalment naqbel mal- kollega li xi kultant anke fejn naqblu jkun hemm punti ta' kontroversja bla bżonn, pero' nifhem li hawn il-qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar l- importanza li Malta tirratifika dan it-trattat.", "Iżda qabel ma nagħmel xi riferenzi oħra għat-trattat, nixtieq ngħaddi xi kummenti għar-rigward osservazzjonijiet li saru f'din il-Kamra mill-Onor.", "Louis Buhagiar.", "Sur President, f'ħin minnhom l-Onor.", "Buhagiar semma l-ftehim mal-Libja u qal li aħna rridu nagħmlu dak kollu meħtieġ biex pajjiżna jidher li huwa pajjiż ħabib ta' pajjiżi ġirien bħal-Libja u pajjiżi oħra wkoll ta' l- Afrika ta' fuq.", "F'dan il-kuntest għamel riferenza għall-klawsola tan- newtralita' fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Naħseb li jixraq min-naħa tal- gvern li naffermaw li aħna mhux biss naqblu li rridu nkunu ħbieb mal- pajjiżi ġirien, imma hi parti mill-politika tagħna li nimxu b'id ta' ħbiberija mal-pajjiżi ġirien kollha, li nimxu b'politika konsistenti, politika li pajjiżi kollha ġirien tagħna jistgħu jafdaw fiha.", "Hi parti mill- politika tagħna li huma jkunu jafu dak li nemmnu u dak li rridu nagħmlu.", "U l-fatt li pajjiżna llum reġa' fit-triq mgħaġġla fil-proċess lejn sħubija ta' l-Unjoni Ewropea ma jxekkel bl-ebda mod mill-politika tagħna ta' good neighbourly relations mal-pajjiżi kollha viċin tagħna.", "Dan kellhom okkażjoni jaffermawh il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq stess kemm diplomatikament kif ukoll pubblikament.", "Barra minn hekk, wara kollox din hija l-esperjenza li diġa' teżisti bejn diversi pajjiżi ta' l-Afrika t'isfel u pajjiżi membri stat fl-Unjoni Ewropea.", "Biex inkunu preċiżi ħadd ma tefa' l-iċken dubju dwar din il-ħaġa, imma dawn iż-żewġ affarijiet issemmew f'kuntest viċin xulxin b'mod li anke jekk ma ġiex espress b'mod dirett setgħet ingħatat l-impressjoni li t-triq għal sħubija fl-Unjoni Ewropea tista' xxekkel ir-relazzjonijiet tagħna mal- pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq.", "Żewġ eżempji li jispikkaw anke fl-aħbarijiet ta' kuljum huma l-Italja u Franza.", "Dawn diġa' huma membri fl-Unjoni Ewropea, lanqas għandhom klawsoli ta' newtralita' anzi fil-fatt huma parti min-NATO, imma għandhom l-ikbar rabtiet ta' koperazzjoni, ta' ħidma kummerċjali u ta' ħidma oħra flimkien mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq.", "Naturalment il-klawsola tan-newtralita' fil-Kostituzzjoni tagħna qiegħda hemm biex tkun rispettata mill-gvernijiet kollha u biex tkun ukoll interpretata fil-kuntest storiku li kienet saret u fil-kuntest li llum evolviet id-dinja kollha u allura Malta magħha, pero' la saret domanda rrid ngħid li lanqas hemm l-iċken inkompatibilita' bejn il-fatt li aħna pajjiż fil-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-ħbiberija tagħna mal-pajjiżi ta' l-Afrika ta' fuq.", "Għar-rigward tal-hedging agreement naħseb li l-Onor.", "Bonnici wieġeb b'mod eżawrenti dwaru, jiġifieri żgur li mhux se nżid kummenti fuq hekk ħlief forsi xi osservazzjoni bażika u ovvja għal kulħadd.", "Meta tagħmel ftehim ta' hedging qed tagħmlu normalment ma' istituzzjoni finanzjarja u jkun ta' riskju għaliha wkoll.", "Issa jekk hawn xi ħadd minn din il-Kamra li jaħseb li hawn xi istituzzjoni finanzjarja li għall-eternita' se tieħu sogru ta' dan it-tip li jogħla kemm jogħla l-prezz taż-żejt madwar id-dinja hi se tiffinanzja d-differenza bejn il-prezz li tkun ftehemt magħha u l-prezz li jkun hemm, dan ix-xi ħadd ikun qed jgħix f'dinja tal-fantaxjenza jew ta' l- immaġinazzjoni.", "Normalment joffrulek dak il-ftehim meta l-kalkolu tar- riskju huwa favur l-istituzzjoni finanzjarja.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dażgur, il-businesses hekk jagħmlu.", "Il-business kien li meta sar fi żmien l- amministrazzjoni preċedenti r-riskju kien favur l-istituzzjoni finanzjarja li għamlet dak il-ftehim u allura l-Gvern Malti flok iffranka l-flus spiċċa tilef il-flus.", "Mr. Speaker, l-Onor. kollega staqsa wkoll rigward is-sorsi alternattivi ta' l-enerġija.", "Anke t-trattat dwar il-karta ta' l-enerġija li qed niddiskutu hawnhekk jagħti importanza kbira lis-sorsi alternattivi ta' l-enerġija, pero' jagħti importanza kbira ħafna wkoll lill-prinċipju li dan kollu trid tagħmlu wkoll b'mod li jkun cost-effective.", "Ma jagħmilx sens li inti tmur għal sorsi differenti jekk id-differenza fl-ispiża nazzjonali tkun kbira.", "Bħala ħsieb hawnhekk fuq dan il-qasam jiena nżid li apparti kull inizjattiva pożittiva li diġa' ttieħdet mil-korporazzjoni Enemalta, illum fil-pajjiż aħna ħloqna struttura fejn qed ngħidu li kif spiċċa f'oqsma oħrajn tal-pajjiż, iż-żmien tal-monopolju irid wkoll jispiċċa minn dan il- qasam ukoll b'mod kontrollat, bi programm u b'mod li wieħed jara l-impatt.", "Speċjalment fil-qasam tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku, m'għandux ikollok sitwazzjoni fejn għandek korporazzjoni waħda li għandha monopolju assigurat għal dejjem.", "Dan fih innifsu joffri l-opportunita' lil providers ta' l- enerġija - inkluż enerġija alternattiva - li jiġu f'pajjiżna u jagħmlu preżentazzjoni lill-kollega bħala ministru responsabbli mill-Enemalta, lili bħala responsabbli mill-ambjent, u lill-awtorita' dwar ir-riżorzi naturali ta' pajjiżna bl-iskop li jibdew jipprovdu l-enerġija huma wkoll.", "Sur President, dwar enerġija alternattiva rrid ngħid li llum għandna quddiemna bl-iswed fuq l-abjad il-preżentazzjonijiet ċari ta' almenu żewġ proposti konkreti ta' nies biex iwaqqfu wind turbine farms.", "Wieħed jista' jistaqsi jekk dawn il-proposti humiex se jintlaqgħu.", "Jien mil-lat ambjentali nawgura li iva u 'l quddiem j'Alla jkun hemm iżjed magħhom u jintlaqgħu wkoll, pero' fi stadju daqshekk kmieni ma nistax nagħti tweġiba dwar jekk dan hux se jiġri jew le.", "Biss biss min għamel il-proposti jrid jagħmel iktar testijiet, irid jagħmel iktar verifiki dwar ir-riħ f'pajjiżna u kif jolqotna minn żmien għal żmien, iridu jsiru iktar studju dwar il- feasibility u jridu jsiru diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar dwar l-aqwa sites li jistgħu jintużaw għal din it-tip ta' enerġija naturali fil-pajjiż.", "Issa jekk l-awtorita' dwar ir-riżorsi tgħid li provider ta' enerġija mis- sors ta' riħ f'dan il-każ, għall-argument għandu jkun hemm wieħed, allura trid tagħmel ukoll proċess li bih tasal għall-għażla minn dawk li qed jesprimu dan it-tip ta' interess.", "Jekk ngħidu li nistgħu ngħixu bi tnejn jew tlieta, naturalment il-proċess ikun iktar faċli u mbagħad trid tara minn fejn se jaħdem kull operator u kif is-sistema se tagħmel feeding għall- grid ta' l-elettriku nazzjonali.", "Pero' almenu l-istruttura ħloqnieha u meta għedna li se noħolquha u iżjed u żjed wara li ħloqniha kien hawn interess internazzjonali serju, interess li diġa' kellu l-backing ta' studji xjentifiċi preliminari li juru kif dawn il-kumpanniji jistgħu joperaw u jintegraw mal-politika tal-gvern li jemmen bis-serjeta' fil- liberalizzazzjoni li għandha tkun regolata b'tali mod li min jipproduċi l- enerġija jrid ikollu feed għal ġol-grid tad-distribuzzjoni.", "Biex nispjega f'termini iktar sempliċi, xi ħadd jista' jipproduċi enerġija mir-riħ jew solari u jipprovdi din l-enerġija lil xi industrial estate.", "F'dan il-każ m'għandux għalfejn jidħol fil-grid nazzjonali pero' jekk nagħmel pożizzjoni bħal din inkunu qegħdin nagħmlu s-sistema ta' l-enerġija alternattiva iktar projbittiva.", "Dak li jgħodd għad-dinja jgħodd iżjed f'dan is-sens għal Malta, li għandha area limitata ta' 316-il kilometru kwadru.", "Jista' jkun li fejn l-aħjar tagħmel l-industriji tiegħek, mhux neċessarjament ikun ukoll l-aħjar sit minn fejn tipproduċi l-enerġija mir- riħ jew mix-xemx.", "Probabbli l-aħjar postijiet fejn tipproduċi enerġija mir- riħ ikunu fl-għoli u fl-apert fejn ir-riħ jaħkem iktar ġranet fis-sena minn postijiet oħrajn, waqt li area industrijali probabbilment mhux se tkun allokata f'sit bħal dak.", "Allura dak li trid tassigura meta tagħżel l- operaturi dawn ikunu viċin fejn hi għaddejja s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku - dik li l-pajjżi normalment isejħulha bħala l-grid – biex ikunu jistgħu jagħmlu feed għal ġo fiha.", "Naturalment f'dan kollu hemm ħafna x'tirregola.", "Trid tirregola l-kwalita' ta' l-enerġija li tiġi prodotta, trid tirregola l-konsistenza tagħha u trid tirregola wkoll – u mill-lat ekonomiku forsi hu l-iktar aspett importanti – b'liema rata l-korporazzjoni Enemalta - għaliex ma naħsibx li jagħmel sens li waqt li tilliberalizza l-ġenerazzjoni tilliberalizza wkoll id- distribuzzjoni - se tixtri kull unit ta' elettriku prodott b'dan il-mod u kif isir il-costing ta' kull unit prodott b'dan il-mod.", "Mil-lat ambjentali naturalment naqbel ma' kull min esprima ruħu favur dawn is-sorsi.", "L-Onor.", "Buhagiar ikkwota wkoll il-perċentwali kemm diġa' qed topera l-Unjoni Ewropea u x'perċentwali trid tasal għalihom fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li dawn huwa perċentwali tajbin għal pajjiżna wkoll, anzi nawgura li dawk il-perċentwali ngħolluhom iktar, mhux biss f'pajjiżna imma fil-komunita' Ewropea kollha.", "Hemm ħafna raġunijiet għal dan, u l-ewwel u l- ikbar raġuni hija dik ambjentali.", "Ma jistax ikun li nibqgħu bil-mentalita' li nipproduċu kollox miż-żejt u ma nagħtux kas ta' l-effetti negattivi li din it-tip ta' produzzjoni jkollha fuq l-ambjent.", "Naturalment hemm raġuni ekonomika wkoll minħabba li ż-żejt fl-aħħar mill-aħħar huwa riżors li mhuwiex etern.", "Donnha d-dinja kienet fehmet dan meta kien hemm il-kriżi fil- prezz taż-żejt fis-snin sebgħin u mbagħad il-prezzijiet ġew stabbilizzati u bdiet tifhmu inqas.", "Illum, tletin sena wara dik il-kriżi taż-żejt naħseb li għandna kuxjenza ambjentali internazzjonali ferm ikbar, il-komunita' internazzjonali kollha qed tipprepara għas-sena d-dieħla konferenza internazzjonali fejn isiru impenji bis-serjeta' fuq żvilupp sostenibbli u żvilupp sostenibbli min-natura tiegħu nnifsu ma jistax ma jfissirx bilfors li jkollna benchmarks preċiżi, ikollna perċentwali definiti għal kull reġjun għal kull pajjiż ta' kemm meħtieġ li naqilbu għal sistemi alternattivi.", "Naturalment jien nippreferi wkoll li dan il-qlib għal sistemi indaf ta' enerġija jsir anke bil-koperazzjoni tal-pubbliku u ta' l-industrija li jużaw iktar solar panels.", "Il-gvern b'mod limitat u b'mod introduttiv ta sinjal fil-budget għal din is-sena fejn għamel differenza vantaġġuża fir- rata tal-VAT fuq solar panels, fuq photovoltaic systems, fuq batteriji tal-karozza li allura ma jużawx is-sistemi tradizzjonali ta' enerġija u għal muturi oħrajn biex nifhmu permezz ta' inċentiv kemm huwa kruċjali li nużaw dawn is-sistemi.", "F'ħin minnu l-Onor.", "Buhagiar staqsa għandniex nagħmlu inċentivi jew għandniex nagħmlu regoli.", "Probabbli f'xi stadju rridu nużaw ftit mit-tnejn imma trid tagħti l-inċentiv għaliex l-inċentiv huwa min-natura tiegħu nnifsu proċess edukattiv, għandu l-vantaġġ li min isegwih qed jagħmel hekk volontarjament imma naħseb li f'xi stadju wieħed jista' jħoss il-bżonn li rigward bini ġdid jew bini ta' ċertu kobor jgħid li issa mhux kwestjoni biss ta' inċentiv imma kwestjoni li rridu dawn is-sistemi.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mis-suġġetti li beħsiebna nindirizzaw 'il quddiem ukoll fir- regolamenti dwar il-bini.", "Jien naħseb li t-tweġiba hija li rridu kemm inċentivi u kemm regoli speċjalment għal dak li hu ġdid u rridu wkoll li jkun hemm sorsi alternattivi anke mill-providers pubbliċi biex b'hekk l- enerġija li tasal fid-djar tkun diġa' nadifa.", "Naturalment dan il-piż kollu ma tistax terfgħu l-korporazzjoni Enemalta waħedha u rridu naraw is-suq x'qed jipprovdi diġa' u x'se jipprovdi iktar fis-snin li ġejjin bħala alternative providers ta' ġenerazzjoni ta' elettriku.", "Għar-rigward tal-pipeline tal-gass nifhem li hemm l-approvazzjoni tal-Kamra kollha li dan isir.", "Il-gvern preżenti qed jaħdem bil-mod kollu xieraq f'dan ir-rigward għaliex is-sistema li aħna nirċievu l-gass permezz ta' pipeline hija ħafna aktar nadifa minn dik li għandna bħalissa.", "Dan il-pipeline qed isir bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien tagħna u naturalment aħna qed nikkomunikaw mat-tnejn li huma biex ikun hemm il-branch li minnha aħna nistgħu nieħdu l- provvista neċessarja tagħna.", "Hemm ukoll sistema oħra li tista' tintuża u dawn huma diskussjonijiet li għadhom miftuħa, pero' li hu żgur hu li l- gvern preżenti huwa determinat li jagħmel dak kollu li jista' f'dan ir- rigward.", "Kellna mistoqsija wkoll dwar il-ħażna.", "Jien ma naqbilx ma' l-analiżi li saret li qisu l-gvern preżenti huwa kontra li jkollna ħażna.", "Tant huwa favur li dan huwa parti mill-impenn li jrid jagħmel anke fil-kuntest ta' sħubija eventwali ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk għandek minimum stop levels fejn irridu naqblu li jkun hemm il-livelli adegwati ta' ħażna li inti anke tkopri lilek innifsek almenu għal perijodu li jkun stabbilit kontra kontinġenzi li jistgħu jirriżultaw.", "Għar-rigward tal-power station tal-Marsa rrid ngħid li aħna ħadna l- problema tat-trab l-iswed bl-ikbar serjeta'.", "Kellna rapport dwar il-kaġun tat-trab l-iswed fejn kellna indikazzjoni tal-ħtieġa li jitħaddmu l- precipitators fil-power station tal-Marsa.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar il- boilers 7 u 8 li bejniethom jekk m'inix sejjer żball jiġġeneraw 80% ta' l- elettriku kollu ta' dik il-power station u intervent hemmhekk ifisser tnaqqis sostanzjali ta' dan it-trab l-iswed li kien jinxtered speċjalment fuq in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kien hemm domanda wkoll dwar il-protokoll ta' Kyoto, għaliex korrettement it-trattat dwar iċ-charters ta' enerġija jitkellem ukoll dwar il-link bejn is-settur ta' l-enerġija u l-fenomenu magħruf bħala l-global warming.", "Għalkemm hemm min ma jaqbilx għal kollox, ħafna xjentisti jattribwixxu l- global warming għall-mod ta' kif id-dinja kollha tiġġenera l-enerġija u għat-toqob li saru fis-saff ta' l-ozonju.", "Naturalment il-protokoll ta' Kyoto jindirizza wkoll il-kwestjoni b'serjeta' kbira u nista' ngħid li d- deċiżjoni tal-Gvern Malti hi li mhux biss ikun firmatarju ta' dan il- protokoll imma li jirratifikah ukoll.", "Jiġifieri donnu hawnhekk naqblu wkoll.", "Fil- protokoll ta' Kyoto hemm proċess li għadu għaddej li anke jipprova jistabilixxi bejn reġjun u ieħor livelli ta' emissjonijiet, livelli ta' protezzjoni minn diversi pajjiżi li jridu jidħlu.", "Nafu sfortunatament ukoll dwar element ta' kontroversja internazzjonali li llum għandek fuq dan il-protokoll speċjalment dwar il-qasam ambjentali pero' aħna nibqgħu determinati li nagħmlu l-parti tagħna li għalkemm hija żgħira għaliex aħna pajjiż żgħir, hi parti anke simbolika, parti anke ta' eżempju, li mhux biss nibqgħu firmatarji imma li nirratifikawh ukoll.", "F'dan ir-rigward inkunu wkoll qed nikkordinaw il-pożizzjoni tagħna ma' dik ta' pajjiżi applikanti u ma' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li almenu minn dak li smajt anke n-naħa l-oħra tal-Kamra taqbel li dan huwa protokoll pożittiv.", "Sur President, fis-17 ta' Diċembru, 1994 , f'Lisbona, pajjiżna ffirma dan it-trattat u llum qed nitolbu l-awtorizzazzjoni biex pajjiżna mhux sempliċement jibqa' firmatarju imma jirratifika dan it-trattat, jiġifieri pajjiżna jaċċetta li jerfa' dak li huma l-oneri kollha u naturalment jakkwista d-drittijiet kollha li għandu pajjiż li jkun addotta dan it- trattat.", "Kif qed nesprimu fir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna nemmnu li meta aħna nirratifikaw dan it-trattat inkunu qegħdin nissieħbu ma' numru kbir ta' pajjiżi, li jinkludu l-komunita' Ewropea, li s'issa rratifikaw dan it-trattat li huwa meqjus fundamentali biex tintlaqa' d-domada għall- enerġija li kulma jmur qiegħda dejjem tiżdied.", "Huwa fatt, Sur President, li wieħed mill-kejlijiet ekonomiċi li ħafna pajjiżi jagħmlu huwa preċiżament minn kemm jiġġeneraw iktar enerġija għaliex is-soċjeta' moderna hija soċjeta' li saret tiddependi kważi b'mod assolut fuq is-sistema ta' l- enerġija.", "Sur President, dak li huwa indikatur ta' iktar ġid ekonomiku jista', jekk ma noqogħdux attenti, jkun ukoll indikatur ta' ambjent inqas b'saħħtu għalina lkoll.", "Il-konċett kollu ta' żvilupp sostenibbli hu li jkollok regoli ta' kif inti tagħmel politika dwar l-enerġija fejn tqis dawn il- fatturi kollha.", "Dan ifisser li inti ma tqisx biss x'titjib għandu bżonn il- pajjiż fil-qasam industrijali, fil-qasam ekonomiku, fil-qasam kummerċjali, imma tara wkoll id-dimensjoni ambjentali fit-totalita' tagħha u tagħmel politika kemm jista' jkun integrata.", "Hemm min jargumenta li ninsabu daqsxejn tard f'dan imma nisperaw li ma ninsabux tard ħafna b'mod li l- affarijiet m'humiex riversibbli.", "Id-dinja kollha llum qed tgħid: Ejja naqbdu dan il-ħsieb li nibqgħu nipprovdu dak kollu li hemm bżonn għal aktar tkattir ta' ġid ekonomiku u għal aktar żvilupp kummerċjali b'mod li jkun sostenibbli u b'mod li jħares l-ambjent.", "Filwaqt li kellek ħafna li tradizzjonalment kienu jħarsu lejn dawn iż-żewġ oqsma qishom dejjem miġġielda ma' xulxin, illum il-pajjiżi Ewropej u anke mhux Ewropej isegwu politika fejn jaraw li dawn iż-żewġ ħsebijiet jingħaqdu flimkien.", "Wara kollox anke fl-investiment ambjentali hemm il-ġid ekonomiku, hemm l-opportunita' ta' ħolqien ta' impjiegi ġodda u hemm l-opportunita' li tidentifika teknoloġiji ġodda.", "Permezz ta' l-investiment ambjentali tirrendi pajjiżek iktar kompetittiv, u dan japplika b'mod speċjali għal pajjiż bħal Malta bi tradizzjoni, storja u kultura ta' servizzi, mhux l- inqas il-qasam tat-turiżmu.", "Bħalma inti tara l-ispiża ta' mpjanti ġodda għall-enerġija, bħalma inti tara l-effiċjenza tagħhom, bħalma inti tara kemm-il sena trid biex dak l-investiment tkun tista' tagħmlu u bħalma inti tara kif dak jorbot ma' l-investiment industrijali li għandek, inti trid iddaħħal ukoll fl-accounts tiegħek il-cost ambjentali minn sistema għal oħra.", "Inċidentalment tkellmet ħafna fuq dan il-ħsieb il-kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea għall-ambjent Margo Wallström li kienet Malta l-ġimgħa li għaddiet u li preċiżament wasslet anke lilna l-messaġġ li għandna nħarsu lejn l- ambjent b'mod integrat mal-kumplament tal-politika kollha tal-gvern.", "L- ambjent ma tistax tagħmlu ġo kaxxa magħluqa u tgħid li dan huwa biss ta' l- ambjentalisti jew tal-ministru.", "L-ambjent jolqot lill-politiċi kollha tagħna.", "Illum f'seduta sħiħa rajna kif jolqot il-qasam ta' l-enerġija, jolqot il-qasam ekonomiku kollu, il-qasam agrikolu u l-qasam anke ta' ċerta politika finanzjarja.", "U qed nagħmlu dan kollu għax nifhmu li l-qasam ambjentali min-natura tiegħu nnifsu joffri opportunitajiet pożittivi ġodda għall-pajjiż.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal- Kamra għal nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju, 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi dwar ir-Restituzzjoni ta' Ċerti Artijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR CARMELO ABELA: Mr Speaker, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi f'dan l-aġġornament nixtieq nitkellem fuq id-distrett li jiena nikkontesta, jiġifieri t-tielet distrett, li jinkorpora fih iż-Żejtun, Ħaż- Żabbar u Wied il-Għajn.", "Nixtieq insemmi b'mod ġenerali ftit problemi li jeżistu, anke fin-naħa t'isfel ta' Malta u mhux biss f'dawn it-tliet ibliet li semmejt.", "Jidher ċar li għaddew sentejn u nofs minn amministrazzjoni Nazzjonalista u b'dispjaċir ikolli ngħid li għal darb'oħra gvern Nazzjonalista nesa li teżisti n-naħa t'isfel ta' Malta, l-istess kif kien għamel qabel l-1996.", "L-ewwelnett f'dawn il-lokalitajiet tan-naħa t'isfel ta' Malta jgħixu ċittadini li jħallsu t-taxxi, jaħdmu u jaqilgħu il-ġurnata tagħhom.", "Jeżistu wkoll nies li jappoġġjaw liż-żewġ partiti ewlenin, jiġifieri mhux ta' partit jew ieħor.", "Dawn iċ-ċittadini qed iħossuhom ċittadini tat-tieni klassi u wħud minnhom anke ta' klassi aktar 'l isfel.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jerġa' jinsa il-bżonnijiet kbar li jeżistu fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Tajjeb li nfakkar li gvern Laburista bejn l-1996 u l- 1998 kien imbarka fuq ċerti proġetti f'diversi żoni ta' pajjiżna.", "Fl-ewwel budget tiegħu kien nefaq ammont ta' flus biex isir il-proġett ta' Buġibba u l-Qawra minħabba ċerta prijorita` li kien hemm, kemm minħabba t-turiżmu kif ukoll għall-ammont ta' Maltin li jmorru dik in-naħa.", "Pero` fit-tieni budget tiegħu, gvern Laburista kien nefaq ammont ta' flus biex in-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari Marsascala, Birżebbuga u Marsaxlokk, tingħata daqsxejn nifs u ħajja u jsir proġett ta' embellishment.", "Ċertament li n-nies laqgħu dawn il-proġetti b'ċerta ħeġġa u b'mod tajjeb minħabba l- bżonnijiet kbar li kien hemm u li għad hemm f'dawn l-inħawi.", "Tajjeb ukoll wieħed jgħid li dawn huma nħawi popolati mill-Maltin, speċjalment fil-weekends, u huma wkoll żoni turistiċi, speċjalment Wied il- Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk.", "Ta' min jikkundanna l-fatt li l-proġetti ta' embellishment f'dawn l-areas tkomplew b'nofs qalb u wħud minnhom tħalla nofs leħja.", "Insemmi biss dak ta' Wied il-Għajn, fejn kien hemm diversi toroq li kienu ppjanati li jsiru pero` l-gvern preżenti għoġbu jwaqqaf kollox sempliċement għax inbidel il-gvern u l-proġett kien inbeda minn gvern Laburista.", "Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamilt lill- ministru għat-trasport u komunikazzjoni fuq numru ta' toroq f'Wied il-Għajn li jridu jsiru mill-bidunett, il-ministru rrispondieni li hemm ftehim mal- kunsill lokali li jsiru għaxar toroq, iżda qalli wkoll li dawn jaqgħu taħt il-ministeru nkarigat mill-embellishment projects.", "Meta mbagħad għamilt mistoqsija lill-Ministru Zammit Dimech dan wieġeb li l-proġetti huma sospiżi għax huma under review.", "S'issa għadni ma nafx x'ġara minn din ir- review li qalu li qed jagħmlu.", "Naf żgur li t-toroq kienu diżastru u saru aktar diżastrużi b'detriment għan-nies li jgħixu fihom.", "Tajjeb wieħed ifakkar li għalkemm il-Ministru Ċensu Galea qal li hemm qbil bejn il-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn u l-gvern ċentrali biex din is- sena isiru għaxar toroq, is-sena li għaddiet ukoll kellhom isiru għaxar toroq oħra u dawn ma saru qatt.", "Din is-sena wasalna biex għada nibdew Mejju jekk il-Bambin irid u ħarġu żewġ tenders biss, għalkemm jidhirli li dawn iż-żewġ toroq diġa` saru u nittama li t-tmien toroq li fadal isiru sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Din hija t-tama tiegħi u tar-residenti kif ukoll tal-kunsill lokali ta' Wied il-Għajn.", "Meta tara n-numru enormi ta' toroq ġewwa Wied il-Għajn li għandhom bżonn jiġu mibnija u asfaltati mill-ġdid, wieħed jistenna li għallinqas il-gvern jimpenja ruħu u jagħti kas in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Hawnhekk qed nagħmel riferenza partikolari għall-lokal ta' Wied il-Għajn.", "Il-mod kif żviluppa Wied il-Għajn f'daqqa waħda jirrikjedi li jkun hemm ċertu investiment kapitali min-naħa tal-gvern għax inkella jkun hemm telqa u ħmieġ ma' kullimkien.", "Għalkemm Wied il-Għajn żviluppa b'mod mifrux u mgħaġġel, qed jirriżulta li n-naħa taż-Żonqor, in- naħa lejn ir-ramla u żoni oħrajn, l-ambjent baqa` żdingat u abbandunat.", "Dan jorbot miegħu numru ta' problemi oħrajn, fosthom il-ħmieġ, it-trab, il- mard u inkonvenjenzi oħrajn li hemm għar-residenti li jgħixu f'dawn il- lokalitajiet.", "Xi wħud wara li jkunu għamlu investiment biex ikunu xtraw id- dar tagħhom, addirittura jitilqu u jsibu post aktar nadif u diċenti fejn jistgħu jgħixu.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li l-gvern jipprova jsib il- fondi, speċjalment għal postijiet li jikkontesta l-ministru responsabbli mit-toroq, għan-naħa t'isfel ta' Malta donnu li qatt ma jirnexxilu jsib il- fondi.", "Forsi vera li f'ċerti żoni fejn qed isir it-tarmac bħalissa hemm bżonnu pero` hemm bżonn, li jsir ukoll fin-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari f'Wied il-Għajn.", "Naseb li l-ilmenti li ngħaddu hawnhekk f'din il-Kamra kif ukoll dawk li r-residenti stess jieħdu inizjattiva biex iressqu flimkien mal-kunsill lokali, għandhom jinstemgħu.", "Jiena ressaqt petizzjoni fuq triq partikolari, Triq l-Ikħal, waħda mit-toroq diżastrużi li għandna – wieħed jista' jsemmi wkoll Triq l-Aħdar u lista twila ta' toroq oħrajn - pero` mhux biżżejjed li wieħed iressaq petizzjoni u ma jsir xejn għax inkella kemm ix-xogħol li nagħmlu aħna d-deputati kif ukoll il- karba tar-residenti ma tinstema' qatt.", "Gvern Laburista kien ħadem fuq pjan soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta.", "Ingħata kas mhux biss ta' l-ambjent b'mod ġenerali imma anke ta' l- aspett soċjali.", "X'ġara minn dan il-pjan?", "Għamilna żmien twil fejn il- ministri jgħaddu dan il-pjan wieħed lill-ieħor u kulħadd ifarfar ir- responsabbilta`.", "Meta ddeċidew min hu responsabbli, dan il-pjan baqa' fuq l-ixkaffa u x-xogħol li kien maqbul bejn kulħadd, inkluż l-oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, spiċċa biex ma sar xejn minnu minħabba l- pika peress li l-pjan kien sar fi żmien il-gvern Laburista.", "Problema oħra li teżisti fil-lokal ta' Wied il-Għajn, hi l-iskola li spiċċat żgħira wisq biex takkomoda t-tfal ta' lokal fejn il-popolazzjoni kibret għal kważi 8000 ruħ.", "Illum għadu kif tqassmilna r-reġistru elettorali li ħareġ sa l-aħħar t'April.", "Hemm xi 4200 votant f'Wied il- Għajn, li jfisser li hemm madwar 70000 jew 8000 ruħ jgħixu f'dak il-lokal.", "L-iskola għada l-istess kif kienet żmien twil ilu meta l-popolazzjoni kienet biss 3000 jew 4000 ruħ.", "Meta kont għamilt mistoqsija lill-ministru ta' l-edukazzjoni dwar jekk hemmx ħsieb li l-iskola titkabbar, qal li m'hijiex prijorita` u m'hemmx ħsieb.", "Dan huwa l-ippjanar u din hija l- edukazzjoni u l-importanza li nagħtu lill-qasam edukattiv f'pajjiżna!", "Gvern Laburista kien diġa` beda diskussjonijiet biex din l-iskola titkabbar biex xi darba nipprovaw insolvu din il-problema.", "Jiena ngħid li anke dak iż-żmien konna tard, aħseb u ara llum li l-popolazzjoni qed tikber.", "Nuqqas ta' ppjanar kullimkien kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent tat- toroq u ta' l-indafa kif ukoll ma' l-edukazzjoni.", "Hemm ukoll problemi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ilma.", "Dan l-aħħar kelli diversi lmenti mhux biss f'Wied il-Għajn imma anke fiż-Żejtun mingħand residenti li qalu li l-pressa ta' l-ilma naqset.", "Illum kumbinazzjoni ġiet it-tweġiba għal mistoqsija parlamentari li għamilt jien fuq żona partikolari f'Wied il-Għajn.", "Il-ministru qal li jekk hemm bżonn ir- residenti jagħmlu pompa ta' l-ilma biex l-ilma li jkun provdut sal-bieb mill-water services corporation itellgħuh sas-sular li għandhom bżonn.", "Din l-istorja issa ġiet u ta' min jaraha fid-dettal aktar 'il quddiem għax hawnhekk m'għandix ħin li nidħol f 'dan id-dettal.", "Problemi oħra li jsibu r-residenti ġewwa Wied il-Għajn peress li fil- weekend il-post ikun miżgħud b'żgħażagħ u persuni oħrajn, hija dik ta' l- infurzar.", "Hemm bżonn aktar pulizija speċjalment fil-weekend.", "Tajjeb wieħed ifakkar li l-għassa kienet u għada magħluqa u ma nafx jekk hemmx ħsieb li terġa' tinfetaħ.", "Importanti li għallinqas ikun hemm il-preżenza tal-pulizija biex ir-residenti jserrħu rashom li ma jkollhomx ħsarat u skomdu kif qed ikollhom meta jkunu fil-kwiet ġewwa darhom.", "Ħaġa oħra ta' min wieħed isemmi hi li l-kunsilli lokali f'dawn il-lokalitajiet qegħdin jiġu njorati.", "Dan l-aħħar il-kunsill lokali taż-Żejtun ħareġ stqarrija għall-istampa dwar dak li qed isir fir-triq Tal-Barrani.", "Il-kunsill wera ruħu sodisfatt li l-ilmenti tiegħu ma waqgħux fuq widnejn torox għax bdiet tittieħed azzjoni fit-triq Tal-Barrani, pero` d-dipartiment konċernat mank kellu d-diċenza li jinforma lill-kunsill li x-xogħol kellu jibda.", "Ngħidu li l-kunsilli lokali huma gvernijiet lokali u li huma awtonomi pero` fil- fatt naraw l-affarijiet b'mod differenti.", "Nittama li dawn l-ilmenti li semmejt, Mr Speaker, ma jaqgħux fuq widnejn torox imma jingħataw widen.", "L-aħħar punt li rrid insemmi m'għandux x'jaqsam ma' dawn l-ilmenti kollha pero' huwa dwar l-1 ta' Mejju, Jum il-Ħaddiem, li se nfakkru għada.", "Ċertament li huwa jum għażiż ħafna għall-Partit Laburista u għall-GWU li għalihom il-ħaddiem jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Dak li llum għandhom l-ħaddiema Maltin u Għawdxi, ċertament fil-maġġoranza tagħhom, jafuh lill-Partit Laburista meta kien fil-gvern tul id- diversi snin tiegħu.", "Ta' spiss nisimgħu ħafna diskorsi u diversi problemi li jeżistu fil-qasam u tax-xogħol.", "Xbajt nisma' b'każi fejn ħaddiema jkunu jixtiequ jissieħbu f'union biex ikollhom min jiddefendi d-drittijiet tagħhom imma ma jkunux jistgħu jagħmlu dan għax ikunu mhedda li jitkeċċew mill-impjieg tagħhom.", "Xbajt nisma' wkoll fuq part- timers li qed jiġu sfruttati għax iħaddmuhom b'ċertu orarju biex jevitaw li jagħtuhom il-bonus, jagħtuhom ħlas xieraq, jagħtuhom is- sick leave u jagħtuhom il-leave.", "Pero` issa wasal iż-żmien li flok noqogħdu nparlaw, la darba nafu x'inhuma l-problemi, nippruvaw nittekiljawhom bis-serjeta`.", "Jien minn din il-Kamra nsellem lill- ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin, nawguralhom il-festa t-tajba u li flimkien mal-unions u l-mexxejja tagħhom ikomplu jiġġieldu u jiddiskutu b'mod ċivili biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Nawgura wkoll lill-gvern jagħmel il-parti tiegħu u ma joqgħodx iparla u jgħid li l-qgħad nieżel u jilgħab biċ-ċifri.", "Nafu li tista' tilgħab biċ-ċfri kemm trid u għandi dubju serju kemm dawk iċ-ċifri huma verament ta' min wieħed joqgħod fuqhom b'mod speċjali fejn jidħol il- qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Pero` nawgura lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin biex dan il-jum ikun jum ta' riflessjoni fuq il-qasam tax-xogħol u drittijiet tal-ħaddiema.", "Nawgura lil min mhux xogħol għada li jgħaddi l-jum flimkien mal-familja tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor Charles Buhagiar.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: Mr Speaker, illum ħa nitkellem f'dan l-aġġornament sabiex nirrispondi għal xi insinwazzjonijiet li saru dan l-aħħar fil- konfront tiegħi b'mod indirett mill-media tal-Partit Nazzjonalista.", "Qed nirriferi għall-każ tal-qabda ta' aktar minn żewġ kilos kokaina l-ġimgħa li għaddiet.", "Matul ir-rapportaġġ li għamlu tal-media Nazzjonalista, kemm in- Net kif ukoll il-gazzetti \"in-nazzjon\" u \"il-mument\" għoġobhom b'mod indirett isemmu lili f'din l-affari kollha.", "In-nies involuti f'dan il-każ kienu żewġ persuni minn Ħaż-Żebbuġ fost oħrajn, wieħed Bezzina u l-ieħor Simon Xuereb.", "Meta rrapportaw il-każ, il- ġurnali ta' l-istamperija Nazzjonalista kif ukoll l-aħbarijiet tan-Net għoġobhom jirriferu għal Simon Xuereb b'isem missieru, billi qalu li hu t- tifel ta' Philip Xuereb, ħu Noel Xuereb u qalu li dan ta' l-aħħar kien fi snin passati ngaġġat bħala xufier miegħi meta jien kont ministru.", "L-ewwel mistoqsija li xtaqt nagħmel hi: Minn meta 'l hawn, meta nirrapportaw fuq il-kriminali jew fuq xi ħadd li jwettaq jew li jiġi akkużżat li wettaq att kriminali, nirriferu għalih b'tal-familja?", "X'għandha x'taqsam il-familja ma' l-individwu li jkun qed jiġi akkużat li wettaq att kriminali?", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari fuq dan il-każ għax meta l-media tal-Partit Nazzjonalista semmiet lil missier Simon Xuereb b'ismu u b'laqmu, għamlet xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija kattiva ħafna.", "Philip, missier Simon Xuereb, kien sefa' vittma ta' xi ħadd li aggredih xi xhur ilu u prattikament kienu ħallewh għal mejjet.", "Għalkemm għadu ħaj, illum il-ġurnata jbati minn invalidita' serja ħafna.", "Naturalment meta għandek persuna bħal missier Simon Xuereb f'din il-qagħda, naħseb li trid tkun altru kattiv biex toqgħod issemmi isem missieru meta missieru żgur ma kellu x'jaqsam xejn f'din il-kwestjoni.", "Hija nġusta ħafna bl-istess mod li ssemmi min huwa ħu Simon Xuereb.", "Fl-ebda każ ta' l-ebda persuna oħra li ġiet akkużata ma ssemma' min hu ħuh u min hu missier l- akkużat.", "Allura għalfejn għandhom isiru dawn l-affarijiet?", "Il-verita' hi li l-media tal-Partit Nazzjonalista qed tagħmel disservizz kbir lill- pulizija, li jien nieħu ħafna pjaċir ninnota s-suċċessi li qed ikollhom fil- ġlieda kontra d-droga, u tkun qed tagħmel disservice lil dan il-pajjiż meta jipprovaw jippolitiċizzaw il-kwestjoni tad-droga.", "In-Nazzjonalisti pprovaw jippolitiċizzaw il-kwestjoni tad-droga f'dan il- każ partikolari minħabba l-fatt li l-persuna l-oħra li nqabdet u qed titressaq akkużata b'dan ir-reat, ċioe' Norman Bezzina, huwa dak l- individwu li kulħadd jaf li għal xi żmien serva fis-segretarjat ta' ministru Nazzjonalista matul s-sitt leġislatura kif ukoll serva bħala konsulent ta' l-istess ministru.", "Imma aktar minn hekk, kif ġie rrapportat fil-media tal-Partit Laburista, din hija persuna li ilhom jintefgħu ħafna dellijiet fuqha.", "Il-media tal-Partit Laburista ilha ħafna snin tiġbed l- attenzjoni fuq din il-persuna.", "Anke fil-passat meta din il-persuna kienet isservi fis-segretarjat tal-ministeru partikolari u bħala konsulent ta' l- istess ministru, kienu staqsew ħafna mistoqsijiet dwar din il-persuna.", "L- istess persuna ssemmiet ukoll fil-famuż djarju ta' Ciro del Negro, fejn dan ta' l-aħħar allega li teżisti xibka sħiħa ta' interessi kriminali viċin il- poter kif imħadden mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Proprju għax il- Partit Laburista baqa' jsostni t-teżi tiegħu li l-Partit Nazzjonalista mar fuq l-attakk billi joqgħod isemmi familjari ta' persuna akkużata biex b'xi mod jillinkjawh miegħi.", "Ċertament li l-mod kif nippolitiċizzaw il-ġlieda tad-droga qed jagħmel ħafna ħsara.", "Jien dejjem ngħid li jekk kriminal jinqabad - hu min hu, Laburist, Nazzjonalist, ma jżomm ma' ħadd, iżomm ma' xi ħaddieħor - għandu jieħu dak li ħaqqu u m'għandux ikollu protezzjoni.", "Imma din taċ-ċrieki x'inhija li niġu hawnhekk u ngħidu li Norman Bezzina qabel kien Nazzjonalist imma issa qiegħed idur fi ċrieki jew klikek Laburisti?", "Il-Partit Laburista la jaħdem bi ċrieki u lanqas bi klikek.", "Din hija terminoloġija li tintuża mill- Partit Nazzjonalista għalihom stess u issa qed jipprova japplikawha għalina.", "Imma ejja fuq kollox għall-argument ngħidu li dan Norman Bezzina qed jassoċja ruħu ma' xi nies li huma Laburisti.", "Imma allura dan x'għandu x'jaqsam?", "Il-ministri ma' kulħadd jassoċjaw ruħhom.", "Ma jfissirx li għax jassoċja ruħu ma' xi ħadd, jekk hu veru dan li qegħdin jgħidu, b'xi mod għandu xi ħaġa li se tnaqqaslu mill-mertu jew mill-akkuża li għandu?", "Nerġa' ngħid li jekk il-persuna, hi min hi, Laburista jew Nazzjonalista, tagħmel ħażin u tinqabad, għandha tieħu dak li ħaqqha u jkun sewwa jekk jiġri hekk.", "M'għandniex noqogħdu ndaħħlu l-politika wkoll biex niġġieldu l-ġlieda tagħna kontra d-droga għax hekk wasalna biex nagħmlu issa.", "Żgur li l- Partit Laburista ma daħħalx il-politika biex jiġġieled kontra d-droga.", "Meta l-Partit Laburista tkellem fuq ir-rwol li kellu fil-passat Norman Bezzina, kien qiegħed jitkellem dwar dik il-famuża xibka ta' nies li dejjem kienu qrib il-ministri u li kienu jużaw il-pożizzjoni tagħhom biex japprofittaw minnha.", "Mhux qed ngħid li l-ministru kien ikun jaf x'qed jiġri għax probabbli ma kienx ikun jaf, imma kienu jabbużaw mill-poter li kien ikollhom jew għax kienu jaħdmu ma' xi ministru fis-segretarjat privat tiegħu jew għax ikunu konsulenti ta' xi ministru jew inkella għax ikunu viċini ta' l-organi ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.", "Ir-realta' f'dan il- pajjiż hekk hi u ġiet ipprovata ħafna drabi minn nies li tressqu l-qorti.", "Il-protezzjoni li kienu jgawdu dawn in-nies, b'mod partikolari bejn l-1987 u l-1996, wasslet biex sal-lum għad hemm nies li huma viċini u għandhom parantela ma' ministri Nazzjonalisti.", "Minkejja li nqabdu li għamlu xi ħaġa illegali, dawn ma tressqux il-qorti bħalma huwa l-każ ta' l-ilma li sar whisky u l-każ tal-famuż Joseph Fenech jew Zeppi l-Ħafi li minkejja li ġie ppruvat, bl-ammissjoni tiegħu stess, li għamel diversi atti kriminali, dan ingħata l-maħfra.", "Hemm qiegħda n-nuqqas ta' trasparenza u dan huwa l- mod kif taħdem ix-xibka tal-ħbieb tal-Partit Nazzjonalista, u mela jiġu jgħidulna għaliex Norman Bezzina qiegħed ikun ma' xi nies li huma Laburisti.", "Jidhirli li Joe Saliba, is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, qal biex imorru Ħaż-Zebbuġ u jistaqsu lin-nies fuq dan Bezzina ħalli jaraw jekk hux veru li dan għandu xi ħbieb li huma Laburisti.", "Jien lil Joe Saliba ngħidlu li hu ma jkunx daqsi f'Ħaż-Zebbuġ u jekk irid jista' jmur jistaqsi lin-nies fil-pjazza għal min għamel canvassing Norman Bezzina fl- elezzjoni li għaddiet u jgħidulu lil liema ministru Nazzjonalista ta' l- appoġġ tiegħu.", "Imma jien mhux se noqgħod nitkellem b'dan il-mod għax is- serjeta' titlob mod ieħor.", "Wara li fl-1996 tela' fil-gvern il-Partit Laburista bl-għajta ta' trasparenza u l-ordni, meta kien hemm xi każ fejn seta' ntefa' xi dell fuq xi ħadd, mhux talli ma ġewx protetti n-nies li kienu nvoluti talli minnufih ittieħdet azzjoni diretta kontra tagħhom.", "Il- Partit Laburista qatt ma ta protezzjoni meta xi ħadd għamel il-ħażin.", "Din ma ġratx biss f'każ meta kellna allegazzjonijiet li xi ħadd għamel xi ħaġa kontra l-liġi, imma ġrat f'każi oħrajn u nagħti eżempji.", "Per eżempju, fi żmien gvern Laburista fl-1996 u 1997, meta kien hemm tender tal-fanali ta' Buġibba u kien intqal li t-tender kienet maħsuba biex tingħata lil xi ħadd partikolari, in-nies inkarigati ġew meħuda mill- pulizija fid-depot, ġew investigati, saret inkjesta kif suppost kellha ssir - u sewwa li saret hekk - u ma nstabux ħatja.", "Ara meta ftit tal-ġimgħat ilu kellna każ simili wara li l-gvern Nazzjonalista kien ħareġ tender sabiex jissupplixxu play equipment tat-tfal għall-valur ta' madwar Lm40,000, deher ċar il-mod kif inħarġu t-tenders mill-ispecifications u d- drawings li ħarġu.", "Dawn ittieħdu minn katalogu ta' ditta partikolari biex din tingħata vantaġġ inġust.", "Minflok ma saret inkjesta u ddaħħlu l- pulizija, il-ministru ħareġ jgħid li hu ċert li ma sar xejn ħażin u ta ordni biex toħroġ tender ġdida.", "Iss kemm aħna tajbin!", "Mela min għamel il- ħażin jibqa' għaddej għaliex la investigazzjoni dipartimentali ma saret u wisq inqas l-investigazzjoni mill-pulizija!", "Meta n-nies jaraw dawn l- affarijiet jgħidu li qed nerġgħu lura għal dak li kellna bejn l-1987 u l- 1996 fejn mhux qed ikun hemm trasparenza u serjeta' fil-mod kif il-politika qed titmexxa f'dan il-pajjiż.", "U meta jsir il-ħażin il-Partit Nazzjonalista dejjem jipprova jwaddbu taħt it-tapit.", "Imma l-ħażin kollu li ġara bejn l- 1987 u l-1996 fi żmien il-gvern Nazzjonalista u ntefa' taħt it-tapit, illum għadda ż-żmien minn fuqu u qegħdin joħorġu l-affarijiet.", "Għalhekk ngħid, Mr Speaker - u nagħlaq fuq din - li m'għandha x'taqsam xejn u mhux veru dak li qal il-Partit Nazzjonalista li l-Partit Laburista tefa' boomerang li ġiet lura fuqu.", "Il-Partit Laburista jibqa' jgħid li bejn l-1987 u l-1996 kien hemm persuni viċini tal-ministri Nazzjonalisti u tal-poter tal-gvern Nazzjonalista li approfittaw ruħhom minn dik is- sitwazzjoni meta ma kienx ħaqqhom.", "Il-gvern Nazzjonalista pproteġihom lil dawn in-nies.", "Illum il-ġurnata l-affarijiet qed jinkixfu u dan kollu qiegħed jidher.", "Il-Partit Laburista għall-kuntrarju qatt m'għamlu dan, anzi dejjem ħadem sabiex f'dan il-pajjiż il-politika titmexxa bi trasparenza kif suppost.", "Għalhekk jien nagħlaq b'dan l-appell: Ejja naqtgħuh dan il-qżież ta' ħafna partiġġjaniżmu, issa anke fuq affarijiet kriminali!", "Ejja ma noqogħdux indaħħlu politika partiġġjana fejn jidħlu atti kriminali!", "Ejja ħa nkomplu l-ġlieda kontra d-droga u kontra kull tip ta' kriminalita' irrispettivament minn min tkun il-persuna!", "Jien nemmen li b'dan il-mod biss nistgħu naslu biex xi darba f'dan il-pajjiż ikollna soċjeta' serja u ġusta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKOLA NAWTIKA - KORSIJIET", "24937.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'korsijiet ġew organizzati mill-iskola nawtika filgħaxija?", "Kemm jiġu ċċarġjati l-persuni li jattendu dawn il-korsijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Iskola Nawtika organizzat dawn it-tliet korsijiet filgħaxija:", "* Kors ta' 20 siegħa li jwassal għall-VHF Operators Licence bi ħlas ta' Lm15.00 għal ċittadini Maltin u Lm30.00 għal barranin. * Kors ta' 18-il xahar għall-Yachtmaster (offshore) bi ħlas ta' Lm20 għall- Maltin u Lm40 għall-barranin. * Kors ta' xahar bis-Sibtijiet inklużi, li jwassal għal-liċenzja tas- sewqan tal-Mechanically Driven Seacraft f'isem l-Awtorita` Marittima Maltija.", "Il-ħlas għal dan il-kors hu ta' Lm50.00.", "Dan il-ħlas jinkludi Quick Reference Navigation Rules Chart, ktieb l-ispejjeż tal-fuel, kir ta' servizzi tal-Fire Fighting equipment u spejjeż oħra.", "L-applikanti jingħataw Lm15.00 lura hekk kif itemmu l-kors b'suċċess.", "Applikanti li għandhom ċertifikati fil-First Aid u fil-Basic Fire Fighting iħallsu Lm10.00 inqas.", "Dan il-kors jiġi organizzat kull xahar.", "Matul il-jum jiġu organizzati wkoll korsijiet qosra mitluba minn diversi entitajiet.", "ĦALIB SKUMAT", "25055.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern humiex se jibqa joffri ħalib skumat għall-bejgħ bi prezz issussidjat?", "Jekk iva, minn fejn se jsir?", "Jekk le, għaliex twaqqaf dan is-servizz u kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu min dan is-servizz s-sena l-oħra?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Ministeru qatt ma offra ħalib skumat bi prezz issussidjat.", "Id-Dipartiment ta' l- Agrikoltura kien ibiegħ trab tal-ħalib xkumat u qatt ma kien bi prezz issussidjat.", "Dan it-trab mhux ser jibqa' jinbiegħ aktar.", "Dan għaliex kif diġa għidna fi stqarrija, dan it-tip ta' ħalib jinsab għall-bejgħ mill- ħwienet tal-merċa u mis-supermarkets, minn fejn hu aktar iġeniku għax ippakkjat u għandu tikketta kif titlob il-liġi.", "Barra minnhekk id-ditta Malta Dairy Products qed tistudja kif tista' tbiegħ dan it-tip ta' trab tal- ħalib hi stess.", "Ma nistax ngħid kemm kien in-numru ta' persuni li xtraw trab tal-ħalib is- sena l-oħra għax dan it-tip ta' rekord ma jinżammx.", "SIĠAR", "25086.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall- Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara l-possibilita li jinżergħu xi siġar fl-area ta' Ġuże Cardona Street fil-parti li tmiss ma Mdina Road, Ħal Qormi bil-għan li jispiċċa l-iżdingar li hemm bħalissa kif wkoll biex jifred iż-żewġ toroq?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Peress li din it-triq taqa taħt il-ġuriżdizzjoni tal- Kunsill Lokali, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel it-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "25100.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-liċenzji tas-sewqan tal-Għawdxin għadhom jitbagħtu biex jitħallsu Malta meta f'Għawdex hemm l-uffiċċju tal-liċenzji?", "Taf li dan qiegħed jikkawżz inkonvenjenzi għaliex l-Għawdxin qed ikollhom jistennew madwar xahrejn biex jirċievu l-liċenzja mġedda?", "Taf li mingħajr liħċenzja ma jkunux jistgħu jsuqu u jistgħu jitilfu x-xogħol hew jeħlu xi multa?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena, numru sostanzjali ta' dawk il-liċenzji tas-sewqan komputerrizzati li ġew introdotti għaxar snin ilu, bdew jiġġeddu u jinbidlu ma' liċenzji ġodda.", "Billi din hija sistema kompletament ġdida d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet fil-bidu kellu xi diffikultajiet li affettwaw il-proċess normali tat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan.", "Id-dewmien affettwa b'mod ugwali kemm lill-Għawdxin kif ukoll lill-Maltin.", "Issa li l-proċess ġie għan-normal it-tiġdid tal-liċenzji qed isir f'inqas minn ġimgħa u għaldaqstant ħadd m'hu ser jinqabad mingħajr liċenzja tas- sewqan valida.", "Dan huwa possibbli għax l-avviż għat-tiġdid tal-liċenzji qed jintbagħat mid-dipartiment madwar sitt ġimgħat qabel il-liċenzja tiskadi u għalhekk dak li jkun ikollu żmien biżżejjed biex iġedded il- liċenzja waqt iż-żmien li l-liċenzja tkun għadha valida.", "Dawk kollha (Maltin u Għawdxin) li qed jirċievu l-avviż li jkun imisshom jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom qed ikunu nfurmati biex jibagħtu l- applikazzjoni tagħhom flimkien mad-dokumenti l-oħra meħtieġa bil-posta.", "Dan qed isir biex dak li jkun ma jinħoloqlux l-inkonvenjent li jrid imur joqgħod fi queue.", "Għaldaqstant lis-sewwieq Għawdxi ma tagħmillux differenza jekk il-liċenzja tiġġeddidx Għawdex jew le għax xorta waħda qiegħed jinqeda bil-posta.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma wasallu l- ebda ilment li xi ħadd tilef ix-xogħol jew ġie mmultat għax il-liċenzja tiegħu kienet qegħda d-dipartiment biex tiġġedded.", "FRINGE BENEFITS", "25101.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru telenka l-karozzi, kemm tal-Gvern kif wkoll tal-kiri, skond in-numru tar-reġistrazzjoni u l-għamla tal-karozzi, u tgħid kemm se jkollu jħallas taxxa kull xahar għal-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 2001 dak l-uffiċċjal tal-Gvern li għandu l-użu tal-karozza rispettiva bħala fringe benefits?", "Liema huma dawk il-karozzi tal-Gvern f'Għawdex li ħadd mhu se jħallas ebda taxxa tal-fringe benefits fuqhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 9 karozzi tal-Gvern u tal-kiri li fuqhom se titħallas it-taxxa tal-fringe benefits.", "Dawn huma kif jidher hawn taħt:", "|Għamla u Numru ta' | |Reġistrazzjoni | | | |Volkswagen Bora KDB | |476 | |Kia Mentor JAB 541 | |Kia Mentor JAB 548 | |Kia Mentor GVN 007 | |Opel Corsa LDK 834 | |Kia Avella EAK 572 | |Opel Astra AAK 865 | |Hyundai Stellar HAK | |042 | |Kia Rio JAK 629 |", "Jiena nfurmata li t-taxxa dovuta għall-użu ta' vetturi bħala fringe benefits ma tkunx magħrufa minn min iħaddem.", "Qiegħda nagħti hawn taħt lista tal-karozzi tal-Gvern li fuqhom ħadd mhu se jħallas it-taxxa tal-fringe benefits.", "Rover Sterling JAV 714 Mercedes Benz 190 LAR 131 Hyundai Excel FAV 541 Hyundai Excel FAV 539 Skoda GVN 289", "UFFIĊJU TAN-NUTAR", "25102.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex jitwaħħal arblu tal- bandiera fuq il-bejt ta' l-Uffiċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex biex hekk tkun tista' titella l-bandiera fil-festi nazzjonali u f'okkażjonijiet oħra skond iċ-ċirkularijiet li joħorġu mill-uffiċċju tal-Prim Ministru", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li diġa' ttieħdu passi biex dan isir mill-iktar fis possibbli.", "VETTURI BIL-MUTUR", "25103.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-għadd ta' vetturi bil-mutur, skond kull għamla, karozzi, trakkijiet, vannijiet, muturi, taxis, tal-kiri eċċ, reġistrati f'Għawdex fis-sena 2000?", "X'ammont ta' liċenzji tħallsu?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt:", "|Tip tal-vettura|Numru ta' vetturi| | | | | |registrati | | |fis-sena 2000 | | | | |Vetturi |257 | |tal-Biedja | | |Kummerċjali |5192 | |Garage Hire |67 | |Mini Buses |20 | |Motor Cycles |3662 | |Karozzi privati|7590 | |Class 1 | | |Karozzi privati|1381 | |Class 2 | | |Karozzi privati|935 | |Class 3 | | |Karozzi privati|1686 | |Class 4 | | |Karozzi privati|1453 | |Class 5 | | |Karozzi privati|378 | |Class 6 | | |Karozzi |78 | |tal-Linja | | |Karozzi Self |574 | |Drive | | |Motor Cycles |48 | |self drive | | |Taxi |50 | |TOTAL |23371 |", "Matul l-istess sena tħallsu Lm 717,657.78 f' liċenzji.", "TAQSIMA TAL-MUŻEWIJIET", "25104.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f'Għawdex?", "F'kull każ, kemm se jiġu jiswew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Il-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f'Għawdex huma dawn:", "Restawr u riabilitazzjoni tad-dar nru 12 fi Triq Żenqa fiċ-Ċittadella biex isservi għal skop t'uffiċċju u stores; ix-xogħol kollu huwa stmat li se jiġi jiswa LM 17,000;", "Tħejjijiet biex jiġu nstallati żewġ closed circuit television systems, waħda fil-mużew tal-Folklor u l-oħra fil-mużew tax-Xjenza Naturali; huwa stmat li ser jiġu jiswew madwar LM 2000 u LM 1000 rispettivament;", "Stallazzjoni ta' scaffolding madwar żewġ kantunieri fi stat prekarju li jinsabu fit-tempju tan-Nofsinhar fil-Ġgantija; il-materjal u x- xogħol kollu mistenni jiġi jiswa madwar LM 10,700;", "Xogħolijiet oħra ta' restawr u manutenzjoni ġenerali taċ-Ċittadella.", "ENEMALTA - KONTIJIET", "25177.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kontijiet tad- dawl u ta' l-ilma li tħallsu b'ċekkijiet, li ma setgħux jissarfu minħabba nuqqas ta' fondi neċessarji fil-kontijiet kurrenti in kwistjoni s-sena l- oħra.", "Kemm kien l-ammont involut?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li n-numru ta' kontijiet tad-dawl u ilma li bejn Jannar u Diċembru 2000 tħallsu b'ċekk kien ta' 236,797.", "Dawn iċ-ċekkijiet kienu jammonatw għal Lm52,537,275.", "Minn dawn iċ-ċekkijiet, 1,307 ma setgħux jissarfu minħabba nuqqas ta' fondi.", "Il-valur ta' dawn iċ- ċekkijiet kien ta' Lm656,057.", "REGISTRAR", "25178.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqatagħu mir-reġistru ta' nies li qed iffittxu x-xogħol kull xahar din is-sena u għaliex inqatgħu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "KAROZZI", "25179.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karrozzi kull sena f'dawn l-aħħar 5 snin, u kemm hawn muturi b'żewġ roti liċenzjati fuq it-toroq illum?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' vetturi reġistrati f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:", "|Sena |Vetturi | |1996 |13,534 | |1997 |11,975 | |1998 |12,121 | |1999 |14,269 | |2000 |13,044 |", "Hawn 12,269 mutur illiċenżjat fuq it-toroq illum.", "KAĊĊATURI U NASSABA", "25180.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'weħlu kull wieħed dawn il-kaċċaturi u nassaba imtellgħin il-qorti is-sena l-oħra u din is-sena?", "X'kien ir-reat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u l-31 ta` Marzu 2001, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti, 359 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l- Armi (Kap. 66).", "Minn dawn il-persuni, 261 instabu ħatja u weħlu pieni li jvarjaw bejn multi, sentenzi ta` ħabs sospiżi, sospensjoni tal-liċenzja u konfiska.", "Kien hemm 88 persuna li ġew liberati, filwaqt li 10 persuni għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.", "PERSUNI MMULTATI", "25181.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni immultati talli għal kżur ta' regolamenti tat-traffiku (towing & clamping) u kemm kellhom iħallsu multa, is-sena l-oħra u din is-sena?", "Fejn saru ir-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 2,530 vettura rmunkata u 300 vettura ikklampjata, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu jammontaw għal Lm122,190.", "Infurmat ukoll illi matul l-ewwel tlett xhur ta` din is-sena ġew irmunkati 483 vettura u kklampjati 126 vettura, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu ta` Lm25,425.", "RUBBISH DUMP", "25260.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jistgħawx jittieħdu passi dwar l-għalqa li hemm fuq wara ta' Block E1, Ta' Xbiex HE, billi apparti milli din qed tinbidel f'rubbish dump, qed tkun il-kaġun ta' ħafna ġrieden fl-inħawi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari nru.19922 seduta 392.", "KALKARA BOATYARD", "25261.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex jitneħħa l-inkonvenjent illi qed jikkawżaw l-opri tal-baħar li hemm fuq il-moll quddiem Kalkara Boatyard fil- Kalkara?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kemm l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, permezz ta` ħruġ ta` Avviż ta` Twettieq, kif ukoll id-Dipartiment ta` l- Artijiet u l-Pulizija qed jieħdu l-passi neċessarji sabiex l-inkonvenjent li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant jitneħħa.", "Fil-fatt, b`riżultat tal- passi li ttieħdu, sid dawn l-opri tal-baħar diġa` beda jneħħihom.", "Infurmat ukoll li ser jibqgħu jsiru aktar spezzjonijiet biex jiġi żgurat li dawn l- opri jitneħħew kollha.", "UNIVERSITA' TA' MALTA", "25262.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti residenti fil- Kalkara, Vittoriosa, Cospicua u Senglea, f'kull fakulta' u fil-Junior College ta' l-Universita' ta' Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti li jattendu l-Junior College ta' l-Universita` ta' Malta u huma residenti tal-Kottonera huwa dawn:", "L-Ewwel Sena It-Tieni Sena Total", "Kalkara 8 6 14 Birgu/Vittoriosa 4 6 10 Bormla/Cospicua 9 15 24 Isla/Senglea 0 4 4", "L-informazzjoni mitluba dwar l-istudenti ta' l-Universita` ta' Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "M'SCALA - JERMA PALACE", "25263.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ser isir id-dawl ġewwa latrina pubblika li tinsab biswit il-Jerma Palace f'M'Scala u li kienet inbniet bħala parti mill- proġett ta' tisbih fil-promenade ta' M'Scala?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qiegħed jistenna l-istima mill-Korprazzjoni Enemalta.", "KUMPLESS SPORTIV", "25264.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għall-produzzjoni ta' dokumentarju informattiv (broadcast quality) għall-Kumplessi Sportivi tal- Qroqq, tal-Marsa u tal-Kottonera?", "Min intgħażel u kemm kienu l-offerti f'kull każ ta' dawk kollha li wrew interess?", "X'xogħol hu mistenni li jsir minn min ħa dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li daħlu tlett offerti għall-produzzjoni ta' dokumentarju informattiv għall-Kumplessi Sportivi tal-Qroqq, tal-Marsa u tal-Kottonera.", "F'kull każ l-offerti mitfugħa kienu mingħand l-istess tlett kumpaniji kif se nsemmi:", "Tal-Qroqq", "RGB Television Productions Ltd Lm3,450 Blaze Productions Lm3,150 Citadel Video Communications Ltd Lm6,038", "Marsa", "RGB Television Productions Ltd Lm3,450 Blaze Productions Lm3,150 Citadel Video Communications Ltd Lm6,038", "Kottonera", "RGB Television Productions Ltd Lm6,325 Blaze Productions Lm4,140 Citadel Video Communications Ltd Lm6,852", "Skond l-ispecifications kull min għamel offerta għal dan ix-xogħol kellu jibgħat samples ta' videos li kienu saru mill-istess kumpanija biex tingħata indikazzjoni tal-kapaċita`/esperjenza fix-xogħol li ġie mitlub fit- tender partikolarment f'animazzjoni tridimenzjonali ta' proġetti li jkunu ser jinbnew.", "Għalkemm Blaze Productions kienu ikkwotaw l-irħas offerta f'kull każ, huma naqsu milli jinkludu eżempji ta' dokumentarji u animazzjoni tridimenzjonali.", "Għalhekk l-offerta tagħhom ma setgħetx tiġi kkunsidrata.", "F'kull każ ġew magħżula RGB Television Productions Ltd li offrew it-tieni l-irħas offerta.", "RGB Television Productions Ltd kienu ppreżentaw samples konformi ma' l-ispecifications.", "Kopja ta' l-ispecifications qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "WSC", "25265.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Water Services Corporation qed tnaqqas il-pressa ta' l-ilma b'mod li din qed ikun ta' detriment għal xi residenti li joqgħodu fi flats ġewwa Triq il-Blajjiet f'M'Scala?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, qed timplimenta policy ta' level of service bħlma jsir barra minn Malta.", "B'din il-policy l-Korporazzjoni torbot lilha nnifisha li twassal is- servizz ta' l-ilma għand il-konsumatur sal-bieb ta' barra tar-residenza tiegħu bi pressjoni ta' one bar.", "Dan isir biex ma jkunx hemm pressjoni żejda fuq is-sistema tad-distribuzzjoni u b'hekk ma jiżdidux il-ħsarat.", "Bi pressjoni ta' one bar, l-ilma jitla' livell ta' tlitt sulari u għandha tkun biżżejjed biex taqdi d-domanda ġenerali tal-konsumaturi.", "Min irid jibni aktar fil-għoli jista' imbagħad jinstalla pompa ta' l-ilma.", "Fil-każ li għalih qed issir riferenza, hemm diffikulta teknika fejn it- tankijiet ta' l-ilma li hemm fuq il-bejt ta' l-appartamenti qiegħdin fiżikament għoljin kważi daqs Żonqor Water Tower li huwa s-sors minn fejn titwassal il-provvista ta' l-ilma.", "Għaldaqstant qed tinħoloq diffikulta' biex dawn it-tankijiet fuq il-bejt jimtlew minn dan il-water tower.", "Filwaqt li l-Korporazzjoni qed tara x'jista' jsir sabiex ittejjeb din is- sitwazzjoni, huwa rakkomandat li l-konsumaturi jibqgħu jużaw il-pompi ta' l- ilma li diġa' għandhom installati ħdejn il-bieb ta' barra biex l-ilma jasal fit-tankijiet.", "PULIZIJA", "25266.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija preżenti ġewwa Marsascala speċjalment qrib il-postijiet tad-divertiment?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`Wied il-Għajn, bħal f`postijiet oħra, ikun hemm assenjat Pulizija l-ħin kollu.", "Dan minbarra r-ronda li jkun hemm kemm mill-Iskwadra tal-Mobile u minn tad-Distrett stess.", "Ta` min jgħid ukoll illi mis-sajf li ġej, ser jibda jkun hemm ukoll Mobile Police Station sabiex jinqdew aħjar il-ħtiġijiet ta` din il-lokalita`, minbarra ż- żieda li jkun hemm bħal ma` kien sar is-sena l-oħra u ta` qabel.", "SUSSIDJU FUQ IL-ĦOBŻ", "25267.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma rċevietx Lm 10 li kienu ngħataw meta tneħħa s- sussidju fuq il-ħobż?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn investigazzjonijiet li għamel id-Dipartiment flimkien mal-Korporazzjoni tas- Servizzi tal-Ilma irriżulta li l-persuna kkonċernata ma tħallsitx l-Lm10 kumpens dovut lilha minħabba li n-numru tal-karta ta' l-identita' tagħha ma kienx inkluż fuq id-'database' tal-Korporazzjoni meta beda jitħallas il- kumpens.", "Għaldaqstant diġa ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex din il-persuna tirċievi ċ-ċekk ta' Lm10 fil-ġranet li ġejjin.", "UNJONI EWROPEJA", "25268.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-esperti li ġew mogħtija l-inkarigu mill- Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ sabiex jagħmlu studju dwar l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja?", "Meta hu mistenni li dan l-istudju jkun lest?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Onor.", "Membru jaf tajjeb li l-Kunsill Nazzjonali taż- Żgħażagħ huwa kumitat awtonomu.", "Il-Ministeru ma għandux kontroll fuq l- esperti li jistgħu jiġu jew ġew mogħtija l-inkarigu mill-istess Kunsill biex jagħmlu studju dwar l-impatt ta' sħubija fl-Unjoni Ewropeja.", "ARRETRATI", "25271.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li numru ta' anzjani qed jirċievu xi arretrati għall-pensjoni, jista' l- Ministru jgħid liema kategorija ta' anzjani qed u ser jirċievu dawn l- arretrati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji li qed ikollhom il-pensjoni rriveduta huma l-pensjonanti tat-Teżor kollha - ħaddiema taċ-Ċivil, Pulizija, Membri tal-Forzi Armati u Membri tal- Ġudikatura - li ħarġu bil-pensjoni bejn is-snin 1996 u l-2000 skond il- Ftehim Kollettiv li ntlaħaq ma' l-Għaqdiet tal-ħaddiema.", "Dawn, għalissa, ma jinkludux il-pensjonanti tat-Teżor li spiċċaw f'organizzazzjoni parastatali.", "ARRETRATI", "25272.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Peress li numru ta' anzjani qed jirċievu xi arretrati għall-pensjoni, jista' l-Ministru jgħid liema kategorija ta' anzjani qed u ser jirċievu dawn l-arretrati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jħallas 'l fuq minn 34,000 Pensjoni għal Min Jirtira, ftit aktar minn 13,000 Pensjoni għar-Romol u 'l fuq minn 6,255 Pensjoni għal Invalidita'.", "Skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) r-rati ta' dawn il-pensjonijiet u benefiċċji oħra iridu jiġu riveduti kull sena.", "Dan ix-xogħol ilu li beda mill-bidu tas-sena u għadu għaddej.", "Infatti d- Dipartiment bħal dan iż-żmien ikun qiegħed jiffoka r-riżorsi umani kollha li għandu, nkluż xogħol bis-sahra.", "Bħalissa qed joħorġu ż-żidiet fil-każi ta' 'l fuq minn 8,000 ex-ħaddiema tas-Servizz pubbliku jew persuni analogati skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma' l-iskali tas-salarju tas-settur pubbliku.", "Għadu għaddej ix-xogħol fuq ir-romol ta' l-istess kategorija ta' ħaddiema li mistennija joħorġu fl-aħħar tax-xahar ta' Mejju.", "Id-Dipartiment jibqa' npenjat biex jlesti r-reviżjonijiet l-oħra kollha fl- iqsar żmien possibbli.", "PROĠETT TAL-COTTONERA", "25273.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-club tar-Regatt tal-Birgu hux ser jintmiss mill- proġett tal-Cottonera?", "Jekk fl-affermattiv, meta ser ikollhom jiżgumbraw il- post, fejn ser imorru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Milli jidher l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għall- proġett tax-xatt tal-Kottonera.", "Għalhekk huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PROĠETT TAL-COTTONERA", "25274.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-club tar-Regatt tal-Birgu hux ser jintmiss mill- proġett tal-Cottonera?", "Jekk fl-affermattiv, meta ser ikollhom jiżgumbraw il- post, fejn ser imorru?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-Onor.", "Interpellant ħuwa nfurmat ill l- 'club' tar-ragatta tal-Birgu ma tiffurmax parti mogħtija b'ċens għall- proġett tal-Kottonera u għaldaqstant m'hix ser tintmiss, salv dejjem jekk ma jkunx hemm xi fteħim direttament bejn il-konsorzju li qed jagħmel il- proġett tal-Kottonera f'dawn l-inħawi w l-istess kumitat li jmexxi r- 'Ragatta Club'.", "BIRGUFEST", "25275.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk din is-sena mhux ser isir il-Birgufest?", "Jekk fl- affermattiv, jista' jgħid meta ser isir u jekk fin-negattiv meta ser jibda jerġa jsir?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ddeċidiet li l-Birgufest isir biss kemm-il darba jkun hemm il- parteċipazzjoni finanzjarja ta' kull min jista' jkun involut.", "Fil-fatt sehem l-Awtorita' diġa ġie deċiż.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' rċeviet proposti mill-partijiet konċernati, fosthom il-Kunsill Lokali u għaqdiet b'interess fil-lokal, u li magħhom għadhom qed isiru diskussjonijiet.", "SKRIVANI MAL-GVERN", "25276.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu l-eżami għall-skrivani mal-Gvern fl-aħħar sejħa li kien hemm?", "Kemm kienu dawk li għaddew?", "Kemm ser jidħlu?", "Għal kemm żmien jgħodd l- eżami?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li 407 kandidati għamlu l- eżami għal skrivan (Clerk) fis-Servizz Pubbliku wara l-aħħar sejħa li saret f'Novembru, 2000.", "In-numru ta' dawk li jgħaddu jkun magħruf wara li jsiru l-intervisti u l- proċess tal-għażla jkun konkluż.", "In-numru ta' dawk li ser jingħataw impjieg bħala Skrivan (Clerk) jiddependi mill-esiġenzi tas-Servizz.", "L-eżami jibqa' validu sa sena minn meta jiġi ppubblikat ir-riżultat finali.", "TOROQ - TRIQ KARMENU PIROTTA - BIRKIRKARA", "25281.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata sewwa Triq Karmenu Pirotta f'Birkirkara peress li tinsab fi stat disastruż, bla tarmak u f'kundizzjoni perikoluża għal kull min jaghmen użu minnha?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fil- proċess li jiftaħ aċċess għal ġol-Bypass ta' Birkirkara biex din it-triq tkun tista' tiġi asfaltata.", "Fil-preżent hemm nuqqas ta' qbil dwar ownership ta' art li għaddejja t-triq minnha bejn il-Kurja u xi persuni li qed jaħdmu r-raba', u x-xogħol qiegħed temporanjament wieqaf sakemm din is-sitwazzjoni tkun riżolta.", "TRYPRIZOL SYRUP", "25282.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar erba' xhur ma ġietx fornuta l-mistura Tryprizol Syrup mill-ispiżeriji tal-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qed tinġabar.", "Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIKJARAZZJONIJIET TAL-U.E.", "25283.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura segwita meta l-Gvern Malti jiġi miktub jassoċja ruħu ma' dikjarazzjonijiet tal-U.E.?", "Kemm jingħata żmien minn mindu jirċievi d-dikjarazzjoni, sakemm jintalab jiddikjara jassoċċjax ruħu jew ma dikjarazzjoni partikolari?", "Meta jsiru statement f'fora internazzjonali bħal Ġnus Magħquda, il-Gvern Malti jkun infurmat bil-quddiem bit-text ta' dawn l-istatements?", "ONOR.", "JOE BORG: It-talba sabiex Malta tassoċja ruħha ma' dikjarazzjoni jew statement tal-U.E. fil-kuntest tal-politika barranija tiġi riċevuta mid- Direttorat għall-Unjoni Ewropea li jieħu ħsieb li, sa fejn u kif meħtieġ, isiru l-konsultazzjonijiet interni neċessarji, qabel ma tintbgħat tweġiba dwar jekk Malta tisseħibx jew le mal-pożizzjoni msemmija.", "(Fil-każ tal- OSCE, billi t-terminu ta' żmien li jingħata huwa kemm il-darba qasir ħafna, it-test jiġi referut lid-Direttorat mir-rappreżentant Malti għall-OSCE fi Vienna f'każ ta' diffikulta jew dubju).", "Iż-żmien li jingħataw l-pajjiżi assoċjati biex jagħtu tweġiba jvarja minn sigħat għal ġranet skond fatturi bħal pressjoni ta' ħin, il-materja konċernata u l-organiżazzjoni internazzjonali fejn tkun sejra tittieħed il- pożizzjoni.", "Meta jsiru stqarrijiet f'fora internazzjonali bħal Ġnus Magħquda, il-Gvern Malti jkun infurmat bil-quddiem bit-test ta' dawn l-istqarrijiet bil-mod kif għadni kif indikajt.", "UE", "25284.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tad- dikjarazzjonijiet u statements magħmulin mill-U.E. li għalihom ta l- approvazzjoni tiegħu u li assoċja ruħu magħhom il-Gvern Malti, matul l- aħħar sitt xhur?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li t- testi tad-dikjarazzjonijiet u stqarrijiet mitluba huma, meta meħuda fit- totalita, voluminużi; qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal- pożizzjonijiet li magħhom Malta assoċjat ruħha mill-1 ta' Ottubru 2000 sas- 26 ta' April 2001.", "Il-listi, jibdew mill-pożizzjonijiet l-aktar riċenti, huma mqassmin kif ġej:", "A. Dikjarazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat tal-Kunsill fi Brussell", "B. Stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York", "C. Stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra", "D. Stqarrijiet magħmula f'organiżżazzjonijiet internazzjonali fi Vjenna, prinċiparjament fl-OSCE.", "Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jkollu kopja ta' xi dikjarazzjonijiet jew statements partikolari nitolbu jindika liema sabiex dawn jiġu provduti lilu.", "BORD", "25285.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li każ indikat under separate cover biex persuna tgħaddi bord tiġi mgħaġla peress li l-każ jidher li qiegħed jieħu fit-tul?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.", "ĦOUSING", "25286.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li mara separata li l-partikularijiet tagħha jidhru under separate cover tintlaqa t-talba tagħha sabiex jiġi rranġat ħajt perikoluż fir-residenza tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat li quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar m'hemm ebda talba pendenti mill-inkwilin indikat iżda ser nirreferi l-każ lid-Dipartiment biex jinvestiga.", "PA", "25287.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jieqaf ix-xogħol ta' mastrudaxxa li anke jagħmel xogħol ta' spray, bi ħsara għar-residenti peress li x-xogħol qiegħed jsir f'zone residenzjali?", "Id-dettalji qed jintbagħtu separatament min din il- mistoqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq il-post li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant, ma rriżultax li kien qiegħed isir ix-xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, għalkemm fuq wara tal-garaxx instabu magni relatati ma` xogħol ta` mastrudaxxa.", "Dan ġie ukoll ikkonfermat mill- Pulizija.", "Ninsab infurmat ukoll illi dan il-post, minn żmien għal żmien, ser jibqa` jiġi spezzjonat biex jiġi żgurat li ma jsirx xi abbuż.", "GOZO CHANNEL", "25288.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-ewwel kuntatti bejn il-korporazzjoni Gozo Channel u x-xerrej tal-vapur bl-isem ta' \"Ghawdex\" biex dan jinbiegħ?", "Meta ġie iffinalizzat dan il-bejgħ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-bejgħ tal-vapur MV Għawdex mill- Kumpanija Gozo Channel sar wara sejħa għall-offerti f'gazzetti lokali u rivisti internazzjonali.", "Ix-xerrej tal-vapur MV Għawdex kien wieħed minn dawk li tefa' l-offerta.", "L- ewwel negozjati saru ma' żewġ kumpaniji oħra li tefgħu offerti aktar vantaġġużi iżda n-negozjati fallew.", "Wara ġie konkluż il-bejgħ ma' dak ix-xerrej li tefa' t-tielet offerta vantaġġuza.", "DEJMA", "25289.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega jekk persuna li tkun għamlet 9 snin servizz mad-Dejma flimkien ma' numru ta' snin fil-Forzi Armati; dawk is-snin mad-Dejma humiex inklużi sabiex jintlaqtu il-25 sena servizz?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-servizz li suldati kienu taw f'xi Korp tax- Xogħol, bħal id-Dejma, ma jgħoddx bħala servizz fil-Forza Regolari tal- Forzi Armati għal fini ta' penzjoni.", "Dan skond ir-Regolament Numru 24(2) tar-Regolamenti dwar Nominazzjonijiet u Kundizzjonijiet tas-Servizz (Forza Regolari) ta' l-1970 kif emendat b'diversi Avviżi Legali u kkonfermat bl- ittra OPM/449/75 tas-6 ta' Jannar 1977.", "ILMA", "25290.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment konċernat ser jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jsolvi l-problema li għandhom persuni bi kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan li jilmentaw kontinwament li qed jidħlilhom l-ilma minn ġot-triq għal ġol kmamar tagħhom?", "Jaf l-Ministru, li dan l-ilma qed jidħol saħansitra min ġol-ħitan bil-konsegwenza li qiegħed jikkawża ħsarat kbar lill-inġenji ta' dawn il-persuni għandhom fil-kmamar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Peress li dawn il-postijiet huma amministrati mill- Kummissarju ta' l-Artijiet, nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.", "ILMA ĠOL-KMAMAR", "25291.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta d-Dipartiment konċernat ser jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jsolvi l- problema li għandhom persuni bi kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan li jilmentaw kontinwament li qed jidħlilhom l-ilma minn ġot-triq għal ġol kmamar tagħhom?", "Jaf l-Ministru, li dan l-ilma qed jidħol saħansitra min ġol- ħitan bil-konsegwenza li qiegħed jikkawża ħsarat kbar lill-inġenji ta' dawn il-persuni għandhom fil-kmamar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment ħa l-miżuri kollha li hemm bżonn.", "Infurmat li lmenti dwar infiltrazzjoni ta' ilma ġo kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan ilhom jiġu nvestigati minn Lulju ta' 1998, meta ġie referut l-ewwel ilment lil dan id-Dipartiment.", "Minn dak iż-żmien saru diversi spezzjonijiet u ttieħdu diversi kampjuni tal- infiltrazzjoni minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment.", "Liema kampjuni indikaw li dan kien ilma tal-vit.", "Wara dan infurmajna sew verbalment, kif ukoll bil-miktub, lill- Korporazzjoni għas-Servizzita' l-Ilma sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent.", "Minkejja dan, sabiex tiġi eskluża kull possibilita' ta' xi difetti minn katusi ta' djar privati fil-viċinanzi, saru diversi testijiet bil-kulur fuq tali katusi fi Triq Spinola.", "Ġew innotati xi difetti w ttieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ġew irranġati.", "Importanti li wieħed jinnota li:", "Dawn id-difetti ma jidhrux li kienu l-kaġun ta' din l-infiltrazzjoni peress li mit-testijiet bil-kulur, qatt ma deher kulur f'dawn il- boathouses.", "Kien hemm drabi meta l-infiltrazzjoni kienet waqfet.", "L-aħħar spezzjoni saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fit-18 ta' April 2001, iżda wara, ġejna avżati mis-sid, li l-ilma reġa' waqaf.", "ANIMAL WELFARE GROUPS", "25292.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm Animal Welfare Groups li qed jirċievi flus mingħand il- gvern?", "Għalxiex qed jintużaw il-flus?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-Budget ta' din is-sena, hemm ivvutati Lm6,000 taħt id-Dipartiment għal Ħarsien għall- Ambjent u Lm11,000 taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura bħala assistenza lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb l-annimali.", "Barra minnhekk, taħt il-fond tal-Lotteriji, l-Gvern jgħin assoċċjazzjonijiet bħal 'Cage Bird, King Fisheries, Bird Breeding u Island Sactuary'.", "Il-'Birdlife Malta' għandha ftehim mal-Ministeru għall-Ambjent għat-tmexxijia tar-Riservi Naturali fejn isiru proġetti ta' trobbija u osservazzjoni ta' l-għasafar.", "SIGNS", "25293.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilita ta' l-ispazju li jkun hemm bejn sign li turi li jibda l-lokal tal-Fgura fi Triq Wied Blandun u sign li turi li jibda Raħal Ġdid peress li f'dan l-ispazju qed jinġabar skart domestiku u donnu ż-żewġ lokalitajiet ma jridux jieħdu responsabilita' għalih?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirrefei l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922 seduta 392.", "DRENAĠĠ", "25294.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid min xhiex qed jiġi kkawżat żbruff tad-drenaġġ li hemm ħiereġ f'Hompesch Road quddiem il-knisja tal-Fgura?", "X'hinu qed isir għal dan l- inkonvenjent u meta hemm il-ħsieb li jissewwa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li ta' spiss qiegħda tinstadt din il-medda tad-drenaġġ minhabba kwantita kbira ta' tiben u rix li jakkumula.", "Dan barra xi ħmieġ ta' annimali li qieghed jintrema minn xi individwi fil-sistema tad-drenaġġ abbusivament.", "NO PARKING SIGNS", "25295.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25139 li oriġinarjament saret lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek: Jista' l-Ministru jgħid (1) Min awtorizza li jitwaħħlu no parking signs fi Triq il-Wegħdiet, B'Kara? (2) X'inhi r-raġuni li qiegħdin jitwaħħlu no parking signs fiż-żona tal-Laqxija f'B'Kara meta m'hemmx parking adegwat għal-residenti ta' din iż-żona?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.", "Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitijiet tal-Kunsilli.", "SPEZZJONIJIET FUQ POSTIJIET TAX-XOGĦOL", "25296.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol kemm ilha li twaqqfet l-awtorita' għas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Wara li saru l-konsultazzjonijiet ma' l-imsieħba soċjali fl-MCED, il-Gvern ser iwaqqaf l-Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq ix-Xogħol fil-ġranet li ġejjin.", "Fil-frattemp, spezzjonijiet fuq il- post tax-xogħol, bħal ma kienu jsiru qabel, baqgħu jsiru mit-Taqsima tas- Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, fi ħdan id-Dipartiment tar- Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.", "DIRETTUI FIĊ-ĊIVIL", "25297.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar 'l hawn kemm saru diretturi fiċ-Ċivil, f'liema postijiet, f'liema kariga, min huma; u xi grad kellhom qabel saru diretturi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Lista ta' Diretturi fis-Servizz Pubbliku li ħadu ħatra mill-1 ta' Jannar 'l hawn.", "N.I.", "25298.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25015 li oriġinarjament saret li Viċi Prim Ministru u ċioe B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "24831, jista'jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "HOUSING", "25299.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid b'kemm rata u b'liema sistema ġie allokat il-garage 14, Ġewża Str, San Ġwann li qabel kien in- numru 7?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "TAXI", "25300.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet ikkonċernati ma jagħtux permess lis-sid ta' taxi li tkun reġistrata f'Għawdex li jħallas biex l- istess taxi tkun tista' tidħol (mhux li taħdem) fil-Belt Valletta?", "ONOR.", "GIOVANNI DEBONO: Risposta fuq wara.", "REKLAMI", "25311.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "REKLAMI", "25312.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "JOE BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "REKLAMI", "25313.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sakemm ma tingħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "REKLAMI", "25314.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis- snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "REKLAMI", "25315.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sakemm ma ningħatax raguni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.", "REKLAMI", "25316.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.", "ĦAL TARXIEN - TOROQ", "25391.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jintervjeni mill-aktar fis sabiex Triq Mariano Ganada f'Ħal Tarxien tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li mhux biss l-istat ta' din it-triq hija ta' inkonvenjent serju u reali għar-residenti tagħha iżda hija wkoll ta' periklu għas-saħħa ta' l- istess residenti li kemm-il darba weġgħu?", "Is-servizzi neċessarji ilhom li ġew mgħoddija min din it-triq li hija responsabilita' tal-Gvern Ċentrali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal- Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "MANAGEMENT FEES", "25392.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25007?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-'Management Fees' ghad-\"trading licences\" m'ghadiex tithallas bl-istess mod kif kienet qabel meta kienet tifforma parti mill-fondi specjali.", "Meta l-Fondi Specjali gew integrati fl- allokazjoni ta` kull sena gew integrati wkoll l-Management Fees imsemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "Ghalhekk mhux minnu li dawn ma thallsux ghax fil- fatt huma parti ntegrali mill-allokazzjoni finanzjarja ta` kull sena li qed jircievu l-Kunsilli Lokali.", "AIR MALTA", "25393.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Air Malta taċċerta li l- ħaddiema kollha tagħha kemm dawk li jaħdmu fuq titjiriet kif wkoll il- ground staff jingħataw it-tilqim meħtieġ dejjem skond ir-riskji li jistgħu ikunu esportati għalihom minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li f'każi fejn tidħol is-saħħa tal- ħaddiema, l-Air Malta dejjem toqgħod fuq il-pariri li jtuha t-tobba konsulenti tagħha.", "Fil-fatt il-kumpanija tagħti tilqim b'xejn lill- impjegati tagħha kull meta jkun hemm bżonn.", "AIR MALTA", "25394.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-Air Malta tara jekk hux possibli li testendi l- anti smoking policy li ssegwi fuq it-titjiriet tagħha għall-kmamar u l- uffiċċini użati mill-istaff ta' din il-kumpanija billi wasluli ilmenti minn staff ta' l-Air Malta li f'ċerti uffiċini u kmamar użati mill-istaff ta' l- Air Malta fl-Airport Internazzjonali min ma jpejjipx qed ikun esport għal dħaħen ta' min ipejjep?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Filwaqt li wieħed japprezza l-motiv ta' l-Onorevoli Membru wara din il-mistoqsija, sakemm ma ssirx leġislazzjoni li tipprojbixxi kull forma ta' tipjip fl-uffiċini u postijiet pubbliċi, ma narax li għandu jkun hemm xi eċċezzjoni fl-Air Malta.", "Madanakollu, jekk l- Onorevoli Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni dwar l-ilment, wieħed jara jekk jistax isir xi arranġament biex titnaqqas il-problema.", "AIR MALTA", "25395.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Air Malta tinvestiga u possibilment tirrimedja - dejjem jekk hu l-każ - ilmenti li wasluli minn impjegati ta' l-Air Malta li fil-kmamar użati mill-istaff ta' l-Air Malta m'hemmx ventalizazzjoni u sistema ta' airconditioning effettwa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, l-Air Malta tkun f'pożizzjoni aħjar li tara x'jista' jsir dwar dan l-ilment.", "MIA", "25396.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi anti-smoking policy fl-Malta International Airport kif hemm f'diversi ajruporti ewropej?", "Jekk m'hemmx, jikkonsidra li l-MIA tagħmel anti-smoking policy fejn it-tipjip ikun riservat għall-ċerti areas limitati biss u dan fid-dawl ta' l-għarfien tal- ħsara kbira li jagħmel il-passive smoking?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Malta International Airport qed taħdem biex tintroduċi smoking policy effettiva fl-ajruport internazzjonali.", "B'kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas- Saħħa, qegħdin isiru l-preparamenti neċessarji biex jinħareġ avviż legali li jagħmilha possibbli li din il-policy tkun infurzata b'mod effettiv.", "ETC", "25397.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru korsijiet mill-ETC, sena b'sena, mill-1997 'l hawn?", "X'korsijiet saru u għal kemm drabi ġie organizzat kull kors?", "Kemm attendew nies għal kull kors?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-korsijiet li ġew organiżżati mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, kemm il-darba ġew organiżżati dawn il-programmi, kif ukoll in-numru ta' nies li attendew għal kull kors.", "ETC", "25398.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: JIsta' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi, miżuri u skemi ġodda ttieħdu kull sena mill-1997 mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t- Taħriġ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn l-1997 u issa, l-ETC ħadet diversi inizjattivi u miżuri u introduċiet skemi ġodda biex taqdi l-klijenti tagħha.", "Fost dawn wieħed jista' jsemmi l-kors li jwassal għal Diploma fil- Computer Studies mogħtija minn National Computer Centre ta' l-Ingilterra; dan issa sar parti minn traineeship fil-qasam ta' l-informatika bil-ħsieb li l-ETC tħarreġ computer programmers.", "L-ETC ħolqot in-Night Institute for Further Technical Education bil-ħsieb li tħarreġ persuni li diġa' qed jaħdmu biex tipprovdilhom ħiliet tekniċi u b'hekk tgħin fil-proċess tar- ristrutturazzjoni.", "L-ETC ħolqot diversi programmi qosra ta' taħriġ biex tgħin persuni qiegħda biex isibu xogħol.", "Fost dawn kien hemm dawk għal gwardjani lokali u private guards, programmi f'ħiliet bażiċi tax-xogħol, u programmi fil-qari u l-kitba.", "Infetaħ ċentru ta' taħriġ fil-belt Valletta biex it-taħriġ jiġi provdut minn post aktar ċentrali.", "Bil-ħsieb li l-ETC tħajjar lil min iħaddem biex jimpjega persuni li għandhom aktar minn 40 sena, hi estendiet l-użu ta' l-iskemi tagħha għal persuni li għandhom aktar minn 40 sena.", "L-ETC organiżżat ruħha aħjar billi ħolqot taqsima li tieħu ħsieb il- ħtiġijiet ta' dawk il-persuni li għandhom diżabilita' jew fil-passat abbużaw mid-droga jew kienu l-ħabs biex tgħinhom isibu mpjieg.", "L-ETC laħqet ftehim ma' aġenziji li jistgħu jipprovdu taħriġ speċjaliżżat lil dawn il-persuni.", "Naturalment dak imsemmi hawn fuq sar b'żieda ma' miżuri oħra li l-ETC kienet ilha tħaddem u li intensifikathom.", "L-ETC żviluppat Business Plan 2000-2003 li fiha semmiet il-pjanijiet tagħha li tintroduċi skemi ġodda biex dejjem tgħin il-klijenti tagħha.", "Hija bħalissa miexja fit-twettieq ta' dan il-business plan.", "PERFORMANCE BONUS", "25406.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "25174?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "INVESTIGAZZJONIJIET", "25407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm minn awtoritajiet barranin biex jingħataw għajnuna f'investigazzjonijiet li qegħdin jagħmlu?", "Kemm-il talba ta' ġbir ta' ittri rogatorji hemm pendenti?", "U mil-liema pajjiżi saru t-talbiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-informazzjoni mitluba qieghdha tingabar u risposta tinghata f`xi seduta ohra.", "MTA", "25408.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-MTA (qabel NTOM) fl-uffiċju li għandha l-Awtorita' fl-Ingilterra Meta kienu impjegati u x'xogħol jagħmlu?", "X'tip ta' kuntratt għandhom?", "Meta saret sejħa biex jimtlew dawn il- postijiet?", "Kemm applikaw?", "Xi kwalifiki għandhom dawk l-impjegati?", "Kemm għandhom salarju u allowances dawn l-impjegati?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DERMATOLOĠIJA", "25409.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba fid-dipartiment tad-Dermatoloġija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Minkejja li dan hu consultant based service', ninsab infurmat li fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija hemm ħames tobba li huma 'full-timers' u tabiba oħra li hija part-timer.", "Barra minnhekk żewġ tobba oħra bħalissa qegħdin fuq unpaid study leave barra minn Malta.", "DERMATOLOĠIJA", "25410.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ġewwa d-dipartiment tad-Dermatoloġija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru ta' konsulenti ġewwa d- Dipartiment tad-Dermatoloġija huwa tlieta, inkluż iċ-Chairman.", "WAITING LIST", "25411.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list biex tneħħi felula?", "Veru li trid tistenna fuq sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat miċ-Chairman tad-Dermatoloġija li l- 'waiting list' għall-felul (warts) bħalissa qiegħda 4 ġimgħat.", "Il-waiting list għall-felul ta' natura kożmetika (Skin tags) bħalissa qiegħda xahrejn.", "INĊINERATUR", "25412.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur ta' l-Isptar Boffa huwiex ta' detriment għas-saħħa tan-nies tal-Floriana?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MDINA ROAD - XOGĦOL", "25456.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fl- Imdina Road, Qormi, jista' l-Ministru jgħid", "i) Meta inħarġet it-tender ?", "ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?", "iii) Kemm suppost ħa żmien ix-xogħol?", "iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?", "v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li dan jiġi esegwit dan il-proġett?", "vi) Meta hu ippjanat li se jispiċċaw x-xogħol?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta` Mdina Road, Qormi ħarġet f` Lulju ta` l-1998 u l-kuntratt ġie awarded f`Jannar ta` l- 1999 għal xogħol ta` formazzjoni li kien stmat li jiswa Lm590,000.95 u f`Settembru ta` l-1999 għal xogħol ta` surfacing li kien stmat li jiswa Lm323,056.00.", "Dawn iż-żewġ kuntratti, it-tnejn ingħataw lil kumpanija Ritemix Ltd.", "Ix-xogħol ta` formazzjoni kien maħsub li jieħu tnejn u tletin ġimgħa fil- waqt li x-xogħol ta` surfacing kien maħsub li jieħu tnax-il ġimgħa.", "Saru xi tibdil fil-kuntratt fejn jirrigwarda ix-xogħolijiet konnessi mas- sistema li tieħu l-ilma tax-xita lejn Wied ic-Cawsli u f`Mdina Road.", "Dan it-tibdil irriżulta meta saru l-pjanti għal dawn il-culverts fejn instab ukoll li kien hemm servizzi ta` cables u infrastrutturi oħra taħt l-art li kienu ser ifixklu it-twettieq tax-xogħol.", "Il-ħlasijiet li saru s`issa huma ta` Lm498,162 u Lm30,923 rispettivament fuq dawn iż-żewġ kuntratti.", "B'KARA - PSAILA STREET", "25457.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Psaila Street, B'Kara, jista' l-Ministru jgħid:", "i) Meta nħarġet it-tender?", "ii) Meta ġiet awarded din it-tender, lil min u b'liema valur", "iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?", "iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?", "v) Sar xi tibdil fil-pjanti jew/u fix-xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett", "vi) Meta hu ippjanat li se jispiċċa x-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta' Psaila Street ħarġet f'Ottubru, 1999 u l-kuntratt ġie mogħti f'Ġunju 2000 lid- ditta Ritemix Ltd għall-valur ta' Lm 805,000.", "Iż-żmien tal-kuntratt hu ta' ħmistax-il xahar u x-xogħol hu maħsub jitlesta' fl-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena.", "L-ammont ta' ħlasijiet li saru s'issa lill-kuntrattur huwa ta' Lm199,425.", "Ix-xogħol kopert mill-kuntratt essenzjalment baqa' dak li kien oriġinarjament ippjanat.", "IMDINA ROAD/Ħ'ATTARD", "25458.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Imdina Road u l- inħawi f'Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid?", "i) Meta inħarġet it-tender?", "ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?", "iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?", "iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?", "v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett?", "vi) Meta hu ippjanat li se jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-offerta għax-xogħol ta' Imdina Road, Attard ħarġet f'Lulju ta' 1998 u ġiet awarded fl-aħħar t'April,1999.", "Ix-xogħol ta' formazzjoni ġie awarded lid-ditta Ritemix Ltd għall-valur ta' Lm159,100 filwaqt li x-xogħol ta' surfacing ġie awarded lid-ditta Roads Group Ltd. għall-valur ta' Lm147,448.", "Il-ħlasijiet li saru s'issa lid-ditta Ritemix hu ta' Lm157,000 u lid-ditta Roads Group hu ta' Lm27,698.", "Bħalissa qed isir ix-xogħol fuq il-kuntratt tar-Roads Group u x-xogħol hu maħsub li jitlesta' f`dawn il-jiem.", "25459.", "ONOR CHARLES BUHAGIAR: B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir f'Ħal Far Road, jista' l-Ministru jgħid?", "i) Meta inħarġet it-tender?", "ii) Meta ġiet awarded it-tender, lil min u b'liema valur?", "iii) Kemm suppost ħa żmien dan ix-xogħol?", "iv) Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?", "v) Sar tibdil fil-pjanti u xogħlijiet matul iż-żmien li ilu jiġu esegwit dan il-proġett?", "vi) Meta hu ippjanat li se jitlesta dan ix-xogħol?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-ewwel kuntratt li ngħata għal xogħol f`din it-triq kien fl-4 ta` Ottubru 1996.", "F`Lulju 1998 reġgħet ħarġet tender oħra li kienet tkopri l-istess xogħol li kien diġa allokat f'Ottubru 1996.", "Din ħolqot diffikultajiet fl-allokazzjoni tat-tender, u wara diversi laqgħat ġie deċiż li x-xogħol li kien kopert bil-kuntratt ta' Ottubru 1996, u dak kopert bit-tender ta' Lulju 1998, fil-valur ta' Lm 1,126,449 ġie allokat lid-ditti Penza Tarmac Ltd, Schembri Barbros Ltd u lil General Road Servicing Ltd fid-29 ta` Lulju 1999.", "S`issa il-kumpanija Penza Tarmac Ltd. tħallset is-somma ta` Lm358,198, il-kumpanija Schembri Barbros tħallset is-somma ta` Lm211,737 u l-kumpanija General Road Servicing tħallset is-somma ta` Lm274,802.", "Il-pjanti saru max-xogħol li kien qed isir fuq il-proġett u s`issa ma kienx hemm tibdil fix-xogħol ta` dan il-kuntratt.", "F'partijiet minn dan ix-xogħol kienet meħtieġa l-approvazzjoni tal-Awtorita' tal-Ippjanar, u l-permessi meħtieġa nkisbu fil-21 ta' Ġunju, 2000.", "(P.A. Nru 351/2000)", "Ix-xogħol kellu completion period ta` tletin ġimgħa li beda meta l- kuntratturi ingħatalhom il-full possession of site peress li x-xogħol qed isir f` fażijiet biex it-triq ta` Ħal Far ma tingħalaqx għat-traffiku.", "Dan ix-xogħol mistenni li jitlesta` għal nofs Ġunju.", "AWTORITA' TAR-RIŻORSI", "25460.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ntefaq s'issa u kemm hu ippjanat li se jiġi jiswa x-xogħol li qiegħed isir fl-uffiċji ġodda ta' l- Awtorita' tar-Riżorsi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li r-riabilititazzjoni tal- uffiċini l-ġodda ta' l-Awtorita' tar-Rizorsi kien diġa' avvanzat qabel ma twaqqfet l-Awtorita' għaliex kien se jkun okkupat mis-Sezzjoni tad- Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni.", "Il-parti l-kbira tax-xogħol li sar, sar bin-nies tad-Divizjoni.", "L-ispiza totali hija stmata li tleħħaq mal-Lm25,000.", "S'issa tħallsu biss il-'partitions' (Lm3,343) u l-'airconditioners' (Lm600).", "PENSJONI", "25461.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l- ammont ta' persuni li qed tieħu l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hux korrett peress li jidher żgħir wisq?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas kif suppost u skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata dwar dan bil- miktub.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "25462.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages għall-użu residenzjali, kummerċjali u oħrajn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta` kategoriji differenti.", "AUDIT REPORT", "25466.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiġi ppreżentat Audit Report tal-Welfare Committee?", "Meta ser jiġi ippublikat dak li jmiss?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-aħħar \"Audit Report\" tal-Welfare Committee jkopri s-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2000 u ġie preżentat lili fit-23 ta' Marsu 2001.", "ETC", "25467.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Job Placement Officers għandhom benckmarking, ċioe li għandhom ċerti targets fix-xahar li jridu jintlaħqu?", "Kemm huwa l-case load tal-Job Placement Office Section?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Membru qiegħed jirreferi għal- Employment Advisors, nikkonferma li dawn qiegħdin jingħataw miri x'jilħqu fix-xogħol tagħhom.", "Nimmaġina li l-Onor.", "Membru jaqbel ma' dan.", "Il-'Case Load' tal-Employment Advisors tvarja skond l-area geografika jew il- kategorija taħt ir-responsabbilita' tagħhom.", "ETC", "25468.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul dawn l-aħħar 6 xhur kemm intalbu transfers minn impjegati ta' l-ETC, minn sezzjoni għal- oħra tal-istess ETC?", "Mill-liema sezzjonijiet intalbu dawn it-transfers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kull ċaqlieq li jkun hemm tal-impjegati fl-ETC isir skond l-eżiġenzi tas-servizz.", "Ma tinżammx statistika dwar kemm-il \"talba\" ssir.", "ANZJANI", "25469.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li d-dar tal-Anzjani tal-Gzira tinsab ikkundannata u li hemm il-ħsieb li tiġi magħluqa Huwa minnu li hemm il-ħsieb li l-Grosvenor Hotel tinbidel f'dan għall-anzjani u li l-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn parti minnha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dar ta' l- Anzjani tal-Gżira reġgħet ġiet miftuħa wara li sar ix-xogħol strutturali li kien hemm bżonn.", "Fil-fatt, l-anzjani kollha sabu posthom sa l-aħħar ta' Marzu li għadda.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferiha lill-Ministeru tas-Saħħa minn fejn il-liċenzjar tad-djar ta' l-anzjani jsir.", "DJAR GĦALL-ANZJANI", "25470.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid- Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana matul dawn l-aħħar sentejn u mill-liema rħula kienu ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani li daħlu fid-Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana tul dawn l- aħħar sentejn hu ta' ħamsa u sebgħin (75).", "Dawn l-anzjani ġew minn dawn il-lokalitajiet:", "Balzan, B'Kara, Bormla, Floriana, Gżira, Ħamrun, Isla, Luqa, Marsa, Msida, Qormi, Raħal Ġdid, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sliema, Santa Luċija, Santa Venera, Tarxien, Valletta u Żabbar.", "PA", "25480.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti l-aħħar żvillupi dwar il-polemika li hemm dwar passaġġ pubbliku li qiegħed quddiem l-awtorita' ta' l-Ippjanar li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, wara li nstab li kien qed isir xogħol mingħajr permess li kien jikkonsisti fi tneħħija ta` bollards perikolużi sabiex jiġu mibdula b`oħrajn ġodda, f`Novembru 2000 ħarġet Avviż ECF 1291/00 peress illi l-bażi tal-bollards il- ġodda kienet qed titwessa` aktar mill-bażi ta` dawk oriġinali.", "Ninsab infurmat ukoll illi fid-29 ta` Marzu 2001 ġiet sottomessa notifika ta` dan ix-xogħol skond il-provvedimenti ta` l-Ordni dwar l-Iżvilupp Ġenerali.", "Din ġiet aċċettata bil-kundizzjonijiet li l-bollards il-ġodda jkunu kopja perfetta ta` dawk oriġinali, u li l-linja tat-triq tiġi osservata.", "Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għadhom ma ġewx rispettati, u għaldaqstant l-Enforcement Notice għadha valida."]} {"filename": "20000119_224d_par.doc", "date": "2000-01-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 224 L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 224", "L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.12 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "224", "L-Erbgħa, 19 ta' Jannar, 2000", "WERREJ MINUTI 126", "KUNSENS GĦAL ATTI 126", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 126", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1993 DWAR SANZJONIJIET TAL-KUNSILL", "TAS-SIGUREZZA TAN-NAZZJONIJIET UNITI (IT-TIENI QARI)", "UNITED NATIONS (SECURITY COUNCIL SANCTION) (AMENDMENT)", "BILL (SECOND READING) 130", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI (IT-TIENI QARI)", "REFUGEES BILL (SECOND READING) 147", "AĠĠORNAMENT 156", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 161", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 223 li saret fid-19 ta' Jannar, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru I ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita').", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "RABAT - TRIQ LABINI - DAWL", "12288.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fi Triq Labini, ir-Rabat, peress li residenti anzjani ilhom ġimgħat jirrapportaw il-ħsarat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jien informat li l-manutenzjoni meħtiega fuq il-bozza li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant saret fit-12 ta` dan ix-xahar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Silvio Parnis, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Peress li fil-ġnien li ġie rranġat f'Raħal Ġdid kif ukoll fid-daħla tal-flats hemm dawl baxx ħafna, b'konsegwenza li r- residenti qed jilmentaw li faċli jsir xi abbuż, jista' l-Ministru jara x'jista' jagħmel biex il-vultaġġ jiżdied?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt jistgħu jkunu diversi r-raġunijiet għala bozza tkun baxxa, jista' jkun li l-cover tal-bozza jkun tqarqaċ wara numru ta' snin u allura ma jkunx qed jgħaddi dawl biżżejjed, tista' tkun it-tip ta' bozza u jista' jkun hemm xi ħsarat oħrajn.", "Jekk l-Onor.", "Membru jagħtini aktar dettalji inkun nista' nibgħat lin-nies ta' l-Enemalta biex jiċċekjaw.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jara x'jista' jagħmel biex ħsarat li jkun hemm fuq is-sistema ta' l-Enemalta jiġu rrapportati bla dewmien?", "Din is-sitwazzjoni erġajt esperjenzajtha jien stess.", "Il-ġimgħa l-oħra xi nies informawni li kien hemm xi ħsarat u li ma setgħux jaqbdu ma' l-Enemalta.", "Meta ċempilt domt ħames sigħat nipprova u ma rnexxilix.", "Fl-aħħar bgħatt individwu l-power station biex jagħmel rapport.", "Ma jaħsibx li għandu jkun hemm xi sistema aktar effiċjenti li biha tiġi rrapportata l-ħsara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Biex ngħid id-dritt il-weekend li għadda kont id- dar u l-ħin kollu bdew iċemplulu n-nies biex jgħiduli dwar dan.", "Li ġara kien li kien hemm overload qawwija ta' telefonati wara x-xita li għamlet.", "Ċertament li rridu nsibu sistema li tkun sofistikata biżżejjed biex meta jkun hemm overload ta' telefonati, dawn imorru anke fi djar ta' ċerti nies li jitqabbdu jagħmlu xogħol part-time jekk ikun hemm bżonn.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm substation li żviluppat ħsara u allura r-residenti ta' Ħ'Attard, in-Naxxar u l-Mosta u oħrajn bdew iċemplu kollha f'daqqa biex jirrapportaw l-Enemalta, li fil-fatt kienet taf b'din il-ħsara.", "Il-poplu jrid jifhem li meta jkollok xi 500 persuna jċemplu f'daqqa, diffiċli li ssib sistema adegwata.", "Il-verita' hi li meta jkollok triq sħiħa bla dawl, il-probabbilta' hi li l-Enemalta tkun taf b'dik il-ħsara.", "L-akbar problema tkun meta jkollok xi individwu li hu biss ma jkollux dawl u ma jkunx jista' jirrapporta mill-aktar fis possibli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar fl- Enemalta kien hemm xi boilers li kienu weqfin minħabba nuqqas ta' maintenance?", "Jekk fl-affermattiv, dan kien maintenance ta' rutina jew minħabba xi ħsarat?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nista ngħid li fiż-żmien li konna qed nilqgħu għall- Y2K millennium bug, il-boilers kollha kienu jaħdmu minbarra dak ta' Delimara, għax kienet qed issirlu maintenance fuq perijodu ta' tliet xhur u l-ewwel turbine kellha tiżżarma b'mod estensiv.", "Din ħadmet għal għaxar snin non-stop u allura biex isirilha maintenance sew tkun trid tinqala' biċċa biċċa.", "Jien m'iniex informat li hemm xi boiler ieħor li qed isir maintenance fuqu pero' nista' niċċekkja, għax naturalment l-affarijiet jistgħu jinbidlu minn ġurnata għal oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, li kont se nagħmel huwa pjuttost suġġeriment aktar milli mistoqsija jew kritika.", "Ma kienx ikun aħjar kieku n-nies ta' dawk il-lokalitajiet ġew informati b'dan li qed jgħid il- Ministru b'mod pulit, bir-radio jew permezz tat-television, ħalli għallinqas jkunu jafu x'qiegħed jiġri u ma joqogħdux iċemplu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-problema hi li meta m'għandekx dawl għalxejn tipprova tixgħel it-televiżjoni!", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, dawn huma l-ministri li għandna!", "Meta tipprova tagħmel suġġeriment bonarju bl-akbar rispett jippruvaw jirredikolawk.", "(Interruzzjonijiet) Mela kompli għaffeġ!", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ħadd m'għandu għalfejn jaqbeż għall-konklużjoni li jien qed nipprova nirredikola lil xi ħadd.", "Jien għamilt osservazzjoni li jekk m'hemmx dawl, inutli li tipprova tagħti l-informazzjoni minn fuq it- television.", "L-unika ħaġa li tista' ssir hija li jkun hemm rapporti fuq ir-radjijiet - għalkemm mhux kulħadd għandu radio jaħdem bil-batteries - jew li wieħed jgħaddi l-informazzjoni bit-telefon, iżda mhux faċli.", "M'għandniex nibbanalizzaw il-problema qisha xi ħaġa faċli u kemm tfaqqa' subajk.", "Jien nista' ngħid li allavolja saru sforzi minn diversi amministrazzjonijiet, għadni m'iniex sodisfatt bil-customer care service li għandha l-Enemalta, pero' lanqas ma nistgħu ngħidu li l-Enemalta m'hijiex qed tagħmel ix-xogħol tagħha sew.", "Il-weekend li għadda, per eżempju, il- ħaddiema ta' l-Enemalta għaddew iljieli jsewwu l-ħsara f'xita kontinwa.", "(Interruzzjonijiet) Aħjar noqogħdu attenti kif nitkellmu!", "Meta jkollok il- maltemp hemm tendenza li jkollok aktar ħsara.", "Lili ċempluli ħafna nies, għaddejt il-messaġġ u anke bgħatt in-nies il-power station ...", "(Interruzzjonijiet) Li jiġri hu li mhux talli jkollok il-ħsara minħabba l- maltemp, talli naturalment ikollok domanda aktar għolja minn tas-soltu u jista' jkun li f'ċerti postijiet ikollok overload.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħafna drabi l-ħsara tkun saret minħabba l-maltemp u jekk ix-xita tibqa' nieżla - kif inhi bħalissa - bilfors tistenna li jkollok aktar ħsarat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Lill-Ministru nista' ngħidlu li nhar is-Sibt fid- distrett tiegħi kien hemm nies li kien ilhom iċemplu mill-4 p.m. Meta qbadna, għal ħabta tat-8.00 p.m. qalulna li se jkellmuna iżda ħallewna fuq it-telephone xi nofs siegħa u smajt ħafna kliem bħal: \"Lil dak ejja naqduh għax tal-ministru!\"", "(Interruzzjonijiet) Jien it-tort mhux lilek nagħtih pero' qed ngħidlek biex torganizza sew il-customer care - jien personalment inżilt il-power station, għamilt xi nofs siegħa hemm isfel; min kien bil- karozza tal-gvern seta' jitla' u jaqdi lin-nies tiegħu u aħna bqajna hemm isfel, u nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lis-security guards talli daħħluni hemmhekk biex jipprovaw jaqdu n-nies tagħna - u nerġa' ninsisti li l-customer care għandu jiġi rranġat sew.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett ma naħsibx li huwa sew li l-Onor.", "Membru jgħid li aħna nippreferu lil xi ħadd għax huwa tal-ministru u mhux ministru.", "Jien is-Sibt qgħadt tnax-il siegħa mat-telefon!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Meta tlabtek lista tal-bozoz li jridu jiġu rranġati fid-distrett tiegħek, kont għedtlek li se nieħdu ħsiebhom u għalhekk ma nippretendix din l-attitudni mingħandek.", "Ċertament li meta jkun hemm overload ikollok problema.", "Is-sistema m'hijiex qed taħdem kif l- aħjar li taħdem pero' nista' nissigura lill-poplu Malti li l-ħaddiema li kien hemm kienu għaddejjin taħt pressure kontinwa biex jaqdu lin-nies.", "Issa kultant ikun hemm problema li jekk jinzerta jmurlek id-dawl f'ċerta lokalita', u naturalment kulħadd jibda jċempel, ikollok too many calls coming in at the same time.", "Mirakli ma jsirux imma żgur li s-sistema hemm bżonn titjieb biex kemm jista' jkun nieħdu ħsieb dawn is-sitwazzjonijiet.", "Imma rridu nifhmu li jekk inti għandek area ta' 500 dar li sfaw bla dawl, se jkollok 500 call deħlin ġol-power station u l-ebda sistema ma tista' tieħu ħsieb numru hekk qawwi ta' telefonati deħlin kollha f'daqqa.", "Jiġifieri wieħed irid jirrealizza li dawn il-limitazzjonijiet kienu jeżistu fi żmienkom meta kontu fil-gvern u issa l-istess sistema għad hemm.", "(Interruzzjonijiet) Iċ-chairman preċedenti ta' l-Enemalta kien ħareġ tender biex jirranġa l-customer care li qed tgorru daqshekk għaliha.", "Huwa veru li fil-customer care għandna problema imma sfortunatament din is- sezzjoni tgħabbiet b'ċerti problemi u għandha ħafna x'tirranġa.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk irridu nagħmlu diskors politiku u naf inkun politiku ħafna!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jien għandi domanda supplimentari li m'hija xejn politika, Sur President.", "Nixtieq ngħid lill-Ministru - fil-fatt nieħu spunt mill-mistoqsija preċedenti li għamiltlu - li jien ma kontx qed nistaqsi jekk hux tajjeb jew ħażin li jsir il-maintenance għax dan huwa meħtieġ.", "Li kont qed nistaqsi hu jekk huwiex opportun, jew tajjeb, jew xieraq, li l-maintenance fuq ċerti boilers jiġi skedat għaż-żmien meta jkun hemm din id-domanda kollha fuq l-elettriku bħala provvista.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, ejja nagħmluha ċara li m'għandniex problema ta' supply.", "L-unika problema li hemm hija d-distribuzzjoni f'ċerti lokalitajiet u l-ħsara li tinqala'.", "Pero' rrid ngħid li jekk tħares lejn is-sitwazzjoni fejn ntefa' l-boiler, il-problema hemmhekk hi li għandna oversupply ta' dawl li ma jistax jiġi distribwit - peress li l- mina li kellha ssir sentejn ilu bejn Delimara u l-Marsa ma kenitx ħarġet it- tender għaliha - u għalkemm irdoppjajna l-potenzjal ta' Delimara, l- elettriku minn Delimara ma jistax joħroġ kollu u għalhekk l-Enemalta ddeċidiet illi tista' tagħmel maintenance fuq boiler minnhom, ta' 60 MW, għax anke jekk ikun qed jaħdem id-dawl ġenerat ma jgħaddix għal ġos- sistema.", "Naturalment kien hemm ukoll ċerti indikazzjonijiet li ried isir ċertu maintenance - u aktar ma tistenna aktar tista' tikber il-problema - u allura riedu jagħmlu x-xogħol dak iż-żmien li kien hemm ħafna supply min- naħa ta' Delimara.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru lest li jilqa' s-suġġeriment li jqabbad lil xi ħadd espert fil-qasam tal-PBXs biex jara jistax ikun hemm sistema li tieħu ħsieb l-ammont ta' telefonati u jkun hemm mezz biex dawk it- telefonati li ma jiġux answered għallinqas jiġu recorded u jiġi kkonfermat lil min ikun irrapporta l-ħsara li l-messaġġ ittieħed u li se jiġi informat aktar tard?", "Qed isir studju biex jaraw dan jistax isir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iva, għaddej eżerċizzju biex inkunu nistgħu nagħmlu upgrading fis-sistema ħalli din tieħu ħsieb numru ta' telefonati aktar milli tista' tieħu bħalissa, għalkemm xorta hemm ċerti limitazzjonijiet.", "Pero' nerġa' ngħid li ma naf bl-ebda sistema li kapaċi tieħu ħsieb 500 telefonata f'daqqa, għallinqas bit-teknoloġija tal-lum.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Il-Ministru jista' jikkonferma li bix-xogħol kbir li kien għaddej nhar is-Sibt ma kienx hemm vetturi biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda?", "Jekk iva, hemm il-ħsieb li fix-xhur li ġejjin il-gvern jixtri aktar vetturi għal dan l-iskop?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ma nafx li kien hemm nuqqas ta' vetturi pero' meta l-ħsara ssir matul il-ġurnata, ikollok il-full complement ta' nies u vetturi on duty.", "Meta l-ħsara tibda mill-Ġimgħa filgħaxija għas-Sibt - bħalma ġara l-ġimgħa l-oħra - ikollok nies skedati fuq x'se jidħol u ma jidħolx, u naturalment ma jkollokx il-full complement u sakemm jerġa' jibda l-full complement - fil-fatt fil-weekend spiċċaw biex reġgħu bdew jiftħu d- distretti - jgħaddi ammont ta' ħin.", "Irrid ngħid ukoll li meta l-ħsara tkun ġiet ikkawżata mill-maltemp, ix- xogħol mhux dejjem ikun jista' jitranġa dak il-ħin.", "Per eżempju, fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ kien hemm ħsara fuq il-high tension line u din hija diffiċli li ssewwiha fix-xita.", "Jiġifieri rridu nirrealizzaw ukoll li hija skumdita' kbira meta jinqala' dan.", "Kultant ikun hemm sitwazzjonijiet li mhux għalkemm tfaqqa' subgħajk u tirranġa kollox.", "Il-verita' hi li kien hemm ħsarat li setgħu jitranġaw u tranġaw, pero' kien hemm każi ukoll fejn ix- xita għamlet ħsara fil-high tension line - li tefgħet lil Ħaż-Żebbuġ u partijiet mis-surrounding area fid-dlam - u dan ħa l-ħin sakemm ġie rranġat u sakemm waqaf il-maltemp biex in-nies setgħu jaħdmu bla periklu għalihom infushom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ejja mmorru lura għall-mistoqsija oriġinali.", "Aħna nisimgħu ħafna li qed isir kordinament bejn l-Enemalta u l-kunsilli.", "Għaliex għal bozoz partikolari bħal dawn, fejn veru jkun hemm bżonn, anzjan idum jistenna aktar minn ħames ġimgħat?", "Il-bozza ġiet irrapportata tliet ġimgħat qabel saret il-mistoqsija u ġiet irranaġata tnax-il ġurnata wara.", "Nixtieq inkun naf jekk dawn l-affarijiet humiex se jitranġaw xi darba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fir-risposta oriġinali jiena għedtlu biex jagħmilli mistoqsija - dan kien fl-10 ta' Jannar - u fit-12 ta' Jannar qaluli li l- bozza saret.", "Jiġifieri issa ma nistax nifhem u m'għandix mod kif nista' nikkalkula jew nagħmel stima ta' kemm il-bozza kienet ilha biex tinbidel.", "Hawnhekk żgur nista' ngħid li qed nuru effiċjenza għax il-bozza ġiet mibdula jumejn wara li saret il-mistoqsija, allavolja kien żmien meta l- prijorita' kienet fuq affarijiet oħra u mhux fuq il-bdil ta' bozoz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT TA' L-1993 DWAR SANZJONIJIET TAL-KUNSILL TAS-SIGUREZZA TAN-NAZZJONIJIET UNITI", "UNITED NATIONS (Security Council Sanction) (Amendment) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Jannar 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqIegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella huwa in possession of the House.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Grazzi, Mr Speaker.", "Kif taf inti, dalgħodu kont qed indur il-punti ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna biex nispjega l- isfond tagħhom u għaliex il-gvern qed jagħmel dan it-tibdil.", "Kont wasalt fi klawsola 4 li temenda artiklu 3 ta' l-Att prinċipali u staqsejt jekk kemm-il darba dan jistax jiġi interpretat li l-gvern jista' jagħmel regolamenti irrispettivament minn xi rbit ta' xi trattat.", "Jiġifieri jagħmel regolamenti biex ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri li joħorġu mhux biss mill-Kunsill tas-Sigurezza tal-Ġnus Maqgħuda, mhux biss minn entitajiet maħtura jew imwaqqfa miċ-Charter tal-Ġnus Maqgħuda, mhux biss minn trattati internazzjonali, bilaterali jew reġjonali ta' pajjiżna, imma anke meta l-prim ministru jqis li l-interess nazzjonali jew internazzjonali ta' Malta jkun hekk jeħtieġ.", "Kif waqaft mill-intervent tiegħi, ġejt informat mill-kollega tiegħi l-Ministru Borg li dik tfisser li anke b'inizjattiva tal-prim ministru, il-gvern, jista' jiddeċiedi li jieħu ċerti miżuri jekk jidhirlu li jkun fl-interess tal-pajjiż.", "Issa rrid nagħmel kumment fuq klawsola 5 ta' l-abbozz ta' liġi li qed tabbroga l-Att ta' l-1997 dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi li għadda fi żmien gvern Laburista li kien għadda minn dan il- parlament.", "Minn issa 'l quddiem dawk l-obbligi u r-responsabbiltajiet li joħorġu minn dawn il-konvenzjonjiet jistgħu jiġu attwati b'legal notice tal- gvern, imbagħad jekk tiġi aċċettata tibqa' għaddejja, u jekk kemm-il darba wieħed irid jagħmel emendi għaliha jagħmilhom skond l-istanding orders.", "Però hawn qegħdin nirriferu għal-liġi li ġiet approvata hawnhekk unanimament fit-28 ta' April, 1997 biex tawtorizza lill-gvern jirratifika l- Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi u għas-sħubija ta' Malta fl-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi.", "Din għandha x'taqsam mal-projbizzjoni ta' l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-ħażna, l-użu u l-qerda tagħhom - mhux il- projbizzjoni tal-qerda, l-projbizzjoni u l-qerda tagħhom.", "Issa jien qed nistaqsi Imma għaliex ġiet singled out din il-liġi?", "Jien naħseb - again I stand corrected - li hemm liġijiet oħra li jirratifikaw ċerti konvenzjonijiet u ma nistax nifhem għaliex ġiet indikata din biss allavolja, to be fair, subklawsola (2) ta' klawsola 5 tgħid li dawk ir-regolamenti kollha li ġew magħmula diġà taħt dan l-Att ta' l-1997 jibqgħu japplikaw.", "Naturalment dan jagħmel sens għaliex sal-lum jien naf li diġà twaqqfet awtorità nazzjonali biex timplimenta l-konvenzjoni.", "Jekk niftakar tajjeb konna ħtarna lill-Imħallef Joseph Filletti bħala l- ewwel direttur ta' l-awtorità nazzjonali - konna anke ħtarna membri oħra bħal John Sammut u Saviour Borg, li kien direttur tal-multilateral, u bħala segretarju kellna lis-Sur Martin Valentino u ovvjament kien hemm koperazzjoni sħiħa ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali - u kellna anke rappreżentanza permanenti f'din l-organizzajoni mill-Ambaxxatur Saviour Borg, li llum huwa l-ambaxxatur ta' pajjiżna għaċ-Ċina.", "Ta' min jgħid ukoll li Malta fl-ewwel konferenza kienet eletta bħala membru tal- credentials committee ta' din l-istess konvenzjoni.", "Dawn huma affarijiet li ħarġu minn din ir-ratifika u nispera li l-kollega tiegħi l-Ministru Borg jispjega - għaliex onestament ma nistax nifhem ir-raġuni - għaliex din qed tiġi mħassra b'mod partikolari, għalkemm id-dispożizzjonijiet tagħha se jibqgħu japplikaw.", "Bħalma għedt fil-bidu, hemm qbil fil-prinċipju ta' dan l-abbozz għax jagħmel sens amministrattivament peress li jespedixxi x-xogħol tal-gvern.", "U l-fatt li hemm il-possibbiltà li wieħed janalizza r-regolamenti li jsiru għax jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, allura d-demokrazija hija mħarsa u żgur li m'hemmx problemi fuqha din.", "Però jiena naħseb li jista' jkun hemm xi possibiltà ta' nuqqas ta' qbil forsi dwar kif jiġu implimentati ċerti regolamenti u anke l-mod kif jiġu kkontrollati.", "Dan id-diskors wieħed bilfors irid jiffokah fuq aspett partikolari, għaliex ma nistax nimmaġina li se jkun hemm nuqqas ta' qbil fuq dawn il-konvenzjonijiet li qegħdin insemmu, bħal ngħidu aħna l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, li tgħid li m'għandux ikun hemm fabbrikazzjoni, storage u traġitt tagħhom.", "Jiġifieri dan kulħadd jaqbel miegħu.", "Però l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal- Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti li qegħdin nemendaw, bla ma jrid jiġbed l-attenzjoni lejn l-iktar problema importanti li qed nindika li forsi jista' jkun hemm veduti differenti dwarha.", "M'hemmx dubju li, kif għedt iktar kmieni, is-sanzjonijiet saru għodda li tintuża mill-Kunsill tas-Sigurezza tal-Ġnus Magħquda u rajna li riċentement bdiet tintuża wkoll mill-Unjoni Ewropea, u sfortunatament kien hemm okkażjonijiet fejn dawn is-sanzjonijiet ġew imposti minn pajjiż wieħed kontra pajjiż ieħor jew pajjiżi oħra.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għas-sanzjonijiet li tagħmel l-Istati Uniti ta' l-Amerika kontra pajjiżi oħra.", "Allura għandna tliet livelli ta' sanzjonijiet; sanzjonijiet li joħorġu mill-Kunsill tas-Sigurezza tal-Ġnus Magħquda; sanzjonijiet li joħorġu minn grupp ta' pajjiżi li Malta tista' tkun assoċjata magħhom, membru tagħhom jew għandha trattat magħhom; u sanzjonijiet li joħorġu minn pajjiż wieħed li għall-interessi tiegħu, għall- fulfilment tal-politika barranija tiegħu u biex iħares l-interessi nazzjonali tiegħu jagħmel sanzjonijiet kontra pajjiżi oħra.", "Xtaqt nieħu l-okkażjoni biex nitkellem fuq din il-politika ta' sanzjonijiet u nibda billi nikkummenta fuq il-Ġnus Magħquda, l-iktar fonti awtorevoli, u l-iktar fonti li minnu wieħed jistenna li joħorġu s- sanzjonijiet.", "Hawnhekk ta' min jirrifletti u jgħid li Malta, bħala membru tal-Ġnus Magħquda, għandha d-doveri tagħha x'taqdi meta l-Kunsill tas- Sigurezza jiddeċiedi li għandhom jittieħdu ċertu miżuri.", "Imma ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin jekk kemm-il darba aħna nistaqsu: Il-Kunsill tas- Sigurezza tal-Ġnus Maqgħuda qiegħed jissodisfa dawk l-għanijiet li għalihom kien imwaqqaf eżatt wara t-tieni gwerra dinjija?", "Hemm rappreżentanza demokratika fil-Ġnus Magħquda?", "Hemm mezz kif ikun hemm deċiżjonijiet ġusti u ekwi li ma jkunux biased b'mod politiku, b'mod partiġjan favur pajjiż jew ieħor?", "Dawn huma mistoqsijiet li ma rridx li kull darba li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet xi ħadd jibda jgħid: Eh, qed tara, m'għandhomx rispett lejn il-Ġnus Magħquda!", "Xejn minn dan kollu.", "Il-kwestjoni tal-Ġnus Magħquda ilha tiġi diskussa għal snin twal.", "Il- Ġnus Magħquda ta' l-1945 mhumiex il-Ġnus Magħquda tal-lum.", "Mhux se nsemmi biss iż-żieda fin-numru tal-pajjiżi wara l-mewġa ta' dekolonjalizzazzjoni tal-ħamsinijiet u tas-sittinijiet li bagħtet fl-assemblea tal-Ġnus Magħquda għexieren ta' pajjiżi ġodda li kollha għandhom is-sovranità tagħhom, l- opinjonijiet u l-politika barranija tagħhom u għandhom anke l-għaqdiet li jiddependu u jipparteċipaw fihom.", "Illum għad għandna charter ta' l-1993 proprju fuq dan is-suġġett - sitt snin ilu meta kelli okkażjoni nitkellem jien ukoll - però sfortunatament sal-lum minkejja ħafna laqgħat, ħafna studji u pubblikazzjonijiet, għadu ma sar prattikament xejn.", "Din għadha charter li titkellem fuq l-alleati li rebħu t-tieni gwerra dinjija, għadha titkellem fuq dawk li kienu l-pajjiżi ta' l-għadu u għandna riflessjoni fil- Ġnus Maqgħuda tal-lum ta' sitwazzjoni statika li nibtet fl-1945 u 55 sena wara għadha prattikament staġnata f'din is-sitwazzjoni.", "Min jaqra ċ-charter tal-Kunsill tas-Sigurezza jara li l-iskop tiegħu prinċiparjament kien li f'każi ta' emerġenza, f'sitwazzjonijiet li jirrikjedu deċiżjonijiet malajr, ma joqogħdux isiru dibattiti li ma jispiċċaw qatt fl-assemblea ġenerali, imma jkollok grupp ta' pajjiżi, li kienu l-pajjiżi rebbieħa tat-tieni gwerra dinjija, li jkollhom posthom assigurat permanentement fuq il-Kunsill tas-Sigurezza, li f'isem l- assemblea ġenerali jieħdu malajr deċiżjonijiet bl-ikbar rettezza biex iħarsu l-paċi fid-dinja.", "Li ġara maż-żmien kien li kellek qasma bejn l- assemblea ġenerali tal-Ġnus Magħquda u dak li huwa l-Kunsill tas-Sigurezza.", "Spiċċajna li, minkejja li kull pajjiż fil-Ġnus Magħquda għandu vot wieħed, hemm pajjiżi - bħalma huma l-ħames pajjiżi permanenti li hemm fil-Kunsill tas-Sigurezza - li minkejja li għandhom vot wieħed għandhom is-saħħa ta' l- influwenza tagħhom fil-Kunsill tas-Sigurezza u anke dak li jgħidulu d-dritt tal-veto.", "Jiġifieri dawn il-ħames pajjiżi l-kbar għandhom ukoll id-dritt li jimblukkaw xi deċiżjoni li tkun qed tittieħed fil-Kunsill tas-Sigurezza biex dik id-deċiżjoni ma timxix.", "Mela għandna grupp ta' ħames pajjiżi li huma privileġġjati, li għandhom extra powers fil-Ġnus Magħquda permezz tal- post permanenti li għandhom fil-Kunsill tas-Sigurezza, imbagħad ovvjament hemm rotating members, li jkunu hemmhekk għal perijodu ta' żmien u mbagħad jinbidlu.", "Malta wkoll fil-passat kellha ċans li tkun membru fuq dan il- kunsill.", "Qed ngħid dan kollu għaliex matul dawn il-55 sena dan l-arranġament ġab sitwazzjonijiet li żgur ma kenux skond l-ispirtu li twaqqaf għalih il-Ġnus Magħquda, jekk tħares lejhom prima facie żgur li ma kenux ġusti.", "Dan għaliex kellek interessi ta' pajjiżi li kienu fil-Kunsill tas-Sigurezza bis- saħħa tal-veto f'idjejhom li, minkejja sitwazzjonijiet ovvji li wasslu biex ċerti riżoluzzjonijiet jiġu addirittura mgħoddija mill-Kunsill tas- Sigurezza, ma sar xejn fuqhom jew ġew mblukkati minħabba li r-Russja jew l- Istati Uniti ta' l-Amerika mblukkawhom ħalli dawn ma jimxux.", "Issa x'ġara?", "Ġara li flok il-Kunsill tas-Sigurezza baqa' dak l-organu li jaġixxi f'ċirkostanzi ta' emerġenza ħalli jiddeċiedi biex isalva s-sitwazzjoni u jieħu l-miżuri neċessarji, dan spiċċa li huwa organu - ħalli ma ngħidx ''mostru'', għax il-kelma forsi dispreġġjattiva - li ladarba jieħu f'idejh kwestjoni jżommha.", "Ħalli nġibu bħala eżempju s-sitwazzjoni ta' l-inkwiet fil-Lvant Nofsani.", "Din hija sitwazzjoni li bħalma jaf kulħadd ilha sejra mill-1947.", "Il- Kunsill tas-Sigurezza baqa' jiddeċiedi hu kull darba li jkun hemm bżonn issir xi ħaġa u biex jagħmel riżoluzzjonijiet.", "F'dawn is-snin kollha fl- ebda mument il-Kunsill tas-Sigurezza ma reġa' tefa' l-kwestjoni lura fi ħdan l-assemblea ġenerali biex tiddiskuti u tieħu l-miżuri kif jidhrilha fiċ-ċirkostanzi li jkunu nbiddlu matul il-mogħdija tas-snin.", "Inkun skorrett jekk ngħid li ma saritx diskussjoni fl-assemblea ġenerali għax saru ħafna diskussjonijiet u riżoluzzjonijiet, però l-Kunsill tas-Sigurezza xorta baqa' jżomm id-dritt li hu jiddeċiedi dwar x'miżuri jittieħdu.", "Allura m'għandniex sitwazzjoni fejn ikun hemm riżoluzzjoni fl-assemblea ġenerali li tiġi diskussa u allura għandek iktar interessi ta' pajjiżi ġodda, pajjiżi ġejjin minn reġjuni differenti tad-dinja, li jiddeċiedu bejniethom x'inhu l-aħjar interess għaż-żamma tal-paċi u allura jkun hemm vot jew deċiżjoni ta' l-assemblea li tiġi mplimentata.", "Le, id-deċiżjoni finali tibqa' tittieħed fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurezza.", "Allura dan li qed jissejjaħ nuqqas ta' demokrazija jew trasparenza fil-mod kif timxi l- Ġnus Maqgħuda maż-żmien beda jnaqqas il-kredibilità ta' l-istess Ġnus Maqgħuda.", "Dan jien ngħidu b'dispjaċir għaliex din hija għaqda mondjali li żammet dawn is-snin kollha u li għamlet ħafna ġid - għax ma rridux ninsew il-ġid li għamlet - però l-għajta li kien hawn dan l-aħħar għar-riforma tal-Ġnus Magħquda hija għajta ġenwina u reali li għandha l-interess li tara riforma serja sabiex il-Ġnus Magħquda ikollha iktar kredibilità.", "U ilna nisimgħu ħafna dwar ir-riformi fil-Kunsill tas-Sigurezza - naturalment il-pajjiżi kollha jfittxu l-interessi tagħhom - biex xi darba forsi naslu biex ikun hemm rappreżentanza forsi iktar ekwa tar-reġjuni tad-dinja.", "Irridu nammettu li l-istampa politika, ekonomika u soċjali tad-dinja mill-1945 'l hawn tbiddlet bħal-lejl min-nhar.", "Pajjiżi li kienu kważi meqruda bħall- Ġappun u l-Ġermanja llum huma qawwa ekonomika mondjali.", "Jiġifieri jekk kemm-il darba rridu li jkun hemm rappreżentanza xierqa - u dan mhux xi eżerċizzju faċli - wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni kemm il-kobor ta' popolazzjoni li jirrappreżentaw dawn il-pajjiżi, is-saħħa ekonomika li għandhom u l-qawwa politika li għandhom, ħalli ma jkunx hemm membri permanenti li baqgħu hemm għal dejjem ta' dejjem, tbiddlu kemm tbiddlu ċ- ċirkostanzi.", "Per eżempju, anke sa wara t-tieni gwerra dinjija, l-Ingilterra kienet għadha imperu u kienet qawwa mondjali, iżda illum il-qawwa tagħha naqset ħafna kemm f'dik li hija saħħa ekonomika, kemm f'dik li hija saħħa militari u kemm f'dik li hija influwenza politika, però xorta għadha tokkupa l-post li ngħatalha 55 sena ilu fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurezza.", "Ma rridx niġi interpretat li qed ngħid kontra l-Ingilterra imma qed insemmi eżempju ta' kif jitilgħu u jinżlu l-valuri u l-importanza ta' pajjiżi li f'ċertu żmien ikunu pajjiżi li għandhom saħħa u importanza enormi mbagħad maż-żmien jitbiddlu.", "Kif tgħid l-istorja, l-imperi jikbru, jaqgħu u jitilgħu imperi oħra.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu fuq kwestjoni li rridu nbaxxu rasna għall-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza - u hekk għandu jkun ngħid jien - żgur li huwa validu li wieħed hawnhekk juri l-preokkupazzjoni tiegħu għall-mod kif żviluppaw l-affarijiet tul is-snin, għall-mod kif qed jaħdem il-Kunsill tas-Sigurezza llum u kif nixtiequ - jien konvint li anke l- kollegi tan-naħa l-oħra jaqsmu ħafna minn dawn il-ħsebijiet magħna - li tkun ir-riforma f'din l-assemblea, għaliex jekk issir xi ħaġa barra minn żmienha se jibda jkun hemm in-nuqqas ta' rispett lejha.", "Biċ-ċaqliq politiku li kien hemm f'dawn l-aħħar għaxar snin wara l-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin, meta allura dik li kienet il-potenza Sovjetika tkissret, wieħed irid jara li l-bilanċ tal-potenza l-oħra li baqgħet ikun kontro-bilanċjat ħalli ma jkunx hemm iċ-ċans li niġu ddominati minn potenza waħda fid-dinja.", "Dawn huma ħsebijiet li bilfors wieħed irid jitkellem fuqhom - u nispera li ma niġix interpretat li qed nitkellem favur jew kontra xi ħadd - ħalli għada pitgħada meta aħna niġu biex nobdu l-miżuri li joħorġu mill-Kunsill tas-Sigurezza nkunu moralment konvinti li dak li qed isir ikun verament għall-ġid ta' l-umanità, għall-paċi fid-dinja, u biex verament inġibu lura dawk il-pajjiżi li ma jkunux qegħdin jimxu kif suppost jimxu.", "Jiddispjaċini li dan li qed ngħid diġà beda jitwettaq għaliex rajna, sfortunatament, każi fejn il-Kunsill tas-Sigurezza ġie njorat.", "Ċerti azzjonijiet li ttieħdu mill-Unjoni Ewropea, per eżempju, min-NATO; dawn ma qagħdux jistennew li jkun hemm deċiżjoni fil-Kunsill tas-Sigurezza u ħadu deċiżjoni għalihom.", "U jekk Allaħares qatt id-dinja terġa' tinqasam fi gruppi ta' saħħa politika li għandhom is-saħħa jiddeċiedu u jagħmlu sanzjonijiet u jieħdu miżuri kif ittieħdu, dan ikun ċertifikat ta' sfiduċja fil-Ġnus Maqgħuda.", "Hemm min forsi jirrispondini: Imma inti ma tafx li d- deċiżjonijiet ittieħdu għax jekk kemm-il darba wieħed imur quddiem il- Kunsill tas-Sigurezza - u qed nirriferi għall-aħħar avvenimenti li ġraw fil- gwerra tal-Kosovo - iċ-Ċina forsi tastjeni jew forsi ma tindaħalx u r- Russja tispiċċa timblokka?", "Dan huwa veru u nammetti li kien hemm problemi hemmhekk imma dan fih innifsu jirrifletti proprju dan li qed ngħid jien, li hemm bżonn li jkun hemm rethinking ta' kif jaħdem dan il-Kunsill tas-Sigurezza, ħalli nevitaw sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Għaliex kemm ir-rappreżentanza tiegħu, kemm il- mod kif jaħdem u kif jieħu d-deċiżjonijiet huma affarijiet li m'hemmx dubju kkontribwixxew ħafna fil-passat biex ċertu inkwiet madwar id-dinja jiġi evitat.", "Però jidher li nistgħu noħorġu minn dak il-mould li qabel konna naħsbu fih, li ma teħux miżuri, ma tagħmilx sanzjonijiet jekk mhux imposti mill-Ġnus Maqgħuda, u se naslu għall-possibbiltà, bħalma diġà kien hemm, li jkun hemm deċiżjonijiet ta' sanzjonijiet barra mid-deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-Kunsill tas-Sigurezza.", "Mr Speaker, nispera li min qed jismagħni ma jaħsibx - u nerġa' ngħidha għaliex aħna għandna daqsxejn dellna tqil - li aħna b'xi mod kontra l- Kunsill tas-Sigurezza, kontra l-Ġnus Magħquda, u kontra li jittieħdu miżuri u jsiru sanzjonijiet.", "Din hija xi ħaġa li I want to underline.", "U min hu interessat jista' jara li fid-dokument tal-politika barranija tal-Partit Laburista, li ġie launched fis-snin 1992/93 u għadu validu sal-lum, konna tkellimna f'ħafna postijiet dwar il-Ġnus Magħquda, dwar il-Kunsill tas- Sigurezza u dwar is-sanzjonijiet.", "F'paġni 13, 14 u 15 għedna li l-Partit Laburista jemmen li hemm bżonn li l-Ġnus Magħquda tirranġa l-kredibilità u l-awtorità tagħha fis-snin li ġejjin.", "Mhux qegħdin ngħidu biex ineħħuha minn hemm għax mhix tajba imma rridu li tirranġa l-istrutturi tagħha, l- amministrazzjoni u anke l-kompetenza tagħha.", "Hemm bżonn li jiġi żviluppat ukoll mekkaniżmu kif din l-organizzazzjoni dinjija tkun tista' tesegwixxi hi dawk id-deċiżjonijiet li tieħu b'mod iktar effettiv u malajr.", "F'dan id-dokument tal-Partit Laburista dwar il-politika barranija qegħdin ngħidu wkoll li fl-istess ħin nemmnu li għandu jkun hemm eżami mill-ġdid tal-proċess kollu li bih il-Ġnus Magħquda, permezz tal-Kunsill tas- Sigurezza, tiddeċiedi u timponi sanzjonijiet fuq pajjiżi responsabbli għal azzjonijiet li jheddu s-sigurtà u l-paċi tad-dinja, tar-reġjun jew inkella atti oħra ta' aggressjoni li huma ksur ta' l-ispirtu u ta' l-ittra taċ- charter tal-Ġnus Magħquda.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li aħna nemmnu li din l-awtorità għandha tibqa' u għandha kull dritt li tagħmel is- sanzjonijiet, għandha kull dritt tieħu deċiżjonijiet imma possibbilment u preferibbilment ikunu saru dawk it-tibdiliet u dik l-istrutturazzjoni li wieħed qed jitkellem fuqhom.", "Id-dokument tagħna jkompli jgħid :", "''Nemmnu li għandu jkun hemm sforzi iktar b'saħħithom biex tassigura iktar demokrazija fid-deċiżjonijiet u fil-mod kif jittieħdu d- deċiżjonijiet fil-Ġnus Maqgħuda.", "U dan billi tingħata rwol iktar importanti l-assemblea ġenerali, billi jkun hemm iktar diskussjoni u jkun hemm iktar użu ta' mezzi paċifiċi ta' perswazzjoni qabel wieħed imur għall-mezzi militari jew impożizzjoni ta' miżuri li jaffettwaw popolazzjonijiet sħaħ tal-pajjiż konċernat ...\"", "- u fuq dan il-punt se niftaħ iktar 'l quddiem -", "\"...", "Nemmnu li għandu jkun hemm mezzi ġodda u toroq ġodda kif wieħed jeżerċita l-pressjoni neċessarja biex jilħaq r-riżultati mixtieqa.", "Sanzjonijiet imposti bħala l-aħħar sforz, the last resort, l-aħħar miżura, għandhom ikunu sanzjonijiet li jikkawżaw l-inqas ħsara possibbli diretta lill-poplu tal-pajjiż affettwat.''", "Id-dokument ikompli jitkellem rigward:", "''... in-neċessità li jkun hemm koperazzjoni fi ħdan il-Ġnus Magħquda biex b'hekk il-Kunsill tas-Sigurezza jkun aktar rappreżentattiv tal- geo-politika tal-lum u tas-saħħa politika u militari u ekonomika tal- blokki li jeżistu.", "Il-Kunsill tas-Sigurezza u anke l-Ġnus Maqgħuda għandhom jirriflettu aħjar l-opinjonijiet u l-veduti ta' l-assemblea ġenerali u jiżviluppaw miżuri effettivi li jagħmlu possibbli lill- Kunsill tas-Sigurezza li jimplimenta d-deċiżjonijiet li jkunu adottati.", "Nemmnu li l-Kunsill tas-Sigurezza meta jieħu deċiżjonijiet u jasal biex jimponi sanzjonijiet għandu dejjem juża mezzi u miżuri li jagħmlu l-inqas ħsara lill-popli tal-pajjiżi konċernati.\"", "Imbagħad hemm paragrafu partikolari dwar UN sanctions li jirripeti pressapoco l-istess affarijiet, però jagħmel punt importanti hawnhekk fejn jgħid li:", "''Fir-reġjun tagħna ħafna tensjonijiet jirriżultaw mill- impożizzjonijiet kontinwi tal-Ġnus Magħquda fuq pajjiż ġirien tagħna.", "Hemm il-biża' li dawn it-tensjonijiet ikomplu jikbru u jkomplu jżidu l- proporzjon iktar ma jdumu s-sanzjonijiet u iktar ma jiġu approfonditi dawn is-sanzjonijiet.''", "Diskussjoni fuq din l-issue ovvjament tkun interessanti dejjem.", "Però f'dan id-dokument ngħidu wkoll li:", "''Il-Partit Laburista jaqbel ma' kull sforz diplomatiku biex wieħed isib mezzi paċifiċi u ekwi biex jiġu solvuti problemi ta' pajjiżi u popli u jwiegħed li jagħti l-koperazzjoni kollha biex jiġu esplorati t- toroq kollha li permezz tagħhom wieħed jista' jikkontribwixxi attivament u b'mod kostruttiv għalbiex jintlaħqu dawn id- deċiżjonijiet.\"", "Iktar 'il quddiem jgħid ukoll li:", "\"Filwaqt li jikkundanna kull forma ta' terroriżmu, tiġi minn fejn tiġi u tiġi għal liema raġuni tiġi, jiddikjara li filwaqt li Malta m'għandha tkun qatt parti għal aġir li ma jkunx leġittimu u tikkundanna dawn l-azzjonijiet kollha bla ebda riżerva, il-Partit Laburista jissapportja l-użu ta' fair sanctions li jkunu imposti ġustament u għal perijodu mill-iqsar ta' żmien u għandu jkun hemm mezz kif dawn jiġu monitored.\"", "U nitkellem fuq dan iktar 'il quddiem ħalli ma jmurx xi ħadd jinterpretani li jien qed nitkellem kontra s-sanzjonijiet u kontra l-Kunsill tas- Sigurezza.", "Dan huwa eżerċizzju li għaddejt minnu diġà meta kont ministru u ma rridx li nerġgħu nibdew b'din il-kampanja ta' miżinformazzjoni.", "Jien qed ngħid biss dak li qed jgħidu ħafna awtoritajiet, li r-riforma tal-Ġnus Magħquda hija overdue, missha saret qabel, u hemm bżonn issir ħalli l- kredibilità u r-rispett lejn il-Kunsill tas-Sigurezza u d-deċiżjonijiet li joħroġ ikunu iktar b'saħħithom.", "Hawnhekk joħroġ ċar li s-sanzjonijiet, kif narawhom aħna, għandhom ikunu l-aħħar miżura li għandha tittieħed wara li jkunu eżawriti l-mezzi kollha paċifiċi jew inkella ta' diplomazija preventiva ħalli jiġu solvuti l- problemi.", "Is-sanzjonijiet m'għandhomx jintużaw bħala strument politiku għaliex kultant wieħed ixomm li warajhom jaf ikun hemm moħbi ċerti interessi ta' pajjiżi li jkunu qegħdin jipproteġu lil pajjiżi ħbieb tagħhom jew inkella jkunu qegħdin jipprovaw ipattuha lill-pajjiżi li ma tantx għandhom grazzja magħhom.", "Is-sanzjonijiet għandhom ikunu ndirizzati lejn min suppost u kemm jista' jkun ikunu focused ħalli ma jolqtux lill- popolazzjoni in ġenerali.", "U dawn għandhom ikunu monitored, mhux bħalma ġara meta ftehemna li jsiru s-sanzjonijiet u li kull 120 ġurnata jerġgħu jiġu riveduti, imbagħad ħadd ma jmur jara x'inhu jiġri u x'effett qed ikollhom dawn is-sanzjonijiet fuq sezzjonijiet partikolari tal- popolazzjoni, fuq in-nisa, fuq it-tfal u fuq ix-xjuħ.", "Qed ngħidu dawn l-affarijiet għaliex għandna eżempji ċari riċenti li għaddejna minnhom, fejn rajna li s-sanzjonijiet ma jaħdmux bħalma wieħed jippretendi.", "U issa nikkwota kif jaħsbuha ċerti awtoritajiet fuq dawn l- affarijiet, fis-sens li meta inti tagħmel blanket provision, tagħmel sanzjonijiet, tiżola pajjiż, ħafna drabi it back fires, issaħħaħ lil min qiegħed f'dak ir-regime, il-poplu iktar idur favur tiegħu biex jagħtih s- saħħa ħalli jisfida lid-dinja li qiegħda tagħmillu s-sanzjonijiet, u minkejja li jkun hemm tbatijiet kbar, ħaġa ta' l-iskantament it-tbatijiet ibatuhom iż-żgħar, il-grassroots, u min qiegħed fl-awtorità ma jbati xejn għaliex jibqa' għaddej qisu mhux hu u aħna nkunu kuntenti li l-affarijiet għaddejjin.", "Jien ngħid li nkunu qegħdin inwettqu inġustizzja doppja ma' dak il-poplu jekk aħna nagħlqu għajnejna għall-mod goff kif jiġu imposti s- sanzjonijiet meta hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Kunsill tas-Sigurezza, Ġnus Maqgħuda li kellhom iġibu l-ġustizzja fid-dinja.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ejja nieħdu l-każ ta' l-Iraq fejn hemm sanzjonijiet li issa ilhom numru ta' snin għaddejjin.", "Hemmhekk jidher ċar li r-regime mhux talli mhux qed jiġi milqut talli qed jissaħħaħ, għax ġie skopert dan l-aħħar li dan kien kapaċi jibni palazzi kontra palazzi ta' irħamijiet u lapis lazuli li jqumu miljuni tal-liri, filwaqt li ċ-ċittadini għaddejjin minn tbatijiet tremendi.", "Hemm nuqqas ta' edukazzjoni, nuqqas ta' faċilitajiet ta' saħħa, u nuqqas ta' l-iktar affarijiet essenzjali għall-ħajja.", "Kulħadd jaf ir-rapporti li bdew ħerġin dwar ir-rata ta' mortalità tat-tfal, mortalità ta' nies peress li m'hemmx aċċess għal servizzi mediċi u għaddej black market enormi.", "U ħadd ma kien qiegħed jagħmel monitoring ta' dawn l-affarijiet.", "Issa aħna bħala membri tal-Ġnus Maqgħuda u bħala kristjani - u nerġa' nużaha allavolja meta kont ministru kkritikawna fuqha - ma nistgħux inkunu moħħna kwiet għax il-Ġnus Maqgħuda qalet hekk, mela kollox sew u ma nitkellmux fuqha din.", "Dan il- poplu - qed inġib il-poplu Iraqi bħala eżempju - huwa miskin għax kellu jitqanna b'mexxej bħal dan li kien impost fuqhom għax għandhom sistema dittatorjali, jiġifieri ma tgħidx ivvotawlu jew għażluh huma.", "Dan il-poplu diġà kien sfortunat li għandu din it-tmexxija, u jekk ikunu Sunni u mhux Shiite ikun sfortunat iktar għaliex inixxfulu fejn ikabbar ftit prodotti agrikoli, u jekk ikun qiegħed in-naħa ta' fuq jkun sfortunat għax jattakahom bl-armi kimiċi.", "Imbagħad tiġi d-deċiżjoni ta' dak il-korp internazzjonali, li suppost iġib il-ġustizzja f'din id-dinja, li jimponi sanzjonijiet fuq dan il-poplu.", "Allura ma' l-inġustizzja li jkun qed iġarrab dan il-poplu - għaliex għandu sfortuna li għandu mexxej bħal dan li mhux qed jara l-interess taċ- ċittadini tiegħu - inpoġġulu iktar restrizzjonijiet ħalli nkomplu noqtluh bil-ġuħ, ma jkollux kura medika, u ma nħalluhx ikollu aċċess għall- edukazzjoni.", "Dan huwa l-mod kif għandna nħarsu lejn is-sanzjonijiet tal- Ġnus Magħquda, u mhux inbaxxu rasna u naċċettaw mija fil-mija dik id- deċiżjoni għax ħarġet mis-Security Council tal-Ġnus Magħquda.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandniex naċċettawha imma aħna membri wkoll fil-Ġnus Magħquda, aħna membri wkoll f'organizzazzjonijiet bħalma huwa n-non-aligned movement u membri ta' kumitati tal-Ġnus Magħquda, fil-kumitat politiku, fil- kumitat soċjali ....", "Allura nkunu qed nonqsu jekk aħna - u kulħadd jaf li aħna m'għandniex għanijiet li se niddominaw xi pajjiż ieħor jew se nakkwistaw xi territorju ieħor - ma nsemmgħux leħinna f'dawn il-prinċipji li jidher ċar li mhumiex qed jiġu applikati fl-interess tal-ġustizzja jew li bihom qed tinħoloq inġustizzja.", "Meta mbagħad kellna segretarju ġenerali ġdid tal-Ġnus Magħquda, Kofi Annan, bdejna naraw li hu sensittiv ħafna għal dawn l-affarijiet u qed jara li ma ssirx inġustizzja.", "Fil-fatt mar hu stess hemmhekk biex jevita li jkun hemm iktar moħqrija tal-poplu Iraqi, mhux ta' min qed imexxih imma tal- poplu.", "U aħna konna nistħu nitkellmu pubblikament fuqhom dawn!", "Il-Papa kien tkellem fuq is-sanzjonijiet imma aħna konna nistħu nitkellmu fuqhom!", "B'dispjaċir ngħid li meta konna nitkellmu fuqhom fil-perijodu li kont ministru, kien hawn l-interess ta' ċerti sezzjonijiet tal-media - ma niddejjaqx insemmih hawnhekk għax kienet tispikka l-ipokrezija - b'mod partikolari l-gazzetta li suppost hija tal-Knisja, ''Il-Ġens'', li jinterpretaw li aħna qegħdin nitkellmu favur it-tneħħija tas-sanzjonijiet tal-Libja.", "Kull meta konna niftħu ħalqna fuq is-sanzjonijiet mill-ewwel kienu jinterpretaw li qed nitkellmu favur il-Libja.", "Meta riċentement, bl- iżviluppi li saru, tneħħew is-sanzjonijiet minn fuq il-Libja - jien nispera li ħarbitli għalkemm jien narahom kuljum il-gazzetti - ma jidhirli li rajt xejn fil-gazzetta 'Il-Ġens'' li jifraħ għax poplu li kien taħt sanzjonijiet issa ġie meħlus minnhom.", "Xejn ma rajt dwar dan allavolja l- Papa tal-Knisja tagħna, il-Knisja li qed jirrappreżentaw huma hawn Malta, kien xeba' jitkellem kontra tagħhom dawn, imma għall-għanijiet politiċi ma nitkellmux fuqhom dawn.", "U qed ngħid dawn l-affarijiet għax inħossni mweġġa' fuqhom dawn.", "Meta konna fil-gvern kont nipprova nevita li nsemmi s-sanzjonijiet għax kont naf li jagħmlu kapital politiku mill-kwestjoni kollha hawn Malta.", "Kienu jgħidu li Gaddafi bnielna l-kwartieri ġenerali, allura kien jiġbdilna l-ispag biex nitkellmu f'isem il-Libjani.", "Din hija l-meskinità tal- politika partiġjana ta' Malta u ta' partijiet mill-media Maltija kultant.", "Jien dejjem emmint u għadni nemmen u nkompli nsostni li meta qed nitkellmu fuq miżuri li qed jiġu mplimentati, wieħed għandu jitkellem mill-aspett akkademiku, mill-aspett soċjo-politiku, u jekk aħna nemmnu fil-ġustizzja, jekk aħna nemmnu f'dik li hija l-ekwità, għandna nagħlqu għajnejna u ngħidu li dan hu l-istrument li qed jintuża, hu x'inhu l-effett tiegħu?", "Jew għandna bħala poplu responsabbli u bħala membri tal-Ġnus Magħquda nitkellmu biex dan l-istrument jiġi aktar studjat ħalli meta jiġi wżat jagħmel l- inqas ħsara possibbli lil min hu l-vittma u jolqot bis-saħħa kollha li tista' tolqot lil min hu t-target proprju?", "Mr Speaker, irrid ngħid li hemm min ma jemminx li dawn is-sanzjonijiet huma the right weapon to use.", "Hawn min jgħidlek li tagħmel x'tagħmel mhux se jaħdmu għax wara kollox mhux bis-sanzjonijiet iċedu l-pajjiżi, imma bid-diplomazija preventiva, bid- diskussjonijiet u bil-mezzi paċifiċi.", "Jien nikkwota ekonomista ċelebri mondjali, John Kenneth Galbraith - dan mhux xi wieħed li beda issa, imma llum anzjan li naħseb qorob id-90 sena u kulħadd jaf l-ideat tiegħu - li fil-ktieb tiegħu ''The World Economy since the Wars'' f'paġna 143, għallinqas fil-verżjoni li għandi jien, jgħid hekk:", "'' ...", "Speaking on the frequently minimal effect felt in modern times from sanctions, boycotts and embargos that do not involve the deployment of troops or other politically difficult or dangerous action ... they are thought to be an attractive design for bringing recalcitrant governments to heel.", "Instead what occurs is a re- allocation of resources and a sacrifice of non-essentials.", "With sanctions hope is great, disappointment endemic.''", "Galbraith qed jgħid dak li kont qed ngħid fil-bidu jien, li jekk inti se tirrestrinġi d-dħul ta' flus f'pajjiż, ir-regime se jibqa' jieħu hu l- biċċa l-kbira u jekk jibqa' - ħafna drabi ma jibqax - igawdi minnha jew ibati biha l-poplu ż-żgħir.", "Semmejt il-kwestjoni ta' Saddam Hussein, li bena palazzi kontra palazzi meta l-pajjiż kien qed imut bil-ġuħ, u aħna ma konna qegħdin nimmoniterjaw xejn.", "Hemm bżonn li nieħdu l-okkażjoni biex niddiskutu dawn l-affarijiet.", "Meta konna fil-gvern konna nipprovaw insibu okkażjonijiet fejn nistgħu niddiskutuhom ma' ministri ta' l-affarijiet barranin, waqt speeches li kont nagħmel dak iż-żmien.", "U issa ngħid ukoll x'kien jgħid ir-rappreżentant tagħna fil-Ġnus Magħquda.", "Jien inħeġġeġ lill-gvern tal-lum biex ikollu dan l-impenn fuq din il- kwestjoni għaliex qegħdin naraw li s-sanzjonijiet tal-Libja ġew imneħħija mill-Ġnus Magħquda, għalkemm għadhom m'humiex imneħħijin mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.", "Pero' fl-istess ħin għad fadal pajjiżi oħra li għadhom ibatu mis-sanzjonijiet u jaf ikun hemm pajjiżi oħra li jbatu mis- sanzjonijiet.", "Issa jien nerġa' ngħid li kull okkażjoni li kien ikolli meta kont ministru kont niddiskutiha din għax kienet tweġġagħni.", "Jien kont naf li m'aħniex qed nagħmlu ġustizzja ma' ħutna, kien liema kien il-pajjiż.", "Jista' jkun li bħala tabib kont inweġġa' aktar meta nisma', naqra u nara l- istampi u meta kont nara n-nies maqtulin bil-gass u bl-armi kimiċi tar- regime li kien irid jestermina ċerti nies f'pajjiżu imma kont inweġġa' wkoll meta nisma' li bil-miżuri ċivilizzati li għandna qed nikkawżaw dawn l- imwiet fit-trabi ta' l-Iraq u qed inġibu din t-tbatija lill-ommijiet ta' l- Iraq.", "Issa hawnhekk mhux se nitkellmu fuq l-istampi biss.", "F'dawn il- ġranet qed nitkellmu ħafna fuq ir-refuġjati.", "Jien kelli ħafna okkażjonijiet li niltaqa' ma' refuġjati li kienu jiġu hawn Malta u kienu jkunu f'istitut li qiegħed ħdejn id-dar tiegħi li kont nieħu ħsiebu jien dak iż-żmien.", "Meta kont nitkellem magħhom kienu jġibuli ħniena u meta jispjegawlek is- sitwazzjoni on the ground ġewwa l-Iraq x'kienet u x'inhi jbikkuk.", "Jien għalhekk qed ngħid li m'għandniex ngħidu li ma jimpurtaniex jew ma nistgħux nitkellmu għax irridu nimplimentaw dak li ordnat il-Ġnus Magħquda.", "Jien mhux qed ngħid li għandna nirribellaw u ma nimplimentawx dak li qed tgħid il-Ġnus Magħquda imma għandna nsemmgħu leħinna u nitkellmu fuq dawk li qed jagħmlu dak li m'għandhomx jagħmlu.", "Jien waħda mill-akbar okkażjonijiet li niftakar b'għożża hija l-laqgħa twila li kelli ma' Kofi Annan f'Ġinevra proprju ftit wara li sar segretarju ġenerali f'April ta' l-1997 fejn fiha ħassejt mill-ewwel li dan ir-raġel huwa sensittiv ħafna għal din il-problema u tkellimna ħafna fuq is- sanzjonijiet li hemm l-Iraq u l-Libja.", "Peress li l-media lokali kienet tagħmel kapital dwar dan li meta ġejt lura minn dik il-vista lanqas biss kont għidt li tkellimt ma' Kofi Annan fuq is-sitwazzjoni tas-sanzjonijiet partikolarment fuq il-Libja għax għidt li l-gazzetti jagħmlu kapital minnha.", "Jien id-dover tiegħi bħala ministru kont għamiltu u mill-ewwel ħassejt li kien qed jirrispondi għal dik l-informazzjoni.", "Fil-fatt hu kien informat diġà jiġifieri ma kienx qed jistenna lili pero' wara d-diskussjoni twila li għamilna ħassejt mill-ewwel li dan ir-raġel xi ħaġa se jagħmel.", "Wieħed irid igħid li meta f'Lulju ta' l-1997 ġie ppubblikat id-dokument dwar ir-riformi li hemm bżonn fil-Ġnus Maqgħuda - dan mhux aħna qed ngħiduh imma qed jgħiduh ħafna nies - li kien jismu ''Renewing the United Nations - A Programme for Reform'' jien ħadt gost kbir meta taħt is- sezzjoni \"Peace, Security and Disarmament\" sibt paragrafu 108 li jgħid hekk:", "''In recent years the Security Council has called with increasing frequency for economic sanctions as an enforcement tool under Chapter 7.", "The universal character of the United Nations makes it an especially appropriate body to consider and oversee such measures.", "Consideration needs to be given, however, to make sanctions more effective in achieving the goal of modifying the behaviour of those targeted while limiting the collateral damages.", "There is also a need to address the broader humanitarian and economic effects of sanctions as well as objective criteria in their application and for their termination.''.", "Mela hawnhekk hawn dak li qed nitkellmu fuqu jiġifieri li s-sanzjonijiet iridu jiġu monitored, immirati u focused u wieħed jittama li jagħlaqhom kemm jista' jkun malajr.", "Issa din ma kenitx xi ħaġa li qed issir hemmhekk biss għaliex l-opinjoni mondjali diġà kienet qed tiżdied u wieħed irid jgħid li fl-istess okkażjoni li jien kont qiegħed Ġinevra u kelli din il-laqgħa fit-tul ma' Kofi Annan, kelli okkażjoni wkoll li nitkellem fit-tul ma' Vladimir Petrovski, li kien u għadu d-direttur reġjonali tal-Ġnus Maqgħuda ġewwa Ġinevra u ħafna drabi jkun mibgħut minn Kofi Annan stess biex jirrappreżentah f'laqgħat internazzjonali u f'postijiet oħra.", "Kien interessanti li f'Diċembru ta' l-1997 - allura anke wara li kien ħareġ anke dak ir-rapport interessanti ħafna dwar l-effett tal-gwerra, partikolarment fuq in-nisa u fuq it-tfal - diġà kien hemm moviment qawwi.", "Nixtieq insemmi li moviment minnhom, per eżempju, kien jismu ''Development and Peace Foundation.\"", "Dan qed ngħidu ħalli nivvendika daqsxejn waħda lil min dak iż-żmien kien jirredikolana, kien jaħseb li aħna maqtugħin mid-dinja, kien jaħseb li aħna qed nitkellmu waħedna fuq dawn l-affarijiet u ma kienx qed jagħmel il-homework tiegħu, ma kienx jara x'inhu għaddej u ma kienx jaf x'inhu l-ħsieb li qed jiżviluppa madwar id-dinja fuq dawn l-affarijiet.", "F'Diċembru dokument maħruġ mid-Development and Peace Foundation ibbażata ġewwa Bonn - bl-isem ta' ''Peace through Sanctions?'', jitkellem fit-tul dwar dawn l-istess għanijiet - apparti li jsemmi ovvjament is-sanzjonijiet li kienu u għadhom għaddejjin fuq l-Iraq, is-Somalja, il-Libja, il- Liberia, ir-Ruanda u postijiet oħra; mhux se noqgħod naqra fit-tul minnu għaliex inkun qed nirrepeti lili nnifsi - u jagħmel enfasi kbira u jgħid li dawn l-affarijiet m'għandhomx jiġu mposti bħala ''blanket fashion'', li għandu jkun hemm reassessment ta' kif tintlaqat il-popolazzjoni u ħsebijiet bħal dawn.", "Fil-fatt f'parti minnhom il-proposti magħmulin minn din l- organizzazzjoni lis-segretarju ġenerali kienu saru qabel lil predeċessur tiegħu jiġifieri lil Boutros Boutros Ghali f'Jannar ta' l-1995.", "Għalhekk ma kienx xi ħsieb oriġinali tagħna li hemm bżonn niddiskutuhom is- sanzjonijiet għax dawn l-affarijiet kienu ilhom għaddejjin snin twal.", "F'pajjiżna forsi konna aħna li semmejnihom l-iktar imma fl-1995 din l- istess organizzazzjoni kienet bagħtet proposti lil Boutros Boutros Ghali u qaltlu hekk:", "''We should like to suggest the establishment of a mechanisim to carry out the following five functions:", "to assess at the request of the Security Council and before sanctions are imposed their potential impact on the target country and on third countries;", "to monitor application of the sanctions;", "to measure the effects in order to enable the security council to finetune them with a view to maximising their political impact and minimising collateral damage;", "to ensure the delivery of humanitarian assistance to vulnerable groups;", "to explore ways of assistanting member States that are suffering collateral damage and to evaluate claims submitted by such States under article 50''.", "Mela dan huwa l-mod kif kienu qed jaħsbu diġà minn snin qabel ċerti nies u ċerti organizzazzjonijiet rigward is-sanzjonijiet.", "Dan id-dokument li mhux se nkompli naqra aktar minnu huwa interessanti ħafna.", "Irriżulta li proprju f'dan iż-żmien Kofi Annan, li kien imħasseb ħafna fuq il-kwestjoni tal-Libja u rajnih anke l-Iran eventwalment, kien mar hu personalment biex jipprova jevita l-impożizzjoni ta' iktar miżuri mill-Kunsill tas-Sigurezza.", "Għal żmien qasir dan irnexxielu jagħmel akkwist diplomatiku u kien talab lil Vladimir Petrovsky biex imur il-Libja u jagħmel rapport lill-Kunsill tas-Sigurezza.", "Issa jien għandi nota hawnhekk li kien bagħatli l-ħabib tiegħi s-Sur Michael Bartolo, li kien u għadu rappreżentant ta' Malta fil-Missjoni Permanenti ta' Malta ġewwa Ġinevra fejn kien qalli li:", "''The Secretary General has always been concerned about the effects of sanctions and has taken the advice of countries like Malta in this regard very seriously.''.", "Irriżulta li l-parir u l-informazzjoni li kien ħa minn Malta s-segretarju ġenerali kien ħadhom serjament.", "Dan mhux qed ngħidu jien, dan qed jgħidu r-rappreżentant tagħna ġewwa Ġinevra li għadu hemmhekk sal-lum.", "Il- konklużjoni ta' Vladimir Petrovsky kienet tgħid li:", "''United Nations member States who introduce sanctions also have the responsibility to ensure the economic and social well-being of the populations.''.", "Mela hawnhekk jidħol is-sens ta' responsabbiltà, s-sens uman u s-sens ta' tneħħija kemm jista' jkun ta' l-effetti kolaterali u umanitarji fuq nies li m'għandhom x'jaqsmu xejn f'dawn il-pajjiżi.", "Hawnhekk ir-rapport ta' Vladimir Petrovsky li eventwalment imbagħad ġie mgħoddi lill-Kunsill tas-Sigurezza, jitkellem ċar fuq x'għandu bżonn isir għaliex wara li jkun analizza s-sitwazzjoni li kien sab meta mar il-Libja - ejja nammettu li kien hemm sanzjonijiet differenti minn dawk li kienu mposti fuq l-Iraq - jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu u eventwalment m'għandix dubju li Kofi Annan ħa konsiderazzjoni tagħhom meta anke hu mbagħad eventwalment ta l-parti tiegħu ħalli kemm jista' jkun malajr tiġi solvuta l-problema tas-sanzjonijiet tal-Libja.", "Dawn l-affarijiet konna nibżgħu nitkellmu fuqhom għax malajr issib lill-gazzetti ''Il-Ġens'', ''The Times'' u ''In-Nazzjon'' li jibdew jirredikolawna għax qegħdin nitkellmu kontra s-sanzjonijiet.", "Jien nista' ngħid li għandi sodisfazzjon kbir personali li dak li għamilt, għamiltu bil-kuxjenza kollha u ħadt gost nagħmlu għax konvint mill-valuri morali tiegħi u mit-twemmin Kristjan tiegħi jiġifieri m'għamiltu għall-wiċċ ħadd.", "Dan li qed nagħmel illum qed nagħmlu għaliex nemmen li għandna nwasslu dawn il-messaġġi fejn għandhom jaslu.", "Issa jekk forsi wieħed jaħseb li dawn kienu affarijiet ristretti għall- Ġnus Maqgħuda, għal Kofi Annan u għal Vladimir Petrovsky irrid infakkar li dak iż-żmien kien hemm rapport interessantissimu preżentat minn, of all people, the UN association of United States of America, u kien magħmul minn an international task force on the enforcement of UN Security Council resolutions.", "Mela ma kienx il-gvern Laburista bil-ministru għall- affarijiet barranin iffissat fuq is-sanzjonijiet u ma kienx qed jitkellem waħdu fid-dinja fuq dawn l-affarijiet!", "L-imħuħ żgħar magħluqa li kellna hawnhekk iddominaw il-media Maltija u dawn l-affarijiet qatt ma esponewhom lill-pubbliku Malti, qatt ma ħolqu kuxjenza għall-bżonnijiet tal-qarrejja tagħhom dwar x'inhu għaddej ħalli niżviluppaw kuxjenza u nifhmu aktar fil- kontest ta' l-iżvilupp li jkun għaddej għaliex qed nitkellmu b'dan il-mod.", "Kienu ffissati biss biex jagħmlulna l-ħsara u jpinġuna koroh bħala isolati u bħala gvern, b'politika li m'għandha x'taqsam xejn ħlief biex mingħalihom - kif riedu jpinġu huma - tgħin lil-Libja toħroġ mill-morsa li kienet fiha.", "Dan huwa dokument li għandu bħala subtitle ''Words to deeds strengthening the United Nations enforcement capabilities''.", "Hawnhekk għandi biss executive summary tad-dokument proprju li jgħid:", "'' Humanitarian repercussions of comprehensive economic sanctions have occasioned growing concern and sanctions need to be tailored to fit the target and the circumstances.", "Economic sanctions by their very nature are fundamentally a multilateral enterprise.", "Yet the Council's readiness to authorise economic sanctions have yet to be matched by parallel moves to strengthen the United Nations capabilities for planning, implementing, monitoring or policing its sanctions regime.", "If steps are not taken soon to address these shortcomings there is a real danger the disappointment and the disillusionment that have engulfed UN military operations could emerge on the economic side of enforcement as well. ''.", "Dawn huma twissijiet serjissimi.", "Dan id-dokument igħid ukoll:", "''The Security Council should seek to shape each sanctions package in a way that brings maximum pressure to bear on national decision-makers in the target country while avoiding unneccessary humanitarian consequences for the popolution as a whole.''.", "Sur President, min qed jismagħna m'għandux jaħseb li dan huwa xi dokument ifformolat minn xi erbat itfal ta' l-università lli għadhom qed jagħmlu xi studji.", "Dan kien team magħmul min-nies tal-kalibru ta' Lord Carrington, li kien iċ-chairman, nies bħal Gro Harlem Bruntlland, ex-prim ministru tan- Norveġja u llum direttriċi tal-WHO, Jean Pierre Cotte li kien viċi president tal-Parlament Ewropew, Brent Snowcoft li kien il-United States national security advisor u oħrajn li għandhom ovvjament il-background tagħhom li jagħtu saħħa lil dawn id-deċiżjonijiet.", "Mela dan huwa rapport li kien ħareġ f'Diċembru ta' l-1997 li, kif għedt, juri li l-ħsieb kien hemm u għadu qiegħed hemmhekk ħalli l-affarijiet kemm jista' jkun jirranġaw.", "Jien kont kawt ħafna fuqu u nemmen li wieħed għandu jitkellem dwaru.", "U meta eventwalment f'Marzu ta' l-1998 - meta kien hemm xi ftit caqliq biex terġa' tiġi diskussa l-kwestjoni tas-sanzjonijiet fuq il-Libja fil-Ġnus Magħquda u kien hemm talba min-numru ta' pajjiżi u din ġiet aċċettata ħalli jkun hemm diskussjoni miftuħa pero' mhux binding fl- assemblea ġenerali - kont tajt struzzjonijiet lir-rappreżentant Malti tagħna hemmhekk u konna għamilna diskors li fih - mhux se naqrah kollu hawnhekk - għamilna repetizzjoni ta' dak kollu li qed ngħid u għamilna enfasi fuq il-punti li nemmnu li kellhom jiġu kkonsidrati fil-kontest ġenerali tad-diskussjoni fuq is-sanzjonijiet.", "Jien se naqra biċċa żgħira biss minn dan id-dokument kollu li llum huwa parti mid-dokumentazzjoni tad- diskors li għamel ir-rappreżentant tagħna ta' Malta ġewwa l-Ġnus Magħquda.", "Fost affarijiet oħra hemm li:", "''The Goverment of Malta ...\"", "- dak iż-żmien Gvern Laburista -", "\"... strongly believes that a serious and open debate should be launched to explore alternative measures for the application of sanctions and on measures that offer inbuilt incentives that encourage changes in the behaviour of targeted countries.", "Such sanctions must be a mechanism for the promotion of peace and not for the indiscriminate mass punishment of a whole population.", "Sanctions must be used to maximise political impact where it is needed most and at the same time should ensure the minimum collateral damage elsewhere.", "Malta feels that where there are severe effects of sanctions on a targeted country on the population at large, immediate remedial actions should be taken by our organisation to alleviate the sufferings of the vulnerable groups in that society.", "As in the case of Iraq we have been wittnesses to the fact that the civilian population has been bearing the brunt of the ensuing scarcities and deprivations.", "The presence of a body which will monitor the effects of sanctions would have averted such disastrous consequences developing, would have helped to avoid the situation deteriorating to such levels and would have raised more awareness to the humanitarian aspect of sanctions.''.", "Dan huwa dokument għal qalbi ħafna għaliex fih għedna ċar kif nemmnu u x'għandhom ikunu l-kondizzjonijiet madwar l-impożizzjonijiet tas- sanzjonijiet.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'?", "ONOR.", "JOE BORG: Nipproponi li jkompli jinstema'", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Vella jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Nirringrazzja wkoll lilek, Sur President, għal din l- indulġenza li qed tagħtini u nwiegħed li mhux se ndum.", "Peress li ridt nesponi dan l-argument kollu nġarrejt mid-diskors u ma ppretendejtx li se nieħu daqshekk fit-tul.", "Din il-liġi qed tagħtina ċ-ċans li nitkellmu fuq l- impożizzjoni ta' sanzjonijiet u għalhekk ridt nuri biċ-ċar dak li nemmnu fih u x'politika għandu jkollna f'dan ir-rigward.", "Dawn kienu s- sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda pero' issa rrid nitkellem ftit ukoll rigward sanzjonijiet li jagħmlu gruppi ta' pajjiżi; ħaġa li wieħed irid jikkonsidraha wkoll minħabba l-politika barranija tal-gvern preżenti li qed joqrob lejn għaqda ta' pajjiżi li qed tiżviluppa b'mod mgħaġġel ħafna f'dik li tissejjaħ ''il-politika barranija komuni tagħha''.", "Hawnhekk wieħed irid jiżen xi tkun is-sitwazzjoni ta' pajjiżna meta jittieħdu ċerti deċiżjonijiet", "Fil-Ġnus Magħquda għidna li għandna obbligi għax aħna ovvjament membri hemmhekk u rridu naċċettaw dak li jgħidu pero' rridu nżommu ġo rasna wkoll il-fatt li aħna mexjin lejn sitwazzjoni fejn imbagħad se jkollna nkunu parti minn grupp ta' pajjiżi li wkoll qed jifformula l-politika barranija komuni tiegħu.", "Infakkar li ftit xhur ilu kellna okkażjoni - ma niftakarx eżatt meta imma s-sena l-oħra kien - meta l-gvern, fl-opinjoni tagħna, għaġġel biex jottempera ruħu ma' sanzjonijiet li l-Unjoni Ewropea kienet qed tagħmel kontra l-ex-Jugoslavja.", "Aħna konna għedna li għandna noqogħdu attenti għaliex peress li kien hemm gwerra għaddejja, din kienet miżura biex tkompli ssaħħaħ l-id ta' min kien qed jiġġieled kontra dik l- entità u allura konna qegħdin nidħlu f'konflitt militari.", "Parti minn dan l- argument huwa akkademiku pero' jien nemmen ukoll li hemm l-aspett l-ieħor li wieħed ma jistax jara poplu jiġi maħqur, ibbumbardjat u imbiċċer u ma jagħmel xejn.", "Aħna m'għedniex li m'għandu jsir xejn imma anke hawn irridu naraw ir-rwol tagħna x'jista' jkun.", "Ma rridux ninsew li aħna pajjiż newtrali u pajjiż li nemmnu li m'għandniex inkunu allineati u allura tqum il-mistoqsija: Allura meta wieħed ikun iffaċċjat b'dan it-tip ta' affarijiet orribbli u din l-esterminazzjoni jista' ma jagħmel xejn?", "Aħna qatt m'għedna li m'għandna nagħmlu xejn imma wieħed irid jitkellem fuq il- mezzi eżistenti u jekk wieħed ikunx uża l-mezzi legali u diplomatiċi kollha qabel jasal biex jagħmel ċerti miżuri mbagħad ikejjel kemm nistgħu nipparteċipaw fil-fond f'dawk il-miżuri.", "Jien, per eżempju, nsemmi l-mod kif l-Isvizzera, proprju dakinhar, ħarġet minn parti mis-sanzjonijiet li mponew l-Unjoni Ewropea u qalet li hi ma tesportax żejt għax is-sanzjoni kienet biex ma jiġux mgħoddija petroleum products lill-ex-Jugoslavja.", "Għalhekk minflok l-Iżvizzera assoċjat ruħha ma' l-Unjoni Ewropea, għalkemm mhijiex membru - niftakar li jien kelli kuntatt biex inkunu nafu x'qed isir eżatt - ħadet l-istand li ma tesportax żjut u ma kkommettietx ruħha.", "Dan huwa mod diplomatiku kif tibqa' barra u nħeġġeġ lill-kollega tiegħi biex ma ngħidux li se nidħlu rasna 'l isfel għall-politika komuni barranija li se tifformola l-Unjoni Ewropea.", "Per eżempju, l-President tar- Repubblika attwali - qed insemmih b'rispett - kien iħobb igħid li sakemm għandek is-saħħa tal-veto hu jħossu kbir daqs l-oħrajn pero' llum kulħadd jaf l-Unjoni Ewropea futura kif qed tiżviluppa.", "Is-sistema kif jittieħdu d- deċiżjonijiet miexja aktar u aktar 'il bogħod mill-applikazzjoni tal-veto u qed tmur iktar għal dak li huwa qualified majority, jiġifieri fejn numru ta' pajjiżi b'numru ta' voti jkollhom deċiżjoni maġġoritarja u allura kulħadd ikollu jobdi.", "Irrid ngħid ukoll li sal-lum hemm il-possibbiltà - din ħarġet minn Title 5, jekk m'inix sejjer żball, tat-Trattat ta' Amsterdam il-ġdid - li min ma jridx jikkopera jew jidħol f'xi azzjoni militari jew azzjoni politika f'dan il-kuntest, jista' jżomm lura li ma jidħolx pero' ma jistax iżomm lil oħrajn milli jaġixxu.", "Allura daħal il-kunċett ta' constructive abstention, fejn wieħed igħid li biex ma jħassarx festi ma jidħolx fiha.", "Jien ma nafx kemm dan il-kunċett se jiġi estiż għada pitgħada meta se nitkellmu fuq a common foreign and security policy.", "Dan qed jinstema' ħafna min-nies esponenti ta' ċertu weight li qed jgħidu li jew inti fil- club jew m'intix, jew ilkoll f'daqqa jew mhux ilkoll f'daqqa.", "Kien hemm ukoll min qed igħid li l-pajjiżi newtrali li hemm bħalissa fl-Unjoni Ewropea, bħal fil-każ ta' l-Isvezja, l-Awstrija, l-Irlanda u l-Fillandja jridu jiddeċiedu, allavolja m'għandhomx in-newtralità bħal tagħna imma dejjem kellhom newtralità armata.", "Per eżempju, l-Iżvizzera għandha n- newtralità pero' hija armata sa snienha.", "Issa qed jingħad li l-pożizzjoni ta' dawn il-pajjiżi trid tiġi aktar definita.", "Jien nixtieq nieħu l- okkażjoni biex inħeġġeġ lill-kollega tiegħi li meta jiġu għan-negozjati ma nħallux din il-biċċa tgħaddi qisu ma ġara xejn għaliex hawnhekk għandha addirittura tidħol fil-kwestjoni l-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Jien ngħid - u se nipprova nagħlaq fuq dan - li dawn il-ħsebijiet li qed naqsam għandna neħduhom bħala xi ħaġa li ġejja minn rappreżentant ta' partit, pero' naħseb li l-maġġor parti tal-membri tan-naħa l-oħra jaqblu wkoll li pajjiżna m'għandux ħsebijiet li jiddomina jew jikkapparra lil xi ħadd imma sempliċement irid jgħix fil-prosperità u fil-paċi.", "Aħna jimpurtana meta nitkellmu fuq affarijiet bħal dawn għaliex jidher ċar li meta ma nkunux parti minn xi blokk partikolari u nibqgħu nsemmgħu leħinna bil-ġenwinità u r-rispett kollu għaliex m'għandniex interessi ulterjuri, niġu mismugħa u nkunu kredibbli.", "Barra minn hekk ħadd, ma jkun jista' jgħid li aħna qed nitkellmu hekk għaliex għandna mano in pasta f'dik il- politika komuni ta' xi blokk partikolari jew għaliex inkunu qed nitkellmu f'isem grupp.", "Aħna pajjiż żgħir li fil-passat kemm-il darba semma leħnu fil-Ġnus Magħquda - u anke ħadna ħafna inizjattivi li ħafna minnhom inneħħilhom il-kappell għaliex żviluppaw f'affarijiet li taw ħafna frott - u m'għandniex ma nkomplux fuq din il-linja.", "Jien inħeġġeġ lill-gvern tal-lum u lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Joe Borg, biex jagħti struzzjonijiet u biex jidderieġi d-diskorsi u l-okkażjonijiet li jkun hemm, kemm fi ħdan il-Ġnus Magħquda mir-rappreżentanti tagħna kif ukoll f'din il-politika li qegħdin isegwu tan-naħa l-oħra - li aħna ma naqblux magħha - li joqorbu lejn entità li għandha politika barranija komuni, ħalli kemm jista' jkun dawn l-affarijiet nibqgħu 'l barra minnhom, nibqgħu 'l bogħod milli niġu nvoluti u nkunu nistgħu nkunu kritiċi b'mod oġġettiv u ma nkunux nistgħu niġu akkużati li qegħdin nikkritikaw għax għandna xi interessi ulterjuri.", "L-interessi tagħna għandhom ikunu biss interessi bbażati fuq il-prinċipji tal-ġustizzja, fuq il-prinċipji ta' l- ekwità u fuq kollox prinċipji li jkunu bbażati fuq ir-rispett lejn id- dinjità u l-ħajja ta' l-individwu, kien kemm kien żgħir, qiegħed kemm qiegħed 'il bogħod minna, nafu u ma nafux bih, sija jekk qiegħed fir-Ruanda u sija jekk qiegħed fl-Iraq.", "Irridu nimmaġinaw u nifhmu li wara kollox il- politika mhijiex qiegħda hemm għall-politikanti u għall-politika imma qiegħda hemm biex suppost ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini fid-dinja, huma f'liema pajjiżi huma.", "Jien nemmen li meta aħna nilleġislaw u meta aħna nkunu qegħdin f'oqsma internazzjonali, kemm fil-Ġnus Magħquda, kien fejn kien, għandna nġibu quddiem għajnejna lil dawk in-nies li jiddependu mid- deċiżjonijiet tal-politiċi ħalli ħajjithom tmur għall-aħjar jew tmur għall- agħar.", "Jien ma nistax inħalli okkażjoni bħal din u ma nitkellimx, bħalma tkellimt, fuq l-effett tas-sanzjonijiet għaliex jien inġib quddiem għajnejja dawk l-istampi li ma nista' ninsa qatt ta' nies ġewwa l-Iraq, ta' tfal nexfin li m'għandhomx possibbiltà li jieħdu ftit kura, li jiffaċċjaw il-mard li jkollhom fuqhom u li eventwalment sfortunatament jispiċċaw imutu għaliex m'hemmx mezzi għalihom.", "Jien nemmen li aħna pajjiż ċivilizzat u demokratiku, pajjiż li għandu tradizzjonijiet Kristjani profondi ħafna u m'għandniex nistħu li nitkellmu b'dan il-mod kull fejn inkunu ħalli kemm jista' jkun dawn il-ħsebijiet li diġà ġew esposti minn oħrajn inkomplu nsaħħuhom.", "B'hekk naslu għal soluzzjonijiet aktar ġusti għall-problemi li tiffaċċja d-dinja ta' madwarna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistied lil Ministru Borg biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOE BORG: Sur President, jien ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Vella jitkellem b'mod partikolari fuq il-liġi u anke b'mod ġenerali dwar dak li għandu x'jaqsam mar-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tas- Sigurezza.", "Nixtieq naċċertah li m'għandi l-ebda dubju dwar il-ġenwinità li biha mexa hu, b'mod partikolari, fil-perijodu li għamel bħala ministru ta' l-affarijiet barranin, għalkemm ovvjament ikun hemm aspetti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjoni ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fejn aħna bħala gvern illum ma naqblux magħhom.", "Pero' tajjeb li ngħid xi ħaġa fuq l-aħħar punt li għamel rigward il-common foreign security policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Vella qal tajjeb li l-pożizzjoni kif inhi llum hija li pajjiż individwali jista' jagħmel dak li jsejħulu constructive abstention, jiġifieri li pajjiż membru jista' jgħid li mat- tali deċiżjoni m'għandux għalfejn jottempora ruħu u m'għandux għalfejn ikun konformi u allura jibqa' lura.", "L-unika ħaġa li ma jistax jagħmel hi li jimblokka lill-oħrajn li jibqgħu mexjin f'dik id-direzzjoni.", "U naħseb li f'dan ir-rigward din tissalvagwarda n-newtralità tagħna bħalma tissalvagwarda n-newtralità tal-pajjiżi membri li huma newtrali, bħalma huma l-Awstrija, l-Fillandja u pajjiżi oħrajn bħall-Irlanda li huma newtrali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-provvediment sar minħabba fihom u dment li jibqa' pajjiżi newtrali fl-Unjoni Ewropea ma naħsibx li hemm il- possibbiltà li kulma jiġi deċiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-kamp tal- politika barranija, b'mod partikolari mal-politika tad-difiża, jista' jkun li dan isir b'mod li tittieħed deċiżjoni maġġoritarja u jitmexxew warajha l- pajjiżi membri l-oħrajn li ma jkunux qablu magħha.", "Fil-fatt jidher li għall-futur il-pożizzjoni hi li meta jittieħdu deċiżjonijiet ta' ċerta portata f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika ta' difiża komuni ta' l- Unjoni, pajjiż membru individwali, b'mod partikolari pajjiż newtrali, jkun jista' jibqa' barra minnha u jipparteċipa f'dak li għandu x'jaqsam ma' support measures, u aħna ma nsibux problema li nimxu f'dak il-kuntest.", "Jien m'għandi l-ebda problema li ngħid li fil-fażi tan-negozjati beħsiebna - kif diġà ndikajna - nagħmluha ċara li Malta hija pajjiż newtrali u għaldaqstant se nissalvagwardaw in-newtralità tagħna kif inhi mħaddma fil- kostituzzjoni.", "Nixtieq nagħmel riferenza għall-fatt li ssemma mill-kollega tiegħi dwar l-implimentazzjoni ta' ratifika ta' trattati u dwar l-aspett l-ieħor li se niġi għalih dalwaqt, fejn kwalunkwe regolament li joħroġ il-prim ministru fl-interess nazzjonali jew internazzjonali ta' Malta jrid jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tad-Deputati, mbagħad għandek perijodu li fih dan jista' jiġi kkontestat.", "Il-kollega tiegħi staqsa għaliex dan il-provvediment mhux qiegħed imniżżel speċifikament fil-liġi f'dawn l-emendi meta fis-Supplies and Services Act hemm imniżżel speċifikament li trid tiġi segwita din il- proċedura.", "Ta' min igħid li meta daħlet fis-seħħ is-Supplies and Services Act, il-pożizzjoni ta' Malta dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f'dawk li huma regolamenti ta' ministri ma kenitx pożizzjoni waħdanija.", "Allura peress li fid-dritt amministrattiv Ingliż jidhirli li hemm xi tlieta jew erba' proċeduri differenti dwar il-laying ta' regolamenti, fil-liġijiet tagħna wieħed irid kull darba jispeċifika liema hi l-proċedura li għandha tiġi segwita f'dak li għandu x'jaqsam ma' link ta' regolamenti.", "Meta daħlet in vigore l-Interpretation Act fl-1975 il-pożizzjoni ġiet iċċarata.", "Fil-fatt l-artiklu 11 ta' l-Interpretation Act jgħid hekk:", "''Where an Act of Parliament or other Act passed by the Legislature of Malta or an Ordinance confers power to make rules or regulations or other subsidiary legislation of a like nature, any such legislation made by virtue of those powers after the coming into force of this Act shall as soon as may be after it is made be laid on the Table of the House and if, within the period of twenty-eight days after it is so laid, the House resolves that it be annulled or amended, the same shall thereupon cease to have effect or shall be so amended, as the case may require, but without prejudice to the validity of anything previously done thereunder or to the making of new rules, regulations or other subsidiary legislation of a like nature.''.", "Subartiklu (3) ta' artiklu 11 igħid ukoll li din il-proċedura għandha tiġi segwita dment li fil-liġi partikolari ma tiġix indikata proċedura differenti.", "Din ngħidulha n-negative resolution.", "Issa jekk f'regolament partikolari jinħass li għandu jkun hemm l-oppost, jiġifieri l-positive resolution, allura dik trid tingħad fil-leġislazzjoni partikolari.", "F'dan il-każ aħna ħassejna li għandha tiġi segwita l-proċedura normali dwar il- laying tar-regolamenti li jistgħu jinħarġu mill-prim ministru u allura m'hemmx għalfejn li tissemma speċifikament fil-liġi għal dan ir-rigward.", "B'hekk japplika l-artiklu 11 ta' l-Interpretation Act, jiġifieri Kap. 249.", "Issa ħalli niġi għall-punt l-ieħor li semma l-Onor.", "George Vella rigward ir-ratifika tal-Chemical Weapons Convention.", "L-Onor.", "Vella għamel riferenza għall-klawsola 5 ta' l-abbozz ta' liġi li qed jabolixxi dan l-Att pero' mbagħad għandek subklawsola (2) li jgħidlek li minkejja li dan l-Att qed jiġi abolit, ir-regolamenti li ħarġu taħtu għandhom jibqgħu japplikaw daqslikieku huma in vigore.", "Dan ifisser li l-konvenzjoni nnifisha u kwalunkwe regolament li ħareġ taħtu xorta baqgħu japplikaw.", "Il-mistoqsija kienet għaliex ġie identifikat dan l-Att biss u jekk hemmx atti oħrajn li setgħu saru bl-istess mod.", "Naħseb li hemm atti oħrajn pero' dan l-Att tant hu estensiv li nħass il-bżonn li biex fil-futur nevitaw komplikazzjonijiet ikun tajjeb li jsir b'dan il-mod.", "Ħalli nispjega ftit ruħi.", "L-ewwelnett f'din il-konvenzjoni nnifisha hemm mekkaniżmu li jipprovdi għal ''measures to redress a situation and to ensure compliance, including sanctions.''", "Dawn huma mekkaniżmi pprovduti fil-konvenzjoni nnifisha dwar x'irid isir minn State parties biex b'hekk jimplimentaw deċiżjonijiet li jittieħdu mill-executive council mbagħad jistgħu jmorru oltre l- provvedimenti li hemm fl-Att.", "Allura f'dak il-każ, jekk jiġri hekk, kien ikollna noqogħdu nressqu emendi għall-Att quddiem il-parlament.", "Bl-istess mod il-konvenzjoni tipprovdi għal tibdil fiha nnifisha u l- metodu ta' kif isir dan it-tibdil, mhuwiex daqshekk konvenzjonali għax igħidlek li:", "\"Any State party may propose amendments to this Convention ...''", "Imbagħad jgħidlek li:", "''... amendments shall be ratified or accepted by all those State parties casting a positive vote at the conference.''.", "Jiġifieri meta l-iState parties jagħtu vot pożittiv, dawk l-emendi jiġu kkonsidrati bħala li ttieħdu u jiġu in vigore fi żmien 90 jum - skond l- artiklu 15 tal-konvenzjoni - li fihom kien ikollna noqogħdu bilfors ngħaddu liġi fil-parlament li tirratifika l-emenda.", "Allura nħass li biex nevitaw kwalunkwe riskji kawżati minħabba l-limitazzjoni ta' żmien u minħabba l- implimentazzjoni ta' miżuri meħuda taħt din il-konvenzjoni għedna li dak li għadda bis-saħħa ta' din l-emenda fil-parlament jiġi kkonsidrat qisu għadda b'regolament magħmul mill-prim ministru u kwalunkwe enforcement measures li jistgħu jittieħdu 'l quddiem li jistgħu jirrekjedu xi tibdil għall-provvedimenti ta' regolamenti, l-prim ministru jkun jista' jgħaddihom bis-saħħa ta' regolament minflok ma joqgħod jiġi quddiem il- parlament, bis-salvagward li f'dak il-każ ir-regolament ikun irid jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Nixtieq nagħmel riferenza wkoll għal dak li ntqal dwar il-provvedimenti ta' l-emenda li għandna quddiemna.", "Nixtieq ukoll niċċara l-punt li l- emenda tipprovdi għal tliet tibdiliet.", "L-ewwel tibdila hija li dak li kien hemm fl-Att Nru. XX ta' l-1993 qed jiġi estiż biex ma jkoprix biss is- sanzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti iżda jkopri wkoll kwalunkwe deċiżjonijiet li jittieħdu minn entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt iċ-charter tan-Nazzjonijiet Uniti, li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "Vella, u li jistgħu jinkludu miżuri meħuda taħt il-mantell ta' l-OSCE, li taqa' taħt iċ-chapter 8 taċ-charter bħala regional security organisation.", "It-tieni aspett huwa li minn issa 'l quddiem wara li konvenzjoni - din tista' tkun konvenzjoni ta' natura internazzjonali, ta' natura reġjonali jew trattat ta' natura bilaterali - tiġi ratifikata bil-mezzi eżistenti li għandna, jiġifieri bis-saħħa ta' l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati - din tista' tiġi ratifikata b'ittra maħruġa mill-ministeru ta' l-affarijiet barranin u ma taqax taħt artiklu 3 ta' dan l-Att fejn ma jkollokx bżonn riferenza lill-parlament bis-saħħa ta' riżoluzzjoni jew addirittura anke bis-saħħa ta' Att tal-Parlament - kwalunkwe miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu jridu jsiru, jkunu jistgħu jsiru bis-saħħa ta' regolamenti li jinħarġu mill-prim ministru.", "Dan isir bil-kondizzjoni li mar-regolamenti li jinħarġu jrid ikun hemm it-test tar-riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li bis-saħħa tagħha dik il-konvenzjoni tkun ġiet ratifikata.", "Issa jien naħseb li hawnhekk għandha ssir emenda għall-Att tal-Parlament li jkun irratifika dik l-istess konvenzjoni bis-saħħa ta' Kap. 304 għax din l- emenda ma tipprovdix għal dan.", "Dan ir-regolament għandu jitqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra tad-Deputati bil-proċedura normali.", "It-tielet aspett li huwa indipendenti mit-tieni wieħed - u nagħmel dan il- punt ċar - jagħti d-dritt lill-prim ministru li fl-interess nazzjonali jew internazzjonali ta' Malta joħroġ regolamenti li bis-saħħa tagħhom jista' jiġi pprojbit il-kummerċ f'xi komodità jew f'xi sustanza jew jiġi pprojbit l-ivvjaġġar anke għal xi pajjiż jew parti minnu.", "Dan mhux neċessarjament jintrabat li jagħmel hekk għax ħaddieħor jagħmel hekk.", "Jekk ħaddieħor fl- interessi nazzjonali tiegħu jagħmel hekk, aħna wkoll għandu jkollna d- dritt kollu, fl-interessi nazzjonali jew internazzjonali tagħna, li nieħdu ċerti miżuri u dan ma nagħmluhx għax dawn ikunu mposti mill-Kunsill tas- Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti, minn xi awtorità oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn xi konvenzjoni jew trattat li aħna nkunu dħalna fih imma għax inkunu nemmnu li huwa fl-interess nazzjonali jew internazzjonali tagħna li nieħdu dik il-pożizzjoni.", "Jista' jkun ukoll li dik il- pożizzjoni tkun ittieħdet minn pajjiż ieħor jew minn blokk ta' pajjiżi pero' aħna, fil-konsiderazzjoni ta' l-interessi nazzjonali jew internazzjonali tagħna, nħossu li għandna nieħdu dik il-pożizzjoni wkoll għalina.", "Huwa importanti wkoll li ngħidu li fl-aħħar mill-aħħar mhuwiex il-prim ministru li qiegħed jiddeċiedi waħdu, għas-sempliċi raġuni li għandek l-istess mekkaniżmu, u regolament li joħroġ il-prim ministru jrid jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għalhekk għandek l-istess proċedura li fi żmien 28 jum tista' ssir mozzjoni sabiex dak ir-regolament li jkun ħareġ il-Prim Ministru ma jiġix adottat u dibattut u fl-aħħar mill-aħħar tkun il- Kamra tad-Deputati li tiddeċiedi dwaru.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa l-fatt li fil-kuntest ta' l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati hemm provvediment li ċerti konvenzjonijiet jew ċerti trattati jistgħu jirrikjedu mhux biss riżoluzzjonijiet ta' dan il- parlament imma addirittura Att tal-Parlament.", "Allura f'dak il-każ l-ewwel ikun irid igħaddi Att minn dan il-parlament biex iġib dik il-konvenzjoni into effect u wara li jgħaddi dak l-Att, jekk ikun hemm bżonn xi miżuri ta' implimentazzjoni, l-prim ministru jkun jista' joħroġ ir-regolamenti għalih.", "F'dan ir-rigward naħseb li fl-istadju ta' kumitat irridu nagħmlu emenda żgħira li tipprovdi mhux biss għall-każi fejn ikun hemm bżonn ta' riżoluzzjoni li tiqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra imma wkoll għall-każ fejn Att tal-Parlament irid jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien mar- regolament li jkun għadda l-prim ministru.", "Jien se nagħlaq billi ngħid li fiċ-ċirkostanzi tal-lum il-pożizzjoni legali kif inhi m'hijiex iżjed tenibbli.", "Kif għedt dalgħodu, għandna sitwazzjoni fejn għandna l-Att XX ta' l-1993 li jipprovdi għall-miżuri li ttieħdu fil-kuntest tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti, għandna liġi speċifika li tirrigwarda l-Chemical Weapons Convention imbagħad għal kull miżura oħra li nħossu li għandna nieħdu rridu naqgħu fuq is-Supply and Servicess Act, li hija liġi antika u ġenerika ħafna li mhux dejjem, kif qal l-Onor.", "George Vella, tkun ċert li inti mija fil-mija kopert f'dak li tipprovdi.", "Allura nħass il-bżonn li jkollna dawn l-emendi li jkopru s-sitwazzjonijiet kollha u jagħtu lill-gvern id-dritt, il-poter u l-qafas legali - dak li jgħidulu l-legal basis - għad-deċiżjonijiet li hu jħoss li għandu jieħu kemm fil-kontest tan-Nazzjonijiet Uniti, kemm fil- kuntest ta' kwalunkwe trattat jew konvenzjoni internazzjonali kif ukoll fil- kuntest ta' dak li jiġi deċiż li huwa fl-interess nazzjonali jew internazzjonali ta' Malta.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal- Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Nippropona li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO(Ministru għat-Turiżmu): Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IR-RIFUĠJATI", "REFUGEES BILL", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, nipproponi t- Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jagħmel provvedimenti dwar u jistabbilixxi proċeduri għar-rigward ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Sur President, għall-ewwel darba l-Parlament Malti għandu quddiemu liġi dwar ir-rifuġjati.", "Huwa unur tiegħi li bħala ministru qed nippilota din il-liġi għaliex saru ħafna diskussjonijiet u rapporti dwar jekk pajjiżna għandux isegwi l-eżempju ta' diversi pajjiżi oħrajn fejn il-qasam tar-rifuġjati mhux biss nirregolawh bl-emozzjoni jew bil-qalb imma wkoll nagħmlu liġi dwaru.", "Għal żmien twil il-pariri, speċjalment mis- servizz ċivili, kienu kontra li jkollna liġi speċifika lokali dwar ir- rifuġjati minħabba l-biża' li dan huwa pajjiż żgħir ta' 120 mil kwadru, b'densità ta' popolazzjoni ta' 1,100 kull kilometru kwadru, u l-fatt li jkun hemm liġi li tagħti drittijiet legali lir-refuġjati jista' jkun inċentiv sabiex jiġu ħafna immigranti llegali f'pajjiżna.", "Jien nieħu gost nisma' - għallinqas mill-kummenti li smajt mill-pubbliku - li mhux se jkun hemm kontroversja dwar din il-liġi u dan juri li bil-mod il-mod qed tinħoloq kuxjenza mhux biss favur id-drittijiet tar-rifuġjati, imma qed jinħoloq aktar għarfien tad-distinzjoni bejn rifuġjati, kif nifhmuha aħna - u din se nispjegaha mil-lat tekniku - u nies oħrajn li legalment jew illegalment jidħlu f'pajjiżna għal skopijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' persekuzzjoni imma biex ifittxu ħajja aħjar.", "Veru li hawn moviment - għalkemm dan għadu moviment żgħir - li jgħid li r-rifuġjat mhuwiex biss dak li jaħrab minn pajjiżu minħabba raġunijiet politiċi, raġunijiet ta' diskriminazzjoni jew raġunijiet ta' persukuzzjoni, l-hekk imsejjaħ rifuġjat politiku, imma hemm ukoll ir-rifuġjat ekonomiku li jaħrab minn pajjiżu u jmur f'pajjiż ieħor biex ifittex għajxien aħjar għaliex f'pajjiżu m'hemmx il-kondizzjonijiet ekonomiċi biex jaqla' x'jiekol u jgħajjex il-familja tiegħu.", "Jien nieħu gost li bil-mod il-mod, l-opinjoni pubblika u l-media - għalkemm mhux dejjem kien faċli - qed jagħmlu din id-distinzjoni bejn rifuġjat u immigrant illegali għax sa ftit taż-żmien ilu kull darba li kienet tasal xi lanċa b'immigranti llegali l-media kienet issejħilhom rifuġjati - dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm, fost dawk li jidħlu llegalment f'pajjiżna, persuni li jikkwalifikaw taħt it-titlu ta' rifuġjat, kif definit f'dan l-Att - u ma tistax tekwipara żewġ affarijiet flimkien.", "Rifuġjat jista' jkun daħal f'Malta llegalment pero' xorta huwa rifuġjat; min-naħa l-oħra mhux kull immigrant illegali huwa rifuġjat.", "L- iskop ta' dan l-abbozz huwa li minflok nibqgħu bis-sitwazzjoni, kif qegħdin illum, li l-materja tar-rifuġjati m'hijiex rikonoxxuta espressament fil- liġi tagħna u u l-kondizzjonijiet tad-dħul tar-rifuġjati, bħall-barranin oħrajn, kienu regolati biss bil-liġi dwar l-immigrazzjoni ta' l-1970, li ma tiddistingwix bejn nies rifuġjati u nies li mhumiex rifuġjati, issa se jkollna liġi li se tiddistingwi bejn barranin u rifuġjati u se tirregola min hu rifuġjat, x'inhuma d-drittijiet tiegħu, kif japplika biex isir rifuġjat u min se jiddeċiedi jekk persuna għandhiex l-istat ta' rifuġjat.", "Din il-liġi se tirregola wkoll jekk rifuġjat għandux dritt ta' appell f'każ li ma jaqbilx mad-deċiżjoni ta' l-awtorità, għandux dritt ta' assistenza legali f'dak l-appell, x'inhuma d-drittijiet tiegħu dwar assistenza medika u dwar edukazzjoni f'pajjiżna, jekk għandux id-dritt li jaħdem u d-dritt ta' dokument ta' l-ivvjaġġar.", "Din il-liġi se tirregola mhux biss lir-rifuġjati imma wkoll l-asylum seekers, jiġifieri dawk li qed ifittxu l-asil, dawk li qed ifittxu stat ta' rifuġjat.", "Allura din il-liġi se tgħidilna x'jiġri minn persuni li japplikaw għal stat ta' rifuġjat; jekk għandhomx dritt li jibqgħu Malta sakemm tingħata deċiżjoni definittiva dwar l-istatus tagħhom ta' rifuġjati u jekk għandhomx drittijiet oħrajn inkluż id-dritt ta' l-assistenza medika.", "Iżda, Sur President, xtaqt li qabel ngħid xi ħaġa dwar l-UNHCR - il-United Nations High Commission for Refugees - u kif inhuma rikonoxxuti f'dan l-abbozz ta' liġi hemm kategorija oħra ta' nies li la huma rifuġjati u lanqas huma asylum seekers, jiġifieri jfittxu l-istatus ta' rifuġjat.", "Dawn huma nies li għalkemm ma jikkwalifikawx taħt id-definizzjoni rikonoxxuta internazzjonalment ta' min hu rifuġjat, xorta waħda jkollhom bżonn ħarsien u protezzjoni temporanja, li aħna sejjaħnilha protezzjoni umanitarja.", "Kif se nispjega aktar tard dawn huma nies li ma ħarbux minn pajjiżhom għal raġunijiet ta' persekuzzjoni politika jew ta' diskriminazzjoni fuq razza jew fuq affarijiet oħrajn projbiti li fuqhom ma tistax tagħmel diskriminazzjoni, pero' minħabba ċirkostanzi internazzjonali nqabdu barra l-pajjiż u ma jistgħux imorru lura f'pajjiżhom għax hemm gwerra ċivili jew għax kif kien hemm fil-Kosovo hemm attakki minn barra l- pajjiż.", "Allura dawn il-persuni li teknikament m'humiex rifuġjati pero' ħaqqhom ħarsien temporanju għaliex huma a cause for concern għall-UNHCR qegħdin nipprovdu għalihom ukoll.", "Ngħiduha kif inhi, hija ftit stramba li sal-lum ma kellniex liġi dwar ir- rifuġjati.", "Qed ngħid dan għax minkejja li Malta sal-lum ma kellhiex liġi dwar ir-rifuġjati, fl-1971 kienet iffirmat il-konvenzjoni tal-United Nations ta' l-1951 ta' Ġinevra dwar l-istatus tar-rifuġjati.", "Fl-1951 il- United Nations kienet varat il-konvenzjoni dwar l-istatus tar-rifuġjati f'Ġinevra li aħna ffirmajna 20 sena wara, eżattament fil-15 ta' Ġunju ta' l- 1971 u allura ħloqna obbligu internazzjonali favur ir-rifuġjati.", "Din il- konvenzjoni ta' l-1951 li għadha sal-lum magna carta tad-drittijiet tar- rifuġjati fid-dinja, tirregola b'mod internazzjonali, id-drittijiet tar- refuġjati.", "L-ewwel ħaġa din il-konvenzjoni tagħtina definizzjoni ta' min hu rifuġjat u x'inhuma d-drittijiet minimi li l-istati li jiffirmaw din il- konvenzjoni jintrabtu li josservaw.", "Per eżempju, din il-konvenzjoni tgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni kontra r-rifuġjati; li m'għandekx tagħmel regoli aktar diffiċli għar-refuġjati biex japplikaw għax-xogħol minn dawk li japplikaw għall-barranin oħrajn; li tagħti ċerta assistenza ta' natura medika, ta' natura edukattiva u ta' natura soċjali lir- rifuġjati; u kif takkwista jew titlef l-istatus ta' rifuġjat.", "Dawn id- drittijiet kollha kienu nkorporati f'konvenzjoni ta' l-1951 li Malta b'ċerti riżervi li se nsemmi iktar tard iffirmat fl-1971.", "Minkejja li aħna ntrabatna internazzjonalment li nirrikonoxxu dawn id- drittijiet, bl-ebda mod ma nkorporajna dawk l-obbligi f'xi liġi f'Malta u allura fis-sistema legali tagħna, minkejja li internazzjonalment vis-a-vis l-Ġnus Magħquda konna marbutin li nħarsu d-drittijiet ta' rifuġjati, ma kellniex l-għodda legali li nirrikonoxxu l-istat u d-drittijiet tar- rifuġjati.", "Anzi nixtieq ngħid li meta aħna fl-1971 bħala gvern Malti konna ffirmajna l-konvenzjoni ta' l-1951, l-ewwel konna llimitajna r- rikonoxximent tad-drittijiet tar-rifuġjati għal dawk li saru rifuġjati minħabba avvenimenti li ġraw fl-Ewropa qabel l-1951, imbagħad f'Settembru ta' l-1971 iffirmajna l-protokoll ta' l-1967 li biha neħħejna l- limitazzjoni tad-data.", "Mela nirrikonoxxu r-rifuġjati li saru rifuġjati wara l-avvenimenti ta' l-1951 purche' dawk l-avvenimenti ġraw fl-Ewropa.", "Din hija l-famuża limitazzjoni ġeografika.", "Mela allura sal-lum il- pożizzjoni tagħna għadha li internazzjonalment aħna obbligati li nirrikonoxxu biss refuġjati li ġejjin mill-Ewropa.", "Dan ifisser li sal-lum aħna ma kellna l-ebda obbligu, la internazzjonali u lanqas lokali, li nirrikonoxxu r-rifuġjati li ġejjin mill-Afrika jew mill-Middle East bħala rifuġjati.", "Pero' fil-prattika x'ġara?", "Fil-prattika ġara li bil-mod il-mod il-Gvern Malti beda jaċċetta f'pajjiżna rifuġjati li mhux ġejjin mill-Ewropa u li jkunu ġew rikonoxxuti mill-UNHCR.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika jsib li n-numru ta' refuġjati naturalment varja matul iż-żmien pero' bħalissa m'huwiex wieħed għoli ħafna.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-istatistika ta' rifuġjati rikonoxxuti mill-UNHCR.", "Issa jekk tħares lejn il-160 ruħ, bejn wieħed u ieħor, li qed igħixu f'Malta u li huma refuġjati rikonoxxuti mill-UNHCR issib li l-maġġoranza kbira tagħhom m'humiex ġejjin mill-Ewropa.", "Mela sal- lum minkejja li ma konniex obbligati li nirrikonoxxu rifuġjati ġejjin mill- Ewropa - għaliex meta ffirmajna l-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għamilna riżerva ta' limitazzjoni ġeografika - fil-prattika l-awtoritajiet ta' l- immigrazzjoni kienu jirrikonoxxu bħala rifuġjat, lil kulmin jiġi rikonoxxut bħala rifuġjat mill-UNHCR bħala aġenzija f'Malta għandhom il-Kummissjoni Emigranti, u allura li kien jiġri huwa li l-karti l-ewwel imorru għand l- aġenti tagħhom f'Malta u wara jmorru Ruma, għaliex Malta bħala ġurisdizzjoni taqa' taħt l-UNHCR ta' Ruma.", "Imbagħad wara numru ta' xhur tiġi risposta jekk dik il-persuna ġietx rikonoxxuta bħala rifuġjat jew le.", "Dan kollu se jinbidel bil-liġi l-ġdida.", "Bil-liġi l-ġdida l-funzjoni preżenti ta' l-UNHCR se nassumuha bħala gvern Malti billi se noħolqu organi, b'dan l-abbozz ta' liġi, liema organi jagħtu l-parir lill-ministru responsabbli mill-emigrazzjoni dwar jekk għandux joħroġ dikjarazzjoni li persuna hija refuġjata jew le.", "Il-ministru m'għandux diskrezzjoni ħlief li jaċċetta rakkmandazzjoni finali li ssir kif previst mil-liġi li persuna hija rikonoxxuta bħala rifuġjat.", "Dan ifisser li l-applikazzjonijiet ġenwini ta' persuni li verament huma rifuġjati se jiġu proċessati iktar malajr għaliex issa se jkollna l-kummissarju tar- rifjuġati li se jibda jieħu d-deċiżjonijiet hu dwar min hu rifuġjat jew le, bi dritt ta' appell kemm favur ir-rifuġjat kif ukoll favur il-ministru, quddiem bord indipendenti ta' l-appell.", "Allura nippretendi li issa l- proċeduri għandhom jitħaffew, kemm fil-każ ta' persuni li b'mod frivolu jkunu ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal rifuġjat biex jirbħu ftit taż- żmien u jibqgħu f'Malta kif ukoll għandhom jiġu proċessati malajr l- applikazzjonijiet ġenwini.", "Mela din hija xabla b'żewġt ixfafar.", "Se jkollna proċess eħfef għar-rigward ta' min hu ġenwinament rifuġjat u ħaqqu l-protezzjoni u se jkollna proċedura eħfef ukoll biex min qiegħed jabbuża mis-sistema biex jakkwista biss id-drittijiet u jtawwal iż-żmien, il-każ tiegħu jiġi maqtugħ ukoll iktar malajr.", "Naturalment il-persuni li la jkun ħaqqhom il-protezzjoni ta' refuġjat u lanqas il-protezzjoni temporanja li semmejt qabel jiġu imneħħijja minn pajjiżna skond il-liġi dwar l- immigrazzjoni.", "Sur President, bla dubju, dan l-abbozz ta' liġi kien il- frott ta' diskussjonijiet twal.", "L-ewwel abbozz ta' liġi tlesta mill-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u ġie diskuss b'mod estensiv ħafna kemm mar-rappreżentanti f'Malta ta' l-UNHCR kif ukoll ma' l-uffiċjali ta' l-UNHCR direttament, li nixtieq nirringrazzjahom pubblikament għaliex dawn tawna assistenza, anke legali, fit-tfassil tiegħu.", "Minkejja li mhux dejjem qbilna mija fil-mija f'kollox nista' ngħid li dan l-abbozz ta' liġi huwa frott ta' ħidma minn Malta u ħidma daparti ta' uffiċjal ta' l-UNHCR li minn Ġinevra u minn Ruma intbagħtu f'Malta.", "Dan ifisser li dawn l-esperti legali ġew f'pajjiżna u ltaqgħu miegħi u ma' nies fil-ministeru tiegħi u wrejnihom l-abbozz ta' liġi li tbiddel kemm-il darba - naħseb li kien hemm xi seba' edizzjonijiet - għax ipprovajna nipperfezzjonaw biex ikun allinjat ma' dak li huwa aċċettaabbli fil-komunità internazzjonali rigward ir-rifuġjati.", "Għalhekk sibna assistenza kbira ħafna mill-UNHCR.", "Nista' ngħid ukoll li wara li f'Novembru li għadda kont tlajt jien stess f'Ġinevra biex inżur il-headquarters ta' l-UNHCR, fejn iddiskutejna dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna f'dan il-parlament, wegħduna wkoll li jibagħtu nies imħarrġin sabiex igħinu lill-immigration officers, li llum huma kemm civilians kif ukoll pulizija, biex jagħrfu kif jittrattaw mar- refuġjati at the point of arrival f'pajjiżna jew is-seaport jew inkella l- airport.", "Fil-fatt l-ewwel deċiżjoni li trid tittieħed f'dan il-proċess kollu huwa mill-uffiċjal ta' l-immigrazzjoni; jew dak li jistampa l- passaporti jew inkella l-ewwel uffiċjal pubbliku li jiltaqa' miegħu xi ħadd li jkun ġie b'mod legali f'pajjiżna u malli jirfes f'artna jitlob l-istatus ta' rifuġjat.", "Allura jrid ikollna persuni li ma jikkommettux inġustizzji mingħajr ma jikkonsidraw il-każ u jibagħtu lura lil dawn in-nies li għall- bżonn ikunu se jibagħtuhom lura f'ħalq l-iljuni għaliex ikunu se jibagħtuhom lura f'postijiet fejn jistgħu jiġu ppersegwitati.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna assistenza legali minn barra l-pajjiż f'dak li huwa taħriġ lill-uffiċjali tal-pulizija u uffiċjali oħrajn ta' l- immigrazzjoni biex jagħrfu bejn każ u ieħor għal dak li jirrigwarda r- rifuġjati.", "Per eżempju, il-UNHCR għandha lista ta' pajjiżi li prima facie, min jiġi minn dak il-pajjiż għandu ċans għoli ħafna li jkun rifuġjat.", "Jien ma nippretendix li xi ħadd li jiġi mill-Italja se jitlob l-istatus ta' rifuġjat - għaliex l-Italja huwa pajjiż demokratiku li ma jippersegwitax liċ-ċittadini tiegħu u allura m'hemmx raġuni għax iċ-ċittadini tiegħu jaħarbu minn dak il-pajjiż - pero' hemm pajjiżi oħrajn li sfortunatament kemm minħabba l-inkwiet fil-pajjiż tagħhom, bejn setet, bejn ribelli u bejn il-gvern ċentrali jew inkella minħabba n-natura dittatorjali tal-gvernijiet ta' dawk il-pajjiżi, there is a strong likelihood li persuni li jkunu ġejjin minn dawk il-pajjiżi jaslu f'Malta.", "Il-likelihood hija li x'aktarx dik il-persuna tkun ħarbet minn dak il-pajjiż għar-raġunijiet politiċi jew minħabba biża' ta' persekuzzjoni.", "Niġi għalhekk għad-definizzjoni ta' min hu refuġjat li hija meħuda kelma b'kelma mill-Konvenzjoni ta' l-1951.", "Ma dehrilniex that we should re- invent the wheel, iktar u iktar għax hemm pressjoni kbira ma' l-Istati kollha li fil-leġislazzjoni lokali tagħhom ma jagħmlux emendi sostanzjali għad-definizjoni internazzjonali tal-Konvenzjoni ta' 1951dwar min hu refuġjat.", "Il-liġi tagħna tiddeskrivi refuġjat b'dan il-mod:", "\"\"refuġjat\" tfisser min, minħabba f'biża' msejsa fuq ir-realtà ...\"", "- bl-Ingliż qiegħda \"well founded fear\", mhux \"any fear\" imma \"a well founded fear\" -", "\"... li jista' jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija f'xi grupp soċjali jew fehma politika partikolari, ikun jinsab barra mill-pajjiż tan-nazzjonalità tiegħu u ma jkunx kapaċi jew, minħabba f'dik il-biża', ma jkunx irid jinqeda bil-protezzjoni ta' dak il-pajjiż; ...\"", "Hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn persuna għandha a well founded fear, jiġifieri l-ewwel rekwiżit huwa biża' msejsa fuq ir-realtà.", "Imbagħad din il-biża' trid tkun biża' serja li jista' jiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija f'xi grupp soċjali jew fehma politika partikolari, u dik il-persuna tkun ħarbet mill-pajjiż - għax jekk għadha fil-pajjiż ma nistgħux nirrikonoxxuha bħala refuġjat minn hawnhekk - u minħabba f'dik il-biża' ma jkunx irid jinqeda bil-protezzjoni ta' dak il- pajjiż.", "Id-definizzjoni tkompli tgħid:", "\"... jew min, mingħajr ma jkollu nazzjonalità ...\"", "- jiġifieri jkun stateless, għal xi raġuni jew oħra m'għandu ċittadinanza ta' l-ebda pajjiż -", "\"... u filwaqt li jkun barra mill-pajjiż fejn soltu kien joqgħod, ...\"", "- ġaladarba m'għandux nazzjonalità ssostitwixxejna \"l-pajjiż tan- nazzjonalità\" bil-kliem \"pajjiż fejn is-soltu jkun joqgħod\" -", "\"... minħabba f'dawn l-avvenimenti, ma jkunx kapaċi jew, minħabba f'dik il-biża', ma jkunx irid jerġa' lura fih, ...\"", "Din hija r-regola meħuda kelma b'kelma mid-definizzjoni ta' refuġjat li nsibu fil-Konvenzjoni ta' l-1951 ta' Ġinevra tal-Ġnus Magħquda dwar l- istatus ta' refuġjat.", "Naturalment hemm l-eċċezzjonijiet għal din id- definizzjoni.", "Eċċezzjoni naturali hija meta wieħed ikun qed jibża' jmur lura f'pajjiżu għax se jiġi ppersegwitat peress li:", "\"ikun għamel reat kontra l-paċi, reat ta' gwerra, jew reat kontra l- umanità ...\"", "Mela jrid ikun ikkommetta reat tant serju li jitqies bħala crime against humanity jew a war crime bħal ġenoċidju jew ethnic cleansing - kif imfisser fi strumenti internazzjonali, mhux kif naqbdu u niddeċiedu aħna - allura ma jkunx ħaqqu l-protezzjoni ta' refuġjat la mill-pajjiżi li ffirmaw il- konvenzjoni u lanqas mill-komunità internazzjonali.", "Lanqas ma jkun jista' jiġi rikonoxxut bħala refuġjat min għalkemm jaqa' taħt dik id-definizjoni:", "\"jkun għamel reat gravi mhux ta' xorta politika barra minn Malta qabel ma jkun daħal Malta;\"", "Jiġifieri qabel ma jkun ġie Malta jkun ikkommetta reat tant serju li bejn li tagħtih il-protezzjoni ta' refuġjat u ddaħħlu f'Malta tant se joħloqlok periklu f'Malta li allura, minkejja li teknikament jaqa' fid-definizzjoni ta' refuġjat, ma nagħtuhx l-istatus ta' refuġjat.", "Iktar tard insemmi x'jista' jiġri dwar min wara li nagħtuh l-istatus ta' refuġjat jikkommetti reat gravi, imma għalissa għadna qed nitkellmu dwar il-mument qabel ma jidħol f'pajjiżna.", "Lanqas ma jkun jista' jiġi rikonoxxut bħala refuġjat min:", "\"ikun ħati ta' attijiet li jmorru kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti.\"", "Wara kollox din hija konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u l-protezzjoni tagħtiha n-Nazzjonijiet Uniti u l-membri tagħha obbligaw ruħhom li jagħtu dik l-istess protezzjoni fl-Istat tagħhom.", "Allura jekk ikunu kkommettew reat jew att kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti m'għandniex nagħtuhom il-protezzjoni li ġġib magħha d-definizzjoni ta' refuġjat.", "Iżda meta persuna jkollha iktar minn nazzjonalità waħda allura trid teżamina jekk din il-biża' ta' persekuzzjoni tapplikax għal pajjiżi kollha li tagħhom hija ċittadina.", "Jekk xi ħadd li għandu dual nationality ma jistax imur lura f'pajjiż wieħed tan-nazzjonalità tiegħu għax jiġi ppersegwitat però fil-pajjiż l-ieħor jista' jmur mingħajr biża' ta' persekuzzjoni, naturalment dik il-persuna ma tkunx meqjusa bħala refuġjat.", "Inzertajna li bħalissa qed niddiskutu l-liġi dwar iċ-ċittadinanza doppja u allura nafu xi tfisser meta ngħidu dan kollu.", "Dik hija d-definizzjoni ta' refuġjat li l-kummissarju għar-refuġjati u l-bord ta' l-appell se jibdew japplikaw f'Malta, li huwa l-istess kriterju li japplika l-UNHCR ta' Ruma fil-konfront ta' applikazzjonijiet li jsiru llum ta' refuġjati f'Malta, bid- differenza li issa se jkollna l-organi lokali u l-istituzzjonijiet lokali biex jirregolaw il-kwestjonijiet ta' l-applikazzjonijiet tar-refuġjati.", "Il-konvenzjoni ta' l-1951 m'aħniex se nagħmluha parti mil-liġijiet ta' Malta bħalma għamilna fil-każ tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem fejn l-Att Nru. XIV ta' l-1987 irrikonoxa b'mod speċifiku bħala parti mil-liġijet ta' Malta l-konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal- bniedem.", "Però fi klawsola 3 se ngħidu li:", "\"Dan l-Att jinkorpora l-obbligazzjonijiet li Malta assumiet taħt il- Konvenzjoni, u fit-tifsir tiegħu għandu jittieħed kont tal- provvedimenti tal-Konvenzjoni.\"", "Dan ifisser li jekk l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti interpretaw ċerti provvedimenti tal-konvenzjoni b'ċertu mod, min se jinterpreta din il-liġi - li huma allura l-kummissarju għoli għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, il-kummissarji lokali għar-refuġjati kif ukoll il-bord ta' l-appell - huwa marbut li jagħti konsiderazzjoni serja dwar kif ġew interpretati ċerti provvedimenti li jinsabu kemm fil-konvenzjoni ta' l-1951 kif ukoll f'dan l- abbozz li għandna quddiemna.", "Allura għalkemm m'aħniex qed ninkorporaw lock stock and barrel il-konvenzjoni ta' l-1951, qed ngħidu li dan l-abbozz qed jassumi l-obbligi ta' pajjiżna għar-rigward ir-refuġjati fuq il-linji tal- konvenzjoni ta' l-1951, u meta tinqala' kwestjoni ta' interpretazzjoni ta' dan l-abbozz għandna nieħdu kont tal-provvedimenti tal-konvenzjoni.", "Klawsola 4 se twaqqaf il-kummissarju għar-refuġjati.", "Dan mhuwiex il- UNHCR, il-United Nations High Commissioner for Refugees - dak se nsejħulu l- Kummissarju Għoli - imma dak ta' Malta se nsejħulu \"il-kummissarju għar- refuġjati\".", "Mela fl-abbozz kull fejn hemm \"kummissarju\" tfisser il- kummissarju lokali għar-refuġjati, u meta nsemmu \"il-kummissarju għoli\" tfisser il-kummissarju għoli għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti li se jingħata rikonoxximent speċjali f'dan l-abbozz.", "Per eżempju, se jingħata d- dritt li hu jew rappreżentanti tiegħu jkunu preżenti waqt l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tar-refuġjati, ħalli jiġi garantit li d-drittijiet proċedurali tta' min qed japplika għall-istatus ta' refuġjat ma jiġux imkażbra.", "Dan il-kummissarju għar-refuġjati jinħatar mill-prim ministru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn fost persuni oħra li fil-fehma tal-prim ministru jkollhom għarfien u esperjenza fil-ħwejjeġ li jolqtu r-refuġjat.", "Il-kummissarju jista' jagħti ġurament lil kwalunkwe persuna u għandu jeżamina l-applikazzjonijiet li jsirulu għall-istatus ta' refuġjat.", "Il- kummissarju jkollu wkoll l-istaff tiegħu li l-prim ministru jista' jassenjalu.", "Se jkun jista' jsir appell ukoll mid-deċiżjonijiet tal- kummissarju għar-refuġjati quddiem il-bord ta' l-appelli dwar ir-refuġjati li jkun magħmul minn president u żewġ membri oħra.", "Il-president irid ikun persuna li għal seba' snin ikollha jew kellha warrant ta' avukat, li huwa l- istess kriterju biex jiġi nominat maġistrat f'Malta.", "Il-membri tal-bord ta' l-appel jibqgħu fil-kariga għal perijodu ta' tliet snin u ma jistgħux jitneħħew ħlief għal raġunijiet ta' traskuraġni gravi, inkompetenza jew attijiet, ommissjonijiet jew imġiba li ma jixirqux lil membru tal-bord.", "Issa ejja nieħdu l-vjaġġ ta' applikazzjoni ta' refuġjat.", "Jista' jkun li persuna tasal f'Malta u titlob l-istatus ta' refuġjat mal-wasla tagħha, jew inkella jista' jkun li tidħol Malta regolarment, jiġi ttimbrat il-passaport tagħha u wara xi żmien li tkun f'Malta b'mod legali titlob l-istatus ta' refuġjat jew inkella.", "Jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn persuna tidħol Malta illegalment, tiġi arrestata, tiġi miżmuma f'Ta' Kandja u waqt li tkun f'kustodja titlob l-istatus ta' refuġjat.", "Fit-tliet każijiet li semmejt, kemm f'dawk li jidħlu Malta legalment, u kemm dawk li jidħlu illegalment, kull persuna tista' tapplika fuq formola lill-kummissarju biex tiġi rikonoxxuta bħala refuġjat f'ilsien li hi tifhem.", "Imbagħad il-kummissarju huwa obbligat li fi żmien ġimgħa minn mindu ssir it-talba għall-istatus ta' refuġjat, jintervista lill-applikant biex jara jekk huwiex veru li l-każ tiegħu jimmerita li jiġi rikonoxxut bħala refuġjat.", "Importanti li din l-intervista ssir in camera, mhux għax wieħed irid jaħbi xi affarijiet jew ma jridx ikun trasparenti imma għall-protezzjoni tar-refuġjat innifsu.", "Anzi huwa importanti li l-pajjiż li minnu jkun ħarab ma jkunx jaf bl-applikazzjoni nnifisha għax ħafna drabi jista' forsi jagħmel vendikazzjoni mill-membri tal-familja tiegħu li jkun ħalla warajh.", "Għalhekk klawsola 8 tipprovdi li din l-intervista tkun bil-magħluq u kunfidenzjali.", "Fil-fatt subklawsola (3) ta' klawsola 8 ta' l-abbozz ta' liġi tgħid li:", "\"Kull informazzjoni li tirrigwarda applikazzjonijiet għal status ta' rifuġjat għandha tibqa' waħda konfidenzjali.", "Taħt ebda ċirkostanza ma għandha xi informazzjoni li tkun tirrigwarda dawk l-applikazzjonijiet tiġi żvelata lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l- applikant, lanqas ma għandha tintalab xi informazzjoni mingħand dawk l- awtoritajiet dwar l-applikant.\"", "Dan ħalli sakemm jinqata' l-każ, il-pajjiż ma jkunx jaf li hemm min qed jallega li jekk tmur lura dik il-persuna tista' tiġi ppersegwitata, minħabba riperkussjonijiet li jista' jkun hemm f'dak il-pajjiż rigward membri tal-familja jew anke għar-rigward l-applikant stess jekk l- applikazzjoni tiġi rifjutata u jkollu jerġa' jmur lura f'dak il-pajjiż innifsu.", "Minkejja li din l-intervista se ssir in camera, xorta waħda l- kummissarju għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għandu dritt li jattendi għall- intervista li ssir mill-kummissarju lokali għar-refuġjati.", "Il-kummissarju għoli jew rappreżentant tiegħu għandu wkoll dritt ikollu aċċess liberu għal kull persuna li qed tapplika għall-istatus ta' refuġjat.", "Qed ngħidu hekk għaliex jista' jkun li peress lil xi ħadd li japplika għall-istatus ta' refuġjat daħal Malta illegalment, dan jinsab Ta' Kandja taħt detenzjoni għax qed jistenna l-proċess ta' deportazzjoni - li jieqaf sakemm jinqata' l-każ ta' jekk huwiex refuġjat jew le - allura l- kummissarju għoli għar-refuġjati jrid ikollu aċċess liberu li jkun jista' jidħol Ta' Kandja jew xi detention centre oħra ħalli jassigura li jingħata smigħ xieraq mill-awtoritajiet ta' Malta għall-każ tar-refuġjat.", "Subklawsola (5) ta' klawsola 8 tgħid li l-kummissarju għandu kemm jista' jkun malajr jeżama din l-applikazzzjoni, imbagħad jirrikkmanda lill- ministru dwar jekk għandux jilqa' dik l-applikazzjoni jew le.", "Jekk dik ir- rakkmandazzjoni li ssir lill-ministru ma jkunx hemm appell minnha allura hija definittiva u l-ministru obbligat li jikkonferma dik ir- rakkmandazzjoni.", "Jiġifieri għalkemm id-dikjarazzjoni ta' refuġjat jiffirmaha l-ministru jew xi ħadd awtorizzat mill-ministru, din issir fuq rakkmandazzjoni tal-kummissarju għar-refuġjati jew il-bord ta' l-appell, jekk ikun sar l-appell, u l-ministru m'għandux diskrezzjoni li ma jirrikonoxxix dik id-deċiżjoni.", "Fil-fatt subklawsola (6) tgħid:", "\"Jekk il-Kummissarju jirrikmanda li l-applikazzzjoni għandha tintlaqa', il-Ministru jagħmel dikjarazzjoni li tkun tgħid li l- applikant ikun eliġibbli għal status ta' refuġjat, ...\"", "M'għandniex il-kliem \"jista' jagħmel\", imma \"jagħmel dikjarazzjoni li tkun tgħid li l-applikant ikun eliġibbli għal status ta' refuġjat.\"", "Mela hawnhekk għadna fl-istadju li persuna għadha ma ġietx rikonoxxuta bħala refuġjat.", "X'inhuma d-drittijiet ta' asylum seeker?", "He is a seeker għax għadu ma ġiex rikonoxxut bħala refuġjat, li jista' jkun under detention għax daħal Malta illegalment jew jista' jkun liberu għax daħal Malta legalment, imbagħad japplika għal status ta' refuġjat.", "Din il-liġi qed tgħid ukoll li persuna li tkun qed tfittex l-asylum għandha d-dritt li ma tiġix deportata sakemm il-każ tagħha jinqata' b'mod finali, jiġifieri jekk hi tappella minn dik id-deċiżjoni, sakemm jinqata' l-appell favur jew kontra ma tistax tiġi deportata.", "Dan huwa regolat mill-klawsola 10 li tgħid:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' kull liġi oħra li tistabbilixxi xort'oħra, persuna li tfittex asil m'għandhiex titneħħa minn Malta qabel ma tiġi deċiża finalment l-applikazzzjoni tagħha ...\"", "Għalhekk minn dak il-mument li persuna timla l-formola biex tapplika għal status ta' refuġjat ma tistax titkeċċa minn Malta qabel ma tiġi deċiża finalment l-applikazzjoni tagħha skond dan l-Att.", "Din hija importanti.", "(Interruzzjoijiet) Le, mhux bilfors tingħata l-libertà.", "Fil-liġi mhux qed ngħidu li tista' tagħtih il-libertà, imma li ma tistax tkeċċih.", "Jiġifieri tista' żżommu taħt detenzjoni jekk daħal illegalment, però ma jistax jitkeċċa sakemm jiġi deċiż il-każ tiegħu, imbagħad jekk il-każ jiġi deċiż kontra tiegħu, jista' jitkeċċa.", "F'subklawsola (1) ta' klawsola 10 qed ngħidu wkoll li dik il-persuna, jekk għandha t-tfal li mhumiex arrestati, għandhom ikollhom ukoll aċċess għal edukazzjoni u taħriġ statali f'Malta u li jirċievu servizz u kura medika statali, però persuna li qed tfittex status ta' refuġjat ma jkollhiex dritt li taħdem f'pajjiżna.", "Hemm ċerti pajjiżi li jirrikonoxxu dan id-dritt lil min ikun għadu fl-istadju li l-applikazzjoni tiegħu tkun qed tiġi pproċessata u hemm pajjiżi oħrajn li ma jirrikonoxxuhx.", "Fil-fatt subklawsola (2) ta' klawsola 10 ta' dan l-abbozz tgħid li persuna li tfittex asil:", "\"(a) ma għandhiex tfittex li jkollha x'impjieg jew li tiġġestixi xi negozju kemm-il darba ma jkollhiex il-kunsens tal-Ministru;", "(b) għandha, kemm-il darba ma tkunx taħt kustodja, toqgħod u tibqa' residenti fil-postijiet li l-Ministru jista' jindikalha;", "(ċ) għandha tirrapporta f'intervalli speċifikati għand l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni skond kif jista' jindikalha l-Ministru:\"", "Dawn huma kontrolli biex filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li persuna li qed tapplika għall-asil ma tistax tiġi deportata, fl-istess ħin dan id-dritt ma jiġix abbużat, allura ma tistax taħdem u xorta l-ministru jista' jimponi ċerti kondizzjonijiet, per eżempju, li tirrapporta f'ċertu żmien l-għassa jew quddiem l-uffiċċju ta' l-immigrazzjoni.", "Naf li hemm xi għaqdiet volontarji li filwaqt li faħħru dan l-abbozz dehrilhom li għandhom jitolbu lill-gvern biex jagħti d-dritt tax-xogħol lill-asylum seekers.", "Aħna għalissa ma naqblux għax irridu naraw l-affarijiet kif imorru.", "Li qegħdin inwiegħdu huwa li taħt l-Immigration Act ta' l-1970 b'mod amministrattiv nagħtu work permit lil min jiġi rikonoxxut bħala refuġjat iżda mhux qabel.", "Mela dawk huma d-drittijiet ta' persuna li l-każ tagħha jkun qed jiġi pproċessat quddiem il-kummissarju.", "Meta l-kummissarju għar-refuġjati jagħti d-deċiżjoni se nagħtu dritt ta' appell minn dik id-deċiżjoni kemm lill-persuna li applikat kif ukoll lill-ministru.", "Bid-differenza li jekk il-ministru jappella minn deċiżjoni favur persuna li applikat għal status ta' refuġjat li tkun miżmuma f'kustodja, dik il-persuna li tinsab f'detenzjoni u li rebħet il-każ in prima stanza, xorta titħalla libera u ma tibqax fil-kustodja.", "Mhux sew li deċiżjoni favur refuġjat, anke jekk tiġi appellata mill-ministru, tfisser li jibqa' Ta' Kandja arrestat.", "Naturalment jekk wara l-ministru jappella u jirbaħ, dik il-persuna terġa' tiġi arrestata u detenuta sakemm tiġi deportata.", "Mr Speaker, se nagħmlu wkoll provvediment biex fl-appell dawn il-persuni jkollhom dritt għal għajnuna legali taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini Maltin.", "Jiġifieri fi stadju ta' appell, ġaladarba issa mhijiex kwestjoni ta' intervista mal-kummissarju għar-refuġjati, imma dħalna fil- livell ta' litigazzjoni, huwa xieraq li dawk jingħataw il-legal aid biex ikunu jistgħu jqabbdu avukat jirrappreżenthom.", "Huwa importanti ħafna li fl- istadju ta' l-appell nagħtuhom id-drittijiet proċedurali li jgawdu wkoll il- Maltin.", "Fl-istadju ta' appell se nipprovaw nagħmlu l-proċeduri in camera imma kostituzzjonalment ma nistgħux jekk ma jkunx hemm il-kunsens taż-żewġ partijiet għax artiklu 39 tal-kostituzzjoni jgħid li anke fil-każ ta' tribunali - u dan huwa tribunal għax huwa bord ta' appell - il-proċeduri jridu jsiru fil-miftuħ sakemm ma jaqblux iż-żewġ partijiet.", "Jekk jaqblu ż- żewġ partijiet li l-proċeduri jsiru in camera - meta ngħid iż-żewġ partijiet ifisser il-gvern u r-refuġjat - f'dak il-każ huwa rikkmandabbli li jsiru in camera.", "Issa ħalli naraw x'se jkunu d-drittijiet tal-persuni li jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati.", "Dawn huma regolati bi klawsola 11 ta' dan l-abbozz.", "Kull refuġjat li jiġi rikonoxxut bħala tali mill-awtoritajiet ikollu dritt l- ewwelnett li jibqa' Malta, u li jingħata dokument personali - fil-fatt hemm il-ħsieb ta' l-ID card - inkluż permess ta' residenza.", "Jiġifieri m'hemmx għalfejn joqgħod japplika għall-permessi, imma jingħata l-permess ta' residenza ladarba jkun refuġjat u jibqa' Malta.", "Jekk ikun taħt kustodja minħabba li daħal Malta illegalment biss, allura jinħeles minnufih.", "Qed ngħid hekk għax jista' jkun li għalkemm refuġjat, dan ikun ikkommetta xi reat żgħir u qiegħed il-ħabs.", "F'dan il-każ ma joħroġx qabel ma jittermina s-sentenza tal-ħabs.", "Però jekk qiegħed Ta' Kandja għax daħal Malta illegalment u allura hemm deportation order jew removal order, fil-mument li jiġi rikonoxxut bħala refuġjat dak jinħeles minn hemm.", "Illum għandna l- proċedura li napplikaw lill-President biex jinħeles refuġjat.", "Ħafna drabi Mons. Philip Calleja tal-Kummissjoni Emigranti jagħmlilhom petition imma l- President ta' Malta ma jistax jiddeċidiha waħdu.", "Allura tmur għand il- ministru tal-ġustizzja, tmur għand il-ministru ta' l-Intern u ġieli jgħaddu tliet ġimgħat minn meta jiġu rikonoxxuti mill-UNHCR - wara sitt xhur jistennew id-deċiżjoni dwar l-istatus ta' refuġjati – sakemm jinħelsu minħabba li jridu jgħaddu minn dawn il-proċeduri burokratiċi.", "Hawnhekk qed ngħidu li awtomatikament, malli persuna tiġi rikonoxxuta bħala refuġjat, jekk hi qiegħda Ta' Kandja f'detenzjoni biss minħabba li daħlet Malta illegalment, issa m'għadhiex iktar immigrant illegali u allura tinħeles minnufih.", "Min ikun dikjarat refuġjat, sakemm ma jkunx taħt kustodja awaiting trial jew għax qed jiskonta sentenza l-ħabs, ikollu jedd ukoll li jingħata dokument ta' l-ivvjaġġar li huwa regolat mill-Konvenzjoni ta' l-1951 dwar l-istatus tar-refuġjati.", "Hemm mudell ta' kif ikun dan it- travel document li jkun jintitolah li, sakemm jibqa' rikonoxxut bħala refuġjat, jista' jitlaq minn Malta u jerġa' jidħol f'Malta.", "Ovvjament jekk jitlaq u ma jerġax jiġi affarih, però għandu dritt li jitlaq minn Malta biex forsi jżur xi qraba tiegħu fl-Ewropa u jerġa' jidħol lura f'Malta mingħajr il-bżonn ta' visa.", "Ejja nieħdu refuġjat li jkun ġej mill-Ghana.", "Normalment ċittadin tal-Ghana japplika minn qabel għal visa biex jidħol Malta, imma fil-każ ta' refuġjati biss se nagħtuhom dokument ta' l-ivjaġġar regolat u kkopjat kelma b'kelma mill-provvedimenti tal-Konvenzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti ta' l-1951 biex ikunu jistgħu jitilqu minn Malta u jerġgħu jidħlu lura mingħajr ma jkollhom bżonn japplikaw għal visa.", "L-aħħar dritt li se tingħata persuna dikjarata bħala refuġjat huwa li jkollha aċċess għal edukazzjoni u taħriġ statali f'Malta u li tirċievi assistenza u servizzi mediċi statali.", "Irrid ngħid li dan l-aħħar dritt de facto diġà jeżisti, jiġifieri llum kemm min jitlob l-istatus ta' refuġjat kif ukoll min hu refuġjat f'pajjiżna jingħata assistenza medika b'xejn u taħriġ u edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tagħna.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l- membri dipendenti tal-familja ta' persuna dikjarata bħala refuġjat li jkunu qegħdin Malta jkollhom l-istess drittijiet u benefiċċji bħar-refuġjat innifsu.", "Għamilna dan il-proviso għaliex jista' jkun li l-missier jaqa' taħt id-definizzjoni ta' refuġjat però l-mara li jkollu miegħu ma taqax taħt din id-definizzjoni għalkemm qiegħda f'Malta diġà.", "Naf li ġejna kkritikati għax qalu li issa r-refuġjat ikollu dritt jiġbed miegħu l- familjari tiegħu li qegħdin barra minn Malta.", "Imma ejja nimxu pass pass, jien qed ngħid li jekk jaħrab mal-mara tiegħu u l-mara tiegħu mhijiex refuġjat, jekk hu kiseb status ta' refuġjat, il-mara tiegħu li qiegħda f'Malta miegħu tgawdi mill-istess drittijiet ta' refuġjat.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Ministru, għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva nibqa' in possesion.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Intern jekk jogħġbu jressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, nipproponi l-aġornament tal-Kamra għal nhar it-tnejn, 24 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjeta' Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta - it-Tielet Qari; u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti - it-Tieni Qari (Kont.).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki.", "Il-Ministru John Dalli", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, bħal lum ġimgħa il- Kap ta' l-Oppożizzjoni reġa' qajjem il-każ tad-Daewoo u għamel xi insinwazzjonijiet u akkużi oħra, l-iktar rigward in-nuqqas ta' ħlas ta' VAT u n-nuqqas ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet tan-national insurance.", "Illum nixtieq nagħmel ftit kummenti jiena wkoll fuq dan il-każ għax naħseb li huwa importanti li l-perception li qed jipprova joħloq l-Kap ta' l- Oppożizzjoni tiġi korretta sew.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għandu ħabta li jibni novella jew drama b'mod li jipprova jqiegħed il-karattri kollha kif iridhom hu u jekk l-affarijiet ma jiġux eżatament kif iridhom hu allura l- Kap ta' l-Oppożizzjoni jibqa' għaddej fuq il-linja li jkun ħa qabel mingħajr ma jimpurtah mill-informazzjoni li jkollu u mill-fatti li jibdew jiġu quddiemu.", "Fid-dinja m'hawnx trux aktar minn min ma jridx jisma' u forsi għalhekk il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jgħid li kien hawn is-skiet u s-silenzju dwar il-każ li qajjem tad-Daewoo.", "Ma kien hawn silenzju assolutament xejn.", "L-Onor.", "Alfred Sant ingħata r-risposti għall-mistoqsijiet li għamel u jekk m'għoġbuhx dawn ir-risposti ma jfissirx li ma sarux.", "Ma jfissirx li għax ir-risposti ma nserixxewx ruħhom preċiż kif xtaq hu allura m'hemmx risposti.", "Ir-risposti kienu hemm, kienu serji u kienu preċiżi.", "Pero' fir- realta' x'ried il-Kap ta' l-Oppożizzjoni minn dan il-każ tad-Daewoo?", "Meta wieħed jagħmel l-analisi ta' din l-istorja kollha tad-Daewoo jinduna li l- Kap ta' l-Oppożizzjoni kulma ried f'dan il-każ kien torpedo għall-budget li għamilna f'Novembru li għadda.", "Dur, dur, dur u għasar kemm tagħsar dik hi r-raġuni reali għalfejn Alfred Sant qajjem il-każ tad-Daewoo.", "Ejja naraw x'ġara fil-fatt kronoloġikament.", "L-Onor.", "Sant tkellem f'dan il-Parlament u semma l-ewwel darba dan il-każ fit-3 ta' Novembru tas-sena li għaddiet.", "Issa ma rridux ninsew li l-budget kien ippjanat għas-17 ta' Novembru, ħmistax wara.", "Mela fit-3 ta' Novembru Alfred Sant beda l-ewwel salvo, l-ewwel att ta' din ix-xeneġġjatura kollha.", "Fil-15 ta' Novembru ntbagħtu dawk l-ittri infami li ġew imqassmin ma' Malta kollha bi statements frodati dwari.", "Dan seħħ jumejn qabel ma kellu jiġi ppreżentat il-budget f'dan il-parlament.", "Dawn kienu kumbinazzjoni?", "Min bagħat dawn l-ittri kien xi ħadd li kien qed jaħdem indipendentement minn Alfred Sant?", "Wieħed irid jagħmel l-analisi u d-deċiżjonijiet tiegħu fuq dan.", "U meta wieħed jitkellem fuq mafia jrid jitkellem dwar il-mod kif bl- aktar mod oxxen u giddieb tipprova tagħmel din il-vjolenza fuq bniedem ieħor sempliċement għax ma jaqbilx miegħek politikament.", "Fil-fatt wara l- budget l-ewwel kumment li ħarab minn ħalq l-Onor.", "Alfred Sant kien Daewoo.", "Hemm wieħed jara li l-istat mentali li kellu l-Onor.", "Alfred Sant kien li dan ried li jagħmel storja minn xi ħaġa biex jagħmel torpedo fuq il-budget li għamilna.", "Pero' ta' min jgħid ukoll li wara li l-Onor.", "Sant tkellem fit-3 ta' Novembru, jiena weġibtu l-għada b'mod preċiż u għedtlu fost l-oħrajn li pajjiżna għandu strutturi legali u regolamentari u rridu naħdmu fil-qafas tagħhom.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu fi żmien l-antikalja soċjalista meta l- politiku kien kollox, jikkmanda kollox hu u jikkmanda lil kulħadd hu.", "Illum qed nibnu l-istrutturi f'pajjiżna fejn il-politiku huwa kontrollat minn istituzzjonijiet u ma nistgħux fejn jidhrilna u fejn jaqblilna noqogħdu nindaħlulhom u ngħidulhom x'iridu jagħmlu u x'ma jridux jagħmlu.", "Jew għandna fidi u fiduċja fl-istituzzjonijiet li qed nibnu f'pajjiżna jew m'għandniex.", "Fl-interess tal-protezzjoni ta' kulħadd hemm bżonn li l- istituzzjonijiet ta' pajjiżna jiġu mħarsa tajjeb, u dak kien is-sugu tar- risposta li jiena tajt fl-4 ta' Novembru.", "Meta Alfred Sant kiteb lill-bank ċentrali dan ma baqax sieket imma wieġbu.", "Ma qallux dak li ried jisma' imma qallu l-affaijiet kif inhuma.", "Qallu li f'pajjiżna hemm istituzzjonijiet li għandhom il-funzjoni tagħhom u din il-funzjoni qegħdin jaqduha.", "Jekk aħna rridu nirrispettaw lil dawn l- istituzzjonijiet allura rridu naħdmu fil-qafas ta' dawn l-istuzzjonijiet.", "Il-Bank of Valletta wkoll wieġeb lill-Alfred Sant.", "Dan fakkru fir- responsabbilita' li għandu lejn il-klijenti tiegħu.", "Aħna f'dan il-pajjiż nistgħu nittolleraw li xi bank, ikun min ikun, joqgħod iperreċ fil-beraħ id- dettalji dwar klijent għax ikun hemm xi politiku jew xi gazzetta li tagħmillu mistoqsijiet dwaru?", "Dażgur li le!", "Imma din daqshekk kbira biex jifhimha Alfred Sant?", "Dr. Sant jifhimha din u għalhekk mhux ġust li jibqa' jibni s-suspetti biex mingħalih jieħu kapital politiku minnhom.", "Il-fatt bażilari li jidher u li qed jissoda ruħu huwa li Alfred Sant għamel sħubija ma' frodist għax ħaseb li b'dan il-mod jista' jagħmel ħsara lili.", "U l- attakki ilhom għaddejjin sa mill-1984 u jiena mhux l-ewwel darba li kont suġġett għal dawn l-attakki.", "Id-dar ipprovaw jaħarquhili u saru wkoll attakki ġimgħa wara fuq il-mara tiegħi meta daħlu d-dar u werwruha b'tarbija ta' tliet snin.", "Jiena m'inix sajjem minn din it-tip ta' vjolenza pero' dawn l-affarijiet dejjem isaħħuni biex dak li hemm bżonn isir jsir.", "Jiena mhux se noqgħod nimpressjona ruħi bil-kritika sakemm naf li din il- kritika hija kollha ivvintata u hija kollha ndirrizzata biex mingħalihom jeħilsu minn xi ħadd li qed idejjaqhom.", "Mr. Speaker, Alfred Sant kien jaf li jien għamilt żmien konsulent mad- Daewoo u staqsieni biex nikkonferma.", "Jiena kkonfermajt pero' kkonfermajt ukoll li fil-ftit xhur li kont konsulent mad-Daewoo din il-kumpannija ma sselfitx flus u għalhekk dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'dan il- parlament huwa gidba.", "Dan qal dawn il-preċiżi kliem:", "\"Skużi, jekk inti kont servejt għal xi żmien u dan huwa parti minn żmien kruċjali li fih id-Daewoo kellhom bżonn l-għajnuna tal-banek eventwalment,....\"", "Issa ma joqgħodx jilgħab bil-kelma eventwalment u mhux eventwalment.", "Jien spiċċajt minn mad-Daewoo f'Mejju ta' l-1997 u skond ma qal Alfred Sant stess, is-self mill-banek seħħ f'Settembru ta' l-1997, jiġifieri fiż-żmien meta hu kien prim ministru u meta ċ-chairman kien persuna appuntata minnu.", "Mr. Speaker, hija wkoll gidba li tagħti l-impressjoni li d-Daewoo għandha xi Lm8 miljun dejn unsecured mal-banek.", "L-affarijiet almenu safejn nafhom jiena m'humiex hekk.", "Jekk kien hemm l-abbuż dwar il-bills of exchange, kif qed jgħid Alfred Sant, f'pajjiżna għandna liġijiet li jieħdu ħsieb dawn l- affarijiet u kulmin iħossu aggravat għandu kwalunkwe mezz biex jieħu dawk il-passi meħtieġa biex id-danni li jista' jsofri jkun jista' jreġġagħhom lura.", "Għalfejn għandu jidħol il-gvern bejn tnejn min-nies li jkollhom kwestjoni bejniethom, jekk wara kollox teżisti din il-kwestjoni?", "Anke bank, meta jkollu klijent li jkollu l-problemi jrid jiżen x'inhuma l-interessi tiegħu qabel ma jaqbad u jieħu l-azzjonijiet.", "Irid jara jekk hemmx possibbilta' ta' telf iktar jekk hu jipprova jmur jaqta' ras il-klijent tiegħu milli jara kif iwieżnu biex ikompli għaddej u jagħmel tajjeb għal dak it-telf li jista' jkun hemm.", "Dawn huma deċiżjonijiet kummerċjali li jrid jieħu l-bank u ma naħsibx li huwa sewwa li jkun hawn xi ħadd minn barra u jippretendi li għandu joqgħod jimbotta u jmexxi l-bank hu billi joqgħod jagħti s-suġġeriment ta' kif il-bank għandu jaġġixxi.", "Mr. Speaker, Alfred Sant jibqa' jirrepeti ad nauseam li jien għandi xi konflitt ta' interess f'dan il-każ.", "Nerġa' ntenni hawnhekk li jiena m'għandi ebda konflitt ta' interess f'dan il-każ.", "Jiena kont konsulent tad- Daewoo imma f'dawk iż-żmenijiet ma sar xejn minn dak li qed jiġi allegat li sar.", "Xejn minnu, u jiena m'għandi assolutament l-ebda konflitt ta' interessi f'din il-kwestjoni.", "Ma niddejjaq xejn minn dak li qed jingħad għax fiż-żmien li jien kont konsulent mad-Daewoo xejn minn dan li qed jingħad ma seħħ.", "Dawn l-affarijiet li skond Alfred Sant seħħew ġraw xhur wara li jiena spiċċajt minn konsulent ta' din il-kumpannija.", "Jekk għandi xi konflitt ta' interess inħoss li bħala politiku quddiem dawn l-attakki ta' Alfred Sant, ninsa r-responsabilita' tiegħi li nħares l-istituzzjonijiet ta' pajjiżi u l-professjonalita' tiegħi u dan jien m'inix se nagħmlu.", "Mr. Speaker, is-sabiħa kienet li nhar il-Erbgħa li għaddew Alfred Sant qal li jiena messni qgħadt pass lura u ma niddikjarax b'mod jew ieħor dwar il-mistoqsija li qajjem hu.", "Sabiħa din!", "Alfred Sant qiegħed jikkritikani għax ma żammejtx sieket.", "Titwemmen din?", "Alfred Sant qed jikkritikani għax weġibtu.", "Allura lili għalfejn staqsieni?", "Biex imbagħad jgħid li ma weġibtux?", "Dan x'logħob hu?", "Dawn xi tricks jew xi trappola?", "Dan kien qed jagħmel nassa biex jaqbadni fiha?", "Lili qed jgħidli li ma messnix inwieġbu biex imbagħad jiġi hawn u jgħid li ma weġibtux?", "Dawn x'affarijiet huma?", "Meta jiena weġibt lil Alfred Sant għamiltu l-mistoqsija: Lill-ministru li fi żmienek sar dan is-self li qed tgħid bih, għamiltlu l-istess mistoqsija li għamilt lili?", "Lill-bank ċentrali qatt infurmah li kien hemm xi ħaġa ħażina f'dan il-każ kollu tad-Daewoo?", "Jien għedtlu li lili qatt ma qaluli xejn tal-bank ċentrali, pero' Alfred Sant wara sitt ġimgħat għadu ma pubblika xejn għax m'għamilhomx dawn il-mistoqsijiet lil min kellu jagħmilhom min-naħa tiegħu wkoll.", "Għaliex m'għamilhomx?", "Għax Alfred Sant mhux interessat fil-kwestjoni propja imma huwa nteressat biss fil-mileage politiku li jista' jagħmel.", "Mr Speaker, niġi issa għal parti l-oħra dwar il-VAT u s-sigurta' soċjali.", "Jiena niskanta u ngħid: Daqshekk ma tgħallem xejn Alfred Sant meta kien prim ministru?", "Ma jafx Alfred Sant li għandna numru ta' employers li minn żmien għal żmien jaqgħu lura fil-ħlas tagħhom tal-VAT, ta' l-income tax u tas-social security?", "X'iridna nagħmlu Alfred Sant, nagħlquhom kollha?", "Imbagħad?", "Jekk issa f'daqqa waħda, għax ikun hemm xi ħadd li għandu għajn ħażina ta' Alfred Sant lil dan nibdew inkejluh b'mod differenti hu min hu, tajjeb dan?", "Jekk illum niksru l-prinċipju fuq wieħed ikollu jinkiser fuq ħaddieħor ukoll.", "Fejn hu dan l-iskandlu tal-VAT u tan-national insurance?", "Kieku kelli nfittex fuq il-kumpanniji tal-Labour Party, Alfred Sant jiggarantili li ma nsibx li għandhom jagħtu wkoll lid-dipartiment tal-VAT u lil tas-social security forsi ammonti akbar milli għandhom jagħtu tad- Daewoo?", "F'dawn il-każi kollha d-dipartimenti jimxu b'għaqal u b'konsiderazzjoni sħiħa tal-konsegwenzi li jista' jkun hemm fuq l-ażjendi, fuq l-owners u fuq il-ħaddiema tagħhom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, filwaqt li nieħu l-okkażjoni li nuri solidarjeta' ma' l-Onor.", "John Dalli irrid ngħid ukoll li ammirajtu mhux ftit meta fi żmien il-budget kien iffaċċjat b'dan l-attakk li żgur li m'huwiex dehen ta' min irid jissejjaħ politiku onest u nadif.", "Mr. Speaker, irrid nieħu l-okkażjoni biex nuri sogħba għall-mewta traġika ta' Richard Cesare meta dan safa' mirdum f'bini privat fi' Triq il- Kappuċċini l-Furjana nhar il-Ħadd filgħodu.", "Irrid nagħti l-kondoljanzi lil- familja tiegħu u ovvjament wieħed ma jistax ma jiddispjaċihx għal kwalunkwe bniedem li jista' jiġi nieqes iktar u iktar meta jiġi nieqes f'dawn iċ- ċirkostanzi.", "Irrid ngħid ukoll li huwa dmir il-politiku li mhux biss juru sogħba u jagħtu l-kondoljanzi imma li jispjega anke l-affarijiet.", "Bħalma diġa' għamel il-Viċi Prim Ministru u Ministru għal Politika Soċjali, irrid nidħol f'iktar dettal għax wara kollox jien ili nsegwi l-qasam tad-djar fl- ewwel distrett elettorali għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Nista' ngħid li l-każ ta' Nru. 22 Triq il-Kappuċċini Floriana ilu pending biex jitwaqqa' propju għaxar snin, jiġifieri mill-1990 u mhux mill-1997 kif fil-fatt qal il-kunsill lokali ta' Floriana fl-istqarrija li ħareġ.", "Fil- fatt tajjeb li wieħed jgħid li l-inkwilini f'din il-kerrejja kellhom diversi opportunitajiet li japplikaw għal postijiet anke fil-Furjana stess.", "Per eżempju, fl-1991 kien hemm żewġ okkażjonijiet ta' appartamenti ta' l- awtorita' tad-djar għal kiri sew f'Balzunetta, fi Triq il-Konservatorji, kif ukoll fi Triq Sir Luigi Preziosi, pero' l-ebda inkwilin ma applika għal dawn il-postijiet, minkejja li kien hemm anke punti partikolari li ngħataw għar-residenti tal-lokal.", "F'każ minnhom kien hemm saħansitra 80 punt li ngħataw lil min huwa residenti fil- Furjana stess; jiġifieri dawn kellhom il-faċilita' li jieħdu l-post huma pero' fil-fatt ma applikawx.", "Irrid ngħid ukoll - u dan huwa naħseb l-iktar punt kruċjali ta' din il- kwestjoni - li jekk wieħed iħares lejn il-fatti jsib li dan il-bini ilu magħruf li huwa substandard u perikoluż għallinqas mill-1991, imma b'danakollu mill-1994 'l hawn daħlu joqogħdu fih għallinqas ħames persuni ġodda li l-eta' tagħhom tvarja minn 20 għal 59 sena.", "Dan ifisser li minkejja li dan il-post kien kerrejja substandard, xorta waħda ċerti nies kienu qegħdin jikru kmamar fih u minħabba f'hekk il-gvern ma setax ikompli jikkonsidra dan il-post għal slum clearance għaliex in-numru ta' evictees kien kbir wisq.", "Filwaqt li l-gvern xtaq li dawn il-persuni jmorru joqogħdu bnadi oħra, ma setax jikkonsidra li dan il-post jitwaqqa' għaliex in-numru ta' persuni li joqogħdu fih kien ferm ikbar minn numru ta' appartamenti li jistgħu jinbnew.", "Fil-fatt in-numru ta' appartamenti li setgħu jinbnew skond il-pjanti kien ta' erba' biss filwaqt li n-numru ta' inkwilini kien ħafna iktar, u kien anke żdied b'ħamsa min-nies wara l-1994.", "Irrid ngħid ukoll li f'Ġunju 1995 il-gvern Nazzjonalista kien offra lil dawn l-inkwilini biex imorru joqogħdu ġo appartamenti ġodda ġewwa Alexandra Street l-Hamrun u mhux talli dawn l-inkwilini rrifjutaw li jmorru joqogħdu hemmhekk, talli saħansitra fi \"It-Torċa\" fl-ewwel faċċata ta' nhar il-Hadd, 11 ta' Ġunju, 1995 wieħed isib dawn il-kliem taħt it-titolu ''Djar f'Balzunetta għat- twaqqigħ\":", "\"Familji u individwi li joqogħdu fi djar u kerrejjiet f'Balzunetta l- Furjana, partikolarment fi Triq l-Argotti, Triq l-Iljun u Triq il- Kappunċini jinsabu mħassbin minħabba li r-residenzi tagħhom se jitwaqqgħu biex minflokhom jinbnew appartamenti ġodda.", "Hu maħsub li biex isir dan il-proġett, li hu inizjattiva tad-dipartiment tad-djar fuq talba tal-kunsill lokali tal-Furjana, ir-residenti ta' l-inħawi se jingħataw appartamenti fi Triq Dun Nerik Cordina Perez, il-Hamrun. ''", "Nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra din is-silta biex nuri li iva, anke fil-gazzetti li huma magħrufin li huma ħaġa waħda mal- Partit Laburista, saħansitra fl-ewwel paġna ta' dawn il-gazzetti kien hemm kummenti negattivi għall-fatt li l-gvern xtaq li jagħtihom akkomodazzjoni alternattiva bnadi oħra.", "Issa dawn ma kienx se jakkomodahom il-bogħod għax anke jekk wieħed jirriferi għall-gazzetta \"It-Torċa\" tal-Hadd, 27 ta' Ottubru, 1996, jiġifieri sena u tlett xhur wara, wieħed isib artiklu msemmi \"Taht il- Lenti\" fejn jintqal ċar u tond hekk:", "''...", "Għalhekk biex seta' jsir dan il-proġett ir-residenti ta' dawn id- djar kienu ġew offruti appartamenti fi Triq Dun Nerik Cordina Perez fil-Hamrun iżda r-residenti ma ridux imorru għaliex il-post kien wieħed ferm agħar minkejja li kien bini ġdid, anke bħala ambjent.''", "Kif seta' kien ferm agħar minn din il-kerrejja?", "Ara llum, kulħadd jiddispjaċih għal dak li ġara, u għalhekk, Mr Speaker, huwa importanti li wieħed jikkonstata li ebda wieħed mill-inkwilini f'din il-kerrejja qatt ma applika għal xi forma ta' skema ta' titjib ta' dan il-post jew inkella għal akkomodazzjoni alternattiva.", "Mr Speaker, irrid ngħid li fil-Belt u fil-Furjana sar ħafna xogħol għal dak li jirrigwarda housing u tajjeb li wieħed jgħid ukoll li per eżempju l- Belt u l-Furjana ġew preferuti anke għal dik l-iskema li tirrigwarda l- introduzzjoni tal-lifts fl-appartamenti tal-gvern.", "Tajjeb li wieħed jgħid li minn Settembru 1998 'l hawn tlestew mal-431 xogħlijiet ta' titjib u tiswijiet f'appartamenti u djar tal-gvern fil-Belt.", "Fil-Furjana tlestew mal- 105 xogħlijiet ta' tiswija minn Settembru 1998 'l hawn.", "Ovvjament dan juri li d-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar huwa mpenjat biex postijiet tal-gvern fil-Furjana u l-Belt jinżammu fi stat tajjeb.", "Wieħed jista' jgħid li qed isir xogħol mid-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar anke f'ċerti ġonna madwar il-bini fi Triq Preziozi l-Furjana u fil-housing estate li hemm l-Furjana fejn hemm il-Knisja tal-Kapuċċini.", "Ovvjament ukoll wieħed irid iżid in-numru ta' opportunitajiet ta' housing li jrid ikun hemm fil-Belt u l-Furjana għaliex dawn huma postijiet li fil- biċċa l-kbira n-nies ħerġin minnhom.", "Hemm bżonn li wieħed jidentifika aktar postijiet vojta u aktar s-sidien ta' dawn il-postijiet vojta sabiex wieħed ikun jista' anke jara kif dawn il-postijiet jitwaqqgħu u jitla' bini ġdid minflokhom.", "Irrid ngħid li hemm bżonn li jingħataw aktar inċentivi lis- sidien ta' dawn il-postijiet vojta għaliex jekk wieħed jara l-iskema li ta' xiri ta' proprjeta' privata mill-awtorita' tad-djar wieħed isib li n-numru ta' applikazzjonijiet kien baxx ħafna.", "Kien hemm biss 29 talba f'Malta u Għawdex kollu.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li fil-mission statement tal-ministru għall-politika soċjali għal dak li jirrigwarda housing wieħed isib li l- Belt u l-Furjana huma msemmija u hemm bżonn li mhux biss jitwaqqgħu u jittellgħu jew inkella jiġu restawrati djar antiki sabiex ikunu abitabbli imma hemm bżonn ukoll li wieħed joqgħod ftit attent.", "Meta jiġi biex jalloka dawn il-postijiet huwa mportanti li wieħed jikkonsidra wkoll il-problemi strutturali li hemm fil-bini.", "Is-sistema tal-punti tagħti mportanza kbira għal dak li jirrigwarda periklu kif ukoll għal dak li jirrigwarda substandard housing.", "Proprju dan l-aħħar fl-arċipielgu l-Belt tqassmu xi appartamenti li għadhom kif itellgħu u ngħataw fil-biċċa l-kbira lil persuni bi problemi soċjali mhux ta' housing.", "Jien nemmen li fil-Belt u l-Furjana huwa importanti li jingħataw dawn il- postijiet li qegħdin jittellgħu anke għax mhumiex ħafna fin-numru lil persuni li joqogħdu fl-inħawi li għandhom problemi ta' housing reali, jiġifieri lil dawk li jkunu jgħixu f'postijiet substandard u ta' periklu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokumenti li rrifera għalihom aktar kmieni?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Jannar, 2000 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RABAT - TRIQ LABINI - XOGĦLIJIET", "12289.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li residenti anzjani fi Triq Labini, ir-Rabat, ilhom jitolbu sabiex jiġu rranġati l-ħofor u l-pendil ta' l-ilma ta' din it-triq ix-xhur, jista'l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "WARDIJA/MĠARR - ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "12290.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu rranġati l-ħitan tas-sejjiegħ tal-bdiewa f'Ta' San Martin, il-Wardija, u f'Tas-Santi limiti ta' l- Imġarr?", "Kemm fil-fatt saru xogħlijiet simili f'dawn l-inħawi mill-aħħar maltempata li saret is-sena l-oħra?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Huwa impossibbli li l-Gvern isewwi l-ħsarat kollha li jsiru fil-ħitan tas-sejjieħ wara kull maltempata.", "Għalhekk ta' min jerġa' jiċċara li għalkemm il-Gvern qiegħed jieħu interess, dan bl-ebda mod ma jfisser li r-responsabbilta' tat-tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ hija tal-gvern u mhux tal-privat.", "S'issa għad ma saru l-ebda xogħlijiet fl-inħawi ta' San Martin, il- Wardija u f'Tas-Santi.", "Wieħed jispera li xogħlijiet oħra jitlestew biex inkunu nistgħu naslu għal dawn ukoll.", "EU - EXPORT REFUNDS", "12291.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea titlef miljuni kbar ta' liri kull sena f'export refunds fuq prodotti ta' l-ikel importati mill-Unjoni Ewropea stess, jista'l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif dan se jaffetwa l-familji Maltin u Għawdxin li jiddependu mill-benefiċċji soċjali?", "Kemm fil-fatt qed jikkalkola l-gvern li jkun dan it-telf ta' l-export refund li jitlef il- poplu fuq ikel importat mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minħabba sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MEDIGRAIN - IMPORTAZZJONI TA'QAMĦ", "12292.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm kien il-kontribut (dħul jew ħruġ) tal-Medigrain lill-Gvern fuq l- importazzjoni ta' qamħ, xgħir u qamħirrun, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jekk l-Onor.", "Interpellant jispeċifika b`mod ċar l- informazzjoni li jixtieq, inkun f`pozizzjoni aħjar li nirrispondi l- mistoqsija tiegħu.", "SUSSIDJU - SOYA BEAN MEAL", "12293.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus maħruġa mill-Gvern matul l-1997/98 u l-1999 bħala sussidju fuq is-soya bean meal għall-industrija lokali tal-ġwież għall-annimali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ammont ta` sussidju maħruġ fuq is-soya bean meal kien ta` Lm378,711 fl-1997, Lm37,766 fl-1998 u fl-1999 ma' thallas ebda ammont ta` sussidju.", "MINISTERU TA' L-INTERN - RIĊEVIMENTI", "12318.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal- Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan?", "Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl- okkażjoni tal-Milied.", "Dan il-Gvern m'għandu ebda ħsieb jibdel din l- użanza.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f`pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.", "MINISTERU TAL-FINANZI - RIĊEVIMENTI", "12319.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal- Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan?", "Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-milied.", "Dan il-gvern m'għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza.", "Jekk l-Onorevoli jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata, inkun f`pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - RIĊEVIMENTI", "12320.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonjiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan?", "Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħala pajjiż ċivili, hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied.", "Dan il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb jibdel din l-użanza.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata, nkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - RIĊEVIMENTI", "12321.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl- okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan?", "Jista' l-Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċevimenti?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl- okkażjoni tal-festi tal-Milied u ta' l-ewwel tas-sena.", "Dan il-gvern m'għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata nkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.", "OPM - RIĊEVIMENTI", "12322.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-Festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid- dipartment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull okkażjoni min fejn ġie ordnat l-ikel u xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min ġie mistieden għal dawn ir- riċevimenti?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħala pajjiż ċivili hija użanża li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied.", "Dan il-gvern m'għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jispjega sodisfacentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.", "OPM - RIGALI", "12323.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li ma ngħataw ebda rigali fl- okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħi u mid- dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi.", "Kif ilha l-użanza sitt uffiċjali tal-Missjoni Militari Taljana ngħataw sinjal ta' apprezzament b'nefqa insinifikanti.", "SKEJJEL - STUDENTI", "12668.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11986 li oriġinarjament kienet saret għall-ewwel darba bħala mistoqsija parlamentari numru 11266?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti fi skejjel post sekondarji sa Novembru 1999 hemm;", "Irgiel Nisa Total", "Statali 4368 2984 8352 Immexxija mill-Knisja 329 280 609 Indipendenti 88 64 152", "TOTAL 4785 4328 9113"]} {"filename": "20020320_718d_par.doc", "date": "2002-03-20", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 718 L-Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 718", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "718", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2002", "WERREJ", "MINUTI 717", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 717", "TQEGĦID TA' KARTI 723", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI.", "(IT-TIENI QARI)", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL (SECOND READING) 724", "AĠĠORNAMENT 743", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 748", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 717 li saret fl-20 ta' Marzu, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SERVIZZI EKONOMIĊI – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31078.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH ( Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Qed nagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-ammont ta' kera li tħallas mill-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi.", "Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpanniji.", "|Korporazzjoni Maltija |Lm | |għall-Iżvilupp |55,000 | |Korporazzjoni Enemalta |Lm5,178 | |Ministeru |Lm1,088 | |Uffiċju Nazzjonali ta' |Lm1,000 | |l-Istatistika | |", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma nistax nifhem għaliex il-Ministru qed jagħżel li ma jirrispondix għal parti mid-domanda li saritlu.", "Fil-fatt jien kont għamilt riferenza għall-kera ta' ċerti postijiet tal-gvern li huma okkupati minn ċerti individwi iżda minkejja li ġbidt l-attenzjoni xorta waħda ma ttieħdu l-ebda passi.", "Allura jien bilfors neħodha li l- Ministru jrid li aħna ta' l-oppożizzjoni ma nagħmlux xogħolna għax wara li jien kont żvelajt din l-informazzjoni, xorta waħda baqa' ma sar xejn.", "Kif jista', ngħid jien, id-dipartiment ta' l-artijiet ma jeħux passi kontra dawk l-individwi li qed jokkupaw imħażen bil-kera mħallsa mill-gvern u bid- dawl jittieħed b'mod illegali mingħajr meter?", "Iktar minn hekk, il-Ministru jmissu jaf li aħna l-membri ta' l-oppożizzjoni nagħmlu l-interpellanzi biex jinkixfu l-irregolaritajiet, u mela jiġi jagħtina din it-tip ta' risposta!", "X'jiġifieri m'huwiex fl-interess pubbliku li tintalab ċerta informazzjoni?", "Issa qed nikxef idejja u lill- Ministru qed ngħidlu li dawn il-mistoqsijiet qegħdin isiru għax min-naħa tal-gvern ma ttieħdu l-ebda passi.", "Allura ma jidhirlux il-Ministru li f'dawn iċ-ċirkostanzi għandu jagħti din l-informazzjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, hawn qed ngħidu li jekk l-Onor.", "Noel Farrugia jgħid għaliex qed jitlob din l-informazzjoni - jew jekk l- Onor. Joe Mizzi lest jissostanzja l-allegazzjonijiet li qed jagħmel - wieħed imbagħad ikun jista' jara xi tweġiba tkun meħtieġa skond id-domanda li ssir.", "Id-domanda ta' l-Onor.", "Farrugia ma tagħmel l-ebda riferenza għal dak li qed jallega l-Onor.", "Mizzi imma tirriferi biss għall-ammont ta' kera li tħallas għall-bini li ntuża' mill-ministeru, dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet eċċ. Fil-fatt tweġiba ngħatat għar-rigward tal- ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet.", "Pero' ma nemminx li hemm skop għalfejn tingħata wkoll għar-rigward ta' kumpanniji, anke għaliex hemmhekk imbagħad jidħol element kummerċjali.", "Anke jekk l-allegazzjoni li qed issir hija minnha - għalkemm m'għandix għalfejn nassumi li hu hekk – l-Onor.", "Membru mhux qed jirriferi għal xi kumpannija imma minn kliemu donnu li qed jirriferi għall-ministeru jew għal xi korporazzjoni.", "Allura fil-verita' t-tweġiba li qed jitlob diġa' ngħatatlu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: L-ewwelnett ma nistax nifhem għaliex m'għandix nitlob lill-kollega tiegħi jagħmel mistoqsija parlamentari hu ħalli jien nasal għall-konklużjonijiet tiegħi, aktar u aktar meta għall-interpellanzi li jien nagħmel ma ningħatax l-informazzjoni.", "Terġa' u tgħid, kif jaqbad u jgħid il-Ministru li dak li qed ngħid jien m'huwiex korrett?", "Għaliex ma jeħdux passi kontra tiegħi meta dak id-diskors jien għedtu barra u mhux biss f'din il-Kamra!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, naħseb li l-Onor.", "Interpellant irid jidra li meta jagħmel allegazzjoni, irid iġib il-provi hu u mhux jipprova jistieden li ssir bħal spedizzjoni u noqogħdu nistadu fil-vojt!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mela issa nistennew lill-Prim Ministru jġib il-provi dwar min qatel lil Raymod Caruana u lil Karen Grech!", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31079.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-ministeru u jew tad-dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il- privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa) (f'isem il-Ministru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali): Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont ta` kera li tħallas mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "|Ministeru (uffiċċju |Lm 1,000 | |tas-segretarju | | |permanenti) | | |Dipartiment |Lm5,500 | |(tal-kunsilli lokali) | | |Oħrajn |NIL |", "Ma hemm ebda kumpanniji jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux policy biex entitajiet jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ministeri varji jibdew jokkupaw bini tal-gvern u b'hekk il-kirjiet jiġu kkontrollati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Għalkemm m'hemmx policy miktuba, żgur li dan il- gvern jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi li għandu.", "Jekk hemm bini li huwa proprjeta' tal-gvern u jista' jsir użu minnu, allura jagħmel sens li jsir hekk għax b'hekk inkunu qed niffrankaw flus il-poplu.", "POLITIKA SOĊJALI – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31080.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal-ministeru u/jew tad-dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Sopjal): Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31081.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal-ministeru u/jew tad-dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il- privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ammont ta' kera li ħallsu l- ministeru, id-dipartimenti u l-korporazzjonijiet huwa hekk:", "|Direttorat għat-trasport |Lm6,000| |pubbliku | | |Awtorita' ta' Malta dwar |Lm13,20| |komunikazzjoni |0 | |Dipartiment tas-servizzi |Lm12,10| |korporattivi |1 |", "OPM – SPEJJEŻ TAL-KERA", "31082.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas f'kera għall-bini li nkera għall-użu tal- ministeru u/jew tad-dipartimenti, kumpanniji, korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mingħand il-privat matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab infurmat li l-ammont ta' kera li tħallas lill-privat mill-uffiċċju tiegħi u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hu kif muri fit-tabella.", "Kummissjoni dwar l-impjiegi Lm 2,620 Uffiċċju tal-prim ministru Lm240", "Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba dwar kumpanniji.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Mistra fort huwiex mikri - veru li l-post ma jaqax taħtu imma żgur li dan huwa ta' ċerta importanza – jew jekk min qiegħed fih huwiex qed jokkupah bla titlu u jekk huwiex qed jintuża bħala parti minn fish farm meta m'hemmx il-permess?", "Jaf il-Prim Ministru li qed isiru arranġamenti biex min jokkupa dan il-forti jiġi aġevolat b'tali mod li through l-MDC jingħata l-post backdated għall- 1992?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien ma nafx inwieġeb għal dawn id-domandi u nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jistaqsi lill-ministru responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Allura l-Prim Ministru ma jinteressax ruħu meta xi ħadd jallega abbużi u jsemmi l-fatti!", "Jien dawn l-affarijiet għedthom pubblikament.", "Nista' naċċertah li mill-files ta' l-awtorita` ta' l- ippjanar jirriżulta li l-okkupant ta' dan il-post m'għandux permess u minkejja li ħarġet enforcement, qed isir tentattiv biex il-forti jingħata b'titlu backdated għall-1992.", "Jekk il-Prim Ministru ma jafx b'dan, naħseb li jista' jqum u jirrispondi l-ministru responsabbli mill-artijiet.", "U jekk ma jafx, beħsiebu jisvestiga l-akkużi li qed nagħmel jien?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Diġa' għedt li ma nafx nirrispondi u għedt lill-Onor.", "Interpellant biex jekk irid risposta bis-serjeta`, jagħmel id- domandi lill-ministru responsabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-ministru responsabbli mill-artijiet qiegħed preżenti f'din il-Kamra, jiġifieri jekk irid jista' jagħtini risposta.", "Pero' issa nistaqsi lill-Prim Ministru jekk wara li jien għamilt dawn l-akkużi barra minn dan il-parlament u wara li sar ċertu diskors dwar kif qed jitmexxew il- flus, huwiex lest jinvestiga dan il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jekk il-ministru responsabbli jkollu l- informazzjoni li qed jgħid li għandu l-Onor.", "Mizzi u l-każ ikun jimmerita inkjesta, m'għandi l-ebda dubju li l-ministru responsabbli jieħu l-passi kollha meħtieġa.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, jekk l- Onor. Mizzi qed jgħid li jaf li hemm min qed jgħaddi l-flus biex jinħarġu xi permessi tal-bini, jagħtina l-informazzjoni li għandu.", "Dan il-gvern ma jipproteġi lil ħadd pero' ma nistgħux nitfgħu l-akkużi bl-addoċċ.", "Din bħal meta l-istess Onor. Membru kien qal li aħna qed intellgħu nies li kissru t-tempji ta' l-Imnajdra għal skopijiet politiċi, iżda mbagħad meta deher quddiem il-maġistrat qal li ma kellu xejn x'iżid ma' dak li kien qal fid-dibattitu parlamentari.", "Kulħadd kapaċi jħammeġ - u hawn min hu kapaċi jħammeġ iktar minn ħaddieħor! - pero' meta naslu għall-istadju li jkollna nġibu l-provi kulħadd jaqa' fil-muta.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jaħseb li hawn xi ħadd minn din in-naħa tal-Kamra li qed jipprova jipproteġi lil xi ħadd biex ma jitteħdux proċeduri kriminali kontrih, jekk jogħġbu jgħidha barra minn din il-Kamra u jgħidha fil-konfront tiegħi u dak il-ħin stess jirċievi libell.", "Waħda mill-akkużi li jħobb jagħmel l-Onor.", "Interpellant hija li għan-nom tal-pulizija ....", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li ma tgħidhiex fil-konfront tiegħi!", "Inti titfagħha hekk, b'mod ġenerali!", "Jekk b'xi mod xi ħadd jgħaddilu minn moħħu li dan il-gvern jew xi parti minnu qed jipproteġi lil min għamel ħsara fuq sit ta' wirt kulturali dinji biex ma jittellax quddiem il-qorti, ikun qed jigdeb u jinsulta.", "Din il-gidba ċħadtha f'Ottubru li għadda u nerġa' niċħadha.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment l-Onor.", "Mizzi jibża' jgħid dan id-diskors barra minn din il-Kamra fil-konfront tiegħi u jiġi hawn jabbuża mill-privileġġ parlamentari biex iqajjem sensazzjoni.", "Din ukoll bħal meta qal li kien qed isir tapping tat-telephones, imbagħad skoprejna li din kienet akkuża ta' meta Pierre Muscat kien għadu ħaj – issa ilu 12-il sena li ħalliena, Alla jaħfirlu - u l-famużi provi ma kienu provi xejn.", "Bħal dak li qallu xi ħadd jieħu pjaċir joqgħod jissemma' t- telefonati tiegħu!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, l-ewwelnett nistaqsi lill-Ministru jekk jafx li dak li kont għedt jien f'dan il-parlament, għedtu wkoll barra għalkemm mhux lilu bħala ministru.", "Jaf il-Ministru li dak li jien għedt, u cioe` li d-droga tgħaddi mill-VVIP, ġie kkonfermat?", "Jaf li dak li għedt jien dwar akkużi ta' korruzzjoni fl-awtorita' ta' l-ippjanar illum kollox ħareġ fil-beraħ u qed jingħad minn kulħadd, anke min-naħa tal-gvern?", "Ma jħossx il-Ministru - jgħid li jħobb jimxi b'mod trasparenti! - li għandu jagħmel investigazzjoni dwar dan li qed ngħid jien?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, jien lest li nagħmel invstigazzjoni jekk ikolli prova ta' xi ħaġa, imma ma nistax naqbad u ninvestiga għax l-Onor.", "Mizzi jiġi hawn u jgħid li qed jgħaddu l-flus.", "Għallinqas imissu jġib l-iċken prova!", "(Interruzzjonijiet) Faċli tagħmel allegazzjoni, bħall-allegazzjoni li għamel dwar l-Imnajdra fejn issa qed jgħid li m'għamilthiex fil-konfront tiegħi.", "Allura fil-konfront ta' min, tal-pulizija?", "Għax l-Onor.", "Mizzi qed jgħid li l-pulizija jafu min huma n-nies responsabbli u apposta m'humiex jieħdu l-passi kontrihom.", "Dik gidba għax il-pulizija għamlu minn kollox biex jippruvaw jaraw min kien responsabbli.", "Meta fl-inkjesta maġisterjali l-Onor.", "Mizzi issejjaħ biex jgħid dak li kellu jgħid, f'daqqa waħda l-kuraġġ spiċċalu u qal biss li dak kollu li ried jgħid qalu fil-parlament.", "U fil-parlament ma qal assolutament xejn, ħlief li għax lil xi ħadd twaqqagħlu l-post u għax lil xi ħadd ieħor twaqqgħatlu d-dura, dak ix-xi ħadd għamel ħsara fit-tempji ta' l-Imnajdra.", "Faċli li wieħed jiftagħhom hekk l-allegazzjonijiet, pero' imbagħad li jġib xi forma ta' prova...", "Kull min kellu l-iċken enforcement notice f'dawk l- inħawi, jiġifieri madwar 40 persuna, dawk kollha ġew arrestati, interrogati u hemm anke kopja ta' l-istatement li għamlu.", "Sfortunatament ma kien hemm l-ebda ħjiel, anke mil-lat forensiku, li wieħed jista' jiġġanċja miegħu.", "Naturalment dan sa issa għax fil-futur ma nafx x'jista' jiġri.", "L-istess fir-rigward ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar, l-aqwa li l-Onor.", "Mizzi qabad u tefa' l-akkużi li jgħaddu l-flus.", "Forsi l-Onor.", "Membru jgħaddilu minn rasu li kieku dan li qed jgħid hu huwa minnu, dan il- ministeru jew xi ħadd minn dan il-gvern għandu xi interess li jipproteġi lil xi ħadd?", "Li huwa żgur hu li b'dawn l-akkużi li qed jagħmel qiegħed iwaqqa' l-politika f'livell baxx, għax imbagħad meta wieħed jistaqsih hemmx xi prova jew xi indikazzjoni jsib li m'hemm xejn.", "Mhux talli hekk talli meta darba ttieħdu l-passi kontra persuna partikolari, il-Partit Laburista kien ġie f'din il-Kamra u qabeż għalih!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li qed ninnota li l-Ministru f'moħħu għandu ċertu taħwid - għax l-ewwel qal li jien m'għedt xejn u issa qed jgħid li għedt - ma jidhirlux li meta jien kont għedt li għaddew id-drogi mill-VVIP, dan imbagħad ġie kkonfermat b'ġurament fil-qorti?", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħid li kien hemm ix-xhieda - u l-Ministru jaf ta' min - tat-tifel ta' ex-ministru u tal-ħbieb tal-Partit Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Speaker, id-domanda oriġinali tiegħi kienet jekk huwiex veru li l- fortizza tal-Mistra qiegħda bla titlu għand min qed jokkupaha – u suppost li l-Ministru jaf għax qalulu li qiegħda bla titlu – u jekk jafx li din il- fortizza qed tintuża bħala parti minn fish farm u li biex jinħareġ il- permess għaliha, id-dipartiment ta' l-artijiet irid jagħtiha b'titlu.", "Issa d-dipartiment ta' l-artijiet ma jistax jirrikonoxxi lill-okkupant qabel ma jinħareġ il-permess mill-planning authority, filwaqt li l-planning authority ma tistax tagħmel dan minħabba li hemm enforcement.", "Il-Ministru jaf li l-okkupant ta' dan il-forti qiegħed f'pożizzjoni fejn minkejja li ma jistax jingħata permess, għandu fishfarm illegali u minkejja li ma jistax jingħata titlu, l-art qiegħda għandu?", "Jaf il-Ministru li through l-MDC qed isiru l-arranġamenti biex dik l-art tkun tista' tingħata titlu ħalli l- okkupant ikun jista' jmexxi bl-affarijiet illegali li hemm, backdated għall- 1992?", "Jekk il-Ministru jaf b'dan kollu, x'iżommu milli jinvestiga?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, l-Onor.", "Mizzi qed jallega li jiena naf b'dawn l-affarijiet, pero' bis-sinċerita' kollha nista' ngħid li dwar il- fortizza tal-Mistra ma naf assolutament xejn.", "Issa niċċekkja u nara x'hemm.", "Fuq kollox l-Onor.", "Membru stess qal li l-okkupant ta' din il- fortizza ħa pussess tagħha għaxar snin ilu.", "Rigward dak li ntqal dwar l-MDC – u se nispjega dan biex ma jkunx hawn min jaħseb li din hija xi ħaġa straordinarja – nista' ngħid li meta jkun hemm proġett industrijali jew dak meqjus mill-korporazzjoni bħala tali, l-MDC għandha d-dritt li mingħajr ma toħroġ tender tagħti post għal skop industrijali (Interruzzjonijiet) Fi żmien amministrazzjonijiet Laburisti ngħataw fortizzi biex fihom jitrabbew il-majjali!", "Fil-fatt għad hawn min għadu jrabbi l-majjali fil-fortizzi u ovvjament biex lil dawn naqilgħuhom minn hemm irridu nsibulhom akkomodazzjoni alternattiva, u bir-raġun għax inkella mil-lum għal għada nfalluhom.", "Jien ma naf xejn dwar dan il-każ u se nara x'inhu dan il-proġett ta' l-MDC.", "Dan irid jiġi approvat proprju mill-kunsill ta' l-MDC u jekk isir dan, imbagħad ikun jista' jingħata t-titolu, dejjem pero' jekk ikunu affarijiet li jgħinu fl-ekonomija tal-pajjiż.", "Jiġifieri m'hawn xejn straordinarju għax l-MDC se tagħtih it-titolu.", "Iva, l-MDC għandha d-dritt tagħmel hekk fuq proġett industrijali u tista' anke jekk trid tagħmlu backdated, ovvjament bi ħlas retroattiv għaliex l-okkupant ta' dan il-forti m'huwiex qiegħed hemm għall-gost imma biex joħloq l-impjiegi u jagħmel proġetti industrijali.", "Fi kwestjonijiet oħrajn, tista' tgħid li biex wieħed jingħata l-permess irid jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu mal-planning authority.", "Dan biex ma nitkellmux dwar affarijiet oħra li saru fi żmien l-amministrazzjoni Laburista - bħall-bini ta' impjanti kbar fuq art tal-gvern bla permess, mhux tal-planning authority imma tal-lands – u m'għandniex għalfejn noħolqu kjass dwar każi relattivament żgħar.", "Pero' il-fatt li l-MDC għandha d-dritt li tagħti t-titolu jirriżulta mill-politika approvata minn dan il-parlament stess.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA - SPEJJEŻ", "31084.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'apparat inxtara matul dawn l-aħħar tliet snin biex seta' ġie mmodernizzat il-kulleġġ tal-biedja?", "Kemm kienet l-ispiża involuta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ID CARDS - BDIL TA' SESS", "32089.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li jkunu biddlu s-sess tagħhom jistgħux jiżżewġu hawn Malta jekk l-ID card tkun inbidlet wara deċiżjoni tal-qorti, fejn persuna genetikament u fiżikament tkun twieldet bħala tifel u saritilha sex-change operation?", "ONOR.", "TONIO BORG: Għalkemm m'hemmx definizzjoni ta` żwieġ fil-Kap 255 tal- Liġijiet ta` Malta, il-partijiet għandhom ikunu mara u raġel skond artikolu 15 ta` l-istess Kap.", "Fl-Ingilterra, il-projbizzjoni ta` żwieġ bejn persuni li m'humiex bioloġikament ta` sess oppost, ma ġietx meqjusa bħala li tmur kontra l- Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Jekk minflok tibdiliet fl-ID card nitkellmu dwar tibdiliet fiċ-ċertifikat tat-twelid, it-tweġiba tibqa' l-istess?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Iva, għax fil-fatt dak li jiġi ordnat ħafna drabi jinżel bħala annotazzjoni.", "Jiġifieri llum, wara ċertu taħbit, żviluppa d- dritt li persuna tista' tagħmel annotazzjoni fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħha dwar bdil fis-sess.", "Pero' biex tnejn jiżżewġu jridu jkunu mara u raġel – u qed ngħid dan fuq il-parir ta' l-Avukat Ġenerali – fis-sens li jridu jkunu bioloġikament ta' sess oppost.", "Qiegħed ngħid hekk għax hemm min huwa firmitarju tal-Konvenzjoni Ewropea u jaċċetta ċerti żwiġijiet differenti, pero' l-Ingilterra baqgħet issostni l-kunċett tradizzjonali taż- żwieġ.", "Il-fatt li sostniet dan il-kunċett ma ġiex meqjus bħala li jmur kontra d-dritt li persuna tiżżewweġ.", "Nikkwota minn sentenza ta' Rees vs United Kingdom tal-Qorti Ewropea tas-17 ta' Ottubru, 1986 u minn sentenza ta' Cossy vs United Kingdom tas-27 ta' Settembru, 1990.", "Fl-ewwel każ, il-Qorti Ewropea qalet hekk:", "\"In the Court's opinion, the right to marry, guaranteed by article 12, refers to the traditional marriage between persons of opposite biological sex.", "This appears also from the wording of the article which makes it clear that article 12 is mainly concerned to protect marriage as the basis of the family.\"", "Fit-tieni każ, il-Qorti Ewropea qalet li:", "\"Although some contracting States would now regard as valid a marriage between a person in Miss Cossy's situation and a man, the developments which have occurred to date cannot be said to evidence any general abandonment of the traditional concept of marriage.\"", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 66 ta' l-2002 – civil aviation (route charges for navigation services) (amendment) regulations, 2002; u", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 65 ta' l-2002 – ordni ta' l-2002 dwar tismija ta' post ta' detenzjoni (Att dwar l-Immigrazzjoni);", "Tabella li turi l-pajjiżi li minnhom ġejjin il-barranin li matul l- 2001 iżżewġu Maltin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32090; u", "Tabella li turi l-għadd u l-ispeċi ta' tajr li nqabdu jew inqatlu matul l-2000, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32092.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Giovanna Debono.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad u s-salarji ta' persuni li jitħallsu mill-Vot Rikorrenti 47, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32289.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Autin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 67 ta' l-2002 – regolamenti ta' l-2002 dwar il- kontroll ta' ħmieġ minn żwiemel (applikazzjoni ġenerali).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-GĦAQDIET TAL-PRODUTTURI.", "PRODUCERS' ORGANISATIONS BILL", "L-Ordni għat-tieni qari ġie moqri", "Il-mistoqsija reġgħet tqegħdet", "Ikompli mit-18 ta' Marzu 2002", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo huwa in possession, u s'issa ħa għaxar minuti.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Fl-aħħar seduta kont qed nirrispondi għad-diskors li kien għadu kif għamel il-kap ta' l- oppożizzjoni.", "Il-media ta' l-oppożizzjoni rrapportat lill-kap ta' l- oppożizzjoni li akkuża lill-gvern u qal li l-gvern qed jitradixxi dak li kien ilu jinbena matul iż-żmien.", "Jien nixtieq nistaqsi min qed jitradixxi lil min.", "Kieku kelli nagħmel din ir-rimarka bla ma rrid kien ikolli nasal għall-konklużjoni li l-oppożizzjoni bil-metodu ta' kif għamlet id-diskorsi tagħha ttradixxiet mhux biss il-pajjiż imma anke l-istess kunċett li qed nippruvaw inressqu f'dan id-dibattitu permezz ta' din il-liġi.", "L- oppożizzjoni ddiskutiet l-Unjoni Ewropea u s-settur ta' l-agrikoltura, pero` fuq din il-liġi ma ddiskutiet xejn.", "M'huwiex ġust li jkollna l-kap ta' l-oppożizzjoni u l-membri tagħha li jipprovaw ipinġu stampa daqshekk kerha ta' x'qiegħed jiġri, meta fil-fatt aħna m'aħna qed inressqu l-ebda liġi li b'xi mod jew ieħor se tintaxxa lis-settur agrikolu.", "M'aħna qed inressqu l-ebda liġi li b'xi mod jew ieħor tisħaq li dan is-settur se titnaqqsulu xi ħaġa.", "Kontrarjament qed inressqu liġi li ser tkompli tissoda u tgħin biex dak li nbena matul iż-żmien niddefenduh u nħarsuh.", "Ma jistħoqqilniex li jiġi l-kap ta' l-oppożizzjoni jgħidilna li qegħdin nitradixxu lill-pajjiż meta qed inressqu liġi biex inkunu kapaċi norganizzaw lis-setturi kollha tan-negozju.", "L-għan tagħha huwa li ngħinu biex f'dan il-pajjiż ikollna strutturi biex is-settur ta' l-agrikoltura - li ħafna drabi bħas-setturi l-oħrajn ta' negozji żgħar diffiċli li jgħaqqad lin-nies biex jaħdmu flimkien – jorganizza ruħu aħjar b'mod strutturat.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit Onor. Vassallo.", "Jekk jogħġobkom, poġġu f'postkom għaliex l-Ispeaker qiegħed fin-naħa ta' wara tal-Kamra.", "Kompli Onor. Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Qiegħed ngħid li qegħdin inressqu abbozz ta' liġi li meta jiġi fis-seħħ permezz tiegħu se jkollna l-aħjar għodda possibbli ikollna għaqda kummerċjali u biex naraw dan is-settur organizzat aħjar.", "B'hekk nifhem li f'ebda ċirkostanza ma qegħdin nittradixxu lil dan is- settur għaliex qed inpoġġu fis-seħħ sistema li se tkun kapaċi tgħinu.", "Mr Speaker, l-Onor.", "George Vella kkummenta li din qed tkun leġislazzjoni li permezz tagħha l-gvern jindaħal fl-iffissar tal-prezzijiet.", "Jien ngħid li mhux veru li l-gvern se jindaħal fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli.", "Min jaf kemm-il darba smajna l-idjoma li l-prodott tar-raba' dejjem jiġi r- raba' għaliex jekk ma tagħmilx xita se jkun skars.", "Meta jkun skars iġib prezz tajjeb u jekk tagħmel ħafna xita ikun fl-abbundanza u allura l-prezz jorħos.", "Dan huwa wieħed mill-iżjed setturi kummerċjali li huwa vulnerabbli għall-iffissar tal-prezzijiet għax jiddependi mid-disponibilita' tas-suq.", "Fl-imgħoddi meta kien ikun hemm abbundanza kbira ma setgħux jagħmluh ġo cold store biex jieħdu ħsiebu.", "Illum għandna rimedji biex wieħed ikollu l- prodott disponibbli u allura l-prezz ikun jista' jirregolah ftit iktar.", "Waħda mill-problemi li kellna kienet li meta kien ikun hemm l-iffissar tal- prezzijiet jew tal-kwalita is-suq ma setax isib qbil għax ma kienx hawn dawn l-għaqdiet kummerċjali tal-bdiewa li bejniethom setgħu jiftehmu.", "Bidwi jista' jkun membru ta' diversi għaqdiet skond il-prodott li jkollu u se jkun qiegħed jirregolah permezz ta' dik l-għaqda.", "Illum qegħdin nisimgħu dawn il-ħafna kummenti min-naħa ta' l-oppożizzjoni li b'xi mod jew ieħor jew jakkużaw lill-gvern li ser jindaħal fl-iffissar tal-prezzijiet, jew inkella se jkun qed ikisser dak ilu jinbena maż-żmien.", "Dan m'hu veru xejn u li kieku ż-żewġ naħat kellhom jiddibattu bis-serjeta' din il-liġi konna nuru li verament għandna interess favur l-iżvilupp ta' dan is-settur agrikolu.", "Jiena allura hawnhekk ikolli niġbed l-attenzjoni ta' l-oppożizzjoni li ma naħsibx li dan huwa l-metodu l-iżjed adattat biex jaffrontaw din is-sitwazzjoni.", "Illum is-settur agrikolu, bħal kull settur ieħor, irid ikun kapaċi jikkompeti.", "Qegħdin ngħixu f'dinja fejn il- kompetizzjoni kummerċjali għandu benchmark li dejjem qed jiġi spustjat.", "Xi drabi l-kompetizzjoni qiegħda tant tkun sfrenata li qed tpoġġi lill-players li jkunu qegħdin jilagħbu f'din il-logħba f'qagħda inġusta.", "Din hija kritika pero` din hija s-sitwazzjoni.", "Irrid nistaqsi hawnx xi ħadd f'dan il-parlament li jista' jwiegħed li se jreġġa' lura l-arloġġ tal- kompetizzjoni fis-suq.", "Jekk nagħmlu hekk ma jkollniex l-iffissar tal- prezzijiet permezz ta' l-għaqdiet tan-negozji kif kien hawn min allega li se jkun hawn iżda li jkollna reġim li jikkontrolla l-liċenzja ta' l- importazzjoni, tal-kwoti u tal-levies ferm iktar milli għandna llum.", "Iż- żewġ partiti kienu fil-fatt qablu li dawn il-levies għandhom jitneħħew.", "Mr Speaker, f'dan id-dibattitu rajt proċess li qed jinbiddel.", "Ma ninsewx li l-oppożizzjoni kienet fil-gvern u dan m'ilux ħafna.", "Li kieku gvern laburista fl-1998 ma waqafx bħalissa qegħdin f'kampanja elettorali għal elezzjoni oħra wara gvern laburista ta' ħames snin.", "Kieku l-gvern laburista kien qed jiftiehem ma' dak li hu llum isejjaħ il-forzi ta' Brusell biex hu wkoll - għax hekk jitolbu r-regolamenti dinjija tal-WTO - jaħdem biex il- levies jispiċċaw.", "Il-protezzjoni li llum tant qegħdin jiġġieldu biex iżommu kienu se jżarmawha.", "Li kieku għadhom fil-gvern mhux qed jitkellmu kif qed jitkellmu llum u kieku qed ineħħu l-levies mingħajr ma kienu se jdaħħlu l- ebda forma ta' kumpens.", "Fis-settur agrikolu n-naħa ta' l-oppożizzjoni ma kienet qed tippermetti xejn għax kienu qed jgħidu li se jpartu.", "Nistaqsi b'liema prezz kienu se jippruvaw ineħħu l-levies.", "Din hija l-oppożizzjoni li llum tant qiegħda titkellem favur dan is-settur.", "Dan qed tagħmlu mhux biex tiddefendih, imma għax jaqblilha titkellem hekk għall-gallerija.", "Illum qed tgħid li jaqblilna nżommu l-levies u meta kienu fil-gvern ma tkellmux hekk, Mr Speaker.", "Meta kienu fil-gvern kienu qegħdin jippjanaw kif ser ineħħu l-levies ukoll.", "Dik hija t-triq ġusta.", "Madankollu huwa inġust li jibdlu d-diska u jitkellmu mod ieħor meta hemm x'juri li kienu se jneħħuhom.", "Huwa nġust ukoll li jippruvaw jitfu l-programm tal-gvern kif tħabbar fl- aħħar budget li biex ipatti għat-tneħħija tal-levies ser jagħmel tajjeb bi programm ta' Lm8 miljun bħala għajnuna.", "Meta l-oppożizzjoni kienet se tneħħi l-levies m' offriet l-ebda kumpens u allura din hija inġustizzja doppja.", "Dawn qed jippruvaw inessu lin-nies li kważi erba' snin ilu kien hawn gvern laburista.", "In-naħa ta' l-oppożizzjoni kienet fil-gvern u kellha ċ-ċans tagħha u lis-settur agrikolu mingħajr ħafna dibattitu u konsultazzjoni - jew konsultazzjoni ta' xejn kienet se tneħħi din il- protezzjoni li llum tant qegħdin jibku favuriha.", "Mr Speaker, qed ikollna dibattitu rigward leġislazzjoni ta' ftit paġni imma ta' sugu kbir u ta' importanza kbira u ma tinkwadrax fiha biss is-settur agrikolu.", "Fir-responsabbilta` ta' segretarju parlamentari fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi ngħid li din hija liġi li jekk inkunu kapaċi nħaddmu f'setturi oħrajn tgħinha ħafna.", "Tajjeb li jkollna struttura f'setturi oħrajn bħal ta' l-għamara u anke ta' l-artiġġanat u tajjeb ukoll li jkollna l-għaqdiet tan-negozjanti.", "Aħna qegħdin nagħmlu li nistgħu biex niġbru n-nies b'mentalita` individwalista u ngħinuhom biex jaħdmu fi grupp.", "Dawn ikunu jistgħu jiddeterminaw flimkien xi kwantita` ta' prodotti jeħtieġu biex ipoġġu fis-suq u b'liema prezz jeħtieġu li jpoġġuh.", "Jistgħu jaraw ukoll kif ikollhom is-sistema tal-labelling.", "Il-kap ta' l-oppożizzjoni poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li tant ilhom jitkellmu fuqu.", "Qed jgħidu li issa l-qamħ ser jogħla għax nixtruh mill-Unjoni Ewropea.", "L-istess qed jgħidu fuq iz-zokkor.", "Il-ministru stess qal li Spanja rnexxielha tidħol fi trattat ma' l-Unjoni Ewropea.", "Spanja hija membru sħiħ u erbat ijiem ilu kien hawn il-President tagħha hawn Malta.", "Spanja rnexxielha tidħol għal arranġamenti biex tkun tista' tixtri bi prezz irħis dawn il-prodotti li hi ma timmanifatturax u tista' tibqa' tixtrihom minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "Dan il-pajjiż jista' jagħmel kif għamlet Spanja bil-provi.", "Ħafna qalu li din hi manna nieżla mid- deżert.", "La darba l-Unjoni Ewropea kienet kapaċi tilħaq ftehim ma' pajjiż kbir u mdaqqas m'għandux ma jsirx l-istess ma pajjiżna.", "Pajjiżna kapaċi wkoll iġib dawk il-konċessjonijiet u jixtri l-istess prodotti bl-istess prezzijiet kif qiegħed jixtri llum.", "Mr. Speaker, m'aħniex deħlin jew qed nagħmlu xi trattati mal-bojja.", "Dak li qed tagħmel l-oppożizzjoni huwa għall-akkwist tal-poter personali u qed jinqdew bl-agrikoltura.", "Fuq prodotti oħrajn m'humiex jitkellmu bħalma qegħdin jitkellmu fuq l-agrikoltura.", "L-oppożizzjoni ma jaqblilhiex titkellem fuq setturi oħrajn.", "Min-naħa ta' l-oppożizzjoni kellna kummenti fuq l-ippjanar rurali.", "Irrid nistaqsi fi żmienhom xi pjanar rurali kien hemm.", "Nispera li ma jqumx xi ħadd u jgħid li kienu qed jirranġaw il-wied ta' San Pawl tal-Qlajja', jew il-wied taċ-Chadwick Lakes.", "Dak mhux pjanar rurali.", "Illum qegħdin jgħidu li dan huwa bluff, pero` għandna pjan, nafu x'se nagħmlu u għandna miżuri li qegħdin nieħdu anke jekk jidrilhom li t-tneħħija tal-levies se ġġib xi tibdil.", "Qalu wkoll li m'hawnx konsultazzjoni.", "Dan huwa abbozz ta' liġi li nħoloq u ġie diskuss fl-istadji kollha kif ipprovdut fil-proċess.", "(Interruzzjonijet) Issa se jistaqsi l-istess mistoqsija.", "MR SPEAKER: Point of order ta' l-Onor.", "Farrugia bil-permess tas- Segretarju Palamentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Qiegħed nagħmel point of clarification biss.", "Li xtaqtu jgħid hu dwar ir-riabilitazzjoni tal-proġett ta' Wied il-Qlejgħa u x'inhi r-raġuni li ma jassoċjax dan l-iżvilupp ma' żvilupp rurali.", "Nistaqsieh għaliex ma jassoċjaħx mat-twettieq tar-riformi ta' l-iżvilupp rurali li pajjiżna jirrikjedi biex jipproteġi l-idroloġija u l-ekoloġija.", "MR SPEAKER: Onor. Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Ma stajtx nifhem x'qed jipprova jgħid.", "Mr Speaker, issa m'għandux permess u għamel il-punt tiegħu.", "Jiena ma stajtx nifhem x'ipprova jgħidli.", "(Interruzzjonijiet).", "Hu kellu siegħa u nofs.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk huwa point of order irridu nisimgħu il- point of order.", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għall-etika, jekk ma fehmnix jista' jippermettili li nispjegalu.", "(Interuzzjonijiet).", "Hu qed jgħid li r-riabilitazzjoni ta' Chadwick lakes ma kenitx parti mill-iżvilupp rurali.", "Qed nistaqsih jekk almenu jiċħadx jew jikkonfermax dan bħala parti minn struttura li tista' tkun tifforma parti mill-iżvilupp rurali.", "MR SPEAKER: Grazzi, jkompli l-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Kull żvilupp u kull inċentiv li jsir biex jiġi rranġat x'imkien irridu ngħidulu grazzi.", "Għall-argument jista' jqum xi ħaddieħor u jgħid li dak kien parti mill-ħidma ta' l-ambjent.", "Kollox jista' jkun parti minn xi ħaġa oħra.", "Il-pjan rurali jrid iwassal ferm iktar minn dak li pprova jagħmle il-partit laburista meta għamel biss xi ħaġa limitata li kienet bżonnjuża u meħtieġa.", "Illum il-ġurnata l-pjan rurali li qegħdin insemmu aħna jrid imur ferm iktar 'il bogħod minn dak li ppruvaw imexxu huma.", "Huma ppruvaw jaslu u waslu sa ċertu punt.", "Għaliex aħna kapaċi ftit iktar minnhom, b'kumbinazzjoni jew grazzi għall-ħila tagħna, se nagħmlu ferm iktar milli għamlu huma.", "Mr Speaker, il-konsultazzjoni saret biex għaddiet din il-liġi u saret fil- postijiet fejn l-oppożizzjoni għandha l-opportunita` li tikkonsulta u fejn kull organizzazzjoni tan-negozju għandha l-opportunita` li tkun preżenti.", "Kull organizzazzjoni tan-negozju għandha dritt u dmir li tkun qiegħda hemmhekk.", "Liġijiet bħal dawn kienu diskussi fil-MEUSAC, fis-SIMS u fil- kumitati kollha meħtieġa fejn kulħadd seta' jkun jaf kollox.", "Huwa faċli niġu hawnhekk u ngħidu li ma kienx hemm konsultazzjoni.", "Jiena se nitkellem mill-esperjenza tiegħi.", "Aħna nipprovaw naraw li jkun hemm kemm jista' jkun konsultazzjoni.", "Jiena wieħed minn dawk li ma tantx indum bil- qiegħda fuq siġġu għal sigħat sħaħ u nipprova noħroġ indur ħalli nara li jkollna konsultazzjoni ta' veru.", "Ma nafx jafux kemm hu diffiċli li ssib nies li tikkonsulta magħhom.", "Kulħadd jgħidli li jrid jikkonsulta wara għax ma jkollhomx ħin.", "Huwa sagrifiċju li tkun fil-gvern u tipprova tara li jkollok il-konsultazzjoni.", "Madankollu l-konsultazzjoni saret u wasslet biex illum għandna dan id-dibattitu fuq din il-liġi.", "Mr Speaker, li jiddispjaċini huwa li nisma' l-oppożizzjoni titkellem u tagħti l-impressjoni li fl-agrikoltura bħas-setturi l-oħrajn trid l-istatus quo fejn kollox jibqa' kif inhu.", "Issa jien lest nagħmel mitt elf punt ta' kjarifikazzjoni imma l-idea tagħhom tibqa' l-istatus quo.", "S'issa tkellmu diversi kelliema u kieku kellna nimxu mal-proċeduri ta' dan il-parlament u ngħidu li kelliem ikun out of order, konna nagħmlu hekk għall-kulħadd.", "Wara kollox din kienu se jagħmluha lili għax kont qed nipprepara għal-liġi.", "L- oppożizzjoni kollha hija out of order u qed iġġib lil kulħadd hekk.", "Ma jistax ikun li nimxu hekk meta jkollna dibattitu fuq leġislazzjoni sempliċi ta' kif se noħolqu struttura għal assoċjazzjonijiet bejn il-fergħat interessati.", "Hawnhekk għandna 6,000 assoċċjazzjoni magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi.", "Din l-attivita ekonomika ilha teżisti imma rridu naraw kif noħolqu l-aħjar strutturi ħalli min qiegħed jiddependi minnha jibda jifhem li ma jistax ikun tajjeb hu biss jew jibqa' tajjeb biss fis-sengħa agrikola tiegħu, imma jrid ikun tajjeb fis-sengħa ta' l-imprenditorija wkoll.", "Min irabbi l-ħut jew ikabbar il-ħaxix irid ikollu wkoll proċess ta' marketing ta' kif se jwassal il-prodott b'mod tajjeb f'suq kompetittiv.", "Mr Speaker, jekk inkomplu nħarsu lejn din il-leġislazzjoni naraw kif hemm sistema ta' rtirar mis-suq - il-withdrawal mechanism.", "Dwar dan ħadd ma kien għadu tkellem.", "Min jaf kemm kellna nies fl-agrikoltura jibku li l- prezz tagħhom ikun waqa'.", "Qed nitkellem hekk biex ma jkunx hawn xi ħadd u jgħid li se jogħla l-prezz lill-konsumatur.", "Il-konsumaturi ma jgawdux meta l-prezz tal-patata jaqa'.", "Hemmhekk xorta ma jgawdux għaliex il-bidwi ma jibqax iktar interessat f'dak il-prodott u l-konsumatur ma jsibux fis-suq.", "Il-Ministru Zammit jgħidli li s-suq isuq u rridu nkunu attenti li min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma jkollniex iktar krib biex inżommu dan is-settur lura.", "Jien nieħu pjaċir nikkwota mill-istess dokument li kkwotajt l-aħħar darba –l-istess dokument li kkwota minnu l-kap ta' l-oppożizzjoni.", "Naħseb li warajja se jkun qed jitkellem l-Onor.", "Herrera u se ngħaddilu dan id- dokument.", "F'paġna 90 jgħid li l-iżjed soluzzjoni effettiva għall-bdiewa ta' l-Unjoni Ewropea hi li jaraw kif jgħollu l-istandards tal-prodotti tagħhom - \"raising the EU minimum standards\"- Dan qed jitkellem fuq prodotti agrikoli.", "Dan hu l-istess dokument li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-kap tal-oppożizzjoni u jitkellem fuq \"monitoring and enforcing the compliance with all standards and labelling requirements, through the EU\".", "Dan mhux dokument li ġibt jien iżda li ġab il-kap tal-oppożizzjoni.", "Qegħdin jgħidulna li l-aħjar struttura u l-aħjar strateġija hi li l-bdiewa jaħdmu fuq il-labelling tal-prodotti tagħhom biex il-konsumatur ikun kapaċi jagħmel l-aħjar għażliet mhux biss fuq il-prodott għarwien, imma fuq il- prodott imlibbes u ippakkjat bl-aħjar strutturi possibbli.", "Dan biex ikun jista' jiggarantixxi anke t-traceability tiegħu - mil-liema għalqa ġej u mil-liema nħawi ġej.", "Dan hu dak li jrid il-konsumatur ta' llum.", "F'dinja fejn illum għandna ċaqlieqa mill-kwalita` għall-valur tal-flus il- konsumatur qed jgħix f'pajjiż fejn hemm kwalita` ta' ħajja għola, fejn mhux bilfors dak li hu l-irħas huwa t-tajjeb, imma t-tajjeb hu dak li se joffri valur għall-flus li jonfoq.", "Huwa importanti li nsemmi dan id-dokument biex in-nies ma jaħsbux li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni poġġa xi dokument ta' barra minn hawn li jitkellem fuq x'qed jgħid hu biss.", "Irridu naraw il-paġni kollha ta' dan id-dokument u mhux biss fejn jgħidilna x'għola u x'raħas.", "Illum mhux qegħdin f'dinja ta' x'għola u x'raħas.", "Dik kienet id-dinja ta' meta kienu jmexxu huma u meta kien jidħol vapur konna naħsbu li daħal il-convoy ta' Santa Maria.", "Dik hija d-dinja li jridu li nerġgħu lura għaliha.", "Mr Speaker, bil-kuntrarju, il-partit nazzjonalista fil-gvern qed jipprova jara kif bis-serjeta` jorganizza settur li għal ħafna żmien ma kienx mitluq pero` kien qed jimxi bis-sinjali ġurnata b'ġurnata bħas-setturi l-oħrajn.", "Għaliex issa nafu li se nkunu qegħdin fi proċess ta' sħubija f'suq ikbar, irridu noffru l-aħjar possibbiltajiet fejn min hu nvolut fl-agrikoltura, fil-biedja u fl-agro-industrija ikun kapaċi jpoġġi l-prodott tiegħu fis- suq.", "Ftit ilu jiena u l-Ministru Ninu Zammit konna qegħdin niltaqgħu ma' dawk li qegħdin irabbu t-tiġieġ u li huma responsabbli għall-broilers.", "Illum il- ġurnata għandna matassa sħiħa u ppermettili l-Ministru li ngħid hekk.", "Hemm dawk li joqtlu l-biċċerija jikkmandaw lil min qiegħed irabbi.", "Nassigura li saret konsultazzjoni.", "Min qiegħed irabbi t-tiġieġ qed ikun suġġett ta' dawk li qegħdin joqtlu.", "Nistaqsi għaliex għandu jkollna settur kontra ieħor u għaliex m'għandux ikollna dawn l-għaqdiet tan-negozji.", "Illum dawn in- negozji qegħdin jitkellmu bejniethom u m'humiex emarġinati fl-irziezet u fl- għelieqi tagħhom.", "Nistaqsi wkoll għaliex m'għandux ikollna dawn il- mekkaniżmi u l-istrutturi li jgħinu biex nikkontrollaw aħjar id-domanda u l- produzzjoni.", "L-equation ta' fejn jiltaqgħu id-demand curve u s-supply curve trid tiġi mill-istandards tal-kwalita`.", "Irridu naraw kif se naqdu l- konsumatur aħjar.", "Mr Speaker, jiena nieqaf biex nawgura li dan il-parlament jaqbel ma' din il-leġislazzjoni.", "Dan il-gvern mhux qed jitradixxi lis- settur agrikolu, pero` qiegħed jara kif jgħin biex mar-realtajiet tal- kompetizzjoni joffri l-aħjar strutturi possibbli.", "Il-poplu jista' jagħżel li jissieħeb jew ma jisseħibx pero` rridu nagħtuh l-aħjar għodda possibbli ħalli jibqa' kompettittiv u jżid il-kompettivita` tiegħu ħalli jirnexxi iktar mill-qatt irnexxa s'issa.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "Kif għedna fil-bidu ta' dan id-dibattitu l-oppożizzjoni għandha riżervi kbar dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Iddikjarajna u għedna li se nivvotaw kontra u azzardajna ngħidu wkoll li b'dan l-abbozz il-gvern qed jitradixxi l-interessi tal-bdiewa tagħna.", "Dan qed ngħiduh għax irridu naraw l-affarijiet f'kuntest u mhux għax normalment nużaw kliem aħrax hekk.", "Ir-raġuni hija sempliċi.", "Dan l-abbozz ta' liġi m'huwiex qiegħed isir fl-interess ta' min hu nvolut f'Malta, imma huwa pre-kundizzjoni imposta fuq il-gvern minn Brussels.", "Hawnhekk għandna eżempju klassiku ta' leġislazzjoni tailor-made li qiegħda biss sabiex aħna niġu in linja ma' dak li jgħidulna minn Brussels.", "Huwa veru li nirripetu dan ħafna drabi, pero` sfortunatament matul dawn l-aħħar tliet snin u nofs, ammont sostanzjali mil-leġislazzjoni lokali kienet immirata f'dan is-sens.", "Madankollu naħseb li qatt daqs dan l-abbozz in kwestjoni, ma rajna liġi li sfaċċatament tikkontradixxi l-interessi tal-bdiewa Maltin.", "Din il-liġi hija mfassla preċiżament - jew kważi - fuq il-counsil regulation numru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999.", "Din m'hijiex immirrata għall-agrikoltura imma titkellem \"on the common organisation of the markets and fishery and aquaculture products.\"", "Jekk wieħed jaqra din ir-regolazzjoni jaran li l-format ta' dawn l- organizzazzjonijiet huwa appuntu preċiżament kif huwa postulat fil-liġi indiżamina.", "Hawnhekk għandna regolament mill-Ewropa li jikkontrolla s-sajd u nafu li fuq il-kwestjoni tal-biedja lanqas il-membri ta' l-Ewropa bejniethom ma ftehmu.", "Din hija l-blue print tal-leġislazzjoni tagħna u m'hemmx dubju li l-leġislazzjoni tagħna hija appuntu mmirata għal dan l- għan biss.", "Kultant aħna ninstemgħu anti-Ewropej pero nissorprendi ruħi li l- oppożizzjoni dejjem titkellem fuq l-industrija u l-kummerċ u kif għandhom ikunu indipendenti mill-gvern.", "Hawnhekk għandna leġislazzjoni fejn il-gvern mhux biss jirregola b'mod ġenerali l-kummerċ fil-pajjiż, imma li jieħu d- dritt li jinterferixxi fl-andament tal-kummerċ tal-biedja.", "B'din il- leġislazzjoni dawn l-organizzazzjonijiet se jiġu kkontrollati mid-direttur li jirrispondi għall-ministru.", "Hawnhekk il-gvern m'huwiex biss regolatur, imma kważi għandu d-dritt li jinterferrixxi wkoll fuq il-mod ta' kif taħdem l-industrija tal-biedja.", "Din hija daqsxejn kontradittorja meta wieħed jara l-linji gwida ta' x'inhu suq ħieles.", "Fl-opinjoni tagħna l-leġislazzjoni qed issir minħabba l-kwestjoni li tiela' issa fl-Unjoni Ewropea u li biha se niġu in linja mal-common agricultural policy tagħhom.", "Wieħed irid jirrifletti ftit fuq dak li ġie propost mill-gvern Malti għal dak li jikkonċerna l-biedja f'pajjiżna.", "L-SMPPMA hu dak id-dokument li ppreżentajna aħna u li suppost ikopri ġo fih l-interessi tal-bdiewa.", "Safejn jiena nformat - u nista' nkun skorrett - jirriżulta li dan id-dokument li suppost qiegħed biex jipproteġi l-interessi tal-bdiewa, bl-ebda mod ma ġie approvat mill-istess bdiewa.", "Sa fejn naf jien il-bdiewa għandhom ħafna riżervi fuqu u fil-fatt iċekken b'mod drastiku l-protezzjoni li għandhom il-bdiewa serjament fejn jikkonċerna l-levies.", "Hemm dokument li suppost ġie maħdum bil-konsultazzjoni kollha tan-nies interessati u naturalment aħna se niġġieldu biex naqbżu għad-drittijiet tal- ħaddiema tagħna wara li qalulna eżattament xi jridu.", "Dan id-dokument ma sar bl-ebda konsultazzjonijiet ta' xejn u hawnhekk wieħed jikkritika wkoll il- mod ta' kif isiru n-negozjati.", "Aħna ma nikkritikawx biss il-kwestjoni ta' dħul akkost ta' kollox fl-Unjoni Ewropea.", "Il-partit laburista jkollu okkażjonijiet jikkritika wkoll il-metodoloġija ta' kif qegħdin isiru n- negozjati.", "Anke fuq dak il-livell għandna r-riżervi tagħna.", "Kont se nitkellem fuq dan il-punt pero` smajt lill-Onor.", "Edwin Vassallo jgħid li l-gvern Laburista ma kellux ideat u inizjattivi f'dak li jikkonċerna l-biedja f'pajjiżna.", "Naturalment ma qbiltx miegħu.", "Mill- protocol Taljan kien hemm ċerti proġetti xi jsiru.", "Kien hemm immirrati Lm3 miljun u jiena ma naqbilx mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Edwin Vassallo li l- proġett taċ-Chadwick Lakes m'għandu xejn x'jaqsam mal-biedja.", "Qed jgħid li mhux hekk qal u allura qed jaqbel miegħi li jekk wieħed jagħti inġezzjoni f'dan is-sens ikun qed jagħmel xi ħaġa tajba.", "Lil dawn insejħulhom lakes iżda fil-verita huma riżervi ta' l-ilma.", "Sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia qed jgħidli li kien hemm ippjanat li jkun hemm is-serer fl-inħawi ta' Ħal Lija u fejn kienu se jkabbru xtieli u siġar tal- frott b'ċertu mod biex ma jkunx hemm mard fuqhom.", "Dawn kellhom jitqassmu lill-bdiewa li jiffrankaw il-flus għaliex ikollhom xtieli u siġar imħarsin tajjeb.", "Dak kien proġett ieħor u n-nefqa li kienet se ssir f'dan ir-rigward kienet se tiġi minn dawn il-protocols.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ħa nirrepeti ftit dak li ilna ngħidu fuq il- manutenzjoni neċessarja.", "Hemmhekk kien ilu 30 sena' ma jkollu manutenzjoni u saret il-manutenzjoni neċessarja u għada qed issir.", "Is-serer inbnew biex ikun hemm ir-root stocks.", "Hawnhekk isir it-tilqim mir-root stocks u l- prodotti jitqassmu.", "(Interuzzjonijiet).", "Dan kompla għaddej miż-żewġ gvernijiet.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ikompli l-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Jien ma kontx se nsemmi dawn il-punti imma l-Onor.", "Vassallo rrimarka li taħt gvern laburista ma kienx hemmx proġetti u semma' l-kwestjoni ta' Chadwick Lakes.", "Jien għedtlu li għal dawn kienu se jiġu njettati parti mill-flus tal-protocol Taljan.", "Forsi fhimtu ħażin li qal li dan il-proġett m'għandux x'jaqsam mal-biedja.", "Ma qbiltx miegħu u qed ngħid għaliex.", "L-ideat ta' kif il-partit nazzjonalista se jagħmel użu minn dan il- protocol m'humiex ħżiena iżda mhux se jibbenifikaw minnhom b'mod dirett il- bdiewa.", "Kienu qed jgħidu li jridu jagħmlu a coastal green belt - jew bank taż-żerriegħa ta' ħxejjex endemiċi.", "Din hi ħaġa tajba li tippreżerva l- ħxejjex endemiċi u nneħħi l-kappell lill-Onor.", "Ninu Zammit li joħroġ b'dawn l-ideat.", "Ma rridx jaħsbu li l-partit laburista ma jaqbilx.", "Madankollu ma naħsibx li dawn għandhom isiru billi jintużaw flus li huma mmirrati għall- biedja.", "Naħseb li l-flus li jkunu mmirrati għall-biedja għandhom jiġu wżati u utilizzati b'mod dirett li jibbenefikaw minnu l-bdiewa tagħna.", "Hu tajjeb li nippreservaw in-natura w l-ambjent f'pajjiżna iżda mhux tajjeb li qed jiġu allokati flus li huma mmirati biex jirristrutturaw jew jippromwovu l- interessi tal-bdiewa tagħna.", "Dak huwa l-argument li qed nipprova nippreżenta.", "Kien hemm punt ieħor fuq il-kwestjoni tal-common agricultural policy ta' l- Unjoni Ewropea.", "Staqsejna jekk din hijiex attwalment fl-interess ta' pajjiżna jew le.", "Il-mistoqsija hi jekk is-suq ikunx regolat jew le.", "Din hija ħaġa teknika ħafna u n-nies - ħlief il-bdiewa - ma tantx jifhmuha.", "Madankollu jsir ħafna diskors u jiġu ċitati ħafna figuri.", "Naħseb li jekk l- Onor. Zammit jew Onor. Edwin Vassallo jmorru passiġġata Strada Rjali u jsaqsu n-nies jafux li teżisti common agricultural policy fl-Unjoni Ewropea jew xi tfisser ħadd ma jifhem għax hemm kliem tekniku ħafna.", "Jien m'iniex daqstant tekniku fuq dan is-suġġett pero` se ngħid x'fhimt jien.", "Kif jaf kulħadd, persentaġġ qawwi mill-prodott agrikolu tagħna - kemm dak li huwa raw bħal ġwież u affarijiet ta' ikel għall-annimali u kemm dak li huwa prodott li jittiekel bħall-ħxejjex u frott - irid jiġi impurtat.", "Jidhirli li 70% ta' dawn il-prodotti f'Malta rridu nimportawhom għaliex ma nipproduċuhomx.", "Aħna nagħmlu l-mirakli meta niftakru li hemm biss xi 40% mill-gżira fejn tista' ssir agrikoltura.", "Ma nafx eżatt kemm huwa l- persentaġġ iżda huwa ferm iżgħar minn ta' pajjiżi oħra.", "Jekk wieħed jieħu l- persentaġġ ta' art li għandna għall-agrikoltura, l-qies ta' Malta u l- popolazzjoni u jqabblu ma' pajjiżi Ewropej jirrealizza li f'Malta nagħmlu l- mirakli għaliex il-persentaġġi huma għoljin ħafna.", "Fl-industrija tal-biedja hemm eluf ta' nies li jaħdmu full-time u part-time u din hija industrija indispensabbli.", "Is-sena l-oħra mort Singapore, pajjiż li hu xi 30% akbar minn Malta.", "Hemmhekk m'għandhomx agrikoltura għaliex hija gżira, il-popolazzjoni kibret u hemm ħafna żvilupp industrijali.", "B'hekk l-industrija ta' l-agrikoltura tagħhom spiċċat.", "Dawn imissu mal-Malasia u permezz ta' pont wieħed jasal hemm f'ħames minuti.", "Dawn jimportaw l-ikel minn hemm u abbandunaw l- agrikoltura kompletament.", "Il-biedja tagħmilna pajjiż komplut għax għandna industrija bit-tradizzjonijiet kollha li jmorru magħha u li tikkontribwixxi parti sostanzjali tal-GDP tagħna u timpjega ammont sostanzjali ta' nies.", "L- industrija f'Malta m'hijiex xi ħaġa akademika kif jaħsbu ħafna nies.", "Ħafna nies jaħsbu li hawn ftit bdiewa.", "F'Għawdex il-persentaġġ hu kbir.", "Din hija industrija li għadha ħajja f'Malta u hemm ħafna familji jiddependu għal kollox fuqha.", "Mhux qed ngħid li l-partit nazzjonalista jrid jagħmel hekk imma jkun gwaj jekk qatt ikun hawn xi gvern jew xi moviment politiku li jgħid li spiċċa żmien il-biedja f'pajjiżna u li nistgħu inkomplu niżviluppaw affarijiet oħra u nħallu ftit spazju għall-kampanja.", "Jien mhux qed ngħid li l-gvern għandu xi intenzjonijiet ħżiena imma li ma naqblux politikament.", "Alla ħares m'hawnx żewġ partiti li għandhom żewġ modi kif jittrattaw il-kwestjoni.", "Hawn qed ngħidu li leġislazzjoni bħal din hija mmirata għal pajjiżi akbar li għandhom biedja fuq skala kbira u għandhom ħafna territorju.", "Qed ngħidu li ma tapplikax u m'hijiex tajba għal pajjiżna.", "Hawnhekk niġi għall-common agricultural policy u nipprova ngħid u nispjega x'qed jipprova jinnegozja l-gvern.", "Kif għedt għandna kważi 70% tal-prodotti li huma impurtati.", "Naturalment l-Unjoni Ewropea twieldet minħabba f'hekk u għandha interess li tipproteġi l-kummerċ u l-biedja tagħha.", "Hekk twieldet l-Unjoni Ewropea u mhux bħala blokk politiku, ekonomiku jew kummerċjali.", "Illum naturalment saret aktar tiffunzjona bħala blokk politiku u allura għandha l-modi tagħha biex tipproteġi.", "Meta prodotti tal-biedja jew affarijiet simili fl-Unjoni Ewropea jiġu esportati barra l-Unjoni Ewropea ikun hemm export refund.", "Dan ifisser li jekk wieħed ikollu prodott magħmul jew imkabbar l-Italja, Franza, l-Ġermanja u pajjiżi oħra u jrid jiġi esportat għall-Amerika jew għal pajjiż ieħor, dak il- pajjiż jista' jitlob export refund.", "Dan għaliex kif jaf kulħadd il-prodott imkabbar fl-Unjoni Ewropea jista' jkun ta' kwalita` tajba kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo u tajjeb jew ħażin huwa ogħla mill-medja madwar id-dinja kollha.", "Biex l-Ewropa tkun tista' tikkompeti fid-dinja u fis-swieq internazzjonali għamlet dawn l-export refunds biex b'hekk il-prodott tagħha jkun jista' jinbiegħ.", "Biex nagħti eżempju tal-pożizzjoni Maltija, z-zokkor għandu 22ċ, il-ġobon 52ċ u l-laħam aħmar Lm1.", "Dawn huma l-export refunds li aħna nieħdu u li jieħdu l-pajjiżi barra mill-Ewropa jekk jimportaw l-ikel mill-Ewropa.", "Jekk wieħed ikun membru fl-Ewropa dawn l-exports refunds ma jeżistux aktar u wieħed jasal għall-konkużjoni li l-prodott jogħla.", "Il-gvern qed jgħidilhom li f'din il-kwestjoni jrid id-derogi u l-protezzjoni almenu għal perjodu ta' żmien.", "Almenu għall-prodotti li nimportaw illum l-Unjoni Ewropea tista' tagħmel speċi ta' muratorju u b'hekk inkomplu nibbenefikaw mill-export refunds.", "Din tissejjaħ il-European supply measure.", "Meta jkollu ċans l-Onor.", "Ninu Zammit jista' jirrispondini.", "Hawnhekk qegħdin nitolbu biex almenu dak li qed nipproduċu s'issa inħalluħ bl-istess prezz.", "L-ammont ta' konsum lokali qiegħed dejjem jikber għaliex il-popolazzjoni dejjem tikber.", "Minħabba f'hekk jekk naqbżu l-ammont jew il-kwoti li jiġu mposti fuqna mill-Unjoni Ewropea, id-differenza mhux se tkun koperta bl-export refunds.", "(Interruzzjonijiet) Jiena għedtlu biex jirrispondi fl-aħħar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nifhem x'qed jgħid dwar l-exports refunds iżda biex ikollna l-dawn irid ikollna x'nesportaw.", "Irridu niftakru li fil- limitazzjonijiet li għandna kulma rnexxielna nesportaw kienet il-patata.", "Għandna prezz tajjeb ogħla mill-prezz ta' l-Unjoni u allura m'hemmx għalfejn nitolbu l-export refund, għaliex aħna kompetittivi.", "Nixtieq li għandna kwantita` ta' affarijiet x'nesportaw, pero` jiddispjaċini ngħid li pajjiżna m'għandux prodotti oħra x'jesporta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE' HERRERA: Il-Ministru Zammit huwa l-espert fil-biedja min-naħa tal-gvern kif l-Onor.", "Noel Farrugia huwa espert ta' l-oppożizzjoni fuq l- istess suġġett.", "Jien ma naqbilx mal-kollega fuq l-interpretazzjoni u minn dak li qrajt jien.", "Nistgħu nieħdu l-eżempju ta' jekk l-industrija trid tkattar aktar laħam aħmar u għandha ammont ta' ġwież protett.", "Hawnhekk l- ammont tal-ġwież ikollu jitla fl-ammont u ż-żieda ma tkunx protetta.", "Hemm ukoll it-tariff quotas li naturalment jaffettwaw diversament l-industrija tal-biedja lokali u minħabba li nkunu fl-Unjoni Ewropea se nibilgħu dawn it- tariff quotas.", "Ridt ngħid ukoll li l-għajnuniet diretti mill-Unjoni Ewropea biex wieħed jissussidja r-ristrutturar tal-biedja lokali, biex niġu in linja mal-common agricultural policy mhux se jingħataw għal ammont ta' snin.", "Hemm min qal ukoll li għall-ewwel għaxar snin din it-tip ta' għajnuna fiskali mill- Unjoni Ewropea ma tingħatax.", "Se nneħħu malajr malajr u b'mod traumatiku ċerti levies u se jidħol fis-seħħ dak ix-xenarju li ppruvajt nippostula jiena anke meta m'aħniex kompetittivi biżżejjed.", "Il-bdiewa tagħna diġa` qegħdin f'diffikulta` u naturalment se jsibu ruħhom f'diffikultajiet ferm aktar milli huma llum.", "Darba kien hemm deputat li qal li nistgħu nivvintaw affarijiet oħra bħal micro agriculture fejn jitkabbru ħxejjex żgħar ħafna biex jiġu preżentati f'parties u affarijiet simili.", "Jien naħseb li l-bdiewa tagħna ma tantx jinteressahom li jidħlu f'din it-tip ta' industrija.", "Naħseb li dak li jinteressahom hu li jippreżervaw mhux biss l-għajxien tagħhom imma il-kwalita` u t-tradizzjoni tal-ħajja tagħhom li qed tiġi mminata serjament.", "Skond il-liġi l-ġdida, d-direttur ta' l-agrikoltura jew tas-sajd se jassumi r-rwol ta' regolatur ukoll fis-sens li se jkollu f'idejh ir-rikonoxximent ta' dawn l-organizzazzjonijiet kif ukoll li jara li dawn l- organizzazzjonijiet qegħdin japplikaw ir-regoli tal-common agricultural policy.", "Dan m'huwiex biss regolatur li jara li ma tinkisirx il-liġi imma għandu wkoll funzjoni li permezz tagħha l-gvern jindaħal fil-kummerċ.", "S'issa din ma kenitx teżisti u fis-snin 70 kienu jgħajjru lill-partit laburista li kien jindaħal fil-kummerċ meta kien jagħmel quotas, bulk buying, u affarijiet oħra.", "Id-direttur illum se jkollu poteri simili għal dak li tant kienu jgħajjruna bihom, almenu fil-qasam tal-biedja u tas-sajd.", "Tant se jkollu poteri li dejjem irid jagħti rendikont lill-ministru - jiġifieri direttament lill-gvern.", "Ħa jkollu poteri meta wieħed jara klawsola 72 illi tgħid li jista' jimponi wkoll penalitajiet fuq dawn l- organizzazzjonijiet.", "Jekk jiġi mfassal pjan, naturalment ikun imfassal b'ċertu mod u manjiera u jrid jimxi favur il-common agriculture policies.", "Dan jista' jillimita' kemm wieħed jipproduċi minn ċerti prodotti.", "Il-gvern jista' jindaħal kif wieħed jipproduċi w ma jipproduċix u jista' jqabbad lil xi ħadd jipproduċi aktar minn ħaġa u inqas minn oħra.", "Din hi it-tip ta' għajnuna li se jieħdu l-bdiewa.", "Din m'hijiex għajnuna ta' ristrutturar imma ta' ndħil dwar x'se jipproduċu u kif se jipproduċu l-prodott.", "Jekk dawn l-organizzazzjonijiet ma jimxux skond il-pjani imposti fuqhom mill- Istat, id-direttur għandu l-poter li jimponi penalitajiet qawwija sa Lm1,000.", "Dan jista' jsib seba' jew tmien infringements u dawn l- organizzazzjonijiet jistgħu jissokkombu pieni u penalitajiet.", "Dan huwa piż finanzjarju li forsi jkollhom jibdew jiffaċċjaw il-bdiewa tagħna li juru ruħhom intransiġenti jew liberi ż-żejjed fil-mod ta' kif joperaw il-biedja tagħhom.", "F'taqsima 3 għandna l-programm ta' l-operat.", "Dan se jkun programm ta' kif organizzazzjoni għandha timmarkitja l-prodotti li tipproduċi.", "Dan se jkun obbligu impost fuqhom u ma jagħmluhx jekk iridu.", "Fl-opinjoni tiegħi din se żżid l-ispejjeż amministrattivi.", "Ħafna mill-ħwienet u n-negozjanti ż-żgħar batew ħafna mill-VAT għax il-15% għola minħabba l-backup organizzattiv li kellhom jidħlu għalih.", "Kulħadd jaf li n-negozjanti ta' ċertu livell ma tantx jiddilettaw b'din it-tip ta' organizzazzjoni.", "Il-bdiewa tagħna huma esperti tal-prodotti, tan-natura u tal-kampanja u jafu kif imorru l- affarijiet skond l-istaġuni.", "Ma naħsibx li huma l-aħjar nies meta jiġu għal amministrazzjoni, kitba u affarijiet simili.", "Ma nistgħux norganizzawhom qishom xi negozjanti kbar meta dawn huma bdiewa.", "Il-bidwi kapaċi jmexxielek ir-raba' pero` ma naħsibx li huwa persuna daqstant kapaċi li jagħmilha ta' amministrattur.", "Dawn qishom managers ta' l-għelieqi tagħhom.", "Se jiddejqu għax dan kollu mhux parti mit-tradizzjoni tagħhom.", "Se jkun hemm ukoll il-fond ta' l-operat li se jkun amministrat mid-direttur u l-fondi minnu se jitqassmu mill-organizzazzjoni.", "Dan il-fond se jiġi ffinanzjat mill-fondi tal-Kummissjoni Ewropea.", "L-iskop ta' dan il-fond se jkun biex jgħin lill-bdiewa u lis-sajjieda biex jimplimentaw regolaritajiet ta' l-UE billi, per eżempju, jkollhom jirtiraw il-prodotti mis-suq ħalli jiggarantixxu ċerti prezzijiet.", "Dawn m'humiex għajnuniet biex ikun hemm qligħ imma għax se jitilfu l-flus minħabba l-policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din hi għajnuna negattiva għax tkopri telf u mhux qliegħ.", "Ma nafx jekk hux se jagħtu parti jew il-fondi kollha iżda din mhix għajnuna ideali.", "L-Unjoni Ewropea jkollha over production ta' ċerti prodotti bħal ħalib, bajd u tadam u jarmu kollox biex il-prezz jibqa' kif inhu.", "B'hekk iżommuh ħaj artifiċjalment.", "Dan huwa l-mod kif inhuma kontrollati l-forzi tas-suq fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn m'humiex swieq liberi.", "Jekk is-supply ikun qawwi inaqqsuh biex il-prezz jibqa' kif inhu.", "Meta jaħdmu b'mod naturali s-swieq iridu jaħdmu fuq supply in demand.", "Hawnhekk wieħed qed jikkontrolla dak li għandu bżonn u għalhekk dieħel dan it-tip ta' sussidju.", "Meta wieħed jara klawsola 14 fil-fatt isib li din tirregola kif għandu jingħata l-kumpens u wieħed għandu jiddisponi mill-prodotti li ġew irtirati mis-suq.", "Dawn mhux se jibqgħu jagħtu l-għajnuna w jgħidu kif wieħed irid jiddisponi minnhom.", "Mr Speaker, ma tantx baqa' ħin u għalhekk naħseb li wasalt għall- konklużjoni tiegħi.", "L-argument illi s-sħubija tal-bdiewa jew sajjieda f'organizzazzjonijiet simili se ikun wieħed volontarju ma jreġix.", "Teknikament kull bidwi jew kull sajjied jista' jissieħeb u jekk jagħżel li ma jisseħibx, ma jisseħibx.", "Jekk ma jisseħibx ma naħsibx li se jeħel xi penali pero` din hija Hobson's choice.", "Wieħed irid jgħid illi teknikament u fuq il-karta veru li m'hemm xejn li jimpedixxi lill-bidwi li jħaddem waħdu r-regoli ta' l-EU.", "Jista' jkun hemm bidwi u jgħid li ma jridx jidħol f'din l-iskema.", "Madankollu jekk ma jidħolx f'din l-iskema u f'dawn l- organizzazzjonijiet diffiċli jbiegħ il-prodott tiegħu meta l-maġġoranza jkunu daħlu.", "Jekk wieħed jiskatta l-common agriculture policy jrid jieħu ċertu prodott u ċertu bejgħ u garanziji.", "L-għajnuniet jingħataw jekk wieħed jirtira l-prodott.", "Jekk hawn dan l-indħil politiku kollu u jekk hawn dawn ir-regolamentazzjonijiet kollha f'dan il-qasam diffiċli li wieħed jopera.", "Hija tad-daħk li ngħidu li hemm għażla għax l-għażla l-oħra tkun li dan jaqbad karretta u jmur ibiegħ fl-irħula.", "Minħabba f'hekk wieħed ikollu jabdika l-volonta` tiegħu u jissieħeb f'dawn l-organizzazzjonijiet illi safejn jien infurmat, ma tantx saru konsultazzjonijiet dwarhom mal-bdiewa interessanti.", "Ma naħsibx li hawn xi ħadd ta l-parir tiegħu jew wera li hu favur jew kontra imma se jkollhom joqogħdu għal din il-liġi jridu w ma jridux.", "Niftakar li fis-snin 80 in-nazzjonalisti kienu jiftaħru li se jippromwovi l-politika tagħhom billi jiltaqgħu ma' dak konċernat, jiddibattu miegħu u mbagħad jiddeċiedu.", "Dik kienet wegħda ta' gvern trasparenti.", "Din il-wegħda ilha li ntesiet u fl-1987 kienet waħda mis-slogans prinċipali tal-partit nazzjonalista.", "Din il-wegħda ma dehret fl-ebda slogan ieħor wara dik l- elezzjoni.", "Fil-prattika l-partit nazzjonalista m'għadux iħaddem din il- politika għax la hu għandu l-aġenda imposta fuqu jrid isegwiha fiż-żmien li jingħata.", "Jiena ma naħsibx - u nikkonkludi hawn - li m'għandniex nirristrutturaw jew norganizzaw il-biedja tagħna iżda li din il-liġi llum imposta f'dawn iċ- ċirkostanzi hija interpessiva, jiġifieri ġiet kmieni wisq.", "Hija ristrettiva u kif għidt kważi ġiet ikkuppjata kollha mir-regolament 104 tal-counsil regulation ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ikkuppjajna astratti minnu u għandna timeframe biex nimponu din il-liġi.", "Din il-liġi mhux veru li hi fl-interess tal-bdiewa tagħna u fl-interess ta' pajjiżna u naħseb li l-kap ta' l- oppożizzjoni, Dr Alfred Sant għamel sew li kien aħrax.", "Dak li qal qatt ma qalu f'leġislazzjoni simili imma biss f'din il-liġi.", "Qal li f'din il-liġi l- partit nazzjonalista qiegħed jitradixxi l-interessi ta' pajjiżu biex jakkomoda l-interessi ta' pajjiżi barranin.", "Jien naqbel ma' din l- essersjoni tal-kap ta' l-oppożizzjoni u nagħmilha tiegħi ukoll.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Nirringrazzjak, Mr Speaker, talli tajtni l-fakulta` li nitkellem.", "Qegħdin niddiskutu liġi li tirrigwardja l-futur mhux biss ta' l- agrikoltura ta' pajjiżna, imma ta' dawk l-eluf ta' familji li b'xi mod jew ieħor, dirett jew indirett għandhom l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l- operat tad- dipartiment ta' l-agrikoltura.", "Mr Speaker, irrid ngħid li meta qrajt l-ewwel avviż ta' din il-liġi u mort biex nistudjaha aktar bir-reqqa, l-ewwel impressjoni li ħadt kienet li waqgħet mis- sema ta' Brussel.", "Sfortunatament qegħdin għal darba oħra niddisktu liġi li ħa taħseb biex toħloq strutturi li diġa` għandna xi ħaġa simili tagħhom hawn Malta.", "Qed ngħid hekk għaliex wara kollox din il-liġi qed tiġi mogħtija lil din il-Kamra biex taħseb u tipprovdi għall-ħolqien ta' għaqdiet ta' prodotturi fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd, u kif jaf kulħadd hawn Malta diġa` għandna l-koperattivi ewlenin tal-pajjiż li jduru ma' dan l-operat.", "Bħalma ġara fil-passat fil-qasam li nirrapreżenta jiena mill-oppożizzjoni li huwa l-politika soċjali, kellna l-eżempju tad- dipartiment tal-health and safety biex imbagħad waqqafna l-health and safety authority.", "Hawnhekk diġa kellna struttura u minflok tejjibna dik li diġa` kellna u rfinajniha, għaddejna biex ħloqna awtorita` ġdida li wara kollox ma ġietx imqiegħda hemmhekk biex tieħu post dak li kellna qabel, imma żiedet ma' ta' qabel.", "Sfortunatament jiena nħoss li sa ċertu punt din il-liġi għandha din il-problema warajha.", "Qegħdin niddiskutu wkoll liġi li tolqot fil-laħam il-ħaj settur tal- popolazzjoni u l-istess settur lanqas biss jaf dak kollu li qiegħed jinħema għalih.", "Filwaqt li l-bdiewa u s-sajjieda tal-gżejjer tagħna jinsabu mehdijin b'xogħhom, il-gvern qiegħed litteralment igerfex u jbażwar b'din il-manjiera u qiegħed anke jippjana baxx baxx il-ġejjieni tagħhom.", "Għal darba oħra qegħdin naraw li din hija liġi autokratika oħra li tagħti poteri kważi assoluti lill-ministru konċernat u lid-delegat ewlieni tiegħu fil- persuna tad-direttur ta' l-agrikoltura.", "Wara kollox din il-liġi tagħti poteri assoluti lill-ministru.", "Dawn huma poteri li lanqas l-istess liġi fiha nnifisha ma tista' tiddefinixxi.", "Dan għaliex meta wieħed jaqra artiklu 19 isib ħafna kliem ġenerali ta' x'se jibqa' f'idejn il-ministru u m'hemm xejn speċifikat bl-eżattezza li għandu x'jaqsam ma' regoli f'dan il-qasam.", "Minħabba f'hekk qiegħed insejħilha liġi autokratika, għaliex meta fl- introduzzjoni tagħha tiddiskuti d-definizzjonijiet u tagħmel riferenza għal artiklu 19 u tipprova tifhem x'se jkunu l-parametri li bihom iridu jaħdmu dawn l-organizzazzjoni tibqa' bil-għatx u l-kurżita` ma tinqatax għaliex hemm ħafna affarijiet fl-arja li huma kollha għad-diskrezzjoni tal- ministru.", "Mr Speaker, jiena mhux qed ngħid hekk għaliex għandi xi ħaġa personali kontra l-Ministru Ninu Zammit, imma l-fatti huma dawn u għalhekk għandna niġu f'din il-Kamra u għandna l-obbligu sagrosant għal dawk kollha li eleġġewna f'din il-Kamra biex nivvotaw skond ir-responsabbilta` tagħna.", "Meta niġi biex nivvota rrid inkun naf għaliex qed nivvota.", "Ma jistax ikun li jkollna liġi nofs kedda u mbagħad in-naħa l-oħra tippretendi li nivvuttaw favuriha.", "Nerġa' ntenni li aħna kontra din il-liġi għax hi awtokratika aktar mil-liġijiet l-oħra li għadda dan il-gvern biex jikkonforma ma' l-aquis communautaire u biex iqarreb lill-għażiża Malta tagħna mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker din hija liġi iktar awtokratika u arroganti minn dawk li ddiskutejna fil-qasam soċjali stess.", "Għallinqas fil-liġijiet li ddiskutejna fuq il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita` jew fuq il-health and safety authority li semmejna qabel, għalkemm il-ministru ġie mogħti ħafna prijoritajiet u ħafna poteri l-parametri ta' kif jista' jopera u ta' x'jista' jagħmel qegħdin imniżżlin fl-istess liġi.", "F'din il-liġi il-parametri tal-ministru ħadd ma jafhom.", "Fejn noqgħod jiena, l-Gudja hemm ħafna bdiewa u meta staqsejthom x'jaħsbu baqgħu iċċassati għax ħadd minnhom ma kien avviċinat jew ikkonsultat dwar il-liġi.", "Dan mhux qed ngħidu b'partiġġjaniżmu iżda bl-akbar onesta`.", "Meta bdejt nipprepara fuq din il-liġi u kellimt lill-sħabi l-bdiewa kemm nazzjonalisti u kemm laburisti kollha baqgħu imbellħin għax ma kienu semgħu xejn.", "Hawnhekk ngħid li jew il-Gudja huwa lokal maqtugħ mill-kumplament tal-pajjiż jew dawn in- nies għandhom saqajhom litteralment ma' l-art għaliex jaħdmu r-raba' litteralment b'saqajhom.", "Dawn jagħmlu ħafna sagrifiċċji u jbatu u l-mezzi tad-dipartiment tal-agrikultura ma kenux biżżejjed f'dan il-kuntest.", "MR SPEAKER: Il-Ministru bil-permess ta' l-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirringrazzja lill-kollega tiegħi, Mr Speaker.", "Irrid ngħid li konsultazzjoni u djalogu kien hemm.", "Tant kien hemm konsultazzjoni li fis-sena 2000 marret delegazzjoni magħmula mill-kumitat ċentrali tal- koperattiva tal-bdiewa ma' nies esperti tad-dipartiment ta' l-agrikoltura biex jaraw x'tgħid il producers' organisations fil-Portugal.", "Din qed ngħidha biex ma niżvijjawx.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Kompli Onor. Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jien ħallejtu jikkjarifika pero rrid ngħid li d- delegazzjoni marret il-Portugal u mhux il-Gudja u fejn hemm il-biedja Maltija.", "Il-konsultazzjoni trid issir mal-bdiewa Maltin u Għawdxin, f'ġieh il-Bambin.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiena għedt li d-delegazzjoni marret ma' nies eletti fil-kumitat ċentrali u kien hemm laqgħat ma' diversi koperattivi wkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Kompli Onor. Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Jiena tabib u ma jfissirx li l-familji li jinqdew bija jkunu jafu xi jkun għaddej fl-isptar San Luqa.", "Inkun naf x'inhu għaddej fl- isptar San Luqa għaliex nagħmilha prijorita` tiegħi biex nara xi jkun għaddej.", "Ħaddieħor mhux bilfors ikollu dak l-interess.", "Dawn il-bdiewa jaħdmu minn x'ħin jisbaħ sa ma' jidlam u ma jistgħux ikunu jafu x'inhu għaddej jekk ma jibgħatulhomx in-nies fl-irziezet.", "Il-fatt hu li effettivament il-bdiewa ma jafux b'dan it-tibdil, u din hija r-realta` sagrosanta.", "Mr Speaker, għalkemm rari nitkellem dwar dan is-suġġett nista' nassigura lil kulħadd li dan huwa suġġett ferm u ferm għal qalbi, għaliex minn dejjem kelli ġibda lejn il-kampanja u wisq u wisq iktar lejn l-annimali.", "Jien kont membru fl-għaqda tat-trobbija tal-klieb, u saħansitra llum il-ġurnata anke nieħu interess fit-trobbija ta' diversi annimali li jitrabbew fl-irziezet, b'mod speċjali n-nagħaġ.", "Għalkemm la jiena part-time u lanqas full-time farmer, naf is-sagrifiċċji li jridu jgħaddu minnhom ta' kuljum dawn in- nies.", "Kif ngħidu; \"tfal u bhejjem għali dejjem\" u mhux darba jew tnejn li f'razzett jinqalgħu problemi li wieħed ma jkunx qed jistenna u li jekk wieħed ma jieħux azzjoni mal-ewwel jista' jkollu effett kbir fuq il- produzzjoni.", "Minn dejjem kelli relazzjoni tajba max-Xlukkajri li għalkemm m'humiex strettament fid-distrett tiegħi narahom darba fil-ġimgħa jew ħmistax.", "Ftit tas-snin ilu jien mort noqgħod fir-raħal tal-Gudja fejn kemm hemm interess fil-biedja.", "Ma tidħol fl-ebda familja fil-Gudja li l-kap tal-familja tagħha ma jkollux wejba raba' jew xi biċċa għalqa li jmur jaħdem fiha biex jegħda u anke biex jipprovdi lill-familja tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li wieħed ta' min jammira fost dawn in-nies li bl-għaqal u bil-bżulija jinsistu għall- għajxien tal-familji tagħhom u fl-istess ħin ikunu qegħdin anke jinsistu għall-andament agrikolu ta' pajjiżna.", "(Interuzzjonijiet).", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "L-Onor.", "Membri jieħdu posthom.", "Kompli Onor. Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Dawn in-nies qatt ma qatgħu qalbhom mill-elementi naturali u sfortunatament issa mhux se jibqgħu jiġu affaċjati b'elementi naturali biss imma b'elementi politiċi wkoll.", "Dawn l-elementi politiċi huma barranin ukoll u qajl qiegħed isir sforz mill-gvern biex jiġi spjegat x'tibdil se jseħħ u kif se jaffettwa n-negozju tagħhom.", "Il-Partit Laburista kien u għadu favur ir-ristrutturar tal-biedja.", "Il- biedja Maltija u Għawdxija għandha l-limitazzjonijiet tagħha u meta nqabblu l-persentaġġ ta' kemm tikkontribwixxi għall-GDP insibu li huwa persentaġġ minimu iżda qiegħed hemm.", "Aħna mhux se niskartaw il-biedja minħabba din ir- raġuni anzi rridu ntellgħuha aktar 'il fuq u npoġġuha fuq il-pjattaforma li vera tixirqilha.", "Irrid ngħid, Mr Speaker, li dan ma ngħiduhx bil-kliem biss iżda bil-fatti kif għamel anke sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia meta kien ministru.", "Dan ħadem b'mod intensiv f'dan il-qasam, kif jaf anke l-Ministru preżenti, l-Onor.", "Ninu Zammit.", "Dawn huma ħbieb ħafna u fil-fatt l-Onor.", "Noel Farrugia kien insista ħafna rigward Wied il-Qlejja li kien proġett li kien intesa.", "Dan – popolarment magħruf bħala Chadwick lakes - ġie rranġat ħafna u l-użu ta' l- ilma ġie sfruttat b'mod aktar effiċjenti.", "Il-ħamrija li ġiet spustjata ġiet mgħoddija għall-bżonnijiet tal-bdiewa li tant u tant għandhom bżonnha għaliex kif jaf kulħadd hawn Malta din hija wkoll riżors limitat.", "Kellna wkoll il-problema ta' nuqqas ta' ilma li huwa tajjeb għall-biedja fin-Nofsinhar ta' Malta u hemmhekk tajna spinta biex dak li jissejjaħ second class water mill-ipjant ta' Sant'Antnin jiġi sfruttat u wżat b'mod aktar adekwat għall-biedja.", "Dan mhux jien biss qed inħossu iżda anke deputati min-naħa tal-gvern.", "Din il-ġimgħa rajt mistoqsija parlamentari li tikkonċerna din il-problema magħmula minn sieħbi l-Onor.", "Frans Agius.", "Sfortunatament il-bdiewa li fi żmienna kienu jinqdew b'dan l-ilma ma baqax jiġi provdut lilhom b'mod regolari.", "Barra minn hekk anke l-kwalita` tiegħu marret għall-għar.", "Meta jiena tkellimt ma' bdiewa qaluli li jew il-prodotti tagħhom inqatlu meta saqqew bih jew il-palat tal-prodott mar għall-agħar u meta ġew biex ibiegħuh fil-pitkalija ma ġabux prezz tajjeb għalih.", "Sfortunatament, Mr Speaker, hemm nuqqas ta' sforz jew ta' interess min-naħa tad-dipartiment ta' l-agrikoltura biex iħaddem din is-sistema u jagħtiha l- ispinta li jixirqilha biex ikollna provediment ta' ilma adekwat fl-inħawi ta' Bidni ta' Wied il-Għajn u postijiet oħra bħal San Tumas.", "Hemm indikazzjoni li matul dawn l-aħħar tliet snin dawn il-bdiewa ma tantx ingħataw ilma ta' din ix-xorta u jekk ingħataw kien ta' kwalita` mhux adekwata għall-biedja tagħhom.", "Barra minn hekk konna bdejna wkoll proġett fejn bnejna żewġ serer li diġa' rriferew għalihom.", "Dawn iż-żewġ serer li kienu swew madwar Lm1.5 miljun kienu proġettati biex inaqqsu l-ispejjeż tat-tkabbir tas-siġar u biex jinkoraġixxu li l-bdiewa tagħna jkollhom jirrikorru għal inqas bexx inorganiku.", "Min-naħa l-oħra konna qegħdin b'mod indirett ninkoraġixxu dak li jissejjaħ organic farming u għalkemm f'Malta dan il-kunċett hu limitat nista' ngħid li ppruvajna b'mod ġenwin.", "Naturalment din hija inizjattiva li ta' min jinkoraġġiha, għalkemm ma wasalniex fejn kellna naslu fiż-żmien limitat li kellna.", "Din tnaqqas il-kontaminazzjoni fir-raba' tagħna u fl- aħħar mill-aħħar wieħed dejjem jipprova jressaq lejn is-suq prodott li huwa iktar naturali u iktar tajjeb għal saħħitna.", "Fuq kollox irridu naraw li dan ma jagħmilx ħsara lil saħħitna meta nikluh u nikkonsmawh.", "Permezz ta' dan il-proġġett ridna nippruvaw inżidu l-prodotti fis-suq tagħna u li nżidu anke l-agroindustrija sabiex il-bdiewa jsibu aktar x'jipproċessaw f'termini ta' siġar tal-frott bħad-dwieli.", "Ridna wkoll li permezz ta' dawn iż-żewġ serer nipprovdu aktar siġar għal-landscaping fil- gżejjer tagħna.", "Jiena nistaqsi lil kull wieħed u waħda minnha u dawk kollha li qegħdin jisimgħuni l-lejla kemm huwa faċli li jsibu kampanja fejn jieħdu 'l uliedhom.", "Ftit huma l-postijiet fejn wieħed jista' jmur u tant huma ftit li meta wieħed isib roqgħa tkun iffullata bin-nies u ma jkunx jista' jirrilassa.", "Dan il-proġett konna qegħdin nagħmluh, Mr Speaker, biex verament inkunu nistgħu intejbu u nsaħħu l-landscaping ta' pajjiżna.", "Jien ċert li min siefer u jkun ġej lura l-ewwel ħaġa li tolqtu hi kemm il-gżejjer Maltin huma neqsin mill-ħdura u kemm huma xotti.", "Dan anke meta nqabblu ma' pajjiżi barranin anke dawk li qegħdin fin-Nofsinhar tagħna.", "Mr Speaker, jidher li anke f'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir ta' annimali hemm ħafna nuqqas ta' qbil u l-bdiewa ma jafux fejn sejrin.", "Hawnhekk irrid nistaqsi permezz ta' din il-liġi x'se jiġri mill-industrija tat-tkabbir ta' l-annimali, speċjalment meta l-kwoti ta' kif nimportaw il- bhejjem tagħna se jiġu liberalizzati.", "Nistaqsi wkoll x'se jiġri minn dawk in-nies li nvestew f'eluf ta' liri biex ikunu jistgħu irabbu l-qżieqeż.", "Lil dawk li jimpurtaw in-nagħaġ minn barra qegħdin nagħtuhom għajnuna esperta ħalli jagħżlu r-razzez li verament jixtiequ jimpurtaw, għaliex kif jaf kulħadd ir-razzez tan-nagħaġ huma varji ħafna.", "Hemm nagħaġ li jiġu mrobbija għal-laħam, oħrajn biex jipproduċu s-suf, u nagħaġ li jiġu mkabbrin biex jipproduċu l-ħalib.", "Sfortunatament mhux bidwi jew tnejn li jrabbu n-nagħaġ jingidmu minħabba l-''injoranza\" li teżisti speċjalment fit-taħlit ta' razzez li qed ikollna.", "Jien nawgura li fil-każ tan-nagħaġ ma jiġrilniex bħal ma ġara fil-każ tal-gendus fejn ir-razza tiegħu ġiet kważi estinta.", "Irridu naraw kif se nagħmlu biex nippreservaw ir-razzez antiki li kellna ġewwa l-gżejjer u li forsi baqa' ftit minnhom fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Minn dawn hemm ukoll Għawdex.", "Huwa importanti li nfehmu lil dawn il-bdiewa li jekk jista' jkun ma jħalltux in-nagħaġ ma' razzez oħra bħalma huma razzez mill-Ġermanja, li qegħdin jeqirdu r-razzez antiki li kellna ġewwa l- gżejjer tagħna.", "Ġaladarba semmejt ir-razzez tan-nagħaġ li huma mrobbija biex jipproduċu s- suf irrid insemmi l-industrija tan-newl li mietet għal kollox ġewwa pajjiżna.", "Meta mort noqgħod il-Gudja sirt naf li wħud min-nies kienu u għadhom jaħdmu n-newl bl-idejn.", "Bqajt skantat ukoll bil-lingwa relatata ma' din it-tradizzjoni u kif tintuża'.", "L-użu tal-lingwa speċjalment fejn jidħlu nomi u verbi relatati ma' snajja' antiki huwa sfreġju ieħor li qed iseħħ f'pajjiżna.", "Meta wieħed imur jara dawn in-nies jaħdmu n-newl b'mod manwali jsib li jużaw għejjun sħiħ ta' nomi li ma nistħix ngħid li jiena stess qatt ma smajt u li bejniethom għadhom jużaw qishom m'humiex huma.", "Hija ħasra li l-iskejjel tagħna m'għadhomx jgħallmu dan in-nomi u verbi.", "Tajjeb li l-ministeru ta' l-agrikoltura jieħu l-inizjattiva biex bil-mod il- mod jipprovdi għajnuna diretta għat-trobbija tan-nagħaġ biex l-industrija tan-newl terġa' tieħu l-ispinta li verament jixirqilha.", "Nerġa' ndur għal-liġi Mr.Speaker u ngħid li din ġiet imfassla proprju biex il-pajjiż tagħna jikkonforma aktar ma' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sfortunatament m'aħniex nispjegaw lill-konsumatur il-fatti li diġa' ġew mressqa f'din il-Kamra minn sħabi ta' l-oppożizzjoni.", "In-naħa tal- gvern ma ssemmix dawn il-fatti speċjalment kemm se jogħlew l-affarijiet.", "Dan qed ngħidu għal fejn jidħlu tariffi, l-ispecial safeguards li ġew reġistrati mad-WTO, l-export refunds, il-kwoti u affarijiet oħrajn.", "Dawn huma kollha dikjarazzjonijiet ċari min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu li l-konsumatur Malti u t-turisti jridu jħallsu aktar għall-prodotti li jikkonsmaw.", "Dan qed ngħidu wkoll għat-taxxi diretti u indiretti fuq l-ikel li se jikkonsmaw.", "Jien niżżilt minn fuq l-internet artiklu li kien hemm fil- Maltastar.com li ħarġet bejn is-16 u s-17 ta' Marzu fejn jgħid li studju li ġie magħmul mill-Kummissjoni Ewropea indika b'mod ċar li l-prezzijiet tal- prodotti maġġuri agrikoli huma ferm ogħla mill-prezzijiet fil-kumplament tad-dinja.", "Iz-zokkor fl-Unjoni Ewropea ogħla 160% aktar mill-kumplament tad- dinja.", "Il-butir u l-laħam tal-ħaruf huma 126% ogħla fl-Unjoni Ewropea mill- kumplament tal-prezzijiet li nsibu fil-kumplament tad-dinja.", "Id-diary products ukoll huma aktar għoljin.", "Fil-kwestjoni tal-qmugħ għandna żewġ problemi.", "Dan mhux kif ipprova jgħid il-Ministru Zammit meta għamel point of order lil sieħbi Jose' Herrera għaliex nafu li fil-kwestjoni tal-qmugħ, il-problema hija doppja.", "Ħa ngħidu l-ewwel minn fejn bħalissa qed nimpurtaw il-qamħ.", "Pajjiżna jimpurta l-qamħ mill-Amerika ta' fuq bi prezzijiet vantaġġużi ħafna.", "Min- naħa l-oħra jekk aħna nsiru membri fl-Unjoni Ewropea d-dritt sagrosant li niddeċiedu minn fejn jaqblilna nġibuh se jintilef.", "Pajjiżna dejjem iddeċieda mingħajr ħadd ma mponielu.", "Dan ġara mis-sittinijiet 'il hawn meta Malta kienet saret indipendenti.", "Il-qamħ se jkollna nibdew nimpurtawħ bilfors mill-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Il-Ministru Zammit bil-permess ta' l-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirringrazzjak.", "Nieħu gost meta nkunu qed nitkellmu b'dan il-mod ta' bejn il-ħbieb hawn ġew.", "Meta niġu għall-importazzjoni tal- qmugħ b'mod partikolari irridu nagħtu ftit spjegazzjoni.", "Biex nagħti eżempju aħna għadna nimportaw 50,000 tunellata qamħirrum kull sena'.", "Minn meta Spanja u l-Portugal daħlu fl-Unjoni Ewropea – jiġifieri mill-1986 - sittax-il sena ilu, kellhom doroga li jimpurtaw il-qamħirrum mis-suq internazzjonali bħalma kienu jagħmlu meta daħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn ħadu deroga li jimpurtaw 2,500,000 tunnellata.", "Meta wieħed jara l-proporzjon tagħna ma'dak li jimpurtaw Spanja u l-Portugal fl-1986 isib li xorta baqgħu jixtru bil-prezzijiet internazzjonali u awnhekk qegħdin nitkellmu fuq 2% ta' l-ammonti li jimpurtaw Spanja u l-Portugal.", "L- Onor. Chircop għandu japprezza li bħalma ngħata ċans lil Portugal u Spanja m'għandniex ma ningħatawx aħna li nimpurtaw 2% biss ta'dawk li jimpurtaw huma.", "Dan qed ngħidu biex niċċaraw l-affarijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Il-punt hu li meta qabel konna niddeċiedu aħna xorta se jkollna noqogħdu nitolbu għal deroga, u din ma nafux jekk hux se jagħtuhielna jew le.", "Nistaqsi wkoll jekk id-deroga tkunx għal-perjodu ta' żmien jew għal żmien indefinit.", "Spanja u l-Portugal huma kbar u permezz tal- kobor li għandhom jistgħu jiddiversifikaw u jibdew jipproduċu huma stess, imma aħna xorta se nibqgħu niddependu fuq barra biex nimpurtaw il-qmugħ tagħna.", "Niġi għall-filosofija ġenerali ta' din il-liġi, Mr Speaker.", "Jien sibt paper li ġiet pubblikata minn żewġ professuri f'dan il-qasam - George W. Hendrics u C. Verman.", "Dawn huma professuri li jaħdmu fl-Erasmus fl-universita' ta' Rotterdam u din il-paper tittratta marketing coperatives and financial structure - a transaction cost economic analysis.", "Dan l-istudju jipprova jeżamina x'qed iġiegħel il-koperattivi agrikoli Ewropej biex jibdlu l- format tagħhom.", "Ma ninsewx li sitt xhur ilu f'din il-Kamra ddiskutejna fid- dettall il-liġi tal-koperattivi u n-naħa ta' l-oppożizzjoni tat kontribut siewi biex il-koperattivi f'pajjiżna verament jiġu 'l quddiem.", "Dan għamilnieh b'mod speċjali għall-koperattivi ta' l-agrikoltura.", "Madankollu l-koperattivi Ewropej, Mr Speaker, qegħdin ifittxu li jbiddlu l- kostituzzjoni tagħhom rigward il-formazzjoni tagħhom.", "Dawn qed ifittxu xi forma ta' equity biex ma tibqax is-sistema' ta' one-member, one-vote.", "Kif jaf kulħadd kulmin ikollu xi forma t'investiment f'koperattiva għandu dritt għall-vot.", "Jien nista' nkun investejt Lm10 u inti Mr Speaker tista' tkun investejt Lm1,000 imma jien se jkolli dritt għall-vot daqs kemm ikollok int. Hawnhekk jidħol l-għan tal-partit nazzjonalista u għalhekk lill-bdiewa m'humiex juruhom il-verita'.", "Il-koperattivi ta' l-agrikoltura Ewropej qegħdin ifittxu li jibdew jipprattikaw xi forma ta' ekwita'.", "Hawnhekk is-saħħa tal-vot tkun tiddependi fuq skond kemm ikollhom investiment f'termini ta' flus.", "Hawnhekk qed nirreferu għal surplus markets.", "Il-pajjiżi Ewropej jipproduċu ammont żejjed prodotti agrikoli waqt li aħna le.", "Is-suq tagħna huwa a shortage market u din hija d-differenza kardinali bejn is-suq tagħna u s-swieq ta' pajjiżi Ewropej.", "Hawnhekk se taqa' l-bużilla ta' l-iskop ta'din il-liġi.", "Sfortunatament meta aħna qegħdin nippruvaw inċaqilqu l-koperattivi Maltin u nimponu fuqhom organizzazzjonijiet li m'humiex koperattivi l-għan soċjali tagħhom jispiċċa għal kollox.", "L-organizzazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea għandhom għalfejn jagħmlu dan.", "Dawn l-organizzazzjonijiet żgur li għandhom għalfejn għaliex hemmhekk għandhom surplus market.", "Jekk dawn il-bravi tal-MIC iridu jkunu onesti mal- poplu tagħna iridu jispjegaw dawn il-fatti lin-nies speċjalment lill- bdiewa, għaliex wara kollox hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu mhux fuq il- benessere tal-konsumatur biss, imma fuq dawk li l-għixien tagħhom u tal- familji tagħhom jiddependi kompletament fuq il-biedja.", "Sfortunatament li se jiġri permezz tal-liġi huwa li l-bdiewa ż-żgħar – bħal dawk li semmejt jien fil-bidu - se jaqilgħu daqqa ta' ħarta kbira għaliex se jiġu formati organizzazzjonijiet li ħadd ma jaf il-format tagħhom minħabba li dan mhux spjegat fil-liġi.", "Il-parametri m'humiex hemm u l- ministru biss jafhom.", "Min irid jimporta l-patata alfa se jimporta l-alfa u min se jimporta s-sante' se jimporta s-sante'.", "Lil tas-sante' se nagħtuhom u ta' l-alfa ħadd ma jaf kemm se jieħdu.", "Permezz ta' din il-liġi ġej favoritiżmu politiku kbir u qed nagħtu lok għal abbuż kbir u poter enormi lill-ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jien naf x'qed ngħid u l-Onor.Ministru jifhimni sewwa.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk saret allegazzjoni.", "Hu qal li l-minstru jaf għal min qed jirreferi.", "Din il-liġi qiegħda tgħid li l-bdiewa magħqudin permezz tal-organizzazzjoni jiddeċiedu huma stess x'varjeta' ta' żerriegħa jġibu.", "Qed ngħid huma stess u mhux il-ministru jew xi aġent.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Mr Speaker, il-bdiewa dejjem setgħu jiddeċiedu huma stess meta jimpurtaw u x'jimportaw imma issa kemm se jimpurtaw u minn meta u sa meta, ħadd ma jaf.", "(Interruzzjonijiet) Jekk il-ministru jistaqsi lill- bdiewa jkun jaf kemm jafu.", "Intenni, Mr Speaker, li din hija liġi awtokratika u sfortunatament dawk kollha li huma direttament konċernati ftit li xejn jafu x'se jolqothom u ma ġewx konsultati.", "F'dan il-perjodu li aħna qegħdin niddiskutu din il-liġi nixtieq li l-gvern jieħu l-inkarigu u li m'għamilx fil-passat jagħmlu issa.", "Nappella biex lill-bdiewa verament jinformahom b'dak kollu li jixirqilhom ikunu jafu.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, ħafna minn sħabi tkellmu f'dan id- dibattitu u semmew il-protezzjoni ta' l-industrija tal-biedja u jien ċerta fuq l-argumenti u se ngħid għax inħobb inkun daqshekk determinista fid- diskorsi tiegħi.", "Jien ċerta li l-ħabib tiegħi l-Ministru Ninu Zammit fil- winding-up se jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra intervista li kien ta Dr Alfred Sant fid-29 ta' April 1998.", "F'din l-intervista kien qal hekk: \"we wouldn't be able to protect our milk and meat industries\".", "Jien ċerta li l-Ministru Zammit se jagħmel hekk - issa qed jagħti b'rasu u allura qed jikkonferma.", "(Interruzzjonijiet) Nitolbu jagħmilli point of order.", "(Interruzzjonijiet) Jekk ngħidha jien ikun aħjar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Zammit, on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Dalli qed tikkwota kopja ta' dak l- istatement li fih l-Onor.", "Alfred Sant qal li bil-politika ta' Svizzera fil- Mediterran se tispiċċa l-protezzjoni u l-levies.", "Dan id-dokument poġġejtu kemm-il darba u nerġa' npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Grazzi, Onor Ministru.", "Permezz tiegħu min qed jisma' se jikkonferma li għidt jien.", "Mr. Speaker, meta kont qed nisma' lil sħabi jsemmu l-protezzjoni għedt li se jiġri bħalma jiġri s-soltu.", "Hawnhekk għandi mniżżel li din tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra tliet darbiet iżda ċerta li tpoġġiet aktar drabi.", "Darba minnhom kien fid-9 ta' Diċembru 1998, darba oħra fl-20 ta' Ottubru 1999 u l- aħħar darba fit-12 ta' Frar 2002.", "Jien tkellimt mad-diriġenti tal-gazzetta li magħhom saret din l-intervista biex naraw li din l-istorja tinqata'.", "Qaluli li mdejjqin ħafna bl- affarijiet li qegħdin jiġru u li dan l-istatement kien żmentit.", "Jien se se nikkwota fejn kien żmentit.", "Dr Sant kien qal: \"we would be able to protect our milk and meat industries\".", "Fit-traskrizzjoni din kienet mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Nitolbu jħallini nitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru, on a point of order.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien se nitkellem ta' ħbieb li aħna.", "L-Onor.", "Dalli ħarġet b'din l-iskuża li jien diġa smajt.", "Jien irrid infakkar lis-Sinjura Dalli li f'Settembru tas-sena li għaddiet, ħames xhur ilu kien hemm intervista oħra u kien hemm stqarrija oħra mill-Onor.", "Dr. Alfred Sant li ġiet imniżżla u rrekordjata fil-gazzetti ħażin.", "L-għada ħarġet stqarrija li kkorreġiet dak l-iżball li sar fil-gazzetta.", "F'dan il-każ li qed insemmi llum kellhom jgħaddu tliet snin biex jgħidulna li kien hemm żball.", "Meta jkun hemm żball ġenwin jikkoreġuh l-għada mhux tliet snin wara.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Jien tkellimt mad-diriġenti tal-gazzetta u qaluli l-affarijiet preċiżi.", "Jien tlabt il-permess ta' dawn in-nies biex ngħid dan f'din il-Kamra għaliex ma niflaħx aktar għal dan l-ingann.", "(Interruzzjonijiet) Nerġa' nitolbu jħallini nitkellem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma jistax ikun ngħidu li kien ingann.", "Dan m'hu ingann xejn.", "Jien lis-Sinjura kellimtha wkoll u mxejt kif jimxu l- affarijiet f'pajjiż ċivilizzat.", "Meta xi ħadd jiġi kkwotat ħażin f'gazzetta, l-għada jgħidu li ġie kkwotat ħażin u mhux tliet snin wara.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Dan ma kienx point of order.", "Nitlob lill-Onor.Dalli tkompli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, jien tlabt il-permess biex ngħid dawn l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li meta ntervistaw lil Dr Sant qallhom: \"we would be able to protect our milk and meat industries\".", "Fit- traskrizzjoni ma fehmitux ċar u ħarġet: \"we wouldn't be able to protect our milk and meat industries\".", "Kull darba li aħna ngħidu li se nkomplu nipproteġu l- industrija tal-biedja permezz tal-politika tagħna l-ministru joħroġ jitkellem bil-maqlub.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok, Mr Speaker, għidlu jħallini.", "Biex jitkellem għandu l-winding up.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk mhux point of order Ministru, nitolbok titkellem fil-winding up.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "HELENA DALLI: Issa daqshekk.", "Mr Speaker, m'inix protetta minnek.", "(Interruzzjonijiet) Nitolbok taqtagħlu l-mikrofonu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma kienx qed jinstema'.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order , il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qed tgħid li għandha permess mid-diriġenti.", "Nistaqsiha jimpurtax tgħid min huma dawn id-diriġenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Tkompli l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: M'hemmx għalfejn ngħidlu jien lill-Ministru.", "L- intervista jaf min għamilha u d-diriġenti ta' \"The Times\" jaf min huma wkoll.", "Jien se nikkwota x'qalu biex ikun jaf kulħadd: \"The line was garbled in transcription\".", "Kulħadd jaf li garbled tfisser imgerfxa.", "Kif kont qed ngħid qabel ma nterrompieni għar-raba' darba l-Ministru, bejn \"would\" u \"wouldn't\" m'hemmx ħafna differenza fi transkrizzjoni minn tape.", "Aħna lkoll umani u għamilna traskrizzjonijiet u nafu li faċli li wieħed jieħu żball.", "F'dan il-każ hekk ġara.", "Jien qed nikkwota minn \"The Times\" tas-16 ta' Awissu tas-sena l-oħra.", "Din tgħid hekk: \"the line was garbled in transcription and the error was picked up when the draft was approved\".", "Minħabba dan ngħid lill-ministru biex ma joqgħodx jitlobni aktar provi.", "Il- korrezzjoni tkompli tgħid li: \"Dr Sant had also said that the levies on agriculture will not be removed\".", "Kif diġa' semmejt min kien responsabbli għal dak li ġara lanqas ried jemmen li għadna għaddejin biha fil-parlament minkejja l-ilmenti minn Noel Farrugia.", "Madankollu l-ministru jibqa' jippersisti u sal-lum għadu jgħidilna li se jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra anke wara li qed nagħti l- provi konkreti.", "Li jinkwetani hu li permezz ta' dan, is-serjeta' u l-livell tal-politika Maltija niżlu fil-baxx.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Point of order, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Point of order, il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirreferi għall-allegazzjoni fuq is-serjeta'.", "Min jara li jkun ġie misquoted jikkorreġi l-għada jew pitgħada bħalma għamel f'Settembru u mhux iħalli tliet snin.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Tkompli l-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Is-serjeta' qegħda f'min jgħid li ħa żball.", "Apparti li dan m'huwiex mod serju li bih nagħmlu l-politika jien ngħid li jekk dan huwa l-uniku argument li għandu l-Ministru fuq il-protezzjoni ma jawgurax tajjeb għall-industrija.", "Il-kwestjoni ta' protezzjoni hija serja għaliex tidħol fiha l-industrija tal-produzzjoni lokali.", "Din taffettwa x'se nimpurtaw, x'se nieklu u l-prezzijiet u għaldaqstant taffettwa l-livell ta' l-għixien tal-familji tagħna.", "Jekk l-uniku argument favur it-tneħħija tal-protezzjoni huwa li l-gvern laburista - skond kif qed jgħid il-Ministru meta jikkwota mill-intervista li kien fiha żball - kien se jneħħi l-protezzjoni, ma tantx għandu argument b'saħħtu.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitlob il-protezzjoni tiegħek għaliex qed itellifni.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Ministru ħalli lill-Onor.", "Dalli titkellem.", "Fil- winding-up għandek il-ħin biex tagħmel il-kummenti tiegħek.", "ONOR.", "HELENA DALLI: L-uniku argument favur din it-tneħħija tal- protezzjoni hi li aħna konna se nagħmlu l-istess.", "Fil-verita' aħna mhux hekk konna se nagħmlu għaliex kull darba jikkwota din l-intervista.", "Dan hu argument dgħajjef.", "Dan qed jagħmel bħal raġel li qed jegħreq u jżomm mat- tibna proverbjali.", "It-tibna li qed iżomm magħha m'hijiex reali għax issa għandu anke l-ammissjoni tal-gazzetta u allura mhix serjeta' li jkompli jġib dan l-argument.", "Sur President, aħna nafu li fl-agrikoltura il-pajjiżi kollha għandhom uġieħ ta' ras.", "Din kulħadd jafha u mhux se noqogħdu nargumentaw fuqha.", "Nafu wkoll li fl-Unjoni Ewropea l-akbar intopp għall-pajjiżi kollha huwa l- common agricultural policy.", "(Interruzzjonijiet) Jimpurta Sur President, hemm l-għajjat warajk, għax qed itellfuni.", "(Interruzzjonijiet) Le, issa mhux il-Ministru.", "Min bħali jsegwi x'qed jiġri fl-UE jaf kif dawn ir- regolamenti jolqtu setturi oħra ta' l-agrikoltura u oqsma oħra.", "Dawn jolqtu l-ambjent u anke s-saħħa.", "Il-kapitlu tas-settur tal-biedja tħalla għall- aħħar ukoll għaliex fih l-iktar għadma iebsa u hija l-iktar biċċa xogħol diffiċli għaliex hawn mhux biss irid jiġi assorbit l-acquis fid-dipartiment tal-qasam involut iżda jolqot setturi oħra.", "Il-kritika tiegħi f'dan l-aspett hija li aħna nafu li bil-mod kif qed isiru l-affarijiet lanqas qed ikollna ċans nassorbu dipartiment dipartiment, aħseb u ara meta dipartiment jaħbat m'ieħor.", "Iktar ma nkunu ċari fl- affarijiet iktar se nkunu nistgħu nagħmluhom sew pero' bil-mod kif mexjin ma jidhirx li qed isir hekk.", "Jien għidt li l-agrikoltura hija ugigħ ta' ras.", "Wieħed jista' jkollu uġigħ ta' ras għaliex għandu kanċer, għaliex ma jkunx kiel jew għax ikun qagħad fix-xemx.", "Is-sintomi madankollu huma l-istess imma r-riċetta tal-mediċina li jkun irid jieħu tkun differenti għax mhux kulħadd għandu bżonn l-istess mediċina.", "Jien ngħid li aħna m'għandniex bżonn il-mediċina li għandhom bżonn pajjiżi oħra b'realtajiet differenti minn tagħna.", "Jista' jkun li dawn ikunu għaddejjin mill-istess problema imma l-kawża tagħha ma tkunx l-istess u r- realtajiet li qegħdin jgħixu jkunu differenti.", "Fil-kwestjoni tal-biedja rridu naraw kollox mill-perspettiva ta' l-oqsma l-oħra li jkunu se jintlaqtu.", "Hawnhekk qisna morna għand tabib b'tarbija li għandha uġigħ ta' ras u għax filgħodu jkun ra żewġ pazjenti rġiel b'uġigħ ta' ras itiha l- istess mediċina.", "Dan it-tabib mhux talli ma jfejjaqx lit-tarbija talli jkompli jmarradha jekk ma joqtolhiex.", "Huwa tajjeb allura li t-tabib jeżamina lill-pazjent.", "Hawnhekk għandna riċetta ta' pajjiżi oħrajn li qed nieħdu għall-istess sintomi.", "Ma nistgħux nagħtu lit-tarbija l-mediċina tal-irġiel għax dawn jifilħu ħafna aktar.", "Il-kritika qed issir fuq żewġ livelli.", "Għandna l-livell strateġiku li għandna hawnhekk u nistaqsi għaliex ma wasalniex għalih.", "Aktar ma nifli l- liġi aktar ninduna kemm ma sarx studju u kemm qed nużaw l-istess riċetta.", "Il-livell l-ieħor huwa dak li jirrigwarda kunsiderazzjonijiet operattivi.", "Id-dettalji ta' din il-liġi għadhom qed jinbnew.", "Ħafna mill- implimentazzjoni ta'din il-liġi torbot fuq il-kapaċita' tad-direttur u jissemmew il-business plans.", "Jien irrid nistaqsi jekk hux qed inħarrġu l- bdiewa biex jagħmlu business plan jew jekk hux se nagħtuhom il-flus u wara li jużawhom jerġgħu jiġu bil-problemi li għandhom illum.", "Nafu x'jiġri għax għandna esperjenza minn oqsma oħrajn.", "Dawn il-flus ikunu kieluhom għax ikunu xtraw xi biċċa apparat jew makkinarju u ma jinvestuhomx biex jagħmlu business plan biex tgħinhom fil-produzzjoni tagħhom.", "Jidher li dan l- abbozz se jiddependi ħafna fuq il-fine letter tal-miżuri li jridu jittieħdu.", "Għandna wkoll is-sens ta' direzzjoni tajba.", "Hawnhekk nistaqsi jekk hux qed nieħdu dawn il-miżuri minħabba li għamilna studju jew jekk hux imposti minn xi ħadd.", "Minħabba f'hekk qed nitkellmu fuq pjan strateġiku għalkemm jgħidulna li mhux qed nagħmlu xogħolna sew.", "L-istess ngħid għall-operation.", "Dan jiddependi fuq min se jmexxi l-proċess u kif se jitmexxa għax permezz tal-hand-outs biss ma nimxux.", "Id-direttur irid ikun ċert li l-operational programme ikun xi ħaġa li l-pajjiż għandu bżonn u huwa sostenibbli, għaliex jekk le wara tliet snin dawn se jerġgħu jiġu bil-problemi.", "Meta wieħed jidħol fid-dettal isib hekk: \"the minister may make regulations for the better carrying out.\"", "Irrid nistaqsi xi tfisser better f'dan il- kuntest.", "Hemm ħafna dettalji li jidhru żgħar pero' kif jgħidu the devil is in the detail.", "Tajjeb li jkun hemm kriterji għaliex minnhom toħroġ id- direzzjoni.", "Madankollu jekk nikkupjaw x'għamlu l-Belġju, il-Ġermanja jew l- Ingilterra mhux se nirnexxu għaliex aħna m'aħniex dawk il-pajjiżi.", "Dak li għandhom bżonn il-bdiewa Maltin m'huwiex dak li għandhom bżonn il- bdiewa ta' pajjiżi oħrajn.", "Għad hemm ħafna u ħafna xogħol u s-suċċess jew il-falliment ta' dak li qed jiġi propost hawnhekk qiegħed f'dettalji li ma jidhrux hawnhekk.", "Dawn id-dettalji huma kruċjali għad-direzzjoni li jrid jagħti dan il-bill.", "Dan il-bill jiddependi ħafna fuq kemm il-bdiewa huma kapaċi jorganizzaw ruħhom u jagħmlu operational programme.", "Fuq dawn l-affarijiet ftit li xejn hemm dettal u l-miżuri u l-policies li jridu jiġu stabbiliti għadhom vagi.", "Jien nibża' li bil-mod mgħaġġel kif qed isiru l-affarijiet dawn l- operation programmes isiru b'mod superfiċjali u jekk isir hekk nistaqsi fejn se naslu.", "B'hekk nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn il-bdiewa jkunu qed jingħataw il-fondi għal mument u xejn aktar.", "Jien għidt li d-direttur se tkun persuna li se jkollha ħafna saħħa.", "Eżempju ta' dan hu fejn xogħol jista' jiġi rtirat mis-suq u dan se jiddependi ħafna mill- kwalitajiet ta' dan id-direttur li jrid ikollu foresight safejn se jasal is-suq u jrid ikun jifhem fil-marketing.", "Ma nistgħux naqbdu u npoġġu liġi biex inkunu poġġejniha.", "Tissemma l-assistenza finanzjarja li se jagħti l-gvern, u qegħdin ngħidu li jekk wieħed ma jidħolx fil-producers' organisation ma jieħux assistenza.", "Hawnhekk ma nistgħux ngħidu li l-iskema hi voluntarja.", "Se tispiċċa l- protezzjoni u se jkollna prodotti li ma nistgħux nimportaw.", "Dawn l- affarijiet u sistemi oħra se jispiċċaw, imma qed jgħidu li d-dħul huwa volontarju.", "Ma naħsibx li nistgħu ngħidu li se nneħħu l-levies u nagħmlu quotas u ngħidu li d-dħul fl-organizzazzjoni huwa volontarju.", "Il- bdiewa qed jifhmu li dan kollu qed jiddaħħal b'mod mgħaġġel u mhux moħmi.", "Dan kollu qed isir għar-raġunijiet ħżiena u m'hemmx pjan strateġiku.", "Jien ngħid li jekk dawn l-istrutturi qed isiru minħabba l-UE dawn qed ikunu biss stop gap measures għaliex se jitneħħew il-levies u se nagħtu l-flus.", "Jekk il-flus ma jintużawx b'mod li jservu ta' żvilupp sostenibbli, din se tkun sempliċement hand-out li qed nagħtu lill-bdiewa.", "Il- hand-out se tittiekel bħal kwalunkwe hand-out u l-bdiewa hand up għandhom bżonn.", "Il- bdiewa għandhom bżonn għajnuna ikomplu jaħdmu b'mod sostenibbli u mhux li ntuhom il-flus għal perijodu qasir ta' żmien u meta jispiċċaw dawk il-flus nerġgħu niġu għal li konna.", "Jien ngħid li ma nistgħux nagħmlu l-affarijiet bis-sistema ta' cut and paste mingħajr ma neżaminaw ir-realta' tagħna u mingħajr m'għamilna l- homework fuq x'inhuma l-bżonnijiet u xi jridu l-bdiewa tagħna.", "Ħmistax ilu ħareġ il-policy act u dan għandu tliet direttivi li rridu ndaħħlu sa l- aħħar ta' din is-sena.", "Dawn qalu li ħarġu l-white paper fuq il-quality act.", "Meta aħna ħdimna fuq il-quality act, mhux biss addottajna d-direttivi ta' l- Unjoni Ewropea imma addattajnihom għaċ-ċirkostanzi tagħna.", "Ma ħadniex id- direttivi biss imma ħadna r-riżoluzzjonijiet u r-rakomandazzjonijiet u għamilna studju u xogħol komprensiv biex din tkun liġi għall-ugwaljanza komprensiva.", "Il-gvern skarta dan ix-xogħol kollu u qabad it-tliet direttivi li jrid idaħħal bilfors sa l-aħħar ta' din is-sena u ħareġ il- white paper.", "Fil-qasam tan-nisa msawwta, għaliex m'hemmx direttivi, m'għamel xejn u ħallihom fuq l-ixkaffa.", "Il-gvern kien qal li sa Ġunju tas- sena 2000 se jaħdem fuq il-liġi tal-vjolenza domestika u se jressaqha fil- parlament.", "Ma sar xejn għaliex fuq il-vjolenza domestika m'hemmx direttiva ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dik m'hijiex prijorita, u minkejja l-ħafna tbatija li nafu li hawn fejn dawn in-nisa m'għandhomx protezzjoni legali, l- affarijiet ma ċċaqilqux.", "Semmejt suġġett ieħor biex nuri li dak li qed isir fil-qasam tal-biedja qed isir fl-oqsma kollha.", "Qed ninsew x'għandu bżonn il- pajjiż u l-komunita basta llestu sa l-aħħar tas-sena'.", "Irrid insemmi wkoll il-prezzijiet li se jiġu affettwati, u mhux se noqgħod nagħti statistika hawnhekk għax smajna biżżejjed.", "Insemmi biss ir-ross, iz- zokkor, iċ-ċanga, il-butir u l-ġobon.", "Hawnhekk ġew preżentati rapporti ta'ekonomisti li jaħdmu fl-Ewropa stess u pparagunaw il-prezzijiet fl- Ewropa ma' pajjiżi barra mill-Ewropa.", "Dawn sabuhom aktar għoljin.", "Dan mhux qed jgħiduh ekonomisti laburisti imma tal-Unjoni Ewropea stess.", "Jien ma niskantax li dawn l-affarijiet ma jinkwetawx lil dan il-gvern.", "Li jinkwetaw huma l-familji li jmorru jixtru u jsibu li l-oġġett ikun għola l- għada.", "Hemm ħafna iktar ġej għalina jekk inkompli f'din it-triq li għażel dan il-gvern.", "Jien qed nagħti l-eżempji fuq ġobon, butir, ċanga, zokkor u ross li qed isemmu ekonomisti mill-Ewropa stess u dawn qed jgħidu kemm huma iktar għaljin minn ta' pajjiżi oħra barra l-Ewropa.", "Għadu jidwi f'widnejja dak li kienqal il-prim ministru Dr Fenech Adami meta kellu dibattitu ma' Dr Alfred Sant taħt it-tinda.", "Dan kien qallu hekk: \"issa jien se noqgħod nitkellem fuq il-prezz taz-zokkor?\".", "Kien qal ukoll li lilu jinteressah il-macro u mhux il-micro jiġifieri l-kbir u mhux iż- żgħir.", "Huma ġustifikati r-reazzjonijiet tan-nies li jgħidu li lilhom tinteressahom il-ħajja ta' kuljum ukoll.", "Hawn qed nitkellmu fuq l- ispending power tal-konsumaturi u n-nies jinteressahom jekk ma jkunux jistgħu jixtru l-affarijiet li jkunu draw bihom.", "Minħabba dan kollu jien ma neħodhiex bi kbira li l-prim ministru ma jinteressahx fil-prezz taz- zokkor.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "HELEN DALLI: Aħna mhux se nkunu nistgħu nipproteġu dak li nipproduċu aħna u lanqas nixtru bl-irħas prezz dak li ma nipproduċux għaliex jekk oġġett jiġina irħas jekk nixtruh min New Zealand jew mill- Awstralja għax fil-Ġermanja jkun aktar għali ma narax għaliex m'għandniex nixtru minn New Zealand u l-Awstralja.", "Il-prim ministru qed jgħidilna li dawn m'humiex affarijiet importanti.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ issa lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 9 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m., bl-aġenda kif se tiġi komunikata iktar tard.", "Jekk tippermettili, nispjega għaliex din il-Kamra qed taġġorna għat-Tlieta 9 ta' April 2002 u mhux għat-Tnejn 8 ta' April 2002.", "Kif ikkomunikajt diġa' lill-whip ta' l-oppożizzjoni, qed isir dan għax f'dawk il-ġranet hemm maħsub li jkun hawn fostna, fuq żjara statali, il-President Vaclav Havel.", "Parti mill-programm ta' din iż-żjara tinkludi proprju attivita' statali li se ssir nhar it-Tnejn filgħaxija fil-bini tal-parlament u għalhekk ikun xieraq li dakinhar il-parlament ma jiltaqax biex din l-attivita' statali tkun tista' sseħħ.", "Nirrepeti li din il-Kamra qed taġġorna għat-Tlieta, 9 ta' April 2002, fis-6.00 p.m.", "Mr Speaker, jekk tippermettili wkoll, nieħu l-okkażjoni biex f'din l-aħħar seduta qabel l-aġġornament ta' dan il-parlament għall-festi ta' l-Għid, mill-ġdid nirringrazzja lil kull min ħadem f'dan il-parlament fix-xhur li għaddew; lilek Mr Speaker, lill-istaff u lill-mezzi kollha ta' l-istampa.", "Jiena nawgura li kulħadd ikollu l-opportunita' li jipparteċipa u jgawdi dawn il-ġranet ta' festi biex wara li jgħaddu, nerġgħu niltaqgħu ħalli nkomplu bix-xogħol ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien ukoll nixtieq li f'isem l-oppożizzjoni nawgura l-festi t-tajba mhux biss lill-membri ta' din il-Kamra imma lil kull min b'xi mod jew ieħor għandu konnessjoni max-xogħol tal-parlament, fosthom l-istaff, il-pulizija u s-suldati.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Is-Sedja tingħaqad max-xewqat espressi mill- Viċi Prim Ministru min-naħa tal-gvern u mill-Onor.", "Joe Mizzi min-naħa ta' l- oppożizzjoni, u tawgura lill-membri kollha ta' din il-Kamra u lill-familji tagħhom ġranet sbieħ ta' festi.", "J'Alla dawn il-ġranet iservu biex id- deputati jkollhom ħin biżżejjed mal-familji tagħhom filwaqt li jagħmlu r- riflessjonijiet meħtieġa ħalli dan il-parlament ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu u jagħti s-servizz li huwa mistenni minnu mill-poplu u mill-pajjiż.", "Hawn rimarki?", "Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, filwaqt li ningħaqad mas-sentimenti espressi mill-Onor.", "Gonzi u mill-Onor.", "Mizzi, se niddedika il-ħin li għandi biex nitkellem dwar affarijiet oħra.", "Fl-aġġornament li għamilt tmint ijiem ilu, tkellmit dwar diversi punti pero' f'mument minnhom għamilt riferenza għax-xogħol li qed isir fit-triq ta' Burmarrad u għall-fatt li finalment, kien hemm kuntrattur wieħed biss li kien għadu fit-tellieqa biex jieħu x-xogħol u għalhekk id-dipartiment tal-kuntratti kien prattikament kostrett li jagħti x-xogħol lil dak l-uniku kuntrattur li kien fadal.", "Irrid ngħid li wara li rajt it-transcript ta' dak li għedt, irrealizzajt li kien hemm xi inezattezzi u għalhekk illum iddeċidejt Ii nerġa' nitkellem mhux minħabba l-ineżattezzi fihom infushom imma minħabba l-fatt li dawn l- ineżattezzi għaddew għand wieħed mill-kuntratturi li semmejt u li min-naħa tiegħu dan, jew xi ħadd f'ismu, għoġbu jwieġeb b'mod li fl-opinjoni tiegħi mhuwiex ġust.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod infettaq fuq xi kelmiet, pero' se ngħid dak li fil-fatt ġie transcribed u għadda għand dan il-kuntrattur - ma nafx b'liema mod, forsi permezz ta' l-internet - u nenfasizza fuq dak li hawn miktub u dak li fir-realta` għedt jien.", "It-transcription tgħid hekk:", "\"Is-sistema hija li inti tiġi kkanċellat minn kuntrattur interessat u naturalment kien fadal il-kuntrattur Penza Tarmac u l- kuntrattur Mizzi Group...\",", "dan kif recorded fit-transcription li saret.", "Eventwalment, tħalliet barra il-kelma \"ukoll\" – \"...fil-każ tal-kuntrattur Mizzi Group ma wasalx biex jissodisfa l- ħtiġijiet, it-talbiet...\",", "min għamel it-transcript żied il-kelma \"tat-tender\", kelma li jien m'għedthiex u dan huwa supported mir-recording li ħadt qabel ma kont naf li se jiġri dan li fil-fatt ġara, recording li għandi wkoll kopja tiegħu.", "Il- kelma \"tender\" ma ssemmiet imkien u daħlet eżattament qabel –", "\"li kien għamillu d-dipartiment tal-kuntratti biex ġejna fil-pożizzjoni biex attwalment...\",", "- u għal darba oħra hawnhekk hawn il-kelma \"fiżakament\" li hija nieqsa –", "\"...kien għad fadal kuntrattur wieħed li qed jagħmel it-tender - li kien Penza Group....\",", "- imbagħad l-argument ikompli.", "Fil-fatt l-insistenza fuq il-kelma \"talbiet\" li kien hemm fid-diskors tiegħek kienet marbuta mal-fatt li attwalment, id-dipartiment tal-kuntratti kien għamel talbiet lill-kuntrattur li għamel il-pubblikazzjoni li dehret fil-gazzetti \"L-Orrizont\" u \"The Times\" b'mod prominenti, u l-contracts committee kien talab lil dan il-kuntrattur biex jiddeċidi jekk huwiex lest li jraħħas il-prezzijiet li kien issottometta bi tnaqqis sostanzjali.", "Jumejn wara li kien mitlub jagħmel dan mill-contracts committee, il- kuntrattur bagħat ittra lill-kumitat tal-kuntratti, fejn qal li kien se jraħħas il-prezzijiet tiegħu bi 3% u jieqaf hemm, jiġifieri ma ssodisfax it- talbiet li kien għamillu l-kumitat tal-kuntratti biex iraħħas il-prezz għal- livell li kien mitlub, bil-konsegwenza li ma baqax ikkunsidrat bħala kuntrattur li kien interessat li jagħmel ix-xogħol.", "Din hija prassi li tintuża kontinwament.", "Jien fl-ebda ħin ma għedt, la l-aħħar darba u lanqas illum, li kont qed nagħmel riferenza għal xi kwalita' tax-xogħol u affarjiet bħal dawn, imma għalissa, dwar dan il-punt partikolari, nieqaf hawn.", "Nerġa' niċċara li fl- ebda ħin ma kont qed nitkellem dwar requirements tax-xogħolijiet infushom, imma dwar talbiet li kienu saru mill-kumitat tal-kuntratti dwar traħħis fil- prezzijiet.", "Fl-istess aġġornament ukoll kont għedt li ma jistax ikun li korporazzjonijiet oħra li jkunu qegħdin jagħmlu ċertu xogħol jaħsbu, għax hekk hija l-perception popolari, li l-ministru tat-toroq għandu jmur fiżikament u jirranġa kull ħofra u kull trinka li hawn f'Malta.", "Kont semmejt it-triq li minn Ħal Qormi tagħti għal Ħal Luqa bħala eżempju wieħed ta' post fejn ix-xogħol ma kienx sar b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet tad- direttorat tal-kuntratti.", "Mr Speaker, ftit tal-ġranet qabel, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet issemma' arblu fi Triq ir-Redentur f'Ħaż-Żabbar.", "Dakinhar jien kont ġejt irrapportat b'mod tajjeb ngħid li ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni fejn isir rapport għal darba, tnejn, tlieta, jittieħdu l-passi neċessarji u x- xogħlijiet, sa ċertu punt, sekondarji, pero' li wieħed ma jkunx jista' jgħaddi mingħajrhom, jibqgħu ma jsirux.", "Fil-gazzetta \"The Malta Independent\", il-communications officer ta' l-Enemalta llum qal li din il- korporazzjoni ġiet f'din il-pożizzjoni għax ir-roads department ma kienx avżaha kmieni biżżejjed biex tagħmel ix-xogħol.", "Qal ukoll li fi żmien qasir, dan l-arblu li hemm f'nofs it-triq se jiġi maqlugħ.", "Mr Speaker, iddeċidejt li nitkellem illejla għax ovvjament, meta weġibt id- domanda kont qed nagħmel dan abbażi ta' l-informazzjoni li kelli min-naħa tad-direttorat tat-toroq u ridt inkun ċert li dik l-informazzjoni li ġiet mgħoddija lili, kienet korretta.", "Illum nista' ngħid li mhux talli d- direttorat tat-toroq ma nfurmax lill-Enemalta, talli hawn sensiela ta' korrispondenzi li jmorru lura sa l-4 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet, jiġifieri madwar ħames xhur u nofs ilu.", "Id-dipartiment tat-toroq, permezz waħda mill-periti tiegħu, kien kiteb lill-Enemalta u minn dakinhar sal-lum għaddew ħafna korrispondenzi biex dan l-imbierek arblu jinqala' min-nofs.", "M'huwiex possibbli li affarijiet żgħar bħal dawn jitħallew isiru b'dan il- mod u għalhekk huwa importanti li kull min ikun f'ċerta pożizzjoni, f'korporazzjoni, jerfa' r-responsabbilta' tiegħu.", "Dan għedtu u nerġa' ngħidu llum, filwaqt li ngħid ukoll li se jkolli nasal fil-pożizzjoni li allura, l-uniku mod ta' kif wieħed jista' jasal ma' ċerti persuni f'ċerti korporazzjonijiet, huwa billi jsemmi lill-persuna responsabbli għax m'huwiex sew li l-korporazzjoni, il-ministru responsabbli jew iktar u iktar, il-gvern tal-ġurnata jiċċappsu b'dawk li huma mankanzi fl- istrutturi, fil-mod ta' kif isiru ċerti affarijiet.", "Huwa mportanti li min għandu responsabbiltajiet x'jerfa, attwalment jerfgħahom u ma jippruvax iħalli ż-żmien għaddej biex jgħid li ma kienx jaf u li ma wasalx għal ċerti konklużjonijiet għax ma kienx mgħarraf kmieni biżżejjed.", "Jien naħseb li ħames xhur u nofs huma iktar minn biżżejjed biex arblu wieħed jinqala' minn post partikolari.", "Marbutin ma' dan li qed ngħid, mhux bilfors ma' l-Enemalta biss imma probabbilment anke ma' korporazzjonijiet oħra, huma seba' eżempji li ltqajt magħhom f'dawn l-aħħar erbat ijiem, fejn żgur li ma kienx id-direttorat tat- toroq li ma nfurmax lil xi korporazzjoni jew oħra u x-xogħol li sar minn korporazzjonijiet differenti baqa' ma ġiex imqiegħed f'postu minn min kien responsabbli li jagħmlu, bil-kosegwenza li kull min jgħaddi minn dawn il- postijiet li se nsemmi qed jitkaża bil-gvern preżenti li ma ħa il-passi neċessarji biex kollox jerġa' jitqiegħed f'postu.", "Fi Triq Durumblat fil-Mosta sar xogħol fuq iż-żewġ trinek li hemm mal-ġenb tat-triq u fuq dik li hemm f'nofs it-triq, u issa li ilhom żmien miftuħin, suppost li dawn diġa' ingħalqu.", "L-istess jista' jingħad għat-trinka li hemm ħdejn il-ġibjun ta' Ta' Qali, ħdejn il-Pitkalija, li ilha miftuħa għal numru ta' ġimgħat li ilha miftuħa u min suppost jieħu l-passi neċessarji biex l-affarijiet jitlestew, jekk ħa xi passi, dawn għadhom ma jidhrux, u ma jistax ikun li din il-ħaġa tirrepeti ruħa f'postijiet differenti.", "Fil- junction ta' Triq Geronimo Abos fl-Iklin u l-bypass ta' Birkirkara, li huma żewġ toroq importanti li minnhom infushom huma perikolużi, sar xogħol minn korporazzjoni li ilu biex jiġi rranġat għal numru ta' ġranet, u żgur li ma nistgħux inħallu li dan jiġri.", "Fl-inħawi ta' Bużugrilla fir-Rabat ukoll hemm xi xogħol għaddej u huwa mportanti li dan ix-xogħol ma jibqax iktar mikxuf.", "Ħdejn iċ-ċimiterju tal-Jugoslavi, fit-telgħa tal-Mellieħa hemm trinka li taqsam it-triq, li wkoll suppost li ġiet irranġata minn min għamel ix-xogħol imma sfortunatament, din baqgħet kif kienet.", "Għalkemm illum se nirreżisti milli nsemmi lill-korporazzjoni, lill- kuntrattur u lill-inġinier responsabbli b'isimhom, naħseb li hemm bżonn li dawn in-nies jibdew huma wkoll iġorru r-responsabbilta' tax-xogħlijiet li jieħdu u jaraw li l-affarijiet jagħmluhom b'mod aħjar.", "Pero' jekk inhu konvenjenti għal xi ħadd f'dawn il-korporazzjonijiet li jagħti t-tort lill- gvern għal dawk l-affarijiet li ma jkunux saru, allura naħseb li wasal il- mument li min jerfa' r-responsabbilta', jekk ma jagħmilx dmiru, jingħata t- tort bħalma jingħata torot il-gvern meta jonqos mir-responsabbilta` tiegħu.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq irrid nagħmel riferenza għax-xogħol li sar f'Independence Avenue, li kien dam mikxuf għal diversi ġimgħat, u x-xogħol li qed isir bħalissa fl-inħawi tan-Naxxar, li t-tnejn saru mill-Water Services Corporation.", "Jien nappella lill-kuntrattur li ġie ngaġġat minn din il-korporazzjoni biex jagħmel ix-xogħol tajjeb u aħjar minn dak li sar fiż-żewġ lokalitajiet.", "Jekk hemm diffikulta', bħalma minn żmien għall-ieħor ikollhom il-kuntratturi minħabba l-prezzijiet li jkunu qed iħallsu, naħseb li ma nistgħux nibqgħu nġibu l-iskuża li l-kuntrattur qed jitħallas ftit biex ix-xogħol ma jitkompliex sa l-aħħar.", "Naħseb li wasal iż-żmien fejn l- affarijiet li għandhom isiru, jibdew isiru b'mod tajjeb u kif insistejt anke diversi drabi, wieħed imbagħad jitħallas b'mod korrett.", "Pero', min ma jagħmilx xogħol tajjeb ma jistax jistenna li jitħallas ta' dak li jkun għamel.", "Nirringrazzjak. -unedited", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, fil-ftit ħin li għad fadal xtaqt nagħti l-kontribut tiegħi fuq iż-żgħażagħ.", "Għada huwa jum iż-żgħażagħ u tajjeb li wieħed jagħmel ftit minuti ta' kommemorazzjoni għal din is- sezzjoni taċ-ċittadini tad-dinja li kulħadd iħares lejha bħala l-futur ta' għada.", "Illum nikkonsidraw l-eta taż-żgħożija bejn 15 u 25 sena, u allura hawnhekk wieħed jara kemm huwa importanti li wieħed jagħti l-attenzjoni mixtieqa lil dan is-settur tal-popolazzjoni mhux ta' Malta biss imma anke tad-dinja għaliex fihom naraw il-futur ta' pajjiżna.", "Permezz ta' dawn iż-żgħażagħ id-dinja jista' jkollha l-futur li tixtieq.", "Wieħed jara li l-mira ta' diversi organizzazzjonijiet politiċi, soċjali u kulturali tkun iffukata fuq iż-żgħażagħ.", "Bħal ma nagħmlu dibattitu fuq il- ħidma tal-gvernijiet fuq is-sezzjoni tan-nisa nemmen li għandna nagħmlu dibattitu fuq iż-żgħażagħ.", "Il-ħin ta' dan id-dibattitu m'għandux ikun limitat għal ftit ħin iżda għandu jieħu żewġ seduti.", "Dan biex inkunu nistgħu nitkellmu aħjar fuq il-futur taż-żgħażagħ u allura ta' pajjiżna.", "L-isport, il-banek, il-każini u setturi oħrajn għandhom għajnejhom mitfugħin fuq iż-żgħażagħ.", "Jekk kull soċjeta' ma trawwimx żgħażagħ biex jilħqu flok in-nies li hemm imexxuha ma nkunux nistgħu naħsbu sew għall- futur.", "Għandu jkollna l-ikbar fiduċja fihom, imma biex ikollna din il- fiduċja għandu jkollna gvern u oppożizzjoni li b'responsabbilta' jafdawhom huma stess.", "Anke l-partiti politiċi għandhom iħarsu lejn iż-żgħażagħ bħala l-futur tal- partiti u jien nittama li jkollna aktar okkazzjonijiet bħal ma jkolli meta nġib żgħażagħ u studenti mill-iskejjel iżuru dan il-parlament.", "Lil dawn inħeġġiġhom u nistaqsihom min jaf min minnhom se jkun fuq dawn is-siġġijiet fil-futur.", "Iż-żgħażagħ illum għandhom ħafna diffikultajiet.", "Il-ħajja llum hija mgħaġġla u titlob ħafna mill-persuna speċjalment miż-żgħażagħ.", "Dan qed ngħidu partikolarment għall-edukazzjoni u hawn nagħmel l-ewwel appell tiegħi biex inħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħmlu dak kollu possibbli biex ikollhom l-aħjar edukazzjoni biex lill-pajjiż ikunu jistgħu jagħtuh futur.", "L- edukazzjoni ma tridx tkun limitata għax-xogħol biss imma għal kull sfera tal-ħajja.", "Hemm bżonn il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'kollox u hemm bżonn nedukawhom f'kull settur li jeħtieġ li jidħlu fih.", "Nafu wkoll li llum hemm ħafna theddid għaż żgħażagħ.", "L-entitajiet kummerċjali u spekulattivi jimmiraw ħafna propaganda lejn iż-żgħażagħ partikolarment lejn dawk li jkollhom eta' tenera u allura ma jkunux żviluppati biżżejjed biex jagħżlu.", "Dan narah f'affarijiet pożittivi wkoll bħal tagħrif fuq il-komputer, fuq it-teknoloġija moderna, fuq il-mediċina u fuq ħafna aspetti oħra ta' xejnza.", "Biex iż-żgħażagħ jidħlu f'organizzazzjonijiet qed inkunu domandanti ħafna.", "Ma rridux ninsew ukoll li hemm ukoll il-lat negattiv tal-barunijiet tad-droga li jimmiraw lejn il- vizzji taż-żgħażagħ.", "Jien nara li hemm il-lat pożittiv u l-lat negattiv.", "Jekk inwarrab il-ftit inċidenti li jikkonċernaw iż-żgħażagħ speċjalment li jkunu daħlu f'kumpannija ħażina, nara li pajjiżna u ż-żgħażagħ li jgħixu fih għandhom futur kbir.", "Nemmen li qed nagħtu futur tajjeb liż-żgħażagħ tagħna kemm permezz tal-edukazzjoni u anke tar-reliġjon.", "Naraw ukoll il- parteċipazzjoni taż- żgħażagħ f'diversi organizzazzjonijiet.", "Nafu pereżempju kemm għandna żgħażagħ li jipparteċipaw fil-maratona tal- volleyball u affarijiet oħra fl-isport.", "Jien nappella liż-żgħażagħ minn dan il-parlament biex jidħlu aktar f' dawn l-attivitajiet għax iserrħuhom u jaljenawhom mill-istudju u l-ħajja mgħaġġla.", "Dawn għandhom dritt għad- divertiment għaliex dan huwa żmien ta' hena li għandha tiġi prattikata bl- aktar mod onest.", "Irridu nħarsu lejn iż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni mil- lenti edukattiva, kulturali u reliġjuża.", "Jien nawguralhom li jkomplu f'din il-ħidma u jużaw il-ħiliet kollha tagħhom biex jikbru bħala ċittadini ta' għada u jagħtu l-ikbar kontribut.", "Dawn imbagħad jagħtu eżempji lin-nies ta' warajhom.", "Insellem ukoll, Mr Speaker, lil dawk iż- żgħażagħ qalbiena Maltin li minkejja l-istudji u l-konnessjoni li jkollhom mal-familji qegħdin ukoll imorru ġewwa pajjiżi oħra biex jagħtu servizz soċjali ta' karita' mill- aqwa.", "Hawnhekk insemmi ż- żgħażagħ li jmorru l-Albanija u dawk il-postijiet fit-tielet dinja fejn qed jagħtu l-ikbar kontribut tagħhom.", "Dawn għandhom ukoll it-tifħir tal-pajjiżi fejn imorru.", "Infaħħar, Mr Speaker, ukoll lil dawk iż- żgħażagħ li jipparteċipaw fl- isports.", "Kieku ma kellniex żgħażagħ sports ma jeżistix.", "Hawnhekk ninkoraġġixxi biex l-isports ikun nadif u naf x'jien ngħid.", "Hawn jista' jagħti l-każ li jkun hawn żgħażagħ li qegħdin jieħdu ċerti mediċini sabiex ikunu jistgħu jżidu fl-attivitajiet tagħhom.", "Dan huwa ħażin u l-isports iridu jipprattikawh bil-ħila tagħhom.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll liż- żgħażagħ b'diżabilita'.", "Hawn żgħażagħ li ġew korruti fuq il-postijiet tax-xogħol u oħrajn li twieldu b'mankamenti.", "Jien insellem lil dawn u ninkoraġġihom biex jagħmlu kuraġġ.", "Lil dawn hemm min qed jieħu ħsiehom.", "Barra l-kummissjoni li waqqaf dan il-parlament hemm ċerti nies li qed jiddedikaw il-ħin u l-enerġija għall-persuni b'diżabilita'.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-qalb tad-deheb ta' dawn iż- żgħażagħ li jgħinu lil sħabhom li jkollhom diżabilita'.", "Mr Speaker, ma nistax ma nsemmix dawk in-novitajiet u l-inizjattivi li qed jieħdu ż-żgħażagħ stess fl-edukazzjoni.", "Dan il-gvern qed jinkoraġġihom ukoll.", "Nirreferi wkoll għall-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea fejn il-gvern qed jiftħilhom bibien beraħ.", "Jien nappella liż- żgħażagħ biex jaraw x'opportunitajiet hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Jien rajt diversi rapporti dwar l-implikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fis-sezzjoni taż- żgħażagħ.", "Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi programmi bħal Leonardo da Vinċi, Socrates u Youth for Europe turi l-opportunatijiet kbar li qed jiftaħ il- gvern nazzjonalista.", "Mill-viżti li nagħmel fid-djar ninduna kemm iż- żgħażagħ huma favur li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea.", "Jien ngħidilhom biex jiftħu widnejhom u għajnejhom f'dan il-kamp li se jinfetaħ quddiemhom, fejn l-opportunitajiet huma kbar ħafna.", "Għandna ċerti skejjel li diġa' qed jieħdu sehem fil-parteċipazzjoni tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn l- istudenti anke tal-primarja qed jieħdu ħafna tagħlim u anke jħeġġu lill- ġenituri jitgħallmu fuq l-Unjoni Ewropea.", "Dawn għadhom żgħar u diġa qed jaraw il-bieb miftuħ għall-Unjoni Ewropea.", "Jien nagħmlilhom il-kuraġġ biex ikomplu jaħdmu u jirsistu f'dawn il-materji.", "Għada hemm l-elezzjonijiet tal-kunsill ta' l-istudenti universitarji.", "Jien inħajjarhom u ngħidilhom biex jiftħu moħħom u widnejhom u jivvotaw għal min jirrispetta u jimmanifesta d-demokrazija f'dan il-pajjiż.", "Dan il-manifest qed jidher fil-vot li jagħtu u lil min jikkontribwixxi fil-ħidma ta'dan il- kunsill.", "Nawgura wkoll li għada tkun ġurnata ta' ferħ għalihom u li minnha joħroġ il-frott.", "Nawgura liż-żgħażagħ kollha l-aħjar opportunitajiet li jista' jkollhom, l-aħjar edukazzjoni li tista' tingħatalhom u ngħidilhom li l-poplu Malti qiegħed warajhom u jħares lejhom bħala ċ-ċittadini futuri tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tlieta, 9 ta' April, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĊITTADINANZA", "32090.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet is-sena l-oħra?", "Kenm minnhom kienu ċivili?", "Kemm kien hemm żwiġijiet bejn maltin u barranin u ta' liema nazzjonalita kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 it-total ta` żwiġijiet kien ta` 2,153 (Malta - 2,017, Għawdex - 136) li minnhom 474 kienu żwiġijiet ċivili (Malta - 455, Għawdex - 19).", "Il-barranin li żżewġu Maltin kienu ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - FIREARMS - LIĊENZJI", "32091.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati to use a firearm for sporting purposes illum?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm kien in-numru ta' persuni li ingħataw dan il-permess is-sena l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` persuni liċenzjati biex iġorru arma tan-nar for sporting purposes jammonta għal 11,519.", "Infurmat ukoll illi hemm 781 applikazzjoni pendenti li minnhom 323 huma ta` persuni li għadhom ma għalqux il-21 sena.", "Ninsab infurmat ukoll illi 427 persuni ngħataw dan il-permess is-sena l- oħra.", "PULIZIJA - KAĊĊA U NSIB", "32092.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew dikjarati li inqabdu u/jew inqatlu għasafar fid-dikjarazzjonijiet li għamlu il-kaċċaturi u nassaba is- sena l-oħra?", "X' tip ta' għasfar kienu u jista' jgħid u/jew jagħti breakdown ta' kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mid-dikjarazzjonijiet li ġew mgħoddija lid-dipartiment għall-ħarsien ta` l-ambjent fis-sena 2001 li jkopru qtil u qbid ta` għasafar matul is-sena 2000, in-numru ta` dawn l- għasafar li nqabdu jew inqatlu matul is-sena 2000 huwa ta` 129,260, li naturalment huma dawk l-għasafar li ma humiex imħarsa bil-liġi.", "Dan in-numru huwa maqsum skond l-ispeċi li nqabdu jew inqatlu kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mhux possibli li tingħata l-informazzjoni dwar kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur minħabba li s-sistema kompjuterizzata li għandu d-direttorat għall-ħarsien ta` l-ambjent mhijiex ipprogrammata biex tagħti din l-informazzjoni.", "PULIZIJA - TOWING U CLAMPING", "32093.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped veikoli is-sena l- oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 1,994 vettura irmunkata u 245 vettura ikklampjata.", "PULIZIJA - SERQ", "32094.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati serqiet minn yachts marbuta malta s-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn kienu ġo Ta' Xbiex u l-Imsida?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 125 każ ta` serq minn opri tal-baħar.", "Minn dawn 11 kienu l- Imsida u 13 kienu Ta` Xbiex.", "SLIEMA - TĦASSIR TA' LINJI TAT-TOROQ", "32288.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni lukandi ewlenin f'Tas-Sliema, fosthom The Diplomat fi Triq it-Torri, tħassrulhom il-linji fit-toroq quddiemhom u tneħħietilhom il-possibilita' li jtellgħu u jniżżlu turisti?", "X'sens tagħmel miżura bħal din?", "Liema lukandi ntlaqtu minn miżura bħal din?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn stħarriġ li għamel id-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku flimkien mal-kunsill lokali ta' tas-Sliema, irriżulta li r-reserved parking bays for loading and unloading li ġew allokati lill-lukandi matul iż-żmien ma kienux qed jintużaw għall-iskop intenzjonat meta dawn kienu oriġinarjament approvati.", "Diversi minn dawn il-parking bays kienu qed jibqgħu vojta jew qed jintużaw b'abbuż mill-istess staff tal-lukandi.", "Għal din ir-raġuni ttieħdet id-deċiżżjoni li l-loading and unloading bays tal-lukandi jsiru bħal dawk ta' entitajiet oħra kummerċjali u għal mhux iktar minn erba' siegħat konsekutivi filgħodu u erba' siegħat konsekutivi wara nofsinhar.", "Il-Kunsilli lokali kollha u s-Segretarju tal-Malta Hotel and Restaurants Association ġew infurmati b'dawn ir-regolamenti ġodda u ġew infurmati biex jaġġornaw is-sinjali tat-traffiku billi juru l-ħinijiet li l-parking bays kienu riservati għalihom.", "Peress li l-lukandi ma ħadu ebda passi biex jaġġornaw is-sinjali tat- traffiku, id-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku assuma li dawn ma kien baqa' ebda bżonn għalihom u talab lill-kunsilli lokali biex is-sinjali jiġu mneħħija.", "Rigward il-każ tad-Diplomat Hotel partikolari, id-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku mhux talli ma neħħiex il-post riservat iżda indika fejn dan għandu jsir waqt l-embellishment project li kien f'idejn il-ministeru għall- ambjent.", "NEFQA PUBBLIKA", "32289.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "32004 u cioe, jista' jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31568 għas-sempliċi raġuni li dawn huwa fondi pubbliċi li joħorġuhom iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u wkoll għax hija funzjoni essenzjali tal-parlament li jiskrutinja n-nefqa pubblika?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L­informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.", "STANDARDISATION AUTHORITY", "32404.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif ġie reklutat il-persuna li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' l-standardisation authority?", "B'liema kundizzjonijiet tax-xogħol?", "Meta ġie reklutat?", "X'inhu x- xogħol tiegħu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ma hemm l-ebda persuna impjegata ma' l-Awtorita' Maltija dwar l-Istandards bl-isem u l-indirizz mogħtija mill-Onor.", "Interpellant.", "SHIPBUILDING - SKEMA TA' RTIRAR", "32405.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm s'issa ħaddiema 1) tat- tarzna ta' Bormla 2) tas-shipbuilding li ħadu l-offerta tal-iskema ta' rtirar kmieni mix-xogħol?", "Min huma f'kull każ?", "Kemm ħadu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li s'issa kien hemm 397 ħaddiem mill- Malta Drydocks u 44 ħaddiem mill-Malta shipbuilding li applikaw għall- offerta ta' rtirar kmieni mix-xogħol.", "Ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-ismijiet ta' dawn il-persuni u l-ammont relattiv għal kull wieħed minnhom.", "HILTI LOCAL CENTRES", "32406.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jaħdmu fil-hilti local centres tal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi ċentru b'ċentru?", "F'kull ċentru min applika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn kull skola fejn hemm stabbilit ċentru Ħilti kien hawn dawn in-numru ta' persuni li applikaw biex jassistu lil- local programme animator biex imexxu ċ-ċentru wara l-ħin ta' l-iskola:", "|Ċentru |Numru ta' | | |applikanti | |Cospicua |9 | |Dingli |4 | |Għaxaq |4 | |Gżira |4 | |Ħamrun |7 | |Valletta |7 |", "HILTI LOCAL CENTRES", "32409.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ tal-persuni reklutati għall-hilti local centres x'inhuma r-rati ta' ħlassijiet għad-diversi dmirijiet?", "Kif ġie stabbilit il-ħlas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija nkluża fit-tweġbia għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32238.", "Informat li r-rati ġew stabbiliti hekk: - Il-Co-workers tal-local programme animators: l-ogħla rata ta' supply teacher.", "- Local programme animators li jmexxu ċentru Ħilti: l-ogħla rata ta' supply teacher u Lm1 fis-siegħa marbuta ma' koordinament ta' tim magħmul minn co-workers u voluntiera.", "QUALITY CONTROL LABORATORY", "32425.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru.", "32204, jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehiem li intlaħaq mad- ditta Harrison Malta Environmental Ltd?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Peress li l-ftehim huwa ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess taż-żewġ partijiet li jsir pubbliku.", "Madankollu ta' min jgħid li dan il-ftehim intlaħaq fl-ambitu tal-ko- operazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat.", "PLANNING AUTHORITY – SUR TA' L-IMDINA", "32426.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "32201, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax permessi mid-dipartiment ta' l- artijiet għall-aċċess u allura użu ta' l-ispazju fuq is-Sur ta' l-Imdina minn Casa Magazzini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-taqsima proprjeta` tal-gvern ma tat l-ebda permessi biex isir aċċess u użu ta` l-ispazju fuq is-Sur tal- Imdina minn Casa Magazzini.", "Infurmat ukoll illi dan il-każ qed jiġi investigat mill-imsemmija taqsima."]} {"filename": "20020225_702d_par.doc", "date": "2002-02-25", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 702 It-Tnejn, 25 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 702", "It-Tnejn, 25 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "702", "It-Tnejn, 25 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 34", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 34", "TQEGĦID TA' KARTI 38", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 40", "AĠĠORNAMENT 60", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 65", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 701 li saret fl-20 ta' Frar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PRODUZZJONI GLOBALI TAL-BAJD F'MALTA", "30782.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex matul l-2001 separatament?", "Kemm kien il-prezz medju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li l-produzzjoni globali ta' bajd frisk f'Malta u Għawdex fl-2001 hi stmata li kienet ta' 71,406,151.", "Ma nżammux ċifri separati għal Malta u Għawdex.", "Il- prezz medju kien ta' bejn Lm1.00 u Lm1.20 kull kartuna.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun is-sussidju li se jingħata mill-Unjoni Ewropea biex isir dan 'l hekk imsejjaħ ristrutturar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bħalma kelli okkażjoni ngħid diversi drabi, is-settur tal-produzzjoni tal-bajd flimkien mas-settur tal- produzzjoni tal-broilers huwa nkluż fl-SMPPMA.", "F'dan il-programm, li qiegħed fil-fażi finali tiegħu, hemm indikazzjoni kemm se jingħata sussidju lil dan is-settur u nispera li fil-ġimgħat li ġejjin jiġi ppubblikat ir- rapport.", "Il-kunċett hu li l-levies li japplikaw għas-settur ta' produzzjoni ta' bajd frisk jiġu mneħħija fuq perijodu ta' snin u l-bdiewa u r-raħħala jingħataw għajnuna finanzjarja sabiex jiġi garantit lilhom dħul xieraq u ġust.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Fil-fine-tuning li qed jagħmel il-gvern dwar dan ir- rapport, qiegħed jikkonsidra li jżid aktar il-fondi għal dan l-istrutturar minħabba li l-għexieren ta' miljuni li se jinġiebu mill-Unjoni Ewropea għal numru ta' inizjattivi ta' din ix-xorta se neħduhom wara għaxar snin li pajjiżna jkun sar membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, 15-il-ġurnata ilu l-Unjoni Ewropea ħarġet framework ta' kif jistgħu jiġu applikati l-fondi lill-għaxar pajjiżi kandidati lejn sħubija sħiħa.", "L-SMPPMA huwa l-pakkett speċifiku u tailor- made għal pajjiżna.", "Dan jinvolvi għexieren ta' miljuni ta' liri Maltin li se jingħataw lill-bdiewa u lir-raħħala biex wara li jitneħħew il-levies b'mod gradwali, dawn l-istess produtturi jibqa' jkollhom id-dħul tagħhom garantit biex jagħmel tajjeb għall-price difference u biex f'idejhom ikollhom fondi biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu r-ristrutturar neċessarju.", "Imbagħad hemm il-common agricultural policy li bħalma jaf kulħadd, hija bbażata fuq żewġ pilastri; l-għajnuna diretta lill-bdiewa u lir-raħħala, dak li jissejjaħ il-classical pillar u l-pilastru l-ieħor li permezz tiegħu kulmin hu nvolut fil-biedja jingħata l-għajnuna tar-rural development.", "Mr Speaker, dalgħodu stess nidejna uffiċjalment l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni ma' dawk kollha interessati fis-settur agrikolu biex flimkien infasslu l-pjan ta' żvilupp rurali.", "Bis-saħħa ta' dan il-pjan ikun hemm ukoll għajnuniet mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-preżent 90% tal-fondi ta' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri madwar Lm18-il biljun fis-sena, imorru fuq l-ewwel pilastru, dak tal-common agricultural policy u l-10% l-oħra jmorru fuq ir-rural development.", "Kulmin huwa ntiż fuq dan is-suġġett jaf li anke l-Ewropa qiegħda taħseb kif se timmodifika l-mod kif tissussidja lill- bdiewa u r-raħħala tagħha.", "Infatti l-ħsieb huwa li din is-sena jkun hemm a mid-term review biex jaraw kif jistgħu jittieħdu ċerti ammonti mill-ewwel pilastru u jintefgħu fuq it-tieni pilastru.", "B'hekk ikun hemm iżjed għajnuna li tkun intiża għal żvilupp rurali.", "Fost affarijiet oħra żvilupp rurali jfisser il-food safety, li jkollok provvista ta' ilma għall-irrigazzjoni, li jkollok l-iġjene fl-irziezet, li tieħu ħsieb il-wirt rurali fil-kampanja u diversi aspetti oħra.", "Fir- rural development programme għandek wieħed mill-vitijiet li jikkonsisti fil- fondi finanzjarji li permezz tagħhom il-bdiewa, ir-raħħala u l-produtturi tal-bajd frisk ikunu jistgħu jagħmlu l-istrutturar neċessarju fl-irziezet tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Għaliex il-gvern se joħroġ is-sussidji għall- imsejjaħ telf li seta' akkumula lill-industrija lokali tal-bajd frisk u fl- istess ħin se jara li l-protezzjoni li għandha jżarmaha, vis-à-vis l-Unjoni Ewropea filwaqt li jħalli l-istess pożizzjoni għal ma' pajjiżi li ma jkunux membri?", "X'inhi r-raġuni ta' dan kollu u x'benefiċċju se jkollu l-gvern, il- poplu u din l-industrija f'dan is-sens?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, se nerġa' nirrepeti dak li għedt il-ġimgħa l-oħra u l-ġimgħa ta' qabel.", "Meta inti tingħaqad fi grupp trid toqgħod għal ċerti kondizzjonijiet ta' dak il-grupp.", "F'Malta għandna 67 lokalita`, fosthom ir-Rabat u ż-Żurrieq u la dawn huma parti minn Malta, iridu joqogħdu għal-liġijiet tal-lokalitajiet kollha magħqudin flimkien.", "U l- Unjoni Ewropea b'dan il-mod timxi.", "In-negozju bejn il-pajjiżi li jkunu membri jkun liberu u mingħajr tariffi – sakemm ma jkunx hemm l-eċċezzjonijiet – pero` meta jkun hemm importazzjoni ta' ċerti prodotti minn third countries, per eżempju mill-Uganda, mill- Iżrael, mill-Arġentina jew mill-Kanada, għal xi pajjiż li jkun membru fl- Unjoni Ewropea bħall-Ġermanja, Franza, Belġju, l-Olanda u Malta – li jekk Alla jrid ukoll tkun membru - trid titħallas dik li tissejjaħ il-common external tariff.", "Jiġifieri bħalma aħna llum għandna l-levy għall-prodotti li jidħlu f'pajjiżna, anke biex jidħol prodott fil-pajjiżi li jkunu membri fl-Unjoni Ewropea trid titħallas il-common external tariff.", "Issa ħalli nerġa' nispjega għalfejn aħna qegħdin inneħħu dawn il-levies.", "Jekk wieħed iħares lejn id-direzzjoni li bih miexi s-suq mondjali u jara x'ħareġ mill-aħħar meeting tal-world trade organisation li sar f'Doha, isib li t-trend hi li dawn l-imbierka levies jitneħħew gradwalment fost l- unjonijiet kollha li hawn fid-dinja.", "Għandek l-Unjoni Ewropea, il-Kanada, il-United States of America, il-Mercusur Group, il-grupp ta' l-Asja, il- Ġapan u l-Awstralja.", "Dawn huma kollha ġganti.", "U allura bil-mod il-mod anke bejn dawn il-ġganti l-levies iridu jitneħħew.", "Nerġa' ngħid li anke f'pajjiżna l-levies se jitneħħew gradwalment - dan stqarru anke l-Kap ta' l-Oppożizzjoni bil-policy tiegħu ta' Svizzera fil- Mediterran, fl-intervista li kellu fid-29 ta' April, 1998 - u biex inkunu nistgħu nneħħuhom għamilna dan il-programm speċjali, l-SMPPMA, sabiex niggarantixxu li d-dħul tal-bdiewa u tar-raħħala ma jonqosx permezz ta' din l-għajnuna.", "Mr Speaker, din m'hijiex xi għajnuna ta' barra minn hawn imma hija għajnuna li t-taxpayer irid iħallas lill-bidwi u lir-raħħal.", "Aħna f'Malta għandna l-protezzjoni li tfisser li l-mara tad-dar tħallas prezzijiet ogħla għall-prodotti li tixtri.", "Bit-tneħħija ta' dawn il-levies il-poplu Malti se jdaħħal idu fil-but, il-prezzijiet se jinżlu u l-poplu se jagħti dik li tissejjaħ state aid.", "U din m'hijiex xi ħaġa li vvintaha l- Partit Nazzjonalista fl-2002.", "Fil-fatt jekk tħares lejn is-sussidju tal-qasam agrikolu fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, issib li l-blokk Ewropew huwa l-iżjed blokk ta' nazzjonijiet li jissussidja l-agrikoltura tiegħu.", "Huwa kkalkulat li l- blokk Ewropew jissussidja l-agrikoltura tiegħu b'madwar 45%.", "Warajh jiġu pajjiżi oħra bħall-United States of America, il-Kanada, il-Mercusur group u gruppi oħra.", "Nerġa' ngħid li l-għajnuna li tingħata permezz ta' l-iState aid m'hijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Per eżempju, il-bdiewa u r-raħħala tal-Ġermanja jirċievu għajnuna totali ta' madwar Lm6 biljun fis-sena.", "Nofs din is-somma tiġi mill-common agricultural policy ta' l-Unjoni Ewropea u n-nofs l-ieħor jiġi mingħand il-poplu Ġermaniż li jħallas it-taxxa.", "B'hekk il-bdiewa u r- raħħala jkollhom moħħhom mistrieħ li jipprovdu provvista adegwata ta' prodotti tajbin għall-ikel kif ukoll jieħdu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fid-dawl ta' dak li qed iwieġeb il- Ministru, ma jħossx li għandu jirtira dak li qal ladarba jirriżulta li l- world trade organisation tippermetti li pajjiżi differenti japplikaw protezzjoni għall-biedja skond il-kontinġenza ta' pajjiżhom?", "Jiġifieri fi ħdan il-WTO hemm framework fejn dak li hu tajjeb għall-Amerika jkun tajjeb għall-Amerika u jiġi nnegozjat, dak li jkun tajjeb għall-Unjoni Ewropea jiġi negozjat għall-Unjoni Ewropea u dak li jkun skond il-kontinġenza ta' Malta, ikun negozjat għal Malta.", "Fl-istess ħin il-Ministru kien qal li l- qafas ta' protezzjoni li għandna llum huwa aħjar minn dak ta' tariffi, dazji, kwoti u kontrolli li jeżistu fix-xenarju kollu, sija ta' l-Amerika u sija ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru jikkonferma li dan qalu hu stess?", "Jekk irid, infittixhielu pero` mhux biex nagħmilhielu ma' wiċċu kif mar qal imma biex nurih il-fatti kif dejjem nagħmel.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nispera li m'aħniex se nerġgħu nibdew bit- teatrini.", "Li għedt jiena hu li hawnhekk membru ta' l-Oppożizzjoni qasam il- Kamra ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Il-Ministru kien qiegħed iwieġeb domanda supplimentari.", "L-Onor.", "Noel Farrugia, on a point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ngħaddilu d-domanda ħalli jaqraha għal raġunijiet ta' etika u ta' rġulija, jekk teżisti!", "MR SPEAKER: Il-Ministru jkompli bit-tweġiba tiegħu jekk jogħġbu.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hekk imorru l-affarijiet, bl-edukazzjoni u bil-kwiet.", "Hekk nieħu gost Mr Speaker!", "L-Onor.", "Farrugia qed jagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27,913 li kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Ministru għall-agrikoltura u sajd jgħid għaliex il-gvern Malti matul l-1999, is-sena 2000 u s-sena 2001 m'għamilx talbiet fi ħdan il-world trade organisation, sabiex jipproteġi lis-settur tal- biedja permezz ta' special safeguard provisions kif għamlu 38 pajjiż membru tal-world trade organisation, inkluża l-Polonja, li bħal Malta hija pajjiż applikant għal sħubija fl-Unjoni Ewropea sabiex jipproteġu l-biedja u l-għajxien tal-familji tagħhom?\"", "U t-tweġiba kienet tgħid hekk:", "\"L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li l-ispecial safeguard provisions japplikaw meta l-pajjiż ikun intrabat bi kwota ta' importazzjoni ta' xi prodott u li din il-kwota ta' importazzjoni tkun soġġetta għal tariffa ta' produzzjoni baxxa ħafna.", "Dawn l- arranġamenti jsiru meta pajjiż isir membru tal-world trade organisation\".", "Issa ħalli nispjega ftit.", "Forsi min hu ntiż fuq dan is-suġġett jaf x'jiġifieri.", "L-Unjoni Ewropea għandha agreement ma' New Zealand u ma' l- Awstralja dwar l-importazzjoni ta' laħam - dan huwa reċiproku minn naħa għal oħra – biex jekk naħa tieħu ċertu ammont ta' beef, per eżempju, tieħu 100 tunnellata beef, trid tħallas tariffa ta' 10c per kilo imma malli taqbeż din il-kwota, il-levy titla' għal Lm1.", "Dik hija t-tariff quota.", "Imbagħad l-istess risposta kompliet tgħid hekk:", "\"L-Onor.", "Interpellant jaf li meta Malta saret membru tal-world trade organisation, ma ntrabtietx bi kwota.\"", "Din huwa ovvju għaliex, per eżempju, fil-każ taċ-ċanga huwa inutli li nintrabtu bi kwota.", "Aħna f'pajjiżna rridu madwar 7000 tunnellata ta' ċanga filwaqt li nipproduċu biss 1000 tunnellata.", "Allura se nintrabat li nġib ftit ċanga minn barra meta naf li jekk m'iniex se nġib aktar, il-prezz se jogħla ħafna!", "Mhux ħaġa minn ewl id-dinja din!", "Għalhekk ma nistgħux nagħmlu tariff quota għal pajjiżna!", "La m'għandniex production għall-konsum lokali għalfejn nagħmel barrier?", "Għalfejn nagħmel iċ-ċintorin u norbot idejja?!", "Jekk jien ngħid li pajjiżna jrid idaħħal biss 4000 tunnellata imbagħad il-konsum jitla' iżjed minn daqshekk u jkolli noqgħod nagħmel taxxa biex il-mara tad-dar ...", "(Interruzzjonijiet)", "Meta inti għandek konsum ta' madwar 7000 tunnellata jew 8000 tunnellata – qed nitkellem fuq il-laħam taċ-ċanga - u għandek produzzjoni ta' 1000 tunnellata, ma tistax torbot idejk u tgħid li mill-Kanada jew mill-Irlanda se ġġib biss 4000 tunnellata u iżjed minn daqshekk tibda tħallas Lm2 kull kilo.", "Għaliex jekk tagħmel jiġri li tkun qed torbot idejk u jekk iġġib iżjed, lill-mara tad-dar tkun qed tgħollilha l-prezz b'Lm2!", "Dak li qed jgħid.", "(Interruzzjonijiet)", "U l-istess risposta tkompli tgħid hekk:", "\"L-Onor.", "Interpellant jaf li meta Malta saret membru tal-world trade organisation ma ntrabtietx bi kwota.", "Fil-fatt Malta għandha qafas wisq aħjar u din hi l-fehma ta' esperti kbar.\"", "- u meta qed ngħid qafas wisq aħjar m'iniex qed nirriferi għaċ-ċanga imma għal diversi prodotti oħrajn -", "\"Għaldaqstant il-mekkaniżmu ta' special safeguard measures, ma japplikax.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jkun assigurat li jekk u meta Malta tenħtieġ li tbiddel il-qafas ta' protezzjoni li għandha bħalissa, il-gvern jara li jiġu fis-seħħ dawk il-miżuri kollha meħtieġa li jassiguraw il-vijabilita` u l-qliegħ tal-bidwi u r-raħħal Malti.\".", "U aħna dak li qegħdin ngħidu.", "Aħna se jkollna policy programme għall- biedja Maltija u dawn l-ispecial measures huma mmirati biex jiggarantixxu d- dħul xieraq u ġust lill-bidwi u lir-raħħal Malti.", "Nerġa' ngħid li dan il- programm ta' tneħħija ta' levies jaqblu magħha ż-żewġ naħat tal-Kamra u ma noqogħdux ninħbew wara subajna!", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Irrid inkun on record li ngħid kli m'hu veru xejn li ż-żewġ naħat jaqblu.", "Qed nispjega li l-WTO għandha framework kif taħdem skond il-kontinġenza tal-pajjiż, sija fil-każ ta' Malta li m'għandniex riżorsi, sija fil-każ ta' l-Unjoni Ewropea li m'għandhiex riżorsi u sija fil-każ ta' l-Amerika li tista' tforni lid-dinja kollha bir-riżorsi li għandha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena ma' dan li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant assolutament ma naqbilx.", "Il-ġimgħa l-oħra poġġejt fuq il- Mejda tal-Kamra d-dokumenti u anke kopja ta' l-intervista li kienet ingħatat fl-1998 li t-tnejn jitkellmu waħedhom.", "Mr Speaker, illum il-WTO qed tgħid li biex in-negozju jkun ġust u biex ħadd ma jibqa' lura, anke hi se tagħmel il-mixja biex pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jesportaw lejn pajjiżi żviluppati l-prodotti ta' l-ikel kollha – basta dawn ikunu safe u ta' kwalita` tajba u naturalment jitneħħew it-tariffi – ħlief armi.", "Għax il-WTO trid li anke l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikollhom iċ-ċans – u fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw hemm iżjed biedja – li jipproduċu prodotti ta' kwalita` u li għal dawn il- prodotti jitneħħew il-levies, jitneħħew il-barriers u jkunu jistgħu jesportaw lejn pajjiżi żviluppati bħalma huwa l-blokk Ewropew.", "B'din il- policy qed jinfetaħ is-suq biex fuq dawn il-prodotti ta' kwalita` jitneħħew l-imbierka tariff quotas u l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ikollhom iċ- ċans jesportaw lejn pajjiżi aktar żviluppati minnhom.", "Nerġa' ngħid li l-Unjoni Ewropea għandha l-protezzjoni tagħha u għandha dawk li jissejħu l-export refunds li bil-mod il-mod ukoll iridu jitneħħew.", "L-Istati Uniti ta' l-Amerika wkoll tipproteġi l-biedja tagħha bl-export levies.", "U bit-taħditiet \"bil-ġlied\" li jkun hemm bejn dawn il-blokok il- kbar, b'mod partikolari bejn l-Unjoni Ewropea u l-United States of America, min-naħa titla' l-export subsidy u min-naħa l-oħra jitilgħu l-export levies.", "U l-kunċett tal-WTO hu li biex is-suq ikun iżjed fair, il-bdiewa ta' pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw jingħataw iċ-ċans li ladarba l- prodotti tagħhom ikunu ta' kwalita` tajba, ikunu jistgħu jesportawhom lejn pajjiżi aktar żviluppati u b'hekk jingħataw iċ-ċans li jkollhom ħajja diċenti bħal ħaddieħor.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 46 ta' l-2002 – Indiċi ta' l-Inflazzjoni għas-sena 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar għamara li nxtrat għall-MCAST, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 31552;", "Rapport maħruġ mill-Bord tal-Matsec b'referenza għall-eżamijiet tas- Sec 2001 u Newsletter maħruġ mill-Matsec Support Unit f'Jannar 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31747; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 43 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 dwar Ħtiġiet Minimi ta' Saħħa u Sigurta' f'Xogħol b'apparat ta' Wiri fuq Skrin;", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Ħtiġiet Minimi ta' Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol;", "Avviż Legali Nru 45 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar it- Twaħħil ta' Sinjali tas-Saħħa u, jew tas-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol;", "Avviż Legali Nru 49 ta' l-2002 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-2001 dwar is-Soċjetajiet Koperativi (Att Nru XXX ta' l-2001);", "Tabella li turi l-għadd ta' żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru fil- lokalitajiet tar-raba' distrett elettorali f'Settembru 2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31682; u", "Tabella li turi l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f'Diċembru tas-snin bejn l-1991 u l-2000 u f'Settembru ta' l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31689.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Skeda ta' tariffi għall-attendenza fiċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal fl-Isptar Zammit Clapp, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31773; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 50 ta' l-2002 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' diversi Regolamenti taħt l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent (Att Nru XX ta' l- 2001); u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Lista li turi l-għadd ta' persuni minn pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea li nħarġilhom work permit matul l-2001, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 31616;", "Tagħrif dwar korsijiet li saru fl-Akkademja tal-Pulizija matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31618;", "Tabella li turi n-nazzjonalita` ta' barranin li żżewġu bi żwieġ ċvili fl-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31725;", "Statistika ta' reġistrazzjonijiet fir-Reġistru Pubbliku f'Malta matul l-2001, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31735; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 47 ta' l-2002 – Korrezzjonijiet bis-saħħa ta' l-Att ta' l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji (Att Nru. IX ta' l-1980);", "Avviż Legali Nru 48 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 dwar Emenda tal-Ħdax-il Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali;", "K.L.B.L. 51/3/2002 - Bye-Laws ta' l-2002 dwar l-Użu ta' Faċilitajiet (Kunsill Lokali Safi);", "K.L.B.L. 58/2/2002 – Bye-Laws ta' l-2002 dwar Reklami fuq Għamara tat- Toroq (Kunsill Lokali Santa Venera); u", "Tagħrif dwar xufiera mal-ġudikatura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31729.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mill-20 ta' Frar, 2002)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, in segwitu` għad-diskussjoni li kellna l-aħħar darba li ltqajna fuq dan l-abbozz ta' liġi, iridu jsiru numru ta' emendi.", "Jekk tippermettili l-Kamra, nixtieq nirrileva li d-diskussjoni fuq klawsola 46 hija sospiża u fil-fatt iktar tard se ngħaddi lill-Membri ta' l- Oppożizzjoni t-tibdil li qed jiġi propost għal din il-klawsola.", "Irridu wkoll nemendaw paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 14 biex il- kumitat ta' garanzija ma jservix bħala struttura ta' appell, kif kien propost, u dan minħabba l-poteri speċjali li jeżerċita s-sovrintendent.", "Forsi l-aħjar ħaġa li nagħmlu issa hija li nkomplu d-diskussjoni fuq klawsola 50, nagħti l-informazzjoni li ntalbet fuq klawsola 49 u mbagħad nirritornaw għad-diskussjoni fuq klawsola 46.", "Klawsola 50 - Treġġigħ lura ta' proprjeta` kulturali misruqa u esportata kontra l-liġi.", "Clause 50 - Return of stolen and illegally exported cultural property.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, klawsola 50 qed titkellem dwar l- awtorizzazzjoni għar-ratifika ta' l-Unidroit Convention fuq il-proprjeta` kulturali misruqa li tkun esportata illegalment, liema konvenzjoni ġiet addottata ġewwa Ruma f'Ġunju ta' l-1995.", "L-aħħar darba kien hemm min staqsa liema huma l-konvenzjonijiet li Malta ffirmat s'issa, u ġejt informat li l-konvenzjonijiet li Malta ffirmat s'issa huma l-European Cultural Convention tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li ġiet addottata fl-1954, il- World Heritage Convention tal-UNESCO, li ġiet addottata fl-1972, il- Convention for the Protection of the Architectural Heritage tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li ġiet addottata fl-1985, il-European Convention on the Protection of the Archeological Heritage, li ġiet riveduta mill-Kunsill ta' l-Ewropa fl-1992 u l-European Landscape Convention, li ġiet addottata mill- Kunsill ta' l-Ewropa fis-sena 2000.", "Permezz ta' waħda mill-klawsoli li għaddejna matul l-aħħar seduta li fiha ddiskutejna dan l-abbozz ta' liġi qegħdin ngħidu li s-setgħat u d-dmirijiet li jitkellem dwarhom dan l-abbozz ta' liġi se jkunu eżerċitati b'manjiera li jkunu jikkonformaw mal-konvenzjonijiet li diġa' semmejt jew inkella ma' xi konvenzjoni oħra li Malta tista' tidħol membru fiha dwar l-użu u l- konservazzjoni ta' proprjeta` kulturali, kemm jekk din tkun nazzjonali kif ukoll jekk tkun dinjija.", "Klawsola 49, li diġa' għaddejnieha, qiegħda titlob li meta wieħed ikun qed isegwi t-twettiq ta' dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu, iżomm quddiem għajnejh dawk l-obbligi li Malta daħlet għalihom u bi klawsola 50 qegħdin nirratifikaw u nidħlu bħala parti mill- Unidroit Convention on Stolen or Illegally Exported Cultural Objects.", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 50 qed ngħidu li wara li ssir konsultazzjoni mal-kumitat ta' garanzija, ikunu jistgħu jsiru regolamenti li jipprovdu għat-twettiq tad-diversi dispożizzjonijiet ta' din il-konvenzjoni, liema regolamenti jkollhom seħħ anke jekk f'xi liġi oħra jista' jkun hemm xi provvediment li huwa kuntrarju.", "L-Unidroit Convention hija konvenzjoni li kif diġa' għedt, ġiet addottata matul laqgħa li kienet saret ġewwa Ruma f'Ġunju ta' l-1995.", "Ta' min jgħid li din il-konvenzjoni tirrifletti l- importanza tal-ħarsien tal-wirt u ta' l-iskambji kulturali li tant huma meħtieġa għall-għarfien aħjar ta' l-identita` tal-popli konċernati.", "Fil- perijodu li ġiet addottata l-Unidroit Convention kien hemm tħassib dwar il- kummerċ illegali ta' proprjeta` kulturali, dwar il-ħsara irreparabbli li kienet qed issir lill-wirt kulturali kif ukoll dwar is-serq ta' diversi affarijiet kulturali, inkluż ta' informazzjoni importanti ħafna fil-kamp arkeoloġiku, storiku u xjentifiku.", "Għalhekk diversi pajjiżi kienu ltaqgħu f'Ruma biex jiġġieldu kontra l-kummerċ illegali tal-patrimonju kulturali proprju biex jistabilixxu regoli komuni, dawk li nsejħulhom \"minimum standards\", għal meta xi oġġett kulturali jittieħed f'xi pajjiż li huwa firmatarju ta' din il-konvenzjoni.", "Sur President, l-ewwel parti ta' din il-konvenzjoni tittratta dwar id- definizzjonijiet, it-tieni parti tittratta dwar dawk l-oġġetti kulturali li jiġu misruqa u t-tielet parti tittratta dwar dawk l-oġġetti kulturali li jiġu esportati illegalment.", "Imbagħad f'din l-istess konvenzjoni hemm it- taqsima tal-provvedimenti ġenerali, li tidħol fl-obbligi u fil-proċeduri li jridu jsegwu l-pajjiżi membri ta' din il-konvenzjoni meta huma jkollhom informazzjoni dwar proprjeta` misruqa jew inkella esportata illegalment.", "Permezz ta' klawsola 50, Malta wkoll se tidħol membru ta' l-Unidroit Convention ħalli bħal ħafna pajjiżi oħrajn, f'każ li xi ħadd ikollu hawn Malta jew inkella jġib hawn Malta proprjeta` kulturali misruqa li tkun ta' xi stat ieħor, u l-istat konċernat ikun jaf b'dan, aħna se nidħlu fl- obbligu li nsegwu l-proċedura li għandha tintuża biex nirritornaw din il- proprjeta`.", "Min-naħa l-oħra jekk il-gvern Malti jsir jaf li xi ħadd seraq minn Malta jew inkella esporta illegalment minn Malta wirt kulturali Malti lejn xi pajjiż ieħor li huwa membru ta' din il-konvenzjoni, allura aħna jkollna d-dritt li nitolbu li dawn il-proċeduri jiġu esegwiti bl-iskop li nkunu nistgħu niksbu l-wirt tagħna lura.", "Jien naħseb li f'dan l-istadju għedt dak kollu li jista' jingħad fuq klawsola 50.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jista' l-Ministru jispjegalna f'liema sens qed ngħidu li l-wirt kulturali jkun \"misruq\"?", "Il-kelma \"misruq\" xi tfisser f'dan il-kontest?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kelma \"misruq\" f'dan il-kontest għandha l-istess tifsira li nagħtu fil-liġijiet lill-kelma \"serq\".", "Jekk wieħed jara l-liġi kriminali tagħna jsib xi tfisser il-kelma \"serq\".", "Issa naturalment dan is- serq jista' jkun kemm aggravat kif ukoll sempliċi.", "Hawnhekk m'aħniex qed nidħlu fil-kwestjoni ta' jekk dan is-serq huwiex aggravat jew sempliċi, pero` għall-finijiet tal-liġi kriminali tagħna hemm ċans kbir li s-serq ta' patrimonju kulturali jiġi meqjus bħala aggravat, anke minħabba l-valur tiegħu jew inkella minħabba l-post li minnu jkun insteraq.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nifhem x'ifisser \"serq\" u m'iniex qed nitlob lill-Ministru jagħtini din l-ispjegazzjoni b'kapriċċ.", "Kulma rrid inkun naf jien huwa x'ifisser \"serq\" fil-konvenzjoni.", "Fil-konvenzjoni l-kelma \"serq\" tfisser \"xi ħaġa meħuda jew misruqa mingħajr ma l-pajjiż ikun jaf b'dan\"?", "Ejjew nieħdu l-eżempju li jien xtrajt xi ħaġa minn barra minn Malta li għandha valur kulturali u ġibtha miegħi f'pajjiżna.", "Issa jekk eventwalment jiġi skopert li dak li nkun xtrajt ikun misruq, dan l-oġġett ikun irid jiġi rritornat?", "Hawnhekk jien m'iniex qed nistaqsi jekk jien, li nkun xtrajt dak l-oġġett mingħajr ma nkun naf li hu misruq neħilx xi penali imma jekk eventwalment jiġi skopert li dak l-oġġett li nkun ġibt miegħi Malta jkun oġġett kulturali tal-pajjiż li nkun żort, inkunx irrid nirritornah.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-konvenzjoni tapplika għall-claims of an international character.", "Per eżempju, il-gvern Malti jista' jagħmel claim lill-gvern ta' xi pajjiż ieħor għal return of stolen cultural property u għar-return of cultural objects removed from the territory of a contracting state contrary to its law regulating the export of cultural objects for the purpose of protecting its cultural heritage.", "Mela jekk nieħu l-każ li ġab l-Onor.", "Vella fejn, għall-grazzja ta' l-argument, kien barra minn Malta, xtara oġġett ta' wirt kulturali in bona fede u wasal Malta bih, l-ewwel mistoqsija li se tqum hija: X'inhuma r-regolamenti tal-pajjiż li minnu tkun xtrajt dak il-wirt kulturali dwar l-esportazzjoni tal-patrimonju kulturali?", "Kieku ġara bil-maqlub, jiġifieri turist xtara oġġett ta' wirt kulturali minn pajjiżna, aħna għandna regolamenti apposta li taħthom jiġu esportati affarijiet bħal dawn.", "Aħna, hawn Malta, ma nistgħux nesportaw xi wirt ta' patrimonju kulturali mingħajr il-permess tas-sovrintendent, imma jekk dak li jkun imur f'xi pajjiż ieħor u jixtri xi oġġett ta' wirt kulturali se jsib l-istess tip ta' regolamenti li għandna aħna?", "Jien naħseb li x'aktarx se jsib l-istess tip ta' regolamenti għax hawnhekk ħadd m'hu qed jivvinta r-rota.", "Mela jekk il- pajjiż li minnu tkun xtrajt dan l-oġġett ikun kontraenti għal din il- konvenzjoni, sakemm inti tkun qed issegwi dawn ir-regolamenti, dak l-istat ma jistax jagħmel claim lill-gvern Malti għar-ritorn ta' dak l-oġġett fuq il-bażi li inti tkun esportajtu illegalment minn dak il-pajjiż, pero` jekk dan il-pajjiż ikollu provi li dak l-oġġett li inti tkun xtrajt in bona fede kien oġġett misruq ...", "Issa normalment jekk lil xi pajjiż jinsteraqlu xi oġġett ta' wirt kulturali, hemm iċ-ċans li l-awtoritajiet tal-Pulizija mal- ewwel ikunu informati b'dan u dan il-każ jiġi listed fuq ir-reġistru tas- sovrintendenti kollha għax altro che tkun ġibt oġġett ta' wirt kulturali minn barra bl-osservanza tar-regoli tal-pajjiż u altro che dan l-oġġett ikun misruq.", "Jien naħseb li ma tantx se ssib lil min iġib f'pajjiżna oġġett li jkun jaf li hu misruq u jiddikjarah, u ħafna drabi l-każ ikun li wieħed jixtri dak l-oġġett mingħajr ma jkun jaf li hu misruq u jkollu spjegazzjoni mill-iktar valida ta' kif dan ikun akkwistah.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, dak li qed jgħid il-Ministru japplika wkoll għal dawk l-oġġetti li jkunu ġew illevati mill-area territorjali tal- pajjiż?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mhux l-ewwel darba li naqsu manuskritti mill- bibljoteka u mbagħad dawn tfaċċaw waqt li kien qed isir xi rkant f'pajjiż ieħor, bħal, per eżempju, f'Londra.", "Issa li nixtieq inkun naf jien huwa dan; jekk insiru nafu li oġġett ta' wirt kulturali Malti jinsab għall-bejgħ minn kumpannija privata, il-konvenzjoni tagħtina protezzjoni biex nagħmlu claim għal dan l-oġġett?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija \"iva\".", "Jekk niskopru li oġġett ta' wirt kulturali jkun ġie misruq, il-pussessur ta' dan l-oġġett ikun obbligat li jirritornah, u fil-fatt il-konvenzjoni li qed naddottaw għandha proċedura ta' kif il-pajjiżi li huma membri ta' din il-konvenzjoni jistgħu jġiegħlu lill-pussessur jagħmel dan.", "Din il-konvenzjoni għandha ħafna dettalji oħra.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra din il-konvenzjoni tgħid li jekk il-pussessur ta' oġġett misruq ikun ħa fil-pussess tiegħu dan l- oġġett in bona fede, għalkemm huwa jkun irid jirritorna dak l-oġġett lura, ikollu dritt għal ċertu kumpens.", "Naturalment imbagħad min jinstab li l-oġġett ta' wirt kulturali li jkollu fil-pussess tiegħu ma jkunx qiegħed għandu in bona fide jiġi sottomess għal proċeduri kriminali għax jew ikun hu l-ħalliel jew inkella jkun kompliċi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, fil-konvenzjoni hemm xi limitu ta' żmien bħala retroattivita` jew ta' preskrizzjoni?", "Jekk hemm, kemm imur lura?", "Għax wieħed jista' jinduna li xi oġġett ta' wirt kulturali jkun ġie misruq jew inkella ġie esportat mill-pajjiż illegalment wara xi ħames snin jew għaxra.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Safejn naf jien le, m'hemmx limitu ta' żmien, u dan l- abbozz ta' liġi ma jidħolx fil-kwestjoni tal-preskrizzjoni għal azzjoni kriminali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Għalissa ejjew ninsew l-azzjoni kriminali u ngħidu li, per eżempju, xi ħadd induna li ċerti kotba li ilhom neqsin mill- bibljoteka nazzjonali tagħna xi għaxar snin sħaħ tfaċċaw f'xi kollezzjoni esebita jew inkella f'xi rkant.", "F'dan il-każ ikun hemm preskrizzjoni, allavolja jkunu diġa' għaddew għaxar snin, 11-il sena jew anke 20 sena?", "Ħaġ'oħra li rrid nkun naf hija din: Meta din il-konvenzjoni tiġi rratifikata, kemm tista' tmur lura?", "Ejjew ngħidu li, għall-grazzja ta' l- argument, se nirratifikaw din il-konvenzjoni f'Lulju li ġej u meta tiġi rratifikata, jinstab f'liema pajjiż ikun ittieħed illegalment oġġett partikolari li jkun ilu nieqes għal xi għaxar, 15, 20 jew 100 sena mill- pajjiż li jkun oriġina fih.", "F'dan il-każ, is-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi, li dalwaqt isir liġi, sakemm tista' tmur lura?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi tista' tmur lura indefinittivament.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inti taf x'inkunu qed ngħidu meta ngħidu li s-saħħa ta' dan l-abbozz ta' liġi tista' tmur lura indefinittivament, hux Ministru?", "Li nkunu nistgħu nagħmlu claim biex nieħdu lura dawk l-affarijiet kollha li ħadu l-ammiralli Ingliżi minn hawn Malta!", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma qabel xejn l-awtoritajiet ikunu jridu jaslu biex jaqblu li t-tali oġġett ikun ġie misruq u jkun ġie esportat illegalment għax it-teżi tkun illi dak li jkun ġie meħud b'forza ta' gwerra, ma jkunx ġie misruq u esportat illegalment.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ħafna affarijiet ittieħdu minħabba li ġew meqjusa li kienu spoils tal-gwerra, u jien semmejt dan il-punt meta kont qed nitkellem l-aħħar darba.", "Sfortunatament dawk kienu l-liġijiet ta' dak iż-żmien, u wieħed irid jaċċetta din l-isfortuna, pero` rridu ngħidu wkoll li wħud mill- uffiċjali Ingliżi li kien hawn Malta ħadu ħafna oġġetti li ma kinux spoils tal-gwerra u għalhekk meta huma ħadu dawn l-affarijiet, kienu qed jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk jirriżulta li wħud mill-affarijiet li kienu ttieħdu mill-ammiralli ma kenux spoils of war, u jkollna provi ta' dan, ikun jista' jsir rikors taħt din il-konvenzjoni.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra din il-konvenzjoni qed tkopri dawk l-articles of furniture li huma more than one hundred years old and old musical instruments.", "Dan ifisser li dik l-għamara li għandha inqas minn 100 sena m'hijiex koperta b'din il-konvenzjoni.", "F'din il-konvenzjoni l-limitazzjonijiet taż-żmien ma jsirux skond kemm l-oġġett ta' patrimonju kulturali jkun ilu li ttieħed imma skond jekk dan l-oġġett ta' patrimonju kulturali jkunx jaqa' taħt id- definizzjoni tal-lista ta' l-oġġetti patrimonjali kif inhuma mfissra fil- konvenzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma jien naħseb li biex oġġett ikun meqjus bħala parti mill-wirt patrimonjali tagħna m'hemmx għalfejn ikunu għaddew 100 sena minn fuqu.", "Ejjew nieħdu l-eżempju li l-mejda li fuqha ġie ffirmat il- ftehim dwar l-Indipendenza ta' Malta sparixxiet u tinstab għall-bejgħ f'xi rkant ġewwa l-Ingilterra.", "Għalkemm din il-mejda m'għandhiex 100 sena, għandha valur storiku u għalhekk naħseb li għandu jkollna dritt għaliha.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma naħsibx għax filwaqt li l-liġi tagħna tgħid li biex oġġett jikkwalifika għal ċerta protezzjoni jridu jgħaddu minn fuqu mill-inqas 50 sena, din il-konvenzjoni qed tistabilixxi li biex oġġett jikkwalifika għal ċerta protezzjoni, iridu jgħaddu mill-inqas 100 sena.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma allura rridu nistennew li jgħaddu 50 sena qabel ma nkunu nistgħu nġibu din il-mejda lura f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett jekk din il-mejda tkun ġiet misruqa jew esportata illegalment, il-konvenzjoni ma tapplikax għax m'għandhiex iktar minn 100 sena.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma ejjew ngħidu li din il-mejda ma ngħatatx importanza u kien hemm xi ħadd li warrabha, biegħha ma' l-imbarazz li kellu u din il-mejda, bl-iktar mod legali, sabet ruħha x'imkien ieħor, u jum fost l-oħrajn ikun hemm xi ħadd li jirrealizza li dik il-mejda tagħmel parti mill-istorja.", "F'dak il-każ dak li jkun kif se jikkwalifika biex iġib dak l- oġġett lura f'pajjiżna?", "Irridu napprezzaw li ħafna mill-affarijiet ma jkollhomx valur storiku mal-ewwel imma jsiru ta' valur storiku wara numru ta' snin minħabba ċerti avvenimenti li jkunu seħħew.", "Allura f'dan il- kontest aħna kif inkunu nistgħu niksbu dik il-mejda lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġaladarba din il-mejda la tkun insterqet u lanqas tkun ġiet esportata illegalment, f'dan il-każ il-konvenzjoni ma tapplikax.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma allura hawnhekk hawn loophole għax jien ma nistax nifhem għaliex f'terminu ta' 50 sena ma jista' jkollok l-ebda mobbli fil-pajjiż li jikseb ċerta importanza storika.", "Jien ġibt il-mejda li fuqha sar il-ftehim ta' l-Indipendenza ta' Malta bħala eżempju, imma ejjew nassumu li kif għedt diġa', din twarrbet, intefgħet fi store, inxtrat minn resident li xtraha b'mod legali u ħadha f'xi pajjiż ieħor miegħu u mbagħad maż-żmien inħass li din il-mejda għandha tinżamm f'xi mużew.", "Il-fatt li jkunu jridu jgħaddu 50 sena qabel ma din il-mejda tkun tista' tiġi kkonsidrata bħala ta' valur storiku ma narahx jagħmel sens assolutament.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq inkompli fuq dak li qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella.", "Kif nafu, ħafna mill-pajjiżi kisbu l- indipendenza nazzjonali tagħhom mill-aħħar gwerra 'l hawn, jiġifieri minn dawn l-aħħar 50 sena, biex ma nsemmix ukoll li wħud minnhom kisbu l- indipendenza tagħhom fis-snin sittin jew inkella fil-bidu tas-snin sebgħin.", "Ta' min jgħid li dawn il-pajjiżi, li kienu kolonji ta' pajjiżi kbar, jagħmlu l-kritika li minkejja li teżisti din il-konvenzjoni, lilhom il- pajjiżi li taħthom huma kienu kolonja, ħadulhom ħafna mill-wirt storiku tagħhom.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li smajna lin-nies ta' dawk il- pajjiżi li saru stati indipendenti matul dawn l-aħħar 30 jew 40 sena jgħidu li għalkemm uħud mill-mużewijiet li hemm fl-ibliet ewlenin tad-dinja huma mużewijiet sbieħ, uħud minnhom tistħajjilhom l-esebizzjonijiet ta' l- affarijiet misruqa li jkun hemm fid-depots tal-pulizija, u dan għaliex f'dawn il-mużewijiet ikun hemm ħafna oġġetti li jkunu jappartjenu lil pajjiżi oħra.", "Mhux l-ewwel darba wkoll li waqt konferenzi internazzjonali li jsiru mill- UNESCO jkun hemm min jilmenta li għalkemm din il-konvenzjoni tejbet dak li kien hemm qabel, il-pajjiżi ż-żgħar jew inkella dawk il-pajjiżi li jinsabu fi stadju ta' żvilupp minħabba li l-istorja nazzjonali tagħhom bħala stati sovrani bdiet fl-aħħar 40 sena xorta waħda m'humiex qed iħossuhom protetti b'konvenzjoni bħal din.", "Jien naf li billi qed nagħmel dan id-diskors hawnhekk, din il-konvenzjoni se tibqa' kif inhi u m'hu se jitbiddel xejn minnha, pero` bħalma dawk il-pajjiżi l-kbar u b'saħħithom - u wħud minn dawn il-pajjiżi għandhom storja ta' stati sovrani ta' xi 400 sena, 300 sena jew 100 sena - iħossuhom komdi b'din il-konvenzjoni, huwa bix-xieraq li pajjiżi bħalna, meta niffirmaw u nirratifikaw konvenzjoni bħal din, ikollna d-diċenza kif ukoll id-dinjita` li nartikolaw l-affarijiet kif narawhom aħna, kif inħossuhom aħna u kif nixtiequhom aħna.", "II-kollega tiegħi, l-Onor.", "Vella, semma l-kwestjoni tal-mejda li fuqha ġie ffirmat id-dokument biex pajjiżna jsir indipendenti.", "Nerġa' ngħid li b'din il-konvenzjoni, ħafna mill-pajjiżi li kisbu l-indipendenza nazzjonali tagħhom matul dawn l-aħħar 40 sena, bħalna, iridu jgħaddu 50 sena oħra biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni tal-wirt kulturali tagħhom.", "Għalhekk jekk stess naqblu li għandna niffirmaw u nirratifikaw konvenzjoni bħal din, xorta waħda għandna nammettu li pajjiż bħal tagħna għandu limitazzjonijiet kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-wirt kulturali tiegħu b'din il- konvenzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien naħseb li wieħed għandu jipprova jifhem ftit x'inhu l-iskop ta' din il-konvenzjoni.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħidu li din il-konvenzjoni qed tistabilixxi regoli u standards mill- iktar minimi possibbli.", "Irrid nagħmilha ċara wkoll li jekk għall-grazzja ta' l-argument illum wieħed isir jaf b'oġġett li ġie misruq minn Malta u li issa jinsab barra l-pajjiż, allavolja aħna m'aħniex kontraenti għal din il- konvenzjoni, xorta waħda nistgħu nagħmlu l-claims tagħna biex inġibu dak l- oġġett lura f'pajjiżna.", "Madanakollu l-pajjiżi li qed jiffirmaw u jirratifikaw din il-konvenzjoni qed ikollhom f'idejhom strument addizzjonali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali tagħhom.", "Huwa importanti wkoll illi wieħed jgħid li dawk il-pajjiżi li qed jiffirmaw din il- konvenzjoni m'humiex qed jiċċaħħdu mid-drittijiet l-oħra li jistgħu joħorġu mil-liġijiet in ġenerali jew inkella minn xi ftehim bilaterali li jistgħu jsiru.", "Għalkemm kemm il-Greċja kif ukoll l-Ingilterra huma membri ta' din il- konvenzjoni, sal-lum dawn iż-żewġ pajjiżi għadhom qed jargumentaw fuq ħwejjeġ ta' valuri arkeoloġiċi fundamentali li kienu ħadu l-Ingliżi mill- Greċja u poġġewhom fil-British Museum.", "Dawn iż-żewġ stati, indipendentament mill-konvenzjoni, xorta waħda qed jużaw il-kanali li huma disponibbli għalihom biex jinnegozjaw, jiddiskutu u jużaw il-pressjoni tagħhom kollha ħalli jkunu jistgħu jaslu għall-objettiv tagħhom.", "Naturalment meta jsiru konvenzjonijiet internazzjonali, jintlaħaq dak il- livell minimu ta' protezzjoni u ta' drittijiet li fuqhom ikun qed jaqbel magħhom kulħadd, u dan sabiex wieħed ikun jista' jeżerċita din il- protezzjoni u dawn id-drittijiet mingħajr ħafna kwestjonijiet u diffikultajiet.", "Ara f'dak il-każ li għadni kif ġibt tal-Greċja u ta' l- Ingilterra, it-tip u n-natura ta' dawk l-oġġetti patrimonjali huma esklużi mill-parametri ta' dawn il-konvenzjonijiet għax kieku kienu inklużi, kien ikun hemm il-possibbilta` li ċerti affarijiet jiġu inforzati.", "Sur President, fost affarijiet oħra din il-konvenzjoni tgħid li \"for the purposes of this convention, cultural objects are those which on religious or secular grounds are of importance for archeology, pre-history, history, literature, art or science and belong to one of the categories listed in the annexe to this convention.\"", "Issa meta wieħed jara l-\"categories listed in the annexe to this convention\" isib li jekk oġġett ma jkollux ċertu żmien ma jistax jiġi meqjus li hu parti mill-patrimonju kulturali.", "Naturalment wieħed jista' jargumenta li peress li aħna m'ilniex ħafna li sirna stat indipendenti, il- perijodu ta' 100 sena huwa twil wisq u ċerti affarijiet jista' jkollhom importanza storika anke jekk ilhom jeżistu biss sena jew sentejn.", "Madanakollu anke l-istess liġi tagħna tistabilixxi li jridu jgħaddu 50 sena qabel ma oġġett mobbli jkun jista' jiġi meqjus bħala parti mill-wirt patrimonjali tagħna.", "Naturalment imbagħad hemm il-kwestjoni ta' meta wieħed ikun jista' jagħmel it-talba, u huwa hawn fejn imbagħad tidħol il- kwestjoni tal-preskrizzjoni.", "Jekk tinsteraq it-tali pittura minn Malta u jien, għall-grazzja ta' l-argument, inkun naf li din tinsab Ruma, pero` nħalli ż-żmien jgħaddi qabel ma nitkellem, il-konvenzjoni tgħidli li jekk jgħaddu tliet snin u nibqa' ma nagħmilx it-talba, imbagħad ma nistax noqgħod ingerger jekk meta fl-aħħar nitkellem, il-konvenzjoni ma tibqax tapplika.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vella, jekk ma nkunx naf li oġġett huwa misruq u allura lanqas inkun naf fejn jinsab, ma nistax nagħmel claim.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien naf li hemm tliet snin ċans biex tagħmel claim għal oġġett li jkun ġie misruq, mibjugħ illegalment jew whatever u d- diffikulta` tiegħi hija din li se ngħid.", "Kif għedt l-ewwel, huwa fatt magħruf li ċerti uffiċjali tal-forzi Ingliżi ħadu minn hawnhekk affarijiet li mhux suppost ħadu.", "Issa qed ngħidu li jekk fi żmien tliet snin minn mindu tiġi rratifikata l-konvenzjoni ma nagħmlux claim għal dawn l-oġġetti li ttieħdu mill-uffiċjali tal-forzi Ingliżi, id-dritt li għandna fuq dawn l- oġġetti nitilfuh.", "Jiġifieri jekk minn mindu ssir ir-ratifikazzjoni sakemm jgħaddu t-tliet snin ...", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma trid tkun taf fejn qegħdin dawn l-oġġetti.", "Aħna nafu fejn qegħdin?", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Forsi nafu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma jekk stess sal-lum nafu fejn qegħdin, m'għandniex l-istrument biex nipprovaw dan.", "Issa jekk aħna nafu fejn qegħdin u permezz tar-ratifikazzjoni ta' din il-konvenzjoni se jkollna l- istrument biex nipprovaw ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien m'iniex nikkritika imma qed nipprova niċċara dak li qed ngħidu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien ngħid li huwa l-obbligu ta' min ikun jaf fejn qegħdin dawk l-oġġetti li huma meqjusa bħala parti mill-patrimonju kulturali u li ġew meħuda li jinforma lil min hu konċernat b'dan.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Ministru, nerġa' ngħidlek li jien m'iniex qed nikkritika imma qed nistaqsi biex ninforma ruħi.", "Jiġifieri jekk kemm-il darba jgħaddu t-tliet snin minn mindu tkun ġiet irratifikata l-konvenzjoni u tibqa' ma tagħmilx il-claim, tkun tlift id-dritt għal dejjem allavolja tkun taf fejn qiegħed dak l-oġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma rridux ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq serq.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien għalhekk fil-bidu ta' dan il-kumitat staqsejtek x'tifhem bil-kelma \"serq\".", "ONOR LOUIS GALEA: Serq huwa serq.", "ONOR GEORGE VELLA: Le, is-serq jista' jkun it-teħid illegali ta' ...", "L- ewwel jien ma staqsejtekx x'inhu \"serq\" biex inkun naive imma biex inkun naf jekk meta wieħed jieħu xi ħaġa għax għandu s-saħħa li jeħodha imma mingħajr ma jkollu d-dritt li jeħodha, jikkwalifikax bħala serq.", "Per eżempju, huma ħafna dawk li jgħidu li meta Malta kienet għadha kolonja, ħafna mill-affarijiet li kien hemm Kastilja, fosthom għamara, sparixxew.", "Ejjew nassumu li nsiru nafu li t-tali għamara ttieħdet fi żmien it-tali gvernatur u llum qiegħda ġewwa l-Ingilterra għand it-tfal tat-tfal ta' dan il-gvernatur.", "Jekk sa tliet snin wara li tkun ġiet iffirmata l-konvenzjoni tibqa' ma tagħmilx it-talba, inti tkun tlift id-dritt li ġġib din l-għamara lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-ewwelnett irrid nippreċiża li l-perijodu ta' tliet snin la jibda jgħodd mil-lum u lanqas jibda jgħodd minn meta tiffirma għax għalkemm il-konvenzjoni tkun ġiet irratifikata, imbagħad trid tiffirma, jiġifieri hemm proċedura sħiħa ...", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien naħseb li jrid isir bil-kontra; l-ewwel trid tiffirma u mbagħad tirratifika l-konvenzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tliet snin iridu jibdew jgħoddu mill-mument li l- gvern Malti, tramite s-sovrintendent, isir jaf fejn hu qiegħed dak l-oġġett li jkun qed isir claim għalih.", "Mela l-ewwel irridu nsiru nafu fejn hu qiegħed dak l-oġġett u mbagħad irridu nipprovaw li dan l-oġġett jew ikun ġie misruq jew inkella jkun ġie esportat illegalment.", "Issa rridu nieħdu in konsiderazzjoni li jekk dan l-oġġett ġie esportat qabel ma sar l- Antiquities Act, sa dak iż-żmien aħna kien għad m'għandniex regoli li jirregolaw l-esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u għalhekk huwa estremament diffiċli li ssostni l-każ.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Imma kif staqsejt iktar kmieni, ir-retroattivita` meta tapplika?", "Jiġifieri aħna se jkollna dritt għal dak il-patrimonju kulturali li kellna fil-bereġ u li l-Ingliżi ġarrew nofsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull każ trid tieħdu għalih.", "Jekk ittieħed oġġett minn, per eżempju, Ħaġar Qim, dak l-oġġett, anke jekk ittieħed qabel ma daħal in vigore l-Antiquities Act, japplika taħt din il-konvenzjoni.", "Issa jien ma dħaltx f'daqshekk dettall f'din il-konvenzjoni imma qrajtha b'mod leġġer, pero` m'hemmx dubju li l-esperti legali se jidħlu fil-fond fl- aspetti ta' din il-konvenzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ħalli nidħol f'punt kemmxejn tekniku.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 50 tgħid hekk:", "\"Il-Gvern qiegħed b'dan jiġi awtorizzat jirratifika u jsir parti fil- Unidroit Convention on Stolen or Illegally Exported Cultural Objects (Rome, June 1995).\".", "Aħna għandna r-Ratification of Treaties Act, li jekk m'iniex sejjer żball, imur lura għall-1987.", "Issa jien niftakar li meta konna qed niddiskutu abbozz ta' liġi dwar l-affarijiet marittimi kien hemm klawsola li tgħid li l-gvern għandu jiġi awtorizzat li jirratifika l-konvenzjonijiet u t- trattati li kien irrifera għalihom il-Ministru u li kienu jammontaw għal xi 28.", "Jien kont oġġezzjonajt għal din il-klawsola għax kont għedt li ġaladarba għandna r-Ratification of Treaties Act, kull trattat u konvenzjoni li jaderixxi għaliha l-gvern trid tiġi quddiem din il-Kamra biex tiġi diskussa.", "Imma meta mbagħad morna fl-istadju ta' kumitat, il- Ministru Galea kien assigurana li dik il-klawsola ma tfissirx li qed jingħata dritt awtomatiku li l-konvenzjonijiet jiġu rratifikati għax klawsola m'għandhiex is-saħħa li tagħti dan id-dritt.", "Għalhekk lanqas subklawsola (1) ta' klawsola 50, m'għandux ikollha s-saħħa li tagħti d- dritt awtomatiku lill-gvern li jirratifika l-Unidroit Convention.", "Biex din il-konvenzjoni tiġi rratifikata, trid tiġi diskussa f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Mhux \"le\", Ministru!", "Jekk tiftaħ ir-Ratification of Treaties Act tkun taf kemm dan li qed ngħid huwa minnu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma biex konvenzjoni tiġi rratifikata, m'hemmx bżonn li ġġibha taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Fir-Ratification of Treaties Act hemm tliet kategoriji.", "Issa din il-konvenzjoni taħt liema waħda minnhom taqa'?", "Jien naħseb li jkun aħjar jekk inġibu r-Ratification of Treaties Act quddiemna ħalli naraw x'jgħid dan l-att dwar il-konvenzjonijiet.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Safejn naf jien din il-konvenzjoni m'hijiex waħda minn dawk il-konvenzjonijiet li biex tiġi rratifikata trid tiġi mressqa taħt ir-Ratification of Treaties Act, imma biex naċċertaw ruħna jkun aħjar jekk nibagħtu lil xi messaġġier iġibilna dan l-att.", "Ma rridux ninsew lanqas li dan l-abbozz ta' liġi ma jidħolx fis-seħħ hekk kif ngħadduh minn hawnhekk jew inkella hekk kif jiġi ppubblikat bħala liġi.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: I stand to be corrected fuq jekk din il-konvenzjoni taqax taħt dik il-kategorija li tgħid li trid tiġi diskussa bilfors f'din il-Kamra qabel ma tiġi rratifikata, pero` żgur li r-Ratification of Treaties Act jgħid li hemm tliet mezzi li wieħed jista' juża biex jawtorizza lil min hu konċernat jirratifika konvenzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk l-Unidroit Convention tista' tkun kolpita mir- Ratification of Treaties Act, aħna se nikkonsidrawh dan.", "Il-punt li rrid inżid ma' dak li għad irridu nivverifikaw huwa li jekk stess ngħaddu din il- klawsola, b'daqshekk ma jfissirx li din saret parti mil-liġi għax din tista' ssir parti mil-liġi biss meta tiddaħħal il-liġi in vigore.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Biex liġi ssir effettiva, l-ewwel il-gvern irid jirratifika l-konvenzjoni u mbagħad jibda jimplimenta l-miżuri ta' dik il- konvenzjoni.", "Issa jekk dan isirx b'legal notice jew inkella b'liġijiet oħra hija storja oħra għax jien qed nitkellem biss fuq il-kwestjoni tar- ratifikar tal-konvenzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Billi issa għandi r-Ratification of Treaties Act quddiemi nista' nirriferi għd-diffikulta` li għadha kif tqajmet dwar jekk l- Unidroit Convention hijiex waħda minn dawk il-konvenzjonijiet li biex tiġi rratifikata trid tiġi mressqa taħt dan l-att.", "Fil-fatt jekk qed nifhem is- sitwazzjoni b'mod korrett, il-konvenzjoni ma taqax taħt waħda mit-tliet kategoriji ta' trattati li jirrikjedu ratifika mill-Kamra tad-Deputati għaliex subartiklu (1) t'artiklu 3 tar-Ratification of Treaties Act jgħid li:", "\"Meta trattat li tiegħu Malta ssir parti wara l-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att ikun wieħed li jolqot jew ikollu x'jaqsam ma' -", "(a) l-istatus ta' Malta fid-dritt internazzjonali jew it-tiżmim jew l- appoġġ għal dak l-istatus, jew", "- li m'huwiex il-każ fir-rigward ta' din il-konvenzjoni -", "(b) is-sigurta` ta' Malta, is-sovranita`, l-indipendenza, l-unita` jew l-integrita` territorjali tagħha, ...\"", "- li m'huwiex il-każ -", "\"... jew", "(ċ) ir-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali, ...\",", "li m'huwiex il-każ lanqas għax dan m'huwiex xi trattat dwar ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' xi organizzazzjoni multinazzjonali.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-konvenzjoni li għandna quddiemna ma taqax taħt ir- Ratification of Treaties Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettal legali, pero` paragrafu (ċ) ta' subartiklu (1) t'artiklu 3 jitkellem dwar \"ir- relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali\".", "Għalhekk jien nistaqsi: L- Unidroit Convention min għamilha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-Unidroit Convention m'hijiex xi konvenzjoni li qed tistabilixxi r-relazzjonijiet bejn l-istati kontraenti u xi aġenzija multinazzjonali imma qed tistabilixxi r-relazzjonijiet bejn l-istati kontraenti, jiġifieri l-istati kontraenti qed jiftiehmu bejniethom li dik il-proprjeta` kulturali li tkun ġiet misruqa u esportata illegalment tiġi trattata b'din il-manjiera.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kif għedt diġa', jien m'iniex se noqgħod nidħol fl- aspett legali u se nbaxxi rasi għal dak li jgħid l-Avukat Ġenerali, pero` l- liġi stess qed tgħid li f'dan il-każ Malta qed tidħol f'relazzjoni ma' organizzazzjoni multinazzjonali, m'aġenzija multinazzjonali, m'assoċjazzjoni multinazzjonali jew ma' korp simili.", "L-Unidroit Convention hija assoċjazzjoni ta' pajjiżi li flimkien qed jaqblu li jagħmlu konvenzjoni bejniethom.", "(Interruzzjonijiet) Tgħidulix \"le\".", "Jekk tridu tgħidu li mhux hekk, naċċetta l-opinjonijiet tagħkom, pero` jien nifhimha b'dan il-mod.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hi kwestjoni legali u għalhekk anke jien, nissottometti ruħi għall-pariri ta' min hu espert legalment, pero` anke l-paragrafu introduttiv tal-konvenzjoni, jgħid: \"The member states assembled in Rome at the invitation of the government of the Italian Republic ...\", jiġifieri din m'hijiex xi konvenzjoni li qed jagħmluha l- Ġnus Magħquda, il-Kunsill ta' l-Ewropa jew il-UNESCO, li huma organizzazzjonijiet, aġenziji, assoċjazzjonijiet jew korpi, kif qed jitlob ir-Ratification of Treaties Act.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Pero` huma multinational associations.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, dawn m'humiex multinational associations.", "A multinational association hija assoċjazzjoni, hija korp u hija organizzazzjoni li għandha l-istatut tagħha u l-personalita` tagħha.", "Nerġa' ngħid li l-paragrafu introduttiv ta' din il-konvenzjoni qed jgħid li \"The member states assembled in Rome at the invitation of the government of the Italian Republic for a diplomatic conference - u \"a diplomatic conference\" żgur li m'hijiex assoċjazzjoni jew whatever - for the adoption of the draft of the Unidroit Convention on the international return of stolen or illegally exported cultural objects.\"", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jien naf li kull konvenzjoni jew trattat li nkunu se nirratifikaw f'dan il-pajjiż ikunu dibattuti f'dan il- Parlament, kemm permezz ta' abbozz ta' liġi kif ukoll permezz ta' riżoluzzjoni.", "Issa jekk il-Ministru jibqa' jsostni li meta Malta tingħaqad ma' numru kbir ta' pajjiżi, dan ma jfissirx li r-relazzjoni ta' Malta m'organizzazzjoni jew assoċjazzjoni multinazzjonali ...", "Jien naf x'qed jgħid il-Ministru.", "Il-Ministru qed jgħid li din il-konvenzjoni m'hijiex xi assoċjazzjoni li għandha entita` ġuridika, bħall-United Nations, il-World Trade Organisation u l-World Health Organisation.", "Hux hekk qed tgħid, Ministru?", "Inti qed tgħid li it's a loose association ...", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien lanqas naċċetta li l-konvenzjoni is a loose association.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kull konvenzjoni hija depożitata x'imkien u xi ħadd żgur li jagħmel monitoring tat-tħaddim tal-konvenzjoni.", "Dak kollu li jkun hemm f'konvenzjoni jiġi rispettat minħabba li jkun hemm xi ħadd li jkun qed jissalvagwardja dik il-konvenzjoni.", "Għalhekk kif għedt diġa', l-istrument tal-konvenzjoni huwa depożitat x'imkien.", "Issa jekk dan l-istrument huwiex depożitat fil-Ġnus Magħquda, fil-World Health Organisation jew fil-UNESCO hija kwestjoni oħra, pero` x'imkien huwa depożitat.", "Madanakollu bħalma għedt l-ewwel, jien inbaxxi rasi għal dak li jgħid l-Attorney General għax fuq kollox jien m'iniex bniedem legali.", "Wieħed jista' jiddiskuti jekk konvenzjoni tkunx ġiet irratifikata permezz ta' xi att tal-Parlament jew inkella permezz ta' xi riżoluzzjoni tal-Parlament, imma jien nifhem li jekk konvenzjoni tkun qed tiġi rratifikata f'isem dan il-Parlament għandha titressaq għad-dibattitu f'dan il-Parlament.", "Issa jien għamilt il-punt tiegħi għal darba tnejn u se nieqaf hawn.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, aħna nafu li l-liġi tistabilixxi liema huma t-tliet kategoriji ta' trattati li Malta tista' ssir membru fihom u li jridu jiġu ratifikati taħt ir-Ratification of Treaties Act.", "Jekk it- trattat ikun jaqa' fi ħdan xi wieħed minn dawn it-tliet kategoriji, aħna rridu nsegwu ċerta proċedura, u kif qal l-Onor.", "Vella, il-proċedura tipprovdi li jekk dawn ikunu trattati jew konvenzjonijiet li jolqtu l- istatus ta' Malta fid-dritt internazzjonali jew inkella s-sovranita` u l- indipendenza ta' Malta, ir-ratifika tkun trid issir b'liġi.", "Jekk min-naħa l-oħra t-trattati jew il-konvenzjonijiet jkunu jolqtu r-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali, allura r-ratifika tkun trid issir permezz ta' riżoluzzjoni fil-Kamra tad-Deputati.", "Il-liġi tispeċifika wkoll li jekk it- trattati ma jkunux jaqgħu fid-definizzjoni ta' subartiklu (1) t'artiklu 3 tar-Ratification of Treaties Act, allura r-ratifika ta' dawn it-trattati tkun trid issir bis-setgħa tal-gvern tal-ġurnata bil-proċeduri li jkunu stabiliti.", "Issa l-mistoqsija li tqum hawnhekk hija din: Din il- konvenzjoni għandha x'taqsam mar-relazzjonijiet ta' Malta ma' kull organizzazzjoni, aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili multinazzjonali?", "Ir-risposta hija: Le.", "Sur President, jekk wieħed jeżamina l-Unidroit Convention isib li din il- konvenzjoni tikkonsisti fi ftehim bejn l-istati li daħlu għall-obbligi ta' din il-konvenzjoni, liema stati jagħmlu l-claims kontra xulxin imma meta mbagħad jiġu biex jiddepożitaw l-istrument tar-ratifika jkunu jridu jinformaw lill-International Institute for the Unification of Private Law.", "Għaliex?", "Għaliex kulmin isir membru ta' din il-konvenzjoni jkun qed jestendi l-applikazzjoni ta' regolamenti li jirregolaw ir-ritorn ta' proprjeta` misruqa u dik esportata illegalment fuq livell li jmur lil hinn mit-territorju filwaqt li jkun qed jorbot lill-istati membri.", "Sur President, filwaqt li hemm diversi aspetti tal-konvenzjoni li jirrikjedu studju legali partikolari, inħossni konfidenti biżżejjed li nesprimi l-opinjoni li l-Unidroit Convention ma tinkwadrax ruħha fil- parametri t'artiklu 3 tar-Ratification of Treaties Act.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Min se jkollu r-responsabbilta` li jara li l- interessi ta' Malta jiġu mħarsa filwaqt li tkun qed titwettaq din il- konvenzjoni; il-kumitat ta' garanzija, iI-ministru jew is-sovrintendent?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naħseb li dawk ikunu jridu jiġu regolati f'subklawsola (2), li qed tgħid li:", "\"Il-Ministru jista', wara li jikkonsulta lill-Kumitat, b'regolamenti jippreskrivi regoli li jagħtu seħħ għal xi jew kull disposizzjoni tal- Konvenzjoni msemmija ...\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 50.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 50 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li klawsola 46 ġiet sospiża u naħseb li jkun tajjeb jekk nerġgħu mmorru lura għaliha.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk nispjega għaliex issospendejna klawsola 46.", "Klawsola 46 titkellem dwar id-dritt tas-sovrintendent li jagħti avviż biex jiġu sospiżi xogħlijiet li jkunu qed isiru bi ksur tal-liġi jew inkella bil- ksur ta' xi kondizzjoni jew ta' xi liċenzja li tkun ġiet mogħtija f'każ ta' skavar arkeoloġiku u affarijiet simili.", "Għal subklawsoli (3) u (4) konna qed ngħidu li jekk ikun hemm xi ħadd li jħoss ruħu aggravat bil-ħruġ ta' xi avviż ta' sospensjoni jkun jista' jagħmel appell lill-kumitat ta' garanzija, u jien għamilt emenda biex paragrafu (ġ) ta' subklawsola (6) ta' klawsola 14, li kien se jagħti funzjoni lill-kumitat ta' garanzija li jisma' l-appelli, jiġi mħassar.", "Għalhekk ma bqajniex nistgħu ngħidu li min iħoss ruħu aggravat irid jagħmel appell lill-kumitat ta' garanzija, u kien hawnhekk li aħna ssospendejna d- diskussjoni fuq klawsola 46, biex nifhmu l-pożizzjoni aħjar.", "Meta mbagħad għaddejna klawsola 41, ġara li jien ma kontx indunajt li subklawsola (7) kienet qiegħda tagħti lil dak li jħossu aggravat bir-rifjut ta' l-għoti ta' permess jew inkella b' xi azzjoni simili mis-sovrintendent id-dritt ta' rikors quddiem il-kumitat ta' garanzija", "Meta konna qed niddiskutu l-proposta li għamel l-Onor.", "Bartolo, li għandu jkun hawn xi forma ta' xi bord ta' appell, qam il-punt ta' jekk dan il-bord ta' l-appell għandux jitħalla jinħoloq bis-setgħa tar-regolamenti jew inkella d-dritt innifsu għandux ikun sanċit fil-liġi prinċipali, li ma tkunx tista' taqbad u tibdlu bir-regolamenti.", "Sussegwentement aħna qbilna li għandha tidħol klawsola ġdida li tistabilixxi dan id-dritt t'appell, u fil-fatt fi klawsola ġdida li nkunu rridu nippreżentaw fl-istadju opportun, li se tkun klawsola ġdida 57, se nkunu qed nipprovdu li kull persuna li tħossha aggravata b'deċiżjoni tas-sovrintendent taħt il-klawsoli 40, 41, 42 u 47 ikollha d-dritt ta' appell kif jista' jiġi preskritt skond klawsola 54.", "Għalhekk f'dan l-istadju tad-diskussjoni ta' dan il-kumitat, jien għandi emenda għal klawsola 46 biex biha nħassar subklawsoli (3) u (4) u mbagħad se nipproponi xi emendi għal dawk il-klawsoli li diġa' għaddejna biex inkunu nistgħu nirregolaw il-pożizzjoni.", "Għandi wkoll xi emendi għal klawsoli 40, 41 u 47, pero` issa se niġi ggwidat mis-Sedja dwar kif l-aħjar nipproċedi biex nipproponi dawn l-emendi.", "THE CHAIRMAN: Jekk m'hawnx oġġezzjoni mill-Kamra li l-affarijiet jimxu kif qed jgħid il-Ministru, allura nistgħu nimxu.", "Hawn xi oġġezzjoni?", "(Onor. Membri: No)", "Il-Kumitat qabel li jerġa' jgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' diversi klawsoli li għaddew mill-Kumitat.", "Klawsola 40 - Dritt ta' preferenza.", "Clause 40 - Right of preference.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal klawsola 40 għandi din l-emenda:", "\"AE\" Minflok il-kliem \"artikolu 40\" fis-subklawsola (3) tal-klawsola 40, għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 41\".", "\"AE\" For the words \"article 40\" in subclause (3) of clause 40, there shall be substituted the words \"article 41\".", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"AE\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 40 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 40, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 41 - Kontroll ta' l-esportazzjoni u ri-esportazzjoni.", "Clause 41 - Control of exportation and re-exportation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għal klawsola 41 għandi din l-emenda:", "\"AF\" Il-klawsola 41 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) fis-subklawsola (4) tagħha minnufih wara l-kliem \"Qorti ta' l- Appell\" għandhom jidħlu l-kliem \"(Ġurisdizzjoni Inferjuri)\"; u", "(b) is-subklawsola (7) tagħha għandha tiġi mħassra.", "\"AF\" Clause 41 shall be amended as follows:", "(a) in subclause (4) thereof, immediately after the words \"Court of Appeal\" there shall be inserted the words \"(Inferior Jurisdiction)\"; and", "(b) subclause (7) thereof shall be deleted.", "Sur President, hawnhekk saret riferenza għall-qorti inferjuri għax hemm qorti ta' l-appell bi tliet imħallfin u hemm qorti ta' l-appell b'imħallef wieħed, u għalhekk biex nindunaw għal liema qorti qed nirriferu, il-qorti ta' l-appell b'imħallef wieħed qed ngħidulha \"Qorti ta' l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri).", "Għalhekk jien qed inressaq din l-emenda biex niġu konformi ma' dak li jitlob subartiklu (6) ta' l-artiklu 41 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, li jgħid:", "\"The Court of Appeal shall also hear and determine appeals from judgments of the Court of Magistrates (Malta) and Court of Magistrates (Gozo) in its inferior jurisdiction.", "But, for the purposes of such appeals, the Court of Appeal shall be constituted by one of its members only, and any one of the judges, appointed by the President of Malta who will sit for the hearing of such appeals, shall be deemed to be a member of such court.\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta mbagħad niġu għall-parti tar- reati, jeffettwa kif tkun kostitwita l-Qorti ta' l-Appell jew le?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond paragrafu (4) t'artiklu 41, il-Qorti ta' l- Appell Inferjuri se jisma' biss appelli dwar il-valur ta' l-oġġett li jkun se jiġi esportat, u jien naħseb li lkoll naqblu li jekk ma jkunx hemm qbil fuq il-valur ta' l-oġġett, m'għandniex immorru għall-qorti bi tliet imħallfin.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"AF\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 41 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 41, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 46 - Avviżi ta' sospensjoni.", "Clause 46 - Suspension Notices.", "(Posposta fl-20 ta' Frar, 2002)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, għal klawsola 46 għandi din l-emenda:", "\"AG\" Is-subklawsoli (3) u (4) tal-klawsola 46 għandhom jitħassru.", "\"AG\" Subclauses (3) and (4) of clause 46 shall be deleted.", "Ta' min jgħid li din l-emenda qed tiġi proposta in vista tal-fatt li iktar 'il quddiem se nressaq klawsola ġdida immedjatament wara klawsola 50, liema klawsola se toħloq id-dritt t'appell.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AG\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 46 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 46, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 47 - Ordni ta' Konservazzjoni u Protezzjoni.", "Clause 47 - Conservation and Protection Order.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Għal din il-klawsola għandi emenda li saret wara punt li tqajjem mill-Onor.", "Bartolo dwar il-kwestjoni tat-terminoloġija tal-frażi \"ordni kawtelatorja jew warrant\", liema terminoloġija tissemma f'subklawsola (3), għax jirriżulta li fit-test Malti hemm żball.", "Għalhekk għal klawsola 47 għandi din l-emenda:", "\"AH\" Fit-test Malti tas-subklawsola (3) tal-klawsola 47, minflok il-kliem \"ordni kawtelatorju jew warrant ma tista' tinħareġ\" għandhom jidħlu l- kliem \"mandat kawtelatorju ma jista' jinħareġ\".", "\"AH\" In the Maltese text of subclause (3) of clause 47, for the words \"ordni kawtelatorju jew warrant ma tista' tinħareġ\" there shall be substituted the words \"mandat kawtelatorju ma jista' jinħareġ\".", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AH\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 47 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 47, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 51 - Provvedimenti dwar il-Patrimonju Kulturali Reliġjuż.", "Clause 51 - Provision regarding Religious Cultural Heritage.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, issa, permezz ta' klawsola 51, ġejna għal Taqsima VIII, li tittratta dwar il-patrimonju kulturali reliġjuż.", "Ta' min jgħid li għal din il-klawsola wkoll għandi emenda, li għadha in draft form, liema emenda saret bis-saħħa ta' l-iskambji ta' veduti li kien hemm bejn il-gvern u l-Knisja.", "Ħalli naqra d-draft ta' din l-emenda biex inkunu nafu x'qegħdin ngħidu u mbagħad niddiskutuha wara:", "Klawsola 51 għandha titħassar u minflok għandu jidħol dan li ġej:", "\"51 (1) Bla ħsara għal xi liġi oħra li tista' tkun fis-seħħ, u sa dak iż-żmien li jista' jkun hemm ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti ċivili u dawk ekklesjastiċi, propjeta` kulturali li tkun tappartjeni lill-Knisja Kattolika inkluż lill-Ordnijiet Reliġjużi Kattoliċi u intiża jew użata għal finijiet reliġjużi għandha taqa' taħt ir- regolament u s-sovrintendenza esklużivi tal-Kummissjoni għall- Patrimonju Kulturali Kattoliku li tkun maħtura kull sentejn mill- President tal-Konferenza Episkopali Maltija, u tkun magħmula minn mhux inqas minn ħames esperti.", "(2) Propjeta` kulturali li tkun tappartjeni lil u hi intiża jew użata għal finijiet reliġjużi ta' xi denominazzjoni oħra apparti dik imsemmija fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu tista' titqiegħed mill-awtorita` reliġjuża rilevanti u kompetenti taħt ir-regolament u s- sovrintendenza esklużivi ta' kummissjoni għall-patrimonju kulturali reliġjuż.", "Kull tali kummissjoni għall-patrimonju kulturali reliġjuż għandha tinħatar kull sentejn mill-awtorita` reliġjuża rilevanti u kompetenti, u tkun magħmula minn tliet esperti.", "(3) Il-kummissjonijiet imsemmija fis-subartikoli (1) u (2) ta' dan l- artikolu għandhom ikollhom l-istess poteri u dmirijiet għar-rigward tal-propjeta` kulturali taħt is-sovrintendenza tagħhom daqskemm ikollu s-Sovrintendent, u meta tali kummissjonijiet ma jkunux ġew hekk maħtura, ir-regolament u s-sovrintendenza tal-propjeta` kulturali li taqa' taħt il-kompetenza tagħhom tkun tvesti fis-Sovrintendent.", "(4) Il-Ministru, wara konsultazzjoni sħiħa mal-President tal- Konferenza Episkopali Maltija msemmi fis-subartikolu (1) ta' dan l- artikolu jew ma' l-awtorita` reliġjuża rilevanti u kompetenti msemmija fis-subartikolu (2) ta' dan l-artikolu, jista' jagħmel regolamenti biex jirregola s-setgħat u d-dmirijiet ta', u l-proċeduri u l-prattika li għandhom jiġu segwiti mill-kummissjonijiet imsemmija fis- subartikoli (1) u (2) ta' dan l-artikolu.\".", "Clause 51 shall be deleted and substituted by the following:-", "\"51 (1) Without prejudice to any other law that may be in force, and until such time when there may be reached an agreement between the competent and ecclesiastical authorities, cultural property belonging to the Catholic Church, including to Catholic Religious Orders, and destined or used for religious purposes shall fall under the exclusive regulation and superintendence of the Catholic Cultural Heritage Commission to be appointed every two years by the President of the Malta Episcopal Conference, and to consist of not less than five experts.", "(2) Cultural property belonging to, and destined or used for religious purposes by any denomination other than that mentioned in subarticle (1) of this article may be placed by the relevant and competent religious authority under the exclusive regulation and superintendence of a religious cultural heritage commission.", "Each such religious cultural heritage commission shall be appointed for a period of two years by the relevant and competent religious authority, and shall consist of three experts.", "(3) The commissions referred to in subarticles (1) and (2) of this article shall have the same powers and duties with regard to the cultural property under their superintendence as the Superintendent, and where such commissions are not so appointed, the regulation and superintendence of the property falling under their competence will vest in the Superintendent.", "(4) The Minister, after full consultation with the President of the Malta Episcopal Conference mentioned in subarticle (1) of this article or with the relevant and competent religious authorities mentioned in subarticle (2) of this article, may prescribe rules regulating the powers and duties of, and the procedures and practices which should be followed by the commissions mentioned in subarticles (1) and (2) of this article.\".", "Sur President, l-emenda li qed nipproponi tirrifletti l-ħsieb u l- intenzjoni tal-gvern aħjar minn kif inhuma espressi fl-abbozz ta' liġi għal dak li għandu x'jaqsam mal-patrimonju kulturali li jappartjeni lill-Knisja Kattolika jew inkella lil xi denominazzjoni reliġjuża oħra.", "Il-pożizzjoni ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tixbah ħafna l-pożizzjoni li diġa' teżisti taħt il-liġi li tirregola l-antikitajiet għax f'dik il-liġi hemm miktub li t-tiswija, il-ħatt jew affarijiet oħra simili li jkunu jridu jsiru lill-proprjeta` kulturali li hija tal-Knisja Kattolika jkun irid isir bil-permess ta' bord ekklesjastiku, liema bord ekklesjastiku għandu jkun nominat mill-awtorita` ekklesjastika kompetenti u jkun magħmul minn mhux inqas minn ħames esperti li jkun approvati mill-Ministru.", "Wara li saru diversi skambji ta' ideat u ta' proposti bejn il-gvern u l- konferenza episkopali Maltija ġie rilevat li m'hemmx diffikulta` biex il- kummissjoni tkun magħmula minn esperti li jkunu nominati mill-president tal- konferenza episkopali Maltija għax il-gvern ħass li dawn m'hemmx għalfejn jiġu approvati mill-ministru.", "Ġie rilevat ukoll il-fatt li idealment wieħed għandu joħloq qafas sodisfaċenti u aċċettabbli b'mod sħiħ, sew għall- iStat kif ukoll għall-Knisja, u dan għandu jsir permezz ta' ftehim bejn l- awtoritajiet ċivili kompetenti u dawk ekklesjastiċi.", "Il-gvern ma jsib l- ebda diffikulta` li jiddiskuti l-ftehim, il-provvedimenti u d-dettalji li għandhom jirregolaw lil dan is-settur, pero` sakemm isseħħ din is- sitwazzjoni, il-patrimonju kulturali tal-Knisja Kattolika u ta' denominazzjonijiet oħrajn għandu jkun regolat minn din il-kummissjoni, li fil-każ tal-Knisja Kattolika tkun nominata mill-president tal-konferenza episkopali u fil-każ ta' denominazzjonijiet reliġjużi oħrajn tkun nominata mill-awtorita` rilevanti u kompetenti ta' dik id-denominazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-finijiet ta' din ir-regolamentazzjoni l-kummissjoni se jkollha l-istess dmirijiet u funzjonijiet li jkollu s-sovrintendent.", "Ikun interessanti li wieħed jgħid illi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi wkoll li jekk Il-konferenza episkopali fil-każ tal-Knisja Kattolika jew l-awtorita` kompetenti fil-każ ta' denominazzjonijiet reliġjużi oħrajn jagħżlu li ma jinnominawx lil din il-kummissjoni, allura l- patrimonju kulturali fdat lilhom, li huwa destinat jew użat għall-finijiet reliġjużi, jiġi regolat bil-provvedimenti ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Sur President, inħasset ukoll il-ħtieġa li dan l-eżerċizzju ta' sovrintendenza jkun jista' jiġi regolat permezz ta' regolamenti li jidħlu fid-dettal dwar is-setgħat, id-dmirijiet, il-proċedura u l-prattika li dawn il-kummissjonijiet għandhom isegwu, u aħna jidhrilna li meta nkunu se nagħmlu dawn it-tip ta' regolamenti, għandna nidħlu f'konsultazzjoni sħiħa mal-president tal-konferenza episkopali jew ma' l-awtorita` reliġjuża konċernata għax fil-fehma tagħna, biex nassiguraw il-ħarsien u l- konservazzjoni fid-dettal ta' dan il-patrimonju kulturali, ikun xieraq li jkun hemm il-pariri u l-fehma ta' l-awtoritajiet reliġjużi konċernati.", "Sur President, jien naħseb li għedt dak li kelli xi ngħid dwar l-emenda li qed nipproponi, pero` issa naraw kif se tevolvi d-diskussjoni fuq din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jekk fhimt tajjeb, il-Ministru qal li saru laqgħat ma' l-awtoritajiet ekklesjastiċi fuq din il-klawsola, u jien nassumi li dawn il-laqgħat saru anke fid-dawl tal-preokkupazzjonijiet u ta' l-oġġezzjonijiet li kien esprima l-Isqof Cauchi f'Diċembru li għadda fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk nixtieq li issa l-Ministru jagħtina sfond dwar x'kienu l-preokkupazzjonijiet u l-oġġezzjonijiet ta' l- awtoritajiet reliġjużi għal din il-klawsola partikolari.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ikun tajjeb jekk wieħed jibda biex jgħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jaf l-oriġini tiegħu lill-working group li kien ippresjeda Dr Ugo Mifsud Bonnici, anke jekk b'forma differenti ħafna minn dak li għandna quddiemna llum.", "Ta' min jgħid li dan il-working group kien magħmul minn numru ta' persuni li għalkemm servew fil-kapaċita` personali tagħhom, huma magħrufa għall- kompetenza u għas-sensittivita` tagħhom dwar dawk il-kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-patrimonju kulturali.", "Wara li kont ikkomunikajt l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat lili lill- awtorita` ekklesjastika, kien hemm numru ta' diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat fuq l-aspetti ta' dak l-abbozz ta' liġi.", "Sussegwentement minħabba li tqanqlu diversi punti f'dawn id-diskussjonijiet, l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-working group reġa' ġie abbozzat mill-ġdid u dawn il-punti ġew riflessi anke fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "Sur President, fir-rigward ta' klawsola 51 tqajmet diffikulta` min-naħa ta' l-awtorita` ekklesjastika għax dawk li qegħdin fuq din l-awtorita` dehrilhom li l-patrimonju kulturali li jappartjeni lill-Knisja Kattolika u lill-ordnijiet reliġjużi għandu jkun regolat kollu kemm hu mill-ordinament ġuridiku tal-Knisja Kattolika b'mod esklussiv, jiġifieri mingħajr ma l- Istat ikollu xi funzjoni ta' sorveljanza fuqu.", "Min-naħa l-oħra, aħna ħassejna li 'l quddiem wieħed ikun irid jipprospetta xi forma ta' ftehim billi l-gvern jiddiskuti għan-nom ta' l-Istat Malti liema huma dawk il- kondizzjonijiet, l-obbligi u s-setgħat kollha li jistgħu jiġu eżerċitati minnu biex il-patrimonju kulturali li jappartjeni lill-Knisja Kattolika jkun jista' jiġi regolat u sorveljat, u fin-nuqqas ta' dak il-ftehim - u naturalment dik hija xi ħaġa li wieħed irid iħares lejha iktar 'il quddiem - aħna ħassejna li l-kummissjoni xorta waħda għandha tieħu ħsieb il- patrimonju kulturali Kattoliku.", "L-esperti min-naħa tal-Knisja Kattolika staqsew ukoll għaliex l-esperti għandhom ikunu approvati mill-ministru.", "Fil-fatt ir-raġuni għal dan hija li meta abbozzajna l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, aħna pprovajna nżommu l-pożizzjoni li kienet temerġi mill-Att prinċipali, fejn il-bord kien magħmul minn ħames esperti li jiġu approvati mill-ministru.", "Madanakollu aħna ma sibniex diffikulta` biex dawn il-ħames esperti ma jiġux approvati mill-ministru u aċċettajna li dawn l-esperti jiġu nominati mill- presidenza tal-kummissjoni episkopali, pero` lill-Istat irriżervajnielu d- dritt li jsiru regolamenti li jispjegaw fid-dettal x'inhuma s-setgħat, id- dmirijiet, il-proċeduri u l-prattiċi li għandhom jiġu segwiti in materia.", "Normalment meta jsiru regolamenti taħt atti prinċipali, ma ssir konsultazzjoni ma' ħadd in partikolari, pero` l-gvern ħass li m'għandu jkun hemm l-ebda diffikulta` biex fuq dawn ir-regolamenti jkun hemm konsultazzjoni mal-president tal-konferenza episkopali.", "Ta' min jgħid li fost l-iskambji tal-veduti li kien hemm matul il-laqgħat li semmejt, ġiet espressa x-xewqa tal-Knisja Kattolika li jsir ftehim bejnha u bejn l-Istat f'dak li għandu x'jaqsam ma' patrimonju kulturali reliġjuż.", "Min-naħa tal-Knisja Kattolika ġiet espressa wkoll ix-xewqa li l- esperti ma jkunux approvati mill-ministru u li f'dan il-każ u għall- finijiet ta' din il-klawsola, il-proprjeta` kulturali tal-Knisja m'għandhiex tkun ristretta għall-proprjeta` li hija destinata u wżata għal skopijiet reliġjużi.", "Il-Knisja Kattolika esprimiet ukoll xewqa oħra; dik li l-kummissjoni tkun kompletament indipendenti mill-Istat u li tirregola lilha nnifisha kompletament, ħaġa li l-gvern deherlu li ma tkunx opportuna u tajba fid-dawl tal-provvedimenti kollha u ta' dan il-qafas ġdid li aħna qed nipprovaw nikkreaw.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nista' ngħid ċar u tond li mill- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u mill-emenda li għadu kif ippropona l- Ministru nippreferi l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għax meta kont qed naqra l-emenda li ressaq il-Ministru ħassejt li donnu se jkun hemm stat ġo stat.", "Il-Knisja Kattolika trid li fejn jidħol il-patrimonju kulturali ma jkunx hemm is-sorveljanza ta' l-Istat.", "Issa bir-rispett kollu, fl-opinjoni tiegħi f'dan il-qasam daqskemm saru dnubiet minn nies li m'għandhomx suttana jew xi libsa oħra b'aspett reliġjuż, daqshekk ieħor saru dnubiet mir-reliġjużi.", "Hawnhekk m'iniex se noqgħod insemmi postijiet, pero` lili stess ġieli dawruni ma' kunventi kapijiet ta' ordni reliġjuża u għax ikunu sensittivi għall-patrimonju kulturali reliġjuż, urewni d-dnubiet u l- isfreġji li saru f'dawk il-postijiet minn min kien responsabbli qabilhom.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi, in-nuqqasijiet li saru u li għadhom qed isiru fil-qasam ċivili huma preżenti wkoll fil-qasam reliġjuż.", "Madanakollu l- iktar ħaġa li tinkwetani lili hija li l-Knisja Kattolika f'Malta, donnha fi sfera bħal din - issa rrid nagħmilha ċara li hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq xi aspett ta' duttrina reliġjuża imma qed nitkellem fuq il-ħarsien tal- patrimonju kulturali - għadha tibża' jew ma tridx li jkollha s-sorveljanza ta' l-Istat.", "Kulma qed jgħid l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa li l-kummissjoni għall-patrimonju kulturali reliġjuż għandha tkun maħtura kull sentejn mill-arċisqof ta' Malta u għandha tkun magħmula minn mhux inqas minn ħames esperti approvati mill-ministru, jiġifieri kulma kien qed iżomm għalih l-Istat fl-abbozz ta' liġi oriġinali kien li dawn il-ħames esperti jkunu approvati mill-ministru.", "Lili jinkwetani l-fatt li l-Knisja oġġezzjonat anke għal dan u trid li tkun self-regulated kompletament, u qed ngħid dan għax mingħajr ma nidħol f'dettalji u nsemmi ismijiet, irrid nistqarr li jien naf xi problemi jsibu uffiċjali tad-dipartiment tal-mużewijiet meta jkunu jixtiequ jaraw kif ikun qed isir ċertu xogħol f'postijiet reliġjużi u lanqas jissograw jersqu 'l hemm għax ikunu jafu li mhux biss ma jkunux ben visti imma lanqas biss jitħallew jidħlu jekk jagħmlu dan.", "Madanakollu l-iktar ħaġa li tinkwetani lili hija li fl-emenda li qed iressaq il-Ministru, issa din se nilleġislawha u nikkonsagrawha.", "Nerġa' ngħid li ħafna drabi, meta jkun se jsir ċertu xogħol f'postijiet li jaqgħu taħt xi ordni reliġjuża, lanqas biss issir applikazzjoni quddiem l- awtorita` ta' l-ippjanar.", "Kif għedt diġa', jien m'iniex beħsiebni nsemmi każijiet partikolari, pero` rrid ngħid li ħafna drabi meta jkun qed isir ċertu xogħol f'post li jaqa' taħt xi ordni reliġjuża lanqas biss jintalab parir tekniku biex jiġi assigurat li x-xogħol li jkun qed isir, ikun qed isir sew.", "Issa jien ma rridx ninftiehem li kull biċċa xogħol li jagħmlu l- ordnijiet reliġjużi fuq il-patrimonju kulturali reliġjuż, jagħmluha ħażin jew inkella li x-xogħol li jsir fuq dan it-tip ta' patrimonju kulturali jsir minn persuni li m'humiex kapaċi, pero` naf b'diversi każijiet fejn lanqas biss jintalab permess biex isir ċertu xogħol fuq dan it-tip ta' patrimonju kulturali u għalkemm min ikun qed jagħmel ix-xogħol ikollu ċerta sengħa, ikisser partita guidelines li jingħataw meta jkun se jsir xi xogħol ta' restawr għax iħoss li ġaladarba jgawdi mill-immunita` ekklesjastika, jista' jagħmel dak kollu li jogħġbu.", "Minkejja li l-immunita` ekklesjastika ilha li tneħħiet sekli sħaħ, sfortunatament id-delitti li jsiru lill-ħarsien tal-patrimonju kulturali reliġjuż tagħna għadhom igawdu minn din l-immunita`, u sinċerament bl- emenda li qed jipproponi l-Ministru qed nara li l-Istat se jċedi l-ftit poter li kien se jkollu fuq il-patrimonju kulturali reliġjuż.", "Jien xtaqt li kieku, anke bħala sfond għal din l-emenda, kellna ftit tagħrif min-naħa tal-Knisja dwar jekk l-istruttura li kellha s'issa ...", "Għax il-Knisja għandha struttura li suppost tissorvelja dawn l-affarijiet, imma jekk jien informat sew, din l-istruttura ma tantx qed taħdem tajjeb tant li mhux l- ewwel darba li sar ċertu xogħol f'parroċċi, f'kunventi jew f'ordnijiet reliġjużi oħra mingħajr il-permess ta' din l-istruttura tal-Knisja li tieħu ħsieb il-patrimonju kulturali reliġjuż, jiġifieri sal-lum l-ordnijiet reliġjużi għadhom m'humiex qed iqisu lil din l-istruttura bħala xi punt ta' riferenza li għandhom imorru għandha biex jaraw kif se jagħmlu x-xogħol li jkun hemm bżonn isir fuq dan it-tip ta' patrimonju kulturali.", "Nerġa' ngħid li l-fatt li x-xogħol ikun qed isir fuq il-patrimonju kulturali reliġjuż bl- ebda mod ma jfisser li dak li jkun qed isir ikun tajjeb, u sinċerament lili jinkwetani l-fatt li l-ftit poter li l-Istat kien se jkollu fuq il- patrimonju kulturali reliġjuż, il-Knisja qed tarah żejjed.", "Sur President, il-Ministru spjega li jekk għal xi raġuni jew oħra, il- kummissjoni ma tinħatarx, jidħlu fis-seħħ l-istrutturi u l-poteri tas- sovrintendent kif maħsub għalih fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, imma jien qed nara li dak li pprovajna nibnu s'issa permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi - fosthom li jingħata poter, li jkun hemm inċiżivita`, li jinħolqu strutturi effiċjenti li jiffunzjonaw, li tiddaħħal l-idea ta' l- inklussivita`, ta' l-aċċessibbilta` u tat-trasparenza u li jiġu organizzati laqgħat ta' fora li l-ministru jirċievi rapporti fuqhom, liema rapporti jiġu saħansitra ppubblikati - issa, meta niġu għall-patrimonju kulturali reliġjuż, li huwa vast ħafna fil-gżejjer tagħna, jien qed nibża' li se noħolqu xi enclave.", "Għaliex?", "Għax, per eżempju, lil din il-Kummissjoni għall-Patrimonju Kulturali Kattoliku reliġjuż m'aħniex qed inpoġġulha l- obbligu li tagħti rendikont pubbliku ta' x'ikun għaddej u xi tkun qed tagħmel.", "Fl-arkitettura istituzzjonali kollha li ħloqna, f'daqqa waħda qisna se nagħmlu wringing-off ta' parti minn struttura importanti ħafna.", "Nerġa' ngħid li meta nitkellmu fuq il-patrimonju kulturali reliġjuż ma nkunux qed nitkellmu fuq parti żgħira mill-patrimonju kulturali tagħna.", "Minħabba t-tradizzjonijiet tagħna, minħabba l-istorja tagħna u minħabba kif żviluppaw l-affarijiet f'dawn il-gżejjer, il-patrimonju kulturali reliġjuż jifforma parti kbira ħafna mill-patrimonju kulturali tagħna, u l-Knisja għad baqgħalha ħafna patrimonju kulturali reliġjuż.", "Jekk il-Knisja tkompli tinsisti li tkun hi li tirregola lilha nnifisha f'dan il-qasam - u jien ma naqbilx li għandha tagħmel hekk u għalhekk naħseb li jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, din se tkun l-unika klawsola f'dan l-abbozz ta' liġi li se nivvota kontriha - inħoss li għallinqas, bħala minimu, b'xi mod jew ieħor il-kummissjoni għall-patrimonju kulturali reliġjuż għandha tagħti rendikont pubbliku tax-xogħol li tagħmel.", "Per eżempju, din il-kummissjoni għandha tagħti rendikont x'ikun qed jingħad fil-forum pubbliku li se jkun hemm fejn se jiġi diskuss x'ikun għaddej u tkun sindekabbli daqs kwalunkwe kummissjoni oħra ta' l-Istat.", "Sur President, l-aħħar darba jien staqsejt jekk il-prim ministru huwiex se jaqa' taħt is-sovrintendent u r-risposta kienet fl-affermattiv.", "Mela sewwa!", "Il-prim ministru se jaqa' taħt is-sovrintendent u l-arċisqof ta' Malta mhux se jaqa' taħt is-sovrintendent!", "Imma possibbli li llum, li ninsabu fis-seklu 21, l-affarijiet għandhom isiru b'dan il-mod?!", "Nerġa' nenfasizza li hawnhekk la qed niddiskutu s-sagramenti u lanqas id-duttrina reliġjuża u jien qed ngħid biss li ma nemminx li l-patrimonju kulturali reliġjuż, li wara kollox huwa l-patrimonju kulturali tal-pajjiż kollu, għandu jgawdi minn xi immunita` jew li l-Knisja għandha tesiġi li dan il- patrimonju għandu jgawdi minn xi immunita` li l-bqija tas-soċjeta` m'għandhiex tgawdi minnu.", "Irrid nerġa' nagħmilha ċara li jien ma naqbilx ma' l-emenda li ppropona l-Ministru u naħseb li l-abbozz ta' liġi oriġinali kien iktar fl-ispirtu ta' dak li ħloqna s'issa, imma jekk il-gvern laħaq intrabat ma' l-awtoritajiet reliġjużi fuq dan u għalhekk se jibqa' għaddej b'din l-emenda, għallinqas mhux se jkun hemm xi mument fejn il-kummissjoni għall-patrimonju kulturali reliġjuż tkun tista' tingrana ma' l-istrutturi l- oħra?", "Aħna kull meta ħloqna strutturi ġodda, dejjem esiġejna li dawn ikunu accountable u li jagħtu rendikont pubbliku biex ikunu effettivi u effiċjenti, u għalhekk naħseb li anke f'dan il-każ, fi ħdan din il- kummissjoni għandu jkun hemm xi forma ta' ingranaġġ biex ma jkunx hemm l- idea li hawnhekk qed noħolqu xi enclave tal-Knisja li qed tagħti daharha lill-bqija tas-soċjeta` u li m'hijiex se tagħti rendikont.", "Jien ngħid li għallinqas, bħala minimu, għandu jinstab xi forma ta' ingranaġġ u ta' mekkaniżmu mal-bqija ta' l-istrutturi l-oħra.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jien inqis dawn il-punti li qed jagħmel l-Onor.", "Bartolo bħala interessanti u bla ebda dubju, jistħoqqilhom reazzjoni.", "L-ewwel statement li nagħmel fuq din il-materja huwa li bħalma għedna għall-partijiet l-oħra ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, anke għal din il-parti nistgħu ngħidu li tagħmel kemm tagħmel liġijiet u regolamenti, kollox se jkun jiddependi min-nies kollha involuti, u qed ngħid dan għax jiddependi mill-konferenza episkopali nnifisha, jiddependi mill-idoneita` u mill-kompetenza ta' l-esperti li tinnomina din il- konferenza u jiddependi wkoll minn kulmin se jkun involut dwar jekk il- ħsebijiet nobbli li esprimejna f'din il-Kamra rigward il-patrimonju kulturali humiex se jiġu riflessi fil-ħajja tagħna ta' kuljum jew le.", "Sur President, jien naħseb ukoll li ma jkunx ħażin jekk meta nkunu qed nittrattaw il-qasam tal-patrimonju kulturali reliġjuż, nittrattawh bid- delikatezza li jistħoqqlu, mhux biss għaliex kif għedna diġa', dan il- patrimonju jifforma parti mill-patrimonju kulturali tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu imma għax jien nemmen li meta nkunu qed nittrattaw patrimonju kulturali li jkun ġie akkumulat matul is-sekli mhux biss bil- ġenerożita` tal-poplu Malti u Għawdxi imma anke bl-għaqal tal-mexxejja tal- Knisja Kattolika - u dan huwa importanti li ngħiduh - allura naħseb li meta jien niġi biex nitkellem fuq dan is-settur, irrid nirrikonoxxi d- delikatezza tal-kwestjonijiet kollha involuti, li m'humiex kwestjonijiet sempliċi għax għandhom għeruq ta' natura ġurisdizzjonali, tat-tradizzjoni ta' pajjiżna u tat-tradizzjoni tal-Knisja Kattolika bħala knisja universali.", "Sur President, l-Onor.", "Bartolo qal li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa aħjar mill-emenda li qed titressaq minni għal klawsola 51 wara li kien hemm skambji ta' diversi veduti bejni u bejn il-membri tal- konferenza episkopali.", "Jien naħseb li jekk wieħed jagħmel ftit ta' riflessjoni għandu jsib li l-emenda li qed nippreżenta hija superjuri u aħjar minn klawsola 51, u se nispjega għaliex qed ngħid dan.", "Fil-fatt l- emenda li qed nippreżenta jien hija superjuri u aħjar minn klawsola 51 għax fl-aħħar mill-aħħar, jekk wieħed jara x'qed inżidu f'subklawsola (1) u x'qed innaqqsu minnha, isib li qed inżidu l-possibbilta` ta' ftehim bejn knisja u stat ...", "Jien ngħid li mhux bilfors kien hemm bżonn li wieħed jagħmel riferenza għal din il-possibbilta` għax din hija possibbilta` li kienet teżisti dejjem u li temerġi kemm min-natura ta' l-Istat kif ukoll min-natura tal-Knisja, imma aħna għamilna riferenza għaliha fl-emenda biex nindikaw li din hija materja li 'l quddiem tista' tiġi ssalvagwardjata aħjar jekk ikun hemm ftehim bejn knisja u stat.", "Issa sta għall-Knisja u għall-Istat li meta jiddiskutu l-materja tal-patrimonju kulturali, jiddiskutuha - u jien hekk irrid nassumi li jsir - in bona fide u bl-istess mod u manjiera li ddiskutejnieha f'din il-Kamra.", "Aħna f'din il-Kamra rajna kif nistgħu nħarsu l-valuri u l-prinċipji li jirregolaw lil dan il-qasam u kif nistgħu nipprovdu dak il-qafas regolamentarju u legali li joffri l- ikbar salvagwardja possibbli għall-ħarsien u għall-konservazzjoni tal- patrimonju kulturali.", "Sur President, l-emenda li pproponejt jien neħħiet dik il-parti ta' subklawsola (1) ta' klawsola 51 li kienet titkellem dwar l-approvazzjoni tal-ministru għall-esperti nominati mill-awtorita` ekklesjastika għax jekk wieħed jirrifletti ftit x'jiġri jekk l-approvazzjoni tal-ministru tibqa' hemm, isib li l-approvazzjoni tal-ministru għall-esperti nominati mill- awtorita` ekklesjastika tkun determinanti biex tassigura l-objettiv tal- ħarsien u l-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hemm ipprovdut li l-ministru japprova lill-esperti kull darba li tiġi mġedda l-kummissjoni, jiġifieri din kienet se tkun waħda mil- links bejn l-istrutturi eżistenti u l-Knisja Kattolika.", "Dan jista' jsir, pero` rridu nżommu f'moħħna li minkejja li jista' japprova lil dawn il- ħames esperti l-ministru, xorta waħda kollox se jiddependi mill-kompetenza ta' dawn l-esperti.", "Issa hawn wieħed irid jiċċara li l-iskumdita` li ħasset il-Knisja għall-fatt li l-esperti li tinnomina hi jkunu jridu jiġu approvati mill-ministru m'hijiex xi skumdita` daqstant kapriċċjuża daqskemm forsi tista' tidher.", "Fil-fatt l-argument li ġabet il-Knisja kien dan: Ġaladarba qed ngħidu li jekk kemm-il darba ma jkunx hemm kummissjoni, il- patrimonju kulturali tal-Knisja Kattolika jkun irid jiġi regolat mill-Istat filwaqt li jekk ikun hemm il-kummissjoni jkun irid ikun hemm l- approvazzjoni tal-ministru tal-ġurnata għall-esperti maħtura, x'jiġri jekk il-ministru tal-ġurnata ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, kif wara kollox ġara fil-passat?", "Il-Knisja Kattolika għandha esperjenza dwar meta l-gvern tal-ġurnata m'approvax il-proposti li kien hemm ta' membri f'kummissjoni bil- konsegwenza li l-bord ekklesjastiku li kienet tipprovdi għalih il-liġi dwar l-antikitajiet ma setax jiġi kompost u allura l-affarijiet bdew jiġu regolati mill-Istat.", "Għalhekk meta kien qed isir skambju tal-veduti jien ħassejt li m'għandux ikolli diffikulta` biex l-esperti jiġu nominati u maħtura mill-president tal-konferenza episkopali għax inkella jekk il-ministru ma jagħtix l- approvazzjoni tiegħu, peress li l-kummissjoni m'hijiex maħtura legalment, awtomatikament jidħol l-Istat.", "Jien nistaqsi: Aħna rridu sitwazzjoni fejn ikun l-Istat li jidħol għas-sovrintendenza u għar-regolamentazzjoni tal- patrimonju kulturali tal-Knisja Kattolika?", "Naħseb li r-risposta se tkun \"le\".", "U għaliex ma rridux li l-Istat jidħol għas-sovrintendenza u għar- regolamentazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-Knisja Kattolika?", "Għax aħna diġa' għaddejna provvedimenti li bihom l-Istat qed jipproponi li jiddelega l-funzjonijiet ta' operazzjoni, ta' manteniment, ta' konservazzjoni u ta' ħarsien ta' proprjeta` kulturali li hi tiegħu lil organizzazzjonijiet volontarji u lis-settur privat.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi: Jekk aħna lesti li niddelegaw taħt il- kondizzjonijiet meħtieġa wħud mill-funzjonijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi lil għaqdiet volontarji u anke lis-settur privat għax nemmnu li dan għandu jkun fl-ikbar interess tal-patrimonju kulturali, għaliex għandu jkun hemm diffikulta` biex nafdaw lill-Knisja Kattolika bis-sovrintendenza u l- ħarsien tal-patrimonju kulturali li hu destinat jew użat għall-finijiet reliġjużi?", "Dan li qed ngħid mhux talli huwa fid-direzzjoni t-tajba imma talli meta nkunu qed nagħmlu hekk, ma rridux ninsew li l-kummissjoni tkun qed titgħabba bi dmirijiet u b'funzjonijiet li huma ta' l-istess entita` li jkollu s-sovrintendent fuq il-proprjeta` ta' l-Istat, jiġifieri għall- mistoqsija jew inkella għar-reazzjoni li ħwejjeġ li ma kellhomx jiġru fil- passat fi proprjeta` kulturali tal-Knisja Kattolika jew ta' l-ordnijiet reliġjużi ...", "Huwa veru li jeżistu diversi eżempji ta' prattika ħażina u żbaljata li għamlet ħsara lill-patrimonju kulturali, anke min-naħa tal- Knisja, pero` rridu niftakru wkoll li fejn sal-lum ma kienx hemm rimedju legali għal din il-prattika ħażina, din l-emenda li qed nipproponi tipprovdi dan ir-rimedju legali għax hemm kummissjoni li qed tiġi mogħtija l-istess responsabbiltajiet li għandu s-sovrintendent għar-rigward tal- proprjeta` kulturali ta' l-Istat.", "Mela s-sitwazzjoni li qed nipproponu f'din l-emenda mhux talli m'hijiex agħar mis-sitwazzjoni tal-lum imma talli fl-opinjoni tiegħi, se tkun ħafna aħjar mis-sitwazzjonijiet li qatt kellna f'dan is-settur.", "Anke jekk inqabblu l-emenda li qed nipproponi ma' dak li kellna fil-liġi dwar l- antikitajiet insibu li ...", "L-Onor.", "Bartolo qal li klawsola 51 kif kienet fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kienet iktar feliċi għax għallinqas kienet toffri xi forma ta' check, imma meta jien nerġa' naqra din il- klawsola sew u oġġettivament, mingħajr l-ebda preġudizzji ta' xejn, inqabbilha ma' dak li qed nipprovdu issa permezz ta' l-emenda, nerġa' nikkonferma li dak li qed nipprovdu issa hija pożizzjoni superjuri sew għas- sitwazzjoni taħt il-liġi attwali kif ukoll għal klawsola 51 għax hawnhekk aħna mhux ċekk qed nipprovdu, m'aħniex qed nipprovdu li nagħmlu xi verifika ħafifa fuq dan is-suġġett imma qed nipprovdu qafas ta' regolamentazzjoni ta' sovrintendenza li kif inhu xieraq, qed jiġi delegat lill-Knisja Kattolika.", "Bħalma d-delega fuq proprjeta` kulturali ta' l-Istat issir fi ħdan parametri li huma aċċettabbli, hekk ukoll qed isir b'din l-ispeċi ta' delega fir-rigward tal-patrimonju kulturali Kattoliku.", "Nerġa' ngħid li jekk aħna, hawn ġew, illeġislajna u ma sibniex diffikulta` li niddelegaw funzjonijiet li jappartjenu lis-sovrintendenza u lill- aġenzija operattiva dwar il-konservazzjoni jew inkella li niddelegaw il- ħarsien tal-patrimonju kulturali ta' l-Istat lill-għaqdiet volontarji u lill-privat, m'għandux ikun hawn diffikulta` li r-regolamentazzjoni, is- sovrintendenza u l-operazzjoni tal-patrimonju kulturali reliġjuż issir mill- Knisja Kattolika.", "Jien ngħid li din hija sitwazzjoni superjuri għal-liġi attwali.", "Issa huwa sigriet magħruf li fi żmien l-amministrazzjoni mmexxija mill-Gvern Laburista ta' bejn l-1971 u l-1987, il-liġi attwali ma ġietx operata għax kien hemm ċirkostanzi li m'iniex se nidħol fihom fejn il-bord ekklesjastiku ma kienx ġie approvat mill-ministru, u allura l-approvazzjoni tal-ministru serviet mhux għall-iskop li għalih kienet ġiet leġislata imma proprju biex dak l-iskop jiġi ostakolat.", "Imbagħad kien hemm ukoll żmenijiet oħra meta l-liġi attwali waqgħet in disuso.", "Ikun tajjeb jekk infakkar li għal dak li jirrigwarda l-proprjeta` tal-Knisja, illum il- ġurnata s-sitwazzjoni hija ħafna differenti minn kif kienet fi żmenijiet oħrajn għax minn meta sar il-ftehim dwar il-proprjeta` tal-Knisja Kattolika, b'liema ftehim il-Knisja Kattolika għaddiet il-biċċa l-kbira tal- proprjeta` tagħha, ħlief dik il-proprjeta` li għandha skopijiet reliġjużi ta' kult u t'affarijiet pastorali, is-sitwazzjoni nbidlet radikalment, pero` din is-sitwazzjoni ma nbidlitx biss radikalment bis-saħħa ta' dak il- ftehim imma anke b'liġijiet oħra.", "Per eżempju, biżżejjed insemmi li l-liġi dwar l-ippjanar u l-iżvilupp tissottometti lill-Knisja Kattolika għall-istess proċeduri ta' permessi u ta' infurzar daqs kwalunkwe ċittadin ieħor.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel illejla huwa li jien qed ngħid li l-emenda li qed nipproponi hija superjuri wkoll għall-fatt li issa, b'din l-emenda, se jkun possibbli li l-operat tal-kummissjoni jiġi aċċertat permezz ta' regolamenti li jsiru f'konsultazzjoni sħiħa dwar is-setgħat, id-dmirijiet, il-proċeduri u l-prattiċi, u dan proprju biex nassiguraw li jkun hemm qafas aċċettabbli li fi ħdanu tkun tista' ssir regolamentazzjoni b'rispett reċiproku għall-funzjonijiet li għandhom l-Istat u l-Knisja.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin u għalhekk nitlob lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 26 ta' Frar, 2000 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, aktar ma jgħaddi żmien u aktar ma jersqu l-elezzjonijiet tal-kunsilli kokali aktar niltaqa' ma nies li qegħdin jitkellmu fuq il-polariżżazzjoni fil-pajjiż li rnexxielu jġib dan il-gvern permezz tal-mod li bih qed jaħdem.", "Jien niltaqa' ma' nies, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, li jgħiduli kemm kellu raġun il-gvern Laburista u l-Knisja li kienu saħqu sabiex il-partiti joqogħdu 'l bogħod mill-kunsilli lokali ħalli dawn ikunu jistgħu jaħdmu tassew fl-interess tal- lokalita` tagħhom u mhux fl-interess tal-partiti rispettivi tagħhom.", "Sur President, qegħdin naraw ta' kuljum esponenti prominenti tal-gvern li minflok qegħdin jaħdmu biex jaraw kif se jsolvu l-problemi kbar ħafna li huwa mifni bihom dan il-pajjiż, ta' kuljum tarahom iduru l-kunsilli lokali.", "Kunsill li ma marrux iżuru, pero` dawn l-esponenti tal-gvern Nazzjonalista huwa dak taż-Żejtun, u dan sabiex ma jagħtuhx il-pubbliċita` ħalli ma jurux kif jaħdem bis-serjeta` kunsill Laburista.", "Madankollu dan huwa kunsill li m'għandux bżonn pubbliċita`; tmur iż-Żejtun jew titkellem ma' xi Żejtuni jew Żejtunija, Nazzjonalisti jew Laburisti, u jgħidulek kemm il-kunsill li għandhom huwa ħabrieki u serju u li tista' tgħid biddel wiċċ iż-Żejtun.", "U meta ngħidu \"biddel wiċċ iż-Żejtun\" inkunu qed nirriferu għall-aspetti kollha.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn it-toroq, speċjalment dawk li qegħdin fiż-żoni antiki, jara x-xogħol ta' riabilitazzjoni li sar fihom.", "Insemmi, per eżempju, il-Ħofra u Misraħ Santa Marija, fejn b'mod meqjus u b'ħafna attenzjoni qed issir ir-riabilitazzjoni u fl-istess ħin qed jiġi miżmum il- karattru sabiħ ta' dan ir-raħal.", "Minn dan wieħed bilfors jikkonkludi li fin-nofs hemm idejn ta' nies li jħobbu lil dan ir-raħal u li jridu jsebbħuh b'mod li jagħmluh komdu u aċċessibbli pero` f'istess ħin iżommu l- karatteristiċi tiegħu.", "Hemm imbagħad l-oqsma l-ġodda, bħal per eżempju, il-bandli u l-ġonna għalkemm hemm ukoll ġnien antik, Ġnien tal-Kmandant, li qed jiġi rranġat.", "Bara minn hekk hemm ukoll l-oqsma tad-djar li hemm f'San Girgor, Ta' Ganza, Ħal-Tmiem u Ġebel San Martin.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra kont qiegħda f'wieħed minn dawn l-oqsma tad-djar u stajt nara b'għajnejja x-xogħol li sar kemm fil-common areas, kemm fil-bankini kif ukoll fl-areas ta' rikreazzjoni ta' dawn l-estates u rajt il-mod li bih dan il-kunsill il-ħin kollu qiegħed jara u jivvinta x'se jagħmel biex isebbaħ il-lokalita`.", "Apparti dan sar ukoll resurfacing fuq għexieren ta' toroq u ġew irranġati wkoll il-pjazez.", "Sur President, meta tmur goż-Żejtun tolqtok mal-ewwel l-indafa li hemm f'dan ir-raħal.", "L-indafa hemmhekk hija xi ħaġa impressjonanti u naf li l- kunsill jieħu ħsieb il-ġbir ta' l-iskart bieb bieb, barra mil-fatt li hemm il-bins on wheels, il-ġbir ta' l-iskart goff u l-knis li jsir regolarment.", "Huwa nteressanti li dan ma jsirx biss fiż-zoni urbani.", "Per eżempju, jien inħobb immur nimxi fl-outskirts taż-Żejtun u filwaqt li qabel kont nara saqqijiet, fridges u elf ħaġa oħra mitfugħa f'dawn l-inħawi li kienu jdumu hemmhekk ħafna qabel ma jinġabru, illum għalkemm xorta għadni nara, ninduna li ma jdumux ma jinġabru.", "Dan l-aħħar kellna l-okkażjoni li mmorru naraw ġnien San Girgor fejn fih dan l-aħħar inbnew public conveniences ġodda.", "Nista' ngħid li llum il- ġurnata dan il-ġnien sar ċentu ta' attivita` fejn qabel dan kien miltluq u kienu jintefgħu fih żgħażagħ jagħmlu affarijiet mhux tajbin għalihom.", "Aħna stess iltqajna ma' ħafna żagħżagħ li kienu qegħdin jagħmlu jiġbru żagħżagħ oħra sabiex b'mod san u edukattiv jieħdu pjaċir flimkien u jagħtu l-ħajja lil dan il-ġnien.", "Hemm ukoll pjanijiet għall-ġnien fil-qasam tad-djar ta' Ta' Ganza u morna naraw ukoll xogħol ta' restawr li qed isir fil-ġnien antik tal-Kmandant.", "Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li d-differenza m'hijiex qiegħda biss fil-fiżiku imma anke f'oqsma oħra bħal, per eżempju, fil-qasam ta' l-edukazzjoni.", "Il-kunsill taż-Żejtun ta eżempju tajjeb ħafna ta' kif kunsill jista' jaħdem mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Wieħed jista' jara, per eżempju, kif issebbħu l-inħawi ta' l-iskola tal-kindergarden u kif flimkien mal-kunsill sar refurbishing fl-iskejjel primarji.", "Rajna wkoll kif il-kunsill qiegħed jagħti appoġġ lill-istitut li l-Ġiżwiti waqqfu fiż- Żejtun sabiex jikkombattu l-illitteriżmu.", "Hawnhekk mal-ewwel tinduna li dan ma sarx b'kumbinazzjoni imma ġara għaliex is-sindku, is-Sur Joe Attard, huwa ex għalliem u bla dubju ta' xejn jagħti ħafna importanza lill-qasam edukattiv fil-livell tal-lokalita` tiegħu.", "Apparti dan saru u għadhom qegħdin isiru ħafna attivitajiet, kemm sportivi kif ukoll ta' edukazzjoni, li qed ikomplu jtejbu l-livell tal-ħajja taż- Żwieten.", "Dan naturalment għaliex aktar ma xxerred l-edukazzjoni iktar tgħolli l-livell ta' l-għajxien tan-nies.", "Apparti minn dan qed tingħata ħafna importanza lill-isport – mhux bil-kliem biss imma billi jiġu pprovduti l-faċilitajiet - u b'hekk in-nies qed ikunu mġiegħla jkunu konxji aktar ta' saħħithom.", "Inbena gymnasium u football nursery u anke kumpless sportiv ieħor viċin Ġnien San Girgor.", "Imbagħad naturalment hemm l-oqsma soċjali u kulturali.", "Per eżempju, jsiru lezzjonijiet ta' handcraft mill-kunsill stess u l-ġimgħa l-oħra kellna l- opportunita` naraw wirja sabiħa ta' xogħol ta' nisa Żwieten li tgħallmu s- sengħa tal-ganutell u crafts oħrajn li wara li ħadu l-lezzjonijiet fil- kunsill stess issa waslu fil-livell fejn qegħdin jagħmlu l-wirjiet tax- xogħol tagħhom.", "Hawnhekk irrid ngħid li kien hemm madwar elf persuna li attendew għal xi kors jew ieħor fil-kunsill lokali taż-Żejtun, u mhux fil- crafts biss.", "Isiru wkoll attivitajiet għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilita`.", "Il- bieraħ stess kont qed nitkellem mas-sindku u qalli li l-berġa jridu jagħmluh post minn fejn tingħata mhux biss il-mediċina imma anke edukazzjoni u nformazzjoni fuq is-saħħa.", "Qasam ieħor li l-kunsill Żejtuni daħal fih sew huwa dak taż-żgħażagħ.", "Fil- fatt ilha madwar xi sena għaddejja l-inizjattiva Youths at Local fejn irnexxilhom jiġbru madwar 100 żagħżugħ u żagħżugħa miż-Żejtun li b'mod informali qegħdin jaħdmu fuq skills interpersonali u ta' leadership li ż- żgħażagħ, b'mod speċjali, ikollhom bżonn tul ħajjithom għaliex iridu jgħixu ma' nies oħrajn.", "Il-mod kif qegħdin jagħmlu dawn l-exercises dawn iż- żgħażagħ minn nies li tgħallmu dawn l-skills u issa qed jgħadduhom lilhom, ant qegħdin ikunu interessanti li l-grupp kulma jmur qiegħed dejjem jikber, dejjem bl-inkorraġiment u bl-appoġġ tal-kunsill lokali.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-kunsill lokali taż-Żejtun ħadem fuq il-livelli kollha kemm dawk fiżiċi, soċjali, kulturali, sportivi u anke edukattivi u jien ċert li prova ta' kemm dan il-kunsill huwa suċċess se nerġgħu neħduha fl-elezzjonijiet li ġejjin meta dan il-kunsill jerġa` jingħata l-mandat għat-tliet snin li ġejjin sabiex ikompli bil-ħidma kbira tiegħu.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki ?", "L-Onor Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, tliet snin oħra, jiġifieri fis- sena 2005, isir ċensiment nazzjonali, fis-sensila li jiġu organiżżati bħala inizjattiva tal-Ġnus Magħquda.", "Mill-aħħar ċensiment li kien sar fl-1995 ħarġet xejra inkwettanti ħafna; li fl-10 snin ta' bejn 1985 u l-1995 kienu ttripplaw dawk iż-żgħażagħ li jsibuha diffiċli li jiktbu u jaqraw.", "U allura llum għandna dritt nistaqsu x'se juri dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna ċ-ċensiment li se jsir tliet snin oħra.", "Qed ngħid dan kollu għaliex iċ-ċensiment ma jsirx biex ikun sar jew biex ikollna l-figuri, imma jsir biex naraw x'inhi l-problema.", "Apparti mill- fatt li jridu jittieħedu passi, hemm il-problema ta' kif tkejjel l- illitteriżmu u x'inhi d-definizzjoni ta' xi ħadd li ma jafx jikteb u jaqra.", "Jiena inkwetat ħafna li m'humiex qegħdin jittieħdu inizjattivi serji u fit- tul biex insolvu l-problema ta' l-illitteriżmu f'pajjiżna.", "Infakkar li fuq inizjattiva tal-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kienet bdiet tqum kuxjenza li għandna problema u li din irridu niffaċċjawha biex insolvuha.", "U żgur li ma ssolvix problema jekk l-ewwelnett lanqas tammetti li teżisti.", "Gvern Laburista ta' bejn 1996 u l-1998 irrikonoxxa li hemm problema u beda jieħu passi biex jaffaċċjaha.", "Fost affarijiet oħra konna waqqafna literacy unit fl-Universita` immexxija minn Dr Charles Mifsud, liema unit fl-1998 kienet għamlet pilot project fejn eżaminat u ttestjat x'ħiliet għandhom jiktbu u jaqraw, jifhmu u jħaddmu l-Malti u l-Inġliż tfal ta' seba' snin.", "Imbagħad l-esperjenza ta' dak il-pilot project kienet ġiet żviluppata biex f'Marzu ta' 1999 kien sar survey nazzjonali, li aktarx huwa l-uniku fid- dinja, li rnexxilu jeżamina lit-tfal kollha tal-pajjiż, neħħi xi ftit eċċezzjonijiet, għall-ħila tagħhom li jħaddmu l-Malti u l-Inġliż f'Malta u Għawdex fl-eta` ta' seba' snin.", "Mr Speaker, minn dak l-istħarriġ kienet ħarġet stampa nkwetanti u sorprendenti; li fi nħawi ta' Malta u Għawdex għandna rati ta' bejn 18 u 25% tat-tfal fl-eta` ta' seba` snin li diġa` jidher li għandhom problemi biex jiktbu u jaqraw, jifhmu u jħaddmu l-Malti u l-Ingliż.", "U fost is- sorpriżi li kellna kien hemm dik ta' Għawdex għaliex ħadd ma' kien qiegħed jistenna li se toħroġ figura għolja għal ċerti nħawi f'Għawdex bħall-inħawi li nsibu f'Malta madwar il-Port il-Kbir, il-Marsa, il-Kottonera u l-Belt.", "U hemmhekk bdew il-mistoqsijiet għax nerġa' ngħid li l-istħarriġ u l- istudju ma jsirx biex ftit nies ta' l-Universita` jippubblikaw riċerka - dik għanda l-importanza tagħha - imma jsir biex ngħinu lit-tfal.", "L-istudji kollha juru li jekk ma neħdux passi minn meta t-tfal ikunu żgħar u jekk tfal ta' seba` snin ikunu diġa` bdew jaqgħu lura fil-ħila tal-kitba u l-qari, diffiċli ħafna biex 'il quddiem issalvahom u ġġibhom lura.", "Studji sħaħ li saru f'pajjiżi differenti u anke mill-ILO juru fatt inkwetanti ħafna; tfal li ma jkunux tgħallmu jiktbu u jaqraw meta jkunu fl- iskola primarja jibqgħu sejrin hekk fl-iskola sekondarja, joħorġu biex imorru jfittxu x-xogħol u ssib li mbagħad ikunu jridu jittieħdu passi u jintnefqu ħafna flus biex isiru skemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni għal dawk iż-żgħażagħ – li issa jkunu saru żagħżagħ fl-eta` ta' madwar 19-il sena – li ħafna drabi jkun għalxejn.", "Għalhekk ir-rakkamandazzjoni dejjem hi li wieħed jinesti fit-tfal mill- edukazzjoni tal-kindergarten u tal-primarja għaliex wara huwa diffiċli ħafna biex issewwi l-problema.", "Nerga` ngħid li ninsab diżżappuntat ħafna li għaddew erba' snin mill-1998 'il hawn u ma rajna ebda inizjattiva serja f'dan il-qasam.", "Kull sena niġu f'dan il-parlament nivvutaw, per eżempju, Lm20,000 biex imorru għand il-literacy unit, u meta s-sena ta' wara naraw l-estimi, nindunaw li minn dawk l-Lm20,000 lanqas biss tkun intnefqet Lm1 waħda.", "U dan meta nafu li anke Lm20,000 huma ftit għall-bżonnijiet li għandna għax kienu ġew identifikati madwar 18-il skola differenti fejn hemm bżonn ngħinu lit-tfal biex jiksbu dawn il-ħiliet tal-kitba u l-qari tal- Malti u l-Ingliż.", "U rrid infakkar ħaġa oħra li jien nara daqxejn stramba.", "Kważi bħal-lum sena l-HSBC kien ħarreġ b'inizjattiva li kien lest jgħin f'din il-kampanja biex niżviluppaw il-ħila tal-kitba u l-qari fost it-tfal u kien anke ta Lm12,000 biex jiġi mwettaq programm fi 11-il skola differenti.", "U jien nixtieq inkun naf kif u fiex intnefqu dawn it-Lm12,000.", "U qed ngħid dan għaliex żgur li l-literacy unit ta' l-Universita` ma ngħatax Lm1 waħda minn dawk it-Lm12,000.", "U issa li għaddiet sena mindu kienet tħabbret din l-inizjattiva jkun tajjeb li ningħataw rendikont ta' kif intnefqu dawk it-Lm12,000 u x'sar b'dawk il-11-il skola li ġew iddentifikati li hemm bżonn ta' għajnuna lit-tfal.", "Qed ngħid dan għaliex dan l-aħħar il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħabbar li se ssir inizjattiva f'ħames skejjel fejn li kull waħda se tingħata Lm3,000 pero` ma ġiex spjegat kif intagħżlu dawn il-ħames skejjel.", "Per eżempju, jien iddiżappuntat ħafna li ma ntgħażlitx skola waħda Għawdxija meta l- istħarriġ ta' 1999 ippublikat fis-sena 2000 wera biċ-ċar li hemm bżonn nintervjenu f'ċerti nħawi ta' Għawdex.", "Mela bħal-lum sena tħabbar li se jsir inizjattiva fi 11-il skola, ma smajniex x'sar fihom, smajna biss li saret xi ħaġa fl-iskola tal-Gżira, imbagħad ftit ilu jitħabbar li se ssir inizjattiva f'ħames skejjel li żgur m'għandhomx il-bżonn li għandhom it-18- il skola f'Malta u f'Għawdex.", "U allura bilfors ninstaqu kif u b'liema kriterji ntgħażlu dawn l-iskejjel u x'se nagħmlu biex ngħinu lil dawk it-tfal li għandhom bżonn l-għajnuna għaliex qed jaqgħu lura.", "U għalhekk jien inkwetat ħafna li minn naħa waħda l-Lm20,000 li jiġu vvutati hawnhekk jispiċċaw qatt ma jintnefqu meta nafu li hemm bżonnijiet kbar, il-fond ta' Lm15,000 ta' l-HSBC ma' nafux kif intnefaq, u ma nafux x'se jiġri minn issa 'l quddiem għaliex issa tħabbret din l-inizzjattiva tal-ħames skejjel u l-iskejjel veru li għandhom bżonn qed jintesew.", "Kemm-il darba nisimgħu li m'għandniex inħallu lit-tfal jaqgħu lura.", "Ftit ilu fl-Istati Uniti għaddiet liġi mgħarufa bħala \"Leaving no child behind\" li hija ntiża proprju biex tgħin lit-tfal minn eta` żgħira jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn.", "Din il-liġi ħadmu għaliha flimkien il-Partit Repubblikan u l-Partit Demokratiku u meta għaddiet, il-President Bush u s- Senatur Ted Kennedy - li nafu li ma tantx jinġiebu għax bejniethom hemm rivalita` kbira mhux biss politika imma anke bejn il-familji li qed issir daqsxejn dinastija politika fl-Istati Uniti - ...", "Dawn irnexxilhom jinsew id-differenzi kbar ta' bejniethom u ħadmu flimkien sabiex jgħaddu din il- liġi li ma tħallix tfal jaqgħu lura.", "U aħna ma nsibux problema min-naħa tagħna kieku kellu jkollna l-istess kooperazzjoni f'pajjiżna biex ngħinu ħalli t-tfal ma jaqgħux lura.", "Imma l-affarijiet irridu jsiru b'serjeta` u b'tokenism fejn taparsi f'daqqa waħda niftakru li għandna problema ta' illiteracy.", "Ftit ilu l-Ministru mar fi skola l-Belt u qal \"Yes, we do have a problem of illiteracy\".", "Imma allura din kultant niftakru fiha?", "Għandna problema serja, irridu naħdmu fuqha b'mod serju u rridu naraw li min qiegħed jaħdem, per eżempju, il-literacy unit ikollu r-riżorsi biex jaħdem.", "Niftakru li min dak l-istudju kienet ħarġet rakkmandazzjoni mportanti ħafna li lil dawk it-tfal li qed jaqgħu lura hemm bżonn li ngħinuhom jiksbu l- ħila tal-qari u tal-kitba fil-Malti u fl-Inġliż, iħaddmu n-numri - dik li bl-Inġliż tissejjaħ numeracy - iħaddmu l-computers, jużaw l-informatika u jkollhom litteriżmu fix-xjenza.", "Illum nafu li biex iċ-ċittadini tas-seklu 21, jiġifieri t-tfal li telgħin, jibqgħu fil-wiċċ se jkollhom bżonn il-ħila ta' l-ilsna tal-Malti u l-Inġliż, il-ħila li jħaddmu l-matematika u l- computers u l-ħila li jifhmu x-xjenza.", "U jekk ma jkollokx il-kitba u l- qari tal-Malti u l-Inġliż se taqa' lura f'kollox.", "Għalhekk jien sinċerament nappella biex nieħdu l-problema ta' l- illitteriżmu bis-serjeta` mhux kif qed isir issa li niftakru fiha biss meta jkun konvenjenti, u naħdmu, għaliex meta t-tfal jaqgħu lura minn kmieni nkunu qed inkissrulhom il-futur tagħhom u qatt ma jiġi lura.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 26 ta' Frar, 2002 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUZZJONI TAL-LAĦAM - PREZZIJIET", "30783.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-laħam tal-fenek matul l-2001 separatament?", "Kemm kien il-prezz medju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba m'hix irregistrata mħabba li l-industrija tal-fniek fil-parti kbira tagħha hi cottage industry.", "Qed tinġabar informazzjoni biex wieħed jagħti ndikazzjoni tal-produzzjoni matul is-sena 2001.", "EUROPEAN UNION - SUPPLY MEASURES", "30784.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-varjetajiet tal-materja prima ta' l-ikel u tal-prodotti ta' l-ikel li fuqhom il-Gvern qed jitlob lill-UE testendi lill-pajjiżna d-dritt ta' supply measure bil-għan li wara sħubija fl-UE pajjiżna jibqa jgawdi l-liberalizazzjoni fil-kummerċ ta' l-ikel li għandu llum meta għadna mhux membru ta' l-UE?", "Kemm huma l-kwantitajiet f'tunnellaġ li qed jintalbu f'dawn is-supply measures?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fin-Negotiating Position Paper tas-26 ta' Lulju, 2001 li kopja tagħha tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 14 ta' Jannar, 2002.", "Għar-rigward, tat-tieni parti tal-mistoqsija l-kwantitajiet f'tunnellati jkunu magħrufa meta jkun iffinalizzat u approvat mill-MEUSAC d-dokument dwar l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA).", "PRODUZZJONI TAL-ĠBEJNIET - PREZZIJIET", "30785.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tal-ġbejniet riski matul l-2001 separatament?", "Kemm kien il-prezz medju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qatt ma nżammu records tal-produzzjoni attwali ta' ġbejniet friski li normalment jiġu prodotti minn numru kbir ta' raħħala ndividwali li jżommu n-nagħaġ u mogħoż għal dan l-iskop.", "Iżda miċ-cifri ta' kemm hawn nagħaġ u mogħoż f'Malta u f'Għawdex u ta' kemm hi l-produzzjoni medja ta' ħalib ta' dawn in-nagħaġ u mogħoż hu kkalkulat li l-produzzjoni ta' ġbejniet friski tlaħħaq madwar 2,000 tunnellata f'Malta u madwar 1,000 tunnellata f'Għawdex.", "Il-prezz tal-ġbejniet friski jvarja bejn 10 ċenteżmi u 15 -il ċenteżmu -l waħda, skond id-daqs.", "EUROPEAN UNION - SUPPLY MEASURES", "30786.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r r-raġunijiet li l-Gvern qed jitlob lill-UE testendilu d-dritt għall-numru ta' supply measures fuq l- importazzjoni tal-prodotti u l-materja prima ta' l-ikel tal-poplu tagħna?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fid-dokument magħruf bħala Negotiating Position Paper (N.P.P.) tas-26 ta' Lulju, 2001 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it- Tnejn 14 ta' Jannar, 2002.", "PRODUZZJONI TAL-FROTT - PREZZIJIET", "30787.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni globali f'Malta u Għawdex tad-dulliegħ, tuffieħ u frott matul l-2001 separatament?", "Kemm kien il-prezz medju?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li l-volum ta' dulliegħ, tuffieħ u frott li ddaħħal fil-pitkaliji f' Malta u Għawdex fl-2001 u l-prezz medju kienu kif jidher hawn taħt:", "| | | | | | |MALTA |GĦAWDEX | | | | |Dulliegħ kgs |Dulliegħ kgs | |Prezz Medju |Prezz Medju | |474,168 |120,544 | |17c43 |14c38 | | | | |Tuffieħ kgs |Tuffieħ kgs | |Prezz Medju |Prezz Medju | |17,809 |5,705 | |11c77 |14c02 | | | | |Frott kgs |Frott kgs | |Prezz Medju |Prezz Medju | |2,330,080 |126,617 | |27c35 |40c48 |", "Tajjeb li nfakkar li għal skop ta' statistika, id-dulliegħ u l-bettiegħ huma klassifikati mal-ħaxix u mhux mal-frott, l-istess kif isir barra minn Malta.", "FAĊILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN - MASTER KEY", "31548.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk jirriżultax li nsterqet il-master key ġol-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar l-għibien ta' master key li biha tista' tiflaħ kull bieb li hemm fil-ħabs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ma nsterqet l-ebda Master Key li biha jinfetħu l-bibien kollha tal- Ħabs.", "Huwa minnu li ma nstabitx ċavetta (servant key), u qegħda issir investigazzjoni interna dwar dan in-nuqqas.", "Tajjeb l-Onor.", "Interpellant jkun jaf li għalkemm din iċ-ċavetta hija ta` importanza, waħda mhix biżżejjed biex tiftaħ xi bieb, u dan għaliex ma` din iċ-ċavetta trid tintuża ċavetta oħra.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA - IMPJEGATI", "31550.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni differenti li huma 1) impjegati full-time 2) impjegati part-time 3) konsulenti mal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'ghada?", "Ma kemm persuni qed jiġu negozjati kuntratti ta' xi tip jew ieħor għal xogħol mal-Fondazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-impjegati huma:", "1.", "Impjegat full-time: Wieħed - is-Sur Alfred Ferrante, li beda fil-11 ta' Frar 2002 bħala Chief Executive Officer.", "Bħalissa qed issir l-għażla ta' Financial Controller.", "2.", "Impjegati part-time: Qed jittieħed servizz mill-kumpanija Commercial Services Bureau Ltd, li qed jipprovdu lis-Sinjura Josianne Vella, li qed tagħmel xogħol ta' segretarja temporanjament.", "3.", "Konsulenti: Tnejn - Il-Perit Anton Valentino u s-Sur George Papagiorcopulo li oriġinarjament kienu membri fuq it-Tomorrow's School Task Force.", "Il-Fondazzjoni qegħda wkoll fi proċess biex impjegati li jaħdmu mad- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jagħtu s-servizz tagħhom fuq xogħol tal- Fondazzjoni.", "Informat li bħalissa ebda kuntratt m'hu qed jiġi negozjat għal xogħol mal- Fondazzjoni.", "MCAST – XIRI TA' GĦAMARA", "31552.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex tinxtara għamara għall- MCAST?", "Meta ħarġu l-offerti pubbliċi biex tinxtara l-għamara?", "Min awtorizza x-xiri tal-għamara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "EDUKAZZJONI SOĊJALI - NEFQA", "31553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 kif intefaq il-vot għall- edukazzjoni speċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Vot ta' l-Edukazzjoni Speċjali (Vot 5270) kien jammonta għal Lm240,000.", "Din is-somma ġiet mgħoddija lill-Eden Foundation f'erba' pagamenti ta' madwar Lm60,000 'l wieħed.", "Din is-somma tkopri salarji ta' facilitators ma' tfal klijenti ta' l-Eden Foundation fi skejjel tal-Knisja, kif ukoll ta' xi professjonisti li jservu fil- fondazzjoni, u spejjeż oħra ta' amministrazzjoni ta' l-istess fondazzjoni.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni titlob rendikont dettaljat dwar kif jintefqu l-flus.", "Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kkuntrattat din il-Fondazzjoni sa mill-1996 - liema servizz żdied progressivament sena wara sena.", "PEMBROKE - CIVIL WORKS", "31555.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta tħejjiet is-sejħa għall-offerti għal civil works fiċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza ibbażat f'Pembroke?", "Meta ġiet mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-sejħa għall-offerti għal civil works fiċ- Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza f'Pembroke ġiet imħejjija fl-2001 u mgħoddija lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fis-6 ta' Ġunju 2001.", "STATEMENTING MODERATING BOARD - NEFQA", "31557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf l-Istatementing Moderating Board?", "Kemm intefqu flus fuq ix-xogħol ta' dan il-Board?", "Fuq x'hiex intefqu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Istatementing Moderating Panel twaqqaf fis-27 ta' Ġunju, 2001.", "L-infieq li sar sa issa hu kif se nsemmi:", "300 Pocket Files x 15c Lm 45.00 3 Kaxxi photocopying paper x Lm9.0 Lm 28.50 3 Toners għall-photocopier Lm 60.00 Posta minn Settembru 2001 Lm480.00 1 Calculator u stationery ieħor Lm 20.00 1 Four drawer steel filing cabinet Lm135.00 1 Two drawer steel filing cabinet Lm 75.00 Total Lm843.50", "Għad iridu jsiru ħlasijiet tal-ħidma tal-membri fuq il-Bord.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - MARE D'ORO", "31562.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "31400 u cioe, B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28693, jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza mogħtija mill- qorti dwar il-każ tal-Gvern kontra s-sidien tal-Mare d'Oro rigward l-aċċess għall-parti pubblika tax-xatt ta' quddiem l-istabbiliment Mare D'Oro fil- bajja tal-Fekruna, Xemxija San Pawl il-Baħar?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "HOUSE HOLD BUDGETARY SURVEY - XOGĦOL", "31570.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol fuq il-household budgetary survey?", "Meta mistenni li jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Household Budgetary Survey qiegħed jiġi proċessat.", "Hu l-ħsieb ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li r-riżultati ta' dan is-survey jiġu ppubblikati sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena.", "STATISTIKA - NSO", "31572.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid billi hemm diversi indikaturi ekonomiċi li l- istatistika dwarhom ilha ma tiġi ippubblikata, tista' tgħid għaliex l-NSO jidhru li waqgħu lura fil-pubblikazzjoni ta' dan it-tgħarif essenzjali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika qed jagħmel kull sforz sabiex l-ebda statistika ma titħalla taqa' lura.", "STATISTIKA - PUBBLIKAZZJONI", "31573.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid l-uffiċju nazzjonali tal-istatistika qatt ikkunsidra l-possibilita li jistabbilixxi kalendarju fiss fejn diversi indikaturi ekonomiċi jibdew jiġu ppubblikati f'dati stabbiliti bil-quddiem kif jagħmlu pajjiżi oħrajn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l- Istatistika qed iħejji sabiex jintroduċi kalendarju ta' pubblikazzjonijiet.", "Għaldaqstant, peress li ħafna mit-tagħrif ippubblikat jiġi mingħand dipartimenti u entitajiet oħra, qed isir ix-xogħol meħtieġ biex it-tagħrif mitlub jasal għand l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika fiż-żmien propizju.", "EUROPEAN UNION - NET FUNDING", "31574.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern stabbilixiex x'ser ikun in-net funding mill-UE bħala persentaġġ tal-GDP ta' pajjiżna li kieku Malta kellha tissieħeb fl-UE?", "ONOR.", "JOE BORG: Ta' min wieħed jinnota li bi tħejjija għan-negozjati ma' kull pajjiż kandidat dwar il-Politika Reġjonali, il-provvedimenti dwar ir- Riżorsi Finanzjarji u dawk tal-Budget u l-Agrikoltura, l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm ħabbret il-proposti globali tagħha dwar il-finanzjament tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern Malti qiegħed jistudja dawn il-proposti bit-tħejjija għan- negozjati li għad iridu jseħħu dwar dawn l-oqsma.", "Huwa għalhekk prematur li wieħed jipprova jgħid minn issa x'ser ikun in-net funding mill-Unjoni Ewropea wara li Malta tissieħeb fl-istess Unjoni.", "STUDENTI UNIVERSITARJI – STIPENDJI", "31586.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-possibilita li studenti fl-Universita li jeħlu fl- eżamijiet f'xi sena partikolari u li jkollhom jirrepetu s-sena ma jinqgħatalhomx l-istipendju b'mod li ma jkunux ta' piż għall-familji tagħhom u anke jkun possibbli li fil-fatt ikomplu jistudjaw?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-miżura li studenti li jirrepetu xi sena li għaliha diġa` jkunu ħadu stipendju, ma jerġgħux jieħduh waqt li qed jirrepetu, ilha teżisti minn meta kienu ntrodotti l-istipendji.", "Diġa` qed ikunu vvutati madwar Lm8 miljun fis-sena biex imorru għall- Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti.", "Din hi spiża konsiderevoli.", "L- istudenti japprezzaw l-investiment li l-pajjiż qed jagħmel fihom u jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu l-aħjar riżultati fl-eżamijiet.", "TARXIEN – DWAL", "31587.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-bozoz ta' xi sulari fil-Blk D, Dr B, Triq Pietro Gagliardi, Tarxien mhumiex qed jinbidlu?", "Jaf il-Ministru li r-residenti ilhom ix-xhur jgħidulhom li hemm xi ħsarat fil-main u madanakollu mhux qed isir xejn biexdin il-ħsara tissewwa?", "Jista' l-Ministru jara kif tista' tirranġa din is-sitwazzjoni nġusta għar-residenti tal-blokk u dawk li jżuruhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bozoz tat- taraġ f'appartamenti tal-Gvern iridu jinbidlu mir-residenti nfushom u dan skond il-policy dwar it-tiswijiet.", "Tiswijiet fil-main, sew dak ta' l-ilma jew tad-dawl, huma responsabbilta' ta' entitajiet li ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu lill- Ministru konċernat.", "FOUNDATION OF INTERNATIONAL STUDIES - BUDGETING", "31588.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-Foundation of International Studies in kwantu għal personnel u finanzi/budgeting?", "Veru li mhux qed ikun hemm flus biżżejjed biex jitħallsu l-ħaddiema b'mod li kellhom jiġu utilizzati flus li suppost marru għal skopijiet oħrajn?", "Xi skopijiet oħrajn kienu dawn u kemm ilha din is-sitwazzjoni?", "Xi pjanijiet għandu l-gvern għal din il-foundation?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minn mindu l-Gvern fl-1997 naqqas il- kontribuzzjoni tiegħu lill-Fondazzjoni għal Lm140,000 (minn Lm210,000 fl- 1996) u għal Lm90,000 fl-1998, din sabet ruħha f'pożizzjoni li trid tiġġenera mal-Lm150,000 aktar fi qliegħ fis-sena biex tibbilanċja l-budget.", "Minn dak iż-żmien il-Fondazzjoni rduppjat l-isforzi tagħha u rnexxilha tiġġenera ħafna attivita` tant li kull sena, ħlief l-aħħar sentejn, irnexxilha tagħlaq b'bilanċ favorevoli.", "Għall-dawn l-iżbilanċi għamlet tajjeb il-Fondazzjoni permezz tar-riservi tagħha u bl-għajnuna ta' l- Universita`.", "Il-Ministeru u l-Universita` bħalissa qed jiddiskutu biex jiġi stabbilit l- aħjar użu li jista' jsir mill-esperjenza u riżorsi li jeżistu fil- Fondazzjoni.", "Minn mindu din twaqqfet, sittax-il sena ilu, saru ħafna bidliet u żviluppi fil-qasam ta' l-edukazzjoni internazzjonali u l-iskop ta' l-eżerċizzju li qed isir, u li nispera li jintemm ma jdumx, hu li Malta tattrezza ruħha biex tisfrutta aħjar l-opportunitajiet ġodda li qed jinħolqu.", "Dan l-eżerċizzju għandu wkoll bħala skop li l-Fondazzjoni jkollha l-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex taqdi l-mandat tagħha.", "PAOLA - DWAL", "31589.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitranġaw il-bożoż fit-triq waħda faċċata tal-Blk 1, Scheme 3, Telgħat Raħal Ġdid, Paola u bozzo oħra fuq wara tal-istess blokk li tiġi mar-roundabout ta' ħdejn is-Sare Marbles, liema bozoz ilhom issa żmien konsiderevoli jiġu rrapurtati mir-residenti tal-inħawi bla ma jkun hemm rispons mill-awtoritajiet kompetenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li t-tiswijiet li għalihom qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant fil-fatt diġa saru.", "TALBA GĦALL-GĦAJNUNA TAL-WENS", "31590.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba għall- għajnuna tal-wens li għamlet il-persuna bil-karta ta' l-identita nru.", "432385 (M) li tgħix fi Flat 3, Telgħat Raħal Ġdid, Paola talli tieħu ħsieb lill-omma li ma tistax timxi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mill- Onor. Interpellant mistenni jitressaq quddiem il-Bord Mediku kif meħtieġ skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "PAOLA - SUPPORT RAILING", "31591.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill- applikazzjoni tal-persuna bi bżonnijiet speċjali biex isirilha support railing fil-kamra tal-banju fejn tgħix fi Flat 3, Bieb C, Telgħat Raħal Ġdid, Paola, li ilha tistenna xi risposta dwarha mill-awtoritajiet kompetenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad- Djar ma jirriżultax li saret applikazzjoni għall-installar ta' support railing mill-inkwilini tal-post indikata mill-Onor.", "Interpellant.", "TA' XBIEX - LIFTS", "31599.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid tingħatax kunsiderazzjoni lit- talba tar-residenti ta' Blk A4 Ta' Xbiex H.E. biex jiġi installat is- servizz tal-lift billi l-inkwilini ta' Flt 5 għandu diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor.", "Interpellant waslet għand l-Awtorita' tad-Djar fit-12 ta' Frar 2002, u qed tiġi proċessata.", "PULIZIJA - SHIFTS", "31615.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jindika kif inhuma mqassmin ix-shifts tal-membri tal-Korp tal- Pulizija fil-Port ta' Imgarr, Ghawdex?", "Jista' l-Ministru jindika l- ismijiet jew in-numru ta' l-uffiċċjali konċernati f'kull shift matul is- sena 2001 gurnata b'gurnata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati l-Għassa ta` l-Imġarr, Għawdex, jaħdmu shifts ta` 8 sigħat.", "Ma nħossx li tagħrif personali tal-membri tal-Korp għandhom ikunu ippublikati.", "PULIZIJA - WORK PERMITS", "31616.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw work permits lil ċittadini mill-pajjiżi imsieħba fl-Unjoni Ewropea matul is-sena 2001?", "Jista' jispeċifika l-job description tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar il-job description ta` dawn il-persuni ta` min isemmi li Lista ta` Persuni Barranin li għandhom Liċenzja ta` Impjieg tiġi ppubblikata kull l- ewwel Tnejn ta` kull xahar (minn din is-sena din il-lista qed tidher fuq l- Internet) u din tispeċifika x-xogħol li qed tagħmel kull persuna li jinħarġilha work permit.", "PULIZIJA", "31617.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat on the beat minn uffiċċjali tal-Korp tal- Pulizija fl-1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill- Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.", "PULIZIJA - AKKADEMJA", "31618.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru korsijiet ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija?", "Xi kwalita' ta' korsijiet saru?", "Kemm membri hadu sehem f'dawn il-korsijiet?", "Kemm membri ma ghaddewx?", "Xi jsir minn dawk li ma jgħaddux?", "Hemm xi Pulizija li ma jafux jiktbu?", "X'xogħol qegħdin jagħmlu f'dan il-Korp?", "Kemm daħlu Pulizija ġodda s-sena l-ohra?", "Hemm xi ħsieb li diversi f'diversi sezzjonijiet jerggħu jimtlew postijiet bħala xogħol ta' skrivani kif ukoll ta' snajja mill-istess membri tal-Korp tal-Pulizija?", "Jekk veru mela inbidel il-principju li l-Pulizija jagħmlu xogħolhom barra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar it-tip ta` korsijiet li saru fl-Akkademja tal-Pulizija, kemm ħadu sehem u kemm ma għaddewx, għas-sena 2001, hu kif jidher fit- Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar xi jsir minn dawk li ma jgħaddux, ninsab infurmat illi fil-każ ta` inservice courses, dawn jingħataw ċans li jagħmlu resit u f`każ li jerġgħu jeħlu dan jiġi innotat fid-dossier tal-Membru ikkonċernat.", "L-istess isir fil-korsijiet għall-reklutaġġ, iżda f`dan il-każ dawk li jagħmlu r-resit u jerġgħu jeħlu, l-impjieg tagħhom jiġi terminat.", "Mir- records disponibbli ma jirriżultax li hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li ma jafux jiktbu.", "Ninsab infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm ingaġġ ta` 88 kuntistabbli u 10 spetturi, filwaqt li 17-il kuntistabbli kienu ġew reinstated.", "Fil-prinċipju għadha l-policy tal-Korp tal-Pulizija li l- membri tal-Korp ikunu assenjati xogħol relatat direttament mad-doveri tal- Pulizija.", "Fil-fatt, dalwaqt ħerġin applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati Administrative Support Officers minn mas-servizz pubbliku, sabiex jieħdu post il-membri tal-Korp li qed jagħmlu xogħol amministrattiv.", "PULIZIJA", "31619.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew imkeċċija Pulizija sena b'sena fl-1999, 2000 u 2001 b'indikazzjoni tar-rank u tal-akkuza?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif ġej:", "| | | |1999 | | |Kuntisabbl|Pussess ta` droga | |i | | |Kuntisabbl|Pussess ta` droga | |i | | | | | |2000 | | |Kuntistabb|Pussess ta` munizzjon| |li | | |Kuntistabb|Tneħħa skond Sect.", "11| |li |(iii) u 28 | | |tal-Ordinanza | | |tal-Pulizija 1961 | |Kuntistabb|Tixhim (bribery) | |li | | | | | |2001 | | |Spettur |Tneħħa skond Sect.", "11| | |(iii) u 28 | | |tal-Ordinanza | | |tal-Pulizija 1961 | |Spettur |Tneħħa skond Sect.", "11| | |(iii) u 28 | | |tal-Ordinanza | | |tal-Pulizija 1961 | |Spettur |Tneħħa skond Sect.", "11| | |(iii) u 28 | | |tal-Ordinanza | | |tal-Pulizija 1961 | |Kuntistabb|Serq | |li | |", "PULIZIJA - REATI", "31620.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati matul is-sena 2001?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi b'żieda mat-tagħrif li jien kont tajt fit-Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "28600, bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 2001, kien hemm 1,584 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.", "MALTACOM", "31658.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jispjega jekk il-ħaddiema tal-Maltacom li jispiċċaw biż- żmien humiex intitolati li jieħdu somma jew le meta jispiċċaw?", "Hemm ħaddiema tal-gvern li huma seconded mal-Maltacom li huma intitolati li jieħdu somma w oħrajn li m'humiex li ma jieħdux?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-ħaddiema tal-Maltacom li ġew ingaġġati wara li twaqqfet il-Korporazzjoni Telamalta, illum Maltacom plc, jiġifieri wara Ġunju 1975, m'humiex intitolati għal somma meta jirtiraw bl- eta' tal-pensjoni.", "Fil-kumpanija Maltacom għad baqa numru ta' ħaddiema detailed, trasferiti jew sekondati mill-Gvern u li huma ntitolati li jieħdu somma (commuted pension) meta jirtiraw bil-pensjoni.", "WIED IL-GĦAJN - TRAFFIC LIGHTS", "31659.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid possibli jsiru xi traffic lights fil-By pass ta' Wied il-Għajn eżattament fejn din il-By pass taqsam Triq San Ġużepp, Żabbar għax minn din il-parti jaqsmu ħafna niex, fosthom tfal għall-iskola u jista' faċilment jiġu xi inċident?", "Billi f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti intqal li se jittieħdu passi biex dan il-periklu jiġi indirizzat, possibli jittieħdu passi fl-aqsar żmien possibli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li diġa twaħħlet traffic lights fil- lokalita' u ftit aktar 'il fuq minnha hemm ukoll zebra crossing, għalhekk mhux possibbli li jsiru aktar postijiet fejn jaqsmu n-nies f'din il-parti tat-triq.", "PENSJONI", "31660.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'aggustament fil-pensjoni għandu bi dritt l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament isir fil-konfront tagħha, jekk hu l-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali nforma lill-persuna msemmija dwar il-każ tagħha.", "PENSJONI", "31661.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li ħadu l-pensjoni mill-USA u li ma kienux USA Citizens, qegħdin jħalsu 30% taxxa mill-pensjoni meta dawn qegħdin jirċievu pensjoni hekk imnaqsa f'pajjiżna, Malta?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm ftehim ad hoc snin ilu fejn kellha tiġi evitata taxxa imposta bħal din li tattakka l-istess pensjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "QRATI - ARKIVJI", "31662.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw il-persuni li preżentament qegħdin jaħdmu fl-arkivji tal-qorti f'Malta wara li spiċċa minn hemm il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li kellu esperjenza vasta u kien jgħin lil kullħadd u li ma nagħtax il-promozzjoni tiegħu li kien ġustament jixraqlu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "MALTA MARITIME AUTHORITY – CHIEF EXECUTIVE", "31663.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratt ta' xogħol għandu ic- Chief Executive tal-Malta Maritime Authority u jekk dan hux wieħed definittiv jew indefinittiv għal wieħed indefenittiv u min ta' din l-ordni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kuntratt li għandu ċ-Chief Executive ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta sar wieħed indefinit b'seħħ minn Marzu 1996 wara li skada l-kuntratt definit ta' tlett snin li kien sar f'Marzu 1993.", "MALTAPOST - ĦADDIEMA", "31664.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid sallum x'sar mit-taħdidiet u xi ftehim hemm jekk hemm barra dan l-ftehim li hawn anness mal-ħaddiema tal- Maltapost, ma l-istess Assoċjazzjoni Ħaddiema Postali fiċ-ċivil, aktar u aktar wara l-bejgħ ta' aktar minn 30% ta' l-ishma lill-kumpanija barranija fi New Zealand?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-ftehim imsemmi jikkonċerna ħaddiema li llum huma mpjegati mas-Servizz Pubbliku fuq bażi full-time.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru responsabbli mis-Servizz Pubbliku.", "ORTHOPAEDIC POST - APPLIKAZZJONI", "31665.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għal post ta' surgeon/orthopaedic post fid-dipartiment tas-saħħa li kien hemm min kien kwalifikat u applika u baqa ma nstema xejn fuqha?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MIA - IMPJIEGI", "31669.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies l-MIA f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "Liema grad daħlu u kemm applikaw għall kull vacancy kemm ġew impjegati?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu bejn it-18 ta' Awissu 2001 u t-18 ta' Frar 2002, ġew impjegati seba' Airport Attendants mal-kumpanija Malta International Airport minn fost mitejn u ħames applikanti li kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.", "QORMI - TESTIJIET TA' L-ARJA", "31672.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru testijiet ta' l-arja fi Triq Pawlu Farruġia Ħal Qormi jew kif kienet magħrufa qabel bħala Trejqet il-Wied, minħabba li numru ta' industriji li hemm?", "Jekk sar x'irriżulta?", "Jekk ma sarx, jista' l-Onor.", "Ministru jara li jittieħdu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn biex tiġi assigurata saħħet ir-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm id-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent għamel testijiet f'Ħal-Qormi, dawn ma sarux fi Triq Pawlu Farrugia.", "Id-dipartiment se jagħmel stħarriġ fuq fuq din it-triq.", "QORMI - TRASPORT PUBBLIKU", "31673.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku se testendi s-servizzi tat-trasport pubbliku fl-area f'Ħal Qormi fejn jinsabu fost oħrajn dawn it-Toroq: Triq l-Aħwa Żammit, Sqaq tal-Armal, Triq tal-Bajjada, Triq Ġdida f'Tal-Bajjada, Triq Pawlu Farruġia jew Trejqa tal-Wied, Triq il-Kaċċatur, Triq il-Kanun, Triq in-Nassab, Triq A.M. Vassalli, Valletta Road, Triq il-Furnar u oħrajn fl-akwata, bil-għan li tiġi mgħeluba t-tbatija tan-numru kbira ta' Residenti li joqgħodu hemm hekk?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għaddejjin diskussjonijiet bejn l- Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali Qormi biex tiġi devjata r-rotta minn Triq il-Belt Valletta, sabiex din l-akwata tkun moqdija aħjar.", "Hemm indikazzjoni li dawn l-arranġamenti jidħlu fis-seħħ dalwaqt.", "PULIZIJA – MIA – ĦARBA TA' PASSIĠĠIERA", "31674.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "280, jista' l-Ministru jgħid kemm il-passigier ħarab mid-departures ta' l-ajruport ta' Malta bejn l- Lulju u Awissu 2001 u li kellhom jitilqu mat-titjira ta' Damascus fis- Sirja?", "X'passi ttieħdu?", "X'irriżulta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi ma kienx hemm każijiet fejn ġew irrapurtati li ħarbu xi passiġġieri mid-departures lounge ta` l-ajruport internazzjonali ta` Malta.", "Pero` ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onor.", "Interpellanti, kien hemm żewġ każi fejn passiġġier kien instab nieqes minn fuq l-ajruplan wara li kien ħareġ mid-departures lounge.", "F`kull wieħed minn dawn il-każijiet, saret il-proċedura ta` sigurta` pre- stabbilita qabel ma` l-ajruplan tħalla jitlaq, pero` ma kien irriżulta xejn.", "KUNSILLI LOKALI TA' SANTA VENERA - OFFERTI", "31675.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "26255, peress li l-Ministru wieġeb li l-ministeru tiegħu ma ħareġ l-ebda offerta għax- xogħol f'din l-area, jista' jgħid kienx il-kunsill Lokali li ħareġ l- offerta u jekk huwa l-każ, għaliex il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' l-Onor.", "Ministru għażel l-ogħla offerta?", "Jekk ma kienx il-Kunsill Lokali li ħareġ l-offerta, jista' jgħid min?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esiżiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.", "ĦAL QORMI - TREJQA TAL-WIED/TRIQ PAWLU FARRUĠIA", "31676.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir għall-ewwel darba it- Trejqa tal-Wied jew Triq Pawlu Farruġia f'Ħal Qormi li llum hija kollha mibnija bil-għan li kemm ir-residenti kif woll l-industrija li topera minn din l-area ma jiqgħux isofru ħsarat u konsegwenzi oħra minħabba t-tħarbit li hemm?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru.", "W 265/01.", "PULIZIJA - QORMI – PERMESSI TA' ĦWIENET", "31677.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ta' ħwienet tax-xogħol u ta' negozju ieħor hemm fi Triq Pawlu Farruġia Ħal Qormi jew kif kienet magħrufa qabel bħala Trejqet il-Wied?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fit-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellanti hemm erba' (4) postijiet li fuqhom hemm liċenzja tan-negozju maħruġa mill-pulizija.", "Dawn ikopru manifattura ta' twiebet, spray u polixjar ta' għamara, manifattura u bejgħ ta' aluminium u ieħor laundry.", "SHIP BUILDING – ĦADDIEMA BLA XOGĦOL", "31679.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir minn dawk il- ħaddiema Tarznari, fosthom tas-ship building, li ma jridux jaċċettaw li jieħdu l-iskemi ta' irtirar u jispiċċaw bla xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-iskemi li rrefera għalihom l-Onor.", "Interpellant ġew maħruġa fil-kuntest ta' pjan ta' ristrutturazzjoni b'miri ċari, fosthom li n-numru ta' ħaddiema jrid jonqos sostanzjalment biex it-tarznari jilħqu vijabilita' finanzjarja.", "Kulħadd hu kommess li din il-vijabilita' tintlaħaq, iżda jekk il-miri ma jintlaħqux jista' jiġri li t-tarznari jkollhom jaħdmu b'ġimgħa imnaqqas ta' xogħol skond kif stabbilit fil-pjan ta' ristrutturazzjoni.", "ETC - KORSIJIET", "31680.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma vijabbli l- korsijiet mogħtija mill-ETC?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu biex tkun tista' tingħata Tweġiba.", "XOGĦOL - TFAL TAĦT L-ETA'", "31681.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tfal taħt l- eta' ma jitħallewx jmorru jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tinvestiga kull rapport li jaslilha dwar tfal li jaħdmu taħt l-eta' stabbilita mill- liġi.", "Teżisti linja tat-telefon (Hot Line numru 657382) biex min irid jista' jirrapporta abbużi f'dan ir-rigward mingħajr il-ħtieġa li jagħti ismu.", "REĠISTRAR TA' ŻGĦAŻAGĦ", "31682.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ jirreġistraw fil-lokalita' tal-Gudja, Raħal Ġdid, St. Lucia, Ħal Tarxien u l-Marsa, li għandom eta' ta' bejn is-16 u t-30 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ĠUSTIZZJA - REATI", "31683.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma utli s-sentenzi korrettivi meta l- istess persuna terġa' tinqabad mill-ġustizzja għax tkun ikkommettat l- istess reat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "PULIZIJA – SKOLA TA' SANTA VENERA", "31684.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega għaliex mhux dejjem qed ikun hemm pulizija ħdejn l-iskola ta' Santa Venera meta t-tfal ikunu ħierġin mil-iskola?", "Jista' l- Ministru jara li issir manutenzjoni fil-bitħa tal-istess skola peress li hija meħtieġa ħafna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Dwar l-ewwel parti tlabt lid-Direttur Ġenerali ta' l- Edukazzjoni jindaga mal-Pulizija s-sitwazzjoni biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija għaddejt it-talba lill- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada.", "MONTI DI PIETA - XOGĦOLIJIET", "31685.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'ammont ta' xogħol kien hemm fil-Monti di Pieta bejn l-1995 u l-2001, sena b'sena?", "Dan għal dak li jikkonċerna deheb li jiġi ttimbrat.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "POST GRADUATE COURSES - TEACHERS", "31686.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu post-graduate courses ta' teachers li fihom qed jingħataw l-stipendji?", "X'sar mit-teachers li kien hemm fil-home economics seminar centre f'B'Kara?", "Għalfejn sena ilu kienu ingħataw transfers lit-teachers f'din s-sezzjoni, meta issa baqgħu bin-nieqes?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti fil-P.G.C.E. li huma stipendjati hemm 27 fl-Edukazzjoni Personali u Soċjali, 3 fil-Ġeografija u 9 fix- Xjenza.", "Informat ukoll li l-'Home Economics Seminar Centre' ta' B'Kara għadu jiffunzjona bi programm li qiegħed dejjem jiżdied.", "Żewġ għalliema telqu miċ-Ċentru mill-bidu ta' din is-sena skolastika għaliex waħda laħqet Assistent Kap ta' Skola u oħra talbet biex tmur fuq programm ieħor fil-'peripatetic service' li tagħti d-Diviżjoni ta' l- Edukazzjoni.", "Iż-żewġ għalliema li naqsu ġew sostitwiti immedjatament minn żewġ għalliema oħra kkwalifikati u ċ-ċentru ma baqax bin-nieqes.", "VRT TESTING", "31687.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma it-test tal-VRT validu għal sentejn?", "Jista' jispjega kif min għamel il-VRT Test fi Frar 2001 qed jiġi kostrett li fi Frar 2002 jagħmel test tal-VRT mill-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Il-Frekwenza tat-test hi regolata b'notifiki uffiċjali.", "Jekk hemm xi każ partikolari li l-Onor.", "Interpellant jixtieq jara nvestigat nitolbu jgħaddili d-dettalji tal-vettura biex inkun nista' nivverifika l-każ.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWIĠIJIET TAL-KONVENJENZA", "31688.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid f'dawn l-aħħar snin - 1995 sa 2001 - ir-reġistru pubbliku skopra li kien hemm xi żwiġijiet tal-konvenjenza?", "Jekk iva, kemm kien kull sena?", "X'passi ttieħdu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li d-dipartiment tar-reġistru pubbliku mhux f`pożizzjoni li jkun jaf jekk iż-żwieġ huwiex wieħed ta` konvenjenza jew le iżda meta jkun hemm provi dwar dan, (eż. annulament taż-żwieġ mill- Qorti) id-dipartiment taċ-ċittadinanza jagħti parir lill-Ministru sabiex jirrevoka ċ-ċittadinanza Maltija.", "REĠISTRAR", "31689.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jirreġistraw, fosthom anke dawk li għandhom qrib il-ħamsin sena u aktar, f'dawn l-aħħar 10 snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.", "ENEMALTA - SQAQ SANTA TEREŻA - BORMLA", "31691.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fil-parti ta' fuq ta' Sqaq Santa Tereża, Bormla?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li fil-fatt il-bozza li qed issir riferenza għaliha diġa issewwiet.", "BORMLA - MANUTENZJONI TA' BANKINA", "31692.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-bankina tat-triq li mill- mina ta' Santa Liena tagħti għal Triq il-Polverista Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.", "SERVIZZ ĊIVILI - VAKANZI TA' POSTIJIET", "31693.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fil-post ta' Director General, Director u Assistant Director fis- Servizz Ċivili minn Novembru 2001 sallum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li mill-1 ta' Novembru 2001 sa llum, b'kollox, mill-Uffiċċju tiegħi, ħarġu ħames (5) sejħiet għall- applikazzjonijiet għall-mili ta' vakanzi fil-pożizzjonijiet ta' \"Director General\", \"Director\" u \"Assistant Director\" fis-Servizz Pubbliku.", "Dawn jinkludu ħames pożizzjonijiet ta' \"Director Genral\", erba' pożizzjonijiet ta' \"Director\" u erbgħa u tletin pożizzjoni ta' \"Assistant Director\".", "Irrid inżid li mis-7 ta' Diċembru 2001, sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' pożizzjonijiet ta' \"Assistant Directors\" bdew jinħarġu direttament mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeri u jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, għandu jagħmel domanda lill-Ministri kkonċernati.", "POSTA - PARCELS", "31694.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum ta' pakki (parcels) li nħaddmu mill- Posta ta' Malta sena b'sena mil-1995 sa 2001?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "| |WASLU |MIBGĦUTA|TOTAL | |1995|47,541 |11,874 |59,415| |1996|47,010 |11,707 |58,717| |1997|41,855 |11,583 |53,438| |1998|38,999 |11,314 |50,313| |1999|37,494 |12,124 |49,618| |2000|34,554 |11,185 |45,739| |2001|30,516 |11,877 |42,393|", "EUREKA SERVICES LTD - KUNTRATT", "31696.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd jista' l-Ministru tal-Intern jinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex il- kumpanija tħarreġ impjegati tal-gvern biex dawn eventwalment iħaddmu din is- sistema meta jiskadi jew jiġi tterminat dan il-ftehim?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-kuntratt kien jaħseb għat-twaqqif ta` \"Joint Unit\".", "Kien hemm resistenza għal dan il-Unit.", "Maż-żmien pero`, twaqqfet is-Search Unit magħmulha minn impjegati tar-Reġistru Pubbliku.", "Dawn diġa` jħaddmu l-\"front end\" tas-sistema kompjuterizzata li wara kollox, kull ma tinvolvi hu li l-proċessi normali li kienu mdorrijin bihom l-impjegati ġew komputerizzati.", "Għalhekk m`hemmx xi \"learning curve\" twila jekk tinqala` xi waħda mill-eventwalitajiet imsemmija.", "EUREKA SERVICES LTD - KUNTRATT", "31697.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'referenza għall-kuntratt li l-Gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd jista' l-Ministru tal-Intern jinforma min hija l-persuna li skond il-ftehim qed tingħata kopja ta' l-Eureka Images Database kif supplimentata u awmentata min jum għal jum?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li madwar 150 CD jinsabu fir-Reġistru ta` l-Artijiet taħt il-kustodja ta` l-istess uffiċjal pubbliku li ffirma il- kuntratt għan-nom tal-Gvern.", "PULIZIJA - ĦABS", "31698.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba li tagħni għall-mistoqsija 30737.", "Jista' l- Ministru jgħid kif id-dipartiment tal-intern isegwi li priġunieri li jintbagħtu mill-ħabs f'Malta biex ikomplu jiskuntaw l-priena tagħhom f' pajjiżhom fil-fatt jagħmlu dan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30737.", "It-trasferiment ta' dawn it-tlett priġunieri Libjani fl-2001 sar skond il-ftehim bejn Malta u l-Libja li jirregola t- trasferiment ta' persuni issentenzjati.", "Dan l-istess ftehim fih klawsola li tippermetti lil dak il-pajjiżi minn fejn jintbagħtu dawn il-priġunieri li ikollu l-fakulta` jassigura li l-piena tagħhom f'pajjiżhom fil-fatt tiġi skuntata kollha.", "MARSA – TRACK - OFFERTI", "31700.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija nru.", "30734, jista' jelenka l- ismijiet tal-individwi/kumpaniji li tefgħu l-offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kull offerta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-individwi / kumpaniji li tefgħu offerti għall-bdil tal-wiċċ tat-track tal-Marsa huma: Three Eight Nine Ltd Mizzi Group Ltd M.Quip o.b.o.", "Syntex U.K. Ltd Victor Falzon & David Agius C.E.I.S. S.p.A. J.G. Cassar A.X. Construction Ltd Haffa A.G. (Svizzera)", "Minhabba li din it-tender għadha qed tiġi aġġudikata ma hux opportun li jingħataw dettalji dwar l-offerti mitfugħa.", "POSTA TA' MALTA - VOLUM TA' ITTRI", "31701.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum ta' ittri kemm lokali kif ukoll dawk minn barra l-pajjiż li l-posta ta' Malta ħadmet mis-sena 1995 sa 2001, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|SENA |LOKALI |BARRANIN|TOTAL | |1995 |35,558,0|8,576,00|44,134,0| | |00 |0 |00 | |1996 |85,326,0|12,359,0|97,685,0| | |00 |00 |00 | |1997 |47,975,0|10,450,0|58,425,0| | |00 |00 |00 | |1998 |37,358,0|12,443,0|49,801,0| | |00 |00 |00 | |1999 |37,175,0|12,612,0|49,787,0| | |00 |00 |00 | |2000 |52,448,0|8,280,00|60,728,0| | |00 |0 |00 | |2001 |53,627,0|8,389,00|62,016,0| | |00 |0 |00 |", "QRATI - KAWŻI PENDENTI TAS-SEPARAZZJONI", "31702.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kawżi tas-separazzjoni għal- ewwel darba matul l-2001?", "Jista' jgħid wkoll kemm kien hemm żwiġijiet bejn 1) maltin 2) malti u barranija 3) maltija u barrani 4) żewġ barranin?", "X'inhu n-numru totali ta' separazzjoni li hemm pendenti quddiem l-Qrati?", "Kemm il-każ ġie deċis fl-istess sena (2001)?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Jiena nfurmat illi matul is-sena 2001 ġew introdotti 108 kawżi għas-separazzjoni.", "In-numru totali ta` separazzjonijiet li hemm pendenti quddiem il-Qorti huwa ta` 553, filwaqt li kien hemm 141 kawża deċiża fl-istess sena u cioe fl- 2001.", "Dwar il-mistoqsijiet li jirrigwardjaw żwiġijiet, nitlob l-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MOSTA - RING ROAD – STORM WATER CULVERTS", "31703.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega fejn se jwaslu li storm water culverts li nbnew fir-Ring road tal-Mosta (in-naħa ta' Main Street)?", "Dawn ġew imqabbda mas-sistema?", "Jekk fin-negattiv, meta se jitqabbdu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li hu ppjanat li l-culverts imsemmija jwasslu l-ilma tax-xita sa Wied il-Għasel.", "Ovvjament, ix-xogħol fuq il- proġett għadu għaddej u hu ppjanat li s-sistema kollha tibda taħdem hekk kif jitlesta' x-xogħol li d-Direttorat għat-Toroq qed iwettaq bħalissa fl- inħawi msemmija.", "SAINT VINCENT DE PAUL RESIDENCE", "31704.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'jista jsir sabiex l-anzjana li tgħix waħidha (dettalji qed jintbagħtu separatament) li għandha l'fuq minn 81 sena, tkun tista' tidħol f' SVPR?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjana msemmija qed tiġi eżaminata mill-Admission Board biex tingħata l-attenzjoni neċessarja skond il-mertu tal-każ għal meta jkun hemm vojt fis-swali tan- nisa.", "PENSJONANT – BONUS SUPPLIMENTARI", "31705.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha xogħol part-time bħala xogħol ewlieni minbarra li hu pensjonant tal-armata, qed jirċievi l-bonus supplimentari bin-nieqes?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li min informazzjoni li għandi jidher li l-persuna li qed jirreferi għaliha qed tiegħu l-bonus supplimentari tajjeb, jiġġifieri parti minn min iħaddima u parti mingħand l- gvern.", "MIA - IMPJEGATI", "31706.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Malta International Airport (MIA) matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u f'liema gradi ġew impjegati, kull xahar separatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta' Frar 2001 u l-31 ta' Jannar 2002, ġew impjegati sbatax-il persuna mal-kumpanija Malta International Airport.", "Dawn ġew impjegati matul ix-xhur u fil-gradi li ġejjin", "|Frar 2001 |1 Customer | | |Services | | |Assistant | | |3 Skrivani | |Marzu 2001 |1 Senior | | |Technician | |Mejju 2001 |1 Skrivan | | |1Assistant | | |Administrator | |Ġunju 2001 |1 Skrivan | |Lulju 2001 |1 Skrivan | |Awissu 2001 |1 Skrivan | | |b'kuntratt | | |definit | |Jannar 2002 |7 Airport | | |Attendants |", "PLANNING AUTHORITY - GUDJA - AIRPORT TERMINAL", "31707.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħolijiet ta' estenzjoni tat-terminal ta' l- ajruport fil-Gudja humiex koperti bil-permessi ta' l-Awtorita ta' l- Ippjanar meħtieġa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ħareġ permess PA 3655/00 għal estensjoni u tibdil fil- bini ta` l-ajruport u biex jiġu provduti uffiċini, mħażen kif ukoll bini għat-terminal tal-helicopter.", "Dan il-permess inħareġ fil-11 t`Awissu 2000.", "UFFIĊJALI PUBBLIĊI - KUNSILLI LOKALI", "31709.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru 31517 jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema skala jridu jkunu l-uffiċjali pubbliċi sabiex japplikaw għall-post tas-segretarju eżekuttiv mal-kunsilli lokali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kull uffiċjal pubbliku li jissodisfa r-rekwiżiti li jidhru f'Taqsima II ta' l-Avviż Legali Nru 127/98 tat-12 ta' Mejju, 1998 għandu d-dritt japplika għal Segretarju Eżekuttiv mal-Kunsill Lokali.", "ĦAL FAR - GĦASSA", "31721.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suldati li jagħmlu l-Għassa fl-ewwel reġiment (Ħal Far) jagħmlu l-għassa bil-lembuba meta il-post huwa diżabitat u s-suldati ta' Ħal Safi (3 Regiment), l-għassa jagħmluwha bil-pistola meta dan huwa post diżabitat ukoll?", "Għaliex is-suldati li jagħmlu l-għassa fil-Barracks ta' Ħal Luqa jagħmlu l-għassa b'rifle (FAL) li jiżen 7 kilos u trid tagħmel 4 sigħat għassa bih meta dan iwassal distanza ta' 800 metru u l-post huwa ċċirkondat bil-bini?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun ippublikata.", "AWTORITA' TAX-XANDIR - MULTI", "31722.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont ta' multi li l-Awtorita' tax-Xandir immultat lill-istazzjonijiet tar-radios u TVs fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001?", "Kemm kien l-ammont li jappartieni lill-kull stazzjoni individwalment?", "Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom ma' tħallsux?", "Għal-liema raġunijiet ġew imposti dawn il-multi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA – PROSECUTION UNIT", "31723.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid peress illi diversi mill-membri tal-korp tal-pulizija li qed iġibu l-lawrja fil-ġurisprudenza qed jiġu assenjati lill-prosecution unit, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn l-imsemmija membri ma jitilfux l- allowances li kienu diġa jgawdu, cioe l-allowances ta' Lm 45 u Lm 60, li jibbenefikaw minnhom membri oħra tal-Korp mill-grad ta' Spettur il-fuq mill- grad ta' Spettur l-isfel?", "Jista' l-Ministru jgħid japprezzax illi jekk ma jsirx hekk, wara li l- amministrazzjoni nvestiet tant flus sabiex ikollha rizorsi umani kwalifikati fil-ġurisprudenza u wara li dawn il-membri jkunu ħadu l- inizjattiva u għamlu s-sagrifiċċji neċessarji sabiex jieħdu l-lawreja u dan għall-ġid ta' l-istess Korp, se jkun hemm il-periklu li dawn l-istess membri jitilqu mill-Korp malli jiggradwaw?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Prosecutions Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija mhix meqjusa bħala Taqsima speċjalizzata skond il-ftehim tal- kundizzjonijiet li kienu ngħataw lill-Pulizija fl-1993.", "Pero' ninsab infurmat ukoll, illi skond dan l-istess ftehim, dawk il-membri tal-Korp tal- Pulizija taħt il-grad ta' Supretendent li jottjenu Dottorat, Degree jew Diploma huma intitolati ghall-allowance fis-sena.", "Dan japplika wkoll ghal dawk il-membri tal-Korp preżentament stazzjonati fil-Prosecutions Unit.", "STORJA TA' MALTA – KURRIKULU NAZZJONALI", "31724.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid skond il-kurrikulu nazzjonali, it-tagħlim tal- istorja ta' Malta huwa obbligatorju għaliex allura fiż-żewġ skejjel tal- Knisja li isimhom qiegħed taħt separate cover mhux qed isir tagħlim tas- suġġett f'livell sekondarju?", "Jista' jara u jiżgura li fl-iskejjel kollha ta' Malta dan is-suġġett jiġi mgħallem f'kull livell fis-sena skolastika li jmiss?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fiż-żewġ skejjel imsemmija qed isir it- tagħlim ta' l-istorja ta' Malta.", "Informat li f'waħda minnhom isir darbtejn fil-ġimgħa u jidher fit-Time- Table bħala \"History and Environmental Studies\".", "Fl-iskola l-oħra qed isir darbtejn fil-ġimgħa wkoll.", "Fil-bidu ingħatat importanza l-Istorja Ġenerali, iżda issa l-enfasi qegħda fuq l-istorja ta' Malta.", "ŻWIĠIJIET ĊIVILI", "31725.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fl-2001 kemm saru żwiġijiet ċivili biss u mhux bil-knisja wkoll?", "Kemm kienu bejn 1) Maltin 2) Malti u Barranija 3) Maltija u Barrani 4) Barranin? - Fil-każ ta' (4), ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant għal dak li jirrigwardja ir-Reġistru Pubbliku f`Malta, hu kif jidher hawn taħt:", "Żwiġijiet Ċivili fl-2001:", "|Bejn Maltin |52 | |Bejn Malti u |94 | |Barranija | | |Bejn Maltija u |130 | |Barrani | | |Bejn Barranin |179 |", "In-nazzjonalita` ta` dawk f`kategorija (4) hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.", "SERVIZZI - KONTIJIET", "31728.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-kontijiet ta' l-elettriku, ilma u telephone ta' nisa ta' rġiel li jitilqu mid-dar (jabbandunaw il-familja) jkunu jistgħu jiġu maqluba fuq l-inkwilini u mhux jibqgħu jgħajtu lir-raġel biss, li ma jkunx għadu joqgħod hemm peress li dan qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir għal dawn il-familji?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill-entitajiet konċernati għall-konsiderazzjoni tagħhom.", "DRIVERS TAL-ĠUDIKATURA", "31729.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-drivers tal-ġudikatura u minn liema ministeru ttieħdu?", "Xi skala kellhom dawn qabel ma saru drivers?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "REĠISTRU PUBBLIKU - REĠISTRATI", "31735.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku xahar b'xahar fl-2001 (1) ipoteki legali (2) noti ta' riferenzi (3) noti ta' ipoteka (4) noti ta' insinwa (5) noti ta' causa mortis (6) ipoteka rinovata (7) subbasti (8) separazzjoni personali (9) company notices (10) ammonti totali ta' debiti reġistrati (11) ammont totali ta' bejgħ (12) ammont totali ta' tpartit (13) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa (14) ammont totali ta' enfitewsi temporanja u (15) ammont totali ta' trasferimenti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-sena 2001, għal dak li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Malta hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub li jikkonċerna ir-Reġistru Pubbliku f`Għawdex għadu qed jinġabar.", "PLANNING AUTHORITY - SHOOTING RANGES", "31737.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew approvati shooting ranges f'dawn l- aħħar ħames snin?", "Fejn jinstabu dawn is-shooting ranges ?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' quddiem il-PA?", "Jidhirlux li għandu jsir inkoraggiment għal dan l-isports sabiex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ENEMALTA – SQAQ TA' L-GĦARRAR - ŻABBAR", "31739.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ttieħdux passi biex arblu ta' l-elettriku li miegħu hemm iwaħħal cable tad-dawl ma jibqax jisparkja kull meta tagħmel ix-xita?", "Peress li qed ikun ta' ħafna periklu għall-familja li toqgħod f'dar numru 8, Sqaq ta' l-għarrar, Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Membru ġie mgħoddi lill- korporazzjoni enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PULIZIJA - PACEVILLE", "31742.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija on patrol fiż-żona ta' Paceville fil- weekend?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellanti għall-aħħar parti tat- Tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "29831.", "PULIZIJA - WIED IL-GĦAJN", "31744.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il- Għajn fiż-żona fejn hemm il-bars nightclubs u discotheques?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-weekends ġewwa Wied il-Ghajn ġeneralment ikun hemm żewġ Pulizija.", "Ma' dawn ikun hemm ukoll patrol mit- Taqsima tal-Mobile u mid-Distrett ta' Ħaż Żabbar.", "PULIZIJA - WIED IL-GĦAJN", "31745.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jara li jkun hemm pulizija on patrol fil-weekend f'Wied il-Għajn fiz-zona fejn hemm postijiet ta' divertiment ta' bil-lejl u fit-triq li minn Wied il-Għajn tagħti għaż-Żejtun speċjalment għaliex kull ġimgħa isiru atti vandali f'din it-triq fejn jinqalgħu siġar u tabelli tat-toroq li kull darba il-kunsill ikollu joqgħod jerġa jwaħħal?", "Dan il-vandaliżmu jsir fis- sigħat bikrin ta' bejn il-ġimgħa u s-sibt u bejn is-sibt u l-ħadd.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onor.", "Interpellanti kif ukoll fit-toroq l-oħra.", "ĦAŻ-ŻABBAR BY PASS - CRASH BARRIER", "31746.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-crash barrier li twaħħlet fil- bypass li minn Ħaż-Żabbar tagħti għal Wied il-Għajn u li qegħda fil-parti ta' qabel il-housing estate tal-Plier - titressaq lura għal maċ-ċint, kif qegħdin il-crash barriers fil-kumplament tat-triq, għax peress li qegħda 'l barra ħafna, qed tkun ta' periklu għal dawk in-nies li jgħaddu minn hemm bil-mixi u bir-roti li qed jispiċċaw ikollhom jgħaddu minn kważi nofs it- triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għalkemm mhux possibbli li l-crash barrier tersaq 'il barra għaliex tiġi fit-triq, qed isir xogħol wara l- barrier u fit-truf tagħha biex in-nies ikunu jistgħu jgħaddu minn warajha.", "MATSEC – RAPPORT TAL-BORD TAL-EŻAMIJIET", "31747.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra ir-rapport tal-bord tal-eżamijiet tal-Matsec għas-sena 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-rapport mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "HOUSING – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "31748.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "31455 dwar il-familja li tinsab f'pożizzjoni diffiċli ħafna ta' alloġġ fil-Pieta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.", "BOV - CLERKS", "31765.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-clerks temporanji li qed jaħdmu fil-Head Office tal-BOV, Gzira jinqalbux full-time peress li l-kuntratt tagħhom ilu jiġġedded għall din l-aħħar sena, 3 xhur bi 3 xhur meta dawn anke diġa għandhom l-uniformi?", "Jekk hemm il-ħsieb li jidħlu permanenti, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ażjenda li għamlet referenza għaliha l-Onor.", "Interpellanti ma taqgħax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi.", "PULIZIJA – B'KARA", "31772.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm qed isiru rondi mill-pulizija matul il-lejl fil-arja tal-wied ta' B'Kara?", "Dan jinkludi rondi tal-mobile?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onor.", "Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.", "ĊENTRU GĦALL-ĦARSIEN TAT-TFAL", "31773.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-akbar numru ta' tfal li jista' jakkomoda iċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal fl-Isptar Zammit Clapp?", "X'inhu n-numru ta' tfal li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dan iċ-Ċentru?", "Min huma l-ġenituri eliġibbli li jieħdu lil uliedhom f'dan iċ-ċentru?", "X'inhi r-rata ta' ħlas għal a) ulied impjegati ta' Zammit Clapp b) tfal oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li n-numru massimu ta` tfal li jistgħu jiġu akkomodati fiċ-Ċentru hu ta` 20.", "In-numru ta` tfal li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dan iċ-Ċentru huwa hekk: 27 ta` ġenituri - ħaddiema ta` Sptar Zammit Clapp 17 mhux ta` ġenituri - ħaddiema ta` Sptar Zammit Clapp Fil-każ ta` tfal ta` ġenituri - ħaddiema ta` ZCH medja ta` 3 itfal jattendu kuljum, 11 f'weekends u Festi Pubbliċi, 10 fil-btala, u 3 kultant iżda mhux ta` spiss.", "Fil-każ ta` tfal ta` ġenituri mhux - ħaddiema ta` ZCH medja ta` 6 itfal jattenu kuljum.", "L-impjegati kollha ta` l-iSptar Zammit Clapp huma eliġibbli li jieħdu lil uliedhom f'dan iċ-Ċentru.", "Tfal ta` ġenituri lil ma jaħdmux l-iSptar Zammit Clapp jiġu kkunsidrati skond l-eta`, il-ħinijiet li jkollhom bżonn jattendu, u jekk ikunx hemm post vojt għalihom.", "It-tfal ta` l-impjegati ta` l-isptar m'humiex suġġetti għall-ħlas għas- servizzi taċ-Ċentri, filwaqt li t-tfal oħra huma suġġetti għall-ħlas.", "Ir- rata ta` ħlas ta` din il-kategorija tvarja skond in-numru ta` l-ulied, ħinijiet u frekwenza ta` l-attendenza kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. .", "PENSJONANT - BONUS SUPPLIMENTARI", "31777.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, pensjonant tal-armata, li qed jaħdem xogħol part-time mad- dipartiment tal-edukazzjoni qed jirċievi tnaqqis fil-bonus supplimentari?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-persuna konċernata hija mpjegata bħala casual cleaner mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "Il-bonus ta' ħaddiema f'din il-kategorija jinħadem pro rata skond in-numru ta' siegħat li jkunu nħadmu fis-sitt xhur ta' qabel.", "HOUSING - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "31778.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni meħtieġa lit-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament liema talba saret mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali għar-rigward ripresa tal-fond 45/46 Triq Briġilla, Ħamrun?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir eviction?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi d-dipartiment mhux bi ħsiebu jagħmel l-ebda eviction.", "LONDRA - MALPRO", "31781.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetajiet Malpro I u Malpro II (f'liema soċjetajiet il-gvern malti għandu interess sostenzjali) ghandhomx proprjeta f'Londra li preżentement ser tinkera?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-kumpaniji ndikati mill-Onor.", "Interpellant ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi.", "Għaldaqstant, nissuġġerixxi illi jressaq il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "SANTA VENERA – BINJA SANTA VENERA", "31787.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jingħata asfalt jew tarmac fit- triq fejn Binja Santa Venera, Block A, Santa Venera.", "Min hu responsabbli għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol fl-1 ta' Frar 2002 u ser tagħlaq fl-14 ta' Marzu 2002.", "BORMLA - POLVERISTA", "31788.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra x'xogħol qiegħed jsir fuq il-Polverista f'Bormla u kemm flejjes huma previsti li ser jintefqu hemm f'dan il- proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fuq il-Polverista jikkonsisti f'restawr u manutenzjoni tas-swar fuq żewġ livelli.", "Ix-xogħol, li qed isir wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm74,000.", "FGURA - SKEJJEL PRIMARJI - NEFQA", "31789.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq l- iskejjel primarji tal-Fgura tul dawn l-aħħar snin u jistax jiġi indikat x'xogħol sar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "XGĦAJRA - ALFONSO DE WIGNACOURT", "31790.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu u huma previsti li jintefqu fuq l-parti l-ġdida tat-Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra sabiex din tiġi asfaltata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol li għaddej bħalissa fi Triq Alfonso de Wignacourt jikkonsisti f'livellar u formazzjoni tat-triq li ser jammontaw għal Lm17,500.", "Meta jsir ix-xogħol fuq l-estensjoni tad-dranaġġ issir sejħa għall-offerti għall-asfaltar tat-triq u dan hu maħsub li jammonta għal madwar Lm20,000.", "XGĦAJRA - TRIQ ALFONSO DE WIGNACOURT", "31791.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu u huma previsti li jintefqu fuq l-arbli tad-dawl li qed jsiru ġewwa Triq Alfonso de Wignacourt fix-Xgħajra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-korporazzjoni enemalta qed tistma li tonfoq is-somma ta' Lm6,166 fuq arbli fi Triq Alfonso de Wignacourt fix- Xgħajra.", "FGURA - LIBRERIJA PUBBLIKA", "31792.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema posizzjoni waslet l- librerija pubblika li qiegħda issir ġewwa l-Fgura u kemm flejjes f'kotba intefqu sa issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Librerija Pubblika (Fergħa) tal-Fgura tagħmel parti mill-bini ta' l-iskola Primarja tal-Fgura.", "Ix-xogħol ta' struttura u manutenzjoni li sar u qed isir fil-Librerija huwa parti mill- proċess ta' l-upgrading ta' l-iskejjel statali.", "Ix-xogħol li jonqos isir huwa dak ta' tqegħid ta' madum, dawl u ilma, twaħħil ta' bibien, twieqi u kanċell li jagħti għal barra.", "Il-Kunsill Lokali ħaseb biex jiffinanzja siegħat ta' ftuħ żejda tal- librerija, donazzjoni ta' kotba lil-librerija u jħallas l-ispejjeż tal- materjal għall-ixkaffar tal-librerija.", "Kemm ilha miftuħa l-librerija tal-Fgura, ġie stmat li ntefqu b'Lm5,600 f'kotba.", "BIRGU - COUVRE PORTE - NEFQA", "31793.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x-xogħol qiegħed jsir ġewwa Couvre Porte l-Birgu u kemm flejjes ser jintefqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li se jsir xogħol li jikkonsisti f'pavimentar ta' l-art f'Belvedere, Couvre Porte il-Birgu.", "Ix- xogħol, li se jsir, wara sejħa għall-offerti, hu stmat li ser jiswa madwar Lm57,000.", "Qed isir xogħol ieħor mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr li jikkonsisti f'intervent ta' konservazzjoni fuq il-bieb prinċipali. ---------"]} {"filename": "20010321_519d_par.doc", "date": "2001-03-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 519 L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 519", "L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "519", "L-Erbgħa, 21 ta' Marzu, 2001", "WERREJ MINUTI 677", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 677", "TQEGĦID TA' KARTI 681", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR IL-PROJBIZZJONI TOTALI TA' PROVI NUKLEARI 682", "AĠĠORNAMENT 706", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 712", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 518 li saret il-21 ta' Marzu, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA - KORS UNIVERSITARJU", "24332.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'rabtiet hemm bejn il- kulleġġ tal-biedja u l-istitut tal-biedja fl-universita'?", "Xi pjani hemm biex aktar studenti mill-kulleġġ ikollhom iżjed aċċess għal kors universitarju?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): M'hemm l-ebda rabta formali bejn il-kulleġġ tal-biedja u l-istitut ta' l-agrikultura ta' l- universita`.", "Għal ħafna żmien il-kap tal-kulleġġ kien membru tal-bord ta' l-istitut iżda l-kap ta' l-istitut qatt ma kien membru tal-bord tal- kulleġġ.", "Informat li l-aċċess għal kors fl-universita` diġa` jeżisti b'mod adegwat.", "Min-naħa l-oħra, qed insegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-kulleġġ vokazzjonali fejn ser ikollna l-istitut ta' l-agri-kummerċ biex nassiguraw li dan il- qasam ta' studju u taħriġ jiżviluppa b'mod tajjeb u bil-kordinament meħtieġ.", "KULLEĠĠ TAL-BIEDJA – NUQQAS TA' NDAFA", "24333.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'effett qed iħalli fuq il-kulleġġ u l-iskola tal-biedja u l-istudenti u l-animali li jitrabbew hemm il-ħmieġ tal-qtates li hemm fis-santwarju qrib?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-santwarju tal-qtates qiegħed 'il bogħod miċ-ċentru ta' l-iskola u tal-kulleġġ u mill-annimali tad-dipartiment ta' l- agrikoltura.", "Il-ħmieġ tal-qtates li hemm fis-santwarju hu minimu u jidher li mhux qiegħed iħalli ebda effett fuq l-ambjent, l-istudenti u l-annimali.", "SANTWARJU TAL-QTATES", "24334.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fis-snin li ġejjin mis-santwarju tal-qtates meta tirtira minn kap tal-kulleġġ tal- biedja l-persuna li bħalissa tokkupa din il-kariga?", "Qatt saret xi offerta lill-kap preżenti biex dan is-santwarju jiċċaqlaq lejn post iżjed adattat f'Ta' Qali?", "X'sar minn din l-offerta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għamlet talba lill-kap tal-kulleġġ ta' l-agrikoltura biex l-għaqda volontarja li tieħu ħsieb il-qtates issib post alternattiv.", "Id-diviżjoni qatt ma għamlet offerta lill-kap biex dan is-santwarju jiċċaqlaq lejn xi post f'Ta' Qali.", "SANTWARJU TAL-QTATES – PERMESSI", "24335.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament hemm bejn il-kulleġġ tal-biedja u l-għaqda volontarja li tieħu ħsieb is-santwarju tal- qtates li hemm ħdejn dan il-kulleġġ?", "B'liema finanzi jitmexxa dak is- santwarju?", "X'rendikont pubbliku hemm dwar il-fondi tas-santwarju tal- qtates?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma tat ebda permess biex ikun hemm santwarju tal-qtates fil-kulleġġ ta' l-agrikoltura.", "Malli saret taf bl-eżistenza ta' dan is-santwarju, id-diviżjoni talbet lill- kap ta' l-iskola biex jieħu passi ħalli dan is-santwarju jsir f'xi post ieħor.", "Għaldaqstant ma talbietx għall-informazzjoni u ma approvat ebda arranġament li jista' jkun hemm bejn l-iskola u l-għaqda volontarja li tieħu ħsieb is-santwarju.", "ARTIJIET - FIDI TA' ĊENS", "24336.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li l-inkwilin ta' 57, Spinola Road, San Ġiljan, jitħalla jifdi ċ-ċens tal-fond tiegħu kif tħallew persuni oħra fl-istess inħawi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat illi l-korrezzjoni fil-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-gvern minn entijiet ekklesjastiċi fir-rigward tal-fond li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant ġiet approvata fit-28 ta` Frar, 2001.", "Din il-proprjeta` se titniżżel fir-reġistru ta` l-artijiet u wara jkun jista` jsir il-kuntratt ta' fidi.", "TA ' GIORNI - DRENAĠĠ", "24337.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex id-drenaġġ tal-blokk kollu ma jibqax jiżbokka u jiżbroffa fil- garaxx mingħand l-inkwilini ta' Blk A, 1, Bertha K., f'Ta Ġiorni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li hemm ministeru ieħor responsabbli, imma f'każ li d-drenaġġ ikun qed jiżbroffa fil-widien - bħalma fil-fatt qed jiġri - il- ministeru għall-ambjent ma jeħux il-passi neċessarji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Assolutament m'huwiex hekk.", "Fejn si tratta ta' spazji pubbliċi jieħu ħsiebhom il-ministeru responsabbli mid-drenaġġ, imma dan huwa każ ta' żbroff ta' drenaġġ f'garaxx privat.", "Meta bniedem ikollu sistema tad-drenaġġ li tkun ta' inkonvenjent fi blokk ta' appartamenti, ir- responsabbilta' tkun ta' l-inkwilin u tal-proprjetarju.", "F'dan il-każ il- proprjetarju huwa l-housing authority jew id-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali u allura bilfors huma jridu jidħlu fiha.", "Jiena xorta waħda se nirriferi dan il-punt lill-ministru għall-ambjent, għax jekk inhi xi ħaġa li qed taffettwa s-sistema infrastrutturali jkollu jidħol fiha hu, għalkemm naħseb li diġa' jaf biha u ħa l-passi neċessarji.", "SPIŻERIJI ĠODDA", "24447.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Agius) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom miżmuma l-permessi għall- ftuħ ta' spiżeriji ġodda?", "Meta fetħet l-aħħar spiżerija?", "Jista' jgħid jekk jekk ir-rifjut ta' permessi ġodda jgħoddx ukoll għall-ftuħ ta' clinics ġodda?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (f'isem il-Ministru ta' l-Intern): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jekk wieħed irid jagħmel change of use jew japplika għal spiżerija ġdida, xorta jkun irid il-permess tal-planning authority u allura ma nistax nifhem kif il-ministru ta' l-intern ħasel idejh u ma rrispondiex għal dik il-parti li għandha x'taqsam ma' l- awtorita' ta' l-ippjanar.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li dan li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi huwa rilevanti għax il-planning authority tidħol f'dak li għandu x'jaqsam ma' refurbishment, ma' aġġustament ta' bini u ma' change of use, kif ġustament qed jgħid, it-talbiet għal permessi biex jinfetħu spiżeriji ġodda jaqgħu taħt il-ministeru tas-saħħa.", "Meta l-awtorita' ta' l-ippjanar ikollha talba għal dan it-tip ta' ġeneru niddubita jekk tibdiex tikkonsidrah ħlief li tirriferih lill-ministeru tas-saħħa.", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun allura li l-Onor.", "Membru ma kienx għal kollox ċar fid-domanda tiegħu ladarba qed jaraha mil-lat ta' planning authority.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, għalija jidher ċar li din id-domanda għandha x'taqsam mas-saħħa u xejn aktar.", "Il-pulizija ma tidħol assolutament xejn.", "Fil-fatt din tirriferi għall-policy li ilha teżisti fid-dipartiment tas-saħħa dwar kwoti ta' spiżeriji li jinfetħu f'areas reġjonali.", "Huwa veru li f'każi oħrajn il-liċenzji jsiru mill- pulizija, imma f'dan il-każ hemm policy li tiġi diskussa b'mod ġenerali ma' l-assoċjazzjoni ta' l-ispiżjara.", "Din mhi xejn ħlief kwestjoni jekk għandhomx jinfetħu spiżeriji ġodda f'dawk l-areas li bil-policy preżenti m'humiex permessi li jinfetħu, u għalhekk naħseb li kont korrett meta għedt li din id-domanda m'għandha x'taqsam xejn mal-ministeru tiegħi.", "Hemm ċerti permessi – bħal fil-każ ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar - li għandhom x'jaqsmu mad-dipartiment tas-saħħa.", "Issa jiena ma nafx x'għandu f'moħħu l-Onor.", "Interpellant, pero' d-domanda m'għandha x'taqsam xejn maċ- change of use.", "L-Onor.", "Membru aktar qed jistaqsi jekk f'ċerti areas aħniex se nibqgħu bil-kwestjoni ta' kwoti biex jinfetħu spiżeriji jew kliniċi ġodda.", "Din m'għandha x'taqsam xejn mal-planning authority.", "Jista' jkun li l-planning authority xorta waħda tagħtik il-permess li dak il-bini huwa tajjeb għal spiżerija jew klinika ġdida imma minħabba l-policy li teżisti xorta ma tistax tinfetaħ.", "Jiġifieri meta rrispondejt għal din id-domanda bl-ebda mod ma ridt naħrab minnha.", "Fil-fatt id-domanda lanqas biss intbagħtet lill-planning authority għax hija magħmula taħt l-idea żbaljata li huma l-pulizija li jiddeċiedu dawn l-affarijiet.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, ħalli niċċaraw ftit l-affarijiet.", "L-ewwelnett nikkonferma li ilhom ma jinħarġu liċenzji għal spiżeriji ġodda minħabba l-fatt li jumejn qabel l-elezzjoni ta' l-1998 kienet ittieħdet id-deċiżjoni - bejn il-gvern ta' dak iż-żmien, il-GRTU u ċ- chamber of pharmacists - li qabel ma jintlaħaq ftehim sħiħ fuq ċerti kriterji, liċenzji ġodda ma jingħatawx.", "Jiġifieri m'għandux ikollna l-idea żbaljata li m'humiex joħorġu liċenzji ġodda minħabba l-kwoti.", "Dawn il- kriterji jinkludu liċenzjar ta' spiżeriji, upgrading ta' standards ġewwa l- ispiżeriji kif ukoll il-kwestjoni ta' pharmacy of your choice.", "Fil-fatt rajna li s-sitwazzjoni kienet daqsxejn impossibbli u qbilna – id- dipartiment, il-GRTU u ċ-chamber of pharmacists - li jekk f'dik l-area ma jkunx hemm diġa' spiżeriji oħrajn, jew jekk dik tkun l-unika talba biex tinfetaħ spiżerija, jew dik it-talba tkun taqa' fil-kriterji li kien hemm eżistenti u jkun hemm talba speċfika mill-kunsill lokali, allura dik il- liċenzja għandha toħroġ.", "Fil-fatt jien informat li ħarġu żewġ liċenzji, waħda f'Għawdex u l-oħra fil-Baħrija.", "Fir-rigward ta' clinics ġodda, dawn m'humiex marbuta b'dan il-ftehim u jridu jissodisfaw ċerti parametri li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-parametri tal-liċenzjar ta' l-ispiżeriji, jiġifieri huma żewġ issues kompletament differenti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru jikkonferma li m'humiex isiru lanqas transfers ta' permessi ta' spiżeriji?", "Jiena naf persuna ta' 70 sena li biegħet l-ispiżerija – ovvjament minħabba l-eta' - u minkejja li m'għandhiex x'taqsam aktar magħha, il-permess għadu fuqha u l-health division qed tirrifjuta li jsirilha t-transfer.", "Veru li dan qed jiġri minħabba problemi jew nuqqas ta' ftehim li għad hemm mal-kamra ta' l- ispiżjara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Veru li meta kien ġie mwaqqaf il-kumitat ir-rapport kellu jitlesta fi żmien xahar, iżda minħabba n-numru ta' laqgħat bejn id- diviżjoni, iċ-chamber of pharmacists u l-GRTU, dan ir-rapport ħa aktar minn sena u nofs biex tlesta.", "Nikkonferma wkoll li t-trasferiment tal-liċenzji huwa marbut b'dak il-ftehim illi kien sar jumejn qabel l-elezzjoni u allura dan ix-xogħol waqaf ukoll.", "Kien hemm każ fejn sid ta' spiżerija ried jiftaħ spiżerija oħra b'faċilitajiet akbar biex joffri servizz aħjar u t-transfer ġie miżmum.", "Jiġifieri bħalissa hemm total ban anke fuq it-transfers tal-liċenzji ta' l- ispiżeriji.", "Dan minħabba l-fatt li parti mit-trattattiva li saret bejn il- GRTU, iċ-chamber of pharmacists u d-diviżjoni kienet tittratta proprju l- materja u r-regolamenti li wieħed għandu juża meta jiġi biex jittratta trasferiment ta' sit li ma jkunx spiżerija għal sit li jkun spiżerija u vice versa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kif jispjega l-fatt il-Ministru illi xi ħadd li jkun biegħ l-ispiżerija tiegħu, tispiċċa tibgħat għalih id-diviżjoni tas-saħħa u tgħidlu li jekk il-persuna li tkun xtrat l-ispiżerija tinqabad tagħmel xi ħaġa ħażina jew ma jkollhiex spiżjar in attendance, se jinżamm responsabbli hu ta' dan kollu?", "Ladarba dak l-individwu jjkun biegħ l- ispiżerija, għaliex għandu jibqa' jassumi r-responsabbilta' tagħha hu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: M'għandix dubju li hemm affarijiet li jistgħu jittranġaw, pero' wieħed irid japprezza wkoll li d-diviżjoni għandha idejha marbuta b'dan il-ftehim.", "Per eżempju, tressqet proposta 'l quddiem fis-sens li l-owner ta' spiżerija għandu jkun spiżjar; fi kliem ieħor, ir- responsabbilta' tat-tmexxija ta' dik l-ispiżerija vis-a-vis l-etika u affarijiet oħra, għandha teħodha persuna li tkun professjonali.", "Kif għedt, din hija waħda mill-ħafna proposti li hemm imniżżla u nista' ngħid li dwarha kien hemm qbil unanimu bejn it-tliet partijiet.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq miżura speċifika jew miżura iżolata imma l-ftehim irid isir fuq il-pakkett kollu.", "Id-diskussjonijiet ġew terminati u d-diviżjoni qed tevalwa dak li hemm issuġġerit, bil-ħsieb li nkunu nistgħu naslu għal konklużjoni aħħarija għall-ġid tal-professjoni, għall-ġid tal-pubbliku u għall-ġid tad-diviżjoni stess.", "SPTAR SAN LUQA - ORTHOPAEDIC WARDS", "24458.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara li fl-orthopaedic wards fl- Isptar San Luqa jkun hemm biżżejjed silġ skond il-bżonn tal-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li fl-orthopaedic wards hemm ice-making machine li tagħmel is-silġ kontinwament.", "Qatt ma jkun hemm nuqqas ta` silġ ħlief meta tkun bil-ħsara l-makna, jew meta d-domanda tkun eċċessiva, f'liema każ aħna dejjem nipprovdu silġ minn swali oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina, domanda supplimentari.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, dalgħodu jiena u dieħla l-parlament waqqfitni mara u staqsietni jekk huwiex veru li t-trab tal-ħalib – dan kien jitqassam minn outlets tal-gvern bi prezz sussidjat - mhux se jibqa' jinbiegħ jew jitqassam.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad dan l- għajdut?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Għalkemm id-domanda qed issir lili għax kulħadd jassoċja t-tqassim ta' l-iskimmed milk mad-diviżjoni tas-saħħa, irrid ngħid li t-tqassim ta' l-iskimmed milk jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal- ministeru għall-agrikoltura u sajd, li kellu outlets biex ibiegħ it-trabb tal-ħalib li kien iġib mill-MDP hu stess.", "Ħafna nies kienu jieħdu dan il- ħalib permezz tal-karta r-roża, pero' wieħed irid jifhem illi l-gvern kien introduċa din l-iskema meta d-dried skimmed milk kien l-uniku sors ta' skimmed milk li kellna.", "Illum għandna l-faċilita' li min irid jista' jixtri skimmed milk frisk mill- MDP.", "Barra minn hekk illum l-iskimmed milk jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet kollha.", "Għalhekk dehrilna li ma jagħmilx sens li l-gvern jew id- dipartiment ta' l-agrikoltura jżomm outlet miftuħ sempliċement biex iqassam l-iskimmed milk meta dan jista' jinxtara bl-istess prezz u taħt l-istess kondizzjonijiet mill-MDP.", "Għalhekk li d-dipartiment ta' l-agrikoltura ġustament ħa din id-deċiżjoni.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA - RABAT", "24459.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jinformani dwar in-numru ta' persuni li użaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena?", "Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 1999 u 2000?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta` persuni li attendew iċ- ċentru tas-saħħa tar-Rabat kien hekk:", "|SENA |XAHAR |ATTENDENZA | |1999 |JANNAR | 5416 | | |FRAR | 5008 | |2000 |JANNAR | 6092 | | |FRAR | 5851 | |2001 |JANNAR | 5016 | | |FRAR | 4407 |", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Skeda li tagħti tagħrif dwar tilwimiet industrijali reġistrati mill- unions matul is-sena 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24462.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali għall-perjodu bejn Awissu u Novembru 2000;", "Tagħrif dwar kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġ ma' pajjiżi Mediterranji, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24460; u", "Tagħrif dwar kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġ ma' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "24461.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Ministru Joe Borg.", "MOZZJONIJIET", "RATIFIKA TAT-TRATTAT DWAR IL-PROJBIZZJONI TOTALI TA' PROVI NUKLEARI", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, nipproponi illi:", "Wara li fl-24 ta' Settembru, 1996 Malta ffirmat it- trattat dwar il- projbizzjoni totali ta' provi nukleari, fi New York, l-Amerika;", "Wara li rat li jekk Malta tirratifika dan it-trattat, tkun qed tissieħeb ma' sitta u disgħin pajjiż ieħor li s'issa rratifikaw dan it- trattat meqjus fundamentali kontra l-provi u t-tixrid ta' l-armi nukleari;", "Bis-saħħa ta' l-artikolu 3(1)(c) u (2)(b) ta' l-Att dwar ir-Ratifika tat-Trattati (Kap 304) u l-artikolu 3(2) ta' l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali (Kap 365);", "Tirriżolvi li tawtorizza r-ratifika tat-trattat dwar il-projbizzjoni totali ta' provi nukleari u għas-sħubija ta' Malta fl-organizzazzjoni għall-projbizzjoni totali ta' provi nukleari meta t-trattat jidħol fis- seħħ.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORĠ: Sur President, quddiemna għandna riżoluzzjoni sabiex napprovaw li Malta tirratifika t-trattat dwar il-projbizzjoni totali ta' provi nukleari.", "Dan it-trattat jista' jiġi deskritt bħala trattat storiku fil-mixja sabiex titnaqqas it-theddida nukleari.", "Huwa trattat storiku fis- sens li bis-saħħa tiegħu nistgħu nibnu iżjed sigurta' fid-dinja.", "Bil- projbizzjoni ta' splużjonijiet nukleari, dan it-trattat għandu jnaqqas l- iżvilupp u t-titjib ta' l-armi nukleari u għandu jikkontribwixxi sabiex tieqaf il-proliferazzjoni nukleari, għandu jwassal għal proċess ta' diżarm nukleari u għandu jsaħħaħ il-paċi u s-sigurta' internazzjonali.", "Dawn huma kollha prinċipji li fil-fatt ħarġu waqt id-diskussjonijiet li saru meta kien qed jiġi drafted dan it-trattat u anke b'xi mod jew ieħor wieħed jista' jarahom fil-preambolu li hemm għall-istess trattat.", "Nibda l- ewwelnett biex nuri kif wasalna sabiex ġie miftiehem dan it-trattat u x'inhu l-iskop prinċipali tiegħu.", "L-ewwelnett it-trattat ġie nnegozjat waqt konferenza dwar id-diżarm li kienet inżammet f'Ġinevra bejn Jannar ta' l-1994 u Awwissu ta' l-1996.", "Din kienet konferenza li ħadet perjodu ta' żmien relattivament konsiderevoli.", "Fil-fatt qed nitkellmu dwar 'il fuq minn sentejn, fejn matulhom litteralment ġie fformulat it-test ta' dan it-trattat bil-protocol u bl- annexes li hemm miegħu.", "Iżjed 'il quddiem nagħti ftit ħjiel dwar x'inhu l- kontenut ta' dan it-trattat.", "Dan it-trattat ġie miftuħ għall-iffirmar minn kwalunkwe stat interessat fl-24 ta' Settembru 1996 fi New York.", "X'inhu l- iskop prinċipali ta' dan it-trattat?", "Wieħed jista' jħares lejn article 1 ta' dan it-trattat taħt \"Basic Obligations\".", "Dan jgħid hekk:", "\"Each State party undertakes not to carry out any nuclear weapon test explosion or any other nuclear explosion and to prohibit and prevent any such nuclear explosion at any place under its jurisdiction or control\".", "Subartiklu (2) ta' dan l-artiklu jkompli jgħid li:", "\"Each State party undertakes furthermore to refrain from causing, encouraging or in any way participating in the carrying out of any nuclear weapon test explosion or any other nuclear explosion\".", "Fi kliem ieħor dan l-artiklu qed jgħid li dan it-trattat hu ntiż sabiex jiġu pprojbiti splużjonijiet bi prova permezz ta' armi nukleari u sabiex jiġu pprojbiti jew evitati splużjonijiet nukleari fi kwalukwe post taħt il- ġurisdizzjoni jew taħt il-kontroll ta' pajjiż firmatarju ta' dan it- trattat.", "Subartiklu (2) ikompli jgħid li kull membru jobbliga ruħu li ma jikkawżax, ma jinkoraġġix u ma jipparteċipax fi splużjonijiet bi prova permezz t'armi nukleari jew xi splużjonijiet nukleari oħra.", "Malta kienet fost l-ewwel firmatarji ta' dan it-trattat, jiġifieri mill-24 ta' Settembru 1996 minn meta dan it-trattat infetaħ u malli kien possibbli li l-pajjiżi jiffirmawh.", "Kif għandu jiġi fis-seħħ dan it-trattat?", "Ta' min jinnota li waqt li l-konvenzjoni li ddiskutejna u ttrattajna l- bieraħ dwar il-landmines diġa' hi fis-seħħ, dan it-trattat jiġi fis-seħħ meta jgħaddu 180 ġurnata wara li l-44 Stat li hemm elenkati f'annex 2 tat- trattat jiddepożitaw 'il hekk imsejħa strumenti tar-ratifika tagħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn artiklu 14 tal-konvenzjoni jsib li:", "\"This Treaty shall enter into force one hundred and eighty days after the date of deposit of the instruments of ratification by all States listed in Annex Two to this Treaty, but in no case earlier than two years after its opening for signature\".", "Issa dawn is-sentejn għaddew u allura qegħdin fis-sitwazzjoni fejn qed nistennew li jkun hawn dawn l-24 Stat li huma elenkati fit-tieni annex tat- trattat li jirratifikaw it-trattat biex dan jiġi fis-seħħ.", "Tajjeb li wieħed forsi jħares ftit lejn dawn l-44 Stat.", "Dawn huma l-Istati membri tal-konferenza dwar id-diżarm li għandhom \"nuclear power and/or research reactors\".", "Ta' min jgħid li sal-lum minn dawn l-44 pajjiż li huma rikjesti ta' bilfors li jirratifikaw dan it-trattat qabel ma dan jista' jiġi fis-seħħ, hemm 41 minnhom li diġa' ffirmawh.", "Ir-Repubblika Demokratika tal-Korea, l-Indja u l-Pakistan għadhom ma ffirmawx it-trattat, waqt li hemm 30 mill-44 li rratifikaw it-trattat.", "Jekk wieħed iħares ftit lejn il-lista tal-pajjiżi li ffirmaw imma li għadhom ma rratifikawx it- trattat - għallinqas li għandi sas-7 ta' Marzu, wieħed isib l-Alġerija, iċ- Ċina, il-Kolombja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Eġittu, l- Indoneżja, l-Iran, l-Iżrael, l-Ukraina, l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l- Vjetnam.", "Dawn huma l-pajjiżi li ffirmaw it-trattat pero' għadhom ma rratifikawhx minn fost dawk l-44 Stat li t-trattat jipprovdi li bilfors iridu li jirratifikaw it-trattat biex dan jiġi fis-seħħ.", "Imbagħad għandna tliet pajjiżi oħra li għadhom lanqas biss iffirmaw, jiġifieri The Democratic People's Republic of Korea, India and Pakistan.", "L-istampa in ġenerali hi ftit aħjar għax minkejja li għandek numru ta' pajjiżi li għadhom ma rratifikawx it-trattat jew lanqas biss iffirmawh minn dawk li huma essenzjali li jagħmlu hekk, in ġenerali għandek 160 Stat li ffirmaw it- trattat, waqt li minnhom 74 diġa' rratifikaw it-trattat.", "Dan ifisser li min-naħa l-oħra bħala miżura ta' mpenn internazzjonali wieħed isib li għandek kwantita' enormi ta' pajjiżi li ffirmaw it-trattat u għandek ukoll ammont konsiderevoli li diġa' rratifikawh.", "Aħna se niżdiedu ma' dawn l-74 pajjiż li diġa' rratifikaw it-trattat.", "B'hekk wieħed jawgura li wieħed ikun jista' jagħmel iżjed pressjoni fuq il- pajjiżi li ovvjament dan it-trattat jolqothom direttament, biex huma jew jiffirmaw jew jirratifikaw jew jekk diġa' ffirmaw jirratifikaw l-istess trattat.", "(Interruzzjonijiet).", "Il-pajjiżi li ffirmaw imma ma rratifikawx huma l-Algerija, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kongo, l-Eġittu, l-Indoneżja, l- Iran, l-Iżrael, l-Ukraina, l-Istati Uniti u l-Vjetnam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, bil-permess tal-Ministru.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Meta semmejt li mill-44 pajjiż fadal tlieta li ma rratifikawx, ma semmejtx l-Istati Uniti.", "Ħalli nkunu ċari.", "ONOR.", "JOE BORĠ: Ħa nerġa' niċċara għax forsi ma spjegatx ruħi sew.", "Mill- 44 pajjiż li huma rikjesti mit-trattat li jirratifikaw, hemm tliet pajjiżi li għadhom lanqas biss iffirmawh let alone irratifikawh.", "Dawn huma r- Repubblika Demokratika tal-Korea, l-Indja u l-Pakistan.", "Imbagħad għandek ħdax-il pajjiż ieħor li ffirmaw, fosthom l-Istati Uniti, imma għadhom ma rratifikawx.", "It-trattat għalhekk għadu ma ġiex in vigore, mhux bħal fil- każ tat-trattat li rajna l-bieraħ.", "Issa peress li t-trattat għadu ma ġiex in vigore - naħseb kien previst min-negozjaturi li waqt li huma kienu qed jiddiskutu l-kontenut tat- trattat dan kien se jieħu ċertu żmien biex jiġi in vigore - fit-trattat innifsu hemm ħaġa relattivament stramba, fejn fi trattati oħra li rajt ma tantx sibt eżempji bħalha.", "Hemm mekkaniżmu li għandu jitwaqqaf biex jipprovdi għal forma ta' parteċipazzjoni sakemm it- trattat jiġi in vigore.", "Jiġifieri fit-test tat-trattat innifsu nsibu li hemm il-possibbilta' tat-twaqqif ta' kummissjoni preparatorja biex twitti jew tħejji t-triq għal meta dan it-trattat jiġi in vigore.", "Ta' min isemmi li fid-19 ta' Diċembru 1996, bir-riżoluzzjoni li ġiet adottata mill-laqgħa ta' l-Istati firmatarji tal-Ġnus Magħquda, ġiet imwaqqfa din il-preparatory commission - preparatory commission for the comprehensive nuclear test ban treaty organisation - li kif se nispjega iżjed 'il quddiem hi l-organiżżazzjoni qofol jew hija l-mekkaniżmu qofol li se tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni ta' dan it-trattat.", "Il-kwartieri ta' din il-kummissjoni preparatorja huma fi Vjenna u ta' min jgħid ukoll li l- missjoni permanenti tagħna fi Vjenna hi akkreditata għal din il-kummissjoni preparatorja u tieħu sehem u ssegwi mill-viċin dak kollu li jiġi diskuss f'din il-kummissjoni preparatorja.", "L-iskop ta' din il-kummissjoni hu li tagħmel il-preparamenti neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tat- trattat u qiegħda sabiex tħejji t-triq għall-ewwel sessjoni tal-konferenza tal-pajjiżi membri.", "Jiġifieri qiegħda tħejji t-triq biex malli t-trattat jiġi in vigore u allura tkun tista' sseħħ l-ewwel laqgħa tal-konferenza tal- pajjiżi membri, din il-kummissjoni preparatorja tkun wittiet it-triq bil- lest.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li din il-kummissjoni preparatorja qiegħda hemm sabiex twitti t-triq għall-implimentazzjoni tat-trattat malli dan jiġi fis-seħħ.", "Issa se ngħaddi biex nipprova niddeskrivi ftit fuq fuq il-kontenut tat-trattat, Sur President.", "L-ewwelnett tajjeb li wieħed jagħti deskrizzjoni qasira fuq il-mod kif inhu strutturat it-trattat innifsu.", "Hemm 17-il artiklu li fosthom hemm artiklu 4 li wieħed jista' jgħid li hu l-artiklu qofol tat-trattat.", "Dan jipprovdi għal verification procedures li se niġi għalihom ftit iżjed 'il quddiem.", "Imbagħad għandek ukoll protocol li huwa maqsum fi tliet partijiet u żewġ annexes.", "Il-protocol huwa maqsum fi tliet partijiet, parti minnhom tipprovdi għal international monitoring system u parti oħra tipprovdi għal on-site inspections; it-tielet parti tipprovdi għal confidence-building measures.", "Dawn huma l-mekkaniżmi li jipprovdi t-trattat u allura għandek il-protocols li jagħtu d-dettalji fuq kif għandu jseħħ dan l-international monitoring system u kif għandhom isiru, bid-dettalji kollha, l-on-site inspections fejn ikun hemm rapport li jistgħu jkunu qed isiru preparamenti għal nuclear tests, nuclear explosion testing.", "Imbagħad għandek ukoll provvedimenti dwar confidence-building measures bejn pajjiżi jew reġjuni jew areas fejn kienu sottomessi għal dawk li huma nuclear tests u l- pajjiżi li eżerċitaw dawn it-tip ta' tests.", "Fost l-organiżżazzjonijiet li huma stabiliti bis-saħħa ta' dan it-trattat għandna l-ewwelnett din li semmejt, il-comprehensive nuclear test ban treaty organisation.", "Din hi organizzazzjoni li wieħed jista' jsejħilha organiżżazzjoni umbrella li fiha l-mekkaniżmi li huma pprovduti fit-trattat sabiex jiġu implimentanti l-provvedimenti tat-trattat li huma speċifikament li ma jsirux iżjed testijiet bi splużjoni nukleari minn kwalunkwe pajjiż.", "Dawn jinkludu l-miżuri ta' verifika internazzjonali.", "Din l-organiżżazzjoni tiġbor fiha l-konferenza tal-pajjiżi membri, li hi l-organiżżazzjoni tal- pajjiżi membri, qisu l-general meeting ngħidlu jien.", "Din tiltaqa' l-ewwel darba immedjatament meta jiġi fis-seħħ it-trattat, kif insibu fit-trattat innifsu.", "Imbagħad tibda tiltaqa' b'mod regolari.", "Barra minn hekk, fit-trattat għandek il-possibbilta' li jkollok laqgħat speċjali, laqgħat ta' review u laqgħat ta' natura kostituzzjonali jew aħjar laqgħat li bis-saħħa tagħhom jistgħu jsiru emendi għal dan l-istess trattat.", "Din l-umbrella organisation li qed insemmi tipprovdi wkoll għal kunsill eżekuttiv.", "Fit-trattat hemm regoli dettaljati dwar il-kompożizzjoni ta' dan il-kunsill eżekuttiv, għax ta' min jgħid li l-konferenza tal- pajjiżi membri, bħal general meeting, tinkludi fiha rappreżentanza minn kull pajjiż firmatarju tat-trattat jew pajjiż li jkun irratifikah, waqt li l-kunsill eżekuttiv m'huwiex kompost, għax ikun impossibbli jekk ikollok xi 200 pajjiż li kollha jkunu jipparteċipaw fil-kunsill eżekuttiv.", "Għalhekk il-kunsill eżekuttiv huwa rappreżentattiv u huwa kompost - għandek mekkaniżmu fit-trattat - minn terz li huma pajjiżi li nistgħu ngħidulhom minn dawn l-44 pajjiż li għandhom interess dirett jew jintlaqtu direttament b'dan it-trattat, imbagħad il-kumplament jintgħażlu b'sistema ta' rappreżentanza minn kull reġjun, minn kull blokk.", "Annex 1 tat-trattat jagħtiha list of States pursuant to article 2, paragraph 28, fejn għandek l- Afrika, l-Ewropa tal-Lvant, l-Amerika Latina u l-Karibew, il-Lvant Nofsani u l-parti t'isfel ta' l-Asja, l-Amerika ta' fuq u jekk wieħed iħares lejn fejn aħna ninsabu wieħed isib li qegħdin fost il-pajjiżi ta' l-Ewropa tal- Punent.", "Imbagħad għandek South East Asia, il-Paċifiku u l-Lvant Imbiegħed.", "Għandek ukoll il-mekkaniżmu ta' kif jintgħażlu sabiex dak li jkun ikun jista' jipparteċipa fil-kunsill eżekuttiv.", "Għandek ukoll is-segretarjat tekniku li huwa t-technical arm ta' din l-organiżżazzjoni.", "It-trattat jipprovdi għal skema ta' verifika u ta' spezzjonijiet on site, li jinkludu dak li semmejt qabel, jiġifieri s-sistema ta' monitoraġġ internazzjonali.", "Din l-international monitoring system, jew sistema ta' monitoraġġ internazzjonali, hi fformata minn network ta' 321 stazzjon li jinsabu f'disgħin pajjiż differenti.", "Dawn l-istazzjonijiet iżommu data u se naqraha eżatt kif inhi bl-Ingliż:", "\"These stations record data generated by possible nuclear explosions in the atmosphere, underwater or underground.", "This data is transmitted via satellite to the international data centre in Vienna\".", "Din is-sistema ta' monitoraġġ internazzjonali hi komposta minn - dawn bilfors irrid naqrahom bl-Ingliż għax impossibbli wieħed jittraduċihom bil- Malti – \"seismological, radionuclide, hydroacoustic and infrasound monitoring, consultation and verification on site inspection\" u mbagħad għandek il-\"confidence-building measures.\"", "It-trattat jipprovdi għall-possibbilta' ta' tibdil iżda biex iseħħ dan it- tibdil hemm bżonn ta' maġġoranza tal-pajjiżi membri li jivvutaw favurih pero' mingħajr ma jintefa' vot wieħed negattiv, jiġifieri l-iżjed li jista' jkun hemm huma astensjonijiet.", "It-trattat għandu mekkaniżmu wkoll biex jiżgura li jiġi esegwit fil-partijiet kollha tiegħu, inkluż is-sanzjonijiet u r-riżoluzzjoni ta' kwestjonijiet.", "Dan ifisser li fit-trattat hemm provvedimenti għal dak li jissejjaħ settlement of disputes.", "It-trattat sar għal żmien indefinit iżda kull pajjiż membru jista' jirtira minn u minħabba - ħa nikkwota eżattament x'jgħid it-Trattat – \"extraordinary events that jeopardise its supreme national interests\".", "F'dan il-każ, dak il-pajjiż jista' jirtira s-sħubija tiegħu f'dan it- trattat.", "Dan ifisser li mhux lakemm taqbad u toħroġ imma wieħed irid jiġġustifika l-irtirar tiegħu billi jgħid li ġraw affarijiet that \"jeopardise its supreme national interests.\"", "Ta' min jgħid ukoll li ma jistgħux isiru riservi għat-trattat innifsu, waqt li għall-protocol jistgħu jsiru riservi u dejjem dment li dawn ma jmorrux kontra dak li hemm fit-trattat.", "Wieħed jista' jiddeskrivi dak li hemm fit- trattat bħala sagrosant, u allura ma jistax jitbiddel jew isiru riservi.", "Iktar milli ma jistax jitbiddel, ma jistgħux isiru riservi fuqu u meta pajjiż membru jirratifika ma jistax jagħmel riservi.", "Jistgħu jsiru riservi għall-protocol pero' limitatament għall- aspetti li ma jmorrux kontra dak li hemm fit-test tat-trattat innifsu.", "Nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li bla dubju ta' xejn dan kien pass tajjeb ħafna li Malta ffirmat dan it-trattat u li issa wasalna biex nirratifikawh.", "Nawgura li pajjiżi oħrajn jagħmlu bħalna, b'mod partikolari li dawk l-44 pajjiż li hemm elenkati fl-annex tat-trattat u li hemm bżonn li jiffirmaw u jirratifikaw it-trattat biex jiġi fis-seħħ, jagħmlu dan.", "B'hekk ikollna strument effettiv u ġdid li jassigura l-paċi u s-sigurezza fid-dinja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonniċi.", "ONOR.", "MICHAEL BONNIĊI: Mr Speaker, qiegħed nieħu pjaċir li kemm il- bieraħ u kemm illum qed jerġa' jkollna l-okkażjoni li nitkellmu fuq żewġ konvenzjonijiet, din id-darba dwar il-comprehensive nuclear test ban treaty.", "Għalkemm dawn huma suġġetti li ma jolqtux lil pajjiżna direttament, Malta bħala pajjiż ċkejken tista' wkoll tagħti l-kontribut tagħha.", "Malta tista' tagħmel dan mhux biss billi tgħin f'din il-ban imma wkoll billi tippromwovi hi stess il-paċi fid-dinja.", "Aħna nafu li l-armamenti jġibu distruzzjoni totali, distruzzjoni tal-bniedem u distruzzjoni ta' l-ambjent.", "Waqt li kont qed nirriċerka biex nagħmel dan l-intervent qasir tiegħi, ikkonsidrajt żewġ affarijiet, żewġ xenarji.", "Minn naħa għandna x-xenarju dwar ir-riduzzjoni ta' l-armi nukleari u min-naħa l-oħra għandna dan it- trattat li jagħmel ban on testing.", "Nafu li fid-dinja kollha hawn speċi ta' tellieqa biex ikollha l-armamenti neċessarji sabiex pajjiż ikun f'pożizzjoni aħjar li jiddefendi lilu nnifsu.", "Jekk naraw x'inhu jiġri nsibu li l-armamenti qegħdin dejjem jiżdiedu minkejja kollox.", "X'inhi r- raġuni?", "Wara t-tieni gwerra dinjija għaddejna perjodu ta' paċi, pero' fl-istess ħin fid- dinja kien għad hawn ċerta mibegħda bejn pajjiż u ieħor.", "Fil-ħolqien ta' l-indipendenza li ħadu diversi pajjiżi kulħadd ried ikun sovran, fis- sens li mhux biss jikkmanda f'pajjiżu imma anki li jipproteġi lilu nnifsu permezz ta' l-armi, biex b'hekk ma jindaħallu ħadd, ma jkun kolonja ta' ħadd u ma jkun taħt saqajn ħadd.", "Fl-istess waqt ried juri l-kapaċita' kbira tiegħu li mhux biss hu sovran imma li hu wkoll kapaċi jiddefendi lilu nnifsu wkoll.", "Veru li aħna f'Malta m'għandniex biex niddefendu lilna nfusna, imma pajjiżi oħra ħallew liċ-ċittadini tagħhom bil-ġuħ u fil-faqar sabiex jonfqu miljuni u miljuni kbar ta' liri sabiex ikollhom biżżejjed armamenti biex jiddefendu ruħhom.", "Dan f'pajjiżna m'għandniex.", "Kont qed naqra l-ktieb \"Malta at the United Nations\", fejn sa minn żmien twil ilu, jiġifieri anke minn 13-il sena 'l hawn, insibu wkoll dan id-diskors:", "\"In the area of arms limitation and disarmament measures, progress has been registered in the multilateral efforts towards the banning of chemical weapons and in talks on reducing conventional forces in Europe\".", "Dan ifisser li anke fl-Ewropa għandna \"a build-up of nuclear forces\" u m'għandix dubju li mhux ser isiru nuclear tests viċin tagħna ġewwa l- Mediterran, imma dawn jistgħu jsiru f'postijiet forsi 'l bogħod u xorta waħda jaf ikunu ta' theddida għalina wkoll.", "Waqt li kont qed naqra l-ktieb ta' dak li kien President ta' Malta, Dr. Ċensu Tabone ikkwota lil Iżaija jgħid hekk:", "\"Thousands of years ago it was written that they shall turn their swords into ploughshares and their spears into sickles.", "Nation shall not lift up sword against nation, neither shall they be exercised any more to war\".", "Jien ngħid li għadna 'l bogħod biex naslu għal din il-profezija għax il- pajjiżi b'armi nukleari jiżdiedu qegħdin u fil-fatt illum għandna l-Indja, il-Pakistan, l-Iran, l-Iraq, Franza, ir-Russja, l-Amerika, il-Korea ta' Fuq u ċ-Ċina.", "Jgħidu li hemm l-Iżrael ukoll.", "Dawn huma pajjiżi li huma ta' theddida wkoll għall-pajjiżi viċini tagħhom.", "Għaliex ġara dan?", "Jekk tieħu bħala eżempju l-Indja u l-Pakistan tara li dawn iż-żewġ pajjiżi viċini, barra li huma sovrani u ħadu l-indipendenza tagħhom, armaw ukoll lilhom infushom mhux biss b'armamenti sempliċi imma anke b'armamenti nukleari.", "Għandna wkoll l-Iran u l-Iraq li wkoll kienu għal żmien twil xi 12-il sena fi gwerra bejniethom.", "Dawn ukoll armaw lilhom infushom b'dan il- mod.", "Għandna wkoll il-Korea ta' Fuq u ċ-Ċina.", "Dawn ukoll forsi jistgħu jkunu viċin ta' xulxin u wkoll huma ta' theddida għal xulxin.", "Barra minn hekk, għandna wkoll l-Amerika li trid tiddefendi lilha nnifisha minn dawk il-missili li jistgħu jkunu ta' theddida għaliha.", "Biex saru dawn l-armi nukleari bilfors li saru t-testijiet, bilfors li l- ewwel ippruvawhom.", "Dan hu li qed jiġri fid-dinja llum fejn għandek ħafna industriji li biex ikabbru n-negozju tagħhom m'humiex jipproduċu xi ikel jew xi teknoloġija biss imma qegħdin jinvestu f'armamenti qerrieda.", "Dawn l- armi qegħdin jippruvawhom biex jistgħu jbiegħuhom lil ħaddieħor u dawn ikunu jistgħu jiddefendu lilhom infushom.", "Din hi s-sitwazzjoni fid-dinja llum.", "Għalhekk kien tajjeb li jsir dan it-trattat biex id-dinja ma tkomplix iżżid dawn l-armi qerrieda, b'mod speċjali l-armi nukleari.", "Dan hu x-xenarju li għadni kif semmejt u hawn ta' min jitħasseb.", "Hu sewwa li l- Ġnus Magħquda tagħmel l-isforzi kollha tagħha possibbli biex iġġiegħel pajjiżi ma jkomplux jagħmlu t-testijiet u ma jkomplux jinvestu f'dawn l- armamenti qerrieda.", "Għax wara kollox, dawn ser ikomplu joqtlu mhux biss lill-umanita' imma anke l-ħajja ta' madwarna.", "Riċentement rajna x'diżastru kien hemm fl-ambjent ta' madwar ir-reattur nukleari ta' Chernobyl b'riżultat ta' radioactive leak.", "Rajna stampi u films ta' siġar mejtin, ta' ilma kkontaminat u ta' acres sħaħ ta' għelieqi li ma jista' jikber xejn fihom, aħseb u ara x'reazzjoni kellu fil-bniedem!", "Hawn Malta rajna l-prova b'għajnejna stess meta ġew tfal minn familji ta' Chernobyl li kellhom l-effetti nukleari fuqhom infushom.", "Dawn it-tfal ġew hawn Malta u rajna d-diżastru li qegħdin fih.", "Mhux biss f'dak li hu faqar imma anki l-istruttura fiżika tagħhom kienet waħda tal-biki u wieħed jitħassarhom meta jara dawn l-affarijiet.", "Kienet tassew għaqlija l-United Nations li tagħmel enfasi mhux biss biex jitnaqqsu l-armi nukleari - u mhux biss fuq il-ftehim li qed isir bejn ir-Russja u l-Amerika biex titnaqqas it- tensjoni li kien hemm qabel bejniethom u issa fil-fatt għadhom qed jippruvaw inaqqsu dawn l-armi - imma anke wkoll sabiex ma jkomplux isiru testijiet fuq dawn il-materji.", "Imbagħad, biex nerġa' nieħu l-eżempju tal-Korea ta' Fuq, dawn għandhom nies li qegħdin imutu bil-ġuħ - dan l-aħħar rajt film fuqhom - fejn lanqas għandhom għaxja ta' lejla għax imqar jaqilgħu xi ħaġa.", "Ejja nieħdu bħala eżempju ieħor liċ-Ċina li niftaħru li hu pajjiż vast, l-ikbar pajjiż fid- dinja u fejn hemm miljuni u miljuni ta' nies.", "F'ċerti setturi għamlu progress, imma f'setturi oħra għandhom il-faqar u l-ikbar miżerja.", "Minkejja dan kollu, il-gvernijiet baqgħu jinvestu fl-armi nukleari għall-protezzjoni ta' pajjiżhom jew inkella biex iktar ikunu jistgħu jbiegħuhom.", "Dan jagħmluh biex idaħħlu l-finanzi minnhom.", "Minflok idaħħlu l-finanzi minn prodotti li jistgħu jkunu ta' ġid għal ħaddieħor, idaħħlu l-finanzi minn prodotti li jistgħu jagħmlu ħsara lil dawk il-pajjiżi fejn ibiegħuhom!", "Nistgħu nibqgħu fuq dawn l-affarijiet għax ma nispiċċaw qatt minħabba din il-craze li hawn.", "Anke għax il-component parts ta' dawn l-armamenti ma jsirux minn kumpannija waħda imma għal raġunijiet ta' security jinħadmu f'bits and pieces.", "Jiġifieri jekk wieħed jagħmel skorfina, l-ieħor jagħmel il-vit u ma jkunx jaf l-iskorfina kif saret u l-ieħor ma jkunx jaf il-vit kif sar.", "Imbagħad meta jsir in-negozju, il-pajjiż esportatur jibgħat lin- nies tekniċi tiegħu biex jimmontaw dawk l-armamenti u biex juru lil min ikun qed jixtri kif jiffunzjonaw.", "Malta naħseb li tat il-kontribut tagħha f'din il-materja.", "Minn mindu saret indipendenti, Malta tat il-kontribut tagħha fil-Ġnus Magħquda.", "Jiena nittama li bil-firma ta' din il-konvenzjoni, aħna nagħtu l-kontribut ċkejken imma utli ħafna u li jkun ta' eżempju għal ħaddieħor.", "Aħna m'aħniex kapaċi ninvestu f'dawn l-armamenti imma jista' jkun hawn xi cowboys li jitħajru jagħmlu xi test fil-baħar ta' madwarna.", "Pero' wieħed irid joqgħod ħafna attent.", "Fil-fatt il-konvenzjoni titkellem dwar inspectorate, fejn il- Ġnus Magħquda tibgħat l-esperti tagħha biex tiċċertifika jekk fl-area ta' madwar dak il-pajjiż ikunux qed isiru xi tests fuq xi armi nukleari jew inkella armamenti simili għal dawn.", "Jiena naħseb li għandna nieħdu l- opportunita' minn dan l-inspectorate li għandha din l-organiżżazzjoni sabiex naraw li kultant żmien, anki fl-ibħra ta' madwarna ma jkunx hemm xi periklu li wieħed ikun jista' għamel xi provi fil-baħar.", "Forsi hu remot ħafna li dawn isiru, pero' ma ninsewx li Malta wkoll kienet ipproponiet il- konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar biex l-ibħra tagħna jkunu biss għall-użu tal-paċi.", "Din ġiet aċċettata mill-Ġnus Magħquda.", "Jiena nittama li l-pajjiżi kollha madwar id-dinja jifhmu l-bżonn li jistgħu jsibu ftehim mhux bl-armamenti imma bid-djalogu bejniethom.", "Bil- ġlied u bl-armamenti qerrieda ma ser naslu mkien.", "Għandna bżonn aktar djalogu ma' xulxin, aktar ftehim ma' xulxin u aktar rieda tajba bejn pajjiż u ieħor, aktar milli l-gwerra.", "Bil-gwerra ma tagħmel xejn.", "Bl-armamenti ħadd ma jieħu xejn.", "Ħadd ma jirbaħ bihom.", "Bl-użu ta' l-armamenti kulħadd huwa tellief.", "Nittama li l-kontribut ċkejken li qed jagħti pajjiżna b'dan is-sehem ikun utli u ta' eżempju għal ħaddieħor.", "Dan il-kontribut tagħna għandu jkun ta' eżempju għall-pajjiżi oħra, jiġifieri li għalkemm aħna pajjiż żgħir qegħdin nirratifikaw dan it-Trattat.", "Kif għadu kemm semma' l-ministru nittamaw li ħafna minn dawk il-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx dan il-ftehim kemm jista' jkun malajr jirratifikawh.", "Dan sabiex ma jibqgħux jiżdiedu l-armamenti li huma ta' qerda kemm għall- bniedem u kemm għall-ambjent tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, b'kuntrast ma' l-entużjażmu li kelli l-bieraħ biex niddiskuti din....", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, b`kuntrast ma' l-entużjażmu li kelli l- bieraħ biex niddiskuti r-riżoluzzjoni biex dan il-parlament jirratifika l- konvenzjoni dwar il-projbizzjoni ta' l-użu, ħażna, produzzjoni u trasferiment ta' mini ta' kontra l-persunal u d-distruzzjoni tagħhom - fejn sinċerament tkellimt b'ċertu commitment għax ħassejt li hemm ħafna affarijiet tajbin - illum li qed nitkellmu fuq din ir-riżoluzzjoni biex jiġi rratifikat it-trattat dwar il-projbizzjoni totali ta' provi nukleari magħruf bħala CTBT, comprehensive test ban treaty, qed nitkellem b'konvinzjoni però b'nuqqas ta' ħeġġa, u ngħid għaliex.", "Hemm kuntrast kbir bejn it-trattat li qbilna li nirrattifikaw il-bieraħ u t-trattat li qegħdin nipproponu li nirrattifikaw illum.", "Kważi kważi mill-bidu nett nagħmel il- mistoqsija: X'riedha din il-gvern?", "Għalfejn qed jirrattifika dan it- trattat?", "Forsi qed ninstema' ftit stramb, imma meta tara l-mod kif dan it- trattat qiegħed imwaħħal, fis-sens li mhux se jiġi fis-seħħ, kważi kważi tgħid li dan ħela ta' ħin.", "L-Onor.", "Michael Bonnici għadu kemm għamel aċċenn għall-fatt li aħna pajjiż żgħir u m'għandniex potenzjal nukleari.", "L-Onor.", "Membru qalilna li assolutament mhux il-każ li fuq artna jsiru testijiet nukleari u qalilna wkoll li dan it-trattat qed nirratifikawh biex inkunu rratifikajnieh għax lanqas biss aħna wieħed minn dawk l-44 pajjiż li hemm f'annex 2, li biex jiġi fis-seħħ it-trattat iridu jkunu rratifikawh huma.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru Joe Borg qal ċar - u għalhekk f'ħin minnhom jien qomt nikkjarifika xi ħaġa - li dan it-trattat ma jidħolx fis-seħħ jekk kemm-il darba ma jiġix ratifikat minn dawk l-44 pajjiż li hemm imsemmija f'annex 2 tat-trattat, fosthom l-Istati Uniti, l-Indja u l-Pakistan.", "Biex insemmi pajjiż wieħed biss, l-Indja ddikjarat bil-quddiem li m'hijiex se tiffirma u lanqas tirratifika dan it-trattat.", "Għaliex hemm din id- differenza fil-qasam internazzjonali bejn il-landmine treaty li għadda b'tant ħeġġa u dan it-trattat li ilu jitkaxkar u kulħadd ifettaq fuqu?", "Jien ngħid mill-bidu nett li dan hu trattat li huwa coated b'ipokrezija grassa mill-pajjiżi l-kbar u l-pajjiżi li għandhom il-potenzjal nukleari.", "Il-landmine treaty għadda malajr u għadda b`ħeġġa għaliex warajh ma kienx hemm l-interessi tal-pajjiżi l-kbar li jikkmandaw huma, imma kien hemm l- interessi ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li rnexxielhom iqajmu opinjoni pubblika internazzjonali u fformaw trattat differenti minn tas- soltu li għadda b`mod mgħaġġel u kważi b'akklamazzjoni.", "Imma din id-darba le għax hawn qegħdin nitkellmu fuq trattat li għad hemm potenzi kbar - u min jgħid li fadal biss superpotenza waħda aħjar jiftaħ widnejh - li għad għandhom l-interess li jkollhom is-supremazija u li jkollhom f'idejhom armamenti u armi qerrieda li bihom mhux biss jiddefendu l-interessi tagħhom u t-territorju tagħhom, imma bihom ukoll joħolmu li anke jiddominaw lil ħaddieħor.", "Sur President, l-iskop ta` dan it-trattat huwa wieħed.", "Nafu li kien hemm il-partial test ban treaty ta' l-1963, kważi 38 sena ilu, li kien jikkundanna l-provi nukleari fl-atmosfera, fl-ispazju u taħt il-baħar, imma għal xi raġuni fl-1963 ma kenux inkludew ukoll testijiet nukleari li jistgħu jsiru taħt l-art.", "U konvenjentement ngħid jien wara ħafna laqgħat, ħafna ffirmar u ġejjin u sejrin il-UN, meta l-partial test ban treaty kien iffirmat, min kellu l-interess li jkabbar il-potenzjal nukleari tiegħu u jara li ma jaqax fit-tieni kategorija ħdejn l-oħrajn li kellhom il- potenzjal nukleari, beda jagħmel testijiet taħt l-art.", "Sur President, hawnhekk wieħed irid jagħmel parentesi ħalli niftakru xi tfisser għad-dinja din il-kwestjoni nukleari, x`kienet u kif bdiet.", "Wieħed irid ifakkar fl-episodji ta` niket tal-bombi atomiċi li ntefgħu fuq Hiroshima u Nagasaki, li wrew li l-Istati Uniti ta` l-Amerka sa l-1945 kellha dan l-potenzjal nukleari.", "Illum il-ġurnata wieħed jista` jivvaluta dik id-deċiżjoni, fis-sens li jista' jaqbel magħha jew jista` ma jaqbilx magħha, jista' jgħid li l-qerda ta` dawk in-nies kollha kienet \"ġustifikata\" biex ma jkomplux jinqerdu aktar nies bil-kontinwazzjoni tal- gwerra li kien qed jagħmel il-Ġappun, speċjalment fl-ibħra u fil-gżejjer Paċifiċi.", "Pero` din ma kenitx one-off, xi ħaġa li ġrat u daqshekk, li waqqfet il-gwerra u asserixxiet is-saħħa politika u anke s-saħħa militari ta` l-Amerka, imma ovvjament din tat spinta għall-bidu ta` tellieqa ta` żvilupp ta' armamenti nukleari.", "Fl-1949, erba` snin wara dak l-episodju, rajna lill-Unjoni Sovjetika turi li kellha saħħa nukleari wkoll.", "Imbagħad segwew l-Ingilterra, li ma rridux ninsew li dak iż-żmien kellha imperu u kienet saħħa politika ekonomika u anke militari madwar id-dinja.", "Kellha l-imperu li kienu jgħidu li fuqu x- xemx ma tinżel qatt!", "Iktar tard kellna lil Franza, li akkwistat potenzjal nukleari fl-1960, u fl-1964 kellna liċ-Ċina.", "Kien jidher ċar li kien qed jiżdied in-numru ta` pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-potenzjal nukleari jew inkella jgħaddihulhom ħaddieħor, u sas-sebgħinijiet kien hemm diġa` madwar 30 pajjiż li wieħed seta` liberament jassumi li dawn kellhom saħħa nukleari f`idejhom.", "Hawnhekk wieħed irid isellem ukoll il-memorja ta` Nehru li kien l-ewwel bniedem li fl-1954 - mur ġibu llum jara lil pajjiżu jirrifjuta li jiffirma dawn it-trattati - sitt snin wara l-indipendenza, kien ippropona li jieqfu t-testijiet kollha permezz ta` splużjonijiet nukleari.", "L-Ingilterra kienet għadha kemm iddikjarat li għandha potenzjal nukleari, u Nehru, prim ministru ta` l-Indja, dak iż-żmien kien issuġġerixxa li jkun hemm ban fuq it-testijiet kollha nukleari.", "Ċertament konferenza dwar id-diżarm f'Ġinevra fl-1993 ħadet sentejn u nofs biex tfassal dan it-trattat.", "Pero` bejn l-iżvilupp tal-potenzjal nukleari tal-pajjiżi u dan it-trattat, hemm volumi kbar x`jinkitbu dwar l-attentati u l-provi kollha li kien hemm biex titwaqqaf din it-tellieqa miġnuna għall-potenzjal nukleari.", "Kif semmejt diġà fl-1963 kien hemm il-partial test ban treaty, proprju qabel iċ-Ċina akkwistat il-potenzjal nukleari.", "U jekk wieħed jara l-konferenza fuq id- diżarm u konferenzi oħrajn ma jieqafx għax hemm lista sħiħa.", "Fil-passat riċenti ħafna niftakru wkoll id-diskussjonijiet bejn l-Amerka u r-Russja, fi żmien Gorbachev, biex jitnaqqsu l-ammonti, mhux it-testijiet u l-potenzjal.", "Wara l-ftuħ tal-politika ta` l-Unjoni Sovjetika minn Gorbachev, saru t-taħdidiet għal iktar trasparenza u kien hemm il-ftehim, magħrufin bħala SALT u START, biex wieħed inaqqas kemm jista` jkun mill- ammont ta` potenzjal nukleari li kellhom l-Amerka u r-Russja, b'mod partikolari fejn jidħlu l-missili nukleari.", "U dak il-bilanċ li jwaħħxek li kien jeżisti qabel bejn min għandu dan il-potenzjal nukleari, bil-mod il- mod kien beda jiġi żmantellat.", "Wara l-1989 dħalna fi żmien ta` paċi relattiva, żmien fejn il-Punent u l- Lvant ma baqgħux iħarsu daqshekk ikrah lejn xulxin.", "Bdew jipprovaw jaqblu u fil-fatt bdew iżarmaw l-ammonti ta` nuclear warheads u missili li kellhom, pero` fl-istess ħin xorta baqgħu ċerti suspetti bejniethom.", "Dan bl-ebda mod ma jinkludi x`kienu qed jagħmlu l-pajjiżi l-oħra li għandhom potenzjal nukleari, fosthom l-Indja, kif diġà semmejt.", "U nafu li l-Indja u l-Pakistan qegħdin kontinwament imqabbdin ma' xulxin rigward it-territorju tal-Kashmir u affarijiet oħra, u allura dejjem hemm il-biża` li dawn jistgħu jaslu biex iwettqu dak li ma twettaqx bejn l-Amerka u r-Russja.", "Jiġifieri meta qed nitkellmu dwar x`ġara fl-Ewropa wara l-1989 fi żmien Gorbachev u wara Gorbachev, irridu nsemmu wkoll x`ġara mill-potenzjal nukleari li għandhom pajjiżi oħra.", "Per eżempju, kulħadd jaf li llum l-Iżrael għandu potenzjal nukleari pero` fl-istess ħin ma nafux x'inhu jiġri minn dan kollu.", "Kien hemm il-kwestjoni ta` l-Iraq li minkejja l-missjonijiet kollha li ntbagħtu biex ikunu ċerti li dan il-pajjiż ma jkollux potenzjal nukleari, wara dan iż-żmien kollu xorta għadna fid-dlam u ma nafux x`qed jiġri.", "Allura meta wieħed jiddiskuti r-ratifika ta' dan it-trattat wieħed bilfors jgħid li minkejja dawn il-movimenti kollha anti-nukleari madwar id-dinja, xorta għadna qegħdin f`ċerta inċertezza għaliex ma nafux eżatt x`inhu għaddej, allavolja dan it-trattat u trattati oħra suppost li għandhom sistemi ta` verifika.", "It-tieni nett, kif għedt diġà, nafu li minkejja t-trattat fuq il-karta xorta għadha għaddejja r-riċerka, xorta għaddej l-iżvilupp u qisu ma ġara xejn.", "Imma ħalli ngħid x`inhuma l-għanijiet ta` dan it-trattat li wieħed jista` jarahom fil-preambolu tiegħu.", "Sur President, dan jgħid ċar li jirrikonoxxi l-fatt li jekk wieħed iwaqqaf it-testijiet nukleari u anke splużjonijiet oħra nukleari - u jagħmel enfasi fuq il-kelma splużjonijiet - dan b`xi mod iwaqqaf l-iżvilupp fil-kwalita` ta` l-armi nukleari.", "Fi kliem ieħor iwaqqaf l-iżvilupp ta` tipi ġodda ta`armi nukleari iktar avvanzati, u allura b`daqshekk jikkostitwixxi miżura effettiva ta` diżarm nukleari u anke n-nuqqas ta` tixrid ta` l-armi nukleari fl-aspetti kollha tiegħu.", "Jiġifieri l-għan prinċipali tat-trattat huwa li billi jirrestrinġi it-testijiet nukleari, billi jwaqqaf l- isplużjonijiet nukleari – dawn huma aċċettati bħala l-aktar mezz prattiku kif inti tkun taf x`potenzjal għandek u kif tiżviluppa dak il-potenzjal – b'hekk nittamaw li nkunu qed inxekklu t-titjib fil-potenzjal nukleari u nkunu qegħdin innaqqsu t-tixrid ta` l-armi nukleari.", "Fil-fatt dan it-trattat jitkellem ukoll fuq sistemi differenti ta' verifika, minħabba parameters differenti, ħalli wieħed jinduna jekk xi ħadd madwar id-dinja huwiex qed jagħmel dawn l-isplużjonijiet, jekk hux jisplodi taħt l-art, fl-ajru jew fl-ispazju ħalli jagħmel it-testijiet.", "Issa wieħed irid jgħid li dan it-trattat imur ħafna `l bogħod minn dak li hu msejjaħ in- non-proliferation treaty, l-NPT, li daħal fis-seħħ fl-1970.", "L-għan prinċipali tat-trattat ta' l-NPT huwa li pajjiżi li għandhom potenzjal nukleari ma jgħadduhx lil pajjiżi li m`għandhomx il-potenzjal nukleari.", "Ma jbigħulhomx il-materjal radjoattiv li huwa essenzjali u bżonjuż biex tagħmel il-bombi nukleari u lanqas ibiegħu armamenti nukleari lill-pajjiżi li m`għandhomx.", "Jiġifieri in-non-proliferation treaty ma jitkellimx fuq il-waqfien ta` l-iżvilupp tal-kwalità, tas-saħħa u tal-metodu differenti ta` l-armamenti nukleari, imma sempliċement jipprova jillimita lil dawk li għandhom il-potenzjal nukleari milli jxerrduh lil pajjiżi oħra, imma jżommuh għalihom.", "Bħalma għedt fil-bidu, minkejja kollox kien hemm ipokrezija grassa madwar id-dinja kollha għax pajjiżi firmatarji xorta fornew pajjiżi oħra u xorta komplew bir-riċerka waqt li pajjiżi li ma ffirmawx ma ħassewhomx marbutin li ma jfornux.", "U minkejja li dan huwa trattat relattivament riċenti li daħal fis-seħħ fl-1970, xorta qegħdin naraw ifaqqsu madwar id-dinja pajjiżi li għandhom armamenti nukleari sofistikati, u anke li għandhom potenzjal nukleari, li meta jiġi l-ħin tal-prova xorta jużawhom għaliex la qegħdin f`idejhom jagħmlu użu minnhom.", "Wieħed irid jgħid li kien hemm pajjiżi li għallinqas kienu onesti u qalu mill-bidu li ma kenux se jiffirmaw in-non- proliferation treaty, biex ma jkunx hemm tixrid ta` armamenti nukleari, fosthom il-Brażil, Kuba, l-Indja, il-Pakistan u anke l-Iżrael.", "Dawn qalu ċar u tond li ma kenux se jiffirmaw dan it-trattat.", "Wieħed irid jgħid li minkejja li b'dawn il-miżuri kellhom jirrallentaw l- iżviluppi tat-teknoloġija l-ġdida - għaliex jekk inti ma ssibx suq fejn tbigħha m`intix se tkompli tiżviluppa - xorta nafu li minn sena għall-oħra qed ikun hemm żvilupp ta` iktar u iktar armi sotisfikati nukleari.", "Biżżejjed wieħed jara l-kwalita` ta' armamenti li ntużaw fil-gwerra tal- Golf u fil-gwerra tal-Kosovo u jara d-differenza bejn il-bombi komuni, bombi crude, li kienu jitfgħu it-Taljani u l-Ġermaniżi fuq Malta u li kienu jaqgħu fejn għandhom jaqgħu, u l-bombi sofistikati computer-guided, li skond espert tal-militar prattikament jistgħu jiġu kkalibrati li ma jimmissjawx id-daqs ta`bolla.", "Jiġifieri tista' titfagħhom u tolqot bull`s eye.", "Apparti mbagħad l-iżviluppi li wieħed jinnota f`dawk li huma kapaċitajiet biex jippenetraw taħt l-art, biex jisplodu meta għandhom jisplodu, u biex ifittxu lill-għadu tagħhom b`mod intelliġenti.", "Fil-gwerra tal-Golf fuq it-television konna naraw missili litteralment iduru mal- kantuniera, jitilgħu u jinżlu ma` l-għoljiet ħalli jsibu t-target tagħhom, bombi li huma intelliġenti.", "Hemm il-cruise missiles ħalli jaslu fejn huma programmati li għandhom jaslu.", "Dawn huma missili li jekk tpoġġilhom bomba konvenzjonali tisplodi bomba konvenzjonali, u jekk kemm-il darba trid tagħmlillhom bomba nukleari, żgħira jew kbira, tista` tagħmilhielhom ukoll.", "Dan it-trattat, apparti li jitkellem dwar x`inhu l-għan tiegħu, fl-ewwel artiklu f`żewġ paragrafi żgħar jagħmel l-għan kollu ta` dan it-trattat u bil-permess tiegħek naqrahom.", "Dan jgħid:", "\"Each State party undertakes not to carry out any nuclear weapon test explosion or any other nuclear explosion and to prohibit and prevent any such nuclear explosions at any place under its jurisdiction or control.", "Each Sate party undertakes furthermore to refrain from causing, encouraging or in any way participating in the carrying out of any nuclear weapon test explosion or any other nuclear explosion.\"", "Bażikament din hija s-sustanza tat-trattat għax il-bqija jitkellem fuq l- organizzazzjoni, jitkellem fuq il-kumitati u fuq elf ħaġa oħra.", "Pero` ħaġa importanti li jsemmi hija s-sistema ta` monitoring internazzjonali.", "Dan jitkellem dwar liema parameters se tuża l-organizzazzjoni li tinħoloq biex tagħmel il-kontrolli, ħalli tara li jkun hemm ħarsien ta` dak li joħroġ minn dan it-trattat.", "Fil-fatt jitkellem fuq numru ta` stazzjonijiet ta` monitoring madwar id-dinja - dan ma joħroġx mit-trattat proprja però ssib din l-informazzjoni f'postijiet oħra - li se joqogħdu għassa u jibagħtu d-data kollha li jiġbru - rigward tregħid ta` l-art, rigward traċċi ta` radio nucleotides ġo l-arja, rigward ultrasounds li jimmarkawlhom x`ikun qed jiġri - ġo ċentru internazzjonali, ċentru ċentrali ta`data ġewwa Vienna li jiġbor l-informazzjoni kollha.", "Barra minn hekk ukoll it-trattat jipprovdi li jkun hemm anke on-site inspections, jiġifieri fejn ikun hemm rapporti li jkunu saru xi abbużi ta` dan it-trattat, f'dan il-każ splużjonijiet, tista` tiġi appuntata delegazzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali biex tmur tivverifika bl- istrumenti li jkollhom.", "Dan huwa mod kif wieħed jagħmel confidence- building measures.", "Dawn huma stazzjonijiet li se jkollhom parameters fiżiċi li jinkludu apparat apposta; seismic, infrasound, hydro-acoustic, radio-nucleotide ħalli minnhom jindunaw jekk xi ħadd hux qed jikser it- trattat.", "Hawnhekk wieħed mill-ewwel jiftakar meta riċenti ħafna kellna pajjiż Mediterranju, membru ta` l-Unjoni Ewropea, li minkejja t-taħdidiet u t-trattati kollha, ġie jaqa' u jqum mir-regolamenti u mill-iffirmar tat- trattati u għamel testijiet ta` splużjonijiet nukleari, jekk m`iniex sejjer żball, fil-Paċifiku, u kien hemm reazzjoni kbira mid-dinja kollha.", "Dan ġie jaqa` u jqum għal darba, darbtejn, reġa` għamel l-isplużjonijiet u wieħed kellu joqgħod kwiet għaliex m`hemmx x`tagħmillu, la jkun għamilhom, għamilhom.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u ngħid dak li għedt fil-bidu li m`għandix dik il-ħeġġa li kelli l-bieraħ rigward dan it-trattat, però fl- istess ħin qed nitkellem għan-nom ta` l-oppożizzjoni meta ngħid li aħna nemmnu bl-iktar konvinzjoni soda li jekk jista' jkun għandna naslu fl- istadju fejn ma jkollokx armi nukleari, ma jkollokx armi qerrieda tal- massa.", "Din ngħiduha għal darba, tnejn, tlieta, fid-dokument dwar il- politika barranija tagħna li konna fformolajna fl-1993, u għadha l-politika tal-partit Laburista li jekk inhu possibbli jispiċċaw darba għal dejjem il- mezzi kollha tal-qerda tal-massa.", "F'dan il-każ qed nitkellmu fuq bombi kemm nukleari, kemm kimiċi u kemm bijoloġiċi.", "Nixtieq naqra biss parti mid- dokument dwar il-politika barranija tagħna fejn nagħmluha ċara li aħna konna, għadna u se nibqgħu kontra din il-politika:", "\"Malta must also commit itself to enhance its opposition to the production, proliferation and use of nuclear, chemical and biological weapons.", "Furthermore our country must follow a policy in favour of arms reduction including conventional weapons.", "We also favour the creation of more nuclear-free zones around the world.\".", "Jiġifieri hija xi ħaġa kostanti ħafna mal-politika tagħna bħala partit li nemmnu li għandna nkunu messaġġiera tal-paċi u jien konvint li min-naħa tal- gvern hemm dan is-sentiment.", "Issa ħalli nagħmel riflessjonijiet dwar ir-raġuni li fil-bidu għedt li dan it-trattat ma jeċitanix u għaliex hemm din l-ipokrezija kollha fih.", "Jekk wieħed jistudja dan it-trattat isib li hemm ħafna difetti fl- interpretazzjoni tiegħu.", "Kif għedt l-obbligazzjonijiet prinċipali ta` min se jiffirma dan it-trattat huma li jwaqqfu aktar ittestjar ta` armi nukleari permezz ta` l-isplużjonijiet.", "Imkien f'dan it-trattat - u forsi mhux kompitu tiegħi li noqgħod nikkritika t-trattat, però wieħed irid jagħmel analiżi ħalli jifhem x`qegħdin ngħidu - m'hemm imniżżel li b`xi mod jitwaqqaf aktar żvilupp u aktar riċerka permezz ta` teknoloġiji oħra, jitkellem biss fuq l-isplużjonijiet.", "Imkien ma jgħid \"u kull teknoloġija oħra u kull riċerka oħra f`dan il-qasam hija kkundannata.\"", "Nerġa` ngħid dak li għedt fil-bidu, li l-għan tat-trattat kien:", "\"constraining the development and qualitative improvement of nuclear weapons and ending the development of advanced new types of nuclear weapons.\"", "Imma wieħed mill-ewwel jirrealizza li l-iżvilupp ta` l-armi nukleari - jien m`iniex espert imma wieħed jaqra u jiġbor l-informazzjoni - ma jiddependix biss mill-ittestjar ta` dawn l-armamenti permezz ta` splużjonijiet.", "Nafu li anke dawk il-pajjiżi li ffirmaw il-comprehensive test ban treaty - apparti li biċċiet minnhom iffirmaw imma ma rratifikawx - li qegħdin nitkellmu fuqu llum, fl-istess ħin li qalu li jaqblu ma` l-għanijiet, nafu li bdew programmi kbar ta` riċerka biex dak li kienu jikkalkolaw bl- isplużjonijiet, issa qed jikkalkulawh permezz ta` teknoloġija komputerizzata avvanzata.", "Dan kien anke l-każ ta` Franza, li qalu li bil-computer calculations biss ma kenux kuntenti.", "Għax jafu li ħaddieħor qed jimxi b`sistemi oħrajn ta` teknoloġija avvanzata u qed jieħu l-istess riżultati daqslikieku kien fil- fatt qed jagħmel l-isplużjonijiet, xorta qiegħed jagħmel riċerka u qed jiżviluppa armi nukleari ġodda, fatt li ħadd ma jista` jinnegah.", "Dan imur kompletament kontra l-ispirtu ta` dan it-trattat.", "Għax l-għan ewlieni ta' dan it-trattat kien li jipprova jnaqqas dawn l-armamenti nukleari.", "L-ewwel ġew projbiti l-esperimenti fl-ajru, fl-ispazju u fil-baħar, imbagħad sabu li kien hemm loophole dwar l-isplużjonijiet ta' taħt l-art u għamlu dan it- trattat biex jipprojbixxu l-isplużjonijiet kollha.", "Imbagħad wieħed induna li wara kollox ma jiddependix biss fuq it-testijiet f`forma ta` splużjonijiet.", "Imma jekk inti għandek sit ta` riċerka fejn tista` tagħmel xogħol xjentifiku biex inti tiżviluppa aktar mezzi sofistikati ta` armamenti nukleari, inti qed tmur kompletament kontra l-ispirtu tat- trattat.", "Mr Speaker, dan qed jiġri u qed jiġri anke minħabba l-interpretazzjoni ta` dan it-trattat.", "Per eżempju, fih jingħad li se jsir monitoring biex jiċċekkjaw jekk ikunx hemm theżżiż minħabba l-isplużjonijiet, jekk ikunx hemm traċċi fl-arja ta` radio-nucleotides li jkunu riżultat ta` l- isplużjonijiet, u se jsiru anke hydro-acoustic studies biex jaraw jekk jirriflettux splużjonijiet minn ġo l-ilma.", "Però mkien ma jgħid li lanqas tista' tagħmel esperiment li ma jħallix traċċi fl-arja, jew testijiet li ma jagħmlux il-vibrations li kienu jiżviluppaw l-oħrajn.", "Jekk inti kapaċi ddur madwar dik il-problema, xorta ma tistax tagħmlu.", "Il-bieraħ tkellimt ħafna dwar l-Istati Uniti għax huwa l-pajjiż li l-aktar li jkollna informazzjoni fuqu.", "Pajjiżi oħra, bħalma hu l-Iraq u bħalma hija r-Russja li huma magħluqin ma nafux dwarhom, imma nieħdu l-eżempju ta` lstati Uniti mhux biex niddenigraw lill-Istati Uniti imma ħalli naraw x`inhu għaddej.", "Wieħed jara li minkejja dan kollu l-faċilitajiet li hemm ġewwa Nevada fid-deżert għadhom hemm, fejn kienu jagħmlu t-testijiet nukleari qabel ma żarmawhx, ma tawx sensji lin-nies, ma qalux li dan m'għadux jintuża għax se jidħlu f'dan it-trattat.", "U hawnhekk irrid nagħmel rimarka għax forsi xi ħadd jgħid li l-Amerka ma rrattifikatux.", "Veru ma rratifikatux, pero` ma ninsewx li hemm il-Vienna Convention fuq ir-ratifika tat-trattati, bħalma aħna għandna r-Ratification of Treaties Act.", "Bħalma dawn it-trattati jridu jiġu quddiem il-parlament Malti biex jiġu ratifikati, hemm il-konvenzjoni ta` Vienna fuq l-iffirmar tat-trattati.", "Hawnhekk tqum il-kwestjoni jekk min jiffirma konvenzjoni jistax jagħmel affarijiet li jmorru kontra l-ispirtu tal-konvenzjoni, sakemm din il- konvenzjoni tidħol fis-seħħ.", "U l-artiklu 18 ta` din il-konvenzjoni jgħid li min jiffirma konvenzjoni - sign mhux ratify - għandu jżomm ruħu marbut sakemm tiġi fis-seħħ il-konvenzjoni li ma jagħmilx affarijiet li jmorru kontra l-għanijiet prinċipali ta` dik il-konvenzjoni li jkun iffirma.", "Jiġifieri meta wieħed iffirma konvenzjoni, bħalma għamlet l-Amerka, li tgħid ċar u tond li l-iskop tagħha huwa li twaqqaf ir-riċerka u l-iżvilupp tal-potenzjal nukleari, huwa assolutament inaċċettabbli li fl-istess ħin wieħed jibqa' għaddej b'din ir-riċerka.", "Forsi wieħed jistaqsi xi provi hemm li dawn baqgħu għaddejjin.", "Għal dan id- dibattitu jien ippreparajt u fittixt ħafna u nista' ngħid li l-Istati Uniti, minkejja dan kollu, għad għandha programm imsejjaħ stockpile stewardship and management programme, SSMP, jiġifieri programm li bih jieħdu ħsieb ir-riżerva ta' armamenti nukleari li għandhom, biex iżommuhom fi stat tajjeb u anke fi stat aħjar milli huma.", "U dan il-programm għandhom miegħu masterplan li huwa ppubblikat - huwa konfidenzjali imma ovvjament l- affarijiet joħorġu - li hu magħruf bħala l-green book tal-masterplan ta' dan l-SSMP.", "Dan m'huwiex l-uniku pajjiż li għandu programm kif jieħdu ħsieb il-ħażna ta' l-armi nukleari tagħhom.", "Nafu li kemm l-Ingilterra, Franza u l-Indja għandhom dan il-programm, għax dan huwa materjal li jista' jiddeterjora maż-żmien u jista' jkun perikoluż.", "Jekk għandek armamenti lesti bil-potenzjal nukleari ġo fihom, bl-uranium jew inkella materjali radjoattivi oħra, trid tara li dawn se jibqgħu attivi u li m'humiex se jagħmlu xi tibdil li mbagħad jaf ikun anke ta' periklu.", "U dan il-masterplan, dan il-green book f'parti minnu jgħid hekk:", "\"The laboratories are currently working on programmes to provide new and modified designs that will address current sotckpile issues and will exercise a broad range of design skills.", "The nuclear design capability will be maintained by pursuing an understanding of the underlying physics of nuclear weapons and exercising the process of design of nuclear weapons.\"", "Fi kliem ieħor x'inhu jgħid dan?", "Qed inkomplu nkabbru r-riċerka tagħna jkollna disinji aħjar u nifhmu aħjar il-proċess fiżiku li hemm wara l- proċess nukleari ħalli nkunu nistgħu nutilizzawh għal skopijiet tagħna.", "Ovvjament hawnhekk imbagħad jidħol l-argument li wieħed qed jagħmel riċerka għal raġunijiet oħra imma mbagħad dak li jiskopri jista' jużah għal affarijiet oħra, u argumenti bħal dawn li huma kollha tidwir mal-lewża ħalli dak li jkun ikompli miexi ħalli jakkwista dak li jrid jakkwista.", "Jiġifieri filwaqt li dan il-pajjiż, li huwa superpotenza, qed jgħid li ffirma ħalli jwaqqaf l-iżvilupp ta' l-armi nukleari, fl-istess ħin qed jgħid x'inhu l-għan ta' stockpile stewardship and management programme li juri ċar u tond li qegħdin jagħmlu xogħol li huwa kontra l-ispirtu tal- comprehensive test ban treaty.", "Fil-bidu għedt li din hija ipokrezija - biex nuża kelma li jifhmuha n-nies - però fl-istess ħin irrid nistaqsi jekk din hijiex tellieqa neċessarja biex jibqgħu fuq quddiem fl-iżvilupp tat- teknoloġija nukleari għal skop ta' sigurtà nazzjonali.", "U 'l quddiem ngħid ukoll kif qed tinkwieta l-Amerika fuq din il-kwestjoni, jiġifieri li jkunu fuq quddiem li għandhom teknoloġija li biha qegħdin dejjem one step ahead, two steps ahead mill-pajjiżi l-oħra.", "U bħalma għedt, kieku ma kienx hekk, l-impjanti li hemm kienu jiġu żarmati.", "Kieku kienu jgħidu li dawn m'għandhomx x'jambuhom aktar, u għandhom stockpile ta' armi nukleari għal 20, 30 sena li jistgħu jużaw lilhom u nisperaw f'Alla li sa dak iż-żmien inkunu żarmajna l-potenzjal nukleari kollu.", "Nafu li bdew it-taħdidiet li jgħidulhom START, strategic arms reduction talks.", "Dħalna fit-tieni fażi, imma milli jidher START III, minħabba dan li qed jiġri fl-Amerika proprju f'dawn l-aħħar xhur, ma tantx hemm ċans li narawh jidħol fis-seħħ.", "Minkejja dan ix-xenarju kollu u minkejja li qegħdin ngħidu li rridu nnaqqsu l-armamenti, wieħed jinnota li fl-1999 - mhux mitt sena ilu dan - l-Amerika kellha l-ħsieb li tinvesti madwar $US40 biljun.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Michael Asciak beda jitkellem fuq l-ammonti żgħar li wieħed irid jonfoq biex jagħti l-injezzjoni tal-polio u tat-tuberkulożi fil-pajjiżi fqar fejn bi ftit ċenteżmi tfejjaq bniedem għal għomru jew tipproteġih għal għomru.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq $US40 biljun fi programm ta' għaxar snin biex jitwettaq il-famuż stockpile stewardship and management programme.", "Jien mhux qed nipponta subgħajja lejn l-Amerika għaliex fl-istess ħin, per eżempju, hemm programmi ta' koperazzjoni u ta' skambju, ta' bdil ta' ideat u ta' riċerka bejn l-Amerika u l-Ingilterra.", "Dan l-aħħar, u din hi ħaġa sabiħa, dan seħħ ukoll bejn l-Amerika u r-Russja.", "Fil-fatt għandek tekniċi Russi li qegħdin imorru jagħmlu riċerka ġewwa l-Amerika sabiex jistudjaw il-fiżika nukleari sabiex biha jkunu jistgħu jkabbru u jiżviluppaw iktar il-potenzjal tagħhom.", "Ovvjament imbagħad jasal il-limitu fejn kulħadd ikollu tiegħu.", "Hu żgur li dawn mhux se jaqsmu l-aħħar żviluppi u jagħtuhom lil xulxin.", "Imma hu fatt li żgur għaddej ċertu ammont ta' riċerka bejn dawn il-potenzi.", "Per eżempju, meta l-Ġermaniżi ġew biex jiffirmaw dan it-trattat iddikjaraw bil-quddiem li huma jifhmu li din il-ban qiegħda fuq dak li jgħidulu fission research.", "Ma rridx inkun tekniku wisq imma fil-kwestjoni tal-fiżika nukleari għandek il-fission, il-qasma ta' l-atomu – din hi t-teknoloġija wżata biex illum il-ġurnata jkollok splużjonijiet nukleari; sal-lum għadna hemmhekk - pero' għaddejja ħafna riċerka fuq il-fusion, jiġifieri mhux li taqsam l-atomu imma li twaħħal l-atomi flimkien.", "Din hi teknoloġija li jekk il-Bambin irid tkun tajba u tirnexxi se tagħti ħafna u ħafna ġid lid- dinja, fis-sens li jekk wieħed jirnexxilu jagħmel din ir-reazzjoni, anki f'dik li hi enerġija, fid-dinja jaf ikollok ammont ta' enerġija li mbagħad ma tiddependix bl-ebda mod fuq l-idrokarburi, fuq iż-żjut li nsibu taħt l- art, imma tkun tiddependi minn din il-forza nukleari li tirriżulta meta jirnexxielek tgħaqqad żewġ atomi flimkien.", "Il-Ġermaniżi kienu ċari u qalu li meta qed jiffirmaw qed jifhmu li dan it-trattat ma jimpedihomx milli jkomplu għaddejjin bil- programmi xjentifiċi li għandhom fuq fusion research għaliex iħossu li dawn m'għandhomx jaqgħu taħt ir-regoli ta' dan it-trattat.", "Meta wieħed qed jagħmel din it-tip ta' riċerka - li se tibqa' għaddejja u għadha għaddejja - wieħed jista' jgħid li dan qed jagħmlu għal skopijiet oħra.", "Jien qed ngħid li jekk kemm-il darba l-iżvilupp tan- nuclear fusion technology jirnexxi, dan ikun ta' ġid kbir għall-umanita'.", "Wieħed jista' jkompli jiżviluppaha, pero' mbagħad ma jżomm xejn lil ħadd li meta qed jagħmel avvanzi f'din it-teknoloġija li jużaha wkoll f'armamenti nukleari.", "Kif nafu, jista' jkollok splużjonijiet u jista' jkollok armamenti nukleari li teoretikament jistgħu jiddependu fuq din it- teknoloġija.", "Minkejja dawn id-diffikultajiet, jien ngħid li kienu ħafna l-pajjiżi li ffirmaw dan it-trattat.", "Bħalma qal il-ministru, mill-bidu li nfetaħ għall- iffirmar dan it-trattat, Malta kienet minn ta' quddiem għax fl-24 ta' Settembru ffirmajnih, għalkemm għalina dan ma jfisser xejn - bħalma għedt jien u bħalma qal l-Onor.", "Bonnici - fis-sens li aħna m'għandniex testijiet nukleari xi nwaqqfu.", "Għalina kulma nagħmlu hu sempliċement ġest ta' commitment għax bħalma għedt, anke l-politika tagħna hi kontra l-iżvilupp nukleari u kontra l-armamenti nukleari.", "Għalhekk l-iktar li jinteressana hu li nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara.", "Iżda bħalma diġa' għedt – u anke l-ministru għamel riferenza għaliha - biex dan it-trattat jidħol fis-seħħ trid ratifika ta' 44 pajjiż li huma msemmijin f'annex 2 tat-trattat, għaliex dawn il-pajjiżi kienu identifikati li jew għandhom potenzjal nukleari jew li għandhom kapaċita' li jużawhom jew inkella li jagħmlu riċerka.", "Nafu li l-Indja, il-Pakistan u l-Istati Uniti huma tliet pajjiżi li huma determinati li ma jirratifikawx dan it-trattat.", "Hemm ukoll – din problema ta' interpretazzjoni - il-provvediment ta' artiklu 14 li għamel riferenza għalih il-ministru, għalkemm xtaqtu jamplifika iktar fuqu.", "Dan l-artiklu jitkellem b'mod vag ħafna x'isir jekk din il-konvenzjoni ma ssirx jew ma tidħolx fis-seħħ sa tliet snin wara li tiġi miftuħa għar-ratifika.", "Subartiklu (2) jgħid li jekk kemm-il darba ma tidħolx fis-seħħ sa tliet snin mill-ftuħ, mhux tar-ratifika imma ta' l- iffirmar mill-1996 sa l-1999:", "\"The depository shall convene a conference of the States that have already deposited their instruments of ratification upon the request of the majority of those States.", "That conference shall examine the extent to which the requirements set out in paragraph one have been met and shall consider and decide by consensus what measures consistent with international law may be undertaken to accelerate the ratification process in order to facilitate the early entry into force of this Treaty.\"", "Dan huwa gibberish għalija u ma jfisser assolutament xejn għax ma jgħidlekx li se jaqa' fuq vot tal-maġġoranza.", "Ma jgħidlekx li ser jiġri hekk jew se jiġri hekk, imma li se tiltaqa' konferenza biex jaraw kif b'mod ta' consensus se jimxu 'l quddiem biex jaraw li r-ratifika tat-trattat tiġi fis-seħħ.", "Jiġifieri back to square one hawn qegħdin għax jekk inti qed tiddependi fuq consensus, dawk il-pajjiżi x'ser jgħidu lill-Istati Uniti?", "Ser igħidu lill-Istati Uniti, lill-Indja, lill-Pakistan, lill- Iżrael biex jirratifikawh bilfors?", "Għalhekk fil-bidu għidt li fl-opinjoni tiegħi din hi konvenzjoni li ma tantx teċċitak, proprju għax għandha dawn l- affarijiet kollha.", "Issa se nkompli fuq kif seħħew l-affarijiet ġo l-Amerika f'dan il-kuntest.", "Nafu li l-President Clinton kien kommess u kien qal li l-Istati Uniti kienet ser tirratifika dan it-trattat.", "Fil-fatt fl-1997 kien poġġa l- conventional test ban treaty quddiem is-Senat Amerikan.", "Dan it-trattat dam sentejn hemmhekk sakemm f'Ottubru ta' l-1999 is-senat ivvota kontra r- ratifika.", "Anke hawnhekk, dan m'għamluhx b'konvinzjoni favur jew kontra t- trattat imma daħħlu l-politika domestika, daħħlu l-interess tal-pajjiż, daħħlu lil min ried jinki jew ma riedx jinki lil Clinton.", "Għalhekk spiċċa kważi kważi b'vot maqsum indaqs tas-senat, mingħalija 48 kontra 51.", "Hawnhekk wieħed bilfors irid jirrifletti li affarijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu ttrattati b'dan il-mod.", "Aħna bħala pajjiż żgħir qegħdin nitkellmu fuq ideali u mhux ideali, imma li pajjiż kbir bħall-Amerika jagħmillek affarijiet bħal dawn, bilfors li mbagħad jingħad dak li qalet \"The Economist\" f'Ottubru 1999 u nikkwota:", "\"Foreign policy has been damaged because it is no longer possible to trust the President's signature even on a nuclear treaty.\"", "Din kienet konvenzjoni li l-President kien wiegħed li se tiġi rratifikata.", "Kellek ħafna eżortazzjonijiet mill-Ingilterra, minn Franza u mill-Ġermanja biex lis-senat iħeġġuh jirratifika, imma dan xorta ma sarx.", "L-artiklu jkompli jgħid li:", "\"Failure would show that the United States is not serious about arms control.\"", "Qed nikkwota minn \"The Economist\" ta' Ottubru ta' l-1999 fejn jgħid ukoll li din kienet l-ewwel darba li s-Senat Amerikan \"vetoed a nuclear treaty.\"", "Nafu li anke fir-run-up ta' l-elezzjoni għall-presidenza Amerikana li kien hemm ftit xhur ilu, Al Gore kien qiegħed iwiegħed li l-ewwel ħaġa li jagħmel bħala president kien li jerġa' jpoġġi din il-konvenzjoni quddiem is- senat, biex jirratifikawha wara li fl-1999 kienu vvotaw kontra tagħha.", "Min-naħa l-oħra kellek lil George W. Bush, illum President ta' l- Amerika, li kien qal li hu kontra t-test ban treaty.", "Hu qal li f'dak li huma arms control lest li jaġixxi b'mod unilaterali.", "Qed insemmi dan għaliex aħna ngħidu li llum l-Amerika hi l-unika superpotenza.", "Qal ukoll li jekk ikun hemm bżonn jiskrappja t-trattat l-ieħor ta' l-anti-ballistic missiles u jibni l-famuża nuclear shield, it-tarka nukleari kontra l-armi nukleari.", "Din hemm min qed jgħidilha wkoll son of starwars, proġett li kien beda fi żmien Reagan, u kompla fi żmien George Bush senior.", "Għalkemm dan il-proġett kien imwarrab fi żmien Clinton issa jidher li qed jerġa' jsir diskors fuqu, minkejja l-oġġezzjonijiet goffi li hemm kontrieh kemm mir-Russja kif ukoll miċ-Ċina.", "Dan fiex iwassalna Sur President?", "Meta nisimgħu dan kollu, dan iwassalna biex nirriflettu fuq ċerti affarijiet u qed ngħid dan kollu biex inpoġġi lin-nies li qed jisimgħuna fl-istampa kollha.", "Dan mhux billi niġu hawnhekk u niffirmaw it-trattat imma rridu nkunu nafu x'inhu l-isfond, x'inhu għaddej fid-dinja u madwarna, x'inhu l-valur tiegħu u kif aħna nkunu qegħdin naraw dawn l-affarijiet.", "Meta nara dan kollu u nara pajjiż kbir bħalma hu l-Amerika li jittratta dan it-trattat b'dan il-mod, niftakar x'qal u x'kiteb Kofi Annan fl-annual report on the work of the organisation t'Awwissu li għadda.", "Kofi Annan esprima kemm-il darba ruħu dwar kemm hu nkwetat fuq din il-kwistjoni.", "Hu qal:", "\"It is essential that the final declaration of the conference on facilitating the entry into force of the treaty be implemented I therefore reiterate my call to all States to ratify the treaty, particularly those whose ratification is necessary for it to enter into force.\"", "Skużi l-espressjoni li ngħidu bil-Malti, dawn ġew jaqgħu u jqumu milli qal u kiteb Kofi Annan għax l-Amerika, l-Indja u l-Pakistan baqgħu jagħmlu li jridu.", "Dan ifisser li għadna ħafna 'l bogħod milli d-dinja teħles mill- armamenti nukleari.", "Dan hu x'wieħed jista' jiddeduċi.", "Jiena diġa' semmejt kemm konna mexjin tajjeb prattikament bit-taħdidiet START 1 u START 2 u bit-tnaqqis ta' l-ammont ta' nuclear warheads li kienu jeżistu.", "Imma issa kif diġa' semmejt ġejna back to square one bil-famuża ħolma tal-President Bush li jiżviluppa l-programm tan-nuclear shield.", "Dan jaf li malli se jagħmel hekk, diġa' mwissi mill-Amerika, se jiżbilanċja l- bilanċ li jeżisti fit-trattat ta' l-anti-ballistic missiles.", "Hawn min jgħidlek li dan m'għandux dritt li jifforma xi ħaġa li jipproteġi lilu nnifsu minn missili nukleari li jistgħu jiġu minn postijiet bħal Korea, l- Iraq u postijiet bħal dawn.", "Iva, imma għandu twissijiet minn pajjiżi bħar- Russja.", "U ejja nneħħuha minn rasna din għax hu iblah min dan l-aħħar qal li r-Russja spiċċat bħala superpotenza u li fadal biss superpotenza waħda; ara li nneħħuha minn rasna din!", "Fir-Russja għandek president ġdid li għadu żgħir, bil-backing tal-poplu f'elezzjoni demokratika, bil-backing ta' l- armata u b'kontroll assolut fuq ir-reġjuni kollha tar-Russja, minn Moska sa Vladivostok.", "Allura kif nistgħu ngħidu li r-Russja m'għadhiex iktar superpotenza!", "Għandna noqogħdu attenti u ma nkunux prużuntużi żżejjed u ngħidu li dawn spiċċaw, inneħħuha minn rasna din!", "Sfortunatament wieħed irid jara x'jista' jkun l-effett jekk kemm-il darba l-Amerika tkomplix miexja bl-ideat li għandha, jiġifieri li tagħmel din it-tip ta' struttura.", "Dan għaliex diġa' qegħdin naqraw li se jipprovaw jinvolvu pajjiż bħall-Ingilterra għax għandhom bżonn ċertu equipment tar- radar u pajjiż bħal Greenland, li anke diġa' qegħdin idaħħluh f'konflitt mad-Danimarka, għax wara kollox dan mhux pajjiż awtonomu biex jagħmel użu minn ċerti faċilitajiet hemmhekk.", "X'verita' hemm fl-għidut li jaf ikun hemm anke xi stallazzjonijiet, jekk mhux f'pajjiżna pero' fil-qrib tagħna, rigward dan il-programm?", "Forsi l-Ministru jkun jista' jgħidilna fil- winding-up.", "Fl-aħħar minuti li għad fadalli, la ġiet l-okkażjoni, xtaqt nirrifletti fuq dan kollu u dwar il-pożizzjoni ta' pajjiżna, bħala pajjiż imsejjaħ newtrali fil-Mediterran, pajjiż li hu nonallinjat u pajjiż li madwaru jrid il-paċi u l-prosperita'.", "F'dan ix-xenarju kollu li qed jiżviluppa - u għalhekk qed nagħmel din il-kawtela rigward ir-Russja - irridu noqogħdu attenti minn dawn l-affarijiet għax l-affarijiet qed jerġgħu jiżviluppaw.", "Dik li jgħidulha l-gwerra bierda veru spiċċat, imma sfortunatament qed terġa' tikber ċerta tensjoni bejn min qed jippretendi issa that he can walk the world stage alone - qed nirriferi għall-President Amerikan il- ġdid - mentri min-naħa l-oħra għandek min qed jgħidlu joqgħod attent għax: Jien m'iniex mejjet, jien għandi d-drittijiet tiegħi, li miegħi ffirmajt ċerti trattati u mhux se nippermetti li dawn it-trattati ma jiġux irrispettati b'ċerta politika tiegħek.", "Irridu nirriflettu bis-serjeta' fuq kemm għadu validu u fuq kemm għandna raġun din in-naħa meta ngħidu li aħna żgħar u li aħna mhux se ninfluwenzaw bl-ebda mod la lil naħa u lanqas lil oħra.", "L-aħjar pożizzjoni tagħna u l-aħjar sitwazzjoni politika tagħna tkun li nibqgħu ngħożżu n- newtralita' u n-nonallinjament li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Jekk m'għamilna xejn tajjeb f'dan il-pajjiż f'dik li hi l-Kostituzzjoni, hemm dan il-kunċett ta' newtralita' li lil pajjiżna mhux ċekknu, mhux warrbu, mhux għen biex jiġi njorat imma tah valur u rispett.", "Dan qalulna l-aħħar li kien hawn il-deputat ministru ta' l-affarijiet barranin Russu meta ltqajna miegħu u tkellimna.", "Hu qalilna li pajjiżi bħal Malta akkwistaw rilevanza importanti ħafna minħabba l-fatt li dawn żammew ruħhom newtrali matul dawn is-snin kollha.", "Jiena nawgura li jkunu x'ikunu l-għażliet ta' pajjiżna fil-futur, in-newtralita' ta' pajjiżna m'għandha qatt tiġi mwarrba imma għandha tiġi dejjem irrispettata.", "M'għandniex nadottaw xi politika li b'xi mod jew ieħor iddur mal-kantuniera u minflok tgħaddi mill-bieb tgħaddi mit-tieqa biex in-newtralita' tagħna narmuha qisu qatt ma kienet xejn.", "Hawnhekk wieħed irid jirrifletti fuq ċerta tibdil li rajna f'pajjiżna dan l-aħħar.", "Tibdil li forsi għall-bidu jidher li huwa insinifikanti imma mbagħad meta wieħed jibda jirrifletti u jibda jara dan ix-xenarju kollu li qed nitkellem fuqu, jibda jagħtih ċerta valutazzjoni u jibda jaħseb b'mod differenti.", "Qed nirriferi - u mhux se niddejjaq għax tkellimt pubblikament kemm-il darba u se nikteb artiklu fuqu nhar il-Ħadd, u meta konna fil- gvern kont nitkellem ċar fuqha - fuq il-politika tal-gvern li nerġgħu nagħmlu f'pajjiżna bażi navali għall-vapuri militari ta' pajjiżi oħra, b'mod partikolari għall-vapuri Amerikani.", "Jiena naf li jiena u l-kollega tiegħi ma naqblux fid-dettall ta' din il-politika.", "Jiena ċar li qatt ma se naċċetta sitwazzjoni fejn parti mill-port tagħna saret kważi fuq bażi permanenti post fejn tara ankrati vapuri tal-gwerra Amerikani, ġieli Ingliżi, ġieli Franċiżi imma l-iktar Amerikani, u m'iniex se nċedi għax ikun hemm xi interessi kummerċjali ta' ċerti setturi li jgħidulek li l- preżenza tagħhom dawn iġġiblek ftit negozju.", "Fl-1979 aħna konna ddeċidejna li l-pajjiż jibda jaqla' l-ħobża tiegħu ta' kuljum bix-xogħol pajżan, bix-xogħol li m'għandux x'jaqsam ma' l- industrija tal-gwerra.", "Safejn niftakar jien fl-1979 dik kienet il-ħalfa tal-pajjiż, jiġifieri li dak li hu ħobż li għandu x'jaqsam mal-gwerra m'għandniex għalxiex ngħixu bih.", "Imma sfortunatament illum - u niftakar anke meta kont ministru jien – jiġuk nies u jgħidulek biex tħallihom jidħlu ħalli jkollhom ftit baħrin Amerikani jiġru ġewwa Paceville u jagħmlu ftit kummerċ - ħa ngħid li dawn għandhom biċċa raġun għax dawn imsieken iridu li jkollhom il-kummerċ – iżda jien lil dawn kont ngħidilhom li jekk inħallu iktar, mhux huma biss se jagħmlu l-kummerċ billi jbiegħu l-birra u l- ispirti imma hemm setturi oħra li ħa jagħmlu l-kummerċ probabbilment, u nerġgħu niġu lura fejn konna qabel pajjiżna ħeles minn dawn l-affarijiet.", "Dan ma rridux narawh biss mid-djalettika u mill-perspettiva dwar jekk naqblux jew le li jkollna vapur Amerikan, naqblux jew le li jkollna ammont ta' morini Amerikani kważi permanentament hawn Malta.", "Għax hekk sirna!", "Dak fih 2500 ruħ, l-ieħor fih 500 ruħ, telaq dan u daħal l-ieħor, u dak għamel erbat ijiem u l-ieħor se jagħmel tlett ijiem!", "Dan qed isir b'mod regolari u jiena ngħid li meta proforma jitolbuk permess biex jiġu, lanqas jgħaddilek mill-garigor ta' rasek li tiċħadulhom il-permess.", "Fi żmienna konna ċari u konna ngħidulhom li qabel iħabbru li se jidħol bastiment, dan l-avviż m'għandux joħroġ fil-gazzetti qabel ma nkunu nafu aħna u nkunu tajnihom il-permess.", "Kien hemm ħafna drabi fejn irrifjutajna li jidħlu ħalli nnaqqsu l-ammont u nibqgħu nżommu s-sovranita' ta' pajjiżna.", "Aħna għandna d-dritt li ngħidulhom iva jew le meta jkollna bżonn u meta rridu aħna.", "Aħna nifhmu li dik hi l-forma tagħhom kif juru l-ħbiberija mal-pajjiż u din ma niċħadiex, pero' biex ikolli wirja ta' ħbiberija ma jridx li jkolli wieħed kull ġimgħa jew wieħed kull xahar imma wieħed kull xahrejn għandu jkun biżżejjed.", "Għalfejn wieħed fil-ġimgħa!", "Għalfejn tnejn fil-ġimgħa!", "Għalfejn dan il-kobor ta' vapuri li tinżel minn ħdejhom int u għaddej iwaħħxuk!", "Tara dak il-kobor, qishom stabilimenti enormi!", "Dawn huma affarijiet li lili jimpressjonawni ħafna.", "Jiena għandi l-ideat tiegħi u konvint li qed nirrifletti l-ideat tal-partit tiegħi u ta' sħabi fil- Partit Laburista rigward din il-politika.", "Naħseb li l-gvern irid joqgħod attent li filwaqt li forsi qed juża din it-tip ta' politika biex iwassal messaġġ lil ħaddieħor - jiena ma nafx imma forsi qed jagħmilha għal dan l- iskop - ma jkunx qiegħed jisfa vittma hu stess ta' dak li qed jagħmel użu minn dawk il-faċilitajiet.", "Hawnhekk wieħed irid jiftakar li qed nitkellmu fuq in-nukleari.", "Wara l- episodji ta' l-imblokk tal-port biex ma tidħolx biċċa tal-flotta Ingliża li ma konniex ċerti jekk fuqha kienx hemm armamenti nukleari, meta konna f'dan il-parlament fl-1986 konna għaddejna riżoluzzjoni li vapuri militari, vapuri navali, meta jiġu biex jitolbu l-prattika, jiġifieri jitolbu l-permess biex jidħlu fil-port tagħna, iridu jkunu qegħdin jifhmu li qed jitolbu l-permess għax huma qegħdin jgħidu li m'għandhomx fuqhom armamenti nukleari.", "Dan bħalma qed tgħid l-ipokrezija tat-trattati fuq il- livelli internazzjonali.", "Meta qed nitkellem fuq l-arroganza tal-pajjiżi l- kbar ...", "Mhux qed ngħid għall-Amerika biss hawn, imma l-pajjiżi l-kbar li għandhom is-saħħa, u kif dawn jittrattaw ma' pajjiżi żgħar.", "Jiena ma niskanta xejn li dik ir-riżoluzzjoni ta' l-1986, bħal ħafna riżoluzzjonijiet oħra, qed tinkiser left, right and centre għax la inti m'għandekx l-apparat biex tikkalkola jew tara jekk verament għandux fuqu armi nukleari jew le, kif tista' tgħid li toqgħod fuq il-kelma tiegħu biss għax jgħidlek li hu talab permess?", "Il-vapur militari se jgħid li jaf x'inhi r-riżoluzzjoni tagħna u allura trid tassumi, mhux trid temmen, li fuqu m'għandux armi nukleari.", "Għalija dan hu argument li ma jreġix.", "Jien dejjem kont uneasy fuq din il-kwestjoni kollha.", "Dejjem deherli li dan li qed isir mhux korrett.", "Dejjem deherli li m'għandniex biex nikkontrollaw dawn l-affarijiet u allura aħjar wieħed ikun kawt u joqgħod lura.", "Issa dan meta aħna qegħdin ngħidu li nixtiequ li r-reġjun tal-Mediterran eventwalment ikun a nuclear-free zone.", "Aħna nafu li sakemm għandek il-problemi fil-Lvant Nofsani, sakemm għandek pajjiżi bħal Franza fil-Mediterran, dan kważi hu impossibbli.", "Pero' ma jistax jiġi xi ħadd jiddieħak bik għaliex nafu li, per eżempju, pajjiżi fl-Amerika Latina u fil-Karibew, tletin jew tnejn u tletin pajjiż, iffirmaw trattat bejniethom sabiex jagħmlu żona meħlusa mill-armi nukleari u għamlu a nuclear weapon-free zone fil-Karibew.", "Fil-Mediterran bħalma wieħed jaf din hi diffiċli, sakemm iċ-ċirkostanzi jibqgħu kif inhuma.", "Pero' minkejja d-diffikultajiet li qed insemmi, minkejja l-problemi li hemm, minkejja l- pressjoni li jista' jkollok minn pajjiżi kbar u minkejja li forsi wieħed ikun qed jagħmel sagrifiċċju finanzjarju jekk iżomm dritt mal-politika tiegħu, jiena nemmen li m'għandekx tistenna li tagħmel il-flus għax jiġu l-vapuri navali.", "Gvern li jkun irnexxa ma jiddependix minn dawn l- affarijiet, jirnexxi jekk kemm-il darba jkun qed idawwar l-ekonomija, jekk kemm-il darba jdaħħal il-qligħ, jekk kemm-il darba jġib il-flus mhux mill- vapuri navali imma mill-cruise liners, mit-turisti, mill-ekonomija, mill- iżvilupp ta' l-industrija u mill-esportazzjoni.", "Minn hemm irridu nġibuhom u mhux niġu tant dahrna mal-ħajt li jkollna anke naċċettaw li nġibu vapur ħalli nsewwuh ġot-tarzna.", "Kemm se jsir qligħ minnu l-Bambin biss jaf!", "Insemmu ċ-ċifra ta' kemm se jqum ix-xogħol imma l- qligħ qatt ma nsemmuh.", "Hawnhekk jiena ngħid li hemm kelma: Qiegħed tipprostitwixxi lil pajjiżek.", "Jekk int qed tgħid li tant għandek bżonn il- flus minħabba li l-ekonomija tiegħek falliet, għaliex is-sistemi tiegħek ta' kif tħaddem l-ekonomija fallew, għaliex il-pożizzjoni finanzjarja ta' pajjiżi hija ħażina mela allura rrid ix-xogħol, mela kull tip ta' xogħol inġibuh.", "Allaħares nagħmlu hekk!", "Allaħares kull mara serja tgħid li kull xogħol taċċettah għax għandha bżonn il-flus!", "Irridu noqogħdu attenti li lil dan il-pajjiż ma nagħmluhx prostituta tal-Mediterran.", "Ma nagħmluhx paljazza ta' ħaddieħor.", "Dan kollu qed ngħidu fil-kuntest ta' dak li semmejna qabel fuq dan it- trattat, li bħalma għedt mill-bidu, jien u ta' din in-naħa nawguraw li l- gvern jirratifikah.", "Aħna naqblu li jirratifikah pero' rridu nżommu f'rasna x'jagħmlu.", "Għalhekk ħadt fit-tul u spjegajt x'qed jagħmlu pajjiżi li minkejja li jiffirmaw il-karti u t-trattati, xorta jibqgħu jaraw l- interessi tagħhom ħalli jżommu l-premazija tagħhom u s-supremazija tagħhom ma' pajjiżi oħra.", "Aħna m'għandna l-ebda skop ta' eġemonija u ideat li nkabbru pajjiżna jew li naħkmu pajjiżi oħra.", "Kulma rridu f'dan il-pajjiż hu li ngħixu fil-paċi u fis-sliem.", "Dan kulma rridu.", "Pero' jekk kemm-il darba se nerġgħu nibdew ninnamraw, nagħtu ċ-ċans, niftħu l-bibien u t- twieqi, u nagħmlu t-triq iżjed faċli għal min igħix bil-gwerra, min qiegħed juri l-muskoli tiegħu kontinwament u jiżviluppa s-saħħa tiegħu ħalli jżomm il-poter li għandu fid-dinja, allura jien konvint li pajjiżna mhux talli ma jgħix fil-paċi u fil-prosperita' imma talli jibda jkun kontinwament imbeżża' li l-paċi ġewwa fih se tinkiser.", "Ma neħux gost ngħid dawn l-affarijiet imma dan l-aħħar smajna dwar it- theddida ta' bomba u fil-fatt is-sejbien ta' bomba ġewwa stabiliment ġewwa Paceville.", "Tgħidli: Din x'għandha x'taqsam?", "Jien mhux qed ngħid li din mhux xi ħaġa personali jew inkella xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' xi ħaġa oħra, imma ma ninsewx li kull fejn kien hemm preżenza Amerikana massiċċa madwar id-dinja, dejjem kien hemm theddida għas-sigurta'.", "Jekk niftakru x'ġara fil-Yemen, kien hemm attentat suwiċida fuq il-USS Cole u jekk mhux sejjer żball kienu mietu 13-il baħri Amerikan.", "Jien ngħidilhom imsieken għax dawn ma marrux hemm biex imutu imma biex jagħmlu d-dover tagħhom għal pajjiżhom.", "Jekk immorru iktar lura u mmorru Berlin niftakru l-famuża bomba f'dik id- diskoteka li kien post iffrekwentat mill-morini Amerikani.", "Wara dan kellna r-reazzjoni ta' l-Amerika fuq il-Libja u l-istorja kollha.", "Aħna hawnhekk fiċ-ċokon tagħna diġa' xegħlu dwal ħomor meta sirna nafu li nstabet bomba f'lokal f'Paceville, li dan l-aħħar kien qed jiġi ffrekwentat mill-morini Amerikani.", "Jien ma ngħidx li għandi kontra l-Amerikani jew ma nixtieqhomx jiġu hawnhekk jieħdu l-mistrieħ tagħhom - mela le, bil-qalb kollha! - imma meta titkellem fuqhom titkellem fuq estensjoni tas-saħħa militari ta' pajjiż li huwa superpotenza u fiċ-ċokon tagħna ma nistgħux inservu ta' playground għal dawn l-affarijiet.", "Pajjiżna kien diġa' użat biżżejjed biex ġew issetiljati l-kontijiet bejn il-Lhud u l-Palestinjani bil-qtil ta' Shaqaqi f'dan il-pajjiż.", "Kellna diġa' d-diżunur u d-dispjaċir li pajjiżna jintuża proprju għal dawn l- affarijiet.", "Bl-ikbar sinċerita' ma nixtieqx u lanqas noħolmu ma rridu li pajjiżna issa jibda jiġi targeted minn min irid jew iwassal messaġġ lill- Amerikani jew jagħmel vendikazzjoni mill-Amerikani, jew ikun miġnun u jrid jagħmel att vandalu lill-Amerikani.", "Għax apparti li dawk huma ħutna u ħbieb tagħna u nitħassruhom meta jkun hawn dawn l-affarijiet, imma rridu niftakru wkoll li ħafna drabi ma jkunux waħedhom imma jkun hemm anke wliedna l-Maltin ġo dawn il-postijiet u fejn anki huma jistgħu jsiru vittmi ta' dawn l-affarijiet.", "Huwa veru li forsi ddevjajt xi ftit mit-trattat u spiċċajt fuq dawn l-affarijiet, pero' din hi katina sħiħa.", "Jien naqbel li bir-ratifika ta' dan it-trattat se nkunu qed nagħtu messaġġ dwar kemm nixtiequ li jkun hemm kontroll, li jkun hemm waqfien u l-abolition darba għal dejjem bit-tneħħija ta' dawn l-armi nukleari.", "Din hi katina.", "Minkejja l-messaġġi kollha li rridu nwasslu, ma nistgħux nittraskuraw l-iktar affarijiet immedjati li jolqtuna fil-laħam il-ħaj, bħalma qed nispjega, li jistgħu jinżlu proprju fil-livell fejn nistgħu niġu affetwati aħna, pajjiżna u uliedna.", "Għax inkunu verament boloh jekk naħsbu li dawn l- affarijiet huma tal-kotba u li dawn l-affarijiet huma xi ħaġa li fihom jidħlu l-pajjiżi l-kbar biss.", "Il-pajjiżi ż-żgħar bħal Malta qed jidħlu fihom għax għandhom l-istatus tagħhom ġol-Ġnus Magħquda u bil-vot tagħhom.", "Jidħlu fihom ukoll meta jirratifikaw trattati bħal dawn li jagħtu lill-pajjiż ċerta kredtu u kredibilita'.", "Jien nemmen li l-kredibilita', il-ħarsien tal-prosperita' u l-paċi f'pajjiżek ma jiġux biss billi tiffirma t-trattati, pero' billi twettaq ġewwa pajjiżek il-politika li tkun fl-aħjar interess tal-poplu u mhux x'jogħġob jew xi jkollu bżonn pajjiż ieħor.", "Jiena forsi nagħmel daqsxejn varjazzjoni minn dak li kiteb Dun Karm: pajjiż ieħor ħobbu, pajjiż ieħor ara kif tagħmel u kun ħabib miegħu, pero' l-ewwel u qabel kollox ħobb lil pajjiżek.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, nixtieq ngħid kelmtejn fuq ir-ratifika ta' dan it-trattat.", "Tajjeb li nitilqu mill-punti li jgħaqqduna, jiġifieri li essenzjalment din il-parti tal-Kamra u n-naħa l-oħra jaqblu t-tnejn fuq ir-ratifikazzjoni ta' dan it-trattat.", "Jiena naqsam mal-kollega tan-naħa l- oħra l-apprensjoni għal kemm fil-fatt dan it-trattat se jiġi attwat.", "Jista' jiġi attwat u jista' ma jiġix attwat, pero' jiena bħala membru tas- soċjeta' Maltija u pajjiżna bħala membru tas-soċjeta' dinjija, żgur li hu responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.", "Bħal ħafna affarijiet oħra fid- dinja, l-Onor.Vella semma' dan il-każ tan-nuclear test ban treaty.", "Nista' nsemmilu għaxar każijiet oħra, bħal biotech convention tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Wieħed għandu jagħmel il-parti tiegħu, wieħed għandu jtella' l- bandiera tiegħu u x'jiġri finalment jiddependi mill-kollettivita' tad- deċiżjoni li tittieħed.", "Imma almenu tkun għamilt il-parti tiegħek.", "Aħna jidhrilna li dan it-trattat huwa wieħed tajjeb u li għandna nirratifikawh u niffirmawh u hekk qegħdin nagħmlu llum.", "Kif semma' l-Onor.", "Vella qabli, dan it-trattat mhux intiż biss biex jieqfu t-testijiet nukleari imma wkoll biex jieqfu l-isplużjonijiet nukleari kollha.", "Hu intiż sabiex ftit ftit jibda jsir id-diżarm u l- eliminazzjoni ta' dawn l-armamenti.", "Dak hu l-għan.", "Hu għan li jista' jintlaħaq u jista' ma jintlaħaqx, pero' mill-ammont ta' pajjiżi li ffirmaw u li rratifikaw m'għandix għalfejn naħseb li ma jintlaħaqx.", "Pero' x'se jiġri u ma jiġrix dak Alla biss jaf.", "Nerġa' ngħid li aħna għandna nagħmlu l- parti tagħna li niffirmaw dan it-trattat għaliex nemmnu fih.", "Aħna nemmnu fih għaliex għalkemm Malta m'għandiex il-kapaċita' li tiżviluppa dawn it- tip t' armamenti, pero' jekk ikun hemm l-aċċettazzjoni ta' dan it-trattat, bl-għajnuna ta' Malta wkoll jitwaqqaf l-iżvilupp t'armamenti nukleari ġodda f'pajjiżi oħra.", "Kif tkellem il-kelliem ta' qabli, nafu li dan it-trattat se jagħmel illegali splużjonijiet nukleari fl-ispazju, fl-atmosfera, taħt il-baħar, kif ukoll taħt l-art.", "Għalfejn aħna ma naqblux ma' dan?", "Ma naqblux għaliex l-enerġija nukleari, bħal kull ħaġa oħra fiżika, tista' tintuża' għat- tajjeb u tista' tintuża għall-ħażin.", "Nafu li l-enerġija nukleari tista' tintuża b'mod tajjeb biex tipproduċi l-enerġija u tista' tiġi wżata biex tipproduċi ċerta kura fil-mediċina.", "Nafu li tista' tiġi wżata b'mod tajjeb biex isir trattament ta' investigazzjonijiet fil-mediċina.", "Allura bħal sikkina li tista' toqtol biha u tista' tiekol biha, mhuwiex l-instrument fih innifsu li hu ħażin imma l-intenzjoni tal-bniedem wara dak l- istrument.", "Aħna nafu li l-enerġija nukleari bħala enerġija għandha l-użi tajbin tagħha u għandha wkoll l-użi ħżiena.", "L-użu ħażin qiegħed fil-forma ta' l-armamenti li aħna nixtiequ li jitneħħew minn wiċċ id-dinja.", "Aħna se nippruvaw, jirnexxilniex jew le ma jiddependix biss fuqna.", "Għaliex inħossu li dawn l-armamenti għandhom jitneħħew?", "Kif spjegajt il- bieraħ, meta tkellimt fuq it-tneħħija ta' l-anti-personnel mines, meta sfortunatament tfaqqa' gwerra, din m'għandhiex issir mingħajr xi forma ta' morali.", "Il-bieraħ spjegajt li jeżisti l-aspett umanitarju, teżisti l-liġi morali naturali u jeżistu ħafna konvenzjonijiet oħra li jillimitaw l-użu tal-forza anki fi stat ta' gwerra.", "Aħna jidhrilna li l-użu ta' forza nukleari fi stat ta' gwerra żgur li tiżboq dan ir-rispett lejn id-dinjita' tal-persuna umana, dan l-aspett umanitarju.", "Għalhekk inħossu li dawn il- mezzi t'armamenti għandhom jitneħħew minn wiċċ id-dinja.", "Għaliex?", "Dan għax inħossu li barra l-ħsara diretta li ssir lill-persuna umana, issir ukoll ħsara kbira lill-ambjent ta' madwar il-bniedem, kemm jekk jintużaw f'każ ta' gwerra Alla ħares qatt u kemm jekk jintużaw bħala testijiet.", "Il-bniedem jiġi affetwat mir-radjazzjoni li jħallu dawn it- testijiet.", "L-ambjent ukoll jiġi affetwat b'mod ħażin għaliex ir- radjazzjoni tibqa' tiġri f'dak il-post fejn tkun saret l-isplużjoni u dan iwassal għad-distruzzjoni totali ta' l-ambjent u ta' l-ekoloġija ta' dak il-post.", "Niftakar li kont qrajt xi rapporti fuq il-problemi li kien hemm Bikini Atoll fejn kienu jsiru ħafna splużjonijiet.", "Fil-Paċifiku, fejn Franza wkoll f'dawn l-aħħar ħames snin għamlet xi testijiet, kien hemm xi problemi fl-ekoloġija tal-post minħabba d-distruzzjoni u anki minħabba l- mutazzjonijiet kbar li nħolqu fil-kreaturi li baqgħu ħajjin.", "Minħabba l- ewwelnett l-effett fuq in-nies u fuq l-ambjent, nixtiequ li dawn l- armamenti jitneħħew.", "Jiena m'iniex kontra l-użu ta' l-enerġija nukleari għal skop tajjeb.", "Jiena kontra l-enerġija nukleari għal skop ħażin, u ser nikkwota.", "Jien qrajt ktieb li kiteb Romano Prodi meta kien għadu prim ministru ta' l- Italja.", "Prodi jgħid b'mod ċar li l-avvanz fix-xjenza u t-teknoloġija ma tistax iżżommu, kemm jekk hi bioloġika, kemm jekk hi ġenetika, kemm jekk hi ta' komunikazzjoni, kemm jekk hi dik t' armamenti u kemm jekk hi dik ta' kimika jew fiżika.", "Hija ħaġa naturali li l-iżvilupp xjentifiku ma tistax iżżommu u jekk tipprova żżommu żgur li mhux se jirnexxielek.", "L-obbligu morali tagħna hu li nikkontrollawh b'mod legali u b'mod attwali safejn jista' jkun.", "Dak hu c-challenge morali vera li għandu quddiemu l-bniedem illum, li b'mod legali u b'mod attwali kemm jista' jkun jiġi kkontrollat l- iżvilupp biex naraw fih l-aspett pożittiv biss u nwarrbu b'mod volontarju l-aspett negattiv.", "Qed ngħid dan għaliex kif issemmi n-nukleari, ħafna nies mill-ewwel jibdew jitkellmu kontra.", "Qed ngħid l-aspett pożittiv ta' l-użu nukleari.", "Jiena wieħed minn dawk li sfortunatament nosserva.", "Jiena qiegħed fil- kumitat tax-xjenza u t-teknoloġija fil-Kunsill ta' l-Ewropa u nosserva fid-diskussjonijiet li jsiru f'dan il-Kumitat ħafna emozzjonijiet li normalment jitpoġġew minn partit soċjalisti u l-partiti ħodor kontra l-użu ta' l-enerġija nukleari.", "Jiena m'iniex wieħed minn dawk il-persuni li nasal biex ngħid li l-enerġija nukleari m'għandniex nużawha anki biex nipproduċu l-enerġija.", "Irridu biss nikkontrollawha.", "Il-mezzi li llum għandna għad- dispożizzjoni ta' l-enerġija nukleari żgur li huma ħafna iktar nodfa milli kellna sa ftit żmien ilu.", "Huma żgur ħafna iktar nodfa mill-ħruq tal-coal, gases, u żjut tal-hydrocarbons li nużaw.", "Mhux qiegħed ngħid dan b'mod frivolu.", "Qiegħed ngħid dan għaliex - u nixtieq il-permess tal-Kamra biex inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra - jekk wieħed iqabbel l-aħħar statistika ta' l- annual mortality increase li ħarġet f'Settembru li għadda, ma' dik li hi użu ta' radjazzjoni nukleari fl-użu tal-power stations, din hija minima ħafna.", "Anki fil-każ ta' Chernobyl din titkejjel b'ċertu unit jismu millicivert.", "Ir-radjazzjoni totali mir-reattur ta' Chernobyl, li huwa reattur antik u li ma ssibx bħalu fil-Punent, kienet ta' sittin millicivert.", "Dan id-diżastru nukleari wassal sabiex tiżdied il-mortalita' - mhux qed ngħid xi ħaġa tajba - b'wieħed fil-mija.", "Jekk wieħed iħares - u hawnhekk irridu nitkellmu b'mod li m'huwiex doppia faccia - lejn l-annual average mortality increase fil-pajjiżi fejn m'għandhomx reatturi nukleari, li huma l-pajjiż tagħna u ħafna pajjiżi oħra, tista' tqabbel il-graphs f'tabella Sebgħa u ssib li meta tuża power station bil-ħruq tal- hydrocarbons, l-annual mortality increase m'huwiex ta' wieħed fil-mija bħal f'każ ta' aċċident f'reattur nukleari imma huwa ħafna ogħla.", "Bir-reatturi żgħar, moderni u watercooled li għandna illum, żgur li ma jsirx il-periklu li kien hemm fil-pajjiżi tal-Lvant li kellhom teknoloġija inqas avvanzata.", "Jekk, per eżempju, nieħdu din l-istatistika li għandi hawn ta' tlieta li huma msemmijin fir-rapport, insibu li f'Pariġi l-estimu tal-mortalita' minħabba ż-żieda fl-arja ta' fine particles pollution hi ta' għaxra fil- mija, waqt li fl-Olanda, iż-żieda tal-fine particles fl-arja hi ta' tnax fil-mija.", "Qed ngħid dan għaliex l-użu nukleari huwa ħażin f'dak li huwa abbuż ta' l-użu tiegħu.", "Pero' m'għandniex narmuh bħalma jagħmlu ħafna nies minħabba ħafna emozzjonijiet żejda.", "Jiena m'għandix il-ħin u lanqas irrid nidħol fit-teknika ta' dak li qed ngħid, biss nixtieq li forsi l-press ikunu jridu jħarsu lejn dan id-dokument li nħoss li hu ta' interess kbir anki għal pajjiżna.", "Nixtieq li npoġġi dawn il-karti fuq il-Mejda tal-Kamra biex min hu nteressat ikun jista' jarahom.", "Mingħajr ma noqogħdu nagħmlu ħafna bruħaħa fuq in-nukleari li hu wżat għal mezz tajjeb, għandna nkunu saqajna ma' l-art għaliex il-mezzi li qed nużaw biex nipproduċu l-enerġija huma ħafna iktar perikolużi b'mod dirett mill-enerġija nukleari wżata b'mod tajjeb.", "Imma nerġa' niġi għas-suġġett oriġinali, Sur President.", "It-trattat li qegħdin nippromwovu bħala pajjiż diġa' poġġejnieh fil- prattika meta tlabna l-vapuri li jkunu deħlin fil-pajjiż biex josservaw id- dikjarazzjoni li kienet saret minn dan il-parlament u li talbet li dawn il- vapuri ma jkollhomx armi nukleari fuqhom.", "Dak iż-żmien kont għadni minix membru tal-parlament imma naħseb li naqbel ma' din id-dikjarazzjoni li kienu vvutaw favuriha ż-żewġ naħat tal-Kamra, mingħalija imma mhux ċert, għax jista' jkun li kien hemm xi kontroemendi.", "Pero' fuq is-sustanza naqblu t-tnejn.", "Biss jiena assolutament ma nistax naqbel ma' dak li spiċċa jgħid fl-aħħar l-Onor.", "George Vella.", "Il-mod kif qed tiġi kostruwita din juri sempliċement b'mod l-iktar infantili sentiment anti-Amerikan li l- Partit Laburista sfortunatament għadu ma rnexxilux jegħleb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, bil-permess ta' l-Onor.", "Asciak.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk sieħbi l-Onor.", "Michael Asciak qiegħed jinterpreta b'xi mod li hawnhekk hawn xi sentiment anti-Amerikan huwa żbaljat.", "Qed nagħmilha ċara daqs il-kristall bħalma għamiltha kemm-il darba.", "Dan bl-ebda mod m'hu sentiment anti-Amerikan imma l-ewwel u qabel kollox hu sentiment nazzjonali, fl-interess ta' pajjiżi.", "Kieku dak li qed jagħmlu l-vapuri Amerikani hawn Malta jagħmluh il-Franċiżi, kontra l- Franċiżi ngħidu.", "Jekk l-Ingliżi kontra l-Ingliżi.", "M'għandi xejn kontra l- Amerikani.", "Jiena kont qed nitkellem, u bħala ministru dejjem tkellimt kontra l-vapuri militari, mhux kontra sentiment anti-Amerikan.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, jiena ma nikkondividix il-pożizzjoni ta' l-Onor.", "George Vella fuq din il-biċċa xogħol.", "(Interuzzjonijiet)", "Jien nemmen li dan il-pajjiż, bħalma għamel dejjem s'issa, offra s-servizz tiegħu lil kull pajjiż li talab biex ikun jista' juża s-servizzi ta' pajjiżna, biex joffri s-servizzi lill-vapuri tas-sigurta' tiegħu, għax dawn huma vapuri tal-gwerra u vapuri tas-sigurta'.", "Meta ġew l-Ingliżi għidnilhom iva - anke meta daħlet il-Brazen - u meta ġew l-Amerikani, il- Franċiżi, il-Libjani u l-Alġerini wkoll għidnilhom iva.", "Dan hu r-rwol li nħossu li għandna fiċ-ċentru tal-Mediterran, jiġifieri li min jitlobna biex jiġi jserraħ hawn, biex jieħu l-ikel, xi supplies jew jagħmel xi repairs fil-vapuri, dak għandna noffruh lil kulmin jitolbu.", "Fl-opinjoni tiegħi hu ħażin li mmorru n-naħa l-oħra opposta totalment u ngħidu li ma jidħol ħadd jew noqogħdu nirrifjutaw li jidħlu.", "Malta dejjem ħaddnet il-prinċipju li tagħti s-servizz lil min jitlobulha.", "Jekk għalih dawn huma vapuri tal- gwerra, nerġa' nirrepeti, dawn huma wkoll vapuri, armamenti tas-sigurta' u dejjem skond kif tużahom.", "Jekk tużahom biex iġġib is-sigurta' huma ħaġa tajba, jekk tużahom għal skop ħażin huma ħaġa ħażina.", "Imma m'għandniex nirrifjutaw lil dawn il-vapuri milli jidħlu biex jieħdu s-servizz.", "(Interruzzjonijiet) Imma meta dehrilkom li kellu jidħol vapur tal-gwerra għal skopijiet politiċi, bħal Brazen, ħallejtuh jidħol!", "Jiena assolutament ma naqbilx ma din il-kwistjoni.", "Rigward il-każ tal-Havana, nista' ngħidlek li l-pulizija mhux qed jaħdmu iktar fuq it-teżi li minħabba l-Amerikani u għalhekk ma nistax nifhem għalfejn daħħalha.", "Għax allura bl-istess argument ġara fl-ajruport, ġara fil-kwartieri tagħkom u ġara f'ħafna postijiet oħra.", "Jiena għandi l- opinjoni tiegħi wkoll, pero' żgur li mhix il-konklużjoni li wasal għaliha l- Onor. George Vella.", "L-opinjoni tiegħi hi li naqbel mal-pożizzjoni tal-gvern li min jitolbu permess biex jidħol għal servizz jagħtuhulu, dejjem jekk mhux ser jikser il-liġijiet ta' Malta, li joqgħod għar-regolamenti tagħna u li ma joffendix il-ġara tagħna b'mod dirett, b'mod attwali meta jkun qiegħed hawn ġew.", "Dak hu l-minimu pero' mbagħad oltre.", "Ħassejt li l- pożizzjoni tal-Partit Laburista f'dan l-aspett hi daqsxejn infantili.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Onor. Asciak, jekk fhimt sew għandek xi dokumenti biex tpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa intitolat \"Technological possibilities for fulfilling the targets of the Kyoto Protocol (to the United Nations Framework Convention on Climate Change)\", flimkien ma' appendiċi rilevanti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx akt ar rimarki, insejjaħ lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jagħmel il-winding-up.", "ONOR.", "JOE BORĠ: Sur President, l-ewwelnett xtaqt nirreferi għal xi punti li għamel riferenza għalihom l-Onor.", "George Vella.", "Jekk fhimt sew, staqsieni dwar jekk nafx fuq il-possibbilta' ta' stallazzjonijiet tal- programm Amerikan f'pajjiżna.", "Jien fhimt li qed jirreferi għal anti- nuclear shield, dwar jekk hemmx il-possibbilta' li jsiru xi stallazzjonijiet f'pajjiżna u dwar jekk nafx xi ħaġa fuqha jew jekk hemmx xi verita' dwar din.", "Ir-risposta tiegħi dwar li jkun hemm xi stallazzjonijiet f'pajjiżna żgur li nista' ngħid li assolutament m'hemm xejn minnu, m'hemm l-ebda verita' dwar din.", "Dwar jekk hux ser ikun hemm fil- viċinanzi tagħna assolutament ma naf xejn.", "Pero' ovvjament ma nistax niggarantixxi għal ħaddieħor x'jista' jagħmel.", "Li nista' ngħid illum hu li assolutament m'hemm l-ebda verita' li aħna se nippermettu, jew nistgħu nippermettu, li jsiru xi stallazzjonijiet f'pajjiżna u fil-viċinanzi tagħna jew fl-ibħra territorjali tagħna minn pajjiżi oħrajn.", "Dawk ma nafx bihom u ma nista' niggarantixxi xejn lil ħaddieħor.", "Rigward il-kwistjoni tan-newtralita' nixtieq nerġa' nissottolineja, kif għamilt kemm-il darba, li n-newtralita' tagħna hi garantita fil- Kostituzzjoni.", "Kwalunkwe argument li jista' jinfetaħ jew li seta' jinfetaħ hu mhux fuq jekk Malta għandhiex tkun jew tibqa' newtrali jew le, dik hija ħaġa li hi a foregone conclusion, għax Malta għandha tibqa' newtrali.", "Imma l-argument hu fuq il-kliem użat fil-Kostituzzjoni, jiġifieri jekk dan jirriflettix il-verita' tal-ħajja kif inhi llum u jekk allura hemmx lok, jekk ikun hemm qbil dwaru, għax ovvjament din hi ħaġa il jrid ikun hemm qbil dwarha, li jiġi aġġustat il-kliem biex jirrifletti r-realtajiet tal- ħajja kif qed ngħixuhom illum.", "Issa daqshekk fuq il-kwistjoni ta' jekk Malta għandhiex tkun newtrali jew le.", "Min-naħa tal-Gvern qatt ma daħal dubju li Malta hija newtrali jew li Malta m'għandhiex jew għandha tibqa' newtrali.", "Bħala pajjiż li hu newtrali, in-newtralita' nifhmuha bħala eżerċizzju tan- newtralita' b'mod attiv.", "Dejjem hekk intqal.", "Fid-dibattitu waqt il- formulazzjoni tal-klawsola tan-newtralita' ħareġ ċar li qed nitkellmu fuq newtralita' attiva u mhux fuq newtraliżżazzjoni.", "Aħna fil-gvern ma naqblux li Malta għandha tkun newtraliżżata, imma li Malta tkun newtrali u teżerċita d-drittijiet tagħha ta' pajjiż newtrali.", "Naħseb li assolutament m'hemm l-ebda dubju dwar dan.", "Għalhekk fuq il-kwistjoni tal-vapuri navali militari ta' pajjiżi differenti m'għandna l-ebda riservi, m'hemmx għalfejn noqogħdu nsemmu jekk hux Amerikani, Franċiżi, Taljani, jistgħu jkunu Russi.", "Is-sena l-oħra ġie wkoll vapur Ċiniż.", "Il-politika tal-gvern hi li l-vapuri militari jingħataw il-faċilita' li jidħlu fil-port.", "Dan hu servizz, bħalma nistgħu nagħtu diversi servizzi oħrajn, li jħalli l-ġid tiegħu.", "Bħalma nipprovdu servizzi oħrajn fil-qasam internazzjonali, bħall-qasam ta' reġistrazzjoni ta' vapuri, il-qasam ta' l-offshore u l-qasam tal-freeport, aħna ma naraw l-ebda diffikulta' f'dan it-tip ta' servizz għax hu servizz li jrendi tajjeb għall-ekonomija Maltija.", "Naħseb li abbażi tad-dikjarazzjoni li saret fil-parlament fl-1986 li dawn jidħlu hawn Malta on the understanding li m'għandhomx armamenti nukleari, m'humiex nuclear ships, aħna nimxu abbażi ta' trust.", "It-terminoloġija li nuża hi trust and respect li għandu jkun hemm bejn pajjiżi sovrani.", "M'għandniex għalfejn noqogħdu niddubitaw għax hemm id-dikjarazzjoni li jafuha.", "Din kienet dikjarazzjoni magħmula minn dan il-parlament stess.", "Kull pajjiż li jibgħat vapur militari navali hawn Malta jaf bid- dikjarazzjoni u abbażi ta' trust and respect reċiproku aħna m'għandniex għalfejn nagħmlu queries.", "Ma naħsibx li għandna ninfaxxaw rasna qabel ma naqsmuha f'ħaġa bħal din.", "Għandna nimxu abbażi ta' dak il-prinċipju li hu aċċettat internazzjonalment bejn pajjiżi li jafdaw u li jirrispettaw lil xulxin.", "Allura dment li ma jkunx hemm xi ndikazzjoni jew xi suspett veritier li daħal xi vapur li għandu armamenti nukleari m'għandniex għalfejn noqogħdu nitfgħu dubju u nissusspettaw bla bżonn.", "Niġi issa lura għal kwistjoni tar-ratifika tat-trattat.", "Xtaqt li nagħmel erba' osservazzjonijiet finali.", "Is-sħubija ta' Malta u ta' kwalunkwe pajjiż f'dan it-trattat iġġib numru ta' responsabbiltajiet u benefiċċji u xtaqt nagħti ndikazzjoni ħafifa ta' x'inhuma dawn it-tip ta' responsabbiltajiet.", "L-ewwelnett kull stat ikollu akkreditazzjoni għal preparatory commission for the comprehensive nuclear test ban treaty organisation li diġa' għamilt riferenza għaliha.", "Fil-fatt aħna diġa' qed nipparteċipaw fiha u r- rappreżentanza permanenti tagħna fi Vjenna li hi akkreditata għal dan l- iskop.", "Kull stat irid iħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu sabiex jipparteċipa fl- operat ta' din il-kummissjoni preparatorja.", "Għalhekk Malta mhux biss qed tagħti sinjal billi ffirmat u issa se tirratifika, imma wkoll qed tagħmel bħall-pajjiżi l-oħrajn kollha firmatarji ta' din it-trattat u tħallas il- kontribuzzjoni tagħha.", "Din mhix xi kontribuzzjoni enormi, imma fil-każ tagħna din il-kontribuzzjoni s'issa ammontat għal madwar Lm4000 fis-sena.", "La darba dan it-trattat jiġi in vigore, wieħed ikun irid jara kemm se tkun il-kontribuzzjoni.", "Jekk hemm xi query fuq il-kontribuzzjoni naħseb li għadna kemm għidna li jekk irridu nippromwovu n-non proliferation irridu nħallsu għaliha.", "Għax inkella nkunu qed ngħidu ħafna paroli u mbagħad meta niġu għall-fatti kif jgħid it-Taljan, parole si, fatti no. Aħna nemmnu li rridu nagħtu messaġġ u dan il-messaġġ, bħal kwalunkwe pajjiż ieħor fid- dinja li jassumi ċerta responsabbiltajiet, hemm ħlas għalih li trid tagħmel.", "Dan hu parti mill-obbligu internazzjonali tagħna.", "Kull stat membru jrid jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jimplimenta l- obbligi tiegħu taħt dan it-trattat li joħorġu skond artiklu Tlieta, li m'għandiex ċans nidħol fih, fejn għandek numru ta' hekk imsejjħa implementation measures li kull stat membru jew firmatarju ta' dan it- trattat ikun irid jassumi.", "Kull stat irid ukoll jappunta l-awtorita' nazzjonali taħt it-trattat.", "Għalissa, fil-każ tagħna, peress li dan it- Trattat għadu ma ġiex in vigore, huwa l-ministeru għall-affarijiet barranin li qed iservi bħala l-awtorita' nazzjonali proviżorja fil-kuntest ta' dan it-trattat.", "F'każ ta' stat li jżomm jew jieħu responsabbilta' għal monitoring stations kif previst mit-trattat ikun hemm bżonn li jidħol fi ftehim ma' din il- kummissjoni fuq kif jinżammu l-attivitajiet konnessi ma' dawn l- istazzjonijiet.", "Fil-fatt hemm xi disgħin stat, jekk m'iniex żbaljat, li assumew ir-responsabbilta' li jżommu monitoring stations f'pajjiżhom u aħna m'aħniex wieħed minnhom.", "Malta ma assumietx dan l-obbligu li żżomm fit- territorju tagħha dawn il-monitoring stations.", "Dan l-obbligu allura, kif qed ngħid, ma japplikax fil-kuntest ta' Malta.", "Kull stat membru irid ikun dispost li jaċċetta spezzjonijiet on site, bis-saħħa ta' teams ta' spezzjoni, li l-kummissjoni tkun tista' tibgħat f'każ li jkun hemm xi rapport jew ikun hemm xi suspett li hemm armi nukleari jew xi eżerċizzju konness ma' dan.", "Kull stat firmatarju jrid joħroġ permess diplomatiku għall- ajruplani non-scheduled li jġorru teams ta' spezzjoni u l-ekwipaġġ neċessarju għal dawn l-ispezzjonijiet.", "Kull stat irid ukoll jagħti l- privileġġi u l-immunitajiet lill-membri tat-teams ta' spezzjoni li jiġu.", "Fil-kuntest tal-benefiċċji, ta' min wieħed isemmi li kull stat firmatarju jista' jipparteċipa fil-mekkaniżmu għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal- kummissjoni u jikkontribwixxi għall-formazzjoni tar-reġim tal-verifika previst fit-trattat sabiex jitħejjew il-pedamenti għall-organiżżazzjoni li għamilt riferenza għaliha qabel.", "Għandek ukoll benefiċċji oħrajn bħalma hu dak li jkun hemm aċċess minnufih għad-data ta' verifika li joħorġu mill- international data centre.", "Din hi mwaqqfa u għandha s-sede fi Vjenna sabiex tkun tista' tindirizza kwalunkwe tħassib jew suspett li jista' jkun hemm b'konnessjoni mas-sigurezza ta' l-istat.", "Kull stat ikun jista' jinnomina parteċipanti għal training courses speċjaliżżati għal managers u operaturi ta' monitoring stations u staff speċjaliżżat ieħor.", "Għandek ukoll benefiċċji oħra, bħalma huma aċċess għall-experts communication system li huwa website protett li jagħti d-dritt lill-persuni maħtura mill- pajjiżi firmatarji sabiex jipparteċipaw free u jsegwu d-diskussjonijiet minn pajjiżhom.", "Peress li ma baqalix iżjed ħin xtaqt nagħlaq billi ngħid li n-nuclear non- proliferation u d-diżarm huma materji importanti fuq livell dinji li jaffetwaw lill-pajjiżi u r-reġjuni kollha.", "Dan it-trattat hu fost ħamsa u għoxrin trattat bażi, bħalma huwa dak li approvajna l-bieraħ, li ġew identifikati mill-Ġnus Magħquda u li l-iffirmar u r-ratifika tagħhom isaħħaħ ir-rule of law internazzjonali.", "Wieħed irid jgħid ukoll li r-ratifika ta' dan it-trattat tissinifika d- determinazzjoni kontinwa ta' Malta li taħdem favur id-diżarm u 'l hekk imsejħa nuclear non-proliferation.", "Meta dan it-trattat jiġi in vigore, dan ikun jikkostitwixxi pass importanti kontra l-proliferazzjoni nukleari u l- iżvilupp t'armi nukleari.", "Għalhekk, l-applikazzjoni universali ta' dan it- trattat tkun tiggarantixxi li n-nuclear non-proliferation issir parti mill- liġi internazzjonali.", "Bis-saħħa ta' dan it-trattat u bis-saħħa tar- ratifika li qed nagħmlu llum tramite din ir-riżoluzzjoni tal-parlament, Malta ser tkun irratifikat dan it-trattat u jkun hemm il-ħtieġa li joħroġ avviż legali sabiex il-provedimenti tat-Trattat jiġu fis-seħħ f'Malta.", "B'hekk inkunu għamilna pass ieħor importanti biex b'hekk nippromwovu dinja aħjar għalina lkoll fejn tiddomina l-paċi u s-sigurta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi fuq il- mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOE BORĠ: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Marzu 2001, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju, it-Tieni Qari, Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti, it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' l-Art tal-Gvern, it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, it-Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż, Kontinwazzjoni;", "Xi aġenda oħra li tista tiġi kkomunikata aktar tard; ------ Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana, Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kondominja, Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Nixtieq nerġa' nindirizza l-issue li ilha tqum fil-parlament u li dalgħodu tkellem dwarha l-Onor.", "Joe Mizzi.", "Qed nirriferi għax-xogħol li qiegħed isir fil-Kottonera.", "L-issue li kien qajjem l-Onor.", "Mizzi madwar xahar ilu kienet bdiet minn mistoqsija parlamentari fejn l-istess Onor. Mizzi fost l-allegazzjonijiet li kien għamel dakinhar, kien staqsa lill-ministru ta' l-edukazzjoni jekk jafx li s- segretarju parlamentari li qiegħed miegħu - jiġifieri jien - kienx qiegħed jagħmel abbuż għax kien qiegħed iħalli materjal jintefa' fil-baħar.", "L-ewwelnett il-mod kif ġiet impostata din il-kontroversja kollha, naħseb li huwa qabel xejn fundamentalment ħażin għax l-Onor.", "Mizzi qabad u tefa' l- ħtija ta' xi ħaġa fuq is-segretarju parlamentari.", "Kulħadd jaf li x-xogħol f'dan il-pajjiż isir billi dan jingħata b'tender fejn kuntrattur u periti ta' dipartiment governattiv suppost ikunu qegħdin jagħmlu superviżjoni.", "Allura kif jiġi membru ta' l-oppożizzjoni u jixli segretarju parlamentari li jkun qiegħed jabbuża?", "F'dan il-każ l-Onor.", "Mizzi, qabel tefa' t-tajn imissu ndaga sew biex jara min kien direttament responsabbli.", "Jaqaw stenna li jien għandi noqgħod nagħmel monitoring, inqabbad it-trakkijiet, nordnalhom fejn imorru, qisna factotum on site?", "Kien semma li ħarġet anke enforcement, imma jien kont ċħadtha immedjatament.", "Pero' l-akbar abbuż li semma' kienet dik li semmejt fil-bidu, li ntefgħet ħamrija fil-baħar u ssussegwentament fl-intervent li kien saħansitra poġġa ritratti fuq il- Mejda tal-Kamra.", "Mr. Speaker, jiena tkellimt darbtejn f'din il-Kamra u dejjem ċħadt li qatt ma rċevejna xi enforcement notice.", "Jiena bl-umilta' kollha nistqarr li sal-lum qatt ma gdibt lil din il-Kamra għalhekk nistenna li wieħed għandu joqgħod fuq il-kelma tiegħi.", "Hemm proċedura kif tirċievi enforcement notice.", "Din tirċeviha b'ittra reġistrata u tirċeviha għand kap ta' dipartiment jew għand is-segretarju parlamentari b'mod dirett.", "Dan ma sar qatt fir-rigward tiegħi.", "Dakinhar ukoll l-Onor.", "Mizzi kien qiegħed fuq il- mejda tal-Kamra memorandum li kien kiteb Johan Buttigieg, wieħed mill- enforcement officers, lid-direttur qisu li dak il-memorandum kif jitfa' xi ħtija fuq xi ħadd.", "Dan il-memorandum jgħid hekk:", "\"A report was received by a PA member stating that the dumping of soil at sea was taking place.", "From investigations we could not confirm whether the dumped material consisted of rock excavation or included an amount of soil.", "Employees on site always denied dumping of soil in the sea.", "They always stated that soil was being transferred to a nearby bush.\"", "Jiġifieri anke r-rapport li kien għamel dan Johann Buttigieg ma weriex din iċ-ċertezza li l-materjal kien ħamrija.", "Irrid ngħid ukoll li sa mill-ewwel darba li smajt lill-oppożizzjoni ssemmi dan, minnufih mort niċċekkja mal-kuntrattur konċernat.", "Jiena x- xogħol insegwih, għalhekk naf tajjeb li użajna tliet dumping sites fejn tfajna l-ħamrija.", "Dawn is-sites kienu wieħed il-Marsa, ieħor il-pitch il- ġdid tal-Hibernians - li wkoll ma nafx jekk kienx hemm xi proxxmu samaritan li intevjena u waqqafhom lill-Hiberians - u l-ieħor kien fil-masġar ta' Ħaż- Żabbar.", "Safejn naf jien konna ddisponejna mill-ħamrija kollha pero', li jista' jkun ġara - u hawnhekk ngħidha bl-ikbar sinċerita' - li kultant wieħed ikollu saffi ta' blat li jinqabdu fihom fissuri ta' ħamrija.", "Il- kuntrattur kellu permess reali li jarmi dan il-blat fil-baħar.", "Fil-fatt, l- istess rapport ta' Johan Buttigieg ikompli jgħid hekk:", "\"It also resulted from our investigations that clearance for dumping at sea was given by the environmental protection department to Bonnici Brothers for the Cottonera project for a specific period of time\".", "Jiġifieri l-kuntrattur kellu permess jitfa' materjal fil-baħar.", "Jiena ninsab infurmat li seta' kien il-każ li mal-blat imqatta' kien hemm anke xi ftit ħamrija meta dan intefa' fil-baħar, imma anke hawn, dan lanqas nista' ngħidu b'ċertezza.", "Inħarġet enforcement notice wara li kien tkellem dwar dan l-Onor.", "Mizzi.", "Imma fuq xiex ħarġet enforcement notice?", "Ħarġet għax fil-permess kien hemm li suppost kellha tkun sottomessa construction management plan u din ma kenitx sottomessa.", "Issa x'ikun construction management plan?", "Dan huwa pjan fejn wieħed jagħti ċerti dettalji dwar kif ikun qiegħed isir ix-xogħol, jgħid x'ikunu l-loads tat- trakkijiet, minn liema toroq dawn se jgħaddu, fejn se jintrema l-materjal u kif se jkunu organizzati s-siti.", "Dan huwa construction management plan u ta' dan la jien u lanqas xi ħadd mis-segretarjat jew mid-dipartiment li jaqa' taħti m'aħna direttament responsabbli.", "Dan suppost jagħtuh il-periti tal-works.", "Jista' jkun li qabżitilhom bi żvista jew forsi ma tawhx importanza u ma sottometewhx pero' ma narax għalfejn kellna noqogħdu niġu hawn u nagħmlu dan il-plejtu kollu fuq din il-biċċa xogħol.", "Forsi xi ħadd ried joħloq kontroversja minn ħaġa bħal din.", "X'missu għamel l-Onor.", "Mizzi kieku verament kien responsabbli u kieku verament xtaq jara dan il-proġett jitlesta?", "Seta' kellimni hawn fil- kuruturi tal-parlament u ġibidli l-attenzjoni u jien kont ninvestiga.", "Seta' anke wrieni xi ritratti jekk ħaseb li ma kontx qed nemmnu imma jien żgur kont nintervjeni.", "Min jaf kemm-il darba jkellmuni membri ta' l-oppożizzjoni u nintervjeni għall-affarijiet li jiġbduli l-attenzjoni għalihom pero' l- Onor. Mizzi ried jagħmel show , ried iwaqqaf ix-xogħol u jwaħħalna multa ta' Lm1,000.", "Issa din l-Lm1,000 se noħroġha jien jew se joħroġha s- segretarjat?", "Le, din se titnaqqas mill-budget ta' l-isports.", "Min tilef?", "Tilfet xi għaqda sportiva li jew l-għaqdiet sportivi kollha.", "Mr. Speaker, ta' min igħid li l-construction management plan ġie approvat u issa x-xogħol se jitkompla pero' fl-aħħar mill-aħħar naħseb li ħadd ma rebaħ xejn minn din il-kontroversja.", "Naħseb li l-Onor.", "Mizzi għad irid juri bis-serjeta' jekk jixtieq jara dan ix-xogħol jitlesta għax jekk jixtieq jarah lest naħseb li hemm modi u modi kif nintervjenu jekk ikun hemm xi ħaġa li ma tkunx qiegħda ssir sewwa.", "Mr. Speaker, nixtieq infakkar li f'dawn il-ġranet qegħdin niċċelebraw Jum iż-Żgħażagħ, li huwa jum li fih jiġu organizzati affarijiet mill-NGOs li fosthom hemm ħafna għaqdiet sportivi.", "Naħseb li kulħadd huwa konvint mill- impenn ta' dan il-gvern biex jgħin lill-għaqdiet sportivi.", "Fil-fatt qegħdin nipprovaw diversi proġetti biex ngħinu lill-NGOs.", "Kif għedt diġa', min ma jagħmel xejn biss ma jiżbaljax jew ma jaqbiżlu xejn imma jiena nsostni li l- intenzjoni tagħna żgur li hija ġenwina.", "Naħseb li peress li aħna nemmnu fil-bżonn li l-Kottonera jkollha dan il-kumpless allura qegħdin nagħmlu kulma nistgħu biex naraw li dan iseħħ.", "Diversi għaqdiet f'dan il-lokal mhux l-ewwel darba li ltaqgħu magħna u wrew apprezament għall-ħidma tagħna u wrew ukoll li ma jixtiequx li proġett bħal dan jieqaf jew jitlef ir-ritmu.", "Kif diġa' għedt, illum huwa l-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ.", "Din is-sena l- iktar ħaġa li dehrilna li għandna nagħtu spinta jew rikonoxximent jew focus fuqha hija l-parteċipazzjoni fil-volontarjat.", "Għax din hija s-sena wkoll tal-volontarjat.", "Aħna jidhrilna li ż-żgħażagħ l-iktar mod li jista' tilħaqhom huwa permezz ta' l-għaqdiet volontarji, ħaġa li teżisti fil- kultura Ewropea li tagħmel kulma tista' biex iż-żgħażagħ jagħtu sehmhom għall-ġid kommunitarju.", "Il-parteċipazzjoni fil-volontarjat tkun xi tkun, għandna nagħtuha l-importanza li jixirqilha għall-ġid taż-żagħżagħ stess u tal-pajjiż inġenerali.", "Dwar il-parteċipazzjoni fost iż-żgħażagħ qed ikun hawn ċerti bidliet.", "Dan innutajnieh minn studju li nidejna dwar din il-parteċipazzjoni.", "Per eżempju nnutajna li ċerti għaqdiet tradizzjonali old style qiegħda tonqsilhom il- parteċipazzjoni filwaqt li qiegħed jikber ċertu involviment ieħor tipo sports u tipo local councils.", "Aħna nħossuna fid-dmir kif se nkattru u ntejbu l-involviment taż-żgħażagħ fil-qasam tal-volontarjat.", "Rigward l- istudju li għamilna, semmejt xi sitt modi kif nistgħu nkattru dan l- involviment fil-volontarjat, u wieħed minnhom żgur li jorbot ma' dak li kont qed ngħid dwar il-Kottonera.", "Importanti qabel xejn li jkollok faċilitajiet moderni u diċenti fejn tista' tiżvolġi l-ħidma tal- volontarjat.", "Jekk ma jkollokx struttura moderna u diċenti, il-ħidma tista' tisfaxxa, għax illum l-attrezzaturi, il-faċilitajiet sofistikati huma tentazzjoni kbira biex wieħed ma jibqax jaħdem f'postijiet li jkunu ambjentati b'mod diżutli u li ma jiġbdukx.", "It-tieni aspett li jgħin il-volontarjat huwa żgur il-leġislazzjoni.", "Għal dan il-għan qegħdin naħdmu bla heda kemm jien kif ukoll il-ministru għall- politika soċjali u diġa' bdew jidhru xi forom ta' abbozzi fir-rigward ta' sport u volontarjat.", "It-tielet mod kif nistgħu ngħinu l-volontarjat huwa marbut mal-finanzi.", "Mhux biżżejjed li kultant żmien nagħtu xi cash handout, imma hemm bżonn li nassiguraw ukoll li ċerti għaqdiet ikollhom finanzjarjament ta' ċertu livell b'ċerta konsistenza.", "Din hija xi ħaġa li fil-kamp sportiv irridu naċċertawha.", "Dan tant sar sofistikat, tant il- commitments ta' għaqdiet sportivi kiber li jekk ma tasserilhomx li dawn ikollhom ċertu finanzjament b'mod regolari, żgur li l-livelli li lħaqna s'issa ma nistgħux insostnuhom.", "Mod ieħor kif ngħinu l-volontarjat huwa r-rikonoxximent għall-impenn li jsir fil-qasam tal-volontarjat.", "Hemm bżonn li dan l-apprezzament joħroġ fil- beraħ.", "F'dawn il-ġranet qed noqorbu lejn il-festi ta' l-Għid fejn naraw sezzjoni ta' volontarjat partikolarment marbut ma' diversi parroċċi, baned, imwejjed ta' l-appostli, wirjiet tal-vari, il-pageants eċċ. Aħna nħossuna fid-dmir li dawn nagħtuhom spazju.", "Imbagħad hemm bżonn l-edukazzjoni mhux biss akkademika imma trid tkun edukazzjoni li tinvolvi fiha ħafna xogħol extra curricular.", "Hawnhekk ukoll nerġa' norbot mal-proġett tal-Kottonera.", "Għalfejn aħna morna l-Kottonera?", "Hemmhekk aħna iddentifikajna li l- iskejjel tal-lokal ma kellhomx faċilitajiet sportivi u għedna li l-fatt li hemm ikun hemm faċilita' sportiva reġjonali jista' jgħin lill-iskejjel tal- lokal biex jiżvolġu attivita' sportiva.", "Għalhekk ħassejna l-ħtieġa ta' faċilita' sportiva fil-Kottonera u nittama li nerġgħu narawha taqbad ir- ritmu meħtieġ biex ma ddumx ma ssir realta'.", "L-aħħar mod kif nemmen li nistgħu ngħinu l-ħidma fil-volontarjat huwa l- kreattivita'.", "Ħafna drabi l-volontarjat għandu t-theddida ta' l- aljenazzjoni jew il-kompetizzjoni ta' l-oqsma iktar sofistikati tipo l- leisure li jeżisti fil-forma ta' diskoteki u l-faċilitajiet bħal dawk ta' Paceville.", "Jekk l-għaqdiet tal-volontarjat mhux se jkunu iktar kreattivi, li jużaw għodda moderni, li jinvolvu għaqdiet oħrajn, li jbiddlu l-mod kif jagħmlu l-ħidma tagħhom, allura dawn se jibqgħu lura biex ikattru l- membership tagħhom.", "Illum huwa Jum iż-Żgħażagħ u l-messaġġ tiegħi huwa dan.", "Ejjew meta jkun hawn ħidma ġenwina biex tkattar ċertu involvimnt taż-żgħażagħ ma nipprovawx naħsduha qabel ma tkun laħqet nibtet.", "Anzi, jekk din tkun ġenwina ejjew nippruvaw ngħinuha.", "Min ma jagħmel xejn, ma jiżbaljax.", "Għalhekk nappella lill-Onor.", "Mizzi biex jekk għandu xi suġġeriment pożittiv dwar kif ix-xogħol tal-Kottonera jista' jsir aħjar, jiena sinċerament ngħidlu li aħna lesti li nilqgħuh.", "Pero' mhix ħaġa sew li għax qed nagħmlu xi ħaġa nipprovaw naħsduha meta l-intenzjoni tagħna hija ġenwina.", "Aħna ninsabu committed li nibqgħu għaddejjin b'dan ix-xogħol għax nemmnu li fil- Kottonera hemm il-bżonn kbir ta' iktar attivita' tal-volontarjat, bżonn li jinħass ukoll f'partijiet oħra ta' Malta.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, fil- ftit minuti li għandi nixtieq nirrispondi lill-Onor.", "Coleiro għad-diskors li għamlet jumejn ilu f'din il-Kamra.", "Mhux se noqgħod nirribatti l- aġġettivi li tatni, li fost il-ħwejjeġ oħra li qalet li nżilt f'livell baxx.", "Jiena nassiguraha li qatt ma nżilt f'livell baxx u lanqas se nirritorna r-rimarki li qalet dwari fosthom li jien pastaż, irresponsabbli, u jmissni nistħi li attakkajt personalment, jew li nhedded u nintimida lill- ħaddiema, kif ukoll lill-qraba ta' l-anzjani.", "Allegat li jien nifforma parti minn gvern dittatorjali, filwaqt li sqarret li għandu jkolli aktar diċenza u inqas arroganza u prepotenza.", "Insomma qalet ħafna kliem bħal dan.", "Jiena ħaġa nista' ngħid.", "Aħna l-Maltin ngħidu li l-ispiżjar milli jkollu jagħti, għalhekk m'inix se noqgħod nirribati dawn l-affarijiet.", "Minflok se nirrispondi waħda waħda l-ħafna allegazzjonijiet li għamlet.", "Għamlitli ħafna domandi u talbitni nirrispondihom u jien dan li dan se nagħmel.", "Se nibda proprju bl-iktar gidba oxxena u viljakka li qalet f'din il-Kamra.", "Semmiet il-kontribuzzjonijiet li jagħtu l-anzjani u qalet - u se nikwota preċiż - li dawn jispiċċaw b'Lm10, bi Lm15 u Lm20 fil-but f'xahar għax il-kumplament qed tmur għal żamma tagħhom f'St Vincent de Paule.", "Għalija din hija allegazzjoni malinja għax l-Onor.", "Coleiro żgur li qrat il- legal notice tal-kontribuzzjonijiet li tgħid ċar u tond li:", "\"kull kontribuzzjoni m'għandhiex tkun iktar minn Lm6 kuljum, u trid tkun b'tali mod li ma tħallix lil dak ir-resident b'inqas minn Lm550 fis-sena għad-dispożizzjoni tiegħu.\"", "Naħseb li l-aritmetika l-Onor.", "Coleiro tafha.", "Naħseb li l-Onor Coleiro taf li Lm550 fis-sena jiġi iktar min Lm45 fix-xahar.", "Meta kull pazjent li hemm f'San Vinċenz irid ikollu mill-inqas Lm45 fix-xahar fil-but!", "Allura mbagħad kif tiġi ssemmi Lm10, Lm15 jew Lm20!", "X'inhi din jekk mhux l- malinjita'?", "Dawn huma l-ġrieden li rreferejt għalihom, u mhux il-ħafna li damet għal ħin twil issemmi.", "Imma ħa nkompli nirrispondi d-domandi li għamlitli.", "Domanda minnhom kienet xirja laħam li nxtrat ftit ilu ta' madwar Lm400 bħala prekawzzjoni meta qamet il-mad cow disease.", "Staqsiet jekk investigajtx jekk din ix-xirja laħam ta' madwar Lm400 spiċċatx biex intremiet jew sfatx maħruqa jew inkella spiċċat fil-freezers ta' xi erbgħa tal-qalba.", "Dan hu l-kliem li użat, imma jiena se nuriha fejn spiċċat.", "Hawnhekk għandi xi dokumenti li nixtieq inpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra.", "L-ewwel dokument huwa meta ġabu l-laħam li kien ġej minn Franza u minħabba l-mad cow disease, il-provisions store m'aċċettahx u erġajna tajnieh lill- aġent.", "Hawnhekk hawn dokument ieħor li juri credit note fuq San Vincenz ta' Lm272.", "Dawn nixtieq inpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra ħalli l-Onor.", "Coleiro ma tiġix tagħmel xi allegazzjonijiet oħra u ssemmi għal diversi drabi l-ġrieden taż-żewġ saqajn.", "Jiena ngħidilha biex toqgħod attenta u ma tħallix lil min joqgħod ibellgħalha ħwejjeġ bħal dawn, li minn fuq issejħilhom oxxeni.", "L-Onor.", "Coleiro semmiet anke d-dar ta' l-anzjani li tinsab ġewwa Għawdex.", "Din hija waħda mix-sheltered homes li qegħdin nagħmlu mal-moviment azzjoni soċjali.", "Veru li dan il-proġett s'issa nistqarr li għadu ma kellux is- suċċess li xtaqna pero' min-naħa tagħna qegħdin nipprovaw naraw kif nistgħu noperawh aħjar u bħalissa jinsabu għaddejjin taħdidiet li nisperaw li fix-xhur li ġejjin inkunu lħaqna l-iskopijiet li nixtiequ.", "L-Onor.", "Coleiro qalet ukoll li f'San Vinċenz hemm wieħed vili li jikkmanda lil kulħadd u li qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien saħansitra jrabbi l- papri fil-ministeru.", "Lil dan l-individwi jien ma nafux u qatt ma kien hemm persuni fil-ministeru tiegħi li kienu jrabbu l-papri.", "Issa jekk dan li qalet hu minnu allura nistedinha tgħidilna min hu dan l-individwu.", "Sfidatni ngħidilha wkoll jekk ir-residenti tas-serenity wards il-ġodda li tant ftaħart bihom intagħżlux skond il-kulur politiku tagħhom jew inkella għal xi raġuni oħra.", "Jien ngħidilha li aħna ma niddistriminaw kontra ħadd.", "Tant hu hekk li peress li fis-sulur t'isfel għadha ma mtlietx kollha - għad baqa' xi tliet sodod - jekk hi għandha xi residenti f'Dan Vinċenz li jridu jiġu f'dik il-ward jien qed noffrilha dawn il-postijiet biex nuriha li fi ħwejjeġ bħal dawn aħna ma ndaħħlux politika.", "Talbitni anke ngħidilna jekk huwiex veru li hemm saħansitra soqfa jqattru u li wħud minnhom huma kundannati mill-perit tal-Gvern.", "Talbitni ngħidilna x'passi qed nieħu biex jiġi assigurat li dawn l-anzjani ma jkunux fil- periklu.", "Jiena ngħidilha li m'hemm l-ebda saqaf perikoluż u li jqattar.", "Dan mhux veru u niċħdu kategorikament.", "Domanda oħra kienet dwar is-swali magħrufa bħala St Francis 15 u 16 fejn hemm kmamar tal-banju neqsin u hemm kamra tal-banju waħda li trid tintuża minn 48 pazjent.", "Hi qalet ukoll li hemm anke shower li ilha ż-żmien biex titlesta.", "L-Onor.", "Coleiro għandha tkun taf li hemmhekk qed isir xogħol ta' tiswija u naturalment il- maintenance team li għandna mhux se jilħaq ma' kollox f'daqqa.", "Jiena nispera li x-xogħol li jinsab għaddej ma jdumx ma jitlesta.", "L-Onor.", "Coleiro staqsiet ukoll dwar ir-raġuni intefqu madwar Lm11,000, Lm12,000 f'arloġġ biex jitwaħħal fuq barra tas-serenity wards il-ġodda meta hemm wards li għad m'għandhomx air conditioning.", "Jiena ma dħaltx fil-kriterju tal-perit, għax wara kollox kien il-perit li dehrlu li edifiċju bħal dak jixraqlu bħalma jixraqlu wkoll il-pjazza li hemm quddiemu.", "Issa jekk għall-oppożizzjoni kollox jgħaddi, għalina le.", "Aħna dejjem għamilna l-almu tagħna biex lill-anzjani nittrattawhom ferm aħjar minnhom.", "Domanda oħra li għamitli kienet dwar l-ikel u staqsiet jekk huwiex veru li hemm ħafna residenti li huma diżgustanti bl-ikel.", "Le, mhux veru.", "Ilmenti jkun hemm bilfors.", "Hemmhekk għandna 1,000 resident allura bilfors li wieħed jistenna li jkun hemm xi ilmenti, imma mhux veru għandna daqshekk ilmenti kif qed tgħid hi.", "Forsi huma xi ġrieden li għandha jiġru magħha li qegħdin jagħtuha dan it-tagħrif żbaljat.", "Min-naħa l-oħra nistqarr li ħadt gost nismagħha tgħid li hemm kċina armata sewwa.", "Qabel ma nispiċċa rrid nagħmel domanda jien lill-Onor.", "Coleiro.", "Nistaqsiha armawhiex huma din il-kċina fit-22 xahar li għamlu l-gvern.", "Issemma anke l- menu ta' l-anzjani u ssemmew il-pulpetti bil-corned beef u bit-tonn taż- żejt.", "L-ewwelnett għandha tkun taf, li hemmhekk hemm 1,000 ruħ u mhux kulħadd huwa marid.", "Ħafna jaħsbu hekk imma hemm nies tar-raħal li ilhom hemmhekk u mbagħad wara kollox il-gosti ta' min mhux marid ivarjaw.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-qtates.", "L-ewwelnett, ngħid li ġieli ġejna kkritikati dwar il-ġrieden.", "Issa fejn hemm il-qtates suppost li ma jkunx hemm ġrieden, għax il-qtates ikeċċu l-ġrieden, imma ħalliha din.", "Li rrid ngħid hu li dawn il-qtates donnhom li faqqsu issa.", "Jiena nistaqsi: Kien hemm qtates fiż-żmien li huma għamlu fil-gvern?", "Għaliex ħallewhom biex nirtuhom aħna?", "Din is-serjeta'?", "Jiena nittama li l-Onor.", "Coleiro tħossha sodisfatta bit-tweġibiet li tajtha.", "Min-naħa l-oħra se nagħmlilha xi domandi u nispera li jkollha d-deċenza li tweġibni għalihom.", "Nistaqsiha ftit domandi, għax wara kollox ma tinsiex l- Onor. Coleiro li qabel dawn is-sentejn u nofs, huma kienu għamlu 22 xahar fil-gvern, u f'dan iż-żmien f'San Vinċenz imisshom għamlu xi ħaġa.", "Nistaqsiha: Kemm-il ward in-naħa tan-nisa ġiet refurbished jew modernizzata tul it-22 xahar ta' gvern Laburista?", "Kemm il-ward in-naħa ta' l-irġiel ġiet refurbished jew modernizzata fiż-żmien li damu fil-gvern?", "Kemm wards ġew mgħammra bl-air conditioning?", "L-Onor.", "Coleiro skandalizzat ruħha li għamilna arloġġ meta hemm wards meta Ii għadhom mingħajr air conditioning.", "Veru li għad hemm wards mingħajr air conditioning, imma fit-22 xahar li huma għamlu fil-gvern, avolja ma nefqux madwar Lm12,000 fuq arloġġ, xorta waħda m'għamlu l-ebda ward bl-air conditioning.", "Kemm-il staff dining room fetħu fit-22 xahar ta' gvern Laburista?", "Hi qalet li hemm postijiet tar-residenti qishom f'lukanda.", "Min għamilhom dawn il-wards li qishom lukanda, huma jew aħna?", "Tan-naħa l-oħra lanqas ward waħda m'għamlu hekk.", "Qalet li hemm kċina armata sewwa.", "Min għamilha din, gvern Laburista jew gvern Nazzjonalista?", "Kemm-il kċina armaw kemm damu fil-gvern?", "Dawn huma d-domandi u nistedinha tirrispondi.", "Diġa' tkellimt fuq il-qtates u l-ġrieden.", "Jekk qed tgħid li hemm swali mimlijin bil-ġrieden, naħseb li dawn ma mtlewx kemm ilna aħna fil-gvern.", "Dawn kienu hemm meta kien fil- gvern huma u baqgħu ma qerduhomx.", "L-istess dwar il-qtates.", "Naħseb jekk qed tgħid li issa hemm il-qtates ma naħsibx li dawn ġew f'dawn is-sentejn u nofs, imma kienu hemm fi żmienhom ukoll.", "Jiena nixtieq li l-Onor.", "Coleiro tistaqsi ftit lill-anzjani li hemm f'San Vinċenz dwar id-differenza li dawn raw bejn gvern u ieħor.", "Bħalissa, jien qed insemmi biss x'għamilna aħna f'dawn is-sentejn u nofs, għax kieku kelli nsemmi x'għamilna mill-1987 'l hawn, kieku lanqas l-aġġornament sħiħ ma jkun biżżejjed.", "Mr. Speaker, qabel nagħlaq nixtieq nistaqsi wkoll lill-Onor.", "Coleiro dwar kemm-il servizz paramediku ġdid daħħlu fit-22 xahar li damu fil-gvern.", "U xi ngħidu dwar is-social worker?", "Kienu jistaqsuni domandi parlamentari dwar meta se jidħlu s-social workers meta fi żmienhom ma daħħlu ebda social worker.", "U dwar il-customer care unit xi tgħid?", "Setgħu ntroduċewh huma jew le?", "Issa meta jkollha ż-żmien l-Onor.", "Coleiro tirrispondi għal dawn id- domandi.", "Jien m'inix se noqgħod nitlef iktar żmien niddibatti magħha.", "Ix- xogħol tagħna hu li nkomplu nagħmlu f'San vinċenz rivoluzzjoni kwieta u tajba.", "Għax għalina l-importanti li f'San Vinċenz l-anzjani tagħna jkollhom ħajja dejjem aħjar milli qatt kellhom.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Marzu 2001, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI", "24460.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġi ma' pajjiżi Mediterranji?", "Liema huma dawn il-kunsilli?", "Kemm ilhom jeżistu dawn il-ġemellaġġi?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "KUNSILLI LOKALI", "24461.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ġemellaġġ ma pajjiżi membri ta' l-UE?", "Liema huma dawk il-kunsilli u kemm ilhom jeżistu dawn ir-rabtiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24460.", "TILWIM INDUSTRIJALI", "24462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24063?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fuq skeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SOLAR ENERGY", "24463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru.", "22264, Seduta 468 dwar solar energy u jpoġġi kopji relattivi fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22264.", "ACCRUALS", "24493.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24371?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninsab infurmat illi minn tagħrif miġbur mill-ministeri m'hemmx pagamenti over and above li ġie miftiehem li jingħataw lill- kuntratturi fil-ġejjieni fuq medda ta' snin.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI", "24494.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "24298 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe b'referenza għad-dettalji li għarraft lill-Kamra dwarhom, dwar l-impjegati u s-salarji tal-FMS, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jaqla ċ-chairman tal- fondazzjoni għas-servizzi mediċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-President tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandu onorarja ta` LM7,000.", "WSC", "24519.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li meta il-WSC biddlu il-kanen ta' barra tal-ilma ta' block 18A, Fl 5, Fresja Str, San Ġwann, il-kuntrattur li qiegħed il-madum mill-ġdid għamel dan b'mod zlivellat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.", "KERA", "24520.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jinvestiga jekk il-kera ta' Lm 270 per annum li qed tinżamm lill-inkwilin ta' block 18A, Fl.", "5, Fresja Str, S.Ġwann hiex ġustifikata billi l-inkwilin ikkonċernat jgħix bir-relief?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-kera ssussidjata li qiegħed iħallas l-inkwilin imsemmi fil-fatt hu ta' Lm64.50 fis-sena.", "KERA", "24521.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga jekk il-kera ta' Lm 150.50 pa tal-flat 14A, Fl7, Stefanotis Str, San Ġwann hiex ġustifikata billi issa persuna mill-erba' residenti tal-flat ġiet qiegħda u b'hekk irriżulta li hemm persuna waħda biss minnhom li qed taħdem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-kera ssussidjata tal-familja ndikata hi maħduma sewwa skond il-ftehim tal-Kiri ffirmat fl-1 ta' Diċembru 1989.", "ETC", "24522.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tiġi ikkunsidrata mill-ETC għal xogħol ta' salesman jew sales rep wara li ġiet qiegħda xi żmien ilu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kif għidt kemm il-darba, il-Korporazzjoni tikkunsidra lil kull min qiegħed jirreġistra għax-xogħol meta jiġi riferut għall-intervista skond il- preferenza li qiegħed jirreġistra għaliha.", "Xorta waħda il-Korporazzjoni ser tieħu nota tat-talba tal-Onor.", "Interpellant.", "PILLOLI DIAMOX", "24527.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna li tbagħti min pressjoni f'għajnejha u li tinsab f'periklu li tgħama, li ġew amministrati lilha pilloli diamox sabiex jiġi investigat il-progress wara terminu ta' sitt xhur ma tistax issib dawn il-pilloli la fl-ispiżerija tal-Gvern u l-anqas privatament?", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan in-nuqqas?", "Jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jkunu jistgħu jiġu akwistati mill-aktar fiss?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif diġa intqal f'risposta parlamentari numru 24314, il-kunsenji ta` pilloli Acetazolomide 250mg li waslu għand is- Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-ewwel ġimgħa ta` Marzu kellhom iservu madwar tlett xhur.", "Waslet kunsenja oħra żgħira fil-15 ta` Marzu, 2001, liema kunsenja bdiet titqassam fis-16 ta` Marzu, 2001.", "Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar.", "Id-Dipartiment tas- Saħħa għandu wkoll kuntratt ta` tlett snin għax-xiri ta` dawn il-mediċini.", "TOROQ - TRIQ INDRI MAGRIN - ĦAL GĦAXAQ", "24528.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ġa la darba s-servizzi kollha, fi Triq Indri Magrin f'Ħal Għaxaq ġew mgħoddija, jista' l-Ministru jara li din it-triq tiġi mogħtija wiċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Gvern Ċentrali ħa l-passi neċessarji biex jiġu ppubblikati tenders għall-asfalt ta` diversi toroq f`Ħal GĦaxaq.", "Ix-xogħolijiet fi Triq Indri Magrin għalhekk ikunu jistgħu jsiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.", "ENEMALTA", "24529.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-fond nru.", "62 fi Triq it-Tumbarellu, Ħal Għaxaq, triq fejn hawn il-main tad-dawl mgħoddi għal diversi snin għadu sal-lum tinqeda b'fergħa temporanja?", "Tista' din id-dar tirċievi l-provista ta' l-elettriku perezz ta' main bħal dawl tas-residenzi adjacent?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "TOROQ", "24530.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm li Triq is-Sagra Familja f'Ħal Għaxaq, li hi mibnija u s-servizzi mgħoddija, tiġi mgħotija wiċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.", "TOROQ", "24531.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hawn li Triq Sebastian Saliba f'Ħal Għaxaq, li ilha mibnija sa mill-1985 u li s-servizzi kollha ġew mgħodija, tiġi mgħotija wiċċ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.", "KAROZZI TAL-LINJA", "24532.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni għalfejn fuq l-istage prinċipali u bus terminus tal-Belt Valletta qatt ma jkun hawn karozza tal- linja fuq r-rotta ta' Ħal Għaxaq bil-konsegwenza li l-passiġier, xemx u xita, jkollhom jistennew għal qilla ta' l-elementi?", "Jista' jispjega għalfejn fuq rottot oħra, għalkemm tal-linja tkun fil-bay, passiġieri anzjani, jitħallew jistennew bil-wieqfa sakem ix-xufier jiddeċiedi li sar il-ħin biex jgħabbi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ilment li għamel l-Onor.", "Interpellant qed jiġi mistħarreġ minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku.", "Dan ser isir kemm fil-venda prinċipali jiġifieri dik ta' Putirjal kif ukoll tal-lokal.", "SAN ĠILJAN - INKONVENJENT", "24535.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jassigura biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa fil-konfront ta' numru ta' bars li jinsabu fi Triq il-Kbira, San Ġiljan faċata tan- neptunes pitch u biswit Triq il-Bajja peress li dawn qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, speċjalment dawk anzjani bl-istorbju ta' mużika u xorta oħra li jdum sejjer sa kmieni filgħodu?", "Jista' jassigura li dawn josservaw il-liġijiet u joperaw biss skond il- permess li għandhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja sabiex ma jkunx hemm abbużi mis-sidien tal-ħwienet fil- lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant.", "Ninsab infurmat ukoll illi kull meta nstab li kien hemm xi abbuż, ittieħdu passi skond il-liġi."]} {"filename": "20010711_577d_par.doc", "date": "2001-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 577 L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 577", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "577", "L-Erbgħa, 11 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 562", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 562", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 566", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI (IT-TIENI QARI)", "ANIMAL WELFARE BILL (SECOND READING) 567", "AĠĠORNAMENT 585", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 589", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 576 li saret fl-10 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TURIŻMU – ALLOWANCE GĦALL-UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "26799.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Marie Louise Coleiro) staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26419 -dwar uffiċjali pubbliċi minn skala 5 'il fuq, kif ukoll konsulenti mal- gvern illi mill-1 ta' Jannar, 2001 ġew mogħtija jew żieda fl-allowance jew xi allowance ġdida - x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn in-nies?", "Jista' iwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali?", "Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance ġdida għal kull uffiċjal?", "X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance ġdida li qed tingħata għal kull uffiċjal?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi) (f'isem il- Ministru għat-Turiżmu): Ninsab informat li mill-1 ta' Jannar, 2001 ma kien hemm l-ebda uffiċjal minn skala 5 'il fuq jew konsulent li żdeditlu l- allowance jew ġie mogħti xi allowance kompletament ġdida, ħlief għal dik li semma l-prim ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26419.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMJPEGATI", "26836.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f`isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' Il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li ġew impjegati mas-settur pubbliku mill-10 ta' Settembru, 2000 sal- lum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Ninsab informat illi n-numru ta' impjegati li daħlu fis-servizz pubbliku mill-10 ta' Settembru, 2000 sat- 28 ta' Ġunju, 2001 huwa ta' 1,191.", "Dawn jinkludu 466 former impressed drivers, 209 għalliem, 40 care worker, 70 enrolled nurse, 100 staff nurse u 56 pulizija, filwaqt li 1,068 spiċċaw minn mal-gvern fl-istess perijodu.", "Dawn iċ-ċifri ma jinkludux ħaddiema b'kuntratt definit, każwali jew part- time.", "Ma' entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew impjegati 37 ħaddiem, li sebgħa minnhom iddaħħlu b'kuntratt definit.", "B'kollox telqu 29 persuna fl-istess żmien.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar korporazzjonijiet jew entitajiet pubbliċi oħra, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill- ministri responsabbli.", "KONSULENTI B'KUNTRATT DEFINIT", "26921.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f`isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26537?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li konsulenti ngaġġati fuq kuntratt definit huma ntitolati biss għal remunerazzjoni kif provdut fil- kuntratt li jiffirmaw.", "M'hemm l-ebda konsulent fil-ministeri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħthom li tħallas ta' l-overtime tul l-aħħar sentejn.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia ̧ mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu dwar irregolaritajiet li rriżultaw minn verifiki li saru fiċ-ċentru nazzjonali ta' l-akwakultura?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ir-rapport li sar mill-awditur ġenerali bħalissa qiegħed quddiem il-public accounts committee u naħseb li jkun prudenti jekk nistennew l-eżitu ta` dak li qed jiġi diskuss hemmhekk.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia ̧ mistoqsija supplimentari:", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Mr Speaker, ippermettili nqajjem każ li m'għandux x'jaqsam mal-mistoqsija oriġinali u qed nirriferi għall-inċident li nqala' dan l-aħħar, fejn xi klandestini illegali nstabu bla ħajja fix-xatt ta' Ragusa u għal darb'oħra reġa' iċċappas l-isem ta' Malta, bħalma ġie mċappas fil-każ ta' l-inċident ta` Portopalo, li fih kienu mietu aktar minn 200 ruħ.", "Peress li l-pulizija m'hijiex attrezzata biex tagħmel sorveljanza fuq il-baħar - kompitu dan ta` l-armata, li taqa' taħt l-uffiċċju tal-prim ministru - ma jaħsibx il-Prim Ministru li għandha ssir investigazzjoni immedjata dwar l-allegazzjonijiet li qed jissemmew fil-konfront ta' sehem il-Maltin f`dan ir-reat kontinwu?", "Billi jidher li hawn racket mhux ħażin fit-trasport illegali ta' klandestini bejn Malta u Sqallija, ma jaħsibx il-Prim Ministru li wasal iż- żmien li jkollna skwadra speċjalizzata sabiex din il-pjaga tiġi kkumbattuta b'mod effettiv?", "Ma jaħsibx li hemm bżonn li jsir xi ħaġa f`dan ir- rigward, issa li ż-żejt beda tiela' f`wiċċ l-ilma u huwa dejjem aktar evidenti li l-Maltin huma nvoluti f'dawn ir-reati?", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-gvern qiegħed jittratta l-materja bl-akbar serjetà u, b'koperazzjoni ma' pajjiżi ġirien, qegħdin jiġu mtejba kemm jista' jkun il-mezzi ta` sorveljanza biex dan l-abbuż ma jibqax għaddej.", "Kif jaf l-Onor.", "Membru, il-liġi li għandna quddiemna bħalissa tittratta wkoll dan it-tip ta' reat u dan ifisser li l- gvern huwa konxju tal-problemi li qegħdin jinqalgħu.", "L-Onor.", "Gulia qal li f`dawn l-aħħar ġranet reġa' tħammeġ l-isem ta` Malta għax meta fl-aħbarijiet kienu qed jirriferu għall-persuni li nstabu mejta fix-xatt ta' Ragusa, intqal li probabbilment dawn kienu telqu minn Malta.", "Jien nassigura lill-Onor.", "Membru li se jsiru l-investigazzjonijiet kollha biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji.", "Illum b'mod ġenerali, l-armata għandha funzjoni importanti u qawwija ħafna aktar milli qatt kellha qabel dwar is-sorveljanza ta` l-ibħra territorjali kif ukoll ta' żoni oħra li fihom Malta għandha interess.", "L-aktar każ riċenti kien il-kwestjoni tas-sajjieda.", "Biss huwa veru wkoll li l-armata għandha bżonn tiġi attrezzata b`mezzi aħjar u naturalment dan ifisser ukoll investimenti kapitali.", "Illum numru sostanzjali mill-forzi armati qed jiġu ttrejnjati fuq dan il-kwalita' ta' xogħol fuq il-baħar, dwar kif jistgħu jiġu interċettati dgħajjes jew vapuri li jkunu għaddejjin b`merkanzija illegali jew agħar minn hekk bi vjaġġi ta' klandestini.", "Dan qed isir anke b`koperazzjoni ma' pajjiżi ġirien, b`mod partikolari ma` l-Italja, u nassigura lill-Onor.", "Membru li l-gvern se jkompli jagħmel dak kollu possibbli fiċ-ċirkostanzi biex il-ġarr ta' klandestini jiġi kkontrollat kemm jista' jkun.", "ITS – STIPENDJU GĦALL-ISTUDENTI", "26923.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f`isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' il-Ministru jgħid x'ammont tħallas bħala stipendju lil kull student ta' l-ITS matul din s-sena akkademika 2000/1?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "TOROQ ARTERJALI U SEKONDARJI", "526925.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f`isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-rapport li deher fl-aħħar paġna tal-ġurnal \"il-mument\" ta' l-24 ta' Ġunju 2001, jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali u sekondarji li qiegħed isir xogħol fuqhom?", "Jista' f'kull każ jgħid kemm huwa stmat li se jiġi jiswa x-xogħol, min qed jagħmlu u jekk ingħatax b'direct order jew le?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Dwar l- ewwel parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta diġà mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25306.", "L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija qiegħda tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid meta ngħata bidu għas- survey li ntqal li qed isir min-naħa tad-dipartiment tat-toroq dwar ċerti bridges li jintużaw minn heavy plant vehicles?", "Min huma l-persuni nvoluti f'dan is-survey?", "Meta huwa mistenni li jkun lest dan l-eżerċizzju?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Is-survey fuq bridges inbeda madwar disa` xhur ilu u qed isir mill-istaff tekniku tad-dipartiment tat-toroq u nistenna li fi ftit ġimgħat oħra, ikolli l-ewwel indikazzjoni ta` x`inhu l-istat ta` dawn l-istrutturi.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nista' ngħid li d-dipartiment tat- toroq għad irid jistabilixxi jekk dawn il-vetturi jistgħux jibqgħu jgħaddu minn fuq dawn il-pontijiet u caso mai jgħaddu minn postijiet oħrajn.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Anthony Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker ̧ in vista ta` l-ammont kbir ta` xogħol li qed isir fit-toroq ta' madwar Malta kollha, hemm il-ħsieb li fil-futur issir it-triq li mir-Rabat tieħu għall-Baħrija?", "MR.", "SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Saruli diversi interpellanzi dwar it-triq li mir- Rabat tieħu għall-Baħrija, Sur President.", "Id-dipartiment iddeċieda li l- ewwel għandhom isiru t-toroq tal-Baħrija – għax prattikament l-ebda waħda minnhom m'hi magħmula – u mbagħad eventwalment issir it-triq li qegħdin nirriferu għaliha, għalkemm jista' ikun li minn din it-triq għad iridu jgħaddu ċerti servizzi u dan ifisser li t-triq tkun trid terġa' tinqala'.", "ENEMALTA - KAROZZI TAL-KIRI", "27016.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26668?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li sat-30 ta' Ġunju li għadda, l- impjegati tal-korporazzjoni Enemalta kienu qed jagħmlu użu minn 55 karozza tal-kiri.", "Dawn il-karozzi kienu qed jintużaw fis-sezzjonijiet li ġejjin:", "SEZZJONI NUMRU TA' KAROZZI", "Meter room 4 Distrett ta' Ħal Luqa 2 Distrett tal-Mosta 1 Distrett ta' Paola 1 Distrett tal-Belt Valletta 1 Distrett tal-Qawra 2 Distrett ta' Birkirkara 1 Distrett ta' Tas-Sliema 2 Manutenzjoni tas-substation 2 Żvilupp 3 Ħanut tal-manutenzjoni 1 Inġiniera tat-transmission 13 Inġinier ċivili 1 Dwal tat-toroq 1 Drawing office 2 Xogħlijiet 5 Relazzjonijiet pubbliċi 1 Messaġġiera 1 Computer 1 Imħażen tal-power station ta' Delimara 1 Sigurtà 1 Internal audit 1 Compliance officers 2 Petroleum 4 Konsulent taċ-chairman 1", "Il-kumpannija li tipprovdi dawn il-karozzi hija l-percius car hire ltd, li rebħet il-kuntratt b'seħħ minn Ottubru ta' l-1999 wara sejħa għall-offerti.", "Il-ħlasijiet għall-karozzi mikrija kienu hekk:", "XAHAR AMMONT LM", "Ottubru 1999 4,423 Novembru 1999 4,315 Diċembru 1999 4,483 Jannar 2000 4,310 Frar 2000 4,279 Marzu 2000 4,515 April 2000 4,544 Mejju 2000 4,581 Ġunju 2000 4,720 Lulju 2000 4,709 Awissu 2000 4,709 Settembru 2000 4,687 Ottubru 2000 4,900 Novembru 2000 4,721 Diċembru 2000 4,920 Jannar 2001 5,268 Frar 2001 5,283 Marzu 2001 5,772 April 2001 5,719", "Matul is-sena 2000 dawn il-karozzi bejniethom użaw petrol u diesel għall- valur ta' Lm27,348, waqt li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena il-valur kien jammonta għal Lm15,225.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Kif jispjega l-Ministru li meta jitwaħħlu arbli tad- dawl ġodda, fl-istess ħin ma jinqalgħux l-arbli l-antiki?", "Fid-distrett tiegħi, per eżempju, hemm arbli li ilhom li twaħħlu madwar sentejn – kważi waslu biex jissaddu huma wkoll! – bl-arbli l-qodma għadhom fil-post, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ix-xogħol ta` twaħħil u tneħħija ta` l-arbli tad- dawl isir permezz tal-kuntrattur.", "Ħafna drabi li jiġri hu li meta jitwaħħlu l-arbli l-ġodda, il-qodma jibqgħu jiffunzjonaw sakemm id-dawl jiġi ttrasferit fuq l-oħrajn.", "Apparti minn hekk, is-sistema tad-dawl qed tinbidel u qed tingħadda minn taħt.", "Dan ifisser li jista` ikollok perijodu fejn ikun hemm żewġ arbli flimkien.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara l-interpellanzi li saru mill-Onor.", "Cuschieri dwar il-kuntratt tal-cabin crew temporanju ta' l-Air Malta li minkejja li ġew impjegati f'Mejju, għadhom mingħajr kuntratt tax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Wieħed irid jiftakar li bejn loaders, cabin crew u passenger handling clerks, kull sena jkun hemm madwar 300 persuna li jiġu mpjegati b`kuntratt temporanju għax-xhur tas-sajf.", "Din is-sistema ilha titħaddem għal żmien twil u hija tajba biżżejjed għall-bżonnijiet ta` l- Air Malta.", "Ikun hemm każi wkoll fejn minħabba li ċerti ħaddiema jirtiraw bil-pensjoni ̧ uħud minn dawk li jkunu qed jaħdmu b'kuntratt definit – dan in-numru ma jkunx kbir ħafna - jispiċċaw jaħdmu b'mod permanenti minħabba l-ħteġijiet tal-kumpannija.", "Jien ngħid li importanti li jkollna din il-flessibbiltà biex ma ngħabbux lill-kumpannija bi spejjeż żejda fil-perijodi meta x-xogħol tat-turżmu fix- xitwa jonqos bin-nofs u meta x-xogħol jiżdied ħafna fix-xhur tas-sajf.", "GOZO CHANNEL – KAROZZA TAĊ-CHAIRMAN", "27018.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26666 u jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza l-ġdida taċ-chairman tal-Gozo Channel?", "Jista' jgħid x'marka hi u jekk ħarġux sejħiet għal offerti jew intalbux kwotazzjonijiet?", "Jista' jgħid ukoll xi bżonn inħass għax-xiri ta' din il-karozza?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li d-deċiżjoni biex tinxtara l- karozza li għaliha qed issir riferenza ittieħdet mill-bord tad-diretturi tal-Gozo Channel fis-6 ta' Diċembru, 2000.", "Il-karozza mixtrija, li ntgħażlet wara li nkisbu żewġ kwotazzjonijiet, hija tal-marka Volvo S80 u nxtrat għall-prezz ta' Lm21,580, inkluż it-taxxa.", "Minn dan l-ammont tnaqqset is-somma ta' Lm4,000, li huwa l-valur tal- karozza tal-marka Volvo 850 li kienet tintuża miċ-chairman ta' qabel u li ngħatat bħala part exchange.", "Tajjeb jingħad li qabel inxtrat il-karozza attwali, iċ-chairman tal-Gozo Channel kien qed jagħmel użu mill-vettura li kien juża l-predeċessur tiegħu.", "Din il-karozza kienet inxtrat fl-1993.", "Id-deċiżjoni li tinxtara karozza oħra ttieħdet wara li l-Volvo 850 ta' spiss kienet tkun bil-ħsara.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Sur President, wara t- talba li għamilna l-bieraħ il-kollega tiegħi, l-Onor.", "George Pullicino u jien fil-konfront ta' Edward Gauci Borda għall-ksur ta' privileġġ - in konnessjoni ma' ittra li ntbagħtet lill-membri tal-public accounts committee - illum \"l-orizzont\" ħarġet tgħidilna b'ittri kbar li għandna \"żewġ segretarji parlamentari akkużati bi ħmieġ\".", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa każ ta' misreporting, każ ta' opportuniżmu politiku u każ ta' żlealtà kbira lejn dak li ġara.", "Ma nippretendix li dan it-tip ta' rapportaġġ għandu jiġi ttollerat, Sur President.", "Il-bieraħ aħna qajjimna każ ta' ksur ta' privileġġ fil-konfront ta' segretarju permanenti li frankament ma nafx kienx jaf eżattament x'qed jgħid!", "Kieku din ma kenitx xi ħaġa bil-miktub ma kontx inressaq każ ta' ksur ta' privileġġ, pero' ovvjament jien ħassejt li għandi nagħmel dan bħala dover kemm f'ismi kif ukoll f'isem il-public accounts committee, għax frankament l-akkużi li saru ma kenux daqstant kontra tiegħi u kontra l- Onor. Pullicino imma kontra l-operat kollu tal-PAC.", "Imma dawn il-headlines b'mod hekk sfaċċat - fejn aħna qed niġu akkużati bi ħmieġ, meta lanqas dik l-istess ittra oxxena li ġiet iċċirkolata l-bieraħ ma takkużana b'daqshekk – iwasslu għal dak li nsejħulu l-kulmu.", "Meta mbagħad wieħed jaqra l-kontenut ta' l-artiklu, isib li dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-ħmieġ li qed jallegaw li ġejna akkużati bih aħna għax il- headlines lanqas biss jaqblu mal-kontenut.", "Għalhekk ̧ Sur President, nitolbok tinvestiga dan il-każ ukoll bħala ksur ta' privileġġ għax assolutament m'huwiex sew li l-ġurnaliżmu jaqa' f'dawn il-bassezzi.", "Paċenzja għandna segretarji permanenti li dan iż-żmien jidhrilhom li jagħmlu dawn it-tip ta' ħmerijiet!", "Dawn nieħdu paċenzja bihom għar- raġunijiet li jista' jkun li jaf bihom kulħadd, pero' li l-gazzetti jaqgħu f'dawn il-ħmerijiet hija kbira wisq.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, jien nassoċja ruħi ma' dak li għadu kemm qal il-kollega tiegħi u nitolbok tinvestiga bis-serjetà dan ir-rapport li m'huwiex biss aġir ħażin fil- konfront tagħna imma wkoll fil-konfront tal-membri kollha tal-PAC.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu konjizzjoni ta' dak li ntqal u tirriżerva d-dritt li tagħti l-ġudizzju tagħha fi stadju ieħor.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Mr Speaker, wara dak li ġara l-bieraħ u issa b'din tal-lum, naħseb li bħala membru ta' din il-Kamra għandi kull dritt nitlob lis-Sedja sabiex mill-aktar fis possibbli tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq iż- żewġ talbiet tal-bieraħ u tal-lum li saru min-naħa tas-segretarji parlamentari.", "Jien jidhirli bl-aktar mod kategoriku li għandhom jittieħdu passi ħorox fil- konfront ta' min għamel dawn l-allegazzjonijiet, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Fil-mument opportun is-Sedja tagħti r-reazzjoni tagħha.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TA' L-ANNIMALI", "ANIMAL WELFARE BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Lulju ̧2001.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gavin Gulia huwa in possession u jista' ikompli bl- intervent tiegħu.", "ONOR.", "GAVIN GULIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Il-bieraħ fl-introduzzjoni tiegħi qanqalt u enfasizzajt il-pożizzjoni politika ta' l-oppożizzjoni fil- konfront ta' dan l-abbozz ta' liġi li jien iddiskrivejtu bħala xott u nej u insult għad-drittijiet ta' l-annimali.", "Wisq probabbli kieku l-annimali ma jħossux biss imma jifhmu wkoll, kienu jkunu huma minfloki li jitkellmu b'dan il-mod!", "Fil-fatt huwa evidenti li wasalna sabiex ikollna dan l-abbozz ta' liġi għal raġunijiet politiċi partiġġjani.", "Huwa ta' stmerrija li dan l- abbozz ta' liġi nqara l-ewwel darba fil-Parlament fl-14 ta' Frar tas-sena l- oħra u ġie ppubblikat ħmistax-il xahar wara.", "Kif spjegajt il-bieraħ, kien il-kap ta' l-oppożizzjoni li kiser is-silenzju u f'Ġunju tas-sena l-oħra ħareġ fil-beraħ billi ħa aġġornament u tkellem favur il-ħarsien, l-interessi u l-jeddijiet ta' l-annimali.", "Il-pass li ħa Dr Alfred Sant ġie sostnut bi stqarrija uffiċjali mill-Partit Laburista fid- 9 ta' Awissu tas-sena l-oħra.", "Dawn l-inizjattivi kkulminaw bil- preżentazzjoni ta' private members bill ippreżentat mill-mexxej ta' l- oppożizzjoni dwar il-jeddijiet u l-ħarsien ta' l-annimali.", "Sfortunatament dak l-abbozz ta' liġi dettaljat u tekniku ma kienx biżżejjed biex jispira lill-gvern Nazzjonalista biex jieħu xi spunt minnu jew inkella biex jipprova jgħaġġel u jippubblika l-abbozz ta' liġi tiegħu.", "Sa dak iż-żmien kienu diġà għaddew tmien xhur u kellna nistennew 15-il xahar ieħor sabiex jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi.", "Ma teħux pjaċir li abbozz ta' liġi jieħu daqshekk biex jiġi ppubblikat, lanqas kieku jsir tajjeb.", "Imma mbagħad meta tara li dan l-abbozz ta' liġi mhux talli wasal tard imma aktar iħares l-interessi u s-setgħat tad-direttur għas-servizzi veterinarji u tal- ministru li joħroġ l-avviżi legali milli jħares id-drittijiet u l-ħarsien ta' l-annimali, bilfors li tikkonkludi li we are touching the bottom.", "Għal dawn ir-raġunijiet l-oppożizzjoni żgur li mhux se tipparteċipa biex jgħaddi abbozz ta' liġi li huwa skeletru, nej, xott u li ma jirriflettix id- drittijiet ta' l-annimali.", "Mr Speaker, meta l-bieraħ bdejt naqra ftit mill-abbozz ta' liġi kif qed jippreżentah il-gvern, sibna li dan l-Att se jkun qed joħloq u jikkonsolida l-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel.", "Jiġifieri dak l-annimal li huwa barra minn dawn il-ħames kriterji m'għandux il-protezzjoni ta' din il-liġi u din hija xi ħaġa ta' stmerrija.", "Jien nixtieq li l-", "Ministru jew xi kelliem ieħor jispjegalna għaliex tħallew barra l- kumplament ta' l-annimali.", "Per eżempju, il-bieraħ jien ġibt l-eżempju ta' l-istray dog li żgur mhuwiex imħares taħt dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawn għandna li:", "\" \"annimali\" tfisser kull ħlejqa tar-razza ta' l-annimali barra l- bnedmin u tinkludi il-larva ta' insett li qed jgħix waħdu u, jew, forom larvali li qed jirriproduċu iżda ma tinkludix forom embrijoniċi jew fetali;\".", "Aħna nemmnu li dan huwa żball, Sur President.", "Fl-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna - li 'l quddiem se jkolli l- opportunità u se nħalli spazju wiesa' sabiex nitkellem dwaru - ħadna ħsieb li ninkludu wkoll il-fetu għax nemmnu li kwalunkwe annimal għandu jkun protett mill-abort.", "Issa hawnhekk mhux biss qed nirriferi għall-annimali li huma miżmuma għal xi skopijiet partikolari li ssemmi l-liġi imma għall- annimali kollha.", "Jien għad irrid nisma' lin-naħa l-oħra tal-Kamra tispjega għaliex ħalliet il-fetu ta' l-annimali barra minn din il-liġi.", "Fil-fatt din hija waħda mir-raġunijiet fundamentali, fost affarijiet oħrajn, għalfejn se nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi kif qed jippreżentah il- gvern.", "Aħna nemmnu li l-fetu għandu jkun ikkonsidrat bħala annimal għalih innifsu li għandu wkoll il-ħajja u d-drittijiet.", "Meta wieħed jidħol fid-dettall tat-taqsimiet ta' dan l-abbozz ta' liġi jsib li ma jissemma l-ebda prinċipju u m'hemm indikat l-ebda ċirkostanzi fejn imġiba fil-konfront ta' l-annimali hija sindakabbli u punibbli.", "Nisimgħu biss b'sensiela ta' regolamenti li jrid joħroġ il-ministru permezz ta' avviżi legali sabiex jagħmel ħaġa jew oħra.", "Per eżempju, jekk inħarsu lejn l-ewwel taqsima nsibu hekk:", "\"L-Istat jagħmel ħiltu ̧ skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att ̧ biex jipproteġi l-ħajja ta' l-annimali u biex ma jħallix li jsiru, u jwaħħal pieni għal, atti ta' moħqrija lejhom.\".", "Meta wieħed ikompli jaqra, jirrealizza li dan l-abbozz ta' liġi ma jsemmix eżempji ta' moħqrija lejn l-annimali li fuqhom ikun hemm il-pieni.", "Dan minkejja l-ħafna rikonoxximenti, dikjarazzjonijiet u preamboli.", "Per eżempju, subklawsola (2) ta' klawsola 3 tgħidilna li:", "\"L-Istat jirrikonoxxi li għandu d-dmir li jippromwovi l-ħarsien ta' l- annimali u li l-ħarsien ta' l-annimali għandu jiġi protett bl- intervent ta' l-Istat, bl-organi leġislattivi, ġudizzjarji u amministrattivi tiegħu.\".", "Madankollu meta nidħlu fil-fond ta' l-abbozz ta' liġi nirrealizzaw li dan ma jgħidx kif l-Istat se jħares lill-annimali permezz ta' l-organi leġislattivi, ġudizzjarji u amministrattivi tiegħu.", "Anke meta niġu għat-tielet taqsima, għall-ewwel tibda taħseb li se nieħdu ħsieb kollox, imma mbagħad taqra klawsola 7 u jaqbdek id-daħk.", "Fil-fatt din tgħid li:", "\"Annimali ma jistgħux –", "a) jinżammu b) jinżammu għall-għan li jipproduċu prodotti ta' l-annimali; jew", "c) jinżammu marbutin, f'bini, f'imqajjel, f'gaġeġ jew postijiet oħra ta' din ix-xorta, sakemm ma jappartjenux f'kull każ għal-ispeċje jew kategorija ta' annimali kif jiġi stabbilit f'regolamenti preskritti taħt dan l-Att.\".", "Mela issa se naraw xalata ta' regolamenti li l-ministru suppost se jgħaddi wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, għax meta mbagħad inħarsu lejn subklawsola (2) niskopru li:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti –", "a) biex jipprovdi għall-kondizzjonijiet li taħthom annimali għandhom, f'kull każ, jinżammu;", "b) biex jipprovdi għall-mod li bih xi speċje jew kategorija ta' annimali, kif jista' jkun preskritt għandhom jinżammu, inklużi –", "i) il-mod kif l-annimali jinżammu marbutin;", "ii) il-mod kif l-annimali għandhom ikunu mifruda skond l-età, sess jew speċi;", "iii) l-ispazju li għandu jingħata lill-annimali;", "iv) ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-indafa ta' l-annimal, il-lok fejn jinżammu l-annimali u l-miżuri biex tiġi żgurata s-saħħa ta' l- annimal;", "(ċ) biex issir lista ta' kategoriji u speċje ta' annimali li għalihom ir-regolamenti jkunu applikabbli.\".", "Pero' l-kbira hija din:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti għal kull ħaġa oħra li għandha jew tista' tiġi preskritta taħt dan l-Att.\"", "Issa jien nixtieq nistaqsi x'se nkunu tgħallimna b'dan l-abbozz ta' liġi u x'se jkunu jafu l-għaqdiet volontarji li għandhom għal qalbhom il-ħarsien ta' l-annimali wara li jkun għadda dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju ̧ dawn se jkunu jafu l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinżammu l- annimali?", "Aħna ma nafux u naħseb li lanqas il-Ministru għadu ma jaf.", "Il-Ministru qalli li din hija an enabling law, imma b'dan ir-raġunar nistgħu naqbdu l-liġijiet kollha u nagħmluhom enabling laws sabiex kull ministru jkun jista' jagħmel ir-regolamenti u ngħadduhom rubber stamped mill-parlament.", "Imbagħad noqogħdu nistennew lill-ministru joħroġ ir- regolamenti biex inkunu nafu jekk nikkritikawx il-kondizzjonijiet li joħroġ bihom il-ministru!", "Jien kont mingħalija li l-ministru tal-finanzi biss jiddelitta bir-regolamenti għaliex meta jiġi ppreżentat il-budget, dan ma jkun fih xejn u mbagħad wara jibdew ħerġin ir-regolamenti, l-avviżi legali, it-tariffi u l-miżuri!", "L-istess nistgħu ngħidu għal dan l-abbozz ta' liġi għax l-ewwel se jgħaddi l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Annimali u mhu se nkunu nafu assolutament xejn dwar kif se jitħarsu l-interessi tagħhom u eventwalment il-Ministru Ninu Żammit - jew ikun min ikun - joħroġ xi regolament inkiss inkiss permezz ta' avviżi legali u jgħidilna kif se jinżammu l-annimali biex jitħarsu u jiġu protetti d-drittijiet tagħhom.", "Il- verita' hija li qed nitkellmu fuq abbozz ta' liġi mingħajr bidu u mingħajr tmiem, Sur President!", "Per eżempju, la nafu x'se jkunu l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinżammu l-annimali f'kull każ u lanqas nafu x'se jkunu l-metodi li bihom nikkategorizzaw xi speċi ta' annimali.", "Dan ifisser li għad irridu naraw x'annimali għad iridu jiġu preskritti bir-regolamenti qabel ma ngħidu kif għandhom jinżammu.", "Hawnhekk għandna regolamenti f'regolamenti.", "Żgur li għad irridu nkunu nafu x'inhuma l-metodi dwar kif l-annimali għandhom jinżammu marbutin.", "Mela l-abbozz ta' liġi qed jgħidilna li l-annimali ma jistgħux jinżammu marbutin u mbagħad fl-istess nifs jgħidilna li għad iridu joħorġu regolamenti biex jgħidulna kif l-annimali għandhom jinżammu marbutin, xi ħaġa tal-biki u tat-theżżiż tas-snien!", "L-abbozz ta' liġi għandu jgħidilna kif jinżammu l-annimali u ma narax għalfejn għandna nkunu nafu permezz ta' avviż legali, Sur President.", "Lanqas ma nafu kif l-annimali għandhom ikunu mifruda skond l-età, sess jew speċi.", "Il-verita' hi li dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi għax il-gvern għandu l-maġġoranza, imma xorta waħda għadna ma nafux kemm għandu jingħata lill-annimali u x'inhuma l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-indafa tagħhom, il-lok fejn jinżammu u f'liema miżura jingħataw dak li għandhom jingħataw biex tiġi żgurata s-saħħa tagħhom.", "Dawn l-affarijiet imisshom semmewhom fl-abbozz ta' liġi ħalli nkunu nafu jekk naqblux magħhom jew le jew jekk humiex tajbin, pero' nafu biss li għad iridu joħorġu r- regolamenti.", "Issa din hija biss taqsima waħda u allura ara kemm se jkollu x'jagħmel il-ministru wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi għax ara kemm irid joħroġ regolamenti!", "Per eżempju, aħna għadna ma nafux x'inhi l- lista u x'inhuma l-ispeċi ta' annimali li għalihom se jkunu applikabbli dawn ir-regolamenti.", "Kif diġà għedt, f'dan l-abbozz ta' liġi jingħad li l- ministru għad irid joħroġ ir-regolamenti u aħna qegħdin hawnhekk biex taparsi ngħidu li qed ngħaddu abbozz ta' liġi dwar l-annimali!", "Sur President, fir-raba' taqsima nsibu biss klawsola waħda, klawsola 8, u din hija maqsuma fi tliet subklawsoli.", "Subklawsola (1) tgħid hekk:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jipprovdi għall-mod li bih dawk l-ispeċi u kategoriji ta' annimali kif jiġi preskritt għandhom jiġu mħarsa, mitmugħa, misqijin, mdewwa u mgħallma u l- kwalifiki tal-persuni li jkunu responsabbli għal dan.\".", "Dan ifisser li dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi mingħajr ma nafu kif l- annimali se jiġu mħarsa, mitmugħa, misqijin, imdewwijin u mgħallma.", "Lanqas ma nafu x'inhuma l-kwalifiki tal-persuni li se jkunu responsabbli għal dawn l-għanijiet.", "Għalhekk nistaqsi jien : Forsi aħna ġejna hawnhekk biex niddiskutu d-dritt, il-poter u s-setgħa tal-ministru li jagħmel ir- regolamenti mingħajr ma jiġi sindakat minn dan il-parlament?", "Naħseb li b'din il-liġi se nkunu għaddejnieh lill-Onor.", "John Dalli fil-ħruġ tar- regolamenti!", "Almenu meta wieħed jara l-ħames taqsima jagħmel il-kuraġġ għax jgħid li hawn xi ħaġa konkreta.", "Quddiemi għandi tabib li forsi jista' jistaqsi lill-Ministru biex jgħidlu meta beħsiebu joħroġ ir-regolamenti biex almenu kulmin għandu x'jaqsam mal- ġeneru ta' professjoni li tixbaħ lil tiegħu, ikun jaf x'se jkunu l-kriterji li bihom se jsiru l-interventi kirurġiċi.", "Dan għaliex dan l-abbozz ta' liġi ma jgħid xejn dwar dan.", "Issa taħt din it-taqsima għandna klawsola 9 li tgħid hekk:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "(a) biex jistabilixxi l-mod u l-każi li fihom l-interventi kirurġiċi jistgħu jsiru;\".", "Il-Ministru qed jidħaq pero' jien ngħidlu li min kitiblu din il-liġi m'għamilhiex tajba.", "Insibu wkoll li:", "\"Il-ministru jista' jagħmel regolamenti:", "(b) biex jiġu rregolati t-trapjanti ta' l-embryo fl-annimali, ta' dawk l-ispeċi jew kategoriji kif jista' jiġi stabilit f'dawk ir- regolamenti.\".", "Dawn huma regolamenti li jagħmlu riferenza għal regolamenti oħrajn li f'dan l-abbozz ta' liġi ma nafux x'inhuma.", "Mhux se nkunu nafu x'inhuma l-metodi u l-każi fejn jistgħu jsiru interventi kirurġiċi.", "Ara jfettillu jkun hemm xi ħadd li wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, jagħmel xi intervent kirurġiku!", "Qed ngħid dan għax wieħed jista' jiskopri li wara li jkun għamlu, ma jkunx inkwadrat fir-regolamenti li jkun għamel il-ministru permezz ta' avviżi legali u b'hekk jikser il-liġi.", "Jiġifieri aħna hawnhekk nafu x'inhuma l-pieni imma ma nafux x'inhi l-imġiba punibbli, Sur President!", "F'taqsima VI insibu li:", "\"Il-ministru jista' jagħmel rregoli biex jiġu rregolati l-metodi li bihom l-annimali jiġu mitlufa minn sensihom u derogi minn dawn il- metodi.\".", "Dan ifisser li wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi, xorta waħda mhux se nkunu nafu x'inhuma l-metodi li bihom l-annimali jiġu mitlufa minn sensihom u x'inhuma d-derogi minn dawn il-metodi.", "Għalhekk meta jgħaddi dan l- abbozz ta' liġi mill-istadji kollha, ara xi ħadd ifettillu jipprova juża xi metodu li bih annimal jintilef minn sensih!", "Dan għaliex wara li jagħmel dan, jista' jiskopri li l-mod kif ikun għamlu ma jinkwadrax fir-regolamenti li għad irid joħroġ il-ministru.", "Jien qiegħed nenfasizza dan kollu biex nuri x'poter se jkollu l-ministru meta jiġi biex jagħmel regolamenti mingħajr is-sorvelja ta' dan il-parlament.", "Donnu li issa se noħolqu moda ġdida fil-liġijiet għax il-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex jassigura l-implimentazzjoni ta' l-Att u wara nibdew nisimgħu li ħerġin l- avviżi legali u r-regolamenti.", "Imbagħad ikollna niġu fil-parlament u noqogħdu nagħmlu l-mozzjonijiet biex inwaqqfu r-regolamenti milli jidħlu fis-seħħ.", "Hekk se nispiċċaw u din hija xi ħaġa redikola.", "Importanti li l- għaqdiet volontarji jkunu jafu b'din l-attitudni tal-gvern li suppost qiegħed hemm biex iħares l-interessi ta' l-annimali.", "Fost oħrajn, f'dan l-abbozz ta' liġi għandna li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jispeċifika l-każi u jipprovdi għall-mod li bih il- kategoriji ta' annimali għandhom jiġu mħarsa, mitmugħa, misqijin, imdewwija u mgħallma u l-kwalifiki tal-persuni li jkunu responsabbli għal dan.", "Il- ministru jista' jagħmel regolamenti biex jistabilixxi l-mod u l-każi li fihom jistgħu jsiru l-interventi kirurġiċi, biex jiġu rregolati t-trapjanti ta' l-embryo fl-annimali, biex jispeċifika l-każi li fihom ikun permess li jinqatlu l-annimali u l-mod kif għandha ssir il-qatla u biex jiġi speċifikat il-mod kif u l-persuna li permezz tagħha l-annimal għandu jiġi maqtul.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti wkoll biex jippreskrivi l- faċilitajiet u l-apparat tal-biċċeriji u biex jiġu rregolati l-metodi li bihom l-annimali jiġu mitlufa minn sensihom u derogi minn dawn il-metodi.", "Hawn għandna wkoll li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jiġu preskritti l-kondizzjonijiet li bihom l-annimali jistgħu jinżammu u biex jipprovdi għall-kategoriji ta' persuni li jkunu awtorizzati biex iżommu dawk il-kategoriji u l-ispeċi ta' l-annimali.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti wkoll biex tiġi stabilita l- proċedura dwar applikazzjonijiet għas-sistema taż-żamma ta' l-annimali.", "Għalhekk dan huwa abbozz ta' liġi li ma hu qed jgħid assolutament xejn dwar il-kondizzjonijiet li fihom għandhom jinżammu l-annimali u l-kategoriji ta' persuni li jkunu awtorizzati biex iżommu dawk il-kategoriji ta' annimali.", "Per eżempju ̧ għadna ma nafux xi proċeduri se jiġu stabiliti dwar applikazzjonijiet għal sistemi ta' żamma ta' annimali.", "Insibu wkoll li I- ministru jista' jagħmel regolamenti biex jiġu rregolati t-trapjanti ta' l- embryo fl-annimali u dawk l-ispeċi jew kategoriji kif jista' jiġi stabilit f'dawn ir-regolamenti.", "Dan kollu juri li l-ministru għall-agrikoltura u sajd – u hawnhekk mhux qed nirriferi għall-persuna ta' l-Onor.", "Ninu Zammit - se jkollu poteri ta' l-għaġeb.", "Il-poteri għandhom jidhru fl-abbozz ta' liġi u mhux fi kwalunkwe regolament li joħroġ!", "(Interruzzjonijiet) Jien ma naħsibx li dawn huma dettalji u issa ngħid kif id-dettalji għadhom jidħlu fil-liġi, Sur President.", "Per eżempju, f'dan l-abbozz ta' liġi għandna li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jispeċifika l-każi li fihom ikun permess li jinqatlu l- annimali u l-mod kif għandha ssir dik il-qatla.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jiġi speċifikat il-mod u l-persuna li mingħandha l- annimal għandu jiġi maqtul.", "Il-ministru għandu jagħmel regolamenti biex jippreskrivi l-faċilitajiet u l-apparat tal-biċċeriji.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jipprovdi kif isir it-tnissil ta' l-annimali, kif ukoll l-ispeċi u l-kategoriji ta' l-annimali li jistgħu jiġu wżati għat- tnissil.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti għall-mod kif għandu jsir it-trasport ta' l-annimali fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru.", "Jekk nieħdu din il-klawsola partikolari nsibu li minn dan l-abbozz ta' liġi m'aħna nitgħallmu xejn u ma nafux kif se jiġu ttrasportati l-annimali fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru.", "Il-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex jiġi regolat l-għoti ta' sustanzi li jistgħu jiġu wżati fuq l-annimali fil- kompetizzjonijiet.", "Jien nixtieq inkun naf dawn x'inhuma u kif se jiġu regolati s-sustanzi.", "Per eżempju ̧ ma nisimgħu xejn fuq il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex jinżammu l-annimali.", "Jien b'kollox għoddejt 22 klawsola li jagħtu l- poteri lill-ministru skond dan l-abbozz ta' liġi u naħseb li dan mhuwiex ġust għal dan il-parlament.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi jekk fil-parlament hux se niddiskutu l-poteri tal-ministru jew jekk din hijiex enabling law!", "Jien nemmen li dan il-parlament jistħoqqlu abbozz ta' liġi ħafna aktar serju u importanti minn dak li qiegħed jippreżenta l-gvern Nazzjonalista.", "Jien nistaqsi lil dan il-parlament u lill-ministru konċernat jekk min għamlilhom din il-liġi, ħasibx kif verament għandu jiġu protett l-annimal.", "Per eżempju, l-abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat f'dan il-parlament bħala private member's bill mill-Onor.", "Alfred Sant, huwa biċċa xogħol ta' l- arti u ta' riflessjoni ta' kif verament għandha tkun liġi dwar il-ħarsien ta' l-annimali.", "L-ewwel u qabel kollox, aħna ta' l-oppożizzjoni lill-annimali elevajnihom billi fi klawsola 9 li pproponejna aħna għedna li:", "\"L-Istat jagħraf li kull annimal għandu l-jedd għall-ħajja.", "Dan it- teħid tal-ħajja ta' l-annimal għandu jkun regolat mil-liġi taħt ċirkostanzi li jevitaw kull uġigħ u kull tbatija żejda jew bla ħtieġa.\".", "F'dan l-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna għedna li l-Istat għandu jagħraf li kull annimal għandu l-jedd li ma jkunx maħqur.", "Semmejna l-jedd ta' ħarsien minn kull ħidma mhux xierqa u minn kondizzjonijiet ta' xogħol li ma jkunux jaqblu man-natura ta' l-annimal.", "Semmejna l-jedd tal- ħelsien skond ir-razza ta' l-annimal u li jekk ikun miżmum għandu jkun f'kondizzjonijiet li jirrispettaw il-ħteġijiet naturali ta' l-għajxien tiegħu.", "Semmejna wkoll il-jedd ta' trattament ġust fiċ-ċirkostanzi kollha u l-jedd li ma jkunx ikkastigat ta' xejn b'kefrija jew b'kapriċċ.", "Tkellimna wkoll fuq il-jedd li jkabbar iż-żgħar tiegħu u li jkollu madwaru gruppi ta' familja skond ir-razza tiegħu u li jkollu l-kenn tiegħu.", "Dawn huma kollha jeddijiet, bħalma huwa l-jedd tal-prokreazzjoni.", "Aħna għedna li dan għandu jsir taħt kondizzjonijiet li jkunu għall-ħarsien ta' l-istess annimal.", "L-abbozz ta' liġi jispjega kif għandu jsir l-intervent kirurġiku.", "Aħna tkellimna fuq il-jedd li l-annimal ikun rispettat bħala ħlejqa minkejja n-nisel jew il-valur kummerċjali partikolari tiegħu.", "L-Istat għandu jagħmel ħiltu biex iġib 'il quddiem ir-rispett lejn dawk l-annimali li ta' sikwit ikunu mwarrba minħabba n-nisel imħallat tagħhom.", "Dawn huma l- prinċipji u l-jeddijiet li l-oppożizzjoni riedet tagħti lill-annimali.", "Jekk insemmu dan biss ma nkunu qed insemmu proprju xejn.", "Aħna rridu li jkollna l-makkinarju u ċ-ċirkostanzi li fihom dawn il-jeddijiet jiġu mħarsa.", "Per eżempju ̧ aħna semmejna x'inhuma d-dmirijiet tas-sidien jew ta' persuni li għandhom taħt il-ħarsien tagħhom l-annimali.", "Fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-gvern imkien ma jissemma x'inhuma d-dmirijiet tas-sidien jew tal-persuni li għandhom taħt il-ħarsien tagħhom l-annimali.", "Jissemma biss li eventwalment il-ministru se jagħmel ir-regolamenti.", "Aħna qegħdin ngħidu li kull persuna li jkollha taħt il-ħarsien tagħha annimal, għandha tiżgura li l-ħteġijiet fiżiċi, ta' saħħa u ta' mġiba ta' l-annimal jitħarsu kif jixraq u skond l-għarfien xjentifiku u mediku.", "Fl-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna għedna li kull persuna li jkollha taħt il-ħarsien tagħha annimal marid jew imweġġa', għandha tiżgura li dan ikollu l-kura biex ittaffilu l-uġigħ u tbatija żejda.", "Dawn l-affarijiet huma kollha sindakabbli.", "Skond l-abbozz ta' liġi li qed nippreżentaw aħna, meta ma jsirx hekk jitqies bħala att punibbli.", "Issa jien nistaqsi fejn fl-abbozz ta' liġi li ppreżenta l-gvern hemm imsemmija ċirkostanzi speċifiċi fejn l- aġir tal-bniedem lejn l-annimal hu punibbli kif semmejna aħna.", "Semmejna wkoll li jkun ħati ta' reat kull min ikollu taħt il-ħarsien tiegħu annimal u jonqos mid-dmirijiet tiegħu lejh.", "Dan jista' jonqos billi jew ma jikkurax l-annimal li jkun marid jew imweġġa', jew inkella joqtol l-annimal b'mod li dan isofri uġigħ jew tbatija żejda bla ħtieġa.", "Issa jien nistaqsi fejn fl-abbozz ta' liġi li qed jippreżenta l-gvern qed jissemma dan.", "Semmejna wkoll li jkun punibbli jekk wieħed iżomm annimal ħaj meta dan ikun qiegħed ibati.", "Għidna li jkun punibbli li wieħed ibigħ annimal ħaj li jkun qiegħed ibati u jsofri.", "Semmejna wkoll il-każ ta' meta annimal jiġi abbandunat, u f'liema ċirkostanzi l-gvern għandu d-dritt u s-setgħa li jfittex.", "Fl-abbozz ta' liġi ppreżentat mill-gvern il-moħqrija ta' l- annimali ma tissemmiex, Sur President.", "It-tieni parti ta' l-abbozz ta' liġi li konna ppreżentajna bħala private member's bill kienet aktar speċifika u fiha semmejna l-imġiba lejn l- annimali.", "Għidna li jkun ħati ta' reat min jaħqar annimal b'mod li dan isofri diżabilità fil-ġisem ̧ anke jekk din tkun waħda temporanja.", "Ikun ukoll punibbli jekk l-annimal imut bl-uġigħ u t-tbatija maħluqa lilu u jekk ikun meħtieġ li l-annimal jinqered biex tintemm it-tbatija tiegħu.", "Aħna ħadna ħsieb li nispeċifikaw dawn iċ-ċirkostanzi f'dan l-abbozz ta' liġi sabiex min ma jaqbilx magħna, jgħidilna għalfejn ma jaqbilx magħna u jgħidilna kif nistgħu nirranġaw l-affarijiet.", "Aħna m'għidniex li l- ministru jista' jagħmel regolamenti dwar il-mod ta' kif għandha tiġi mrażżna l-moħqrija ta' l-annimali.", "Huwa faċli li tagħmel artiklu fil-liġi u mbagħad tgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti biex jiġi assigurat li l-annimali ma jiġux maħqura.", "Ħalli l-ministru jagħmel regolamenti basta jippreskrivihom fil-liġi stess.", "Jien iċ-ċirkostanzi semmejthom u se nkompli nsemmihom, Sur President.", "Per eżempju, aħna qed ngħidu li jkun ħati ta' reat min itaqqab l-ilsien jew il-frenulum ta' l-ilsien ta' l-annimal b'ċurkett, permezz ta' fildiferru jew b'xi ħaġa oħra.", "Ikun ħati ta' reat ukoll min jaqta' l- widnet il-kelb jew li jkollu taħt il-ħarsien tiegħu t-tali kelb.", "Dawn huma affarijiet li jirriflettu r-realtà.", "Fil-gazzetta għadna kemm rajna ritratt ta' kelb b'imnieħru mserraq - u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil tal- ġurnal \"The Malta Independent - oxxenità mistmerra miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Li nixtieq ngħid hawnhekk huwa li l-abbozz ta' liġi tagħna huwa mnebbaħ mil-liġi ta' New Zealand u minn dak tal-Ġermanja, fejn jissemmew reati bħal dawn.", "Aħna għidna wkoll li huwa ħati ta' reat min iżomm jew juża lok biex iġelled l-annimali.", "Hawn qed ngħidu li wieħed ikun ħati ta' reat mhux biss jekk iġelled annimal iżda anke jekk iżomm lok biex iġelled.", "Dan huwa kkonsidrat bħala moħqrija u allura skond il-private member's bill li ppreżentat l-oppożizzjoni huwa punibbli.", "Aħna għedna wkoll li huwa reat li tkun preżenti għall-ġlied jew għat- tkeskis ta' annimali.", "L-oppożizzjoni tħoss li tant hija kerha l-imġiba li ġġelled il-klieb, li anke l-ispettatur għandu jiġi sindakat u punit għaliex dik it-tip ta' attività ma tkunx possibbli jekk ma jkunx hemm l-ispettaturi li jħeġġu dik it-tip ta' mġiba sindakabbli.", "Ikun punibbli wkoll min iħajjar, jgħin jew jassisti fil-ġlied jew tkeskis ta' annimali.", "Huwa meqjus bħala reat ukoll min jimmarka annimal b'mod li dan isofri uġigħ jew tbatija żejda jew bla ħtieġa.", "Nista' nsemmi biżibilju ta' dettalji oħra minn din il-liġi li għandha x'taqsam mal-kwestjoni tal-moħqrija.", "Dawn huma affarijiet li l-gvern Nazzjonalista ma ħasibx li jintroduċi fl-abbozz ta' liġi li għamel.", "Minflok daħal f'dawn id-dettalji sabiex ikun hemm verament liġi organika u sħiħa li tkun arma li tikkumbatti lil min irid jagħmel il- ħsara lill-annimali, għandna abbozz ta' liġi li sempliċement jitkellem dwar regolamenti li jista' jagħmel il-ministru dwar l-annimali.", "Per eżempju ̧ ma jidhirlix li ssemma li l-ministru jista' jagħmel regolamenti sabiex naraw li ma ssirx moħqrija lill-annimali.", "Dan sempliċement jgħid li jista' jagħmel regolamenti għall-kura ta' l-annimali li hija xi ħaġa kompletament differenti, pero' dawn ir-regolamenti ma nafux x'inhuma.", "Jien smajt lill-ministru jgħid li din hija enabling law.", "Jiġifieri mil-lum 'il quddiem nistgħu niġu f'dan il-parlament biex nagħmlu abbozzi ta' liġi u nsejħulhom enabling laws!", "Dan nistgħu nagħmluh f'dak li għandu x'jaqsam ma' finanzi, ma' l-intern, ma' l-agrikoltura u l-bqija u f'kull artiklu noqogħdu ngħidu li l-ministru jista' jagħmel ir-regolamenti.", "L-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna bħala private member's bill jispeċifika b'mod mill-aktar importanti kif għandu jkollna l-metodu u s- snien biex ninforzaw.", "Aħna semmejna l-pulizija u l-gvern Nazzjonalista semma l-gwardjani lokali.", "Jiġifieri aħna morna pass aktar 'il quddiem biex żgur ħadd ma jkaxkar saqajh.", "Għalhekk għamilna klawsola fejn ċittadin ordinarju li jkun jaf li hemm każ fejn annimal qiegħed jinħaqar, għandu d-dritt li jistitwixxi proċedura kriminali fil-konfront ta' min ikun qiegħed iwettaq ir-reat.", "B'hekk inkunu qegħdin insaħħu l-id taċ-ċittadin sabiex jiġu protetti l-annimali.", "Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu biss fuq il-pulizija.", "Aħna nafu li l-pulizija u l-gwardjani lokali għandhom diversi responsabbiltajiet u ma rridux nisimgħu li għandhom ħafna xogħol x'jagħmlu.", "Huwa importanti ħafna li l-pulizija u l-gwardjani lokali jagħmlu x-xogħol tagħhom pero' permezz ta' din il-liġi aħna qegħdin insaħħu l-id taċ-ċittadin.", "Fl-abbozz ta' liġi li ppropona l-gvern qrajt dwar il-kwestjoni ta' l- għaqdiet volontarji.", "Jidhirli li f'dan l-abbozz ta' liġi kollu, l-għaqdiet volontarji jissemmew f'Taqsima II, fejn qed jingħad li l-Istat jirrikonoxxi li hu dmir tiegħu li jikkollabora ma' l-għaqdiet volontarji fil-qasam tat-trattament xieraq ta' l-annimali, u f'Taqsima III, fejn qed jingħad li l-gvern beħsiebu jwaqqaf il-kunsill għat-trattament xieraq ta' l- annimali - fl-abbozz ta' liġi tagħna hemm propost xi ħaġa simili wkoll - pero' ma jgħid xejn aktar.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi min huma l-għaqdiet volontarji u kif dawn se jiġu regolati.", "Fl-abbozz ta' liġi li ressaqna aħna bħala private member's bill - li qatt ma wasal biex jiġi diskuss, ovvjament biex il-gvern jgħid li għamel tiegħu - hemm taqsima li permezz tagħha qegħdin nirregolaw l-għaqdiet volontarji approvati.", "Huwa importanti ħafna li wieħed jirregolarizza għaliex inkella kulħadd jista' jgħid li għandu għaqda ta' tnejn min-nies dwar it-tiġieġ jew il-klieb li ma tkunx għaqda serja li tista' tiġi rikonoxxuta fuq skala nazzjonali.", "Per eżempju ̧ fil-liġi stess qegħdin insemmu kif l-għaqdiet volontarji għandhom jagħmlu s-sottomissjonijiet sabiex jingħaqdu fil- proċedura kollha ta' kif għandha ssir it-talba, b'indikazzjoni ta' l- applikanti fil-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali li fih l-applikanti jridu juru kif se joperaw.", "Hemm diversi dettalji dwar tagħrif li hemm bżonn li wieħed jissottometti biex jifforma għaqda.", "Semmejna wkoll il-bżonn li l-ministru jkun sodisfatt dwar ċerti kriterji.", "Wieħed minnhom hu li l-għan ewlieni ta' l-għaqda hu li verament iġib 'il quddiem il-ħarsien ta' l-annimali.", "Ma nistgħux ngħidu li għandna għal qalbna ċertu speċi ta' annimali u nieqfu hemm.", "It-trasparenza fl- arranġamenti finanzjarji u fit-tmexxija ta' l-għaqda trid tkun hemm u jrid ikun hemm indikazzjoni dwar kif l-għaqdiet approvati jkunu qed jaħdmu.", "L- abbozz ta' liġi tal-gvern Nazzjonalista ma jgħid assolutament xejn dwar dawn l-affarijiet.", "Jidher ċar li dan hu mogħmi bi ħsebijiet dwar sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.", "Se nidħlu fl-Unjoni Ewropea u ngħaddu l-liġijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-affarijiet li jolqtu lilna direttament f'dan il-pajjiż ma nagħtuhom l-ebda importanza!", "Jien ngħid bl-akbar sinċerità li fil-ħames snin li ilni f'dan il-parlament, fis-seba' snin li għamilt l-università u fit-13-il sena li ilni avukat, qatt ma rajt liġi bħal din.", "Jien qatt ma rajt liġi li sempliċement hija maqsuma f'diversi taqsimiet li f'kull waħda minnhom hemm x'se jagħmel il-ministru wara li jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi.", "Għalhekk aħna ma nistgħux nikkritikaw u napprovaw dak li hawn quddiemna.", "Per eżempju, ma nafux jekk persuna li tkun spettatur fil-ġlied tal-klieb hux se tkun ħatja jew inkella hux se tingħata penali, bħalma niżżilna aħna fl-abbozz ta' liġi li ppreżentajna aħna.", "Dan nistgħu ngħiduh għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-abbozz ta' liġi tagħna li sfortunatament il-gvern Nazzjonalista ma riedx li jgħaddi minn dan il-Parlament.", "Forsi dwar dan se jgħidilna l-Ministru fil-winding up qabel joħroġ ir-regolamenti jew forsi l-Ministru se jkollu idea ta' x'regolamenti se joħroġ meta eventwalment jgħaddi dan l-abbozz ta' liġi!", "(Interruzzjonijiet) Aħna se nivvotaw kontra din il-liġi għaliex ma tagħmilx ġieħ lill-ħolqien tad- drittijiet u l-protezzjoni ta' l-annimali għax l-ewwelnett l-abbozz ta' liġi ma jitkellimx dwar id-drittijiet ta' l-annimali.", "Per eżempju ̧ l-abbozz ta' liġi tagħna semmejnih \" Att dwar id-Drittijiet u l-Ħarsien tal-Protezzjoni ta' l-Annimali\".", "Jiġifieri aħna diġà qed immorru oltre minn dak li qed jipproponi l-gvern Nazzjonalista.", "Aħna qegħdin insemmu l-annimali kollha u mhux biss dawk li huma miżmuma.", "Issa fl-abbozz ta' liġi kif propost mill-gvern Nazzjonalista, diġà qed inpoġġu limitu għaliex biex annimal jieħu l-protezzjoni tal-liġi tal-gvern Nazzjonalista jrid ikun miżmum.", "Pero' apparti minn hekk qed nerġgħu nikkwalifikaw u nissottokwalifikaw billi qed ngħidu li annimal irid ikun miżmum għal skopijiet ta' xogħol, sport, wens u ikel.", "Mela allura a stray dog m'għandux il-protezzjoni ta' din il-liġi.", "Għalhekk meta mmorru fi stadju ta' Kumitat, nawgura li l-Ministru jħassar kull fejn hemm li hu jrid jagħmel regolamenti u jagħmel klawsola waħda fl-aħħar, li tkun tgħid li l-ministru jista' jagħmel regolamenti għal ċerti affarijiet, għaliex kull liġi jkollha r-riżerva li l-ministru jista' jagħmel ir-regolamenti.", "Jien nitlob lill-Ministru biex iħassar kull taqsima fejn hemm li jista' jagħmel ir-regolamenti għall-kura ta' l-annimali u kif dawn għandhom jinqatlu u jdaħħal dawk il-partijiet ta' l-abbozz ta' liġi li ppreżenta l- Onor. Alfred Sant li jirrigwardaw il-kura ta' l-annimali, il-moħqrija ̧ ir- reati u ċ-ċirkostanzi kollha li huma punibbli.", "Din il-liġi ma nistgħux ngħadduha kif inhi u lill-Ministru nitolbu biex ir-regolamenti ma jagħmilhomx hu għax dan huwa perikoluż.", "Naturalment mhux qiegħed nirriferi għall-Onor.", "Ninu Zammit imma għal kulmin jista' jiġi warajh ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Xejn m'hu ġdid taħt il-kappa tax-xemx!", "Aħna tant nemmnu fid-drittijiet u fil-ħarsien ta' l-annimali li ridna li dan l- abbozz ta' liġi jkun ippreżentat mill-ministru ta' l-intern sabiex jiġi enfasizzat l-element tad-dritt li għandhom l-annimali.", "Aħna bnedmin u mhux biss ngħixu flimkien bħala bnedmin imma ngħixu ma' ħlejqiet oħrajn li jeħtieġu li jiġu protetti, Sur President.", "Ġeneralment aħna nagħmlu liġijiet sabiex nirregolaw ħajjitna bħala bnedmin, sabiex nipprovaw ngħixu ħajja aħjar u sabiex intejbu l-kondizzjonijiet tax- xogħol tagħna.", "Aħna ngħixu ħajjitna sabiex inżidu l-kwalità ta' l-ambjent ta' madwarna u sabiex ngħixu kwalità ta' ħajja dejjem, għalkemm sfortunatament bil-politika tal-gvern Nazzjonalista żgur li ma nistgħux ngħidu li qegħdin ngħixu ħajja aħjar.", "Il-prospetti huma li s-sena d-dieħla se ngħixu ħajja agħar milli qegħdin ngħixu din is-sena.", "Pero' rridu nifhmu li aħna ma ngħixux biss waħedna imma ngħixu ma' l-annimali u għalhekk jeħtieġ li ngħaddu liġijiet mhux biss biex inħarsu d-drittijiet tagħna imma wkoll biex inħarsu d-drittijiet u nipproteġu lill-annimali.", "Meta nara ritratt bħal dak li kien hemm fuq il-ġurnal \"The Malta Independent\" nitkexkex għax huwa diffiċli li wieħed iħares lejn dak il-povru kelb b'imnieħru mħanxar u bid-dmijja.", "Dan huwa att kodard u mill-agħar.", "Każ ieħor li ġie rrapportat il-bieraħ stess jidhirli li kien ta' kelb li nqatel permezz ta' blowlamp.", "Dawn huma affarijiet ta' l-għaġeb.", "Dan ifisser li f'pajjiżna wasalna f'sitwazzjoni fejn hawn min għandu element ta' kefrija għal xi ħaġa helpless.", "Jista' jkun li kelb ikun sfrattat imma dan m'għandux iseħħ xorta.", "Aħna nemmnu li jekk se nagħmlu liġi li tipproteġi d-drittijiet u l-jeddijiet ta' l-annimali, għandna nassiguraw li tkun liġi bis-snien u li tindirizza b'mod preċiż lil dawn in-nies li sfortunatament iġibu ruħhom daqshekk kodard fil-konfront ta' ħlejqiet li huma bla protezzjoni.", "Jien nemmen, bħalma temmen din in-naħa tal-Kamra, li din il-liġi m'għandiex snien biżżejjed sabiex tipproteġi d-drittijiet ta' l-annimali u għaldaqstant aħna se nivvotaw kontriha.", "Aħna nħeġġu lill-gvern sabiex jaddotta l-mudell li ppropona l-Partit Laburista permezz tal-private member's bill li kien ippreżenta l-Onor.", "Alfred Sant f'Settembru tas-sena l-oħra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Sfortunatament f'dan il-parlament wasalna f'sitwazzjoni fejn anke fuq liġi daqshekk bażika, bħalma hi l-protezzjoni ta' l-annimali, noqogħdu nfettqu fuq ħafna dettalji li fuqhom jista' jintlaħaq kompromess.", "Dan ma jfissirx li wieħed għandu jibdel l- istruttura tal-liġi kollha għax naħseb li naqblu li ċerti affarijiet m'għandhomx isiru.", "Jien naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra jaqblu li ċerti affarijiet m'għandhomx isiru u għalhekk naħseb li rridu niftehmu dwar l- aħjar metodi li għandna nimxu fuqhom.", "L-Onor.", "Gulia qalilna li dawn l- affarijiet li qed nitkellmu dwarhom huma relatati mal-professjoni tiegħi.", "Dan huwa veru imma r-realtà hi li min ikollu subgħajh fil-borma jkun jaf x'fiha, Sur President.", "Aħna t-tobba l-ħin kollu naħdmu fuq l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal- ħajja pero' l-avukati – mhux qed ngħid b'nuqqas ta' rispett lejhom - għandhom il-modus operandi tagħhom kif jagħmlu l-affarijiet.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħajja ma tistax issir it-tip ta' liġi li qed tipproponi l-oppożizzjoni.", "Dan għaliex l-affarijiet tal-ħajja huma l-ħin kollu fi stat dinamiku u wieħed ma jistax jagħmel regolamenti daqshekk dettaljati, speċjalment f'liġi li għandha x'taqsam ma' l-esperimentazzjoni u mal-bio- teknoloġija.", "Minn ġimgħa għall-oħra ċ-ċirkostanzi jinbidlu u dan il- parlament ma jistax joqgħod ibiddel l-affarijiet kull darba.", "Jekk ̧ per eżempju, wara ftit jivvintaw xi reat ġdid kontra l-annimali jew inkella jivvintaw xi teknika ġdida kif wieħed jagħmel l-inseminazzjoni artifiċjali, mhux se noqogħdu niġu kull darba f'dan il-parlament biex nibdlu l-liġi.", "Nistgħu nagħmlu sena sħiħa nitkellmu fuq l-annimali, fuq l-inseminazzjoni ̧ fuq il-feti u fuq l-embryos, suġġetti tekniċi immens.", "Minn ġurnata għall- oħra x-xjenza qed tiġri b'mod sfrenat.", "Mr Speaker, din li qed nagħmlu hawnhekk ngħidulha horizontal legislation għaliex wieħed jista' jagħmel regolamenti mal-liġi u jibdilhom b'ħafna aktar ħeffa milli kieku joqgħod jgħaddihom minn dan il-parlament.", "Dan għaliex ċerti proċeduri jieħdu t-tul ta' żmien u r-regolamenti jkunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.", "L-oppożizzjoni tista' titkellem fuq ir- regolamenti wkoll u bħalma għamlet fil-passat, tista' tippreżenta mozzjonijiet biex jiġu emendati.", "Fil-każ ta' regolamenti fuq l-annimali ma nistax nimmaġina li jekk ikun hemm xi problema u xi ħadd min-naħa l-oħra jkellem lill-ministru, dan ma jagħmilx dak li jkun hemm bżonn.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qed nilleġislaw kontra l-moħqrija ta' l-annimali li jinżammu bħala pets, li jiġru barra, li qed jiġu nklużi fit-trobbija għall-użu ta' l-ikel u dawk li qed jiġu wżati fil-laboratorji.", "Aħna qed nagħmlu liġi komprensiva u orizzontali biex ma ssirx moħqrija fuq dawn l- annimali u allura li ngħidu li l-oppożizzjoni għandha liġi u l-gvern għandu liġi oħra, hija xi ħaġa assurda.", "Jien kultant ma nistax nifhem minn fejn jiġu ċerti mentalitajiet, Sur President!", "Din il-framework legislation qed tagħmilha ċara li l-moħqrija ta' l- annimali mhijiex aċċettabbli fl-ebda waħda minn dawn il-kategoriji u timponi multi u penali qawwijin ħafna.", "Madankollu d-dettalji ta' fejn dawn għandhom jiġu applikati għandhom joħorġu b'regolamenti għax ma jistgħux isiru f'liġi per se.", "L-Onor.", "Gulia semma xi ħames każi ta' moħqrija imma jekk għada pitgħada jivvintaw xi każ ieħor ta' moħqrija, ikollna noqogħdu niġu f'dan il-parlament u noqogħdu ngħaddu l-liġi mill- istadji kollha.", "Dan għaliex nafu li l-invenzjonijiet tal-bniedem huma bla limitu.", "Għalhekk ikun aħjar li sempliċement nibdlu r-regolament wara li tkun saret komunikazzjoni maż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan ifisser li l- aħjar ħaġa hija li jkun hemm liġi li tgħid li m'għandekx taħqar l-annimali u b'hekk il-ministru jkollu l-poter li joħroġ ir-regolamenti skond iċ- ċirkostanzi.", "Ix-xjenza mhijiex bħal suġġetti oħra u f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħajja, ma tistax toqgħod tistenna l-affarijiet jiġru imma trid tipprevedi x'se jiġri minn qabel.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn bidla fil-mentalità, Sur President.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Gulia semma d-drittijiet ta' l-annimali, imma aħjar wieħed joqgħod attent x'terminoloġija juża.", "Annimal ma jistax ikollu dritt u naħseb li din irridu noqogħdu attenti ħafna kif nitkellmu fuqha.", "Id-dritt fundamentali huwa ristrett għal dik il-kreatura li hija self- conscious jew self-reflective, jiġifieri tal-bniedem.", "Il-kreaturi l-oħra kollha li jeżistu m'għandhomx din il-fakultà ta' riflessjoni.", "Jien għandi obbligi morali u drittijiet fundamentali għax jien kapaċi nirrifletti u għax jien konxju ta' dak li qed nagħmel.", "Huwa l-bniedem biss li jista' jitkellem fuq drittijiet u drittijiet fundamentali.", "L-annimali ma jistax ikollhom drittijiet fundamentali għaliex ma jistgħux jaġixxu mill-punto di vista ta' self-reflection u ta' kuxjenza.", "L-annimali m'għandhomx obbligu morali li ma jeklux lil xulxin.", "Aħna n-nies għandna l-obbligu morali li ma noqtlux lil xulxin imma l-animali jridu jimxu skond il-liġi tan-natura biex ikunu jistgħu jgħixu.", "Jekk noqogħdu sejrin hekk, jekk iljun ikun se jiekol gażell, dan jista' jaqbeż quddiemu u jgħidlu li għandu dritt jgħix u allura ma jistax jieklu!", "Ovvjament la l-gażell u lanqas l-iljun m'huma se jiġġieldu din il-biċċa xogħol fil- qorti għax l-annimali jimxu mal-liġi tan-natura!", "Il-liġi naturali ma tinkludix il-liġi morali u għalhekk ma jistax ikun li wieħed jitkellem fuq id-drittijiet ta' l-annimali.", "Dan huwa żball fundamentali u ma jistax ikun li nibqgħu nitkellmu b'dan il-mod għaliex il-liġijiet ta' l-annimali m'humiex hekk.", "Il-liġijiet tan-nies u d-drittijiet fundamentali tan-nies jeżistu imma d-drittijiet fundamentali ta' l-annimali ma jistgħux jeżistu.", "Naf li ħafna drabi l-emozzjoni twassal lill-bniedem biex jippersonifika l- annimal.", "Dan narawh fil-cartoons tat-tfal u fi programmi oħra li naraw fuq it-televiżjoni għax dan huwa mod kif il-bniedem jipprova jħares lejn l- annimali mill-punto di vista tiegħu.", "Pero' dik tibqa' personifikazzjoni ta' l-annimali u tan-natura, jiġifieri mhuwiex il-każ li titkellem fuq id- drittijiet ta' l-annimali.", "Minkejja dan ̧ il-bniedem għandu l-obbligu li ma jaħqarx u ma jagħmilx ħsara lill-annimali.", "Naħseb li huwa obbligu ta' kull wieħed u waħda minna li ma noqogħdux nagħmlu ħsara lill-annimali għalxejn.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-annimali għandhom il-funzjoni tagħhom ukoll fil- kreazzjoni u fir-relazzjoni mal-bniedem, Sur President.", "Mr Speaker, importanti li meta nitkellmu fuq il-bniedem u fuq l-annimali nħarsu lejn l-evoluzzjoni komuni.", "Jien ili nistudja l-ħajja fid-dettall għal dawn l-aħħar 20 sena, anke fil-livell molekulari u m'għandix dubju li l-bniedem evolva minn pożizzjoni li hi parallela u li hija fl-istess siġra li evolvew minnha l-annimali u n-natura kollha, bil-pjanti b'kollox.", "M'għandix dubju li l-pjan tal-kreazzjoni kien wieħed evoluzzjonarju.", "Pero' minkejja li l-bniedem evolva ma' l-annimali, mal-pjanti u mal-kumplament tan-natura, jibqa' l-unika kreatura li hija self-reflective u li għandha l- consciousness.", "Id-dinja ilha teżisti erba' biljun sena filwaqt li l- bniedem ilu jeżisti biss xi erba' miljun sena.", "Għalhekk ikun tajjeb li nifhmu li l-informazzjoni ġenetika li tinsab fil-bniedem hija magħmula mill- addizzjoni ta' l-informazzjoni ġenetika kollha tal-linja ta' kull kreatura kollha li ilha teżisti mill-bidu tal-ħajja.", "Minħabba li aħna repożitorji ta' din l-informazzjoni li ġiet trasmessa minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni għal dawn il-miljuni ta' snin kollha u minħabba li l-annimali l-oħra kollha, il-pjanti u anke ħlejqiet l-oħra għandhom din l- informazzjoni ġenetika, aħna għandna obbligu speċjali li nikkonservaw din l-informazzjoni.", "Hemm evoluzzjoni oħra li wieħed irid iħares lejha b'mod attent ħafna, Sur President.", "Jekk wieħed jistudja l-evoluzzjoni tal-ħajja mill-bidu nett isib li hemm ukoll hemm l-evoluzzjoni tal-consciousness, li se nsejħilha kuxjenza.", "Kull annimal li laħaq grad ogħla fl-evoluzzjoni mill-annimal ta' qablu, żviluppa livell ogħla ta' kuxjenza.", "Din mhix is-self-consiousness li nsibu fil-bniedem.", "Irridu nirrispettaw il-fatt li ħafna mill-annimali għandhom il-kapaċità li jħossu bħall-bniedem, kuntrarjament għall-pjanta.", "Pjanta tista' tqaċċatha min-nofs għax ma tħoss xejn u m'għandhiex sistema nervuża, pero' l-annimali l-aktar għoljin għandhom sistema nervuża u allura għandhom il-kapaċita' li jħossu.", "Għalhekk il-bniedem għandu l-obbligu li jirrispetta l-fatt li m'għandux jagħmel ħsara u jaħqar lill-annimali.", "Wieħed ma jistax jgħid li jekk jagħti daqqa ta' sieq jew jaħqar kelb jew qattus – kif qal l-Onor.", "Gulia, din hija xi ħaġa ħażina u krudili ħafna – ikun qed jagħmel xi ħaġa tajba għax ċerti kreaturi għandhom sistema nervuża u allura jistgħu jħossu u jsofru l-uġigħ bħalma jsofri l-bniedem.", "Pero' nerġa' ngħid li l-annimali qatt ma jistgħu jilħqu l-livell tal- bniedem f'dak li għandu x'jaqsam ma' self-consciousness u riflessjoni.", "Dik hija riżervata għall-bniedem biss u għal ebda ħlejqa oħra fl-univers.", "Punt ieħor hu li hemm obbligu ieħor mill-bniedem lejn il-kumplament tal- kreazzjoni.", "Dan jifforma l-bażi ta' din il-liġi u hawnhekk il-bniedem m'huwiex biss steward imma huwa wkoll a co-creator.", "Dan sibtu f'wieħed mid- dokumenti Kattoliċi ta' l-Isqfijiet Amerikani li semmejt xi żewġ seduti ilu.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li dak li hemm f'din il-liġi li għandu x'jaqsam ma' bio-teknoloġija u mat-teknoloġija ta' l-inseminazzjoni u tal- feti huma l-kontribuzzjonijiet tal-bniedem lejn il-kreazzjoni li ħalaq Alla.", "Dan id-dokument ta' l-Isqfijiet Amerikani – ta' min igħid li dawn jiltaqgħu f'konferenza u jkun hemm xi 400 wieħed - isemmi punt importanti ħafna li jgħid hekk: \"God's presence in His creation is immanent\".", "Jiġifieri l-preżenza ta' Alla fil-kreazzjoni hija kontinwa.", "Għalhekk aħna għandna l-obbligu li mmexxu sew il-kreazzjoni tal-Ħallieq.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-liġi li għandna quddiemna hija tajba ħafna għaliex ma tidħolx fid-dettalji u taċċetta li l-annimali m'għandhomx jiġu maħqura.", "Jingħad ukoll li għandu jkun hemm pulizija, gwardjani lokali u kwalunkwe persuna oħra li jista' jinnomina l-ministru li jistgħu jagħmluha ta' pulizija fuq din il-liġi.", "F'din il-liġi hemm il-prinċipji ta' kemm wieħed jeħel jekk isir reat u hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq ammonti żgħar.", "Madankollu d-dettalji ma jistgħux jidħlu f'din il-liġi.", "Ma nistgħux inniżżlu kull dettall fuq kull forma ta' ħajja u fuq kull annimal li jeżisti fid-dinja għax ma jistax ikun.", "Is-sens komun jgħidilna li għandna nagħmlu din it-tip ta' liġi u nħalluha miftuħa għad-dinamiżmu tal-ħajja biex inkunu nistgħu inżidu u nnaqqsu għaliex il-ħajja u x-xjenza waslu f'sitwazzjoni li jridu jinbidlu.", "Dan nistgħu nagħmluh bi ftehim ma' l- oppożizzjoni u mingħajr ma noqgħodu ngħaddu mill-proċeduri ta' din il- Kamra.", "Jekk għall-fini ta' l-argument din il-liġi għamilniha 60 sena ilu, jista' jkun li jkun hemm speċi li llum m'għadhiex teżisti u li l-bniedem minħabba l-fakultà ta' co-creation tiegħu joħloq speċi ġdida.", "Hawnhekk mhu qed ngħidu xejn ġdid, Sur President.", "Fit-teknoloġija tal-laboratorji l-ħin kollu jinħolqu speċi ġodda ta' ġrieden u ta' annimali li huma mammali.", "Dan ifisser li kull darba li jiġi xjentist u joħloq jew jivvinta speċi ġdida ta' ġurdien, il-ministru jrid joqgħod jiġi f'din il-Kamra u jgħaddi mill-istadji kollha biex idaħħal speċi waħda bil-liġi.", "Dan ma jistax ikun u ma jagħmilx sens.", "Għalkemm jien nifhem li forsi l-oppożizzjoni trid turi li qed taqbeż għall-annimali, is-sens komun jitlob li tista' tinkorpora u tbiddel ir-regolamenti skond il-ħtieġa.", "Minħabba f'hekk irridu noqgħodu attenti li ma naqflux idejna b'ċintorin jew b'katnazz u mbagħad meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi nkunu rridu nemendaw il-liġi kull darba.", "Jista' jkun li anke sakemm tgħaddi din il- liġi, ikunu laħqu tbiddlu ċ-ċirkostanzi għax ix-xjenza hekk hi.", "Dan jista' jgħidu kulmin jaħdem f'dan il-qasam u min ma jkunx f'dan ix-xogħol forsi jkun qiegħed iħares mill-aspett ta' barra u ċerti dettalji ma jkunx jista' jarahom.", "Wieħed jista' jiftaħ il-gazzetta u jara x'fiha, imma l-magazines xjentifiċi ma jinqrawx minn kulħadd.", "Jien dawn ġieli naqrahom u nista' ngħid kemm ikun hemm tibdiliet mgħaġġlin.", "Per eżempju, illum hemm il- problema tal-patents, fejn illum joħroġ patent fuq annimal u wara ġimgħatejn joħroġ patent fuq annimal ieħor.", "Din hija r-realtà.", "Allura kull darba li tevolvi speċi ġdida trid toqgħod tiġi hawnhekk biex tibdel ir- regolamenti?", "Jien nitlob lill-oppożizzjoni sabiex toqgħod attenta għall- pożizzjoni li qed tieħu għaliex it-tip ta' liġi li trid hi torbot idejn il- gvern biex ma jkunx jista' jaġixxi.", "Il-ħajja tal-lum qiegħda fi stadju ta' tibdil kontinwu u allura ma jistax ikun li noqgħodu niġu hawnhekk kull darba li nkunu rridu nibdlu r-regolamenti.", "L-appell tiegħi hu li f'din il-liġi m'għandniex noqogħdu noħolqu ħafna konfrontazzjonijiet u nivvotaw kontra.", "B'din il-liġi rridu naraw kif l-affarijiet li semma l-Onor.", "Gulia jew li semma l-Onor.", "Noel Farrugia jiġu diskussi mal-ministru għall- agrikoltura u sajd ħalli ma noqogħdux noħolqu ħafna konfrontazzjoni bla bżonn fuq xi ħaġa li jien ċert li nistgħu naqblu fuqha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija li l- oppożizzjoni mhux qed taqbel ma' l-abbozz ta' liġi li qed jipproponi l- gvern għax dan jillimita ruħu għall-annimali li jrabbi l-bniedem.", "Min-naħa l-oħra, l-abbozz ta' liġi li pproponiet l-oppożizzjoni jħares lejn l- annimal f'sens aktar wiesa' u jinkludi l-annimali u l-ħlejjaq kollha.", "Ngħid għalija niddejjaq nuża l-kelma annimal għaliex kultant din tinftiehem ħażin.", "Aħna nemmnu li jekk is-soċjetà jkollha l-kultura li tagħraf tirrispetta l-ħlejjaq f'sens wiesa', ikollna soċjetà li tabilħaqq tgawdi livell għoli ta' għajxien.", "Aħna nemmnu li hawnhekk jidħol l-aspett edukattiv għax importanti li s-soċjetà tkun aktar dixxiplinata fil- konfront tal-ħlejjaq kollha u hawnhekk nagħmel riferenza għall-annimali protetti tal-baħar u għall-mod kif dawn qed jiġu abbużati.", "Qed ngħid dan għax jirriżulta li filwaqt li s-sajjieda Maltin u Għawdxin jistadu b'metodi tradizzjonali ̧ konservazzjonisti ̧ selettivi u legali biex jipproteġu l-annimali protetti tal-baħar, insibu li fir-reġjun tal- Mediterran jeżistu metodi distruttivi għall-qabda tal-ħut, metodi li jikkaġunaw dannu u moħqrija kbira fuq dawn l-ispeċi ta' ħlejjaq tal-baħar, bħalma huma d-dniefel, il-klieb il-baħar, il-fkieren u l-balieni, għalkemm dawn ta' l-aħħar ma tantx għadhom ipassu fil-Mediterran.", "Ir- realtà hi li fir-reġjun tal-Mediterran jeżistu nuqqasijiet kbar f'dan ir- rigward.", "Biżżejjed nieħdu l-kwestjoni li kellna dan l-aħħar dwar is-sajd tat-tonn biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar x'qed ngħid, Sur President.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-każ tax-xibka magħrufa bħala l-purse-seiner li tintuża għall-qbid tat-tonn, naturalment mhux minn sajjieda Maltin u Għawdxin imma minn sajjieda oħra fir-reġjun tal-Mediterran.", "Din ix-xibka hija magħrufa bħala x-xibka tas-sajd distruttiv u mhijiex legali f'ċerti xhur partikolari fil-Mediterran.", "Id-daqs ta' din ix-xibka huwa ta' kilometru in diameter u meta din tintuża, tinżel fond ta' mhux inqas minn 30 metru.", "Minħabba dan, is-sajjieda jrid ikollhom bastimenti tas-sajd ta' aktar minn 50 metru sabiex ikunu flessibbli għal dan it-tip ta' sajd.", "Ġeneralment meta jsir dan it-tip ta' sajd ikun hemm cable ta' l-azzar imqabbad max-xibka, li f'xi ħinijiet jintrefa' ħalli jingħalaq il-qiegħ tax-xibka u b'hekk il-ħut jispiċċa maqbud fil-baħar.", "U meta tingħalaq ix- xibka ma jkunx hemm biss tonn imma jkun hemm ukoll ħlejjaq u annimali protetti tal-baħar, fosthom dniefel u fkieren.", "Għalhekk wieħed irid jistabilixxi l-konsegwenza tal-moħqrija suġġetti għaliha l-annimali protetti tal-baħar kawża tan-nuqqas ta' ossiġnu u nuqqas ta' ilma.", "Fil- fatt huwa magħruf li ħafna minn dawn il-ħlejjaq ħafna drabi jmutu fgati u jintremew lura fil-baħar għax imbagħad il-laħam ma jkunx tajjeb għall- konsum, Sur President.", "Irrid infakkar li gvernijiet Laburisti preċedenti kienu għamlu pressjoni kbira sabiex iwasslu dawn l-ilmenti f'fora internazzjonali.", "Aħna għamilna din il-pressjoni biex nispjegaw il-karatteristika tas-sajd tagħna, f'dan il- każ is-sajd tat-tonn.", "Ovvjament ridna nispjegaw ukoll il-moħqrija li qed ikunu suġġetti għaliha dawn l-annimali protetti.", "Issa filwaqt li aħna għedna li dawn it-tip ta' xbieki tat-tonn għandhom jiġu pprojbiti, ipproponejna sabiex jiġu aboliti mekkaniżmi oħra bħal helicopters u ajruplani li jintużaw bħala parti minn proċess li jinvolvi dan it-tip ta' sajd u anke għamilna riferenza għall-impatt li jista' jirriżulta fuq il- konsumatur.", "Ir-raġuni hija li minbarra l-moħqrija u l-ksur tal-liġi tal- protezzjoni ta' dawn il-ħlejjaq tal-baħar, ikun hemm ukoll livelli għolja ta' histamine fil-każ tat-tonn – dan huwa livell ta' kimika fid-demm li jista' jibqa' attiv u jogħla fil-livell tiegħu sa 24 siegħa wara li tkun mietet il-ħuta – li allura ma jiġrix meta jistadu s-sajjieda tagħna għax matul is-snin dawn tgħallmu jiskarnaw it-tonn biex il-histamine ma jitlax fil-livell.", "Minn hawnhekk jien insellem lis-sajjieda Maltin u Għawdxin li dejjem kienu responsabbli u dejjem ipproteġew fejn setgħu dawn l-ispeċi bis-sistemi tas- sajd tagħhom, filwaqt li pajjiżi oħra fir-reġjun tal-Mediterran qed iwettqu din il-moħqrija kollha.", "Forsi għad jgħidilna l-Ministru jekk jirrikonoxxix din il-pożizzjoni u jgħidilna wkoll x'miżuri ttieħdu matul l-1999 u s-sena 2000 biex nassiguraw li jsir ċertu kontroll f'xahar partikolari.", "Jien min-naħa tiegħi lest li nagħti garanzija", "li s-sajjieda Maltin u Għawdxin huma fost l-aktar sajjieda fir-reġjun tal- Mediterran li jirrispettaw l-ispeċi protetti ta' ħut u l-annimali tal- baħar.", "Per eżempju ̧ fil-każ tal-qabda tal-pixxispad dawn ma jużawx id- drift-net, xi ħaġa li l-gvern Laburista preċedenti kien ħadem fuqha f'fora internazzjonali sabiex tiġi abolita.", "Din id-drift-net hija xibka twila għaxar kilometri li meta titwaddab fil-baħar tiġi qisha purtiera.", "Fil-fatt din ix-xibka li jkollha s-sufri fil-wiċċ tkun f'forma ta' żig-żag biex ebda ħuta ma tiskappa.", "F'din ix-xibka li qed insemmi issa mhux il-pixxispad biss jispiċċa imma jispiċċaw anke ħlejjaq tal-baħar protetti bħal fkieren, klieb il-baħar u dniefel.", "Għalhekk meta s-sajjieda jtellgħu x-xibka, dawn il-ħlejjaq protetti jkunu ġew maħqura u maqtula.", "Jirriżulta li għal xi snin kien hemm ċertu kontroll fuq dan il-mod ta' sajd illegali, iżda f'dawn l-aħħar snin, partikolarment matul is-sena li għaddiet u din is-sena, irriżulta li xi sajjieda fir-reġjun tal-Mediterran reġgħu mill-ġdid għamlu abbuż minn din it-tip ta' xibka li ma tipproteġi xejn dawn il-ħlejjaq protetti tal-baħar.", "Jien informat ukoll li dawn ċekknu l-malji ta' dawn ix-xbieki ħalli jinqabad ħut akbar bħal dak magħruf bħala t-tonn iż-żgħir.", "Allura hawn bilfors ikolli nitlob lill-Ministru biex fil- winding-up jispjega ftit x'sar matul dawn l-aħħar snin fuq dawn id-drift- nets li minbarra li ma jirrispettaw xejn u joħolqu din il-moħqrija kollha fuq il-ħut, m'hemmx dubju li jaffettwaw ukoll is-sajda tal-Maltin u l- Għawdxin għax b'dan il-metodu il-kwantità ta' pixxispad li jinqabad tkun waħda kbira u allura ma jkunx hemm bilanċ f'dik li hi sajda fir-reġjun.", "Dan qiegħed ngħidu għaliex jirriżulta li filwaqt li aħna għandna sajjieda li jużaw l-aktar sistemi li jirrispettaw ħlejjaq protetti, meta għal xi raġuni jew oħra dawn kienu qed jiddefendu l-għajxien tagħhom, il-Gvern Malti, permezz ta' l-armata ̧ ipproteġa sajjieda li kienu qed jużaw dawn il-metodi brutali.", "Dan imur kontra l-prattika tal-protezzjoni ta' dawn l-ispeċi ta' ħlejjaq tal-baħar.", "Mr Speaker, il-liġi li qed iressaq il-gvern hi skeletru f'dik li hi regolamentazzjoni attiva u prattika għax għad irid jistabiliha l-ministru.", "Hemm obbligi fundamentali li rridu nirriflettu sew fuqhom.", "Dan ma nagħmluhx billi nċekknu lil xulxin imma billi nifhmu x'inhuma l-konsegwenzi u x'inhi l-moħqrija li qed ikunu suġġetti għaliha dawn l-ispeċi f'qiegħ il- baħar.", "Aħna ħafna drabi niffirmaw il-konvenzjonijiet biex nipproteġu u mbagħad ninsew l-obbligi u d-dmirijiet tagħna.", "Nista' ngħid li kien bagħat għalija wkoll id-direttur tas-sajd wara li fit-18 ta' Mejju ta' din is- sena għarraftu bl-inkwiet u bid-diffikultajiet kbar li kien hemm bejn sajjieda Maltin u dawk barranin dwar il-kwestjoni tat-tonn.", "Pero' f'dan il-parlament donnu li niżżuffjettaw b'min jipprova jagħti appoġġ fi kwestjoni bħal din.", "Ħafna drabi dak li jsir min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma nikkalkolawhx imma nipprovaw inbaxxuh u ndgħajfuh, pero' mbagħad meta nkunu għamilna xi missjoni fuq xi protezzjoni ta' denfil inkunu kuntenti għax inkunu ħadna coverage fil-media internazzjonali u għax jiġbdulna erba' ritratti u nidhru li qed indewwu u nipproteġu dawn il-ħlejjaq.", "Pero' ikun l-istess direttur li jkun qed jippermetti dawn l-affarijiet mingħajr ma jagħmel rapporti xjentifiċi f'fora internazzjonali biex jippreżenta dawn l-affarijiet.", "L- aqwa li lill-ministru jgħidulu li se jagħmlu rapport xjentifiku biex jiżguraw li jkun hemm raġunijiet għaż-żona tas-sajd u żona ta' konservazzjoni!", "Pero' ir-rapporti xjentifiċi li jolqtuna fil-laħam il-ħaj inħalluhom fuq l-ixkaffa u ma nagħtu l-ebda rendikont, kif aħna fid-dmir li nagħtu, kemm bħala membri parlamentari eletti mill-poplu kif ukoll bħala diretturi jew nies responsabbli għal dawn l-affarijiet.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi rrid insellem mhux biss lis-sajjieda imma anke lill- produtturi lokali tal-majjal għall-mod kif flimkien mal-koperattiva, ħadmu sabiex jindirizzaw problema li kienet għaddejja minnha l-industrija tat- trobbija tal-majjal.", "Per eżempju ̧ f'dawn l-aħħar sentejn, għal xi raġuni jew oħra, il-majjal kien qed ibati minn diffikultajiet fil-pulmun, bil- konsegwenza li l-proċess tat- trobbija waqa' lura.", "Fil-fatt majjal minflok beda jilħaq ta' sitt xhur u nofs jew seba' xhur, beda jilħaq ta' seba' xhur u nofs u tmien xhur.", "Ovvjament il-produtturi kien qed ikollhom spejjeż aktar minħabba l-medikazzjoni u l-ġwież u minn hawnhekk nixtieq nifirħilhom għax minflok sabu min jersaq lejhom u jipprova jgħinhom, kien hemm min mar biex jinnegozja magħhom ħalli jbaxxilhom il-prezz tal-prodott tagħhom.", "Pero' dawn impenjaw ruħhom biex jikkontrollaw dawn id-diffikultajiet li nħolqu f'din l-industrija .", "Jien irrid nappella lill-awtoritajiet konċernati li wasal iż-żmien li jekk verament nemmnu li rridu nipproteġu d-drittijiet ta' l-annimali u s-settur tal-biedja, hemm bżonn li f'sitwazzjonijiet bħal dawn inkunu aktar responsabbli u aktar saqajna ma' l-art.", "Aħna niġu hawnhekk kollna ngravati u ġlekkijiet ...", "(Interruzzjonijiet) Illum m'għandix ġlekk imma qed ngħid għalija wkoll!", "F'pajjiżna għandna nies li ħafna drabi noqogħdu 'l bogħod minnhom għax kultant ikollhom riħa differenti minn dik ta' xi aftershave li kultant ikollna fuqna aħna!", "Dawn in-nies, minkejja dak kollu li nippruvaw ninsinwaw fuqhom u minkejja dawk il-ħbula kollha li nippruvaw indendlulhom ma' għonqhom, kienu fost in-nies li minkejja li ħadd ma għenhom finanzjarjament, ħarġu flejjes kbar.", "Biżżejjed ngħid li l-iktar mediċina magħrufa li ma tħallix impatt fuq il-laħam tal-majjal, għoliet minn Lm8.00 għal Lm18.00 il-kilo.", "Hawnhekk irridu napprezzaw il-kapaċita' u l-imħabba li f'pajjiżna teżisti għall-annimali.", "F'dan il-każ qed nitkellem fuq il-produtturi tal-majjal u tal-koperativa li għamlu d-doveri tagħhom, minkejja kull sagrifiċċju personali.", "Dan ifisser li daħħlu jdejhom fil-but u ħarġu l-flus biex jaraw li jagħmlu ħidmiethom tajba.", "Minn hawn nawguralhom li jkomplu mexjin biex jikkontrollaw dan l-iżvantaġġ li seta' ħoloq konsegwenzi diffiċli, f'dan il-każ fuq it-trobbija tal-majjal.", "Dan kollu seħħ filwaqt li l-ministeru u l-gvern kienu rresponsabbli u moħħhom fis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan qed ngħidu għaliex tajjeb li l-gvern jirrealiżża li jkun aħjar li flok kif qed jagħmel illum - li mil-lum għal għada jibgħat għall-għaqdiet biex jiddiskuti magħhom il-position paper bil-giljottina, fejn dawn iridu jiddeċiedu malajr kemm jista' jkun fuq il-futur ta' l-għixien tal-membri tagħhom – jibda jirrifletti fuq l-appoġġ li għandu bżonn is-settur tal- biedja u li għandha bżonn is-soċjeta' tagħna biex ikollna liġijiet li tabilħaqq jinċentivaw kultura li tkun tħares b'definizzjoni aktar wiesgħa lejn il-ħlejjaq, f'dan il-każ l-annimali.", "Dan hu mezz kif aħna lkoll, nifhmu jew ma nifhmux, konxji tal-ħaġa jew le, noħolqu l-istrutturi u l- għodda fis-soċjeta', kemm permezz ta' liġijiet fil-parlament u kemm permezz ta' strutturi li tabilħaqq jipproteġu s-sens wiesa' tal-ħarsien tad- drittijiet ta' l-annimali.", "Hemm ukoll għaqdiet li meta tkellmu miegħi wrew ċerti riżervi fuq kemm il- gvern hu konxju ta' dan l-impenn.", "Dawn l-għaqdiet esprimew dan għaliex huma konxji li iktar jagħmel sens dak li qed jipproponi l-Partit Laburista permezz ta' l-oppożizzjoni f'dan il-parlament u permezz ta' dan l-abbozz.", "Nafu li biex ikun hemm aktar sorveljanza ħajja u attiva bilfors irid ikun hemm is-sosteniment tal-ministeru ta' l-intern fir-regolamenti.", "Permezz ta' hekk ikun hemm mod aktar attiv, parteċipattiv u strutturat kif aħna nistgħu verament immexxu d-dixxiplina fis-soċjeta' tagħna favur il-ħarsien u d- drittijiet ta' l-annimali.", "Dawn huma sentimenti espressi mhux minn dawk li nsibuhom id-dar taħt xi fan jew taħt l-arja kkundizzjonata, imma li minn buthom u fil-ħin liberu tagħhom imorru jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dawn l- annimali li jsibu abbandunati u skartati fil-gżejjer tagħna u fiċ-ċentri li għandna f'pajjiżna.", "Dan hu grazzi għall-ħidma, il-persistenza u l- kapaċita' tagħhom biex iġibu 'l quddiem mhux biss id-dritt ta' l-annimal, imma biex fil-limitazzjonijiet tagħhom jagħtu karattru sod lis-soċjeta' tagħna u jżommuha dejjem attenta u dejjem suġġetta li tirrikonoxxi l- importanza li trid tikkoreġi u titgħallem li lill-annimali tagħtihom l- importanza li jistħoqqilhom.", "Jekk aħna nemmnu li dawn il-ħlejjaq huma ħlejjaq li għandhom dritt, bħalma għandhom dritt il-bnedmin li jgawdu l-ħolqien t'Alla, irid ikollna loġika li nirrealiżżaw u li nipprattikaw.", "Quddiem ix-xjenza dejjem tirbaħ il- loġika.", "Dan hu l-appell tiegħi lin-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Nappellalha biex tpoġġi l-loġika quddiem u tirrikonoxxi dak li qed nippruvaw nispjegaw aħna u l-bżonn li nkunu aktar attivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien u d- drittijiet ta' l-annimali.", "Ma nistgħux nibqgħu biss attivi billi nagħmlu l- moderniżżazzjoni fil-biċċeriji u li naraw li jkollna r-regoli biex nużaw l- aħjar sistemi sostenibbli u li jkunu tajba biex inaqqsu l-moħqrija fuq l- annimali.", "Naturalment dan hu importanti, qiegħed hemm u rridu nkomplu nsostnuh.", "Madankollu ma nistgħux niefqu hemmhekk biss.", "Irridu nħarsu b'mod iktar wiesa' jekk verament irridu nirrispettaw li l-ħolqien kollu taħt il-kappa tax-xemx għandu jkun irrispettat.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, nitolbok tikkonkludi għax għalaqlek il- ħin.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nagħlaq billi nirriferi għar-rimarki li għoġbu f'xi ħin jew ieħor jgħaddi l-Ministru Ninu Żammit fir-rigward ta' interventi u stqarrijiet li ppruvajt nagħmel u li jien fid-dmir li nagħmel.", "Nitolbu biex bis-sinċerita' kollha jweġibni ħalli almenu l-obbligi tiegħi, li quddiem dan il-parlament huma marbuta b'ġurament, inkun qed nagħmilhom korrettament u kif titlob il-loġika .", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, din hi l-ewwel darba li effettivament liġi li tirrigwarda drittijiet li ser jingħataw lill-speċi eżistenti li sal- lum m'għandhomx drittijiet, spiċċat għad-diskussjoni quddiem dan il- parlament.", "Din hi l-ewwel darba, nerġa' ngħid, minkejja li smajna li diġa' kien hemm draft bill u li anke ġiet preżentata private member's motion.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li l-ħajja tal-gvern preċedenti kienet qasira wisq biex il-ministru responsabbli dak iż-żmien seta' jasal biex iressaq għad-diskussjoni din it-tip ta' liġi.", "L-arloġġ daqq kmieni wisq għalihom!", "Biss jidher li llum il-kap ta' l-oppożizzjoni sab il-ħin mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni sabiex iressaq abbozz li fih xi 120 klawsola bl-għan li jistabilixxi protezzjoni u drittijiet għall-annimali.", "Qegħdin niddiskutu sitwazzjoni fejn il-gvern tal-lum bis-serjeta', bħalma għamel f'wegħdiet oħra li effettivament wettaq, wasal biex iressaq dan l- Att.", "Dan hu tassew qafas u l-ewwel pass sabiex mhux biss nilleġislaw fuq il-karta kif għandna nżommu l-annimali u l-bqija, imma issa se jkollna liġi li biha nistgħu nfittxu li noħolqu kultura ġdida qalb il-Maltin kollha.", "Il- maġġoranza tal-Maltin ma kellhomx bżonn din il-liġi biex iħarsu lejn l- attitudni tagħhom u jaraw il-mod kif jaġixxu u jieħdu ħsieb l-annimali.", "Il- massa kbira tan-nies li jżommu annimali għall-wens jittrattawhom mhux bħala annimali imma bħala parti ntegrali mill-familja tagħhom, lesti li jonfqu ammonti sostanzjali ta' flus biex jieħdu ħsiebhom u biex jaraw li ħajjithom tkun komda daqs tagħhom.", "Madankollu jibqa' dak il-proporzjon żgħir ta' nies li wieħed irid jirregolalhom l-imġiba tagħhom għaliex m'għandhomx min- nies, jew inkella huma ttraskurati bil-mod kif iżommu jew jieħdu ħsieb l- annimali tagħhom.", "Il-liġi ssemmi l-annimali li jinżammu għax-xogħol, l-annimali li jinżammu għall-isports, l-annimali li jinżammu għall-wens u l-annimali li jitrabbew u jitkabbru għas-simna u għall-ikel.", "Wieħed irid jgħid li f'Malta prattikament ftit li xejn baqa' annimali għax-xogħol, ħlief għal xi kelb li filwaqt li nżommuh għall-kumpannija, nippretendu li jkun ukoll kelb ta' l- għassa sabiex javża jekk xi ħadd ikun se jidħol fejn m'għandux jidħol.", "F'Malta m'għandiex annimali li jinżammu għall-protezzjoni jew annimali oħrajn li jintużaw għal xogħol ieħor.", "Dan għaliex filwaqt li qabel kien ikollna bhejjem li jintużaw fir-raba' għal skopijiet ta' ħart u ta' xogħol ieħor agrikolu, illum kważi ma baqa' xejn ħlief li xi kultant wieħed jinzerta lil xi ħadd għaddej b'xi bhima bil-karettun sabiex twasslu sa l- għalqa.", "Prattikament nista' ngħid li dan it-tip ta' xogħol hu ħaġa tal- passat, ħaġa folkloristika.", "Naturalment ħaġa tajba li llum il-bidwi għandu l-kumditajiet tat-tractors, tal-muturi tal-ħart u ta' muturi żgħar li jarmalhom kaxxa warajhom u b'hekk jasal b'aktar kumdita' fl-għalqa tiegħu.", "Illum il-bidwi għandu l-kumditajiet għax hawn il-mezzi u l-makkinarji biex ikun jista' jieħu ħsieb ir-raba'.", "Sur President, xtaqt nirriferi għall-annimali li jinżammu għax-xogħol.", "Nafu li l-pulizija f'xogħolha tuża annimali kontra ċerti kriminali fil-ġlieda tagħha kontra d-droga.", "L-ewwelnett wieħed irid irodd ħajr għax-xogħol li jsir minn dawn l-annimali u għal min jieħu ħsiebhom fil-korp tal-pulizija.", "Wisq iżjed wieħed jispera li dawn il-ħbieb jinżammu fl-aħjar kondizzjoni possibbli sabiex filwaqt li jagħtuna s-servizz li huma mdorrijin jagħtu, jiġu ttrattati b'mod li ssirilhom l-inqas ħsara possibbli.", "L-Onor.", "Membru fuq in-naħa l-oħra qed jgħid li dawn jiġu ddrogati biex imbagħad ikunu jistgħu jagħrfu d-droga.", "Naħseb li f'dan il-każ that's a necessary evil, sabiex il-kelb ikollu l-kilba li jsib id-droga li ċerti nies jippruvaw jimportaw f'Malta.", "Għandna wkoll ċerti klieb li jservu bħala għajnuna u wens għal dawk b'nuqqas ta' dawl.", "Dawn huma annimali li sfortunatament ma ssemmewx s'issa u li xogħolhom hu importanti ħafna.", "Dan ikompli juri kemm aħna kapaċi li niżviluppaw l-għarfien u t-talenti ta' l-annimali sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil min għandu ċerti nuqqasijiet.", "Wieħed irid jirrealiżża li f'dan is-settur irridu ngħallmu lil dawn l-annimali biex jagħmlu dan ix-xogħol, pero' bl-ebda mod ma tista' ssir moħqrija f'dan il- kamp.", "F'Malta għandna l-isport taż-żwiemel li hu legali, Sur President, qasam li żgur irridu nirregolawh.", "Qed ngħid dan għaliex xi kultant isir abbuż mill- annimali fejn sid jew ġerrej ta' żiemel ikun lest li jnigges jew jagħti sustanzi lill-istess annimal sabiex imbagħad jieħu dik il-biċċa fidda d-dar u l-premju li joffrulu fil-Marsa jew fejn tkun qed tiġi organiżżata t- tellieqa.", "Dan inqabblu ma' meta jsiru testijiet at random fuq kull persuna li tieħu parti fl-atletika jew fi sport ieħor biex jaċċertaw li dawn ma jeħdux drogi biex itejbu u jsaħħu l-mod kif jipparteċipaw sabiex jiġru iżjed u jmorru aħjar.", "Naħseb li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jsiru random checks fuq l-annimali li jirbħu ċerta tlielaq u anke dawk li jipparteċipaw u ma jirbħux imma jġibu riżultati li mhux normalment jinġiebu.", "Mhux darba jew tnejn li sfortunatament rajna annimali jikkollassaw wara t-tlielaq.", "Dan iseħħ minħabba li jkunu ġew mogħtija sustanzi li qalbhom jew il-fiżika tagħhom ma tkunx tiflaħ għalihom.", "Iktar importanti minn dan irridu naraw li jispiċċa ċertu sport li jsir bl- annimali.", "Ħafna drabi dan ma jkun sport xejn imma li jkun moħqrija.", "Xbajna nisimgħu bil-ġlied tal-klieb u bil-ġlied tas-sriedak.", "Dawn jiġu organiżżati u n-nies imorru għalihom ħalli jilagħbu l-flus fuqhom u biex dak li jkun jiftaħar li għandu l-aqwa klieb tal-ġlied jew serduq tal-ġlied.", "Jirriżulta biċ-ċar Ii r-regolamenti li eventwalment irid joħroġ il-ministru jridu jkunu riżultat ta' din il-liġi u għandhom jorbtu bħala assoċjazzjoni f'att kriminali lil dawk kollha li jipparteċipaw f'dan it-tip ta' sport.", "Kieku kellna t-tlielaq tal-klieb bħalma jsir barra minn Malta, fejn kollox ikun organiżżat fuq bażi aċċettabbli u fejn il-kelb jitrabba bħala terrier breed, ngħidu li kollox sew.", "Tajjeb li jkollna sports fejn isiru wirjiet u kompetizzjoni għall-isbaħ kelb, fenek jew tajra u li nġibu nies minn barra bħala ġurija.", "Hawnhekk qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem.", "L-iskop tagħna għandu jkun li nibnu kultura li tieħu ħsieb iżjed dawn l-affarijiet, pero' irridu nibnu kultura li lesta tirrapporta u twiddeb lil dawk li ma jagħmlux hekk.", "Il-ġimgħa l-oħra smajna bl-isport pervers ta' dawk iż-żewġ ġuvintur li sabiex juru kemm huma cool u kemm ħadd ma jista' għalihom, minflok żammew il-kelb li sabu fit-triq ħarqu parti minnu bi blowlamp.", "Din hi liġi li trid tirregola lil dawn in-nies li ma tantx jistgħu jiġu kklassifikati bħala umani għax huma agħar mill-annimali.", "Jekk bniedem kapaċi li jasal biex jisserra mnieħer ta' kelb, bħalma smajna lill-Onor.", "Gulia jgħid, ma baqalniex fejn naslu.", "Ma nafx nistgħux nimmaġinaw lil xi ħadd li jaqbad bniedem u jisserralu jdejh.", "Din il-liġi hi neċessarja fil-konfront ta' ċertu abbuż li jsir, bħalma huma neċessarji liġijiet oħrajn li niddiskutu.", "Dawn fil-maġġoranza tagħhom ma jaffetwawx lill-poplu Malti inġenerali, pero' jaffetwaw lil dik il-porzjoni żgħira tal-popolazzjoni li tabbuża.", "Hawnhekk insemmi l-liġi dwar atti kriminali u l-liġi dwar abbuż mid-droga.", "Għal ħafna nies dawn il-liġijiet jistgħu ma jeżistux għaliex iridu jgħixu ħajja normali fejn in-normalita' hi dik aċċettabbli mis-soċjeta' in ġenerali.", "Huwa biss persentaġġ minimu li jabbuża.", "Din hi s-sitwazzjoni ta' llum li ġabitna għal dan l-Att.", "Nirriferi għall-annimali għal skop ta' wens.", "Din il-liġi tgħid li min ikollu annimal u jitilqu barra jrid jibqa' responsabbli għalih, għalkemm jiddispjaċini ngħid li ma nafx kemm se jkun possibbli li nsibu sid l- annimal li jkun intelaq f'nofs il-kampanja.", "Dan ma jkollux indirizz miktub fuqu u l-maġġoranza ta' l-annimali għadhom ma bdewx jitkellmu u wisq inqas ikollhom return address!", "Jiena nemmen li rridu nkunu saqajna ma' l-art meta naġixxu f'dawn l-affarijiet.", "Irridu nkunu kapaċi nieħdu l-passi neċessarji u ma nippruvawx immorru minn nejja għal maħruqa, kif ġie sfortunatament issuġġerit minn xi kelliema tan-naħa l-oħra.", "Hemm ukoll l-annimali li jitrabbew għall-bżonnijiet ta' l-ikel u l-mod kif għandna nrabbuhom.", "Hawnhekk għandu jkun hemm attenzjoni dwar x'nitimgħuhom u kif nitimgħuhom.", "Il-ħnieżer m'għandhomx jiġu mogħtija żibel u skart li jinġabar minn barra.", "L-ikel li jingħata lill-annimali m'għandux ikollu affarijiet fih li jistgħu jikkawżaw mard bħalma ġara dan l-aħħar kemm fl- Ewropa u kemm fl-Ingilterra.", "Jien ngħid li din hi liġi tajba u dan hu l- ewwel pass.", "Aħna mhux qed ngħidu li din hi liġi perfetta, għax dan hu kamp ġdid fejn se nibdew nirregolaw affarijiet li sal-lum ma kien hemm l-ebda regolamentazzjoni vera dwarhom.", "Din il-liġi se tagħti ċerti drittijiet lil xi kreaturi li jeżistu, liġi li permezz tagħha rridu naslu biex ngħixu f'soċjeta' aħjar minn tal-lum, fejn uliedna jitrabbew f'kultura li jaċċettaw dawn ir-regoli.", "Din hi liġi li iżjed u iżjed se tagħti ġieħ lill-poplu Malti.", "Aħna dan mhux qed nagħmluh minħabba li se nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew għaliex qegħdin viċin l-Italja jew naqra 'l fuq mil-Libja.", "Din hi liġi li l-poplu Malti kollu għandu bżonnha sabiex għada pitgħada jgħix b'sistema li hi wisq aħjar mil- lum.", "Mr Speaker, nirringrazzjak talli qgħadt tismani u nispera li sakemm niġu biex inlestu din id-diskussjoni, in-naħa l-oħra tkun ippreparat ruħha aktar għal meta niġu biex nidħlu fid-dettall fuq dan l-abbozz ta' liġi fl- istadju ta' Kumitat, meta niddiskutuh klawsola klawsola biex naraw x'nistgħu nżidu jew innaqqsu.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: F'dak l-istadju, nistgħu niddiskutu x'regolamenti jista' jkun hemm bżonn li jsiru biex eventwalment jiġu jagħmlu part and parcel minn din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, l- Erbgħa, 11 ta' Lulju 2001, fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' indirizz lill-President tar-Repubblika dwar it-tneħħija ta' imħallef.", "Forsi jkun aħjar li hawnhekk nispjega ftit, Sur President, il-proċedura li ġiet stabilita fl-aħħar laqgħa tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra.", "Il- proċedura hi li l-mozzjoni titressaq mill-proponent, jiġifieri mill-prim ministru, li jagħmel introduzzjoni u mbagħad l-oppożizzjoni tkun tista' tagħti t-tweġibiet tagħha.", "Pero` imbagħad id-dibattitu jieqaf hemm u l- Kamra taġġorna d-diskussjoni għal seduta oħra li tiġi stabilita iktar tard.", "F'dak l-istadju, bil-qbil li sar fil-kumitat tax-xogħol tal-Kamra, is-Sedja tkun awtorizzata tikkomunika ma' l-Imħallef, tgħaddilu l-informazzjoni kollha li tkun ġiet reġistrata - inkluż it-traskrizzjoni ta' dak li jkun intqal fis-seduta tal-lejla - u l-Imħallef jiġi mistoqsi jekk ikunx irid iressaq il-każ tiegħu f'seduta plenari tal-parlament jew f'kumitat li jista' jiġi ddelegat mill-parlament stess biex jisma' dik il-proċedura.", "Imbagħad skond it-tweġiba ta' l-Imħallef, inkunu nistgħu nistabilixxu l- fażi li jkun imiss tal-proċedura u, sabiex tiġi stabilita dik il-fażi, jerġa' jiltaqa' l-kumitat tax-xogħol tal-Kamra ħalli nerġgħu nistabilixxu l-proċedura li se nużaw minn hemm 'il quddiem.", "Dan qed ngħidu għal dak li għandu x'jaqsam mas-seduta tal-lejla.", "Jiena nassumi li l-mozzjoni mhijiex se tieħu s-seduta kollha u għalhekk is- seduta tal-lejla tkompli bl-Ordnijiet tal-Ġurnata li huma:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputeriżżata -Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni t'Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Bħalissa l-pajjiż għaddej minn kriżi kbira, pero` jidher li kulħadd qed jibqa' ħalqu magħluq.", "Hawn qed nirriferi kemm għall-korpi kostitwiti kif ukoll għan-nies li għandhom ir-responsabbilta' li jkunu nvoluti.", "Il-kriżi li qiegħed nirriferi għaliha hija dik fl- industrija.", "M'iniex qed nesaġara meta ngħid li teżisti kriżi enormi f'dak li nikklassifikaw b'mod ġenerali bħala l-manifattura.", "Biżżejjed naraw x'inhu jgħid l-uffiċċju ta' l-istatistika, Sur President.", "L-NOS ħareġ jgħidilna li għax-xahar ta' Mejju l-esportazzjoni naqset b'aktar minn Lm36 miljun fuq Mejju tas-sena l-oħra – minn Lm92 miljun għal ftit aktar minn Lm55 miljun.", "L-esportazzjoni domestika waħedha naqset b'Lm34.6 miljun, waqt li r-riesportazzjoni naqset b'Lm2.1 miljun.", "Kellna wkoll nuqqas fl-importazzjoni kkawżat minn nuqqas ta' ordnijiet fl- esportazzjoni, bin-nuqqas ta' industrial supplies ilaħħaq mal-Lm61 miljun.", "Jien ngħid li meta wieħed jara dawn iċ-ċifri verament għandu għaliex jinkwieta u għalhekk nitlob lill-korpi kostitwiti, lill-kamra tal-kummerċ, lill-FOI u lill-GRTU sabiex juru l-fehma tagħhom għaliex, kif wieħed jista' japprezza, din il-kriżi se jkollha effett kbir fuq l-ekonomija tal- pajjiż u fuq is-setturi kollha, Sur President.", "Jekk wieħed jidħol ftit aktar fil-fond u jħares lejn is-setturi ta' l-ikel, tat-tabakk u ta' l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-makkinarju, jinduna li f'kull wieħed minnhom kellna nuqqas fl-esportazzjoni apparagun ma' Mejju tas-sena l-oħra.", "In-nuqqas ivarja minn eluf ta' liri f'ċerti setturi għal miljuni kbar – sa Lm21miljun – f'setturi oħrajn.", "M'hemmx dubju li jeżistu l- problemi u nista' ngħid li hemm ħafna industriji li qed isibuha diffiċli biex ikomplu għaddejjin bl-istess ritmu.", "Il-gvern li ftaħar li kien ġab ditta Amerikana li għandha x'taqsam ma' affarijiet solari - din ingħatat fabbrika f'Ħal Far li kienet l-ikbar waħda ta' Malta, dik fejn kienu jsiru l-containers – iżda sfortunatament nafu li anke din għandha d- diffikultajiet.", "Pero` l-għajb hu li din il-fabbrika kienet allokata u meħtieġa biex fabbrika ewlenija f'pajjiżna, id-Dowty, tiġi ttrasferita hemm sabiex tkun tista' iddaħħal aktar makkinarju, tirristruttura ruħha aħjar u b'hekk tkun tista' tipproduċi b'mod aktar effiċjenti, kemm fil-kwalita' kif ukoll fil-kwantita'.", "Dan il-pjan kollu sfaxxa u llum id-Dowty stess għandha d-diffikultajiet.", "Jiena smajt – nispera li mhux minnu - li hemm ħsieb li din il-fabbrika tibda taħdem mill-Polonja.", "Nispera li din l- informazzjoni li waslitli m'hijiex vera imma min tahieli huwa persuna ta' ċerta kredibilita`, Sur President.", "Jidher li anke l-fabbrika ST Microelectronics, li hi ġgant fl-industrija tagħna, qed tiffaċċja ċerti problemi.", "Jidher ċar li l-andament ta' din il- fabbrika jaffettwa ċ-ċifri ta' l-esportazzjoni b'mod globali.", "Jiena ma nafx jekk kenux biss kriżi f'xi oqsma tat-telekomunikazzjoni li affettwaw il-fabbrika u l-produzzjoni tagħha, imma naħseb li l-liġi l-ġdida, il- Business Promotion Act, li għandha x'taqsam mat-tkattir ta' l-industrija f'pajjiżna, mhijiex attraenti biżżejjed u għandi suspett li ċertu xogħol qed jiġi ttraslokat.", "Malta għandha bżonn inizjattivi ġodda u inizjattivi nazzjonali biex nattiraw l-investiment lejn pajjiżna.", "Anke oqsma trejd- unjonistiċi qed jipparteċipaw biex forsi jattiraw ix-xogħol u smajna kif il-GWU qed tipprova tħajjar ditta Amerikana biex f'Malta tibni karrozzi bil- batterija - nawguraw biss li dan ikun possibbli.", "Nista' ngħid li hemm esperti fil-qasam industrijali li nikkonsultaw magħhom fuq bażi regolari u l-Partit Laburista għandu joħroġ minn issa proposti konkreti dwar x'se jkunu l-affarijiet li se jilleġisla fuqhom biex tiġi attirata l-industrija f'pajjiżna.", "Min ikun qed jaħseb biex jinvesti f'pajjiż ieħor jibda jaħseb minn sentejn jew tliet snin qabel.", "M'hemmx dubju li xi ħaġa trid issir sabiex Malta tibqa' kompetittiva għax il-competitive edge li kellu pajjiżna bil-mod il-mod tnaqqset, Sur President.", "Illum irridu nagħmlu sforz kbir biex inżommu dak li għandna – aħseb u ara biex nattiraw il-ġdid - u biex għallinqas inżommu dak li għandna rridu nagħtu sterling service.", "Lill-investitur irridu nagħtuh dak kollu possibbli sabiex il-fiduċja li jkun wera f'pajjiżna tiġi rreċiprokata.", "Illum l-industrijalisti, kemm dawk bħala korpi kostitwiti kif ukoll dawk li mhumiex membri f'korpi kostitwiti, qed jesprimu l-preokkupazzjoni tagħhom għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż fil-qasam tal-manifattura.", "Dawn qed jgħidu li Malta m'għadhiex kompetittiva u li l-fatt li l-gvern għamilha ċara li d-direzzjoni tal-pajjiż għandha tkun li Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, ma kellux ir-riżultat li jattira industriji ġodda u investiment ġdid u akbar.", "Dawn qed jitkellmu fuq infiq li hu State-induced u fuq ħafna affarijiet li jistgħu jsiru biex il-prodott jiġi mraħħas, anke bi ftit, għaliex dan jagħmel differenza ma' pajjiżi oħra li qed jikkompetu magħna biex jattiraw investiment lejn pajjiżhom.", "Aħna nwiegħdu li meta l- Partit Laburista jkun fil-gvern, minnufih jidħol biex juri b'mod attiv u konkret li verament għandu għal qalbu l-industrija.", "U dan ma nagħmluhx biss bil-paroli, Sur President.", "Irridu verament nemmnu fl-industrija, pero` jien m'iniex konvint li l-gvern preżenti verament jemmen fl-industrija tal-manifattura għax jidher li jxaqleb aktar lejn is-servizzi, meta nafu li l-ekonomija tal-pajjiż tista' timxi biss 'il quddiem jekk ikollna ekonomija bilanċjata bejn ċerti servizzi u l-industrija.", "Żgur li din ma nistgħux nemarġinawha, Sur President.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ftit ilu f'dan il-parlament tkellimt dwar il-każ ta' Portopalo, fejn kienu tilfu ħajjithom 283 klandestin waqt li kienu qed jiġu ttrasportati fuq vapur u mniżżla għal fuq lanċa li kienet telqet minn Malta biex twassalhom sa Sqallija.", "Dakinhar kont għedt li għal sentejn u nofs sħaħ, sakemm imbagħad kien ġie żvelat rapport fil-ġurnal ''KullĦadd'', kien hemm min ipprova jagħti l-impressjoni - kemm min-naħa ta' l-awtoritajiet lokali kif ukoll min-naħa ta' l-awtoritajiet Taljani - li dik it-traġedja kienet biss fantasija.", "Sentejn wara, fl-istess gazzetta, deher rapport tal-ġurnalista Joe Mifsud fejn ġew żvelati ċerti dettalji li kienu ttieħdu for granted kemm mill-awtoritajiet Maltin kif ukoll minn dawk Taljani.", "Fl-aħħar diskors tiegħi jien għedt li kemm il-ministru għall-affarijiet barranin, kemm il-ministru tal-ġustizzja, kemm l-avukat ġenerali, kemm il- prim ministru kif ukoll il-ministri kollha responsabbli għandhom jagħtu spjegazzjoni kif għal sentejn u nofs sħaħ baqgħu siekta, anke wara dak ir- rapport, u jagħtu rendikont ta' x'għamlu u m'għamlux f'dawk is-sentejn u nofs.", "Niftakar li anke lill-ambaxxata Taljana kont tlabt biex tagħti spjegazzjoni f'dan ir-rigward.", "Issa li dan l-inċident ingħata prominenza mill-ġurnali Taljani, fosthom il-ġurnal \"La Repubblica\", allura bdiet tiġi rikonoxxuta t-traġedja.", "Jien konvint li l-poplu għandu dritt li jkollu spjegazzjoni ta' x'ġara, pero` sfortunatament minn dakinhar sal-lum ma kien hawn l-ebda reazzjoni f'dan il-parlament.", "Forsi b'kumbinazzjoni, dakinhar li jien qajjimt dan l-inċident, kont tlabt li nżommu minuta silenzju f'din il-Kamra u s-Sedja, ippreseduta mill-Onor.", "Michael Bonnici, kienet qatgħetha li kien diġa' sar il-ħin.", "Jien għandi r-riżervi tiegħi fuq il-pożizzjoni li kien ħa d-Deputy Speaker għax naħseb li ftit sekondi ma kenux se jagħmlu wisq differenza.", "Pero` l- akbar raġuni għaliex kont tlabt biex issir dik il-minuta silenzju kienet għaliex fost il-283 vittma li hemm fil-qabar tal-baħar Mediterran, hemm ċittadin Malti.", "U hawnhekk tidħol ir-responsabbilta' ta' l-awtoritajiet Maltin għaliex mhux qed nitkellmu fuq ċittadini barranin biss - anke kieku kien il-każ, xorta waħda rridu nerfgħu r-responsabbilta' - imma hawnhekk qed nitkellmu fuq ċittadin Malti.", "L-awtoritajiet forsi naqsu milli jieħdu ċerta azzjoni, imma għallinqas dan il-parlament kellu jsellem lil dawn il- vittmi innoċenti li ġew sfurzati jaqbżu l-baħar u jitħallew imutu f'baħar imqalleb u ffriżat f'nofs il-Mediterran.", "Jien għadni qed nistenna spjegazzjoni, Mr Speaker.", "Jidher li l-istorja żviluppat għaliex nhar il-Ħadd, f'\"The Malta Independent\" deher artiklu ta' Daphne Caruana Galizia u l-Onor.", "Michael Bonnici ħass il-ħtieġa li jiġi f'dan il-parlament u jirreaġixxi.", "Jien naf li f'aġġornament tista' titkellem kważi fuq xiex trid, imma ma tantx nara konsistenza li wieħed filli jkun fis-Sedja bħala Deputy Speaker u filli jmur fuq il-bankijiet tal-gvern, jinża kappell u jilbes kappell ieħor biex ikun jista' jirrispondi!", "Jien żgur ma nifhmux lill-Onor.", "Bonnici meta jgħid – almenu hekk ġie kkwotat li qal - \"Mela aħna se nagħmlu minuta silenzju għal dawk li jmutu fl-Alġerija, minuta għall-Palestinjani, minuta għall-Iżraeliti ....!\", u semma' diversi nazzjonalitajiet oħra.", "Veru li ma nistgħux nitolbu minuta għal kull traġedja li ssir fid-dinja, imma bħala membri parlamentari għandna nuru solidarjeta' u d-Deputy Speaker irid jifhem li fost dawk il-vittmi hemm ċittadin Malti, li jaqa' taħt ir- responsabbilta' ta' l-awtoritajiet Maltin.", "Dak kien l-iskop li jiena tlabt li ssir minuta silenzju u forsi dakinhar l- Onor. Michael Bonnici ma fehemx dan.", "Jien għadni qed nitlob u nittama li jkun hawn risposti u jsiru dikjarazzjonijiet mill-ministri u l-awtoritajiet responsabbli.", "Sal-lum għad ma kien hawn l-ebda risposta jew spjegazzjoni.", "Jien inħoss li dan hu nuqqas kbir min-naħa tal-ministri responsabbli.", "Dawn għandhom jagħtu rendikont lill-poplu Malti dwar x'għamlu l-awtoritajiet Maltin f'dan ir-rigward, Mr Speaker.", "Imma nixtieq issa nitkellem fuq ħaġa oħra kompletament differenti.", "Nisimgħu diversi drabi kif art tal-gvern tiġi meħuda b'ċertu abbuż minn ċerti individwi.", "Kellna diversi każi li tqajmu kemm f'dan il-parlament kif ukoll barra minn dan il-parlament.", "Xi ġranet ilu sar rapport lid-direttur tad-dipartiment ta' l-artijiet dwar abbuż minn biċċa art u bankina fin-naħa ta' Marsamxett.", "Apparti dan ir-rapport, smajna wkoll dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar din il-biċċa art u dwar kif restaurant qabad u ħa biċċa bankina, għalaq it-triq, għamel kollox tiegħu u qed jużaha għan-negozju.", "U dan meta l-istess ħanut qiegħed fuq in-naħa l-oħra tat-triq, li diġa` hi kontra l-liġi li dan iqassam l-ikel billi jaqsam it-triq.", "Jien mhux se ngħid li din il-persuna hi protetta għaliex ma nafx u fatti f'idejja m'għandix, imma wara li jgħaddu l-ġimgħat u ma jibdewx jittieħdu passi jibdew deħlin is-suspetti.", "Dan mhux l-ewwel każ li ltqajt miegħu u hemm diversi każi oħra, Sur President.", "Bħalissa jiġini f'moħħi l-każ ta' kif parti mill-ġnien ta' Hastings fil- Belt Valletta se tittieħed minn sid ta' restaurant biex jitpoġġew l- imwejjed u l-umbrellel.", "Dan hawn l-istess, biex iqassam l-ikel irid bilfors jaqsam it-triq li, nerġa' ngħid, tmur kontra l-liġi.", "U dawn l- affarijiet huma inaċċettabbli.", "Jien, bil-permess tiegħek, Mr Speaker, se npoġġi ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra li juru l-abbuż li qed isir minn art pubblika f'Masamxett.", "Dawn qed inpoġġihom għall-konsiderazzjoni tal- Ministru Tonio Borġ li huwa responsabbli mid-dipartiment ta' l-artijiet.", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nesiġi li jittieħdu l-passi u li jkun hemm rendikont tal-passi li jkunu ttieħdu.", "Għalissa se nasal s'hawn, imbagħad 'il quddiem naraw.", "Ir-riedni qiegħed f'idejn il-Ministru u jaf x'passi u x'miżuri għandu jieħu.", "Ma jistax ikun li art pubblika tittieħed minn ċerti individwi.", "Aħna nafu b'każi fejn sar abbuż minn art pubblika u min-naħa tagħna nassiguraw li kulmin qed jabbuża għad irid iħallas ta' għemilu.", "Irid iħallas lill-poplu Malti għall-abbuż li qiegħed jagħmel.", "Bħall-gvern ġdid Laburista mhux se jgħaddi kollox.", "Gvern Laburista se jara li dak li hu tal-poplu jibqa' tal-poplu u min abbuża minn proprjeta' tal-poplu jrid iħallas ta' għemilu.", "Dan ifisser li jekk mhux se jħallas illum se jkollu jħallas għada.", "Xi ġranet ilu waqt seduta parlamentari tqajjem il-każ tal-ħaddiema barranin.", "Jien kont għaddejt l-informazzjoni lill-viċi prim ministru u sussegwentement l-Onor.", "Lawrence Gonzi kien ġie jirrapporta lil din il- Kamra li wara l-investigazzjonijiet li kienu saru, ma nstab ħadd.", "F'aġġornament kont irrispondejtu li hu kellu jinvestiga l-ġranet li kont semmejtlu jien u mhux jibgħat l-ispetturi ta' l-ETC fil-ġranet li fettillu hu.", "Nixtieq nirrapporta lil din il-Kamra, biex inkun on record, li jumejn ilu jien għamilt rapport lil Dr Gonzi li fl-istess area imma fi blokk differenti, kien hemm ħaddiema barranin jaħdmu mal-kuntratturi fuq proġett tal-gvern.", "Jien mhux qed ngħid li dawn il-ħaddiema bilfors qed jaħdmu bla permess, imma tlabtu biex jinvestiga jekk dawn għandhomx permess.", "Safejn naf jien, Dr Gonzi talab li ssir investigazzjoni u issa nistenna r- reazzjoni tiegħu sabiex inkunu nafu eżattament x'ġara u x'ma ġarax.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li xtaqt nitkellem dwaru huwa fil-konfront ta' ċerti dikjarazzjonijiet li għamel il-Ministru Refalo l-bieraħ waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Il-bieraħ, f'waħda mill-interpellanzi jien staqsejt għaliex ma sarx riċeviment għall-gradwazzjoni ta' l-istudenti ta' l-istitut għall-istudji turistiċi.", "Ir-risposta tal-ministru kienet li din ma kenitx l- ewwel darba, iżda mbagħad waqt il-ħin ta' l-interpellanzi ħareġ ċar li dan ir-riċeviment ma sarx għax kien se jiġi jqum ħafna flus.", "Pero` kont iktar sorpriż meta l-whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, l-Onor.", "Mario Galea, qal li din bħal tal-ġlekk għax meta ssir xi ħaġa jgħidu għax saret u meta ma ssirx jgħidu għax ma saritx!", "Onor. Galea, hawn ma konniex qegħdin nitkellmu fuq riċevimenti għan-nies tal-qalba, għall-ħbieb jew għall-kbarat imma konna qegħdin nitkellmu fuq riċeviment tal-graduation day ta' l-istudenti ta' l-ITS.", "Jekk nagħti ċ- ċifra ta' kemm intnefqu flus f'dawn it-tip ta' riċevimenti mill-ministeru għat-turiżmu żgur li m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex ma jsirx riċeviment għall-istudenti.", "Nirripeti li hawn qed nitkellmu fuq studenti u mhux fuq ħbieb, fuq kbarat jew fuq dawk bilqiegħda fuq xi pultruna bil-mobile phone f'idhom.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi jekk jogħġbok, Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nikkonkludi billi ngħid li din kienet ħolqa oħra minn katina ta' mistoqsijiet parlamentari dwar fondi pubbliċi li l- ministri għoġobhom ma jweġbux.", "Huwa minħabba f'hekk u bħala sinjal ta' protesta li l-oppożizzjoni qed tkun kostretta li ssejjaħ quorum fuq quorum f'dan il-parlament, xi ħaġa li l-ġimgħa l-oħra l-gvern ma kienx f'pożizzjoni li jgħaqqad f'żewġ okkażjonijiet separati, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 11 ta' Lulju 2001 fis-6:00 p.m., bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA: TRIQ L-INKURUNAZZJONI – PROBLEMA TA' PARKEĠĠ", "27186.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara jekk tistax tinstab alternattiva għall-ipparkjar fi Triq l-Inkurunazzjoni, fil-Mosta, sabiex jiġi rrimedjat inkonvenjent għar-residenti li qegħdin jispiċċaw ma jistgħux jipparkjaw wara biebhom minħabba li l-parking area qed tkun okkupata minn persuni oħra li m'humiex residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-problema ta` parkeġġ għar-residenti qed tinħass mhux biss fit-triq indikata mill-Onor.", "Interpellant iżda f`ħafna postijiet oħra!", "Il-bord għall-kontroll tat-traffiku qed jistenna l-ħruġ ta` rapport ta` l- isteering committee for the creation of parking schemes qabel japprova talbiet għall-parkeġġ riservat għar-residenti.", "TADAM FIL-PITKALIJA", "27187.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformani għaliex tadam li jitniżżel il-pitkalija f'kaxxi żgħar li jesgħu 16 il-kilo, qed jitniżżel bħala kwantita' ta' għaxar kilos?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-biegħa sal-lum tidħol fil-pitkalija mhux miżuna u tintiżen biss meta tinbiegħ.", "Il-bidwi jkun jaf kemm fiha piż il-kaxxa wara li jbiegħha l-pitkal, bil-bidwi jingħata voucher bil-piż li jkun ġab.", "Inżid ngħid li sal-lum ebda bidwi ma ġie jgħidilna li tħallas ta' piż inqas milli fil-fatt niżżel fil-pitkalija.", "QBID TAL-PIXXISPAD", "27188.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformani kemm kienet il-qabda fi kwantita' tal- pixxispad għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?", "Jista' wkoll jgħid kemm kien il-prezz medju kull sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposti għall- mistoqsijiet parlamentari 12694 u 2497 u nżid ngħid illi fis-snin 2000 u 2001, sa l-aħħar ta' Ġunju, il-qabda ta' pixxispad kienet 140,155 kilo u 31,788 kilo rispettivament.", "Il-valur kien ta' Lm319,358 u Lm84,638 u l-prezz medju kien Lm2.03 fl-1999, Lm2.28 fl-2000 u Lm2.66 fl-2001.", "PREZZ TAT-TONN", "27189.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju tat-tonn għas- sajjieda għas-snin 1996,1997, 1998, 1999, 2000 u 2001?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet il-qabda tat-tonn għas-snin 1996, 1997 u 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari 8131 u nżid ngħid illi l-prezz medju tat-tonn fl- 1999 kien ta' Lm1.39, fis-sena 2000 kien Lm1.86 u fl-2001 kien Lm2.59, naturalment dejjem sa l-aħħar ta' Ġunju.", "Il-qabda tat-tonn kienet kif ġej:", "|Sena |Kilo | |1996 |239,867 | |1997 |236,272 | |1998 |246,314 | |1999 |268,990 | |2000 |324,163 |", "RABAT: GĦAJN QAJJED – ĠNIEN", "27190.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jinfomani x'ġara mill-kordinament li kien beda jsir bejn id-dipartiment ta' l-agikoltura u t-taqsima tal-ġonna tal-housing department sabiex, flimkien mal-kunsill lokali tar-Rabat, jiżviluppaw ġnien u jagħmlu l-upgrading meħtieġ fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed, fir- Rabat.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li ma kienx possibbli s'issa li jsir ix- xogħol msemmi minn naħa ta' l-agrikoltura, u cioe` xogħol ta' embellishment peress li l-ġnien għadu mhux mibni.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-housing.", "ĦUT FRISK MIL-LIBJA", "27191.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26805, jista' il-Ministru jgħid jekk il-koperativi tas-sajjieda ġewx ikkonsultati?", "Jekk iva, x'pożizzjoni ħadu?", "Jekk le, għaliex?", "Forsi dan ma jaffettwax il- kompetittivita tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt tal- lanċa msemmija hija kwestjoni privata u ma sarx bl-intervent tad- dipartiment.", "Għaldaqstant il-koperativi ma ġewx ikkonsultati u sakemm din il-lanċa li sidha huwa membru tal-koperativa, tillimita ruħha għas-sajd, tista' tressaq il-ħut li taqbad il-pixkerija għall-bejgħ.", "F'dan l-istaġun ftit huma d-dgħajjes li joħorgu għad-dott jew ċeren u dnieċi, bħalma ppreżentat din il-lanċa, tip ta' ħut popolari ħafna mal- Maltin.", "ĦAŻ-ZABBAR: TRIQ IL-MADAFFA – TISWIJA TA' CULVERT", "27245.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kaptella tal- culvert imkissra fi Triq il-Madaffa, Ħaż-Zabbar, għadha ma ssewwietx għalkemm saru ħafna rapporti biex tissewwa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi x-xogħol indikat jaqa' taħt ir- responsabilta' tal-kunsill lokali.", "IS-SWIEQI, BUĠIBBA U L-QAWRA – DWAL PUBBLIĊI", "27267.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27114, il- lokalitajiet li naf bihom jien li jintfew fis-6.15 a.m. huma s-Swieqi, Buġibba u l-Qawra.", "Jista' il-Ministru jara li f'dawn il-lokalitajiet id- dwal jintfew qabel?", "Meta fil-fatt qed jintfew il-lokalitajiet differenti ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL – STUDENTI B'DIŻABILITA'", "27268.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27113?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-proċess tal-ġbir ta' l-informazzjoni mitluba għadu għaddej, kif indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27113.", "SERVIZZ PUBBLIKU", "27269.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għal dak li qal l-ombudsman lill-kumitat tax-xogħol tal-Kamra li spiss jiġi njorat mill-kapijiet tad-dipartimenti tal-gvern, \"aħseb u ara kif jistmaw lil ċittadini ordinarji\", jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi passi maħsuba biex il-kapijiet tas-servizz pubbliku jkunu aktar sensittivi u juru aktar kollaborazzjoni ma' l-ombudsman?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi dwar dak li qal l- ombudsman, diġà ttieħdu passi mas-segretarji permanenti sabiex talbiet kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-ombudsman u uffiċjali oħra jingħataw attenzjoni fil-pront.", "SKEJJEL PRIVATI - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-ĠENITURI", "27276.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi talba minn sidien ta' skejjel privati li għas-sena 2002, l-għajnuna tal-gvern lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati titla' minn Lm0.5 miljun għal Lm1 miljun", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-risposta hi fin-negattiv.", "SAN ĠILJAN: ĠNIEN TAL-BALLUTA - HANDRAIL", "27277.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jara li fil-ġnien tal-Balluta jsir handrail f'diversi partijiet li jitqiesu perikolużi għat-tfal li jittieħdu jilagħbu hemm?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie nnotat u se jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-handrail imsemmi isir kif ikun meħtieġ.", "TINDIF TAL-BAJJJIET", "27278.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fuq min taqa' ir-responsabbilta' tat-tindif tal-ħmieġ li jdaħħal il-baħar u jibqa' jgħum fil-wiċċ mal-kosta?", "Jista' jsir it-tindif meħtieġ tal-baħar li jkollu wiċċ mimli ħmieġ ma' partijiet differenti tal- kosta ta' Malta u Għawdex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "---------"]} {"filename": "20000202_233d_par.doc", "date": "2000-02-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 233 L-Erbgħa, 2 ta' Frar, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 233", "L-Erbgħa, 2 ta' Frar, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "233", "L-Erbgħa, 2 ta' Frar, 2000", "WERREJ MINUTI 548", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 548", "TQEGĦID TA' KARTI 552", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "(IT-TIENI QARI) 553", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL (SECOND READING) 553", "AĠĠORNAMENT 576", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 582", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 232 li saret fl-1 ta' Frar, 2000 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja rċeviet survey dwar l-uffiċċju ta' l-ombudsman li sar f'Novembru 1999 u se nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "STOCK EXCHANGE - TRASFERIMENTI", "12449.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta stock exchange?", "Jista' jagħti r-raġuni għala saru dawn it-trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Bejn is-16 ta` Settembru, 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000 saru żewġ trasferimenti minn uffiċċju għal ieħor fi ħdan il-borża.", "Dawn iż-żewġ trasferimenti ngħataw skond l-esiġenzi tax- xogħol.", "ETC - TRASFERIMENTI", "12450.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill- ħaddiema ta' l-ETC?", "Jista' jagħti r-raġuni għala saru dawn it- trasferimenti?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 saru sitt transfers lill-ħaddiema ta' l-ETC; erba' saru fuq talba tagħhom stess, wieħed sar fuq raġunijiet amministrattivi u l-ieħor wara li l-individwu ngħata promozzjoni.", "Bħalma sar dejjem fl-ETC, it-trasferimenti dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Li nixtieq inkun naf m'huwiex daqstant relatat mal-mistoqsija u ma nafx jekk il-Ministru huwiex f'pożizzjoni li jirrispondini.", "Forsi jista' jgħidilna x'inhi l-viżjoni eżatta ta' l-ETC fir-rigward ta' taħriġ u ħolqien ta' impjiegi ġodda għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin, speċjalment fir-rigward tal-problema tal-qgħad, li kulħadd huwa aware minnha u jixtieq jara li din iċ-ċifra tinżel u mhux tiżdied?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, irrid niċċara mill-ewwel li m'hijiex il-funzjoni u qatt ma kienet il-funzjoni ta' l-ETC li toħloq impjiegi hi.", "Il-funzjoni ta' l-ETC hi differenti u tgħin lil dawk li qegħdin jirreġistraw biex isibu x-xogħol.", "L-ETC għandha wkoll rwol importanti x'tikkontribwixxi ma' aġenziji prinċipali li magħhom trid taħdem fil-viċin - biex lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol toffrilhom taħriġ adatt għall-opportunitajiet li jkunu qegħdin jitfaċċaw bħalissa, kif ukoll opportunitajiet li jistgħu jitfaċċaw 'il quddiem - aġenziji tal-gvern, aġenziji li għandhom x'jaqsmu ma' l-investiment u mat-tkattir ta' l- ekonomija.", "L-ETC għandha wkoll rwol li taħdem viċin ħafna ta' l- edukazzjoni biex hi stess tkun tista' tagħti l-kontribut tagħha lill- istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni, sabiex iż-żgħażagħ joħorġu ppreparati u mħarrġa għall-bżonnijiet ta' l-ekonomija tal-pajjiż.", "F'dan is-sens ukoll, il-kollega tiegħi jaf li l-liġi stess timponi illi persuni li jkunu fil-bord ta' l-ETC jridu jintgħażlu b'mod li jirrappreżentaw setturi differenti ta' nies, u ċioe' persuna li tirrappreżenta lill-unions, persuna oħra li tirrappreżenta l-qasam ta' l-industrija u rappreżentant ta' l-edukazzjoni, jiġifieri taħlita ta' nies sabiex il-bord ifassal strateġija proprju għal dawn it-tip ta' funzjonijiet.", "Illum f'konferenza stampa se jkolli l-opportunita' li nħabbar ukoll dettalji dwar ftehim li ntlaħaq ma' aġenzija Irlandiża, li prattikament għandha l-istess funzjonijiet li għandha l-ETC, u ċioe' li tħarreġ nies li qed ifittxu x-xogħol fl-Irlanda.", "Irnexxielna naslu fi ftehim ma' din l- aġenzija biex tkun tista' tgħin lill-ETC biex f'perijodu qasir tagħmel operations review ta' l-istrutturi u tal-funzjonijiet kollha tagħha, ta' kif tfassal sistemi ta' taħriġ għall-bżonnijiet tal-lum u tgħinna biex forsi naslu biex ikollna strateġija għall-iżvilupp tar-riżorsi umani li tifrex fuq it-tliet snin li ġejjin.", "Il-kollega tiegħi semma punt partikolari fuq Għawdex.", "Jekk wieħed jeżamina l-istatistika jinduna li r-rata tal-qgħad f'Għawdex hija inqas minn dik ta' Malta, li f'Għawdex qed jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol u fil-fatt dawk li qed jirreġistraw qegħdin isibu x-xogħol.", "Naturalment irridu nżommu għajnejna 'l ħin kollu fuq kulma qegħdin nagħmlu biex ikollna kontroll tas-sitwazzjoni, u l-ETC fil-fatt għandha funzjoni oħra importanti ma' dak li semmejt, il-funzjoni tal-kontroll u l-enforcement.", "Qed ikollna numru ta' persuni li jaħdmu kontra l-liġi, jiġifieri mingħjar il-ktieb tax-xogħol, u oħrajn li jirreġistraw fl-istess ħin li jkunu qed jaħdmu.", "Fil-fatt inqabdu ħafna każi bħal dawn.", "L-istruzzjonijiet li jiena tajt lill-ETC huma ċari, li rridu nimxu bil-forza kollha tal-liġi biex indaħħlu s-serjeta'.", "M'huwiex aċċettabbli li jkun hawn min jimpjega nies b'mod illegali, li jsir abbuż fis-sistemi tal-benefiċċji soċjali u barra minn hekk ikun hemm sfruttament ukoll ta' dawn l-istess persuni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid x'formula tintuża biex tinħadem l-istatistika li toħroġ kull xahar mill-ETC dwar il-qgħad?", "Huwa aċċertat li ċ-ċifra li toħroġ tkun waħda reali?", "Minbarra statistika ta' dawk li ma jaħdmux u jirreġistraw, tinżamm statistika oħra ta' dawk li ma jaħdmux u ma jirreġistrawx?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ewwelnett irrid ngħid li l-istatistika ma tiġix pubblikata uffiċjalment mill-ETC.", "Din tinġabar mill-ETC, tgħaddi lid- dipartiment ta' l-istatistika u mbagħad tiġi ppubblikata pero' ma tiġix pubblikata immedjatament malli jagħlaq ix-xahar partikolari minħabba li tkun trid issir verifika preċiża taċ-ċifri.", "Mill-mument li l-ETC tgħaddi ċ- ċifri lid-dipartiment ta' l-istatistika sal-mument li jiġu ppubblikati mid- dipartiment ta' l-istatistika, jgħaddu bejn wieħed u ieħor tlieta jew erba' ġimgħat.", "Din hija r-raġuni li ħafna drabi meta l-kollegi tiegħi f'dan il-parlament jistaqsuni domandi dwar iċ-ċifri tal-qgħad ta' xi xahar partikolari, it-tweġiba dejjem tkun torbot ma' l-aħħar ċifra uffiċjali li tkun ġiet pubblikata mid-dipartiment ta' l-istatistika.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' formola ta' kif tinħadem imma hija kwestjoni li tara x'inhu n-numru ta' nies li jkunu qegħdin jirreġistraw u tikkalkula mill-ewwel kemm għandek gainfully occupied.", "Dan jiddependi ħafna fuq ir- returns li jibagħtu l-employers u hawn qiegħda l-problema.", "Skond il-liġi, jekk employer ikun impjega lil xi ħadd irid jinforma lill-ETC dwaru biex imbagħad dik il-persuna tinqata' mil-lista ta' dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Jekk l-employer idum ħames ġimgħat jew aktar biex jibgħatlek il-formola, imbagħad l-istatistika tkun trid tiġi aġġustata.", "Barra minn Malta jeżistu żewġ sistemi ta' kif takkalkola l-livell ta' unemployment fil-pajjiż.", "Teżisti dik is-sistema li nużaw aħna preċiż, li tagħtik iċ-ċifra ta' kemm għandek labour supply, ta' kemm għandek gainfully occupied u kemm għandek nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol; u mbagħad teżisti wkoll is-sistema parallela li hija bbażata fuq dik li jgħidulha labour force survey.", "Din taħdem billi taqbad 1000 familja u tagħmlilha survey - bħalma jsiru l-opinion polls - sabiex tistabilixxi kemm minnhom qegħdin jaħdmu u kemm m'humiex, u b'dan il-mod tkun taf il-potenzjal li għandu l-pajjiż.", "F'pajjiżna jeżistu nies li jagħżlu huma stess li ma jaħdmux u allura jagħżlu huma stess li ma jmorrux jirreġistraw, pero' huwa importanti li l-pajjiż ikun jaf ukoll x'riżorsa għandu.", "Barra minn Malta, b'mod partikolari fl-Ewropa, biex jaraw il-pajjiż x'riżors għandu jużaw il-metodu tal-labour force survey li jgħidlek kemm hi l-perċentwali tal-popolazzjoni li mhijiex qed taħdem.", "Dan ma tridx tasal f'termini ta' unemployment imma trid tgħid li għandek potenzjal ta' riżorsa umana li s'issa għadha m'hijiex parti mid-dinja tax-xogħol.", "Jista' jkun hemm raġunijiet differenti, u f'ċertu sens jista' jkun tajjeb li jkun hekk, imma din it-tip ta' informazzjoni nstabet li hija utli ħafna u aħna qegħdin naħsbu għaliha.", "Fil-fatt il-bieraħ kelli laqgħa mal-ministru għas- servizzi ekonomiċi għax qegħdin naħsbu biex aktar tard din is-sena jsir dan it-tip ta' eżerċizzju anke f'Malta, biex b'hekk inkunu nafu x'potenzjal għandu pajjiżna li qiegħed hemmhekk biex nużawh.", "Nittama li sa l-aħħar ta' din is-sena li qegħdin fiha, dan il-labour force survey inkunu għamilnih għax dik tkun biċċa għodda importanti biex inkunu nistgħu nfasslu jew nieħdu ċerti deċiżjonijiet importanti f'dan il- qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiġifieri l-labour force survey li se jsir se jibda jieħu post il-ħruġ ta' l-istatistika ta' kull xahar jew dan xorta se jibqa' jsir regolarment?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Assolutament le.", "Se jibqa' jkollna s-sistema li dejjem kellna s'issa għax inkella nagħmlu terrimot sħiħ.", "Mhux talli hekk, talli rridu nkunu nafu preċiż iċ-ċifri tan-nies li qegħdin jirreġistraw u x'inhu n-numru preċiż ta' dawk li huma gainfully occupied.", "Dik is-sistema se tibqa' imma parallela magħha se nibdew nagħmlu dan l-eżerċizzju wkoll biex inkunu nafu x'riżorsa umana għandu pajjiżna.", "Hekk isir f'pajjiżi oħrajn avvanzati.", "Għalkemm aħna l-ħin kollu ngħidu li l-unika u l-aqwa riżorsa li għandu pajjiżna hija r-riżorsa umana - u bir-raġun - meta xi ħadd imbagħad jistaqsina x'inhu l-potenzjal veru tar-riżorsa li għandna, ngħidulu li sal-lum għad m'għandniex indikazzjoni.", "Irrid inkun ċar li dan huwa survey mhux ċensiment, u barra minn Malta b'dan il-mod isir ukoll; voldieri ma jmorrux għand il-familji kollha tal- pajjiż u jieħdu d-dettalji imma jieħdu sample maħdum normalment fuq 1,000 jew 1,500 familja, li minnu mbagħad joħorġu t-trends u l-indikazzjonijiet ġenerali.", "Nerġa' ngħid li din hija biċċa għodda oħra li wieħed ma jridx jagħtiha l-validita' ta' l-oraklu pero' fl-istess ħin tgħinek biex inti tkun tista' tieħu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli fiċ-ċirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: B'riferenza għat-taħriġ li tagħti l-ETC lid- dipartimenti governattivi, u in vista wkoll li f'pajjiżna għandna ħafna siti u bini storiku li jenħtieġlu restawr, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk ġietx ikkonsidrata l-possibbilta' li l-ETC tagħti taħriġ speċjalizzat sabiex fil-ġejjieni qarib id-dipartiment tal-public works ikun f'pożizzjoni li b'mod aktar mgħaġġel jindirizza dan il-bżonn?", "Għax nifhem li dan għandu mhux biss kontribut għall-kultura ta' pajjiżna imma għandu wkoll impatt sabiex dawn is-siti jinżammu fi stat ħafna aħjar minn dak li sfortunatament jinsabu fih illum.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti li ttieħdet minn din l-amministrazzjoni kienet proprju li jsir iċ-ċentru ta' restawr f'Ta' Bighi.", "Huwa tajjeb li dan iċ-ċentru edukattiv jagħti t-taħriġ f'dan il-qasam partikolari li qed isemmi l-kollega tiegħi, jiġifieri ta' restawr mhux biss ta' monumenti u siti storiċi imma l-aspett sħiħ ta' restawr, u jien nemmen li l-ETC m'għandhiex tissostitwixxi funzjoni ta' istituzzjonijiet speċjalizzati f'ċerti oqsma.", "Forsi aktar tard il-ministru ta' l-edukazzjoni jista' jagħtina dettalji ħafna aktar ċari dwar il-funzjoni ta' din l-istituzzjoni li miexja anke bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea biex nilħqu ċerti standards tal-Gvern Taljan.", "Ħaġa oħra li tajjeb li nsemmiha, għalkemm ma torbotx direttament ma' dak li qed jgħid il-kollega tiegħi, hi li waħda mill-aktar affarijiet li nsibu nieqsa f'pajjiżna u li hi marbuta wkoll mal-problema li ta' spiss insemmu anke hawnhekk, hija ta' dawk li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Marbuta wkoll b'mod speċjali ma' kategorija ta' nies li qegħdin ifittxu x-xogħol hija l-kwestjoni ta' nies li m'għandhomx livell akkademiku ta' edukazzjoni, li m'għandhom l-ebda ċertifikat biex juru x'jafu, lanqas l-ischool leaving certificate, imma sadanittant ilhom jaħdmu f'sengħa partikolari għal snin twal u laħqu standards għoljin ħafna fiha, pero' m'għandhom xejn x'juru ħlief li jkunu ħadmu għal għaxra jew ħmistax-il sena f'dak is-settur.", "Din hija kwestjoni li ppreokkupat lil pajjiżna u anke lil pajjiżi oħrajn.", "Fl-Unjoni Ewropea nħolqot sistema li f'pajjiżna ilna nippruvaw nikkupjaw.", "Fil-fatt anke taħt l-amministrazzjoni preċedenti sar sforz biex nippruvaw nimxu fit-triq biex inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu sistema li biha tagħti ċertifikat lil xi ħadd li jkun laħaq ċertu standard fil-kwalita' tas- servizz li jkun kapaċi jagħti imma m'għandu l-ebda ċertifikati akkademiċi x'juri, dawk li nsejħulhom l-NVQs.", "Issa l-livell ta' serjeta' ta' min joħroġ dawn iċ-ċertifikati irid ikun għoli tant li dawn iċ-ċertifikati jkunu rikonoxxuti mhux biss f'Malta imma anke f'postijiet oħrajn bħall- Ewropa.", "Fil-verita' ftit snin ilu kienet ħarġet legal notice li l-ħsieb tagħha kien li tiġi ssetjata struttura maħduma bejn l-edukazzjoni u l-ETC, li bis-saħħa tagħha joħorġu dawn iċ-ċertifikati, pero' sfortunatament din il-legal notice qatt ma waslet biex tiffunzjona.", "Irrid ngħid hawnhekk għall-ewwel darba li matul ix-xhur li għaddew saru numru ta' laqgħat minn uffiċjali magħżula mill-ministeru tal-politika soċjali u l-ministeru ta' l-edukazzjoni biex naslu fejn nixtiequ naslu, jiġifieri li jkollna din l-istruttura li tkun tista' tagħtina dan ir- riżultat.", "Irnexxielna wkoll inġibu l-għajnuna u l-parteċipazzjoni ta' l- European training foundation li daħlet magħna f'dan l-eżerċizzju, anke biex issir analisi tas-sistemi vokazzjonali kollha f'pajjiżna u sar rapport finali li ġie diskuss f'workshop li nżamm xi tlieta jew erba' ġimgħat ilu.", "Il-konklużjoni ta' dak il-workshop kienet li għandna nħarsu lejn sistema sħiħa vokazzjonali, li huwa importanti ħafna illi din is-sistema biex noħorġu l-NVQs nistabilixxuha malajr kemm jista' jkun.", "Aħna wrejnihom bħala żewġ ministeri flimkien x'iddiskutejna u safejn wasalna fuq dan l- aspett u huma qalulna li din hija tajba ħafna u ħeġġewna biex inkunu nistgħu naslu għal konklużjoni.", "Nista' ngħid li wasalna proprju fl-aħħar fażi ta' diskussjonijiet bejn iż-żewġ ministeri ta' l-edukazzjoni u tal-politika soċjali, biex dawn ir- regolamenti jiġu riveduti drastikament ħalli jiġu ssettjati l-istrutturi li hemm bżonn biex inkunu nistgħu niċċertifikaw u noħorġu dawn l-NVQs.", "Nispera li minn hawn u ftit ġimgħat oħra, kemm jiena kif ukoll il-ministru ta' l-edukazzjoni nkunu nistgħu nħabbru li mxejna b'dan il-pass 'il quddiem u m'għandix dubju li jkun jista' jgħin ħafna lil kull min għandu sengħa u jixtieq li jkun f'pożizzjoni li jkollu ċertifikat rikonoxxut, anke fuq livell Ewropew li dik is-sengħa tiegħu tilħaq l-istandard li hu mitlub f'dan il-qasam.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo, domanda supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Filwaqt li ċertament naqbel mal-linja ġenerali li fuqha qed jitkellem il-Viċi Prim Ministru, ma jaħsibx imma li għandna nuqqas serju fil-ħruġ tal-curriculum nazzjonali l-ġdid?", "Għax waqt li hemm bżonn nibnu s-sistema ta' l-NVQs, irridu ndaħħlu il-GNVQs - it-tarġa ta' qabel - għal dawk li għadhom m'għalqux is-16-il sena.", "Hemmhekk għandna problema kbira għax din irridu ningranawha fis-sistema tas-Sec u l-Matsec, u l-akbar reżistenza se nsibuha mill-bastilja ta' l-universita', li lanqas biss aċċettaw li s-Sec jidħol għall-edukazzjoni fiżika.", "L-akbar problema hi li dawn ma jaċċettawx proprju din il-kultura li għandna bżonn l- esperjenza tax-xogħol u s-snajja', li ħafna drabi tista' tkun iżjed valida minn sempliċement ċertifikat akkademiku.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-punt li semma' l-Onor.", "Bartolo se jiġi kopert b'inizjattiva oħra li ġiet imħabbra, u ċioe' l-kulleġġ vokazzjonali.", "Jiena semmejt diġa' li l-European training foundation għamlet analisi sħiħa meta ġiet hawn Malta, għamlet rapport b'esperti li nġabu hawnhekk, iltaqgħu fit-tul mal-ministeru tal-politika soċjali u l- ministeru ta' l-edukazzjoni, u r-rapport tagħhom jindika bl-aktar mod ċar li waħda mill-aktar inizjattivi importanti f'dan il-qasam huwa t-twaqqif tal-kulleġġ vokazzjonali.", "Issa din hija sfida li rridu nirbħuha akkost ta' kollox għax bis-saħħa tat-twaqqif tal-kulleġġ vokazzjonali nkunu nistgħu nindirizzaw ukoll ħafna mid-diffikultajiet u punti li semma l-Onor.", "Bartolo.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru); Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar każi kriminali fil-qorti; każi quddiem il-bord tad- dixxiplina tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku, u każi ta' tkeċċija minħabba assenteiżmu minn fuq il-post tax-xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12814.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Rapport dwar il-ħidma tal-kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa s- sigurta' fuq il-post tax-xogħol għas-sena 1999.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA (EMENDA NRU 2)", "EXCISE DUTY (AMENDMENT) (NO 2) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Frar 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cilia huwa in possession.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, fl-aħħar ħames minuti tas-seduta tal-bieraħ kont bdejt nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi, li fih innifsu ma tantx huwa xi abbozz oħxon però l-portata tiegħu hija ferm ikbar minn dak li qed jippreżentalna l-gvern quddiemna.", "Bħalma jiġri dejjem, wara l-budget tibda ħierġa leġislazzjoni li tagħti libsa legali lil dak li fil-fatt ikun tħabbar fil-budget.", "U dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna dalgħodu huwa proprju a case in point.", "Fil-qosor dan l-abbozz ta' liġi qed jaħseb għal żieda fil-prezz tas- sigaretti - b'tali mod li pakkett kbir jiġi jiswa Lm1 u pakkett żgħir jiġi 85c, għalkemm illum ma tantx tara pakketti żgħar tas-sigaretti - u żieda fil-prezz tat-tabakk użat għas-sigaretti, dawk li ngħidulhom tal-brim, li se jitla' għal Lm1.61 kull kilo.", "Għalhekk wieħed hawnhekk josserva li qed ikollna żieda mhux biss fil-każ ta' sigaretti maħdumin bil-makna imma anke fuq sigaretti tal-brim.", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni għaliex ħafna drabi jinġieb l-argument li dawn it-tip ta' miżuri jkollhom skop mhux biss biex jinġabru l-fondi imma anke biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.", "Però kulħadd jaf li ħafna drabi n-nies li jduru lejn is-sigaretti tal-brim huma dawk li qabel kienu jpejpu sigaretti tal-pakkett.", "Mr Speaker, kieku wieħed kellu jagħmel survey fost dawk li jpejpu u jistaqsihom jekk jafux li dawn jagħmlulhom ħsara għal saħħithom, il-parti l- kbira tagħhom jgħidu li jafu.", "U jekk wieħed jistaqsihom jekk jaħsbux li jistgħu jaqtgħuhom, ħafna minnhom jgħidulek li jixtiequ sfortunatament imma ma jistgħux għax ir-rieda ma tkunx qawwija biżżejjed meta wieħed jiġi għas- si u n-no.", "Tisma' lil ħafna nies jgħidu li f'xi fażi ta' ħajjithom kienu jpejpu, anke membri parlamentari - ma naħsibx li hija xi ħaġa ta' barra minn hawn għax bil-pressure li jkollu membru parlamentari m'hijiex ħaġa kbira li jispiċċa jpejjep - imma l-esperjenza turik li dawk li jipprovaw jagħmlu sforz biex jieqfu jpejpu, jibdew inaqqsu billi jgħaddu għall-fażi fejn jibdew jobormu t-tabakk huma.", "Naturalment min jagħmel hekk jagħmel hekk għal żewġ raġunijiet; l- ewwelnett peress li biex joqgħod jobrom it-tabakk u jirranġa l-filters se jieħu iktar ħin, u allura se jikkonsma inqas sigaretti milli kieku wieħed jaqbad il-pakkett u jitfa' sigarett f'ħalqu; u t-tieni nett huwa mezz li jgħinu jikkontrolla aktar l-konsum tat-tipjip.", "Mela ħafna drabi l-fatt li jduru għat-tabakk tal-brim ikun l-ewwel pass fid-direzzjoni li jibdew inaqqsu mill-ammont ta' sigaretti li huma jpejpu.", "Mela jekk verament ir- raġuni ewlenija li tinġieb meta jiżdied il-prezz tas-sigaretti u tat-tabakk hija s-saħħa tal-bniedem, ikun tajjeb li wieħed iżomm din il- konsiderazzjoni quddiem għajnejh.", "Sur President, ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Brincat jippreżenta ħafna statistika tajba, fuq dan il-qasam, anke internazzjonali, imma lokalment x'inhuwa l-impatt ta' dawn it-tip ta' miżuri?", "It-tendenza tagħna li nirrikorru għal dak li jagħmlu barra - issa jew din ġejja mill-passat kolonjali tagħna jew forsi min-natura tagħna bħala Maltin - u ħafna drabi l-argument huwa li għax jagħmluh barra mela tajjeb għal hawn Malta.", "Jien tip ta' bniedem, forsi għax trabbejt hekk, li ma nieħu xejn with a pinch of salt.", "Trid tħares lejn l-affarijiet mil-lenti li tapplika għaċ-ċirkostanzi li inti tkun qiegħed fihom.", "L-istess ngħid għal din il-miżura u tajjeb li meta jiġu proposti miżuri simili, wieħed jara l-impatt li se jkollhom fuq il-qasam tas-saħħa.", "Illum nafu kemm qed jittieħdu inizjattivi li ta' min ifaħħarhom mill-ministeru ta' l- edukazzjoni u l-health department biex jagħmlu kampanji edukattivi dwar it- tipjip, imma m'huwiex biżżejjed li nieqfu fuq dak l-aspett, partikolarment meta qed titkellem fuq nies li huma addicts, u wieħed irid jipprova jasal biex għallinqas jgħinhom itaffuha .", "Għalkemm studji juru li fortunatament fl-ewwel 15-il sena ta' bniedem ipejjep regolarment l-effetti negattivi fuq is-saħħa ma jkunux daqstant ħorox, fil-perijodu ta' wara l-effett jakkumula f'daqqa b'rata rapida iktar u bniedem jibda jsofri f'daqqa' dak li jkun għamel iktar kmieni matul ħajtu.", "Naħseb li f'ħafna nies it-tendenza hija li oġġett ikunu jridu jipprovawh.", "Hija sfortuna imma l-bniedem hekk magħmul, minn żmien San Tumas, li oġġett irid jarah, irid jipprovah u jmissu b'idejh biex imbagħad jasal għall-ġudizzju tiegħu jekk huwiex tajjeb jew ħażin.", "Dan jiġri ħafna drabi fost iż-żgħażagħ u llum sfortunatament anke fost tfal ta' etajiet żgħar, li jekk se jimxu fuq l-eżempju li jagħtuhom il-ġenituri ma tantx huwa wieħed inkorraġġanti għax huma stess ikunu jpejpu u allura what's good for the goose is good for the gander.", "It-tfal naturalment ikunu jridu jesperimentaw huma stess, jipprovaw jieħdu nifs ta' sigarett u jaraw kif iħossuhom.", "Għax meta jagħmlu dawn l-affarijiet ikollhom sensazzjoni li issa saru adulti - għax din mhix kwestjoni ta' saħħa biss imma kwestjoni psikoloġika wkoll - qishom ġew rikonoxxuti mis-soċjetà li huma kbar.", "Jien għedt kemm-il darba - u naħseb li hija konsiderazzjoni f'waqtha - li meta jittieħdu miżuri bħal dawn wieħed għandu jara l-impatt soċjali tagħhom.", "F'dan il-parlament għaddejna leġislazzjoni kontra l-vizzji u ż-żewġ naħat ta' spiss nitkellmu dwar kif se ngħinu lin-nies li huma vvizzjati.", "It- tipjip huwa vizzju u għandna d-dover kollha kemm aħna li ma nirkbux - ma ridtx nuża l-kelma \"nirkbu\" imma dik hi l-iktar kelma li tinftiehem - fuq vizzju ta' bniedem.", "Huwa ħażin, jagħmlu min jagħmlu, u l-isforzi li jmorru f'dik id-direzzjoni jridu jkunu mmirati biex ġenwinament jgħinu lill-istess persuni.", "Għalhekk jien qed nistaqsi x'inhi d-differenza bejn sigaretti li wieħed jixtri fil-pakkett u oħrajn li huma tal-brim.", "Dan huwa argument li forsi ma jintużax daqshekk imma nħoss li wieħed għandu jagħmlu hawnhekk.", "It-tnejn huma ħżiena, ħalli nkun ċar f'dak li qed ngħid biex ħadd ma jimmiżinterpretani, imma huwa fatt li ħafna nies jirrikorru għas-sigaretti tal-brim biex inaqqsu mill-konsum.", "Allura b'dan l-abbozz ta' liġi lil dawn in-nies qed niskoraġġuhom għax qed inżidulhom il-prezz ta' dan it-tabakk.", "Kif diġà għedt, dawn it-tip ta' miżuri saru miż-żewġ naħat tal-Kamra fil- passat, però sfortunatament issib min jitkellem skond fuq liema naħa tal- Kamra jkun.", "Din jien insibha diffiċli biex nifhimha meta qed titkellem fuq xi ħaġa konkreta li jaraha b'għajnejh kulħadd.", "Kif ikkwota l-Onor.", "Brincat, bl-argumenti li kien iġib il-Ministru Bonnici ħadha kontra dik ix-xejra meta l-gvern Laburista kien ħa miżuri simili fil-passat.", "Huwa tajjeb kieku l-ministru jgħidilna għalfejn kellu dan il-kambjament fil-viżjoni tiegħu fuq miżuri ta' din in-natura.", "Il- bieraħ għedt li għalkemm meta wieħed iħares lejn l-abbozz ta' liġi jara li m'huwiex xi wieħed voluminuż, ma jridx jarah minn dik il-lenti biss.", "Fil- fatt min-naħa l-oħra kien hemm min fetaħ id-dibattitu fuq oqsma oħrajn ta' l-ekonomija, u qal kif dawn l-affarijiet wieħed irid ipoġġihom fil-kontest proprju tagħhom.", "Jien ngħid li ma rridux inħarsu lejn din il-miżura sempliċi u nanalizzawha mil-lat jekk hijiex xi ħaġa tajba jew xi ħaġa ħażina, jew jekk hijiex kwestjoni bżonjuża għas-saħħa u nieqfu hemm.", "Din trid tittieħed fil-qafas tal-pakkett tal-miżuri li ġew ippreżentati mill- gvern tal-ġurnata fl-aħħar budget tiegħu.", "Qabel ma niftaħ ftit iktar fuq dawn il-miżuri, tajjeb li wieħed jinnota li permezz ta' din il-miżura partikolari kif ukoll miżura oħra li għandha x'taqsam max-xorb alkoħoliku - fl-introduzzjoni tiegħu l-ministru qal li se jitressaq abbozz ta' liġi ieħor fuq hekk fil-ġimgħat li ġejjin - se jkun hemm dħul ta' madwar Lm5 miljun aktar mid-dazju tas-sisa .", "Però meta wieħed iħares lejn id-diskors as such ma jsibx kemm hu kkalkolat li se jidħlu minn din il-miżura tat-tabakk u kemm se jiġu miġbura mill-miżura dwar ix-xorb alkoħoliku.", "Illum umilment nistaqsi jekk nistgħux ningħataw indikazzjoni dwar kemm minn dawn il-Lm5 miljun hu maħsub li se jkunu ġejjin mill-miżura li għandna quddiemna llum.", "Il-bieraħ l-Onor.", "Tony Abela, jekk m'iniex żbaljat, qal: Illum mhix ħaġa kbira li dak li jpejjep iħallas 10c aktar għal pakkett tas-sigaretti.", "Jekk wieħed ipoġġiha b'dak il-mod wieħed forsi jasal biex jifhem l-argument, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq min hu vvizzjat, fuq min jikkonsma dawn is- sigaretti kuljum biex jissodisfa l-kilba li jkollu b'dan il-vizzju.", "Mela jekk bniedem għandu żieda ta' 10c kuljum, f'ġimgħa jiġuh 70c u Lm2.80 fix- xahar jekk ipejjep pakkett kuljum.", "Jien naħseb li l-biċċa l-kbira ta' dawk li jpejpju jaqgħu f'din il-kategorija ta' l-aħħar ftit jew wisq.", "Mela għandek 'il fuq minn Lm100 f'sena fuq dik il-famuża 10c fuq kull pakkett kuljum.", "Mela l-kuntest tal-miżura jikber, u bilfors jikber, u huwa ħażin jekk ma nħarsux lejh minn din il-lenti.", "Apparti dik iż-żieda hemm miżuri oħrajn u meta din il-miżura tittieħed fil-qafas tal-pakkett ta' miżuri li tressqu fil-budget li għadda, din għandha impatti negattivi soċjali u ekonomiċi kbar f'pajjiżna llum.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi l-miżuri kollha li ttieħdu fl-aħħar budget però llum wieħed jista' jħares lura u jara kif dawn il-miżuri qed jolqtu lis-soċjetà tagħna.", "Fil-fatt huwa tajjeb li ngħid li waħda minn dawn il-miżuri kienet fuq il- famużi bearer accounts - mhux se nibda bil-heavy jien - , fejn intqal li hemm madwar Lm30 miljun maqsumin fi 8,600 kont fil-banek li jridu jispiċċaw.", "Jien nifhem li l-istrateġija tal-gvern hi li jiġbor iktar fondi minn affarijiet moħbija anke jekk legalment, u hekk għandu jkun.", "Dawn kienu moħbija b'mod legali fil-passat, ħadd ma kien qed jikser xi liġi għax dawn il-bearer accounts kienu permessi.", "Dawn kienu servizzi offruti mill- banek li issa l-gvern b'daqqa ta' pinna qed jgħid li jridu jispiċċaw.", "U fil-fatt qed naraw l-impatt li qed ikun hemm.", "Wieħed jifhem ukoll il-ħsieb tal-gvern wara l-introduzzjoni tal-withholding tax -- u naħseb li sa ċertu punt kellha s-suċċessi tagħha wkoll - li jekk jaqta' t-taxxa mill-imgħax immedjatament wieħed m'għandux għalfejn jiddikjarahom għall-finijiet tat- taxxa.", "U safejn naf jien, il-bearer accounts anzi kellhom ammont ta' taxxa akbar li kien qed jinqata' mis-somma biex imur favur il-gvern, imma għal dawn ma kienx hemm triq oħra.", "Iżda hawn nixtieq inqajjem il-punt soċjali li qed niltaqgħu ħafna miegħu fejn jidħlu dawn il-bearer accounts, Sur President.", "Meta wieħed jara għalfejn kienu jinfetħu jsib li jkun hemm raġunijiet oħra u mhux biss ta' taxxa għax, at the end of the day, jekk dawn ikunu ddikjarati u tinqata' 15% taxxa mill-imgħax, wieħed ikun illegalizza l- pożizzjoni għax lanqas għandu għalfejn jiddikjarahom lill-kummissarju tat- taxxi interni.", "Imma dawn il-bearer accounts ħafna drabi kienu jinfetħu għal raġunijiet ta' natura oħra.", "Per eżempju, bniedem iżżewweġ u kellu somma flus li ried iżommha taħt rasu bla ma juri lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħu - dawn huma affarijiet veri - u allura fetaħ dan it-tip ta' kont.", "Jista' jkun li bniedem ikun ħaseb fi problemi oħra, mhux neċessarjament fiż- żwieġ, imma jgħid: Jien għandi xi ħaġa mwarrba għax ma nafx x'jista' jinqalagħli f'ħajti u ma rridx nuri lid-dinja kollha x'għandi u m'għandix.", "Inħallas it-taxxa biex inkun f'pożizzjoni legalment korretta imma ma rridx nuri kollox jien.", "Imma issa f'daqqa waħda, minħabba din il-miżura li ħabbar il-gvern, dawn se jkollhom jiddikjaraw kollox mhux biss għall- finijiet tat-taxxa imma anke mill-aspett soċjali wkoll.", "Sur President, fil-professjoni tiegħi niltaqa' ma' ħafna nies li qed jiffaċċjaw dawn il-problemi, li jiġu jgħiduli: X'biċċa xogħol ġratli, kelli somma flus u lill-mara qatt ma wrejtha biha għax dejjem ħsibt għall- ħażin u issa se tinduna li ħbejtilha!", "Jien nemmen li la jidħlu f'partnership fiż-żwieġ għandhom ikunu miftuħin u juru kollox lil xulxin, imma dawn affarijiet li ġraw u mhux każ jew tnejn imma ħafna.", "Allura meta dawn ikollhom jiddikjarawhom, apparti li jidħlu fi problemi legali jekk dawn jaqgħux fil-komunjoni ta' l-akkwisti, jew jekk ikunu ta' qabel iż- żwieġ allura jiġu parafernali, l-ikbar problema li tinqala' hija mas-sieħeb jew sieħba li jkollhom peress li dawn jinkixfu li kienu qed jagħmlu xi ħaġa moħbija, bħalma kienet forsi moħbija għall-gvern ukoll għal ċerti finijiet.", "Sfortunatament qed ikun hemm konsegwenzi koroh għax mhux kulħadd jasal biex jifhem meta jinqalgħu ċerti problemi.", "Jien naħseb li l-punt ta' l- impatt soċjali għamiltu u m'hemmx għalfejn niftaħ iktar għax kulħadd għandu moħħ biex jifhem dawn l-affarijiet.", "Miżura oħra li bilfors trid tittieħed f'dan il-pakkett ta' miżuri li tressqu mill-gvern hija żgur dik ta' l-income tax increase fejn il-bands ta' l-20% u 30% saru 25% u 35% rispettivament, bażikament logħob ta' ftit ammonti 'l hemm u 'l hawn li jolqot lil min jaqla' 'l fuq minn Lm5,500 fis- sena jew Lm100 fil-ġimgħa.", "Jien niftakar li waħda mill-baqar sagri li kien hawn fil-pajjiż kienet l-income tax għax hija taxxa diretta fuq ix-xogħol, u l-isfortuna ta' din l-income tax increase hija mhux biss għaliex intmisset din il-baqra sagra - personalment mhux bilfors naqbel li din hija baqra sagra u m'għandhiex tintmiss - imma għaliex il-mod kif saret din aktar kompliet tintaxxa u żżid il-piżijiet fuq min diġà kien qed iħallas sehmu f'dawk li huma taxxi.", "Mela meta nafu bil-problema tant kbira ta' l- evażjoni tat-taxxa - għax jekk hawn xi ħaġa li hawn qbil nazzjonali fuqha din żgur hija l-evażjoni tat-taxxa - minflok se nagħfsu fejn tassew hemm il- feriti, se nkomplu nagħfsu lil min diġà qed jagħti l-kontribut tiegħu.", "Jien ngħid li fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi ta' pajjiżna llum huwa diffiċili ħafna li familja ta' erbgħa jew ħamsa min-nies tgħaddi bil-paga ta' persuna waħda.", "Fis-soċjetà tal-lum ħafna drabi jkollha toħroġ taħdem is-sieħba wkoll mhux għax trid imma għaliex ma tistax tagħmel mod ieħor biex tlaħħaq mal-ħajja.", "Tkun ħaġa tajba li mara toħroġ taħdem għax tixtieq tidħol fid- dinja tax-xogħol u m'għandna qatt inżommu lura lil min jixtieq jaħdem f'dan il-pajjiż, irrispettivament mis-sess tiegħu, imma meta bniedem ikun imġiegħel joħroġ jaħdem għax mhux qed ilaħħaq ma' l-ispejjeż hija kwestjoni differenti.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista ma konniex għedna li se nagħmlu mirakli imma għedna li s-sitwazzjoni tiġi li paga waħda diċenti fil- familja tkun biżżejjed biex għallinqas dik il-familja tkun tista' tgħaddi.", "Illum diffiċli li tgħidu dan.", "Hawnhekk ġieli kien hawn min ftaħar għaliex il-part-time jobs żdiedu.", "Apparti li rridu nneħħu madwar 4,000 ruħ jew 5,000 ruħ li bid-dħul tal-VAT kellhom jirreġistraw ruħhom - u tajjeb li jkunu reġistrati dawn u mhux qed nargumenta kontra dan - imma wieħed ma jridx iħares lejn il-fatt li żdiedu l-part-time jobs biss mil-lenti li qed jiżdiedu l-impjiegi fil-pajjiż.", "Għax hemm differenza bejn impjieg immirat bħala basic wage-earning ta' familja u mpjieg li bih inti qed tipprova ittejjeb il-livell ta' l-għajxien tiegħek u ta' dawk dipendenti minnek.", "Għalhekk meta wieħed jiġi jiftaħar biż-żieda fil-part-time jobs għandu jżomm quddiem għajnejh li ħafna minn din iż-żieda li qed ikun hawn fil-part- time jobs hija dovuta għall-fatt li dawn ma jistgħux jagħmlu mod ieħor.", "Malli jispiċċaw mix-xogħol ħafna rġiel tal-familja minflok ma jmorru d-dar jinħaslu u jibqgħu hemm, jgħidu kelma żgħira lit-tfal u lill-mara u jkollhom jitilqu 'l barra biex jaqilgħu xi ħaġa oħra b'dik l-hourly rate biex il-familja tkun tista' tkampa.", "Tajjeb wieħed jgħid li meta jsiru l-household budgetary surveys, dwar fejn twassal il-paga, illum li dħalna f'millennju ġdid qed nitkellmu fuq soċjetà fejn il-familji ma jridux jikkalkolaw biss il-borma li jridu jpoġġu fuq il-mejda, imma għandhom commitments oħra.", "Per eżempju, ngħidu li rridu ntejbu s-sitwazzjoni fil-housing tal-pajjiż u allura koppji żgħażagħ qed jidħlu għall-piż biex jixtru post fejn joqogħdu u ma jmorrux għand il- gvern.", "Veru ġieli ħadu xi sussidji żgħar imma għallinqas il-piż qed jerfgħuh huma bażikament, u talli għamlu hekk aħna m'aħniex qed nikkalkolaw dak il-commitment li għandhom li jridu jibqgħu jħallsu d-dejn għal 25 sena jew 30 sena.", "Aħna nitkellmu man-nies u ma jistax ikun li min hu elett f'din il-Kamra ma jafx minn xiex għaddej il-poplu, għax jekk naslu f'dak l- istat veru l-parlament ma jibqax iktar rappreżentattiv.", "Kull familja jkollha xi tip ta' commitment - jew id-dar, jew il-karozza, jew affarijiet oħra - u jekk il-gvern verament għandu kuxjenza soċjali jrid jieħu in konsiderazzjoni dawn it-tip ta' commitments.", "Sfortunatament illum mhux qed jittieħdu in consideration, kif jidher minn dawn il-miżuri.", "Mr Speaker, lanqas qed jittieħdu in consideration nies bla mpjieg, li sfortunatament in-numru tagħhom dejjem qed jiżdied.", "Jidhirli li l-bieraħ ġie kkalkolat li minn meta tela' dan il-gvern xi sitt persuni kuljum qed jitilfu l-impjieg tagħhom, xi ħaġa li m'hijiex ċajta.", "Mis-sena l-oħra 'l hawn biss kien hemm żieda ta' 2,000 ruħ qegħda jew qrib - issa mhux qed nitkellmu iktar fuq kapriċċi imma fuq il-bażi li bniedem irid biex jgħix - u with hindsight issa qed naraw l-effetti tagħhom.", "Nerġa' ngħid li meta bniedem jiġi biex jaqbad il-paga qed isib inqas milli fil-fatt kien imdorri jsib f'idejh biex jgħaddi, jiġifieri mhux mar għal prodott u forsi ddeċieda li ma jixtrihx għax għola, imma m'għandux għażla fiha din.", "U din il-miżura ma nistgħux neħduha iżolata lanqas għax hija taxxa diretta oħra fuq ix- xogħol, li tant għandna bżonn nimbottawh 'il quddiem u nagħtu l-inċentivi biex bniedem jaħdem.", "Miżura oħra fl-aħħar budget tikkonċerna l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, dik magħrufa bħala l-bolla, li issa għoliet għal 10% - is-sena l- oħra jidhirli kienet 9.1% jew 9.2% - forsi l-iktar xibka ta' introjtu faċli għall-gvern, għaliex tinqata' direttament mid-dħul ta' l-impjegat.", "Min isegwi l-politika fil-pajjiż diffiċli jinsa d-dikjarazzjonijiet minn kelliema tal-Partit Nazzjonalista li kienu jagħmlu xeni fuq it-television waqt xi dibattitu u jgħidu li l-bolla balla.", "Meta ġew għar-realtà tat- tmexxija, waħda mill-ewwel affarijiet li missew kienet proprju l-bolla għax mhux din is-sena biss imma anke s-sena li għaddiet għollew il- kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.", "Jiġifieri dawk li huma fil- politika għandhom iżommu dejjem quddiem għajnejhom dak li jgħidu llum għax għada pitgħada jridu jiffaċċjaw l-istess problema huma stess.", "Rajna żieda anke fil-kuntest tas-self-employed, li tneħħewlhom id- differenzi fil-bands li kien hemm u kollha telgħu għal 15% tad-dħul tagħhom, miżura li ttieħdet meta n-negozju tant huwa staġnat fil-pajjiż.", "Il-business community qed tħoss li dan il-gvern m'huwiex qed jagħti kas tat- tbatijiet tagħha.", "Mhux imbilli nagħmlu business conventions u nitkellmu fuq l-IPSE, u mbagħad il-business community ikollha tħabbat wiċċha mad- diffikultajiet reali Illum ħadt risposta għal mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-ministru tal-finanzi dwar il-VAT refunds.", "Meta l-gvern żied il-VAT fuq il-petrol u t-telephone, il-Prim Ministru kien qal: Qgħadna attenti li l-produzzjoni, l-industrija u n-negozju ma jbatux għax se jkun hemm refunds fuq il-petrol u t-telephone għal dawk reġistrati taħt il-VAT.", "Wara ħafna talbiet qalulna li hemm 'il fuq minn 3,000 ruħ li huma fin-negozju u m'humiex reġistrati taħt il-VAT, peress li ma jaqgħux f'dik l-income bracket, allura dawn mhux se jieħdu dan il-VAT refund.", "Mela ż- żieda fil-cost tas-servizzi li qed jipprovdu - u bil-provi żdiedu - se tgħaddi għal għand il-konsumatur at the end of the day.", "Issa apparti dak is-settur ta' 3,000 jew 4,000 ruħ self-employed li m'humiex VAT registered, hemm il-professjonisti li dwarhom għamilt interpellanza lill-ministru llum.", "Sur President, mhux qed ngħid li l-professjonisti qaddisin, far from it!", "Imma kif nistgħu ninċentivaw lil min mhux qed joħroġ VAT receipts, li ħafna minnhom huma professjonisti - veru forsi li dawn huma l-iktar nies who should know better, għax għandhom livell tajjeb ta' edukazzjoni u għandhom ikunu jafu l-affarijiet aħjar - meta ngħidulhom li jekk jużaw il- karozza tagħhom għax-xogħol m'humiex intitolati li jieħdu l-VAT lura!", "Jekk insemmi l-professjoni tan-nutara - ix-xogħol tagħna jirrikjedi li bilfors nidħlu l-Belt biex nirreġistraw xi kuntratt jew testment għax mhijiex xi ħaġa li ssir fl-uffiċċju jew li tmur id-dar ta' xi ħadd hija komunissima - dak li jkun se jispiċċa jgħolli l-fee tas-servizzi tiegħu ħalli jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jagħmel.", "Imma għal dak li rridu naslu?", "Mela jekk aħna tassew irridu nkunu ġenwini u kredibbli f'dan il- parlament, għandna nagħmlu dikjarazzjonijiet which make sense u li jkunu veri u mhux ikollha ssir pressjoni biex jibdew joħorġu l-veritajiet.", "Mela minbarra ż-żieda fl-income tax, fil-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali u t-tneħħija ta' l-eżenzjoni tad-dazju fuq ċertu xorb alkoħoliku f'pajjiżna - se jkollna ċans nitkellmu fuq dik il-miżura partikolari iktar 'il quddiem meta jitressaq l-abbozz ta' liġi - żdiedet il-VAT fuq il-petrol u d-diesel u żdiedu l-kontijiet tat-telephone.", "Apparti dawk il-ħafna polemiċi dwar jekk il-poplu hux se jħallas 5% jew 15% - għax donnu lanqas min kien qed imexxi l-Maltacom ma kien jaf fejn se taqta' s-sikkina, imma ejja ngħidu li hija 5% għax wara l-kontroversja li nqalgħet donnha ġiet stabbilita - imma l-fatt huwa li din iż-żieda se tkompli tgħolli servizzi oħra.", "Aħna nafu li dan il-pajjiż m'huwiex ibbażat biss fuq l-industrija u fuq il-manifattura imma qed nipprovaw nagħfsu wkoll fuq is-servizzi f'diversi oqsma.", "Mela meta qed ngħidu li wħud mill-kategoriji li joffru servizzi fis-soċjetà m'humiex intitolati li jieħdu refunds, qed noħolqu iktar piżijiet li għad irid jiffaċċjahom il-poplu fil-jiem li ġejjin.", "Din is-sena rajna wkoll it-tneħħija tal-levies fuq l-importazzjoni, miżura li se tiswa lill-gvern xi Lm2 miljun għas-sena 2,000.", "Hawnhekk ukoll wieħed irid jistaqsi x'effett se jkollhom dawn il-miżuri fuq dawk li jridu jiġġeneraw ix-xogħol u fuq l-impjiegi, speċjalment bil-mod kif miexja l-industrija.", "Illum għadna kemm smajna li kien hemm industrija li keċċiet 19-il ħaddiem ieħor f'dawn il-jiem li għaddew.", "Meta l-gvern jieħu ċerti miżuri biex forsi jdaħħal iktar flus jew biex iħaffef il-mixja tiegħu lejn l-Unjoni Ewropea jrid joqgħod attent għall-konsegwenzi li se jkun hemm fuq l-impjiegi u f'dik li hija ġenerazzjoni ta' xogħol.", "Irrid insemmi wkoll iż- żieda fit-taxxa tal-boll fuq il-proprjetà, apparti ż-żieda li kien hemm fuq it-trasferiment ta' ishma u t-tneħħija tat-taxxa fuq il-boll għall- allokazzjoni ta' ishma.", "Din bilfors irrid nitkellem fuqha għax ħaġa li niltaqa' magħha kuljum.", "At this moment in time il-qagħda tal-kostruzzjoni hija tant 'l isfel li qed tħalli ripple effect fuq il-ħaddiema li għandhom konnessjoni ma' din l- industrija.", "Dawn il-kostrutturi jissellfu mill-banek għax il-kapital involut fil-kostruzzjoni huwa kbir ħafna u allura jkollhom bżonn spalla fuq min jistrieħu.", "U minkejja s-self kollu li kien hemm fl-aħħar snin, donnu issa problemi biss hemm f'dan il-qasam għax mhux qed ikun hemm il-bejgħ mistenni.", "Ħafna mir-repayment programmes ta' dawn in-nies ikunu marbutin mal-bejgħ tal-proprjetà li jkunu tellgħu, allura f'daqqa waħda dawn qed isibu li l-imgħaxijiet komplew jaggravaw is-sitwazzjoni tagħhom.", "Fl-istess ħin meta l-banek jaraw li dawn il-persuni mhux qed jirnexxilhom iżommu mar- repayment programme tagħhom, ir-risposta tagħhom tkun li jkomplu jżidulhom ir-rata ta' l-imgħax.", "Din hi s-sitwazzjoni li għandna bħalissa.", "Konna anke smajna ħafna diskorsi min-naħa ta' esponenti tal-gvern li għandhom jinżlu r-rati ta' l-imgħax, anke through l-investiment, imma f'daqqa waħda ma nstema' xejn iktar.", "U r-realtà hija l-oppost għal dawk li huma committed diġà.", "U ovvjament il-konsegwenzi dejjem ibatihom il- konsumatur.", "To be fair, il-miżura kienet tajba għax il-gvern ipprova jnaqqas minn 7% għal 5% fuq is-second properties, għax dawk li huma l- ewwel residenza baqgħu fl-istess ilma, għalkemm ma sar xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' xiri ta' garaxx għar-residenza.", "Meta konna qed niddiskutu l- abbozz rilevanti, kont qajjimt l-argument li meta bniedem ma jixtrix il- garaxx għall-użu tiegħu fl-istess kuntratt tad-dar imma jixtrih wara, m'għandux jiġi punit b'rata għolja tat-taxxa.", "Imma din baqgħet hekk u issa li qed inniżżluha għal 5% minflok 7%.", "Jekk wieħed iħares bis-serjetà lejn is-sitwazzjoni fil-qasam tal-bini, il- problema m'hijiex il-boll imma l-mod kif ġiet introdotta l-capital gains tax fil-pajjiż - u ilna naraw il-kostruzzjoni sejra lura minn dakinhar - billi saret part and parcel mil-leġislazzjoni ta' l-income tax tagħna.", "Allura meta bniedem li jaħdem f'dan il-ġeneru ta' xogħol jagħmel il-kalkoli tiegħu jgħidlek: Mela bis-sistema tat-tassazzjoni preżenti - u hawn nerġa' ngħid li l-income tax wieħed ma jridx jgħidilha baqra sagra u jibqa' jagħfas fuq ċerti livelli - se naqa' awtomatikament fil-kategorija ta' 35% taxxa.", "Jiġifieri meta bniedem jara li iktar ma jaħdem u iktar ma jinvesti fil-kostruzzjoni se jaqa' mmedjatament fil-band fejn irid iħallas iktar minn terz tad-dħul tiegħu f'taxxa lill-gvern, allura jibda jħares lejn ġeneri oħra ta' xogħol għax jara li it's not worth the risk li jidħol għal dak it-tip ta' investiment.", "Apparti, bħalma diġà għedt, meta r-repayment schedules imorru żmerċ minħabba dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Mr Speaker, jekk wieħed idur dawra madwaru u jara x'inhu jiġri fir-realtà jinduna li ma sar xejn biex tittaffa din is-sitwazzjoni, anzi qed inżommu l- investiment lura.", "Dan għaliex anke meta jmorru għand nutar biex ibigħu, jgħidulu: Dan il-bejgħ nutar ma nagħmlux din is-sena, agħmilli konvenju u nagħmlu s-sena d-dieħla, għax jekk nagħmlu din is-sena se niġi charged iktar bir-rata ta' tassazzjoni li hawn.", "B'dan il-mod qed inżommu l- iżvilupp għax mhux qed ninkoraġġixxu l-investiment fil-pajjiż.", "Din hija l- ferita fil-qasam tal-kostruzzjoni u rridu nagħtu kas dawn l-affarijiet u mhux naħarbu minnhom għax ngħidu li għandna problemi fiskali biss.", "Wieħed irid jifhem li f'miżuri fiskali ma jistax jieħu l-linja li jiġbor lejh biss imma ħafna drabi biex jiġbor, bħal fin-negozju, you have to give to be able to take, imma għal dan il-gvern din il-parti tal-giving ma teżisti mkien!", "Mr Speaker, fl-aħħar budget rajna wkoll it-tneħħija tas-sussidju fuq id- dqiq, li naturalment jeffettwa l-prezz tal-ħobż.", "Dan għola fl-1 ta' Jannar u ma qagħadx jistenna li jsiru l-pagamenti li kellhom joħorġu bħala kumpens għaż-żieda fil-prezz tal-ħobż.", "Din m'hijiex ħaġa sewwa anke għall- kredibilità tal-gvern għax dan se jibda jibgħathom tard iktar milli kien spjega fid-diskors tiegħu tal-budget.", "Il-poplu m'għandux memorja żgħira u affarijiet bħal dawn żgur ikun qed jistenniehom bi ħġaru, għax meta lill- ħaddiem iż-żgħir tmisslu l-but, dawn il-familji jsibu ruħhom fi tbatija kbira.", "MR SPEAKER: Ippermettili nwaqqfek, Onor. Cilia, imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkompli tinstema'", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Nipproponi li l-Onor.", "Joe Cilia jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Cilia jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Kont qed nitkellem fuq it-tneħħija tas-sussidju fuq il-prezz tad- dqiq.", "Tajjeb li l-gvern ikun fassal strateġija biex dan il-pagament ta' Lm10 għal kull persuna jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ħobż imma l- mentalità tal-bniedem ma taħdimx hekk.", "Meta wieħed jirċievi dik l-Lm10 mhux se joqgħod jġemmagħha f'karus u jwarrab naqra minnha kuljum għall-ħobż imma jkun qed jistenniehom għal commitments oħrajn li jkollu, bħall- istrateġija tal-gvern li l-flus li jiġbor f'taxxi minn ċertu sors ma jmorrux proprju għall-istess sors minn fejn ikunu ġejjin imma jużahom għal affarijiet oħra.", "U l-istess se jagħmel il-bniedem li se jirċievi dan iċ- ċekk meta wieħed jara l-pakkett kollu tal-miżuri li kien hemm.", "Sur President, imbagħad kellna l-famuż icing fuq il-cake meta l-gvern bil- ħniena kollha tiegħu ta dik in-naqra żieda.", "Meta wieħed jikkontja bis-serjetà ż-żidiet fil-cost of living b'riżultat tal-miżuri li ħareġ il-gvern, jirrealizza li din il-Lm1 fil- ġimgħa żieda kienet biex jgħaddi n-nies biż-żmien - ħalli ma ngħidulhiex daħka fil-wiċċ - għax m'hemmx kelma oħra!", "Iż-żieda li ta tiġi annullata meta tikkomparaha mal-piżijiet mixħutin fuq il-poplu.", "U meta niġu għall- ġbir ta' taxxi l-uniku argument li jġibu l-esponenti tal-gvern huwa: Intom tridu titkellmu fuq it-taxxi, meta kontu se tgħollu s-servizzi tad-dawl u l- ilma u tagħmlu taxxa fuq id-drenaġġ għal kulħadd!", "Dak huwa l-argument li jinġieb min-naħa l-oħra, imma l-ironija hija li sakemm domna fil-gvern ma nġabarx sold miż-żidiet kollha li ħareġ gvern Laburista, għax konna aħna stess li ssospendejna l-kontijiet meta rajna r-reazzjoni.", "Imma dan il- gvern m'għandux kuxjenza u mhux lest li jagħti kas tar-reazzjoni li hawn fil-pajjiż għax qed jgħid straight and plain li dawk il-miżuri huma sagri u ma jintmissux.", "Din hi l-attitudni tal-gvern, filwaqt li gvern Laburista mhux bil-paroli imma bil-fatti kien ħa miżuri korrettivi.", "Ara kemm jgħajruna biż-żidiet li għamilna fuq l-ilma u d-dawl, fil-fatt iż-żidiet li ħarġu qed jiġborhom llum il-gvern Nazzjonalista.", "Sur President, dawk li llum qed jirċievu ċ-ċekk ta' l-Lm10, ma' l-istess posta qegħdin isibu kontijiet esaġerati taż-żidiet fis-servizzi tad-dawl u l-ilma.", "Jiġifieri filwaqt li lilna għajruna b'din il-miżura, qisna għamilna xi ħaġa ta' barra minn hawn, fl-istess nifs kien gvern Nazzjonalista li għolla dawn is-servizzi.", "U jekk jgħidu li gvern Nazzjonalista naqqashom, jien ngħidilhom: Għamiltu sew li naqqastuhom imma aħna l-istess ħaġa konna se nagħmlu għax kienet policy iddikjarata u konna bdejna nieħdu azzjoni f'dik id-direzzjoni.", "Intom naqqastu r-rati imma r- realtà hi li mbagħad dawn in-nies qed jirċievu kontijiet li bihom l-income tagħhom se jerġa' jieħu żvolta 'l isfel.", "Dan jixhdu dak li qed jiġri bħalissa fid-djar Maltin u Għawdxin, li filwaqt li jirċievu l-Lm10 tal-ħobż qed ikollhom iħallsu kontijiet fenomenali għal servizzi governattivi.", "Din hija r-realtà ta' dan il-budget u bil-mod li bih miexi dan il-gvern jispiċċa jagħtik seba' imma jeħodlok l-id.", "Meta wieħed iħares lejn dawn l-affarijiet bilfors ikollu jgħid li quddiemna verament għandna abbozz ta' liġi rqiq, li qiegħed iżid 10c fuq pakkett sigaretti, imma kemm huma akbar il-konsegwenzi li qed ikun hemm fuq is-soċjetà tagħna u l-ekonomija tagħna bil-miżuri kollha li qed jieħu dan il-gvern!", "Jien iddispjaċieni meta smajt il-kumment ta' l-Onor.", "Tony Abela, li qal: Vera li aħna ddejjinna, veru li aħna żidna d-deficit imma aħna għandna x'nuru għal dak id-deficit.", "Forsi ħaddieħor m'għandux?", "Dan kien l- argument, però naħseb li llum il-piż kbir li qed iġorr dan il-poplu huwa frott tal-mod irresponsabbli li bih tberbqu l-flus fil-passat u għadhom jitberbqu bl-addoċċ.", "Waqt li ħaddieħor berbaq flus il-poplu u qed jiftaħar, l-istess poplu jrid iħallas għal dan l-atteġġjament tal-gvern.", "Hekk qed jaġixxi l-gvern?", "Min-naħa tal-gvern m'aħniex qed naraw miżuri serji li jiswew il-miljuni, mhux tentufa 'l hemm u 'l hawn, biex jikkontrolla l-infiq tiegħu.", "Mr Speaker, naħseb li dawn huma affarijiet li wieħed irid isemmihom f'abbozz ta' liġi bħal dan.", "Jien nieqaf hawn għax żgur li hemm kelliema oħrajn li għandhom l-abbiltà li jiftħu ħafna iktar minni fuq dawn l-oqsma.", "Nispera li minn din il-Kamra joħroġ il-messaġġ li l-gvern għandu jagħti kas ta' l-effetti li dawn il- miżuri qed ikollhom fuq is-soċjetà Maltija.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, li kieku kull meta jogħlew is- sigaretti jonqos it-tipjip f'pajjiżna ngħid li liġijiet bħal dawn jagħmlu l- ġid.", "Imma fil-fatt ma jidhirlix li qatt sar xi impact assessment biex b'xi mod xjentifiku naraw x'effett qed ikun hemm kull darba li jkun hemm żieda fil-prezz tas-sigaretti.", "Inħossni ferm konvinta li ż-żieda fid-dazju li wieħed iħallas fuq pakkett sigaretti - issa nistgħu ngħidu li miżura bħal din qed narawha f'kull budget - mhux qed tassigura xi riżultat pożittiv f'dan is-sens.", "Mr Speaker, li kieku dawn iż-żidiet jassiguraw tnaqqis fit-tipjip, in the long run il-gvern jew il-poplu wara kollox ikun qiegħed jiffranka ħafna flus, li fil-fatt imorru għall-kura ta' mard ikkaġunat mit-tipjip.", "Kieku jiġri dan, kieku miżura bħal din ikollha sinifikat ekonomiku u soċjali verament qawwi.", "Iżda ż-żieda fid-dazju tas-sigaretti kull sena qed isservi biss bħala miżura finanzjarja li permezz tagħha l-gvern jiġbor aktar flus biex jagħmel tajjeb għad-deficit finanzjarju li għandu l-pajjiż.", "Fil-fehma tiegħi din hija miżura li ftit twassal għaliex tgħolli kemm tgħolli d-dazju tas-sigaretti, li sussegwentement jgħolli l-prezz tagħhom, ladarba n-nies xorta jibqgħu jpejpu, għalkemm il-gvern ikun qed jiġbor iktar revenue għalih, iżda mbagħad ikollu joħroġ aktar flus għal servizzi tas-saħħa bħala kura għall-mard li jiġi b'konsegwenza tat-tipjip.", "Għalhekk din it-tip ta' miżura waħedha twassal biss sal-ponta ta' l-imnieħer.", "Mr Speaker, dan l- abbozz ta' liġi jagħtina l-opportunità li nitkellmu xi ftit fuq dan il- vizzju li, għalkemm ma jaqax taħt l-istess kejl tal-vizzju misħut tad- droga, wieħed jista' jgħid li huwa vizzju ikrah li qed jherri u jeqred lil ħafna nies.", "Inħoss li l-gvern ma jistax jibqa' kull sena jinqeda b'dan il- vizzju serju li huwa permess u legali - mhux bħall-vizzju ta' sustanzi oħra - biex ikabbar id-dħul finanzjarju tiegħu.", "Inħoss li l-gvern, hu min hu, għandu responsabbiltà ħafna akbar minn hekk lejn is-soċjetà.", "Il-gvern għandu responsabbiltà kbira li jiġġieled bil- mezzi adattati u innovattivi kontra dawk il-ħwejjeġ li b'xi mod jherru s- saħħa tas-soċjetà tagħna.", "U t-tipjip huwa proprju wieħed minn dawn il- ħwejjeġ.", "Ma rridx ninftiehem li qed ngħid li m'hu qiegħed isir xejn kontra dan il-vizzju iżda rrid nistqarr li minkejja l-programmi ta' edukazzjoni li jsiru fl-iskejjel tagħna, anke permezz ta' avviżi u reklami fuq il-mezzi tax-xandir minn aġenziji governattivi bħal Sedqa, għaqdiet bħall-Caritas u l-cash for cancer foundation, xorta nħoss li jeħtieġ isir sforz ħafna akbar kontra dan il-vizzju li fil-fatt qiegħed jaħkem lil eluf kbar ta' individwi fis-soċjetà tagħna.", "Jeħtieġ inkunu ħafna iktar pro-attivi, effettivi u innovattivi fil-ħidma li hemm bżonn titwettaq biex ngħallmu lit-tfal tagħna miċ-ċokon nett u liż-żgħażagħ biex jitilgħu b'mentalità fejn verament iħossu li s-sigaretti mhux biss m'humiex moda, iżda wkoll li m'hemm xejn aqwa mis-saħħa tal-bniedem.", "Mr Speaker, ma nafx jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni qattx għamel xi tip ta' impact assessment dwar is-suċċess tal-kampanji li jsiru fl-iskejjel kontra t-tipjip.", "Naħseb li jkun interessanti nkunu nafu jekk hemmx min jara li ma jsirx tipjip fl-iskejjel minn tfal u żgħażagħ, partikolarment taħt l-età, għax mhux l-ewwel darba li niltaqa' ma' nies li jgħiduli li jaraw tfal ta' l-iskola jpejpu.", "Per eżempju, x'passi jittieħdu kontra studenti taħt l-età li jinqabdu jpejpu fl-iskejjel jew barra l-iskejjel?", "X'tip ta' passi jittieħdu mill-pulizija meta jinstabu żgħażagħ taħt l-età li jinqabdu jixtru jew bil-pakkett tas-sigaretti?", "Sfortunatament ftit li xejn nisimgħu dwar x'passi qed jittieħdu.", "Huwa interessanti wkoll li nkunu nafu jekk, per eżempju, hemmx xi taqsima fi ħdan il-ministeru għall- politika soċjali li qed tikkonċentra wkoll fuq programmi ta' edukazzjoni u ta' tkabbir ta' kuxjenza kontra t-tipjip u li jkunu ndirizzati partikolarment lejn il-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Naf li llum hemm therapy clinic li jieħu ħsieb programmi għal dawk li jixtiequ jaqtgħu l-vizzju.", "Jidher li huwa programm terapewtiku li safejn naf jien huwa optional għal dawk li jixtiequ jaqtgħu dan il-vizzju.", "Inħoss li jeħtieġ nagħfsu ħafna fuq dan il-punt ta' l-edukazzjoni u tat-tkabbir tal-kuxjenza tant.", "Naħseb li wasal iż-żmien li meta jinstabu tfal u żgħażagħ taħt l-età li jkunu bdew fuq dan il-vizzju, flok nimmultawhom - għaliex b'hekk naħseb li nkunu qed nikkastigaw lill-ġenituri fil-verità u ftit li xejn imbagħad joħroġ ġid għat-tfal u ż-żgħażagħ – wieħed mill-passi ta' dixxiplina jkun li t-tfal jew iż-żgħażagħ jiġu mitluba li jidħlu biex jagħmlu programm terapewtiku kontra dan il-vizzju.", "Fil-fehma tiegħi permezz ta' dan l- approach vis-a-vis din il-problema l-gvern ikun qed jevita ċertu nfiq soċjali fuq bażi long-term għaliex b'hekk jonqos drastikament il-vizzju tat- tipjip.", "B'dan l-approach pro-attiv kwalunkwe gvern ikun qed jibbilanċja aħjar finanzjarjament ukoll għaliex ikun qed jiffranka l-flus minn servizzi kurattivi mingħajr ma mbagħad ikollu għalfejn idur għal aktar taxxi minn fuq dahar il-poplu.", "Mr Speaker, inħoss li fiċ-ċirkostanzi tal-lum din il-liġi ma nistgħux niddiskutuha f'iżolament imma rridu niddiskutuha fil-kuntest ta' dak kollu li ġie introdott fl-aħħar budget tal-gvern Nazzjonalista, fil-kuntest ta' dak kollu li kien qed jintqal matul dawn l-aħħar 16-il xahar mill-gvern Nazzjonalista u fil-kuntest ukoll ta' dak li l-partit Nazzjonalista fl- oppożizzjoni kien jgħid dwar it-tmexxija tal-gvern Laburista qabel l- elezzjoni ta' l-1998.", "Il-miżura biex jiżdied id-dazju fuq is-sigaretti ma nistgħux inħarsu lejha għaliha waħedha iżda rridu narawha definittivament fil-kontest tal-pakkett sħiħ ta' miżuri li ġew introdotti fit-tieni budget ta' dan il-gvern.", "Filwaqt li matul dak il-perijodu il-Partit Laburista minn dawn il-bankijiet kien qed jitkellem fuq kalkoli u assessments biex iwissi lill-gvern Nazzjonalista dwar dak li kien qiegħed jagħmel, illum mhux qed nitkellmu fuq kalkoli fuq il-karti iżda fuq il-fatti li qed imisshom b'idejh kulħadd.", "Għalhekk ma nistgħux inżommu lura u ma nesprimux ruħna dwar x'qed jiġri fit-toroq tagħna u fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Mr Speaker, ma nistgħux ma nerfgħux ir-responsabbiltà tagħna f'dan il- parlament li nagħtu vuċi lill-poplu, li wara kollox aħna lkoll flimkien hawnhekk nirrappreżentaw.", "Min ma jammettix li l-miżuri tal-budget qed jagħfsu bħal morsa fuq ras iż-żgħir u dawk tal-klassi medja f'pajjiżna, jew inqata' minn mal-poplu kompletament u allura mhux iħoss il-polz tiegħu, jew inkella m'għandux l-interess veru tal-poplu għal qalbu.", "Fil-fehma tiegħi jekk il-gvern Nazzjonalista nqata' verament minn mal-poplu qed jonqos bil- kbir.", "Gvern jiġi elett biex jaqdi lill-poplu u biex imexxih b'mod responsabbli 'l quddiem u mhux biex jgħakkes lill-poplu b'mod li saħansitra lanqas ikun jista' jlaħħaq mal-bżonnijiet bażiċi tiegħu, aħseb u ara ma' xi kapriċċi żgħar li jistgħu jagħmlulu ħajtu aħjar.", "Min-naħa l-oħra jekk gvern ma jkollux għal qalbu l-interess veru tal-poplu u jibqa' jaħdem b'mod li jibqa' għaddej qisu gaffa minn fuq ras kulħadd, basta tgħaddi tiegħu allura mbagħad żgur li ma jixraqlu xejn għajr il-kundanna ta' kulħadd, partikolarment taċ-ċittadini onesti ta' dan il-pajjiż.", "II-Prim Ministru stess f'din il-Kamra qalilna li l-miżuri tal-budget se jolqtu lil kulħadd skond kemm jiflaħ.", "Ftit ilu l-istess ministru tal- finanzi, wara laqgħa li kellu mal-GWU, qal li l-ħaddiema jifilħu l-miżuri tal-budget.", "Mhux veru li l-miżuri anti-soċjali tal-budget tal-gvern Nazzjonalista jifilħuhom il-ħaddiema Maltin u Għawdxin u nistedinhom lil tal-gvern biex imorru jiffaċċjaw lill-ħaddiema fit-toroq u jgħidulhom dak li qalu lilna hawn ġew u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema stess.", "U issa dan mhux aħna biss qed ngħiduh, qed jgħidu kulħadd barra l-gvern.", "Il-gvern Nazzjonalista huwa irresponsabbli u inkompetenti għaliex il-miżuri li ħa jirriflettu kemm għażel it-triq il-faċli minflok għażel li jintefa' għax- xogħol li jeħtieġ isir bis-serjetà biex dan il-pajjiż ifiq mill-isfreġju finanzjarju li wara kollox huwa stess ħoloq!", "Il-gvern Nazzjonalista kien jaf fiex se jġib lil Malta u lill-Maltin għaliex illum nistgħu ngħidu li qed immissu b'idejna dak li n-Nutar George Bonello Du Puis kien qal f'din il-Kamra snin ilu meta kien qed jitkellem fuq id-dejn.", "Hu kien wieġeb li ma jimpurtax li niddejnu għax imbagħad id-dejn iħallsuh uliedna.", "Fil-fatt bdejna nħallsuh aħna qabel uliedna!", "Minflok ma l-gvern intefa' b'ruħu u b'ġismu għax-xogħol biex joħloq ambjent tajjeb, ħalli jiġbed l-investiment lejn pajjiżna u b'hekk tikber l-ekonomija tagħna u allura jibda jsovi xi ftit mill-isfrakass finanzjarju u ekonomiku li ġab fuq pajjiżna, iddeċieda li jsolvi l-problemi finanzjarji billi jdur għall-ħuta ż-żgħira li għandha kollox iddikjarat.", "U l-ħuta ż-żgħira ma tistax tagħmel mod ieħor għajr li tonfoq kulma jkollha għax il-bżonnijiet kulħadd irid jagħmilhom, kemm min għandu l-ħafna u kif ukoll min għandu l-ftit.", "Mhux talli l-gvern Nazzjonalista m'għamel xejn biex joħloq ambjent tajjeb għall-investiment, talli qatt daqs dawn l-aħħar 16-il xahar ma kien hawn f'pajjiżna turbament industrijali bħalma kien hawn.", "Kull ġimgħa tisma' b'xi azzjoni industrijali 'l hemm jew 'l hawn minn xi trade union jew oħra.", "Mhux talli hekk, talli dan il-gvern li tant jiftaħar bid-demokrazija kollha tiegħu ma qagħad jikkonfondi xejn li juża l-forzi tas-sigurtà biex ikisser azzjoni industrijali leġittima li kienu qed jieħdu membri tal-GWU, anzi mar pass aktar minn hekk ukoll.", "Biex juri s-saħħa tiegħu qabad lock stock and barrel u ħa passi bil-qorti kontra l-membri uffiċjali tal-GWU minħabba strike industrijali.", "Ħaseb li għax għandu s-saħħa jista' jbeżża' lill-membri tal-GWU bil-qrati!", "Jien niskanta aktar u aktar kif dan il- gvern - li tant jgħajjat fuq l-investiment u jaf tajjeb x'qagħda mwiegħra ninsabu fiha mil-lat ta' investiment ġdid f'pajjiżna - ma ddejjaq xejn jagħmel dawn l-oxxenitajiet li wara kollox kixfuh mad-dinja bħala gvern mill-aktar anti-demokratiku u anti-ħaddiem.", "Iġib liema skuża jġib il-gvern jaf li ġibed l-istmerrija ta' l-akbar unions internazzjonali, tant li dawn ma ddejqu xejn jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-GWU biex tressaq dan il-każ ta' għajb quddiem l-ILO.", "Sur President, inkompli nsostni li l-gvern Nazzjonalista, fiċ-ċirkostanzi tal-qagħda finanzjarja mwiegħra - li issa għalih m'għadhiex ħrafa kif kien jirriferi għaliha fiż-żmien il-leġislatura Laburista ta' qabel l-1998 - għażel it-triq il-faċli biex jirrimedja.", "Minflok ma ta l-eżempju u ntefa' bl-akbar responsabbiltà u beda minnu stess jaħdem biex jaqta' l-ħela u t- tberbiq, iddeċieda li jiġbor it-taxxi minn fuq dahar il-poplu.", "Dan bħal meta għandek familja li tkun għaddejja minn qagħda finanzjarja ħażina - l- ewwel passi li jieħdu l-ġenituri biex jillimitaw il-problema li jkollhom hija li jaqtgħu mill-bżonnijiet tagħhom infushom, tal-ġenituri, ħalli jipprovaw jassiguraw li uliedhom ikollhom il-bżonnijiet - iżda dan il-gvern m'għamilx hekk imma dar l-ewwel lejn l-ulied u s'issa, kontra kull regola naturali, baqa' għaddej b'dak kollu li kien għaddej bih.", "Illum mhux tal- Labour Party biss qed jgħidu dan imma qed jgħiduh l-industrijalisti, in- nies tan-negozju, l-għaqdiet u l-korpi kostitwiti.", "Qed jgħidu min verament huwa ġenwin u integru u jixtieq jara lil Malta terġa' tibda tirranka fil- progress veru għall-ġid ta' kulħadd.", "Ftit ilu ħarġet ir-rivista \"Il-Pensjonant\" li toħroġ l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti.", "Din m'hijiex xi għaqda ta' xi partit politiku, din hi għaqda awtonoma u għandha kredibilità ma' kulħadd għaliex ma toqgħodx lura jew tħalliha lixxa lil xi ħadd.", "Dawn qalu hekk:", "\"Għal pajjiżna wasal il-mument tal-verità.", "Insejna li money is no problem għalkemm ċerti setturi governattivi għadhom mexjin qisu ma nbidel xejn.", "L-anzjani jafu li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż hi mwiegħra, jifhmu li fin-nuqqas ta' żvilupp sostenut u serju ma jistax jinħoloq il-ġid, u lesti daqs kull qasam ieħor li jagħmlu s- sagrifiċċji jekk ma jkunx hemm triq oħra.", "Biss qabel xejn il-gvern irid juri li qed jikkontrolla l-infiq pubbliku bis-serjetà, li jispiċċaw il-ħela, l-ixxamplar u l-indixxiplina, li l-amministrazzjoni tagħmel gwerra serja bla waqfien kontra l-ħut il-kbir, li donnu b'miraklu sena wara l-oħra jkompli jaħrab mix-xibka tat-taxxa.", "Meta jaraw is-serjetà l-pensjonanti jkunu lesti jitkellmu dwar sagrifiċċji iżda ma jaċċettawx li jkunu huma biss li jagħmluhom.\"", "Mr Speaker, nistgħu ngħidu li kulmin hu ġenwin qed jitkellem b'dan il-mod.", "Min hu ġenwin lest jagħmel is-sagrifiċċji ħalli Malta tirkupra imma mhux ikun iż-żgħir li jagħmel is-sagrifiċċju, mhux ikun il-ħaddiem, mhux ikun dak li diġa' hu emarġinat f'dan il-pajjiż li jagħmel is-sagrifiċċji!", "Nista' nirrakkonta li waqt laqgħat li kien qed ikollna xi wħud minn sħabi u jien matul dawn l-aħħar ġimgħat ma' diversi korpi kostitwiti, dawn qalulna bla tlaqliq li kienu jistennew li l-gvern jagħti l-ewwel eżempju biex jaqta' l-ħela u t-tberbiq.", "Qalulna ċar u tond li anke huma wissew lill-gvern li bil-miżuri li ħa se jagħfas liż-żgħir u dawk tal-klassi medja.", "Qalulna wkoll li lill-gvern qalulu li b'dawn il-miżuri kien se jkompli jistaġna n-negozju fil-pajjiż.", "Iżda l-gvern Nazzjonalista ma sema' minn ħadd u baqa' għaddej qisu gaffa minn fuq ras kulħadd f'dan il-pajjiż.", "U verament staġna n-negozju minkejja li tal-gvern jibqgħu jgħidu li mhux veru.", "Jekk titkellem man-nies malajr tkun taf kemm huwa staġnat in-negozju għax il-bejjiegħa kollha jgħidulek ċar u tond li l-bejgħ tagħhom qatt ma kien daqshekk ħażin.", "Fejn tista' tasal iżjed milli nies fin-negozji ż- żgħar li għandhom ħwienet tal-merċa jgħidulek li l-bejgħ tagħhom naqas drastikament!", "Ftit jiem qabel il-Milied kont qed nitkellem ma' xi nies li għandhom minimarket fil-qalba tar-raħal u verament impressjonajt ruħi meta qaluli li x-xogħol tal-Milied - ftit jiem biss qabel il-Milied - ma kienx għadu rranka bħas-snin ta' qabel.", "Dawn esperjenzi li verament iħassbuk għaliex dawn ma kenux ħwienet li jbigħu affarijiet li tista' tgħaddi mingħajrhom imma dawn ħwienet tal-merċa li jbigħu l-bżonnijiet u mhux il-lussu.", "U liema familja fil-Milied ma tħejjix biex tagħmel ikliet aħjar minn tas- soltu għall-familja?", "Jekk ikollok idejk fuq il-polz tal-poplu tifhem malajr għaliex.", "Għaliex meta tagħfas lil min għandu ħafna dik l-għafsa jħossha iżda jkun jiflaħ ikompli għaddej, però meta tagħfas lil min jgħix bil-qies għax jgħix bi dħul fiss tkun qed theddidlu bl-aktar mod ċar il- livell ta' l-għajxien tiegħu.", "Min għandu l-ftit u teħodlu minn dak il-ftit tkun qed tkompli tillimitah.", "U hekk qed jiġri għax iż-żgħir qed ikompli jsir żgħir, il-fqir qed ikompli jiftaqar u l-emarġinat qed ikompli jemarġina ruħu!", "Dawk li b'xi mod kienu qed ikampaw għax id-dħul tagħhom huwa medju, il- gvern qed jizzoppjahom u jekk ma jeħux passi korrettivi dan il-grupp ta' ħaddiema u l-familji tagħhom fis-soċjetà tagħna se jispiċċaw jiftaqru huma wkoll.", "Bil-miżuri anti-soċjali tal-gvern Nazzjonalista min għandu l-ftit spiċċa jaqta' saħansitra l-bżonnijiet biex forsi jkampa.", "Nixtieq bis- serjetà li l-Prim Ministru u l-ministri tiegħu jibdew jagħmluha man-nies u jitkellmu sinċerament magħhom kif nitkellmu aħna ħalli jifhmu li dan mhux kliem fieragħ imma l-vuċi ta' eluf ta' ħaddiema li, wara snin kbar jgħixu b'mod li jistgħu jlaħħqu, f'daqqa waħda qed iħossu bħal morsa fuqhom li qed tifgahom.", "Il-poplu tagħna issa mhux bil-kliem ta' l-oppożizzjoni Laburista qiegħed jifhem iżda sfortunatament qed jifhem the hard way għaliex qed imiss il-fatti b'idejh.", "Kulħadd jgħidlek li dawn il-miżuri introdotti fit-tieni budget tal-gvern Nazzjonalista qed ireġġgħu l-arloġġ lura 30 sena, meta l-ħaddiem kien jgħix biss bl-akkarija, b'dak li jsib, meta l-ħaddiem kellu jgħix mingħajr id- dinjità, meta l-ħaddiem kellu jgħix bl-agħar kondizzjonijiet tax-xogħol għaliex ix-xogħol dak iż-żmien kien mill-inqas u kien ikun xortih tajba meta kien isib xi ħaġa x'jagħmel.", "L-arloġġ reġa' qed jirranka b'lura għaż- żmien meta l-ħaddiem kien ikollu jgħix bil-karità.", "Bil-miżuri meħuda mill-gvern Nazzjonalista sa mill-ewwel budget, u kompla għaxxaqha bil- miżuri li ħa fit-tieni budget tiegħu, il-poplu tagħna mhux qed jitkellem aktar fuq kif se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja iżda qed jitkellem fuq il- ġlieda għall-għajxien.", "Forsi hawn min jiddarras għax nuża l-kelma \"ġlieda\" imma qed nuża din il-kelma apposta, għaliex min jgħix fit-tbatijiet kuljum peress li lanqas mal-bżonnijiet m'hu qed ilaħħaq qed ikollu jiġġieled il- ħin kollu biex jgħix hu u l-familja tiegħu.", "Iva, f'pajjiżna qed jerġa' jfeġġ il-faqar li s'issa għadu moħbi, faqar li tista' tmissu b'idejk meta titkellem man-nies jew meta żżur lin-nies fi djarhom.", "Niltaqa' ma' familji li jgħidulek li sa nofs ix-xahar bilkemm ikun fadlilhom biex jixtru l-ħobż u l-ħalib għat-tfal, familji li jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal- kontijiet u ma jistgħux ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Ftit ilu kont qed nitkellem ma' xi tobba u impressjonajt ruħi meta qaluli li huma jkejlu l-għafsa tan-nies mill-fatt li ċerti familji qed ifittxu t-tabib meta jkunu morda sew u mhux bħal qabel ifittxu t-tabib mill- ewwel għall-kura.", "Ara fiex wasalna llum!", "Meta ħmistax ilu l-ħaddiema li jitħallsu kull ħmistax ħadu l-ewwel darba l-paga bir-rati l-ġodda tal-bolla u ta' l-income tax, kull fejn kont iddur kont tisma' sentenza waħda kullimkien għax kulħadd jgħidlek: Qbadt il-paga bin-nieqes!", "Nhar il- ġimgħa li għaddiet l-istess ġara meta l-ħaddiema li jitħallsu bix-xahar ħadu l-ewwel paga minn meta ġew in effect iż-żidiet fir-rati tal-bolla u ta' l-income tax.", "Kulħadd jgħidlek: Qbadt il-paga bin-nieqes!", "Kulħadd skantat kif il-gvern huwa daqshekk insensittiv għat-tbatijiet li l-miżuri anti-soċjali tal-budget iwaddbu lil kulħadd fihom.", "Lanqas temmen fiex kellu jiġi l-poplu Malti f'ħakka ta' sittax-il xahar taħt gvern Nazzjonalista.", "Lanqas temmen għaliex tul it-22 xahar ta' gvern Laburista l- Partit Nazzjonalista, dak iż-żmien fl-oppożizzjoni, tgħidx kemm għajjarna bla kuxjenza soċjali.", "U dan meta aħna għidna l-verità lill-poplu u ħadna ftit miżuri żgħar biex nibdew intaffu l-isfreġju finanzjarju li wara kollox kien kaġun tal-Partit Nazzjonalista tul is-snin li dam fil-gvern.", "Kemm għajruna bla kuxjenza soċjali!", "Mur ara x'kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista kieku konna aħna li għamilna dawn il-miżuri!", "Mur ara x'tgħajjir u kemm kienu jivvintaw vokabularju ġdid politiku!", "Meta niftakar f'dak it-tgħajjir bilfors li jkolli nikkonkludi li l-frażi Maltija li tgħid li l-ispiżjar milli jkollu jagħtik, hija fost l-aktar frażi adattati għall- gvern Nazzjonalista tal-lum!", "Mr Speaker, it-tħassib fost il-poplu huwa kbir għax tmur fejn tmur kulħadd ikellmek fuq is-sitwazzjoni li qegħdin fiha u jistaqsik: Imma x'jista' jsir biex dan il-gvern jieqaf minn din il-politika oxxena li qed tgħakkes liż-żgħir u li qed timmina bil-kbir lil dawk ta' klassi medja?", "Għandna gvern li jippoża ta' l-akbar nisrani u ta' l-akbar kristjan u f'ħakka t'għajn kisser il-valuri kollha nsara.", "Iva, għandna gvern li qaleb kollox ta' taħt fuq, qaleb il-prijoritajiet tal-poplu tagħna, għażel it- triq il-faċli basta jaqdi l-kilba u l-ossessjoni tiegħu li jdaħħal lil Malta membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox!", "U l-miżuri meħuda f'dan il-budget ikomplu juru li l-ossessjoni tal-gvern Nazzjonalista li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni tiġi qabel l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa l-gvern Nazzjonalista qabditu l-għaġġla biex jara kif se jnaqqas id-deficit finanzjarju li wara kollox ħoloq huwa stess fil-pajjiż.", "L-urġenza żgur ġejja mill-fatt li l-gvern irid li mil-lum għal għada jikkonforma ruħu ma' dak li jiddeċiedu fi Brussels għax ta' l-Unjoni mhux se jaċċettaw il-qagħda tad-deficit tagħna.", "Dawn għandhom it-3% benchmark biex id-deficit ikun aċċettabbli u aħna naqbżuha sew dik.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna biss imma qaluhulna huma stess fl-avis ta' sena ilu.", "Il- kummissjoni ta' l-Unjoni qalulna li d-deficit tagħna għoli u mhux aċċettabbli.", "Anzi, aktar minn hekk, fl-avis li ħareġ kważi sena ilu, fi Frar qalulna li d-deficit ilu jikber sew proprju mill-1995 minkejja li kemm- il darba l-gvern Nazzjonalista pprova jbellagħha lill-poplu li kien il- Partit Laburista li kabbar dan id-dejn.", "Anke hawn għandna qawl Malti li jgħid \"il-giddieb għomru qasir\", li joqgħod ħafna għall-gvern Nazzjonalista llum, għaliex kellha tkun l-istess kummissjoni ta' l-Unjoni li stqarret il- verità dwar dak li l-gvernijiet Nazzjonalista ġabu lil Malta fih matul is- snin.", "Bla tlaqliq ngħid li l-istess Kummissjoni Ewropea tat ċertifikat lill- Partit Laburista u wriet kemm dan dejjem qal il-verità u ma tmejjel b'ħadd f'dan il-pajjiż.", "Kemm għidnielhom li m'għamlux sew li ħbew il-qagħda finanzjarja ħażina!", "Kemm għidnielhom li m'għamlux sew li ma qalux lill- poplu Malti u Għawdxi u qabdu u sejħu elezzjoni bikrija fl-1996 biex ma jagħmlux budget ieħor qabel l-elezzjoni ħalli jkomplu jaħbu l-isfreġju finanzjarju li għamlu lil pajjiżna bl-inkompetenza, bit-tberbiq u bil-ħela!", "Kellha tkun il-kummissjoni ta' l-Unjoni stess li tikxifhom.", "Inkompli nsostni li l-għafsa tal-miżuri anti-soċjali tal-gvern Nazzjonalista fl- aħħar budget huma wkoll parti mill-pjan biex il-gvern Nazzjonalista jlaħħaq ma' l-esiġenzi li qed jagħmlulu minn Brussels ħalli jiġi aċċettat.", "Il- gvern Nazzjonalista għandu tort kbir għal din is-sitwazzjoni, mhux biss għax berbaq u ħela, iżda wkoll għaliex ilu għal dawn l-aħħar 12-il sena jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea.", "Hu kien jaf x'inhuma l-kondizzjonijiet u baqa' m'għamel xejn, anzi ħalla s-sitwazzjoni finanzjarja tikkankra.", "U issa, biex jaqdi l-kilba ta' l-ossessjoni li għandu, ġie jaqa' u jqum mill- poplu u għabbieh bil-piżijiet biex isewwi l-ħsara li għamel ħalli malajr kemm jista' jkun ikun jista' jidher ħelu ma' ta' Brussels.", "Li kieku l-gvern Nazzjonalista kien serju, l-ewwelnett qatt ma kien iġib lil Malta fis-sitwazzjoni finanzjarja li tinsab fiha, iżda anke jekk għas- saħħa ta' l-argument ngħidu li forsi l-politika tiegħu marritlu daqshekk żmerċ, kieku kien serju u verament għandu għal qalbu l-interessi ta' Malta u l-Maltin l-ewwel u qabel kollox kien jippjana l-fejqan finanzjarju fuq medda ta' żmien u b'mod li jassigura li ż-żgħir u dawk ta' klassi medja jintlaqtu b'mod li ma jheddilhomx il-livell ta' l-għajxien tagħhom kif għamel bl-aħħar budget tiegħu.", "Il-gvern Nazzjonalista qed jippretendi mill- ħaddiema biss għax il-Prim Ministru qalilhom biex ma jitolbux żidiet fil- pagi.", "Il-gvern flus għall-ħaddiema u għall-pensjonanti m'għandux iżda għal konsulent wieħed biex taparsi nagħmlu l-proġett tal-millennju f'St James Cavalier kellu 'l fuq minn Lm177,000!", "Għall-ħaddiema u l-pensjonanti m'għandux flus iżda għall-festini u għall-ivvjaġġar ma ddejjaqx ikompli jżid madwar Lm600,000 fis-sena man-nefqa li diġà kellu.", "Sur President, il-gvern ma ddejjaq xejn li jagħti Lm10 miljun mill-assi tal-poplu rigal lil ta' l-HSBC fil-bejgħ tal-Mid-Med Bank.", "Hawnhekk ittradew lill-poplu mhux biss għax taw l-assi tal-poplu bl-irħis lill- barranin iżda wkoll għaliex tgħidx kemm ftaħru u bellgħuha lill-poplu li l- HSBC se jkun l-aqwa nvestiment f'pajjiżna.", "Investiment sabiħ kien s'issa!", "Għaddiet kważi sena mill-bejgħ ta' l-akbar bank li kellna f'pajjiżna u sal- lum għadna ma smajniex li ġie biċċa nvestiment f'Malta bis-saħħa ta' l- HSBC!", "Anzi dan l-aħħar kont qed nitkellem ma' xi nies fin-negozju u qaluli ċar u tond li l-HSBC donnha addattat il-policy li toħroġ mill-investimenti kollha f'Malta li kellu l-Mid-Med Bank fiż-żmien, mhux tar-Rinella biss, imma oħrajn ukoll.", "Dak investiment!", "Investiment biex jagħsru flus il- Maltin u joħorġuhom barra minn pajjiżna!", "Issa naraw kemm se jistmawhom lill-ħaddiema ta' l-HSBC meta jiġu għan-negozjati tal-collective agreement.", "Diġà qed niltaqa' mal-ħaddiema ta' l-ex-Mid-Med Bank li jgħiduli b'liema mod degradanti qed jiġu stmati fuq ix-xogħol.", "Il-Prim Ministru m'għandux flus għall-ħaddiema u għall-pensjonanti iżda mbagħad ma jimpurtax li l-gvern tiegħu ħafer il-miljuni ta' liri f'boll lill-kumpaniji li daħlu għall-kuntratti tal-proġett tal-Kottonera u ta' Manoel Island.", "Ma jimpurtax lanqas li l-liċenzja għal casino fil-Kottonera taha b'Lm100 fis-sena, kontra l-Lm40,000 li tlabna għal casino ġdid f'Buġibba fi żmien il-gvern Laburista.", "Illum lanqas għall-kera ta' appartament residenzjali tal-gvern li jingħata bħala akkomodazzjoni soċjali ma tħallas Lm100 kera fis-sena.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess f'wieħed mill- ġurnali ċ-chairperson tal-housing authority, is-Sinjura Micallef Leyson, qalet li l-units li se joħroġ il-gvern b'kera li se jkunu mmirati biex itaffu xi ftit mill-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali se jkunu madwar Lm500 fis-sena kera.", "Imbagħad jiġi l-gvern u jagħti liċenzja għal attività kummerċjali għall-prezz ta' Lm100 fis-sena biss.", "Allura din mhix oxxenità, Mr Speaker?", "Għall-ħaddiema u għall-pensjonanti l-Prim Ministru m'għandux flus, iżda mbagħad għandu l-eluf biex isewwi l-ħsara li saret fix-Xagħra tal-Furjana biex saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju, minkejja li l-kunsill lokali tal-Furjana kien qallu li jista' jagħmilha x'imkien ieħor biex ma ssirx ħsara għalxejn.", "Għall-ħaddiema u għall-pensjonanti l-Prim Ministru m'għandux flus iżda mbagħad għandu l-miljuni tal-liri biex taparsi jagħmel proġett tal-millennju li se jiġi jiswa Lm3.6 miljun, kif qalu tal-gvern stess il-ġimgħa l-oħra.", "Naturalment dan il-proġett kien importanti, l-aqwa li l-Prim Ministru u sħabu lejliet l-ewwel tas-sena marru jiddandnu biex iniżżlu isimhom fl-istorja tal-bidu tal-millennju, imma mbagħad għas- sussidju tal-ħobż ma kellux flus il-gvern!", "Il-gvern neħħa s-sussidju tal-ħobż bit-taparsi skuża li qed jitpaxxew it- turisti minn fuq dan is-sussidju.", "Kien importanti li jiffrankah għaliex minn fuq dahar iż-żgħir irid jimla l-kaxxa ta' Malta.", "Dażgur li importanti għall-gvern Nazzjonalista li jneħħi s-sussidju tal-ħobż, inkella kif se jidher li huwa konformi ma' dak li jiddettaw fi Brussels!", "Ta' l-Unjoni Ewropea mhux se jaċċettaw li l-gvern jagħti xi sussidju.", "Jekk titkellem mal-furnara kollha jgħidulek li n-nies anke mill-ħobż qed tnaqqas għax in- nies qed taqta' anke mill-bżonnijiet.", "Mhux biss naqset il-paga tal-ħaddiem minħabba ż-żieda fir-rata tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali u fir-rata ta' l-income tax, iżda l-familji, il-pensjonanti u dawk li qed jgħixu bl- għajnuna soċjali qed iħossu l-għafsa ta' l-effetti taż-żidiet fil- prezzijiet tal-ħobż, tat-trasport, tal-petrol, tas-sigaretti u tad-diesel fost oħrajn.", "Imbagħad jiġu l-kelliema tal-gvern jgħidulna li mhux veru l- akbar għafsa qed jeħodha ż-żgħir jew tal-klassi medja imma kulħadd qed jerfa' skond kemm jiflaħ!", "Lanqas il-partitarji Nazzjonalisti m'huma qed jemmnuhom issa u qed jammettu x'ingann mexa bih il-prim ministru u sħabu tal-gvern qabel l-elezzjoni.", "Ħadd ma stenna din il-politika ta' ngann.", "Mr Speaker, minn din in-naħa tal-Kamra nibqgħu nsostnu li min għandu l-but mimli bil-liri jekk teħodlu jibqagħlu, iżda liż-żgħir u lil dawk li jgħixu b'paga medja meta teħdilhom tkun qed teħdilhom mill-bżonnijiet bażiċi tal- ħajja u mhux mill-kapriċċi.", "Sfortunatament mhux talli l-gvern Nazzjonalista ma tax widen għal dak li qed jgħidlu kulħadd, talli l-Onor.", "Dalli għamilha ċara li l-miżuri anti- soċjali u anti-familja li ntroduċa f'dan l-aħħar budget m'humiex negozjabbli.", "Imbagħad jieħdu għalihom għax ngħidulhom li qed jimxu b'mod arroganti u dittatorjali!", "Il-gvern Nazzjonalista mhux talli ma sema' minn ħadd, talli kompla ta xiehda li l-Partit Nazzjonalista jibqa' dejjem l- istess partit, il-partit li jaqdi l-interessi tal-ftit u mhux tal-poplu Malti u Għawdxi in ġenerali.", "Dan mhux kliem fieragħ imma qed nitkellmu bil-fatti fuq il-karta.", "L-għafsa li qed jagħmel fuq il-poplu ħaddiem il- gvern Nazzjonalista mhix ġejja biss miż-żidiet fir-rati tas-sigurtà soċjali, ta' l-income tax u miż-żidiet fil-prezz ta' prodotti essenzjali, iżda wkoll minħabba l-fatt li naqqas il-flus ta' servizzi essenzjali u kruċjali li huwa responsabbli għalihom.", "Il-gvern Nazzjonalista, li tant jippoża taċ-champion tal-ġustizzja soċjali, ġie f'dan il-parlament u bla mistħija naqqas il-vot tas-saħħa b'madwar Lm3 miljun, naqqas l-ispiża fuq il-manutenzjoni u l-upgrade tat-tagħmir fl-isptarijiet.", "Il-bieraħ fil-ftuħ taċ-ċentru tas-saħħa f'Bormla l-Ministru Louis Galea ftaħar li dan kien proġett li nbeda fl-1992, jiġifieri ħa tmien snin biex jiġi upgraded iċ-ċentru tas-saħħa f'Bormla.", "Ara l-karozzi l-ġodda għall- ministeri ma ħadux tmien snin, ħadu biss ftit ġimgħat biex ma ngħidux ftit ġranet ukoll!", "Imma fejn jidħol is-servizz għal min hu fil-bżonn idum jaħsibha l-gvern Nazzjonalista, bħallikieku ċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern u l-isptarijiet tal-gvern mhux il-ħaddiema l-aktar li jagħmlu użu minnhom.", "Mingħandu l-flus ifittex l-isptarijiet privati, għalkemm issa wasalna fil- qagħda tal-biki li jekk ikollok xi ħaġa serja, għandek jew m'għandekx flus, trid tfittex il-privat għaliex jekk tiċċappas ma' l-isptar tal-gvern iddum ix-xhur tistenna u jekk tinqeda!", "Naf familji li kellhom jissellfu l-flus biex marru fi sptarijiet privati ħalli jagħmlu l-operazzjonijiet li kienu ilhom xhur sħaħ jistennew biex jagħmluhom fl-Isptar San Luqa.", "Dik ġustizzja soċjali!", "Mr Speaker, dan il-gvern champion tal-ġustizzja soċjali naqqas ukoll madwar Lm1 miljun għall-iskejjel tal-poplu.", "Naqqas ukoll madwar Lm1.5 miljun mill-vot tal-housing.", "Dawn il-miżuri wkoll qed ikomplu jgħabbu liż-żgħar u lil dawk tal-klassi medja.", "Imbagħad xi ngħidu għat-tgħajjir li qlajna mingħand il-Partit Nazzjonalista minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fi żmien l- amministrazzjoni Laburista ta' qabel l-1998?.", "Kemm għajruna bla kuxjenza soċjali!", "Issa huma m'humiex bla kuxjenza soċjali li neħħew is-sussidju lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?", "Issa ma jimpurtax li l- kontijiet m'humiex kif kienu wiegħdu qabel l-elezzjoni ta' l-1998 u ħerġin bl-għoli?", "Barra minn hekk għadhom ma qalulniex kemm iridu jerġgħu jogħlew minħabba t-tneħħija tas-sussidju.", "Naturalment se jiġri bħas-soltu għax il- gvern Nazzjonalista ma jħossx li għandu jgħid kollox fil-budget u ż-żidiet jistgħu jiġu introdotti matul is-sena, bħalma ġara fil-każ taż-żieda fin- nollijiet tat-trasport.", "Għall-gvern Nazzjonalista issa l-budget sar formalità, il-bqija kwalunkwe riforma jew żieda tista' tiġi ntrodotta s- sena kollha.", "Mr Speaker, nista' ngħidlek li ltqajt ma' każi tal-biki ta' familji li ma jistgħux ilaħħqu mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Każ minnhom li baqa' impressjonat f'moħħi kien ta' familja li għandha tifel b'diżabilità.", "Ommu bdiet tibki għax ma tistax tħallas il-kont tad- dawl u l-ilma, li jiġiha għoli minħabba l-fatt li kuljum bilfors ikollha tqabbad il-makna tal-ħasil.", "Saħansitra qaltli li tixtieq toħroġ taħdem biex forsi jlaħħqu minkejja li għandha r-raġel jaħdem minn dlam sa dlam.", "Imma jekk tispiċċa toħroġ taħdem hi, imbagħad toħloq problema oħra għax fejn se żżomm lil dan it-tifel?", "Każi bħal dawn u ta' xorta oħra hawn kemm trid, iżda għal dan il-gvern jista' jkollok tbatijiet għax l-importanti għalih huwa li jimla l-kaxxa ta' Malta bl-aktar mod faċli.", "U x'hemm aktar faċli milli tintaxxa lil min għandu kollox iddikjarat?", "Dawk ma jagħtukx keded għaliex malajr issib kollox fuqhom.", "Lanqas jimporta għall-gvern li l-introduzzjoni tal-VAT fuq it-telephone, fuq il-petrol u d-diesel qed toħloq sitwazzjoni fejn ċerti costs qed jgħaddu fuq il-konsumaturi.", "Il- gvern jgħid li dan mhux veru għax hemm ir-refunds tal-VAT.", "Imma jien nistaqsi x'qed jagħmlu dawk in-nies tan-negozju li ħadu l-option li ma jidħlux fis-sistema tal-VAT u b'hekk ma jeħdux ir-refund?", "L-ispejjeż żejda li daħlu fihom min qed iħallashom?", "Jien għadni qatt ma ltqajt ma' każ fejn in-nies tan-negozju jassorbu l-ispejjeż żejda huma. .", "L-istorja tad-deficit hija bħall-istorja tal-levies.", "Il-gvern ilu jaf is- snin li jrid ineħħi l-levies biex jassigura li l-kompetizzjoni taħdem.", "U biex ineħħi l-levies jaf ukoll li jrid jagħmel ristrutturazzjoni bis- serjetà ta' l-attivitajiet ekonomiċi tagħna biex inkunu f'qagħda kompetittiva.", "Iżda l-gvern kaxkar saqajh u m'għamel xejn biex jidher gustuż u ma jitlifx il-voti.", "Għaliex dan il-gvern politika ċara waħda għandu, dik li akkost ta' kollox iżomm il-poter.", "Issa għax ta' l-Unjoni Ewropea qed jgħidulu ċar u tond li ma jistax jibqa' jżomm lura f'dan il- qasam tatu rasu, u ġie jaqa' u jqum kemm se joħloq tbatija żejda.", "Il- verita' hi li l-gvern iddeċieda li jneħħi l-levies f'daqqa, mingħajr pjan serju li jassigura li jagħti l-appoġġ lill-industrija li s'issa kienet qed taħdem għas-suq lokali biex timmodernizza ruħha, biex tirristruttura ħalli takkwista l-kapaċità produttiva meħtieġa li mbagħad tpoġġiha f'qagħda li tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali li qed ngħixu fiha.", "Min-naħa l-oħra il- gvern messu għamel pjan l-ewwelnett biex jassigura li l-impjieg tal- ħaddiema ma jiġix mhedded minħabba dawn it-tibdiliet, biex iħarreġ lill- ħaddiema fid-dinja tax-xogħol illum, kif ukoll joħloq ambjent industrijali tajjeb ħalli jattira investiment produttiv ġdid.", "B'dan il-mod inkunu f'qagħda li l-ħaddiema li jisfaw bla xogħol minħabba r-ristrutturazzjoni jkollhom fejn jiġu assorbiti.", "Sur President, minkejja l-qagħda ħażina li ninsabu fiha, għandna gvern li xorta jibqa' jixxala fil-propaganda.", "Ninnota li kull meta toħroġ l-istatistika dwar in-nies li jirreġistraw għax-xogħol, il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista \"in-nazzjon\" m'għandux il- kuraġġ jgħid il-verità.", "Każ tipiku kien proprju meta tħabbret l- istatistika uffiċjali għal Novembru u \"in-nazzjon\" ħareġ jgħajjat li n-nies jirreġistraw naqsu.", "Taw l-impressjoni li qisu f'daqqa waħda kollox sejjer tajjeb f'dan il-qasam, imbagħad tiskopri li n-nies jirreġistraw għax-xogħol naqsu biss bi 63.", "Fil-fatt ma qalux li hemm kważi 50% tan-nies jirreġistraw għax-xogħol li ilhom 'il fuq minn sena ma jaħdmu.", "Lanqas qalu li hemm 5.2% tan-nies jirreġistraw għax-xogħol li huma gradwati, professjonisti u tekniċi, u lanqas qalu li kemm ilhom fil-gvern qed ikollna madwar sitt ħaddiema kuljum li jispiċċaw bla xogħol.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, ippermettili imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'", "ONOR EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor Membru tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Coleiro tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u lill-Kamra kollha.", "Ftit qabel il-budget il-Viċi Prim Ministru kien ġie rrapportat li qal li dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol neqsin mill- kwalifiki.", "Fil-budget imbagħad sibna li l-gvern qed joffri li jħarreġ lil dawn il-ħaddiema li qed jirreġistraw.", "Huwa tajjeb li tħarreġ - anzi llum irridu ninsistu li t-taħriġ irid ikun proċess kontinwu tul il-ħajja, li ma jrid jaqta' xejn jekk il-ħaddiema tagħna jridu li jkollhom futur aħjar fix- xogħol - iżda min-naħa l-oħra jien nistaqsi: Min ilu aktar minn sena fuq il-lista qatt ingħata l-opportunità għal taħriġ?", "U dawk li jlaħħqu għal madwar 5.2% tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol li huma kwalifikati, ħafna minnhom saħansitra mill-università, il-gvern se jkompli joffrilhom taħriġ ukoll?", "M'hemmx serjetà u kompetenza vera f'dan il-gvern, hemm biss kilba għall-poter u hemm biss ossessjoni biex nidhru akbar milli aħna ma' min hu kbir tassew.", "Għandna gvern li sfortunatament wiegħed id-direzzjoni u tilifha bil-kbir għaliex ma tistax toffri direzzjoni lill-poplu jekk l- ewwel u qabel kollox ma tkunx qed tifhem u ma tkunx trid tifhem il- bżonnijiet tal-poplu.", "Dan il-gvern mexa biss kif qabillu fil-mument.", "Sewwa qed jgħidulu l-industrijalisti li jaħdmu għas-suq lokali.", "Li kieku l-gvern, sa minn meta ntroduċa l-levies għaxar snin ilu, ippjana r- ristrutturazzjoni biex niksbu l-kompetittività meħtieġa billi ndirizza l- flus miġbura mil-levies għal dan il-għan - madwar Lm100 miljun - kieku r- ristrutturazzjoni bdiet tiġi indirizzata minn dawk iż-żmenijiet, sal-lum l- affarijiet kienu jkunu bil-wisq aħjar.", "Fil-fehma tiegħi hekk ukoll għandu jiġri miż-żieda fid-dazju fuq is-sigaretti li issa saret qisha xi miżura annwali.", "Kieku l-gvern għandu verament l-interess tal-Maltin għal qalbu, kieku jindirizza persentaġġ mill-flus li jdaħħal minn fuq din iż-żieda biex tissaħħaħ l-edukazzjoni u t-tkabbir tal-kuxjenza kontra l-ħsara li jagħmlu s-sigaretti lil saħħet il-bniedem.", "Naturalment dan l-abbozz ta' liġi ma nistgħu qatt inqisuh għalih waħdu u bilfors ikollna nitkellmu fuq il- pakkett kollu ta' miżuri anti-soċjali u anti-familja li ntroduċa l-gvern fl- aħħar budget.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed jagħtina ċans biex nitkellmu fuq ir-realtajiet li qed jolqtu fil-laħam il-ħaj lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha li l-gvern Nazzjonalista qed jogħġbu jinjorahom bil-kbir.", "Dan l- abbozz ta' liġi qed jagħtina ċans insemmgħu leħen il-poplu li llum qed imiss il-qerq tal-wegħdiet fiergħa li għamel qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, il-gvern Nazzjonalista u l-alleati tiegħu qegħdin imexxu l- kampanja favur l-Unjoni Ewropea wkoll b'ħafna wegħdiet fiergħa.", "Lill- ħaddiema qed jgħidulhom li jekk nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni, il- kondizzjonijiet tax-xogħol jitjiebu u l-ħajja torħos.", "Mhux jgħidulhom il- verità u mhux jgħidulhom li proprju fuq il-qasam tal-politika soċjali, il- membri msieħba fl-Unjoni għandhom l-akbar flessibilità u l-akbar awtonomija.", "Mhux jgħidulhom li huwa proprju l-qasam ekonomiku li sal-lum huwa l-aktar tassattiv u li kulħadd irid jimxi skond ir-regoli stabbiliti.", "Mhux jgħidulhom li f'ċerti oqsma soċjali, fejn jidħlu d-drittijiet u l- kondizzjonijiet tal-ħaddiema Malta, aħna diġà qegħdin aktar avvanzati minn ċerti pajjiżi msieħba.", "Eżempju klassiku huwa l-fatt li l-Ingilterra kien biss ftit tax-xhur ilu li lleġislat paga minima nazzjonali.", "Aħna f'Malta, li aħna tikka ħdejn dawn il-pajjiżi kbar, ilna s-snin ingawdu l-liġi dwar il-paga minima nazzjonali u mhux grazzi għal xi ras kbira fi Brussels iżda grazzi għall-moviment tal-ħaddiema, grazzi għall-GWU u grazzi għall-Malta Labour Party li wettqu fost l-aqwa kondizzjonijiet tax-xogħol u fost l-aqwa qafas ta' welfare soċjali li hawn fl-Ewropa.", "Hawn joħroġ ċar l-ingann tal-gvern Nazzjonalista, Sur President.", "Kemm għaġġel biex idaħħal il-VAT, biex ineħħi s-sussidji u biex ineħħi l- levies ħalli jkun konformi ma' dak li qed jgħidulu minn Brussels, iżda fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol nisimgħu ħafna paroli f'budget wara l-ieħor u wara kważi 12-il sena fil-gvern il-Partit Nazzjonalista għadu m'għamel xejn.", "Tajjeb li ngħidu kif ikun l-impenn veru favur il-ħaddiem.", "Fi 22 xahar li kien fil-gvern il-Partit Laburista mhux biss ħadem biex iħejji l-abbozz ta' liġi ħalli jsaħħaħ il-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol imma fetaħ ukoll kors fl- università ħalli jkun hemm nies li jispeċjalizzaw f'dan il-qasam għax mhux biżżejjed li jkollok liġi fuq il-karta imma trid li jkollok in-nies imħarrġa f'dak il-qasam partikolari biex jinforzawha.", "U tajjeb li ngħidu li spiċċa l-ewwel kors u ħarġu l-ewwel grupp ta' ħaddiema grazzi għall- inizjattiva u l-impenn tal-Partit Laburista fil-gvern.", "Sur President, fl-aħħar tasal ukoll il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà tal- ħaddiema għaliex naturalment jiġu mbuttati minn Brussels.", "Ara aħna li kellna nagħmlu għamilnieh għaliex nafu x'inhuma l-prijoritajiet tal-poplu tagħna mingħajr ma jimbuttana ħadd.", "Issa nittama li l-gvern jgħaġġel xi naqra fuq dan il-qasam, speċjalment wara t-traġedja tal-ġimgħa l-oħra li ġabet lil kulħadd konxju tal-bżonn li nsaħħu dan il-qasam.", "Hawn irrid ningħaqad mal-kollegi tiegħi f'din il-Kamra u nestendi s-sogħba tiegħi lill- familjari ta' dawn il-vittmi li tilfu ħajjithom fit-traġedja taċ-Ċirkewwa l- ġimgħa l-oħra.", "F'dan il-mument ta' dieqa kbira ngħidilhom : Agħmlu kuraġġ u kunu kburin li l-għeżież tagħkom mietu jagħmlu d-doveri tagħhom.", "Kunu kburin li l-għeżież tagħkom taw eżempju lil Malta tas-solidarjetà li suppost kull wieħed u waħda minna għandu jkollna lejn xulxin.", "Lill-gvern sadanittant inħeġġu biex verament jgħaġġel f'dan il-qasam u ma jħallihx jibqa' jaqa' lura, ħalli almenu minn din it-traġedja joħroġ xi ħaġa ta' ġid għall-ħaddiem tagħna.", "Inħeġġu biex jieqaf iparla imma jimpenja ruħu bis- serjetà ħalli jattwa l-affarijiet.", "Dan l-abbozz ta' liġi rridu narawh proprju f'dan il-kuntest kollu.", "Jeħtieġ li l-gvern Nazzjonalista jdaħħal f'moħħu li l-ewwel ma jrid iqis huwa l-interess tal-poplu tagħna qabel l-ambizzjonijiet personali tiegħu, u jifhem li hemm ħafna iktar toroq li jistgħu jwasslu biex pajjiżna jqum fuq saqajh finanzjarjament u ekonomikament.", "Filwaqt li rridu ngħixu f'dinja li qed tinbidel kuljum, għax qed issir dejjem aktar kompetittiva, irridu ngħixu wkoll bl-identità tagħna, bil-valuri li jagħmluna Maltin.", "Jeħtieġ li gvern Nazzjonalista jifhem li l-politika tiegħu trid tkun waħda kompetenti biex tlaħħaq ma' l-esiġenzi tas-soċjetà tagħna u tad-dinja li qed ngħixu fiha.", "U biex inlaħħqu ma' dan kollu l-gvern ma jridx iħalli l- flus jiġu qabel il-ħaddiem, il-familja, iż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna.", "Verament hemm ħafna xogħol xi jsir iżda l-gvern m'għandux jagħżel it-triq il-faċli fejn jintaxxa liż-żgħir u lil dawk tal-klassi medja biex jiġbor il- flus ħalli jagħmlu tajjeb għall-ħela, it-tberbiq u d-djun.", "Sur President, jeħtieġ li gvern Nazzjonalista verament ibiddel ir-rotta u juri responsabbiltà lejn il-bżonn li ntejbu l-livell ta' l-għajxien tal- poplu tagħna.", "Hemm bżonn li gvern Nazzjonalista jibda jemmen fil-verità, u mhux bil-paroli biss, fil-koeżistenza tal-gruppi soċjali kollha tal-pajjiż billi jsaħħaħ l-qagħda tal-ħaddiem iż-żgħir, ta' dawk tal-klassi medja u ta' dawk li jħossuhom emarġinati f'pajjiżna.", "Dawn huma l-aktar gruppi li l- gvern għandu jżomm fuq quddiem nett fil-konsiderazzjonijiet tiegħu mingħajr ma b'xi mod jibgħat lura lil ħaddieħor.", "B'hekk biss jista' jbiddel verament ir-rotta li qabad li biex ifejjaq id-deficit finanzjarju qed joħloq deficit soċjali bil-miżuri li ħa.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan l-abbozz ta' liġi li qed niddiskutu għandu aspett ta' saħħa u aspett finanzjarju u m'hemmx dubju li kulmin jaf xi ġġib ir-realtà terribbli tat-tipjip għandu jkun favur li jittieħed kull pass li jnaqqas dan it-tipjip fostna.", "It-tipjip għandu ħafna aspetti differenti; biżżejjed ngħidu li l-mard li jikkaġuna għandu wkoll konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u finanzjarji minħabba li hemm gvernijiet li jistrieħu ħafna fuq it-tabakk biex jiġbru miljuni kbar ta' taxxi kemm f'pajjżna, kif ukoll barra minn pajjiżna.", "Min-naħa l-oħra l-mard li jġib it-tipjip huwa spiża finanzjarja li l-gvernijiet jidħlu għaliha biex wara li dak li jkun ikun qatta' ħajtu jpejjep imur juża s-servizz tas-saħħa.", "Hija wkoll industrija kbira li, minkejja l-attakki fuqha biex jekk jista' jkun tonqos id-drawwa tat-tipjip, tagħmel minn kollox biex tibqa' fil-wiċċ.", "Huwa kkalkolat li sa l-aħħar ta' din is-sena se jkunu mietu erba' miljuni bit-tipjip, kemm fil-pajjiżi żviluppati, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll fil-pajjiżi inqas żviluppati.", "Imma ċ-ċifra li l-aktar tinkwetak - sintendi li jmutu erba' miljuni hija figura qawwija u s-soltu nassoċjaw il-mewt ta' daqstant miljuni ma' gwerer – hija li sa l-aħħar ta' din is- sena hu meqjus li 36 miljun żgħażagħ u adoloxxenti jibdew il-vizzju tat- tipjip.", "U mill-ewwel norbotha ma' l-istatistika li għandna available f'Malta f'dan il-qasam.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Marie Louise Coleiro staqsiet jekk sarx stħarriġ fuq dan il-fatt.", "Sar stħarriġ u l-aktar ħaġa nkwetanti li ħarġet minn dan l-istħarriġ hija kif qed jiżdied it-tipjip fost l-istudenti bniet fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Dan tiela' b'mod qawwi waqt li fl-iskejjel privati huma s-subien li jpejpu iżjed.", "S'issa għalkemm min qiegħed f'din il-battalja kontra t-tipjip f'pajjiżna jgħid li jista' jkun hemm xi ftit tnaqqis, huma nkwetati li l-adoloxxenti tagħna qed isibuha faċli li jibdew u jkomplu l-vizzju tat-tipjip.", "Din hija xi ħaġa li lkoll kemm aħna rridu nagħtu sehemna biex naraw kif niffaċċjawha.", "F'dan il-qasam wieħed irid ikun realistiku għax għandek battalja kontinwa, però l-garanzija tar-rebħ ma jista' jagħtihielek ħadd.", "Anke jekk wieħed jara x'qed jiġri f'pajjiżna kif ukoll f'pajjiżi oħra, dawk li jaħdmu biex jonqos it-tipjip fostna jargumentaw favur żewġ tipi ta' miżuri biex jipprovaw irażżnu l-firxa tat-tipjip.", "Hemm il-miżura tat-tassazzjoni u jħeġġu lill-gvernijiet biex iżidu t-taxxi ħalli sservi bħala diżinċentiv biex tpejjep.", "Dwar il-fatt li l-gvernijiet iżidu t-taxxi fil-bank dinji hemm min jargumenta li b'hekk jonqsu dawk li jpejpu għaliex il-fatt li jkun għola l-prezz tat-tipjip allura forsi jservi ta' diżinċentiv u ma tixtrix.", "Imma l-miżura tat-tassazzjoni waħedha ċertament mhix biżżejjed u magħha jrid ikollok pakkett sħiħ ta' inizjattivi biex kemm jista' jkun tħeġġeġ lin- nies li diġà qed ipejpu biex ibiddlu d-drawwa tagħhom, u biex dawk li għadhom ma bdewx ipejpju, ma jibdewx ipejpu.", "Ir-rata ta' suċċess f'ħaġa bħal din tvarja.", "Skond l-istatistika li sibt jien fil-pajjiżi l-aktar avvanzati xi 98% ta' dawk li jpejpu u jipprovaw jaqtgħu t-tipjip, jieqfu għal xi żmien imbagħad jerġgħu jibdew ipejpu u f'pajjiżi oħra ta' dħul baxx u ta' dħul medju - fil- kategorija li naqgħu aħna tad-dħul medju - l-istatistika turi li ħafna minn dawk li jipprovaw jaqtgħu t-tipjip ma tantx irnexxielhom.", "Dan għaliex id- diżinċentiv tat-tassazzjoni waħdu ma jaħdimx u jrid ikollok struttura sħiħa u inizjattivi għaddejjin il-ħin kollu biex jgħinu lil dak li jkun wasal għall-pożizzjoni li jipprova jieqaf mit-tipjip.", "Kulmin jagħmel sforz individwali biex jieqaf mit-tipjip u ma jkollux strutturi pubbliċi biex jgħinuh isostni dik id-deċiżjoni jaqa' lura u jerġa' jibda jpejjep.", "Fil- fatt minn informazzjoni li għandi jien dwar is-smoking cessation clinics li għandna huwa meqjus li r-rata ta' suċċess hija ta' 20%.", "Wieħed minn kull ħamsa li jużaw dawn il-clinics jirnexxilhom jaqtgħu t-tipjip.", "L-akbar promotur f'dan il-qasam f'pajjiżna huwa l-health promotion unit fil- ministeru tas-saħħa.", "Imma irrid ngħid li min kien qiegħed imexxi proprju l-parti tal-battalja kontra t-tipjip issa spiċċa għaliex talab l-istudy leave biex imur jistudja barra.", "Jiena nawguralu minn hawn li jkollu suċċess fl-istudju tiegħu, imma fl-istess ħin inħeġġeġ biex kemm jista' jkun malajr jinħatar xi ħadd ieħor minfloku għaliex jekk mhux se jkollna lil xi ħadd fil-health promotion unit li xogħlu jkun speċifikament fuq il-qasam tat-tipjip, kull ħaġa li nbniet s'issa faċilment taqa' lura għaliex nafu li l- health promotion unit fil- ministeru tas-saħħa m'huwiex biss fuq it-tipjip.", "Dawn għandhom riżorsi limitati kemm ta' flus u kif ukoll ta' nies, u x-xogħol tagħhom jinkludi l- problema ta' l-alkoħol, il-problemi tas-saħħa mentali, u anke jipprovaw ixerrdu stil ta' ħajja li tagħmilna aktar f'saħħitna u f'sikkitna.", "Dan għaliex il-mentalità hi li l-problemi nipprovaw insolvuhom wara li jinqalgħu anke fil-każ ta' saħħitna, minflok ma nieklu dak li għandna nieklu, neżerċitaw ruħna u kemm jista' jkun ma neħdux affarijiet li huma ħżiena għalina.", "Il-health promotion unit hija nvoluta f'dawn l- affarijiet kollha u għalhekk jien nappella lill-ministeru tas-saħħa biex kemm jista' jkun malajr tiġi maħtura persuna oħra biex tmexxi din il- battalja kontra t-tipjip għaliex inkella se naqgħu lura f'dan il-qasam.", "U ċertament ma naffordjawx naqgħu lura għaliex bħal f'pajjiżi oħra, fost l- aktar mard li joqtol lill-Maltin u l-Għawdxin hemm dak ikkawżat mit-tipjip, fosthom il-cancer tal-pulmun u ta' tip ieħor, il-mard tal-qalb li għandu x'jaqsam anke maċ-ċirkolazzjoni u l-mard respiratorju.", "Huwa importanti ħafna li nkomplu nxerrdu għarfien ta' xi ħsara jagħmel għas-saħħa t-tipjip u kemm jista' jkun nikkonvinċu nies biex ma jpejpux iżjed u biex ma jibdewx ipejpu ż-żgħar.", "Fuq din il-kwestjoni jien nixtieq insemmi punt ieħor li fil-każ tagħna huwa inkwetanti ħafna, Sur President.", "Bħal f'pajjiżi oħra, il-ħsara tat-tipjip f'pajjiżna ma ssirx biss lil dawk li jpejpu nfushom imma ssir ukoll lil dawk li jgħixu magħhom u fost l- akbar vittmi f'dan il-qasam hemm it-tfal.", "Jekk wieħed jara l-istudju li sar f'Malta fuq l-ażma u fuq allerġiji oħra li għandhom x'jaqsmu mas- sistema respiratorja - studju li kien sar fl-1997 bħala parti minn studju li sar mad-dinja - il-figuri li joħorġu minn hemm għandhom għaliex jinkwetawna.", "Meta nqabblu dan l-istudju ma' studju li sar f'pajjiżna għaxar snin ilu nsibu li l-ammont ta' tfal fl-età ta' bejn sebgħa u tmienja li għandhom l-ażma issa rdoppja, u fost l-adoloxxenti fl-età ta' bejn 13 u 15-il sena, aħna qegħdin fit-tieni post bħala l-ogħla rata ta' adoloxxenti li jbatu mill-ażma u minn allerġiji li għandhom x'jaqsmu mas-sistema respiratorja.", "Ħafna drabi l-kwestjoni ta' l-ażma hija marbuta mal- kwalità ta' l-arja li jibilgħu.", "Meta jkunu barra fost l-akbar sorsi ta' tniġġiż ċertament huma l-karozzi, imma mbagħad meta jkunu d-dar, l-akbar problema hija t-tipjip.", "Fost it-tfal u l-adoloxxenti tagħna l-ażma hija fost l-akbar kaġun ta' l-assentejiżmu fl-iskejjel, ta' tfal li ma jorqdux tajjeb, ta' tfal li ma jkunux moħħhom hemm meta jkunu fil-klassi għaliex minħabba l-kondizzjoni ta' l-ażma ma jkunux jistgħu jikkonċentraw u hija waħda mir-raġunijiet li titfa' lit-tfal lura fl-istudji tagħhom u allura mbagħad titfagħhom lura f'ħajjithom.", "Meta naraw ċifri allarmanti bħal dawn huwa importanti li nieħdu l-miżuri kollha possibbli biex intejbu l- kwalità ta' arja li għandna f'pajjiżna kemm barra, fuq dak li għandu x'jaqsam ma' tniġġiż mid-duħħan tal-karozzi, u fuq ġewwa mit-tniġġiż tad- duħħan tat-tipjip fid-djar tagħna.", "F'dan il-qasam huwa importanti ħafna l-inforzar tal-liġijiet li jgħidu li f'ċerti postijiet sempliċi suppost ma jsirx tipjip.", "Hemm fejn din tiġi osservata imma ħafna drabi hemm fejn ma tiġix osservata.", "Huwa importanti li jkollna nforzar bis-serjetà tal-liġi għaliex inkella ma jintlaħaqx l- iskop li għalih saret, jiġifieri biex ikun hemm inqas problemi li jiġu kaġunati mit-tipjip.", "Nerġa' nagħmel riferenza għal wieħed mill-aħħar studji li sar mill-world bank f'dan il-qasam fejn instab li f'ħafna mill- pajjiżi tad-dinja huma dawk li l-inqas jaqilgħu flus li jpejpu l-aktar.", "Allura anke l-world bank innifsu jsemmi li meta tiġi għall-kwestjoni tat- tassazzjoni, meta se tieħu miżura bħal dik aktarx li se tolqot u se tweġġa' lil dawk li jifilħu l-inqas.", "Hawnhekk ta' min isemmi kemm hija l-ispiża tal-konsum tat-tabakk f'pajjiżna.", "Sintendi ma jpejpux biss il-Maltin u l- Għawdxin imma jpejpu anke dawk li jżuru l-gżejjer tagħna, imma huwa kkalkolat li jintnefqu b'aktar minn Lm28 miljun f'konsum ta' tabakk f'pajjiżna.", "Dan huwa sors qawwi ta' dħul f'dak li huwa ġbir ta' taxxi.", "Is- sena li għaddiet il-gvern ġabar mill-inqas b'Lm16.4 miljun mit-taxxi fuq is- sigaretti u għal din is-sena qed jistma li jżidhom b'xi Lm600,000.", "Jiġifieri t-taxxa fuq il-konsum tat-tabakk u tas-sigaretti din is-sena se titla' għal Lm17 miljun.", "Ftit hemm items oħra li jaqbżu lis-sigaretti fid- dħul ta' taxxa.", "Hemm iż-żejt, per eżempju, li huwa stmat li l-gvern se jdaħħal xi Lm25 miljun minnu, jekk m'iniex sejjer żball, imma mit-tipjip qed jittama li jdaħħal Lm17 miljun, li huwa sors ta' taxxa qawwija li kull gvern iħares lejha.", "Fil-ktieb klassiku \"The Wealth of Nations\", Adam Smith jgħid li l- gvernijiet iħarsu lejn it-tabakk bħala mod kif jiġbru l-flus.", "Però peress li dak iż-żmien il-konsum tat-tabakk kien l-aktar fuq is-sinjuri, Adam Smith stess kien issuġġerixxa: Intaxxaw il-konsum tat-tabakk għax b'hekk qed ittaffu l-piż tat-taxxa minn fuq dawk li għandhom dħul baxx.", "Sintendi fl-aħħar mitejn sena s-soċjetà nbidlet u dawk li jaqilgħu aktar flus u huma edukati iżjed qed ipejpu inqas minn dawk li huma inqas edukati u li jdaħħlu inqas flus.", "Allura s-sitwazzjoni nqalbet minn żmien Adam Smith għax taxxa li kienet tintuża biex jintaxxaw lis-sinjur ħalli jittaffa l-piż tat-taxxa minn fuq min jaqla' inqas, issa saret taxxa li tweġġa' l-aktar lil dawk li jaqilgħu inqas.", "Fil-fatt f'paġna 9 tar-rapport \"Development in Practice: Curbing the Epidemic - Governments and The Economics of Tobacco Control\", il-world bank jgħid speċifikament:", "\"A fourth concern is that increases in cigarette taxes will have a disproportionate impact on poor consumers.", "Existing tobacco taxes do consume a higher share of the income of poor consumers than of rich consumers.", "However policy-makers' main concern should be", "over the distributional impact of the entire tax and expenditure system and less on particular taxes in isolation.\"", "Anke f'dan ir-rapport il-world bank jissuġġerixxi li meta wieħed jara x'piż ta' taxxa hija din fuq iċ-ċittadini jaraha fil-kontest tat-taxxi in ġenerali li jkun qed jagħmel il-gvern f'dik is-soċjetà partikolari.", "U eventwalment jien inħares lejn dak l-aspett ukoll.", "Interessanti li naraw il-miżuri leġislattivi li ħadu gvernijiet differenti biex jipprovaw inaqqsu t-tipjip, meta nqisu li kien hemm min kien jinkwieta li meta tipprova tnaqqas it-tipjip jintilfu l-impjiegi fl- industrija tat-tabakk u hemm min kien jgħid ukoll li meta taħdem kontra l- industrija tat-tabakk tnaqqas sors qawwi ta' finanzjament għall- attivitajiet li jiġu organizzati u huma sponsorjati minn din l-industrija.", "Għaliex meta beda jintrabat aktar it-tipjip mas-saħħa l-industrija tat- tabakk wieġbet billi saret aktar sottili u fina fil-mod kif tipprova tipperswadi lin-nies li t-tipjip huwa parti normali mill-ħajja u li mhux daqshekk ta' theddida għal saħħtek.", "Allura daħlu ħafna fil-kwestjoni ta' l- isponsorship ta' l-attivitajiet.", "Hawnhekk naħseb li jkun interessanti li jingħata tagħrif dwar direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li daħlet fis-seħħ minn Ġunju ta' l-1998 dwar ir- reklamar dirett u indirett dwar it-tipjip u l-konsum tat-tabakk.", "B'din id- direttiva ta' l-Unjoni sa Ottubru tas-sena 2006 se jkun illegali kull reklamar dirett u indirett u anke sponsorship mill-industrija tat-tabakk u minn prodotti tat-tabakk għal attivitajiet li jsiru fis-soċjetà.", "Kull membru ta' l-Unjoni jrid idaħħal leġislazzjoni f'dan is-sens sat-30 ta' Lulju tas-sena 2001.", "Din id-direttiva tgħid ukoll li sa Lulju tas-sena 2002 isir illegali li jsiru reklami fuq it-tabakk u fuq is-sigaretti fl- istampa, fil-mezzi tax-xandir.", "Sas-sena 2004 id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea se tagħmilha illegali li l-industrija tat-tabakk tisponsorja attivitajiet.", "Anke l-famużi t-tiġrijiet tal-karozzi tal-Formula 1, sa Ottubru tas-sena 2006 mhux se tibagħtu jiġu sponsorjati aktar mill- industrija tat-tabakk.", "Din hija direttiva li diġà daħlet fis-seħħ u li se tkun implimentata sa Ottubru tas-sena 2006.", "Se tippermetti biss informazzjoni dwar it-tipjip fil-post fejn isir il-bejgħ tas-sigaretti u f'pubblikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tabakk.", "Din hija xi ħaġa li l-membri ta' l-Unjoni kollha jridu jilleġislaw dwarha f'pajjiżhom biex sa Ottubru tas-sena 2006 tkun daħlet fis-seħħ.", "Aħna għandna xi liġijiet f'dan is-sens, imma l-inforzar tagħhom ċertament irid isir b'aktar serjetà.", "Il-kampanja ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni fl-iskejjel tagħna hija kruċjali għax, kif għedt, għandu jinkwetana l-fatt li r-rata tat-tipjip qed togħla fost l-istudenti bniet li għada se jsiru ommijiet.", "Dan għaliex nafu bil-periklu għas-saħħa tat-trabi ta' ommijiet li jpejpju qabel ma jitwieldu u wara li jitwieldu għax ħafna drabi se jibqgħu jpejpu anke fil-preżenza tat-tarbija tagħhom.", "Dan jikkaġuna problemi lit-tarbija mill-bidu, u għalhekk semmejt ir-rata qawwija ta' l-ażma u allerġiji oħra respiratorji f'pajjiżna.", "Jiġifieri l-kampanja ta' informazzjoni u ta' kif nipperswadu lill-adoloxxenti tagħna biex ma jpejpux trid tkompli, imma jrid isir ukoll inforzar aktar bis-serjetà fuq il-bejgħ ta' sigaretti lil dawk ta' età żgħira.", "Jekk bis-serjetà aħna interessati li jkollna inqas nies ipejpu rridu naraw x'nagħmlu dwar il-faċilità li biha t-tfal tagħna jiksbu s- sigaretti bħalma hu faċli għalihom li jiksbu - b'mod oxxen ngħid jien - l- alkoħol f'pajjiżna.", "Sur President, ċertament li fis-smoking cessation clinics li jipprovaw jgħinu lin-nies li diġà jpejpu biex jaqtgħu mit-tipjip hemm bżonn aktar facilitators biex ikunu jistgħu jorganizzaw dawn il-korsijiet.", "Il-health promotion unit offra s-servizzi tiegħu anke lill-postijiet tax-xogħol u hemm kumpanniji u anke banek li aċċettaw din l-offerta u saru dawn it-tip ta' sessjonijiet dwar smoking cessation fuq il-post tax-xogħol.", "Bħalissa huma ftit il-facilitators u hemm bżonn li jitħarrġu aktar nies biex ikunu jistgħu jieħdu sehem f'din il-kampanja kontra t-tipjip.", "Għandna bżonn ukoll li tidħol iżjed l-NRT, in-nicotine replacement therapy, dik li hija magħrufa b'mod komuni bħala l-patch, jiġifieri li jwaħħlu speċi ta' stikka ma' spallejhom biex inaqqsu l-addiction, il-kilba biex jikkonsmaw in- nikotina li tiġi mis-sigaretti.", "Il-pakkett leġislattiv, il-pakkett ta' inizjattivi ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni, l-inforzar tal-liġijiet, il-fatt li f'postijiet pubbliċi u postijiet tax-xogħol kemm jista' jkun għandha tinxtered aktar il-kultura li mhux permess tipjip fihom, huma kollha passi li jridu jittieħdu.", "Imma kif għedt, u anke kif jirrikkmanda l- bank dinji nnifsu fir-rapport tiegħu, meta jgħid li t-taxxi fuq is- sigaretti l-aktar li jweġġgħu huma dawk li jifilħu l-inqas - għaliex huwa pprovat li kullimkien fid-dinja dawk li jaqilgħu l-inqas huma l-aktar li jikkonsmaw sigaretti - biex tifhem sewwa x'inhu l-piż ta' din it-taxxa trid tara kif tinkwadra ruħha fit-taxxi ġenerali li jkun hemm fil-pajjiż.", "Kif qalu l-kollegi tiegħi, diġà jidher ċar li din iż-żieda fit-taxxa tas- sigaretti hija parti minn pakkett sħiħ ta' taxxi li qegħdin iweġġgħu u jgħaffġu ħafna lil dawk li jifilħu l-inqas.", "Hemm iż-żieda fis-sigaretti, iż-żieda tal-VAT fuq it-telephone, fuq il-petrol u d-diesel, l-income tax qed tigdem iżjed u l-bolla qed tigdem ħafna iżjed.", "Skond statistika tal- gvern stess sa Novembru li għadda wasalna fi stadju li l-gvern qed idaħħal 22% tad-dħul tiegħu mill-income tax filwaqt li 23% ġej mill-bolla, jiġifieri l-bolla diġà qabżet lill-income tax bħala dħul.", "Il-bolla l-iktar li tweġġa' huwa lil min jaħdem, hija taxxa proprju diretta u ċara fuq min jaħdem.", "Dawn il-piżijiet finanzjarji kollha qed jagħmluha diffiċli ħafna għall-familji li jgħixu bil-pagi u bis-salarji u matul Jannar ċertament li l-akbar suġġett ta' diskussjoni kien iċ-ċekk tal-paga u kif in-nies bdew iqabbluh ma' xulxin u jaraw kemm daħħlu inqas mix-xahar ta' qabel u mis- sena li għaddiet.", "Waħda mill-iktar affarijiet ta' dispjaċir li nnotajt hija li meta fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar il-ministru ta' l-edukazzjoni poġġa fuq din il-Mejda tal-Kamra u ppubblika l-kurrikulu nazzjonali - u wieħed kien jistenna li l-istaff-rooms fil-pajjiż se jkunu qed jitkellmu fuq dan il-kurrikulu l-ġdid u s-sehem li jridu jagħtu għax huwa kurrikulu li se jpoġġi piżijiet ġodda fuq it-teachers - mill-kuntatt li għandi jien ma' sħabi għalliema fi staff-rooms differenti ta' Malta u Għawdex jiddispjaċini ngħid li l-aktar li tkellmu ma kienx fuq id-dokument tal-kurrikulu nazzjonali imma l-aktar li tkellmu kien fuq iċ-ċekk tal-paga għax raw li naqas.", "Hemm minnhom li naqas b'Lm35 fix-xahar u hemm min naqaslu b'Lm40 fix-xahar u żgur li ma kenitx ta' konsolazzjoni għalihom li l-prim ministru qal li qed iweġġa' min jiflaħ biss.", "Ċertament l-aktar li jweġġa' m'huwiex biss min ra l-paga tonqoslu imma l- aktar li jweġġgħu huma dawk li jiftakru fis-sajf ta' l-1998, meta kien intqal kif il-pajjiż kellu jfur bil-ġid, kif kellhom jittaffew il-piżijiet tat-taxxi u kif kellu jkun hawn ħajja aħjar għal kulħadd.", "Dawn l-aktar li llum qed iweġġgħu u nerġa' ngħid li jweġġgħu mhux biss mill-gidma ta' iżjed taxxi, imma wkoll mill-gidma tal-kampanja elettorali ta' l-1998 fejn kienu jiġu mitmugħa l-idea li mbagħad għamel riferenza għaliha l-gvernatur tal- bank ċentrali meta f'Novembru li għadda indirizza l-institute of bankers fejn tkellem dwar l-economic escapism.", "Sintendi ma semmiex il-Prim Ministru b'ismu - għadna ma wasalniex f'dak l-istat li jkollna bank ċentrali tant indipendenti li l-gvernatur ikun jista' jieħu pożizzjoni u jiġbed anke widnejn min qed imexxi - imma nfakkar x'qal dakinhar meta ndirizza lill-bankiera f'Novembru li għadda il-gvernatur tal-bank ċentrali:", "''Forma oħra ta' economic escapism, jiġifieri ta' ħarba mir-realtà, hi t-twemmin in ġenerali li hawn li l-gvernijiet għandhom xi bakketta maġika li jippermettulhom li jiggarantixxu livell ta' għajxien kif jeżisti u li kontinwament jibqgħu jtejbu dawn il-livelli ta' għajxien mingħajr problemi, mingħajr uġigħ u għas-sodisfazzjon in ġenerali ta' kulħadd.", "Jien ċertament nemmen li fost dawk li l-iżjed xerrdu din it-tip ta' fairy tale economics f'pajjiżna, li l-ħajja se tibqa' titjieb għal dejjem ta' dejjem, m'hemmx għalfejn inkunu kompetittivi, li m'hemmx għalfejn il- prodotti u s-servizzi li noffru jkunu ta' l-aħjar kwalità, li kulma għandna nagħmlu hu li jkollna lill-Prim Ministru Fenech Adami u mbagħad il-ġid jiġi awtomatiku u m'hemmx bżonn taxxi u m'hemmx bżonn li wieħed jara li kull Lm1 li jiġbor il-gvern tintnefaq kif suppost, li kollox isir awtomatiku, kienu tal-Partit Nazzjonalista.", "Dawk l-aktar li qed iweġġgħu mis-sitwazzjoni ta' bħalissa, għax dawn il-miljuni ta' liri li ċ-ċittadini qed jgħaddu lill- gvern ċertament qegħdin ibaxxu l-livell ta' l-għajxien ta' ħafna mill- familji tagħna li għandhom dħul baxx u dħul medju.", "Li kieku din qed jgħidha l-Partit Laburista biss wieħed jgħid: X'tistenna mill-partit ta' l- oppożizzjoni?", "Żgur mhux se Se joqgħod jara kollox tajjeb!", "Imma jekk wieħed jara x'qalet il-GWU u anke x'qalet il-UĦM fl-istudju li ppubblikat dwar kif qed jintlaqat id-dħul tal-membri tagħhom, x'qalet anke l-għaqda nazzjonali tal-pensjonanti dwar kif qed jintlaqtu fil-livell ta' l-għajxien tagħhom, ċertament dawn huma kollha affarijiet li juru kemm dawn il-miżuri, waħda minnhom dik li qed niddiskutu llum, qed iweġġgħu lill-akbar numru possibbli ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Din minnha nnifisha mbagħad qed toħloq problema ekonomika għaliex b'inqas flus fl-idejn ikun hawn ukoll inqas konsum, Mr Speaker.", "Kieku ma' dan l-uġigħ, fuq ix-xefaq għallinqas hemm it-tama ta' titjib għax ġej investiment ġdid biex jagħmel tajjeb għal dak it-telf, kieku wieħed jgħid li huwa proċess li tgħaddi minnu imma mbagħad se tkun aħjar.", "Imma kif qed jiżviluppaw l-affarijiet il-periklu hu li din it-tip ta' mediċina qed tissogra mhux li tfejqu lill-pazjent iżda li żżidlu mal-mard u mal-problemi li għandu.", "L-aspett l-ieħor aktar importanti huwa li meta qed titfa' sagrifiċċji fuq ħafna mill-familji Maltin u Għawdxin, huwa importanti li tiżgura li l-flus li qed tiġbor jintużaw bl-aħjar mod possibbli.", "U din hija xi ħaġa li m'aħniex narawha ssir.", "Jien ċert li kieku għallinqas it-taxxi li qed jinġabru qed iservu biex itejbu s-servizzi pubbliċi bħall-iskejjel, is-servizzi tas-saħħa u l-istrutturi li għandna biex jgħinu lil min għal xi raġuni jew oħra għandu bżonn din l-għajnuna, kieku wieħed jgħid: Veru qed nagħmel sagrifiċċju biex inħallas, imma għallinqas qed nara dan ir-riżultat.", "Imma l-agħar li qed jiġri huwa li n- nies qed iħossu li minn naħa waħda qed jinqabdu b'inqas flus f'idejhom minħabba li qed jgħaddu ħafna minn dawk il-flus f'taxxi lill-gvern, min- naħa l-oħra qed jaraw li s-servizzi pubbliċi mhux jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom u qed ikollhom ifittxu alternattiva f'servizzi privati li jiswew ħafna flus.", "Allura dan ikompli jgħaffeġ aktar lil min diġà huwa maqbud ħażin minħabba l-piżijiet ta' taxxi ġodda li deħlin.", "Mela minn naħa waħda għandek ħafna familji u pensjonanti li qed jispiċċaw b'inqas flus f'idejhom, u min-naħa l-oħra qed jaraw li b'inqas flus f'idejhom iridu jaraw kif jixtru iżjed servizzi li m'humiex qed isibu mis-settur pubbliku.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li f'dan il-qasam il-pajjiż jibdel ir- rotta, għaliex b'dan il-mod la jsir ġid ekonomiku u lanqas ġid soċjali u l- problemi jiżdiedu.", "F'dan il-każ jien tkellimt fuq il-periklu tad-duħħan li ġej mis- sigaretti imma fost l-akbar problemi li nħolqu kienu dawk li ġew mid-duħħan tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista f'Settembru ta' l-1998 fejn l-elettorat ġie mwiegħed li se jibda jgħixu f'pajjiż tal-leġġendi, fejn kulħadd jgħix ħieni u kuntent basta l-prinċipessa sabiħa li tkun tmexxih ikun jisimha Dr Eddie Fenech Adami!", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla l-Erbgħa, 2 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Drittijiet dwar Proprjetà Intellettwali (Miżuri Intrakonfini) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Tismija ta' Ministri f'Diversi Liġijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet dwar Servizzi fl-Ajruport – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – Tieni Qari (Kont.). ---------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att ta' l-1993 dwar Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurezza tan-Nazzjonijiet Uniti – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, fl-intervent tiegħi illum xtaqt nitkellem fuq żewġ suġġetti.", "L-ewwelnett, xtaqt nieħu spunt minn dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar il-Ħadd u l-kritika li kien hemm meta huwa qal li l-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li ma' kull bidla fil-gvern l-ogħla uffiċjali taċ-ċivil għandhom joffru r-riżenja tagħhom.", "Jekk il-ħin jippermettili, xtaqt ukoll nitkellem ftit ukoll dwar il-każ tas- surġent tal-pulizija J. J. Grech.", "Nibdew l-ewwel mill-każ tal-konferenza ġenerali tal-partit.", "Kif ġie rrapportat fil-media, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nhar il-Ħadd qal li jippretendi li n-nies fit-tmun tas-servizz ċivili għandhom jagħtu r- riżenja tagħhom kif jagħtuha ċ-chairmen tal-boards tal-parastatali hekk kif issir l-elezzjoni.", "Jiena nixtieq infakkar li l-Partit Nazzjonalista m'għandux għaliex jitkaża dwar dan l-istatement anzi għandu jaqbel magħna.", "Se ninċita żewġ referenzi speċifiċi biex nuri x'kien it-thinking tal-Partit Nazzjonlista meta ġew biex jinħatru s-segretarji permanenti fiċ-ċivil għall- ewwel darba.", "Per eżempju, meta għall-ewwel darba nħatru s-segretarji permanenti f'Awissu ta' l-1992, il-Prim Ministru Fenech Adami kien ġie kkwotat minn \"in-nazzjon\" li:", "''... enfasizza li l-ministri u s-segretarji permanenti jridu jaħdmu id f'id u għalhekk il-gvern nazzjonalista m'għandu l-ebda ħsieb li jinnomina persuni li ma jkunux aċċettati bl-aktar mod sħiħ mill- ministri li magħhom iridu jaħdmu.''.", "Hawnhekk ikkwotajt kelma b'kelma x'qalet \"in-nazzjon\" dwar id-diskors tal- Prim Ministru.", "Fil-każ ta' l-Onor.", "Austin Gatt, dan kien kiteb artiklu li kien jismu \"Something Good is Cooking\" u dan kien deher fit-8 ta' Awissu 1992 f'\"The Malta Independent\".", "L-Onor.", "Gatt, dakinhar segretarju ġenerali, kien qal dawn il-preċiżi kelmiet:", "Would I appoint a person of well known Labour sympathies to these posts, I hear you ask?", "- hawnhekk kien qed jitkellem għall-ogħla postijiet fiċ-ċivil -", "\"Personally I believe a distinction should be made.", "There are Labourites and Labourites, and those of the staunch type whose loyalty is first and foremost to the party I would never dream of appointing.", "The other type, whose belief in the party does not transcend a sense of loyalty to an administration, I would consider for headship posts but not for the post of permanent secretary, a post which I believe requires implicit trust between a minister and the permanent secretary.\"", "X'kien qed jgħid l-Onor.", "Austin Gatt dakinhar f'\"The Malta Independent\"?", "L- Onor. Austin Gatt qal li filwaqt li qatt ma joħlom li jagħti ħatriet lil- Laburisti li jpoġġu l-lealta' tagħhom lejn il-partit l-ewwel, meta jiġi għal-Laburisti li ma jħallux it-twemmin politiku tagħhom ifixkel il-lealta' tagħhom fix-xogħol, hemm min hemm fil-gvern, għalkemm ikun lest li jikkonsidrahom għal kapijiet ta' dipartimenti mhuwiex lest li jikkonsidrahom għall-karigi ta' segretarji parmanenti, post li skond hu jeħtieġ fiduċja sħiħa bejn il-ministru u s-segretarju permanenti.", "Dakinhar l-Onor.", "Austin Gatt kompla hekk:", "\"The beauty of the system is that if and when the Labour Party is elected to government it will be able to change the people who matter if it is not satisfied with their performance.", "As people conversant with the business world will tell you, this is a system not very dissimilar to what happens in the private sector when a company's shareholding is transferred.\"", "Dakinhar l-Onor.", "Gatt ġab l-argument li min hu midħla fin-negozju jaf li dawn l-affarijiet isiru l-ħin kollu meta x-shareholding ta' kumpannija tinbidel imma b'differenza waħda.", "Dan kompla hekk:", "\"The difference is that in the private sector the managers would be out looking for a job whilst in the public service they go back to where they were prior to their promotion.\"", "Qal li d-differenza hija li filwaqt illi fin-negozju meta jinbidlu x- shareholders ċerti managers anke jispiċċaw jitilfu l-job tagħhom, fis- servizz ċivili min jispiċċa jew jitneħħa minn segretarju permanenti effettivament imur lura għall-job li kellu qabel ma ħa l-promotion.", "Issa l-Onor.", "Sant wiżnu sew il-kliem tiegħu nhar il-Ħadd.", "L-Onor.", "Sant ma qalx li se jneħħi lil kulmin qiegħed f'kariga sensittiva fiċ-ċivil imma qal li jippretendi li dawn joffru r-riżenja tagħhom hekk kif għandhom jagħmlu iċ-chairmen tal-korpi parastatali, imbagħad ovvjament sta għall- gvern tal-ġurnata biex jara f'min għandu fiduċja.", "Bl-istess kejl ta' l-Onor.", "Austin Gatt u l-Onor.", "Fenech Adami, inħoss li jekk ministru se jkollu segretarju permanenti jaħdem miegħu dan irid ikun bniedem li jgawdi l-fiduċja sħiħa tiegħu.", "Fuq kollox irrid ngħid li n- Nazzjonalisti veru qed ikunu politikament ipokriti meta jitkażaw bi kliem Dr Sant għaliex dan huwa l-istess thinking li ġie rifless min-naħa tagħhom fl-1992, proprja meta ġiet launched għall-ewwel darba l-idea tas-segretarji permanenti, innovazzjoni li kien daħħal f'dan il-pajjiż proprju l-Partit Nazzjonalista nnifsu.", "Fuq il-każ tas-surġent tal-pulizija J. J Grech, l-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li ftit li xejn naf lil din il-persuna u la avviċinani hu biex nitkellem fuqu u lanqas avviċinawni xi qraba minn tiegħu.", "Jiena se nagħmel intervent qasir fuqu għaliex dak li ġara tul dawn l-aħħar 13-il sena fir-rigward tiegħu kien fil-fehma tiegħi travesty of justice, għax kienet xi ħaġa li fil-fehma tiegħi għandha tħammar wiċċ kulmin kien konness mad-deċiżjoni li jressquh quddiem il-qrati Maltin.", "Għandna każ ta' bniedem li tant kien konvint illi kien innoċenti li kien il-ħin kollu jittallab bil- ħniena biex ifittex iressaq il-każ tiegħu quddiem il-qrati Maltin.", "U naħseb illi fl-istorja riċenti qatt ma kellna każ ċar daqs il-kristall daqs dan, fejn mill-ewwel jum innifsu tal-ġuri deher ċar li Grech kien persuna innoċenti.", "U rridu nfakkru li din id-darba ħadd ma jista' jwaħħal fil- ġurati għax din id-darba d-deċiżjoni kienet ta' l-imħallef stess u ma kien hemm l-ebda rikors għall-ġurati fis-smiegħ ta' din il-kawża.", "Li nista' ngħid – u hawnhekk naħseb inkun qed nirriferi anke għall-opinjoni pubblika – ma kienx hemm xhud wieħed li hu wieħed li rabat lil Grech ma' dan il-każ ta' attentat ta' qtil.", "Anzi jekk wieħed jifli x-xhieda li rriżultat mill- qorti rriżulta li min waħħal fih kien għawweġ il-fatti għal skopijiet strettament personali.", "Jiena naħseb dawn il-punti tajjeb li wieħed iżommhom f'moħħu.", "Huwa fatt li n-Nazzjonalisti akkaniti mexxew ix-xnieha li dan il- każ spiċċa farsa għax il-prosekuzzjoni kienet dgħajfa.", "Fi kliem ieħor qalu: Isma' dan il-każ waqa' għax min kien qed imexxi l-prosekuzzjoni m'għamilx xogħlu kif suppost.", "Jien ngħid li l-każ spiċċa f'farsa għaliex il- prosekuzzjoni lanqas kellha l-iċken xagħra ma' xiex tiggranfa fir-rigward ta' J.J. Grech.", "Mr Speaker, kulmin għandu għal qalbu d-demokrazija u l-umanita' għandu dritt jitkellem dwar l-inġustizzja li saret ma' Grech, kif ukoll jikkundanna lil dawk kollha li kaxkru saqajhom biex iressquh quddiem il- qrati Maltin, jekk kellu qatt jitressaq.", "Jjiena naħseb li sensiela ta' mistoqsijiet naturali li joħorġu minn dan ix-xenarju huma dawn: Min se jagħmel tajjeb għat-13-il sena ta' tbatija li sofra Grech?", "Min se jpattilu għall-istigma li ġarr miegħu tul dan iż-żmien kollu?", "Dawn il-mistoqsijiet qed nagħmilhom għaliex nafu li dan il-gvern mhux l-ewwel darba li njora deċiżjonijiet tal-qrati u anke tal-kummissjoni ta' l-inġustizzji.", "Għalkemm kulħadd qed jeħodha for granted li Grech għandu jieħu l-job tiegħu lura - u jien naqbel li jieħu l-job tiegħu lura mill-aktar fis - jiena rrid nistaqsi: Għandna garanzija li Grech se jerġa' jieħu l-job tiegħu lura?", "Se jieħu lura l-paga sħiħa li huwa tilef tul dawn l-aħħar 13-il sena?", "Se jiġi kkumpensat għat-tbatija, it-trawma ul-biżgħat li għadda minnhom tul dawn l-aħħar snin?", "Imbagħad hemm ukoll affarijiet intanġibbli.", "Min se jikkumpensah għall-promozzjonijiet li seta' tilef u anke għall-avvanz li seta' għamel fil-korp tal-pulizija?", "Biex jiddevjaw l-attenzjoni mid- disfatta li ħadu fil-qrati, ċerti Nazzjonalisti – jien ngħid ċerti għax hemm min hu ta' l-affari tiegħu – qed jgħidu li jridu jagħmlu inkjesta dwar l-operat sħiħ ta' l-SMU.", "Jiena nistaqsi: Dan għaliex għandu jsir issa, 16- il sena wara li ħadu l-gvern għall-ewwel darba u mhux fl-1987 meta tant kellhom lublieba biex jagħmlu nkjesti u nvestigazzjonijiet?", "Jiena rrid nagħmilha ċara li l-fatt jekk jagħmlux din l-inkjesta jew le lilna ma jinkwetana xejn għaliex min kiser il-liġi żgur li mhux se jsib xi ħajt għall-kenn fil-Partit Laburista.", "Barra minn hekk irrid ngħid li jekk għandha ssir indaġini jiena naħseb li għandha ssir anke fuq l-SAG, u jekk aħna se nerġgħu nagħmlu inkjesta fuq l-inċidenti tar-Rabat din għandha wkoll tistaqsi jekk kienx hemm vjolenza organizzata min-naħa tan- Nazzjonalisti kif kien ġara fil-każ ta' Ħaż-Żebbuġ u anke fil-każ tar- Rabat.", "Meta wieħed jara x-xiehda li rriżultat wieħed jistaqsi min verament spara u minn fejn effettivament spara waqt dawn l-inċidenti li nqalgħu.", "Jien ngħid li għandha ssir investigazzjoni biex jiġi stabilit min gawda minn ċerti nċidenti vjolenti li saru fl-imgħoddi.", "Aktar minn kollox, jekk se jiġi nvestigat l-SMU għandu jiġi investigat min mexxa din l- organizzazzjoni għaliex għalkemm saret ħafna kritika għall-SMU, kulħadd jaf li min kien fit-tmexxija ta' din l-organizzazzjoni malli nqaleb il-gvern fl- 1987 ġie abbraċċjat u ħadem spalla ma' spalla ma' l-ogħla esponenti tal- Partit Nazzjonalista, fosthom nies li llum qegħdin fl-ogħla karigi u fl- ogħla postijiet tal-pajjiż innifsu.", "Sur President, f'\"The Sunday Times\" kiteb ċertu Dr Klaus Vella Bardon, li qal li hemm bżonn li nkunu nafu min ta ċerti ordnijiet, x'kienu l-ordnijiet speċifiċi u x'kienet iċ-chain of command fir-rigward ta' l-SMU.", "Jien nerġa' ngħid, jekk hemm verita' x'toħroġ j'Alla toħroġ iżda żgur li hija ipokresija u żgur li ma kellniex noqogħdu nistennew lil J. J. Grech isir vittma biex isiru dawn it-talbiet pubbliċi.", "Jien nemmen li t-timing juri ċar li ċerti nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jridu sempliċement diversiv u xejn aktar.", "Sur President, dawn huma l-osservazzjonijiet prinċipali li xtaqt nagħmel.", "Nerġa' nenfasizza b'mod partikolari dak li għidt fil-bidu fuq il- kwestjoni tas-segretarju permanenti għaliex proprju llum stess kien hemm eku fil-ġurnal \"in-nazzjon\" għal dak li ntqal fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li nħarġet nhar il-Ħadd filgħaxija, fejn qalu li Dr Alfred Sant irid gvern tal-bażużli.", "Min qal hekk żgur ma kienx qed jifhem id- diskors ta' Dr Sant.", "Min qal hekk kien malinn u kien qed jgħawweġ il-kliem tal-mexxej laburista.", "Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Sant kien qed jitlob biss għal xi ħaġa bażika, xi ħaġa elimentari, xi ħaġa li kif għidt jiena fl- intervent tiegħi fil-konferenza ġenerali ssir fl-iktar pajjiżi demokratiċi bħall-iStati Uniti fejn meta jinbidel president inti jkollok transition period apposta ħalli n-nies ta' ċerta amministrazzjoni jwarrbu ħalli jkunu jistgħu jidħlu minflokhom nies ta' amministrazzjoni ġdida.", "Nerġa' ngħid, aħna mhux qed ngħidu li se nwarrbu lil kulħadd.", "Dr Sant ma qalx hekk imma qal biss li kulmin qiegħed f'kariga ta' fiduċja għandu joffri r-riżenja tiegħu biex il-gvern ġdid ikollu d-dritt li jagħżel nies li jkunu jgawdu fiduċja sħiħa tal-ministri għall-ogħla postijiet taċ-ċivil b'mod partikolari fuq livell ta' segretarju permanenti.", "Din hija ħaġa li żgur ma kenitx il-każ meta kien qed imexxi gvern laburista f'dawn l-aħħar snin.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, dan l-aħħar fin-Naxxar saret dik li ġiet imsejħa bħala business convention, laqgħa li kienet immirata proprju għan- negozji ż-żgħar u s-self employed f'pajjiżna.", "Irridu nirrimarkaw li minkejja l-pubbliċita kbira u minkejja l-infiq ta' eluf kbar ta' liri biex tittella, din l-okkażjoni - bħala kunċett kien wieħed tajjeb - kienet flop.", "Dan mhux jiena biss nista' ngħidu imma kul kien mistieden li jattendi xi dibattitu jew biex iżur din il-wirja.", "Din hija ħasra għax kien hemm xogħol tajjeb u allura forsi ta' min jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn kien hemm dan il-falliment.", "Illum f'dawn il-ftit minuti nixtieq nanalizza aktar kif jista' jkun moqdi aħjar is-settur tan-negozji żgħar.", "Fil-fatt dan kien topic li kellna niddibattu hemmhekk imma iktar naħseb spiċċat diskussjoni nterna bejn xi tmienja min-nies milli xi ħaġa pubblika li minnha seta' joħroġ messaġġ ta' ġid.", "Meta nanalizzaw il-bażi ndustrijali ta' pajjiżna nindunaw li sa ftit ilu konna niddistingwu bejn negozji kbar u negozji żgħar.", "Fil-fatt l-intrapriżi kbar kienu kkalkolati bħala dawk li jimpjegaw għaxra jew aktar persuni, il-bqija kienu kkonsidrati bħala stabilimenti żgħar.", "Informazzjoni li ħarġet mill-ETC turi li fl-aħħar ta' l-1998 kien hemm 23,803 intrapriża mniżżlin fuq ir-reġistri, li kważi 95% minnhom jaqgħu fil-kategorija ta' intrapriża żgħira li jimpjegaw minn wieħed sa disa' mpjegati.", "Minn dan joħroġ ċar kemm hu veru li s-sinsla ta' l- industrija Maltija hija magħmula mill-SMEs, u kemm huwa veru li biex inżommu ruħna fil-wiċċ fis-snin li ġejjin irridu l-ewwel intejbu u t-tieni niddiversifikaw il-prodotti u s-servizzi tagħna biex nibqgħu kompetittivi fis-suq internazzjonali.", "Għandna u se jkollna kompetizzjoni qawwija mill- pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, li huma sinjuri fir-riżorsi umani u jattiraw investiment barrani.", "Realta' wkoll hija l-Unjoni Ewropea.", "Din m'hijiex se ssolvi l-għawġ ta' l-industrija tagħna.", "Irridu nkunu aħna li naħslu wiċċna biex inkunu aħjar minn ħaddieħor u mhux nistennew kompetituri tagħna jagħmlu dan għalina.", "Mr. Speaker, Malta ilha tiffaċċja problemi ta' kompetizzjoni fis-suq internazzjonali għal ħafna snin.", "S'issa l-uniku mezz biex nikkumbattu sibnih fit-talenti, fil-flessibilita' u fil-volonta' għax-xogħol ta' l- intraprendituri Maltin.", "Dawn huma fatti li qajla jinbidlu u għaldaqstant irridu nsibu mezz kif nagħtu palata lill-intraprendituri tagħna, anke meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-intrapriżi ż-żgħar sikwiet jikkonsistu minn sid u forsi persuna oħra impjegata miegħu.", "Irridu nżommu f'moħħna wkoll it- tradizzjoni qawwija ta' suċċess li għandu n-negozju tal-familja f'pajjiżna.", "Dawn kollha għandhom bżonn l-għajnuna u l-inkoraġġiment u naħseb li kulħadd jaqbel li r-rwol tal-gvern f'dan kollu għandu jinbidel minn wieħed li jippriedka, kif hawn Malta kien għal sekli sħaħ anke minħabba l-ħafna ħakmiet differenti li kellna, għal wieħed ta' gwida jew facilitator.", "L- istrutturi tal-gvern li għandhom x'jaqsmu b'xi mod jew ieħor ma' l- intrapriżi ż-żgħar għandhom ikunu sodi u armati bir-riżorsi kollha meħtieġa.", "L-aktar importanti għandu jkollhom koperazzjoni u backing mill- ogħla awtoritajiet u fl-istess ħin id-dipartimenti tal-gvern għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jgħinu fil-ħafna problemi prattiċi li jibqgħu jiltaqgħu magħhom l-SMEs fl-operat tagħhom.", "Il-gvern għandu jara wkoll li jdaħħal leġislazzjoni li kemm jista' jkun tnaqqas il-burokrazija u mhux iżżidha.", "Dan kien punt li qajjimt jien fil-budget li għadda u sfortunatament intefa' taħt it-tapit mill-kelliema tal-gvern.", "Mr. Speaker, hawn ukoll jidħol il-kunċett tal-one-stop shop.", "Organizzazzjonijiet bħall-IPSE għandu jkollhom profil għoli u strateġija maħsuba ta' kif ifornu s-support.", "Għandu jkollhom ukoll faċilitajiet biex jipprovdu servizzi mfassla għall-bżonnijiet sempliċi ta' l-intrapriżi ż- żgħar.", "Wieħed ukoll ma jistax jinnega l-poter ta' l-informazzjoni.", "Hija l- informazzjoni u l-mezzi sofistikati ta' komunikazzjoni li jgħaqqdu d-dinja tagħna f'villaġġ globali.", "Hawnhekk wieħed irid isemmi l-opportunitajiet li jiftħu għall-intrapriżi ż-żgħar żviluppi bħal E-commerce.", "Wieħed mill- vantaġġi ta' l-E-commerce huwa li negozji jikkompetu mhux fuq bażi ta' kobor u kuntatti iżda bit-tjubija u l-kompetittivita' tal-prodott jew servizz li jkunu qed joffru.", "Aħna nistgħu ngħinu lill-SMEs b'aċċess totali għall-informazzjoni u b'support biex huma jiksbu l-mezzi tal-komunikazzjoni tant meħtieġa.", "Irridu ngħinuhom biex jgħelbu l-ispiża għolja biex jiġu jintroduċu applications jew software ġodda li jkunu addattati għall- industrija moderna.", "Jekk inħarsu lejn l-Ingilterra nsibu li s-sena li għaddiet din introduċiet internet b'xejn għall-intrapriżi ż-żgħar tagħha biex dawn ikunu jistgħu jiksbu t-tagħrif kollu meħtieġ.", "Ta' min wieħed jenfasizza fuqu dan il-punt.", "Mr. Speaker, wieħed ma jridx jinsa t-taħriġ li jkun hemm ukoll bżonn biex in-negozji żgħar jagħmlu użu sħiħ minn dawn il-mezzi.", "Dan it-taħriġ għandu jiġi offrut lilhom anke jekk f'ħinijiet mhux normali.", "Dan qed ngħidu għax dawn l-ażjendi ovvjament ikunu miftuħin biex joffru s-servizzi tagħhom fil-ħinijiet pubbliċi normali.", "It-taħriġ irid ikun ukoll tali li jkabbar il- kompetittivita' u l-management skills tal-ħaddiema tagħna.", "Ċertament li l- gvern u l-istituzzjonijiet relatati jistgħu wkoll jgħinu billi jniedu kampanji ta' nformazzjoni.", "Inizjattivi li jittieħdu minn żmien għal żmien bħalma huma t-trade missions għandhom bżonn dieta sostanzjali ta' nformazzjoni biex jottjenu miżura ta' suċċess, iżda dawn iridu jkunu organizzati b'tali mod li l-business deals jiġu ffinalizzati u mhux bħala a venture into the unknown.", "Kemm jista' jkun l-ispade work għandu jsir minn qabel biex meta bniedem jitla' dan jipprova jikkonkludi u mhux ma jkunx jaf x'se jsib minħabba nuqqas ta' preparament minn qabel.", "Mr. Speaker, nitkellmu ħafna fuq l-SMEs iżda rridu nifhmu li f'dan is- settur jingħaqdu ħafna setturi differenti bi bżonnijiet diversi.", "Ritratt żgħir ta' l-industrija f'Malta u f'Għawdex juri li 64% tan-negozji ż-żgħar tagħna huma fis-settur tas-servizzi speċjalment fil-wholesale u r-retail, fit-trasport u fil-qasam tal-catering.", "Xi 9% jaqgħu fl-agrikoltura u 16% joperaw fil-qasam tal-manifattura li nafu bit-taqlib li għaddej fiha minħabba l-kwestjoni tat-tneħħija tal-levies.", "Dawn kollha għandhom jiġu moqdija permezz ta' strutturi fissi li jridu jkunu riflessi f'policy statement industrijali effettiv.", "Fil-fatt wara ħafna pressjoni mhux minn din in-naħa biss imma anke mill-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, dan l- aħħar il-gvern ħareġ dokument li sejjaħlu policy statement.", "F'dan il-kas qisu sar eżerċizzju biex intefa' hemm u sal-lum ftit li xejn smajna sugu joħroġ minnu.", "Jiena naħseb li wieħed irid jagħti aktar enfasi konkreta f'din id-direzzjoni.", "Mr. Speaker, nixtieq nagħti ħarsa qasira lejn il-kuntest Ewropew li minnu aħna nagħmlu parti.", "Issa jekk hux se nissiebħu fl-Unjoni Ewropea u jekk nagħmlux relazzjoni speċjali, li huwa żgur hu li aħna nagħmlu parti mill- Ewropa u n-negozji ż-żgħar huma karetteristika ewlenija ta' l-industrija ewropea.", "Fil-fatt f'nofs is-snin 90 nofs l-intrapriżi kollha ta' l-Unjoni kienu a one man business.", "Fl-1995 negozji b'għaxar jew anqas impjegati kienu qed jimpjegaw madwar 4.5 miljun persuna jew inkella 14.8% ta' l- impjiegi kollha fil-manifattura fuq il-kontinent.", "F'pajjiżi bħall- Portugal, l-Italja, Spanja u l-Greċja hemm 70 SME's għal kull elf persuna li huma fl-etajiet tax-xogħol, jiġifieri bejn il-15 u l-64 sena.", "F'pajjiżi bħal Franza, l-Awstrija u l-Ġermanja dan l-indiċi jitla' għal bejn 40 u 50 intrapriża kull elf persuna.", "F'Malta nsibu 94 negozju għal kull elf, u dan juri l-importanza ta' l-SMEs fl-ekonomija tagħna.", "Mr. Speaker, irridu nistudjaw flimkien ukoll it-tax concessions li qed jingħataw lill-SMEs fuq retail profits f'pajjiżi oħrajn u l-effett li dan qed ikollu fiż-żieda ta' l-impiegi produttivi.", "Il-gvern irid iħares lejn l- operat tiegħu nnifsu minflok jippriedka lil ħaddieħor x'għandu jagħmel u jrid iħares lejn il-government induced costs ukoll biex jara li ma jkunux ta' xkiel imma fil-fatt ta' għajnuna għall-iżvilupp ta' l-SMEs u ta' l- ekonomija in ġenerali.", "Dan l-aħħar sar seminar f'Għawdex u hija sfortuna li hawn ħareġ li anke d-definizzjoni tagħna ta' SMEs tvarja minn dik ta' l- Unjoni.", "Dan minħabba ovvjament il-limitazzjonijiet naturali tagħna u għalhekk dak li jiġri hemm m'għandniex nipprovaw indaħħluh stock and barrel bħala li japplika għal pajjiżna.", "Il-ħasra hija li f'okkażjonijiet bħal dawn meta tagħsar kollox kważi xejn ma joħroġ fuq ir-realtajiet ta' dawn it-tip ta' ażjendi fl-ambjent li qegħdin jaġixxu u joperaw fih f'pajjiżna.", "Hawnhekk irrid ngħid li rridu noqogħdu attenti li tkun xi tkun il-mixja tagħna fil-konfront ta' l-Unjoni għandna nibqgħu saqajna ma' l-art u nibqgħu naraw dak li hu bżonnjuż u adattat għal pajjiżna u mhux sempliċement x'inhu adattat għall-kontinent.", "Huwa mpossibbli li tibqa' tirraġuna b'dan il-mod u tinjora totalment, kif sfortunatament jiġri, l- bżonnijiet konkreti ta' l-SMEs u s-self employed f'pajjiżna.", "M'hemmx dubju li l-indikazzjonijiet huma li l-SMEs fl-Ewropa kollha, inkluż f'Malta se jkomplu jiddominaw l-industrija fil-futur qarib.", "Fil-każ ta' Malta m'hemmx dubju li huma jikkostitwixxu l-akbar sors ta' ġid ekonomiku u jkun gwaj għal kull gvern jekk dan ma jirrikonoxxihx fil-prattika.", "Nikkonkludi billi ngħid li dan il-qasam jixraqlu kull sosteniment u kura li nistgħu nagħtuh.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, l-Erbgħa, 2 ta' Frar 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TAD-DJAR - TRASFERIMENTI", "12451.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill- ħaddiema mal-Maintenance Section tad-Dipartiment tad-Djar?", "Jista' jagħti r- raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant li ma saru ebda trasferimenti mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-perijodu msemmi.", "DJAR - TRASFERIMENTI", "12452.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill- ħaddiema tad-Dipartiment tad-Djar?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul il-perijodu indikat sar trasferiment wieħed ta' skrivan li mar fis-segretarjat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.", "ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI - TRASFERIMENTI", "12453.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill- Ħaddiema tac-Ċentru Ħidma Soċjali?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja, mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti.", "SEDQA - TRASFERIMENTI", "12454.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill- ħaddiema tas-Sedqa?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it- trasferimenti każ b'każ?", "Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000, l-Aġenzija Sedqa m'għamlet l-ebda trasferiment ta' ħaddiema bejn diviżjoni u oħra jew dipartiment u ieħor.", "Iżda, jista' jagħti l-kas, li fid-Diviżjoni tal-Kura, xi ħaddiema intalbu jagħmlu xogħol f'units oħra skond il-ħtieġa, iżda baqgħu fl-istess diviżjoni.", "DWEJRA - TOROQ", "12713.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li t-triq prinċipali tad-Dwejra li tintuża mir- residenti, bdiewa u turisti li jżuru l-Victoria Lines tenħtieġ manutezjoni kbira, jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa sabiex il-bdiewa u r-residenti ta' l-inħawi ma jkomplux jiffaċċjaw ħsarat u problemi kbar fuq il-vetturi tagħhom?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12712.", "DWEJRA - MANUTENZJONI TA' TOROQ", "12714.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Peress li fl-inħawi tad-Dwejra, l/o Rabat, twaddab xi skart u wara x-xita li għamlet jenħtieġ li ssir manutenzjoni fit-triq prinċipali u jiġu rranġati ħitan tas-sejjiegħ li ġġarfu, jista' l-Ministru jara li jiġu kkordinati dawn ix-xogħlijiet?", "Peress li turisti li jżuru l-Victoria Lines mid-Dwejra qed jaraw dawn il-ħsarat, jista' l-Ministru jawtorizza x- xogħlijiet?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "PULIZIJA - ARMI TAN-NAR", "12812.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' armi tan-nar reġistrati mal- pulizija fl-aħħar tas-sena 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-1999 kien hawn 61,477 oġġett li jaqa` taħt id-definizzjoni ta` arma tan-nar reġistrati mal-pulizija li minnhom 44,000 huma snieter, 5,300 (air guns, air rifles u air pistols); il- kumplament ħafna minnhom huma armi minn kollizzjonisti.", "QBID TA' TAJR", "12813.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddikjarati tajr u għasafar maqbuda mill- kaċċaturi u nassaba matul is-sena 1998, skond ma ġie ddikjarat minnhom (carnet de chasse)?", "X'tip ta'għasafar inqabdu, u kemm kien in-numru f'kull każ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-carnet de chasse (li hija l-iskeda IV li tinstab annessa ma' Avviż Legali 216 ta' l-1997) tinġabar mill-Kummissarju tal-Pulizija meta tiġġedded il-liċenzja ta' l-insib u tal-kaċċa.", "Dawn jintbagħtu lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent mill- Kummissarju.", "Sal-lum il-ġurnata d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva biss 554 minn dawn il-carnet de chasse.", "Billi huwa mifhum li liċenzja tista' tiġi mġedda sa l-aħħar tas-sena, u billi meta tiġi mġedda b'dan il-mod, il- carnet de chasse tinġabar dan iż-żmien, jista' jagħti l-każ li xi carnet de chasse li nġabru fl-aħħar ta' l-1999 għadhom ma ġewx mibgħuta lid- Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.", "Għalhekk, għadni mhinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant.", "PSC", "12814.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni quddiem il-PSC matul is-sena 1999?", "Minn liema dipartimenti tal-gvern kienu u għalxiex kienu akkużati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li matul l-1999 il-każi ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ta' 169.", "Dawn huma maqsuma f'dawn it-tlett kategoriji:", "(a) kazijiet kriminali fil-Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi 76", "kazijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad- Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 66", "każijiet ta' tkeċċija mis-Servizz Pubbliku minħabba assentejiżmu minn fuq il-post tax-xogħol 27 Total 169", "It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar f'liema dipartimenti kienu dawn l-uffiċjali pubbliċi u fuq x'hiex kienu akkużati huwa kif jidher fit- tabelli (a), (b) u (c) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "QRATI - KAWŻI ĠODDA", "12858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reġistrati kawżi ġodda għal separazzjoni jew annullament taż-żwieġ matul is-sena 1999?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi matul l-1999 ġew reġistrati:", "205 kawzi ta` separazzjonijiet fil-Prim`Awla li minnhom kien hemm 73 rikorsi fuq l-istess kawzi;", "5 kawżi ta` separazzjonijiet ġew preżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex);", "75 kawżi ta` annullament fil-Prim`Awla tal-Qorti Ċivili;", "19-il applikazzjoni fil-Qorti ta` l-Appell sabiex jiġu reġistrati annullamenti moghtija mill-Curia.", "QRATI - ĠURIJIET PENDENTI", "12859.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti illum?", "Ta' xiex huma akkużati l-persuni konċernati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi sal-24.1.2000 hemm 46 ġuri pendenti maqsumin hekk:", "Omiċidju Volontarju 10 Tentattiv ta` Omicidju 13 Omiċidju Involontarju 1 Serq Kwalifikat 6 Riċettazzjoni 1 Drogi 11 Falsifikazzjoni - Dokt.", "2 Korruzzjoni Minorenni 1 Ikkawza Spluzzjoni 1", "PULIZIJA - MEMBRI LI WEĠĠGĦU FUQ IX-XOGĦOL", "12860.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li weġġgħu fuq ix- xogħol matul is-sena 1999?", "Kemm minn dawn weġġgħu minħabba atti ta' vjolenza minn persuna oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li b`żieda mat-tagħrif li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 12697, seba` membri tal-korp kienu weġgħu riżultat ta` vjolenza minn persuni oħra.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA - KAROZZI IMPRESSED", "12981.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: In-numru ta' karozzi impressed mal-Ministeru ta' l- Agrikoltura w Sajd hu 12.", "Dawn huma mqassma kif ġej:", "Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi 1 Dipartiment ta' l-Agrikoltura 4 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji 7", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jikseb l- informazzjoni mingħand il-Ministru konċernat.", "MINISTERU TA' L-INTERN - KAROZZI IMPRESSED", "12982.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s- sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab informat li fil-ministeru u d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id- dekasteru ta` l-intern in-numru ta` karozzi impressed hu ta` 24 u huma mqassma kif ġej : -", "Segretarjat Permanenti 1 Awtorita` ta` l-Ippjanar 20 Taqsima Proprjeta` tal-Gvern 3", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferiha lill-Ministru għall-Politika Soċjali.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KAROZZI IMPRESSED", "12983.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm għandha karozzi impressed magħha?", "Tista' tgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 24 karozza impressed fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "15 minnhom huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Customer Services filwaqt li d-disa' l- oħra huma ngaġġati mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel l-aħħar parti tal-mistoqsija lill- Ministru konċernat.", "MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - KAROZZI IMPRESSED", "12984.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu?", "Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali għandu għad- dispożizzjoni tiegħu karozza waħda biss impressed.", "Din qegħda l-Qrati ta` Malta.", "M`hemm ebda karozzi impressed mal-Law Commission, mad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali, mal-Uffiċċju tal-Permanent Secretary u tiegħi, bħala ministeru, mal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "LIĠI DWAR L-UŻURA", "13038.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux il-ħsieb li jgħaddi xi liġi dwar l-użura?", "Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-gvern f'dan il-kuntest?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hemm il-ħsieb li l-gvern jgħaddi liġi dwar l-użura.", "PROFESSJONISTI - VAT - REFUND", "13057.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk professjonist li jagħmel użu mit-trasport minħabba n- natura tal-professjoni tiegħu huwiex intitolat għar-refund tal-VAT imħallas fuq il-petrol, anke jekk din ma tkunx vettura kummerċjali?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi tal-VAT ma tippermettix li jingħata ħlas lura tal-VAT fuq il-petrol lill- professjonisti li jagħmlu użu mit-trasport minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.", "BDIEWA - REGOLI ĠODDA", "13061.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12254 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': tista' tinformani bir-regoli l-ġodda li jridu jaddottaw il- bdiewa għar-rigward tal-methyl bromide matul is-sena 2000 u 'l quddiem?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: B'effett mis-sena 2000, l-importazzjoni tal-methyl bromide tnaqqset b'25%.", "Għaldaqstant it-total ta' l-importazzjoni tal- methyl bromide naqset minn 40 tunnellata għal 30 tunnellata.", "PULIZIJA - KLANDESTINI", "13071.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li s-sena l-oħra, 1999, inqabdu fl-ibħra territorjali Maltin?", "F'liema perijodu tas-sena kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-1999 in-numru ta` klandestini li nqabdu fl-ibħra territorjali ta` Malta kien 152.", "53 oħra inqabdu fuq l- art ftit wara li kienu żbarkaw bil-baħar.", "In-nazzjonalita` u n-numru rispettiv tagħhom kien kif ġej :", "Nazzjonalita` Numru Nazzjonalita` Numru ------------- ----- ------------- -----", "Sierra Leone 69 Niġerjana 3 Libjana 1 Somala 1 Sri Lanka 5 Eġizzjana 39 Alġerina 5 Pakistana 25 Iraqina 1 Ghana 8 Indjana 45 Tuneżina 3", "Ma` dawn kien hemm ukoll 23 klandestin li kienu ġew salvati mill-Forzi Armati ta` Malta madwar 55 mil 'il barra mill-kosta Maltija.", "Dawn kienu 21 minn Sierra Leone, 1 mill-Ghana u 1 mis-Somalja.", "PULIZIJA - WINES AND SPIRITS REGULATIONS", "13072.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar komunikazzjoni televiżiva mas-satelita minn każini, ħwienet tax-xorb u divertiment, eċċ.?", "Hemm xi kondizzjonijiet li huma marbuta mar-regoli tal-wine and spirit regulations u l-ħinijiet tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi d-daqq ta` strumenti mużikali jew użu minn loudspeakers ta` radju jew ta` xi amplifier f`postijiet liċenzjati għall-bejgħ ta` inbid, birra, jew likuri spiritużi jenħtieġ il-permess tal- Pulizija, filwaqt li tenħtieġ liċenzja tad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili sabiex wieħed ikun jista` jżomm apparat ta` din ix-xorta.", "Ninsab informat ukoll li fil-postijiet speċifikati fil-mistoqsija jenħtieġ il-permess formali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġi nstallat dixx tas-satellita.", "EU - APPLIKAZZJONI GĦAL SĦUBIJA", "13073.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista'l-Ministru jgħid kemm sewa s'issa, f'ċifra ta' flus, il- proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOE BORG: Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li huwa impossibbli tagħti ċifra ta' flus li tinkludi l-ispejjeż kollha li b'xi mod kienu konnessi mal-proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl- Unjoni Ewropeja mill-bidu nett sa issa.", "Hu wkoll diffiċli li naslu għal ċifra rigward dawn l-ispejjeż minn mindu ġiet riattivata din l- applikazzjoni.", "Għaldaqstant, qed nagħti tagħrif dwar spejjeż partikolari li tħallsu s'issa in konnessjoni mal-proċess ta' l-applikazzjoni ta' Malta mir-riattivazzjoni 'l hawn, li huma dawn:", "Servizzi professjonali Lm 21,952.55", "Kontribuzzjoni lill-korpi kostitwiti u għaqdiet oħra Lm 50,109.04", "Ma dawn, iridu jiżdiedu l-ispejjeż konnessi mas-safar li sar mill-Ministeru tiegħi b'konnessjoni mal-proċess ta' l-iscreening.", "F'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 10785.", "Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li qed jinġabar tagħrif aġġornat dwar spejjeż ta' safar konness mal-proċess ta' l- iscreening li jien bi ħsiebni nagħti bi tweġiba għall-mistoqsija numru 12895.", "PENSJONI MINIMA NAZZJONALI TAR-ROMOL", "13223.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-Gvern bħala pensjoni minima nazzjonali tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in- numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219", "PENSJONI TAR-ROMOL", "13224.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni tar-romol matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI MINIMA NAZZJONALI MNAQQSA", "13225.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali mnaqqsa matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in- numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI TAŻ-ŻEWĠ TERZI", "13226.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni taż-żewġ terzi matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI MINIMA NAZZJONALI MIŻJUDA", "13227.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali miżjuda matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in- numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PENSJONI MINIMA NAZZJONALI", "13228.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' benefiċċju mħallas mill-gvern bħala pensjoni minima nazzjonali għal min jirtira matul is-sena 1999 (Jannar - Diċembru) u kemm kien in-numru ta' nies li bbenefikaw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 13219.", "PULIZIJA - KORP TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI", "13246.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' membri tal-korp tal-pulizija li ġew trasferiti fil-korp tal-protezzjoni ċivili?", "Ta' liema rank kienu?", "Kemm hemm nies, bl-uniformi, li ddaħħlu fil-protezzjoni ċivili mingħajr ma qabel kienu fil-pulizija?", "Liema huma dawk it-taqsimijiet li qabel kienu f'idejn il-pulizija li llum għaddew għall-protezzjoni ċivili?", "Kemm kien hemm vetturi, eċċ. li saru ta' dan il-korp ġdid?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta` membri tal-Korp tal- Pulizija li ġew trasferiti għal mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill- 1997 lil hawn hu 61 : - Spettur, 4 Surġenti u 56 Kuntistabbli.", "Ma` dawn hemm 47 persuna oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bl- uniformi u li qabel ma kienux fil-Korp tal-Pulizija.", "Ninsab infurmat ukoll li t-taqsimiet li għaddew mill-Pulizija għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huma dawk tal-Fire Brigade u tar-Rescue filwaqt li żewġ vetturi li kienu jintużaw mit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar tal-Pulizija ġew mgħoddija lid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Kull min ġie trasferit kien jifforma parti mill-Fire Brigade tal-Pulizija.", "SPTARIJIET - CATERING", "13247.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tad-dipartiment tas-saħħa biex jagħti kuntratt lil xi kumpannija biex tmexxi l-catering fl-isptarijiet?", "Liema huma dawk l-isptarijiet li hu maħsub li se jidħlu f'din l-iskema?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proċess issa qiegħed fl-istadju ta' l- evalwazzjoni mill-Bord.", "Dan il-kuntratt se jkun ikopri l-isptarijiet pubbliċi u d-djar ta' l-anzjani f'Malta.", "DETOX CENTRE", "13248.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ċ-ċentru tad-Detox jitneħħa minn fejn hu u jinfetaħ f'post fejn ikun anqas possibbli li traffikanti tad- droga jħufu fl-inħawi?", "Saru xi proposti minn għaqdiet/individwi dwar dan?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "VETTURI - NUMRI PERSONALIZZATI", "13249.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm-il sid ta' vettura għażel li jkollu numru personalizzat?", "Mindu daħlet din is-sistema kemm daħħal il-gvern minn dawn in-numri?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li hawn 26,058 vettura li għandhom numri personaliżżati li minnhom il-Gvern daħħal Lm781,740.", "TRAFFIC LIGHTS", "13250.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja fejn hu ppjanat li jiġu nstallati traffic lights?", "Jista' jindika meta hemm il-ħsieb li kull set jiġi nstallat?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li matul din is-sena finanzjarja huwa ppjanat li jiġu nstallati `traffic lights` fil-lokalitajiet kif ġej:", "Birkirkara - Triq il-Wied u Triq Fleur De Lys Fgura - Triq id-Dejma Hamrun - Triq il-Kbira Lija - Triq in-Naxxar u Triq il-Mosta Luqa - Triq l-Avjazzjoni Marsaskala -Triq il-Qaliet (zewg installazzjonijiet separati) Mosta Triq il-Kostituzzjoni u Vjal l-Indipendenza (żewġ installazzjonijietseparati) Naxxar Triq tal-Labour u Vjal il-21 ta`Settembru Qrendi Triq it-Tempesta Raħal Ġdid Triq Kordin Tarxien Triq San Anard", "Ix-xogħol f`numru minn dawn l-installazzjonijiet diġa beda u għandu jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "Il-proċess ta` l-istallazzjoni tat-`traffic lights` huwa `ongoing` u l- Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq qed jikkunsidraw l-installazzjoni ta` aktar `traffic lights` kemm f`dawn il- lokalitajiet u f`lokalitajiet oħra.", "MALTA POST - DIRETTORJU TAL-KODIĊI POSTALI", "13251.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li l-awtoritajiet tal-posta jinsistu li fl- indirizz jitniżżlu l-kodiċi postali u peress li mindu ħareġ l-ewwel direttorju tal-kodiċi postali ngħataw ħafna ismijiet ġodda lit-triqat, meta huwa ppjanat li joħroġ direttorju tal-kodiċi postali ieħor?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtoritajiet tal-Posta ma jinsistux li l-Kodiċi Postali titniżżel f`kull indirizz.", "Ta` min wieħed jiġbed l-attenzjoni iżda, li għalkemm il-posta xorta titwassal fid- destinazzjoni tagħha, in-nuqqas tal-Kodiċi jista` jikkawża xi dewmien fil- proċessar.", "Bħalissa qed jitħejja Direttorju aġġornat tal-Kodiċi Postali, u hu ttamat li dan jinħareġ fi żmien mhux fil-bogħod."]} {"filename": "19981214_035d_par.doc", "date": "1998-12-14", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 35 It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 35", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-2.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "35", "It-Tlieta, 15 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 810", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (IT-TIENI QARI) VALUE ADDED TAX BILL (SECOND READING) 810", "RULING 823", "AĠĠORNAMENT 838", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 839", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 34 li saret fil-15 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "Il-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l-aġenda ngħataw tweġiba bil-miktub, skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 35 tat-12 ta' Diċembru, 1998", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD", "VALUE ADDED TAX BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Diċembru, 1998.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession of the House.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, il-bieraħ kont qiegħed ngħid kif din il-liġi qed tiġi diskussa f'ambitu meta l-gvern kien se jdaħħalha sempliċement bi proklama presidenzjali.", "Imbagħad l-oppozizzjoni għamlet protest fil-Qorti Kostituzzjonali biex dan ma jseħħx u wara pressjoni wkoll minn diversi korpi kostitwiti, il-gvern dawwar il-ħsieb tiegħu u ddeċieda li jġib din il-liġi tal-VAT għad-diskussjoni.", "Issa din il-liġi qiegħda tigi diskusssa b'ħin limitat, mingħajr ma ngħata wisa' kemm hemm bżonn għad- diskussjoni.", "Il-bieraħ semmejt ukoll kif barra dan il-parlament il-gvern u l-partit li qiegħed fil-gvern qiegħed jargumenta b'mod differenti minn kif qed jiġru l-affarijiet hawn ġew u qed jipprova jqarraq bil-pubbliku, li naturalment ma jkunx jaf ezattament x'qiegħed iseħħ hawn gew.", "Mr Speaker, il-qerq kompla llum bl-editorjal fil-gazzetta \"In-nazzjon\", li se nikkwota minnu iktar 'il quddiem.", "Il-bieraħ semmejt ukoll kif dan il- gvern m'għandux mandat biex idaħħal il-VAT, peress li fil-programm elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista mkien m'għamel riferenza li se jdaħħal il-VAT, anzi qal bl-iktar mod ċar - f'paġna 6, kapitlu 2 - illi t- tibdil li se jsir se jkun fil-liġi preżenti tas-sisa.", "Il-programm elettorali qal ukoll li l-liġi tas-sisa ma kenitx differenti ħafna mil-liġi tal-VAT li kien hemm qabilha.", "Dwar is-CET, in-Nazzjonalisti kienu jgħidu li din gabet diżastru.", "Mela allura l-argument jiġi waħdu għax la l-liġi tas-CET m'hijiex differenti ħafna minn ta' qabilha u ġabet diżastru, mela d-diżastru beda taħt il-liġi tal-VAT!", "Mr Speaker, semmejt l-editorjal tal-lum ta' \"In-Nazzjon\", li jitkellem bl- iktar mod qarrieqi u b'mod li huwa differenti minn dak li qed jiġri f'din il-Kamra.", "Dan l-editorjal għandu t-titlu \"Oppożizzjoni Irresponsabbli\" u jgħid:", "\"Meta Gvern Laburista daħħal il-liġi tas-sisa, jiġifieri s-CET, taxxa ġdida li kuntrarjament għall-VAT bħalha m'hawn imkien, kien ta biss 18- il siegħa ta' dibattitu, ħames sigħat ta' diskussjoni fl-istadju tat- Tieni Qari u 13-il siegħa fl-istadju ta' Kumitat.", "Għal-liġi tal-VAT il-Gvern Nazzjonalista qed jalloka 53 siegħa ta' diskussjoni, jew tliet darbiet il-ħin li ttieħed għad-diskussjoni tas-CET.", "Minn dan il- ħin se jkun hemm 30 siegħa diskussjoni għat-Tieni Qari, li minnhom il- membri tal-gvern mhux se jieħdu iktar minn 5 sigħat, u 23 siegħa ta' diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat.", "Altru li hemm ħin biżżejjed għad- diskussjoni!\"", "Jiena nistaqsi: Aħna se nibqgħu nqarrqu bil-poplu hawn ġew?", "Lill-poplu qed naħsbuh imbeċilli?", "Mhux kulħadd jaf li meta s-CET ġiet għad- diskussjoni l-oppozizzjoni ngħatat ħin kemm riedet iżda peress li kienet għadha mifxula bit-telfa li ħadet fl-elezzjoni ta' Ottubru 1996 ma kenitx preparata u ma kellhiex kelliema biżżejjed biex tirribatti l-argumenti favur il-liġi tas-CET.", "Imbagħad kien qam l-Onor.", "Alfred Sant, dak iż-żmien prim ministru, u għamel il-winding-up u għalaq id-diskussjoni.", "Għalhekk m'huwiex veru li dak iż-żmien il-Gvern Laburista llimita l-ħin għad- diskussjoni, anzi ta ħin għal diskussjoni wiesgħa, iżda l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ma kenitx kapaċi tutilizzah.", "Din hija l- verita' u jekk m'huwiex hekk nistieden bis-serjeta' biex xi ħadd iqum min- naħa l-oħra u jgħid li dan m'huwiex minnu.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Cuschieri, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Mr Speaker, diġa' għidt li dan il-gvern m'għandux mandat biex idaħħal il-VAT.", "Il-mandat ingħata lill-Gvern Laburista fl-1996 biex ineħħi l-VAT, allavolja kienu jgħidu li aħna m'għandniex mandat.", "Dawn kienu jgħidu li lilhom il-VAT kienet se trebbaħhom l-elezzjoni u li lilna se ttellifielna imma ġara l-kontra.", "Fil-fatt wara bdew jgħidu li kienet il- VAT li rebbħitna l-elezzjoni.", "Nixtieq nitlob il-permess biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' paġna 6, kapitlu 2, tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' l-1996 u wkoll kopja ta' paġna 35 tal-programm elettorali tal-Partit Laburista ta' l-1996, fejn għidna ċar u tond li Gvern Laburista jneħħi l-VAT u minflokha jdaħħal struttura ta' taxxi u dazji.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratti mill-programm elettorali tal-partiti politiċi għall-elezzjoni ta' l-1996 u dokumenti oħra.", "Mr Speaker, il-gvern stess qiegħed jgħid li din hija liġi importantissima u li mingħajrha l-ekonomija tal-pajjiż ma timxix imma fl-istess ħin qed iressaqha għad-diskussjoni b'mod li l-poplu m'hux se jkollu ħin biżżejjed jirrifletti fuqha.", "Jidher ċar ukoll li l-poplu huwa diżinteressat x'qed jiġri f'dan il-parlament dwar din il-liġi għaliex l-attendenza għal-laqgħat li qiegħed ikollu l-Ministru Dalli hija waħda fqira.", "U jiena nemmen li l- poplu m'huwiex isegwi eżattament x'inhu jiġri għax dak li ġara fl-1994 qiegħed jigri llum.", "Meta l-Partit Nazzjonalista fl-1994 kien qed jiddiskuti biex idaħħal għall-ewwel darba l-VAT, kien daħħalha fi żmien meta l-poplu kien aljenat bil-World Cup.", "Issa min hu dilettant tal- football, speċjalment jekk jilgħabu l-Ingliżi jew it-Taljani, żgur li m'huwiex se joqgħod jisma' x'inhu għaddej fuq il-ligi tal-VAT.", "(Interruzzjonijiet) Iva, is-sena l-oħra semgħuh u jiena jiddispjaċini li kienu qed jisimgħuh għax dan il-parlament kontu rriduċejtuh teatrin.", "Mela ma jiddispjaċinix!", "Hemmhekk kien jinħela l-ħin!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "Onor. Cuschieri, indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jien lis-Sedja qiegħed nindirizza u inti fid- dover, Mr Speaker, li twaqqaf l-interruzzjonijiet, ippermettili ngħidlek.", "MR SPEAKER: Is-Sedja diġa' ġibdet l-attenzjoni biex jinżamm l-ordni u qed ngħidlek tindirizza lis-Sedja proprju biex inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, huwa dak iż-żmien li ngħad il-paroli li rrifera għalihom l-Onor.", "Mario Galea fl-artiklu ta' \"il-mument\" ta' nhar il-Ħadd.", "Nagħmlu seduti sħaħ nitkellmu fuq il-pontuni u mbagħad f'liġi ta' importanza bħal din, deputati Nazzjonalisti ma jingħatawx iċ-ċans li jitkellmu fuqha!", "Hija ħasra li kważi ħadd mid-deputati tan-naħa tal-gvern m'għandu xi jgħid dwar din il-liġi.", "Minn dan joħroġ ċar, Mr Speaker, kemm f'dan il-gvern diġa' qed tibbrilla l-arroganza fil-konfront ta' l- oppożizzjoni, fil-konfront tal-back benchers tiegħu stess u arroganza wkoll fil-konfront tal-poplu in ġenerali, li m'huwiex jingħata spażju xieraq biex jirrifletti dwar din il-liġi.", "Għalhekk dan il-gvern jaqbillu joqgħod naqra attent għaliex iż-żmien jgħaddi u finalment kulħadd irid jagħmel il-kontijiet mal-poplu.", "Il-gvern ried igibna komplici imma aħna għidnielu li ma' dik il-mozzjoni ta' procedura u ma naqblux u ma naċċettawhiex.", "Issa qed jgħidu, Mr Speaker, li din tal-VAT hija liġi importanti ħafna u huwa inevitabbli li tidħol fl-1 ta' Jannar.", "Fl-istess ħin pero' qed jgħidu li l-liġi attwali m'hijiex differenti minn ta' qabilha.", "Mr Speaker, hawn min akkużana li aħna fliexken vojta.", "Jiena nħoss li dan huwa insult mhux għalija personali imma insult għal kull deputat, insult għal din il-Kamra u insult għall-poplu li tellagħna.", "Kien il-poplu li għażel lid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra u huwa fid-dover tad- deputati kollha li jwasslu l-aspirazzjonijiet tal-poplu f'dan il-parlament.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif il-membri parlamentari tan-naħa tal-gvern qed jaċċettaw din il-giljottina fuq liġi daqstant importanti.", "Possibbli li ħadd mid-deputati Nazzjonalisti m'għandu xi jgħid fuq din il-liġi?", "Jiena nemmen li hemm deputati tan-naħa tal-gvern li huma validi u jistgħu jagħtu kontribut tajjeb.", "Il-ħasra hi li m'humiex jingħataw l-ispazju biex jagħmlu dan.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Dalli, din hija sarima ma' ħalq id- deputati Nazzjonalisti u trid tirrikonxxi li dawn m'humiex qed jingħataw iċ- ċans biex ikunu jistgħu jwasslu l-aspirazzjonijiet kemm tal-konstitwenti tagħhom u kemm tal-korpi kostitwiti fuq liġi daqstant importanti.", "Mr Speaker, irridu nammettu li kemm il-VAT kif ukoll is-CET kienu difettużi.", "Mela hawn xi ħadd li jagħmel xi ħaġa perfetta!", "Imma issa qegħdin niddiskutu t-tielet liġi ta' tassazzjoni fi żmien sentejn u erġajna qed nagħmlu kollox bl-għaġġla (Interruzzjonijiet).", "Lill-Onor.", "Michael Refalo ngħidlu li jekk nagħmlu l-affarijiet bl-għaġġla, dak ikun ta' ħsara għan-nazzjon u għall-poplu tagħna u għalhekk ilkoll kemm aħna għandna r- responsabbilta' li nagħmlu l-affarijiet bis-serjeta' u kemm jista' jkun b'attenzjoni kbira.", "Mr Speaker, tan-naħa l-oħra kienu jakkużaw lill-membri ta' din in-naħa li huma mmexxijin bl-ispaga.", "Iżda llum huwa ċar li wħud mid-deputati parlamentari Nazzjonalisti huma mmexxijin bl-ispaga, għaliex il-Partit Nazzjonalista għandu mexxej li jrid kollox f'idejh ma' l-erbgħa ta' madwaru u l-back benchers iridu jaċċettaw kollox.", "Mr Speaker, meta dan l-aħħar il-Prim Ministru gie minn Vienna ma riedx jikkummenta dwar f'liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni.", "Iżda huwa ċar li aħna qegħdin niddiskutu l-ligi tal-VAT għax irridu nimxu skond l-avis li l-Unjoni Ewropea tat lil Malta u mhux għaliex nemmnu li hija ta' ħtiega għal dan il-pajjiz.", "Għaliex għalkemm il-gvern dan dejjem ċaħdu, huwa jaf li aħna ma nistgħux nidħlu fl- Unjoni mingħajr ma jkollna l-VAT.", "U l-kwestjoni kollha tal-VAT qamet wara li l-gvern ġie ppreżentat b'talba biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tirrivedi s-sitwazzjoni kollha.", "Issa kulħadd jaf li ma tantx huwa faċli li aħna nkunu ma' ta' l-ewwel biex nissieħbu fl-Unjoni, allavolja qabel l- elezzjoni l-impressjoni li kienet tingħata kienet totalment differenti.", "Mr Speaker, dawn minn qabel l-elezzjoni kienu jafu li aħna ffriżajna l- applikazzjoni u għalhekk meta kienu jgħidu li aħna se nkunu minn ta' l- ewwel kienu qed jerġgħu jqarrqu bil-poplu.", "Il-partit fil-gvern illum ma jistax jaċċetta kif qed jiġi ttrattat mill-Ewropej.", "Dan deher ċar mal- wasla tal-Prim Ministru minn Vienna.", "Il-Prim Ministru kważi deher irrabjat u beda jaħrab il-mistoqsijiet li għamlulu l-ġurnalisti; saħansitra weħel miegħu ġurnalist u spiċċa jimbottah.", "(Interruzzjonijiet) Iva, weħel miegħu ġurnalist u jiena nuri s-solidarjeta' tiegħi ma' dak il-ġurnalist.", "(Għajjat) Iva, u nippretendi li l-press club jitkellem fuq dan il-każ, għax meta hawnhekk nittewbu mill-ewwel naqilgħu storja imma xi ħaġa bħal din nitfgħuha taħt it-tapit u naħbuha għax forsi jkollna minn xiex nistħu.", "Jiena nistaqsi: Għaliex ippanikkja l-Prim Ministru mal-wasla tiegħu fl- ajruport?", "(Interruzzjonijiet) Ara kif qed nitfixklu f'daqqa waħda!", "MR SPEAKER: Inżommu l-ordni, jekk jogħġobkom.", "Kompli Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ħalli naraw ftit x'kontradizzjonijiet qalu fuq is-sistema tal-VAT.", "L-Onor.", "Ninu Zammit fuq Radio 101 qal li l-Partit Nazzjonalista meta jkun fil-gvern jerġa' jdaħħal il-VAT.", "Din imbagħad ipprova jgħattihielu Gordon Pisani.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena m'inix se nistħi ngħid li għidt hekk.", "Dażgur li veru għidt hekk u hekk se nagħmel bil-vot tiegħi.", "U li mhux għax konna aħna, intom kontu se toqtlu lir-raħħala, lill-bdiewa u lis- sajjieda!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Kompli Onor. Cuschieri.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Zammit poġġi bil-qegħda jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Issa jekk jagħtuk ċans titkellem għid tiegħek!", "(Interruzzjonijiet) Jiena nisfida lill-Onor.", "Zammit iqum u jiċħad li huma fil-programm elettorali ma wegħdux li se jdaħħlu l-VAT imma qalu li se jirranġaw is-sistema ta' dazju u sisa li daħħal il-Gvern Laburista.", "Iqum jiċħad xi ħadd minnhom li din m'hijiex il-verita'!", "L-Onor.", "Zammit waqt dak il-programm fuq Radio 101 kien qal li Gvern Nazzjonalista jdaħħal il-VAT imma dakinhar ma kienx jaqblilhom jgħidu hekk.", "Tant ma kienx jaqblilhom li dakinhar stess l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li l-Partit Nazzjonalista - u dan kien in line ma' dak li kien għad irid jitniżżel fil-programm elettorali tagħhom - kien qed jipproponi li jsir tibdil fil-liġi tas-CET biex issir aħjar.", "Dan gie rrapportat ukoll fil-gazzetta li diġa' poġġejt kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex aħna fuq il-fatti nitkellmu u mhux fuq affarijiet ipotetiċi.", "MR SPEAKER: Point of order, l-Onor.", "Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-kliem eżatt li użajt jiena huwa li l- liġi tal-VAT kellha terġa' tiddaħħal b'mod modifikat.", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti qed taqra x'kiteb ħuk mod, pero' jiena għidt il-verita'!", "MR SPEAKER: Onor. Zammit, poġġi bil-qiegħda.", "Kompli Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ħalli nkomplu bil-kontradizzjonijiet, Mr Speaker.", "Il-Prim Ministru Fenech Adami fit-12 ta' Mejju 1996, jiġifieri qabel l-elezzjoni ta' sentejn ilu, kien qal hekk:", "\"Alfred Sant ma jistax ineħħi l-VAT jekk xi darba jkun fil-gvern.\"", "Imbagħad l-Onor.", "John Dalli, ukoll qabel l-istess elezzjoni, qal xi ħaġa simili:", "\"Il-VAT mhux se titneħħa kemm għax mhux se jkun il-Gvern Soċjalista fil-gvern u anke kieku għall-argument kellhom jirbħu l-elezzjoni, ma jkunx jista' jneħħiha għax ma jsibx metodi oħra ta' kif se jdaħħal il- flus.\"", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal- Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess.", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Fid-29 ta' Jannar, 1995 il-Prim Ministru qal:", "\"Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-VAT se tkun ir-rebħa tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja.\"", "Imbagħad wara l-elezzjoni, fl-4 ta' April, 1997 qal:", "\"Il-wegħda tat-tneħħija tal-VAT rebbħet l-elezzjoni lill-Partit Laburista\"", "Jekk din m'hijiex kontradizzjoni x'tissejjaħ, Mr Speaker?", "(Interruzzjonijiet) Aktar tard, fl-1 ta' Mejju, 1997 il-Prim Ministru qal:", "\"Il-gvern m'għandux mandat biex ineħħi l-VAT.\"", "Imma jien ngħid lill-Prim Ministru tal-lum li huwa m'għandux mandat biex idaħħal il-VAT għax fil-programm elettorali qal li se jirranġa s-sistema tad-dazju u s-sisa.", "Issa ejja naraw flimkien, Mr Speaker, min se jintlaqat bis-sistema tal-VAT u min se jmur l-aktar minn taħt.", "Hemm diversi servizzi li kull wieħed minna jrid juża u li bilfors se jkollu jħallas 15% fuqhom.", "Dawn huma s-servizzi ta' accountant, stampatur, mechanic, parukkier, arġentiera, arluġġar, technician, electrician, entertainer, photographer eċċ. Hemm lista sħiħa li tibda u ma tistpiċċa qatt u fuq dawn is-servizzi l-poplu se jkollu jħallas 15% VAT.", "Fil- programm \"Xarabank\", l-Onor.", "Dalli qal li wara l-1 ta' Jannar, 1999 - nispera li din ma jiċħadiex għax smajtu igħidha b'widnejja - se jorħsu 40,000 prodott.", "Din qalha fuq mistoqsija li għamlitlu Valerie Borg, u jidher li qed jerġa' jikkonfermaha f'din il-Kamra llum.", "Imma issa naraw x'se jkun ir-riżultat wara l-1 ta' Jannar, 1999!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: No cross-debate, jekk jogħġobkom.", "Kompli Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, kif diġa' għidt qed niddiskutu liġi meta bħalissa għaddejjin kummenti sħaħ dwar x'ġara u x'inhu jiġri fuq iż- żejt.", "Pajjiżna jaqbillu jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jekk insibu ż-żejt?", "Wieħed irid jgħid pero' li dawn qatt ma kienu ħerqana biex Gvern Laburista jsib iż-żejt f'Għawdex.", "Ħalli ngħid x'kien qal il-Prim Ministru, dak iż- żmien kap ta' l-oppożizzjoni.", "Qal hekk:", "\"U jien nixtieq li nsegwu kull ġurnata d-diskorsi li jingħadu.", "Id- diskorsi mhux nisimgħuhom biss iżda ninterpretawhom, nużaw moħħna, naraw id-diskors x'jista' jfisser.", "U jgħidulna li aktarx insibu ż- żejt, jidħku bil-poplu!", "L-informazzjoni li għandi jien hija li min qed iħaffer għaż-żejt diġa' qal lill-gvern li m'hemm l-ebda possibbilta' li jinstab iż-żejt hemmhekk.", "J'Alla jinstab u j'Alla qed nieħu żball!\"", "U jdoqqulu l-ħornijiet fil-mass meetings!", "Imbagħad għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru. 438, fejn staqsejt lill-Prim Ministru x'kienu l- indikazzjonijiet li jinstab iż-żejt, weġibni hekk:", "\"Ninsab infurmat li fl-4 ta' Settembru t-tħaffir tal-bir f'Kerċem kien wasal f'fond ta' 4,502 metri.", "L-esperti tal-gvern taw parir li skond l-indikazzjonijiet li kellhom kien hemm il-possibbilta' li jinstab iż- żejt aktar fil-fond.\"", "Mela min daħak bil-poplu, aħna jew il-Prim Ministru?", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, hemm bżonn li aħna d-deputati nkunu rgiel.", "Hemm bżonn nidħlu daħla fina nfusna u nħarsu l-ewwel lejn l-interessi ta' dan in-nazzjon u l- poplu tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jien ma nara xejn ħażin li nerġgħu nirrevedu lkoll flimkien il-politika u l-interess ta' dan in-nazzjon li aħna hawnhekk qed nirrappreżentaw il-poplu tiegħu.", "Imma jekk verament insibu ż-żejt, kif inhi l-probabbilta', ikun jaqbel li nibqgħu mexjin lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "Ejjew ilkoll ningħaqdu fl-interess tal-poplu u mhux fl-interess ta' xi partit jew individwu.", "Ejjew naraw x'inhu l-aħjar għall-poplu tagħna - poplu li tant bata fil-passat biex kiseb dak li għandu llum, biex bena dan il-ġens ħieles u indipendenti - li bis-saħħa tal-vot tiegħu qegħdin hawn biex immexxuh u nirrappreżentawh.", "Aħna lkoll għandu jkollna l-kuraġġ u r-rieda li nirrevedu bis-serjeta', bil-galbu u bl-akbar responsabbilta' jekk jaqbilx li nibqgħu mexjin lejn id-direzzjoni ta' sħubija, u dan fil-kuntest tal-probabbilta' li pajjiżna jsib iż-żejt.", "Hemm bżonn li nifhmu li aħna mislufin f'din il-Kamra u li kull ħames snin ta' leġislatura jsir eżami għalina d-deputati u rridu noqogħdu għall-punteġġ u r-riżultati li jagħtina l-poplu.", "Ejjew noqogħdu attenti li l-poplu, uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri 'l quddiem ma jisħtuniex u jgħidu li aħna ma konniex verament qed naħdmu fl-interess ta' pajjiżna għax ħallejna l-passjoni politika tiġri bina.", "Il-kontradizzjonijiet ta' dan il-partit fil-gvern huma kbar ukoll anke fejn jirrigwarda Unjoni Ewropea u dwar id-dħul ta' flus li kienu jgħidu li aħna se nġibu minn hemm.", "L-Onor.", "Guido de Marco, per eżempju, kif irrappurtat it-Tnejn, 17 ta' Awissu, 1998 fuq il-gazzetta \"In-Nazzjon\", rigward id-deċiżjoni ta' Gvern Laburista li jiffriża l-applikazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea, f'mass meeting fil-Fgura qal:", "\"L-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea din is-sena se tkun tellfet lil Malta ¥100 miljun.\"", "Mela filwaqt li qabel l-elezzjoni kienu jgħidu li se ngawdu mill-flus li l- Unjoni Ewropea terfa' għal ta' ġewwa, wara l-elezzjoni qed jgħidu li m'hemm l-ebda garanzija li Malta se tieħu l-fondi.", "U dan huma qed jgħiduh, mhux aħna!", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Cuschieri.", "Reġa' skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn leave of House?", "(Onor. Membri: No) L-Onor.", "Joe Mizzi.", "Il-permess ma ngħatax.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena se nressaq mozzjoni biex l-Onor.", "Cuschieri jkun jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, ir-regolamenti huma ċari.", "(Interruzzjonijiet) Issa ismagħni u mbagħad weġibni!", "Ir-regolamenti tal- Kamra jgħidu li 30 minuta wara li tingħata extension ikun hemm bżonn leave of House.", "Issa, Mr Speaker, inti staqsejt jekk hawnx leave of House u fil- fatt kien hawn oġġezzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ir-regolament 35 tal-Kamra jgħid ċar li tista' titressaq mozzjoni bla avviż, u l-mozzjoni bla avviż effettivament hija, minkejja l-proċeduri tal-Kamra, illi taħt subartiklu (2) \"mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra jew tad-diskussjoni\" tista' titressaq bla avviż, u hawnhekk għandna mozzjoni bla avviż biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "Jien qed nissekondaha bħalissa, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, il-mozzjoni tressqet wara li inti staqsejt jekk hawnx permess biex l-Onor.", "Cuschieri jingħata leave of House u kien hawn oġġezzjoni mill-ewwel.", "Allura la kien hawn oġġezzjoni, awtomatikament l-Onor.", "Cuschieri m'għandux permess li jkompli jitkellem.", "Skond ir-regolamenti tal-Kamra, issa s-Sedja għandha ssejjaħ persuna oħra.", "Fil-ġranet li għaddew dejjem hekk sar.", "Barra minn hekk, l-oġġezzjoni saret qabel ma l-Onor.", "Mizzi ressaq il- mozzjoni u allura il-mozzjoni m'hijiex in order.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, huwa veru li jekk talba għal leave of House tiġi miċħuda minn membru wieħed tal-Kamra tieqaf f'dak il-punt imma mbagħad hemm mekkaniżmu ieħor li huwa previst mill-istanding orders.", "U dan il-mekkaniżmu qed jitħaddem għaliex qiegħda titressaq mozzjoni bla avviż biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema', minkejja dak li jgħidu l- proċeduri tal-Kamra.", "Din hija mozzjoni li tressqet u qed tiġi ssekondata u allura issa qegħdin fit-tieni fażi tal-proċedura.", "Allura hemm bżonn li inti tikkonsidra li għandek funzjoni quddiemek f'dan il-mument.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, inti ġbidt l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Cuschieri u għidtlu li għandu bżonn leave of House.", "Mill-ewwel jien u oħrajn minn din in-naħa oġġezzjonajna.", "U dak il-ħin li aħna oġġezzjonajna, l-Onor.", "Cuschieri waqaf jitkellem għax ma kellux permess.", "Issa jekk naċċettaw il-mozzjoni li qed titressaq mill-Onor.", "Joe Mizzi u li qed tiġi ssekondata mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, ikun ifisser li l-Onor.", "Cuschieri jkun twaqqaf milli jitkellem u reġa' beda.", "Persuna ma tistax titkellem darbtejn fuq l-istess liġi u allura la saret il-mistoqsija u kien hawn oġġezzjoni min-naħa tagħna, awtomatikament dak il-ħin l-Onor.", "Membru twaqqaf milli jkompli jitkellem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, l-ewwelnett nassoċja ruħi ma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Gale.", "It-tieni nett il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jibbaża l-argument tiegħu fuq Standing Order 35(2), li hija interpretazzjoni għal kollox skorretta.", "Standing Order 35 jgħid:", "\"Kull mozzjoni teħtieġ avviż kemm-il darba ma taqax taħt waħda minn dawn il-każijiet eċċettwati li ġejjin: .....\"", "Imbagħad subsection (2), bħala dawk il-mozzjonijiet li ma jeħtiġux avviż, issemmi:", "\"mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra jew tad-diskussjoni .....\".", "Għalhekk ma nistax nifhem kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed iġebbed dan is- subartikolu għall-każ li qegħdin neżaminaw issa għaliex il-kliem huwa ċar.", "Il-mozzjoni trid tkun jew għall-aġġornament tal-Kamra - ċioe' nieqfu llum u nkomplu ġurnata oħra - jew inkella għall-aġġornament tad-dibattitu, li allura jkun ifisser li nieqfu mid-dibattitu tal-VAT u mmorru fuq l-item li jmiss.", "Jekk wieħed jaqra l-verżjoni Ingliża din toħroġ ħafna iktar ċara.", "Standing Order 35 jgħid hekk:", "\"Every motion requires notice unless it falls within one of the following excepted cases: ....\".", "Imbagħad ikompli hekk:", "\"a motion for the adjournment of the House or of the debate ....\", u mhux biex xi membru jkompli jitkellem.", "Għaliex kif qal tajjeb l-Onor.", "Galea, ma jistax ikollok żewġ standing orders li jikkontradixxu lil xulxin.", "L-istanding orders huma ċari li meta qed titlob leave of House u l-permess jiġi nnegat ma tistax tkompli titkellem.", "Imma mbagħad ma jistax ikollok standing order li jippermetti li titressaq mozzjoni u konsegwentement il- leave of House jiġi soġġett għal division, kif qed jaħseb il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.", "Jiena naħseb li jekk naqraw ċar l-istanding order relattiv - li ma jistax ikun aktar ċar minn hekk - insibu li mozzjoni ma tenħtieġx avviż kemm-il darba din tkun jew għall-aġġornament tal-Kamra jew għall- aġġornament tad-diskussjoni jew għall-closure.", "Dawn nafu li huma soggetti għal mozzjoni dak il-ħin biex is-Sinjorija Tiegħek, Mr Speaker, tagħmel curtailing tad-debate f'fażi jew oħra.", "Nerġa' ngħid pero' hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq diskors ta' membru paramentari biex ikun jista' jkompli jitkellem.", "Dan huwa ċar ħafna u l-każ imsemmi mil-Kap ta' l- Oppożizzjoni ma jistax jiġi nkwadrat f'dan l-istanding order.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ma nistgħux nargumentaw b'mod ad hoc, jew a priori, kif għadu kemm għamel l-Onor.", "Gatt.", "Ma nistgħux ngħidu: Għandu jkun hekk, suppost ikun hekk, mela huwa hekk!\"", "Għandna t-test quddiemna u rridu ninterpretaw dan it-test, test li huwa ċar u huwa maħsub biex jipproteġi l-interessi tal-minoranza daqskemm biex jagħti ċans lill-gvern imexxi x-xogħol tiegħu.", "U huwa ċar li hemm żewġ proċeduri.", "Hemm il- proċedura li min ikun qed jitkellem għandu bżonn leave of House, iżda jekk dan il-mekkaniżmu jfalli l-istanding orders jgħidu ċar li hemm ċans li in faciem curiae titressaq mozzjoni biex dak il-membru li jkun qed jiġi propost li jitwaqqaf ikompli jinstema'.", "Għaliex dan jieqaf jitkellem malli jibda jitkellem xi ħaddieħor.", "Jiġifieri l-argument ta' l-Onor.", "Galea li spiċċa jitkellem u allura se jkun tkellem darbtejn mhu veru xejn għaliex membru jkun spiċċa jitkellem malli jibda jitkellem ħaddieħor u fiċ- ċirkostanzi li qegħdin bħalissa l-iSpeaker għadu ma ta lil ħadd il-fakulta' li jibda jitkellem u ħadd għadu ma beda jitkellem.", "Mela ninsabu fi stadju fejn l-Onor.", "Cuschieri għadu jista' jkompli d- diskors tiegħu u l-mozzjoni li tressqet in faciem curiae hija preċiżament hekk.", "Min-naħa għandna membru tal-Kamra li ma ngħatax leave of the House u allura ma jistax ikompli, u min-naħa l-oħra għandna mozzjoni in faciem curiae taħt Standing Order 35.", "Kieku qed nitkellmu tabilħaqq fuq aġġornament tal-Kamra jew aġġornament tad-dibattitu tal-Kamra, it-test Malti kien ikun ċar u kien jgħid \"mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra jew tad-dibattitu tal-Kamra\".", "Imma fil-fatt jgħid \"mozzjoni għall-aġġornament tal-Kamra jew tad-diskussjoni.\"", "Allura ninsabu fil-fażi fejn il-mekkaniżmu tal-leave of House ġie denied lil membru ta' din il-Kamra.", "Imma issa sopra corna bastonate għandna ċ-ċans, taħt Standing Order 35, li jkollna mozzjoni biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jinstema'.", "Dak huwa l-point of order li qegħdin nagħmlu.", "Għandna mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Joe Mizzi li minkejja x'jgħidu l-proċeduri tal-Kamra fuq il-leave of House, ikompli jinstema' l-Onor.", "Cuschieri.", "Jiena qed nissekonda din il-mozzjoni u nistenna ruling mingħandek, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naħseb li l-ewwel santu ħaġa rridu nkunu ċari f'moħħna xi jfisser leave of House.", "Leave of House ifisser li jekk ikun hawn membru wieħed biss li joġġezzjona, allura t-talba partikolari ma tkunx milqugħa.", "Mela ladarba l-istanding orders jgħidu li biex tkun tista' tingħata leave of House, li jfisser estensjoni ta' ħin bla limitu lil membru parlamentari ....", "Din hija xi ħaġa serja f'dan il- parlament u dan huwa li qiegħed jitlobna l-Onor.", "Cuschieri, li jagħtina l- pjaċir u l-gost li nħalluh jitkellem bla ebda limitu ta' xejn.", "Jekk irid jista' jibqa' jitkellem sas-sena d-dieħla!", "U għaliex din hija xi ħaġa serja, l-istanding orders b'serjeta' wkoll jgħidu li biex tagħti l- fakulta' li membru jkun jista' jitkellem bla limitu ta' ħin irid ikollok il- kunsens tal-Kamra kollha, u jekk ikun hemm oġġezzjoni ta' wieħed allura dan ikollu jieqaf.", "Issa x'qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni?", "Qed jgħid li allavolja hemm din l-istanding order, minflok jidħol mill-bieb irid jidħol mit-tieqa u jrid jikkontradixxi din l-istanding order billi jippreżenta mozzjoni li prattikament twaqqa' dan ir-regolament kardinali ta' din il- Kamra, jiġifieri li bniedem għandu limitu għad-diskors tiegħu.", "M'hemm xejn li jżomm lill-oppożizzjoni milli tagħmel mozzjoni bhal din pero' trid tagħti tliet ijiem avviż u trid tistenna biex tidher fuq l- aġenda bħall-mozzjonijiet l-oħrajn kollha.", "Pero' r-regolamenti tagħna huma stretti f'dan il-każ u la ġiet reġistrata l-oġġezzjoni ta' l-Onor.", "Mario Galea, din il-kwestjoni għandha tieqaf hawn u mhux suppost qegħdin niddiskutuha.", "Għalhekk il-Kamra għandha tkompli bix-xogħol tagħha u s- Sedja għandha tistieden għal aktar rimarki fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, jiena nibqa' sorpriż - apparti mill- fatt li l-Onor.", "Lawrence Gonzi moħħu fil-qaddisin għax l-ewwel semma ''santu ħaġa''! - bil-mod kif l-Onor.", "Gonzi qed jinterpreta l-ispirtu u l- kelma ta' l-istanding orders tagħna.", "Dawn huma maħsuba wkoll biex jipproteġu u jagħmlu minn kollox biex jipproteġu l-interessi tal-minoranza u wieħed irid jaqrahom f'dak l-ispirtu u f'dik il-formula.", "Allura hemm proċeduri maħsuba biex fejn ikun hemm ċertu break, imbagħad ikun hemm ċans li f'ċerti ċirkostanzi tkun tista' tiftaħ il-proċedura ħalli l-Kamra kollha tingħata ċ-ċans li tiddeċiedi.", "Irrid nagħmilha ċara, Sur President, li l- punt huwa li in the first place il-break jista' jiġi implimentat minn persuna waħda f'dan il-parlament.", "Irridu niftakru li meta l-Onor.", "Mintoff xtaq jitkellem u dam jitkellem fuq ħafna affarijiet li ma kellhom xejn x'jaqsmu max-xogħol ta' din il- Kamra, tawħ leave of House u ħadd m'oġġezzjona.", "Illum qed toġġezzjonaw li l- Onor. Cuschieri jingħata leave of House imma meta kien qed jitkellem l- Onor. Mintoff ma kontux oġġezzjonajtu!", "Jiġifieri f'dan l-istadju m'hijiex kwestjoni li xi ħadd jista' jingħata u ħaddieħor ma jistax għax quddiem din il-Kamra kulħadd huwa ugwali.", "Mela rridu nevalwaw l-ispirtu ta' l- istanding orders quddiem dan il-prinċipju kardinali li kulħadd huwa ugwali.", "Daqskemm kellu dritt li jkompli jitkellem il-Perit Mintoff fil- leġislatura l-oħra, daqstant ieħor għandu jkollu l-istess drittijiet u l- istess possibbiltajiet l-Onor.", "Cuschieri.", "Sur President, l-istanding orders min-naħa jgħidu li leave of House ma jingħatax jekk ikun hemm wieħed li joġġezzjona imma mbagħad hemm proċedura oħra li biha l-Kamra kollha tista' tiddeċiedi jekk għandux ikompli jitkellem l-Onor.", "Cuschieri.", "Hawn il-provvediment li minflok din l- azzjoni drakonika li jekk wieħed biss jgħid \"le\" il-kelliem irid jieqaf, tista' titressaq mozzjoni in faciem curiae, kif igħid artiklu 35 ta' l- ordnijiet permanenti.", "Din hija l-proposta li qed nagħmlu.", "Qed inressqu din il-mozzjoni biex minkejja dak li hemm fl-istanding orders fuq il-leave of House, niddeċiedu jekk l-Onor.", "Cuschieri għandux ikompli jitkellem.", "X'hemm li huwa rrazzjonali f'din l-approach?", "Billi hemm standing order li jgħid hekk, ma jistax ikun hemm ieħor li jikkumplimentaha?", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Gonzi qiegħed jgħid li hemm kontradizzjoni.", "Imma, bir-rispett kollu, fejn hi l-loġika ta' dan li qed jgħid?", "Hemm żewġ fażijiet fil- proċess, l-ewwel il-fażi li fiha membru wieħed jista' joġġezzjona, u t- tieni fażi meta nagħmlu ċ-checks and balances, fejn dak il-hin stess taħt Standing Order 35 titressaq mozzjoni in faciem curiae, li mbagħad tkun sekondata u tiġi deċiża mill-Kamra kollha u mhux minn persuna wahda.", "Imbagħad il-punt kollu hu: X'miżura drakonika hi li wieħed jibqa' jitkellem?", "Fl-opinjoni tiegħi, oġġezzjoni bħal din turi n-nuqqas ta' buona fede.", "Għax jekk hemm l-assunzjoni ta' mala fede, li min qiegħed jitkellem bilfors li għandu f'moħħu li b'xi mod ifixkel l-affarijiet, allura jien nista' nagħmel assunzjoni ta' mala fede wkoll fuq l-oġġezzjoni li qed issir għal din il-mozzjoni.", "Allura, Sur President, nistgħu nirriflettu 'l xulxin fil-mala fede li nassumu dwar xulxin.", "Issa l-punt li qed inressqu huwa dan.", "Veru li hemm proċedura li biha jintalab leave of House u jekk wieħed biss joġġezzjona, anke jekk l-oħrajn kollha jkunu jridu jaqblu, leave of House ma jingħatax.", "Imma ejja nassumu, Sur President, li mill-Kamra kollha wieħed biss ma jkunx irid li l-kelliem ikompli.", "Allura dik tkun demokrazija jekk imbagħad ma jkunx hemm it-tieni fażi ta' checks and balances, fejn il-Kamra kollha tiddiskuti mozzjoni li tkun imressqa in faciem curiae?", "Dan ifisser li m'aħna nistaqsu għal xejn aktar u xejn anqas minn dak li jippermettu l-istanding orders.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Lawrence Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-affarijiet irridu nagħmluhom bis-sens, bil- loġika u skond ir-regolamenti.", "Għalkemm nistgħu ndumu ngħidu hafna affarijiet differenti, fl-aħħar mill-aħħar jgħoddu r-regolamenti li hemm miktubin.", "Kull membru ta' din il-Kamra, skond l-ordinijiet permanenti tagħna, għandu dritt jitkellem għal 40 minuta, imbagħad tista' ssir mozzjoni biex l-40 minuta jiġu estiżi bi 30 minuta oħra.", "Fil-fatt l-Onor.", "Cuschieri diġa' kellu l-privileġġ li din il-Kamra tagħti lil kull membru parlamentari biex b'mozzjoni li tressqet formalment bi proponent u sekondant, jingħata estensjoni ta' 30 minuta.", "Mela l-ordnijiet permanenti tagħna jipproteġu l-argumenti kollha tad-drittijiet tal-minoranza għax jagħtu dritt lil kull membru parlamentari jitkellem għal 40 minuta u jekk il-Kamra fil-maġġoranza tagħha taqbel jingħata estensjoni, li hu privileġġ, ta' 30 minuta oħra.", "Jekk tqum kwestjoni dwar jekk il-ħin għandux jiġi estiż bi 30 minuta ma' l-ewwel 40, allura f'dak il-każ il-mozzjoni tista' tiġi kkontestata u jista anke jittieħed vot fejn il-maġġoranza u l- minoranza f'dan il-parlament jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar jekk deputat jingħatax l-estensjoni ta' 30 minuta.", "Pero' mbagħad l-istanding orders ta' dan il-parlament, bħalma hemm f'ħafna parlamenti oħra li jirrispettaw id-demokrazija u s-serjeta', jgħidu wkoll li wara jiskadu t-30 minuta, jista' jitlob lill-Kamra kollha għal-leave of house biex ikompli jitkellem bla ebda limitu.", "Din hi d- differenza kbira bejn estensjoni u leave of House, li bil-leave of House ikun jista' jkompli jitkellem bla limitu ta' xejn.", "F'dan il-każ, l- ordnijiet permanenti tagħna huma ċari daqs il-kristall u jgħidu li jekk membru jingħata leave of House, jiġifieri jkollu l-permess tal-Kamra kollha biex ikompli jitkellem u ma jkunx hemm oġġezzjoni mqar ta' membru wieħed biss, allura f'dak il-każ il-membru jkun jista' jkompli jitkellem bla limitu ta' ħin.", "Huwa f'dan is-sens li d-dritt tal-minoranza qiegħed jiġi protett, għax inkella l-maġġoranza tista' tikkappara għal kollox id- diskussjoni u allura tkun il-minoranza li tkun qed tiġi ppreġudikata.", "Issa f'dan il-parlament qegħdin naqilbu l-logika kollha ta' taħt fuq.", "Mela rridu nkunu ċari, għax il-mozzjoni diġa' tressqet mill-oppożizzjoni, ġiet approvata u ma tistax terġa' ssir.", "Din tressqet meta l-Onor.", "Cuschieri kellu l-privileġġ ta' din il-Kamra li jingħata nofs siegħa estensjoni fuq il-ħin tiegħu.", "Issa ġejna fl-istadju fejn l-Onor.", "Cuschieri qiegħed jistaqsi lil din il-Kamra kollha u lili jekk jimportax li jibqa' jitkellem u ma nwaqqfuhx.", "U jien ngħidlu li dażgur li jimporta għax hawn deputati oħra li jridu jitkellmu u rridu nagħtu spazju lil ħaddieħor.", "Din il-Kamra m'għandhiex tagħti monopolju lil membru wieħed biex jitkellem.", "Għalhekk, Onorevoli Cuschieri, qed noġġezzjonaw mhux għax hemm xi diffikulta' partikolari fil-konfront tiegħek imma għax ir-regola hija ta' 40 minuta.", "Din il-Kamra diġa' wrietek ir-rispett u tatek estensjoni ta' nofs siegħa oħra, u dan b'mozzjoni ppreżentata formalment, issekondata u approvata minn din il-Kamra.", "Imma issa l-Kamra qaltlek: Daqshekk!", "Din hi l-istorja kollha.", "Hija ħaġa ċara li jekk ikun hemm oġġezzjoni mqar ta' membru wieħed biss, leave of House ma jingħatax.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, għidlu jirtira dak li għadu kemm qal għax qiegħed jindirizza lil membru ieħor tal-Kamra flok qiegħed jindirizza lis- Sedja!", "(Għajjat).", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien qed nindirizza lill-Onor.", "Cuschieri u fl- istess ħin ''nimmaġina'' li qiegħed nindirizza lil-iSpeaker!", "(Interruzzjonijiet).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant, fil-qosor, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bir-rispett kollu Sur President, l-Onor.", "Gonzi ngħata ċ-ċans li jitkellem fit-tul u allura għandu jkolli ċ-ċans li nirrispondi bl- istess mod.", "F'dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Gonzi jidher li huwa żbaljat mill-bidu sa l-aħħar għax qiegħed jassumi ...", "(Interruzzjonijiet) Jien bħalissa qiegħed nindirizza lil kulħadd u qiegħed ngħid li l-Onor.", "Gonzi huwa żbaljat.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jindirizza lis-Sedja u nitlob lill- Onor. Membri jżommu l-ordni.", "Kompli, Onorevoli Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, l-Onor.", "Gonzi huwa żbaljat għaliex mhux veru li diskors fil-Kamra tad-Deputati huwa privileġġ.", "L-istanding orders qegħdin hemm sempliċement biex jirregolaw kif aħna neżerċitaw id-dritt tagħna bħala rappreżentanti tal-poplu li nitkellmu u ngħidu dak kollu li għandu jingħad.", "Li titkellem f'din il-Kamra u tgħid dak li għandek tgħid m'huwiex privileġġ imma huwa dritt u għalhekk l-argumentazzjoni tal-kollega tiegħi hija żbaljata mill-bidu sa l-aħħar, għax tmur lura għad-dritt fewdali meta ċ-ċittadini kienu jmorru quddiem ir-re u kien ikollhom ħames minuti biex jitkellmu.", "Iżda hawnhekk, fid-dritt tad-demokrazija rappreżentattiva, kull membru għandu l-mandat mill-poplu biex jgħid dak kollu li għandu jgħid.", "Fejn imbagħad l-istanding orders, bl-approach raġonevoli tagħhom ma jaslux biex jiggarantixxu dan id-dritt - u mhux privileġġ - kull membru għandu d-dmir li jistaqsi lil din il-Kamra biex tħallih ikompli jitkellem.", "Meta jaqbżu t-30 minuta estensjoni, il-membru jista' jitlob leave of House, kif b'mod raġonevoli jipproponu l-standing orders, u hemmhekk jista' jqum xi ħadd u jgħid: \"Le, ma rridx nisimgħu aktar lil dan\", anke jekk il-bqija jkunu jridu jisimgħuh.", "Għalhekk aktar u aktar irridu nħarsu lejn l-interess u d-dritt ta' kull membru ta' din il-Kamra li jkollu l- fakulta' li jgħid dak kollu li għandu jgħid.", "Allura mbagħad hemm ic-checks and balances fuq l-ewwel oġġezzjoni li ssir minn bniedem wieħed billi titressaq mozzjoni in faciem curiae biex id-deputat ikun jista' jkompli jitkellem.", "Imma imbagħad mhux veru li jekk jittieħed vot fuqha, l- maġġoranza se twaqqaflu dak id-dritt.", "Jiġifieri din mhix an open road għal liċenzja, kif qiegħed jibża' li hi l-kollega tiegħi, imma bil-maqlub qed nipprovdu checks and balances biex jekk id-dritt mogħti lil kull deputat mill-poplu li jgħid dak kollu li għandu jgħid jiġi miċħud, għallinqas ma jiġix miċħud minn deputat wieħed biss imma jkun hemm mozzjoni formali u tkun il-maġġoranza li bil-vot tagħha tgħidlu: \"Le, ma rridekx titkellem aktar.\"", "Dan huwa l-punt li jrid jitqajjem illum, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Guido de Marco, fil-qosor.", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Sur President, jien naqbel mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fejn qed jgħid li d-dritt ta' deputat li jitkellem fil-parlament m'huwiex privileġġ iżda huwa dritt li tahulu l-poplu.", "Dan huwa l-punto di partenza.", "Huwa dritt ta' kull wieħed minna li niġu hawnhekk u nitkellmu f'dan il-Parlament pero' kull wieħed minna barra li għandu d-drittijiet għandu wkoll l-obbligi u r-responsabbiltajiet tiegħu fil-metodu kif għandu jitkellem.", "Ma jistax ikun li għax jiena għandi dritt nitkellem allura nimmonopolizza l-ħin tad- dibattitu.", "Il-ħin hu maqsum billi l-ewwel darba kulħadd għandu dritt jitkellem għal 40 minuta, imma jekk ikun il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jew xi ħadd ieħor li qiegħed jirrispondi f'ċerti ċirkostanzi jkollu siegħa u nofs, bħalma jista' jkollu ministru li jkun qiegħed iressaq liġi.", "Ghalhekk kulħadd għandu jaġixxi fit-termini u fil-parametri tar-regolamenti, kif qal tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "U dawn ir-regolamenti għandna nosservawhom.", "L-ewwel għandek dritt titkellem għal 40 minuta imbagħad il- ħin jista' jiġi estiż b'nofs siegħa oħra, ħafna drabi b'kortesija reċiproka, u allura wieħed ikun ilu jitkellem għal siegħa u għaxar minuti.", "F'kull parlament fid-dinja dan hu meqjus bħala ħin abbundanti, pero' jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn wieħed ikollu bżonn ftit aktar ħin biex jagħlaq argument u f'dawk iċ-ċirkostanzi leave of House jista' faċilment jingħata.", "Jekk jien inkun qiegħed nitkellem u ngħid li fadalli, per eżempju, għaxar minuti biex nagħlaq l-argument, il-Kamra b'ġenerożita', anke biex tissalvagwarda d-dritt tiegħi li nagħlaq l-argument, tagħtini d- dritt li nkompli.", "Pero' m'hemmx id-dritt li l-maġġoranza timponi leave of House fuq din il-Kamra għax dan huwa dritt mogħti lil kull membru u mhux lill-maġġoranza.", "Għax inkella min ikun qiegħed fuq din in-naħa tal-Kamra, għax ikollu l-maġġoranza jkun jista' jibqa' jitkellem.", "Ir-regolamenti tagħna huma tajbin u jien ċert li jekk l-Onor.", "Cuschieri jgħid lill-Kamra li fadallu, ngħidu aħna,12-il minuta, il-korrettezza reċiproka titlob li jingħata ċ-ċans li jagħlaq l-argument tiegħu.", "Kulħadd għandu jgħin lil- xulxin f'dawn l-affarijiet pero' ma jistax ikun li wieħed jibqa' jitkellem indefinittivament, bla limitu ta' ħin.", "Li qed nipprova ngħid hu li aħna nimxu mal-liġi biex nistgħu nkunu liberi.", "Anke f'dan il-parlament għandna nimxu mar-regolamenti biex aħna stess nistgħu nkunu liberi fi ħdan dawn ir-regolamenti.", "Jien naf li l- Onor. Cuschieri qiegħed jagħmel intervent qawwi bi stil u bil-fehmiet liberi tiegħu u għandu jiġi nkoraġġit pero' fil-kontest tal-liġijiet tagħna stess li huma l-ordnijiet permanenti.", "Jekk l-Onor.", "Cuschieri jgħid lill- Kamra li hu kulma għandu bżonn huma għaxar minuti biex jagħlaq, jien inkun l-ewwel wieħed li nappella lill-Kamra biex taċċetta u nappella lil kulmin ikun se jopponi biex ma jopponix.", "Dan huwa l-mod kif ghandna inċedu lil xulxin u ngħinu lil xulxin biex id-dibattitu jkun verament liberu u frank, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: L-ewwelnett ma nistax naqbel mal-mod kif sposta l- argument l-Onor. de Marco.", "Huwa veru li leave of House ġie miċħud imma l- istanding orders jippermettu proċedura oħra li biha nistgħu niddeliberaw jekk deputat għandux ikompli jitkellem.", "Din il-mozzjoni hija ċara u titlob li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem.", "Mhux veru li qal l-Onor. de Marco, li l-maġġoranza ma tistax timponi li jkun hemm diskors bla limitu.", "Jekk inħarsu lejn il-mozzjoni ta' proċedura li qegħdin nimxu biha naraw li f'dan il-każ il-maġġoranza ta' din il-Kamra imponiet fuqha stess li fl-għeluq tiegħu l-ministru tal-finanzi jista' jkompli jitkellem bla limitu.", "Din qiegħda miktuba.", "Jiġifieri diġa' jeżisti mekkaniżmu li ġie implimentat li bih il-maġġoranza imponiet li xi ħadd jitkellem bla limitu.", "Allura b'liema argument nistgħu ngħidu li l-istanding orders jipprovdu checks and balances għad-dittatura ta' wieħed fuq il-bqija tal-parlament li jwaqqaf lil xi ħadd milli jitkellem?", "Sur President, li titkellem f'dan il-parlament biex tgħid kulma għandek tgħid m'huwiex privileġġ, kif ippretenda l-Onor.", "Gonzi, imma huwa dritt.", "Kull membru f'dan il-parlament għandu d-dritt li jgħid dak kollu li għandu jgħid f'isem il-kostitwenti tiegħu u ma jistax jiġi limitat bl-argument li m'għandux dritt jitkellem għal aktar minn tant ħin.", "Huwa ghalhekk li għandna standing orders li f'ċerti parametri jipprovaw jirregolaw b'mod raġonevoli kif isir id-diskors.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jimmiskwotani.", "Jiena għedt li l-estensjoni hija l-privileġġ u għedt ukoll li d-dritt li titkellem huwa wkoll obbligu.", "Pero', bir-rispett kollu, l- estensjoni hija privileġġ.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Dak li kont qed ngħid, Sur President, huwa li aħna għandna d-dritt li ngħidu dak kollu li nħossu li għandu jingħad.", "Issa jekk neħdux ħames minuti, jekk neħdux 20 minuta jew inkella siegħa jiddependi minn kemm wieħed ikollu xi jgħid.", "Huwa dritt ta' kull membru li jitkellem u l-istanding orders jipprovaw jagħmlu parametri raġonevoli għal din il- ħaġa.", "Jista' jkun hemm każi fejn dawk il-parametri għandhom jiċċaqalqu u f'dak il-każ jekk ikun xi ħadd li ma jaċċettax li jingħata l-leave of House, l-istanding orders jikkontemplaw li jkun hemm mozzjoni li biha l- maġġoranza tal-Kamra tista' tiddeċiedi li deputat ikompli jitkellem.", "Fil- fatt, kif għedt, il-Kamra diġa' ddecidiet li meta jkun qed jagħlaq id- dibattitu l-ministru tal-finanzi m'għandux limitu fuq il-ħin li jdum jitkellem u jista' jdum jitkellem 20 ġurnata jekk irid.", "MR SPEAKER: Jekk jogħgbok, Onor. Gonzi, żomm il-kummenti tiegħek fil- qosor ħafna, għaliex is-Sedja trid tissosspendi biex tiddelibera.", "L-Onor.", "Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, l-Onor.", "Sant għadu kemm waqqa' l-ġebla fuq saqajh.", "Iva, il-ministru tal-finanzi mhux marbut bil-limitu tal-ħin, u dan in forza tal-mozzjoni ta' proċedura li kellha tlett ijiem avviż u mbagħad ġiet dibattuta fil-Kamra u ttieħed vot fuqha.", "Lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jien ngħidlu li jekk irid jista' jippreżenta mozzjoni ta' proċedura bi tlett ijiem avviż.", "Dak li se jagħmel il-ministru tal-finanzi huwa regolat b'mozzjoni ta' proċedura.", "Issa nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jerġa' jħares daqsxejn lejn artikli oħra ta' l-ordnijiet permanenti u jsib li hemm il-fakulta' wkoll li waqt li individwu jkun qiegħed jitkellem, membru iehor tal-Kamra jista' jqum u jippreżenta mozzjoni biex iwaqqaf lil dak il-membru milli jkompli jitkellem, jew li l-kwestjoni titqiegħed għall-vot.", "Jiġifieri jekk l-Onor.", "Sant qed jippreżenta xi mozzjoni biex l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem, jiena taħt ordni permanenti oħra nista' nqum u nipproponi li l-istess Onor. Membru jieqaf jitkellem.", "(Interruzzjonijiet).", "Għalhekk m'iniex qed nagħti leave of House lill-Onor.", "Cuschieri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Alfred Sant.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Chairman, jien ma nafx jekk hux ma' l-avukati qiegħed nargumenta għax l-argumenti li qed jagħmlu qed isaħħuli l- argumenti tiegħi!", "Din il-mozzjoni ta' proċedura li għaddiet b'vot tal- maġġoranza tal-Kamra tirregola kemm jista' jdum jitkellem il-ministru tal- finanzi.", "Jiġifieri bis-saħħa ta' din il-maġġoranza l-ministru tal-finanzi jista' jibqa' jitkellem għal dejjem.", "Issa l-istanding orders jirregolaw meta xi ħadd jieqaf jitkellem imma fl-istess ħin jipprovdu wkoll li mill- ġdid nistgħu mmorru għall-mekkaniżmu ta' vot tal-maġġoranza.", "Xejn aktar u xejn anqas.", "Aħna qegħdin inressqu mozzjoni formali li jekk il-maġġoranza tivvota kontra tagħha mbagħad taqa'.", "Hemm imbagħad l-argument li jista' jqum xi ħadd u jwaqqaf lil xi ħadd iehor milli jkompli jitkellem.", "Dan hu s-sens tal-mozzjoni li ġiet imressqa, li jekk il-maġġoranza hija kontra li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem, allura toħroġ b'dak il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Gatt, fil-qosor ħafna, jekk jogħgbu.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, naqbel perfettament ma' dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni, li qed naqblu li l-Onor.", "Cushieri ma ngħatax leave of House.", "Imma issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed jippretendi li għandu dritt iressaq mozzjoni biex din il-Kamra tkompli tisma' lill-istess Onor. Membru.", "Il-mozzjoni fis-sustanza tagħha hija li l-Onor.", "Cuschieri jkompli jitkellem.", "Taħt l-Ordni Permanenti 35, li huwa l-istess wieħed li qiegħed jikkwota l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, din it-tip ta' mozzjoni ma teżistix għax mozzjoni li ma tinħtieġx avviż hija jew mozzjoni għall-aġġornament tal- Kamra, jew mozzjoni għall-aġġornament tad-diskussjoni, jew inkella biex kwestjoni titqiegħed għall-vot.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra issa hija sospiża biex is-Sedja tieħu konsiderazzjoni tal-punti mqajma.", "Fit-3.15 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet fit-3.30 p.m.", "RULING", "MR SPEAKER: Kulħadd jieħu postu, jekk jogħġobkom.", "L-Ordni Permanenti Nru 49 jipprovdi li Membru jista' jitkellem għal mhux aktar minn 40 minuta iżda dan il-ħin jista' jiġġedded għal mhux aktar minn 30 minuta bil-kunsens tal-Kamra u dan skond ir-raba' proviso għall-istess Ordni Permanenti.", "Meta jgħaddu t-tletin minuta imsemmija, biex ikompli jitkellem Membru jridu jiġu sospiżi l-Ordnijiet Permanenti skond l-Ordni Permanenti 194 jew 195 skond il-każ.", "L-Ordni Permanenti Nru 194 jipprovdi li mozzjoni biex jiġu sospiżi l- Ordnijiet Permanenti tista' ssir mingħajr avviż jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni minn xi Membru preżenti.", "Jekk ikun hemm oġġezzjoni japplika l- Ordni Permanenti Nru 195 li jirrikjedi avviż għall-mozzjoni.", "L-Ordni Permanenti 35 ma japplikax għall-mozzjoni proposta mill-Kap ta' l- Oppożizzjoni li fis-sustanza tagħha hi mozzjoni kif kontemplata fl- Ordnijiet Permanenti Nri 194 u 195.", "Għaldaqstant is-Seduta għandha tkompli.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, min qiegħ qalbi nixtieq nirringrazzja l-gvern demokratiku Nazzjonalista li għoġbu jagħmilli sarima ma' ħalqi!", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, xtaqt li nikkummenta fuq din il- liġi għax, bir-rispett kollu, smajna ħafna kummenti li ma tantx kienu jirrigwardaw il-liġi proprja.", "Jekk wieħed iħares lejn l-economic trends ta' dawn l-aħħar snin jara li ma' l-introduzzjoni tal-VAT, bejn 1994 u l-1995, kien hemm żieda ta' madwar 5,000 ruħ fil-gainfully occupied population, filwaqt li mill-1995 'il hawn iż-żieda kienet biss ta' 600.", "L-istess ħaġa ġrat fejn jidħlu l- impjiegi fis-settur privat, li bejn l-1994 u l-1995, ma' l-introduzzjoni tal-VAT, żdiedu b'madwar 8,000 filwaqt li mill-1995 'l hawn dawn żdiedu biss b'madwar 2,000.", "Bla dubju dan kien wieħed mill-effetti pożittivi ta' l-introduzzjoni tal-VAT.", "Mr Speaker, l-istess nistgħu ngħidu għad-dħul.", "Jekk wieħed iħares lejn il-consolidated accounts structure - trends and projections 1985-2004, li ġew preżentati mad-diskors tal-budget, isib li filwaqt li fl-1994 id-dħul mill-customs and excise duties kien ta' Lm71 miljun, fl-1995 id-dħul mill- customs and excise duties u mill-consumption tax, li dakinhar kienet il- VAT, żdied b'Lm44 miljun.", "Bla dubju din iż-żieda fid-dħul tal-gvern kienet importanti ħafna sabiex il-gvern seta' jkompli bl-impenji soċjali tiegħu.", "Wieħed jista' faċilment jinnota wkoll li filwaqt li fl-1995 il- gvern daħħal mill-VAT Lm83.5 miljun, fl-1996 daħħal Lm88.7 miljun u fl- ewwel sitt xhur ta' l-1997 daħħal madwar Lm52 miljun, fl-aħħar sitt xhur ta' l-1997, bl-introduzzjoni tas-CET, il-gvern daħħal biss Lm26 miljun, filwaqt li għal din is-sena, l-ewwel sena sħiħa bis-sistema tas-CET, id- dħul ilaħħaq biss Lm66.6 miljun.", "Dan ifisser li din is-sena d-dhul mis- CET se jkun inqas minn dak tal-VAT fl-1995 u fl-1996.", "Mr Speaker, il-verita' hi li wieħed mill-iżvantaġġi tal-VAT kif giet introdotta fl-1995 kien f'dak li jirrigwarda t-turiżmu.", "Għalhekk din is- sena fid-diskors tal-budget il-ministru tal-finanzi qal ċar u tond li filwaqt li r-rata fuq il-prodotti u servizzi se tkun ta' 15%, l- akkomodazzjoni turistika se jkollha rata preferenzjali ta' 5%, li hi ferm aħjar mir-rata effettiva attwali, li hi kkalkolata madwar 7%.", "Din il-liġi tal-VAT fiha diversi vantaġġi fuq dik li kienet introdotta fl-1995.", "Dan juri li l-gvern aġġorna u mmodernizza l-liġi li kien introduċa snin ilu billi, fost l-oħrajn, qed jeżenta without credit il-provvista ta' dawl u fuel mill-Enemalta u l-għoti tas-servizz tat-telefon.", "Mr Speaker, din id-darba l-ispejjeż tat-tiġijiet u l-funerali ġew eżentati mill-VAT, u biex ikun hemm sistema b'audit trail tajjeb fuq dawn iż-żewġ attivitajiet, se jitnedew skemi simili għal dawk li hemm fuq il- bini ta' l-ewwel dar.", "B'hekk il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ikun żamm wegħda oħra li għamel fil-programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Hemm differenza oħra bejn il-VAT, kif kienet introdotta fl-1995 u kif inhi proposta din id-darba, għaliex issa operaturi żgħar se jkunu jistgħu jagħżlu li jibqgħu barra mis-sistema.", "Dan juri kemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ra fejn kien hemm id-difetti fil-ligi tal-VAT ta' l- 1995 u rranġahom.", "Tajjeb li wieħed jinnota wkoll l-iżvantaġġi li kellha s-sistema tas-CET.", "Filwaqt li fl-1996 l-inflation rate kienet ta' 2.5%, fl-1997 din telgħet għal 3.1% u fl-1998 kienet 3%.", "Dan jikkuntrasta ħafna ma' l-inflation rate tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, li magħhom nagħmlu madwar tliet kwarti tan-negozju f'imports and exports tagħna.", "Fil-fatt jirriżulta li fil-15 il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, bejn l-1996 u l-1998 l-inflation rate minn 2.4% niżlet għal 1.5% filwaqt li f'pajjiżna l-inflation rate minn 2.5% telgħet għal 3%.", "Wieħed seta' jinnota xi żvantaġġi oħra fis-sistema tas- CET u l-gvern preżenti tgħallem minnhom sabiex jeliminahom mil-liġi li qed tiġi proposta.", "Huwa veru li fuq is-servizzi t-taxxa se tkun xi 5% ogħla mit-taxxa li hemm illum, iżda meta daħlet is-sistema tas-CET ftit kienu s- servizzi li raħsu u l-prodotti importati għolew b'madwar 6% fuq il-15% taxxa li kien hemm.", "Għaldaqstant huwa fatt li l-inflazzjoni li rajna mad- dħul tas-CET kienet waħda mill-problemi kbar li kellna u żgur li l- introduzzjoni ta' din il-liġi ġdida tal-VAT se tindirizza din il-problema.", "Mr Speaker, bis-sistema tal-VAT, negozjant se jkollu dritt għar-refunds, u dan jikkontribwixxi sabiex ma jkunx hemm żieda bla ħtieġa fil-prezzijiet tal-prodotti.", "Din hija raġuni oħra għaliex il-liġi tal-VAT hi superjuri għal dik tas-CET.", "Nerġa' ngħid li l-liġi tal-VAT li qed tiġi proposta hija ħafna aħjar mill-1995, l-ewwelnett għax it-taxxa għas-settur turistiku niżlet għal 5%, kif ukoll għax is-servizzi tad-dawl, l-ilma, il-fuel u t- telefon ġew zero rated.", "Barra minn hekk, qegħdin jiġu eżentati wkoll il- funerali u t-tiġijiet u l-operaturi ż-żgħar se jkunu jistgħu jibqgħu barra mis-sistema.", "Punt pożittiv ieħor hu li l-VAT, kuntrarju għas-CET, tipprovdi għar-refunds u dan jgħin biex jitrażżan l-għoli tal-ħajja.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, fid-diskussjoni dwar din il-liġi qed inħossni li qisna qegħdin f'xi time machine li qed iddawrilna l-arloġġ lura.", "Fl-1994, għalkemm ma kontx daqshekk attiva fil-politika, xorta wahda kont nara u nisma' dak kollu li kien għaddej meta kienet qed tiġi diskussa għall-ewwel darba l-liġi tal-VAT.", "Dak iż-żmien qatt ma bsart li dak kollu li dak iż-żmien kont nemmen fih kien se jkolli din l-opportunita', erba' snin wara, biex inkun nista' ngħidu f'din il-Kamra.", "Il-prinċipju bażiku tal- VAT, li jien kontra tiegħu mija fil-mija, huwa li hi taxxa indiretta li tattakka l-bażi fundamentali tal-ġustizzja soċjali, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia għenni nkompli ndawwar l-arloġġ lura b'dak li qal fl-għeluq tad-diskors tiegħu.", "Ħadt gost nisimgħu jitkellem għax semma ħafna figuri - u iktar tard fid-diskors tiegħi jien ukoll inkun nista' nagħti xi figuri dwar il-gainfully occupied, id-dħul tal-gvern u ż- żieda fl-inflation rate, biex inkunu nistgħu nqabblu ċ-ċifri - u pprovajt nanalizza dawn il-figuri wkoll għax wara kollox, kif jgħidu l-antiki, il- passat huwa mera tal-futur u la għandna l-passat ta' l-1994, 1995 u 1996, meta tħaddmet il-VAT f'pajjiżna, inkunu stupidi jekk ma nħarsux lejn l- esperjenza ħalli nkunu nistgħu naħsbu għal dak li ġej għalina 'l quddiem.", "Naturalment dak li se ngħid hawnhekk jirrifletti l-vuċi tiegħi u ta' dawk kollha li jien inħoss li nirrappreżenta.", "Jien nirrappreżenta liż-żgħir u d-dimensjoni taż-żgħir f'pajjiżna mhijiex biss ta' dak li ma jaħdimx u li jgħix bl-assistenza soċjali u m'hijiex biss ta' l-anzjan.", "Iż-żgħar m'humiex biss persuni bi bżonnijiet speċjali imma huma wkoll dawk il- familji kollha li minkejja li għandhom ċertu dħul għandhom wkoll ċerti piżijiet x'jerfgħu, aktar u aktar jekk familja jkollha persuna bi bżonnijiet speċjali li tkun tinvolvi ċerti spejjeż, jew ikun hemm ċertu mard fil-familja, jew tkun għadha qed trabbi tfal żgħar, jew għax ikollha xi piżijiet ta' self biex tixtri dar diċenti.", "Mela ż-żgħir m'hux biss il- ħaddiem, l-anzjan jew l-emarġinat imma hija anke dik il-familja li għandha ċerti piżijiet minkejja li l-paga tagħha forsi m'hijiex daqshekk baxxa.", "Mr Speaker, qabel ma nidħol aktar fid-dettal tas-suġġett nixtieq nirreġistra d-diżappunt tiegħi għall-mod kif qed jiġu ttrattati l- parlamentari fl-ogħla istituzzjoni demokratika ta' pajjiżna.", "Sfortunatament, matul dawn l-aħħar jiem, jien kont ixxokkjata u ddiżġustata bil mod kif uħud mill-parlamentari min-naħa tal-gvern - mhux qed ngħid għal kulħadd - infexxew f'tgħajjir u insulti personali.", "Qed nitkellem b'dan il- mod għax din hija l-ewwel esperjenza tiegħi f'dan il-parlament u forsi jien daqsxejn sensittiva.", "Pero' għalija l-kliem fieragħ ma jagħmilx ġieħ, la lil min jgħidu u wisq anqas lill-ogħla istituzzjoni demokratika ta' dan il- pajjiż.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, f'din il-Kamra m'għandniex godfathers u min jaġixxi hekk fil-konfront ta' ħaddieħor ikun qed jagħmel għajb kbir lilu nnifsu.", "Ħafna minna dħalna f'dan il-parlament bl- intenzjoni li nagħtu servizz sħiħ lil pajjiżna u lill-poplu tagħna.", "U dan mhux qed ngħidu biss għan-naħa ta' l-oppożizzjoni għax jien nemmen li hemm ħafna membri parlamentari, anke fuq in-naħa tal-gvern, li daħlu b'din l- intenzjoni tajba, li jagħtu l-aħjar servizz lill-poplu tagħna.", "Għalhekk ħadd m'għandu jipprova jiddistingwi ruħu billi jinfexx f'tgħajjir sempliċement għaliex forsi ma jkunx qiegħed jogħġbu dak li jkun qiegħed jingħad.", "Illejla smajna ħafna paroli fil-vojt u jidher li ħafna minna m'humiex jiġu ttrattati b'mod xieraq, b'mod partikolari aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni li sfortunatament qegħdin niġu ttrattati qisna xi klassi tfal.", "F'din il-Kamra lkoll għandu jkollna responsabbilta' waħda, dik li nservu lill-poplu Malti u Għawdxi bl-aħjar mod possibbli.", "Madankollu, sfortunatament f'dan il-parlament hawn min bil-mod kif qiegħed jaġixxi qed jurina li jaħseb li għandu xi drittijiet divini u qed jittratta lil ħaddieħor b'mod xejn dekoruż.", "Kif għedt, it-tgħajjir personali ma jagħmel ġieħ lil ħadd.", "Hawnhekk ħadd m'għandu jħoss li għandu xi dritt li jekk jisma' xi ħaġa li ma taqbilx għal widnejh jinfexx f'attakki fil- konfront tan-naħa l-oħra.", "Hawn għandna missjoni waħda, dik li lkoll inservu lill-poplu Malti u Għawdxi bl-aqwa ħila li għandna.", "Fuq kollox għandna dover sagru lejn il-Maltin, dak li nagħtuh l-eżempju.", "Għaliex jekk aħna m'aħniex se nkunu ta eżempju xieraq għall-poplu Malti u Għawdxi ma nistgħux imbagħad nippretendu li dawk li jappoġġjawna jaġixxu tajjeb.", "Jekk bejnietna naġixxu bl-agħar mod possibbli ma nisgħux nippretendu li l-poplu tagħna jħossu magħqud.", "U dak ma jkunx tort tal-poplu imma tort tagħna.", "Bejnietna ghandu jkun hemm ħafna iktar tolleranza u rispett.", "Hemm bżonn nagħtu eżempju lil dan il-pajjiż ta' kif suppost naġixxu, kif suppost nimxu u kif ukoll suppost naħdmu bejnietna.", "Ma nistgħux nippretendu li l-poplu jimmatura politikament meta aħna bejnietna naġixxu bl-aktar mod immatur.", "Mr Speaker, mhux il-membri ta' din in-naħa biss jemmnu f'dan.", "Jien nemmen illi hemm ħafna membri min-naħa tal-gvern li jemmnu u jixtiequ li jsir hekk u ghalhekk naħseb illi hemm bżonn sforz minn kulħadd.", "Sfortunatament fi kważi tliet xhur li ilna f'dan il-parlament, diversi drabi assistejna għal attentati ta' dittatura parlamentari, fuq materji kemm kbar kif ukoll żgħar.", "Aħna l-parlamentari qegħdin hawn biex nirrappreżentaw lill-poplu u biex naħdmu ħalli l-poplu jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.", "Ħadd m'hu qiegħed hawn biex jagħmilha tal-kbir jew biex jiddomina lil ħaddieħor u jillimita d-diskussjoni.", "Għalhekk ħadd m'għandu dritt li jimmina r-regoli tad-demokrazija parlamentari, li wara kollox tant ħadmu għaliha dawk illi ġew qabilna.", "Huwa għajb, Mr Speaker, li xi ħadd jipprova jdawwar l-arloġġ lura għal żmien fejn ir-rappreżentanti leġittimi tal-poplu Malti u Għawdxi ma kienu jiġu stmati xejn, u minkejja li dawn ir-rappreżentanti kienu jafu x'għandu bżonn il-poplu tagħna u kienu jistqarru x'hemm bżonn isir xorta waħda ma kenitx tgħaddi tal-poplu Malti għax konna maħkumin mill-barrani.", "L-arroganza li ntużat biex tiġi diskussa din il-liġi dwar sistema ta' tassazzjoni ġdida tagħmel għajb lil min jiftaħar li hu demokratiku u lil min jgħid li jemmen fid-drittijiet tal-bniedem.", "Fatt ieħor li dejjaqni ferm huwa s-sigħat twal u ġranet sħaħ mingħajr waqfien li qattajna hawn biex din il-liġi tant importanti tiġi diskussa bl- għaġġla.", "Dan xejn ma jirrifletti dak li pprofessa l-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu fir-rigward tal-familja, fejn qal li:", "\"Il-familja għandha tkun il-pern li madwaru ddur il-politika soċjali tal-gvern.\"", "Jiddispjaċini ngħid illi l-ħinijiet twal u ġranet fuq xulxin li spiċċajna qed inqattgħu hawnhekk minħabba l-għaġġla li biha l-gvern irid jgħaddi din il-liġi, ma tantx jirrifletti dak li hemm miktub fil-manifest elettorali.", "U żgur li ma nistgħux ngħidu li l-ħinijiet twal li qattajna u għad fadal xi nqattgħu hawnhekk jirriflettu li l-Partit Nazzjonalista jemmen bis- serjeta' fl-importanza tal-mod kif inrabbu jew intellgħu lill-familja.", "Wieħed ma jistax ma jiftakarx kemm il-Partit Nazzjonalista għajjar lill- Partit Laburista fil-gvern meta dak iż-żmien kellu jagħmel seduti twal biex jieħu stand minħabba l-filibustering ta' l-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Issa billi qegħdin tidħku!", "Din hija l-opinjoni tiegħi u għandi dritt għaliha.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onor. Coleiro, kompli bid- diskors tiegħek.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Le, Mr Speaker, inti għandek tipproteġini!", "THE DEPUTY SPEAKER: Għandek kull dritt tesprimi l-opinjoni tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Inti għandek tipproteġini għax inkella se jkolli noqgħod inwaqqafhom jien, u nagħmilha ta' Speaker ukoll!", "THE DEPUTY SPEAKER: Nassigurak illi għandek kull dritt titkellem.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Issa meta jkollok iċ-ċans li titkellem tkellem.", "(Interruzzjonijiet) Jien għandi dritt għall-protezzjoni tas- Sedja.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Coleiro, għandek kull protezzjoni.", "Kompli bid- diskors tiegħek, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, kulħadd għandu familja u mhux aħna n-nisa biss.", "Intom ukoll, Onor. Membri rġiel, għandkom il-familja, anke jekk ħafna minnkom forsi ssibu kollox lest imma għandkom id-dmir illi tkunu aktar mal-familja.", "Jekk verament nemmnu li f'pajjiżna hemm bżonn iktar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tat-tmexxija tal- pajjiż għandna nħarsu bl-aktar mod rett il-ħin tax-xogħol, b'mod speċjali f'dawn iż-żmenijiet, fejn il-familja tħoss illi għandha tkun iktar flimkien fit-tħejjija għall-festi tal-Milied.", "Niġi għal dak li qed insejjaħlu d-dittatura parlamentari, allavolja min- naħa tal-gvern dejjem naraw it-tikmix tax-xofftejn meta nsemmuha.", "Imma l- verita' hi li din is-sitwazzjoni ta' għaġġla ħoloqha l-gvern stess għax m'huwiex kompetenti f'xogħlu u mhux kapaċi jippjana bil-quddiem.", "Inkella għandna raġun ngħidu li qatt ma kellu f'rasu li l-liġi tal-VAT iressaqha għad-diskussjoni f'din il-Kamra, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Ftit ilu f'din il-Kamra kellna lecture dwar il-kompetenza fil-mod kif jaħdem il- gvern - qed nirriferi għal meta l-Ministru Gonzi ressaq l-emendi għas- Social Security Act - u l-ministru tkaża bil-Partit Laburista għax qal illi l-emendi kienu qed jiġu diskussi sena wara li ġew proposti, minkejja l-fatt – u din ma qalhiex - li dawn kienu miżuri pożittivi li introduċew għadd ta' għajnuniet u benefiċċji li fil-prattika kienu diġa' qed jiġu attwati.", "Issa ħalliha li dawn l-emendi reġgħu raw id-dlam mill-Gvern Nazzjonalista imma dakinhar il-Ministru Gonzi u membri ohra tal-gvern qalu li dawn l-emendi għas-Social Security Act spiċċaw tressqu sena wara għax il-Gvern Laburista kien inkompetenti.", "Illum dawn l-emendi reġgħu daħlu fil-kexxun biex jersqu affarijiet oħrajn, bħal-liġi oxxena li temenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "Jekk il-mod kif qed niddiskutu din il-liġi ma jirriflettix inkompetenza min-naħa tal-gvern, allura bir-raġun kollu ngħidu li l-għażla li jiddiskutiha b'dan il-mod hija frott ta' l-arroganza dittatorjali li l- gvern rabba' mill-elezzjoni 'l hawn.", "Kif jista', Mr Speaker, gvern demokratiku jippretendi li jdaħħal sistema ta' tassazzjoni ġdida mingħajr diskussjoni?", "Ir-raguni għaliex din il-liġi tal-VAT ġiet squashed in fi 15-il ġurnata hi biex infittxu neħilsu.", "Jidher car li ma kienx hemm pjan min-naħa tal-gvern li l-liġi titressaq għad-diskussjoni quddiem dan il-parlament.", "U trid tkun dittatur biex tippretendi li ddaħħal taxxa mingħajr ma tiddiskutiha fl-ogħla istituzzjoni demokratika tal-pajjiż.", "Trid tkun arroganti, Mr Speaker, biex tippretendi li tgħaddi minn fuq ras kulħadd, tinjora lir-rappreżentanti tal-poplu u taqbad u ddaħħal sistema ta' taxxa ġdida.", "Kull tip ta' taxxa tindirizza bl- aktar mod dirett il-livell ta' l-għajxien tal-poplu.", "Għalhekk jistħoqqilha diskussjoni mill-aktar wiesgħa u mill-aktar libera, mhux biss mir-rappreżentanti diretti tal-poplu imma wkoll mill-korpi kostitwiti u mill-poplu nnifsu.", "Il-poplu għandu diversi mezzi kif juri l-ħsibijiet tiegħu, kemm permezz tal-media kif ukoll permezz tagħna stess.", "Iżda ż- żmien u l-ħin limitat illi ntgħażel biex din il-liġi tiġi diskussa fil- parlament żgur illi mhux qed iħalli lill-poplu tagħna jiddiskuti wisq.", "Nafu kif kulħadd iqatta' l-ħin tiegħu fi żmien il-Milied u allura kieku liġi bħal din tressqet fi żmenijiet normali, żgur li l-poplu tagħna kien ikollu ħafna iktar opportunita' biex juri l-fehma tiegħu.", "Mr Speaker, f'dawn iż-żmenijiet kulħadd ikollu iktar attivitajiet mis- soltu fil-familja u fis-soċjeta' u dawn jimpedixxu lil dak li jkun milli jaħseb u janalizza fuq affarijiet li fi żmenijiet normali żgur li jagħtihom ħafna importanza.", "L-Oppożizzjoni Laburista ma setgħet qatt taċċetta li tkun kompliċi mal-gvern fl-attentat tiegħu biex jgħaddi minn fuq ras il-poplu, aktar u aktar fejn jidħlu taxxi, billi jaqbad u jgħaddihom permezz ta' proklama presidenzjali.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni Laburista opponiet bil-qawwa kollha l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju.", "Fejn jidħlu t-taxxi tirregolana l-istess Kostituzzjoni, li tisħaq fuq il-prinċipju ta' no taxation without representation.", "Kien għalhekk ukoll, Mr Speaker, illi l-Oppożizzjoni Laburista riedet illi dan il-parlament bl-ebda mod ma jkun ristrett li jiddiskuti fid-dettall u janalizza bir-reqqa din il-liġi tal-VAT.", "Barra minn hekk, il-VAT m'hijiex esperjenza ġdida għal pajjiżna u nafu kemm kellha effetti negattivi fuq il-poplu meta ġiet introdotta fl-1995.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni Laburista temmen illi din il-liġi kienet timmerita ħafna aktar diskussjoni u analisi minn kulħadd.", "Il-VAT hija taxxa indiretta.", "Tajjeb illi ngħidu bl-iktar mod ċar illi kull taxxa indiretta tolqot l-aktar il-bżonnijiet, filwaqt illi t-taxxi diretti huma bbażati fuq il-mezzi.", "Il-bżonnijiet m'humiex marbutin ma' kemm iddaħħal flus imma huma marbutin mal-piżijiet li għandek u mas-sitwazzjonijiet tal-ħajja li tkun qed tgħix.", "Dawn is-sitwazzjonijiet kultant ikollok kontroll fuqhom u kultant ma jkollokx, per eżempju, sitwazzjoni ta' mard fil-familja, il-piż ta' l-edukazzjoni tat-tfal, in-numru ta' tfal fil-familja, l-istat tal- persuna, jiġifieri jekk hijiex anzjana, ġenitur, ġuvni jew xebba, taħdimx jew tinsab bla xogħol, għandhiex fejn toqgħod, eċċ. Dawn huma kollha sitwazzjonijiet ta' bżonn, indipendentement minn kemm hu d-dħul.", "Id-dħul finanzjarju huwa mezz imma dawn is-sitwazzjonijiet kollha għandhom bżonnijiet partikolari li mhumiex marbutin ma' kemm ikun id-dħul.", "It-taxxa tal-VAT hija marbuta ma' dawk illi huma bżonnijiet u naturalment, sew jekk taqla' ħafna kif ukoll jekk taqla' ftit, il-bżonnijiet xorta waħda tridhom.", "It-taxxa tal-VAT taqta' right across dawk li għandhom paga żgħira, paga mezzana u anke paga għolja.", "Jekk inti għandek familja bi dħul average, fix-xirja normali tiegħek trid tixtri diterġenti li huma ntaxxati bil-VAT u se jkollok tħallas taxxa daqskemm se jħallas dak illi jixtri l-istess affarijiet imma għandu dħul akbar minn tiegħek.", "Għalhekk fil-bidunett ta' l-intervent tiegħi għedt illi t-taxxi indiretti jolqtu u jattakkaw b'mod dirett il-bażi tal-ġustizzja soċjali.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Familji bi dħul baxx jew medju li jkollhom bżonn jagħmlu manutenzjoni tad-dar, xorta se jkollhom jixtru żebgħa u materjal ieħor li hemm bżonn u fuqhom se jħallsu l-VAT.", "Jiġifieri dawn se jiġu ċċarġjati l-istess ammont ta' taxxa.", "Issa xi ħadd li qed jgħix bil-minimum wage, li jrid iħallas il-VAT fuq il-materjal li jixtri għall- manutenzjoni tad-dar, ma jistax ikun fl-istess qagħda jew f'qagħda aħjar minn dak li għandu ħafna iktar mill-minimum wage.", "Allura din hija ġustizzja soċjali, Mr Speaker?", "Jekk imbagħad nieħdu persuna bi bżonnijiet speċjali, li forsi tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita', din mhux ukoll trid taħsel ħwejjiġha?", "Qed insemmi dawn l-affarijiet essenzjali għax ħafna drabi l-kelliema tan-naħa tal-gvern joqogħdu jgħidu li prodotti essenzjali m'humiex se jkunu ntaxxati bil-VAT.", "Imma bi prodotti essenzjali ma nifhmux biss l-ikel.", "Kulħadd irid jaħsel ħwejġu u kulħadd juża diterġenti b'mod li dawn saru parti mix-xirja normali tal-familja.", "Dawn ukoll huma affarijiet essenzjali li ma tistax tgħaddi mingħajrhom.", "Daqskemm darba jew oħra ma tridx iddur id-dar u tagħmlilha l-manutenzjoni li jkun hemm bżonn, jew inkella tieħu l-karozza għand il-mechanic.", "Jekk il-karozza tiqaflek, tara kif tagħmel biex issewwiha; u jekk tiġi bżonn mechanic, dan se jiċċarġjak il-VAT daqskemm jiċċarġja lil min qiegħed bin-negozju.", "Nixtieq li l- gvern xi darba jitkellem dwar dawn l-eżempji sempliċi li tajt.", "Minn meta daħlet il-VAT għall-ewwel darba dejjem smajna lill-kelliema tan- naħa tal-gvern jgħidu li din hija taxxa ġusta għax taqbad lil min l-iktar li jaqla' għax jikkonsma aktar.", "Għalija din hija ħrafa kbira għax il- ħaddiem bi dħul baxx jew medju jikkonsma fi bżonnijiet kważi dak kollu li jaqla'.", "Bil-VAT, is-saħħa tal-paga tal-ħaddiem titnaqqar.", "Min idaħħal ħafna jista' jfaddal u fuq dak li jfaddal ma jħallasx VAT, iżda l-ħaddiem li jaqla' l-paga u jonfoqha kollha biex ilaħħaq ma' l-esiġenzi tal-ħajja se jkun qed iħallas minn imnieħru għax irid iħallas taxxa kważi fuq kollox.", "Dak il-ħaddiem illi jkun jinsab bla xogħol u jgħix bl-assistenza soċjali wkoll se jonfoq u jkollu jħallas it-taxxa mhux skond kemm jiflaħ finanzjarjament iżda skond xi bżonnijiet jikkonsma.", "Din hi d-differenza, li taxxa diretta bħall-income tax taqbdek skond kemm għandek dħul finanzjarju, waqt li taxxa indiretta bħalma hi l-VAT taqbdek fuq l-infiq tiegħek, inkluż il-bżonnijiet.", "Il-Gvern Nazzjonalista sfortunatament qed jonqos bil-kbir kull meta jgħid li l-VAT hija taxxa ġusta.", "Issa, Mr Speaker, jien kont nippretendi li almenu fuq din il-kwestjoni, għal darba, tan-naħa tal-gvern joħorġu ta' rġiel - u nisa - magħna imma lanqas fuq din ma ntqal il-verita' qabel l-elezzjoni.", "Bħalma ġara dwar affarijiet oħra, waqt il-kampanja elettorali smajna mod imbagħad għaddiet l-elezzjoni u bdejna naraw u nisimgħu mod ieħor.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista mkien ma ssib ċar u tond li meta jkunu fil-gvern jerġgħu jdaħħlu l-VAT.", "Biex nissostanzja dan li qed ngħid, se nikkwota mill-manifest elettorali:", "\"Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil-gvern jaħdem mal-partijiet soċjali kollha biex jintlaħaq consensus fuq il-mod kif jinġabru t- taxxi indiretti fil-pajjiż.", "Dan hu essenzjali biex kulħadd iserraħ rasu li ma nerġgħux ngħaddu mill-inċertezza li għaddejna minnha fl- aħħar sentejn.", "Dan isir b'tibdil fil-liġi preżenti tas-sisa li mhijiex differenti ħafna minn ta' qabilha.\"", "Allura jiena nibda niddubita jekk hux qed naqra tajjeb jew qed nifhem tajjeb.", "U taqra kemm taqra jkollok l-istess riżultat.", "Anke jekk xi ħadd jagħmel żball u ma jammettix fil-pront imma wara almenu għandu jammetti.", "Mhux talli l-Gvern Nazzjonalista ma wiegħedx lill-poplu Malti u Għawdxi qabel l-elezzjoni ta' Settembru li għaddiet li se jdaħħal il-VAT, anzi wiegħed li se jirranġa u jimmodifika l-liġi tas-sisa biex ma jkunx hemm turbolenzi bhal qabel.", "Hawnhekk jiena ngħid li dawn it-turbolenzi ma kenux f'dawn l-aħħar sentejn imma ilhom kemm ilha li daħlet il-VAT.", "U aħna, bħala Partit Laburista, qatt ma stajna naċċettaw il-VAT kif daħlet fl- 1995, li taqta' right across minn fuq ras kulħadd, int min int u int x'int f'dan il-pajjiż, għandek jew m'għandekx fil-but trid tħallas taxxa daqs min għandu ħafna.", "Aħna tal-Partit Laburista mhux biss professajna bil-paroli l- ġustizzja soċjali imma wettaqniha u bnejniha f'dan il-pajjiż.", "U mhux talli l-Partit Nazzjonalista ma qalx illi se jdaħħal il-VAT imma talli ta l-impressjoni li kulma se jagħmel kien li se jemenda l-liġi tas-CET u li kien se jiddiskutiha ma' l-oppożizzjoni.", "Imma mhux talli m'għamel xejn minn dan izda lanqas biss ried iressaq il-ligi quddiem il-parlament biex jintroduċi din it-taxxa.", "Iva, fil-manifest elettorali l-impressjoni li ngħatat lill-poplu Malti u Għawdxi kienet illi mhux se jkun hemm turbolenzi imma emendi għal-liġi tas-CET.", "U lill-poplu Malti u Għawdxi il-Partit Nazzjonalista qallu wkoll biex iserraħ rasu għax mhux biss turbolenzi oħra mhux se jkun hemm imma anke se naslu f'consensus.", "Mela allura l-Partit Nazzjonalista ghamel bil-kuntrarju għax dawn mhumiex emendi għal-liġi tas- CET imma din hija VAT b'differenza.", "(Interruzzjonijiet) Issa niġi għad- differenza wkoll li semma qabli l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Anke hawn, Sur President, ngħajtu bil-consensus, ħalliha li l-istorja tal- consensus għandha aktar affarijiet minn hekk.", "Nghid jien jissejjah consensus meta l-Gvern Nazzjonalista lanqas biss ried iġib din il-liġi hawn u minflok ġabilna l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju?", "Li kieku għaddiet dik il-liġi, il-gvern kien jgħaddi minn fuq ras kulħadd u mbagħad kien jasal l-1 ta' Jannar u viva l-poplu Malti u Għawdxi li ried iħallas il-VAT mingħajr lanqas ħadd ikun imqar sema' l-argumenti favur jew kontra din il-liġi.", "Dan hu l-consensus li tippridkaw?", "Il-Gvern Nazzjonalista ċċaqlaq mid-deċiżjoni tiegħu u ressaq il-liġi għad- diskussjoni fil-parlament wara li l-Oppożizzjoni Laburista kienet ilha żmien tgħidlu li ma jistax jimxi b'dan il-mod u wara li l-gvern ra li l- atteġġjament tiegħu ta' arroganza dittatorjali kien qed jinduna bih kulħadd u l-opinjoni pubblika wkoll kienet qed iddur kontrih.", "Imma mhux talli l- Gvern Nazzjonalista ma ddiskutiex ma' l-oppożizzjoni fuq din il-liġi, talli anke issa li qed niddiskutuha fil-parlament illimitalna l-ħin.", "Mhux billi noqogħdu nargumentaw li għandna tant sigħat allokati, għax jibqa' l-fatt li l-membri tal-gvern illimitawlna l-ħin tad-diskussjoni.", "Barra minn hekk, minkejja li diversi membri min-naħa tal-gvern ikunu fil-Kamra, qed jispiċċaw ma jeħdux sehem fid-diskussjoni.", "Ħalliha li mbagħad jiġu mumenti fejn jagħtu show sħiħ lil min ikun qiegħed isegwi.", "Mr Speaker, sfortunatament dan ma tistax ma ssejjaħlux qerq.", "U l-qerq ma' l-elettorat ma ħariġx biss mill-manifest elettorali Nazzjonalista.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Il-Prim Ministru, meta kien għadu kap ta' l- oppożizzjoni, f'intervista li ta lil \"The Malta Independent\" fis-17 ta' Novembru, 1996 kien ġie mistoqsi hekk:", "\"Will a new Nationalist Government re-introduce VAT?\"", "U r-risposta ta' l-Onor.", "Fenech Adami kienet li:", "\"VAT is a modern system of taxation and it is socially just.", "I have my doubts whether this government will abrogate the law.", "They might amend it.", "I have been strongly in favour of the introduction of VAT for over 20 years.", "I'm on record as having made such a statement in the 1970s.\"", "Peress li meta staqsewh l-ewwel darba jekk Gvern Nazzjonalista idaħħalx il- VAT mill-ġdid qagħad idur mal-lewża u ma weġibx, reġgħu staqsewh:", "\"So a new Nationalist Government will re-introduce VAT?\"", "L-Onor.", "Fenech Adami reġa' rrisponda hekk:", "\"VAT is a system of taxation which is inevitable in all modern countries because you have to tax consumption if society becomes a consumable society.", "VAT taxes consumption and not income.", "Time has changed.", "The social fabric has changed.\"", "L-ingann li joħroġ minn din l-intervista jidher mill-ewwel għax dakinhar il- Prim Ministru ħarab milli jgħid x'se jagħmel il-Partit Nazzjonalista jekk jerġa' jkun fil-gvern minkejja li stqarr li hu favur din is-sistema.", "Jiġifieri, biex inkun ġusta, il-Prim Ministru preżenti stqarr li hu favur il-VAT imma ħarab milli jagħti commitment dwar x'jagħmel il-partit tiegħu jekk jerġa' jkun fil-gvern.", "Fil-fatt jekk tqalleb il-manifest elettorali Nazzjonalista minn faċċata sa faċċata ma ssib xejn dwar ir-ri-introduzzjoni tal-VAT għax anke l-kap tal-partit ħarab milli jwieġeb u jgħid il-verita'.", "Imma mbagħad f'din l-intervista kien hemm kontradizzjoni goffa li ma ngħidlekx.", "Il-Prim Ministru qal illi l-VAT hija sistema moderna ta' tassazzjoni li tintaxxa l-konsum u mhux id-dħul finanzjarju u li jekk is- soċjeta' ssir waħda konsumista bilfors irid ikollok taxxa fuq il-konsum.", "Sadanittant, fil-bidu ta' l-intervista kien qal illi kien ilu li esprima ruħu favur il-VAT sa mis-snin sebgħin.", "Issa jien fis-sebgħinijiet kont għadni tifla żgħira ta' l-iskola pero' xorta f'Malta kont ngħix u naf li dak iż-żmien żgur illi ma stajniex ngħidu li l-poplu kien dixxiplu tal- konsumeriżmu - lanqas mezzi biżżejjed biex jgħix b'mod diċenti ma kellu - għaliex lanqas kienet għadha daħlet il-paga minima u l-qgħad f'Malta kien jidher kullimkien.", "Kien żmien meta fil-pjazez kont tara għadd ta' rġiel jilagħqu x-xemx għax ma kienx ikollhom x'jagħmlu.", "Il-faqar kont tarah u tmissu b'idejk u t-tallaba kienu xi ħaġa komuni.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif il-Prim Ministru 20 sena ilu seta' jimmaġina li Malta dak iż-żmien kienet diġa' soċjeta' konsumista u kien jipprevedi li se tidħol il-VAT.", "Kien jirranġah għall-festi t-tajba lill-poplu Malti u Għawdxi dak iż-żmien kieku daħħal il-VAT meta bil-kemm kellu biex jgħix!", "Pero' jidher li l-Prim Ministru deep down jaf li l-VAT hija taxxa inġusta għax tagħsar liż-żgħir.", "Issa jien diga' tajt dimensjoni ta' min hu ż-żgħir u għedt li ż-żgħir, bħal min għandu l-flus, bilfors irid jixtri l- bżonnijiet tiegħu, anke jekk m'għandux mezzi biżżejjed u forsi jkollu jiddejjen.", "Mela l-VAT tintaxxa liż-żgħir daqskemm tintaxxa lil min għandu u qiegħed komdu!", "Għalhekk nixtieq illi meta naslu għall-winding-up, il- Ministru Dalli jispjegali fejn il-liġi tal-VAT tħares il-ġustizzja soċjali.", "Li ma nistax nifhem, Mr Speaker, huwa għaliex il-Gvern Nazzjonalista ma jgħidx il-verita' dwar l-introduzzjoni tal-VAT.", "Pero' sfortunatament kollox jindika li l-unika raġuni hi li, anke f'dan il-każ, il-Gvern Nazzjonalista għandu għan wieħed biss, dak li jisfrutta s-sitwazzjoni għal gwadann politiku partiġġjan.", "Niġi għall-kwestjoni tar-refunds illi semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "Is-sistema tar-refunds tidher bħala xi ħaġa mill- isbaħ imma jekk Alla jrid dalwaqt inkunu nafu x'inhi l-istorja vera.", "Dan qed ngħidu għaliex nafu li d-diska tal-gvern dwar ir-raġunijiet għall- introduzzjoni tal-VAT tinbidel skond is-sitwazzjoni li tkun.", "Dawn huma affarijiet illi huwa importanti li noħorġuhom fil-pubbliku ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkollu l-fatti quddiemu u jkun jista' jagħmel analisi tajba tal-veritajiet u ta' dak li, wara kollox, għandu kull dritt ikun jaf x'se jolqtu, tajjeb jew ħażin.", "Sfortunatament il-membri tan-naħa tal-gvern jieħdu għalihom meta ngħidulhom li huma ffissati fuq l-Unjoni Ewropea.", "Aħna m'għandna xejn kontra l-Ewropea u dan jafu kulħadd.", "Aħna favur l-aqwa interess tal-poplu tagħna qabel kwalunkwe ħaġa oħra.", "Għalhekk lil tan-naħa l-oħra ngħidulhom li huma ffissati fuq l-Unjoni għax dejjem iħarsu lejn l- Unjoni qabel ma jagħmlu evalwazzjoni sħiħa ta' dak li attwalment hu l-aqwa u l-aħjar fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qed ngħid dan għaliex ta' spiss naqraw affarijiet li juru li hemm raġunijiet oħra, barra dawk li semmejna s'issa, għaliex il-gvern irid idaħħal il-VAT.", "Rapport li deher f'paġna 14 ta' \"The Times\" tat-13 ta' Ottubru, 1997 bit- titlu \"Changes in Malta not Enough to Prevent Formal EU Membership Talks\" jirrapporta lill-Prim Ministru jgħid hekk:", "\"At a meeting with the Prime Minister of Luxembourg he asked me if Malta can come back on track, pointing out that VAT has been removed.", "I said: \"Yes, the new tax is not VAT but a hotchpotch of taxes, yet it includes the elements of VAT, the most important of which is that it taxes services.\"", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Coleiro, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nipproponi li tkompli tinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Coleiro tkompli titkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra talli għoġobha testendili l-ħin.", "Ħalli nkompli nikkwota dak li ġie rrapportat li qal il-Prim Ministru skond il-ħarġa ta' \"The Times\" tat-13 ta' Ottubru, 1997:", "\"So as a lawyer I can see changing five, six or eight clauses of the law and I would get the law back on track and it would be called VAT.\"", "Fuq l-istess linja mbagħad f'rapport intitolat \"Twaqqaf Grupp ta' Studju dwar il-VAT\" li deher f'\"il-mument\" tas-17 ta' Mejju, 1992 il-Ministru Dalli ġie rrapportat illi qal hekk:", "\"Il-VAT hija sistema ta' tassazzjoni indiretta li tkun trid tiddaħħal fil-pajjiż meta Malta ssir parti mill-komunita' Ewropea u tissostitwixxi s-sistema tad-dazji.\"", "Allura, f'ġieħ is-sewwa, x'hemm ħażin f'li tgħid il-verita' ħalli l-poplu jkun jaf preċiż għal xiex dieħel?", "Waħda mir-raġunijiet li għalihom qed terġa' tiddaħħal il-VAT hija li l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea kollha għandhom is-sistema tal-VAT.", "Issa kemm il-Prim Ministru kif ukoll l-Onor.", "John Dalli qalu hekk u allura għandi nifhem li kien ikun aħjar għall-poplu tagħna li kieku qbadtu u għedtu mill-bidunett li l-VAT hija rekwiżit importanti biex inkunu nistgħu nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni u għalhekk li qed terġgħu ddaħħluha.", "Il-verita' hi li issa f'dan il-pajjiż iż-żgħir u l-kbir se jinxteħtu f'keffa waħda u se jħallsu l-istess taxxi fuq il- bżonnijiet għax se jkollha tidħol il-VAT, allavolja l-poplu ma jeħux gost biha.", "Pero' jien dejjem emmint li jekk lil xi ħadd tgħidlu l-verita', anke jekk tkun xi ħaġa verament kerha, almenu jgħoddok b'raġel jew b'mara għax tkun għedtlu l-verita'.", "U l-verita' f'dan il-każ hi li għall-Gvern Nazzjonalista l-VAT is a must għaliex din hija s-sistema ta' tassazzjoni li għandu bżonn biex jidher tajjeb u jkun kredibbli ma' l-Unjoni Ewropea.", "U dan mhux l-Oppożizzjoni Laburista qed tgħidu iżda ħareġ minn fomm il-Prim Ministru u l-Ministru John Dalli stess.", "Illum fl-ewwel faċċata ta' \"The Malta Independent\" hemm rapportat dak li qal il-President Fillandiż fi Vienna, meta ġie mistoqsi x'jaħseb dwar id- dħul ta' membri ġodda fl-Unjoni Ewropea.", "Fost affarijiet oħra ġie rrapportat li qal hekk:", "\"I want to emphasise that when we agreed on what criteria we should admit countries in, we had decided that we have to stick to those criteria in the case of every nation without exception because otherwise it would turn into a political process and a very difficult one at that.", "I think that message has been understood.", "The best way to speed up the process for an applicant country is to carry out the necessary reforms.\"", "Mela hawnhekk għandna konferma mingħand il-President Fillandiż li biex tfittex tidħol fl-Unjoni, trid tgħaġġel iddaħħal ir-riformi neċessarji.", "Iktar kmieni kkwotajt lill-Prim Ministru u lill-Ministru Dalli jgħidu li l- VAT hija rekwiżit importanti għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Meta lill-President Fillandiż staqsewh jekk peress li hu kien ġej minn northern country setax ikollu preferenza għall-pajjiżi Baltiċi, ir-risposta tiegħu kienet fin-negattiv għax dawn qed jagħmlu l-homework tagħhom u se jintroduċu r-riformi li hemm bżonn biex ikunu kkonsidrati favorevolment għal sħubija sħiħa.", "Fil-fatt qal hekk:", "\"What has impressed me tremendously in my discussions with Baltic State leaders is that no one is asking for any political favours.", "They realise they have to do their homework and do what is expected of them.", "But then they also expect to be treated fairly.\"", "Dan hu messaġġ ieħor lill-Prim Ministru tagħna.", "Kemm se jdum jumiljana?", "Għax ma ġiex mistieden għal-laqgħa ta' Vienna mar fin-next door hotel biex ikun qrib!", "Allura għalhekk din l-għaġġla għall-introduzzjoni tal-VAT, ħalli l-homework tagħna nkunu qed nagħmluh malajr u forsi jibdew jarawna tajjeb?", "Forsi hemm element pożittiv ukoll f'dan kollu, għax wara li għamilna disa' snin u nofs nisimgħu li qegħdin fil-qrib, fuq l-għatba jew wara l-antiporta - u s-sabiħa hi li s'issa bqajna b'xiber imnieħer - joħroġ ċar l-element ta' determinazzjoni li għandna.", "Pero' mbagħad joħroġ element ieħor negattiv, dak tar-ras iebsa.", "Għax bqajna ninsistu fuq l-istess ħaġa mingħajr ma nagħtu kas li fil-proċess il-poplu tagħna qed jiġi umiljat il- ħin kollu u issa bil-VAT se jkompli jitgħakkes", "Xi ħaġa li verament qed tinkwetani minn dak li rajna s'issa fi tliet xhur ta' Gvern Nazzjonalista hi li fl-argumenti tal-gvern qed nerġgħu naraw dak li diġa' rajna f'miżuri li daħlu qabel il-budget u fil-budget u li qed jirriflettu t-trend kerha li qed ikun hemm f'dak li qed jagħmel il-gvern.", "Qed nirriferi għat-trend li l-ħaddiem iż-żgħir, l-anzjan u dak li għandu bżonn attenzjoni speċjali dejjem qed jinxteħet f'keffa waħda ma' dak li jiflaħ, dak li forsi għandu paga tajba jew għandu wkoll xi qliegħ minn xi negozju.", "Dan deher ċar, per eżempju, fiż-żieda li kien hemm fil-bolla tas- sigurta' soċjali.", "Għalija kienet xi ħaġa oxxena, Mr Speaker, li l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu jiġġustifika l-miżura li permezz tagħha l-bolla ta' dak il-ħaddiem li jgħix bil-paga s-sena d-dieħla u s-sena ta' wara se tkun għoliet daqs ta' dak li jgħix bil-paga u b'sehem mill-qligħ.", "Din iġġustifikaha b'wiċċu minn quddiem billi qal:", "\"Il-bolla ta' dawk li jgħixu bil-paga u għandhom negozju ilha li għoliet mill-1993 jew mill-1994.\"", "Donnu ried jgħid li issa it's about time li l-ħaddiem jerfa' daqs dawn in- nies!", "Hemm kwestjoni oħra li lili tinkwetani u qed nirriferi għar-rati tad-dawl u l-ilma.", "F'mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-Ministru Josef Bonnici staqsejtu x'konsiderazzjoni ngħatat lil ċerti gruppi soċjali fil- pajjiż, bħall-anzjani, pensjonanti u familji b'ġenitur wieħed, u dan tani tweġiba partiġġjana.", "Issa l-ewwelnett ma naħsibx illi għandna noqogħdu ndaħħlu l-partiġġjaniżmu anke f'risposta għal mistoqsija li tkun miktuba in a businesslike manner.", "Ir-risposta għandha tingħata bl-istess mod u fl- istess spirtu li tkun saret il-mistoqsija biex inkunu nistgħu nuru l- professjonalita' tagħna.", "It-tieni nett, l-aktar ħaġa inkwetanti hi li r- rati tad-dawl u l-ilma qegħdin l-istess għal kulħadd.", "Jiġifieri familja b'żewġt itfal li għandha dħul baxx jew medju se jkollha tħallas għall-ilma li tikkonsma daqskemm tħallas familja b'żewġt itfal li għandha dħul għoli.", "Jiġifieri qed jintuża l-istess kriterju, indipendentement mid-dħul li jkollha l-familja.", "L-istess ħaġa qed issir fir-rigward tal-liġi tal-VAT għax il-ħaddiem se jħallas 15% taxxa fuq prodotti u servizzi li se jkunu taxxabbli.", "Taħt il-liġi tal-VAT kulħadd se jiġi stmat l-istess.", "Min għandu paga minima u jrid jixtri ċerti detergents se jħallas l-istess taxxa bħal dak li għandu paga t-tripplu jew erba' darbiet iktar minnu u jixtri l- istess tip ta' detergents.", "Għalhekk ninkwieta jien, Mr Speaker, għax issa din it-trend tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern qed tidher ċara.", "Diġa' għandna tliet sitwazzjonijiet li jagħtu lok għal tħassib għax kulħadd qiegħed jitpoġġa fl-istess borma.", "Qed nirriferi għat-tariffi tad-dawl u l- ilma, iż-żieda fil-bolla tas-sigurta' soċjali u t-taxxa tal-VAT.", "Il- ħaddiem bil-paga, dak li ma jaħdimx u qed jgħix bl-assistenza soċjali u dak li qed jgħix bil-pensjoni qed jinxteħtu fl-istess keffa ma' dak li għandu paga għolja, dak li għandu dħul kbir u dak li jgħix mill-qligħ tan-negozju.", "Dan huwa inkwetanti u juri l-ipokresija tal-Partit Nazzjonalista li, jiddispjaċini ngħid, qed tidher fl-aqwa tagħha.", "Il-perception li bena l-Partit Nazzjonalista tul dawn l-aħħar snin kienet li f'dan il-pajjiż hu ċ-champion tal-ġustizzja soċjali, li ħadd ħliefu f'dan il-pajjiż m'għandu kuxjenza soċjali, li għandu qalbu ħafna ikbar minn tagħna u li sar iktar sensittiv għad-diffikultajiet tal-poplu.", "Din hi l- perception li kien jagħti l-partit fil-gvern u dan hu l-paroli li konna nisimgħu qabel l-elezzjoni.", "Imma issa li l-gvern għandu d-dover sagru lejn dan il-poplu li jwettaq dak li wiegħed, il-fatti qed jidhru bil-maqlub.", "Ara x'qal il-Prim Ministru xahar qabel l-elezzjoni, fis-7 ta' Awissu, f'Buġibba:", "\"Fit-taxxa tas-sisa jrid isir tibdil mill-inqas.", "Ma jistax ikun li ma' kull bidla fil-gvern jitkisser dak li jkun sar mill-gvern ta' qabel u jerġa' jibda kollox mill-ġdid.\"", "Fl-istess ġurnata, fis-7 ta' Awissu, 1998 fil-Furjana l-Prim Ministru qal hekk:", "\"Dwar ir-riforma fit-tassazzjoni, Gvern Nazzjonalista jasal għal consensus għax ma jridx li ma' kull bidla fil-gvern ikompli jkun hemm bidla fit-tassazzjoni.\"", "Jien ma nistax nifhem.", "Qabel kienu jgħidu mod u issa għax għandhom il- poter f'idejhom jagħmlu li jridu, qishom qatt ma qalu xejn.", "Dak ambjent ta' consensus li kellna hawnhekk!", "Hija ħrafa mill-akbar li tgħid li l-VAT hija taxxa soċjalment ġusta, anzi hija taxxa mill-aktar inġusta.", "Ħalli nkompli nuri aktar kontradizzjonijiet li joħorġu minn stqarrijiet pubbliċi li saru kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra, biex inkunu nistgħu naraw kemm dak li qed jgħid il-gvern huwa minnu.", "Nistgħu naraw bil-fatti kemm il-poplu għandu raġun ikun inkwetat dwar dak li se jiġri wara l-1 ta' Jannar.", "Fis-seduta numru 284 ta' l-4 ta' Lulju 1994, meta l-Ministru Dalli kien qed iressaq l-abbozz ta' liġi dwa ill-VAT, kien qal hekk:", "\"Illum il-fenomenu hu li aktar ma jkun hemm żvilupp ekonomiku, il- pattern ta' konsum jibda jixxiftja aktar u aktar lejn il-konsum ta' servizzi u allura jagħmel sens li l-ġbir ta' taxxa indiretta fil- pajjiż ma jibqax konċentrat fuq it-tassazzjoni tal-prodotti imma jibda jkun konċentrat ukoll fuq it-tassazzjoni ta' servizzi.", "B'hekk din il- broader base ta' tassazzjoni indiretta tkun bażi aħjar biex fit-futur ikollna l-espansjoni fiskali li hi meħtieġa biex tilqa' għall- espansjoni tan-nefqa tal-gvern, li hija r-riżultat ta' l-istess żvilupp ekonomiku.\"", "Ftit wara l-Ministru Dalli qal ukoll li:", "\"L-introduzzjoni ta' dan il-metodu ta' ġbir ta' taxxa, kif għedt ftit qabel, hija importanti wkoll meta wieħed jikkonsidra l-forward planning tal-financing tal-gvern.\"", "Mela l-VAT għandha skopijiet fiskali skond ma qal il-Ministru Dalli stess fl-1994.", "Dan ikkonfermah ukoll il-Ministru Gonzi fi programm fuq Bay Radio fit-12 ta' Frar li għadda meta qal hekk:", "\"Il-VAT iddaħħlet speċifikament biex tindirizza l-problema tad-deficit strutturali.\"", "Mela jidher ċar li hemm konsiderazzjoni oħra min-naħa tal-Gvern Nazzjonalista għall-introduzzjoni tal-VAT f'Malta.", "S'issa diġa' stabilejna li l-VAT hija rekwiżit biex Malta tkun konsidrata għal sħubija sħiħa fl- Unjoni Ewropea, iżda minn dawn l-istqarrijiet jidher ċar li l-VAT hija meħtieġa biex tiġi indirizzata l-problema tad-dħul finanzjarju tal-gvern.", "Allura huwa inutli li noqogħdu nipprovaw nilludu lill-poplu Malti li qisna se nagħmlulu xi pjaċir għax se ndaħħlu sistema ta' tassazzjoni li hija aktar ġusta għax taqbad aktar lill-kbir u għax il-kbir l-aktar li jikkonsma.", "Hemm ukoll il-konsiderazzjoni fiskali.", "Jiena ma nafx kemm nistgħu nemmnuh lill-Ministru Dalli għax filli jgħid li l-VAT se tidħol biex ikollna forward planning finanzjarju aħjar u filli jgħid li din is- sistema trid tidħol minħabba d-deficit strutturali.", "Ta' min jgħid li fl- aħħar budget ta' qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kien hemm ippjanat deficit ta' Lm80 miljun u spiċċajna b'deficit ta' Lm110 miljun.", "Mr Speaker, jien nappella lill-gvern biex jagħti kas ta' ċerti kummenti li jsiru, bħal dak li kien hemm illum fl-editorjal ta' \"The Malta Independent\" rigward id-deficit, fejn intqal hekk:", "\"Come 1st January they told us that we will begin claiming for refunds like mad ...\".", "- xtaqt li kien qiegħed hawn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia -", "\"...", "We will see the investment figure shoot up and the capital investment levels soar as retailers, services and commercial outlets spend and spend again to make up for lost time.", "Refunds are what has attracted back many of those who had abandoned VAT.", "There are many levels to consider here.", "First of all, on the macro economic level refunds will drive a hole once again in government finances.\"", "Mhux ta' b'xejn li l-Ministru Dalli kien jgħid li kull fejn imur jgħidulu biex ifittex idaħħal il-VAT.", "Probabbilment kien ikun qed jitkellem ma' dan it-tip ta' nies li qed tiddiskrivi hawnhekk \"The Malta Independent\"!", "Jiena lill-Onor.", "Dalli nixtieq nistaqsih jekk tkellimx ma' nies li huma mħassbin u nkwetati fuq il-kwestjoni tal-VAT.", "\"The Malta Independent\" tkompli tgħid hekk:", "\"Government claims it will be getting a bigger revenue through the introduction of VAT.", "It does not quite look like doing that though of course we would welcome being proved wrong.", "The figures we published over the past days show that a sizeable sector of the economy will be self-declared exempt from the VAT system with the controversial threshold decision.", "It is highly unlikely for the other part of the economy, that part which is all registered and has everything in order, especially the employed sector, to pay out more money in taxation, direct or indirect, than they are already paying.", "The lemon cannot be squeezed more.\"", "Dan juri biċ-ċar li għandna sitwazzjoni fejn il-famuż level playing-field m'huwiex se jintlaħaq.", "Hemm min se jmur tajjeb bir-refunds imma hemm oħrajn li ma jistgħux jibqgħu jingħasru għax jispiċċaw bħal-lumi magħsur.", "(Interruzzjonijiet) Intom tafu kemm \"The Malta Independent\" ċapċpet u xejret bnadar favur il-Partit Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Jien żgur li ma nistax ngħid għax lanqas qatt kellimtu lil Fr Noel Grima għalkemm rajtu kemm-il darba fuq it-television imma personalment qatt ma kellimtu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE SPEAKER: No cross-debate, jekk jogħġobkom.", "Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: M'għandna għalfejn noffendu lil ħadd għax kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu.", "Jien dejjem ngħid li meta tkun fdat bir-responsabbilta' li tmexxi trid tqis l-opinjoni ta' kulħadd.", "Jekk taqbilx magħha jew le hija xi ħaġa oħra imma trid tisma' u tagħti konsiderazzjoni lil opinjonijiet diversi.", "Jiena nħoss li wieħed jista' jitgħallem anke minn xi ħadd li forsi m'għandu esperjenza ta' xejn fil- ħajja.", "\"The Malta Independent\" tkompli tgħid hekk:", "\"On the other hand claims for refunds will now explode because those who did not claim for a refund before will start doing so now.", "There were people the last time round who claimed whole kitchens, bathrooms, etc., on a VAT refund.", "This time everyone is wiser though not necessarily the government.\"", "Din hija sitwazzjoni reali.", "Ta' spiss tisma' esperjenzi ta' nies b'toqba ta' negozju li xtraw, ngħidu aħna, fridge għall-kċina tad-dar u ħadu r- refund tal-VAT fuqha.", "Il-VAT department ma jitlobx irċevuta biex jagħti r- refund - għalkemm jista' jitlob - u allura dawn l-affarijiet jibqgħu jsiru.", "Mhux qed ngħid għal kulħadd u ma rridx niġġeneralizza għax hemm min hu serju.", "Imma hemm min jabbuża minn kollox.", "Aħna nafu li mis-sema 'l isfel ilkoll bnedmin u ħafna drabi kulħadd iħabbel rasu ħalli jara kif se joħroġ l-inqas mill-but.", "Ma naħsibx li għandna noqogħdu nilagħbuha li qisna qatt ma rajna xejn.", "Taħsbu li aħna issa, qabel daħlet il-VAT, bdejna nitkellmu fuq l-evażjoni tat-taxxa!", "Mhux kulħadd f'dan il-pajjiż jaf li l-evażjoni tat-taxxa kienet minn żmien żemżem!", "Hawn min għandu yachts reġistrati man- negozju tiegħu!", "Żgur li taqbad tidħak meta tisma' li hawn min imur bil- yacht fl-uffiċċju tan-negozju tiegħu!", "(Interruzzjonijiet) Hawn min qed jidħak għax jaf li qed ngħid il-verita'.", "L-ewwel, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia, kkwota l-figuri tal-gainfully occupied, dawk li jaħdmu bi qligħ.", "Issa jiena ma nistax nifhem kif in-numru ta' dawk li huma gainfully occupied huwa ta' tant eluf imbagħad taxpayers hawn biss 38,105.", "Imma mhux hekk biss!", "F'mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Evarist Bartolo talab tagħrif dwar l-income bracket tat-taxpayers u mir-risposta ħareġ li, Alla jbierek, in-numru ta' taxpayers f'pajjiżna li qegħdin f'income bracket ta' 'l fuq minn Lm10,000 huwa biss ta' 3,674.", "Issa jekk tagħti daqqa t'għajn madwarek fit-triq tinduna li tant hawn karozzi ta' 'l fuq minn Lm10,000 li lanqas tlaħħaq tgħoddhom.", "Allura dawn kollha l-ħaddiema jixtruhom?", "Mhux qed ngħid li ma ssibx uħud li forsi jkunu ffissati u jissallbu għal ħajjithom kollha biex jixtru d-dream car tagħhom imma żgur li ħafna minn dawk li għandhom dawn il- karozzi għandhom dħul komdu b'mod li jistgħu jaffordjaw dawn it-tip ta' karozzi.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm din l-istorja tar-refunds mhix xi ħaġa li qed jivvintaha xi ħadd minn żniedu, għax f'dan il-pajjiż għaddejna mill-esperjenza ta' l-1995 u l-1996 li għallmitna ċerti affarijiet.", "Hawn min m'għandu xejn u xorta pprofitta ruħu u rreġistra għall-VAT.", "Hawn min anke roll toilet paper tefa' fuq l-irċevuta tan-negozju biex ikun jista' jieħu r-refund tal-VAT!", "Dawn huma affarijiet li ħadd ma jista' jinnegahom.", "Mr Speaker, il-kelliema tan-naħa tal-gvern dejjem jgħidulna li l-VAT ma tgħollix il-ħajja.", "Jiena niskanta għaliex fil-fatt mill-istatistika jirriżulta li l-ħajja għoliet.", "Il-Ministru Dalli kemm-il darba qal li l- ħajja m'hijiex se togħla imma mbagħad jekk tħares lejn l-istatistika ssib li, per eżempju, filwaqt li r-retail price index fl-1993 kien jimmarka 105.85, fl-1994 kien jimmarka 110.22, jiġifieri qabża ta' kważi 5 percentage points.", "Issa forsi tgħiduli: X'għandha x'taqsam l-1994?", "Għandha x'taqsam għax il-prezzijiet bdew telgħin malli bdiet tiġi diskussa din l-imbierka liġi tal-VAT.", "Imbagħad fl-1995 ir-retail price index baqa' tiela' għal 114.61, żieda ta' 4 percentage points.", "Issa jien ma nafx jekk l-uffiċċju ta' l-istatistika li qed nikkwota jien hux differenti minn dak li tikkwotaw intom!", "Imma intom tafu jekk il-ħajja għolietx jew le.", "Smajna diskors dwar l-effett ta' l-introduzzjoni tal-VAT fuq l-impjiegi.", "Fil-budget intqal li l-gvern se jiġġenera fiduċja, se jneħħi l-istaġnar, se jqajjem l-ekonomija fuq saqajha u b'hekk jinħolqu l-impjiegi.", "L-Onor.", "Dalli fis-Seduta Nru. 284 ta' l-4 ta' Lulju, 1994 - kien qed jippilota d- diskussjoni fuq il-liġi tal-VAT - kien qal ukoll li oġġettiv ieħor ta' din is-sistema ta' tassazzjoni huwa li tinċentiva x-xogħol u l-inizjattiva.", "Issa jiena ma nistax nifhem kif se jiġri dan kollu.", "Naħseb li t-53 siegħa li għandna għad-diskussjoni fuq din il-liġi għandi bżonnhom biex jispjegawli u forsi nibda nifhem kif din l-imbierka taxxa tal-VAT se tiġġenera u tinċentiva x-xogħol!", "Peress li jidher bl-aktar mod ċar, anke minn diversi stqarrijiet kemm tal- Prim Ministru, kif ukoll tal-Ministru Dalli - apparti dak li qal il- President Fillandiż, li l-VAT hija rekwiżit għal sħubija fl-Unjoni Ewropea - iddeċidejt li nipparaguna ċerti ċifri ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Skond statistika ppubblikata fil-\"Euro Statistics\" ta' Lulju 1998, iċ-ċifra totali ta' l-unemployment tal-15-il pajjiż ta' l-Unjoni sa Lulju ta' din is- sena kienet ta' 10.1%, minkejja li ilhom is-snin bis-sistema tal-VAT.", "Naturalment il-paraguni għandek tagħmilhom ma' min għandu esperjenza twila f'dan il-qasam.", "Nerġa' ngħid, iċ-ċifra totali tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea hija ta' 10.1% u r-rata tal-qgħad fost persuni taħt il-25 sena hija ta' 20%.", "Għandhom raġun jinkwetaw il-familji!", "Aħna xbajna ngħidu li hemm bżonn nagħtu kas aktar taż-żgħażagħ f'pajjiżna.", "Sadanittant mill-quarterly review tas-Central Bank maħruġ f'Ġunju ta' din is-sena jidher li f'Malta ċ- ċifra tal-qgħad kienet ta' 4.7%.", "Dan ifisser li aħna qed naspiraw li nissieħbu ma' xi ħadd li għandu d-doppju tal-problema tagħna fejn jidħol il- qgħad.", "Mr Speaker, għalhekk kull meta l-Oppożizzjoni Laburista tikkritika l-budget dejjem issemmi l-fatt li għall-impjiegi m'hemm xejn speċifikat.", "Ma nistgħux nibqgħu nitkellmu biss fuq fiduċja u ngħidu li se ntajru l- istaġnar imma rridu nagħmlu xi ħaġa bil-fatti.", "Il-bieraħ iltqajt ma' ħabiba tiegħi u meta għedtilha li peress li llum se nitkellem fuq il-VAT kont qed nara l-istatistika dwar l-unemployment fl- Ewropa, qaltli li hi għadha ġejja minn Lourdes, Franza, fejn fl-ajruport qed jagħtu basktijiet tal-plastic bil-kliem: Act now to keep your duty- free.", "Naturalment jekk jispiċċaw id-duty free ma jispiċċax biss ix-xiri imma jispiċċaw ukoll il-ħaddiema f'dan il-qasam.", "Il-fatt li dawn spiċċaw jirreklamaw xi ħaġa politika bħal din impressjonanti.", "Mur agħmel xi ħaġa hekk f'pajjiżna!", "Bil-permess, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-basket biex infakkarkom tieħdu ħsieb il-ħaddiema u ma tibqgħux iffassati biss f'dak li jaqbel lil ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Aye)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Basket tal-plastic b'riklami għad-duty-free shops.", "Diġa' għedt li ma nistax nifhem kif bil-VAT se jiġu ġġenerati l-impjiegi meta anke l-GRTU qalet kemm-il darba li l-VAT se tolqot bl-aktar mod ħażin ix-xogħol f'Malta.", "Mela wieħed li jimporta container għamara u jħallas Lm1000 tagħha se jieħu lura Lm150 f'refund, filwaqt li ieħor li jaħdem l- għamara hu u jħaddem xi sitta min-nies miegħu u jixtri b'Lm100 materja prima mbagħad forsi jagħmel b'Lm900 xogħol fuqha, jieħu lura biss Lm15 fuq il-materja prima.", "Allura kif se naraw li l-prezzijiet jibqgħu kompetittivi bejn l-importatur u dak li qed jimmanifattura lokalment?", "Jiena naħseb li min hu miġnun jibqa' jitħabat u jagħmel l-għamara hu meta qatt m'hu se jkun f'pożizzjoni li jista' jikkompeti ma' l-importatur!", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Coleiro.", "Skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hemm leave of House?", "(Onor. Membri: No)", "Il-permess ma ngħatax.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu liġi dwar taxxa li, issejħilha x'issejħilha, l-importanti huwa l-konċett.", "Wieħed irid jara minn fejn tlaqna.", "Is-CET suppost li kellha tkun taxxa ġusta u effiċjenti għax hekk konna ġejna mwiegħda.", "Ghalhekk tajjeb li f'dan id-dibattitu wieħed jidħol fid-dettall ta' jekk kenitx ġusta u effiċjenti.", "Jiena ma nifhimx fl-istatistika u allura nħalli lil ħaddieħor biex jitkellem dwar l- effiċjenza, pero' dwar kemm hija ġusta t-taxxa naħseb li kull wieħed minna huwa kompetenti li jitkellem għax jekk taxxa tkun ġusta suppost li tirrifletti l-ġustizzja soċjali.", "Imma ħalli naraw x'intqal min-naħa ta' l- oppożizzjoni dwar il-merti jew id-demerti tal-VAT.", "Tajjeb li qabel xejn ngħid li fis-sigħat kollha li ħadu l-kelliema ta' l- oppożizzjoni, l-ebda wieħed jew waħda minnhom ma qalu kelma waħda favur is- CET.", "Kollha tkellmu biss kontra l-VAT.", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, jiena lanqas biss semmejtha s- CET għaliex bħalissa qeghdin niddibattu l-liġi tal-VAT.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Allura sewwa qed ngħid jien!", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Għalfejn noqgħod nitkellem fuq is-CET jekk qed niddibattu l-liġi tal-VAT!", "MR SPEAKER: Kompli, Onor. Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: L-ebda kelliem min-naħa ta' l-oppożizzjoni ma semma mertu wieħed tas-CET, waqt li l-VAT ġiet diskussa biss mill-aspett negattiv.", "Allura possibbli li din it-taxxa għandha kollox ħażin!", "Jien naħseb li jekk 80 pajjiż fid-dinja - mhux pajjiżi li għandhom ekonomija ritardata imma pajjiżi moderni u avvanzati, li suppost taspiraw lejhom - daħħlu din is-sistema ta' taxxa, xi ħaġa tajba għandha.", "Jekk imbagħad nieħdu bażi lokali, nistgħu nsemmu li ex-ministru Laburista stess, is-Sur Lino Spiteri, kien faħħar il-merti tal-VAT.", "Jiġifieri mhux 80 pajjiż barrani biss sabu merti fil-VAT iżda addirittura ex-ministru tal-finanzi Laburista faħħar il-VAT.", "Ħalli nipprova nagħmel paragun sempliċi, li jifhmu Ċikku l-poplu, bejn l-aspett soċjali tas-CET u dak tal-VAT.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jiddiskuti l-konċett tal-higher income groups fis-soċjeta' tagħna.", "Naturalment fis-soċjeta' Maltija hemm faxx ta' nies b'higher income u faxx b'lower income, jiġifieri nies li jonfqu ħafna u oħrajn li ma tantx jonfqu.", "Hawnhekk fejn l-aktar li s-CET kienet tmur kontra l-essenza tal-ġustizzja soċjali għax l-inqas rata tas-CET kienet ta' 5% fuq is-servizzi.", "Forsi tgħiduli: X'fiha b'daqshekk!", "Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li fid-dinja kollha, mhux f'Malta jew fl-Ewropa biss, l- aktar li jonfqu fuq is-servizzi huma s-sinjuri, min hu sta bene.", "Per eżempju, min juża l-mobile phones?", "Min hu bil-minimum wage, min qed jirreġistra għax-xogħol jew inkella min għandu ċertu income?", "Issa s-CET żgur li kienet tintaxxa l-inqas lil min jonfoq l-aktar fuq is-servizzi, jigifieri lil min l-aktar li kellu income.", "Dik ġustizzja soċjali!", "Dak huwa l-ewwel aspett negattiv tas-CET, li ma kenitx taxxa progressiva mentri l-VAT hija taxxa progressiva.", "Mr Speaker, l-ebda kelliem ta' l-oppożizzjoni ma semma l-ikbar aspett soċjali tal-VAT, jiġifieri li meta ġiet introdotta nkixfu aktar minn 4,000 impjieg li kienu moħbija fl-ekonomija s-sewda u kienu qed jevadu t-taxxi li suppost iħallas kulħadd.", "Issa jekk intom partit li temmnu fil-ġustizzja soċjali, huwa importanti li temmnu fil-prinċipju li kulħadd għandu jħallas taxxa skond kemm jiflaħ.", "Is-sabiħa hi li wara li ġiet introdotta l-VAT u ħarġu fil-beraħ dawk l-4,000 impjieg, ġara li fl-aħħar sentejn, wara li daħlet is-CET, dawn l-impjiegi reġgħu bdew jgħosfru bil-mod il-mod u fejn marru ma nafux.", "Żgur li baqgħu jaħdmu imma reġgħu marru fl-ekonomija s- sewda.", "Jiġifieri reġgħu bdew jaħdmu nies li mhux qed jikkontribwixxu għall- Kaxxa ta' Malta.", "Dan huwa l-ħaqq soċjali li rridu naspiraw lejh?", "MR SPEAKER: Onorevoli, se jkolli ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru tal-Finanzi jressaq l- Aġġornament tal-Kamra, jekk jogħġbu.", "Fil-5.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista -Estimi Ġenerali 1999 Id-Disa' Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru tal-Finanzi", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it- Tnejn, 14 ta' Diċembru 1998 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fil-5.00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "XUFIER - TRAPJANT TAL-KLIEWI", "2015.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wieħed li ismu u l-ID Card number tiegħu qed jintbagħtu separatament li billi huwa każ ta' trapjant tal-kliewi kien ġie assenjat xogħol ta' driver biex ma jbatix fl- amministrazzjoni preċedenti, u issa reġgħuh lura jaħdem bix-xift D, N, R, u O bi tbatija kbira għal saħħtu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-impjegat tal-Malta International Airport p.l.c. li qed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Interpellant kien ġie assenjat xogħol ta` Driver taċ-Chairman fuq bażi ta` Day, Day, Off, Off, fuq deċiżjoni taċ-Chairman preċedenti b`effett mis-7 ta` Jannar, 1998 qabel liema data hu kien jaħdem fuq bażi ta` Day, Night, Rest, Off, kif fil-fatt reġa tqabbad jibda jaħdem issa.", "Fil-perijodu li hu kien jaħdem bis-sistema ta` Day, Night, Rest, Off, qabel is-7 ta` Jannar 1998, hu qatt ma lmenta mal-Management ta` l-MIA li din is- sistema ta` xogħol kienet ta` xi tbattija għal saħħtu, għalkemm kien ilu li diġa għamel l-operazzjoni tat-trapjant tal-kliewi.", "Meta tkellem maċ-Chairman preżenti dwar il-problema tiegħu, l-impjegat kien infurmat li jekk iġib ċertifikat mediku li s-shift work kien qed jagħmel ħsara lil saħħtu, l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu kienu jiġu riveduti.", "XEMXIJA - XOGĦLIJIET", "1811.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tal-budget ta' l-1999 ix-xogħlijiet tal- bankini, asfaltar jew tarmac ta' Triq il-Preistorja, Triq Imġiebah u Triq il-Maqdes Megalitiku fix-Xemxija?", "Jekk iva, meta se jsiru x-xogħlijiet u jekk le, għaliex?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat- tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).", "NAC", "1827.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn kien id-diżastru li qal li sab fin-NAC meta ħa r-responsabbilta' tiegħu wara l-5 ta' Settembru?", "Jista' jinforma lill-Kamra fejn mar lura dan iċ-ċentru kif kien jallega hu meta kien fl-oppożizzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf eżatt x'ħalla fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura f'San Luċjan.", "Id-diżastru qed isemmih hu stess.", "L-Onor.", "Noel.", "Farrugia missu jaf ukoll li Ċentru ta' l-Akwakultura bħal ta' San Luċjan ma jista' qatt iservi skopijiet kummerċjali u fl-istess ħin iservi bħala ċentru ta' riċerka tal-ħut.", "DJAR - MELLIEĦA - TA' PENNELLU", "1828.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li jsiru l-lifts fil-Qasam tad-Djar Ta' Pennellu, fil-Mellieħa?", "Kemm fil- fatt hu n-numru ta' familji residenti f'dan il-Qasam tad-Djar?", "Billi x- xewqa tar-residenti ilha s-snin li jkollhom ġnien f'dawn l-inħawi, jista' l- Ministru jara li jikkordina mad-dipartimenti konċernati sabiex dan ix- xogħol fuq il-ġnien jinbeda fil-ġejjieni qarib?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għal mistoqsija parlamentari Nru. 409 u 639 dwar il-possibilta' ta' stallar ta' lifts f'bini tal-Gvern.", "Rigward il-possibilta' li jsir il-ġnien f'Ta' Pennellu, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dan l-estate huwa wieħed minn dawk li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu ppjanat li jfassal ġnien fih fis-snin li ġejjin.", "TOROQ - XOGĦLIJIET", "1829.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi jirriżulta li numru kbir ta' toroq fit-12-il distrett elettorali qatt ma raw wiċċ tarmac, jista' l-Ministru japprova programm ta' xogħlijiet sabiex ir-residenti ta' dawn it-toroq f'Buġibba, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, iż-Żebbiegħ, il-Manikata, il-Baħrija, ir-Rabat u l-Mellieħa jħossuhom ċittadini rikonoxxuti daqs l-oħrajn?", "Fil-fatt, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk it-toroq li se jingħataw it-tarmac fit-12-il xahar li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li bħalissa qed isir il-pjan li biħ diversi toroq fil-pajjiż, inkluż fit-tnax id-distrett elettorali jkunu miksija bit-tarmac kif meħtieġ.", "SPORTS - SPORTIVI TAL-MUTURI TRIALS", "1830.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra li jestendi l-għajnuna lill-isportivi tal- kampjonati nazzjonali tal-muturi trials u motorcross sabiex jiġu eżentati milli jħallsu d-dazji u registration fees ta' dawn il-muturi peress li ma jintużawx għas-sewqan fit-toroq, imma jintużaw biss għall-kompetizzjonijiet sportivi?", "Billi din hija nġustizzja u qed iċċaħħad anke milli jikber dan l- isport f'Malta, jista' l-Ministru jintroduċi skema ġdida għall-Budget li ġej sabiex ma tkomplix issir inġustizzja ma' dawn l-isportivi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-eżenzjoni mit-taxxa hija prerogattiva tal-Ministeru tal-Finanzi.", "Għalhekk kull talba għall-eżenzjoni għandha ssir direttament lil dan il-Ministeru mill-għaqdiet sportivi.", "Kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-meritu tagħha.", "MELLIEĦA - SIĠAR TAL-PRINJOL", "1831.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif u għaliex qed ikun permess li jitqaċċtu s-siġar tal-prinjol li hemm fl-Aħrax ta' ġewwa, fil- Mellieħa?", "Kemm fil-fatt tqaċċtu siġar u għaliex?", "Jista' l-Ministru jara li ma tkomplix issir din il-ħsara u ċioe' jirrimedja b'konsultazzjoni mal- Kunsill Lokali tal-Mellieħa, ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, mad- Dipartiment ta' l-Ambjent u ma' l-ALE sabiex ma jkomplix isir aktar dan l- abbuż?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma ngħata l-ebda permess biex jitqaċċat xi prinjol fl- Aħrax ta' ġewwa fil-Mellieħa.", "Sar rapport lill-ALE tal-Pulizija malli waslet l-informazzjoni dwar dan lill-Ministru.", "Barra minnhekk il-Ministeru diġa' ta struzzjonijiet lid-dipartiment biex minn din is-sena ma jibqax isir tqaċċit tas-siġar tal-prinjol biex jintużaw bħala Christmas Trees, liema tqaċċit kien ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent Malti.", "B'dan il-mod il-Gvern qed juri b'mod konkret li bil-fatti qed jieħu l- miżuri kollha, biex jipproteġi u jikkonserva l-ambjent naturali ta' pajjiżna.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "2292.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta u jekk Malta ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, kif dan jaffetwa l-kondizzjonijiet ta' l-għalliema?", "Veru li l-kondizzjonijiet ta' l-għalliema Maltin huma l-aħjar fost il-pajjiżi Ewropej?", "Tista' l- Unjoni Ewropea timponi tibdil f'dan ir-rigward?", "Jista' l-Ministru jagħti comparative analysis ma' dawk tal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bi sħubija fl-Unjoni Ewropeja l-għalliema Maltin għandhom jibbenefikaw minn parteċipazzjoni fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropeja.", "Jekk il-kundizzjonijiet ta' l-għalliema humiex l-aħjar jew le fost il- pajjiżi Ewropej, ma nistax ngħid għax dan il-ġudizzju irid ħafna studju dettaljat.", "M'iniex f'pożizzjoni li nagħti comparative analysis tal- kundizzjonijiet ta' l-għalliema Maltin vis-a-vis il-pajjiżi ta'l-Unjoni Ewropeja.", "SPTAR SAN LUQA - PERSUNA B'ARMA TAN-NAR", "2300.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk jafx min kienet dik il-persuna li skond kif ġie rrapportat fuq il-mezzi tax-Xandir nhar il-ġimgħa 13 ta' Novembru, 1998 kienet qed iġġorr arma tan-nar fl-Isptar San Luqa?", "Jekk il-Ministru jaf, jista' jgħid x'kienet u kemm tiswa l-ħsara li saret meta din l-arma sparat?", "Jista' jgħid ukoll jekk humiex se jittieħdu passi kriminali kontra l- persuna nvoluta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każ li ghalih qiegħed jirreferi ghalih l-Onor.", "Interpellant hu f'idejn il-pulizija.", "S'issa l-persuna għadha ma gietx identifikata, izda jekk dan iseħħ, zgur li jittieħdu passi kriminali kontra tagħha.", "Il-ħsarat li saret meta l-arma sparat ikkaġunat toqba żghira fis-saqaf tal- kurutur li jinfed mill-Isptar San Luqa ghal Karen Grech Theatre.", "Din il- ħsara hi kunsidrata minima.", "ĦABS ĠDID", "2301.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża tal-ħabs il-ġdid li qed jinbena?", "Meta se jkun lest?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux se jkun hemm klinika adegwata tajba biżżejjed bi staff mediku ta' tobba u nurses, biex meta xi priġunier jiġrilu xi ħaġa ma jintbgħatx fl-Isptar Monte Carmeli ta' Ħ'Attard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-ewwel fażi tal-bini tal-proġett tal-Ħabs ta' Kordin li huwa stmat li tiswa madwar Lm883,948 mistennija li titlesta għal Frar tal-1999.", "It-tieni fażi tal-proġett huwa stmat li se jkun jiswa madwar Lm2,810,000 u huwa maħsub li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2001.", "Peress li għad irid isiru negozjati mal-kuntrattur dwar l-istima finali tal-proġett, il-figura kkwotata għat-tieni parti tista' tvarja.", "Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-ħabs diġa' teżisti faċilita' ta' tobba u nurses li jkopru erba' u għoxrin siegħa kuljum.", "Hu maħsub li meta jitlesta l-ħabs il-ġdid ikun hemm faċilita' fejn jiġu rikoverati priġunieri dment li dawn ma jkunx hemm bżonn li jittieħdu l- isptar għal xi operazzjoni jew intervent ieħor (kirurġiku jew mentali) li ma jkunx jista' jsir fil-ħabs stess.", "SPTAR MONTE CARMELI - WARD 10", "2302.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se jingħalqu l-Ward 10 ta' l-irġiel u dik tan-nisa fl- Isptar Monte Carmeli?", "Jista' jgħid x'se jsiru mill-pazjenti li normalment ikollhom bżonnhom jinżammu fis-single rooms għax jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom jew għal pazjenti oħra?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-problema tal-ward 10 ser tiġi solvuta fis-sena 1999.", "Qiegħed jiġi studjat proġett li permezz tiegħu l-male ward 10 tintuza biss għal prigunieri; il-female ward 10 tiġi adattata bħala medium term unit tan-nisa b'sezzjoni ta' sigurta iżjed moderna u limitata; il-male ward 2 ukoll tiġi adattata bħala medium term unit ta' l-irġiel b'sezjoni ta' sigurta' moderna u limitata; il-female ward 6 issir mixed short stay acute admission ward (bħal ta' St. Luke's u Għawdex) b'mixed day living area u b'sezzjonijiet ta' rqad separati.", "Din l-aħħar unit tiġi eventwalment trasferita għall-isptar il-ġdid, Tal-Qroqq.", "SPTAR MONTE CARMELI - DRUG ADDICTS", "2303.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid għaliex drug addicts qed jiġu riferuti fl-Isptar Monte Carmeli?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' kura dawn jingħataw f'dan l-isptar li ma tistax tingħata f'postijiet oħra?", "Jaħseb il-Ministru li dawn id-drug addicts ma jsofru mill-ebda mard mentali?", "Jaħseb ukoll li meta jkunu hemm jistgħu jkunu ta' ħsara għalihom jew għal ħaddieħor?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Drug addicts ġieli jkollhom problemi oħra ta' natura psikjatrika, jew bħala marda mentali, inkella bħala difett fil- karattru tagħhom, jew inkella bħala mġieba perikoluża kkawżata mill-istat akut ta' l-abbuz tad-droga.", "Ukoll certi tipi ta' abbużi jistgħu huma stess jikkawżaw mard mentali li jirrikjedi li l-pazjent jidħol temporanjament ġo sptar mentali.", "Diversi pazjenti bi problemi differenti jistgħu jkunu ta' ħsara għal ħaddieħor u mhux possibbli li l-kategoriji kollha jigu mifrudin minn xulxin.", "Huwa x-xogħol ta' l-isptar illi fejn pazjenti huma mħalltin ma' xulxin, jittieħdu l-mizuri meħtieġa skond ir-riżorsi li jeżistu biex din il-ħsara tiġi minimizzata.", "SIGURTA' SOĊJALI - CHILDRENS' ALLOWANCE", "2304.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għad-diskors tal-Budget mill- Ministru John Dalli, jista' l-Ministru jgħid kemm se jibbenefikaw familji għaċ-childrens' allowance li jkollhom aktar minn ħamest itfal u li d-dħul tagħhom tela' minn Lm10,000 għal Lm13,000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Nru. 2031.", "SKEJJEL - RAĦAL ĠDID - KINDERGARTEN", "2557.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' bini ta' kindergarten ġdid fiż-zona magħrufa bħala ta' Lourdes f'Raħal Ġdid flok dak eżistenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'dan l- istadju għandha prioritajiet oħra.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "2558.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Rigward il- ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku għas-snin 1999-2001, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir konkretament biex iseħħ bil-fatti dak li hemm f'punt 1.1.1. fejn hemm rikonoxxuti l-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini Maltin għall-kwalita' aħjar tas-servizz mill-impjegati tas- Servizz Pubbliku?", "Xi progress jista' jirrapporta dwar l-effiċjenza tas-Servizz Pubbliku dwar dak li ntqal fil-Budget għall-1994 li ż-żidiet fil-pagi ta' l- impjegati tal-gvern \"Dan għandu jittraduċi ruħu f'effiċjenza akbar, produttivita' akbar u servizz aħjar lil pubbliku\"?", "Jaħseb il-Prim Ministru li dak li ntqal fil-Budget għall-1994 seħħ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Biex iseħħu l-inizzjattivi strateġiċi tal- Gvern li hemm elenkati f'paragrafu 1.1. tal-Ftehim Kollettiv, il-Gvern flimkien mal-Unions, se jieħu l-passi kollha neċessarji biex jindirizza b'impenn il-bżonnijiet li jidhru miġbura f'paragrafu 1.3. tal-Ftehim.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor Membru jidher li qiegħed jirreferi għar-Riforma li saret b'seħħ mill-1 ta' Jannar 1991.", "Permezz ta din il-bidla, is-Servizz Pubbliku ttrasforma ruħu minn fuq s'isfel - kemm għall-kapijiet li jinħatru fuq kuntratt u kemm għall-impjegati aktar l- isfel li, permezz tar-Riforma nġabru fi gruppi aktar omoġenji bil-ħatriet u promozzjonijiet isiru fuq bażi ta' mertu aktar milli anzjanita.", "Sar ukoll investiment kbir fl-informatika u fit-taħriġ tal-ħaddiema u dan irriżulta f'effiċjenza akbar u f'servizz aħjar.", "Għalkemm dejjem jibqa lok għal titjib, it-tweġiba għall-aħħar parti tal- mistoqsija hija fl-affermattiv.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "2560.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir matul is-snin 1999-2001, sena b'sena, b'mod konkret biex isseħħ 1.3.3. li hemm imniżżel fil-ftehim kollettiv tas- Servizz Pubbliku dwar taħriġ għall-impjegati pubbliċi biex ikollhom is- snajja' meħtieġa biex jagħmlu b'mod aktar effiċjenti ix-xogħol preżent u futur tagħhom?", "Kemm se jintnefaq fuq dan it-taħriġ?", "F'liema qafas se jsir dan it- taħriġ?", "Min se jmexxih?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-programm li qiegħed ifassal il-Gvern għat- taħriġ tal-impjegati pubblici huwa wieħed estensiv u li huwa mifrux fuq is- setturi kollha fis-Servizz Pubbliku.", "Minbarra s-somma ta' Lm87,000 ivvutata għall-iStaff Development Organisation fl-Uffiċċju tiegħi biex jitwettaq dan it-taħriġ fuq bażi wiesgħa, ġew ivvutati wkoll Lm825,000 għal taħriġ settorali li jitmexxa mill-Ministeri konċernati.", "It-taħriġ fuq bażi service-wide li jitmexxa mill-iStaff Development Organisation ikopri korsijiet speċjalizzati għall-Kapijiet tad- Dipartimenti, korsijiet ta' proċedura, finanzi, riżorsi umani u information technology fost oħrajn.", "Parti minn dan it-taħriġ isir f'istituzzjonijiet barra minn Malta.", "Kif weġibt għall-mistoqsija numru 2342 sejjer ukoll jitkompla l-eżerċiżżju li jiffoka fuq il-kapaċitajiet tal-ħaddiema ndustrijali u kif dawn il- kapaċitajiet jistgħu jiġu żviluppati u wżati b'mod aktar effiċjenti u effettiv.", "Għal dan l-iskop biss ġew ivvutati Lm5,000.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "2590.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta' Novembru u kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qegħda u sabu x-xogħol fl-istess xahar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Settembru 1998 in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 1,234.", "Filwaqt li numru ta' persuni li kienu qegħda u sabu xogħol fl- istess xahar kien ta' 365.", "IMPJIEGI - TFAL TAĦT IS-16-IL SENA", "2591.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li kellhom jew għandhom il-permess li jaħdmu wara li ngħataw permess jitilqu mill-iskola din is-sena?", "Kemm inqabdu tfal jaħdmu bla permess din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu jaħdmu bla permess minn Jannar sa Novembru 1998 hu ta' 34.", "SPORTIVI - TESTING TA' DOPING", "2592.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sportivi li kienu ttestjati pożittivi wara doping test li jsir waqt id-diversi kampjonati f'pajjiżna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mhix il-proċedura li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati tad-doping tests lid-Dipartiment ta' l-Isport.", "KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA - KAŻ TA' PERSUNA", "2596.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ imqajjem mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja?", "Kien hemm xi żviluppi wara l-ittra li ntbagħtet lill-Kummissjoni mill- Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar l-4 ta' Novembru, 1998 (Ref.", "No. OPM/J/33/98)?", "Għaliex id-deċiżjoni li kellha tingħata mill-Kummissjoni dwar il-każ nhar it-3 ta' Diċembru, 1998 baqgħet ma ngħatatx?", "Meta se ssir is-subbasta ta' l-immobbli ta' l-avukat (Ref.", "91/98) li hu nvolut f'dan il-każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant jifhem illi skond l-Art 7 ta' l- Att XI tal-1994, il-proċeduri quddiem il-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u tal-Kumitat għall-Avukati, fi ħdanha, huma koperti bis-sigriet.", "Il-Kummissjoni tirċievi lmenti u mbgħad tikkomunika r-riżultati ta' indaġni tagħha sija lil min ikun għamel l-ilment kif ukoll lil min ikun sar l- ilment dwar l-aġir tiegħu.", "Tiġi mgħarrfa wkoll il-Kamra ta' l-Avukati.", "F'ċerti każijiet id-deċizjoni ssir pubblika.", "Dwar proċeduri ġudizzjarji - b'mod partikolari, il-proċeduri tas-subbasta - la hi kompetenti l-Kummissjoni u lanqas ma jindaħal l-eżekuttiv.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KAROZZI TAL-KIRI", "2609.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1849?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li l-informazzjoni mitluba dwar il- karozzi li huma mikrija mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu hija kif jidher hawn taħt.", "B'kollox il-Ministeru għandu seba' karozzi tal-kiri.", "Tnejn minnhom huma mikrija mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, tnejn mid-Dipartiment tal-Customer Service u tlieta oħra mid- Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.", "Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi", "|Kerrej |Offerta/ |Spiza | | |Direct |kuljum| | |Order | | |Steve's Car |Offerti |Lm3.50| |Hire | | | |Mġarr |Offerti |Lm2.90| |Rent-A-Car | | |", "Dipartiment tal-Customer Services", "|Kerrej |Offerta/ |Spiza | | |Direct |kuljum| | |Order | | |Mġarr |Direct |Lm4.00| |Rent-A-Car |order | | |Frank's |Offerti |Lm4.00| |Garage | | |", "Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp", "|Kerrej |Offerta/ |Spiza | | |Direct |kuljum| | |Order | | |Tony's Car |Offerti |Lm3.85| |Hire | | | |Tony's Car |Offerti |Lm3.85| |Hire | | | |Bahri Garage |Offerti |Lm3.70|", "STA.", "VENERA - TRIQ IL-PALAZZ L-AĦMAR", "2623.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il- problema kbira ta' l-ilma tax-xita li jżomm fi Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta.", "Venera?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex isir kumnikazzjoni mill-maqgħad indikat mill-Onor.", "Interpellant biex l-ilma jkun jista` joħroġ lejn il-Bypass ta` l-Imrieħel.", "STA.", "VENERA - TRIQ IL-BATTERIJA - PLOTS", "2624.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex żewġ plots ta' garaxxijiet fi Triq il- Batterija, f'Sta.", "Venera ma ħarġux għal bejgħ bħalma sar fil-każ ta' plots oħra biswit?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex titwaqqa' kamra li nbniet illegalment f'parti mis-sit fejn jistgħu jinbnew iż-żewġ garaxxijiet imsemmija.", "Malli dan isir, joħorġu l-offerti għal bini tal-garages.", "SKEJJEL - TESTIJIET", "2625.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tifel ilu minn Settembru, 1998 jistenna biex isirlu test biex jiġi stabbilit jekk ibatix minn dyslexia?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Kollega s-servizzi u l-għajnuna għan- nies li jbatu mid-dyslexia għadhom ġodda.", "Għalhekk hemm waiting lists biex it-tfal jieħdu l-għajnuna meħtieġa.", "Lest inkompli nsegwi l-każ jekk ikolli d-dettalji speċifiċi.", "QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "2626.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed isiru appuntamenti għad- dental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi wara sena, per eżempju minn Settembru, 1998 għal Settembru, 1999?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Skond ir-records ta' l-Appuntamenti ghad-Dental Clinic fic-Centru tas-Sahha ta' Hal-Qormi l-ewwel appuntament disponibbli ghal-checkup huwa fi zmien tlitt ijiem, u dak ghall-mili tas-snien huwa fi zmien sitt ijiem.", "Jista jkun il-kaz li jinghata appuntament wara sena jekk ikun kaz ta' follow up ghaliex fl-opinjoni tad-dentist li jkun qed jiehu hsieb il-kaz ma jkunx hemm bzonn li wiehed jarah qabel dan iz-zmien.", "QORMI - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "2627.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idumu ma jingħataw appuntamenti għal mental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-appuntamenti tal-Mental Health Clinic huma tan- natura ta' follow-up.", "Ovvjament, appuntament ta' follow-up jinghata ghad- data meta it-tabib jew l-ispecjalista jidhirlu li hemm bzonn li jigi invistat il-pazjent, liema zmien jista jvarja minn xahar sa sitt xhur.", "Is- sitwazzjoni bhalissa hi li kull pazjent inghata appuntament skond id-data li kien dovut jew mitlub mill-ispecjalista li jarah.", "ETC - ĦADDIEMA TAL-KALAXLOKK", "2628.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il- Gvern għandux il-ħsieb li jressaq l-emenda fil-liġi ta' l-ETC, li ġiet imħejjija mill-Gvern Laburista preċedenti, bil-għan li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk ikunu jistgħu jiġu mpjegati malli jkun hemm vakanzi fis-Servizz Pubbliku u f'entitajiet tal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mill-informazzjoni li għandi s'issa ma tirriżulta ebda informazzjoni dwar xi emenda kif suġġerit mill-Onor.", "Interpellant.", "WSC/ENEMALTA - QTUGĦ TA' SERVIZZI", "2634.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - FLUS MINFUQA", "2642.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "Qed nassumi li l-perijodu li jixtieq li jkun kopert huwa dak bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Diċembru 1998.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - FLUS MINFUQA", "2643.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - FLUS MINFUQA", "2644.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-llum ma sar ebda xoghol fl-ufficini tal-Ministeru tas-Sahha.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - FLUS MINFUQA", "2645.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal- ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Fil-perijodu msemmi, ma ntnefqu l-ebda flus biex jiġu rranġati l-uffiċini.", "MINISTERU TA' L-INTERN - FLUS MINFUQA", "2646.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru, 1998, s'issa l-ispiża li saret sabiex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru ta' l- Intern kienet tammonta għall-Lm5,430.59, li huma relatati prinċipalment max- xogħol għall-uffiċini ġodda tas-Segretarju Parlamentari.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - KIRI TA' KAROZZI", "2654.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2119?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Membru fil- Mistoqsija Parlamentari Nru 2119 għadu qed jinġabar.", "Tweġiba tingħata aktar 'il quddiem", "ŻABBAR - VULTAĠĠ BAXX", "2655.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għal dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm vultaġġ baxx b'mod persistenti f'ħafna nħawi ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "TA' ĠIORNI - BERĠA", "2656.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1962, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti ċioe' jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jiftaħ berġa f'Ta' Ġiorni peress li l-area msemmija tinsab 'il bogħod mill-bereġ li semma fir-risposta speċjalment għall-anzjani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta hi fin-negattiv.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - GĦAJNUNA MEDIKA", "2657.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament huwiex intitolat biex jirċievi l- għajnuna medika?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ- ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, u dan b'ittra tal-14 ta' Diċembru 1998.", "TRIQ REĠJONALI - COACHES/MINIBUSES", "2658.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1956, jista' l-Ministru jikkonsidra li jagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jinforzaw il-Liġi tat-Traffiku fis-sens kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għall- liema regolamenti tat-traffiku qed jirreferi.", "MELLIEĦA - PERIKLU FIL-BYPASS", "2659.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1868 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout?", "Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?", "Jaf il-Ministru li l- inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkunu telgħin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ħadt passi biex flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq isir ix-xogħol meħtieġ.", "BAĦAR IĊ-CAGĦAQ - KURVA PERIKOLUŻA", "2660.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1869 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il- kurva perikoluża mmens li hemm fi Triq Baħar iċ-Cagħaq viċin it-Torri ta' l- Għallis?", "Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jiddentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid- disinn jew tfassil ta' din il-kurva?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li diġa beda xogħol ta` tiswija fit- triq ta` Baħar iċ-Ċagħaq minn naħa tas-Salini lejn St Andrews u l-asfalt fil-kurva ndikata mill-Onor.", "Interpellant ser jitranġa waqt dan ix-xogħol.", "SAN ĠILJAN - PALAZZO SPINOLA", "2661.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1908, jaf il-Prim Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li għamel talba biex juża l-Palazzo Spinola bħala uffiċini mill-1993?", "Jidhirlu l-Prim Ministru li għadda żmien biżżejjed biex wieħed ikompli jikkonsidra din it-talba?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'din il-konsiderazzjoni hijiex se tingħata lil Kunsill ta' San Ġiljan li wara kollox huwa l-gvern lokali ta' dan il-lokal?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- propjeta` msemmija kienet tappartjeni lill-Knisja Maltija (Abazzia Spinola) u għalkemm kienet għaddiet fil-pussess tal-Gvern Malti permezz ta` Dikjarazzjoni Presidenzjali għal skopijiet pubbliċi, kienet ġiet ippreżentata kawża fil-Qorti Maltija mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.", "Wara li dan is-sit kien użat mill-Malta International Business Authority (MIBA), fi Frar 1997 il-Ministeru tat-Turizmu kien ħa pussess ta` dan il-bini billi kellu l-ħsieb li Palazzo Spinola jinbidel f'ċentru tal-World Tourism Organisation.", "Il-linja ta` politika ta` dan il-Gvern rigward użu ta` artijiet/propjeta` pubbliċi hija dik ta` aktar devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali u għaldaqstant it-talba ta` dan il-Kunsilll rigward dan is-sit tista` tiġi kkunsidrata f'dan il-kuntest.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - KIRI TA' KAROZZI", "2662.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1901, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm għandhom karozzi mikrija d-dipartmenti kollha li jaqgħu taħtu dipartment b'dipartiment?", "Kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti li saru sarux wara ħruġ ta' l- offerti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi n-numru ta' karozzi tal-kiri li hemm fil-Ministeru u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' 59.", "Dawn qegħdin imqassma hekk: Building & Engineering Department 11 B.I.C.C. 2 Construction & Maintenance Department 4 Central District Office 1 Drainage Department 5 Finance & Administration Department 6 Manufacturing & Servicing Department 1 Storm Water System Unit 1 Waste Management 2 Ministry 10 Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent 16", "Il-kuntratti saru wara l-ħruġ ta' offerti.", "NAXXAR - DRENAĠĠ", "2666.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jibda x-xogħol fi Triq Andrea Debono, Naxxar, kemm bħala xogħol tas-sistema tad-drenaġġ kif ukoll mil-lat ta' xogħol ta' surfacing ta' l-istess triq?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex issir spezzjoni biex jara x'baqa' jsir xogħol f'din it-triq.", "Wara li jiġi identifikat ix-xogħol li baqa' tinħareġ l-offerta.", "PA - POSTIJIET SKEDATI", "2667.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-postijiet skedati ġewwa l-lokalita' tal- belt ta' Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm erba' proprjetajiet skedati f'Ħaż Żabbar li huma kif jidher hawn taħt :", "INDIRIZZ GN NO GN DATE GRAD TA' PROTEZZJONI -", "16, Triq iċ- Cimiterju 313/98 17-04-98 2", "Nos 6-7, Triq Bajjada 404/98 19-05-98 1", "Windmill, Triq iz-Zejtun 722/95 17-11-95 1", "Entrenchments from Ricasoli to Ras iż-Żonqor, l/o Zabbar 729/95 23-11-95 1", "PA", "2669.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-istatus, jiġifieri jekk hijiex protetta eċċ., ta' pill box fi Triq Apap Bologna ġewwa Marsascala?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-post ta' difiża jew aħjar il- Command Post tat-Tieni Gwerra Dinija fit-tarf ta' Triq Apap Bologna kienet skedata fis-7 ta' April 1997 skond l-avviż GN 241/97 u kif muri fil-pjanta annessa ma' l-istess avviż b'riferenza numru 658/96.", "Il-proprjeta' msemmija hi ta' Grad 2 li skond il-Pjan ta' Struttura (Policy UCO 7) tfisser :", "Buildings of some architectural or historical interest or which contribute to the visual image of an Urban Conservation Area.", "Permission to demolish such buildings will not normally be given.", "Alterations to the interior will be allowed if proposed to be carried out sensitively and causing the least detriment to the character and architectural homogeneity of the building.", "MARSASCALA - TOROQ", "2671.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Sqaq San Gejtanu (maġemb il- Knisja ta' San Gejtanu) li jagħti għat-Torri l-Aħmar limiti ta' Lambordi ġewwa Marsascala jingħata wiċċ tal-konkos jew bitmac peress li qed ikun ta' inkonvenjent għal numru kbir ta' bdiewa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li din it-triq hija kkunsidrata bħala Farm Road, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PA - POSTIJIET SKEDATI", "2672.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk razzett antik fi Triq San Ġużepp (faċċata ta' Triq Sant'Antnin) ġewwa Ħaż-Żabbar huwiex bini skedat u xi pjani hemm fuq dan il- bini?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fl-inħawi ta' Triq San Gużepp u Triq Sant' Antnin tal-Plier, f'Ħaż Żabbar, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma skedat l-ebda proprjeta'.", "Din iz-zona qiegħda wkoll barra z-zona ta' konservazzjoni urbana.", "L-Environmental Management Unit tkun interessata tiskeda dan ir-razzett jekk huwa ta' interess storiku u kulturali u tkun grata jekk tiġi sottomessa pjanta u l-proprjeta' msemmija tkun immarkata għal-investigazzjonijiet ulterjuri.", "Dan l-inħawi huwa rik b'eżempju ta' arkittettura vernakulari.", "DJAR - BORD", "2676.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord li jalloka djar fuq bażi soċjali matul din is-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-Housing Advocacy Board li jirrikmanda każijiet fuq bażi soċjali, matul din is-sena ltaqa ħames darbiet.", "ADULT TRAINING CENTRE - HEAD", "2681.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kif wara li għall-ħabta ta' Mejju/Lulju saru l-interviews għal Head of Centre ta' l-Adult Training Centre s'issa għadu ma ħareġ ebda riżultat uffiċjali?", "Jista' l-Ministru jispjega kif l-interviewers ikunu jafu riżultat min qabel ma jiġi ppubblikat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-interviews għall-postijiet ta' Head of Centre ta' l-Adult Training Centre saru f'April u r-rakkomandazzjonijiet tas- Selection Board intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku f'Mejju jiġifieri qabel l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru.", "Għalhekk il-Ministeru tiegħi ma kellu x'jaqsam xejn mal-interviews u mar-rakkomandazzjonijiet tas- Selection Board.", "Ma nistax nifhem it-tieni parti tal-Mistoqsija għax l-interviewers huma l- membri tas-Selection Board u jkunu huma stess li jiffirmaw ir-riżultat ta' l-interviews.", "PA - MINUTI TAL-BORD", "2682.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk il-minuti tal-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (bħala korporazzjoni pubblika) humiex uffiċjalment pubbliċi?", "Jekk iva, meta ġew ippubblikati l-aħħar dawn il-minuti?", "Jekk le, x'aċċess jeżisti għalihom?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant huwa infurmat illi dawn il-minuti mhumiex pubbliċi u huma aċċessibbli biss għall-membri tal-bord.", "PA - IMPJEGATI", "2683.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont iddettaljat ta' kemm mill- impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhom karozza jew car allowance jew it-tnejn li huma?", "Jista' jgħid ukoll: (a) kemm hemm impjegati li għandhom karozza jew car allowance jew it-tnejn li huma, fil-kuntratt tagħhom; (b) liema gradi u karigi jokkupaw dawn l-impjegati; (ċ) id-dati ta' meta ngħataw il-karozzi u l-allowances in kwestjoni; u (d) kemm hemm xufiera u karozzi impressed jaħdmu ma' l-awtorita' jew mqabbda fuq bażi kuntrattwali?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DIRETTORAT TA' L-IPPJANAR - MANAGEMENT", "2684.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jipprovdi rendikont iddettaljat tal-kondizzjonijiet, benefiċċji u bonuses kuntrattwali li għandhom l-membri individwali tal-management tad- Direttorat ta' l-Ippjanar inkluż ż-żewġ diretturi?", "Jista' l-Ministru jipprovdi ukoll rendikont tal-performance bonuses li ngħataw lid-Direttur ta' l-Ippjanar, lill-managers individwali u lill- impjegati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SUBSTANCE ABUSE THERAPEUTIC UNIT", "2687.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta twaqqaf is-Susbtance Abuse Therapeutic Unit?", "X'inhu l-irwol tiegħu?", "Kemm hemm priġunieri f'dan il-unit?", "Hemm il-ħsieb li jiżdiedu l-priġunieri f'dan il-unit?", "X'sar minn dan il-unit fis-sena u nofs li għaddew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-Substance Abuse Therapeutic Unit ġiet imwaqqfa f'Ottubru 1996 f'Diviżjoni VII tal-Ħabs.", "L-irwol ta' din il-Unit huwa li tkun ta' għajnuna permezz ta' programm ta' rijabilitazzjoni għal dawk il-priġunieri li għandhom problema tad-droga u alkoħol u li, volontarjament, ikunu jridu jagħmlu dan il-programm.", "Fil-preżent hemm 14-il priġunier f'dan il-Unit.", "It-tkabbir ta' dan il-Unit qiegħed jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' l-esiġenzi tad-diversi priġunieri li jidħlu fil-Ħabs.", "Fis-sena u nofs li għaddew, il-Unit kompliet tagħti programm ta' rijabilitazzjoni lill-inmates li ntgħażlu għal dan il-għan u fl-istess waqt kompla għaddej ix-xogħol ta' rranġar fl'istess Unit.", "F'Marzu ta' l-1997 il- Unit ġiet trasferita għal dik li kienet l-iskola ta' l-Imtaħleb.", "Il-Unit hi attrezzata biex titħaddem independentiment mill-Ħabs.", "Matul dan il- perijodu għaddew mill-programm ta' rijabilitazzjoni 100 priġunier.", "Din il- Unit qed tagħti servizz ta' kommunita` fuq bażi regolari f'Dar il-Kaptan l- Imtarfa.", "PA - REF.", "PAB 587/95/E", "2688.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2419 u dan b'riferenza għall-PAB 587/95/E rigward l-iżvilupp fil-Qawra wara deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appelli kontra l-istess applikant?", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien infurmat li b'referenza għad-domanda parlamentari 2419 segwita b'2688 irid jingħad illi l-każ inbeda bi ħruġ ta' ordni ta' infurzar ECF 451/94 nhar il-31 ta' Awissu, 1994.", "Appell minn din l-enforcement ġie dikjarat invalidu fis-26 ta' Jannar, 1998.", "Sussegwentement, applikazzjoni PA 443/98 ġiet sottomessa fis-27 ta' Jannar, 1998 u rifjutata fit-8 ta' April, 1998.", "Fiċ-ċirkostanzi l-każ qiegħed jiġi eżaminat sabiex jittieħdu dawk il-passi neċessarji skond il-liġi u possibilment segwiti bit-tneħħija tal-ksur b'azzjoni diretta mill-Awtorita` għas-spejjeż tas-sid.", "PULIZIJA - LIĊENZJA TAS-SEWQAN", "2689.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2418 dwar applikazzjoni għal-liċenzja tas-sewqan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2418 ingħatat f'Seduta 29.", "WSC - ĦLAS TA' OVERTIME", "2690.", "L-ONOR.", "JOHN VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime direttament mill- Korporazzjoni Enemalta lill-impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma li ismu qed jintbagħat separatament matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mill-1988 sa 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f`xi seduta oħra.", "MOSTA - HOPE STREET - NO PARKING ZONE", "2691.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara min ta l-ordni u taħt liema permess skond il-liġi ngħatat din l-ordni biex żona f'Hope Street, Mosta fejn dan l-aħħar saret bus shelter ġie wkoll dikjarat no parking zone?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ILMA - SISTEMA TA' DISTRIBUZZJONI TA' L-ILMA", "2692.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx maħsub xi titjib fis- sistema ta' distribuzzjoni ta' l-ilma li joħroġ mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' l-impjant ta' Sant'Antnin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "SAN VINĊENZ DE PAULE - BINI TA' DINING ROOM", "2693.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-pjanti jew dettalji oħra fit-twettiq tal-proġett ta' bini ta' dining room fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule li kien imbeda taħt l- Amministrazzjoni Laburista?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward ir-refurbishment tad-Dining Room fir- Residenza San Vinċenz ma sar l-ebda tibdil fil-pjanti oriġinali.", "Nista ngħid li sar xi tibdil żgħir f'xi dettalji u żgur li x-xogħol sar aktar bil- ħeffa milli kif kien qed isir qabel.", "Inżid ngħid li billi rajna li ma kienx fiħ sens li jsir refurbishment tad-Dining Room u tħalli l-bitħa ta' ħdejha u l-kuriduri ta' madwar il-bitħa fl-istat miżeru li kienu, kemm il- bitħa u kemm il-kuriduri ġew miksija b'madum apposta u saret ukoll upgrading ġenerali ta' dawn l-inħawi.", "ANZJANI - DAY CENTRES", "2694.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l- attendenza fuq bażi ta' daily average f'dawn l-aħħar tmien xhur f'kull day centre ta' l-anzjani taħt it-tmexxija tal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MTARFA - FTUĦ TA' DAY CENTRE", "2695.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kellux xi laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u ta' l-Imdina dwar il-ftuħ ta' day centre fid- dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Is-Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru kellu laqgħat mall-Kunsill Lokali tar-Rabat u ta' l-Imdina.", "F'dawn il- laqgħat tkellmu wkoll dwar id-Day Centre ta' l-Imtarfa, li suppost kellu jinfetaħ fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti u baqa' ma nfetaħx.", "ANZJANI - DAY CENTRE F'TAS-SLIEMA", "2696.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat tat-tmexxija ta' l-anzjani fid-day centre ta' Tas-Sliema li kien twaqqaf b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti?", "X'suġġerimenti qiegħed jagħmel għat-titjib fit-tmexxija tal-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2696 qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - AĠĠUSTAMENTI FIL-PJANIJIET", "2697.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Billi dan l-aħħar intqal fil-Parlament mis- Segretarju Parlamentari f'dan il-ministeru li kien hemm xi aġġustamenti fil- pjanijiet ta' titjib li kienu ppjanati mill-Amministrazzjoni Laburista, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif kienu dawn il-pjanti oriġinali u kif ġew emendati issa?", "Min għamel jew kien involut fil-pjanijiet oriġinali u min kien involut fit-tibdil li sar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Risposta għal din id-domanda ma tistax tiġi kkunsidrata billi m'hemmx spjegat għal x'hiex qiegħed jirreferi l-Onor.", "Interpellant.", "SAĦĦA - ENROLLED NURSE", "2698.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2281 tat-3 ta' Diċembru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mistoqsija parlamentari 2281 twiegbet fis-seduta numru 31", "SKEMA AWŻILJARI - ĦADDIEMA", "2699.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1741 imwieġba mill-Ministru għall- Politika Soċjali, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar x'passi qiegħed jieħu l-MPO dwar dawn il-ħaddiema?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kif wiegħed il-Gvern fid-diskors tal-Budget tal-1992, il-ħaddiema kollha meqjusa bħala rregolari jew temporanji ġew mogħtija impjieg fiss b'effett mill-1 ta' Jannar, 1992.", "Dan l-arranġament kien ikopri dawk il-ħaddiema li kienu jew riedu jidħlu fl- iskema ta' l-Awżiljari sal-31 ta' Awissu, 1991.", "Ġara iżda illi daħlu wara din id-data madwar 90 ħaddiem ieħor li allura mhumiex koperti b'dan l-arranġament u, qabel ma l-impjieg ta' dawn jiġi regolarizzat, wieħed irid jara sew l-implikazzjonijet ma l-Awtorita Nazzjonali tax-Xogħol u l-Korporazzjoni ta' l-Impjiegi u Taħriġ.", "Dawn l-implikazzjonijiet qegħdin jiġu mistħarrġa, wkoll fil-qafas tal- wegħda tal-Gvern fil-Programm Elettorali li ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals isiru tal-fiss.", "SWDP", "2700.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta mara tiġi msawta u l-każ jidħol fl-SWDP u tiġi riferuta għal shelter, l-SWDP tibqa' ssegwi l-każ?", "Jekk iva, b'liema mod?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta mara tiġi rreferuta għal shelter mit-Taqsima Vjolenza fid-Dar ta' l-SWDP, din tibqa' tiġi segwita mis-Social Workers tat- taqsima.", "Dan isir billi: Waqt li l-persuna għadha ġo shelter:.", "Jiġu ffaċilitati kuntatti mal-pulizija fir-rigwared ta' rapporti jew ċertifikati mediċi..", "Jingħata support billi jsir counselling mal-mara abbużata. .", "Tingħata għajnuna billi jiġu analiżżati l-alternattivi kollha u l-konsegwenzi ta' l- alternattivi u tittieħed deċiżjoni fuq l-aħjar alternattiva. .", "Jiġi aċċertat li t-tfal li hemm mal-mara jissetiljaw fix-shelter u wkoll jekk ikun hemm il-bżonn jiġi ffaċilitat it-tibdil fl-iskola (mill-lokalita' tad- dar tal-persuna għal-eqreb lokalita' tax-shelter). .", "Jiġi ffaċilitat kuntatt legali jekk ikun hemm bżonn. .", "Isiru case conferences u case review ma' min imexxi ix-shelter, u min ikun qed jgħin il-mara minn naħa tax-shelter. .", "Jekk ikun hemm il-bżonn jiġi ffaċilitat li l-mara tibda tieħu assistenza soċjali jekk tikkwalifika għaliha. .", "Isir xogħol ta' advocacy mad-Dipartiment tas-Social Housing jekk il-mara tiddeċiedi li se tissepara u jkollha bżonn post fejn toqgħod. .", "Jekk il-persuna tiddeċiedi li se tissepara tiġi akkumpanjata l-Qorti skond il-bżonn. .", "Jekk il-persuna tkun tixtieq terġa' tirritorna d-dar, is-Social Workers tat-Taqsima jaħdmu sabiex hi u wliedha ma jkunux f'periklu. .", "Tiġi ffaċilitata għajnuna lil min ikun qed jabbuża.", "Meta din titlaq mix-shelter, l-għajnuna tibqa' tingħata wkoll.", "VJOLENZA DOMESTIKA - WHITE PAPER", "2701.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti lista tan-nies li ħadmu fuq il-white paper li ħarġet din is-sena fuq il-vjolenza domestika?", "X'inhi l-professjoni tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra .", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - DIPARTIMENTI", "2702.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid liema dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu żar u f'liema data żar kull dipartiment f'kull każ?", "Liema kienu d-dipartimenti li ma żarx sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant."]} {"filename": "20030203_863d_par.doc", "date": "2003-02-03", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 863 It-Tnejn, 3 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 863", "It-Tnejn, 3 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "863", "It-Tnejn, 3 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 67", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 67", "TQEGĦID TA' KARTI 71", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR KUNTRATTI GĦAL TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA`", "IN KONNESSJONI MAL-PROĠETT TAL-CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL", "MILL-KONSORZJU VISET 72", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI (KUMITAT U TIELET QARI)", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL (COMMITTEE STAGE AND THIRD READING) 74", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI (IT-TIENI QARI)", "MEDICINES BILL (SECOND READING) 76", "AĠĠORNAMENT 95", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 100", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 862 li saret fid-29 ta' Jannar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' SUGAR CANE U SUGAR BEET", "38184.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ ta' sugar cane u sugar beet, jista' jispjega kif l-ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni Ewropea huma orħos u għad iridu jorħsu aktar ladarba titneħħa l-levy, biex issa se jkollna ndaħħlu levy fejn m'hemmx fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Jista' il-Ministru jgħid għalfejn se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill-Unjoni meta llum dawn nixtruhom orħos?", "Għaliex se jkollha tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija?", "Kemm kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sija meta sar l-istudju mill- istitut agronomiku ta' Bari kif ukoll fiż-żmien meta ġew iffinalizzati n- negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li Malta ma timportax sugar cane jew sugar beet imma timporta biss zokkor.", "Għal dan il-għan aħna nnegozjajna biex għal seba' snin wara s-sħubija, pajjiżna jibqa' jimporta z-zokkor bi prezzijiet preferenzjali billi d- differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38118.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' ġentilment il-Ministru jgħidilna minn liema sors jiġi z-zokkor li jidħol Malta?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nafx ngħid b'eżattezza minn liema sors jiġi z-zokkor li jidħol Malta għax probabbli li huwa taħlita ta' sugar cane u sugar beet.", "Biss kulħadd jaf li aħna ma nimportawx il-materja prima imma nimportaw zokkor proċessat.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq ikun jaf il-persentaġġ li jiġi mix-sugar cane u l-persentaġġ li jiġi mix-sugar beet, jien lest li nitlob lit-tekniċi tad-dipartiment biex jekk għandhom din l-informazzjoni ngħadduhielu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħidilna x'inhuma l-prezzijiet interni u dawk esterni taz-zokkor?", "Il-persentaġġ li se jkun issussidjat ikopri d-differenza kollha tal-prezz jew parti minnha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Hawnhekk qed nitkellmu fuq special supply measures.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kienet ittieħdet is-sena 1999 bħala s-sena bażi biex fuqha setgħet tinħadem iċ-ċifra tad-differenza fil-prezz li qed jitlob li jkun jaf l-Onor.", "Interpellant, Mr Speaker.", "Naturalment din iċ-ċifra ma tistax tiġi ffissata għall-eternità għax bħalma jaf kulħadd, il-prezzijiet ivarjaw skond ir-regoli tas-suq, skond il- provvista u d-domanda li jkollok.", "Meta għandek supply abbundanti u demand żgħira, allura l-prezzijiet jinżlu.", "Bil-maqlub, jekk għandek domanda qawwija iżda provvista baxxa – ngħidu aħna, minħabba l-effetti tal-klima, forsi għax ma tkunx għamlet xita jew inkella tkun għamlet ħafna xita li faqgħat kollox - allura l-prezz tistennieh li jogħla.", "Naturalment il-varjazzjoni fil-prezz taffettwa kemm is-suq ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-suq internazzjonali.", "Jiġifieri nerġa' ngħid li d- differenza fil-prezz li jrid ikun jaf l-Onor.", "Interpellant tiddependi fuq id-diversi ċirkostanzi marbuta mal-provvista u d-domanda tas-suq u trid tara kif tkun kull sena.", "Għaliex jekk f'sena d-differenza bejn il-prezz ta' l-Unjoni u l-prezz internazzjonali tkun ta' Lm2 kull tunnellata, inti trid tissussidja dawk iż-Lm2.", "Hawnhekk aħna ħdimna pakkett ta' sussidju għas-seba' snin ta' wara s- sħubija fuq l-importazzjoni ta' ċereali, zokkor, laħam aħmar u ċerti prodotti magħmula mil-laħam, bħall-corned beef u l-luncheon meat, u semi- processed tomato product, u ħadna inkonsiderazzjoni l-ammonti li ilna nimportaw over the years.", "Ejja nieħdu z-zokkor fejn kull sena nimportaw madwar 35,000 tunnellata.", "Dawn il-35,000 tunnellata se jiġu importati għall-ewwel seba' snin ta' wara s-sħubija b'din l-iskema li għadni kemm semmejt, fejn tiġi ssussidjata d-differenza bejn il-prezz li konna nixtru bih qabel u l-prezz ta' wara s-sħubija.", "Biss hawn irrid nagħmilha ċara li jekk ġie stabilit li aħna nimportaw ċertu ammont, per eżempju, madwar 62,000 tunnellata fil-każ tal-qamħirrun, se jkun hemm sussidju għal dawk it-62,000 tunnellata biss.", "Jiġifieri żgur li mhux se nġibu aktar mit-62,000 tunnellata ħalli imbagħad nerġgħu nibagħtuh barra.", "Dan ma jistax isir.", "Hawnhekk għandna ftehim biex tkun issussidjata d-differenza fil-prezz fuq ammont stabilit għall-konsum lokali.", "Over and above dak l-ammont ma jiġix issussidjat, Sur President.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' il-Ministru jgħid jekk aħniex marbutin li nibqgħu nimportaw dak l-istess ammont ta' zokkor, kemm fl-ewwel seba' snin u anke wara s-seba' snin?", "Meta l-Ministru jsemmi ammont ta' 35,000 tunnellata jkun qed jirriferi għaz-zokkor kollu li jidħol, inkluż dak li jiġi mħallat ma' prodotti oħra, bħal fil-każ tal-juices, soft drinks u cakes?", "Issa ġaladarba l-gvern qed jikkonferma li fl-ewwel tliet snin se jkollu euro 31.3 miljun biex jissussidja prezz ogħla taz-zokkor, din is-somma se tkun qed tkopri l-levy li trid titħallas jekk kemm-il darba l-industrija tagħna li tużah biex tagħmel il-minerali, il-juices, il-ġelati u ħafna prodotti oħra, timporta z-zokkor minn pajjiżi terzi?", "Dik it-tariffa se tkun koperta?", "U fil-każ, kemm hu l-persentaġġ ta' dik it-tariffa?", "Min-naħa l-oħra, jekk iz-zokkor jiġi importat mill-pajjiżi ta' l-Unjoni, kemm se jkun is-sussidju per kilo?", "Almenu jekk il-gvern ma jridx jgħidilna l-prezz, għandu jgħidilna kemm se jkun is-sussidju per kilo, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ma nafx kif jippretendini ngħidlu kemm se jkun is-sussidju fis-sena 2005!", "(Interruzzjonijiet) Dak eżerċizzju statiku, Onor. Farrugia, fejn ħadna l-1999 bħala r-reference year u rajna kemm kienet id-differenza bejn il-prezz ta' ċerti prodotti fl-Unjoni Ewropea u l-prezz internazzjonali f'dik is-sena.", "Dak japplika biss għall- 1999.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dak eżerċizzju statiku u japplika biss għall-1999.", "Jiġifieri ħadna l-1999 u ħdimna fuq il-prezzijiet kif kienu f'dik is-sena.", "Naturalment jekk dak l-eżerċizzju jerġa' jinħadem għas-sena 2000 għandek issib prezzijiet differenti u għas-sena 2001 aktar prezzijiet differenti.", "Dak l-eżerċizzju jrid isir għal kull sena, Sur President.", "Issa jekk wieħed iħares sew lejn is-swieq ta' dawn il-prodotti, isib li dawn mexjin biex naslu għal prezz internazzjonali wieħed.", "Id-WTO miexja biex il-prezzijiet tad-diversi blokki jikkonverġu ħalli naslu għal prezz internazzjonali wieħed.", "Skond id-dikjarazzjoni ta' Doha, sa seba' snin oħra trid isseħħ din il-convergence fil-prezzijiet.", "Hekk qiegħda t-thrust bħalissa fit-taħdidiet li qed isiru f'Ġinevra u anke kif jirriżulta mill- meeting li jmiss tad-WTO fil-Messiku.", "Jiġifieri hawnhekk qed nirriferu għall-fatt li s-swieq dinjija jridu jikkonverġu u jaslu għall-istess prezz internazzjonali.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia staqsa wkoll jekk iċ-ċifra ta' 35,000 tunnellata zokkor tinkludix ukoll zokkor li jintuża bħala kompożizzjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq zokkor mitħun, kif nafuh aħna, u mill- istatistika naraw li bejn dak li nikkonsmaw fil-ħajja tagħna ta' kuljum u dak li jiġi pproċessat biex nagħmlu prodotti oħra, bħal fil-każ ta' minerali u gallettini, aħna niġu bżonn bejn wieħed u ieħor 35,000 tunnellata zokkor fis-sena.", "Mr Speaker, staqsieni wkoll għad-differenza fil-prezz.", "Id-differenza fil- prezz bejn dak li nixtru llum u l-prezz li bih se nkunu qed nixtru wara li nsiru membri ta' l-Unjoni, se tiġi ssussidjata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jekk kemm-il darba l-industrija lokali tkun trid timporta zokkor minn pajjiżi barra mill-Unjoni, naturalment għax ikun orħos, f'dak il-każ se ngawdu mil-liberalizzazzjoni?", "Jistgħu dawn jimportaw zokkor mingħajr il-Lm250 tariffa fuq kull valur ta' Lm100?", "Jew forsi dik il-Lm250 tariffa se titħallas mill-gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Qabel xejn irrid nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li jien naqbel ma' dawn iċ-ċifri li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant għax mhux billi jaqbad u jitfa' ċifri bl-addoċċ, Sur President.", "Apparti minn hekk, biex wieħed ikun jista' jimporta minn ċerti pajjiżi jkun irid iħallas dik li tissejjaħ il-common external tariff, sakemm ma jimportax minn xi pajjiż li diġà għandu agreement ma' l-Unjoni Ewropea għal ċerta kwota.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment jien hawnhekk nitkellem skond l-informazzjoni li jkolli quddiemi.", "Jekk inti qed issemmili l-Amerka, inġib l-informazzjoni ta' l-eżerċizzju maħdum fuq l-importazzjoni mill- Amerka.", "Ejja nkunu ċari, ħalli min jismagħna jkun jista' jifhem.", "Dan huwa suġġett tant tekniku li jrid ikollok l-informazzjoni kontinwament quddiemek għax inkella titħawwad, Sur President.", "Nerġa' ngħid li jekk wieħed jimporta minn pajjiżi li diġà għandhom agreement ma' l-Unjoni Ewropea fuq dik li tissejjah tariff quota, hemmhekk il-każ ikun differenti.", "GĦax jekk aħna nimportaw 35,000 tunnellata minn pajjiż li jbigħ xi miljun tunnellata zokkor lill-Unjoni, allura jkun hemm arranġament biex dak l-ammont li aħna nimportaw jiżdied ma' dak il-miljun tunnellata.", "Jiġifieri trid tara kull każ separatament, skond liema prodott qed timporta u minn liema pajjiż qed timporta.", "Pero` jekk illum li għadna barra mill-Unjoni, nixtru tali prodott Lm100 it-tunnellata meta fl-Unjoni jinbigħ Lm105, meta tasal is-sena 2004 - u ejja għall-argument nassumu li l-prezzijiet ikunu għadhom l-istess - dik il-Lm5 differenza se tiġi ssussidjata ħalli l-prezz għall-konsumatur jibqa' fl-istess livell.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: La l-Ministru mhuwiex f'pożizzjoni li jikkonferma la kemm hija t-tariffa u lanqas kemm hu l-prezz li ġie nnegozjat, jista' ġentilment jispjega x'ried ifisser il-prim ministru meta l-bieraħ qal li l- produtturi lokali ta' l-inbid qed jaħbu u mhumiex qed ikunu korretti fil- labelling li qed jagħmlu, liema labelling mhux se jkun aċċettat bir-regoli tas-sħubija?", "Jista' jgħid fejn il-produtturi ta' l-inbid qed jagħtu informazzjoni li mhijiex korretta lill-konsumatur, kif indikaw kemm il- ministru ta' l-affarijiet barranin kif ukoll il-prim ministru.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, l-Onor.", "Interpellant m'għandux jippretendi li jien ngħidlu kemm hija t-tariffa u x'inhuma l-prezzijiet.", "Jien nista' nġiblek il-prezzijiet tal-ġimgħa l-oħra, imma mbagħad toqgħodx tgħidli biex kull ġimgħa naġġornahomlok!", "Fuq din il-Mejda tal-Kamra kien hawn patafjun karti li jagħtu indikazzjoni tal-prezzijiet - u nfakkrek li anke inti ġejt ikkwotat tgħid kemm se jkollna nħallsu aktar għaz-zokkor u għal prodotti oħra - għax dawn kienu mniżżla fl-aħħar paġni tar-rapport ta' l-istitut agronomiku ta' Bari.", "Dak ir-rapport sar b'riferenza għas-sena bażika 1999.", "Iva, kieku fl-1999 kellna nimportaw iz-zokkor mill-Unjoni Ewropea konna nħallsu ħafna aktar.", "U proprju minħabba li kien hemm dik id-differenza fil- prezz li aħna nnegozjajna pakkett biex nassiguraw li dik id-differenza tkun issussidjata.", "B'hekk il-prezz taz-zokkor, taċ-ċereali, tal-laħam aħmar u prodotti magħmula minnu, tad-dairy products, kif ukoll tas-semi-processed tomato products jibqgħu fl-istess livelli li nafuhom illum.", "Nerġa' ngħid li biex nagħti ċ-ċifra ta' kemm kienet id-differenza l-ġimgħa l-oħra bejn il-prezz internazzjonali u l-prezz ta' l-Unjoni Ewropea fuq iz- zokkor biss, jien irrid naħdem eżerċizzju twil.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad naturalment titlobni nerġa' nagħmel l-istess ħaġa fuq iċ-ċereali, fuq il-qamħ u prodotti oħra, mhux hekk!", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-istatistika toħroġ kull ġimgħa u kulmin irid jista' imur jaraha fl-uffiċċju ta' l-istatistika.", "Anke jekk tidħol fl-internet illum tista' ssib x'inhuma l-prezzijiet.", "Għal kull prodott għandek prezzijiet differenti, jiddependi mill-pajjiż li minnu jkun ġej.", "Anke l- kwalita` taf tkun differenti.", "Jiġifieri mhux billi niġu hawnhekk u nfaqqgħu ċ-ċifri bl-amment!", "Inti trid tara minn fejn jiġi kull prodott u trid tara l-kwalita` wkoll.", "Imma issa ħalli niġi għall-kwestjoni tal- labelling ta' l-inbid, Sur President.", "F'pajjiżna rridu nipproduċu nbid ta' kwalita` li għandu added value.", "Allura t-target tagħna hu li jkollna nbid magħmul minn għenba li titkabbar f'pajjiżna ħalli nkunu nistgħu nsejħulu nbid ta' kwalita`.", "GĦaldaqstant fuq it-tikketta tal-flixkun ta' l-inbid jrid ikun hemm miktub li dak l-inbid ġie magħmul minn għenba mkabbra fir-Rabat jew fiż-Żurrieq.", "Dak huwa l- labelling u dak huwa quality wine.", "L-inbid magħmul ġo l-Italja minn għenba mkabbra fl-Italja huwa nbid ta' kwalita`.", "Pero` la bis-sħubija u bl-ebda forma ta' partnership fil-ħolm ma nistgħu nipproduċu f'pajjiżna nbid ta' kwalita` jekk ikun magħmul minn għenba importata mill-Marokk jew mill-Italja.", "Dak mhux permess, la bi sħubija u lanqas mingħajr sħubija.", "Dak ma jista' jsir imkien.", "Meta wieħed jgħidlek inbid Taljan ta' kwalita` jkun ifisser li dak l-inbid huwa magħmul fl-Italja minn għenba mkabbra fl-Italja.", "L-għeneb magħżul ta' l-Italja li minnu jsir l-inbid ġo l-Italja - ħalli nerġa' ngħidha ħalli jifhimha kulħadd - jiġi labelled inbid ta' kwalita` Taljan.", "L-inbid li nagħmlu aħna, dak li nagħmlu minn għenba mkabbra f'pajjiżna, dak jissejjaħ inbid Malti ta' kwalita`.", "Għalhekk irridu nkabbru l-area ta' kultivazzjoni għax illum għadna nimportaw iżjed minn nofs l-għeneb li neħtieġu biex nipproduċu l-inbid.", "Allura għandna ammont ta' inbid li jsir minn għeneb tad-dwieli li nkabbru aħna, li jissejjaħ inbid ta' kwalita` Malti, pero` imbagħad għadna nġibu l- must minn barra biex nagħmlu l-inbid.", "U tiġu tgħiduli li hawn min jippretendi li dak l-għeneb li nġibu minn barra nagħsruh f'inbid u fuq il- flixkun nagħmlulu tikketta li tkun tgħid li dak huwa nbid ta' kwalita`!", "Dan ma jistax iseħħ la bis-sħubija u taħt l-ebda forma ta' xi ftehim fantażma li xi ħadd jista' jagħmel ma' l-Unjoni Ewropea, Sur President.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, li qed ngħid hawnhekk qed jisimgħuh il- produtturi kollha u nerġa' ngħidu għax dan jafuh.", "M'hemmx bżonn li xi ħadd jeħdilhom kopja tat-transcript għax jafu x'qiegħed ngħid!", "Jafu iżjed milli naf jien u milli jaf kulħadd li biex l-inbid ta' Malta jkun jista' jissejjaħ inbid ta' kwalita`, bilfors irid jiġi magħmul minn għenba li titkabbar fil-pajjiż.", "Għalhekk tajna l-għajnuna lill-bdiewa biex iżidu l- ammont ta' għeneb li jitkabbar fil-pajjiż.", "Irridu naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna mad-9,000 tomna għat-tkabbir tad-dwieli.", "B'dan il-mod l-inbid kollu li nipproduċu f'pajjiżna jkun jista' jiġi kklassifikat bħala għeneb ta' kwalità għax ikun magħmul minn għenba li titkabbar f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tal-kera ta' proprjeta` f'Phoenix building, Triq il- Ferrovija, Santa Venera, mill-awtorita` dwar l-immaniġġjar ta' l- iskart, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38412.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 45 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar it- Telekomunikazzjonijiet (Aċċess unbundled għal-loop lokali);", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 44 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar is- sigurta` nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni; u", "Estimi tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali għas-sena bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u t-30 ta' Settembru 2003;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Rapport ta' l-awtorita` nazzjonali dwar ix-xogħol għas-sena 2002; u", "Tagħrif dwar opportunitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ għal persuni b'diżabilita` li jagħlqu l-eta` ta' 16-il sena, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38352;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' computers f'laboratorji tal-computers fi skejjel sekondarji tal-gvern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38354;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Dokumenti relatati mar-riżoluzzjoni dwar it-trasferimenti ta' proprjeta` in konnessjoni mal-proġett tal-cruise liner passenger terminal mill-konsorzju VISET; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra:", "Lista ta' pajjiżi li l-Unjoni Ewropea għandha magħhom ftehim ta' kummerċ ħieles jew ftehim li jwassal għal kummerċ ħieles bejn Malta u dawn il-pajjiżi f'każ li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38380.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 46 ta' l-2003 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' diversi artikoli ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur (Att Nru. XXVI ta' l-2000).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Tagħrif b'korrezzjoni għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38210 li ngħatat f'seduta numru 858 tas-27 ta' Jannar 2003.", "MR SPEAKER: Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR KUNTRATTI GĦAL TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA` IN KONNESSJONI MAL-PROĠETT TAL-CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL MILL-KONSORZJU VISET", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi li:", "Billi kif jirriżulta mill-kuntratt mgħoddi b'riżoluzzjoni tat-30 ta' Lulju 2001, il-konsorzju VISET intrabat li jibni akkomodazzjoni alternattiva fuq art tal-gvern f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa biex jiġu akkomodati s-sidien ta' proprjetajiet privati li ttrasferew il-proprjeta` tagħhom lill-gvern in konnessjoni ma' l- istess proġett;", "Billi l-konsorzju VISET issa bena, skond l-istess kuntratt, l- akkomodazzjoni alternattiva;", "Billi issa hu xieraq illi l-istess proprjeta` tiġi trasferita lis- sidien fuq imsemmija;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (c) tas-subartikolu (1) ta' l- artikolu 3 ta' l-Att Nru XXXIII ta' l-1976 dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern li art li tkun proprjeta` tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi l-fondi li jinsabu:-", "a) Nri.", "199, 201 u 203 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa b) Nri.", "195, 197 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto)Marsa", "c) Nru. 193 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa", "(d) Nri.", "185, 207 u 209 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa", "(e) Nri.", "183 u 211 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa", "f) Nri.", "187, 189, 191 u 205 f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb (gia Triq Pinto) Marsa", "jiġu mibjugħa lil:-", "a) Calinvestments Limited", "b) Calinvestments Limited", "c) Connie Gili, Mary Ghirlando, Antonia Licari, Dr Martin Vella, Teresa Tennyson, Mary Nelson, Rose Brincat, Derek Mifsud Speranza, Violet Papagiorcopolo;", "d) Dr Francis Lanfranco, Claire Lanfranco, Dr Anthony Lanfranco, Mary Grima;", "e) Mary Iris Mahoney, Adrian Galea, Christine Borg, Simone Dimech, Nadine Galea, Christopher Galea, Matthew Galea, Clarissa Gasan, Monica Farrugia, Veronica Galea;", "f) Salvu Grima Group Limited;", "rispettivament kif deskritt aħjar fl-abbozzi tal-ftehim li jinsabu annessi ma' din ir-riżoluzzjoni skond il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond subartiklu (7) ta' l-artiklu 3 ta' l-Att dwar it- Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, peress li fil-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien hemm qbil unanimu dwar il- mozzjoni li għandna quddiemna, se ngħaddi mill-ewwel biex inqiegħed il- mistoqsija fuq din il-mozzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TA' L-ESTIMI", "BUDGET MEASURES IMPLEMENTATION BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nipproponi klawsola 34 għall-Konsiderazzjoni mill-Ġdid fil-Kumitat.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex terġa' issir konsiderazzjoni mill-ġdid fil- Kumitat ta' klawsola 34.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 34 - Emenda ta' l-artikolu 52 ta' l-Att prinċipali.", "Clause 34 - Amendment of article 52 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nressaq din l-emenda:", "\"L\" Minflok il-kliem li jidhru taħt l-Ewwel Kolonna u t-Tieni Kolonna f'paragrafu (a) tal-proviso għas-subartikolu (4) li hemm fi klawsola 34, għandhom jidħlu l-kliem li jidhru fl-Ewwel u t-Tieni Kolonna ta' hawn taħt rispettivament:", "|L-Ewwel Kolonna |It-Tieni | | |Kolonna | | | | |\"Fi żmien disgħin |10 | |ġurnata | | |Fi żmien mija u |20 | |għoxrin ġurnata | | |Fi żmien mija u |30 | |ħamsin ġurnata | | |Fi żmien mija u |40 | |tmenin ġurnata | | |Fi żmien mitejn u |50 | |għaxart ijiem | | |Fi żmien mitejn u |60 | |erbgħin ġurnata | | |Fi żmien mitejn u |70 | |sebgħin ġurnata | | |Fi żmien tliet |80 | |mitt ġurnata | | |Fi żmien tliet |90 | |mija u tletin | | |ġurnata | | |Wara tliet mija u |100\" | |tletin ġurnata | |", "u fit-test Malti ta' l-istess klawsola minflok il-kelma \"dazju\" kull fejn tinsab għandha tidħol il-kelma \"taxxa\".", "\"L\" For the words appearing in the First and Second Column in paragraph (a) of the proviso to subarticle (4) in clause 34, there shall be substituted respectively the words appearing in the First and Second Column hereunder:", "|First Column |Second | | |Column | | | | |\"Within ninety days|10 | |Within one hundred |20 | |and twenty days | | |Within one hundred |30 | |and fifty days | | |Within one hundred |40 | |and eighty days | | |Within two hundred |50 | |and ten days | | |Within two hundred |60 | |and forty days | | |Within two hundred |70 | |and seventy days | | |Within three |80 | |hundred days | | |Within three |90 | |hundred and thirty | | |days | | |After three hundred|100\" | |and thirty days | |", "and in the Maltese text of the same clause for the word \"dazju\" wherever it appears there shall be substituted the word \"taxxa\".", "Sur President, din l-emenda qed testendi l-perijodu ta' żmien.", "Per eżempju, fejn qabel kien hemm perijodu ta' 30 ġurnata, issa qed nestendu dan iż-żmien għal 90 ġurnata.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li din l-emenda ġiet diskussa ma' l-Onor.", "Brincat u hu ma sab l-ebda diffikulta` fuqha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jien qed nifhem li din l-emenda saret wara li ġiet diskussa mal-kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni dwar dan il- qasam.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt jien nista' nikkonferma li l-Ministru tal- Finanzi kellu diskussjoni ma' l-Onor.", "Leo Brincat, u dan ma kellu l-ebda diffikulta` ma' din il-bidla minuri li qed issir fejn qed jiġi estiż il- perijodu ta' żmien li tagħti l-liġi oriġinali.", "THE CHAIRMAN: Iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"L\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 34 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi rrapporta klawsola 34 mgħoddija b'emenda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Skond ftehim li ntlaħaq bejn iż-żewġ naħat ngħaddu mal-ewwel għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, f'isem il-Ministru tal-Finanzi nipproponi t-Tielet Qari ta' l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta diversi miżuri ta' l-Estimi u miżuri amministrattivi oħra\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-MEDIĊINI", "MEDICINES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-mediċini.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, qed nieħu gost li dan l-abbozz ta' liġi ġie ssekondat minn membru parlamentari li jipprattika x-xogħol tiegħu fi spiżerija.", "Meta ftit tax-xhur ilu kont ipproponejt l-abbozz ta' liġi li kien jirrigwarda l-kwalita` ta' l-ikel, kont għedt li nħossni kburi li qed nipproponi bill bħal dan, li kien immirat kompletament biex jipproteġi lill- konsumatur.", "L-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa intitolat \"Att biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-manifattura, il- preparazzjoni u l-assemblaġġ, id-distribuzzjoni bl-ingrossa, il-ħżin, il- qirda, it-tneħħija, ir-reklamar u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti mediċinali u ta' kull attivita` li għandha x'taqsam ma' dan u r-regolament tal-bejgħ ta' prodotti mediċinali, spiżeriji u attivitajiet farmaċewtiċi relatati u dwar ħwejjeġ oħra anċillari għal dawn jew li għandhom x'jaqsmu magħhom\", u naħseb li deskrizzjoni bħal din ma tħalli l-ebda dubju li l-intenzjoni primarja ta' dan l-abbozz ta' liġi hija li għal darb'oħra jitħares l-aħjar interess tal-konsumatur.", "Mr Speaker, nibda biex nikkwota silta minn diskors li għamel l-Onor.", "Farrugia waqt li konna qed niddiskutu l-budget għas-sena 2003.", "Fil-fatt dan qal hekk:", "\"Fuq il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-mediċini kienet saret raqda sħiħa.", "Xi ħadd mid-dipartiment kien stenbaħ u nduna li jekk aħna rridu nsiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, irridu ndaħħlu reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Dan mhux għax naqblu li nsiru membri sħaħ ta' l-Unjoni Ewropea, imma għaliex nemmnu li hija ħaġa tajba.\".", "Diskors pożittiv bħal dan jawgura li jkun hemm consensus miż-żewġ naħat tal- Kamra dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Iċ-chamber of pharmacists ukoll iċċirkolat ittra fejn fiha ddikjarat:", "\"Illi l-Kamra ta' l-Ispiżjara hija konxja tal-fatt li ż-żewġ naħat tal- Kamra tar-Rappreżentanti dejjem sostnew tul dawn l-aħħar żminijiet li huma favur l-implimentazzjoni ta' standards ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-mediċini.\".", "Dan kollu huwa awgurju tajjeb li dan l-abbozz ta' liġi se jgħaddi unanimament miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ovvjament jien m'iniex qed nistenna li dan l-abbozz ta' liġi jgħaddi mingħajr l-ebda diverġenzi, imma ħaġa waħda hija ċerta; li fl-għan wara dan l-abbozz ta' liġi hemm il-backing taż- żewġ naħat tal-Kamra.", "Mr Speaker, l-għan prinċipali ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li tiġi żgurata l-kwalita` tal-mediċini li jaslu għand il-konsumatur, u għalhekk nistgħu ngħidu li l-għan tiegħu huwa wieħed pożittiv.", "Għalkemm ħafna mill- mediċini jiġu importati minn barra minn Malta, ċkejkna kemm hi ċkejkna l- industrija tal-manifattura tal-mediċini ta' pajjiżna, iktar ma jgħaddi ż- żmien din iktar qed tikber, u fil-fatt illum qed jinħass il-bżonn li jiġu stabbiliti ċerti standards sabiex dawk il-mediċini li jiġu magħmulin f'Malta jkollhom l-ogħla garanzija ta' kwalita`.", "Naħseb hawnhekk wieħed bilfors ikollu jagħmel xi riferenzi għal dak li ġara fil-passat.", "Per eżempju, minħabba li sal-lum għadhom ma jeżistux kontrolli stretti f'dik li hija mediċina, darba minnhom kienet tqassmet mediċina li kellha doża għaxar darbiet ikbar mid-doża li suppost kellha u li kienet indikata fuq il- packaging tagħha, pero` għall-grazzja tal-ħanin Alla kulma kienet din il- mediċina kienet vitamin C u allura ma kien hemm l-ebda konsegwenzi.", "Madanakollu jekk nibqgħu ma nistabilixxux kontrolli stretti f'dik li hi mediċina, jistgħu jiġru inċidenti oħra li jkollhom konsegwenzi ferm iktar gravi.", "Il-konsumatur għandu wkoll jingħata garanzija li l-kwalita` tal-mediċina li tiġi importata f'pajjiżna tkun waħda għolja.", "Kulmin b'xi mod jew ieħor għandu x'jaqsam ma' dan is-settur jaf li f'pajjiżna jidħlu diversi kwalitajiet ta' mediċini; jidħlu mediċini li ġejjin minn ditti Ewropej u li jilħqu standards ta' l-ogħla kwalita`, jidħlu mediċini li l-kwalita` tagħhom ma tkunx għolja daqshekk u mbagħad jidħlu wkoll mediċini oħrajn li jkun hemm dubji dwar il-kwalita` u l-oriġini tagħhom.", "Hawnhekk se nerġa` nirriferi għal dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Farrugia waqt id- diskors tal-budget dwar il-ministeru tas-saħħa fejn qal li hu kellu informazzjoni li setgħu daħlu f'pajjiżna mediċini illegali u sabu ruħhom fis-suq.", "Dawn huma tip ta' stramberiji li jagħmluna Maltin!", "Meta wieħed iħares lejn il-pajjiżi ta' madwarna mal-ewwel jolqtu l-fatt - almenu din hi l-informazzjoni li għandi jien - li filwaqt li pajjiżi oħrajn, bħall-Ingilterra u l-Italja, jużaw bejn 5,000 u 7,000 kwalita` differenti ta' mediċina, f'Malta nimportaw madwar 10,000 kwalita` differenti ta' mediċina.", "Dan ifisser li aħna l-Maltin u l-Għawdxin nagħmlu użu minn firxa ta' prodotti li hija d-doppju, jew kważi d-doppju, ta' dik li jużaw l-Ingliżi u t-Taljani.", "Għalhekk hawn jibdew jitqajmu ċerti domandi, bħal per eżempju: Nimpurtaw varjeta` daqstant kbira ta' mediċini għax m'għandniex il-kontrolli esiġenti li għandhom pajjiżi oħra f'dak li huwa teħid ta' mediċina jew inkella għax il-poplu Malti u Għawdxi huwa marradi?", "Meta tħares lejn iċ-ċifri li jindikaw is-saħħa tal-poplu Malti u tqabbilhom ma' dawk ta' pajjiżi Ewropej, issib li dawk li jagħmlu użu minn firxa ta' bejn 5,000 u 7,000 kwalita` ta' mediċina, huma inqas b'saħħithom minna u allura mbagħad iktar ikompli jikber is-suspett li aħna nagħmlu użu minn firxa daqstant kbira ta' mediċini minħabba li huwa iktar faċli li wieħed idaħħal il-mediċina f'pajjiżna.", "L-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum ma waqax mis-sema.", "Naħseb li kulmin jixtieq verament - u mhux bil-kliem biss - li l-istandards tal- mediċini li jitqassmu f'pajjiżna jogħlew seta' jara biċ-ċar id- determinazzjoni ta' dan il-gvern li mill-paroli - li forsi kien isir anke minn amministrazzjonijiet preċedenti - jgħaddi għall-fatti.", "Għalhekk fi Frar ta' l-1999 il-gvern beda jesiġi li kull prodott li jiġi mportat f'pajjiżna jkun covered b'CPP, li huwa ċertifikat li jiggarantixxi l- kwalita` bażika tal-prodott li jkun qed jiddaħħal ġewwa pajjiżna.", "Aħna bdejna nesiġu dan għaliex mill-10,000 kwalita` ta' mediċina li nimportaw ġewwa pajjiżna, filwaqt li 70% minnhom ġejjin minn pajjiżi Ewropej u huma reġistrati f'dawk il-pajjiżi, madwar 30% minnhom ġejjin minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Kull bidla ġġib il-biża', mhux biss f'dawk li forsi m'humiex intiżi f'dan il-qasam imma anke f'dawk li għal xi raġuni jew oħra jaħsbu li b'dawn il- bidliet se jitnaqqsulhom ċerti drittijiet.", "Fil-fatt diġa` ġew espressi numru ta' domandi li donnhom jitfgħu dubju fuq l-għan veru ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, u għalhekk naħseb li jkun tajjeb jekk nispjega x'qed nipprovaw nagħmlu permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, l-ewwel taqsima ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna hija ddedikata għal sezzjoni preliminari fejn qed tingħata spjegazzjoni għat- termini tekniċi li qed jintużaw f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Kulmin qara dan l- abbozz ta' liġi naħseb illi nduna li f'subklawsola (2) ta' klawsola 1 hemm żball għax qed jgħid li:", "\"Dan l-Att jibda jseħħ f'dik id-data li l-Ministru responsabbli għall- immigrazzjoni jista' b'avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi, ...\".", "Dan huwa żball ovvju u ġenwin, pero` xorta waħda qajjem ċerta preokkupazzjoni.", "It-tieni taqsima ta' dan l-abbozz ta' liġi hija ddedikata għall- amministrazzjoni ta' sistema li trid tiggarantixxi l-istandards li qegħdin nimmiraw għalihom.", "Aħna rridu niżguraw li l-proċess ta' kontroll li jsir, isir taħt struttura li tiggarantixxi l-livelli, u fil-fatt jekk wieħed jaqra t-taqsima li titkellem dwar l-awtorita` tal-liċenzjar u jara x'funzjonijiet se jkollha din l-awtorita` jsib li hemm 17-il klawsola li qed jispjegaw modi differenti ta' kif jistgħu jiġu stabiliti l-istandards.", "Per eżempju, subklawsola (2) ta' klawsola 3, li hija l-ewwel klawsola taħt Taqsima II, tgħid li:", "\"L-Awtorita` dwar il-Liċenzjar ikollha dawn il-funzjonijiet li ġejjin:", "(a) li tistabbilixxi standards biex tiżgura l-kwalita', is-sigurezza u l-effikaċja ta' prodotti mediċinali;", "(b) li tistabbilixxi standards għall-operazzjoni ta' spiżeriji;", "(ċ) li tistabbilixxi standards għall-manifattura, preparazzjoni, assemblaġġ, ippakkjar, ippakkettjar jew ippakkjar mill-ġdid u ttikkettjar ta' prodotti mediċinali jew ta' xi sustanza li tintuża jew hi intiża li tintuża f'dawk il-prodotti;", "(d) li tistabbilixxi standards għall-operazzjoni ta' distribuzzjoni bl-ingrossa;\",", "u man mano jekk tibqa' sejjer issib li l-funzjoni ta' l-awtorita` tal- liċenzjar hija li tistabilixxi standards f'kull proċess u l-ħin kollu; minn meta tinħoloq il-mediċina sakemm din tasal għand il-konsumatur, bħalma konna għamilna fil-liġi ta' l-ikel.", "Fil-fatt din l-awtorita` trid iżżomm il-livelli meħtieġa minn meta mediċina tiġi manifatturata sakemm tiġi maħżuna, distribwita u finalment mibjugħa lill-konsumatur.", "Ħaġ'oħra oħra li nsibu f'dan l-abbozz ta' liġi u li sibnieha wkoll fil-liġi ta' l-ikel hija li matul dan il-proċess, irid ikun hemm persuna ikkwalifikata u accountable għar-rwol li hija jkollha.", "Kif għedt diġa`, irid ikollna wkoll sistemi ta' verifika dwar il-kwalita`, is-sigurezza u l-effikaċja tal- prodotti li npoġġu fis-suq.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qegħdin niżguraw ukoll sistema ta' liċenzjar f'kull stadju tal-proċess, u qegħdin nistabbilixxu liċenzja li trid toħroġ bilfors mid-diviżjoni tas-saħħa.", "Issa meta qegħdin ngħidu li l-awtorita` dwar il-liċenzjar se tkun f'idejn is-suprintendent għas-saħħa pubblika, ma rridux ninsew il-bidla li qegħdin nippreparaw u li qegħdin inwettqu fid-diviżjoni tas-saħħa fejn din id-diviżjoni se tibda tinża r-rwol ta' service provider biex tieħu rwol ta' regolatur.", "Qed ngħidu wkoll li trid titwaqqaf Awtorità dwar il-Mediċini biex isiru dawn il-proċessi li għadna kemm tkellimna fuqhom.", "Din l-awtorità trid tkun awtonoma fil-funzjoni tagħha u għandha tiżgura li l-garanziji li qed jiġu stabbiliti għandhom jaslu għand il-klijent li jkun qed jistennihom.", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-awtorità jista' jkollha l-funzjoni li toħloq kumitati oħra li tirriferi għalihom biex tieħu opinjoni esperta dwar is- suġġetti u wieħed minn dawn il-kumitati li tista' toħloq huwa l-Bord ta' Reviżjoni dwar il-Mediċini li jkun magħmul minn esperti fil-materja.", "Dawn ikunu jistgħu jagħtu parir fuq prodott, ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni dwaru u jwassluh lill-Awtorità dwar il-Liċenzjar biex finalment is- supretendent tas-saħħa pubblika jkun jista' jagħti permess biex dik il- liċenzja titpoġġa fis-suq.", "Ovvjament mhux dejjem ikun hemm il-qbil u biex niżguraw li jkun hemm trasparenza se nwaqqfu l-Bord ta' Reviżjoni dwar il- Mediċini.", "Għalhekk f'każ li r-regolatur ma jkunx jaqbel mad-deċiżjoni ta' l-awtorità jkun jista' jirriferi għand dan il-bord, għalkemm id-deċiżjoni finali xorta tibqa' f'idejn l-Awtorità dwar il-Liċenzjar.", "Ovvjament jekk l-applikant ma jkunx jaqbel mad-deċiżjoni ta' l-Awtorità dwar il-Mediċini jista' jirriferi għand dan il-bord ukoll.", "Aħna qed nagħmlu sistema li mhux biss hija ntiża biex tiggarantixxi t-trasparenza imma tagħti opportunità sħiħa lil dak li jħoss li forsi l-awtorità ma tkunx imxiet tajjeb miegħu biex ikollu redress għal deċiżjoni.", "Taqsima III titkellem fuq awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar prodotti mediċinali li jiġu manufatturati b'mod industrijali għall-użu tal-bniedem u li jkunu ntiżi li jitqiegħdu fis-suq f'Malta.", "Qed ngħidu li ħadd m'għandu jqiegħed prodott mediċinali fis-suq f'Malta jekk kemm il-darba ma jkollux l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar.", "Mela hawnhekk qed ngħidu ċar u tond li l-ebda mediċina ma tista' titpoġġa għall-bejgħ fis-suq Malti jekk ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni mir-regolatur.", "Hawnhekk wieħed jibda jifhem għaliex ir-regolatur ġie maħtur bil-mod kif ġie maħtur.", "Jista' jkun li mhux kulħadd jaqbel ma' dan imma naħseb li joħroġ ċar għalfejn ittieħdet dik id-deċiżjoni.", "Ovvjament biex ikollok marketing authorisation hemm proċess li fih ċerti stadji fejn min irid ipoġġi l- mediċina għall-bejgħ f'pajjiżna ̧ l-ewwel irid jagħmel applikazzjoni biex titqiegħed dik il-mediċina u dik l-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata b'letteratura, dak li teknikament isejħulu d-dossier, li huwa analiżi dettaljata tal-manifattura tal-prodott, l-għanijiet tiegħu u affarijiet oħra.", "Naħseb li huwa kompitu ta' l-Awtorità dwar il-Mediċini li tevalwa dan id-dossier li jkun qiegħed jippreżenta l-applikant.", "Ovvjament din trid tevalwah għall-kwalità, għas-sigurtà u għall-effiċjenza tiegħu u twassal l-opinjoni tagħha lill-Awtorità dwar il-Liċenzjar.", "Issa hawn Malta minħabba li sal-lum din hija xi ħaġa ġdida u għad m'għandniex expertise biżżejjed - din hija xi ħaġa diffiċli għax anke pajjiżi akbar minna qed ikollhom problemi kbar biex ikollhom dan it-tip ta' expertise – huwa diffiċli li nkunu nistgħu nevalwaw din it-tip ta' informazzjoni teknika li takkumpanja applikazzjoni għal prodott ġdid biex jibda jinbiegħ.", "Għalhekk kellna nieħdu l-parteċipazzjoni ta' aġenziji stabbiliti barranin li għandhom esperjenza vasta f'dan is-suġġett.", "Kien għalhekk li d- diviżjoni avviċinat lill-medicines control agency ta' l-Ingilterra.", "Din ma kenitx għażla kapriċċjuża għax kien hemm min ikkritikana li sibna l-aktar aġenzija li tieħu fees għolja.", "Min qal hekk ma qalx li din hija l-aktar aġenzija li żżomm fees għoljin għax għandha l-aktar standards li bħala kejl kulħadd irid iqabbel magħhom.", "GĦamilna wkoll assoċjazzjoni ma' l-Irish medicines board li minbarra li kellhom jevalwaw id-dossiers tagħna kellhom jibgħatu esperti biex jittrejnjaw lin-nies tagħna fuq medda ta' sena u nofs ħalli l-assessment ikun jista' jsir – dan mhuwiex assessment fuq il-mediċini kollha - minn tekniċi Maltin.", "B'hekk inżommu l-ispiża ta' l-evalwazzjoni ta' dawn id- dossiers kemm jista jkun baxxa.", "Ovvjament dawn iridu jwasslu l-opinjoni tagħhom fuq il-prodott lill-Awtorità dwar il-Mediċini u fuq prodott ġdid jista' jkun hemm tliet tipi ta' evalwazzjoni.", "Wara li d-dossiers ikunu ġew evalwati kollha l-prodott ikun jista' jitqiegħed fis-suq u allura m'għandux ikun hemm problema biex l-Awtorità dwar il-Liċenzjar toħroġ il- permess.", "Ovvjament din tista' tgħid le għax ikun hemm xi affarijiet li ma jkunux regolari jew inkella tkun trid titlob aktar evidenza u informazzjoni aktar dettaljata fuq il-prodott.", "Ir-risposta trid tingħata lill-Awtorità dwar il-Liċenzjar u tkun trid tiġi kkuppjata wkoll lill-applikant.", "B'hekk jekk ikun hemm bżonn li dan iżid xi evidenza jew aktar informazzjoni ikun f'pożizzjoni li jagħmel dan u jekk le jkun jista' jieħu passi li jirrimedjaw.", "Ovvjament jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn min ikun qiegħed japplika u l-awtorità dwar il-liċenzjar allura wieħed jista' jmur quddiem il-bord ta' reviżjoni dwar il-mediċini.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll fuq market authorisation.", "Biex prodott ikun jista' jiġi awtorizzat li jitpoġġa fis-suq, l-Awtorità dwar il-Liċenzjar irid ikollha summary tal-karatteristiċi tiegħu bħal liema jkunu dawk l-istandards tal-labelling u l-packaging tal-mediċina u jekk il- mediċina tinbiegħx over the counter jew inkella tistax tinbiegħ bi prespriction.", "Il-market authorisation tfisser li anke jekk prodott jiġi awtorizzat li jitqiegħed fis-suq ̧ dan għandu jkollu terminu ta' ħames snin validita` tal-permess li jingħata.", "Ovvjament wara ħames snin irid jerġa' jippreżenta lill-awtorità dwar il-liċenzjar informazzjoni li tkun inġabret tul dawk il-ħames snin fuq il-prodott li jkun tpoġġa fis-suq biex tkun tista' terġa tiġġedded il-liċenzja.", "F'dan l-abbozz ta' liġi jingħad ukoll li jrid ikun hemm fejn prodott ikun ġie manifatturat.", "Ovvjament hemmhekk hemm tip ta' liċenzja oħra li tingħata, dik li ngħidulha l-GMP, biex kif għamilna fil-food act niżguraw li jkun hemm kontroll adegwat fuq il-proċess kollu tal-manifatturar tal- mediċini.", "Xi ħaġa li għamilna wkoll fil-food act ukoll u qegħdin nirrepetuha hawnhekk hija li matul dawn il-proċessi kollha u waqt li jkun qed jiġi manifatturat prodott għandu jkun hemm persuna kwalifikata identifikata li tkun responsabbli mill-proċess kollu.", "Meta fabbrika ġġib il-good manufacturing practice certificate, l-awtorità dwar il-mediċini trid tagħmel rakkmandazzjoni lill-Awtorità dwar il-Liċenzjar biex din tkun tista' toħroġ manufacturing licence.", "Titolu III ta' Taqsima III titkellem fuq id-distribuzzjoni ta' prodotti mediċinali u hawn imniżżel numru ta' standards li jiggarantixxu li l- mediċina tkun stored fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli, li jkun hemm standards mhux biss ta' l-oriġini imma anke tat-temperatura u li jkun hemm market authorisation.", "Hawnhekk ukoll irid ikun hawn persuna identifikata li trid tieħu responsabbiltà tal-proċess kollu.", "Ovvjament jekk il- wholesaler jissodisfa l-istandards u l-kriterji li hawn imniżżlin hawnhekk allura tinħariġlu liċenzja ta' good distribution practice.", "Titolu IV qed inħalluh kif kien qabel imma qed nagħmlu obbligu li l- ispiżjar irid ikun preżenti l-ħin kollu.", "Qed ngħidu hekk għaliex il-liġi kif inhi llum tagħti nofs siegħa grace lill-ispiżjar li ma jkunx fuq il- mediċina u ħafna drabi dan jagħti lok għal abbuż għax jekk inti tmur tagħmel spezzjoni fuq l-ispiżerija u ma ssibx l-ispiżjar hemmhekk, l- iskuża li dejjem titqajjem hija li l-ispiżjar ikun qed jieħu nofs siegħa break.", "Issa b'dan l-abbozz ta' liġi din se tiġi eliminata wkoll.", "Qegħdin nitkellmu wkoll fuq good dispensing practice u li nistabbilixxu standards għall-ispiżeriji wkoll.", "Taqsima IV hija primarjament kif inhi llum.", "Imbagħad Taqsima V fiha l-enabling clauses u Taqsima VI titkellem dwar reati u pieni li ovvjament żdiedu fil-valur tagħhom biex kemm jista' jkun ikunu ta' deterrent għal min jabbuża.", "Dan huwa l-ispirtu wara dan l-abbozz ta' liġi.", "Irrid ngħid ukoll li kellmuni l-membri taċ-chamber of pharmacists u qaluli li għamlu ċerti riżervi fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju ̧ illum jien u dieħel fil- Kamra ġejt ippreżentat b'ittra mingħand il-pharmacy board li naħseb li qegħda tirrepeti dak li qalet iċ-chamber of pharmacists.", "Din wieħed jifhimha għaliex fiċ-chamber of pharmacists hemm membri li qegħdin ukoll fuq il-pharmacy board.", "Għalhekk mhijiex xi ħaġa kbira li ssib l-istess tip ta' argumenti.", "Il-ġimgħa l-oħra f'din il-Kamra tqassam memo żgħir li naħseb li ġie ċirkolat lill-membri kollha; almenu rajtu f'idejn il-membri li huma involuti fil-health care professions.", "Għalhekk se nagħmel ftit riferenzi għal ċerti kummenti li ġew imqajma.", "L-ewwelnett qegħdin naqblu li l- oġġettiv ta' dan l-abbozz ta' liġi għandu jkun \"to regulate affairs in medicinal products and to ensure their quality, safety and efficacy in the interest of public health\".", "Dawn qed igħidu – aħna naqblu magħhom – li għandna naddottaw \"European pharmaceutical regulations and standards insofar as pharmaceuticals are concerned\".", "Ma naħsibx li wieħed għandu x'jikkummenta fuq dan l-istatement għax dawn l-affarijiet huma espliċiti fl- għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi u żgur li fuq dak is-settur m'hemm l- ebda concern.", "F'din l-executive summary ingħad li meta ċ-chamber of pharmacists kellha laqgħat mal-MEUSAC din kienet diżappuntata għax minkejja li kellha garanzija li d-draft medicines act kien se jiġi withdrawn u jsir draft ieħor mill-ġdid qalulha li l-oġġezzjonijiet jew il-concerns tagħha se jiġu taken into consideration.", "Għalhekk naħseb li rridu nibdew nitkellmu ftit fuq xi tfisser eżattament taken into consideration.", "GĦal ħafna nies taken into consideration tfisser li jew tagħmel dak li ngħid jien jew inkella ma jitqiesx li it has been taken into consideration.", "Ovvjament meta ssir diskussjoni ma jfissirx li jkun hemm xi impożizzjoni għaliex filwaqt li jkollok settur li jkollu l-għan li jħares id-drittijiet tal- membri tiegħu u tal-konsumatur ̧ il-gvern għandu responsabbiltà ferm iktar wiesgħa u allura ovvjament meta jkun qiegħed jiddraftja l-liġijiet ikun irid iżomm dan kollu quddiem moħħu.", "Sur President, dan l-abbozz ta' liġi jkun jista' jiġi diskuss aħjar fi stadju ta' Kumitat meta jkunu jistgħu jsiru rappreżentazzjonijiet miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar emendi li jridu jitressqu.", "Fil-fatt jien stess se nkun minn ta' l-ewwel biex ngħid li għandna ċerti emendi li rridu nressquhom għal dan l-abbozz ta' liġi.", "Per eżempju ̧ fl-ewwel waħda ̧ li mhijiex importanti daqshekk, għedt li l-ministru responsabbli mill- immigrazzjoni tniżżel minflok il-ministru responsabbli mis-saħħa pubblika.", "Iċ-chamber of pharmacists esprima numru ta' concerns u allura rridu nirrispondihom imma mbagħad inkun nista' nespandi fuqhom meta niġu biex nagħlqu dan id-dibattitu.", "Naħseb li se jkun hemm numru ta' kelliema li jkunu jistgħu jiftħu wkoll iżjed fit-tul fuq kull punt, ħaġa li m'għandix il-lussu li nagħmel f'dan l-istadju.", "L-ewwelnett wieħed mill-areas ta' concern għaċ-chamber of pharmacists kienet li:", "\"The setting up of two authorities under the proposed act to control the same sector ̧ with the Medicines Authority being in essence subservient to the Licensing Authority.\".", "Naħseb li wieħed jista' jieħu din il-concern mat-tieni concern li tgħid li persuna waħda hija vestita bl-awtorita` kollha u li din hija a senior public officer u allura jeżistu d-dubji dwar l-awtonomija u l- indipendenza.", "F'dan l-istadju hemm ukoll il-concern li jista' jkun hemm konflitt ta' interess bejn il-persuna li hija s-suprintendent għas-saħħa pubblika fid-diviżjoni tas-saħħa li potenzjalment jista' jkun ukoll il- klijent tiegħu nnifsu.", "Naħseb li din diġà għamilt riferenza fuq fuq għaliha meta għedt li llum id-diviżjoni tas-saħħa qiegħda tieħu rwol kompletament differenti.", "Fil-fatt qed tiżvesti ruħha milli tkun service provider biex tieħu rwol ta' regolatur.", "Għalhekk f'dan il-każ meta qegħdin nitkellmu fuq l-awtonomija ta' l-isptarijiet u fuq awtonomiji li beħsiebna nifirxu mad-diviżjoni tas-saħħa jew fil-mod ta' kif titmexxa, jitnaqqas il- konflitt ta' interess li jista' jeżisti kif espress miċ-chamber of pharmacists.", "Barra minn hekk naħseb li meta jkollna liġi li jkollha x'taqsam mas-saħħa pubblika, il-persuna aħħarija li trid terfa r-responsabiltà dejjem kienet, u hekk għandha tibqa' ̧ is-suprintendent għas-saħħa pubblika għas-sempliċi raġuni li f'każijiet ta' emerġenza ̧ id-deċiżjoni trid ttitieħed minn persuna waħda mingħajr il-bżonn li wieħed jirriferi lejn xi kumitati.", "Ma jfissirx li fil-liġi m'hemmx maħsub kif din il-persuna ma tistax tabbuża pero' rridu niftakru li l-persuna li fl-aħħar mill-aħħar hija responsabbli mis-saħħa pubblika mhuwiex kumitat jew grupp ta' esperti imma f'każijiet ta' emerġenza deċiżjoni għandha ttitieħed minn persuna waħda.", "Fil-fatt din il-persuna ssibha terfa' din ir-responsabbiltà fil-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa.", "Ma naħsibx li għandu jkun hemm oġġezzjoni għal dan il-poter li huwa vestit fis-suprintendent għas-saħħa pubblika għaliex tagħmel kemm tagħmel awtoritajiet, anke taħt skemi differenti, xorta sa jkollok persuna li trid tirrappreżenta lill-bord jew lill-awtorità quddiem il-liġi.", "Jekk mhux supretendent tal-public health tista' tappunta chief executive officer pero' finalment dejjem qed titkellem fuq persuna waħedha.", "Min-naħa l-oħra naħseb li f'din il-liġi hemm ċar li minkejja li l-awtorità dwar il- liċenzjar qiegħda f'idejn is-suprintendent għas-saħħa pubblika hemm restrizzjonijiet kbar kif dan jista' jaħdem.", "Per eżempju ̧ dan ma jistax jieħu deċiżjonijiet kapriċċjożament mingħajr ma jkun hemm kontrolli fuqu.", "It-tielet area of concern kienet li ħadd mill-awtoritajiet proposti m'huma soġġetti għal chairman u bord biex jiggarantixxu t-trasparenza, l- accountability u r-review.", "Naħseb li din hija biża' li mhijiex ibbażata fuq il-fatti għaliex jekk fil-fatt wieħed jara x'jgħid l-abbozz ta' liġi fuq l-awtorità dwar il-mediċini jsib li din tista' twaqqaf numru ta' advisory boards.", "Fil-fatt wieħed minn dawn l-advisory boards huwa l- medicines advisory board li jkun magħmul min-numru ta' esperti, u mhux minn persuna waħda ̧ u minn hemm iridu jiġu r-rakkmandazzjonijiet jekk prodott għandux jiġi illiċenzjat jew le.", "Għalhekk wieħed ma jistax igħid li l-poter huwa konċentrat f'persuna waħda.", "Min-naħa qiegħed ikkonċentrat f'persuna waħda li trid toħroġ il-liċenzja u li hija accountable għal-liġi pero' d-deċiżjoni u l-istampar tal-liċenzja trid tittieħed fuq parir ta' numru ta' esperti li l-awtorità dwar il-mediċini tista' taħtar taħtha.", "Ir-raba` punt li qiegħed jinkwieta liċ-chamber of pharmacists huwa li dan l- abbozz ta' liġi ma jagħmilx proviżjoni għall-medicines commission li tipprovdi scientific u technical expertise lejn l-awtorità pero' ma naħsibx li dan huwa l-każ.", "Fil-memo li għamlet iċ-chamber hemm riferenza li wżajna l-att li huwa viġenti ġewwa l-Ingilterra li qed jipproponi medicines' commission li hija struttura eżistenti ġewwa l-Ingilterra biss.", "Min-naħa l-oħra ma naħsibx li wieħed jista' jgħid li m'hemmx trasparenza jiġifieri ma nistax nifhem għalfejn hemm din il-biża' fir-raba` u fil-ħames punt li qajmu ċ-chamber of pharmacists u l-pharmacy board.", "Jekk wieħed jaqra l- abbozz ta' liġi fid-dettall isib li l-applikant irid jagħmel l- applikazzjoni tiegħu għall-market authorisation, l-awtorità dwar il- mediċini tevalwa d-dokumentazzjoni u tagħti opinjoni li tintbagħat lill- awtorità dwar il-liċenzjar u lill-persuna li tkun ressqet l-applikazzjoni u jekk l-applikant u l-awtorità dwar il-liċenzjar ma jaqblux bejniethom fuq l-opinjoni ta' l-awtorità dwar il-mediċini jistgħu jirriferuha għand il- bord ta' reviżjoni dwar il-mediċini.", "Imbagħad dan irid jagħti d-deċiżjoni jew l-opinjoni finali tiegħu u jrid ukoll jinforma lill-awtorità dwar il- liċenzjar u lill-applikant dwar ir-rakkmandazzjoni tiegħu.", "Fl-aħħar nett l-awtorità dwar il-liċenzjar tieħu d-deċiżjoni finali u jekk ma tkunx qed taqbel ma' l-opinjoni espressa trid tagħti ġustifikazzjoni jiġifieri ma tistax tieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet kapriċċjożament imma trid tagħti ġustifikazzjoni għaliex ma tkunx qed taqbel.", "Pero' mbagħad xi ħadd irid jerfa' din ir-responsabbilta` u d-deċiżjoni ta' l- awtorità dwar il-liċenzjar li minkejja li hija finali hija wkoll soġġetta għall-judicial review.", "Naħseb li din hija sistema li mhux biss tiggarantixxi li hemm trasparenza kbira fil-proċess kollu imma tiggarantixxi wkoll li f'każ li xi ħadd iħoss li l-liċenzja tkun inżammitlu minħabba affarijiet li ma jkunux ġustifikati ̧ għandu l-metodi u l-mezzi kollha biex dan ikun jista' jieħu dak li huwa dritt tiegħu.", "Is-sitt punt li kienet qed tqajjem iċ-chamber of pharmacists jitkellem dwar il-biża' li l-awtorità dwar il-liċenzjar għandha \"absolute powers in certain areas concerning the granting of market authorisation in complete disregard of and at times in conflict with the corresponding provisions found in European pharmaceutical legislation\".", "Hawnhekk nerġa' nirrepeti li l-abbozz ta' liġi ma jagħtix poter assolut lis-suprintedent għas-saħħa pubblika li f'każijiet fejn ikun hemm periklu għall-pubbliku għandu jkollu l-poter li jieħu d-deċiżjonijiet waħdu.", "Kif għidt diġà hemm is-safeguards li jikkontrollaw li s-suprintendent għas-saħħa pubblika ma jeħux deċiżjonijiet li huma unilaterali jew inkella kapriċċjożament.", "Dwar il- kliem \"in conflict with corresponding provisions found in European pharmaceutical legislation\" irrid ngħid li qabel ma dan l-abbozz ta' liġi ġie ppreżentat hawnhekk ġie wkoll reviewed u cleared mill-EU commission.", "Ta' min igħid ukoll li l-abbozz ta' liġi ġie eżaminat u cleared ukoll mill- esperti tad-WHO u allura ovvjament wieħed isibha diffiċli jemmen li dak li hemm fih qiegħed f'konflitt ma' dak li qed titlob l-Ewropa.", "Irrid ngħid li f'każijiet bħal dawn l-Ewropa swiet ta' catalyst biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn il-bidliet.", "Hemm dikjarazzjonijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni, min- naħa tal-gvern, min-naħa taċ-chamber of pharmacists u min-naħa tal-pharmacy board dwar il-bżonn li jkollna sistema ta' reġistrazzjoni ta' mediċini li jkollha l-fiduċja ta' kulħadd u li tiggarantixxi l-aħjar livell ta' mediċini lill-klijent tagħna.", "Nerġa' ngħid li dawn il-liġijiet ̧ bħall-food act ̧ qegħdin ngħadduhom minn din il- Kamra mhux għaliex irridu nsiru u ma nsirux membri ta' l-Unjoni Ewropea imma għaliex iż-żewġ naħat tal-Kamra jħossu li fejn jidħol il-konsumatur irridu nibdew nimxu fuq binarji paralleli u t-tnejn għandna naħdmu id f'id.", "Bla dubju ta' xejn fejn jidħol il-konsumatur, iż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jwasslu l-aħjar possibbli.", "Is-seba` punt li qiegħed jinkwieta lil min għamel dawn it-tip ta' kummenti kien li l-abbozz ta' liġi ma jagħmilx provvedimenti għall-pożizzjoni ta' persuna kwalifikata li taħdem ġewwa fabbrika tal-mediċini jew inkella distributur.", "Hawn min qed jinkwieta li jista' jkun hemm diskriminazzjoni kontra l-professjoni tal-farmaċisti għaliex skond huma, il-liġi m'hijiex qiegħda tesiġi li l-persuna responsabbli trid tkun bilfors spiżjara.", "Hawnhekk ir-rimarka tiegħi hija li għalkemm il-provvedimenti dwar il- kwalifiki tal-persuna mhumiex inklużi f'dan l-Att, imma jistgħu jiġu dettaljati f'liġijiet sussegwenti.", "Iċ-chamber of pharmacists insistiet li skond l-Unjoni Ewropea l-persuna trid tkun spiżjar.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea jsib li lanqas l-Unjoni Ewropea ma tispeċifika li l-persuna trid tkun spiżjar bħalma nafuh aħna.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea tgħidlek li l- persuna tista' tkun waħda mid-dixxiplini xjentifiċi.", "Jista' jkun tabib, veterinary medicine, jista' jkollu background ta' chemistry, pharmaceutical chemistry, u technology and biology.", "L-unika ħaġa li l-Unjoni Ewropea timponi hija li l-persuna kkwalifikata jrid ikollha training apposta.", "Naħseb li lanqas dan ma jfisser li l-concerns li qed tesprimi kemm iċ- chamber kif ukoll il-pharmacy board huma ġustifikati.", "It-tmien punt jgħid li l-istandards tal-prattika tal-farmaċija huma u għandhom jibqgħu prerogattiva tal-pharmacy board.", "Hawnhekk jidher ċar li waqt li l-istandards tal-prattika tal-farmaċija għandhom jibqgħu jiġu stabbiliti mill-pharmacy board ma jfissirx li m'għandux ikun hemm bills oħrajn li jkomplu jsaħħu din il-proposta.", "Iż-żewġ settijiet jistgħu jkunu complementary għal xulxin.", "Il-fatt li dawn l-istandards qed jitniżżlu fl- Att dwar il-mediċini jfisser ukoll li llum min jikser dawn il-provvedimenti ma jaqax biss taħt il-pharmacy board imma wkoll jista' jiġi mfittex taħt il- liġi.", "Dan ifisser li l-għan wara dak li qegħdin nipproponu m'huwiex biex idgħajjef, kif xi ħadd qiegħed jissuspetta, imma biex ikompli jsaħħaħ.", "Id-disa' punt qiegħed jesprimi l-biża' taċ-chamber li permezz ta' dan l-Att qed nagħtu poter lil persuni li mhumiex spiżjara li jkunu jistgħu jbigħu l- mediċini lill-klijenti tagħhom.", "Għalkemm din l-ispjegazzjoni twasslet f'diversi laqgħat li saru, donnha li din hija xi ħaġa li għadha qed tinkwieta kemm liċ-chamber u kemm lill-pharmacy board.", "L-għan wara dan il-provvediment żgur mhuwiex biex persuna li mhijiex ikkwalifikata tkun tista' tbigħ il-mediċini.", "Hawnhekk kellna f'moħħna meta, per eżempju, il-wholesaler jgħaddi mediċini direttament lit-tobba.", "Illum it-tobba jistgħu jixtru l-flu vaccine mingħand il-wholesaler, u jekk ma nagħmlux dan il-provvediment ikun ifisser li t-tabib ikollu bilfors imur jixtri mingħand l-ispiżjar biex jagħti l-flu vaccine jew vaċċini oħra, bħat- two-in-one u t-three-in-one.", "Dan il-provvediment jolqot ukoll it-tqassim ta' l-ossiġnu li llum nagħtuh mill-isptar għax huwa meqjus bħala mediċina.", "Ma naħsibx li xi ħadd għandu joġġezzjona jekk fil-futur qarib id-diviżjoni tieħu deċiżjoni li ċ-ċilindri ta' l-ossiġnu wieħed jista' jeħodhom mingħand id-ditta li tkun qed tagħmilhom għaliex f'dik id-ditta, jekk għandha GMP, diġa` għandek spiżjar li qiegħed jagħti garanzija li l-ossiġnu li qed jagħti lill-pazjenti huwa ta' kwalita` garantita, li laħaq l-istandards li suppost li laħaq u m'hu ta' periklu għall-ebda pazjent.", "Dan ifisser li kieku ma jkunx hemm dan il-provvediment ma tkunx tista' tmur tieħu ċilindru ta' l-ossiġnu mingħand il-fabbrika, imma trid tieħdu bilfors mingħand spiżjar.", "Dawn huma ftit tad-dettalji li forsi ġew interpretati ħażin u setgħu qajmu ċerta biża', pero` nista' niżgura li wara dan il- provvediment ma kien hemm xejn misterjuż jew moħbi.", "L-għaxar punt jgħid li donnu hemm differenza bejn kif se nirregolaw l- ispiżeriji tal-gvern li qegħdin f'health centres jew fl-out-patient pharmacy u kif se nirregolaw l-ispiżeriji fil-komunità li huma privati.", "Hawnhekk ukoll irridu nagħtu ftit garanziji ta' serħan il-moħħ.", "Fl-Att m'hemm l-ebda riferenza għal spiżeriji li huma tal-gvern jew spiżeriji li mhumiex tal-gvern, allura dan ifisser li m'aħniex se nagħmlu differenzi bejn spiżerija jew oħra.", "Kemm l-ispiżeriji tal-privat, kemm l-ispiżeriji privati, kemm l-ispiżeriji ta' l-isptarijiet tal-gvern, u kemm spiżeriji ġewwa health centres se jkollhom bilfors jissodisfaw ir-requirements kollha stipulati f'dan l-Att.", "Il-fatt li m'hemm l-ebda riferenza għal tipi differenti ta' spiżeriji jfisser li kulħadd irid jobdi u jikkonforma ma' dak li hawn stipulat hawnhekk.", "Issa se nikkwota eżatt x'jgħid punt ħdax:", "\"The bill must make provisions for the licensing of pharmacies based on the geo-demographic criteria.\".", "- qed nirriferu għal Taqsima III, Titolu IV -", "\"Furthermore, the decisions taken in this respect should be taken by a statutory committee and not by one individual as agreed in the tripartite, joint committee report on pharmacy licensing.\".", "Dan ir-rapport kien sar jumejn qabel l-elezzjoni u kien rabat iċ-chamber of pharmacists, lill-gvern kif ukoll lill-GRTU li jippreżentaw rapport fi żmien xahar, li fil-fatt ħa kważi sentejn, fejn irid ikun hemm qbil fuq pakkett.", "Jiġifieri qatt ma sar ftehim fuq kull ħaġa individwali mit-tlieta li riedu jiġu stabbiliti, li kienu l-liċenzjar ta' l-ispiżeriji, l- upgrading ta' l-istandards ġewwa l-ispiżeriji, kif ukoll il-pharmacy of your choice.", "Dan ir-rapport kien ta s-suġġerimenti tiegħu lill-gvern, pero` ma naħsibx li xi ħadd qabel hemmhekk individwalment dwar min għandu jilliċenzja lill-ispiżeriji.", "Barra minn hekk il-liċenzjar ta' l-ispiżeriji m'għandux jiġi kopert b'dan l- Att, kif fil-fatt hemm illum taħt l-MKPO.", "Naħseb li hawnhekk iċ-chamber forsi kienet daqsxejn mgħaġġla fejn qed tagħmel riferenza għal xi ħaġa li ma gietx imwettqa.", "Il-gvern ħa l-opinjoni tagħhom pero` fil-fatt ma attwa xejn.", "Kif għedt, wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn jekk rakkmandazzjoni għandhiex tibqa' rakkmandazzjoni jew jekk min jagħmel rakkmandazzjoni għandux iħoss li għandha tiġi aċċettata bilfors, u allura ma tibqa' rakkmandazzjoni xejn imma ssir impożizzjoni.", "L-aħħar area of concern li qed jesprimu ċ-chamber of pharmacists u l- pharmacy board huwa li l-licensing authority għandha l-poter assolut li timponi penaltajiet mingħajr il-bżonn li tipprova li l-offiża ġiet fil-fatt kommessa.", "Hawnhekk ukoll irrid inserraħ moħħ min għandu dan id-dubju.", "GĦax artiklu 100 ta' l-abbozz ta' liġi jgħid li l-awtorita` trid tinforma lill-individwu li fl-opinjoni tagħha qiegħed jikser il-liġi, tgħidlu x'arranġamenti jrid jagħmel u x'penaltajiet irid iħallas.", "Imbagħad il- persuna għandha żewġ alternattivi, jew taċċetta u tagħmel il-bidliet li qed tgħidilha l-licensing authority jew inkella, jekk hi jidhrilha li qiegħda ssir akkuża inġusta kontra tagħha, tirrifjuta li tħallas il-penali li hemm imniżżel u tiddefendi tuħha jekk hijiex ħatja jew le fil-qrati.", "Mr Speaker, naħseb li dan huwa l-ispirtu fuq fuq ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nixtieq nirrepeti li minkejja li għandna abbozz estensiv irid jiġi diskuss bir-reqqa fil-committee stage fejn irridu naqbdu klawsola klawsola u niżguraw li d-dubji kollha jiġu ironed out.", "Ma nistax lanqas naqbel ma' l-istqarrija li saret li dan l-abbozz ta' liġi jiddiklassifika l- professjoni ta' l-ispiżjara.", "Qed ngħid hekk għaliex l-ebda safeguard li hemm fil-leġislazzjoni eżistenti ma ġiet imneħħija.", "Dawk għadhom hemmhekk, se jibqgħu hemmhekk u se jitneħħew biss meta jiddaħħlu safeguards permezz ta' leġislazzjoni sussidjarja iktar 'il quddiem.", "Fl-aħħarnett huwa tajjeb li nfakkar li din hija an enabling law, li jistgħu jibqgħu joħorġu regolamenti u jiġi updated il-ħin kollu biex jirriflettu dak li rridu nagħmlu.", "Kif għedt fil-bidu hija ħaġa pożittiva li rajna stqarrijiet min-naħa ta' l-oppożizzjoni, anke mill-kelliem ewlieni li, għalkemm ma jaqbilx forsi mal-mod kif qed tiddaħħal din il-liġi - u jien żgur li għandu kummenti validi li se nevalwawhom u nagħtu kashom ukoll meta niġu fl-istadju tal-kumitat - jemmen li s-sistema ta' reġistrazzjoni għandha tiddaħħal għall-ġid tal-klijent tagħna.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqadna meta qed nippilotaw dan l-abbozz ta' liġi, din hija l-fatt li, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, lkoll naqblu li l-poplu Malti, il-pazjent Malti għandu dritt li jkollu garanzija, kif diġa` tajnieh permezz tal-food act, ta' l-aqwa livelli u standards li joffru serħan il-moħħ meta dan il-pazjent ikun qiegħed jieħu l- mediċina.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Grazzi, Mr Speaker.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-ministru għal ċerti spjegazzjonijiet li ta fl- introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "F'din il-liġi hemm partijiet li huma pożittivi u hemm partijiet li huma negattivi fis-sens li meta wieħed iqabbilhom mal-liġi eżistenti, li kienet l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, isib li forsi l- interpretazzjoni kienet xi ftit aħjar.", "Imma dan se nevalwawh iktar fid- dettall fl-istadju tal-kumitat ħalli dan l-abbozz ta' liġi jiġi kemm jista' jkun imtejjeb għall-ġid tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu nagħrfu li l-mediċini jispiċċaw għand il- konsumatur li sfortunatament ħafna drabi huwa pazjent.", "Ikun hemm każi ta' min hu f'saħħtu li jieħu ċerti l-mediċini minħabba ċerti ideat ta' vitamini u mhux vitamini.", "Imma huwa importanti li nħarsu lejn dan l-abbozz ta' liġi mil-lenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.", "Il-konsumatur għandu jiġi l- ewwel u qabel kollox.", "Il-konsumatur għandu jingħata l-protezzjoni kollha meħtieġa permezz ta' liġijiet u permezz ta' regolamenti li jitressqu 'l quddiem li wieħed irid iżommhom dejjem f'moħħu.", "Għalhekk dan l-abbozz ta' liġi m'għandux x'jaqsam mal-kwestjoni ta' jekk Malta tidħolx membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jew le, imma rridu nħarsu lejh mil-lat ta' x'inhu ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien naħseb li kemm fil-każ ta' politika ta' membership fl-Unjoni Ewropea u kemm fil-każ tal-politika ta' partnership żgur li l-konsumatur għandu jiġi protett u għandu jiġi meqjus bħala r-re fis-suq.", "Min-naħa l-oħra ma nistax ma nosservax li dan l-abbozz ta' liġi kien marbut mal-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt naħseb li qegħdin naqra late in the day biex ngħaddu din il-liġi, kif jirriżulta anke mid-dokumenti li tressqu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien napprezza li ħafna drabi jkun hemm problemi mhux biss min-naħa tad-dipartiment, imma anke min-naħa ta' l- avukat ġenerali li jkollu patafjun ta' liġijiet oħra.", "Biss wieħed irid josserva li fil-fatt dan l-abbozz ta' liġi kellu jgħaddi sa l-aħħar ta' l- 2001.", "Apparti minn hekk, kellu jkun hemm l-administrative set-up u l- istrutturi biex wieħed jibda jħares lejn ir-reġistrazzjoni tal-mediċini sa nofs l-2002.", "Qed insemmi dawn il-punti fil-bidu ħalli iktar tard fid-diskors tiegħi wieħed jifhem għaliex inkun qed nagħmel ċerti kummenti.", "Apparti minn hekk, wieħed irid isemmi wkoll li, bi ftehim li kellu l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea, fil-bidu ta' din is-sena suppost kellha tibda sistema fejn il- prodotti ġodda li jitpoġġew fis-suq jiġu reġistrati skond ir-requirements ta' l-Unjoni Ewropea.", "Is-sistema ta' provisional licensing fil-fatt kellha tiddaħħal fl-2001.", "Mr Speaker, qed nagħmel dawn l-osservazzjonijiet għal diversi raġunijiet.", "L- ewwelnett jekk wieħed iħares lejn ir-rapporti Ii għandna - u rrid insemmi wkoll li hemm perijodu tranżitorji fejn tidħol il-kwestjoni tal-mediċini - jsib li l-pajjiżi li huma diġa` membri fl-Unjoni Ewropea ma jkunux intitolati li jpoġġu fis-suq tagħhom prodotti farmaċewtiċi sakemm dawn ma jkunux awtorizzati skond il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "Semmejt dawn il-punti għaliex iktar 'il quddiem se nitkellem fuq dokument li forsi ma kienx jaf bih il-prim ministru, għax hu kien qal li ma sar l- ebda impact assessment fejn jidħol is-settur tal-mediċini.", "Dan ma qalux xi xhur twal ilu, imma lejn l-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet.", "Imma fil-fatt jeżisti impact assessment li kellu influwenza fuq ċerti affarijiet li ġraw f'Malta.", "Infatti minflok komplejna nespandu s-settur tal-farmaċija u prodotti farmaċewtiċi sfortunatament ħallejnieh kif kien, għalkemm oriġinarjament il-pjani kienu li nkomplu nespandu ħalli jinħoloq ix-xogħol.", "Mr Speaker, fil-bidu għedt li dan l-abbozz ta' liġi fih affarijiet tajbin u oħrajn li mhumiex.", "Infatti hemm affarijiet li għalkemm naqbel magħhom, ma naqbilx mal-mod kif se jiġu implimentati u hemm affarijiet li ma naqbilx magħhom fuq kwestjoni ta' prinċipju.", "Bil-permess tiegħek, Mr Speaker, se nagħti review ta' dan l-abbozz ta' liġi biex meta niġu għad-diskussjoni fl- istadju ta' kumitat l-ministru jkollu diġa` idea dwar liema huma l- partijiet fejn qed insibu d-diffikultajiet ħalli jkun jista' jiddiskutihom man-nies tad-dipartiment minn qabel.", "Imbagħad fl-istadju ta' kumitat ikun hemm partijiet li jkollna nbiċċruhom u partijiet li forsi niċċarawhom.", "Mr Speaker, f'dan l-abbozz ta' liġi hemm ċerti provvedimenti li l-mod kif inhuma miktubin fil-liġi jidhru koroh imma l-mod kif spjegahom il-ministru fl-introduzzjoni tiegħu ma jidhrux daqshekk koroh.", "Imma aħna nafu li meta niġu għall-interpretazzjoni trid titkellem fuq dak li għandek miktub.", "Huwa fatt ukoll li meta jinqalgħu ċerti diffikultajiet dwar l- interpretazzjoni wieħed suppost jirriferi għad-diskussjoni li tkun saret fil-Kamra dwar dik il-liġi ħalli jara x'kellu f'moħħu eżattament il- leġislatur meta lleġisla b'dak il-mod.", "Fl-istadju ta' kumitat ikollna ċ- ċans niċċaraw dak li hemm f'dan l-abbozz ta' liġi ħalli 'l quddiem ma jkollniex għalfejn nerġgħu niġu f'din il-Kamra ħalli nemendaw ċerti provvedimenti li qegħdin nagħmlu llum.", "Mr Speaker, sfortunatament f'dan l-abbozz ta' liġi hemm ċerti partijiet li ma jiftehmux.", "Filwaqt li f'parti jgħid ħaġa min-naħa l-oħra ma jagħtix awtorita` li wieħed jirranġa ċerti affarijiet li f'partijiet huma tajbin, imma f'partijiet oħra ma jeżistux.", "Apparti minn hekk naħseb li dan l- abbozz ta' liġi ma tantx ġie reviewed sewwa.", "Ma nafx eżattament min ta sehmu, imma kien hemm ċerti żbalji mhux biss banali, bħall-iżball li semma l-ministru wkoll, li r-responsabbilta` hija tal-ministru ta' l- emigrazzjoni.", "Il-kwestjoni hija li meta tħares lejn dan l-abbozz joħorġu ċerti difetti as you go along.", "Jien se nipprova niġbed l-attenzjoni għalihom waqt li nkun għaddej.", "Apparti minn hekk, naħseb li jkun importanti li, bħalma għamilna meta ddiskutejna l-industrial relations Act, jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra r- regolamenti - imqar id-draft jekk ir-regolamenti għadhom mhumiex lesti - li joħorġu minn dan l-abbozz ta' liġi.", "Ikun interessanti li kieku dawn ir- regolamenti jkunu f'idejna ħalli wieħed jifhem aħjar x'se jiġri u jara l- mod kif se jiddibatti.", "Peress li din hija an enabling law, din tista' tgħid lijrid ikun hemm liċenzja, per eżempju, imma kif se joħorġu r- regolamenti minnha?", "Mr Speaker, waħda mill-kwestjonijiet li rrid inqajjem hija dwar l-awtorita` dwar il-liċenzjar fejn jingħad li s-suprintendent għas-saħħa pubblika jkun l-awtorità għall-għanijiet ta' dan l-Att.", "F'dan l-abbozz ta' liġi nnotajt li f'ċerti każi l-awtorita` dwar il-liċenzjar se jkollha ċerti poteri li f'partijiet tal-liġi jingħad li jista' jsir appell minn dawn id- deċiżjonijiet, fil-waqt li f'ċerti partijiet tal-liġi ma jissemmiex id- dritt ta' l-appell minnhom.", "Wieħed irid jifhem għaliex f'ċerti każi hemm dritt ta' l-appell u f'ċerti każi oħra m'hemmx dritt ta' l-appell.", "Niġi issa għall-awtorita` dwar il-mediċini.", "Nibda biex ngħid li bħala struttura jien nemmen li d-dipartiment tas-saħħa għandu jkollu żewġ idejn separati minn xulxin, bi tmexxija amministrattiva li hija waħda separata kompletament mill-oħra, għalkemm jaqgħu taħt l-istess ministru.", "Waħda minn dawn iż-żewġ idejn trid tkun ir-regolatur li jirregola l-istrutturi kollha, fejn ikollok units separati.", "Per eżempju jkollok unit li tirregola s- settur tal-mediċini, unit li tirregola s-settur ta' l-isptarijiet u units oħrajn li għandhom ikunu attached magħha.", "Jien ma nafx jekk din hijiex xi rikjesta min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, imma jien inħoss li mhuwiex għaqli li noħolqu numru ta' awtoritajiet biex immexxu kull struttura li qed inwaqqfu.", "Apparti minn hekk, f'mument fejn nafu li l-pajjiż għandu ċerti problemi finanzjarji, qed inkomplu noħolqu strutturi li qed iżidu l-piż finanzjarju.", "Veru li l-ministru jista' jgħid li l-pagi tagħhom iridu jiġu awtorizzati mill-ministru tal-finanzi, imma qed noħolqu strutturi kontra strutturi li sfortunatament anke l-kontrolli li jkun hemm fuq dawn it-tip ta' awtoritajiet imorru 'l bogħod mill-istess regolamenti finanzjarji tal-gvern.", "Jien ma nħossx li r-regolamenti finanzjarji tal-gvern għandhom ixekklu b'xi mod dak li wieħed ikun irid jagħmel, imma min-naħa l-oħra naħseb li r- regolamenti finanzjarji tal-gvern qegħdin hemmhekk biex l-affarijiet jimxu bis-serjeta`, jimxu kif suppost.", "Sfortunatament l-esperjenza wrietna li ċerti awtoritajiet saru mostru u ftit nies kienu kapaċi jikkontrollawhom u awtoritajiet oħrajn mhux dejjem kienu ta' eżempju fejn jidħol infiq finanzjarju.", "Iżda anke jekk il-ministru jkompli jinsisti dwar l-awtorita` dwar il- mediċini hemm ċerti mistoqsijiet x'wieħed irid jagħmel.", "Per eżempju, xi kwalifiki għandu jkollu ċ-chief executive officer?", "Jekk membru li jkun fuq l-awtorita` dwar il-mediċini jkollu interess personali għandna naċċettaw li dan jitħalla f'din l-awtorita` wara li dan ikun iddikjara l-interess tiegħu?", "Naħseb li dawn huma kollha punti li jridu jitqajmu fl-istadju ta` kumitat.", "Sur President, fi klawsola 11 ta` dan l-abbozz ta` liġi jingħad li t- tenders joħroġu biss jekk in-nefqa tkun iktar minn Lm100,000, u dan meta nafu li taħt ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern it-tenders joħorġu meta nefqa ferm inqas minn Lm100,000.", "Imbagħad għandek klawsola 13 li tgħidlek li l-awtorita` għandha tkun eżenti mir-responsabbilta` għall-ħlas ta' taxxa fuq l-income jew taxxa fuq id-dokumenti.", "Naħseb li dawn huma punti li juru kif l-awtorita` tal-mediċini tmur 'il hemm minn regolamenti finanzjarji li jorbtu lid-dipartiment tal-gvern.", "Bħalma għedt, jiena ma nħossx li għandna noħolqu awtorita` dwar il-mediċini.", "Il-funzjonijiet ta' l-awtorita` jistgħu faċilment jaqgħu taħt unit li tkun taħt l-id regolatorja li jkollu d- dipartiment tas-saħħa li taqa' tħat l-istruttura amministrattiva tal- permanent secretary u tal-ministru.", "Ma narax għalfejn għandna noqogħdu ngħidu awtorita` dwar il-liċenzjar.", "Inħoss li għandu jkun id-direttur ġenerali li jew inkella s-supretendent tas-saħħa pubblika u nieqfu hemmhekk u ma noqogħdux insemmu awtoritajiet oħra.", "Imbagħad għandu jkun hemm l- istruttura l-oħra biex l-isptarijiet ikunu managed wieħed separatament mill- ieħor.", "Separatament ukoll bħala struttura għandu jkollok it-tmexxija tal- medical stores, li huma tal-gvern, li tkun maqsuma bi tmexxija differenti minn fuq, taħt l-awtorita` tal-ministru u tal-permanent secretary bħala l- kap taċ-ċivil fis-settur tas-saħħa.", "Dan huwa l-mod kif qed nivviswalizzaw il-politika ta' kif għandna mmexxu s-settur tas-saħħa fix-xhur li ġejjin.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-bord ta` reviżjoni dwar il-mediċini.", "Jiena nħossu li dan huwa bord importanti.", "Hawnhekk qiegħed jingħad li ċ-chairperson trid tkun persuna li tipprattika l-professjoni legali u jkollha seba` snin esperjenza.", "Jiena nnaħseb li jekk ikollha ftit iktar esperjenza jkun iktar għaqli minħabba li qed nitkellmu fuq deċiżjonijiet li jorbtu anke lill-awtorita` dwar il-liċenzjar.", "Qiegħed ngħid nenfasizza fuq l-importanza li l-avukat għandu jkollu esperjenza ta` iktar minn seba` snin minħabba l-fatt li l-appell jista` jsir biss fuq punt ta' liġi.", "Ovvjament il-bord ta` reviżjoni dwar il-medċini jista` jikkonsulta ma' diversi gruppi oħrajn li huma esperti f'dak is-settur ta' dik il-mediċina partikolari li wieħed ikun qed jitkellem fuqha.", "Pero` l- weight tad-deċiżjoni tal-bord ta` reviżjoni dwar il-mediċini hija waħda sostanzjali.", "Hawnhekk wieħed irid jitkellem ukoll fuq id-dewmien biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Nittama li ma nispiċċawx li jkollna xi struttura oħra bħalma għandha fil-qrati.", "Il-liġi tgħidlek li d-deċiżjoni trid tittieħed fl-iqsar żmien possibbli.", "Imma anke d-deċiżjonijiet fil- qrati supost jittieħdu fl-iqsar żmien possibbli, imma fil-fatt nafu li ħafna drabi każijiet fil-qorti jkomplu jitwalu u jitwalu, ġieli anke bla bżonn, u meta jkun kwestjoni fuq mediċini m'għandniex inħalluha titwal għal ċertu tul ta' żmien bla bżonn.", "Sur President, irid ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu prodotti mediċinali fis-suq.", "Ta` min jgħid li hawnhekk għandna l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni.", "Hawnhekk għandi punt li nħoss li għandi nespandi ftit fuqu ħalli nkunu nifhmu eżatt x'qed jiġri.", "Meta f'Settembru ta' l-1997 jiena bħala ministru kont mort Copenhagen nitkellem ma` l-Għaqda Dinija tas-Saħħa konna għamilna diversi arranġamenti, fosthom wieħed li kien jikkonċerna s-settur tal-mediċini.", "F'diskussjonijiet li kelli fi ħdan id-dipartiment qabel ma mort konna rrealizzajna li l-liġijiet dwar is- settur farmaċewtiku kien għadda żmien mhux ħażin minn fuqhom.", "Kienu saru diversi żviluppi u ħassejna li hemm bżonn l-affarijiet jinbidlu.", "Bi ftehim li konna għamilna mal-WHO kien intbagħat hawn Malta ċertu Magnusson, persuna mill-Islanda, li fil-fatt kien għamel evalwazzjoni tas- sistema farmaċewtika hawn Malta.", "Kien għamel ċerti rapporti u fil-fatt kienet ġiet abbozzata liġi - mhux bilfors konna se naqblu magħha – li kienet l-ewwel attentat kif se mmorru lejn is-settur tar-reġistrazzjoni ta' mediċini.", "Il-kunċett tar-reġistrazzjoni tal-mediċini huwa xi ħaġa li din in-naħa tal-Kamra, partikolarment jiena bilfors naqbel miegħu għax kienet xi ħaġa li konna qegħdin naħdmu fuqha.", "Imma aħna nħossu li jekk irridu noqogħdu ngħollu l-istandards waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li l-mediċini nibdew nirreġistrawhom biex il-kwalita` tal-mediċini li jkollna fis-suq tkun garantita, ma jkollna l-ebda abbużi jew twieqi minn fejn wieħed jista` jidħol ħalli nkunu assigurati li fis-suq għandna prodotti ta' l-aqwa kwalita`.", "Allura fejn tidħol il-kwestjoni li għandha tinħoloq sistema ta' reġistrazzjoni jien bilfors inkun favur tagħha u bħalma qal il-ministru li jdiher li fuq din m'hemm xejn differenza bħala kunċett.", "Imma issa ejja naraw kif se tiġi attwata, u hawnhekk tinħoloq differenza bejn li xi ħadd mill-Unjoni Ewropea jimponi fuqek xi trid tagħmel u dak li inti tista' tagħmel għax m'intix marbut bid-deċiżjoni li jimponi ħaddieħor fuqek kif għandek timxi.", "Aħna nħossu li bil-politika ta' partnership nistgħu nkunu flessibbli iktar u l-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tista' tiġi mdaħħla f'pajjiżna anke mingħajr il-bżonn li ċerti affarijiet irridu nagħmluhom bilfors hawnhekk.", "X'irrid ngħid?", "F'korrispondenza li kien hemm f'Novembru tas-sena 2001 bejn id-direttur ġenerali tad-diparitment tas-saħħa u l-importaturi, dawn ta` l- aħħar kienu ntalbu biex sa ċertu perjodu ta` żmien jibdew jibagħtu l- informazzjoni dwar il-mediċina li jimportaw f'pajjiżna fi kwestjonarju.", "Dan il-kwestjonarju kien intbagħtilhom fl-agħar żmien, fil-perjodu tal- Milied meta ħafna kumpanniji barra minn Malta jkunu magħluqin.", "Pero` imbagħad bil-mod il-mod bdew jestendu d-data.", "Pero` kienu talbuhom biex ilestu l-affarijiet fi żmien xahrejn.", "Imbagħad kienu talbuhom ukoll li jibagħtulhom numru ta' dossiers, speċjalment għal dawk il-prodotti li m'humiex ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew inkella li mhux jinstabu fis-suq ta' l-Unjoni Eworpea.", "Apparti minn hekk, dawk il-prodotti li jinstabu fis- suq ta' l-Unjoni Ewropea kellhom jibagħtu an abridged dossier.", "Dan ikun dossier li ma jkunx dettaljat daqs dak dwar il-prodotti li m'humiex qegħdin reġistrati f'xi pajjiż ta' l-Unjoni Eworpea.", "Hawnhekk se nibda nirreferi għad-dokument li semmejt fil-bidu, jiġifieri volume 1 tar-rapport tal- Malta/EU negotiations document distributed to MEUSAC members.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li ġrat hija li filwaqt li d-dipartiment kien jaf li ċerti affarijiet ried bilfors jagħmilhom biex jiġi in line mar- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, l-ewwel għamel sentjen ma jeħux azzjoni fuq il-kwestjoni tal-liċenzjar għax ċertu ftehim kien sar fl-1999 u f'daqqa waħda meta rrealizzaw li l-limitu tal-ħin kien qed jippressa, id- dipartiment beda jgħaġġel kemm jiflaħ u għamel timeframes li ma kenux prattikabbli.", "Tant ma kenux prattikabbli li nqalgħu diversi intoppi meta bdew mexjin l-affarijiet.", "Fost l-intoppi li kienu nqalgħu kien hemm il- kwestjoni li dak iż-żmien l-evalwazzjoni tad-dossiers u l-abridged dossiers u l-kwestjonarji li kienu qegħdin jitressqu kellha suppost tagħmilhom kumpannija li għalkemm kif qal il-Ministru hija waħda mill-aqwa fid-dinja, hija wkoll kumpannija li hija waħda mill-iktar għoljin biex tagħmel dan it- tip ta' xogħol.", "Issa jekk dan it-tip ta' xogħol din il-kumpannija se tagħmlu għall-Ingilterra fejn għandek suq ta` 50, 60 jew 70 miljun ruħ mod imma jekk se tagħmlu għal Malta fejn għandek suq ta` 370,000 ruħ bl-istess prezz li tagħmlu għall-Ingilterra mod ieħor.", "Għaliex?", "Għax meta wieħed jevalwa l-prezz ta' dik il-mediċina jsib li minħabba li s-suq tagħna huwa wieħed żgħir il-prezz ta` dik il-mediċina li tiġi reġistrata se jisplodi 'l fuq.", "Naf li d-dipartiment kellhom insistenza biex ifttxu alternattivi differenti u ż-żewġ alternattivi li fil-fatt kienu ssuġerewlhom kienu dawn: L-ewwel wieħed li l-ispejjeż jerfagħhom id-dipartiment u t-tieni li jerġgħu jmorru jiddiskutu ma' l-Unjoni Ewropea u dawk il-prodotti li jinstabu diġa` reġistrati ġewwa l-Unjoni Ewropea jiġu awtomatikament reġistrati hawn Malta.", "Safejn naf jien, jikkorreġini l-Ministru, ir-risposta kienet li x- xogħol irid isir kollu u mhux se jiġi aċċettat mill-ewwel awtomatikament xi ħaġa li diġa` ġiet aċċettata bħala reġistrazzjoni f'pajjiż li diġa` qiegħed fl-Unjoni Eworpea.", "Jiena nittama li d-dipartiment tas-saħħa jaf bl-impatt fuq il-prezzijiet tal-mediċini.", "Hawn nixtieq niftaħ parentesi żgħira.", "Huwa veru li issa jidher li x-xogħol fejn tidħol ir-reġistrazzjoni iktar se jsir mill-Irish medicines board milli mill-MCA u l-prezzijiet se jkunu irħas imma li xorta waħda se jkollhom effett fuq l-ammont ta' mediċini li nġibu f'pajjiżna.", "Sur President, tajjeb li għal darb'oħra nerġa` ngħid li riċentement il-Prim Ministru qal li l-gvern tiegħu m'għandu l-ebda studju uffiċjali li juri l- impatt tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea fuq it-turiżmu u l-prezzijiet tal-mediċini.", "Kien qal ukoll li bid-dħul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea jkollna naddottaw r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea kemm fuq it-turiżmu kif ukoll fuq is-settur mediku.", "L-impact assessment li kien sar fuq is- setur farmaċewtiku mill-KPMG, mill-MISCO u mill-EuropAdvise Ltd. u kien intbagħat rapport lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "Dan ir-rapport kien sar fis-7 ta' Lulju 2000.", "Ma nafx jekk il-ministru jew id-dipartiment tas-saħħa kellhomx aċċess għal dan ir-rapport.", "Pero` nitlob lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jew il-Ministru tas-Saħħa biex sa tmiem id- diskussjoni fuq dan l-abbozz ta' liġi dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikollu d-dritt jevalwa dak li fih dan ir-rapport.", "F'dan ir-rapport jingħad li l-prezzijiet tal-mediċini se jkolhom jiżdiedu konsiderevolment u li l-ammont ta' mediċini se jonqos fis-suq lokali.", "Fil- fatt f'dan ir-rapport dawn qalu hekk:", "\"On the other hand, the negative impact is expected to include:", "An increase in retail prices of medicinal products reflecting the increased costs of registration and licensing, unless such price increases are absorbed by importers/pharmacists as a result of the implementation of pricing policies;\".", "Mela jekk ma jiġrix hekk, il-prezzijiet se jisplodu.", "Qalu wkoll - u din interessanti - li se jkun hemm –", "\"the exclusion from the local market of medicinal products which only account for relatively insignificant shares of the market and whose importation may consequently not remain financially viable if registration and licensing fees are to be spread over minor volumes of sales (unless exemptions or significant reductions in registration and licensing fees are conceded in such circumstances).\".", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru tas-saħħa.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, la l-Onor.", "Farrugia qed jikkwota għandi nifhem li se jpoġġi dak li qed jikkwota fuq il-mejda tal-Kamra.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jiena xorta se npoġġi dak li kkwotajt fuq il-mejda tal-Kamra, pero` l-Ministru jista' jirriferi għaliha fir-rapport li għandu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fejn jidħol il- kwestjoni tar-relevant provisions of the acquis communautaire.", "Fil-fatt din il-parti li kkwotajt kienet fl-executive summary.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Farrugia jpoġġi dawn id- dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt minn impact assessment li sar minn KPMG, MISCO u EuropAdvise Ltd dwar l-effett ta' l-addozzjoni ta' l-acquis communautaire fuq prodotti mediċinali.", "Issa nittama li bħalma jiena poġġejt fuq il-mejda l-parti li qrajt minnha, il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi jew il-Ministru tas-Saħħa jpoġġu d- dokument kollu.", "Sur President, l-impact assessment li għamel il-gvern fis-sena 2000, għalkemm il-Prim Ministru qal li ma jafx li sar xi tip ta' impact assessment, juri li l-prezzijiet ta` ċerti mediċini se jisplodu 'l fuq.", "Apparti minn hekk se jkollna sitwazzjoni fejn mhux se jibqa` jkun viabbli li tip ta' mediċini li jinxtraw minn ftit waħdiet inħalluhom fis-suq lokali bil-konsegwenza li dawn it-tip ta' mediċini se jisparixxu jew inkella n- nies li jkollhom bżonnhom ikollhom iħallsu mijiet ta' liri biex jieħdu l- mediċina li fil-fatt għandhom bżonn.", "Din hija hija ħażin għax aħna qegħdin nitkellmu fuq suq żgħir u dan li ma tifhimx l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea ma tifhmx li peress li s-suq tagħna huwa wieħed żgħir il-prezzijiet se jisplodu.", "Barra minnhekk ċerti mediċini importanti se jisparixxu, u din l-inqas ħaġa li nkunu rridu.", "Għalhekk aħna ngħidu li ċerti regolamenti ta` l-Unjoni Ewropea magħmulin għall-pajjiżi l-kbar u mhux bilfors japplikaw għall-pajjiżi żgħar.", "Mhux ir-reġistrazzjoni li hija ħażina għall-pajjiżi ż- żgħar imma l-mod kif l-Unjoni Ewropea ġġiegħlek timplimentaha.", "Għalhekk irridu nkunu flessibbli.", "Hemm alternattivi oħra, u wasala ż-żmien li nibdew nitkellmu fuq l- alternattivi oħra.", "Fir-rapport ta` l-impact assessment li qed nirreferi għalih hemm imniżżel li iktar minn 70% tal-mediċini li jiġu importati f'Malta ġejjin mill-Unjoni Ewropea u madwar 25% jiġu minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jew inkella oħrajn li qegħdin fl-EEA, il-European Economic Area.", "Dan apparti l-Amerika, il-Kanada, l-Isvizzera u l-Awstralja.", "Qed insemmi dawn il-pajjiżi apposta għax huma pajjiżi li fis-settur tal- mediċina huma ta' ċertu livell.", "Mhux qed nitkellem dwar xi pajjiż li ħadd ma sema' bih imma qed insemmi pajjiżi li l-kumpanniji tagħhom għamlu investiment kbir u huma magħrufin mad-dinja kollha.", "Aħna qed nissuġġerixxu nissuġġerixxu li minflok inkomplu bis-CPP kif qed nagħmlu llum, li bħalissa ilha sospiża min-Novembru li għadda u prodotti ġodda li jridu jidħlu f'pajjiżna u ma jistgħux jidħlu għax is-sistema ta' l- evalwazzjoni u liċenzjar fuq is-CPP wieqfa u bħalissa għandna ħafna għaġġla għax sa l-aħħar ta' Marzu trid tiġi implimentata din il-liġi ħalli tidħol fis-seħħ....", "Waħda mill-affarijiet li fil-fatt se nkunu qegħdin naraw hija li l-prodotti li nġibu hawn Malta meta niġu biex nirreġistrawhom jekk ikunu diġa` reġistrati, u l-importatur jipprovdi evidenza li l-prodott li qed jiġi importat huwa diġa` reġistrati f'dawn il-pajjiżi li huma ta' ċertu livell, fosthom dawk il-pajjiżi li semmejt jiena, allura jkunu awtomatikament reġistrati hawnhekk.", "Naħseb li jekk tiddaħħal din it-tip ta' sistema nkunu diġa` għamilna avvanzi kbar għax li jibqagħlna diskussjoni fuqhom huma biss waħdiet għax għall-maġġoranza kbira ta' iktar minn 95% tal- prodotti ta' mediċina li nirreġistraw hawn Malta la għandna bżonn ta` abridged dossiers u lanqas għandna bżonn ta` dossiers għax jekk ikunu d diġa` rikonoxxuti u awtoriżati li jinbiegħu fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk huma diġa` rikonoxxuti li jinbiegħu fl-Amerika, fil-Kanada, fl-Isvizzera, fl- Awstralja u f'pajjiżi ta' l-EEA nkunu nistgħu ndaħħluhom u nirreġistrawhom mill-ewwel hawnhekk.", "B'hekk l-ispiża l-kbira li qed iġiegħlna nagħmlu l- Unjoni Ewroea biex nirreġistraw il-mediċini ma jkollhiex għalfejn isir, u dan bi gwadann għal konsumatur.", "Għaliex?", "Għax l-istandards se ntejbuhom u se jkun hemm l-availability tal-mediċini bi prezzijiet varji u wieħed jista' jagħżel.", "Min se jgawdi?", "Mhux il-konsumatur?", "Mhux il-pazjent?", "Sur President, imbagħad wieħed irid iħares lejn esperjenza li għaddew minnha pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea meta qalbu għall-Euro.", "Kulħadd jaf x'impatt negattiv kien hemm fuq il-prezzijiet tal-prodotti kollha ta' l- ikel u tal-mediċini.", "Jekk aħna nsiru membri sħaħ, wara ftit tas-snin irridu ndaħħlu l-Euro u se jkollna l-effett li kellu ħaddieħor, bħalma wkoll se jkollna l-effett bl- introduzzjoni tal-VAT fuq il-mediċini.", "Bil-politika ta' partnership la se tidħol il-kwestjoni ta' registrar li qed timponi l-Unjoni Ewropea – aħna naqblu li trid tidħol ir-reġistrazzjoni imma mhux kif qed timponi l-Unjoni – la jkollna għalfejn nimplimentaw il-Euro u lanqas tidħol il-VAT fuq il- mediċini.", "Allura l-prezzijiet mhux se jiġu affettwati.", "Sur President, meta fl-1994 l-gvern Nazzjonalista għall-ewwel darba kien daħħal il-VAT ma kienx għamilha fuq il-mediċini u l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici kien qal: Ara kemm hu għaqli l-gvern Nazzjonalista ma daħħalx il- VAT fuq il-mediċini għax din l-iktar li taffettwa lill-anzjani.", "Issa jiena ngħidlu: Allura issa li l-VAT se tiddaħħal fuq l-ikel u l-mediċini mhux lill-anzjani wkoll se tolqot, apparti strutturi oħra tas-soċjeta` Maltija u Għawdxija.", "Mhux talli hekk, talli fid-diskors tal-budget li għadda saħansitra kellna l-Ministru tal-Finanzi li jistabbilixxi li żewġ terzi mill-infiq ta' l-anzjani huwa fuq ikel u mediċini.", "Kellna wkoll dikjarazzjoni mill-MIC meta tkellmu fuq it-taxxa fuq l-ikel u l-mediċini u kienu qalu li l-gvern Malti qed jagħmel tajjeb li jirresisti d-dħul tal-VAT fuq il-mediċini u fuq l-ikel u din se tkun waħda mill-ġlidiet kbar li se jkollu dan il-gvern ma' l-Unjoni Ewropea.", "U kulħadd kien jaħseb li jekk ta` Brussell jgħidulu li jrid bilfors idaħħal il-VAT fuq l-ikel u l- mediċini, il-gvern Nazzjonalista kien se jgħidilna li bi sħubija sħiħa ma jaqblilniex.", "Imma din belagħha wkoll allavolja l-MIC fuq din l-issue kien qalu li –", "\"Malta is resisting this move and is not favourable to the introduction of tax on these items, largely because of the impact on the cost of living and its consequent negative social repercussions.\".", "Mela għandna l-MIC tgħidlek li se jkollna negative social repercussions, għandna l-KPMG u l-MISCO jgħidulna li l-prezzijiet se jisplodu, ċerti mediċini se jisparixxu u mediċini li hawn ftit konsum tagħhom mhux se jkun viabbli li jinġiebu hawn Malta.", "Kellha raġun l-MIC tgħid li Malta għandha tirresisti d-dħul tal-VAT fuq dawn l-items għax inkella jkollna a negative social repurcussions.", "Hawn hija l-għażla li jrid jagħmel il-poplu Malti.", "Jew nagħmlu kollox kif tgħidilna l-Unjoni Ewropea jew inkella nagħmlu l- istess ħaġa imma b'rajna f'idejna u b`iktar flessibilita`.", "Nistgħu nżommu l- istess standards - mhux se jkun hemm standards differenti – mingħajr ma nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Nistgħu noħolqu sistema ta' registrar li tolqot il-prodotti ta` waħdiet li nimportaw minn barra mbagħad naraw ukoll kif se niżviluppaw reġistrar ta' prodotti manifatturati f'Malta.", "Imma r- riperkussjonijiet soċjali ġewwa pajjiżna nneħħuhom.", "Mhux se jiġi xi ħadd jiġi jgħidilna li r-regolamenti tagħna huma hekk u aħna rridu nimplimentawhom verbatim.", "Jekk isir hekk nispiċċaw pupazzi u dan il- Parlament jiġi ma jiswa għal xejn.", "Sur President, tista` tiġi inti bir- rubber stamp u l-abbozzi ta' liġi tittimbrahom kollha u tgħidilna li għaddew minn dan il-Parlament għax m'hemmx ċans għad-diskussjoni għax l- affarijiet rridu nimplimentawhom kif jgħidulna.", "Dan mhux sewwa u għalhekk il-politika Laburista hija l-aħjar għażla għall-futur ta' pajjiżna għax ngħarfu li ċerti regolamenti li jeżistu fl-Unjoni Ewropea ma jistgħux jiġu applikati fiċ-ċirkostanzi ta` pajjiżna.", "Sur President, ngħaddi issa biex nitkellem fuq xi ħaġa oħra li dan l-abbozz ta` liġi ma tantx jitkellem fuqha.", "Qed nirriferi għas-segretezza u s- serjeta` tad-dossiers li jkun fihom informazzjoni imprezzabbli fuq il- prodotti li nkunu qed nimportaw ġewwa pajjiżna.", "Fejn hi s-segretezza?", "Ftaħarna li żidna l-multi għal ħafna affarijiet ħalli nkunu aktar reali maż- żmien tal-lum, imma fuq punt daqshekk kardinali ma jissemma assolutament xejn.", "Qishom xi ħaġa ineżistenti.", "La jingħad fejn għandhom jinżammu, la kif għandhom jinżammu, la tissemma x'responsabbilta` għandha l-persuna li se jżommhom u lanqas x'jiġri jekk dak id-dossier jisparixxi jew inkella toħroġ x'informazzjoni minnu għal ħaddieħor.", "Dawn huma affarijiet li rridu nkunu qegħdin inħarsu lejhom.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-validita` dwar l- awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq tal-mediċini.", "Hawnhekk naħseb li wieħed irid iħares lejn x'inhu jiġri bħalissa fl-Unjoni Ewropea, ladarba moħħ il-gvern huwa manipulat mill-kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Illum il- ġurnata biex terġa` ġġedded awtorizzazzjoni ta' liċenzja għandek ħames snin.", "Wara ħames snin trid terġa' titlob għall-validita` tar-reġistrazzjoni tiegħek.", "Din tinvolvi li għal darba oħra se jerġa` jkollok ħlasijiet x'tagħmel.", "Mela kull ħames snin irridu nerġgħu nħallsu biex tiġi mġedda l- liċenzja.", "Din hija xi ħaġa li żgur ma tidħolx fis-sistema li qed nissuġerixxu minn din in-naħa tal-Kamra.", "Issa ħalli nsemmi punt ieħor li hawn konflitt dwaru f'dan l-abbozz ta' liġi.", "Se nkun qed nirreferi għall-kwestjoni ta' sospenzjoni jew revoka ta' awtorizzazjoni ta' tqegħid fis-suq.", "F'subklawsola (5) ta` klawsola 28 jingħad hekk:", "''Id-detentur ta' awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq jista', fi żmien erbatax-il ġurnata minn dik in-notifika, jitlob lill-Bord ta' Reviżjoni dwar il-mediċina biex jeżamina ċ-ċirkostanzi li wasslu għas- sospenzjoni jew revoka ta' l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u l- Bord ta' Reviżjoni dwar il-Mediċini għandu jagħti r-rakkmandazzjoni tiegħu lill-awtorita' dwar il-liċenzjar.", "Iżda din it-talba m'għandhiex l-effetti tad-deċiżjoni ta' l-awtorita' dwar il-liċenzjar u l-awtorita' tal-liċenzjar ma tkunx marbuta ma' rakkmandazzjonijiet magħmula mill-bord tar-reviżjoni dwar il-mediċini.\".", "Meta mbagħad inqabbluha ma' l-iskeda 2 li għandna f'dan l-istess abbozz ta' liġi fejn issemmilek li ''il-fehma tal-bord tar-reviżjoni għandha tkun waħda finali, għad li ma tkunx skond id-deċiżjoni ta' l-awtorita' tal- liċenzjar u ma jista' jsir ebda appell minnha ħlief fuq xi punt ta' liġi biss'' insibu konflitt.", "Waħda tgħidlek li jista' jsir l-appell u l-oħra tgħidlek li ma jistax isir appell.", "Hemm nuqqasijiet anke fejn jidħlu ċerti definizjonijiet bħal per eżempju l- kwestjoni fejn tidħol applikazzjoni għal-liċenzja ta' benefattur.", "Interessanti kienet id-definizzjoni ta' \"persuna kwalifikata\".", "Din tgħid hekk", "''Persuna kwalifikata tfisser persuna li tkun kwalifikata għar-rigward ta' liċenzja ta' manifattura kif provdut fl-artiklu 28(1)(d).\".", "Din tinftehimx.", "Tmur tfittex fl-artikolu 28(1)(d), għax imbagħad dik is- sabiħa ...", "(Interruzzjonijiet) Imma rajniha din il-liġi jew ma rajnihiex?", "Għax għandek it-taħwid hawnhekk.", "Ma tagħmilx sens, Mr Speaker.", "Allaħares kelli naqbad dawn il-punti kollha.", "Anke fejn tidħol l-ispezzjoni li ssir f'kull post fejn tiġi manifatturata l- mediċina.", "Jekk għandek persuna li hija kwalifikata u awtorizzata biex tmexxi dak il-post, nistenna li jekk se ssir xi spezzjoni għandna nistennew li dik il-persuna tkun preżenti hemmhekk.", "Fl-abbozz m'hemmx imniżżel min ikun preżenti.", "Jien nistenna li naraw li fil-fatt f'dan l-abbozz ta' liġi dawn l-affarijiet jitniżżlu.", "Irridu ndaħħlu s-serjeta'.", "Hemm okkażjonijiet fejn ċerti affarijiet issibhom fil-liġi l-antika pero' fil-ġdida ma ssibhomx.", "Ma nistax nifhem jien.", "Issa niġu għall-kwestjoni ta' l-ispizeriji.", "Permezz ta' legal notice 117/96 li kienet ħarġet f'Ġunju 1996, kien sar regolament li hawn Malta wieħed jista' jiftaħ spizeriji fejn irid.", "Kien hawn liberalizazzjoni assoluta.", "Dan ir-regolament li kien ħareġ fi żmien il-gvern ta' Fenech Adami qabel l-elezzjoni ta' l-1996 li kien jgħid li għandu jkun hawn liberalizzazzjoni ta' l-ispiżeriji.", "Mhux se nidħol fil-mertu ta' x'jiġri post u x'jiġri f'post ieħor, imma ejja nħarsu lejn l-implimentazzjoni.", "Mela għandek liberalizzazzjoni, għandek pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jirrestrinġulek kemm tista' tiftaħ spizeriji, u min ma jiftaħx spiżerizja f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jista' jiġi Malta u jiftaħ spizerija fejn irid u fejn jogħġbu.", "(Interruzzjonijiet) Hekk tiġi, ladarba jkollok din it- tip ta' liberalizzazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) S'issa dan ir-regolament għadu jeżisti.", "F'Ġunju 1996, Onor. Bonnici, sar regolament li ħoloq il- liberalizzazzjoni ta' fejn jistgħu jiftħu l-ispiżeriji.", "Dan ir-regolament tajjar min-nofs ir-regolament li kien hemm qabel li jillimita dawn l- affarijiet skond id-distanza u skond il-popolazzjoni.", "Każ klassiku seħħ l- Imtarfa li dak iż-żmien kienet taqa' taħt ir-Rabat.", "Ma setgħetx tinfetaħ spizerija l-Imtarfa għas-sempliċi raġuni li għall-popolazzjoni tal- lokalita' tar-Rabat hemm biżżejjed spiżeriji.", "Fl-Imtarfa nfetħet spiżerija hekk kif saret lokalita'.", "Apparti minn hekk, min japplika, jekk għandu l- kwalifiki skond kif introdott mir-regolamenti tal-gvern, seta' jiftaħ.", "Jekk spizjar fl-Unjoni Ewropea ma jistax jiftaħ spizerija fejn irid u fejn jogħġbu għax għandu limitazzjoni, b'dan ir-regolament, kieku ried dan seta' ġie hawnhekk.", "Fil-fatt kif ħareġ ir-regolament kienet saret azzjoni industrjali li kienet ordnata mill-GRTU u mic-Chamber of Pharmacists fejn kienet saret protesta u kienu ngħalqu l-ispiżeriji l-Ħadd.", "Min kien imissu bir-roster dakinhar ma kienx fetaħ, u wara kien ġie deċiż li kulmin applika l-proċess ta' l- evalwazzjoni tal-liċenzja ma ssirx.", "Fil-fatt fuq liċenzji ġodda ħlief għal dawk li applikaw qabel id-dħul ta' dan ir-regolament ma komplewx isiru.", "Dawn ilhom weqfin minn dakinhar.", "Issa, għalkemm il-ftehim kien sar qabel l- elezzjoni, id-diskussjonijiet mal-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispizjara baqgħu jsiru anke fiż-żmien meta kont ministru jien fejn konna tkellimna fuq pakkett li nixtieq insemmi fuq fuq x'kien fih.", "L-ewwel ħaġa tajba li daħlet kienet li spizjar irid ikun il-ħin kollu preżenti fl-ispizerija.", "F'din il-ħaġa m'għandux ikun hemm loopholes u kulħadd għaddej xalata.", "Kellna l-kwestjoni l-oħra li spizeriji jinfetħu according to distance and population.", "GĦamilna hekk għax ridna nerħu ftit idejna imma fl-istess ma ridniex li jkollna l-liberalizzazzjoni li daħlet bir-regolamenti tal-117/96 ta' Ġunju, 1996.", "Konna qed nitkellmu fuq il- pharmacy of your own choice u kwestjoni ta' standards.", "Kienu għaddejjin diskussjonijiet - u konna ftehimna li niltaqgħu wara imma ma naħsibx li kien hemm għalfejn – biex isir il-fine tuning ta' l-affarijiet.", "Konna nafu fejn aħna sejrin bejn wieħed u ieħor, ħalliha li mbagħad inbidel il-gvern, u l-proċess ħa iktar fit-tul.", "Saħansitra fl-aħħar fl-aħħar ftit ġimgħat kien hemm diskussjoni għaddejja bejn l-GRTU u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din il-kwestjoni.", "Hemm ftehim li jmur lura għall-1998 jew l-1999 pero' fuq dan ma smajna xejn iktar.", "Għaddew tlett snin u nofs u ma ġara xejn.", "Dwar ir-regolamenti se nistennew li jkun hemm ftehim fuq il-pakkett kollu jew il-gvern diġa' għandu f'moħħu xi regolamenti se jagħmel imma ma jridx joħroġhom għalissa.", "Mr Speaker, din l-istess bħal tat-tariffi.", "Il-Ministru tal-Finanzi ġie kkwotat li qal li se jkun u l-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi li flimkien se jitkellmu biex jaraw it-tariffi kemm se jkunu.", "Jimpurta nkunu nafu kemm se jkunu t-tariffi qabel it-8 ta' Marzu ħalli l-poplu Malti jibda jirrealizza kif se jintlaqat u ma jintlaqatx?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-regolamenti dwar l-ispizeriji ħalli għallinqas il- GRTU u l-Kamra ta' l-Ispizjara jkunu jafu x'għandu x'moħħu dan il-gvern?", "Jew se nistennew li tgħaddi t-8 ta' Marzu, tgħaddi l-elezzjoni forsi jikkalkula li x-xilep ikunu ġewwa imbagħad ħalli tbanbal.", "Prosit, viva l- poplu Malti u viva l-ispizjara!", "Din m'hijiex serjeta`.", "Dawn l-affarijiet ilhom jitwalu għal tul ta' żmien u hemm bżonn li dawn l-affarijiet iqegħduhom fuq il-mejda tal-Kamra.", "Jekk ma npoġġuhomx fuq il-mejda tal- Kamra allura jkollna ngħidu li dawn qed jinħbew għax koroh, u l-affarijiet il-koroh qed nippruvaw inpoġġuhom taħt it-tapit ħalli l-poplu Malti ma jkunx jaf x'laqtu.", "Imbagħad ikun jaf wara l-elezzjoni l-poplu Malti x'laqtu!", "Imbagħad la ġewwa ġewwa, m'hemmx ħruġ.", "Ejja nkunu trasparenti issa, għax id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu issa.", "Imbagħad għalxejn nibku ara x'għamilna b'idejna.", "U hemm bżonn li l-poplu Malti nkunu qed niftħulu aktar għajnejh.", "Mr Speaker, nixtieq insemmi wkoll anke fejn tidħol ċerti kwestjonijiet oħrajn fosthom għal kemm żmien idum it-tiġdid ta' liċenzja ta' spizerija.", "Jien nifhem li ċerti drabi jkun hemm bżonn li jittieħdu azzjonijiet fi żmien qasir minħabba ċerti fatturi li jkunu qegħdin jiġru imma naħseb li għandu jkun meqjus li għandu jkun hemm appell.", "Per eżempju artiklu 70(4)(b) jgħid li tista' tiġi rifjutata li tiġġedded il-liċenzja ta' spizerija.", "F'dan il-każ imkien ma jissemma jekk jistax isir appell u fejn jista' isir l-appell.", "Jista' jsir appell?", "Fejn jista' jsir l-appell?", "Jien għalhekk għedt li aħjar niċċaraw ċerti affarijiet rigward dan l-abbozz ta' liġi.", "Hemm ukoll il-kwestjoni dwar l-artiklu 72 dwar deċiżjonijiet dwar is- sospensjoni jew revoka ta' liċenzji ta' spizerija.", "Hawnhekk għandek deċiżjoni.", "Din jista' jew ma jistax isir appell minnha?", "U jekk irid isir appell minnha fejn irid isir l-appell?", "L-istess ħaġa jekk ikun hemm obbligi ta' detentur tal-liċenzja ta' spizerija.", "Skużi, ċerti affarijiet m'humiex responsabbilta' tas-sid ta' l-ispizerija imma huma responsabbilta' ta' l- ispizjar responsabbli mit-tmexxija ta' dik l-ispizerija.", "Hawnhekk inħossu li fi kwalunkwe investigazzjoni li ssir lill-ispizerija mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jkun hemm il-persuna responsabbli mill-ispizerija wkoll, u dan m'huwiex is-sid, imma huwa l-ispizjar responsabbli mit-tmexxija ta' dik l-ispizerija.", "Niġi issa għal kwestjoni famuża ta' l-artikolu 79.", "Kif spjega l-Ministru, wieħed jista' jħares lejn dan l-artiklu b'lenti differenti imma sfortunatament fuq il-karta dan ma jinftiehemx hekk.", "L-artikolu 79 jista' jfisser li tobba jistgħu jixtru mediċini u jbiegħuhom.", "Nafu tobba li jixtru l-mediċini, jpoġġuhom fil-booth tal-karozza u jmorru jbiegħuhom b'kull ksur ta' etika u b'kull ksur ta' regolamenti li huma diġa' eżistenti.", "Din m'hijiex serjeta', Mr Speaker, anke jekk dawn jixtruhom minn warehouses.", "Fejn jidħlu warehouses irid ikun hemm idea ta' fuqxiex qegħdin nitkellmu.", "Il-Ministru qal, u naqbel miegħu, li tabib jista' jmur jixtri vaccine minn warehouse, mingħand importatur jew mill-istores tiegħu.", "Veru, imma kif inhi miktuba f'dan l-abbozz ta' liġi tista' tiġi interpretata li wieħed jista' jmur jixtri minn spizerija wkoll imbagħad jista' jbiegħ dak il-prodott mediċinali.", "U naħseb tajjeb li wieħed jara jekk għandux ikun hemm xi skeda jew inkella għandux ikun hemm xi forma ta' regolament li jgħidlek fid-dettall x'għandu u x'm'għandux jinbiegħ.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq l-etika tat-tobba imma qed nitkellmu dwar jekk tal-warehouse jistax ibiegħ lilek bħala tabib mediċina li jaf li inti se tmur tbiegħha lil ħaddieħor.", "Għalhekk jien għedt li hemm ħafna affarijiet li rridu naraw kif inhuma miktuba imbagħad irridu naraw kif nistgħu ntejbuhom.", "U dan qed ngħidu għax jiena la nieħu pjaċir nara ministru nazzjonalista li jiġi jikkoreġi dan l- abbozz ta' liġi u lanqas nieħu pjaċir li jkun hemm xi ministru Laburista li jrid joqgħod jerġa' jiġi b'din il-liġi.", "Issa jew se nagħmluha sewwa u bis- serjeta' jew inkella se nkunu għamilniha biex ngħidu għamilniha ħalli fl-31 ta' Marzu, kif jispiċċaw il-problemi ta' CPP - għax is-sistema tas-CPP tal- liċenzjar ilha wieqfa għal dawn l-aħħar xahrejn jew tlieta - nkunu nistgħu nħaffu l-proċess.", "Issa rridu naraw x'għandna x'moħħna.", "Issa jew għandna f'moħħna li nagħmlu liġi tajba u li ma nħallux loopholes ...", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali sabiex, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta, 4 ta' Frar 2003, fid-9:00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "MR SPEAKER: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, min ra l-aħbarijiet jaf x'qed jiġri fil- wied tal-Kalkara u b'hekk għaraf kemm hu veru li l-paroli tal-gvern favur l- ambjent huwa kollu kliem fieragħ.", "Dan qed ngħidu għax hemm evidenza biżżejjed li hemmhekk m'għandux jiġi żviluppat pero` anke moralment, il- partit Nazzjonalista m' għandux jagħmel dan għax meta kien fl-oppożizzjoni, tramite ż-żgħażagħ tiegħu, dawn kienu kitbu ittra lill-ex Ministru George Vella meta kien responsabbli mill-ambjent u mill-ippjanar fl-24 ta' Marzu 1998 fejn iċ-chairman tal-PA kien tkellem dwar l-area policy għall-wied tal- Kalkara fejn kien iddikjara hekk:", "\"The problem here arises between national environmental considerations and the effect on individual persons or companies.", "The area was cleaned for the development in the temporary provision schemes, however one of the surveys carried out by external consultants shows the area as a site of scientific importance level two.", "In accordance with the structure plan, such areas had to be protected and therefore no development should be allowed.\".", "Mela hawnhekk diġa` hawn evidenza biżżejjed li dik is-site kienet ta' scientific importance u m'għandux isir żvilupp hemmhekk u proprju skond l- istructure plan, din għandha tiġi protetta.", "Aparti dan, e-mail mibgħuta minn Vince Magri lil Godwin Cassar, li llum huwa direttur ġenerali, datat 5 ta' Jannar 1998 tgħid hekk:", "\"The Kalkara policy is another such example of extensive debate and consultations within and outside the PA.", "It is no use saying that the PA did not approve its SSI status.", "In effect it had told everybody about the status by approving the public consultations document.", "There is no doubt about the status of the site as we have specifically asked MUS to confirm their first report.", "The PA has to decide whether the interest of the few will take precedence over the national interest.", "Last June, the PA had already decided, why do a U-turn now( This is not a question of how moral or immoral the issue is; every policy that the PA approves will effect people either positively or negatively.", "Planning decisions should not be dominated by subjective morally biased issues but should be as objective as possible.", "I will not mention the many cases which support this theory which by the way I did not make up but which is standard basic planning theory.\".", "Jidher ċar li kien hemm manuvrar biex l-affarijiet isiru fl-interess ta' ftit nies u fl-interess nazzjonali.", "Din hija evidenza oħra li hemmhekk ma setax isir żvilupp minħabba l-ambjent.", "Qabel ħareġ il-permess, Vince Gauci mid-dipartiment ta' l-ambjent bagħat ittra datata 22 ta' Mejju 2001 liċ-chairman tal-PA li kienet tgħid hekk:", "\"We are receiving letters from members of the public expressing their concern at the development of Kalkara valley.", "These concerns are apparently related to the Grand Harbour Development Plan.", "We would like to express our support for these concerns.", "The area is one of the few green areas in the Cottonera area, it also provides natural drainage for service run offs in the area, thereby avoiding floods.\".", "Dan jgħid ukoll li hemm ħarrub li huwa importanti għall-biodiversita` u allura jidher ċar li d-dipartiment ta' l-ambjent, permezz tad-direttur tiegħu Vince Gauci ma qabilx li hemmhekk isir żvilupp.", "Anke l-\"Forum 21\" tal-partit Nazzjonalista fil-\"Mument\" tal-Ħadd tat-3 ta' Novembru 1996 kienu kitbu li:", "\"Il-PA iddikjarat li dan il-wied għandu importanza xjentifika.", "Ir- residenzi madwar iż-żona kollha huma kontra l-iżvilupp ta' dan il- wied.", "Li tibni wied u ssejjaħlu żvilupp hija kontradizzjoni ċinika.", "Dan it-tip ta' żvilupp jattakka pulmun ieħor li jipprovdi l-arja lir- residenti diġa` afflitti mill-mard tal-cancer dejjem jiżdied.", "L- ispekulaturi jibqgħu jinsistu li jridu jiksu lil Malta bil-ġebel u bil- concrete.", "L-ispekulaturi huma minoranza żgħira ħafna waqt li l- maġġoranza kbira tal-Maltin iħobbu l-ambjent naturali.", "Li b'xi mod iċċekken jew tirregredixxi l-ambjent hija azzjoni anti-demokratika.", "Għall-poplu, l-ambjent huwa wieħed mill-aqwa divertiment li jikkontribwixxi wkoll għas-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem.\".", "Dan kollu nkiteb minn żgħażagħ Nazzjonalisti u b'dan kollu li semmejt, suppost hu ċar li kulħadd jaqbel li hemmhekk m'għandux isir żvilupp u hemmhekk hija area ta' importanza ambjentali li direttament taffettwa s- saħħa taċ-ċittadini b'mod speċjali dawk tal-Kottonera.", "Issa mmorru għal- lat legali għax hemm kwestjoni l-qorti.", "Kulħadd jaf li l-MEPA ma timxix ma' kulħadd l-istess.", "Hemm każi fejn il- permessi ma jkomplux joħorġu jekk ikunu l-qorti.", "Dan jiġri biex jaraw kif se jiżvolġi l-każ, imma fil-każ tal-Kalkara, il-MEPA ddeċiedet li toħroġ il- permessi xorta waħda allavolja hemm każ il-qorti.", "Anzi, agħar minn hekk, f'laqgħa tal-bord, jien kont qajjimt il-kwestjoni biex kull permess fil- wied tal-Kalkara jiġi deċiż mill-planning authority board u mhux mid-DCC.", "Minkejja li ma deher xejn dwar dan fil-minuti, jiena ċert fuq dan li qiegħed ngħid u lest nieħu ġurament dwaru.", "Sfortunatament, il-permessi ħarġu baxx baxx mid-DCC.", "Minkejja dan, xorta hemm evidenza permezz ta' e-mail li tindika ċar li l- permessi għall-bini fil-wied tal-Kalkara kellhom jitilgħu quddiem il-bord tal-MEPA.", "Jiena għamilt minn kollox biex inġib kopja ta' dik l-e-mail li mid-dehra tħassret.", "Tlabt kopja imma għamlu minn kollox biex ma nkunx nista' nieħu kopja ta' l-e-mail mill-backup ta' l-e-mails.", "Dawn it-tip ta' e-mails suppost jagħmlu parti mill-files u jridu jinżammu.", "Din l-e-mail tagħmilha ċara li l-applikazzjonijiet tal-wied tal-Kalkara kellhom jiġu quddiem il-PA board u dan ifisser li dawk il-permessi li ħarġu huma illegali u mbagħad 'il quddiem meta nkunu l-qorti naraw il-provi u nitkellmu.", "Mela anke mil-lat legali, dawn ħarġu mid-DCC meta d-DCC ma kenitx delegata.", "Dawn huma affarijiet li qed ngħidhom biex in-nies ikunu jafu l-fatti.", "Mela s-sitwazzjoni hi li l-unika garanzija li l-poplu tal-Kalkara u tal- Kottonera għandu biex issalva l-wied hu permezz ta' dikjarazzjoni li għamel il-partit Laburista li wara l-elezzjoni li jmiss, nagħmlu bidla fil-liġi u ngħaġġluha kemm jista' ikun biex jitwaqqaf kull żvilupp li jista' ikun sar fil-wied tal-Kalkara, ikun wasal safejn ikun wasal, u mbagħad il-post nirrijabilitawh biex tassew jibqa' il-pulmun tal-Kottonera.", "Pero` fl- istess waqt, aħna sejrin nagħtu kumpens xieraq fuq il-valur, u s'intendi dak il-valur ikun stmat ta' meta konna għamilna din id-dikjarazzjoni f'Jannar tas-sena l-oħra u dan lil dawk li jkun ħarġilhom il-permess skond il-liġi.", "Ovvjament nibqgħu għaddejjin bil-qorti għax jekk mill-qorti jiġi mbagħad iddikjarat li dak il-permess huwa null, allura ovvjament l- iżviluppatur ikollu jneħħi kollox a spejjeż tiegħu.", "Hawnhekk joħroġ ċar li l-unika partit li jista' isalva l-wied tal-Kalkara huwa l-partit Laburista.", "Sur President, nsemmi l-każ l-ieħor tal-palazz De Fremaux ġewwa ż-Żejtun fejn il-MEPA flok rat x'qal id-dipartiment ta' l-ambjent, injoratu u tat każ biss ta' dak li qal il-ministru għaliex kien jaqbel lil ċertu nies.", "U x'ġara f'dan il-każ ta' De Fremaux?", "Kulħadd jaf li dan huwa bini storiku u li l-istorja ilha sejra mill-1990 fejn kien ħareġ permess u kien hemm ħafna protesti imma fl-aħħar, ħareġ il-permess biex titwaqqa' l-biċċa ta' ġewwa pero` il-faċċata kellha tinżamm.", "Fil-fatt dak iż-żmien kemm il- heritage advisory committee kif ukoll il-Ministru Galea kienu oġġezzjonaw biex il-faċċata tinżamm.", "L-ispekulatur appella biex ikun jista' iwaqqa l- faċċata u l-appell tilfu.", "X'ġara wara?", "Ġara li fl-2001, dan reġa' applika biex jipprova jwaqqa' il-faċċata u dan reġa` ġie rifjutat minn kulħadd pero` x'ġara s-sena l-oħra?", "Tajjeb ingħid li dan meta reġa' mar quddiem id- DCC, il-permess ġie rifjutat u allura dan għamel reconsideration.", "Issa tajjeb li ngħid li qabel ma għamel reconsideration, il-Ministru Galea kien kiteb u qal li din il-faċċata m'għadhiex ta' importanza għax issa tilfet il-preġju imma d-direttorat irrifjuta għaliex ikkonsulta mal- heritage advisory committee ukoll u kulħadd baqa' ta' l-istess fehma li m'għandux jingħata permess biex jitwaqqa'.", "Imma saret reconsideration u d- DCC aċċettaw unanimament li jitwaqqa' kontra kull parir, kemm tal-case officers u kemm tad-direttorat li qalulhom li l-pożizzjoni tagħhom għadha l- istess u li m'għandux jitwaqqa' għax l-ittra tal-Ministru kienet saret qabel li ġie deċiż mid-DCC li m'għandux joħroġ permess.", "L-affarijiet bdew jintnu meta qalu li ħarġu l-permess għax il-Ministru Louis Galea qal li ladarba dan bena hemm ġew, il-faċċata m'għadhiex importanti iktar.", "Mela l- Ministri jindaħlu mhux ma jindaħlux!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Mela wara l- enfażi enormi li għamel il-Ministru Galea li l-faċċata ma tridx titwaqqa, issa f'daqqa waħda biddel l-opinjoni.", "Min għandu moħħu biex jifhem, ħa jifhem, ħokkli dahri u nħokklok dahrek, money walks, money talks; hekk kont nismagħhom jgħidu jien.", "Din hi l-istorja kollha.", "Mhux billi l-MEPA tiġi u tgħid li sar kollox legalment għax m'hu veru xejn għaliex dan il-bini meta kien ġie skedat, kien ġie skedat mill-MEPA skond il-liġi ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar li allura l-iskedar irid jitneħħa mill-bord ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Dan ma seħħx, ħareġ il-permess, twaqqgħet il-faċċata u imma l-post skedat għadu.", "Sur President, dan juri biċ-ċar li hemm l-illegalita`.", "Hemm proċedura ċara u din ma ġietx segwita u dan tafu l-MEPA; dan ikompli juri x'tip ta' trasparenza l-MEPA mixja biha speċjalment minn mindu ngħaqdet mad- dipartiment ta' l-ambjent.", "Hawnhekk nistaqsi kemm fil-fatt il-MEPA qegħda tipproteġi l-ambjent u l-wirt storiku ta' pajjiżna?", "Din hi s-sitwazzjoni tal-biki.", "Mhux hekk biss, Sur President.", "Jekk inkomplu naraw l-affarijiet insibu li l- permess ħareġ is-Sibt f'Jannar meta kien hemm dak l-istrike fil-MEPA u suppost xejn ma kien qed jimxi.", "Mela l-permess ġie deċiż il-Ġimgħa u s-Sibt inħareġ il-permess.", "Iżjed minn hekk, nhar ta' Sibt ma jkun hemm ħadd jaħdem.", "Xi tfisser din?", "X'inhuma dawn l-affarijiet?", "Kif jistgħu jieħdu għalihom għaliex l-isqof jgħid li l-flus jimxu minn id għal oħra; mhux imbilli xi membri tal-bord pruvaw jisfidawh biex jgħidulu fejn huma l- affarijiet.", "Il-poplu Malti u Għawdxi kollu jaf fejn u kif qed isiru l- affarijiet.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija!", "Kif jista' jkun li d- direttur ġenerali tant iġġieled biex dan il-ħajt ma jaqax u mar hu personali u żammhom u issa f'daqqa waħda, għax hu d-direttur, biċ-chairman b'kollox joħorġu jiddefendu li l-affarijiet saru legalment!", "Nerġa ngħid, din hija sitwazzjoni tal-biki u jien ngħidilhom li sew qal l-Isqof li l- bosk bil-ħatab tiegħu jaqbad u naċċertakom li diġa` beda jaqbad il-bosk u ma ddumx ma tibda tidher ħuġġieġa suret in-nies u l-poplu jkun jaf fejn qed jaqbad u x'inhi din il-ħuġġieġa.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Grazzi, Sur President.", "Jien ukoll nixtieq nitkellem fuq it-twaqqih tal-faċċata tal-palazz De Fremaux li hu bini skedat.", "Għamilt għadd ta' mistoqsijiet f'wieħed mill-aġġornamenti li għamilt f'din il-Kamra u dawn il-mistoqsijiet ma ġewx imwieġba.", "Flejt ukoll id-dokumenti relattivi mall-Onor.", "Joe Mizzi, u wasalt għall-konklużjoni li bil-mod kif aġixxa l-ministru tal-kultura, Dr. Louis Galea, dan tilef il-kredenzjali tiegħu li jkun ministru tal-kultura u r-responsabbiltia` tiegħu lejn l- ħarsien tal-wirt storiku.", "Jien niddiżgusta ruħi għaliex dan narah vandaliżmu agħar minn dak ta' l- Imnajdra għax ta' l-Imnajdra sar bil-lejl u suppost ma nafux minn hu, jew ngħidu li ma nafux minn hu, imma f'dan il-każ, il-persuna li għandu r- responsabilta` politika tal-ħarsien tal-wirt storiku, iffirma hu stess biex jaqa bini skedat, bini li għandu valur storiku u arkitettoniku.", "Għalija, dan il-ministru ma jixraqlux li jkun il-ministru responsabli mill-ħarsien tal-wirt storiku u qed nitlob formalment ir-riżenja tiegħu minn ministru tal-kultura responsabli mill-ħarsien tal-wirt storiku, għaliex jien nħossni umiljat anke bħala membru parlamentari li ġejna hawn ġew nagħmlu seduta wara seduta biex niddiskutu l-liġi tal-ħarsien tal-wirt storiku, infittxu u nqalbu - bl-għajnuna anke ta' sħabna - informazzjoni mid-dinja kollha biex nipprovaw nagħmlu liġi suret in-nies, isir ħafna diskors sabiħ u nitkellmu kif se ndaħħlu sistemi ta' checks and balances biex ma jkunx hemm persuna waħda li b'daqqa ta' pinna tkompli bil-vandaliżmu tal-wirt storiku f'pajjiżna u wara dan kollu, jiġi l-Onor.", "Louis Galea u b'daqqa ta' pinna jagħti permess biex jaqa bini skedat.", "Ir-raġuni li ingħatat - li peress li fadal il-faċċata biss allura ma jimportax li taqa - hi redikola għaliex f'Ġunju ta' 1999, dan il-ministru kien qal li dik il-faċċata għandha tiġi salvagwardjata.", "Kif jista' dan jiġi u jgħid li għax issa baqgħet faċċata biss u tinsab mdawra b'ambjent urban, allura din tilfet il-valur arkitettoniku u storiku tagħha.", "X'raġuni redikola aktar minn dik tista' ġġib?", "GĦaliex il-valur storiku ta' bini huwa intrinsiku.", "Il-Ministru Louis Galea ħoloq preċedent ikrah ħafna għax għandna bini storiku ieħor f'postijiet oħra ta' Malta u GĦawdex, u b'dak li għamel, fejn flok mexa skond il-liġi tal-ħarsien tal-wirt storiku mexa skond l-interpretation act tiegħu, dan b'daqqa ta' pinna ddeċieda li jagħmel li jrid u fetaħ triq biex ikompli l-vandaliżmu fuq il-postijiet storiċi ta'pajjiżna u hu sejjer ikun l-akbar midneb.", "Meta kien hemm l-istorja ta' l-Imnajdra, jiena kont prudenti ħafna.", "Dak iż- żmien kien hawn oħrajn li sejħu għar-riżenja tal-ministru Louis Galea imma jien ma kontx wieħed minnhom għaliex qist iċ-ċirkostanzi kollha li ġraw.", "Din id-darba nħossni nkun qed nonqos jekk ma nsejjaħx għar-riżenja tal- Ministru għaliex naqas serjament u ħoloq preċedent perikoluż li jista' jsir f'postijiet oħra.", "Jiena nista noqgħod nikkwota mid-dokumenti li għandi f'idejha li juru li l-istrutturi kollha tad-dipartiment tal-mużewijiet, l- istrutturi responsabbli mill-ħarsien tal-wirt storiku u anke fl-awtorita` ta' l-ippjanar, kollha rrakomandaw, sena wara l-oħra, biex dik il-faċċata ta' dak il-bini storiku tibqa' hemm imma imbagħad jiġi l-ministru Louis Galea, ma jagħti kas assolutament ta' xejn ta' x'qed jgħidu dawn l- istrutturi u jaqbad u jiffirma biex dak il-bini jaqa'.", "GĦalfejn niġu fil- parlament u noqgħodu naħdmu siegħat twal biex nagħmlu l-liġijiet?!", "Jien inħossni purċinell; noqgħod nara x'nagħmel biex nagħti proposti tabjin biex intejbu l-liġijiet tal-ħarsien tal-wirt storiku, noqgħodu naraw kif ma nħallux il-poter kollu f'idejn persuna waħda u nipprovaw nibbilanċjaw kollox b'tali mod li anke ministru jrid jiġi hawn u jpoġġi fuq il-mejda tal- Kamra, rikkmandazzjoni meta jiġi biex isir xi żvilupp f'xi parti sensittiva ħalli jkun hawn riflessjoni dwaru fil-parlament.", "L-Onor.", "Louis Galea ġie jaqa' u jqum minn dan kollu u iffirma biex l- affarijiet jaqgħu.", "U nerġa ngħid li dan huwa preċedent perikoluż għax jeżisti bini simili ieħor li allura issa qiegħed fil-periklu li jaqa' vittma tal-vandaliżmu tal-ministru Louis Galea.", "Jiena kurjuż biex nara jekk bl-istess raġunament, il-ministru Louis Galea hux se jiffirma biex jaqa l- bini li hemm Tas-Sliema ħdejn GĦar il-Lembi, l-ispiżerija antika ta' żmien l-Ingliżi li baqagħlha biss l-qoxra tagħha.", "Madwar dan il-bini, żvilupp urban biss hemm; allura issa l-Ministru se jagħti l-permess lis-Sur Joe Gasan biex imur bil-gafef u jwaqqgħu?", "Għax bl-istess raġunar tal-Ministru, din wkoll tilfet il-valur storiku u arkitetoniku tagħha.", "Forsi bl-istess raġunar jitħallas is-Sur Joe Gasan li jidher fuq in-Net Television jgħid li Malta jaqblilha tidħol fl-UE.", "Tibda tinduna kemm l-affarijiet jorbtu waħda ma l-oħra.", "Dawn x'affarijiet redikoli huma?", "Bilfors li jkollna naslu għal dawn it-tip ta' konklużjonijiet.", "GĦaliex isiru dawn l-affarijiet?", "GĦaliex imbagħad nitkażaw li t-tfal li telgħin - nies li forsi ma kellhomx ċans jifhmu kulturalment kif żviluppa dan il-pajjiż – m'għandhomx kuxjenza f'dawn l-affarijiet?", "Mhux bilfors jekk il-ħuta tinten minn rasha u jekk l- eżempju ħażin jiġi minn fuq.", "Dan li ġara hu monument għall-vandaliżmu tal- wirt storiku f'pajjiżna għaliex id-dnub oriġinali beda fil-bidu tas-snin 90 meta beda jitwaqqa l-bini ta' villa De Fremaux mingħajr il-permess ta' l- awtoritajiet responsabbli mill-ħarsien ta' l-antikitajiet ta' dak iż-żmien.", "Biex aktar ngħaxxquha, f'ittra li kiteb dak iż-żmien, id-direttur tal- mużewijiet kien qal kemm hi stramb il-fatt li quddiem l-istruttura tal-PA, ħadu l-kelma tal-perit ta' l-iżviluppattur biex jgħidu li m'hemmx oġġezzjoni min-naħa tad-dipartiment tal-mużewijiet.", "Din x'serjeta' hi?", "Dawn l-affarijiet ma għandhomx isiru!", "Mela sewwa, jiġi l-perit li għandu interess li l-bini jaqa` u joqogħdu fuq il-kelma tiegħu li ma kienx hemm oġġezzjoni min-naħa tad-dipartiment tal-mużewijiet.", "Fil-fatt, id-dokumenti kollha li għandhom kemm id-dipartiment tal-mużewijiet kif ukoll l-awtorita` ta' l-ippjanar juru li dik il-faċċata kellha valur storiku u arkitetoniku u kellha tiġi mħarsa.", "Imbagħad ġie l-bravu ministru u b'daqqa ta' pinna waqqa dawn id-dokumenti kollha.", "Jien għalija dan huwa vandaliżmu agħar minn vandaliżmu ieħor għax f'dan il- każ, il-Ministru kien responsabbli biex jevita` dawn l-affarijiet.", "Għalhekk, jiena nerġa nsostni li l-Ministru Galea għandu jirriżenja mill- kariga tiegħu.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 4 ta' Frar 2003, fid-9:00a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UE - LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' PROCESSED FOODS", "38185.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ ta' other processed foods, jista' il-Ministru jgħid kif l- ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni huma orħos u għax iridu jorħsu aktar ġaladarba titneħħa l-levy, biex issa ddaħħlet levy fejn ma kienx hemm fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Kif jispjega li se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill-Unjoni meta dawn illum nixtruhom orħos?", "Għaliex se tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux, la llum u lanqas wara s-sħubija?", "Kemm fil-fatt kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sia meta sar l-istudju mill-istitut ta' Bari kif ukoll meta ġew iffinalizzati n-negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38182.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' BEVERAGES AND TOBACCO", "38186.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ ta' beverages & tobacco, jista' il-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni huma orħos u għad iridu jorħsu aktar ġaladarba titneħħa l-levy, biex issa ddaħħlet levy fejn ma kienx hemm fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Kif jispjega li se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill-Unjoni meta llum dawn nixtruhom orħos?", "Għaliex se tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux, la llum u lanqas wara s-sħubija?", "Kemm fil-fatt kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sia meta sar l-istudju mill-istitut ta' Bari kif ukoll meta ġew iffinalizzati n-negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38182.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' IKEL, XORB U TABAKK", "38187.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ ta' ikel, xorb u tabakk, jista' il-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni huma orħos u għad iridu jorħsu aktar ġaladarba titneħħa l-levy, biex issa ddaħħlet levy fejn ma kienx hemm fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Kif jispjega li se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill- Unjoni meta llum dawn nixtruhom orħos?", "Għaliex se tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux, la llum u lanqas wara s- sħubija?", "Kemm fil-fatt kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sia meta sar l-istudju mill-istitut ta' Bari kif ukoll meta ġew iffinalizzati n-negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38182.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TAL- LAĦAM", "38188.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ tal-laħam aħmar u abjad, jista' il-Ministru jgħid kif l- ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni huma orħos u għad iridu jorħsu aktar ġaladarba se titneħħa l-levy, biex issa ddaħħlet levy fejn ma kienx hemm fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Kif jispjega li se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill-Unjoni meta llum dawn nixtruhom orħos?", "Għaliex se tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux, la llum u lanqas wara s-sħubija?", "Kemm fil-fatt kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sia meta sar l-istudju mill-istitut ta' Bari kif ukoll meta ġew iffinalizzati n-negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba' snin wara s-sħubija , pajjiżna jibqa' jimporta l-ħteġijiet tiegħu ta' laħam aħmar u abjad bi prezzijiet preferenzjali, billi d- differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38118.", "UE – LEVY FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' ĦALIB XKUMAT", "38189.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Fil-każ ta' trabb tal-ħalib xkumat, jista' il-Ministru jgħid kif l- ewwel intqal li l-prezzijiet fl-Unjoni huma orħos u għad iridu jorħsu aktar ġaladarba titneħħa l-levy, biex issa ddaħħlet levy fejn ma kienx hemm fuq prodotti importati minn barra l-Unjoni?", "Kif jispjega li se jkollna noħorġu l-flus sabiex nissussidjaw prezzijiet għoljin ta' prodotti importati mill-Unjoni meta llum dawn nixtruhom orħos?", "Għaliex se tiddaħħal levy u se jiddaħħlu sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux, la llum u lanqas wara s-sħubija?", "Kemm fil-fatt kienu l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti, sia meta sar l-istudju mill-istitut ta' Bari kif ukoll meta ġew iffinalizzati n-negozjati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba' snin wara s-sħubija, pajjiżna jibqa' jimporta l-ħteġijiet tiegħu ta' trab tal-ħalib bi prezzijiet preferenzjali, billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni.", "Għar-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38118.", "RSVP - TNAQQIS FIL-BONUS", "38309.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għaliex persuna residenti f'San Vinċenz - isimha qiegħed jintbagħat separatament - irċeviet il-bonus ta' Diċembru b'xi Lm21 imnaqqsa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet informata bil-każ tagħha.", "SAĦĦA - KARTUNA S-SAFRA", "38310.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid huwiex veru li meta tapplika għall-kartuna s-safra, trid tistenna xi sitt xhur qabel ma din tkun approvata meta sa ftit żmien ilu din kienet tingħata lill-pazjent fi żmien tliet ġimgħat?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li fil-mument, il-kartuna s-safra qed toħroġ wara madwar tliet xhur mill-applikazzjoni minħabba tibdil fil-lista ta' mediċini provduti.", "Din is-sitwazzjoni tirriżulta minħabba li żdied il- ħruġ tal-kartuna s-safra - mediċini għal mard kardjovaskulari li qabel kienu jinkisbu permezz tal-kartuna r-roża, issa jinkisbu bil-kartuna s- safra - kif ukoll minħabba nuqqas temporanju ta' żewġ skrivani fuq dan ix- xogħol għal xi perjodu ta' żmien.", "Madanakollu huwa ttamat li s-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal fi żmien qasir.", "PULIZIJA - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL SPETTUR", "38311.", "L-ONOR.", "ANGLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet għal spettur tal-pulizija?", "X'ġara mir-riżultati u fejn jinsabu bħalissa?", "Jista' jagħti lista tal-kandidati kollha li kienu eliġibbli u dawk li ma kenux?", "Jista' jgħid għaliex ir-riżultati għadhom ma marrux il-PSC, meta l- interviews spiċċaw fl-10 ta' Diċembru, 2002 u meta r-regolamenti dwar il- bord ta' l-għażla jgħidu li r-riżultati għandhom jintbagħtu as soon as possible?", "Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda l-kors peress li dawn l- applikazzjonijiet ilhom li għalqu mit-2 ta' Awissu, 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma naħseb japprezza l-Onor.", "Interpellant, l-operat ta' bord ta' għażla maħtur mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-ministeru tiegħi.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi l-kors ta' taħriġ jibda wara li jkun ġie ppubblikat ir-riżultat.", "PULIZIJA - KORS TA' SPETTUR", "38312.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-riżultati għall-kors ta' spettur intbagħtux lill-PSC?", "Jekk ma ntbagħtux, x'inhi r-raġuni?", "Peress li l-applications għall-kors ta' spettur fl-universita' għalqu fil- 15 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?", "Meta se jiftaħ il-kors?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38311.", "TARZNA - ĦADDIEMA BARRANIN", "38327.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna?", "Kemm hemm minnhom u minn liema pajjiż ġejjin?", "X'inhi r- raġuni li dawn inġabu jaħdmu Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li minn żmien għal żmien, it-tarzna jkollha bżonn iġġib gruppi żgħar ta' ħaddiema barranin biex tkun tista' tlaħħaq ma' xogħol urġenti li jkun hemm fl-azjenda.", "Din il-prattika ilha tiġi wżata għal diversi snin, inkluż fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.", "Dawn il-ħaddiema jiġu minn diversi pajjiżi u t-tarzna tinforma lill-GWU bl- arranġamenti.", "FGURA: TRIQ C. BUSUTTIL – DWAL", "38328.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jissewwew numru ta' bozoz li hemm maqtugħin fi Triq C. Busuttil, fil-Fgura?", "X'inhi r-raġuni li qed idumu ma jissewwew?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva.", "BORMLA : DAR TA' L-ANZJANI – WAITING LIST", "38329.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm fuq il- waiting list sabiex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?", "Minn liema lokalita' ġejjin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq il-waiting list sabiex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 119 persuna, ġejjin minn Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Fgura, Ħamrun, Isla, Kalkara, Luqa, Msida, Paola, Qawra, Qormi, Siġġiewi, Sta.", "Luċija, Sta.", "Venera, San Pawl il- Baħar, Tarxien, Valletta, Wied il-Għajn, Żabbar u Żejtun.", "TARZNA - XOGĦOL TA' TINDIF", "38330.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħalla jidħol kuntrattur jagħmel xogħol fit-tarzna ta' Bormla, xogħol li qabel kienu jagħmluh ħaddiema tas-sezzjoni tat-tindif tat-tarzna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li fit-tarzna jidħlu għadd ta' kuntratturi biex jagħmlu xogħol għas-sidien tal-vapuri.", "Meta x-xogħol mitlub mis-sidien ikun jista' isir mill-ħaddiema tat-tarzna, dan isir minnhom u mhux minn ħaddiema oħra.", "FGURA:TRIQ VALPENZA – DWAL", "38331.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati l-bozoz maqtugħa li hemm fi Triq Valpenza, fil-Fgura?", "X'inhi r-raġuni li ilhom daqshekk maqtugħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva.", "FGURA: TRIQ SAN TUMAS – DWAL", "38332.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati numru ta' bozoz illi hemm maqtugħa fi Triq San Tumas, fil-Fgura?", "Għaliex ilhom daqshekk maqtugħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet mgħoddija lill- korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva.", "EŻAMIJIET TAS-SEC - KANDIDATI", "38337.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC ta' April/Mejju 2003?", "Kemm minnhom huma subien u kemm bniet?", "Jista' jgħid kemm minnhom huma minn skejjel ta' l-Istat, tal- Knisja u min skejjel indipendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li minħabba l-fatt li għadhom deħlin very late applications tal-Matsec certificate u s-single subjects, għadu kmieni wisq biex tinġabar u tingħata informazzjoni eżatta.", "It-tagħrif mitlub jingħata aktar tard.", "EŻAMIJIET TAS-SEC – KANDIDATI", "38338.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm studenti se joqogħdu għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC ta' April/Mejju?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm għażlu paper A u paper B f'kull suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38337", "EŻAMIJIET TAL-MATSEC – KANDIDATI", "38339.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-eżamijiet tal- MATSEC, kemm f'livell avanzat u kemm f'livell intermediate?", "Kemm hemm subien u kemm hemm bniet?", "Jista' jelenka kemm minnhom huma minn skejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u minn skejjel privati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38337.", "'A' LEVEL EXAMS - KANDIDATI", "38340.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar kemm joqogħdu studenti għal kull suġġett fil-livell avanzat u dak intermediate?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38337.", "EŻAMIJIET TAS-SEC - EŻENZJONI MILL-ĦLAS", "38341.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti talbu eżenzjoni mill-ħlas għall- eżamijiet tas-SEC?", "Għal liema raġuni?", "Kemm applikaw għall-istess għan minn dawk li se jagħmlu l-eżamijiet fil-livell avanzat u dak intermediate?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għal mistoqsija parlamentari 38337.", "EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC - ĦLASIJIET", "38342.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-ħlas totali li sar mill-istudenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC u il-MATSEC?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38337.", "GUDJA - RESERVED PARKING", "38343.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja anzjana - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - li qegħdin jitolbu għal reserved parking?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "BALLET - EŻENZJONI MILL-VAT", "38349.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid f'dak li għandu x'jaqsam ma' eżenzjoni tal-VAT, meta ssemmiet il-kelma ballet kien qed jirriferi għall-ballet klassiku biss jew għaż-żfin kollu, eżempju jazz dancing u Latin American dancing?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.", "BANKING - JOINT ACCOUNT/SAFE DEPOSIT", "38350.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Tista' issir emenda fil-liġi biex meta jkun hemm joint account jew safe deposit f'isem tnejn min-nies, dan ma jinżammx f'każ ta' mewt ta' xi ħadd minnhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta kif ukoll l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, ma fihomx dispożizzjonijiet li jirregolaw joint accounts jew safe deposits f'isem tnejn min-nies.", "Fil-fatt, bħal f'ħafna każi fil-liġi tal-kummerċ, joint accounts u safe deposits huma rregolati bil-prinċipji ġenerali tal-liġi ċivili kif ukoll mill-prattika bankarja.", "Fil-Kodiċi Ċivili nsibu regoli dwar l-komunjoni tal-beni u l-jeddijiet tal-koproprjetarji matul il- komunjoni kif ukoll dwar is-suċċessjoni.", "Il-liġi tippreżumi li kull koproprjetarju għandu sehem indaqs u għandu l- jedd li jittrasferixxi, iżid jew jipoteka dak is-sehem kif irid u jista' ukoll iqiegħed floku lil ħaddieħor fit-tgawdija ta' dak is-sehem.", "F'każ ta' mewt ta' koproprjetarju ta' joint account jew safe deposit, dan jinżamm sakemm tiġi prodotta d-dokumentazzjoni li tipprova s-sehem eżatt tal- koproprjetarju li jkun miet.", "Għalhekk iridu jseħħu emendi fil-Kodiċi Ċivili sabiex fil-każ ta' mewt ta' koproprjetarju ta' joint account jew safe deposit, dan ma jinżammx.", "TA' QALI - MONTI", "38351.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni għala tal-monti f'Ta' Qali kellhom jiċċaqalqu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li skond il-pjan lokali ppubblikat mill-awtorita' ta' l-ambjent u l-ippjanar, iz-zona fejn qed jintrama bħalissa l-monti kienet dik l-aktar adattat u kienet indikata bħala tali fil-pjan lokali.", "Ta' min jgħid ukoll li barra minn dan iċ-ċaqliq, ittieħdet l-opportunita' biex kull bejjiegħ li jarma jkun identifikat kemm hu personalment kif ukoll il-post tiegħu fejn jarma.", "ŻGĦAŻAGĦ B'DIŻABILITA` - TAĦRIĠ", "38352.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 38211 u jgħid xi pjani hemm maħsuba għat-taħriġ ta' żgħażagħ b'diżabilita`, wara li jagħlqu s-16-il sena, biex dawn jitħejjew għax- xogħol u l-ħajja?", "X'iniżjattivi ttieħdu f'dan il-qasam f'dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "SKEJJEL TAL-GVERN – IT COURSES", "38353.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jgħid x'budget hemm għall-edukazzjoni ta' l-IT wara l-ħin ta' l-iskola?", "F'liema xhur se jsiru l-korsijiet ta' l-IT fl- iskejjel wara l-ħin ta' l-iskola?", "Kemm se ddum għaddejja din il-ħidma?", "Kemm se jkunu qed jgħallmu f'dawn il-korsijiet?", "Kif intgħażlu l-għalliema?", "X'kondizzjonijiet finanzjarji ġew offruti lill-għalliema?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-korsijiet se jsiru matul is-sena kollha u din il-ħidma tibqa' sejra sakemm ikun hemm domanda.", "Ser ikun hemm 81 għalliem f'dawn il-korsijiet u dawn ġew magħżula billi ħarġet ċirkolari fl-iskejjel mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "L- applikazzjonijiet kienu miftuħa għall-għalliema kollha ta' l-informatika fl- iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti.", "Dawn ġew offruti Lm7 is-siegħa, VAT eskluża.", "Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi lill-ministru ta' l-edukazzjoni.", "SKEJJEL - EDUKAZZJONI TA' L-IT", "38354.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fl-iskejjel sekondarji ġenerali x'laboratorji tal- computer hemm, skola bi skola, li fihom qed issir edukazzjoni ta' l-IT?", "Xi kwalita' ta' personal computers hemm f'dawn il-laboratorji u x'faċilitajiet għandhom f'dik li hi ħeffa u kapaċita`?", "F'liema skejjel sekondarji ġenerali hemm għalliema ta' l-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti?", "Liema skejjel sekondarji ġenerali ma kellhomx għalliema regolari ta' l-IT matul din is-sena skolasitka s'issa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat ukoll li dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tagħrif qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fl-iskejjel sekondarji ġenerali tal-gvern kollha hemm għalliema regolari ta' l-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti.", "Ma kien hemm l-ebda skola sekondarja ġenerali tal-gvern li ma kellhiex għalliema regolari ta' l- IT tul din is-sena skolastika s'issa.", "RAINCOATS GĦALL-PULIZIJA", "38355.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jara li l-pulizija li daħlu l-aħħar fis-servizz jingħataw raincoat kif suppost, peress li ħafna minnhom qegħdin ibatu minn dan in-nuqqas proprju issa fix-xuhur tax-xitwa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi r-raincoat provduta lill-membri tal-korp tal-pulizija kienet qed tiġi evalwata sabiex ikun hemm titjib fil- kwalita` u sabiex tkun tinkludi safety standards, bħalma huma high visibility features kif ukoll sabiex tidentifika lill-persuna bħala pulizija.", "Ninsab informat ukoll illi s-sejħa għal offerti skond dawn l-istandards mistennija li toħroġ dalwaqt.", "SIĠĠIEWI: WIED ĦASRI – STALLAR TA' LIFT", "38356.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħtini tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-lift fil-binja ta' Wied Ħasri, fis-Siġġiewi?", "GĦaliex dan il-lift li ilu stallat żmien twil għadu mhux qed jiffunzjona?", "X'passi ħadet l-amministrazzjoni dwar din il-problema?", "X'rimedji qegħdin jittieħdu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall- blokki N, O u P fis-Siġġiewi, ninsab informat li l-awtorita' tad-djar ħarġet tender biex il-lifts eżistenti jissewwew.", "Ninsab informat ukoll li dan ix-xogħol tlesta u t-tliet lifts issa qed jaħdmu.", "FGURA: TRIQ IS-SUR - DWAL", "38360.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru dwal ġodda fi Triq is- Sur, fil-Fgura - speċjalment bejn l-HSBC u l-kantuniera ta' Valpenza - peress li minn mindu ġiet żviluppata bil-bini ħafna snin ilu, qatt ma sar dawl f'din it-triq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li din it-talba qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.", "XGĦAJRA: TRIQ KARLU VELLA – BINI TA' ĦAJT", "38362.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 38306, jista' il- Ministru jerġa' jara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33737 u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla r-retaining wall fi Triq Karlu Vella, fix-Xgħajra, bħalma sar fi Triq l-Alwetta - dawn it-tnejn iħarsu fuq green area, waħda fuq ground u l-oħra fuq playing field - peress li t- tweġiba li ngħatajt m'għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ħajt fi Triq Alwetta, fix-Xgħajra, għandu jinbena bħala parti mix-xogħol ta' kostruzzjoni u asfaltar li jrid isir f'din it-triq.", "Naturalment dan ix-xogħol irid jitwettaq skond il- prioritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.", "BELT VALLETTA - STORBJU FIL-CAFE' JUBILEE", "38372.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx konklużi l-proċeduri fil-qorti kontra s-sidien ta' Cafe' Jubilee li jinsab fi Triq Santa Luċija, il-Belt, minħabba inkonvenjent lir-residenti?", "Jista' jgħid jekk il-pulizija hijiex tieħu passi meta jsirulha rapporti dwar storbju esaġerat f'ċertI ħinijiet, speċjalment matul il-lejl, bħal għajjat barra tan-nies, ħoss ta' mużika għolja u tisbit tax-shutters wara s-1.00 a.m.?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent m'hemmx proċeduri kriminali mill-pulizija pendenti quddiem il-qorti kontra s-sidien ta' l- istabiliment imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Madankollu s-sena li għaddiet, proċeduri li kienu nbdew mill-pulizija kontra s-sidien tal-fond imsemmi ġew deċiżi mill-qorti.", "Informat ukoll illi l-pulizija tinvestiga kull rapport li jkollha u tieħu passi skond dak li jirriżulta.", "GĦALLIEMA – WARRANTS", "38373.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38215, jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu pproċessati l- applikazzjonijiet kollha pendenti li hemm?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fi żmien qasir jiġu se jiġu pproċessati l- applikazzjonijiet pendenti kollha li hemm.", "DINGLI: SQAQ IL-MUŻEW – WD 1792/84", "38374.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba WD 1792/84 sabiex jitwessa' Sqaq il-Mużew, f'Ħad-Dingli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-trasport biex tara x'talba kien hemm biex jitwessa dan l-isqaq, peress illi mir- riferenza tal-file jidher illi l-każ imur lura għall-1984.", "AFM - KAŻ TA' ŻEWĠ SULDATI", "38375.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jintervjeni u jissuġġerixxi rimedju lil żewġ suldati li sofrew diżabilita' permanenti waqt ix-xogħol – id-dettalji tagħhom qegħdin jintbagħtu separatament - peress li wieħed minnhom qiegħed jaħdem Sibtijiet bla ħlas u qiegħed anke jispara minkejja d-diżabilia` li sofra waqt ix- xogħol, u l-ieħor qed ikollu jaħdem siegħa żejda kuljum bla ħlas?", "Jaħseb il-Prim Ministru li hu l-każ li dawn it-tnejn jiġu ttrasferiti jew sekondati ma' dipartiment ieħor, kif ġieli sar?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li ż-żewġ suldati msemmija ġew skużati milli jaħdmu għases bil-lejl bħalma jagħmlu suldati oħrajn għar- raġuni ta' kondizzjoni medika.", "Peress li suldat huwa marbut li jaħdem 47 siegħa fil-ġimgħa u minħabba li dawn it-tnejn jaħdmu biss matul il- ġurnata, iridu jidħlu nofs ta' nhar is-Sibt biex iġibu s-sigħat meħtieġa.", "Din hija prattika normali u kull suldat li jkun maqlugħ mill-għassa irid jaħdem is-Sibt b'dan il-mod.", "Ma jidhirlix li hu l-każ li jiġu ttrasferiti jew sekondati kif qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Membru.", "OPM - WEBSITE PORTAL EXECUTIVE", "38376.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet il-call for applications għal website portal executive in the central information management unit at the office of the prime minister, liema call for applications saret ġimgħat ilu?", "Kemm applikaw?", "Sar short-listing jew l-applikanti kollha se jsirilhom l- interview?", "Meta hu ppjanat li jsiru l-interviews għax s'issa l-applikanti baqgħu ma semgħu xejn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li għall-pożizzjoni ta' portal website executive intefgħu 18-il applikazzjoni.", "Dawn ġew ikkonsidrati mill- bord ta' l-għażla maħtur għal dan l-iskop mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku.", "L-applikanti eliġibbli kollha se jissejħu għal intervista fi Frar.", "STATEMENTING MODERATING PANEL - APPELLI", "38377.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38308 u jgħid kemm hemm każi appellati minn deċiżjonijiet ta' l-istatementing moderating panel?", "Kemm hemm appelli pendenti?", "Kemm ilhom jistennew?", "X'komunikazzjoni saret mal-ġenituri tat-tfal li qed jistennew li jinqatgħu l-appelli?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-każi appellati minn deċiżjonijiet ta' l- istatementing moderating panel kienu 22 fis-sena 2002.", "Appelli pendenti hemm biss tnejn u ilhom jistennew minn Diċembru 2002.", "Il-ġenituri ġew mitluba jiktbu ittra biex juru għaliex qegħdin jappellaw.", "PORT ĦIELES - CONTAINER B'TAGĦBIJA PERIKOLUŻA", "38378.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38290 u jgħid jekk id-deċiżjoni tal-korporazzjoni tal-freeport li tħalli container tal-Maersk b'materjal splussiv jidħol fil-freeport, hijiex parti minn strateġija biex terġa' tiġbed lura lejn pajjiżna lil din il-linja tal- vapuri li marret Gioia Tauro?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba hi fin-negattiv.", "FTEHIM TA' KUMMERĊ ĦIELES", "38380.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pajjiżi kollha li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku magħhom u li għalhekk Malta għandha xi tgawdi bi sħubija fl-Unjoni?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' pajjiżi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles jew ftehim li ser iwassal biex ikun hemm kummerċ ħieles bejn iż-żewġ naħat.", "Bi sħubija fl-Unjoni, Malta tkun tista' tgawdi wkoll mill-ġid li jiġi ġġenerat permezz ta' l-aċċess li pajjiżna jkollu lejn dawn is-swieq.", "GŻIRA – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "38381.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' id-dipartiment tad-djar jikkonsidra t-talba tal-persuna li qed insemmi separatament, li tixtieq tibdel il-post tagħha minħabba mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi l-persuna indikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali.", "INCOME TAX", "38382.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qed tintalab tħallas Lm27 f'income tax meta din qatt ma ħadmet?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni kunfidenzjali.", "Il-persuna konċernata tista' tmur fit-taxpayer service tad-dipartiment tat-taxxi interni biex tingħata l- informazzjoni kollha li tixtieq.", "GŻIRA – PENSJONI", "38383.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex intitolata għall- pensjoni tal-gvern wara li kienet ħallset xi bolol hawn Malta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ASSISTENTI SOĊJALI KAŻWALI", "38392.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta l- assistenti soċjali każwali saru part-timers?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-assistenti soċjali każwali huma kkonsidrati li saru part-timers b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena.", "Dawn l- impjegati se jiġu informati bid-dettalji dwar il-kondizzjonijiet ġodda tagħhom hekk kif jiġu ffinalizzati l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa.", "GŻIRA - GĦAJNUNA SOĊJALI", "38394.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tnaqqsitilha l-għajnuna soċjali meta din ma taqbiżx is-somma stipulata?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata se tiġi informata personalment bl-eżitu tal-każ.", "SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONI", "38396.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex tieħu l-pensjoni kollha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata ġiet informata bl-eżitu ta' l-investigazzjoni dwar il-każ.", "SPTAR BOFFA – ĦLAS GĦALL-IKEL", "38397.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk hux minnu li sptar Boffa ilu ma jintalab iħallas għall- ikel li jiġi pprovdut mill-kċina ta' St Luke's għal diversi xhur?", "Forsi dan ma jmurx kontra l-ispirtu ta' l-awtonomija li suppost għandu dan l- isptar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Interpellant li l- isptar Boffa għal dawn l-aħħar snin kien qed jopera bħala cost-centre, bħall-cost-centres l-oħra fid-diviżjoni tas-saħħa.", "Huwa minnu li minħabba raġunijiet amministrattivi ċerti trasferimenti ta' fondi minn cost-centre għal ieħor ma sarux.", "Nassigura lill-Onor Interpellant li qegħdin jittieħdu l-passi kollha biex dan jiġi indirizzat.", "GĦAQDA STEP-BY- STEP - AKKOMODAZZJONI", "38398.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-għaqda step- by- step, li taħdem ma' persuni mentalment ħandikappati, tingħata xi forma ta' għajnuna, speċjalment fl-għoti ta' post minn fejn jistgħu jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-fondazzjoni step- by-step gawdiet minn għotjiet finanzjarji li jingħataw lil support u self-help groups żgħar taħt il-vot provdut apposta għall- NGOs.", "Filwaqt li l-gvern japprezza u jirrikonoxxi l-għajnuna li support u self- help groups bħal step-by-step jagħtu lill-klijenti tagħhom, l-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux possibbli li jipprovdilhom akkomodazzjoni ukoll.", "SAN ĠWANN – KONTIJIET TAL-MALTACOM", "38400.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Maltacom ġieli toħroġ kontijiet handwritten - bil-VAT b'kollox, fil-każ ta' l-abbonat li d- dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li mhumiex itemised?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li ġeneralment kontijiet bil-kitba jinħarġu jew fuq talba tal-klijent inkella għal raġuni amministrattiva.", "F'każ fejn il-kont ikollu jinħareġ barra l-iskeda normali, dan ġeneralment jinħareġ bl-idejn.", "Jekk tali kont ikun fih sejħiet li għalihom ikun għadu ma nħariġx il-kont normali, allura l-kont jiġi kkalkulat fuq il-pulses reġistrati u mhux fuq il-sejħiet.", "F'dan il-każ il-kont ma jkunx jista' jiġi itemised.", "MDINA – STABILIMENT TA' L-IKEL", "38406.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan- negozju li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "MDINA - GĦASSA TAL-PULIZIJA", "38407.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mit-torri li kien jintuża bħala l-għassa uffiċjali tal-pulizija ta' l-Imdina?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi hemm ħsieb li fil-ġejjieni, dan it-torri li qabel kien jintuża bħala għassa tal-pulizija, jiġi devolut favur il-kunsill lokali ta' l-Imdina flimkien mal-ġnien magħruf bħala Ġnien is-Sindku.", "SAĦĦA – STUDJU DWAR L-ASTHMA", "38410.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid jekk hemmx flus budgeted biex isiru studji fuq il-problema ta' l-asthma?", "Kemm u min qed jagħmel dawn l-istudji?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jekk wieħed iħares lejn l-estimi ġenerali jara li m'hemm l-ebda flus budgeted biex isiru studji fuq il-problema ta' l- asthma.", "IMMANIĠJAR TA' L-ISKART - KIRI TA' UFFIĊINI", "38412.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid liema uffiċini ġew mikrija mill- awtorita` dwar l-immaniġjar ta' l-iskart?", "Kemm hu l-ħlas li qed isir għal dawn l-uffiċini?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-uffiċini li nkrew għall-kumpannija li toffri s-servizzi għall-immaniġġjar ta' l-iskart huwa l-ewwel sular ta' Phoenix Building, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.", "Il- kera li qed titħallas hi ta' Lm17,500 fis-sena.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt indikat.", "MARSA - SERVIZZ TAT-TELECARE U L-HOME HELP", "38413.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ilha ġimgħat li applikat għas-servizz tat-telecare u s-servizz tal-home help, tinqeda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment qatt ma rċieva applikazzjoni għas-servizz tat-telecare u s-servizz tal-home help mingħand il-persuna indikata.", "MARSA - SERVIZZ TAT-TELECARE", "38414.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jingħata s- servizz tat-telecare lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- applikazzjoni għas-servizz tat-telecare tal-persuna msemmija waslet fid- dipartiment f'Settembru 2002 u għaddiet għand il-Maltacom fl-istess xahar.", "OPM - MPJEGATI", "38415.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil- kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija u dik mitluba mill-ministri l-oħra kollha f'mistoqsija simili magħmulin lilhom, qiegħda tinġabar mill-MPO u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "POLITIKA SOĊJALI - MPJEGATI", "38416.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru u fis-segretarjat parlamentari?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil- kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ta l-prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "EDUKAZZJONI - MPJEGATI", "38417.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-ministeru u fis- segretarjat parlamentari?", "Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu?", "Kemm hemm minnhom on loan?", "Kemm hemm bil-kuntratt?", "X'inhu s-salarju tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ta l- prim ministru għall-mistoqsija parlamentari 38415.", "FOREIGN TRADE IN US DOLLARS", "38429.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni, invoiced in US dollars?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "LIMSUK", "38430.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-LIMSUK?", "Kemm sar kummerċ barrani permezz ta' din l-intrapriża fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament?", "Kemm saru board meetings tal-kumpannija f'Malta s- sena l-oħra?", "Kemm saru board meetings fil-Libja fl-istess sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "GDP – REVIŻJONI TAL-METODU TA' KEJL", "38431.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li se ssir reviżjoni tal-kejl tal- GDP u jekk iva x'wassal għal dan?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li sa ftit tas-snin ilu, in- national accounts ta' Malta kienu għadhom jiġu kkumpilati skond is-system of national accounts 1968.", "Peress li teżisti metodoloġija aktar żviluppata minn din is-sistema, mill-1997 'il hawn l-uffiċċju nazzjonali ta' l- istatistika beda jaħseb biex jibdel is-sistema tal-kejl tal-prodott gross domestiku għal din il-metodoloġija aktar moderna.", "Biss biex taqleb minn sistema ta' national accounts għal oħra jenħtieġu snin twal ta' preparazzjoni serja u ħidma b'reqqa kbira.", "Hekk sar u għadu qed isir sabiex naqilbu għall-metodoloġija msejħa European system of accounts 1995 li fl-aktar aspetti importanti tagħha tixbaħ ħafna lis-system of national accounts 1993.", "It-tibdil għal sistema ġdida ta' kejl tal-prodott gross domestiku huwa skond l-obbligi li għandu l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li jipproduċi statistika uffiċjali skond l-aktar metodoloġija aġġornata.", "LOTTU PUBBLIKU - PRIVATIZAZZJONI", "38432.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid fiex waslu l-aħħar żviluppi dwar il-privatizazzjoni tal- lottu pubbliku?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il-Maltco consortium u l-lotto receivers union.", "MOBC - PRIVATIZAZZJONI", "38433.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jgħid kemm kumpanniji barranin wrew interess fil-privatizazzjoni tal-MOBC?", "Liema huma?", "Kemm hemm kumpanniji Maltin li wrew l-istess interess?", "Liema huma?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 15-il kumpannija li wrew interess fil-privatizazzjoni ta' l-MOBC.", "Minħabba li marbutin b'confidentiality agreement, m'iniex liberu li nsemmi l- kumpannija.", "TOROQ - REINSTATEMENT", "38440.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38219, jaf il-Ministru li s-servizzi fit-toroq imsemmija ilhom li ġew mgħoddija aktar minn xahrejn u sal-lum l-ebda re-instatement ma nbeda?", "Jista' jagħti data fissa ta' meta se jingħata t-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lill-awtorita` dwar it-trasport biex tara li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tlesti r-re- instatement f'din it-triq mill-aktar fis u d-data ta' meta dan ix-xogħol ser jitlesta tingħata aktar 'il quddiem.", "FGURA: TRIQ IS-SUMMIENA - ASFALTAR", "38442.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir phase one ta' l-aħħar parti ta' Triq is-Summiena, fil-Fgura, li tmiss ma' Triq Merħba?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat tat-toroq lesta x- xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-triq imsemmija mill-Onor.", "Interpellant u aktar 'il quddiem mistennija tiġi ppubblikata sejħa għal offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' isir.", "FGURA: TRIQ MERĦBA - ASFALTAR", "38443.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir phase one ta' parti minn Triq Merħba, fil-Fgura, kantuniera ma' Triq is-Sur u Triq is-Summiena?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38442.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-FOSSA TAL-QAMĦ - DOUBLE YELLOW LINES", "38444.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru, permezz tat-traffic control board, jgħid jekk fi Triq il-Fossa tal-Qamħ, iż-Żejtun, ingħatax permess biex isiru double yellow lines quddiem dar privata?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, minn min saret l-applikazzjoni?", "Meta daħlet l-applikazzjoni?", "Meta ġiet ipproċessata u meta ngħatat ir-risposta?", "Saret site visit qabel ittieħdet id-deċiżjoni?", "Jekk iva, minn min?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-permess li nħareġ mid-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku fil-25 ta' Jannar 2002 kien għal single yellow line fi Triq il-Fossa tal-Qamħ, faċċata tat-traffic island, f'salib it- toroq bejn Triq Xeħt il-Forom u t-triq imsemmija.", "Minn riċerka li saret fid-direttorat għall-maniġġ tat-traffiku ma nstab l-ebda permess għal double yellow line fi Triq il-Fossa tal-Qamħ.", "Ir-rikjesta għal double yellow line f'din il-lokalita` kienet saret mill- kunsill lokali taż-Żejtun fl-4 ta' Jannar, 2002."]} {"filename": "19981024_001d_par.doc", "date": "1998-10-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 1 Is-Sibt, 24 ta' Ottubru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT NINTH PARLIAMENT Seduta Nru. 1", "Sitting No. 1", "Is-Sibt, 24 ta' Ottubru, 1998", "Saturday, 24th October, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.54 a.m.", "The House of Representatives met in Parliament Hall, the Palace, Valletta at 10.54 a.m.", "Talba", "Prayers", "SEDUTA NRU.", "1", "SITTING NO.", "1", "Is-Sibt, 24 ta' Ottubru, 1998", "Saturday, 24th October, 1998", "WERREJ", "CONTENTS TILTAQA' L-KAMRA 1", "SUMMONING OF THE HOUSE OF REPRESENTATIVES 1", "RIŻULTATI TA' L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI TAL-5 TA' SETTEMBRU 1998", "U L-ELEZZJONIJIET KAŻWALI LI SARU FIT-23 TA' SETTEMBRU 1998.", "1", "RESULTS OF THE GENERAL ELECTIONS HELD ON THE 5TH SEPTEMBER 1998", "AND THE CASUAL ELECTIONS HELD ON THE 23RD SEPTEMBER 1998.", "1", "ELEZZJONI TA' SPEAKER 2", "ELECTION OF SPEAKER 2", "ELEZZJONI TA' DEPUTY SPEAKER 6", "ELECTION OF DEPUTY SPEAKER 6", "ĠURAMENT TA' LEALTA` 9", "OATH OF ALLEGIANCE 9", "TQEGĦID TA' KARTI 10", "LAYING OF PAPERS 10", "DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA 10", "ADDRESS BY THE PRESIDENT OF MALTA 10", "AVVIŻ TA' MOZZJONI GĦALL-INDIRIZZ TAL-PRESIDENT TA' MALTA BI TWEĠIBA", "GĦAD-DISKORS TIEGĦU 20", "NOTICE OF MOTION FOR AN ADDRESS TO THE PRESIDENT IN REPLY TO HIS SPEECH 20", "ELEZZJONI TA' DEPUTY CHAIRMAN TAL KUMITATI 21", "ELECTION OF DEPUTY CHAIRMAN OF COMMITTEES 21", "ĦIN TAL-MISTOQSIJIET 22", "QUESTION TIME 22", "ASSENZA INEVITABBLI TA' L-ONOREVOLI SPEAKER JEW TAL-PRESIDENT", "TAL-KUMITATI 23", "INEVITABLE ABSENCE OF THE HON.", "SPEAKER OR OF THE CHAIRMAN", "OF COMMITTEES 23", "IL-MINUTI U L-AĠENDA JSIRU BIL-MALTI BISS 23", "MINUTES AND AGENDA IN MALTESE ONLY 23", "MOZZJONI BIEX TISSOSPENDI L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "173 24", "MOTION SUSPENDING STANDING ORDER NO.", "173 24", "AĠĠORNAMENT 24", "ADJOURNMENT 24", "TILTAQA' L-KAMRA", "SUMMONING OF THE HOUSE OF REPRESENTATIVES", "L-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Richard J. Cauchi, qara l-Proklama VIII ta' l- 1998 li tlaqqa' l-Parlament.", "The Clerk of the House of Representatives, Mr Richard J. Cauchi, read out Proclamation No VIII of 1998 summoning Parliament.", "RIŻULTATI TA' L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI TAL-5 TA' SETTEMBRU 1998 U L- ELEZZJONIJIET KAŻWALI LI SARU FIT-23 TA' SETTEMBRU 1998.", "RESULTS OF THE GENERAL ELECTIONS HELD ON THE 5TH SEPTEMBER 1998 AND THE CASUAL ELECTIONS HELD ON THE 23RD SEPTEMBER 1998.", "L-Iskrivan tal-Kamra qara r-riżultati ta' l-Elezzjonijiet Ġenerali li saru fil-5 ta' Settembru, 1998 u r-Riżultati Każwali tat-23 ta' Settembru, 1998 biex jimtlew il-postijiet ta' tmien Onorevoli Membri (Artikolu 37 ta' l- Ordinanza XXXIV/39 dwar il-votazzjoni fl-Elezzjonijiet).", "The Clerk of the House read out the results of the General Elections held on the 5th September 1998 and the results of the Casual Elections held on the 23rd September, 1998 to fill the seats vacated by eight Honourable Members (Section 37 of the Electoral (Polling) Ordinance XXXIV/39).", "ELEZZJONI TA' SPEAKER", "ELECTION OF SPEAKER", "L-Iskrivan tal-Kamra jippresjedi.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Onorevoli Membri, ninsab informat li hawn ftehim bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra li r-rappreżentanti tal-media, inkluż id-DOI, ikollhom il-permess jiffilmjaw minn ġewwa l-Kamra l-ġurament ta' l- Onorevoli Speaker u d-dħul ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta.", "L-istess ftehim ikopri li fotografi jkunu jistgħu jidħlu fil-Kamra sabiex jiġbdu ritratti malli l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta jibda d- diskors tiegħu.", "F'dawk il-mumenti l-media jkollha wkoll iċ-ċans li tiġbed filmati taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Id-DOI jista' jiġbed ritratti mill-Kamra stess ta' l-għoti tal-ġurament tad-deputati.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Nipproponi li s-Sur Anton Tabone jiġi maħtur speaker ta' din il-Kamra.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Min jissekonda?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Nissekonda.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, daqs ġimgħatejn ilu l-Onor.", "George Vella u jiena kellna laqgħa mal-Prim Ministru u l-Onor.", "Gonzi.", "Nikkonferma li f'din il-laqgħa tkellimna dwar l- arranġamenti li qegħdin ngħaddu minnhom illum.", "Il-Prim Ministru qalilna li l-Gvern kien iddeċieda li jinnomina lis-Sur Anton Tabone bħala speaker tal- Kamra u staqsiena jekk kenitx ix-xewqa ta' l-Oppożizzjoni li tinnomina deputy speaker minn din in-naħa.", "Aħna ddiskutejna din il-ħaġa mal-grupp parlamentari Laburista u nista' nikkomunika lill-Kamra x'inhuma l-analisi u r-riflessjonijiet li għamlet in-naħa Laburista ta' din il-proposta.", "L-ewwelnett infakkar li fl-aħħar żewġ leġislaturi kien hemm qbil dwar nomina ta' speaker u nomina ta' deputy speaker, fis-sens li l-gvern kien jistaqsi lin-naħa ta' l-oppożizjoni jekk għandhiex pjaċir bin-nomina ta' l- ispeaker propost u, wara li tkun ingħatat xi forma ta' rakkmandazzjoni min- naħa ta' l-oppożizzjoni fuq il-persuna nominata, ikun hemm qbil li d-deputy speaker ikun min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Din kienet il-proċedura li ġiet segwita fl-1992 fir-rigward tan-nomina ta' l-Avukat Gonzi li qabel dik is- sena kien diġa' speaker u anke fir-rigward tan-Nutar Myriam Spiteri Debono fil-legislatura li bdiet fl-1996.", "Din id-darba nnotajna li l-Gvern qabad u ddeċieda li bħala speaker se jkun hemm is-Sur Anton Tabone u sempliċement informa lin-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Ċertament li aħna min-naħa tagħna ma stajniex ma narawx din il-proposta - li kienet sempliċement informazzjoni - fil-kontest tal-qagħda politika attwali.", "Din il-qagħda politika hija determinata minn elezzjonijiet li saru bikrija ħafna u hija determinata wkoll mill-mod kif seta' jopera l-Gvern Laburista fil-leġislatura ta' qabel, bejn l-1996 u l- 1998, u l-mod kif mil-lum, taħt din il-leġislatura, tista' topera l- amministrazzjoni preżenti.", "U ma stajniex ma ninnotawx li effettivament dawn il-modus operandi li kienu jaħdmu bejn l-1996 u l-1998 u mill-1998 'il quddiem joħolqu pożizzjoni politika anomala fil-pajjiż.", "L-ewwelnett innotajna li fl-1996 u l-1998 l-elezzjonijiet ġew miġġielda taħt l-istess konfini elettorali, jiġifieri ma kien hemm l-ebda bidla bejn il-konfini elettorali ta' l-1996 u l-konfini elettorali ta' l-1998.", "Kienu preċiżi u eżattament l-istess.", "U bilfors li wieħed jinnota li waqt li l- konfini elettorali ta' l-1996 taw riżultat li bih il-Partit Laburista ġab tliet siġġijiet inqas f'dan il-parlament mill-Partit Nazzjonalista meta kellu maġġoranza ta' kważi 8,000 vot, ir-riżultat mogħti f'Settembru 1998 bl-istess konfini ta lill-Partit Nazzjonalista maġġoranza ta' ħames siġġijiet meta kellu maġġoranza ta' kważi 13,000 vot.", "Mela l-istess konfini fl-1996 jagħtu minoranza ta' tliet siġġijiet lill-Partit Laburista u fl-1998 jagħtu maġġoranza ta' ħames siġġijiet lill-Partit Nazzjonalista meta t-tnejn ġabu maġġoranza ta' voti, nerġa' ngħid, 8,000 il-Partit Laburista fl-1996 u 13,000 il-Partit Nazzjonalista fl-1998.", "Allura hemm xi ħaġa ċara li ma ''tikloxjax'' u ma ''tikloxjax'' b'mod ċar; il-konfini huma gerrymandered.", "Dawn kienu konfini li nsista fuqhom il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l- 1996.", "Aħna konna nsistejna li nagħmlu l-proċedura kostituzzjonali kollha, jiġifieri li jiġu riferuti lura lill-kummissjoni elettorali imma l-gvern ta' dak iż-żmien ippresedut mill-Onor.", "Fenech Adami, illum Prim Ministru, kien irrifjuta li jwassal sa l-aħħar u jerġa' jirriferi lura l-konfini lill- kummisjoni elettorali, u dan fuq il-pretest li l-membri kollha ta' l-istess kummissjoni kienu qablu fuq il-konfini u fuq il-pretest ukoll li nofs l- istess membri kienu ġew nominati taħt il-kostituzzjoni mill-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-oppożiżżjoni.", "Mela konfini li ġew determinati b'mod arbitrarju bħal dan wasslu biex taħt il-bidla kostituzzjonali li kienet saret fl-1987/88 il-Gvern Laburista ta' bejn l-1996/98 spiċċa b'maġġoranza ta' siġġu wieħed f'dan il-parlament meta kien jixraqlu aktar, ħaġa li wasslet għad-distabilizzazzjoni politika li ġarrabna fl-1997/98 u għall-elezzjoni bikrija ta' Settembru, 1998 li mbagħad tat ir-riżultat li tat.", "Allura s-sitwazzjoni hija doppjament anomala.", "Jien ngħid li għandna amministrazzjoni li għalkemm hija legali, hija lleġittima.", "Anke min ma jaqbilx ma' din il-verżjoni jista' jaqbel li r-regoli tal-fair play politiku ma ġewx osservati u allura mbagħad wieħed aktar u aktar irid jirrifletti fuq in-nomina tas-Sur Anton Tabone f'dan il- kontest.", "Sur President, il-gvern preżenti għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet f'dan il-parlament, ħames siġġijiet li bil-kejl kif ħarġu l-affarijiet fl- 1996 żgur li huma eċċessivi u allura wieħed għallinqas kien jaħseb li mhux biss tiġi segwita l-proċedura ta' l-1996/98, li l-Oppożizzjoni tiġi konsultata fuq in-nomina ta' Speaker u mhux sempliċiment informata, imma kellha wkoll tiġi segwita r-regola fil-qagħda politika anomala li għandna ta' ċerta prudenza.", "U x'inhi l-prudenza, Sur President?", "Il-prudenza hija li meta wieħed jara li għandu din il-maġġoranza mhux mistħoqqa, allura mhux jipproċedi biex jinforma lill-Oppożizzjoni li qed jinnomina ex-deputat kandidat minn barra l-Kamra imma jissuġġerixxi għad-diskussjoni jew jinnomina speaker minn fost il-grupp parlamentari Nazzjonalista eżistenti.", "U jeżisti preċedent għal din il-ħaġa.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Sitwazzjoni analoga għal dak li qed niffaċċjaw illum ġrat fl-elezzjoni ta' l-1981 fejn kien hemm maġġoranza Laburista ta' tlieta li ma kenitx kompatibbli mal-minoranza ta' voti miġjuba fil-pajjiż.", "Hemmhekk waqt li l- Gvern Laburista kellu ċ-ċans sħiħ - kif għamel il-Gvern preżenti - li jinnomina kandidat minn barra l-parlament, għallinqas ġiet segwita l- prudenza politika li bħala Speaker jiġi nominat membru tal-grupp parlamentari Laburista ta' dak iż-żmien li, jekk niftakar tajjeb, kien lit- Tabib Daniel Micallef.", "Imma din id-darba l-Oppożizzjoni Laburista ġiet sempliċement informata bid-deċiżjoni tal-Gvern li jiġi appuntat speaker is- Sur Anton Tabone - li fuqu personalment m'aħna qed nagħmlu l-ebda rimarka negattiva - u dan fil-kontest fejn fuq bażi ta' prudenza politika kulħadd kien qed jistenna li, għallinqas f'dan il-każ, jiġi nominat speaker mill- grupp parlamentari Nazzjonalista li għandu maġġoranza ta' ħames siġġijiet mhux mistħoqqa.", "Fuq din il-bażi, il-grupp parlamentari Laburista se jivvota kontra n- nomina tas-Sur Anton Tabone bħala speaker tal-Kamra tad-Deputati.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Prim Ministru jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nħoss li għandi nitkellem biss fuq il- fatti u nevita l-polemika politika.", "Jiena bgħatt għall-Kap ta' l- Oppożizzjoni biex fil-preżenza tal-Ministru Gonzi niddiskuti miegħu l- andament ta' din is-seduta u kif se nġibu ruħna 'l quddiem.", "L-ewwel ħaġa li nformajt biha lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni kienet id-data tal-ftuħ tal- parlament, u dwar din ma kien hemm ebda diffikulta'.", "It-tieni nett informajtu dwar in-nomina ta' l-ispeaker.", "Din m'hijiex l-ewwel darba li jiena għamilt dawn il-konsultazzjonijiet meta drabi oħra kont prim ministru u meta kont ukoll kap ta' l- oppożizzjoni; u l-proċedura hija identika.", "Sentejn ilu kien bagħat għalija l-Prim Ministru u kien qalli li hu kien se jissuġġerixxi lin-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala speaker.", "Jiena għidtlu li naqbel ma' dan u ma nsib l-ebda diffikulta'.", "Meta jiena pproponejt l-isem ta' Anton Tabone, il- Kap ta' l-Oppożizzjoni qalli li ma setax jagħtini risposta u li kellu jikkonsulta.", "Ir-risposta tahieli issa għaliex minn dak inhar sal-lum ma qalli xejn.", "Niġi issa għar-raġunijiet li għalihom l-Oppożizzjoni se tivvota kontra.", "Naturalment hija għandha kull dritt tagħmel dan pero' l-fatti huma li fl- 1971, bis-sistema elettorali li kellna u għad għandna, seta' jiġri li b'differenza ta' ħames voti f'distrett partikolari l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni seta' jakkwista maġġoranza, imma dan ma ġarax.", "Dan ġara pero' fl-1981 meta d-distretti elettorali ma kenux saru b'unanimita tal- kummissjoni elettorali.", "Dawn kienu ġew ukoll kontestati bil-qawwa kollha u mill-bidu nett mill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien immexxijja minni imma l- Gvern Laburista kien baqa' miexi u r-riżultat ta' l-1981 nafu x'inhu.", "Naħseb ukoll li m'għandu jsir ebda paragun u bl-ebda mod bejn dan il- parlament u l-parlament ta' l-1981.", "Nafu wkoll li fl-1986, sewwa sew qabel l-elezzjoni u wara sforzi kbar li kienu saru, konna lħaqna ftehim biex qatt aktar ma jkun hemm partit li jġib aktar minn 50% tal-voti u jkun fl-oppożizzjoni.", "Dak inhar kont ressaqt emenda għall-proposta tal-Gvern fejn għidt li l-istess regolament għandu jgħodd jekk ikun hemm żewġ partiti u ħadd minnhom ma jġib 50% tal-voti.", "F'dan il-każ wieħed ikollu maġġoranza relattiva imma ma jiġux eletti deputati minn xi partit ieħor.", "Dak iż-żmien il-Gvern magħmul mill-Partit Laburista vvota kontra l-emenda tiegħi.", "Jiena kelli pjaċir li nerġa' nressaq din il-proposta meta konna fil-gvern, jekk m'iniex sejjer żball fl- 1995, u l-Oppożizzjoni biddlet il-pożizzjoni tagħha u aċċettatha.", "Mela meta pproponejtha mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni ma ġietx aċċettata u meta pproponejtha bħala prim ministru ġiet aċċettata.", "Infakkar ukoll li meta jien ressaqt dik l-emenda, il-parlament kien qed jiddiskuti emendi fil-kostituzzjoni u kien hemm proposta maħduma minn kummissjoni li l-iskop ewlieni tagħna kien li jkollna sistema elettorali li biha l-konfini elettorali jkunu rrilevanti - nenfasizza li qed ngħid \"irrilevanti\" - għar-riżultat finali ta' l-elezzjoni.", "L-Onor.", "Alfred Sant, li dak iż-żmien bħal-lum kien kap ta' l-oppożizzjoni, ma riedx jaċċetta dik l-emenda.", "Jiena ma nsistejx fuqha, irtirajtha u ġibt l-emenda l-oħra li għadni kif semmejt u li tiggarantixxi li jekk żewġ partiti biss ikunu rappreżentati f'dan il-parlament, min iġib il-maġġoranza relattiva jkun assigurat il-maġġoranza tal-parlament.", "Dawn huma l-fatti dokumentati f'dan il-parlament; u l-argumenti tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar il-maġġoranza fil-parlament li spiċċa u l-maġġoranza tal-lum smajnihom u ddibattejniehom f'dan il-Parlament u m'hemmx għalfejn noqgħod nerġa' nsemmi r-riżultat meritat tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-elezzjoni l-oħra, li kellu maġġoranza li kienet tistħoqqlu għax dik il-maġġoranza fil-parlament kienet tirrifletti l-maġġoranza tal-voti li ġab fl-elezzjoni.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li jien imprudenti - jew ma nafx x'aġġettiv semma - għax qed nipproponi speaker minn barra l-Parlament.", "Jien naħseb li l-analoġija ma' l-1981, meta bi protesta qawwija l-Oppożizzjoni ma ħaditx parti għal 15-il xahar fil-Parlament, hija kompletament irrilevanti u l- paragun assolutament ma jreġix.", "Meta jien kellimt lill-Onor.", "Sant u semmejtlu n-nomina ta' Anton Tabone, dan bl-ebda mod ma ssuġġerieli li huwa xtaq li l-ispeaker ma jkunx minn barra mill-Kamra.", "Lili ma tani l-ebda risposta f'dan ir-rigward u fil-fatt illum jien ninsab sorpriż kif qed jiġi hawn, jagħtini risposta hawn u jqajjem dan l-argument; u għalhekk din il- mozzjoni jien se nżommha kif inhi.", "Is-Sur Anton Tabone huwa bniedem li għandu esperjenza twila ħafna iktar minn uħud mill-Onor.", "Membri preżenti.", "Biżżejjed insemmi li Anton Tabone għamel 32 sena jirrappreżenta denjament lid-distrett ta' Għawdex f'dan il- parlament u għamel perijodu ta' kważi għaxar snin ministru għal Għawdex.", "Jien persważ li huwa għandu l-kwalitajiet kollha biex jagħti affidabilita' lill-kariga li jokkupa, jekk din il-Kamra tapprova.", "Għalhekk jien nistieden lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra li jagħtu l-vot tagħhom favur in-nomina ta' Anton Tabone bħala speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-elezzjoni tas-Sur Anton Tabone bħala speaker tal-Kamra tad-Deputati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fil-11.20 a.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "L-ISKRIVAN TAL-KAMRA: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l- elezzjoni tas-Sur Anton Tabone bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "1 FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace Victor| |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen|Pullicino Orlando| | |Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia | | |Angelo | |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion | |Charles |Charles | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo | |Joseph |Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "The motion was carried.", "L-Onor.", "Anton Tabone twassal sas-Sedja mill-Prim Ministru u mill-Iskrivan tal-Kamra.", "The Hon.", "Anton Tabone was led to the Chair by the Prime Minister and the Clerk of the House.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Bil-permess tal-Kamra nixtieq nagħmel kelmtejn ta' ringrazzjament.", "L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru li ressaq in-nomina tiegħu, lill-Viċi Prim Ministru li ssekondaha, kif ukoll lill-Membri ta' din il-Kamra.", "Jien inħares lejn din in-nomina b'umilta' kbira imma fl- istess ħin inħares lejha wkoll b'sens sħiħ ta' responsabbilta'.", "Ninsab konxju ħafna mill-fatt li dan hu inkarigu ċentrali fix-xogħol tal-Parlament u fl-aħjar andament tiegħu.", "Issa nistenna l-koperazzjoni meħtieġa miż-żewġ naħat tal-Kamra biex din il-leġislatura, li tiġi d-disa' waħda minn wara l- indipendenza, tkun tassew waħda ta' ġid għall-pajjiż u ddaħħalna fil- millennju l-ġdid, b'tamiet kbar li nilħqu l-ogħla aspirazzjonijiet tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Min-naħa tiegħi nwiegħed li nagħmel ħilti kollha biex nimxi mad-doveri imposti fuqi bil-ġurament, bil-kostituzzjoni u bir-regolamenti applikabbli għall-proċedura tal-Kamra.", "Għalhekk qabel xejn nitlob lil Alla l-imbierek biex jiggwidani u jħarisni fil-kompitu li għandi quddiemi, kif ukoll nitlob il-koperazzjoni u l-komprensjoni ta' l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, l- għajnuna ta' l-Uffiċċju ta' l-Ispeaker, kif ukoll ta' kull min għandu xi forma ta' kollegament mal-Parlament Malti.", "Grazzi ħafna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ELEZZJONI TA' DEPUTY SPEAKER", "ELECTION OF DEPUTY SPEAKER", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi lill-Onor.", "Michael Bonnici bħala deputy speaker ta' din il-Kamra.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GUIDO de MARCO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, ikun tajjeb li nerġa' nirriferi għad- diskussjonijiet li kellna mal-Prim Ministru fejn, filwaqt li hu kien akkumpanjat mill-Ministru Gonzi, jien kont akkumpanjat mill-ħabib tiegħi, l- Onor. George Vella.", "Hawnhekk jien nixtieq nikkonferma li matul id- diskussjoni li kellna dakinhar - issa jien m'iniex se noqgħod nagħmel polemika imma se ngħid l-aħħar kelma, u l-kelma tiegħi hija soda mija fil- mija - aħna ġejna informati li l-Gvern se jappunta lis-Sur Anton Tabone bħala speaker; u kien hemm differenza totali minn kif saru l- konsultazzjonijiet fl-1992 u fl-1996, għax fl-1992 kien hemm diskussjoni dwar il-persuna ta' l-Avukat Gonzi bħala speaker u fl-1996 kien hemm diskussjoni dwar il-persuna tan-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala speaker, għal-leġislatura mill-1996/98, filwaqt li għal din il-leġislatura ma kien hemm l-ebda offerta ta' diskussjoni ta' dan it-tip ħlief li sempliċement il- Gvern se jappunta lis-Sur Anton Tabone bħala speaker.", "Imbagħad imxejna biex niddiskutu jekk in-naħa ta' l-Oppożizzjoni kenitx se tappunta jew tipproponi deputy speaker; u jien hemmhekk imbagħad għidt lill-Prim Ministru li se nirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-grupp parlamentari Laburista u hemmhekk iddiskutejna bħala grupp parlamentari Laburista.", "Fil- fatt il-grupp parlamentari Laburista, wara li ddiskuta s-sitwazzjoni u l- qagħda politika, qabel li m'għandux ikun hemm proposta min-naħa tiegħu għal deputy speaker minn fost il-grupp parlamentari Laburista u mbagħad iddeċidejna fuq x'se tkun il-pożizzjoni tagħna dwar il-ħatra ta' speaker.", "Imbagħad għal dak li għandu x'jaqsam mal-proposta li saret illi deputy speaker ikun l-Onor.", "Bonnici, id-deċiżjoni tagħna kienet li ma naqblux ma' din il-proposta għax il-qbil tagħna magħha ikun simbolu li s-sitwazzjoni hija normali, u dan meta bl-ikbar arroganza l-Prim Ministru fl-intervent tiegħu llum diġa' pprova juri li s-sitwazzjoni hija normali.", "Fil-fatt is- sitwazzjoni politika m'hijiex normali, Mr Speaker, u għalhekk f'dan il- kontest ukoll aħna ma nistgħux naqblu li nivvotaw favur in-nomina ta' l- Onor. Bonnici bħala deputy speaker.", "Jien kont beħsiebni nagħmel anke riserva personali fuqu, fis-sens li ma kelli xejn xi ngħid fuqu personali, imma jiddispjaċini ngħid li meta mbagħad qrajt ittra li huwa bagħat din il-ġimgħa u li dehret fit-22 t'Ottubru f'\"The Times\" dwar x'ġara f'dan il-Parlament fid-diskussjoni dwar l-awtorita' tat-turiżmu, deherli li ma kellix inżomm iktar riservi personali fuqu għaliex dan kien qiegħed jikteb meta diġa' kien qiegħed fil- funzjoni tiegħu bħala president tal-kumitati.", "F'din l-ittra l-Onor.", "Bonnici pprova joħroġ bl-argument li l-bill dwar l- awtorita' tat-turiżmu m'għaddiex minn dan il-parlament, fl-aħħar minuti tal- parlament l-ieħor, sempliċement għax ma kienx hemm deputati tal-gvern li daħlu fil-Kamra, u dan meta effettivament kulħadd jaf x'ġara; kien il-Perit Mintoff li vvota \"le\" u kien hemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li vvotat \"le\", u dan meta hi stess kienet issekondat il-proposta tal-bill.", "Dik kienet ir-raġuni politika, xejn iktar u xejn inqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ir-raġuni politika kienet li kien hemm Oppożizzjoni Nazzjonalista li, fuq xi ħaġa li dwarha kien hemm kunsens nazzjonali kif ukoll kunsens bipartisan, ħlief għall-Perit Mintoff, hekk, b'mod opportunist, iddeċidiet li tivvota kontra, u dak il-bill waqaf; u nimmaġina li se jerġa' jitressaq quddiem din il-Leġislatura s-sena d-dieħla.", "Għalhekk jien niskanta kif l- Onor. Bonnici ppreżenta din it-tip ta' proposta fuq il-gazzetti u mbagħad jippretendi li min-naħa tagħna se nivvotaw favur tiegħu.", "Għalhekk aħna għandna żewġ raġunijiet, Mr Speaker, għalfejn nivvotaw kontra din in-nomina; min-naħa waħda għandna konferma li l-Oppożizzjoni Laburista tħoss li qegħdin quddiem sitwazzjoni politika mill-iktar anomala - u jkun tajjeb li din nirrekordjawha minflok ma nipprovaw inwaddbu kollox taħt it-tapit - u min-naħa l-oħra l-pożizzjoni personali li ħa l-Onor.", "Michael Bonnici hija waħda li tqanqal fostna riservi kbar.", "Għalhekk, kif diġa' għidt, aħna se nivvotaw kontra din in-nomina.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Prim Ministru biex jgħaddi għall-winding-up..", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ddeskriva s-sitwazzjoni politika bħala li m'hijiex normali.", "Fil-fatt is- sitwazzjoni politika hija mill-iktar normali u kellna elezzjoni li r- riżultat tagħha kien mill-iktar ċar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Pero' jien naqbel miegħu li l-Oppożizzjoni m'hijiex f'sitwazzjoni normali għaliex aħna m'aħniex imdorrijin b'dawn l-atteġġjamenti fl-ewwel seduta tal- Parlament.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Just for the record, irrid insemmi li l-aħħar darba li fuq nomina ta' speaker ittieħdet division kien fl-1966.", "Minn dakinhar 'il hawn qatt ma kien hawn elezzjoni ta' speaker b'division.", "Naturalment wieħed jifhem kif l-Oppożizzjoni qed tħares lejn ir-riżultat elettorali u kif qed taġixxi skond il-psikoloġija li tinsab fiha f'dan il- mument, pero' l-pajjiż qiegħed fl-iktar sitwazzjoni normali.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, jien qed nipproponi lill-Onor.", "Michael Bonnici bħala deputy speaker għaliex fil-leġislatura li għaddiet din il-Kamra diġa' kellha lill- istess Onor. Membru bħala deputy speaker; u kulħadd jiftakar b'liema mod impekkabbli ġab ruħu, anke meta l-Gvern li spiċċa kien f'sitwazzjoni anomala ħafna li ma kellux maġġoranza biex jgħaddi l-budget bil-vot tiegħu u kellu jgħaddi l-budget bil-casting votes ta' l-ispeaker jew tal-persuna li kienet tkun qed tippresjedi.", "Għalhekk naturalment l-Onor.", "Bonnici mexa kif kien dover tiegħu li jagħmel - u għamel sew - li ma użax il-casting vote tiegħu biex il-budget ma jgħaddix.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U allura jien ċert li l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, dawk preżenti llum u dawk li kienu membri fil-Leġislatura li spiċċat, għandhom l-ikbar stima lejn l-Onor.", "Michael Bonnici.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Michael Bonnici jkun maħtur deputy speaker ta' din il-Kamra.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fil-11.57 a.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Michael Bonnici jkun maħtur deputy speaker ta' din il-Kamra.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "2 FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace Victor | |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen|Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "The motion was carried.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, l-ewwelnett nirringrazzja lill- proponent, il-Prim Ministru, u lis-sekondant, il-Viċi Prim Ministru, għan- nomina tiegħi bħala deputy speaker.", "Nirringrazzja wkoll lill-Kamra għall- fiduċja li wriet fija billi approvat din il-ħatra.", "Mr Speaker, jien inwiegħdek li nagħtik il-koperazzjoni kollha tiegħi u nwiegħed li meta nkun qed nippresjedi l-Kamra naqdi d-doveri tiegħi b'mod imparzjali.", "Jien ngħid ukoll li b'sens ta' l-akbar irġulija, lest li nħalli din il- kariga meta l-Oppożizzjoni ssib iż-żmien opportun li taħtar f'din il-kariga lil xi ħadd mill-membri tagħha, kif ippropona l-Prim Ministru.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "ĠURAMENT TA' LEALTA`", "OATH OF ALLEGIANCE", "MR SPEAKER: Issa se ngħaddu għall-ġurament ta' fedelta`.", "Nibda biex l- ewwel nieħu l-ġurament jien.", "Nitlob lil kulħadd iqum bil-wieqfa waqt li l- Onor. Membri jkunu qed jieħdu l-ġurament.", "Jien, Anton Tabone, solennement naħlef li nkun tassew fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta' Malta u l-Kostituzzjoni tagħha.", "(Hekk Alla jgħinni).", "Maħluf u ffirmat", "L-Onor-Membri ħadu u ffirmaw il-ġurament ta' lealta` quddiem il-Kamra f'din l-ordni:", "The Hon Members then took and subscribed to the oath of allegiance before the House in this order:", "L-Onorevoli: The Honourable:", "Eddie Fenech Adami Alfred Sant Guido de Marco Lawrence Gonzi Louis Galea John Dalli Francis Zammit Dimech Michael Refalo Ċensu Galea Josef Bonnici Tonio Borg Ninu Zammit Giovanna Debono Louis Deguara Austin Gatt Joe Borg Antoine Mifsud Bonnici Jesmond Mugliett George Hyzler Edwin Vassallo George Pullicino Michael Bonnici Anthony Abela Carmelo Abela Chris Agius Francis Agius Michael Asciak John Attard Montalto Frederick Azzopardi Jason Azzopardi Evarist Bartolo Karmenu Borg Leo Brincat Charles Buhagiar Louis Buhagiar Chris Cardona Karl Chircop Joe Cilia Marie Louise Coleiro Dolores Cristina Joseph Cuschieri Helena Dalli Helen D'Amato Joe Debono Grech Angelo Farrugia Jean Pierre Farrugia Michael Farrugia Noel Farrugia Mario Galea Victor Galea Pace Gavin Gulia Jose' Herrera Rita Law Charles Mangion Carmelo Mifsud Bonnici Joe Mizzi Claude Muscat Silvio Parnis Jeffrey Pullicino Orlando Anton Refalo Joseph M. Sammut Adrian Vassallo George Vella John Vella Karmenu Vella", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Membri u l-mistednin jistgħu jpoġġu bil-qiegħda.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "LAYING OF PAPERS", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Proklama Nru. VIII ta' l-1998 li tlaqqa' l-Parlament;", "Ir-riżultati ta' l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-5 ta' Settembru 1998; u", "Ir-riżultati ta' l-Elezzjonijiet Każwali tat-23 ta' Settembru 1998.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, ngħarraf lill-Kamra li minn hawn u ftit ieħor il-President ta' Malta se jiddikjara f'din il-Kamra r-raġunijiet li għalihom ġie mlaqqa' dan il-Parlament.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża sakemm jidħol il-President ta' Malta.", "Fis-1.10 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara meta l- President ta' Malta daħal fil-Kamra u beda d-Diskors tiegħu.", "The sitting was suspended between 1.00 p.m. at 1.15 p.m.when the President of the Republic entered the House of Representatives and delivered his Speech.", "DISKORS TAL-PRESIDENT TA' MALTA", "ADDRESS BY THE PRESIDENT OF MALTA", "Il-Gvern il-ġdid ingħatalu l-mandat tal-poplu fi żmien kritiku.", "Sejjaħlu l- poplu Malti u Għawdxi lil dan il-Gvern biex imexxieh, forsi aktar minn qatt qabel, bi spirtu ta' servizz, bi stil kemm jista' jkun ħieles minn kull ħjiel ta' suppervja.", "U dan, l-ewwelnett, għaliex is-snin ta' dan il-gvern se jkunu dawk li matulhom se naqsmu fliegu mill-aktar simboliċi fl-istorja, l-għatba virtwali bejn it-tieni u t-tielet millennju mit-twelid ta' Kristu u tal-Kristjaneżimu.", "Dan huwa pass li jenħtieġ nagħmluh bl-umilta', iżda fl-istess ħin b'għajnejna kemm jista' jkun miftuħa, b'viżjoni kemm jista' jkun ċara, ta' l-opportunitajiet jilmgħu bit-tama u ta' l-orizzonti dejjem aktar wesgħin, li għandna miftuħa quddiemna.", "Ma jemminx, dan il-Gvern il-ġdid, li l- mandat tiegħu waqa' f'ħoġru b'kumbinazzjoni jew bi skerz ta' xi ħadd li għalih il-ġrajja ta' l-istorja huma bħal mazz karti tal-logħob.", "Jemmen, għall-kuntrarju, li l-poplu Malti u Għawdxi għamel għażla maħsuba.", "Iddeċieda sewwasew f'liema direzzjoni ried li jimxi pajjiżna, u b'liema spirtu ried li jitmexxa.", "Illum imiss lill-Gvern tiegħi li jistqarr li l- mandat li rċieva se jwettqu fedelment, fis-servizz tal-poplu kollu, mingħajr eċċezzjoni.", "L-ewwel att importanti fit-twettiq ta' dan il-mandat il-Gvern diġa' għamlu meta fl-10 ta' Settembru li għadda, irriattiva d-domanda ta' Malta għad- dħul fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kunsill tal-Ministri mill-ewwel irrifera din id- domanda lill-Kummissjoni; u l-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ottubru diġa' fisser ruħu favur is-sħubija sħiħa ta' Malta u talab kemm il-Kunsill tal- Ministri u l-Kummissjoni biex jagħtu l-appoġġ tagħhom kemm jista' jkun malajr.", "Il-Gvern se jsaħħaħ l-għodda li għandu għal meta jibdew in-negozjati.", "Fihom se jsieħeb ukoll lir-rappreżentanti ta' dawk li għandhom interessi x'iħarsu.", "Wara jissottometti l-proposti f'referendum lill-poplu li jkun jaf u fehem sewwa dawk il-proposti x'isarrfu.", "Dan kollu għaliex il-poplu wera li dan huwa sewwasew dak li jrid.", "Il-Gvern tiegħi ma jridx li għażla bħal din - għandniex jew le nidħlu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, għażla li minnha jiddependi l-futur anke tal- ġenerazzjonijiet ta' warajna - issir fuq bażi ta' pika partiġġjana.", "Il-Gvern jissokta fl-istess ħin jiżgura li Malta tkompli tagħti sehemha bis- sħiħ fl-iżvilupp tal-Mediterran, kemm permezz tal-proċess ta' koperazzjoni Euro-Mediterranea mniedi f'Barċellona, kif ukoll b'mezzi oħrajn.", "Anzi jqis li Malta tkun tista' tagħti sehem akbar minn ġo ħdan l-Unjoni Ewropea.", "L- istess jgħodd fir-rigward tal-Ġnus Magħquda u t-tiġdid meħtieġ f'din l- organizzazzjoni fil-qagħda globali mibdula.", "It-tieni aspett importanti tal-politika li wassal għall-bidla tal-gvern mill-poplu Malti qabel it-terminu normali kien bla dubju ta' xejn dak fiskali.", "Il-poplu wera ċar li ried Gvern li ma jagħtix skossi bla bżonn lill-ekonomija jew jagħmel tibdil fit-taxxi li jnaqqsu bl-ikrah id-dħul tal- gvern u jolqtu lil min l-inqas jiflaħ għalihom.", "Għalhekk, il-Gvern tiegħi diġa' beda l-proċess li għandu jirriżulta filli jkollna l-aħjar sistema ta' taxxa indiretta, għax tkun sistema li tiġbor fiha l-lezzjonijiet li tgħallimna mill-esperjenza kemm tal-VAT kif ukoll tas-CET.", "Id-dettalji qegħdin jinħadmu, iżda l-punti - qofol magħrufin.", "Se jkun hemm thresholds għas-setturi differenti tan-negozju.", "In-negozji ż-żgħar jagħżlu jekk jeħdux sehem fis-sistema ta' rifużjoni jew li jibqgħu barra.", "It- turisti wkoll ikunu jistgħu jieħdu rifużjoni tat-taxxa mħallsa fuq prodotti mixtrija Malta u li jieħdu magħhom barra.", "Ma jkunux intaxxati prodotti jew servizzi essenzjali.", "Ir-rifużjonijiet isiru f'waqthom u n-negozjanti jinħelsu minn ħafna mili ta' formoli.", "Hekk ikollna taxxa ġusta, li tirrendi dħul daqskemm hu bżonnjuż għall-gvern u taħdem bla burokrazija żejda.", "Qabel ma tidħol din is-sistema, il-Gvern se jiżgura li jkun intlaħaq l- akbar qbil possibbli dwarha anki fid-dettalji tagħha.", "Dawn qed jissawru fi proċess ta' diskussjoni, li għad irid jitwessa' imma mingħajr ma jintilef żmien, biex ma tinħoloq ebda klima ta' inċertezza.", "Il-ħtieġa ta' rispett tal-ġustizzja soċjali hija t-tielet raġuni essenzjali li l-Gvern tiegħi jqis li l-poplu għażlu biex iwettaqha.", "Għalhekk skop ewlieni tal-programm tal-gvern f'dawn is-snin tal-mixja lejn it-tielet millennju huwa t-tqabbil flimkien tat-tiswija tal-Kaxxa ta' Malta mat- tiġdid tal-progress soċjali.", "Kien hawn min ħaseb u għad hawn min jaħseb li dan huwa żwieġ impossibbli li l-Gvern tiegħi qed joħlom bih.", "Imma hija sewwa sew il-konvinzjoni soda ta' dan il-Gvern li ż-żwieġ jista' jirnexxi bis-saħħa ta' medjazzjoni kulturali.", "It-tlaqqigħ flimkien tal-wirt tal- valuri tradizzjonali tagħna ma' l-akkwist ta' ħiliet teknoloġiċi ġodda fih il-potenzjal għal pajjiżna li jgħaqqad l-iżvilupp ekonomiku mal-progress soċjali.", "B'dan id-diskors il-Gvern tiegħi qed iqiegħed quddiemkom il-mappa tat-toroq prinċipali li beħsiebu jsegwi biex jimxi fis-sod u fiż-żgur lejn dan il- għan.", "Bħalma żgur tistgħu tobsru, il-mappa fiha tlett oqsma kbar.", "L-ewwel il- qasam ekonomiku.", "Hawn il-Gvern irid juri, fuq kollox, kompetenza teknika konsiderevoli fil-miżuri fiskali u fit-tħaddim ta' l-istrutturi finanzjarji, u fl-istess ħin jagħti spazju u spinta lill-inizjattivi u t- tħabrik tan-nies tal-gżejjer tagħna biex javvanzaw fi klima ta' fiduċja.", "It-tieni, il-qasam kulturali.", "Hawn jeħtieġ, fuq kollox, l-iżvilupp ta' dak is-sens ta' responsabbiltà awtonoma li tippermetti d-deċentralizzazzjoni u fl-istess ħin tal-kreattività mistennija fi żmien it-twelid ta' ċivilta' ġdida, ta' l-eta' elettronika, fl-istorja tad-dinja.", "It-tielet il-politika soċjali.", "Din trid tiżgura li ħadd ma jibqà barra jew lura fil-mixja għalenija tal-poplu Malti lejn il-millennju ġdid tal- Kristjaneżmu.", "Qabel xejn ieħor, fil-qasam ekonomiku, minn naħa tal-gvern, se jsir ir- restawr tal-kompetenza teknika u l-akkwist ta' ħiliet teknoloġiċi ġodda.", "Fosthom hemm dawk - elettroniċi u mhumiex - li saru llum essenzjali għat- tmexxija ta' kull impriża kbira u komplikata, kif jista' jitqies li huwa wkoll pajjiż.", "Ewlieni fost dawn il-ħiliet, hemm il-metodu li konna bdejna resqin lejn it-tħaddim tiegħu hawn Malta, ftit aktar minn sentejn ilu, u li ġie msejjaħ bl-Ingliz: Integrated Resource Management.", "Essenzjali għall-iżvilupp ta' metodi ta' tmexxija bħal dawn huwa li jkollna statistika u tagħrif aħjar dwar l-andament kollu tal-pajjiż.", "Dan l-aġġornament tekniku u informatiku huwa iżjed u iżjed meħtieġ fejn jidħlu l-finanzi tal-gvern.", "Trid issir bidla, bil-mod, mis-sistema preżenti ta' kkontjar li huwa cash-based għal sistema accruals-based.", "Biex isseħħ din u bidliet oħra, il-gvern sejjer, fost ħwejjeġ oħra, jemenda l- Liġi dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u Verfika, u r-Regolamenti Finanzjarji li jmorru magħha.", "Se jdaħħal ukoll sistemi kompjuterizzati u network elettroniku bejn it-Teżor, id-Dipartimenti tal-Gvern, u entitajiet oħra finanzjarji.", "Se jidħlu wkoll mezzi ġodda għal tmexxija aħjar kemm fejn jidħol id-dejn pubbliku, kif ukoll biex l-investitur iż-żgħir ikollu opportunitajiet aħjar biex jieħu sehem fin-negozju permezz tal-Borża ta' Malta.", "Madankollu, fl-ewwel Estimi ġenerali li ma jdumx ma jippreżenta l-Gvern bilfors li se jkun hemm deficit akbar minn qatt qabel.", "Fl-istess ħin, imma, se jinbeda l-proċess tat-tgħarbil ta' kull sussidju u tas-sistema kollha tas-sigurtà soċjali, anzi ta' kull nefqa li tidher fl-Estimi.", "Il- Gvern irid jiżgura li jintefaq kollox skond il-ħaqq meqjus mill-ġdid u mhux bilfors skond id-drawwiet li ħaslu daħlu; li jkollna l-aħjar sistemi li jiżguraw li t-taxxi jinġabru kollha bir-reqqa; u li l-entitajiet parastatali jkunu sorveljati mill-Gvern biex ma jistriħux iżżejjed fuq l- introjti diretti mill-istess Gvern.", "Fil-qosor, il-Gvern se jipprattika metodu ta' budgeting wisq aktar maħsub u rigoruż, bit-tħaddim ta' mezzi teknoloġiċi ġodda, fis-snin li ġejjen.", "Bl-istess rigorożità, il-Gvern se jiżgura li jkomplu jissaħħu l- istituzzjonijiet finanzjari kollha tal-pajjiż.", "L-ewwelnett, isir l-aħjar użu tal-progress teknoloġiku, per eżempju billi jidħlu metodi ġodda elettroniċi ta' ħlasijiet.", "Isir dak kollu li jinħtieġ biex nadattaw irwieħna għal rabtiet akbar ma' l-Ewropa, bil-Bank Ċentrali u l-interessi privati jaħdmu dejjem aktar id f'id.", "Bl-aġġornament kontinwu ta' Malta ma' l-esiġenzi tas-swieq internazzjonali, il-Gvern jistenna li l-kontribut tas-servizzi finanzjarji lill-Prodott Gross Domestiku ta' Malta jkompli jiżdied aktar mit-tmienja fil-mija li diġà jirrendi fil-preżent.", "Dan ikompli isaħħaħ ir-rwol li Malta jista' jkollha bħala hub fir-reġjun tal-Mediterran.", "Hekk per eżempju Malta għandha potenzjal kbir bħala post fejn jitwaqqfu Fondi, jitmexxew Fondi, u jkunu provduti servizzi sħaħ għall- ħarsien ta' dawn il-Fondi.", "L-istess jista' jingħad għall-back office management companies u kumpanniji nternazzjonali ta' l-assigurazzjoni.", "Meta l-Gvern jgħid li jrid jibqa' dejjem qrib il-poplu, ma jifhimx biss li l-Ministri jkunu lesti biex jisimgħu dak li jkollha x'tgħidilhom in-nies.", "Jifhem ukoll li l-iżvilupp ekonomiku jrid isir b'rabta mill-viċin bejn l- inizjattivi ta' l-individwi u l-istrutturi ta' appoġġ tal-Gvern.", "Il-Gvern tiegħi qed ifassal programm biex fuq medda ta' snin, isseħħ il- mogħdija ta' partijiet magħżula tal-proprjetà u l-ishma tal-Gvern mis- settur pubbliku għal dak privat.", "Iżda l-iskop ewlieni ta' dan mhux biex jiżdied id-dħul tal-Gvern.", "Fost skopijiet oħrajn, hemm it-tiġdid fit- tmexxija ta' l-impriżi kif ukoll l-iżvilupp tas-suq kapitali f'Malta, bit- tisħib ta' dejjem aktar nies b'interess personali fl-attività ekonomika bbażata f'Malta stess.", "F'din l-istess perspettiva, fil-qasam tal-manifattura, il-Gvern se jgħin lill-operaturi Maltin li jridu jirristrutturaw l-azjendi tagħhom.", "Se jagħmel mill-aħjar biex iħajjar aktar investiment barrani.", "U jrid li l- koperazzjoni bejn Maltin u barranin tikber kemm jista' jkun, għax hekk jitlob is-suq mondjali.", "Għal dan l-iskop taħdem il-Korporazzjoni għall- Iżvilupp, anki b'titjib meħtieġ fl-amministrazzjoni ta' l-oqsma industrijali.", "L-Istitut għall-Promozzjoni tan-Negozji ż-żgħar (IPSE) jikkonċentra fuq l-għajnuna lin-negozji ż-żgħar, li għandhom ukoll jiksbu għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea.", "Ix-xogħol siewi tal-Malta External Trade Corporation (METCO) se jkompli jikber.", "Il-Gvern jemmen li t-tarznari, b'diversifikazzjoni tax-xogħol, aktar taħriġ tal-ħaddiema, u investiment f'teknoloġija moderna, jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Dan jista' jseħħ l-aktar jekk jirnexxielna noħolqu nisġa aħjar bejn id-diversi impriżi li għandna Malta b'ħidmiethom kollha marbuta, b'mod jew ieħor, mal-baħar u l-ħafna użi tiegħu.", "Is-suċċess tal-Malta Freeport - li minnu din is-sena se jkunu għaddew aktar minn miljun container - huwa sinjal ieħor ċar tal-potenzjal ta' Malta bħala hub fil-Mediterran.", "Meta jitlesta t-tieni Terminal fl-aħħar ta' dis-sena, il-futur ikompli jkun isbaħ, sakemm nibqgħu nżommu l-kompetittività tagħna.", "Il-Malta Maritime Authority se tingħata mezzi aħjar biex taqdi r- responsabbiltajiet internazzjonali tagħha in vista tal-ħafna vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija, tat-tmexxija li għandha f'idejha tal- portijiet u tal-yacht marinas u tal-ħtiġiet tal-manutenzjoni tal-mollijiet u tal-breakwaters tal-Port il-Kbir.", "Il-funzjoni ta' hub għandha żgur l-importanza tagħha, għalkemm sussidjarja, anki fil-qasam ta' l-Avjazzjoni Ċivili.", "Il-Gvern se jiffirma diversi trattati ma' pajjiżi oħra biex b'hekk il-linja nazzjonali Air Malta tkun tista' tiftaħ swieq ġodda.", "Minbarra dan, trid tiżdied is-sigurta' fl- ajruport.", "Biex Malta taqdi tajjeb il-funzjoni ta' hub, jeħtieġ ukoll li l- leġiżlazzjoni postali tiġi aġġornata.", "Fl-istess ħin il-posta tibqa' ssib funzjoni proprja x'taqdi f'dinja fejn il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied kontinwament minħabba l-iżvilupp ta' mezzi teknoloġiċi ta' komunikazzjoni alternattivi.", "Mill-banda l-oħra, il-Gvern, fl-interess nazzjonali, se jara li l-Maltacom tibqa' fl-avangwardja ta' dawn l-iżviluppi.", "Fil-qasam tat- telekomunikazzjoni wkoll, ir-regolatur se jingħata r-riżorsi meħtieġa biex jiżgura li l-operaturi u l-konsumaturi jgawdu mill-opportunitajiet kbar li hemm għal pajjiżna f'dan il-qasam bl-aħjar mod possibbli.", "Il-kunċett ta' hub huwa wkoll relevanti ħafna għal qasam ieħor mill-aktar importanti fl-ekonomija ta' Malta: it-turiżmu.", "Il-Gvern tiegħi jagħraf li dan is-settur għandu l-potenzjal li jħaddem aktar nies u jħalli aktar qligħ.", "Biex dan iseħħ, beħsiebu jistitwixxi Awtorita', li fiha jingħata sehem qawwi lis-settur privat; jirrevedi l-inċentivi li jagħti għall- investiment biex jaġġornahom skond il-ħtiġiet tal-lum u ta' għada; u jkompli jtejjeb dak li l-gżejjer tagħna għandhom x'joffru lit-turisti: l- inħawi l-aktar imfittxija minnhom u l-mużewijiet u l-imkejjen li huma l- patrimonju naturali u kulturali tagħna.", "B'mod speċjali, il-Gvern beħsiebu jiżviluppa l-Malta bħala hub, imnejn jitilqu u fejn jirritornaw il- kroċjeri.", "Fost il-ħwejjeġ importanti għat-turiżmu hemm l-ambjent naturali.", "L-Unjoni Ewropea għandha skema ta' għajnuna speċjali biex l-iżvilupp tal-biedja jgħin fil-ħarsien ta' l-ambejnt rurali - li jinkludi l-irħula - u jwassal għall-iżvilupp ta' għamla ta' turiżmu li ġiet imsejħa l-agrituriżmu.", "Pajjiżna għad jista' jieħu ħafna ġid minnu.", "Barra minn hekk li jkollna prodotti ġenwini tal-biedja u tas-sajd Malti hija kundizzjoni oħra għall- izvilupp f'pajjiżna ta' turiżmu ta' kwalita'.", "Il-Gvern tiegħi se jieħu miżuri biex tissaħħaħ il-biedja.", "Il-biedja se titqies fost l-industriji li jistgħu jibbenefikaw mil-Liġi dwar l-Iżvilupp Industrijali; it-twaqqif ta' Export Marketing Fund biex jgħin lill-bdiewa, raħħala u sajjieda jsibu swieq ġodda, għall-esportazzjoni; għajnuna għall- ippjanar ta' produzzjoni li għaliha hemm domanda fis-suq internazzjonali; tisħiħ tal-pitkalija, biċċerija u pixkerija; bini ta' rmiġġi; inkoraġġiment għall-formazzjoni ta' koperattivi fl-akwakultura, u ħwejjeġ oħra.", "Kemm it-turiżmu, pilastru ta' l-ekonomija Maltija, u l-biedja għandhom is- suċċess tagħhom marbut ukoll ma' l-ambjent.", "Il-Gvern tiegħi se juri kemm tassew jagħraf l-importanza tal-ħarsien ta' l-ambjent billi joħroġ manifest bl-istqarrija ta' dan l-għarfien, billi jwettaq stħarriġ dwar il-qagħda kif inhi llum, u billi jagħżel miri realistiċi biex jintlaħqu skond pjan ta' azzjoni konkreta.", "Marbuta ma' dan il-pjan, issir ukoll kampanja għall- indafa f'pajjiżna.", "L-ambjent huwa wkoll konsiderazzjoni importanti fl-għażla u fis-sura li se tingħata lill-għadd ta' proġetti kapitali li se jidħol għalihom il-Gvern.", "Wara li fi tmiem is-snin tmenin u fil-bidu tas-snin disgħin il-Gvern wettaq diversi proġetti ta' natura kapitali biex isaħħaħ l-infrastruttura tal- pajjiż, bħal ma huma l-bini ta' power station ġdida, it-tisħiħ fil-qasam ta' l-ilma u r-rivoluzzjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni, issa l-istess Gvern hu impenjat li jibda jwettaq dawk il-proġetti kapitali li diġa' kienu qed jiġu mfassla fis-snin l-imgħoddija bl-iskop li terġà tingħata spinta mill-ġdid lill-ekonomija.", "Dawn il-proġetti jinkludu:", "· l-iżvilupp fil-Kottonera fejn hemm il-ħsieb li jitwettqu proġetti ta' riġenerazzjoni li jibbenefikaw lill-erba' lokalitajiet konċernati.", "Il- Gvern se jkompli miexi fuq l-idea li dawn il-proġetti jistgħu jsiru bis- sehem tas-settur privat, b'dan iżda li l-Gvern iżomm id-dritt li jagħti hu stess id-direzzjoni meħtieġa u li jkun hemm proċess serju u miftuħ ta' konsultazzjoni man-nies tal-Kottonera u ma' kull min hu interessat.", "Importanti li f'kull żvilupp li jsir, tingħata l-akbar importanza lill- valur storiku tal-bliet tal-Kottonera;", "· il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' fejn diġà ntwera l-impenn li x- xogħol jibda mingħajr dewmien żejjed.", "Diġà nbdew mill-ġdid in-negozjati dwar dan il-proġett.", "· it-terminal għall-cruise liners fejn qed ikompli l-proċess konness mal-għażla minn fost il-proposti sottomessi.", "· iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti u Kultura fil-belt Valletta li se jinkorpora fih is-sit tat-teatru l-imwaqqa'.", "Peress li hi l-fehma tal- Gvern li dan il-proġett għandu jkun integrat fi kwalunkwe żvilupp li jrid isir fid-daħla tal-belt kapitali, se jitħejja master plan għal dawn l- inħawi.", "Hemm ukoll proġetti li diġà nbdew jew qed jitfasslu biex jisbieħu diversi inħawi tal-gżejjer tagħna.", "Il-Gvern marbut li jsegwi proċess ta' konsultazzjoni f'kull proġett.", "Fost il-proġetti oħra li se jerġgħu jingħataw spinta hemm it-tkomplija tax- xogħlijiet biex tkompli tissaħħaħ is-sistema tad-drenaġġ skond il-master plan imfassal fil-bidu tas-snin disgħin, bl-impenn li jinbnew aktar impjanti tat-tisfija biex id-drenaġġ jibda jkun trattat kollu, flok ma jintefa' fil-baħar.", "L-importanza ta' dan għall-ambjent hija ċara.", "Fil-qafas tal-pjan sħiħ għat-titjib ambjentali, il-Gvern se jfassal u jwettaq programm għat-titjib tat-toroq.", "Teknoloġiji ġodda u ħaddiema mħarrġa apposta huma meħtieġa biex jinbnew toroq ġodda kif imiss.", "Sadattant ikompli x-xogħol ta' asfaltar, bi ftehim mal-Kunsilli Lokali, fejn meħtieġ.", "Biex isseħħ il-modernizzazzjoni tat-trasport pubbliku, il-Gvern se jissussidja lis-sidien li jixtru karozzi tal-linja ġodda.", "Se jagħmel it- titjib meħtieġ fl-imkejjen fejn jieqfu u mnejn jitilqu l-karozzi.", "L- Awtorita' għat-Trasport issir responsabbli għal kordinazzjoni tal-mezzi kollha tat-trasport.", "Jibda jseħħ ukoll il-Vehicle Roadworthiness Test (VRT).", "Dan għandu jnaqqas ħafna mill-perikoli fit-toroq.", "Forsi ta' aktar importanza prattika minn kull fattur ieħor għall-ħarsien ta' l-ambjent huwa l-mod kif taħdem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Din l- istituzzjoni ta' l-akbar valur għall-pajjiż għandha bżonn ta' tibdil.", "Hemm bżonn tinżabar il-burokrazija u jitħaffef il-proċess tat-tfassil tal-pjani lokali.", "Hemm bżonn ukoll ta' reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura u Reviżjoni ta' l-Istruttura ta' l-istess Awtorita'.", "F'qasam ieħor ta' importanza kbira kemm ambjentali kif ukoll ekonomika, il- Gvern tiegħi beħsiebu jħejji pjan nazzjonali għall-enerġija.", "Fost ħwejjeġ oħra, dan jaħseb għall-aħjar użu li jista' jsir ta' l-enerġija solari, biex nisfruttaw bl-aħjar mod l-aqwa riżorsa naturali ta' pajjiżna u nnaqsu mill- ispiża kbira li tiswielna l-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika.", "Illum huwa magħruf li żvilupp sostenibbli ekonomiku u ħarsien ambjentali mhumiex kontra xulxin.", "Imma biex imorru tajjeb flimkien, jeħtieġ li jitħaddmu metodi amministrattivi xierqa u jkun hemm evoluzzjoni fl- edukazzjoni u l-kultura.", "Prinċipju ewlieni tal-partit li hemm fil-gvern, kif ukoll ta' l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' l-amministrazzjoni huwa dak tas-Sussidjarjeta'; jiġifieri li ebda deċiżjoni ma tittieħed f'livell ogħla milli meħtieġ.", "Huwa prinċipju li nistgħu nsejħulu l-bażi ta' l-ekoloġija politika.", "Dan il-prinċipju se jiġi mħaddem fl-oqsma kollha tal-Gvern.", "F'kull qasam, se jseħħ programm ta' deċentralizzazzjoni u ta' żieda fl-awtonomija ta' dawk l-organiżmi kollha li jifilħu għaliha: skejjel, sptarijiet u, qabel kollox, lokalitajiet.", "Hekk, il-Kunsilli Lokali se jirċievu żieda fis-setgħat tagħhom, billi jibdew jaħdmu s-sistema tal-wardens u t-tribunali lokali.", "Jitjieb ukoll il- finanzjament tagħhom.", "Jitfasslu proġetti speċjali f'imkejjen xierqa.", "Lil Għawdex, diġà rtaddlu lura leħen fil-Kabinett u, permezz tal-Ministru, diġa' inbeda proċess ta' konsultazzjoni regolari bejn il-Gvern ċentrali u l- Kunsilli Lokali f'Għawdex.", "Fost ħwejjeġ oħra, se ssir reviżjoni tas- servizzi u xogħol amministrattiv tal-Gvern u tal-Korpi Parastatali bil- ħsieb li dak ix-xogħol li jista' jsir Għawdex jibda jsir hemm.", "Hemm ukoll għajnuniet speċjali mill-Unjoni Ewropea għall-gżejjer li se jsir kull mezz biex Għawdex igawdi kemm jista' minnhom.", "Se jsir sforz speċjali, fil-qasam ta' l-iskejjel, biex kull skola tal- Gvern, bħal dawk tal-Knisja, tal-Fundazzjonijiet u tal-Privat, ikollha l- karattru, l-identità u l-awtonomija tagħha.", "Fil-qasam ta' l-edukazzjoni, forsi aktar minn f'kull qasam ieħor, il-Gvern se jara li sseħħ evoluzzjoni.", "Jiġifieri żewġ affarijiet.", "Minn banda, ma jipprova jagħmel ebda rivoluzzjoni, imma jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar minn ta' qablu.", "Mill- banda l-oħra, jiżgura li d-diskussjonijiet u s-smigħ tal-pariri jaslu, bla dewmien żejjed, għat-tibdil u t-titjib fejn meħtieġ.", "Gvernijiet ta' qabel daħħlu l-idea - qofol ta' edukazzjoni għal tul il- ħajja (lifelong education) jew edukazzjoni permanenti.", "Issa din l-idea trid tkun imsieħba ma' oħra: dik ta' edukazzjoni għal wesgħa, jew il-firxa, kollha tal-ħajja (life-wide education).", "Bl-ewwel idea, għarafna li l-aqwa ħtieġa, fi żminijiet ta' progress bla heda fl-oqsma kollha tal-għerf, kienet din: fl-iskola għandek titgħallem fuq kollox kif tibqa' tgħallem lilek innifsek mal-medda kollha ta' għomrok.", "Llum, meta ninsabu mdawwrin minn kull naħa b'mezzi ta' informazzjoni jtambrulna ġo moħħna kull xorta ta' tagħrif, hemm ukoll il-ħtieġa kbira li nitgħallmu ngħarblu u nevalwaw din l-informazzjoni, u nagħżlu bejn is-siewi u l-karfa, it-tajjeb u l-ħażin.", "Din saret il-missjoni ewlenija ta' l-iskejjel illum.", "Meta l-aħħar Gvern Nazzjonalista nieda programm ta' introduzzjoni ta' l-Informatika fl- iskejjel ma kellux f'moħħu biss teknoloġija ġdida, iżda kultura sħiħa, sabiex iż-żgħażagħ Maltin ikunu jistgħu jiffaċċjaw id-dinja fil-Millennju l- ġdid bl-għodda u t-taħriġ meħtieġ u jipparteċipaw fl-iżvilupp tad-dinja b'mod kreattiv, u fit-tradizzjoni tagħna.", "L-informatika mifhuma tajjeb flimkien mat-tfassil ta' Kurrikulu Nazzjonali Ġdid, għandhom iwasslu għall- iżvilupp ta' għarbiel meħtieġ biex kull persuna ssib triqtha fil-labirinti l-ġodda tal-Media, l-Internet u l-mezzi l-oħra kollha li llum jassedjawna b'wisq aktar tagħrif milli qatt jistgħu jagħtuna l-iskejjel waħidhom.", "L-Informatika hija biss waħda mir-riżorsi ta' l-iskejjel tagħna.", "Jeżistu riżorsi oħra bħall-bini nnifsu, il-libreriji u l-faċilitajiet sportivi.", "Fis-snin li ġejjin, bi sħubija mal-Kunsilli Lokali, l-investimenti li saru fl-iskejjel jeħtieġ li jkunu użati aktar u b'mod aħjar mill-komunitajiet lokali.", "Għal dan l-iskop, għandha sseħħ reviżjoni tal-ħdim tal-Kunsilli ta' l-Iskola.", "Din ir-reviżjoni għandha wkoll issaħħaħ il-pjan li għandu l- Gvern li l-iskejjel kollha jkollhom, kull waħda minnhom, il-karattru, l- awtonomija u l-identita' tagħha.", "Anki aktar mit-tħaddim bil-għaqal tar-riżorsi materjali, iridu jħaddmu lilhom infushom bl-aħjar mod, ir-riżorsi umani kollha.", "Minn banda waħda, il-Gvern jiżgura li kull min jaħdem f'dan il-qasam ikollu l-motivazzjoni biex jagħti s-sehem sħiħ tiegħu għall-iżvilupp tal-personalita' proprja ta' l-iskola tagħhom.", "Mill-banda l-oħra, ħadd m'għandu jitħalla jaqa' barra mill-proċess tat-tagħlim.", "Għalhekk inħaddnu l-ideal li tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu edukati biż-żidiet u l-kawteli kollha meħtieġa fi skejjel normali.", "Sfida oħra hija li nidentifikaw sew għaliex għad hemm studenti u familji li jirriġettaw is-sistema edukattiva tagħna.", "Dan l-istħarriġ u l- azzjoni soċjali konsegwenti għandhom jgħinu wkoll biex tinstab it-tweġiba effikaċi għall-problema ta' l-analfabetiżmu.", "Studenti u żgħażagħ għandhom jingħataw direzzjoni minn ċkunithom biex jintebħu fejn jeżistu l-aħjar opportunitajiet għall-futur tagħhom.", "Barra minn hekk, dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jitkattru.", "Biex jintlaħaq dan l-iskop, huwa essenzjali li jissaħħaħ il-livell kollu post-sekondarju, anki bit-twaqqif ta' l-Istitut jew Kulleġġ għall-Arti, Teknoloġija u Xjenza Applikata.", "Dan jipprovdi għall-kwalifiki f'oqsma li mhuwiex posthom fl- Università.", "Din, minn naħa tagħha, jeħtieġ isseddaq dawk l-oqsma li fihom għandha sehem proprju x'tagħti fil-kwadru ta' l-Ewropa.", "Ma jistgħax ma jgħinx għat-tkattir ta' l-opportunitajiet ta' xogħol ġdid f' pajjiżna stess it-tisħib akbar tagħna fil-kultura Ewropea.", "Dan it-tisħib m'għandux u mhuwiex se jseħħ biss bil-mezzi ta' l-informatika.", "Iż-żgħażagħ Maltin se jkollhom l-opportunità jissieħbu ma' sħabhom 'l hinn minn xtutna fit-tiftix u t-tifrix tat-tagħlim, permezz ta' programmi bħal Socrates u Leonardo u l- possibbiltajiet l-oħra li toffri l-Unjoni Ewropea lil min ikun qabad it- triq tas-sħubija sħiħa.", "L-Ewropa llum laqgħet l-idea ta' l-edukazzjoni għall-ħajja mhux biss għat- tul tagħha kollu, iżda wkoll għall-oqsma tagħha kollha.", "L-Edukazzjoni mhijiex proċess li għandu jseħħ biss fil-klassi.", "It-tagħlim li jingħata mill-iskejjel irid jintrabat ma' esperjenzi oħra li jsawwru l-karattru.", "Fost dawn l-esperjenzi, hemm l-attivitajiet kulturali u sportivi organizzati mill-volontarjat jew minn istituzzjonijiet bħal libreriji u mużewijiet.", "Għalhekk se nkomplu niżviluppaw metodi biex il-formazzjoni ta' sportivi u nies li jieħdu inizzjattiva fil-kultura tkun imsejsa fuq l-aktar metodi aġġornati u bl-iżvilupp ta' l-aqwa faċilitajiet.", "Fost dawn insemmu l-Arts Centre u tliet Ċentri Reġjonali ta' l-isports.", "Għal dan l-iskop ukoll, hemm il-ħsieb ta' l-istituzzjoni ta' skejjel speċjalizzati għal tfal b'talenti li jistħoqqilhom żvilupp f'oqsma bħal m'huma l-isports u l- mużika.", "Il-Gvern beħsiebu wkoll jirrevedi l-liġijiet dwar il-Wirt Kulturali.", "Irid jarmonizzahom ma' l-iżviluppi fil-leġislazzjoni dwar l-Ippjanar - kif ukoll jagħraf li t-tmexxija ta' Mużewijiet, Bibljoteki u Istituzzjonijiet simili għandha bżonn suriet xort'oħra minn ta' dipartimenti amministrattivi.", "L- użu ta' l-informatika hija wkoll ħtieġa urġenti f'dan il-qasam.", "It-tiġdid tal-politika tal-konservazzjoni tal-patrimonju nazzjonali se sseħħ fil- kwadru ta' tfassil ta' politika kulturali sħiħa.", "Dan kien inbeda minn gvernijiet ta' qabel bla ma laħaq twassal għat-twettiq prattiku.", "F'dan kollu, il-Gvern beħsiebu juri sensittività speċjali għal-ħtiġiet taż- żgħażagħ.", "Se jkejjel l-impatt ta' kull politika adottata f'kull qasam fuq iż-żgħażagħ.", "Se jagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex iż-żgħażagħ ikollhom opportunitajiet ta' divertiment li jkunu kumplimentari għall- edukazzjoni.", "Dan se jagħmlu fuq kollox billi jappoġġja ċ-ċentri lokali tal- volontarjat sabiex ikomplu jagħtu l-kontribut validu tagħhom fil- formazzjoni taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Fil-qasam tas-saħħa, se jinbeda servizz speċjalizzat għall-mard u problemi li għalihom huma esposti l-aktar iż-żgħażagħ.", "Filwaqt li qabel kien hemm speċjalizzazzjoni medika fl-oqsma tat-tfal, tan-nisa u ta' l-anzjani, illum qed jinħass il-bżonn ukoll ta' speċjalisti fis-saħħa għaż-żgħażagħ.", "U dana se jibda jsir hawn Malta fejn dejjem konna 'l quddiem fis-servizzi mediċi.", "Fil-gwerra kontra t-traffikanti tad-drogi, il-gvern se jkabbar ix-xogħol ta' l-aġenzija Sedqa, il-koperazzjoni mal-għaqdiet volontarji, il-programmi ta' prevenzjoni fl-iskejjel b'attenzjoni speċjali għat-tfal bl-akbar riskji, is-servizzi ta' appoġġ lill-familji tal-vittmi.", "Se titressaq ukoll Liġi għall-Għaqdiet Volontarji, li fost ħwejjeġ oħra, tipprovdi għat-twaqqif ta' kunsill tal-għaqdiet volontarji, għall- għajnuniet lil dawn l-għaqdiet kif ukoll għall-qafas ta' appoġġ lil dawk - l-aktar żgħażagħ - li jagħtu servizz f'pajjiżi barranin.", "Huwa f'dan il-kwadru ġenerali ta' promozzjoni tas-sehem responsabbli taż- żgħażagħ fis-soċjetà, li diġa' nħatret kummissjoni biex tipproponi r- riforma meħtieġa għat-titjib tas-sistema ta' l-istipendji għall-istudenti fis-settur post sekondarju kollu.", "L-enfasi fuq l-edukazzjoni għall-ħajja fl-oqsma tagħha kollha ġġib magħha rabta dejjem aktar qawwija bejn l-edukazzjoni u l-kultura.", "Din ir-rabta se tkun ukoll l-element ewlieni li jispira reviżjoni dettaljata ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni ta' l-1988 biex dan l-Att jissaħħaħ bħala qafas ta' l-operat kollu tal-gvern f'sensiela ta' oqsma li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin.", "Illum, kif għidna, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura, importanti xejn inqas mill-iskejjel, huwa x-xandir.", "Il-pluraliżmu ta' sistemi ta' xandir li daħal f'pajjiżna llum u l-iżviluppi teknoloġiċi, bħat-trasmissjonijiet bis-satelliti, jirrendu meħtieġa reviżjoni sħiħa tal-funzjoni tax-xandir pubbliku.", "Il-proċess tar-reviżjoni se jinbeda mill-gvern biex ix-xandir pubbliku jintgħażel mill-mezzi kummerċjali jew partitarji billi jispikka sehmu bħala strument ta' edukazzjoni u tisħiħ ta' l-identità kulturali Maltija.", "Għal dan l-istess skop jinsab l-aħjar mezz biex l-ilsien Malti jkollu l-post ta' dinjita' li jistħoqqlu f'pajjiżna.", "L-idea ta' edukazzjoni għall-firxa kollha tal-ħajja twassal ukoll għar- rabta akbar bejn id-dinja ta' l-iskola u d-dinja tax-xogħol.", "Hekk jixraq fi żmien meta m'għadux id-deheb jew ir-raba' jew iż-żejt l-aqwa rikkezza li jista' jkollu pajjiż; u llum l-ikbar mutur ta' l-iżvilupp ekonomiku sar it- tagħlim, u l-aqwa għana, l-informazzjoni.", "F'din il-perspettiva, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ se tniedi skemi ġodda ta' taħriġ u ta' adattament għal xogħol ġdid.", "Se tingħata attenzjoni speċjali lil min jisfa' bla xogħol wara l-45 sena.", "Se tidħol ukoll sistema ta' National Occupational Qualifications li tagħti piż xieraq lill-esperjenza miksuba fuq il-bank tax-xogħol.", "B'edukazzjoni dejjem aqwa, għandu dejjem jikber sehem il-ħaddiem fit- tmexxija ta' l-impriża fejn jaħdem.", "Għalhekk se terġà tingħata spinta ġdida lill-Koperattivi.", "Illum kulħadd jagħraf li l-Koperattivi mhumiex biss adattati għax-xogħol tal-bdiewa u s-sajjieda, imma kapaċi jagħtu riżultati mill-aħjar anki fil-qasam tal-produzzjoni u tas-servizzi.", "Ta' dan għandna l-provi anki f'pajjiżna.", "Fid-dinja tax-xogħol, il-Gvern irid li tikber il-ġustizzja, flimkien ma' l- opportunitajiet ġodda.", "Bi djalogu mal-partijiet kollha konċernati, il- Gvern irid jasal għar-reviżjoni tat-tliet liġijiet ewlenin li jolqtu l- qasam tax-xogħol: il-Liġi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, il-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Liġi dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa u s- Sigurtà fuq ix-Xogħol.", "Irid jitfassal ukoll mudell ġdid ta' Ftehim Kollettiv.", "Qasam ieħor fejn se jitwettaq dejjem aħjar, il-prinċipju tas-sussidarjetà huwa dak tas-saħħa.", "Hawnhekk ukoll se jitħaffef ir-ritmu tad- deċentralizzazzjoni.", "L-isptarijiet kollha se jkollhom awtonomija mfassla fuq il-mudell ippruvat b'suċċess ta' l-Isptar Zammit Clapp.", "L-iskop ewlieni jibqa' dejjem li jingħata l-aħjar servizz lil kull mingħandu bżonn, anzi bi privileġġ lil dawk li huma l-aktar żvantaġġjati.", "Għalhekk il-Gvern tiegħi mill-ewwel neħħa t-taxxa anti-soċjali fuq il- mediċini.", "Dan l-aħjar servizz ma jistax jingħata mingħajr il-koperazzjoni sħiħa tal-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur.", "Għalhekk fir-riformi li jridu jitwettqu l-Gvern se jikkonsulta dejjem ir-rappreżentanti tal- ħaddiema konċernati.", "Fost l-oħrajn il-Gvern se jfittex flimkien ma' l- Assoċjazzjoni tat-Tobba metodi ġodda ta' impieg għal din il-professjoni.", "Mal-Kamra ta' l-Ispiżjara u Unions oħra l-Gvern se jara kif il-mediċini b'xejn ikunu jistgħu jitqassmu mill-ispiżeriji privati mingħajr ħsara għall- ħaddiema f'dan is-settur mal-Gvern.", "Il-Gvern se jkun impenjat biex isaħħaħ l-awtonomija tal-professjoni ta' l-infermiera.", "Biex inħarsu d-dritt ta' l- għażla tal-pazjenti se jfittex forom ta' sħubija mas-settur privat tas- saħħa kif ukoll se jdaħħal miżuri fiskali biex iħajjar l-assikurazzjoni tas- saħħa.", "Il-Gvern se jwettaq riforma li tqis is-servizzi tas-saħħa bħala nisġa waħda.", "Ikun ħela li jkollna sptar ġdid jekk fl-istess waqt ma naġġornawx is-sistemi ta' management u ma nirriformawx is-servizzi l-oħra tas-saħħa.", "Għalhekk il-Gvern filwaqt li se jagħmel minn kollox biex l-isptar il-ġdid jiftaħ fl-iqsar żmien possibbli bħala sptar ġenerali akut bi spazju għal ċentru ta' kura u riċerka għal mard prevalenti fil-Mediterran, sa jagħti priorità lir-riforma tad-Dipartiment tal-Kura Primarja.", "Dan biex b'koperazzjoni sħiħa mat-tobba tal-familja nassiguraw il-kontinwità fil- kura.", "Filwaqt li l-poplu jiġi moqdi aħjar titnaqqas il-pressjoni fuq l- isptarijiet.", "Se terġa' tingħata l-ħajja lir-Riforma tal-Kura Mentali li wkoll ma tistax tirnexxi mingħajr servizzi fil-komunità.", "Il-Gvern se jinvesti fil-promozzjoni tas-saħħa għax konvint li l-prevenzjoni hi effiċjenti u effikaċi iktar mill-kura.", "Fil-politika soċjali, il-Gvern tiegħi jqis li l-bażi għandha tkun il- familja.", "Għalhekk se jiżgura li l-Qorti tal-Familja tibda taħdem, u b'mod effiċjenti.", "Sejjer ukoll jikkommissjona studju dwar il-kawżi tas- separazzjonijiet; imbagħad jieħu l-miżuri, direttament jew permezz tal- għaqdiet volontarji, li jistgħu jipprevienu d-diffikultajiet, speċjalment għall-ġid ta' l-ulied.", "Jittieħdu miżuri biex in-nisa jsibu kenn meta jġarrbu l-vjolenza u biex it-tfal ikollhom ħarsien mill-abbuż.", "Tingħata għajnuna lil min jadotta tfal u lit-tfal adottati nfushom.", "Ir-romol u s- single parents ma jibqgħux iħallsu l-income tax bħallikieku kienu ġuvintur u xebbiet, imma bl-istess kriterji li japplikaw għall-miżżewġin.", "Okkażjonijiet familjari bħal tiġijiet u funerali jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa fuq il-konsum.", "Il-Gvern ikompli jħares id-drittijiet tal-mara.", "Qabel kull miżura li jieħu, iqis l-impatt tagħha fuq in-nisa.", "Isaħħaħ il-liġi kontra d- diskriminazzjoni, l-aktar fl-impiegi.", "Jittieħdu miżuri kontra s-sexual harassment, u biex jiżdiedu l-opportunitajiet għat-taħrig f'teknoloġiji ġodda.", "Is-sena 1999 hija dedikata għall-anzjani.", "Matulha se jitħejja l-indiċi tal- prezzijiet imfassal skond il-bżonnijiet ta' l-anzjani, biex tingħatalhom iż- żieda kollha għall-għoli tal-ħajja li tirriżulta minn dan l-indiċi.", "Jiżdiedu s-servizzi li jippermettu l-anzjani jkomplu jgħixu f'darhom b'moħħhom mistrieħ.", "Jintemm ix-xogħol fuq id-dar ta' l-anzjani f'Bormla u jitħejjew djar oħra.", "Ikun hemm aktar faċilitajiet għall-anzjani f'ċentri li jaħdmu sew bi nhar u sew bil-lejl.", "Is-settur privat jiġi mħajjar jissieħeb f'dawn il-proġetti.", "Ikompli jitjieb l-ambjent ta' San Viċenz u l- Isptar Zammit Clapp jerġa' jsir ċentru ta' eċċellenza.", "Se jitkompla l-proċess li għandu jwassal biex il-pensjonanti kollha jkollhom pensjoni ta' żewġ terzi u biex lil ebda pensjonant ma jitnaqqaslu xejn mill-pensjoni tas-sigurtà soċjali minħabba xi parti tal-pensjoni tas- servizz li jkun ikkomuta f'somma li ħadha f'salt.", "Il-Gvern irid jasal filli tibda ma titqies xejn il-pensjoni tas-servizz meta tingħata l- pensjoni tas-sigurta' soċjali.", "Il-problema tad-djar f'pajjiżna mhuwiex tant ta' nies bla saqaf fuq rashom, daqskemm ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni xierqa.", "L-Awtorita' tad-Djar, barra milli tkompli bi skemi għall-postijiet ġodda bħal f'Pembroke, se tniedi skemi ġodda biex jintużaw djar li bħalissa huma vojta; se żżid is-sussidju għall-kiri; tidħol sħab mal-privat anki fi proġetti ta' slum clearance; u tagħti attenzjoni speċjali lill-Kottonera, il-Belt u l-Floriana.", "Dejjem biex niżguraw li ħadd ma jintilef fix-xfar tas-soċjetà, se ssir liġi biex tagħti aktar qawwa lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', liġi oħra li tneħħi kull diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità, u jisseddaq is-servizz ta' assistenti personali biex jgħinu l-persuni b'diżabilità jgħixu ħajja aktar indipendenti.", "Se jsir eżami ta' l-organizzazzjoni kollha tal-Welfare Services li għandu jwassal għall-bidla sewwa fis-servizzi mogħtija mill-area offices, kif ukoll jiġi ċċarat sew x'servizzi l-poplu għandu dritt għalihom hemmhekk.", "U tissejjaħ konferenza nazzjonali biex teżamina l-aspetti kollha tal- finanzjament tas-servizzi soċjali fid-dawl ukoll ta' dak li ntqal fil-bidu ta' dan id-diskors dwar l-ekonomija.", "Fl-istess spirtu ta' servizz li jrid jingħata lin-nies kollha ta' pajjiżna, il-Gvern tiegħi jrid li l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja titjieb u tidher li tkun tjiebet.", "Kundizzjoni prattika ewlenija biex dan iseħħ huwa li jinstab aktar spazju għall-Qrati.", "Il-Gvern se jtejjeb ukoll is-servizzi li jagħti l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali billi jżid ir-riżorsi meħtieġa.", "Ma' dan, jitjiebu wkoll is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tal-Ġustizzja, fosthom bil-pubblikazzjoni f'waqthom tal-liġijiet prinċipali u sussidjarji u tas-sentenzi tal-Qrati, kif ukoll bis-servizz tal-għajnuna legali.", "Se tingħata importanza lill-organizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija: m'għandhiex issir ekonomija falza fil-ġlieda kontra l-kriminalità.", "Il- Gvern tiegħi beħsiebu, minkejja r-restrizzjonijiet finanzjarji preżenti, itejjeb gradwalment il-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, iżid il-mezzi moderni u jasal għal aktar ftehim ma' pajjiżi barranin għall- iskambju ta' informazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalita'.", "Il-bini ġdid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, mibdi f'Mejju 1996, se jitkompla.", "Dan jippermetti li ssir klassifikazzjoni aħjar tal-priġunieri skond l-età u fatturi oħra, bħan-natura tar-reat, u l-fedina penali, u ssir firda aħjar bejn priġunieri sentenzjati u dawk li għad għandhom il-każ tagħhom pendenti.", "Se jingħata wkoll rikonoxximent aħjar lill-vittmi tar-reati fil-proċess kriminali billi jingħataw drittijiet proċedurali li llum m'għandhomx, fosthom li, bħala regola, jistgħu jkunu preżenti waqt il-proċess kriminali kollu apparti li jkollhom dritt anki għal assistenza legali bħala parti ċivili.", "Fil-qasam kollu ta' l-amministrazzjoni, skop ewlieni tal-Gvern matul din il- leġislatura se jkun it-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-impjegati tiegħu u l-poplu in ġenerali, biex igawdu t-tnejn minn dan it-titjib, billi l-poplu jkun moqdi aħjar u l-impjegati jkunu aktar apprezzati f'xogħolhom.", "Għal dan l-iskop, fost ħwejjeġ oħra, tidħol is-sistema tal-one stop shops.", "Jinstabu l-mezzi biex jitnaqqas iż-żmien bejn meta jsir rikors lill-Gvern u meta tinqatà d-deċiżjoni.", "F'kull dipartiment, jiġi żgurat li jingħata kas ta' kull persuna li jeħtiġilha tirċievi l-attenzjoni.", "It-tisħib dejjem aktar attiv ta' kull persuna fit-tmexxija tal-komunità li fiha tinsab imsieħba: dak huwa l-qofol ta' l-evoluzzjoni kulturali li l- Gvern tiegħi irid jara sseħħ.", "Din l-evoluzzjoni kulturali għandha tippermetti l-ewwelnett, li nirkupraw ir-ritmu ta' l-iżvilupp ekonomiku li konna qbadna ftit snin ilu fil-mixja lejn l-Ewropa; u fl-istess ħin li nkomplu wkoll navvanzaw fit-tisħiħ tas-solidarjeta' soċjali.", "Dan l-ideal nebbħitna bih il-fidi tagħna nisranija u għandna nimxu lejh permezz tad-djalogu miftuħ għal kulħadd mingħajr l-esklużjoni ta' ħadd.", "Quddiemna għandna l-isfida ta' dinja li qed issir dejjem aktar ekonomikament waħda, għax sebħet għaliha l-eta' elettronika, iċ-ċivilta' tat-telekomunikazzjoni u tal-produzzjoni ċibernetika.", "Din l-isfida, rridu nilqgħuha bil-qalb u bl-intelliġenza, għax għandna fiduċja fis-setgħat u l-grazzja li Alla ta lil kull persuna umana, anki l- iżgħar, u fosthom lil kull Malti u kull Maltija, lil kull Għawdxi u kull Għawdxija.", "Fis-2.08 p.m. il-President ta' Malta temm id-Diskors tiegħu.", "Is-seduta kienet sospiża u rriżumiet erba' minuti wara meta Mr Speaker reġa' ħa postu.", "The President of Malta finished his Speech at 2.08 p.m. The sitting was suspended for four minutes until Mr Speaker was back in the Chair.", "AVVIŻ TA' MOZZJONI GĦALL-INDIRIZZ TAL-PRESIDENT TA' MALTA BI TWEĠIBA GĦAD- DISKORS TIEGĦU", "NOTICE OF MOTION FOR AN ADDRESS TO THE PRESIDENT IN REPLY TO HIS SPEECH", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nipproponi din il-mozzjoni għall- approvazzjoni tal-Kamra:", "\"Sur President, aħna Membri tal-Kamra tad-Deputati nirringrazzjawk, kif inhu d-dover tagħna, għad-diskors li għoġbok ġentilment tagħmel lill-Kamra tad-Deputati fil-ftuħ tad-Disa' Parlament.\"", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, għan-nom ta' l-Oppożizzjoni nixtieq navża li l-Oppożizzjoni beħsiebha tippreżenta emenda għall-mozzjoni ta' ringrazzjament fiż-żmien stabbilit skond ir-regolamenti.", "MR SPEAKER: Nifhem li hawn qbil biex issa ngħaddu għall-ħatra ta' deputy chairman tal-kumitati.", "Il-Prim Ministru.", "ELEZZJONI TA' DEPUTY CHAIRMAN TAL KUMITATI", "ELECTION OF DEPUTY CHAIRMAN OF COMMITTEES", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jiġi nominat bħala deputy chairman tal-kumitati.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:(Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad- Deputati) Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jekk tippermettili għandi rimarka x'nagħmel dwar dan.", "Bl-istess loġika politika li mxejna għaż-żewġ ħatriet li saru llum, l- Oppożizzjoni Laburista qed tinsisti fuq il-punt tagħha, jiġifieri l-punt li istituzzjonalment irridu nimmarkaw li fil-pajjiż hawn qagħda politika li m'hijiex normali; u se nkunu qed nivvotaw kontra n-nomina li saret, mingħajr ebda riflessjoni personali fuq il-persuna li qed tiġi nominata.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki se nagħmel il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jinħatar deputy chairman tal-kumitati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fis-2.23 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ikun maħtur deputy chairman tal-kumitati.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "3 FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony|Galea Louis | |Agius Francis|Galea Mario | |Asciak |Galea Pace Victor | |Michael | | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Jason | | |Bonnici Josef|Hyzler George | |Bonnici |Mifsud Bonnici | |Michael |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond | |Cristina |Muscat Claude | |Dolores | | |Dalli John |Pullicino George | |D'Amato Helen|Pullicino Orlando | | |Jeffrey | |De Marco |Refalo Michael | |Guido | | |Debono |Vassallo Edwin | |Giovanna | | |Deguara Louis|Vella John | |Farrugia Jean|Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo|Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael | |Attard |Farrugia Noel | |Montalto John| | |Bartolo |Gulia Gavin | |Evarist | | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar |Mangion Charles | |Charles | | |Buhagiar |Mizzi Joe | |Louis | | |Cardona Chris|Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie|Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri |Vassallo Adrian | |Joseph | | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech |Vella Karmenu | |Joe | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "The motion carried.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, nirringrazzja lill-Prim Ministru talli ppropona l-ħatra tiegħi u lill-Onor.", "Gonzi talli ssekonda.", "Nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Membri tal-Kamra.", "Inwiegħed l-lealta` tiegħi lejn il-Kamra u nispera li bl-għajnuna t'Alla naqdi dmirijieti tajjeb.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Il-Kap tal-Kamra.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra nixtieq inressaq erba' mozzjonijiet mingħajr avviż.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata Leave was granted.", "ĦIN TAL-MISTOQSIJIET", "QUESTION TIME", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "\"Illi minkejja kull provvediment ieħor li hemm fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, il-mistoqsijiet li jidhru fuq l-aġenda ta' seduta jistgħu jsiru sa żmien nofs siegħa mill-ħin li fiha tkun imsejħa biex tibda s- seduta.\"", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MARIO GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Onor. Gonzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "The motion was agreed to.", "ASSENZA INEVITABBLI TA' L-ONOREVOLI SPEAKER JEW TAL-PRESIDENT TAL-KUMITATI", "INEVITABLE ABSENCE OF THE HONOURABLE SPEAKER OR OF THE CHAIRMAN OF COMMITTEES", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi:", "\"Illi matul din il-Leġislatura:", "(a) fil-każ ta' l-assenza inevitabbli ta' l-Onorevoli Speaker, min dak iż-żmien ikun Deputy Speaker jassumi l-kariga ta' Speaker bil- poteri u d-doveri kollha li japparetjenu għall-Uffiċċju ta' Speaker; u", "(b) fil-każ ta' l-assenza inevitabbli tal-President tal-Kumitati, il-Viċi President tal-Kumitati jassumi l-kariga ta' President tal- Kumitati bil-poteri u d-doveri kollha li jappartjenu għall-Uffiċċju tal-President tal-Kumitati.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "The motion was agreed to.", "IL-MINUTI U L-AĠENDA JSIRU BIL-MALTI BISS", "MINUTES AND AGENDA IN MALTESE ONLY", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi:", "\"Illi matul din il-Leġislatura, minkejja l-Ordni Permanenti Nru. 171 u kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti:", "(a) Il-Minuti tal-Proċeduri tal-Kamra; u", "(b) L-Aġenda tas-seduti tal-Kamra, ikunu jistgħu jsiru bil-Malti biss.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru Gonzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "The motion was agreed to.", "MOZZJONI BIEX TISSOSPENDI L-ORDNI PERMANENTI NRU.", "173", "MOTION SUSPENDING STANDING ORDER NO.", "173", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi:", "\"Illi matul din il-Leġislatura l-ewwel żewġ paragrafi ta' l-Ordni Permanenti Nru. 173 ikunu sospiżi; u", "Illi sakemm iddum din is-sospensjoni l-iSpeaker huwa awtorizzat li safejn jidhirlu possibbli jkun jista' jagħmel arranġementi biex ikunu jistgħu jittieħdu d-Debates tal-Kamra, u safejn id-Debates jittieħdu skond dawn l-arranġamenti għandhom jikkostitwixxu l-ġurnali tal-Kamra dwar dak li jittieħed.\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "The motion was agreed to.", "MR SPEAKER: Aġġornament.", "L-Onor.", "Gonzi.", "AĠĠORNAMENT", "ADJOURNMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998 fis-6.30 p.m. b'din l-aġenda, ovvjament mingħajr il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Indirizz b'risposta għad-Diskors tal-President ta' Malta.", "MR SPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tiġi aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Ottubru, 1998 fis-6.30 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u fis-2.42 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata.", "The motion was agreed to and at 2.42 p.m. the House adjourned."]} {"filename": "19920701_033d_par.doc", "date": "1992-07-01", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 33 L-Erbgħa, 1 ta' Lulju, 1992 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 33", "L-Erbgħa, 1 ta' Lulju, 1992", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.11 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "33", "L-Erbgħa, 1 ta' Lulju, 1992", "WERREJ", "MINUTI ....................................................", "927", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI ............................", "927", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "Kumitat ...............................................", "937", "It-Tielet Qari ........................................", "956", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "It-Tieni Qari ........................................", "956", "AĠĠORNAMENT .............................................", "972", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB ........................", "980", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 32 li saret fit-30 ta' Ġunju, 1992 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MDC - SUBLEASES", "2416.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Mangion) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm tat subleases l-MDC mill-1969 sa l- 1989, fil-kumpless Development House, St. Anne Street, Floriana?", "Lil min kienu dawn is-subleases?", "Kemm kien l-income tal-MDC minn dawn is-subleases?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (Segretarju Parlamentari) (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mis-sena 1969 sa l-1989, il-Malta Development Corporation tat 25 subleases, fil-kumpless tad-Development House, St. Anne Street, Floriana.", "Peress li t-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba.", "Ir-risposta għat-tielet parti tal-mistoqsija tista' tinġabar mill-Annual Report ta' l-MDC, imqiegħed kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BEACH CLEANERS", "1079.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jidhirlu l-Ministru li t-talba tal-beach cleaners għandha tintlaqa' u jsiru mal-Gvern?", "Jekk le, x'se tkun il- pożizzjoni tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ikun aktar għaqli kieku l-Onor.", "Membru jaffjata ruħu aħjar mal-kwestjoni sollevata minnu.", "L-Onor.", "Interpellant messu jaf li l-persuni li għalihom qed jirreferi huma kollha impjegati ta' enti li ma jifformawx parti mill- general service.", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli kemm minn dawn il-beach cleaners huma allokati għall-area tat-Tieni Distrett - jiġifieri ibħra tal- Cottonera u l-Kalkara - u kif jaħdmu?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Tweġiba għal din id-domanda ngħatat diversi drabi pero' mill-memorja nixtieq nirris-pondi lill-Onor.", "Interpellant li l- beach cleaners huma mqassmin f'erba' żoni; il-parti ta' nofs inhar, iċ- ċentru, il-parti ta' fuq u Għawdex.", "L-iktar taqsima li għandha nies hija l- parti ta' nofs inhar.", "Ma nistax ngħid eżattament kemm hemm nies jagħmlu dan ix-xogħol fil-Kottonera, fil-Kalkara, f'Bighi u fir-Rinella pero' naf li hemm nies li suppost qed jagħmlu dan ix-xogħol.", "Peress li l-bieraħ, l- Onor. Membru ssollevali dan il-każ, dalgħodu tajt direttiva biex dawn in- nies imorru jnaddfu", "GĦAWDEX - REĠISTRATUR TAL-QORTI", "1161.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor. l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma x- xnigħat persistenti - dan fl-isfond ta' l-avviż li deher dan l-aħħar fil- Gazzetta tal-Gvern - illi se jinġieb xi avukat Malti, hu min hu, biex iservi ta' Reġistratur ta' Għawdex?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani) (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Ma hemm ebda verita' fix-xnigħat.", "Il- post ta' Assistent Reġistratur għall-Qorti ta' Għawdex saru applikazzjonijiet għalih wara li ħarġet regolarment talba għall-mili ta' dan il-post u dan jimtela konformament mar-regoli tal-PSC.", "QUI-SI-SANA - PERMESS GĦAL LIDO", "1183.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid meta nħareġ il-permess tal- bini tal-lido/restaurant, Qui-Si-Sana, Sliema?", "X'kien igħid il-permess?", "Hemm permess għall-estensjoni tal-bini li sar issa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Ambjent): Il-permess tal-bini tal- lido/restaurant, Qui-Si-Sana, Sliema nħareġ fit-12 ta' Settembru, 1991.", "Il-permess jinkorpora l-bini ta' kiosk/restaurant skond il-faċċati sottomessi fl-14 ta' Frar 1989 u skond pjanti ġodda soġġetti għall- kondizzjonijiet ġenerali.", "M'hemmx permess għall-estensjoni tal-bini li diġa' sar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru kemm-il darba qal li jekk jinbena bini bla permess, jittieħdu passi legali.", "Wara li qal ukoll li jittieħdu passi kontra dak li bena fuq l-art fix-Xgħajra jidher li ma sar xejn għar-raġuni li baqgħu jinbnew il-garaxxijiet u dan ix-xogħol baqa' għaddej b'ritmu mgħaġġel.", "Jista' l-Ministru jgħidli x'passi ttieħdu s'issa u għaliex tħalla li jitkompla jittella' bini fuq din l-art meta mhux suppost?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor. ħabib tiegħi mhux eżatt.", "Fil-każ tax- Xgħajra il-passi ttieħdu għaliex beda jibni qabel ma kellu l-linji uffiċjali jiġifieri ma kienx qed jibni fuq il-linja ufficjali.", "Wara li l- każ ġie rieżaminat, il-linja uffiċjali ngħatat u l-parti li kienet ġnien ovvjament ġiet esproprjata, jiġifieri mhux il-każ li dan issa baqa' jibni b'mod irregolari.", "Dan kellu permess biex jibni u issa s-sitwazzjoni ġiet regolarizzata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista' l-Ministru bejn wieħed u ieħor igħidilna kemm tiela' bini mingħajr permess?", "Per eżempju, jien nista' ngħidlu li fin-naħa ta' Birżebbuġa u ż-Żejtun, minn kamra f'razzett, wieħed bena l-għalqa kollha u dan il-bini jidher.", "Qed ngħidlu hekk għax kien hemm każ fix- Xgħajra fejn koppja żagħżugħa xtraw post antik u waqqgħuh mingħajr ma kellhom permess tal-PAPB anzi qed igħidulhom li dan il-post li huwa bix- xorok ma jeżistix ...", "Għalhekk għandu jmur l-inspector.", "Irrid ngħid ukoll li fl-istess area tiela' ħafna bini u ħadd ma jagħti kas ta' xejn.", "Għalhekk jista' l-Ministru jikkontrolla s-sitwazzjoni?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-każ tax-Xgħajra li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant u li għamilli domandi fuqu kemm-il darba, huwa każ ta' post 'il barra mill-iżvilupp temporanju, mhux bħall-każ l-ieħor.", "Dan ried li jiġi estiż fuq dan il-post.", "Peress li hu barra mil-limiti temporanji ta' l- iżvilupp, il-PAPB riedet tidħol fil-mertu jekk il-bini eżistenti li se jiġi estiż u li minħabba fih se jinħareġ il-permess kienx inbena bil-permess.", "Dan għax il-permess mhux suppost jinħareġ hawnhekk imma se jinħareġ għax diġa' hemm bini.", "Inkella nkunu se niġu nirregolarizzaw xi ħaġa li nbniet bla permess in the first place.", "Dik id-diffikulta' li kien hemm.", "Jien rajtu l-file u fil-fatt id-deċiżjoni kienet li l-file jimxi u joħroġ il- permess.", "Rigward il-każ l-ieħor taż-Żejtun ....", "(Interruzzjoniet) Nista' nassigurah li kull fejn inkun naf jien, u kull fejn isir rapport jittieħdu l-passi neċessarji.", "(Interruzzjonijiet) Mingħalija kelli mistoqsija parlamentari fuq din u ttieħdu l-passi, pero' qed nitkellem mill-memorja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Rigward il-każ li semma, ta' koppja, jien nista' ngħid lill-Ministru illi l-post tant ilu mibni, li fil-fatt huwa msaqqaf bix- xorok.", "Jiġifieri dan mhux xi post modern.", "Allura issa kif xi ħadd ħolom illi dan kien inbena mingħajr permess?", "Dan għandu mill-inqas 60 sena.", "Dan il-post xtratu koppja, biex toħorġulhom il-permess qlajtul-hom qalbhom u bgħattu lill-inspector iwaqqafhom, mentri fl-istess area - u tista' tara l-bini ħdejn Għar Dalam, u fi Strejnu Street, iż-Żejtun - tiela' bini bl- addoċċ u ma tagħtux kasu.", "PROKURATUR LEGALI", "1184.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma u jispjega għaliex prokuratur legali li jaħdem fl-AG għadu s'issa qed jitħallas ta' student meta ilu 'l fuq minn sena li ggradwa u ħa l-warrant ta' prokuratur legali?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja): Wieħed mill- Uffiċjali Amministrativi fl-uffiċċju ta' l-Avukat Generali hu gradwat bħala BA Socio-Legal Studies u Prokuratur Legali, u qiegħed volontarjament jagħmel xogħol ta' Prokuratur Legali minflok ta' Uffiċjal Amministrattiv fis-servizz ġenerali.", "Qed jittieħdu passi biex dan l-Uffiċjal jiġi offrut post permanenti bħala Prokuratur Legali fid-Dipartiment ta' l-Avukat Ġenerali.", "A skans ta' ekwivoci jingħad li ftit jew xejn hemm differenza fis-salarju taż-żewġ gradi.", "PERMESSI TAL-BINI - NO.", "2400/91", "1185.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ bil-PAPB No. 2400/91 u nistgħu mmexxu l-każ?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li l-applikazzjoni għal permess tal- bini li għaliha qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant, tista' tiġi proċessata wara li l-perit ikkonċernat jibgħat il-clearances mid-Dipartiment tal-Mużew u tal-Valletta Rehabilitation Committee, kif diġa' ntalab jagħmel fl-14 ta' Awissu, 1991, u fis-7 ta' Frar, 1992.", "VALLETTA - ĦASIL TA' TOROQ", "1186.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Sandro Schembri Adami) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm hu regolari l-ħasil ta' toroq prinċipali u oħrajn fil-Belt Valletta in partikolari quddiem il-Qorti?", "Meta l-aħħar li nħaslu t-toroq?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ninsab informat li ħasil ta' toroq fil-Belt isir kif ġej:", "Nhar ta' Erbgħa - l-entratura u t-taraġ tal-Qorti inkluża l-bankina ta' biswit.", "Nhar ta' Ġimgħa - il-loġoġ ta' Bieb il-Belt.", "Nhar ta' Sibt - il-pjazza ta' Kastilja; Triq ir-Repubblika (sa Pjazza Reġina Vittoria) inklużi l-entratura u t-taraġ tal-Qorti; Triq il- Merkanti (minn Triq San Gwann 'l fuq).", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli liema postijiet f'Malta u Għawdex jinħaslu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Safejn naf jien, f'Malta il-Belt biss tinħasel b'dan il-mod.", "F'Għawdex jista' jkun hemm xi postijiet oħra li jinħaslu b'dan il-mod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Hemm xi ħsieb li f'ċerti postijiet ta' interess għat- turisti jsir dan it-tindif ta' ħasil specjalment f'certu postijiet fil- Birgu li issa qed jingħad li se jiġu turisti bil-mixi hemmhekk?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jiena naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li hemm bżonn jinħaslu mhux dawk il-postijiet biss li semmejt imma postijiet oħra wkoll.", "Wieħed jara x'ikun jista' jagħmel fil-limiti tar-riżorsi li għandna.", "TRASPORT PUBBLIKU", "2139.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi s-Segretarju Parlamentari għat- Turiżmu, għadu kif stqarr li hemm bżonn ta' reviżjoni radikali tas-settur tat-trasport, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi taħdidiet għaddejjin mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu biex il-PTA tibda tħares lejn dawn il-problemi b'mod innovattiv u kompatibbli mal-ħteġijiet tal-lum, kif stqarr l-Onor.", "Refalo?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO (Ministru għaż-Żgħażagħ u Arti) (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Diskussjonijiet isiru minn żmien għal żmien u l-introduzzjoni ta' diversi rotot ġodda, fosthom dawk bejn Tas- Sliema u r-Rabat, bejn Buġibba u r-Rabat, u bejn Buġibba u c-Cirkewwa, hi xhieda tar-reviżjoni li qed issir fis-settur tat-trasport pubbliku.", "Titjib bħal dan qed ikun ukoll konformi mas-suġġerimenti li saru fil-Pjan ta' Struttura.", "Barra minn hekk, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tagħmel stħarriġ dwar it-travelling habits tal-Maltin.", "Dan l-istħarriġ diġa' qed isir f'Għawdex u hu mifrux fuq l-erba' staġuni tas-sena.", "Meta jitlesta, se jintuża bħala pilot scheme għal stħarriġ simili f'Malta.", "Wieħed jittama li fi stħarriġ bħal dan tinstab il-koperazzjoni sħiħa tal- pubbliku.", "Dan li għandu x'jaqsam mas-servizz tat-trasport bi skeda.", "Fir-rigward tas-servizz bla skeda, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba mogħtija għall-interpellanza numru 2137.", "Jinżamm ukoll kuntatt regolari mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu.", "TAŻ-ŻWEJT - PROVVISTA TA' ILMA", "2140.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1214?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ir-residenti ta' Taż-Żwejt ikollhom problema fil- provvista ta' l-ilma meta ma jaħdmux il-boosters minħabba qtugħ ta' l- elettriku jew xi ħsara fil-pompi.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tagħmel minn kollox biex issewwi l-ħsarat li jinqalgħu fl-iqsar żmien possibbli.", "RAPPORT TA' L-AWDITUR 1990", "2167.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Prim Ministru: X'passi ttieħdu min-naħa tal-Prim Ministru wara li r-rapport ta' l-Awditur għas-sena 1990 wera li dak li sar taħt ir-responsabbilta' ministerjali tal-Ministru Louis Galea la sar bil-mod stabbilit u lanqas li bih tista' ssir verifika b'mod partikolari fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam mal-procedura adottata fl-amministrazzjoni tal-kiri ta' heavy plant and machinery?", "X'passi ttieħdu kontra min kien responsabbli wara li l-Awditur stabbilixxa li l-istima għall-open provision ta' Lm4 miljun għan-nefqa ta' l-AWTS kienet tmur kontra l-istandard accounting practice tal-Gvern kif ukoll wara li nstabet diskrepanza ta' ftit anqas minn Lm100,000 meta saru l- kontijet finali tal-ħlasijiet tal-kera ta' l-inġenji kkoncernati?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Meta l-Awditur jiġbed l- attenzjoni għal xi materja li jkun jidhirlu li tistħoqq verifika, l-Gvern jaġixxi biex jiġu accertati l-fatti, u biex jittieħdu l-passi li jirriżulta li jkun hemm bżonn.", "F'dan il-każ in partikolari ntalab it-tagħrif meħtieġ biex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-kummenti ta' l-Awditur.", "Iżda f'dan l-istadju tajjeb ngħid li l-open provision li ssir referenza għaliha ġiet approvata mid-Dipartiment tal-Finanzi u anke mill-Parlament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Fil-każ ta' l-Awtorita' Marittima u l-Awtorita' dwar it- Trasport Pubbliku, din il-verifika tista' ssir?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iva, jidhirli li din dħalna fiha jekk m'inix sejjer żball, fid-dibattitu dwar it-trasport pubbliku li kellna riċentement.", "L-interpretazzjoni hi li l-Awditur jista' jitlob l- informazzjoni u jeżaminaha", "IMĦALLEF GIOVANNI FALCONE", "2183.", "L-ONOR JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Saru xi kuntatti mill-awtoritajiet Taljani ma' dawk Maltin dwar investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin in konnessjoni mal-qtil barbaru ta' l-Imħallef Giovanni Falcone?", "ONOR LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali): Sal-lum ma naf li saru l-ebda kuntatti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Ma sarux kuntatti, min-naħa tat-Taljani mal-Gvern Malti jew min-naħa tagħna?", "U x'inhi r-raġuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-domanda kienet jekk sarux kuntatti mill- awtoritijiet Taljani ma' l-awtoritajiet Maltin u t-tweġiba hija fin- negattiv.", "Aħna ma kellniex raġuni għalfejn nitolbu kuntatti, għalkemm segwejna mill-qrib b'interess kbir, bi preokkupazzjoni u swied ta' qalb l- istorja traġika kollha.", "Naturalment bil-kuntatti li għandna ma' l-Interpol inkunu nformati dwar x'ikunu r-riżultanzi fil-livell internazzjonali.", "HOLIDAY FLATS - LIĊENZJI", "2209.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-liċenzji temporanji ta' l-appartamenti biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' kmamar de luxe fil-lukandi Maltin?", "Kemm se jinħarġu liċenzji min-naħa tal-Gvern Malti?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO (f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Kien hemm total ta' 244 applikazzjoni biex jingħataw permessi temporanji għal holiday flats.", "Dawn se jgħinu biex tintlaqa' d-domanda li hawn dan is- sajf għall-akkomodazzjoni in ġenerali.", "Mhix korretta l-konklużjoni ta' l- Onor. Interpellant li dawn se jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' kmamar fil- lukandi de luxe.", "Qed isiru spezzjonijiet f'kull post li għalihom saret applikazzjoni u tinħareġ liċenzja jekk dawn jinstabu li jikkonformaw mal-ħteġijiet għallinqas ta' Klassi \"A\".", "KOMUNITA' EWROPEA - DIRETTORAT", "2246.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kwestjonijiet rigward aspetti differenti ta' policies flimkien mas- sitwazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ta' Malta li l-KE għadha kif għaddiet lid-Direttorat tal-KE fil-Foreign Office Malti?", "Minn min huwa kompost l-Inter Service Group li l-KE ħatret biex jiġi Malta biex jeżamina aspetti relevanti ta' l-applikazzjoni tal-pajjiż biex jissieħeb fil-Komunita'?", "Meta mistenni li jiġi dan il-grupp?", "Huwa se jiltaqa' mal-Gvern biss jew anke ma' l-Opożizzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l- Affarijiet Barranin): Il-Kummissjoni tal-Komunita' Ewropea għadha kif għaddiet numru ta' kwestjonarji dwar suġġetti differenti rigwardanti l- ekonomija Malt-ija, il-finanzi u aspetti oħra ta' policies relevanti, bi pre-parazzjoni għall-Avis li l-Kummissjoni trid tlesti dwar l-applikazzjoni ta' Malta sabiex tissieħeb fil-Komunita' Ewropea.", "Ir-risposti għall-kwestjonarji li d-Direttorat għall-Komunita' Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irċieva s'issa, tlestew u ntbagħtu lill-Kummissjoni.", "Ma narax bżonn li nqiegħed kopja ta' dawn il- kwestjonarji fuq il-Mejda tal-Kamra peress li din hija materja ta' amministrazzjoni tal-Gvern u l-inforamzzjoni mitluba tikkon-sisti fi statistika u f'informazzjoni oħra miġbura mil-liġijiet, regolamenti, u minn pubblikazzjonijiet uffiċjali.", "L-Inter Services Group huwa kompost minn rappreżentanza ta' kull Direttorat Ġenerali (D.G.) tal-Kummissjoni li huwa b'xi mod konness ma' l- applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija.", "Dan il-Grupp huwa mmexxi minn rappreżantant tad-D.G.I., liema D.G. huwa responsabbli għar-relazzjonijiet esteri.", "L-Inter Services Group, jew xi membri tiegħu, mistenni jiġi Malta għal ftit jiem matul ix-xahar ta' Lulju.", "Jekk dan il-Grupp jiltaqax mal-Gvern biss jew anke ma' l-Oppożizzjoni jiddependi mill-Grupp stess peress li dan il-Grupp innifsu jiddeċiedi tra liema setturi, u ma' min iħoss il-bżonn li jiltaqa'.", "ŻURRIEQ - BINI BLA PERMESS", "2584.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk fi Triq Frans Dimech, iż-Żurrieq, telax bini bla permess jew jekk telax bini li hu aktar għoli milli suppost?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Triq Francis Dimech ma teżistix fiż-Żurrieq.", "Billi jeżistu Triq Vincenzo Dimech u Triq Antoine Dimceh, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika għal liema triq qed jirreferi.", "PRODUZZJONI TAL-FROTT", "2603.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Fl-Imnarja ta' sentejn ilu l-Ministru kien ħabbar lill-bdiewa li parti mill-profitti tal-frott li ġie mportat f'dawk ix-xhur tas-sajf kien se jmur għall-bdiewa produtturi tal-frott u naturalment li laħqithom ħażin dik is-sena partikolari.", "Dan kellu l-għan li jkun ta' mezz finanzjarju sabiex dawn il-bdiewa jħejju aħjar il- produzzjoni tagħhom bis-sistema drip irrigation ħalli jkollhom prodott ta' kwalita' u bil-kwantita'?", "Billi dawn għadhom ma ngħataw ebda għajnuna finanzjarja iżda xorta kienu kapaċi li fuq iniżjattiva tagħhom irdoppjaw il-produzzjoni tagħhom għall- istaġun li ġej, speċjalment fil-prodotti tal-banbinella, lanġas, dulliegħ, bettiegħ, settembrina, bajtar ta' San Gwann u frawli, jista' l-Minsitru jirrispetta x-xogħol ta' dawn il-bdiewa u jikkompensahom għall-ispejjeż kbar li naturalment għamlu matul dawn is-sentejn biex laħqu din il- produzzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT (Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd): L-Espert tal-frott mill-FAO li kien Malta jaħdem fuq ir-rapport dwar il-biedja Maltija u l-Komunita' Ewropea tana l-parir biex l-ewwel nistallaw id-drip irrigation fil-qasam tal-frott li d-Dipartiemnt għandu f'St. Vincent de Paule.", "Dan għandu jservi kemm għall-użu normali tad-Dipartiemnt kif ukoll bħala dimostrazzjoni ta' kif għandu jitħaddem impjant bħal dan.", "Dan biex il-flus jintnefqu bil-għaqal.", "Għad jonqos ukoll li tinġabar l-inforamzzjoni meħtieġa mill-Koperattiva Ċentrali tal-bdiewa.", "Hekk kif jiġi stallat dan l-impjant, tingħata l- għajnuna mwiegħda.", "Iż-żieda fil-produzzjoni tal-frott hija dovuta għat-temp favorevoli li kellna u għall-għajnuna li ta l-Gvern biex jiġu stallati impjanti tad-drip irrigation li fl-aħħar sena laħqet Lm10,000.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, hawnhekk nixtieq daqsxejn il-gwida tiegħek.", "Meta Membru ta' dan il-Parlament jagħmel mistoqsija parlamentari li tkun tikkonċerna xi individwi sabiex l-awtoritajiet jieħdu passi, qabel ma l-mistoqsija tiġi risposta, bilfors irid jiġi żvelat l-isem tal-Membru li jkun għamel dik il-mistoqsija?", "MR SPEAKER: Jiddispjaċini, imma ma fhimtekx, Onor. Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Meta Membru ta' din il-Kamra jagħmel mistoqsija sabiex jittieħdu passi mill-awtoritajiet għaliex forsi jkunu qed isiru xi abbużi jew xi ħaġa, waqt li jkunu qed isiru l-investigazzjonijiet biex tingħata r- risposta, min ikun qed jinvestiga għandu jmur għand l-individwu u jagħtih l- isem tal-Membru ta' din il-Kamra li jkun għamel il-mistoqsija, meta l- mistoqsija tkun għadha lanqas ġiet risposta?", "MR SPEAKER: Onor. Sant, jien m'għandi l-ebda ...", "ONOR.", "SALVU SANT: Mr Speaker, jien għamilt mistoqsija parlamentari sabiex il-pulizija jieħdu ċertu passi, pero' dawn marru qalu lill-individwu u l-individwu lili ġie jistaqsini għaliex għamilt din il-mistoqsija qabel ma kelli r-risposta għaliha hawn ġew.", "Ghalhekk issa nixtieqek tiggwidani u tgħidli r-responsabbilta' ta' dawn l-affarijiet ta' min hi.", "MR SPEAKER: Onor. Sant qed nifhem xi trid tgħid.", "Naturalment is-Sedja m'għandha l-ebda poter li tindaħal f'dawn l-affarijiet, pero' wieħed jappella sabiex f'dawn l-affarijiet tintuża l-prudenza li hija mixtieqa.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jekk jogħġbok, Mr Speaker, din mhix kwestjoni jekk tużax prudenza jew le bħallikieku qed titfagħha fuqna.", "Din hija kwestjoni ta' x'inhi s-sistema amministrattiva.", "Aħna nirċievu l-mistoqsijiet parlamentari mingħand is-Sinjorija Tiegħek ...", "MR SPEAKER: Le, mhux mingħandi tirċevuhom Onor. Galea, imma mingħand il- Membri.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsijiet parlamentari jaslu għand il-Clerk u hu jibagħthom fid-diversi ministeri.", "Imbagħad id-diversi ministeri, mingħajr ma l-ministri b'xi mod jintervjenu f'dan l-istadju, jiftħu file fuq kull mistoqsija, ipoġġu l-mistoqsija fil-file u jagħtuha l-file number.", "Imbagħad nerġa' ngħid mingħajr ma l-ministru jkun jaf b'xi ħaġa, dik tmur għand id-dipartiment konċernat biex dan jiġbor u jipprepara t-tagħrif bħala background u jipprepara l-abbozz ta' tweġiba li jrid jagħti.", "Mela jien ma nkunx naf x'mistoqsijiet għamlu l-membri Parlamentari qabel tasal l- agenda - li mhux dejjem ikun il-każ - jew inkella qabel l-uffiċjali fil- Ministeru fil-ġranet relattivi normalment il-Ġimgħa, is-Sibt, imbagħad it- Tnejn filgħodu u fil-ġranet l-oħra tal-Parlament, jiġu bil-files tal- mistoqsijiet u jien dak il-ħin inkun naf x'inhi l-mistoqsija, min qed jagħmilha, x'inhu l-background information u x'inhu l-abbozz ta' tweġiba li d-dipartiment ikun qed jissuġġerixxi.", "Jiġifieri din mhix kwestjoni ta' xi prudenza li wieħed juża jew ma jużax.", "Din hija s-sistema amministrattiva u malli l-membru Parlamentari jressaq id-domanda fuq il-Mejda tal-Kamra, dik id-domanda ssir pubblika.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: L-ewwelnett dak li qed igħid il-Ministru mhux eżatt għax ġieli jsiru mistoqsijiet parlamentari lid-dipartimenti mingħajr lanqas biss ma jingħata l-isem ta' min ikun għamilhom.", "Jien nista' ngħid li ħafna mill-mistoqsijiet li jiġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, per eżempju fid- Dockyard, ġieli lanqas ikun hemm isem ta' l-individwu, li jkun għamilhom imma sempliċement jitolbu informazzjoni.", "Issa jien qed ngħid li l- mistoqsija li għamilt jien kienet tinvolvi lill-pulizija, pero' x'inhi r- raġuni li dawn imorru fuq il-bniedem konċernat u jgħidulu li Salvu Sant għamel din il-mistoqsija minħabba hekk, hekk u hekk?", "Aħna xi protezzjoni għandna, Mr Speaker?", "MR SPEAKER: F'dan il-każ, is-Sedja m'għandha l-ebda poter assolut li tidħol f'dawn l-affarijiet.", "Jiġifieri nixtieq-kom tapprezzaw il-pożizzjoni tiegħi.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma għallinqas m'għandux ikun hemm instructions lill-kap tad-dipartment biex qabel ma tasal ir-risposta hawnhekk, ma jmurx jagħmel ħsara lill-individwu billi jgħid ...", "Almenu m'għandux ikun hemm instructions biex dan ma jiżvelax l-isem ta' min kien għamel il-mistoqsija?", "MR SPEAKER: Naħseb li l-pożizzjoni isssa ġiet iċċarata u ma nixtieqx li ntawlu fuq dan il-punt.", "Il-Ministru ta' l-Intern.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien ngħid li mhux biss qabel ma toħroġ ir-risposta għandu jkun hemm din l-attitudni u din id-direttiva, imma anke wara!", "(Interruzzjonijiet) Le, li rrid ngħid jien hu li d-dipartiment konċernat, la qabel u lanqas wara m'għandu jidħol f'dawn il-kwestjonijiet, imma għandu jagħti t-tagħrif u daqshekk.", "MR SPEAKER: Naħseb li l-kwestjoni issa ġiet iċċarata.", "(Inrterruzzjonijiet) L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk xi ħadd jagħmel domanda f'ismi apposta u bil-firma tiegħi u jkunu jafu li hemm bniedem li jasal għal kollox u ibnu jkun qed jagħmel panel beating jew xi ħaġa, u din id-domanda tgħaddi mingħajr ma jien lanqas biss inkun naf li għamiltha ...", "Imbagħad dan jiġi jisparali għax imorru jgħidulu li għamiltha jien!", "Allura dan sewwa?", "Dak li npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra huwa responsabilita' tagħna.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Inti qed tistaqsi jekk meta ngħaddu d-domandi lill-Clerk of the House, il-firem ikunux veri?!", "Rigward dak li qal l- Onor. Sant, jien ma nafx li d-domandi tiegħi jiġu trattati b'mod differenti.", "Ir-risposti l-ewwel imorru fid-dipartimenti kollha u mbagħad fl-aħħar jiġu għandi biex nara jekk naqbilx mar-risposta.", "MR SPEAKER: Jimporta nqassru dan il-punt għax naħseb li eżawrejnieh?", "L- Onor. Salvu Sant.", "ONOR.", "SALVU SANT: Nixtieq ngħid li dawk id-domandi li jiġu d-Dockyard u li jkunu tal-Prim Ministru, ma jkunx hemm li għamilhom it-tali.", "(Interruzzjonijiet) Nixtieq ngħid li ġew nies fuqi li marru l-pulizija fuqhom u qalulhom li l-mistoqsija kont għamiltha jien meta kien għad lanqas kelli risposta.", "Għalhekk għandu jkolli sodisfazzjon ta' dan kollu.", "MR SPEAKER: Naħseb li r-risposta fuq dan il-punt diġa' tajtha.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOCJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion President tal-Kumitati, jippre-sjedi.", "Ikompli mit-30 ta' Ġunju, 1992", "Klawsola Ġdida 49 - Emenda ta' l-artikolu 15 ta' l-Att prinċipali.", "(Kont.)", "New Clause 49 - Amendment to section 15 of the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Fuq din il-klawsola ġdida, konna għadna fit- Tieni Qari.", "ONOR.", "JOE CASSAR (Segretarju Parlamentari): Mr Chairman, il-bieraħ konna fi stadju ta' Kumitat.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jien m'inix se noqgħod nargumenta f'liema stadju konna qed niddiskutu din il-klawsola, pero' nixtieq ngħid li l-liġi li kellna quddiemna kellha 48 klawsola u issa għandna 49 klawsola.", "Jien ma nafx il-proċedura daqskemm jafha l-Clerk.", "Pero' din hija klawsola ġdida u kellha tgħaddi mit-Tieni Qari wkoll.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Biex inkunu eżatti, jekk aħna konna fit-Tieni Qari trid titlob vot warajha, u dan għadu ma sarx.", "THE CHAIRMAN: Ippermettuli.", "Meta jkun hemm klawżola ġdida normalment it- Tieni Qari jitqies bħala sempliċi formalita' u d-diskussjoni ssir fl- iStadju tal-Kumitat.", "Biss f'dan il-każ, ġaladarba fuq it-Tieni Qari nistgħu nkomplu bid-diskussjoni u l-vot jittieħed fl-aħħar.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Lawrence Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, il-bieraħ waqt id-diskussjoni fuq l- emenda l-ġdida li biha se ngħinu lill-bdiewa billi nikkonsidrawhom bħala impjegati għal dak li għandu x'jaqsam mal-bolla, l-Onor.", "Debono Grech - u ma nafx kif inqalgħet din il-kwestjoni - qal illi jien għidt illi l-bejgħ mill-Pitkalija jammonta għal Lm25 miljun.", "Jien għidtlu li dan mhuwiex veru imma baqa' jinsisti.", "Issa se nurih x'kien eżatt id-diskors.", "Hu qalli li anke fil-Budget jien hekk għidtlu, allura llum ġibt id-diskors ta' l-aħħar budget biex nikkwota eżatt x'intqal dak inhar.", "Meta kien tkellem l- Onor. Debono Grech qal hekk:", "\"Il-Ministru qed jgħid - u jien ngħidlu li aħjar ma jgħidx - li skond il- figuri li għandhom hemm, il-bdiewa qalgħu aktar minn Lm18-il miljun.", "Jekk veru li qalgħu daqshekk lanqas żieda ta' Lm1.50, kif ħadu dawk li jaħdmu mal-Gvern ma ħadu, għax ras għal ras tiġi li qalgħu Lm8,000.", "Mela kull bidwi Lm8,000 biss ħaqqu meta tqis l-ispejjeż li jagħmel u jaħdem minn fil- għodu sa fil-għaxija\".", "Jiġiferi dan qed jgħid li aħna qed ngħidu li l-bdiewa jaqilgħu Lm18-il miljun fis-sena.", "Kif qal hu stess - dan huwa l-qliegħ globali tal-bdiewa u fir-risposta tiegħi tal-Budget lill-Onor.", "Debono Grech kont għidtlu hekk: \"Huwa qal illi l-bdiewa m'huma qed jaqilgħu xejn u qalli biex ma ngħidx li qalgħu Lm18-il miljun din is-sena għax skond huwa, dawn huma ftit u skond il-kalkoli tiegħu, jiġu għal xi Lm8,000 kull bidwi.", "Jekk jien ngħidlek li se jaqilgħu Lm25 miljun din is-sena, xi tgħid?\"", "U meta semmejt il- figura ta' Lm25 miljun kont ċar li qed nalludi għal dak li qal huwa stess, ikkoreġejtlu l-figura tiegħu li dan huwa l-qliegħ nett tal-bdiewa kollha.", "Issa skond din il-klawsola, anke min irabbi l-bhejjem jew ħut, huwa meqjus bħala bidwi għall-finijiet ta' statistika u ta' l-emenda li qed inressqu llum dwar il-bolla.", "Meta tkellimna dwar il-Pitkalija - u dan ma kienx fl-istess kontest - jien għidtlu li l-aktar ħaġa li batew minnha l-bdiewa kienet l-iffriżar tal- prezzijiet, għax dan kien ta' dannu kbir għall-bidwi.", "Meta intom kontu għamiltu din il-miżura kellkom strike, u l-ewwel firma tiegħi bħala Ministru kienet biex neħħejt l-iffriżar tal-prezzijiet.", "Ir-riżultat ta' dan rajnih, għaliex f'dawn l-aħħar ħames snin il-bdiewa tagħna qalgħu madwar Lm6 miljun aktar milli kienu qalgħu fl-aħħar ħames snin ta' l- Amministrazzjoni Soċjalista.", "Illum il-ġurnata ġejna f'pożizzjoni li mill- Pitkalija qed inbigħu b'Lm2 miljun fi prodotti aktar milli kienu jinbiegħu f'kull sena fi żmienkom.", "Jiġifieri f'dan il-kontest ma semmejt l-ebda figura ta' Lm25 miljun, imma għidt li fl-aħħar ħames snin il-bejgħ żdied b'Lm6 miljun fuq dak tal-ħames snin ta' qabel, u dan jiġi average ta' Lm2 miljun fis-sena.", "Kienet ċara li l-figura ta' Lm25 miljun li bdejna biha, kienet tirreferi għall-qliegħ nett tal-bdiewa kollha, inklużi raħħala u sajjieda.", "Meta semmejt il-Pitkalija, nerġa' ngħid, ma semmejt l-ebda figura, ħlief dik ta' Lm6 miljun li hija ż- żieda fil-bejgħ ta' prodotti fil-ħames snin li għaddew fuq il-ħames snin ta' qabel.", "Dan juri, Mr Chairman, li meta l-bieraħ l-Onor.", "Debono Grech beda jgħajjat, kien qiegħed iħawwad il-figuri, u għalxejn jien ipprovajt nispjegalu, għax baqa' jwebbes rasu u jgħid li hu kien qiegħed jgħid tajjeb.", "Dan qed ngħidu biex nikkonferma li dak li għidt jien kienet il- verita', mentri l-Onor.", "Debono Grech il-bieraħ kellu żball għax ħawwad il- figuri u ma qalx dak li suppost kellu jgħid, anzi hu akkużani li kont qiegħed nigdeb u nagħti figuri foloz.", "Rigward l-emenda li għandna quddiemna diġa' tkellimna u naħseb illi s'issa ż-żewġ naħat naqblu fuqha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Cassar.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Din l-emenda, Mr Chairman, qed issir biex tagħti vantaġġ lill-koperattivi u biex tinkoraġġixxi li jiġu fformati aktar koperattivi.", "Huwa l-ħsieb ta' dan il-Gvern li jsaħħaħ il-koperattivi li diġa' jeżistu u fl-istess ħin jinkoraġġixxi t-twaqqif ta' aktar koperattivi.", "Jiena kelli diversi laqgħat ma' membri tal-Koperattivi tas- Sajd u tal-Biedja u għalissa qed nillimitaw dan il-pass għall-bdiewa u s- sajjieda full-time.", "Billi l-koperativi kellhom ċerti diffikultajiet dwar kif titħallas il-bolla, għamilna dan il-makkinarju, jiġifieri li bidwi jew sajjied full-time iħallas il-bolla kollha u fl-aħħar tas-sena l-Gvern jagħtih lura nofs dak li jkun ħallas.", "Din se tibda taħdem minn din is- sena, jiġifieri waqt din is-sena l-membru tal-koperattiva qed iħallas il- bolla bħas-soltu u fl-aħħar tas-sena se jirċievi nofs dak li jkun ħallas.", "Dan il-mekkaniżmu ħloqnieh għax dehrilna li kien diffiċli għall- koperattivi stess biex joqogħdu jżommu l-kontijiet ta' dak li jkunu ħallsu l-membri tagħhom u mbagħad jagħmlu r-rifużjoni ta' flus huma u għalhekk dan il-piż qiegħed jerfgħu l-Gvern.", "Dan huwa l-ewwel pass fil-politika tal-Gvern li jsaħħaħ il-koperattivi li jeżistu u jiżdied in-numru tagħhom.", "Kif tafu, f'Malta għandna 22 koperattiva li prinċipalment huma tal-biedja u s-sajd, għalkemm hemm koperattivi oħrajn.", "Dan l-aħħar qed jitwaqqfu wkoll koperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bennejja u dawk li jagħmlu xogħol fil-ġebel.", "Fil- fatt il-koperattivi qegħdin jinfirxu u l-Gvern qed jagħmel li jista' biex iħeġġeġ lil dawn il-koperattivi jaqbdu din it-triq ta' solidarjeta', għaliex fl-aħħar mill-aħħar is-sies ta' kull koperattiva huwa s- solidarjeta'.", "Kif għidt, il-koperattivi qegħdin jiżdiedu u bl-għajnuna tal-Gvern nittamaw li jkomplu jiżdiedu għax dan huwa wkoll ta' għajnuna għal dik li jgħidulha social market economy.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nittama li min-naħa tal-Gvern jafu x'qed igħidu.", "L-Onor.", "Cassar qal li qegħdin jagħmlu din il-klawsola biex jgħinu lill- koperattivi, u kellu l-kuraġġ isemmi l-koperativi tal-bini, eċċ. Din m'għandha x'taqsam xejn ma' l-iskop li għalih qed issir l-emenda, għax safejn naf jien il-Ministru Gatt għamilha ċara li din il-miżura qed issir biex inħeġġu u ngħinu lill-bdiewa.", "Jien għidt li nispera li tan-naħa tal- Gvern jafu x'qed igħidu għar-raġuni li waqt li l-Onor.", "Cassar qal li din qegħdin jagħmluha biex iħeġġu lill-koperattivi, fl-istess ħin qed issir diskriminazzjoni ma' koperativi oħra eżistenti.", "Illum għandek il- Koperattiva tas-Sidien tal-Minibuses, per eżempju.", "Allura jekk din verament qed issir biex iħeġġu lill-koperattivi, għaliex ma ġietx estiża għalihom ukoll?", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu għar-raġuni li din, safejn naf jien qed issir primarjament - skond il-Ministru Gatt - biex permezz ta' din il-miżura nħeġġu u ngħinu lill-bdiewa żgħażagħ.", "Pero' din altru li mhix qed tgħin lill-koperattivi, anzi qegħda tiddiskrimina bejn il-koperattivi.", "Qed ngħid dan biex noqogħdu attenti għax li kieku int qed tagħmilha biex tħajjar lil kulħadd jidħol fil-koperattivi, u kollox sew, imma inti mhux qed tagħmilha għalhekk u allura qed tiddeskrimina ma' koperattivi oħra eżistenti.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid tirrispondi issa, jien lest biex noqgħod bil-qiegħda, basta waqt li nkun qed nitkellem ma tagħmillix kif għamiltli l-bieraħ u tgħidli li qed nivvinta.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nivvinta xejn.", "Mr Chairman, dawn huma l-fatti u wieħed irid joqgħod attent.", "Għalhekk fil-bidu għidt li rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu, għax din proprju qed tiddiskrimina bejn membri ta' koperattivi tal-bdiewa u tas-sajjied u membri ta' koperattivi oħra.", "Is-Segretarju Parlamentari Cassar - qal ukoll li qed jitkellem fuq is- social market economy.", "(Interruzzjonijiet) Fl-istructure plan tagħkom hemm car u tond illi intom tridu tinkoraġġixxu lill-bidwi jbigħ mill-għalqa stess, kif fil-fatt qed jiġri llum.", "Allura jekk tridu tinkoraġġixxi l-farm retail outlets, kif qed tagħtu eżenzjoni minn nofs il-bolla lil min idaħħal ix-xogħol tiegħu għand il-koperattiva?", "Jiġifieri dan ma jreġix u nerġa' ngħid li din mhix xi ħaġa li qed nivvintaha jien,imma fl-iStructure Plan stess hemm li l-Gvern irid jinkoraġġixxi l-farmgate retail outlets li minnhom illum għandna ħafna.", "Issa mur għid lil dak ta' Burmarrad u lil Franġisku Fenech li jdur il-Mosta bix-xogħol li jipproduċi hu, jekk humiex se jintlaqtu b'din!", "Din hija waħda mid-diskriminazzjonijiet li se toħloq.", "Din hija kontra dak li hemm ippjanat għall-ġejjieni, li ninkoraġġixxu lill- bidwi jbigħ direttament hu, għax jekk se jbigħ direttament ma jintlaqatx biha għax ma jkun impjegat ma' ħadd.", "Sieħbi l-Onor.", "Noel Farrugia għamel żewġ domandi parlamentari, waħda lill- Ministru Gatt u l-oħra lill-Ministru Hyzler Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 410 insibu hekk:", "\"Kif intqal fid-Diskors tal-Budget, il-bdiewa u s-sajjieda membri tal- koperattivi, b'effett mis-6 ta' Jannar, 1992, għall-finijiet ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali bdew jiġu meqjusa bħala persuni mpjegati, bil- koperattiva primarja tiffunzjona bħala l-employer tagħhom.", "Dan ifisser li l-kontribuzzjoni tagħhom tkun dik ta' persuni mpjegati bil-parti l-oħra tiġi mħallsa mill-koperattiva primarja u jkollhom dritt għall-benefiċċji kollha mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali daqs kull persuna mpjegata oħra.", "It-tibdil relattiv fl-Att fuq imsemmi jidher fl-Abbozz Nru. 4.\".", "Imbagħad fir-risposta jirre-feri għall-paragrafu (a) ta' klawsola 38.", "Pero' dan huwa konfliġġenti ma' dak li hemm fi klawsola 38 li għandna quddiemna.", "Din hija totalment differenti, tant li klawsola 38 neħħejniha mill-Abbozz u ħloqna klawsola ġdida 49.", "Issa dan huwa konfliġġenti ma' dak li qegħdin ngħidu għar-raġuni - u hawn qiegħed il-qofol ta' kollox - li jekk verament irridu li l-bdiewa jkunu membru tal-koperattivi, x'se jiġri minn dawk il-bdiewa li qegħdin ninkoraġġuhom ibigħu diretta-ment mill- għalqa?", "Hawnhekk tidħol il-kwestjoni tal-market economy u l-mod li biħ ngħollu l-cost of living u mhux inbaxxuh għax meta l-bidwi jbigħ dirett dan ibigħ orħos milli kieku jinbiegħ mill-Pitkalija u bir-raġun.", "Int qed timponi li biex wieħed jikkwalifika għal nofs il-bolla, jrid idaħal il- prodotti tiegħu l-Pitkalija u jrid imur għand il-Koperattiva.", "Din ma nafx kif se ssir fil-Pitkalija għax inkella se neliminaw lill-pitkala li hemm li mhumiex tal-Koperattiva, pero' amministrattivament naħseb li din diġa' ħadtu ħsiebha.", "Peress illi intom għidtu li se tinkoraġġixxu l-farmgate retail outlets, lil dak li jbigħ dirett mill-għalqa se teħodlu 6.25% ta' dak li jkun qed idaħħal fil-Pitkalija.", "Issa jekk wieħed jiddikjara li jaqla' l-minimum wage, jiġifieri Lm2,000 fis-sena, jekk minn naħa tiffrankalu Lm130, tkun qed teħodlu madwar Lm120 bis-6.25%.", "Meta tagħmel dan, biex wieħed iħallas il-bolla vera ...", "Ħalli nagħti eżempju car.", "Illum - u d-Direttur tas-Servizzi Socjali jgħallimni - il-pensjoni tiddependi minn kemm wieħed jiddikjara li jaqla' fir-return ta' l-income tax.", "Jekk bidwi jiddikjara li jaqla' somma kbira, se tagħtih fuq is-somma l-kbira ħalli hu jħallas il-bolla u jieħu pensjoni ta' żewġ terzi.", "Naħseb li kemm il-Ministru Gatt kif ukoll il-Ministru Galea jimlew formoli ta' l- income tax u għalhekk jafu li dawn il-bdiewa jaraw kif jagħmlu biex idaħħlu ħafna spejjeż ħalli ma jħallsu xejn.", "Ara x'conflicting interest qed toħolqu hawn!", "Jekk wieħed jiddikjara kemm jaqla' biex jipprepara ruħu ħalli jieħu l-pensjoni, irid igħolli r-rata ta' l-income tax, u jekk jagħmel hekk allura tkun qed teħodlu aktar milli tagħtih.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti meta nagħmlu dawn il-miżuri.", "(Interruzzjonijiet) Meta wieħed jiddikjara li jaqla' Lm9,000 biex meta jkollu 61 sena jieħu l- pensjoni ta' żewġ terzi għolja, kull darba li jkun qed jiddikjara dik is- somma kollha, se jiġi ntaxxat ukoll.", "Issa dan jiġi ferm ogħla minn dak li jkun qed jiffranka b'din il-miżura ta' din l-emenda.", "(Interruzzjonijiet)", "Intom għidtu li għall-ġejjieni se tinkoraġġixxu - u din qegħda fl- istructure plan tagħkom - il-farmgate retail outlets u għalhekk il-bidwi se jeħel 6.25% fuq dak li jdaħħal il-Pitkalija.", "Barra minn hekk, dak li jdaħħal il-Pitkalija, bilfors irid jiddikjarah.", "Fi ftit kliem, jekk int qed tagħmel dan biex tħajjar lill-bidwi jiddikjara kollox, dan se jispiċċa imur minn taħt, għax aħna nafu li biex wieħed jassessja l-income tax tal- bdiewa, irid ikun jaf kemm jagħmlu spejjeż.", "Issa waqt li qed nagħmlu dan, ħadna in konsiderazzjoni li min mhux membru tal-koperattiva, la jista' jdaħħal dak li qed jipproduċi - u jgħix minnu - fil-Pitkalija, u lanqas jiddikjarah għand il-koperattiva?", "Minn dawn hemm ħafna każijiet.", "Hemm bdiewa li l-introjtu tagħhom huwa mill-magħlef - u hemm min għandu dħul ta' 50% u 60% - bħal, per eżempju, mis-silla, mill-qmuħ, mit-tiben, mill- ġulbiena, eċċ. Dawn fejn se jiġu dikjarati?", "Kif tista' tkun taf li minn Lm2,000 għandu, per eżempju, Lm1,000 magħlef li ma jista' jiddikjarah imkien?", "Jekk qed tagħmel dan, mhux biss qed tiddiskrimina - bħalma għidt fil-bidu - ma' min qiegħed f'koperattiva oħra li mhix tal-bdiewa jew tas- sajjieda, imma qed tiddiskrimina wkoll bejn l-istess bdiewa.", "Għalhekk nixtieq li wieħed jispjega ftit dawn l-argumenti li tkellimt fuqhom.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ħalli nibdew bil-kwestjoni tad-diskriminazzjoni.", "Aħna għidna li l-għan prinċipali huwa li ngħinu lill-bdiewa u jekk jista' jkun liż-żgħażagħ inħajruhom jaħdmu r-raba'.", "Issa la se nagħmlu din il- miżura rajna li nistgħu nolqtu żewġ għasafar b'ġebla waħda billi nagħmlu condition li biex tieħu dan il-benefiċċju tidħol f'koperattiva, u b'hekk ngħinu lill-koperattivi.", "Inti minn kif tkellimt illejla tidher li ma tridx tgħin lill-koperattivi.", "X'fiha ħażin illi waqt li għandna ċ-ċans li ngħinu lill-bdiewa ngħinu wkoll settur ieħor?", "Inti semmejt li l-bidwi jista' jbigħ il-prodotti direttament mir-raba' tiegħu.", "J'Alla kulħadd ibigħ hekk ħalli, kif għidt int, torħos il-ħajja.", "Imma jekk dan ikun membru ta' koperattiva, mhux bilfors idaħħal il- prodotti tiegħu kollha, kważi anke l-magħlef, fil-Pitkalija jew inkella jbigħu through an organised market.", "Illum mhux il-bdiewa kollha jdaħħlu l- prodotti kollha taħt il-koperattiva.", "Kultant issib min idaħħal ftit prodotti taħt il-koperattiva, allavolja jkollu l-magħlef u t-tjur, imma xorta waħda jkun reġistrat li huwa membru f'koperattiva.", "Huwa importanti li mhux iħallsu l-bolla tal-prodotti li jdaħħlu l-Pitkalija biss, imma tax-xogħol tal-biedja kollu.", "Anke jekk dak daħħal pitkal ieħor, la huwa ġej mill-biedja aħna nħallsulu nofs il-bolla bħallikieku qed iħallas hu tal- biedja kollha...", "Jekk wieħed għandu l-magħlef u ma kienx jiddikjarah, allura l-bolla qed titħallas bin-nieqes u 'l quddiem xorta se taffettwa l- pensjoni għax il-bidwi mhux qed iħallas bolla kbira.", "Il-qiegħ kollu li jiddikjara, anke jekk mhux - mill-Pitkalija, xorta se jkun inkluż għall- bolla għax huwa prodott agrikolu.", "Jien ma narax li tagħmel differenza jekk ikun qiegħed ibigħ l-magħlef u t-tjur għal rasu li llum mhux jiddikjarahom u allura l-bolla tkun baxxa, milli jekk jiddikjarahom u allura tibqa' l- istess għax issa xorta se nagħtuh il-bolla daqslikieku dak baqa' jiddikjarahom bħal qabel u hekk għandu l-qliegħ globali tiegħu.", "M'aħniex ngħidu li l-qliegħ kollu jrid jgħaddi mill-koperattiva.", "Jekk bidwi qiegħed fl-ATC u ma jdaħħal xejn il-Pitkalija, imma huwa membru ta' dik il- koperattiva, xorta jikkwalifika għaliex huwa membru ta' din il-koperattiva.", "Wieħed jista' jkun membru f'żewġ għaqdiet jew tlieta - għax issib min qiegħed fl-ATC, fl-SCS u fil-Koperattiva tal-Biedja ta' Burmarrad - imma għalina jista' jkun f'waħda biss, għax la l-qliegħ tiegħu ġej mill-biedja, mis-sajd, jew mit-tjur, hu x'inhu x-xogħol, se nagħtuh il-bolla fuq il- qliegħ tiegħu.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ma kienx jiddikjara d-dħul tiegħu u lanqas issa ma jiddikjarah allura huma ma jeħux rifużjoni tal-bolla fuqu.", "Mela jien qed ngħin lill-bidwi biex ikun diżonest?", "Jien ngħin lil dak il- bidwi li jiddikjara l-qliegħ tiegħu kollu.", "Jekk wieħed ma jiddikjarax id- dħul tiegħu, kif jista' jħallas il-bolla?", "Jekk kont tiddikjara qabel u issa tibqa' tiddikjara allura se nagħtuk nofs il-bolla ta' dak il-qliegħ tiegħek kollu mill-biedja.", "Naħseb li din issa qegħda cara, imma jekk taħseb li mhijiex, għidli ħalli niċċaraha.", "Nerġa ngħid li aħna qed ngħidu li jekk inti membru ta' xi koperattiva tal-bdiewa jew tas-sajjieda - u l-bdiewa jistgħu jkunu dawk li jrabbu t-tjur - aħna se nibdew nagħtuk lura nofs il- bolla li tkun ħallast fuq id-dħul li tkun iddikjarajt mill-biedja jew mis- sajd.", "(Interruzzjonijiet) Intom l-ewwel tgħidu li tridu lill-koperattivi, u issa għax sibna mezz kif inħajru lill-bdiewa jidħlu f'koperattiva qed teħduha kontrina!", "Jien nixtieq li kulħadd jidħol ...", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Illum lanqas koperattiva għal min irabbi l-fniek m'hawn meta hawn tant minnhom.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ġeneralment min igħix mit-trobbija tal-fniek ikollu r-raba' jew irabbi xi annimali oħra u żġur li huwa membru ta' xi koperattiva.", "F'Malta aħna mixed farming għandna, jiġifieri jekk bidwi jkun irabbi l-fniek aktarx li jkollu xi ħaġa oħra wkoll.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien naħseb li l-Ministru qiegħed f'pożizzjoni aħjar minni biex jgħidilna kemm hawn full-time farmers u kemm hawn minnhom membri ta' koperattivi bħalissa.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Bħalma qal il-ħabib tiegħi, diżgrazzjatament għandna ħafna bdiewa anzjani li diffiċli tipperswadihom biex jidħlu f'xi koperattiva, imma dawn ma taffettwahomx din il-miżura għax ma jħallsux bolla.", "Il-maġġoranza tal-bdiewa l-oħra li huma taħt il-61 sena qegħdin fil- koperattivi u min mhux membru, għax ma jridx hu.", "Imma mbagħad you can't have the cake and eat it.", "B'dan il-mod aħna sibna mezz kif ngħinu lill- koperattivi u nixtiequ nħajru aktar koperattivi.", "Issa min hu membru ta' xi koperattiva apparti benefiċċji oħra li diġa' qed igawdi se jibda jgawdi wkoll minn din tal-bolla.", "Aħna qed nagħmlu l-kondizzjoni li bidwi jrid ikun membru ta' xi koperattiva biex jieħu rifużjoni ta' nofs il-bolla ħalli lill-koperattivi nqajmuhom iżjed fuq saqajhom, għax kulħadd jaf kemm għandhom bżonn.", "Issa ma nafx għalxiex qed teħduha kontrina għax sibna dan il-mezz kif ngħinuhom.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Aħna m'aħniex qed neħduha kontrikom.", "Jekk nhar it-Tnejn wara li tgħaddi l-Liġi u n-nies jisimgħu dak li għidna hawnhekk, il-membri fil-koperattivi jiżdiedu id-doppju il-koperattivi kif se jaħdmu?", "Għax lanqas spazju m'hemm.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jekk ikun hemm bżonn, nagħtuhom iżjed spazju.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: L-argument tiegħi hu li m'għandniex inħabbru miżura qabel l-elezzjoni mingħajr ma nkunu nafu fiex deħlin.", "Aħna mhux qed ngħidu li aħna kontra imma lanqas ma nafu issa fiex deħlin.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jekk għada jirdoppja x-xogħol tal-koperattiva, għada stess nagħtihom post fejn ibigħu l-prodotti tagħhom.", "Dak li qed narawh bħala impossibbli mhux daqshekk impossibbli.", "Kull bidwi u sajjied li hawn f'Malta, jaħdem fejn jaħdem missieru, għandu għalfejn jidħol f'koperattiva għax jew se jidħol għal kollox jew għal xejn.", "M'hemm l-ebda skuża li wieħed li qiegħed fil-mestjier tal-biedja, ma jidħolx f'koperattiva.", "Dan huwa incentiv li aħna għamilnieh bħala għajnuna għall- koperattivi biex jiżdiedu l-membri fihom għax nafu li hawn ċertu apatija dwar il-koperattivi.", "U jekk hawn min hu fis-sengħa tal-biedja li mhux membru ta' xi koperattiva huwa ħażin għalih u mhux għalina għax din igawdi ħafna minnha.", "Jien kont immur għal-laqgħat ġenerali annwali li kien ikollhom u naf li kienu jagħtuhom xi bonus u anke għajnuna.", "Allura għaliex wieħed m'għandux ikun jaf b'dawn l-affarijiet u jidħol membru f'xi koperattiva ħalli jgawdi ma' sħabu u ħalli x-xogħol isir flimkien?", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jekk kien hawn Gvern li ħadem għall- koperattivi, dan kien il-Gvern Laburista, pero' dan mhux l-argument tiegħi u jekk dan ma jreġix, igħidli ma nifhimx, ma jimpurtax.", "Jekk jien għada nidħol membru ta' koperattiva u nagħmel il-biljett tar-raba', allura jien nikkwalifika għall-eżenzjoni ta' nofs il-bolla.", "Pero' min se jżommni milli lill-koperattiva jien ma nagħtiha xejn mill-prodott li ndaħħal il-Pitkalija u nagħtih lill-pitkala?", "Jew jekk nagħti Lm500 il-Pitkalija u l-ieħor ...", "Inti bħala Ministru għidtilna li mbagħad irid jinġabar id-dħul tal-magħlef, tal-fniek u ta' kollox.", "Allura inti lanqas receipts uffiċjali m'hu se jkollok.", "Allura biex qegħdin ngħinuhom lill-koperattivi?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, illum f'Malta kulħadd jaf li l-bidwi ma jeħux il-prodott tiegħu kollu fil-Pitkalija tal-koperattivi.", "Illum, 25% tal-bejgħ kollu ta' Malta ġej mill-koperattivi pero' l-maġġoranza tal- bdiewa ma jeħdux il-prodott tagħhom kollu fil-koperattiva tal-bdiewa.", "Jistgħu jeħduhom hemm, imma l-pitkala l-oħra huma liberi li jeħduhom fejn iridu huma.", "Jien ma nafx x'inhuma r-regolamenti tagħhom, imma din hi l- prattika hawn Malta.", "Issa min huma l-membri tal-koperattiva?", "Issa, aħna nitolbu l-lista tal-membri lill-Kumitat tal-Koperattiva u jrid jgħidilna min huma l-membri u jekk jidhirlu li xi bidwi qed iġib Lm5.00 biss biex taparsi hu membru, jaqtgħu mill-koperattiva.", "Jiġifieri aħna qed ngħabbu lill-kumitati tal-koperattivi - li suppost huma kumitati serji - bir- responsabbilita' li jagħtuna l-lista tal-membri tagħhom.", "Issa, jekk dawn huma kuntenti li bidwi li għandhom ħa b'Lm1,000 xogħol u ħa bi Lm3,000 xogħol in-naħa l-oħra aħna wkoll inqisuh bħala membru.", "Issa l-bolla tidħol fl-ammont globali tax-xogħol tiegħu ta' bidwi.", "Jien qed naraha tant sempliċi u tant cara.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, il-kliem tal-Ministru Gatt stess juri li l-affarijiet mhumiex ċari għax diġa' qal li l-ewwel irridu naraw l- affarijiet aħna u issa qed iħalli f'idejn il-Kumitat tal-Koperattiva jekk jaqtgħuhx jew le meta jaraw li individwu daħħal b'Lm5.00 biss u mbagħad fl- income tax return jiddikjara Lm3,000.", "Mela allura bil-mod li qed ngħid jien, jew se jiġi kostrett bilfors li x-xogħol jagħtih lill-koperattiva jew inkella taqtgħu mil-lista.", "U jekk se tagħtih lill-koperattiva u ma taqtgħux se jmur għand l-ieħor.", "Kif se nsibu l-bilanċ?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jien ma nafx għaliex qed igħid hekk għax l-Onor.", "Micallef kien ministru responsabbli mill-koperattivi u jafha l-prattika.", "Jekk lill-bdiewa kollha aħna se ngħidulhom li l-prodott tagħhom bilfors irid imur il-Pitkalija, allura l-koperattiva tista' żżarma.", "Mil-lum stess jistgħu jżarmaw għax dik hi l-prattika hawn Malta u jkollok taċċetta ċerti affarijiet.", "L-Onor.", "Membru jaf li l-bdiewa, anke membri tal-koperattiva, ma jeħdux il-prodott kollu għand il-koperattiva tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Imma din hija aċċettata llum.", "Jekk timponilhom, minn 800 membru mhux żgur jibqa' 100.", "Allura jew se nisfrattawhom jew se naċċettaw il-pożizzjoni li fiha qegħda Malta.", "Din hekk kienet fi żmienek, u hekk għadha.", "Dik hija d-drawwa f'Malta.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien qed ngħid li wasalna biex fhimna s- sitwazzjoni u la wasalna biex fhimna s-sitwazzjoni, għaliex qed nagħmlu emenda b'dan il-mod li min se jibbenifika jrid ikun membru tal-koperattiva?", "Qed niċħdu li qed inġegħluh bilfors isir membru ta' koperattiva u qed niċħdu li mhux qed nimponulu li jieħu kollox għand il-koperattiva u issa qed ngħidu li l-koperattiva għandha tassessja u tiddeċiedi hija jekk għandhiex xi membru li daħal fil-koperattiva biex jakkwista l-bolla biss.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, aħna f'Malta qed ngħixu u min kien fil-koperattivi - u l-Onor. ħabib tiegħi jafhom iżjed minni forsi għax kien ilu iżjed minni - jaf x'jiġifieri l-koperattivi tal-bdiewa hawn Malta.", "Nieħdu l-koperattiva ta' l-għeneb ta' Burmarrad.", "Mhux il-bdiewa kollha jieħdu l-prodott tagħhom hemmhekk.", "Allura l-koperattiva se tqaċċat lil kulħadd 'il barra?", "Min jieħu l-prodott tiegħu hemm, jieħdu għal li jista' jinqala' biex ikun safe.(Interruzzjonijiet) Jew se naċċettaw din jew ma naċċettawhiex.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Aħjar ma nidħlux f'din il-kwestjoni għax jien naf minn xiex għaddiet il-Koperattiva tal-Bdiewa ta' Burmarrad.", "Jien naf kif issallbet bl-inbejjed li kellha għax ma kenitx f'pożizzjoni li toffri żewġ kaxxi ma' għaxra bħalma jista' joffri l-privat.", "Jien naf id- diffikultajiet illi għandhom u allura jidher illi dan imur kontra dak illi nixtiequ għax ladarba lill-bidwi qed tgħidlu biex jieħu l-prodott tiegħu f'post li huwa mimli tant li ma jafx x'se jagħmel bih il-prodott, m'intix se ssaħħaħ il-koperattiva.", "U għaliex qed issemmi l-iktar koperattiva li sofriet?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Dan il-każ semmejtu għax huwa każ tipiku u għax jien naf kemm għinthom biex ipprovaw iqumu fuq saqajhom.", "Tant hu hekk, li dan l-aħħar kellhom imorru jibku lill-bdiewa biex jagħtuhom il-prodott tagħhom ukoll sabiex iżommu l-koperattiva ħajja.", "Imma dik hija l-ħajja tagħna, jew naċċettawha jew le.", "Jekk naċċettawha, allura għandna nġiegħlu lill-bdiewa jidħlu f'xi koperattiva għax dan huwa għall-ġid tagħhom stess.", "U dan taqblu intom fuqu u naqblu aħna fuqu u ma nafx għalfejn qed niddiskutu fuqu.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jien ma nafx għalfejn qegħdin ngħidu li rridu naċċettawha għax l-iskop tal-koperattiva primarja-ment hu li tieħu ħsieb l- interessi tal-membri tagħha biex fl-istess ħin il-konsumatur ikun jista' jgawdi mill-produzzjoni globali bi prezzijiet aħjar.", "Jiġifieri dan hu l- iskop kollu tal-koperattiva.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-prodott fil-Pitkalija jinbiegħ bl-irkant, ikun x'ikun.", "Kienet tkun ħaġa tajba kieku għamlu kif xtaqthom jien, jiġifieri għamlu l-ħwienet tagħhom.", "Dak imisshom għamlu biex jaqilgħu iżjed.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: L-argument tiegħi hu li jekk se naċċettaw is- sitwazzjoni kif inhi, allura din mhux se sservi ta' ġid għax m'hemmx outlet għal dak li qed tinkoraġġih ħalli jsaħħah il-koperattiva!", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, jekk se nibqgħu sejrin hekk nistgħu ndumu sad-9.00 p.m., għax mhux se naqblu.", "Nerġa' ngħid, aħna nafu kif jaħdmu l-koperattivi f'Malta u rridu li min hu fil-biedja u fis-sajd jidħol membru ta' koperattiva.", "Pero' jekk nimponu l-istatut eżatt kif inhu, allura l-koperattivi kollha f'Malta jisfaxxaw u ma jeżistux iktar.", "Għalhekk ikollna naċċettaw il-pożizzjoni kif inhi llum.", "Rigward clause 38 u dak li għidna fil-Budget, il-ħsieb tagħna kien li dan iservi bħala progaganda għall-koperattiva.", "Fil-Budget Speech għidna li l- koperattiva tara l-karti hi, tgħidilna kemm għandha membri plus il-bolla ta' kull wieħed u mbagħad aħna nagħtuha l-kumpens tagħha.", "Pero' dawn qalulna li din hija problema għalihom u allura aħna għidna li din jaħdimha l-Gvern u l-Ministeru tiegħi jagħti n-nofs bolla lura lill-bdiewa hu stess.", "Għalhekk biddilna l-emenda u għalhekk kellna bżonn inbiddlu klawsola 38, għaliex il-koperattivi qalulna li dan huwa impossibbli għalihom u mhux għax ridna mmorru kontra dak li ntqal fil-Budget, imma għax il-koperattivi qalulna li dak li ntqal fil-Budget se jkun diffiċli għalihom biex jagħmluh.", "Dik hi r-raġuni għaliex għamilna emenda ġdida u saret din il-klawsola 49; mhux għax qabel ma ħsibnihiex tajjeb, imma għax aħna ħsibna li din il- biċċa xogħol setgħu jaħdmuha l-koperattivi, fil fatt din tkun diffiċli għalihom u għalhekk se naħdmuha aħna.", "Għalhekk biss daħħalna din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Galea.", "ONOR.", "CENSU GALEA (Segretarju Parlamentari) Naturalment kemm il-Ministru Gatt kif ukoll l-Onor.", "Freddie Micallef jafu x'inhi s-sitwazzjoni tal- koperattivi f'Malta, u ma nistax nifhem għaliex il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Micallef qiegħed isemmi l-Pitkalija ta' Ta' Qali.", "Safejn naf jien, bl- emenda li qed inressqu llum, l-ebda bidwi f'Malta li hu membru ta' xi koperattiva m'huwa marbut illi jħott il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija tal- koperattiva f'Ta' Qali.", "Kif jaf kulħadd, f'Ta' Qali hemm 21 pitkal; 5 minnhom huma tal-koperattiva u s-16 l-oħra mhumiex tal-koperattiva.", "Fil- fatt hawn ħafna membri tal-koperattivi mferrxin ma' Malta kollha li lanqas l-iċken ammont tal-biegħa tagħhom ma jħottu għand il-koperattiva ġewwa Ta' Qali.", "Din hija r-realta'.", "Issa kull bidwi jew sajjied f'Malta li huwa membru ta' xi koperattiva - mhux il-koperattiva tal-Pitkalija ġewwa Ta' Qali, imma tal-koperattiva ta' l-Imġarr, il-koperattiva tal-Manikata, il- koperattiva tar-Rabat, il-koperattiva tal-Marsa jew xi koperattiva oħra - se jibbenefika minn din il-miżura li qed jagħmel il-Gvern b'din l-emenda.", "Dak li qal il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Freddie Micallef, meta qal li jista' jkun hemm min jiddikjara aktar jew inqas qliegħ, ma jreġi assolutament xejn għax meta nibdew nagħtu lura nofs il-bolla li tkun tħallset, is- sitwazzjoni se tibqa' eżatt kif inhi llum.", "Jekk bidwi, sajjied jew raħħal li jkun membru ta' xi koperattiva jħallas Lm5 bolla, minn din is-sena 'l quddiem se jibqa' jħallas Lm5 bolla, pero' l-Gvern jagħtih lura Lm2.50 minnhom.", "L-unika kondizzjoni li qegħdin nagħmlu biex wieħed jikkwalifika hija li jrid ikun membru ta' xi koperattiva ta' pajjiżna, minbarra l- koperattiva ta' Ta' Qali.", "(Interruzzjonijiet) Le, dan mhux bħala eżempju qed ngħidu, u apposta qed nenfasizza dan, għaliex meta l-Ministru Lawrence Gatt ħabbar din il-miżura, diversi pitkala u bdiewa bdew ixewxu lil xulxin li issa se jiġri li l-bdiewa li mhumiex fil-Koperattiva ta' Ta' Qali se jispiċċaw ma jħallsux din il-bolla.", "Kien hemm ukoll diversi pitkala - u din għamel referenza għaliha l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Freddie Micallef - illi bdew jibżgħu li se neqirdu lill- pitkala li mhumiex tal-koperattiva ta' Ta' Qali.", "Dan assolutament mhuwiex l-iskop ta' din l-emenda, anzi għall-kuntrarju qed ngħidu li l-bdiewa kollha se jibqagħlhom id-dritt li jħottu l-biegħa tagħhom fejn qed iħottu llum mingħajr l-ebda diffikulta'.", "Pero' jekk ikunu membri ta' xi koperattiva, se jieħdu l-benefiċċju li l-Gvern iħallashom lura nofs il- bolla li jkunu ħallsu.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jien ma nafx x'għamlu l-Pitkalija għax ili żmien twil ma mmur 'l hemm.", "Dak li qal illejla ma kont smajtu mingħand ħadd.", "Pero' d-diskors kollu li qal l-Onor.", "Galea jwaqqa' dak kollu li qalu l-Ministru Gatt u l-Onor.", "Cassar.", "Għax l-ewwel tlaqna mill- punt li qed nagħmlu din il-miżura biex inħeġġu iktar koperattivi u nsaħħu dawk li hemm ...", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Dak hu l-iskop.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma issa l-Onor.", "Galea qed igħid li kollox se jibqa' kif inhu, l-aqwa li wieħed ikun membru ta' xi koperattiva.", "Jekk kollox se jibqa' kif inhu, x'inċentiv se jkun hemm?", "(Interruzzjonijiet) Inti bdejt tgħid ċerti affarijiet li jien m'għidthomx u tajt l-impressjoni li qisna qed naqbżu għal xi pitkala.", "Jien qed ngħid li l-affarijiet saru bl-għaġġla qabel l-elezzjoni biex timpressjonaw lill-bdiewa, u fir- realta' mhux veru li il-koperattivi se jgawdu.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Freddie Micallef li kkonsultajt mal-koperattivi kollha dwar kif għandha tinħadem din il-biċċa xogħol.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH (Ministru tal-Ġustizzja): Mr Chairman, nixtieq ngħid li qed niżvijjaw ftit mil-loġika ta' l-affarijiet.", "Il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Freddie Micallef, qal li donnu hawn kontradizzjoni f'dak li qed igħid il- Gvern, fejn min-naħa l-Gvern igħid li jrid jinkoraġġixxi lill-koperattivi u fl-istess ħin qed igħid li jrid jinkoraġġixxi wkoll id-direct retail trade tal-bdiewa u ċertu xogħol ieħor li qed isir illum.", "Il-Gvern jista' jagħti biss direzzjoni, u f'dan il-każ qed jagħti d-direzzjoni li hu jippreferi li l-bdiewa jingħaqdu f'diversi koperattivi għax dan joffrilhom ħafna benefiċċji.", "Issa nafu wkoll li biex isir dan, trid titrabba ċerta kultura għax il-bidwi li hu konservattiv ħafna mhux se jaqbad u jidħol f'kooperattiva malli tgħidlu, u allura trid ċertu tul ta' żmien.", "Imma billi tgħidlu li d-direzzjoni tagħna hija din u qed nagħtuk dan il- beneficcju biex tipprova tiġbdu, b'daqshekk ma jfissirx li hemm kontradizzjoni wkoll jekk dan jibqa' jagħmel ċertu xogħol li qed jagħmel, u li jagħmlu wkoll b'direct retail trade mill-farm tiegħu, u jibqa' jagħmlu għax jieħdu fil-pitkalija fejn irid.", "Bil-mod il-mod qed tidħol din il- kultura li l-bidwi jirrealizza li bl-incentivi u bid-direzzjoni li qed jagħtih il-Gvern fil-ġejjieni jidħol f'koperattiva u jibda jagħti x-xogħol kollu lill-koperattiva, possibbilment biex jikbru l-koperattivi.", "Imma ma tistax timponi din l-għażla u għalhekk tajjeb issir din l-emenda u b'hekk qed tirrikonoxxi l-istat attwali kif inhu, qed tagħti direzzjoni lill-bidwi x'inhu l-aħjar li jkun għalih li jagħmel, u qed tinċentivah biex jimxi f'dik id-direzzjoni.", "Grazzi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Mr Chairman, fuq kolox il-koperattiva ta' Ta' Qali hija sekondarja, u mhux primarja.", "Il-koperattivi primarji huma ta' l- irħula, jiġifieri mhux min hu membru fl-SCCS jieħu tal-bolla u min hu membru f'dik tar-raħal tiegħu ...", "Jiġifieri dawn l-argumenti kollha kważi kienu għal xejn.", "Għaliex jekk inti per eżempju, membru fil-koperattiva ta' l-Imġarr, u inti bħala membru attiv tagħha, tagħmel u tixtri ix-xogħol tagħha, inti diġa' qiegħed tikkwalifika bħala membru.", "Issa l-koperattiva ta' l-Imġarr, qegħda hi membru fil-koperattiva ta' SCCS f'Ta' Qali u din hija sekondarja u l-liġi tgħid li trid tkun f'koperattiva primarja.", "Barra minn hekk - mhux dan l-argument, imma l-argument l-ieħor - kważi l-membri kollha li hemm f'Ta' Qali huma membri fl-ATC.", "Iżda dak huwa x-xogħol ta' bejgħ u xiri ta' pesticidi u affarijiet oħrajn.", "Lil dawn lanqas kważi taffettwahom, għax jista' jikkwalifika mill-oħra.", "Jiġifieri llum il-bdiewa mhux qegħdin f'koperattiva waħda biss imma f'ħafna differenti.", "Allura m'hemmx bżonn li jkun bilfors f'dik jew fl-oħra.", "Jekk ikun f'waħda u l- kumitat fejn hu jiktbilna li dan hu approvat bħala membru, allura għalina dak il-bidwi jikkwalifika.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Ħalli ma nitkellmux fuq ta' Qali.", "Nagħtu każ hemm membru mill-Imġarr li għandu l-aħjar għeneb li hawn Malta u dan qiegħed membru tal-koperattiva imma għax hemm in-nixfa l-prodott kollu li jkollu jagħtih lil ditta privata.", "Allura għax hu membru tal-koperattiva dan se jiġi ncentivat b'nofs il-bolla?", "Xi tkun iggwadanjat il-koperattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Jekk, per eżempju, dan il-bidwi ma jieħu xejn mill- prodott ta' l-inbid jew ta' l-għeneb tiegħu f'Ta' Qali, il-kumitat hu obbligat li jaqtgħu minn membru u jgħidilna li dak m'għadux membru, għax m'hu jaħdem xejn miegħu.", "Il-kumitat tal-koperattivi huwa obbligat li jaqta' dak il-membru għax ikun qed jeħdilhom ftit mill-prodott tiegħu.", "Jiġifieri lilna jrid jgħidilna li dak il-bidwi m'għadux membru għaliex mhux qed jieħu l-prodott tiegħu hemmhekk.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Allura l-argument li se ngħinu lill-bdiewa żgħażagħ fejn jidħol issa?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Aħna din konna bdejna biha u konna għidna li dawn l- iktar ħaġa li kienet iddejjaqhom kienet il-bolla.", "Issa aħna se ngħinuhom billi nroddulhom nofs il-bolla.", "Pero' qegħdin nagħmlulhom il-kondizzjoni li jkunu membri f'koperattiva.", "Għax kulħadd jaqbillu li jkun f'koperattiva u naħseb li kieku aħna m'għamilniex hekk, forsi dawn ma kenux jidħlu membru ta' xi koperattiva.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri l-Gvern qed igħid li biex jinċentiva l- biedja u s-sajd qed jagħmel din il-miżura.", "Ħaġa oħra li nixtieq inkun naf - u nispera li ma niġix interpretat ħażin - hija jekk kellkomx ċans taraw dan hux konformi mar-regolamenti ta' l-EEC.", "Rajtu jekk dan hux se jiġi kkonsidrat bħala sussidju?", "Għax l-argument tiegħi l-bieraħ kien li fl-opinjoni tiegħi qatt ma kellna nabbużaw mil-Liġi tas-Sigurta' Soċjali biex ninċentivaw lil dan is-settur b'dan il-mod.", "Dan kien l-argument prinċipali tiegħi.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Aħna nagħtuhom tant għajnuna lill-bdiewa!", "X'se jiġri billi nagħtuhom din l-għajnuna wkoll?", "Għalissa m'aħniex membri tal- Komunita', allura għandna dritt ngħinuhom lill-bdiewa.", "Pero' jekk 'il quddiem ikollna bżonn nbiddlu xi affarijiet bilfors, aħna nbiddluhom.", "Pero' m'inix se nbiddilhom issa għaliex 'il quddiem se nkunu membri tal- Komunita'.", "Għalissa nagħmel l-aħjar li nista', imbagħad ikolli t- transition period biex inpatti talli nqast f'xi affarijiet u npattihom b'mod ieħor.", "Imma mhux għax xi darba se nkunu membri tal-Komunita' allura ma nagħmilx dawk l-affarijiet li jidhirli li għandi nagħmilhom issa bil- kondizzjonijiet tal-lum.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri ilna ngħidu mill-Budget Speech ta' l- 1979 li rridu nsiru membri tas-Suq Komuni u fi 13-il sena għadna ma nafux jekk għajnuna ta' din ix-xorta f'dan is-settur taqax taħt il-klawsola rigward is-sussidju ta' l-EEC!", "ONOR.", "JOE CASSAR: Fis-6 ta' Marzu li għadda l-Komunita' Ewropea ħarġet proposti għal-liġi dwar il-koperattivi fl-istess komunita', u dawn li hawn hawnhekk ma jmorrux kontra dan id-draft.", "S'issa dawn għadhom draft proposals pero' dak li hawn hawnhekk huwa konformi magħhom.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri jitkellem dwar dan?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Iva.", "Anzi jgħid ċar u tond li kull koperattiva għandha żżomm il-karatteristiċi tagħha.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Dan mhux l-argument tiegħi.", "Jien mhux qed ngħid jekk intix favur il-koperattivi jew le.", "Nixtieq inkun naf jekk din taqax taħt il-kategorija ta' sussidji.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Jien qed nqħidlek ċar li ħarġu drafts speċifiċi għall- koperattivi.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Dan mhux mill-koperattivi se jitħallas għax il- klawsola nbidlet.", "Fil-fatt għalhekk għandna klawsola ġdida.", "Dan mid- Direttur tal-Biedja se jitħallas u l-koperattiva m'għandhiex x'taqsam.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-mekkaniżmu ta' dak illi jħallas id-Direttur inbidel.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Illum mhux il-koperattiva se tħallas.", "Mill- emenda li għandna quddiemna jidher li d-Direttur tal-Biedja se jħallas.", "Jien għalhekk għamilt id-domanda lill-Ministru u qabeż ieħor li ma nafx għandux x'jaqsam magħha.", "(Interruzzjonjiet) Jien ngħidlek li bniedem normali ġġennuh bil-mod kif titkellmu.", "Intqal li fis-6 ta' Jannar - u naf li dawn m'għandhom x'jaqsmu xejn imma ma rridx immur dirett ...", "L-għajnuna se jagħtiha d-Direttur tal-Biedja u Sajd u dak jaqa' taħt kategorija oħra mhux taħt il-koperattivi.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, ħadt gost li din il-klawsola qajmet dan l-interess kollu.", "Biex tal-press jirrapportaw sewwa, bgħatt il-klawsola kif inhija emendata ħalli jkunu jafu fuqhiex qed nitkellmu.", "Tan-naħa l- oħra qalu li din il-klawsola saret bil-għaġġla.", "Din il-klawsola ma kienet mgħaġġla xejn imma pprovajna nirranġawha iktar.", "Fil-fatt mhux mad- dipartiment biss iddiskutejniha imma ddiskutejniha ma' min kellu interess li jara li l-affarijiet nagħmluhom sewwa.", "Aħna ħadna interess kbir anke rigward id-definition u qgħadna attenti li ninkludu lill-bdiewa kollha, kemm lil dawk li jrabbu l-bhejjem, kemm lil dawk li jrabbu t-tjur u anke dawk li għandhom il-ħut.", "L-iskop tagħna kien li aħna ngħinu lil dan is- settur.", "Għalkemm kien hemm battibekki miż-żewġ naħat, ilkoll naqblu li ngħinu lill-bdiewa u lis-sajjieda u li nagħtu direzzjoni lil dan il-qasam.", "L-iskop tagħna huwa li lil dawn indaħħluhom fil-koperattiva għax hemm ikollhom ċertu vantaġġi, nidderiġuhom u nagħtuhom inċentiv.", "Jekk full-time farmer jew full-time fisherman ikun fil-koperattiva, id-Direttur ta' l- Agrikoltura jagħtihom lura nofs il-bolla li jkunu ħallsu u li kieku dawn ma jkunux fil-koperattiva, fuq il-qliegħ li jkollhom mill-biedja u mis-sajd, ikunu jridu jħallsuha kollha waħedhom.", "Il-koperattiva ma riditx tagħti nofs il-bolla lill-bdiewa u lis-sajjieda għax qalet li ma kellhiex nies, għax hija xi ħaġa komplikata u għal ħafna raġunijiet oħra.", "Aħna dan aċċettajnieh, imbasta huma jagħtuna l-informazzjoni.", "Dan hu l-iskop tagħna u għandna nammettu t-tnejn li dan għandna bżonn nagħmluh.", "Jiena jidhirli li ż-żewġ naħat ilna nirrepetu affarijiet u għalhekk nitlob li jekk m'hemmx iktar rimarki, ngħaddu għall-votazzjoni.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, mela allura mhux veru li din il- miżura qegħda ssir biex ngħinu lill-koperattivi.", "Taqblu magħha din?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Le, tgħidx kliem li m'għidniex.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Kollox sew.", "Mela intom ma taqblux ma' dan.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Aħna rridu nħajru lin-nies biex jidħlu fil- koperattivi.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiena nsostni li primarjament din saret biex ngħinu lill-koperattivi u minn dan id-debate li sar jirriżulta li l- koperattivi m'aħna ngħinuhom xejn.", "Aħna qegħdin ngħinu lill-koperattivi tal- bdiewa u tas-sajjieda biss.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-programm tagħna kien li ngħinu lill-koperattivi tal-bdiewa u tas-sajjieda.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Dan hu li qed ngħid jien.", "Allura għaliex qed tmerini?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Dan huwa s-suġġett tal-lum.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jiġifieri dak li qal l-Onor.", "Joe Cassar, li aħna qed nagħmlu dan biex inħeġġu lill-koperattivi, waqa' kollu.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Għalissa qegħdin nagħmlu dan il-pass.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Jekk qegħdin nagħmlu dan il-pass għalissa biss, allura rridu nibdlu l-emenda għax din hija limitata għall-bdiewa u għas- sajjieda.", "ONOR.", "JOE CASSAR: Aħna fuq dan biss marbutin.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Imma naqblu s'hawn?", "Għax inkella jien nibqa' nargumenta!", "ONOR.", "JOE CASSAR: Iva.", "THE CHAIRMAN: Onorevoli, qabel ma bdejtu tagħmlu l-cross debates, l- Onor. Hyzler kien qed jitkellem u ma ħallejtuhx jispiċċa l-argument tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, jien kont qed ngħid li aħna llum qed nitkellmu fuq il-koperattivi tal-bdiewa u tas-sajjieda.", "Jiġifieri fuq dawk biss għandna nitkellmu u lil dawn se nipprovaw ngħinuhom.", "Koperattivi oħrajn niddiskutuhom jekk xi darba ninkluduhom ukoll, imma llum għandna nitkellmu biss fuq il-koperattivi tal-bdiewa u tas-sajjieda.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar kummenti?", "L-Onor.", "Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Allura din mhux qegħdin nagħmluha biex inħeġġu aktar koperattivi, imma biex inħeġġu aktar bdiewa u sajjieda jidħlu fil- koperattiva.", "(Interruzzjonijiet) Hekk hu.", "Hemm koperattiva tal- minibuses.", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Inti għidt li din qegħdin nagħmluha biex inħajru aktar nies jidħlu fil-koperattivi u biex inħajru wkoll li jsiru koperattivi oħra tal-bdiewa u tas-sajjieda.", "Pero' aħna din qegħdin nagħmluha wkoll biex isiru, per eżempju, koperattivi ta' dawk li jrabbu t-tjur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien mhux se nidħol fis-suġġett li għadu kif ġie dibattut, imma kont se ngħid xi ħaġa għall-korrettezza tal- proċedura.", "Qabel, l-Onor.", "Micallef issolleva punt u nixtieq lilek, Mr Chairman, tikkjarifikalna aħniex ċerti mis-sitwazzjoni kif qegħdin proċeduralment.", "Għax l-Onor.", "Freddie Micallef staqsa jekk kellux jittieħed vot u jekk hux qegħdin fis-Second Reading.", "THE CHAIRMAN: Onor. Refalo, konna qegħdin niddibattu din il-klawsola fl- istadju tas- Second Reading u fil-fatt ħallejt diskussjoni libera u wiesgħa.", "Imma issa wasalna biex ngħadduha għall-vot.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, qed tgħid li issa konna fis-Second Reading?", "Issa qegħdin taqblu miegħi fuq din?", "ONOR.", "MEMBRU: Iva.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mela almenu fuq din naqblu.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, jien qabel attirajt l-attenzjoni li rridu ngħidu jekk hux qegħdin fis-Second Reading jew inkella hux qegħdin fl- istadju ta' Kumitat.", "Jien ġejt hemmhekk apposta u aċċertajtuni li aħna qegħdin in order.", "Għidtuli li mhux se jkun hemm problemi li xi ħadd se jiġi jiċċalinġjaha.", "Din hija klawsola mportanti u l-iskop tagħna huwa dak li ngħinu u ma rridtx li xi ħadd jiċċalinġjaha.", "Jekk inti tagħtina ruling u tiċċaralna l-pożizzjoni ċar u tond, aħna noqogħdu għal dak ir-ruling.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Chairman, jien ġbidt l-attenzjoni li fl- opinjoni tiegħi, għalkemm kellna parir li din hija parti mill-klawsola 38, dan huwa kollu ġdid.", "Tant hu hekk li ma ħallejnihiex subklawsola 38 (a) imma għamilniha clause 49.", "Nixtieq inserraħlu rasu lill-Ministru li mhux se niċċalinġjaha għax jien li kelli ngħid għidtu hawn ġew.", "THE CHAIRMAN: Issa se npoġġi din il-klawsola għall-vot.", "Il-mistoqsija hija li New Clause 49 tiġi moqrija t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u Klawsola Ġdida 49 ġiet moqrija t-Tieni Darba.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 49 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija li Klawsola Ġdida 49 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola Ġdida 49 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill- Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 - Titolu fil-qosor u bidu fis-seħħ.", "Clause 1 - Short Title and Commencement.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, għall-klawsola 1 għandi din l-emenda:", "\"F\" Minflok il-paragrafu (d) tas-subklawsola (2) tal-klawsola 1, għandu jidħol dan li ġej:", "\"(d) il-paragrafi (b) u (ċ) ta' l-artikolu 4 u l-artikoli 38, 45 u 49 għandhom jitqiesu li bdew iseħħu fis-6 ta' Jannar, 1992.\".", "\"F\" For paragraph (d) of subclause (2) of clause 1 there shall be substituted the following:", "\"(d) paragraphs (b) and (c) of article 4 and articles 38, 45 and 49 shall be deemed to have come into force on 6th January, 1992.\".", "Mr Chairman, din il-klawsola sempliċement tindika d-data ta' meta tiġi effettiva.", "THE CHAIRMAN: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 1 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 1, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "It-Titolu għadda nem. con. u ġie ordnat biex isir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman, nitlob li l-Iskrivan tal-Kamra jiġi awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir- renumbering meħtieġ.", "THE CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat li jikkorreġi xi żbalji ta' l-ortografija u jagħmel ir-renumbering neċessarju.", "Il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għas-Sigurta' Soċjali rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Nipproponi r-recommital ta' klawsola 2.", "DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li klawsola 2 tiġi kkonsidrata mill-ġdid fil-Kumitat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Charles Mangion, President tal-Kumitati, jippre-sjedi.", "Klawsola 2 - Emenda ta' l-Arranġamenti ta' l-Artikoli fl-Att prinċipali.", "Clause 2 - Amendment to the Arrangement of Sections in the principal Act.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "Il-Ministru Hyzler.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Chairman nipproponi din l-emenda għal klawsola 2:", "\"Ġ\" Klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Il-paragrafi (a), (b), (ċ), (d) u (e) tagħha għandhom jiġu rinumerati (b), (ċ), (d), (e) u (f) rispettivament; u", "(b) minnufih qabel il-paragrafu (b) għandu jidħol dan il-paragrafu (a) ġdid li ġej:", "\"(a) fil-partita 15, minnufih wara l-kliem \"vetturi impressed mal- Gvern\" għandhom jidħlu l-kliem \"u ċerti bdiewa u sajjieda\".", "\"G\" Clause 2 shall be amended as follows:", "(a) paragraphs (a), (b), (c), (d) and (e) thereof shall be renumbered (b), (c), (d), (e) and (f) respectively; and", "(b) immediately before paragraph (b) there shall be added the following new paragraph (a):", "\"(a) in item 15, immediately after the words \"Government impressed vehicles\" there shall be added the words \"and certain farmers and fishermen\".\".", "Mr Chairman, ma naħsibx li fuq din hemm xi nżid.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem.con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 2 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 2, kif emendata, għaddiet nem.con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrap-porta klawsola 2 mgħoddija b'emenda.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "MR SPEAKER: Hemm il-permess tal-Kamra?", "(Onor. Membru: Iva) Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Soċjali\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOE CASSAR: Nisssekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att ta' l-1987 dwar is-Sigurta' Soċjali\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI CIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjah \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Fenech.", "ONOR.", "JOE FENECH: Sur President, il-Gvern ikkummissjona l-Law Reform Commission biex tagħmel reviżjoni komp-rensiva tal-liġijiet sostan-zjali tal-pajjiż, li huma c-Civil, il-Kummerċ, il-Kriminal u l-Kodiċi ta' Proċedura.", "Biss, sakemm jitlesta x-xogħol kollu, ikun hemm certi emendi li jista' jinqala' l-bżonn tagħhom fil-frattemp, u din l-emenda hija waħda minnhom.", "Din hija emenda li nħasset in-neċessita' tagħha reċente-ment meta Air Malta kellha bżonn tagħmel loan - kif tagħmel is-soltu meta tiġi biex tixtri ajruplan - biex xtrat l-aħħar Airbus.", "Il-bank li kien se jagħmel is- self kellu parir li minħabba Section 1852 tal-Kodiċi Ċivili tagħna li kienet tistipula li l-imgħax fuq self huwa ta' 8% bħala massimu u xejn iżjed, din setgħet tostakolalhom id-dritt tagħhom li jesiġu imgħax iktar anke jekk jiftehemu li s-self ikun b'imgħax iktar minn 8% u allura esiġew li jekk din l-emenda ma ssirx ma jkunux f'pożizzjoni li jisilfu lil Air Malta.", "Fil-fatt, dan il-process ta' liberalizzazzjoni ilu li beda, għax fl-1983 kienet saret emenda għal dan l-istess artiklu meta l-Gvern kien ippropona li l-banek Maltin li jisilfu barra minn Malta jew li jissellfu biex joħorġu bonds lokali setgħu jitolbu u jiccarġjaw iktar minn 8% bħala imgħax.", "Issa b'din l-emenda li qegħdin nipproponu llum, qegħdin ngħidu wkoll li banek barranin li jisilfu lill-ażjendi lokali - naturalment dawn ikunu jridu jottjenu l-permess tas-Central Bank minħabba l-exchange control - ikollhom id-dritt li jitolbu iktar minn 8% bħala imgħax, naturalment skond kemm jippermetti s-suq.", "Din hija wkoll importanti fil-process ta' liberalizzazzjoni u din il- klawsola li tistabbilixxi massimu ta' 8% imgħax qed titneħħa bil-mod il-mod sakemm naslu wkoll għas-suq li jistabbilixxi r-rata ta' l-imgħax.", "Meta jasal, dan ikun ukoll strument finanzarju u monetarju biex jistabbilixxi u jindirizza ċerti fatturi u elementi fl-ekonomija skond ma jkun il-bżonn tal- mument.", "Kif għidt din il-loan qed issir għall-bżonn li jinxtara l-aħħar Airbus minn Air Malta.", "Aħna nafu kemm hija importanti l-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru tagħna, kemm għall-ekonomija tagħna direttament mhux biss għax hija waħda mill-kumpanniji li tħaddem madwar 1,400 ruħ u għandha turnover qawwi wkoll u hija foreign exchange earner, imma wkoll għaliex hija ħolqa importanti ta' l-infrastruttura tal-pajjiż, partikolarment għall-industrija tat-turiżmu.", "Għalhekk naħseb li fuq din l-emenda mhux se jkun hemm diffikulta' lanqas mill-Oppożizzjoni li naslu biex napprovawha.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, f'termini ta' l-ajru dan id-diskors jgħidulu short haul, għax lanqas indunajt li waqaf l-Onor.", "Joe Fenech.", "L-ewwelnett jien nieħu pjaċir nisma' proprju lill-Onor.", "Joe Fenech jitkellem dwar l-importanza ta' Air Malta. dwar kemm hu tajjeb li nagħmlu transazzjonijiet bħal dawn u dwar kemm se jkun addatat ix-xiri ta' Airbus ieħor għalina.", "Jien nieħu gost nisimgħu lill-Ministru u nieħu gost iżjed kieku f'dan il-Parlament stqarr li dak li kien qal meta kien fl- Oppożizzjoni dwar ix-xiri ta' l-ewwel Airbus - meta kien tefa' dell ikrah fuq il-persuna li kienet tmexxi Air Malta dak iż-żmien u li mexxietha għal 19-il sena - kien kompletament bla bażi.", "Għax dik kienet xi ħaġa li qabel l-elezzjoni ta' l-1987 baqa' jsostniha u meta mbagħad għaddiet l- elezzjoni, hu stess sar responsabbli minn Air Malta u hu stess kellu konnessjonijiet, trattattivi u negozjati mas-suppliers ta' l-Airbus.", "Hemmhekk imbagħad kien skopra li t-tagħrif li kien daħħal f'moħħu fis-snin ta' meta kien fl-Oppożizzjoni, kien bla bażi u żbaljat.", "Każ li kien hemm il-Qorti kien ġie maħlul billi l-Onor.", "Joe Fenech iddikjara - u sewwa għamel li ddikjara hekk, la hekk irriżultalu ...", "Mr Speaker, il-Ministru qed igħid li ma ddikjara xejn.", "Ma jimpurtax; mela jien se npoġġi bil- qegħda u lill-Kamra jispjegalha x'għamel huwa stess.", "MR SPEAKER: Il- Ministru.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Speaker, kulma kien ġara dak iż-żmien, kienet li t- terminu tal-preskrizzjoni għadda u l-kawża issa waqgħet.", "Imma indipendentement minn dak, jien kont diġa' għamilt dikjarazzjonijiet f'dan il-Parlament fuq il-kwestjoni.", "Ma nafx għalfejn din qed terġa' tissemma hawn, għax dak li kkritikajt dak iż-żmien, nerġa' nikkritikah illum.", "Pero' m'hu prudenti għal ebda Gvern li xahrejn qabel l-elezzjoni jieħu d- deċiżjoni li jixtri ajruplan bi spiża enormi meta kien għadu indeċiż jaqbillux li jixtri Airbus jew Boeing.", "Din kienet l-ewwel deciżjoni li ttieħdet, imma kien ikun prudenti li deċiżjoni bħal din tħalliha għall- Gvern li jitla' wara l-elezzjoni li mbagħad ikollu ħames snin biex jiddeċiedi x'irid jagħmel.", "Allura dak l-aġir fih innifisu kien ikkrea suspetti li l-affarijiet setgħu saru ħażin, li wara rriżultaw li ma kien hemm xejn fondat fihom.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, l-importanti hu li l-Onor.", "Joe Fenech qiegħed jirreġistra hawnhekk li s-suspetti li daħlu lilu - għax dawn lilu daħlu u ma daħlu lil ħadd iżjed - irriżulta li ma kenux fondati.", "ONOR.", "JOE FENECH: Mr Speaker, is-suspetti li kelli ma ġewx mill-arja.", "Ċerti nies li kienu ġew avviċinati minn Air Malta biex jisilfuhom il-flus kienu ġew kellmuni u tawni ċertu tagħrif li wara irriżulta li ma kienx korrett.", "Dawn kienu kumpanniji kbar li marru jissellfu il-flus mingħandhom.", "MR SPEAKER: Onorevoli nistedinkom biex inkomplu fuq l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "Lino Spiteri.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Aħna fuq l-Abbozz ta' Liġi qed inkomplu, Mr Speaker.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jitlobna li napprovaw il-proposta tal-Gvern illi jneħħi s-ceiling ta' 8% li jistipula l- Kodiċi Ċivili.", "Pero' huwa tajjeb li hawnhekk jiġi reġistrat li dawn il- kumpanniji kbar li issa se jisilfu lil Air Malta - l-istess bħal dawk il- kumpanniji l-kbar li lejliet l-elezzjoni ta' l-1987 dawn kienu kellmu lill- Onor. Joe Fenech dwar l-affarijiet li lilhom nisslulhom suspetti li mbagħad żerrgħuhomlu f'moħħu u li l-Onor.", "Fenech stess kien għaġġel biex għamel kapital politiku minnhom ukoll - kienu żergħu żrieragħ li kienu foloz, żrieragħ tal-plastic u ta' l-interess tagħhom.", "Dan jurina kemm ikun imprudenti l i aħna l-politiċi - u mhux min jibqa' jmexxi l-pajjiż sa l- aħħar minuta għax jekk il-pajjiż jibda jieqaf kull meta tkun qed toqrob l- elezzjoni allura hawnhekk nistgħu niġu fi stat fejn għada pitgħada l- elezzjonijiet ikunu iżjed frekwenti milli kienu s'issa u l-pajjiż ikollu jibda jimxi bis-sulluzzu, b'sens differenti milli din il-kelma ġiet użata dwar il-Gvern Nazzjonalista dan l-aħħar - għall-vantaġġ politiku nidħlu f'xi sitwazzjonijiet fejn nagħmlu allegazzjonijiet li wara jirriżultaw li kienu infondati, kif madanakollu l-Onor.", "Joe Fenech qed jammetti hawnhekk li rriżultalu.", "Jien dak il-punt irrid li jiġi reġistrat hawnhekk.", "Ħadt gost ukoll nisma' lill-Onor.", "Joe Fenech fix-short haul speech li għamel - biex inżomm il-metafora li bdejt biha - jgħidilna kemm hi importanti Air Malta għax hija parti sostanzjali ta' l-infrastruttura tat- turiżmu ta' dan il-pajjiż.", "Dażgur li Air Malta timpjega għadd sostanzjali ta' nies!", "Dażgur li Air Malta tattira lejn dan il-pajjiż ħafna foreign exchange - net foreign exchange wara li taqta' l-ispejjeż tagħha barra 'l pajjiż - li aħna għandna bżonn!", "Dażgur li dan kollu huwa korrett u għalhekk jien nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Joe Fenech jirreġistra dan il- fatt hawnhekk, għax rari jiġu reġistrati f'dan il-Parlament jew barra minn dan il-Parlament fatti lampanti bħal dawn minn kelliema Nazzjonalisti.", "Anzi, sa dawn il-ġranet stess smajna li l-investimenti li ħalla l-Gvern Soċjalista f'diversi kumpanniji li waqqaf hu, kienu xi forma ta' piż fuq l- Erarju tal-Gvern.", "U meta wieħed jitkellem fuq il-kumpanniji kollha u mhux fuq xi waħda li tista' tkun dgħajfa iżjed mill-oħrajn, forsi jieħu gost jinnota li l-Onor.", "Joe Fenech issa għallinqas qiegħed ikollu s-sinċerita' - mhux għax qabel ma kienx wieħed milli jagħmel dawn il-kummenti, għax hawn qiegħed ngħid għal ministri oħra - għas-sodisfazzjoni tagħna u tal- pajjiż jirreġistra l-fatt li wieħed mill-investimenti ewlenin tal-Gvern Laburista kien daqstant importanti li allavolja għadda ż-żmien, għadu mportanti.", "Illum f'dan il-Parlament qegħda tersaq liġi maħsuba biex tkompli tħaffef u tiffaċċilita l-operazzjoni tal-kumpannija li l-l-Ministru qalilna li minħabba fiha qegħda ssir din l-emenda fil-Kodiċi Ċivili.", "Il-Ministru għamel referenza wkoll għall-proċess ta' liberalizzazzjoni ta' l-interessi fil-pajjiż.", "L-Onor.", "Fenech għamel sewwa li għamel referenza għal dan il- proċess ta' liberalizazzjoni għax din il-liġi għandha sservi ta' okkażjoni biex mingħajr ma wieħed jifrex iż-żejjed imma jifrex biżżejjed, inħarsu lejn il-politika tar-rati ta' l-imgħax kif qegħda tiżviluppa f'dan il- pajjiż.", "Hawnhekk kellna dikjarazzjoni mingħand il-Ministru Joe Fenech - li waqt li mhuwiex il-ministru responsabbli mill-Finanzi, huwa ministru daqs kull wieħed ieħor fil-Kabinett u allura jaf x'inhija l-policy tal-Gvern u kif qegħda tevolvi - li huwa jaf xi ħaġa li l-bqija tas-soċjeta' ma tafhiex.", "Għax waħda mill-affarijiet li għandna f'dan il-pajjiż hija, li f'dawn l-aħħar snin, kemm ilu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern sena wara sena kien hemm pressjoni biex ir-rati ta' l-imgħax jiġu liberalizzati.", "Kien hemm reazzjoni politika min-naħa tal-Gvern li tagħti s-signal li veru qiegħed jikkonsidra l-liberalizazzjoni tar-rati ta' l-imgħax.", "Sena wara sena, kellna din is-sitwazzjoni mingħajr ma ħadd min-naħa tal-gvern ma daħal fl-argumenti favur jew kontra biex jiġġustifika jew jispjega xi jkun l-effett ta' liberalizazzjoni ta' din ix-xorta.", "Jien qiegħed ngħid hekk, Mr Speaker, mhux biex nidħol fil-mertu tal- liberalizazzjoni.", "Ċerti passi li jkun qiegħed jieħu l-Gvern, bilfors iwasslu għal passi oħra imma ċertament jekk hemm xi ħaġa li għandna nidraw nagħmlu f'dan il-pajjiż hija li qabel nagħmlu pass maġġur bħal f'dan il-każ li għandna quddiemna - is-ceiling tar-rata ta' l-imgħax tas-self li tipprevali fil-pajjiż - wieħed jippretendi li min ikun qiegħed jiddiskuti s- suġġett, jersaq b'argumenti favur u kontra l-miżuri li jkunu qegħdin jiġu kkontemplati.", "U s'issa ma kellna l-ebda indikazzjoni min-naħa tal-Gvern li għamel xi studju ta' din ix-xorta.", "Mhux qiegħed ngħid illi m'għamilx xi studju.", "Jiena wisq nissuspetta li għamel, imma indikazzjoni pubblika ta' xi studju għamel u tagħrif pubbliku ta' x'wassallu dan l-istudju, aħna bħala Membri tal-Parlament m'għandniex u lanqas għandha l-bqija tas- soċjeta'.", "Dan għaliex il-Gvern kien kawt ħafna fuq dan is-suġġett, irreaġixxa billi ta' s-sinjali li veru qed jikkonsidra l-liberalizazzjoni, imbagħad kellna - mingħalija fl-aħħar Budget fejn kien hemm ir-referenza li qabel tilliberalizza r-rata ta' l-imgħax, trid toqgħod attent mill- konsegwenzi naturali ta' miżuri bħal din - id-diskors tal-President fil- ftuħ ta' dan il-Parlament, fejn kien hemm ukoll aċċenn ħafif ħafif dwar il- liberalizazzjoni tar-rata ta' l-imgħax.", "Illum għandna lill-Onor.", "Joe Fenech igħidilna li din il-miżura li għandna quddiemna, hija parti mill- proċess ta' liberalizazzjoni proċess li fil-fatt, teknikament, għal dak li huwa self lokali, għadu ma bediex.", "Għadha ma għaddiet l-ebda liġi minn dan il-pajjiż li temenda l-Kodiċi Ċivili biex il-proċess fuq il-liberalizzazjoni li rrefera għalih l-Onor.", "Joe Fenech, jiġi regolarizzat permezz ta' din l-emenda li nħass il-bżonn li tersaq quddiemna.", "Kien hemm miżuri oħra li skond liġijiet oħra - speċifikament il-Liġi Bankarja u l-liġi tal-Bank Ċentrali - ppermettew differential rates of interest on lending imma ma kien hemm l-ebda emenda li formalment ġiet hawnhekk biex tneħħi jew iċċaqlaq u tilliberalizza r- restrizzjoni li hemm fuq ir-rata ta' l-imgħax fuq self lokali permezz ta' sezzjoni, Nru. 1852 tal-Kodiċi Ċivili.", "U tajjeb li wieħed jirreġistra, li minkejja li ma kienx hemm din iċ-ċaqliqa formali permezz ta' awtorizzazzjoni minn dan il-Parlament, f'dawn l-aħħar snin kellna sitwazzjoni fejn il-banek kummerċjali - li partijiet minnhom ġew ipprivatizzati għax inħarġu ishma li seta' jissottoskrivi għalihom il- pubbliku in ġenerali u permezz ta' hekk il-Gvern ta x'jifhem li dawn se jkunu f'qagħda li jikkompetu iżjed bejniethom - ħadu miżura wara l-oħra biex ir-rata massima ta' l-imgħax kif stipulata fil-Kodiċi Ċivili tiġi mċaqalqa u effettivament għollew il-cost of borrowing għal kulħadd.", "U huwa importanti li wieħed igħid li dawn għolew għal kulħadd.", "Aħna għandna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn korrettement, il-banek kienu nkoraġġiti fi żmien il-Gvern Soċjalista, li jkunu kummerċjali kemm jista' jkun, fis-sens li dejjem jiftakru li l-materja prima li jaħdmu biha, ir- riżorsi li jutilizzaw, huma komposti minn żewġ tipi: ix-share capital - li għalkemm mhux żgħir in relation ma' l-attivita' tal-banek huwa l-iżgħar parti mir-riżorsi li jkollhom f'idejhom il-banek - u d-depożiti li jagħmlu magħhom kumpanniji u individwi.", "Għalhekk aħna konna nenfasizzaw li l-banek iridu jimxu bil-prudenza billi kemm jista' jkun jimxu bi skop kummercjali fis-sens li ma jeħdux riskji żejda, waqt li jridu jfendu u jmorru tajjeb kemm jista' jkun, fl-istess ħin iridu jżommu quddiem għajnejhom mhux biss id-dimensjoni socjali li daħħalna permezz ta' rati ta' imgħax sussidjati għal min jissellef biex jibni daru, imma wkoll il-ħteġijiet ekonomici tal- pajjiż billi, anke jekk stess il-Bank Centrali ma joqgħodx jagħmel certi regolamenti li skond il-liġi għandu l-awtorita' li jagħmel, il-banek igħinu lil certi setturi ta' l-ekonomija iżjed minn oħrajn.", "Per eżempju, kulħadd jaf li fil-pajjiż tagħna huwa importanti li dejjem fil-limitu tal-prudenza, b'attenzjoni kbira u bla preferenzi, tagħti l-aħjar rati ta' imgħax possibbli lil dawk il-borrowers li jimmeritahom - jiġifieri li jkollhom sigurta' tajba u juru l-kapacita' li jħallsu lura dak li jiġu mislufa - u li qegħdin f'oqsma li jiġġeneraw foreign exchange earnings jiġifieri borrowers fl-industrija indir-izzata partikolarment għall-esportazzjoni jew inkella għall-import substitution, u borrowers fil-qasam tat-turiżmu.", "Waqt illi din il-prattika - għax iktar kienet prattika milli xi ħaġa li ġiet imdaħħla permezz ta' regolamenti; u hekk għandu jkun fil-qasam bankarju, inqas ma timponi permezz ta' regoalamenti, iżjed aħjar - ġiet stabbilita u wara l-kriżijiet bankarji li għaddiet minnhom Malta fl-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista u l-ewwel sentejn tal-Gvern Laburista, kellna perjodu uninterrupted ta' stabilita', kalma u ta' prosperita' fil-qasam bankarju.", "Din il-prattika baqgħet titħaddem, imma mbagħad x'ġara, Mr Speaker?", "Ġara li fil-kontest ta' din il-pressjoni għal-liberalizzazzjoni li semmejt, waqt li ma kienx hemm l-awtorizzazzjoni legali minn dan il- Parlament permezz ta' emenda kif qegħda titressaq hawnhekk illejla għal skop ieħor għal section 1852 tal-Kodici Ċivili, il-banek effettivament għollew il-cost of borrowing billi ntroducew charges ġodda tista' tgħid għal dawk kollha li jissellfu mingħandhom, tneħħi min kien qiegħed jissellef on a social basis.", "Minkejja li aħna kemm-il darba ġbidna l- attenzjoni tal-ministru responsabbli mill-finanzi u ġbidna wkoll l- attenzjoni tal-Gvern - għax wara kollox il-Gvern ma jkunx magħmul minn ministru wieħed - li qiegħed ikun hemm dan l-iżvilupp u din iż-żieda sostanzjali fil-cost of borrowing permezz ta' commitment charges u ta' servicing charges min-naħa tal-banek, sfortunatament qatt ma ttieħdu passi.", "Mhux talli ma tteħdux passi talli f'dan il-Parlament lanqas sibna l- appoġġ mill-ministri li kienu responsabbli mill-industrija u mill-ministru u s-segretarji parlamentari li kienu - u fil-każ ta' l-Onor.", "Michael Refalo għadu - responsabbli mill-qasam tat-turiżmu.", "M'inix qed ngħid li f'forum ieħor - forsi mhux wara l-kwinti imma fil-forum mhux pubbliku - dawn ma tkellmux, għaliex setgħu tkellmu, pero' ma nafux.", "Li nafu hu li hawn ġew dawn qatt ma kkondividew dan il-concern li wrejna aħna dwar x'qiegħed jiġri fil-qasam ta' l-imgħaxijiet, bir-riżultat ll llum saret ħaġa stabbilita' li ċ-charges li daħħlu l-banek baqgħu hemmhekk, il-cost of borrowing għola u ħadd ma għamel l-icken caqliqa biex dawn iċ-charges jiġu riveduti lanqas fil-kontest tas-sitwazzjoni fejn il-profitti tal-banek kienu qed jogħlew għal sena wara l-oħra.", "M'inix qed ngħid li mhix ħaġa tajba li l-banek jagħmlu profitti, imma meta l-profitti jogħlew bir-rata li għolew misjuqin mill-fatt li l-Gvern ħalla lill-banek iżommu foreign assets ħafna iżjed milli kienu jżommu qabel biex b'hekk kien hemm transfer of earnings mill-Bank Ċentrali għalihom, meta kellek din is-sitwazzjoni li ċ- charges infushom kienu qegħdin jiġġeneraw ukoll additional profits minkejja l-infieq li kienu qegħdin jagħmlu l-banek biex jattrezzaw lilhom infushom - u sewwa għamlu għalkemm forsi għamlu ż-żejjed - ma kien hemm l- ebda indikazzjoni li xi ħadd qal lill-banek biex jirrevedu ċ-charges bir- riżultat li mhux biss hemm charges li jgħollu l-cost of borrowing għall- industrija, għas-settur tat-turiżmu u għas-setturi l-oħra kollha fil-qasam kummerċjali, imma anke ċ-charges fuq individwi u fuq persuni li jissellfu mingħand il-banek baqgħu hemmhekk.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li jekk tissellef Lm1000 jew ikollok facility ta' overdraft - jista' jkun li lanqas tutilizzaha - biex tiġġeddidlek dik il-facility meta toqrob li tiskadi, il-bank jiktiblek ittra fejn igħidlek li ġeddidhielek u se jiddebitak Lm10 talli ġeddidhielek.", "Allura l-proċess tal-liberallizzazzjoni li tkellem dwaru l-Onor.", "Joe Fenech għandu jiġi diskuss fejn forsi jkun hemm argumenti favur u jkun hemm ukoll argumenti kontra li huma ċari.", "Xejn ma jista' jibqa' statiku fil-ħajja - lanqas il- politika monitarja, politika iżjed wiesgħa u ekonomika - imma li ma niddiskutux u mbagħad isiru l-affarijiet minn wara l-liġi - ħalli ma ngħidx minn wara l-kwinti - bla ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni leġislattiva ta' dan il-Parlament, hija sitwazzjoni li mhijiex aċċettabbli, Mr Speaker.", "Din hi sitwazzjoni li niskanta kif nies li qabel kienu jsemmgħu leħinhom għal kull ħaġa ta' xejn, f'dawn l-aħħar snin waqgħu f'muta kważi totali fuq ċerti affarijiet u niċċita.", "Per eżempju, fi żmien il-Gvern Soċjalista kemm kienet titkellem il- Federazzjoni ta' l-Industrija kull darba li kienet tħoss li hemm xi ħaġa li taħseb li għandha titkellem dwarha?", "Sewwa kienet tagħmel li titkellem u m'inix qiegħed nagħtiha tort, imma mbagħad meta għandek din is-sitwazzjoni li qed nirreferi għaliha - fejn il-cost of borrowing mingħand il-banek kummerċjali għola permezz ta' dawn iċ-charges u permezz ta' charges oħra li l-banek daħlu per eżempju fuq il-foreign exchange u kull fejn setgħu idaħħlu - forsi kien hemm darba jew darbtejn fejn dawn li qalu li dan mhux sewwa għaliex imbagħad daħlet rassenjazzjoni li saret acquiescence.", "Fejn qabel għal kull ħaġa ta' xejn - mhux biss fejn kien ikun ġustifikat imma anke fejn ma kienx ikun ġustifikat jew mhux ġustifikat daqstant - kienu jwerżqu qisu wieħed qed ineħħilhom id-demm minn ġol-vini tagħhom! ...", "Huwa xieraq li dawn l-affarijiet wieħed isemmihom u huwa xieraq ukoll li wieħed igħid li jekk kemm-il darba l-Gvern qed jikkontempla liberalizzazzjoni tar-rati ta' l-imgħax, mhux sempliċiment biex ikollna s- sitwazzjoni li għandna quddiemna preżenti li għax kumpannija ewlenija - setgħet kienet kumpannija oħra - se tissellef minn barra minn Malta - u dan mhux loan, imma huwa credit financing - hemm il-bżonn li dan il-limitu jitneħħa ħalli l-banek ta' barra li se joħorġu l-flus iħossuhom safe li jistgħu jagħmlu s-self skond il-liberta' tas-swieq internazzjonali u ħadd ma jista' - jekk mhux illum għada pitgħada - jieħu xi miżura legali hawn Malta li ma tippermettix il-pagament ta' interessi 'il fuq mil-limitu li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili tagħna ...", "Waqt li huwa tajjeb li nħarsu lejn din il-miżura fiha nnifsha u ngħidu li din tista' tgħaddi - u fl- opinjoni tiegħi m'għandha xejn ħażin - wieħed imbagħad irid iħares lejn l- implikazzjonijiet ta' dak li qalilna l-Ministru Fenech, jiġifieri li din hija parti mill-proċess tal- liberalizzazzjoni u jrid iħares fil-kontest ta' kontradizzjoni li tidher fil-ħsieb tan-naħa tal-Gvern, anke fil-ftit li tkellmu dwar il-liberalizzazzjoni.", "Fir-referenza qasira qasira, xotta xotta li kien hemm fl-Address tal- President li kien qisu riċetta għall-frawli - imma dawk id-diskorsi ġeneralment hekk ikunu għalkemm mhux daqstant xotti daqs din id-darba - reġa' għandna l-kumment li r-rati ta' l-imgħax se jiġu liberalizzati u qed jiġu kkonsidrati jekk jiġux liberalizzati biex jiġi nkoraġġit l- investiment.", "Ir-rati ta' l-imgħax jiġu liberaliżżati biex is-suq tal- kreditu u s-suq tat-tifdil jaħdem b'mod ħieles sa ċertu punt.", "Għaliex sa ċertu punt?", "Għax imbagħad ikun hemm il-Bank Ċentrali li jekk ikollu suq kapitali jew inkella money market - hemm differenza bejn money market u capital market - żviluppati biżżejjed, ikun jista' jintervjeni biex jinfluwenza r-rati ta' l-imgħax.", "Jiġifieri, għalkemm is-suq ikun ħieles, fis-sens li m'hemmx la legal ceilings u lanqas rationing ta' kreditu u ma jkunx hemm, per eżempju, kontrolli permezz ta' l-ammont ta' depożitu li wieħed irid jagħmel meta jixtri bil-hire purchase, xorta waħda s-suq ma jkunx ħieles, għax il-bankek ċentrali skond in-natura u l-obbligu tagħhom li jkunu l-mekkaniżmu nazzjonali - biex ma ngħidux tal-Gvern - iridu jużaw l-istrumenti tagħhom biex jinfluwenzaw il-politika monetarja bħala parti mill-politika iżjed wiesgħa u ekonomika tal-pajjiż.", "Il-banek ċentrali jintervjenu biex jinfluwenzaw kemm jista' jkun ir-rata ta' l-imgħax.", "Ħalli nkunu ċari, m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq suq ħieles imma fuq l- abolizzjoni u t-tneħħija ta' kontrolli.", "Pero' mbagħad barra li jkun hemm il-Bank Ċentrali - u bħala wieħed li ħdimt fil-Bank Ċentrali u li għadni nosserva mill-qrib ix-xena monetarja sew lokali u sew internazzjonali nisħaq li din il-fakulta' lill-Bank Ċentrali trid tibqagħlu - ikun hemm l- invisible hand li twettaq il-mirakli li mhux dejjem tarahom jitwettqu u bosta drabi flok jitwettqu mirakli jitwettqu affarijiet li jagħmlu iżjed ħsara milli ġid.", "Waqt li wieħed irid igħid dan kollu u jara l-aspetti li jagħmlu sens, żgur li ma jagħmilx sens li jiġi xi ħadd u jgħid lil dan il-pajjiż - kif hemm fid-Diskors tal-President - li jekk tilliberalizza r-rati ta' l-imgħax se tgħin l-investiment.", "Investiment ifisser real direct investment mhux financial investment.", "L-ewwel konsiderazzjoni ta' pajjiż hija l- investiment fil-fabbriki u fil-lukandi u l-investiment produttiv, sew jekk qed jipproduċi permezz ta' manifattura u anke jekk qed jipproduċi permezz ta' servizzi.", "Dak li jfisser l-investiment.", "Imbagħad il-parti l-oħra li tinkoraġixxi lin-nies ifaddlu - xi ħaġa li hija meħtieġa - tirrigwarda l- investiment finanzjarju.", "U meta l-Gvern ma jiddistingwix bejn dawn iż-żewġ termini, ikun qiegħed iħawwad.", "U nispera li jkun qiegħed iħawwad lil ħaddieħor u mhux ikun qed jagħmel hekk għax huwa stess huwa mħawwad.", "Għax jekk kemm-il darba xi ħadd jagħti l-impressjoni li għax nilliberalizzaw ir- rata ta' l-imgħax, ir-rati ta' l-imgħax għal dawk li jagħmlu flushom mal- banek se jogħlew, il-korollarju tagħha jrid ikun li jekk allura mbagħad jogħlew ir-rati ta' l-imgħax fuq id-depożiti - u jista' jkun hemm ġustifikazzjoni għaliex jogħlew - se togħla r-rata li l-banek jiċċarġjaw għal min jissellef mingħandhom.", "U jekk hawn xi ħadd li għandu t-teorija li meta l-banek igħollu r-rati ta' l-imgħax għal min jissellef mingħandhom, permezz ta' hekk ikunu qed jinkoraġixxu l-investiment, jiena nistiednu li jieħu l-opportunita' li din it-teorija jinkapsulaha fi studju suret in- nies li l-poplu in ġenerali tad-dinja jifhmu u joħroġ ktieb u niggarantilu li jaqla' ħafna flus.", "Għax il-verita' hi, Mr Speaker, li r-rata ta' l- imgħax togħla taħt l-influwenza primarja li jkollok ekonomija li għandha inflazzjoni jew taħt l-influwenza wkoll primarja - għalkemm forsi mhux daqs l-oħra - li jkollok ekonomija li hija overheating jew għax is-self tkun trid trossu 'l isfel u mhux għax tkun trid iżżidu.", "Dan qiegħed ngħidu - u ma rridx intawwal wisq fuq dan il-punt għax ma nixtieqx li nagħmlu diskussjoni teoretika - għaliex din mhijiex teorija imma hija prattika.", "Jekk hemm xi ħaġa li jien inħoss li hija nuqqas ta' dan il-Parlament u nuqqas ta' dan il-Gvern, hi li jgħid affarijiet fl-arja li jkunu jfissru bil-maqlub ta' dak li qiegħed igħid u mbagħad jippretendi li l-poplu jifhem dak li hu jemmen fih.", "U kif tista' lill-poplu tgħidlu dawn l-affarijiet?", "Kif jista' l-Gvern jibqa' jgħid li għax se jilliberalizza r-rata ta' l- imgħax, se jinkoraġġixxi l-investiment?", "Imbagħad, biex tgħaqad, il-bqija tas-soċjeta' ma titkellimx u għal darb'oħra l-klassi kapitalista ma titkellimx dwar dawn l-affarijiet, biex imbagħad xi darba tiġi l-ġurnata meta l-proċess ta' liberalizzazzjoni li aċċena għalih l-Onor.", "Joe Fenech irabbi iżjed saqajn, jimxi iżjed 'il quddiem, ikun hemm il- liberalizzazzjoni, ir-rati ta' l-imgħax jogħlew għal-livelli internazzjonali - li bħalissa huma ogħla sewwa minn Malta u bosta drabi jkunu ogħla milli kienu hawn Malta - mbagħad nibdew nisimgħu min jokrob.", "Jien ngħid li m'għandniex noqogħdu nistennew biex naraw l-iżvilupp iseħħ imma peress li l-Gvern huwa l-iżjed wieħed li jissellef f'dan il-pajjiż għandu jiddiskuti dawn l-affarijiet.", "Huwa obbligu fuq il-Gvern li jitkellem fuq dawn l-affarijiet, għax il-pubbliċita' kollha li qed issir dwar il-fatt li issa għandna l-iStock Exchange u fuq din l-iStock Exchange in-negozju fit-titoli tal-Gvern, qed jikber, dik il-pubbliċita' kollha titqiegħed fil-qafas li jixirqilha.", "X'inhuwa dan il-qafas?", "Dan il-qafas huwa li jekk kemm-il darba l-proċess tal-liberalizzazzjoni tar-rati ta' l- imgħax tieħu t-triq naturali - u jien mhux qed ngħid li dan il-proċess m'għandux ikun hemm imma qed ngħid li qabel dan iseħħ, irid jiġi diskuss, għax ma rridux noqogħdu biss fuq it-teorija imma rridu naraw il-ħteġijiet partikolari ta' l-ekonomija tagħna - wieħed irid jara liema u x'inhuma l- implikazzjonijiet għal dawn in-nies li qed inħajruhom - u sewwa qed jagħmel il-Gvern li qed iħajjarhom - li jmorru fl-Istock Exchange ħalli jixtru titoli tal-Gvern.", "Qed ngħid hekk għax jekk kemm-il darba l-proċess tal- liberalizzazzjoni jimxi 'l quddiem - kif indika l-Onor.", "Joe Fenech se jimxi - u jekk kemm-il darba jiġri dak li wieħed jistenna li jiġri, li r-rati ta' l-imgħax lokali jogħlew kemm fuq id-depożiti kif ukoll fuq is-self, allura dak l-istock li llum qed jinxtara fuq l-iStock Exchange se jonqos fil- valur.", "Dan il-fatt sempliċi għandna nfehmuh lill-poplu.", "L-istock, id- debentures u dak kollu li huwa a fixed interest instrument, kull meta togħla r-rata ta' l-imgħax jonqos il-valur tiegħu, sakemm dan jasal biex jimmatura.", "Meta mbagħad jimmatura tieħu l-ammont nominali kollu, imma għal dawk in-nies li jixtruh skond il-pubblicita' li qegħda ssir, bħala mezz temporanju biex jimpjegaw il-flus likwidi li jkollhom, jistgħu jsibu li xtraw strument b'Lm100, bit-tama li jekk ikollhom bżonn ibigħuh u jerġgħu jdaħħlu l-istess ammont tiegħu, ir-rati ta' l-imgħax għolew u dak l- istrument niżel għal Lm95 jew Lm90.", "Ma jridx jkun hemm caqliq wisq fir- rati ta' l-imgħax biex ikun hemm dan ic-caqliq qawwi fil-valur kapitali in between the date of purchase and the maturity date.", "L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici qed jitlobni biex jagħmel kjarifika jew jagħti spjegazzjoni.", "Jekk hu lest li jagħmilha fil-qosor jien lest li nippermettilu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien qed insegwi l-argument tiegħek u int donnok qed tgħid li jogħlew ir-rati ta' l-imgħax meta jkun hemm sitwazzjoni li fiha jkollok inflazzjoni fil-pajjiż.", "Int qed tgħid jekk hux tajjeb li fejn ikollok cirkostanza bħal tagħna - fejn hawn diversita' kbira bejn is- suq lokali u s-suq internazzjonali - naddottaw il-politika - li proprju dan il-Gvern qiegħed miexi biha - li nħallu r-rati ta' l-imgħax marbuta ma' 8% mingħajr ma tiftaħ l-għatu għar-rigward ta' self lokali waqt li nħallu li din il-liberalizzazzjoni ssir għal kreditu minn barra?", "Qed nagħmillu din id-domanda biex nara hu kif jirreaġixxi għaliha u jekk kemm-il darba jarax li dan huwa l-mod korrett kif għandek timxi f'dawn ic-cirkostanzi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Spiteri ONOR.", "LINO SPITERI: Naħseb li qed jagħmilli din id-domanda biex jiżvijjani mill-argument li kont bdejt niżviluppa dwar id-dejn tal-Gvern, għax tant hija domanda ovvja ...", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mintoff.", "ONOR.", "DOM MINTOFF: Qed nisma' b'interess kemm il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Mifsud Bonnici kif ukoll dak li qal l-ispeaker ta' qabel.", "Donnu hemm xi mertu li aħna f'daqqa waħda nġibu l-imgħaxijiet tagħna jaqblu ma' ta' ħaddieħor.", "(Interruzzjonijiet) S'issa għadni m'għidtx x'inhi l-proposta, imma donnu qed jingħad li m'hemm l-ebda mertu jekk l-imgħaxijiet tagħna jkunu differenti minn ta' ħdddieħor.", "Meta nisimgħu dan u meta nafu illi l-pampaluni ta' l-Amerika, tal-Ġappun u ta' l-Ewropa jagħmlu minn kollox biex jilagħbu mar-rati ta' l-imgħax ħalli mhux biss ikollhom l-investimenti f'pajjiżhom, imma jkunu jistgħu wkoll jippeggjaw il-valur tal-munita tagħhom, tibda tara kemm din il- problema hija komplessa.", "Ma tistax tgħid li la f'daqqa waħda l-moda hija hekk, allura tagħmel hekk, imma għandek tara x'jaqbel lilek fic-cirkostanzi li tkun.", "Imma min ikun qiegħed jagħmel l-affarijiet irid jagħti r- raġunijiet u mhux isaqsi lil min ma jkunx qed jagħmilhom.", "Allura l- mistoqsija inti jmissek għamiltha lill-Bank Ċentrali u lill-Ministru tal- Finanzi.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Spiteri jista' jkompli.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Mr Speaker, jiena smajt liż-żewġ kelliema precedenti u peress illi aħna ta' Ħal-Qormi nħossuna sottoprivileġġati, nixtieq li din ma tkunx okkażjoni fejn terġa' tiddomina l-Kottonera u jkollna dibattitu bejn Bormla u Bormla.", "Jekk jogħġobkom, għall-mument għallinqas ħalluni nkompli nevolvi l-intervent tiegħi, imbagħad ħalli terġgħu tintervjenu.", "Il-Ministru Ugo Mifsud Bonnici naħseb li għamilli dik il-mistoqsija għax daħal tard f'din il-Kamra, għax jiena kont diġa' weġibtha iżjed kmieni fl- intervent tiegħi, meta għidt illi l-fatt illi l-Gvern qed jilliberalizza għal-lenders barranin, ma fih xejn ħażin u jagħmel sens.", "Pero' għidt ukoll illi l-Onor.", "Joe Fenech għamel referenza, qal l-opinjoni tiegħu, li din hi miżura bħala parti mill-proċess ta' liberalizzazzjoni.", "Issa ħalli naslu għall-konklużjoni loġika li jixtieq l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici.", "Meta għandek żewġ setturi biss, li huma the external sector u the internal sector u l-Gvern ġie hawnhekk b'miżura li effettivament se jilliberalizza the external sector u fejn għandek il-Ministru Joe Fenech li qed igħidilna li din hija parti mill-proċess ta' liberalizzazzjoni, il- konkluż-joni loġika hija li l-intenzjoni tal-Kabinett - li fih qiegħed l- Onor. Joe Fenech u mingħalija huwa l-istess Kabinett li qiegħed fih l- Onor. Ugo Mifsud Bonnici - hija li jilliberalizza r-rata ta' l-imgħax għall-internal sector.", "Bilfors hekk, Mr Speaker, għax meta għandek tnejn biss u taqta' wieħed barra bilfors jibqagħlek it-tieni wieħed.", "Jiġifieri l- mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Ugo Mifsud Bonnici ma kienet mistoqsija xejn imma kienet is-soltu tattika tiegħu li tant iħobb juża' meta jkun qiegħed jiġi diskuss xi abbozz tiegħu li jipprova jiżvijja lil dak li jkun.", "Filwaqt li daħħal iżjed kulur f'dan id-dibattitu - għax tajjeb li jkollok interventions mhux mistennija - ma naħsibx li l-iskop tiegħu se jintlaħaqlu.", "Mhux se jintlaħaqlu għax jien kont qiegħed nitkellem fuq l- effett tal-proċess tal-liberalizzazzjoni tar-rati ta' l-imgħax fis-suq tal- kreditu intern, li rrefera għalih l-Onor.", "Joe Fenech, fuq l-akbar borrower tal-pajjiż li huwa l-Gvern.", "Il-Gvern tagħna huwa by far and away l-akbar borrower tal-pajjiż u għandu qrib il-Lm140 miljun li ssellifhom lokalment permezz ta' local development stock li ħareġ, apparti t-Lm30 miljun fi treasury bills li tista' tgħid dejjem ikunu outstanding.", "Qiegħed isir sforz pubbliċitarju enormi biex kemm jista' jkun minn dak il-local development registered stock tal-Gvern li hawn outstanding jitħajru individwi biex jissottoskrivu għalihom u to the extent li jsir hekk, nerġa' nenfasizza, li l-Gvern huwa fid-dmir illi jispjega lil dawk in-nies li qed iħajjar jinvestu f'dawn il- local development registered stock il-proċess tal-liberalizzazzjoni, li l- konklużjoni tiegħu tkun li l-livell ġenerali ta' l-interessi lokali jogħla, kif bilfors jogħla malli jkun hemm conversions bejn is-suq lokali u s-suq barrani.", "Barra minn hekk, għad m'għandna l-ebda indikazzjoni ta' x'qed jaħseb il-Gvern li se jkun l-effett tal-liberalizzazzjoni tar-rati ta' l- imgħax fuq il-qagħda tiegħu nnifsu.", "Ma ninsewx, Mr Speaker, li aħna għandna sitwazzjoni fejn għandna splużjoni li għadha ma spiċċatx mhux fid- dejn tas-settur pubbliku imma fid-dejn tal-Gvern u qed isir minn kollox biex jinżamm f'termini li ma jurux kollox.", "Il-korporazzjonijiet u l- aġenziji pubbliċi - li issa qed ifaqqsu b'tali mod li l-Istat ta' Malta kulma jmur qed isir stat iżjed korporatista - qed jissellfu direttament mingħand il-banek ħalli s-self li qabel kien jieħu l-Gvern ma jibqax isir u b'hekk il-Gvern jittama li titrażżan ir-rata taż-żieda fil-government debt.", "Hawnhekk lill-Gvern ngħidlu li għalkemm jagħmel hekk xorta waħda l-effett jibqa' l-istess mil-lat ta' kif iħarsu lejna l-barranin li għandhom kull interess li jħarsu lejna - bħal per eżempju s-Suq Komuni - għax dak li wieħed irid jikkonsidra mhuwiex il-government debt imma huwa the public debt, għax meta tieħu l-public debt tieħu kemm is-self li jkun ħa l-Gvern u kif ukoll is-self li jkun ħa l-bqija tas-settur pubbliku, jiġifieri l- korporazzjonijiet, l-aġenziji, il-korpi parastatali u l-kumpanniji li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-ishma.", "Imma anke jekk nirristrinġi lili nnifsi għall-qagħda tas-self tal-Gvern, Mr Speaker, f'dan il-pajjiż għandna splużjoni.", "U din l-isplużjoni - għax huwa tajjeb li nerġgħu nirreġistrawha - hija kif ġej: Is-self totali tal-Gvern fl-aħħar ta' Diċembru 1986 kien ta' ftit inqas minn Lm63 miljun, speċifikament Lm62.9 miljun u fl-aħħar ta' Diċembru li għadda spiċċajna b'self tal-Gvern ta' kważi Lm212 miljun.", "Mela għandna sitwazzjoni fejn is-self tal-Gvern sploda - partikolarment imma mhux unikament - fil-qasam lokali.", "Il-Gvern issellef mingħand il-banek lokali u mingħand ftit individwi lokali u dan is-self sploda b'mod l-iżjed drammatiku għax minn Lm27.5 miljun fl-aħħar ta' Diċembru 1986, dan għola għal Lm167.3 miljun fl-aħħar ta' Diċembru fl-istess perjodu.", "Għal min jaħseb li s-self li l-Gvern jagħmel barra minn Malta, ma telax ukoll, fl- istess perjodu, kellna żieda qawwija - imma mhux daqstant qawwija -anke fil- foreign debt tal-Gvern li telgħet minn Lm35.4 miljun fl-aħħar ta' l-1986 għal Lm44.7 miljun fl-aħħar ta' Diċembru 1991.", "MR SPEAKER: Onor. Spiteri, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nipproponi li l-Onor.", "Lino Spiteri jkompli jitkellem.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn qbil li l-Onor.", "Lino Spiteri jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "LINO SPITERI: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra.", "Peress li l-Gvern se jintlaqat minn dan il-proċess ta' liberalizzazzjoni tar-rati ta' l-imgħax lokali - li semmielna l-Onor.", "Joe Fenech - tajjeb li wieħed iħares lejn kif se nipproġettaw li tkun il-qagħda tas-self tal-Gvern fl-aħħar ta' Diċembru ta' l-1992.", "Jiena spjegajt kif qabeż s-self tal-Gvern mill-1986 għall-1991.", "Issa se nipproġetta kif se jaqbeż is-self tal-Gvern f'din is-sena li qegħdin fiha.", "Hawnhekk wieħed isib li s-self lokali, permezz tal-local registered development stock - u naturalment trid tieħu in consideration ukoll, id- Lm29 miljun li se jinħarġu minħabba l-art li l-Gvern se jieħu mingħand il- Kurja u entijiet oħra reliġjużi - se jaqbeż minn Lm167.3 miljun fl-aħħar tas-sena li għaddiet għal Lm204.6 miljun sa l-aħħar ta' l-1992, żieda ta' 'l fuq minn Lm37 miljun.", "Is-self li l-Gvern jagħmel permezz tat-Treasury Bills nistennew li jibqa' Lm30 miljun u huwa pproġġettat illi s-self lokali totali kollu jogħla minn Lm167.3 miljun f'Diċembru li għadda għal Lm234.9 miljun f'Diċembru li ġej.", "Fl-istess perjodu, mistenni jkun hemm żieda ta' Lm6 miljun fis-self li l-Gvern jieħu minn barra minn Malta, jiġifieri minn Lm44.7 miljun jaqbeż għal Lm50.7 miljun, biex b'hekk, fis- sena li qegħdin fiha, id-dejn kollu tal-Gvern - li b'incremental part tiegħu tiġi effettwata minn dan il-proċess ta' liberalizazzjoni, minħabba l- imgħax iżjed li jkollu jħallas il-Gvern - minn Lm212 miljun se jkollu jogħla għal Lm285.6 miljun jiġifieri qabża ta' Lm73 miljun.", "Minkejja li qed joħorġu stqarrijiet u minkejja li l-Ministeru tal-Finanzi issa beda jiċċaqlaq, l-ebda pajjiż fid-dinja bħalissa mhu qed ikollu din ir-rata ta' żieda fid-dejn tal-Gvern li bilfors għandha implikazzjonijiet għas-saħħa finanzjarja tal-pajjiż li aħna ngħixu fih.", "U meta l-Ministru ta' l- Edukazzjoni qiegħed jipprova jedukana billi across the floor jgħid li dan huwa 'once only', allura meta timrad b'marda serja titlob lil Alla li darba timrad biha.", "Imbagħad lil Alla titolbu iżjed li dik il-marda serja ma teħdokx.", "Jiġifieri dan m'għandux joqgħod jikkonsla għax mhux se jerġa' jkun hemm il-marda - in sub quotes - ta' Lm29 miljun tal-Knisja.", "Jien nagħtih parir biex jirrifletti iżjed qabel jitkellem għax kull darba li qiegħed jitkellem, mhux qiegħed jagħmel ġieh, la lilu nnifsu u lanqas lid- distrett li jirrappreżenta - u hawnhekk kien se jkollna daqsxejn waħda rappreżentanza iżjed estiża ftit ilu.", "Wieħed irid jara wkoll iċ-ċaqliq fis-self tal-Gvern, fil-kontest ta' kif se jaffettwa l-pożizzjoni tagħna - fis-sens ta' kemm għandna dejn f'dan il- pajjiż li għamel il-Gvern tagħna - meta tieħdu bħala proporzjon tal-gross domestic product, li huwa miżura oħra li wieħed iħares lejn kif għandek tkejjel is-self tal-Gvern.", "Jien għamilt stima ġeneruża li fis-sena li qegħdin fiha l-gross domestic product jiżdied b'rata nominali - jiġifieri mhux qed nagħti kas tal-prezzijiet - ta' 9.5%.", "Mela meta tirrelata kemm qed nipproġetta li se jiżdied is-self tal-Gvern - qed ngħid li se jitla' għal madwar Lm285.6 miljun sa l-aħħar ta' din is-sena - mal-projection tal- gross domestic product - żieda ta' 9.5% li jġibu għal Lm880.9 miljun - issib li filwaqt li t-total tas-self tal-Gvern bħala proporzjon tal-gross domestic product fl-1986 kien ta' 12.3%, dak il-proporzjon iżjed minn irdoppja u tela' għal 26.3% fl-aħħar ta' Diċembru 1991, u issa bil- proġezzjonijiet li qed nagħmel jien - bbażati kollha kemm huma fuq il- figuri li ta l-Gvern fl-estimi u l-figuri oħra li ħarġu minn dak iż-żmien 'il hawn, ħlief li qed nagħmel il-kalkoli tiegħi ta' kemm naħseb li se jikber il-gross domestic product li huwa kalkolu bażat fuq x'qed naraw fil- bqija ta' l-ekonomija - issib li dan il-proporzjon din is-sena se jkompli jispara 'l fuq b'rata illi bilfors trid tgħidilha tat-tħassib u se naslu għal għal 32.4% tal-gross domestic product.", "Jiġifieri, fl-aħħar ta' din is- sena, s-self tal-Gvern se jkun ekwivalenti għal terz ta' dak kollu li mistenni jipproduċi l-pajjiż matul is-sena li qegħdin fiha.", "Għaldaqstant, huwa importanti li meta nitkellmu fuq process ta' liberalizzazzjoni li bilfors irid iwassal biex ir-rati ta' l-imgħax lokali jogħlew, dawn l- affarijiet irridu nżommuhom f'moħħna pero' mhux biex jorbtulna jdejna u ma nagħmlu xejn.", "Jien wieħed minn dawk illi għalkemm jien politiku, nħobb nestendi d- diskussjoni fuq il-livell tekniku, u jekk teknikament ikun hemm raġunijiet għaliex għandhom jittieħdu certi deciżjonijiet, ma nħallix il-qagħda politika tiegħi żżommni lura milli ngħid: Iva, ħudhom dawk ir-raġunijiet.", "Jien qiegħed ngħid ukoll lill-Ministru biex l-emenda li qed iressaq jagħmilha fuq livell tekniku għax dawk li se jagħtu credit terms lil Air Malta biex tixtri t-tieni Airbus tagħha, jħossu li għandhom bżonn din l- emenda fil-Kodici Ċivili tagħna.", "Jien mhux qiegħed infettaq mil-lat politiku u ngħidlu biex ma jagħmilhiex imma waqt illi ppreparat inħares lejn l-affarijiet mil-lat tekniku u mhux semplicement mil-lat politiku, għad irridu nisimgħu xi ħaġa għax min-naħa tal-Gvern ma smajna xejn dwar l- impatt li se jkun hemm fuq il-bqija tal-pajjiż.", "Anke fuq is-self totali tal-Gvern, jekk kemm-il darba tittieħed deciżjoni mhux mgħarbla u studjata biżżejjed biex ir-rati ta' l-imgħax jiġu liberaliżżati ...", "Nista' ntawwal iżjed fl-espożizzjoni tiegħi, Mr Speaker?", "M'inix se nagħmel dan imma se ngħid biss illi mal-miżura nnifisha li qiegħed jipproponi l-Ministru Joe Fenech jiġifieri t-tneħħija tas-ceiling fuq ir-rata ta' imgħax li tistabbilixxi Section 1852 tal-Kodiċi Ċivili għar- rigward ta' self li jsir lil kumpanniji Maltin jew anke lil individwi Maltin minn banek barranin, waqt li ngħid li dik il-miżura ma noġġezzjonawx għaliha, nerġa' nsostni li l-Gvern irid jiddiskuti ħafna iżjed, irid jaħsibha ħafna iżjed, irid ikun iżjed open, irid ikun iżjed trasparenti u jrid jkun iżjed forthcoming qabel ma jieħu deċiżjoni finali, jekk kemm-il darba tassew qiegħed jikkonsidra li jagħmel proċess ta' liberalizzazzjoni tar-rati ta' imgħax.", "Qed ngħid dan għax jekk jieħu deċiżjoni li ma tkunx maħsuba biżżejjed, nistgħu nispiċċaw biex insibu li għal darb'oħra, l-piż ikollu jġorru mhux il-ministru jew il-Gvern tal-ġurnata imma jkollu jġorru l-poplu Malti kollu kemm hu minħabba l-effett negattiv li jista' jkun hemm fuq l-ekonomija tagħna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Mr Speaker, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna fih innifsu huwa żgħir u jidher innokwu pero' xtaqt nagħmel xi kummenti fuq dak li qal il-Ministru li qed jippilotah u wkoll fuq dak li qal il-Ministru ta' l-Edukazzjoni!", "Il-Ministru qalilna li l-iskop ta' dan l-Abbozz kien biex Air Malta tkun tista' tinnegozja credit terms għax-xiri ta' l-air bus, imma jekk fhimtu sew waqt il-kummenti tiegħu qal ukoll li din tneħħi kull tfixkil li jista' jkun hemm minn azjendi Maltin jekk dawn iridu jisselfu minn barra ovvjament - u hawn nerġa' nikkwota lill-Ministru - bil-permess tal-Bank Ċentrali minħabba l-exchange control.", "U l-mistoqsija tiegħi hija: X'inhi r-raġuni li ninkoraġġixxu kumpanniji jew azjendi Maltin li jisselfu minn barra?", "U allura x'inhi r-raġuni li l-banek Maltin ma jidħlux huma għal dan is-self?", "Għax ovjament il-gvern jagħmel qliegħ mis-self li l-banek jagħmlu lil kumpanniji u lil ditti Maltin.", "Dan ngħidu għax riċentement fost imprendituri u businessmen kien hemm ix-xniegħa li l-banek qegħdin jagħfsu ħafna fuq il-lending tagħhom u fejn qabel ir-ratios għal certi żviluppi kienu jkunu b'ċertu persentaġġ, dawn illum qegħdin jinbidlu mil-lejl għan- nhar.", "U jidher li l-banek huma magħfusin bil-likwidita' minħabba l-fatt li kif spjega l-Onor Spiteri qabli dan il-Gvern li kien dejjem igħid li l- banek għandhom ħafna likwidita' mill-1987 sal-lum għamel eżerċizzju kontinwu ta' self mill-banek - u fil-fatt issellef mill-banek - għax l- istock u l-bonds li ħareġ, il-poplu ma assorbihx u b'hekk kellu jirrikorri għall-banek.", "L-effett ta' dan is-self mill-banek tagħna kellu crowding effect fuqhom u llum dan qed jinħass.", "Nerġa' ntenni li llum l-imprendituri qegħdin igħidu li qed ikunu magħfusin meta jitolbu self mill-banek u forsi għalhekk qed niffaċilitaw illi l-azjendi u l-kumpanniji Maltin jissellfu minn barra.", "Jekk bank barrani li jkollu security biżżejjed u jkun kopert biżżejjed iħoss li jista' jislef lil ditti Maltin, wieħed jistaqsi għaliex dan ix-xogħol ma jagħmluhx il-banek Maltin.", "Qed ngħid dan għax meta l- Gvern kien jissellef u kien jiġi kkritikat għas-self lokali li qed jagħmel, kien jgħid u jsostni kemm-il darba f'din il-Kamra li huwa iktar healthy illi tissellef lokalment milli tagħmel self minn barra.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li l-imgħaxxijiet lokali qed ikunu ta' 8% Jien jiddispjaċini ngħidlu li jew inqata' xi ftit mill-banek jew inkella ma jafx x'qed jiġri għax matul dawn l-aħħar tliet snin, apparti l-8% li tkun fissa, apparti l-management fees u affarijiet oħrajn li jivvintaw globalment bħala charges, ir-rata ta' l-imgħax fuq bniedem li jissellef mill-banek lokali telgħet għal 10%.", "Illum jagħmlulek bank charges ta' 1% u charges oħra li jintroduċuhom fl-accounts tagħhom.", "Jekk tara l-accounts tal-kumpanniji u l-bank charges flimkien ma' l-imgħaxijiet, issib li r-rata tas-self lokali telgħet għal bejn 9.5% u 10%.", "Tant hu hekk, li dawn iċ- charges mhux fil-banek biss qegħdin eċċessivi.", "Minn risposta parlamentari, dan l-aħħar sirna nafu li madwar 17,000 għamlu użu minn dan is-self u hemm iktar minn Lm100 miljun mislufa.", "Jien nixtieq nirrimarka li fil-Lohombus qed ikun hemm ħafna charges għal dawk li jmorru japplikaw.", "Per eżempju, ċerti nies qed jiġu mġiegħla - u ma nistax nifhem għalfejn - biex jagħmlu rapport mill-perit privat tagħhom u wara l-Lohombus jerġgħu jibagħtu perit appuntat minnhom.", "Jiġifieri se jkollu jħallas ċerti charges darbtejn.", "Jekk, per eżempju, jiffissawlu data meta jrid jiġi ppubblikat il-kuntratt, ħafna drabi jkun hemm problemi biex tiffissa l-appuntament peress li minħabba l-ammont ta' nies illi jkunu jridu jagħmlu kuntratti, ma jkunx possibbli li tiffissah f'dak il-perjodu qasir, u jekk taqbeż ġurnata biex isir il-kuntratt dak il-klijent jerġa' jeħel Lm6.", "Ma' dawn trid iżżid pataflun ta' charges u administrative charges illi fihom infushom kważi qegħdin itellfu l-politika tal-Lohombus illi jislef b'rati baxxi ta' imgħax.", "Mhux qed ngħid illi l-imgħax f'dak il- każ qed jitla' għal 8%, imma jekk lill-individwu tisilfu b'imgħax baxx biex tgħinu - u din hija parti mill-politika tas-social housing - u tinċentiva lill-industrija tal-bini, u mbagħad timponilu charges addizzjonali li ħafna drabi jista' jgħaddi mingħajrhom, dik l-għajnuna fil-fatt tkun qiegħed tixrobhielu.", "Tant hu hekk, illi għamilt mistoqsija parlamentari biex il- Ministru jispjegali x'inhuma ċ-charges illi l-Lohombus jiċċarġja lill- klijenti.", "Mid-dehra tant hemm charges illi ma kienx kapaċi jirrispondini u qalli li se jirrispondini f'seduta oħra wara li jkun ġabar aktar informazzjoni.", "Jiġifieri apparentement hemm ħafna iktar charges minn dawk illi semmejt jien.", "L-aħħar kumment tiegħi hu li jekk din il-liġi qed tiftaħ il-bibien biex nilliberalizzaw l-imgħax, anke lokalment, jien nitlob lill-Gvern biex qabel ma jieħu dan il-pass jagħmel studju serju.", "L-effett ta' dan il-pass, jista' jkollu impatt fuq l-industrija lokali, it-turiżmu u l-affarijiet l- oħra kollha.", "Hawnhekk issemma li dan huwa pass biex nersqu lejn dan il- proċess u għalhekk huwa mportanti li jkun hemm studju fuqu biex naraw l- effetti tiegħu.", "Jien qed ngħid dan għax anke fuq il-Komunita' Ewropea saru ħafna studji u sal-lum il-partijiet illi ntlaqtu, fosthom l- industrija, għadhom ma jafux kif se jintlaqtu minkejja l-istudju kollu li qed jingħad li sar.", "Mr Speaker, nagħlaq hawnhekk għax mhux beħsiebni nibqa' in possession.", "Pero' nixtieq li dawn ir-rimarki li għaddejt, speċjalment dwar iċ-charges tal-banek, jiġu kkonsidrati u studjati sew, għax dawn ċertament qed jolqtu ħażin lil dawk l-eluf ta' klijenti li jkollhom x'jaqsmu mal-banek.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Prim Ministru jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it- Tnejn, 6 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. b'din l-Agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern imressqa mill-Onor.", "Alfred Sant, Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - It-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Lokali - It-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol tal-Ħwienet u Bejjiegħa fit-Toroq - It-Tieni Qari; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nixtieq ninforma lill-Kamra li fuq il-mozzjoni li għadni kif ipproponejt, sar ftehim li d-dibattitu jieħu s-seduta sħiħa ta' nhar it-Tnejn, jittieħed ukoll il-ħin ta' l-Aġġornament u li l-ħin jinqasam bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra bl-aħħar nofs siegħa għall-winding up min-naħa ta' l-Oppożizzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Bil-permess tal-Prim Ministru, nżid ngħid li kien hemm talba minn din in-naħa tal-Kamra biex dan id-dibattitu jkun imxandar fuq it-televiżjoni, pero' ma kienx hemm qbil min-naħa tal-Gvern.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena ġejt mitlub mid-Deputy Leader ta' l- Oppożizzjoni u nformajtu li dwar il-kwestjoni tax-xandir kont ipproponejt fil-bidu nett ta' din il-Leġislatura li tiġi diskussa u d-diskussjonijiet qed isiru sabiex ikollna d-deċiżjoni dwar kif se nimxu.", "Nittama li d- diskussjonijiet jkomplu u jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, matul ix-xahar li għadda f'Malta ġraw żewġ diżgrazzji fatali kkaġunati mil-logħob tan-nar.", "Hija ħasra li tara persuna miżżewġa bit-tfal jisfa vittma tal-murtali li tradizzjonalment ħafna jsostnu li festa mingħajrhom m'hi xejn.", "Hawn ħafna persuni li huma dilettanti tan-nar u li jaħdmu biex jipproduċu dan l-ispettaklu uniku għall-festi li jsiru f'Malta.", "Inċident traġiku ieħor kien dak ta' ġuvni minn Ħaż-Żebbuġ fl-eta' ta' 35 sena li miet wara xi tliet ġimgħat, b'konsegwenza tal-ħruq li ġarrab.", "Mr Speaker, dan it-telf ta' persuni bil-kawża tan-nar, iġibu dieqa, tfal iltima u wkoll romol.", "Fl-eta' li għandi, ġewwa r-raħal tiegħi diġa' rajt madwar 11-il funeral ta' vittmi ta' kawża tan-nar.", "L-ewwel darba kien proprju meta kont għadni tifel ċkejken ta' disa' snin, meta kienet taret il-kamra tan-nar tal-Każin tal-Banda San Filep u kienu mietu erba' min-nies f'daqqa.", "Mr Speaker, illum fil-gazzetti ġie rrapportat ukoll li tifel innoċenti ta' inqas minn għaxar snin għal ftit ma tilifx ħajtu kawża ta' bomba li ħadet kważi fejn kien għaddej hu.", "Dan issa qiegħed taħt kura intensiva fl-isptar San Luqa, pero' dawn l-affarijiet verament isewdulek qalbek.", "Jien attendejt l-aħħar funeral tal-ħabib tiegħi Żebbuġi Joe Borg u waqt li kont għaddej u smajt il-marċi funebri tal-banda, rajt in-nies kollha jibku u qalbhom maqsuma.", "Imma x'tista' tagħmel għal dawn l-imwiet?", "Konsegwenza ta' xiex jiġru dawn l-affarijiet?", "Jiena m'hu qed nagħti tort lil ħadd, għax naf li l-Każin tal-Banda San Ġużepp, li dan il-vittma kien membru tiegħu, għandu waħda mill-aktar kmamar tan-nar bl-akbar restrizzjonijiet li qatt jista' jkun hemm.", "Infatti, din il-kamra tan-nar inbniet wara li kien hemm deċiżjonijiet - jekk m'inix sejjer żball fi żmien l-Amministrazzjoni Soċjalista - fl-1983, meta kienu ħarġu regolamenti speċifiċi u stretti biex kull kamra tan-nar tkun mibnija fuq specifications għal tapposta.", "Jien naħseb li din il-kamra tan-nar kienet waħda mill-aktar eżemplari għall- kmamar tan-nar l-oħra li hawn f'Malta, pero' b'danakollu, x-xorti ħażina messet ukoll lil dan il-ġuvnott li ħajtu.", "Is-sena l-oħra, ġewwa r-raħal tiegħi ta' Ħaż-Żebbuġ, il-kamra tan-nar ta' San Filep - inċidentalment jew b'xi ħaġa oħra - splodiet matul il-lejl.", "B'xorti tajba ma kien hemm ħadd ġo fiha, u meta jien mort naraha, skantajt kif dak il- bini kollu spiċċa kompletament ma' l-art.", "Immaġina kieku jkollok xi persuni jaħdmu hemmhekk x'kien isir minnhom!", "Mr Speaker, hawnhekk jien irrid nagħmel ftit suġġerimenti.", "L-ewwelnett, nirreferi għal dik il-mistoqsija parlamentari li l-Onor.", "Mario Galea għamel fit-22 ta' Ġunju, fejn staqsa lill-Ministru għall- Intern u Żvilupp Soċjali dwar ir-regolamenti tal-kmamar tan-nar.", "Il- Ministru fir-risposta ta diversi suġġerimenti.", "Imma hemm iżjed x'wieħed jagħmel dwar dawn ir-regolamenti.", "Hawn Malta nipproduċu tliet kwalitajiet ta' murtali.", "Għandna dawk li jgħidulhom tal-bomba li ħafna drabi jagħtuhom bħala salut meta toħroġ xi statwa; għandna bombi bil-murtaletti li litteralment itarxuk u jien ma nafx kif nifilħu nissapportu dawn il- murtali kollha qisha ġejja gwerra, għalkemm nifhem li ħafna nies jieħdu pjaċir jarawhom telgħin ġewwa s-sħab; u mbagħad hemm il-murtali tal-kulur li huma attraenti u sbieħ ħafna u li pero' huma perikolużi ħafna biex jinħadmu, b'mod speċjali fit-taħlit tal-kulur.", "Mr Speaker, veru li dawn jogħġbu lil xi wħud minna u veru li ma rridux inneħħu t-tradizzjoni, imma hawn ħafna xjuħ, morda u tfal li dawn qegħdin tassew iwerwruhom u hemm bżonn li tittieħed azzjoni dwarhom.", "Imbagħad għandna dak li ngħidulu \"in-nar ta' l-art\" jew ġ-ġifġifogu. li jinħaraq fil-pjazez, proprju qalb in-nies.", "Hija ħaġa ta' l-għaġeb kif ċertu nies mingħajr skola - u huma m'inix qed niddegradahom b'daqshekk - jaħdmu dawk il-funtani u crieki b'mod li f'ħin preċiż tarahom ibiddlu l- kulur.", "Hawnhekk tara kemm verament jaħdmu b'mod xjentifiku tajjeb.", "Dwar iġ-ġifġifogu, jien naħseb li għandu jinstab post f'kull raħal fejn dan ikun jista' jinħaraq.", "Jien nista' ngħid li diversi drabi waqt dan il-ħruq tan- nar ta' l-art ikun hemm suffarelli li ma jieħdux u jibqgħu fl-art u anke jkorru xi nies.", "Dawn huma nċidenti żgħar pero' minn hawnhekk nagħmel suġġeriment li dan in-nar ta' l-art li jinħaraq fil-festi ma jibqax jinħaraq qalb l-elettriku u fil-pjazza imma jinstab post wiesgħa biżżejjed fejn wieħed ikun jista' jgawdieh mingħajr periklu ta' xejn.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-protezzjoni ta' dawn il-ħaddiema, li wisq nibża' li m'għandhom protezzjoni ta' xejn.", "L-ewwwelnett, jien naħseb li dawn jaħdmu b'dak li jakkwistaw bil-prattika u mhux għax għandhom xi studju dwar taħlit ta' kuluri.", "Jien nifhem daqsxejn f'chemistry u naf li biex tħallat certu prodotti, trid tkun metikoluż ħafna.", "Jien wieħed milli għadni nagħmel certu misturi li għadhom jiġu ppreparati bl-idejn u naf kemm trid toqgħod attent.", "Per eżempju, waqt li inti qed tuża mehries jew inkella tazza biex tħallat certu likwidu kienu jgħallmuna kemm din it-tazza trid tinħasel sewwa minn prodott għal ieħor u trid tixxuttaha tajjeb anke meta tuża spatula jew sikkina biex ittella' t-trab biha, sewwa jekk tkun tal-metall jew il-bone spatula, fejn tista' jkollok chemical reaction mal- metall.", "Konna noqogħdu attenti li naħsluha diversi drabi (u nimsħuha tajjeb - għalkemm ma jkunx potent drug li forsi wieħed jista' jagħmel ħsara - kull darba li nħalltu minn flixkun għal ieħor.", "L-istess ħaġa fil-logħob tan-nar.", "Jien nibża' - bħalma qal il-Ministru fir-risposta li ta għal mistoqsija parlamentari - li n-nies li qegħdin jaħdmu in-nar mhumiex konxji ta' x'għandhom f'idejhom u mhux se noqgħod ngħid xi jħalltu biex ma niġix interpretat ħażin jew inkella jisimgħuni xi tfal u jħalltu l-istess ħaġa.", "Nissuġġerixxi li dawn għandhom ikollhom licenzja biex jaħdmu n-nar anke min m'għandux skola biżżejjed, u għandu jkun hemm spiżjar jew xi ħadd professjonista li jkun jista' jgħallimhom kif għandhom iħalltu b'attenzjoni kbira.", "Imbagħad niġu għall-kwalita' tal-prodott.", "Aħna nafu li hawn Malta m'għandniex lanqas magazines control agency, jiġifieri kulħadd jista' jimporta li jrid sakemm ikollu certifikat tal-free sale mill-country of origin ta' dak il-prodott.", "Hemm bżonn li jkun hemm kontroll urġenti.", "Bħalissa xi wħud mill-kmamar tan-nar tibża' tidħol ġo fihom għaliex ikunu kollha ippakkjati bi kwantitajiet ta' nar, bħalma kienu ta' Ħaż-Żebbuġ jumejn ilu.", "Għalhekk, nittama li dan il-course dwar taħlit ta' kimika għall-logħob tan-nar u x'attenzjoni wieħed irid jagħti, jingħata lil kull min ikollu licenzja biex jaħdem in-nar.", "Fl-aħħarnett biex ma ntawwalx fuq dawn l-affarijiet, jien nissuġġerixxi wkoll li kull min jaħdem fil-kmamar tan-nar, għandu jkollu insurance.", "Naf li każin tal-banda għandu spejjeż kbar u naf li biex jagħmlu festa jridu jitħabtu biex jiġbru l-flus u biex jixtru l-materjal għall-murtali.", "Hemm bżonn li dawn il-persuni jkunu nxurjati.", "Jekk wieħed bil-familja ma jkunx jaħdem u allura ma jkunx jaqa' taħt in-national insurance, il-familja tiegħu tispiċċa b'xejn jew tieħu xi għajnuna soċjali li jista' jagħti l- Gvern.", "Għalhekk nittama li dan is-suġġeriment ta' l-insurance jiġi meħud in konsiderazzjoni.", "Fl-aħħarnett, nixtieq ngħid ukoll li matul il-festi, qed jinbiegħu dawk li jgħidulhom faqqiegħa.", "Dawn ikunu sempliċement murtali ċkejknin li jinbiegħu xi 5c jew 10c u t-tfal iqabbduhom b'sulfarina u jitfuhom ma' l- art.", "Veru li mhumiex daqstant ta' periklu pero' lil dak li jkun, jaħsduh.", "Fir-raħal tiegħi, dawn il-faqqiegħa bdew jintefgħu fil-letter- boxes bil-lejl.", "Jien nispera li l-ġimgħa d-dieħla fil-festa li jmiss, il- pulizija jduru dawra ma' dawk li jbiegħu dawn l-affarijiet, jiġbruhom u ma jħallu ħadd lil min ibigħhom jew jixtrihom.", "Nittama li dan l-appell jintlaqa' tajjeb.", "Nittama wkoll li dawk li jaħdmu n-nar, għandhom jilbsu ilbies protettiv.", "Dawn in-nies m'għandhomx jaħdmu fuq il-concrete u fuq il-pjanċi għax jista' jkun hemm friction.", "Jien qrajt li meta fiċ-Ċina jaħdmu n-nar, dawn jilbsu l-boots u l-face masks u l-art tkun kollha tar-rubber, minħabba t- taħlit ta' kubrit etc. Dan huwa appell ġenwin għax nixtieq il-ġid lill- poplu Malti kollu.", "Irrid li l-poplu jgawdi l-festi, jżomm it- tradiżżjonijiet tal-murtali kemm irid imma għandna nevitaw il-periklu.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, fil-ħarġa ta' \"L-Oriżżont\" tal-bieraħ, dehret ittra ntitolata \"Xogħlijiet fin-Naxxar\" miktuba mis-Sur Joe Chetcuti.", "F'din l-ittra ntqal illi teżisti problema żgħira fin-Naxxar u donnu li s-Sur Chetcuti ried jinsinwa li jiena naf biha u qatt ma semmejt xejn fuqha.", "Din hija problema żgħira għax apparentement is-Sur Chetcuti ħass illi ż-żewġ bankijiet li kien hemm madwar l-istatwa tal-Madonna tal- Karmnu li jinsabu wkoll quddiem il-Każin tal-Malta Labour Party, ġratilhom xi ħsara u minflok ma ġew irranġati, sfaw imneħħija.", "Huwa wasal ukoll għal din il-konklużjoni, u hawnhekk se nikkwota:", "\"... għandhiex din tittieħed bħala mossa partiġġjana meta l-bankijiet li tneħħew kienu biswit iċ-Ċentru Laburista tal-lokal.", "Jekk hu hekk m'hemmx konklużjoni oħra għalxiex tasal ħlief li tassew dan il-pajjiż wasal f'sitwazzjoni miskina biex f'affarijiet daqstant żgħar qed jidħlu wkoll elementi partiġġjani.", "Istħu jekk tafu!\".", "Mr Speaker, jien kont nippretendi li qabel ma jinkitbu ċerti ittri minn persuna li ħarġet għall-elezzjoni favur il-Partit Laburista - u nispera wkoll illi 'l quddiem tirrappreżenta lill-kostitwenti fil-Parlament - jsir daqsxejn homework.", "Ir-raġuni vera ma naħsibx li kien hemm għalfejn nitkellem fuqha hawnhekk, għaliex hija ovvja għal kulħadd.", "L-ewwel ħaġa ma kienx eżatt meta qal li dawn il-bankijiet ġratilhom xi ħsara.", "Dawn il- bankijiet mhux ġratilhom xi ħsara, Mr Speaker, imma ġew sfrakassati u rranġati kemm-il darba u peress li hemmhekk jipparkjaw ħafna karozzi dawn kienu dejjem qed jerġgħu jitkissru.", "Peress li dawn kienu jmissu eżatti mal- periferija ta' l-istatwa, kull darba li kienet qed tiġrilhom ħsara kienet qed tiġri ħsara akbar lir-railing ta' madwar l-istatwa wkoll.", "Pero', Mr Speaker, hemm raġunijiet oħrajn għaliex dawn il-bankijiet tneħħew.", "Jien kienu avviċinawni nies li huma nkarigati mill-festa tan-Naxxar u qalu li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra, jiġifieri li kważi kull meta jiġu rranġati l-bankijiet jerġgħu jiġu mtajra bil-karozzi wara ġimgħa u terġa' tiġri l-ħsara lill-istatwa.", "Is-Sur Chetcuti allega wkoll li dawn ma twaħħlux minħabba li qegħdin quddiem il-każin Laburista u minflok, twaħħlu quddiem il-każin Nazzjonalista u quddiem il-Peace Band Club.", "Jekk is-Sur Chetcuti jitla' fil-pjazza tan-Naxxar jara li l-bankina ta' quddiem il-każin Laburista fiha biss tliet piedi u allura huwa impossibbli ...", "(Interruzzjonijiet) Kont qed ngħid, Mr Speaker, li r-raġunijiet għax ma twaħħlux dawn il-bankijiet huma ħafna iktar sempliċi.", "Saret ukoll talba mill-każin Laburista u avviċinawni xi nies fejn talbuni biex jitwaħħlu żewġ bankijiet eżatti fuq l-istess bankina tal-każin tal-Malta Labour Party.", "Pero' l-kumitat stess tal- Malta Labour Party qabel li fuq bankina ta' tliet piedi ma tistax tagħmel bankijiet għax ovvjament ma jkunux jistgħu jgħaddu n-nies.", "Bankijiet bħal dawn saru quddiem il-Peace Band Club u quddiem il-każin tal-Partit Nazzjonalista.", "Dawn ma sarux minħabba raġunijiet partiġġ-jani, imma għaliex il-bankina hemmhekk fiha fuq 12-il-pied.", "Mr Speaker, it-traġedja ta' dan kollu hija li jiena jiddispjaċini nara li nies li għall-ewwel darba kkontestaw l-elezzjoni favur il-Malta Labour Party m' għandhomx is-sens komun li jaraw l-affarijiet eżattament kif inhuma.", "Is-Sur Chetcuti ma kellux għalfejn jikkonkludi li l-bankijiet ma twaħħlux quddiem il-każin Laburista minħabba raġunijiet partiġġjani.", "Jien nimmaġina li s-Sur Chetcuti kiteb kif kiteb hekk għaliex ħaseb li l- affarijiet taħt dan il-Gvern għadhom isiru kif kienu jsiru taħt l- Amministrazzjoni tagħhom fejn kull ħaġa li kienet issir bilfors kien ikollha raġuni politika warajha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, fl-Aġġornament ta' nhar l-Erbgħa kont qiegħed inwieġeb partijiet mid-diskors li kien għamel l-Onor.", "Freddie Portelli għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni u kien għad baqagħli partijiet minnu x'inwieġeb.", "Fost oħrajn, l-Onor.", "Portelli kien qal li qed jippreżenta hawnhekk xi petizzjoni f'isem r-residenti li joqogħdu fi blokk 3, Binja Minzel, Ġebel San Martin, iż-Żejtun u qal: Jiddispjaċini li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-djar ma weġibx lil dawn ir-residenti għall-ewwel petition u fil-fatt għadhom lanqas biss irċevew acknowledgment.", "Irriżultali minn xi gazzetti li din il-petizzjoni ntbagħtet fil-25 ta' April, u rrid ngħid ukoll li sal-lum dik il-petizzjoni oriġinali, jien ma kontx irċevejtha u ma rajthiex.", "Pero' wara li l-Onor.", "Portelli ppreżentaha hawnhekk, rajtha u nvestigajt ukoll dak li kien qed jingħad rigward dawk it-18-il resident, li prattikament kollha ġejjin minn Kalafrana u minn blokki oħrajn, li mbagħad tbattlu fl-1989 biex ikun jista' jikber il-Freeport ġewwa Kalafrana.", "Wieħed irid igħid li dawn in-nies kienu ngħataw post f'Kalafrana ftit ġranet qabel l-elezzjoni ta' l-1987, kuntrarjament għal dak li allegaw kemm l-Onor.", "Portelli, kif ukoll min għamel il-petizzjoni li għamel referenza għaliha.", "Tajjeb li wieħed igħid li fil-ġurnal \"Il-Ħelsien\" tal-ġimgħa li għaddiet, l-istess residenti, jew uħud minnhom, kitbu ittra u bagħtuha miftuħa lill-Onor.", "George Hyzle, mentri dawn qegħdin igħidu li din il- petizzjoni bagħtuha lis-Segretarju tad-Djar.", "Ma nafx jekk hux qed igħidu li bagħtuha lili jew inkella lis-Segretarju tad-Djar li huwa responsabbli mid-Dipartiment tad-Djar.", "Madankollu il-petizzjoni ppreżentata mill-Onor.", "Portell titkellem dwar il-bżonn illi dawn in-nies ma jħallsux il-kirjiet ġodda kif reveduti għall-post il-ġdid illi għandhom.", "Wieħed irid jiftakar - u l-Onor.", "Portelli, bħala l-kelliemi għan-naħa ta' l-Oppożizzjoni rigward il-housing irid jiftakar ukoll - illi hemm kriterji li fuqhom jiġu imkejla l-ammonti ta' kera li tħallas kull persuna u dawn huma l-istess kriterji li kienu wżati qabel l-elezzjoni ta' l-1987.", "Naturalment wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn post qadim li kien joqgħod fih qabel u l-post il- ġdid illi qed joqgħod fih illum.", "Waqt id-diskors tiegħu l-Onor.", "Portelli kkwota parti oħra minn dan ir- rapport u qal li li skond il-Malta National Report li ġie ppreżentat f'Rio de Janeiro ftit tal-ġranet ilu, Malta se jkollha bżonn 60,000 housing unit għal pajjiżna fl-20 sena li ġejjin.", "Huwa qal ukoll li:", "\"Il-Gvern għadu 'l bogħod minn dan it-target u huwa meħtieġ illi jfittex jinnomina l-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' u jiġu aġġornati ċerti liġijiet tal-kera, skond il-ħteġijiet tal-lum.\".", "L-ewwelnett, is-60,000 illi jissemmew fil-Malta National Report illi ġie ppreżentat fil-Brażil, jikkonċernaw bżonnijiet ġodda, pero' mhux bilfors bini ġdid, għaliex f'pajjiżna għandna ħafna bini li sal-lum huwa abbandunat u fil-futur irridu naraw kif nagħmlu użu minnu.", "Għar-rigward tal-ħtieġa li naġġornaw il-liġijiet tal-kera, huwa tajjeb illi kelliemi ta' l- Oppożizzjoni wkoll jitkellem dwar dan il-bżonn, u j'Alla l-Oppożizzjoni wkoll tagħmel is-suġġerimenti tagħha dwar il-liġijiet tal-kera f'pajjiżna.", "Kif għidt l-aħħar darba, dik kienet liġi li għadda l-Gvern Soċjalista fl- 1979, u li xekklet is-suq tal-postijiet għall-kiri.", "J'Alla l-Oppożizzjoni tifhem u tapprezza l-iżball li għamlet, u issa tipprova tagħti s-sehem tagħha għall-ġid tagħna u ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Portelli kompla jgħid illi l-Onor.", "Joe Cassar aktar qabel fil- Leġislatura l-oħra kien wiegħed illi n-nies illi kienu jridu jifdu ċ-ċens ta' l-art illi ħadu mingħand l-Awtorita' tad-Djar, se jkollhom iċ-ċans li jagħmlu dan u se jkollhom ukoll l-għajnuna ta' l-Awtorita'.", "Wieħed irid jiftakar illi din il-miżura ta' fidi ta' ċens mill-persuna li tkun ibbenifikat minn plot ta' l-Awtorita' tad-Djar prattika-ment bdiet wara l- 1987 u wieħed irid iħares ukoll lejn il-possibilita' illi din il-miżura tiġi estiża wkoll għal dawk illi ħadu plots anke qabel dak iż-żmien taħt Amministrazzjonijiet oħra.", "Il-kelliemi ta' l-Oppożizzjoni qal li l-Gvern għandu jgħidilna wkoll x'inhi l-policy tiegħu dwar bini ta' garages jew washrooms f'side gardens jew front gardens fi blokkijiet ta' bini tal-Gvern ħalli b'hekk inkunu nistgħu ngħinu aħjar lill-poplu Malti.", "Safejn naf jien il-liġijiet li jikkontrollaw il-bini ta' garages jew washrooms f'side gardens jew front gardens ta' postijiet tal-Gvern, huma l-istess liġijiet li jirrigwardaw il- bini fil-pajjiż u f'dan is-sens ma nistax nifhem eżattament xi jrid igħid meta qed jipprova jitlob lill-Gvern jispjega aħjar x'inhi l-policy tiegħu.", "Il-policy dwar dan il-bini hija eżattament bħal dik ta' bini ieħor f'kull post.", "Huwa qal ukoll: Jiddispjaċik tara li għad hawn ħafna inkwilini li ħadu post tal-Gvern u ilhom mill-1990 li talbu biex jixtru dawn il-postijiet u sal-lum għadhom ma jistgħux jagħmlu dan minħabba xi diffikultajiet.", "Tajjeb li wieħed igħid, Mr Speaker, li l-Amministrazzjoni preċedenti, diversi drabi bniet blokki ta' flats f'pajjiżna fuq art li ma kenitx esproprjata jew inkella ma waslitx għal ftehim fuq x'se tħallas ta' dik l-art, bil- konsegwenza li llum għandna mijiet, jekk mhux eluf, ta' nies li għalkemm joqogħdu fi flat tal-Gvern, għadhom ma jistgħux jixtru l-post għaliex l- Amministrazzjoni preċedenti kienet għamlet l-iżball - u forsi żball ġenwin - li tat art, jew bini fuq art mhix esproprjata.", "Wieħed irid igħid li l- istess problema tikkonċerna wkoll lil numru ta' persuni li bnew fuq plots tal-Gvern li sa dak inhar li ħaduhom- u wkoll f'ħafna każi sal-lum - l-art kienet għadha mhix esproprjata mingħand is-sidien oriġinali, bil- konsegwenza li trasferiment ta' kuntratti ma jistax isir.", "Pero' nista' nassigura lill-kelliemi, u b'mod speċjali lin-nies involuti, li se tkun il- policy tiegħi u ta' dan il-Gvern, li kemm jista' jkun malajr dawn il- problemi nsolvuhom għall-ġid ta' l-inkwilini u għall-ġid ta' dawk kollha konċernati.", "Imbagħad huwa għamel allegazzjoni oħra li permezz tagħha ried jipprova jċappas lill-Gvern u jbeżża' lin-nies ukoll.", "Fil-fatt qal: Min-naħa l-oħra jidher li l-poplu se jdum ħafna biex jingħata plot tal-Gvern u l-poplu huwa bil-għatx.", "Jien ma nistax nifhem minn fejn ġab dawn l-allegazzjonijiet.", "Din hija xniegħa li qed ixerrduha persistentement il-kelliema ta' l- Oppożizzjoni, mhux hawn ġew - għax hawn ikun hawn min jirrispondihom - imma fil-każini u man-nies biex ibeżżgħuhom.", "Ma nafx din ix-xniegħa minn fejn ivvintawha għax assolutament ma jirriżultax li sejrin inwaqqfu l-għoti tal-plots.", "Fl-aħħar nett staqsa wkoll jekk il-Gvern jistax jieħu ħsieb it-tiswijiet li jeħtieġu dawn il-postijiet tal-Gvern.", "Irrid ngħid ukoll li fuq firxa ta' 40 sena nbnew madwar 9,000 flat u sal-lum l-ebda Gvern fil- pajjiż ma ħa bis-serjeta' l-problema tal-manutenzjoni tagħhom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-fatt li anke tul l-aħħar 20 sena nbnew mijiet, jekk mhux eluf, ta' flats li ħadd ma ta kashom, biex ma ngħidx ukoll li diversi problemi ta' manutenzjoni ma jingħatax kas tagħhom mill-bidu nett meta jkun qed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, wieħed irid japprezza li din id- diffikulta' tinvolvi spiża kbira għal pajjiżna.", "Imma issa ma jippretendux li dak li ma sarx fi 30 jew 40 sena, f'daqqa waħda nipprovaw nagħmluh f'ġurnata jew f'ġimgħa.", "U tagħmel ħażin l-Oppożizzjoni jekk tipprova titfa' l-ħtija ta' dan in-nuqqas ta' manutenzjoni fuq il-Gvern preżenti.", "Jekk inhi ħtija ta' xi ħadd, din hija ħtija li tinġarr minn Gvern għal ieħor matul is-snin kollha, kemm ilhom jinbnew il-flats tal-Gvern.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Lulju, fis-6.00 p.m. bl- agenda kif kommunikata mill-Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IMPORTAZZJONI TA' FROTT", "2604.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-dipartiment dwar l- importazzjoni tal-frott għax-xhur tas-sajf li ġej meta l-bdiewa Maltin għandhom produzzjoni d-doppju tas-sena l-oħra għas-suq lokali partikolarment fid-dulliegħ, bettiegħ, lanġas, banbinella, settembrina u bajtar ta' San Gwann?", "Jikkonsidra l-Ministru li jekk ma jkunx hemm protezzjoni l-bidwi jitlef ħafna mill-valur tal-prodott tiegħu?", "Iva jew le?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd jipprojbixxi l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti hawn taħt imsemmija matul il-perjodu indikat:", "|Tuffiegħ | bejn 1 ta' Lulju u | | |t-30 ta' Settembru; | |Lanġas | bejn 1 ta' Lulju u | | |l-15 ta' Settembru | |Ħawħ, | bejn 1 ta' Mejju u | |Berquq, |l-15 ta' Settembru; | |Nuċiprisku| | |Għajnbaqar| | |Għeneb | bejn 1 ta' Lulju u | | |l-31 ta' Ottubru; | |Bettiegħ | bejn 1 ta' Mejju u | | |l-31 ta' Ottubru; | |Dulliegħ u|Bejn 1 ta' Ġunju u | |Bajtar |l-31 ta' Settembru; | |Frawli u |Importazzjoni miżmuma| |Lumi |s-sena kollha. |", "Il-Ministeru tiegħi jidhirlu li din il-protezzjoni hija adekwata biex tipproteġi l-bidwi meta jkun hawn staġun t'abbondanza, u fl-istess ħin tħares il-bżonnijiet tal-konsumatur.", "Dan sar fuq l-parir tal-Fresh Fruit, Vegetable and Fish Advisory Board li fih hemm rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-Bdiewa.", "FROTT - PRODUZZJONI", "2605.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'seta' kien il-fatt li filwaqt l-ħafna frott se jkollu produzzjoni għolja, il-ħawħ, cipress u għeneb se jkollu produzzjoni ta' 20% inqas għal dan l-istess staġun?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Il-produzzjoni tal-frott tidde-pendi fuq fatturi differenti tat-temp li jinfluwenzaw kull tip ta' frott b'mod differenti meta jimmaturaw l-istess frott, għalkemm jien m'għandix indikazzjoni li fuq skala nazzjonali, il-ħawħ, nuċiprisk, (mhix ċipress) u għeneb se jkun hemm xi produzzjoni anqas.", "IMPORTAZZJONI TA' PATATA", "2606.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Kemm daħlet f'Malta patata ffriżata u jew tat-trab u ħaxix ffriżat mill-1987 'l hawn, sena b'sena?", "Hemm xi kontroll fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti Jekk iva x'inhuma?", "U dejjem ġew osservati?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dwar l-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onor.", "Membru ninformah li dawn il-figuri jidhru fit-Trade Statistics.", "Dwar kontrolli, id-Diparti-ment tal-Kummerċ joħroġ liċen-zji għall- importazzjoni ta' dawn il-prodotti skond ir-rakkomandazzjoni tad-Diparti- ment ta' l-Agrikoltura u għalhekk l-Onor.", "Membru mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.", "RABAT - TOROQ", "2610.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l- iżviluppi dwar mistoqsija parlamentari numru 30858 Seduta Nru. 577 tal- leġislazzjoni li għaddiet?", "ONO.", "MICHAEL FALZON: S'issa m'hemmx żviluppi x'wieħed jirraporta aktar mill-informazzjoni li diġa' ngħatat.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "2613.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Kemm hi twila l-waiting list ta' tfal li qed jistennew li jidħlu fl-iskejjel specjali?", "Kemm-il sena ilhom jistennew l-itwal każi?", "Xi pjani għandu id-dipartiment biex tinqata' l-waiting list kompletament u każi ġodda jiddaħħlu f'dawn l-iskejjel mal-ewwel?", "Id-dipartiment huwa cert li minbarra dawk fuq il-waiting list m'hemmx tfal oħra li suppost jattendu l-iskejjel specjali li fil-fatt qed jinżammu d-dar mill-ġenituri?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-waiting list għad-dħul fl-iskejjel speċjali hija hekk:", "Skola Anglu Kustodju - 5;", "Skola San Miguel - 10.", "L-aktar każ li ilu huwa f'San Miguel.", "It-talba saret sentejn ilu.", "Id- Dipartiment qiegħed jieħu passi biex din il-wiating list tispiċċa billi fil- każ ta' San Miguel qiegħed isir bini ta' klassijiet oħra.", "Mhux probabbli li hemm tfal oħra li d-Dipartiment ma jafx bihom.", "Hija n- norma llum lill-ġenituri ta' dawn it-tfal mill-bidu nett jirreferu dawn il- każi l-isptar.", "Min-naħa tiegħu l-Isptar jagħtihom parir biex jekk iridu aktar għajnuna jersqu lejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li għandu sezzjoni speċjali għal dawn it-tfal.", "SKEJJEL - TFAL ĦANDIKAPPATI", "2614.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Meta hu ppjanat li tfal li bħalissa imorru l-iskejjel specjali jittieħdu fi skejjel normali biex jiġu integrati mat-tfal l-oħra?", "X'assessment qed isir biex jiġi deciż liema minn dawn it-tfal jistgħu imorru fi skejjel normali?", "X'bidliet qed jiġu ippjanati li jsiru fl-iskejjel normali biex jkunu jistgħu jilqgħu fihom studenti ħandikappati?", "Meta se ssir kampanja biex tħejji lill-għalliema u lill-ġenituri jaccettaw li tfal ħandikappati jitgħallmu flimkien ma' tfal oħra?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Għandu jingħad illi f'pajjiżna għamilna l- għażla li noħolqu u nżommu skejjel speċjali, iżda l-attendenza fihom mhijiex sfurzata.", "Fejn huwa possibbli t-tfal b'ħandikap imorru fi skola normali u jiġu megħjuna, hekk isir.", "M'hemmx il-ħsieb li jingħalqu l-iskejjel għaliex inqisuhom indispensabbli.", "L-esperimenti li saru f'pajjiżi oħra ġew studjati, iżda ma deherilniex li għandna nbiddlu s-sistema tagħna.", "L-għalliema fl-iskejjel normali jaċċettaw bil-ferħa tfal b'ħandikap fil- klassijiet tagħhom.", "Nibgħatu għalliem jew instructor inkella Kindergarten Assistant extra biex jgħin fil-klassi.", "ASSIGURAZZJONI TA' ĦWIENET TAX-XOGĦOL", "2615.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonsidra li tinbidel il-liġi ta' l-insurance biex stabbilimenti tax-xogħol bħal ma' huma ristoranti, furnara, tal-ħelu, ecc, jkunu responsabbli li mhux biss jassiguraw lilhom infushom, iżda wkoll lill- ġirien, specjalment dawk id-djar li imissu eżatt ma' l-istabbilimenti u dan biex jiġu ikkompensati mill-insurance f'każ ta' incidenti bħal ma' hu ħruq, minflok idumu snin deħlin u ħerġin il-Qorti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-liġi dwar l-impriża ta' l-Assigurazzjoni tikkontrolla u tirregola l-impriża ta' l-assigurazzjoni u tipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħha jew huma anċillari għaliha.", "Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jista' jitħaddem mhux b'emenda fil-liġi dwar l-Impriża ta' l-Assigurazzjoni iżda b'emenda fil-liġijiet li jikkontrollaw u jirregolaw in-negozji msemmijin minnu jew b'kondizzjoni fil- liċenzja rispettiva li tingħata lill-persuni li jħaddmu dawn in-negozji.", "MELLIEĦA - TINDIF PUBBLIKU", "2616.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li kemm jista' jkun malajr issir tindifa ġenerali fil-Housing Estate Ta' Pennellu, fil-Mellieħa peress li l-Estate stess u l-akwati ta' madwaru huma mimlija ħaxix ħażin u skart ieħor?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Għad-dejt it-talba ta' l-Onor.", "Mem-bru lill- uffiċjali konċernati.", "MELLIEĦA - FOOTBALL GROUND", "2617.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Hemm xi ħsieb li d-dressing rooms tal-ground tal-football tal-Mellieħa jitkomplew u jitlestew qabel il-bidu ta' l-istaġun tal-football li ġej?", "Jista' l-Ministru jara li dawn jkunu mgħammra b'kollox u r- responsabbilta' tagħhom tingħata f'idejn il-Mellieħa Sports Club?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "Naturalment iridu jsiru konsultazzjonijiet mal-Ministeru responsabbli għall-isport li jikkontrolla l-voti relattivi kif ukoll kull deċiżjoni bħal dik mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.", "MELLIEĦA BYPASS - CRASH BARRIERS", "2618.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jordna li jsiru crash barriers f'dik il-parti tal-Mellieħa Bypass li tħares fuq qasam barrani biex jevita periklu għal vetturi?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "MARD TA' L-ANNIMALI", "2643.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi seħħew fir-rigward ta' l- introduzzjoni ta' l-ELisa Test għall-kontroll ta' ħafna mard li jista' jidħol f'Malta fost l-annimali lokali?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz Veterinarju diġa' ġie attrezzat bl-Eliza Test, kemm biex isir kontroll fuq il-mard preżenti, kif ukoll fuq mard eżotiku.", "Ngħarraf lill-Interpellant li dan it-test ikopri ċertu mard u mhux kull marda.", "POWER STATION - DELIMARA", "2716.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid id-data eżatta meta ingħata l-hand over lill-Enemalta proprjeta' tat-turbini u l-boilers tal-Power Station ta' Delimara?", "Minn dak iż-żmien 'l hawn inqalgħu xi problemi f'dawn iż-żewġ items li riedu jiġu rranġati?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu dawn u kif ġew solvuti?", "Kemm għad hawn persuni barranin jaħdmu fil-Power Station, x'nazzjonalita' huma u l-grad tagħhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kemm il-Boilers kif ukoll it-Turbini fil-Power Station ta' Delimara għadhom għaddejjin mill-istadju tal-provi u għalhekk għadhom ma tteħdux over minn Enemalta.", "Matul il-provi dan l-aħħar kien osservat li l-windbox fuq Boiler Nru. 1 iċċaqalqet.", "Il-Boiler ġie mwaqqaf mill-Kuntrattur biex isiru investigazzjonijiet u x-xogħol ta' rimedju meħtieġ.", "L-investigazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.", "L-informazzjoni mitluba rigward il-persuni barranin li qed jaħdmu fil- Power Station hija kif jidher hawn taħt:-", "|Grad |Nazzjonali| Numru| | |ta' | | | | | | |Engineer|Awstrijaċi|6 | |s | | | | | Pollakki |1 | | | Ungeriżi |1 | | | Germaniżi|2 | | | Jugoslavi|1 | | | Indjani |13 | | | Ingliżi |10 | | | Taljani |1 | |Skilled |Jugoslavi |22 | |Workers | | | | | Indjani |75 |", "POWER STATION - DELIMARA", "2717.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Imbilli kien ġie rrapportat li l-Power Station ta' Delimara bdiet taħdem fil-bidu ta' April 1992, x'kienet għalhekk ir-raġuni li dan l-aħħar kien hemm partial shut down ta' areas kbar ta' Malta?", "Kemm saru minn dawn is-shut downs minn Settembru 1991 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-Onor.", "Interpellant x'aktarx qiegħed jirreferi għall-Press Release li nħarġet mill-Korporazzjoni Enemalta nhar is-17 ta' Ġunju 1992.", "Kif wieħed jista' jara mill-Press Release xi partijiet mill- impjant ma kenux qegħdin joperaw nhar it-18 ta' Ġunju 1992.", "Dawn kienu it-Turbina Nru. 1 u l-Gas Turbine għaliex kellhom xi ħsarat kif ukoll il-unit numru 8 kien bl-overhaul, filwaqt li l-Power Station ta' Delimara kellha tiġi mwaqqfa temporanjament.", "Għalhekk qatt ma kien hemm Shut Down bħala tali fil-Power Station tal- Marsa minn Settembru ta' l-1991.", "POWER STATION - DELIMARA", "2718.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: L-Output Power Station ta' Delimara ġiet imqabbda mal-grid tas-sistema l-antika?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "Jekk le, meta hu kkalkolat li dan ix-xogħol se jitlesta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-tagħqid ta' Delimara Power Station mas-sistema tad-distribuzzjoni sar fl-4 ta' Novembru, 1991.", "POWER STATION - DELIMARA", "2719.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'kienet ir- raġuni li ġew rrinforzati il-pedamenti ta' xi tankijiet tal-fuel fil-Power Station ta' Delimara?", "Min għamel ix-xogħol tal-pedamenti tat-tankijiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien informat li ma sar ebda xogħol ta' rinforzar tal-pedamenti ta' tankijiet tal-fuel fil-Power Station ta' Delimara.", "XGĦAJRA - RIMI TA' SKART", "2720.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' l- Awtorita' tordna li jsiru l-ħitan fi Triq il-Fortizza, Xgħajra fejn għadu mhux mibni sabiex ma jitkompliex isir ir-rimi taż-żibel, l-aktar fil-parti bejn Triq il-Knisja u Triq il-Fortizza tal-Grazzja?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "SPIŻJARA - APPLIKAZZJONIJIET", "2727.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Meta ħarġu l-aħħar applikazzjonijiet għal Spiżjara mal-Gvern?", "Meta saru l-intervisti?", "Meta se joħroġ ir-riżultat?", "Kemm applikaw?", "Kemm hemm vacancies?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-aħħar sejħiet għall-applikazzjonijiet għal spiżjara mal-Gvern ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Settembru 1991.", "Dawn kienu tnejn, waħda għal mili ta' postijiet ta' Pharmacist/ Analyst IA (Farmacija) u l-oħra ta' Pharmacist/Analyst IA (Laboratorju).", "Kien hemm 21 appliklazzjoni għall-ewwel sejħa u seba' (7) applikazzjonijiet għat-tieni sejħa.", "L-intervisti dwar iż-żewġ sejħiet saru f'April 1992.", "Ir-riżultat tas- sejħa dwar il-postijiet fil-Farmaċija ħareġ fit-22 ta' Mejju 1992 u dak rigward il-postijiet fil-Laboratorju ħareġ fil-5 ta' Mejju 1992.", "Fil-każ tal-postijiet tal-Laboratorju, il-ħames kandidati li għaddew ġew appuntati fit-8 ta' Mejju 1992.", "Bħalissa n-numru ta' vakanzi qed jiġi diskuss mal-Management & Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru abbażi tal-pjanijiet tad- Dipartiment għall-iżvilupp tas-Servizzi Farmacewtiċi tal-Gvern.", "SPIŻJARA - PROFESSIONAL STATUS", "2728.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex waslu t-taħdidiet biex l-ispiżjara jingħataw il-Professional Status?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-taħdidiet dwar ir-Riforma tas-Servizz Pubbliku kif tolqot lill-ispiżjara qed isiru mal-Management and Personnel Office ta' l- Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Pero' madwar sena ilu kien intlaħaq ftehim biex l-ispiżjara jingħataw salarju fuq bażi personali ta' Lm3,588 fis-sena (scala 22) kif jilħqu u ta' Lm3,725 (Scala 21) meta jilħqu Pharmacist/Analyst I li jipparagunaw mal-gradi ta' Houseman u ta' Professional Officer I rispettivament.", "ENEMALTA - BDIL TA' FUSES", "2729.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm ilu li sar obbligu li resident iħallas 50c għal servizz ta' tibdil ta' fuse tad- dawl waqt is-sahra mill-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-ħlas ta' 50c għall-servizz ta' tibdil ta' fuse tad-dawl waqt is-sahra mill-Korporazzjoni Enemalta, isir skond ir- regolament ta' l-elettriku numru 89 li sar fl-1967.", "Skond dan l-istess regolament il-Korporazzjoni għandha dritt ukoll li tiċċarġja tat-trasport.", "TELEPHONES - AT/7218/90", "2730.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Tista' l-Korporazzjoni Telemalta tipprovdi s-servizz tat- telefon lill-applikant b'Ref: AT/7218/90 li għandu wkoll certifikat mediku?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-applikant bir-referenza AT/7218/90 jingħata s-servizz tat-telefon skond il-programm tax-xogħol li l- Korporazzjoni għandha għal Ħaż Żabbar.", "Biex ikunu jistgħu jinqdew l- applikanti f'dan il-likal għad irid isir proġett ta' tqegħid ta' cables.", "BIRŻEBBUĠIA - TAQSIMA TAL-GASS", "2741.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi għal darba oħra r-residenti tal-Qajjenza f'Birzebbugia ilmentaw ma' l- Interpellant fuq ir-riħa qawwija ta' gass li ħierġa minn cilindri vojta li jintefgħu fit-Taqsima tal-Gass f'Birzebbugia li tinsab qrib ir-residenza tan-nies fil-Qajjenza, jista' jinstab xi rimedju biex dawn ic-cilindri jintefgħu banda oħra ħalli l-gass li jkun baqa' fihom ma joħroġx għal fuq ir-residenti fil-Qajjenza?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif kelli okkażjoni nispjega darb'oħra, il-gass li jkun għad fadal fiċ-ċilindri li għalihom għamel referenza l-Onor.", "Membru ma jinfetaħx għall-arja iżda jiġi mbattal f'tank permezz ta' apparat apposta.", "Iċ-ċilindri li jkunu vojta wara jinqalagħlhom il-valve u jiġu ppustjat mal- ħajt ta' barra ta' l-impjant.", "Il-proċess tat-tbattil u l-post fejn jiġu stivati ċ-ċilindri ilu jsir numru ta' snin bl-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-viċin.", "BIRŻEBBUGIA: BAJJA S-SABIĦA - DRENAĠĠ", "2742.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: X'qed isir mid-dipartiment biex id-drenaġġ ma jerġax ifur ġol-Bajja s-Sabiħa u ġol- bajjiet l-oħra ta' Birzebbugia kif sar is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-Taqsima tad-Drenaġġ tad-Dipartiment tax- Xogħlijiet qed ilesti pumping station ġdid fil-Qajjenza, biex tiġi solvuta l-problema ta' tniġġiż tal-bajja ta' San Ġorg.", "Il-problemi ta' Pretty Bay qed jiġu studjati u għalkemm is-sitwazzjoni bħalissa qegħda taħt kontroll, aktarx li jkun hemm bżonn isiru xogħlijiet pjuttost maġġuri fil-futur.", "BIRŻEBBUGIA: BAJJA TA' WIED IX-XOQQA", "2743.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Billi l- baħar minn Birzebbugia għal Wied ix-Xoqqa qiegħed kulma jmur jickien minħabba proġetti infrastrutturali, jista' jsir xi ħaġa biex jiġi żviluppat l-aċċess għal Wied ix-Xoqqa ħalli għallanqas ir-residenti taż-Żurrieq u Birzebbugia jkollhom area oħra fejn igħumu?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAJD - TKARKIR", "2744.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid meta se jemenda l-liġi biex jiġi kontrollat it-tkarkir li qed jaffettwa serjament il-popolazzjoni tal-ħut fl-ibħra Maltin?", "Il-Ministru jaqbel ma' l-Interpellant li t-tkarkir li jiġbor anke bajd tal-ħut u ħut żgħir ħafna u b'hekk ma jingħatax cans jikber, għandu jiġi projbit għal kollox minħabba l-qagħda akuta tan-nuqqas ta' ħut li hawn fl-ibħra Maltin?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: L-Abbozz tal-liġi ġdida tas-Sajd qiegħed għand l- Avukat Ġenerali biex tiġi verifikata.", "Ir-regolamenti dwar it-tkarkir li jieħdu ħsieb il-konservazzjoni tal-ħut b'mod xjentifiku huma nkorporati fl-abbozz imsemmi hawn fuq.", "SAJD - UŻU TA' BOMBI", "2745.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għan-Nutrizzjoni, Biedja u Sajd: Jaf li minkejja d-diversi mistoqsijiet li għamilt f'dan il-Parlament lilu u lill-Prim Ministru d-drawwa qerrieda u irresponsabbli li jintużaw bombi biex jaqbdu l-ħut għadha rampanti f'diversi naħat ta' Malta?", "Minħabba l-ħsara kbira li qed issir lill-ambjent bl-użu tal-bombi biex jinqatel il-ħut, issa li d-dinja kollha qed issir aktar environmental conscious, meta se jġib liġi fil-Parlament biex min jinqabad juża bombi biex jaqbad il-ħut, ma jeħilx anqas minn ħames snin ħabs?", "ONOR.", "LAWRENCE GATT: Fil-liġi ġdida tas-sajd li qiegħda quddem l-Avukat Ġenerali biex tiġi verifikata hemm stipulat multa kbira t'eluf ta' liri għal min jinqabad juża esplussivi biex jaqbad il-ħut.", "Dwar l-ewwel pati tal-mistoqsija naf cert li l-patrol boats ta' l-AFM qed jaqdu dmirhom biex din il-drawwa tiġi mrażżna kemm jista' jkun.", "PULIZIJA - INGAĠĠ", "2746.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Billi ġie rrapportat li kien hemm mijiet li applikaw biex jidħlu pulizija u police trainees, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li applikaw huma diġa' jaħdmu u kemm minnhom huma bla xogħol, kemm irġiel u kemm nisa, kemm biex jidħlu pulizija u kemm biex jidħlu police trainees?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li n-numru ta' nies li jaħdmu u dawk li huma bla xogħol li applikaw taħt l-Iskema ta' Taħriġ u taħt l-iskema ta' Apprentisdat huma mqassmin hekk:", "TAĦT L-ISKEMA TA' APPRENTISDAT", "| |NISA | RĠIEL | | | | | |Jaħdmu | 17 | 23 | |Bla xogħol | 33 | 43 | |Jattendu |7 | 10 | |skola | | |", "TAĦT L-ISKEMDA TA' TAĦRIĠ", "| |NISA |RĠIEL | |Jaħdmu | 80 |99 | |Bla xogħol | 32 |65 | |Jattendu |1 | - | |skola | | |", "CENTRU ĦIDMA SOĊJALI - VOUCHERS", "2768.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Diversi persuni minħabba mard jingħataw vouchers mic-Centru Ħidma Socjali biex ikunu jistgħu jieħdu ħrieqi b'xejn bħala parti minn għajnuna medika mingħand id-ditta Prosan.", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li meta xi pazjenti qegħdin imorru għal dawn il-ħrieqi, il-management kull darba jġib xi skuża u ma jagħtihomx bil-konsegwenza li dawn jispiccaw li jkollhom imorru jixtruhom huma minn x'imkien ieħor?", "Dan ilu jseħħ mill-inqas minn Frar ta' din is-sena.", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dan ma jibqax iseħħ?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Iċ-Ċentru Ħidma Soċjali mhux wieħed mid-Dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.", "Nitlob għalhekk lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.", "SERVIZZI SOĊJALI - ALLOWANCE TA' ĠENITUR", "2769.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Sigurta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk wieħed japplika għall-allowance ta' ġenitur din is- sena u l-income tiegħu ta' din is-sena mhux se jeccedi Lm2600 imma d-dħul għall-1991 kien jeccedi Lm2600, din is-sena huwa intitolat għal dan l- allowance?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Biex persuna tikkwalifika għall-Alllowance ta' Ġenitur trid tkun tissodisfa diversi kondizzjonijiet.", "Fost dawn hemm li d- dħul gross tal-kopja matul is-sena kalendarja (jiġifieri Jannar - Diċembru) preċedenti - u mhux dik kurrenti - ma jridx ikun qabeż ċertu ammont.", "Għaldaqstant l-ommijiet li jikkwalifikaw għal din l-allowance matul is- sena 1992, huma dawk illi fil-każ tagħhom matul is-sena 1991 id-dħul fuq imsemmi ma qabiżx l-Lm2,730.", "TELEMALTA - OFFERTI", "2770.", "L-ONOR.", "JOE MIZZIstaqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: F'Jannar li għadda ħarġet tender għal tqegħid ta' madum, granite u kisi ta' gypso fil-bini ta' Telemalta, Spencer Hill, Marsa, liema kuntratt ġie mogħti lill-Anġlu Xuereb/Halmann.", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema kondizzjonijiet ittie-ħed dan il- kuntratt?", "Min kienu l-oħrajn li tefgħu t-tender u ma ġietx accettata l-offerta tagħhom?", "Anġlu Xuereb/Halmann kissru xi waħda mill-kondizzjonijiet li kien hemm fil-kuntratt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kuntratt tax-xogħol imsemmi ngħata lill- Kumpannija Angelo Xuereb Ltd.", "It-tender Numru TM/T/114/91 għalqet fil-11 ta' Diċembru u peress li l-Korporazzjoni Telemalta ma rċeviet l-ebda offerta kien ġie deċiż li jintalbu offerti bl-istess kondizzjonijiet normali tat-Tender mingħand kuntrattturi li jagħmlu dan ix-xogħol.", "Flimkien ma' l-offerta ta' Angelo Xuereb Ltd. kien hemm offerta oħra mingħand John Muscat Marble Works ta' Ħaż Żebbuġ li kienet għola min ta' A.X. Ltd.", "Għalhekk il-kuntratt ingħata lil Angelo Xuereb Ltd. bil- kondizzjonijiet normali ta' tender.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol għadu sejjer u jekk isir xi ksur ta' xi kondizzjoni din tiġi trattata skond kif jipprovdi l- kuntratt.", "ISLA - FLATS - MANUTENZJONI", "2771.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex il-complaints li ġew irraportati fil- 11 ta' Mejju, 1992 lid-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar ilma li nieżel mill- flat ta' fuq ġo flat No. 2, Block B, D'Homedes Street, Isla (File No L361/36) jiġu mogħtija l-attenzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-dipartiment tax-Xogħlijiet jara x'jista' jagħmel dwar l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant.", "KALKARA - TRASPORT PUBBLIKU", "2772.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħidli meta se jsir il-bus shelter fejn il-bini ta' Bighi, il- Kalkara li ġie approvat fit-2 ta' Marzu, 1992?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Tlabt lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jieħu l- passi neċessarji dwar it-talba ta' l-Onor.", "Inter-pellant.", "MRIEĦEL - ART GĦALL-UŻU INDUSTRIJALI", "2790.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 2520 jiġifieri li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li juri liema art fl-Mrieħel hija zoned għall-użu industrijali large scale?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Qed inpoġġi fuq l-Mejda kopja tal-pjanta mitluba.", "PERMESSI TAL-BINI", "2791.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Kemm ingħataw permessi għall-bini fuq siti 'l barra minn l-schemes li kienu saru bil-liġi Temporary Provision Buliding Act ta' l-1988 sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Kif għidt kemm-il darba ir-records tal-PAPB mhumiex kompjuterizzati u l-informazzjoni mitluba mhux possibbli tinġabar mingħajr eżami ta' kull file - wieħed wieħed - tal-files kollha li jirreferu għall-permessi li nħarġu minn meta bdiet titħaddem il-liġi dwar il-permessi tal-bini (Provvedimenti Temporanji).", "VALLETTA - XOGĦOL FUQ LOCAL PLANS", "2792.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq il-local plans għall-areas ta' Marsaxlokk u l-Belt li kien tħabbar li nbeda qabel l-elezzjoni issa jinstab wieqaf?", "Għaliex twaqqaf dan ix-xogħol?", "Meta hemm il-ħsieb li se jitkompla dan ix-xogħol?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ix-xogħol fuq il-Pjani Lokali ta' l-area tal-Bajja ta' Marsaxlokk bħalissa jinsab wieqaf.", "Il-Pjan Lokali tal-Belt qatt ma tħabbar li nbeda.", "Ix-xogħol fuq ta' l-ewwel twaqqaf minħabba r-riżorsi professjonali ġew indirizzati fuq l-ipproċessar ta' permessi ta' żvilupp, biex il-pubbliku jinqeda aħjar u tkun introdotta sistema aktar cara.", "Fl-istess waqt il- policies tal-Pjan ta' Struttura bdew jiġu ntrodotti fil-proċess.", "Ix-xogħol ikun jista' jitkompla meta jiżdiedu r-riżorsi u meta s-sistema msemmija tkun qed tiffonzjona tajjeb u nies professjonali jkunu jistgħu jiddedikaw ħin għall-Pjan.", "PJAN TA' STRUTTURA - KONSULENTI", "2793.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: .Jista' l-Ministru jgħid x'esperjenza għandhom fil-qasam tal-formulazzjoni ta' structure plan id-ditta tal-konsulenti magħżula mill-Gvern Colin Bucharan & Partners?", "Fuq kemm-il structure plan ħadmu dawn il-konsulenti u għal kemm minn dawn l-istructure plans kienu responsabbli huma?", "Għal liema pajjiżi saru dawn l-istructure plans?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Id-ditta Colin Bucharan & Partners ġiet magħżula flimkien ma' Generale Proġetti biex taħdem fuq il-Pjan ta' Struttura minn kummissjoni mħallta tal-Gvern Malti u l-Komunita' Ewropea li ħallset għall- istudju.", "Id-ditta Ingliża kienet involuta qabel fuq diversi consultancies fuq suġġetti intimament konnessi ma' xogħol ta' ppjanar li kien involut fil- Pjan ta' Struttura għall-Malta.", "Dan kien jinkludi Regional Planning, Urban Planning, New Towns Planning, Urban Designs, Tourism & Recreation etc. Id- ditta għamlet dan ix-xogħol f'diversi pajjiżi nklużi Skozja, Ingilterra, Olanda, Irlanda, Franza, Spanja, Kuwajt, Seychelles, Saudi Arabija, Libya, New Zealand, Turkija w l-Awstralja.", "Id-ditta kienet ukoll responsabbli għall-ewwel pjan nazzjonali ta' żvilupp u pjan ta' Struttura għall-Kuwajt fl-1970 li ġiet aġġornat fl-1983.", "Fl-Olanda d-ditta kienet responsabbli biex tintroduċi metodi ġodda bbażati fuq Pjan ta' Struttura għall-Gvern Olandiż f'Midden Ranstad.", "Fl-Ingilterra xogħol ta' Structure Planning kien jinkludi l-preparazzjoni ta' pjan għall-West Central Scotland (Glasgow Region) u kienu nvoluti ukoll fi preparazzjoni għal Development Plans għall-Greater London u Tyre & Wear.", "Ġew ippreparati jew saru up-dates Master Plans f'New Towns fosthom Telford, Harlow, Corby Llantrisant u Ashford.", "Id-ditta wkoll ippreparat pjan ta' struttura u pjan għat-trasport għall- Seychelles, pjan ta' trasport għall-Limassol f'Ċipru u pjan għat-trasport pubbliku f'Trinidad.", "MUŻEWIJIET - MUŻEW TA' L-ISTORJA NATURALI", "2794.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel ħalli dik ir- riħa tinten li hemm fil-Mużew ta' l-Istorja Naturali ġewwa l-Imdina tispicca darba għal dejjem?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Jien informat li m'hemmx riħa tinten fil-Mużew ta' l-Istorja Naturali ġewwa l-Mdina.", "Jien informat ukoll, li xi tlett xhur ilu d-direzzjoni ta' l-Mdina Dungeons, Mużew privat biswit il-Mużew ta' l-Istorja Naturali, talbet lill- Kuratur ta' dan ta' l-aħħar biex jara jekk ir-riħa tinten li kien hemm fil- mużew tagħhom setgħetx kienet ġejja mis-sistema tad-drenaġġ taħt il-Mużew ta' l-Istorja Naturali.", "Konsegwentement, is-Sezzjoni tad-drenaġġ fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet ġiet mitluba mid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex tiċċekkja għal xi ħsara li minnha setgħet kienet ġejja din ir-riħa.", "Madankollu, ma rriżultat ebda ħsara fis-sistema tad-drenaġġ.", "KAROZZI BI PJAĊINI BARRANIN", "2795.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm hawn karozzi fit-toroq bi pjanci ta' numri ta' barra?", "Għalkemm tul ta' żmien jistgħu jinżammu dawn il-pjanci?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultaliex li l-Pulizija qatt żammet records ta' dan it-tagħrif stante li huwa l-kontrollur tad-Dwana li jirrilaxxja permessi temporanji għad-dħul f'Malta ta' karozzi bi pjanċi ta' reġistrazzjoni ta' numri ta' barra.", "MALTA SHIPBUILDING - VAPURI", "2805.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasslu t-taħdidiet biex jitħallsu l-vapuri li nbnew għal dak li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika?", "Kemm hu l-ammont li għad irid jitħallas lil Malta Shipbuilding?", "X'arranġamenti hemm fuq il-vapuri li għadhom ma ttieħdux jew ma nħadmux?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l- mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi.", "ART PRIVATA MEĦUDA MILL-GVERN", "2806.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jikkonferma li meta tittieħed art mingħand individwu mill-Gvern, din l-istess art terġa' tgħaddi lil dak l-individwu jekk il-Gvern jiddeciedi li dik l-art m'għandux iktar bżonnha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Meta art li tkun dikjarata mill-President li kienet meħtieġa għal skop Pubbliku tiġi rilaxxata (released), din tmur lura għand dawk li jkunu s-Sidien ta' l-Art fi żmien ir-rilaxx.", "EŻAMIJIET - REVIŻJONI TA' KARTI", "2820.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: X'mekkaniżmu hemm illum biex kandidati għall-eżamijiet interni mal- Gvern ikunu jistgħu jitolbu reviżjoni tal-karti tagħhom?", "Ir-reviżjoni ssir mill-eżaminaturi oriġinali jew minn oħrajn?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Il-mekkaniżmu għall-reviżjoni tal-karti ta' l- eżamijiet li jsiru taħt il-patroċinju tar-Reġistratur ta' l-Eżamijiet kien dejjem l-istess.", "It-talba għar-reviżjoni trid issir bil-miktub fi żmien tmint ijiem mill- ġurnata li jiġi ppublikat ir-riżultat.", "Min jagħmel it-talba jrid iħallas Lm5 nominali u Lm3 għal kull suġġett li għalih jitlob ir-reviżjoni.", "Ir-reviżjoni ssir preliminarjament mill-istess tlett eżaminaturi li jkunu taw il-marka tagħhom individwalment u separatament qabel ma ħareġ ir- riżultat.", "Fil-każ li wieħed ma jieħux sodisfazzjon jista' jitlob li r-reviżjoni ssir minn wieeħd estranju u meta jkun il-każ nawtorizza wkoll li l-karta tintwera lill-kandidat biex titneħħa kull diffikulta'.", "DIP TAD-DWANA - RELEASING OFFICERS", "2821.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid din is-sena kemm telgħu Għawdex releasing officials mid- Dwana?", "Kemm telgħu ufficjali meta attwalment kien imisshom barra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din is-sena sal-25 ta' Ġunju, 132 uffiċjal tad-Dwana telgħu Għawdex.", "Dawn kienu kollha dettaljati ma' l-Outdoor Services Section.", "DIP TAD-DWANA - BAGGAGE FEES", "2822.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur ta' (a) l-1991, u (b) l-1992 kemm inġabru dazju mill-bagage room fuq passiġġieri li jaslu Malta bil-baħar u mill-passiġġieri li jidħlu mill-ajruport?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ammont ta' dazju miġbur mingħand il-passiġġieri li jaslu Malta bil-baħar jew bl-ajru għall-ħames xhur tas-sena kienu kif jidhru hawn taħt:", "|1991 | BAĦAR | AJRU | | | | | | |Lm |Lm | |Jannar | 133.50|16,594.78 | |Frar | 111.00|12,899.90 | |Marzu |689.00 |12,505.00 | |April |1,872.9|14,825.92 | | |0 | | |Mejju |2,520.0|17,131.40 | | |0 | |", "|1992 |BAĦAR | AJRU | | | | | | | Lm |Lm | |Jannar | 339.00 |15,600.00 | |Frar | 100,00 | 11,880.60| |Marzu |715.00 | 13,239.00| |April |442.00 | 13,065.00| |Mejju |1,261.20| 13,731.00|", "PERMESSI TAL-BINI - PAPB 2537/85", "2823.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' jekk jogħġbu l-Ministeru jerġa' jara l-każ tal-PAPB 2537/85 ta' Ms Gina Ellul, ta' Block 14, Flat 3, Rose Park, Santa Lucija, li dwarha deputati oħra kienu kitbulek fl-imgħoddi li minkejja tgħid li kellha l-permess meħtieġ għal tibdila żgħira li għamlet (għalqet faccata ta' gallarija żgħira) għadhom għaddejjin proceduri legali kontriha?", "Apparti l-imgħoddi jista' l-Ministru jikkonsidra li l-qagħda tagħha tiġi regolarizzata billi tgħix weħidha u marida u l-bidla li kienet għamlet tagħtiha sigurta' u tħallilha ftit nifs ukoll?", "Jista' l-Ministru jara l- każ qabel is-16 ta' Lulju, billi reġgħet ġiet imħarrka għal dak inhar?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Proċeduri fuq il-każ imsemmi mill-Onor.", "Membri għadhom għaddejjin għar-raġuni li ma kien hemm l-ebda permess tal-PAPB anżi kien hemm żewġ refusals.", "Kulma kien hemm hu clearance mill-Lands Department.", "Bħalissa m'hemm ebda talba pendenti quddiem il-PAPB dwar il-każ.", "RAPPORT FINANZJARJU 1991", "2895.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jispjega item Development of Foreign Orders f'paġna 125 (Expenditure) tal-Financial Report 1991?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "QORMI - ZEBRA CROSSING", "2896.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jordna li jsir zebra crossing f'Mdina Road, Qormi peress li hija traffikuża ħafna u residenti tan-naħa tal-Ħandaq isibuha difficli biex jaqsmu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tlabt li s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru jintbagħat lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.", "BANEK - LOHUMBUS", "2897.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi:Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l- ispejjeż/charges/admistration fees li applikant għall-self mill-Lohombus jkollu jħallas?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Qed niġbor l-informazzjoni u nagħti risposta fis-seduta li jmiss.", "PROPRJETA' TAL-KNISJA", "2898.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri minn dik il-proprjeta' tal- Knisja, li kienet fuq konvenju sat-30 ta' Ottubru 1991 u li ma ġietx trasferita lill-Gvern, fil-każ illi għal xi raġuni il-konvenju jsir bla effett, u l-proprjeta' għalhekk ma tiġix trasferita lill-terzi persuni?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Skond Art.", "1 tal-Ftehim mal-Knisja, proprjeta' li kienet fuq konvenju qabel sar il-Ftehim ma kellhiex tiġi trasferita mill- Gvern u għalhekk ma taqax taħt it-termini ta' Att nru.", "IV ta' l-1992.", "Art 19 tal-Ftehim mal-Knsija jipprovdi għall-proċeduri f'każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar interpretazzjoni jew implimentazzjoni tat-termini tal-Ftehim imsemmi.", "KOMUNITA' EWROPEA - DIRETTIVI", "2899.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jindika kemm huma id-direttivi tal-Komunita Ewropea li jolqtu l-industrija u li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar, 1993?", "Xi studji specifici saru dwar l-effett tagħhom fuq l-industrija?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: Id-domanda tal-Onor.", "Interpellant, kif inhi, hija ġenerika ħafna, peress illi d-direttivi tal-Komunita' Ewropea li jolqtu l-industrija, b'xi mod jew ieħor, huma konsiderevoli.", "Tistaż tgħid li d-direttivi kważi kollha li jikkonċernaw is-Suq Intern (The Internal Market) tal-Komunita' Ewropea jolqtu direttament jew indirettament l- industrija.", "Fost oħrajn, ir-regoli Komunitarji dwar il-Kompetizzjoni huma relevanti wkoll f'dan il-kuntest.", "Saru diversi studji dwar l-effett fuq l-industrjija tas-Suq Wieħed Intern, u għalhekk tad-direttivi kollha, li jlaħħqu bħala numru kważi 300, li kellhom isiru u jiġu implimentati mill-pajjiżi membri tal-Komunita' Ewropea sal-1 ta' Jannar 1993, biex dan is-Suq Wieħed Intern ikun jista' jseħħ fit-totalita' tiegħu.", "L-iżjed studju ġenerali u importanti li kien sar mill-Komunita' Ewropea kien iċ-Cecchini Report, intitolat \"The European Challenge 1992 - The Benefits of a Single Market, li jikkonsisti f'numru ta' volumi.", "Saru wkoll studji varji tul dawn l-aħħar snin fuq setturi partikolari tal-industrija.", "Mhux possibbli li nagħti informazzjoni iżjed preċiża u dettaljata minħabba n-natura vaga tad-domanda.", "RAPPORT FINANZJARJU 1991", "2900.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti breakdown ta' l-items Direct Investment Promotion Industries paġna 125 tal-Financial Report 1991?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - TRADE LICENSING BOARD", "2918.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li twaqqaf il-Police Trade Licensing Board?", "Minn min hu kompost?", "Kull meta jiltaqa'?", "Kemm iltaqa' din is-sena?", "Kemm għandu applikazzjonijiet għadhom pendenti?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jeżisti l-ebda Bord li jismu Police Trade Licensing Board, pero' l-Pulizija għandha żewġ Bordijiet li jikkontrollaw il-ħruġ tal- permessi:", "Dawn huma:", "1) Bord ta' Pariri dwar Licenzji tal-Pulizija.", "2) Tribunal ta' Appelli dwar Licenzji tal-Pulizija.", "Il-Bord ta' Pariri dwar licenzji tal-Pulizija kompost min dawn in-nies:", "Is-Sur L. Cilia (Chairperson) Dr Jsoeph Troisi (Membru) Is-Sur Norman Bezzina (Membru) Is-Sinjorina Rita Vella Brincat (Segretarja)", "It-Tribunal ta' Appelli dwar Licenzji tal-Pulizija huwa kompost min dawn in-nies:", "Is-Sur George Borg Cardona (Chairperson) Is-Sur Emanuel Micallef (Membru) Dr A Felice LL.D. (Membru) Is-Sur John Grech (Segretarju)", "Il-Bordijiet imsemmija hawn fuq ġew kostitwiti bil-pubblikazzjoni tal- Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Ġunju 1992.", "Sal-lum għadhom ma ltaqgħux.", "Ta' min isemmi li dawn l-Bordijiet, naturalment differentment kostitwiti, matul il-1992 kienu jiltaqgħu regolarment skond il-ħtieġa li kienet tiddependi minn numru ta' applikazzjonijiet pendenti.", "Fil-fatt il-Bord taż Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija bejn 1 ta' Jannar, 1992 u 31 ta' Marzu, 1992 iltaqa' tmien darbiet.", "Quddiem dan il-Bord hemm 45 applikazzjoni pendenti.", "It-tribunal ta' Appelli dwar liċenzji tal-Pulizija bejn 1 ta' Jannar, 1992 u 22 ta' Frar, 1992 iltaqa' ħames darbiet.", "Quddiem dan il-Bord hemm disa' applikazzjonijiet pendenti.", "RAPPORT FINANZJARJU 1991", "2919.", "L-ONOR.", "LINO SPITERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu l-political officials li, skond ir-Rapport Finanzjarju għall-1991 li inti qegħedt fuq il-Mejda tal-Kamra l-lejla tħallsu b'kollox hu 231, 366 fl-1991?", "Fejn kien kull wieħed?", "Min kienu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni mitluna mill-Onor.", "Membru hija kif ġej:", "|President |Lm7,168 | |Speaker | 3,056 | |Dep Speaker |2,776 | |Prime Minister | 6,266 | |Leader of | 2,998 | |Opposition | | |Ministers (9) | 47,221 | |Members of |127,407 | |Parliament | | |Parliamentary |34,474 | |Secs (4) | | | | --------- | |TOTAL | Lm231,366 | | | --------- |", "PULIZIJA - PERSUNI RAPPORTATI NIEQSA", "2922.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: X'inhi r-raġuni li ritratti ta' persuni li huma mfittxija mill- pulizija u li jinsabu murija fuq notice boards fl-għases tal-Pulizija ma jistgħux ikunu wkoll għad-dispożizzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni (gazzetti u TV) biex jagħmlu użu minnhom f'rapporti li jista' jkollhom dwar l-assenza ta' dawn il-persuni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux kull każ ta' persuna mfittxija mill-Pulizija għandu bilfors jispiċċa fil-gazzetti għaliex wieħed irid jagħti każ x'tista' tkun ir-raġuni ta' tali tfittxija.", "Għaldaqstant, hu prudenti li nħalli tali deċiżjoni fil-ġudizzju tal-Kummissarju tal-Pulizija.", "ŻABBAR - TOROQ", "2925.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' d- dipartiment koncernat jieħu ħsieb jasfalta t-toroq ta' Pjazza San Ġakbu, f'Ħaż-Żabbar, u madwarha, inklużi Triq ic-Cimiterju, Triq San Ġużepp u Triq Santa Marija?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: It-toroq imsemmija huma diġa' asfaltati.", "Tlabt l-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet jieħu ħsieb xi xogħol ta' manutenzjoni li jista' jkun hemm bżonn.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - GĦOTI TA' HEARING AID", "2926.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2553 (Seduta 29), jista' d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni (SEu) jipprovdi permanentement hearing aid lil dan it-tifel?", "ONOR.", "UGO MIFSUD BONNICI: Iva d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ħa l-passi kollha meħtieġa sabiex it-tifel imsemmi fil-mistoqsija parlamentari nru.", "2553 jiġi provdut bi hearing aid tajba għal bżonnijiet edukattiva tiegħu.", "Din il-hearing aid dalwaqt tingħata lit-tifel minn kunsinja ta' hearing aids ġodda u moderni li t-taqsima Edukazzjoni Speċjali ordnat għal din is- sena, wara s-sejħa normali ta' tender.", "GĦAWDEX: XAGĦRA - MIŻBLA", "2947.", "L-ONOR.", "KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jidhirlu l- Ministru li l-miżbla (refuse dump) ġewwa x-Xagħra, Għawdex għandha tiġi mneħħija u tibda titħaddem sistema oħra li ma' tkunx ta' ħsara għall- ambjent u ta' nkonvenjent għar-residenti Għawdxin?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Il-problema tal-miżbla fil-Qortin tax-Xagħra ilha tinħass għal bosta snin.", "Għalhekk, il-Ministeru għal Għawdex mill-ewwel, f'Ġunju 1987 ħa l-passi meħtieġa biex tiġi studjata din il-problema bis- serjeta'.", "Fil-fatt, kumpannija barranija ġiet ikkommissjonata biex tagħmel studju dwar il-problema tar-reċiklaġġ ta' l-iskart f'Għawdex.", "Dan l-istudju ġie sottomess lill-Gvern li qed jikkonsidra x'passi jistgħu jittieħdu fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru.", "PULIZIJA - KAŻ TA' BUGEJA ALFRED", "2948.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-ħarba ta' Alfred Bugeja magħruf bħala il-Porporina mill-isptar San Luqa fis-27 ta' Mejju li għadda?", "X'konsiderazzjoni qed tagħti l-pulizija l-possibilita' li dan ħarab minn Malta b'passaport falz?", "Jekk fl-affermattiv, saru xi kuntratti dwar il-ħarba ta' Alfred Bugeja ma' l-Interpol u ma' dawk fl-Awstralja billi teżisti l-possibilita' li dan jista' jkun li qiegħed hemmhekk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa l-investigazzjonijiet huma inkonklussivi, għadhom sejrin u m'huma qed jeskludu l-ebda ipotesi.", "PULIZIJA - PERSUNI RAPPORTATI NIEQSA", "2949.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti lill-Parlament lista aġġornata tal- persuni li sal-lum huma mfittxija mill-Pulizija u/jew rapportati nieqsa?", "Minn min, minn fejn u kemm ilhom imfittxija u/jew rapportati nieqsa", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Skond ir-rekords tal-Pulizija n-numru ta' ċittadini Maltin li jinsabu fuq il-lista' ta' persuni assenti u huma mfittxija mill- Pulizija huwa ta' 15, sitt nisa u disa' irġiel.", "Id-data tar-rapport l- aktar antik tmur lura għal 4 ta' Awissu, 1970.", "Ma jidhirlix li huwa opportun li d-dettalji tal-persuni jixxandru f'dan l- istadju pero' se nagħti t-tagħrif mitlub bżmod privat lill-Onor.", "Interpellant.", "IRAQ - KUMMERĊ", "2950.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Xi ftehim għal kummerc ta' xiri ta' prodotti maħduma lokalment kien hemm għall-Iraq?", "Kif dan kien milqut mill-Gwerra tal-Golf Persjan?", "Kemm-il darba industriji lokali li kellhom ordnijiet għal dak il-pajjiż għamlu talba lin-Nazzjonijiet Uniti biex jingħataw kumpens?", "Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-ammont ta' flus mitlufa f'ordnijiet ta' xogħol għall-Iraq?", "ONOR.", "GEORGE BONELLO DU PUIS: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Onor.", "Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin.", "ĦABS ĊIVILI - DIRETTUR", "2951.", "L-ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jaħtar Direttur għal Ħabs Civili?", "Jekk beħsiebu jaħtru, ikun konsidrat li tingħażel il-persuna adatta għal din il-kariga tant responsabbli mhux biss lejn l-istat iżda wkoll lejn ir- riforma tal-priġunier innifsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-Ministeru propona tibdil strutturali f'dan il- qasam li permezz tiegħu nkunu nistgħu nwaqqfu Direttorat tas-Servizzi Korrettivi li jkollu mhux biss r-responsabbilita' tal-Ħabs iżda jkollu wkoll r-responsabilita' ta' ħwejjeġ oħra relatati mal-korrezzjoni ta' l- individwu, bħal strutturi ta' rijabilitazzjoni u servizz ta' probation.", "Naħseb li mill-kontenut tar-risposta ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija diġa' hemm indikazzjoni ċara li l-persuna li tintgħażel għal dan il-post irid ikollha l-kwalitijiet meħtieġa biex jintlaħaq l-iskop ewlieni, fosthom il-kwalita' ndikata mill-Onor.", "Membru.", "PULIZIJA - OFFERTA' TA' FLUS GĦAL INFORMAZZJONI", "2964.", "L-ONOR.", "SALVU SANT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 2178 fejn jiena staqsejt lill-Ministru \"Għaliex ma ġietx offruta l-ebda somma ta' flus fil- każ tal-hold-up li sar ftit tal-ġranet qabel l-aħħar elezzjoni fi Triq ta' Ħal Luqa u lanqas f'każi ta' hold-ups oħra li saru f'dawn l-aħħar ħames snin\" bħal dik li ġiet offruta dan l-aħħar.", "Jidhirlu l-Ministru li t-tweġiba tiegħu fis-sens li \"ir-raġuni hi ovvja\", ma tispjegax x'inhuma l-kriterji oġġettivi li jirregolaw deciżjonijiet simili u li jolqtu flus il-poplu, u allura jidhirlu l-Ministru li għandu l- obbligu li jirrispondi għat-tieni parti ta' l-istess mistoqsija parlamentari numru 2178?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: BL-ovvju ridt infisser li dawn id-deċiżjonijiet jittieħdu fid-diskrezzjoni tal-Pulizija li ma tistax tagħmel pubblika l- istrateġija li tiddeċiedi dwarha minn żmien għal żmien biex tiġġieled il- kriminalita'.", "ANZJANI - SERVIZZ TA' TELECARE", "2984.", "L-ONOR.", "TONY NICHOLL staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u Żvilupp Soċjali: Koppja anzjana Pace ta' 33 Coleridge Street, Gżira għal ħafna żmien ilha tistenna l-applikazzjoni tagħha għas-servizz tat-telecare.", "Jista' l-Ministru minħabba raġunijiet ta' saħħa jieħu l-passi meħtieġa biex din il-koppja tinqeda peress li dan is-servizz huwa essenzjali għaliha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena nformat li l-koppja Pace għamlu l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare fit-8 ta' Mejju, 1992 u li l-kuntratt bejn il- koppja msemmija u d-Dipartiemnt għall-Kura ta' l-Anzjani sar fit-12 ta' l- istess xahar.", "Id-Dipartiment ta' l-Anzjani ġie informat mill-Korporazzjoni Telemalta li l-installazzjoni ta' l-apparat se jsir fil-jiem li ġejjin."]} {"filename": "20020508_732d_par.doc", "date": "2002-05-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 732 L-Erbgħa, 8 ta' Mejju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 732", "L-Erbgħa, 8 ta' Mejju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "732", "L-Erbgħa, 8 ta' Mejju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 496", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 496", "TQEGĦID TA' KARTI 501", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (IT-TIENI QARI)", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL (SECOND READING) 502", "AĠĠORNAMENT 521", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 527", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 731 li saret fis-7 ta' Mejju ̧ 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UE – PRODUZZJONI TA' ĦAXIX FRISK", "31434.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad li l-UE għandha tagħti lil Malta għall-iżvilupp tas-settur tal-biedja u s-sajd, ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u r-ristrutturar tal-qasam tal-produzzjoni ta' ħaxix frisk?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 31427.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress illi t-tweġiba li qed jirriferini għaliha l- Ministru ma tikkomprendix l-informazzjoni mitluba, u fid-dawl tal-fatt li l- Ministru l-bieraħ spjega li l-gvern huwa mistenni li jirċievi mill-Unjoni Ewropea parti minn somma li tlaħħaq Lm70 miljun għall-iżvilupp u r- ristrutturar li jrid isir f'dan il-qasam, jista' almenu jgħidilna kemm fondi se jmorru għar-ristrutturar tal-qasam tal-produzzjoni ta' ħaxix frisk, mingħajr ma noqgħod infakkar fl-għexieren ta' miljuni ta' liri u fil- famużi Lm100 miljun li baqgħu qatt ma ġew?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ejja nħallu barra l-għexieren ta' miljuni u l-Lm100 miljun li semma l-Onor.", "Farrugia.", "(Interruzzjonijiet) Ladarba għadna m'aħniex membri sħaħ, inutli taqbadli l-prodotti agrikoli wieħed wieħed u toqgħod tistaqsini kemm kellna nieħdu mingħand l-Unjoni Ewropea fit-tliet snin li għaddew.", "Mingħand l-Unjoni Ewropea tieħu jekk tkun membru għax jekk m'intix membru ma teħux.", "Inutli toqgħod tmur lura s- snin jekk fl-1999 ma konniex membri, fl-2000 ma konniex membri, fl-2001 ma konniex membri u sal-lum għadna m'aħniex membri.", "Inutli toqgħod teqred dwar kemm kellek tieħu għax la m'intix membru ma tieħu assolutament xejn.", "Pero' xorta waħda nista' ngħid, Sur President, li wara li rriattivajna l- applikazzjoni għas-sħubija ̧ għas-settur agrikolu biss diġa' ħadna euro 5 miljun u l-bieraħ tajt breakdown fejn qed imorru dawn il-flus.", "Jien għedt li Lm1.25 miljun se jmorru għall-iżvilupp rurali u għedt ukoll li ħadna Lm400 ̧000 biex inwaqqfu l-IACS, sistema li tippermettilna nkunu nafu d-daqs u l-kwalità tar-raba' u tal-farms kollha permezz ta' ġbir ta' informazzjoni.", "Ftit ġimgħat ilu ngħatajna wkoll madwar Lm60,000 biex isir studju relatat mal-mastitis – qed ngħid għall-mard li jista' jaffetwa lill- baqar għall-mod kif jinżammu fl-irziezet - u ngħatajna wkoll madwar Lm60,000 oħra għas-set-up ta' paying agency.", "Is-Lm70 miljun li semmejna huma parti biss mill-għajnuna għas-settur agrikolu għax magħhom hemm ukoll l-istrument finanzjarju għar-rural development li se jgħin bil-kbir lill- qasam agrikolu.", "Barra minn hekk ingħatajna wkoll madwar Lm160,000 biex nagħmlu analisi u studji oħra relatati mal-ħamrija.", "Jiġifieri hawnhekk issa qegħdin nitkellmu b'mod indirett dwar il-produzzjoni ta' ħaxix frisk, cioe' dak li staqsa dwaru l-Onor.", "Farrugia.", "Issa skond informazzjoni li tinġabar mill-pitkalija, nafu li fejn tidħol il- produzzjoni ta' ħaxix frisk – qed nirriferi għall-ħxejjex kollha, naturalment wara li taqta' minnhom it-tadam għall-processing, il-patata għall-konsum lokali u dik għall-export, bħall-kaboċċi, pastard, basal u qara' twil - 40% biss tal-prodott jiġi ddikjarat.", "Allura hawnhekk għandna programm li permezz tiegħu l-levies jiġu mneħħija bil-mod il-mod, u infatti diġa` ħsibna biex tingħata għajnuna li tkun tagħmel tajjeb għat-tnaqqis tal- levies fuq ammont li huwa ikbar minn dak iddikjarat.", "Ngħidu aħna jekk illum il-produzzjoni totali hija ta' 40 kilo, bil-kalkoli li qed jagħmel id-dipartiment dik qed neħduha bħala 100 kilo.", "Meta mbagħad taħdem kollox f'daqqa, qegħdin naħsbu li l-produzzjoni ta' ħaxix frisk titla għal madwar 40,000 tunnellata.", "Għal dan l-għan il-gvern għamel il-programm tiegħu ta' tneħħija tal-levies għal dan is-settur u se noħorġu l-flus biex niggarantixxu li dan is-settur ikun sostenibbli.", "Ovvjament dawn id-dettalji kollha jingħataw fil-laqgħat tal-MEUSAC – l- aħħar laqgħa nżammet madwar xahar ilu – u kull min jattendi għal dawn il- laqgħat – il-partiti politiċi huma mistiedna - għandu f'idejh id-dettalji kollha u jaf fiex jikkonsisti dan il-programm.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President ̧ jien ma nagħmilx parti mill-MEUSAC imma jien membru tal-parlament u allura nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "Jien staqsejt lill-Ministru biex jgħidli kemm hi n-nefqa għar-ristrutturar għal dan is-settur partikolari tal-produzzjoni ta' ħaxix frisk, sabiex inkunu aġġornati mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kompetittivi mas-swieq Ewropej.", "Jekk il-Ministru m'għandux risposta jgħid li m'għandux risposta u ma joqgħodx jinħela jgħidli affarijiet li m'humiex relatati ma' dan il- qasam partikolari.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, risposta għandi u diġà għidtha.", "Nerġa' ngħid li għal-laqgħat tal-MEUSAC jiġu mistiedna l-partiti politiċi u kull min jattendi jista' jieħu l-informazzjoni kollha li jrid u allura jkun jaf fiex jikkonsisti l-programm tal-gvern.", "Jekk l-Onor.", "Farrugia irid ikun jaf fuq il-produzzjoni ta' ħxejjex friski, iva hemm programm.", "Kull min jattendi, kemm jekk ikun membru parlamentari jew stakeholder jew xi ħadd li jirrappreżenta lill-bdiewa - anke bidwi li juri x-xewqa li jrid jattendi għal dawn il-meetings - kulħadd jista' jingħata kopja tal-programm.", "Sinċerament ma narax għalfejn għandna noqgħodu nitolbu għall-protezzjoni tas-Sedja meta hija xi ħaġa magħrufa minn kulħadd li kull min jattendi għal dawn il-laqgħat tal-MEUSAC jista' jieħu kopja ta' dawn il-programmi, kemm fejn tidħol il-produzzjoni ta' ħxejjex friski, kemm fejn tidħol il- produzzjoni ta' frott frisk, kemm fejn tidħol il-produzzjoni tal-laħam tal- majjal, kemm taċ-ċanga u ta' kwalunkwe settur ieħor li fuqu se jitneħħew il- levies.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jserraħ moħħ il-poplu Malti u Għawdxi li ma jkunx possibbli, kemm jekk xi darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea u anke bil-ftehim milħuq s'issa, illi barrani jixtri art agrikola bla ebda restrizzjoni ta' xejn, fis-sens li jkollu aċċess liberu li jixtri l-art u minflok iħawwel frott jew jiżra' affarijiet agrikoli kif għandna bħalissa, iħawwel dwieli, ngħidu aħna?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix dan ir- riskju?", "Tista' tgħidilna jekk hemmx din il-possibbilta' ladarba nidħlu fl- Unjoni Ewropea?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, fuq din kien hemm kjarifika min-naħa tal-ministeru għall-affarijiet barranin, fis-sens li bnieden li jiġi joqgħod hawn Malta jista' jixtri art agrikola wara li jkun għadda l- perijodu stabilit.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jiena għandi biċċa art imqabbla għand l-Onor.", "Mizzi – forsi kienet ta' missieri u qabbilha lil missieru - sakemm hija art agrikola, lill-Onor.", "Mizzi ma nistax neħodielu.", "Biex neħodielu rrid niftaħlu kawża l-qorti u niddikjara li naqla' inqas minnu.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jiena nipprova li naqla' flus inqas minnu nista' neħodlu dik l-art.", "Biex tieħu art agrikola mingħand xi ħadd trid turi bil-provi – wara kawża li Alla biss jaf meta tispiċċa – li qed tagħmel qligħ fis-sena inqas mill-istess bidwi, u diffiċli ħafna biex tisma' b'xi każ bħal dan.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI: B'riferenza għad-diskors li għamel il- Ministru nhar il-Ħadd li għadda lill-bdiewa u raħħala Għawdxin dwar il- kwota tal-ħalib, jista' l-Ministru jispjega kif se tiġi nnegozjata din il- kwota?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur Presdient, nhar il-Ħadd kelli laqgħa fiċ-ċentru Ninu Cremona, laqgħa li kienet miftuħa għall-bdiewa u raħħala - attenda wkoll l-Onor.", "Frederick Azzopardi – u fost is-suġġetti li tqajmu kien hemm il-kwestjoni dwar x'se jiġri mill-kwota tal-ħalib.", "Nafu li fl-1999 il- kwota kienet ta' 5.35 miljun gallun, iżda rrid ngħid li f'dawn l-aħħar erba' snin din telgħet bil-mod il-mod għal madwar 45,000 tunnellata metrika fis-sena, jiġifieri madwar 9.9 miljun gallun.", "Jiġifieri mill-baqar li jkabbru fl-irziezet ir-raħħala qegħdin jipproduċu 9.9 miljun gallun ħalib fis-sena.", "Issa aħna qed ninnegozjaw li din il-kwota massima ta' ħalib frisk għandha tinżamm – jiġifieri l-kwota li għandna bżonn għall- produzzjoni ta' ħalib frisk, għall-produzzjoni tal-yoghurt u għall- produzzjoni ta' l-irkotta li f'ċertu perijodu ssir ukoll mit-trab tal-ħalib – u allura din hi l-kwota li l-gvern qed jinnegozja ma' l-Unjoni Ewropea.", "Ħalli ngħid kif tinħadem il-kwota.", "Fil-preżent, raħħal li għandu 100 gallun kwota jista' jbiegħ parti minnha – nafu li l-prezz qiegħed ta' madwar Lm1,300 jew Lm1,400-il gallun - u allura dan għandu dritt jipproduċi 100 gallun kuljum.", "Din il-prassi ġiet stabilita fl-1989 meta l-kwota annwali kienet ta' 5.35 miljun gallun.", "Iżda kif diġà għidt minn dak iż-żmien 'il hawn il-kwota żdiedet u dak ir-raħħal b'100 gallun kwota, biex jipproduċi iżjed u biex ilaħħaq mad-9.9 miljun gallun kwota, ġie misluf 50% mill-MDP u mill-JPH.", "Jiġifieri raħħal b'100 gallun kwota llum qed jipproduċi 150 gallun kuljum, pero' 100 gallun biss huma tiegħu – jista' jagħmilhom kapital, jista' jagħmilhom flus, jista' jbiegħhom – għax imbagħad għandu 50 gallun li ma jistax jinnegozjahom għax qegħdin mislufin għandu.", "Allura għal din il-kwota, anke biex nagħmlu t-taqliba kif se jkun hemm il- kumpens minflok il-beef intervention scheme, qegħdin ngħidu – u diġa' tkellimna mal-KPH dwar dan – illi raħħal li għandu 100 gallun tiegħu u għandu 50 gallun mislufa lilu, jista' jqis li l-100 gallun se jsirulu 150 gallun kollha tiegħu.", "Jiġifieri bi ftehim mar-raħħala li diġà tkellimna magħhom – ftehem li diġa' għaddejtu mill-kabinett - jekk raħħal għandu 100 gallun u qed jagħmel użu minn 50 gallun mislufa lilu mill-KPH, ir-raħħal minflok se jkun jista' jinnegozja l-100 gallun kwota tiegħu biss issa se jkun jista' jinnegozja wkoll il-50 gallun kwota mislufa lilu.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li min għandu kwota ta' 100 gallun se jkollu 150 gallun tiegħu - min għandu 80 gallun se jkollu 120 gallun tiegħu - u dawn jista' jinnegozjahom għax se jkunu kollha tiegħu.", "Jiġifieri dawk il-50 gallun li se jkunu mistlufa lilu se jkunu tiegħu u jista' jinnegozjahom ukoll.", "Barra minn hekk, ikollok raħħala li jeċċedu dik il-50% u għal kull gallun li jittella' mir-raħħal, l-MDP tħallas tiegħu bis-76c1.", "Allura jekk għandek kwota ta' 100 gallun u għandek 50 gallun mislufa, tal-150 gallun tieħu ...", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri dan li qed jgħid il-Ministru ġie spjegat lill-bdiewa fil-kuntest li l-Unjoni Ewropea fis-sena 2008 se tneħħi l- kwoti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandu x'jaqsam assolutament xejn!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma se tneħħihom jew le?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: M'għandu x'jaqsam assolutament xejn!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma se tneħħihom jew le?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk m'aħniex se naqbżu l-kwota nazzjonali ta' 45,000 tunnellata li qegħdin ninnegozjaw, kif se tneħħihom?", "Ma tistax għax dik hi l-kwota li qegħdin ninnegozjaw.", "(Interruzzjonijiet) Imma ħalli nkompli nispjega din kif se taħdem.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, kull darba li tqum kwestjoni fuq il-biedja, qasam ta' importanza kbira, qegħdin nassistu għal stone-walling min-naħa tal-Ministru.", "Kull meta tistaqsih mistoqsija jieħu pjaċir jagħmel għaxar minuti jirrepeti l-istess affarijiet, jidħol f'affarijiet tekniċi – kultant anke jkun hawn deputati min-naħa tal-gvern lesti biex jgħinuh billi jagħmlulu t-tip ta' mistoqsijiet li jrid hu - u meta jiġi biex jirrispondi b'mod preċiż għall-mistoqsijiet li jsirulu min- naħa tagħna, ma jirrispondix.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li s-Sedja trid tirregola u mhux għaddejjin, għaddejjin hawnhekk qisna qed nagħmlu konferenza stampa b'ħafna dettalji biex nagħmlu stone-walling!", "Jekk il- Ministru jħoss ruħu skomdu li jirrispondi b'mod preċiż għall-mistoqsijiet ta' policy, allura lill-Iskrivan tal-Kamra jista' jagħtih l-instructions biex il-mistoqsijiet tiegħu jagħmilhomlu fl-aħħar tal-lista, forsi jkun hemm ministru ieħor li jaf jirrispondi aħjar minnu!", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Skużi ta, imma l-mistoqsija oriġinali tirrigwarda l- perijodu 1999, 2000 u 2001, u jekk sal-lum għadna m'aħniex membri, x'għajnuna trid tingħata?", "Din lanqas biss għandha tkun aċċettata mistoqsija bħal din!", "(Interruzzjonijiet)", "Sur President, inti taf daqsi li hawnhekk jistaqsuk fuq iż-żarbun u trid tirrispondi fuq il-kappell!", "Jekk in-naħa ta' l-oppożizzjoni għandha dritt tistaqsi dwar kwalunkwe` suġġett taħt ix-xemx u aħna l-ministri nirrispondu, anke l-backbenchers tan-naħa tal-gvern għandhom kull dritt jistaqsu u jiena wkoll għandi d-dover u d-dritt li nispjega lill-poplu.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk din il-kwestjoni m'hijiex iddoqq ħelu għal widnejhom jiddispjaċini, imma ħalli nkompli nispjega.", "THE DEPUTY SPEAKER: Fil-qosor jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, jiena għandi dritt nirrispondi lil kulħadd.", "(Interruzzjonijiet) Jimporta nkompli nispjega?", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "MEMBRU: Coward!", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Coward min ma jridx jisma' l-affarijiet!", "(Għajjat) Din hija sistema li biha r-raħħala se jmorru 'l quddiem għax min għandu 100 kwota u jinnegozjaha jista' jkollu 150, u min għandu 80 kwota jista' jtellagħha għal 120.", "(Interruzzjonijiet) Sur President ̧ jekk jagħtuni ċans nitkellem.", "Barra minn dawn il-150, imbagħad hemm xi 1.5% illi l-MDP ma tħallasx lir- raħħal bis-76c għal kull gallun imma tħallsu bit-32c u dan tagħmlu bi skop ħalli ma jkunx hemm overproduction.", "Imbagħad l-MDP tagħti d-differenza fuq dak l-ammont 'il fuq minn 150% bid-differenza ta' 76c minus it-32c u mbagħad dik id-differenza tinqasam bejn ir-raħħala skond il-kwota miżjuda.", "Hekk taħdem din.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, ħa nagħmillu mistoqsija preċiża li dwarha m'għandux għalfejn jagħmel kompożizzjonijiet sbieħ tajbin għall-\"A\" level il-Ministru!", "Nistiednu jirrispondi fuqha \"iva\" jew \"le\".", "Minnu li fl-1 ta' Lulju ta' din is-sena, mingħajr ma Malta tkun membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea, min-naħa ta' Malta se nnaqqsu l-levies fuq l-importazzjoni agrikola mill-Unjoni Ewropea waqt li l-Unjoni Ewropea m'hijiex se tnaqqas il-levies tagħha għall-prodotti agrikoli esportati minn Malta lejn l-Unjoni Ewropea?", "M'għandnniex bżonn essays twal imma iva jew le jekk jogħġbu!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President ̧ fuq it-television kultant jagħmlulek xi domandi u jgħidulek biex tirrispondi iva jew le, imma aħna la aħna fuq it-television u lanqas qed nagħmlu eżami ta' l-\"O\" level!", "Inti mort Harvard jew fejn mort u jien mort l-universita`.", "Kulħadd għandu daqsxejn intelliġenza u għandna nirrispettaw l-intelliġenza ta' xulxin għax kulħadd għandu l-intelliġenza tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, on a point of order.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, m'għandu l-ebda dritt idaħħal affarijiet irrilevanti.", "Jien għamiltlu domanda u tlabtu jgħid iva jew le.", "Jekk ma jridx jirrispondi jgħid li ma jridx jirrispondi imma mhux jibqa' sejjer b'dawn il-ħmerijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħmerija hija li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni nesa x'weġibtu l-bieraħ, affarijiet tal-mistħija ngħid jien.", "Mela ħalli nerġa' nirrepeti l-bieraħ x'għedt u nieħu l-każ tal-majjal.", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ministru, fil-qosor jekk jogħġbok għax qed jiskadi l- ħin.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, x'ħin jieqfu nibda.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Imma jien ma nistax nindaħal lill-Ministru x'jirrispondi.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, dak qed jgħajjat \"coward\".", "Jekk irid juri min hu coward mhux hawn ġew jgħajjat coward.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Il-bieraħ jien weġibt għal din il-mistoqsija.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: M'huwiex minnu li l-bieraħ il-Ministru rrisponda għall- mistoqsija li għamiltlu jien u għalhekk erġajt staqsejthielu.", "Jien irrid inkun naf jekk il-levies hux se nnaqqsuhom aħna lilhom u huma fil-każ tagħna ma jnaqqsuhomx, iva jew le.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ir-risposta tajtha l-bieraħ.", "Jekk iridu li nerġa' nirrepeti joqogħdu kwieti għax il-bqija mhux se nirrispondi.", "Il-bieraħ spjegajt li l-levies tant huma prohibitive ...", "(Interruzzjonijiet) Il-fatt li ma jħallukx titkellem juri li qegħdin jinħarqu dawn!", "Għax il-verita' tweġġa'!", "Tweġġa' l-verità, kemm tweġġa l- verita'!", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk joqogħdu kwieti nirrispondi ̧ pero' dawn qegħdin jinħarqu għax jafu li aħna qegħdin nieħdu l-passi neċessarji biex niggarantixxu li l-biedja tibqa' sostenibbli u għalhekk dan l-għajjat.", "(Għajjat) Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ftit ordni fil-Kamra, jekk jogħġobkom.", "Il- ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "(Interruzzjonijiet).", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, kont qed nistenna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħid iva jew le!", "(Interruzzjonijiet) Fil-każ nissuġġerilkom tagħmlu mozzjoni biex tkeċċuh 'il barra u anke ġġibulu l-pulizija, forsi anke fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ma nkunux nistgħu naraw id-demokrazija titwettaq!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Alfred Sant, għamel mozzjoni biex tkeċċina 'l barra mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma nistax nippermetti dawn l- interruzzjonijiet.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 108 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 dwar il-fond ċentrali tal-koperativi għar-rigward ta' soċjetajiet koperativi; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad ta' persuni li ġew impjegati ma' l- università, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33080.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' project description statement: development and operation of a controlled landfill and ancillary facilities maħruġ mill-ministeru għar-riżorsi u l-infrastruttura, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33130; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Kopja tal-kuntratt ta' impjieg iffirmat bejn il-fondazzjoni għas- servizzi mediċi u ċ-chief executive ta' l-isptar Monte Carmeli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33161.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker ̧ nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra ̧ b'mod partikolari tal-Leader of the House, li fid-9 ta' April, sieħbi, l- Onor. Joe Debono Grech u jien konna għamilna Private Members' Motion dwar il-privatizzazzjoni tal-posta mit-Transend.", "Sal-lum din għadha ma ġietx għad-diskussjoni u kieku ma mortx inġeddidha għand l-Iskrivan tal-Kamra kienet tiskadi.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar dan kollu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Leo Brincat jaf li l-Onor.", "Hyzler għamel perijodu ta' żmien nieqes minn Malta fuq xogħol tal-gvern u għalhekk ma kienx possibbli li nġib dik ir-riżoluzzjoni għad- diskussjoni quddiem il-Parlament.", "L-Onor.", "Brincat jaf ukoll li jien wegħedt li din ir-riżoluzzjoni se nġibha quddiem il-Parlament ma' l-ewwel okkażjoni li jkollna u nittama li dan huwa viċin ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mis-7 ta' Mejju ̧ 2002", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur President ̧ bħalissa qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li jirrigwarda l-impiegi ̧ l-impjegati u l-industrija ta' pajjiżna u allura jolqot lil massa kbira ta' nies għax kulħadd huwa ħaddiem.", "Fil-ġurnata tal-lum ma jistax ikun li ma taħdimx u bniedem li ma jkollux ix-xogħol iħossu mingħajr dinjità u ma jkunux indipendenti.", "Kif qalu l-kelliema li tkellmu s'issa dan l-abbozz ta' liġi huwa mistenni ħafna pero' ma rridux ninsew lil dawk li qed ifittxu x-xogħol.", "Sur President ̧ huwa mportanti li l-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l- Impjiegi li se jinħatar jagħmel xogħlu tajjeb għax din il-liġi se tkun tiddependi ħafna minnu.", "Dan iI-bord se jkun kompost minn rappreżentanti ta' l-impjegati, rappreżentanti tal-prinċipali u rappreżentanti tal-unions pero' jekk dawn mhux se jiltaqgħu b'mod frekwenti ma nafx x'valur jista' jkollha din il-liġi aktar u aktar issa li l-impjegati u min iħaddem jibdew jistennew ħafna li jieħdu d-drittijiet tagħhom.", "Hemm bżonn li dan il-bord ikun watchdog il-ħin kollu fuq il-bżonnijiet li jkollhom il-ħaddiema.", "Dan irid jagħti pariri siewja u ma joqgħodx iqis li jkun qed imiss affarijiet li forsi jkunu qed jaħarqu.", "Naħseb li tkun ħaġa valida ħafna li kieku f'dan il-bord – ma nafx jekk il-ministru ħasibx fiha jew le – ikun hemm mara.", "Qed ngħid hekk għax verament inħoss li jista' jkun hemm xi ħaddiema nisa li jkunu jixtiequ jitkellmu fil-magħluq ma' xi membru fuq xi problema li jkollhom.", "Nemmen li huwa mportanti ħafna li jkun hemm min jisma' l-problemi li jkollhom il-ħaddiema.", "Sur President, bħalissa qed jiġini f'moħħi kemm ħadmu ta' qabilna biex il- ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu minn benefiċċji bħal-leave, sick leave, benefiċċji ta' mard u drittijiet oħra li l-ħaddiema jistħoqqilhom li jkollhom.", "Pero' wisq nibża' li jekk m'aħniex se nipproteġu dawn l- affarijiet il-ħaddiem se jispiċċa mingħajr drittijiet.", "Per eżempju, ħafna ħaddiema qed ifittxu l-għajnuna u mhux qed isibuha.", "Għalhekk filwaqt li jien naqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi, inħoss li hemm ħafna affarijiet li jridu jkunu inforzati biex il-ħaddiema jkunu protetti.", "Huwa mportanti li l- Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi jkollu s-saħħa u jistma lill- ħaddiem kif jixraqlu.", "Sur President, inħoss ukoll li għandu jkun hemm labour court li jisma' l- ilmenti ta' l-impjegati.", "Nafu li preżentement hemm lista twila ta' nies li applikaw biex iressqu l-ilment tagħhom quddiem tribunal pero' ftit huma l-każi li jinqatgħu u ftit huma dawk li jieħdu dak li ħaqqhom.", "Jien nemmen li dak li qed niddiskutu jkun implimentat.", "Għal ħafna snin smajna ħafna bil-qorti tal-familja.", "Min jaf kemm-il darba tkellimna dwar dan f'din il-Kamra u minjaf kemm għidna li din hija mportanti biex tipproteġi lill-ħaddiema u lill-familji tagħhom pero` mbagħad ħlief paroli ma nisimgħux u din il-qorti tal-familja m'hemmx li tasal.", "Pero` mill-banda l-oħra nafu kemm għandna familji qed jistennew biex il-każ tagħhom jinstema' u kemm għandna familji li qed ibatu għax ħadd mhu qed jismagħhom.", "Isiru ħafna wegħdi u paroli imma mbagħad meta tiġi għall-prattika ma ssib xejn.", "Għalhekk nittama li dan il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi ma jiġrilux bħal ħafna u ħafna liġijiet oħra li fuq il-karta jkollhom ħafna kliem sabiħ u mbagħad meta tiġi biex tfittex id-drittijiet tal-ħaddiema jgħidulek li għandhom ruxxmata xogħol jew inkella l-lista hija twila u ma jistgħux ilaħħqu.", "Wieħed irid iqis li d-dritt tal-ħaddiem huwa dritt għall-għajxien, dritt biex individwu jiekol u jrabbi l-familja u hawnhekk nista' ngħid li preżentement hawn ħafna familji jbatu minn faqar modern.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-bord tan-National Employment Authority li jilqa' każijiet ta' ħaddiema li jressqu l-ilmenti tagħhom għax ikunu tkeċċew mix-xogħol jew minħabba raġunijiet oħra u ilmenti minn individwi li jkunu nqabdu jaħdmu.", "Dawn ikollhom jidhru quddiem dan il- bord biex ifiehmuh is-sitwazzjoni tagħhom u minflok jagħmluhom taħt il-Part II jerġa' jagħmluhom taħt il-Part I u allura jerġgħu jibdew jieħdu l- benefiċċji soċjali.", "Pero' hawnhekk ukoll għandna burokrazija enormi għax ħaddiem li jitlob biex il-każ tiegħu jidher quddiem l-NEA jieħu medja ta' sitt xhur.", "Meta nara dawn l-affarijiet u din l-irresponsabbiltà kollha min- naħa tal-gvern nibda naqta' qalbi.", "Xi ħaġa li nixtieq ngħid hija li l-gvern ġabar lil dawk kollha li kienu qed jirreġistraw bħala labourers u bagħthom jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni u min irrifjuta ġie maqtugħ mil-lista u ilu dawn ix-xhur kollha biex jidher quddiem il-bord.", "Pero' labourer mhux bilfors irid jaħdem fil-qasam tal- kostruzzjoni imma dan jista' jkun bajjad.", "Din hija tmexxija żbaljata min- naħa tal-gvern u jien m'għandi l-ebda fiduċja fih sakemm jibqa' miexi b'dan il-mod.", "Sur President, jien tkellimt ma' nies li jaħdmu fl-ETC u staqsejthom x'se jkun ix-xogħol tagħhom vis-à-vis din il-liġi.", "Dawn qaluli li min-naħa ta' l-ETC mhux se jkunu qed jaħdmu biex jipproteġu din il-liġi.", "Id-differenza li se jkun hemm hija li fejn qabel il-ħaddiema kellhom tliet xhur probation issa se jkollhom sitt xhur u dan se jaffettwa ħażin lill-ħaddiema għax fejn qabel wara tliet xhur, employer kien jista' jdaħħlek full-time miegħu ̧ issa dan, wara ħames xhur u ftit jista' jgħidlek li ma jistax iħaddmek bil-ktieb għax m'intix tajjeb u jkeċċik.", "Allura dan huwa serħan il-moħħ?", "Jien inħoss li dan mhu se jgħin xejn lil dawk il-ħafna żgħażagħ li qed jipprovaw jagħmlu l-almu tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax- xogħol.", "Sur President, nhar il-Ħadd, fuq ġurnal tal-Partit Nazzjonalista ̧ kien hemm artiklu intitolat \"Argument\" li tkellem fuq din il-liġi u fih issemmew drittijiet ġodda tal-ħaddiema.", "Il-kittieb qal li l-ħaddiema se jkunu qed jieħu ċerti benefiċċji minn din il-liġi pero' kif għidt ̧ il- gvern ma kellux jaħseb biss fuq id-drittijiet ta' min jaħdem imma kellu jaħseb ukoll fid-drittijiet ta' min ma jaħdimx.", "Jien nemmen li s-soċjetà Maltija hija waħda u inti m'għandekx tiddiskrimina lil min ma jaħdimx.", "Issa nixtieq nikkwota minn dak l-artiklu li deher nhar il-Ħadd li għadda fuq ġurnal tal-Partit Nazzjonalista.", "F'dan l-artiklu ngħad li:", "\"Ġaladarba tgħaddi mill-Parlament, tagħti ammont kbir ta' drittijiet ġodda lill-ħaddiema.\".", "Dan l-artiklu jgħid ukoll li:", "\"Il-liġi ġġib fit-tmiem proċess twil ta' aktar minn għaxar snin diskussjonijiet bejn il-gvern u l-partijiet soċjali dwar proposti u kontra-proposti.\".", "Allura f'għaxar snin ta' diskussjonijiet ̧ proposti u kontra-proposti ̧ dawn ma setgħux ħolqu xi ħaġa oħra ma' din il-liġi biex jibdew jipproteġu aħjar lil min irid ifittex ix-xogħol?", "Nixtieq insemmi wkoll liż-żgħażagħ u hawnhekk il-gvern għandu responsabbiltà kbira biex lil dawn jedukahom u jmexxihom għal dawk l- affarijiet li l-Istat għandu bżonn.", "Pero' b'dispjaċir ngħid li f'Malta eskludejna għal kollox lil dawk l-istudenti li m'għandhomx \"O\" levels u barra minn hekk ingħalqu anke l-iskejjel tas-snajja'.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn il-prospectus biex jara xi kwalitajiet ta' korsijiet joħorġu mill-Matsec isib li biex jattendi għal xi kwalità ta' kors irid ikollu wieħed jew żewġ \"O\" Levels u allura min m'għandux \"O\" Level standard jinqata' barra.", "Jien jiddispjaċini nara dawn l-affarijiet iseħħu minn gvern li issa għamel l-ankri li minn hawn u ftit ieħor se jinqatgħu.", "Jien ngħid li ħafna minn dawk in-nies li qed ifittxu x-xogħol la għandhom kwalifiki u lanqas sengħa.", "Din hija l-kwalità ta' ġenerazzjonijiet Ii dan il-gvern bena għall-futur ta' pajjiżna pero' dan ma nkwieta xejn u kompla għaddej bit-triq tiegħu full speed ahead għall-Unjoni Ewropea.", "Ir-risposta tiegħu għal dawn iż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol u li se jsibu bieb magħluq għax m'hemmx xogħol għalihom hija li jaqbdu u jsiefru.", "Dik hija r- risposta li qed jagħti dan il-gvern għaż-żgħażagħ Maltin.", "Iż-żgħażagħ Maltin huma urtati u mweġġgħin u fl-1 ta' Mejju wieħed seta' jara l-mod li bih ipparteċipaw għall-bidla li għandu bżonn pajjiżna biex dawn ikollhom aspirazzjoni għall-futur.", "Mhux iż-żgħażagħ biss qed jindunaw li l-futur tagħhom huwa inċert imma anke dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas- small enterprises.", "Sur President, f'Malta għandna bżonn nipproteġu lill-ħaddiema u mhux noħolqu liġijiet li bihom neqirdu lilhom u lil min għandu intrapriża żgħira.", "Per eżempju ̧ fuq il-kotba ta' l-MIC hemm ċar u tond li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea ̧ il-barranin se jkunu jistgħu jiftħu l-industriji hawnhekk.", "Bħalissa qed niftakar f'wieħed raġel li sfortunatament qed ibati minn dipressjoni qawwija għax ilu ħafna jitlob lill-IPSE biex ikollu l-intrapriża tiegħu u biex ikollu għajnuna min-naħa tal-gvern pero' minkejja dan kollu ma sab l-ebda għajnuna.", "Dan ir-raġel ma jistax jixtri jew jikri garaxx għax bilkemm idawwar Lm4,000 u allura qed jaħdem fil- garaxx tad-dar tiegħu pero' sikwit qed imorru uffiċjali mill-Awtorità ta' l- Ippjanar biex dan iwaqqaf il-makni tiegħu bil-konsegwenza li dan iħossu qisu xi kriminal.", "Dan kif jista' jixtri garaxx ta' xi Lm10,000 meta l- introjtu tiegħu minn dan il-ftit xogħol li għandu lanqas biss qed ikun biżżejjed biex jitma lill-uliedu!", "Per eżempju, dan qalli li minħabba s- sitwazzjoni li jinsabu fiha l-mara tiegħu mhux l-ewwel darba li jkollha ssajrilhom ftit tarja bil-butir.", "Dan huwa l-mod ta' kif irridu nħarsu lill-ħaddiema!", "Allura l-gvern mhux qed jagħti kas dawn in-nies!", "Dan kollu jfisser li l-gvern Nazzjonalista ma jridx jaf bl-industriji.", "Barra minn hekk l-Awtorità ta' l-Ippjanar tagħti l-permessi lil min trid hi u jien naħseb li anke inti stess, Sur President, taf bil-problemi burokratiċi li hemm fl-Awtorità ta' l-Ippjanar.", "Is-small businesses huma s- sinsla ta' l-ekonomija Maltija imma kif qed naraw dawn għaddejjin minn ħafna problemi.", "Jien meta tkellimt ma' dan il-bniedem ħassejtni nistħi, aħseb u ara li kieku kont membru parlamentari Nazzjonalista kemm kont nistħi aktar!", "Għandna poplu li jixtieq min jifhmu pero` l-gvern Nazzjonalista qed jagħtih dahru u kulma qed jara hu biss illi jiftaħ il- bibien għas-swieq barranin.", "F'pajjiżna ġejna f'sitwazzjoni fejn min jiflaħ jibla' l-aktar jibla' u ħaddieħor joqgħod iħares jew ixomm ir-riħa ta' l-ikel.", "Ġejna f'sitwazzjoni fejn il-ġust jaqlagħha dejjem għax meta tiddikjara kull sold li jkollok ̧ il- gvern jieklok bit-taxxi u bil-ħlasijiet u ma jħallilekx kuraġġ li taħdem għall-familja.", "Sur President, illum is-sitwazzjoni tal-ħaddiema hija waħda prekarja.", "Per eżempju, il-ħaddiema tax-xatt qed igħidu li x-xogħol tagħhom naqas.", "Imbagħad għandek id-Dockyard li hija deżert għax lin-nies beżżgħuhom ̧ ġiegħluhom jieħdu s-somma u telquhom 'il barra.", "Għalkemm kienu qalu li s- sussidju mhuwiex problema, meta tara l-kotba ta' l-MIC issib li x'imkien il-verità toħroġ.", "Per eżempju ̧ nhar il-Ġimgħa li għaddiet jien ċempilt l-MIC biex ngħidilhom jibgħatuli xi informazzjoni pero' din baqgħu ma bagħtuhilix; ħasbu li jien mhux xorta se niġbor il-materjal.", "Xi żball għandhom l-MIC!", "Jien dan il- materjal ġbartu xorta waħda għax when there is a will there is a way u jien irrid nitkellem għan-nom ta' dawk il-ħaddiema li nirrappreżenta.", "Għalhekk huwa mportanti li l-MIC tgħid il-verità kollha.", "Per eżempju, dak li ridt inkun naf fuq id-Dockyard sirt nafu minn fuq dan il-materjal u nista' ngħid li dak il-biża' kollu li kienu qed iwerwru lill-ħaddiema bih kien minnu għax il-gvern Nazzjonalista verament irid jagħlaq id-Dockyard.", "Dan irid jagħmlu għax ma jridx jagħti sussidju ̧ la lill-ħaddiema u lanqas lid-Dockyard innifisha.", "Qabel jien kont nieħu gost ngħaddi minn ġo Bormla f'xi n-12:30 p.m. u nara l-ħaddiema ferħanin ħerġin għall-break imma llum ma nara lil ħadd.", "Illum iddoqq l-alarm biex joħorġu l-ħaddiema u ħlief erba' rġiel ma joħorġux għax dan il-gvern kissirha dik l-azjenda.", "Sur President ̧ jien tkellimt ukoll mal-ħaddiema tal-Freeport u qaluli li bħalissa diżastru hemm hemmhekk.", "Fejn qabel kien ikollna ħafna containers hemmhekk u l-ħaddiema kienu jagħmlu l-overtime u jaqilgħu sold, illum is- sitwazzjoni nbidlet.", "Jien kont nieħu pjaċir nisma' b'ħaddiema li għandhom l-overtime għax jien bil-ġid nieħu pjaċir u mhux bid-deni imma llum jekk titkellem mal-ħaddiema jgħidulek li fil-Freeport erba' containers jiġru hemm!", "Fil-fatt jekk tmur Birżebbuġia dawn l-affarijiet tkun tista' tarahom b'għajnejk u naħseb li min joqgħod f'dawk l-akkwati dawn l- affarijiet jista' jinnotahom.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq l-MIA.", "Ħaddiem li tkellem fuq ir-radio dan l-aħħar qal li hemmhekk taħwid kbir hemm.", "Għal dan il-gvern l-importanti hu li ħlisna malajr malajr il-kuntratt li sar biex l-MIA jiġi privatizzat.", "Pero' mbagħad id-drittijiet u l-interessi tal-ħaddiema ma rajnihomx.", "Dan il-gvern mhux qed jipproteġihom lil dawn il-ħaddiema imma kif tgħaddi din il-liġi nistgħu nserrħu rasna u kulħadd kuntent u ferħan!", "Naħseb li l- gvern aħjar jara kemm hawn ħaddiema li għandhom il-problemi.", "Illum għandna ħafna familji li qed jistennew li l-gvern jismagħhom u jifhimhom u għandna ħafna familji li qed ifittxu x-xogħol biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar.", "Sur President, l-artiklu li semmejt aktar qabel fid-diskors tiegħi ntitolat \"L-Argument\" ikompli jgħid hekk:", "\"Il-progress ekonomiku jiġi mill-progress soċjali u bl-istess mod l- iżvilupp soċjali jiddependi mill-iżvilupp ekonomiku\".", "Jien nixtieq li din nemminha pero' nistaqsi: L-ekonomija x'inhi u s-saħħa tal-pajjiż minn fejn tiġi?", "Jekk inti għandek pajjiż zopp kif tista' tgħin lis-soċjetà?", "Dan il-gvern marrdu pajjiż u għax mhuwiex kapaċi jmexxi qed idur fuq l-Unjoni Ewropea!", "Pero' xorta se jibqa' jerda' l-poplu bit- taxxi, bil-multi u bil-liċenzji!", "Sur President, meta tiftakar li għandek Lm1 biljun dejn kif tista' tgħin lill-ħaddiema!", "Dan il-gvern ġab fix-xejn dak kollu li kien hawn tajjeb f'pajjiżna.", "U l-frażi li minn dejjem kien isemmi, li d-dejn iħallsuh uliedna u ulied uliedna ̧ qed isseħħ.", "Pero` ż-żgħażagħ votanti ġodda se jkunu qed jarawhom dawn l-affarijiet u naf żgur li fl-elezzjoni se jitkellmu.", "Nixtieq insemmi wkoll lil dawk il-ħaddiema li qed jispiċċaw jitilqu mix- xogħol minn jeddhom minħabba kondizzjonijiet ħżiena jew għax m'għandhom l- ebda benefiċċji.", "Bħalissa qed niftakar f'każ ta' tifel ta' 16-il sena ̧ li minkejja li mhux suppost iħaddmuh bil-lejl, dan qed jaħdem bil-lejl u apparti minn hekk dan intefa' jaħdem f'boiler.", "Hemm imbagħad każijiet ta' ħaddiema li qed jaħdmu 12-il siegħa straight mingħajr mistrieħ ta' xejn biex ma jqabbdux tnejn min-nies.", "Jien nittama li jkun hemm aktar inspectors biex jieħdu ħsieb dawn l- affarijiet.", "Ma jistax ikun li min iħaddem igħidlek li min jixba' jitlaq u jsib lil ħaddieħor għax għal job wieħed hawn eluf.", "Ma jistax ikun li l- poplu Malti jibqa' f'dawn il-kondizzjonijiet.", "Naħseb li l-gvern għandu jserraħ ras il-Maltin li l-prijoritajiet se jagħtihom lill-ħaddiema Maltin.", "Qed ngħid dan għax jien naf persuni li qegħdin fuq l-għatba ta' l- azjenda ħalli kif appena Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ̧ dawn jitkeċċew 'il barra u jidħlu l-barranin.", "Jien dawn l-affarijiet ibeżżgħuni għax naf li l-poplu Malti se jbati.", "Nixtieq insemmi wkoll iż-żweġijiet ta' konvenjenza.", "Naf, per eżempju, Għarab u nies ta' nazzjonalitajiet oħrajn li jiżżewġu lil tfajliet Maltin, li lanqas biss ikunu jafuhom, l-aqwa li jkollhom l-identity card u mbagħad jekk ikun hemm xi xogħol, jeħduh huma u l-Maltin jibqgħu jsaffru.", "Per eżempju ̧ ġieli tara xogħol ta' kostruzzjoni għaddej u ħlief barranin ma tarax pero' mbagħad meta jmur l-inspector ̧ Alla jbierek, l-employer ikun jaf għax ikun hemm xi ħadd li javżah u dawn il-ħaddiema jisparixxu.", "Il-ġimgħa l-oħra rajna l-Prim Ministru fuq lant tax-xogħol f'Paceville jara xi xogħol ta' kostruzzjoni imma miskin ma kienx jaf li l-ħaddiema huma barranin bla ktieb tax-xogħol!", "Dawn l-affarijiet irridu naraw!", "U jekk irridu li din il-liġi jkollha s-snien, jekk irridu nipproteġu lill- ħaddiema u jekk irridu nagħtu l-ewwel prijoritajiet lil Malta u lill- Maltin, irridu naraw li dawn l-affarijiet ma jiġrux.", "Jien nispera li jkun hemm l-enforcement neċessarju fuq dawn l-affarijiet ħalli ħadd ma jabbuża mill-kondizzjonijiet li għandhom il-Maltin u j'Alla Malta tibqa' tal- Maltin.", "Dawk l-eluf ta' ħaddiema li għandna mingħajr xogħol u dawk l- azjendi li se jagħlqu minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra li għandna fil-pajjiż għandhom ikunu protetti ħalli ħadd ma jbati.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jien nemmen li kull bniedem għandu dritt għax-xogħol pero` qabel ma nibda nixtieq nagħmel xi osservazzjonijiet biex fil-winding up tiegħu l-Viċi Prim Ministru jkun jista' jindirizzahom.", "Illum ċerti impiegi jinsabu mhedda minħabba xi ċirkostanzi li żviluppaw fis- suq.", "Per eżempju, fl-Amerika hemm tobba li ma jistgħux jaħdmu bħala tobba għax ma sabux insurance li tinxurjahom.", "F'Malta għad m'għandniex din is- sitwazzjoni pero' għandna sitwazzjonijiet diffiċli oħra.", "Jien se nsemmi l-każ – żgur li l-Viċi Prim Ministru jaf bih - tal-water sports businesses f'Malta li jsibu diffikultà għax l-insurances lokali ma jinxurjawlhomx il-jet skis, per eżempju.", "Għalhekk peress li dawn ma jkunux f'pożizzjoni li ma joffrux dawn is-servizzi l-aktar popolari mat- turisti li jżuruna, ikunu qegħdin jheddu kemm lill-business tagħhom kif ukoll lill-impjegati li jħaddmu.", "Qed ngħid dan għax fl-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi hemm korrezzjoni ta' anomalija mportanti li prattikament ilha magħna mill-1973.", "Fid-diskors ta' l-introduzzjoni tiegħu l-Viċi Prim Ministru għamel riferenza għaliha bħala l-paga privileġġjata.", "Fil-fatt fl-abbozz ta' liġi għandna li:", "\"... se jipprovdi biex jiġi stabbilit Fond ta' Garanziji għall-ħaddiema ta' prinċipali fallimentari.\"", "Ta' min ifakkar li l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg li kien sar fl-1952 kien indirizza dawn iċ-ċirkostanzi għall-ewwel darba u kien introduċa ammont ta' Lm50.", "Imbagħad fl-1973 kienet saret l-emenda taħt gvern Laburista u dan l-ammont tela' għal Lm200 li kienu ekwivalenti għal 20 ġimgħa xogħol.", "Bil-għaqal tal-Moviment tal-Ħaddiema ̧ jiġifieri tal- GWU u tal-Malta Labour Party, meta Malta saret repubblika ̧ f'pajjiżna ddaħħlet il-paga minima nazzjonali għall-ewwel darba.", "Ta' dan irridu nirringrazzjaw lit-trejdjunjonistiċi, lill-ħaddiema, lid-delegati tal- unions, lill-Partit Laburista u lin-nies li dejjem taw servizz fi ħdan il- Partit Laburista.", "Għalhekk huwa tajjeb li din il-liġi qed tagħmel din il- bidla.", "Apparti dawn l-anomaliji li kienu qed jiżvantaġġjaw lill-ħaddiema fil- gżejjer tagħna, daqstant ieħor irridu nkunu b'saqajna ma' l-art u nifhmu x'inhuma l-argumenti tal-lum li jeħtieġ ċerti garanziji għalihom ukoll.", "M'iniex qed insemmi ċirkostanzi li jeżistu fl-Amerka fejn tobba ma jistgħux jaħdmu għax ma sabux insurances biex ikopruhom.", "S'issa għad m'għandniex dawk iċ-ċirkostanzi f'pajjiżna.", "Ma nafx jekk jeżistux, imma ma naħsibx li huwa l-każ.", "Imma żgur jeżistu ċirkostanzi fejn negozjanti ma jistgħux jipprattikaw il-mestier tagħhom minħabba li fil- preżent l-insurances m'humiex ikopruhom.", "Għalhekk jista' l-ministru fil- winding up jgħidilna liema huma dawk l-azjendi li llum għandhom dawn id- diffikultajiet biex jiżviluppaw in-negozju tagħhom u jagħmluh sostenibbli ħalli jiggarantixxi x-xogħol u d-dħul tagħhom?", "Sur President, jeħtieġ li jiġu indirizzati wkoll il-problemi li qed jistaġnaw opportunitajiet ta' impjiegi ġodda fil-Crafts Village ta' Ta' Qali.", "Iż-żewġ naħat nemmnu li f'pajjiżna għandhom jiġu megħjuna s-self- employed iż-żgħar u dawk l-azjendi li jikkreaw xogħol fejn iħaddmu ftit nies.", "Minkejja li smajna li se jsiru ħafna affarijiet, f'dawn l-aħħar erba' snin ftit kienu dawk l-industrial estates li ġew żviluppati sabiex nindirizzaw il-problemi li qed jiffaċċjaw, fosthom fil-Crafts Village ta' Ta' Qali.", "Sur President, dan huwa impenn importanti għall-futur ta' pajjiżna għax, nerġa' ngħid, apparti mit-titjib fil-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi l-ewwel obbligu li għandna huwa li nipprovdu x-xogħol.", "Qed ngħid dan għax meta rriflettejt dwar l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi, jiġifieri biex jikkonsolida l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg u l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fil- gżejjer tagħna, fejn eluf ta' persuni jinsabu jfittxu x-xogħol, fejn eluf ta' familji li jiddependu mill-benefiċċji soċjali ma jistgħux ilaħħqu ma' l- għoli ta' affarijiet essenzjali tal-ħajja ta' kuljum bħall-ikel u l- mediċini, ftakart fid-deċiżjonijiet li kienu ħadu l-Isqfijiet Kattoliċi ta' l-Amerika Latina fl-1968.", "Dik is-sena, waqt il-konferenza ġenerali ta' dawn l-isqfijiet Kattoliċi Insara ta' l-Amerika Latina li kienet saret ġewwa l-Columbia wara l- Konċilju Vatikan II, 130 isqof li jirrappreżentaw il-Knisja Kattolika u l- insara kollha fl-Amerika Latina, kienu ddikjaraw li huma se jiġġieldu l-ġuħ u l-faqar.", "Kienu ddikjaraw ukoll li jridu li għall-futur il-Knisja Kattolika tkun identifikata favur il-fqir.", "Dawk l-Isqfijiet fehmu l- importanza li jiġi provdut ix-xogħol biex jiġġieldu l-faqar f'dawk il- pajjiżi.", "L-istess importanza għandu l-ħolqien tax-xogħol għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Iżda huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li matul l-aħħar erba' snin kompla jiżdied u mhux jonqos il-qgħad fil-gżejjer tagħna.", "Jirriżulta wkoll li kulma jmur qed jikber in-numru ta' nies li qed jingħataw is-sensji minn fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Dawn iċ-ċirkostanzi ipoġġu fuq kull wieħed u waħda minna l-membri ta' din il-Kamra l-obbligu li nkunu fidili u leali lejn il-poplu u l-Kostituzzjoni tagħna u lejn it-tifsira tar- Repubblika ta' Malta tagħna li hija mibnija fuq ix-xogħol.", "Sur President, fid-dawl tal-fatt li ma twettqitx il-wegħda tal-ħolqien ta' l-opportunitajiet għax-xogħol, li tant kien wiegħed il-Partit Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, u f'sitwazzjoni fejn ħafna impjiegi huma mhedda għal raġunijiet differenti, flok ma jitkellmu dwar il-proposti li hemm f'din il-liġi, il-membri tan-naħa l-oħra, flimkien mad-deputati ta' din in-naħa tal-Kamra, għandna niddikjaraw f'dan il-parlament li l-aqwa dritt u kondizzjoni għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin huwa x-xogħol innifsu.", "Ejjew naħdmu sabiex nipprovdu x-xogħol illum qabel għada ħalli nassiguraw li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu jgawdu ħajja xierqa u l-istess kondizzjonijiet ta' xogħol li qed nipproponu f'din il-liġi.", "Mr Speaker, forsi jgħiduli li qed nitkellem għall-gallerija u jgħiduli wkoll li lanqas meta konna fil-gvern aħna fl-aħħar snin ma pprovdejna x- xogħol għal kulħadd.", "Dan huwa veru.", "Iżda jekk verament aħna konxji tas- sitwazzjoni f'pajjiżna, ejjew inħallu l-battibekki fil-ġenb u jkollna d- dehen li niffaċċjawha billi naħdmu ħalli nipprovdu impjiegi lin-nies li jinsabu bla xogħol illum qabel għada.", "Ejjew noħolqu l-opportunitajiet għax- xogħol flok l-iskemi ta' l-irtirar mix-xogħol.", "Minflok nonfqu l-Lm20 miljun sabiex naġġornaw ruħna mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, nikkawżaw inċertezza, u f'ċerti ċirkostanzi qgħad, kif qed jiġri, ejja nonfquhom sabiex noħolqu x-xogħol.", "Minflok nonfqu Lm70 miljun sabiex niġu konformi mar-regoli tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, li huwa investiment miexi lejn id-daqqa tal-mewt ta' dan is-settur, ejja nonfquhom sabiex noħolqu l- opportunitajiet għax-xogħol.", "Ejjew nammettu li ċ-ċokon ta' pajjiżna ma jippermettilniex li l-poplu tagħna jitgħabba bil-piżijiet ta' regoli mfassla għall-ekonomija ta' l- Unjoni Ewropea u tal-popli kbar li jifformaw l-istati tagħha.", "Dan irridu nammettuh iktar u iktar jekk irridu li jintlaħqu l-għanijiet u r- raġunijiet ta' dan l-Att li jgħidu li l-għan ta' dan l-Att hu biex jintroduċi miżuri li jkunu favur il-familja fil-post tax-xogħol, li jeliminaw id-diskriminazzjoni u jintroduċu politika ta' ugwaljanza bejn is- sessi.", "Mr Speaker, ir-regoli tal-politika komuni tal-biedja ta' l-Unjoni Ewropea, li l-gvern irid jgħabbi lil pajjiżna bihom, se joħolqu taxxi diretti u indiretti ferm aktar minn dawk li l-poplu tagħna diġà għandu u ma jiflaħx għalihom illum, meta pajjiżna għadu barra mill-Unjoni Ewropea u qed jipprova jaġġorna ruħu ma' dawn ir-regoli.", "B'din il-politika se jogħlew il- prezzijiet ta' l-ikel u tal-ħajja ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin minħabba kontrolli fuq l-importazzjoni.", "Dawn ir-regoli se joħolqu inċertezza għall-industriji ta' l-ikel u tal-biedja u s-sajd aktar milli diġà għandna llum.", "Għaldaqstant ejjew nirriflettu bla ebda preġudizzju fuq dak li kienu ddikjaraw l-Isqfijiet Kattoliċi ta' l-Amerika Latina meta kienu sodi u waqfu mal-poplu tagħhom.", "Ejjew ilkoll nuru l-istess kuraġġ u naqdu dmirna billi nieħdu ħsieb lil min huwa bla xogħol.", "Ejjew niddikjaraw li qabel drittijiet u kondizzjonijiet aħjar tax-xogħol, il-prijorità ewlenija tagħna għandha tkun ix-xogħol innifsu, iktar u iktar fid-dawl tas-sitwazzjoni li, apparti r-rata diġà għolja tal-qgħad f'pajjiżna, qed jinħass ukoll l-għoli tal-ħajja.", "L-istorja tgħallimna lkoll li r-rivoluzzjoni Franċiża ta' l-1789 faqqgħet minħabba li kienet għoliet ħafna l-ħajja.", "Dak iż-żmien iċ-ċereali kienu għolew medja ta' 130%, filwaqt li l-pagi baqgħu lura, tant li l-poplu Franċiż ma kellux soluzzjoni oħra ħlief li jqum kontra l-awtoritajiet, bil- konsegwenzi li jafhom kulħadd.", "Dan l-episodju ta' l-istorja għandu jħeġġiġna u jimliena bil-kuraġġ sabiex, bħala deputati tal-Kamra, bla tlaqliq u flimkien niddikjaraw lill-gvern li l-ewwel dmir ta' dan il- parlament huwa li jipprovdi x-xogħol qabel itejjeb il-kondizzjonijiet u d- drittijiet tax-xogħol.", "Fis-sitwazzjoni li għaddej minnha pajjiżna, fejn il-ħajja dejjem qed togħla, fejn in-nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja, fejn ix-xogħol li ġie mwiegħed lill-poplu fl-aħħar elezzjoni għadu ma ġiex, fejn insibu ma' wiċċna qgħad u sensji ġimgħa wara l-oħra, jeħtieġ nirrikonoxxu d-dover tagħna li nkunu fidili u leali lejn il-poplu u l-Kostituzzjoni tagħna.", "Mr Speaker, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd li s-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea se toħloq ċirkostanzi diffiċli li matul dawn l-aħħar snin il- gvern ma kienx ċar dwarhom.", "Qed ngħid dan għaliex għal dawn l-aħħar 30 sena l-Unjoni Ewropea għamlet riformi kbar f'dik li hija msejħa politika komuni tal-biedja biex tipprova ssostni kemm prezzijiet raġonevoli kemm għall-produtturi u kemm għall-konsumaturi, iżda wara dan iż-żmien kollu għadha ma rnexxilhiex.", "Tant hu hekk li l-OECD iddikjarat li l-Unjoni Ewropea hija l-iktar sezzjoni fejn il-popli huma soġġetti għal taxxi diretti u indiretti fuq il-konsum ta' l-ikel.", "Ir-raġuni għal dan hija l-hekk imsejħa politika komuni tal-biedja ta' l- Unjoni Ewropea, li se tolqot ħafna iktar ħażin lil pajjiżna, għalkemm in- naħa tal-gvern ma jammettuhiex.", "Ir-raġuni hija li aħna tista' tgħid l- uniku pajjiż li ninsabu fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea li jżuruna turisti d-doppju tal-popolazzjoni tagħna.", "Dan juri kemm hu importanti s- settur ta' l-ikel għal pajjiżna għax mhux biss irridu niġġeneraw l-ikel għall-poplu tagħna, li hu l-akbar dritt għalih, imma permezz tiegħu rridu nsostnu l-industrija tat-turiżmu li hija wieħed mill-ikbar pilastri ta' l- ekonomija tagħna.", "Għalhekk ejja nkunu realistiċi.", "Mr Speaker, jien għandi silta ċkejkna minn dak li ddikjarat il-Ministru tal- biedja Ingliża, Margaret Beckett dwar il-politika komuni tal-biedja ta' l- Unjoni Ewropea.", "Se nikkwota eżatt:", "\"The common agricultural policies of market support and direct payment for farmers are very blunt, inefficient and ineffective instruments.\"", "Mela filwaqt li aħna qed ngħidu lill-poplu li l-unika triq għall-futur ta' pajjiżna hija dik ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-ministri tal-biedja Ewropej qed jgħidu li s-sistemi tal-politika tagħhom m'humiex sostenibbli u lanqas huma effiċjenti.", "Anke l-OECD, li fiha hemm il-pajjiżi tad-dinja li jridu jkunu sostenibbli u jindirizzaw politika tabilħaqq soċjo-ekonomikament vijabbli, qed jiddikjaraw li l-pajjiżi stati ta' l-Unjoni Ewropea huma fost l-aktar li jimponu taxxi diretti u indiretti fuq l-ikel.", "Imbagħad aħna, meta nafu li dan huwa l-iktar sors li bih nistgħu niggarantixxu x-xogħol fil-pajjiż, se nagħmluha diffiċli għall-futur tal-ħaddiema tagħna biex jindirizzaw dak l- għoli tal-ħajja.", "Ovvjament f'moħħ ħafna Maltin u Għawdxin hemm mistoqsija waħda u importanti: Kif se nkunu barra mill-Unjoni Ewropea?", "Għaliex filwaqt li m'aħniex nispjegaw lill-poplu l-veru diffikultajiet li se ġġib magħha s- sħubija fl-Unjoni Ewropea, qed nipprovaw naħbu l-alternattiva li qed tipproponi l-Oppożizzjoni ħalli mhux biss nipprovdu x-xogħol f'pajjiżna imma niggarantixxu kwalità ta' ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Dan l-aħħar qrajt artiklu ta' intraprenditur żagħżugħ li qal li jemmen li bħala nazzjon Malta qed tirriskja li titlef il-kredibilità tagħha kieku kellha tabbanduna t-triq li twassalha għal Brussell.", "Dan huwa argument li kontinwament qed iġib il-gvern biex jirribatti l- kritika ta' l-Oppożizzjoni, li min-naħa tagħha qed tfiehem lill-poplu li jeżistu triqat oħra sostenibbli flok dik ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Huwa l-istess lingwaġġ li jużaw il-Union Ħaddiema Magħqudin li qed jassoċjaw dan kollu mal-kwestjoni ta' kredibilità.", "Iżda hemm fattur ieħor li m'humiex jikkonsidraw il-gvern, il-korpi kostitwiti u intraprendituri oħra li huma ta' l-istess opinjoni.", "Ħadd m'hu qed jgħid x'garanzija għandhom il-Maltin u l-Għawdxin li jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea se torħos il-ħajja u se jogħlew il-pagi bla ma nitilfu l- kompetittività.", "Ħadd minn dawn m'hu qed jagħti garanzija lill-poplu tagħna li mhux se jkun hawn iktar sensji milli diġà kien hawn f'pajjiżna.", "Ħadd minn dawn m'hu qed jagħti garanzija lill-poplu tagħna li mhux se jkun hawn aktar nies ifittxu x-xogħol milli għandna llum fil-gżejjer tagħna.", "Ħadd minn dawn m'hu qed jagħti garanzija lill-poplu tagħna li mhux se jkun hawn penetrazzjoni mill-istess kompetituri tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Ħadd minn dawn m'hu qed jgħid x'garanzija għandhom l-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna li jsibu x-xogħol fil-gżejjer tagħna, partikolarment fis-settur turistiku fejn jeżistu ċirkostanzi li se jeffettwaw ferm ħażin lill-istudenti li jistudjaw il-lingwi u jaħdmu fil-qasam turistiku.", "Ir-raġunijiet huma ovvji; għaliex hemmhekk se jkun hemm theddid modern.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal dak li kont qed ngħid fl-introduzzjoni tiegħi fejn ġibt l-eżempju li fl-Istati Uniti ta' l-Amerika hemm tobba li ma jistgħux isibu x-xogħol għax m'għandhomx coverage minn insurance.", "Lanqas qed nirriferi għal ċirkostanzi fejn businessmen lokali, li jridu jipprovdu servizz għat-turist sabiex Malta toffri l-aħjar pakkett, mhux qed isibu assigurazzjoni li tipproteġilhom dak is-servizz.", "Jien qed nirriferi għall-istudenti li jitgħallmu diversi lingwi mhux biss sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni fid-dinja globalizzata li qed ngħixu fiha, iżda wkoll biex isibu x-xogħol fis-settur turistiku.", "Bi sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea dawn l-impjiegi temporanji wkoll jistgħu jkunu mimlija minn żgħażagħ oħra ġejjin mill-istess pajjiżi li jkunu jridu jieħdu din l-esperjenza wkoll.", "Dawn l-affarijiet aħna ngħiduhom mhux biex inbeżżgħu lin-nies bil-babaw, kif jgħidu tan-naħa l- oħra, imma ngħiduhom għax għandna d-dehen li nanalizzaw bl-iktar mod kredibbli liema huma l-aħjar toroq possibbli għall-futur kemm tal- Laburisti, kemm tan-Nazzjonalisti u tas-soċjetà Maltija kollha.", "F'liġijiet ta' din ix-xorta wieħed jinduna li dawn l-affarijiet m'humiex jiġu indirizzati għax wieħed jifhem li l-iktar dritt ta' prijorità huwa li nipprovdu x-xogħol u nipprovdu strutturi biex nindirizzaw l-għoli tal- ħajja.", "Għall-kuntrarju fin-national plan for the adoption of the acquis aħna qed nipproponu sistemi li se jkunu ta' theddida għas-settur tal-biedja u s-sajd u se jgħollu l-prezzijiet ta' l-ikel.", "Aħna ma ngħidux dawn l- affarijiet biex nimpikaw man-naħa l-oħra, imma sabiex insostnu l- alternattiva li d-drittijiet u l-kondizzjonijiet tax-xogħol jistgħu jiġu sostnuti bil-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea li qed tipproponi l-Oppożizzjoni Laburista, u mhux bil-politikata' sħubija sħiħa.", "F'dan il-qafas inkunu nistgħu nindirizzaw l-obbligi tagħna li nipprovdu x- xogħol u ħajja orħos minn dik li għandna u mhux ħajja ogħla.", "Dan hu l- argument ċar li qed nippreżentaw.", "Għalhekk nemmnu li l-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea, anke fil-kontest ta' dak li l-gvern qed jilleġisla u l-emendi li qed jintroduċi f'dan il-parlament, hija iktar loġika għall-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Dawn huma kwestjonijiet ta' kredibilità għal min jirraġuna bis-sens.", "Irridu niddeċiedu liema hi l-aħjar triq għal pajjiżna mhux bil-battibekki, imma bil-fatti li ma jista' jinnegahom ħadd.", "Osservajt li saru ħafna dikjarazzjonijiet foloz dwar ċerti issues importanti.", "Sal-lum stess, fil- Parlament kont qed infakkar lill-Ministru tal-Biedja li kien hu li għamel dikjarazzjoni fil-pubbliku li l-levies ta' protezzjoni tal-biedja se jitneħħew wara li nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Għaxart ijiem qabel il- Ministru Josef Bonnici ddikjara li l-gvern m'għandux pjan li jneħħihom u mbagħad il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Borg, kien onest u ddikjara li l-gvern se jibda jneħħi l-levies qabel nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Kienu ddikjaraw li kellhom jibdew jitneħħew mill-1 ta' Jannar, u fil-fatt se nibdew inneħħuhom ftit tal-ġimgħat oħra.", "Għalhekk qed jiġi sostnut dak li qalet l-Oppożizzjoni, li filwaqt li aħna se nneħħu l- protezzjoni tagħna biex nissodisfaw l-obbligi ta' l-aġenda tal-gvern li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, l-istess Unjoni Ewropea se tibqa' ssostni d- dritt tagħha biex tipproteġi d-dħul tal-bdiewa fil-pajjiżi membri tagħha.", "Dawn huma fatti li ma jista' jinnegahom ħadd u ma noqogħdux nargumentaw dwarhom biex nagħmlu pjaċir lil-Laburisti, imma għax nirrispettaw lill- poplu li dejjem ħadem u dejjem kien kapaċi jerfa' l-piż li jiflaħ.", "Ma jagħmilx sens li biex nieħdu sehem fil-globalizzazzjoni nbażwru lill-poplu tagħna.", "Aħna ma nistgħux nifhmu kif anke fix-xenarju tal-kummerċ Malta tista' titgħabba b'dak li trid tgħabbiha l-Unjoni Ewropea, meta anke fid- WTO hemm il-konċett loġiku marbut mar-responsabbiltà li finalment tħares u tirrispetta l-kontinġenza ta' kull pajjiż.", "Dawn huma ċirkostanzi li l- pajjiżi kollha tad-dinja jsostnuhom bl-ikbar dinjità u bla biżgħa għax kull gvern ta' kull pajjiż huwa marbut ma' l-obbligu li l-ewwel dritt huwa li jipprovdi x-xogħol għall-poplu tiegħu.", "Iktar minn titjib ta' kondizzjonijiet tax-xogħol, l-ewwel dritt huwa li jkun provdut ix-xogħol innifsu.", "Għalhekk in-naħa ta' l-Oppożizzjoni nemmnu li permezz ta' partnership ma' l- Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nagħtu garanzija lill-poplu li f'pajjiżna jkollna bilanċ ġust bejn il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel u d-dħul tal- ħaddiema.", "Bil-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nagħtu garanzija lill-poplu tagħna li ma jkunx mgħobbi bil-piżijiet ta' taxxi diretti u indiretti fuq il-ħajja ta' kuljum, kif iġġib magħha s- sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Bi Gvern Laburista nkunu f'pożizzjoni li nagħtu garanzija lill-poplu tagħna li tabilħaqq igawdi l- liberalizzazzjoni fil-kummerċ aktar milli kieku jkun membru fl-Unjoni Ewropea għax ma jkollux għalfejn iġorr l-obbligi li timponilu l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, Gvern Laburista jagħti garanzija li jsaħħaħ l-inizjattivi li kien vara matul l-1997 fil-qasam tal-biedja.", "Per eżempju, ikompli jwettaq proġetti sostenibbli bħalma hija r-rijabilitazzjoni tas-sistema tal-ġbir ta' l-ilma tax-xita li 80% tiegħu sal-ġurnata tal-lum għadu jintrema l- baħar u jeqred il-ħitan tas-sejjieħ li huma karatteristika rurali tal- gżejjer tagħna.", "Gvern Laburista beħsiebu jkompli jimmodernizza l-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali, il-biċċerija u l-azjendi relatati.", "Il-Partit Laburista fil-gvern isaħħaħ ir-riċerka u jipprovdi skemi ta' apprendistat sabiex iż-żgħażagħ isibu x-xogħol fil-qasam tal-biedja u s-sajd.", "B'din il-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea l-gvern ikun jista' jibni kapaċità għall-manteniment ta' operazzjonijiet kurrenti fis-settur tal-biedja u s-sajd u ta' l-industriji ta' l-ikel u x-xorb.", "B'hekk inkunu f'pożizzjoni li nneħħu minn fuq il-Maltin u l-Għawdxin l-inċertezza li matul dawn l-aħħar erba' snin ġabet il-politika ta' Gvern Nazzjonalista fis- settur tal-biedja u s-sajd u l-industriji relatati.", "Jekk aħna nemmnu li x-xogħol innifsu huwa l-aqwa dritt u l-ogħla ġieħ li nistgħu nagħtu lill-ħaddiem, li bih insostnu r-Repubblika tagħna li hija mibnija fuq ix-xogħol, kull wieħed u waħda minna jrid ikollna l-kuraġġ li fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna nagħmlu kif għamlu l-Isqfijiet ta' l-Amerika Latina, nerfgħu l-piż ilkoll flimkien biex nipprovdu x-xogħol.", "Għaldaqstant irridu nipprovduh illum qabel għada ħalli nerfgħu lis-soċjetà kollha, kif jixirqilha, mis-sitwazzjoni li tinsab fiha fejn qed tiffaċċja l- qgħad u livell ta' għajxien baxx minħabba l-għoli tal-ħajja.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Grazzi.", "Mr Speaker, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa biex jikkonsolida l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l- Impjieg u l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.", "Mr Speaker, huwa interessanti kif min-naħa ta' l-Oppożizzjoni, li suppost tirrappreżenta l- partit tal-ħaddiema, smajna dibattitu kważi kollu fuq l-Unjoni Ewropea, u kważi ma smajna xejn konkret fuq dak li tgħid il-liġi dwar titjib fil- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Smajna lill-Onor.", "Leo Brincat jipprova jipperswadina li għandhom raġunijiet validi għaliex se jivvotaw kontra din il-liġi.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Farrugia tkellem dwar id-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-imprendituri u n-negozji ż-żgħar tagħna.", "Huwa staqsa x'garanzija għandhom li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux se jkun hawn penetrazzjoni mill-istess kompetituri tan-negozji tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "Qal ukoll li ħadd m'hu qed jgħid x'garanzija għandhom il-Maltin u l- Għawdxin li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea se torħos il-ħajja u se jogħlew il-pagi bla ma nitilfu l-kompetittività.", "L-Onor.", "Farrugia staqsa wkoll x'garanzija għandhom l-istudenti u ż-żgħażagħ tagħna li jsibu x-xogħol fil- gżejjer tagħna, ladarba nkunu membri fl-Unjoni Ewropea.", "Però x'garanzija għandna dwar dawn il-punti li qajjem jekk nagħżlu l- politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea?", "Għax bit-triq li qed tagħżlu intom minflok se tiżżewġu se tpoġġu, jekk tippermettili l-lingwaġġ, Mr Speaker.", "Intom tridu tpoġġu u aħna rridu niżżewġu.", "Nixtieq li l-Onor.", "Farrugia jqum bil-wieqfa u jgħidli x'garanzija għandna li se torħos il- ħajja jekk nagħżlu t-triq ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, jekk jixtieq jagħmel point of order biex jirrispondini, lest li nagħtih ftit mill-ħin tiegħi ħalli jispjegali kif se torħos il-ħajja u kif se jiżdiedu l-impjiegi jekk pajjiżna jagħżel it-triq ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia diġà għamel l-intervent tiegħu, u issa inti qiegħed in possession.", "Aħjar nimxu skond ir-regola.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Skużani, Mr Speaker, però xtaqt li nisma' r- risposta tiegħu.", "MR SPEAKER: Jekk hawn point of order, irrid nisimgħu.", "L-Onor.", "Farrugia, point of order.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jien lest nilqa' l-isfida bil-qalb kollha.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Iżda ma nixtiqekx li teħodli ħafna mill-ħin tiegħi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, bil-permess ta' l-Onor.", "Vassallo.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, il-Confederation of Food and Drink Industries of the European Union iddikjaraw li jekk l-Unjoni Ewropea tneħħi l-export refunds li huma parti mis-sistema tat-taxxi diretti u indiretti fuq l-ikel, li kont qed nirriferi għaliha fl-intervent tiegħi, ma jkunux kompetittivi.", "Issa x'inhuma dawn l-export refunds?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: All right, fhimtek.", "Issa ħalli nkompli jien.", "Imbagħad kompli fl-aġġornament.", "MR SPEAKER: Grazzi, Onor. Farrugia.", "Irridu noqogħdu għar-regoli.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kulma rrid minuta ħalli nispjega for the record.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onor. Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: X'inhuma dawn l-export refunds?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Għidli kif se torħos il-ħajja!", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, ħalli lill-Onor.", "Farrugia jikkonkludi.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Se ngħidlek, ġej għall-punt.", "Dan ifisser li llum meta pajjiżna jimporta z-zokkor bħala materja prima jew bħala kompożizzjoni fil-gallettini ...", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mela se noqogħdu nitkellmu fuq iz-zokkor meta llum ħadd ma jieħu zokkor!", "Mela l-materja prima hija z-zokkor illum!", "Oqgħod bil- qiegħda!", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta pajjiżna jimporta z-zokkor bħala materja prima jew bħala kompożizzjoni l-poplu jiffranka 22c-il kilo.", "Fuq l-importaaajoni ta' laħam aħmar għandna Lm1 sussidju fil-kilo.", "Meta jimporta l-ġobon jiffranka 55c fil-kilo.", "Issa jekk inti tridni nkompli nispjegalek jien dispost u ppreparat.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Daqshekk.", "Issa m'għandekx permess li tkompli.", "Mr Speaker, jien tajtu ċ-ċans, imma issa jkompli jitkellem fl-aġġornament.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Grazzi, Onor. Farrugia.", "Nitlob lill-Onor.", "Vassallo biex ikompli bl-intervent tiegħu u jindirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Skużani, Mr Speaker, però jien xtaqt nisma' x'risposta kapaċi tagħti l-oppożizzjoni dwar x'garanzija għandhom li permezz ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea se torħos il-ħajja, mhux se jkun hawn penetrazzjoni mill-kompetituri tan-negozji tagħna fl-Unjoni Ewropea, u ż-żgħażagħ tagħna se jsibu x-xogħol.", "U ħallejt lill-poplu jisma' r-risposta minn fomm min staqsa dawn il-mistoqsijiet.", "Issa, Mr Speaker, f'ġieħ is-sewwa wkoll – għax inħobbu ndaħħlu s-sewwa kull fejn jidhrilna - meta qed tneħħi l-levies qed tneħħi forma ta' taxxa minn fuq prezz.", "Għaldaqstant qed traħħas il-prodott li se jixtri l-konsumatur Malti.", "Il-biżgħa ta' l-Oppożizzjoni hi li jekk jitneħħew il-levies il- prodott ta' barra se jispiċċa irħas minn ta' Malta.", "Jiġifieri l-argument tagħhom huwa li m'għandniex inneħħu l-levies għax inkella l-prodott ta' barra se jkun irħas.", "Dak raġunar!", "Allura jekk inneħħu l-levies torħos il- ħajja.", "Meta bdew jitneħħew il-levies ħafna prodotti ta' barra raħsu, però dawk l-industriji Maltin li l-prodotti tagħhom kienu jikkompetu sewwa ma' dawn il-prodotti, bdew jiddiversifikaw l-industrija tagħhom.", "Għalhekk illum il-ġurnata qed naraw shift importanti minn ċerta industrija, li llum m'għadhiex tagħmel qligħ, għal dik it-tip ta' industrija, speċjalment tas- servizzi, li għandha value added u li qed tagħmel il-qligħ.", "Mr Speaker, jekk irridu li f'pajjiżna jkollna negozju sostenibbli rridu noħolqu l-aħjar ċirkostanzi possibbli biex l-imprendituri tagħna, dawk li joħolqu x-xogħol ikunu jafu x'inhuma l-obbligi tagħhom lejn xulxin, isaħħu r-relazzjoni li għandhom bejniethom u jaħdmu aħjar flimkien.", "Fuq dan qegħdin nitkellmu f'dan l-abbozz ta' liġi, Mr Speaker.", "U għalhekk ksirt ir-regola ta' dan il-Parlament u staqsejt direttament lill-Onor.", "Farrugia kif l-Oppożizzjoni beħsiebha tiggarantixxi dan kollu.", "Mr Speaker, ma nistgħux nibqgħu niġu hawnhekk nisimgħu dan it-tqanżiħ min- naħa ta' l-oppożizzjoni li jgħidu ħafna u ma jitkellmu fuq xejn konkret!", "Smajna 40 minuta qrid ħiereġ minn qiegħ l-istonku.", "Ma jistax ikun li nisimgħu dan it-tip ta' diskors iktar!", "Mhux għax aħna l-bravi u huma m'humiex.", "Ħadd m'hu bravu, imma aħna saqajna ma' l-art u qed nitgħallmu mill-esperjenza.", "L-oppożizzjoni hija l-partit tal-bieraħ!", "Il-membri ta' dan il-partit li qed jgħid li hu l-gvern ta' għada m'humiex kapaċi jiġu jiddiskutu liġi li meta kienu fil-gvern kellhom sentejn żmien biex iressquha, iżda m'għamlu xejn dwarha.", "Nirripeti li m'għamlu xejn dwarha.", "U llum qed jitkellmu fuq status quo, qed jgħidu li jridu li l-pajjiż ikun rajh f'idejh mingħajr ebda viżjoni għall-futur.", "Il-poplu Malti għandu jibża' minn oppożizzjoni li rriduċiet lill-ħaddiem Malti għal karru tal- karnival.", "Fl-ewwel ta' Mejju ma kenux kapaċi jgħidu lin-nies x'fiha ħażin din il-liġi u għaliex se jivvotaw kontra tagħha.", "Però dik problema tagħhom!", "Dan il-gvern qiegħed saqajh ma' l-art u qed iħares 'il quddiem u jaħseb kif se joħloq l-aħjar ċirkostanzi biex naraw li dan il-pajjiż ma jitlifx dik il-competitive edge biex inkunu nistgħu noħolqu x-xogħol.", "Din hija r- risposta.", "Aħna kapaċi nagħtu garanzija li se noħolqu x-xogħol u kemm ilna fil-gvern ħloqna x-xogħol.", "Iżda kemm damu huma fil-gvern – mhux mitt sena ilu imma tliet snin ilu – intilef ix-xogħol f'dan il-pajjiż.", "Hemm hi d- differenza bejnietna.", "Aħna ġibna l-kompetizzjoni f'dan il-pajjiż li tpoġġi lil kull imprenditur on alert.", "Qatt ma tista' sserraħ moħħok li għada se jkun l-istess bħal-lum għax il-kompetizzjoni tfisser li m'intix qed ittellaq waħdek.", "B'dan il-mod il-konsumatur Malti qed jinqeda aħjar għax qegħdin inbiddlu ċ-ċirkostanzi tas-suq tagħna għal suq li kapaċi jpoġġi l-klijent bħala prijorità.", "Mr Speaker, irridu noħolqu client based economy fil-pajjiż, jiġifieri nagħmlu dak li hu tajjeb għall-konsumatur tagħna.", "B'dan il-mod aħna noħolqu negozju sostenibbli.", "Dawk in-negozji li jridu jibqgħu jaħdmu kif iridu huma, bl-istess kondizzjonijiet li kellhom tant snin ilu, bl-istess għażla ta' prodotti ta' tant snin ilu qegħdin isibuha diffiċli li jaqdu lill-klijent tal-lum u qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet.", "Dawk l- imprendituri li jafu jimxu mas-sinjali taż-żmenijiet, janalizzaw x'inhuma l- ħteġijiet tal-klijent illum u joffru l-aħjar servizz jew prodott li jrid il- klijent, qegħdin jaħdmu tajjeb.", "Għaldaqstant, dawn il-liġiiet qegħdin jgħinu biex intejbu r-relazzjonijiet li għandhom il-ħaddiema mal-prinċipali tagħhom.", "Din hi l-garanzija biex noħolqu x-xogħol f'dan il-pajjiż.", "Meta wieħed imexxi u jagħmel deċiżjonijiet bis-sistema ta' crisis management, skond kif jitolbu ċ- ċirkostanzi ta' dak il-ħin, m'għandux garanzija li se jsostni l-impjiegi.", "Ma nistgħux nitkellmu kif jaqblilna; lill-konsumaturi ngħidulhom li se nraħħsulhom il-ħajja u lill-imprendituri ngħidulhom li se nżommu l-levies.", "Din hija kontradizzjoni.", "L-oppożizzjoni qed tgħix kontradizzjoni anke fid- dibattitu li qed tagħmel.", "Qed tipprova tara kif tiġbed il-voti biss!", "Il- viżjoni ta' l-oppożizzjoni m'hijiex kif se taqdi lill-poplu tajjeb, imma kif se tirbaħ il-poter.", "Mr Speaker, peress li aħna dejjem ngħidu lis-settur kummerċjali biex jagħmel business plan, allura dak li nitlobu lilhom jagħmlu rridu nagħmluh aħna.", "Infatti aħna noħorġu pjan ta' x'inhuma l-objettivi tagħna għas-sena li tkun ġejja.", "U proprju ma' dan il-pjan ta' ħidma konna ppubblikajna, bħala annex, il-European Social Charter li huwa ġabra ta' drittijiet maħruġa mill-Unjoni Ewropea li turi lill-pajjiżi membri u dawk applikanti x'direzzjoni għandhom jieħdu lkoll flimkien, kompatibbli ma' xulxin biex iċ-ċittadini tagħhom ikollhom l-aħjar l-opportunitajiet ta' xogħol u l- aħjar opportunitajiet soċjali.", "M'hemmx għalfejn ngħid li dan iċ-charter, li jispjega x'għandhom ikunu l-obbligi ta' min iħaddem lejn l-impjegat, huwa charter importanti ħafna u huwa dokument ta' prinċipju li filwaqt li joffri direzzjoni siewja, jgħabbi lis-settur imprenditorjali bir- responsabbilta` li fid-dinja tan-negozju jkun evitat l-isfruttament tal- ħaddiem.", "Ħalli nikkwota silta mill-pjan ta' ħidma li għamilna aħna:", "\"Id-diskussjoni dwar iċ-charter għandha twassal biex ikollna iktar sens ta' responsabbilta` lejn il-valuri soċjali fis-sod.", "Soċjeta` konsumista hija dik is-soċjeta` fejn il-qligħ tal-flus isir valur akkost ta' kollox.", "Ma nistgħux naslu li noħolqu żvilupp soċjali sostennibbli għal soċjeta` moralment b'saħħitha kemm-il darba naċċettaw l-isfruttament ta' l-impjegati.\".", "Fil-fatt il-mira tagħna hija proprjament li noħolqu negozju sostenibbli b'mod li ma jiġux imtejba biss il-kondizzjonijiet tal-prinċipal u ta' min iħaddem.", "Għaliex?", "Għax illum iċ-ċirkostanzi nbidlu u kważi kull negozjant irid jiffoka fuq kif se jaqdi lill-klijent tiegħu mill-aħjar li jista' filwaqt li min iħaddem, jekk irid li jżid il-valur tax-xogħol tiegħu, irid jara kif jibni dik ir-relazzjoni soċjali li għandha teżisti bejnu u bejn il- ħaddiema li jkun qed iħaddem b'tali mod li r-relazzjoni tagħhom tkun kważi tixbah ir-relazzjoni ta' familja.", "Ċertament għandna nbiegħdu l-konċett ta' min biex mingħalih jagħmel il- flus, jisfrutta lill-ħaddiem, u biex ngħollu l-istandards f'dan il-qasam m'huwiex biżżejjed li noħorġu l-prodotti tagħna bis-CE markings imma rridu wkoll intejbu r-relazzjoni ta' bejn il-prinċipal u l-ħaddiem.", "Fortunatament illum m'għadniex nitkellmu fuq id-diviżjoni tal-klassi ta' bejn min iħaddem u min jaħdem, imma huwa tajjeb li jkollna leġislazzjonijiet li juru liema direzzjoni għandu jieħu l-pajjiż f'dan ir- rigward biex kemm jista' jkun jitnaqqas kull ċans ta' sfruttament.", "Jeħtieġ li kulħadd jifhem - anke s-sidien tal-ħwienet iż-żgħar li jimpjegaw numru żgħir ta' ħaddiema - li min jisfrutta lill-ħaddiema ma jistax ikollu negozju sostenibbli u b'daqshekk m'huwiex se jsir sinjur.", "L-ewwelnett min jisfrutta lill-ħaddiema tiegħu, postu m'huwiex fin-negozju imma postu kien f'Ruma, fi żmien l-iskjavitu`.", "Mr Speaker, meta konna qed niffokaw fuq il-ħidma għal din is-sena, jien dejjem żammejt f'moħħi n-negozji ż-żgħar, u hawn irrid nagħmel parentesi żgħira.", "F'dan il-pajjiż aħna qed niżviluppaw politika imprenditorjali fejn l-imprenditur qed jiġi dejjem l-ewwel.", "Fil-fatt meta l-bieraħ l-Onor.", "Michael Frendo kien qed jitkellem waqt il-ħin ta' l-aġġornament, huwa kellu raġun jgħid li aħna qed naħdmu biex lill-imprenditur noħolqu l-aħjar ċirkostanzi possibbli.", "U mela nagħti raġun lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li kixef il-karti tiegħu meta qal li l-imprenditur Malti huwa nemusa ħdejn in- negozjant barrani, li huwa ġgant, iljunfant jew ma nafx x'analoġija ġab?!", "Jien naħseb li kull wieħed u waħda minna hawnhekk siefru xi darba jew oħra, u jafu li f'pajjiżi oħra, minkejja li huma ħafna ikbar minna, hemm negozji żgħar bħal tagħna wkoll.", "Meta l-IPSE bagħtet numru ta' mastrudaxxi Maltin l-Italja biex jaraw kif jaħdmu t-Taljani, dawn setgħu jaraw b'għajnejhom li fil-maġġoranza tal- każi, il-postijiet li fihom jaħdmu l-mastrudaxxi Taljani m'humiex ikbar mill-postijiet li fihom jaħdmu l-mastrudaxxi Maltin, u anke t-teknika li jużaw fix-xogħol tagħhom hija l-istess.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li 90% tan-negozji li jinsabu f'pajjiżi barranin huma negozji żgħar li jħaddmu inqas minn għaxra min-nies, jiġifieri dawn huma bħan-\"nemus\" tagħna.", "Lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni jiddispjaċini ngħidlu li jekk se jibda jara lin-nies nemus, m'huwiex tajjeb iżjed għal kap ta' l-oppożizzjoni!", "Mela tajjeb; fejn irid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jara lin-negozjanti tagħna bħala nemus u fejn irid jarahom bħala ġganti!", "Skużi, imma allura jekk il-ħaddiema tagħna huma nemus u m'humiex kapaċi jitkellmu u jikkompetu mal-barranin ...", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Point of order, Mr Speaker!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiddispjaċini li se ninterrompi lill-Onor.", "Vassallo, pero` li jġib argument jew isemmi silta biss minn dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni barra minn lokha, naħseb li ...", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Le, barra minn lokha xejn!", "L-ewwel intom, skużi l- espressjoni, tobżquha, u mbagħad meta aħna nikkwotaw dak li tkunu bżaqtu intom, tgħidu li kkwotajnieha out of context!", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, kulma qed nitolbu lill-Onor.", "Vassallo huwa li jara l-kontest li fih kien qed jitkellem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u mhux sempliċement jaqbad ma' kelma jew frażi u jinterpretaha barra mill- kontest tagħha.", "Dak biss qed nitlob jien.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Vassallo, jekk jogħġbok tista' tkompli bid- diskors tiegħek.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nirringrazzja lill-Onor.", "Abela ta' l-attenzjoni li ġibidli, pero` jien insostni li m'hu qed ngħid xejn li huwa barra minn loku.", "Meta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qed jitkellem dwar l-abbilta` kompetittiva, huwa xebbah lill-imprenditur Malti ma' l-imprenditur barrani u qal li l-imprenditur Malti huwa nemusa ħdejn l-imprenditur barrani.", "Din hija analoġija falza.", "Lil dawk li jmorru jċapċpu lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni, jien ngħidilhom: Dan qed jarakom bħala nemus u m'huwiex jemmen fl-abbilta` kompetittiva li għandkom.", "Għall-kuntrarju, permezz ta' l-abbozzi ta' liġi li qed inressqu quddiem il- Parlament, fosthom dan li għandna quddiemna, aħna qed nuru bil-provi li ma nistmawx lin-negozjanti Maltin u Għawdxin bħala nemus għax qed nagħtuhom l- istess obbligi u drittijiet li għandhom dawk li għan-naħa ta' l- oppożizzjoni, huma iljunfanti jew ġganti, u dan għaliex aħna nemmnu li n- negozjanti tagħna huma ljunfanti jew ġganti daqshom.", "Aħna ma rridux li dan il-pajjiż jiġi meqjus bħala l-pajjiż taċ-cheap labour, pero` jiddispjaċini ngħid li bil-politika tal-Laburisti ta' rajhom f'idejhom, se jpoġġu lil dan il-pajjiż 100 sena lura.", "Huma qed jaħsbu ħażin jekk qed jaħsbu li billi jdaħħlu l-levies u jiffissaw xi price orders, b'daqshekk se jraħħsu l- ħajja, anzi fil-fatt se jiġri proprjament bil-maqlub għax b'hekk se jistaġnaw l-ekonomija.", "Mr Speaker, jien m'iniex se jkolli ċans nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi fid-dettall, pero` min iħares lejn id-dettall ta' dan l-abbozz ta' liġi mal- ewwel jinduna li aħna qed nemendaw il-liġijiet tagħna biex in-negozjanti Maltin u Għawdxin ikollhom l-istess obbligi u dmirijiet li għandhom il- kompetituri tagħhom barranin, għax aħna nemmnu li n-negozjanti tagħna m'għandhomx jiġu mbeżża' biex jikkompetu magħhom.", "Wara kollox, ma nkunu nistgħu nirbħu l-ebda kompetizzjoni jekk niddeċiedu li aħna agħar minn dawk li nkunu se nikkompetu magħhom u nieqfu hemmhekk, u l-kompetizzjoni nistgħu nirbħuha biss jekk ikollna l-kuraġġ li nikkompetu magħhom.", "Meta kien hemm il-Partit Laburista fil-gvern, huwa kien waqqaf record ta' kemm ipprova jbigħ lil dan il-pajjiż biċ-cheap labour, u fi żmien Mintoff, dan il-pajjiż kien ġie eżiljat bil-liġijiet li kienu saru.", "Issa hawnhekk m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu ta' jekk dawn il-liġijiet kenux tajbin jew ħżiena, pero` ngħid biss li r-riżultat ta' dawn il-liġijiet kien li biex il-konsumaturi Maltin u Għawdxin ikollhom għażla tajba, kienu jkunu jridu jmorru Sqallija.", "Fi żmien il-gvernijiet Laburisti l-post ta' Lascaris, minn fejn illum jinħarġu l-liċenzji, kien il-post minn fejn il- kummerċ kien jiġi ristrett billi minn hemmhekk kienu jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.", "Għaldaqstant, Mr Speaker, l-abbozzi ta' liġi li qed iressaq il-Gvern Nazzjonalista quddiem dan il-Parlament qed jagħtu lin-negozjanti u lill- ħaddiema Maltin u Għawdxin l-istess obbligi u dmirijiet li għandhom in- negozjanti u l-ħaddiema Ewropej.", "Aħna rridu li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikollhom l-istess drittijiet li għandhom il-ħaddiema Ġermaniżi, il- ħaddiema Taljani u l-ħaddiema l-oħra Ewropej.", "Naturalment dan ma jfissirx li għax se ngħaddu dawn il-liġijiet, issa f'dan il-pajjiż m'hu se jkun hemm ħadd li jfalli jew m'hu se jkun hemm ħadd li jipprova jisfrutta lill- ħaddiema tiegħu.", "Fil-fatt bħalissa fl-Italja, minkejja li dawn il-liġijiet diġa` jeżistu, il-kumpanniji tal-Mercedes u tal-Porsche qegħdin bi strajk, pero` bis-saħħa ta' dawn it-tip ta' liġijiet, dawn il-kumpanniji qed jagħmlu dan l-istrajk b'mod trankwill għax jafu li ħadd ma jista' jwaqqafhom, u din hi l-iktar ħaġa importanti.", "Mr Speaker, matul id-diskors tiegħu, l-Onor.", "Noel Farrugia pprova jagħtina x'nifhmu li l-garanzija tas-suċċess ta' dan il-pajjiż huwa billi nibqgħu bl- istess mentalita` tal-bieraħ, bħal dak li qallu li llum aħna nistgħu nagħmlu l-qligħ minn dak li bigħejna l-bieraħ!", "Din il-politika ma treġix fil-qasam tan-negozju għax dak li kien tajjeb għall-bieraħ m'għadux tajjeb għal-lum.", "Jekk aħna rridu nimxu pass 'il quddiem, irridu nassiguraw ruħna li min jiġi biex jinvesti hawn Malta, f'dan il-pajjiż għandu jingħata l- istess obbligi u dmirijiet li jingħata li kieku jmur jinvesti f'pajjiżi żviluppati oħrajn, u min ġej hawn Malta m'huwiex ġej għal-loqom.", "Issa huwa l-waqt li ngħidu li ħadd m'hu għar-rimi, Mr Speaker!", "Issa l- Membri ta' l-oppożizzjoni m'humiex qed jgħidu li ħadd m'hu għar-rimi?!", "Fakkru lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, Onor. Abela, li ħadd m'hu għar-rimi, u mhux meta tridu, tgħidu li ħadd m'hu għar-rimi, u issa, għax qed naqbżu għall-ħaddiema tagħna, m'intomx tgħidu li ħadd m'hu għar-rimi!", "Aħna nemmnu verament li ħadd m'hu għar-rimi; għax qegħdin intejbu l-kondizzjonijiet tal- ħaddiema tagħna.", "(Interruzzjonijiet) Ejjew ngħidu, Onor. Mizzi, min hu għar-rimi!", "Ara intom, meta tridu tgħidu li ħadd m'hu għar-rimi, imbagħad jitressaq quddiem dan il-Parlament abbozz ta' liġi bħal dan, li qed jipproteġi lill-ħaddiema biex ħadd ma jkun għar-rimi, u tgħidu li m'intomx se tivvotaw favurih!", "Ma tarawx li tivvotaw għal xi ħaġa tajba bħal din?!", "Ma jmurx il-poplu jaħseb li l-Membri ta' l-oppożizzjoni m'għandhomx f'moħħhom xi abbozz ta' liġi aħjar minn dan!", "Dik hi l-oppożizzjoni tagħna, u huwa għalhekk li jien kburi, Onor. Mizzi, li qiegħed naħdem ma' dan il- gvern fuq din in-naħa; ħalli nagħmlu l-aħjar liġijiet biex aħna nibqgħu hawn u intom tibqgħu hemm!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: (Interruzzjonijiet) Imma sakemm indumu tajbin, j'Alla nibqgħu hawn, u dawn il-liġijiet juru li aħna tajbin!", "ONOR.", "JOE MIZZI: Qed jibża'!", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Nibża' minn xiex?!", "Aħna sejrin tajjeb, u se nibqgħu sejrin tajjeb!", "(Interruzzjonijiet) Ara intom sejrin lura għax moħħkom huwa staġnat fuq il-passat!", "Mr Speaker, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna huwa riżultat ta' għażla politika.", "Il-gvern qed jgħolli l-kwalita` tal-kondizzjonijiet ta' l- impjiegi tal-ħaddiema tagħna biex il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikollhom l- istess kondizzjonijiet ta' xogħol li għandhom dawk il-ħaddiema li jgħixu f'pajjiżi Ewropej.", "Naturalment dan ma jfissirx li b'daqshekk il- kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jkunu perfetti, pero` almenu permezz ta' dawn il-kondizzjonijiet, il-ħaddiema tagħna se jkunu qed jaħdmu fl-aħjar ċirkostanzi u fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli.", "Aħna ninsabu fiduċjużi li b'dawn il-liġijiet li qed jitressqu quddiem il- Parlament pajjiżna se jkun kapaċi jkompli jikkompeti.", "Għaliex?", "Għax l- għażla politika tagħna m'hijiex li ma nikkompetux u lanqas m'hija li ngħidu li se nibqgħu barra għax aħna nemus u dawk iljunfanti imma hija li rridu naraw lilna nfusna tajbin daqskemm huwa tajjeb ħaddieħor.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed juri r-rieda u d-determinazzjoni ta' dan il-gvern li ma jħallix li pajjiżna jibqa' jiġi meqjus bħala pajjiż taċ- cheap labour imma jibda jiġi meqjus bħala pajjiż li jieħu ħsieb lill- ħaddiema tiegħu, u dan huwa importanti iktar u iktar in vista tal-fatt li l- aqwa riżors li għandna huma l-ħaddiema tagħna.", "Jeħtieġ ukoll li mil-lum 'il quddiem il-gvern, il-unions u l-għaqdiet ta' min iħaddem ma jibqgħux jaħdmu għal rashom.", "Dik il-kwalita` ta' politika m'għadhiex tagħmel sens għaż-żmenijiet tal-lum.", "Il-gvern preżenti qed jifhem ukoll li llum pajjiżna jrid jibda jikkompeti f'suq globali fejn deċiżjoni li tittieħed f'boardroom ġewwa l-Amerka jew ġewwa l-Ġermanja tkun tista' teffettwa saħansitra lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Ħalli nsemmi l-istorja tal-fabbrika tas-7-UP malajr malajr.", "Fil- fatt dak li ġara fir-rigward tal-fabbrika tas-7-UP hawn Malta, ġara minħabba deċiżjoni li ttieħdet minn kumpannija kbira barranija li tixtri kumpannija oħra, bil-konsegwenza li f'daqqa waħda, hawn Malta spiċċajna għandna numru ta' ħaddiema bla xogħol.", "Kif qed naraw, il-globalizzazzjoni fl-estrem tagħha wkoll iġġib ċerti problemi għax l-estrem huwa dejjem ħażin, u għalhekk irridu nilqgħu anke għall-effetti negattivi li ġġib magħha l-globalizzazzjoni, imma dan nistgħu nagħmluh biss jekk kemm-il darba nnaqqsu l-isfruttament li jsir fuq il-ħaddiema minn min iħaddem.", "Jekk inħallu l-liġi tal-ġungla l-istorja terġa' tirrepeti ruħha.", "Il- komuniżmu reali spiċċa, però kieku f'xi pajjiż fid-dinja jkun hemm il-liġi tal-ġungla fir-relazzjoni bejn min iħaddem u min jaħdem, jien ma neskludix li xi darba min iħossu kkalpestat u sfruttat jagħmel rivoluzzjoni biex jerġa' jieħu nifs.", "Għalhekk jenħtieġ li numru ta' pajjiżi lkoll flimkien ngħollu l-istandards tal-liġijiet tagħna, kif fil-fatt qed isir fl-Unjoni Ewropea.", "U għalhekk tajjeb li nkunu parti mill-Unjoni Ewropea, mhux permezz ta' partnership imma membership.", "Aħna rridu nkunu ġewwa, mhux inkunu lagħqa minn barra, mhux ġirien ta' xi ħaġa tajba.", "U rridu nkunu ġewwa biex ikollna l-istess obbligazzjonijiet għax dawn l-obbligazzjonijiet ifissru affarijiet tajbin.", "Mr Speaker, jekk irridu nikkritikaw għandna nikkritikaw fis-sens li ngħidu li dawn id-drittijiet ġodda għall-ħaddiema huma piżijiet fuq min iħaddem.", "Però nkunu qed nirraġunaw ħażin jekk illum ngħidu li jekk intejbu l- kondizzjonijiet tal-ħaddiem ikun ifisser an additional expense għal min qiegħed fin-negozju u min qiegħed jinvesti.", "Illum irridu naħsbu bil- kontra.", "Illum wieħed irid jara kif itejjeb il-kwalità tal-prodott u tas- servizz, u dan jirriżulta biss jekk ikun hemm relazzjoni tajba bejn min iħaddem u min jaħdem.", "Allura ma nistgħux nirraġunaw li d-drittijiet tal- ħaddiema huma spiża għal min qiegħed iħaddem.", "Fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fejn għandna suq globalizzat ma nistgħux niddeċiedu x'irridu aħna biss.", "Dan ma jfissirx li meta nkunu membri fl- Unjoni Ewropea mhux se nibqgħu rajna f'idejna.", "Tant hu hekk li fi Franza, li huwa pajjiż fl-Unjoni Ewropea, seta' ġie elett President li jgħid li jrid joħroġ lill-pajjiż mill-Unjoni Ewropea.", "Din hija prova li dak il- pajjiż huwa rajh f'idejh.", "Fejn kien hemm ċerti għażliet, fosthom fejn poplu ma riedx il-Euro, l-għażla ta' dak il-poplu ġiet rispettata.", "Is- sovranità tagħna m'aħniex se nitilfuha.", "MR SPEAKER: Onor. Vassallo, Ikkonkludi jekk jogħġbok.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: U m'aħniex se nitilfu s-sovranità tagħna f'dan is- suq globali jekk kemm-il darba ntejbu l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema tagħna.", "B'liġijiet bħal dawn nistgħu inkunu tajbin bħal min hu ġgant, nistgħu nkunu bħal min mhux nemus.", "Aħna bħalhom kapaċi noffru l-aħjar kondizzjonijiet lill-ħaddiema tagħna u lill-employers tagħna nagħtuhom l- aħjar direzzjoni dwar x'inhuma l-obbligi tagħhom lejn min qed iħaddmu.", "Grazzi ħafna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "José Herrera.", "ONOR.", "JOSÉ HERRERA: Mr Speaker, din hija liġi li qed tikkonsolida l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' lmpieg u l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.", "Hija liġi volumenuża b'ħafna klawsoli u f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi żġur li mhux se nsib il-ħin nanaliżża dawk il-kummenti kollha li xtaqt nanalizza.", "Verament li hija liġi li hija pass 'il quddiem, però l-Partit Laburista jħoss li tenendo conto li ilna s-snin ngħidu li jeħtieġ inbiddlu l-leġislazzjoni – fil-fatt saru ħafna taħdidiet man-nies konċernati, b'kulħadd jagħti l-ideat u l-pariri tiegħu - allura wieħed kien qed jistenna li se jkollna leġislazzjoni finetuned - perfetta ma tistax tkun għax fid-dinja xejn m'hu perfett – iżda jiddispjaċini ngħid li dak il-fine tuning konna qegħdin nippretendu ma jirriżultax.", "Fil-liġi hemm ħafna aspetti li huma tajbin, fosthom il-fond li se jagħmel tajjeb biex jekk kumpannija tfalli, il-ħaddiema jkunu jistgħu jitħallsu minnu.", "Dan huwa fond bħal dak tal-motor insurance bureau li jagħmel tajjeb għad-dannu f'każ li u ma jkunx hemm insurance cover.", "Jien naħseb li apparti l-impjiegi u s-salarji, dan il-fond kellu jikkontempla wkoll il-każ ta' meta jkorri xi ħadd li ma jkunx insured ħalli jkun jista' jitħallas, peress li sal-lum għada mhijiex fis-seħħ il-liġi li wieħed bilfors irid ikun insured.", "Għalhekk naħseb li ma kenitx tkun idea ħażina kieku dan il- fond kellu jagħmel tajjeb ukoll għal min ikorru fuq il-post tax-xogħol.", "Meta kumpannija tkun waslet biex tfalli u jkorrilha xi impjegat fuq il-post tax-xogħol, ħafna drabi dan jibqa' ma jitħallasx, u għalkemm il-liġi li tobbliga lill-employer li joħroġ assigurazzjoni ilha li għaddiet mill-1973, qatt ma tiġi skattata.", "Allura din hija problema.", "Jien personalment ma naqbilx mal-mod kif inhu strutturat it-tribunal industrijali f'din il-liġi.", "Hawnhekk hawn ħafna drittijiet tal-ħaddiema, li wħud minnhom huma ġodda u wħud minnhom kienu diġà jeżistu però żidniehom xi ftit.", "Allura fl-aħħar mill-aħħar irid ikollok awtorità li tiġġudika, li bażikament huwa t-tribunal industrijali.", "Jien għandi r-riżervi tiegħi dwar kif inhu strutturat it-tribunal industrijali.", "M'hemmx wisq differenza bejn il-mod kif kien strutturat qabel u kif inhu strutturat llum.", "Issa jista` jkun li din ħaduha minn xi liġi ta' xi pajjiż ieħor, fis-sens li dan qisu forma ta' arbitraġġ u allura għandek numru ta' nies li jistgħu joqogħdu fuq it-tribunal industrijali.", "Għalhekk, li minn żmien għal żmien, il-ministru jista` fuq talba jappunta bord għal każ partikolari, għalkemm mhux b'mod awtomatiku kif tispjega l-liġi.", "Din hija s-sistema li kellna, Sur President, għalkemm ma nistax ngħid li ma ħadmitx matul is-sittijiet, is- sebgħinijiet u t-tmeninijiet.", "Kien hemm żmien meta kien ikun hemm chairman wieħed - per eżempju, fis- sittinijiet kien hemm Dr Maurice Caruana Curran li kien għamel żmien bħala chairman u ngħata forma ta' tribunal permanenti - però għal xi raġuni jew oħra maż-żmien erġajna wessajna u llum flok m'għandna tribunal permanenti b'chairman u bord permanenti, għandna din l-istruttura, b'lista ta' 15-il arbitru u dejjem jintgħażlu minnhom biex jippresjedu kwestjonijiet tax- xogħol.", "Assolutament", "ma naqbilx ma' din is-sistema - jista' jkun li jien żbaljat u jista' jkun li għandi raġun – unemmen li wasal iż-żmien li jkollna a labour court.", "Ġejna f'sitwazzjoni li m'għandniex iżjed tribunal industrijali li jiddeċiedi biss kwestjonijiet ta' xogħol u trade disputes, imma pjuttost wessajna l-kompetenza u l-ġurisdizzjoni ta' dan it-tribunal u f'ċerti aspetti tajnieh id-dritt li jagħti kumpens f'forma ta' danni morali wkoll.", "Għalhekk qed ngħid li wasal iż-żmien li jkollna a labour court, Sur President.", "Dan ma jfissirx li jrid ikollna bilfors qorti presjeduta minn imħallef jew ġudikant, għax nifhem li fi kwestjonijiet ta' xogħol dejjem huwa ideali li jkollok il-parteċipazzjoni diretta tan-nies interessati, li huma l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-għaqdiet ta' min iħaddem.", "Allura nifhem ukoll li t- tribunal industrijali u l-funzjoni ta' forum ġudizzjarju ta' dan it-tip għandu jibqa' taħt il-ministeru għall-politika soċjali u as such m'għandux ikun parti mill-organu ġudizzjarju ta' l-imħallfin.", "Dik naqbel magħha, però dan ma jfissirx li ma jistax ikollok a labour court.", "Mela ngħid labour court inkun qed nirriferi għal struttura permanenti, tribunal permanenti kompost minn membri ta' dak it-tribunal li jkollhom uffiċċju permanenti, li jkunu appuntati għal perjodu ta' żmien jew appuntati sakemm jirtiraw.", "Jien nemmen li għandu jkun hemm tribunal permanenti, kif qiegħed issa, Sur President.", "Qed ngħid dan kollu għaliex l-ewwelnett, skond klawsoli 74 u 75, żammejna s- sistema ta' kif tmur quddiem it-tribunal kif kienet qabel, fis-sens li ma tmurx b'mod dirett.", "Żammejna l-proċedura l-antika għalkemm biddilnieha xi ftit, fejn wieħed jitlob l-intervent tal-ministru biex iressaqlu l-każ quddiem it-tribunal, minflok ma wieħed imur b'mod dirett kif imur quddiem il-qorti jew quddiem fora oħra u jippreżenta l-każ tiegħu.", "Mela żammejna dik is-sistema antika li ma naqbilx magħha.", "It-tieni nett, paragrafu (ċ) ta' subklawsola 73(2) u subklawsola 73(5) jgħidu kif jiġu appuntati ċ-chairpersons u l-membri ta' dan it-tribunal.", "Paragrafu (ċ) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 73jgħid li:", "\"Dawn il-persuni jservu bħala chairpersons jew wara xulxin jew skond it-tqassim tad-dmirijiet u suġġetti għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar rikuża u ċirkostanzi oħra, kif jista' jiġi preskritt mill- ministru.\"", "Imbagħad agħar minn hekk subklawsola (5) ta' klawsola 73 jgħid li:", "\"Fil-każi kollha li fihom il-gvern jew xi korp jew kumpannija msemmija fl-artikolu 80(3) ikunu parti, it-tribunal għandu jkun magħmul minn -", "(a) chairperson li jiġi magħżul skond id-dispożizzjonijiet ta' subartikolu (2);", "- jiġifieri l-lista tkun diġà magħżula mill-gvern -", "(b) membru magħżul miċ-chairperson tat-tribunal mil-lista ta' persuni nominati mit-trade unions kif preskritt fis-subartikolu (3)(b); u (ċ) membru li għandu jirrappreżenta l-interessi tal-gvern jew tal-korp jew kumpannija involuta fit-tilwima ta' xogħol, li tkun persuna maħtura ad hoc mill-ministru.\"", "Jiġifieri hemm membru wieħed li jiffavorixxi lit-trade unions però t-tnejn l-oħra aktar jiffavorixxu lin-naħa tal-gvern.", "U kif għedt qabel, iċ- chairpersons jintgħażlu kif preskritt mill-ministru.", "Jiġifieri l-ministru jista' jiddeċiedi li jappuntalek chairperson partikolari għal dik il-kawża - m'iniex qed ngħid li l-Onor Lawrence Gonzi jew qualsiasi ministru ieħor għandu xi interess ikun partiġġjan, xejn affattu - u min jaf x'jista' jinqala'!", "L-ewwelnett wieħed irid iżomm f'moħħu li tajjeb jew ħażin, u sal-lum - il- gvern għandu interessi f'ħafna azjendi jew kumpanniji li jħaddmu ħafna nies.", "Mela jista' jkun hemm ħafna kwestjonijiet ta' l-impjieg li jinvolvu ħaddiema f'kumpanniji fejn il-gvern ikollu interess qawwi.", "Allura mhux tajjeb li l-gvern se jkollu daqshekk influwenza fil-mod kif il-leġislatur qed jipproponi l-kompożizzjoni ta` dan it-tribunal mela l-gvern jista' jkollu interess dirett.", "It-tieni nett, ma naqbilx mal-mod kif jitneħħa u għal kemm żmien jiġi appuntat iċ-chairperson - part-time ukoll dan - għax m'għandekx it-trasparenza u l-indipendenza li suppost ikollhom fuq forum ta' din il-portata.", "Jien nemmen li għandna nsaħħu dan it-tribunal billi nagħtuh struttura differenti billi nagħmluh a labour court, kif hemm f'ħafna pajjiżi oħra.", "F'ħafna pajjiżi, il-qrati ordinarji għandhom ġurisdizzjoni fuq din il-materja però f'pajjiżi oħra hemm a labour court u jien nemmen li wasal iż-żmien li anke aħna jkollna a labour court proprju.", "Issa dieħel anke d-dritt li wieħed jappella quddiem il-qorti ta' appelli ċivili, li hija ħaġa tajba wkoll.", "Qabel wieħed ma setax jappella u kien jipprova jimponi appell fuq interpretazzjoni żbaljata ta' liġi jew fuq raġunijiet oħra fejn jidħlu deċiżjonijiet tat-tribunali kważi amministrattivi.", "U kien hemm każi fejn kien hemm inġustizzji u l-qrati rrettifikaw is-sitwazzjoni, però naħseb li huwa tajjeb ukoll li jkun hemm dan id-dritt ta' appell.", "Ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija fuq il-kwestjoni ta' definite contract, Sur President.", "Fi klawsoli 33 u 34 irranġajnieha s-sitwazzjoni, fis-sens li l- kundizzjonijiet tax-xogħol f'definite contract m'għandhomx ikunu agħar milli meta jkollok an indefinite contract.", "Però qed tidħol il-konswetudni fejn minflok ma l-employer jimpjega nies b'kuntratt indefinit - għax jaf li dan ifisser li teknikament qed jagħti security of tenure u ladarba jimpjega lil dak li jkun ma jistax jaqbad u jkeċċih - jimpjega nies għal sena.", "Issa l-liġi tgħid - u qiegħda tajba - li jekk imbagħad jerġa' jimpjegak mingħajr kuntratt ifisser li awtomatikament għandek an indefinite contract.", "Però jekk employer jimpjega persuna, u wara sena jerġa' jimpjegaha u wara sena oħra jerġa' jimpjegaha u jdum is-snin sejjer hekk, dik xorta waħda tibqa' taħt definite contract.", "Veru li l-kondizzjonijiet ma jistgħux ikunu agħar minn kuntratt indefinit però dejjem jista' jitterminalek fl-aħħar tas-sena.", "Allura wieħed jista' jsib ruħu f'sitwazzjoni, li jkun ilhu mpjegat erbgħa, sitta, seba' snin u kull sena jsirlu kuntratt ġdid.", "Qed isiru komuni dawn, naturalment to circumvent il-protezzjoni li joffru l- Att li jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg u l-Att dwar ir- Relazzjonijiet Industrijali u b'dan il-mod dawn in-nies ma jkollhom qatt security of tenure.", "Mingħalihom ikunu mpjegati imbagħad għal xi raġuni jew oħra, wara erbgħa ħames snin ikeċċuhom.", "Imbagħad dak li jkun ma jkun jista' jagħmel xejn.", "Jien qed nissuġġerixxi - jista' jkun li m'għandix raġun imma din idea tiegħi - li tiġi introdotta leġislazzjoni jew klawsola f'dan is-sens.", "Jekk employer jimpjega persuna għal sena u wara jerġa' jimpjegaha għal sena oħra, u wara ċertu numru ta' snin f'din is- sitwazzjoni, anke jekk l-employer mhux qed jorbot lill-employee b'kuntratt, dan ta' l-aħħar għandu jitqies li huwa mpjegat on an indefinite contract.", "Għax jekk se nagħtu iktar protezzjoni lill-ħaddiema b'din il-liġi però mbagħad se nħallu din il-loophole, għada pitgħada l-employers jistgħu jibdew jagħmlu dawn it-tip ta' kuntratti - nista' nurik mijiet ta' kuntratti ta' dan it-tip – u allura naħseb li jekk nagħmlu emenda f'dan is- sens inkunu qed insaħħu l-pożizzjoni tal-ħaddiema.", "Hemm ħaġa oħra li xtaqt nitkellem fuqha f'dan l-istadju, li hija l-kwestjoni tal-kumpens, Sur President.", "L-ewwelnett, kif għedt qabel, id-dritt ta' dan it-tribunal m'huwiex biss li jikkumpensak for unfair dismissal.", "Kif jgħallimni kulħadd, it-tribunal għandu dritt jordna reinstatement.", "Jekk tkun manager jew fi grad aktar 'il fuq ma jistax jordna reinstatement, imma fil-każ ta' ħaddiem normali jista' jordna reinstatement -fair enough.", "Pero` fil-prattika ma jiġrix hekk jekk dawn ikunu ażjendi żgħar ta' tlieta erba` impjegati għax la l-ħaddiem u lanqas min jimpjegahom ma jkun irid hekk.", "Ovvjament ma tagħmilx sens li jekk għandek tliet impjegati, tiġi sforzat tħaddem ieħor u għalhekk f'każi bħal dawn it-tribunal jordna li jingħata kumpens, xi ħaġa li llum saret kważi prassi.", "F'din il-liġi hemm guidelines ta' kif għandu jinħadem dan il-kumpens imma anke qabel kien hemm u xorta waħda kien ikollna xi sorpriża min-naħa tat- tribunal industrijali.", "Dan l-aħħar kelli tliet sentenzi u ma nistax nifhem kif minkejja li f'ċirkostanzi li kienu kważi l-istess, wieħed minnhom ingħata Lm800, l-ieħor Lm1,700 u ta' l-aħħar ingħata Lm1,400.", "Dan ifisser li m'għandekx konsistenza fil-mod kif jingħata l-kumpens u m'hemmx xi formula apposta li tista' tgħin.", "Iżjed min hekk it-tribunal se jkollu poteri ġodda li apparti li jista' jordna li jingħata kumpens, dan jista' jħassar jew jagħti ċerti ordnijiet bħal meta jkollok harassment.", "F'każi bħal dawn, il-kumpens jingħata għall-ħsara morali u mhux finanzjarja għax jekk, per eżempju, sinjorina tkun ġiet harassed, ma jfissirx li din tkun tilfet xi flus, u allura kif se jiġi kkalkulat il-kumpens li għandu jingħata?", "Lanqas ceiling ma hemm, bħalma hemm fi tribunali oħra fejn hemm xi forma ta' kumpens morali.", "Għalhekk insostni li jiena naħseb li wieħed għandu joħloq formula matematika ta kif wieħed għandu jingħata dan it-tip ta' kumpens.", "Fuq il-kwestjoni tad-diskriminazzjoni, jeħtieġ li l-ewwel nagħtu definizzjoni aħjar ta' x'nifhmu bil-kelma ''diskriminazzjoni'' għax inkella se niltaqgħu ma ħafna kawżi u qed ngħid hekk għax nixtieq nistaqsi x'inhi l- ewwelnett diskriminazzjoni.", "Fil-liġi hemm definizzjoni imma jien se nagħti eżempju pwerili fejn għandek negozjant li jkun irid bilfors jimpjega sinjorini bejn it-18 u l-25 sena.", "F'dan il-każ dan ikun qed jiddiskrimina kontra l-irġiel u kontra dawk in-nisa ta eta` akbar, pero` dan jaf jagħmel sens businesswise għax forsi biex jippromovi n-negozju tiegħu, in-negozjant għandu bżonn proprju persuni f'dik il-kategorija.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent meta nitkellmu fuq diskriminazzjoni.", "It-tribunal se jingħata poter li jordna li kundizzjonijiet jinbidlu u anke hawn jista' jagħti kumpens.", "Pero` again, dan il-kumpens kif se jinħadem?", "Tajjeb li l-liġi qed tikkontempla dawn l-affarijiet u naqbel perfettament li wasal iż-żmien li dawn id-drittijiet jingħataw bil-miktub u li t- tribunal industrijali nwessgħulu l-kompetenza tiegħu.", "Pero` naħseb li qed inħalluha wisq in aria u għalhekk irridu nintroduċu xi tip ta' formula matematika ta' kif jista' jinħadem il-kumpens ta' natura morali ladarba dawn huma danni morali u mhux faċilment kalkulabbli.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li jkun hemm speċi ta' labour court biex inkunu konsistenti u jkollok caselaw u jkollok forum li dejjem jagħti ċerti deċiżjonijiet u mhux ikollok qisek basket ta' ġudikanti fejn kull każ tagħżillu arbitru u nispiċċaw forma ta' arbitration.", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li jkollna strutturi ġudiżjarji ta' natura permanenti biex jibdew jaħdmu fuq dawn l-affarjiet u jibda jkollna preċedenti b'ċertu sens u mhux li jikkontradixxu lil xulxin u ħadd ma jaf fejn qiegħed.", "Kulħadd tkellem fuq il-kwistjoni ta' dawk li huma essential services, fis- sens li l-gvern - kif dejjem kellu id-dritt – jistabilixxi li ċerti nies ma jistgħux jibbenefikaw min ċerti drittijiet bħal jum ta' strike eċċ minħabba li x-xogħol tagħhom hu essenzjali.", "Naqbel ma dan għax irid ikollok dan it- tip ta' riserva għax, per eżempju, ma jistax ikollok ċirkostanza fejn tqum filgħodu u ssib llil-pulizija fuq strike għax ikollok chaos.", "Pero` wieħed irid jogħod attent u ma rridux nisservew b'din il-liġi biex noħolqu ħaddiema tas-sekonda klassi.", "Veru li biex il-ministru jżid il-lista dan suppost irid jinnegozja u jieħu l-pariri ta' l-imsieħba soċjali, pero` fejn qabel biex iżid il-lista ried jagħmel mozzjoni quddiem il-parlament - (interuzzjonijiet) hekk kienet safejn naf jiena, pero` fil-każ jikkoreġini l-ministru - din tista' tiżdied b'sempliċi legal notice.", "Il-kwestjoni ta' l-essential services bilfors qajmet daqsxejn panic għax naturalment għandek il-unions li huma ppreokkupati li jekk ikollok industrial unrest fil-pajjiż, il-gvern tal-ġurnata jista' jistaħba wara l- poter vestit lilu u jgħid li l-kategorija ta' nies li hemm fil-lista ma jistgħux jistrajkjaw.", "Nikkonkludi billi ngħid li forsi l-ministru seta' kien aktar sensittiv għal din il-biża' u forsi jirrevedi din il-klawsola sabiex joħloq aktar safeguards ħalli ma jkunx jista' jsir abbuż f'dan is- sens.", "MR SPEAKER: Onor. Herrera, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:00 p.m. id-diskussjoni ġiet interotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, bħala President tal-Kumitat dwar il- kontijiet ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, xtaqt nirraporta lill- Kamra li l-Kumitat iddiskuta fit-tieni laqgħa tiegħu li nżammet illejla, l- għoti ta' diversi artijiet u postijiet tal-gvern lil diversi għaqdiet.", "Peress li ma ntlaħaqx qbil unanimu fil-kumitat, ir-riżoluzzjoni se titressaq fil-Kamra.", "Nipproponi issa l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju, 2002 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika – Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola Fondi Speċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili (Ċertifikati ta' Operaturi ta' l-Ajru) – Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "---------------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, illum imiss lili biex bħalma jkunu sħabi kull seduta, inkun jien the lone speaker f'din il- Kamra vojta u nirringrazzjak bil-quddiem għal din il-kumpannija tiegħek waqt il-ħin ta' l-aġġornament.", "Jien niskanta kif kulħadd jokrob għall- informazzjoni imma meta din tingħata jew ma jkunx hawn min jagħti kasha jew addirittura jkun hawn min miżinterpretaha.", "Kulħadd ifajjar bl-addoċċ dwar fatti magħrufa - anke hawn ew fil-parlament, aħseb u ara kemm isir tfajjir dwar stħajjil u innuendos li jinħolqu minn żmien għal żmien biex ċerti nies jingħataw raġun meta m'għandhomx.", "Il-bieraħ kelliema ta' l-oppożizzjoni tkellmu dwar il-privatizzazzjoni li għamilna ta' l-MIA, privatizzazzjoni li waslet fit-tmiem tagħha u li jiena nsostni li saret bl-iżjed mod trasparenti.", "Illum se jkolli nirribatti dwar il-ħafna kliem li ntqal - fl-opinjoni tiegħi ma kellux isir – fejn kien hemm ħafna żbalji u ntweriet l-ipokrezija tal-kelliema Laburisti dwar il- proċess ta` privatizzazzjoni.", "Jiena nistgħaġeb meta nisma' membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni jitkellmu fuq kunċetti ta' trasparenza bħalli kieku dawn huma xi professuri f'dan il-kamp.", "Issa jiena llejla se nuri l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' l-MIA li sar miż-żewġ amministrazzjonijiet, dik Laburista u tagħna, u se nqabbel il-proċess ta' kif imxew l-affarijiet taħthom u kif qed jimxu taħtna ħalli l-poplu Malti jifhem sewwa x'jiġifieri trasparenza u iżjed minn hekk jifhem l-ipokrezija ta' l-oppożizzjoni meta jippruvaw jiġġudikaw fuq dak li nagħmlu aħna.", "Sur President, aħna ma niddejqux mill-ġudizzju u mill-kritika, anżi nieħdu pjaċir meta jiġbdulna l-attenzjoni ħalli l-affarijiet nagħmluhom aħjar, għax ma nippretendux li aħna perfetti u li kulma nagħmlu jsir b'perfezzjoni.", "Iva niżbaljaw għax aħna naħdmu, pero` meta jiġu sħabna ta' l-oppożizzjoni - għamlu tant oxxenitajiet u qassati dawn fil-proġetti ta' privatizzazzjoni - u jipprovaw jgħidulna kif l-affarijiet jaħsbu li għandhom isiru u addirittura jesiġu ċerti affarijiet li meta huma kienu fil- poter qatt m'għaddewlhom minn moħħhom li jagħmlu, allura naħseb li jkun wasal iż-żmien li l-poplu Malti jifhem u jibda jqabbel naħa ma' oħra.", "Nibda fuq xi kummenti li għamel l-Onor.", "Joe Debono Grech – naturalment skond kif qrajt fil-gazzetti – fejn ġie rrapurtat li qal li l-gvern ħaseb li se jdaħħal Lm47 miljun imma fil-fatt daħħal Lm40 miljun biss.", "Hawn ikolli nippreċiża li meta fil-budget tkellimt fuq dħul minn privatizzazzjoni u semmejt iċ-ċifra ta' Lm47 miljun, kont qed nirriferi għall-privatizzazzjonijiet li kienu għaddejjin dak iż-żmien – fuq kollox għadhom għaddejjin – u cioe` ta' l-MIA u tal-lottu u jidhirli li ċ-ċifra ta' Lm47 miljun kienet tinkludi l-lottu wkoll.", "Pero` jiena nistgħaġeb kif l-Onor.", "Debono Grech jiskanta li l-gvern ġab biss Lm40 miljun meta fi żmien il-Labour, il-proċess ta' privatizzazjoni kien sejjer iddaħħal il-miżerja ta' Lm12 miljun kif kien ippjanat li se jsir li kieku l-gvern ta' Alfred Sant iffinalizza hu l-eżeċizzju ta' privatizzazzjoni.", "L-Onor.", "Membru qalilna wkoll li mhux veru li kienu se jbiegħu l-40% tal-MIA għal Lm12 miljun imma jiena ngħid li iva, dan hu l-prezz li kienu qegħdin jimmiraw għalih u 'l quddiem biħsiebni nippreżenta u npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra karti li juru kif l-affarijiet kienu qegħdin isiru.", "L-Onor.", "Debono Grech skanta li jiena għedt li deadline huwa deadline.", "U hawnhekk niġi għal oxxenita` oħra li rajna tiżviluppa f'dawn l-aħħar ġranet fejn għax jiġi barrani – qed nirriferi għall-Alterra - dan mingħalih se jgħaddi minn fuqna għax hu ġej minn pajjiż kbir u aħna pajjiż żgħir, u jippretendi li minkejja li aħna niffissaw deadline fuq l-offerti ta' bid, dan jista' jiġi u meta u kif jidhirlu hu - pero` żgur wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet - jibdel il-parametri ta' dik il-bid.", "Imbagħad jiġi bil- press agents tiegħu u jipprova jbellagħha lin-nies li dawn kienu f'pożizzjoni li joffru aktar minkejja li ftit ġranet qabel – fid-data li jagħlqu l-bids - dawn kienu taw l-aħħar ċifra tagħhom fuq din il-bid u għalhekk il-bid tagħhom baqgħet dik li kienet.", "Għalissa nieqaf hawn Sur President, u ejja ma noqogħdux ngħidu kif telgħet u kif niżlet din il-bid għaliex il-bid kienet dik li offrew l-Alterra qabel ma skada d-deadline.", "L-affarijiet hekk jimxu f'pajjiż li jagħmel l- affarijiet bi trasparenza.", "Ejja tipprovawx tagħtu l-impressjoni li l- affarijiet jistgħu jsiru mod ieħor għax f'dan il-pajjiż l-affarijiet isiru bis-serjeta` - dik li tfisser it-trasparenza.", "Ikun hawn nuqqas ta' trasparenza kieku wara li jiskadi d-deadline kellna nħallu lil kulħadd jagħmel l-bids fejn imbagħad kulħadd ikun jaf ħaddieħor x'offra u jibda joffri aktar u nistgħu nibqgħu għaddejjin hekk u ma nispiċċaw qatt.", "Mistoqsija oħra li għamel l-Onor.", "Debono Grech u se inwieġbu fuqha wkoll hija dik li tirrigwardja l-impjegati ta' l-MIA.", "L-Onor membru staqsa dwar jekk dawn il-ħaddiema jridux jsirulhom arranġamenti ġodda.", "Ir-risposta hija kategorikament le għax il-kumpannija MIA għandha collective agreements mal- ħaddiema u ladarba din se tibqa' l-istess kumpannija mingħajr tibdil ta' xejn, allura l-agreements kollha li għandhom il-ħaddiema ta' kwalunkwe ġeneru se jibqgħu in force.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-kummenti ta' l-Onor.", "Leo Brincat fuq l- istess suġġett fejn dan nhar is-Sibt li għadda kellu dibattitu ta' sagħtejn wiċċ imb'wiċċ miegħi fuq radju lokali u fejn f'dibattitu ċivili rrispondejt għal kull mistoqsija li saret.", "Madankollu l-Onor.", "Membru ħass li kellu jiġi hawnhekk u jgħid li għamel set ta' mistoqsijiet u ma ngħatax tweġiba.", "It- tweġibiet ingħataw u jekk l-Onor.", "Leo Brincat ma jridx jisma' u ma jridx jifhem dak affarih, imma ejja ma noqogħdux ngħidu li t-tweġibiet ma ngħatawx.", "Qalu wkoll li l-akkużi ta' l-Alterra ma ġewx indirrizzati.", "X'inhuma l- akkużi ta' l-Alterra bażikament( L-akkużi ta' l-Alterra huma tnejn fejn dawn qed jgħidu li huma ma ġewx informati meta n-negotiating team tal-Gvern Malti ddeċieda li jinnegozja ma konsorzju ieħor u li meta ntbagħtet ittra liż-żewġ konsorzja l-oħra li kien għadhom fil-proċess tal-bid, ingħatat informazzjoni konfidenzjali.", "Iż-żewġ tenderers l-oħra kienu għadhom fil- proċess tal-bid - u din mhux jiena qed ngħida imma qaluha l-Alterra stess fil-press release li kienu ħarġu - meta huma ntgħażlu bħala preferred bidders, fejn ikkwotaw lili ngħid li minkejja l-fatt li se nibdew in- negozjati magħhom, dan ma jfissirx li n-negozjati mat-tnejn l-oħra kienu spiċċaw, u allura dan ifisser li l-Alterra kienet taf b'din il-kundizzjoni meta bdew jinnegozjaw magħna fl-20 ta' Diċembru.", "L-Onor.", "Brincat qal li d-diskussjonijiet bdew fit-22 ta' Diċembru u ġew posposti sa l-4 ta' Jannar, bl-impressjoni li dawn kienu se jiġu konklużi sa l-aħħar ta' Jannar.", "Iva, hekk kienet l-impressjoni ladarba l-Alterra kienu magħżula bħala preferred bidders, u din tal-preferred bidders saret biex ma niddiskutux ma' tlieta min-nies imma biex niddiskutu ma' wieħed u naslu.", "Il-Gvern Malti bin-negotiating team tiegħu kien lealissimu lejn l- Alterra u ridna naslu.", "Fil-fatt jumejn wara li l-kabinett iddeċieda li l- Alterra jiġi magħżul bħala l-preferred bidders, bdejna n-negozjati in earnest biex naslu - ma ħallejniex ħmistax għax għedna li issa ġej il- Milied u allura jmissna nipposponu u bdejna ninnegozjaw fit-22 u komplejna fit-23 ta' Diċembru.", "Bħalma kullħadd jaf il-25 ta' Diċembru hu l-Milied u n-negozjaturi ta' l-Alterra ddeċidew li wara li ġew stabiliti l-binarji ta' kif se jsiru n-negozjati bejn iż-żewġ naħat, jipposponu n-negozjati sa l-4 ta' Jannar biex inkomplu.", "Iva, Mr Speaker, biex ikomplu ħalli jiġi konkluż l-agreement kemm jista' jkun malajr.", "L-innuendos ta' l-Onor.", "Brincat komplew u qal li dak iż-żmien semgħu xnigħat minn barra - ma nafx minn fejn jien!! – li d-deal unofficially kienet diġa` ġiet konkluża dakinhar – u \"dakinhar\" ma nafx meta – ma' kumpannija oħra u mhux ma' l-Alterra.", "Issa din hija gidba għaliex sa dak iż-żmien, jiġifieri sa meta l-Alterra ġew informati li mhux se nibqgħu ninnegozjaw magħhom – jiġifieri sal-bidu ta' Frar - ma saru negozjati ma' ħadd u ħadd ma tkellem ma' ħadd fuq dan il-proġett ħlief ma' l-Alterra.", "Din hi l-verita` u jekk xi ħadd qal li sar xi qbil f'dak il-perijodu ma' xi ħadd ,jew kien qed joħlom jew ħariġha mill-fantasija ta' moħħu.", "L-Onor.", "Brincat staqsa x'ġara bejn it-22 ta' Diċembru u l-4 ta' Jannar?", "Xi tridu jiġri bejn l-22 ta' Diċembru u l-4 ta' Jannar!", "Ħafna jkunu bil-vaganzi tal-Milied u ż-żewġ naħat kif għedt kienu qed jippreparaw il-pożizzjoni tagħhom.", "Imbagħad ġew mistoqsijin ċerti domandi li għalija jsiru biex iħammġu, Mr Speaker.", "Qalilna l-Onor Brincat li l-Alterra ħarġu jgħidu li fil-bidding process nefqu Lm3.5 miljun u staqsa dawn il-pagamenti kollha fuq xiex setgħu intefqu f'sempliċi bidding process.", "Għalfejn qiegħed jistaqsi lilna?", "Għax ma jmurx jistaqsi lill-Alterra fiex nefquhom?", "Fuq kollox huma qegħdin jgħidu li nefqu Lm3.5 miljun.", "Mhux suppost ikollhom problema biex jsaqsuhom sħabna ta' l-oppożizzjoni għax Glenn Beddingfield tar-rainbow productions tgħidx kemm hu mitħla mal-public relations office ta' l-Alterra mbagħad naraw jekk jagħtux risposta.", "Din tat-Lm3.5 miljun kienet waħda mill-problemi l-kbar li ħolqu l-Alterra fin-negozjati għaliex minkejja li kienu jafu - skond l-information memorandum li konna qassamna fil-bidu tal-proċess f'Lulju tas-sena ta' qabel - li l-Gvern Malti m'hu se jagħti lura ebda ċenteżmu mill-ispejjeż li jintefqu fil-proċess ta' preparazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom kemm biex jagħmlu l-bids u kemm biex jinnegozjaw, l-Alterra xorta bdew jinsistu li l- Gvern Malti għandu jagħtihom lura dawn it-Lm3.5 miljun imma aħna għednilhom li m'hemmx l-anqas ċans li l-Gvern Malti jħallas ċenteżmu minn dawn il-flus li qegħdin jitolbu.", "Anke n-negotiating team ħass li dan l-ammont kien tant li bażikament kienu qed inaqqsu l-offerta li kienu għamlulna oriġinajament, u din kienet waħda minn ħafna raġunijiet oħra li ħolqu impasse.", "L-Onor.", "Brincat qal li aħna ma weġibniex lill-Alterra u dan m'humiex vera għax aħna weġibna.", "Kemm jien kif wkoll iċ-chairman tal-privatisation unit li kien qed imexxi n-negotiating team weġibna fuq ir-radio u wieġbu wkoll il-privatisation unit fir-rikors li għamlu fil-qorti fejn qalu hekk:", "\"Kien għalhekk li fit-18 ta' Jannar 2001 wara laqgħa bit-telefon mir- rappreżentanti tal-protestanti\"", "qed jirreferu għall-Alterra", "\"il-gvern nformahom li kien għad hemm almenu seba` punti kruċjali fejn il-pożizzjoni sostantiva tal-partijiet ma kenux qegħdin jaqblu.\"", "Dan ifisser li aħna nformajnihom li jekk ma kienux se jbiddlu l-pożizzjoni tagħhom, aħna fl-interess ta' pajjiżna konna se mmorru u nkellmu lil konsorzju ieħor għax aħna mhux biex nakkomodaw lil wieħed jew lil ieħor qegħdin naħdmu.", "L-Onor.", "Brincat staqsa x'kuntatti kien hemm mill-Ministru jew minn xi ħadd ta' l-uffiċċju tiegħi mal-Maltin li jagħmlu parti mill-konsorzju.", "Hawn lill- Onor Membru ngħidlu – mhux lilu biss imma lil kullħadd - li fuq dan il- proġett aħna ma kellna kuntatt ma' ħadd ħlief mal-korsorzju ta' l-Alterra.", "Jien f'nofs Jannar iltqajt ma' l-Alterra għaliex dawn kienu l-uniku konsorzju li konna qed ninnegozjaw magħhom u spjegajtilhom in-neċessita' li jfittxu jikkonkludu malajr u għamilt hekk għax dan kien fl-interess ta' Malta.", "Spjegajtilhom wkoll l-preokkupazzjonijiet li kellu in-negotiating team fuq xi wħud mill-punti li kienu tqajmu dak iż-żmien.", "Issa min huma dawk li jifformaw in-negotiating team?", "Jien 'il quddiem inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra - mhux għax hemm bżonn għax din l-informazzjoni tajtha l-bieraħ b'risposta għal interpellanza - l- ismijiet ta' dawk li kienu jagħmlu n-negotiating team, cioe` s-Sur Manuel Ellul, is-Sur Ivan Falzon, is-Sur John Portelli u s-Sur Mario Mizzi.", "Is- Sur Ellul kulħadd jafu, ex-gvernatur tal-bank ċentrali; is-sur Falzon hu ċ- chairman tal-MIMCOL; is-sur Mizzi huwa mill-MIMCOL wkoll; u is-Sur Portelli huwa s-segretarju tal-privatisation unit.", "Magħhom dawn kellhom nies mill- BNP Paribas, bank Franċiż, avukati minn Camilleri Preziosi u minn Advocates Micallef, nies mill-MIA u nies minn grupp ingliż MDP, li huma esperti fl-avjazzjoni.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni qegħda tkompli bil-politika tagħha ta` sabotaġġ ta' pajjiżna.", "Dawn jridu jħammġu, jtellfu u jagħtu l-gambetti u qegħdin jagħmlu hekk bit-tfigħ tal-ħmieġ lill-konsorzju u qegħdin jgħidu dawn min huma u mhumiex.", "Jien mhux se noqgħod nagħmilha ta' l-avukat tal-konsorzju imma aħna kellna assessments li dawn huma nies serji, nies li għamlu suċċess f'xogħolhom, nies li huma kkwotati fil-borża ta' pajjiżhom u għalhekk jagħmlu l-business tagħhom b'mod trasparenti, nies li jħaddmu eluf ta' nies u li joperaw mad-dinja kollha.", "Dawn huma dawn in-nies li jiffurmaw il-konsorzju li ħareġ rebbieħ.", "Imma mbgħad jiġi l-Onor.", "Leo Brincat b'diżonesta` li ma jistax ikun inħalluha għaddejja u jgħidilna li saru nafu - issa saru jafu !! - li l-Vienna airport ħadu konsulenza ma l- MIA u jpinġiha qisha din il-konsulenza ħaduha l-bieraħ.", "Din ukoll kienet risposta ta' parliamentary question nhar it-Tnejn li għaddew, li fiha hemm dettallajt li vera li l-Vienna airport ingħataw konsulenza fl-MIA imma dan ġara fl-1999, aktar minn għaxar xhur qabel beda l-proċess tal- privatizazzjoni u li l-ammont kien ta' xi Lm 19,000.", "L-Onor.", "Brincat qed jippretendi li għax ħadu din il-konsulenza jisskwalifikaw ruħhom milli jittenderjaw!", "Issa waqt li kont qiegħed nitkellem ma' l-Onor.", "Brincat fuq il-PBS, dan joħroġli b'waħda u jgħidli li kif jafu ħafna nies, l-Alterra hija meqjusa qrib ħafna tal-Gvern Amerikan fis-sens li huwa fatt magħruf li ħadet ħafna kuntratti kbar ta' biljuni ta' dollari mid-defence department Amerikan u għamlet xogħol anke għan-NASA u anke kienet responsabbli biex għamlet id- decommissioning ta l-impjanti nukleari fl-Unjoni Sovjetika u jiena meta smajtu jgħid dan il-kliem, taf x'għaddieli minn moħħi Mr Speaker?", "U jiena fhimt li din l-Onor.", "Brincat kien ħariġha mill-homework li kienu qegħdin jagħmlu ta' l-oppożizzjoni għal kif se jattakaw id-deċiżjoni kieku aħna aċċetajna l-offerta ta' l-Alterra u allura dan ifisser li ma jimpurtax x'niddeċiedu aħna għax xorta waħda l-oppożizzjoni Laburista kienet se toħroġ jew b'argument jew b'ieħor.", "Dan kien l-argument li kienu se jippruvaw jitfgħalna ma' wiċċna kieku l-Alterra rebħet.", "Kienu se joħorġu u jgħidulna li dawn huma qrib tal-Gvern Amerikan u allura; X'se jgħidu l- pajjiżi Mediteranji?", "Kif se nagħmlu biex inkunu protetti mill-omnipotenza li tista` tintwera mis-superpotenzi?", "X'se nagħmlu fuq in-newtralita`?.", "Imma l-agħar ħaġa, Sur President, hi meta jibdew iwaddbu il-ħmieġ fuq nies - mhux qed ngħid għal J.R. Darmanin li għamlilhom libell fuq ieħor tal- gideb li qalgħu fuqu – bħas-Sur Manuel Ellul li hu l-bniedem li mexxa dawn in-negozjati.", "Il-bieraħ ġie l-Onor.Brincat u skond ma qrajt fuq \" The Times\", qalilna li the chairman himself headed the negotiating team.", "Allura jista' jgħidli l-Onor Brincat x'fiha ħażin din?", "Ikompli jgħid l-Onor Brincat dejjem skond il-gazzetta that \"he hoped the people in question as political survivors did not choose to act as a smokescreen for the finance minister\" U hawnhekk jien insib oġġezzjoni kbira għal dan it-tip ta' diskors għax dan hu diskors li jħammeġ, din hi mibgħeda u ħdura, Sur President, għaliex ma tistax titkellem b'dan il-mod fuq nies li qegħdin jagħtu servizz lin-nazzjon tagħna.", "Is-Sur Manuel Ellul jiena nafu - bħala gvernatur tal-bank ċentrali - u meta spiċċa minn gvernatur tal-bank ċentrali tlabtu u ħadt gost li aċċetta li jservi lil pajjiżna - ma jimpurtanix mill-kulur politiku jiena - f'din il- funzjoni li hija tant importanti.", "Dan ma kienx l-ewwel attakk ta l-Onor.", "Brincat fuq Manuel Ellul fejn ftit ilu fil-programm \"Babel\" - dak il- programm oxxen li jagħmlu fuq is-super one – attakkah ukoll meta qal li dan kien ħabib ta' politiku tagħhom li issa għax ma għadux fix-xena, sar speċi ta renegat.", "U dan għalfejn?", "Galiex dan qiegħed jaqdi dmiru lejn il-pajjiż tagħna Sur President.", "Din hija l-oxxenita` ta' dawn in-nies li jridu jippreżentaw ruħhom bħala xi gvern alternattiv.", "Propju llum propju kont qiegħed inkellem lis-Sur Ellul - għax konna għaddejjin b'meetings oħrajn biex inkomplu bil-proċess - u dan għamilli nota li jiena nixtieq naqra, Sur President :", "''Nirriferi għal dak li ġie irrappurtat f' \"The Times\" tal-lum, fejn l- Onor Leo Brincat qal li ċ-chairman tal-privatisation unit qal li huma mxew fuq dak li rrakkomanda t-team tan-negozjaturi meta ċ-chairman innifsu mexxa dan it-team.", "Is-sur Brincat qal li jispera li n-nies involuti \"as political survivors\", ma għażlux li jaġixxu ta' paraventu għall-ministru tal-finanzi.", "Nixtieq nagħmilha ċara li jien Manuel Ellul qatt ma kont political survivor u qatt ma ħbejt dak li nemmen, wisq anqas li xi darba servejt ta' paraventu għal xi ħadd.", "Jien konvint li fil-ħin propizju, meta l-affarijiet isiru magħrufa, l- Onor. Membru jkun jaf li f'dan il-każ fl-MIA privatisation ħadd ma serva ta' paraventu għal ħadd.''", "L-affarijiet saru bl-aktar metodu trasparenti fil-kuntest ta' proċess intiż li jiżgura l-aħjar offerta għal pajjiżna, Sur President.", "Xtaqt li kieku nagħmel il-paraguni kif mexa l-proċess s'issa u kif mexa l-proċess fi żmienhom, pero` nagħmel dan - jekk iħalluni sħabi - fl-aġġornament li jmiss.", "Sur President nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra xi dokumenti li semmejt aktar kmieni fid-diskors tiegħi..", "MR SPEAKER: Hawn il-permess?", "(Onor. Membri: Iva) Il-permess ingħata", "ONOR.", "JOHN DALLI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 33053 imwieġba f'seduta numru 730 tas-6 ta' Mejju 2002, dwar servizzi ta' konsulenza minn Vienna airport għall-Malta International Airport (MIA);", "Kopja ta' mistoqsija parlamentari numru 33055 imwieġba f'seduta numru 731 tas-7 ta' Mejju 2002 dwar il-privatizzazzjoni tal-Malta International Airport (MIA); u", "Kopja ta' kontro-protest ippreżentat fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili mill-Prim Ministru, il-Ministru tal-Finanzi u l-Avukat Ġenerali kontra s-soċjetajiet esteri Alterra Partners Malta Lilmited u Grupo Dragados S.A. kif rappreżentati mill-mandatarju tagħhom Frode Skulbru u s- soċjeta' Maltija Mizzi Europe Investments Limited.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin. il-Kamra hija aġġornata għal nhar it- Tnejn, 13 ta' Mejju, 2002, fis-6:00 pm, bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUZZJONI TA' FROTT FRISK – SUSSIDJI", "31435.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad li l- Unjoni Ewropea għandha tagħti lill-Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal- biedja u s-sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall- iżvilupp u ristrutturar ta' l-industrija lokali ta' l-ipproċessar tal- produzzjoni tal-frott frisk?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 31427.", "UE – RISTRUTTURAR TAL-BIEDJA U SAJD - FONDI", "31436.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-Lm8 miljuni li l-gvern qed jivvota għall-iżvilupp u ristrutturar tas-settur tal-biedja u sajd għal din is- sena, għas-sena 2003 u 2004 ġew mill-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ministeru qed iħejji skemi biex tingħata l-għajnuna meħtieġa ħalli jsir ir-ristrutturar kemm fil-qasam tal-biedja kif ukoll f'dak tas-sajd.", "Dawn l-iskemi se jkunu diskussi ma' l-Unjoni Ewropea biex jintlaħaq ftehim dwar co-financing.", "UE – TA' QALI PACKING STATION - FONDI", "31461.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad l-UE għanda tagħti lil Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal-biedja u s-sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall-iżvilupp u ristrutturar tal-packing station f'Ta Qali", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 31427.", "U E – PITKALIJA ĊENTRALI - FONDI", "31462.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad li l- Unjoni Ewropea għandha tagħti lil Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal- biedja u sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall- iżvilupp u ristrutturar tal-pitkalija ċentrali", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 31427.", "U E – FABBRIKA TAL-ĦALIB - FONDI", "31463.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sussidji kollha li jingħad li l- Unjoni Ewropea għandha tagħti lil Malta għall-iżvilupp tas-setturi tal- biedja u sajd ingħataw lill-Gvern Malti matul l-1999, 2000 u 2001 għall- iżvilupp u ristrutturar tal-fabbrika l-ġdida tal-ħalib?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 31427.", "TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - SUMMER WORKERS", "33005.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?", "Kif issir l-għażla?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jindirizza d-domanda tiegħu lill-ministru ta' l-edukazzjoni.", "TURIŻMU - SUMMER WORKERS", "33006.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?", "Kif issir l- għażla?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Id-dipartiment tat-turiżmu u l-awtorita` tat-turiżmu ta' Malta jieħdu intake ta' summer workers.", "Fil-każ tad-dipartiment dawn l- għazliet isiru mill-istudent maintenance grants board tal-ministeru ta' l- edukazzjoni filwaqt li l-awtorita' tieħu intake ta' summer workers skond il- ħteġijiet identifikati mid-direttorati u d-dipartimenti tagħha.", "Ġeneralment l-istudenti jintgħazlu mill-kors tat-turiżmu li jsir fl- Universita' ta' Malta u studenti oħra mill-universita'.", "WSC – BORMLA - SUR SANTA LIENA", "33007.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' l-area ta' l-HOS Sur Santa Liena Bormla qed ikollhom pressa baxxa għall-aħħar fis-sistema ta' l-ilma?", "Jista' jara li dan l-inkonvenjent jitneħħa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "GĦAJNUNA SOĊJALI - REFUND", "33008.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal liema raġuni qed tintalab li tħallas lura s-somma ta' Lm1,800 meta hi dejjem informat lid-dipartiment b'kull dħul li kellha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet informata bil-każ tagħha.", "KOTTONERA - XOGĦLIJIET", "33030.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32971 u jgħid liema xogħlijiet se jsiru mid-dipartimenti tiegħu fil-Kottonera?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett għar- riabilitazzjoni tal-Kottonera għandu programm vast u ambizzjuż għat-tliet snin li ġejjin.", "Dan il-programm jiddependi fuq il-finanzjament li jingħata l-proġett aktar tard.", "Fost il-proġetti hemm master plan għall-Kottonera, heritage trail u dwal fis-swar u bini importanti.", "Fil-każ tal-Birgu hemm it-tkomplija tal-proġett ta' Couvre Porte, restawr ta' l-istatwa tal-Vitorja, tkomplija ta' pavimentar fil-Collachio, mużew fl- Armerija u paviment f'Misraħ ir-Rebħa.", "Fil-każ ta' Bormla hemm it-tkomplija ta' Pjazza Santa Margherita, playing field San Ġwann t'Għuxa, paviment fi Pjazza P Vassallo u l-area tal-madwar, toilets pubbliċi fi Triq il-Pellegrinaġġ u misraħ barra Bieb Santa Liena.", "Fil-każ ta' l-Isla hemm ir-restawr, paviment eċċ Mina Sant'Anna u paviment ħdejn il-Gardjola.", "Fil-każ tal-Kalkara hemm ir-restawr tal-kappella tas-Salvatur u heritage trail mal-baħar.", "FGURA - STREET LIGHTING", "33065.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta saret talba għal numru ta' bozoz tad-dwal ġodda ġewwa Triq ix-Xemx u Triq il-Qamar, Fgura u f'liema pożizzjoni din tinsab?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li mir-records li għandha l- korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li saret xi talba biex jitwaħħlu lampi ġodda fit-toroq imsemmija.", "MDC – ĦAL FAR - IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ", "33068.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 32860 u jgħid meta u kemm ġie jiswa flus l-impjant għat-trattament tad-drenaġġ li nbena mill-MDC bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-impjant għat-trattament tad- drenaġġ kien inbena fl-1980 mill-korporazzjoni Maltija ta' l-iżvilupp bħala parti miz-zona industrijali ta' Ħal Far.", "Il-proġett kien ġie jiswa Lm177,487.", "KUNTRATTI - BIDLA FL-ISPECIFICATIONS", "33070.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 32923, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumitat ġenerali tal- kuntratti talab li jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet?", "X'inhu t-tibdil li ġie rikjest?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kumitat ġenerali tal-kuntratti deherlu li t-tieni paragrafu ta' klawsola 7.1 ta' l-ispeċifikazzjonijiet li jiddefinixxu t-tul medju ta' servizz kellu jkun aktar simplifikat.", "Kif kien fit-tender:", "A standard service is a service connection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) in a street having an average width of 10 metres and a length of 2 metres pipework inside the property.", "This works out to be an average service length of 7 metres having 2 metres internal pipework, 1 metre sidewalk and 4 metres in carriageway and a maximum service length of 12 metres having 2 metres internal plumbing, 10 metres sidewalk and carriageway.", "Where the length of the service exceeds the maximum length of 12 metres, the extra length shall be measured in addition to the average length of 7 metres.", "Kif ġie rikjest it-tibdil:", "A standard service is a service conection to a single dwelling property (i.e. having only one water meter) with a maximum total length of water service pipework of 12 metres between the water meter and water tapping in the carriageway.", "UNIVERSITA' - IMPJEGATI", "33080.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ma' l-universita` minn Settembru 1998 sal-lum?", "F'liema grad daħlu u minn liema lokalita` ġejjin?", "Kemm kien hemm persuni għal kull grad li ġew intervistati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "FLORIANA FOOTBALL GROUND", "33106.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Bħala l-Ministru responsabbli mill-isport, jista' jgħid min jieħu ħsieb il- manutenzjoni tal-ground tal-football fl-arena ta' l-Indipendenza fil- Furjana?", "Kemm intnefaq fuq dan il-ground matul is-sena finanzjaraja li għaddiet u matul l-ewwel xhur ta' din is-sena?", "Meta l- ġie miżrugħ aħħar?", "Minfejn inxtrat iż-żerriegħa?", "Ta' liema kwalita` kienet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-manutenzjoni tal-football pitch ġewwa l- arena ta' l-Indipendenza l-Furjana ssir mill-Floriana FC.", "Informat ukoll li l-iskeda kif u meta jinżera' l-pitch hija r-responsabbilita` tal- groundsman imqabbad mill-club.", "Dan il-pitch għadu kemm ġie miżrugħ ġimgħa ilu mill-istess club.", "KORDIN - FAĊILITA` KORRETTIVA - INMATES", "33107.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni fil-faċilita` korrettiva ta' Kordin bħalissa?", "Kemm minnhom huma barranin?", "Mit-total kemm hemm persuni li diġa` għaddew proċeduri fil-qrati u qed jiskontaw sentenza?", "Kemm minn dawn huma barranin?", "Jista' jgħid kemm minn dawk sentenzjati, kif ukoll dawk li qed jistennew sentenza/jew proċeduri legali, qed jingħataw kura regolari għad-droga?", "Jista' jagħti ċ-ċifri separatament?", "Kontra liema droga qed tingħata kura?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li fl-4 ta` Mejju 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` 278.", "Dawn huma maqsuma kif ġej:", "|Maltin |140 |41 | |Barranin|56 |41 |", "Minn dawn, żewġ priġunieri Maltin sentenzjati qegħdin jingħataw kura medika kontra d-droga; disgħa oħra qegħdin isegwu programm ta' riabilitazzjoni fis-SATU; filwaqt li 16 qegħdin jattendu programmi simili f'postijiet oħra.", "ĊENTRI TAD-DETOX – ATTENDENZA", "33108.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm żgħażagħ taħt il-21 sena bħalissa li qed jattendu ċ- ċentru tad-detox f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm minnhom bdew jattendu għall- ewwel darba f'dawn l-ewwel erba xhur ta' din is-sena?", "Fil-każ ta' dawk taħt il-21 sena u fil-każ ta' dawk li bdew jattendu din is-sena, huma kollha Maltin?", "Kemm minn dawn il-każi hemm tfal taħt is-16-il sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill- ministru konċernat.", "RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI - ILMENTI", "33120.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti minn ħaddiema barranin li jaħdmu b'mod legali f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u matul dawn l-aħħar erba' xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-istatistika li tinżamm mid-dipartiment tar- relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg ma tiddistingwiex bejn ilmenti magħmula minn ħaddiema Maltin u dawk magħmula minn ħaddiema barranin li qed jaħdmu b'mod legali f'Malta.", "ĦADDIEMA BARRANIN", "33121.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellna ħaddiema barranin differenti, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, nazzjonalita` b'nazzjonalita`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "NI CONTRIBUTIONS – SELF-EMPLOYED U KUMPANNIJI", "33122.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jirriżulta li ma tħallsux kontribuzzjonijiet ta' l-NI minn self-employed u kumpaniji privati, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn Jannar 1998 il-ġbir u l-infurzar tal-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali għadda taħt ir-responsabbilta' tad- dipartiment tat-taxxi interni.", "Għalhekk dwar l-aħħar erba' snin nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "Fir-rigward ta' l-informazzjoni għall-perijodu qabel l-1998, ninsab informat li r-records tad-dipartiment tas-sigurta` soċjali dwar ħlas ta' kontribuzzjonijiet kienu jinżammu b'sistema manwali u fuq bażi individwali u għalhekk mhux possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Irrid ngħid li f'Awissu tas-sena 2001 beda l-proċess biex ir-records tal- kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni assigurati kollha mill-1956 jinqalbu fuq sistema komputerizzata.", "BIRŻEBBUGA - CONTOLLED LANDFILL", "33130.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti u l-istqarrija dwar id-diskussjoni għall-proġett għall-iżvilupp ta' controlled landfill f'Birżebbuġa u fin-Naxxar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant mhijiex ċara għal liema pjanti u għal liema stqarrija dwar id- diskussjoni għall-proġett għall-iżvilupp ta' controlled landfill qed jirriferi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-project description statement fuq is-suġġett.", "KOPERATTIVA INDAFA PUBBLIKA – KONSULENT TAL-GVERN", "33137.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 32932, jista' l-Ministru jgħid kif impjegat fil-ministeru bħala full-time consultant qiegħed jagħmel xogħol ta' tmexxija u amministrazzjoni ġenerali tal-koperativa ta' l-indafa pubblika meta din hi koperattiva privata; u kif full-time adviser qiegħed jagħmel xogħol ta' on scene co-ordinator fl-oil pollution control unit meta din il-unit tifforma parti mid-dipartiment tal- ħarsien ta' l-ambjent?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab informat li fl-1995 sar ftehim bejn il-gvern u l-koperattiva għal indafa pubblika fejn il-Gvern issussidja lill-koperattiva għal servizzi klerikali u management.", "Dan il-ftehim baqa' għaddej anke bejn l-1996 u l-1998.", "Fl-20 ta' Jannar 2000 minflok ma ngħata s-sussidju lill-koperattiva għal indafa pubblika, kif kien isir qabel, il-gvern impjega persuna mal-koperattiva bl- istess spejjeż bħala full-time consultant.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara rakkmandazzjoni tal-management efficiency unit, l-oil pollution response module m'għadux jifforma parti mid-dipartiment tal-ħarsien ta' l- ambjent iżda sar jifforma parti mill-marine section fi ħdan it-taqsima tax- xogħlijiet.", "AFM - TRANSFERS", "33149.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kenitx teżisti skema fl-AFM fejn personelle mill- armata setgħu jitolbu transfers għal dipartimenti oħra tal-gvern wara li jkunu nstabu unfit for active duty minn board mediku?", "Meta daħlet din l- iskema u kemm ibbenifikaw?", "X'rank kellhom u fejn inbtagħtu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Dawk il-membri tal-forzi armati li kienu nstabu medically unfit for military service qabel ma kienu jkunu discharged mis- servizz kienu jingħataw l-opportunita` li jkomplu jagħmlu xogħol ta' natura ċivili ma' xi dipartiment tal-gvern, jekk kienu jissodisfaw kriterji stabiliti.", "Din l-opportunita` bdiet tingħata f'April 1991 u twaqqfet f'Jannar 1996.", "Żewġ bumbardiera u ħames gunners kienu għażlu li jkunu posted ma' dipartimenti: tnejn mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni, tnejn mad- dipartiment tax-xogħlijiet u tlieta mad-dipartiment tal-mużewijiet.", "RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI - ILMENTI", "33153.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti minn ħaddiema Maltin: (1) b'kuntratt fiss; (2) b'sigħat imnaqqsa; (3) part-time; (4) minħabba vitimizzazzjoni; (5) minħabba fastidju sesswali; (6) minħabba diskriminazzjoni; (7) minħabba sensji kollettivi; (8) minħabba mergers ta' negozji u (9) minħabba trasferiment ta' negozji matul dawn l-aħħar erba' xhur?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li matul dawn l-aħħar erba' xhur id- dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg irċieva sitt ilmenti relatati ma' kuntratti fissi u tliet ilmenti relatati ma' mpjiegi part-time.", "Id-dipartiment għadu ma jżommx statistika dwar il-kumplament ta' l- informazzjoni mitluba għax l-ilmenti ndikati m'humiex koperti bil-liġi preżenti dwar il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg.", "SPTAR SAN LUQA – PAZJENTI", "33154.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent/a barrani/ija għamlu użu minn servizz fl- Isptar San Luqa (i) bħala inpatient (ii) bħala out patient (a) xahar b'xahar minn Jannar sa April ta' din is-sena; (b) servizz b'servizz; (c) nazzjonalita` b'nazzjonalita`?", "Kemm ħarġu kontijiet?", "Kemm kienu jammontaw fi flus?", "Kemm tħallsu s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.", "TAX COMPLIANCE UNIT – INVESTIGATIONS", "33155.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni u operazzjoni jirriżulta li saru fi kliniċi/sptarijiet privati xahar b'xahar lit-tax compliance unit kemm ilha tinġabar, jekk tinġabar din l-informazzjoni?", "Kemm jirriżulta li ntnefqu flus xahar b'xahar?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 33096 f'seduta 730.", "SPTAR MONTE CARMELI - CEO", "33161.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' mpjieg bejn il- fondazzjoni għas-servizzi mediċi u ċ-chief executive officer ta' l-isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kuntratt ta' mpjieg bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi (FMS) u ċ- chief executive ta' l-isptar Monte Carmeli.", "MSIDA - CONCEPTION STREET – KUMPENS LIS-SIDIEN", "33162.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tad-djar li kien hemm quddiem il-kerrejja ż-żgħira ġo Conception St, Msida tħallsux jew le?", "Jekk le, kemm baqa' sidien li ma tħallsux u x'inhu jżomm il-ħlas?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li kien hemm uħud mis-sidien tad-djar f'Conception Street, Msida li tħallsu waqt li hemm oħrajn li għadhom ma tħallsux.", "Fondi f'Conception Street, Msida li sar ħlas għalihom huma dawn: Nri. u 27, 30, 33, 34, 35, 36, 43, 46, 49, 50, 52, 54, 56, 57 u 58.", "Sar ukoll ħlas għal l-utile dominju ta` Nri.", "40 u 44.", "Fondi f'Conception Street, Msida li għadu ma sarx ħlas għalihom huma dawn: Nri.", "26, 28, 29, 31, 32, 37, 41, 42, 45, 47 u 48.", "Id-dirett dominju ta' Nri.", "40 u 44 għadu wkoll ma sarx.", "Il-ħlas ta' dawn ta' l-aħħar għadu ma sarx għaliex għad hemm xogħol preliminari li jrid isir, fost dan li jiġi aċċertat mid-dipartiment min huma s-sidien tal-fondi msemmija.", "TA' XBIEX - STALLAZJONI TA' LIFT", "33163.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li r-residenti ta' housing estate ta' Tax-Xbiex fejn qed isiru l-lifts se jkollhom iħallsu Lm1,500 jekk ikunu xtraw il-flat?", "Jista' jgħid jekk dan hux veru, u kemm fil-fatt se jħallsu dawk li xtraw il-flat u dawk li qed jikru?", "Jidhirlu illi l-Lm1,500 hija għolja u trid tiġi riveduta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lifts kollha stallati mill-awtorita' tad-djar fi blokki ta' appartamenti tal- gvern jiġu mħallsa mill-awtorita'.", "Dawk ir-residenti li jkunu bil-kera ma jiġux mitluba jħallsu għall-ispejjeż ta' l-istallazzjoni.", "Iżda dawk ir- residenti li huma sidien jintalbu jħallsu sehemhom mill-ispejjeż ta' l- installazzjoni a proporzjon tan-numru ta' l-appartamenti fil-blokk.", "L- awtorita' tissussidja lil dawn is-sidien b'50% ta' l-ispejjeż.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - TILQIM TA' L-HIB", "33164.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fiċ-ċentri tas-saħħa fl-aħħar ġimgħat m'għandhomx it-tilqima ta' l-HIB (Haemophilus Influenza B) li tingħata lit- trabi fl-ewwel sena wara t-twelid tagħhom?", "Meta hu mistenni li fiċ-ċentri tas-saħħa terġa' tingħata din it-tilqima?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari 33078.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA – VACCIN TAL-CHOLERA", "33165.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fiċ-ċentri tas-saħħa għal xhur sħaħ m'għandhomx it-tilqima tal-cholera?", "Jista' jgħid meta hu mistenni li fiċ- ċentri tas-saħħa tingħata din it-tilqima minħaba li diversi impjegati Maltin li jaħdmu barra minn Malta jingħataw il-prekawzjoni kontra l- cholera?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-dipartiment tas-saħħa kien ħareġ sejħa għall-offerti għal din il-vaccine fit-13 ta' Awissu 2001, iżda ma rċieva l- ebda offerta.", "Sussegwentement ġew maħruġa tliet PFIs oħra fis-sena 2001 u bidu tas-sena 2002.", "Minn dawn id-dipartiment tas-saħħa rċieva kwotazzjoni dan l-aħħar minn aġent wieħed.", "Din l-offerta qed tiġi kkunsidrata.", "Il-vaccine kontra l-cholera tingħata bil-ħlas mill-immunisation centre tal- Furjana u mhux miċ-ċentri tas-saħħa kollha.", "ĊENTRI TAS-SAĦĦA - MMR", "33166.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fiċ-ċentri tas-saħħa jeżisti nuqqas tat- tilqima MMR (measles, mumps, rubella) li tingħata lit-tfal ta' 15-il xahar u lejn l-aħħar tal-primarja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-dipartiment tas-saħħa kellu tilwima legali ma' l-aġent li kellu jissupplixxi l-MMR.", "Dan kien l-uniku aġent li offra l-ispeċifikazzjonijiet adegwati u aċċettati mid-dipartiment tas-saħħa.", "Riċentement kien hemm żviluppi ġodda rigward din il-vaccine u qed isir minn kollox biex terġa' tkun fiċ-ċentri tas-saħħa mill-aktar fis possibbli.", "COMMUNITY CHEST FUND - KURA KONTRA L-KANĊER", "33167.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċertu kura għall-marda tal-kanċer qed tingħata mill-community chest fund u mhux kif inhu ntitolat kull pazjent tal-kanċer li hu ntitolati għal kull kura tal-kanċer b'xejn?", "Billi din il-kura tiswa madwar Lm50 kuljum jista' jgħid x'inhi l-gwida tad- dipartiment dwar din il-kura?", "Jekk id-dipartiment ta' l-onkoloġija jidhirlu li din il-kura mhux daqshekk effettiva, x'pariri ngħataw il-membri tal- community chest fund?", "Jekk id-dipartiment ta' l-onkoloġija jidhirlu li l-effett ta' din il-kura hu ta' benefiċċju kbir, x'inhu jżomm id-dipartiment tas-saħħa li jagħti din il-kura b'xejn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-community chest fund ma tagħtix kura għall-kanċer.", "Dan il-fond iżda jagħti għajnuna finanzjarja lil xi pazjenti biex jixtru ċerti mediċini li m'humiex approvati mid-drug therapeutic committee.", "Din il-proċedura għadha l-istess bħal meta l-Onor Interpellant kien ministru, jiġifieri li talbiet għal mediċini ġodda mhux dejjem jiġu milqugħa mid-diviżjoni tas-saħħa għal diversi raġunijiet, inkluż l- effettivita` tal-mediċina u l-liċenzjar tal-mediċini.", "PENSJONI", "33168.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament se tingħata l-pensjoni wara li miet żewġha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-każ tagħha."]} {"filename": "20020213_698d_par.doc", "date": "2002-02-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 698 L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 698", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-9.01 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "698", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 666", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 666", "TQEGĦID TA' KARTI 670", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ 671", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 671", "AĠĠORNAMENT 691", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 696", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 697 li saret fit-12 ta' Frar, 2002 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "30533.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat bħalissa?", "F'liema taqsimiet u f'liema suġġetti?", "Kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta` sa l-aħħar ta' din is- sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru, 2002 se jkun hemm 41 persuna fi grad ta' għalliema li se jagħlqu l-61 sena u mistennija jirtiraw.", "Fost dawn hemm ħamsa li diġa` nformaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u se jirtiraw mas-60 sena.", "Mhux neċessarjament dan l-irtirar jirriżulta f'ħolqien ta' vakanzi ġodda.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Onor Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Niġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-Ministru wieġeb fid-dettall għat-tielet mistoqsija, ma qalx f'liema taqsimiet u f'liema suġġetti hemm vakanzi ta' għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat.", "M'hemmx dubju li f'ħafna skejjel sekondarji għandna nuqqas ta' għalliema fil-matematika, fl-Ingliż, fl-IT u fil-fiżika.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mill-informazzjoni li ngħatajt mid-direttur jidher li m'hemmx nuqqasijiet ta' għalliema la fil-livell ta' skejjel primarji u lanqas fil-livell post-sekondarju.", "Hemm bżonn ta' għalliem tax-xjenza fil-Fortini Boys' Secondary School, għalliem tax-xjenza fil-Gzira Boys' Secondary School, għalliem tal-home economics fil-Ħamrun Girls' Secondary School u għalliem tat-Taljan fil- junior lyceum ta' Brigella filwaqt li fis-settur ta' studenti bi bżonnijiet speċjali hemm bżonn ta' għalliem għal dawk l-istudenti li huma nieqsa mis- smigħ u mid-dawl.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħidli għaliex ma semmiex l- iskola ta' l-Imtarfa?", "Jien informat li f'din l-iskola hemm diversi klassijiet li għandhom bżonn għalliem ta' l-Ingliż, tant li l-istudenti qegħdin jaqsmu l-lezzjoni ma' tfal oħra bil-konsegwenza li minflok erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa qed ikollhom tnejn biss.", "Jista' l-Ministru jara x'jista' jagħmel f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ħadt nota u se ninvestiga s-sitwazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Peress li l-gvern qed jipproġetta li jkollu kulleġġ ġdid ta' l-arti, ix-xjenza u t-teknoloġija li taħtu se jaqa' l- kulleġġ tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid x'se jkun il-pjan tal-gvern f'dan ir-rigward u jekk il-kulleġġ tal-biedja hux se jiċċaqlaq minn fejn jinsab illum?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan huwa suġġett ta' ċerta importanza u sal-lum ma tajnihx l-attenzjoni li jistħoqqlu u kif ngħidu bl-Ingliż, time is going to catch up with us.", "Il-ħsieb tagħna hu li jkollna an institute for agri-business studies bħala wieħed mill-istituti tal-kulleġġ pero` b'saqajja fl-art ngħid li rridu numru ta' snin biex finalment ngħidu li dan l-istitut għandu ċerta kredibbilta` għax kważi rridu nibnuh mix- xejn.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk huwiex ta' ġid li l-Universita` tibqa' tagħmel ċertu xogħol hi filwaqt li xogħol ieħor isir fl-istitut jew inkella li ċerti livelli ta' studji li għandhom element qawwi ħafna ta' aspett vokazzjonali - fis-sens li n-nies li jiġu mħarrġa finalment iridu jwettqu vokazzjoni jew professjoni partikolari - huwiex aħjar li given the economies of scale tal-pajjiż tagħna, nikkonċentraw fuq dan is-settur biex nagħmluh b'saħħtu kemm jista' jkun.", "Ladarba din id-deċiżjoni tkun magħmula, inkunu nafu l- livelli li rridu nagħmlu fl-institute ta' l-agri-business studies.", "Żgur li dan se jkun responsabbli għal level 1, level 2, u level 3 imma jekk se nibnuh biex ikun responsabbli għal livelli oħrajn – kif naħseb għandu jkun - allura mbagħad irridu nilħqu dan il-ftehim ma' l-Universita` biex ma nidduplikawhx.", "Illum qed isir ċertu xogħol fih u sakemm ma jkunx hemm alternattiva aħjar, hemm għandu jibqa' jsir.", "Jiġifieri jiena m'iniex qed nipproponi li nżarmaw ħaġa qabel inkunu ċerti li għandna xi ħaġa kredibbli daqs, jekk mhux aktar, minn dak li qed isir fl-Universita`.", "Il-ħsieb hu li noperaw mill-ispazji li għandna fil-qasam esperimentali tal-biedja fl-Għammieri, pero` naturalment ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn dan is-suġġett biss, kif konna nagħmlu sal-lum.", "Dan il-kulleġġ, li konna nsejħulu l-kulleġġ tal-biedja, kien iħarreġ lit-tfal li jew x'aktarx kienu jkunu motivati għal dan is-suġġett - ħafna minnhom ġejjin minn familji tal-bdiewa - jew inkella tfal li huma demotivati għal ħafna affarijiet oħrajn imma fl-aħħar mill-aħħar jagħżlu dan il-qasam – u wħud minnhom jimmotivaw ruħhom anke jekk mhux kemm mixtieq – u niżviluppaw ir- raġġ ta' dixxiplini li għandna bżonn f'dan il-kamp.", "Huwa ċar li biex aħna nittekiljaw il-problematika li għandha x'taqsam ma' l-ikel u ma' setturi li jibdew jidħlu mbagħad anke fi kwestjonijiet ta' ambjent, li huma żviluppi li qegħdin isiru f'dan il-kamp, bilfors irridu nidħlu f'ħafna oqsma; ta' kontroll ta' ikel u ta' kontroll ta' produzzjoni tiegħu.", "Hu mistenni li eventwalment il-poplu jsir iktar konxju ta' kemm hu importanti li jkollna dieta Meditteranja bilanċjata fejn irridu nipproduċu kemm nistgħu anke l-ikel tagħna b'manjiera li jkun ta' inqas dannu għas-saħħa tagħna.", "Imbagħad hemm kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ħafna mat-trobbija tal- bhejjem u ma' l-ipproċessar ta' l-ikel tat-trobbija tal-bhejjem.", "Diġa` għandna liġijiet fil-qasam tas-saħħa u ta' l-ambjent u dawn is-setturi jrid ikollhom in-nies tagħhom u jrid ikollhom it-taħriġ li sal-lum nagħtuh f'oqsma differenti.", "Naturalment l-Universita' xorta se tibqa' tipprepara lil ċerti nies fil-kamp xjentifiku għal dawn l-oqsma wkoll imma naħseb li hemm niċċa ta' taħriġ u ta' studji li hija intimament relatata mal- biedja, mal-produzzjoni, mat-trobbija tal-bhejjem u ma' dawn l-affarijiet kollha, li naħseb trid tkun mansjoni li rridu noħolquha b'mod b'saħħtu.", "It-tħejjijiet qegħdin isiru, il-proċess f'dan l-istadju hu kumpless, żgur li nkunu rridu wkoll nies minn barra biex jgħinuna f'dan il-kamp u jekk irridu nibdew f'Settembru li ġej, irridu nieħdu numru ta' deċiżjonijiet kemm jista' jkun malajr.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ċerti inizjattivi kienu ġew varati bil- għan li din il-viżjoni li għadha kif ġiet espressa mill-Ministru b'mod dettaljat u forsi anke b'mod tekniku, tinbeda.", "Fil-fatt kellna programm li nifhmu bih bħala l-hands on farming u l-hands on fishing li kien maħsub biex studenti fil-livell sekondarju fil-qasam tal-biedja u s-sajd jieħdu x-xenarju tagħhom.", "X'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar tliet snin il-hands on fishing mhux talli ma ngħatax importanza talli lanqas biss baqa' jsir?", "Meta l-Ministru qed jgħid li għandu anke rikonoxxenza barranija u qed jara li jżomm liasion ma' organizzazzjonijiet barranin u apparti l-fatt li matul dawn l-aħħar tliet snin lanqas kors għall-produzzjoni agrikola u organika – qed ngħid għall-ħxejjex u s-siġar – ma ġie organizzat, x'rapporti għandu l-ministeru ta' l-edukazzjoni ma' l-organizzazzjoni dinjija ta' l-ikel fir-rigward tal-mudell edukattiv li għadu kemm spjega?", "Jiġifieri skond il-viżjoni li għadu kemm tana, din ġiet diskussa f'diversi stadji fit-tliet snin li għaddew jew hija xi ħaġa li qiegħda tiġi riflessa issa wara l-ħafna inizjattivi li ġew mirduma matul dawn l- aħħar snin f'dan il-qasam?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ma naqbilx mal-kollega tiegħi li ġew mirduma ħafna inizjattivi f'dan il-qasam għax anke jekk wieħed jgħid li konna bdejna fit-triq u konna poġġejna sisien għax għamilna ċerti inizjattivi, l- assessment li nagħmel jien hu - filwaqt li m'għandi lanqas l-iċken dubju mill-impenn u mix-xewqat ta' l-Onor.", "Farrugia fil-kamp tal-biedja fis- sentejn li kien ministru u fl-enerġija li huwa wera - li jekk tagħsar, issib li dawn il-pedamenti ma tistax issejħilhom verament pedamenti.", "Jista' jkun li għax forsi f'sentejn ma kienx hemm żmien biżżejjed biex dawn tirradikahom.", "Pero` t-tip ta' żviluppi li qed inħarsu lejhom m'aħniex se nġibuhom bil- hands on farming ta' l-iskejjel sekondarji jew bil-hands on fishing ta' l-istudenti sekondarji.", "Dawk huma esperjenzi li għad għandna eżempji minnhom għalkemm ma nafx jekk għadhomx isiru bl-istess intensita` li kienu qed isiru fi żmien l-Onor.", "Farrugia.", "Aħna mhux dik id-direzzjoni rridu nieħdu.", "Meta qed nitkellmu fuq l-institute of agri-business studies qed nitkellmu fuq il-post sekondarju u fuq studenti ta' wara s-16-il sena, fejn dak li kien hemm qabel baqa' - anke jekk forsi kien hemm l-interess dirett mill-Onor.", "Farrugia bħala ministru responsabbli mill-biedja, kif hemm illum mill-Ministru Zammit - u ma kienx hemm dan l-iżvilupp.", "L-institute for agri-business studies m'huwiex istitut li qed noħolmu bih illum.", "Dan ilu jissemma minn ta' l-inqas għal dawn l-aħħar sentejn u nofs fir-rapporti u f'dokumentazzjoni konnessa mal-kulleġġ vokazzjonali.", "Kien hemm żmenijiet oħra fejn kien qed jissemma wkoll u diġa` hemm rapporti ta' firxa ta' korsijiet ta' programmi li jridu jsiru biex nilqgħu għal dawn il- bżonnijiet li tajt indikazzjoni tagħhom anke qabel.", "Id-dokumentazzjoni tal-food agricultural organization kienu riferenza għall-grupp li kien qed jaħdem fuq dan is-settur u din ma kenitx xi ħaġa li konna qed nivvintaw ir-rota; ħarisna mhux biss lejn il-kriterji u lejn il-bżonnijiet kif tispjegahom il-FAO, imma anke lejn istituzzjonijiet oħra li f'dan is-settur stabbilixxew ruħhom u huma kulleġġi ta' fama importanti fir-reġjun li ngħixu fih aħna.", "Mr Speaker, nerġa' nfakkar li l-qasam kollu ta' l-istudji fil-kamp agrikolu u anke fl-oqsma anċillari għalih ma ġiex minsi.", "L-Universita` qiegħda tagħmel korsijiet f'dan is-settur, il-ministeru ta' l-agrikoltura daħal ħafna f'dan il-qasam billi għamel anke korsijiet fil-kamp ta' l- agrikoltura f'livell ta' diploma, għamel ukoll korsijiet għall-uffiċjali fil-qasam tas-sajd, pero` xorta waħda jibqa' l-fatt li għalkemm qed nagħmlu dawn l-affarijiet kollha, dan huwa ħafna inqas minn dak li l-pajjiż għandu bżonn biex jaffaċja l-isfidi li għandu quddiemu.", "Il-verita` tibqa' li jrid ikun hemm deċiżjonijiet biex nagħmlu streamlining b'mod tajjeb imbagħad irid ikun hemm anke l-impenn finanzjarju biex l- istitut ta' l-agri-kummerċ ikun jista' jitwaqqaf b'mod kredibbli u jagħti indikazzjoni u prova ċara li m'aħniex se nibqgħu nittrejnjaw l- affarijiet bit-tilqit jew billi kultant imur xi ħadd barra minn Malta u nirreaġixxu b'mod ad hoc kif ħafna drabi imdorrijin nagħmlu hawn Malta, imma nagħtu prova li dan is-settur veru se npoġġuh fuq bażi serja.", "MAM – APPUNTAMENTI MĦASSRA FL-OUTPATIENT CLINICS", "30918.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appuntament fid-diversi outpatient clinics fl-isptarijiet San Luqa u Boffa ġew posposti mindu bdew l-azzjonijiet ta' l-MAM ix-xahar li għadda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, peress li 10,000 appuntament huwa numru sostanzjali, jista' l-Ministru jgħidli x'miżuri ttieħdu jew x'timeframes ġew stabbiliti biex dawn il-pazjenti kollha jingħataw appuntamenti mill-aktar fis possibbli?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Parti mill-ftehim li kien sar bejn l-MAM u l-MPO kienet ukoll tistipula li l-MAM kellha tagħti suġġerimenti biex fl- aqsar żmien possibbli dawk l-appuntamenti li ġew ikkanċellati, jingħataw follow-up appointment jew new appointment.", "Idealment kien ġie suġġerit min-naħa ta' MAMl li dan l-eżerċizzju jsir fi żmien tliet xhur billi jżidu t-tul ta' l-outpatient session jew inkella jibdew ftit iktar kmieni.", "Ma nafx jekk sarux il-proposti formali lid- diviżjoni pero` nista' nassigura li qiegħed isir minn kollox biex dawk il- każi li ġew posposti jingħatalhom appuntament malajr kemm jista' jkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt inkun naf jekk l-iskeda ta' l-appuntamenti ta' l-operazzjonijiet ġietx affetwata minħabba dan id-dewmien.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Dan jiddependi x'operazzjonijiet kienu.", "Ovvjament operazzjonijiet li kienu kkonsidrati urġenti ma ġewx ikkanċellati imma baqgħu għaddejjin bir-ritmu li kienu għaddejjin bih qabel filwaqt li kif diġa` għedt, qed isir minn kollox biex fil-każ ta' operazzjonijiet oħra jingħatalhom appuntament kemm jista' jkun malajr.", "Meta aħna nagħtu l-appuntament ta' l-operazzjonijiet li ma jkunux urġenti, bħal tal-ftuq, per eżempju, ikollok diġa` bbukkjati għal xahar u nofs jew għal xahrejn u ovvjament dawk ma tkunx tista' tikkanċellahom għax inkella tkabbar aktar il-problema.", "Jiġifieri waqt li baqgħu għaddejjin bil-listi stabbiliti għall-każijiet mhux urġenti, dawk li nqabżilhom l- appuntament se jingħatalhom appuntament kmieni kemm jista' jkun.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Nixtieq nirriferi lill-Ministru għal artiklu li deher dalgħodu f'gazzetta lokali fejn intqal li affarijiet umani ntremew fil-Magħtab.", "Jista' jikkummenta dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naħseb li l-kollega tiegħi qiegħda tirriferi għall- artiklu li deher illum fil-gazzetta \"The Malta Independent\".", "Malli jien rajt dan l-artiklu għamilt l-investigazzjonijiet preliminari u min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa se jkun hemm ċaħda formali li xi fdalijiet umani jiġu mormija ġewwa l-Magħtab.", "Jekk wieħed iħares lejn l-artiklu mal- ewwel jara l-inkonsistenza li hemm.", "Dan qed jirriferi għar-rimi ta' fdalijiet umani ta' operazzjonijiet li ntremew f'boroż sofor.", "Irrid ngħid li t-theatres tagħna ma jużawx boroż sofor u allura ovvjament jidher mill-ewwel li dan l-artiklu mhux qiegħed bilfors jirriferi għall- Isptar San Luqa imma jista' jkun qed jirriferi għal xi sptarijiet oħrajn.", "Jien nista' nagħti garanzija li l-fdalijiet umani ta' l-operazzjonijiet jiġu inċenerati mill-inċeneratur ta' l-Isptar San Luqa u m'humiex qed jintremew ġewwa l-Magħtab.", "Ovvjament għadni qed niġbor aktar dettalji pero` nista' niċħad kategorikament li dak li hemm allegat f'dan l- artiklu qiegħed isir mill-Isptar San Luqa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: B'riferenza għall-inċeneratur li qed isemmi l- Ministru, jista' jgħidilna xi progress sar biex tiġi solvuta l-problema tat-tniġġiż miċ-ċumnija ta' l-isptar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jiddispjaċini ngħid li dan il-proġett konna bdejnih fl-1995 u sal-lum għadna mingħajr inċeneratur għax hija drawwa f'pajjiżna li kulmin jitlef tender iħoss li għandu d-dmir u l-obbligu li joġġezzjona fuq kwalunkwe kriterju li huwa possibbli.", "Biex nevitaw din il-possibbilta`, kemm għad-drawing up tat-tender document kif ukoll għall- aġġudikazzjoni, kont insistejt – u fil-fatt hekk għamilna – li nġibu esperti mill-Amerika biex ikunu jistgħu jgħinuna naġġudikaw dan it-tender u jagħmlu wkoll l-ispecifications tat-tender document.", "Minkejja li għamilna dan, kellna żewġ tenderers li ħassewhom li ġew esklużi inġustament u allura erġajna bgħatna għall-esperti barranin biex ikunu jistgħu jindirizzaw dawn l-oġġezzjonijiet.", "Jien informat li wieħed mit-tenderers kellu oġġezzjoni li kienet valida u allura dan il-proċess qiegħed jistenna t-tieni rakkmandazzjoni ta' dawn l-esperti u cioe` jekk dawn għandhomx jiġu nklużi fis-short-listing teknoloġiji ġodda.", "Ladarba jsir dan il-proċess jista' jibqa' għaddej biex kemm jista' jkun malajr inkunu eliminajna darba għal dejjem il-problema taċ-ċumnija ta' l-isptar.", "Aħna xtaqna nużaw l-aktar teknoloġija avvanzata.", "Fil-fatt din m'hi se jkollha l-ebda emissjoni u tispiċċa b'residue ta' dak li jiġi treated.", "B'hekk dan ikun jista' jiġi dumped mingħajr periklu ta' xejn f'postijiet apposta.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru tas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar appuntamenti fid-diversi outpatient clinics fl-isptarijiet San Luqa u Sir Paul Boffa, u kif dawn ġew affettwati mid-direttivi tal- MAM matul Jannar 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Zammit.", "KSUR TA' PRIVILEĠĠ", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ikolli nqajjem dan il-ksur ta' privileġġ fir-rigward tal-mod kif ġie rrapportat dak li nqala' l-bieraħ filgħodu f'din il-Kamra f'paġna 13 tal-ġurnal \"l-orizzont\" tal-lum 13 ta' Frar, 2002.", "Qed nirriferi għall-artiklu bit-titlu \"Ninu Zammit jisfida għall- ġlied\".", "Mr Speaker, jien infakkar li bħalissa 12-il siegħa u nofs ilu ħadt l-aġġornament fejn spjegajt x'ġara l-bieraħ fil-għodu f'dan il-Parlament.", "Mr Speaker, intqal li jien kont qiegħed nigdeb meta jien għamilt riferenza għal dik l-intervista li kien ta l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-29 ta' April 1998, fejn kien qal li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran xorta kienu se jitneħħew il-levies.", "Il-bieraħ erġajt poġġejt kopja ta' din l-intervista fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Peress li ntqal li jien kont qiegħed nigdeb jien sfidajtu biex joħroġ jgħidha barra mill-premises tal-Parlament.", "Jien għandi esperjenza ta' dawn l-affarijiet għax disa' snin ilu kien hawn vot ta' sfiduċja fir-rigward tiegħi u mort il-qorti.", "MR SPEAKER: Fil-qosor, jekk jogħġbok, Onorevoli.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Irrid nuri li dan li qed nagħmel m'iniex qed nagħmlu bi bluff jew bi ksuħat, imma qed nagħmlu minħabba l-esperjenza li għaddejt minnha jien.", "Disa' snin ilu sar vot ta' sfiduċja fir-rigward tiegħi hawn ġew, sfidajthom biex jgħiduh barra u meta qaluh barra ħadthom il-qorti.", "Wara disa' snin sħaħ għadna għaddejjin bil-każ fil-qorti u llum wasalna fl- istadju fejn l-oppożizzjoni qiegħda tiċħad li qalet dawk l-affarijiet fil- konfront tiegħi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu nota ta' dak li ntqal u tagħti ruling iktar tard.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-12 ta' Frar, 2002)", "Klawsola 34 - Bord tal-Warrant Tar-Restawraturi.", "(Kont.)", "Clause 34 - Bord tal-Warrant Tar-Restawraturi.", "(Cont.)", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, il-bieraħ kont bdejt nispjega l-klawsola 34 li titkellem dwar it-twaqqif ta' Bord tal-Warrant Tar-Restawraturi, dwar il-kompożizzjoni tiegħu, u dwar il-proċedura li jrid isegwi fil-ħidma tiegħu.", "Kont qed infisser li qed nipproponu tibdil b'emenda għall- kompożizzjoni tiegħu bl-iskop li f'dan l-istadju bikri ta' din it-tip ta' ħidma nipprovdu għas-sitwazzjoni fejn ma kellniex persuni li jistgħu jitħarrġu hawn Malta fuq livell vokazzjonali ta' taħriġ f'dan is-settur, għax ma konniex nesiġu li min irid jaħdem ta' restawratur konservatur irid ikollu warrant.", "Filwaqt li f'numru ta' professjonijiet oħra, fosthom il-kamp mediku u legali, hemm ċertu element ta' self-regulation, għalkemm f'dan l-abbozz konna indikajna dik it-triq, wara iktar konsiderazzjoni ħassejna l-ħtieġa li l-ewwel insibu saqajna u mbagħad 'il quddiem nikkonsidraw ċertu tibdil.", "Tajjeb ngħid li qed nadottaw sitwazzjoni li hija avvanzata ħafna anke jekk wieħed iqabbilha ma' ħafna pajjiżi fl-Ewropa, u f'ċertu sens huwa settur ġdid anke għal ħafna pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk qed nippreżentaw emenda biex nassigraw li dak li se nagħmlu jkun fattibbli iktar u wieħed ikun jista' jibdieh b'mod iktar stabbli.", "Allura issa qed nindikaw li jkollna Bord tal-Warrant Tar-Restawraturi li jkun magħmul minn president magħżul mill-ministru b'żewġ membri oħra magħżula mill-ministru.", "Wieħed li jkun ġej mill-Università ta' Malta u ieħor ikun magħżul minn persuni akkreditati, kif se nispjegaw iktar tard, it-tnejn li huma b'tagħrif u esperjenza meħtieġa f'dan il-kamp.", "Persuna oħra tkun jew is-sovrintendent innifsu jew inkella r-rappreżentant tiegħu.", "Imbagħad membru ieħor li jkun maħtur mill-bord tal-gvernaturi taċ-ċentru minn fost persuni li, fil-fehma ta' l-istess bord, ikollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa.", "It-term of office tal-president huwa għal tliet snin u l-membri l-oħra tal- bord jibqgħu fil-kariga għal żmien sentejn.", "Naturalment kull min ikun nominat jista' jerġa' jiġi nominat u f'każ li jkun hemm xi vakanza fil-bord il-ministru jkun irid, kemm jista' jkun malajr jimla dik il-vakanza biex il- bord ikun jista' jiffunzjona.", "L-għadd ta' membri meħtieġa biex jagħmlu quorum se jkun ta' tlieta, però l- bord ikun jista' jaġixxi minkejja kull vakanza.", "Per eżempju, jekk iċ- ċentru ma jkunx għadu nnomina r-rappreżentant tiegħu ma jfissirx li l-bord jieqaf jiltaqa', naturalment sakemm ikun hemm il-quorum ta' tlieta.", "Il-ministru obbligat li jipprovdi segretarju lil dan il-bord flimkien ma' appoġġ ieħor amministrattiv li jkollu bżonn għal-loġistika tiegħu.", "Il-bord qed jitħalla jirregola lilu nnifsu u l-proċedura li jimxi biha.", "Aħna se nitilqu minn sitwazzjoni fejn m'hemmx bord u lanqas hemm warrant holders.", "Allura għall-ewwel perijodu se jinħatar bord tranżitorju li jkun magħmul minn president li jkun bi kwalifiki legali, kif semmejna qabel, u żewġ persuni oħra li ma jkunux applikanti għall-warrant, imma li fil-fehma tal-ministru jkollhom kompetenza li jiflu l-ewwel applikanti.", "Il-perijodu li għalih jibqa' jeżisti dan il-bord tranżitorju huwa ta' sena li nispera li tkun biżżejjed.", "Forsi ta' min jirrifletti iżjed fuq dan.", "Ħsibt ukoll fuq il-punt li qanqal il-bieraħ l-Onor.", "Bartolo dwar x'jiġri jekk jispiċċa l-bord u l-gvern tal-ġurnata ma jaħtrux.", "Is-sitwazzjoni hi li għandna liġi li tassattivament qed tgħid li jrid ikun hemm dan il-bord.", "F'subklawsola (4) qed ngħidu wkoll li meta jkun hemm xi vakanza l-ministru għandu kemm jista' jkun malajr jimla din il-vakanza.", "F'każ li jiġri xi ħaġa simili naħseb li rridu nirrikorru għall-qrati għax inkella x'tista' tagħmel?", "Tagħmel provvediment bħalma hemm f'subklawsola (8)?", "Lanqas dak ma jgħodd għax xorta l-ministru jrid jaħtarhom.", "X'tista' tagħmel?", "Naħseb li mhux prattikabbli li wieħed jirrikorri għand il-President tar- Repubblika.", "Mhux il-każ.", "Ladarba hemm il-liġi wieħed irid jassumi li l- gvernijiet ikunu responsabbli u jwettqu l-liġi.", "Ir-rimedju kontra l- irresponsabbiltà ta' gvernijiet naħseb li jrid ikun fil-qrati.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li jrid jużufruwixxi mid-dritt tiegħu li jkollu warrant imma ma jistax minħabba li m'hemmx bord, f'dak il-każ it-triq korretta hija li jfittex ir-rimedju permezz ta' qrati li għandhom gwida ċara fuqxiex iridu jimxu, għax il-liġi tobbliga lill-ministru li jrid jinnomina l-bord.", "Jien ma naħsibx li jkollna din it-tip ta' sitwazzjoni fil-prattika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Kif għedt il-bieraħ, jien qaluli li ġieli jkun hemm boards li jagħtu l-warrants li jiskadu għal perijodu twil u ma jkunux jistgħu jagħtu l-warrants meħtieġa.", "Dan l-aħħar ġibduli l-attenzjoni li ilu ma jinħatar xi erba' snin il-bord li jagħti l-warrants tal-periti jew ta' l-inġiniera ċivili.", "M'iniex ċert liema kien.", "Qed nistaqsi għax frankament ma nafx u lanqas naf taħt min taqa' r-responsabbiltà tagħhom.", "Jien ma smajtx periti jilmentaw li ma ngħatawx il-warrant biex ikunu jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom, jiġifieri ma nafx kemm kienet korretta din l-informazzjoni.", "Jien nistqarr li ma ħaristx lejn liġijiet oħra li fihom jinħatar bord biex jingħataw il-warrants.", "Per eżempju, ma niftakarx eżattament x'jgħid l-Att ta' l-Edukazzjoni biex jiġi assigurat li ħadd ma jiċċaħħad mill-warrant tiegħu.", "Hemm diversi liġijiet li jwaqqfu bordijiet biex jagħtu l-warrants u jekk il-ministru jgħidli li fl-għoti tal-warrants l-oħra kollha għandna dawn it-tip ta' arranġamenti, jien personalment ma nsib l-ebda problema.", "Jien semmejtha għax xi ħadd qanqalli l-mistoqsija dwar x'jiġri jekk ma jerġax jinħatar il-bord, li għandu skadenza preċiża ta' sentejn jew tlieta.", "Importanti li l-bord jibqa' jopera b'xi mod jew b'ieħor biex ma jċaħħadx lil min ikollu dritt għall-warrant milli jieħdu, sempliċement għax il-bord ma jkunx imwaqqaf.", "Imma jekk il-mod kif qed joperaw il-bordijiet ta' l- għoti ta' warrants fi professjonijiet differenti huwa simili għal dak li qed jiġi provdut hawnhekk, jien ma nsib ebda problema.", "Jien sempliċement esprimejt ix-xewqa ta' dawk li qalu li jekk hemm xi pass li jista' jittieħed biex niżguraw li dan il-bord ikun dejjem imwaqqaf, għandna neħduh.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, għadni kif ivverifikajt mal-Ministru Francis Zammit Dimech fuq il-bord tal-warrants tal-periti.", "Dan iltaqa' riċentement u huwa ppresjedut mill-Perit Carmel Cacopardo li m'huwiex it- tip ta' bniedem li jħalli bord ma jiltaqax.", "U ftit ilu l-Ministru Zammit Dimech għadu kif qassam numru ta' warrants.", "Jiġifieri ma jidhirx li hemm problemi f'dak il-bord.", "Fil-każ ta' l-Education Act għandna sitwazzjoni differenti għax, kif jaf l- Onor. Bartolo, hemmhekk m'hemmx bord li jagħti l-warrants, imma jagħtihom il-ministru b'sistema li tiġi pproċessata fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "M'iniex ċert jekk hemmx it-tribunal li għandu kompetenza li jidħol f'din il- materja.", "S'issa ma kellix esperjenza ta' nies li ma ngħatawx warrant u pproċedew b'xi mod legali.", "Però wieħed jista' jiċċekkja jekk l-Att innifsu jaħsibx għal din is-sitwazzjoni.", "F'sitwazzjonijiet oħrajn ir-rimedju għal min ma jingħatax warrant m'huwiex fil-liġi nnifisha, imma fil-qrati normali.", "Naħseb li wieħed dejjem jista' jagħmel xi provvedimenti.", "Xi ħadd irid jagħmilha din.", "Wieħed jista' jgħid li f'każ li l-bord ma jkunx nominat tkun il-qorti li tikkomponih.", "Naħseb li din trid tiġi kkonsidrata ħafna iktar.", "Su due piedi ma nafx li hemm xi liġi li fiha hemm provvediment għat-twaqqif tal-bord sempliċement bis-saħħa tal-liġi u mhux permezz ta' awtorità oħra.", "Jien naħseb li jekk ikun hemm diffikultà trid tkun il-qorti li tintervjeni.", "Dan il-punt irrid nistudjah, però f'dan l-istadju wieħed irid jimxi fis-sens li se jkollna gvernijiet responsabbli, li jekk hemm liġi li tipprovdi għat-twaqqif ta' dan il-bord tal-warrants, dawn se jwaqqfuh.", "Safejn naf jien, fil-preżent m'hemm l-ebda bord li hu responsabbli għall- għoti ta' warrants li m'huwiex imwaqqaf u kollha qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Naħseb li f'dan il-każ irridu nieħdu wkoll din il-linja.", "Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"U\" Klawsola 34 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Fis-subklawsola (1) minflok il-paragrafi (b), (c) u (d) għandhom jidħlu l-paragrafi li ġejjin:", "\"(b) żewġ membri maħtura mill-Ministru minn fost persuni li fil- fehma tiegħu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa u li wieħed minnhom ikun minn fost il-membri akkademiċi ta' l-istaff ta' l-Università ta' Malta u l-ieħor minn fost persuni akkreditati taħt dan l-Att;", "(c) is-Sovrintendent jew rappreżentant tiegħu;", "(d) membru appuntat mill-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru minn fost persuni li fil-fehma ta' l-istess Bord tal-Gvernaturi jkollhom it-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa;\"; u", "(b) Fis-subklawsola (4) il-kliem \"u fil-każ ta' xi membru elett jara li ssir elezzjoni sabiex tkun tista' timtela dik il-vakanza\" għandhom jitħassru.", "\"U\" Clause 34 shall be amended as follows:", "(a) In subclause (1) for paragraphs (b), (c) and (d) there shall be substituted the following paragraphs:", "\"(b) two members appointed by the Minister from among persons who in his opinion have the necessary knowledge and experience and of whom one shall be from among the academic staff of the University of Malta and one from persons accredited under this Act;", "(c) the Superintendent or his representative;", "(d) a member appointed by the Board of Governors of the Centre from among persons who in the opinion of the said Board of Governors have the necessary knowledge and experience;\" and", "(b) In subclause (4) the words \"and in the case of any elected member cause an election to be held to fill the vacancy\" shall be deleted.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"U\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 34 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 34, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 35 - Funzjonijiet tal-Bord.", "Clause 35 - Functions of the Board.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, din hija klawsola li wieħed irid jaraha bir-reqqa għax huwa abbażi ta' dawn il-funzjonijiet li wieħed irid jirregola s-sitwazzjoni fejn si tratta persuni li jaħdmu f'dan il-kamp.", "Kif indikajt lill-Oppożizzjoni qed naħsbu li nagħmlu żvilupp fuq l-ideat li ġew ippubblikati fl-abbozz biex inkunu nistgħu nassiguraw li mhux sempliċement ikollna t-titolu ġenerali ta' konservaturi restawraturi, imma li d-dokumentazzjoni li jżomm il-bord għas-sodisfazzjon ta' dawk kollha li jiġu bżonnha, tkun dokumentazzjoni li tindika wkoll l-ispeċjalità li jkollhom dawn il-persuni.", "Għal dan l-iskop wieħed ikun jista' jagħmel proċess ta' akkreditazzjoni fejn persuna li jkollha l-warrant, tkun akkreditata sew in virtu` tal- warrant u anke fil-linja ta' speċjalizzazzjoni.", "U jekk persuna ma jkollhiex il-kwalifiki akkademiċi li abbażi tagħhom tkun intitolata għall- warrant, imma jkollha kwalifiki oħrajn minn Malta jew minn barra minn Malta, u jkollha dawk il-kompetenzi u ħiliet rikonoxxuti mill-bord, tkun tista' tiġi akkreditata ħalli tkun tista' twettaq xogħol ta' restawr fuq oġġetti jew fuq bini ta' patrimonju kulturali.", "Ħaġa li hawnhekk bilfors ridna nikkonsidraw huwa l-każ bħalma ġara, ngħidu aħna, fl-Imnajdra li ovvjament huwa patrimonju kulturali.", "Kieku l-liġi tibqa' abbozzata kif inhi jkun ifisser li perit li m'huwiex warrant holder ta' dan il-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi ma kienx ikun jista' jidħol biex jagħmel xogħlijiet ta' ristrutturazzjoni fiżika hemmhekk.", "Skoprejna wkoll li jekk xi ħadd ikun irid jieħu kampjun ta' ġebla biex jittestjaha jista' jsib diffikultà jekk ma jkollux warrant minn dan il-bord.", "U dan japplika anke għal ċerti speċjalitajiet oħrajn.", "Huwa għalhekk li minbarra dawn il-funzjonijiet li qed nagħtu lil dan il- bord qed inżidulu funzjoni oħra biex ikun jista' jikkonsidra u jiddetermina applikazzjonijiet minn detenturi ta' warrant, professjonisti oħra u persuni oħra fil-qasam ta' konservazzjoni u restawr biex jiġu akkreditati biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet, interventi u proċeduri partikolari in konnessjoni ma' proprjetà kulturali, u biex il-bord ikun jista' jagħti pariri lill-gvern fuq il-proċess ta' akkreditazzjoni.", "Mr Chairman, qed nieħdu wkoll l-opportunità biex ninkludu dak li talab l- Onor. Bartolo, li minn issa nibdew naħsbu għall-kodiċi ta' etika f'dan il- kamp.", "Għaldaqstant it-tifsil ta' dan il-kodiċi ta' etika se jiġi miżjud mal-funzjonijiet tal-bord.", "Dan il-kodiċi ta' etika se jkun japplika sew għad-detenturi ta' warrant kif ukoll għall-persuni akkreditati.", "Dawn huma l-funzjonijiet il-ġodda li qed inżidu ma' dawk li hemm fl-abbozz.", "Issa ħalli naraw x'inhuma l-funzjonijiet tal-bord skond l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dawn huma ovvjament li jikkonsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' warrant, u li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar dan lill-Ministru.", "Il-bord irid jieħu ħsieb l-eżami għal warrant professjonali jew jiddeċiedi talbiet għal eżenzjonijiet minn dan l-eżami skond klawsola 31.", "Irid jirregola l-kondizzjonijiet ta' taħriġ prattiku barra mil-pajjiż skond id-dispożizzjonijiet ta' klawsola 31.", "Diġà semmejna li l-bord jista' jaċċetta perijodu ta' taħriġ barra mill-pajjiż, basta dak it-taħriġ ikun jissodisfa ċerti kondizzjonijiet.", "Il-bord se jkollu wkoll il-funzjoni li japprova universitajiet jew istituzzjonijiet akkademiċi bħala istituzzjonijiet li l-korsijiet jew il-programmi ta' studji tagħhom ikunu rikonoxxuti minnu.", "Xogħol il-bord huwa wkoll li jorganizza u jirregola kull prova li tidhirlu xierqa u l-perijodi ta' taħriġ prattiku, kif qed nipprovdu fi klawsola 32.", "Jiġifieri għal dawk il-każijiet fejn persuna jista' jkollha sew l- esperjenza kif ukoll xi kwalifika akkademika li ma jkollhiex il-moduli kollha ta' taħriġ u studju kif provdut fi klawsola 32.", "Funzjoni oħra tal- bord hija li jagħti pariri lill-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal- professjoni tal-konservaturi u r-restawraturi.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 35 tgħid li l-bord jista' wkoll jikkonsulta lil dawk il-persuni li jistgħu jitqiesu xierqa u jista' wkoll jaħtar kumitati, li l-president tagħhom ikun membru tal-Bord, ħalli l-bord ikun jista' jwettaq aħjar id-dmirijiet tiegħu.", "Subklawsola (3) tgħid li l-bord irid iżomm reġistru ta' detenturi ta' warrant u għandu, mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena, jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern lista ta' persuni li, fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena, kienu reġistrati bħala detenturi ta' warrant.", "B'hekk tingħata l-pubbliċità uffiċjali ħalli kulħadd ikun jaf min huma l-persuni li huma ntitolati li jġibu din l- assenjazzjoni u li jaħdmu f'dan il-kamp.", "In segwitu ta' l-emenda li kont qiegħed nitkellem dwarha, li nkun nista' nippreżentaha wara li nisimgħu iktar diskussjoni fuq din il-klawsola, qed inżidu s-subklawsoli (4) u (5).", "Bħalma l-bord se jżomm reġistru ta' detenturi ta' warrant, f'subklawsola (4) se ngħidu li l-bord għandu jżomm reġistru ta' persuni akkreditati u jindika dwar kull persuna reġistrata fih, ix-xogħol, interventi jew proċeduri li għalih dik il-persuna tkun akkreditata, u għandu mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena jippubblika din l-informazzjoni fil-Gazzetta tal-gvern.", "Iktar tard f'dan l-abbozz ta' liġi għandna klawsoli 36 sa 38 li jitkellmu dwar is-sospensjoni jew revoka ta' warrant, dwar l-effetti tar-revoka, u dwar il-ħruġ ta' warrant ġdid mill-ministru.", "Ladarba daħħalna l-proċess ta' akkreditazzjoni, qed ngħidu li d-dispożizzjonijiet ta' klawsoli 36 sa 38 għandhom japplikaw mhux biss għad-detenturi ta' warrant, imma anke għall- persuni li huma akkreditati.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Xtaqt ngħaddi xi kummenti biex nagħtu aktar kontest lil dak li qed jingħad f'din il-klawsola.", "Wieħed jista' jargumenta li kif inhi abbozzata l-klawsola diġà tilqa' għall-kumment li se ngħaddi, però se nagħmlu xorta waħda biex meta wieħed jagħmel riferenza għad- dibattitu li jkun sar fil-Kamra waqt it-tfassil ta' din il-liġi jkun jaf x'kellna f'rasna.", "Dak li se ngħid huwa ovvju għal min qiegħed f'dan il- qasam, imma se ngħidu b'mod in ġenerali.", "Illum fl-ebda qasam ta' l- iżvilupp tal-ħiliet ma tista' tgħid li ħadt il-formazzjoni tiegħek, ingħatajt il-warrant u daqshekk biżżejjed.", "Jiġifieri qisek kulma fadallek tagħmel huwa li teżerċita dak il-warrant.", "Kull min jeżerċita xi professjoni jaf li hemm dik li tissejjaħ il-continued professional development.", "Jiġifieri studjajt kemm studjajt meta kont żgħir, ħadt korsijiet kemm ħadt korsijiet fil-qasam tiegħek, żgur li bil- mod kif qed jiżviluppa l-għerf, kif qed jiżviluppaw il-ħiliet u t-teknika ta' x'nagħmlu fl-oqsma li nkunu naħdmu fihom, hemm bżonn ta' żvilupp professjonali kontinwu.", "Kif inhi abbozzata din il-klawsola hemm l-attitudni daqsxejn antika li wieħed ħa l-formazzjoni tiegħu, għandu l-prattika u ngħata l-warrant, u m'hemmx riferenza għall-fatt li jrid ikun hemm dan li qed insejħu continued professional development.", "Fl-istess ħin, biex inkun fair, paragrafu (f) ta' subklawsola 35(1) jgħid li l-bord għandu: \"jagħti parir lill-Ministru f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull ħaġa għar-rigward tal-professjoni ta' konservatur-restawratur\", jiġifieri jista' jagħti parir lill-Ministru li min ingħata l-warrant ma jfissirx li ma jkomplix jaġġorna ruħu u jħarreġ lilu nnifsu.", "Aħna mhux l-ewwel darba nkunu f'seminars u ngħidu li spiċċa l-konċett ta' job for life, li dak li inti bdejt taħdem fih se tibqa' għal għomrok fih.", "Hawn pajjiżi li qed jgħidu li anke l-warrant for life spiċċa, li għax int ingħatajt il-warrant darba, skond ċerta formazzjoni li kellek, ifisser li dik il-warrant tibqa' għandek, jiġri x'jiġri.", "Mhux jiġri x'jiġri għax il- klawsoli ta' wara jaħsbu għal dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-warrant tiġi rtirata.", "Imma din tiġi rtirata għal raġunijiet preċiżi li issa niddiskutuhom fid-dettall.", "Hemm pajjiżi fejn diġà qed jgħidu li tista' titlef il-warrant li jkollok għax jiskadi.", "U dan jiskadi għax wieħed ma jkomplix jieħu l-formazzjoni professjonali li jkollu bżonn ħalli jibqa' aġġornat fil-qasam tiegħu.", "Wieħed irid jibqa' jaġġorna l-formazzjoni professjonali tiegħu tul ħajtu.", "Jien naħseb li hija importanti l-kwestjoni tal-continued professional development.", "Wieħed jista' jargumenta li kif qiegħda din il-klawsola l- bord jista' jirrikkmanda lill-ministru dwar l-importanza tal-continued professional development.", "Imma forsi għandna nirriflettu ftit jekk għandhiex tissemma b'mod aktar espliċitu fl-abbozz innifsu.", "Qed ngħid dan għax il-qasam tal-konservazzjoni huwa qasam li għalkemm għandu rabtiet kbar ħafna ma' l-antik u mal-qadim, huwa qasam li t-teknika fih qed tiżviluppa ħafna.", "U jekk il-konservaturi-restawraturi li jkollhom warrant jaħsbu li laħqu l-quċċata ta' l-iżvilupp tagħhom, nafu li jekk inħarsu lura lejn l-istorja ta' pajjiżna u ta' pajjiżi oħra, mhux l-ewwel darba li wżaw teknika, użaw ċertu metodu fil-konservazzjoni li mbagħad, għax kien hemm żviluppi f'dak il-qasam, irriżulta li kienu interventi żbaljati.", "Il-qasam tal-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali, mhux biss ta' pajjiżna imma anke ta' pajjiżi oħra, għandu diversi żbalji koroh li saru minħabba f'hekk.", "Għalhekk jien naħseb li apparti li huwa importanti li l-continued professional development jissemma fil-kodiċi ta' l-etika meta jitfassal, sinċerament inħoss li ta' min jirrifletti ftit li nsemmu b'mod aktar espliċitu din l-enfasi fuq il-continued professional development.", "Huwa kruċjali ħafna li l-formazzjoni professjonali tal-konservaturi u tar- restawraturi – la qed nitkellmu fuq il-qasam tal-konservazzjoni u restawr, imma jien ngħid li dan jgħodd għal kollox – tibqa' tiġi aġġornata.", "Nixtieq li nirriflettu ftit jekk għandniex nagħmlu riferenza b'mod aktar espliċitu għall-bżonn tal-continued professional training u continued professional development.", "Nerġa' ngħid li wieħed jista' jargumenta li f'din il-klawsola hemm parti li tista' tiġi interpretata li l-bord jagħti parir lill-ministru dwar dan.", "Imma jien inħoss li tant hija importanti li ta' min idaħħalha b'mod esċpliċitu, anke biex min jingħata l-warrant ma jgħidx li ladarba għandu l-warrant ma nistgħux nobbligawh jagħmel xejn iżjed milli jeżerċita l-warrant.", "Jien nawgura li dan il-bord jaħdem b'mod miftuħ u b'mod trasparenti, ħaġa li forsi għandna nagħmluha wkoll aktar ċara fl-abbozz innifsu.", "Hawn Malta jkollna wisq bordijiet li jirregolaw l-affarijiet – sfortunatament ikolli nsemmi l-università f'dan il-qasam – li l-kriterji u r-regoli li jużaw ma jkunux dejjem ċari għal kulħadd.", "Jista' jkun li veru m'hemmx taħwid dwar dawk ir-regolamenti, imma l-fatt li ma jkunux dikjarati u miftuħa għal kulħadd jagħti lok li r-regolamenti u l-proċeduri jinbidlu skond il-bżonn, skond il-wiċċ u skond iċ-ċirkostanzi.", "Naf li dik it-tip ta' interpretazzjoni hija esaġerata u żbaljata, imma l-awgurju tiegħi hu li jkunu ċari l-kriterji li bihom bord bħal dan jiddeċiedi kif jirrikonoxxi, per eżempju, x-xogħol ta' istituzzjonijiet akkademiċi f'pajjiżi oħra.", "Aħna naqblu li huwa importanti li nkunu parti mill-European Credit Transfer Scheme għax awtomatikament inkunu qegħdin - b'xogħol li jsir tal- creditation - nirrikonoxxu x-xogħol ta' istituzzjonijiet akkademiċi oħra fl- Ewropa u huma jirrikonoxxu tagħna.", "Dik hija xi ħaġa importanti għaċ-ċaqliq li hawn ta' studenti u akkademiċi minn pajjiż għall-ieħor.", "Fid-dinja tal- lum dan huwa importanti ħafna għax nitgħallmu minn xulxin.", "Aħna għandna x'ngħallmu u għandna x'nitgħallmu.", "Il-mistoqsija tiegħi hija x'jiġri dwar il-bqija tad-dinja.", "Nerġa' ngħid li l-università tagħna u ċ-Ċentru Malti tar-Restawr se jkun ingrana fl-ispazju tad-dikjarazzjoni ta' Bologna ta' kif l-universitajiet Ewropej jirrikonoxxu x-xogħol ta' xulxin bi kriterji serji.", "Imma x'se jiġri dwar istituzzjonijiet akkademiċi fil-bqija tad-dinja, bħall-Kanada u l-Istati Uniti, fejn għandna t-tendenza f'pajjiżna – jien ngħid li hija żbaljata – li we look down on them?", "Qisu dak li ġej mill-Ingilterra u mill-Kontinent Ewropew – għal ħafna żmien kien dak li ġej mill-Ingilterra biss – huwa serju, imma dak li ġej mill-Istati Uniti, aktar milli mill-Kanada, ma nagħtuhx dik l-importanza.", "Ta' min jaħseb fuq dan minn issa biex jiġu evitati ċerti problemi li anke l- università tagħna ffaċċjat u kien hemm anke rikors fil-qorti minħabba f'hekk.", "Kien hemm każ fejn spiċċaw jiddeċiedu l-qrati jekk warrant ta' perit jiġix rikonoxxut hawn Malta.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li fit- tfassil tal-kriterji u fid-deċiżjonijiet li jieħu, dan il-bord ikun miftuħ u trasparenti u anke jippubblika l-kriterji li bihom ikun wasal għad- deċiżjoni biex ma jkunx hemm dell ta' manipulazzjoni f'ħaġa bħal din.", "F'dan l-istadju m'għandix aktar xi ngħid.", "Qed nieħu gost li l-ministru aċċetta l-proposta li jidħol kodiċi ta' etika għal min jirrestawra u jagħmel xogħol ta' konservazzjoni.", "Naqbel ukoll li dan il-kodiċi jkun ir- responsabbiltà tal-bord anke għaliex, fil-fehma tiegħi, issaħħaħ idejn il- bord vis-à-vis id-detenturi tal-warrants.", "Nissuġġerixxi li meta jitwaqqaf il-bord u jiġi biex ifassal dan il-kodiċi ta' etika jkun hemm diskussjoni pubblika għaliex hemm diversi mudelli ta' kodiċi ta' etika.", "Hemm ħafna obbligi u dmirijiet li l-konservaturi u r- restawraturi jridu jorbtu lilhom infushom f'kodiċi ta' etika serja.", "Għalhekk naħseb li ma tkunx idea ħażina li meta jitwaqqaf il-bord u jiġi biex ifassal il-kodiċi ta' etika jkollna l-okkażjoni – ma naħsibx li hemm għalfejn tkun seduta plenarja tal-Parlament - li f'xi wieħed mill-kumitati tal-parlament jiġi organizzat a public hearing fejn isiru proposti u diskussjoni dwar x'għandu jinkludi dan il-kodiċi ta' etika.", "Jien naħseb li aktar ma jkun hawn diskussjoni pubblika fuq dawn l-affarijiet aktar inkunu qegħdin nedukaw lil xulxin u ngħinu biex indaħħlu kultura ta' serjetà f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, naħseb li l-punt li qanqal l-Onor.", "Bartolo għandu jiġi nkorporat espliċitament billi nżidu paragrafu mal- funzjonijiet li għandu l-bord, fejn ngħidu li l-bord irid ukoll jinkoraġġixxi inizjattivi li jassiguraw programm ta' taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għad-detenturi ta' warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu.", "Naqbel li meta tagħmilha fil-liġi tkun qed tpoġġihielu espliċitament fuq l-aġenda.", "Qed ngħidu \"jinkoraġġixxi\" għax forsi m'għandux ikun hu li jagħmilhom peress li ma naħsibx li se jkollu l- mezzi.", "Imma naħseb li għandu statura biżżejjed biex jesiġi li dawn il- korsijiet isiru.", "Filwaqt li naqbel ukoll mal-kummenti dwar l-oġġettività, il-professjonalità u s-serjetà li bihom għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal-ħruġ tal- warrant u għall-akkreditazzjoni, naħseb li din tkun esperjenza li trid tinbena.", "M'għandix dubju li n-nies li se jkunu nkarigati se jagħmlu l-ħila kollha tagħhom biex il-proċess ikun serju, trasparenti u kredibbli.", "Mr Chairman, nixtieq li l-Kumitat jagħtini ftit ħin biex ninkorpora s- suġġeriment ta' l-Onor.", "Bartolo f'din l-emenda.", "(Interruzzjonijiet)", "Mr Chairman, wara li kkonsultajt ma' l-advisers ħassejna li din l-emenda għandha tiġi taqra hekk:", "Il-klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Il-paragrafu (f) fis-subklawsola (1) tagħha għandu jiġi rinumerat u minnufih wara l-paragrafu (e) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(f) biex jikkonsidra u jiddetermina applikazzjonijiet minn detenturi ta' warrant, professjonisti oħra u persuni oħra fil- qasam ta' konservazzjoni u restawr biex jiġu akkreditati biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet, interventi u proċeduri partikolari in konnessjoni ma' proprjetà kulturali, u biex tagħti jew tiċħad dik l-akkreditazzjoni;", "(g) biex jirrediġi kodiċi ta' etika għal detenturi ta' warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu;", "(h) jinkoraġġixxi inizjattivi li jassiguraw programm ta' taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għad-detenturi ta' warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu; u\"; (b) il-paragrafu (f) għandu issa jiġi rinumerat paragrafu (i) u l- kliem \"tal-professjoni ta' konservatur-restawratur\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"tal-professjoni ta' konservatur-restawratur u ta' l-akkreditazzjoni\"; u", "(c) minnufih wara s-subartikolu (3) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:", "\"(4) Il-Bord għandu jżomm reġistru ta' persuni akkreditati taħt dan l-artikolu u jindika dwar kull persuna reġistrata fih, ix- xogħol, interventi jew proċeduri li għalih dik il-persuna tkun akkreditata, u għandu mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena jippubblika fil-Gazzetta lista ta' persuni li, fil-31 ta' Dicembru ta' dik is-sena, kienu akkreditati u jindika dwar kull persuna x-xogħol, interventi jew proċeduri li għalihom ikun akkreditat.", "(5) Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 36 sa 38 għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar akkreditazzjoni taħt dan l- artikolu kif japplikaw dwar warrant, u għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar persuna akkreditata kif japplikaw dwar detentur ta' warrant.\".", "Clause 35 shall be amended as follows:", "(a) paragraph (f) in subclause (1) thereof shall be re-numbered and immediately after paragraph (e) there shall be added the following:", "\"(f) consider and determine applications by warrant holders, other professionals and other persons in the field of conservation and restoration for accreditation to perform particular work, interventions or procedures in connection with cultural property, and to grant or withhold accreditation accordingly;", "(g) to draw up a code of ethics for warrant holders and persons accredited under this subarticle;", "(h) encourage initiatives that ensure programmes of continued professional training and development for warrant holders and persons accredited under this article; and\";", "(b) paragraph (f) shall now be renumbered paragraph (i) and for the words \"to the profession of conservator-restorer\" there shall be substituted the words \"to the profession of conservator-restorer and to accreditation\"; and", "(c) immediately after subclause (3) thereof there shall be added the following:", "\"(4) The Board shall keep a register of persons accredited under this article indicating with respect to each person registered there in the work, intervention or procedure for which such person is accredited, and shall at the end of each year, publish in the Gazette, a list of persons who, on the 31st December of the said year, were accredited indicating with respect to each person the work, intervention or procedure for which he is accredited.", "(5) The provisions of articles 36 to 38 shall apply mutatis mutandis with regard to accreditation under this article as they apply with regard to a warrant holders and shall apply mutatis mutandis with regard to accredited persons as they apply with regard to a warrant holder.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm xi rimarki?", "L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nixtieq ngħaddi rimarka li mbagħad inkunu nistgħu naqbduha f'aktar dettall meta jitwaqqaf il-bord u jiġi biex ifassal il-kodiċi ta' etika.", "Naħseb li ta' min jara x'jiġri f'pajjiżi oħra f'dan il-qasam biex naraw jekk hemmx bżonn nagħmlu riferenza għaliha fl-abbozz jew jekk naqbduhiex meta l-bord jibda jfassal il-kodiċi ta' etika.", "Jekk wieħed jieħu l-esperjenza Ewropea jsib li ma jagħmlux riferenza biss għall- kodiċi ta' etika.", "Id-dokument li hemm fuq il-professjoni tal- konservazzjoni u restawr jinqasam f'żewġ partijiet; l-ewwel parti li titkellem fuq il-linji gwidi professjonali tal-professjoni, u mbagħad għandek it-tieni parti li hija fuq il-kodiċi ta' l-etika, però kollha miġburin f'dokument wieħed.", "Imbagħad hemm parti oħra fuq l-edukazzjoni fil- konservazzjoni u r-restawr.", "Jekk nieħdu l-esperjenza Amerikana nsibu li jagħmlu riferenza għal żewġ affaarijiet ukoll.", "L-ewwelnett għall-kodiċi ta' etika li huma l-prinċipji morali u professjonali li bihom iridu jaħdmu l-konservaturi u r- restawraturi.", "Imbagħad għandhom ukoll il-linji gwida għall-prattika tal- konservazzjoni u r-restawr, kif iqiegħdu fil-prattika l-prinċipji morali u professjonali.", "Jiġifieri ma nafx jekk għandniex inħalluha kif abbozzaha l- ministru, li waħda mill-funzjonijiet tal-bord tkun li jirrediġi kodiċi ta' etika għal detenturi ta' warrants u persuni akkreditati, imma bl- understanding li meta l-bord ifassal dik il-kodiċi ta' etika jieħu ħsieb iż- żewġ aspetti, kemm il-kodiċi ta' etika bħala kodiċi ta' etika u kemm il- guidelines for practice.", "Skond il-mudell Amerikan isejħulu guidelines for practice, jiġifieri li jpoġġi fil-prattika l-prinċipji tal-kodiċi ta' etika.", "Dawn huma żewġ dokumenti separati imma miġburin fl-istess wieħed.", "Il-mudell Ewropew jitkellem fuq professional guidelines li huma differenti mill-code of ethics għalkemm fuq l-istess qasam.", "Jekk aħna qed naqblu li qed nagħtu interpretazzjoni ta' kodiċi ta' etika li se tiġbor iż-żewġ aspetti, allura rridu nżommuha f'rasna għal meta jitfassal kodiċi ta' etika.", "Imma huwa importanti li meta jitfassal dak il-kodiċi ta' etika jaħseb ukoll għall-guidelines for practice.", "Naħseb li dawn it-tnejn se jkunu kruċjali meta niġu għall-klawsola li jmiss, aktar minn din il- klawsola, x'ħin niġu biex niddiskutu l-punt sensittiv ta' kif tirtira l- warrant lil xi ħadd li jkun qed jipprattika f'dan il-qasam.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'għandix diffikultà li f'paragrafu (g) ninkludu l-frażi \"u linji gwida għal prattika\", wara \"kodiċi ta' etika\".", "Naturalment ninkluduha b'saqajna fl-art għax nafu li rridu nitgħallmu.", "Għandna learning curve u ma nistgħux nadottaw ċerti affarijiet fid-dettall tagħhom mill-bidu u l-bord ikun irid jimxi ma' l-esperjenza u jiggwida l- iżvilupp ta' dawn il-professjonisti fid-direzzjoni li qed nindikaw.", "Jiġifieri jekk il-legal drafters jgħiduli li m'hemmx diffikultà f'paragrafu (g) wara l-kliem \"biex jirrediġi kodiċi ta' etika\" nistgħu nżidu \"u linji gwida għal prattika\".", "U bl-Ingliż tiġi \"code of ethics and guidelines for practice\".", "Mr Chairman, għalhekk issa se nressaq din l- emenda għal klawsola 35:", "\"V\" Il-klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) Il-paragrafu (f) fis-subklawsola (1) tagħha għandu jiġi rinumerat u minnufih wara l-paragrafu (e) għandu jidħol dan li ġej:", "\"(f) biex jikkonsidra u jiddetermina applikazzjonijiet minn detenturi ta' warrant, professjonisti oħra u persuni oħra fil- qasam ta' konservazzjoni u restawr biex jiġu akkreditati biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet, interventi u proċeduri partikolari in konnessjoni ma' proprjetà kulturali, u biex tagħti jew tiċħad dik l-akkreditazzjoni; (g) biex jirrediġi kodiċi ta' etika u linji gwida għal prattika għal detenturi ta' warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu;", "(h) jinkoraġġixxi inizjattivi li jassiguraw programm ta' taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu għad-detenturi ta' warrant u persuni akkreditati taħt dan l-artikolu; u\";", "(b) il-paragrafu (f) għandu issa jiġi rinumerat paragrafu (i) u l- kliem \"tal-professjoni ta' konservatur-restawratur\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"tal-professjoni ta' konservatur-restawratur u ta' l-akkreditazzjoni\"; u", "(c) minnufih wara s-subartikolu (3) tiegħu għandu jidħol dan li ġej:", "\"(4) Il-Bord għandu jżomm reġistru ta' persuni akkreditati taħt dan l-artikolu u jindika dwar kull persuna reġistrata fih, ix- xogħol, interventi jew proċeduri li għalih dik il-persuna tkun akkreditata, u għandu mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena jippubblika fil-Gazzetta lista ta' persuni li, fil-31 ta' Dicembru ta' dik is-sena, kienu akkreditati u jindika dwar kull persuna x-xogħol, interventi jew proċeduri li għalihom ikun akkreditat.", "(5) Id-dispożizzjonijiet ta' l-artikoli 36 sa 38 għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar akkreditazzjoni taħt dan l- artikolu kif japplikaw dwar warrant, u għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar persuna akkreditata kif japplikaw dwar detentur ta' warrant.\".", "\"V\" Clause 35 shall be amended as follows:", "(a) paragraph (f) in subclause (1) thereof shall be re-numbered and immediately after paragraph (e) there shall be added the following:", "\"(f) consider and determine applications by warrant holders, other professionals and other persons in the field of conservation and restoration for accreditation to perform particular work, interventions or procedures in connection with cultural property, and to grant or withhold accreditation accordingly;", "(g) to draw up a code of ethics and guidelines of practice for warrant holders and persons accredited under this subarticle;", "(h) encourage initiatives that ensure programmes of continued professional training and development for warrant holders and persons accredited under this article; and\";", "(b) paragraph (f) shall now be renumbered paragraph (i) and for the words \"to the profession of conservator-restorer\" there shall be substituted the words \"to the profession of conservator-restorer and to accreditation\"; and", "(c) immediately after subclause (3) thereof there shall be added the following:", "\"(4) The Board shall keep a register of persons accredited under this article indicating with respect to each person registered there in the work, intervention or procedure for which such person is accredited, and shall at the end of each year, publish in the Gazette, a list of persons who, on the 31st December of the said year, were accredited indicating with respect to each person the work, intervention or procedure for which he is accredited.", "(5) The provisions of articles 36 to 38 shall apply mutatis mutandis with regard to accreditation under this article as they apply with regard to a warrant holders and shall apply mutatis mutandis with regard to accredited persons as they apply with regard to a warrant holder.\".", "THE CHAIRMAN: Hemm iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"V\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 35, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 36 - Sospensjoni jew revoka ta' warrant.", "Clause 36 - Suspension or revocation of warrant.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Klawsola 36 titkellem dwar sospensjoni jew revoka ta' warrant.", "Jista' jkun hemm ċirkostanzi li minħabba fihom il-persuna li jkollha l-warrant ma jkunx jistħoqqilha li tibqa' ntitolata għalih.", "Il- liġi qed taħseb liema huma dawn iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom jista' jitneħħa dan il-warrant.", "Tajjeb ngħidu li f'ċertu sens b'din il-liġi qed nirrikonoxxu l-ħolqien ta' professjoni oħra.", "Aħna mdorrijin bi professjonijiet bħalma huma ta' avukati, tobba, u iktar riċenti għandna l- accountants, periti u oħrajn.", "Dawn il-professjonijiet kollha huma oqsma fejn hemm ċertu self-regulation.", "U dik il-pretensjoni li wieħed iqis lilu nnifsu bħala membru ta' grupp li huwa kkwalifikat b'mod speċifiku f'qasam partikolari, iġġib magħha ċerti obbligi u piżijiet.", "Min hu professjonist, min-natura ta' din il-vokazzjoni jrid ifittex l- iżvilupp professjonali kontinwu tiegħu, min-natura tal-fatt li hu membru ta' dik il-professjoni jrid ifittex li jimxi b'etika, b'sens ta' integrità u b'sens ta' rettitudni.", "Min jippretendi li hu membru ta' xi professjoni suppost li jġorr miegħu l-piż li jkun ta' eżempju għall-bqija tas-soċjetà għax il-professjonijiet m'għandhomx biss responsabbiltà speċifika fil- professjoni tagħhom, imma l-fatt li tappartjeni għal xi professjoni jġib miegħu obbligi, dmirijiet fil-konfront tas-soċjetà kollha kemm hi.", "Għaliex is-soċjetà ġustament tħoss li għandha tħares lejn dawn id-diversi professjonisti għall-gwida f'ħafna oqsma apparti l-qasam ta' l-ispeċjalità konċernata.", "F'dawn id-diversi professjonijiet, fejn l-istat jirrikonoxxi dik il- professjoni b'warrant, insibu li meta membru ta' dik il-professjoni jonqos b'mod gravi ikun qiegħed jesponi lilu nnifsu għal sanzjoni li fl-estrem tagħha tista' ġġib magħha r-revoka jew is-sospensjoni ta' dak il-warrant.", "Hawnhekk aħna ħadna l-mudell li jeżisti f'oqsma oħra billi qed nipprovdu għas-sospensjoni jew ir-revoka ta' warrant.", "Għalhekk qed ngħidu li l- ministru jista', b'ordni bil-miktub, jissospendi, jirrevoka jew iħassar warrant taħt dawn iċ-ċirkostanzi li se nsemmi.", "L-ewwelnett jekk il-persuna tkun instabet ħatja, wara inkjesta mill-Bord, ta' atti jew ommissjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' diżonestà, imġiba ħażina, negliġenza gravi fl- eżerċizzju tal-professjoni tiegħu.", "Mr Chairman, jista' jiġi revokat il-warrant anke meta detentur ta' warrant ikun ġab lilu nnifsu b'manjiera mhix xierqa, jew ikun naqas milli jħares ir- regolamenti dwar il-livelli jew il-prattika professjonali, jew ikun naqas milli jħares xi kondizzjoni marbuta ma' warrant li jkun inħareġ taħt id- dispożizzjonijiet tal-klawsola 38 ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Paragrafu (b) ta' subklawsola 36(1) jgħid li l-ministru jista' jirrevoka warrant anke meta wieħed:", "\"(b) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta' reat taħt id- disposizzjonijiet ta' dan l-Att jew ta' regolamenti magħmulin taħtu; jew", "(ċ) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta' xi reat li jolqot il- fiduċja pubblika jew frodi jew li jkun xjentement irċieva proprjetà miksuba minn serq jew frodi.\"", "Dawn huma ċ-ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal din is-sospensjoni jew revoka.", "Hemm każijiet li jistgħu jwasslu għal dan wara li tkun saret inkejsta mill-Bord tal-warrants u hemm każijiet fejn persuna tkun instabet ħatja minn qorti kompetenti ta' reat kontra d-dispożizzjonijiet ta' din il- liġi, jew inkella persuna li tkun instabet ħatja minn qorti kompetenti ta' xi reat li jolqot il-fiduċja pubblika jew frodi jew addirittura jkun xjentement irċieva proprjetà miksuba minn serq jew frodi.", "Subklawsola 36(2) tgħid li wara l-inkjesta jista' jsir appell mid-deċiżjoni tal-bord, jiġifieri hawn qed nipprovdu rimedju kontra l-arbitrarjetà jew kontra xi abbuż li jista' jsir.", "U jekk xi ħadd iħoss li r-rakkmandazzjoni tal-bord għas-sospensjoni tal-warrant m'hijiex ġusta, jista' jappella quddiem il-qorti ta' l-appell kif inhu provdut fil-qrati tagħna, jiġifieri appell b'imħallef wieħed.", "Subklawsola (3) mbagħad tgħid:", "\"Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista' jagħmel regolamenti li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu fir-reġistru tal- qorti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-appelli taħt dan l-artikolu.\"", "Din hija xi ħaġa li s'issa m'hijiex imniżżla fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, jiġifieri wieħed irid jemenda r-regolamenti biex jgħid kif dan l-appell għandu jidħol fir-reġistru tal-qrati tagħna.", "Wara s- subklawsola 36(3) insibu proviso li jgħid:", "\"Iżda sakemm iż-żmien li jiġu hekk preskritti d-drittijiet mill- Ministru, id-drittijiet li jitħallsu dwar xi appell lil dik il-qorti jkunu dawk li japplikaw għall-Qorti tal-Maġistrati (Malta).\"", "Naħseb li f'dan il-paragrafu wara l-kliem \"preskritti mill-Ministru\" jridu jiżdiedu l-kliem \"responsabbli għall-Ġustizzja\" għax inkella tista' tfisser li huwa l-ministru li huwa responsabbli għal din il-liġi.", "F'subklawsola 36(4) qed ngħidu wkoll li:", "\"Il-Bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandu jagħmel regoli li jkunu jistabbilixxu kif għandhom ikunu dawk l-appelli, it-terminu li fih għandhom jiġu ppreżentati u b'mod ġenerali kull ħaġa oħra għar-rigward ta' dawk l- appelli.\"", "Hemm bord ta' tekniċi legali, ta' avukati mwaqqaf taħt il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li xogħlu huwa proprju li jżomm taħt sorveljanza dawn ir-regoli ta' l-appelli.", "Jiġifieri f'kemm żmien irid isir l-appell, x'forma jieħu, min jista' jiffirmah, kemm irid ikun hemm żmien għar-risposta ta' dak l-appell u affarijiet proċedurali ta' dan it-tip.", "THE CHAIRMAN: Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ma nafx jekk nistgħux innaddfu daqsxejn din il- klawsola.", "Naħseb li issa jagħmel sens ukoll li jkun hemm riferenza speċifika għall-kodiċi ta' etika u linji gwida għal prattika għax b'hekk inkunu qed insaħħu dak li għedna fil-klawsola ta' qabel.", "Apparti minn hekk - forsi qed infettaq - jekk naraw sub-paragrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (a) insibu li hemm daqsxejn ta' ripetizzjoni għax l-ewwel qed ngħidu \"diżonestà, mġieba ħażina jew negliġenza gravi fl-eserċizzju tal- professjoni tiegħu\" u mbagħad nerġgħu ngħidu \"mġieba li ma tixraqx il- professjoni tiegħu.\"", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Forsi f'sub-paragrafu (ii) għandna ngħidu \"mġieba li tmur kontra l-kodiċi ta' etika.\"", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naħseb li hemmhekk tista' tidħol ir-riferenza għall-kodiċi ta' etika u linji gwida għal prattika, anke għaliex meta mbagħad jitfassal il-kodiċi ta' etika u l-linji gwida għal prattika wieħed jieħu ħsieb mill-ewwel biex ikunu nfilzati dawn in-nuqqasijiet kollha li qed jissemmew hawnhekk li jistgħu jwasslu għal sospensjoni, revoka jew tħassir tal-warrant.", "B'hekk naħseb li jkollna nkorporat dak li qed jiġi propost minn kulħadd.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nixtieq ftit ħin ħalli nkunu nistgħu niddraftjaw l- emenda ħalli ndaħħlu dak li ssuġġerixxa l-Onor.", "Bartolo f'sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (a) tas-subklawsola 36(1).", "THE CHAIRMAN: Niġbidlek l-attenzjoni li ridt tagħmel emenda anke għal subklawsola 36 (3).", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "\"W\" Il-klawsola 36 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "a) fis-subparagrafu (a) (ii) tas-subklawsola (1) tagħha l-kliem \"imġieba li ma tixraqx il-professjoni tiegħu\" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem \"imġieba li tmur kontra l-kodiċi ta' etika u linji gwida ta' prattika li hemm provvediment dwarhom fl-artikolu 35 (1) (g) ta' dan l-Att\"; u", "b) fil-proviso għas-subklawsola (3) tagħha minflok il-kliem \"mill- Ministru\" għandhom jidħlu l-kliem \"mill-Ministru responsabbli għall- ġustizzja\".", "\"W\" Clause 36 shall be amended as follows:- a) in subparagraph (a) (ii) of subclause (1) thereof for the words \"conduct discreditable to his profession\" there shall be substituted the words \"conduct that goes against the code of ethics and guidelines for practice as provided for in article 35 (1) (g) of this Act\"; and", "b) in the proviso to paragraph (3) thereof for the words \"by the Minister\" there shall be substituted the words \"by the Minister responsible for justice\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda \"W\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 36, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 36, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 37 - Effetti ta' revoka jew sospensjoni ta' warrant.", "Clause 37 - Effects of revocation or suspension of warrant.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din il-klawsola tispjega b'mod espliċitu x'inhuma l- konsegwenzi meta warrant jiġi revokat jew sospiż.", "Fil-fatt l-abbozz qed jipproponi li:", "\"Meta warrant taħt dan l-Att jiġi rtirat, sospiż jew revokat, il- persuna li lilha jkun inħareġ dak il-warrant m'għandhiex tibqa' detentur ta' dak il-warrant, jew tkun sospiża mill-eserċizzju tal- professjoni tagħha skond il-każ u għandha ttemm milli tibqa' tuża t- titolu Restawratur.\"", "Naturalment hija ħaġa loġika li jekk m'għandekx warrant ma tistax teżerċita l-professjoni u ma tistax tibqa' tissejjaħ konservatur-restawratur.", "Mr Chairman, biex inżommu uniformità fuq il-mod kif tissejjaħ persuna li jkollha dan il-warrant, nixtieq nipproponi din l-emenda verbali:", "Minflok il-kelma \"Restawratur\" għandhom jidħlu l-kliem \"Konservatur- Restawratur\".", "For the word \"Restawratur\" there shall be substituted the words \"Konservatur-Restawratur\".", "THE CHAIRMAN: Jiġifieri inti trid li din l-emenda tapplika għal kull fejn hemm il-kelma \"restawratur\" jew le?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kull fejn hemm id-designation għandha tkun \"konservatur-restawratur\".", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 37, kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 37, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 38 - Il-Ministru jista' joħroġ warrant ġdid.", "Clause 38 - Minister may issue fresh warrant.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naturalment meta wieħed jitlef il-warrant ikun hemm raġunijiet u ċirkostanzi għaliex wara dik is-sanzjoni l-persuna konċernata tista' terġa' tapplika biex il-warrant jinħarġilha mill-ġdid.", "Din hija funzjoni tal-bord tal-warrants.", "Hu jista' jikkonsidra din it-tip ta' ċirkostanza u hu biss jista' jirrikkmanda lill-ministru jekk, wara li tkun għaddiet sena mid-data tar-revoka jew tneħħija tal-warrant, għandux joħroġ warrant ġdid b'dawk il-kondizzjonijiet li l-bord jista' jqis li jkunu meħtieġa.", "THE CHAIRMAN: Hemm aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 38.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 38 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-abbozz ta' liġi.", "Klawsola 39 – Assistenti mal-konservatur-restawratur.", "Clause 39 – Assistants to the conservator-restorer.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Chairman, s'issa tkellimna fuq dawn li qed insejħulhom il-professjonisti f'dan il-qasam, dawk li għandhom il-warrant u dawk li jiġu akkreditati fil-qasam speċifiku tal-kompetenza tagħhom.", "Naturalment ħafna xogħol ta' restawr ikollu bżonn ukoll ħaddiema li mhux neċessarjament ikollhom it-taħriġ u l-kwalifiki għoljin li semmejna s'issa.", "Allura minħabba li fi proċess ta' konservazzjoni u ta' restawr ikunu qed jiġu applikati numru ta' ħiliet u ta' ħaddiema, anke jekk ikunu qed jagħmlu xogħol li huwa ta' natura relattivament sempliċi, qegħdin nipprovdu għal ċerta direzzjoni f'dan il-kamp.", "Jingħad li darba kien hemm xi ħadd, li xogħlu hu li jnaddaf, li bagħtuh inaddaf ġo mużew u kien hemm pittura li ħasilha bl-ilma.", "Din inzertat kienet watercolour ta' pittur mill-iktar famuż u dan ħassarha b'mod irreparabbli.", "Għaldaqstant, għalkemm forsi wieħed jibda jgħid kemm se nidħlu f'dettall, irridu naħsbu anke f'dawn il- ħaddiema li xogħolhom ikun li jassistu lill-konservatur-restawratur.", "Mr Chairman, meta ġejna biex nirrikostruwixxu l-Imnajdra wara t-tifrik li kien sar, il-periti konċernati ma setgħux iqabbdu kwalunkwe bennej, imma kellhom bennejja li kellhom fiduċja fihom, li kienu diġà ħadmu f'dak il- kamp.", "Allura b'dik l-esperjenza akkwistaw ċerta ħila ta' kif irid jinħadem dan ix-xogħol u b'liema delikatezza, u jifhmu d-direzzjonijiet li jagħtuhom ir-restawraturi f'dak is-settur.", "B'hekk wieħed seta' jqarreb biex naslu għall-aħjar restawr possibbli.", "Mr Chairman, biex inserraħ moħħ il-pubbliku rrid ngħid li dak il-kwadru watercolour li rriferejt għalih, li tnaddaf bl-ilma u tħassar, m'huwiex watercolour li qiegħed fil-kollezzjonijiet tal-gvern imma qiegħed f'kollezzjoni privata.", "Dan l-inċident veru ġara, imma dan il-watercolour kien f'kollezzjoni privata, u mhux f'kollezzjoni li huwa responsabbli għaliha l-gvern jew xi enti pubblika.", "Għal din ir-raġuni aħna qed nagħmlu riferenza għal dawk in-nies li jkunu qed jassistu lill-konservatur-restawratur.", "L-ewwelnett qegħdin ngħidu li persuna li tkun qed tagħmilha ta' impjegat ta', jew assistant ma', u taħt is-superviżjoni ta' detentur ta' warrant ma titqiesx li hi qed tipprattika l-professjoni ta' konservatur-restawratur.", "Persuna bħal din ma tista' tippreżenta ebda ċertifikazzjoni ta' xorta li turi li jkun konservatur- restawratur.", "Naturalment aħna mdorrijin bil-visiting cards u kulħadd għandu dritt għall-visiting card tiegħu, imma min ikun impjegat jew jassisti regolarment f'dan is-settur ma jistax iqarraq billi fil-visiting card tiegħu jagħmel xi designation ta' konservatur-restawratur, jew joħroġ xi ċertifikat bħallikieku huwa.", "Kif qed ngħidu fil-liġi huwa impjegat ta', jew assistant ma', jew taħt is-superviżjoni ta' detentur ta' warrant.", "Paragrafu (b) ta' klawsola 39 jgħid li ħadd m'għandu jitqies li jeżerċita l- professjoni ta' detentur ta' warrant jekk ikun f'dan l-impjieg jew ikun qed jaġixxi f'dik il-kariga jew iwettaq biss xogħol, servizzi, atti jew funzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti.", "Jiġifieri qed nipprospettaw li f'xi mument fl-iżvilupp ta' dan ix-xogħol u tal-manjiera kif se nipprovaw inħarsu l-patrimonju kulturali tagħna, ikun hemm regolament li jgħid b'ċertu dettall liema huwa dak ix-xogħol li jista' jsir u li għalih wieħed ma jirrikjedix il-warrant.", "B'danakollu f'paragrafu (ċ) qegħdin ngħidu li \"konservatur-restawratur se jkollu r-responsabbiltà li jagħmel mill-aħjar biex jiżgura li kull assistent impjegat miegħu jew imqabbad minnu jkun temm b'suċċess taħriġ sa dawk il-livelli li huma jew jistgħu jkunu preskritti.\"", "Fl-emenda se nneħħu l-kliem li jiġi wara \"mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali\" għax dak l-isem jista' jinbidel.", "U jekk jinbidel dak l-isem m'għandniex noqogħdu nerġgħu niġu fil-Parlament biex nibdluh.", "Qed nirriferu għar-regolamenti li huma diġà preskritti f'dan il-kamp ta' taħriġ.", "Il-kelma \"livelli\" tindika li qed nirriferu għal dak it-tip ta' preskrizzjoni.", "L-intenzjoni hija li dawk li jkunu qed jagħmlu ċertu xogħol f'dan il-qasam ikollhom taħriġ vokazzjonali fl-ewwel, fit-tieni jew fit- tielet livell li jkun meħtieġ f'dan il-kamp.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nifhem l-ewwel żewġ partijiet ta' din il-klawsola u Allaħares wara li noqogħdu nagħmlu l-liġijiet u r-regolamenti mill-aħjar li nistgħu, imbagħad inħarbtu kollox billi nħallu nies li ma jifhmux jagħmluha ta' nies li jifhmu u joperaw f'dan il-qasam u jħawdu kollox!", "Però mill-esperjenza tagħna u anke ta' pajjiżi oħra, forsi l-paragrafu (ċ) nistgħu nagħmluh aktar serju milli qed nagħmluh.", "Fl-istess ħin ma rridux nagħlquh b'tali mod li aktar nagħlqu l-bibien milli niftħuhom.", "Jien naħseb li f'pajjiżna diġà nkasbru wisq nies tas-snajja' li m'għandhomx ċertifikazzjoni formali imma li huma nies kapaċi ħafna fil-qasam tagħhom.", "Allura żgur ma rridx inkun jien li nagħlqilhom il-bibien jew inkompli nkasbarhom.", "Però għandna nikkonsidraw il-paragrafu (ċ) serjament.", "Hawnhekk qed ngħidu: \"Konservatur-restawratur għandu madanakollu jagħmel mill-aħjar biex jiżgura – jiġifieri qed inħalluha f'idejn il-konservatur-restawratur biex jagħmel mill-aħjar li jista' biex jiżgura - li kull assistant impjegat miegħu jew imqabbad minnu għandu jkun temm b'suċċess taħriġ sa dawk il- livelli li huma jew jistgħu jkunu preskritti.\"", "Fit-test Ingliż l-istess qiegħda t-translation ta' \"shall endeavour to ensure\".", "Ma nafx kemm qed inkunu bil-għaqal li dan il-paragrafu nartikolawh b'dan il-mod.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Mill-esperjenza limitata ħafna tiegħi li nitkellem ma' nies u narahom jaħdmu f'dan il-qasam, speċjalment meta qed nitkellmu fuq konservaturi u restawraturi ta' livell tekniku għoli ħafna, dawn jgħidu li ħafna mix- xogħol tagħhom jikkonsisti f'li jagħtu pariri, u jaħdmu huma stess, kif ngħidu bil-Malti, imissu l-affarijiet b'idejhom.", "Imma ħafna drabi jkollhom nies taħthom li m'għandhomx formazzjoni u ċertifikazzjoni formali, u allura żgur li ma jikkwalifikawx għal warrant li joħroġ minn dan il-bord, imma li kieku huma ma jkunux nies ta' ħila kbira kieku x-xogħol isir ħażin u ssir aktar ħsara milli ġid.", "Jien nixtieq nagħmel punt fuq l-esperjenza li kellhom pajjiżi oħra.", "Forsi aħna ma nkunux nistgħu nagħmluha mill-bidu u għalhekk qed inkun kawt ħafna u qed inlaqlaq biex nesprimi ruħi.", "Aħna qisna qed nagħtu kas ħafna s-saff ta' fuq u s-saffi l-oħra m'aħniex nagħtu kashom.", "Jekk it-technician ma jkunx ippreparat tajjeb daqs min qed jagħti l-pariri u daqs min ikun qed jagħmel is-sorveljanza, jista' jagħmillek diżastru wkoll.", "Mhux neċessarjament jaħsillek water colour, imma jista' jagħmillek ħafna ħsara.", "Aħna qed nieħdu passi kif ħadna bil-ħolqien ta' level 1, level 2 u level 3 fil-Malta College for Arts, Science and Technology u bil-ħolqien tal-bord tal-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali, li jien nawgura li jaħdem u jlesti x- xogħol tiegħu.", "U anke f'dawk il-livelli rridu niżguraw livelli ta' ħiliet u kompetenza ċertifikata.", "Importanti li ngħidu dan għax jekk l-affarijiet nagħmluhom bis-serjetà ma nkunux qed nagħlqu l-opportunitajiet imma nkunu qed niftħuhom.", "Basta li l-affarijiet isiru bis-sensittività meħtieġa ħalli nies ta' snajja' ma jiġux jilagħbu away fuq ċertifikazzjoni formali biss.", "Kif kont se ngħid, hemm pajjiżi li filwaqt li, kif qed nilleġislaw hawnhekk, għandhom il-warrant ta' conservator-restorer jipprovdu wkoll għal dawn l-assistenti u impjegati proprju minħabba dan li qed ngħidu li jista' jiġri.", "Imma fil-paragrafu (ċ) aħna qed inħalluha \"konservatur-restawratur għandu madankollu jagħmel mill-aħjar ...\".", "Jien nifhem li żgur se jkun hemm perijodu fejn hekk irid isir biex inkunu prattiċi, imma fid-dawl ta' l- isforzi li qed isiru mill-Malta College for Arts, Science and Technology, mill-bord tal-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali biex fl-aħħar nibdew nistabbilixxu f'pajjiżna dawn il-ħiliet fil-livelli differenti tagħhom, inħoss li għandna nagħmlu bħal pajjiżi oħra li daħħlu anke l-grad ta' conservation technician.", "Id-definizzjoni tagħha hija", "\"an individual who is trained and experienced in specific conservation treatment activities and who works in conjunction with or under the supervision of a conservator.", "A conservation technician may also be trained and experienced in specific preventive care activities.\"", "Jien nemmen li jekk nimxu f'din id-direzzjoni ma nkunux qed nagħlqu l- bibien, imma nkunu qed niftħuhom.", "Jekk irridu nkunu realistiċi u prattiċi rridu nagħmluha ċara li żgur se jkun hemm perijodu fejn se naħdmu kif qed tgħid id-diċitura ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Imma fis-snin li ġejjin, meta wieħed jawgura li l-Malta College for Arts, Science and Technology jaqbad l- art, meta nkunu bdejna nistabbilixxu bis-serjetà l-livelli differenti fil- ħiliet fl-oqsma differenti, meta nafu li hemm spazju għal ħafna xogħol f'dan il-qasam, ejja ma niskartawhiex l-idea li nirrikonoxxu serjament dan il-grad ta' conservator technician li jaħdem, kif spjegajt fid-definizzjoni li tajt, under the supervision jew ma' min għandu warrant.", "Jien naħseb li rridu nkunu daqsxejn aktar immaġinattivi u impenjati biex, fid-dawl ta' esperjenzi ta' pajjiżi oħra, l-Istitut tal-bini u tal- kostruzzjoni ta' l-MCAST fin-Naxxar u ċ-Ċentru tar-Restawr f'Ta' Bighi, jaħsbu bis-serjetà f'dawk it-tip ta' korsijiet f'livelli differenti fejn il- ħiliet li se jiżviluppaw, per eżempju, ta' kif jittrattaw il-ġebla, ta' kif jirranġaw l-injam jew metall, jagħtuhom anke vocational qualification level 1, level 2 jew level 3 skond il-każ.", "Jien naħseb li jekk nimxu f'dik id-direzzjoni nkunu qed ngħinu l-ewwelnett biex nagħtu rikonoxximent serju f'dan il-qasam u mhux nagħtu kas biss ta' dawk li għandhom a professional degree.", "Naf li issa r-retorika tagħna nbidlet u bdejna nirrikonoxxu li l-edukazzjoni vokazzjonali għandha jkollha parity of esteem ma' l-edukazzjoni akkademika.", "Ejja nkunu sinċieri magħna nfusna.", "Ħafna drabi n-nies li ġejjin minn background akkademiku, meta niġu biex infasslu liġijiet bħal dawn, jew għax irridu jew għax ma nafux mod ieħor, nipproteġu lit-tribu` tagħna, lin-nies li ġejjin minn background akkademiku, u n-nies li għandhom il-formazzjoni tagħhom bix-xogħol vokazzjonali nibqgħu nqisuhom tat-tieni diviżjoni.", "Issa li bdejna nwaqqfu l-makkinarju formali biex nirrikonoxxu dawk il- ħiliet - u wieħed jawgura li dak ix-xogħol jirnexxi – ejja ma niskartawx li nesiġu s-serjetà meta nitkellmu fuq nies li jassistu lill-konservatur- restawratur fix-xogħol tiegħu.", "Hawnhekk kulma qed ngħidu huwa li l- konservatur-restawratur jagħmel mill-aħjar biex jiżgura li kull assistent impjegat miegħu jkun temm b'suċċess taħriġ sa dawk il-livelli li huma jew jistgħu jkunu preskritti.", "Irridu nisforzaw biex insibu mod kif nirrikonoxxu aktar l-edukazzjoni vokazzjonali u nagħtuha l-istess dinjità u parity of esteem ta' l- edukazzjoni akkademika.", "Naħseb li din hija l-ewwel liġi fejn għandna ċans nagħmlu dan u sinċerament nappella biex ma niskartawx dan l-isforz.", "Nerġa' ngħid li fuq livell operational u ta' prattika nifhem li hekk se naħdmu.", "Imma huwa għaqli li ma nsemmu xejn il-bord tal-kwalifiki vokazzjonali nazzjonali meta 'l quddiem se jibdew joħorġu ż-żgħażagħ mill-Kulleġġ ta' l- Arti, Xjenza u Teknoloġija?", "Nifhem il-punt li semma l-Ministru, imma l- università qed insemmuha, istituzzjonijiet akkademiċi oħra qed insemmuhom, allura dan il-bord mhux se nsemmuh jew xi awtorità li se tagħti dan ir- rikonoxximent lill-edukazzjoni vokazzjonali?", "Nappella biex din ma niskartawhiex anke minħabba l-esperjenza ta' xogħol li għamel il-Kunsill ta' l-Ewropa f'diversi pajjiżi, fosthom Spanja, l-Italja, il-UNESCO u anke istituzzjonijiet bħal IKONOS, fejn żgħażagħ bla xogħol li jgħixu f'postijiet bħall-Kottonera tawhom il-possibbiltà li jidħlu fi skemi ta' apprendistat ta' xogħol li għandu x'jaqsam ma' restawr.", "Dan m'huwiex diskors biex sempliċement nimlew il-ħin.", "F'postijiet bħall-Kottonera fejn għandek ħafna xogħol ta' restawr xi jsir u fejn hemm ħafna żgħażagħ bla xogħol, pajjiżi bħall-Italja u Spanja ħarġu bi skemi ta' apprendistat għal żgħażagħ f'dawk l-inħawi għax fehmu li r- rijabilitazzjoni, it-tiġdid urban ta' post ma jikkonsistix biss fir-restawr u l-konservazzjoni tal-ġebel.", "Ħafna drabi jekk il-qawmien ma jiġix mill- persuni nfushom, min-nies tad-demm u l-laħam, dak it-tiġdid u dawk il- proġetti kollha jkunu biss museum pieces, qisna qed nagħmlu exhibition bil- ġebel fl-inħawi.", "Nerġa' ngħid li l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-UNESCO għamlu ħafna proġetti li rnexxew, fejn żgħażagħ ingħataw skemi ta' taħriġ biex jidħlu għal dan ix- xogħol u raw li tawhom anke opportunità.", "Allura rabtu l-qawmien, ir- restawr u r-rijabilitazzjoni tal-ġebel ma' tiġdid u qawmien anke fil- persuni, li wara kollox huma l-aktar ħaġa importanti.", "Il-Kunsill ta' l- Ewropa għandu ħafna dokumenti li jgħidu li meta tirrestawra ġebel u fl- istess ħin tħalli komunità tmut jew li dak il-ġebel tkun irrestawrajtu biss għall-istudjużi jew għat-turisti u mhux fil-kontest kollu tal-komunità soċjali li fiha jgħixu n-nies, tkun qed toħloq iktar problemi milli tkun qed issolvi.", "Naf li dak li qed ngħid forsi jinstema' kkomplikat u mhux faċli nsibu mod kif nesprimuh, però nappella li naħsbu bis-serjetà kif nistgħu nagħmluh.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fuq il-livell ta' prinċipju tant naqblu li din hija t- triq li rridu nieħdu, u f'dan il-kamp tar-restawr diġà bdejna korsijiet ta' l-ewwel u t-tieni livell fit-taħriġ ta' restoreres tal-ġebla.", "Dan il-kors qed isir taħt il-kappa tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija b'kollaborazzjoni maċ-Ċentru tar-Restawr biex proprju jibda jkollna kemm il- ħaddiema li għandhom it-teknika u l-kompetenza żviluppata sal-livell meħtieġ, u kemm biex nipprovaw nirkupraw snajja' u ħiliet li jiġu applikati fil-qasam tal-patrimonju kulturali li wħud minnhom jista' jagħti l-każ li, jekk ma nagħmlux xi ħaġa, jispiċċaw għal kollox.", "Per eżempju, għandna bini li jirrikjedi sengħa speċjali biex jiġi restawrat minħabba l-mod kif ikunu magħmulin is-soqfa, it-turġien, il-forom differenti tal-ħnejjiet, it-tip ta' ġebla u affarijiet simili.", "M'hemmx dubju li dan il-kamp ta' restawr jirrikjedi li wieħed ma japplikax il- metodu l-ġdid jew il-materjali l-ġodda, imma jrid japplika din il-ħila partikolari biex ikun jista' jagħmlu.", "Dan japplika wkoll f'oqsma oħra.", "Jekk nieħdu l-arazzi, li għandhom preġju enormi, bilfors irid ikollna nies li għandhom taħriġ speċjali biex ikunu jistgħu jirrestawrawhom.", "Ħafna minn dawn l-arazzi diġà jirrikjedu intervent ta' restawr.", "Għalhekk m'hemmx dubju li naqbel bl-iktar mod qawwi li għandu jkun hemm il- faċilitajiet u l-opportunitajiet għat-taħriġ ta' dawn in-nies sal-livelli li huma meħtieġa u mbagħad isegwi dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo, li dawn jiġu rikonoxxuti.", "Naqblu li rridu nimxu f'din id-direzzjoni u bdejna nagħmlu l-ewwel passi fiha.", "Jien m'għandix diffikultà li anke f'dan l- istadju nsibu l-formola kif nistgħu nenfasizzaw din it-tip ta' direzzjoni.", "Fil-fatt din hija l-intenzjoni għaliex, kif inhi l-klawsola fl-abbozz ippubblikat, qiegħda torbot it-taħriġ sal-livelli li jkunu qed jiġu stabbiliti – u hawn riferenza espliċita fl-abbozz – mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali.", "Waqt li kien qed jitkellem l-Onor.", "Bartolo bdejt nhewden jekk nistgħux insibu formola kif nesprimuha din.", "Nistgħu ma nressqux emenda għal din il- klawsola jew insibu xi formola oħra - infatti tlabt lill-Clerk of the House isibli l-legal notice rilevanti biex nara t-terminoloġija – għax l-unika ħaġa li tħajjart inressaq emenda għaliha hija proprju l-isem tal-kunsill li jistabbilixxi dawn il-kwalifiki.", "Qed ngħid dan għax il-kunsill diġà qed iħoss li t-titolu li tajnieh - Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali - huwa cumbsersome.", "F'laqgħa li kellna magħhom, l-Onor.", "Gonzi u jien, staqsewna jekk nistgħux nagħmluh ftit iktar sempliċi mingħajr ma nħassru s-sustanza tiegħu.", "Aħna għednielhom biex jgħaddulna s- suġġeriment tagħhom ħalli nikkonsidrawh, u għalhekk qed nistenna li in the near future jiġu suġġerimenti biex jinbidel dan l-isem.", "Forsi nistgħu nagħmlu riferenza speċifika għal-legal notice mingħajr ma nsemmu l-isem tal- kunsill.", "B'din il-manjiera żgur li nkunu qegħdin norbtu dawn il-livelli ta' taħriġ ma' xi ħaġa li hi preskritta diġà u li nafu x'inhi l-arkitettura li aħna qed nimmiraw għaliha.", "Illum nistgħu nispeċfikaw l-avviż konċernat li huwa Avviż Legali Nru. 215 ta' l-2000 li kien ħareġ taħt l-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ, Regolamenti ta' l-2000 dwar Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta' Malta.", "Forsi l-emenda li rridu nagħmlu hija li flok nirriferu għall-awtorità li toħroġhom ngħidu \"li jistgħu jkunu preskritti f'regolamenti dwar kwalifiki professjonali u vokazzjonali\" u fil-margin inkunu nistgħu nagħmlu riferenza għal dan l-avviż legali.", "Naħseb li b'hekk inkunu diġà qegħdin nagħtu indikazzjoni ċara dwar dak li jrid dan l-abbozz.", "Jiġifieri qed nitkellmu fuq livelli stabbiliti li huma rikonoxxuti għax huma preskritti taħt dan l-avviż legali.", "Jien naqbel ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Bartolo li f'dan l-istadju huwa diffiċli li nagħmlu xi riferenza għal xi livell speċifiku.", "Jiġifieri din il-klawsola xorta jkollna nħalluha li l-konservatur \"jagħmel mill-aħjar biex jiżgura\".", "Naħseb li wieħed irid jikkonsidraha meta 'l quddiem ikun hawn crop tagħhom.", "M'għandix dubju li meta jkun hawn in-nies li jkollhom iċ-ċertifikazzjoni bil-mod li qed niżviluppaw fil-pajjiż, il-bonsens tal- konservaturi-restawraturi se jkun li jingaġġaw lil dawn in-nies.", "B'din il- manjiera nkunu qed nersqu lejn dak li l-Onor.", "Bartolo kien qiegħed jindika.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Se nkompli fuq din il-linja billi nsemmi esperjenza ta' pajjiżi li għaddew minn stadji li aħna għadna qed nibdew.", "Għalhekk wieħed irid jagħti kas it-time lag.", "Eventwalment irridu naħsbu li conservator technician ikun rikonoxxut bħala tali, jiġifieri dawk li hawnhekk qed nirriferu għalihom bħala assistenti mal-konservatur- restawratur hemm pajjiżi li jirrikonoxxuhom bħala tali, li għandhom il- warrant ta' assistenti mal-konservatur-restawratur.", "Qed ngħid dan għax f'dak il-każ il-kodiċi ta' etika u l-linji gwidi għal prattika jorbtu wkoll lill-assistenti.", "Għalhekk dak li kont qed nipprova ngħid jien imur lil hinn minn sempliċi riferenza ta' kif jiġu rikonoxxuti 'l quddiem.", "Hawnhekk l-istess, forsi I'm jumping the gun.", "Naqbel li jridu jgħaddu ammont ta' snin u li jrid ikollna ċerti persuni li jkunu bdew joħorġu minn din il- formazzjoni li qed insemmu.", "Meta l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali eventwalment jibda jlesti x-xogħol tiegħu, m'għandix dubju li fost in-nies li se jassesja biex jiċċertifikahom f'level 1 jew level 2, jien qed nawgura li se jkun hemm nies li bħalissa qed jagħmlu korsijiet f'dawn il-livelli anke fiċ-Ċentru tar-Restawr, u se jirrikonoxxulhom il-ħiliet tagħhom proprju fix-xogħol tar-restawr li diġà qed jagħmlu.", "Jiġifieri jista' jkun li fi żmien sena se jkollna nies li se jkunu ġew assessjati u ċertifikati mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki Vokazzjonali u Professjonali jew l-isem li jista' jkollu.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi biss għal dawk iż-żgħażagħ li se joħorġu tlieta, erbgħa, ħames snin oħra kif jispiċċaw il-kors, imma qed ngħid li, fost l-ewwel nies li jistgħu jiġu assessjati u li jibdew jingħataw dawn il- kwalifiki vokazzjonali rikonoxxuti mill-kunsill, hemm dawk l-impjegati tal- ministeru ta' l-edukazzjoni li diġà qed jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr.", "U dawn jistgħu jkunu l-ewwel assistenti mal-konservaturi-restawraturi għax ħafna minnhom diġà huma assistenti mal-konservaturi-restawraturi.", "Għadu kmieni wisq li nirrikonoxxu l-grad ta' assistenti mal-konservatur- restawratur?", "Jien naħseb li m'huwiex.", "Meta qed nitkellmu fuq iż-żgħażagħ li se joħorġu mill-istituzzjonijiet li qed inwaqqfu, hemmhekk għadu kmieni wisq, imma fil-każ ta' l-oħrajn le.", "Jien qed nifhem li parti mix-xogħol tal-kunsill għall-kwalifiki vokazzjonali huwa li jassessja anke lil dawk li diġà għandhom dawn il- ħiliet.", "Wisq probabbli qed nitkellmu fuq nies li diġà għandhom 40, 50, 55 sena li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr.", "Safejn naf jien il- kunsill għall-kwalifiki vokazzjonali se jassessja anke l-ħiliet tagħhom u jagħtihom level of recognition.", "Allura fil-kontest ta' dan – dejjem jekk il-premessa tiegħi hija korretta – tkun idea ħażina jekk f'paragrafu ta' klawsola 39 jew fi klawsola warajha nirrikonoxxu l-grad ta' assistenti mal- konservatur-restawratur u li nagħmlu, bħalma għamilna fil-każ ta' min jingħata warrant għal konservatur-restawratur, xi forma ta' definizzjoni dwar min jingħata warrant ta' assistenti mal-konservatur-restawratur?", "U eventwalment, meta niġu biex infasslu l-kodiċi ta' etika u l-linji gwida għal prattika, irridu naħsbu kemm għal dawk li huma fil-livelli li tkellimna dwarhom u anke f'dawk li huma fil-livelli l-oħra.", "Meta nitkellmu, per eżempju, fuq il-professjoni medika - jikkoreġini l- ministru għax huwa ħafna iżjed familjari ma' dan il-qasam – hemm varjetà sħiħa ta' back-up, nies li qabel kienu jitqiesu biss paramediċi, imma llum dan il-qasam żviluppa ħafna iktar u anke huma qed jiżviluppaw il- professional framework tagħhom u qed jibdew jingħataw id-dinjità li tixirqilhom.", "Illum, iżjed minn qatt qabel, qed nindunaw li kull xogħol jirrikjedi team work u li biżżejjed li wieħed ma jkunx serju u professjonali f'xogħolu biex ikissirlek kollox!", "Wieħed li jiġi minni li jaħdem barra minn Malta, u huwa world authority fil- cancer, jgħidli li fix-xogħol tiegħu jekk l-X-ray technician jagħmillu x- xogħol ħażin, jista' jkun jaf kemm jaf f'dan il-qasam għax ikissirlu x- xogħol kollu!", "Jekk ma jeħux l-x-ray minn ċerti angoli u b'ċertu mod jista' jdum jaħseb kif jista' jagħmel biex jintervjeni!", "Għalhekk huwa importanti li naħsbu biex f'kull livell ikollna din is- serjetà u l-impenn professjonali li nixtiequ.", "F'din il-liġi għandna ċans li nagħmlu dan u ejja ma nagħmlux l-iżball li naħsbu biss fil-livell ta' fuq u mhux fil-livelli kollha.", "Jien naħseb li jekk nagħmlu sforz insibu mod kif nartikolaw din il-klawsola.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li vale la pena li nagħmlu dan l-isforz.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Bartolo, fis-settur mediku l-ewwel bdejna bit-tobba u mbagħad kellna l-infermiera li żviluppaw permezz tal-liġi li kienet irregolat il-professions supplementary to medicine.", "Imbagħad baqgħet tiżviluppa permezz tan-nursing board u l-miżuri l-oħrajn kollha li ttieħdu.", "Onor. Bartolo, jien nixtieq li tgħinni biex insibu d-diċitura ħalli ndaħħlu paragrafu li jkopri dan li qed ngħidu.", "Fil-każ l-ewwel paragrafu ta' klawsola 39 jiġi subklawsola (1) u mbagħad indaħħlu subklawsola (2) li fiha nagħmlu formola kif, mingħajr ma nintrabtu f'dan l-istadju li min jgħin f'dan is-settur irid ikun ta' livell tekniku, inlestu t-triq biex ikun hemm dak ir-rikonoxximent diġà.", "Forsi sas-seduta tal-lejla nkunu nistgħu nlestuha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Naqbel miegħek.", "THE CHAIRMAN: Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni fuq din il-klawsola kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "F'nofsinhar il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal- lejla, l-Erbgħa 13 ta' Frar, 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, f'dawn il-ftit minuti xtaqt inħares ftit lejn x'seħħ mill-gvern tal-ġurnata, f'ċerti oqsma li kont responsabbli minnhom jiena taħt amministrazzjoni preċedenti jiġifieri l-isport, il- kultura, u ż-żgħażagħ.", "Waqt li qed nagħmel dan, se nillimita ruħi għal żewġ affarijiet li ġraw dan l-aħħar.", "L-ewwelnett xtaqt nikkummenta dwar l-inawgurazzjoni tal-ground tas-Salinos – li hu t-training ground għat-team tal-Valletta FC - ġewwa l-Belt li saret fl-aħħar jiem ta' Jannar.", "Iddispjaċieni li għalkemm kont mistieden dakinhar jiena ma stajtx nattendi minħabba impenji oħrajn.", "Nixtieq l-ewwelnett nifraħ lit-team tal-Valletta FC talli fl-aħħar irnexxielu jikseb dan il- proġett li tant u tant ilu għalih.", "Nixtieq ukoll inpoġġi l-affarijiet fil- perspettiva proprja tagħhom għax f'din l-inawgurazzjoni donnu ngħatat l- impressjoni li l-affarijiet saru taħt l-amministrazzjoni preżenti.", "Nixtieq ngħid li meta ngħatajt l-inkarigu fl-1996, waħda mill-problemi kbar li kienet ilha fuq l-ixkaffa mill-gvern Nazzjonalista preċedenti kienet li ċ-champions tal-football fil-pajjiż dakinhar, il-Valletta FC, lanqas biss kelhom training ground fejn jipprattikaw.", "Din kinet sitwazzjoni kerha ħafna.", "Niftakar li fl-ewwel xhur ta' l-amministrazzjoni jiena kelli l- opportunita` nqajjem dan il-każ, għax ħassejt li kienet ħaġa flokah ħafna li jingħata bidu għal dan il-proġett proprju meta Valletta FC kienu ċ- champions tal-pajjiż.", "Għal dan il-għan jiena ltqajt mal-kumitat tal-Belt fosthom u b'mod partikolari mas-sur Caruana Curran, li huwa l-president tal- club u li nixtieq insellimlu minn hawnhekk, u uwrewni l-proposti u l-ideat tagħhom dwar kif tista' tiġi żviluppata din l-area li tissejjaħ Salinos Ground li tinsab fuq wara tal-venda tal-Belt tal-karozzi tal-linja.", "Kien hemm ix-xewqa li l-gvern jiċċaqlaq ftit fuq dan il-proġett u kelli l-pjaċir li nkun jiena dakinhar li wasalt fi ftehim mal-Valletta FC.", "Mr Speaker, b'dan il-ftehim il-gvern intrabat li jiffinanzja parti sostanzjali ħafna ta' dan il-proġett fuq perijodu ta' sentejn jew tlieta.", "Ma kienx possibbli nagħmluh qabel għax il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż kulħadd jaf x'kienet, pero` bil-għaqal u bis-sagrifiċċju wasalna fi ftehim ta' finanzjament fuq 'il fuq minn Lm100,000 maqsumin fuq perijodu ta' sentejn jew tlieta.", "Kieku ma sarx dak il-ftehim ma konniex naraw din il- famuża inawgurazzjoni ssir fl-aħħar ta' Jannar.", "Nixtieq infakkar li kien hemm diversi problemi biex sar dan il-proġett fosthom problemi ambjentali li minħabba fihom kien hemm perijodi meta x- xogħol litteralment waqaf.", "Dan il-ground jinstab bejn is-swar ġewwa l-Belt u allura tista' timmaġina biex isiru x-xogħlijiet x'diffikultajiet ambjentali kien ikun hemm u kemm kienu jsiru protesti minn environment groups.", "Tajjeb li wieħed jgħid li b'mod umoristiku kważi niftakar Din l- Art Ħelwa tagħmel ċerti protesti u niftakar lil Dr. Caruana Curran jgħid li dak huwa z-ziju minħabba l-fatt li l-president ta' din l-għaqda kien Maurice Carruana Curran.", "Minkejja d-diffikultajiet kollha il-proġett mexa.", "Kien hemm ukoll problemi ta' kif se jsiru x-xogħlijiet għax l-aċċess għal din il-faċilita` sportiva hija minn bieb dejjaq wieħed jista' jimmaġina d- diffikultajiet li kien hemm biex jidħlu l-inġenji.", "Minkejja dan kollu l- proġett kompla għaddej u llum qed naraw dan ir-riżultat li huwa frott il- ħidma ta' l-amministrazzjoni Laburista ta' dakinhar.", "Tajjeb ngħid li fil-qasam tal-football mhux din biss kienet il-problema.", "Kellna wkoll nuqqas ta' komunikazzjoni bejn il-gvern u l-MFA li damet madwar għaxar snin sħaħ.", "Kulħadd kien iżomm il-punt tiegħu u l-gvern jibqa' lura milli jwettaq ċerti xogħlijiet u jieħu inizjattivi li wara kollox kienu jitgawdew mill-isportivi f'pajjiżna.", "Matul l-amministrazzjoni Laburista konna rranġajna din is-sitwazzjoni mhux biss billi lill-MFA tajniha l-grounds ta' Ta' Qali u areas oħrajn madwarha, imma madwar 25 għaqda sportiva fil-pajjiż għal-ewwel darba ġew allokati l- faċilitajiet sportivi għalihom.", "Issa ta' min igħid li dik l- amministrazzjoni kienet għadha fil-bidu tagħha, jiġifieri dan kollu ma sarx għax kienet ġejja xi elezzjoni.", "Kien hemm kwestjonijiet ta' arretrati tal- kera li tmur lura għal madwar Lm100,000 minħabba intransiġenzi tal-gvern li bħala sid ta' din il-faċilita` ta' Ta' Qali kellu l-obbligu li jwettaq it- tibdiliet strutturali li kien hemm bżonn bħal tinda li kienet perikoluża għall-ispettatturi.", "Hawnhekk ta' min igħid li konna aħna li rajna li dan il- proġett iseħħ u li jasal fit-tmiem tiegħu permezz ta' investiment ta' Lm150,000.", "Mr Speaker, barra din it-tinda kien hemm ukoll stand sħiħ li kellu jitwaqqa' minħabba li kien qed jegħreq biċċa biċċa minħabba nuqqas ta' pedimenti sodi.", "Dan l-istand kien imur anke kontra r-regolamenti internazzjonali dwar seating.", "Aħna rnexxielna naslu għal ftehim dwaru u llum il-ġurnata din l-istand telgħet u għadhom qed isiru xogħlijiet biex taħt dawn l-istands ikunu jistgħu jsiru attrezzi sportivi oħrajn bħal pixxina.", "Qed ngħid dan kollu biex nuri li konna aħna li għelibna dawn il- kwestjonijiet tajjeb li damu snin sħaħ u llum qed jaraw il-frott il-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Mr Speaker, m'ilux kellna l-inawgurazzjoni tas-Centenary Stadium li nbena mill-MFA grazzi għall-fatt li aħna konna tajnihom it-titolu għal din l-art.", "Dan kollu juri d-differenza bejn kif jimxi l-gvern tal-lum ma' ċerti istituzzjonijet u kif kien jimxi ma' dawn l-istess istituzzjnoijiet il- gvern preċedenti.", "Biżżejjed ngħidu li llum hemm kawża quddiem il-qorti għax il-gvern tal-ġurnata qed jipprova jġib skużi tekniċi dettaljati biex joħroġ mill-obbligi u mill-ftehim li kien sar minn gvern Laburista biex ikunu jistgħu jinħafru ċerti arretrati fil-kera.", "Dawn ma kenux qegħdin jitħallsu għaliex il-gvern ma kienx qed iżomm il- parti ta' l-obbligi tiegħu.", "F'dawn il-jiem għadu kif kellna l-karnival u tajjeb li ngħidu li matul l- amministrazzjoni qasira Laburista sar investiment f'dan il-qasam.", "Saħansitra l-kummissjoni tal-karnival lanqas kellna trailers adattati u li fuqhom jistgħu jinbnew il-karrijiet.", "Saħansitra kien hemm ir-riskju li l- karnival ma jkomplix isir għaliex ma kellhomx fuq xiex jibnu l-karrijiet.", "Dakinhar ħadna passi, inxtraw trailers, u llum dawn qegħdin jitgawdew mill- poplu Malti.", "Żammejna anke l-possibbilta' li jinxtraw aktar trailers mingħand l-istess nies b'rati u b'modi preferenzjali.", "Konna bdejna naħdmu wkoll fuq il-famużi hangars fejn isiru dawn l-opri tal- karnival.", "Tajjeb ngħid li jien rajt b'għajnejja lil dawn in-nies jaħdmu.", "Ħafna drabi matul ix-xhur tax-xitwa dawn in-nies jaħdmu f'kesħa kbira u b'sagrifiċċju kbir personali.", "Dawn in-nies lanqas kondizzjonijiet xierqa m'għandhom.", "Illum jissgħobbini ngħid li wara tliet snin dawn in-nies għadhom fl-istess qagħda. li Min-naħa tagħna aħna konna bdejna anke diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar fejn ġew sottomessi sites partikolari u sar ftehim anke fuq liema sites kienu possibbli li jiġu adattati biex isir il-famuż carnival village.", "Jidher li dan kollu ntesa għax minkejja li issa din l-amministrazzjoni ilha fil-poter tliet snin, għadna naraw dawn in-nies jaħdmu f'kondizzjoniijiet ħżiena. naraw li minn dan Jekk mhux villaġġ għallinqas għandu jkollhom hangars fejn jistgħu jaħdmu jekk mhux biex jeżebixxu x-xogħlijiet tagħhom matul is-sena.", "Ta' min igħid ukoll li aħna konna serraħna l-imħuħ anke dwar għandu jiġi ċċelebrat il-karnival.", "Ovvjament mhux l-opinjoni tagħna biss imma għax riedu dawk li jipparteċipaw fil-maġġoranza kbira tagħhom fil-karnival l-istess parteċipanti.", "Mr Speaker, li kieku ma kenitx amministrazzjoni Laburista ma kienx ikollna l-possibilta' li llum naraw jiġu inawgurati ċerti affarijiet.", "Jien inħeġġeġ biex min għandu responsabbilta' jerfa' dik ir-responsabbilta' u jaħdem biex dawn l-affarijiet jitwettqu.", "L-affarijiet m'għandhomx isiru biss meta jkunu qegħdin jersqu xi elezzjonijiet ta' kunsilli lokali bħal fil-każ tal-Belt u anke każijiet oħrajn imma għandhom isiru proprju għaliex ikun hemm il- ħtieġa li dawn isiru għall-ġid ta' kulħadd.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi llum qed jinduna l-mod iddisprat li jinstab fih il-Partit Nazzjonalista b'mod speċjali l-Ministru ta' l-Intern u s-segretarju parlamentari l-Onor.", "Pullicino dwar il-wied tal-Kalkara.", "Kulħadd qalilhom li se jeqirdu l-wied tal-Kalkara u huma jibqgħu jsostnu li se jsalvaw il-wied tal-Kalkara.", "Jiena nġib provi wara provi li dan il-wied se jinqered u jgħidu x'jgħidu huwa biss issa li se jiġi approvat li jsir bini hemmhekk.", "Il-prova li ma rridx li jsir żvilupp hemmhekk jiena tajtha bil-vot tiegħi u dan barra affarijiet oħra li ġibt hawnhekk.", "Ngħid ukoll li s-Segretarju Parlamentari Pullicino pprova jqarraq u jdawwar il-fatti meta rrefera għal-laqgħa li saret fil-planning authority mal- membri tal-Kabinett.", "Il-PA board u s-segretarju stess lanqas kienu jafu b'din il-laqgħa.", "Kont jien li nsistejt li ssir din il-laqgħa u biex jinstabu l-minuti u kont jien li sibt il-minuti.", "Li ma jafx hu li f'dawn il-minuti m'hemmx l-ispjegazzjoni li tat l-awtorita' ta' l-ippjanar fil- laqgħa li saret fit-8 ta' Ottubru 1997.", "Dakinhar ġie spjegat lilna li l- wied tal-Kalkara huwa ffriżat kemm minħabba l-problema tad-drainage kif ukoll minħabba kwestjonijiet oħra ta' l-istructure plan.", "Ovvjament jiena mort għal din il-laqgħa b'diversi mistoqsijiet imma meta ntqal dan kollu ħassejt li ma' kellix għalfejn nagħmilhom.", "Vince Magri wkoll kien preżenti għal din il-laqgħa.", "Il-meeting li kien sar mal-ministri kien sar f'Ottubru 1997, dan Magri qed bagħat l-e-mail liċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar datata 5 ta' Jannar 1998 u qallu hekk:", "\"The Kalkara policy is another such example of extensive debate and consultation within and outside the PA.", "It is no use saying that the PA did not approve its SSI status.\".", "Jiġifieri hawnhekk Vince Magri diġa' kien induna li se jibdew idawru.", "(Interruzzjonijiet) Dawn kienu qalulna li minħabba s-scientific importance u affarijiet bħal dawn, imma x'kompla jgħid?", "\"In effect it has told everybody about the status by approving the public consultation documents.", "There is no doubt about the status of the site as we have specifically asked MUS to confirm their first report.", "The PA has to decide whether the interest of the few will take precedence over the national interest.\".", "Mela kien hemm pożizzjoni ċara u kien jidher ċar li hemm kurrent li mhux se jibqa' jreġi l-interess nazzjonali li hemm ma jsirx żvilupp, imma se jkun hemm interess għall-ispekulaturi.", "Din is-silta diġa' kkwotajthielu lill- Onor. Pullicino, u kkwotajtlu wkoll korrispondenza oħra datata 24ta' Marzu 1998 mibgħuta lill-Onor.", "George Vella li tgħid hekk:", "\"I am pleased to forward to you two copies of the Grand Harbour Local Plan, January 1998 draft.", "This is being done in accordance with article 25 of the Development Planning Act and intended therefore to seek government approval of this plan\".", "X'hemm iktar fiha din l-ittra?", "Se nikkwota eżatt:", "\"A number of government organisations were identified for consultation and meetings were carried out with most of the ministries.\".", "Mela jidher ċar li fil-laqgħa li rrefera għaliha l-Onor.", "Pullicino saret spjegazzjoni ta' dan ir-rapport pero' fil-minuti m'hemmx referenza għaliha.", "Tant li qed ngħid jien kien korrett li anke fl-e-mail li Vince Magri bagħat liċ-chairman ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar Alfred Fabri, jidher ċar li hemmhekk ma jistax isir żvilupp imma kien jidher li xi ħadd kien se jibda jilgħab.", "U kien fżdan l-istadju li qal li l-awtorita' trid tiddeċiedi jekk taġixxix fl-interess nazzjonali jew ta' dawk il-ftit spekulaturi.", "Mr Speaker, l-ittra li rriferejt għaliha li ġiet mibgħuta lill-Onor.", "George Vella tkompli tgħid hekk:", "\"This January 1998 draft attached is now being presented in anticipation of final approval by the PA board.", "The draft was approved by the PA board in December 1997 except for the three policies as mentioned below.\".", "X'kienet waħda mill-policies li l-awtorita' ta' l-ippjanar ma aċċettatx?", "Din tgħid hekk:", "\"Residential development in Wied il-Kalkara.", "The problem here arises between national environment considerations and the effect on individual persons or companies.", "The area was schemed for development in the temporary provision schemes, however, one of the surveys carried out by external consultants shows the area as a site of scientific importance.", "In accordance with the structure plan, such areas have to be protected and therefore no development should be allowed.", "The local plan takes this stand.\".", "Mela l-local plan qed jagħmel ċar dak li kien ġie spjegat lilna li hemmhekk ma jistax isir żvilupp.", "Dawk huma l-affarijiet.", "Mela issa hawn il- provi, u tajt is-sekwenza kif ġraw l-affarijiet minn meta saret il-laqgħa mal-ministri.", "Għedt li kif ġie spjegat lilna, u dan mhux qiegħed fil-minuti li rrefera għalihom l-Onor.", "Pullicino u urejt il-provi li Vince Magri f'Jannar ta' l-1996 qalilhom biex ma joqgħodux iduru mal-lewża u jdawwru d- diskors għax hemmhekk ma jistax isir żvilupp minħabba li dik hija area ta' scientific importance u minħabba l-kwestjoni tad-drenaġġ.", "Dan iiktar u iktar ġie kkonfermat bl-ittra li ntabgħtet lill-ex ministru George Vella fl- 24 ta' Marzu 1998.", "Mr Speaker, dan kollu juri biċ-ċar li hemmhekk ma jistax isir żvilupp.", "U issa inutli li jiġi s-segretarju parlamentari jgħid għaliex fil-minuti jien ma tkellimtx fuq il-Wied tal-Kalkara.", "Kif trid titkellem jekk ġie spjegat lilna li l-iżvilupp hemmhekk huwa kollu ffriżat u li skond l-istructure plan ma jistax isir żvilupp minħabba scientific importance u affarijiet bħal dawn?", "Jien anke qabel il-laqgħa bdejt ngħid li jien totalment kontra li hemmhekk isir żvilupp u għalhekk bdew b'din il-ħaġa u għalquli ħalqi mill-ewwel.", "Ma kienx hemm għalfejn nitkellem fuq il-wied tal-Kalkara għaliex ma kienx se jsir żvilupp.", "Ara fuq affarijiet oħra li jikkonċernaw il-Kalkara u postijiet oħra fil-Kottonera, hemmhekk, iva, tkellimt.", "Mr Speaker, minkejja dan kollu s-segretarju parlamentari jibqa' jħawwad u jivvinta.", "Hu ma kienx f'dik il-laqgħa.", "Jien kont f'dik il-laqgħa, u jien naf x'ġie spjegat.", "Jien naf xi briefing tawna, jew naf x'informazzjoni tawna, imma hu ma jafx għax ma kienx hemm.", "Jien dawn l-affarijiet bil- ġurament ngħidhom.", "Dik il-kwestjoni ħadd ma tkellem fuqha għaliex ġiet iċċarata mill-ewwel.", "Mr Speaker, irrid ngħid li jiena kont irreferejt għal korrispondenza oħra li turi li l-ispekulatur se jiġi l-ewwel u qabel l-interess tal-pajjiż pero' la l-Onor.", "Pullicino u lanqas l-Onor.", "Tonio Borg ma rriferew għaliha.", "Araw fuq l-parti l-oħra li kienet green area ħdejn il-Kapuċċini il- Ministru Tonio Borg u s-segretarju parlamentari mill-ewwel staqsew jekk jiena rridx social housing.", "Dażgur li jiena rrid social housing, imma mhux fuq green area.", "Jiena nerġa' ngħid li l-iskop ma kienx ta' social housing.", "Jiena kont poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra - u jekk iridu nerġa' npoġġi – dokumenti li juru li l-ministru għall-affarijiet soċjali talab biex hemmhekk jibnih ħalli jqiegħed fih lin-nies minn ta' Bighi biex dik l-area jagħtiha lil Cannataci ħalli jibni complex lill-barranin.", "Kulħadd jafha din, biex tara l-qerq ta' dan il-gvern.", "Mr Speaker, il-gvern jaf ukoll li l-Wied tal-Kalkara huwa l-pulmun tal- Kottonera.", "Dan mhux jien biss għedtu imma qaluh anke Forum 21.", "Fil-\"Il- Mument\" tal-Ħadd 3 ta' Novembru dawn qalulu huwa anti-demokratiku li tibni fil-wied.", "Ara lil dawn, illum ma tawx kashom.", "Dak iż-żmien kienu jagħtu kashom.", "Mela min hawn favur?", "L-erba' spekulaturi li għandhom il-plot tagħhom, u lil dawn ma nagħtihomx tort li jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Sewwa jagħmlu li jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, imma mill- bqija ħadd ma tahom raġun, lanqas il-Forum 21.", "U minkejja li qed jgħidlu kulħadd, il-gvern qed jibqa' jwebbes rasu u jgħid li se jsalva l-Wied tal- Kalkara.", "Sur President, l-iktar ħaġa vili ġrat riċentement f'Mejju tas-sena li għaddiet.", "Dakinhar id-dipartiment tal-ħarsien ta' l-ambjent kiteb liċ- chairman ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u qallu hekk:", "\"Re development of Kalkara Valley.", "We are receiving letters from members of the public expressing their concern about the development of Kalkara Valley.", "These concerns are apparently related to the Grand Harbour Development Plan.", "We would like to express our support for these concerns.\"", "- nerġa' nirripeti -", "\"We would like to express our support for these concerns.", "The area is one of the few green areas in the Cottonera area.\"", "Mela hawnhekk hawn ċar li d-dipartiment ta' l-ambjent huwa preokkupat ħafna li hemmhekk isir żvilupp.", "Dan sar f'Mejju ta' l-2001.", "Mela d-dipartiment ta' l-ambjent wera preokkupazzjoni imma l-Kabinett - għaliex issa l- kabinett - ma tax kasu u se jibqa' għaddej jagħti l-barka għall-iżvilupp.", "Mhux ta' b'xejn li qalu li lill-Ministru Zammit Dimech se jeħdulu kollox biex jitfgħu kollox f'idejn l-Onor.", "Tonio Borg u l-Onor.", "Pullicino.", "Mr Speaker, dawn mhux veru jemmnu fl-ambjent.", "Dawn ikissru jridu.", "Lanqas il- kummenti li għamel id-dipartiment ta' l-ambjent ma taw kas.", "Baqgħu jgħidu li se jsalvaw il-wied u issa ġie deċiż li jsir żvilupp.", "Mhux hekk biss, il- vili hi li lanqas biss sar environmental impact assessment.", "Jien staqsejtu lill-Prim Ministru biex jagħmel environmental impact assessment.", "(Interruzzjonijiet) Intom tant temmnu fl-ambjent li lanqas dan m'intom taċċettaw li tagħmlu!", "(Interruzzjonijiet) Jekk m'hemmx problemi għalfejn qed tibżgħu tagħmlu environmental impact assessment?", "Le, imma l-aqwa li jinqdew l-ispekulaturi.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li kien hemm affarijiet oħra li ma semmiex l- Onor. Pullicino.", "Għaliex ma jispjegalix jekk hemmx xi ex-ministru u xi deputat ieħor min-naħa tagħhom involuti fl-ispekulazzjoni ta' l-art fil- Wied tal-Kalkara?", "(Interruzzjonijiet) M'huwiex kompitu tiegħi li ngħid, biex ma jgħidux li qed nagħmilha politika.", "(Interruzzjonijiet) Le, għaliex hu jipprova jdawwar l-affarijiet.", "(Interruzzjonijiet) L-ewwelnett dik l- area li ġiet proposta biex tiġi żviluppata ta' ħdejn il-Knisja tal- Kapuċċini qatt ma kienet imdaħħla għall-iżvilupp qabel għax kienet for religious purpose.", "Imbagħad il-gvern impona fuq l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Issa erħilha li l-bord irrifjutaha dik il-parti, imma kien il-gvern li daħħalha.", "Jiġifieri araw ftit x'kontradizzjonijiet hawn.", "Mr Speaker, jgħid x'jgħid l-Onor.", "Pullicino, jiena ġibtlu l-provi u l- argumenti tiegħu dejjem waqqajthomlu bil-provi.", "Jgħid xi jgħid il-Wied tal- Kalkara se jinqered għaliex kieku baqa' ffriżat fil-Wied tal-Kalkara ma kien ikun jista' jsir xejn.", "Anke l-istructure plan tagħmilha ċara li hemmhekk ma jistax isir żvilupp.", "Dawn huma r-realtajiet.", "U mhux billi dan il-gvern qed jgħid li se jibqa' għaddej minn fuq kulħadd.", "Jien inħeġġeġ liċ-ċittadini tal-Kalkara biex jibqgħu jiġġieldu sa l-aħħar.", "Nibqgħu niġġieldu għad-drittijiet tagħna.", "Nistieden biex jagħmlu hekk anke n-nies l-oħra tal-Kottonera għaliex dan huwa l-pulmun tal-Kottonera.", "Jien ngħidilhom li għad hemm lok li wieħed jibqa' jiġġieled għad-drittijiet tiegħu sakemm lil dan il-gvern inġibuh f'sensiħ, u nispera li jiġi f'sensiħ.", "Dan il-gvern jaf li l-poplu Malti u Għawdxi għandu raġun li hemm ma jsirx żvilupp imma qed iwebbes rasu, jew għax għandu pressjoni kbira mill-ispekulaturi – li nemmen li għandu wkoll – jew inkella għaliex irid jagħmel vendikazzjoni lill-iktar distrett li j ħaddan laburisti fih.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l- Erbgħa, 13 ta' Frar, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRIM MINISTRU – TELEPHONES/MOBILE PHONES", "30758.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanżjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "AFFARIJIET BARRANIN – TELEPHONES/MOBILE PHONES", "30759.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is- sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "JOE BORG: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni ddettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "SAĦĦA - TELEPHONES/MOBILE PHONES", "30760.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l- istess perjodu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "MOSTA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "30761.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul is-sena li għaddiet?", "Kemm użaw iċ-Ċentru tar-Rabat, Malta, B'Kara, Qormi u ta' Bormal matul l-istess perjodu?", "Jista' jipprovdi l- istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa konċernati matul is-snin mitluba.", "ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI - TELEPHONES/MOBILE PHONES", "30762.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is- sena 2001?", "Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sakem ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.", "PAZJENTI GĦALL-KURA – BARRA MIN MALTA", "30763.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ntbgħatu barra minn Malta għall-kura matul is-sena 2001?", "Fejn intbgħatu u kemm minnhom kienu tfal, nisa u rġiel?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba dwar pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta (kollha l-Ingilterra) matul is-sena 2001 kienet kif ġej:-", "|Adulti |76 | |Rġiel | | |Adulti |54 | |nisa | | |Tfal |115 | |TOTAL |245 |", "XJENZA - FOCUS GROUP", "31422.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fil- laqgħat li saru s'issa tal-focus group għax-xjenza fil-primarja kemm ġiet diskuss l-isfida biex jintrebah l-ispazju u l-ħin meħtieġa għax-xjenza fil- primarja bħalissa ddominata għal kollox minn suġġetti bħal Matematika, Malti, Ingliz, Religion u Studji Soċjali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diskussjoni hija waħda kontinwa.", "Il- mira hi li madwar 90 minuta fil-ġimgħa jiġu dovuti għax-xjenza u teknoloġija.", "Il-mod kif jitqassam dan il-ħin jiddependi mill-iskema ta' xogħol imfassla mill-għalliem, kemm jekk din tkun fuq bażi ta' integrazzjoni, kemm jekk b'modi oħra.", "Il-ħin misjub irid ikun dak l-istess ħin mirbuħ wara li jiġu riveduti s- sillabi rikurrenti u wara li jiġi assigurat li l-ħin tat-tagħlim qed jiġi utilizzat bl-aktar mod effettiv - b'aktar attenzjoni fuq higher order tasks, quality time u time on task.", "Taħditiet mad-diversi gruppi konċernati huma għalhekk ikkontemplati.", "KURRIKULU NAZZJONALI - FOCUS GROUPS", "31423.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid mix-xogħol li għamlu s'issa l-focus groups dwar il- kurrikulu nazzjonali kemm ingħatat importanza lill-edukazzjoni tal- Matematika 1) fil-primarja 2) fis-sekondarja.", "Liema focus groups iddiskutew l-edukazzjoni tal-Matematika u x'kienu l-punti diskussi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jasal fid-dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kurrikulu biex jiġi evalwat.", "Għaldaqstant, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31442.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom inksiet u saret triq privata taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il-Mensija meta partijiet sħaħ minn din it-Triq il-Mensija baqgħet maqlugħa u mħarbta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-bini ta' din it-triq huwa parti mill-programm ta' xogħol li qed jitwettaq fil-lokalita', u peress li din it- triq hija l-aktar waħda l-ġewwa x-xogħol beda minnha biex wara jitkompla xogħol aktar il-barra.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31443.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid ta' min kienet il-propjeta li fiha saret it-triq privata taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il-Mensija?", "Meta ġiet espropjata l-art in kwistjoni mid-dipartiment tat-toroq u kemm tħallas għall-esproprjazzjoni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li hemm diversi propjetajiet iħarsu għal fuq it-triq li qed jirreferi għalijha l-Onor.", "Interpellant, u għalhekk is- sidien ta' l-art li fuqha nbniet it-triq huma diversi.", "L-art li fuqha nbniet it-triq ma gietx espropjetata peress li skond il-Kodiċi tal-Pulizija kull min jagħmel żvilupp iħares fuq triq, sew lesta' jew anke proġettata, irid iħalli art li fuqha tinbena t-triq.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31444.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-triq privata li saret fin-naħa taħt il-pont reġjonali f'San Ġiljan li taqbad ma' Triq il- Mensija?", "Mnejn ġew il-finanzi biex saret din it-triq u biex fit-tarf tagħha jsir taraġ li jieħu għat-triq ta' wara?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-lokalita' huma stmati li ser jiswew madwar Lm30,000 u dan ser jitħallas mill-Vot VII Kapitali (item7078) għall-asfaltar ta' toroq.", "SAN ĠILJAN - TRIQ IL-MENSIJA", "31445.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-dipartiment tat-toroq iddeċieda li jiksi bil-konkos triq privata li taqbad mat-triq Mensija, taħt il-port nazzjonali, f'San Ġiljan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija saru bil- konkos għaliex din hija telgħa wieqfa u x-xogħol ma kienx isir tajjeb kieku ntużaw il-makni tal-hot asphalt.", "SUSSIDJI - KERA", "31468.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi skema eżistenti bħalissa għall-sussidju fuq kera ta' residenzi privati, u dan minħabba t-talba ta' persuna separata li tgħix f'post b'kera għoli flimkien mat-tifel tagħha li għandu problema serja tal-kliewi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skema 'R' ta' l-Awtorita' tad-Djar tipprovdi għal sussidju ta' kera ta' residenzi privati.", "Suġġett li jiġu sodisfatti l- kundizzjonijiet relattivi, jista' jingħata sussidju fuq tali kera sa massimu ta' Lm300 fis-sena.", "SPTAR PAUL BOFFA – BENEFIĊĊJU SOĊJALI", "31469.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal- benefiċċju soċjali mnaqqas li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu under separate cover li tinsab rikoverata fit-tul fl-Isptar Sir Paul Boffa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "SAN ĠWANN - TRIQ IL-KAPUĊĊINI", "31470.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jistax jinvestiga l-problema kronika ta' għargħar li jkun hemm fi Triq il-Kapuċċini San Ġwann kull meta tagħmel xita qliel?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant huwa diġa' nkluż fil-programm tax-xogħol.", "HOUSING", "31471.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament li tikkonċerna familja ta' erbgħa min nies li tinkludi xebba ta' 15 il-sena u ġuvni ta' 7 snin f'appartament b'spare bedroom wieħed?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-familja ndikata m'għandha l- ebda applikazzjoni mad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali."]} {"filename": "19990519_103d_par.doc", "date": "1999-05-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 103 L-Erbgħa, 19 ta' Mejju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 103", "L-Erbgħa, 19 ta' Mejju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "103", "L-Erbgħa, 19 ta' Mejju, 1999", "WERREJ MINUTI 87", "PETIZZJONI 87", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 87", "TQEGĦID TA' KARTI 91", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC 92", "AĠĠORNAMENT 124", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 130", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru.102 li saret fid-19 ta' Mejju, 1999 ġew konfermati.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Jeffrey Pullicino Orlando.", "PETIZZJONI", "ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO: Mr Speaker, se nippreżenta petizzjoni oħra ffirmata minn 2,633 ċittadin Malti kontra l-iżvilupp propost tas- simenterija fil-limiti tas-Siġġiewi.", "B'din il-petizzjoni, flimkien ma' l- ewwel waħda li ppreżentajt flimkien ma' l-Onor.", "George Vella, u l- petizzjoni li ppreżentaw l-ġimgħa li għaddiet l-Onor.", "Louis Galea u l-Onor.", "Marie Louise Coleiro, it-total ta' firem kontra dan l-iżvilupp jitla' għal 20,000.", "Minħabba li hawn din l-għagħa kollha kontra dan l-iżvilupp, ħassejtni ġustifikat li nippreżenta a Private Members' Bill fuq dan is-suġġett.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri jagħmel il-mistoqsija parlamentari nu.", "6407 lill-Ministru ta' l-Intern.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - IMPJEGATI", "6407.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju konġunt mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April, 1999?", "Jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda, jista' l- Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom li applikaw għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li fil- perijodu speċifikat, fl-uffiċċju konġunt ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ħlief għal persuna waħda li kienet taħdem f'dan l-istess uffiċċju u li wara li laħqet l-eta` ta' l-irtirar ġiet impjegata bħala konsulent b'kuntratt għal sitt xhur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: La qed nitkellmu fuq id-dekasteru tal-ministru ta' l-intern, jista jgħid jekk jiġux konsidrati applikazzjonijiet għall- bini fuq proprjetà li tkun iddikjarata grad 2 skond it-termini ta' policy UCO 7 tal-pjan ta' struttura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il- mistoqsija bil-miktub.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-uffiċċju konġunt, jista' jekk jgħoġbu l-Ministru jgħidilna fejn wasal ix-xogħol li kien hemm f'dak li għandu x'jaqsam mat-tħejjija ta' l-iskedi ta' artijiet, biex għallinqas ikollna progress report fuq din il-ħaġa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk fhimt id-domanda tajjeb, dwar l-annexes tal- ftehim tal-missing classifications saru diversi diskussjonijiet mar- rappreżentanti tas-Santa Sede fuq il-joint commission li fihom ipparteċipajt jien direttament.", "Fil-fatt naħseb li ntlaħaq ftehim - qed ngħid \"naħseb\" għax għadu ma ġie ffirmat xejn - u hemm bażi tajba ta' ftehim fuq diversi punti.", "Dawn il-punti jikkonċernaw klassifikazzjonijiet neqsin fit-tip ta' proprjetà li għaddiet għand il-Gvern Malti mis-Santa Sede, liema proprjeta' allura ma setgħetx tiġi reġistrata u lanqas seta' jiġi stabilit il-valur tagħha għax il-kategorija ta' din it-tip ta' proprjetà ma kenitx prevista fil-ftehim.", "Kien hemm ukoll ċerti problemi li nqalgħu fl-applikazzjoni tal- ftehim innifsu, jiġifieri mhux kwestjoni ta' missing classifications imma kwestjoni ta' kif tinterpreta ċerti klawsoli.", "Għandha ssir l-aħħar laqgħa proprju biex issa li sar ftehim b'mod ġenerali jiġi drafted il-ftehim innifsu biex imbagħad jiġi rratifikat kemm min-naħa tal-gvern ta' Malta kif ukoll min-naħa tas-Santa Sede.", "B'riżultat ta' dan ċerti affarijiet ġew cleared, uħud minnhom anke vantaġġużi għall- gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jikkonferma li għad hemm għadd ta' files dwar artijiet li akkwista l-gvern li għadhom m'għaddewx għand il- gvern?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Huwa kkalkolat li hemm 30,000 file b'kollox dwar proprjeta' tal-gvern u hemm ċertu persentaġġ ta' files li għadhom m'għaddewx f'idejn il-gvern, fis-sens li għadhom ma ġewx mgħoddija lill- uffiċċju konġunt.", "Uħud minnhom jolqtu proprjetà li l-knisja ssostni li għandha bżonnha jew jista' dalwaqt ikollha bżonnha għal skopijiet pastorali.", "Hemm ukoll files oħra, li kienu kategorija ta' proprjetà li dwarhom inqalgħet diffikultà, kif spjegajt issa fir-risposta li tajt lill- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Naturalment malli jsir dan il-memorandum of understanding jiġu cleared dawn l-affarijiet.", "Naħseb li huwa imminenti li jintlaħaq dan il-ftehim u mbagħad anke dawk il-files kollha jiġu mgħoddija lill-uffiċċju konġunt.", "Irrid ngħid li l-maġġoranza kbira tal-files diġà ġew mgħoddija lill- uffiċċju konġunt u fil-fatt inħolqot problema ta' nuqqas ta' nies u anke ta' mezzi biex tiġi rreġistrata din il-proprjeta' kollha.", "Kien għalhekk li issa ħriġna applikazzjonijiet għal part-timers biex jgħinu fil-proċess ta' reġistrazzjoni.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li taħt il-liġi ta' l- 1992, kull proprjetà li mingħand il-Knisja tgħaddi għal għand il-gvern trid bilfors tiġi rreġistrata mal-land registry.", "Sadanittant jeżistu tliet skemi, f'waħda minnhom sar progress kbir, imma fl-oħrajn għadna fit lura.", "Nisperaw li dan is-sajf wieħed jagħti spinta lil dawn l-applikazzjonijiet li ma ġewx proċessati l-ewwelnett minħabba il- kwestjonijiet li nqalgħu mas-Santa Sede u wkoll minħabba nuqqas ta' mezzi u nuqqas ta' staff.", "L-applikazzjonijiet għall-iskema ta' xiri tad-djar mill- inkwilini nfushom fil-maġġoranza tagħhom ġew proċessati.", "Il-problemi li nqalgħu kienu dwar ċnus temporanji li huma residenzi wkoll, fejn hemm persentaġġ żgħir ħafna li ġew proċessati.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jilluminana xi ftit aktar dwar il-problemi li kien hemm dan l-aħħar mas-Santa Sede, f'dak li għandu x'jaqsam mal-klawsoli li kellhom jiġu kkjarifikati u waslu biex jiġu ċċarati, skond kif għadu kemm qal ftit ilu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif diġà għidt, waħda mill-problemi kienet il-missing classifications, jiġifieri proprjeta' li dwarha fl-annex 7 tal-ftehim ma kienx hemm indikat xi kriterji għandek tuża għal valutazzjoni.", "Per eżempju, fil-każ ta' ċnus temporanji oltre it-tletin sena ma kienx hemm kriterji dwar kif għandhom jiġu vvalutati dawk il-proprjetajiet.", "Kien hemm ukoll id-diffikultà ta' liema kriterji għandhom jintużaw biex jiġu vvalutati l-vacant premises.", "Fil-fatt anke taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienet intbagħtet minuta lis-Santa Sede dwar il-klassifikazzjoni tal-vacant premises - b'riferenza partikolari għal proġett wieħed - u għandi l-pjaċir ninforma lill-Kamra li hemmhekk intlaħaq ftehim u ġie emendat l-annex f'dan is-sens, u allura dak il-proġett jista' jitkompla.", "(Interruzzjonijiet) Naturalment mhux għal dak il-proġett biss imma għal kwalunkwe vacant premises, huma x'inhuma.", "Kwestjonijiet oħra li nqalgħu huma dwar interpretazzjoni tal-ftehim, partikolarment dwar kif tinħadem l-iskema li hemm fil-ftehim innifsu - jidhirli li huwa artiklu 7 - dwar meta l-gvern ibigħ proprjetà tal-knisja u jagħmel profitt ta' iktar minn 30% tal-valur ta' dik il-proprjetà li tkun għaddiet għand il-gvern, miżjuda bir-rata ta' l-inflazzjoni.", "Il-problema li qamet hemmhekk hija jekk għal skopijiet ta' ħruġ ta' bonds lill- fondazzjoni ta' l-iskejjel tal-knisja, abbażi tal-profitt li jsir oltre t- 30%, wieħed għandux jinterpreta l-kelma \"profitt\" dwar kull transazzjoni singola, kull negozju jew kull trasferiment li jsir jew inkella għandux ikun abbażi ta' sena sħiħa.", "Nisperaw fuq dan jintlaħaq ftehim dalwaqt.", "Imbagħad kien hemm kwestjoni fejn il-knisja qed tgħid li fuq ċerta proprjetà m'hemmx missing classification u l-gvern qiegħed isostni li hemm, partikolarment iċ-ċnus temporanji taħt it-30 sena, fejn iċ-ċens seta' jiġi mifdi mill-parti li tkun qed tokkupa l-post.", "Hemmhekk inqalgħet diffikultà ta' interpretazzjoni dwar jekk dik hijiex missing classification jew le.", "Għalkemm forsi għal min qiegħed jismagħna din tidher li m'hijiex xi ħaġa importanti, però hija importanti minħabba li hemm rata ta' kapitalizzazzjoni speċifika fil-ftehim -jidhirli ta' 0.5% f'ċerti każijiet u 1.5% f'każijiet oħra - u m'hemmx previst x'jiġri fil-każ li wieħed fil- kuntratt għandu r-rata speċifika ta' capitalisation.", "Il-Knisja ssostni li din m'hijiex missing classification u l-gvern kien qiegħed jinsisti li dik hija missing classification.", "Nista' ngħid li issa n-negozjati kważi ntemmu u l-probabbiltà ta' ftehim hija qawwija ħafna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea..", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, għalkemm wieħed jifhem li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet, jien ċert li l-Ministru huwa konxju li speċjalment fil-village cores hemm numru ta' postijiet li oriġinarjament kienu amministrati mill-knisja u llum, peress li ma jistgħux jiġu ttrasferiti, qed jaqgħu biċċiet, mimlija kollha mbarazz, b'ħafna ġrieden fihom, u qed ikunu ta' inkonvenjent għall-ġirien.", "Meta hawn problema kbira ta' social housing, tista' ssir xi ħaġa biex dawn il-postijiet ma jibqgħux mitluqin fl-istat li huma?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-ministeru tiegħi diġà kellu taħdidiet mal-ministeru għall-politika soċjali u l-idea hi li l-proprjetà li tista' tintuża għal social housing ma tibqax taħt il-joint office imma tgħaddi f'idejn id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għaliex hemmhekk għandhom is- sistema tal-punti jew proċeduri oħra biex dawn jitqassmu.", "Ma naħsibx li jkun għaqli li dan ix-xogħol jiġi ddupplikat billi jagħmlu l-joint office ukoll.", "Jiġifieri l-idea hija li dawk il-proprjetajiet li jiġu identifikati li jistgħu jintużaw għal social housing, speċjalment dawk li joħorġu mir- rapport li kienet għamlet il-kummissjoni ta' Dr Carmelo Mifsud Bonnici, jgħaddu mill-joint office għad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex imbagħad huma jipproċessaw l-applikazzjonijiet li jkun hemm.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern m'għandux l-intenzjoni li joqgħod iżomm il- proprjetà li tkun għaddiet għal għandu mingħand il-knisja għall-ġost li jżommha.", "Anzi naħseb - din hija l-opinjoni tiegħi u ngħidha fil-parlament ukoll - li jkun ħażin li l-gvern jagħmel hekk.", "Jiġifieri l-intenzjoni hija li jiżdiedu l-iskemi.", "Pero' naħseb li nkunu irresponsabbli jekk niftħu skemi ġodda mingħajr ma nsolvu l-problemi ta' l-iskemi l-qodma.", "Waħda mill- problemi ta' l-iskemi l-qodma kienet proprju minħabba dawn il-kwestjonijiet li nqalgħu dwar l-interpretazzjoni tal-ftehim.", "Ma rridx ngħid li dik biss kienet il-kawża iżda kien hemm problemi oħra wkoll għaliex kien hemm ċertu dewmien.", "Malli jiġu cleared dawk l-iskemi u nkunu fit-triq li nsolvu l- problemi ta' l-iskemi antiki, li wħud minnhom kienu inbdew iktar minn sentejn ilu, allura mbagħad inkunu nistgħu niftħu skemi oħra.", "Dawk l- iskemi li jirrikjedu li wieħed japplika għalihom mingħajr ħruġ ta' tender naturalment ikunu jridu jiġu approvati minn dan il-parlament.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Mr Speaker, nixtieq nagħmel mistoqsija fuq punt relatat xi ftit ma' dak li għadu kemm qal il-Ministru.", "Jeżistu każi ta' anzjani li d-dar tagħhom hija parti minn dawn il-proprjetajiet li għadhom fil-limbu, bejn Stat u Knisja, u allura ma jistgħux jixtru d-dar li qed jokkupaw.", "Il-biża' tagħhom hi li jmutu qabel ma jiġu kkjarifikati l- affarijiet.", "Taħt l-amministrazzjoni l-oħra kien hemm l-understanding biex lil dawn l-azzjoni b'xi mod nirranġawlhom biex il-familjari tagħhom ikunu jistgħu jifdu dik il-proprjetà.", "Qed nifhem tajjeb li dan l- understanding għadu wkoll fi ħdan il-ministeru preżenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Inwieġeb iż-żewġ punti ta' din id-domanda.", "L-ewwel ħaġa nisperaw li sakemm jiġi rratifikat il-ftehim, xorta waħda jibdew għaddejjin ċerti files u tkun tista' ssir reġistrazzjoni temporanja ħalli l- bejgħ ikun jista' jsir ukoll, naturalment wara li jiġi ffirmat il-ftehim.", "Għax inkella sakemm tiġi r-ratifika mis-Santa Sede, xorta waħda se jkollhom jistennew u ma jkunx jista' jsir il-bejgħ.", "Dwar it-tieni punt, għalkemm din il-ħaġa mhijiex prevista fl-iskema jiena ngħid li nistgħu nagħmluha.", "Għaliex hemm policy li diġà ġiet approvata minn dan il-parlament li jekk il-gvern ibigħ proprjetà bħala residenza lil min qiegħed jokkupa dik l-istess proprjetà, m'hemmx għalfejn ikun hemm proċess ta' tender.", "Fil-fatt, fis-sajf ta' l-1998, l-amministrazzjoni l- oħra kienet ħarġet skema ġdida, b'sempliċi avviż fil-gazzetta tal-gvern, li biha emendat skemi ta' xiri mill-inkwilini ta' proprjetà mikrija lilhom.", "Jiġifieri anke jekk tqum xi diffikultà fejn xi ħadd jgħid li dik il- proprjetà ma taqax taħt dik l-iskema, dan il-punt speċifiku mqajjem mill- Kap ta' l-Oppożizzjoni jista' jsir b'sempliċi avviż fil-gazzetta tal-gvern.", "Pero' nispera li ma jkollniex għalfejn nagħmluha għaliex, jekk niftehmu, allura nisperaw li niftehmu fuq reġistrazzjonijiet temporanji biex ikun jista' jsir il-bejgħ xorta waħda lill-individwi, imbagħad se mai jiftehmu l- gvern u l-Knisja dwar il-valur.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Issa mhux mistoqsija imma sempliċement bħala xewqa.", "Nixtieq li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jekk hemm xi toqba f'din il-problema - u jista' jkun hemm – tissolva.", "Naf li diversi anzjani jinsabu nkwetati li jmutu qabel ma jkunu laħqu fdew il-proprjetà tagħhom mill-Istat u allura ma jkollhomx claim fuq il-fidi ta' din il-proprjetà.", "Nixtieq li jittieħdu l-passi biex inkunu żguri li t-toqob kollha tat- transition period ikunu magħluqa ħalli l-anzjani għallinqas ikollhom iċ- ċertezza li għalkemm huma ma jkunux laħqu fdew id-dar, xorta waħda l-eredi jew it-tfal tagħhom b'xi mod jew ieħor ikollhom claim fuq dik il-proprjetà.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien naqbel u se nara li dan is-suġġeriment jiġi ikkonsidrat.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Operational and organisational review dwar l-awtorita' ta' l-ippjanar datat 7 ta' Mejju 1999; u", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 82 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir- regolamenti dwar il-kontroll ta' l-esportazzjoni.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Chris Agius.", "ONOR.", "CHRIS AGIUS: Mr Speaker, jiddispjaċini ngħidlek li \"in-nazzjon\" tal-lum irrapportat eżatt l-oppost ta' dak li għedt jien nhar it-Tnejn.", "Fl-aħħar parti ta' l-aġġornament jiena tkellimt dwar l-oppożizzjoni tiegħi - kif ukoll ta' numru ta' residenti minn Bormla - għall-bini ta' crisis intervention centre mill-Caritas f'Bormla.", "Bil-maqlub, fir-rapport tagħha \"in-nazzjon\" qalet li jien favur dan il-bini, bħall-kumplament tar- residenti ta' Bormla, u li jien kont qiegħed inħeġġeġ lill-Caritas sabiex dan il-bini jibnuh mill-aktar fis possibbli.", "Xtaqt inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' \"in-nazzjon\" kif ukoll transcript tad- diskors tiegħi.", "Mr Speaker, f'dan l-istadju m'inix se nressaq ksur ta' privileġġ pero' nistenna li l-ġurnal involut ikun jista' jirrimedja fil-konfront tiegħi u nappella biex ir-rapporti mill-media jkunu fidili lejn dak li jingħad hawn ġew.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tieħu nota ta' dak li qal l-Onor.", "Agius u tingħaqad ma' l-Onor.", "Membru u tappella biex ir-rapporti tal-media jirriflettu fidelment dak li jingħad f'din il-Kamra.", "Sadanittant hawn permess biex id-dokumenti jitpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' RMIĠĠ FIL-BIRGU, l-ISLA U L-KALKARA LIL PORT COTTONERA LTD U LIL COTTONERA WATERFRONT GROUP PLC", "Ikompli mid-19 ta' Mejju, 1999.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, ma naħsibx li għandi għalfejn noqgħod ngħid x'ġara bħal-lum sena - - dak li ġara bħal-lum sena ġie diskuss f'elf seduta li għamilna hawnhekk kontra dak li qed jiġri llum - u lanqas nista' ngħid li saru xi kummenti min-naħa l-oħra li għandi għalfejn noqgħod nirribattihom għax b'għaġeb kbir in-naħa l-oħra tkellmu fuq kollox barra fuq dan il-proġett.", "Dan jista' jkun dovut għall-fatt li forsi ħadd minn dawk li tkellmu ma jaf eżatt x'qed jiġri llum u ħadd ma jaf eżatt il-kontenut ta' dan il-konvenju li għandna quddiemna.", "Se nirrispondi biss għal ftit kummenti li għamel il-Ministru Zammit Dimech, li ġie ferħan hawnhekk, qishom kienu huma li ħarġu bl-idea li niddiskutu l-kuntratt fil-public accounts committee.", "Imma ħalli ngħidlu lill-ministru.", "Mill-esperjenza li kelli tad-diskussjoni fuq dan il-proġett f'dan il-kumitat assolutament ma nafx għalfejn morna hemmhekk.", "Veru li kif qal hu għamilna 18-il siegħa niddiskutu imma għamilna ħafna mistoqsijiet u wara 18-il siegħa bqajna mingħajr risposta!", "Jiena ħsibt li l-idea li mmorru fil-PAC kienet biex toħroġ l-informazzjoni iżda ġara bil-kontra.", "Mhux hekk biss, l-Onor.", "Zammit Dimech ma qalx li waħda mill-kondizzjonijiet biex aħna mmorru għall-PAC kienet li jiġi llimitat il-ħin tad-diskussjoni fil-parlament.", "Minn din in-naħa biss kien hawn xi 18-il membru li xtaqu jitkellmu imma peress li morna fil-PAC tawna biss ħames seduti għad- diskussjoni f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Zammit Dimech qal ukoll li m'humiex rashom iebsa għaliex fejn dehrilhom li kien hemm xi suġġerimenti tajbin huma qabdu u rranġaw - bħalma ġara fil-kwestjoni tal-penthouses - però ma qalx li meta aħna oriġinarjament ħriġna b'dan is-suġġeriment fil-PAC huma vvotaw kontra.", "U wieħed m'għandux jieħu l-impressjoni li din kienet l-unika ħaġa li ma qbilniex fuqha imma kien hemm elf ħaġa oħra li ma qbilniex fuqha.", "Per eżempju, l-Onor.", "Zammit Dimech ma semmiex li fil-PAC aħna tlabna lista ta' nies biex jidhru quddiemna u għal raġuniijet li jafuhom huma biss ma ħallewhomx jitilgħu jixhdu.", "Ħa nispeċifika.", "Validu jew mhux validu l- bżonn li jitilgħu jixhdu tal-planning authority?", "Għandhom jew m'għandhomx sehem il-planning authority fil-proġett kif qed isir issa?", "Għaliex ma tħallewx jixhdu meta aħna tlabna biex jitilgħu l-esperti tal-lands?", "Għaliex meta tlabna li jitilgħu l-kunsilli ta' l-erbat irħula tal-Kottonera dawn ma ngħatawx permess?", "Għaliex meta tlabna li jitilgħu jixhdu l- consortia ma tħallewx lanqas?", "Aħna morna hemmhekk biex noħorġu l-verità jew biex kulħadd jipprova jgħatti xturu!", "Xi ħaġa oħra li ddisgustatni kienet li filwaqt li s-sena l-oħra kulħadd kien jiġri bil-pjanti f'idjejh - għax PAC kien hawn għal wieħed, tnejn, tlieta; fil-fatt kien hawn xi tliet kumitati għaddejjin, wieħed fil-kamra ta' Mintoff isfel, imbagħad dan jirriferi lil de Marco, fejn ma nafx fejn kienu jkunu qed jiltaqgħu, imbagħad de Marco jirriferi f'kumitat ieħor lil ma nafx min - imma din is-sena meta tlabna jekk għandhomx pjanti fuq kull site qalulna li m'għandhomx.", "Tlabniehom anke jagħtuna aktar informazzjoni fuq min se jkunu l-operaturi f'dan il-proġett, u ma ħadniex risposta.", "Nafu li kien hemm xi changes f'dak il-consortium il-ġdid li ddaħħal issa u staqsejna jekk dawn it-tibdiliet sarux qabel id-diskussjonijiet mal-gvern, jekk sarux waqt id-diskussjonijiet jew wara.", "Again, ma rċevejna l-ebda risposta.", "Tkellimna fuq il-kirjiet u tlabna breakdown ħalli għallinqas inkunu nafu kif waslu għal dan il-prezz ta' Lm250,000.", "L-istess, ma ngħatajna l-ebda informazzjoni.", "Tlabniehom jgħidulna kemm ġej kbir il-proġett għaliex la kiber ħafna, aktar u aktar kien hemm bżonn li jsiru diversi environmental impact assessments biex jaraw il-carrying capacity ta' dik is-site, biex naraw it-traffic flow ta' dik is-site, biex naraw is-servizzi ta' l- infrastruttura jifilħux għal dak l-iżvilupp u biex naraw l-overpopulation li hemm f'dik l-area tal-Kottonera kif se tiġi affettwata bil-110 appartament li se jitilgħu.", "Dawn huma kollha affarijiet li kellhom isiru u meta tlabniehom qalulna li dawn ma sarux.", "Il-ministru beda jgħidilna li kellu diversi laqgħat mal-kunsilli u ma' kulħadd iżda meta aħna tkellimna ma' dawn in-nies qalulna li mhux mal- kunsill iltaqa' imma ma' xi membri minnhom u li l-laqqħa damet biss ħames minuti.", "U min qalilna li huma lanqas jafu b'xejn u li ilhom ħafna jitolbu l-pjanti.", "U għalhekk tlabna biex jitilgħu jixhdu l-kunsilli.", "Meta l- ministru beda jgħidilna li ltaqa' ma' kulħadd, għidnielu li l-użanza hi li fil-laqgħat jinżammu l-minuti u allura tlabnih li jagħtihomlna.", "Aħna għal kull seduta u għal kull laqgħa li kienet issir konna nżommu l-minuti, kollha stampati iswed fuq l-abjad u għadhom hemmhekk sal-lum.", "Meta tlabna l-minuti ta' dawn il-laqgħat l-istess, ma ngħatajna l-ebda risposta.", "Il-ministru qalilna wkoll li din servietu ta' esperjenza kbira għax proġetti bħal dawn l-ewwel darba li nnegozjahom.", "Għalhekk jien nistaqsih: Allura meta taf li dan huwa proġett kbir ta' Lm16 miljun, qed tagħti nofs il-Kottonera u huwa l-ewwel proġett għalik, tiġi tgħidilna illi dan innegozjajtu waħdek?", "Inti ridt li jkun hemm continuation u aħna ħallejnielek steering committee, li fuqu kien hemm rappreżentanti ta' erba' ministeri - kien hemm rappreżentanza tat-teżor, kien hemm rappreżentanza tal-planning authority, kien hemm rappreżentanza tal-kunsilli lokali - u allura jekk qed tgħid int stess li ma kellek l-ebda esperjenza - kif ma kellniex aħna wara kollox - għaliex warrabt lil kulħadd u ridt tibqa' miexi għal rasek?", "Il-ministru qal ukoll li mn'Alla kienu huma li bnew il-marina ta' Ta' Xbiex.", "U hawnhekk infakkar ftit li l-bniedem li xpruna l-marina ta' Ta' Xbiex kien il-mibki Joe Sciberras, li kien beda jaħdem fuqha minn żmien qabel u ma laħaqx spiċċaha għax kien hemm bidla fil-gvern.", "Imma l-pjanti kienu lesti, sal-pontoons kien hemm ordnati fi żmienu!", "Il-ministru beda jsemmi l-footprint, il-brief tal-planning authority, il- brief tal-Malta maritime authority u l-brief li għamilna aħna biex iħawwad aktar lin-nies.", "Jien ngħidlu biex ma joqgħodx iħawwad l-imħuħ imma jitkellem fuq il-footprint li ppreżentajna aħna quddiem il-parlament, għax dik tgħodd fl-aħħar mill-aħħar, u nqabbluha mal-footprint li ppreżenta hu.", "Hemmhekk tkun taf kemm kiber il-proġett.", "Ladarba l-proġett kiber tant, għaliex ma ħriġtux sejħa oħra għal kulmin hu nteressat?", "Għaliex qbadtu u arbitrarjament tfajtu għajnejkom fuq consortium minnhom, erġajtu daħħaltuh u biex takkomodawh kabbartu l-proġett u ma ħriġtux sejħa?", "Forsi kieku ħaddieħor kien jaf li se tingħata liċenzja għal hotel jew liċenzja għal casino, jew kieku ħaddieħor kien jaf li kellu ċans jispekula minn fuq il- proġett kien jaqbad u japplika wkoll.", "Il-gvern għandu diversi proġetti, fosthom il-proġett ta' Manoel Island, il-proġett tal-Connections u l-proġett tas-sea port terminal, li kollha ħarġu bl-offerti, u dan il-gvern għadu kemm ħareġ l-offerti għall-proġett tal-White Rocks.", "Allura għaliex din id-darba l-ministru deherlu li kellu jibqa' għaddej minn fuq kulħadd, sempliċement għax legalment kien korrett?", "U hawnhekk again fl-opinjoni tiegħi ma ħadna l-ebda risposta sodisfaċenti, u minn fuq ried il-prosit.", "Imma l-prosit ta' xiex?", "Ejja naraw ta' xiex għandna nagħtuh il-prosit.", "Meta tibda tifli x'kellu ħażin il-proġett ta' qabel u fuqhiex domna sajf sħiħ intambru u tara x-shortfalls serji ħafna li għandna f'dan il-kuntratt, il-biki jaqbdek.", "Issa ħalli naraw fejn morna ħażin aħna dak iż-żmien.", "L-argumenti li tqanqlu kienu: Li ħadd ma jkun jista' jagħmel barbecue fuq il-moll, li ħadd ma jkun jista' jgħum fil-marina li kienet se ssir u li mhux sew li nagħtu l-mollijiet b'ċens għal 99 sena imma għandna nħalluhom għall-pubbliku.", "Raġuni oħra għaliex ma qablux ma' dak il-konvenju kienet li t-taxxa tal-boll li kellha titħallas mill-consortia, flok kienu se jħallsuha somma f'daqqa qsamnielhom sena sena mal-kirja.", "Prinċipalment dawn kienu l-affarijiet li fl-opinjoni tagħhom kienu ħżiena, l-istess affarijiet li llum għamluhom ħafna agħar, agħar u agħar minn kif kienu.", "Nibdew mill-kwestjoni taċ-ċens għal 99 sena.", "Tneħħiet il-klawsola li l- mollijiet jingħataw b'ċens għal 99 sena?", "Issa morna ħafna agħar għax f'dan il-proġett hemm element qawwi ta' residenzi u fil-kuntratt stipulaw li kulmin jixtri jew jidħol f'dawn ir-residenzi, inkluż dawk il-famużi penthouses li kellhom jitilgħu fuq il-palazzi, dawn jistgħu jispiċċaw anke freehold.", "Mela issa morna oltre minn dak li kienu qed jikkritikawna fuqu!", "Dak iż-żmien ikkritikawna wkoll għax għidna li se jinħolqu 500 job u din ma niżżilnihiex fil-kuntratt.", "Issa huma qed jgħidu li se jħaddmu 1200 ruħ u ma niżżluhiex lanqas fil-kuntratt.", "Mela jekk kien daqshekk importanti li tidħol klawsola fil-kuntratt biex żgur jitħaddmu 500 ruħ, ma jidhirlux il- ministru li hija aktar importanti li tidħol il-klawsola biex jitħaddmu 1,200 ruħ?", "Sal-bieraħ stess baqa' jirrepeti li huma qatt ma taw mollijiet għal 99 sena u jiena ngiddbu u ngħidlu li qed ikun misleading għax Manoel Island kollha kemm hi, inkluż il-mollijiet t'hemmhekk, ngħataw għal 99 sena.", "Għadu hekk sal-lum il-kuntratt.", "Ingħataw mollijiet lill-privat anke fil- Marsa għall-użu inidividwali jew ta' kumpannija - mingħajr aċċess għall- pubbliku u għal dak it-tul ta' żmien.", "Il-mollijiet tal-marina ta' Ta' Xbiex m'għadhomx f'idejn il-gvern imma ngħataw lill-Malta maritime authority.", "Għandna 1000 foreshore li ħarġu huma mal-lukandi b'Lm10,000 fis- sena imma dawn ma jissemmewx.", "Il-ministru qal li aħna ma ħallejniex l- aċċess għall-publbiku fuq il-mollijiet.", "Mhux talli kellu jkun hemm l- aċċess għall-pubbliku talli aħna stipulajna dan fil-kuntratt!", "Il-mollijiet kellhom jibqgħu miftuħin għal kulħadd u kellhom ikunu pedestrianised biex żgur jitgawdew minn kulħadd.", "Kellna għażla bejn żewġ affarijiet; jew li l- mollijiet jingħataw lill-consortia bil-patt li jibqgħu miftuħin għall- pubbliku, jew li l-mollijiet iżommhom il-gvern u jagħti l-użu tagħhom lill- consortia.", "Issa dan il-gvern għażel it-tieni waħda, imma b'liema mod?", "Qalu li mhux se jagħtuhom b'ċens u tawhom b'encroachment!", "Mhux biss tawhom b'encroachment imma hemm imniżżel li esklussivament għat-terminu ta' dan il- kuntratt, jiġifieri għal 99 sena, ħadd aktar m'għandu dritt għal encroachment fuq dawn il-mollijiet.", "Għandhom esklussività ta' encroachment fuq il-mollijiet dawn il-consortia biss.", "Aktar minn hekk, aħna ma konna se nagħmlu ebda bini fuq il-mollijiet.", "Per eżempju, kellu jitwaqqa' l-bini taċ-Ċiniżi, fuq il-moll ta' taħt Sant'Anġlu, biex dak jibqa' moll miftuħ kollu kemm hu għall-pubbliku, filwaqt li llum se tinbena d-dawra ta' madwar Sant'Anġlu, inkluż il-moll.", "Imma l-isbaħ waħda hi li aħna konna se nħallu l-wisa' tal-moll kollha għall- pubbliku u konna se nagħmlu pedestrian zone biss, u issa, peress li se jippermettu l-encroachment, se jibqa' ħames metri biss miftuħa għall- pubbliku, li allura jridu jservu għall-pubbliku u jridu jservu għall- karozzi li jridu jgħaddu minn hemm.", "Imma ejja nħarsu lejn dak li qed isir illum.", "Fil-PAC il-ministru qal li d-deċiżjoni kif se jsir il-proġett, lil min se jingħata l-proġett, b'liema kondizzjonijiet se jsir il-proġett u l- proċess kollu kien riżultat ta' deċiżjoni politika.", "Dan mhux qed ngħidu jien.", "Dan huwa recorded fil-minuti tad-diskussjonijiet li saru fil-public accounts committee.", "Mr Speaker, għandna l-problema l-oħra li dan il-proġett ħareġ kompletament barra l-brief tal-planning authority.", "Mela l-planning authority xi darba daħħlet f'dan il-proġett it-13-il tomna li se jagħti dan il-gvern fir-Rinella?", "Fir-Rinella hemm it-tank cleaning farm, li flok se naqilgħuh minn hemm biex in-nies tal-Kottonera jieħdu aktar nifs u jitpaxxew, in addition issa se ndaħħlulhom area oħra, li tista' ssejħilha industrijali u kummerċjali, fejn jaħżnu, jiżbgħu, joborxu u jagħmlu maintenance tal-yachts.", "F'dan il-proġett għandek il-lat spekulattiv ukoll.", "Dan joħroġ mill-fatt li ma' consortium minnhom m'hemm ebda operatur, la operatur barrani, la bħala konsulent u anqas u anqas bħala investitur.", "Għalfejn dejjem konna ntambru illi għandu jkun hemm operatur?", "Għax aħna nafu x'jiġri hawnhekk.", "Jekk il-gvern jaqbad biċċa art fejn irid li jkollu marina li tiġi operata, jista' jew isib l-operaturi hu u jiddijlja \"A\" to \"C\", il-gvern ma' l- operatur, jew inkella s-sistema li adotta dan il-gvern, li jiddijlja ma' intermedjarji, jiġifieri l-gvern jiddijlja ma' dawk li jispekulaw.", "Allura l-gvern jiddijlja \"A\" ma' \"B\" u mbagħad \"B\" jiddijlja ma' \"C\", at the cost li l-gvern imur agħar.", "U dan li qed jiġri hemmhekk.", "Għandna l-fatt l-ieħor li din id-darba mhux il-gvern fassal il-proġett u mbagħad mar għall-għażla tal-consortia imma l-gvern għażel il-consortia u mbagħad il-consortia fasslu l-proġett.", "Jiena mhux se noqgħod ngħid ma' min tkellimt - għalkemm din qed jgħidha kulħadd, anke l-istess consortia - imma meta sibt lil xi ħadd u biċ-ċajt għidtlu: Intom daqsxejn wiċċkom tost, mis- saba' ħadtulu l-id!", "Kif wasaltu għal dik il-footprint daqshekk kbira?", "B'risposta dan bid-daħka qalli: Inti ma tafx kif jiġri fin-negozju?", "Titlob għaxra biex forsi jagħtik ħamsa u dan tlabnieh għaxra u tahomlna l- għaxra!", "Kemm hi sabiħa din!", "Imbagħad jiġi hawnhekk u jippretendi li nagħtuh il-prosit, basta qaleb l-affarijiet kif deherlu hu!", "Qed ngħid dan bl-ebda disrispett lejn il-ministru imma qed nikkritika l-mod kif sar il- proċess.", "Ejja naraw x'hemm iktar differenti f'dan il-proġett.", "Se jkun hemm marina li skond il-ministru ma tirrendix.", "F'pajjiżi oħra kulħadd irid jinvesti fil-marinas u Alla jbierek dawn qed jgħidulu li l-marina ma tirrendix!", "Imma minn marina li kienet tibda mill-moll ta' Sant'Anġlu sal-club tar- regatta, issa ġiet mill-ponta ta' barra ta' Sant'Anġlu, tidħol sal-moll tar- regatta u terġa' toħroġ fuq in-naħa l-oħra, mill-Maċina sal-ponta ta' l- Isla.", "Alla jbierek dawn jgħidu xi ħaġa u aħna nemmnuhom, basta nagħtuhom dak kollu li jridu!", "Rigward Sant'Anġlu, il-brief tal-planning authority tgħid specifically liema huwa l-bini li jista' jiġi restawrat f'dan il-proġett, u fil-fatt issemmi l-palazzi u eskludiet barra lil Sant'Anġlu bħala kumpless u l- maritime museum.", "Imma hawnhekk qed issir l-ikbar ħrafa fl-istorja tal- kultura u ta' l-istorja tagħna għax il-ġawhra ta' Sant'Anġlu hija xi ħaġa li ma tistax taqsamha f'elf biċċa u lil dak tgħidlu: Inti ħu din għall- joyrides, inti ħu biċċa mill-moll ta' taħt Sant'Anġlu biex tibni r- residenzi, inti ħu quddiem Sant'Anġlu biex tibni l-clubhouse u inti dur mal- kantuniera ta' Sant'Anġlu biex tibni l-health centre!", "U minn kumpless wieħed, bħalma l-planning authority ħarġet proġett fuq ir-Ricasoli biss, issa dan ma tistax tagħmlu għal Sant'Anġlu għaliex biċċa minnu ħadha wieħed u biċċa oħra ħadha l-ieħor.", "Issa anke l-moll ta' taħt Sant'Anġlu, fejn aħna konna se nħalluh miftuħ għall-pubbliku, hawnhekk mhux talli mhux se nagħtu aċċess għall-pubbliku talli se nibnuh ukoll!", "Issa ħalli nitkellem dwar ix-xatt tan-naħa tal-Kalkara.", "Is-sena l-oħra dawn kienu insistew ħafna biex inniżżlu fil-kuntratt li n-nies ikunu jistgħu jgħumu n-naħa tal-Birgu!", "Il-ministru qal li għamilna 18-il siegħa niddiskutu fil-PAC, imma jgħidilna l-Onor.", "Zammit Dimech jekk semmejnilux darba f'dawk is-sigħat kollha biex iniżżel il-kondizzjoni li n-nies ikunu jistgħu jgħumu l-Birgu?", "Mela aħna mġienen, ma nafux li hemmhekk ma jgħum ħadd!", "Insistejtu tant dakinhar biex aħna nassiguraw li n-naħa tal-Birgu jkunu jistgħu jgħumu, u issa l-uniċi tliet postijiet fejn verament jgħumu n- nies se teqridhom?", "Qed nirriferi għall-bajja tal-Kalkara, in-naħa tal- Ħofra u l-moll ta' l-Isla.", "Mr Speaker, dwar il-parti residenzjali ilu jingħad li se jkun hemm mix u li dawn ir-residenzi se jinbiegħu lin-nies tal-Kottonera.", "Mela għad baqgħalna ċans sal-lejla biex nassiguraw dan, u kulma għandu jsir hija klawsola żgħira ta' erba' linji fejn il-gvern jobbliga lill-consortium li dawk il-units ta' residenza jbigħhom lin-nies tal-lokal.", "Għaliex ma nagħmlux hekk?", "Għaliex kull darba noqogħdu ndaħħlu ħafna dubji u ngħidu: Ara ma taħsbux li dawk se jinbiegħu lill-barranin u ara ma taħsbux li dawk mhux għan-nies tal-lokal!", "Dawn problemi biss se jġibu n-naħa tal- Kottonera.", "Se jagħmlu iktar strain fuq l-infrastruttura u se jżidu mad- density tal-Kottonera.", "Illum min ma jafx li Malta hija pajjiż bl-ogħla population density fl-Ewropa!", "F'Malta l-ogħla population density tinsab fil-Kottonera u flok se naqilgħu n-nies minn hemm u nibagħtuhom x'imkien ieħor biex nagħtuhom iktar nifs, se ntellgħulhom iktar residenzi u nibagħtulhom 400 ruħ oħra hemm isfel!.", "Mr Speaker, se jiżdiedu wkoll l-istores fejn kien hemm is-siment, l- istores tal-mina li tagħti mill-Birgu għan-naħa tal-Ħofra, u se ikabbru l- Maċina.", "Jien ma nistax nifhem kif il-ministru qal li kulħadd kuntent, inkluż il-kunsilli, meta din aħna konna ħallejnieha f'idejn il-kunsill.", "In- nies jafu b'dan jew ma jafux?", "Il-kunsill fehemhom lin-nies?", "Veru li l- ministru ltaqa' mal-kunsill?", "Għax il-feedback li għandna mill-kunsilliera mhijiex kif qal il-ministru u meta tlabnieh il-minuti ta' dawk il-laqgħat ma ppreżentalna xejn.", "Diġà semmejt kif il-mollijiet kibru u għandek biċċa art ta' 13-il tomna fir-Rinella, li again din qiegħda barra mill-brief tal-planning authority.", "Ir-remains storiċi ta' Bighi huma nklużi wkoll f'din l-area u għandek il- preċedent, li fl-ebda kuntratt qatt għadu ma deher s'issa, fejn il-gvern qed jagħti l-possibbiltà li jkun hemm il-permuta.", "Ħalli ngħid x'inhi l- permuta ħalli kulħadd jifhem.", "Il-permuta hija meta l-gvern jgħidlek: Jien se nagħtik 13-il tomna art fil-Kalkara pero' sa l-aħħar tas-sena jien flok dik l-art nista' nagħtik 13-il tomna art x'imkien ieħor.", "Meta aħna staqsejna fejn jista' jkun dan ix-x'imkien ieħor - il-Mellieħa, Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan jew San Ġwann? - qalulna li ma jafux.", "Allura issa nistgħu niftehmu li nneħħu 13-il tomna art fil-Kalkara u mbagħad nagħtuhom 13-il tomna art, per eżempju, f'San Ġiljan?", "Ħaġa oħra li rrid nistaqsi hija: Għaliex din il-fissazzjoni li l-hard- standing facilities għall-boats bilfors iridu jiġu fil-Kottonera?", "Jekk aħna rridu nagħtu nifs lill-Kottonera, tista' ssir il-marina fil-Kottonera u mbagħad min irid itella' l-boat fuq l-art itellagħha x'imkien ieħor.", "Hawn nies li jħallu l-boat ix-Xemxija mbagħad darba fis-sena jeħduha Manoel Island.", "Hawn min iħalliha Ta' Xbiex u mbagħad jeħodha l-Kalkara.", "Jiġifieri m'hemm l-ebda liġi li tgħid li l-hard standing facilities tal- boats iridu jkunu bilfors fejn għandek il-marina.", "Mr Speaker, imbagħad għandna l-istorja sabiħa tal-casino, għax meta għidtlu li dan qed jingħata b'Lm100 qalli li mhux hekk.", "Nitlob lill- ministru jfehemhielna għax ħadd m'hu qiegħed jifhem kif se jingħata dan il- casino.", "Is-sena l-oħra l-gvern preċedenti ta permess lil kumpannija biex tagħmel casino fuq proprjetà tagħha u barra l-liċenzji, fees etc. ta' kull sena, dik il-kumpannija kellha tħallas ma' l-Lm400,000 għal dak il-casino.", "Issa qiegħed jingħata casino fuq proprjetà tal-gvern imma Alla jbierek se jingħata b'xejn, jiġifieri dan il-consortium mhux se jħallas l-Lm400,000 li ħallas ħaddieħor.", "Imbagħad ħarġet il-fiduċja kbira li għandhom fil- Kottonera għax meta għidnielhom b'dan, qam xi ħadd min-naħa tal-gvern u qalilna: Issa inti se tħallat il-casino ta' Buġibba mal-casino tal- Kottonera!", "U meta staqsejnieh għaliex, qalilna: U ejja, mela l-Kottonera bħal hemm!", "Din hi l-fiduċja li għandna fil-Kottonera!", "Mr Speaker, fil-PAC semmejna wkoll il-liċenzja tal-lukanda u ssemmew il- permessi biex jinbnew il-penthouses.", "Hawnhekk inneħħilu l-kappell għax neħħiehom.", "Għandna l-fuelling station għan-naħa ta' l-Isla.", "Ara hawnhekk ħadd m'hu qiegħed jgħidilhom min se jieħu ħaġa u min se jieħu oħra.", "U msieken is-suwed f'dan kollu huma n-nies ta' l-Isla għax dawn kulma se jmisshom hija l-parti tal-marina fuq dik in-naħa, biex żgur jinqatgħalhom l- għawm u jinqatgħalhom it-trakkar tad-dgħajjes, u se jagħmlulhom il-fuelling station biex iktar jimlewhom bil-petrol u d-diesel.", "Ħaġa oħra li qajjimna waqt il-kumitat kienet li kif inhu l-kuntratt se tiżdied l-ispekulazzjoni.", "Il-kuntratt tal-gvern preċedenti kien jgħid li l- consortia ma jistgħux jittrasferixxu x-shares qabel ma jkun lest il-proġett u safejn naf jien dakinhar, meta huma kienu fl-oppożizzjoni, kulħadd kien qabel magħha din.", "Issa fil-kuntratt tal-lum qed jagħtu permess li parti mix-shares jistgħu jiġu ttrasferiti anke during the construction period tal- proġett.", "(Interruzzjonijiet) Imma basta l-proġett kiber ħafna, bħal dak li qallu għax kbir huwa aħjar!", "Dan m'għandu x'jaqsam assolutament xejn.", "Mr Speaker, ladarba l-proġett kiber daqshekk u flok consortium wieħed issa għandna tnejn, għaliex il-gvern se jmur daqshekk agħar milli kien se jmur skond il-kuntratt tas-sena l-oħra?", "Il-ministru kull darba jgħidilna li l-gvern preċedenti kien se jdaħħal Lm370,000 mingħand consortium wieħed talli kien se jagħtih il-palazzi, il- marina quddiem il-palazzi u l-użu tal-moll.", "Issa żidna dawn l-affarijiet kollha li semmejt u qed jgħidilna li l-gvern se jiġbor iktar għax se jiġbor Lm500,000.", "Imma jien ngħidlu biex is-somom jaħdimhom sew għax qabel konna se niġbru Lm370,000 fuq footprint ta' għal 11-il tomna, filwaqt li issa l- footprint telgħet għal 55 tomna, ħames darbiet iktar.", "Anke jekk tistaqsi lil tifel żgħir: Isma', jekk ta' 11-il tomna kont se ddaħħal Lm370,000, ta' 55 tomna kemm għandek iddaħħal?", "Dan malajr jgħidlek li dawn jiġu mal- Lm1.85 miljun.", "Għalhekk lill-ministru tlabnieh jagħmel il-breakdown ta' l- affarijiet u jispjegalna kif wasal għas-somma ta' Lm250,000 kull consortium, biex aħna nkunu nafu li tal-bini żamm prezz, ta' l-art żamm prezz ieħor u ta' l-istores żamm prezz ieħor.", "Imma din m'għamilhiex.", "Ejja ngħidu li ma jiġborx Lm1.85 miljun.", "Imma allura kemm għandu jiġbor: Lm1.7 miljun, Lm1.6 miljun, Lm1.5 miljun, Lm1.4 miljun, Lm1.3 miljun, jasal sa Lm1 miljun, kważi jnaqqas bin-nofs?", "Imma xorta jibqa' shortfall sostanzjali, bejn dak li kellu jiġbor ma' dak li verament ġabar.", "Il-ministru qalilna li aħna qed inħarsu lejn iż-żewġ consortia b'mod li naraw wieħed iswed u l-ieħor abjad, u aħna għidnielu: Dak inti qed taħseb hekk u probabbli qed taħseb li aħna qed naraw iswed lil min hu abjad ħafna għalikom.", "Meta staqsejna lill-ministru jekk hux minnu li wieħed mill- consortia ħa 11-il tomna u l-ieħor ħa 44 tomna hu kkonferma dan, u meta tlabnieh jispjegalna għaliex it-tnejn li huma qed iħallsu l-istess somma, ma spjegalniex.", "Peress li m'hemmx min hu iswed u min hu abjad, allura kif wieħed ħallas Lm250,000 ta' 11-il tomna u l-ieħor ħallas Lm250,000 ta' 44 tomna?", "Allura min qed jarahom iswed u abjad lil dawn il-consortia, aħna jew huma?", "Mr Speaker, imma l-isbaħ waħda hija l-kwestjoni tal-boll għax jien għadni niftakar kemm qalgħulna qalbna d-darba l-oħra u qalu: X'jiġifieri ma jħallsuhomx f'daqqa Lm700,000 boll.", "Veru dawn ma kenux se jħallsuhom f'daqqa, pero' s-Lm700,000 boll ġew kapitalizzati fil-kirjiet kull sena.", "Konna ħdimnieha li jħallsu Lm70,000 fis-sena imma mbagħad fuq 99 sena ma nafx kemm kienet ġiet, u skandalizzaw ruħhom u qalulna li mhux sew.", "Issa l- boll tela' għal Lm1.65 miljun u meta staqsejnieh b'kemm ikkapitallizzahom fil-kirjiet qalilna: Xejn, zero, dawk maħfurin!", "Jiena nidħak b'dawn l- istess nies li kienu ġew jgħidu li se nċaħħdu lin-nies tal-Kottonera mill- għawm, milli jagħmlu barbecues u jgawdu l-mollijiet, imbagħad illum jiġu b'dawn il-ħneżrijiet!", "Jiddispjaċini li jkolli ngħidilhom \"ħneżrijiet\" imma jekk se nibqgħu sejrin hekk, wieħed ma jimpurtahx għax ma jdaħħalx Lm10 miljun mill-HSBC, l-ieħor ma jimpurtahx għax ma jdaħħalx Lm2 miljun minn hemmhekk, imbagħad fejn induru għall-flus?", "Imbagħad wieħed li jkun qiegħed iħallas Lm180 kera fuq daru, għax f'sena żdiedlu l-overtime b'Lm200 mid- dipartiment tad-djar jgħidulu li issa l-kirja m'għadhiex Lm180 imma ġiet Lm496.", "Mela l-miljuni nħalluhom għaddejjin u minflok niġbru l-flus imbagħad min se jieħu l-Kottonera, niġbruhom minn dak il-ħaddiem li għaliex jiżdied b'Lm200 fl-overtime ngħollulu l-kirja bi Lm300.", "Din hi s-serjetà?", "Ta' dan irridu nagħtuh il-prosit?", "Jien biex ma niksirlux qalbu ngħidlu: Prosit, ibqa' agħmilhom ħalli nibqgħu nagħtuk il-prosit!", "Mr Speaker, il-gvern preċedenti kien ħadem ir-rebates b'mod li fl-ewwel sena l-consortium iħallas Lm120,000, fit-tieni sena Lm170,000, fit-tielet sena Lm270,000 u mir-raba' sena jibda jħallas il-full, jiġifieri Lm370,000.", "Issa r-rebates ta' kull consortium ġew imqassma hekk: Lm40,000 fl-ewwel sena, Lm81,000 fit-tieni sena, Lm120,000 fit-tielet sena, Lm160,000 fir- raba' sena u jitla' għal Lm250,000 fil-ħames sena.", "Imma dan x'sena jagħmel meta kabbarna l-proġett tant?", "L-unika skuża li hemm hija li dan il-gvern mhux qiegħed iħares lejn il-flus.", "Imma jekk hawn ma nħarsux lejn il-flus, hemmhekk ma nħarsux lejn il-flus, allura x'qegħdin nagħmlu hawn?", "Kull meta l-gvern jixtri xi ħaġa mingħand xi ħadd barrani irid iħallas il-belli liri, imbagħad meta l-gvern jagħti xi ħaġa ma joqgħodx iħares lejn il-flus, diment li jkunu sħabu.", "Ara meta ma jkunux sħabu naħseb li jħares!", "Issa niġi għall-performance bond.", "Meta l-proġett kien se jqum Lm6 miljun, il-performance bond kienet ta' Lm0.5 miljun.", "Issa l-proġett se jkun ta' Lm8 miljun għal kull consortium u l-performance bond ħallewha xorta.", "Imma dan jagħmel sens jew ma jagħmilx?", "Il-bieraħ l-Onor.", "Zammit Dimech qalli: Intom moħħkom biss fil-flus!", "Jien nibda niftakar meta kontu tgħajru: Aħleb Ġuż, aħleb Ġuż!", "U jien għidtlu: Sewwa issa, flok noqogħdu ngħidu Aħleb Ġuż, jiġu xi erba' consortia bħal dawn iduru miegħek u joqogħdu jgħidulek: Aħleb Frans, aħleb Frans!", "U flok aħna naħilbu lil Ġuż, huma jaħilbu lil Ċikku!", "Mr Speaker ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk u aħna qed nitkellmu għax għad baqgħalna x'naħilbu.", "Intom kontu tgħajruna meta fi żmienna ridna li l- bank, l-Air Malta u korporazzjonijiet oħra jkunu tal-gvern.", "Imma kieku l- bank ma kienx tal-gvern, li kieku ma dħalniex aħna biex nagħmlu l-Air Malta, li kieku l-gvern ta' dak iż-żmien ma waqqafx it-Telemalta, ma kienx ikun hemm xi tbigħ illum.", "Imma ma jimpurtax, Mr Speaker, forsi fl-aħħar wieħed jitgħallem!", "MR SPEAKER: Onor. Vella ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li l-Onor.", "Vella jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli jinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Nirringrazzja lill-proponent lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Mr Speaker, dwar il-mod kif ingħata, aħna diġà għidna li legalment il-gvern jista' jaqbad u jgħaddi bċejjeċ ta' art b'riżoluzzjoni fil-parlament u ż-żewġ gvernijiet adottaw din is-sistema.", "Il-gvern preċedenti kien se jgħaddi l-proġett tal-Kottonera b'riżoluzzjoni fil- parlament, kif se jagħmel il-gvern tal-lum ukoll, bid-differenza li l-gvern ta' dakinhar għażel il-consortium wara li ħareġ sejħa għal offerti u l- gvern tal-lum se jgħaddih bla ma ħareġ offerti xejn, imma qabad u għażlu l- ministru kif irriżulta mid-diskussjonijiet tal-PAC.", "Allura stajna għaddejna l-proġett ''Connections'' bl-istess mod, ma kienx hemm għalfejn noħorġu call for interested parties!", "Stajna ħriġna l-proġett tas-sea passenger terminal hekk ukoll.", "Il-gvern tal-lum stess, għax forsi hemm ministru iktar serju mill-ieħor, ma ħariġx il-White Rocks billi qal: Isma', Karmenu Vella tridu l-White Rocks?", "Ejja ħa nitkellmu u ħudu!", "Ma jistax ikun min jimxi b'linja, meta se nbigħu bank jiddeċiedi ministru, meta se joħroġ il-proġett tal-Kottonera jiddeċiedi ministru, u fi proġetti oħra l-affarijiet jimxu iktar b'mod serju u noħorġu call for applications.", "L-affarijiet jistgħu jibqgħu sejrin hekk?", "Nixtieq nistaqsi wkoll għalfejn iddaħħal it-tieni consortium, li dak iż- żmien ma kkwalifikax.", "Dan ma kkwalifikax l-ewwelnett għax ma qagħadx għall- criteria li ġew stabiliti.", "Wieħed mill-criteria kien li dan iġib investiment minn barra u ried ikollu operatur miegħu.", "Ħalli naqra ittra li kienu bagħtulna:", "\"On behalf of Cottonera Waterfront, I wish to confirm that the Lm1 million equity is secured and the 40% foreign investment is also secured.\"", "Peress li aħna konna ġegħelniehom jiddepożitaw il-paid-up capital ta' Lm1 miljun, dawn bagħtulna l-ittra biex jgħidulna li dawn qegħdin hemm u li dak iż-żmien, tmien xhur ilu, il-foreign shareholder daħal ukoll.", "U jien nistaqsi lill-ministru llum biex jiċċekkja ħalli jara kif il-Lm1 miljun lanqas sal-lum għadu ma ħareġ, lanqas fil-kuntratt.", "Qalilna:Xorta għax ħareġ...(Interruzzjonijiet) Inti għidtli li garanzija xorta!", "Ħa nagħtik eżempju: Jien għandi dar li tiswa Lm1,000 u magħha għandi somma flus cash ta' Lm1,000 oħra, u ħaddieħor għandu Lm1,000 dar u fuqha jagħmel garanzija biha ta' Lm1,000 u inti tiġi tgħidli li dawn it-tnejn l-istess!", "Mela wieħed għandu Lm2,000 għax għandu Lm1,000 dar u Lm1,000 cash, u l-ieħor għandu Lm1,000 dar u Lm1,000 garanzija fuq id-dar, allura dawk Lm2,000 jew Lm1,000 iġibu?", "Dan kien f'Mejju ta' l-1998, illum inressquhom għall- kuntratt u wara li tawna din l-ittra, dawn l-affarijiet għadhom lanqas qegħdin hemmhekk.", "Imma basta ninnegozjaw magħhom!", "Ma rridx noħroġ barra mis-suġġett imma rrid naqra l-parti li tittratta dwar il-financing tal-proġett:", "\"Finance will be obtained through a syndicated loan, arranged by a number of international and local financial institutions that have firmly expressed interest in the project.", "It is expected that this syndicated loan would be coordinated by HSBC's Midland Bank plc and by Prof Edward Scicluna, the group consultant.\"", "Din qed insemmiha biss biex wieħed issa jibda jifhem għaliex meta aħna tkellimna fuq l-HSBC, kien l-istess Prof Scicluna li qalilna biex noqogħdu attenti għaliex nagħmlu l-ħsara.", "Kien ikun iktar aħjar kieku qalilna: Isma', oqogħdu attenti għax tagħmlu l-ħsara, għax jien għandi interess li l- ħsara ma ssirx u jien għandi interess li dawn l-affarijiet nkomplu ninnegozjawhom.", "Il-ministru qalilna li għandna continuation fl-għażla ta' dawn il- consortia, imma jien staqsejtu jekk dawn il-consortia li qed jiddjilja magħhom illum humiex l-istess ta' qabel.", "Dawn inbidlu, żdiedu, naqsu, tħawdu?", "Qalilna li kien hemm xi tibdil fix-shares u meta staqsejna jekk kenux qabel, waqt jew wara d-diskussjonijiet ma ngħatajna l-ebda informazzjoni.", "Dawn il-consortia qed jiġu ttrattati differenti.", "Fil-fatt anke deposits għandhom differenti għax wieħed għandu l-Lm1 miljun imħallsa u l-ieħor għandu Lm250,000 imħallsa; wieħed għandu performance bond depożitata u l-ieħor għamel garanzija.", "Semmejt iċ-ċens, l-area u r-rebates u issa se nispjega kif ġew trattati differenti f'ħaġa oħra wkoll.", "Mil-lat storiku u mil-lat kulturali aħna oġġezzjonajna għal tliet affarijiet.", "L-ewwelnett li fuq il-palazzi m'għandhomx jinbnew penthouses, it-tieni li l-fdalijiet ta' l-isptar ta' Bighi għandhom jitneħħew mill-art tar-Rinella u t-tielet li Sant'Anġlu m'għandux jiġi maqsum f'elf biċċa.", "Liema biddlu minn dawn?", "Biddlu dik il-parti tal-proġett li kienet tal- consortium li kien magħżul qabel, allura ddeċidew li l-penthouses ineħħuhom, imma ż-żewġ affarijiet l-oħra li se jieħu ħsiebhom il-consortium l-abjad tagħhom ħallewhom hemm għax ma qalux li se jaqtgħu l-proġett ta' Sant'Anglu u l-isptar ta' Bighi.", "Mr Speaker, dejjem nitkellmu fuq il-bżonn ta' żvilupp sostenibbli u li fl- istess ħin inħarsu l-patrimonju ta' dawk li ġejjin warajna, u kull darba ngħidu li rridu noqogħdu attenti li we do not deplete our resources għall- posterità u mbagħad nagħmlu l-kontra.", "Meta aħna tajna l-palazzi u l-marina biss għall-proġett tal-Kottonera u ħallejna Sant'Anġlu biex jiġi ttrattat għalih, id-dock no. 1 għalih, il-proġett tal-port passenger terminal għalih, il-proġett ''Connections'' għalih, Manoel Island għalih eċċ., xi ħadd seta' jgħid bl-ikbar imaġinazzjoni li dan l-iżvilupp ma kienx se jkun sostenibbli?", "Mhux sostenibbli llum.", "Ejja nitgħallmu mill-iżbalji li għamilna fil-passat u bħala eżempju nħarsu lejn Paceville.", "Il-problema ta' Paceville hija għaliex hemm ħafna attivitajiet li ma jaqblux ma' xulxin; hemm ir-resident li jrid jorqod, it-turist li jrid imur id-disco u jrid jgħajjat, il-karozzi li jgħaddu minn fejn ikun hemm il- pedestrian, hemm konflitt ta' ħafna attivitajiet.", "U l-istess se jerġa' jkollna fil-Kottonera għax fi proġett wieħed qed nitfgħu ħafna affarijiet.", "Semmejna joyrides, residential units, marinas u anke parti industrijali fejn jagħmlu maintenance fuq il-yachts.", "Ma jistax ikun li dak il-proġett ikun sostenibbli għax għandek konflitt ta' ħafna interessi.", "Xi jfisser li tagħmel proġett sostenibbli?", "Ifisser li inti l-ewwel interess li trid tħares huwa dak tal-komunità tal-lokal.", "Aħna qegħdin inħarsu l-interess tal-komunità tal-Kottonera?", "Jiena ngħid li mhux qed inħarsuh biżżejjed għax jekk nieħdu l-impjiegi ...", "Jiena naqta' rasi li minn dawn l-1,200 impjieg li qed isemmu ma jkunx hemm 200 ruħ mill-Kottonera u ngħid għaliex.", "Jekk wieħed jara n-nies unemployed li hemm fil-Kottonera - u hemm bżonn ta' mpjiegi għan-nies tal- Kottonera - kemm isib minnhom li għandhom il-korsijiet ta' l-ITS biex imorru jaħdmu f'dawn il-lukandi?", "Jekk irridu nagħmlu proġett sostenibbli u verament naqdu lin-nies t'hemmhekk, irridu naħsbu minn issa biex nibdew nagħtu training lin-nies tal-Kottonera għal dawn l-1,200 job li se jkunu maqsuma f'ħafna kategoriji.", "Jekk ma nagħmlux hekk, meta joħorġu dawn il- jobs u jmorru japplikaw għalihom in-nies tal-Kottonera, jgħidulhom: Inti m'intix tajjeb għal dan il-job, dak mhux tajjeb għall-ieħor, dak għax għandu l-misluta, l-ieħor għax għandu t-tpinġija.", "Ejja nibdew minn issa biex man mano li tiela' l-proġett inkunu qed nittrejnjaw lin-nies biex ikunu kapaċi għal dawn il-jobs.", "Mr Speaker, kif se ngħinu lill-komunità tal-Kottonera permezz tal-parti residenzjali?", "Jekk verament irridu ngħinu lin-nies tal-Kottonera, ejja nnaqqsu n-nies minn hemmhekk u mhux inżidulhom iktar units residenzjali.", "Se nżidu t-traffic tal-karozzi, se nżidu l-pressure fuq l-infrastruttura eżistenti u se ngħollu d-densità tal-popolazzjoni.", "Allura dawn fejn se jieħdu n-nifs?", "Naħseb ikun għajb jekk nispiċċaw flok nagħmlu proġett li jagħti nifs u l-ħajja lill-Kottonera, nagħmlu proġett li joħnoq iktar dik l- area.", "Mr Speaker, nagħmel l-aħħar punt u nagħlaq.", "Aħna kulma stajna nagħmlu fil-PAC - u għamilnieha għax biex iddaħħal lill- awditur jivverifika ċerti affarijiet minn kumitat ta' seba' membri, jekk ikollok tliet voti biss tgħaddi - kien li nitolbu li l-Awditur Ġenerali jivverifika jekk il-proċess ta' kif ingħata dan il-proġett kienx proċess tajjeb jew le.", "U l-Awditur Ġenerali qalilna: Jien ma nidħolx fiha għax din policy tal-gvern u jiddeċiedi l-gvern!", "Jien ma' din ma naqbilx għax l- awditur għandu ħafna dmirijiet li jrid jaqdi u jiena nemmen li r- responsabbiltajiet tiegħu mhumiex biss fejn jidħlu flus.", "Mela riżorsi li jikkonsistu f'bini jew art tal-gvern, jew liċenzja tal-gvern mhux daqs il- flus?", "Allura l-awditur jista' jidħol fuq Lm1,000 - għax Lm1,000 huma flus - imma fejn hemm involuta biċċa art tal-gvern, li kapaċi tiswa miljuni ta' liri, ma jidħolx għax dik hija art!", "Mr Speaker, jiena jiddispjaċini imma fuq din ma tantx nista' naqbel.", "Mr Speaker, biex nagħlaq xtaqt inressaq tliet emendi għal dan l-abbozz ta' kuntratt li għandna quddiemna:", "''I'' Fi klawsola 14 ħassar il-kliem \"five hundred thousand liri (Lm500,000)\" u daħħal il-kliem \"eight hundred thousand liri (Lm800,000)\".", "''J'' Fi klawsola 16 tat-tieni parti tal-konvenju ħassar il-kliem \"five hundred thousand Maltese liri (Lm500,000)\" u daħħal il-kliem \"eight hundred thousand Maltese Liri (Lm800,000)\".", "''K'' Il-klawsoli (i), (iv), (v), (vi) u (x) f'paġni 16 sa 19 tal-kuntratt, għandhom jitneħħew.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Michael Angelo Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, nixtieq nagħmel intervent qasir dwar din ir-riżoluzzjoni li għandna quddiemna.", "Ovvjament m'iniex se nidħol f'dettalji pero' se nipprova nittratta dan id-dibattitu minn angolu ftit differenti.", "Segwejt b'attenzjoni d-dibattitu li sar s'issa u grosso modo naħseb li nistgħu naqsmu d-diskorsi kemm ta' naħa u kemm ta' naħa oħra fi tliet kategoriji.", "Uħud ħadu l-linja purament politika u anke marru lura għall- ġrajjiet li kellna fil-Kamra madwar sena ilu, eżerċizzju li għal uħud kien utli u jista' jkun li għal ħaddieħor kien ftit inutli wkoll.", "Għaliex filwaqt li nemmen li ma kienx possibbli li wieħed jinsa u ma jagħmilx riferenzi għall-passat, daqshekk ieħor ma jidhirx li kien ta' siwi kbir li noqogħdu biss fuq il-passat u ninsew għal kollox il-ġejjieni u anke din ir- riżoluzzjoni.", "Kien hemm kollegi oħra f'din il-Kamra - u dan m'iniex ngħidu bi kritika imma ngħidu biex nikkategorizza l-mod kif ġiet approached ir- riżoluzzjoni - li ħarsu lejn il-business side ta' dan il-kuntratt, in- negozju li Malta se tagħmel ma' dawn iż-żewġ consortia.", "U issa għadna kif smajna kif consortium qed jiġi pprivileġjat kontra l-interessi ta' l-ieħor u affarijiet bħal dawn.", "Sur President, jien ngħid li din hija kwestjoni ta' opinjoni għax in- negozju tista' tikkwalifikah bħala good deal jew bad deal skond il- perspettiva li tħares minnha.", "Ma naħsbix li kienet tkun xi ħaġa impossibbli li l-ministru jġiegħel lill-consortia jħallsu xi ħaġa aktar f'ċens iżda fl-istess ħin meta wieħed iżomm quddiem għajnejh l-investiment potenzjali li wasal għalih il-ħabib tiegħi, tista' wkoll tistaqsi jekk b'ċens ogħla wieħed kienx jikseb dik il-miżura ta' investiment li fil-fatt toħroġ minn dan il-kuntratt.", "Domandi bħal dawn jistgħu isiru bil-gzuz u tista' tagħmel queries dwar kollox f'dan il-kuntratt.", "Iżda jidhirli li jekk noqogħdu ninħlew f'eżerċizzji simili - eżerċizzji li jistgħu jkunu utli wkoll, għax forsi użajt il-kelma ħażin \"ninħlew\" - inkunu qed ngħixu biss fid-dinja tal-\"forsi\", tal-punti interrogattivi, ta' x'kien jista' jiġri u anke tal-perceptions.", "Jien stajt ukoll noqgħod nimraħ fil- fantasija u noqgħod ngħid kemm se jkun hemm investiment kbir, kemm se jimpjegaw nies, kemm se jdaħħlu flus dawk, kemm ħadu cut dawn, kemm se jispekulaw, stajt nagħmel dan kollu, pero' sakemm fil-fatt iseħħ dan il- proġett, kulma jkun qiegħed jintqal fil-fatt ikunu biss speranzi, ikunu biss dubji, mirages li jistgħu jintlaħqu u ħafna drabi ma jintlaħqux.", "Jien nemmen li l-paraguni huma odjużi u għalhekk m'iniex se nagħmel il-paraguni u ma nqabbilx x'inġieb qabel ma' dak li ġie akkwistat issa.", "Mr Speaker, meta l-Onor.", "Zammit Dimech tkellem fuq ir-riżoluzzjoni smajna l-pros tagħha u mill-membri ta' l-oppożizzjoni smajna l-parti kuntrarja.", "Għalhekk issa m'iniex se nikkonċentra fuq dawn imma se nipprova nżomm kemm jista' jkun saqajja fl-art, mhux għax m'hemmx aspetti oħra fuqxiex wieħed jista' jitkellem imma rrid naħseb u rrid nara jekk Malta in ġenerali u l- Kottonera in partikolari għandhomx bżonn jew le li jsir proġett bħal dak li qed tiddiskuti din il-Kamra.", "Fil-fehma tiegħi, naqblu jew ma naqblux fuq il-pros u l-cons u d-dettalji li smajna lkoll, m'hawnx wieħed f'din il- Kamra li jgħid: Isma', fil-Kottonera m'hemmx ħtieġa li jkun hemm proġett bħal dan.", "Għalhekk għall-mistoqsija jekk dan il-proġett hux bżonjuż u jekk għandniex inkomplu mexjin bih, jekk hux sewwa li f'area meqjusa dipressa jistax isir xi ħaġa biex tqajjem l-aspettattiva u twassal għat-twettiq tal- mira għal ġejjieni aħjar, jien naħseb li kull membru ta' din il-Kamra jqum u jgħid: Iva.", "L-iva għal din il-mistoqsija tiġi sew min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Jien fil-konklużjoni tiegħi ngħid li filwaqt li naqblu lkoll fil-prinċipju, ċertament li hawn diverġenzi - u anke tista' tgħidilhom diverġenzi kbar - f'dak li huwa dettall.", "U meta ngħid \"dettall\" ma jfissirx affarijiet żgħar ta' dettall imma jista' jkun il-mod kif wieħed ikun qiegħed iħares lejhom.", "Fil-prinċipju as such ngħid li hawn kunsens u jiena ma nemminx li l-oppożizzjoni ddikjarat li se tivvota kontra għax ma tridx il-proġett, jew b'sens ta' pika jew inkella għaliex għadha urtata mill-passat imma naħseb li se tivvota kontra għal raġunijiet li tan-naħa l-oħra ġenwinament iħossu li huma validi.", "Għalhekk nemmen u naħseb li m'hijiex kwestjoni ta' ftit mijiet li wieħed jista' jġib minn deal jew ieħor.", "Sur President, dwar dan tajjeb li nfakkar li meta wieħed ikun qiegħed jinnegozja jiltaqa' ma' ċerti mumenti li jistgħu jkunu make or break u allura wieħed ikollu l-għażliet quddiemu u jgħid: Isma' se nipprova nagħfas għal iktar, se nipprova nirrestrinġi iżjed jew inkella nipprova kemm jista' jkun nimmanuvra biex inwassal il-vapur sal-port?", "Ovvjament, dejjem jekk jiena għandi interess li nwassal il-vapur sal-port!", "Jiena naħseb li minn din il-perspettiva għandna nħarsu lejn kif saru n-negozjati u kif wasalna għal dan.", "Issa kif jista' l-partit ta' l-oppożizzjoni jgħid li dawn m'humiex terms tajba?", "M'iniex se noqgħod ngħid li għandek żball għax dik l- opinjoni tiegħek u l-opinjoni wieħed irid jirrispettaha.", "Sur President, iżda ladarba naqblu fil-prinċipju li dan il-proġett huwa meħtieġ, filwaqt li l-oppożizzjoni għamlet dmirha u ressqet l-alternattivi, ressqet il- kritika, issa sta għall-gvern li fl-aħħar mill-aħħar meta jasal iż-żmien iwieġeb għal għemilu u, wara li noqogħdu għall-proċeduri ta' din il-Kamra, nerfgħu ir-responsabbiltà tad-deċiżjoni u ninżammu lkoll accountable għaliha.", "Jien ma noqgħodx inħares lejn il-ministru u ngħid li tort tiegħu.", "Aħna qed naqblu miegħu, qbilna miegħu fil-kabinett u qed naqblu miegħu f'din il-Kamra.", "Allura l-accountability m'hijiex ta' persuna waħda imma hija ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Mr Speaker, nerġa' ngħid li ma rridx nintilef fis-sħab tal-fantasija u noqgħod noħlom bin-numri ta' kemm se jaħdmu fuq il-proġett, kemm se jiddaħħlu flus fil-kaxxa ta' Malta, min se jibni, min se jispekula imma b'saqajja fl-art nistaqsi: Jeħtieġ li ntejbu l-prodott turistiku jew le?", "Jeħtieġ li nwessgħu r-raġġ ta' dawk li jgawdu mill-industrija tat-turiżmu?", "Jeħtieġ li nsibu mezz kif nirrestawraw il-wirt arkitettoniku, kulturali u storiku tagħna?", "Jiena ngħid li għal kull waħda minn dawn id-domandi kull membru ta' din il-Kamra jerġa' jgħid: Iva.", "U din il-Kamra semgħet kemm naħa u kemm oħra ħadmet għall-Kottonera.", "Żball nagħmlu jekk ma nirrikonoxxux il-ħidma li għamel kulħadd u żball akbar nagħmlu jekk wieħed ma jipprovax jibni fuq it-tajjeb li jagħmel ħaddieħor.", "Mr Speaker, punt li ma ssemmiex ħafna hawnhekk u naħseb li huwa kardinali għal dan id-dibattitu, huwa s-sehem u l-effett pożittiv li seħħ bl- istituzzjoni tal-kunsilli lokali.", "Kienu dawn li reġgħu xegħlu x-xrara ta' l-imħabba għall-pajjiż - mhux tal-parrokkjaliżmu - u ġabu awareness tal- kultura u ta' l-identità tal-lokalitajiet tagħna.", "Tmur fejn tmur tara l- kunsilli lokali jagħmlu ħilithom biex jivvintaw mezzi kif jattiraw it- turiżmu lejn il-lokal tagħhom.", "Il-bliet tal-Kottonera ċertament m'humiex qegħdin minn ta' wara, anzi qegħdin minn ta' quddiem.", "Meta fl-1998 ipprovajt nagħmel l-ewwel passi bil-walking tours fil-Birgu, niftakar li ma tantx fetħuli jdejhom in-nies meta wasalt hemmhekk bil-gwida u bin-nies, qishom ħarsu lejja b'suspett u ma kenitx laqgħa daqshekk ospitabbli.", "Imbagħad meta rranġajna l-mużew marittimu, irranġajna l-Palazz ta' l- Inkwiżitur bdew resqin it-turisti u imbagħad bdiet il-kultura.", "Meta mbagħad ġie organizzat l-Birgufest, il-poplu kollu tal-Birgu u tal- Kottonera daq xi jfisser it-turiżmu aktar u ried ikompli jiżżewweġ mat- turiżmu.", "Jiena naħseb li dan il-proġett se jagħti spinta kbira lit- turiżmu.", "U peress li dawn huma bliet antiki u hemm il-palazzi, filwaqt li qabel konna qegħdin nagħtu permessi biex isiru ċerti attrezzi f'lukandi ta' ċerta kategorija, issa biddilna l-policy biex inkunu nistgħu nakkomodaw mhux liż-żewġ consortia tal-proġett, imma lil min ried jinvesti f'dawk il- lokalitajiet.", "Irrid ngħid ukoll li la kienet deċiżjoni faċli u wisq inqas pjaċevoli li l-Birgufest ma isirx din is-sena.", "Imma lanqas kienet xi deċiżjoni finali għaliex sal-lum flimkien mal-NTOM għadna qed naħdmu biex nipprovaw naraw li din il-wirja ntellgħuha.", "Fil-fatt bi pjaċir inħabbar li rnexxielna niksbu sponsorship ta' Lm10,000 u dalgħodu stess ċempilt lis-sindku, is-Sur John Boxall u għedtlu biex jipprova jfittex xi sponsor ieħor ħalli nkunu nistgħu nagħmlu dan il-Birgufest fuq skala iżgħar.", "Jien minn hawnhekk nagħmel sejħa liż-żewġ konsorzji li se jkunu responsabbli mill-proġett tal- Kottonera biex jaraw jekk jistgħux jikkontribwixxu għat-twettiq tal- Birgufest għall-1999.", "Sur President, fil-Kottonera jsiru ħafna affarijiet li jattiraw lit- turist.", "Per eżempju, ix-xahar id-dieħel se jiġi launched brochure mill- kunsill lokali tal-Birgu.", "Ix-xahar li għadda jien mort Bormla u l-kunsill lokali wrieni video sabiħ ħafna dwar Bormla li juri kif din il-belt qed tħejji ruħha biex meta tiġi solvuta l-problema tal-baċir nru.", "1, tidħol anke permezz ta' dan il-proġett fil-mainstream tat-turiżmu u mhux tibqa' tgħix bil-loqom mit-turiżmu li jgħaddi minn din il-belt.", "Għalkemm l-oppożizzjoni diġa' ddikjarat li se tivvota kontra dan il- proġett, jien m'iniex se nagħmel kif għamlu huma meta qalu li aħna konna vvotajna kontra għaliex ma ridniex il-proġett imma ngħid li huma jridu li l-proġett iseħħ skond kif jidhrilhom huma.", "Jien nittama li wara li din il-Kamra tkun esprimiet ruħha dwar il-proposta mressqa minn dan il-gvern u wara li forsi jkun ikkalma l-mewġ li qam waqt dan id-dibattitu, dan il- proġett jibda jseħħ mingħajr dewmien u jkattar il-ġid għall-Maltin kollha u b'mod partikolari għan-nies tal-Kottonera.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il- Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Sur President, fir-rimarki finali li n-naħa ta' l- oppożizzjoni tixtieq tagħmel fuq il-proposta li għandna quddiemna, nixtieq nibda billi nirrimarka bl-aktar mod kategoriku u ċar li aħna ma naqblux ma' din il-mozzjoni u mal-kontenut tal-kuntratti li qegħdin jiġu proposti lil din il-Kamra.", "Naħseb li dan għamilnih ċar kemm matul il-laqgħat tal- public accounts committee u kif ukoll matul dawn il-ħames seduti plenarji.", "Aħna ma naqblux għal raġunijiet li joħorġu mill-fond ta' kif qed jiġu ppreżentati dawn il-kuntratti u kif ukoll minħabba l-mod kif qed jinħadmu dawn il-kuntratti fid-dettal tagħhom.", "Sur President, jiena ngħid li l-mozzjoni li għandna quddiemna qed narawha fi sfond ta' żewġ dibattiti oħra kbar li saru f'dan il-parlament matul is- snin dwar l-għoti ta' proprjeta' immobbli tal-gvern lill-privat għal raġunijiet turistiċi u kummerċjali.", "Jekk niftakar tajjeb l-ewwel dibattitu kbir kien sar fi tmien l-1992 u fil-bidu ta' l-1993 dwar l-għoti tal-Forti Chambrai; u d-dibattitu l-ieħor huwa dak li sar is-sena li għaddiet dwar il-kuntratt li kien ipprepara l-gvern Laburista biex il-mollijiet tal-Birgu jingħataw biex jiġu żviluppati f'yacht marina.", "Dawn iż-żewġ dibattiti kbar fil-parlament bilfors jilluminaw il-mod ta' kif wieħed iħares lejn il- kuntratti li għandna quddiemna.", "Ċertament li l-aktar punt li jorbot huwa l- kuntratt li kien ipprepara l-gvern Laburista għall-għoti ta' yacht marina fil-mollijiet tal-Birgu.", "M'hemmx dubju li jekk wieħed jifli l-kuntratt li kien ġie ppreżentat is-sena li għaddiet - kemm fil-mod kif ġie ppreparat u kif ukoll fil-kontenut tiegħu - u l-kuntratti li għandna quddiemna llum ikollu jikkonkludi li dak li għandna quddiemna llum huwa pass ta' ġgant lura fuq dak li kien qiegħed jippreżenta gvern Laburista.", "Naf li s-sena li għaddiet saret ħafna retorika, saru ħafna akkużi, kellna ħafna teatrini, kellna ħafna kliem żejjed u kellna wkoll kriżi politika.", "Issa meta wieħed jifli l-kritika li saret fuq il-kontenut tal-kuntratt ta' sena ilu u l- kritika li qed isir illum fuq il-kontenut tal-kuntratti li għandna quddiemna, m'hemmx dubju li b'mod ċar kull kriterju li huwa fl-interess nazzjonali li nsibu fil-kuntratti li għandna llum jirrappreżenta pass ta' ġgant lura fuq dak li konna wasalna għalih u ksibna s-sena li għaddiet.", "Pero' jien naħseb li ma nistgħux nifhmu għaliex huwa pass ta' ġgant lura jekk ma nirriferux lura għad-dibattitu li kien sar dwar Chambrai.", "Il-Forti Chambrai huwa sit storiku u turistiku ta' l-aqwa importanza f'Għawdex u l-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien għamel kuntratt open-ended ma' ċertu Memmo, fejn kien għaddielu art u drittijiet ma' din l- art li kienu jinkludi residenzi, bini ta' lukandi u spa għal 99 sena mingħajr l-ebda rabta ċara u sħiħa li Chambrai kien se jiġi mibni u żviluppat b'mod li tassew jirrifletti l-interess nazzjonali tal-pajjiż, f'dan il-każ l-interess ta' l-iżvilupp turistiku f'Għawdex.", "Jekk gvern jagħti prime site bħal din b'ċerti rati, li f'ħafna każi kienu konċessjonarji, ċertament irid jassigura li l-interess nazzjonali u l- interess turistiku jiġu ssalvagwardati.", "Għalhekk irid jissalvagwarda mhux biss li qiegħed jagħti proprjeta' skond kriterji li huma marbuta tajjeb għal dan l-interess imma li qed jagħti din l-art lil xi kumpannija jew azjenda li għandha ċerta saħħa, ċerta rispettabilita' u li dik il- kumpannija tista' twettaq dak li tkun qed twiegħed.", "Dak iż-żmien konna għamilna maratona ta' dibattiti f'dan il-parlament biex nipprovaw nikkonvinċu lill-gvern ta' Fenech Adami ta' dak iż-żmien li kien qed jagħmel ġennata.", "Dan il-kuntratt kien sar ma' taparsi negozjant prim Taljan, li effettivament irrevela ruħu li kien jappartjeni lil mażunerija estensiva, bla ebda backing finanzjarju ta' xejn u bla ebda rabta sħiħa li dak li kien se jagħmel se jagħmlu skond timescales ċari u ma konniex żguri li seta' jagħmel dak li kien marbut li jagħmel.", "F'dan il-parlament konna tambarna fuq dawn l-affarijiet u konna ġibna ħafna argumenti pero' sibna ma' wiċċna ħajt sħiħ mill-bidu sa l-aħħar.", "Fil-fatt aħna konna għidna li dak il-kuntratt kien imur kontra l-interess nazzjonali għaliex kien qed jiftaħ il-bibien għall-ispekulazzjoni.", "Ma kienx hemm dubju li dak il-kuntratt ta lok biex l-ispekulatur ikun jista' jbigħ shareholding 'il hawn u 'l hemm u jbażwar 'l hawn u 'l hemm, skond il-ħafna maniġġi tal-mażuneriji, u fil-fatt daħku bina għaliex minn dak iż-żmien 'il hawn dawn ix-shareholdings bdew jinbidlu, in-negozji bdew isiru minn taħt u Chambrai, li suppost telaq ħames snin ilu, għadu qed itektek 'il quddiem u l-ispekulazzjoni għadha għaddejja.", "Fil-fatt dak kollu li konna għidna fl-1992 u fil-bidu ta' l-1993 irriżulta li huwa minnu.", "Il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien għadda biċċa prime site li mhux talli ma ġietx żviluppata bis-serjeta' imma serviet sempliċement bħala area f'kontest sħiħ għal spekulazzjoni bla rażan.", "Nista' ngħid li din l-ispekulazzjoni għadha għaddejja sal-lum għaliex meta konna fil- gvern dħalna bis-sħiħ f'dak il-kuntratt biex naraw kif nistgħu nkissruh pero' ma stajna nagħmlu xejn minħabba raġunijiet legali.", "Dan il-kuntratt jorbot lill-gvern b'mod li ma jistax joħroġ minnu u jagħti ċ-ċans u d- dritta sħiħa lill-ispekulaturi li jagħmlu li jridu minn prime site f'pajjiżna b'rati ta' kirja li kienu deriżorji u għadhom deriżorji sal-lum.", "Dan kien l-ewwel punt ta' tluq.", "Sur President, meta s-sena li għaddiet ressaqna quddiem dan il-parlament il-kuntratt tal-Kottonera għall-iżvilupp tal-yacht marina fil-Birgu ma ridniex nagħmlu l-istess żbalji li kienu saru b'għajnejn miftuħa mill-gvern Nazzjonalista fil-kwestjoni ta' Chambrai.", "Il-kondizzjonijiet fil-kuntratt - diġa' semmewhom sħabi li kellhom x'jaqsmu fin-negozjati mill-bidu sa l- aħħar, jew li kienu qegħdin jimmoniterjaw in-negozjar - kienu maħsuba biex l-iżbalji li saru fil-każ ta' Chambrai ma jerġgħux jirripetu ruħhom fil- proġett tal-Kottonera għaliex aħna ridna li ma jkunx hemm lok għal spekulazzjoni.", "Aħna ridna li min jidħol għal dak il-proġett ikun qiegħed jorbot bi flusu billi jagħti garanziji, ikun marbut li jagħmel xogħol speċifiku u li x-xogħol tiegħu jkun iffokat u li nkunu nafu that he can deliver.", "Aħna ridna wkoll li jkun hemm investiment barrani garantit.", "Kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet kienet torbot il- kuntratt tas-sena li għaddiet.", "Issa llum x'ġara?", "Dak kollu li aħna konna qegħdin nipprovaw norbtu b'dan il-mod reġa' nfetaħ beraħ.", "Il-kuntratti li għandna llum quddiemna huma mera ta' l-iżbalji kollha li saru fil-kuntratt ta' Chambrai, mill-bidu sa l-aħħar, għaliex l-aspett spekulattiv reġa' nfetaħ b'mod beraħ, min huwa tal-qalba qed jiġi aġevolat b'mod miftuħ.", "L- argumenti li tagħti l-affarijiet bl-irħis biex imbagħad tkun tista' ddawwarhom lura, bħalma huwa casino, lukanda u bini ieħor, insibuhom f'dawn il-kuntratti.", "Min qiegħed jidħol għal dan l-investiment jista' jerġa' jbażwar u jbiddel l-affarijiet kif irid ħalli jkun jista' jġib aktar milli ta u jerġa' jinnegozja dak li ħa.", "Fil-fatt ma nsibu l-ebda limitazzjoni ta' xejn u għalhekk jien ngħid li dan huwa pass ta' ġgant lura fil-kriterji kollha li magħhom tista' torbot l-interess nazzjonali.", "Il- gvern ta' Fenech Adami ma fehem assolutament xejn mill-iżbalji madornali li għamel meta baqa' jinsisti fuq il-kuntratt ta' Chambrai sitt snin ilu u of all places illum qed jerġa' jirripetihom fil-Kottonera.", "U hawnhekk nixtieq nispjega x'kienet l-istrateġija tagħna, anke mil-lat turistiku fuq dan il-proġett.", "Jien għadni kemm smajt lill-ministru għat-turiżmu jitkellem b'mod bilanċjat aktar mis-soltu fuq dan li għandna quddiemna hawnhekk.", "Jien nemmen li l-istrateġija turistika tagħna hija waħda korretta, kemm mil-lat kummerċjali u kif ukoll mil-lat nazzjonali, fuq kif għandek tiżviluppa l- mollijiet tal-Birgu għaliex hemm bżonn li jkun hemm investiment u strateġija kkonċentrata fuq il-marina.", "Dak huwa l-ass kummerċjali li għandhom in-nies tal-Kottonera u rridu nivvalorizzawh b'mod li nġibu investment barrani li nkunu nistgħu nħaddmuh b'mod li jrendi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici fid-diskors tiegħu semma l-intelliġenza u qalha aktar minn darba.", "Fejn qiegħda l-intelliġenza f'dak li għandna quddiemna llum?", "Jien nemmen li l-intelliġenza kienet teżisti fil-kuntratt li kien ippreżenta l-gvern Laburista, fejn ridna niżviluppaw il-Kottonera billi nikkonċentraw fuq dawk l-affarijiet li jrendu, bħalma kienu l-mollijiet, u mhux tifrex smorgasbord u tħalli lil kulħadd jiekol minnha.", "Aħna ridna li mill-mollijiet noħolqu attivita' li trendi b'investiment barrani u mbagħad nibdew nifirxu l-attivitajiet l-oħra li jistgħu jagħtu vampa ta' attivita' u ta' inizjattiva lill-Kottonera u ridna wkoll li min jinvesti jkollu miegħu investiment barrani li jkun marbut ma' l-impenn li jiżviluppa dak li jkun għaddej b'mod li jrendi.", "M'hemmx dubju li llum dan kollu spiċċa u erġajna morna lura għall-mudell fallut u korrott ta' Chambrai.", "Meta nisma' lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jitkellem fuq l-intelliġenza ngħid li qed iservi ta' screen biex jgħatti l-inkompetenza u t-taħwid tal-gvern preżenti.", "Fejn hija l-intelliġenza f'dak li għandna quddiemna bħalissa?", "Qed nagħtu firxiet sħaħ mill-Kottonera u qed inħallu żewġ consortia li t- tnejn huma ħoxnin f'dan it-territorju, li jispekulaw meta jridu.", "Fejn hu l-impenn turistiku?", "Sur President, jien ma stajtx nemmen meta waqt il-public accounts committee ntqal li l-iżvilupp ta' yacht marina ma jrendix.", "Imma dan x'ġenn hu!", "Dan il-gvern qed jitlaq mill-argument li se jiżviluppa yacht marina fil-Kottonera u se jespandi biex taparsi jdaħħal lukanda, casino, eċċ, eċċ. u mbagħad jgħid li l-yacht marina ma trendix!", "L-iktar ħaġa li tassew tista' trendi bħala żvilupp mill-aspett ta' strateġija turistika hija l-yacht marina.", "Għalhekk l-oppożizzjoni bilfors trid tkun kontra din il-mozzjoni li għandna quddiemna għaliex hija mozzjoni li qed tmexxi 'l quddiem kuntratt li m'huwiex fl-interess nazzjonali - bħal dak li sar ma' l-HSBC - u li sar b'mod ta' tiġieġa.", "Din m'hijiex sempliċement pika għaliex is-sena li għaddiet in-naħa l-oħra vvotat kontra l-mozzjoni kif imressqa mill-gvern Laburista ta' dak iż-żmien, meta kellhom ukoll lil Mintoff jgħinhom u jagħtihom spalla.", "Issa llum jridu jidhru differenti mis- sena li għaddiet u qed jirnexxilhom għaliex qegħdin ikissru kull interess strateġiku fit-turiżmu fil-Kottonera b'mod ta' tiġieġa.", "Effettivament min jaqra dawn il-kuntratti jinduna li huma miftuħin għall-ispekulazzjoni.", "U kulħadd jaf xi tfisser spekulazzjoni għaliex, kif qalu sħabi, hemm konsorzju li qed iħallas tant u l-konsorzju l-ieħor li qed jingħata t- triplu li ngħata l-ewwel wieħed qed iħallas daqsu.", "Allura din m'hijiex biss inkompetenza imma warajha bilfors hemm xi ħaġa oħra.", "U se nitkellem fuq din ix-xi ħaġa l-oħra wkoll, Sur President.", "Li tiżbalja darba kif sar fil-każ ta' Chambrai forsi tista' tiġi skużat imma li tiżbalja t-tieni darba, wara dak kollu li ntqal f'dawn ix-xhur kollha u fis-sentejn ta' qabel, ikun iżżejjed!", "Sur President, qabel nagħti ħarsa lejn il-kondizzjonijiet li nsibu f'dan il-kuntratt irrid ngħid li l-bieraħ dħakt mhux ħażin meta smajt lill- Onor. Gonzi jgħid li ma kienx insista li n-nies ta' Bormla u tal-Birgu ma kienx se jkollhom fejn imorru jgħumu - donnu li issa f'daqqa waħda kulħadd qed jinġibed lura miċ-ċuċati li ntqalu s-sena li għaddiet - imma ħalli nħarsu ftit lejn il-kondizzjonijiet li nsibu f'dan il-kuntratt.", "Per eżempju, se tingħata konċessjoni biex tinbena lukanda.", "Meta ressaqna l- proġett aħna, iż-żewġ consortia wkoll riedu lukanda pero' ma aċċettajniex għaliex l-ewwel ridna li tiġi żviluppata yacht marina għaliex dik trendi u jiġi żviluppat ukoll ċertu bini storiku u mbagħad wara konna lesti li nitkellmu fuq żvilupp ta' lukanda.", "Pero' l-gvern Nazzjonalista, biex taparsi jidher li qed iressaq proġett differenti mill-proġett li konna ressaqna aħna, tahom il-konċessjoni li jibnu lukanda pero' ma qal xejn dwar l-infrastruttura tad-drenaġġ, ta' l-ilma u ta' parking facilities għal-lukanda.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-casino.", "Meta smajt lill-Ministru Zammit Dimech iħabbar li se jinfetaħ casino, tħassibt xi ftit u għidt: Hawn aħna, wasalna!", "Huwa veru li kien il-gvern Laburista li fetaħ il-casinos f'dan il-pajjiż pero' konna nafu x'qed nagħmlu għaliex konna nafu li kull negozjant kellu leblieba biex ikun hawn casino.", "Fi żmienna kellna ħafna nies li kienu interessati li jiftħu casino - fosthom ta' Manoel Island, Għawdex, il-Marsa Sports Club, inklużi dawk kollha li kienu interessati fil-proġett tal-Kottonera - pero' aħna ma aċċettajniex għaliex ridna li l-massimu jkun ta' żewġ casinos f'Malta u ieħor f'Għawdex u ridna li dawn l-affarijiet jiġu żviluppati skond il-bżonnijiet turistiċi.", "Barra minn hekk, aħna ma ridniex li fil- proġett tal-Kottonera jkun hemm ukoll casino għaliex ridna li l-ewwel tiġi żviluppata l-yacht marina.", "Li taqbad u tagħmel ħafna pinball machines ma jfissirx li għandek casino!", "Inutli li joqogħdu jsemmu Scamps Palace u li se jiġu turisti high class.", "Onor Zammit Dimech, imma casino tagħtih f'area fejn għandek ħafna problemi soċjali?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien ma nistax nifhem kif il-ħbieb tal-\"Leħen is-Sewwa\", bħall-Onor.", "Gonzi u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jappoġġjaw dawn l-affarijiet u t-tnejn li huma jgħidu li dan juri sinjal ta' moderniżmu.", "Allura fuq din il-ħaġa l-ħbieb kbar ta' l-Azzjoni Kattolika u tal-\"Leħen is-Sewwa\" huma l-qaddisin u jiena x-xitan!", "Il-verita' hi li biex naġevolaw lil ċerti nies qed nagħtu konċessjoni Ii jsir casino fejn żgur li m'hemmx bżonnu għalissa.", "Onor Zammit Dimech, ma tarax li dawn huma affarijiet tal-ġenn u li qegħdin taħdmu b'mod ta' tiġieġa!", "Jekk verament qed taħdem b'mod ċar u b'mod trasparenti trid tirrealizza li ma jistax ikun li f'post bħal dan li għadu verġni tipprova ddaħħal dawn il-konċetti kollha biex jiġu l-wolves u x- sharks kollha ta' l-ispekulaturi u jiġri bħalma ġara fil-każ ta' Chambrai.", "Aħna dawn l-affarijiet irridu f'pajjiżna?", "Jiena nibqa' mnixxef meta nara din il-pomposita' kollha u l-bieraħ verament bqajt imnixxef x'ħin bdejt nisma' lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jsemmi l-intelliġenza għal diversi drabi.", "Fejn qegħda l-intelliġenza f'kuntratt bħal dan li jiftaħ ruħu bl-aktar mod ċar mhux biss għal spekulazzjoni imma li ma fih l-ebda intesa dwar kif għandu jsir l-iżvilupp fil-Kottonera?", "U ma noqogħdux insemmu ċ-ċuċati li kien qal Mintoff is-sena li għaddiet.", "Aħna qed nitkellmu fuq kif tabilħaqq nistgħu niddefendu l- interessi tan-nies tal-Kottonera u naħdmu bi ħsieb biex tassew inkebbsu x- xrar ta' inizjattiva ġdida bbażata fuq it-turiżmu f'dan il-qasam.", "Aħna konna mexjin bi strateġija ċara u għall-ewwel darba l-portijiet f'pajjiżna kienu qegħdin jiġu żviluppati għat-turiżmu u mhux iktar għall-kummerċ, għall-industrija u għat-trashipment.", "Forsi xi ħadd isemmili l-Imsida pero' l-Imsida serviet biex ikun hemm marina għall-Maltin.", "Fil-każ tal- Kottonera ridna naħdmu b'mod differenti u forsi għalhekk qlajna ċertu taptip għaliex ħafna nies stennew li fil-Kottonera jsir bħalma sar fl- Imsida.", "Imma x'valur kien ikun hemm ta' xogħol u ta' inizjattiva ġdida għan-nies tal-Kottonera kieku fil-Kottonera sar bħalma sar fl-Imsida?", "Jien nagħti tort lill-Onor.", "Zammit Dimech u jmissu jistħi li resaq b'kuntratt bħal dan li jiġbor fih strateġija li ma tirriflettix il-ħsieb ċar dwar kif għandha tiġi żviluppata l-Kottonera li, għalkemm għandha potenzjal enormi, fl-stess ħin hija a depressed area minħabba kondizzjonijiet u fatturi soċjali li jżommuha lura.", "Din it-tip ta' strateġija diġa' falliet f'pajjiżna fil-każ ta' Chambrai u falliet ukoll f'pajjiżi oħra bħall-Italja, fis-south of France u fil-Greċja, fejn il- gvernijiet jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali ċedew għall- ispekulaturi u kien hemm taħwida sħiħa.", "Sur President, tqajjem ukoll l-argument dwar ir-residenzi lussużi.", "Irrid ngħid li anke aħna kellna l-proposti biex indaħħlu residenzi lussużi to sweeten the pill u n-negozjant mingħalih ikollu iktar xi jbigħ.", "Għalkemm forsi xi ħadd minn din in-naħa uża l-argument ta' social housing kontra residenzi lussużi, jien ngħid li dak m'huwiex l-argument veru.", "Wara kollox safejn naf jien resident ta' income għoli juża l-istess sistema ta' drenaġġ bħal xi ħadd li qiegħed fuq social housing u ma naħsibx li se jkun hemm katusi tad-drenaġġ tad-deheb għar-residenti ta' ċerta klassi u katusi lussużi u katusi tad-drenaġġ mod ieħor għar- residenti l-oħra!", "Jien naħseb li dawk li se jkunu f'residenzi lussużi mit-toroq tal-Kottonera se jgħaddu u m'humiex se jgħaddu minn toroq differenti u jekk flok xi Fiat 600 ikollhom xi Mercedes, xorta t-tnejn iridu post fejn jipparkjaw!", "Dawn l-affarijiet ittieħdu in konsiderazzjoni?", "Jien niftakar li fuq il-proġett ta' Manoel Island u fuq il-proġett ta' Pembroke ġew ikkummissjonati traffic studies, drainage studies u infrastructural studies.", "Fil-fatt kienu jistaqsuna għaliex konna qed nagħmlu dawk l-affarijiet kollha u kienu jissuġġerulna biex jibdew u mbagħad jaraw kif ibażwru b'xi mod jew ieħor.", "Din hija l-istrateġija li qed juża l-Onor.", "Zammit Dimech.", "Dawn x'affarijiet huma!", "Sur President, in-nies tal-Kottonera ma jixirqilhomx li jkollhom proġett li tabilħaqq jista' jitlaq mingħajr ma joħloq bottlenecks fiż-żmien li ġej fis-sistema infrastrutturali u fil-mod soċjali ta' kif jaġixxu?", "Għaliex qed tipprovaw tidħku bin-nies tal-Kottonera fuq din il-ħaġa wkoll, kif għamiltu s-sena li għaddiet?", "Imbagħad tqajmu argumenti oħra dwar il-kondizzjonijiet għan-nies tal- post. Is-sena li għaddiet smajna ħafna affarijiet fuq barbecues, għawm, fuq min ibigħ ir-ruġġati u llum qed tissemma wkoll il-bajja tar-Rinella.", "Is-sena li għaddiet aħna qatt ma semmejna r-Rinella.", "Sar xi studju dwar l- impatt soċjali li se jkollu dan il-proġett li issa mhux qed jitkellem biss fuq il-mollijiet tal-Birgu imma qed jinkludi wkoll in-naħa tal-Kalkara, in- naħa tal-Maċina u n-naħa ta' wara ta' dock no. 1?", "X'affarijiet dawn!", "Jien ngħid li m'hu veru xejn li l-proġett li għandna quddiemna b'xi mod jew ieħor qiegħed jirrifletti t-tip ta' problemi li taparsi tqajmu s-sena li għaddiet anzi, meta qgħadt nirrifletti ftit, wasalt għall-konklużjoni li dan il-proġett ma jirriflettix il-problema ta' l-impatt soċjali fuq in- nies tal-Kottonera li ssemmiet b'pomposita' kbira s-sena li għaddiet u bdejt niftakar f'dak it-tbażwir kollu li kien hemm mal-Perit Mintoff, meta Philip Sciberras mar għandu u kien hemm wieħed mal-Perit Mintoff - li kien ukoll ex-deputat Laburista - li qallu biex jaħseb fl-ewwel consortium.", "Effettivament dak li ġara għaliex hawnhekk qed jaħsbu fl- ewwel consortium, xejn aktar u xejn anqas.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux talli ħasbu fl-ewwel consortium talli l-platt tiegħu fawruhulu bl- affarijiet li tawh għaliex tawh konċessjoni li jibni lukanda, x'imkien daħlu liċenzja u tawh il-mollijiet meta lanqas jifhem fil-mollijiet.", "Kif qal sieħbi, l-Onor.", "Karmenu Vella, aħna ddiljajna ma' l-ewwel consortium li għalkemm kellu lot ta' periti u lot ta' kuntratturi, ma kellux flus biżżejjed u ma kellux partner barrani imma issa f'daqqa waħda sena wara dan il-konsorzju qed jgħid li għandu l-garanziji u li għandu kollox sikur.", "U bdew jidħku bina u ħasbu li se jibqgħu jidħku bina sa l- aħħar.", "Pero' mbagħad lagħbu logħba oħra u se ngħid kif lagħbuha l-logħba l-oħra.", "Huwa tajjeb li dawn l-affarijiet nibdew nitkellmuhom fil-beraħ u hawnhekk irrid infakkar li meta kellna l-kuntratt ta' Chambrai konna għidna kif jaħdem Memmo u x'tip ta' mażunerji kien jaħdem magħhom u kif għadu jaħdem magħhom sal-lum għaliex meta pprovajna nkissru l-kuntratt tiegħu ma stajniex inkissruh għaliex kollox marbut ċoff.", "Issa biex ma jqanqlux ħafna mushroom clouds, minflok ma kkonċentraw fuq strateġija li tagħmel sens għall-Kottonera billi l-ewwel jiffokaw biss fuq il-yacht marina u mbagħad ikomplu jiżviluppaw minn hemmhekk, qed jiftħu aktar akkost li jmorru kontra l-interess ta' l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Kottonera u taparsi qed jaqsmu bejn żewġ consortia.", "Pero' s-sena li għaddiet kien hemm direttiva biex lill-ewwel consortium jaħsbu fih u allura llum qed jagħtuh kisra sewwa mill-ħobża u qed jgħabbuh ukoll b'affarijiet li se jieħu gost bihom.", "Dan kulma ġara f'din il-ħaġa, xejn iktar u xejn inqas!", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Zammit Dimech hawnhekk kollu ferħan, qisu għadu jmexxi l-grupp tat-talents trust ...", "Dak iż-żmien ma kienx soġġett għal dawn il-maniġġi u kien imexxi hu mentri issa qegħdin imexxuh u qed idaħħluh fl-ixkora għaliex jien nemmen li dawn l-affarijiet m'humiex qed isiru mill-Onor.", "Francis Zammit Dimech.", "Il-problema hi li erġajna ġejna f'sitwazzjoni ċara ta' klikek ta' nies u ta' fradal kbar li qed iwasslu l-affarijiet ħdejn il-likk, xejn aktar u xejn anqas.", "Fil-fatt issa ħarġet dutrina ġdida tad-dritt eżekuttiv f'dan il-pajjiż għaliex kollox qed jiġi deċiż mill-ministru li għalkemm ikun imdawwar bl- advisers tekniċi jmexxi kollox hu u ma nistgħux nitkellmu dwar kif isiru l- avviżi, kif jingħataw il-pariri tekniċi u kif jinħadmu n-negozjati.", "Il- ministru huwa responsabbli, kemm mil-lat politiku, kemm mil-lat amministrattiv u kif ukoll mil-lat eżekuttiv.", "Din il-ħaġa rajniha bl- iktar mod skjett u bl-aktar mod skandaluż fil-kwestjoni tal-bejgħ ta' l- ishma tal-Mid-Med Bank lill-HSBC, fejn kellna ministru wieħed li kellu negotiating team tad-dellijiet u tas-sħaħar għaliex huwa biss kien jitkellem.", "Issa f'dan il-proġett għandna lill-Onor.", "Zammit Dimech li qed imexxi kollox hu u min qiegħed jagħtih il-pariri u qed jagħmel l- assessments tekniċi ma jidher imkien.", "Sur President, jien nibqa' ngħid li dan huwa mod kif ikomplu jissaħħu l-mażuneriji f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan il-proġett li għandna quddiemna huwa riżultat ta' maniġġi ċari mill-klikek ta' nies u barunijiet kbar li għandhom fradal kbar.", "Din is-sitwazzjoni ħassejniha fis-snin li għaddew meta ngħata l-kuntratt ta' Chambrai lil Memmo u llum erġajna ġejna fl-istess sitwazzjoni għaliex fuq proġett bħal dan li wieħed jista' jaħseb fih bi strateġija ċara m'hemm xejn li jorbot ħlief il-mod kif qed nagħtu pakkett lil wieħed u pakkett iżgħar lill-ieħor biex imbagħad jinfetħu l-bibien għal spekulazzjoni sħiħa.", "Dan ifisser li ma tgħallimna xejn mill-każ ta' Chambrai.", "Sur President, jien naħseb li fuq din il-ħaġa se jkollna ħafna xi ngħidu fiż-żmien li ġej u rrid nitkellem b'mod skjett u ċar fuq dawn l-affarijiet għaliex issa m'għandix għalfejn inkun aktar diskret u moderat.", "L-arroganza issa telgħet għal ras il-gvern u fradal kbar u l-barunijiet il-kbar ta' madwaru qed jaħsbu li huma safe għaliex in-naħa tal-gvern għandha maġġoranza ta' ħames deputati u dan il-fattur tant xpruna ruħu li qisu m'hemmx bżonn li għallinqas jinżamm ċertu dekor ta' trasparenza u ta' responsabbilta'.", "Fiż-żmien li ġej aħna se nibqgħu ngħidu l-affarijiet ċar u tond.", "Is-sena li għaddiet ċerti nies irnexxielhom jisfrattaw proġett li, fl-opinjoni tiegħi, kien l-aħjar proġett li qatt jista' jitressaq għall-Kottonera fiż- żmenijiet tal-lum u li kien seta' jiżviluppa aktar 'il quddiem.", "Issa qed titressaq quddiemna din it-tbażwira biex jiġu aġevolati ċerti nies.", "Għalkemm in-naħa tal-gvern għandha maġġoranza ta' ħames deputati llejla se nagħtuhielhom bl-iebes.", "F'pajjiż demokratiku l-fradal il-kbar u l-barunijiet il-kbar ma jistgħux jibqgħu jmexxu b'din l- arroganza għal dejjem u meta jasal iż-żmien tal-kontijiet dawn il- kuntratti u din it-tbażwira li għandna quddiemna se jkunu parti importanti mill-mod kif in-naħa tal-gvern tal-lum ikollha tiffaċċja r- responsabbiltajiet tagħha.", "Grazzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin disponibbli li fadal huwa kollu għan- naħa tal-gvern.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Sur President, l-ewwelnett nibda billi ngħid li qed nieħu pjaċir li wasalna fit-tmiem tad-diskussjoni fuq din ir- riżoluzzjoni pero' ngħid ukoll li f'ċertu sens nifhem it-ton li bih tkellmu ċerti membri min-naħa ta' l-oppożizzjoni u mhux inqas it-ton li għadu kemm tkellem bih issa l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "Ħalli nfakkar fatt storiku sempliċi għaliex jien inħobb nitkellem dejjem fuq il-fatti.", "Illum għandna quddiemna oppożizzjoni li meta kienet fil-gvern għaxar xhur ilu ma kenitx kapaċi takkwista l-approvazzjoni ta' dan il-parlament fuq ftehim li suppost kellu jkun l-aħjar wieħed għall-ġid tal-Kottonera u allura llum qed nisimgħu dawn l-attakki isteriċi.", "Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni għalaq id-diskors tiegħu billi qal li beħsiebu jkun skjett u ċar.", "Jiena nappellalu li jkun skjett u ċar billi jitgħallem l-ewwel lezzjoni politika li meta jitfa' l-akkużi jkun kapaċi jġib il-fatti.", "Issa ilna żmien nisimgħu mill-istess bniedem diversi akkużi, qisu qed jagħmel xi bidla fil-politika imma mbagħad meta titolbu l-fatti ma jagħtik xejn.", "Saħansitra fi ħdan il-Partit Laburista stess hemm min qed jgħid li din il- politika ma tagħtix kredibilita' lill-oppożizzjoni u m'hijiex il-politika ta' gvern alternattiv.", "Jien ngħid li din hija politika antikwata ħafna u donnu li s-slogans tal-moderniżmu, tat-trasparenza u ta' l-effiċjenza nsejnihom kollha f'xi kexxun u erġajna lura għall-politika tat-tgħajjir, tat-tfigħ ta' akkużi bl-addoċċ, fejn dak li jiġik f'rasek tgħidu u jekk imbagħad ikun hemm forum, ikun fejn ikun - bħalma kien hemm fuq il- kwestjoni tat-trasferiment tal-Mid-Med Bank lill-HSBC - u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni jintalab jipprova dak li jkun qed jallega, tiskopri li ma jkollu xejn ħlief baħħ u duħħan.", "Lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni ngħidlu li din it-tip ta' politika waslitlu biex ikollu l-isfiduċja tal-poplu Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Dakinhar konna nisimgħu ħafna għajjat u saħansitra l-Onor.", "Alfred Sant stess hawn ġew iddikjara gwerra għal tliet darbiet.", "Naturalment biex tagħmel gwerra jrid ikollok it-tradituri u allura meta kien imur ikellem lin-nies tiegħu kien jgħidilhom min kienu dawk li fl-opinjoni tiegħu,kienu t-tradituri fi ħdan il-partit tiegħu.", "Allura kellek sejħa għal gwerra, kellek id-dikjarazzjoni li kien hemm min kien qed jittradixxi lill-partit u biex ngħaqqdu kollox fuq trepied, kellek l-istess Kap ta' l-Oppożizzjoni li mar idoqq it-tanbur u jgħid lin- nies tiegħu li kienu se jirbħu żgur.", "Il-kredibilta' tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni llejla hija inqas minn dik li kellu sena ilu.", "Imma l-fatti x'inhuma?", "Kif spjega l-kollega tiegħi, il-Viċi Prim Ministru, il-Partit Nazzjonalista ddikjara bl-iktar mod ċar fil-programm elettorali tiegħu x'se jagħmel bil-proġett tal-Kottonera qabel l-elezzjoni u ma qgħadniex nistennew li tgħaddi l-elezzjoni biex ngħidu x'se nagħmlu.", "Fil-programm elettorali tagħna aħna għidna li rridu proġett għall-Kottonera bis-sehem ta' l-investiment dirett mis-settur privat li jestendi mill-ponta ta' l- Isla u jibqa' sejjer sa l-area tal-Forti Sant'Anġlu, li jkun proġett li jixraq tassew lill-Kottonera u li jwassal għar-riġenerazzjoni tal- Kottonera.", "Jien ma nistax ma nkunx kburi b'dan il-proġett għaliex jien ma nikkalkolax is-suċċess tal-gvern minn kemm naqilgħu l-merti u l-grazzi min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi fuq din il-mozzjoni jien għidt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-kitbiet tiegħu stess kien ipprepara l-attakk tiegħu fuq dan il-proġett, jagħmel x'jagħmel dan il- gvern.", "L-ewwel kien iddikjara fir-rubrika tiegħu \"L-Aħħar Tmint Ijiem\" li issa addio l-investiment għaliex il-gvern kien se jagħmel marina bħalma kien għamel fl-Imsida.", "Wara li għaddew ftit xhur, reġa' ddikjara taħt il- firma tiegħu f\"It-Torċa\" li kien sema' li l-konsorzju li kienu qed jiftehmu miegħu huma tar mar-riħ u li aħna konna qed niftehmu ma' xi żewġ consortia oħra.", "Issa tajjeb li wieħed ifakkar li dan il-gvern qatt ma kellu f'moħħu li fil-Kottonera jagħmel biss yacht marina bħalma kien għamel fl-Imsida.", "Barra minn hekk, kien ġab ukoll l-argument li għalkemm il- konsorzju li kienu qed jiftiehmu miegħu huma tħalla barra aktarx li konna se naraw id-disinji li konna rajna qabel.", "Dawn m'humiex żewġ akkużi ċari li juru li l-Onor.", "Alfred Sant kien qed ilesti l-attakk tiegħu, tkun xi tkun id-deċiżjoni tal-gvern?", "Issa erġajna ġejna quddiem dan il- parlament b'kuntratt li juri li meta l-Onor.", "Alfred Sant kiteb dawk iż-żewġ affarijiet ma kienx qiegħed jgħid il-verita' imma kien qiegħed jiġdeb, kien qiegħed jidħak bil-qarrejja tiegħu u kien qiegħed jidħak bil- partitarji Laburisti, kif daħak bihom fil-kampanja elettorali meta wegħedhom li se jrebbaħhom żgur u issa jrid jsib argumenti ġodda biex jikkritika dan il-kuntratt.", "U allura jien ma niskantax meta llum nisma' dan l-isteriżmu f'din il-Kamra.", "Il-proġett tal-Kottonera għall- oppożizzjoni Laburista jaħraq ħafna.", "Sur President, semma wkoll l-intriċċi u l-mażuneriji.", "Imma jien nixtieq nistaqsi lil Alfred Sant ħaġa waħda biss: Veru jew mhux veru li għaxar xhur ilu f'din il-Kamra aħna tlabnih għal diversi drabi fl-interess nazzjonali biex nieħdu dak il-kuntratt quddiem kumitat tal-Kamra, preferibbilment il-kumitat għall-verifika tal-kontijiet pubbliċi, ħalli neżaminawh aħjar u forsi nsibu s-soluzzjonijiet?", "Jien nista' ngħid li meta konna niltaqgħu ma' partitarji tagħna - li forsi mhux dejjem kienu jagħmlu distinzjoni bejn li taġixxi fl-interess nazzjonali u li taġixxi fl- interess tal-partit politiku li tkun qed taħdem fih - kienu jgħidulna biex ma nagħtuhx pariri iżjed li ma jmurx jeħodhom u aħna konna nwieġbu li lesti li nagħtu pariri tajbin fl-interess nazzjonali.", "Imma l-Onor.", "Alfred Sant webbes rasu - forsi kellu t-teorija ta' l-intriċċi tiegħu - sabbat saqajh, reġa' ġie f'dan il-parlament fis-16 ta' Ġunju u għamel żewġ affarijiet bħala prim ministru.", "Fil-parlament għal tliet darbiet wara xulxin iddikjara li ma kienx se jbiddel il-kuntratt minn kif kien qabel, fejn diġa' ma kellux il-vot tal-parlament favur tiegħu, u fl-istess diskors iddikjara li kien se jorbot il-kuntratt ma' vot ta' fiduċja fil-gvern.", "Imma jien nistaqsi lill-Onor.", "Alfred Sant: Min qallu biex dak il-kuntratt jorbtu ma' vot ta' fiduċja fil-gvern?", "Għaliex aġixxa b'dak il-mod dak inhar?", "Il-parir mill-oppożizzjoni Nazzjonalista ma kienx li jorbot dak il- kuntratt ma' vot ta' fiduċja fil-gvern, anzi pprovajna niftħulu għajnejh biex ma jagħmilx hekk, bħalma pprovajna niftħulu għajnejh fuq l-Unjoni Ewropea u fuq il-miżuri soċjali billi ġibna mozzjoni hawn biex nirranġaw il-kontijiet tad-dawl u l-ilma imma kull darba kien jagħmel ta' rasu u jmexxi kif irid hu.", "Dak li ġara lill-Gvern Laburista fuq il-kuntratt tal-Kottonera, Sur President, se jibqa' mniżżel fl-istorja tad-dinja - kieku kien hemm sezzjoni fuq dawn l-affarijiet kien jitniżżel fil-Guinness book of records! - li kien gvern li ttrakka ma' moll.", "It-Titanic trakka ma' iceberg imma l-gvern Laburista trakka mal-moll tal-Kottonera!", "Il-verita' hi li llum l- Onor. Alfred Sant konvenjentement qed jipprova jnessi lin-nies ta' madwaru stess u lil min fi ħdan il-Partit Laburista qed jistaqsi jekk b'din it-tip ta' tmexxija jistgħux qatt jerġgħu jieħdu l-gvern f'idejhom.", "Qabel għalaq id-diskors tiegħu l-Onor.", "Alfred Sant semma l-kontijiet li għad iridu jsiru jekk huma jerġgħu jkunu fil-gvern.", "Jien ngħidlu li l- kontijiet fid-demokrazija jsiru meta tmur għall-elezzjoni ġenerali u l- Onor. Alfred Sant imissu ħadu l-messaġġ li tah il-poplu fl-aħħar elezzjoni ġenerali, kif tawhulu wkoll elementi li ma rawx iktar fil-Partit Laburista l-prinċipji li huma suppost iħaddnu.", "Fil-fatt dawn il-kontijiet reġgħu ġew konfermati fl-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Issa rrid nirrispondi għal diversi argumenti li tqajmu min-naħa ta' l- Oppożizzjoni.", "L-ewwel li ma tkellem kien l-Onor.", "Charles Buhagiar li qalilna li l-konsorzju kien ilu jitkellem man-nies.", "Naħseb li l-Onor.", "Membru nesa li fin-negozjati li kienu saru mal-gvern preċedenti saru diversi taħdidiet ma' persuni u ma' kunsilli lokali.", "Dan huwa parti mill- proċess.", "It-tieni punt ta' kritika kien li l-lista ta' l-użi li tajnieh tista' tinbidel però jiena ngħidlu li dawn jistgħu jinbidlu biss jekk l-awtorità ta' l-ippjanar - li aħna qegħdin inħalluha awtonoma – tiddeċiedi hekk.", "Issa nżid argument ieħor ma' dak politiku.", "Ara kemm jakkużawni b'intriċċi u bil-ftehim li jgħidu li għamilna, imma waħda mill-ewwel affarijiet li sibna meta tlajna fil-gvern kienet li - u din ma kellhomx the courage of their conviction fil-kampannja elettorali jgħidu li għamluha jew iġibulna biċċa filmat żgħir li qed jagħmluha - ġranet qabel ma l-poplu Malti mar jivvota fil-5 ta' Settembru, il-gvern ta' Alfred Sant iffirma t-tiġdid tal- konvenju ma' Port Cottonera Limited.", "Hekk għamlu dawn minn wara dahar il- poplu, fuq konvenju li dan il-parlament għal darba darbtejn kien qalilhom le.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak kien ftehim bil-moħbi.", "Ma qalulniex fil-pubbliku li qed jagħmluh.", "Hemm il-firem tagħhom.", "Kif iridu jakkużaw lil xi ħadd ieħor bi ftehim minn taħt?", "Hemm il-ftehim tagħhom fejn marru lejliet l-elezzjoni jġeddu konvenju.", "Għalfejn għamluha din?", "Forsi għax kienu jaħsbu li billi l-parlament tkellem xort'oħra, b'daqshekk ma jfisser xejn!", "Kien hemm ħafna argumenti dwar l-ewwel fażi u t-tieni fażi tal-proġett u llejla kellna l-konferma tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni stess.", "Fil-PAC kemm il- darba għidtilhom: Għalfejn qed tiskantaw li se jkun hemm il-lukanda jekk intom intom stess kontu qed tikonsidraw li din issir iktar tard!", "IIlejla l- Kap ta' l-Oppożizzjoni qal li dwar il-kwestjoni tal-lukanda kien qal lill- consortium li jitkellmu wara dwarha.", "Jiena x'tort għandi nieħu li qabel kien hawn prim ministru li kellu filosofija ta' pass wara pass u issa hawn gvern li jidhirlu li jekk dan il-proġett ta' riġenerazzjoni għandu jinkludi l-lukanda m'hemmx għalfejn noqogħdu nagħmluha b'pass wara pass imma nagħmluha mill-ewwel?", "Jekk aħna kapaċi nagħmlu tlieta, erba' passi f'salt, għandna bżonn inkunu kondizzjonati minn prim ministru preċedenti li kien jemmen li l-ewwel trid toqgħod tagħmel il-bini storiku imbagħad wara nitkellmu fuq lukanda?", "Jekk il-lukanda trid tkun parti mill-bini storiku għaliex għandna nitkellmu wara?", "Biex ngħidu li dak l-ewwel nagħmluh restaurant imbagħad inwaqqfu kollox u nerġgħu nibdew!", "Il-verità hi li s- sejħa ta' intenzjoni - li, kif spjegajt fl-introduzzjoni, kien hemm madwar 30 kumpannija li ġabru dik is-sejħa – kienet ta' tliet paragrafi typed, jekk tagħsar is-sustanza, għax kif taqleb għar-raba' paragrafu ssib li dan kien jgħid x'informazzjoni jridu jagħtu l-consortia u fit-tieni paġna kien hemm biss l-indirrizz taċ-chairman ta' l-isteering committee.", "Hekk għamluha s-sejħa.", "Imma niġi għal dan il-famuż argument jekk hux suppost nagħmlu sejħa ġdida jew le.", "Issa din taf kemm-il darba spjegajnieha imma naturalment hawn ġew m'hawnx min irid jifhimha!", "L-ewwelnett lil min ma staqsewx jekk din hijiex varjazzjoni tal- konvenju li kien hemm sena ilu u jekk din toħroġx mill-call of intent kif maħruġa mill-gvern preċedenti?", "Affari tagħhom jekk m'aċċettawx l- ispjegazzjonijiet tagħna u lanqas m'aċċettaw il-pariri legali ta' l-Avukat Ġenerali.", "Qalu li jridu li l-Awditur Ġenerali jagħmel verifika u aħna għidnielhom li m'hemmx għalfejn u ħadu vot.", "Iżda wieħed mid-drittijiet kbar li għandhom huwa li allavolja huma qegħdin tlieta fil-PAC u l-gvern għandu erbgħa, jekk jitolbu verifika l-Awditur Ġenerali huwa obbligat li jagħmel il-verifika li titlob l-oppożizzjoni.", "L-Awditur Ġenerali għamlilhom il- verifika u rrapporta lil dan il-parlament li fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq modifikazzjonijiet, jiġifieri tibdil fil-proċess li kien diġà mibdi minnhom, u reġa' fakkarhom li ma kellniex għalfejn nagħmlu sejħa pubblika.", "Imma tibqa' tisma' kelliemi wara l-ieħor jikkritikana allavolja saret il-verifika minn min riedu huma, bil-vot tagħhom kontra l-vot tagħna, u llum għandhom rapport li sar fuq talba tagħhom stess.", "Imma dak ir-rapport ma jiswiex għax l-oppożizzjoni, kif kienu meta kienu fil-gvern, jaqblu biss ma' min jgħid bħalhom.", "Min jgħidilhom mod ieħor, ma tarax, dak injorant!", "Illejla lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni smajnih jgħid ċerti kliem - imma ħalli ma nużax il-kliem ta' Alfred Sant - għaliex bil-mod kif iħares lejn il-kumplament tal-poplu u bil-mod kif iħares ukoll lejn ħafna elementi fil- Partit laburista, l-Onor.", "Sant waħħal f'rasu li hu sopra intelliġenti u lil min ma jaqbilx miegħu smajna llejla kif jiddeskrivih.", "Issa jkunx l-ex- mexxej u kap tiegħu, ikunx xi ħadd li għad għandu madwaru, ikunx xi ħadd min-naħa tal-gvern, ikunx xi ħadd milli jikteb fil-gazzetti, ikunux ġurnalisti, membri oħra tal-media, membri fil-Partit Laburista, naturalment iżjed u iżjed fil-kalkolu tiegħu membri minn din-naħa tal-Kamra, dawk kollha injoranti u hu biss il-bravu!", "U dan meta għamel waħda aħjar minn tat-Titanic għax minflok daħal fuq iceberg - dak almenu daħal fuq iceberg għax ma kenux qed jistennewha f'nofs il-baħar peress li kien dalam jew ma nafx xi ġralu l-kaptan - Alfred Sant baqa' għaddej bil-vapur tal-gvern Laburista ta' dakinhar għal ġol-mollijiet tal-Kottonera!", "Issa ladarba għandna l-konferma li qed nitkellmu fuq l-istess proċess, x'għamel ħażin il- gvern il-ġdid li skond il-programm elettorali tiegħu ....?", "Sur Presidenti, ma ninsewx li dawn kienu tawhom pjanta kulurita f'idejhom u qalulhom - ikkwotajt mill-conditions of negotiations skond il-call of intent oriġinali - \"the grant will be allocated according to annex 1 attached with these conditions''.", "U dawn ma kenux qegħdin jitkellmu fuq il- grants ta' l-istudenti għax dawk kienu qatgħuhom!", "Hemmhekk kien hemm indikati l-Maċina, l-area ta' taħt il-Forti Sant'Anġlu - mhux il-forti proprja - l-żvilupp tul ix-xatt ta' l-Isla u Xatt ir-Risq.", "Dawn tawhom lil min kien qed jinnegozja magħhom u mbagħad bdew iqasqsu minn dak li taw huma.", "Allura x'tort għandu l-gvern preżenti li reġa' ħares lejn il- footprint oriġinali u mar iktar viċin ħalli jara x'mix hemm bżonn u minflok naqqas żied?", "Hija ħaġa ta' l-għaġeb kif hawn niġu kkritikati kontinwament mhux talli qed nagħmlu proġett iżgħar imma talli qed nagħmlu proġett akbar!", "Jiena ngħidilhom grazzi għax dak huwa ċertifikat favur il-gvern il-ġdid li f'għeluq is-sitt xhur preċiż minn meta ħadna l-ġurament tal-kariga bħala ministri tal-gvern ikollna l-firem fuq dan il-kuntratt.", "U hekk ġara, f'għeluq is-sitt xhur kellna l-firem fuq proġett akbar ta' riġenerazzjoni għall-Kottonera.", "Mr Speaker, issa ejja naraw ma' min iddiskutejna dan il-proġett ta' riġenerazzjoni?", "Il-membri ta' l-oppożizzjoni qed jitkellmu b'mod qisni jiena mort fit-triq insib lil xi ħadd, jew ċempilt lil xi nies li naf, jew xi ħadd ċempel lili u qalli b'xi nies li jaf hu għax f'ħin minnhom l-Onor.", "Alfred Sant qalli: Mhux int qed tħallihom idaħħluk fiha!", "Jiġifieri xi ħadd ċempel lili u qalli biex immur nitkellem ma' xi nies dwar dan il- proġett!", "Nista' ngħid li m'għamilna xejn minn dan kollu.", "Il-gvern preċedenti kellu rapport ta' l-isteering committtee li qallu min huma l- iktar żewġ developers li huma ras imb'ras u huma t-tnejn tajbin u qallu biex jiftiehem ma' min ried minn dawn, anzi tah preferenza favur dawk li beda magħhom imma mbagħad ma ftehemx magħhom.", "Imma ma ġara xejn, qallu li seta' jiftiehem ma' min ried minn dawn u aħna ltqajna ma' dawk it-tnejn u ftehemna ma' dawk it-tnejn.", "Fejn ġibna xi ħadd ġdid?", "Imbagħad l-oppożizzjoni kkritikatni li ma tajthomx l-informazzjoni dwar trasferimenti ta' shares.", "Dan m'hu veru xejn.", "Meta talbuni x-shareholding kif inhu llum, tajthom il-lista mill-ewwel.", "X'differenza sena ilu, kelli mmur infittex jien għax ħadd ma tahieli dik l-informazzjoni.", "Meta bdew jistaqsu dwar it-trasferimenti ta' shares, kelli f'idejja l-kopja li kellna bħala ministeru, li konna għadna kif ordnajnieha bid-data ta' meta ntalbet - ma kellix it-tieni kopja dakinhar u issa rrid nordnaha mill-ġdid - jew ta' lejliet, tal-memorandum and articles of association taż-żewġ consortia u qbadt u tajthom l-unika kopja li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi dak il- ħin.", "Imma possibbli li l-membri ta' l-oppożizzjoni mhumiex kapaċi jaqraw il-memorandum and articles of association taż-żewġ consortia li hemm f'dak il-folder bil-qoxra blu, li fih hemm kull bidla li saret, bid-data meta saret u bit-timbru tar-registrar of companies?", "Kif iisa jiġu hawn jgħiduli li jien m'għidtilhomx meta saru transfers of shares?", "Tajthom id-dokument f'idejhom!", "Possibbli s'hawn waslet l-oppożizzjoni!", "Ħames minuti kellhom bżonn biex jaqraw id-dokument!", "Għandhom qiegħed!", "U issa naqla' din l- akkuża wkoll!", "Kont għidtilhom ukoll bil-fomm: Hux fuq il-Cottonera Waterfront Group donnkom inkwetati l-iktar?", "Hawnhekk kien sar trasferiment wieħed jew tnejn għax il-grupp ta' Zahra, kif sejħulu huma, l-Island Hotels Group - u għandi kopja preċedenti tal-memoranda għal dawk li ġibt dan l-aħħar - ittrasferew lil Vassallo Builders.", "Għedtilhom: Tafu li fil-qasam tal-lukandi il-grupp ta' Zahra u l-grupp ta' Vassallo jaħdmu flimkien?", "U fil-fatt kien hemm nies fil-kumitat li jafuh dan - ma qed ngħid xejn ħażin b'daqshekk - u għedtilhom li kien hemm il-perit li ttrasferixxa fuq kumpannija tiegħu bħala perit ma' perit ieħor.", "Dan għidtulhom u mbagħad tajthom il- memorandum biex jekk iridu jiċċekkjaw id-data jiċċekkjawha wkoll.", "Dawn l- iskandli li qed nisma' dwarhom!", "Tajthom anke l-informazzjoni dwar il- consortium l-ieħor.", "Issa ejja naraw il-kontradizzjonijiet li daħlu fihom in-naħa ta' l- oppożizzjoni meta pprovaw jimplikaw li aħna ppreferejna grupp u ma ppreferejniex l-ieħor peress li Cottonera Waterfront Group għandha area ikbar minn Port Cottonera Limited.", "Dak il-ħin għedtilhom: Imma possibbli ma tafux li din ma tistax tikkalkolaha per square metre?", "Kieku kellna naqbdu l-art ta' din il-Kamra u nqegħduha x'imkien ieħor, altru tkun f'post fejn fuqha tista' tagħmel dar u altru tkun f'post li fuqha tista' ttella' torri!", "Din bħall-istorja ta' meta l-gvern l-ieħor ried jagħmel torri ta' 65 sular f'Paceville.", "Mela inti għandek tara l-art biss?", "Trid tara l- volume u l-użu li se tagħmel minnha.", "Forsi kafe' ma jaqlax daqs bank jew daqs restaurant jew daqs lukanda.", "F'ħin minnhom l-Onor.", "Karmenu Vella anzi qal li din anke jekk tagħtiha lil tifel żgħir.", "Imbagħad forsi rrealizza x'qed jgħid għax qal: Ħalli ma nagħtuhiex lil tifel żgħir.", "Mela għandek ħafna variables, mhux l-inqas il-variable tar-return ekonomiku li jkollok mill-attività li qed tagħmel hemm, apparti l-volum tal-bini.", "Irrid ngħid li l-istess oppożizzjoni li tikkritika lil dan il-gvern li lil consortium wieħed tajnieh iktar art bħala area mill-consortium l-ieħor, imbagħad jew għax tkun insiet x'qalet ftit qabel jew bil-maqlub, skond liema ordni tkun qed timxi bl-argumenti tagħha, tgħidilna: Għaliex lil dawn tajtuhom casino - issa \"dawn\" mhumiex dawk li tajniehom iktar art imma l-oħrajn - mingħajr ma żammejtulhom Lm400,000.", "Għaliex f'daqqa waħda aċċettajtu li jagħmlu lukanda?", "Mela ma mxejniex bid-differenza, mela hemm konsiderazzjonijiet importanti x'nagħmlu fl-areas li tajna u fl-iżvilup li sar.", "Jien ipprovajt nimxi maż-żewġ consortia b'mod li jkun hemm l-aqwa deal għall- Kottonera, li għalija tfisser riġenerazzjoni tal-Kottonera kollha.", "Per eżempju, ħadt gost illejla meta smajt anke lill-Kap ta' l- Oppożizzjoni jgħid li m'għadniex qed nitkellmu fuq il-mollijiet tal-Birgu imma qed nitkellmu fuq il-Kottonera kollha.", "Hawnhekk għandek raġun, Dr Sant, qed nitkellmu fuq proġett ta' riġenerazzjoni għall-Kottonera kollha; u m'għadniex nitkellmu fuq il-mollijiet tal-Birgu għal raġuni oħra fundamentali, għax inti bqajt tinsisti li dawk il-mollijiet tagħtihom bi trasferiment ta' titolu reali fuqhom.", "Jien kont dispost niddiskuti l- lukanda, il-casino u anke li nagħmlu attività kulturali ġewwa l-Maċina.", "X'hemm ħażin?", "Mela nħalluha kif kienet jew kif kienu ħallewha tal-faċċata tagħna!", "X'hemm ħażin li fl-għerien taħt il-Forti Sant'Anġlu nagħmlu attività kulturali li toħroġ l-istorja tal-Kottonera?", "Dan kollu konna disposti niddiskutuh.", "Taf x'ma konniex disposti niddiskutu?", "Li nagħtu ċentimetru wieħed li hu wieħed tal-mollijiet b'xi titolu ta' proprjetà fuqu.", "Issa minn fuq jiġu jgħidulna li aħna ħallejna ħames metri biss!", "Taf x'inhi t-tweġiba faċli?", "Aħna żammejna l-mollijiet kollha u l-foreshore kollu, mhux ħames metri, bħala proprjetà tal-gvern u tal-poplu Malti.", "Aħna li ngħixu fir-realtà kummerċjali nafu li f'areas miftuħa, fejn għandek għaddejja attività kummerċjali, jagħmel sens li tagħti encroachment għax, kif spjega l-Onor.", "Tonio Borg dalgħodu, encroachment huwa dejjem at the pleasure of government.", "Jiġifieri x'ħin trid tista' tgħidlu li dawk l- imwejjed u siġġijiet ma tridhomx hemm għax forsi trid tagħmel attività, imqar għal ġurnata jew għal tnejn.", "Kellhom dan id-dritt qabel?", "(Interruzzjonijiet) Il-mollijiet aħna żammejniehom.", "Aħna mhux ma tajnihomx għal 99 sena imma lanqas għal 99 sekonda!", "Dik hi d-differenza kruċjali.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dażgur naqbel ma' l-Onor.", "Alfred Sant li mhux qed nitkellmu iktar fuq il-mollijiet tal-Birgu!", "Mr Speaker, imbagħad smajna l-argument sabiħ ħafna dwar il-housing, fejn wieħed jista' jifhem mill-ewwel li sħabna tan-naħa l-oħra ftit għandhom fiduċja fil-Kottonera.", "IIlejla smajna lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jgħidilna: Tibnilhom casino ħdejhom!", "Dik depressed area b'tant problemi soċjali, teħdilhom casino ħdejhom!", "Ejja nifhmu sew din xi tfisser Għal Dr. Alfred Sant li tibni casino fil-Kottonera huwa ħażin għax dawk in-nies t'hemm qegħdin f'kategorija differenti mill-kumplament tal-poplu Malti u ara ma teħdilhomx it-tentazzjoni ħdejhom lil dawk!", "Dr Alfred Sant hekk qal illejla f'dan il-parlament.", "Mela għandna l-argument kontra l-lukanda, għandna l-argument kontra l-casino u issa smajna l-argument kontra l- appartamenti lussużi.", "U hawn nisma' lill-Onor.", "Alfred Sant jikkorreġi lil sħabu stess biex ma jagħmlux id-distinzjoni bejn social housing u appartamenti lussużi.", "(Interruzzjonijiet) Eżattament, daqskemm kieku l- yachts huma għal skop soċjali wkoll!", "Allura x'inhi l-viżjoni ta' l- oppożizzjoni għall-Kottonera?", "Ħalli nipprova nislitha jien minn dak li qalu huma, mhux minn dak li qed ngħid jien.", "Il-viżjoni ta' l-oppożizzjoni għall-Kottonera tafu x'inhi?", "Irranġa kemm kemm, tesaġerax, Lm6 miljun biżżejjed, imbagħad naraw, forsi wara n-nies t'hemmhekk ikunu tgħallmu, ikunu nbidlu!", "Ara aħna, qlajna kritika ħarxa għax kabbarna l-area ta' l- iżvilupp u se nagħmlu investiment ta' Lm16-il miljun.", "L-oppożizzjoni qed jgħidulna: Agħmlu l-iżvilupp u araw li tillimitawh kemm jista' jkun għal matul il-ġurnata!", "Tistgħu tieħdu lit-turisti hemmhekk bil-coach by day, imbagħad filgħaxija tellgħuhom lura fil-coach malajr kemm jista' jkun u għidulhom: We are taking you back to Sliema għax il-Kottonera by night mhijiex tajba għalikom!", "Dak l-atteġjament ta' l- oppożizzjoni.", "Matul il-ġurnata nieħdu t-turisti imma residenzi hemmhekk m'għandux ikun hemm!", "Bħal dak li qallu ma nafux li fejn għandek units residenzjali ta' kwalità tkun qed tiġġenera l-ekonomija ta' l-istess żona.", "Imma l-oppożizzjoni tirraġuna li lill-Kottonera għandek tagħmlilha s-social housing, tirranġa xi palazz 'l hawn u 'l hemm u żżomm l-attività matul il- ġurnata, ara ma tressqilhomx xi tentazzjoni lejhom bħal casino u lukanda, almenu għalissa żgur li le!", "Din taf f'liema mentalità tfakkarni?", "Taf x'jonqoshom jgħidulna l-oppożizzjoni?", "Li l-gwida li jieħu n-nies hemmhekk jgħidilhom: Come and see the natives during daytime but by evening you have to go back to your hotel in Sliema jew ma nafx fejn!", "Dan x'atteġjament irresponsabbli hu min-naħa ta' l-oppożizzjoni fil-konfront ta' proġett li jrid iwassal bis-serjetà għar-riġenerazzjoni ta' l-area kollha?", "Kieku l-membri ta' l-oppożizzjoni daru lejn l-aspetti kollha tal-kuntratt li qed nitkellmu dwaru u jgħidulna ftit fejn ma jaqblux forsi nibda nifhem imma bil-kritika li għamlulna ma tantx nifhem bis-serjetà x'qed jinkwieta lill-oppożizzjoni, ħlief forsi li nifhem li huma nkwetati bil-kbir li jaraw issa li l-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Kottonera se jaqbad ir-ritmu li hemm bżonn.", "Dan huwa proġett - u rrid nirriferi għal diversi emendi li ġew preżentati fl-aħħar tad-diskors - fejn aħna rridu li l-investiment ta' Lm16- il miljun ikun investiment minimu għax irridu li jkun hemm spin-off effect.", "Aħna qed ngħidu li naqblu jekk dawn iridu jdaħħlu magħhom operators għal- lukanda, għall-casino, għall-attrazzjoni kulturali fl-għerien taħt Forti Sant Anġlu, għall-bini tal-Maċina, għall-units ta' ristoranti, cafés jew attività ta' entertainment, u jdaħħluhom f'kumpanniji sussidjarji.", "Donnu hawn li m'aħniex naqblu u diġà spjegajt għaliex.", "Nerġa' nagħti l-eżempju tal-lukanda li l-oppożizzjoni ma tridx tara ġewwa l-Kottonera għax trid li jkun hemm tourism by day biss hemmhekk.", "Jekk għandek international operator li se jidħol fil-marketing, fil-layout plans, fid-disinji, fil- konċetti kollha ta' x'għandek tmexxi, għandu jkun hemm miegħek mill-ewwel ġurnata u mhux tlestiha u mbagħad tgħidlu: Ejja wara!", "Dawn x'argumenti huma min-naħa ta' l-oppożizzjoni li tgħid li qed nagħmlu iktar spekulazzjoni għax jistgħu jifformaw kumpanniji sussidjarji fejn l- operators jidħlu mill-bidu?", "Bir-rispett kollu, kemm għandek spekulazzjoni ikbar jekk inti taparsi l-ewwel tlesti l-proġett - sentejn kellhom żmien fi żmien il-gvern preċedenti u issa għandhom tliet snin għax il-proġett huwa ikbar - u wara sentejn tgħidilhom: Daħħlu lil min tridu u dawru kemm shares tridu!", "Fejn neħħewha bis-serjetà l-ispekulazzjoni qabel?", "L-iktar li seta' rnexxielhom jagħmlu, kieku nemmnu dak li kien qed jingħad, kien li jiffriżawha għal sentejn, pero' lanqas din m'hi vera għax illum m'hawn ħadd li ma jagħmilx xi forma ta' ftehim ieħor.", "Per eżempju, jagħmel management agreement u jkun pubbliku, operator agreement u jkun pubbliku, jagħmillek konvenju fuq trasferiment ta' shares għal wara li jagħlqu dawk is-sentejn u jkun diġà ffirmat.", "X'kien se jagħmel il-gvern immexxi mill-Onor.", "Sant biex jikkontrolla dawn l-affarijiet?", "U kif illum qed nisimgħu kontra li jkun hemm min se jmexxi lukanda, kafeteria, jew restaurant?", "Bir-rispett kollu, hawn irridu nagħmlu għażla fundamentali; jew l-għażla li l-gvern jagħmel il-proġett hu u jaqbad kull unit u jagħtih hu - dik hija għażla li anke aħna kkonsidrajnieha - jew l-għażla li jkollok consortium li għandu expertise ta' management u expertise globali li jara li l-iżvilupp kollu jsir, imbagħad jekk irid jalloka partijiet.", "X'hemm ħażin li jagħmel hekk?", "Il-gvern għandu jidħol fin-negozju u joqgħod jara kull rokna għandhiex issir kafe', bar, boutique, bank, restaurant jew parti minn team exhibition?", "Dan għandu jagħmlu l-gvern jew għandu jkun hemm xi ħadd li jagħmel il-proġett b'mod organizzat ħalli parti verament tkun torbot ma' l- oħra?", "Imbagħad idaħħal lil min irid jopera miegħu skond il-bżonn.", "Il- consortium li kien hemm qabel għandi l-ikbar rispett lejh u llum huwa pjaċir ta' dan il-gvern li jaħdem maż-żewġ consortia flimkien.", "Aħna ma kellniex din il-hang-up tal-gvern l-ieħor, tiftihemx ma' wieħed jew ma' l- ieħor.", "L-Onor.", "Sant qalilna li mxejna bħat-tiġieġ li jmorru jgħassdu fl- ikel.", "Bir-rispett kollu, għassed hu meta kien qed imexxi!", "Aħna ma kellniex dan it-tip ta' hang-up, aħna ftehemna maż-żewġ consortia.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Ministru .", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Il-Kamra hija sospiża għal ħames minuti.", "Fd-8.48 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Il-Ministru, jista' jkompli bil-winding-up.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, se nħares lejn ftit argumenti oħra li saru, fosthom dak ta' l-Onor.", "Rita Law - ħelu ħafna - li għamluh ukoll oħrajn min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Qaltilna li fi żmien il-gvern preċedenti l-Isla ħallewha 'l bogħod mill-iżvilup biex in-nies tmur tgħum hemmhekk.", "Din tafu xi tfisser?", "Li n-naħa ta' l-Isla kienu għamlulhom l- fairway biex in-nies jinżlu x-xatt joqogħdu jxejru lid-dgħajjes għaddejjin, jekk jaraw li dak il-ħin m'hemmx dgħajjes jistgħu jaqbżu jieħdu għawma malajr maljar u jekk titfaċċa dgħajsa joqogħdu jiggwidawhom!", "Imma dawn x'argumenti huma!", "Mr Speaker, issemma wkoll il-bżonn li nħarsu l-areas ta' l-għawm.", "Nerġa' nfakkar li sena ilu kkritikajna ċerti klawsoli fil-kuntratt kif imressaq mill-gvern preċedenti għaliex fih kien hemm klawsola kontra l-barbecues, klawsola kontra l-għawm u klawsola li tirrestrinġi kważi anke kif timxi f'dawk l-inħawi.", "Hekk kien hemm miktub.", "Aħna kkritikajnieh għax kien miktub b'dak il-mod u llum mhuwiex miktub b'dak il-mod.", "Daqshekk sempliċi!", "Però għar-rimarka li hemmhekk hemm tliet postijiet għall-għawm, li jinkludu r-Rinella u t-Toqba tal-Birgu, it-tweġiba tagħna hija faċli ħafna.", "Ir-Rinella kienet, għadha u se tibqa' tajba għall-għawm; dik hija garanzija li dan il-gvern ta u jerġa' jagħti.", "U dawn skandalizzaw ruħhom ukoll għax il-gvern daħħal favur tiegħu - mhux favur il-consortium - id- dritt li aħna nibdlu dik l-art b'art oħra, tkun fejn tkun, jekk ma jkollniex il-garanziji kollha li nixtiequ li żgur ma ssir ebda ħsara ambjentali lill-bajja tar-Rinella, li għamilnieha l-ġojjel li hi llum taħt Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Dawn qed jikkritikawna għax żammejna dak id-dritt favur il-gvern, bħallikieku l-consortium ried dak id-dritt!", "Anzi l-consortium xtaq li ma jkunx hemm dak id-dritt favur il-gvern imma aħna nsistejna fuqu.", "Mr Speaker, qajmu wkoll il-punt li qegħdin indaħħlu inqas bħala taxxa tal- boll.", "It-taxxa tal-boll telgħet iktar għax illum il-gvern se jdaħħal iktar.", "Lanqas din ma taf l-oppożizzjoni!", "Il-valur tal-boll huwa kkalkolat fuq il-valur tal-kuntratt.", "Illum il-boll huwa d-doppju ta' dak li kien se jkun hemm fi żmien il-gvern l-ieħor - u li huma wkoll kienu neħħew minn fuq il-kuntratt – sempliċement għaliex ir-return għall-gvern illum se jkun id- doppju!", "Imma ta' l-oppożizzjoni ma jindunawx li qed jinqabdu f'kontradizzjoni?", "Nerġa' ngħid hawnhekk li għall-gvern preżenti l-iktar importanti huwa r-return għall-Kottonera nnifisha.", "L-oppożizzjoni qed jgħiduli li huma kienu ftehmu fuq Lm370,000 filwaqt li jien ftehemt fuq Lm500,000.", "Fil-PAC qaluli iktar minn darba li suppost tlajt għal LM800,000 u hawnhekk bdew jgħiduli - donnu l-appetito vien mangiando - li suppost tlajt għal Lm1.6 miljun, imbagħad l-Onor.", "Vella beda jraħħas u nieżel għal Lm1 miljun!", "Imma x'inhu l-argument preċiż?", "Irridu li dan il-proġett isir ġewwa l-Kottonera?", "Taħt il-gvern l-ieħor ma rajniehx, mentri taħt dan il- gvern se narawh isir; dik hi l-ikbar differenza li hemm bejn kif saru l- affarijiet qabel u kif qed isiru issa.", "Min illum qed iħambaq fuq Chambrai u jgħid li din il-formola falliet u li din hija formola li ma tirnexxix forsi għad jara b'għajnejh meta l-proġett jitwettaq parti ma' l-oħra fi programm ta' tliet snin ħidma biex - hawnhekk nuża l-kliem ta' l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li tkellem fuq il-mosaic tal-Kottonera - dan il- mosaic tal-proġett isebbaħ il-mosaic eżistenti, għax irridu nirriġeneraw dawk l-inħawi kollha fi proġett li tassew jixirqilhom.", "Mill-atteġġjament li wriet illejla, l-oppożizzjoni donnha għadha tgħix fl-ombra tal-problemi li kellha sena ilu.", "Mhux se noqgħod nagħmel appelli lill-oppożizjoni - għax dawn ma tantx jeħduhom - imma naħseb li aħjar jaraw il-problemi tagħhom għax ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Debono Grech ħass li kellu jindirizza lill-Perit Mintoff, jekk almenu ma bediex jidhirlu!", "Mr Speaker, qabel ma niġi għall-emendi li tressqu, irrid nikjarifika punt importanti ħafna.", "F'ħin minnhom intefgħet il-botta li l-area ta' dock no. 1 tista' tintuża għall-hard-standing facilities.", "Dik assolutament mhijiex l- intenzjoni tal-gvern.", "L-impenn tal-gvern hu li l-area ta' dock no. 1 tkun attrazzjoni turistika u kulturali ta' l-ogħla ġieħ lejn il-Kottonera kollha u tkun attrazzjoni li tintegra bis-serjetà mal-kumplament tal-proġett.", "Nista' nħabbar li erġajna tkellimna mat-tarzna u ma' l-awtorità ta' l- ippjanar u rridu li l-ħajt li hemm mad-dawra tal-baċir nru.", "1 jitniżżel 'l isfel ħafna jekk ma jitwaqqax għal kollox, għax ma jistax jibqa' l-periklu li f'partijiet minnhom taqa' ġo fondoq.", "Però l-impenn tagħna jibqa' li l- iżvilupp tal-baċir nru.", "1 isir b'mod li jintegra ruħu mal-kumplament tal- proġett.", "Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li fid-dawl tad-diversi argumenti li semmejt diġà, ma nistax naqbel mad-diversi emendi li ressqet l- oppożizzjoni.", "Nirriferi għal waħda minnhom - għaliex niskanta bis-serjetà li nibqa' nisma' argumenti bħal dawn - li tgħid li m'għandniex nagħtu l- concession lil consortium partikolari jekk ma jkunx hemm barrani magħhom.", "Dawn huma l-istess nies li ġimgħa jew ħmistax ilu kienu f'dan il-parlament jitkażaw u jerġgħu jitkażaw għax se nagħmlu t-trasferiment ta' bank lil operatur barrani, jiġu jitkarbulna b'din il-mentalità neo-kolonjali u jgħidu li mal-kuntratturi Maltin irid ikun hemm operatur barrani!", "Issa dawn se jkollhom operaturi magħhom għax dan huwa proġett li mhux biss se jirnexxi fil-parametri tal-kuntratt kif qed nagħmluh imma se jkollu spin- offs ekonomiċi u ta' ġenerazzjoni ta' xogħol mill-kbar nett.", "U Ilejla anke smajna li n-nies tal-Kottonera mhumiex kapaċi għax-xogħlijiet li se jinħolqu.", "Però dan il-proġett se jsir b'mertu tal-gvern preżenti.", "Grazzi, Mr Speaker.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Il-mistoqsija hija l- emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division titieħed minn hawn u 20 minuti oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9.00 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"K\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "165 FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion | | |Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"K\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emneda \"J\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fid-9.27 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emneda \"J\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "166 FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"J\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fl-9.49 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"I\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Karmenu Vella.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "167 ĦIN: 10.09 p.m.", "FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"I\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"H\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Chris Agius.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fl-10.12 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda \"H\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Agius.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "168 FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett | | |Jesmond | |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino | | |George | |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey| |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"H\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Brincat\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fl-10.35 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "169 FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores|Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"G\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fil-10.58 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Leo Brincat.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "170 FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles| |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"F\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Joe Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No).", "Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fil-11.21 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Joe Debono Grech.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "171", "FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 32", "L-Onor", "| | | |Abela Anthony |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Fenech Adami |Vassallo Edwin | |Eddie | | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | | | |", "L-Emenda \"E\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Rita Law.", "Dawk favur?", "(Onor. Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, f'11.44 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Rita Law.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "172 FAVUR : 25", "L-Onor |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 31", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Mario | |", "L-Emenda \"D\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, f'12.08 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"C\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "173", "FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles|Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 31", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Mario | |", "L-Emenda \"C\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill- Onor. Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, fin-12.31 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Charles Buhagiar.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "174", "FAVUR : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "KONTRA : 31", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Mario | |", "L-Emenda \"B\" m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill- Ministru għall-Ambjent.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-Emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "Billi ntalbet votazzjoni, fis-12.54 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet għoxrin minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija r- Riżoluzzjoni kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "175 FAVUR : 31", "L-Onor | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Joe |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cristina Dolores |Pullicino George| |Dalli John |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |D'Amato Helen |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Frendo Michael |Vella John | |Galea Censu |Zammit Ninu | |Galea Louis |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Mario | |", "KONTRA : 25", "L-Onor", "|Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Borg Karmenu |Gulia Gavin | |Brincat Leo |Herrera Jose' | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Cardona Chris |Mangion Charles| |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Coleiro Marie |Sammut Joseph | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Sant Alfred | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu | |Farrugia Angelo | |", "Ir-Riżoluzzjoni, kif emendata, għaddiet.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Mejju, 1999 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazji ta' Importazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta – it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Atti Nutarili (Provvedimenti Temporanji) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju – it- Tieni Qari (Kont.); u", "xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, kif stennejt, l-Onor.", "John Dalli ma ħax gost anzi ħa għalih meta l-bieraħ għedt li wara li bdew in-negozjati biex il-gvern ibigħ l-ishma tiegħu fil-Mid-Med Bank lill-HSBC, kien hemm qraba u sħab ta' negozjaturi ewlenin li xtraw ishma fil-Mid-Med u appellali biex inkun onest u biex nuri rispett lejn il-parlament.", "Naħseb li l- ministru tal-finanzi m'għandu l-ebda kredenzjali morali biex jgħallimni l- onestà.", "Forsi jista' jgħallimni nagħmel il-flus imma żgur li m'għandux il- kredenzjali morali biex jgħallimni nkun onest fil-politika u lanqas biex nuri rispett lejn il-parlament.", "Xi ħadd bħalu li wera dak id-disprezz lejn il-parlament fil-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi, li mblokka kull mistoqsija li kienet qed issir min-naħa ta' l-oppożizzjoni, juri li hu m'għandux rispett lejn il-parlament.", "Jiena nerġa' nirrepeti dak li għedt, li l-metodu mafjuż - jiena użajt din il-kelma l-bieraħ u nerġa' nużaha llejla - li ntuża biex isir il-bejgħ ta' l-ishma tal-gvern fil-Mid-Med Bank lill-HSBC bilfors iqajjem suspetti.", "U nerġa' nirrepeti li wara li l-ministru tal-finanzi ħaseb biex il-gvern jibda jbigħ l-ishma tiegħu fil-Mid-Med, iva, kien hemm ħu wieħed min- negozjaturi, mart wieħed min-negozjaturi, wieħed sħab fin-negozju ta' wieħed min-negozjaturi u anke uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista li xtraw shares fil-Mid-Med Bank.", "Jiena se nkompli nitkellem fuq din u mhux se jintimidani l-ministru tal-finanzi.", "Naf li min-naħa tal-Partit Nazzjonalista u min-naħa tal-gvern m'hijiex l- ewwel darba li jkun hemm nies li jċemplu lill-ġurnalisti biex jagħlqulhom ħalqhom u biex ma jġibux affarijiet li ma jirriflettux sabiħ fuqhom.", "Ma' dawk il-ġurnalisti tista' taħdem b'din il-politika ta' telefonati rrabjati dwar x'iġibu u ma jġibux però fil-każ tiegħi m'hijiex se taħdem.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt li fil-ħin li għandi nkompli daqsxejn fuq l-iżviluppi li saru wara l-famuża press release li ħareġ il- ministru għall-affarijiet barranin - press release 696 tal-11 ta' Mejju - illi fiha ddikjara li pajjiżna se jassoċja ruħu mal-pożizzjoni komuni li ħadet l-Unjoni Ewropea rigward is-sanzjonijiet kontra l-Jugoslavja.", "Naturalment il-Gvern Malti ħa din id-deċiżjoni għax ried jeħodha għaliex strictly speaking ma kienx mistieden biex jassoċja ruħu mal-pożizzjoni Ewropea.", "Se naqra l-kliem preċiż:", "\"... invite the associated countries of Central and Eastern Europe and Cyprus and the EFTA members of the EEA to do likewise.\".", "Jiġifieri Malta ma kienet imsemmija mkien.", "Anke fid-29 ta' April, proprju ftit ġranet wara, jissemma ċar li l- pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u ta' l-Ewropa tal-Lvant assoċjati, mal- European Union, flimkien ma' Ċipru u l-pajjiżi ta' l-EFTA, membri ta' l- EEA, iddikjaraw illi jaqsmu l-istess objettivi tal-common position tat-23 ta' April tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.", "Allura kien hemm dan il-gap illi fih il-Gvern Malti kien qisu qed jaħsibha x'se jagħmel.", "Fit-30 ta' April, \"Agence Europe\" ħarġet tgħid illi \"l-Istati Membri\" - kienet qed tirriferi għal dawk l-Istati Membri li assoċjaw ruħhom ma' l-Unjoni Ewropea - kienu mistennija jiddeterminaw is-sanzjonijiet li jridu japplikaw f'każ li jkun hemm vjolazzjoni ta' dan ir-regolament.", "Jiġifieri min assoċja ruħu ried jiddeċiedi mbagħad x'miżuri jieħu.", "Iżda proprju l-bieraħ rajna li mingħajr ebda ċerimonji ħarġet legal notice fejn b'daqqa ta' pinna l-Gvern Malti tefa' lill-ex-Jugoslavja fl-istess keffa ta' l-Iraq.", "Safejn naf jien, anke jekk assoċjaw ruħhom, it-talba kienet biex ikun hemm ban fuq il-bejgħ ta' petroleum products, supply of petrol and diesel u affarijiet bħal dawn imma bl-avviż legali nru.", "82 li ħareġ il-bieraħ, il- ministru responsabbli uża l-Att dwar Provvisti u Servizzi ta' l-1947 - liġi li baqgħet fuq l-istatute book għax din il-liġi kienet intiża prinċiparjament biex tiġi assigurata provvista ta' affarijiet essenzjali fi żmien l-iskarsezza li kien hawn wara t-tieni gwerra - liġi li ġiet użata fl-1991 meta għamilna s-sanzjonijiet mitluba mill-Ġnus Magħquda kontra l- Iraq u l-ministru responsabbli f'dan il-każ qal li kulma rridu nagħmlu huwa li f'paragrafu 3 tar-regolamenti, fejn hemm \"l-Iraq\", inżidu wkoll \"ir- Repubblika Federali tal-Yugoslavja\".", "Issa jen ma nistax nifhem kif dawn l-affarijiet isiru b'dan il-mod għax jekk wieħed jaqra Kap. 117 tal- Liġijiet ta' Malta jara li fl-għanijiet li għalihom il-ministru għandu juża din il-liġi mkien m'hemm b'xi mod riferenza għas-sanzjonijiet.", "Ma ninsewx li din il-liġi kienet saret fl-1947, sentejn biss wara t-twaqqif tal-Ġnus Magħquda.", "Allura ngħid jien: Għalfejn din il-ħeġġa kollha tal-ministru biex jidher kattoliku iktar mill-Papa ma' l-Ewropej?", "Għax meta qegħdin napplikaw dan li l-ministru issa qed iħoss ir-responsabbiltà li japplika - għax qed jgħid li jassoċja ruħu ma' din il-pożizzjoni - din għamilha b'daqqa ta' pinna, filwaqt li dan l-istess parlament fl-1993 għamel enabling law biex meta l-Ġnus Magħquda joħorġu sanzjonijiet ekonomiċi jew whatever, il-prim ministru jkun jista' jimplimentahom billi joħroġ avviż legali fil-gazzetta tal-gvern u jispjega eżatt x'inhuma s-sanzjonijiet u anke x'inhuma l-pieni.", "Din il-liġi ta' l-1993 kienet saret bl-iskop li l-prim ministru jkollu dritt jimplimenta awtomatikament sanzjonijiet li jaqgħu taħt artiklu 7 taċ- Charter tal-United Nations, minbarra dawk li jaqgħu taħt artiklu 42 ta' l- istess Charter, li jitkellem fuq azzjoni militari.", "Mela anke fil-każ tas- sanzjonijiet li joriġinaw fil-Ġnus Magħquda, minkejja l-liġi ta' l-1993, il- prim ministru huwa ristrett li jieħu deċiżjonijiet u jimplimentahom meta hemm azzjoni militari skond l-imsemmi artiklu 42.", "Illum għandna azzjoni militari għaddejja bejn żewġ partijiet - u nerġa' nsostni li ma rridux nagħmlu distinzjoni bejn min huma u min jistgħu jkunu imma qed nitkellmu fuq livell akkademiku - u dan tammettih in-naħa l-oħra wkoll għax jumejn ilu l-Onor.", "Jason Azzopardi qal li kulħadd jaċċetta li għaddejja gwerra.", "Allura meta inti għandek miżuri li huma kontinwazzjoni ta' dik l-azzjoni militari u allura parti minn att ta' gwerra - għax inti tkun qed tgħin biex tħarrax l-azzjoni militari meta qed timpedixxi lil naħa waħda fi gwerra milli tiġi fornuta bil-fuel u qed ixxekkilha b'mod li ma tkunx tista' tħaddem l-ajruplani u t-tankijiet tagħha tal-gwerra - filwaqt li l-prim ministru lanqas hu kapaċi jimplimenta dawn l-istess miżuri mill-ewwel minkejja l-liġi ta' l-1993, il-ministru xorta ħass li jista' jaqbad u jinvolvi lil pajjiżna b'dan il-mod permezz ta' biċċa legal notice.", "Anke l-Ingilterra, li għandha l-Att tal-United Nations ta' l-1946, ukoll titkellem fuq miżuri taħt artiklu 41, jiġifieri economic sanctions u sanctions ta' natura oħra iżda mhux militari.", "Mela anke skond il-liġi Ingliża, meta qed tmiss mal-militar tkun qed tmiss patata taħraq u l-Gvern Ingliż huwa obbligat li joħroġ Order in Council u jressaqha quddiem il- House of Commons.", "U f'dan il-każ aħna għandna biċċa legal notice!", "Veru li l-liġi tgħidlek li għandek 20 jew 28 ġurnata biex tikkontestaha imma ma nistax nifhem kif il-ministru dawn l-affarijiet għamilhom kif għamilhom.", "Fil-fatt filwaqt li l-liġi Ingliża titkellem fuq artiklu 41 biss taċ- Charter, il-liġi Maltija tkopri chapter 7 kollu barra artiklu 42, fejn tidħol il-kwestjoni tal-militar - allura f'daqqa waħda aħna morna iktar milli trid l-Unjoni Ewropea, ban fuq petroleum and petroleum-related products - u donnu li tfajna lill-Jugoslavja fl-istess keffa tas- sanzjonijiet ta' l-Iraq, illi safejn naf jien jinvolvu prattikament kollox.", "Jien qed nifhem li billi żied l-isem tal-Yugoslavja ma' l-Iraq, il- ministru qed jgħidilna: Isma', ejja nittrattaw lill-Yugoslavja l-istess bħall-Iraq.", "U l-mistoqsija tiegħi hija: Il-ministru qed jgħid li kulma jiġi esportat jew kulma kien se jiġi esportat lejn l-ex Yugoslavja jaqa' taħt is-sanzjonijiet ukoll?", "Jien nistenna li jkollna kjarifika għax dan il-parlament, bil-kumitat permanenti dwar l-affarijiet barranin b'kollox, donnu li qiegħed biss għall-isem, għar-refgħa kif jgħid il-Malti, u dawn l- affarijiet insiru nafuhom minn barra.", "Il-verita' hi li rridu noqogħdu għassa ħalli naraw ħarġitx legal notice minn hawn jew minn hemm u sfortunatament qed ikollna noqogħdu nassistu għall-wirja ta' dawn il- ministri għorrief u plenipotenzjarji li għandna llum, li tant huma b'saħħithom li jagħmlu l-affarijiet bla ma lanqas biss jikkonsultaw ma' ħadd.", "Issa ħalli ngħaddi għal xi ħaġa oħra li xtaqt nagħmel rimarki fuqha, li hija wkoll konnessa ma' din il-kwestjoni.", "Jumejn ilu, wara li għamilt l-aġġornament fuq din il-materja, ressaqna rikors quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, ħalli nuru li aħna m'aħniex qegħdin naqblu li l-kostituzzjoni ta' pajjiżna tiġi ttrattata b'dan il-mod, imbagħad kien hemm il-kontro-protest min-naħa tal-gvern - dawn l- affarijiet kienu fil-media u anke jiena għamilt press conference flimkien mad-deputat mexxej l-ieħor tal-partit, Dr Joe Brincat, u ma' l-Onor.", "Chris Cardona, l-ispokesperson ta' l-affarijiet barranin, fejn spjegajna l- pożizzjoni tagħna - imbagħad hawnhekk ġie l-Onor.", "Jason Azzopardi u mingħalih ried jagħtina lezzjoni fuq xi tkun in-newtralità, fuq xi xkiel tpoġġi n-newtralità, safejn wieħed jista' jmur jieħu parti minkejja li jkun newtrali u qalilna ħafna u ħafna affarijiet.", "Jiena ngħid li Allaħares f'dan il-parlament nies li għadhom ġodda jibdew jużaw ċerta makakkerija fil- mod kif jitkellmu.", "Trid tkun onest u tgħid l-affarijiet kollha għaliex nofs verità hija agħar minn gidba.", "Aħjar tigdeb għax tista' tinqabad u tista' ma tinqabadx imma li tgħid nofs verità tkun qed tqarraq bin-nies.", "Jiena naf li l-Onor.", "Azzopardi huwa avukat ta' l-affari tiegħu, avukat kapaċi, imma ma nistgħux nilagħbuha ta' l-avukati hawn ġew.", "Hawn ġew irridu nagħmlu l-affarijiet kif suppost.", "Meta kien qed jikkwota mill-Kostituzzjoni ta' Malta, l-Onor.", "Azzopardi qal:", "\"Malta hija Stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is- sigurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha ...\"", "u ħalliha hemm.", "U dak li jkun jgħid: Veru, mela Malta trid tagħmel dawn l- affarijiet.", "Imma ma qalx illi bla ma hemm coma xejn, bla ma s-sentenza tiġi nterrotta, il-kostituzzjoni tkompli tgħid illi dan irid isir", "\" ...billi jħaddan politika ta' newtralità bbażata fuq il-konċett tan- non-allineament ...\".", "U meta tħalli barra dan il-kliem inti qed tgħid nofs il-verità.", "Veru li tgħid li trid tilħaq attivament dak l-iskop imma l-kostituzzjoni tkompli torbtok u tgħidlek kif trid tilħqu.", "Mhux kif trid inti, mhux kif jgħidlek ħaddieħor imma kif tgħidlek il-kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Imbagħad l-Onor.", "Membru ovvjament kompla bis-soltu kritika li nisimgħu, li n-non-allineament m'għadux jeżisti.", "Jiena ma nafx kif allura fadal dak il-moviment kollu ta' non-aligned countries, li għandu ċertu forza u ċertu piż, anke fil-Ġnus Magħquda - kif il-gvern Nazzjonalista kien bejn l-1992 u l-1996 u għadu sal-lum membru tan-non-aligned movement; u kif għadu ma ħariġx minnu dan; u kif l-istess dokument li kkwota l-Onor.", "Azzopardi jitkellem ukoll fuq il-konċett tal-pajjiżi mhux allineati.", "Allura kif hawn Malta nirredikolaw u nċekknu l-konċett tan-non-allineament li għandna fil- kostituzzjoni tagħna imma mbagħad nikkwotaw minn dokumenti ta' pajjiżi oħra li jirrazzjonalizzaw il-pożizzjoni tagħhom fuq in-newtralità, non- allineament, doveri u mhux doveri?", "Allura dawk nistgħu u tagħna ma nistgħux!", "Fl-aġġornament li għamel l-Onor.", "Azzopardi beda jikkwota minn dokument li ħareġ il-Kunsill Federali ta' l-Isvizzera - jiena nista' ngħidlu, biex ma jaħsibx li għamel xi skoperta, li jekk jindenja ruħu jfittex fid-debates ta' tlieta, erba' snin ilu għandu jsib li dak id-dokument ikkwotajtu kemm- il darba f'din il-Kamra, użajtu f'kemm-il dibattitu għaliex nemmen li huwa dokument li wieħed irid jagħtih l-importanza tiegħu - li huwa l-kabinett ta' dak il-pajjiż.", "Ovvjament dan kien indirizzat lill-assemblea nazzjonali, li għandha madwar 200 membru, u anke lill-kunsill nazzjonali, li hu magħmul minn żewġ membri ta' kull canton fl-Isvizzera u m'huwiex white paper bħalma qal.", "Dan huwa dokument li ġie prodott f'Novembru ta' l- 1993, li huwa rapport fuq il-politika estera ta' l-Isvizzera għas-snin 90.", "Dan hu dokument tajjeb ħafna, b'guidelines definiti, u miegħu hemm dokumenti oħra li ma nafx kif ma semmihomx l-Onor.", "Membru.", "Hemm il-konċett ta' l-eżerċitu Svizzeru u anke l-politika ta' sigurtà Svizzera fi żmien ta' bidla, li ħareġ xi tliet snin qabel pero' ovvjament għadu validu għaliex ma ġiex sorpassat b'dokumenti oħra.", "Jiena se nuża d-dokument li uża l-Onor.", "Azzopardi u nerġa' ngħid li qal ftit u ma qalx kulma kellu jgħid minn dak li jgħid id-dokument.", "U allura f'dan il-ħin ikolli nqum hawnhekk ħalli nirranġa dawn l-iżbalji jew dawn in-nuqqasijiet f'dik li hija verità.", "Per eżempju, meta beda jikkompara n-newtralita' ta' Malta man-newtralita' ta' l-Isvizzera, l-Onor.", "Azzopardi ma qalx li n-newtralità ta' l-Isvizzera hija newtralità bbażata fuq l-armata.", "F'ħin minnhom qal kemm jonfqu għall- armamenti pero' ma qalx illi dawn għandhom commitments differenti għax hija newtralità bbażata fuq l-armata.", "Iċ-ċajta fl-Isvizzera x'inhi?", "Jgħidulek: Inti fl-armata?", "Iva, għax l-Isvizzera kollha armata waħda, min hu regolari, min qiegħed hemmhekk temporanju, min qiegħed on training, kollha membri ta' l-armata.", "L-Onor.", "Azzopardi għoġbu jikkwota minn dan ir-rapport u, bħalma għidt, beda jsemmi partijiet minnu biex jipprova jagħmel l-argument tiegħu.", "U l- ewwel ma kkonstata l-Onor.", "Membru kien illi iva, jaqbel li hemm stat ta' gwerra fil-Balkani.", "Din hija xi ħaġa li kkonstataha.", "Issa dan l-istess dokument li kkwota minnu jgħid ukoll li l-iktar ħaġa sagrosanta għan- newtralita' hija li pajjiż newtrali m'għandu bl-ebda mod jindaħal bejn pajjiżi li jkunu fi stat ta' gwerra bejniethom, ikunu xi jkunu ċ- ċirkostanzi.", "Artiklu 9 ta' dan id-dokument, f'paġna 79, jgħid ukoll li l- Konvenzjoni ta' The Hague ta' l-1907, li għadha valida, tgħid b'mod ċar illi pajjiż newtrali ma jistax iżomm in-newtralita' tiegħu jekk kemm-il darba jillimita li ma jbigħx jew jipprovdi bl-istess miżura biż-żewġ pajjiżi li jkunu qegħdin fi stat ta' gwerra ma' xulxin.", "Jiġifieri jista' ma jbigħ lil ħadd minnhom imma ma jistax ibigħ lil naħa u ma jbigħx lill- oħra għax ikun hemm stat ta' gwerra.", "Din hija importanti għaliex l-Onor.", "Membru tan-naħa l-oħra ma għamel l-ebda distinzjoni bejn sanzjonijiet ekonomiċi u sanzjonijiet meħudin biex tiġi ssikkata azzjoni militari.", "Aħna ġejna kkritikati meta fassalna l-policy tagħna rigward is-sigurta' u għidna li aħna nfittxu s-sigurta' tagħna ma' l-Unjoni Ewropa u xi ġurnali dan l-aħħar ipprovaw jiddieħku bina meta qalu li ma tistax tissejjaħ newtrali jekk titlob is-sigurta' minn blokk.", "Dan l-istess dokument li l- Onor. Azzopardi għamlu vanġelu tiegħu jitkellem ċar fuq id-dritt ta' miżuri difensivi li pajjiż newtrali jista' jieħu billi jagħmel ftehim ma' organi militari ta' Stati oħra.", "Ridt nirriferi għal din il-ħaġa għaliex hawn min jaħseb li jifhem ħafna imma meta jiġi biex jikkritika ma jkunx eżatt.", "Dan id-dokument jitkellem ukoll fuq il-konċett bażilari - li ma ssemmiex mill-Onor.", "Azzopardi - li Stat ma jistax jiċċaqlaq min- newtralita' tiegħu u jieħu parti f'azzjoni jew parteċipazzjoni militari f'konflitt armat bejn żewġ Stati oħra pero' ma jgħidx li ma jistgħux jittieħdu sanzjonijiet minflok azzjonijiet militari.", "Fil-fatt aħna kemm- il darba obdejna sanzjonijiet ordnati mill-Ġnus Magħquda pero' l-Onor.", "Azzopardi qal ukoll illi aħna jmissna nitgħallmu minn dan id-dokument għax l-Isvizzeri qegħdin jgħidu illi n-newtralita' - u din hija 'l bogħod mill- kwestjoni tas-sanzjonijiet u iktar għandha x'taqsam ma' interpretazzjoni ta' newtralita' - hija kompatibbli ma' l-accession to the European Union in its present form.", "Dan ilhom jgħiduh l-Isvizzeri!", "Pero' in its present form qed teskludi l-iżviluppi kollha tal-politika tad-difiża u qed teskludi wkoll l-iżviluppi riċenti ta' Bremen, fejn jitkellmu fuq European security u jgħidu illi fi żmien ħames snin trid tinħoloq a defence identity.", "L-Onor.", "Azzopardi ma qalx ukoll li dan ir-rapport f'paġna 82 jgħid illi jekk kemm-il darba - naħseb li tippermettuli nagħmel liberal translation mit-Taljan - l-Unjoni Ewropea tasal għall-objettiv tagħha li jkun hemm struttura ta' difiża komuni, solida u permanenti, l-Isvizzera trid tkun pronta illi terġa' teżamina fundamentalment il-kwestjoni tan-newtralita' tagħha.", "Pero' ovvjament l-Onor.", "Jason Azzopardi għoġbu ma jgħidx dawn l- affarijiet!", "F'paġna 90 dan ir-rapport jgħid ukoll illi pajjiż illi għandu l-ħsieb li jidħol fl-Unjoni Ewropea jrid jaqsam din il-finalita' - qed jitkellem fuq id-difiża komuni ta' l-Unjoni Ewropea - fl-ambitu ta' politika ta' sigurezza u ta' difiża li jfisser illi dan il-pajjiż newtrali jrid ikun lest biex jeżamina mill-ġdid b'mod sostanzjali n-newtralita' tiegħu fil-każ illi l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea jirrendu dan il-bżonn.", "Dan huwa l- iżvilupp li jrid isir u li ma jaqbel assolutament xejn ma' l-impressjoni li ried jagħti l-Onor.", "Azzopardi, illi għoġbu jaqra parti minn dan id- dokument u ma qrahx kollu.", "Id-dokument jgħid ukoll illi Stat newtrali jrid ikun dispost f'konnessjoni mas-sħubija illi jaħseb għan-newtralita' tiegħu f'każ li l-estensjoni ta' l-Unjoni fis-settur tad-difiża tagħmel dan neċessarju.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għaliex ġejna kkritikati li aħna għandna ħsieb differenti pero' meta l-Onor.", "Azzopardi qal illi ''neutrality is compatible with accession to the European Union in its present form'' qara parti biss minn dan id-dokument u jien kont nippretendi li għandu jaqrah kollu.", "Sur President, għajjarna wkoll li bis-silenzju tagħna nuru li qalbna ma tuġgħaniex għal dak li għaddej fil-Kosovo u allura qed nagħtu l-consent tagħna għall-ġenoċidju, għall-barbariżmu, għall-istupru u għall-ethnic cleansing li qed iseħħu fil-Balkani.", "Meta aħna konna nitkellmu dwar l- aspett umanitarju tas-sanzjonijiet imposti mill-Ġnus Magħquda kontra l- Libja, in-naħa l-oħra kienet tidħak bina u tipprova tkeskes il-media għalina ħalli jġibuna f'ħalq l-Ewropa, pero' bid-diskors li għamilt jien u li għamlu sħabi rnexxilna nikkonvinċu lil Kofi Annan jibgħat lil Petrovski fil-Libja ħalli jagħmel rapport fuq l-aspett umanitarju ta' dak li kien qed jiġri minħabba s-sanzjonijiet.", "Pero' n-naħa l-oħra qatt ma tkellmet fuq dawn l-affarijiet, anzi kienet tiskandalizza ruħha u tgħidilna li qed inqabbżu lil-Libja fin-nofs.", "L-istess kien jiġri meta konna nitkellmu anke minn dawn il-bankijiet fuq l-aspett umanitarju ta' kif qed jintlaqtu n-nies fl-Iraq, fl-Eritrea, fl-Etjopja u fir-Rwanda, fejn eluf ta' nies kienu qed joqtlu lil xulxin.", "Jew forsi n-naħa l-oħra ma kenitx titkellem fuq dawn in- nies għaliex kienu suwed?!", "Għaliex issa qegħdin nagħmlu din il-ħafna djalettika fuq il-Jugoslavja?", "Dawn huma kollha bnedmin u aħna jiddispjaċina għal kulħadd pero' dan l-argument ma nistgħux indawruh u nipprovaw nisfokawh billi jiġi xi ħadd jikkużana li aħna naqblu mal- ġenoċidju u mal-barbariżmu.", "Il-partit tagħna qatt ma kien alleat ma' dittaturi li kienu favur l-ethnic cleansing u barbariżmu ieħor, bħalma kienu Mussolini, Hitler u Pinochet.", "Aħna qatt ma għidna li dawn l- affarijiet kienu sewwa għaliex kien hemm Strauss fil-Bavarja, Thatcher fl- Ingilterra jew Pinochet fiċ-Ċili'.", "Dawn kollha l-linja tagħhom kienet marbuta ma' l-extreme right.", "L-Onor.", "Azzopardi pprova jagħtina lezzjoni bl-Isvizzera pero' nixtieq nistaqsih: Wara dak il-paroli kollu illi qal li bih ried jurina li aħna qisna ta' wara l-muntanji, jaf li sal-lum l-Isvizzera għadha ma aderrixxietx għall-pożizzjoni komuni ta' l-Unjoni Ewropea għaliex ma ngħatatx żmien biżżejjed biex tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha?", "Jien informat minn uffiċjali għolja illi ma redux jieħdu d-deċiżjoni qabel ma jikkontemplaw u jiddiskutu bis-serjeta'.", "Fil-fatt il-bieraħ kellu jiltaqa' l-Kunsill Federali ta' l-Isvizzera ħalli jiddiskuti bis-serjeta' s- sitwazzjoni, jgħarbel il-pożizzjoni tiegħu u mbagħad jieħu pożizzjoni.", "Imma l-ministru tagħna mingħajr ma kkonsulta l-parlament jew il-foreign affairs committee qabad u ta d-daqqa ta' pinna tiegħu ħalli nidhru ħelwin!", "Jien naħseb li l-Isvizzeri huma iktar serji minna u aħna għandna x'nitgħallmu minnhom.", "Sur President, irrid nagħlaq fuq punt ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li għadni kemm għidt.", "Fil-fatt nixtieq nieħu l-okkażjoni ħalli nuri s-sodisfazzjon tan-naħa ta' l-oppożizzjoni rigward ir-riżultat li kiseb il-Partit Laburista fl-elezzjonijiet għall-Knesset fl-Israel.", "M'hemmx dubju illi kulmin jixtieq il-ġid fil-Lvant Nofsani, min irid jara l-proċess tal-paċi miexi 'l quddiem u min irid li l-poplu tal-Palestina, jkollu stat għalih ħa pjaċir b'dan ir-riżultat.", "Aħna dejjem qbiżna għall- poplu Palestijan allavolja qlajna l-flak min-naħa l-oħra fis-snin sebgħin meta ridna niftħu uffiċċju hawn Malta u kienu saħansitra qalulna li se nġibu t-terroriżmu f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Azzopardi għandu jitgħallem mill-Partit Laburista li dejjem kien konsistenti fit-tagħlim tiegħu kif għandu jħares lejn id-drittijiet tal-minoranzi.", "Nispera li l-Partit Laburista Iżraelit ma tantx ikollu diffikultajiet biex jifforma gvern stabbli ħalli jkun jista' jattwa l-politika li ġġib il-ġustizzja soċjali fil-Lvant Nofsani, illi tnaqqas it-tensjoni bejnhom u bejn il-Libanu u bejn is-Sirja u illi ssib is-soluzzjoni ġusta tad-drittijiet tal-Palestinjani illi jkollhom l-istat tagħhom.", "Nawgura minn qalbi lil Ehud Barak illi jkompli bil-politika tal-predeċessur tiegħu Rabin, illi safa vittma ta' l-opinjonijiet tiegħu u tal-ġid li ried lill-poplu tiegħu.", "Jien ħadt gost nara lil Shimon Perez u lill-mara ta' Rabin jappoġġjawh għax nemmen li dan il-bniedem jista' jattwa l-politika enunċjata fit-Trattat ta' Oslo.", "Fil-fatt dan it-trattat biss jista' jġib ċertu paċi fil-Lvant Nofsani għaliex bl-armi, bil-ġlied u bil-bombardamenti ma naslu mkien.", "Proprju l-bieraħ filgħaxija l-Italja ħadet pożizzjoni fir-rigward tas- sitwazzjoni fil-Kosovo u nawgura li l-Prim Ministru D'Alema jkollu s-saħħa li jkompli jimbotta ħalli jkun hemm waqfien mill-ġlied, l-imħuħ jirraġunaw iktar u d-diplomazija tingħata ċans ħalli tinstab soluzzjoni.", "L-esperjenza wrietna li l-problemi fil-Lvant Nofsani, fis-South Africa, fil-Kosovo u fil-Bosna ma jissolvewx bil-bumbardamenti imma jissolvew biss meta xi ħadd ta' rieda tajba jpoġġi madwar mejda biex tinstab soluzzjoni għat-tbatijiet ta' dawn il-popli.", "Jien m'iniex inkun kritiku lejn in-NATO għax naf li xogħolha huwa militari pero' rrid ngħid li min qed jordna dawn il-bumbardamenti qiegħed 'il bogħod mill-kamp tal-gwerra.", "Il-poplu tal-Kosovo qed jintlaqat bil-bombi f'daru, qed jiġi mkeċċi mis- Serbi, qed jiġri fuq il-fruntieri u jara lil qrabatu maqtula mentri hemm min qiegħed jagħmel il-press conferences kuljum u jikkontrolla l-gwerra bil- mezzi elettroniċi moderni tal-lum b'mod inuman u kattiv iktar minn qatt qabel.", "Nagħlaq billi ngħid li f'każijiet bħal dawn wieħed m'għandux jagħlaq għajnejh u jagħmel l-affarijiet bl-addoċċ għaliex id-dover tagħna huwa li nippriedkaw il-paċi, li nippriedkaw mezzi diplomatiċi u nippriedkaw mezzi kif insibu soluzzjonijiet għal din it-tbatija biex ma tkomplix tiżdied.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 24 ta' Mejju, 1999 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-1.47 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AGRIKOLTURA U SAJD - IMPJEGATI", "6408.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad- dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - IMPJEGATI", "6409.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar, 1999 sas- 26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li mill-1 ta' Jannar, 1996 sas-26 ta' April b'kollox ġew ingaġġati għaxar ħaddiema ġodda mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex kif jidher hawn taħt:", "i) sitt (6) Ward Clerical Assistants.", "Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet kienet ħarġet fil-5 ta' Apirl 1995;", "ii) midwife u enrolled nurse, lkoll fuq bażi part-time, li kienu applikaw lid-dipartiment biex jiġu ingaġġati fil-21 ta' Ottubru, 1998 u s-16 ta' Mejju, 1997 rispettivament; u", "iii) substitute Chaplain u Chaplain skond il-proċedura tas-soltu, jiġifieri wara li dawn ikunu bagħtu applikazzjoni lid-dipartiment konċernat u jkunu saru arranġamenti mal-Kurja ta' l-Isqof u mas-Superjuri tagħhom.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "6410.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Tista' tgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l- applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, tista' l-Ministru tgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor Interpellant jirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "DIPARTIMENT TA' L-AMBULANZI - IMPJEGATI", "6411.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l- Ambulanzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l- Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax- xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi impjieg?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fit-taqsima tat- Trasport la mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 t'April, 1999 u lanqas meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Ambulance Driver.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - IMPJEGATI", "6412.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas- Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi?", "Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' mpjegati ġodda mad-Diviżjoni tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 t'April,1999 huma sbatax:", "L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Grad Nru Data tas-sejħa għall-applikazzjonijiet", "Physiotherapist 3 11.11.98 Staff Nurse 2 06.11.98 Enrolled Nurse 1 11.11.98 Pharmacist 1 18.03.99 Pharmacy Technician 1 09.06.98 8", "9 House Surgeons (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi każwali fit-12 t'April, 1999.", "F'dan il-każ ma toħroġx sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda saret rakkomandazzjoni fit-12 t'April, 1999 stess lill-Kummissjoni dwar is- Servizz Publiku għall-ħatra tagħhom fuq bażi permanenti.", "QORMI - TRASPORT GĦALL-ISKEJJEL", "6700.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx servizz provdut għat-tfal ta' l-iskejjel primarja f'Ħal Qormi, minkejja li ċertu nħawi huma 'l bogħod mill-iskejjel imsemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li f'Ħal Qormi hemm żewġ skejjel primarji u ma jidhirx li hemm tfal li joqogħdu iżjed il-bogħod minn 1.6 kolometru miż- żewġ skejjel.", "SKEJJEL PRIMARJI - TRASPORT B'XEJN", "6701.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema każi jiġi pprovdut it- trasport b'xejn lit-tfal għall-iskejjel primarji?", "Kemm fil-fatt iridu jkunu joqgħodu 'l bogħod?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li biex jiġi provdut trasport b'xejn għat- tfal ta' l-iskejjel primarji irid ikun hem 1.6 Kilometru (1 Mile) 'il bogħod mill-iskola.", "PULIZIJA - TRAKKIJIET TAR-REFUSE", "6702.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qiegħed isir biex ma jsirx parkeġġ ta' trakkijiet tar-refuse fit-toroq, minħabba s-sigurta' u l-iġene?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija ma tagħmilx it-tip ta' monitoring li rreferit għalih l-Onor.", "Interpellanti.", "Sakemm il-vetturi msemmija ma jkunux ipparkjati f'żona fejn il-parkeġġ ta' vetturi bil-mutur huwa pprojbit jew inkella jkunu ta' ostakolu, dan ma jitqiesx bħala kontravenzjoni.", "TRASPORT PUBBLIKU - KAROZZI TAL-LINJA", "6703.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir rigward dawk il- każi fejn ripetutament il-karozzi tal-linja fuq rotta ma jżommux il-ħin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li dawk il-karozzi tal-linja li jinqabdu ma jżommux il-ħin, jiġu rrapportati u jekk jinstab li m`għandhomx skuża plawsibbli, jingħataw ċitazzjoni.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - CSA'S", "6778.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ic-CSA's li daħlu minn Settembru, 1998 sal-lum kemm kienu ilhom fil-kotba (fuq il- lista) tal-Ministeru?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawk li ġew ingaġġati minn Settembru, 1998 sal-lum 11 ta' Mejju, 1999 kienu hekk:", "1994 1 1996 4 1997 12 1998 23 1999 6 TOTAL 46", "ANZJANI - CSA'S", "6779.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm CSA's biex jidħlu jaħdmu fil-home help fid-djar tan-nies u djar ta' anzjani sal-ġurnata tal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sal-lum hemm 350 applikazzjoni minn persuni li jixtiequ jaħdmu bħala Assistenti Soċjali Każwali.", "GĦADIRA - MAREA KIOSK", "6781.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid min ta permess lil Marea Kiosk fl-Għadira jqatta' r-railings u jagħmel taraġ għall-main street tal-bajja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li ma saret l-ebda applikazzjoni ma' l- Awtorita` ta' l-Ippjanar għax-xogħol li sar fil-post speċifikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Ninsab informat ukoll li nħarġet enforcement notice dwar dan l-iżvilupp.", "EDUKAZZJONI - STATEMENTING BOARD", "6782.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, minn Birkirkara tkun assessjata mill-Istatementing Board biex ikun magħruf x'għajnuna u xi programm edukattiv għandha bżonn biex tkompli bl-edukazzjoni tagħha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Istatementing Board jiltaqa' regolari kull ġimgħa sabiex jiddiskuti każijiet ġodda li jkun irċieva.", "L- Istatementing Board se jiddiskuti l-każ tal-persuna li isimha qed jintbgħat separatament minn Birkirkara fil-ġimgħat li ġejjin flimkien ma' ħafna każijiet oħra li l-board għandu quddiemu.", "Fl-ewwel sena tal-ħidma tiegħu l- Istatementing Board irċieva 'l fuq minn tliet mija u tletin każ sew minn skejjel Statali kif ukoll minn skejjel tal-Knisja.", "CDAU - CASE CONFERENCE", "6783.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid meta se ssir mis-CDAU il-case conference tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandha erba' snin u li toqgħod Birkirkara biex ikun magħruf x'għajnuna għandha bżonn?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li l-persuna msemmija fil- mistoqsija, bdiet tattendi s-CDAU fis-7 ta' Diċembru 1998.", "Sakemm il-każ tagħha ġie assessjat, ingħatat regolarment it-terapija meħtieġa.", "Issa l- case conference tagħha se ssir fid-9 ta'Ġunju, 1999.", "SIGURTA' SOĊJALI - HOME HELP", "6800.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, jingħata l-home help minħabba problemi ta' mard?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikazzjoni għal Home Help tal-persuna ndikata waslet fid-dipartiment fil-5 ta' Mejju, 1999.", "Jidher li din il-persuna għandha biss 51 sena u skond ir-rapport mediku hija indipendenti.", "Wara li jsir ir-rapport tas-social worker tittieħed deċiżjoni finali dwar dan il-każ.", "PENSJONI - PENSJONI TAL-WENS", "6801.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5431 dwar il-pensjoni tal-wens, ma jidhirlux il- Ministru li l-kwalifiki għal din il-pensjoni huma diskriminatorji kontra persuni miżżewġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: WL-Onor.", "Interpellant irreferiet għall-mistoqsija parlamentari numru 5431 li r-risposta tagħha hija ċara biżżejjed għaliex din l-għajnuna tingħata lil min tingħata.", "Persuni miżżewġa irċievu benefiċċji oħra relatati mar-responsabbilitajiet tagħhom lejn il-familja.", "L-argument li l-kwalifiki għal Pensjoni tal-Wens huma diskriminatorji kontra persuni miżżewġa ma jreġġix għaliex dawn ikollhom doveri oħra x'jaqdu, lejn il-familja tagħhom.", "Wieħed ma jridx jinsa wkoll, li l- kwalifika għal din il-pensjoni hija suġġetta għat-test tal-mezzi.", "PROGRAMMI EDUKATTIVI", "6802.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5432 dwar programmi edukattivi għall-ġenituri f'parental skills, etc, ma jidhirlux il-Ministru li għalkemm dipartimenti u aġenziji tal-gvern qed jieħdu ċertu inizjattivi f'dan il-qasam, dawn huma marbutin biss ma' każijiet partikolari u mhux bħala parti minn proċess ongoing b'mira preventiva?", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani biex jiġu żviluppati ħidmiet b'dan il-għan?", "Meta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li l-inizjattivi li dwarhom kont tajt rendikont fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5432 fil- fatt mhux dejjem ikunu marbutin ma' każijiet partikolari.", "Per eżempju, il-programmi ta' Parental Skills li torganiżża l-Aġenzija Sedqa, bl-isem \"Inrabbu 'l-Uliedna Aħjar\" ma jsirux biss għal każi partikolari, iżda jilħqu firxa ferm usa' tas-soċjeta' Maltija.", "Dawn il- programmi jsiru għall-ġenituri, fl-iskejjel, fil-Kunsilli Lokali, fl- Aġenzija Sedqa stess u f'postijiet oħra fejn jiġu mitluba.", "S'issa, attendew madwar 3,000 ġenitur, għal dawn il-korsijiet.", "Programmi oħra simili, saru wkoll fuq żewġ stazzjonijiet tar-radju, fejn l-udjenza kienet ferm aktar wiesa'.", "L-għan ewlieni ta' dawn il-programmi huwa l-prevenzjoni, iżda jingħata wkoll tagħrif lill-ġenituri ta' kif jgħinu lil uliedhom, f'każ li dawn imissu mal-problema tad-droga w l-alkolħol.", "B'danakollu, naqbel mas-suġġeriment ta' l-Onor.", "Membru li hemm bżonn li nilħqu firxa akbar ta' ġenituri, b'dawn it-tip ta' programmi.", "Sabiex dan isir, naturalment ikun jenħtieġ aktar riżorsi, partikolarment riżorsi umani.", "Jidher ukoll li, f'dan il-kuntest, hemm bżonn ta' aktar ko- ordinazzjoni mhux biss fis-settur pubbliku iżda anki fil-qasam tal- volontarjat.", "ĦABS ĊIVILI - SUPERVISORS", "6813.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li r-riżultati tas-supervisors fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ta' Raħal Ġdid għadhom ma ħarġux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ir-riżultat joħroġ hekk kif il-Kummissjoni dwar is- Servizz Pubbliku tapprova r-rapport tal-bord ta' Selezzjoni.", "MARSA - ĠNIEN 6 TA' AWISSU", "6814.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il- Marbelt Dept.", "Store fil-Marsa?", "Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol?", "Jekk iva, x'sar mill-fondi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol indikat mill-Onor.", "Interpellant qed jiġi kkonsidrat.", "SKEJJEL - EŻAMIJIET TAL-MATSEC", "6883.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenti Għawdxin li se joqogħdu għall- eżamijiet tal-MATSEC fil-Bijoloġija, Fiżika u Kimika ma joqogħdux jinġiebu Malta għas-sessjonijiet tal-laboratorji iżda jagħmlu dawn is-sessjonijiet fil-laboratorju f'Għawdex stess?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Bord tal-Matsec iddeċieda li jkun fl- aħjar interess ta' l-istudenti kollha kemm dawk Għawdxin kif ukoll dawk Maltin li kull student jagħmel l-eżamijiet prattiċi fil-laboratorji ta' l- Universita` biex kulħadd ikun qed jagħmel l-eżami taħt l-istess kundizzjonijiet.", "Fil-passat inqalgħu problemi oħra ta' natura teknika kif ukoll problemi marbutin mal-konfidenzjalita` ta' l-esperimenti li l- istudenti jkunu se jiġu mitluba jagħmlu.", "Sa dan it-tant l-istudenti Għawdxin għażlu s-sessjoni ta' l-eżami li jridu joqogħdu għaliha, waqt li l- Ministeru f'Għawdex flimkien mal-Liċeo Superjuri t'Għawdex se jipprovdu t- trasport, miċ-Ċirkewwa għall-Universita` u lura, għal dawn l-istudenti fil- jiem ta' l-eżamijiet.", "GĦAWDEX - KARTI SOFOR/ROŻA", "6884.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu karti roża u karti sofor f'Għawdex fix- xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar, Frar, Marzu u April, 1999?", "Fl-istess perijodu, kemm impjegati tal-gvern ġew boarded out mill-impjieg tagħhom fuq bażi medika?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li minn Settembru 1998 sa April 1999 inħargu b'kollox 534-il karta roża f 'Għawdex.", "Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt:", "|Xahar |Nru ta' | | |Karti Roża | |Settembru 1998 |72 | |Ottubru |65 | |1998 | | |Novembru 1998 |59 | |Diċembru 1998 |40 | |Jannar |68 | |1999 | | |Frar |46 | |1999 | | |Marzu 1999|86 | |April |98 | |1999 | |", "L-informazzjoni dwar in-numru taż karti Sofor li nħarġu fix-xhur imsemmija tingħata f'xi seduta oħra.", "Jiena nfurmata li n-numru ta' impjegati tal-Gvern li kienu jaqgħu taħt id- dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex u li ġew 'boarded out' mill-impjieg tagħhom fuq bażi medika kien kif se jingħad hawn taħt:", "|Xahar |Impjegati | | |tal-Gvern | | |boarded out fuq | | |bażi medika | |Settembru |1 | |1998 | | |Ottubru |1 | |1998 | | |Novembru 1998 |1 | |Diċembru 1998 |2 | |Jannar |4 | |1999 | | |Frar |6 | |1999 | | |Marzu |1 | |1999 | | |April |2 | |1999 | |", "GĦAWDEX - KUMPLESS MA REFALO", "6885.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol sar matul din is-sena skolastika fuq il- bini tal-kumpless MA Refalo f'Għawdex?", "Għaliex waqaf dan ix-xogħol?", "Meta se jitkompla?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fil-Kumpless Sir M A Refalo f'Għawdex sar xogħol ta' tneħħija ta' l-apramorta l-qadima, bini ta' klassijiet u laboratorji ġodda, tqegħid ta' soqfa kif ukoll xogħol ta' ftuħ u għeluq ta' bibien u twieqi.", "Bħalissa qegħdin jitħejjew l-offerti sabiex jitkompla x-xogħol.", "TARXIEN - TRIQ SPIRU SPITERI - BOZZA", "6905.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq Spiru Spiteri, Ħal Tarxien quddiem \"Dar ir-Redentur\" peress li tinsab bla dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba biex titwaħħal bozza fl-imsemmija triq qed tiġi kkonsidrata flimkien ma`talbiet oħra.", "TIĠIEĠ - IMPORTAZZJONI", "6963.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6638, fejn il- Ministru wieġeb li jiena meta kont ministru eżentajt 10.75 tunellati ta' tiġieġ importati, jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex qed jirriferi għall-arranġamenti li ntlaħqu mal-KFC u proċessur lokali?", "Jekk le, jista jinformani x'kienet in-natura ta' dan l-arranġament u ċioe' jekk ir-rakkomandazzjoni kenitx konformi mal-liġijiet u regolamenti/avviżi legali ta' pajjiżna li jirrigwardaw l-eżenzjoni ta' levy?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva.", "PJANTI - TQASSIM TA' PJANTI", "6973.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li kienet bdiet inizjattiva sabiex fil-mużewijiet nazzjonali jintbagħtu pjanti dekorattivi miċ-ċentru tal-micropropagation, jista' l-Ministru jinformani jekk din il-prattika għadhiex fis-sehh?", "Jekk iva, kemm tqassmu pjanti fil-mużewijiet?", "X'tip u meta?", "Jekk le għaliex?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-inizjattiva kienet minn naħa tad-Dipartiment tal- Mużewijiet li talbu numru ta' pjanti.", "Kienu ngħataw 105 begonias, 45 ferns u 50 philodendron fl-4 ta' Frar 1998.", "Minn dak inhar ma kienx hemm talbiet oħra biex jingħataw aktar pjanti.", "NTOM - LAQGĦAT", "6974.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-Ministeru u l- NTOM bħala tħejjija għall-ħidma li trid twettaq l-NTOM sabiex tkun konformi ma' l-għanijiet ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu li dalwaqt tgħaddi mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament?", "Xi problemi tqajmu u x'deċiżjonijiet ittieħdu?", "X'hemm pendenti u meta se jitkomplew fil-ġejjieni dawn il-laqgħat sabiex jiġu rimedjati diffikultajiet li jistgħu jitfaċċaw?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li jien f'kuntatt kontinwu mad-diriġenti tal-NTOM, ITS u HCEB, ma żammejtx kont tan-numru ta' laqgħat li kelli dwar kif dawn l-entitajiet, mhux biss l-NTOM, iridu jaddattaw ruħhom għall-bidla li se ssir hekk kif tidħol fis-seħħ il-liġi u titwaqqaf l-MTA.", "Infakkar lill-Onor Membru li mhux biss se jkun hemm bidla ta' isem iżda wkoll ta' programm u raġġ ta' ħidma.", "Anke żmien qabel ma tressqet il-liġi fil-Parlament ħadt ħsieb li ninnomina Chairman designate preċiżament sabiex jidħol minn kmieni fit-team li jrid jirregola u jħaddem it-tranzazzjoni minn entitajiet governattivi u kważi governattivi għal waħda ta' natura aktar awtonoma.", "Il-laqgħat isiru meta u kemm ikun hemm bżonn u nista' ngħid li huma parti minn proċess wieħed.", "Is-suġġetti diskussi huma varji u jittrattaw budget, personal, missjoni, organi grammi, u business plans.", "Mistenni li anke fix-xhur tas-sajf jitkomplew il-preparattivi biex meta niddeċiedi ndaħħal il-liġi fis-seħħ dan isir b'mod li ma jinħolqux problemi.", "AIR MALTA - AJRUPLANI RJ'S 70", "6975.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-Air Malta kienet neħħiet l-RJ's 70/85, għaliex il-fuel cost u maintenance cost comparison kienu ogħla minn ajruplani oħra, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-fatt iffrankat flus l-Air Malta bl- ajruplani li qed tuża għall-istess rotot flok l-RJ's?", "Meta fil-fatt kienet ittieħdet din id-deċiżjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal- mistoqsija hija ta` natura purament kummerċjali u ma jidhirlix li jkun fl- interess tal-Kumpanija li nagħtiha.", "Id-deċiżjoni dwar il-bdil ta` RJ70s immaturat ruħha matul l-1997.", "INDUSTRIJA TAT-TIĠIEĠ - REGOLAMENTI", "6976.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji huwa qed ikompli fuq l- istess prattika li sab għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji qabel il- 5 ta' Settembru 1999?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond informazzjoni li għandi il-gaġġeġ kollha tat-tiġieġ f' Malta u Għawdex ġew kollha mpurtati mill-Ingilterra jew l-Olanda jew mill-Ġermanja.", "Dawn huma kollha pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u jaddottaw kriterji u direttivi ta'l- istess unjoni.", "Malta la kellha u lanqas għandha kriteriji tagħha speċifiċi għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji tat-tiġieġ.", "INDUSTRIJA TAT-TIĠIEĠ - REGOLAMENTI", "6977.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-regolamenti attwali ta' l-UE għal din l-industrija u ċioe' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba tingħata aktar tard wara li tinġabar mid-dokumenti ta' l-UE."]} {"filename": "20030113_844d_par.doc", "date": "2003-01-13", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 844 It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 844", "It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "844", "It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2003", "WERREJ", "MINUTI 47", "KUNSENS GĦALL-ATTI 47", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 47", "TQEGĦID TA' KARTI 51", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL (L-EWWEL QARI) 56", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA", "U L-MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM 56", "AĠĠORNAMENT 83", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 87", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 107", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 843 li saret fit-18 ta' Diċembru, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President tar- Repubblika għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XXVII ta' l-2002 – Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta;", "Att Nru XXVIII ta' l-2002 – Att ta' l-2002 dwar l-Approprjazzjoni (2003);", "Att Nru XXIX ta' l-2002 – Att ta' l-2002 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2002);", "Att Nru XXX ta' l-2002 – Att ta' l-2002 li jemenda l-Ordinanza dwar l- Assigurazzjoni ta' Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta' Terzi Persuni; u", "Att Nru XXXI ta' l-2002 - Att ta' l-2002 dwar il-Proċeduri fil-Qrati u fit- Tribunali.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li s-Sedja rċeviet ir-rapport ta' l-Awditur Ġenerali għas-sena 2001, liema rapport se nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BIĊĊERIJA - HEALTH AND SAFETY", "37694.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 37400, kemm ġew implimentati mill-kondizzjonijiet u rakkomandazzjoniet proposti mill-heatth and safety officer?", "Meta huwa maħsub li ji/u attwati r- rakkomandazzjonijiet kollha?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-health and safety officer qed jigu implimentati gradwalment.", "Minħabba li qed isir xogħol estensiv kemm strutturali kif ukoll ta' istallar ta' makkinarju ġdid u qlugħ u twaħħil ta' madum, ċerti rakkomandazzjonijiet se jkunu jistgħu jiġu attwati hekk kif jispiċċa x-xogħol.", "Madankollu diġa' kien introdott l-ilbies protettiv u saru kuntatti ma' persuni kompetenti biex jagħmlu risk assessment.", "Minbarra dawn il-miżuri saru ukoll rappreżentazzjonijiet ma' l-MPO biex jiġi ngaġġat health and safety officer mad-divizjoni tas-servizz veterinarju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, għalkemm ir-rapport ta' l-istitut ta' Bari kien iddikjara li fil-każ ta' prodotti agrikoli importati f'Malta, id- differenza bejn il-prezzijiet interni u esterni ta' l-Unjoni Ewropea hija ta' Lm6 miljun; waqt li issa li ntemmu n-negozjati ma' l-Unjoni, qed jingħad li għall-aħħar tmien xhur tas-sena 2004 Malta se tieħu Euro 14-il miljun - jiġifieri Euro 11-il miljun għall-importazzjoni taz-zokkor u Euro 3 miljuni għall-importazzjoni taċ-ċereali - jindenja ruħu l-Ministru jgħidilna kemm hija d-differenza reali fil-prezzijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Veru li minħabba ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna, il-gvern talab għal special supply measures fuq ċerti prodotti bħaz-zokkor, ċereali u xi laħmijiet li fil-preżent jinxtraw bi prezz internazzjonali, li allura jiġi inqas minn dak ta' l-Unjoni.", "Għal din ir-raġuni li ġie nnegozjat pakkett li permezz tiegħu l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti se tkun issussidjata, parti mit-taxpayer Malti u parti mill-fondi li jiġu mill- unjoni.", "Irrid infakkar ukoll li kif inhuma mexjin l-affarijiet fid-WTO, xi darba se naslu f'sitwazzjoni fejn fil-każ ta' ċerti prodotti bħalma huma zokkor u ċereali, se jkun hemm prezz wieħed fis-swieq kollha.", "Iżda sakemm dan iseħħ innegozjajna pakkett biex fl-ewwel sena ta' sħubija, il-price difference fuq l-oġġetti kif nixtruhom mill-international market għal kif nixtruhom mill-Unjoni Ewropea, se jkun issussidjat.", "Fl-ewwel sena s-sussidju se jkun ta' 100% u mbagħad hemm skeda ta' kif fis-snin ta' wara, dan is- sussidju jibda jonqos bil-mod il-mod.", "Skond l-aħħar statement li ħareġ mil-laqgħa li kien hemm tad-WTO f'Doha - u anke kif qed jiġu ppreparati l-affarijiet għal-laqgħa li jmiss din is-sena fil-Messiku - it-triq hija li naslu għal prezz internazzjonali wieħed mingħajr dawk il-ħafna miżuri li jagħmlu price distortion.", "B'hekk jingħata ċ-ċans biex sew dawk il-pajjiżi żviluppati, sew dawk sinjuri, sew dawk li għadhom jiżviluppaw u sew dawk foqra li jkollhom surplus production, ikunu jistgħu jbiegħu dak il-prodott bi prezz internazzjonali li jkun komuni għall-pajjiżi kollha.", "Iżda sakemm niġu għal dan u biex ma jkunx hemm dik id-daqqa f'salt, ġie nnegozjat dan il-pakkett li permezz tiegħu l- importazzjoni ta' ċerti prodotti tkun issussidjata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta qegħdin ngħidu li minn studju li kkummissjona l-gvern ta' Fenech Adami stess jirriżulta li d-differenza bejn il- prezzijiet interni u dawk esterni fil-każ ta' ċerti sorsi ta l-ikel, fosthom il-qmugħ, iċ-ċereali, iz-zokkor, il-butir, il-laħam u diversi prodotti oħra, hija ta' Lm6 miljun; u meta nafu li l-gvern se joħroġ daqstant ieħor biex jissussidja l-importazzjoni ta' żewġ prodotti għall- ewwel tmien xhur tas-sena 2004; jien ngħid li bilfors hemm differenza kbira bejn il-kalkolu tal-prezzijiet li għandu f'idejh il-gvern u l-kalkolu tal- prezzijiet eżistenti.", "Jista' allura l-Ministru jweġibni dwar dak li l- gvern ftiehem dwaru u dwar dak li fuqu l-gvern se jissussidja biex mingħajr ma aħna noħorġu xejn mit-taxxi tagħna, dawn il-prezzijiet inġibuhom kompetittivi u nżommuhom xorta waħda ssussidjati?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, mhux billi joqgħod jirriferi għar-rapport ta' Bari, għax jekk irid jitkellem sew, irid jara kemm kienu l-prezzijiet fl-Ewropa dak iż-żmien li sar ir-rapport u kemm kienu l-prezzijiet internazzjonalment.", "Effettivament dak ir-rapport jieħu into consideration is-snin bejn l-1998 u l-2000, meta fuq dawk il-prodotti li aħna ma nipproduċux bħall-butir, zokkor u ċereali, id-differenza fil-prezz bejn is- suq ta' l-Ewropa u s-swieq internazzjonali kienet waħda konsiderevoli.", "Aħna konna ċari ħafna u mingħajr ħabi ta' xejn urejna l-affarijiet kif kienu, Sur President.", "Meta nħadem dak l-eżerċizzju, kien hemm ċertu ammont - ma niftakarx iċ-ċifra bl-amment ......", "Kieku kont naf li se jistaqsini fuq ir-rapport ta' Bari kont inġibu miegħi.", "Għax fl-eżerċizzju kollu ta' l- SMPPMA, għalkemm ħdimna fuq l-average ta' l-1998, l-1999 u l-2000, aħna mbagħad ħadna s-sena li l-iktar taqbel lilna, ħalli naħsbu fl-aħjar mod kif nagħtu injection finanzjarju lil dan is-settur.", "U jekk minix sejjer żball, is-sena li għażilna li kienet l-aktar ta' vantaġġ għas-settur agrikolu kienet l-1998.", "Pero' ejja nħallu dawn l-affarijiet u niġu għall-fatti, Sur President.", "Il-verita' hi li aħna għandna ċerti prodotti li ma nipproduċux bħalma huma t-tabakk, z-zokkor, iċ-ċereali, ċerti laħmijiet ħomor, il-butir u ċertu ġobon.", "Aħna nafu kif inhu miexi s-suq tal-prodotti ta' l-ikel u nafu li kull forma ta' protezzjoni trid tispiċċa.", "Nafu wkoll li s-suq dinji fl- Amerika, l-Awstralja, il-Kanada, l-Ewropa, il-Ġappun u l-Isvizzera qiegħed dejjem riesaq lejn prezz wieħed.", "Issa biex dan l-effett ta' tneħħija fid- differenza fil-prezz nagħmluh faċli kemm jista' jkun, innegozjajna dan il- pakkett.", "B'hekk id-differenza fl-ispiża ta' l-importazzjoni se tiġi ssussidjata, parti mill-flus tagħna l-Maltin u parti mill-flus li jiġu mill- Ewropa.", "Nerġa' ngħid li dan qed nagħmluh biex ma jkunx hemm żieda fl-għoli tal-ħajja.", "Id-WTO miexja lejn stat ta' fatt fejn il-prezz ta' ċerti prodotti, bħal dak taz-zokkor, jiġi l-istess għad-dinja kollha.", "Ladarba aħna nafu li għada pitgħada fis-settur agrikolu hekk se jkunu l-affarijiet, qegħdin nippreparaw biex innaqqsu l-effett kif illum għandek prezz u l- għada dak se jkun affetwat.", "Biex naħsbu għal din l-eventalita' reali rajna d-differenzi kemm huma, ħadna l-basic year ...", "Naturalment il-kalkoli li għamilna f'dawn ir-rapporti m'humiex la l-11-il kmandament u lanqas it-12-il kmandament għax dawn dejjem ivarjaw skond iċ- ċirkostanzi tal-provvista u tad-domanda.", "Jekk inti għandek differenza ta' Lm1 fil-prezz, parti minnha tiġi ssussidjata mill-fondi tat-taxpayer Malti u parti minnha minn fondi li jiġu mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk iċ-ċirkostanzi jkunu tali li d-differenza fil-prezz titla' għal Lm2, ikun hemm l-istess proporzjon ta' sussidju.", "Jekk id-differenza tkun ta' 50c ikun hemm l- istess proporzjon ta' sussidju.", "Hekk huwa l-pakkett.", "Jien b'wiċċi minn quddiem nerġa' ngħid li sakemm il-prezz internazzjonali jiġi wieħed, jista' jkun hemm xi differenza fil-prezz kif inhu fl-Ewropa għall-prezz kif inhu fis-swieq internazzjonali.", "Dik l-ispiża żejda fuq l-importazzjoni se tiġi ssussidjata parti mit-taxxi li jħallas il-poplu Malti u parti mill-fondi li jiġu mill-Unjoni Ewropea, as simple as that!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura fid-dawl ta' dan li qed jingħad u wara l- ispjegazzjoni li ngħatajna dwar l-isfidi tas-swieq internazzjonali, jiġifieri li rridu naslu xi darba għal prezz kompetittiv komuni, jista' il- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta aħna ma nipproduċux zokkor, il-gvern bis-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni se jkun qed idaħħal tariffa ta' Lm250 fuq kull Lm100 zokkor importat minn pajjiżi terzi?", "Ladarba Malta se tibqa' tiddependi mis-swieq internazzjonali għall- provvista ta' ċerti prodotti, x'inhi r-raġuni li neħħejna l-levy ta' protezzjoni għat-tadam li jipproduċu l-bdiewa għall-industrija ta' l- ipproċessar u mbagħad daħħalna forom ta' levies oħra fuq prodotti li l- industrija lokali ma tipproduċix, bħal fil-każ tat-tonn taż-żejt, luncheon meat, corned beef u diversi prodotti oħra, u dan għas-sempliċi raġuni li dawn il-prodotti jiġu importati mis-suq internazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, ippermettili niġbidlek l-attenzjoni li l-mistoqsija oriġinali kienet dwar is-safety tan-nies fil-biċċerija u hawnhekk qbiżna għal suġġett totalment differenti.", "Dan li qed jgħid l- Onor. Interpellant, fejn qed jitfa' ċifri bl-addoċċ, jiena ma nafux u lanqas għandi l-workings quddiemi.", "Dan bħal meta kien ġie jgħidilna li ladarba nkunu membri ta' l-Unjoni, iċ-ċanga se togħla b'disa' darbiet u mbagħad meta ħdimniha sibna li dan ma kien minnu xejn.", "Jien ippreżentajt il- workings tiegħi lill-Kamra u ħadd ma merieni dwarhom.", "(Interruzzjonijiet) Jien anke l-workings għall-prezz tal-ħaruf u l-beef kelli.", "Skond il- kalkoli tagħna, il-prezz se jitla' minn Lm1 għal Lm1.10.", "Dawn il-workings jien poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra u ħadd ma merieni fuqhom.", "Mr Speaker, iċ-ċifri li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ma nemmnihomx.", "Jien irrid nara l-kalkoli maħdumin u mhux imbilli jiġi hawnhekk u jitfa' ċifri fl-ajru, bħalma għamel fil-każ taċ-ċanga, biex imbagħad sibna li l- varjazzjoni kienet se tkun biss ta' 10c fuq Lm1.", "Issa miċ-ċanga morna għat- tadam u qed ngħidu li se nneħħu l-levies fuq it-tadam!", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Ikompli l-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien lill-Onor.", "Farrugia nisfidah jippreżenta l-workings li għamel hu, kif kont għamilt jien.", "Dawn iċ-ċifri ma nniżżilhomx għax wisq nibża' li din hija xi ħaġa bħal meta kien ġie jgħidilna li l-prezz taċ-ċanga se jitla' għal disa' darbiet meta dan ma kien minnu xejn.", "Ħalli ngħidlu dwar it-tadam, Sur President.", "L-Onor.", "Membru suppost jaf li t-tadam li jmur għall-għasir jinbiegħ bejn 6c8 u 7c-il kilo.", "Allura l-għassar iħallas 6c8 jew 7c lill-bidwi ta' kull kilo li jixtri mingħandu, skond il-kwalita'.", "Hawnhekk irridu nitgħallmu li bħalma preparaw setturi oħra, il-bdiewa tagħna diġa' bdew jippreparaw biex jipprovdu l-varjeta' li jrid l-għassar biex jipproduċi tadam aċċettabbli għall-ipproċessar.", "Allura biex niggarantixxu li l-bdiewa jibqgħu jdaħħlu dawn l-ammonti ta' flus, barra li jżidu l-effiċjenza, dan il-prezz ta' 6c8 qed jerġa' jinbena b'tali mod illi l-bidwi ma jbatix.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jista' idum jitkellem kemm irid pero' lill-Ministru nitolbu jgħidli għala neħħejna l-protezzjoni fuq it- tadam ipproċessat filwaqt li se ndaħħlu dazji fuq prodotti oħra li f'pajjiżna ma nkabbrux.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, l-Onor.", "Farrugia lanqas biss qed iħallini nipprova nfiehmu!", "Tajjeb ikun jaf li għal kull tomna li għandna kkoltivat, il-bidwi se jingħata Lm10 sempliċement biex jikkoltiva dik l- area.", "Nerġa' ngħid li fil-każ tat-tadam, sal-lum il-bidwi jingħata 6c8 mingħand il-proċessur.", "Issa l-prezz internazzjonali, dak li jirriferu għalih bħala l-California price, huwa ta' madwar 2c per kilo.", "Fl-Ewropa x'jiġri?", "Fl-Ewropa l-għassar jixtri t-tadam mingħand il-bidwi bit-2c.", "L-Unjoni Ewropea tgħin lill-bidwi f'dan is-settur, b'sistema li tissejjaħ il-common organisation of the market, billi għal kull kilo ta' tadam li jbiegħ lill- għassar, tagħtih 1c4.", "Mela fl-Ewropa, is-sistema hija li l-bidwi jdaħħal 2c mingħand l-għassar u 1c4 bħala common organisation of the market, jiġifieri jdaħħal 3c4.", "Dak huwa l-prezz għall-bidwi li jissupplixxi t- tadam fl-Ewropa.", "Il-bidwi f'pajiżna imdorri jbiegħ it-tadam bis-6c8 bis-sistema ta' produzzjoni li għandu.", "Issa se niġu li l-bidwi se jieħu Lm10 għal kull tomna talli jikkoltivaha, imbagħad l-għassar iħallas lill-bidwi bi prezz ridott u d-differenza ta' bejn il-prezz ridott għall-prezz ta' 6c8, se tinħareġ mill-poplu Malti ħalli niggarantixxu l-għajxien tal-bidwi Malti.", "Malli nsiru membri, parti minn dik id-differenza tibda tiġi mill-Unjoni Ewropea wkoll.", "Għax bħalma l-Unjoni Ewropea lill-bdiewa tagħha li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar tissussidjahom b'1c4 per kilo, malli nsiru membri ta' l-Unjoni dan il-1c4 jibda jgħaddi wkoll lill-bdiewa tagħna li jkabbru t- tadam għall-ipproċessar.", "B'hekk niggarantixxu l-għajxien tal-bidwi għax inkunu qed niggarantulu l-prezz ta' 6c8 li qed iġib illum.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawnhekk qed niggarantixxu l-għajxien tal- bdiewa Maltin - forsi l-Onor.", "Membru qed taħarqu qalbu għax qed niggarantixxu l-għajxien tal-bdiewa Maltin - u qegħdin niggarantulhom 6c8 per kilo.", "Ovvjament il-bdiewa Maltin intelliġenti biżżejjed biex jagħrfu t-triq it-tajba.", "Il-bdiewa jafu li l-ewwel pass f'din it-triq huwa li jkomplu jingħaqdu billi jagħmlu producer organisation ħalli permezz tagħha jikkontrollaw huma stess id-domanda li l-pajjiż jenħtieġ.", "Per eżempju, sa Diċembru f'pajjiżna kellna l-kwota ta' 15,000 tunnellata.", "Illum din il-kwota' tellajniha għal 27,000 tunnellata.", "L-Unjoni Ewropea hija marbuta li fuq 27,000 tunnellata toħroġ 1c4m għal kull kilo li jipproduċu.", "Jiġifieri se toħroġ dik il-parti ta' sussidju li permezz tagħha qegħdin b'mod konkret niggarantixxu u mhux bil-paroli, li l- industrija tal-biedja tibqa' ħajja kif ukoll niggarantixxu l-għajxien tal- bdiewa tagħna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dikjarazzjoni dwar Għawdex li se tkun parti mit-trattat għas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlaħaq ftehim dwarha fis- Summit ta' Copenhagen f'Diċembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37945;", "Kopja tad-draft tal-protokoll fuq l-abort li se tkun parti mit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlaħaq ftehim dwaru fis- Summit ta' Copenhagen f'Diċembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37946; u", "Kopja ta' dikjarazzjoni fuq in-newtralita` li se tkun parti mit- trattat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlaħaq ftehim dwaru fis-Summit ta' Copenhagen f'Diċembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37947.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 421 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Rati għal Istituzzjonijiet u hostels statali (Emenda Nru. 2);", "Avviż Legali Nru 422 ta' l-2002 - Ordni ta' l-2002 dwar Żieda fir- Rati ta' Benefiċċji;", "Avviż Legali Nru 423 ta' l-2002 – Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' diversi Regolamenti taħt l-Att ta' l-2000 dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir- Riżorsi (Att Nru XXV ta' l-2000);", "Avviż Legali Nru 425 ta' l-2002 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2002 dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Att Nru XXII ta' l-2002);", "Avviż Legali Nru 426 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 dwar Dritt ta' Leave tal-ġenituri;", "Avviż Legali Nru 427 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Impjegati Part-time;", "Avviż Legali Nru 428 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Sensji Kollettivi (Ħarsien ta' l-Impiegi);", "Avviż Legali Nru 429 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fis;", "Avviż Legali Nru 430 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Impjegati Stazzjonati f'Malta;", "Avviż Legali Nru 431 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Informazzjoni lill-Impjegati;", "Avviż Legali Nru 432 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar Fond ta' Garanzija;", "Avviż Legali Nru 433 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar ħarsien ta' l-Impiegi fit-Trasferiment ta' Negozju;", "Avviż Legali Nru 15 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 dwar l-Awtorita' tad-Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru. 1);", "Rapport Annwali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 2001- 2002;", "Report and financial statements tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta' Settembru 2002;", "Estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 2002-2003; u", "Tagħrif dwar twinning project b'fondi mill-Unjoni Ewropea bejn l- Awtorita' Maltija għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u l- gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37914.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 420 ta' l-2002 - Avviż ta' Bidu fis-Seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2002 dwar il-Kunsill Malti għall-Kultura u l- Arti (Att Nru. V ta' l-2002); u", "Kopja ta' ittra mibgħuta lili miċ-Chairman u Membru tal-Bord ta' Inkjesta tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada fis-26 ta' Settembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37737.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 387 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw l- Ewwel Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 388 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw it-Tmien Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 389 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw il-Ħdax-il Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 419 ta' l-2002 - Ordni ta' l-2002 li jemenda l-Ordni dwar il-Kontroll fuq il-Kambju;", "Avviż Legali Nru 1 ta' l-2003 - Ħatra ta' l-Awtorita' dwar l-Elenku, taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345;", "Avviż Legali Nru 2 ta' l-2003 - Ħatra ta' l-Awtorita' Kompetenti taħt l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345;", "Avviż Legali Nru 3 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Exchange ta' Investimenti Rikonoxxut (Ħtiġiet għal Rikonoxximent);", "Avviż Legali Nru 4 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Drittijiet li jinġabru mill-Exchange ta' Investimenti Rikonoxxut;", "Avviż Legali Nru 5 ta' l-2003 - Bidu fis-seħħ tar-Regolamenti ta' l- 2003 għal Skema ta' Kumpens lill-Investituri;", "Avviż Legali Nru 6 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 għal Skema ta' Kumpens lill-Investitur;", "Avviż Legali Nru 7 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Skema ta' Garanzija ta' Depożiti;", "Avviż Legali Nru 8 ta' l-2003 - Bidu fis-seħħ tar-Regolamenti ta' l- 2003 dwar Skema ta' Garanzija ta' Depożiti;", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 424 ta' l-2002 - Commencement Notice of the Crude Oil and Petroleum Products (Minimum Security Stocks and Crisis Management) Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 13 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar ġarr tal- Gass (Ħtiġiet ta' Grilja);", "Avviż Legali Nru 14 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar it- Trasmissjoni ta' l-Elettriku (Ħtiġiet tal-Grilja).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 386 ta' l-2002 - Civil Aviation (Route Charges for Navigation Services) Regulations, 2002.", "Avviż Legali Nru 391 ta' l-2002 – Merchant Shipping (Tonnage) Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 434 ta' l-2002 - Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' artikoli 58 u 59 ta' l-Att ta' l-2002 li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta (Att Nru XXVII ta' l-2002);", "Avviż Legali Nru 435 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Pulizija;", "Avviż Legali Nru 17 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Sistemi ta' Cable (Ġenerali);", "Avviż Legali Nru 18 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Telekomunikazzjonijiet (Ġenerali);", "Avviż Legali Nru 19 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar Data Personali u Protezzjoni tal-Privatezza;", "Avviż Legali Nru 21 ta' l-2003 - Merchant Shipping (Load Line Convention) Rules, 2003;", "Avviż Legali Nru 22 ta' l-2003 - Merchant Shipping (Safety Convention) Rules, 2003; u", "Kopja tal-pjanta għall-iskema ta' Park and Ride fil-Belt Valletta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37847.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 393 ta' l-2002 – Dangerous Substances and Preparations (Safety Data Sheets) Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 394 ta' l-2002 - Dangerous Substances and Preparations (Restrictions) (Amendment) Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 395 ta' l-2002 - Measuring Instruments Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 396 ta' l-2002 - Non-automatic Weighing Instruments Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 397 ta' l-2002 – Continuous Totalising Weighing Machines attached to Conveyor Belt Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 398 ta' l-2002 - Automatic Checkweighing and Weight Grading Machines Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 399 ta' l-2002 - Cold Water Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 400 ta' l-2002 - Hot Water Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 401 ta' l-2002 - Volumetric Meters for Liquids other than Water Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 402 ta' l-2002 - Ancillary Equipment for Volumetric Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 403 ta' l-2002 - Measuring Systems for Liquids other than Water Incorporating Volumetric Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 404 ta' l-2002 - Gas Volume Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 405 ta' l-2002 – Electrical Energy Meters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 406 ta' l-2002 - Material Measures of Length Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 407 ta' l-2002 – Alcholometers and Alcoholic Hydrometers Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 408 ta' l-2002 – Alcohol Tables Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 409 ta' l-2002 – Medium Accuracy Weights Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 410 ta' l-2002 – Weights of Above-medium Accuracy Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 411 ta' l-2002 – Taximeter Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 412 ta' l-2002 – Tyre Pressure Gauges Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 413 ta' l-2002 - Standard Mass of Grain Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 414 ta' l-2002 – Calibration of Tanks of Inland Waterway Vessels and of Coasters Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 415 ta' l-2002 - Prepackaged Liquid Products Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 416 ta' l-2002 - Use of Bottles as Measuring Instruments Regulations, 2002;", "Avviż Legali Nru 417 ta' l-2002 - Making-Up by Weight or By Volume of Certain Prepackaged Products Regulations, 2002; u", "Avviż Legali Nru 418 ta' l-2002 - The Ranges of Nominal Quantities and Capacities Permitted for Certain Prepackaged Products Regulations, 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 390 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw l- Iskedi li jinsabu ma' l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, Kap. 56;", "Avviż Legali Nru 9 ta' l-2003 – Ordni ta' l-2003 li jemenda l-Ordni dwar Reklami;", "Avviż Legali Nru 11 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 dwar l-Ozonu fl-Arja Ambjentali;", "Avviż Legali Nru 12 ta' l-2003 – Regolamenti ta' l-2003 li jemendaw ir- Regolamenti dwar Kumitat għall-Koordinament dwar Sustanzi Kimiċi;", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn is- Santa Sede u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- Gvern;", "Tagħrif dwar supretendenti li applikaw għall-promozzjoni għall-post ta' assistent kummissarju fil-korp tal-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37865; u", "Tabella li turi t-tul u piż ta' trainees li qed jattendu l-kors li nbeda fit-2 ta' Jannar 2003 fl-akkademja tal-pulizija, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37944.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ninu Zammit.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 10 ta' l-2003 – Avviż ta' dħul fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2002 dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi (Att Nru. IX ta' l-2002).", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 392 ta' l-2002 – Regolamenti ta' l-2002 dwar Sustanzi li jikkontaminaw l-Ikel; u", "Tagħrif dwar overtime li nħadem minn ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata matul l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37841.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 16 ta' l-2003 - Regolamenti ta' l-2003 dwar l- Ipproċessar ta' Data Personali fis-Settur tat-Telekomunikazzjonijiet; Avviż Legali Nru 20 ta' l-2003 - Ordni ta' l-2003 li jemenda l-Ordni dwar id-Delega ta' Stallazzjonijiet ta' Tidwil tat-Toroq lill-Kunsilli Lokali; u", "Tabella li turi l-għadd ta' kawżi ġodda ta' separazzjoni bejn l-1995 u l-2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37969.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Dokumenti tal-Konferenza dwar is-Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea; u", "Kopja tad-draft tal-protokoll fuq l-abort li se tkun parti mit-trattat għas-sħubija ta' Malta Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlaħaq ftehim dwaru fis-Summit ta' Copenhagen f'Diċembru 2002, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 37952.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"\"Att ta' l-2003 dwar il-Kummissarju għat-Tfal\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "MOZZJONI DWAR IN-NEGOZJATI GĦAS-SĦUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA U L- MISTOQSIJA TAR-REFERENDUM", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi:", "Din il-Kamra, fil-mument storiku meta qed issir Ewropa Waħda, tafferma li l-futur politiku, ekonomiku u soċjali ta' Malta huwa marbut ma' dak ta' l- Unjoni Ewropea bħala għaqda ta' pajjiżi li jfittxu l-paċi, il-progress ekonomiku u soċjali fir-rispett tal-prinċipji tad-demokrazija u tad- drittijiet tal-bniedem b'solidarjeta' bejn il-popli u bit-twettiq tal- prinċipju tas-sussidjarjeta';", "Tfakkar li fil-5 ta' Diċembru, 1970 ġie ffirmat Trattat ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Komunita' Ekonomika Ewropea li kien il-bażi tal-progress ekonomiku f'pajjiżna għal aktar minn tletin sena;", "Temmen li l-interess nazzjonali issa jitlob relazzjoni aktar qawwija minn xi forma ta' assoċjazzjoni;", "Tfakkar li fis-16 ta' Lulju, 1990 il-Gvern Malti wettaq il-mandat li ġie mogħti mill-elettorat fl-elezzjonijiet tat-12 ta' Diċembru, 1981 u tad-9 ta' Mejju, 1987 meta ressaq it-talba formali biex Malta ssir membru tal- Komunita' Ekonomika Ewropea;", "Tfakkar ukoll li l-proċess ta' sħubija, li kien ġie sospiż mill-Gvern wara l-elezzjoni tas-26 ta' Ottubru, 1996, reġa' ġie mġedded mill-Gvern ġdid li ġie elett fl-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998;", "Tinnota li n-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-Gvernijiet tal-15-il Membru ta' l-Unjoni Ewropea bdew fil-15 ta' Frar, 2000 u ntemmu b'suċċess fit-13 ta' Diċembru, 2002;", "Tinnota wkoll li f'dawn in-negozjati fejn ġew trattati l-aspetti kollha kostituzzjonali, politiċi, ekonomiċi u soċjali u fejn ġew konsultati rappreżentanti ta' kull settur tal-popolazzjoni, Malta kisbet total ta' 77 arranġament speċjali li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' Malta, inkluż protokol dwar l-abort, dikjarazzjoni dwar in-newtralita', dikjarazzjoni dwar Għawdex u pakkett ta' għajnuna finanzjarja;", "Tapprezza li l-Gvern iqis li dan il-ftehim jipprovdi kondizzjonijiet xierqa għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u jirrakkomandah lill- poplu Malti, u li l-Oppożizzjoni trid xi forma ta' assoċjazzjoni li mhix definita;", "Tqis għalhekk li huwa xieraq li, skond il-mandat li għandu l-Gvern, dan il-ftehim li bih Malta ġiet mistiedna ssir Membru ta' l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta' Mejju, 2004, jitqiegħed għad-deċiżjoni diretta u sovrana tal-poplu Malti f'referendum;", "Għalhekk din il-Kamra titlob u tawtorizza lill-Gvern isejjaħ referendum fi żmien viċin opportun u, għall-finijiet ta' l-artikolu 3 tal-Kapitolu 237 tal-Liġijiet ta' Malta, il-Kamra tiddeċiedi li l-mistoqsija li għandha titpoġġa għad-deċiżjoni komuni, ugwali, sigrieta u libera tal- poplu Malti fir-referendum imsemmi tkun:", "\"Taqbel li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li ser isir fl-1 ta' Mejju, 2004?\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE BORG: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Skond il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-ħin tad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandu jieħu disa' seduti bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-gvern u kelliema ta' l- oppożizzjoni bl-introduzzjoni u l-winding up għan-naħa tal-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, xtaqt infakkrek x'ġie miftiehem fil- House Business Committee meta tkellimna fuq kif se nqassmu s-seduti.", "Jien naħseb li s-Sedja tiftakar kif il-Viċi Prim Ministru deher li huwa flessibbli ħafna fil-ħinijiet u konna għedna wkoll li jekk kemm-il darba, meta naraw kemm għandna nies li jridu jitkellmu, ikun hemm bżonn ta' iktar ħin, ikun hemm bżonn inżidu xi siegħa jew tnejn mas-seduti, allura nagħmlu hekk.", "Nista' ngħid li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Joe Mizzi pprova jikkuntattja lill-Viċi Prim Ministru l-bieraħ pero` ma rnexxilux u llum għamel kuntatt miegħu pero` milli jidher kien hemm xi laqgħa tal-grupp parlamentari tan-naħa l-oħra u ddeċidew li din il-wegħda ma tinżammx tant li l-kollega tiegħi qal li issa nitkellmu nhar l-Erbgħa.", "Issa bejn illum u nhar l-Erbgħa se jkollna ħames seduti u b'hekk se nkunu ħlejna ċ-ċans li jekk hemm bżonn inżidu xi ħaġa nżiduha.", "Mr Speaker, jekk kemm-il darba jridu li d-dibattitu jkun ristrett jgħidulna ħalli aħna nirrestrinġu ruħna, imma dan kien il-ftehim li kien hemm.", "Jekk se jmorru lura minnu issa allura jgħidulna.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-fatt li ma rridux li dan id-dibattitu jkun ristrett, diġa` urejnih, Mr Speaker, għax oriġinarjament l- oppożizzjoni talbet għal żewġ seduti u aħna qbilna li għandu jkun hemm disa' seduti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiġifieri żgur li ħadd ma jista' jgħid li qegħdin nirrestrinġu ...", "(Interruzzjonijiet) Jimporta!", "Dan kollu huwa rreġistrat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, on a point of order.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, id-diskussjonijiet rigward kemm se nieħdu seduti saru fl-aħħar laqgħa tal-house business committee qabel morna għar-recess u ma tlabniex għal żewġ seduti.", "U d-dibattitu li tlabna aħna kien fuq il-pakkett finanzjarju mhux fuq din.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra qiegħed hemm biex jirregola l-proċedura tal-Kamra u biex fih nitkellmu u niftehmu fuq proċedura.", "Fil-fatt dak kollu li ngħidu huwa rreġistrat u wieħed jista' jivverifikah.", "Għalhekk wieħed jista' jivverifika xi tkellimna fuqu fil- laqgħa tal-house business committee li saret nhar il-Ħamis tal-ġimgħa li għaddiet fejn dakinhar qbilna li s-seduti għandhom ikunu disgħa, li għandna naqsmu l-ħin bejnietna, li nħallu s-seduti tat-Tnejn, tat-Tlieta u ta' l- Erbgħa jsiru u jekk ikun hemm bżonn inżidu l-ħin fis-seduta tal-Ħamis.", "Jiena rreġistrajt ukoll li qbilt li jekk ikun hemm bżonn, aħna u mexjin b'dawn is-seduti, fis-seduta tal-Ħamis, inżidu l-ħin.", "Wieħed jista' jivverifika l-fatti kif inhuma mat-transcripts u qed ngħid li l-Kamra għandha timxi ma' dak li ftehemna fuqu fil-house business committee.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Taf li mhux veru!", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Naf li veru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Allura jien nesiġi li naraw it-transcripts ħalli nkunu nafu min qed jigdeb hawnhekk!", "MR SPEAKER: Jekk il-Membri jippermettuli, quddiemi għandi t-transcripts u naħseb li l-parti rilevanti għal dak li qegħdin ngħidu hija proprju din li se naqra.", "Hawnhekk qed jitkellem il-Viċi Prim Ministru u qed jgħid li:", "\"... għal dan l-iskop jekk il-ġimgħa d-dieħla stess waqt li jkun qed jiżviluppa d-dibattitu jinħass il-bżonn li jiżdiedu sigħat ta' diskussjoni billi ntawlu xi seduti, m'għandniex insibu diffikulta`.", "Kulma rridu nagħmlu hu li nikkomunikaw ma' xulxin.", "L-unika seduta li hemm bżonn li ma mmissux hija dik ta' nhar il-Ġimgħa filgħaxija, minħabba li fid-9:00 p.m. jittieħed il-vot.\".", "Jiena naħseb li hija ċara biżżejjed.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fil-fatt wara li għamilt ix-xogħol tiegħi bħala whip u rajt kemm għandi bżonn ħin għall-kelliema kollha – dan kien madwar nofs il-lejl ta' nhar is-Sibt pero` ovvjament ma kontx se nċempel lill-Viċi Prim Ministru dak il-ħin u allura ċempiltlu l-Ħadd filgħodu, jiġifieri l-bieraħ – jien għedtlu li se jkolli bżonn aktar ħin u ssuġġerejt li l-ħin ta' l-aġġornament jiżdied mas-seduta u nżidu xi nofs siegħa oħra mal-ħin biex inkunu nistgħu nlaħħqu.", "Dan kien il-bieraħ filgħodu u l-Viċi Prim Ministru qalli li kien qiegħed Għawdex u li se jerġa' jikkomunika miegħi aktar tard meta jkellem lil min kellu jkellem.", "Fil-fatt sal-Ħadd filgħaxija ma kelli l-ebda risposta u għalhekk dalgħodu erġajt ikkomunikajt miegħu fejn staqsejtu x'inhi s-sitwazzjoni.", "Minkejja dan kollu qalli li għad irid jiddiskuti u issa qed jgħidilna li se niltaqgħu nhar l-Erbgħa u naraw jekk inżidux xi nofs siegħa mas-seduta ta' nhar il-Ħamis!", "B'dawn l- arranġamenti, kontra qalbi jien se jkolli jew inħalli xi 15-il membru minn din in-naħa ma jitkellimx, jew inkella jkolli nirrestrinġihom bil-ħin.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nikkonferma li saru dawn il-kuntatti li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, pero` nirrepeti li min-naħa tagħna aħna nibqgħu ma' l-arranġament li qbilna fuqu fis-seduta tal-house business committee tal-Ħamis, jiġifieri li jsiru d-disa' seduti li ġew miftehma, li l-ħin jinqasam indaqs bejnietna, u li nimxu bis-seduti llum, għada u pitgħada u jekk ikun hemm bżonn, inżidu xi ħin fis-seduta tal-Ħamis.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, mit-transcript li qrajt inti stess jirriżulta ċar li l-kelma \"l-Erbgħa\" ma daħlet imkien u mkien ma ssemma li f'nofs id-dibattitu niddeċiedu.", "Meta aħna nagħmlu l-homework tagħna fil- grupp parlamentari, ma nagħmluha qabel id-dibattitu eżatt imma nagħmluh ħafna qabel kif għamilna din id-darba u ppruvajna ninfurmaw lill-Viċi Prim Ministru kemm għandna bżonn iktar fuq dak il-ħin li tkellimna fuqu.", "Aħna ħsibna li dik il-bonhomie li wera dakinhar kienet se tkompli imma llum qed imur lura minn kelmtu.", "Dik hi l-istorja kollha!", "MR SPEAKER: Onor. Vella, fil-fatt il-kelma \"l-Erbgħa\" kienet issemmiet ukoll għalkemm mhux f'dik il-parti li qrajt jien.", "Jien nistieden lil kull Membru sabiex jekk huwa jrid jieħu kopja tat-transcript tal-laqgħa tal- kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra, pero` issa naħseb li d-diskussjoni dwar il-mozzjoni trid tibda.", "Għalhekk insejjaħ lill-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-kalma u l-ordni.", "Insejjaħ lill- Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, jiena naħseb li huwa faċli li wieħed jispjega n-nervożismu tan-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, m'hemmx dubju li l-proposta li hawn fil-mozzjoni hija waħda storika u li meta tiġi attwata l-poplu Malti se jiddeċiedi l-futur ta' pajjiżna għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "M'hemmx dubju wkoll li s-seduta tal-lum u dawk li ġejjin li fihom se niddiskutu din il-mozzjoni, inħarsu lejhom issa bħala storiċi u hekk ukoll se nħarsu lejhom 'il quddiem meta jgħaddu s-snin.", "Mr Speaker, il-Kamra qiegħda tiltaqa' hawnhekk mhux biex tiddiskuti xi ipotesi imma biex titkellem fuq fatt reali u storiku ta' politika, li huwa li l-poplu Malti għandu stedina biex isir membru ta' l-Unjoni Ewropea u li l-istess poplu Malti, fis-sovranita` tiegħu, se jiġi mitlub mill-Parlament biex jieħu din id-deċiżjoni storika huwa stess.", "Huwa fatt li eżatt xahar ilu, jiġifieri fit-13 ta' Diċembru, 2002, 15-il pajjiż li jifformaw l-Unjoni Ewropea, stiednu lil Malta fost għaxar pajjiżi, biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fis- sena 2004.", "Jiena kelli r-responsabbilta` u l-unur li għad-domanda li saritli mill- Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea, irrispondejt li bħala kap tal-gvern Malti rrid li naċċetta dik l-istedina biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju ta' l-2004.", "Din id-deċiżjoni ħadtha abbażi tal-mandati ripetuti li jiena rċevejt mingħand il-poplu Malti.", "Kif hemm imsemmi fil-mozzjoni li għandna quddiemna, l-ewwel darba li saret il-proposta lill-elettorat Malti biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, kien fl-elezzjoni tat-12 ta' Diċembru ta' l-1981.", "Kulħadd jaf li f'dik l-okkażjoni, il-partit immexxi minni, li kien għamel dik il-proposta, kien ġab maġġoranza assoluta u allura nistgħu ngħidu li l-mandat biex Malta tibda l-proċess biex issir membru ta' l- Unjoni Ewropea ġie mogħti għall-ewwel darba fit-12 ta' Diċembru, 1981.", "Sfortunatament, jiena u sħabi ma stajniex nimxu fuq dak il-mandat għax kulħadd jiftakar li minkejja l-maġġoranza assoluta tal-vot popolari ta' l- elettorat tagħna, aħna konna spiċċajna f'minoranza f'dan il-Parlament b'konsegwenzi diżastrużi għal pajjiżna.", "Imbagħad erġajna rċevejna l-mandat mill-poplu Malti biex inkomplu fit-triq li konna pproponejna fl-elezzjoni tad-9 ta' Mejju, 1987.", "Il-gvern il-ġdid kellu mill-bidunett l-idea li jagħmel it-talba biex Malta tissieħeb, pero` ridna li nippreparaw lill-pajjiż għax il-pajjiż kien f'sitwazzjoni imwiegħra minn ħafna aspetti li huma essenzjali biex pajjiż jikkwalifika għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Ridna nerġgħu nagħtu sistema demokratika sħiħa lil pajjiżna, ridna nerġgħu niżguraw li pajjiżna jħaddem b'mod sħiħ id-demokrazija u ridna nerġgħu niżguraw li s-sistema ekonomika ta' pajjiżna ma tibqax kif konna sibniha dak iż-żmien.", "Meta dehrilna li lill-pajjiż konna erġajna tajnih lura stabbilita` demokratika u ekonomika, konna għamilna t-talba formali tagħna fis-16 ta' Lulju tas-sena 1990 biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "U hawn niġu għall-ewwel paragrafu tal- mozzjoni fejn qegħdin ngħidu \"fil-mument storiku meta qed issir Ewropa waħda\".", "Fl-1990 ma kellniex Ewropa waħda; konna għadna kif għexna l-ikbar revoluzzjoni paċifika li qatt saret meta fis-sena 1989 rajna l-bidu tal- waqgħa tas-sistema komunista fl-Ewropa.", "Is-sena 1989 rat f'Malta waħda mill-aktar laqgħat importanti li qatt saru, il-laqgħa bejn il-President ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, George Bush u l-President ta' l-Unjoni Sovjetika, Mikhael Gorbachev.", "Dawn kienu ltaqgħu hawn Malta f'avvenimenti li diġa` kienu qegħdin isiru fir-Repubblika taċ-Ċekoslovakkja – kif kienet għadha dak iż-żmien – fl-Ungerija u ma' kullimkien u li mbagħad ikkolminaw is-sena ta' wara fir-Rumanija u rajna li l-Ewropa kienet wettqet rivoluzzjoni sħiħa.", "U beda l-proċess biex tiġi eliminata dik il-firda li kien hawn fl-Ewropa, li kienet Ewropa b'żewġ naħat, dik komunista u dik li tħaddan id-demokrazija.", "Minn dak il-ħin rajna dan il-proċess iżid fir-ritmu tiegħu u filwaqt li dak iż-żmien li aħna għamilna t-talba tagħna għal sħubija kellna magħna lill- Awstrija, lil Ċipru u lit-Turkija, f'daqqa waħda rajna li numru ta' pajjiżi li sa ftit żmien qabel ma kienux iridu li jidħlu fl-Unjoni Ewropea - qed nirriferi għall-pajjiżi ta' l-EFTA bħal Finland, Sweden u n-Norveġja – jerġgħu jaqbdu t-triq biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "U beda l-proċess f'dawk il-pajjiżi, li sa dak iż-żmien kienu komunisti, li wieħed wara l- ieħor bdew jiddikjaraw li huma wkoll iridu jippreparaw ruħhom biex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, f'mument storiku fit-13 ta' Diċembru li għadda, il-15-il membru ta' l-Ewropa ddeċidew li jilqgħu fosthom għaxar pajjiżi oħra.", "U fid- dokument finali ta' Copenhagen jingħad li minn dakinhar stajna nibdew nitkellmu fuq programm ta' one Europe, Ewropa li m'għandhiex aktar id- diviżjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ideoloġiċi li kienu qassmuha fi tnejn għal ħafna u ħafna snin.", "Mr Speaker, qed ngħidu \"fil-mument storiku\" u tajjeb li hawnhekk wieħed ifakkar fuqiex qed nitkellmu meta nitkellmu fuq Unjoni Ewropea.", "Qegħdin nitkellmu fuq proċess li beda wara t-tieni gwerra dinjija.", "Ħafna f'pajjiżna għadhom jiftakru ż-żmenijiet tal-gwerra meta anke pajjiżi li llum huma pajjiżi fundaturi ta' l-Unjoni Ewropea, bħall-Ġermanja u l- Italja, kienu mifnija b'sistema politika li ma kenitx demokratika u li wasslithom għall-ikbar gwerra mondjali li qatt kien hawn.", "Fit-tmiem dik il- gwerra nħass il-bżonn li l-pajjiżi ta' l-Ewropa jsibu mod kif jiżguraw li ma jibqgħux aktar pajjiżi li jġibu gwerer bejniethom, anzi jsiru forza għall-paċi.", "Quddiemi għandi kliem li kien qal Winston Churchill li fl-1945 – kliem li se jiġi wżat f'xi dokument dalwaqt – fejn iddeskriva lill-Ewropa li kienet ħierġa minn ħames snin ta' gwerra fratriċida bħala a rubble heap, a charnel house, a breeding ground for pestilence and hate.", "Imbagħad fid-9 ta' Mejju 1950, Robert Schuman, wieħed mill-ideaturi fundaturi ta' l-Unjoni Ewropea, ippropona li jkun hemm dak li kien magħruf bħala x-Schuman plan u qal li Europe will not be made all at once or according to a single plan.", "It will be built through concrete achievements which first create a de facto solidarity.", "U hekk hu dan il-fatt storiku li qiegħed jiġi ċċelebrat bħalissa.", "Il-pajjiżi li kienu għadhom ħerġin minn gwerra bejniethom iddeċidew li jsiru forza ta' paċi u statisti kbar li kellhom viżjoni u ideal, bħalma kienu De Gasperi, Adenauer u kien Schuman qalu: Irridu nibnu bejnietna għaqda li l-bażi tagħha tkun is-solidarjeta`.", "U għalhekk beda jieħu l- proċess ta' għaqda ekonomika billi l-ħsieb kien – u twettaq – li din iġġib is-solidarjeta` bejn il-pajjiżi u l-pajjiżi ta' l-Ewropa ma jibqgħux jippruvaw jiddominaw lil xulxin għal raġunijiet ekonomiċi, imma għall- kuntrarju jsiru forza biex il-ġid jitkattar u jitqassam bejn il-popli tagħhom.", "U għalhekk twieldet Ewropa li hija Ewropa għall-paċi, ibbażata fuq is- solidarjeta`, li tirrispetta l-prinċipji demokratiċi u tiggarantixxi d- drittijiet ta' kull bniedem.", "Din hija l-Ewropa li għall-ewwel ġiet ifformata bejn sitt pajjiżi, imbagħad tul dawn is-snin, mill-1957 sal-lum kibret għaliex pajjiż wara l-ieħor bdew jindunaw li l-Ewropa għandha dawn il-valuri ta' solidarjeta`, għandha l- garanziji tad-demokrazija u hija forza qawwija għall-paċi.", "U b'hekk minn sitta l-membri saru disgħa, imbagħad saru għaxra, imbagħad saru 12, imbagħad saru 15, u issa, Mr Speaker, dawn il-15-il membru ta' l-Unjoni Ewropea, għamlu att ta' kuraġġ qawwi u qalu li bir-rivoluzzjoni li ġiet imwettqa mill-1989 'il hawn hemm bżonn li kulmin irid jidħol f'din l-Ewropa u għandu l-kwalifiki ewlenin tad-demokrazija, ta' l-ekonomija li miexja 'l quddiem u tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, jilqgħuhom fosthom.", "Storika kienet il-ġurnata tat-13 ta' Diċembru li għadda meta formalment l- Ewropa qalet li se tistieden lill-għaxar pajjiżi applikanti biex isiru membri f'din l-Unjoni Ewropea.", "Jien kelli l-unur li nkun preżenti u nisma' lill-kapijiet tal-gvern ta' l- għaxar pajjiżi jirrispondu \"iva\" wieħed wara l-ieħor għad-domanda speċifika jekk humiex lesti li jkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea wara li jintemmu n- negozjati ma' kull wieħed minna.", "Importanti ħafna, Mr Speaker, li nżommu quddiem għajnejna dan l-ewwel kwadru ta' x'inhi l-Unjoni Ewropea.", "Hawn Malta ilna niddiskutu fuq l- Unjoni Ewropea u nsemmu l-pakket finanzjarju u ma nafx kemm-il pakkett ieħor, pero` meta nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea u meta kull Malti li għandu d-dritt għall-vot imur biex jaqdi dmiru meta jissejjaħ ir- referendum, irid l-ewwelnett iżomm quddiem għajnejh dan il-kwadru - il- kwadru li hawn forza li se tkun ta' 25 pajjiż, li hija għaqda għall-paċi u s-sliem.", "U malta, li taf x'jiġifieri gwerer, li kienet kapaċi tikkontribwixxi f'kull żmien għal sitwazzjonijiet internazzjonali, li għarfet issemma leħinha kien min kien fil-gvern u li għalkemm żgħira kienet rispettata, illum trid tqis li hawn realta` ġdida li jisimha Unjoni Ewropea.", "Illum hawn Ewropa waħda u huwa importanti ħafna li nifhmu d-dimensjoni tagħha.", "U meta ngħidu li sa ftit ilu mhux Ewropa waħda kien hawn imma tnejn, irridu nifhmu li l-kuntest kien qasma kbira; fuq naħa waħda kellek il-pajjiżi li konna nsejħulhom tal- Punent, il-pajjiżi demokratiċi, li kienu l-ħin kollu f'kooperazzjoni ma' l- Istati Uniti ta' l-Amerika u fuq in-naħa l-oħra kellek il-pajjiżi l-oħra bis-sistema komunista li kienu jaqgħu taħt l-eġemonija ta' l-Unjoni Sovjetika.", "Illum, Mr Speaker, nafu li dawn iż-żewġ superpotenzi m'għadhomx aktar jaqsmu l-Ewropa bejniethom.", "Illum l-Ewropa hija Ewropa li kapaċi tkun vuċi għaliha nnifisha u la titmexxa mill-eġemonija minn naħa u lanqas minn xi forma ta' xi eġemonija jew influwenza minn xi naħa oħra.", "L-Unjoni Ewropea evolviet, kif kien maħsub, minn Schuman u l-fundaturi ewlenin tagħha, minn għaqda li bdiet fuq bażi ekonomika ta' solidarjeta` u llum qegħdin nitkellmu fuq Unjoni Ewropea li diġa` hi, u se tkompli tkun aktar fil-futur qarib, forza politika.", "Meta dik il-qasma li kien hawn bejn żewġ superpotenzi llum spiċċat, meta dawk li kienu għedewwa llum qed jikkooperaw bejniethom, hemm bżonn li l- Ewropa tkun vuċi politika li tintervjeni kull meta jkun hemm bżonn biex hija taħdem għall-paċi u s-sliem fid-dinja.", "U tajjeb li l-poplu Malti meta jmur jivvota jżomm dan kollu quddiem għajnejh.", "Jien f'idejja għandi artiklu - li diġa` kkwotajt darb'oħra f'dan il-Parlament – ppubblikat riċentement f'\"The Times\" tal-15 ta' Diċembru u li jġib it-titlu ta' \"Debating Europe.", "What debate?\"", "Jidher li sal-lum id-dibattitu fuq l- Unjoni Ewropea kien konċentrat kważi esklussivament fuq x'se nieħdu, kemm se nkunu aħjar – naturalment dan kollu huwa tajjeb – u kemm l-ekonomija ta' Malta tista' tmur aħjar jekk aħna nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, pero` kif jgħid f'dan l-artiklu l-Professur Peter Xuereb, dik li kienet il- komunita` ekonomika Ewropea llum m'għadhiex teżisti, jew aħjar żviluppat fl- Unjoni Ewropea.", "U allura l-poplu Malti jrid iżomm dan ukoll quddiem għajnejh fil-vot għar-referendum.", "Din l-Ewropa teżisti u Malta trid tiddeċiedi jekk tridx tagħmel parti minnha biex hi wkoll tkun vuċi f'din l- istess Ewropa.", "Naturalment ikun hemm l-argumenti ta' \"din x'vuċi hi?\".", "Il-vuċi tagħna se tkun waħda fost 25, kemm se jkunu l-membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta nħarsu lejn l-istituzzjonijiet ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea, malajr nifhmu li Malta se jkollha ministru fil-kunsill tal-ministri daqskemm ikollhom il-membri l-oħra kollha u se jkollha kummissarju wieħed bħalma se jkollhom kummissarju wieħed il-membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta nħarsu lejn il-qorti tal-ġustizzja, naraw li Malta se jkollha imħallef tagħha fil-qorti tal-ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea kif għandu kull membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Meta aħna nħarsu lejn dak li jissejjaħ il-court of auditors ta' l-Unjoni Ewropea nsibu li Malta hemmhekk ukoll se jkollha membru kif għandhom il-membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mr Speaker, huwa importanti ħafna għalina li nifhmu li jekk Malta trid tkun rilevanti bl-aktar mod qawwi possibbli, allura żgur li sħubija fl-Unjoni Ewropea sejra tagħtina din l-opportunita`.", "Meta jiltaqa' il-kunsill tal- ministri u l-kunsill Ewropew li hu magħmul mill-kapijiet tal-gvern, Malta jkollha l-prim ministru u l-ministru tagħha, li jkunu hemm biex isemmgħu leħinhom.", "F'ċerti każijiet, kif definit fit-trattati ta' l-Unjoni Ewropea, il-vuċi tal-prim ministru u tal-ministru Malti, tista' tkun determinanti għax hemm bosta affarijiet fl-Unjoni Ewropea li jiġu deċiżi b'umanimita`, fosthom il-budget li l-Unjoni Ewropea trid tapprova għal wara s-sena 2006.", "U meta jiltaqgħu l-ministri tal-finanzi fis-sena 2006 jew qabel, biex jiddeterminaw xi flus se jkollha fil-budget tagħha l-Unjoni Ewropea, il- ministru Malti se jkun hemm u se jkollu vot li jiswa daqs ta' ħaddieħor u mingħajr il-vot tiegħu, il-budget ma jiġix approvat.", "Mr Speaker, ħbieb tiegħi u sħabi, meta titkellem fuq l-Unjoni Ewropea, bilfors li trid tagħmel ftit tar-riflessjoni dwar fuqiex qegħdin nitkellmu.", "M'aħniex qed nitkellmu fuq id-dettalji ta' kif nistennew li Malta jkollha progress aktar meta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea – fuq dak nitkellmu żgur u dan il-Parlament m'għandix dubju li se jitkellem fuq hekk – imma fuq x'se jiddeċiedi l-poplu Malti permezz tal-vot tiegħu fir-referendum.", "Dan huwa vot li se jgħid: Iva, jiena nemmen li l-Unjoni Ewropea hija forza għall-paċi, hija forza għall-iżvilupp tal-popli, hija forza għas- solidarjeta`, u Malta trid li hija wkoll tipparteċipa minn dan l-esperiment li beda fl-1957 u għadda minn żmien għall-ieħor, jissaħħaħ dejjem aktar u jkattar il-ġid fost il-popli membri.", "Mr Speaker, kif diġa' għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, kulħadd jaf li dan il-gvern għandu mandat ripetut biex jinnegozja u jdaħħal lil Malta fl- Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar elezzjoni aħna wegħedna li meta jispiċċaw in- negozjati mmorru għand il-poplu u ngħidulu li hu kien tana l-mandat biex nagħmlu negozjati u niksbu riżultati xierqa biex Malta tkun tista' tissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Kienu jgħidulna li l-gvern aċċetta, jew kien lest li jaċċetta kollox.", "Illum il-fatti nafuhom; bdejna ninnegozjaw f'Ġunju tas-sena 2000 u spiċċajna n-negozjati fl-aħħar sigħat tat-13 ta' Diċembru, 2002.", "Bil-latin jgħidu una voce dicentes, kulħadd kien qed jgħid - u jikteb fil-gazzetti, mhux biss tagħna imma fil-gazzetti ta' pajjiżi oħrajn partikolarment f'dawk tal-pajjiżi membri - inkluża l-kummissjoni - li kemm-il darba fetħitilna għajnejna u qaltilna li qed inkunu ebsin iż-żejjed u qaltilna li konna qegħdin inħallu sa l-aħħar biex nilħqu ftehim fuq diversi punti – li nnegozjajna b'saħħitna biex ikollna l-kondizzjonijiet xierqa u llum, jiena niftaħar u ngħid li rrnexxielna, bl-għaqal tagħna u bil-kooperazzjoni ta' ħafna nies f'pajjiżna - u meta ngħid \"ta' ħafna nies\" nibda mill-membri tal- public service tagħna u nkompli b'ħafna organizzazzjonijiet li m'humiex tal- gvern li kollha għamlu ħilithom biex jifhmu fuqhiex konna qed ninnegozjaw u għenu lill-gvern - naslu għall-aħjar kondizzjonijiet possibbli li fil- fehma tal-gvern huma l-kondizzjonijiet xierqa biex Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, tajjeb li niftakru li dan il-proċess ħa 12-il sena.", "Applikajna biex insiru membri fis-16 ta' Lulju ta' l-1990 u kellna ngħaddu mill- proċess li jgħaddu minnu l-pajjiżi kollha membri, proċess ta' skrutinju lejn pajjiżna f'kollox, is-sistemi demokratiċi tagħna u l-ekonomija tagħna, jekk hijiex vijabbli, b'saħħitha u mibnija tajjeb.", "Kellna nħarsu wkoll lejn il-liġijiet kollha ta' pajjiżna, proċess li kien dettaljat bl- aktar mod qawwi.", "Rajna pajjiżna fejn kien jinsab f'dawn is-snin kollha, f'Ottubru ta' l-1996 kellna kif tafu - u kif jaf il-poplu Malti li bir- rieda tiegħu kien iddeċieda li jagħżel - gvern ieħor magħmul mill- oppożizzjoni tal-lum u waqafna għal sentejn.", "Kif għaddew dawk is-sentejn u l-poplu reġa' għamel l-għażla u reġa' tana l-mandat, aħna dħalna għax- xogħol b'assidwita`, b'determinazzjoni, b'kuraġġ u b'fiduċja fil-poplu tagħna.", "U wasalna Mr Speaker.", "U allura meta mmorru nivvutaw fid-data tar- referendum, irridu niddeċedu jekk aħniex se nitfgħu 12-il sena l-baħar qishom m'eżistewx u nerġgħu nibdew xi proċess ieħor li żgur, ikun x'ikun dak il-proċess, irid jieħu snin twal biex forsi jwassal għal xi ftehim.", "Mr Speaker, fil-mozzjoni qed ngħidu li dan il-proċess għaddejna minnu, għaddejna minn ħames elezzjonijiet, għaddejna minn bidla fil-gvern.", "Il- gvern kellu l-mandat li jwaqqaf il-proċess ta' sħubija u wettqu.", "Issa wasalna li kkonkludejna n-negozjati għas-sodisfazzjon tal-gvern u l-gvern qed iżomm il-wegħda tiegħu.", "Issa reġa' hawn moviment li qed jgħidilna: Għalfejn ir-referendum?", "Għandkom mandat biex lil Malta ddaħluha fl-Unjoni Ewropea.", "Għamlu elezzjoni u daqshekk.", "Mr Speaker, huwa veru li s-sistema kostituzzjonali tagħna hija bbażata fuq demokrazija rappreżentattiva imma d-demokrazija rappreżentattiva tgħid dak li tgħid – rappreżentattiva.", "Jien qiegħed hawn nirrappreżenta lill-poplu li vvotali fl-aħħar elezzjoni, jien għandi mandat biex nitkellem għan-nom ta' dawk kollha li tawni l-vot, pero` daqstant ieħor għandi r-rispett lejn dawk li fdawni bil-mandat tagħhom.", "U fi kwestjoni nazzjonali bħal din huwa xieraq u tajjeb – u sa ftit żmien ilu kien hawn unanimita` fuq hekk, anke l-oppożizzjoni stess kienet tgħid hekk – li l-kwestjoni ta' sħubija fl- Unjoni Ewropea għandha tiġi deċiża b'vot popolari.", "U allura l-Kamra qiegħda tiġi mistiedna biex tgħid li la dawn huma l-fatti, ladarba dan il- gvern kellu l-mandat biex jinnegozja, ladarba n-negozjati ntemmu, ladarba hemm il-wegħda li aħna nroddu l-mandat tagħna lil dawk li tawulna u ngħidulu li hu sovran fid-deċiżjoni tiegħu u hu jiddeċiedi finalment, jiena ma nistax nifhem li jista' jkun hawn min f'din il-Kamra li ma jivvotax favur din il-mozzjoni, jaqbel ma' jaqbilx mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Id-dover tagħna bla ebda dubju hu li din il-Kamra tgħid lill-gvern biex jagħmel ir-referendum kif wiegħed lill-poplu u skond kif diġa` ġie mitmum il-proċess ta' negozjati twal.", "U d-domanda għandha tkun waħda sempliċi, id- domanda għandha tkun: Taqbel li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea fit- tkabbir li se jsir fl-1 ta' Mejju 2004?", "Aħna nafu li din id-domanda qiegħda ssir b'dan il-mod għax Malta ġiet mistiedna li ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea f'dik id-data wara li ntemmu n-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "U allura d-domanda tfisser li l-poplu Malti jrid jeżamina, jara xi jfissru dawn in-negozjati u fejn wasalna imbagħad jiddeċiedi għax ikun informat u jkun ifforma ħsieb tajjeb u kuxjenza tajba, imbagħad jiddeċiedi hu direttament fir-referendum li se jsir.", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq ir-referendum nagħmlu riferenza għal-liġi li għandna f'pajjiżna.", "U l-liġi tagħna tiddeskrivi x'inhu r-referendum u f'kapitlu 237 tgħid li għandha titpoġġa mistoqsija għad-deċiżjoni komuni, ugwali, sigrieta u libera tal-poplu Malti.", "Din hija d-definizzjoni ta' referendum skond il-liġi tagħna.", "Għad-deċiżjoni komuni jiġifieri għad- deċiżjoni ta' kulħadd, ta' l-elettorat kollu.", "Deċiżjoni ugwali jiġifieri li kull vot jiswa daqs kull vot ieħor, tal-Prim Ministru jiswa daqskemm jiswa ta' l-inqas ċittadin f'pajjiżna.", "Kulmin għandu d-dritt għall-vot għandu d-dritt li jesprimi ruħu fuq din il-kwestjoni.", "Hemm bżonn li nagħmlu enfasi li l-liġi tagħna tipprovdi li l-vot ikun sigriet.", "Meta ngħidu \"vot sigriet\" naturalment irridu nifhmu li għandna liġijiet fil-pajjiż li jassiguraw bl-aħjar mod prattiku kif il-vot ikun sigriet.", "Pero` aħna l-politiċi irridu nifhmu wkoll li meta ngħidu li l-vot huwa sigriet, irridu nirrispettaw dan il-prinċipju ta' segretezza u nittama li ma jkunx hawn f'dan il-proċess min imexxi l-kelma li se jkun jaf kif dak li jkun ikun ivvota, li se jkun jaf jekk ivvutax u li se jkun jaf xi ħaġa dwar il-vot tiegħu.", "Il-liġi timponi vot sigriet u liberu biex isir referendum, vot li kull ċittadin Malti li huwa ntitolat biex jivvota jħoss u jkun żgur li jista' jesprimih bil-liberta` sħiħa tiegħu.", "Jien ngħid li m'hemmx mod ieħor kif nistgħu nkunu aktar demokratiċi meta għandna kwestjoni ta' mportanza nazzjonali bħal din milli eżattament immorru għand il-poplu tagħna u nitolbuh jiddeċiedi hu.", "L-Unjoni Ewropea hija dak li semmejt diġa`, pero` hija wkoll ħafna iktar minn hekk.", "Forsi jkun hawn min jgħid li l- ideoloġija u d-diskors fuq is-sliem m'għandux x'jaqsam.", "Mhux kulħadd huwa favur is-sliem, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem?!", "Kulħadd huwa favur id-drittijiet tal-bniedem imma diversi pajjiżi, mhux esklużi aħna, nafu li jista' jkollok mumenti diffiċli fejn ikollok bżonn il-garanzija u ċ- ċertezza li dak li bil-kliem ilkoll naqblu fuqu ma jiġi mittiefes f'ebda ħin.", "U dawn il-garanziji wkoll tagħtihom l-Unjoni Ewropea.", "Pero` kif għedt, l-Unjoni Ewropea bdiet billi riedet li tferrex is- solidarjeta`, billi jkun hemm żvilupp ekonomiku u progress fost il-popli tagħha.", "U dan huwa element importanti ħafna għax qed ngħixu fi żmien li kulħadd isejjaħlu żmien ta' globalizzazzjoni, żmien meta l-ekonomiji tad- dinja jiddependu minn xulxin, żmien meta l-fabbriki tagħna żgħar jew kbar qegħdin jikkompetu mhux f'xi suq żgħir imma litteralment mal-kumplament tad- dinja.", "U għalhekk pajjiżi Ewropej, kif qed jagħmlu pajjiżi oħra f'partijiet oħra tad-dinja, qegħdin jingħaqdu flimkien biex jagħmlu forza ekonomika qawwija, b'mod partikolari jagħmlu suq wieħed.", "U l-mozzjoni tal-lum tagħmel riferenza għall-fatt storiku li fil-5 ta' Diċembru kien ġie ffirmat trattat ta' assoċjazzjoni bejn Malta u l- Komunita` Ekonomika Ewropea li kien il-bażi tal-progress ekonomiku f'pajjiżna għal aktar minn 30 sena.", "Tul dawn it-30 sena rajna l-ekonomija ta' pajjiżna tikber.", "Naturalment kien hemm diversi fatturi li nfluwenzaw l- ekonomija tagħna, pero` naħseb li m'hawn ebda ekonomista f'pajjiżna li jħares lejn l-iżvilupp ekonomiku f'dawn l-aħħar 30 sena u ma jaqbilx li abbażi ta' dan l-iżvilupp kien hemm dak il-ftehim ta' assoċjazzjoni ma' l- Unjoni Ewropea li fetħilna l-bibien, mhux għal kollox, biex aħna nkunu nistgħu niżviluppaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħna mal-pajjiżi ta' l- Ewropa.", "U rajna li mill-pajjiżi ta' l-Ewropa kien hemm min ħares lejn Malta bħala post ta' investiment tajjeb proprju minħabba l-fatt li Malta għal dawn it-30 sena kellha trattat ta' assoċjazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li ħadd ma jista' jinnega dan il-fatt li nħolqot din ir-rabta ekonomika permezz tat-trattat ta' assoċjazzjoni.", "U l-poplu Malti, meta se jmur jivvota fir-referendum irid jistaqsi: Kellna dan l-iżvilupp ekonomiku tul dawn it-32 sena li għaddew, biex dan l- iżvilupp ekonomiku jitkattar iżjed, x'jaqbel għall-poplu tagħna?", "Li nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jew li nibqgħu barra?", "U hawn irridu nagħmlu analisi sinċiera u serja partikolarment minn min jifhem l-affarijiet biex naraw x'jaqbel lil Malta.", "Mr Speaker, anke hawn id-dinja nbidlet.", "Forsi qabel kien hawn min ħares lejn Malta biex jinvesti għax kellna ftehim ta' assoċjazzjoni u kellna pagi relattivament baxxi pparagunati ma' ta' pajjiżi oħra.", "Issa s-sitwazzjoni nbidlet radikalment.", "L-Ewropa se tilqa' fiha għaxar pajjiżi oħra, uħud minnhom għadhom f'perijodu ta' żvilupp inqas minn tagħna, b'kompetizzjoni kbira biex kollha kemm huma jattiraw l-investiment kemm mill-Ewropa kif ukoll minn barra l-Ewropa.", "U rridu nifhmu li jekk Malta kellha tiddeċiedi li ma tidħolx fl-Unjoni Ewropea dan se jkun fattur importanti kemm għal min diġa` investa f'pajjiżna kif ukoll għal min irid jinvesti.", "Il-ħaddiema b'mod partikolari jridu jifhmu li jekk Malta tbiddel ir-rotta u minflok timxi 'l quddiem biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea tieqaf fejn hi, jista' jkun hemm deċiżjonijiet li min sal-lum kien komdu hawn jifhem li jkun iktar komdu jekk ikun f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea.", "U allura meta qegħdin nitkellmu fuq il-progress ekonomiku ta' pajjiżna m'aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq investiment li għad irid jiġi imma qegħdin nitkellmu wkoll fuq investiment qawwi li diġa` jeżisti f'Malta llum.", "Jien diġa` għedt fil-pubbliku u nerġa' ngħid, li naf li hemm min diġa` qed jgħid li lest li jibqa' Malta għax għamel suċċess f'Malta, pero` jekk Malta ma tkunx fl-Unjoni Ewropea jfittex postijiet oħra fl-Ewropa fejn ikun jaqbillu iżjed.", "U allura rridu niftakru li meta se mmorru nivvutaw u ngħidu li rridu li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea nkunu qegħdin niddeċiedu fuq ix-xogħol f'pajjiżna llum u fuq ix-xogħol f'pajjiżna għada u pitgħada.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ix-xogħol f'pajjiżna llum wkoll sejjer jiddependi mid-deċiżjoni tar-referendum.", "Pero` mhux f'dan is-sens biss irridu nħarsu lejn l-ekonomija u l-Ewropa.", "Kif diġa` għedt, illum qed ngħixu f'dinja globalizzata, il-pajjiżi qegħdin jingħaqdu iktar ma' xulxin u l-Unjoni Ewropea tagħti opportunitajiet kbar anke għal min diġa` għamel investiment f'pajjiżna billi s-suq ta' l-Unjoni Ewropea stess jagħtina aktar vantaġġi milli għandna llum.", "Ma ninsewx li t- trattat ta' assoċjazzjoni ma jiftaħx il-bibien beraħ għalina imma għad hemm restrizzjonijiet, uħud minnhom sostanzjali, bħal per eżempju, dwar dak li nesportaw u dawk li jgħidulhom ir-rules of origin ta' dak li aħna nipproduċu.", "Hemm bżonn li nagħmlu l-qabża li għandu bżonn pajjiżna biex niżguraw li l-iżvilupp ekonomiku jkompli jissaħħaħ.", "Imma l-Ewropa ma tfissirx biss progress ekonomiku, l-Ewropa tfisser ukoll progress soċjali.", "L-Ewropa għandha bħala l-bażi tagħha ekonomija mibnija fuq is-suq ħieles għax il-provi tal-ħajja wrew lid-dinja li s-sistema ekonomika libera ta' suq ħieles tagħti vantaġġi kbar.", "U għalhekk is- sistema ta' ekonomija kontrollata ġiet abbandunata prattikament mid-dinja kollha.", "Anke pajjiżi kbar li għandhom suq enormi tagħhom stess bħalma hi ċ- Ċina, illum qegħdin narawhom jadottaw il-prinċipji tal-free market biex jaraw l-ekonomija tagħhom toktor b'mod qawwi u meraviljuż u b'mod li forsi ebda pajjiż ma ra żvilupp bħalu sal-lum.", "Mr Speaker, qegħdin ngħidu li l-Ewropa temmen f'din is-sistema ta' suq ħieles, pero` għandha wkoll politika soċjali u għandha regoli biex ma tħallix, per eżempju, lill-ħaddiema jiġu sfruttati b'kondizzjonijiet ta' xogħol ħżiena, billi jkun hemm xi arranġamenti bejn kumpanniji u oħrajn jew inkella b'xi mod ieħor.", "L-Unjoni Ewropea għandha dak li jissejjaħ iċ- charter soċjali u aħna, kif tafu, f'dan il-Parlament diġa` iddiskutejna liġijiet li bihom qed nadottaw dawn ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea li huma garanzija soċjali għall-iżvilupp soċjali ta' pajjiżna.", "Mhux din id-dimensjoni biss għandha l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea trid li l-kwalita` tal-ħajja tal-membri kollha tagħha tkun dejjem aħjar.", "Kien hawn min ikkritikana għax għamilna awtoritajiet fuq l-ambjent, suġġett komuni li nsemmuh spiss.", "U jkun hawn min jgħidilna: X'għandna bżonn lill- Unjoni Ewropea?", "Aħna kapaċi nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u kapaċi nadottaw ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u nimxu 'l quddiem.", "Jista' jkun veru dan imma l-fatti juruna mod ieħor.", "Il-fatti juruna li l-Unjoni Ewropea, kemm għall-każ tagħna, kemm għall-pajjiżi membri stess u għall- pajjiżi kandidati, tesiġi li l-politika ambjentali tkun waħda favur il- popli biex ikollhom ħajja aħjar.", "L-Unjoni Ewropea m'hijiex unjoni li tagħmel ir-regoli biex tinki jew telimina lil xi ħadd.", "L-Unjoni Ewropea tagħmel regoli li huma fundamentalment favur il-konsumatur, favur iċ-ċittadin, favur in-nies li jgħixu fil-pajjiżi tagħha.", "Naturalment dawn ir-regoli spiss ma jolqtux tajjeb lil ċerti setturi għaliex huma ntiżi biex ikun hemm protezzjoni akbar, vantaġġ akbar u kwalita` ta' ħajja aħjar għall-konsumatur.", "Imma tajjeb li l-poplu Malti meta jmur jivvota fir-referendum jifhem li l-Unjoni Ewropea tfisser dan ukoll; insistenza fuq kwalita` tal-ħajja f'kull aspett tagħha għall-popli membri tagħha.", "Kultant jgħidulna: Xi trid tindaħal l-Unjoni Ewropea biex tgħidilna xi kwalita` ta' ilma għandna nixorbu?", "Mhux kulħadd huwa kapaċi jieħu ħsieb il- kwalita` ta' l-ilma tiegħu?!", "L-Unjoni Ewropea mhux hekk tesiġi.", "L-Unjoni Ewropea tesiġi li jekk inti trid tkun membru tagħha, allura dawk l- istandards li huma favur il-konsumatur u li huma tajbin għall-kwalita` tal- ħajja, trid tadottahom.", "U naturalment dan ipoġġi piżijiet, Mr Speaker.", "U għalhekk l-Unjoni Ewropea għandha l-prinċipju tas-solidarjeta` għax mhux biss tesiġi l-applikazzjoni ta' ċerti regoli imma għandha l-mod kif tgħin biex dawn ir-regoli jkunu jistgħu jitwettqu.", "U nafu li f'Malta ilna għaddejjin insemmu l-fondi li għandha l-Unjoni Ewropea, l-istructural u l-cohesion funds li għandha, li huma flus li l-Unjoni Ewropea tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-membri tagħha, biex ikunu jistgħu jilħqu dik il-kwalita` ta' ħajja, dawk l-istandards li hi jidhrilha li għandhom ikollhom il-popli membri tagħha.", "Mr Speaker, l-Unjoni Ewropea tfisser dan kollu u l-poplu Malti fuq dan se jkun mistieden jivvota fir-referendum li ġej.", "L-Unjoni Ewropea wkoll temmen fundamentalment fuq il-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "L-Unjoni Ewropea għandha sistema li biha l-gvernijiet ta' pajjiżi jagħtu l-mandat lilha biex flimkien magħhom tiddeċiedi ċerti affarijiet, pero` trid li tapplika fil-mod kif tiffunzjona l-prinċipju tas-sussidjarjeta`.", "U dan effettivament huwa prinċipju importanti ħafna għalina, partikolarment aħna li aħna pajjiż żgħir.", "Jintuża l-argument li Malta fl-Unjoni Ewropea se tintilef, se titlef l- identita` tagħha u se tkun vuċi fid-deżert.", "Bil-maqlub, Mr Speaker.", "Huwa fundamentali għall-Unjoni Ewropea li tirrispetta d-diversita` u l-identita` tal-popli tagħha, li dak li jista' jagħmel il-gvern tal-pajjiż, jagħmlu hu u mhux tagħmlu hi.", "U dan, nerġa' ngħid, huwa importanti ħafna.", "Nisimgħu l- argument li bih jgħidulna: Ksibna l-indipendenza, sirna pajjiż sovran u issa se nagħtu rajna f'idejn ħaddieħor?", "M'hemmx tgħawwiġ tal-fatti akbar minn dan għax is-sovranita` li ġibna bl-indipendenza tal-21 ta' Settembru, 1964 m'aħniex se nċekknuha imma se nkabbruha meta aħna nsiru membri ta' l- Unjoni Ewropea.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Mr Speaker, dan il-prinċipju tas-sussidjarjeta` huwa importanti.", "Jien dan l-aħħar għamilt diskors lill-ambaxxaturi fejn għedt li huwa diffiċli tgħid x'inhi l-Ewropa għax hemm ħafna aspetti tagħha, pero` żgur li tista' tgħid x'ma hijiex l-Ewropa.", "U l-Ewropa m'hijiex u lanqas se tkun xi super state li trid teqred l-identita` ta' xi poplu.", "U aħna kellna l-prova dwar dan fin-negozjati.", "Aħna morna ninnegozjaw u għedna li aħna poplu li għandu l- identita` tiegħu u fost dawk l-affarijiet li jagħmluna Maltin għandna l- lingwa tagħna, il-Malti.", "Kien hawn min ħolom, sekli ilu, li l-Malti jkollu d-dinjita` ta' lingwa li tistħoqlu u aħna rnexxielna ninnegozjaw, għax hekk temmen l-Unjoni Ewropea, li l-lingwa Maltija tiġi konservata, tibqa' parti mill-identita` Maltija, billi għall-ewwel darba fl-istorja se ssir lingwa uffiċjali fl-Ewropa kollha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) U allura l-poplu Malti għandu jikkonsidra xi tfisser l-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea tfisser li s-sovranita` tagħna m'hijiex se tibqa' kelma imma se nsarrfuha billi nkunu nistgħu nsemmgħu leħinna fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Diġa` semmejt kif Malta se jkollha vuċi fost il-25 ministri jew prim ministri ta' l-Unjoni Ewropea u bħalissa qed jiġini f'rasi id-diskors li kien għamel il-Qdusija Tiegħu, il-Papa meta ġie Malta l-ewwel darba fl-1990 u tkellem fuq id-dimensjoni spiritwali.", "Il-Qdusija Tiegħu kien qalilna li fejn jidħlu prinċipji morali l-Ewropa għandha bżonn ix-xhieda fidila ta' Malta.", "U x-xhieda fidila tfisser li aħna nkunu nistgħu nitkellmu fuq dak li aħna nemmnu, fuq dak li jagħmilna Maltin, fuq dak li huwa magħġun mal- karattru Malti u mal-kultura Maltija.", "Aħna rridu li din is-sovranita` inpoġġuha wkoll mas-sovranita` tal-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea u nsaħħu il-fakulta` tagħna li nikkomunikaw il-fehmiet tagħna b'qawwa.", "Dan l-aħħar kien ġie jarana wkoll u għamel diskors il-Kardinal Poupard.", "Dan għamel riferenza preċiża għas-sehem ta' Malta u kien qalilna biex noqogħdu attenti għax m'hijiex ħaġa żgħira li aħna ntellfu lilna nfusna l- fakulta` li nkunu nistgħu nitkellmu f'din l-Ewropa waħda li se tkompli tiżviluppa.", "U dan kollu l-poplu Malti jrid iżommu quddiem għajnejh meta jmur jivvota fir-referendum u jgħid: Iva, jien irrid li pajjiżi jsir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Naturalment l-Unjoni Ewropea jinteressawha mhux biss il-ġenerazzjonijiet preżenti imma jinteressawha wkoll il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu, jinteressawha wkoll uliedna u wlied uliedna.", "U nafu kif l-Unjoni Ewropea tipprovdi mezzi, mhux biss finanzjarji, biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom opportunitajiet aħjar.", "Jien diġa` tkellimt fuq il-postijiet tax-xogħol u kif dawn irridu nkattruhom u nżommuhom billi nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea, imma rrid ngħid ukoll li hemm orizzonti wkoll għaż-żgħażagħ tagħna u għal min irid jimraħ iktar 'il bogħod minn pajjiżna.", "U għandna mijiet u eluf ta' żgħażagħ Maltin li fl-imgħoddi marru u wrew li kapaċi jikkompetu u mxew ħafna 'l quddiem f'ħajjithom imbagħad ġew lura hawnhekk u kkontribwew għal pajjiżna.", "Hawn min qed jgħid li b'daqshekk il-gvern qed jipproponi emigrazzjoni oħra.", "Mr Speaker, hija għarukaża li jkun hawn xi ħadd li jiddeskrivi l- opportunitajiet ta' l-Ewropa għaż-żgħażagħ tagħna – u mhux għax-żgħażagħ biss – bħala xi proposta li rridu neżiljaw liż-żgħażagħ tagħna.", "Iż- żgħażagħ dan jifhmuh u jafu li l-Unjoni Ewropea se tiftħilhom orizzonti u possibbiltajiet ġodda kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna.", "Mr Speaker, din hija deċiżjoni li l-poplu Malti m'għandux jieħu kif ġieb u laħaq, hija deċiżjoni li sejra tissiġilla l-futur ta' pajjiżna għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Jien naħseb, u hemm sinjali f'kull settur li qed juru li l-poplu Malti qed jirrealizza xi tfisser l-offerta li għandna biex insiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin ngħixu fi żmien ta' bidla kbira, mhux għax Malta se tidħol fl-Unjoni Ewropea imma għaliex id-dinja nbidlet u qed tkompli tinbidel.", "U allura domanda li jrid jagħmel il-poplu Malti meta jmur jivvota hija: \"F'din il-bidla li qiegħda ssir u li trid isir bilfors, x'jaqbel lill-poplu Malti kollu kemm hu?", "Li nkunu barra mill- Unjoni Ewropea?", "Jew li nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea?\".", "Jien ċert li l-poplu Malti, fil-maġġoranza kbira tiegħu, jifhem li fl- Unjoni Ewropea jkollna opportunitajiet ħafna aħjar biex din il-bidla nilqgħu għaliha u ndawruha f'opportunitajiet għal pajjiżna.", "Nisimgħu ħafna argumenti ta' biżgħa.", "Huwa naturali li jkollok il-biżgħa dwar dak li ma tafx x'inhu, pero` l-Unjoni Ewropea nafu x'inhi u nafu kemm diġa` tat opportunitajiet kbar lil pajjiżi li kienu fqar u li kellhom il-kuraġġ li jaffrontaw ir-realta`.", "Jekk inhu żmien ta' bidla rridu ninbidlu u l-Unjoni Ewropea tgħinha biex ninbidlu mingħajr tbatija żejda.", "U dan kien il-proċess tan-negozjati li aħna għamilna ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jien qatt m'għedt, u ħadd m'hu se jgħid, li l-fatt li se nsiru membri ta' l- Unjoni Ewropea mhux se jolqot lil xi ħadd jew lil xi settur b'xi żvantaġġi, bilfors isir hekk f'kull bidla li titwettaq, imma ma jistax ikun li aħna nagħmlu bħall-imgħoddi; ningħalqu fina nfusna u ngħidu li biex l-ekonomija u l-industrija tagħna tibqa' miexja 'l quddiem allura ma nimpurtawx affarijiet minn barra u nagħmlu l-affarijiet hawn Malta.", "Għaddejna minn perijodu f'pajjiżna fejn biex iddaħħal computer kont trid tiffirma dikjarazzjoni li ma kontx se tkeċċi lill-ħaddiema tiegħek.", "Dik kienet l- iktar politika short-sighted li qatt kien hawn f'pajjiżna.", "Il-gvern ta' dakinhar ma fehemx li l-fatt li ddaħħal computer ma kienx ifisser li inti se tkeċċi n-nies imma li se toħloq opportunitajiet enormi kif nafu li nħolqu f'pajjiżna meta kien hemm bidla fil-gvern fl-1987 u aħna lliberalizzajna u għedna li hemm bżonn li kulħadd jaffronta d- diffikultajiet b'kuraġġ u jegħlibhom.", "Mr Speaker, dan huwa l-mument issa fejn nagħmlu qabża oħra li ġejja mill- fatt li aħna nemmnu f'pajjiżna.", "Aħna għandna fiduċja f'pajjiżna u fil- ħaddiema tagħna u mhux biss bil-kliem imma bil-fatti.", "U allura f'dan il- mument storiku u ta' bidla ma rridux inkunu ġwejjef u ngħidu li nibżgħu.", "Min jaħdem fil-biedja ma jistax jgħid li jibża' jbiddel u jibża' jikkompeti meta jġibulu prodotti oħra.", "Huwa veru li l-kompetizzjoni se tiżdied u huwa veru li l-effett tal-kompetizzjoni se jkun li l-konsumatur Malti se jkollu prodotti irħas u ta' kwalitajiet li jistgħu jkunu aħjar, pero` anke lil dawk li se jintlaqtu b'xi mod temporanjament ħażin, aħna ħadna ħsiebhom.", "M'iniex se nidħol fid-dettalji tan-negozjati kollha li għamilna, imma m'hemm l-ebda settur li aħna njorajnih.", "M'għednilux li mhux se jkollu diffikultajiet imma għednilu li aħna se nagħmlu ħilitna kollha – bil- kunsens ta' l-Unjoni Ewropea li għandha regoli li kultant tipprojbik li tagħmel dawn l-affarijiet – biex inwieżnuhom għaliex għandna fiduċja fikom u lesti nagħtuhom din l-oppportunita` biex huma jtejbu l-pożizzjoni tagħhom.", "Mr Speaker, aħna ma nibżgħux u m'għandniex x'jaqtagħlna qalbna mill-poplu tagħna.", "U għalhekk għamilna negozjati ebsin li fil-fatt irriżultaw f'77 arranġament speċjali għal Malta.", "Jien ma nafx kienx hawn min minn sħabi d- deputati li kellhom iċ-ċans li jaraw id-dokumenti mill-ġimgħa li għaddiet, għalkemm uħud minnhom kienu diġa` ippreżentati, pero' issa għandhom id- dokumenti kollha tan-negozjati u jistgħu jaraw kif il-gvern ma njora l-ebda settur f'pajjiżna.", "Ittrattajna l-problemi u l-issues kollha u rnexxilna u ħadd ma jaħseb li kien faċli li nġibu 77 arranġament speċjali għal pajjiżna.", "Mr Speaker, kien hawn ukoll min ipprova jiżra' d-dubji u aħna ttrattajnihom ukoll dawk id-dubji anke jekk dawn setgħu ma kenux ġustifikati.", "U kif jaf kulħadd, dawn is-77 arranġament speċjali se jkunu mniżżlin fit-trattat ta' sħubija, fosthom il-protokoll li rnexxilna nġibu dwar l-abort.", "Pajjiżna għall-grazzja ta' Alla għad għandu l-fibra morali tiegħu qawwija u jifhem li ma jistax jissagrifika prinċipji morali għal xi vantaġġ tal-mument.", "Kien hemm min beda jiddubita jekk sħubija fl-Unjoni Ewropea hijiex se tipperikola l-fatt li Malta għandha biex tiftaħar li hija l-uniku pajjiż fl- Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi ta' l-Ewropa fejn l-abort m'huwiex legalizzat.", "U allura wasalna, mhux mingħajr diffikulta`, biex ftehema ma' l-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm ftehim partikolari dwar l-abort li effettivament jgħid li l-liġi Maltija tibqa' suprema llum u dejjem għal dak li jirregola l-abort f'pajjiżna.", "Kien hemm min qal, u għad hawn min għadu jaħseb, li b'xi mod il-gvern Malti se jippreġudika n-newtralita` kostituzzjonali tagħna.", "Naturalment min għadu jgħix fi żmenijiet oħra u min għadu jgħix f'dinja ta' żewġ superpotenzi jista' jkun li jiġuh id-dubji, pero` aħna kellna n-negozjati meta ddiskutejna l-pożizzjoni tagħna bil-kostituzzjoni kif inhi, bil- provvedimenti fuq in-newtralita` u f'dawk in-negozjati inizjali meta ġew diskussi dawn l-affarijiet qbilna li Malta m'għandna bżonn tbiddel xejn fil- kostituzzjoni tagħha.", "Ma kien hemm ebda talba la min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea u lanqas mingħandna li aħna b'xi mod inbiddlu l-pożizzjoni kostituzzjonali tagħna.", "Pero` hawn ukoll, biex inserrħu moħħ kulħadd innegozjajna biex mat-trattat li bih Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkun hemm dikjarazzjoni li rgħid li Malta se tibqa' tosserva l-provvedimenti li hemm fil-Kostituzzjoni tagħna dwar in-newtralita`.", "Jien ili f'dan il-parlament sa mill-1969 u niftakar dibattiti li saru fuq in-newtralita` u niftakar lill-gvern ta' dakinhar jgħid li ma jridx xi forma ta' newtralita` li tagħmel lil pajjiżna pajjiż newtralizzat.", "Kien jingħad li aħna nemmnu fin-newtralita` li ma rridux bażijiet militari f'pajjiżna, ma rridux nintrabtu li nagħmlu l-gwerer imma rridu li aħna nagħtu s-sehem tagħna għall-paċi, irridu dik li tissejjaħ newtralita` attiva u mhux newtralita` passiva.", "Huwa magħruf li Malta, bħal pajjiżi oħra newtrali li hemm diġa` fl-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-Finlandja, l- Iżvezja, l-Awstrija u l-Irlandam se nżommu sħiħ dawk il-prinċipji ta' newtralita` li għandna fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Mr Speaker, ħadna ħsieb li Għawdexm li huwa gżira iżgħar minn Malta u li għandha problemi doppji ta' insularita`, nagħmlu dikjarazzjoni li tkun fi trattat li nħarsu l-bżonnijiet ta' Għawdex, issa u 'l quddiem.", "Mr Speaker, jien nemmen li fid-dibattitu li se jsir f'pajjiżna minn issa sad-data tar-referendum - li m'hijiex 'il bogħod; m'għandi ebda ħsieb li ntawwal dan l-istadju li għaddej minnu l-pajjiż - kulħadd se jifhem iktar din id-deċiżjoni storika li l-poplu Malti se jiġi msejjaħ biex jiddeċiedi dwarha hu stess.", "U l-awgurju tiegħi huwa li kull wieħed minna mhux biss f'dan il-parlament imma b'mod partikolari aħna d-deputati, jieħu pożizzjoni u jispjega x'inhi l-veduta oġġettiva tiegħu.", "U hemm bżonn li ma nibqgħux inħawwdu l-imħuħ.", "Hija diżonesta politika li tipprova f'mument kritiku bħal dan tħawwad l-imħuħ.", "Mr Speaker, ġejt hawnhekk b'deċiżjoni li ma nitkellimx fuq politika partiġġjana, imma ippermettili niddeskrivi poster li għamel il-Labour party li fuq naħa waħda hemm kliem li ntqal żmien ilu dwar pakkett finanzjarju kif kien dak iż-żmien, u fuq in-naħa l-oħra jgħidulna li l-pakkett finanzjarju jfisser Lm1.5 miljun fis-sena mbagħad fi brackets taħt hemm \"flus kontanti\" - qisna se noqogħdu ngħoddu l-liri! - meta kulħadd jaf li l- pakkett finanzjarju li nnegozja l-gvern Malti jfisser li meta fl-ewwel tliet snin tagħmel is-somom l-Unjoni Ewropea se tikkommetti - bl-Ingliż \"to commit\" - fil-budget tagħha somma ta' flus, imbagħad għamlet il-kalkolu u qalet li Malta f'dawk it-tliet snin trid tħallas somma u l-bilanċ favur Malta huwa ta' Lm81 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn huma l-fatti u min jipprova jħawwad l-imħuħ juri li qiegħed f'pożizzjoni debboli, juri li qiegħed jipprova japprofitta ruħu għaliex jgħid li n-nies ma jifhmux.", "Tidħkux bin-nies!", "Tidħkux bin-nies!", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "Aħna rridu li nikkomunikaw lin-nies il-verita`.", "Jien nista' ngħidilha lill-Onor.", "Helena Dalli li qiegħda ssabbat fuq il-mejda li jien kont hemm fl-aħħar mument u dħalt quddiem il-Prim Ministru Rasmussen u quddiem Prodi ....", "(Interruzzjonijiet) U dħalt qabel ma daħal il-Prim Ministru tal- Polonja għaliex l-aħħar li kkonkludew in-negozjati kienu Malta u l-Polonja (Interruzzjonijiet) u fl-aħħar mument, bl-insistenza tagħna, żidulna mal- pakkett finanzjarju Euro54 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dawn huma l-fatti.", "Li wieħed jikkritika u jgħid li hu kien ikun bravu ħafna iktar u kien iġib iktar, jista' jgħidu, li jgħid li l-pakkett mhux biżżejjed jista' jgħidu, li jgħid li l-pakkett mhux dak li tkellimna fuqu fl-1998 jista' jgħidu, imma żgur li ma jistax imeri l-fatt li Malta se tkun Lm81 miljun aħjar fl- ewwel snin, fis-sens li jibqgħalha Lm81 miljun aktar milli tħallas.", "Dak huwa fatt li ħadd ma jista' jinnegah.", "L-appell tiegħi lill-poplu Malti kollu kemm huwa biex f'dan iż-żmien ta' deċiżjoni kull wieħed minna jerfa' r-responsabbilta` għaliex hija responsabbilta' għalih, għall-familja tiegħu, għal uliedu, għal ulied uliedu u għal ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Kulħadd għandu jiżen id-deċiżjoni li se jieħu.", "Jien għandi kull fiduċja li l-poplu Malti jifhem kemm dan huwa mument storiku u mument ta' responsabbilta` fejn kulħadd għandu jsemma' leħnu b'mod ċar.", "Mr Speaker, ma jdumx ma jasal iż-żmien fejn il-poplu Malti jiġi msejjaħ u jkollu d-domanda miktuba quddiemu: Taqbel li Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea fit-tkabbir li se jsir fl-1 ta' Mejju 2004?", "U r-risposta hija iva jew le.", "Naturalment m'għandix dubju li f'dan id-dibattitu se nisimgħu li l-oppożizzjoni għandha xi alternattiva oħra u jien b'ġustizzja ma' l-oppożizzjoni, fil-mozzjoni, filwaqt li għedna li l-gvern iqis li dan il-ftehim jipprovdi kondizzjonijiet xierqa għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u jirrikkmandah lill-poplu Malti – il-gvern qed jerfa' r- responsabbilta` u qed jgħid li dan huwa pakkett xieraq biex nissieħbu u qed jirrikkmandah lill-poplu Malti – għedna wkoll li din il-Kamra tapprezza li l-oppożizzjoni trid xi forma ta' assoċjazzjoni li m'hijiex definita.", "M'iniex se nidħol fuq l-argumenti ta' x'tista' tfisser din l-assoċjazzjoni pero` żgur li m'hijiex se tkun sħubija; se tkun assoċjazzjoni li diġa` kellna bħalha għal 32 sena f'pajjiżna, assoċjazzjoni li tista' titjieb b'xi mod pero` żgur li m'hijiex se tagħti l-vantaġġi ta' sħubija.", "Għalhekk jien nappella sabiex ninsew id-differenzi politiċi ta' bejnietna.", "Dan huwa mument storiku għal pajjiżna u kulmin jaqbel li Malta għandha tissieħeb anke fil-bankijiet ta' l-oppożizzjoni għandu jqum u jgħid \"iva, għall-ġid ta' Malta jien naqbel, jien naqbel\".", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) (Għajjat) Jien nieħu pjaċir li donnu xi ħadd iddeċieda li l-membri ta' l-oppożizzjoni jitkellmu kollha, jien irrid nismagħhom jitkellmu għaliex smajthom jitkellmu f'postijiet oħra wkoll, Mr Speaker.", "(Interruzzjonijiet) Dan huwa l-mument fejn kull wieħed minna jrid jerfa' r-responsabbilta` tiegħu ....", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Ikompli il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, dan id-dibattitu jagħlaq nhar il- Ġimgħa u dakinhar inkunu nafu l-ħsebijiet ta' kull membru ta' l- oppożizzjoni, u jien inkun f'pożizzjoni li fi żmien qasir inħabbar id-data meta sejjer jinżamm ir-referendum.", "Jien persważ li l-poplu Malti kollu qed jifhem l-importanza ta' din id-deċiżjoni u bħal dejjem jien minn hawn nesprimi fiduċja sħiħa u kompleta fil-poplu tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, il-Prim Ministru fil-bidu qal li dan huwa dibattitu ta' importanza nazzjonali kbira.", "Kulħadd jaqbel, pero` ma mmaġinajtx li fl-aħħar tad-diskors kien se jinsa dak li qal fil-bidu tad- diskors tiegħu u jaqa` fit-ton li spiċċa d-diskors tiegħu, jiġifieri ton li jitfa` ħafna dubji u ton ta' tixwix.", "Issa lill-Prim Ministru drajnih, jgħid li jaf ħafna affarijiet pero` meta jiġi ċċalinġjat biex jipprovahom ma jipprovawhomx.", "Jien se nitratta dan id-dibattitu b'serjeta' u bir-rispett kollu li jixraqlu dibattitu ta' din il-portata.", "Smajna lill-Prim Ministru għal siegħa u għaxar minuti u stennejt li nisma` affarijiet iktar li jżommulna saqajna ma' l-art u iktar informazzjoni li qed jistenna li jisma` l-poplu Malti li qed isegwi dan id-dibattitu.", "Ma stennejtx li nisma` tliet kwarti mid-dibattitu fuq jargon li tisimgħu u taqrah fid-dokumenti kollha li joħorġu mill-Unjoni Ewropea, fejn kull faċċata li tqalleb taqra l- platitudes.", "Pero' ma skantajtx għax dan il-gvern mill-bidunett ma trattax dan id-dibattitu nazzjonali fuq il-futur ta' pajjiżna bis-serjeta` li tixraqlu, u ngħid għaliex aktar 'il quddiem.", "Pero' anke llum, meta qed iressaq mozzjoni quddiem dan il-Parlament, ukoll qed ikompli juri kemm ma jridx dibattitu serju u kemm ma jridx is-serjteta` fil-pajjiż.", "GĦaliex?", "GĦax mhux qed iressaq mozzjoni biex hu bħala Prim Ministru jkun jaf x'għażla jrid jagħmel għall-futur tiegħu l-poplu Malti, imma jrid ikun jaf jekk il-poplu Malti jaqbilx jew le ma` dak li jrid hu.", "Din hija d- differenza, u dan huwa d-diskors kollu li sar fuq id-demokrazija, fuq rispett lejn il-poplu u fuq ir-rispett lejn l-opinjoni pubblika.", "Il-gvern Nazzjonalista ilu determinat li f'din l-issue jċaħħad lill-poplu mill- għażla demokratika dwar il-futur ta' pajjiżna.", "Ilu determinat li ma jħallix il-liberta` lill-poplu, li wara li jkun informat, jagħmel għażla intelliġenti dwar x'ikun l-aħjar il-futur tiegħu.", "Sur President, smajna ħafna ftaħir bil-mandati tal-passat, elezzjonijiet u maġġoranzi.", "Issa qed niddiskutu l-futur u diffiċli tiżen dawk il-mandati mogħtija fuq wegħdiet fiergħa, gideb u affarijiet li ma seħħewx li ftaħar bihom il-Prim Ministru.", "Il-mandat li qed jintalab illum huwa ħaġa oħra għax il-poplu ħa qtajja` kbar meta sar jaf ċerti affarijiet.", "Il-gvern Nazzjonalista ngħata ċ-ċans mill-poplu biex juri hux kapaċi jġib dak li wiegħed u falla miżerabilment.", "Wiegħed ħafna u ġab il-frak.", "Meta jibni kampanji sħaħ fuq wegħdiet fiergħa ma jistax jittieħed bis-serjeta`.", "Għalhekk mill-bidunett għedt li l-partit Nazzjonalista ma ttrattahx bis- serjeta` dan id-dibattitu nazzjonali.", "Matul is-snin - u ilna sejrin mill- 1992, anke minn qabel - bena konġura madwaru biex jilloppja lill-poplu u jipprova jqarraq bl-opinjoni pubblika.", "Jien nakkużah li matul is-snin uża mezzi li ma huma xejn demokratiċi.", "Ħataf għalih riżorsi tal-poplu biex jagħmel kampanja għall-politika tiegħu biss.", "Ħataf għalih riżorsi li jappartjenu lill-poplu biex jagħmel kampanja għalih biss.", "Bena fuq il-gideb u l-misinformazzjoni, xtara ġurnalisti u għamel ħafna affarijiet oħra li ma nixtieqx naħli ħafna ħin fuqhom għaliex dan għaddejna minnu.", "Il-bottom line hi li gandna gvern li appożitament u b'intenzjoni ħoloq żbilanċ demokratiku kbir biex ma jħallix lill-poplu jagħmel l-għażla li suppost għandu jagħmel.", "GĦamel il-brainwashing li l-futur ta` pajjiżna għandu jibda u jispiċċa madwar l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk jien ngħid li l-kliem tal-mozzjoni li għandna quddiemna fejn il- gvern qed jappella biex ikun hemm deċiżjoni meħuda ugwali u libera, u li hu interpretahom kif jinterpreta l-liġi, jien ninterpretahom mod ieħor.", "Jien ngħid li dan il-pajjiż ma jistax jieħu deċiżjoni la ugwali u lanqas libera.", "Għaliex?", "GĦax biex tieħu deċiżjoni li tkun ugwali u libera trid tkun informat ukoll b'mod ugwali dwar l-għażliet li għandek quddiemek.", "Dan il- gvern, għal xhur wara xhur, ċaħħad lill-poplu dan id-dritt b'mezzi li bihom ma ħallix lill-poplu jkun jaf fil-fatt x'inhuma l-għażliet li għandu quddiemu.", "It-tajba hi li f'dan il-proċess kollu, dan il-gvern ossessjonat fuq il-ħolma li tkellem fuqha fid-diskors li għamel il-Prim Ministru, abbanduna kollox u kollox tħalla jmur għal riħu u spiċċajna pajjiż fi stat ta' abbandun għaliex il-gvern kien il-ħin kollu okkupat fil-ġirja sfrenata wara ħolma.", "U qed ngħid ħolma mhux għax ma naqsamx miegħu dak li qal fil-bidunett tad- diskors tiegħu dwar l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea, anzi naqbel miegħu u mal-mod storiku li spjega kif żviluppaw l-affarijiet.", "Imma fuq il-mod kif irid jimponi dak kollu fuq is-sistema ta' pajjiżna, fuq l-istorja ta' pajjiżna u fuq is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' pajjiżna ma qal xejn il- Prim Ministru.", "Wegħidna ħafna affarijiet.", "L-ewwel li wegħidna kien li hekk kif ineħħu l-applikazzjoni mill-friża jibda ġej l-investiment għax hemm ruxmata fil-pipeline jistennew biex jinvestu ġo pajjiżna.", "Din smajniha wkoll qabel mingħand nies oħra li kienu miegħu li llum qed jokkupaw karigi għolja.", "Issa l-applikazzjoni ilha mneħħija mill-friża erba' snin u xorta waħda għandna kriżi ta' l-investiment.", "Tant hawn kriżi u tant m'hawnx minn fejn nagħżlu li qegħdin nilletikaw dwar jekk il-Lufthansa Teknik ġietx hawn għax Malta tista` nidħlu fl-Ewropa.", "U allura dawn il-ħafna wegħdiet li għamel il-Prim Ministru llum jien ngħid more of the same, iktar minn dak li smajna sena wara sena, wara sena.", "Sur President, jekk irridu nkunu veru politiċi responsabbli għall-futur ta' pajjiżna l-iktar ħaġa li rridu nirrikonoxxu huwa dak li qalu anke ħafna esperti, jiġifieri li l-Unjoni Ewropea m'hijiex is-soluzzjoni għall- problemi ta' pajjiżna.", "Ħafna kienu jpinġu lill-Unjoni bħala baqra kbira li taħleb kemm trid minnha, iġġib miljuni kemm jogħġbok u kollox isolvi ruħu.", "Issa l-Prim Ministru ġie jgħidilna li jiżbalja minn jitfa` l-aċċent fuq il- benefiċċji finanzjarji biss ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena nistaqsih: Min beda jħajjar lin-nies u jbiegħ il-kunċett ta' l-Unjoni Ewropea fuq kemm se jiġu miljuni ta` liri?", "Kemm qalu li ġejjin miljuni?!", "Min qal Lm100 miljun, min qal Lm80 miljun, min qal Lm70 miljun u min qal Lm50 miljun u li se jkunu dawn il-miljuni li se jsolvulna l-problemi kollha!", "Għandu raġun il-Prim Ministru issa jerġa` jikteb mill-ġdid il-viżjoni tiegħu ta' din l-Unjoni.", "Għaliex?", "Għax dawk il-miljuni, li jiċħdu kemm jiċħdu u jipprovaw jagħmlu libelli u jipprovaw iqarrqu u jgħidu li mhux veru li qalu li ġejjin, qegħdin hemmhekk miktuba għall-posterita` ħalli l-bniedem ikun jaf kemm tan- naħa l-oħra kienu jew giddibin jew mhux informati rigward l-Unjoni Ewropea.", "Għax jekk kont taf il-fatti u għedthom mod ieħor kont giddieb u jekk ma kontx tafhom kont injorant.", "Sur President, in-nies iridu gvern li jwettaq dak li jwiegħed.", "Ma jridux paroli u wegħdiet fl-ajru u fil-vojt, imma jridu gvern li l-ewwel u qabel kollox jara l-interessi tagħhom, l-interessi ta' pajjiżna u l-interessi tal- familja tagħhom.", "Il-Prim Ministru issa, f'dan l-istadju qed jgħid lill- poplu: Toqgħodx tara l-interessi privati tiegħek, issa għamel viżjoni nazzjonali, issa ħares lejn l-interess tal-pajjiż u lejn l-interess tal- komunita`.", "Il-poplu mhux iblah.", "Il-poplu mhux defiċjenti kif qed tgħidu lil dawk ix-xjuħ li bgħattulhom il-karti biex tneħħulhom il-vot.", "Il-poplu bħal dawk intelliġenti, għax ħafna minnhom intelliġenti daqsi, daqs il-Prim Ministru u daqs kull wieħed li hawn f'din il-Kamra.", "Wieħed irid jifhem il- problemi li għandu hawn dan il-pajjiż quddiemu u għalih l-issue ta' l-UE m'hijiex the be all and end all. L-issue ta` l-Unjoni Ewropea hija parti mill-programm kollu li għandu jkollu kull partit, kif hija featured fil- programm tal-partit Nazzjonalista u kif hija featured fil-programm ta' azzjoni tal-partit Laburista.", "Issa l-poplu jrid jagħżel gvern li jrid isewwi dak kollu li traskura, kisser, ħassar u li ħalla jmur il-baħar il- gvern Nazzjonalista.", "It-traskuraġni kollha li ħalla warajh irid jagħmel tajjeb għaliha l-gvern li jrid jagħżel il-poplu fl-elezzjoni li jmiss.", "Lill-poplu llum ma nistaqsihx jekk tridx Unjoni Ewropea jew le.", "Jiena nistaqsih: Liema gvern trid ħalli jmexxik u dan il-pajjiż jerġa` jwaqqfu fuq saqajh, jerġa` jirranġa` dak kollu li tħalla jitraskura ruħu u nerġgħu nibdew naħdmu u nimxu 'l quddiem?", "U din l-għażla ma ssirx b'referendum.", "Din hija għażla li ssir permezz ta' elezzjoni ġenerali.", "Dan huwa gvern li qiegħed fl-aħħar xhur tal-leġislatura tiegħu, taf tkun qasira u taf tkun forsi 11 jew 12-il xahar oħra.", "Pero' żgur nafu li ma jistax isieħeb lil pajjiżna, anke jekk ikollu mandat, fl-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Mejju tas-sena 2004.", "Nafu wkoll li dan il-gvern żgur ma jistax jibqa` fil-gvern wara l-24 ta' Jannar tas-sena 2004.", "Jekk irid jikkonsulta l-poplu dwar sħubija sħiħa m'hemm xejn ħażin jekk irid parir, jieħdu l-parir.", "Il-ħażin huwa li dan il- gvern qiegħed jippretendi li dak il-parir mhux biss jintrabat bih hu imma anke l-gvern li se jkun hemm warajh fl-elezzjoni li ġejja.", "Għalija din hija arroganza bħal dik li rajna fl-1996 meta kienu appuntaw nies għolja fid- dipartimenti, inklużi permanent secretaries bejn ir-writ u l-elezzjoni ħalli isibhom ma' wiċċu l-gvern li jitla` warajhom.", "Dan, wara kollox, l- istess bħalma qed jagħmlu issa.", "Qed jappuntaw ambaxxaturi ġodda meta nafu li erbat ijiem oħra se jkun hemm bidla fil-gvern.", "Sur President, is-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea m'hjiex a single issue.", "Il-Prim Ministru tkellem fuqha bħala viżjoni blu, stilel u sħab.", "Diġa` għedt li dawn naqraw bħalhom f'kull karta li terċievi mill-UE u kull meta tkun hemmhekk fil-kotba kollha kollha li ssib.", "Pero' m'hijiex issue waħda, imma għandha ramifikazzjonijiet fl-aspetti kollha tal-ħajja, tolqot is- setturi kollha tal-ħajja tal-bniedem hawn Malta u ta` kull min qiegħed fl- Unjoni Ewropea.", "Kull tip ta' relazzjoni, ħalli nkunu ċari, ma' l-UE għandha dawn ir-ramifikazzjonijiet.", "Mhux qed ngħid sħubija sħiħa biss, imma kull tip ta' relazzjoni li pajjiż ifittex li jkollu ma' l-UE se jkollha impatt fuq setturi differenti tal-ħajja tal-poplu ta' dak il-pajjiż.", "Allura kull option, sħubija sħiħa jew partnership bħalma qed jgħid il-Partit Laburista tissarraf fi programm ta' tibdil politiku f'ħafna oqsma tal-ħajja li jolqot dawk is-setturi kollha.", "Fi kliem ieħor tissarraf fi programm ta' gvern bħal dak li jiġi ppreżentat lill-poplu f'pakkett ta' gvern li jrid elezzjoni ġenerali fil-forma ta' dak li ngħidulu programm elettorali.", "Din hija d- differenza.", "Ma nistgħux nippretendu li nagħmlu mistoqsija bħal din li ppreżentalna l-gvern fil-mozzjoni.", "Fil-mistoqsija li hemm fil-mozzjoni ma daħħalniex il-pakkett miftiehem – u issa nitkellmu fuqha din – imma staqsejna jekk il-poplu jridx jidħol jew le.", "Allura din in-naħa ssostni li dawn l-għażliet fundamentali li se jaffetwaw tant aspetti fil-ħajja tal-poplu Malti ma tistax teħodhom billi tistaqsi lill-poplu jekk iridx jiħdol jew je fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma għażliet li jridu jsiru f'elezzjoni ġenerali, iktar u iktar meta wieħed jirrealizza li jekk kemm il-darba nagħmlu hekk inkunu qed nevitaw perikli ta' kriżijiet politiċi u anke perjodi ta` inċertezza li jistgħu jinqalgħu meta nqisu l-iskadenzi elettorali ta' pajjiżna.", "Għalhekk għedt meta l-iktar kmieni pajjiżna jista` jidħol fl-Unjoni Ewropea jekk pajjiżna isir membru sħiħ u għalhekk għedt sakemm l-iktar li jista' jibqa` fil-poter dan il- gvern li għandna llum.", "Allura m'hemmx għalfejn nittantaw il-providenza u noħolqu iktar inċertezza f'dan il-pajjiż billi ngħaddu minn perjodu li fih ikun hemm inċertezza politika.", "Ħafna qed jgħidu li l-investiment mhux qed jiġi minħabba l-inċertezza li hawn, u dan il-gvern qed jagħmel minn kollox biex l-inċertezza jkompli jġeddidha.", "Pero` l-gwaj, nerġa` ngħid, hu li dan il-gvern osessjonat li l- ġid soċjali u l-progress soċjali u ekonomiku f'pajjiżna jsir biss jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa l-iżball li kien hemm minn meta telqu b'din l-idea għaliex hemm ħafna affarijiet li fuqhom wieħed seta` jaqbel.", "Kien ħafna affarijet li wieħed seta` jiddiskuti u li flimkien stajna nakkwista mill-Unjoni Ewropea.", "Imma li inti tgħid li s-sħubija fl- Unjoni Ewropea hija kollox u kollox hu marbut magħha, huwa l-ewwel żball jew l-ewwel biċċa eżerċizzju ta' qerq li segwa l-partit Nazzjonalista.", "Sur President, il-partit Laburista jemmen li l-ewwel u qabel kollox irridu nemmnu fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-poplu Malti u GĦawdxi kollu.", "Ħadd m'hu se jaħslilna wiċċna biex inkunu aħjar minnu.", "Jekk il-poplu Malti ma nagħtuhx l-opportunitajiet biex il-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħu jiżviluppahom, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea dan il-pajjiż m'huwiex se jimxi 'l quddiem.", "Ħadd m'hu se jiġi hawnhekk u jinvesti għall- gost li jinvesti.", "Ħadd m'hu se jiġi hawnhekk u jagħtina l-flus ta' xejn.", "Rajna kemm kellna raġun meta konna ngħidulkom: Ħallukhom minn dan il-gideb tal-miljuni għax mhux dawn se jagħtuk il-flus ta' xejn.", "Lill-poplu Malti rridu nagħtuh il-fiduċja fil-ħiliet u fil-kapaċitajiet tiegħu u nagħmlu dak kollu possibbli bħala politiċi u bħala gvern futur biex noħolqu l- opportunitajiet ħalli dawk il-ħiliet jiġu wżati.", "Nerġa` nsemmi l-Lufthansa Teknik.", "Għaliex ġew jinvestu hawn Malta dawn?", "Għax dawn irrikonoxxew li l- ħaddiema Maltin li ħarrġet dik il-kumpannija ta' l-ajruplani taċ-ċomb illum huma kapaċi li jagħtu s-servizz tagħhom lill-kumpannija Ġermaniża.", "Daparti tagħhom dawk il-ħaddiema ma eżistewx.", "Daparti tagħhom dik il-linja ma' eżisthietx għax ibbojkotjawha mill-bidu għax kienu jgħidu li dik hija kumpannija ta` l-għasafar taċ-ċomb.", "Imma issa qed nipprovaw innessu l- istorja liż-żgħażagħ tagħna.", "Jiena ngħid liż-żgħażagħ ifittxu ħa jkunu jafu kemm kienu distruttivi n-naħa l-oħra u kemm kienu negattivi fil-kampanja tagħhom.", "Aħna nemmnu li ma nistgħux nieħdu deċiżjonijiet politiċi li bihom nipperikolaw iċ-ċans li l-poplu u l-ħaddiem Malti jagħmel il-qligħ minn dak li jipproduċi u jkun jista' jkompli jikkompeti bis-servizzi li jagħti.", "Kull sistema politika trid tirriduċiha għal kif tolqot il-ħaddiem u mhux lill-klikka ta' fuq, mhux għal min għandu ħobżu maħbuż.", "Trid tirriduċiha għal kif tolqot il-massa tal-ħaddiema li huwa l-biċċa l-kbira tal-poplu Malti.", "Nerġa` ngħid ma nistgħux nagħmlu għażliet politiċi li jipperikolaw b'xi mod il-kompetittivita` tal-ħaddiem Malti u ċ-ċans li nibqgħu nagħmlu profitti minn dak li nipproduċu jew minn dak li nagħtu bħala servizz.", "Qabel il-ħolm ta` l-istillel u t-tpaċpiċ fuq ideali politiċi trid tassigura li ż-żaqq tkun mimlija u li jkollok l-ekonomija miexja sewwa biex tħalli il- ġid u l-prosperita` li jiġu mill-frott ta` l-istess ekonomija li titħaddem, u mhux bħalma għamel il-gvern Nazzjonalista.", "Għandna prosperita` finta.", "Ħaffer ftit u tara kemm nies marru lura u sabu ruħhom fil-faxxa ta' dawk li llum jgħidulhom foqra.", "Mhux li jittalbu fit-toroq, alla ħares!", "Imma klassifikati bħala foqra għaliex is-sistema kif qed titħadddem ġewwa pajjiżna m`hijiex ekwa u m`hijiex ġusta għall-aħħar u qed toħloq tbatija f'ħafna familji.", "Sur President, jekk inħarsu lejn id-dejn nazzjonali nsibu li dan id-dejn nazzjonali kulma jmur dejjem jikber kull sena.", "Dejjem imur kontra l- previsjonijiet.", "Ngħidu li se jiġri mod u jiġri mod ieħor u nkomplu nkabbru d-dejn u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Qalulna dan iħallsuh uliedna għax aħna qed naħdmu għall-futur ta` tagħhom.", "Uliedna jridu jagħmlu tajjeb għad-dejn li qed jagħmel dan il-gvern.", "Dak hu l-wirt li se jħallihom il-partit Nazzjonalista.", "Dejjem isemmu l-investiment ġdid.", "Jiena nistaqsi: Fejn hu dan l-investiment ġdid li kull darba jsemmu?", "Fejn huma l-opportunitajiet ġodda?", "Mhux talli mhux ġej investiment ġdid, mhux talli mhux jinħolqu opportunitajiet ġodda talli l-Prim Ministru qed jgħidilna li hawn fabbriki li qed jikkontemplaw li jekk ma jkunx hemm sħubija jitilqu minn hawn.", "Ma niskantax jekk qed jagħmlu bħal meta fi żmien ieħor marru jxewxu fil- Ġermanja biex ma jiġux it-tobba u l-investiment hawn Malta.", "Pero` dan ma jaqbel xejn ma` dak kien hemm rapportat dalgħodu fil-gazzetti fejn kelliem tal-moviment IVA qal li l-mexxejja tal-fabbriki qed jgħidu lill-ħaddiema biex ma jivvotawx għall-Unjoni Ewropea għaliex inkella jkollhom jitilqu.", "Min jgħid mod u min jgħid ieħor.", "Għidulna liema verzjoni minnhom hija l- verita` għax mhux qed nifhmu issa.", "Sur President, il-ħajja qed togħla kuljum u t-taxxi dejjem jiżdiedu.", "Din hija l-verita` tal-ħajja.", "Min jidħol għand il-familji u jitkellem man-nies li jaqilgħuha u jikluha u li jiddependu mill-paga li jaqilgħu mix-xogħol tagħhom jaf x'biża` għandhom li jitilfu l-job tagħhom.", "Jaf x'biża` għandhom li ma jsibux ċans li jagħmlu part-time iktar u ma jkollhomx ċans ilaħħqu mal-kontijiet tad-dawl, ta' l-ilma, tat-telefon u ta' l-affarijiet l-oħra kollha inkluż il-ħlas ta` l-iskejjel ta' wliedhom.", "Din hi l- verita` tal-ħajja u mhux il-ħolm ta' l-Unjoni Ewropea u x'se jiġri.", "Ejjew niġbduha u nsarrfuha settur settur kif se jagħmlu sħabi, allavolja wara li wegħduna li se nitkellmu b'ċerta kumdita` issa qalulna li se jnaqqsulna l- ħin.", "Imma l-poplu li qed jismagħna jifhem.", "X'jiswa li tgħid li inti membru fl-Unjoni Ewropea biex, bħalma qal il-Prim Ministru, sempliċment ngħidu li għandna ministru u ngħidu li għandna commissioner u mbagħad titlef il- kompetittivita` u ssib li qed teqred setturi ta' l-industrija tiegħek jew inkella tas-servizzi tiegħek u forsi anke tibda żżid il-qgħad?", "Din hija l-mistoqsija li qed jagħmel il-poplu mhux billi l-Prim Ministru talab lill-poplu biex ma jarax l-interessi tiegħu, imma jara l-interess nazzjonali.", "Jien naħseb li min ikollu l-bwiet vojta u l-problemi kif se jlaħħaq mal-kontijiet u l-ħajja ma naħsibx li jkun daqshekk idealista li jgħid: Jien ma jimportani minn xejn u se nara biss l-interess nazzjonali.", "Jien ngħid li għandek tarah l-interess nazzjonali u ma nkunx Malti jekk ma ngħidx hekk, imma l-ewwel u qabel kollox inti bħala bniedem tkun iblaħ jekk ma tarax l-interessi tiegħek.", "Imma l-Prim Ministru issa jaqbillu jgħid hekk għax ovvjament ħafna setturi li kienu mwiegħda mod, issa sabu li l- affarijiet huma differenti.", "Imma jien nistaqsi: Jekk inti trid li pajjiżek jimxi 'l quddiem bis-serjeta` u li l-poplu jmur għall-aħjar billi jkun hawn il-ġid u l-prosperita`, għaliex għandek tidħol għall-piżijiet li taf li ma jaqbillekx tidħol għalihom?", "Sur President, f'parti mill-mozzjoni hemm imniżżel li l-Kamra tinnota li n- negozjati ntemmu b'suċċess.", "U jien nistaqsi: X'nifhmu b'suċċess?", "Suċċess għax inti issa se tħalli barranin jiġu jaqsmu ħobżok miegħek?!", "Suċċess għax inti se tħalli barranin biex jiġu hawn Malti jgħollu l-prezzijiet tal- proprjeta` u ż-żgħażagħ tagħna jsibu diffikulta` biex jixtru l-proprjeta` tagħhom?!", "Suċċess għax inti tiġi mġiegħel, u mhux għax trid, li ddaħħal it- taxxa fuq l-ikel u fuq il-mediċina u fuq l-istampar?!", "Dan suċċess li tiftaħar bih?!", "Jien konvint li l-Prim Ministru ma jridx jagħmilha, imma hekk ġie mġiegħel.", "Suċċess għax ċaħħadt lis-sajjieda Maltin mid-dritt esklussiv li kellhom għal 30 sena li jikkmandaw huma l-baħar tagħhom sa 25 mil, għax inżilt għal 12-il mil u l-ieħor tlift is-sovranita` fuqu għax qed tikkmandah l-Unjoni Ewropea?!", "Suċċess għax se tesponi lill-bdiewa biex jiffaċċjaw kompetizzjoni sfrenata u jkollna nissusidjawhom biex ma jispiċċawx iżarmaw u jmorru lejn id-dar u ma jagħmlu xejn?!", "Dan suċċess?!", "Suċċess meta inti żarmajt dawk l-għajnuniet ta' l-Istat anke meta ma kienx jaqbillek li żżarmahom?!", "Ħalliha li biċċiet minnhom forsi naqblu li kellhom jiġu toned down, imma li nintrabat li inżarma l-għajnuna ta' l-Istat għax hekk qed jordnali ħaddieħor ngħidlu suċċess?!", "Il-Prim Ministru jiftaħar kemm ħadem biex intlaħaq dan il-ftehim.", "Jien fuq livell personal nirringrazzjah tax-xogħol li wettaq bħala Prim Ministru, skond hu, għall- poplu Malti.", "Pero` ma nistax ngħid li għamel suċċess.", "Suċċess meta ġġib pakkett bħal dan?!", "U għalhekk dan il-pakkett li tkellem fuqu qabel fil- qorti u qal li se jagħmel il-mistoqsija tar-referendum marbuta miegħu issa sparixxa mill-mistoqsija.", "Issa kulħadd qed joqmos u jistaqsi lill-Prim Ministru: Dan x'pakkett hu li ġibtilna?", "Hawn x'ġibtilna?", "Sħabi jitkellmu fuqhom aktar fid-dettall dawn għax jien qiegħed sempliċement nobrox naqra l- wiċċ.", "Suċċess meta inti minħabba kif jaħdmu is-sistemi għada pitgħada se jkollok tgħolli mas-smewwiet il-prezzijiet ta' l-ikel tiegħek u tipperikola li ma tibqax kompetittiv?!", "Suċċess meta inti ma tistax tikkmanda x'tagħmel għaliex dan se jkollhom isiru minħabba s-sistemi fihom infushom?!", "Suċċess meta inti ddaħħal dazji li jiddettalek ħaddieħor fuq prodotti li forsi ma jaqbillekx iddaħħal dazji fuqhom għaliex tmur ħażin?!", "Imma inti jkollok tgħid: Hekk ordnawli.", "Din hija l-għaqda dogonali u jaqbilli jew ma jaqbillix se jkolli indaħħalhom.", "Dan suċċess!", "Imma l-ikbar waħda hi li inti qed tarmi d-dritt li rajk jibqa` f'idejk.", "Qed tarmi dan id-dritt u tgħid li għamilna suċċess u morna tajjeb fid-diskussjonijiet!", "Fuq kollox, u din importanti u hemm ħafna mħuħ legali n-naħa l-oħra, inti qed taċċetta s-supremazija tal-liġi ta' l-Unjoni Ewropea fuq pajjiżek.", "Jgħidu xi jgħidu l-qrati tagħna u jgħid x'jgħid dan il-Parlament hemm is- supremazija tal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea.", "U dan suċċess!", "Kieku ta' dan se nieħdu xi ħaġa kbira wieħed jgħid ħalli npoġġi fil-keffa tal-miżien dak li tawna minħabba dawn is-sagrifiċċji kollha li qed ngħidu li se jkollna nagħmlu u npoġġu fil-keffa l-oħra tal-miżien dak li tlaqna u dak li tlifna.", "Issa ħalliha li biex kulħadd jidher ħelu, orkestrat u m'huwiex, fil- gazzetti qed jagħti l-impressjoni u jagħmilha ta' bir-ruħu li għamilna xi akkwist kbir.", "Imma dawn kollha għandhom l-interessi tagħhom.", "Min qed ixomm li se jmur hemmhekk jagħmel \"hekk\".", "Min għandu l-kuntratti ġejjin, l-ieħor għax għandu l-konsulenzi, l-ieħor għaliex għandu l-uliedu u l-ieħor għax se jmur jagħmel it-translation mill-Malti għall-Ingliż.", "Dawn kollha hekk jiktbu fil-gazzetti.", "Mhux ovvja.", "Daqs dawk eluf deħlin!", "Imma lil dawk is- setturi kollha li semmejt fil-bidu qed nipprovaw nillupjawhom u nagħtuhom ftit flus ħalli joqogħdu daqsxejn kwieti.", "Lis-sajjied u lill-bdiewa qed jgħidulhom kemm se jagħtuhom flus u ma jafux li dan huwa perjodu ta` transazzjoni li jrid jgħaddi.", "Jgħaddu erba' snin jew ħames snin u lill-bdiewa qalulhom sas-sena 2010 u 2014.", "Pero' dawn dejjem ikomplu jonqsu sakemm fl-aħħar imutu l-mewta naturali.", "Qalilna li dan kollu sar wara li saru l-konsultazzjonijiet pero' jien ngħid li dawn huma konsultazzjonijit finta.", "Biżżejjed ngħid li fuq din il-Mejda tal-Kamra llum qed naraw tunnellata karti li ħafna minnhom ilhom lesti u dan il-gvern ma kellux id-diċenza li jurihom lir-rappreżentanzi tal-poplu.", "Imbagħad bagħtulna kaxxa kbira d-dar b'dawn il-volumi kollha u jippretendu li narawhom kollha malajr ħalli niġu niddibattuhom hawnhekk.", "Dik hi d- demokrazija!", "Dik hi l-ekwita`!", "Dik hi d-deċiżjoni libera li qed jgħid il- Prim Ministru!", "Issa huma xebgħu jistudjawhom u suppost jafuhom bl-amment, għalkemm xi wħud ma jafu xejn fuqhom u bejniethom iħawdu.", "Ġieli l-Prim Ministru jgħid mod fuq it-television u ta' l-MIC jikkoreġuh.", "Issa jien ma nippretendix li l-Prim Ministru jkun jaf kollox imma lanqas nistenna li dan jippretendi li aħna nanalizzaw dawk il-volum kollha f'jumejn, bħalma se jkollu jagħmel il-poplu fuq it-trattat li se jkollu xi 4,000 faċċata u li se jiġi pubblikat fl-aħħar tax-xahar biex imbagħad imur jivvota fir- referendum.", "Isemmu l-konsultazzjonijiet pero' dan l-aħħar rajna lill-kaċċaturi fuq it- television igħajtu li ġew imqarrqa.", "Hemm min igħidlek: Dawn issemmihomx għax dan mhux lobbying sew.", "Mela dawn mhux nies?!", "Naqblu jew ma naqblux il-verità hi li dawn għaddew iż-żmien bihom għat-tielet darba infila.", "Per eżempju ̧ kemm-il darba qrajna li n-nies fil-kummerċ qegħdin igergru li dawn imorru għal-laqgħat, ma jkollhomx ċans jaraw id-dokumenti u jieħdu deċiżjonijiet bla ma jkunu għadhom xtarru dak li jkollhom quddiemhom?", "Sur President ̧ xi jumejn ilu rajna l-ministru jindirizza lill-bdiewa pero' dawn qed igħidu li ma fehmu xejn.", "Allura ma' min qed jikkonsulta l- ministru?", "Qed jikkonsulta ma' tlieta min-nies li għandhom interessi – dan qed ngħidu bir-responsabbilta` kollha - fl-importazzjoni u fl- esportazzjoni.", "U xi ħadd li kien serju heddu l-ministru u qallu li ma jridx jitkellem miegħu u li qabel iwarrab ma jitkellimx mal-koperattiva.", "Dan id-diskors għidtu barra u l-Ministru Ninu Zammit m'għamillix libell.", "Lil dan keċċih 'il barra għax kien qed jitkellem b'mod ekwu u ma kellux interessi li jimporta l-patata jew il-larinġ jew inkella jesporta xi ħaġa oħra.", "Aħna nafu x'inhu għaddej.", "Per eżempju, ċerti nies jidhru li qed jirrappreżentaw lill-bdiewa imma fir-realtà lill-buthom ikunu qed jirrappreżentaw għax lill-bdiewa ttradewhom u ħadd ma jaf x'ġie miftiehem.", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru jgħid li għamlu 77 arranġament speċjali.", "F'daqqa waħda żdied wieħed għax fil-pubblikazzjoni ta' l-MIC 76 arranġament hemm.", "Imma dawn l-arranġamenti speċjali x'kellna x'nambuhom?", "Min talabhom biex jagħmlu dawn l-arranġamenti speċjali?", "X'se nieħdu tagħhom?", "Wieħed jaħseb li b'dawn is-77 arranġament speċjali hemm xi 77 benefiċċju.", "Pero' r-realtà hi li 90% minnhom dawn huma taħt transitional period u mbagħad xi erba' snin oħra jkollok tieħu l-pillola l-morra.", "Dawn huma l- arranġamenti speċjali!", "Tipprova żżomm lura milli tibla' dawk il-pilloli morri li qed ibellgħulek ta' l-Unjoni Ewropea biex tittradixxi lill-poplu Malti u tagħtihom lil pajjiżna.", "Jien ma nafx fejn qegħdin l-arranġamenti speċjali.", "Semmew in-newtralità u ma nafx biex qed jiftaħar il-Prim Ministru.", "Dan għamel dikjarazzjoni unilaterali li fil-common defence ma jidħolx.", "Hekk biss qed igħidilha lill-Unjoni Ewropea!", "Jaf il-Prim Ministru li artiklu 23 tat-trattat ta' Nizza jgħid li ma jista' jagħmel xejn li jkun likely to be in conflict with the policy ta' l-Unjoni Ewropea.", "Din għax ma qalilniex hawnhekk?", "Dak li se jiffirma l-gvern Malti jekk il-poplu jagħtih il-mandat li jagħmilha.", "Dan jista' jagħmel contract of abstention u ma jidħolx magħhom imma ma jista' jagħmel xejn li jkun likely to be in conflict with dak li tagħmel l-Unjoni Ewropea.", "Dan ma jista' jagħmel xejn li jkun kontra jew jidher li se jkun kontra.", "Din hi s-sovranita` mormija hekk b'xejn għall-ponn Euros.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela jiġi jgħidilna li l-ftehim li għamel huma għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' Malta.", "Dan ma jistħix jgħid hekk!", "Dan m'hu veru xejn għax bela' dak kollu li hemm bħal kulħadd.", "Hemmhekk hemm fixed menu li trid tiekol minnu bilfors; tista' tieklu bil-mod u tista' tgħaġġel imma dan trid tieklu kollu!", "U minn fuq hemm it-transition period speċjalment fil-kamp ta' l- ambjent li jiskadi meta għadna ma sirniex membri u meta għadna mhu qed nieħdu xejn mill-fondi strutturali.", "Dan irridu nagħmluh minn bwietna għaliex jekk ma nkunux għamilnih jgħidulna li ma ssodisfajniex dak li ftehemna fuqu.", "Fil-fatt hemm skadenzi fis-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 meta nkunu għadna lanqas qed nieħdu mill-fondi strutturali bħala membri sħaħ.", "Dawn huma affarijiet li l-poplu mhux se taħbihomlu fis-sħab tal-kliem sabih fuq l-Unjoni Ewropea, fuq l-istilel u fuq l-isfar u l-blue.", "Dan ried jisma' l-poplu Malti ħalli jkun jaf fiex dieħel!", "Mela nkomplu nqarrqu bih!", "Jien għalhekk għidt mill-bidu ̧ u nkompli nsostni, li din kienet diskussjoni nazzjonali li dejjem tmexxiet b'qerq min-naħa l-oħra.", "Dawn qatt ma kellhom interess li jkun hemm dibattitu serju.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Minkejja l-kotba kollha li hemm u minkejja l-MIC għadna sal- lum ma nafux x'ġie miftiehem eżatt.", "(Interruzzjonijiet) Ċerti affarijiet ma jkabbruhomx u jidhru f'xi vers x'imkien imma ħadd ma mar iċapċaplu.", "Per eżempju, lill-bidwi Għawdxi ħadd ma qallu li fi żmien ħames snin is- sussidju li għandu fuq it-trasport għall-biedja minn Malta għal Għawdex se jispiċċa b'20% kull sena.", "Dawn l-affarijiet iħalluhom miktubin u jekk titkellem fuqhom igħidulek li kitbuhom imma jien nixtieq inkun naf liema bidwi jmur jaqrahom dawn l-affarijiet!", "Ara affarijiet oħra ndoqquhom!", "Issa se nitkellem ftit fuq is-sajd.", "Jien ngħid li l-affarijiet huma differenti minn kif qal il-prim ministru.", "Per eżempju, fejn hu l-ftaħir dwar is-sajjieda Maltin?", "L-aktar importanti taf x'inhu, Sur President?", "L- aktar importanti huwa li fil-ftehim aħħari tas-sajd qalu li l-kompetenza finali tat-tmexxija tas-sajd hija f'idejn l-Unjoni Ewropea.", "Din hija miktuba ċara u tonda fid-dokumenti li għamlu.", "Fil-fatt f'paġna 2 hemm li l- Unjoni Ewropea tfakkar il-prinċipju tal-kompetenza tal-komunita` esklussiva fuq is-sajd.", "L-Unjoni Ewropea tissottolinea l-aċċettazzjoni ta' l-acquis min-naħa ta' Malta u tfakkar li din timplika l-aċċettazzjoni tar-regime tal- komunita` fuq id-dħul tal-biċċiet tas-sajd għall-ilma u r-riżorsi li qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Barra minn hekk qalulhom ċar u tond li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ICCAT fejn tidħol il-konservazzjoni tat-tonn, Malta mhux se tibqa' titkellem għall-interessi tagħha imma l-Unjoni Ewropea se tibda titkellem għall-interessi tagħha.", "Ara kif tlaqna kollox!", "Hawnhekk jingħad ċar u tond li l-Unjoni Ewropea tinnota li filwaqt li Malta tkompli teżerċita s-sovranita` fuq it-12-il mil ta' l-ibħra territorjali, fil-kontest tal-framework tas-sajd tal-komunita`, din għandha titlob li jiġi stabbilit management regime għall-bqija tal-25 mil.", "Mela kif niġu ngħidu li għamilna l-akkwisti meta tajna dak li hu tagħna u armejna s-sovranita` tagħna għalxejn!", "Issa jien qed insemmi qasam wieħed li se jitkellmu fuqu wkoll sħabi.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-common foreign u s-security policy fejn se nispiċċaw biex insiru biċċa għodda tal-politika tad-difiża li qed tiżviluppa ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "Jien diġa` tkellimt fuq it-trattat tan- newtralita` pero` rrid insemmi wkoll it-taħwid li qegħdin nisimgħu fuq il- fondi.", "Jien kważi ġimgħa ilu diġa` staqsejt biex jispjegawlna xi affarijiet dwar dan imma sal-lum għadu ma spjegalna ħadd.", "Il-Prim Ministru qalilna biex nieħdu l-kelma tiegħu imma lil min se nemmnu; lilu jew lill- Unjoni Ewropea?", "Aktar 'il quddiem beħsiebni nqiegħed fuq il-mejda tal- Kamra kopja tad-dokumenti li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-Prim Ministru stess li qed juru li l-benefiċċju nett li se nieħdu mill-Unjoni Ewropea huwa ta' Euro26 miljun fis-sena, kif kienu miftehmin fil-bidu ̧ plus terz ta' l-Euro54 miljun li jiġu Euro18 miljun.", "Issa Euro26 miljun u Euro18 miljun iġibu Euro44 miljun fis-sena li jfissru Lm18 miljun u mhux Lm27 miljun kif qal il-Prim Ministru.", "Issa jien m'iniex f'pożizzjoni li mmeri jew ingiddeb lill-Prim Ministru pero` lanqas jien f'pożizzjoni li narmi dan id-dokument uffiċjali li ħareġ mill-Unjoni Ewropea.", "Jien tlabt spjegazzjoni qabel dan id-dibattitu pero' din ma ġietx.", "Illum il-Prim Ministru qalilna li għandna nemmnu lilu imma jien ngħid li anke fuq il- Lm100 miljun kien hawn minn emmnu imma ħallih lampa stampa!", "Allura kif nistgħu nemmnuk fuq dan ukoll!", "Dan għandu jispjega lill-poplu Malti minn fejn toħroġ id-differenza ħalli għallinqas nilluminaw irwieħna.", "Sur President ̧ id-dokument finali li poġġa l-Prim Ministru stess fuq il- mejda tal-Kamra jgħid ċar u tond li n-net balance għat-2004 after a budgetary compensation huwa ta' Euro26 miljun ̧ għas-sena 2005 huwa ta' Euro26 miljun, għas-sena 2006 huwa ta' Euro26 miljun imbagħad il-Prim Ministru għamel l-almu tiegħu biex iġib Euro54 miljun ieħor għal tliet snin.", "Issa dawn it-Euro18 miljun fis-sena miżjuda mas-Euro26 miljun li hawn hawnhekk jagħtuna Euro44 miljun fis-sena li jiġu Lm18 miljun.", "Dawn huma Lm9 miljun inqas mis-Lm27 miljun li kien igħidilna.", "Issa nispera li fil-winding up il-Prim Ministru jispjegalna d-differenza jew inkella jispjegawhielna l-bravi kollha li għandu madwaru.", "Dawn huma l-fatti li rridu nitkellmu fuqhom.", "Il-poplu Malti għandu janalizza l-affarijiet kollha għax imbagħad ̧ la jkun għamel l-ingassa ma' għonqu ̧ ma jkun jista' jagħmel xejn.", "Aħna lill-gvern ngħidulu biex lill- poplu jgħidlu l-verità u ma jibqax jigdeb; daħaq bih biżżejjed.", "Il-Prim Ministru lilna qal biex ma nidħkux bin-nies!", "Min daħak bin-nies( Jien ngħidlu: Semmielna waħda milli għidna lill-poplu u ma ġratx jew xi ħaġa oħra li wegħedtuh intom li ma ġratx bil-maqlub!", "Il-Prim Ministru huwa ferħan bil-protocol dwar l-abort.", "Min qatt qal li aħna rridu l-abort!", "Aħna minn dejjem għidna li ma naqblux ma' l-abort.", "Joqgħodu jdoqqu ħafna trumbetti u jsemmu lill-Isqfijiet u lill-Papa!", "Per eżempju ̧ hawnhekk nixtieq insemmi lill-kardinal Glemp li qal li hu jixtieq jidħol fl-Unjoni Ewropea imma meta jisma' b'dawk id-diktats ġejjin minn Brussels jiftakar fid-diktats li kienu joħorġu minn Moscow meta kienu għadhom taħt il-komunisti.", "Hekk qal dan jekk il-kardinal Poupard qal l- istess ħaġa.", "U lill-Papa nħalluh fil-kwiet mhux noqgħodu nżeffnuh fin-nofs.", "Iżeffen lil ħaddieħor min m'għandux saħħa jiżfen waħdu!", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa fuq Għawdex.", "Fejn qiegħed is-suċċess li għamlu hemmhekk?", "Il-Ministru Giovanna Debono tgħidx kemm qaltilna li għal Għawdex se nġibu fondi speċjali u tgħidx kemm għorku jdejhom l-Għawdxin!", "Pero' hija ħasra li issa mhux se jiġu!", "Għalhekk issa jridu nkunu onesti u jgħidulhom li pprovaw jidħku bihom għax mill-Unjoni Ewropea qalulhom li ma jistgħux jagħmlu dan!", "Aħna ma kellniex l-esperti kollha li kellu miegħu l- gvern imma mill-ewwel għidna li mill-Objective 1 ma tistax tieħu.", "Għalfejn joqgħodu jidħku bin-nies?", "Dawn fi kliemna ġew!", "Allura min daħak bil-poplu?", "Aħna dħakna bihom l-Għawdxin jew il-Ministru Giovanna Debono u l-gvern?", "Illum jafu li daħqu bihom biex jeħdulhom il-voti.", "Aħna 'l quddiem irridu nħarsu u mhux lejn il-mandat li kellu l-gvern fil-passat li ħadu bil- qerq ̧ bil-gideb u bil-kalunji.", "Dawn huma l-fatti u aħna għandna ħafna aktar affarijiet x'nikxfu!", "Nixtieq insemmi wkoll il-pakkett finanzjarju li huwa vroma!", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru jiftaħar x'ġab!", "Per eżempju, minkejja li wiegħed li se jġib Lm100 miljun ̧ fir-realtà ġab ġurdien żgħir!", "Kieku jien nistħi nidher u għandu raġun neħħih mill- mistoqsija finali għax ma jagħmlilhomx unur.", "L- ewwel igħidulna li se jsolvulna kollox imbagħad jiġi b'pakkett żgħir; l- aqwa li hu biċ-ċoff u mgeżwer sabiħ!", "F'isem din in-naħa jien ngħid li ma naqbilx li dawn huma kondizzjonijet xierqa.", "Għalhekk il-partit Laburista qed jgħid li l-pajjiż għandu alternattivi oħrajn quddiemu.", "Pajjiżna għandu quddiemna alternattivi reali li huma mibnija fuq dak li għandu bżonn il-poplu u mhux fuq il-ħolm u wegħdi fiergħa.", "Huwa dan li jrid jakkwista l-partit Laburista fl-interess tal-poplu Malti.", "Dawn l-affarijiet mhumiex mibnijin fuq il-ħolm u fuq ħafna paroli vojta.", "Dawn l-affarijiet ittestjajnihom diġà meta konna fil- gvern u nkomplu nibnu fuqhom biex insaħħu l-opportunitajiet għall- industrija Maltija, biex nipproteġu l-biedja Maltija, jgħid x'jgħid l- Onor. Ninu Zammit u jgħid x'jgħid min qed jagħmel propaganda favur il- politika tan-naħa l-oħra.", "Aħna konna bdejna nagħmlu ftehim kif għamlet l- Isvizzera bl-istess diċitura.", "Jien niċċalenġjahom li dawn l-affarijiet għandhom imorru jfittxuhom ħalli jaraw jekk humiex l-istess.", "Għandhom jaraw kif jibda l-ftehim li konna għamilna aħna u l-ftehim li kienet għamlet l-Isvizzera.", "Dawn it-tnejn igħidu li jridu jkunu kompattibbli mal-World Trade Organisation u jridu jkunu kompatibbli ma' dak li għaddej fid-dinja.", "Imma mbagħad ara x'ġabu l-Isvizzeri!", "Ara kemm innegozjaw u kemm fetħu protezzjoni ta' kwanititajiet ta' levies u ta' staġuni!", "Imbagħad immorru nagħmlu ħafna ftehim ta' koperazzjoni f'oqsma differenti u la jidħol id-dritt awtomatiku tal-barani li jiġi jaħdem hawn Malta, la jidħol id-dritt awtomatiku tal-barrani li jiġi jixtri proprjeta` hawn Malta, la jidħol xi ħadd li jkun jista' jimponi taxxi fuqna, la se ċċaħħad lis-sajjied milli jistad fl-ilma li qabel kien jistad fih, la se jkollna għalfejn noqogħdu nissussidjaw lill-bidwi għax dan għandu l- protezzjoni tiegħu u lanqas għandna għalfejn narmu n-newtralita`, l- indipendenza u l-ħelsien tagħna.", "Din hija l-għażla.", "U mela tiftaħar kemm ġibt trattamenti speċjali, transition periods u pilloli biex jillupjawk ħalli ma tiblax mediċina morra?", "Din hija d-differenza.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Vella, sar il-ħin.", "Hawn xi arranġamenti?", "L- Onor. Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Sur President, hawn arranġament bejn il-gvern u l- oppożizzjoni li l-ħin jiżdied b'madwar 27 minuta minħabba l-ħin li ntilef fil-bidu tas-seduta.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-ftehim huwa li wara li jgħaddu dawn is-27 minuta mbagħad jittieħed l-aġġornament.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, huwa mportanti li ma nippreġudikawx kif se jiġu ppreġudikati l-industriji u t-tarznari ta' pajjiżna.", "M'għandniex indaħħlu taxxi li m'għandniex bżonn.", "Għalhekk jien qed ngħid li din in-naħa ma tistax tifhem ...", "(Interruzzjonijiet) Inti qed titkellem ̧ Sur Ministru, li ħallejt dejn oxxen li qed jakkumula matul is- snin?!", "(Interruzzjonijeit)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom ̧ no cross debates.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Inti ħallejt dejn oxxen jikber biex tfaqqar lil dan il-pajjiż.", "Jien nispera li f'dan id-dibattitu sħabi jkomplu jilluminaw lill-poplu, kull wieħed fuq is-settur partikolari tiegħu, kif se jintlaqat jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Titkellmux fuq l- egoiżmu; egoiżmu personali u egoiżmu tal-klikek!", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom ̧ m'hemmx interruzzjonijiet.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-poplu qed jismagħna u jiġġudikana.", "Il-poplu jaf min minna hawn ġew ħadem għall-interess tiegħu bla interess u jaf ukoll min ħiereġ mimli bil-flus u min ħaxxen bwiet uliedu u ħbiebu.", "Għalhekk il-poplu jaf min qed jitkellem b'ġenwinità.", "Jien li qatt ma biddilt whisky f'ilma jew ilma f'whisky, ma nafx x'kienet, se nipproponi din l-emenda għall-mozzjoni tal-gvern:", "\"Ħassar dak kollu li hemm wara \"Din il-Kamra ... \" u daħħal dan li ġej:", "\"f'dan l-istadju storiku fl-iżvilupp politiku ta' pajjiżna, tafferma li l-futur politiku u soċjali ta' Malta huwa mar strettament mal- ħiliet, u mal-kapaċitajiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, li f'għaqda sħiħa mal-pajjiżi kollha li jfittxu l-paċi u l-progress ekonomiku u soċjali, u fil-ħarsien tal-prinċipji tad-demokrazija u tad- drittijiet tal-bniedem, b'sens sħiħ ta' solidarjetà bejn il-popli, ifittxu l-ħolqien u ż-żamma tal-paċi, tas-sigurtà, u tal-prosperità fost il-ġnus;", "Tfakkar li fl-istorja millenarja ta' pajjiżna qatt ma mxejna daqshekk 'il quddiem fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali, daqskemm meta l- poplu Malti kien rajh f'idejh;", "Temmen li s-saħħa politika ta' pajjiżna tiddependi ħafna mill- pożizzjoni ġeo-statreġika tagħna, u mill-politika tagħna ta' newtralità u non-allinjament, li filwaqt li tħallielna l-flessibilità neċessarja, ma tfixkilniex mill-ħidma tagħna b'mod attiv favur il- paċi;", "Tinnota li fuq livell nazzjonali jeżisti qbil li r-relazzjonijiet tagħna ma' l-Unjoni Ewropea għandhom jissaħħu u taċċetta l-fatt li dan jista' jsir taħt forom differenti;", "Tinnota li matul l-aħħar snin il-poplu Malti u Għawdxi ma ġiex mogħti l-istess ammont ta' informazzjoni dwar dawn il-forom differenti ta' tqarrib lejn l-istrutturi u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, u li ġie mġiegħel jemmen li teżisti biss sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea u l-ebda rabta oħra;", "Tinnota li l-politika ta' partnership ma' l-Unjoni Ewropea, bħal dik li tirrikkmanda l-Oppożizzjoni, hemm riferenzi għaliha fid-dokumenti politiċi ta' l-akbar żewġ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, u fl- Abbozz tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa;", "Tfakkar li sfortunatament kienu ħafna l-wegħdiet ta' benefiċċji kbar li saru lill-poplu Malti u Għawdxi, li kellhom iseħħu sa minn qabel is-sħubija, u li eventwalment ma seħħewx;", "Tinnota li fl-hekk imsejħa konsultazzjonijiet li saru ma' rappreżentanti ta' setturi differenti tal-popolazzjoni, f'ħafna każi ġew injorati t-talbiet ta' dawk involuti, u ftit li xejn ingħata żmien biżżejjed biex jiġu meqjusa proposti u kontroproposti;", "Tinnota b'dispjaċir li fuq din il-bażi l-Gvern ma rnexxilux jinnegozja u jakkwista pakkett ta' ftehim għas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li jipprovdi l-kondizzjonijiet li kienu mwiegħda lill-poplu;", "Tagħraf li bil-ftehim miksub mill-Gvern ma' l-Unjoni Ewropea;", "* Postijiet tax-xogħol u negozji tal-Maltin ikunu mhedda mill- barranin;", "* Il-prezz tal-proprjetà ma jibqax jintlaħaq mill-Maltin;", "* Togħla l-ħajja u jintlaqtu ħażin l-industrija tal-manifattura u t- turiżmu;", "* Jiġi mhedded l-għajxien tal-bdiewa u tas-sajjieda;", "* Jiddaħħlu taxxi fuq oqsma, servizzi u prodotti li mhux bilfors jaqblilna ndaħħluhom;", "* Tintilef is-sovranita` u eventwalment in-newtralita` u l-ħelsien ta` pajjiżna;", "* Inħallsu lill-Unjoni flus u taxxi aktar mill-fondi li nirċievu mingħandha;", "* Jintilef id-dritt li nfasslu l-politika barranija tagħna skond il- bżonnijiet ta` pajjiżna;", "Tagħraf li dawn il-perikli ma jitfaċċawx bil-politika ta` partnership, li biha jissaħħu u jitkabbru aktar ir-relazzjonijiet eżistenti bejn pajjiżna u l-Unjoni Ewropea, titwessa` l-firxa ta` oqsma li fihom tiġi żviluppata koperazzjoni ġdida, u ma jiddaħħlux piżijiet u responsabbilitajiet li mhumiex adattati għal pajjiżna;", "Tagħraf ukoll li l-politika ta` partnership ma tagħlaq ebda bibien għall-kwalunkwe żvilupp politiku ieħor li l-poplu Malti jista` jħoss li jkollu jieħu għada pitgħada f`ċirkostanzi u kundizzjonijiet li jaf ikunu ferm differenti minn dawk tal-lum.", "Għalhekk din il-Kamra,", "Tqis li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea mhix għażla fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi,", "Tfakkar li l-għażla li għandu quddiemu l-poplu Malti u Għawdxi mhijiex sħubija jew le fl-Unjoni Ewropea, imma għażla bejn relazzjoni ta` sħubija sħiħa u relazzjoni ta` partnership ma` l-Unjoni Ewropea,", "Tinnota li l-mistoqsija proposta mill-Gvern biex titpoġġa lill-poplu ma tirrifletti xejn minn din l-għażla,", "u", "Tqis li minħabba skadenzi elettorali fil-qrib il-proposta tal-gvern tista` toħloq inċertezza politika serja li tkun ta` ħsara għall- interess nazzjonali.", "Din il-Kamra għalhekk", "Tqis li r-referendum propost mill-Gvern mhuwiex l-għodda adattata biex issir l-għażla politika kruċjali fiċ-ċirkostanzi preżenti għaliex l- implikazzjonijiet ta` għażliet differenti ta` relazzjonijiet ma` l- Unjoni Ewropea huma tant wiesgħa, li fihom infushom jissarrfu, kull waħda minnhom, fi programm elettorali ta` Gvern,", "u", "Tirrisolvi li fiċ-ċirkostanzi preżenti, l-għażla importanti li l-poplu Malti u Għawdxi jmissu jagħmel titwettaq aħjar permezz ta` Elezzjoni Ġenerali, li hija l-mod deċiżiv li tipprovdi l-Kostituzzjoni.\".", "Lill-Prim Ministru ngħidulu biex jagħmel elezzjoni ġenerali għax aħna lesti għaliha.", "(Onor. Membri: Hear ̧ hear)", "Sur President ̧ issa nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dawn id- dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess( (Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-common position dwar il-qasam tas-sajd addottata fin- negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea datata 27 ta' Ġunju 2002; u", "Kopja tal-konklużjonijiet tan-negozjati għas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, Estonja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Ungerija, Malta, Polonja, Slovenia u Slovakkja, fil-ftehim li ntlaħaq fil-Konferenza dwar is- sħubija li saret f'Copenhagen fit-13 ta' Diċembru 2002.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Mr Speaker, jien għadni kemm ġejt minn vaganza ta' ġimgħatejn u l-aħħar ħaġa li xtaqt nagħmel huwa li niftakar fil- politika.", "Nixtieq ngħid ukoll li wara li qrajt ktieb dwar l-anatomija tal- bniedem tal-politika miktub minn ċertu Packman(( li kien korrispondent f'Westminster għal madwar 20 sena, tikkonvinċi ruħek li lkoll kemm aħna għandna bżonn immorru għand psikjatra għax ħafna drabi meta titlaq minn hawnhekk, fejn għandna responsabbiltajiet kbar ̧ il-karriera tispiċċa kważi dejjem bid-dmugħ.", "Fil-fatt il-konklużjonijiet tiegħu huma li aħna qegħdin hawnhekk fuq bażi personali l-ewwelnett għax inħossuna sinifikanti ̧ għax meta tqis dak li tagħti l-politika u dak li tieħu minnha ̧ l-equation dejjem tispiċċa bil-minus u t-tieni nett għax dan ix-xogħol xi ħadd irid jagħmlu.", "U meta tiġi mozzjoni bħal din, fejn ir-responsabbiltà ta' kull wieħed u waħda minna hija enormi għaliex il-pajjiż qiegħed f'dak li wieħed isejjaħ il-crossroads tal-futur tiegħu, inti tapprezza li tajjeb jew ħażin trid tagħti l-kontribut tiegħek.", "U dan trid tagħmlu b'mod ċar għax ħafna drabi ngħidu ħafna affarijiet li ma jinftehmux.", "Hawnhekk qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-griż ħafna drabi ma jeżistix.", "Min jisma' lill-partit tal-gvern jifhem li l-Ewropa tfisser kważi l-ġenna ta' l- art, u min jisma' lill-partit Laburista jifhem li l-Ewropa tfisser l- oppost.", "Jien naħseb li bil-pakkett li ġibna u b'dak li ma ġibniex u bil- fatt li qasam se jmur tajjeb u qasam ieħor se jmur ħażin, jien naħseb li għandna poplu totalment imħawwad.", "Il-poplu qed jisma' abjad u iswed biss u għaldaqstant il-pożizzjoni m'hijiex ċara ħafna f'moħħu.", "U l-probabbiltà hija li l-maġġoranza se jivvotaw skond il-lealtà politika li għandhom.", "Jien se nitkellem strettament fuq il-qasam li kont responsabbli għalih meta kont ministru u li issa qiegħed shadow spokesman dwaru, jiġifieri fuq l- industrija.", "M'iniex se ngħid jekk f'dan il-qasam Malta hijiex se tmur 'il quddiem jew hijiex se tmurx lura bi sħubija fl-Unjoni Ewropea, imma se ngħid dak li x'ġara mill-esperjenza tiegħi meta konna fil-gvern.", "Aħna nafu li bejn l-1996 u l-1998 Malta ma kenitx baqgħet fl-istess direzzjoni biex tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea u jekk wieħed jara x'ġara f'dak il-perijodu fil-qasam industrijali jsib li mhuwiex veru dak li l- poplu qed jiġi mbeżża' bih.", "F'dak il-perijodu bdiet tingħata l- impressjoni li, peress li Malta ma baqgħetx fid-direzzjoni li twassal għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-industrijalizzazzjoni f'pajjiżna ma kenitx se tibqa' tmur 'il quddiem.", "Għall-ewwel din l-impressjoni bdiet taqbad it-triq u kien hemm industrijalisti li bdew jaħsbuha jekk jinvestux f'Malta jew jekk jibqgħux jaħdmu f'Malta.", "GĦalhekk bħala l-ministru responsabbli avviċinajt fuq bażi individwali lill-industriji li kienu l-flag bearers ta' l-industriji Maltin biex naraw x'inhuma l-problemi tagħhom u kif nistgħu nsolvuhom.", "Ejja nieħdu l-każ ta' fabbrika kbira fiż-żmien meta l-gvern Laburista kien biddel ir-rotta tal-politika ta' Malta u ma baqax fid-direzzjoni lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Brandstatter kienet qed titħajjar tmur f'pajjiż fl-Ewropa tal-Lvant.", "Kien hemm min kien qed jgħid il-Polonja imma qatt ma ngħatatli indikazzjoni ċara.", "Kieku l-Brandstatter telqet minn pajjiżna konna nitilfu fabbrika importanti li tħaddem ħafna nies, tesporta l-miljuni u tattira investiment Tedesk f'pajjiżna.", "Għaldaqstant għamilna pakkett ġdid għall-Brandstatter biex tkun tista' tkampa finanzjarjament mal-kompetizzjoni li kienet ġejja minn diversi pajjiżi u wara ċerti taħdidiet u negozjati din iddeċiedit li tibqa' Malta.", "Riedet li tibqa' f'Bulebel imma ma aċċettajniex peress li l-post available kienet art agrikola, u minflok il-pjanijiet saru għal Hal Far.", "Beda x- xogħol tal-bini b'sistemi totalment ġodda, fejn minflok wieħed ikollu l- kobor ikollu ċ-ċokon, ħaġa li bdiet tingħad li tmur kontra l-economy of scales, u fl-aħħar mill-aħħar il-Brandstatter iddeċidiet li tibqa' Malta.", "Id-Dowty, li llum kulħadd jafha bħala Dowty O-Rings, kellha l-problema li l- prodott tagħha kien qed jiġi għoli u xtaqet li tbiddel is-sistema ta' fejn timmanifattura.", "Dan għaliex fil-fabbriki eżistenti tagħha kien hemm problemi li anke kienu ta' dannu serju għas-saħħa.", "Aħna ddeċidejna li nagħtu importanza lid-Dowty O-Rings għax hija fabbrika ta' importanza nazzjonali għal pajjiżna.", "Bdew it-taħdidiet u d-Dowty O-Rings ingħatat l-ikbar fabbrika ta' Malta li fiha kienu jagħmlu l-containers.", "Tajnihom l-opportunità li nerġgħu nibnu l- fabbrika u għoġbithom l-idea li jmorru ġo industrial estate oħra biex jagħmlu pjanijiet ġodda.", "Dan kien ifisser investiment ġdid u sostanzjali.", "Meta nbidel il-gvern ħarġet b'idea oħra, li minflok toqgħod ġo fabbrika waħda tagħmel bħall-Brandstatter u jkollha seba' fabbriki.", "Fil-fatt l- ewwel fabbrika diġà nfetħet u s-sitta l-oħra qegħdin fi stat avvanzat ta' żvilupp.", "Jiġifieri waqt li kien hemm gvern Laburista anke d-Dowty O-Rings iddeċidiet li tibqa' f'Malta u tkabbar l-investiment.", "Nieħdu fabbrika oħra li tikkontribwixxi għal nofs l-esportazzjoni tal- prodotti ta' Malta.", "Qed nirriferi għal ST Microelectronics li, kif jaf kulħadd, hija fabbrika teknoloġikament avvanzata ħafna.", "L-ST Microelectronics kellha diversi problema meta aħna tlajna fil-gvern 1996.", "L-ewwel mawra barra minn Malta li kont għamilt kienet proprju biex niltaqa' ma' l-ogħla diriġenti ta' ST Microelectronics, li kienu s-Sur Pistorio u s- Sur Mosconi, biex nara x'qed jiġri għax il-vibrations li konna qed nirċievu ma kenux tajbin ...", "Meta kont Milan tkellimna b'mod apert.", "Ma tkellimniex jekk Malta għandhiex tidħol jew le fl-Unjoni Ewropea, għax inkun qed nigdeb jekk ngħid li tkellimna fuq dan l-aspett.", "Imma huwa kien spjega li l-ikbar problema ta' l-ST Microelectronics kienet li ma kenux għadhom għaddew il-liġijiet finanzjarji dwar l-aspett ta' inċentiv ta' taxxa.", "Peress li l-pjanijiet tagħhom għal espansjoni jieħdu madwar ħames snin, minn meta jibdew jaħsbu biex jespandu sad-data li jespandu, ma kenux jafu fejn huma għax ma setgħux jaraw f'liema tip ta' prodott kien jaqblilhom jinvestu.", "Riedu li jkollhom moħħhom mistrieħ li l-aspett finanzjarju f'Malta ikun secured għall-futur.", "Fil-fatt il-problema finanzjarja tagħhom solvejnihielhom wara xahar li ġejna minn barra minn Malta.", "M'emmnunix li konna kapaċi nagħmlu hekk għax spjegawli li kienu ilhom żmien jagħmlu taħdidiet mal-gvern ta' dak iż-żmien u ma kien ġie realizzat xejn.", "U fil-fatt, wara li serraħnielhom rashom li aħna konna kapaċi nagħmlu dan, iddeċidew li jerġgħu jibdew jinvestu fl- impjant ta' Malta.", "Infatti dawn bdew jagħmlu prodotti aktar sofistikati u bdew jinvestu f'ċerti affarijiet li ma kenux konnessi direttament mal-produzzjoni.", "Per eżempju, investew xi Lm0.25 miljun fuq l-aspett ta' l-ambjent, ta' l-ilma u minn hemm indunajna li dawn tefgħu l-ankri f'pajjiżna, anzi xtaqu li jespandu.", "Il-problema kienet fejn se jespandu.", "U appuntu r-raġuni għalfejn il-gvern Laburista kien ħa l-garaxx tal-gvern kienet biex l-ST Microelectronics setgħet tespandi f'dik id-direzzjoni.", "Jien tajt l-eżempju ta' tlieta mill-akbar fabbriki li għandna f'pajjiżna li ddeċidew li jespandu u li jkomplu jinvestu f'Malta fi żmien gvern Laburista meta l-politika tal-pajjiż ma kenitx dik li nsiru membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Anzi l-gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien iffriża l- applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Dan juri li d-deċiżjoni tagħhom la kienet influwenzata mill-politika favur sħubija ta' l- oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, u lanqas kienet influwenzata mill-politika Laburista li hija kontra s-sħubija.", "Id-deċiżjonijiet ittieħdu mill- investituri nfushom f'pajjiżna.", "GĦalhekk mhux minnu u hija ħrafa meta noqogħdu ngħidu li l-investiment f'Malta mhuwiex ġej għax Malta hija indeċiża jekk tidħolx jew le fl-Unjoni Ewropea peress li ż-żewġ partiti politiċi għandhom opinjonijiet differenti.", "Dan għaliex minkejja li kien hemm l-istess atteġġjament, minkejja li kien hemm maġġoranza ta' wieħed biss fil-parlament, minkejja li l-poplu kien maqsum ħafna dwar din il-kwestjoni, l-entrepreneurs barranin ikkommettew ruħhom u investew f'pajjiżna.", "Id-deċiżjoni li ttieħdet tirrifletti lill-imħuħ ta' l-industrijalisti fil- pajjiż.", "Fejn għandha x'taqsam l-industrija ħadd ma jista' jgħid li s- sħubija se tkattar l-investiment f'pajjiżna.", "L-investiment f'pajjiżna jiġi mhux jekk Malta tkunx membru jew le ta' l-Unjoni Ewropea, imma jiġi jekk Malta toffri sistema finanzjarja tajba.", "L-investiment f'pajjiżna jiġi jekk Malta jkollha available workforce ta' livell tajjeb.", "L-investiment f'pajjiżna jiġi jekk Malta jkollha sistema ta' tassazzjoni attraenti għall- investitur.", "Minn dan kollu jiddependi l-investiment u m'għandu x'jaqsam xejn jekk Malta tisseħibx jew le fl-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak.", "Fid-9.27 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t- Tlieta, 14 ta' Jannar, 2003 fid-9:00 a.m. b'din l-agenda:", "Riżoluzzjoni dwar in-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l- mistoqsija tar-referendum - Kontinwazzjoni", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Anthony Abela.", "ONOR.", "ANTHONY ABELA: Sur President, matul il-perijodu tal-festi ġraw affarijiet sbieħ, affarijiet inqas sbieħ u anke affarijiet koroh.", "Kellna l- fenomenu li, minkejja boycott ieħor tal-partit Laburista, nġabru 'l fuq minn Lm900,000 b'risq il-karita` mill-entita` ''Where's Everybody'' li ġiet mgħejjuna mill-poplu Malti in ġenerali fejn nafu li 'l fuq minn 100,000 telefonata daħlu f'dan il-programm sabiex jingħataw l-kontribuzzjonijiet.", "Aħna rajna li minkejja l-boycott ta' Alfred Sant fuq il-program \"L- Istrina\", il-poplu Malti ġie jaqa' u jqum minnu u mill-priedka tiegħu u dan ikkontribwixxa bl-iktar mod miftuħ f'din il-ġabra li saret.", "Ġabra li la saret għall-partit u lanqas għall-partit ieħor imma saret b'risq il- karita`.", "Erġajna assistejna għall-fenomenu fejn il-partit Nazzjonalista organizza ġabra b'risq il-kampanja tar-referendum u l-mixja ta' Malta lejn l-UE.", "Assistejna għal fenomenu inqas sabiħ fejn minkejja li l-partit Laburista għal darba, tnejn, fuq items differenti, prova jagħmel ġabriet permezz ta' programmi tat-televiżjoni, jidher li l-ammont li ġabar kien inqas minn dak li ġabar is-sena l-oħra u dan qed jiġri, forsi għaliex il- messaġġ tagħhom mhux qed jasal jew mhux qiegħed jogħġob lill-poplu Malti.", "Matul dawn il-festi, kellna fenomenu ieħor fejn diversi partijiet soċjali u setturi oħra, bħalma kellna lill-RTK, li ġabru ammont sostanzjali għad-Dar tal-Provvidenza, kellna diversi maratoni li saru fl-irħula bħar-Rabat u l- Mosta u dawn wkoll ġabru flus għall-provvidenza u kien hemm ukoll diversi għaqdiet bħall-BOV li ġabru b'risq il-Richmond Foundation sabiex jippruvaw jgħinu lil dawk in-nies li huma anqas fortunati minna.", "Dan hu fenomenu li qiegħed jikber fi ħdan il-poplu Malti, fenomenu li x'ħin wieħed jgħodd l-ammont kollu li nġabar matul din is-sena, issib li nġabru 'l fuq minn Lm1.5 miljun b'risq il-karita` lokali jew barranija.", "Sur President, jekk wieħed jgħodd l-ammont ta' flus li nġabru wkoll matul is- sena minn għaqdiet oħrajn inklużi l-Community Chest Fund, l-Malta Hospice Movement u l-Kerygma bil-maratona li tagħmel matul is-sajf, nsibu li l- poplu Malti matul din is-sena ta 'l fuq minn Lm2 miljun għall-bżonnijiet ta' entitajiet iżjed fil-bżonn.", "U hawn inħoss li huwa l-mument li wieħed irodd ħajr lill-President ta' Malta li f'kull okkażjoni li kien hawn, kien hemmhekk minn ta' quddiem, lest li joqgħod flimkien ma' kull parteċipant u volontarju sabiex jara l-qalb kbira tal-Maltin.", "Il-President ta' Malta u s- sinjura tiegħu ipparteċipaw, u f'ċertu każijiet anke l-familjari tagħhom, biex jaraw li l-flus jinġabru tassew għall-entitajiet li hemm bżonn.", "Imbagħad kellna fenomeni inqas feliċi.", "Kellna għal darba oħra repetizzjoni ta' strajk mill-PA fiż-żmien tal-Milied, ħaġa li saret is-sena l-oħra wkoll.", "Jista' jkun li hemm raġun għaliex kien hemm collective agreement li kien għadu ffirmat pero` nixtieq ngħid lill-PA li dawn dejqu lil ħafna nies bil-mod kif la bdew jirrispondu telephones, la jirċievu applikazzjonijiet ġodda u lanqas jibgħatu ittri.", "Ir-ripple effect li qed ikollu strajk bħal dan ma hu xejn sabiħ, effett li qiegħed iwaqqaf ix-xogħol u qed ikollu effett ikrah fuq il-poplu Malti in ġenerali.", "Sur President, ta' min jistaqsi għaliex dawn kull darba jagħżlu żmien il-Milied sabiex jistrajkjaw u jwasslu l-oġġezzjonijiet tagħhom.", "Forsi għaliex dawn jkunu jridu holidays itwal tal-Milied u minflok ma jkollhom in-nies jinkwetawhom, jispiċċaw huma jinkwetaw lin-nies.", "Għaddejna l-festi u l-poplu Malti ħa pjaċir, nefaq il-flus u kien hemm ukoll każijiet fejn il-partiti għażlu, għallinqas il-partit Nazzjonalista, li għall-ġimgħatejn tal-festi ma jagħtix messaġġ politiku, minkejja li l- Prim Ministru ta l-awguri għas-sena bħalma ta l-President u l-Kap ta' l- Oppożizzjoni, pero` għal ġimgħatejn, in-NET TV waqqaf il-programmi fuq l-UE u l-politika tal-gvern.", "B'hekk, naqset dik iċ-ċertu tenzjoni u l-poplu tħalla jgawdi l-festi tal-Milied fil-kwiet.", "Matul is-sena li għaddiet, wieħed isib li dan il-Parlament illeġisla ħafna liġijiet li partijiet minnhom ġew effettivi a favur tal-poplu u diversi oħrajn li ġew effettivi fuq ċertu entitajiet għax fir-regoli ta' qabel, dawn ma kinux qed jaħdmu eżattament kif kien intenzjonat u kif xtaq il- poplu.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix li fil-PA, minkejja schemes eżistenti, jiftaħrulek li jeżistu BN1 u BN2, li huma skemi li suppost jipproteġu n- neighbourhood eżistenti, u dawn qed iġebbduhom kemm ifetlilhom sabiex jippruvaw jżommu milli joħorġu ċertu permessi meta dawn ikunu f'żona li għandhom jinbnew.", "Sur President, ta' min isemmi li s-sens ċiviku jidher li jirrenja matul il- festi tal-Milied meta kellna l-pulizija tiddikjaralek li wara l-kampanja li saret kemm fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll mill-istess awtoritajiet, kellna Milied u l-ewwel tas-sena ħieles mid-diżgrazzji.", "Sfortunatament, xorta kellna żewġ inċidenti fatali mill-ewwel tas-sena 'l hawn pero` almenu, matul il-perijodu tal-Milied, dawn il-problemi ma seħħewx.", "F'dan l-ewwel aġġornament tas-sena, ta' min jirringrazzja lil dawk li ġabru l-flus għal dawk inqas iffurtunati minna, lil dawk li taw il-ħin tagħhom inkluż il-ħaddiema tal-PBS li ħadmu b'mod volontarju biex tellgħu l- programmi li kien hemm bżonn pero` ta' min jirringrazzja wkoll lill- protezzjoni ċivili, l-pulizija, in-nurses, l-armata u kull min jagħti dawn s-servizzi hekk essenzjali.", "Nixtieq ngħid li matul din il-festa għaddejt kemm-il darba min-naħa ta' Paceville u s-sitwazzjoni kienet tidher ikkontrollata tajjeb.", "Ta' min jgħid ukoll li bħal dejjem, jiena u għaddej minn din it-triq, tajt titwila lejn il-Millenium Chapel.", "Din kienet miftuħa għal dawk kollha li jidhrilhom li għandhom jifqu ftit minuti u jirringrazzjaw lil Alla ta' din is-sena li għaddiet.", "Jidher li kien Milied tajjeb fejn in-nies nefqu l-flus.", "Jista' jkun li din id-darba, kien hemm infiq differenti mis-soltu pero` l-ħwienet li kienu kapaċi joffru dak li ried il-poplu, speċjalment fis-settur tal- komunikazzjoni, irreġistraw żieda sostanzjali fix-xogħol tagħhom.", "Pero`, l- aktar element importanti matul dawn il-festi, hu dak ta' l-għaqda fil- familja, fejn il-Maltin kollha jipprovaw jinsew xi ftit mill-problemi ta' kuljum, li jkollhom fuq xogħol jew fl-istudju tagħhom, u jipprovaw ikunu viċin tal-familja tagħhom sabiex jgħaddu ftit mumenti sbieħ ilkoll flimkien.", "Pero` ta' min wieħed jgħid li tkun ħaġa tajba kieku matul din is-sena, is- sena ddedikata għan-nies b'diżabilita`, nagħmlu sforz akbar milli nagħmlu s- soltu sabiex nippruvaw ngħinu lin-nies li jbatu minn xi tip ta' diżabilita`.", "F'dawn il-ftit minuti li fadal, irid nitkellem fuq il-mod extravakanti, qisha bħal omm li qed tfissed lill-uliedha, kif il-ministeru tal-politika soċjali mmexxi mill-Onor.", "Gonzi rnexxielu jfissed u jsefter lin-nies li għandhom bżonnijiet speċjali, mhux dawk b'diżabilita` fisika biss imma anke dawk li jkunu f'ċirkostanti ekonomikament u soċjalment ħżiena.", "Ftit xhur ilu, qrajna dwar ir-riżultat li ngħata mill-kumitat ta' l- awtorita` li tieħu ħsieb in-nies b'diżabilita` u qrajna dwar l-ammont ta' każijiet li ġew studjati u saru rapporti fuqhom u fl-aħħar, din l-awtorita` ħadet anke ħsieb titkellem ma' l-awtoritajiet konċernati sabiex waslet biex in-nies b'diżabilita` jkollhom aċċess għall-postijiet li qabel ma kellhom aċċess għalihom.", "In-nies b'diżabilita` bl-għajnuna tal-housing authority rnexxielhom ikollhom iżjed mezzi kif jistgħu jitilgħu minn sular għall- ieħor fid-djar tagħhom permezz ta' l-istair chairs li ngħataw.", "Il-PA għenet wkoll billi ma tatx permessi fuq bini pubbliku jekk dan ma kienx jissodisfa l-bżonnijiet tan-nies b'diżabilta`.", "Rajna wkoll il-mod kif anke fl-edukazzjoni, l-ministeru konċernat qed jieħu ħsieb u jara li jkun hemm iżjed facilitators.", "Hemm iżjed nies li qed jiġu mħarrġa sabiex jieħdu ħsieb in-nies b'diżabilita` u kif qed nippruvaw nintegraw lin-nies b'diżabilita` in the main stream tal-ħajja normali.", "Malta, tul dawn l-aħħar 20 sena, rnexxielha tbiddel kultura.", "Minn kultura li kienet tibża' turi xi membru tal-familja b'diżabilita' għall-kultura totalment differenti fejn illum qed nippruvaw indaħħlu lin-nies b'diżabilita` fil-ħajja normali ta' kuljum.", "Wieħed japprezza wkoll li waqt il-programm \"l-Istrina\", is-Sur Joe Camillieri – li hu ħabib antik tiegħi - li huwa l-president ta' l-għaqda tan-nies b'diżabilita`, kien fost dawk in- nies li kienu qed jirrispondu t-telephones u min hawn, nixtieq nawgurali suċċess.", "Jekk kull wieħed u waħda minna nagħmlu azzjoni waħda iżjed milli nagħmlu s-soltu a favur tan-nies b'diżabilita`, aħna nkunu tejjibna ħafna l- kwalita` tal-ħajja ta' dawn in-nies.", "Sur President, xi drabi jaf jkollna t-tendenza li meta naraw nies b'diżabilita`, ndawwru wiċċna jew taparsi ma nnutajniex għax nafu li din se ttellifna l-ħin għax tirrikjedi iżjed għajnuna milli jirrikjedi bniedem ieħor normali fil-ħajja ta' kuljum.", "Pero` huwa mportanti li din is-sena nibdewha bit-tajjeb u minkejja li se jkollna tliet elezzjonijiet li se jeħdulna ħafna mill-ħin u l-enerġiji tagħna, għandna nsibu l-ħin meħtieġ sabiex ngħinu lil ħutna li huma iżjed fil-bżonn.", "M'hemmx għalfejn bniedem jagħmel affarijiet esaġerati sabiex jgħin lin-nies fil-bżonn, tislima, tbissima u forsi daqqa t'id f'ċertu ħinijiet tkun iżjed minn biżżejjed għal dawn in-nies.", "Dan il-messaġġ japplika wkoll għal dawk in-nies li jgħixu waħedhom, nies li jkunu f'eta` avvanzata - u biċċiet minnhom lanqas ikunu daqstant avvanzati fl-eta` - li jkunu jgħixu waħedhom u jieħdu pjaċir jirċievi telefonata bi żball ħalli jitkellmu ftit ma' xi ħadd.", "Sur President, forsi din hija d-diżabilita` tal-poplu Malti in ġenerali u mhux tan-nies li qegħdin isofru.", "Id-diżabilita` tagħna hi li fil-ħajja ċivika, ma nagħtux biżżejjed attenzjoni lejn persuni b'ċertu bżonnijiet, bżonnijiet li nistgħu nipprovdu għalihom billi ngħidulhom bonġu u ngħidu kelmtejn magħhom u dan m'għandux isir fix-xahar tal-Milied biss imma għandu jsir f'dawk il-11-il xahar l-oħra fejn huma jħossuhom waħedhom.", "Din hija d-diżabilita` tal- poplu Malti in ġenerali, li mhux kapaċi jwassal iżjed fraternita` u solidarjeta` ma' dawn in-nies li jgħixu waħedhom speċjalment meta dawn jikbru u jsiru ta' ċertu eta`.", "Sur President, fix-xogħol tiegħi bħala nutar mhux darba u tnejn li mmur wkoll indur id-dar ta' l-anzjani.", "Inrodd ħajr lill-gvern speċjalment lill- ministeru tal-politika soċjali u l-ministeru tal-finanzi għal mod tajjeb li bih qed jgħixu u qed jiġu looked after, in-nies li jgħixu fi djar tal-gvern u djar sussidjati mill-gvern aparti l-entitajiet privati.", "F'din is-sena, għandna bżonn inħarsu iżjed lejn dawk in-nies li qegħdin f'qiegħ ta' sodda u ma jiċċaqilqux, dawk in-nies li qegħdin fi djar tax-xjuħ għax iħossuhom abbandunati mill-familjari tagħhom u dan minkejja l-familjari tagħhom jiftaħru li qed jgħixu ħajja aħjar minn dik tal-bieraħ.", "Iva, forsi l- istandards materjali tagħhom ikunu żdiedu pero` l-istandards tal-qalb tagħhom ikunu ċertament naqsu.", "Wasalna fi stadju fejn irridu nħarsu iżjed lejn x'jiġri fl-Ingilterra fejn dawn ħarġu bil-konċett ta' adopt a granny or adopt an aunt fejn bniedem imur f'dar ta' l-anzjani jsib persuna u regolarment, imur darba fix-xahar jaraha.", "Forsi wasal iż-żmien ukoll li l-loneliness, il-fatt li bniedem jgħix waħdu mingħajr ħadd ma jagħtih attenzjoni, nqisuha bħala diżabilita` wkoll u allura, wasal iż-żmien li jkollna entita` f'Malta li tiġbor dawk in-nies u tassenjalhom persuna li darba fix-xahar jew darba kull tlett ġimgħat, tmur tarha.", "Din ma għandhiex isir b'regħba ta' flus, bit-tama li wieħed jiret lil xi ħadd jew jiġi kompensat imma ssir biss biex dak li jkun jgħix f'soċjeta` iżjed ħanina.", "Sur President, il-budget li għadda ta lin-nies is-serħan tal-moħħ fl-aspett finanzjarju.", "Diversi setturi qalu li marru tajjeb u oħrajn qalu li marru ħażin pero` d-dinja hekk taħdem, kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu pero` jiena naħseb li fuq dan il-punt, li nieħdu ħsieb iżjed tan-nies b'diżabilta` u n-nies li jgħixu waħedhom, m'għandux ikollna differenza ta' opinjoni imma għandha tkun ħaġa li nirriflettuha fil-ħajja tagħna ta' kuljum u naħseb li ma tkunx ħaġa ħażina kieku l-bniedem jipprova joffri ftit mill-enerġiji tiegħu għal dan il-għan.", "Finalment jien nitlob ukoll lil ċertu azjendi li jifilħu jimpjegaw ċertu ammont ta' nies sabiex iħarsu b'mod tajjeb lejn in-nies b'diżabilita` li jiġu jfittxu impjieg għax veru li jeżistu l-liġijiet, veru li ħloqna l- istruttura sabiex ma ssirx differenza bejn nies b'diżabilita` u nies mingħajr diżabilita` pero` għandna bżonn nattwaw fil-ħajja l-fatt li azjenda, jekk tiflaħ, ma tagħmel xejn ħażin jekk fost il-ħaddiema tagħha jkollha nies b'diżabilita` li jista' jkollhom diżabilita` f'parti mill- enerġiji li hemm bżonn fil-ħajja, pero` m'hijiex b'diżabilita` attwali għal nies fil-ħajja normali.", "Se nsemmi eżempju żgħir u nagħlaq bih.", "Jien nasal il-Belt kmieni filgħodu u kull filgħodu napprezza lil dak id-driver li jwaqqaf quddiem il-palazz, ma nafx min hu dan, jinżel u jiftaħ il-bieb u jniżżel diversi ħaddiema għomja u jtellagħhom il-bankina biex huma jkunu jistgħu jmorru fil-post tax-xogħol tagħhom.", "Dan huwa wieħed mill-ftit nies li jien inħares lejh bħala bniedem li jagħti eżempju tajjeb fil-ħajja.", "Probabbilment hu lanqas jafni pero` huwa bniedem li jiena nammira bażikament kull darba li nidħol il-Belt kmieni filgħodu.", "Kieku kulħadd jagħti naqra attenzjoni bħalma jagħti dan il-bniedem, jien żgur li jkun xi jkun ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet ta' din is-sena, il- poplu Malti jkun poplu ħafna aħjar.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 14 ta' Jannar, 2002 fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9:57 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SIĠAR - IMPORTAZZJONI", "37696.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37417, jista' l-Ministru jinformani x'inhuma t-targets tal-gvern sena b'sena f'dak li huwa produzzjoni u tmexxija aktar effiċjenti ta' dan iċ-ċentru?", "Min kienu l-esperti li assistew liċ-ċentru matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "X'kienu r-raġunijiet li dan iċ-ċentru ma mexxiex 'il quddiem il- prijoritajiet tal-politika tal-gvern?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iċ-Ċentru li għalih qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant mhux dedikat biss biex jipproduċi l-pjanti fil-laboratorju iżda biex jagħmel testijiet fuq pjanti morda jew ta' kwarantina u li jagħmel surveys u testijiet meħtieġa għal dawn is-surveys.", "Fir-rigward tal-produzzjoni nirriferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37417 u m'għandix għalfejn inżid aktar.", "L-esperti li b'xi mod jew ieħor assistew lil dan iċ-Ċentru kienu hekk:", "1999: Prof. R.Vujicic, Dr. A. M. D'Onghia, Dr. M. Digiaro, Dr. B. DiTerlizzi.", "2000: Prof. R. Vujicic, Dr. G. Bottalico, Dr. N. Abou Ganem, Dr. T. Amenduli, Dr. A.Cardone, Dr. B. DiTerlizzi.", "2001: Prof. R. Vujicic, Dr. N. Abou Ganem, Dr. R. Brandonisio, Dr. B. DiTerlizzi.", "2002: Id-diversi esperti li ġew din is-sena ma ġewx biex jgħinu speċifikament lil dan iċ-Ċentru.", "Dan iċ-Ċentru mexxa 'l quddiem il-prioritajiet tal-politika tal-Gvern b'effiċjenza billi mhux biss ipproduċa aktar siġar kif kien indikat fi tweġiba parlamentari preċedenti imma billi nieda surveys biex Malta tiġi stabbilita' bħala Protected Zone għal diversi organiżmi u biex titwaqqaf unit ġdida għad-dijanjożi tal-mard tal-batteri.", "Dan iċ-Ċentru kien ukoll mezz ta' għajnuna mhux biss għall-bdiewa imma wkoll għal diversi studenti fl-istudji tagħhom.", "PROĊESSURI TAL-LAĦAM", "37697.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata f'ċifra ta' flus lill-proċessuri tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li matul dawn l-aħħar sentejn ingħataw pariri u saru audits tal-proċessuri tal-laħam tal-majjal u ċanga u din is- sena se jingħataw layout tal-flow biex ikunu jistgħu jtejbu l-produzzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jilħqu livell ta' iġjene skond id-domanda istituzzjonali.", "Dawn il-proċessuri se jingħataw għajnuna finanzjarja hekk kif jaqblu ma' programm li se jingħatalhom u din l-għajnuna se tkun marbuta ma' pjan ta' titjib.", "PROĊESSURI TAL-LAĦAM", "37698.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata f'ċifra ta' flus lill-proċessuri tal-laħam tat-tjur u tal-fniek matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li f'dawn l-aħħar erba' snin ingħataw pariri u saru audits tal-proċessuri tal-laħam tat-tjur u l-fniek.", "Dawn il- proċessuri se jingħataw għajnuna finanzjarja hekk kif jaqblu ma programm li se jingħatalhom u din l-għajnuna se tkun marbuta ma pjan ta' titjib.", "PRODUTTURI TAL-ĠBEJNIET", "37699.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata f'ċifra ta' flus lill-produtturi tal-ġbejniet friski matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li ma kien hemm ebda sussidju lill- produtturi tal-ġbejniet.", "L-Għaqda tal-Produtturi tal-Ġbejniet ngħatat sa Lm1,000 biex jirranġaw l-ippakkjar u jsir reklamar ħalli dan il-prodott ikollu suq u prezzijiet aħjar.", "Minn dawn l-Lm1,000 għadhom intnefqu biss Lm235.", "GĦASSARA TA' L-INBID", "37700.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju li ngħata lill-għasara ta' l-inbid lokali matul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li ma kien hemm l-ebda sussidju lill- għassara ta' l-inbid fl-aħħar erba' snin.", "Għal din is-sena (2002) se jingħata sussidju ta' 4 Euros għal kull tunnellata ta' għeneb impurtat għall-għasir kif ukoll għall-għeneb ta' kwalita' prodott lokalment.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL TA' GĦADA - SELF TA' FLUS", "37735.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' GĦada u l-APS Bank Ltd biex dan il- Bank isellef flejjes lill din il-Fondazzjoni, filwaqt li jpoġġi wkoll l- awtorizzazzjoni maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi biex tali self ikun jista' jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsijiet parlamentari ta' l-Onor.", "Membru li jidhru hawn taħt (kolonna A) kollha ġew ripetuti kelma b'kelma minkejja li ġew imwieġba fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari ta' l- istess Onor. Membru (kolonna B).", "Kolonna A Kolonna B PQ Nru imwieġba PQ Nru", "37735 -- 35665 37854 -- 35655 37855 -- 35654 37857 -- 35657 37858 -- 35656 37874 -- 35660 37875 -- 35659 37879 -- 35665 37880 -- 35664 37883 -- 35662 37884 -- 35661 37896 -- 35668 37897 -- 36583 37899 -- 35665", "SKEJJEL – MOSTA - SKOLA SEKONDARJA TAL-BNIET", "37736.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'infiq sar fl-iskola sekondarja tal-bniet fil- Mosta mill-1 ta' Jannar 1994 sal-lum minn fondi tal-Ministeru ta' l- Edukazzjoni u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu minn fondi kapitali u rikorrenti filwaqt li jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'din l- iskola fis-snin 1995, 1996 u 1997?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ġbir ta' din l-informazzjon jinħtieġ ċertu żmien u jkun jista' jinġabar skond il-priorita` tax-xogħol.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA - RIŻENJI", "37737.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-ittra/i li l- membri fil-Bord ta' l-Inkjesta, biex tinvestiga l-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ffirmaw biex jirriżenjaw mill-ħatra tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-dokument mitlub jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "37739.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru, bħala l-għassies għall-ħarsien ta' l-Avviż Legali 70 ta' l-1996, jgħid kif expression for interest ippubblikata mill-Fondazzjoni għall- Iskejjel t'Għada għal periti, quantity surveyors u project managers inbidlet f'sejħa għall-offerti, fis-sens li permezz ta' din l-expression for interest tqabbdu numru kbir ta' individwi b'rati differenti biex jagħmlu xogħol ta' konsulenza mingħajr ebda sejħa għall-offerti proprja filwaqt li jgħid x'passi ħa l-Ministeru tiegħu f'din is-sitwazzjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA - OFFERTI", "37741.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il offerta ġiet riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għall-evalwazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti peress li tali offerti meta għalqu, minkejja li kienu ppubblikati fuq livell dipartimentali, qabżu l-valur ta' Lm20,000 stipulat għal tali sejħiet filwaqt li jgħid f'kull każ kemm kienet l-istima tal-fondazzjoni għal tali xogħlijiet, il-prezz li bih intrebħet kull offerta rispettiva u jagħti lista dettaljata ta' dawn l-offerti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa d- Dipartiment tal-Kuntratti kellu żewġ każi tal-FTS fejn il-valur tal- kuntratt qabeż il-limitu ta' Lm20,000 u għalhekk kellhom jiġu pproċessati mill-istess dipartiment.", "Dawn kienu:", "FTS42/69/2002 - Removal of dangerous structures and other works at Floriana Primary School.", "Stima Lm19,400 Kuntratt Lm23,000 (L-irħas minn żewġ(2) offerti)", "FTS29/71/2002 - Finishing works at Corradino Boys' Junior Lyceum", "Stima Lm19,207 Kuntratt Lm25,535 (L-irħas)", "Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ġibed l-attenzjoni tal-FTS li mhux se jittolera aktar li jsiru stimi daqstant viċini tal-limitu ta' l-Lm20,000 biex wara l-valur tal-kuntratt jaqbeż dan il-limitu.", "STATEMENTING MODERATING PANEL", "37759.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37443, jista' l-Ministru jgħid fejn se jkun qed jiltaqa' dan il-panel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin peress li mhux se jkun jista' jiltaqa' fejn iltaqa' s'issa minħabba xogħlijiet fil-bini?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-bord se jibda jiltaqa' f'parti oħra tal- kumpless li jagħmel ma' l-iskola ta' l-Imsida.", "MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - XUFIERA PERSONALI", "37807.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu drivers personali miegħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandi żewġ drivers personali miegħi, u dawn skond il-memorandum Guide Lines on the Engagement of Staff for Private Secretariats.", "SERVIZZ ĊIVILI - PERSUNI B'DIŻABILITA'", "37808.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il- Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37311?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li s-servizz pubbliku jimpjega 174 persuni li huma registrati mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig bhala persuna b'dizabilita.", "Hemm ukoll impjegati 375 persuna mas-servizz pubbliku, li minhabba f'sahhithom ma jistghux jaghmlu x-xoghol kollu li normalment ikun mitlub mill-grad taghhom u dawn inzammu fuq light duties.", "Ghaddejjin bhalissa diskussjonijiet mal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku sabiex persuni b'dizabilita jinghataw konsiderazzjoni specjali f'dak li jirrigwardja reklutagg, promozzjonijiet u tahrig.", "INDUSTRIAL AND EMPLOYMENT RELATIONS", "37809.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37691?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-fond ta' garanzija li rreferiet għaliħ l-Onor.", "Interpellant hu dak li se jitwaqqaf meta jinġieb fis-seħħ artikolu 21 ta' l- Att dwar l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali ta' l-2002.", "Dan il-Fond hu maħsub biex jiggarantixxi l-ħlas ta' pagi mhux imħallsa li jkunu dovuti mill-prinċipal lil dawk l-impjegati li jkun intemmilhom l-impieg kawża tal- falliment ippruvat tal-prinċipal.", "Ir-regolamenti, meħtieġa skond artikolu 21 (2) ta' l-imsemmi Att, bid- dettalji dwar kif għandu jkun amministrat u regolat dan il-Fond, diġa' ġew abbozzati u referuti għall-konsiderazzjoni u l-kummenti tal-Bord dwar ir- Relazzjonijiet dwar l-Impiegi.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "37822.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37636, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni aktar ċara?", "Jista' jgħid jekk l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva għadhiex valida?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li Diġa tajt f'mistoqsija parlamentari 37636.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KONSULENTI BARRANIN", "37823.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm konsulenti barranin jagħmlu xogħol fil-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid ukoll x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn, kemm qed jitħallsu u minn min qed jirċievu l- ħlas?", "Jista' jgħid ukoll x'nazzjonalita' huma dawn il-konsulenti?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 37683, seduta 837.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FIDI TA' ĊENS", "37824.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37610 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex il-persuna, li d- dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il- Joint Office madwar sena ilu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-applikant inkwestjoni se jiġi nformat, fi żmien qasir bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.", "ENEMALTA - METER TAD-DAWL", "37836.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' jiġi vverifikat il-meter tad-dawl tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-kontijiet eċċessivi li qegħdin jirċievu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jsir, il-konsumatur irid japplika formalment għand il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma.", "KUNSILLI LOKALI - PUBLIC PARTNERSHIP", "37837.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'ġie miftiehem bejn il-Ministeru tal- Kunsilli Lokali u l-Ministeru ta' l-Intern dwar il-proposti mressqa mill- Kunsilli Lokali għal proġetti ta' public partnership?", "Jista' jgħid meta se joħorġu dawn il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla li jsiru dawn il-proġetti?", "Jista' jgħid jekk hux veru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'aċċettax li jingħata ċens għal dawn l-artijiet biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jibqgħu mexjin b'dawn il-proġetti?", "Jista' jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li joħroġ it-tenders hu minflok?", "Jista' jgħid x'commitment se jagħti lill-kunsilli lokali biex dawn il- proġetti jsiru?", "Jista' jgħid għaliex mhux qed jagħti l-awtonomija sħiħa lill-kunsilli lokali f'dawn il-proġetti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li, fil-prinċipju, kemm il-Ministeru tal- Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent jaqblu u jinkoraġixxu l-kunċett li kunsilli lokali jidħlu fi sħab ma` imprendituri privati, huma tal-fehma li fil-proġetti li ġew proposti s`issa minn numru żgħir ta` kunsilli lokali, jkun aħjar jekk tintuża l-esperjenza u r-riżorsi diġa' eżisteni fit-taqsima proprjeta` tal-gvern biex joħorġu sejħiet għall-offerti li permezz tagħhom il-kunsilli lokali jkollhom garanzija li dawn il-proġetti se jsiru.", "Ġie deċiż illi l-istess kunsilli li għamlu l-proposti jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-kondizzjonijiet tas- sejħiet, proċedura li diġa` ntużat f`sejħa għall-offerti li saret riċentement f`Pembroke.", "Huwa l-ħsieb ukoll li l-istess kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu monitoring ta` l-istess proġett waqt l-eżekuzzjoni tiegħu.", "PORT IL-KBIR - TINDIF", "37838.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex isir tindif ġenerali fl-area kollha ta' madwar il-Port il-Kbir, partikolarment fl-area tal-Menqa fejn persuni rresponsabbli qegħdin iħallu kull xorta ta' materjal għal għonq it-toroq ta' dawn l-inħawi?", "Jista' jikkonsidra li dan it-tindif isir bħala rutina matul is-sena kollha?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: It-tindif ġenerali ta' madwar il-Port il-Kbir diġa' jsir fuq bażi regolari.", "L-area tal-Menqa hija post fejn isir l-iżjed ammont ta' dumping u għalhekk se tingħata iżjed attenzjoni.", "SVPR – RESIDENTI BIL-FAĊILITA' TAT-TELEFON", "37839.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra l- possibbilta' li fl-SVPR u fi djar oħra b'residenza ta' l-anzjani jiġi ntrodott is-sistema ta' mobile phone sabiex dawk il-pazjenti 'bed ridden jkunu jistgħu ikellmu lill-qrabathom bis-servizz tat-telephone?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-wards ta' l- SVPR qed tiddaħħal is-sistema li biha r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma' qrabathom bis-sett tat-telefon.", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - ĦADDIEMA", "37841.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?", "Jista' jgħid ukoll kemm għamlu overtime kull wieħed f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta' ħaddiema fiċ-Ċimiterju ta' l- Addolorata huwa skond Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-overtime li sar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata dawn l-aħħar 12-il xahar jidher f'Tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ŻEJTUN - TRIQ SAN PIJU X - BOZZA", "37842.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bozza li tinsab fi Triq San Piju X, kantuniera ma' Triq San Ġużepp, fiż-Żejtun tiġi rranġata minħabba li dejjem qed tixgħel tard bil-lejl u mhux mal-bozoz l-oħra?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.", "BIRGU - LATRINA PUBBLIKA", "37843.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx post alternattiv għall-public convenience li kien hemm fejn qabel kien hemm id- DOI u llum hemm l-Aċċess fil-Birgu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l- mistoqsija tagħha lill-ministru konċernat.", "DIRETTORAT TAT-TOROQ", "37844.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 37686?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 37686.", "SPTAR SAN LUQA", "37845.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hi n-nefqa rikorrenti għal kull sena għat-tħaddim ta' l- Isptar San Luqa?", "Jista' jgħid kemm hi stmata n-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li:", "In-nefqa rikorrenti għat-tħaddim ta' l-Isptar San Luqa għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM29,496,350.", "In-nefqa rikorrenti għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2003 hija stmata li tkun ta' LM800,000.", "VALLETTA - PARK AND RIDE SCHEME", "37846.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- pjanti approvati mill-MEPA għall-Park and Ride Scheme fil-Belt?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal- Park and Ride Scheme hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT - FIDI TA' ĊENS", "37847.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward fidi ta' ċens li jkun rivedibbli kull 25 sena, liema ċens ikun jitħallas il-Joint Office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Bħalma tħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2002, il- gvern impenja ruħu li jifdi ċ-ċens ta` dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt dment li huma wżati bħala residenza ordinarja jew bħala postijiet ta` villeġġjatura.", "L-applikant għandu jibgħat ittra, flimkien ma` kopja ta` l-aħħar irċevuta, lill-Uffiċċju Konġunt fejn jitlob biex jifdi ċ-ċens.", "DJAR TA' L-ANZJANI - CASUAL DOMESTIC WORKERS", "37848.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 27734 ta' l-24.07.01, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jagħmel lill-casual domestic workers fid-djar ta' l-anzjani ħaddiema tal-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadhom għaddejjin it-taħditiet ħalli l-impjieg tal-Casual Domestic Workers jiġi regolariżżat.", "DJAR - KAŻ TA' HOUSING", "37849.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'inhuma l-prospetti li jiġi ndirizzat il-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ għadu qed jiġi nvestigat.", "MEDIĊINI LI DDAĦĦLU F'MALTA B'KUNTRABANDU", "37850.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Peress li waqt id-dibattitu tal-Budget (Seduta fuq is-Saħħa), il- kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni semma każ serju fejn allega li f'Malta ddaħħlu mediċini b'mod li setgħu ġew b'kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "MEDIĊINI LI DDAĦĦLU F'MALTA B'KUNTRABANDU", "37851.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill- kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dwana m'għandhiex ħjiel ta' dak li ġie allegat u għalhekk se jittieħdu passi biex jinkiseb aktar tagħrif speċifiku.", "EX-MEMBRI PARLAMENTARI - PENSJONIJIET", "37852.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 37748 u cioe' kemm huwa n- numru ta' ex-membri parlamentari li bbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' ex-membri parlamentari?", "Kemm minnhom huma GĦawdxin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ex-membri Parlamentari li minn Jannar 2003 għandhom jibbenefikaw mill-emendi riċenti li saru dwar il-pensjonijiet ta' membri parlamentari huma tlieta, kollha Għawdxin.", "GĦAWDEX – WINCH LI JINTUŻA MIS-SAJJIEDA", "37859.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il- Ministru tara li l-winch li jintuża mis-sajjieda GĦawdxin fil-bajja ta' Marsalforn u li ilha bil-ħsara għal dawn l-aħħar xhur tissewwa sabiex terġa tibda tintuża?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li dan il­winch issewwa.", "AIRMALTA - CHILDCARE CENTRE", "37861.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 37764?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li għad li l-bini tac-childcare centre spiċċa, xorta waħda trid tinħoloq struttura amministrattiva biex jitmexxa.", "Dawn l-ispejjeż iridu jiġu allokati bejn il-kumpannija u dawk li qed jibbenefikaw mis-servizz.", "Għar-raġunijiet ovvji bħalissa ma kienx iż- żmien tajjeb biex il-linja ta' l-ajru żżid l-ispejjeż tagħha.", "Il-proġett għadu hemm u pjan amministrattiv għalih jiġi mfassal fi żmien opportun.", "COACHES BARRANIN - SKEJJEL", "37862.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37372, peress li jien naf li dan l-istat ta' fatt jeżisti, jista' jgħid x'kien ir- riżultat ta' l-indaġini tiegħu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm żewġ coaches barranin, it-tnejn Jugoslavi, li qed jikkowċjaw fil-basketball average ta' siegħa kull wieħed fil-ġimgħa fl-iskola msemmija.", "Kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet iżda ma kienx hemm tweġiba.", "Għalhekk kien sar arranġament mill-iskola mal- Malta Basketball Association li qed tipprovdi lil din l-iskola b'dawn is- servizzi limitati ta' żewġ coaches esperti Jugoslavi.", "PULIZIJA - SKEJJEL", "37863.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37380, peress li minn dak inhar li għamilt il-mistoqsija tiegħi għandi nformazzjoni li l-istudenti inkwestjoni huma ta' l-iskola indipendenti msemmija fil-mistoqsija oriġinali, jista' jara li ma jagħmlux storbju huma u sejrin u ġejjin mill-iskola għall-ħanut tax-xorb partikolari fil-qrib?", "Jista' jara li l-pulizija tiżgura li wħud minnhom ma jkunux qed ipejpu l-ħaxixa waqt li jkunu barra mill-iskola?", "Jista' jara li tinżamm sorveljanza stretta mill-pulizija u li kollha, subien u bniet għandhom aktar minn sittax(16)-il sena speċjalment fejn ikun involut xorb alkoħoliku fil-ħanut tax-xorb?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.", "SKEJJEL - RAPPORTI DWAR TEHID TA' DROGI", "37864.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37377 dwar rapporti ta' tehid ta' drogi fl-iskejjel?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kien hemm ftit każi ta' rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti.", "Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal- każ.", "Kien hemm fejn intalab l-intervent tal-pulizija u ta' l-aġenzija governattiva Sedqa.", "F'każijiet oħrajn ma kienx hemm il-ħtieġa, speċjalment fejn ma kienx hemm suspetti serji.", "Biss dejjem ġew segwiti l-proċeduri tal- policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools.", "PULIZIJA – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ASSISTENTI KUMMISSARJI", "37865.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Wara li ntalbu applikazzjonijiet mingħand supritendenti li xtaqu li jiġu kkonsidrati għall-promozzjoni għar-rank ta' Assistenti Kummissarji fil-korp tal-Pulizija, jista' jgħid kemm applikaw?", "Min huma?", "Meta kull wieħed minnhom sar supritendent?", "Meta hu maħsub li jsiru l-interviews?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, informat li l-interviews se jsiru fil-futur qarib.", "SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI", "37868.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika l-għajnuna soċjali li qed tirċievi l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali, irriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant qed tirċievi pensjoni kontributorja u qatt ma' applikat għall-għajnuna soċjali.", "ATTARD: TRIQ IS-SIENJA - ARBLI", "37869.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jordna li fi Triq is-Sienja, Ħ'Attard iż-żewġ arbli li saru quddiem id-dar Redeemer jiġu utilizzati billi jitwaħħlu magħhom il-cables tad-dawl flok dawk li qegħdin mal-faċċata tar-residenza partikolari u oħrajn fil-viċinanzi li qegħdin jikkawżaw ħsara fl-istess bini?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li x-xogħol li qed issir riferenza għalih għandu jitkompla flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.", "SKEJJEL - FURJANA - SKOLA PRIMARJA", "37870.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' d-dipartiment jikkonsidra li jitranġaw ħsarat fis-saqaf u f'gallarija fl-iskola primarja tal-Furjana?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed taħdem fuq audit komprensiv tal-bżonnijiet ta' l-iskola primarja tal-Furjana biex jitwettaq pjan ta' refurbishment sħiħ ta' l-iskola fil- parametri tal-proġett tal-Gvern għall-iskejjel tiegħu.", "DJAR - BDIL TA' APPARTAMENTI", "37871.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37312, qed ngħaddi d-dettalji separatament għall- konsiderazzjoni tad-Dipartiemnt ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat illi l-persuna ndikata m'għandha l- ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "GĦAJNUNA - APPELL", "37886.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: F'iex wasal l-appell għall-għajnuna tal-wens tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tieħu ħsieb ommu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nformat li l-Appell li għalih qed jirreferi l- Onor. Interpellant jinsab appuntat għas-smiegħ quddiem l-Arbitru għas-27 ta' Jannar 2003.", "WSC - METER TAD-DAWL U L-ILMA", "37887.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-meter tad- dawl u ilma, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li dwaru ħallset multa proviżorja sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa?", "X'inhuma l-prospetti li jiġi refunded l-ammont li ħallas bħala depożitu temporanju?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li l-każ li qed issir riferenza għalih għadu qiegħed jiġi nvestigat.", "Madanakollu, prima facie, jidher li ftit hemm ċans li d-depożitu u mhux multa, jingħata lura minħabba d- defiċjenzi li nstabu fil-meter.", "CCF- PRIĠUNIERI", "37888.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' barranija, ta' liema nazzjonalitajiet huma?", "Kemm minnhom huma miżżewġin lil ċittadini Maltin?", "X'inhu t-total ta' tfal, jekk hemm, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` priġunieri barrranin fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, fit-18 ta` Diċembru 2002 kien ta` 102.", "Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:-", "|Alġerini|2 |Lebanon |1 | |Banglade|3 |Libja |56 | |sh | | | | |Renju |11 |Niġerja |4 | |Unit | | | | |Bulgarij|1 |Palestina |1 | |a | | | | |Olanda |5 |Portugal |1 | |Eġittu |3 |Sudan |2 | |Italja |4 |Tuneż |5 | |Turkija |1 |Jugoslavja|2 |", "Minn dawn, skond id-dikjarazzjonijiet magħmula meta ġew ammessi fil- Faċilita`, hemm seba` li ddikjaraw li huma miżżewġa nisa Maltin.", "Hemm ukoll żewġ priġunieri nisa Maltin li huma miżżewġa irġiel barranin.", "Preżentement m'hemmx tfal (dawk taħt is-16-il sena) fil-Faċilita`.", "CCF - PRIĠUNIERI", "37889.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin irġiel u nisa fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "Kemm minnhom huma Maltin?", "Kemm minn dawn jiġu minn xulxin (mara/raġel, minn bint/iben, aħwa, eċċ)?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fit-18 ta` Diċembru, 2002 fil- Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm 284 priġunier.", "Dawn huma maqsuma kif ġej: -", "Irġiel 270 nisa 14 Maltin: -", "4 Nisa 178 irġiel", "Fil-preżent priġunieri relatati minn xulxin hemm:-", "Missier u iben, tlett pari aħwa.", "CCF - PRIĠUNIERI", "37890.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba f'ġimgħa u għal kemm numru ta' sigħat huma ntitolati l-ħabsin li jaħdmu meta jkunu jiskontaw sentenza?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħabsin għażlu din l-iskema?", "Kemm daħlu flus dawn il-ħabsin u kemm minnhom huma miżżewġin jew persuni waħedhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nassumi li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għal pre-release work leave.", "Ninsab informat illi dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza ta` mhux anqas minn sentejn, fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza huma ntitolati li japplikaw għal dan it-tip ta` leave.", "Dawk eliġibbli u approvati f`dan il-perijodu jaħdmu erba` darbiet fil- ġimgħa esklużi s-Sibt, il-Ħadd u festi pubbliċi.", "Dawn jistgħu jaħdmu mhux aktar minn ħmistax-il ġurnata ta` disa` sigħat kuljum fix-xahar.", "Normalment il-ħinijiet jkunu bejn is-7.30am u l-4.30pm.", "F`dawn l-aħħar erba` snin kien hemm:-", "|Sena |Numru ta` |Dawk | | |applikazzjonijie|approvati | | |t | | |1999 |18 |14 | |2000 |13 |10 | |2001 |8 |6 | |2002 |8 |7 |", "Fir-rigward ta` flus minn xogħol waqt dan it-tip ta` leave, il-priġunier jista` jagħżel li dak li jaqla` jintbagħat direttament lill-familja jew jiġi ddepożitat fil-kont tiegħu.", "Ma jinżammux rekords dwar dan.", "Lanqas jinżammu rekords dwar ikunux miżżewġa jew le.", "CCF – FAMILJI TAL-PRIĠUNIERI", "37891.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'support u/jew għajnuna tingħata lill-familja - (mara u tfal) ta' persuna li tinsab il- ħabs (jew tistenna s-sentenza) - speċjalment mil-lat ta' servizzi soċjal?", "Jikkonsidra l-Viċi Prim MInistru li dawn ikunu pprovduti b'informazzjoni (forma ta' booklet) rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għal dak li jirrigwarda benefiċċji soċjali, familja ta' persuna li tinsab il-ħabs, jekk tissodisfa it-test tal-mezzi, tingħata l-għajnuna soċjali u, jekk ikun hemm it-tfal, titħallas iċ- Children Allowance.", "Mill-aspett ta' ħarsien soċjali, l-awtoritajiet tal-ħabs, permezz ta' l- Aġenzija Appoġġ, jipprovdu servizz ta' social worker kif ukoll servizz ta' psikologu, kemm għall-priġunieri kif ukoll għall-familjari tagħhom.", "Dawn is-servizzi, li kienu limitati kawża ta' nuqqas ta' riżorsi umani, mistennija jiżdiedu matul din is-sena.", "Għaddejt is-suġġeriment fl-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Aġenzija Appoġġ biex tikkonsidra l-possibilita' li jiġi stampat ktejjeb bl-informazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Interpellant.", "SLIEMA: TRIQ GIANNI BENCINI - DAWL", "37895.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex issir manutenzjoni fl-istreet lighting u l-bozza li tneħħiet minħabba xogħol ta' kostruzzjoni tiġi sostitwita b'bozza oħra fuq in-naħa l-oħra tat-triq fi Triq Gianni Bencini, f'Tas-Sliema?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ATTARD - XOGĦOL TA' MANUTENZJONI FIL-WIED", "37902.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 37425, jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed isir bini proprju fil-wied ta' Ħ'Attard quddiem, u mhux fuq wara kif intqal fir-risposta, l-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard eżattament fuq wara tal-vilel kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li saret spezzjoni mill-enforcement officer ta` l-area u jirriżulta li l-plot indikat fuq is-site plan li ntbagħtet separatament, hija koperta b`permess numru PA 4043/02 maħruġ fid- 9 ta` Settembru, 2002.", "Ix-xogħol preżenti jikkonsisti fil-bini tal- boundary wall mat-triq u mal-korsa tal-wied, liema ħajt qiegħed jinbena skond il-linji uffiċjali.", "SAĦĦA - CONSULTANT CARDIOLOGISTS", "37913.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-marki li ġew mogħtija lill-kandidati għall-post ta' consultant cardiologist (invasive) fid- Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-policy tal-Public Service Commission hi li l-breakdown tal-marki li jkun gab kandidat fi process ta' ghazla jinghataw biss lill-kandidat li jitlobhom bil-miktub lill- kummissjoni.", "TWINNING PROJECT – FONDI MILL-UE", "37914.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu fil-kuntest tat-twinning project b'fondi mill-Unjoni Ewropea, bejn l-Awtorita' Maltija għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u l- gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda?", "Kemm se jdum għaddej dan il- proġett?", "Ġew evalwati dawn l-inizjattivi u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din l-analisi?", "Kemm ibbenefikaw nies minn dawn l-inizjattivi?", "Kemm kien l-ammont jew is-somma ta' flus/fondi li rċevejna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "MOSTA: TRIQ IL-PONT - BANKINI", "37915.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru l-bankini ġodda fi Triq il- Pont, fil-Mosta li jsiru wkoll sleeping policemen minħabba li f'din it-triq jinżlu vetturi bi speed qawwi b'mod li jikkawżaw inċidenti serji lin-nies li jużaw din it-triq u b'mod speċjali lit-tfal li jattendu l-iskola viċin, jiġifieri dik ta' Lilly of the Valley, Mosta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għaddiet l-osservazzjonijiet ta' l-Onor.", "Interpellant lill-kunsill lokali peress li x-xogħlijiet imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal- kunsill.", "MTARFA: TRIQ PHILIP PULLICINO – CARD PHONE", "37916.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone booth fi Triq Philip Pullicino, fl-Imtarfa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-lokal fl-area in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li bħalissa ma jidhirx li hemm il- ħtieġa li jitwaħħlu aktar cardphones fl-Imtarfa meta fil-preżent f'din il- lokalita' il-Maltacom għandha għaxar cardphones.", "Jekk fil-ġejjieni jinħass il-bżonn li jitwaħħlu aktar cardphones, allura l-post indikat ikun ikkonsidrat.", "BAĦRIJA: TRIQ ĠNIEN TAN-NIGRA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "37917.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li fi Triq Ġnien tan-Nigra, fil- Baħrija ssir sistema tad-drenaġġ adegwata biex ir-residenti t'hemmhekk ma jibqgħux jitfgħu d-drenaġġ fil-fosos?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Gvern m'għandu ebda pjan immedjat biex iqabbad il-Baħrija (inkluż Triq Ġnien tan-Nigra) ma' l-infrastruttura tas- sistema tad-drenaġġ f'Malta.", "Fil-fatt, il-Baħrija hija moqdija b'sistema adekwata għaliha permezz ta' fossa komuni li titbattal mill-gvern stess.", "Qiegħed isir studju sabiex tiġi mistħarrġa l-possibbilta' li ssir fossa komuni oħra addizzjonali.", "MEPA - PERMESSI TA' FARMS FL-IMĠARR", "37918.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA ħarġitx permessi ġodda ta' farms fl-inħawi ta' Binġemma, fl-Imġarr, Malta u jekk ħarġu, f'isem min qegħdin dawn il-permessi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika l-perijodu li għalih trid tapplika l-mistoqsija.", "MOSTA - TRIQ PRINĊIPALI - PARKEĠĠ", "37919.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir parking għall- karozzi tar-residenti ta' Main Street, il-Mosta fil-biċċa li tagħti minn Lord Nelson Bar & Restaurant għall-istatwa ta' San Ġużepp, fuq in-naħa tax- xellug inti u tiela' u mhux fuq in-naħa tal-lemin inti u tiela' lejn in- Naxxar u dan minħabba kif joqgħod l-ilma fit-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jiena nformat li l-kunsill lokali tal-Mosta m'għamel l- ebda lment jew rikjesta skond kif qed jiġi mitlub f'din il-mistoqsija parlamentari.", "MEPA - PERMESS GĦALL-KIOSK", "37920.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif inħareġ permess mill-MEPA (PA0072/02) u taħt liema kondizzjonijiet ħareġ meta dan il-kiosk qed jiġi operat mingħajr shaft, mingħajr post adekwat fejn jiġu storjati ċ-ċilindri tal- gass mingħajr ma hemm post sanitarju għal min jagħmel użu minnu u dawk li jmorru jużaw is-servizz tiegħu, u wkoll meta ċumnija li qegħda hemm lanqas biss hija mgħollija aktar minn għaxar piedi mill-art u li hija mgħottija b'biċċa injama u qegħda wkoll viċin tal-Madonna tal-Kunċizzjoni?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa każ klassiku ta' abbuż fil-ħruġ tal- permess imsemmi?", "Jaf il-Ministru li dak li llum jinsab qed jopera dan il- kiosk, Rocc Take Away, kien ilu jopera mingħajr il-permess meħtieġ għal iżjed minn Awissu li għadda?", "Jaf il-Ministru li r-residenti ta' Triq il- Kunċizzjoni, Ħad Dingli kienu diġa' għamlu l-oġġezzjonijiet kollha tagħhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant qed jiġi nvestigat.", "PULIZIJA - KAŻI TA' REATI", "37937.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru, 2002?", "Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?", "Kemm ġew solvuti reati matul Novembru, 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija parlamentari huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Novembru, 2002 kien hemm 585 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "|Against morals and honour |4 | |of the family | | |Arson |6 | |Attempted offences |123 | |Bodily harm |62 | |Computer misuse |1 | |Crimes against public |1 | |safety | | |Crimes against admin. of |1 | |justice etc | | |Damage |275 | |Drugs |1 | |Forgery |1 | |Fraud |18 | |Illegal Immigration |8 | |Prostitution |1 | |Sexual offences |3 | |Theft |853 | |Threats and private |12 | |violence | | |Violation of places of |1 | |confinement | | |Violence against public |7 | |officers | |", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "37938.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru, 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru, 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Novembru, 2002 il-każi ta` serq li ġew rappurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 112 każ ta` serq.", "|Hold up |6 | |Pick Pocketing |59 | |Snatch & grab |6 | |Serq minn dgħajjes |6 | |Serq ta` karozzi |57 | |Serq minn karozzi |313 | |Serq minn |69 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn fabbriki |9 | |Serq minn residenzi |49 | |Serq minn ħwienet |41 | |Serq minn xtajtiet |1 | |Serq ieħor |237 |", "PULIZIJA - KAŻI TA' REATI", "37939.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru, 2002?", "Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?", "Kemm ġew solvuti reati matul Diċembru, 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit- tieni parti tal-mistoqsija parlamentari hu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul Diċembru, 2002 kien hemm 197 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.", "|Against morals and |1 | |honour of the family | | |Arson |3 | |Attempted offences |125 | |Bodily harm |59 | |Damage |293 | |Drugs |5 | |Forgery |2 | |Fraud |7 | |Illegal Immigration |13 | |Perjury and false |1 | |swearing | | |Prostitution |1 | |Sexual offences |2 | |Theft |931 | |Threats and private |9 | |violence | | |Violation of places of |1 | |confinement | | |Violence against public |9 | |officers | |", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "37940.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru, 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru, 2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul Diċembru, 2002 il-każi ta` serq li ġew rappurtati lill-pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 49 każ ta` serq.", "|Hold up |1 | |Pick Pocketing |91 | |Snatch & grab |21 | |Serq minn dgħajjes|8 | |Serq ta` karozzi |48 | |Serq minn karozzi |334 | |Serq minn |87 | |barijiet/lukandi | | |Serq minn fabbriki|7 | |Serq minn |59 | |residenzi | | |Serq minn ħwienet |42 | |Serq minn xtajtiet|3 | |Serq ieħor |230 |", "PULIZIJA - KAŻI TA' SERQ", "37941.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002?", "Jista' jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata?", "Jista' jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-qorti akkużat bl-istess reati jew reati aktar serji fl- istess perijodu u x'kienu l-pieni inflitti għal kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "AKKADEMJA TAL-PULIZIJA - TRAINEES", "37944.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhu it-tul u l-piż ta' kull wieħed u waħda li bħalissa qed jattendu fl-akkademja tal-pulizija u li l-course inbeda fit-2 ta' Jannar 2003, fi statistika separata għal dawk ta' GĦawdex u ta' Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi skond l-applikazzjonijiet sottomessi, it-tul u l-piż tat-trainees li qed jattendu course fl-Akkademja tal-Pulizija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "GĦAWDEX - TRATTAT", "37945.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjoni fuq GĦawdex biex il- gżira titqies separatament minn Malta li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-UE fis-summit ta' Copenhagen?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni fuq Ghawdex li se tkun parti mit-trattat ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-Summit ta' Copenhagen.", "EU - PROTOKOLL FUQ L-ABORT", "37946.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll fuq l-abort li sar fit-trattat għas-sħubija fl-EU fis-summit ta' Copenhagen?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad- draft tal-protokol fuq l-abort li sar fit-trattat ghas-shubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea fis-Summit ta' Copenhagen", "UE - DIKJARAZZJONI DWAR IN-NEWTRALITA'", "37947.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni dwar in- newtralita' li sar fit-trattat għas-sħubija ta' Malta fl-UE fis-Summit ta' Copenhagen?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni fuq in-newtralità li se tidhol fit-trattat ghas-shubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea kif intlahaq ftehim dwarha fis-Summit ta' Copenhagen.", "GWARDJANI LOKALI - TAĦRIK LID-DELIVERY MEN", "37950.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Minghajr ma nidhol fil-mertu ta' min hu u min m'huwiex delivery man u kemm inhargu citazzjonijiet billi statistika ma tezistix, peress li l-mistoqsija tikkoncerna materja li hija relatata ma' l- osservazzjoni tas-sinjali tat-traffiku, nahseb ikun aktar xieraq li din il- mistoqsija tigi maghmula lill-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni.", "VALLETTA - MINA TA' MARSAMXETT", "37951.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jindaga l-istat u l-aċċess mill-mina ta' Marsamxett, il-Belt minn fejn jgħaddu n-nies għall-Ferry għal Tas-Sliema għaliex hija fi stat imkabar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar preċiż u jgħid għal liema ħsara qed jirreferi.", "Ninsab informat li l-mina tinsab fi stat tajjeb u l-post kollu hu miżmum fi stat raġjonevoli.", "Jista' jkun li hemm bżonn xi xogħol minimu ta' tikħil u tindif u għalhekk se jingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "UE – PROTOCOL DWAR IL-KWESTJONI TA' L-ABORT", "37952.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- Protocol speċjali li Malta rnexxielha tikseb mal-UE fuq il-kwestjoni ta' l- abort?", "ONOR.", "JOE BORG: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq fuq il-Protocol speċjali li se jifforma parti mit-Trattat ta' sħubija li Malta se tiffirma fis-16 ta' April li ġej.", "Il-ftehim milħuq hu fuq it-text bl-Ingliż", "AĠENZIJA APPOĠĠ - IMPJEGATI CASUAL", "37959.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li impjegati casual ma' l-Aġenzija Appoġġ u qabel impjegati ma' Dar il-Wens, ilhom madwar erbgħa snin b'kuntratt definit li jiġi mġedded sena b'sena?", "Jista' jgħid x'se jiġri minn dawn l-impjegati?", "X'opportunitajiet hemm maħsuba għalihom?", "B'liema kuntratt se jiġu mpjegati dawk li se jaħdmu fit- taqsima tas-supported living?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-Aġenzija Appoġġ m'għandhiex impjegati casuals li kienu mpjegati ma' Dar il-Wens.", "Informat ukoll li l-impjegati li se jaħdmu fis-supported living division se jkunu mpjegati fuq kuntratt definit ta' sena.", "VJOLENZA FIŻIKA - KUMPENS", "37960.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ngħata kumpens għal vjolenza fiżika li kien sofra snin ilu minħabba inċident politiku?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jaghmel il- mistoqsija tieghu lill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali.", "AFM - APPLIKAZZJONI GĦAL INGAĠĠ", "37961.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet applikat għall-ingaġġ fl-Armata skond l-Avviż fil- Gazzetta tal-Gvern, Nru. 15,732 tat-2 ta' April, 1993 qatt ma ġie intervistat jew mitlub joqgħod għal xi eżami ta' l-għażla, minkejja li minn dakinhar sa llum kienu ngaġġati diversi persuni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien informat li l-individwu msemmi kien applika biex jingagga fil-Forzi Armati fid-19 ta' Ottubru, 1995 taht l-iskema ta' open recruitment li kienet thabbret l-ewwel darba fil-Gazzetta tal-Gvern numru 15,732 tat-12 ta' April, 1993.", "Skond din l-iskema, kull applikant kien jinghata numru ta' registrazzjoni.", "F'dan il-kaz, l-individwu nghata n-numru 1825.", "Meta l-iskema ta' open recruitment spiccat, u dan permezz ta' sejha ghal applikazzjonijiet ghal ingagg ta' rekluti fil-Forzi Armati li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,801 ta' l-4 ta' Gunju 1999, l-ahhar applikant li kien ibbenefika minnha kellu n-numru 1094.", "Ghalhekk, l-uniku mezz kif l-individwu msemmi seta' jingagga fil-Forzi Armati kien jerga' japplika skond is-sejha ta' l-4 ta' Gunju, 1999.", "QORMI - TRIQ DUN MARIO - DRENAĠĠ", "37962.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid għaliex kemm ilha li saret Triq Dun Mario, f'Ħal Qormi, hemm problema ta' dħul ta' drenaġġ fil-fond nru.", "52?", "Id-dipartiment responsabbli ħa azzjoni?", "Jekk le, meta se jieħu azzjoni?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-fond numru 52 jinsab taħt il-livell tat-triq.", "Għalhekk meta tagħmel ix-xita u l-main tad-drenaġġ ikun mimli jkun hemm backflow.", "L-unika soluzzjoni prattika hija li sid il-fond jinstalla non-return valve mas-sistema tiegħu biex ma jseħħx dan il-backflow meta tagħmel ix-xita.", "QORMI - VULTAĠĠ BAXX TA' ELETTRIKU", "37963.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi solvuta l-problema tal-vultaġġ fl-area ta' Triq l-Iżbandola/Triq Ħammieri/Triq il-Biegħa/Triq l-20 ta' Settembru/Triq S. Ġorġ/Triq Aloisio, eċċ, f'Ħal Qormi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li biex titranġa l-problema ta' vultaġġ baxx li hemm fiz-zona msemmija fil-mistoqsija, diġa' sar xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx.", "Hemm il-ħsieb li fil-futur fl- inħawi tinbena sub-station.", "VALLETTA - TRIQ MARSAMXETT - FOND NRU.", "8", "37964.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond nru.", "8, Triq Marsamett, Valletta ġiex allokat lil xi individwu/i?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-fond Numru 8, Triq Marsamxett, Valletta fil-fatt kien inkera lid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-1980.", "REĠISTRU PUBBLIKU - ŻWIEĠIJIET", "37968.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sa l-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` żwieġijiet bil-Knisja u biċ-Ċivil mill-1995 sa l-2002 f`Malta u GĦawdex kienu kif ġej:", "| |Malta | |GĦawdex| | |Sena|Bil-Knis|Ċivil|Bil-Kni|Ċivil| | |ja |i |sja |i | |1995|1,812 |333 |160 |12 | |1996|1,828 |343 |159 |16 | |1997|1,857 |354 |180 |11 | |1998|1,799 |390 |157 |14 | |1999|1,807 |417 |144 |17 | |2000|1,715 |449 |141 |32 | |2001|1,562 |455 |117 |19 | |2002|1,533 |544 |131 |41 |", "QRATI - KAWŻI TA' SEPARAZZJONI", "37969.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi ġodda ta' separazzjoni kull sena bejn l-1995 u l-2002?", "Kemm minn dawn il-kawżi ta' separazzjoni kienu mibdija minn nisa u kemm minn irġiel?", "Tinżamm statistika ta' x'kienet il-kawża miġjuba għas-separazzjoni, per eżempju, inkompatibbilta', u wara kemm snin ta' żwieġ intalbet is-separazzjoni?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "IMQABBA/QRENDI RIMI TA' SKART", "37973.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid x'permessi hemm għar-rigward ta' drenaġġ (skart ta' annimali u nies) li qiegħed jintefa' fil-manhole fil-kontrada tat-torba limiti ta' l- Imqabba/Qrendi?", "Jekk fl-affermattiv jista' il-Ministru jgħid għalfejn dan qiegħed jintefa' hawn meta (a) dan suppost jintefa' l-Marsa, (b) fuq ordnijiet speċifici skart simili li kien jintefa' ftit aktar il-fuq ġie mwaqqaf?", "Xi prekawzzjonijiet qed jittieħdu sabiex ma ssirx ħsara lir-raba' tal-madwar, lin-nies li jiffrekwentaw l-area u s-swieqi tar-raba' fil- viċinanza?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ŻABBAR - MITĦNA TA' BIRGILLIN", "37977.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibli l-Enemalta tieħu passi biex tneħħi wires li hemm mal-mitħna antika Ta' Birgillin li hemm fi Triq l-GĦaxra ta' Settembru 1797, Żabbar li hi fi stat tajjeb iżda qed tiġi mkerrha b'bosta wires li hemm magħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "SAĦĦA - FIŻJOTERAPISTI", "37978.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru ġentilment jgħid għaliex is-seba' fiżjoterapisti li għamlu r-re- sit fil-bidu ta' Settembru u li r-riżultati ħarġu fl-24 ta' Settembru 2002 baqgħu ma ġewx impjegati?", "Meta se jiġu mpjegati la darba l-interview sar fl-20 ta' Novembru 2002?", "GĦaliex għallinqas ma ġewx impjegati fuq bażi casual kif dejjem sar s'issa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet arranġamenti biex il-fiżjoterapisti li għalihom qed jirreferi l-Onor Interpellant jiġu mpjegati fuq bażi każwali mit-3 ta' Frar, 2003.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMIJIET TA' PRINCIPALS", "37979.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: X'inhi r-raġuni li r- riżultat tal-Principals mas-Servizz Pubbliku liema eżamijiet u interviews intemmu fl-aħħar ta' Ottubru 2002 baqa' ma ħariġx?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kien hemm zewg sejhiet ghall-mili ta' postijiet ta' Principal fis-Servizz Pubbliku.", "Wahda kienet mahruga mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kienet immirata ghal gradwati b'degree relatata ma' Management u l-ohra harget mid- Direttur ta' l-Ezamijiet u kienet miftuha ghal gradwati ohra, Assistenti Principali u Ufficjali Ezekuttivi b'hames snin servizz fil-grad.", "Jien informat li z-zewg processi ta' l-ghazla ghadhom ghaddejjin.", "ĦAL GĦAXAQ – TWESSIGĦ TA' TRIQ", "37981.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-korrispondenza hawn annessa, jista' il- Ministru jgħid x'possibilita' hemm li din it-triq titwessa' (Rigward post tan-nar San Ġużepp Ħal GĦaxaq)?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37211.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "MEPA - DIRETTUR", "395.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjoni, anke mill-OPM, li rriżulta li wieħed mid-diretturi tal-MEPA mexa b'mod diskriminatorju ma' l-istaff?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li lil xi wħud mill-ħaddiema approvalhom il-leave bla tlaqliq waqt li lil oħrajn ma' approvalhomx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet ta` diskriminazzjoni magħmula mill-Onor.", "Interpellant.", "Ma jirriżulta mkien li kien hemm xi rapport ta` din it-tip ta` diskriminazzjoni.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija dwar il-leav', nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 36780.", "ŻEJTUN: TRIQ IS-SUQ - SUBSTATION", "396.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Possibbli l-Ministru, permezz tal-MEPA, jinformani fl-iqsar żmien possibbli fejn wasal il-permess tas-substation ta' l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex jien informat li l-applikazzjoni issa hi biss għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali u allura mhux suppost iddum daqstant?", "Billi hemm problemi minħabba vultaġġ baxx, possibbli dan il-permess jiġi proċessat fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-permess (PA 4615/01) tas- substation ta` l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun inħareġ fis-27 ta` Frar 2002.", "Informat ukoll illi l-applikazzjoni għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali sa llum ma ġietx sottomessa mill- applikant.", "PRODOTTI TA' L-IKEL", "397.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għal temporary state aid to support processor and recognised retailers of imported products li ġew negozjati mill-Gvern ma' l-UE, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-prezzijiet interni u esterni tal- prodotti ta' l-ikel li fuqhom ġew ibbażati is-sussidji mill-Gvern Malti sabiex jiġi ssussidjat il-prezz għoli ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel impurtati f'pajjiżna mill-UE?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jaghmel il- mistoqsija lill-ministru responsabbli.", "MALTACOM - TRANSFER TA' TELEFON", "398.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru, permezz tal-Maltacom, ġentilment jgħid jekk huwiex possibbli li jsir it-transfer tat-telefon, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għaliex din il-familja ngħatat flat isfel fl- istess blokk ta' flats minħabba raġunijiet ta' mard, iżda t-telefon għadu fil-flat ta' fuq?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li t-trasferiment mitlub ma jistax isir qabel ma l-abbonat jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu rigward ħlas.", "MEPA - KONSULENTI", "399.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Fl- Environment Directorate u l-Environment Management Unit tal-MEPA, jista' l- Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti li japprovaw l-Environment Impact Assessments li m'għandhomx First Degree imma Second Degree biss?", "Kien hemm ċirkostanzi fejn saret diskriminazzjoni favur dawn il-konsulenti, għad- detriment ta' oħrajn aktar kwalifikati?", "Hemm xi nies fl-EMU li m'għandhomx kwalifiki neċessarji fuq l-impatt fuq is-saħħa, li għamlu studji li ġew aċċettati u dan mingħajr l-approvazzjoni tad-Direttur tas-Saħħa Pubblika?", "Kien hemm xi Manager u ħaddiema oħra fl-Environment Management Unit u fl- Environment Protection Directorate li għamlu l-Environment Impact Assessments flimkien ma' professuri ta' l-Universita' fl-istess żmien li l- Manager u l-ħaddiema kienu qed jagħmlu kors immexxi mill-istess professuri?", "Fl-għażla ta' l-EIA, jistgħu l-istaff fl-EMU u l-Environment Protection Directorate jgħidulna x'metodu intuża biex ikun assigurat li r-riżultati huma korretti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej:-", "Fl-Environment Protection Directorate u l-Environment Management Unit tal- MEPA, m`hemmx konsulenti li japprovaw l-EIA.", "L-ebda konsulent ma jista` japprova EIAs.", "L-ebda Manager u ħaddiem ieħor fl-EMU u l-EPD ma għamel EIAs kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "Meta jiġi sottomess l-EIA dan jiġi evalwat:", "Skond it-termini ta` referenza li jinħarġu mill-MEPA u huma speċifiċi skond l-iżvilupp propost; Minn nies impjegati tal-MEPA skond l-'expertise' tagħhom; Skond kriterji ta` reviżjoni li jinħarġu minn istuzzjonijiet internazzjonali.", "Issir ukoll konsultazzjoni ma` dipartimenti jew aġenziji tal-gvern li l- MEPA jidhrilha li jkun opportun li tikkonsulta, kif ukoll il-kunsill lokali li jkollu r-responsabbilita` tal-lokalita` fejn ikun qed jiġi propost li jsir l-iżvilupp, u kunsilli lokali tal-madwar jekk ix-xorta jew l-impatti tal-proġett ikunu tali li jistgħu jaffetwawhom.", "MAGĦTAB - RIMI TA' SKART", "400.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ għar-rimi ta' skart tossiku u skart ieħor perikoluż biex jintrema' l-Magħtab?", "Id-direttur ta' l-ambjent ħareġ xi permessi jew approva li jinħarġu tali permessi għal traġitt fuq il- baħar jew fil-portijiet ta' skart b'kontenut ta' sustanza radjoattiva?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi għal dawn l-aħħar snin kien hemm bosta permessi li nħarġu biex jintrema kull tip ta` skart fil-Magħtab u dan peress li għad ma hemmx engineered landfill fil-pajjiż.", "Id-Direttur ta` l- Ambjent la ħareġ u lanqas approva li jinħarġu tali permessi għat-traġitt fuq il-baħar jew fil-portijiet ta` skart b`kontenut ta` sustanza radjoattiva.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT - STUDJU FUQ SKART TA' ŻEJT", "401.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min kien il-protagonista għal studju fuq skart ta' żejt kummissjonat mill-Ministeru ta' l-Ambjent sentejn ilu?", "Kien hemm xi ħadd mill-konsulenti li ħadu l-issues ta' l-ambjent li għandhom konnessjoni diretta mal-Waste Oil Co. Ltd. u li jaħdmu mal-MEPA?", "X'azzjoni legali ttieħdet kontra l-Enemalta, il-Malta Offshore Bunkering u l-Waste Oils Company Ltd., għall-ħruġ ta' intejjen li nittnu l-lokal tal-Menqa u li keinu ta' danu għas-saħħa tal-ħaddiema tal-bank, tal-Maltacom u r-residenti fil-qrib?", "X'sar biex isir magħruf ta' min hi l-ħtija?", "X'azzjoni ttieħdet?", "Hemm liċenzja tal-pulizija jew liċenzja biex jopera biex dan ix- xogħol isir?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-istudju kien kummissjonat mill- Ministeru ta` l-Ambjent lil Eco Standards Services Ltd.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 36783.", "Dwar l-intejjen fil-madwar tal-Menqa, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36783 fuq l-azzjoni li ħadet il-MEPA f`dan ir-rigward.", "Is-sitwazzjoni qed tiġi mmonitorjata u jekk ikun hemm bżonn ta` azzjoni din tittieħed.", "Informat ukoll illi l-Waste Oils Co Ltd hija koperta b`liċenzja tal- pulizija.", "MEPA - AMBJENT TA' L-ARJA", "402.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pubbliku mhux jiġi nformat dwar l- ambjent ta' l-arja?", "X'arranġamenti saru mill-IT Section tal-MEPA sabiex il- pubbliku jkun mgħarraf b'dawn ir-riżultati u li dawn ir-riżultati huma sikuri u ta' kwalita' tajba?", "Għalkemm f'xi lokalitajiet il-livelli ta' PM10, taċ-ċomb u benzina fl-arja kienu ħafna iktar mil-livelli aċċettati, għaliex il-MEPA ma nformatx b'dan lill-pubbliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Hemm nuqqas ta` data li kellha tinġabar u għalhekk ma ġietx ikkomunikata.", "Is-sikurezza u l-kwalita` tar-riżultati ma jiddependix mill-IT Section imma minn min għandu d-dover li jiġborha, jikkompilaha u jikkomunika.", "Riżultati oħra jridu jiġu kkalkulati.", "Ir-riżultati preliminari tal-livelli taċ-ċomb fl-arja se jiġu kkomunikati fi żmien qarib.", "MEPA - DIRETTUR", "403.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Direttur tal-MEPA mhux qed jerfa' r- responsabbilta' għall-ħlas ta' eluf ta' liri lil Malta National Laboratory, minkejja li dan il-kuntratt sar wara li ġie maħtur l-istess direttur?", "X'azzjoni qegħda tittieħed biex jiġi żgurat li jinħarġu sejħiet għall- offerti għall-analisi tal-kampjuni?", "Mill-kampjuni li ntbagħtu lil Malta National Laboratory, kemm minnhom intbagħtu f'laboratorji oħra sabiex jiġi żgurat li l-Malta National Laboratory qegħda tagħti riżultati xierqa tal- kwalita' ta' l-ilma baħar u biex jiġi żgurat ukoll li sakemm jaslu għand il- pubbliku dawn ir-riżultati mhumiex imbagħbsa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mhux minnu li saru xi kuntratti mal- Malta National Laboratory wara li nħatar id-Direttur tal-MEPA preżenti.", "Id-direttur preżenti qed jitlob offerti oħra fuq analisi ta' kampjuni.", "L-MNL, li huwa aġenzija tal-Gvern, mhux l-uniku laboratorju ikkommissjonat mid-Direttorat għall-Ambjent għall-analisi ta' kampjuni.", "Il-kampjuni jintbagħtu lil laboratorji differenti skond il-kompetenza u l- ispeċjalizzazjoni tal-laboratorju konċernat.", "MEPA - DIRETTUR", "404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Tul dawn l-aħħar erba' xhur, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal servizz jew prodott għamel id-Direttur tad-Direttorat tal-Protezzjoni Ambjentali tal-MEPA?", "Saru xi kuntratti diretti bla ma nħarġet sejħa għall- offerti?", "Jekk saru dawn is-servizzi, għax inħass li kellha tittieħed azzjoni urġenti?", "Għaliex ma ħarġitx sejħa għall-offerti wara tant xhur li tħaddmu dawn is-servizzi?", "Kemm ġie jqum kull servizz?", "Għaliex sar dan is- servizz mgħoddi b'kuntratt lil terzi persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-uniku xiri ta` servizz jew prodott f`dawn l-aħħar erbgħa xhur mid-Direttur tad-Direttorat tal- Protezzjoni Ambjentali kienu servizz ta` labourer biex ikun jista` jitħaddem il-Mobile Air Monitoring Station u ghajnuna fl-immuntar ta' passive tubes monitors għal monitoraġġ ta' l-arja.", "Id-Direttur kif assuma l-kariga tiegħu ħass immedjatament il-ħtieġa li jixtri dan is-servizz ad hoc peress li ma kienx fl-interess pubbliku li l-monitoragg ta' l-arja ma jsirx jew jiġi mxellef il-pjan ta l-istess monitoraġġ.", "Dan is-servizz qed jinxtara bir-rata ta' Lm4.25 fis-siegħa.", "Il-kap tal-Pollution Unit hu nkarigat biex jara li dan is-servizz jintuża bl-aktar mod għaqli.", "Dan is- servizz jiġi mwaqqaf meta tinħass il-ħtieġa.", "MEPA - IMPJEGATI", "405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħaddiema li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' ta' direttur ġdid, li ismu qed jintbagħat separatament, tal- MEPA, li jagħmlu xogħol wara l-ħin għall-kumpannija privata/terzi persuni, liema xogħol hu f'konflitt dirett max-xogħol tagħhom fil-MEPA?", "Għaliex fl- għażla ta' nies ġodda fl-Environment Protection Directorate l-ebda head ta' xi section ma' kien fil-bord ta' l-għażla?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-awtorita` ma taf bl-ebda impjegat tal-MEPA li jaqa` taħt ir-responsabilita` tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor.", "Interpellant u li qed jagħmel xogħol li hu f`konflitt dirett mal-kariga ta' l-istess impjegat fil-MEPA.", "Informat ukoll illi l-bord ta' l-għażla għall-impjegati ġodda fl- Environment Protection Directorate kien kompost skond il-proċeduri normali ta' l-awtorita`.", "MEPA - SISTEMA TAR-REGISTRY", "406.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sistema tar-registy ta' l-ex Environment Protection Department m'għadhiex tintuża mill-MEPA?", "Għaliex il-files ta' l- ex Dipartiment ta' l-Ambjent ġew abbandunati għal aktar minn sena?", "X'sar biex dawn il-files jiġu protetti?", "Kemm kien in-numru ta' avviżi u każi ta' files fis-sistema ta' l-IT li l-files intilfu f'dawn l-aħħar tlett snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat kif ġej:-", "Mhux minnu li s-sistema tar-registry ta` l-Ex Environment Protection Department m'għadhiex tintuża.", "F`din l-aħħar sena il-files xorta baqgħu jintużaw regolarment tant illi x-xogħol baqa` miexi normali.", "Fil-premises tal-Ex Environment Protection Department hemm watchman lejl u nhar.", "L-awtorita` ma żżomx rendikont ta` kull min jgħid li ma jistax isib xi file.", "MEPA - XIRI TA' PROVVISTI", "407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi xiri mill-MEPA ta' provvisti, bħal karta, xorb minerali, prodotti iġeniċi, eċċ. bla ma kien hemm sejħa għall-offerti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi x-xiri tal-prodotti msemmija jsir fuq bażi ta` quotation fejn l-ammont hu inqas minn Lm5,000.", "MEPA - PROĠETTI", "408.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet miċ-chairman tal-MEPA u mid-direttur, li isimhom qed jintbagħat separatament, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?", "Kien hemm investigazzjoni sabiex isir magħruf min kien ħa xi flus għax ħadem jew b'xi mod ikkontribwixxa fi proġetti f'fondi internazzjonali (u dan kontra l-istess politika ta' dawn l- istituzzjonijiet)?", "Kien hemm xi impjegati li tħallsu ta' xogħol taħt proġett tal-CAMP (Coastal Area Management Programme) li kien tħallas mill- fondi tal-Priority Actions?", "Għaliex wara investigazzjoni nterna sabiex isir magħruf għaliex l-Air Monitoring System ma' tħaddmitx għal bosta xhur, ma ttieħdet ebda azzjoni fuq min kien responsabbli?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi kienet saret investigazzjoni waħda miċ-chairman tal-MEPA u nħarġet stqarrija dwarha fl-1 ta` Diċembru, 2001.", "Informat ukoll illi ma saret l-ebda investigazzjoni mill-imsemmi direttur ta` l-ambjent.", "Informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet fi proġetti f`fondi internazzjonali kienet ingħatat fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36348.", "Rigward il-mistoqsija relatata mal-proġett CAMP, nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 36728.", "Ma saret l-ebda investigazzjoni mid-direttur il-ġdid ta` l-ambjent fuq l- air monitoring station għala din ma ħadmitx fi żmien meta hu ma kienx fil- kariga preżenti.", "Id-direttur ipprova jiġbor xi fatti biex jara x`jista` jsir biex sitwazzjonijiet simili ma jerġgħux jiġru."]} {"filename": "20000721_355d_par.doc", "date": "2000-07-21", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 355 Il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 355", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.08 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "355", "Il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 506", "PETIZZJONI 506", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 506", "TQEGĦID TA' KARTI 510", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (IT-TIENI QARI) MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (SECOND READING) 511", "AĠĠORNAMENT 532", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORAL IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 536", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 354 li saret fid-19 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, se nippreżenta petizzjoni f'isem 32 resident li joqogħdu fi Triq in-Namura l-Baħrija.", "Faċċata tal-bini ta' dawn ir-residenti huwa ddikjarat bħala green area pero` beda jsir xi xogħol u qiegħda ssir ħsara ambjentali min-nies li xtraw ir-raba' u l-art hemmhekk għaliex qegħdin anke jitqaċċtu siġar tal-ħarrub b'mod vjolenti, ħaġa li ssemmiet anke fil-media.", "Ir-residenti jinsabu nkwetati ħafna minħabba l-fatt li l-awtoritajiet m'humiex qed jieħdu passi u għalhekk jixtiequ jkunu jafu jekk hemmx il- possibbilta` li din il-green area tiġi żviluppata fl-inħawi b'mod illegali jew anke b'mod legali.", "Ma' din il-petizzjoni għandi 12-il ritratt li juru dawn l-azzjonijiet li saru riċentement f'din l-area u li nitlob il-permess sabiex inqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SAĦĦA - KURA BARRA MINN MALTA", "17871.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-ministru jgħid kemm siefru persuni għal kura medika barra minn Malta din is-sena għas-spejjeż tal-gvern?", "X'kienu l- kondizzjonijiet mediċi li għalihom siefru?", "Kemm swew lill-gvern?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Ninsab informat li n-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra mill-1 ta' Jannar 2000 sat-30 ta' Ġunju 2000 kien ta' 156.", "Il-kondizzjonijiet mediċi kien dermatology, ear, endocrine, facio- maxillary, gastroenterology, gynaecology, immunoldeficiency, inborn error of metabolism, liver, malignant diseases, muscle, neurology, neurosurgery, ophthalmic, oromandibular, orthopaedic, paediatric cardiac surgery, plastic surgery, rehabilitation, respiratory problems, rhematology, spinal surgery, urology.", "Sat-30 ta' Ġunju 2000, l-ammont ta' flus minfuqa kien ta' Lm186,987.", "MWIET - TIPJIP", "18005.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Peress li kważi kuljum ikun hemm xi aħbar li tiżvela l- konnessjoni ta' mwiet u mard mat-tipjip, għandux jiġi rrikkmandat li l- kliem tat-twissija fuq pakketti tas-sigaretti/sigarri jkunu aktar iebsa.", "Jista' l-ministru jindika sena b'sena mill-1995 - u anke għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena - kemm kien hemm imwiet konnessi mat-tipjip bħal kanċer tal-pulmun, problemi tal-qalb, eċċ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li l-kumitat kontra t-tipjip għadu kif fassal liġijiet ġodda dwar it-twissija fuq il-pakketti tas- sigaretti/sigarri fuq il-linji indikati fid-domanda.", "Ninsab informat li skond ir-reġistru nazzjonali n-numru ta' mwiet konnessi mat-tipjip huma:", "|1995 |324 | |1996 |351 | |1997 |356 | |1998 |341 | |1999 |371 | |sa Ġunju 2000|183 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Peress li f'dak li għadu kemm irrapporta l-Ministru jirriżulta li kien hemm żieda fl-imwiet b'kawża tat-tipjip, jista' jgħidilna xi prekawzjoni qed jieħu d-dipartiment sabiex iżid aktar il- programmi edukattivi bil-għan li l-poplu jkun dejjem aktar aġġornat dwar l- impatt negattiv li jista' jħalli t-tipjip?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: L-ewwelnett irrid ngħid li kieku kellna naraw kif kienet ir-rata tul dawn l-aħħar ħames snin insibu li din baqgħet kostanti, fis-sens li kellna mewt waħda kuljum kkaġunata mit-tipjip.", "Issa hawnhekk wieħed irid joqgħod attent u mhux jara biss l-imwiet imma jara wkoll il- ħsara li tiġi kkaġunata permezz tat-tipjip, li għalkemm ma twassalx għall- mewt tnaqqas drastikament il-kwalita` tal-ħajja ta' l-individwu.", "Barra minn hekk, wieħed irid iqis ukoll il-fatt li jkun hemm ħafna tobba li fuq iċ-ċertifikat tal-mewt ma jniżżlux it-tipjip bħala l-kawża tal-mewt, ħaġa li ma tiġrix biss f'pajjiżna imma tiġri wkoll f'pajjiżi oħra.", "Dan kollu juri li wieħed irid jieħu dawn iċ-ċifri b'ċerti riżervi.", "Rigward it-tieni parti tad-domanda rrid ngħid li l-health promotion department ilu għaddej b'kampanji kontra t-tipjip fuq linji li kienet indikat l-għaqda dinjija tas-saħħa, liema kampanji kienu mmirati għat-tfal.", "Per eżempju, waħda mir-rakkmandazzjonijiet tad-WHO hija li f'kull budget għandha tiżdied it-taxxa fuq is-sigaretti.", "Wara li din il-kampanja kienet ilha sejra għal żmien twil d-WHO bdiet tħares lejn l-istatistika u bdiet tinduna li minkejja dawn il-kampanji ftit li xejn kien hemm effett fuq ir- rata ta' nies li waqqfu jpejpu u allura bdiet tagħmel iżjed enfasi fuq l- edukazzjoni fl-iċken etajiet.", "Fil-fatt il-health promotion department qiegħed jadotta din is-sistema u qiegħed ukoll jintensifika l-awareness fl- iċken etajiet kontra t-tipjip billi juża kampanja differenti minn dik li kien juża qabel; m'għadniex nużaw scare campaigns biss imma qed nimmiraw il- kampanji tagħna lejn aktar edukazzjoni tat-tfal dwar in-nuqqas fil-kwalita` tal-ħajja u r-riskji li dan il-vizzju jġib miegħu.", "Ovvjament qegħdin jiġu aspirati sistemi oħra.", "Per eżempju, barra minn Malta hemm moviment sħiħ biex it-tipjip ma jibqax jiffinanzja l-isports.", "Hemm kampanji oħrajn biex reklami tat-tipjip jew sponsorships ma jibqgħux jidhru fuq it-television.", "Waħda mis-suġġerimenti li għamel l-Onor.", "Bartolo li kienet diġa` qiegħda mniżżla fis-sensila ta' suġġerimenti li għamel il-kumitat kontra t-tipjip huwa li jkun hemm health warning iżjed ċar fuq il-pakkett tas-sigaretti biex jindika l-perikoli konċernati.", "Jien naħseb li l-aktar ħaġa nkwetanti f'pajjiżna hija l-fatt li minkejja li adottajna kampanji fuq linji tad-WHO, in-numru ta' nisa li bdew ipejpu l- ewwel darba xorta għadu tiela b'rata allarmanti.", "Għandna rata għolja fil- popolazzjoni kollha, pero` l-iktar ħaġa li tinkwetani hija r-rata fin-numru ta' nies li jpejpu għaliex tradizzjonalment in-nisa f'pajjiżna ma kenux ipejpu.", "Wieħed ovvjament jinkwieta b'dan għaliex jista' japprezza li se jkollna bidla mhux fl-istatistika imma fit-tip ta' mwiet li se nibdew naraw fil-popolazzjoni tagħna minn hawn u 20 sena oħra.", "Kemm-il darba nqalgħet id-diskussjoni hawnhekk fuq ir-rata ta' l-inċidenza tal-kanċer tas-sider f'pajjiżna u jien dejjem għedt li r-rata tal-kanċer tas-sider tidher għolja statistikament meta mqabbla mat-total ta' cancers li jeffettwaw lin-nisa.", "F'pajjiżi oħra, bħal per eżempju fl-Ingilterra, ir-rata tal-cancer of the lung m'hijiex għolja daqshekk għaliex in-nisa hemmhekk bdew ipejpu immedjatament wara t-Tieni Gwerra Dinjija u allura dan kien diġa` ċaqlaq l- istatistika ta' l-imwiet.", "Huwa mistenni li fl-20 sena li ġejjin, jekk ma jkollniex riżultati pożittivi għall-kampanji li qegħdin nagħmlu, ir-rata ta' nisa li se jibdew jiġu affettwati bil-kanċer tal-pulmun se jikber u allura jċaqlaq l-istatistika kompletament.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL ASCIAK: Jista' l-Ministru jikkonfermalna x'passi se jieħu l-gvern f'dak li huwa tipjip fuq il-post tax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Kif diġa` għedt, il-kumitat kontra t-tipjip, bil- backing tad-dipartiment, diġa` fassal sensila ta' liġijiet li se jressaqhom iżjed 'il quddiem biex nikkontrollaw dan it-tip ta' abbuż.", "Illum aħna konxji li l-passive smoking jagħmel ċertu ammont ta' ħsara speċjalment fit- tfal u allura m'huwiex ġust li wieħed imur f'ristorant jew f'post pubbliku u jkollu jiġi suġġettat għad-duħħan minn dan it-tipjip.", "Fil-fatt, il-liġi preżenti tagħna diġa` tistipula li m'għandux isir tipjip f'ċerti postijiet bħal sptarijiet u ministeri governattivi, pero` naħseb li huwa għaqli li dawn il-liġijiet jiġu nforzati.", "Huwa inutli li nibqgħu ngħaddu liġijiet jekk ma jkollniex enforcement tajba biżżejjed.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mis-suġġerimenti li qiegħed isir minn dan il-kumitat kontra t-tipjip.", "Ħaġa oħra pożittiva hija li llum din l-awareness m'hijiex qed issir biss min-naħa tal-gvern, imma anke l-privat qiegħed ikollu jagħraf il-ħsara li jagħmel it-tipjip; fil-fatt fl-1995 waħda mill-ewwel fabbriki li ġiet dikjarata smoke-free kienet l-SGS Thomson.", "Jiġifieri l-pubbliku u l-privat diġa` qiegħed jipproponi dawn il-bidliet hu stess minkejja li għċad m'hemmx liġijiet dwarhom.", "Ħaġa pożittiva hija li l-ministeru tas-saħħa flimkien mal- ministeru għat-turiżmu ppubblikajna booklet ta' numru ta' restaurants li fuq inizjattivi tagħhom ġew dikjarati smoke-free jew inkella qegħdin jagħmlu parti mir-ristorant tagħhom speċifikament għal dawk li ma jpejpux.", "Dan juri li l-awareness dwar it-tipjip dejjem qiegħda tqum u aktar ma tkompli tqum aktar ikun hemm pressure.", "Aħna nittamaw li dak li qed jissuġġerixxi l-kumitat kontra t-tipjip jgħaddi b'liġi biex imbagħad inkunu f'pożizzjoni aħjar li nenforzawhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, minkejja dan kollu li għadu kemm qal il- Ministru, xorta waħda jibqa' l-fatt li ħafna miċ-ċittadini f'pajjiżna jemmnu li għad hemm ftit wisq programmi edukattivi sabiex kemm fuq il- postijiet tax-xogħol kif ukoll f'numru ta' programmi televiżivi u fuq ir- radju jingħata aktar tagħrif biex iżomm lill-persuna li tkun tpejjep aktar informata dwar id-diffikultajiet li tista' tesperjenza.", "F'dan ir-rigward, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-dipartiment rigward aktar edukazzjoni fuq fuq il-mezzi tax-xandir?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-kampanji li qiegħed iniedi l-health promotion department f'dak li għandu x'jaqsam ma' public awareness huma pożittivi.", "Per eżempju, din is-sena fil-quit and win competition kellna l-iktar record ta' nies li volontarjament aċċettaw li jipparteċipaw biex jieqfu mit- tipjip.", "Dan juri li l-messaġġ qiegħed jasal, pero` kif għedt qabel, il- linja tad-WHO hija li rridu naqbdu mill-iċken etajiet għaliex wieħed mill- fatturi li l-iktar li jinfluwenza liż-żgħażagħ tagħna jekk ipejpux jew le huwa l-peer pressure.", "Għalhekk din l-organizzazzjoni kienet issuġġeriet li l-kampanja għandha tibda fl-iċken etajiet.", "Mr Speaker, fid-dinja trid tkun fattwali u anke ftit pragmatiku.", "Huwa diffiċli ħafna li min diġa` jpejjep jieqaf minn dan il-vizzju u huwa għalhekk li llum il-public campaign li qiegħda tagħmel il-health promotion unit hija mmirata proprju lejn l-iċken etajiet.", "Dawn qegħdin imorru fl- iskejjel iqassmu l-leaflets u jagħtu lectures u naħseb li jagħmel sens li s- sorsi limitati, kemm dawk umani kif ukoll dawk finanzjarji, tikkanalahom proprju lejn fejn jista' wieħed jikseb l-aħjar riżultati.", "Illum huwa pprovat mad-dinja kollha li l-aħjar riżultati jinkisbu meta wieħed imur ġewwa l-iskejjel.", "Pero` irrid ngħid hawnhekk li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn min ma bediex ipejjep u min diġa` qiegħed ipejjep u ilu jpejjep żmien twil.", "Per eżempju, in-numru ta' nies li jipparteċipaw fi stop-smoking campaigns u wara ftit ġimgħat jerġgħu jibdew ipejpu huwa għoli ħafna u dan minħabba l-fatt li kif għedna kemm-il darba anke f'dan il- Parlament, in-nikotina hija droga bħal kull droga oħra, pero` sfortunatament hija legalizzata.", "Din is-sustanza hija addictive daqs drogi oħra u tagħmel ħsara daqshom għalkemm mhux fuq perijodu daqstant qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Asciak.", "ONOR MICHAEL ASCIAK: Mr Speaker, bil-permess tal-Kamra forsi nista' nindirizza din il-mistoqsija lill-ministru responsabbli mix-xogħol.", "Jista' l-ministru jikkonferma jew le jekk fl-abbozz ta' liġi dwar il-ħarsien tal- ħaddiema fuq il-post tax-xogħol hemmx maħsuba emendi sabiex tiġi protetta aktar is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, jekk se nagħmlu riferenza għall-abbozz ta' liġi dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol, irridu npoġġuh fil-kuntest ta' prattika ta' xogħol fuq il-post tax-xogħol u mhux fil-kuntest ta' miżuri oħrajn ta' promozzjoni ta' saħħa tal-bniedem bħal dawk li kien qed jirriferi għalihom il-ministru responsabbli mis-saħħa.", "U allura għal dak li għandu x'jaqsam ma' tipjip, il-liġi ma tkoprix is-suġġett tal-periklu li t-tipjip joħloq għas-saħħa tal-bniedem bħala suġġett in ġenerali, imma tkopri dawk il-każijiet fejn id-duħħan, it-tipjip jew in-nar jista' jkun perikoluż fl-ambjent ta' xogħol partikolari.", "Il-punt li qed isemmi l-Onor.", "Asciak ma jiġix kopert b'din il-liġi, pero` jiġi kopert b'inizjattivi oħrajn, dawk li kien qed isemmi speċifikament il-Ministru Deguara.", "SPTARIJIET - OPERAZZJONIJIET", "18006.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar sentejn sarux xi diskussjonijiet mal-awtoritajiet ta' l-isptarijiet privati biex ċerti operazzjonijiet isiru f'dawn l-isptarijiet minflok fl-Isptar San Luqa u dan bil-għan li tittaffa l-problema ta' stennija speċjalment fl- operazzjonijiet ta' l-ortopedija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jiġifieri l-Ministru qed jgħid li bħalissa m'hemmx diskussjonijiet għaddejjin bil-għan li l-waiting lists li jeżistu għal ċerti operazzjonijiet li hemm fl-isptar jitnaqqsu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, meta għedt li r-risposta hija fin- negattiv ridt ngħid li ma kien hemm xejn fuq livell formali.", "Diskussjonijiet u abbokkamenti ġieli kien hemm, pero` naħseb li s-sistema kollha m'hijiex se tiġi solvuta billi xi ħadd jaqbad u jiftiehem ma' klinika jew ma' sptar biex jipprova jaqta' mill-waiting list.", "Il-problemi huma ferm ikbar minn hekk u huma ftit iżjed ikkumplikati milli wieħed jaħseb prima facie.", "Meta aħna fil-programm elettorali tagħna wegħedna li għandu jkun hemm kooperazzjoni sħiħa mal-privat, ma naħsibx li konna qed nirriferu għal din it-tip ta' kooperazzjoni.", "Jiena naħseb li jekk ikollna nimxu fuq dawn il-linji kif hawn suġġerit fil-mistoqsija parlamentari nkunu qegħdin ngħattu x-xemx bl-għarbiel, fis-sens li hemm ħafna fatturi li qegħdin jikkontribwixxu għall-waiting lists li għandna għall- operazzjonijiet.", "Il-waiting lists jeżisti biss fejn għandna mard deġenerattiv, jiġifieri mard li primarjament jolqot lill-anzjani sempliċement għaliex il-popolazzjoni tagħna qiegħda kulma tmur dejjem tixjieħ.", "Jiġifieri l-kooperazzjoni li trid tintlaħaq mal-privat m'għandhiex tkun dejqa li tipprova ssolvi problema partikolari, imma għandha ssir fis-settur tas-saħħa kollu.", "Nista' ngħid li dawn id-diskussjonijiet jinsabu għaddejjin u fil-fatt nirriferi għal domanda supplimentari li kienet saritli rigward il-health centre ta' Bormla.", "Jiena hawnhekk kont għedt li qegħdin isiru diskussjonijiet ma' kunsilli lokali jew ma' group practices ta' tobba biex naraw nistgħux nikkoperaw ħalli l-kura fil-livell primarju tkun tista' tingħata b'parteċipazzjoni mal-privat.", "Naturalment kulmin ikun irid jagħmel hekk irid jiġbor ċerta informazzjoni u għalhekk jitlob li jmur jara s-set-up tal-health centres u dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt dak kien l-għan tal-vista li kienet saret.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd u l-lokalita` ta' applikanti li ddikjaraw periklu fl-abitazzjoni tagħhom, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18163;", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Progress Report No 1 li jkopri l-perijodu Jannar-Ġunju 2000, tat- Taqsima tal-Programmi ta' l-Unjoni Ewropea (EUPU), bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18412; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar consultancy fees maħruġa mill-EU directorate, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18411.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Proposti finanzjarji li ntlaħaq ftehim dwarhom bejn it-taqsima tal- proprjeta` tal-gvern u d-ditta tal-periti dwar il-proġett ta' Moynihan House, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18416; u", "u f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet lil chairpersons/diretturi ta' awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti jew organizzazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18240.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li turi l-għadd ta' każi ta' kanċer tal-ġilda għall-perijodu bejn l-1989 u l-1999, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18304.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA` TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Lulju 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, huwa in possession.", "ONOR NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-aħħar darba li kont qed nitkellem dwar din il-liġi kont għedt li din hija liġi li qiegħda tpoġġi fuq il-poplu tagħna aktar spejjeż u dan meta kemm il-poplu kif ukoll il-gvern jafu bis- sitwazzjoni li qegħdin niffaċċjaw, jiġifieri li ma nifilħux aktar għall- ispiża li nirrikjedu biex nipproduċu s-sorsi ta' l-enerġija f'pajjiżna.", "Kont qed ngħid ukoll li s-sitwazzjoni li ninsabu fiha se tkompli tikkomplika ruħha għaliex din il-liġi qed teżenta b'mod ċar lil dan il- parlament milli jiddiskuti l-policy ta' din l-awtorita`.", "L-oppożizzjoni tifhem l-importanza li l-konsumatur ikun rappreżentat fuq din l-awtorita` għaliex finalment huma l-istess konsumaturi li jridu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, pero` din ir-rappreżentanza hija nieqsa minn dan l- abbozz.", "Ma jagħmilx sens għalina li nitkellmu dwar bidliet li għandna bżonn nagħmlu u dwar l-istandards imbagħad ma nirrikonoxxux ċerti prinċipji mportanti.", "Filwaqt li l-poplu qed jistenna minna li nibdew nindirizzaw din is-sitwazzjoni, qed jisma' biss li se nonfqu spiża biex nibnu awtorita` oħra mingħajr effettivament ma nkunu konkreti f'dak li aħna qed ngħixu u nesperjenzaw fil-ħajja ta' kuljum.", "Kont ukoll poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rivista bl-isem \"MEDIT – Prospettive e Proposte Mediterranee - Rivista di economia, agricoltura e ambiente\", rivista magħrufa u kredibbli ħafna.", "Kont qed ngħid ukoll li fil-ħarġa ta' Diċembru li għadda din tkellmet fuq il- genetically modified organisms of specific poultry products in Europe, tkellmet dwar the marketing of organic food in Italy, dwar the demand for red meat, poultry and fish in Tunisia u rrapportat ukoll fuq il-hydraulic management and environment restoration of Chadwick Lakes in Malta.", "Kont qed ngħid li dan kien proġett mibdi minn gvern preċedenti Laburista bil- għan li jsostni l-iżviluppi li hemm bżonn isiru ħalli jkollna management aħjar f'dak li huwa rural water management, proġett li sfortunatament ġiet abbandunat kompletament.", "Spjegajt ukoll li ħafna mill-kanali ta' l-ilma fil-kampanja, ħafna mill-ħitan tas-sejjieħ, ħafna widien, ħafna sorsi ta' l- ilma ġieri u ħafna ġwiebi nqerdu u dan kollu seħħ matul dawn l-aħħar 20 sena.", "L-iskop tal-gvern preċedenti Laburista kien li jibda ħidma biex minbarra li jirriabilita l-widien, joħloq aktar management sabiex ikun magħżul aktar b'mod naturali s-sors ta' l-ilma ġieri.", "Dan mhux biss għaliex huwa tajjeb għat-tisqija ta' l-uċuħ tar-raba' imma anke sabiex ikollna aktar ilma ġieri jippenetra fl-aquifer.", "Kont qed nispjega wkoll li huwa inutli li tbajjad kamra minn ġewwa u ma teħux ħsieb tirranġa l-bejt għaliex hekk kif tagħmel ix-xita dak li tkun irranġajt ġewwa jumda.", "U l-iskop li għalih inbeda l-proġett tar- riabilitazzjoni f'Wied il-Qlejgħa kien għaliex minnu joħroġ is-sors ta' l- ilma għall-widien l-oħra tan-naħa t'isfel ta' Malta u allura bilfors għandhom jiġu protetti.", "Aktar minn hekk jirriżulta li minħabba li matul dawn l-aħħar 20 sena ma tantx saret manutenzjoni fuq l-iskontri li hemm f'Chadwick Lakes dawn jinsabu fi stat perikoluż u skond kif indikaw l- esperti Taljani u Maltin li kienu għamlu s-sottomissjonijiet u r-rapporti finali tagħhom dwar l-ambjent u s-sitwazzjoni li teżisti f'Wied il-Qlejgħa fiċ-Chadwick Lakes, dawn huma perikolużi.", "Dan il-proġett sfortunatament ma tkompliex pero` ħadd ma jista' jgħid li ma kienx hemm fondi biżżejjed għalih għaliex aħna nafu li l-kabinett kien approva 'l fuq minn Lm50,000 sabiex jingħataw lid-dipartiment ta' l-agrikoltura ħalli jagħmel xogħlijiet ta' protezzjoni kontra l-maltemp.", "Minn risposti għal domandi parlamentari li ta l-Ministru Ninu Zammit sirna nafu li madwar Lm29,000 minn dawn il- flus intnefqu sabiex ingħataw lill-bdiewa u qatt ma ngħata rendikont fejn marru l-kumplament tal-flus li kien approva l-Kabinett.", "Nafu, per eżempju, li l-ministru nefaq eluf ta' liri biex irranġa l-uffiċini tiegħu u m'hemmx dubju li dawn setgħu marru għall-manutenzjoni ta' dawn l-iskontri, liema manutenzjoni baqgħet ma saritx.", "U jkun inutli li noqogħdu nitkellmu fuq id- dipartiment għall-protezzjoni ċivili imbagħad ma nindenjawx ruħna nagħmlu din il-manutenzjoni meħtieġa ħalli fix-xitwa li ġejja ma tinqala' ebda ċirkostanza fejn il-volum ta' ilma tax-xita li jkollna fit-toroq jifqa' xi wieħed minn dawn l-iskontri.", "Qabel, kull meta kien jaqa' ħajt tas-sejjieħ, selħa tas-sejjieħ jew valanga ħamrija, ftit li xejn kellna metodu kif nerġgħu nirriabilitawha għajr li nonfqu ħafna flus u ma jkollniex garanziji li jekk terġa' tagħmel ix-xita ma jerġax jaqa'.", "Dan kien punt li ġie tackled b'mod ġeoloġiku u ekoloġiku fil-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, fejn saret sistema ta' gabjuni - forma ta' gaġeġ li fihom joqogħdu l-ħitan tas-sejjieħ mas-selħa - u materassi - ħadid li fihom ikun hemm il-qiegħ fejn l-ilma jkun jista' jgħaddi u fl-istess ħin jippenetra fil-ġebla - liema sistema deher ċar li hija ekonomikament vijabbli għaliex minbarra li għandna l- garanzija li ma dak li nbena ma jaqax, għandna wkoll il-garanzija li ma jkunx hemm soil erosion, jiġifieri li ma taqax dik il-valanga tal-ħamrija u anke għandna l-garanzija li l-ilma jippenetra bl-iktar mod flessibbli u naturali kif jipprovdihulna l-Bambin permezz tax-xita.", "Skop ieħor għal dan il-proġett kien sabiex jinċentiva iktar l- agrituriżmu, jiġifieri jinċentiva aktar żjarat mill-istudenti u mit-turisti li jżuruna.", "Naturalment kien hemm skopijiet u raġunijiet oħra, pero` ma jistax ikun li fil-ftit ħin li għandi noqgħod nidħol fihom għaliex ma xtaqtx ma nsemmix x'kienu r-raġunijiet li l-flus tal-protokoll Taljan ġew użati għall-iżvilupp ta' dan il-proġett.", "Per eżempju, waħda mill-affarijiet li qed issir bħalissa u żgur li l-ministru għall-ambjent huwa konxju minnha hija l-qerda li saret fuq it-tafal ta' l-irdum ta' l-Imtarfa.", "Permezz ta' mistoqsijiet parlamentari rriżulta li d-dipartiment ta' l- ambjent u l-awtorita` ta' l-ippjanar ħadu miżuri sabiex jitwaqqa' ħajt tal- konkos li tela'.", "Jien informat li anke l-periti li għamlu l-ispezzjonijiet irrikkmandaw li kien ikun aħjar kieku dan il-ħajt tal-konkos sar abbażi ta' dak li sar fir-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa milli kif sar illum.", "Jekk verament irridu nippreservaw l-ilma ġieri f'pajjiżna rridu nkunu kreattivi u determinati f'dak li nagħmlu.", "M'hemmx dubju li kieku x- xogħlijiet kellhom isiru bil-konkos u bil-vireg tal-ħadid jiżdiedu aktar l- ispejjeż, mentri jekk isir kif sar f'Wied il-Qlejgħa jiżdied iktar il- manpower, jaħdmu iktar nies bl-id u l-ġebel li jkun qed jintuża ma jkunx qed jiġi mpurtat imma jkun qed jittieħed mill-barrieri tagħna.", "Mr Speaker, bħalma ġie abbandunat il-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, matul dawn l-aħħar 20 xahar ġew abbandunati wkoll ir-riċerki u x-xogħol li kien beda jsir mill-gvern preċedenti Laburista sabiex isir monitoring aktar effettiv u sabiex issir analisi aktar effettiva f'dak li għandu x'jaqsam ma' ilma f'qiegħ il-baħar.", "Aħna nafu li l-industrija ta' l- akwakultura issa ilha attiva f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 10 snin, u nafu wkoll li gvern preċedenti Laburista kien ħa ħsieb li jibgħat numru ta' studenti Maltin jitħarrġu fil-Ġappun dwar dan ix-xogħol xjentifiku.", "Jien jiddispjaċini ngħid li filwaqt li fl-20 xahar ta' gvern preċedenti, permezz tax-xogħol li kien għamel l-Onor.", "George Vella flimkien man-negozjati li kellu fil-Ġappun studenta minn Għawdex kienet marret biex tirċievi dan it- taħriġ dwar il-mod kif pajjiżna għandu jħejji l-istrutturi tiegħu ħalli tabilħaqq ikollu management aħjar ta' dawn is-sorsi li jeżistu fl-ibħra tagħna u kif nistgħu nieħdu miżuri preventivi, matul dawn l-aħħar 20 xahar ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Dan jikkonferma kemm għandna raġun l- oppożizzjoni tgħid li jeżistu metodi oħra, minbarra dak li l-gvern iżid aktar taxxi fuq il-poplu, li permexx tagħhom nies li huma fis-servizzi pubbliku jiġu mħarrġa u mgħejjuna jindirizzaw dawn il-bżonnijiet li jinsabu fl-għanijiet ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Biex pajjiżna tabilħaqq imexxi l- ftit riżorsi li għandu m'hemmx għalfejn jinħolqu dawn l-awtoritajiet li kif qed nispjega ma jfissru xejn ħlief żieda ta' taxxi fuq il-poplu u f'ċerti każi anke jikkumplikaw l-affarijiet.", "Il-poplu aktar jinteressah jisma' x'se jagħmel il-gvern sabiex jassigura li ma hawn qtugħ tal-provvista ta' l- elettriku milli kif se jżidlu iktar taxxi biex taparsi jagħmel management aħjar tar-riżorsi ta' l-enerġija tad-dawl li nipproduċu f'pajjiżna ħalli ma jkunx hawn qtugħ, per eżempju, fil-provvista tad-dawl.", "Irrid ngħid hawnhekk li filwaqt li aħna ninsabu għaddejjin niddiskutu dan l-abbozz, f'numru ta' lokalitajiet f'pajjiżna l-provvista tad-dawl qed tiġi sospiża għal sigħat twal u dan meta l-kontijiet għal dan is-servizz dejjem qed jogħlew.", "U dan meta kien l-istess partit li llum hawn fil-gvern li ħareġ jgħajjat bin-nuqqas ta' kuxjenza soċjali meta l-gvern Laburista, bl-iktar mod korrett, kien qed jipprova jsib l-aħjar metodu biex iġġib il-poplu konxju tas-sitwazzjoni li qed nindirizzaw illum.", "Mr Speaker, kif kont qed ngħid aktar kmieni, mhux talli l-proġett ta' Wied il-Qlejgħa ma kompliex, talli llum qed qed tirriżulta problema fost il- bdiewa minħabba l-fatt li ħafna toroq qed jingħataw il-konkos bil- konsegwenza li meta tagħmel xita qawwija l-ilma aktar qed jiġri fuq l-uċuħ tar-raba' u qed jagħmel ħsara kemm lill-istess uċuħ tar-raba' kif ukoll lill-ħitan tas-sejjieħ.", "Issa hawnhekk tajjeb li ngħid li biex il-gvern jagħmel triq bil-konkos tiġi tqumlu madwar Lm12 kull metru, filwaqt li bis- sistema li konna qed nużaw aħna, apparti mill-fatt li bl-istess prezz konna nagħmlu 2 metri ta' triq, il-metodu wżat kien aktar jirrispetta l-andament ekoloġiku u ġeoloġiku.", "Mr Speaker, dan kollu juri mhux biss li dak li għamel il-gvern matul dawn l-aħħar 20 xahar ma kienx dak li huwa meħtieġ għat-twettieq tal-politika ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' water management talli juri li din il-liġi li qed jippreżentalna llum m'hi qed tagħmel xejn ħlief tfarfar ir-responsabilita` li għandu l-istess gvern li jwettaq ċerti xogħlijiet fuq awtorita`ġdida.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex skadielek il- ħin u għandek bżonn extension.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "ALFRED SANT: Nipproponi li Onor. Noel Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "MR SPEAKER: Min jissekeonda?", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Farrugia jkompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT (Kap ta' l-Oppożizzjoni): Sur President, xtaqt nagħmel ftit osservazzjonjiet fuq dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, osservazzjonijiet li jorbtu ma' ħafna mir-rimarki li diġa` qed tagħmel in-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Min-naħa tiegħi nixtieq norbothom f'perspettiva li għandha x'taqsam ma' x'inhuma l-prijoritajiet quddiem dan il-pajjiż u kif dan il-pajjiż jista' effettivament b'mod verament effikaċi jiffaċċja l-isfidi li għandu quddiemu.", "It-teorija tal-gvern preżenti donnha hi li l-unika ħaġa li għandu jagħmel il-pajjiż hija li jħares lejn x'għamlu pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u kull ħaġa li jagħmlu nikkuppjawha biex nissodisfaw lil Brussell li qed nimplimentaw l-acquis tagħhom u wkoll għaliex dik hija l-unika triq li tista' tmexxina 'l quddiem.", "Allura ninsabu quddiem patafjun ta' proposti li qegħdin jitolbu biex inwaqqfu din l-awtorita` u nbiddlu l-affarijiet b'dan il-mod; kull ħaġa qed tiġi programmata - għalissa fuq il-karti biss - skond id-direttivi u l-prattika mfassla fi Brussell għall-pajjiżi kontinentali Ewropej.", "Jien naħseb li dan qed iwassal biex quddiemna jkollna stuffat ta' proposti li fuq il-karta jidhru sbieħ imma li bilfors trid tistaqsi kif se jiġu mplimentati, fejn se jwasslu u jekk humiex se jtejbu l-qagħda tagħna.", "U r-risposta trid tingħata mhux minn xi uffiċċji air conditioned f'Kastilja jew postijiet oħra fejn in-nies tippretendi li l- affarijiet ikunu qed jiġru mod u fil-fatt ikunu qed jiġru mod ieħor, imma trid tingħata billi wieħed iħares lejn ir-realtajiet li qed jgħix il- pajjiż, li qed jgħixu l-uffiċjali u l-burokratiċi li jmexxu, l-inġiniera li huma nvoluti, l-organizzazzjonijiet li għandna madwarna u l-bniedem tat- triq.", "Hemm golf sħiħ bejn dak li r-retorika uffiċjali tgħid li qed jiġri fil-pajjiż u dak li fil-fatt qiegħed jiġri.", "Hemm qabża sħiħa bejn il- claims li jagħmel il-gvern dwar kif irid jibdel l-affarijiet u dak li qed jiġri tassew fir-realta`.", "Fit-22 xahar li konna fil-gvern ħadna l-isfida li l-affarijiet nibdew nibdluhom skond kif inhuma tassew l-affarijiet u mhux kif nippretendu li huma mill-uffiċċji air conditioned f'Kastilja jew f'postijiet oħra u allura huwa importanti li dak li tagħmel u dak li tipproġetta, ikun tassew jirrifletti r-realta`.", "Jekk ir-realta` hi dik li hi trid titlaq biex tibdilha skond dik li hi mhux skond kif tippretendi li għandha tkun jew mingħalik li hi.", "Fil-fatt waħda mill-problemi kbar li żviluppa gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u 1996 kienet li nqata' kompletament mill-poplu fis-sens li beda jiffantastika dwar dak li kien qed jagħmel u ma jagħmilx u ma kienx qed jirrealizza li l-affarijiet kienu kompletament differenti minn dak li kien qed jgħid li huma, ħaġa li qed tirrepeti ruħha diġa` llum.", "U qed tirrepeti ruħha forsi b'mod agħar issa, għaliex filwaqt li kulħadd huwa konxju minn ċerti sfidi li għandu quddiemu l-pajjiż, kif se jilqa' għad-deficit finanzjarju tal-gvern, kif se jilqa' għall-isfida tal- globalizzazzjoni u tal-modernizzazzjoni u kif se jġedded, il-gvern donnu telaq għall-idea li l-unika ħaġa li għandu jagħmel hija dik li jikkopja strutturi li ġew introdotti f'pajjiżi kbar kontinentali Ewropej u li jekk idaħħalhom, dawn se jitilqu għal rashom u jimxu 'l quddiem, 'il quddiem, 'il quddiem.", "Li se jiġri huwa li se tinħoloq saff ġdid ta' nies li se jkunu mħallsa tajjeb u anke protetti tajjeb mill-bqija ta' dak li jkun għaddej fil-pajjiż, mingħalihom li qegħdin imexxu 'l quddiem u jibdlu u fil- fatt se jkunu qed jagħżqu fl-ilma.", "Jien niftakar ir-reazzjonijiet li kienu tawni ċerti konsulenti li kienu ħadmu mal-gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996 fejn qaluli li wara ħafna sforzi li kienu għamlu - u veru għax kienu nies li ħadmu ħafna - biex jirriformaw u jibdlu l-istrutturi tal-gvern, ikkonkludew li dak ix- xogħol kien kollu moħli u li ma kienu waslu mkien.", "Allura huwa ċar, għallinqas fl-opinjoni tiegħi, li l-filosofija li biha rridu nibdlu l- affarijiet ma tistax titlaq sempliċiment billi nħarsu lejn x'qed jiġri fl- Ewropa, u għaliex irridu nidħlu fl-Ewropa akkost ta' kollox nibdew nagħmlu mapping minn issa kull ħaġa li qed issir hemm u ngħidu li biha se nsolvu l- affarijiet.", "Jekk tassew irridu nibdlu u nimmodernizzaw l-affarijiet irridu nitilqu mir-realta` tagħna.", "Nerġa' ngħid li l-istrateġija preżenti hija li nimballaw fuq il-mejda tal-Kamra abbozz wara l-ieħor ta' strutturi, awtoritajiet u korporazzoijiet hekk imsejħa indipendenti u naħsbu li b'hekk se nsolvu xi ħaġa.", "B'daqshekk, minflok insolvu xi ħaġa se nkunu qed nikkomplikaw l-affarijiet u se nkunu qed noħolqu ostakli ġodda għal kif tabilħaqq se nimmodernizzaw l-affarijiet.", "Ħalli nagħti b'mod prattiku relatat ma' dan l-abbozz ta' liġi t-tifsira ta' dak li qed ngħid.", "Din il-liġi qiegħda tiġi ppreżentata bħala parti mill-ħtieġa li hemm f'dan il-pajjiż li l-provvista tas-servizzi infrastrutturali jkollha madwarha qafas regolatorju li jirregola, jistandardizza u jagħmel monitoring dwar kif qed jiġu provvisti s-servizzi infrastrutturali.", "Qed jintqal ukoll li ma jistax ikun li l-istess enti li qed tipprovdi dawn is- servizzi tkun hi wkoll l-enti li tissettja l-istandards, li tagħmel l- affarijiet li suppost jipproteġu l-ambjent kompetittiv jew l-ambjent tal- konsumatur, u allura minħabba f'hekk hemm bżonn li jkollna funzjoni regolatorja separata, indipendenti u awtonoma mill-enti jew l-entijiet li jkunu qed jipprovdu s-servizz infrastrutturali.", "Dik hija t-teorija, u fuq livell ta' teorija u prinċipju wieħed ma jistax ma jaqbilx magħha, jiġifieri jien ma rridx niġi interpretat li qed ngħid li għandna jkollna regolatorju u l-eżekuttiv jew il-produttiv fl-istess qafas.", "M'iniex qed ngħid hekk; qed ngħid li bħala prinċipju wieħed jista' jappoġġjah, imma min- naħa l-oħra biex noħolqu dan is-saff regolatorju ġdid il-proposta tal-gvern qed tkun f'kull qasam li jwaqqaf awtorita` hekk imsejħa awtonoma u indipendenti.", "Issa meta wieħed jifli kull abbozz li qed jitressaq dwar dawn l- awtoritajiet, fil-prattika se jirrealizza wkoll li taħt qafas awtonomu effettivament l-ispag se jibqgħu jinġibdu mill-ministru konċernat; rajniha fil-każ tal-communications authority, qed narawha fil-każ ta' din l- awtorita` u narawha fil-każ ta' l-awtoritajiet kollha li qed jiġu preżentati quddiem din il-Kamra.", "Allura huwa dibattibbli ħafna kemm il- konċett ta' awtonomija qed jitwettaq tassew - aktar 'il quddiem nitkellem fuq kif l-awtonomija qed titħaddem fil-prattika riferibbli għall- awtoritajiet li diġa` jeżistu.", "Li żgur qed jiġri huwa li l-fasla ta' dak li qed isir qed tinħadem b'mod li għandna qafas hekk imsejjaħ awtonomu li qed jitwaqqaf u l-qafas hekk imsejjaħ produttiv qed jinżamm għaddej b'mod jew ieħor, imma r-riżultat huwa li l-kontroll u t-tmexxija ta' dawn iż-żewġ oqsma fil-prattika skond l-applikazzjoni ta' l-abbozzi li qed ikollna quddiemna jmorru lura għall-gvern, ċioe` għall-ministru konċernat.", "U l- idea li qed noħolqu xi saff awtonomu, fl-opinjoni tiegħi hija fażulla; m'hu veru xejn.", "Fil-każ tal-communications authority, kull direttiva li trid timxi fuqha l-awtorita` irid jgħaddiha l-ministru u f'dan l-abbozz għandna sistema ekwivalenti għaddejja.", "Dan issa qed iwassal biex it-tmexxija governattiva tispiċċa aktar spezzettata għaliex filwaqt li l-kontroll politiku totali qed jiġi assigurat bl-abbozzi li qed niddiskutu, l- għanijiet tal-gvern - il-gvern ikollu għanijiet kemm produttivi kif ukoll regolatorji - qed jitmexxew u se jibdew jitħaddmu minn organizzazzjonijiet dejjem aktar spezzettati.", "It-tmexxija pubblika qed tispiċċa mfarrka f'ħafna możajki żgħar jew kbar u wieħed irid jistaqsi kemm tagħmel sens struttura bħal din fi gżira ċkejkna bħal Malta, mhux biss mil-lat partiġġjan politiku imma anke mil-lat organizzativ.", "Huwa ovvju li mil-lat partiġġjan politiku spezzettar bħal dan forsi huwa interessanti għal kull partit li jkun fil-gvern għaliex jipprovdilu jobs for the boys meta jidħol fil-gvern - issa spiċċaw jew qed jispiċċaw permezz tal-privatizzazzjoni kumpanniji kbar tal-gvern u minflokhom hawn dawn l-aġenziji regolatorji li tista' toqgħod tippostja n- nies tiegħek fihom - imma 'il hinn minn dan il-ħsieb li huwa ħsieb reali u li rridu nitkellmu dwaru, hemm il-mistoqsija ta' kemm jagħmel sens li tfarrak b'dan il-mod is-sistemi amministrattivi pubbliċi f'pajjiż ċkejken.", "Issa jien naf li meta ngħid hekk se jqumu s-soltu ilsna ħżiena, kritiċi u malizjużi tas-soltu li jgħidu li m'għandix fiduċja fil-Maltin u f'kemm jistgħu jmexxu dawn l-affarijiet.", "Dawn huma argumenti u rimarki stupidi.", "Ir-realta` hi dik li hi; kemm jaqbel li tispettezza s-sistema amministrattiva ta' gżira żgħira bil-mod li jkollok sistema produttiva, amministrattiva u regolatorja kollha taparsi awtonomi u jiddependu minn kontroll politiku aħħari tal-ministru, imbagħad organizzitavament ikunu mkissra u maqsuma bejniethom?", "Din hija xi ħaġa li l-gvern missu beda biha u staqsa lilu nnifsu x'tip ta' struttura tgħodd għal pajjiżna fil- kontest li naqblu li għandu jkun hemm miżura regolatorja u produttiva jew ta' sistema ta' amministrazzjoni pubblika diretta.", "Għaliex inutli li togħod tgħid li fil-Ġermanja jew fi Franza hekk jagħmlu.", "Hemmhekk hemm territorju ma nafx kemm-il darba akbar minn tagħna, popolazzjoni li tiġi xi 300 jew 400 darba daqs tagħna u qiegħ amministrattiv soċjali ħafna iktar fond minn tagħna u alura ma jistax ikun nibqgħu għaddejjin b'mod li fiċ- ċirkostanzi attwali tagħna ma narawx din il-problema, ma nitkellmux dwarha u ma niffaċċjawhiex sempliċement biex ngħoġbu lil Brussell.", "U Brussell m'humiex xi njoranti u xi darba jew oħra se jistaqsu kemm dan li qed nagħmlu qed ikun reali u adattat għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Imbagħad hemm punt ieħor aktar kruċjali f'dan il-qasam u li huwa l-qasam li qed nittrattaw dwaru, jiġifieri l-provvista ta' dawl, ilma u l-importazzjoni ta' żjut.", "Imma ħalli għalissa nħallu l-importazzjoni taż-żjut fil-ġemb għaliex dik hija ħadma min-naħa tal-gvern li qed tiġi esposta tajjeb ħafna minn sħabi ta' l-oppożizzjoni, u niffokaw aktar fuq il-qasam ta' l-ilma u tal-produzzjoni ta' l-enerġija fil-pajjiż.", "U meta nħares lejn dawn l-oqsma jiena nistaqsi - u ili nistaqsi - x'inhi l-aqwa prijorita` li jista' jkollna f'dan is-settur.", "Il-gvern donnu qed jgħid li l-aqwa prijorita` hija li jistabbilixxi struttura ta' regolamentazzjoni.", "Iva, huwa importanti li jkollna struttura ta' regolamentazzjoni, imma dik hija l-aqwa prijorita`?", "Bir-rispett kollu jien ma naqbilx; għalija l-aqwa prijorita` tibqa' dik li ż-żewġ korporazzjonijiet li qed jipprovdu dawn is-servizzi jiġu tabilħaqq modernizzati u maħduma b'mod li jipprovdu bl-aktar mod effiċjenti dak li qegħdin hemm biex jipprovdu u m'hu veru xejn li qed jagħmlu hekk.", "Issa m'iniex qed nitkellem fuq xi ħaġa riċenti jew ta' l-imgħoddi.", "L-idea li jekk twaqqaf korporazzjoni jew awtorita` se jkollok aktar effiċjenza mhux il-gvern Nazzjonalista vvintaha imma ilha għaddejja miż-żmien Roosevelt u qabel.", "Roosevelt, fi żmien in-New Deal kien ikkonkluda li l-aħjar mod kif imexxi 'l quddiem ir-riformi li ried jagħmel kien billi jwaqqaf dak li kienu sejħulu l-alphabet soup ta' korporazzjonijiet, fosthom it-TVA, biex jagħmlu xogħol li s-sistema tal-gvern ma kenitx attrezzata biex tagħmel.", "Li kien jgħid lil dawn il-korporazzjonijiet kien sabiex ikollhom il- karatteristika tal-pubbliku bil-flessibilita` tal-privat; la jkunu ħuta u lanqas ikunu tiġieġa imma jkunu xi ħaġa in between.", "Dik kienet it-teorija dak iż-żmien u din baqgħet tevolvi għaliex daħlet anke fl-Ewropa speċjalment fl-Ingilterra wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta kien hemm korporazzjonijiet ġodda u kbar li bdew jitħaddmu b'dan il-mod.", "Mela li toqgħod twaqqaf awtoritajiet m'hijiex xi teorija moderna, imma hija xi ħaġa li issa għamlet żmienha u hemm performance record qawwi tagħha.", "Effettivament l-Enemalta hija korporazzjoni awtonoma li ilha mwaqqfa sa mill-bidu tas-sebgħinijiet, jiġifieri għandna performance record li jmur lura kwart ta' seklu, filwaqt li l-water services corporation twaqqfet minn Gvern Nazzjonalista fl-1992.", "Dan juri li għandna żewġ istituzzjonijiet li ż-żewġ naħat tal-Kamra b'xi mod jew ieħor huma responsabbli għat-twaqqif tagħhom, u hemm bżonn li nħarsu lejn ir-record ta' dan kollu u nistaqsu jekk imxejniex tajjeb bihom jew le u jekk għandniex sistemi aktar moderni u effiċjenti.", "Sur President, bir-responsabilita` kollha ngħid li jiena wieħed minn dawk li huma xettiċi ħafna, biex ma ngħidx negattiv ħafna, fejn tidħol il- performance matul is-snin kemm ta' l-Enemalta kif ukoll tal-water services corporation.", "Huwa veru li f'dawn l-aħħar snin dawn tejbu ħafna l-public relations tagħhom - jekk tħares lejn ir-rapporti annwali tagħhom tara li fihom ħafna ritratti u zooming 'l hemm u 'l hawn u statistika u computer printouts bħal dawk li jiddiletta bihom l-Onor.", "Josef Bonnici, veru li ma nafux kemm qed jonfqu iktar fuq public relations imma dak huwa punt differenti - imma fejn jinsabu f'dak li huwa l-mod kif qegħdin jaħdmu, joperaw u jmexxu?", "Jien nemmen li din saret problema maniġerjali akuta fiż- żewġ korporazzjonjiet u anke f'korporazzjonijiet oħra, bħal dik Maltija għall-iżvilupp, pero` m'iniex se nitkellem dwar din ta' l-aħħar għaliex ma ridx niddevja mis-suġġett.", "Waħda mill-problemi kbar ewlenin fit-tmexxija ta' dawn il-korporazzjonijiet hija li m'għandhomx tmexxija ta' stoffa u jien lest li niffaċċja lil min tridu mit-top managers tagħhom u ngħidilhom preċiżament dan, kif fil-fatt kemm-il darba għamilt.", "Ħalli nagħti eżempju ta' dan mingħajr ma nsemmi l-isem tal-korporazzjoni.", "Sur President, meta aħna konna fil-gvern darba minnhom kont qiegħed mat- top management kollu ta' ċerta korporazzjoni u staqsejt liċ-chief executive tagħha jekk dik l-istess korporazzjoni kellhiex business plan.", "Ir-risposta tiegħu kienet fl-affermattiv.", "Imbagħad dort fuq iċ-chairman u staqsjetu l- istess ħaġa imma r-risposta ta' dan kienet fin-negattiv.", "Chairman u chief executive ta' korporazzjoni jikkontradixxu lilhom infushom fuq xi ħaġa li bażilari; jekk hemmx pjan ta' tmexxija għall-korporazzjoni kollha kemm hi!", "Għalija dan jindika l-problema maniġerjali li għandhom dawn il- korporazzjonijiet.", "Aħna konna sibna li fiż-żewġ korporazzonjiet l-idea ta' struttura maniġerjali fejn it-top mmanagement jiddelega lill-middle management u l-middle management imexxi, mhux biss ma teżistix, talli lanqas jeżisti middle management suret in-nies.", "U allura bilfors li tibda tistaqsi x'inhu għaddej.", "U l-istess ħaġa jista' jingħad għat-tarzna.", "Allura jekk għandna din l-istruttura tar-raċanċ l-isfida maniġerjali hija waħda strateġika fil-qasam tal-korporazzjonijiet u allura jien ngħid li l- ewwel għan strateġiku mhuwiex ir-regolamentazzjoni - li jrid isir ukoll - imma xi pjan hemm, xi ħsieb hemm u x'riżorsi se ndaħħlu biex dawn l- entijiet li qed imexxu l-produzzjoni ta' l-ilma u ta' l-elettriku tabilħaqq, u mhux b'ħafna retorika a` la Josef Bonnici, jiġu mtejba.", "Jien ma naħsibx li biex dawn l-affarijiet jitjiebu kulma trid tagħmel huwa li xxejjer il-bakketta maġika.", "Ovvjament dawn għad għandhom problemi strutturali ġejjin minn żmien żemżem, oħrajn li ġew miruta u oħrajn li ġew imrikkba fuqhom f'dawn l-aħħar snin, imma 'il hinn minn hemm imbagħad ma tistax tirrassenja ruħek li l-affarijiet biż-żmien jikorreġu ruħhom waħedhom.", "Prijorita` strateġika trid tkun dik li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni u t-tmexxija tagħhom u mal-produzzjoni li jagħmlu, nagħmlu xi ħaġa biex għallinqas nassiguraw effiċjenza aħjar.", "Jiena nisma' biex nara jekk għallinqas hemmx xi ħjiel li dawn l-affarijiet qed isiru, imma ma jidhirx li qed isiru; kulma qed isir huwa ftit aktar public relations u gloss u kliem vojt, imma meta mmorru on the ground 'il bogħod mill-uffiċċji air-conditioned f'Kastilja jew x'imkien ieħor fejn kollox jimxi skond il-karti, l-istrutturi maniġerjali li qed ikun hemm, il-mod kif jiġi organizzat ix-xogħol, min hu responsabbli għalxiex, il-mix bejn konsiderazzjonijeit ta' inġenerija u konsiderazzjonijiet ta' management u konsumatur ma jinsabu mkien.", "Min qed jaħdimhom dawn?", "U huwa inutli li nagħmlu awtorita` regolatorja jekk hemm isfel l-affarijiet jibqgħu għaddejjin ħorrox borrox, għaliex kulma tkunu qed tagħmel din l-awtorita` huwa li sempliċement issoff aktar fondi mill-gvern; la tkun qed iżżid l- effiċjenza u lanqas is-sodisfazzjon tal-pajjiż f'dak li hu għaddej u l- problema vera u reali tibqa' ma tiġix ittrattata.", "Waħda mill-problemi kbar hija dik li għadni kemm semmejt - il-mix bejn dak li hu maniġerjali u dak li hu inġinerjali.", "F'ħafna minn dawn il- korporazzjonijiet l-iktar nukleu li jżomm ċerta stabilita` huwa dak ta' l- inġinerija.", "Tajjeb li jkollok ċertu nukleu ta' inġinerija li qed jaħdem, jiffunzjona u żżommu imma ma tistax minn hemm testrapola li t-tmexxija trid tibqa' f'dak il-kontest meta għandek prattiċi ta' amministrazzjoni 'l isfel li ġejjin minn żmien żemżem mingħajr ebda kontrolli fuqhom, mingħajr ebda ħsieb biex jiġu modernizzati bis-serjeta` mhux fuq il-karta, imbagħad il- laissez-faire li jħalli kollox għaddej għaliex kollox jispiċċa jiddeċidih il-ministru, bħall-każ klassiku li kellna ftit ilu - li l-Enemalta se jkollha tħallas bil-qares għalih - tad-deċiżjoni stramba ta' Josef Bonnici li jindaħal fejn ma jmissux f'dak li għandu x'jaqsam mal-forward buying tal- prezz taż-żejt li issa daħħal f'basla lill-Enemalta li se tkompli toħloq problemi fejn ma kienx hemm bżonnhom.", "Jiena stennejt li għallinqas jekk se nkunu qegħdin nitkellmu fuq ir-regolamentazzjoni ta' l-ilma u ta' l- elettriku - issa besides the point jekk hijiex kwestjoni ta' liberalizzazjzoni u ta' privatizzazzjoni - kien almenu se jkollna xi forma ta' ndirizz reali min-naħa tal-gvern ħalli l-problema ta' l-effiċjenza fit- tmexxija ta' dawn l-entijiet tiġi ndirizzata.", "Aħna meta konna fil-gvern konna bdejna nagħmluha u konna ħadna l-ewwel pass li ma kienx irnexxa - trid tħalli jgħaddi ċertu żmien biex tara jekk wasaltx jew le - imbagħad erġajna pprovajna għat-tieni darba u xorta naħseb li kien se jkollna problemi kbar, apparti mit-torpedo tal-prezzijiet tad-dawl u ta' l-ilma li ħarġu minn dawk il-korporazzjonijiet - imma dik ħalliha issa għaliex it-torpedo kien qares sew.", "Imma l-punt jibqa' - u naħseb li għandu jkun ċar għal kulmin qiegħed fuq in-naħa tal-gvern jekk iridu jkunu serji - li l-prijorita` f'dan il-qasam hija kif se nirranġaw strateġikament dawk l-entijiet - għidilhom korporazzjoni jew xi ħaġa oħra; huwa mmaterjali - biex il-provvista tad-dawl u l-ilma f'pajjiżna tassew issir b'mod maniġerjalment effiċjenti li tista' tabilħaqq taqdi lill- konsumatur b'mod li jkun trasparenti, li fil-fatt m'hijiex.", "Nerġa' ngħid li jien kont naħseb li d-diskussjoni li qed issir f'dan il-parlament kellha titpoġġa f'dan il-qafas.", "Safejn naf jien l-isforzi li jistgħu qed isiru biex din il-prijorita`, għalija assoluta, tabilħaqq tiġi ndirrizzata, la se jaslu u lanqas m'huma serji u sodi.", "Ħalli issa mmur għall-punt l-ieħor, dak tal-korporazzonijiet li forsi jistgħu jkunu aktar effiċjenti, anke fl- indirrizz ta' l-awtorita` li qed titwaqqaf.", "Meta qed inwaqqfu awtorita` għaliex bl-awtonomija tagħha tkun iktar flessibbli u tkun iktar f'pożizzjoni li tiddeliverja b'mod effiċjenti.", "Imma l-prattika f'dan il-pajjiż ma turix hekk.", "Jien semmejt lill-Enemalta u semmejt lill-water services corporation li tgħiduli li huma produttivi, u allura rridu nħarsu lejn entijiet oħra li m'humiex daqstant produttivi imma huma hekk imsejħa regolatorji.", "Hawnhekk ngħid li jekk dawn huma emanazzjoni tal-kuxjenza pubblika ta' l-istat, l-effiċjenza fil-każ ta' dawn l-entijiet tirrispetta u tirrifletti li l-input/output ikun serju; dak li qed twaddab fil-korporazzjoni tkejlu ma' dak li qed toħroġ mill- korporazzjoni.", "Imma parti mid-dimensjoni ta' l-effiċjenza għandha x'taqsam ma' kif jiġi trattat il-konsumatur.", "Mela għandna żewġ dimensjonijiet ta' kif nevalwaw l-effiċjenza ta' dawn l-entijiet - min-naħa l-input/output, u min-naħa l-qasam ta' kif jiġi trattat iċ-ċittadin.", "U bir-rispett kollu, anke f'oqsma li huma ftit jew wisq regolatorji, ir-record huwa orribbli.", "U nsemmi l-planning authority fost l-oħrajn.", "Jien wieħed mill-iktar nies li nikkritika lil din l-awtorita` - u nibqa' nagħmilha - elitista, arroganti u li d-deċiżjonijiet teħedhom skond min ikun, apparti li ma neskludix li hemm anke korruzzjoni għaddejja fiha.", "U r- raġuni hija li waħda mill-affarijiet li qed tinħoloq b'din l-istruttura hija li t-trasparenza u l-accountability mhux jiżdiedu qegħdin imma jonqsu.", "Biżżejjed inħarsu kull darba lejn l-istrutturi li qed jiġu proposti għal dawn l-awtoritajiet.", "Kull darba l-proposta qed tkun li dan il-parlament ma jiddibattix l-operat ta' dawn l-aworitajiet.", "Dawn saru qishom Star Chambers żgħar kullimkien; jekk trid tqajjem xi ħaġa forsi qajjimha fil-public accounts committee.", "Imma hemmhekk mhux operat ongoing, hemmhekk tiddibatti skond il-ħin li jkollok, l-affarijiet slapdash.", "Mela biex tgħaxxaqha l- planning authority tiġi diskussa f'dan il-parlament u diġa` in-nuqqas ta' trasparenza fiha huwa totali, u issa hawnhekk qed inkomplu nżidu l-punt li nagħlqu lil dawn il-korporazzjonijiet minn skrutinju pubbliku.", "U allura 'il hinn minn hemm l-effiċjenza tagħhom, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' input/output, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' accountability lejn il- konsumatur, qegħdin jiġu mpoġġija fil-ġenb.", "Nista' ngħid li waħda mill-affarijiet li tinkazzani f'dan kollu hija li qed nerġgħu mmorru lura lejn żmien fejn dak li int jgħodd biex iġġib jew ma ġġibx dak li trid.", "Jekk inti kbir u għandek il-kuntatti, tasal, jekk inti żgħir jew tinzerta ta' ċertu kulur, tibqa' lura.", "Dawn huma realtajiet fil- planning authority li jgħiduhomli periti taż-żewġ naħat ta' l-ispectrum politiku.", "U allura nistaqsi: Din hija t-triq 'il quddiem li għandna nħarsu lejha?", "Dan huwa l-mudell ta' effiċjenza kif isiru l-affarijiet?", "Nerġa' ngħid li rridu nitkellmu dwar dawn l-affarijiet mir-realta` tagħna mhux minn kif tidher f'ċerti uffiċċji air-conditioned jew mid-direttivi li joħorġu Brussell għar-realta` Ewropea li hija neċessarjament differenti minn tagħna.", "Imbagħad anke in terms ta' input/output efficiency.", "Jiena, per eżempju, kemm-il darba nibqa' mistgħaġeb bil-burokraziji li jinħolqu - riferibbli għall-planning authority, għall-MDC u għal organizzazzjonijiet oħra, fosthom anke l-awtorita` tax-xandir - u bit-tip ta' problemi li jibdew jiskattaw li lanqas huma trasparenti għaliex huma magħluqa f'kontesti amminsitrattivi separati parti mill-oħra.", "Ċerta awtorita` taħdem mod, awtorita` oħra taħdem mod ieħor, korporazzjoni taħdem mod ieħor u qed noħolqu qishom fiefdoms amministrattivi ġodda li jirrelataw aktar u aktar ma' l-ispezzettar tal-funzjoni pubblika.", "Mela aħna nistgħu li f'pajjiż żgħir bħal dan, il-funzjoni pubblika tagħna tispiċċa qisha fewdi żgħar?", "Qed nerġgħu mmorru lura amministrattivament lejn kif kienet taħdem l-Ewropa fi żmien il-Medju Evu u qabel bil-fewdalitajiet; \"hemmhekk\" għandek fewdu u \"hemmhekk\" għandek fewdu ieħor.", "U meta mbagħad ikun hemm proġetti ta' żvilupp ta' xogħol infrastrutturali li jaqtgħu across setturi differenti li għandhom bżonn rabtiet ma' setturi differenti, kollox jiġġammja.", "Wieħed jista' jistaqsi, per eżempju, lill-kunsilli lokali t-tip ta' ilmenti li jiżviluppaw, u bir-raġun, għaliex meta jridu jagħmlu xi ħaġa żgħira jkollhom jgħaddu minn fewdu għal fewdu amministattiv ieħor u kull darba jiġġammjaw.", "Naraw ukoll ir-redikolaġnijiet li tiżvilupa din is- sistema.", "Mr Speaker, l-aktar waħda li laqtitni dan l-aħħar kienet meta f'bajja f'Malta - mingħalija l-Ġnejna - kellhom bżonn iwaqqgħu il-blat għaliex kien qed iservi ta' periklu, u allura għamlu furnell, splodew il-blat u dan waqa' qrib xi dgħajjes u boathouses.", "Meta ġew biex ineħħu dak il-blat li kien waqa' riedu bilfos il-permess ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Għandek bżonn ta' permess biex tneħħi blat li qed joħloq periklu!", "Nistgħu naqgħu f'redikolu akbar minn hekk?", "Issa jien naf li se jkun hawn xi burokratiku, perit jew rappreżentant ta' xi awtorita` li jibda jgħid li hemm \"din\" u \"din\" ir-raġuni, imma per carita` ma nistgħux nibqgħu għaddejjin f'pajjiż żgħir bħal dan noħolqu dawn ir-redikolaġnijiet għaliex hekk qed nagħmlu; furnelli tajru l-blat għax kien perikoluż, waqa' fejn waqa', u biex tneħħih minn fejn waqa' trid il-permess!", "Imbagħad f'affarijiet fejn tabilħaqq trid tagħmel intervent u turi responsabilita` u inizjattiva, u tiġġieled u tiddefendi l-public estate bħal, per eżempju, meta kien hemm dak l-imbarazz li beda jintefa' f'San Lawrenz, Għawdex, kieku ma kenitx gazzetta li tkellmet dwaru kieku l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lanqas biss tniffset.", "Ma jistax ikun li f'pajjiż ċkejken bħal tagħna nibqgħu b'moħħna ssettjat fuq dak li jriduna nagħmlu Brussels mingħajr ma nevalwaw l-esperjenza tagħha.", "Imbagħad dan jorbot ukoll ma' punt li diġa' tqajjem dwar iċ-ċivil.", "Kif jorbot iċ-ċivil ma' l-organizzazzjonijiet li rridu?", "Nistgħu naffordjaw li jkollna dawn il-fewdi amministrattivi, u ċ-ċivil magħhom, u nkomplu nbażwru kif qegħdin inbażwru?", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li l-gvern jgħid li hemm bżonn nirriflettu fuq l-esperjenza tagħna u dak li rridu nwettqu nwettquh b'ċerta serjeta` għat-tul.", "Ma nistgħux nibqgħu nħallu l-problemi li għandna hemmhekk telgħin qishom stuffat jiffermenta, u on top of that inpoġġu affarijiet taparsi ġodda li se joħolqu aktar problemi.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Meta konna fil-gvern aħna pprovajna niffaċjaw din il-problema, pero` sfortunatament ma kellniex żmien biżżejjed u issa reġa' daħal gvern li qed jerġa' jmur lura lejn il-ħrejjef u lejn it- taħwid li kien jiddiletta bihom bejn l-1992 u 1996; kollox bil-public relations kollha tbissim tal-Ministru Francis Zammit Dimech jew bil-public relations kollha computer printouts tal-Ministru Josef Bonnici u r-realta` isfel, 'il bogħod mill-uffiċċji air-conditioned tagħhom, tibqa' għaddejja mill-ħażin għal agħar.", "U hemm xi mudelli oħra li nisgħu nitkellmu dwarhom?", "Jien naħseb li hemm, anke fil-kontest ta' gvern li qed jgħid li jrid idaħħal il-prinċipju ta' regolazzjoni, prinċipju li aħna naqblu miegħu.", "U nistgħu nżewġu l- prattika amministrattiva li għaddejna minnha, ma' din il-prattika ġdida ta' regolazzjoni li rridu ndaħħlu fil-pajjiż.", "U m'għandniex għalfejn noqogħdu noħolqu, kif qed nagħmlu, dawn il-fewdi amministrattivi kollha li kollha jispiċċaw jaslu lejn il-ministru, ikun min ikun.", "Jien, per eżempju, naħseb li waħda mill-affarijiet li tista' tiġi kkunsidrata hija li s- sistema dipartimentali tkun qed tiffunzjona ħalli tħaddem ir- regolamentazzjoni, u li r-regolazzjoni imbagħad tinħadem permezz ta' bordijiet li jinħatru mill-gvern li jkollhom strutturi dipartimentali li jirrapportaw tagħhom, liema strutturi ma jkunux taħt il-ministeru tat- tutela; f'dak li għandu x'jaqsam per eżempju ma' l-ilma, il-ministeru tat- tutela jkun ta' l-ilma, imma mbagħad id-dipartiment ta' regolamentazzjoni ma jkunx taħt il-ministeru tat-tutela.", "X'hemm ħażin fiha din?", "Imma mhux noħolqu awtoritajiet u korporazzjonijiet, kif qed nagħmlu, li jitilqu għal rashom qishom asteroids għaddejjin madwarna.", "Għaliex kif qed nagħmlu m'hu veru xejn li qegħdin indaħħlu sistemi li se jaħdmu tajjeb, se jkunu sistemi li kif qed jiġri fil-każ ta' l-awtorita` ta' l-ippjanar, apparti milli jittrattaw liż-żgħir mod u lill-kbir mod ieħor, m'humiex qed ikunu effiċjenti mill-perspettiva ta' input/output tax-xogħol li qed jaħdmu u tat- trasformazzjoni li qed jagħmlu fil-liġijiet li qed iwettqu.", "Allura, Sur President, jiena ngħid li quddiem dawn il-punti l-gvern imissu jirifletti sew għaliex qed joħloq problemi għalih u għal ta' warajh għal xejn b'xejn.", "Il-proposti nejja li qed ikollna kull darba quddiemna m'hu veru xejn li se jwasslu biex b'mod modern ikollna regolazzjoni tas- setturi li jikkonċernawna.", "Anzi jien ngħid li given il-punt li s-sistema amministrattiva li se tkun qed tirregola hija daqshekk imħarbta u ħażina u ma taħdimx tajjeb, dawn l-istrutturi se jservu biex dak li hu mħarbat iħarbtuh aktar, aktar u aktar meta għandna dawn ir-riżorsi kollha fil- pajjiż li huma untapped.", "U nista' nsemmi każ wieħed jien, dak tal-public works.", "Meta aħna konna dħalna fil-gvern sibna mijiet ta' ħaddiema ta' dan id-dipartiment li ma kellhomx xogħol x'jagħmlu.", "U s-soluzzjoni allura kienet faċli; ħallihom ma jaħdmux.", "Imma din is-soluzzjoni kienet tkompli żżid l-ispiża tal-gvern għal xejn b'xejn.", "Għalhekk aħna dħalna għall- inkarigu - u hekk kellna nagħmlu u hekk ukoll għandu jagħmel il-gvern - li naraw kif ix-xogħol li jkollu l-gvern jagħmluh il-ħaddiema tal-gvern.", "Il- modernizzazzjoni ta' Buġibba l-ħaddiema tal-public works għamluha u naħseb li ħadd ma jista' jgħid li ma ħadmux tajjeb.", "Imma dan sar għaliex hemmhekk il-mentalita` kienet li ħallik minn x'taqra fl-uffiċċji air-conditioned tiegħek u mur on the ground, mur fid-dipartimenti konċernati, fl-uffiċċji u fil-workshops fejn hemm ix-xogħol li jrid isir u ara kif tista' torganizza u tħaddem lill-ħaddiema.", "Minn hemm trid tiġi r-riforma u minn hemm trid tiġi l-modernizzazzjoni inkella se nibqgħu għaddejjin b'dawn il-ħafna proposti nejja li jinsabu biss fuq il-karti, proposti kkuppjati minn Brussell u li bihom il-gvern mingħalih li se jagħmel xi ħaġa.", "Jien ngħid li dawn il-proposti nejja se jkomplu jżidu l-problemi amministrattivi u ekonomiċi tal-pajjiż, mhux isolvuhom.", "Sur President, l-aħħar punt li ridt nagħmel huwa dwar l-ossessjoni li għandu l-gvern ta' Dr. Fenech Adami li kollox jorbot ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-uniku kumpass li għandu dan il-gvern huwa dak li akkost ta' kollox idaħħal lil Malta fl-Ewropa.", "Issa apparti mill-fatt li l-kalendarju li rabat miegħu din il-ħaġa huwa mpossibbli - u kulħadd jaf li huwa impossibbli - u qed jgħaġġel f'ċerti oqsma fejn m'għandux jgħaġġel imma għandu jaħdem b'ċerta deliberatezza u b'ċertu ħsieb, hemm ukoll il-fatt li din l-ossessjoni lanqas m'għandha tissarraf fi strateġija li tinjetta f'dan il-pajjiż strutturi li ma jgħoddux għalih.", "Irid ikollna l-ħila - u l- Partit Laburista għandu l-ħila imma l-Partit Nazzjonalista m'għandux din il- ħila - li nirriflettu fuq l-esperjenza tagħha u fuq l-esperjenza Ewropea imma mbagħad infasslu l-affairjiet skond iċ-ċirkostanzi tagħna.", "U din il- ħila u l-ħeġġa rridu nuruha, ma nistgħux nibqgħu b'dan l-għażż li għandu l- Partit Nazzjonalista fil-gvern li kulma jagħmel huwa li jikkopja minn barra mingħajr ma jirrifletti tassew fuq l-affarijiet li għandu bżonn jimplimenta skond iċ-ċirkostanzi tagħna.", "Sur President, jien nemmen li din l-isfida li għandna quddiemna rridu nilqgħuha b'kuraġġ u mingħajr ebda biża' li nbiddlu fejn hemm bżonn inbiddlu.", "Il-Partit Laburista fil-gvern kemm-il darba wera li fejn hemm bżonn li l-affarijiet jinbidlu, nibdluhom bis-sens, b'diskussjoni ma' kulħadd u jekk jista' jkun anke bi qbil ma' kulħadd imma skond iċ- ċirkostanzi tagħna.", "Nerġa' nappella lin-naħa tal-gvern sabiex tirrifletti fuq dak li qed tagħmel għaliex qed iddaħħal strutturi nejja fil-pajjiż li m'humiex se jrendu, strutturi li minflok iwasslu biex nimmodernizzaw lil pajjiżna se joħolqu aktar taħwid u tħarbit.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, l-iskop ta' din il-liġi huwa sabiex titwaqqaf awtorita` magħrufa bħala l-awtorita` ta' Malta dwar ir-riżorsi li għandha tagħmilha ta' regolatur ta' l-attivitajiet u ta' l-operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi ta' l-enerġija.", "Jiġifieri l-iskop tal- liġi hu sabiex din l-awtorita` isservi biss ta' regolatur.", "Jekk imbagħad wieħed jagħmel analisi ta' l-att isib li dak li hemm previst li tagħmel din l-awtorita` imur ferm oltre mill-iskop ta' regolatur.", "Fil-fatt l-Onor.", "Helena Dalli meta tkellmet qalet li l-idea tal-gvern kienet fis-sens li wieħed jiddividi mil-lat ta' regolatur u mil-lat ta' operazzjoni, jiġifieri jkollok l-amministrazzjoni tiffunzjona għaliha u awtorita`suppost indipendenti - ngħid suppost għaliex kif qal tajjeb il-Kap ta' l- Oppożizzjoni, fil-verita` il-ministru jibqagħlu mhux biss poteri residwali imma jibqagħlu l-poteri kollha għaliex jista' jagħti d-direttivi kollha li huwa jħoss neċessarji.", "L-idea tas-set-up hi li almenu jkollok il-parti li tagħmel supervision ta' din l-area u jkollok ukoll imbagħad il-parti l-oħra li tkun involuta fl-operazzjoni, fis-sens li jkollok il-ministeru għall- ambjent u l-korporazzjonijiet fi ħdan l-istess ministeru li jmexxu l- amministrazzjoni.", "Fil-fatt l-ewwel kritika tiegħi għal dan l-abbozz hija li l-iskop ta' din il-liġi jmur oltre.", "Jekk wieħed iħares lejn klawsola 4 jsib li din qed tiddeskrivi l-poteri li qed tingħata din l-awtorita`, filwaqt li mill- kumplament tal-klawsoli joħorġu madwar 30 funzjoni oħra.", "Jekk wieħed imbagħad janalizza l-funzjoni ta' din l-awtorita` bilfors li jkollu jistaqsi għalfejn qed ngħidu li din hija awtorita` li tirregola, għaliex fil-fatt m'hi qed tirregola xejn.", "Il-funzjoni ta' din il-awtorita` se tkun tixbaħ dik li normalment wieħed kien jippretendi li ssir minn ministeru.", "Mela kif qal tajjeb il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-kritika hi li f'pajjiż żgħir ta' 400,000 ruħ qed inbidlu b'mod intrinsiku l-istruttura ta' amministrazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Oriġinarjament l-istruttura amministrattiva ġuridika ta' pajjiżna kienet tiffunzjona billi apparti ż- żewġ organi l-oħra ta' l-Istat, kien ikun hemm l-eżekuttiv.", "U l-iskop ta' l-amministrazzjoni f'pajjiż demokratiku fejn il-gvern huwa elett mill- poplu, huwa li jamministra.", "Matul iż-żmien il-gvern beda jiżvesti ruħu minn ċerti poteri diretti u għalhekk ġew ikkreati numru ta' bords, tribunali u awtoritajiet, biex il-poter assolut li dahri kellu l-gvern jiġi limitat jew ikkontrollat biex ikun hawn aktar trasparenza u anqas abbużi, u saru żviluppi f'dan is-sens.", "Pero` issa qed immorru oltre għaliex issa l- amministrazzjoni mhux biss qiegħda tiżvesti lilha nnifisha mill- funzjonijiet ta' poter dirett fl-għoti ta' liċenzji u deċiżjonijiet simili, imma qed tiżvesti ruħha wkoll mill-obbligu tagħha li tamministra lill- pajjiż għaliex awtorita` wara oħra ...", "Kieku dawn biss huma regolaturi, kif il-gvern qed jgħid li huma, kieku ma jimpurtax għaliex allura għandek umbrella ta' awtorita` aħħarija biex tissorvelja u tiggwida lill-gvern, pero` meta mbagħad il-gvern jagħti lil dawn l-aġenziji jew awtoritajiet din il-funzjoni daqstant wiesgħa, ikun qiegħed jiżvesti ruħu anke mil-lat amministrattiv tiegħu.", "U din hija l-kritika tal-Partit Laburista.", "L-Onor.", "Alfred Sant, b'mod preċiż, qal li qisna qed immorru lura għall- Medju Evu fejn f'ċerti pajjiżi, speċjalment dawk Ewropej fil-Kontinent, kien ikun hemm ir-re li biex jikkontrolla kien jikkonċedi fewdi lin- nobilta` ta' dak iż-żmien li kienu jamministraw dik l-art għan-nom tar-re u jżommuha on fief.", "Issa hekk qed nagħmlu; il-gvern qiegħed dejjem jillimita l-amministrazzjoni ordinjara tiegħu u fil-fatt dan l-aħħar kont qed nieħu kafe` ma' ministru u qalli li l-istituzzjoni tal-gvern illum kważi kważi tinsab fi kriżi għaliex fejn qabel il-gvern kellu dak il-poter assolut li wiret mir-re, illum, dan il-poter naqaslu ħafna.", "L-amministrazzjoni tant qed tinqasam f'watertight compartments, li meta ministru jiġi biex jieħu deċiżjoni, jeħel.", "Qed nispiċċaw fis-sitwazzjoni li jpenġulna tal-programm televiżiv \"Yes Minister\".", "Il-gvern modern illum f'pajjiżna tant żvesta ruħu minn poteri u mill-obbligi tiegħu ta' amministrazzjoni, u tant iddelega l-funzjoni tiegħu u kkrea watertight compartments ikkumplikati u struttura komplessa u burokratika, li ma jistax jiffunzjona; jekk irid jiċċaqlaq \"hawn\" jeħel ma' dipartiment ieħor u jekk irid jagħmel proġett \"hawn\" irid permess mingħand xi erba' dipartimenti jew awtoritajiet oħra.", "Illum il-poteri amministrattivi ta' ministru spiċċaw fix-xejn ħlief għal dak li jirrigwarda policy u piloting ta' liġijiet.", "U kemm huwa ideali dan?", "Meta qed niddibattu dawn il-liġijiet, qed niddibattu ħaġa profonda għaliex qed niddibattu kif dan il-pajjiż se jkun amministrat fil-futur.", "Irridu aħna li l-amministrazzjoni ta' pajjiżna bil-mod il-mod taħrab minn idejn il-gvern - li jirrispondi għal dan il-Parlament - u taqa' f'idejn awtoritajiet oħra awtonomi, quasi awtonomi, jew li jimxu b'mod kważi awtonomu?", "Irridu li jsir hekk?", "Din hija kwestjoni ta' approach.", "L- Oppożizzjoni temmen li l-gvern m'għandux iċedi l-amministrazzjoni ordinarja tiegħu f'idejn dawn l-istrutturi ġodda li forsi qed jiġu mposti fuqna minn ħaddieħor; jidher ċar li qed nimplimentaw l-acquis communautaire.", "Aħna bħala oppożizzjoni ma nemmnux li l-gvern għandu jabdika r-responsabbilta` tiegħu li jamministra l-pajjiż.", "Naqblu li f'dawk l-oqsma fejn kien hemm poteri diretti, fejn ministru seta' jiddeċiedi min jieħu liċenzja u min le, min jista' jidħol mal-gvern u min le jew min jista' jieħu job jew promotion u min le, jiġu kkontrollati.", "Aħna naqblu mas-sistema ta' checks and balances fi ħdan l-amministrazzjoni u naqblu wkoll f'istituzzjonijiet bħal dik ta' l-ombudsman u ta' l-awditur ġenerali, li l-uffiċċju tiegħu waqqfu proprju gvern Laburista, għaliex iservu ta' kontroll, pero` f'istituzzjonijiet oħra fejn allura l-amministrazzjoni ordinarja tal-pajjiż taqa' għal kollox minn idejn il-gvern għal idejn aġenziji oħra, dan it-tip ta' approach għandna dubji serji dwaru.", "Din hija riforma radikali fl- approach ta' l-amministrazzjoni u l-kritika tagħna hi li din it-tip ta' riforma m'hijiex xi waħda homogenous li twieldet minħabba l-esiġenzi ta' pajjiżna, imma hija riforma li qed ikollna nimplimentawha pass wara pass għaliex qed tiġi mposta fuqna.", "Brussels iridu li aħna nimxu b'din it-tip ta' struttura ta' gvern għaliex fil-pajjiżi kbar ġganteski tagħhom hekk imexxu.", "U aħna qed nikkritikaw din il-liġi għaliex ma naqblux li għandu jkun hekk.", "U hemm ħaġa oħra fuqhiex wieħed jaħseb.", "Mr Speaker, din il-liġi, apparti milli qed tikkrea din l-awtorita`, qiegħda wkoll tbiddel aspetti oħra mil-liġi li kkreat u tat wild lill- Enemalta u lill-water services corporation.", "Infakkar li meta wieħed kien jara l-white paper li ppreżenta l-ministru tal-finanzi fuq il-kwestjoni ta' liberalizzazzjoni, fuq quddiem nett kien hemm l-Enemalta u l-water services corporation u kulħadd jaf li dawn igawdu minn ċertu monopolju u nafu wkoll li l-Unjoni Ewropea qed timponi fuq il-gvern Malti li dan it-tip ta' monopolju jrid jispiċċa fis-sena 2003, pero` wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li għal Malta, għalkemm meta ġew ikkreati l-korporazzjonijiet l-iskop tagħhom kien wieħed kummerċjali fis-sens li suppost kellhom jiġġeneraw profitt, fil-prattika l-ħsieb u l-attitudni ta' gvernijiet suċċessivi kien li dawn it-tip ta' korporazzjonijiet ma kellhomx ikollhom l-enfasi mil-lat kummerċjali imma kellhom ikollhom l-enfasi mil-lat soċjali.", "Aħna nemmnu fil-liberalizzazzjoni pero` ma nemmnux fil-liberalizzazzjoni sfrenata.", "Nemmnu wkoll fis-suq ħieles, pero` għandna r-riżervi tagħna fuq kemm hu tajjeb li jkollok sitwazzjoni fejn jikkontrolla kollox is-suq u l- entrapriża privata.", "Hemmhekk aħna nemmnu li għandek tirregola.", "Il-gvern Nazzjonalista qisu ffissat fuq dawn ir-regolaturi; idaħħal ir- regolatur f'kull qasam imbagħad fejn għandu jirregola, ma jirregolax.", "Aħna nemmnu fis-suq ħieles, pero` nemmnu li s-suq għandu jiġi regolat u għandna nikkontrollaw ċerti aspetti tas-suq u tas-servizzi speċjalment fejn dawn jolqtu l-aspett soċjali ta' pajjiżna.", "Mela l-gvern hemmhekk għandu jikkrea awtoritajiet biex jirregola mhux jagħmel regolatur biex jikkontrolla l- amministrazzjoni ordinarja!", "Għalfejn għandna gvern mela?", "Anzi jmissna nibdew nikkuntrattaw ukoll il-ministeri; minflok ma jkollna ministru, noħorġu tender u l-ministeru jew id-dipartiment jibdew jitmexxew minn xi aġenzija on a profit basis.", "Dawn il-korporazzjonijiet twieldu minn dawk li kienu dipartimenti; tbiddlet l-istruttura biex isiru forsi aktar effiċjenti.", "Dawn twaqqfu taħt gvernijiet Laburisti u ħadu ġo fihom ix- xogħol ta' dipartimenti pero` il-missjoni soċjali tagħhom baqgħet hemm.", "Issa jekk aħna se nbiddlu l-approach u l-outlook tagħna kollu anke f'din l- isfera, l-approach ta' kif jitmexxew dawn l-entitajiet se jitbiddel radikalment għaliex il-missjoni soċjali tagħhom se jispiċċa u fejn suppost qed nagħmlu liġi biex nirregolaw, qed nagħmlu liġi biex inħollu.", "Din hija liġi kontradittorja għaliex filwaqt li qed tgħid li qiegħda hemmhekk biex tirregolarizza l-enerġiji u r-riżorsi ta' dan it-tip f'pajjiżna, meta wieħed jagħsarha jsib li minflok ma qiegħda tirregolarizza, qiegħda fil-fatt tagħti libertinaġġ sfaċċjat lill- entitajiet li jieħdu ħsieb l-enerġiji.", "Issa se jkollok dawn it-tip ta' entitajiet, li sal-lum l-approach tagħhom dejjem kien li għandhom missjoni soċjali, li se jiġu liberalizzati u se jispiċċalhom il-monopolju u l- kontroll u allura jridu jmexxu bi qliegħ.", "U kif se joperaw dawn f'ambitu kummerċjali jekk se jżommu magħhom u se jgħabbu fuqhom il-missjoni soċjali li kienet marbuta ma' l-iskop u t-twelid tagħhom?", "Mr Speaker, din hija hija l-kritika tagħna u din hija r-raġuni għalfejn għandna r-riżervi tagħna dwar din il-liġi.", "Kulħadd jaf, per eżempju, li jekk l-Enemalta ma tixtrix il-petrol bi prezz irħis mingħand il-gvern, il- prezz tad-dawl u l-ilma jisplodi.", "U jekk jiġu jgħidu li l-gvern xorta waħda se jkun qed jikkontrolla l-prezzijiet allura nistaqsi: Mela għalfejn għamiltu din il-liġi?", "Bħala smokescreen biex tiddieħak bl-Ewropa billi taparsi qed tikkrea format ta' dak li tridu imma fil-fatt xorta finally jkun qed jikkontrolla l-ministru?", "Klawsola 4 tal-liġi tgħid li se tkun l- awtorita` li se tikkontrolla l-prezzijiet u allura fil-verita` il-gvern qed jabdika l-poter tiegħu li jikkontrollahom.", "Allura jekk il-gvern se jabdika dan kollu u se jimxi fuq dak li tgħidilna l-Ewropa bis-suq ħieles, profitti, eċċ., l-iskop soċjali ta' dan kollu se jispiċċa fix-xejn.", "Jiġifieri għandek liġi biex tirregola mentri fil-verita` qiegħda hemmhekk biex tillibera.", "Aħna nemmnu fis-suq ħieles pero` nemmnu wkoll li l-gvern qiegħed hemm b'responsabbilta` morali u soċjali aħħarija għall-interess taċ-ċittadini komuni ta' dan il-pajjiż mhux biex jabdika l-poteri tiegħu kollha u jħalli lil kulħadd jgħaffeġ u jmexxi kif irid!", "Din hija d-differenza bejn l- ideoloġija Laburista u dik leminija sfrenata tal-Partit Nazzjonalista fil- gvern; li aħna nimxu b'mod kawt u bi prudenza, filwaqt li huma lesti jbigħu lil pajjiżna lin-negozjanti u lill-kapitalisti kbar, anke dawk li ġejjin minn barra minn Malta, biex jikkontrollaw kollox huma b'ċertu mod li mhux biss kif qalli dak il-ministru li l-istituzzjoni tal-gvern qed tispiċċa fix- xejn, imma li l-istituzzjoni tal-gvern se tispiċċa up for sale għall- highest bidder.", "Il-gvern se jispiċċa żvalutat u servili lejn il- kapitalisti l-kbar.", "Il-ministri tal-gvern se jkunu sempliċement flok il- master of ceremonies f'dan il-pajjiż, qegħdin hemmhekk biss biex jaqtgħu r- ribbons fiċ-ċerimonji, biex jippuppaw żaqqhom fil-parati, biex jiġu mistiednin għar-riċevimenti fid-djar ta' l-ambaxxaturi u biex imorru delegazzjonijiet sbieħ fl-Ewropa.", "Il-poter veru ta' l-Istat mhux se jibqa' għand il-gvern imma se jkun f'idejn l-industrijalisti u l-kummerċjanti l- kbar.", "Din hija l-approach tal-Partit Nazzjonalista, li jabdika kollox f'idejn l-inizjattiva privata.", "U huwa proprju hawnhekk fejn aħna nemmnu li għandna nirregolaw, mhux nirregolaw l-amministrazzjoni tagħna stess!", "Mela għandna l-ministru li huwa responsabbli għall-enerġija, l-Onor.", "Zammit Dimech, imbagħad l- awtorita` għandha l-poter \"li tirregola, tissorvelja u żżomm fil- konjizzjoni tagħha kull prattika, operazzjoni u attivita` li tirrigwarda r- riżorsi ta' l-enerġija, l-ilma u l-minerali; li tagħti liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħra, għall-għemil ta' kull operazzjoni jew attivita` li tirrigwarda r-riżorsi ta' l-enerġija, l-ilma u l-minerali; li tiżgura kompetizzjoni ġusta f'kull prattika, operazzjoni u attivita` bħal dik;\".", "Mela l-Onor.", "Zammit Dimech huwa l-ministru responsabbli mill-enerġija imma fl-istess ħin m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-amministrazzjoni ta' dan is- settur għaliex kollox f'idejn l-awtorita`!", "Mela x'ministru hu?", "M'huwiex iżjed il-ministru ta' l-enerġija għaliex abdika kollox f'idejn din l- awtorita`.", "Inti sirt Dr. Francis Zammit Dimech, master of ceremonies ta' l- enerġija f'Malta!", "Dak li sirt, u naf li tiddiletta b'hekk ukoll.", "U mhux int biss, imma l-ministri kollha.", "Minħabba l-biża' u l-babaw ta' l-Ewropa qegħdin tabdikaw il-poteri tagħkom kollha lejn dawn hekk imsejħa awtoritajiet.", "Imbagħad hemm aspett ieħor x'wieħed jikkritika f'dawn l- istituzzjonijiet il-ġodda.", "Mr Speaker, nisimgħu ħafna tgergir dwar il-fatt li l-gvern qed isir għali u dejjem jgħidulna li aktar ma nagħmu farming-out ta' l-affarijiet aktar ikun aħjar għaliex għandna wisq ħaddiema maċ-ċivil u kumpanniji sheltered taħt il-gvern.", "Jgħidulna li kumpanniji bħall-Kalaxlokk u t-tarznari qegħdin hemm kapriċċ allavolja jimpjegaw eluf ta' ħaddiema.", "Mela fl-istess ħin li nisimgħu din il-kritika qegħdin naħlu l-flus f'dawn l-istrutturi l- ġodda għaliex kif inhum proposti dawn l-awtoritajiet se jkunu qed iżidu piż finanzjarju goff fuq il-pajjiż.", "U għalkemm qed nisimgħu li idealment din l- awtorita` għandha tkun self-sufficient, jiġifieri tiffinanzja lilha nnifisha mill-flus tal-liċenzji, mill-kuntratti li tagħti, eċċ., jekk wieħed jara l-klawsola li titkellem dwar il-finanzjament tagħha jinduna li din l-awtorita` se jkollha vot apparti mill-fond konsolidat, jiġifieri mhux se tieħu flus mill-appropriation tal-ministeru imma se jkollha vot speċifiku għaliha.", "Barra minn hekk, din l-awtorita` se jkollha d-dritt li tissellef sa Lm50,000 mingħajr lanqas biss ma tgħaddi bord, jiġifieri b'mod intern id-direttorati se jkollhom il-poter jissellfu sa Lm50,000.", "Barra minn hekk, din l-awtorita` se tingħata l-poter li s-surplus ta' fondi li jkollha, minflok ma jerġa' jmur lura għall-fond konsolidat, imur ġo reserve fund, liema fond se tmexxih hi stess.", "Ara x'kontroll se jkollu l- Parlament!", "Flus ħerġin mill-fond konsolidat u minflok ma jerġgħu jidħlu lura fl-istess fond, imorru ġo fund li jiġi amministrat mill-awtorita`!", "Kieku din kienet ministeru jew dipartiment ma setgħetx tagħmlu dan għaliex il-kostituzzjoni tgħid x'tip ta' reserve funds jista' jkollhom u kif iridu jiġi kkontrollati, imma għaliex din hija awtorita`, ma taqax eżatt taħt dan.", "Din l-awtorita` li hija komposta bis-segretarjat tagħha, l-eżekuttiv ġenerali, id-direttorati u l-kumitati konsultattivi għandha d-dritt li minflok ma tingaġġa nies tagħti kuntratti lill-privat biex imexxu.", "Jiġifieri hawnhekk għandna spiża kbira oħra.", "Li hemm stramb f'dan kollu huwa kif ngħidu li hawn tant surplus ta' nies maċ-ċivil, u ma ndaħħlux fil- liġi provvediment - jien fil-fatt qed nipproponi li ssir - li jgħid li qabel ma l-awtorita` tingaġġa ħaddiema oħra jew tikkuntratta xogħol lill- privat, għandha tkun obbligata li tagħmel call for applications internament mis-civil service, biex jekk hemm nies kapaċi - u jiena persważ li hemm nies kapaċi - jidħlu huma.", "Għaliex dan ix-xogħol li int, Onor. Zammit Dimech, qed tiżvesti ruħek minnu u tiddelegah lill-awtorita` kien jagħmlu l-minsiteru tiegħek.", "Allura jekk issa se tibda tagħmlu din l- awtorita`, dawk il-ħaddiema kollha li inti għandek fil-ministeru tiegħek li kienu jieħdu ħsieb dan ix-xogħol x'se joqogħdu jagħmlu?", "Se joqogħdu jċiċċu?", "Se joqogħdu fil-ministeru jaqraw il-gazzetti?", "Se joqogħdu fis- segretarjat tiegħek?", "X'se jagħmlu dawn il-ħaddiema?", "Għalhekk, biex ma jkunx hawn ħela tar-riżorsi umani u biex ma jkunx hawn abbużi, ir-raġuni tgħid li għandu jkun hawn provvediment fil-liġi fis-sens li qabel ma jsir xi ngaġġ minn x'imkien, l-ewwel irridu naraw jekk nistgħux nieħdu nies mis- servizz pubbliku biex mhux noqogħdu nimpjegaw lin-nies meta jkun hemm ħaddiema oħra li m'huma jagħmlu xejn.", "Meta tara dan kollu tinduna - kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l- kelliema l-oħra sħabi - li l-ħsieb wara din huwa li peress li mal-gvern ma jistgħu jdaħħlu lil ħadd għaliex jikkritikawhom u għaliex għandhom l-Ewropa fuqhom, qed jikkreaw dawn it-tip ta' awtoritajiet biex minflok jidħlu mill- bieb, jidħlu mit-tieqa.", "Imma b'daqshekk mhux xorta li l-piż ta' dawn l- awtoritajiet se jaqa' fuq il-fond konsolidat kif spjegajt qabel?", "Mhux xorta mill-kaxxa ta' Malta se jiġu ffinanzjati?", "U tiġix tgħidli li dawn l- awtoritajiet huma xi entitajiet jew azjendi kummerċjali għaliex jekk inhu hekk allura s-sitwazzjoni hija agħar; jekk inhu hekk allura veru li kollox huwa money u kummerċ u ċ-ċittadin spiċċa.", "Jekk se toħroġli bir-risposta għaliex filwaqt li ċ-ċivil mhux kummerċjant, kif tiddefinih l-istess kodiċi kummerċjali, dawn m'humiex iċ-ċivil u allura jistgħu jkunu kummerċjanti u jistgħu jagħmlu profitti, allura veru li spiċċa kollox.", "Allura l-gvern mhux talli tilef il-kuxjenza soċjali, talli qatt ma kellu.", "Sur President, il-gvern jaf kif għandu jagħmlihom l-affarijiet; jagħmlihom b'mod sottili u intelliġenti, pero` xorta waħda jibqa' skandlu l- fatt li kkrea dipartiment - ma rridx insejjaħlu awtorita` għaliex m'huwiex awtorita` u diġa` spjegajt kif din m'hi awtorita` regolatorja xejn għaliex il-poteri li għandha hija ta' amministrazzjoni - ieħor fi ħdan iċ-ċivil bid- dritt li jimpjega nies kemm irid.", "Dak hu skandlu.", "Imbagħad hemm ħaġa oħra dwar xiex wieħed għandu jikkummenta.", "Meta wieħed iħares lejn klawsola 3 ta' l-abbozz isib li fiha jintqal min ma jistax jiġi maħtur fuq dawn il-kumitati.", "L-Onor.", "Joe Debono Grech fid- diskors akkanit tiegħu ta' ftit ġranet ilu semma n-nepotiżmu u kellu raġun jgħid hekk għaliex jekk wieħed iħares lejn is-set-up tal-bordijiet u d- direttorati - u huwa hawnhekk fejn intom m'intomx mexjin ma' l-Ewropa - jara li kollha għandhom potenzjal kbir biex joffru jobs for the boys.", "Barra minn hekk, il-liġi ma tgħidx min jista' jintagħżel biex ma joqgħodx fuq dawn il-bordijiet, imma tgħid min ma jistax jintagħżel.", "U dawn huma ministri, segretarji parlamentari, imħallfin jew maġistrati, u nies b'xi interess fl-ażjenda.", "Din hija vera liġi stupida.", "Mela ministru jew segretarju parlamentari se joqgħod fuq il-bord tiegħu stess?!", "L-Ewropa tgħallmek - u hawn fejn tgħallimkom l-Ewropa - li meta qed tikkrea strutturi bħal dawn u qed timmoniterizza l-amministrazzjoni u tipprova tagħmel regolamentazzjoni - u hawnhekk huwa fejn se jaqbżu fuqhom jekk jarawhom sew l-affarijiet għalkemm għandi dubju kemm qed jarawhom sew għaliex jiġu hawnhek dawn il-politiċi kollha taparsi experts u nagħmlulhom il-parties u ċ-ċerimonji imma ma nafx kemm qed janalizzaw sewwa l-liġijiet - trid tħares lejn il-konċett tal-fit and proper persons.", "Jekk tara - u jien rajthom - l-abbozzi ta' liġijiet kollha li jikkreaw dawn it-tip ta' aġenziji regolaturi, tara li fi ħdanhom dawn kollha għandhom il-kunċett tal- fit and proper persons.", "Mela jekk jiena se nappunta chairman ta' direttorat fi ħdan l-awtorita`, jekk se nappunta persuna fuq il-bord konsultattiv jew jekk se nikkrea president jew viċi-president - minn tant ismijiet tawh l-isem ta' president! - ta' awtorita` irrid ngħid xi kwalifiki jrid ikollu.", "Li tniżżel dawn it-tip ta' eliminazzjonijiet u tgħid li tista' tagħmel lil min trid ħlief dak li huwa ovvju għalija tkun qed taqa' fir-redikolu.", "Hemm imissha daħlet in-nozzjoni ta' fit and proper persons.", "Għaliex ma daħħaltuhiex?", "Biex ikollkom dawn il-karigi sbieħ bi ftit xogħol b'żewġ laqgħat fil-ġimgħa jew fix-xahar u tagħtuhom lill-ħbieb tal-partit bħala rigal?", "Aħna nafu kemm tħallsuhom lil dawn it-tip ta' bordijiet.", "Dan l-aħħar kien hawn ruxmata mistoqsijiet parlamentari u mit-tweġibiet tagħhom sirna nafu kemm qed jitħallsu nies li qegħdin fuq il-bord ta' l- Awtorita` tad-Djar u smajna wkoll kemm qed jitħallas Joe Grima talli qiegħed fuq bord.", "Eluf ta' liri qed jitħallsu dawn!", "Fil-fatt dawn qed jitħallsu aktar minna d-deputati parlamentari li kważi spiċċajna full- timers; naħdmu filgħodu, filgħaxija u fil-kumitati!", "Dawn saħansitra jitħallsu aktar minnek, Onor. Ministru, talli jattendu għal żewġ laqgħat f'xahar.", "Talli jattendu għal żewġ meetings dawn jitħallsu Lm7,000 jew Lm8,000, għandhom il-karozza għad-dispożizzjoni tagħhom u għandhom ukoll mobile phone.", "Dan huwa l-iskandlu f'dan il-pajjiż mhux li għandek erba' min- nies li l-kumpannija tagħhom tinsab għaddejja minn perijodu ħażin u forsi m'hemmx xogħol għall-mument u napprofittaw ruħna u nkeċċuhom għaliex huma Laburisti u m'għandkomx voti x'titilfu!", "Jiġifieri dawn in-nies talli jattendu għal dawn il-board meetings darba kultant, joqogħdu jsiefru minn fuq dahrna, għandhom l-allowances u jitħallsu aktar minnek, Onor. Ministru, almenu minn dak li tiddikjara!", "Hawnhekk intom għandkom xalata għaliex m'għandkom l-ebda restrizzjonijiet, tappuntaw lil min tridu, għandu jew m'għandux kwalifiċi, u tagħuhom salarji u retainers kif tridu intom.", "B'hekk tkomplu tkabbru l-ħbieb.", "Meta wieħed janalizza din il-liġi paragrafu b'paragrafu jinduna li l- aġenda sigrieta toħroġ.", "Għalhekk dawn l-awtoritajiet kollha!", "Se jkollna aktar awtoritajiet, bordijiet u tribunali milli se jkollna nies f'pajjiżna!", "Pajjiż ta' inqas minn 400,000 ruħ u dawn il-bordijiet, tribunali, sotto- direttorati u bordijiet konsultattivi kollha!", "Anke intom stess insejtu kemm għandkom direttorati u bordijiet.", "Uħud minnhom lanqas biss jiffunzjonaw!", "Ħu, per eżempju, it-tribunal tal-prezzijiet.", "Dan ilu ma jiffunzjona ħames snin, pero` ċ-chairman għadu nominat.", "U l-Bambin jaf kemm hemm tribunali bħalu!", "U l-Bambin biss jaf kemm dawn it-tribunali, bordiijet, awtoritajiet, aġenziji, sotto-aġenziji, direttorati, sotto- direttorati, sotto-kumitati u bordijiet konsultattivi qed joħolqu burokrazija.", "Hekk tamministrah il-pajjiż, billi tkompli tikkrea burokrazija u qarnita ta' water-tight compartments kollha jippruvaw ikunu awtonomi, jew kważi awtonomi?", "U nafu kemm il-burokratiċi jaf jkunu nkejjużi.", "Dawn mhux bħalek u bħali; ma jridux jirrispondu liċ-ċittadin jew lil dan il-Parlament.", "Int u sħabek tridu tirrispondu għalihom!", "U dawn, jekk ikunu jistgħu, ipoġġuk f'pożizzjoni fejn ma tkunx tista' tiċċaqlaq - u inti dan tafu għaliex ministru - aħseb u ara kemm se tkun tista' tiċċaqlaq jekk il-poteri tiegħek se tiddelegahom kollha lil ħaddieħor!", "Kollox qed tiddelega!", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nipproponi li l-Onor.", "Herrera jkompli bid-diskors tiegħu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Jose` Herrera jkompli jitkellem.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Silvio Parnis.", "ONOR.", "SILVIO PARNIS: Sur President, nibda billi ngħid li l-membri tan- naħa tal-gvern qegħdin jibżgħu li nieħdu xi kapital politiku minn ħames minuti żejda għaliex m'humiex qed jaqblu li l-membri ta' l-oppożizzjoni jingħataw extension biex ikomplu jitkellmu.", "Minn dan tara t-tip ta' demokrazija li teżisti fil-pajjiż.", "Bħalissa f'dan il-parlament qegħdin nitkellmu dwar twaqqif ta' ħafna awtoritajiet u bla ma trid tibda taħseb li l-pajjiż ma jimxix mingħajrhom.", "Jien qrajt x'fiha din il-liġi u ma tantx sibt affarijiet konkreti.", "Fil- fatt meta bdejt nipprepara bdejt nistaqsi x'inhu l-għan ta' dawn l- awtoritajiet u jkolli ngħid, kif għadu kif qal sieħbi l-Onor.", "Herrera, li dawn l-awtoritajiet qegħdin hemmhekk biex jaqdu lil dawk in-nies li fl- aħħar elezzjoni wegħdnuhom kollox.", "Jiena llum ma nistax ma nsemmix lil sħabna l-ħaddiema tal-Kalaxlokk għaliex naħseb li hu fl-interess tagħna li nsemmuhom.", "Dawn il-ħaddiema llum jinsabu mbeżża' għaliex l-għajxien tagħhom huwa mhedded.", "U kulħadd għandu dritt għall-għajxien tiegħu; hu min hu, anke l-ħaddiema tal-Kalaxlokk.", "Jekk irridu li pajjiżna verament jimxi 'l quddiem għandna nneħħu l-ħela żejda li teżisti, liema ħela tinsab tirrenja u n-nies kollha jinsabu jitkellmu fuqha.", "Ma jistax ikun li għaż-żgħir hemm biss daqqiet u għall- kbir naraw kif nivvintawlu biex inwaqqfulu awtoritajiet, nagħtuh l- allowances u ħaġa u oħra!", "Jiena ngħid li dawn il-ħafna teatrini qed isiru minħabba li pajjiżna jrid jidħol fl-Ewropa.", "U min qiegħed ibati b'dan kollu?", "Qed ibatu l-ħaddiema li fil-maġġoranza kbira tagħhom huma Laburisti.", "Jiena ngħid li jekk hawn min irid jagħmel is-sagrifiċċji biex nidħlu fl-Ewropa dawn għandhom isiru min-Nazzjonalisti għaliex huma jridu jidħlu fl-Ewropa, mhux min-nies tagħna.", "Lil dawk ħalluhom bi kwiethom mhux fejn hemm in-nies tagħna, bħall-Kalaxlokk u x-shipbuilding, jinsabu b'theddida fuq rashom.", "U jkun insult għalina bħala Partit Laburista li lil dawn in-nies li kienu tant importanti fil-bidliet li seħħew f'pajjiżna nħalluhom jaqdfu weħidhom.", "Mela biex inwaqqfu awtoritajiet bħal dawn, nagħtu l-mobile phones u nagħmlu r-riċevimenti hemm flus imma għall- ħaddiema m'hemmx.", "Dan huwa l-isqaq li daħħluna fih in-Nazzjonalisti fid-disa' snin li ilhom imexxu.", "Meta aħna konna ngħidu li fil-pajjiż hawn ħofra finanzjarja, dawn kienu jgħidulna li qed nigdbu, imbagħad f'daqqa waħda stembaħna u għedna li veru li f'pajjiżna hawn problema finanzjarja.", "Imbagħad biex l-istorja tkompli tisbieħ qalu li l-problema finanzjarja kollha li hawn fil-pajjiż għamilha l-Partit Laburista taħt l-Onor.", "Alfred Sant.", "Jien naħseb li jew dawn kienu qed jgħixu fl-ispazju jew ma jridux jisimgħu jew inkella għandhom rashom fir-ramel u jridu jħalluha hemmhekk.", "Aħna nitkellmu man- nies bħalma jitkellmu tan-naħa l-oħra u nista' ngħid li m'ilux smajt lil xi ħadd fil-kuriduri ta' hawn ġew jgħid li tat-tarzna kissrulhom il-pjan.", "Meta nisma' hekk jien allura bilfors li nibda nagħmel il-mistoqsijiet.", "Dawn għamlu frattarija sħiħa għaliex kien hemm xi ħadd li fid-dimostrazzjoni ngiref, imma għal dawk il-ħaddiema li l-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom ġejjin minn dik il-paga li għal sitt ġimgħat kienet inċerta, ħadd ma ħarqitu qalbu.", "Dawn ma jafux x'jiġifieri tkun ħaddiem li qed jistenna l- paga.", "Sibulhom ix-xogħol lil dawn in-nies kif sibtu lin-nies tagħkom!", "Ħarsu lejn l-awtoritajiet u araw jekk il-ħaddiema humiex fil-maġġoranza kbira tagħhom Nazzjonalisti tal-qalba.", "Imbagħad imorru n-nies tagħna jħabbtu u jsibu l-bibien magħluqa.", "F'dan il-pajjiż fejn ngħidu li aħna lkoll aħwa Maltin, inqsamna fi tnejn.", "Sur President, x'tip ta' awtorita` rridu nwaqqfu f'pajjiżna, awtorita` li min ikun at the top ikun għaddej fil-lussu u min ikun taħt ikollu l-impjieg tiegħu mhedded?", "Imbagħad niskantaw għaliex il-ħaddiema joħorġu jipprotestaw fit-toroq!", "Mela l-union m'għandhiex dritt tiddefendi lill- membri tagħha?", "Allaħares jispiċċaw dawn id-drittijiet fil-pajjiż!", "Ħalli nħarsu ftit lejn kif qed jimxu awtoritajiet oħra.", "Per eżempju, huwa veru jew le li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kważi ġġammjat pajjiż?", "Titkellem ma' min titkellem jgħidulek li dawn jaqilgħulek fwiedek biex joħorġu permess.", "Hekk se jiġri b'din l-awtorita` li se nwaqqfu?", "Jien naħseb li rridu naraw kif l-awtorita` taħdem għall-ġid tal-pajjiż mhux tkun qiegħda hemmhekk għall-isem biss.", "Jien nistaqsi, per eżempju, x'inhi tagħmel l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku biex il-persuni b'diżabbilta`, speċjalment dawk li jkunu f'wheelchair, ikollhom aċċess għall-karozzi tal-linja?", "Għaddejna l-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs, imma fil-fatt x'qed isir?", "Imbagħad ikollu raġun il-poplu jgħid li flusu m'humiex qed jintnefqu tajjeb.", "Sur President, li qed jiġri hu li għaliex l-Ewropa qed tgħidilhom li ma jistgħux idaħħlu aktar nies mal-gvern, minflok qed imwaqqfu dawn l- awtoritajiet u jdaħħlu n-nies hemmhekk.", "Huwa veru li m'humiex idaħħlu nies mal-gvern ħlief ftit ħaddiema ta' emerġenza, bħall-pulizija, nurses eċċ, imma imbagħad qed ipattu b'dawn l-awtoritajiet.", "Nerġa' ngħid li bħalma hemm flus għal dawn l-awtoritajiet u bħalma hemm flus biex jintnefqu fis- safar, għandu jkun hemm ukoll flus għall-ħaddiem.", "Il-Partit Nazzjonalista marbut bil-programm elettorali li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk ma jitilfux ix- xogħol tagħhom.", "Hawnhekk forsi jkun hawn min jgħid li qegħdin ngħidu l- istess kantaliena, pero` jien nħoss li nkunu qegħdin nonqsu jekk lil dawn il-ħaddiema tal-Kalaxlokk li bħalissa jinsabu mbeżża' mill-futur tagħhom minħabba li fl-eta` tagħhom se jsibuha diffiċli biex jerġgħu jsibu x- xogħol, ma nressqux l-ilmenti tagħhom.", "Ejjew nindirizzaw l-aktar affarijiet urġenti f'dan il-pajjiż.", "Minkejja li niftaħru li pajjiżna miexi 'l quddiem - faċli tgħid li miexi 'l quddiem u li sejjer tajjeb - meta nistaqsu lil-lukandiera u lil dawk li għandhom x'jaqsmu mat-turiżmu, jekk humiex sejrin tajjeb ....", "Morru araw il-postijiet tad-divertiment u l- postijiet turistiċi ħalli taraw il-bejgħ li qed ikollhom u x'tip ta' turisti qed ikollna.", "U la qed nitkellmu fuq awtorita` tar-riżorsi nħossni nonqos jekk ma nsemmix il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dawn għajruna fuq li għajruna li ma kellniex kuxjenza soċjali, imbagħad jekk inħarsu lejn il-kontijiet naraw li qegħdin jogħlew il-ħin kollu.", "U inutli jgħidu li m'għolewx għaliex il- ħaddiem qed iħossu l-piż.", "Dawn l-awtoritajiet qed inwaqqfuhom biex noqogħdu ngħidu li r-responsabilita` m'għadhiex tagħna imma hija ta' l- awtorita`?", "Lil min jaqblilna ngħidulu hekk u lil min irridu ngħidulu mod ieħor u nippruvaw inkellmu lil xi ħadd fl-awtorita` ħalli naqduh!", "Jien nittama li l-ewwel nies li se jiġu mpjegati f'dawn l-awtoritajiet ikunu l- ħaddiema tal-Kalaxlokk għaliex dawn huma nies tas-sengħa li jistgħu jagħtu kontribut lil pajjiżna.", "Sur President, il-Partit Laburista m'huwiex u qatt ma kien kontra l- liberalizzazzjoni u favur il-monopolju.", "Meta konna fil-gvern tajna eżempju ta' dan u wrejna kif nemmnu fil-kunsilli lokali.", "Il-Partit Laburista jemmen fil-kunsilli lokali u jemmen ukoll fil-liberalizzazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) U issa noqogħdu nsemmu lil dak u lill-ieħor.", "(Interruzzjonijiet) Jgħidu li anke x-xitan jikkwota l-bibbja.", "Jien nittama li dawn l-awtoritajiet ma jispiċċawx ta' piż fuq l-istess ħaddiema.", "(Interruzzjonijiet) Staqsu lill-ħaddiema li jadħmu ma' l-HSBC u li qabel kienu mal-Mid-Med x'kondizzjonijiet għandhom!", "U dan mhux ħaddiema Laburisti biss jgħiduh imma anke ħaddiema Nazzjonalisti.", "Imbagħad staqsihom kif inhuma sejrin dawk li għandhom grad għoli ħalli tkunu tafu.", "Mr Speaker, nittama li f'awtorita` bħal din il-ħaddiem ma jibdiex jaqla' fuq rasu imma jkollu l-istess kondizzjonijiet li jkollhom dawk ta' fuq.", "U l- uniku leħen li għandu l-ħaddiem huwa permezz tal-union tiegħu u permezz ta' nies oħra li jkunu għaddew mill-istess ħaġa.", "Sur President, jien naħseb li pajjiżna jrid bis-serjeta` jara kif jutilizza l-ftit riżorsi li għandu, l-aktar dak li jirrigwarda l-ambjent.", "Jiena wieħed minn dawk li nħobb ħafna l-ambjent u meta nisma' lil min jgħid li fejn pajjiżi oħra aħna m'għandna xejn, nirrabja għaliex nemmen li f'pajjiżna, għalkemm fiċ-ċokon, ukoll għandna postijiet sbieħ.", "Imma hemm bżonn li l-ftit li għandna nibżgħu għalih.", "Ftit qabel ma ġejt hawnhekk kont qed nitkellem ma' l-Onor.", "Noel Farrugia u kien qed jgħidli kemm ħadem meta kien ministru hu f'dak li jirrigwarda l-ambjent ta' pajjiżna.", "Qalli kemm huwa importanti li nibżgħu għall-widien tagħna.", "U hawnhekk jien ma nistax ma nsemmix - fil-fatt għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari dwaru - wieħed mill-isbaħ widien li għandna f'pajjiżna.", "Qed nirriferi għal Wied Blandun ġewwa Raħal Ġdid, liema wied jinsab f'telqa kbira.", "Ta' min isemmi hawnhekk li l-bieraħ fetaħ il-Hypogeum f'Raħal Ġdid; pass tajjeb għalkemm ħa ftit fit-tul.", "Imma tajjeb naraw kemm Maltin fil-fatt imorru jżuru dawn it-tempji.", "Jien naf b'mijiet ta' nies li qatt ma marru jżuruhom u għalhekk naħseb li hemm bżonn li nrawwmu ċerta kultura fil-poplu tagħna.", "Irridu naraw kif nibżgħu għall-wirt storiku u għall-ambjent ta' pajjiżna u rridu nieħdu bis-serjeta` u nisimgħu lil tant għaqdiet volontarji li qegħdin jaħdmu favur l-ambjent.", "Il-Partit Laburista kellu proġetti maħsuba għall-areas bħall-irdum ta' Ħad-Dingli, Wied iż-Żurrieq u Lapsi.", "Konna diġa` bdejna naraw it-tisbiħ ta' lokalitajiet bħal Buġibba, Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbuġa u kien hemm pjanijiet għal- lokalitajiet ta' San Ġiljan, tas-Sliema u Paceville.", "Jien nittama li din l-awtorita` tieħu ħsieb biex fil-poplu tagħna tidħol id-drawwa li jibża' għar-riżorsi naturali ta' pajjiżna.", "Aħna nafu li f'pajjiżna ftit tagħmel xita u allura l-ftit li għandna rridu nibżgħu għalih.", "Irridu naħdmu biex ikollna kwalita` ta' ilma tajba ħalli l-ħaddiem ma jkollux għalfejn imur jixtri l-ilma għaliex dak huwa ta' piż għalih.", "Ma nistax hawnhekk ma nsemmix l-ilqugħ ta' l-ilma.", "F'pajjiżna għandna bżonn noħolqu sistema għall-ilqugħ ta' l-ilma.", "Diġa` sar xi ħaġa, imma hemm bżonn li jsir aktar għaliex għad għandna ħafna ilma li qed jispiċċa l- baħar.", "Din l-awtorita` għandha toħloq skemi sabiex tgħin lil dawk id-djar li m'għandhomx bjar sabiex ikollhom il-bjar tagħhom ħalli l-ilma tal-bjut ma jmurx il-baħar.", "Għandna naraw kif noħolqu skemi bħalma nħolqu skemi oħra taħt awtoritajiet oħra.", "Irridu ndarru lill-poplu jaħseb li l-ambjent m'huwiex tal-gvern tal-ġurnata imma huwa tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Irridu wkoll indaħħlu l-kultura - u rridu nibdew mit-tfal ta' eta` żgħira - li xejn ma jiġi mix-xejn imma kollox trid taħdem u tirsisti għalih.", "Din għandha tkun awtorita` fejn kulħadd jaħdem fiha mingħajr ma jħossu mwarrab.", "Il-bieraħ ħadt pjaċir nisma' bl-iskema li ħarġet l-awtorita` ta' l- ippjanar - id-differenza bejna u bejn in-naħa l-oħra hija li aħna dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb u dak li hu ħażin ngħidulu ħażin - għal dawk id-djar li m'għandhomx bjar.", "Din l-awtorita` qed tissusidja lil dawk id-djar li m'għandhomx bjar biex jibnu wieħed u b'hekk ikollna inqas ħela ta' ilma.", "F'dan il-pajjiż irridu nibdew nibżgħu għar-riżorsi tagħna u għal dak li jibgħatilna Alla mis-sema.", "Jien nittama li din l-awtorita` ma tkunx xi awtorita` tal-Partit Nazzjonalista imma tkun awtorita` li verament taħdem, ma taqdix biss lin-nies tal-qalba u ma tħarisx lejn il-lussu ta' min hu fuq imma tħares lejn id-drittijiet tal-ħaddiema biex dawn ma jaqilgħux id- daqqiet ta' sieq.", "Aħna bilfors li bħala oppożizzjoni u moviment tal- ħaddiema niddefendu lil dawn in-nies, jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra.", "Meta nagħmlu xi ħaġa u niġu kkritikati minnhom nikkonferma kemm dak li qegħdin nagħmlu huwa tajjeb għaliex kieku mhux se jgħidulna biex jagħmluh jew ma nagħmlux.", "Sur President, nagħlaq billi nwissi lill-ħaddiema fl-awtoritajiet kollha sabiex joqogħdu b'għajnejhom miftuħa li ma jmurx il-ħaddiem iż-żgħir ikun qiegħed jieħu d-daqqa ta' sieq minn ta' fuq biex igawdi ta' fuq.", "Il- ħaddiema għandhom ikollhom moħħhom miftuħ għaliex illum il-ġurnata għandna stampa ċara tal-mod li bih qed jiġi trattat.", "Nerġa' ngħid li l-ħaddiema tal-Kalaxlokk, qabel l-elezzjoni wegħduhom kollox, u llum il-ġurnata qegħdin jimxu magħhom mod ieħor.", "U dan għaliex fil-maġġoranza kbira tagħhom dawn huma Laburisti u jafu li jekk in-nofs tużżana Nazzjonalisti li hemm ikeċċuhom 'il barra, isibulhom post x'imkien ieħor, imma lil-Laburisti irid ikun il-Partit Laburista li jiddefendihom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, erġajna ġejna hawnhekk nassistu għal diskussjoni dwar twaqqif ta' awtorita` oħra.", "Min jafna tajjeb bħala poplu jħares lejna u jgħid li minn hawn u ftit ieħor Malta mhux se jibqgħu jsibuha aktar bħala \"The Republic of Malta\" imma probabbilment se jibdew jirriferu għalina bħala l-federazzjoni ta' l-awtoritajiet tal-gvern ta' Malta b'dan l-ammont ta' awtoritajiet kollu li għandna.", "U meta wieħed iħares lejn l-esperjenzi li għaddejna minnhom bit-twaqqif ta' awtoritajiet bħal dawk ta' l-ippjanar u tat-trasport - u bl-ebda mod ma jien qed nipprova nikkritika l-għanijiet għalfejn twaqqfu dawn l- awtoritajiet - meta ġew biex jimplimentaw u l-mod ta' kif imexxu x-xogħol tagħhom bilfors trid tikkritikaha.", "L-esperjenza li għandu dan il-poplu ta' dawn l-awtoritajiet xejn m'hija waħda pożittiva.", "Huwa tajjeb li nirriorganizzaw il-mod ta' kif naħdmu u l-mod ta' kif nagħmlu l-affarijiet f'pajjiżna, imma hemm mod u mod kif tagħmel dawn il-bidliet biex ikollna effiċjenza akbar, safeguards, regolamentazzjoni u standards aħjar f'dak kollu li l-gvern bħala responsabbilta` ikun jista' jaqdi favur il-poplu.", "Mr Speaker, dawn l-awtoritajiet kollha s-sigla jonqoshom.", "U kieku kelli nagħżel sigla għalihom kont nagħżel id-diska ta' Sandy Shaw \"Puppet on a String\" għaliex meta tifli x'inhuma l-veru għanijiet li għalihom qegħdin jitwaqqfu ssib dejjem l-istess ħaġa underlying.", "Dan il-punt issemma kemm- il darba minn sħabi u nħossni nonqos jekk ma nkomplix nenfasizzah għaliex huwa importanti li l-poplu tagħna jkun qed jifhem tajjeb x'ikun qed isir f'din il-Kamra ħalli l-iskop li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern li jagħmel ħafna faċċati sbieħ biex jidher tajjeb mhux għall-bżonnijiet tagħna imma għall-bżonnijiet ta' ħaddieħor, il-poplu tagħna jkollu l-opportunita` li jifhem eżatt fejn se jkunu qegħdin iwassluh dawn il-bidliet.", "Iva, Mr Speaker, din hija awtorita` oħra li hija faċċata biss; m'hijiex awtorita` maħsuba biex verament kif qed jgħidu l-għanijiet u r-raġunijiet fl-aħħar ta' l-abbozz ikollha funzjonijiet regolatorji fir-rigward tar-riżorsi relattivi - l-ilma, l-enerġija u l-minerali - imma hija maħsuba biex tissodisfa xi ħaġa oħra li ġiet imposta fuq il-gvern min-naħa ta' Brussels.", "Għaliex jekk il-gvern ma jikkonformax, naturalment Brussels isibu l- hitches u għalhekk hemm din l-għaġġla kollha sfrenata; għalkemm l-għaġġla tinsab biss fuq in-naħa tal-gvern Malti għaliex l-Unjoni Ewropea nnifisha ma tantx tidher li għandha għaġġla biex tkabbar għaliex daqqa nisimgħu data, daqqa nisimgħu oħra u ma nafux aħna jekk jgħaddux xi ftit tax-xhur oħra u niskopru li l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea qed jaħsbu f'xi data oħra aktar imbiegħda.", "Mr Speaker għandna awtorita` oħra li hija puppet on a string bl-ispag f'idejn il-ministru li se tkun fid-dekasteru tiegħu li kif jiġbed, din l- awtorita` taġixxi.", "U hawn qiegħda l-ħasra - u ħasra kbira - għaliex il- messaġġ li qed joħroġ lill-poplu tagħna f'dan is-sens huwa wieħed mill- agħar.", "Qed joħroġ messaġġ ħażin ħafna lill-professjonisti, lit- teknokratiċi f'dan il-pajjiż u lill-poplu kollu in ġenerali.", "U se ngħid għaliex.", "Jekk aħna rridu nagħmlu awtorita` li verament ikollha l-awtorita` u jkollha fi ħdanha nies li jkunu esperti fuq l-oqsma, f'pajjiż ċkejken bħal tagħna fejn kulħadd jaf lil kulħadd m'għandux għalfejn joqgħod jieħu l- onus u r-responsabbilta` il-ministru biex jaħtar il-membri fuqha.", "L- ewwelnett għaliex meta inti qed toħloq awtorita` suppost li jrid ikollha ċerta awtorita` partikolarment meta qed tiġi f'dan il-Parlament u qed tissottometti l-proposta li għandek għaż-żewġ naħat tal-Kamra, imma aktar minn hekk għaliex jekk verament hemm għan tajjeb min-naħa tal-gvern Nazzjonalista, m'għandux ikun hemm twaqqif ta' awtorita` bħal din u bħall- oħrajn ta' qabilha u probabbli bħal oħrajn li għad iridu jiġu fejn il- ministru se jkun il-factotum; għandu l-omnipotenza assoluta li jaħtar hu l- membri, l-uffiċjali u d-direttorati ta' l-awtorita` u anke l-poter li jneħħihom.", "Imbagħad jista' jiġi l-prim ministru li jiddeċiedu hu fuq il- ministru u jerġa' jwaddab ir-responsabbiltajiet f'ħoġor il-ministru.", "Imma din x'logħba hi, Mr Speaker?", "Tiġi hawn quddiem il-parlament bil-proposta li twaqqaf awtorita` ħalli nkunu aktar professjonali u effiċjenti f'xogħolna u sabiex nirregolaw u noffru standards aħjar lill-poplu tagħna, tiġi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż titlob diskussjoni għaliex meta tiġi hawnhekk qed titlob biex ir-rappreżentanti kollha tal-poplu jingħaqdu flimkien u bejniethom joffru s-suġġerimenti eċċ., u tiġi bi proposta fejn il-gvern jippretendi li ngħidulu prosit.", "Mhux talli l-ministru għandu setgħat kbar fis-sens ta' lil min jaħtar, lil min iqiegħed eċċ., eċċ., talli anke l-operat ta' din l-awtorita` u awtoritajiet oħra ta' qabilha u probabbli dawk li għad iridu jiġu warajha ...", "L-istess ħidma ta' l-awtorita` lanqas se tkun soġġetta għad-diskussjoni u l-iskrutinju ta' dan il-Parlament għaliex fil-liġi nsibu li l-business plan, ir-rapport finanzjarju, kulma se jiġri biss hija informazzjoni; jiġi hawnhekk il-ministru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għall-parlamentari ma jgħodd xejn dak; dawk l-affarijiet nistgħu narawhom mill-gazzetti kif jista' jarahom il-poplu kollu.", "Biex il-Parlament ikun qed jieħu sehem u jkun qed jaqdi dmiru lejn il-poplu jrid jiddiskuti u jrid ikollu l- opportunita` li jiskrutinizza.", "U t-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet li kull darba qegħdin nenfasizzaw minn din in-naħa tal-Kamra - mhux biex nirrepetu imma għaliex din għalina tant hija a core issue li ma nistgħux ma nibqgħux intambru bit-tama li forsi l-gvern jara d-dawl u anke bil-għan li l-poplu jkun jaf dan il-gvern x'qed iħawwad f'ismu - probabbli se tkun li hemm il-Public Accounts Committee fejn jista' jiġi skrutinizzat kollox.", "Imma aħna nafu kemm ħadna sodisfazzjon kull darba li morna quddiem il-PAC dwar diversi issues.", "Veru li jagħmel parti mill-Parlament imma hawnhekk hawn l-opportunita` biex l-imħuħ kollha li qed jirrappreżentaw lill-poplu tagħna kollu right across ikollhom l-opportunita` jiskrutinizzaw u jagħtu s- sehem tagħhom u jkunu viġilanti fl-aħjar interessi tal-poplu tagħna.", "Imma again, il-gvern Nazzjonalista għoġbu jiġi bil-proposta ta' twaqqif ta' awtorita` hawnhekk, li hija biss faċċata, idea biex taparsi ara kemm qed nikkonformaw ma' dak li jgħidu ta' l-Unjoni, biex nagħtu l-impressjoni li qed issir ħafna devoluzzjoni tal-poter imma fil-verita' l-poter jibqa' mija fil-mija f'idejn il-ministri u aktar u aktar f'idejn il-prim ministru.", "Mr. Speaker, kont qed nirriferi għall-messaġġ ħażin li qed ngħaddu lill- professjonisti u lill-experts fl-oqsma differenti ta' pajjiżna.", "Hawnhekk il- gvern reġa' ta bis-sieq opportunita' kbira malli reġa' ħa l-poter f'idejh f'Settembru ta' l-1998.", "Meta l-Partit Laburista ħa l-poter f'Ottubru ta' l- 1996 beda jaħdem biex iġib il-vera rikonċiljazzjoni nazzjonali, u mhux it- tip ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali farsa li tant konna nisimgħu biha qabel l-elezzjoni ta' Mejju ta' l-1987.", "Fl-1996 il-gvern laburista ta' Dr. Sant tefa' ruħu għax-xogħol biex isib din ir-rikonċiljazzjoni.", "Għalhekk jiena nsostni li l-gvern nazzjonalista' wara l-elezzjoni ta' Settembru ta' l-1998 rema' din l-opportunita u ma kompliex jaħdem fuq il-binarju li tant saħaq fuqu l-Partit Laburista fil-gvern.", "Il-gvern ta' Fenech Adami qed jerġa' jagħti bis-sieq opportunita' fejn jgħaddi l-messaġġ lill-poplu tagħna right across li qed nimmaturaw politikament, li hemm oqsma speċjalizzati fejn m'għandux ikollna l-politiku li jdeffes imnieħru, imma rridu nħarsu lejn il- kapaċitajiet ta' l-individwu li jista' jagħti l-aħjar f'dak il-qasam partikolari.", "Biżżejjed li għandna sitwazzjoni tal-biki, fejn għandek esperti li jinterpretaw l-affarijiet skond il-wiċċ ta' min ikun fil-gvern, interpretazzjonijiet differenti ta' sitwazzjonijiet li jekk tħares lejhom minn lenti oġġettiva għandek biss interpretazzjoni waħda.", "Kieku ried il- gvern preżenti bit-twaqqif ta' dawn l-awtoritajiet seta' ħataf l- opportunita' biex juri lill-professjonisti u lill-esperti f'dan il-pajjiż li mhux se jkollhom bżonn iħossuhom obbligati lejn il-gvern tal-ġurnata imma l-unika obbligazzjoni li se jkollhom tkun lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "Imma dan il-gvern ma kienx kapaċi jagħmel hekk u reġa' ta bis-sieq opportunita' fejn seta' jogħla 'l fuq mill-politika partiġġjana u jibda jgħin fit-tkabbir tal-maturita' politika ta' pajjiżna, jibda jgħin biex nimmaturaw fix-xogħol u fil-mod ta' kif naħdmu għall-poplu tagħna.", "Taha bis-sieq, hekk għoġbu, għax pupazzi ried.", "U jekk lil dawn l- awtoritajiet nagħmlulhom sigla, \"Puppet on a String\" ta' Sandy Shaw tkun l- aħjar waħda.", "M'hemmx sigla aħjar għall-iskop li għalih qed jitwaqqfu dawn l- awtoritajiet.", "Din hi sitwazzjoni tad-daħk u tal-biki fl-istess waqt.", "MR SPEAKER: Onor. Coleiro, ippermettili ninterrompik għax sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Issa nsejjaħ lill-Ministru Refalo biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Lulju 2000, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Għaqdiet Koperativi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tielet Qari; Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Mr Speaker, se nagħmel dan l-intervent biex inwieġeb għad-diskors li għamel l-Onor.", "Karmenu Vella nhar it-Tnejn li għadda.", "Għalkemm parti minn dan id-diskors kienet interessanti, kien hemm partijiet oħra li kienu partiġġjani għall-aħħar, konfużi u kontradittorji.", "Fil-qosor beħsiebni nagħti l-kummenti u t-tweġibiet tiegħi.", "L-ewwel domanda li għamel l-Onor.", "Vella kienet f'liema direzzjoni miexi t- turiżmu.", "Kieku l-awtorita' tat-turiżmu kienet għadha ma ppubblikatx il- pjan strateġiku għat-tliet snin li ġejjin kont nifhem il-mistoqsija, imma wara l-pubblikazzjoni u wara li l-Onor.", "Vella ġie kkonsultat dwar dan il- pjan strateġiku, ma nifhimx għaliex għandha titqajjem din id-domanda.", "It-tieni punt li għamel l-Onor.", "Vella kien dwar il-livell ta' occupancy tal-lukandi.", "Jien m'għamiltx bħalu u tkellimt ma' tlieta, erbgħa lukandi, imma tajt struzzjonijiet biex isir survey tal-qagħda attwali ta' kull lukanda flimkien mal-forecast tal-bookings konfermati għas-sajf.", "Jiġifieri mar-riżultati li għandi quddiemi, bħalma jiġri kull sena, għad irid ikun hemm iż-żidiet.", "Mis-survey irriżulta li lukandi b'sitt mija, tlett mija u mitt sodda huma mimlijin daqs bajda.", "Uħud minnhom għandhom problemi ta' overbooking imma hemm oħrajn ta' l-istess kategorija li għandhom occupancy level ta' 85%, 65% u xi drabi anke ta' 50%.", "Huwa tort tal-gvern li hawn lukandi overbooked u hawn oħrajn nofshom vojti?", "Jien naħseb li din il- qagħda tirrifletti l-livelli differenti tal-management tal-lukandi f'dak li huwa marketing.", "Pero' dak li ngħidu jien u l-Onor.", "Vella huwa biss opinjoni bbażata fuq l-istatistika waqt li l-managements tal-lukandi għandhom first hand knowledge ta' x'qed jiġri fl-azjenda tagħhom.", "Jista' jkun li n- nuqqasijiet li jeżistu f'xi lukandi jirriflettu x-xejra tas-suq li hawn fil- Mediterran, għaliex donnu li aħna ninsew li nagħmlu parti mill-Mediterran u ma nirrealizzawx li x-xejra tas-suq Malti hija x-xejra tas-suq Mediterranju.", "Imma fil-verita', ix-xejra tas-suq x'inhi?", "Quddiemi għandi suppliment dwar l-ivvjaġġar li ħareġ mas-\"Sunday Times\" ta' Londra tad-9 ta' Lulju li jgħid li fid-destinazzjonijiet kollha tal-Mediterran hemm mijiet ta' eluf ta' btajjel mhux mibjugħin.", "Jiġifieri jekk hawn Malta hawn xi lukandi li għad għandhom numru ta' sodod vojta - li skond l-istatistika li għandi quddiemi ma jidhirx li hawn ħafna - dan hu dovut ukoll għall-fatt li għandna din is-sitwazzjoni fid-destinazzjonijiet kollha tal-Mediterran.", "Jista' jkun li bħas-sena l-oħra jkun hemm xi inflazzjoni mis-suq Ingliż, fejn bir-reklamar li għamilna permezz tat-televiżjoni, sa Mejju tas-sena l- oħra kważi 70% tal-programmi tas-sajf ta' l-operaturi l-kbar kienu mibjugħin.", "It-travel trade gazette, li hija l-bibbja ta' l-outgoing travel ta' l- industrija tat-turiżmu Ingliż, fil-ħarġa ta' l-10 ta' Lulju qalet li \"summer sales disaster looms\".", "Issa dan l-istatement ma kienx qed jirreferi għal Malta imma għad-destinazzjonijiet kollha.", "Din il-gazzetta tat ħafna raġunijiet għaliex qalet hekk, u fosthom semmiet it-temp sabiħ li kien hemm fl-Ewropa, il-Euro 2000 u n-nuqqas ta' flus disponibbli fl- Ingilterra.", "L-Onor.", "Vella kellu raġun meta qal li Malta tinbiegħ tard ħafna u tibda' timtela' wara li jkun imtela' ħaddieħor, pero' jien naħseb li din is-sena l-late booking search m'hijiex se jkollha wisq effett fuq Malta, għax meta kullimkien għadu vojt, l-operaturi mhux se joqogħdu jħarsu lejn Malta biss, imma jħarsu lejn Spanja, il-Greċja, Franza, il-Portugal u Ċipru, fejn hemm exposure enormi ta' l-ajruplani, tal-pre-payment, tal- bookings u tal-commitments.", "Pero' l-Onor.Vella, filwaqt li qal li m'għandniex inħarsu lejn il-volum, qal li hu mħasseb dwar il-livelli ta' occupancy li awtomatikament jirriflettu l-volum, imma l-aħħar indikazzjonijiet ta' l-MTA huma li r-riżultat f'għeluq din is-sena se jkun viċin dawk tas-sena l-oħra.", "Mr. Speaker, jekk hawn xi ħadd li jaħseb li minn Settembru 1998 approvajna tant permessi li kif qal l-Onor.", "Parnis, il-planning authority iġġamjat, sejjer żball, u l-permessi li qed jingħataw bħalissa huma fuq l- istess kriterji li kienu jingħataw qabel.", "Fl-1994, meta jien kont responsabbli mill-NTOM, kont niġi mgħajjar li jien diriġista u illiberali għax ma konniex nagħtu permess lil dawk il-lukandi li ma kinux five-star biex jgħollu l-grade u għaliex iż-żieda tas-sodod konna nagħmluha verament bil-qies.", "Jien nistieden lill-Onor.", "Vella jgħidli x'għamel il-partit Laburista fit-22 xahar li dam fil-gvern biex iwaqqaf dak il-gelgul ta' permessi u approvazzjonijiet li sibt jien f'Settembru ta' l-1998.", "Mr. Speaker, fid-diskors ta' nhar it-Tnejn li għadda L-Onor.", "Vella reġa' semma' dak li ilu jgħid kemm fuq it-television kif ukoll fil-gazzetti, li l- gvern żbalja meta nieda l-proġett tal-White Rocks għaliex b'hekk se jiżdiedu elf sodda oħra.", "L-Onor.", "Vella żgur jaf f'liema stat kien il-White Rocks Holiday Complex, għaliex għamel 22 xahar ministru, allura bilfors li wieħed jistaqsi għadniex inħallu complex bħal dan jaqa' qisu Pompei jew għandniex nippruvaw nagħmlu użu minnu kif fil-fatt għamilna.", "L-Onor.", "Vella tkellem ukoll dwar il-growth rate u kkritika lill-awtorita' tat-turiżmu għax stabbiliet target ta' 3% meta fil-fatt qed jiżdiedu iktar sodod fis-sena.", "Jiena naħseb li l-Onor.", "Vella jaf li l-forecast ta' l- average dinji tal-growth sas-sena 2010 huwa ta' 3% fis-sena u l-average tal- Mediterran huwa ħafna inqas.", "Fil-fatt il-forecast tad-WTTC, jbassar li ż- żieda f'Malta sas-sena 2010 se tkun ta' 1% fis-sena.", "Dan ifisser li jkun għalxejn nagħmlu target ta' 10% jew 15%, għax kważi kważi anke target ta' 3% huwa ottimist iżżejjed.", "Jien naħseb li jekk l-Onor.", "Vella ried jakkuża lill-awtorita' b'xi ħaġa, missu akkużaha b'ottimiżmu mhux b'pessimiżmu.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Vella jiżbalja meta jkejjel il-volum.", "Ikun aħjar kieku jikkonsidra n-numru ta' guest nights minflok in-numru ta' turisti li jiġu, għaliex għalkemm l-uniku kejl li jeżisti f'moħħ il-ġurnalisti u f'moħħ dawk li jridu jieħdu linja partiġġjana huwa n-numru ta' turisti, fir- realta' dak li jagħmel il-qligħ, li jgħolli l-occupancy level u jindika li l-pajjiż miexi 'l quddiem huwa l-ammont ta' guest nights.", "L-istatistika turi li bejn l-1993 u l-1999, l-ammont ta' guest nights kull sena kien ta' bejn wieħed u ieħor 11-il miljun.", "L-unika darba li rnexxielna naqbżu t-12- il miljun kien fl-1992.", "Fil-qasam tat-turiżmu, il-mira tagħna għandha tkun li nżidu n-numru ta' guest nights.", "Huwa veru li hemm konnessjoni bejn il- guest nights u l-volum ta' turisti, speċjalment meta qed jirriżulta li l- volum qed jonqos kull sena għax il-profil tat-turiżmu għal Malta m'għadux daqstant immirat lejn package travel ta' ġimgħa jew ġimgħatejn, u allura l- average length of stay jonqos imma meta wieħed iħares lejn id-dħul ras imb'ras ta' kull sena jara li avolja jkun hemm in-nuqqas fil-medja tal- guest nights, l-ammont ta' turisti jħallu dħul tajjeb.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ż-żieda fin-numru tal-lukandi ma tfissirx żieda fin-numru ta' turisti.", "L-iktar fattur determinanti m'huwiex in-numru ta' sodod available f'dik id-destinazzjoni partikolari.", "F'dawn l- aħħar għaxar snin aħna kellna qabża fil-kwalita' ta' sodod, u fil-fatt iż- żidiet li kellna kienu kollha five-star u four-star.", "Kien hemm ukoll ftit three-star li nvestew u saru four-star.", "Il-kumment ta' xi gazzetti li l- five-star hotels qed jagħtu xi konċessjonijiet fis-sajf m'hijiex xi aħbar ta' din is-sena biss.", "Ix-xogħol tal-five-star hotels huwa li jilqgħu konferenzi, incentives u meetings, u huwa għalhekk li fix-xitwa jkunu mimlijin iktar minn lukandi oħra.", "Peress li t-tour operators ma jaħdmux fuq il-five-star hotels daqs kemm jaħdmu fuq il-four-star u t-three star hotels, ovvjament ikollhom il-vojt ukoll u għalhekk jirriklamaw packages vantaġġużi għat-turisti kif ukoll weekend breaks għall-Maltin stess.", "L-iktar fattur importanti huwa l-ammont ta' seats fl-ajru, u jien ma nistax nifhem x'qed iżomm lill-Air Malta milli żżid il-flights.", "M'inix qed ngħid li l-Air Malta għandha tespandi, għaliex kollox iqum il-flus, imma kieku l-Air Malta ma tkunx marbuta bl-air services agreement, kieku fl- Ewropa nkunu nistgħu mmorru fejn irridu u meta rridu.", "Jekk nidħlu fl- Unjoni Ewropea biss ikollna din l-opportunita', imma l-Onor.", "Vella u l- partit tiegħu huma kontra din is-sħubija.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel hu li l-Onor.", "Vella tkaża għax il-prezzijiet tal-btajjel lejn Malta huma għoljin, anke jekk nissussidjaw permezz tat- TOSS.", "Jien nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Vella jekk huwiex jinnota li s-siwi tat-TOSS m'huwiex qed jidher daqs kemm wieħed jixtieq.", "Naħseb li l-Onor.", "Vella ma jafx ukoll li l-Ingilterra timponi taxxa ta' Stg.60 għal kull erba' persuni li jivvjaġġaw lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "Kieku aħna nissieħbu f'din l-unjoni nkabbru l-kompetittivita' bi 12%.", "Bħall-Onor.", "Vella, se nagħlaq id-dikors tiegħi b'offerta ta' għajnuna.", "Jien qatt ma rrifjutajt li nikkonsulta' ma' xi ħadd, u għalhekk lest li nisma' dak kollu li l-Onor.", "Vella jixtieq li jiddiskuti miegħi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nhar l-Erbgħa filgħaxija l-Onor.", "Jose' Herrera fl-opinjoni tiegħi għamel diskors kemmxejn stramb.", "L-istramberija ta' dan id-diskors ma kinetx f'dak li qal l-Onor.", "Herrera, għaliex tkellem fuq materji pubbliċi, dikjarazzjonijiet, kuntratti u affarijiet oħra li huma fid-domain pubbliku, imma kien il-fatt li sar dak id-diskors.", "Minn nhar l-Erbgħa filgħaxija sal-lum informajt ruħi fuq l- affarijiet kemm b'mod moħbi kif ukoll fil-beraħ.", "Ma naħsibx li wasalt sal- qiegħ pero' se nkompli ninvestiga u nara eżattament x'inhu jiġri minn ċerti klikek li hawn ġew rabbew l-għeruq biex nara kif dan il-parlament qed jiġi użat.", "S'issa, minn informazzjoni li ngħatajt irriżulta li l-kuntratti saru kif qal l-Onor.", "Herrera, jiġifieri erbat ijiem wara l-elezzjoni ta' l-1998, imma kienu negozjati qabel ma tħabbret l-elezzjoni ta' l-1998.", "Jiġifieri dawn il-kuntratti li dwarhom l-Onor.", "Herrera għamel bosta mistoqsijiet legali li nittama li xi darba nkun nista' nweġibhom, saru fi żmien ministri Laburisti u fiż-żmien meta l-bank kien immexxi minn amministraturi Laburisti.", "Għalhekk, jekk l-Onor.", "Herrera għandu xi diffikulta' fuq dawn il- kuntratti, ikun aħjar jekk jistaqsi lis-Sur Reno Borg li kien iċ-chairman ta' dak iż-żmien, u lin-nies ta' madwaru.", "Mr Speaker, illum drajna l-insinwazzjonijiet tal-Partit Laburista, għalkemm l-Onor.", "Herrera qal li ma kien qed jakkuża lil ħadd.", "Mhux bilfors, jekk m'hemmx x'takkuża!", "Kif diġa' għedt, jekk ried ikun jaf għaliex dawk il-kuntratti saru b'dak il-mod, missu staqsa lil sħabu li kienu jmexxu l-bank dak iż-żmien.", "Mr Speaker, jiena qomt biex nitkellem għaliex l-Onor.", "Herrera semma' membri tal-familja tiegħi u nsinwa li sar xi intervent politiku minn xi ħadd.", "L-Onor.", "Herrera jmissu jinforma ruħu sew għaliex jidher ċar li ma sar xejn ta' barra minn hawn fit-trasferiment ta' assi u ta' liabilities li saru minn kumpannija għall-oħra, u l-bank dejjem baqa' kopert għad-djun li kien qed jgħaddi.", "L-istramberija tad-diskors ta' l-Onor.", "Herrera hija għaliex ġie hawnhekk biex jitkellem dwar it-transazzjonijiet bankarji ta' persuna privata.", "Irriżultali wkoll li quddiem il-qorti hemm każijiet oħrajn, fosthom dak bejn il-Mixer Ltd. u s-Sur Charlie Magri li qed jiġi difiż mill-uffiċċju ta' l-Onor.", "Jose' Herrera.", "Imma l-Onor.", "Herrera ma ġiex jgħidilna x'interessi għandu fil-każi li qed imexxi hu, imma ġie jiddiskuti każi privati li meta wieħed jistudja d-dokumentazzjoni tagħhom isib li m'hemm xejn ħażin fihom.", "Allura dan ifisser li l-Onor.", "Herrera qed jipprova juża dan il-parlament bħala estenzjoni ta' l-uffiċċju ta' l-avukatura tiegħu?", "Mr Speaker, huwa dan li qed isir f'dan il-parlament?", "Iktar minn hekk, fil-qorti hemm każ ieħor bejn Mixer Ltd. u s-Sur Joe Gaffarena fejn dan ta' l-aħħar qed jgħid li għandu jieħu Lm200,000 mingħand Mixer Ltd. filwaqt li Mixer Ltd. qed tgħid li għandha tieħu Lm300,000 mingħand Joe Gaffarena.", "L-avukat difensur tas-Sur Gaffarena ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat idur il-kurituri tal-qorti u jkellem avukati bil-ħsieb li jekk Mixer Ltd. ma jċedux il-każ tagħhom, l-Onor.", "Jose' Herrera li għandu l-karti kollha se jxandar kollox fil-parlament.", "Dan ifisser li issa dan il- parlament qed isir il-medium li permezz tiegħu nheddu lin-nies.", "Qed jintuża bħala martell biex fejn l-għajjat u t-twerwir ma jasalx, nipprovaw naslu bir-rikatt.", "Aħna għandna ninvestigaw każi bħal dawn, u jien se nagħmel dan mhux rigward dan il-każ biss, għaliex qed jirriżulta li hemm każijiet oħrajn li diġa' ssemmew f'dan il-parlament u li fihom intużaw l-istess tattiċi.", "Issa fil-ftit ħin liberu li se jkolli fis-sajf se nidħol fid-dettall ta' dawn l- affarijiet u nara eżattament x'inhu jiġri, min hu involut, min qed jgħin lil min - għaliex persuna qed tgħin lill-oħra - u jekk hemmx xi biċċa art kbira fil-Baħrija li qed tiġi nnegozjata ma' membri f'dan il-parlament.", "Imma meta nitkellem jien mhux se nitfa' insinwazzjonijiet bl-addoċċ.", "Irrid ngħid li min jeħel ikun weħel għax jien se nitkellem fuq il-fatti li nkun ġbart u poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ġimgħa 21 ta' Lulju, 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORAL IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - TESTIJIET TAL-BREATHALYSER", "18007.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Kemm twaqqfu vetturi mill-pulizija biex isiru testijiet tal-breathalyser fuq is- sewwieqa fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kemm irriżultaw fil-pożittiv?", "Kemm kien hemm barranin involuti?", "Kemm kien hemm persuni li ma kenitx l-ewwel darba li twaqqfu mill- pulizija u nstabu pożittivi għax-xorb alkoħoliku?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul l-ewwel sitt xhur ta` din is- sena kien hemm 55 sewwieq (erba' minnhom kienu barranin) li l-pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv.", "Minn dan in-numru ta` testijiet, 48 irriżultaw pożittivi, li kollha nstabu hekk għall-ewwel darba għajr wieħed.", "SPTARIJIET STATALI - TOBBA", "18008.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin impjegati ma' l-Istat?", "F'liema settur qegħdin jaħdmu?", "Meta ġew ingaggati għal ewwel darba?", "Ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa hija kif ġej:", "|Nazzjonal|Nru.|Settur |Data ta' | |ita' | | |meta ġie | | | | |ngaġġat | |Awstralja|1 |Radjoloġ|16.08.99 | | | |ija | | |Bosnija |5 |Anestesi|20.06.94 | | | |ja | | | | |Anestesi|21.03.94 | | | |ja | | | | |Kirurġij|01.08.94 | | | |a | | | | |Ortopedi|25.04.94 | | | |ja | | | | |Radjoloġ|15.11.93 | | | |ija | | | | | | | |Maċedonja|1 |Radjoloġ|11.06.95 | | | |ija | | |Olanda |1 |Kirurġij|01.03.97 | | | |a | | |Polonja |12 |Anestesi|30.05.90 | | | |ja | | | | |Anestesi|22.09.92 | | | |ja | | | | |Anestesi|21.01.94 | | | |ja | | | | |Anestesi|01.05.95 | | | |ja | | | | |Anestesi|16.12.99 | | | |ja | | | | |Anestesi|03.07.92 | | | |ja | | | | |Anestesi|13.12.89 | | | |ja | | | | |Kirurġij|17.03.92 | | | |a | | | | |Kirurġij|30.10.93 | | | |a | | | | |Kirurġij|26.02.80 | | | |a | | | | |Patoloġi|30.08.94 | | | |ja | | | | |Radjoloġ|13.08.89 | | | |ija | | | | | | | |Repubblik|5 |Anestesi|25.09.97 | |a Ċeka | |ja | | | | |Anestesi|22.08.89 | | | |ja | | | | |Anestesi|07.03.95 | | | |ja | | | | |Oftalmol|06.01.92 | | | |oġija | | | | |Radjoloġ|06.01.200| | | |ija |0 | | | | | | |Repubblik|11 |Anestesi|19.03.92 | |a | |ja | | |Slovakka | | | | | | |Anestesi|22.08.97 | | | |ja | | | | |Anestesi|27.07.92 | | | |ja | | | | |Anestesi|15.12.99 | | | |ja | | | | |Anestesi|23.03.97 | | | |ja | | | | |Kirurġij|26.01.200| | | |a |0 | | | |Ortopedi|14.08.93 | | | |ja | | | | |Ortopedi|05.06.88 | | | |ja | | | | |Ortopedi|08.01.89 | | | |ja | | | | |Radjoloġ|17.05.200| | | |ija |0 | | | |Radjoloġ|29.11.85 | | | |ija | | | | | | | |Renju |1 |Kirurġij|01.04.95 | |Unit | |a | | | | | | | |Yugoslavj|6 |Anestesi|30.10.95 | |a | |ja | | | | |Anestesi|20.11.95 | | | |ja | | | | |Anestesi|27.02.94 | | | |ja | | | | |Anestesi|10.04.200| | | |ja |0 | | | |Ortopedi|28.02.94 | | | |ja | | | | |Ostetriċ|29.11.93 | | | |ja u | | | | |Ġinekolo| | | | |ġija | | |TOTAL | | |43 |", "INTERNET", "18009.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitbaxxew it- tariffi tat-telephone għal użu ta' l-internet, speċjalment matul tmiem il- ġimgħa (is-Sibt u l-Ħadd), fejn it-tariffi huma għolja għal dawk, speċjalment studenti, li jridu jużaw l-internet għat-tagħlim?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-tariffi tat-telefon għall-użu ta` l-internet diġa' jgawdu minn tnaqqis sostanzjali permezz ta` skema mnedija mill-Maltacom fl-1998 u magħrufa bħala websave.", "B din l-iskema, li toffri tlett kategoriji ta` pagamenti skond is-servizz magħżul, subscribers ta` l- internet jħallsu għall-użu tal-linja pulse free, irrispettivament mill-ħin li jdumu jużaw l-internet.", "Il-Maltacom toffri din l-iskema mhux għas- sussidjarja tagħha biss iżda wkoll għal diversi internet service providers oħra.", "LOTTERIJI - BEJGĦ", "18010.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kien il-bejgħ fi flus ta': biljetti tas-Super Five; Lottu tas-Sibt; Lotterija Nazzjonali; lotteriji oħra bħal Presto?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-bejgħ fi flus ta' biljetti matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien kif ġej:", "|Super Five |Lm4,014,589 | |Lottu tas-Sibt |Lm5,660,843 | |Lotterija |Lm 543,220| |Nazzjonali | | |Tiritombla |Lm 215,674| |Presto |Lm 415,317|", "MINISTERU GĦALL-POLITKA SOĊJALI - KONSULENTI BARRANIN", "18107.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n- numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - KONSULENTI BARRANIN", "18109.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - KONSULENTI LOKALI", "18110.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SAĦĦA - KONSULENTI", "18111.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000?", "Jista'jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet irċevew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX - KONSULENTI LOKALI", "18125.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm jammonta n-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000?", "Tista' tgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Tista' tgħid x'salarji u kondizzjonijiet irċevew?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "TURIŻMU - KONSULENTI", "18126.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000?", "Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jgħamlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet irċevew?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BIĊĊERIJA - MAJJAL", "18158.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża n-nuqqas ta' piż fil-qatla tal- majjal fil-biċċerija?", "Kemm fil-fatt naqas il-piż u kemm jirriżulta f'ċifra ta' flus li qed jitilfu l-produtturi tal-majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "PRODOTTI ESPORTATI - EŻENZJONI TAD-DAZJU", "18159.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Malta ma bbenefikatx miż-żieda fl-eżenzjoni tad-dazju fuq prodotti esportati minn Malta lejn il-pajjiżi ta' l-UE kif ibbenefikaw mill-1 ta' Lulju ta' din is-sena l-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-UE ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant?", "Meta għamel din it-talba l-Gvern Malta lill-UE?", "ONOR.", "JOE BORG: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant il-materja ta' dazji fuq prodotti esportati mill-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant lejn l- Unjoni Ewropea hija parti essenzjali mill-Europe Agreements li kull pajjiż għandu individwalment mall-Unjoni Ewropea.", "Il-ftehim bejn il-pajjiżi ta' l- Ewropa Ċentrali u ta' l-Lvant u l-Unjoni Ewropea dwar tnaqqis ta' dazji fuq prodotti agrikoli u prodotti agro-industrijali jifforma parti mill-Europe Agreements, li jipprovdu għall-integrazzjoni tas-swieq tal-pajjiżi konċernati ma dawk tal-Unjoni Ewropea li kienu iffirmati xi snin ilu.", "Mill- 1 ta' Lulju ta' din is-sena, il-kummissjoni ħabbret li ser tħaffef il-pass ta' din l-integrazzjoni.", "Fil-każ ta' Malta din il-materja hija parti mill-Association Agreement.", "Aktar kmieni din is-sena, l-Gvern reġa ħa l-inizjattiva li jiftaħ diskussjonijiet mal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex jinnegozja pakkett għat-tnaqqis ta' dazji fuq prodotti esportati lejn l-Unjoni Ewropea bħalma kien għamel qabel l-elezzjoni tal-1996.", "Diġa' saru laqgħat kemm mal- korpi kostitwiti kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea u dwar dan it-taħdidiet mal-kummissjoni għadhom fil-bidu tagħhom.", "Irrid inżid ukoll li ebda ftehim ma jkun jorbot qabel dan ikun miftiehem kemm mal-kummissjoni kif ukoll mal- pajjiżi membri.", "BDIEWA/RAĦĦALA/SAJJIEDA - BOLLA", "18160.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha tiżdied in-nefqa tad- dipartiment mill-1 ta' Jannar 2000 sabiex jitħallsu ż-żidiet tal-bolla li tiġi ssussidjata lill-bdiewa, raħħala u sajjieda?", "Jista' jgħid kemm kien separatament in-numru tal-bdiewa, sajjieda u raħħala u prodotturi li matul 1999 irċevew il-benefiċċju tal-ħlas ta' nofs il-bolla tas-sigurta' nazjonali?", "Kemm kien in-numru ta' talbiet li ġew rifjutati fl-istess perjodu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, dan id-dipartiment ikun jaf iż-żieda fin-nefqa tal-ħlas ta' nofs il-bolla li tiġi sussidjata lill- bdiewa, raħħala u sajjieda wara li l-applikazzjonijiet jiġu verifikati.", "Dan hu proċess twil u jieħu sa l-aħħar ta' Ottubru.", "B'riferenza għat-tieni domanda, bħal ma diġa weġibtu fil-mistoqsija parlamentari numru 13998, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tinżamx statistika separata ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li bbenefikaw mill-għajnuna fuq is-sigurta soċjali.", "Matul l-1999 kien hemm 1,028 applikant.", "Ma ġietx irrifjutata l-ebda talba għall-għajnuna.", "BDIEWA/PITKALA U BEJJIEGĦA TAL-ĦAXIX", "18161.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li ħafna bdiewa, pitkala u bejjiegħa tal-ħaxix qed jilmentaw li l-kaxxi tal-ħaxix u l-frott m'huwiex jinħaslu u ċioe' il-ftit li qed jinħaslu qed jingħataw lil xi wħud partikolari, jista' l-Ministru jinvestiga dan l-ilment?", "Jista' jagħti breakdown ta' kemm inħaslu kaxxi xahar b'xahar mill-ewwel tas-sena 'l hawn?", "Jista' jgħid kemm huwa stmat in-numru ta' dawn il-kaxxi tal-ħaxix u frott fil-mument u kemm minn dawn qed jiġu wżati?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat mill- Pitkalija illi minn stħarriġ li għamel jirriżulta li dak li qal l-Onor.", "Interpellant, cioe' li l-kaxxi tad-dugħ mhux qed jinħaslu mhux korrett.", "Il- figuri ta' hawn taħt juru l-ammont ta' kaxxi li jinħaslu mill-Pitkali Crates Ltd. kull xahar:", "|Sena |Kwantita | |2000 | | |Jannar |104,500 | |Frar |107,000 | |Marzu |122,500 | |April |129,900 | |Mejju |119,300 | |Ġunju |76,400 |", "Mill-figuri ta' hawn fuq jidher li f'Ġunju nħaslu inqas kaxxi mix-xhur l- oħra.", "Dan għaliex bħalissa hawn kwantita kbira ta' dulliegħ li għalihom ikun hemm bżonn ta' ħafna kaxxi mill-kbar.", "Jekk, kontra kull proċedura, il- kaxxi jibdlu l-idejn mingħajr ma jgħaddu biex jinħaslu, jista jkun hawn fis- suq xi kaxxi li ma jkunux nodfa biżżejjed.", "In-numru ta' kaxxi fiċ-ċirkulazzjoni bħalissa hija ta' 450,000.", "MAJJAL - QATLA", "18162.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-qatla tal-majjal niżlet minn 2,340 ras tal-majjal fil-ġimgħa għal 1,600 ras tal-majjal fil-ġimgħa?", "Kemm jirriżulta f'ċifra ta' flus dan it-tnaqqis fil-qatla ta' rjus tal- majjal?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - KAŻIJIET PENDENTI", "18163.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' każijiet pendenti lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għandu quddiemu fil-preżent dwar bini kkundannat u li fih għadhom joqogħdu n-nies?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet imsemmija li jiġu rimedjati fis- sitt xhur li ġejjien?", "F'liema partijiet ta' Malta u Għawdex jinsabu dawn ir-residenti li qed jgħixu f'bini kkundannat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li hemm 381 applikazzjoni pendenti minn persuni li ddikjaraw li għandhom periklu fl-abitazzjoni.", "Il-lokalitajiet minn fejn ġejjin dawn l-applikazzjonijiet huma kif jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "Minkejja li d-dipartiment konċernat jipprova jagħmel dak kollu possibbli biex inaqqas u jelimina dawn il-pendenzi, l-Onor.", "Interpellant jifhem li mhux possibbli ngħid kemm il-każ se jiġi rimedjat matul is-sitt xhur li ġejjin.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KORPORAZZJONIJIET", "18238.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KORPORAZZJONIJIET", "18238.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji u istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-INTERN - KORPORAZZJONIJIET", "18239.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, isitituzzjonijiet u kwalunkwe korporazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li mit-tipi ta` entitajiet imsemmija fl-ewwel parti tal-mistoqsija, hi l-Awtorita` ta` l- Ippjanar li ġiet imwaqqfa bl-Att Nru. 1 ta` l-1992 fit-28 ta` Ottubru, 1992 li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern.", "Is-salarji u fringe benefits annwali li jieħdu ċ-chairperson u d-direttur huma hekk kif ġej :", "Chairperson tal-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar", "Lm8,000 salarju; Re-imbursement u/jew ħlas ta` spejjeż ta` telephone; L-użu ta` karozza ta` l-awtorita` bil-petrol imħallas.", "Direttur", "Diġa` ngħataw id-dettalji fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17678.", "L-istess direttur qabel kien impjegat bħala assistent direttur direttament responsabbli għall-Planning Services Division fi ħdan il- Ministeru ta` l-Infrastruttura.", "TRASPORT - KORPORAZZJONIJIET", "18240.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "TURIŻMU - KORPORAZZJONIJIET", "18241.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu impjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Informat li l-informazzjoni mitlub qegħda tinġabar, kif jistlesta l-proċess tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "EDUKAZZJONI- KORPORAZZJONIJIET", "18242.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa?", "Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ- chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?", "Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l- aħħar?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RAĦAL ĠDID - SIĠAR", "18288.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Raħal Ġdid mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi t-taħwil li sar f'Raħal Ġdid fl- 1999 huwa spjegat kif isegwi:", "|Speċi |Kwantita' | | | | |Casuarina |15 | |Ceratonia | 6 | |Cupressus |80 | |Ficus |60 | |Lantana |14 | |Phoenix |70 | |Pinus |46 | |Pittosporum |60 | |Rosamarinus |6 | |Schinus |6 | |Washingtonia |10 | |Total |373 |", "GUDJA - SIĠAR", "18289.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Gudja mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tħawwil ta' siġar u xogħol ieħor ta' din in-natura f'din il-lokalita' ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura għaliex il-kunsill lokali għandu arranġamenti oħrajn.", "MARSA - SIĠAR", "18290.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar fil-Marsa mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi t-tħawwil li sar fil-Mosta fl- 1999 huwa kif isegwi :", "|Speċi |Kwantita'| |Casuarina|6 | |Cercis |6 | |Cupressus|6 | |Ficus |6 | |Oleander |225 | |Sterculia|22 | |Total |271 |", "SANTA LUĊIJA - SIĠAR", "18291.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Santa Luċija, mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat illi t-taħwil li sar f'Santa Luċija fl-1999 huwa kif isegwi :", "|Speċi |Kwantita'| | | | |Dadonea |20 | |Daisy |4 | |Fig |12 | |Lantana |130 | |Olives |6 | |Phonenix |4 | |Stocks |500 | |Total |676 |", "TARXIEN - SIĠAR", "18292.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Minsitru jgħid kemm tħawwlu siġar f'Ħal Tarxien mid- Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1999?", "X'tip kienu u fejn tħawwlu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-taħwil ta' siġar u xogħol ieħor ta' din in-natura f'din il-lokalita' ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l- Agrikoltura għaliex il-kunsill lokali għandu arranġamenti oħrajn.", "DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - KUNTRATTURI", "18293.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti dovuti lill-kuntratturi mid- dipartimenti kollha tal-gvern, in partikolari d-dipartiment tad-drenaġġ, għal xogħlijiet li diġa' saru mill-1995 'il hawn?", "X'inhu jżomm lill-gvern milli jħallas dak dovut meta ħafna mill- kuntratturi qegħdin lura is-snin fil-ħlasijiet mill-gvern?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbilta' għall-ħlas lill-kuntratturi hija ta' dak id-dipartiment li għalih ikun sar ix-xogħol.", "F'dan il-każ partikolari d-Dipartiment tad-Drenaġġ jagħmel parti mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent.", "TEŻOR - LM10 TAL-ĦOBŻ", "18302.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha sal-lum ma ħaditx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tat- Teżor ħa l-passi neċessarji biex il-pagament ta' Lm10 jitħallas mill-aktar fis possibbli.", "SAĦĦA - KANĊER TAL-ĠILDA", "18304.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti l-istatistika ta' kanċer tal-ġilda f'Malta u Għawdex għal perijodu 1989-1999?", "Jista' jagħti wkoll din l-istatistika b'riferenza għal posta ta' residenza tal-pazjenti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li n-numru ta' każijiet ta' kanċer tal- ġilda f'Malta u Għawdex irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer għall-perijodu 1989 - 1999 skond il-post ta' residenza huma murija fit- tabella ta' hawn taħt, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PULIZIJA - LOGĦOB ILLEGALI", "18323.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm qegħdin jinqabdu nies in konnessjoni ma' logħob illegali f'Malta u Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l- perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.", "QRATI - KAWŻI PENDENTI", "18324.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-figuri ta' kawżi pendenti, dawk ċivili u dawk kriminali, għas-snin mill-1995 sal-lum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.", "TATTOOERS", "18338.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid: kemm hawn tattooers/tattooists liċenzjati f'Malta u f'Għawdex?", "Isiru superviżjonijiet biex dawk liċenzjati li jagħmlu tattooes fuq in-nies, jassiguraw li jagħmlu hekk mingħajr riskju ta' infezzjoni lil klijenti tagħhom, fosthom cross infections?", "Hemm leġislazzjoni li tipprojbixxi li jsiru tattooes fuq tfal ta' taħt is-16-il sena?", "Jekk ir- risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3 hi fl-affermattiv, inqabdux każi fejn saru tattooes fuq tfal taħt l-eta' elenkata fil-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tattwaġġ tal-ġilda huwa rregolat b`Kapitlu 270 tal-Liġijiet ta` Malta.", "Liċenzji taħt dan l-att jinħarġu mill-Ministru responsabbli għas-Saħħa Pubblika.", "Informat ukoll li l- Pulizija toħroġ liċenzji tan-negozju skond l-artikolu 181 tal-Liġijiet tal- Pulizija, u fil-preżent hawn erba' postijiet tan-negozju taħt din il- genere.", "Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija ninsab informat li skond il-liġi tattwaġġ fuq persuna taħt it-18-il sena hu projbit.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.", "PAOLA - XOGĦLIJIET", "18364.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jara li jiġi nforzat ħajt tat-triq li dettalji dwarha qed jidhru separatament, peress li jmissu ma' l-oqbra ta' Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Paola, u li l-inkwilini ma jistgħux imissuh minħabba l-valur storiku tiegħu?", "Jistgħu ħaddiema tad-dipartiment jieħdu l-azzjoni meħtieġa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17791 (Seduta Nru. 341).", "WSC - KUNTRATTURI", "18366.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17941, jista' l-Ministru, jekk hu possibbli, jagħti l-informazzjoni għall-inqas mill-1999 sal-lum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17941 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.", "Intenni li għandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li bilfors tinvolvi ħafna xogħol sabiex tinġabar.", "MEDIA - TAPES", "18368.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, kemm intalbu, mid-dekasteru li hu responsabbli, kopji ta' tapes ta' items minn stazzjonijiet tar-radju u/jew televiżjoni?", "Minn liema stazzjonijiet intalbu?", "X'inhi r-raġuni li qed jintalbu dawn it-tapes?", "Kemm jitħallas kull stazzjon għal kull servizz?", "Kemm tħallas kull stazzjon mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum għal dawn is-servizzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MEDIA - TAPES", "18368.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum, kemm intalbu, mid-dekasteru li hu responsabbli, kopji ta' tapes ta' items minn stazzjonijiet tar-radju u/jew televiżjoni?", "Minn liema stazzjonijiet intalbu?", "X'inhi r-raġuni li qed jintalbu dawn it-tapes?", "Kemm jitħallas kull stazzjon għal kull servizz?", "Kemm tħallas kull stazzjon mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum għal dawn is-servizzi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FISH FARM - PERMESSI", "18369.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru gjgħid meta ħareġ il-permess li tinbena fish farm 'il barra mill-ponta tal-Qawra?", "Għal liema tip ta' ħut inbniet din il-fish farm?", "X'tip ta' ikel hemm permess li jiġi mitmugħ il-ħut li se jitkabbar f'din il-fish farm?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-permess li qed jirriferi għalih kien inħareġ mill-Awtorita ta' l-Ippjanar fit-18 ta' Mejju, 2000.", "Din id-deċiżjoni kienet ingħatat pubbliċita' fil-\"media\" lokali kollha.", "Dan il-proġett jinvolvi trobbija ta' tonn.", "Dan it-tonn jintema vopi, sawrell, kavalli u tutli friski meta jkun hemm għall-bejgħ fil-pixkerija u tal-friża meta ma jkunx hemm għażla oħra.", "MAGĦTAB - MIŻBLA", "18370.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu biex il-miżbla tal-Magħtab ma tibqax testendi lejn il-kosta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li biex ma tintużax aktar art lejn il-kosta, l-iskart qiegħed jiġi depożitat fuq dak eżistenti biex jintuża l-ispazju vertikali.", "IMPJEGATI - KUNTRATTI", "18371.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti lijiġu mġiegħla jiffirmaw dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li jintgħażlu biex iservu bħala permanent secretary, direttur ġenerali, direttur?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mill-1992 'il quddiem il-ħatriet ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u issa anki ta' Assistenti Diretturi isiru fuq bażi ta' Performance Agreement u dan jidħlu għalih għax ikunu jridu u mhux għax ikunu mġiegħla.", "Ma jidhirlix li hu prudenti li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-agreements.", "SERVIZZ PUBBLIKU - SICK LEAVE", "18372.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk skond ir-riforma taċ-ċivil, il-ġranet li nma jittieħdux bħala sick leave fl-aħħar erbgħa snin qabel jirtiraw mix-xogħol jistgħu jiġu meħuda bħala ġurnata leave għal kull jumejn sick leave li ma jkunux ittieħdu?", "Jekk fl-affermattiv, din tapplika għas-suldati, għall- pulizija u għall-membri tal-protezzjoni ċivili?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skond iċ-Ċirkolari OPM/38/98 maħruġa fit-18 ta' Diċembru 1998, hemm żewġ skemi ġodda li jittrattaw fuq akkumulazzjoni ta' sick leave.", "Dawn huma:", "1.", "Skema ta' accumulation of sick leave.", "Uffiċjali pubbliċi li m'humiex intitolati għal-sick leave ta' 182 ġurnata jistgħu jġorru nofs is-sick leave li ma jkunux utilizzaw fl-aħħar erbgħa snin sabiex jużawhom f'każ ta' mard serju jew jekk ikollhom bżonn jidħlu l-isptar.", "2.", "Skema ta' pre-retirement leave.", "Uffiċjali pubbliċi li jirtiraw bl-eta' jistgħu jieħdu massimu ta' tliet xhur leave bi ħlas bħala pre-retirement leave li jridu jittieħdu fuq bażi kontinwa u mmedjatament qabel ma jirtiraw.", "Dawn it-tliet xhur jinħadmu fuq is-sick leave b'paga sħiħa li l-uffiċjali ma jkunux utilizzaw minn mindu daħlu mal-gvern.", "L-uffiċjali jistgħu jġorru għal dan l-iskop mhux aktar minn ħmistax il-ġurnata pre-retirement leave għall kull sena kalendarja fuq bażi ta' ġurnata pre-retirement leave għal kull jumejn sick leave bi ħlas sħiħ li ma jkunux utilizzaw.", "Dawn l-iskemi tal-pre-retirement leave u tal-accumulation of sick leave japplikaw biss għal uffiċjali pubbliċi.", "Għalhekk is-suldati ma jibbenefikawx minn dawn l-iskemi.", "UNIONS - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "18374.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jelenka l-lista ta' azzjonijiet industrijali li ttieħdu minn kull union jew għaqda tal-ħaddiema versus id-dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jgħid kemm f'kull każ damu dawn l-azzjonijiet industrijali?", "Jista' jgħid kemm-il avviż ta' azzjoni industrijali minn kull għaqda tal-ħaddiema rċieva d-dipartiment li fl-aħħar wassal biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni qavel ittieħdu l-azzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ma zzommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "UNIONS - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "18374.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jelenka l-lista ta' azzjonijiet industrijali li ttieħdu minn kull union jew għaqda tal-ħaddiema versus id-dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jgħid kemm f'kull każ damu dawn l-azzjonijiet industrijali?", "Jista' jgħid kemm-il avviż ta' azzjoni industrijali minn kull għaqda tal-ħaddiema rċieva d-dipartiment li fl-aħħar wassal biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni qavel ittieħdu l-azzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDRENS' ALLOWANCE", "18381.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif iċ-childrens allowance ta' din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament għadha ma rċevithomx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-persuna konċernata diġa' ntbagħtitilha l-allowance tat-tfal.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - CHILDRENS' ALLOWANCE", "18382.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif iċ-childrens' allowance ta' din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevithomx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-persuna konċernata diġa' ntbagħtitilha l-allowance tat-tfal.", "DJAR - GĦAJNUNIET", "18388.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk koppja li xtrat dar tal-gvern ħafna snin ilu b'mezz sussidjat tikkwalifikax taħt l- iskema għall-għoti ta' l-għajnuna mill-Awtorita' tad-Djar għat-tiswija tad- djar okkupati mis-sidien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar persuna ma tikkwalifikax biex tapplika jekk tkun diġa':", "(a) ibbenefikat minn xi għajnuna taħt dik li kienet magħrufa bħala \"l- iskema tal-Home Ownership, jew minn xi għajnuna oħra biex persuni jiġu mħajra jsiru sid darhom mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jew mid-Dipartimen ta' l-Art jew mill-Awtorita' jew minn uħud minnhom flimkien.", "Iżda f'każ li waħda/wieħed mill-persuni li tkun qed tapplika:", "(1) tkun ħassret għerusija preċedenti li a bażi tagħha tkun hekk ibbenefikat u wieħed/waħda minn dawn il-partijiet tkun ittrasferixxiet lil parti l-oħra d-drittijiet fuq il-proprjeta' li fuqha tgawda s-sussidju (u s- sussidji gawduti jkunu ġew kollha rifużi), u hi/hu huwa/hija issa għarus/a jew iżżewweġ lil persuna oħra li magħha issa qed jissottometti l- applikazzjoni taħt dan l-avviż;", "jew", "(2) li ż-żwieġ preċedenti li a bażi tiegħu tkun hekk ibbenefikat ikun tħassar permezz ta' kuntratt jew sentenza ta' separazzjoni jew ġie annullat u waħda jew wieħed mill-partijiet tkun trasferixxiet lill-parti l-oħra d- drittijiet tal-proprjeta' li fuqha kien tgawda s-sussidju u s-sussdju gawdut ġie kollu rifuż, il-parti li ttrasferixxa d-drittijiet tista' tapplika taħt dan l-avviż b'dan illi hu jista' jgawdi biss minn nofs l- ammont ta' l-għotja.", "WSC - MAIN REPLACEMENT", "18389.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm propost li jsir main replacement mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma matul din is-sena?", "X'inhu t-tul ta' mains ġodda li saru s'issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠNEJNA - BLAT", "18390.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex minkejja li l-Awtorita' ta' l- Ippjanar ma tħallitx li jitneħħa l-blat li nqata' fil-bajja tal-Ġnejna, dan fil-fatt tneħħa u fil-fatt ħafna minnu intefa' l-baħar?", "X'azzjoni se tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma jirriżultaliex li l-blat li tneħħa mill-irdum intefa' l-baħar.", "Wara spezzjoni fuq il-post jidher li d-debris li rriżulta wara l-isplużjoni nġabar f'munzell f'passaġġ tal-konkrit fit-tarf tax-xatt.", "Jista' jkun ukoll li waqa' xi materjal fil-baħar.", "L-awtorita' se tara li kollox ikun regolarizzat.", "TA' QALI - CRAFTS VILLAGE", "18391.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-bini tal-car park u public convenience ġdid f'Ta' Qali Crafts Village meta dan il-villaġġ hu maħsub li jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid fil-futur qarib?", "Minn liema kuntrattur sar dan ix-xogħol?", "Kemm se jiġi jiswa x-xogħol kollu li hu propost li jsir u kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "VRT - VETTURI TAL-PULIZIJA", "18392.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal-pulizija għall-VRT sal-lum?", "Kemm għaddew u kemm weħlu?", "X'tip ta' vetturi kienu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi s`issa kien hemm 32 vettura tal- Pulizija li ttellgħu għall-VRT, 23 ta` taħt il-3,500 kgs u disgħa ta` aktar minn 3,500 kgs.", "Minn dawn il-vetturi tnejn ma ġewx iċċertifikati.", "DIPARTIMENTI/AZJENDI PARASTATALI - IMPJEGATI", "18393.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 17945, peress li domandi simili ġew imwieġba minn ministri oħra, u peress li naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jaf fejn qed jintnefqu flusu biex jiġu impjegati persuni ma' entitajiet illi tagħhom huwa responsabbli l-gvern, jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17945?", "Jekk it-tweġiba tirrikjedi ħfna xogħol jistax jagħtini lista ta' dawn l-entitajiet ħalli mbagħad nagħmel mistoqsija separata fuq kull entita'?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Naħseb li wara li jara l-lista ta' l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi, l-Onor.", "Interpellant jifhem u japprezza li t-tip ta' informazzjoni li talab, mifruxa fuq medda ta' ħames snin, tinvolvi kwantita' mhux żgħira ta' riżors uman biex tinġabar.", "Il-ministeru li għalih jiena responsabbli huwa ifformat minn dawn id- dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi:", "DIPARTIMENTI - Dipartiment għall-Affarijiet tal-Kunsumatur, Dipartiment ta' l-Industrija, Dipartiment tal-Kummerċ, Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, Uffiċċju tal-Proprjeta' Industrijali, Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika u Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku.", "KORPORAZZJONIJIET - Korporazzjoni Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (WSC), Korporazjoni tal-Port Ħieles, Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta (MDC) u Malta External Trade Corporation Ltd.", "(METCO).", "AWTORITA' - Awtorita' għall-Għemil ta' Standards (MSA)", "KUNSILLI - Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku (MCED) u Kunsill għall- Affarijiet tal-Konsumatur .", "AZJENDI - Air Malta plc, Malta International Airport plc, Maltacom plc, Malta Drydocks, Malta Shipbuilding Co. Ltd., Gozo Channel Co. Ltd., Sea Malta Co. Ltd., Maltapost plc, Institute for the Promotion of Small Enterprise Ltd.", "(IPSE), Malta Countertrade Co. Ltd., National Standards Laboratory Co. Ltd., Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd.", "(MOBC), Freeport Terminal Malta plc, Medigrain Ltd., Kordin Grain Terminal, Tug Malta Co. Ltd., Malta Disalination Services Ltd., Gozo Ferries Co. Ltd., The Libyan Arab Maltese Company for Supermarkets Ltd., Kalaxlokk Ltd., Interprint Ltd., Malta Investment Management Co. Ltd.", "(MIMCOL) u Malta Government Investment (NGI)", "VRT - KAROZZI TA' L-ARMATA", "18394.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu veikoli ta' l-armata għall-VRT?", "Kemm weħlu u x'tip ta' vejikoli kienu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li 69 vettura ttellgħu għall- VRT.", "Vettura waħda tat-tip Land Rover 3⁄4 Ton ma għaddietx.", "VRT - VEJIKOLI TAL-PUBLIC WORKS", "18395.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vejikoli tal-public works għall-VRT s'issa u kemm weħlu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li sa issa ittellgħu 46 vettura tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għat-test tal-VRT.", "Minn dawn weħlu biss ħamsa.", "VRT - VETTURI", "18396.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tal- ministeru jew tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu għall-VRT?", "Kemm weħlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r- risposta tingħata f`seduta oħra.", "VRT - VETTURI", "18397.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi ta' l- Awtorita' tat-Trasport għall-VRT u kemm weħlu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s`issa tliet vetturi ta` l-Awtorita` tat-Trasport ittellgħu għal VRT u t-tlieta għaddew mit-test.", "PBS - RAPPORT - ĦLASIJIET", "18410.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu għar-rapport li għamlu dwar il-PBS Dr. Cannataci u Prof. S. Chircop?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-ħlas sar lid-dipartiment konċernat ta' l- Universita` u mhux lill-individwi, filwaqt li t-tagħrif mitlub jinsab ippubblikat fir-rapport li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta\"Redefining the Role of Public Broadcasting in Malta\".", "EU DIRECTORATE", "18411.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18086?", "ONOR.", "JOE BORG: Is-sena l-oħra l-Gvern alloka somma ta' flus lill- European Union Directorate biex tintuża għal-studji u economic impact assessments fuq materji li huma parti mill-acquis communautaire.", "L- European Union Directorate fil-ministeru tiegħi ma' kkommissjona l-ebda consultancy fiż-żmien speċifikat fil-mistoqsija.", "Il-European Union Directorate pero' għamel użu minn dawn il-flus biex iffinanzja ċerti consultancies li ġew ikkommissjonati minn ministeri oħra.", "L-European Union Directorate ma kienx involut la fil-formazzjoni tal- kriterji tal-għażla għall-dawn il-consultancies u lanqas fl-għażla innifisha tal-consultants.", "Lista tal-consultancies msemmija li ġew iffinanzjati mill-European Union Directorate minn dawn il-fondi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "EU - PROGRAMMI - FONDI", "18412.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18116?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Progress Report No.1 (January-June 2000) ta' l-EUPU u stqarrija għall-Istampa li fihom it-tagħrif mitlub tpoġġew fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Il-fondi ġew ivvotati fl-Estimi 2000.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KONSULENTI", "18413.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11156, jista' l-Ministru jgħid il-persuni msemmija x'konsulenza taw s'issa u kemm tħallsu ta' din il- konsulenza?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninforma lill-Onor.", "Membru li t-tagħrif mitlub jinsab miġbur fir-risposti għal domandi 17573, 17417 u 10721.", "Fil-każ ta' r-Rev Prof Peter Serracino Inglott, s'issa, ma jieħu ebda remunerazzjoni.", "ŻEJTUN - ĠNIEN TAL-KMANDANT", "18414.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħin f'xogħol ta' restawr li hemm bżonn li jsir fil-Ġnien tal- Kmandant fiż-Żejtun u dan wara li l-kunsill lokali diġa' kiseb il-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li kien tlesta rapport fuq il- ħtiġijiet ta' l-istess ġnien?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-policy tat-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent hi li ma tidħolx għal xogħol li jkun diġa' ġie ppreparat minn perit privat, u dan minħabba raġunijiet t'etika professjonali.", "Mill-banda l-oħra, l-istess taqsima, li għandha fi ħdanha periti speċjalizzati fir-restawr, dejjem għamlet l-aħjar biex tirrispondi għall-esiġenzi ta' restawr ta' diversi kunsilli bi proċess sħiħ ta' preparazzjoni ta' rapporti u pjanti kif ukoll eżekuzzjoni ta' xogħol li jkun riċerkat mill-istess taqsima.", "GARAXX TA' L-AMBULANZI - KAROZZA IMPRESSED", "18415.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk fil-garaxx ta' l-ambulanzi ta' l-isptar San Luqa huwiex minnu li hemm karozza impressed f'isem mara li qatt ma ssuq din il- karozza, u minflokha jsuq l-istess karozza impressed ir-raġel tagħha li huwa mpjegat bħala watchman mal-gvern ħafna drabi fil-ħinijiet tax-xogħol tiegħu?", "Din il-persuna applikat biex tidħol fulltime mas-servizz ċivili?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "GARAXX TA' L-AMBULANZI - KAROZZA IMPRESSED", "18415.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-garaxx ta' l-ambulanzi ta' l-Isptar San Luqa huwiex minnu li hemm karozza impressed f'isem mara li qatt ma ssuq din il-karozza, u minflokha jsuq l-istess karozza impressed ir-raġel tagħha li huwa mpjegat bħala watchman mal-gvern ħafna drabi fil-ħinijiet tax-xogħol tiegħu?", "Din il-persuna applikat biex tidħol fulltime mas-servizz ċivili?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PA2416/00", "18416.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18117, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun il-ħlas lill-periti għax-xogħol li wettqu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proposti finanzjarji li ntlaħaq ftehim dwarhom bejn it-Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern u d-ditta tal-Periti konċernata rigward il-proġett isemmi fil-mistoqsija tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MOĦQRIJA TA' L-ANNIMALI", "18417.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'passi għandu ppjanati l-gvern preżenti biex jikkumbatti l-moħqrija ta' l-annimali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi Frar li għadda ressaqt għall-Ewwel Qari, Abbozz ta' Liġi li jipprovdi għat-trattament xieraq ta' l-annimali.", "Din il-liġi ġiet ppreparata minn l-uffiċjali tekniċi fi ħdan il-ministeru tiegħi u hija intenzjonata biex tirregola u tikkontrolla lċmod li bih jiġu ttrattati l-annimali.", "Fiha hemm taqsimiet li jkopru l-bejgħ, t-trasport u ż-żamma ta' l-annimali, kif ukoll interventi kirurġiki, l-użu ta' annimali f'kompetizzjonijiet, il-qatla u affarijiet oħrajn relatati ma' l-annimali.", "Din il-liġi taħseb ukoll għat-twaqqif ta' Council for Animal Affairs b'rappreżentanza anke mill-Għaqdiet Volontarji, liema kunsill ikollu r- responsabbilita li jagħti pariri lill-Ministru dwar dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-annimali.", "Il-pieni għal min jikser din il-liġi huma qawwija u huma maħsubin biex jassiguraw li ma jkunx hemm moħqrija ta' l-annimali.", "Bħalissa din il-liġi qiegħda tiġi studjata mill-perspettiva legali mill- Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali.", "B'hekk il-gvern qed jagħmel passi konkreti sabiex jistabbilixxi il-qafas legali għall-protezzjoni ta' l-aħjar interessi ta' l-annimali kollha.", "GĦARAB - VISA", "18418.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18041, liema mistoqsija tirreferi għal- Libjani li jkollhom bżonn jidħlu Malta fil-ġejjieni, jista' l-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: M'hemm l-ebda żvilupp f`din il-materja.", "Illum ċittadini Libjani m`għandhomx bżonn ta` visa biex jidħlu f`Malta.", "Malli Malta issir membru tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna jallinea il-policy ta` visa, ma` dik Ewropea.", "Dan japplika mhux biss għal Libja iżda għall- pajjiżi kollha tat-Tramuntana tal-Afrika.", "CUSTOMER SERVICES - DIRETTUR", "18419.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk qabel ma spiċċa l-ex-Direttur tal-Customer Services, billi ma ġġeddidlux il-kuntratt, kenitx irċeviet ilmenti u rapporti serji kontra tiegħu minn membri tal-pubbliku u oħrajn mill-kollegi tiegħu fit- taqsimiet u mis-superjuri tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu minn dawn ir-rapporti?", "F'kull każ, kien intalab statement mingħand l-istess ex- direttur biex jiċċara l-pożizzjoni?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Mhuwiex xieraq li tingħata informazzjoni dwar ilmenti u rapporti li jsiru fuq membri tas-Servizz Pubbliku.", "GĦAWDEX - CSAS", "18420.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid minn min u fuq liema kriterji jintgħażlu l-Casual Social Assistants li jservu f'Għawdex?", "Tista' tgħid kif u għaliex mill-Ministeru għal Għawdex lil ċerti nies qiegħed jgħidulhom li jekk jaċċlikaw se jingħataw xogħol bħala Casual Social Assistants?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO:Ninsab informata li l-Casual Social Assistants jiġu magħżula mil-lista ta' applikanti fis-Sezzjoni għall-Anzjani.", "Isiru intervisti minn bord magħmul minn żewġ uffiċjali minn din is- sezzjoni u CSAs jintgħażlu skond il-lokalita' fejn iridu jaħdmu u l-vakanzi rispettivi li jkun hemm.", "F'każi fejn anzjani/persuni bi bżonnijiet speċjali u speċifiki jkunu jenħtieġu CSAs partikolari li jkunu lesti jagħtu s-servizz meħtieġ mill- benefiċċjarji.", "Tingħata priferenza lil dawk l-applikanti li jkunu attendew il-kors tal- carers organizzat mid-Dipartiment tal-Customer Services u l-ETC.", "SERVIZZ PUBBLIKU - REGOLAMENTI TA' DIXXIPLINA", "18421.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li skond l- aħħar Regolamenti tad-Dixxiplina dwar is-Servizz Pubbliku, wieħed mir-reati gravi li jista' jagħmel Kap ta' Dipartiment huwa li jwaqqa' s-Servizz Ċivili għaċ-ċajt u jagħti fama ħażina lill-istess servizz, u peress li dan l-aħħar fl-istampa lokali dehru diversi rapporti dwar kapijiet ta' dipartiment b'kundanni li jiskreditaw is-servizz, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mis-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru kontra dawn il-kapijiet?", "Jekk ma ttieħdu l-ebda passi, għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li ma jirriżultax li dan l- aħħar kien hemm nuqqasijiet minn xi kap ta' dipartiment li jimmeritaw li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih."]} {"filename": "20011217_671d_par.doc", "date": "2001-12-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 671 It-Tnejn, 17 ta' Diċembru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 671", "It-Tnejn, 17 ta' Diċembru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "671", "It-Tnejn, 17 ta' Diċembru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 393", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 393", "TQEGĦID TA' KARTI 399", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETATJIET KOPERATTIVI (IT-TIELET QARI)", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL (THIRD READING) 400", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LIĊENZJI TAL-KUMMERĊ (IT-TIELET QARI)", "TRADING LICENCES BILL (THIRD READING) 401", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT KONTRA MONEY LAUNDERING (IT-TIENI QARI)", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING (AMENDMENT) BILL (SECOND READING 401", "AĠĠORNAMENT 424", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 429", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 670 li saret fit-12 ta' Diċembru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SAJJIEDA - DUTY FREE FUEL", "30382.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji u s-sajjieda li huma ntitolati għal duty free fuel sabiex jaħdmu jew jistadu fil-kosta tas-sajd tal-gzejjer tagħna?", "Kemm ħadu duty free fuel, kumpannija kumpannija, matul din is-sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Kulmin għandu bastiment \"F\", jiġifieri li jistad kummerċjalment fl-ibħra kostali, kontigwi u adjacent, jiġifieri fl-ibħra tal-konvenzjoni UNCLOSS 1982, hu ntitolat għall-allokazjoni ta' duty free fuel marbuta ma' valur ta' qabda.", "L-ammonti totali ta' duty free fuel kienu ta' 1,761,477 litri.", "Dan ifisser li s-sajjieda bbenifikaw minn għajnuna li tfisser madwar Lm107,500 f'sena waħda biss.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri jekk qed nifhem sew il-Ministru qed jgħid li ma jingħatax fuel lil min ma jippreżentax dokumenti li juru li jkun se jmur jistad barra mill-ibħra.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Le mhux eżattament.", "L-għotja ta' fuel duty free hija marbuta mal-qabda ta' ħut.", "Dan ifisser li għal kull valur ta' 94c3m ta' qabda li s-sajjieda jiddikjaraw li jkunu għamlu - permezz ta' fiscal receipt li toħroġ meta jbiegħu l-ħut jew through il-pixkerija - jingħataw litru diesel duty free.", "Is-sena l-oħra s-sajjieda tagħna ngħataw 1,761,777 litru duty free diesel u dan kien ifisser li dawk li ddikjaraw il-qabda tagħhom iffrankaw madwar Lm107,500.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Dan japplika wkoll għall-industriji tal-fishfarms li jistadu fl-ibħra tagħna?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din tapplika biss għas-sajjieda li jistadu b'mod tradizzjonali, jiġifieri l-fish farms ma jibbenefikawx minn provvista ta' diesel duty free.", "Din tingħata lil dawk is-sajjieda kollha li joħorġu jistadu bil-bastimenti tagħhom permezz ta' konz jew xbieki – kemm dawk li joħorġu 'l barra minn 25-mile zone kif ukoll dawk li jaqbdu l-ħut fi 25- mile zone – u mbagħad jiddikjaraw il-qabda tagħhom.", "Il-fish farms jaħdmu b'mod differenti.", "Per eżempju, dawk li jkabbru l- awrat u l-ispnott, jixtru l-fingerlings, jitfgħuhom ġo gaġġa, jagħtuhom l- għalf u meta dawn jikbru, jbigħuhom.", "Dawk li jagħmlu t-tuna farming ikabbru t-tuna li tiġi maqbuda permezz ta' xibka, jitfgħuha ġo gaġeġ kbar, jagħtuha l-għalf u mbagħad meta tikber joqtluha u jbigħu l-laħam tagħha.", "Nerġa' ngħid li dawn il-fish farms ma jibbenefikawx mid-diesel duty free.", "MOBILE PHONES", "30392.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jwieġeb domanda parlamentari nru.", "30132?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-ispiża tal- mobile phones li tkopri sew il-ministeru nnifsu, l-EU directorate u l- ambaxxati nklużi xiri, użu u spejjeż oħra konnessi mal-mobile phones kienet kif ser jingħad:", "1997 - LM 5,928 1998 - LM 6,808 1999 - LM 17,257 2000 - LM 20,774 2001(Jan-Nov) - LM 18,694", "Għar-rigward ta' l-MIC l-ispiża għas-sena 2000 kienet ta' Lm650 u għall- perijodu minn Jannar sa Novembru 2001, l-ispiża kienet ta' Lm525.", "Id- domanda m'hijiex rilevanti għas-snin preċedenti peress li l-MIC ma kienx għadu kostitwit.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, hemm xi raġuni partikolari għala l- qabża tan-nefqa telgħet għal Lm20,000 bejn l-1997 u l-2000?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-raġuni prinċipali hi li sas-sena 1997 il-mobile phone kien għadu fil-bidu tiegħu u naturalment aktar ma għadda ż-żmien aktar ġie stabbilit bil-konsegwenza li beda jintuża mhux biss fil-head office imma anke fl-ambaxxati, diretturi, eċċ. Ta' min jirrimarka li l-ispiża totali - ta' fixed lines u mobile phones għall-head office u anke għall-ambaxxati - bejn l-1997 u l-2001 sal-lum, naqqset.", "Per eżempju, fl-1997 l-ispiża totali kienet ta' Lm210,000, fl-1998 kienet ta' Lm218,000, fl-1999 kienet ta' Lm208,000, fl-2000 kienet ta' Lm219,000 u bejn Jannar u Novembru ta' l-2001 kienet ta' Lm178,000.", "LEZZJONIJIET TAL-PRIVAT - INFIQ", "30404.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li nefqu l-familji Maltin u Għawdxin fuq lezzjonijiet tal-privat għal uliedhom fiż-żmien li sar l-istħarriġ għall-household budgetary survey l- iżjed reċenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Jiena nformat li minn tagħrif li nkiseb fl-aħħar household budgetary survey, huwa stmat li l- ammont li ntnefaq fuq lezzjonijiet tal-privat fuq perijodu ta' sena, kien ta' Lm3,537,180.", "STUDENTS MAINTENANCE GRANT - RAPPREŻENTANTI", "30405.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fuq il-bord ta' l-istudents maintenance grant?", "Min minnhom jirrappreżenta lill- istudenti?", "B'liema kriterji nħatru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-bord għall- għotjiet ta' manteniment lill-istudenti hu magħmul minn:", "Mario Schiavone - chairman", "Henry Naudi - rappreżentant tar-Rettur ta' l-Universita`", "Michael Gatt - rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni", "Joe Cutajar - rappreżentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ", "Paul Micallef - rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi", "David Gonzi - rappreżentant tal-Kunsill Studenti Universitarji", "Keith Victor Grech - rappreżentant ta' l-Istudenti Post-Sekondarji", "Stephen Cordina huwa s-Segretarju tal-Bord.", "Informat ukoll li r-rappreżentant ta' l-istudenti ta' l-Universita` jkun nominat mill-Kunsill Studenti Universitarji li hu l-organu ewlieni ta' l- istudenti f'din l-istituzzjoni.", "Ir-rappreżentant ta' l-istudenti post-sekondarji jinħatar mill-ministru minn fost lista nominata mill-istudenti ta' l-iskejjel f'dan is-settur.", "WIED IL-GĦAJN - SKOLA PRIMARJA", "30406.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fir-rigward ta' l-għalliema li qed ikunu nieqsa regolarment fis-sitt klassi ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn issa li dalwaqt waslu l-eżamijiet tal-junior lyceum?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30348 u cioe` li l-passi biex dan l- għalliem jiġi sostitwit qegħdin jittieħdu mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jaf daqsi li hemm skejjel li għandhom ċerti teachers neqsin, fosthom dawk li jgħallmu l-physics.", "Barra minn hekk meta l-ġenituri jiġbdu l-attenzjoni lill-head ta' l-iskola dwar din il- problema, dan jagħtihom x'jifhmu li hu ma jista' jagħmlilhom xejn.", "Peress li issa wasal iż-żmien li jsiru ċerti eżamijiet, ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa konkreta dwar dan?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, il-pożizzjoni hija ċara; kull sena toħroġ sejħa għall-applikazzjoni ta' għalliema kwalifikati li għandhom warrant permanenti u kull darba niltaqgħu mal-problema li f'ċerti suġġetti, fosthom il-fiżika, it-teknoloġija ta' l-informatika, il-matematika u anke suġġetti oħrajn, ikollna nuqqas ta' dawn in-nies.", "Wara li nkunu eżawrejna din is-sejħa imbagħad toħroġ sejħa għal dawk li ma jkollhomx warrant permanenti imma jkollhom kwalifiki biżżejjed biex jingħataw warrant temporanju.", "Dawn jista' jkollhom livell avvanzat fis- suġġett partikolari jew ikollhom il-grad ta' l-Universita` pero` ma jkollhomx il-PGCE.", "Aħna lill-istudenti dejjem nippruvaw nagħtuhom għalliem li fis-suġġett partikolari jkun kwalifikat.", "Wara li neżawrixxu dan kollu, xorta jista' jiġri li ma nsibux għalliema f'dak is-suġġett partikolari.", "Imbagħad nagħmlu l-arranġamenti mal-junior college u ma' l-Universita` biex lill-għalliema li diġa` qed jgħallmu dak is-suġġett nagħtuhom xogħol extra, bi ħlas extra kif inhu xieraq ħalli nkunu nistgħu naqdu lil dawn l- istudenti, pero` ġieli b'dawn il-mezzi lanqas inkopru s-sigħat kollha li jkunu meħtieġa.", "Dak li jiġri meta fil-bidu tas-sena ma jkollokx għalliema biżżejjed f'xi suġġett partikolari.", "Ġieli jiġri wkoll li l-għalliem konċernat jinqalagħlu l-mard.", "F'każ li dan il-mard ikun biss għal ftit ġranet, naturalment wieħed jara kif jista' jirkupra pero` ġieli dan il-mard jieħu tul ta' żmien u allura nkunu rridu nipprovdu dak li nsejħulu supply teacher.", "Pero` dan mhux dejjem jirnexxielna nsibuh u allura nippruvaw nużaw il-mezzi kollha immaġinabbli.", "Jiġifieri fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma teżistix xi burokrazija li rridu nimxu magħha.", "L-arranġamenti huma tali li jagħtu lid-direttur ġenerali in partikolari l-possibbilta` li jmur isib individwu u jdaħħlu jaħdem fuq il-bażi temporanja li jkun hemm bżonn.", "Il-problema hi li mhux dejjem insibu l-għalliema konċernati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Minkejja dan kollu li semma l-Ministru xorta qegħdin fis-sitwazzjoni li meta l-ġenituri jmorru għand il-headmaster biex jistaqsuh meta se nsolvu din il-problema, dan jirrispondihom li hu ma jista' jagħmel xejn.", "Ma naħsibx li b'din ir-risposta se nsolvu l-problema u għalhekk qed nesiġi li għandu jsir xi ħaġa ħalli din il-problema, li qed niltaqgħu magħha kważi kull sena, insibu soluzzjoni għaliha.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, l-ewwelnett irrid infakkar lill-Onor.", "Interpellant li d-domanda kienet dwar għalliem ta' klassi partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "F'dak il-każ in partikolari jien għedt li nstabet is-soluzzjoni.", "Issa jekk l-Onor.", "Membru jrid jagħmilli domanda dwar xi każ ieħor, nitolbu jagħmilli mistoqsija dwaru, jien inġiblu l-informazzjoni mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u nara x'qed jiġri.", "Jiena spjegajtlu l-proċess x'inhu b'mod ġenerali imma jekk hemm xi każ partikolari nitolbu jgħidli liema hu u ninvestigah.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-kwestjoni hija waħda ġenerali u teżisti f'ħafna skejjel.", "Dwar il-każ speċifiku li semma sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo, il- Ministru qal li l-problema se tiġi solvuta.", "Sal-lum din il-problema għadha ma ssolvietx u bħalha hemm ħafna.", "Nerġa' ntenni – u m'iniex inparla bl-addoċċ – li l-headmaster qed jgħid lill-ġenituri ta' dawn l-istudenti biex ikomplu jagħmlu pressjoni għax hu ma jista' jagħmlilhom xejn.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fir-risposta għad-domanda parlamentari li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, jien m'għedtx li qed nara x'jista' jsir imma għedtlu li l- problema ġiet tackled.", "Fir-rigward ta' kwestjonijiet oħrajn, nerġa' ngħid li min għandu xi problema ta' għalliem f'xi suġġett partikolari, nitolbu jgħid il-każ speċifiku x'inhu, nidħlu fid-dettall tiegħu u jekk tkun għadha ma nstabitx soluzzjoni, nippruvaw insibuha.", "Għax l-esperjenza wrietni li sakemm l- ilment ikun wasal fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, fil-biċċa l-kbira tal- każi r-rimedju jkun instab.", "RAĦAL ĠDID - SKOLA PRIMARJA", "30407.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għaddej fl- iskejjel primarji ta' Raħal Ġdid?", "Kemm se jdum għaddej?", "X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol ma jkunx ta' periklu jew ta' disturb għat-tfal u l- għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li qed isir xogħol ta' tibdil ta' soqfa fejn qed issir sala fl-iskola Primarja 'B' ta' Raħal il-Ġdid.", "Dan ix-xogħol se jitlesta dalwaqt.", "Wara se jibda xogħol ta' kisi u tqegħid ta' madum u żebgħa.", "Waqt it-twettieq ta' dawn ix-xogħlijiet il-librerija u l-klassijiet li jmissu mal-lant ġew imbattla.", "L-aċċess għal fejn qed isir ix-xogħol huwa magħluq għat-tfal.", "Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex it-tfal u l- għalliema jbatu l-inqas inkonvenjent possibbli.", "Ix-xogħol strutturali mistenni jkun lest f'qasir żmien.", "Il-proġett kollu mistenni jkun lest qabel l-Għid li ġej.", "ART - KWESTJONI", "30409.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-kwestjoni dwar ta' min hi l-art li fiha hi nvoluta l-familja li isimha qed jintbagħat separatament?", "Meta se jkun hemm soluzzjoni għal din il-kwestjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li l-kwestjoni dwar min hu l-proprjetarju ta' l-art li għamel riferenza għaliha l-Onor.", "Interpellant tiddependi mill-eżitu tal-kawża li kienet għamlet il-familja nvoluta quddiem il-Qorti Ċivili.", "Il-kawża qiegħda għar-rapport u s-smiegħ li jmiss huwa appuntat għall-20 ta' Frar, 2002.", "ĦANDAQ - TIBDIL TA' ISEM TA' TRIQ", "30410.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-kumitat għat-tiswija tat-toroq jikkkonsidra favorevolment li l-isem ta' Triq tal-Ħandaq jinbidel għal Triq John Michael Testa b'ġieħ għal din il-persuna li tant iddedikat ruħha għall-junior lyceum ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-isem tat-triq li rrifera għaliha huwa wieħed toponomastiku.", "Dan ma jeskludix li tali suġġeriment jiġi kkonsidrat għal xi triq oħra f'dawn il-viċinanzi.", "MOBILE PHONES", "30432.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru.", "30137?", "ONOR.", "TONIO BORG (f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r- risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻEJTUN - TRIQ TONI ZAHRA", "30433.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor Carmelo Abela) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-kuntrattur li ħadem fi Triq Toni Zahra fiż-Żejtun, inaddaf il-post fejn ħadem u mhux ħalla kollox warajh b'detriment anke għar-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru tat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għall- Ambjent): Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-kunsill lokali konċernat.", "PENDER PLACE - TENDER", "30440.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "30343?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li f'Ġunju ta' din is-sena l-MIMCOL kienet ħarġet sejħa għal offerti ta' bini u tmexxija (management) ta' parkeġġ tal-karozzi f'Pender Place.", "Kien hemm seba' kumpanniji li tefgħu l-offerta.", "Dawn kienu Elbros Construction Limited, Żrar Limited, Parkwell Limited, Michael Balzan Limited, GRS Limited, Polidano Group u CT Park Limited.", "Intgħażlet l- offerta ta' Żrar Limited.", "L-għażla kienet ibbażata fuq numru ta' kriterji kummerċjali, fosthom iż-żmien ta' tlestija, il-kera propost u l-kapaċita` fit-tmexxija ta' post għall-ipparkjar ta' karozzi.", "Kopja tas-sejħa għall- offerti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FOND BLACK RUSSIAN", "30442.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li żewġ bozoz li diġa` hemm stallati fi Triq il-Kahwiela, Zabbar, biswit il- fond Black Russian mhux qed jixgħelu minkejja li ilhom stallati għal madwar sentejn?", "Jista' jgħid meta huwa maħsub li dawn jinxtegħlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "COTTONERA REHABILITATION COMMITTEE", "30443.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol li twettaq mill-Cottonera Rehabilitation Committee sena b'sena, minn meta twaqqaf sal-lum?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "UNIT GĦALL-AMBJENT NADIF", "30444.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fejn u x'inhu t-tul tat- toroq li tnaddfu mill-unit għall-ambjent nadif matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Ninsab informat li x-xogħol ta' tindif li sar mill-unit għal ambjent nadif, dak magħruf bħala litter picking, isir fit-toroq/arterji distributorji kollha f'Malta jammonta għal 150 km.", "Dawn isiru fuq frekwenza ta' darba fil-ġimgha.", "Ix- xogħol ta' mechanical sweeping f'dawn it-toroq isir bil-kuntratti.", "Barra dawn ix-xogħlijiet sar tindif ieħor f'dawn il-lokalitajiet:", "|Area |Lokalit|Metri|Tunnell| | |a | |atġ | |High Ridge |Swieqi | |46 | |R. Caruana |San | |39 | |Dingli |Gwann | | | |Opposite |Swatar | 500 |86 | |Price Club | | | | |Zonqor Point|M'scala| |32 | |San Lucian |M'Xlokk| |14 | |Tower | | | | |Triq G. |Gżira | |203 | |Mitrovich | | | | |Triq Ħarruba|Iklin | |195 | |Tigulio |San | |600 | |Approach |Ġiljan | | | |Area | | | | |Fort |Kalkara| |10 | |Ricasoli | | | | |Ħaġar Qim |Qrendi | |8 | |Parking Area| | | | |Triq |Kordin |100 |128 | |il-Baċir | | | | |Part of |Ħal-Far| |20 | |Ħal-Far Area| | | | |Xatt ir-Risq|Birgu | |1380 | |Pinto Wharf |Vallett| |2500 | | |a | | | |St. Vincent |Luqa | |1020 | |de Paule | | | | |Approach | | | | |Ħal-Farruġ |Luqa | |354 | |Housing | | | | |Estate | | | | |Ghar Ħasan |B'Bugia| |908 | |Luxol Ground|St. | |200 | |Parking Area|Andrew'| | | | |s | | | |Benghajsa |B'Bugia| |741 | |Road | | | | |Triq |Burmarr| |2982 | |l-Imdawr |ad | | | |Triq l-Iljun|Marsa | |2560 | |Girdle Road |Żabbar |50 |46 | |Old Valletta|Żurrieq| |4 | |Road | | | | |Kirkop Road |Mqabba | |30 | |Tat-Torba |Mqabba | |0 | |Various Site|Mosta | |209 | |Miżieb Road |Mellieħ| |1300 | | |a | | | |Ta' Panellu |Mellieħ| |4010 | |to Manikata |a | | | |Triq |M'Scala| |200 | |Sant'Antnin | | | | |Old Airport |Luqa | |2 | |Parking | | | | |Civil |Ħal-Far| |433 | |Protection | | | | |Appr.", "Area | | | | |Triq |Qormi | |45 | |id-Deheb Fin| | | | |Addolorata |Paola | |2 | |Cemetery | | | | |Area | | | | |Manoel |Gżira | |30 | |Island | | | | |Fgura |Fgura | |21 | |Housing | | | | |Estates | | | | |Total: | |18464|2574 |", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Peress li fuq ix-xandir – kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-radju – sar ħafna ftaħir li l-area tal-Fataħ ġiet imnaddfa, jista' l-Ministru jgħidli għaliex m'hijiex qiegħda mniżżla f'din il-lista?", "Jista' jkun li m'hijiex imniżżla għax ix-xogħol għadu m'huwiex lest peress li beda madwar disa' xhur ilu, tneħħew iċ-ċnut biex jidħlu l-vetturi u l- affarijiet ma ġewx irranġati kif suppost b'konsegwenza li dawn qed ikerrħu l-ambjent?", "Fil-fatt jekk il-Ministru jmur f'dawn l-inħawi jsib li x-xogħol għadu kif kien disa' xhur ilu.", "Jista' jieħu passi biex dawn iċ-ċnut jittellgħu kif kienu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ovvjament fil-file m'għandi xejn dwar din l-area li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Niġbidlu l-attenzjoni li d-domanda hija dwar litter picking.", "Jekk dan huwa xi proġett kbir ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru għall-Ambjent.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, jien ninsab informat dwar is-sitwazzjoni li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi.", "Aħna konna ftaħna ċ-ċnut biex isir it-tindif neċessarju peress li kien hemm akkumulu enormi ta' terrapien u skart u issa beħsiebna nagħmlu dawn iċ-ċnut ukoll.", "XOGĦIJIET TA' RIJABILITAZZJONI", "30445.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Charles Buhagiar) staqsa lill- Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu x- xogħlijiet ta' rijabilitazzjoni li qiegħed isir fl-Auberge d'Italie, Valletta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li r-refurbishment works ta' ġewwa huma kompluti.", "Dan jinkludi wkoll restawr tal-monument, jiġifieri t-Triumphal Arch, li jinsab f'nofs il-bitħa ta' l-auberge.", "Fl-istess bitħa saru xogħlijiet estensivi, eskluż ir-restawr tal-faċċati li jagħtu fl- istess bitħa.", "Qed jiġi ppjanat li dawn il-faċċati jiġu restawrati.", "Ir-restawr ta' żewġ faċċati ta' barra li jagħtu fuq Zachary Street u Melita Street huma lesti wkoll u qed jiġi ppjanat ukoll li jiġu restawrati l- faċċati li jagħtu fuq Merchant Street u South Street.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru tas-snin bejn l-1997 u l-2000 u f'Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30468.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 302 ta' l-2001 - Regolamenti ta' l-2001 dwar rati ta' ħlas għal fotokopjar u microfilming fil-librerija nazzjonali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru John Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Annual Audit Report tal-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni dwar l-ingaġġ ta' ħaddiema ġodda ma' kumpanniji sussidjarji tal-Maltcom bejn Settembru 1998 u t-30 ta' Novembru, 2001 bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "30453.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dettalji dwar businesses liċenzjati għal negozju fil-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ'Attard, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30489;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 301 ta' l-2001 - Civil Aviation (route charges for navigation services) (amendment) Regulation, 2001;", "u f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "K.L.B.L. 28/18/2001 - Bye-Laws ta' l-2001 dwar l-organizzazzjoni ta' korsijiet (kunsill lokali Iklin); u", "Kopja tar-rapport tar-riżultat ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni dwar każ Nru 131 – rapport nru.", "147.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SOĊJETATJIET KOPERATTIVI", "CO-OPERATIVE SOCIETIES BILL", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Soċjetajiet Koperattivi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif, reġistrazzjoni u kontroll ta' Soċjetajiet Koperattivi, u għal ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħhom jew li huma anċillari għalihom\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet. nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LIĊENZJI TAL-KUMMERĊ", "TRADING LICENCES BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Liċenzji tal-Kummerċ.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni ta' attivitajiet kummerċjali u biex jipprovdi għal affarijiet anċillari jew konnessi ma' dawk ta' attivitajiet\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet. nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT KONTRA MONEY LAUNDERING", "PREVENTION OF MONEY LAUNDERING (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi messaġġ mingħand il-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "GUIDO DE MARCO PRESIDENT", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett ta' l-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373\", jirrakomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "12 ta' Diċembru 2001", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI : Nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att kontra l-Money Laundering.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dawn l-emendi li qegħdin inressqu għal- liġi li tagħtina l-possibbilta` li niġġieldu l-ħasil tal-flus, huma ntiżi sabiex isaħħu l-infrastruttura f'dan ir-rigward.", "Qegħdin nagħmlu dan skond il-linja li qegħdin jieħdu ħafna pajjiżi oħrajn internazzjonali li qegħdin iġeddu mill-esperjenza tagħhom is-sistemi u l-organizzazzjoni li kellhom biex jiġġieldu l-money laundering f'pajjiżhom.", "Fl-introduzzjoni li se nagħmel għal din il-liġi se nispjega x'qegħdin nagħmlu u għalfejn dan qiegħed isir.", "Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus issa ilha għaddejja għal xi snin madwar id-dinja u iktar ma tmur din il-ġlieda iktar qiegħda tissaħħaħ minn kulħadd għaliex filwaqt li qabel din kienet indirizzata, tista' tgħid, unikament lejn il-kontroll ta' transazzjonijiet fi flus li kienu ġejjin minn bejgħ ta' droga, issa l-kunċett qiegħed jitwessa' biex ikopri ħafna delitti oħrajn, fosthom delitti ta' negozjar tan-nies u ħafna tipi ta' delitti oħra li huma elenkati anke fil-liġi tagħna bħala delitti li d-dħul minnhom huwa kkunsidrat bħala dħul tal-money laundering.", "L-idea hi li mezz effikaċi biex tiġġieled il-kriminalita` hija li tipprova tneħħi minn idejn il-kriminal il-benefiċċju tad-delitt li jkun għamel.", "U allura jekk wieħed jagħmilha diffiċli biex il-kriminal igawdi l-flus u l- qligħ li d-delitt li jkun għamel ikun ipprovdielu, allura wieħed isibha inqas u inqas vantaġġjuża li jagħmel ċerti delitti, l-aktar dawk organizzati.", "Għalhekk kulma jmur, mad-dinja kollha, qiegħda mhux biss tinħoloq awareness qawwija dwar il-money laundering - u rrid ngħid li anke l-avvenimenti li seħħew dan l-aħħar fl-Amerika fil-11 ta' Settembru reġgħu taw impetus qawwi u ġdid lil din il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus – imma qegħdin ukoll jaraw x'inhuma l-aħjar mezzi u sistemi li jistgħu jintużaw.", "Naturalment kull sistema li trid tintuża trid tiġi operata b'mod li tinvolvi l-operaturi finanzjarji ta' kull pajjiż.", "Huma dawn l-operaturi li finalment, b'mod jew ieħor, se jirċievu l-flejjes u allura huma dawn l- istess regolaturi li jridu jwettqu proċeduri u sistemi biex tkun tista' tiġi kkontrollata din l-attivita` illegali.", "F'kull pajjiż tiġi mwaqqfa dik li tissejjaħ awtorita` ta' kontroll, jew inkella disclosure receiving agency.", "Dawn l-operaturi finanzjarji jkollhom id-dover li jirraportawlha transazzjonijiet li jistgħu jqajmu ċertu suspett.", "Fid-dinja jeżistu skemi u proċeduri daqsxejn differenti minn pajjiż għall-ieħor dwar kif jiġi mplimentat dan il-kontroll kontra l-ħasil tal-flus.", "Aħna għażilna s-sistema hekk imsejħa suspicious transaction report, jiġifieri li l-istituzzjoni finanzjarja, li jista' jkun bank u jista' jkun stockbroker liċenzjat li jmorru għandu nies bi flus, li skond regoli preċiżi li għandha jistgħu jqajmulha suspett, allura għandha l-obbligu li jagħmel rapport lill- pulizija li saru jew ipprovaw isiru dawn it-transazzjonijiet li huma xi ftit suspettużi.", "Din li d-disclosure receiving agency, jiġifieri l-organizzazzjoni fi ħdan il-gvern li tirċievi dawn ir-rapporti, tkun il-pulizija, kienet is- sitwazzjoni, sa ftit żmien ilu tista' tgħid f'kull pajjiż.", "Pero` l- esperjenza ta' ħafna pajjiżi bdiet turi li dan m'huwiex l-aħjar arranġament li jista' jkollok, u dan minħabba l-fatt li fil-biċċa l-kbira tal-każi – m'iniex qed ngħid għal Malta imma qed nirriferi għall-esperjenzi ta' pajjiżi barranin li nistgħu ngħidu li huma l-esperjenzi tagħna wkoll - il- pulizija ma jkollhomx ċerta expertise finanzjarju li huwa importanti biex wieħed jagħmel ġudizzju serju u tajjeb fuq jekk transazzjoni hijiex waħda ta' money laundering jew hijiex leġittima.", "U anke f'każi ta' suspett ta' attivita` ta' money laundering, kien diffiċli għall-pulizija, minħabba dan in-nuqqas ta' expertise, li meta jridu jagħmlu kuntatt, per eżempju, ma' aġenziji barra minn Malta, biex jieħdu informazzjoni iktar dwar il-persuna jew fuq it-tip ta' transazzjoni nnifisha li tkun qed issir, jagħmlu dawk il- mistoqsijiet li għandhom jagħmlu biex wieħed jiftaħ kemm jista' jkun l- informazzjoni ħalli jitfa' dawl fuq dak li fil-fatt qiegħed isir.", "Ħafna drabi dan in-nuqqas ta' expertise kien qed tirriżulta fil-fatt li l- pulizija, b'mod raġunat fl-opinjoni tiegħi, kienu jieħdu azzjoni mingħajr ma jiddistingwu ż-żejjed fuq it-tip ta' transazzjoni li tkun qed issir.", "U dan kien qiegħed jirriżulta f'disruptions qawwija fi ħdan l-operaturi finanzjarji li kienu qegħdin jirrapportaw dawn it-transazzjonijiet.", "Naturalment l-operaturi finanzjarji ma tantx jieħdu gost b'dawn it-tip ta' interuzzjonijiet ta' ħafna transazzjonijiet li jkunu finalment legali, li jsiru ħafna mistoqsijiet u ħafna waqfien u ħafna problemi, u kien qed iservi naħseb ta' daqsxejn ta' disinċentiv biex ikun hemm operazzjoni robusta f'dan ir-rigward.", "Huwa għalhekk li fil-qasam internazzjonali nħoloq il-kunċett li d- disclosure receiving agency, jiġifieri l-awtorita` li se tikkontrolla, tkun aġenzija speċjalizzata fil-ministeru tal-finanzi, liema aġenzija jkollha fi ħdanha nies b'esperjenza finanzjarja u li l-funzjoni tagħha tkun bażikament li tkun il-filtru tar-rapporti li tirċievi mingħand operaturi finanzjarji, tara liema minn dawn ir-rapporti għandhom ikunu finalment investigati u tgħaddihom lill-pulizija biex dawn ikomplu l-investigazzjoni tagħhom.", "Illum, ħafna pajjiżi madwar id-dinja kollha, għamlu dan il-pass fejn ħolqu dawn l-aġenziji speċjalizzati li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma msejħa, kif se nsejħulhom f'Malta, financial intelligence units.", "U biex isaħħu l-operat ta' dawn il-units f'kull pajjiż, inħolqot ukoll organizzazzjoni, tista' tgħidilha, internazzjonali li xogħolha hu li tgħin biex dawn l- organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jaqsmu bejniethom ċerta informazzjoni u tagħrif ta' metodoloġija, u skemi ġodda li jkunu skoprew biex ħaddieħor naturalment ikun jista' joqgħod b'għajnejh miftuħa iktar fuq ċerta tip ta' operazzjonijiet, jaqsmu bejniethom ċerta intelliġenza ta' gruppi u ta' nies li jkunu per eżempju nqabdu f'ċertu pajjiż biex pajjiżi oħra joqogħdu attenti għalihom.", "Mr Speaker, dan huwa bażikament dak li qiegħed isir b'dawn l-emendi; il- ħolqien ta' dan il-financial intelligence unit fi ħdan il-ministeru tal- finanzi.", "Biex wasalna għal dan konna ħloqna working group magħmul mill-bank ċentrali, mill-financial services centre, mill-avukat ġenerali, u mill- pulizija.", "Dawn, l-ewwel ma raw kien x'tip ta' mudell se joperaw bih, u kif diġa` għedt, ippreferew dan il-mudell ta' kontroll amministrattiv fejn, kif għedt qabel, dan il-unit ikun bażikament il-filtru ta' transazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru u li jiġu rapportati biex b'hekk dak li jgħaddu l- pulizija, kemm jista' jkun, ikunu każi li fil-fatt għandhom jiġu nvestigati.", "Dan il-financial intelligence unit se jitwaqqaf bħala korp b'distinzzjoni legali għalih.", "U dan huwa importanti, mhux biss biex jaċċerta ċerta tip ta' awtonomija fl-operat tiegħu - li kulħadd jifhem li hija importanti - imma anke biex ikun jista' jagħmel qbil u trattati ma' aġenziji barranin.", "Dan il- unit se jkollu l-awtorita` li bil-ftehim mal-ministru jfassal kodiċi ta' etika għas-settur finanzjarju, u naturalment anke għal dak li huwa l- finanzjament tiegħu nnifsu.", "Dan dejjem isir bi qbil ta' budget mal- ministru tal-finanzi li jipprovdi għall-bżonnijiet ta' dan il-unit.", "Il-funzjonijiet tal-unit se jkunu, kif inhuma spjegati u speċifikati fil- liġi, il-ġbir ta' l-informazzjoni, l-analisi u l-ipproċessar tagħha, dejjem naturalment informazzjoni li hija meħtieġa fil-ġlieda kontra l-ħasil tal- flus.", "L-informazzjoni li tinġabar tiġi ppreparata u tista' wkoll tiġi mgħoddija lil ħaddieħor, kemm jekk huma pulizija u kemm jekk huma aġenziji barranin, b'reċiproċita` għal informazzjoni li anke hi tista' tieħu minn dawn l-aġenziji barranin f'każ li jkollha bżonn tagħmel dan.", "Malli jitwaqqaf dan il-unit, se jkun hu u mhux il-pulizija li se tibda tirċievi s-suspicious transaction report u informazzjoni oħra.", "Dan il-unit se jkollu wkoll l-obbligu li jagħmel monitoring ta' l-operaturi finanzjarji u jassigura li dawn huma attrezzati tajjeb biex joperaw il-proċeduri mistennija minnhom u li fil-fatt qegħdin jimplimentaw dawn il-proċeduri u jaħdmu skond m'hemm stabbilit fihom.", "Dan il-unit se jkollu wkoll il- funzjoni li jiġbor informazzjoni fuq transazzjonijiet finanzjarji b'mod ġenerali, għaliex dawn jistgħu jagħtu indikazzjonijiet ta' ċerti transazzjonijiet li jkunu qed isiru u li jistgħu jkunu każi ta' money laundering.", "Naturalment, ladarba tinġabar l-informazzjoni dan ikollu kull obbligu li janalizza u li jifformula statistika li jista' jippubblika.", "Biex inżommu is-settur finanzjarju tagħna alert u effiċjenti fir-rigward tal-ġlieda kontra l-money laundering, se tkun anke l-funzjoni ta' dan il- unit li jieħu ħsieb it-taħriġ tal-pubbliku f'dan il-qasam u ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku in ġenerali ta' xi jkun qed isir u anke li jara li jkun hemm skemi ta' taħriġ fis-settur finanzjarju għal dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur.", "Naturalment se jkun obbligu ta' dan il-unit li jagħti l-parir, għaliex issa huma se jkunu l-esperti, lill-ministru f'dak li huwa prevenzjoni ta' money laundering, investigazzjonijiet li għandhom isiru, prosekuzzjonijiet u anke x'tip ta' penali għandhom jiġu mwaqqfa biex ikunu ta' detterrent għall-ħasil tal-flus fil-pajjiż.", "Dan il-unit huwa maħsub li jkun immexxi minn bord ta' diretturi magħmul minn erbgħa min-nies li jiġu appuntati mill-ministru tal-finanzi u li dan jappuntahom fuq parir li jagħtuh l-avukat ġenerali, il-bank ċentrali, iċ- ċentru finanzjarju u l-pulizija.", "Pero` jista' jkun hemm diretturi oħra fuq il-bord ta' dan il-unit li jkunu nies speċjalizzati f'xi suġġett li jkun importanti għall-unit u l-bord innifsu jissuġġerixxi lill-ministru li għandu jappunta.", "Kull appointment għandu jkun għal terminu ta' tliet snin, għalkemm naturalment dan it-terminu jista' jiġi renovat.", "Huwa importanti li għalkemm dawn in-nies se jkunu appuntati fuq parir ta' dawn l-entitajiet kollha li semmejt, dawn il-persuni m'humiex se jkunu qed jirrappreżentaw lil dawn l-istess entitajiet.", "Jiġifieri dawn mhux se jiġu fuq il-bord u jgħidu kif jaħsibha l-bank ċentrali fuq sistema jew każ partikolari.", "Dawn il-persuni se jkunu b'rappreżentanza personali, jiġifieri dawn l- entitajiet differenti jridu jissuġġerixxu nies li naturalment ikunu jifhmu fl-aspetti anke tan-natura tagħhom bħala organizzazzjoni, pero` darba jkunu fuq il-bord dawn ma jistennewx li dawn in-nies se jkunu jirrappreżentaw lilhom.", "Dawn m'huma se jkunu qed jirrappreżentaw lil ħadd, pero` se jieħdu d-deċiżjoni fuq bażi ta' kif huma jaħsbu personalment li għandu jitmexxa dan il-unit bl-aħjar mod.", "Iċ-chairman u d-deputy chairman, li se jkollhom ir-rappreżentanza ġuridika tal-unit, se jkunu appuntati mill-prim ministru.", "Ħaġa ta' min jinnota wkoll hija li wara esperjenzi li għaddew minnhom pajjiżi oħra, dehrilna li fil- liġi għandna nispeċifikaw li jkun hemm pożizzjoni importanti - li naħsbu li hija importanti ħafna - ta' police liaison officer.", "Dan l-uffiċjal tal- pulizija, li jiġi appuntat mill-kummissarju u li m'għandux ikun taħt ir- rank ta' spettur, huwa importanti biex jagħti link bejn il-pulizija u l- FIU.", "Ma rridux ninsew li l-każi li l-FIU taħseb li għandhom jiġu investigati se jgħaddu għand il-pulizija u allura huwa importanti li ladarba dawn jgħaddu għand il-pulizija wieħed għandu jiġi assigurat li dawn ikunu qegħdin jiġu ttrattati fil-kuntest ta' dak li sar fl-FIU.", "Pero` iktar minn hekk huwa importanti wkoll li ċerta informazzjoni li jkollha l- pulizija, naturalment skon il-każi relatati, ikunu jistgħu jgħaddu għand l- FIU fil-kuntest ta' segretezza u ta' kunfidenzjalita` li wieħed jistenna u jesiġi li għandu jkun hemm, għaliex darba wieħed ikollu din it-tip ta' informazzjoni allura jista' jitfa' dawl ġdid fuq ċerti transazzjonijiet u d- deċiżjonijiet allura jkunu jistgħu jittieħdu ħafna aħjar.", "Mr Speaker, jiena naħseb li din hija inizjattiva pożittiva għal pajjiżna u li se tpoġġi lil pajjiżna fuq livell għoli ma' kwalunkwe pajjiż ieħor li jopera fis-servizz finanzjarju.", "M'għandix dubju li din l-inizjattiva għandha tiġi aċċettata minn kulħadd u mill-poplu in ġenerali.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, xtaqt nibda billi nagħmel il-pożizzjoni tagħna ċara mill-bidunett.", "Minkejja kull kritika li sħabi u jiena se nkunu qed nagħmlu matul dawn is-seduti għall-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, il-Partit Laburista huwa kommess mija fil-mija fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus maħmuġin, u għaldaqstant permezz tal-vot tagħna fuq din il- liġi se nkunu qed nuru l-impenn tagħna f'dan ir-rigward u se nkunu qed nuru li l-impenn tagħna huwa wieħed sħiħ.", "Dan se jkun rifless anke fil-vot tagħna, minkejja, nerġa' ngħid, li ma naqblux ma' ċerti strutturi proposti mill-gvern f'dan l-abbozz.", "Imma dwar dan se nkunu qed inressqu xi emendi fl- istadju tal-kumitat u għalhekk għalissa xtaqt nittratta dan l-abbozz ta' liġi b'mod iktar wiesa u ġenerali.", "Irrid ngħid li segwejt b'attenzjoni l-introduzzjoni li għamel il-ministru u l-ewwel rimarka li xtaqt nagħmel hija li llum spiċċa ż-żmien - qed nitkellem issa f'termini wesgħin mhux f'kuntest strettament Malti - li l- ġlieda kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin tkun waħda ristretta għall- istituzzjonijiet finanzjarji.", "Illum f'pajjiżi oħrajn din infirxet għall- ħidma ta' l-avukati, ta' l-accountants, tan-nutara u nfirxet ukoll għal channels oħra, bħalma huma l-casinos, min imexxi l-azjendi ta' ġojjelerija u insurances u llum qed jidħlu f'ċerti każi aġenziji ta' l-ivvjaġġar.", "Il-kunċett tas-segretezza bankarja mhux bilfors imur kontra l-kunċett ta' l- anti-money laundering; hemm pajjiżi bħall-Isvizzera - u nsemmi l-Isvizzera mhux biex indaħħal l-issue ta' l-EU u l-pożizzjoni tagħna, eċċ, imma nsemmiha f'kuntest apolitiku - li wrew fil-prattika li minkejja li hemmhekk għadhom iqisu l-banking secrecy bħala xi ħaġa non-negotiable, xorta waħda għandhom liġijiet qawwija kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin, saħansitra anke minn ċerti pajjiżi Ewropej oħrajn, kemm dawk li qegħdin fl-Unjoni Ewropea u kemm oħrajn li m'humiex.", "Filwaqt li nifhem li l-gvern seta' ġie imbuttat biex jgħaġġel din il-leġislazzjoni minħabba dak li għaddej anke fi ħdan il- European Union u dak li ddiskutew u ddeċidew il-ministri tal-finanzi ta' l- Unjoni Ewropea ftit tal-jiem ilu fi Brussels - qed nirriferi għal-laqgħa tal-finance ministers tal-pajjiżi membri u anke ta' dawk il-pajjiżi applikanti li għaliha attenda l-Ministru Dalli - wieħed irid jirrikonoxxi l- fatt li dak li seħħ fl-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru ta' din is-sena ta imbuttatura u spinta aktar qawwija favur din il-ġlieda fuq skala globali f'diversi ġurisdizzjonijiet.", "Mr Speaker, qed dan kollu, forsi anke akkost li nirrepeti dak li qal il- ministru, biex nuri li għalkemm il-gvern forsi qiegħed jagħmel xi ħaġa biex jiġi in line ma' l-applikazzjoni Maltija fl-Unjoni Ewropea, din fil-fehma tagħna m'hijiex xi liġi li hija Euro-specific, tant li l-ħolqien tal- financial intelligence analysis units, bħalma se niddiskutu llum, huwa mifrux fuq aktar minn 50 ġurisdizzjoni li jinkludi mhux biss il-pajjiżi ewlenin Ewropej u anke ta' l-Amerika Latina u l-Amerika Ċentrali, imma jinkludi wkoll ċentri li għadhom magħrufa bħala purament off-shore, bħall- gżejjer Cayman, l-Isle of Man, Guernsey, Jersey, Monaco u anke l-Bahamas, fost ħafna u ħafna ġurisdizzjonijiet oħrajn.", "Kif nafha jien, dawn l-FIUs nibtu fil-bidu tas-snin disgħin iżda nfirxu b'rata mgħaġġla f'dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt mill-1995 'il quddiem, għadd ta' FIUs saħansitra bdew jaħdmu flimkien fi ħdan l-organizzazzjoni msejħa Legmond Group, b'għan li wieħed ma jistax ma jaqbilx miegħu, li huwa l-għan li bħala aġenziji speċjalizzati governattivi jsiru bħal speċi ta' focal points għal diversi programmi ta' anti-money laundering li jipprovdu l-possibbilta` ta' bdil aktar mgħaġġel minn qatt qabel ta' informazzjoni, min-naħa bejn istituzzjonijiet finanzjarji, minn law enforcements u anke minn prosecutorial authorities, kif ukoll bejn ġurisdizzjoni u oħra, filwaqt li jħarsu l-interessi ta' l- individwi fil-kuntest tad-data protection.", "Għaldaqstant naħseb li għamel sew il-gvern li wara li kien ilu, fil-fehma tagħna, ċerti xhur ikaxkar saqajh biex jgħaddi l-liġi tad-data protection mill-istadji kollha tagħha, issa għallinqas fittex li jgħaġġel li jiddiskutiha fl-istadju tal-kumitat għaliex fil-fehma tagħna liġi bħal din ma tistax tiġi diskussa serjament jekk min-naħa l-oħra ma jkunx hemm liġijiet tad-data protection diġa` in vigore.", "Bħala kunċett, diffiċli tkun kontra l-idea li tissaħħaħ il-financial intelligence exchange, diffiċli li tkun kontra li jkun hemm titjib fil- livell ta' expertise tal-personnel fi ħdan dawn l-organizzazzjonijiet u diffiċli wkoll li tkun kontra li jiġu applikati teknoloġiji ġodda fil- komunikazzjoni bejn dawn l-FIUs.", "Li nixtieq li aktar tard niddiskutu hija d- differenza bejn l-FIUs u l-financial intelligence analysis units ħalli min qiegħed isegwina għallinqas ikun jista' jifhem xi ftit din id-differenza, lanqas ngħid fl-istruttura, imma fl-enfasi li tkun qiegħda ssir.", "Iżda qabel xejn ħalli ngħaddi ftit rimarki speċifikament dwar il-liġi li għandna quddiemna li qed tipprovdi biex temenda l-att kontra l-money laundering ta' seba' snin ilu.", "Naf li l-gvern wasal għall-proposti abbażi tal-working committee, kif spjega l-ministru, iżda aħna xorta ma nistgħux naqblu mar-rwol u s-sehem tal-ministru tal-finanzi tal-ġurnata, hu min hu, fis-setup li għandna quddiemna, kemm biex jiġi stabbilit il-unit, kif ukoll bħala mezz lil min il-unit għandu jikkomunika.", "Għalkemm nemmen u napprezza li l-enfasi qed issir iktar fuq il-qasam finanzjarju f'dan it-tip ta' kontroll, hemm diversi pajjiżi oħrajn fejn għandek FIUs li l-id tal-ministeru tal-finanzi ftit li xejn tinħass.", "Ħalli nieħdu eżempju tipiku, l-Ingilterra.", "L-Ingilterra, wara li xi żmien ilu kien twaqqaf in-national criminal intelligence service li jaqa' taħt il-home office, imbagħad kienu waqfu n- national economic crimes units.", "Dan m'għandu l-ebda rabta diretta mal- ministeru tal-finanzi jew it-teżor, jiġifieri għandu awtonomija sħiħa mill- gvern ċentrali fil-modus operandi tiegħu.", "Kulma jżomm huwa sempliċiment liaison effettiv mal-home office, mal-cabinet office, mal-foreign and Commonwealth office u anke mat-teżor innifsu.", "Il-fatt li se jkollok intelligence unit, forsi b'enfasi iktar minn qatt qabel fuq l-aspett finanzjarju, xorta ma jġegħelnix inħoss li għandu jkun hemm l-id tal- Ministru tal-Finanzi tinħass daqshekk qawwija, kif għallinqas qiegħed jagħmel dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna llum.", "L-ewwelnett inħossu li struttura bħal din kellha kemm jista' jkun tkun indipendenti minn kwalunkwe ministru.", "Jiena mhux qed ngħid għall-Ministru tal-Finanzi attwali.", "Stajna konna qegħdin nitkellmu dwar il-ministru ta' l- intern u anke l-ministru tal-ġustizzja, u dan qed ngħidu l-iktar għaliex il- funzjoni ta' dan il-unit huwa xogħol ta' analisi, ta' ħidma investigattiva, u anke ta' każi kriminali, jew każi li potenzjalment jistgħu jkunu każi kriminali.", "Barra minn hekk, given ir-rappreżentanza li se jkun hemm fuq il- unit, aktar u aktar inħossu l-bżonn ta' indipendenza mill-ministeru tal- finanzi tal-ġurnata.", "Aħna nemmnu li l-eżekuttiv fil-persuna tal-ministru tal-finanzi għandu jkun maqtugħ minn dan kollu, iżjed u iżjed meta għandek rappreżentanza li m'għandha l-ebda rabta mal-ministeru konċernat.", "Hawnhekk qed nirreferi speċifikament għall-korp tal-pulizija u għall-uffiċċju ta' l- avukat ġenerali.", "Aħna bħala parliamentary group iddiskutejna din il-liġi fid-dettal u b'ċerta serjeta'.", "Nerġa' ngħid li aħna se nivvotaw favur biex ħadd ma jaħseb li għaliex aħna se nikkritikaw ċerti aspetti tal-liġi aħna se nivvotaw kontra.", "Dan qed ngħidu għax huwa importanti li fuq liġi delikata u sensittiva bħal din jekk jista' jkun il-parlament ikun unanimu, għaliex inkella nkunu qed inwasslu - bħala pajjiż u mhux bħala partit - messaġġ li jista' jinftiehem ħażin.", "Jiġifieri aħna se nivvotaw favur anke jekk ma naqblux fuq ċerti innuendos u fuq ċertu strutturi li jkun qiegħed jipproponi l-gvern tal- ġurnata.", "Nerġa' ngħid li ftit inħossu li jagħmel sens li jkollok liġi bħal din li qed tagħti ċertu weight lill-ministru tal-finanzi tal-ġurnata, meta tnejn mill-erbgħa weights li se jikkostitwixxu l-units huma r-rappreżentant tal-korp tal-pulizija u ta' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali, li by no stretch of the imagination m'għandhom xi rabta mal-ministeru tal-finanzi.", "Aħna qed nissuġġerixxu li jkun iktar idoneu li ċ-chairman ta' dan il-unit ikun imħallef li ma jkunx qiegħed ipoġġi normalment fil-qorti kriminali.", "Mill-banda l-oħra aħna qed naqblu li l-mix tal-unit tista' tibqa' kif issuġġerita, li jkollok rappreżentant taċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji, central bank, l-avukat ġenerali u anke l-kummissarju tal-pulizija.", "Fejn ma naqblux mal-gvern huwa li dawn għandhom jissottomettu lista u mbagħad jagħżilha l-ministru tal-finanzi.", "Jiġifieri huma jissottomettu, tlieta jew erba' ismijiet - ma nafx kemm qed tipprovdi l-liġi - u mbagħad il-ministru tal-finanzi jagħżel wieħed minnhom.", "Aħna nħossu li r-rappreżentant fuq din il-unit għandu jiġi magħżul direttament u nnominat direttament mill- organizzazzjonijiet in kwestjoni u mhux mill-ministru jew xi ministru tal- ġurnata, kemm tal-finanzi u anke ta' xi dikasteru ieħor.", "Dan kollu qegħdin ngħiduh, Sur President, għaliex f'issue bħal din tal- ħasil tal-flus barranin jista' jkollok affarijiet ta' natura sensittiva ħafna.", "F'ċerti pajjiżi -mhux qed ngħid neċessarjament għal Malta - jista' jkollok affarijiet li jkunu sensittivi anke minn issues li jolqtu s- sigurta` nazzjonali għax ikunu jittrattaw ma' ċerti każi li jinvolvu x- sharks il-kbar.", "Nerġa' ngħid li mhux qed ngħid għal Malta, imma għal ċerti pajjiżi fejn il-money laundering tant huwa problema kbira, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-drogi u ma' crimes oħrajn, li dawk involuti għandhom saħħa iktar minn tal-gvern tal-ġurnata.", "Dan qed ngħidu fil-kuntest ta' dan kollu li qed nispjega u nixtieq li l-kritika li ssir mill- oppożizzjoni titieħed f'kuntest kostruttiv.", "Aħna mhux qed nieħdu din il- pożizzjoni sempliċement biex inkunu differenti mill-gvern tal-ġurnata, imma dan id-dettal nittrattawh meta niġu għall-istadju tal-kumitat.", "Aspett ieħor li aħna għandna r-riżervi tagħna dwaru huwa li hawnhekk għandna mill-ġdid enabling law li tista' tippermetti ċerti emendi bil-legal notices.", "Dwar dan naf li kellna dibattitu twil u li forsi rripeta ruħu meta kienu qed jiġu mwaqqfin ċertu awtoritajiet min-naħa ta' dan il-gvern.", "M'inix se nġib l-istess argumenti li konna ġibna dakinhar għaliex jiena nħoss li awtorita` fuq il-komunikazzjoni jew fuq il-lottu jew lotteriji hija xi ħaġa differenti minn xi ħaġa ultrasensittiva bħalma għandna quddiemna llum.", "Iżjed u iżjed, għal dan il-każ partikolari, anke jekk ninsew id-dibattitu li għadda fuq l-awtoritajiet l-oħrajn, inħoss li m'għandux jiġi kkunsidrat jew permess fil-kuntest ta' liġi delikata u sensittiva bħal din li jkollok emendi li jistgħu jseħħu permezz ta' legal notices.", "Aħna nemmnu li f'dan il- każ, jekk il-gvern iħoss - kif għandu kull dritt li jħoss - li għandu 'l quddiem ibiddel xi ħaġa, għandu jiġi kull darba quddiem dan il-parlament biex jagħmel dan f'dibattitu sħiħ.", "Jiena anke fir-rigward ta' finanzjament ta' l-aġenzija, ma narax għaliex, per eżempju, m'aħniex se nimxu mas-sistemi ta' l-estimi kif isir f'kull dipartiment approvat mill-parlament innifsu.", "Qed jiġi pprospettat li l-unit ikun jista' jibgħat rapport analitiku lill-kummissarju tal-pulizija għal kull investigazzjoni ulterjori, jekk wara li jkun ikkonsidra r-rapport dwar l-operazzjoni suspetta, il-unit ikollu tassew għaliex jissuspetta li l- operazzjoni tkun waħda suspettuża u li tista' tinvolvi money laundering.", "Hawnhekk ukoll tqum il-mistoqsija: Għalfejn dan ir-rapport se jgħaddi mill- kummissarju u mhux se tinfetaħ inkjesta maġisterjali?", "Dan qed ngħidu għaliex kemm il-kummissarju tal-pulizija kif ukoll l-avukat ġenerali huma diġa' rappreżentati fuq dan il-unit u diġa' jkunu għamlu l- istħarriġ tagħhom rilevanti.", "Jekk min-naħa l-oħra l-kummissarju qiegħed diġa' rappreżentat fuq il-unit, allura għalfejn ma jkollux il-poter li jaġixxi awtomatikament?", "Jiena l-istruttura ta' korp, bord u direttur qed naraha kemmxejn top heavy u burokratika ż-żejjed u tista' tkun daqsxejn unwieldy.", "Għalkemm il-liġi tipprovdi għal ċertu każi ta' emerġenza, imma anke dwar il-każi ta' emerġenza għandna r-riżervi dwar dak li qed tipprovdi għalih il-liġi.", "Mr Speaker, aħna konna nħossuna ferm aktar komdi li kieku, kif spjegajt iktar kmieni, kemm l-avukat ġenerali, kemm il-bank ċentrali, kemm iċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji u anke l-kummissarju tal-pulizija għażlu r- rappreżentant tagħhom direttament minflok m'hu se jkollna sitwazzjoni fejn il-ministru għandu jaħtar l-erba' membri hu billi jagħżel membru wieħed minn kull waħda minn erba' listi ta' mill-inqas tliet persuni, liema listi se jiġu nominati minn dawn l-istituzzjonijiet.", "Barra minn dan ukoll, il- ministru, kemm fl-abbozz u anke għamel riferenza għaliha fl-introduzzjoni tiegħu, jista' saħanisitra wkoll jaħtar żewġ esperti oħra fuq il-bord.", "Jien inħoss, nerġa' ngħid, li dawn għandhom ikunu maħtura direttament mill- organizzazzjoni konċernati.", "Jiena mhux qed ngħid li dan il-ministru jrid ikun super-minister f'dan kollu.", "Mhux qed natribwixxi dan it-tip ta' skop, imma nħoss li meta għandek entitajiet konċernati, inqas naraha loġika li jkollok ministru, b'mod partikolari tal-finanzi, li juża dan ir-rwol kif qed jipprovdi għalih l-abbozz ta' liġi.", "Mhux qed jintqal ukoll, per eżempju, jekk id-dipartimenti rispettivi, per eżempju l-AG, jistgħux jirtiraw il-membri li huma stess ikunu nnominaw matul it-terminu ta' tliet snin.", "Fil-liġi qed jintqal li l-membri tal-bord għandhom iwettqu dmirijiethom skond l-arbitrarju individwali tagħhom u allura jiena nistaqsi: Dawn se jaqgħu taħt l-interpretation act jew le?", "Naħseb li huwa tajjeb li jkollna spjega għal din il-mistoqsija.", "Il-liġi qed tagħmel tajjeb li tidentifika diversi ċirkostanzi fejn bniedem ma jkunx jista' jikkwalifika bħala membru tal-bord, imma naħseb li tajjeb li jkollna definizzjoni iktar wiesa', mhux biss dwar xi żewġ ċirkostanzi fejn fin-nofs jista' jkun hemm persuna professjonalment konnessa ma' xi persuna soġġetta għall-investigazzjoni.", "Dan qed ngħidu għax jista' jkollok mbagħad każ normali li jista' jinqala' lil kull wieħed u waħda minna, li jkollok qraba parentela jew anke minn ta' l-istess familja.", "Qiegħed jintqal, per eżempju, li membru tal-bord jista' jirriżenja mill-karriga permezz ta' ittra li tiġi indirizzata lill-ministru tal-finanzi.", "Dan ifisser li min innominah se jibqa' mingħajr ma jiġi indirizzat?", "L-unika distinzzjoni li qed tagħmel il-liġi hi li filwaqt li l-membri ordinarji se jkunu maħturin mill-ministru tal-finanzi, i ċ-chairman u l-viċi chairman se jinħatru mill-prim ministru imma dawn se jinħatru xorta minn fost membri li se jkunu nħatru mill-ministru tal-finanzi stess.", "Dan ifisser li teknikament il-prim ministru m'hu se jaħtar l-ebda membri ġodda, imma sempliċement se jkun qiegħed jaħtar minn fost il-membri li jkun ħatar diġa' l-ministru tal- finanzi.", "Anke l-provvedimenti tal-liġi dwar il-laqgħat tal-bord m'humiex aċċettabbli.", "Dan qed ngħidu fuq punt ta' teknika mhux ta' prinċipju.", "Il- bord għandu jiltaqa' fi żmien xahar minn meta jiġi kostitwit.", "Imbagħad għandu jiltaqa' daqstant u daqskemm ikun meħtieġ wara dakinhar, imma fl- ebda każ inqas spiss minn għaxar darbiet f'sena.", "Inti jista' jkollok sitwazzjoni - issa dan qed ngħidu stretching too far, imma teknikament tista' tiġri, u għalhekk nixtieq li dan jiġi emendat fil-kuntest tal-liġi - fejn il-bord jiltaqa' għaxar darbiet fi żmien għaxart ijiem, għaliex teknikament ikun issodisfa l-obbligu li għandu skond il-liġi nnifisha.", "Wieħed irid jara wkoll kif se tkun fil-prattika r-role ta' l-uffiċjal kordinatur li se jaħtar il-kummissarju tal-pulizija ma' din il-unit.", "Qiegħed jintqal ukoll li l-unit għandu jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' sorveljanza.", "Hawnhekk jiena nistaqsi jekk dan għandux isir bil-maqlub ukoll.", "Il-liġi li għandna quddiemna, Sur President, tipprovdi dwar trasmissjoni ta' informazzjoni lill-pulizija għal dawk li huma investigazzjoni.", "Ladarba l-unit mhux se jkompli bl-investigazzjonijiet, ir-responsabbilta' tiegħu tispiċċa f'xi stadju jew ieħor?", "Lanqas ma togħġobni l-klawsola dwar il-poter tal-unit li għall-fini li jwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-att, il-unit jista', bl-approvazzjoni bil-miktub tal-ministru tal-finanzi, jissellef jew jiġġenera flus b'tali mod, minn tali persuna, korp jew awtorita`, u taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-ministru tal-finanzi jista' japprova bil- mitkub.", "Dan qed ngħidu għaliex ma nħossx li l-unit in the first place għandu jidħol f'dawn it-tip ta' affarijiet.", "F'ġieh it-trasparenza għandu jżomm 'il bogħod minn dawn it-tip ta' tranżazzjonijiet.", "Jiena naħseb li din il-parti ta' l-abbozz ta' liġi għandha tiġi b'xi mod jew ieħor ridefinita.", "Hemm diversi aspetti ta' l-abbozz ta' liġi li jagħmlu aktar mistoqsijiet milli joffru tweġibiet.", "L-ewwelnett nistieden lill-Ministru biex ġenwinament jgħidilna f'liema pajjiżna jew ġurisdizzjoni oħra l-membri tal- unit jinħatru mill-ministru tal-finanzi.", "Lanqas l-Istati Uniti.", "Per eżempju l-Istati Uniti naf li l-FIU taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-US treasury, imma fl-ebda stadju ma jagħtik x'tifhem li dawn il-membri se jinħatru mis- segretary for financial affairs ta' l-amministrazzjoni Amerikana.", "Nerġa' ngħid, għalkemm iċ-chairman u l-viċi chairman qed jintħatru mill-prim ministru, dan effettivament m'hu se jkollu l-ebda għażla għaliex ikun qed jagħżel minn fost nies li diġa' jkunu ġew magħżulin mill-ministru tal- finanzi.", "U dan naħseb ikompli jsaħħaħ l-argument ta' l-oppożizzjoni dwar kemm inħossu li hija rilevanti, valida u f'waqtha li ċ-chairmanship għandha taqa' taħt membru tal-ġudikatura iktar milli taħt ir-responsabbilta' ta' xi ministru partikolari.", "Aħna napprezzaw li l-element tekniku finanzjarju huwa meħtieġ f'dawn l- investigazzjonijiet, imma xorta nemmnu li l-bażi għandha tkun waħda ġudizzjarja.", "L-FIU jista' jagħżel li ċerti każi ma jressaqhomx lill- pulizija, u hawnhekk iżjed u iżjed għandna noqgħodu attenti li ma jkollokx influwenza jew b'mod jew ieħor dell ta' xi ministru.", "L-FIU tista' tiġi abbużata jekk ikollok political appointees anke f'min tinvestiga, u min- naħa l-oħra jista' jkollok bil-maqlub, li din tista' taġixxi bħala filter u ma tippermettix jew ma twassalx biex ċerti każi li għandhom jiġu investigati jiġu effettivament investigati.", "Dan qed ngħidu iżjed u iżjed meta jidher ċar li l-pulizija se jinżammu one filter stage 'il bogħod minn dak li jkun għaddej.", "Jiena fhimt u qbilt ma dak li qal il-ministru fil-bidu li m'għandniex nibqgħu f'din il-linkage diretta assoluta li kien hemm mal- pulizija fl-imgħoddi u li hemm bżonn approach iktar tekniku u xjentifiku.", "Jiena nemmen li jekk ikun hemm rappreżentanti tal-units li semmejna, jiġifieri l-MFSC, is-central bank, l-AG, u l-kummissarju tal-pulizija, plus li jkollok chairmanship ta' xi ħadd mill-ġudikatura, għandu jkun hemm it-technical, is-scientific u l-professional expertise u inputs li wieħed għandu bżonn biex jilħaq l-istess għanijiet li dwarhom qed jikkummenta l- gvern.", "Jiena anke l-performance agreement ma naqbilx li għandu jiġi miftiehem mal- ministru tal-finanzi.", "Dan aktar u aktar meta qiegħed jintqal li l-unit għandu jagħti l-parir lill-ministru tal-finanzi dwar kull issue jew materja li għandha x'taqsam - u din hija klawsola wiesa' - mal-prevenzjoni, mad- detection, ma' l-investigazzjoni, mal-prosekuzzjoni u mal-punishement ta' offiżi ta' ħasil ta' flus maħmuġin.", "La l-gvern ħass li għandhom jiddaħħlu ministeri kien ikun iktar floku li jiddaħħal il-ministru tal-ġustizzja u ta' l-intern ladarba aħna qed nikkunsidraw crime, economic jew financial.", "Minkejja li qed ngħid dan aħna bħala oppożizzjoni u jiena personalment nippreferi li ministri ma jiddaħħlu xejn.", "Jiena nemmen ukoll li l-unit għandha tibgħat ir-rapporti kollha lill- pulizija, anke fejn irriżultala li ma kienx hemm każ.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex inkella l-intermediary jista' jibda jiġi perċepit bħala li qed jimblokka xi investigazzjoni.", "Din il-ħaġa tkun agħar jekk fin-nofs ikun hemm xi dipartimenti li jistgħu jaqgħu taħt l-istess ministeru tal-ġurnata.", "Sur President, artiklu minnhom jitkellem dwar il-liability of damages.", "Hemm il-ħarsien tal-unit mil-liability għad-danni, sakemm il-unit ma turix li tkun imxiet b'ċertu malafede.", "U li turi malafede mhux bħalma tagħti prova ta' danni.", "Biex tipprova każ ta' danni naħseb li hemm bżonn li jkollok provi konkreti u mhux sempliċement ħjiel tagħhom.", "L-akbar oġġezzjoni hi li l-ministru, għalkemm fuq il-parir tagħhom, se jagħżel nies minn fost dawk nominati minn dawk l-erbgħa power points li semmejna iktar kmieni.", "Dawn għandhom jinħatru direttament mill-aġenziji jew l- organizzazzjonijiet li jaħdmu għalihom.", "Bix-xenarju li se jinħoloq irridu, iva, li jkollna esperti u importanti li ma nsibux ruħna ristretti fiż-żmien għall-operat ta' dawn it-tip ta' funzjonijiet.", "Ta' min igħid li dawn in-nies se jkunu nominati mhux fuq titlu personali imma b'mod qisu semi-indipendenti mill-uffiċċju li huma jirrappreżentaw.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi jekk dawn humiex se jkollhom xi forma ta' linkage ma' l-uffiċċju li huma ġew nominati minnu.", "In-nominee ta' l-AG, per eżempju, x'tip ta' relationship se jkollu ma' l-uffiċċju ta' l-AG?", "Għandna wkoll riżervi serji, Sur President, dwar dik il-parti tal-liġi li qed titkellem dwar deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu f'każi ta' emerġenza.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Jiena napprezza li jista' jkollok każi li jistgħu jirrikjedu ċerta prompt action, imma hawnhekk x'qed jingħad?", "Qed jingħad illi jekk ma jkunx hemm ħin biżżejjed għandha tittieħed deċiżjoni minn mill- inqas żewġ membri li wieħed minnhom irid ikun chairman jew deputy chairman.", "Issa aħna veru li qegħdin nissuġġerixxu li għandu jkun hemm chairman min- naħa tal-ġudikatura, imma ejja ngħidu li l-gvern jibqa' jinsisti fuq il- proposta orġinali tiegħu li ċ-chairman ikun maħtur minn fost dawk l-erbgħa entitajiet, jiġifieri mill-pulizija, mill-AG, mill-MFSC jew mis-central bank.", "F'dan il-każ tista' tinħoloq sitwazzjoni fejn minħabba l-urġenza tal- każ, d-deċiżjoni tittieħed min-naħa tar-rappreżentant ta' l-MFSC u tas- central bank mingħajr ma jkollok input mill-pulizija u l-AG sempliċement għaliex ma jkunx hemm biżżejjed nies preżenti għal din l-ispeċi ta' deċiżjoni ta' emerġenza li riedet tittieħdet.", "J iena nifhem it-thinking tal-gvern u nifhem li m'għandniex jibqa' jkollok dik il-linkage mal-pulizija biex ikollna forsi approach iktar teknika u xjentifika, imma lanqas irrid nipprevedi xenarju li fih tittieħed deċiżjoni purament mill-financial wing, jiġifieri mis-central bank u mill-MFSC, imma lanqas ikun hemm l-input min-naħa tal-kummissarju tal-pulizija jew ir- rappreżentant tiegħu jew min-naħa tar-rappreżentant ta' l-AG.", "Naħseb li nkunu morna minn estrem għal ieħor.", "Jiena nistaqsi jekk fil-prattika, per eżempju rapreżentant tal-pulizija, bħala liaison officer huwiex se jkollu dritt li jżomm ċerta informazzjoni saħansitra mill-kummissarju tal-pulizija innifsu.", "Dan qiegħed ngħidu biex wieħed ikun jaf u jifhem aħjar kif se taħdem din il-liġi fil-prattika.", "Wieħed għandu jara wkoll jekk il-liaison officer għandux ikun f'livell ogħla minn spettur, għaliex għalkemm il-liġi qed tipprovdi li jista' jkun ta' livell ogħla, qed tgħid li għandu jkun ta' livell ta' mill-anqas spettur.", "Jiena naħseb li jekk tkun daqsxejn ogħla ikun tajjeb għal kulħadd.", "Imbagħad nixtieq nagħmel mistoqsija oħra.", "Meta il-unit qed tgħid li trid tikkonsulta l-AG biex jiddetermina jekk għandux jiġi miksub attachment order mill-qrati, dan se jkun soġġett għal deċiżjoni formali ta' board meeting tal-unit, jew sempliċement għandu jkun hemm konsultazzjoni sempliċi mal-unit?", "Importanti li jiġi spjegat ukoll kif id-data protection act u l- professional secrecy act se jaħdmu fil-kuntest ta' din il-liġi.", "Qed nagħmel iktar enfasi fuq il-professional segrecy act għaliex naf li l-gvern diġa' qiegħed jipprovdi emendi għal din il-liġi li l-ministru ġentilment diġa' għaddielna koppja tagħha għall-konsiderazzjoni min-naħa tagħna.", "Kif inhi l- professional secrecy act illum, naħseb li se jkun hemm ċertu stunar bejn dak li qed tipprovdi l-liġi nnifisha u l-professional segrecy act kif għadha in vigore sal-lum.", "Jiena napprezza x-xejriet internazzjonali li hemm, u nifhem u naqbel li għandu jkun hemm iktar trasparenza fl-operat ta' ċerti professjonijiet li jkollhom aċċess għal tagħrif dwar ċerti suspicious transactions.", "Dan qed ngħidu għax jiena ma rridx niġi interpretat li qed ngħid li għandna nżommu l-professional secrecy act kif kienet fiż-żmien ta' l-imgħoddi anke fid-dawl ta' dawn ix-xejriet ġodda fl-anti-money laundering, imma qed nagħmel din iktar bħala mistoqsija teknika dwar diffikultajiet li jistgħu jqumu.", "Ngħid ukoll li jistgħu jqumu anke problemi li huma marbutin ma' l-issue tad-data protection.", "Irrid nistaqsi wkoll x'se jiġri, per eżempju, f'dawk il-każi fejn il- pulizija jistgħu jirċievu tips indipendenti dwar xi economic jew financial crime simili.", "(Interruzzjonijiet) Il-ministru qiegħed jgħidli li jistgħu jaġġixxu.", "Nirringrazzjah ta' l-informazzjoni.", "X'se jiġri, per eżempju, jekk tkun għaddejja inkjesta maġisterjali?", "Tajjeb li forsi wieħed jistaqsi wkoll – u dan iktar bħala suġġeriment milli bħala emenda għal-liġi - jekk il- maġistrat għandux ikollu d-dritt li jitlob lill-unit li tpoġġi s-servizzi tagħha għad-diżpożizzjoni tiegħu jew tagħha biex tiffaċilita dak li jkun għaddej min-naħa tal-maġistrat innifsu.", "Jiena diġa' semmejt iktar kmieni r-riżervi li għandna li l-unit jista' jkollha kontijiet bankarji u proprjeta` mmobbli u mobbli.", "Dan iktar qisu x- xogħol ta' xi nies kummerċjali milli xi xogħol ta' xi investigating unit.", "Qed jintqal ukoll li l-flus meħtieġa għat-tħaddim tal-unit \"may be advanced by the minister to the unit.\"", "Naf li m'hijiex sitwazzjoni li wieħed jista' jimmaġinaha faċilment, imma x'jiġri jekk il-ministru tal-ġurnata li jkun ħatar il-membri tal-unit jagħżel li jkaxkar saqajh dwar ċerti investigazzjonijiet billi jċaħħadhom mill-fondi meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom?", "Nerġa' ngħid li jiena m'hu qed nitfa' l-ebda dell fuq il- ministru tal-ġurnata jew ta' għada jew ta' pitgħada, imma dawn huma diffikultajiet li jistgħu jqumu anke minħabba ċerti lakuni li hemm fil-liġi nnifisha.", "Huwa importanti li liġi bħal din tkun watertight kemm jista' jkun ħalli ma tkunx suġġett għal ċerti poteri diskrezzjonali.", "Jiena l-poteri deskrizzjonali ma naqbel magħhom qatt, iżjed u iżjed meta qegħdin nitkellmu fuq suġġett ta' natura sensittiva bħalma għandna quddiemna llum.", "Imbagħad għandna aspett ieħor.", "Korp jew unit bħal dan li qed nitkellmu fuqu naħseb irid ikun issorveljat ukoll.", "Il-ħruġ tiegħu għandu jkun ivvotat mill- parlament u d-dħul tiegħu għandu jidħol direttament fil-fond konsolidat.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar l-intelligence unit bħalma qed tipprovdi għalih il-liġi, inħoss li l-awditjar għandu jsir mill-awditur tal-gvern u mhux minn awdituri privati approvati mill-ministru.", "Daqstant ieħor inħossu li r- rapport tagħhom għandu mhux biss jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, iżda għandu jiġi approvat mill-parlament.", "Apparti mill-kontijiet pubbliċi li jistgħu jiġu verifikati mill-Public Accounts Committee, inħoss li r-rapport amministrattiv għandu jkun sorveljat preferibbilment mill-Kamra kollha imma għallinqas minn xi kumitat ta' din il-Kamra.", "Fuq nota aktar ġenerali, Sur President, inħoss li din il-leġislazzjoni hija meħtieġa anke fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Din hija ħaġa li ovvjament telgħet iktar fuq l-agenda wara dak li ġara fil- 11 ta' Settembu ġewwa l-Istati Uniti.", "Dawn huma affarijiet, Sur President, li qegħdin insemmuhom għaliex jolqtu lill-pajjiżi kollha, hu x'inhu l-istat assolut tagħhom, kif ukoll irrispettivament mill-fatt jekk ikunux ċentri finanzjarji offshore jew ċentri finanzjarji onshore.", "Fil-fatt din hija ġlieda li llum anke l-fond monetarju internazzjonali issa ngħaqad fiha, u dan l-aħħar kien anke tħabbar li l-istess fond kien qed joffri assistenza teknika lil għadd ta' pajjiżi li xtaqu jsaħħu l-anti-money laundering regimes tagħhom.", "Bħala istituzzjoni bi sħubija kważi universali, jien inħoss li l-fond monetarju jippresta ruħu tajjeb biex ikun hemm tibdil ta' informazzjoni rilevanti kif ukoll biex jiġu żviluppati approaches komuni għal dawn it-tip ta' issues.", "M'hijiex koinċidenza li bħalissa għadd ta' pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali qegħdin jeżaminaw l-infurzar u l- promozzjoni ta' dawn it-tipi ta' liġijiet fiż-żoni u fl-areas tagħhom.", "Illum naħseb li hija l-fehma ta' kulħadd li ebda aġenzija, waħdanija ma tista' tirriżolvi dawn it-tip ta' problemi b'mod indipendenti minn aġenziji oħrajn.", "Minħabba f'hekk huwa importanti li jiġu identifikati dawk li jissejħu l-cut out countries.", "Mhux qed ngħid li Malta hija cut out country, biex ħadd ma jifhimni ħażin, imma qed ngħid għal ċerti pajjiżi, ċerti ġurisdizzjonijiet 'l hemm minn xtutna, fejn wieħed kultant isibha diffiċli ħafna biex jittraċċa flus maħmuġin mis-sorsi oriġinali tagħhom.", "Jiena l-ewwel semmejt il-fatt li llum ħafna mill-ħasil tal-flus maħmuġin qiegħed isir fin-non-banking financial sectors, jew mhux esklussivament fil- banking financial sector.", "Fil-fatt illum l-attenzjoni kulma tmur qed tiżdied fuq securities firm, l-investment advisors, il-currency exchangers, il-credit card companies, l-insurances, il-casinos, li fl-imgħoddi kienu jeżistu ħafna kemm mis-superviżjoni, kif ukoll mill-proċess ta' rrapportar dwar it-transazzjonijiet tagħhom.", "U għalkemm kien hemm min - mhux qed ngħid għan-naħa tal-gvern, kien hemm xi korrispondenza li kelli anke f'ġurnal lokali - ipprova jagħti l-impressjoni li pajjiżi bħall-Isvizzera jħaddmu flus maħmuġin aktar minn pajjiżi oħrajn, il-kaċċa għall-assi tat-terroristi wriet li l-awtoritajiet Svizzeri kienu fuq quddiem nett biex jikkoperaw.", "Huma argumentaw – u fl-opinjoni tiegħi argumentaw tajjeb - li jekk, per eżempju, jirċievu executive order mill-gvern Amerikan, għalihom kienet indikazzjoni biżżejjed biex jagħmlu t-tfittxijiet meħtieġa mingħajr ma jistaqsu wisq domandi żejda.", "Huma li għamlu distinzjoni huwa bejn min imur jistad għall-informazzjoni - dawk li jissejħu l-famużi fishing expeditions - u min ikollu suspetti fondati u plawsibbli.", "Fil-fatt ir-record riċenti tagħhom juri li minkejja s-segretezza bankarja huma kkonformaw ma' kull talba leġittima u anke legali li saritilhom.", "Fil-fatt ftit ilu kien saħansitra d-deputat segretarju għat-teżor Amerikan li kien faħħar il- kontrolli Svizzeri kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin.", "Din hija reazzjoni li tifga l-argument ta' kulmin ipoġġi s-segretezza bankarja fl-istess keffa mal-ħasil tal-flus maħmuġin.", "Tajjeb li wieħed jgħid li kuntrarju għall-istess Stati Uniti nnifisha, il- leġislazzjoni Svizzera kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin tinkludi wkoll l- avukati, l-istockbrokers, l-irkantaturi, kif ukoll l-għadd ta' istituzzjonijiet finanzjarji li m'humiex bilfors ta' natura bankarja.", "Jien, per eżempju, li laqatni l-iktar kien il-każ riċenti - dan kont qed insegwih fuq l-internet - fejn kien hemm sussidjarji Svizzeri ta' l-Israel bank union li kellu x'jaqsam ma' flejjes maħsulin ta' l-ex- intelligence chief tal-Peru`, Montesinos, u talli l-bank ma kienx eżerċita' due diligence serju biżżejjed meta dan fetaħ il-kontijiet tiegħu magħhom, il-bank ikkonċernat kien ġie mċanfar pubblikament mis-Swiss Federal Banking Commission, ħaġa li ma tantx issir f'pajjiżi u f'ġurisdizzjonijiet oħra.", "Naħseb li meta jiġru każi bħal dawn ikun tajjeb li l-bankijiet ikkonċernati jiġu imċanfra pubblikament, għaliex b'hekk naħseb li l-anti-money laundering regime tal-pajjiż konċernat ikun qiegħed juri ċerta serjeta`, ċerta dixxiplina u ċerta rigorosita`.", "Illum, Sur President, qegħdin jiġu ċirkolati aktar fil-beraħ il-listi ta' l- hekk imsejħa, NCCTS, dawk li huma n-non co-operative countries and territories, li ġew identifikati mill-financial action task force bħala li għandhom money laundering deterrence measures inadegwati, u dawn jekk m'inix sejjer żball b'kollox ilaħqu ma' xi 19 jew 20 ġurisdizzjoni.", "Wieħed illum jieħu gost jinnota li anke bosta ġurisdizzjonijiet offshore qablu li jimplimentaw leġislazzjoni li tilqa' kontra t-theddid tal-funding terroristiku, u f'dan il-kuntest wieħed ma jistax ma jsemmix il-konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar dan is-suġġett, il-UN convention for the supression of terrorist financing.", "Dan qed ngħidu għaliex illum importanti li anke fejn għandek segretezza bankarja jkollok dawk li jissejħu know your customer rules li jkunu jaqblu ma' l-aqwa international practice tal- ġurnata.", "Fl-Ingilterra, per eżempju, fil-proceeds of crime bill, li ftit ilu ngħatat it-tieni qari tagħha fil-House of Commons, tipprovdi li solicitors u legal practitioners jistgħu jiffaċċjaw massimu ta' ħames snin ħabs jekk jirriżulta li kienu negliġenti f'xogħlhom u li jkunu nvoluti fi transazzjoni llegali tal-klijenti tagħhom.", "Vera li dan kien qanqal dibattitu sħun anke fi ħdan il-law society Ingliżi, għaliex hemmhekk kienet qamet il-borderline issue ta' effettivament x'jikkostitwixxi fil-prattika negliġenza u x'jikkostitwixxi reasonable suspicion.", "Minn dak li ngħatajt x'nifhem mill-practitioners finanzjarji lokali li kkonsultajt, il-liġi li għandna quddiemna hija liġi li bħala pajjiż, u aħna naqblu wkoll bħala oppożizzjoni, żgur li ma nistgħux naffordjaw li ngħaddu mingħajrha jekk iridu tixrid aktar effettiv tat-tagħrif li jkollna fuq il- ħasil ta' flus maħmuġin, kif ukoll - importanti ħafna dan it-tieni punt, Sur President - kollaborazzjoni eqreb u aktar immedjata ma' ġurisdizzjonijiet oħrajn.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk mhux bi kritika lill-awtoritajiet Maltin, imma qed ngħid hekk għaliex minn dak li qrajt u rriċerkajt jidher li għalkemm l-FIUs ilhom is-snin jipprovdu għal din it-tip ta' kollaborazzjoni, fil-prattika, għallinqas sal-lum, ma kienx hemm wisq exchanges daqskemm wieħed kien jippretendi bejn id-diversi FIUs, u wieħed jawgura li din it-tip ta' kollaborazzjoni tiżdied fis-snin li ġejjin u tiġi intensifikata anke fejn għandu x'jaqsam pajjiżna, iżjed u iżjed jekk aħna se jkollna provvediment li se jwaqqaf din it-tip ta' unit ġewwa pajjiżna.", "Meta tkellimt aktar kmieni dwar il-possibbilta' li l-ħasil tal-flus maħmuġin jistgħu jkunu sensittivi, saħansitra anke minn ċerti aspetti li jolqtu s-sigurta' nazzjonali kont qed ngħid dan fil-kuntest li llum l-IMF qed jikkalkula li bejn 2% u 5% tal-GDP dinji, jiġifieri il-ġid nazzjonali dinji, jiġifieri qed nitkellmu bejn xi $600 biljun u $1.3 triljuni, qed isibu ruħhom maħsulin fl-ekonomija dinija, u ironikament terz u nofs dan l- ammont ħafna drabi kien qiegħed jidħol fis-sistema finanzjarja Amerikana nnifisha qabel ma ttieħdu l-miżuri preventivi li qed nitkellmu dwarhom illum.", "U bħal kull liġi oħra l-importanti m'hijiex biss it-tip ta' leġislazzjoni li jkollok, iżda kemm tkun kapaċi tinforzaha.", "Illum, per eżempju, barra minn Malta qed jikbru l-multi għall-kumpaniji u anke għall- istituzzjonijiet li jinsabu defiċjenti fil-proċeduri tagħhom fil-ħasil ta' flus maħmuġin u dan bir-raġun kollu.", "Illum wieħed isib, per eżempju, li istituzzjonijiet bħall-finacial services authority Ingliża, qegħdin kulma jmorru jgħollu l-profil tal-money laundering control officers tagħhom.", "Sal- lum f'Malta ma jirriżultalix li l-onus tat-transazzjonijiet suspettużi kienu qed jaqgħu fuq il-professjonijiet li semmejt iktar kmieni, għalkemm nerġa' ngħid li bit-tibdiliet forsi qed jiġu prospettati għall-professional secrecy act 'il quddiem jista' li jkollna dan it-tip ta' tibdil maħsub anke fil-leġislazzjoni f'pajjiżna.", "Appart minn hekk, Sur President, huwa importanti wkoll li jiġu identifikati l-benefiċjarji tan-nominee business eżistenti, kif ukoll li jiġi mgħolli l- livell tal-compliance, kemm fil-ftuħ tal-kontijiet ġodda kif ukoll ta' dawk eżistenti.", "Importanti, per eżempju, li fil-faxex aktar 'l isfel ta' l-FIUs innifishom, għandu jkun hemm taħriġ aktar iffokat għaliex jidher li għad hemm ħafna x'jittejjeb f'dak ir-rigward Dan qed ngħidu mhux bi kritika għal amministrazzjonijiet preċedenti, imma qed ngħidu għaliex huwa stat ta' fatt u biex nawgura li dawn il-fatti ma jerġgħux jirriżultaw fis-snin li ġejjin.", "Wieħed jiftakar li fi snin mhux daqstant 'il bogħod kellna transazzjonijiet li setgħu taw lok għal ħasil ta' flus maħmuġin meta kien hemm diversi proprjetajiet fir-real estates meta kienu qed jinxtraw minn residenti ta' pajjiż partikolari – li mhux se nsemmieh b'ismu - fejn ġieli kont tisma' rapporti ta' nies li ġew saħansitra bi briefcases kollha flus kontanti.", "Wieħed jawgura li l-FIU, speċjalment kif qed tiġi organizzata, tkun geared biex tilqa' għal dawn it-tip ta' transazzjonijiet illum u tantiċipahom b'mod preventiv kemm jista' jkun.", "Dan qed ngħidu għaliex illum hemm bosta mistoqsijiet elementari li kull gvern jew amministrazzjoni tista' tistaqsi lilha nnifisha biex tkejjel jekk hijiex effettiva biżżejjed fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin.", "Importanti, per eżempju, li titkejjel l-iskala tal-problema fil-pajjiż, dejjem jekk kemm-il darba teżisti.", "Jiena persważ li teżisti f'kull pajjiż meta tara l-lifestyle, l-istil ta' għajxien - mhux livell ta' għajxien, għax dan j'Alla jkompli jiżdied minn sena għal sena - ta' ċerti nies magħrufa, kif ukoll il-mod kif ċerti nies minn xejn, f'daqqa waħda jispiċċaw mhux b'negozju wieħed imma jiftħulek għaxar, ħmistax-il negozju f'ħakka t'għajn.", "Importanti naraw kif il-ħasil tal-flus maħmuġin jista' jkun qed ikollu effett fuq in-negozju u l-impatt li jista' jkollu fuq l- iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u r-rabtiet tiegħu mas-soċjeta' in ġenerali.", "Dan nagħmluh anke permezz ta' għadd ta' inizjattivi multilaterali li nkunu qed nieħdu, kif ukoll billi naderixxu ma' l-hekk imsejħa 40 rakkmandazzjoni ta' l-FATF, il-financial action task force.", "Kif għedt iktar kmieni, u kif qal - biex inkun fair - anke l-ministru, l- inċidenti mdemma tal-11 ta' Settembru kellhom effett katakliżmiku fuq is- settur tal-flus maħmuġin.", "Dawn l-inċidenti mhux biss wasslu għal bidla fl- atitudni ta' l-Istati Uniti nnifisha, li llum qiegħda thedded b'sanzjonijiet lil dawk il-pajjiżi u istituzzjonijiet li jonqsu milli jikkoperaw, iżda llum qed toħroġ aktar fid-deher id-distinzjoni anke bejn financial crime u dawk li huma flus imċappsin mat-terroriżmu, terrorist money.", "Jiena ħadt gost nara l-istatement li għamel il-ministru l-bieraħ.", "Hemm affarijiet li ma qbiltx miegħu, pero' ħadt gost fuq il-livell nazzjonali li huwa qal li mill-indaġini li saru ma rriżultax li kien hawn flus ta' terroriżmu ġewwa pajjiżna.", "Semmejt l-Istati Uniti, Sur President, għaliex fil-fatt il-Financial Times dan l-aħħar uriet li l-Istati Uniti ma kenitx qed taderixxi ma' kważi terz tad-direttivi ta' l-FATF l-aktar fir-rigward ta' dawk li huma kumpanniji ta' l-assigurazzjoni u fil-bureaux du change meta jiġu biex jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi.", "Fil-fatt, xahar biss qabel l-inċidenti ta' New York u Washington, kien l-AG ta' l-Istati Uniti stess, John Ashcroft, li kien ammetta li pajjiżu ma kienx żamm il-pass ma' l-iżviluppi fil-financial crime.", "Illum l-istorja nbidlet tant li l-Istati Uniti għaddiet diversi liġijiet - forsi anke djakonjani - li jistgħu jwasslu għall-iffriżar u anke għall-ħtif ta' assi terroristiċi.", "Kienu x'kienu ċ-ċirkostanzi li mbuttaw lil dak il-pajjiż 'il quddiem, kull deni rridu neħduh b'ġid, iżjed u iżjed għaliex meta jiċċaqlaq pajjiż bis- saħħa ekonomika, finanzjarja u politika bħall-Istati Uniti, bla dubju ta' xejn ikollu effett dirett fuq il-kumplament tad-dinja ħafna iktar milli kieku jiċċaqlaq pajjiż iċken fis-saħħa u fl-influwenza tiegħu.", "Xorta waħda iżda, l-isfida hija akbar għaliex hemm differenza kbira bejn li tipprova tħarbat flus ġejjin mill-kriminalita` organizzata u dawk li ġejjin minn fondi terroristiċi.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk, Sur President, għaliex fil-każ tat-terroriżmu l-flejjes involuti jistgħu jkunu ferm iżgħar fl-ammont.", "Dan jikkuntrastja bil-kbir mal-flus li jiġu riċiklati in konnessjoni man-negozju illegali fid-drogi.", "Apparti minn hekk, il-fondi terroristiċi, ġieli jiġu minn għejjun leġittimi u l-end user tagħhom jispiċċa ma jkunx legali u leġittimu.", "Din il-ħaġa qiegħda ġġiegħel lil diversi istituzzjonijiet finanzjarji biex jistaqsu lilhom innifishom, mhux biss minn fejn ċertu flus ikunu ġejjin, iżda wkoll fejn għandhom iċ-ċans li jispiċċaw.", "Hemm min jibża, per eżempju, li dan jista' jwassal saħanistra għal ċertu element kważi razzista, u dan qed ngħidu għall-mod kif ċertu flus mil-Lvant Nofsani qed jitpoġġew taħt skrutinju aktar minn flejjes ġejjin minn għejjun oħra.", "Qed ikun hemm min jirraġuna li dan jista' jwassal ukoll għal ċerta reazzjoni difensiva minn ċerti banek li minħabba li ċerti fondi jistgħu jirriżultaw li jkunu marbuta ma' ċerti atti terroristiċi, dawn jibdew jirrapportaw anke dawn it- transazzjonijiet ta' l-iċken suspett, u dan fil-prattika jista' jwassal biex ir-regolaturi jiġu flooded b'sensila twila esaġerata ta' rapporti.", "Qed ngħid dan għax huwa importanti li fil-prattika jkun hemm sens ta' bilanċ.", "Jiena naħseb li anke f'dawn iċ-ċirkostanzi, Sur President, il-qofol ta' kollox għandu jkun li jiżdied l-infurzar ta' dak li jissejjaħ, know your customer rules, li fil-fatt biex inkunu fair, l-FATF ilha tinvoka għal snin sħaħ minn qabel ma qamu dawn il-mewġiet kbar li nqalgħu f'Settembru li għadda.", "Dan qed ngħidu mingħajr ma nitfa l-ebda dell fuq ħadd, għaliex mal- milja ta' żmien irriżulta li l-flejjes maħmuġin ġew riċiklati kemm fl- Unjoni Ewropea kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea, kemm fil-Lvant Nofsani u anke kif semmejt fl-Istati Uniti nnifisha.", "Xi ftit ta' snin ilu kien hemm xi ħadd li ddeskriva l-ħasil tal-flus maħmuġin bħala makna tal-ħasil infernali.", "Aħna naqblu mal-kunċett ta' l- FIUs għaliex apparti li jwasslu għal tixrid aktar wiesa' u pront tat- tagħrif f'dan is-settur, huma jistgħu jwasslu wkoll biex tiġi detected ċerta kriminalita` anke fl-istadju hekk imsejjaħ pre-investigattiv jew ta' l-intelligence stage.", "Qabel ma twaqqfu l-FIUs f'ċerti pajjiżi kien hemm ċertu tkaxkir tas-saqajn minn ċerti istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lill-awtoritajiet governattivi b'tagħrif indikattiv tal- kriminalita` f'dan is-settur partikolari.", "Jiena ngħid li l-FIU tista' taħdem bħala clearing house għat-tagħrif finanzjarju jew bħala buffer bejn is-settur finanzjarju privat u l-aġenziji tal-law enforcement.", "Mr. Speaker, tajjeb li nfissru wkoll għaliex ċerti pajjiżi marru għall-FIUs filwaqt li oħrajn marru għall-financial analysis units, l-FAUs.", "F'ċerti pajjiżi taqsimiet tal-pulizija li jkunu ġew stabbiliti biex jinvestigaw kriminalita` finanzjarja, jew hekk imsejħa white collar crime, ġieli ssejħu financial investigative units.", "Allura dan ovvjament wassal għal ċerta konfużjoni fejn wieħed jibda jistaqsi għalxiex qed nirreferu, jekk hux għall-FIUs li jkunu l-pulizija nnifishom jew għall-FIU li l-gvern ikun qed jipprova jwaqqaf kif qed jipprovdi għalih l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ħafna pajjiżi solvew il-problema billi ħallew il-units tal- pulizija jissejħu financial investigative units filwaqt li bdew isejħu lilhom innifishom FAUs, financial analysis units.", "F'Malta jekk wieħed jara l-għanijiet tal-liġi jsib li ħloqna a hybrid organisation, li hija an intelligence analysis unit.", "Ċerti pajjiżi oħrajn saħansitra waqqgħu l-kelma intelligence li jista' jkollha konnotazzjonijiet ta' spjunaġġ.", "Sur President, iktar ma tikber it-teknoloġija aktar jikbru l-prospetti tax- tixrid tal-ħasil tal-flus maħmuġin kif ukoll tal-ħeffa biex isir tixrid simili.", "Illum, b'riżultat ta' dawn l-avvanzi teknoloġiċi, ħafna istituzzjonijiet qegħdin jintroduċu automated transaction monitoring systems.", "Min-naħa l-oħra t-teknoloġija ġdida qed toħloq opportunitajiet ġodda għal min ikun irid jaħsel il-flus maħmuġin.", "Fost oħrajn insibu l- oqsma ta' l-internet banking, l-electronic cash u anke t-tkabbir f'ċerti kumpaniji teknoloġiċi.", "Biex nagħmilha ċara rrid ngħid li jien m'għandi xejn kontra l-internet u daqstant ieħor nemmen u naf li hemm bosta banek serji li bdew iħaddmu l-internet banking b'ċertu għaqal u anke b'ċertu kawtela, iżda l-internet fih innifsu jista' jipprovdi lill-users ċerta anonimita`.", "Jista' jipprovdi dik li tissejjaħ il-global reach, il-firxa globali, kif ukoll trasferiment istantarju ta' fondi u tagħrif.", "Dan l-aħħar kont qed naqra kumment li laqatni u li jitkellem dwar dan kollu, u f'sentenza iddeskriva dak li ili nipprova ngħid għal dawn l-aħħar minuti.", "X'qal dan il-kittieb?", "Nixtieq nikkwota bl-Ingliż biex ma ntellifx mis-sugu ta' dak li qed nikkwota:", "\"There are no borders or customs checks in the cyber domain, and transacting across the world is as easy as transacting around the corner.", "As a result users can transact huge volumes of business around the world without leaving the comfort of the armchair.\".", "Dan juri li llum, fid-dinja ta' l-internet, wieħed jista' jagħmel transazzjonijiet madwar id-dinja sempliċement mill-pultruna tiegħu li fiha jkun qed ipoġġi waqt li jkun qiegħed jindirizza l-internet ġewwa l-uffiċċju jew l-istudju tiegħu.", "U dan biex nuri kemm illum dawn it-tip ta' kriminalita` jista' jkollha firxa istantarja u firxa anke globali.", "L-akbar thedida ta' l-internet, naħseb illum huwa li jista' jwassal anke għal dak li jissejjaħ real time account opening pero' fejn il-banek serji qed jitolbu dettalji sħaħ dwar l-identita' u anke l-indirizzi tal-klijenti ġodda tagħhom, anke f'dawk li huma ċentri offshore.", "Aspett tal-ħasil tal- flus maħmuġin, Sur President, li diffiċli tikkontrolla qed isibu llum li huwa, per eżempju, il-bejgħ ta' l-hekk imsejħa proprjeta' intellettwali bħal patents u anke l-copyrights, kif ukoll dawk li huma ħlas ta' professional services.", "Jiġri hekk għax dawn huma kollha affarijiet diffiċli tikwantifikahom u jistgħu jkunu soġġettivi ħafna.", "Irridu nżommu f'moħħna li meta nitkellmu dwar il-money laundering qegħdin nitkellmu dwar in-negozju globali.", "Jiena diġa` semmejt diversi tipi ta' mezzi ta' kif jista' jsir dan it-tip ta' money laundering.", "Magħhom irridu nżidu żewġ għejjun oħra ġodda li nibtu f'dawn l-aħħar snin.", "Għandek l-offshore packing industries u għandek il- gaming companies fuq is-sistemi ta' l-internet.", "Dan għaliex l-internet gambling jista' jsir faċilment bil-credit card, filwaqt li l-offshore location ta' ċerti casinos tista' twassal biex ikun hemm problemi sakemm wieħed iġib l-evidenza kollha meħtieġa biex jieħu passi kontra xi ħadd li jkun effettivament qiegħed jaħsel il-flus maħmuġin.", "U sal-lum f'Malta, għalkemm li jidher li kien hemm ċertu interaction bejn it-tliet oqsma regolatorji finanzjarji, huma l-pulizija li jirċievu r-rapporti u għalhekk sal-lum kienu l-pulizija li qiegħed ikollhom stampa aktar wiesa' minn ħaddieħor.", "Apparti minn hekk il-pulizija huma magħrufa li ġieli għamlu investigazzjonijiet dwar operazzjonijiet ta' money laundering, u dawn għamluhom kemm min rajhom kif ukoll fuq talba ta' l-awtoritajiet barranin.", "Sal-lum li forsi għad ma kellniex kien approach daqstant konsolidat kif qed tawgura li jkun hemm il-liġi, u nawguraw li dan jintlaħaq ukoll.", "Illum l- FIU għandha sservi ta' one-stop-information-shop u wieħed jawgura li dan narawh isir fil-prattika anke f'dak li huwa infurzar ta' dawn it-tip ta' leġislazzjonijiet kif għandna quddiemna għad-diskussjoni llum, Sur President.", "Jiena nagħlaq billi ngħid kemm huwa faċli li jkollok l-abbużi fis-settur tiegħek mingħajr ma tinduna inti stess.", "Eżempju tipiku li kien qajjem ħafna kontroversja kien ir-rapport ta' xi 400 faċċata ta' kumitat parlamentari Franċiż dwar il-financial crime fejn akkuża lir-Renju Unit għall-attitudni tiegħu dwar il-money laundering.", "Huma kienu kkonludew li l-banek Ingliżi kienu sigrieti wisq, il-mexxejja politiċi ħerqana wisq biex jaħfru u l- awtoritajiet ma kellhomx riżorsi biżżejjed.", "U jiena naħseb li din għandha tkun ta' tagħlima għal kull wieħed u waħda minnha, hija x'inhija l- professjoni tagħna.", "U dan qed ngħidu għaliex meta nitkellmu dwar il-qasam finanzjarju Ingliż nafu li s-CP ta' Londra nafu li hija meqjusa bħala stronghold tal-binja finanzjarja, u f'dan ir-rapport tal-Franċiżi rriżulta li 10% biss ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu ddikjaraw tranżazzjonijiet suspettużi f'ċertu sens ta' regolarita'.", "Ġieli dan it-tagħrif, per eżempju, wasal tard wisq biex tittieħed ċerta azzjoni, filwaqt li kienu anqas dawk il-każi ta' l-enquires formali, u saħansitra anqas dawk li wasslu għal prosekuzzjoni jew biex instab xi ħadd verament ħati.", "Naħseb, li l-aktar każ jaħraq kien dak tad-dittatur Niġerjan, Sani Abacha, li kellu flus fi 15-il bank tas-CP Londiniża b'total ta' xi 1.3 biljuni sterlini.", "Jiena naħseb li każi bħal dawn iġegħluna nirriflettu dwar il-fatt li d-diffikulta' ewlenija m'hijiex biex tkun taf biss il-klijent tiegħek tajjeb, iżda biex tidentifika min se jkun il-final client, jiġifieri fejn verament se jispiċċaw ċerti flejjes kbar.", "Jiena ngħid li l-FIUs jistgħu jaslu għal diversi tisħiħ ta' dak li għandna quddiemna sal-lum, Sur President.", "L-ewwelnett importanti li jibqa' jkun hemm disclosures minn istituzzjonijiet finanzjarji anke meta investigazzjoni finanzjarja tkun qed isir minn investigating body.", "Dan qed ngħidu għax it-tieni tagħrif addizzjonali li ġieli jinkiseb minn enquires ta' istituzzjonijiet finanzjarji spiss servew ta' utilita` kbira għall-investigazzjonijiet li saru aktar tard mill-awtoritajiet.", "It-tielet, huwa importanti li l-investigaturi u l-intelligence analysists jiftakru li l-proceeds of crime m'hemmx għalfejn jintefqu minnufih fuq xi assi għaliex ġieli jintefqu fuq il-lifestyles ta' ċertu nies.", "Ir-raba', importanti li jiġi enfasizzat l-użu ta' dawk li jissejħu multiple laundering roots minn organizzazzjonijiet kriminali u l-ħames kultant jagħmel sens li wieħed jimxi b'kawtela dwar konfiskar t'assi.", "Dan mhux qed ngħidu biex ma jiġux konfiskati l-assi, ħalli ħadd ma jifhimni ħażin, imma għaliex jista' jservi ta' warning light għal ċerti kriminali u jgerrixhom milli jkomplu jikxfu idejhom fil-ġejjieni.", "Ikun hemm min jgħidlek, imma organizzazzjoni bħall-Ġnus Magħquda f'dan kollu ma tidħolx?", "Le, tidħol.", "Għaliex fil-fatt il-UN office for draft control and crime prevention illum għandu programm globali kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin, u għaldaqstant wieħed jawgura li l-professjonaliżmu jidher u jinħass f'kull livell.", "Sur President, importanti li dan ix-xogħol li qegħdin nitkellmu dwaru llum isir bi professjonaliżmu akbar, b'sens aktar qawwi ta' etika u b'approach anke aktar xjentifiku fid-dawl ta' livell qawwi ta' sofistikar li ntlaħaq f'dan is-settur.", "Aħna nerġgħu ngħidu, Sur President, filwaqt li fl-istadju tal-kumitat sħabi u jien se inressqu ċerti emendi, nawguraw li l-FIU taħdem u taħdem f'mod ħiemed, iżda effettiv, li jagħti riżultat biex mhux biss ikollna leġislazzjoni aħjar kontra l-money laundering, iżda wkoll biex ikollna enforcement aħjar u anke aktar effettiv f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose' Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "L-ewwelnett jien, bħall- kollega tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat ngħid li l-oppożizzjoni Laburista hija favur din il-liġi u favur ukoll li jiġi kkreat il-financial intelligence analysis unit.", "Huwa importanti li jkollna unit simili f'Malta.", "Fil-fatt unit simili għad m'għandniex, għalkemm f'nofs is-snin '90 għall-ewwel darba saret il-leġislazzjoni biex jiġi sindikat jew ikkontrollat l-kunċett tal- money laundering.", "Dan qed ngħidu biex infakkar li l-kunċett li inti tilleġisla b'mod effettiv kontra l-ħasil tal-flus, daħal biss fl-aħħar tas- snin '90.", "Qabel ma kien hemm l-ebda liġi, la kriminali u lanqas fiskali li tikkontrolla l-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt l-oppożizzjoni u l-gvern it-tnejn kienu qablu fuq din il-liġi.", "Fil-fatt il-liġi li għandna llum m'hijiex xi liġi ġdida, imma hija liġi intiża biex temenda l-liġi prinċipali li hija diġa' eżistenti.", "Mr. Speaker, għaliex għandna nikkontrollaw il-money laundering?", "Għaliex jekk inti ma tikkontrollax il-ħasil tal-flus, tkun qed tagħmilha faċli biex ikollok kriminalita' organizzata.", "Waħda mill-problemi ta' l-organised crime hija kif se jiddisponu mill-flus li jaqilgħu u allura jekk ma jkollokx qafas legali biex tikkontrolla u tissindika dan it-tip ta' ħasil ta' flus, allura qed tagħmilha faċli biex ikollok kriminalita' organizzata.", "Barra minn hekk, ladarba pajjiżi oħrajn għandhom leġislazzjoni biex jikkombattu l-organised crime, jekk ma tagħmilx dan it-tip ta' qafas legali tkun qed tesponi lil pajjiżek bħala ċentru fejn tibda ssir din it-tip ta' attivita` illeċita.", "Dan huwa ħażin, għax l- ewwelnett tkun qed tagħti image ħażin lil pajjiżek u t-tieni tkun qiegħed tgħin b'mod indirett lill-kriminalita` organizzata.", "Mr. Speaker, mhux kull moviment ta' flejjes huwa ħasil ta' flus.", "Għandek il- lista ta' x'tip ta' provenjenza l-flus iridu jiġu minnha biex ikollok ħasil ta' flus u din il-lista qegħdin dejjem nespanduha.", "Qabel kienet limitata għat-traffikar ta' drogi, traffikar ta' armi u affarijiet simili, pero` aktar ma jgħaddi ż-żmien, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, l-iskop tal- liġi dejjem wessajnih u llum naħseb li llum huwa wiesa biżżejjed.", "Kif għedt fil-bidu din hija liġi tajba u qed jagħmel sew il-gvern li qed jilleġislaha, pero` naturalment jiena, bħal sieħbi l-Onor.", "Leo Brincat nemmen li din il-liġi għandha bżonn ta' aktar fine tuning.", "L-ewwelnett għandu jingħad li għalkemm dan huwa an intelligence unit, jiġifieri qiegħed hemmhekk intrinsikament biex jgħin lill-eżekuttiv jiġbor u janalizza tagħrif u jikkombatti l-money laundering amministrattivament, dan il-unit xorta waħda għandu natura kważi ġudizzjarja.", "Kif naraw - u fil-kumitat ikollna ċans niddiskutu din il-funzjoni - trid tirrapporta wkoll dawk il- każijiet fejn jirriżultalha li hemm il-money laundering.", "Mela din il-unit se tkun ukoll ta' natura kważi ġudizzjarja.", "Dak huwa l-ewwel punt, u minn hawn se joħorġu l-ewwel punti fejn wieħed forsi jista' jagħmel iktar fine tuning.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li jiena ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Leo Brincat isemmi fuq kif isir dan il-money laundering.", "Għandu jingħad ukoll li kif qiegħda l-liġi - u hawnhekk jiena se nipproponi xi emendi - qed jaqa' kollox f'idejn il-gvern.", "Mela din il-unit qiegħda hemmhekk biex tgħin lill- gvern u lill-ministru.", "F'din il-ħaġa m'hemm xejn ħażin.", "Li hemm ħażin hu – u b'dan li qed ngħid mhux qed nitfa' l-ebda dell ikrah fuq il-ministru konċernat - li kif qiegħda l-liġi hemm wisq diskrezzjoni f'idejn l- eżekuttiv.", "Dan il-unit m'huwiex unit purament amminstrattiv jew ta' management.", "Din hija ħaġa li tinvolvi l-iktar reati serji li jista' jkollok fil-pajjiż u allura ma naħsibx li huwa floku li aġenzija bħal din tkun tiddependi daqshekk fuq l-id tal-gvern.", "Aħna bħala oppożizzjoni nemmnu li lil dan il-unit għandna nagħtuh awtonomija.", "Fil-passat ikkritikajna lill-gvern għaliex ikkrea ħafna entitajiet amministrattivi kważi awtonomi għax għedna li dawn l- entitajiet huma parti miċ-ċivil u huwa ħażin li nagħtuhom din l-awtonomija kollha pero' hawnhekk qed ngħidu l-oppost, jiġifieri li din l-entita' forsi hija waħda minn dawk l-entitajiet li aktar ma jiffunzjonaw indipendentement mill-gvern iktar aħjar.", "Dan qed ngħiduh għax kif għedt, f'dan il-każ qegħdin nikkumbattu reati serji u ma jridx ikun hemm iċ-ċirkostanza fejn forsi tingħata l-impressjoni li xi nies jew xi entitajiet kummerċjali qed jiġu protetti mill-gvern.", "Jekk inti se tagħmel unit bħal din dipendenti mill-entitajiet tal-gvern, jista' jidħol dan l-indħil li huwa ħażin.", "Jista' jkollok nies involuti fil-ħasil ta' flus li jistgħu jsibu protezzjoni u għal dawn ir-raġunijiet aħna nemmnu li din il-unit irid ikollha ferm aktar awtonomija.", "Mr Speaker, nemmnu li għandu jkollha iktar awtonomija fuq żewġ binarji.", "Għandu jkollha iktar awtonomija fuq dak li huwa l-aspett finanzjarju kif semma' tajjeb l-Onor.", "Leo Brincat.", "Jekk wieħed jara kif din se tiġbor il- flus tagħha, għalkemm għandek klawsola ad hoc li tgħidlek l-introjti tagħha minn fejn se jidħlu, għandek ukoll klawsola 3 li tgħidlek li l-entita` tista' tidħol f'arranġament mal-ministru għal dak li huwa funding.", "Jiena naqbel perfettament ma' dak li kkumenta sieħbi l-Onor.", "Leo Brncat meta qal li din tkun tagħmel iktar sens jekk il-finanzjament tagħha jkun dirett mill- fond konsolidat, kif isir rigward ċerti entitajiet oħra, fejn ikollok l- estimi ppreżentati, skrutinizzati u approvati fil-parlament.", "L-Onor.", "Brincat qal ukoll li għandu jkun hemm ukoll kontroll minn xi wieħed mill-kumitati permanenti tal-Kamra.", "Dwar dan jiena naqbel miegħu wkoll.", "Dan huwa importanti għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħwejjeġ sensittivi ħafna.", "Dawn m'humiex ħwejjeġ ta' ordinary administration imma huma ħwejjeġ li jinvolvu nies u entitajiet organizzati ħafna.", "Jiena avukat li naħdem fil- kriminal u naf x'qed ngħid.", "Min ikun involut f'dan it-tip ta' attivita` jkunu nies u entitajiet kriminali organizzati ħafna b'għeruq kullimkien.", "Mhux qed ngħid li għandhom xi għeruq mal-gvern pero' dawn huma entitajiet kummerċjali li jkollhom ħafna għeruq u allura importanti li jkollok din it- tip ta' awtonomija.", "Dan ifisser li anke l-finanzjament ta' din l-entita` għandu jsir bil-mod kif qed ngħidu aħna.", "It-tieni ħaġa hija li aħna nemmnu bħala oppożizzjoni li tkun idea tajba li kieku l-organu ġudizzjarju jkollu say f'din il-ħaġa wkoll.", "Kif jaf kulħadd, l-organu ġudizzjarju m'huwiex xi dipartiment imma huwa wieħed mit-tliet branek ta' l-Istat, huwa għal kollox indipendenti u awtonomu u għandu mhux biss is-sembjenza ta' indipendenza, imma għandu attwalment poteri ta' indipendenza assoluta u għandu wkoll tradizzjoni ta' indipendenza.", "Mr Speaker meta wieħed jaqra l-liġi jara li l-aġenziji governattivi li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji u anke l-istess ministru jistgħu jidħlu b'ċerti arranġamenti ma' din il-unit biex jakkwistaw u jikkapparaw ċertu tagħrif li naturalment jgħin lil dawn l-aġenziji jikkumbattu l-money laundering.", "Din hija ħaġa tajba, naqbel magħha u mhux qed nikkritikaha, imma naħseb li l-liġi fiha lakuna kbira għaliex ma tagħtix l-istess dritt lil organu ġudizzjarju.", "Jekk waqt xi inkjesti li jkunu qed jiġu kondotti jkun hemm ħjiel jew ikun hemm riħa ta' dan it-tip ta' attivita` illeċita, il-maġistrat inkwerenti m'għandu l-ebda dritt jew l-ebda poter jużufruwixxi ruħu minn din il-unit.", "Il-liġi hija tajba u spjegata dwar kif se tikkonsidra din il-unit u x'tip ta' tagħrif tista' tiġbor, jiġifieri jiena qed nagħmel biss suġġeriment.", "Huwa tajjeb li fejn iħossu li hemm ċerta area fejn hemm riħa ta' din l- attivita`, il-ministru jew l-aġenzija governattiva tista' tavviċina din il- unit biex takkwista dan it-tagħrif pero' jiena naħseb li din it-tip ta' liasion għandha tapplika wkoll mal-bank ġudizzjarju, u nispjega għaliex.", "Sfortunatament l-istituzzjoni tal-maġistrat inkwerenti tagħna m'għandhiex infrastruttura b'saħħitha.", "Għalkemm on paper il-maġistrat investigattiv għandu poteri skjaċċanti, hu m'għandux il-backup u jiddependi għal kollox fuq il-pulizija eżekuttiva.", "Dan jirċievi r-rapporti u daqshekk.", "Il-Partit Laburista kien ipproprona li nikkreaw tip ta' maġistrat kif hemm l-Italja, jiġifieri maġistrat inkwerenti mhux biss bil-poteri on paper imma bl- infrastruttura u backup tremenda.", "Aħna konna pproponejna li jkollna dan it- tip ta' maġistrat inkwerenti fuq l-istess binarju li għandek l-Italja, jiġifieri maġistrat li għandu poteri on paper imma li għandu wkoll poteri fil-fatt, fis-sens li mhux biss jinvestiga jekk isir rapport lilu mill- pulizija jew xi ħadd, imma jekk hu iħoss li hemm xi ħaġa illeċita għaddejja, dan il-maġistrat inkwerenti bid-dritt ikun jista' jaqbad u jikkonduċi l-investigazzjonijiet hu.", "Din kienet ħaġa li aħna emminna li se żżid is-serjeta' f'dan il-pajjiż u kienet ukoll se ssaħħaħ l-organu ġudizzjarju.", "Minn dan kollu ma sar xejn u l-maġistrat inkwerenti baqa' dak li hu fis-sens li m'għandu backup ta' xejn.", "Issa x'qiegħed ngħid?", "Qed ngħid li għandha tiżdied klawsola - u din se nqajjimha fil-kumitat - fejn jekk ikollok il-maġistrat li qiegħed jikkonduċi inkjesta fuq każ ta' drogi, ta' bejgħ ta' armi jew każ ta' serq organizzat – u dawn huma kollha reati li għandhom x'jaqsmu mal-money laundering - u jidħollu ħjiel mill- investigazzjoni tiegħu li jista' jkun hemm dan it-tip ta' ħasil ta' flus jew jinstabu ammonti ta' flus li huma inspjegabbli, il-maġistrat ikollu d- dritt jikkomunika ma' din il-unit u jkollu l-backup ta' din il-unit daqstant organizzata.", "Hawnhekk se jkollna unit komposta minn spectrum wiesa' ta' oqsma u ta' nies intiżi fis-suġġett, naturalment se jkun hemm impjegati ma' din il-unit, din il-unit se jkollha d-dritt, kif qed naraw hawn, titlob informazzjoni minn hawn, titlob informazzjoni minn hemm u kulħadd irid jagħtiha din l-informazzjoni, allura huwa tajjeb li maġistrat ikollu dritt jużufruwixxi ruħu minnha jekk meta jkun qed jikkonduċi inkjesta jidħollu ħsieb li jista' jkollok il-money laundering.", "Għaliex le?", "Mhux għalhekk qiegħed hemm l-inkwerenti, biex jiskopri d-delitti u biex jinvestiga l-attivita` kriminali?", "Jiġifieri din naħseb li hija mankanza serja fil-liġi.", "Jiena naħseb li l-iktar persuna li għandha interess li jkollha aċċess għal unit simili huwa hija fil-fatt il-maġistrat inkwerenti, għaliex dawn l-affarijiet l-iktar li jirriżultaw hu waqt investigazzjonijiet ġudizzjarji li jsiru fuq materji li jiena għadni kemm semmejt.", "Kif inhi l-liġi llum il-maġistrat m'għandux is-setgħa li jagħmel dan, u jrid jiddependi fuq il-pulizija eżekuttiva biss.", "Dan huwa żbaljat.", "Biex tkompli, jiena naħseb ukoll - għaliex din lanqas hija ċara - li lanqas kważi l-pulizija eżekuttiva m'għandha dritt tużufruwixxi ruħha minn unit simili.", "Per eżempju, qed isiru dawk li jissejħu attachment orders.", "Ħafna drabi dawn jagħmluhom l-ispetturi li jkunu qed jaħdmu fl-iskwadra kontra t- traffikar tad-drogi, tal-fraud squad u anke' l-economic crime unit.", "Ħafna drabi dawn ikunu qed jinvestigaw u jibdew ixommu riħa ta' ħasil ta' flus.", "Dawn għandhom il-poter li jitolbu l-avukat ġenerali jagħmel dak li jissejjaħ an attachment order.", "Dawn imorru għand l-imħallef li jippresedi l- qorti kriminali, u l-imħallef tal-qorti kriminali, in chambers, jiġifieri b'mod sigriet biex dak li jkun ma jiġix sfrattat fl-investigazzjoni - għaliex waħda mill-iktar affarijiet importanti f'investigazzjonijiet simili hija s-segretezza - joħroġ dak li jissejjaħ attachment order, jiġifieri jiffriża kollox ta' dik il-persuna għal ċertu perjodu biex imbagħad il- pulizija jinvestigaw.", "Hawnhekk again, il-pulizija jistgħu jinvestigaw biss sal-limiti tagħhom.", "Huwa veru li se jkollhom id-dritt li jagħmluha ta' liason għaliex se jkollhom liason officer, imma naħseb li bħal fil-każ tal- maġistrat inkwerenti, il-kummissarju tal-pulizija għandu jkollu d-dritt li jitlob l-assistenza b'mod dirett ta' din il-unit.", "Jekk hu se jkun talab li joħroġ an attachment order biex jiffriża l-assi ta' xi ħadd għaliex qed jissuspetta serjament li hemm il-ħasil ta' flus, għaliex m'għandhiex il- pulizija eżekuttiva jkollha d-dritt li tirrikorri għal din l-intelligence?", "Ħafna drabi li jiġri - u ma fiha xejn billi nsemmiha - wara li jsir l- attachment order hu li jgħaddi xahar, ma jsibu xejn, u jitolbu l-extension għal xahar ieħor.", "Il-pulizija eżekuttiva m'għandiex ir-riżorsi biex tikkombatti dawn l-affarijiet.", "Issa hawnhekk ta' min igħid li kif spjega tajjeb l-Onor.", "Leo Brincat, minħabba l-internet u t-teknoloġija llum sar faċli li jsir ħasil tal-flus.", "Illum tant il-ħaġa hija teknika li forsi ħafna drabi l-pulizija eżekuttiva ma jkollhiex biżżejjed tagħrif jew knowhow biex tapprezza dak li tkun qed tinvestiga.", "Dan il-unit qed tiġi kkreat biex ikun hemm dan in-know how u allura naħseb li min qed jinvestiga għandu jkollu aċċess għaliha - kemm il-maġistrat inkwerenti u kemm il- pulizija - b'mod dirett.", "Ħaġa oħra li xtaqt nikkummenta fuqha hija l- kwestjoni ta' dak li jissejjaħ investigation order.", "Issa b'dan li se ngħid jiena ma rridx indgħajjef is-saħħa ta' din il-unit, għaliex kif għedt qabel, jiena naqbel perfettament li għandu jkun hawn unit bħal dan u hija serjeta' li jkollok unit bħal din.", "Kif diġa' għedt, il- kwestjoni ta' money laundering hija xi ħaġa li daħlet fil-pajjiż biss fis- snin '90.", "Jiena niftakar, per eżempju, li l-mod kif kienu joperaw fil-bidu l-offshore companies kien jagħti lok għal ħafna money laundering għaliex ma kien hemm kontrolli ta' xejn.", "Kien hemm suppost kontrolli, imma kollox jiddependi fuq fiduċja ta' min qed imexxi dawn in-nominee companies.", "Dik l- idea llum spiċċat għax saru tibdiliet radikali biex tejjibna l-liġi tagħna, għamilna liġi serja u liġi li hija aċċettabbli mill-ġirien tagħna u mill- pajjiżi serji kollha.", "Minkejja dan li qed ngħid hemm aspett li rrid nitkellem fuqu li huwa l-kwestjoni tal-professional secrecy.", "U għaliex qed ngħid hekk?", "Mr Speaker, qed ngħid hekk għaliex din il-liġi, kif qiegħda, tikkontrasta magħha nnifisha.", "Qabel, ċerta informazzjoni li kienu jakkwistaw nies f'ċerti professjonijiet ma stajt qatt takwistaha mingħandhom.", "Din kienet ir- regola, u sakemm bdejna nidħlu f'din it-tip ta' leġislazzjoni hekk dejjem kienet.", "Jekk waqt il-qadi ta' xogħlu avukat jiskopri xi ħaġa, qabel ma kien hawn din il-leġislazzjoni, dan l-avukat kellu d-dritt tas-sigriet professjonali u jiġri x'jiġri dan qatt ma seta' jikxef l-informazzjoni li jkun akkwista.", "Illum, is-sigriet professjonali m'għadux vanġelu għax il-mod il-mod, bdejna nnawru dan il-kunċett.", "Per eżempju meta ġiet ikkreata l-liġi tal-money laundering ġie kkreat l-investigation order.", "Din qisha halfway house bejn li tneħħi s-sigriet professjonali kompletament u tħallieh kompletament hemm.", "Li qed nipprova ngħid hu li għall-ewwel darba l-awtoritajiet konċernati kellhom id-dritt li nonostante dak li nsibu fil-professional segrecy act, min kien qed jinvestiga seta' jitlob lill-qrati joħorġu dak li jissejjaħ an investigation order.", "Din l-investigation order toħroġ kemm il-darba l- ġudikant jara li t-talba ma tkunx waħda investatorja, xi waħda intiża biex tinki jew tħammeġ biss, jew xi waħda frivola.", "B'dan il-mod l-awtoritajiet setgħu jikkapparraw ċerta informazzjoni.", "Mr Speaker, dan l-investigation order isir minn ġudikant wara li jgħarbel l- affarijiet biex ma jkunx hemm abbuż, għaliex wara kollox wieħed ma jridx jinsa li f'ċertu professjonijiet u f'ċerti pożizzjonijiet jekk ma tkunx kopert bis-sigriet professjonali ma tistax taqdi lill-klijenti tiegħek.", "Nagħti eżempju, il-professjoni legali.", "Jekk il-professjoni legali m'hijiex koperta mis-sigriet professjonali ħadd ma jiġi għandna.", "Mhux se tmur għand bniedem biex dan imur jikxfek.", "Tmur għand l-avukat tiegħek biex tikkonsulta miegħu u biex ħafna drabi tgħidlu l-verita'.", "Jekk l-avukat ma jkunx kopert bis-sigriet professjonali ma jistax jiffunzjona.", "Ma tistax tgħaddi liġi jew ikollok ċirkostanza li jekk l-ispettur qed jinvestiga każ, dan jibgħat għall-avukat tas-suspettat u jgħidlu biex jgħaddilu l-informazzjoni li jkun tah il-klijent.", "Jekk jiġri hekk jikkrolla kollox.", "Kulħadd għandu d-dritt li ma jinkriminax ruħu u kulħadd għandu d-dritt li jkollu l-assistenza professjonali li jirrikjedi.", "Mr Speaker, dan qed ngħidu għax aħna ma rridux nesaġeraw.", "Min-naħa waħda ma jridx ikollok sistema leġġera ħafna fejn wieħed imur għand nies professjonali u kważi jitlobhom parir kif għandhom jagħmlu biex jaħarbu mil- liġi imma mill-banda l-oħra ma tridx imbagħad ikollok sistema daqstant liberali li ġġiegħel lil dak li jkun biex fil-professjoni jieħu pożizzjoni tant antipatka li ma jistax jaqdi lill-klijent tiegħu.", "Allura naħseb li huwa tajjeb li fil-liġi nstabet a half way house fis-sens li jekk ikun hemm każ, inti tista' titlob u ġġib warrant ġudizzjarju biex tkun tista' tinvestiga.", "Din il-pożizzjoni issa m'għadhiex l-istess, għaliex jekk aħna naraw artiklu 30 (2), tal-liġi – u hemm ħafna artikli simili, imma l-artiklu 30 (2), huwa l-iktar wieħed, fl-opinjoni tiegħi, skjaċċanti - dan jgħid hekk:", "\"Notwithstanding anything conveying in the Professional Secrecy Act and any obligation of secrecy or confidentiality under any other law, the subject person, or any other person, physical or legal and any authority or entity from whom information is demanded by the unit, in persuance of the provisions of subarticle 1 of this article, shall communicate the information requested to the unit and for the purposes of the article 257 of the criminal code, any such disclosure shall be deemed to be a disclosure of information to a public authority compelled by law\".", "Hawnhekk x'qed jingħad?", "Din il-liġi qed tgħid li għandna ninsew dak kollu li għedna f'liġijiet oħra, fejn qgħadna attenti u użajna ċerta prudenza biex niddelineaw il-limiti sakemm għandhom jinkixfu ċertu affarijiet.", "Fil- fatt il-professional secrecy act dejjem inbiddlu fiha, dejjem nagħmluha iktar liberali, imma dejjem inħallu ċerti kawteli u ċertu kontroll.", "Meta din il-unit tibgħat għalik tista' tgħidlek li trid tagħtiha l-informazzjoni anke jekk b'liġi oħra inti mhux suppost tikxef ċertu tagħrif għaliex inti marbut bis-sigriet professjonali.", "Jiena ngħid li din hija ħażina.", "Jew qed ngħaġġlu żżejjed jew inkella rridu nbiddlu ċerti liġijiet oħra.", "Anke f'din l-istess liġi li qegħdin nemendaw, jiġifieri l-money laundering act, hemm dawn ir-riżervi u hemm dawn il-warrants li jridu joħorġu.", "Mr Speaker, jiena naqbel li given l-importanza tas-suġġett forsi l-problemi għandhom jiġu indirizzati b'mod novattiv jew b'mod divers.", "Biex inkun fair ukoll irrid ngħid li jiena tajt daqqa t'għajn lil-leġislazzjoni simili f'pajjiżi oħra u sibt li l-kwestjoni ta' professional secrecy ukoll dejjem qed tiġi aktar limitata jiġifieri t-trend hi li s-sigriet professjonali qed jiġi delimitat pero' f'din il-liġi ċerti affarijiet baqgħu taħt il- professional secrecy, jew inkella trid almenu l-investigation order biex tkun tista' tidħol fihom, pero' fl-istess nifs – issa dan fl-istess liġi - għal dak li jirrigwarda dan il-unit dawn is-safeguards kollha qed ninsewhom.", "Dan ifisser li għandek liġi li ma tagħmilx sens għax għal min ikun qed jinvestiga hemm ċerti kawteli - u forsi dan ikun irid imur oltre dawk il-kawteli - pero' mbagħad dak li ma setax jakkwista b'mod dirett għaliex hemm restrizzjonijiet legali kif iġibhom, jista' jaqbad u jġibhom tramite din il-unit.", "Mr Speaker, forsi qed nitkellem b'mod egoist għaliex jiena avukat pero' jiena naħseb li m'għandniex ngħaġġlu daqshekk għaliex b'dan il-mod jistgħu jimbarazzaw ruħhom ċerti nies.", "Ma naħsibx li din il-unit għandu jkollha poteri daqshekk skjaċċanti.", "Għandu jkollha d-dritt li tikseb din l- informazzjoni, imma jiena naħseb li ma tkunx idea ħażina li biex tagħmel hekk tkun teħtieġ warrant mill-organu ġudizzjarju.", "Hawnhekk ta' min igħid li l-organu ġudizzjarju ma' jagħmilhiex daqshekk diffiċli biex jagħti din il-warrant.", "Kulma jkun irid jara hu jekk il-talba hijiex raġonevoli, jekk din it-talba hijiex issir minħabba skopijiet ulterjuri, jekk it-talba hijiex qed issir b'mod vessatorju jew b'mod frivolu jew b'mod leġġer jew le.", "Sfortunatament din il-unit hija wisq marbuta ma' l-eżekuttiv, hija wisq qisha lunga manus tal-ministru tal-finanzi.", "Għaliex għandu jkun il-gvern li jiddeċiedi dawn l-affarijiet, meta jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn ikunu qed jiġu investigati \"A\" u B u forsi lill-\"B\" nitolbuh informazzjoni u lill- \"A\" ma nitolbuhx informazzjoni?", "Dawn huma affarijiet delikati ħafna li jistgħu jintużaw bi skopijiet ulterjuri biex nimbarazzaw lin-nies u jekk ikollok skrutinju ġudizzjarju għat-talba li tkun qed issir jiena naħseb li nkunu morna 'l quddiem u fl-istess ħin inkunu żammejna ċerti elementi ta' kawtela.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li anke f'artikli oħra hemm ċertu poter wiesa' wisq.", "Per eżempju f'artiklu 26 (2) jingħad hekk:", "\"... authorize any of its officers and employees to gain evidence of this authority to requiring a subject or person to provide him with such information or evidence.\".", "Dan il-poter skjaċċant fejn jista' jitlob li jingħata ċertu tagħrif jeżisti f'ħafna sections.", "Dan il-poter qed jingħata fejn is-soltu jkun hemm ix- shield tas-segrecy.", "Issa din tas-secrecy għadha teżisti fl-istess money laundering act u allura anke fil-każ ta' dan l-artiklu jiena nissuġġerixxi li nagħmluha li l-awtorita` trid qabel tirreferixxi għall-organu ġudizzjarju biex takwista warrant.", "Forsi f'dan li għedt jiena esaġerajt ukoll, pero' jiena żgur nemmen li għandu jkollok kontroll ġudizzjarju fejn il-poteri tal-unit huma daqshekk skjaċċanti u jikkondradixxu l-att innfisu.", "Mr Speaker, aħna nemmnu li l-organu ġudizzjarju għandu jidħol b'mod dirett f'din il-ħaġa.", "Jiena semmejt kif jista' jidħol b'mod indirett fuq ċertu affarijiet.", "Għedt ukoll li l-maġistrat inkwerenti għandu jingħata d-dritt li jużufruwixxi minn dan il-unit meta jkun qed jikkonduċi l- investigazzjonijiet biex jekk ikollu ċerti ħjiel ikun jista' jesplorhom aħjar.", "Aħna nemmnu wkoll - u din semmiha l-Onor.", "Leo Brincat ukoll - li għandna ndaħħlu l-organu ġudizzjarju b'mod aktar dirett għaliex tajjeb u ħażin din l-entita' m'hijiex xi entita' purament ta' amministrazzjoni ordinarja imma hija entita` li għandha funzjoni kważi ġudizzjarja.", "Din m'hijiex bħat-tribunali jew entitajiet, din hija unit li x-xogħol tagħha jista' jkun xogħol jaħraq ħafna għaliex jista' jikkonċerna ħwejjeġ li huma marbuta ma' l-iktar reati serji u l-iktar attivita' kriminali li jista' jkollok u li tista' teżisti.", "Kif semmejt qabel, qed nitkellmu, per eżempju fuq ħasil ta' flus li jistgħu jiġu mit-traffikar tad-drogi.", "Jiena ma nistax nimmaġina affarijiet aktar serji minn hekk u allura din hija unit li x- xogħol tagħha huwa xogħol verament sensittiv, u iktar ma jkun hemm trasparenza, imparzjalita' u awtonomija dejjem ikun aħjar.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Leo Brincat issuġġerixxa wkoll li fis-setup tal-bord innifsu li jmexxi din il-unit ikun hemm ukoll il-ġudikatura.", "Fil-fatt l- idea hi li apparti li jkollok membri mill-bank ċentrali, mill-commissioner of police, mill-Malta Financial Services Centre u mill-attorney general, ikollok iċ-chairman li jkun membru tal-ġudikatura.", "Dan ikun appuntat għal tliet snin veru, huwa indipendenti biss għall-ġudikant, u mhux kwalunkwe membru għaliex wara tliet snin his time is up, pero' l-kariga tiegħu hija kariga indipendenti u taspira ċertu ammont ta' fiduċja.", "Mr Speaker, naturalment din hija liġi teknika ħafna u naħseb li se nfettqu ħafna fuqha meta niġu biex nanalizzawha fl-istadju ta' kumitat.", "Fis- sustanza din hija liġi tajba u li togħġobni bħala liġi pero` hemm ħafna fine tuning tekniku li jrid isir fiha.", "Li ngħid biss huwa li jekk din l- idea li ssuġġerixxa l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Leo Brincat tiġi aċċettata mill- gvern, il-membru tal-ġudikatura m'għandux ikun magħżul mill-imħallfin li jippresedu l-qorti kriminali.", "Qed ngħid dan għaliex huma l-imħallfin li jippresedu l-qorti kriminali li jridu jiddeċiedu b'mod indipendenti dwar dawn l-attachment orders li jsiru u eventwalment jiġġudikaw il-każi.", "Jekk membru tal-ġudikatura jkun parti min dan it-team, - u hekk nemmen li għandu jsir għaliex din hija s-serjeta' - jiena nemmen li dan għandu jkun wieħed mill-imħallfin li normalment jippresedu l-prim'awla tal-qorti ċivili.", "Irrid ngħid ukoll li ma naqbilx li għandu jkun wieħed irtirat.", "Għandu jkun wieħed li għadu fil-kariga biex ikun qed igawdi l-istatus tiegħu skond ma titlob il-Kostituzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L- Onor. Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, l-għan ewlieni ta' dan l-abbozz huwa sabiex iwaqqaf korp għall-analiżi ta' informazzjoni finanzjarja.", "M'hemmx dubju li l-oppożizzjoni tirrikonoxxi li s-servizzi finanzjarji f'pajjiżna huma importanti – u dan partikolarment fid-dawl li pajjiżna huwa newtrali - biex niggarantixxu x-xogħol għall-poplu tagħna u huwa importanti anke għall- pożizzjoni ġeografika tagħna fejn ninsabu fiċ-ċentru ta' l-attivita` ħaġa li tista' tkun kemm ta' vantaġġ kif ukoll ta' żvantaġġ għall-poplu tagħna.", "Biżżejjed wieħed jara l-mod kif iħares lejn il-pajjiżi ż-żgħar min għandu s- saħħa.", "Qed ngħid dan għax il-pajjiżi l-kbar jagħmlu tant pressjoni mal- pajjiżi żgħar, pero' mbagħad insibu li kemm fil-Ġermanja kif ukoll fl- Ingilterra hemm suspetti rigward fejn jispiċċaw u minn fejn jiġu ċerti finanzi.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi dawn il-pajjiżi raw kif ikkalmaw kollox u pjuttost ħolqu pressjoni fuq pajjiżi żgħar.", "Hawnhekk ta' min igħid li pressjoni ta' din il-kwalita' tista' ċċaħħad lil pajjiż bħal tagħna minn ċertu investiment, għax m'hemmx dubju li dawn is-servizzi jistgħu jagħtu support importanti lejn l-ekonomija tagħna.", "Mr Speaker, apparti l-emendi li trid tressaq u li diġa' semmew il-kelliema ta' qabli, l-oppożizzjoni tixtieq li liġi bħal din tkun iktar miftiehma mill-komunita` tagħna.", "Dan qed ngħidu għax is-servizzi finanzjarji huma parti importanti ħafna mid-dinja moderna, imma mbagħad il-poplu ftit li xejn għandu tagħrif dwarhom.", "Jiena nemmen li l-gvern għandu jispjega l- affarijiet aħjar biex il-poplu jkun jaf aktar dwar xiex inkunu qed nirreferu meta nsemmu s-servizzi finanzjarji.", "Il-liġijiet fihom innifishom għandhom ikunu ċari biex imbagħad ma jitqajjmux suspetti minħabba li ċerti sistemi jkunu jidhru mċajpra.", "Mr Speaker, l-oppożizzjoni temmen ukoll li unit bħal dan għandu jkollu ċerta awtonomija proprju biex il-poplu ma jħossx dawn l-aspetti mċajpra li qed insemmi.", "Per eżempju, vis-a-vis l-qrati tagħna jeżistu suspetti dwar ċerta awtonomija u dwar kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u allura bix- xieraq li din il-unit tkun awtonoma biex ma jqumux dawn is-suspetti.", "Mr Speaker, filwaqt li qed nagħmlu dawn il-bidliet jeħtieġ li nagħmlu bidliet oħra li jkunu anċillarji mal-prijorita' tal-poplu tagħna, jiġifieri l-prijorita' tax-xogħol.", "Naħseb li f'dan ir-rigward wieħed għandu jkollu strateġija iktar aġġornata u li tiftiehem dwar fejn irridu naslu f'dan il- qafas ta' servizzi finanzjarji li tant nisimgħu dwaru.", "Kif kont qed ngħid fil-bidu, pajjiżi żgħar dejjem ikollna l-pressjoni tal- pajjiżi l-kbar.", "Per eżempju l-awtoritajiet Eġizzjani matul dawn l-aħħar tmien snin dejjem għamlu ħidma diplomatika sabiex jgħarrfu lill- awtoritajiet Ingliżi dwar ċerti osservazzjonijiet li jagħmlu dwar ċerti persuni li jistgħu jkunu nvoluti f'money laundering u għal xi raġunijiet, għaliex ikun pajjiż partikolari f'reġjun partikolari ...", "(Interruzzjonijiet) Naturalment dan dejjem ikun marbut ma' skop wieħed li min għandu s-saħħa jipprova jutilizza s-sorsi tiegħu ħalli jindika li t- tali pajjiż fit-tali reġjun huwa maħkum minn sitwazzjoni ta' inċertezza u minn sitwazzjoni li m'hijiex daqstant trasparenti.", "Naturalment minħabba f'hekk il-pajjiż involut jispiċċa jbati minn ċerti konsegwenzi għax issirlu ħsara għall-image tiegħu fir-rigward tas-servizzi finanzjarji.", "Naturalment dawn huma sitwazzjonijiet li wieħed irid jagħti kashom għaliex lil hemm mill-argument tekniku u legali hemm ukoll l-argument tax-xogħol.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li rridu ngħarblu dawn l-elementi kollha, daqstant ieħor irridu naraw x'ġid nistgħu noħorġu minn liġijiet bħal dawn vis-a-vis x-xogħol.", "Huwa tajjeb li nkunu parti minn dak kollu li jkun qed jiġri fl-era tal-globalizzazzjoni, imma mbagħad tajjeb ukoll li nirriflettu eżatt dwar ċerti ċirkostanzi.", "Mr Speaker, m'hemmx dubju li l-oppożizzjoni tkun minn ta' quddiem, kif kienet fi kwalunkwe ċirkostanza, biex fejn ikun hemm l-abbuż fil- finanzjament ta' armi jew ta' droga ma tiddejjaqx tiddikjara li hija favur dawn il-bidliet.", "Dawn huma bidliet li jagħmlu lin-nazzjon tagħna iktar kredibbli, jagħmlu l-qafas leġislattiv ta' pajjiżna iktar realistiku u m'hemmx dubju li jgħollu l-identita` tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, waqt li nagħmlu dan, fl-istess ħin m'għandniex niġru.", "Qed ngħid dan għax ġieli kellna ċirkostanzi fejn ġrejna b'mod li qanqalna ħafna suspetti u fost dawn iċ-ċirkostanzi nista' nsemmi ċertu bejgħ ta' ażjendi.", "Dawn huma affarijiet li jiġru darba imma meta jkunu seħħew iħallu t-timbru tagħhom u jħallu s-suspetti li m'hemmx dubju ma jgħinux biex jiftiehem aħjar il-pass ta' l-iżvilupp tas-servizz finanzjarji", "Mr Speaker, huwa tajjeb li jkollna l-istrutturi kollha biex isir kontroll, isiru l-analisi u jkun hemm informazzjoni finanzjarja li tabilħaqq tkun qed tiġi kkordinata biex issostni ċertu livell ta' assigurazzjoni amministrattiva, imma min-naħa l-oħra ma nistgħux inħallu ċerti sitwazzjonijiet li jdgħajfu l-istess impatt mal-bqija tas-soċjeta`.", "Mr Speaker, kulħadd għandu jifhem l-importanza li pajjiżna jibni dawn is- servizzi finanzjarji.", "Qed ngħid hekk għax il-fatt li pajjiżna huwa newtrali u l-fatt li ninsabu f'reġjun imdawwar b'pajjiżi li tabilħaqq dejjem kellhom l-interess li jinvestu fis-servizzi finanzjarji jpoġġina f'vantaġġ.", "Issa ta' min igħid li jekk dawn l-affarijiet ikunu marbuta ma' element ta' awtonomija, tabilħaqq ikun hemm aktar fiduċja fihom u jnaqqsu ħafna mis- suspetti li l-poplu jista' jkollu.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin.", "Tibqa' in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, nibqa' in possession.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it- Tlieta 18 ta' Diċembru, fid-9:00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att kontra Money Laundering – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "--------------------- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hemm rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Vella.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Mr Speaker, f'din in-nofs siegħa li ġejja beħsiebni nitkellem fuq ir-rapport annwali u l-istatements finanzjarji li tħabbru l- ġimgħa l-oħra ta' l-Air Malta.", "L-ewwelnett irrid ngħid li r-riżultati ta' dan ir-rapport kienu jagħlqu fil-31 ta' Marzu ta' din is-sena minħabba li l-Air Malta għadha bil-financial year tagħlaq f'Marzu u mhux f'Diċembru.", "Jiena ma rridx nidħol fil-mertu għalfejn damu, pero' xorta naħseb li dan kien nuqqas ta' serjeta`.", "Dan kellu jiġi fil-ħin anke b'rispett lejn il- ħaddiema fis-settur turistiku.", "Nifhem li din setgħet kienet prassi u m'hijiex xi ħaġa li saret din is-sena biss, pero' żgur li r-rapport annwali u l-istatements finanzjarji qatt ma tħabbru f'Diċembru.", "Barra minn hekk ngħid li jekk kienet prassi, din kienet prassi ħażina, speċjalment meta tara li l-financial year għalqet f'Marzu, ir-rapport ġie ffirmat f'Settembru u ppreżentant lill-pubbliku f'Diċembru.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li fl-opinjoni tiegħi ta' min forsi jibda jaħseb li l-Air Malta tibda tiġi diskussa iktar f'dan il-Parlament, għaliex kważi kważi fi tliet snin qatt ħadd ma semma' leħnu dwarha.", "Kieku ma tkunx l-oppożizzjoni li titkellem dwarha waqt l-estimi ġenerali fi żmien il- budget, l-Air Malta qatt ma tissemma.", "Fil-fatt il-ministru responsabbli mill-Air Malta għadni qatt ma smajtu jsemmi din il-kumpannija fid-diskors tiegħu dwar il-voti tal-ministeru tiegħu.", "Mr Speaker, meta tħabbru dawn ir-riżultati qisu kien hemm ekwivoku kbir.", "X'inhu dan l-ekwivoku?", "L-ekwivoku nqala' għaliex peress li r-riżultati tħabbru f'Diċembru, kulħadd beda jgħid li dawn jirriflettu dak li ġara wara l-11 ta' Settembru.", "Mill-ewwel irrid ngħid li dawn l-affarijiet lanqas biss misshom ġew imsemmija, għaliex dawk ġraw ħafna wara li għalqet is-sena finanzjarja ta' l-Air Malta.", "Kieku dan ir-rapport annwali ħareġ fi żmienu dan l-ekwivoku lanqas biss kien iqum.", "Naturalment dan l-ekwivoku ġie promoss minn dik il-media li trid tagħti vantaġġ lill-gvern u li biex tagħmel dan dejjem tħallat ħaġa ma' oħra.", "Jiena ċert li meta ċ-chairman, is- Sur Louis Grech, kien qiegħed jispjega, - u fl-opinjoni tiegħi s-Sur Louis Grech kien qiegħed jagħmel spjega b'mod tekniku - żgur li l-intenzjoni tiegħu ma kenitx li jħallat ħaġa m'oħra.", "Sfortunatament ġara li l-media li tkun trid tagħti vantaġġ lill-gvern ħadet spunt minn dak li kien qiegħed jingħad u bdiet tgħid li dawn ir-riżultati ħżiena li kisbet l-Air Malta setgħu kienu riżultat ta' l-inċidenti li ġraw wara l-11 ta' Settembru.", "Mr Speaker, x'kienu r-riżultati għall-Air Malta bejn April tas-sena 2000 sa Marzu 2001?", "Ir-riżultati kienu li l-Air Malta, mill-core business tagħha, jiġifieri mix-xogħol ta' l-ajruplani, qalgħet Lm936,000.", "Ejja ngħidu li qalgħet ftit inqas minn Lm1 miljun, pero' l-Air Malta bil-kumpanniji kollha tagħha, bill-hotels, bl-Azzurre Air, bid-duty free, bl-insurance, bil- kumpaniji kollha, tilfet Lm3,7miljun.", "Din hija ħaġa inkwetanti meta wieħed iħares għal dak li kien qiegħed jiġri fl-Air Malta fis-sentejn ta' qabel.", "Fis-sentejn ta' qabel l-Air Malta kienet għamlet profitti bħala grupp ta' Lm12.5 miljun.", "Meta l-fatt li s-sena ta' qabel tkun qlajt Lm6.3 miljuni u din is-sena tlift Lm3.7 miljuni ifisser li inti mort lura b'Lm10 miljuni.", "Jiena nerġa' ngħid li huwa importanti li ngħidu li dan kollu ġara qabel il- 11 ta' Settembru.", "U l-unika kumment li kellu l-Ministru Josef Bonnici kien - u jiena qiegħed ngħid dak li ġie kkwotat fil-gazzetti –", "\"So far the group was handling the crisis well\".", "Jiena hawnhekk nistaqsieh: Għal-liema kriżi qiegħed tgħid?", "Għall-kriżi tas- sena fejn l-Air Malta għamlet dan it-telf jew għall-kriżi ta' dak li ġara wara l-11 ta' Settembru?", "Għaliex meta tmur Lm10 miljuni lura qabel il-kriżi tal-11 ta' Settembru mela aħseb u ara x'se jiġri fis-sena finanzjarja li jmiss u li fiha hemm inkluż il-kriżi tal-11 ta' Settembru!", "X'kienet il- kawża?", "Wara l-11 ta' Settembru l-insurance premiums telgħu, l-forward bookings niżlu u s-security costs għolew pero' dawn huma kollha affarijiet li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sena li qed nitkellmu dwarha.", "Forsi statement importanti li ħareġ minn dik il-konferenza kien li l- airline industry fl-Ewropa għaddiet minn żmenijiet serji u koroh u li ħafna mill-airlines ġewwa l-Ewropa għamlu ħafna telf u marru ħafna lura.", "Dan qed ngħidu biex meta nitkellmu fuq dak li qed jiġri ġo l-Ewropa mhux meta jaqblilna ngħidu kemm fl-Ewropa kollox sejjer tajjeb u mbagħad meta nkunu rridu niġġustifikaw il-fatt li sejrin ħażin f'xi ħaġa ngħidu li anke ta' l- Ewropa sejrin ħażin.", "Ta' min jgħid li l-airlines fl-Ewropa kienu sejrin ħażin anke f'dawk is-sentejn li semmejt jien meta l-Air Malta kienet sejra tajjeb.", "Dan mhux qed ngħidu biex innaqqas minn dak li hu dovut lill-Air Malta, anzi qiegħed insemmieh biex nuri li ħdejn airlines oħrajn, anke f'din is-sena li qegħdin niddiskutu, l-Air Malta fejn setgħet, dejjem żammet ftit fir-riedni f'idejha.", "Dan ir-riedni madankollu ma setgħetx iżżommu dejjem, u jiena nispjega fejn.", "X'kienu r-raġunijiet l-oħra li semmew?", "L-ewwel li qalu li l-Air Malta kellha record ta' turnover, jiġifieri l-kwantita' ta' xogħol li kellha, li tela' għal Lm 124 miljun.", "Jiena ngħid prosit.", "Mela la l-Air Malta żiedet ix- xogħol, l-iskuża li ssemmiet li x-xogħol naqas ma treġix.", "Inti kif qiegħed tgħid li mort lura għaliex naqaslek ix-xogħol u mbagħad fl-istess waqt qed tgħid li l-Air Malta laħqet record turnover ta' Lm124 miljun?", "Mela hawnhekk għandna l-ewwel diskrepanza li jiena ngħid ta' min jerġa' jħares lejha.", "Meta jiżdied ix-xogħol naturalment inti tistenna li żżid il-profitti pero' meta qed tgħid li inti kellek record turnover u fl-istess waqt qed tgħid li għamilt it-telf, dawn huma sinjali koroh li jixgħelulek il-bozza l-ħamra.", "Il-fatt li inti qed iżżid ix-xogħol u fl-istess ħin qed iżżid it-telf ifisser li inti dħalt fi spiral ta' uncompetitiveness għaliex tkun qed ittella' l-costs iktar milli tkun qed ittella' l-profitt.", "Din hija ħaġa perikoluża għax jekk jinżillek ix-xogħol ma tkunx tista' tniżżel dawn il- costs u tiġi fi żbilanċ qawwi.", "U hawnhekk irrid ngħid li ta' min joqgħod ħafna attent f'dawk li huma l-fixed costs u l-variable costs, għaliex bħalissa kulħadd qed imur biex inaqqas dawk li ngħidulhom il-fixed costs u jżid il-variable costs, imma milli jidher l-Air Malta mhux qed tagħmel hekk.", "Mr Speaker, fil-konferenza ma ssemmiex x'ġara fl-Azzurre Air.", "Issemmew biss is-subsidiaries.", "Jiena se nitkellem partikolarment fuq l-Azurre Air għaliex din kienet is-subsidiary prinċipali li għoddsod fil-fond lill-Air Malta.", "L- Azzurre Air f'din is-sena li qegħdi niddiskutu tilfet Lm6.8 miljun.", "Dan it- telf ma sarx sa Marzu ta' l-2001, għaliex l-Azzurre air tagħlaq il- financial year tagħha f'Diċembru.", "It-telf ta' Lm6.8 miljuni sar sa Diċembru tas-sena 2000.", "Jiġifieri jista' jkun li minn Diċembru tas-sena 2000 sa Marzu tas-sena 2001, jew kompliet titlef iktar jew jista' jkun li rkuprat xi ħaġa minn dan it-telf.", "Dan jiena ma nistax ngħidu.", "Li naf hu li bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2000 l-Azur air tilfet Lm7 miljuni.", "Mr Speaker, għalfejn qed insemmi l-Azzurre Air?", "Qed insemmi din il- kumpannija għaliex fl-opinjoni tiegħi l-Air Malta fi żmien ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel kienet ħadet żewġ deċiżjonijiet koroh wisq li għadha qed tbati minnhom sal-lum.", "L-ewwel deċiżjoni kienet li biegħet erba' ajruplani Boeing 737's u minflok xtrat erba' ajruplani iżgħar, dawk li ngħidulhom l-RJs.", "Dawn kienu ajruplani uneconomical ħafna u li taw daqqa ta' ħarta għall-operazzjoni ta' l-Air Malta.", "Barra minn dan is-seating capacity ta' l-airline ta' l-Air Malta naqset b'220.", "Ġara wkoll li l- Boeings li bgħejna erġajna bdejna nikruhom aħna stess għaliex kellna bżonnhom, filwaqt li l-ajruplani l-RJs li xtrajna kellhom effett ħażin fuq l-operazzjoni ta' l-Air Malta għaliex ma kenux qegħdin jaqduna sew.", "Id-deċiżjoni l-oħra ħażina li ħadet l-Air Malta u li minħabba fiha għadha tbati sal-lum kienet dik li twaqqaf il-kumpannija Azzurre Air.", "Meta aħna konna nikkritikaw din id-deċiżjoni mill-oppożizzjoni, n-naħa tal-gvern kienet tgħidilna li l-Azzurre Air se tibda llum bħala satellita ta' l-Air Malta imma din tant se tikber li għada pitgħada kważi kważi l-Air Malta se tiġi satellita ta' l-Azzurre Air.", "Illum għandna l-fatti, għandna l-provi, għandna l-figuri u min qiegħed jismagħna jista' jgħid min ħareġ ta' raġel, jekk hux aħna jew il-gvern.", "Meta ddeċidew li dak iż-żmien jiffurmaw il-kumpannija Azzurre Air inxtraw tliet ajruplani oħra ma' dawk l-erbgħa li kellna diġa', u dawn xtrajnihom bi prezz inflated.", "Il-listed price kien xi $24 miljun u aħna xtrajnihom b'xi $6.5 miljun.", "U dak iż-żmien il-gvern Malti u l-Air Malta daħlu għal commitment ta' xi $182 miljun.", "Il-gvern illum, nerġa' ngħid, ġie fi kliem dak li konna qegħdin ngħidu aħna.", "L-Air Malta llum ftit li xejn tista' tagħmel fuq dik id-deċiżjoni li ttieħdet ħames jew sitt snin ilu, u kieku ma kienx hemm dan it-telf ta' l-Azzurre Air kieku l-Air Malta spiċċat bi profitti ta' xi Lm3.5 miljuni.", "Mr Speaker, din ta' l-Azzurre Air kienet ħolma ta' bniedem issaportjata mill-gvern ta' dak iż-żmien.", "Hawn Malta noqgħodu nintilfu fuq iċ-ċivil, fuq il-freeport u fuq id-drydocks u affarijiet li huma ħafna għar minn hekk lanqas biss nagħtu kashom.", "U jiena jiddispjaċini li jiġri hekk għaliex mill- Azur air m'hu qed nieħdu xejn.", "Għallinqas id-drydocks u l-freeport u ċ- ċivil veru qed jixorbu l-flus pero' qed jagħtu l-impjieg lill-Maltin, pero' l-Azzurre Air qed tixrob il-flus xorta u mhux qed timpjega Maltin.", "Kollox sejjer għand il-ħaddiema barranin.", "Dan ifisser li ġejna fi stat fejn il- ħaddiem Malti issa qiegħed ikollu jissussidja lill-ħaddiem barrani.", "Mr Speaker, x'se nagħmlu b'dawn l-RJs ħadd għadu ma jaf.", "Li naf biss hu li llum għandek ajruplani Brażiljani bħalhom b'nofs prezz.", "Li naf ukoll hu li l-British Aerospace li kienet tagħmel dawn l-ajruplani waqqfet il- production tagħhom allura l-prezz tagħhom wieħed jistenna li se jinżel.", "Kieku dan l-investiment sar mill-Air Malta llum ara x'capacity iktar għandha l-Air Malta.", "Il-futur jidher daqsxejn bleek għall-Azzurre Air, pero' jiena nispera li s-sitwazzjoni titranġa.", "Skuża oħra kienet li kien hemm a declining traffic, jiġifieri naqas is-suq tal-passiġġieri, u l-iktar li naqas kien mil-Libja u l-Ġermanja.", "Jiena se nitkellem fuq il-Ġermanja, għaliex l-iskuża li qed tinġab kull darba hi li tlifna minn dan is-suq għaliex naqqset il-programm tagħha l-Frosch.", "Din ta' min jiċċaraha.", "Jiena ma naqbilx kif qed titpoġġa s-sitwazzjoni llum.", "L- ewwelnett l-Air Malta tilfet lill-Frosch qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li l-Frosch tnaqqas il-programm lejn Malta.", "Għaliex?", "Għaliex il-Frosch marret tajjeb ħafna fis-sajf tas-sena 2000, meta marret tajjeb ħafna ddeċidiet li tibda ttir lejn Malta bl-ajruplani tagħha u allura naqqset dawk ta' l-Air Malta.", "Mela l-Air Malta naqqset il-flights mill-Ġermanja mhux meta l-Frosch marret ħażin, imma meta kienet għaddejja tajba.", "Mr Speaker, meta nitkellmu fuq il-Frosch, aħna npoġġu l-karrettun quddiem il-ħmar.", "Aħna ngħidu li hawn Malta naqqasna t-turist Ġermaniż għaliex il- Frosch qatgħet il-programm.", "Jiena ngħid ejja naqilbuha u ngħidu li l-Frosch kellu jnaqqas il-programm lejn Malta għaliex naqset id-domanda fil- Ġermanja.", "Jekk aħna kull meta nitkellmu fuq il-Ġermanja se nwaħħlu fil- Frosch biss u ma ngħidux fejn għandna tort aħna, s-sitwazzjoni rigward il- Ġermanja m'aħniex se nirranġawha.", "Barra minn hekk, xi sitt xhur qabel ma l- Frosch iddeċidiet li tnaqqas il-programm tagħha lejn Malta, jiena ġejt hawnhekk u kont għedt li mill-Ġermanja naqqasna 175,000 bed night.", "Kien diġa' qiegħed iberraq, kienet diġa' qed tonqos id-domanda għal Malta fil- Ġermanja.", "Mela l-ewwel beda jonqos is-suq fil-Ġermanja, imbagħad il-Frosch iddeċidiet li tnaqqas il-pakkett tagħha lejn Malta u mhux bill-kontra.", "Skuża oħra hija li kien hawn ħafna over capacity mill-airlines hawn Malta.", "Xi rridu ngħidu biha din ta' l-over capacity?", "Jiġifieri żdiedu l-airline seat allocations?", "U jekk żdiedu, dawn minn min żdiedu?", "Minn ajruplani oħrajn?", "Jew hawn over capacity għaliex naqset id-domanda?", "Jekk jiena għandi għaxar tazzi tat-te' u għandi għaxra min-nies iridu jieħdu t-te', jiena qiegħed tajjeb.", "Jekk jiena għandi għaxar tazzi tat-te' u nies għat-te' għandi ħamsa, mela jiena ġejt b'over capacity ta' tazzi.", "U jiena naħseb hekk qed jiġri hawn Malta.", "Mhux qed ikollna over capacity kbira għaliex qed jiżdiedu ħafna airlines li ġejjin joperaw minn hawn Malta, imma qed ikollna over capacity għaliex qiegħed jonqos ix-xogħol, u mhux bil-kontra.", "U jiena ngħid li jekk aħna qed naqtgħu qalbna minn issa fuq l-over capacity ta' airlines, aħseb u ara x'inhu ġej jekk aħna nagħmlu dak li qed jgħid il- gvern li nidħlu bħala membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, għaliex imbagħad ma tista' twaqqaf lil ebda airline li jiġi jopera minn hawnhekk.", "Anke fuq kompetizzjoni tal-prezzijiet tas-seats, irrid ngħid li Malta għad m'aħniex dak li jgħidulu t-third package.", "Ma naħsibx li għandi ċ-ċans nitkellem fuqu f'dan l-aġġornament imma t-third package ma jħallix ajruplani barranin li jiġu hawn Malta b'charters, la li jbigħu s-seat biss u lanqas li jbigħu lill-Maltin.", "Naturalment meta Malta tidħol bit-third package, kull charter li jiġi hawn Malta jkun jista' jbigħ is-seat waħdu u jkun jista' jbigħ kemm irid hu lill-Maltin.", "Jista' jkun li lilna bħala Maltin jaqblilna għaliex insiefru b'orħos, pero' dan ġej at a cost għall- Air Malta.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li tlifna Lm400,000 fuq ir-rotta ta' New York.", "Imma skużi, kellna l-Balkan Airlines topera minn hawn għal New York u spiċċat tilfet!", "Allura meta waqfet il-Balkan Airlines, kif aħna ma tgħallimniex u bdejna noperaw aħna?", "Il-Ministru Refalo bil-pompa kollha kien qal li issa li għandna l-Air Malta ttir lejn New York se niżviluppaw is-suq Amerikan pero' jiena nibqa' ngħid li s-suq Amerikan m'hemmx għalfejn niżviluppawh.", "Qalulna wkoll li splodew il-payroll costs.", "X'qed jiġri biex il-payroll cost tela' daqshekk?", "Naf li kien hemm il-collective agreement, naf li la żdied ix-xogħol, ovvjament żdied l-overtime, qed jiżdiedu l-ħaddiema part-time u forsi żdiedu anke dawk full-time.", "Li naf hu li dan l-aħħar sentejn kien hemm żieda ta' 200 job ġewwa l-Air Malta jew ekwivalenti tagħhom u l- payroll costs telgħu b'Lm5 miljuni.", "Mr Speaker, meta jitkellem fuq costs wieħed m'għandux jitkellem biss fuq il- payroll costs, imma jrid jitkellem ukoll dwar kemm splodew il-ħlasijiet ta' l-interessi fuq il-loans li għandha l-Air Malta.", "Dawn il-loans saru f'dawk iż-żminijiet meta nfetħet l-Azzurre Air u meta nxtraw l-RJs.", "Kemm qed jintefaq iktar, per eżempju, fuq ħlas ta' konsulenti?", "Irrid ngħid ukoll li ma nafx jekk żdiedx ukoll il-bord tad-diretturi.", "Tkellmu wkoll fuq il-fuel costs.", "Huwa veru telgħu l-fuel cost, imma allura iktar u iktar kellna raġun meta aħna konna niġu hawnhekk u konna ngħidu lill-Ministru Josef Bonnici, li fuq il-fuel għandu jagħmel bħalma kienu jagħmlu gvernijiet Laburista, jiġifieri jagħmel hedging agreement.", "Kull meta gvernijiet Laburista għamlu hedging agreement fuq il-fuel ħadd ma bata bil-prezzijiet għoljin tal-fuel, pero' l-Ministru Bonnici kien jiġi jidħak għaliex jgħid li l-gvern tiegħu ma jridx dan it-tip ta' logħob.", "Illum qed naraw ir-riżultati.", "Jiena dan qiegħed ngħidu biex ħadd ma jħares bl-ikrah lejn l-Air Malta jew lejn iċ-chairman jew il-bord tad-diretturi tal-lum jew il-managers tal-lum, għaliex ħafna affarijiet li ġabu dan ir- riżultat ħażin ġew minn policy ħażina ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel u ta' issa.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-Lufthansa ffrankat 112 miljun Euro meta għamlet hedging għax-xiri tal-fuel.", "Jekk iħossu l-bżonn li jagħmlu dan it- tip ta' arranġament airlines bħal-Lufthansa, kemm iktar u iktar għandna bżonn li nagħmluh aħna hawn Malta?", "Intqal ukoll li kellna telf fuq ir-rate of exchange.", "L-istess, hemm il- forward buying.", "Il-forward buying illum jagħmluh it-tour operators u kulmin qiegħed fin-negozju.", "Għaliex ma tagħmlux l-Air Malta wkoll?", "Jiena niftakar żmenijiet fejn l-Air Malta kienet tagħmlu żgur u ġieli anke' qlajna mill- forward buying.", "Jiena ma nafx jekk issa huwiex qiegħed isir jew le, pero' ladarba l-Ministru qiegħed jgħid li kien hemm telf fuq l-exchange rate jiena nassumi li jew mhux qed isir, jew mhux qed isir biżżejjed, jew inkella mhux qiegħed isir bil-għaqal.", "Isemma wkoll it-telf mis-subsidiary companies li huma l-hotels.", "Huwa veru li dawn għamlu telf imma issa ma niffukawx fuq il-hotels li tilfu Lm0.5 miljun bejn tlieta, u mbagħad ma nsemmux l-Azzurre Air li tilfet Lm7 miljuni waħedha.", "F'din il-kumpannija għandek Lm7 miljuni telf u biex tkompli din timpjega lit-Taljani u qed tħallashom minn hawn Malta.", "M'għandniex inwerwru lil kulħadd billi ngħidu li l-Crowne Plaza, Ħal Ferħ u s-Selmun Palace m'humiex tajbin u għaliex dawn m'humiex core business ta' l- Air Malta allura hemm bżonn li neħilsu minnhom.", "Jekk toqgħod bil-għaqal, Lm 0.5 miljun iġġibhom.", "Mr Speaker, nixtieq nerġa' ngħid li dan kollu li semmejt m'huwiex tort tal- bord u taċ-chairman.", "Qed insemmi lilhom għaliex qed nikkritika minn qalbi u mhux qed nipprova nagħmel l-Air Malta bħala ballun politiku.", "U dan qed ngħidu minkejja li ma naqbilx mal-mod kif inħatar il-bord tad-diretturi tal- lum li nħatar b'agenda politika.", "Fi żmien gvern Laburista aħna ħarisna lejn it-teknika tan-nies li poġġejna u ma ħarisniex lejn il-kulur politiku tagħhom.", "Tgħidli rigward il-hotels kif jidħol il-gvern jekk dawn qed joperawhom kumpanniji barranin?", "Iva, jidħol il-gvern għaliex jiena għadni nisma' lill-ministru jgħid li l-Air Malta m'għandhiex tkompli fil-business tal-hotels, u minn meta qal hekk il-ministru, kulħadd ħadha vanġelu li dawn il-hotels se jiġu pprivatizzati.", "Forsi hekk se jiġri.", "Forsi nista' naqbel u nista' naqbilx ma' deċiżjoni bħal din imma issa mhux sta għalija jekk naqbel jew ma naqbilx, jara x'se jagħmel il-gvern.", "Li naf hu li meta ssemmiet din il-possibbilta` ma sarx b'penny investiment fl-ebda waħda minn dawn it-tliet hotels, u llum ma tistax tikkompetti mingħajr ma tinvesti.", "Mr Speaker, jiena ngħid li għandna nżommu fejn sejjer tajjeb u nneħħu fejn sejjer ħażin.", "Għaliex għandi nżomm l-Azzurre Air li titlef Lm7 miljuni sempliċement għax hija core business, u nneħħi l-hotels, li tilfu din is- sena imma kienu qed jaqilgħu s-snin ta' qabel għaliex dak mhux core business tiegħi?", "Il-core business nagħżlu jien, u nżomm fejn qiegħed jagħtini l-profitti u nneħħi fejn mhux qed jagħtini l-profitti.", "Isemmiet ukoll il-kwestjoni tad-duty free.", "Id-duty free hija waħda minn dawk is-subsidiaries li għamlet profitti u din is-sena żiedet il-profitti wkoll.", "U hawnhekk l-istess, tant nafu kemm hu tajjeb id-duty free li l-Air Malta marret tiftaħ mal-privat duty free ġewwa l-Libja.", "Jiena ngħid li għamlet sew.", "Din kienet deċiżjoni tajba li għada pitgħada se tqalla' l- flus.", "Dakinhar il-ministri u kulħadd mar jixxampla hemmhekk b'ħafna pompa għaliex ftaħna d-duty free l-Libja.", "Imma allura ħadd ma jammetti li d-duty free, li hu tajjeb ħafna għal Malta, se jkollna nagħlquh minħabba l- kundizzjonijiet li timponi l-Unjoni Ewropea?", "U jiena minn hawnhekk irrid insellem lil Silvio Coppola, li sfortunatament wara li marru l-Ministri l- Libja b'dik il-pompa, ġew lura u qaċċtuh mill-Air Malta.", "Nixtieq insellimlu għaliex kien hu l-bniedem li għamel minn kollox biex il-kumpannija Sabrata titwaqqaf u tibda taħdem.", "MR SPEAKER: Jekk jogħbok ikkonkludi għaliex sar il-ħin.", "ONOR.", "CARMELO VELLA: Kollox sewwa.", "Kien baqgħali xi ngħid, imma ma jimpurtax.", "Bħalma diġa' għedt, Mr Speaker, jiena mhux qiegħed nitkellem biex nagħmel ballun politiku mill-Air Malta.", "Il-Partit Laburista dejjem kellu għal qalbu din il-kumpannija u żgur li s-support tiegħu lejn l-Air Malta se jibqa' jagħtih.", "Aħna ma nistgħux naraw dawn l-affarijiet għaddejin u ma nitkellmux.", "Aħna nemmnu li dak li qed jiġri llum huwa tort ta' politika ħażina ta' gvern Nazzjonalista ta' qabel u dik ta' gvern Nazzjonalista tal- lum.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it- Tlieta, 18 ta' Diċembru 2001 fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill- Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TA' QALI - MANIĠJAR TAL-PARK NAZZJONALI", "30446.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istruttura ġdida li kellha tiġi maħtura għall- immaniġjar tal-park nazzjonali f'Ta' Qali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-istruttura l-ġdida għall-Park(s) Nazzjonali tikkonsisti minn Kumitat Prinċipali u numru ta' Sottokumitati li jieħdu ħsieb aspetti ta' l-iżvilupp, aċċessibilita' u manutenzjoni, kif ukoll dak ta' l-immaniġġar u t-tmexxija għall-attivitajiet li jiġu organizzati ġewwa l-Park Nazzjonali f' Ta' Qali.", "ITALJA - ĦAMES PROTOKOLL FINANZJARJU", "30447.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi negozjat il- ħames protokoll finanzjarju ma l-Italja?", "ONOR.", "JOE BORG: Nikkonferma illi n-negozjati dwar il-Ħames Protokoll Finanzjarju mal-Gvern Taljan li kienu bdew taħt l-amministrazzjoni Taljana preċedenti qed jitkomplew ma' l-amministrazzjoni preżenti.", "MEMORANDUM - LIĠI TAL-FAMILJA", "30448.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm movimenti u liema movimenti taw xi suġġerimenti, jew resqu xi memorandum fuq il-liġi tal- familja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall- White Paper rigward il-liġi proposta dwar il-Qorti tal-Familja, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PA", "30449.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jwieġeb PQ 30386?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ippublikat għall- konsultazzjoni pubblika l-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta f`Lulju 2001.", "Is-sit li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa kopert bil-policy NWML 26 - Area for Garage Businesses fl-istess Pjan.", "Il-konsultazzjoni pubblika fuq dan il-Pjan għalqet, u l-Awtorita` issa ser tieħu konjizzjoni tal-kummenti tal-pubbliku u tirrevedi l-Pjan fejn meħtieġ.", "L-Awtorita` għandha applikazzjoni pendenti għal żvilupp ta` kumpless residenzjali fuq is-sit tal-barriera magħrufa bħala 'tal-blu'.", "DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET", "30450.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'referenza għall-PQ 30387, jista' l-Ministru jgħati l-figuri għas-sena 2000?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-flus ivvutati għad-Dipartiment tal- Mużewijiet li ma ntużawx għas-snin 2000 u 2001 huma kif ġej:", "Sena 2000 Rikurrenti Lm 19,076", "Kapitali Lm 38,407 (taħt Restoration of Museums and Hist.", "Sites)", "Lm 97,869 (taħt Ticketing System)", "Sena 2001 Rikurrenti Xejn Kapitali Lm 99,431 (Ticketing System)", "SKOLA LORENZO GAFA - LIBRERIJA", "30452.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement kotba ġewwa l- librerija ta' l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u kemm inxtraw tul is-snin 1999, 2000 u 2001?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-figuri meħuda mid-dettalji provduti mill-iskola f'Diċembru ta' kull sena għall-iskola Lorenzo Gafa`, Birgu, huwa kif se nsemmi:", "Sena Total ta' kotba Kotba mixtrija 1999 1138 25 2000 1175 0", "MALTACOM - ĦADDIEMA", "30453.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30376?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba dwar l-ingaġġ ta' ħaddiema ġodda ma' kumpaniji sussidjarji tal-Maltacom bejn Settembru 1998 u t-30 ta' Novembru 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Tajjeb jingħad matul l-istess perjodu, in-numru ta' ħaddiema mal-Maltacom niżel minn 1,812 għal 1,358 - tnaqqis ta' 454 ħaddiem.", "MOSTA - FORTIZZA", "30455.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda parlamentari nru.", "22740, jinforma lill-Kamra f'idejn liema dipartiment tinsab il-Fortizza tal-Mosta u x'qed jiġri preżentement minnha u tistax tiġi miftuħ għall-pubbliku b'dak li fiha?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Fortizza tal-Mosta qiegħda f`idejn il-Forzi Armati ta` Malta, u għalhekk l-Onor.", "Membru huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "BENGHAJSA - FORTIZZA", "30456.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru.", "22740, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bengħajsa jew partijiet minnha biex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar illi l-Fortizza ta` Bengħajsa hija mogħtija b`kera lil terzi persuni taħt erba` kirjiet differenti u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.", "BINĠEMMA - FORTIZZA", "30457.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda 22740, jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Bingemma jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Binġemma hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.", "SKEJJEL", "30458.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda numru 22317 jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan il-proġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija ċitata.", "FORTIZZA TAŻ-ŻONQOR", "30459.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru.", "22740 jinforma lill- Kamra jekk kemm-il darba l-Fortizza ta' Żonqor jew partijiet minnha hiex lura f'idejn l-Gvern u jekk le, x'inhuwa previst li jsir fil-futur qarib?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nagħmel referenza għal risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29476, infakkar li l-Fortizza ta` Zonqor hija mogħtija b`kera lil terzi persuni u mhux previst li jsir kambjament fil-futur qarib.", "NUTARA GRADWATI - WARRANT", "30465.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn nutara gradwati bħalissa li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant biex jkunu jistgħu jeserċitaw il-professjoni?", "Jista' jgħid meta huwa previst li jsir l-eżami tal-warrant li jmiss?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 8 nutara gradwati li qegħdin jistennew li jsir l-eżami għall-warrant.", "Huwa ippjanat li l- eżami tal-warrant li jmiss ser isir kmieni s-sena d-dieħla.", "ETC - KORSIJIET", "30466.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet tal- biċċiera tal-laħam mill-ETC matul din is-sena?", "Kemm kien in-numru ta' parteċipanti u x'ċertifikati ngħataw?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Matul din is-sena l-ETC organiżżat kors wieħed għall-biċċiera tal-laħam li jikkonsisti kemm f'taħriġ teoretiku kif ukoll taħriġ prattiku.", "Dan il-kors beda fis-16 ta' Jannar 2001 u huwa twil tnejn u ħamsin ġimgħa.", "In-numru ta' parteċipanti li bdew jattendu għall-kors kien ta' sbatax-il persuna imma sa l-aħħar ta' Novembru 2001 dan niżel għal tnax-il persuna.", "Fl-aħħar tal-kors il-parteċipanti jingħataw ċertifikat ta' kompetenza.", "GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI – DAR TA' L-ANZJANI", "30467.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l- għajnuna supplimentari qed titneħħa b'60% meta l-anzjani jiriżulta li jkunu residenti f'Dar ta l-Anzjani ta' l-Istat", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Skond il-provvedimenti ta' Avviż Legali numru 60 ta' l-2000, kull resident f'istituzzjoni statali għandu jikkontribwixxi għaż-żamma tiegħu f'dik l-istituzzjoni 60% tad-dħul net li għandu lill- Kumitat tal-Welfare, maħtur skond l-Artikolu 130 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Skond Taqsima 3 ta' l-imsemmi Avviż, residenti f'istituzzjoni statali jkun intitolat li jirċievi 40% tal-pensjoni, benefiċċju jew allowance imħallsa taħt l-imsemmi Att.", "REĠISTRAR GĦAX-XOGĦOL", "30468.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru li għadda f'Malta u Għawdex separatament?", "Jista' jwieġeb din il-mistoqsija għax-xahar ta' Novembru sena b'sena għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru f'Novembru ta' l-1997, 1998, 1999, 2000 u f'Settembru 2001, maqsuma għal Malta u Għawdex huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "B'KARA - DRENAĠĠ", "30477.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid r-raġuni li saret diversifikazzjoni temporanja ta' drenaġġ fi Triq ġdida fi Triq il-Wied, B'Kara li tagħti għal Triq l-Għabex, B'Kara meta l-iżvilupptur ta' a major project għad lanqas biss għandu approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan il-proġett fl- applikazzjoni meqjusa bħala pre-development application?", "Min awtorizza dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija, maghrufa bħala Triq Indri Grima, żviluppat ħsara fil-'Mains' tad-Dranaġġ.", "Wara li saru t-tiswijiet temporarji, d-Dipartiment tad-Dranaġġ ħareg sejħa ghal offerti biex dan il-'Main' li fuqu taqa' l-'flow' kollha ta' l-'area' maghrufa bħala tas-Swatar, jiġi mibdul u jsir skond l-livelli ġodda approvati mill-Awtorita ta' l-Ippjanar.", "Peress li dan il-'main' huwa mghobbi hafna, l-kuntrattur inkarigat kellu jsewwaq il-flow f'main iehor temporanju l-fuq minn wiċċ it-triq sakemm jitqatta l-blat u jitqeghdu katusi ġodda skond il-livelli moghtija mill-istess Awtorita ta' l-Ippjanar.", "MINERALS SUBJECT PLAN", "30480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid meta il-minerals subject plan kien ikkomissjonat, lil min, meta tlesta u kemm sewwa? 2) Min kienu il-konsulenti tal-kumpanija li għamlet il-minerals subject plan li ħadmu fuq il-pjan u xi esperjenza kellhom? 3) Kemm il-impjegati fi grad I professjonali ġew inġaggati mal- environment management unit f'dawn l-aħħar tlett snin; 4) Kemm il- konsulenza l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddew lil-żewġ persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament?", "Jista l-Ministru jgħidilna liema huma, f'isem min ħadmu u kemm tħallsu? 5) Meta il-persuna li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament daħal jaħdem fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar u f'liema grad?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-applikazzjoni ta' Mallia meta applika biex jidħol jaħdem l-Awtorita'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat kif ġej:-", "1) Il-Minerals Subject Plan ġie kommissjonat lil Entec UK Ltd abbażi ta` Tender T036/98 li għaliha intefgħu ħdax-il offerta li minnha rriżulta li l- prezz skond l-offerta mitfuha minn Entec UK Ltd kienet l-orħos waħda.", "L- Awtorita` ta` l-Ippjanar fit-12 ta` Mejju 1999 iffirmat kuntratt ma` Entec UK Ltd sabiex ikun jista` jinbeda x-xogħol fuq il-Minerals Subject Plan.", "Il-Minerals Subject Plan għadu ma tlestiex.", "L-istima tat-tender sabiex ikun jista` jsir il-Minerals Subject Plan kienet tammonta għal Stg 43,795.30 (approx.", "Lm26,395.24)", "2) Il-Minerals Subject Plan ġie fformulat minn tim ta` Entec UK Ltd immexxi minn wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija, Dr. Ian Cromie, li kien responsabbli biex jitfassal dan il-Pjan.", "Dr. Ian Cromie għandu First Class Degree fl-Ippjanar u PhD fl-Aggregate Planning.", "Dan il-konsulent qabel ġie mpjegat mill-Etnec ħadem għall-UK`s Quarry Products Association (QPA) bħala Planning Policy and Research Officer b`responsabbilita` biex jagħti pariri u għajnuna lill-industrija tal-minerali fil-minerals planning, environmental and planning legislation li jinkludi ukoll Mineral Planning Guidelines (MPG) u policies ta` l-Ewropa.", "Huwa għandu esperjenza konsiderevoli fil-Mineral Local Plan (MLP`s) UDP`s u Structure Plans.", "Kien ukoll involut f`inkjesti għal 5 MLP`s fl-Ingilterra u 1 fl-Iskozja.", "Kellu wkoll sehem fil-preparazzjoni ta` 4 county structure plans.", "Dr. Ian Cromie fl-aħħar 10 snin kien iffukat fuq il-Minerals Planning u issues oħra relatati.", "3) In-nies li jiġu mpjegati m`humiex impjegati ma` section jew unit partikolari imma ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u imbagħad jiġu ppustjati skond il-bżonnijiet tal-organizzazjoni.", "F`dawn l-aħħar 3 snin ġew ingaġġati 4 persuni fi gradi professjonali mill-Awtorita` li kienu mpoġġija fl-environment management unit.", "4) Dawn il-persuni tqabbdu mill-Awtorita` fuq numru ta` xogħlijiet kif elenkat hawn taħt: Stħarriġ fuq Għar il-Friefet, somma ta` Lm63.25 mħallas lil Joseph A. Borg fid-9/9/97", "Video survey ta` taħt il-baħar fl-akwati tal-proġett tal-Hilton għas-somma ta` Lm57.50 lil Joseph A. Borg fl-14/10/99", "Spejjeż u servizzi professjonali konnessi ma` stħarriġ dwar l-irtirar ta` garanzija bankarja tal-Hilton għas-somma ta` Lm775.00 lil Professur Patrick Schembri fil-31/10/99", "Dawn il-persuni kienu wkoll involuti bħala parti minn grupp ta` esperti mqabbda mill-Malta University Services Ltd fuq numru ta` konsulenzi għall- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "5) Is-Sur Adrian Mallia ġie ingaġġat mill-Awtorita` fl-1 ta` Settembru 1994 fi Grad B.", "MARSA SPORTS COMPLEX – AFALTAR", "30481.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-kuntratt b'xogħol t'asfaltar ta' toroq fil-Marsa Sports Complex?", "Min hu l-kuntrattur li ħa dan il-kuntratt?", "Kemm kien oriġinarjament il- valur ta' dan il-kuntratt?", "Kemm spiċċa sewa dan il-kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li qiegħed isir xogħol ta' asfaltar fil-Marsa Sports Complex li tqabbad mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.", "Għalhekk nitlob lill-Onor. membru biex ikun aktar speċifiku.", "MARSA SPORTS COMPLEX - TINDIF", "30482.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent qed jagħmel ix-xogħol ta' tindif fil- Marsa Sports Complex?", "Kif saret l-għażla għall-kuntrattur?", "Kemm hu l-valur ta' ħlas għal dan il- kuntratt ta' tindif?", "Liema perjodu qed ikopri dan il-kuntratt?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol ta' tindif fil-Marsa Sports Complex fil-preżent qiegħed isir mill-Unit għall-Ambjent Nadif tal- Ministeru ta' l-Ambjent.", "B'KARA - TRIQ L-GĦABEX", "30483.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġew shifted poles tad- dawl fi Triq l-Għabex B'Kara meta għad ma jeżisti l-ebda permess għal żvilupp?", "Min awtorizza dan iċ-ċaqlieq ta' electricity poles u cables konnessi magħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq ta' l-arbli imsemmija sar minħabba xogħol ta' twessiegħ tat-triq li kien qiegħed isir mid- Dipartiment tat-Toroq.", "Dan it-tip ta' xogħol, li jsir ta' sikwit, isir skond proċeduri stabbiliti.", "B'KARA – DAR FRATE FRANCESCO", "30486.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż li ħareġ il-gvern biex irranġat ruħha d-Dar ta' Frate Francesco f'B'Kara?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-patrijiet Franġiskani rigward l-imsemmija dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "30487.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif il- koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru kunfidenzjalment u li ilha is-snin kbar li applikat mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali li t- tnejn għandhom kundizzjonijiet anke mediċi tant li l-mara għamlet 2 operazzjonijiet barra min Malta, jgħixu f'unit bi tliet sulari taraġ, i.e.", "63 tarġa, kontra l-pariri tat-tobba u ta' l-ispeċjalisti mediċi u kif intqal lilhom mid-Dipartiment għandhom 83 punt, għadhom sal-lum ma ngħatawx post alternattiv?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ tal-koppja ndikata qed ikun ikkunsidrat fid-dawl li jridu post terran f'Bormla biss, fejn id- Dipartiment għandu 221 talba oħra li minnhom 27 huma minħabba t-taraġ.", "EVICTION ORDER", "30488.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara għaliex l-eviction order li ħarġet fid-9 ta' April 2001 fil-konfront tar-requisition order no. 39223 għadha ma saritx?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali qiegħed fil-proċess sabiex jagħmel dan l- iżgumbrament.", "PULIZIJA - LIĊENZJI", "30489.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30361, jista' l-Ministru jgħatini d-dettalji ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-ġeneru ta' business elenkati fil-mistoqsija indikata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PENSJONI - TĦAFFIF TA' PROĊEDURA", "30490.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d- dettalji tagħha qed jidhru kunfidenzjalment titħaffiflu l-proċedura biex jibda jieħu l-pensjoni ta' l-invalidita', li issa ilu ġimgħat jistenna?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata ġiet imħallsa pensjoni għall-Invalidita' skond l-Att dwar is- Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318).", "Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "30491.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji u x'punti kellha l-koppja li ngħatat fond bl-indirzz li qed jintbagħat separatament mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-fond ġie allokat a bażi tal- policy li min joqgħod fi blokk flats ikun intitolat jibdel il-flat tiegħu ma ' wieħed f'sular isfel fl-istess blokk.", "QORMI - TRIQ MARJU PACE", "30493.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kif Triq Marju Pace f'Ħal Qormi li hija triq li taqa' fir-responsabbilita' tal-Gvern Ċentrali u li sa illum għadha m'inbnietx, u b'konsegwenza area kbira minnha tegħreq bl-ilma u fin- nuqqas ta' ilma, jeżistu ħofor kbar li joħolqu problemi għar-residenti u uliedhom li ma jistgħux jgħaddu la b'karozza u lanqas bil-mixi; il-Gvern ma illevalax u kesa bl-asphalt biex jiġu mgħeluba dawn id-diffikultajiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jistabbilixxi jekk il-problemi li qed jiġu kkaġunati humiex riżultat tal- fatt li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir jew xi nuqqas minn xi żviluppatur biex wieħed jara x'jista' jsir.", "JOINT OFFICE", "30494.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li s-sidien ta' propjeta', li l-istess sidien ma humiex abitanti fiha, u li din il-propjeta' kienet b'ċnus għand il-knisja u li issa qiegħda għand il-Joint Office jistgħux jifdu ċ-ċens ta' din il-propjeta' għand il-Joint Office?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċnus li jitħallsu fl-Uffiċċju Konġunt u li jistgħu jinfdew huma dawk kif imsemmija fid-diskors tal-budget u fl-istqarrija għall-istampa li ħarġet wara l- budget ta` din is-sena dwar bejgħ ta` proprjeta` li kienet tal-Knisja.", "Għar-rigward proprjeta` oħra, trid issir talba u tiġi kunsidrata fuq il- merti tagħha.", "TA' GIORNI - HOUSING ESTATE", "30495.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jinbena xi sports ground fil-housing estate ġewwa Ta' Giorni", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jirriżultax li kien hemm xi ħsieb li jinbena sports ground fil-Housing Estate ġewwa Ta' Ġiorni.", "TRASFERIMENT TA' WIRE", "30509.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta' trasferiment ta' wire minn ma' faċċata ta' dar li qed jikkaġuna ħsara lill-istess bini, xogħol mitlub skond file no. 325/126/2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema tip ta' wire qed jirreferi.", "STUDENTI - STIPENDJI", "30510.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti informazjoni kemm kienet l-ispiża mill- 1995 sa issa kull sena għall-istipendji tal-istudenti?", "Kemm ħa kull student ras għal ras matul l-istess perjodu?", "Kemm kien in-numru ta' studenti li gawdew sena b'sena matul dan il-perjodu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "INSPECTION", "30511.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħmel inspection fuq il-fond bl- indirizz li qed jintbagħat separatament peress li hemm informazzjoni li dawn qiegħdin bħala squatters ?", "Jekk jirriżulta fil-pożittiv x'se jagħmel id-dipartiment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt il-każ lid-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex jinvestiga.", "LUQA BARRACKS -OPERATION ROOM", "30514.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm radars jaħdmu u dawk out of order fl-operation room fil- barracks ta' Ħal Luqa", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun pubblikata.", "Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-\"operations room\" qed tkun \"upgraded\" b'apparat li jiswa mat-Lm800,000.", "Aktar informazzjoni tinsab fit-tweġiba li tajt f'Seduta Parlamentari 663 għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30227.", "PSC", "30530.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għal- mistoqsija parlamentari nru.", "30275, stante li iż-żewġ ħaddiema ilhom sospiżi għal aktar minn sena u nofs; illi ir-rapport tal-Bord tad- Dixxiplina sar fit-22 ta' Lulju fejn instabu xi nuqqasijiet anke minn naħa tal-kap tad-dipartiment u illi t-trattazzjoni finali quddiem il-PSC saret fid-19 ta' Ottubru, jaħsibx il-Prim Ministru li għandu jidħol personalment biex jara x'inhi ir-raġuni ta' dan id-dewmien biex il-ħaddiema jingħataw deċiżjoni liema dewmien qed ikompli jżid mat-tbatija u t-tensjoni li għandhom daw il-persuni sospiżi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-każ qed jiġi trattat attivament biex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn.", "SIGURTA SOĊJALI", "30531.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas- sigurta soċjali tal-isem li persuna li l-partikolaritajiet tagħha jinstabu separatament min din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "AWTORITA' TAD-DJAR", "30532.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li anzjana li l- partikularijiet tagħha jidhru separatament ma din il-mistoqsija tinħarġila id-disabled card peress li qiegħda tinżam milli tingħata wheelchair u sussidju mal-Awtorita' tad-Djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f'seduta oħra", "SKEJJEL - GĦALLIEMA", "30533.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm vakanzi ta' għalliema fl- iskejjel tal-istat?", "F'liema taqsimiet u f'liema suġġetti?", "Jista' jgħid kemm hemm għalliema li se jirtiraw bl-eta' sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "PULIZIJA - SERVIZZ", "30534.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija li diġa għalqu il-25 sena servizz?", "F'liema rank?", "Kemm hu mistenni li jirtiraw għaliex jkunu laħqu l-eta' tal- irtirar matul l-2002?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri tal-Korp li għalqu jew ser jagħlqu 25 sena servizz is-sena d-dieħla, huwa kif ġej:", "| | | | | |2001 |2002 | |Kummissarju |1 |- | |Deputat Kummissarju |1 |- | |Assistent |4 |- | |Kummissarju | | | |Supretendent |13 |- | |Spettur |11 |- | |Surġent Maġġur |2 |- | |Surġent |45 |3 | |Kuntistabbli |103 |2 |", "Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dan jiddependi assolutament fuq l- individwu kkonċernat u għaldaqstant mhux possibli li wieħed jipprevedi kemm ser ikun dan in-numru.", "PAOLA - NEW STREET", "30539.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li kaxxa tad-dawl li minnha joħroġ in-nar u perikoluza quddiem ir-residenza 60, Bianco Nuri , New Street, Paola titneħħa jew tiġi irranġata?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PULIZIJA - PROTEZZJONI ĊIVILI", "30546.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' mpjegati li ddaħħlu fit-taqsima tal- protezzjoni ċivili minn dipartimenti oħra u li ma humiex fil-korp tal- pulizija, x'inhi r-raġuni li qed issir deskriminazzjoni magħhom fis-sens li mhux qegħdin jingħataw id-dritt għall 25 sena servizz li jgawdu l-pulizija u x'inhi r-raġuni li ma jiddaħlux iżjed nies sabiex jirriplejsjaw l-istess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-kondizzjonijiet għall-ingaġġ li għalihom iffirmaw dawk kollha li daħlu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma hemm l-ebda klawsola li tgħid illi dawn jistgħu jibbenefikaw mid- dritt li jirtiraw bil-pensjoni wara 25 sena servizz.", "Kien fil-każ ta` dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili illi l-Gvern ta` l-konċessjoni li dawn setgħu jibqgħu jgawdu mill-kundizzjonijiet ta` pensjoni li kienu intitolati għalihom bħala membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk m`hu qed issir l-ebda diskriminazzjoni lejn dawk li ma kienux membri tal-Korp tal-Pulizija qabel ma ġew ingaġġati fid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, li wara kollox volontarjament għażlu li jiġu trasferiti ma` dan il-Korp."]} {"filename": "19990309_073d_par.doc", "date": "1999-03-09", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 73 It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 73", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "73", "It-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999", "WERREJ", "MINUTI 642", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 642", "TQEGĦID TA' KARTI 647", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (IT-TIENI QARI) LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 647", "AĠĠORNAMENT 665", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 665", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 72 li saret fit-8 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL TARXIEN - TRIQ TA' SARDINJA - DAWL", "3274.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ta' Sardinja faċċata ta' \"Arthur House\" f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant qiegħda tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "Ikun tajjeb jekk ngħid li filwaqt mill-5 ta' Settembru 'l hawn f'Ħal Tarxien twaħħlu 14-il bozza ġdida, sal-5 ta' Settembru ta' l-1998 fl-istess lokalita' kienet twaħħlet bozza waħda biss u għalhekk aħna qed nipprovaw inlaħħqu ma' dan il-backlog.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta jitħallas kont b'cheque lill-Enemalta u lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, qed ikun hemm ċertu dewmien biex tintbagħat l-irċevuta?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax, per eżempju, jien naf b'każ ta' individwu li rċieva l-kont fis-27 ta' Ġunju li għadda, ħallsu fil-15 ta' Novembru u sal-lum għadu ma rċieva l-ebda rċevuta minkejja li kitbilhom biex jibagħtulu l-irċevuta erba' darbiet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien ma nafx b'dan il-każ partikolari pero' nista' ngħid illi meta wieħed iħallas b'cheque ikun qed iħallas bl-iktar mod effikaċi għax filwaqt li l-konsumatur ma jkollux joqgħod jistenna fil- queue, awtomatikament ikollu record illi ċ-cheque ikun issarraf.", "Pero' niċċekkja x'ġara f'dan il-każ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi żviluppi fuq dak li tkellimna dwaru xi ħmistax ilu, jiġifieri fuq il-vultaġġ baxx li hemm f'Ta' Ċanga ġewwa x-Xewkija u f'Ta' Cini ġewwa l-Qala?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt jien għaddejt ir-rikjesta li kien għamilli l-Onor.", "Interpellant lill-Enemalta biex tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji pero' għadni ma ġejtx informat dwar l-iżviluppi li saru f'dan ir- rigward.", "L-Onor.", "Interpellant għamel tajjeb illi fakkarni dwar dan ħalli issa niċċekkja x'pożizzjoni ttieħdet fuq dan il-każ.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Rita Law, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "RITA LAW: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex informat bil- qtugħ kontinwu tas-servizz ta' l-elettriku li qed ikollhom ir-residenti tar- Rinella, limiti tal-Kalkara?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt jien kont informat ukoll b'dan il-każ u nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant li din il-problema qed tiġi investigata għax jista' jkun li hemm bżonn illi s-sistema jsirilha ċertu upgrading.", "Madanakollu jien ħadt nota ta' dan il-każ u se nara x'pożizzjoni ttieħdet f'dan ir-rigward.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, biex inkompli mal-mistoqsija supplimentari li għamilt ftit ilu lill-Ministru, irrid ngħid illi jien informat li hija regola li anke meta jsir il-ħlas lill-Enemalta u lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma b'cheque, suppost xorta trid tintbagħat irċevuta.", "Allura jista' l-Ministru jispjegali x'ġara f'dan il- każ li semmejt fejn il-konsumatur xorta baqa' ma ngħatax irċevuta, allavolja kitbilhom dwar dan erba' darbiet?", "Apparti minn hekk, jista' l-Ministru jispjega wkoll għaliex bħalissa r- residenti ta' l-Imsida qed ibatu minn qtugħ kontinwu fis-servizz ta' l-ilma u għaliex f'Mandalay Road, li tinsab ġewwa Pembroke, hemm numru kbir ta' bozoz maqtugħin?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Lill-Onor.", "Membru diġa' għidtlu li se nieħu ħsieb nara x'ġara minn dan iċ-cheque għax, kif qal hu, il-prattika hi li meta wieħed jibgħat cheque tintbagħat irċevuta.", "Biex ngħid id-dritt, f'Ġunju li għadda jien personalment kelli każ pjuttost stramb għax wara li bgħattilhom cheque - inzerta mingħajr firma minħabba li kont insejt niffirmah - ġimgħa wara sibt żewġ uffiċjali wara l-bieb tiegħi biċ-cheque f'idejhom u talbuni biex niffirmah.", "Naturalment jien min-naħa tiegħi għidtilhom li jiddispjaċini u li se nagħmlilhom cheque ġdid, pero' għidtilhom ukoll li ma kellhomx għalfejn joqogħdu jiġu għandi personalment għax kieku għamluli sempliċement telefonata kont nibgħatilhom cheque ieħor.", "Jiġifieri safejn naf jien il-korporazzjoni toqgħod attenta ħafna li titħallas.", "Rigward il-qtugħ tas-servizz ta' l-ilma li semma l-Onor.", "Interpellant, irrid ngħid illi dan ġie kkaġunat minħabba l-problema li nqalgħet fil-main ta' l-ilma li jinsab għaddej minn taħt Triq il-Ferrovija l-Qadima ġewwa Birkirkara.", "Fil-fatt dan il-main, li huwa ta' madwar 18-il pulzier u għandu kważi 50 sena - dan l-aħħar tant kien qed jikkaġuna ħsarat li kellu bilfors jinbidel, anke bħala parti mill-proġett li hemm imfassal għal Triq Psaila - u minħabba li dan qiegħed madwar 18-il pied 'l isfel ħabbathom xi ftit biex jibdluh, bil-konsegwenza li mhux fl-Imsida biss kien hemm qtugħ fis-servizz ta' l-ilma imma anke f'Birkirkara, f'partijiet minn Ħ'Attard u f'numru ta' postijiet oħra.", "Minkejja dan kollu, jien informat li x-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u fil-fatt għandu jitlesta sa matul il-lejl li ġej jew sa għada filgħodu, pero' biex jerġa' jkun hemm il-pressure li kien hemm qabel f'dan it-tip ta' main u biex il-lokalitajiet kollha jerġgħu jiġu servuti sew minn din il-provvista' jridu jgħaddu l-isbaħ 12-il siegħa jew 24 siegħa.", "Fil-fatt nixtieq nieħu din l-opportunita' biex niġbed l-attenzjoni tar- residenti li min ikollu bżonn is-servizz tal-bowser jista' jċempel lit- taqsima li hemm apposta fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għax id- distributuri qed jaħdmu overtime biex ikunu jistgħu jaqdu r-rikjesti kollha li jsiru għal dan is-servizz.", "Nispera li sa għada jkun hemm diversi residenti li jerġa' jkollhom il-provvista' ta' l-ilma u li sa pitgħada s- sitwazzjoni tkun ġiet kompletament għan-normal fil-lokalitajiet kollha milquta.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jispjega x'diffikulta' hemm biex dak il-pipe temporanju li hemm fi Triq Wied is-Simar ġewwa l-Qala, liema pipe issa ilu hemm xi erba' snin, jiġi sostitut b'pipe permanenti?", "Dan il- pipe temporanju qed joħloq inkonvenjent kbir għal żewġ raġunijet, l- ewwelnett għaliex peress li dan jinsab għaddej minn taħt il-bankina, fis- sajf l-ilma jsir misħun u t-tieni nett minħabba li jista' jaqa' xi ħadd fuqu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt f'pajjiżna hemm diversi nħawi li ilhom is- snin jinqdew b'pipe temporanju u r-raġunijiet għal dan huma diversi, fosthom għaliex minħabba li jkun għad fadal iktar bini x'isir fit-triq partikolari, il-main ta' l-ilma ikun għadu ma ġiex mgħoddi.", "Madanakollu jien se ninvestiga l-każ li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, anke għaliex normalment il-pipes temporanji huma soġġetti għal iktar ħsara minħabba t- traffiku li jkun għaddej kontinwament minn fuqhom.", "Fil-fehma tiegħi s-soluzzjoni li għandha tinstab f'dawn iċ-ċirkostanzi hija li minflok ma nibqgħu nimxu fuq is-sistema - li issa ilna nimxu biha għal snin twal - li l-ewwel jitħalla jinbena l-bini kollu tat-triq qabel ma tingħata l-provvista ta' l-ilma jsir bil-maqlub, l-ewwel tingħata l- provvista ta' l-ilma u mbagħad joħroġ il-permess għall-bini, ħalli b'hekk l- areas il-ġodda jiġu servuti sew mal-ewwel.", "Fil-fatt barra minn Malta din is-sistema tintuża u l-iżviluppatur, kemm jekk dan ikun il-gvern kif ukoll jekk din tkun entita' privata, qabel ma jingħata l-permess tal-bini l-ewwel ikun inkarigat li jiżgura illi jkunu mgħoddijin is-servizzi kollha minn fejn ikun se jagħmel l-iżvilupp.", "Għalhekk jien naħseb li aħna għandna nikkonsidraw din is-sistema bis-serjeta' ħalli ma nibqgħux nagħtu provvista' temporanja, bil-konsegwenza li min jibda jinqeda bi provvista' temporanja jibqa' jinqeda b'dan il-mod bil-problemi kollha li jinqalgħu f'każijiet bħal dawn.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, meta numru ta' seduti ilu waqt il- ħin tal-mistoqsijiet kont qajjimt il-każ tal-playing-field f'Ta' Ġiorni, il- Ministru kien irrisponda li se jieħu l-passi meħtieġa u li se jara li hemmhekk jitwaħħlu l-floodlights.", "Pero' sal-lum għadu ma sar xejn f'dan ir- rigward.", "Allura jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi r-raġuni għal dan id- dewmien?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt jien informat li qed isir dak kollu neċessarju biex il-floodlights jitwaħħlu.", "TARXIEN - TRIQ IL-BLATA - DAWL", "3275.", "L-ONOR.CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Silvio Parnis) staqsa lill- Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Blata fejn id-dar \"Je t'aime\" ġewwa Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Borg, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, meta xi ħmistax ilu waqt il-ħin tal- mistoqsijiet konna qed nitkellmu fuq is-servizz tad-dawl, konna semmejna dawk il-bozoz li jaħdmu permezz tas-solar energy.", "Jista' l-Ministru jindaga x'possibbilta' hemm biex f'dawk il-postijiet li ma jirrikjedux vultaġġ qawwi ta' dawl, bħalma ngħidu aħna huma l-playing-fields, jitwaħħlu dan it-tip ta' bozoz?", "Ġaladarba qed nitkellmu fuq dan is-suġġett ta' min isemmi wkoll li filwaqt illi l-power station għandha sors wieħed ta' enerġija, barra minn Malta hemm iktar minn sors wieħed u għalhekk tkun ħaġa tajba li kieku din tistudja l-possibbilta' li tuża sorsi oħra ta' enerġija, li forsi fl-istess ħin lill-konsumatur ma jiġuhx daqshekk expensive.", "Pajjiżi oħra jagħmlu ħafna riċerki ta' dan it-tip pero' safejn naf, almenu kemm ili membru ta' dan il-parlament, l-ebda korporazzjoni Maltija ma tinvesti ċenteżmu fir- riċerki.", "L-istudenti universitarji tagħna huma għatxana għal għajnuna bħal din biex ikunu jistgħu jagħmlu r-riċerki meħtieġa u hemm bżonn kbir li ssir xi ħaġa bħal din, l-ewwelnett biex inkabbru n-knowledge ta' l-istudenti tagħna u t-tieni nett biex, kif għidt diġa', lill-konsumatur forsi nnaqqsulu xi ftit mill-ispejjeż.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sur President, l-Onor Interpellant qajjem diversi punti interessanti.", "Fil-fatt jien informat li, per eżempju, il-car park ta' l-universita' hija imdawla b'bozoz li jixegħlu bis-solar panels, li bażikament jaħdmu billi fil-base ikollhom battery li tiċċarġja matul il- ġurnata.", "Din tidher xi ħaġa sabiħa u ideali għax b'hekk inkunu qed niffrankaw ħafna fuel u enerġija, pero' l-ispiża kapitali għal proġett bħal dan tiġik eluf kbar ta' liri u ma rridux ninsew li dawn it-tip ta' bozoz għandhom ħajja limitata wkoll, jiġifieri wara ċertu żmien ma jibqgħux tajbin.", "Il-bozoz li jaħdmu bis-solar panels huma ideali ħafna għal dawk il- postijiet li ma jkollhomx is-servizz tad-dawl u allura jkun jaqbillek illi tagħmel sistema bħal dik għax tiġik inqas milli kieku jkollok toqgħod tgħaddi l-linji.", "Jien napprezza li l-Onor.", "Interpellant qed jinsisti li għandna nnaqqsu l- cost ta' l-enerġija biex kemm jista' jkun innaqqsu l-ispiża lill-konsumatur pero' naħseb li waħda mill-affarijiet li għandna nagħmlu biex innaqqsu l- cost huwa li ma jerġgħux isiru l-iżbalji li saru s-sena li għaddiet meta kien ġie ffirmat dak il-hedging programme mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Fil-fatt f'Jannar u fi Frar li għadda l-Enemalta spiċċat biex ħallset $US1 miljun u $US1.4 miljun iktar rispettivament f'xiri ta' żejt.", "Nista' ngħid li bħalissa l-avukati qegħdin jaraw x'jistgħu jagħmlu biex joħorġu minn dan il-kuntratt li kien ġie ffirmat miċ-chairman preċedenti ta' l-Enemalta u li minħabba f'hekk is-sena l-oħra nfaqna $US9 miljun u din is-sena se nkunu nfaqna $US12-il miljun bla bżonn.", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li bid- deċiżjonijiet li ħadet l-amministrazzjoni preċedenti f'temp ta' sentejn, se nkunu ħallasna mal-$US21 miljun iktar.", "Jien naħseb li kien ikun ferm iktar prudenti li kieku l-gvern modern u trasparenti li kellna sa ftit xhur ilu għamel dan il-kuntratt għal tliet xhur minflok għal 12-il xahar.", "Bla ebda dubju, jien ngħid li l-ewwel ma rridu nagħmlu biex inraħħsu l-ispejjeż lill- konsumatur huwa illi noqogħdu attenti li ma jsirux żbalji bħal dawn, filwaqt li s-sistemi nadottawhom wara li nieħdu l-aħjar pariri u mhux nieħdu l-pariri mingħand min ikun irid ibegħilna l-pakkett, bħalma ġara f'dan il-każ.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "Interpellant qed jistaqsini min taha l-pariri lill- amministrazzjoni preċedenti biex tiffirma dan il-kuntratt.", "Fil-fatt il- pariri ngħatawlha mingħand kumpannija bl-isem ta' Rothschild, li għadni ma nafx min huma r-rappreżentanti tagħha f'Malta, u nista' ngħid bla tlaqliq li l-pajjiż ma jaffordjax dawn it-tip ta' arranġamenti, speċjalment meta l- gvern preċedenti kien għamel dik id-drive kbira biex jirdoppja u jittripplika l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Sur President, dan il-piż li daħal għalih pajjiżna s-sena l-oħra għadna nbatu minnu sal-lum u s- sitwazzjoni ma tistax tinbidel qabel l-aħħar tas-sena għax hekk jgħid il- kuntratt u se jibqa' jsofri minnu sa l-aħħar tas-sena.", "Bla ebda dubju, dan huwa skandlu kbir li sar b'nuqqas ta' ħsieb u għaqal.", "Jien m'iniex qed ngħid li ma naqbilx ma' dawn il-hedging programmes pero' ċertament jistgħu jsiru b'mod iktar għaqli u prudenti għal perijodu aqsar.", "Huwa importanti wkoll li qabel ma jiġu ffirmati dawn it-tip ta' programmi jiġu stabiliti ċerti limiti, pero' l-amministrazzjoni preċedenti ffirmat il- hedging programme bla ebda limiti ta' xejn, tant li minkejja li l-gas oil minn $US126 waqa' għal $US83, aħna m'aħna se nieħdu xejn lura u d- differenza se jkollha tħallasha l-kumpannija.", "L-istess nistgħu ngħidu għar- rigward tal-fuel oil għax għalkemm il-prezz niżel minn $US66 għal $US49, id- differenza kollha se jkollha tħallasha l-kumpannija.", "Anke fil-każ ta' l- unleaded gasoline, minkejja li l-prezz miftiehem kien ta' $US155 u bħalissa l-prezz niżel għal $US109, hawnhekk ukoll id-differenza se jkollha tħallasha l-kumpannija.", "Għalhekk jien insostni li jekk irridu nnaqqsu l- cost tal-konsum verament, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nuru ħafna iktar għaqal fil-mod ta' kif nagħmlu dawn il-kuntratti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "(Interruzzjonijiet).", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nirriferi għal risposta li ngħatat il-bieraħ għall-mistoqsija parlamentari numru 3317, li tittratta dwar l-istampar u x-xiri ta' kartolini tal-Milied mill-ministeru tas-saħħa u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, fil-qosor jekk jogħġbok.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, jien nixtieq nikkjarifika punt li jissemma fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari msemmija.", "Billi parti mir-risposta ssemmi kemm ġew minfuqa flus fl-1997 f'kartolini tal-Milied u f'posta konnessa ma' dawn il-kartolini, irrid niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li n-nefqa li saret fuq il-kartolini tal-Milied f'Diċembru ta' l-1997 kienet ta' Lm350, b'ETP ta' Lm14.35, li flimkien jammontaw għal Lm364.35.", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoice maħruġa minn Beck Graphics fit-30 ta' Diċembru ta' l-1997 għal 4,000 christmas card.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' invoice maħruġa fit-30 ta' Diċembru 1997 lill-ministeru tas- saħħa, kura ta' l-anzjani u affarijiet tal-familja għal stampar ta' kartolini tal-Milied.", "Għalhekk fir-realta' s-somma li ġiet minfuqa mill-ministeru ta' dak iż- żmien kienet 'il bogħod ħafna mis-somma ta' Lm1,559.42 li ssemmiet fir- risposta parlamentari.", "Barra minn hekk imbagħad rigward posta ...", "(Interruzzjonijiet) Jien qed nikkoreġi l-miżinformazzjoni li ħarġet il-bieraħ minn hawnhekk stess ...", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ma jistax ikun li tieħu daqshekk ħin biex titlob għal korrezzjoni.", "Inti kellek tistaqsi jekk il-ministru jidhirlux li għandu jagħmel korrezzjoni għar-risposta li ta l-bieraħ.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, kulma baqagħli xi ngħid huwa li bħala posta ntnefqet is-somma ta' Lm100 u mhux Lm1,105.70.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' korrezzjonijiet u żidiet f'Annex 8 tal-Ftehim milħuq bejn il- Vatikan u l-Gvern ta' Malta dwar artijiet tal-Knisja mgħoddija lill- Gvern;", "Tagħrif dwar linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3603;", "Tagħrif dwar għaqdiet/kumpanniji li għandhom kontijiet pendenti dwar servizzi mitluba minnhom lill-pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4571;", "Tagħrif dwar barranin imkeċċija b'ordni tal-qrati bejn Settembru 1998 u Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4587; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' għaqdiet sportivi li talbu li jsiru sidien ta' l-art u/jew bini tagħhom qabel il-5 ta' Settembru, 1998, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 4572; u", "Tagħrif dwar il-politika wżata mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni dwar bejgħ ta' prodotti ta' ikel u xorb f'tuck shops ta' l-iskejjel, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5207.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Marzu, 1999.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "THE DEPUTY SPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, għalkemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma fihx ħafna klawsoli, madanakollu qed jemenda ordinanza li ilha fis-seħħ sa mill-1959 u li l-għan tagħha huwa l-ewwelnett li meta l- gvern jiġi biex jissellef lokalment irid jaħseb għal sinking fund biex meta dak is-self jibda jimmatura jkun jista' jitħallas lura, u t-tieni nett illi tindirizza l-kwestjoni ta' l-imgħaxijiet fuq dak is-self.", "Jiġifieri kien hemm ċertu element ta' kawtela li gvernijiet preċedenti kienu qegħdin jinserixxu fl-amministrazzjoni finanzjarja.", "Ċertament meta jkollok quddiemek ordinanza bħal din ma tkunx tista' ma tiffokax l-attenzjoni kollha tiegħek fuq l-aspett ekonomiku u finanzjarju tas-sitwazzjoni attwali fil-pajjiż.", "Sur President, matul id-diskussjonijiet li saru fuq dan il- qasam kien hemm okkażjonijiet fejn iffokajna kemm fuq l-aspett ekonomiku kif ukoll fuq l-aspett finanzjarju, u hawn jien ma nistax ma nirriferix għall-bieraħ stess meta l-Onor.", "Edwin Vassallo, bħala segretarju parlamentari fil-ministeru għas-servizzi ekonomiċi, b'xi mod irnexxielu jorbot is-sinking fund mal-kwestjoni ta' min kellu jkun responsabbli mill- upgrading u l-embellishment li kien sar mill-Gvern Laburista f'San Pawl il- Baħar.", "Kif għidt diġa', illum dan l-abbozz ta' liġi qed jiffoka fuq żewġ aspetti importanti li jolqtu lill-Maltin u lill-entitajiet kollha li għandna fil- pajjiż, iktar u iktar meta llum kulħadd qed jirrealizza li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-gvern hija prekarja, li l-ħofor finanzjarji m'għadhomx ħolma imma saru realta' u li għalhekk għandu jkun hemm direzzjoni ċara dwar kif għandha tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.", "Illum kulmin hu mdaħħal fis-settur tal-kummerċ u ta' l-ekonomija qed jammetti li matul dawn l-aħħar sitt xhur il-konsum naqas, fosthom dawk l-entitajiet kummerċjali li jirrappreżentaw l-interessi ta' l-għaqdiet u tal-kumpanniji kummerċjali, u hawn qed nirriferi partikolarment għas-Sur Louis Farrugia li qal illi l- flus fl-idejn donnhom nixfu għax il-konsum qed jonqos minn xahar għall- ieħor u ovvjament dan qed jaffettwa l-attivita' ekonomika.", "Fil-fatt dan tikkonfermah ukoll il-GRTU li issa ilha tgħid għal żmien twil li l-mutur ta' l-ekonomija huwa wieqaf.", "Wara kollox, dan jista' jarah u jmissu b'idejh kulħadd għax huwa biżżejjed illi wieħed imur fil-ħwienet biex jara li minkejja li bħalissa qegħdin fil-perijodu tas-sales - u qed isiru sales estensivi - il-ħwienet huma kompletament vojta u l-owners tal-ħwienet jafu li s-sitwazzjoni preżenti f'dak li huwa bejgħ hija waħda miżerabbli.", "Anke s-supermarkets li jbigħu l-iktar affarijiet essenzjali għall-ħajja ta' kuljum qed jiltaqgħu ma' dawn it-tipi ta' problemi finanzjarji u s- supermarkets huma rinomati li jiġġeneraw il-cash.", "Din il-problema qed tirrifletti ruħha wkoll fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjeta' fejn, anke hawnhekk, titkellem ma' min titkellem - l-iżviluppaturi, il-kuntratturi u kulmin jaħdem fil-barrieri jew f'xi concrete plant - kulħadd jgħidlek bil- problemi li qed jiffaċċja minħabba n-nuqqas ta' bejgħ.", "Imbagħad xi ngħidu għall-unemployment, li qiegħed jiżdied b'mod allarmanti?", "Anke l-banek qed iżidu r-rata ta' l-imgħax tagħhom u fuq ċerti proġetti ta' investiment qed iżommu anke rata ta' 10% għax ovvjament meta l-banek iħossu ċertu riskju huma jżidu r-rata ta' l-imgħax.", "Huwa stat ta' fatt illi t-total manufacturing sales qed juri tnaqqis minn sena għall-oħra u dawn huma kollha indikazzjonijiet ta' kif inhi sejra l-ekonomija fil-preżent.", "Issa hawnhekk jien qed nitkellem mingħajr l-ebda partiġjaniżmu jew preġudizzju politiku għax din hi r-realta'.", "Il-politika tal-gvern għas-settur kummerċjali m'hijiex ċara lanqas u fil-fatt is-sidien tal-ħwienet qed jistaqsu x'se jiġri u kif dak li se jsir se jaffettwa l-investiment li se jagħmlu għall-ħames snin, għall-għaxar snin jew għall-15-il sena li ġejjin, għax naturalment jistgħu jiġu esposti għal kompetizzjoni li ma jkunux jifilħu għaliha minħabba li ma jkollhomx ir-riżorsi finanzjarji neċessarji.", "Sur President, matul iż-żmien il-qasam finanzjarju żviluppa sew biex ikun jista' jikkompeti ma' ħaddieħor illi forsi għandu l-faċilitajiet, ir- reputazzjoni u l-esperjenza favur tiegħu.", "Pero' meta l-politika tal-gvern tkun qed titfa' lil dan il-qasam lura, il-klijenti barranin li aħna nipprovaw niġbdu biex jikkreaw iktar xogħol ma jkunux iridu jiġu lejn pajjiżna għax ma jkunux jafu kif se jiġu affetwati.", "Dawn huma d-dubji u l- inċertezzi li qegħdin jipprevalu u li l-poplu jippretendi risposta dwarhom u mhux niġu hawnhekk bil-kantaliena ta' kritika żbaljata - għax issa nispjega kemm hi żbaljata din il-kritika - li kollox huwa tort tal-Gvern Laburista preċedenti.", "Hawnhekk jien nistaqsi: X'inhi d-direzzjoni tal- gvern preżenti?", "Fuq liema pjan huwa miexi?", "Għax minkejja li hawnhekk nisimgħu ħafna diskors mill-membri tal-gvern, qatt ma ngħatat risposta dwar dan.", "Jien ma nafx x'inhi d-direzzjoni tal-gvern preżenti għax kif se nkun nista' nelabora iktar 'il quddiem, anke l-pjanijiet illi ffissa l-gvern stess fil-budget li għadda jqanqlulek ċerti dubji dwar dan.", "Sur President, illum qed naraw li anke l-istess gvern qed jaqa' lura f'ħafna mill-pagamenti li għandu jagħti lill-kuntratturi għax-xogħol li jagħmlu.", "Naturalment hawn jien m'iniex qed ngħid li din hija xi problema tal-lum pero' bla ebda dubju jekk qatt kien hawn mument fejn kien hemm bżonn li ċerti pagamenti jsiru malajr ħalli tingħata kick-start lill- ekonomija interna fil-pajjiż, huwa proprju llum.", "Fil-fatt hemm numru kbir ta' kuntratturi li għandhom jieħdu flejjes kbar mingħand il-gvern u bla ebda dubju din il-problema trid tiġi indirizzata malajr kemm jista' jkun, u jekk ma tistax tiġi indirizzata fl-intier tagħha almenu għandha tiġi indirizzata parzjalment għax dawn għandhom il-ħaddiema magħhom u qegħdin jiġu ssikkati mill-banek ukoll, tant li kull ġimgħa jew kull ħmistax ikunu jridu jmorru jitolbu l-permess tal-manager tal-bank biex joħorġu l-pagi.", "Dan biex ma ngħidux ukoll illi filwaqt li dawn il-kuntratturi qed jeħlu mad- 9.5% jew ma' l-10% imgħaxijiet mill-banek - minħabba li qed jaqbżu l-limiti li l-bank jista' jestendilhom, għax ovvjament il-bank m'huwiex xi istitut tal-karita' u jrid iħares l-interessi tiegħu - il-gvern m'hu qed jeħel l- ebda imgħaxijiet fuq pagamenti li jaqgħu lura.", "Din hija s-sitwazzjoni ekonomika li pajjiżna jinsab fiha bħalissa u bla ebda dubju ħaġa bħal din tirrikjedi konsiderazzjoni sħiħa min-naħa tal-gvern biex jiċċara d- direzzjoni tiegħu.", "Issa nispera li hawnhekk il-gvern ma jerġax jgħidilna li s-soluzzjoni waħda hija l-Unjoni Ewropea!", "Nhar il-Ħadd li għadda stess il-Prim Ministru qalilna li l-Unjoni Ewropea toffri solidarjeta' u fiduċja.", "Allura dan x'ifisser?", "Li issa se ngħidu lil min qed isib problema biex jiġġestixxi n-negozju tiegħu biex joħroġ credit card bil-kliem \"solidarjeta' u fiduċja\", isarrafha u kollox jaqa' f'postu!", "Sur President, qed ngħid dan għaliex filwaqt illi huwa parti mix-xogħol ta' l-oppożizzjoni li tindika l-problemi li jipprevalu, huwa l-gvern illi għandu r-responsabbilta' li joffri s-soluzzjonijiet.", "Wara kollox huwa l- gvern preżenti li sa ftit xhur ilu, matul il-kampanja elettorali, kien jgħid li l-problemi ma jeżistux, li l-qagħda finanzjarja mwiegħra li kellu l-pajjiż kienet biss ħolma u li dawn kienu sempliċement skużi li kien qed jivvintahom il-Partit Laburista.", "Illum il-ballun qiegħed f'idejn il-Gvern Nazzjonalista u ċertament il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għandu piż ikbar milli kellu sitt xhur ilu għax issa s-soluzzjonijiet irid jipprovdihom hu, anke fid-dawl ta' l-avis li ġie aġġornat riċentement.", "Sal-lum żgur li kulħadd sema' b'dan l-avis u huwa tajjeb illi kulħadd ikun mgħarraf fuqu għaliex hija xi ħaġa ta' interess pubbliku.", "Fil-fatt il-Prim Ministru stess iddeskriva dan l-avis bħala xi ħaġa pożittiva, pero' fir- realta' meta tibda taqra u tagħsar dan l-avis x'issib?", "Issib analisi klinika li la tappoġġja lin-naħa ta' l-Oppożizzjoni Laburista u lanqas lill- Gvern Nazzjonalista u li tgħidilna ċar u tond illi prattikament ma jeżistix settur fl-istruttura ekonomika ta' pajjiżna li m'għandux il-problemi tiegħu.", "Fi kliem ieħor dawn il-problemi ma jistgħux jiġu differiti għal għada jew għal pitgħada imma jridu jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun.", "Sur President, aħna qed nitolbu lill-ministru għas-servizzi ekonomiċi jgħidilna xi pjanijiet konkreti għandu u kif is-settur tal-manifattura se jiġi ristrutturat.", "Fil-fatt meta kont qed nisma' lill-ministru jagħmel id- diskors tiegħu fuq dan l-abbozz ta' liġi ppretendejt li se nisimgħu jgħid x'inhuma l-pjanijiet tiegħu, x'inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom u x'se tkun l-ispiża soċjali tal-proċess tal-proċess tar- ristrutturazzjoni, għax anke dan il-proċess huwa iebes u se jirrikjedi cost uman u soċjali.", "Terġa' jekk wieħed jiġi mġiegħel jagħmel dan il-proċess bil-għaġġla, it-tbatija iktar se tinħass imma minkejja dan kollu l-membri tal-gvern qed jiġu jippreżentaw il-proċess ta' ristrutturazzjoni qisna se mmorru għal xi party biex nieħdu gost.", "Dan l-atteġġjament mhux biss juri nuqqas ta' kompetenza imma wkoll irresponsabbilta'.", "Din l- irresponsabbilta' tirrispjekka ruħha iktar u iktar meta l-membri tal-gvern jibdew jikkwotaw ċerti dokumenti.", "Per eżempju, Sur President, il-ministru għandu ħabta jikkwota l-economic survey biex jagħti l-impressjoni li l-problemi huma tort tal-Gvern Laburista.", "Anke meta nikkwotaw l-istatistika, li hija xi ħaġa xjentifika u oġġettiva, inħobbu nagħtuha dik id-daqsxejn ta' twist biex mingħalina nidħku bil-poplu.", "Per eżempju, fid-diskors tiegħu l-ministru rrifera għall- economic survey u qal li matul l-1997 u l-1998 kien hemm nuqqas ta' investiment.", "Naturalment aħna żgur li m'aħniex qed ngħidu li dawk ma kenux snin problematiċi - anzi kemm-il darba ammettejna li matul dawn is-snin kien hemm problemi kbar u kellna nagħmlu ħafna sforzi biex inżommu l- investiment tal-pajjiż ħalli nibqgħu kompetittivi u jiġu iktar nies f'pajjiżna li min-naħa tagħhom mhux biss ikunu jridu jkabbru t-turnover imma wkoll il-qligħ tagħhom - pero' li mbagħad joqgħod jiġi l-ministru jikkwotalna mill-economic survey u jgħidilna li l-investiment naqas matul l- 1997 u l-1998, jiġifieri taħt il-Gvern Laburista biss, u ma jsemmilniex l- 1996, li kienet l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista, fejn hemmhekk ukoll kien hemm nuqqas ta' investiment, jidher ċar illi qed nipprovaw naħarbu ċerti figuri biex nagħtu l-impressjoni li kollox huwa ħtija tal-Gvern Laburista.", "Imma mbagħad meta aħna, minn din in-naħa nistaqsuh x'se jagħmel ġaladarba issa l-ballun qiegħed f'saqajh ir-risposta tkun: Issa l-ballun noqogħdu nħarsu lejh sakemm nidħlu fl-Unjoni Ewropea, li se ssolvielna l- problemi kollha, bħallikieku din hija xi bakketta maġika!", "Kuntrarjament għal dan, il-Partit Laburista jemmen li dak li għandha bżonn l-istruttura ekonomika ta' pajjiżna huwa li jkollna relazzjonijiet mill-qrib ma' l- Unjoni Ewropea imma mingħajr ma jkollna rabta sħiħa magħha.", "Sur President, ġaladarba l-ministru kien qed jikkwota mill-economic survey ta' bejn Jannar u Settembru 1998, dan imessu kkwota wkoll dak li hemm f'paġna 28 fejn hemm miktub li:", "\"Whilst investment related to construction contracted by 4.5 per cent ...\"", "- u dan aħna nammettuh għax matul dik is-sena veru li l-investiment fil- qasam tal-kostruzzjoni naqas -", "\"... investment in machinery by private enterprises advanced by 5.9 per cent.\"", "Issa din l-istatistika hija maħruġa mill-Gvern Nazzjonalista stess, jiġifieri żgur li din ma vvintajnihiex aħna.", "Ta' min jgħid ukoll li kien proprju minħabba li kien hemm nuqqas ta' investiment fis-settur tal- kostruzzjoni li matul l-istess sena l-Gvern Laburista kien qed jaħdem fuq il-kuntratti tal-Kottonera u ta' Manoel Island; għax peress li kien konxju mis-sitwazzjoni li kien jinsab fiha s-settur tal-kostruzzjoni ried jagħti kick-start lill-attivita' ekonomika lokali, u dan minħabba li kif nafu lkoll l-attivita' ekonomika tiddependi ħafna minn dan is-settur.", "Jien naħseb li ministru li jinħela jagħżel liema statistika jaqbillu jikkwota u ma jpinġix l-istampa sħiħa quddiem il-poplu, ikun qed jippretendi ħafna jekk imbagħad jistenna li l-poplu se jqisu bħala bniedem kredibbli.", "Fil- fatt jien għalhekk qed nikkwota l-istess paġni li kkwota l-ministru stess mill-economic survey u li anke semmihom fil-gazzetti nhar il-Ħadd li għadda.", "Sur President, nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru qal illi hemm indikazzjonijiet pożittivi li qed ikun hemm ċertu ċaqliq fl-ekonomija u dan għaliex f'Jannar ta' din is-sena l-esportazzjoni żdiedet b'xi 10%.", "Issa dan huwa l-istess bniedem illi meta fl-1998, jiġifieri qabel l-elezzjoni, l- esportazzjoni fis-settur tal-manifattura kienet żdiedet b'iktar minn 16% - u dan joħroġ mill-economic survey stess - kien qal illi l-ekonomija hija staġnata.", "Mela allura la llum qed ngħidu li għax kien hemm żieda ta' 10% fl-esportazzjoni tal-manifattura l-ekonomija miexja 'l quddiem, għaliex taħt Gvern Laburista, meta l-esportazzjoni tal-manifattura kienet żdiedet b'iktar minn 16%, konna għidna li l-ekonomija hija staġnata?", "Jien qed ngħid dan biex issa min qed jismagħna jkun jista' jiddeċiedi hu stess lil min għandu jemmen.", "Nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru qalilna wkoll li f'Jannar ta' l- 1999 kien hawn xi 8,000 turist iktar minn Jannar ta' l-1997.", "Skużi, imma jekk se tikkwota, ikkwota l-figuri ta' Jannar ta' l-1998 u mhux ta' Jannar ta' l-1997, Sur Prim Ministru, meta xahrejn qabel inti kont tlaqt mill- gvern u sejjaħt elezzjoni bikrija.", "Anzi wieħed irid jgħid - għax tipprova kemm tipprova tinnegah dan huwa vox populi - illi wara l-1996 it-turiżmu kien inżamm milli jibqa' nieżel grazzi għall-miżuri immedjati li kien ħa l- Gvern Laburista - u hawn nista' nsemmi t-tnaqqis li kien hemm fuq it-taxxa tas-servizzi li jiġi bżonn turist li ġiet imnaqqsa għal 5% u l-isforzi kollha li saru biex inkabbru s-swieq turistiċi minn kullimkien, fosthom l- upgrading li sar f'dak li huwa negozju ta' xiri u bejgħ ta' lukandi u l- investiment li sar biex jiġu estiżi numru ta' lukandi - u għalhekk jekk irridu nkunu kredibbli għandna nikkomparaw like with like u mhux noqogħdu nużaw il-figuri u l-istatistika sempliċement biex nakkomodaw l-istint partiġjan tagħna u biex inħawdu lill-poplu.", "Kif għidt diġa', il-poplu jrid li ngħidulu l-verita', kif wara kollox huwa l-kompitu' tagħna li nagħmlu.", "Imma issa ħalli nħarsu lejn l-aspett fiskali ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid illi jekk wieħed ma jifhimx il- liġi prinċipali ma jkunx jista' jifhem l-emenda li għandna quddiemna, liema emenda hija intiża biex jitneħħew is-sinking funds, jew għallinqas ma jkunx jista' jifhem jekk dan il-pass huwiex wieħed għaqli u pożittiv fiċ- ċirkostanzi tal-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk wieħed irid jirrimarka li l-liġi oriġinali, li ġiet emendata diversi drabi matul is- snin, kienet għaddiet fl-1959, jiġifieri din m'hijiex xi liġi li għamilnieha l-bieraħ.", "Fil-fatt meta fil-bidu tas-sittinijiet il-gvern kien qed jaħseb biex jibda joħroġ l-istocks u l-bonds ħalli jkun jista' jibda jissellef lokalment kien ħaseb ukoll biex ifassal liġi li permezz tagħha huwa jintrabat illi jwarrab ammont neċessarju mid-dħul ordinarju li jirċievi ta' kull sena ħalli meta mbagħad dawn l-istocks u l-bonds jimmaturaw, il-gvern ikollu r-riservi neċessarji biex dawn jitħallsu.", "Ovvjament f'dan il-każ il-ministru tal-finanzi jkollu piż kbir għaliex minħabba li huwa responsabbli minn kif għandhom jitħaddmu l-finanzi tal- pajjiż, hu jrid jiddeċiedi kemm għandu jwarrab flus għal dan il-għan - dak li aħna nsejħulu s-sinking fund - u għalhekk irid iżomm ċertu kontroll, anke fuq dawk il-flus li jkunu qed jonfqu l-ministri l-oħra.", "Jiġifieri l- ministru tal-finanzi huwa jkollu jmur kontra r-rieda ta' sħabu l-ministri stess għax filwaqt li sħabu jkunu jridu jonfqu iktar, huwa jkun irid iġiegħlhom jikkontrollaw l-infiq tagħhom.", "Naturalment jien qed nispjega dan kollu biex min qed jismagħna jkun jista' jsegwina aħjar f'din id- diskussjoni.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li s-sinking fund kien jassigura wkoll il- ħlas ta' l-imgħaxijiet li kienu jkunu dovuti kull sena jew kull sitt xhur fuq dawn l-istocks.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li s-sinking fund kellu żewġ għanijiet.", "L-ewwelnett illi fih ikun hemm imfaddla dawk il-flus li jkunu jridu jiġu mħallsa ħalli meta s-self jimmatura l-gvern ikun jista' jħallashom lura; u t-tieni nett biex jitfaddlu l-imgħaxijiet għaliex ovvjament imbagħad il-gvern ikun marbut li jħallas l-imgħaxijiet ukoll.", "Per eżempju, matul l-1999 se jimmatura stock ta' madwar Lm47 miljun li ovvjament b'xi mod jew ieħor irid jitħallas, pero' għandu jkun issa l-gvern se juża xi metodu ieħor kif jagħmel dan.", "Bla ebda dubju, meta ngħid li llum l-imgħax fuq id-dejn jiżboq il-Lm50 miljun wieħed malajr jirrealizza kemm għandna noqogħdu attenti qabel ma nagħmlu xi mossa f'dan il-qasam u għaliex din in-naħa m'hijiex qed taqbel ma' dak li beħsiebu jagħmel dan il- gvern.", "Tafu x'ifisser meta qed ngħidu li l-imgħax fuq id-dejn huwa ta' iktar minn Lm50 miljun?", "Li prattikament nofs id-dħul tal-gvern mill-income tax qiegħed jitħallas f'imgħaxijiet, u hawn irridu nżommu f'moħħna wkoll li l-pajjiż litteralment ma jkun qed jieħu xejn mill-ispiża li tkun saret fuq is-self.", "Għalhekk meta wieħed iħares lejn din ir-realta' jibda jistaqsi u jibdew jiġuh id-dubji dwar ir-raġuni li għaliha qed jieħu din il-miżura.", "Imma dan mhux kollox għax imbagħad artiklu 30 jgħid ukoll li:", "\"Fil-każ li l-fond ta' ammortizzament imwaqqaf għal xi self skond din l-Ordinanza jinsab, fiż-żmien stabbilit għall-ħlas lura ta' dak is- self, li ma jkunx biżżejjed għal dik il-fidwa, in-nuqqas għandu jiġi magħmul tajjeb mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta' Malta.\"", "Jiġifieri jekk fis-sinking fund ma jkunx hemm biżżejjed flus biex is-self jitħallas lura, il-gvern ikun obbligat li jagħmel tajjeb billi jieħu dawk il-flus mir-revenue kurrenti tiegħu.", "Kif qed naraw, fil-bidu tas- sittinijiet il-gvern kien ħass li għandu jieħu ċerta kawtela u jwarrab xi ħaġa għal meta l-istocks jimmaturaw u jkunu jridu jitħallsu wkoll l- imgħaxijiet, pero' mbagħad ried illi jiddaħħal ukoll l-obbligu li jekk f'dan is-sinking fund ma jkunx hemm flus biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għas- self li jkun għamel il-gvern, dawn għandhom jittieħdu mid-dħul li jkollu l- gvern kull sena.", "Sur President, kuntrarjament għal dak li jgħidu l-Onor.", "Membri tal-gvern, li jridu jagħtu l-impressjoni li d-deficit strutturali ġie kkaġunat mill- Gvern Laburista fis-sentejn ta' amministrazzjoni tiegħu, fir-realta' d- deficit strutturali żviluppa mill-1987.", "Biżżejjed ngħid li sa l-1995 id- deficit kien diġa' jammonta għal 11% tal-GDP, u dan mhux qed ngħidu jien imma qiegħed imniżżel f'paġna 11 ta' l-avis stess.", "Jiġifieri l-Ewropej stess qed jenfasizzaw dan fir-rapport tagħhom, li naturalment sar minn fuq informazzjoni li tahom il-Gvern Nazzjonalista stess.", "Issa dan apparti l- fatt illi sa dak iż-żmien id-dejn nazzjonali kien iqarreb is-60% u hawnhekk jien m'iniex qed ninkludi l-garanziji governattivi li l-gvern qed jagħmel għall-Freeport u għall-Enemalta biex ikunu jistgħu jissellfu minn barra b'rata iktar favorevoli ta' imgħax għax kieku b'kollox id-dejn nazzjonali kien jilħaq it-92% ta' dak kollu li Malta tipproduċi f'sena.", "Din hija r- realta' kkwotata mill-famuż avis stess u jien l-ewwel għalhekk għidt illi l- avis huwa analisi klinika tas-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Issa hawn ma rridux ninsew li l-gvern, minn sena għall-oħra, m'hux qed idaħħal flus biżżejjed biex ilaħħaq ma' l-ispiża rikorrenti tiegħu, bħalma huma s- servizzi soċjali, l-isptarijiet, l-edukazzjoni u l-pagi tan-nies tal-gvern, u qed ikollu jissellef tant illi wara li tgħaddi din il-liġi aħna se nressqu quddiem dan il-parlament abbozz ta' liġi biex nissellfu Lm100 miljun oħra.", "Din hija realta' li ħadd ma jista' jinnegaha għax kif għidt diġa', l-avis nħadem fuq l-informazzjoni li ta l-gvern stess.", "Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, wieħed malajr jirrealizza kemm huwa diffiċli biex jitwettaq dak li qed jgħid artiklu 30 tal-liġi prinċipali.", "Il-gvern lanqas biss għandu revenue biex ilaħħaq mal-commitments kurrenti tiegħu, aħseb u ara kemm jista' jieħu iktar fondi sabiex jagħmel tajjeb għal meta dan is- self jimmatura u jkun irid jitħallas!", "Sur President, il-ministru qalilna li għandna nadottaw is-sistema li tiġi mħaddma f'ħafna pajjiżi moderni, ċioe' li kull darba noqogħdu nissellfu mill-ġdid biex nagħmlu tajjeb għas-self li nkunu għamilna qabel.", "Imma hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħidu li l-pajjiżi li jaddottaw din is-sistema jagħmlu hekk għax ikollhom problemi fiskali kbar u jkunu mgħobbija b'dejn fenomenali.", "Allura aħna f'din id-direzzjoni rridu nwassluh lil pajjiżna?", "Aħna rridu nġibu lejn pajjiżna l-problemi l-kbar li kellhom riċentement fil- Brażil minkejja li hu pajjiż sinjur b'riżorsi kbar?", "Ejjew nitkellmu bis- serjeta' għax wara kollox xi darba xi ħadd bilfors irid jasal biex iħallas dan id-dejn!", "Sur President, bla ebda dubju s-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżna tirrikjedi iktar milli sempliċement, per eżempju, nagħfsu fuq l- arretrati li għandu jieħu l-gvern mill-income tax.", "Issa hawnhekk biex żgur ma niftiehemx ħażin irrid ngħid li dak illi huwa dovut lill-gvern għandu jitħallas, anke jekk sabiex ma nixxottawx il-cash mill-idejn naslu f'arranġament biex min għandu xi arretrati x'jagħti lill- gvern jagħmel dan fuq perijodu ta' żmien u mbagħad fuq dawn il-flus jiġu imposti l-imgħaxijiet.", "Madanakollu wieħed irid jikkonsidra din il-miżura bħala waħda short-term, għax jekk wieħed ikollu jidħol fir-realta' tas- sitwazzjoni ...", "Ħalli nispjega iktar ċar x'qed ngħid hawnhekk.", "Aħna ta' sikwit nisimgħu li l-gvern għandu jieħu madwar Lm154 bħala arretrati ta' income tax u għalhekk meta riċentement waqt il-public accounts committee konna qed niddiskutu d-dipartiment tat-taxxi interni, ħadt l-opportunita' li nistaqsi lill-kummissarju kemm hu realment l-ammont ta' arretrati ta' income tax illi għandu jieħu l-gvern.", "Tafu x'kienet ir-risposta?", "Illi huwa kkalkolat li bejn wieħed u ieħor il-gvern għandu jieħu Lm50 miljun.", "Jien għalhekk inħobb nitkellem fuq ir-realta' għax kif qed naraw hawnhekk għalkemm il-figura ta' Lm154 miljun tiġi kkwotata ħafna mill-media, mill- unions u minn entitajiet oħra, u tiġi kkwotata bħala xi ħaġa li trid tinġabar biex il-problema finanzjarja li għandu l-pajjiż tiġi solvuta, fir- realta' kulma jridu jinġabru bħala arretrati huma biss Lm50 miljun.", "Naturalment din hija somma sostanzjali wkoll imma bla ebda dubju, m'hijiex is-soluzzjoni tal-problema finanzjarja li għandna għax jekk stess dawn il- Lm50 miljun jinġabru f'sena waħda, se jintnefqu f'imgħaxijiet fuq id-dejn li għandu pajjiżna u għalhekk is-sena ta' wara jerġa' jkollna quddiemna l- ispiża tad-dejn u ta' l-imgħax fuq dak id-dejn.", "Din hija r-realta', Sur President, u għalkemm hemm ipproġettat li din is- sena l-gvern se jdaħħal madwar Lm60 miljun mill-privatizzazzjoni, dawn il- flus se jmorru għall-ispiża rikorrenti.", "Jiġifieri hawnhekk aħna qegħdin inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar għax m'aħniex insolvu l-problema reali, u din hija r-responsabbilta' li nistennew aħna mingħand il-gvern u mhux illi jkun gvern tal-gallarija u tal-propaganda.", "Il-gvern preżenti jħobb juża l-kliem \"solidarjeta'\" u \"fiduċja\", imma huwa fatt illi jekk immorru l- bank biex nissellfu l-flus u nlissnulu l-kelme \"fiduċja\" dan se jgħidlek: So what?", "Itlaqli 'l barra!", "Irridu nifhmu li l-fiduċja ma tistax tissarraf fi flus.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mangion, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Mangion ikompli bid-diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.", "Sur President, lanqas m'hija s-soluzzjoni li noqogħdu nilludu lin-nies illi jekk, meta u kif nidħlu fl-Unjoni Ewropea - għax imbagħad hawnhekk jitqanqlu diversi mistoqsijiet illi m'għandniex risposta għalihom u jkun aħjar jekk għalissa nitkellmu biss fuq ix-xewqat, allavolja bix- xewqat biss tista' tagħmel id-dnub tax-xewqa u ma tieħu xejn iktar minn hekk! - se jiġi l-investiment lejn pajjiżna.", "L-investiment jiġi biss meta l-pajjiż ikun kompetittiv u meta l-investitur ikun konvint li pajjiżna se jkattarlu l-investiment aktar milli kieku jmur f'pajjiż ieħor.", "Qed ngħid dan ħalli forsi l-ħrafa li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea se jibdew ġejjin il-miljuni ta' liri lejn pajjiżna tispiċċa u tintnesa darba għal dejjem.", "Meta l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kien qed jitkellem fil- Fgura ftit qabel l-elezzjoni kien qalilna illi kieku aħna ma ffriżajniex l- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea pajjiżna kien jikkwalifika għal Lm100 miljun, u mbagħad kompla jgħidilna wkoll li dan mhux hu qed jgħidu imma sorsi minn barra.", "Jien ma nafx min huma dawn is- sorsi minn barra pero' apparentement min tah din l-informazzjoni ma kienx xi espert u kien xi salesman ieħor, bħal dak li semmielna l-Ministru Bonnici meta kien qed jitkellem fuq il-hedging agreement li sar mill-Gvern Laburista għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Enemalta.", "Ara llum m'għadniex nitkellmu fuq il-miljuni ta' liri li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u li se nużawhom biex nindirizzaw id-deficit strutturali li jagħmel kull sena l- gvern minkejja li erġajna rriattivajna l-applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa!", "Din il-ħolma llum spiċċat u lkoll irrealizzajna li l-investiment li jiġi lejn pajjiżna jiddependi minn kemm pajjiżna jkun kompetittiv.", "Tant hu hekk li l-bieraħ kont qed naqra f'\"The Financial Times\" illi minkejja li l-Italja hija a founder member ta' l-Unjoni Ewropea - fil-fatt dan il-pajjiż ilu membru ta' l-Unjoni minn wara l-gwerra - u minkejja li anke daħħlet il-Euro - għax dawn irranġaw xi ftit il-figuri biex taparsi qed jissodisfaw il-kriterji ta' Maastricht - matul is-sena l-oħra l- investiment f'dan il-pajjiż naqas u r-raġuni għal dan kienet in-nuqqas ta' kompetittivita'.", "Fil-fatt f'din l-istess gazzetta kien hemm miktub ukoll illi jekk l-Italja ma tirranġax l-istrutturi ekonomiċi tagħha u tibqa' b'rati ta' taxxi għoljin u b'ċerta riġidita' fil-labour market, il-Bank Ċentrali se jibqa' jara l-investiment li rnexxielha tagħmel l-Italja jitlaq 'il barra minn dan il-pajjiż.", "Jien qed ngħid dan ukoll biex forsi nkissru l-ħrafa li pprova jbellgħalna l-ministru għas-servizzi ekonomiċi ...", "Aħna nafu li l-Onor.", "Josef Bonnici huwa lecturer fl-universita' pero' jkun tajjeb jekk ma jittrattax lil din il-Kamra bħallikieku aħna xi nies ebete għax il-fatti juru li l-investiment jibqa' jiġi sakemm inti tibqa' kompetittiv, u dan ma japplikax biss għall-qasam tal-manifattura, ta' l- industrija, tat-turiżmu jew tas-servizzi imma għal kwalunkwe settur.", "Lanqas it-tax rebates m'huma l-qofol ta' kollox minkejja li dawn iservu ta' sussidju, dirett jew indirett, għall-gvern u ċertament il-magic word għall-investiment hija l-kelma \"kompetittivita'\".", "Għalhekk hija lejn din il-kompetittivita' li l-gvern preżenti jrid iħares u huwa dan li l-Gvern Laburista kien qed jagħmel matul l-aħħar sentejn imma l-miżuri li kien qed jieħu kienu qed jiġu deskritti li huma żbaljati.", "Huwa veru li forsi dawn il-miżuri kienu mħaddma b'mod żbaljat - jien m'iniex qed ngħid li le - pero' ċertament il-ħsieb ma kienx żbaljat.", "Wara kollox huwa fatt illi meta aħna, bħala Gvern Laburista, fil-bidu ta' l-1997 ġejna biex nindirizzaw il- problema tad-drydocks u tax-shipbuilding, li hija problema ddentifikata minn kulħadd, ma lqajniex is-suġġeriment illi bħala soluzzjoni għandna nkeċċu l-ħaddiema 'il barra għax aħna riedna nirristrutturawhom u fil-fatt dan kien pass iebes u deċiżiv.", "Dakinhar fejn kien il-Partit Nazzjonalista?", "Għax wara kollox din hija xi ħaġa nazzjonali u lkoll nafu li t-tarznari qed jieħdu mir-riżorsi tal-gvern bejn Lm17 u Lm20 miljun fis-sena.", "Issa aħna m'aħniex qed ngħidu li l-gvern m'għandux jibqa' jagħtihom dawn ir-riżorsi imma l-politika tal-Gvern Nazzjonalista u ta' l-Unjoni Ewropea hekk hi.", "Allura dawn xi pjanijiet għandhom, illi jkeċċu nies tat-tarznari 'l barra u jagħlqu d-l-yards?", "Il-politika ta' l-Unjoni Ewropea hija li ma jingħataw l-ebda sussidji, jiġifieri jekk ikun hemm xi struttura li ma tkunx kompetittiva din għandha twarrab u tagħlaq.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea tant tagħfas fuq il-kompetittivita' li lanqas taċċetta li l- gvernijiet jidħlu garanti għall-entitajiet tagħhom.", "Per eżempju, il-Gvern Malti għamel tajjeb għal-loan li ħadet il-Freeport Corporation biex din tkun tista' tinnegozja rata ta' imgħax iktar favorevoli, pero' jekk kemm-il darba nidħlu fl-Unjoni Ewropea anke din is-sempliċi garanzija trid titneħħa.", "Dawn huma l-veritajiet li wieħed irid jiffaċċja u li wieħed irid joffri soluzzjonijiet għalihom, Sur President.", "Għalhekk jien hawn nistaqsi: Allura meta konna qed nipprovaw nindirizzaw il-problema tad- dockyard u tax-shipbuilding, u konna qed nagħmlu sforz biex inġibu x-xogħol mingħand kumpanniji Norveġiżi, bid-diffikultajiet u l-problemi kollha li dan iġib miegħu ħalli fl-aħħar din il-problema tiġi solvuta, jew almenu tiġi solvuta parzjalment, għaliex sibna dak it-tfixkil kollu?", "Aħna stennejna li se ssir kiritika kostruttiva fuq dan għaliex huwa l-obbligu ta' kulħadd illi jagħmel kritika kostruttiva imma minflok sibna ħafna tfixkil u dan, nerġa' ntenni, minkejja li konna qed nipprovaw nindirizzaw il-problemi reali li għandu l-pajjiż.", "Meta konna qed innaqqsu l- operational costs tal-gvern b'5% minn sena għall-oħra ħalli wieħed iżomm ċerta kawtela dwar kif għandhom jintnefqu kollox ħadem perfett, allavolja hawn min jgħid li dawk il-miżuri ma kenux iebsin biżżejjed għas-sitwazzjoni li pajjiżna jinsab fiha.", "Sur President, madanakollu issa r-responsabbilta' tad-dejn pubbliku tal- gvern, li llum jammonta għal iktar minn Lm700 miljun, tinsab f'idejn il- gvern preżenti, u nerġa' ngħid li f'dawn is-Lm700 miljun m'hawnx inklużi l- garanziji għall-entitajiet pubbliċi għax, kif għidt diġa', jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea dawn il-garanziji jridu jispiċċaw.", "Fil-fatt huwa għalhekk illi fil-kriterji ta' Maastricht hemm stabilit li l-garanziji m'għandhomx jiġu inklużi bħala parti mid-dejn għax dawn iridu jispiċċaw.", "Għalhekk meta wieħed jara dan kollu jibda jistaqsi: Huwa għaqli li meta pajjiżna għandu dan id-dejn kollu, noqogħdu kull darba nissellfu l-flus biex inroddu lura s-self li nkunu għamilna qabel?", "Għax veru li preżentement huwa impossibbli li nżidu s-sinking funds - u qed ngħid dan għax jien inħobb inkun realistiku - imma allura almenu lanqas għandna nitfgħu ammont nominali f'dan is-sinking funds meta l-ammont tad-dejn qiegħed jikber minn sena għall-oħra?", "Insomma, il-Gvern Nazzjonalista qatt ma ta kas is-sinking funds.", "Biżżejjed ngħid illi filwaqt li fl-1988 kien hemm 61% tad-dejn lokali kollu li kellu l-gvern fis-sinking funds, sa l- 1990, jiġifieri wara biss erba' snin, dan il-perċentwal niżel għal 12% u fl- 1997 dan kompla nieżel għal 8%.", "Il-Gvern Nazzjonalista jiġġustifika dan kollu billi jġib l-iskuża li kien jagħmel diversi proġetti.", "Fl-opinjoni tiegħi jekk ikollok proġett tajjeb jaqbillek tinvesti fih ħalli jibda jirrendielek.", "Jekk il-gvern jimxi b'dan il-mod żgur li ma jerġax jiġri bħalma ġara fil-każ ta' l-Enemalta jew fil-każ tal-proġett tal- power station il-ġdida fejn għall-ewwel l-għan ta' dan il-proġett kien illi tingħalaq il-power station tal-Marsa u mbagħad wara li nfaqna Lm90 miljun għall-ewwel fażi tal-proġett tal-power station ta' Delimara rrealizzajna li jekk dawn il-power stations ikunu a combined cycle inkunu iktar effiċjenti.", "L-effiċjenza aħseb fuqha qabel u mhux wara li tkun infaqt Lm90 miljun!", "Imma nsomma, issa nilħqu nitkellmu fuq kif xi kultant inwasslu ċerti entitajiet għal sitwazzjonijiet monopolistiċi, bħalma ġara fil-każ ta' l- Enemalta fejn filwaqt li sa l-1986 kienet tħalli madwar Lm15-il miljun fil- kaxxa ta' Malta, f'daqqa waħda spiċċat mimlija dejn u saħansitra falluta.", "Għalhekk il-Ministru Bonnici m'għandux għalfejn joqgħod isemmi l-hedging agreement li sar mill-Enemalta fi żmien il-Gvern Laburista, qisu xi soru li qed tagħtina l-pariri fuq il-futur tagħna.", "Jien m'iniex qed ngħid li dan il-hedging agreement kien tajjeb u forsi veru, kien hemm xi miscalculation għax is-sitwazzjoni tal-lum inbidlet radikalment minn meta sar dak il- hedging agreement.", "Iva, illum iż-żejt niżel għall-prezz ta' kważi $US5 a barrel minħabba s-sitwazzjoni preżenti u huwa very unlikely li din is- sitwazzjoni tinbidel, pero' kollox jista' jkun.", "Madanakollu l-verita' hi li l-Gvern Nazzjonalista ħalla l-finanzi tal-gvern imorru l-baħar, anke f'dawk is-snin illi hu jgħid li kien hemm żvilupp ekonomiku qawwi u d-dħul tal-gvern kien kbir.", "Sur President, bla ebda dubju l-flus li se jitfa' l-gvern fil-fondi kurrenti minflok ma jitfagħhom f'sinking funds m'humiex se jiġu investiti imma se jintnefqu bil-konsegwenza li mbagħad il-problema finanzjarja tibqa' tikber u timmultiplika ruħha, bħalma se jiġri iktar 'il quddiem f'dik li hi privatizzazzjoni.", "Fil-fatt paġna 37 ta' l-avis jgħid ċar u tond li:", "\"Malta also needs to make a concerted effort to reduce its budget deficit.\".", "Allura meta kif qed naraw hawnhekk il-gvern huwa marbut b'dan il-commitment - għax f'ċertu sens il-gvern diġa' kkommetta ruħu ma' l-Unjoni Ewropea, ġaladarba tefa' l-applikazzjoni biex jissieħeb magħha - wieħed jibda jistaqsi: X'hemm wara din il-mossa li qed jieħu l-gvern permezz ta' dan l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna?", "Għaliex hawnhekk qed jintrema l- baħar kull sens ta' kawtela u kull sens ta' galbu?", "Jista' jkun illi l- gvern tant m'għandux fuq xiex idur li qed jippanikja u qed idur biex jutilizza kwalunkwe sors illi għandu?", "Jekk din hi s-sitwazzjoni verament allura nistgħu ngħidu li s-sitwazzjoni ta' pajjiżna hija prekarja.", "Illum fuq il-gazzetti kellna aħbar fuq il-kwestjoni taż-żejt, pero' din għadha ma ġietx konfermata mill-gvern.", "Jien ma nafx x'inhuma l-projections tal-gvern f'dan l-istadju u wieħed jistenna li jingħata informazzjoni dwar il- pjanijiet illi għandu f'moħħu.", "Sur President, fil-budget li għadda l-gvern qalilna li huwa pproġetta li sa l-2004 - jekk m'iniex sejjer żball - irid iniżżel id-deficit illi għandu l-pajjiż għal 3.9%, u dan mingħajr ma jinkludi d-dħul li jkollu mill- privatizzazzjoni.", "Issa hawnhekk forsi se nkun żbaljat għax jien m'iniex xi accountant jew xi espert fuq dan il-qasam imma safejn naf jien sa llum għadu m'hu qed jitħallas lura l-ebda self lokali mill-gvern, anzi jidher illi iktar ma jgħaddi ż-żmien, dan is-self lokali iktar qed jiżdied.", "(Interruzzjonijiet) Iva, dan għandu x'jaqsam u mhux m'għandux għax ġaladarba l-gvern irid ineħħi s-sinking funds u li s-self jibqa' jiġi rolled over minn sena għall-oħra, kif qal il-Ministru Bonnici stess, sinjal li l-gvern m'għandux ħsieb li jħallas lura s-self li għamel.", "Il-gvern qed jikkalkola li matul dawn l-erba' snin se jkollu deficit ta' madwar Lm705 miljun, li Lm280 miljun minnhom huwa dejn lokali fuq dawk l-istocks li jkunu mmaturaw u li l-gvern qed jgħid li se jiġu rolled over, u Lm425 miljuni minnhom huwa dejn ġdid li l-gvern qed jagħmel biex jilqa' għall- bżonnijiet.", "Nerġa' ngħid li dawn huma forecasts tal-gvern, jiġifieri m'aħniex qed nivvintawhom aħna.", "Imma dan mhux kollox għax il-gvern qed jipproġetta wkoll li fis-sena 2004, jiġifieri meta suppost ikun indirizza l- problema tad-deficit, l-interest on public debt, li llum jammonta għal madwar Lm50 miljun, se jiżdied għal Lm74 miljun.", "Dan ifisser illi l-public debt servicing se jkun jammonta għal madwar 3.7% tal-GDP u għalhekk dawn il- projections imorru kontra dak li jrid iwassal għalih l-avis.", "L-unika ħaġa li tista' ttejjeb xi ftit is-sitwazzjoni hija l-privatizzazzjoni, pero' din hija xi ħaġa ta' darba u jekk stess il-gvern beħsiebu jdaħħal xi Lm200 miljun mill-privatizzazzjoni, dawn xorta m'humiex se jsolvu l-problema għax, kif għidt diġa', fil-budget ġie pproġettat li l-imgħax fuq il-public debt servicing se jkun jammonta għal 3.7% tal-GDP.", "Għalhekk biex il-gvern ikollu l-konverġenza neċessarja jrid jibbilanċja d-dħul u l-ħruġ, pero' ċertament dan m'hux se jkun realizzat u l-miżura li qed tittieħed illum qed tkompli tirrifletti n-nuqqas ta' kawtela min-naħa tal-gvern, illi f'ċirkostanzi ddisprati qed jipprova jixrob kwalunkwe sors ta' revenue li għandu sabiex jaqdi l-bżonnijiet tiegħu ta' kuljum.", "Sur President, il-Partit Laburista għandu diversi proposti dwar kif għandha tkun ir-relazzjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea pero' l-gvern qed jagħmel propaganda sfrenata biex jipprova jagħti l-impressjoni lin-nies li l-partit tagħna huwa anti-European.", "Jekk il-gvern huwa kuntent bil- politika tiegħu jmessu jagħmel propaganda fuqha billi jispjega l-politika tiegħu u jgħidilna f'liema direzzjoni beħsiebu jmexxi lil pajjiżna ħalli forsi fl-aħħar ċerti mistoqsijiet jibdew jiġu mwieġba.", "Per eżempju, aħna qed nistennew li l-gvern jgħidilna f'liema direzzjoni beħsiebu jmexxi r- ristrutturazzjoni ta' l-industrija, li ovvjament fiha hemm involuti diversi mpjiegi.", "Aħna nafu li matul dawn l-aħħar snin il-qasam ta' l-esportazzjoni kien jiddependi minn dik li llum hi l-ST Micro Electronics u ċertament jekk din il-kumpannija ssofri minn ċerti problemi, il-qasam ta' l-esportazzjoni jieħu daqqa ta' ħarta qawwija.", "Għalhekk il-gvern irid jgħidilna kif se tkun affetwata l-esportazzjoni lejn l-Amerka u lejn il-pajjiżi barra l- Unjoni Ewropea, li iktar ma jgħaddi żmien iktar qiegħda tikber, u jrid jgħidilna wkoll kif fid-dawl tal-politika tiegħu beħsiebu jindirizza l- industrija lokali - fosthom l-industrija ta' l-agrikoltura u l-industrija tas-sajd - iktar u iktar meta sfortunatament illum l-economic trends diġa' qed jindikaw illi l-margin ta' din l-industrija qed jinxtorob, kemm f'dak li huwa manufacturing sales kif ukoll f'dik li hija esportazzjoni, u qed jiġi sostitwit mill-qasam tal-machinery.", "Għalkemm aħna ma nistgħux inżommu l-qasam tal-machinery milli jiżviluppa għax ħafna drabi Allaħares ma jkunx dan il-qasam għall-industrija lokali tagħna, madanakollu rridu nassiguraw illi l-qasam ta' l-esportazzjoni u dak tal-manifattura jkomplu jiżviluppaw, anke fid-dawl tal-liberalizzazzjoni sħiħa li l-gvern qal li jrid jasal għaliha mill-iktar fis possibbli.", "Sur President, huwa importanti wkoll illi l-gvern jgħidilna jekk hux se jagħmel riorganizzazzjoni tas-settur pubbliku, kif huwa fl-obbligu li jagħmel.", "Meta l-gvern Laburista kien lesta rapport illi kellu għan li jagħmel lis-settur pubbliku iktar effiċjenti, l-oppożizzjoni Nazzjonalista kienet inqdiet bih biex tagħmel propaganda li l-gvern ta' dak iż-żmien kien beħsiebu jkeċċi lin-nies minn mal-gvern, meta fil-verita' l-Gvern Laburista mhux talli ma kienx beħsiebu jkeċċi lin-nies minn mal-gvern imma talli anke lil dawk li kienu impressed kien se jagħmilhom tal-post.", "Ara l-Gvern Nazzjonalista llum qed isibha diffiċli biex iwettaq il-wegħda li kien għamel qabel l-elezzjoni, ċioe' illi lil dawk li huma impressed jagħmilhom tal-post, u llum dawn kollha qed iċemplu lil dak u lill-ieħor biex forsi jkunu jafu meta se jsiru tal-post.", "Hawnhekk ta' min jistaqsi wkoll lill- gvern kif se jiġu affetwati t-tarznari jekk kemm-il darba pajjiżna jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea għax, kif għedt diġa', l-Unjoni għandha l- policy illi jekk entita' ma tkunx iktar kompetittiva, din trid tingħalaq u lanqas huwa permess illi l-gvern jagħmel tajjeb għaliha biex din tissellef b'imgħax baxx, bħalma sar fil-każ tal-freeport u ta' l-Enemalta.", "Nerġa' ntenni li l-bieraħ stess f'\"The Financial Times\" kien hemm miktub illi fi Brussels qed jinsistu li dawn il-garanziji għandhom jispiċċaw u, skond l- avis, aħna rridu naderixxu għal dawn il-kondizzjonijiet.", "Imbagħad xi ngħidu għall-qasam tas-servizzi finanzjarji, Sur President?", "Sal-lum iż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem qablu li dan il-qasam huwa importanti ħafna għall-pajjiż u għalhekk għandu jiżviluppa billi jinstabu iktar swieq fejn Malta tista' tidħol u b'hekk tibqa' kompetittiva, pero' jekk kemm-il darba pajjiżna jidħol membru ta' l-Unjoni Ewropea se jkollna ndaħħlu l-armonizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Illum għalkemm l-istrutturi ta' dan il-qasam huma bbażati fuq id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea, it-taxxa qed tiġi ffrankata u għalhekk dak li jkun iktar qed jitħajjar jagħżel is- servizzi finanzjarji ta' pajjiżna biex imexxi 'l quddiem in-negozji tiegħu.", "Wara kollox s'issa pajjiżna dejjem tahom kondizzjonijiet fiskali favorevoli, mhux biss dawk li joħorġu mil-liġi imma anke dawk li joħorġu mid-double taxation agreements li Malta għandha ma' diversi pajjiżi, fosthom mal-pajjiżi Ewropej.", "Madanakollu kulħadd jaf illi jekk se naċċettaw l-armonizzazzjoni dan il-qasam se jieħu daqqa 'l isfel u għalkemm dejjem se jibqagħlu ċertu skop biex jiżviluppa, se jkun diffiċli ħafna li l- qasam finanzjarju tagħna, biċ-ċokon ġeografiku ta' pajjiżna, jirnexxielu jikkompeti ma' pajjiżi oħra li diġa' huma stabiliti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Mangion, għandek bżonn leave of House biex tkompli tinstema'.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, ċertament m'huwiex biżżejjed illi tgħid li miexi fid-direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea imma trid tippjana speċi ta' roadmap illi tgħidlek x'se tagħmel sena b'sena u settur b'settur.", "Huwa proprjament għalhekk li jien ngħid illi l-proposti tal-Gvern Laburista kienu jagħmlu sens għaliex kienu jindirizzaw il-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn il-proposti li kien qed ifassal il-Gvern Laburista bl-ebda mod ma kienu qed ibegħduna mill-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox aħna m'aħniex kontra l-Unjoni Ewropea imma rridu nħarsu l-interess ta' pajjiżna l-ewwel u qabel kollox, kif inhu l-obbligu tagħna li nagħmlu.", "Sur President, qabel ma nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq nappella lill- gvern biex iwieġeb għal ċerti mistoqsijiet li qed jagħmel il-poplu bħal, per eżempju, kif se jkun affetwat il-poplu mill-politika li għandu l-gvern għas-settur pubbliku, għas-settur tas-saħħa u għas-settur ekonomiku u kif il-Gvern huwa beħsiebu jsolvi l-problemi li għandu l-pajjiż.", "Jien nixtieq li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba għaliex s'issa l-gvern dejjem deher bħala gvern bla pjanijiet u minkejja li jħobb juża l-kelma \"direzzjoni\" fid- diskorsi tiegħu, jidher ċar illi huwa gvern bla direzzjoni u inkompetenti għall-aħħar.", "Biżżejjed ngħid li fost affarijiet oħra l-editorjal ta' \"The Malta Independent\" tat-2 ta' Marzu li għadda qal hekk:", "\"Considering the EU update ...\"", "- hawnhekk dan qed jirriferi għall-avis li jien aċċennajt għalih ħafna drabi matul id-diskors tiegħi -", "\"... it speaks of difficult choices lying ahead of us, practically in all sectors; whether it will be hunting or the economy or the limits of protection to national enterprises or the removal of protective levies\".", "Fil-fatt anke s-Sur Leonard Mizzi, li bħalissa jinsab Brussels f'isem iċ- Chamber of Commerce, elenka dawn il-problemi f'\"The Times\" tat-3 ta' Marzu u fost affarijiet oħra qal hekk:", "\"Who will do all this?", "Who will push for all this?", "Who will implement all this?", "This is where Government politicians tend to look away.\".", "Dan il-kliem jien naqbel miegħu perfettament għax huwa veru li l-membri tan-naħa tal-gvern qed jaħarbu minn dawn il-problemi, u din jien insejħilha irresponsabbilta' għaliex jekk kemm-il darba l-gvern huwa konvint illi l- poplu Malti u Għawdxi tah il-mandat, huwa jrid iġorr ċertu piż billi fost l- oħrajn jgħid x'inhuma l-pjanijiet tiegħu u joffri s-soluzzjonijiet ħalli jagħti futur liż-żgħażagħ tagħna u lill-pajjiż kollu kemm hu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, bla ebda dubju kelma li ssemmiet ħafna, b'mod speċjali wara l-elezzjoni ta' l-1996, kienet l-imbierka ħofra, imma l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kienet tgħid illi din il-ħofra ma teżistix, anzi kienet tgħidilna biex ma nibqgħux insemmu din il-kelma għax b'hekk konna qed nistaġnaw l-ekonomija.", "Madanakollu llum kulħadd irrealizza li din il-ħofra teżisti verament, imma biex immexxu lil pajjiżna 'l quddiem m'għandniex naħarbu l-problemi - bħalma għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-1996 meta hekk kif ra l-problemi jikbru tefagħhom taħt it- tapit u kien pront sejjaħ elezzjoni - imma għandna nindirizzawhom.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-aħħar budget li sar mill-Gvern Nazzjonalista kif ukoll lejn l-avis, li jittratta dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubjia sħiħa fl-Unjoni Ewropea, isib illi dawn it-tnejn jitkellmu fuq l-eżistenza ta' deficits strutturali, liema deficits ma nħolqux mil-lum għal għada imma nħolqu wara medda ta' snin.", "Ċertament jekk m'aħniex se nagħrfu fejn huma eżattament il-problemi tal-pajjiż u jekk m'aħniex se naraw kif nistgħu nikkontrollaw l-infiq, il-problema tad- deficit finanzjarju li għandu l-pajjiż m'hijiex se tiġi solvuta.", "Din il- problema lanqas m'hi se tiġi solvuta billi l-gvern ma jkomplix jitfa' iktar flus fis-sinking funds u minflok jużahom għan-nefqa rikorrenti.", "Ġaladarba l-gvern se jitfa' l-ftit miljuni li għandu mfaddlin għan-nefqa rikorrenti u mhux se jħallihom jagħmlu tajjeb għas-self li għamel, sinjal li hu stess qed jammetti li għandu problema fin-nefqa rikorrenti tiegħu.", "Għalhekk hawn jibdew jitqanqlu ċerti mistoqsijiet, bħal per eżempju: Il-gvern jinsab kuntent bil-mod kif inhuma mexjin id-dipartimenti li jaqgħu taħt it- tmexxija tiegħu, jew hemm bżonn illi ssir xi ristrutturazzjoni f'dan il- qasam?", "Per eżempju, id-dipartiment tas-saħħa huwa dipartiment illi filwaqt li joħroġ il-flus kontinwament ftit li xejn idaħħal u għalhekk wieħed irid jara jekk l-infiq li qed isir minn dan id-dipartiment huwiex qed jintuża b'mod tajjeb.", "Qed isiru kontrolli biżżejjed fis-setturi kollha tat- tmexxija tad-dipartimenti tas-saħħa li jiġġustifikaw verament kull sold illi l-gvern jonfoq għal dan is-settur?", "Meta nkun qed nitkellem fuq dan il- qasam jien inħobb nitkellem fuq il-lat uman u mhux fuq il-lat finanzjarju, pero' ġaladarba llum għandna quddiemna abbozz ta' liġi li jirrigwarda l- aspett finanzjarju, ikolli bilfors nikkonċentra d-diskors tiegħi fuq dan il- lat.", "Sur President, hawnhekk wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt illi meta fl- 1997 konna bdejna b'eżerċizzju ta' auditing fuq l-Isptar Boffa biex naraw kif qed jintnefqu l-flus, anke fi sptar żgħir, irriżultaw diversi difetti fis-sistema wżata u nstabu problemi kbar.", "Għalhekk hawn wieħed jistaqsi: Ġaladarba jeżistu problemi kbar fi sptar daqstant żgħir bħalma hu l-Isptar Boffa, kemm jinstabu problemi iktar fi sptar ikbar, bħalma ngħidu aħna hu l- Isptar Monte Carmeli u iktar u iktar l-Isptar San Luqa?", "Bla ebda dubju, waħda mill-ewwel affarijiet li trid issir hija li jinżamm trail ta' fejn ikun mar dak l-oġġett li jkun tela' mill-istores.", "Wieħed irid jara wkoll illi ma jkunx hemm ċertu tberbiq ta' flus f'dan il-qasam għax illum għad hemm ħafna lok ta' abbuż.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax meta konna qed nagħmlu dan l-eżerċizzju ta' auditing sibna li kienu qed isiru diversi abbużi.", "Per eżempju, fost affarijiet oħra sibna li l-gvern kien jixtri żewġ ħobżiet u kartuna u nofs ħalib għal kull pazjent li hemm ġewwa l- Isptar Boffa u jien naħseb li ma tridx tkun għaref ħafna biex tirrealizza mill-ewwel illi dawn l-affarijiet ma kenux qed jeħduhom il-pazjenti.", "Meta mbagħad dorna għall-Isptar San Luqa sibna li anke hemmhekk, kien qed isir abbuż sfrenat mill-affarijiet li jixtri l-gvern għall-pazjenti, u għalhekk il-Gvern Laburista fehem mal-ewwel illi jeħtieġ li filwaqt li ma titnaqqasx il-kwalita' ta' servizz li jingħataw il-pazjenti, fl-istess ħin għandhom jiġu kkontrollati l-abbużi.", "Fil-fatt ta' min jgħid illi meta għamilna t- tibdil kollu neċessarju fl-Isptar Boffa u rajna li r-riżorsi umani u l- affarijiet li jikkonsma dan l-isptar qed jiġu wżati aħjar, sibna li l-gvern kien qed jiffranka Lm300,000.", "Issa hawnhekk irrid nerġa' nenfasizza li l- gvern ma kienx qed jiffranka dawn it-Lm300,000 billi naqqas is-servizz li s- soltu jingħataw il-pazjenti ta' dan l-isptar imma billi għamel xi ftit tal- kontroll biex ma jsirux abbużi mill-fondi pubbliċi ħalli minflok dawk il- flus ikunu jistgħu jew jiġu investiti f'apparati iktar moderni għall-istess sptar jew inkella jiġu investiti f'setturi oħra ta' l-ekonomija Maltija.", "Imbagħad għamilna l-istess ħaġa għar-rigward ta' l-Isptar Monte Carmeli.", "Naturalment dawn l-affarijiet ma sarux għall-gost imma għaliex il-Gvern Laburista kien qed jagħraf illi l-gvern m'huwiex xi borża mtaqqba li jistgħu joħorġu minnha flus kemm iridu.", "Wara kollox jekk jiġri hekk il- gvern ikollu jagħmel iktar taxxi jew jiddejjen iktar.", "Sur President, kif kont qed ngħid, għall-Isptar Monte Carmeli sar l- auditing kollu neċessarju wkoll u huwa ta' diżappunt illi x-xogħol li kien beda f'dan l-isptar taħt l-amministrazzjoni preċedenti, sa llum, sitt xhur wara l-elezzjoni, baqa' ma tkompliex.", "Imma dan forsi ġara minħabba li ġew imċaqilqa ċerti persuni u fil-fatt dan iċ-ċaqliq wassal saħansitra biex anke l-unions jirreaġixxu.", "Ta' min jgħid illi l-Gvern Laburista mhux biss kien għamel il-pjanijiet kollha neċessarji biex il-pazjenti jiġu mqassma aħjar fis-swali imma biex anke l-impjegati jitqassmu aħjar għaliex hemm swali fejn hemm nuqqas ta' infermiera filwaqt li mbagħad hemm swali oħra fejn hemm iktar infermiera milli hemm bżonn.", "Fil-fatt huwa għalhekk illi meta wieħed jgħid li hemm nuqqas ta' infermiera jrid jara jekk dan in- nuqqas jeżistix verament għax ħafna drabi li jkun hemm huwa tqassim ħażin ta' infermiera.", "Anke l-avis li rċieva l-gvern ftit jiem ilu għaraf li l- qasam taċ-ċivil huwa wieħed minfuħ.", "Imma ħalli nerġa' niġi għal dak li kont qed ngħid rigward l-Isptar Monte Carmeli.", "Jien persważ li jekk il- gvern jagħraf iqassam lill-pazjenti u lill-infermiera aħjar fl-Isptar Monte Carmeli jiffranka mijiet ta' eluf ta' liri wkoll, u kif għidt diġa' għal iktar minn darba, dan ma jfissirx illi se jitnaqqas il-livell ta' servizz li l-pazjenti ta' dan l-isptar qed jingħataw preżentement imma li se jsir biss huwa li jiġi kkontrollat l-abbuż.", "Ovvjament l-abbużi ma jsirux biss fil-qasam tas-saħħa imma anke fi kwalunkwe settur ieħor u għalhekk hemm bżonn li tiddaħħal is-serjeta' f'kull settur ħalli ma jkun hemm l-ebda parti min-nefqa rikorrenti tal-gvern li tkun qed tiġi abbużata.", "Sur President, hemm bżonn li l-eżerċizzju ta' auditing fuq l-Isptar San Luqa jitlesta fl-iqsar żmien possibbli għax is-sistema li hija mħaddma f'dan l-isptar tant hija ħażina u antikwata li żgur li jekk isir dan l- eżerċizzju n-nefqa li tiġi ffrankata mill-gvern tkun tammonta għal ħafna iktar minn mijiet ta' eluf ta' liri.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li jekk kemm-il darba jiġu kkontrollati l-abbużi li qed isiru min-nefqa rikorrenti tal-gvern, il-gvern ma jkollux għalfejn jissellef dawk il-flus kollha.", "Wara kollox xogħol il-gvern m'huwiex illi jagħmel tajjeb għall- abbuż imma li jnaqqas l-abbuż kemm jista' jkun.", "Sur President, hawnhekk nixtieq infakkar li meta l-Gvern Laburista, waqt li kien ikun qed jitkellem fuq l-Isptar Zammit Clapp, kien jgħid, kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minn din il-Kamra, illi ma jistax ikun li fl- aħħar ta' kull sena neċċedu l-ammont li jkun ġie allokat għal dan l-isptar u mbagħad immorru għand Father Christmas ħalli jagħtina iktar mijiet ta' eluf ta' liri, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tgħidx kemm kienet tgħid u taqla' affarijiet!", "Kienet qalet illi aħna rridu nbaxxu l-livell ta' servizz li jingħata f'dan l-isptar, kienet qalet illi rridu nnaqqsu l-fondi minn dan l-isptar sempliċement għall-gost u kienet saħansitra waslet biex qalet li aħna rridu nagħlquh!", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li fi żmien il- Gvern Laburista kien tlesta rapport fuq l-Isptar Zammit Clapp imma sfortunatament ma kellniex ċans nispiċċaw id-diskussjoni fuqu.", "Jien nammetti li filwaqt li dak ir-rapport kellu diversi affarijiet tajbin, imbagħad kellu ċerti affarijiet oħra li ma kenux daqshekk tajbin u jien ħassejt illi xi wħud mill-affarijiet li nkitbu f'dak ir-rapport kienu politikament ħżiena u qatt ma kellhom jidħlu ġewwa pajjiżna.", "Madanakollu jidher illi l-gvern preżenti qed isegwi wħud mir-rakkmandazzjonijiet li kien hemm f'dak ir-rapport għax fil-bidu ta' din is-sena rajna lill-kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp jagħti l-ordni li jingħalaq il- laboratorju ta' dan l-isptar u t-testijiet li kienu jsiru f'dan il- laboratorju jibdew isiru ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Issa dan meta l- Oppożizzjoni Nazzjonalista tgħidx kemm qalet affarijiet fuq dan ir-rapport qabel l-elezzjoni!", "Sur President, jien naħseb li llum kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid illi ma jistax ikun nibqgħu għaddejjin b'sitwazzjoni fejn xejn m'hu xejn, bħallikieku l-flus li għandu l-gvern huma xi ħaġa infinita u m'huma se jispiċċaw qatt.", "Jien persważ illi minn hawn u ftit żmien ieħor il-gvern se jkollu jieħu l-passi kollha neċessarji biex jindirizza l-problema ta' deficit strutturali li għandu l-pajjiż, u dan m'huwiex se jagħmlu bil-buona volonta' tiegħu imma għaliex l-avis stess ordnalu li jagħmel hekk ġaladarba huwa ffissat illi jdaħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Il-gvern preżenti għandu fissazzjoni f'moħħu li Malta trid tissieħeb fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox u sfortunatament ftit qed jagħti kas kif se jiġi effetwat il-poplu u pajjiżna nnifsu jekk kemm-il darba din il-ħolma tal- gvern issir realta'.", "Jekk wieħed jaqra l-avis żgur illi jinnota li r- rapport fih innifsu huwa imperattiv u qed jordna lill-gvern jagħmel dak li jgħidlu hu, pero' dwar dan se jkolli ċans nitkellem f'xi aġġornament.", "(Interruzzjonijiet) Le, fil-fatt nista' nassigurak li se jkolli ħafna ċans biex nitkellem dwar dan mhux jien biss imma kull kelliem min-naħa ta' l- oppożizzjoni, ma jmurx ikun hawn xi ħadd li jaħseb illi hawn xi ħadd minn din in-naħa li qiegħed waħdu!", "(Interruzzjonijiet) Lili qed tistaqsi?", "Jien naħseb li dik il-mistoqsija tista' tirrispondiha inti stess!", "THE DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Jien naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod nirrakkonta l-ħrejjef li tirrakkontaw intom.", "Minn daqshekk ħrejjef ikollna ħafna għax ikollna ħrejjef fir-risposti parlamentari, ikollna ħrejjef f'xi inkjesti, ikollna ħrejjef fil-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista, ikollna ħrejjef minn persuni li jiġu mġiegħla jiktbu ħalli jipprovaw joskuraw lill- Partit Laburista, ikollna ħrejjef fil-media biex jipprovaw joskuraw lil ċerti individwi ...", "Minn hawn u ftit ieħor dalwaqt niġbor dawn il-ħrejjef kollha fi ktieb!", "Fil-passat kien hawn ktieb li jġib l-isem \"Ħrejjef ta' Esopu\" u issa hawnhekk għandna esopu ieħor, li huwa l-gvern!", "Sur President, ġaladarba issa l-gvern tant huwa magħfus li wasal saħansitra biex tefa' fin-nefqa rikorrenti anke dawk il-flus illi s-soltu jiġu mwarrba għas-sinking funds - jiġifieri issa dawn il-flus nistgħu ngħidulhom domnu - wieħed irid jara x'se jagħmel iktar 'il quddiem il-gvern f'dawk li huma finanzi.", "Lili waħda mill-affarijiet li tinkwetani hija li, per eżempju, anke llum meta għamilt mistoqsija parlamentari dwar iż-żjara li għamlu l-uffiċjali tal-fond soċjali għall-iżvilupp tal-Kunsill ta' l- Ewropa, il-Ministru Dalli rrispondieni hekk:", "\"Mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kellna żjara waħda minn żewġ uffiċjali tal-fond soċjali għall-iżvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Dawn kienu Malta bejn l-14 u s-16 ta' Frar li għadda biex jevalwaw il- progress u xi tibdil li seta' sar jew hu ppjanat għall-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq.", "S'issa ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet u d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.\".", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid illi l-fond soċjali għall- iżvilupp tal-Kunsill ta' l-Ewropa huwa sensittiv ħafna u għalhekk ta' min jisma' anke l-kummenti ta' l-aggregating agencies dwar dan.", "Sur President, jien m'iniex beħsiebni nieħu ħafna iktar fit-tul pero' naħseb li jkun punt importanti ħafna jekk ngħid illi ma jistax ikun li l- gvern ikompli jissellef u jżid it-taxxi biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' kontroll li għandu fit-tmexxija tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L- Onor. Attard Montalto.", "ONOR.", "JOHN ATTARD MONTALTO: Sur President, bħall-kumplament ta' sħabi ta' din il-Kamra nixtieq nieħu l-opportunita' li nitkellem fuq dan l-abbozz ta' liġi li għalkemm, kif intqal diġa', kulma għandu huwa biss erba' klawsoli, jidher ċar li f'din l-aħħar ġimgħa kien l-attrazzjoni prinċipali ta' dan il-parlament.", "Naturalment f'ċerti każi bilfors se jkolli nirripeti dak li qalu sħabi diġa' għax tkellmu ħafna kelliema fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Il-ministru informana li għalkemm se jitneħħew dawk is-sinking funds li għandhom x'jaqsmu ma' dejn lokali, is-sinking funds li għandhom x'jaqsmu ma' dejn barrani se jibqgħu hemm u għalhekk hawn wieħed irid jikkonkludi li din m'hijiex kwestjoni ta' jekk is-sinking funds għandhomx jitneħħew jew le imma hija kwestjoni ta' neċessita'.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex kieku din id-deċiżjoni li ttieħdet kienet tkun indirizzata kemm għas-self lokali kif ukoll għas-self barrani u ġaladarba s-sinking funds għal dak li hu dejn barrani m'humiex se jitneħħew sinjal li l-gvern preżenti m'huwiex kontra l- konċett tas-sinking funds.", "L-ewwel jien għidt illi d-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern hija kwestjoni ta' neċessita' fis-sens illi l-gvern għandu quddiemu ċerti problemi li huma ta' natura urġenti.", "Wieħed irid jagħraf illi l-ikbar problema li għandu quddiemu l-gvern hija dik tad-deficit u fil- fatt jien skantajt kif waqt dan id-dibattitu kien hemm kelliem min-naħa tal- gvern li pprova jagħti l-impressjoni li l-Gvern Laburista ma kienx konxju ta' din il-problema, anzi jien naħseb li konna niġu kkritikati li konna qed inkunu konxji żżejjed mill-kwestjoni tad-deficit.", "Ċertament m'huwiex aċċettabbli li pajjiż ikollu d-deficit għoli li wrietna aħna u dan id- deficit qatt ma jista' jeċċedi l-GDP.", "Kieku d-deficit li għandu pajjiżna huwa cyclical, jiġifieri ġej minn xi ħaġa partikolari, forsi l-pajjiż jasal biex jegħlbu pero' d-deficit li għandu pajjiżna preżentement huwa wieħed strutturali u għalhekk peress li l-gvern qed joħroġ iktar milli jdaħħal irid bilfors jissellef u mbagħad fuq dak is-self irid iħallas l-imgħax.", "Sur President, il-Gvern Laburista għamel ħiltu kollha biex iqajjem kuxjenza nazzjonali dwar l-importanza li d-deficit jiġi attakkat u fil-fatt kien ħa diversi miżuri, fosthom il-miżura li l-current expenditure għandu jitnaqqas b'5% u li jkun hemm partial freeze f'dawk li huma mpjiegi mas- settur pubbliku.", "Naturalment uħud mill-miżuri li ħa l-Gvern Laburista, jekk mhux kollha, ma tantx kienu popolari - u hawn qed nirriferi partikolarment għal meta dan għolla xi taxxa, xi kont jew xi liċenzja partikolari - pero' kif jaf kulħadd dan sar biex filwaqt li titnaqqas in- nefqa tal-gvern, min-naħa l-oħra d-dħul tal-gvern jiżdied.", "Jien nimmaġina li kull membru parlamentari responsabbli għandu jirringrazzja lill-Gvern Laburista talli dan kellu l-kuraġġ jgħarraf lill-poplu li l-pajjiż kellu deficit enormi ta' natura strutturali għax għalkemm huwa tajjeb li min-naħa waħda tipprova tibni ċerta kunfidenza u fiduċja fl-ekonomija, huwa tajjeb ukoll illi tgħid pubblikament li teżisti distinzjoni kbira bejn kif sejjer il-qasam ekonomiku esternament u kif sejjer internament.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex taħt il-Gvern Laburista l-ekonomija esterna ssaħħet b'tali mod li n-numru ta' turisti li kienu qed iżuru lil pajjiżna baqa' tiela' b'mod regolari sakemm fl-1998 dan in-numru tela' għal 1,025,000, li bla dubju ta' xejn dan kien rekord li l-pajjiż qatt ma ra bħalu.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li s-sena 1998 kienet waħda rekord f'dik li hi esportazzjoni għax għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna f'sena waħda Malta esportat Lm703 miljun u jien naħseb li dan huwa ċertifikat li kulħadd għandu jkun kuntent bih.", "Wieħed irid ikompli jgħid ukoll li taħt Gvern Laburista anke r-rota tal- qasam finanzjarju bdiet iddur għax pajjiżna beda jiġi attratt minn diversi entitajiet finanzjarji u għalhekk kien jidher ċar li anke dan il-qasam kellu futur.", "Il-Gvern Laburista beda jfittex in-niċċa tiegħu wkoll billi beda jipprova jara kif jista' jkun differenti minn dak li għandhom il- pajjiżi ġirien tagħna u jibni madwarhom, affarijiet li għalkemm jekk wieħed ikollu jarahom fuq bażi individwali jsib li ma kenux qed irendu xi ammonti ta' flus ta' barra minn hawn, min-naħa l-oħra jekk wieħed jarahom kollettivament isib li dawn l-affarijiet bdew ipoġġu lil pajjiżna f'pożizzjoni partikolari, jekk wieħed jikkomparahom ma' dak li hemm fl- Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-Maghreb.", "Madanakollu jekk wieħed jara l- politika preżenti jsib li issa dawn l-affarijiet se jiġu abbandunati.", "Ta' min jgħid ukoll li taħt Gvern Laburista Malta kienet fost l-ewwel sitt pajjiżi tad-dinja f'dak li huwa tunnellaġġ u l-gvern kien qed jara kif jista' jiżviluppa iktar l-offshore.", "Il-Gvern Laburista pprova jieħu kull benefiċċju mill-pożizzjoni ġeografika u ekonomika ta' pajjiżna u għalhekk ħadem anke fil-qasam tad-duty-free, li jservi ta' attrazzjoni kbira għat- turiżmu tal-cruise liners, pero' sfortunatament bil-politika tal-gvern preżenti dan il-qasam se jiġi affettwat b'mod serju.", "Issa ħalli niġi biex nispjega d-direzzjoni li kien qed jimxi biha l-Gvern Laburista fil-qasam internazzjonali.", "Sur President, il-Gvern Laburista kien qed iqis il-ħtieġa li pajjiżna jkollu sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea fil-qasam industrijali bħala prijorita' u l-idea kienet illi permezz ta' ftehim kuntratwali bejn Malta u l-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nimportaw u nesportaw prodotti industrijali bla ebda xkiel.", "Din kienet u din għadha l-politika tal-Partit Laburista.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jirrifletti xi ftit fuq ir-rwol ta' pajjiżna vis-a-vis l-Unjoni Ewropea b'mod oġġettiv u mingħajr l-ebda passjoni.", "Illum pajjiżna għandu gvern li ilu jimmira għal ħafna snin biex isir membru sħiħ ta' l-Unjoni tant li llum din il-mira saret kruċjata, fis- sens illi anke meta mid-diskussjonijiet li jsiru f'dan ir-rigward joħroġ ċar illi jekk dan iseħħ se jkun hemm diversi setturi li jiġu effetwati negattivament, minflok ma dawn id-diskussjoni isiru b'mod raġunat biex iħallu xi meaningful effect, il-passjoni qiegħda tostakola kull tip ta' raġunament u jien naħseb li ma nkunx qed ngħid xi ħaġa ħażina meta nirrimarka li l-gvern preżenti jrid jidħol fl-Unjoni Ewropea llum qabel għada akkost ta' kollox.", "Madanakollu l-politika tal-Partit Laburista hija differenti u skond il-manifest elettorali ta' l-istess partit, aħna nemmnu li l-ewwel pass li għandu jsir huwa li jkun hemm ftehim sħiħ bejn Malta u l- Unjoni Ewropea biex ikun hemm free trade f'dawk l-affarijiet li huma ta' natura industrijali.", "Il-Gvern Laburista kien antiċipa li dan għandu jsir fuq massimu ta' seba' snin u l-idea kienet illi l-industrija li tipproduċi għal-lokal ikollha l-opportunita' li tirristruttura ruħha - hawnhekk m'iniex qed insemmi wkoll dik l-industrija li tesporta għax din għandha ċerta saħħa u fil-fatt diġa' rristrutturat ruħha - ħalli b'hekk dawk il- barrieri protettivi li aħna nsejħulhom \"levies\" jiġu żmantellati.", "Issa wieħed irid japprezza li l-Unjoni Ewropea aċċettat illi l-flus tar-raba' protokoll li ma ġewx minfuqa jintużaw biex issir ristrutturazzjoni industrijali mill-korpi kostitwiti, prinċipalment mill-FOI u mill-Kamra tal- Kummerċ, u din ir-ristrutturazzjoni bdiet issir billi bdew jiġu emendati ċerti liġijiet.", "Fil-fatt nista' ngħid illi, per eżempju, bħala ministru, jien kont responsabbli li nara illi l-liġi li tirrigwarda l-għajnuna għall- industrija terġa' tiġi miktuba mill-ġdid ħalli tiġi aġġornata għall- ħteġijiet li l-pajjiż kien qed jiffaċċja dak iż-żmien.", "Ta' min ifakkar ukoll illi aħna konna waqqafna l-ewwel one-stop shop għall-ismall and medium sized enterprises, jiġifieri lill-IPSE, li kienet serviet bħala navigator għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija f'pajjiżna.", "Sur President, issa hawnhekk wieħed irid jieqaf ftit u jispjega xi tfisser eżattament il-kelma \"ristrutturazzjoni\".", "Irridu nifhmu li ristrutturazzjoni ma tfissirx neċessarjament kif jantiċipaw xi wħud - u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-gvern imma għal ċerti oqsma lokali fil- qasam tal-manifattura - jiġifieri li l-gvern jgħinek finanzjarjament imma din il-kelma tfisser ħafna iktar minn hekk.", "Per eżempju, jien nista' ngħid li l-ħolqien ta' l-IPSE diġa' hija a Herculean task, jiġifieri diġa' kienet mossa li kellha challenges enormi, u din wieħed jista' jimmaġinaha għaliex f'daqqa waħda s-suq industrijali kellu jgħaddi minn revoluzzjoni qawwija biex jikkompeti u jekk ma jkunx qed jikkompeti jkollu jbiddel it-tip ta' manifattura tiegħu.", "Il-Gvern Laburista kien qed iqis lil din ir- ristrutturazzjoni bħala l-ikbar challenge għax biex wieħed jirristruttura l- manifattura domestika ħalli jagħmilha iktar effiċjenti u biex jassigura li l-ħaddiema jkunu addestrati sew b'mod li jinstabu swieq internazzjonali kienet task enormi.", "Kuntrarjament għal dak li jgħid il-Partit Nazzjonalista, aħna kellna fiduċja kbira fil-Maltin.", "Kieku ma kellniex fiduċja fil-Maltin aħna ma konniex noqogħdu nieħdu kull opportunita' li jkollna biex infaħħru l-kapaċita' tal-ħaddiem Malti, kemm fil-kapaċita' li jitgħallem, kemm kapaċita' li juri ċerta lealta' lejn il-post tax-xogħol, kemm fil-kapaċita' li jkun flessibbli kif ukoll fil-kapaċita' li juża n- knowledge tiegħu, anke n-knowledge akkademiku tiegħu, biex ikun jista' jkollu kuntatt dirett ma' sħabu l-barranin.", "Fil-fatt huwa għalhekk li Malta rnexxiet industrijalment u huwa għalhekk li f'ħafna oqsma aħna għandna a success story.", "Tgħiduli: Allura għandna nkunu kuntenti b'dak li għandna u nieqfu hawn?", "Dażgur li le!", "Aħna għandna ħafna x'naqdfu, għandna ħafna fejn imorru u għandna ħafna orizzonti quddiemna li nistgħu nersqu lejhom.", "Għalhekk jien ngħid li huwa għajb illi f'dan il-parlament ikun hemm membri li joqogħdu jgħajru lil tan-naħa l-oħra li m'għandhomx fiduċja fil-ħaddiema Maltin u, fl-opinjoni tiegħi, dawn huma kliem li qatt m'għandhom jingħadu għax jekk aħna, bħala rappreżentanti tal-pajjiż, inneħħu l-fiduċja li għandna fil-ħaddiema Maltin ma tantx għandna fuq min induru iktar.", "Sur President, issa hawnhekk jien xtaqt nagħmel bracket u nsemmi l-avis li ssemma kemm-il darba f'dan id-dibattitu.", "Naturalment meta jien qrajt l-avis ikkonċentrajt l-iktar fuq l- investimenti pubbliċi u industrijali, li sa ftit xhur ilu kont responsabbli minnhom bħala ministru u llum jien responsabbli minnhom bħala spokesman ta' l-oppożizzjoni, u sibt li minn dan l-avis ħareġ ċar li kemm jekk inħaddmu l- politika li hija mmirata biex Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jekk inħaddmu l-politika tal-Gvern Laburista, hija xi ħaġa żgura li jeħtieġ illi l-industrija tirristruttura ruħha, u fuq dan naqblu ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Imma filwaqt li l-Gvern Laburista kellu l-viżjoni li jieħu minn ħames sa massimu ta' seba' snin biex jirristuttura l-qasam industrijali, l-avis jgħid li dan il-perijodu jrid jitnaqqas sostanzjalment.", "Issa hawnhekk jien irrid jien nagħmilha ċara li jekk wieħed jaqra l-manifest elettorali tal-Partit Laburista imkien ma jsib illi dan il-partit ma jimxix lejn id-direzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea jekk kemm- il darba jkun fl-interess tal-pajjiż u tal-Maltin li dan isir.", "Fil-fatt il- Partit Laburista, lanqas fil-manifest elettorali tiegħu, imkien m'għalaq il- bibien, imkien ma qal \"qatt\" jew \"le\", u dan huwa importanti li ngħiduh u ma mmorrux nipprovaw niżvijaw u ngħidu li l-Partit Laburista huwa kontra l- Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista m'huwiex kontra l-Unjoni Ewropea, anzi dan irid l-aħjar relazzjonijiet ma' din l-unjoni.", "Infatti l-pjan tal- partit huwa li tinħoloq żona ta' industrija li tista' timporta u tesporta bla ebda xkiel ta' xejn.", "Pero' biex nagħmlu dan ma konniex se nimxu b'pass mgħaġġel iżżejjed ħalli ma nkissrux dak li diġa' għandna.", "Jien naħseb li f'dan il-każ il-Partit Laburista qiegħed iħares b'mod iktar oġġettiv mill-gvern għaliex jien li, kif għidt diġa', kont il- ministru responsabbli mill-industrija, naf illi anke biex isseħħ dik it-tip ta' għaqda fil-qasam industrijali biss, il-pajjiż se jkollu jagħmel full use tar-riżorsi kollha tiegħu.", "Il-Gvern Laburista kien emmen li jkun aħjar jekk l-ewwelnett nipprovaw nesplojtaw in-niċeċ li nistgħu niżviluppaw proprjament minħabba li m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea għax meta tkun f'din l-unjoni mbagħad m'huwiex possibbli li tiżviluppa ċerti niċeċ.", "Jien naħseb illi jekk il-gvern ikun iktar oġġettiv, inaqqas il-kruċjata tiegħu li jidħol fl-Unjoni Ewropea b'pass mgħaġġel u jagħti lill-poplu l- opportunita' li jirrifletti iktar nemmen illi l-politika f'għajnejn l- elettorat tkun ħafna iktar kredibbli.", "Aħna żgur li ma rridux nagħtu l- impressjoni li hemm xi kruċjata kontra l-Ewropa jew aħjar kontra l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-mexxej tal-Partit Laburista għamilha ċara 100 darba li hu m'huwiex qed jgħid li Malta m'għandha tingħaqad qatt ma' din l-Unjoni imma li m'għandhiex tingħaqad in the foreseeable future għaliex in the foreseeable future Malta għandha tingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea fil-qasam industrijali - u bl-ebda mod m'għandna npinġu din il-biċċa xogħol bħala xi muntanja li huwa faċli li titlagħha għax għall-kuntrarju, din hija biċċa xogħol challenging ħafna - u fl-istess ħin jiġu żviluppati oqsma oħra fuq il-mainland ta' l-Ewropa filwaqt li nsaħħu r-rabtiet li għandna ma' pajjiżi oħrajn.", "Fil-fatt waħda mir-rabtiet li l-Gvern Laburista rnexxielu jsaħħaħ kienet ir-rabta ma' l-Amerka.", "Sfortunatament għal dan il-pajjiż qisha teżisti biss l-Unjoni Ewropea u ninsew li d-dinja hija magħmula minn diversi opportunitajiet oħrajn ukoll.", "Per eżempju, jien naħseb illi huwa unur għal Malta li wara l-Ewropa, it-tieni pajjiż li jimporta l-iktar minn Malta huwa l-Amerka, jiġifieri rnexxielna norbtu l-iktar pajjiż potenti ma' l-iżgħar pajjiżi tad-dinja b'tali mod li l-esportazzjoni lejn dan il-pajjiż laħħqet 'il fuq minn Lm100 miljun.", "Mela dak ma kienx achievement!", "Aħna għandna nkomplu nestendu dan ix-xogħol dejjem iktar u mhux narmu dak kollu li konna bnejna f'dan is-suq kif ukoll fi swieq oħra.", "Sur President, per eżempju, jien dejjem nikkritika l-fatt li l-ebda gvern m'għamel biżżejjed biex jipprova jidħol fl-iktar suq li huwa viċin tagħna, jiġifieri f'dak ta' l-Afrika ta' Fuq, u l-problemi biex Malta tesporta lejn l-Afrika ta' Fuq huma enormi għall-industrijalisti għaliex bl-eċċezzjoni tal-Libja, ma teżisti l-ebda struttura adegwata bejn pajjiżna u bejn il- pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq biex jiġu esportati affarijiet ta' manifattura mingħajr ma jsibu xkiel fil-fruntiera.", "Jeħtieġ illi l-Gvern Malti ma jfassalx inroads fil-qasam industrijali biss imma anke bejn il-ministeri tal-foreign affairs.", "Jien naf li l-Onor.", "Vella kien qed jaħdem ħafna f'dan il-qasam għax kemm-il darba nsistejt illi hemm bżonn li mhux overhaul isir f'dawk l-agreements li jeżistu ma' diversi pajjiżi, fosthom ma' Tuneż u ma' l-Eġittu, imma li nagħmlu ftehim bilaterali sabiex nidħlu f'dawn is-swieq.", "Jien nistħi ngħid li l-Afrika ta' Fuq ġiet fir-raba' post f'dik li hi esportazzjoni minn Malta meta ġeografikament aħna l-aktar pajjiż Ewropew li ninsabu viċin ta' dan is-suq.", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi nappella lill-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra jirriflettu kemm fuq il-viżjoni tal- gvern kif ukoll fuq dik ta' l-oppożizzjoni.", "Il-gvern qed jgħid li jrid jagħmel kruċjata biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea llum qabel għada akkost ta' kollox filwaqt li l-oppożizzjoni qed tgħid li l-ewwel għandna nilħqu ftehim dwar l-industrial free trade zone u mbagħad nieqfu, nieħdu pawsa, naraw x'jaqbel għal pajjiżna - għax il-qofol ta' kollox għandu jkun marbut ma' x'jaqbel għal pajjiżna - u mbagħad nieħdu dak il-pass li pajjiżna jkun jiflaħ għalih u mhux nieħdu fuq spallejna piż ikbar milli nifilħu għalih.", "Kif għidt diġa' iktar kmieni, hawnhekk m'għandu jidħol l- ebda element ta' passjoni imma għandna naraw l-affarijiet b'mod oġġettiv u bla ebda partiġjaniżmu għax wara kollox, l-importanti m'huwiex li tgħaddi tal-gvern jew li tgħaddi ta' l-oppożizzjoni imma li fl-aħħar mill-aħħar inkunu mexjin lejn direzzjoni li tkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Hawnhekk wieħed għandu jistaqsi: Liema hi l-aħjar direzzjoni għal Malta moderna, biex nuża kelma li kienet fil-vokabolarju tal-Partit Laburista fil-gvern u issa qiegħda fil-vokabolarju ta' l-oppożizzjoni?", "Jien konvint illi f'dan l-istadju l-ewwel pass li għandu jittieħed huwa li jsir ftehim bilaterali biex pajjiżna jkun jista' jesporta u jimporta bla xkiel, dik li hija msejħa free trade zone, u mbagħad man mano wieħed għandu jara x'jaqbel lill-pajjiż u mhux illum qegħdin naqilgħu ħafna kwestjonijiet mingħajr m'għandna risposti għal ħafna mid-domandi tagħna.", "Per eżempju, aħna għadna ma nafux kemm il-pajjiż jista' jiggwadanja minn għajnuniet finanzjarji u minn self jekk kemm-il darba pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea, u jien naħseb li din hija waħda mill-iktar affarijiet importanti li wieħed għandu jkun jaf.", "Aħna lkoll nafu li llum l-Unjoni Ewropea tinsab għaddejja minn stat ta' flux.", "Allura mhux aħjar inpoġġu saqajna ma' l-art u nfasslu politika li nkunu nafu fejn se twassalna u mbagħad wara li nagħmlu l-ewwel pass niddeċiedu x'għandu jkun it-tieni pass!", "Wara kollox l- għaqda bejn il-gvern u l-oppożizzjoni tista' sseħħ biss jekk kemm-il darba nkunu nafu lejn liema direzzjoni qed nimxu u mhux nimxu b'għajnejna mgħottijin, u jien sinċerament nemmen li l-ewwel pass għandu jkun is- sħubija ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam industrijali u mbagħad qabel ma jmidd siequ biex jagħmel it-tieni pass għandu jara kif ikunu qed jiżviluppaw l-affarijiet ta' madwaru dak il-ħin.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, nirringrazzjak talli tajtni l-kelma imma naħseb li nista' nibda d-diskors tiegħi darb'oħra għax sar il-ħin.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jiġifieri se tibqa in possession?", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Marzu, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) - it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Sur President, proprjament jien xtaqt nieħu dan l- aġġornament il-bieraħ it-8 ta' Marzu, li kien jaħbat Jum il-Mara, pero' l- bieraħ kien imiss lin-naħa tal-gvern illi jieħdu l-aġġornament.", "Kif inħobb ngħid dejjem, aħna għandna naħdmu biex niġu f'sitwazzjoni fejn ma jkollniex il-ħtieġa li noqogħdu nfakkru Jum il-Mara għax inkunu qegħdin ngħixu f'soċjeta' tassew demokratika fejn kulħadd ikun qed jagħti sehem, nisa u rġiel, kemm fix-xogħol tad-dar kif ukoll fix-xogħol ta' barra l-familja, fejn ma tkun qed tiġi kkaġunata tbatija żejda għall-ebda wieħed mis-sessi.", "Jien nieħu gost li l-ministru għall-politika soċjali, li qiegħed hawn preżenti, jikkondividi dan il-ħsieb.", "Minn banda jien naħseb li ġietni tajba li se nitkellem illum fuq il-mara fis-soċjeta' għaliex b'hekk nista' naċċenna għal ċerti affarijiet li ntqalu l-bieraħ biex jitfakkar dan il- jum.", "Sur President, il-bieraħ il-ministru responsabbli ħabbar li minn rapport li sar joħroġ ċar illi hemm bżonn inwaqqfu iktar emergency shelters għal dawk in-nisa li huma vittmi ta' swat domestiku.", "Imma aħna xbajna nisħqu fuq din il-ħtieġa pero' din kienet waħda mill-aħbarijiet li aħna ħadna l- bieraħ fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara!", "Allura hawnhekk jien ngħid: Imma din x'aħbar hi?", "Waqt li ngħid hekk qed niftakar f'dak li ntqal il-ġimgħa l- oħra mill-istess Onor. Gonzi, meta kienu qed jiġu launched żewġ pubblikazzjonijiet fuq l-istatistika, liema xogħol konna għamilnieh aħna s- sena l-oħra.", "Fil-fatt f'dik l-okkażjoni l-ministru qalilna li skond rapport li ħejjewlu rriżulta li waħda mill-ikbar problemi li jiffaċċjaw in- nisa li huma vittmi ta' swat domestiku hija dik li tirrigwarda l-proċeduri legali.", "Jien lill-ministru ngħidlu: Aħna dan diġa' konna nafuh!", "Huwa proprjament għalhekk li l-Gvern Laburista kien ħa azzjoni kemm billi emenda l-liġi li tittratta dwar il-vjolenza domestika, kif ukoll billi għamel ħafna xogħol fuq il-qorti tal-familja, u dan għamlu proprjament sabiex f'dawn il-każijiet il-proċeduri jitħaffu u l-qorti tal-familja tkun iktar user friendly.", "Jiġifieri dak li qal il-ministru l-ġimgħa l-oħra l-Gvern Laburista mhux talli kien konxju tiegħu imma talli kien diġa' għamel ix- xogħol fuqu.", "Ħalli nispjega x'għamel il-Gvern Laburista biex jassigura li jkun hawn iktar shelters għan-nisa msawta.", "Sur President, l-ewwelnett irrid ngħid li matul l-amministrazzjoni Laburista, Dr Tony Macelli u Dr William Azzopardi, li jaħdmu fis-social welfare development programme, kienu waslu għall-konklużjoni li wasal għaliha l-ministru preżenti l-bieraħ, ċioe' li hemm bżonn li jitwaqqfu iktar emergency shelters għan-nisa msawta.", "Jiġifieri l-parir li ngħata l- bieraħ lill-ministru m'huwiex xi wieħed ġdid imma kien parir li tawh anke lilna u li aħna konna diġa' ħadna azzjoni fuqu.", "Biżżejjed ngħid li aħna ħdimna ma' a non-governmental organisation, li tinsab ġewwa Għawdex, biex waqqafna post ta' kenn għal dawk in-nisa li jiġu msawta, u fil-fatt nista' ngħid bla tlaqliq li sal-lum dan il-post tant qed jiffunzjona tajjeb li mhux talli qed jilqa' fih nisa Għawdxin imma talli qed jintbagħtu fih ukoll nisa Maltin minħabba n-nuqqas ta' postijiet bħal dawn f'Malta.", "Ta' min jgħid ukoll li fuq proposta ta' l-SWDP, il-Gvern Laburista kien beda jirranġa parti mill-villa li l-Gvern Nazzjonalista preċedenti kien kera lill-istess SWDP u li tagħha kien qed jitħallas Lm5,000 fix-xahar.", "Peress li din il-villa ma kenitx qed tintuża kollha mill-SWDP, din l- organizzazzjoni lilna tatna l-parir illi nirranġaw parti minnha biex b'hekk in-nisa li jkunu qed jiġu vjolentati f'darhom ikollhom post ieħor fejn joqogħdu.", "Naturalment aħna bdejna nħallsu għal din il-villa l-istess ammont ta' flus li l-SWDP kienet ftehmet fuqu mal-Gvern Nazzjonalista preċedenti u din il-parti bdiet tiġi rranġata skond il-ħteġijiet li jkollhom dawk in-nisa msawta li jitilqu minn darhom f'sitwazzjoni ta' emerġenza.", "Lil dawn aħna pprovdejnilhom diversi faċilitajiet biex ikollhom fejn jorqdu huma u wliedhom, fejn jinħaslu, fejn jaħslu l-ħwejjeġ, fejn isajru u fejn jieklu.", "Ċertament din il-parti tal-villa ma ġietx qisha l- Hilton, pero' almenu dan kien il-bidu ta' eżerċizzju importanti għas- soċjeta' tagħna u dejjem kien se jtaffi xi ftit mill-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn in-nisa.", "Madanakollu hekk kif kien hemm bidla fil- gvern, dan il-gvern ma kompliex b'dan il-proġett, minkejja li l-bieraħ il- ministru stess qal li hawn għatx kbir għal servizz bħal dan.", "Sur President, jien ma kontx beħsiebni noqgħod insemmi x'qal il- communications officer tal-ministru - wara kollox lil dan, miskin, jien ma nagħtihx tort għax xogħlu hu li jagħti palata lill-ministru u mhux li jgħid l-affarijiet kif fil-fatt huma - pero' naħseb li jkun tajjeb jekk naċċenna għal ċerti kummenti li għamel.", "Fil-fatt fost l-oħrajn, skond \"The Malta Independent on Sunday\" - jista' jkun li dan ġie rrapportat ħażin, jiġifieri hawnhekk jien se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju għax lanqas nemmen li xi ħadd jista' jmeri s-sewwa magħruf quddiem dawn il-fatti, pero' anyhow, jekk qal hekk affari tiegħu - dan il-communications officer qal li l-isforzi li saru fuq emergency shelters mill-Gvern Laburista kienu sporadiċi.", "Meta nara li llum il-gvern qed jibbrilla fit-tattika li jxejjen kollox u li jkun distruttiv, jien waħdi nibda nasal għall-konklużjoni li bilfors li l- ministru ma jiltaqax ma' dawn in-nisa kuljum.", "Ma naħsibx li jċempulu d-dar jibkulu biex jagħmel xi ħaġa għalihom għax kieku żgur li kien ikompli għaddej bl-isforzi kollha li saru mill-Gvern Laburista biex is-sitwazzjoni ta' dawn in-nisa titjieb.", "Bla ebda dubju dan il-qasam ma jistax jippermetti li l-gvern tal-ġurnata jara dak kollu li jkun għamel il-gvern ta' qablu ħażin u dak li jkun qed jagħmel hu biss ikun tajjeb għax f'dan il- qasam, iktar minn f'oqsma oħrajn, jeħtieġ li tinżamm ċerta kontinwita'.", "Jekk se noqogħdu nimpikaw bejnietna, kulma nkunu qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li naħlu l-ħin u r-riżorsi umani u finanzjarji u mhux naħdmu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Sur President, huwa fatt li ma jista' jinnegah ħadd illi kulma sar s'issa mill-gvern preżenti fuq dan il-qasam huwa biss paroli.", "Biex nagħti eżempju ieħor ħalli nissostanzja dak li qed ngħid, irrid nirrimarka li għalkemm il- bieraħ fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara l-ministru kellu lill-SWDP timbottah u tħeġġu biex iressaq l-emendi li kien ħejja l-Gvern Laburista għal-liġi li tirrigwarda l-vjolenza domestika - u saħansitra l-ġurnalisti bdew jistaqsuh x'qed jistenna biex jibda jiddiskuti dik l-imbierka white paper li tittratta l-vjolenza domestika - il-ministru baqa' jwebbes rasu fuq din il- ħaġa.", "Jien lill-ministru diġa' appellajtlu minn hawn ġew stess biex ma jibqax ikun partiġjan f'dan il-qasam.", "Wara kollox l-emendi li kienu saru taħt Gvern Laburista kienu ħadmu fuqhom nies esperti li żgur li ntgħażlu għall-kapaċita' u għall-esperjenza tagħhom u mhux għall-kulur politiku tagħhom.", "Ta' min isemmi wkoll li l-esperti li taw sehemhom fit-tfassil ta' din il-white paper huma avukati, tobba, social workers, pulizija u nies oħra li għandhom esperjenza fit-tmexxija tad-djar ta' kenn għal dawn in- nisa, imma madanakollu l-ewwel darba li jien lill-ministru semmejtlu din il- white paper f'dan il-parlament qalli li se ssir white paper oħra fuq dan is- suġġett.", "Issa hawn jien nistaqsi: Għaliex dan il-ħela ta' ħin u ta' riżorsi?", "Il-ministru mhux lill-istess nies se jerġa' jfittex għall-pariri?", "U jien naħseb li dawn l-istess pariri se jagħtuh għax imbilli nbidel il- gvern, ma naħsibx li dan ifisser ukoll li dawn se jbiddlu l-mod kif jagħmlu l-istudji tagħhom, jew li se jbiddlu l-esperjenzi li għaddew minnhom f'dan il-qasam.", "Sur President, hija tassew inġustizzja li wara li dawn in-nies jkunu ilhom jissawtu għal żmien twil f'darhom stess, fejn suppost isibu l-kenn u l-wens, ikollhom jispiċċaw jitilqu minn hemm b'ta' fuqhom senduqhom u b'xi żewġt itfal x'jitimgħu u x'ilibbsu.", "Hawn ikun tajjeb jekk ngħid li waħda mill-emendi li saret taħt il-Gvern Laburista kienet proprjament dik li għandu jitkeċċa mid-dar min ikun qed iwettaq il-vjolenza.", "In-nisa li qegħdin isofru minn din l-inġustizzja, li jien nitkellem magħhom ta' kuljum, qed jistennew li ssir din l-emenda fil-liġi bħall-ħobż, iktar u iktar meta permezz ta' dawn l-emendi l-aggressur se jkun impedut milli jersaq lejn il-vittma tiegħu jew li jidħol f'darha.", "Fil-fatt issa l- pulizija se jkollhom ukoll id-dritt li jipproċedu kontra l-aggressur mingħajr ma jkollhom bżonn il-permess tal-vittma għax naturalment ħafna drabi l-vittma ssibha diffiċli li tirrapporta lill-pulizija b'dak kollu li tkun qed issofri minħabba li tiġi mhedda mill-istess aggressur.", "Allura x'qed nistennew?", "Din il-ġimgħa anke l-Għaqda Ewropea għażlet li taċċenna fuq din il-problema.", "Ta' min jgħid li f'pajjiżna jiġi rrapportat xi każ ġdid kuljum ta' swat fuq in-nisa, pero' aħna lkoll nafu li din hija the tip of the iceberg għax illum ħafna nisa għadhom jibżgħu jirrapportaw lill- pulizija li qed jisfaw imsawta - minħabba li ħafna drabi l-aggressur jheddidhom li jekk jagħmlu hekk jispiċċaw jaqilgħu iktar swat - u huwa għalhekk illi jien qed ninsisti li x-xogħol li hemm propost fuq dik il- white paper li kienet tħejjiet taħt il-Gvern Laburista jibda jitwettaq mill- iktar fis possibbli.", "Sur President, il-bieraħ il-ministru għall-politika soċjali ħabbar minn fuq it-taraġ ta' Kastilja - għax issa aħna minn hemmhekk sirna nkunu nafuhom il-policies tal-gvern u mhux minn dan il-Parlament! - li issa l- liġijiet se jibdew jiġu vetted għall-gender impact assessment.", "Jien nieħu pjaċir nisma' li f'dan il-każ il-gvern preżenti se jkompli fuq dak li beda l-Gvern Laburista pero' min-naħa l-oħra ma naħsibx li l-ministru kellu għalfejn jagħti din l-aħbar bħallikieku din hija xi ħaġa li qatt ma saret u li dan ix-xogħol se jibda llum.", "Bħalissa qed nara lill-Onor.", "Gonzi jidħak u jien ngħidlu biex ikompli jidħak għaliex għandu ħafna għal xiex jidħak!", "Il-bieraħ ċempilli ġurnalist min-NET Television fejn talabni biex nikkummenta fuq din l-aħbar li taw il-Prim Ministru u l-ministru mit-taraġ ta' Kastilja.", "Min-naħa tiegħi jien irrispondejtu: Din x'aħbar hi!", "Mela aħna nkunu nafu x'intqal mit-taraġ ta' Kastilja qabel ma naraw l- aħbarijiet?", "Meta għidtlu dan il-kliem, għall-ewwel dan il-ġurnalist ma kienx jaf x'se jaqbad jgħidli, pero' mbagħad qalli: Għandu jkun qal li se jibda jsir gender impact assessment fuq il-liġijiet hekk kif jiġu proposti.", "Meta qalli hekk, jien għidtlu minnufih: Se jibda jsir jew se jkompli jsir?", "Għax din il-ħaġa kienet diġa' bdiet issir mill-Gvern Laburista u għalhekk għalija ma kienet aħbar xejn.", "Per eżempju, uħud mil-liġijiet u mill-white papers li sar gender impact assessment fuqhom huma l-liġi li titkellem dwar opportunitajiet indaqs għal persuni b'diżabilita', il-white papers li saru dwar il-pulizija u dwar il-forzi armati, il-proposti għall- vocational education and training, il-white paper li tittratta dwar l- universita' u l-emendi għaċ-CERA.", "Ta' min jgħid li sar gender impact assessment anke fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-forum for a better economy, fuq id-draft national curriculum kif ukoll fuq l-emendi għal liġi taċ- ċittadinanza.", "Għalhekk kif qed naraw il-gender mainstreaming m'hux se jibda jsir issa, kif ta l-impressjoni l-ministru l-bieraħ fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara, u ċertament m'huwiex sew illi noqogħdu niżgwidaw lin-nies b'dan il-mod.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li fl-avis li għadu kemm ħareġ hemm miktub li għad baqa' ħafna x'isir fl-liġijiet tagħna biex dak li tgħid il- Kostituzzjoni ta' Malta rigward abbużi ta' sess jiġi nforzat, pero' aħna ma kienx hemm għalfejn noqogħdu nistennew l-avis biex inkunu nafu dan.", "Fil- fatt il-Gvern Laburista diġa' kien beda x-xogħol fuq a gender equality act u hawn nixtieq nieħu l-opportunita' li nistaqsi jekk dan ix-xogħol huwiex qed jitkompla għaliex ċertament minkejja li l-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess, fil-prattika lkoll kemm aħna nafu x'jiġri.", "Ta' min jgħid li dan il-gender equality act li kien qed jaħdem fuqu l-Gvern Laburista jinkorpora fost affarijiet oħra l- eliminazzjoni ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess fuq il- post tax-xogħol, fil-media u f'diversi oqsma oħra; jinkorpora l- implimentazzjoni ta' policy ta' opportunitajiet indaqs mifruxa fuq is- setturi kollha ta' pajjiżna; jinkorpora l-implimentazzjoni ta' politika ta' ugwaljanza bejn nisa u rġiel, jitkellem fuq il-ħtieġa li jinħolqu l- istrutturi neċessarji permezz ta' kummissjoni sabiex tiġi assigurata l- implimentazzjoni tal-liġi, bħalma qed jesiġi dan l-avis; u jgħid ukoll li għandha ssir investigazzjoni f'dawk il-każijiet fejn ikun qed jiġi allegat li saret xi diskriminazzjoni abbażi ta' sess.", "Hawn irrid insemmi wkoll li l-Gvern Laburista ħa ħsieb anke jfassal emendi li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' xogħol, liema emendi huma importanti ħafna, speċjalment meta nafu li sal-lum għad hemm numru kbir ta' part-timers li l-maġġoranza tagħhom huma nisa li qegħdin ibatu minn kondizzjonijiet ħżiena fuq il-post tax-xogħol.", "Il-Gvern Laburista kien saħansitra ppropona li l-impjegati tal-kumpanniji parastatali u privati jkunu jistgħu jgawdu mill-istess benefiċċji li jgawdu minnhom l-impjegati tas-servizz pubbliku, u hawn nista' nsemmi r-reduced hours u r- responsibility breaks, ħalli dawn l-impjegati jkunu jistgħu jibbilanċjaw ir- responsabbiltajiet tagħhom fid-dar u fuq il-post tax-xogħol.", "Jien naħseb li dawn huma l-affarijiet li riedu jisimgħu n-nisa Maltin f'Jum il-Mara.", "Sur President, dan l-aħħar kont qed naqra l-kritika li kitbet Faye Weldon fuq il-ktieb il-ġdid ta' Germaine Greer bl-isem ta' \"The Whole Woman\" - din jidhirli li qrajtha f'\"The Times\" ta' Londra - u qalet li forsi n-nisa ma jridux ikissru l-glass ceiling, jiġifieri dak is-saqaf tal-ħġieġ li għalkemm aħna n-nisa ma narawhx qed iżommna milli nibqgħu navvanzaw fil- karriera tagħna, mhux għax aħna obsessive imma għaliex nibżgħu li meta nkissru dan is-saqaf tal-ħġieġ, il-ħġieġ li jaqa' jista' jweġġa' lil uliedna.", "Jien ukoll ngħid li hawnhekk qiegħed il-qofol ta' kollox għaliex sakemm aħna ma jkollniex it-tfal u forsi l-ġenituri anzjani li jiddependu fuqna, m'hemm xejn xi jżommna milli nkomplu navvanzaw fil-karriera tagħna.", "Fil-fatt huwa proprjament għalhekk li l-proposti li aħna għamilna għall- emendi taċ-CERA għandhom jersqu kemm jista' jkun malajr quddiem il- Parlament.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu family-friendly policies fil-qasam tax- xogħol mhux biss se nibqgħu nitilfu t-talenti ta' ħafna nies, speċjalment tan-nisa - għax kif jaf kulħadd, ġeneralment ir-responsabbiltajiet tal- familja għadhom jaqgħu fuq in-nisa - imma se nibqgħu nitilfu wkoll l- investiment li jkun għamel l-Istat fuq it-taħriġ edukattiv ta' ħafna nisa - biss biss iktar min-nofs il-popolazzjoni universitarja huma nisa - li sfortunatament sal-lum il-parti l-kbira tagħhom qed ikollhom jitilqu mix- xogħol proprju minħabba n-nuqqas ta' flessibbilta' li għandhom fil- kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Jekk ma nressqux dawn l-emendi quddiem il- parlament malajr kemm jista' jkun, l-ammont ta' stress li qed jiġi kkaġunat fuq il-familji Maltin, li wara ġurnata twila ta' xogħol ikunu jridu jiffaċċjaw id-dmirijiet familjari tagħhom, se jkompli jiżdied.", "Fil-fatt aħna s-sena l-oħra konna ħdimna sabiex l-istatistika nazzjonali ma tibqax sempliċement tiġi maqsuma f'nisa u rġiel u daqshekk imma jkun fiha ħafna dettalji bħal, ngħidu aħna, jekk dawn in-nisa għandhomx tfal u x'inhuma l- etajiet tagħhom, ħalli mbagħad il-gvern ikun jista' jibni l-policies tiegħu skond dik l-informazzjoni.", "Xi ħaġa oħra importanti u li ma rridx ninsa nsemmi hija li l-Gvern Laburista kien fassal child-minding act.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra dan l-abbozz ta' liġi, li kien ġie anke diskuss ma' l-avukat ġenerali, jirregola l-ħarsien tat-tfal min-nies li jidħlu għal din ir-responsabbilta' u jitkellem fuq diversi aspetti, fosthom fuq l-iġjene, is-sigurta', il- kapaċita' u t-training li għandu jkollhom dawn in-nies.", "Hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi lill-ministru wkoll biex juża l-poter illi tagħtih il-liġi sabiex jintroduċi xi sussidji għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u li jibagħtu lit-tfal ta' taħt it-tliet snin fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal, liema sussidji ovvjament jingħataw skond il-means test li jsir lil kull familja konċernata.", "Sur President, ta' min isemmi wkoll il-commitment politiku li kellu l- Gvern Laburista biex jagħmel programm ta' breast screening fuq dawk in-nisa li jinsabu at high risk.", "Bla ebda dubju, miżuri bħal dawn mhux biss itejbu l-kwalita' tal-ħajja tal-mara Maltija imma wkoll jgħinu lill-irġiel ilaħħqu mar-responsabbiltajiet tagħhom kemm ġewwa d-dar kif ukoll barra d-dar, u huwa fuq dawn l-inizjattivi konkreti li jeħtieġ illi nkomplu nibnu biex inkunu qed nużaw ir-riżorsi umani kollha u pajjiżna jimxi verament 'il quddiem.", "Sur President, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi ngħid illi f'Jum il- Mara ngħidu ħafna kliem sabiħ pero' n-nisa azzjoni konkreta għandhom bżonn u mhux pika politika.", "Bla ebda dubju, billi noqogħdu nilagħbu għall- gallarija m'aħna se nsolvu l-ebda problema u biex verament inkunu nistgħu ngħidu li qed nibnu soċjeta' fejn ħadd ma jkun qed jibqa' lura, kif iħobb jgħid l-Onor.", "Gonzi, irridu nimxu fuq il-fatti u fuq ir-realta'.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Marzu, 1999 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TARXIEN - TRIQ IL-BLATA - DAWL", "3275.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Blata fejn id-dar \"Je t'aime\" f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ IT-TRAMUNTANA - DAWL", "3276.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq it-Tramuntana, Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - SQAQ BRITTANIKA NRU 2 - DAWL", "3277.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Sqaq Brittaniku Nru 2 wara l-knisja parrokkjali f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - TRIQ L-ARKATA NORMANNA - DAWL", "3278.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Arkata Normanna fuq id-dar \"Fleur d'Amour\" f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet approvata fis-27 ta' Novembru 1998.", "TARXIEN - TRIQ BIRBIXKILLA - DAWL", "3279.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Birbixkilla fuq id- dar Numru 40, fi Sqaq Nru 1, Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3602.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Linji tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l- Agrikoltura u Sajd huma kif jidher hawn taħt:", "Fid-dipartiment tas-Servizzi Korporattivi hemm tlieta, tnejn minnhom jintużaw bħala fax.", "Fid-dipartiment ta' l-Agrikoltura hemm ħamsa, tnejn minnhom jintużaw bħala fax.", "Fid-dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd hemm erba' linji, waħda minnhom tintuża bħala fax.", "Fid-dipartiment tas-Servizzi Veterinarji hemm tnejn, waħda tintuża bħala fax u l-oħra bħala modem.", "Is-Segretarjat Permanenti għandu tliet linji b'aċċess dirett għal barra u waħda minnhom tintuża bħala fax.", "Fis-Segretarjat hawn sitt linji diretti, tnejn minnhom jintuzaw bħala fax.", "MINISTERU TA' L-INTERN - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3603.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu, fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit- tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3604.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu, fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|DIPARTIMENT |NUMRU TA' LINJI| |Segretarjat |6 (2 użati | |Privat |bħala fax) | |tal-Ministru | | |Segretarjat |1 | |Parlamentari (Dr.| | |G. Hyzler) | | |Segretarjat |8 (1 użata | |Parlamentari (Mr.|bħala fax) | |E. Vassallo) | | |Segretarjat |3 (2 użati | |Permanenti |bħala fax) | |Kummerċ | 2 | |Kompetizzjoni | 2 (1 użata | |Ġusta |bħala fax) | |Affarijiet |4 (1 użata | |tal-Konsumatur |bħala fax) | |Proprjeta' |2 (1 użata | |Industrijali |bħala fax) | |Industrija |2 (1 użata | | |bħala fax) | |Statistika |3 | |Ippjanar |2 | |Ekonomiku | |", "MINISTERU TAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3605.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu, fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li n-numru ta' linji diretti ta' telephones b'aċċess għal telefonati, f`uħud mill-każi faxes, għal barra minn Malta huwa hekk:", "|Dipartiment ta' |1 | | |l-Avjazzjoni Ċivili | | | |Dipartiment |1 | | |tal-Liċenzji | | | |Dipartiment |3 | | |tat-Telegrafija | | | |mingħajr fili | | | |Regulatur |2 | | |tat-Telekomunikazzjoni| | | |Dipartiment tat-Toroq |1 | | |Dipartiment |2 | | |tas-Servizzi | | | |Korporattivi | | | |Segretarju Permanenti |2 | | |Segretarjat Privat |5 | | |tal-Ministeru | | |", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3606.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu, fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninsab infurmat li l-għadd ta' linji diretti tat- telephones li m'humiex zero barred huwa kif jidher hawn taħt:", "Ministeru 6", "National Tourism Organisation - Malta' 16", "Hotels and Catering Establishments Board' 1", "Institute of Tourism Studies' 2", "White Rocks Holiday Complex' 1", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - LINJI DIRETTI TAT-TELEPHONES", "3607.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu, fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'diprtiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm dawn il-linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati barra minn Malta:", "DIPARTIMENT NRU.", "TA' LINJI ----------- -------------- Construction & Maintenance 3 Director General 1 W.M.S.I.D. 2 Wages 1 Drainage 4 Contracts & Procurement 2 Building Industry Consultative Council 2 Valletta Rehabilitation Project 1 Ministeru 20 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 8 Manufacturing & Servicing 3", "USURA - BUSINESS WEEKLY", "4502.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li s-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Edwin Vassallo, qal lill-Business Weekly li l-problema gravi ta' l-usura se titpoġġa fuq nett ta' l-agenda politika tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod konkret se jsir dan?", "Liema inizzjattivi speċifiċi se jittieħdu dwar l- usura mill-Ministeru tiegħek?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-artiklu li għalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ma jikkwotax biss dak li qal is-Segretarju Parlamentari, iżda wkoll u primarjament lill-Ministru ta' l-Intern.", "Għalhekk wieħed jista' jitkellem dwar il-problema ta' l-użura fil-kontest sħiħ ta' dak li ġew ikkwotati li qalu ż-żewġ Onor. Membri msemmija.", "Kif inkiteb fl-artiklu, il-gvern huwa konxju ta' din il-problema tant li qed jikkunsidra li jagħmel din il-prattika bħala offiża kriminali.", "Naturalment għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar inizjattivi fi stadju daqshekk bikri.", "PULIZIJA - EXTRA DUTY", "4571.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, kemm kellhom jieħdu flus ta' extra duty membri tal-Korp tal-Pulizija?", "Liema huma dawk l-għaqdiet/kumpanniji eċċ li ilhom ma jħallsu għal xogħol extra li sar wara talba tagħhom stess?", "X'inhu l-ammont f'kull każ?", "Ittieħdu xi passi biex dawn il-flus jinġabru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-ammont ta' flus ta' extra duty maħdum minn membri tal-Korp tal-Pulizija fuq talba ta' terzi matul ix-xhur speċifikati fil-mistoqsija parlamentari kien kif ġej:", "Ammont / Lm 1998 Settembru 43,530 Ottubru 51,425 Novembru 40,877 Diċembru 38,034", "1999 Jannar 27,253", "Ninsab infurmat ukoll illi l-għaqdiet/kumpaniji eċċ li għandhom kontijiet pendenti dwar servizzi mitluba minnhom mill-pulizija u l-ammonti dovuti huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari ninsab infurmat illi l- kontijiet kif ukoll reminders għal ħlas ta' dawn is-servizzi jintbagħtu regolarment.", "GĦAQDIET SPORTIVI - ART/BINI", "4572.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li talbu li jsiru sidien ta' l-art u/jew bini tagħhom qabel il-5 ta' Settembru, 1998, u li x-xogħol kien diġa' beda biex it-talba tiġi milqugħa?", "Dawn tkomplew wara l-elezzjoni?", "Liema għaqdiet sportivi għamlu talba simili wara l-5 ta' Settembru, 1998?", "Jista' f'kull każ jelenka l-ismijiet, il-post u l-kera li qed tintalab?", "Liema postijiet ma jistgħux jingħataw minħabba xi impediment?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "AJRUPORT - SERVIZZ TA' HELICOPTER", "4573.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jiġi proġettat biex helicopter ieħor jieħu post dak ta' l-Air Malta li jinstab wieqaf?", "Għaliex twaqqaf dan is-servizz?", "X'effett jista' jkollu fuq it-turiżmu għal Għawdex it- twaqqif ta' dan is-servizz?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex ġie sospiż fis-27 ta' Jananr biex ikun jista' jsir test analysis tal-gear box mill-manifatturi tal-helicopter.", "Din hija prekawzjoni li tittieħed ta' spiss wara xi inċident ta' l-avjazzjoni, bħalma kien hemm dan l-aħħar fil- każ ta' helicopter ta' l-istess tip fil-Maldives.", "Is-servizz jerġa' jibda malli jkunu finalizzati dawn it-testijiet u jkun hemm clearance mid- Dipartimenti ta' l-Avjazzjoni Ċivili, kemm ta' Malta kif ukoll tal- Bulgarija, peress li l-kumpanija tal-helicopters hija Bulgara.", "Għaddejjin diskussjonijiet mal-kumpanija Bulgara dwar il-possibbilta' li l-kuntratt li jgħalaq fil-31 ta' Marzu li ġej jiġi estiż.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nissuġġerixxi li l-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - BARRANIN", "4587.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tkeċċew barranin mill-qrati Maltin, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, talli: (1) daħlu fil-pajjiż mingħajr permess; (2) talli qagħdu f'Malta aktar milli kien jippermetti l- permess mogħti lilhom; (3) talli nqabdu jaħdmu mingħajr permess; (4) għal xi raġuni oħra; u (5) ta' liema nazzjonalita' huma?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "AFM - SKWADRA MARITTIMA", "4588.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern biex jimmodernizza l-flotta ta' l- iskwadra marittima ta' l-Armata?", "X'inhu l-ammont ta' flus li l-Armata għandha tagħti lit-Tarzna għal tiswijiet/manutenzjoni ta' patrol boats ta' l-Armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sitt snin l-iskwadra marittima tal-FAM xtrat numru ta' patrol boats mill- Ġermanja.", "Permezz ta' dawn il-patrol boats l-iskwadra tista' tagħmel patrolling iktar 'il bogħod mix-xtajta milli kienet tagħmel qabel.", "Bħalissa qiegħed jingħata bidu għall-proġett ta' l-immodernizzar tal-bażi ta' l-iskwadra marittima f'Xatt it-Tiben, li se jiġi jiswa lill-Armata madwar Lm1,000,000.", "Dan il-proġett, tant essenzjali għall-Forzi Armati, qiegħed jingħata prijorita' assoluta.", "Matul din is-sena wkoll se jinxtara apparat ta' radju u ieħor relatat mas- satelliti.", "Il-patrol boats li ser ikunu mgħammra b'dan l-apparat se jkunu kompattibbli ma' sistema ġdida, imsejħa Global Maritime Distress and Safety System li permezz tagħha sejħiet ta' emerġenza fuq il-baħar ikunu jistgħu jiġu mwieġba fil-pront u b'iktar effiċjenza.", "Ir-rwol ta' search and rescue huwa wieħed ewlieni għall-Forzi Armati.", "Għaldaqstant l-użu tar- rescue boats u x-xiri ta' l-apparat imsemmi hu meqjus bħala pass importanti 'l quddiem għall-iskwadra marittima.", "Ma hemmx kontijiet pendenti li l-Forzi Armati għandhom jagħtu lill-Malta Drydocks fir-rigward ta' tiswijiet u manutenzjoni.", "Kont ta' Lm30,432.00 għal spare parts li nxtraw mingħand l-istess Drydocks għadu pendenti.", "Proċeduri biex jitħallas dan l-ammont diġa' qegħdin jittieħdu.", "EU - SUSSIDJU FUQ KIRJIET", "4688.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, f'każ ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, kif jistgħu jiġu effetwati l- iskemi ta' housing tal-gvern, per eżempju, is-sussidju fuq il-kirjiet?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Fl-Unjoni Ewropea, l-iskemi ta' housing tal-gvern huma kompetenza ta' l-istati membri.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4689.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-prodotti li ġejjin għolew matul dawn l-aħħar ġimgħat:", "| |Minn |Sar | | |Dixan |109c |120c | | |Wipex Kitchen |49c |55c5 | | |rolls | | | | |Surf 300g |29c |34c5 | | |Surf 600g |61c |66c8 | | |Sertis paper |29c |32c2 | | |napkins | | | | |Stergene |50c |54c7 | | |Svelto small |50c |57c5 | | |Lux toilet soap |31c |33c | | |Gilette shaving |77c |88c | | |foam | | | |", "Jista' l-Ministru jikkonferma dan huwiex minħabba l-VAT jew le?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li filwaqt li ż-żieda msemmija fil- prezz tad-Dixan, Svelto u Lux Toilet Soap qiegħda tiġi nvestigata, il-prezz tal-Gillette Shaving Foam 200ml mhux talli ma żdiedx talli raħas minn 92ċ għal 88ċ.", "Il-ħames prodotti l-oħra qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tal- Kummerċ.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4690.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-prodotti li ġejjin għolew matul dawn l-aħħar ġimgħat:", "| |Minn |Sar | | Always sanitary |109c |111c6 | |towels | | | | Safari big nectar |55c |60c | | Safari small |15c | 16c4 | |nectar | | | | Toilet paper super|50c |55c | |save x 6 | | | | Toilet paper Tana |82c |89c | |x 10 | | | | Sapuna tal-ħwejjeġ|15c |17c | |Arrow | | | | Derh powder x 2 |100c |110c | | | | |", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn il-prodotti għolewx minħabba l- VAT jew le?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Minn investigazzjoni li għamel l-Uffiċċju tal- Kompetizzjoni Ġusta dwar ċaqlieq fil-prezz ta' l-Always sanitary towels irriżulta illi tlett prodotti għolew filwaqt li tmienja oħra roħsu wara l- introduzzjoni tal-VAT.", "Il-prezzijiet iċċaqalqu kif jidher hawn taħt:", "Diċembru 1998 Jannar 1999", "Always Normal Lm1.190 Lm1.300 Always Normal Plus Lm1.190 Lm1.300 Always Super Plus Lm1.190 Lm1.300 Always Pantiliners Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Night Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Super Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Plus Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Super Plus Lm1.170 Lm1.120 Always Ultra Normal Plus Lm2.130 Lm2.050 Always Ultra Super Plus Lm2.130 Lm2.050 Is-sitt prodotti l-oħra qegħdin jiġu investigati mid-Dipartiment tal- Kummerċ.", "QORMI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "4795.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4491, jista' pero' l-Ministru jgħid jekk in-nies qattx tħallew barra fix-xita waqt il-ħin tar-reġistrazzjoni?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qatt ma ġiegħlu lir-reġistranti joqogħdu fix-xita waqt il- ħin tar-reġistrazzjoni.", "INDIĊI TAL-PREZZIJIET", "4796.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li ż-żieda fil- prezz ta' mediċini, minħabba żidiet minn barra, qed tiġi applikata għall- mediċina bl-istess lot number u m'hijiex tiġi applikata għal lots importati qabel bi prezz irħas?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Qiegħed isir monitoring fi spiżeriji f'Malta u f'Għawdex biex jiġi assigurat li meta jiżdied il-prezz ta' mediċina din iż- żieda ma tgħaddix ukoll għall-konsenji ta' qabel ta' l-istess mediċina.", "L- istess ħaġa tiġri meta jiġi ordnat roħs fil-prezzijiet.", "PREZZIJIET - ŻIEDA FUQ MEDIĊINI", "4797.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4485, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti ż-żieda fit-trasport li hija riflessa fiż- żieda tal-prezz tal-Calpol Sugar Free Under 6?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-prezz li kienet tikkwota l-kumpanija li tesporta l-Calpol Sugar Free Suspension Under 6 x 140ml kienet fuq bażi C.I.F., jiġifieri kien jinkludi t-transport.", "Fl-aħħar żewġ konsenji l-istess kumpanija kkwotat l-istess prezz ta' C.I.F. bħala FOB u żiedet l-ispejjeż tat-trasport apparti.", "Dan ikkaġuna ż- żieda fil-prezz.", "NAC - FOOD ROOM", "4836.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4517 dwar l-iżvilupp li sar fil-food Room fl-NAC?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-ewwel live food room ġiet żviluppata fl-1992 bħala parti ntegrali mill-iżvilupp oriġinali tal-hatchery.", "Fl-1995 ġie deċiż li l-hatchery tiġi mkabbra biex jiġu mkabbra l-opportunitajiet għar-riċerka, per eżempju, ma kienx għad hemm vaski kbar biżżejjed biex isiru esperimenti ta' tfaqqis ta' speċi ta' ħut kbir bħal aċċjol, u wkoll biex tiżdied il-produzzjoni tal-frieħ tal-awrat.", "Bħala parti minn dan il- programm ta' espansjoni nbniet it-tieni broodstock room (kamra b'vaski għall-ħut ġenitur) u t-tieni live food room.", "Sa Gunju ta' l-1998 it-tieni broodstock room tlestiet u ġiet mgħammra bil-ġenituri tal-awrat u ta' l- aċċjol.", "Sa l-aħħar ta' l-1996 it-tieni live food room kienet prattikament lesta, ħlief għal xi xogħlijiet żgħar li kien jonqos fl-elettriku u l-cold room kienet għad trid tiġi attrezzata bit-tagħmir meħtieġ li jżomm it- temperatura mixtieqa.", "Dawn ix-xogħlijiet ħadu sa l-aħħar ta' l-1997 biex tlestew.", "Ix-xogħol li sar fuq l-elettriku fl-1997 kellu jiġi rivedut għax ma sarx kif kellu jsir.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - URBAN & RURAL LANDSCAPING", "4837.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Peress li matul l-amministrazzjoni preċedenti kien qed isir kordinament bejn diversi kunsilli lokali u l-Urban & Rural Landscaping tad- Dipartiment ta' l-Agrikoltura u fost dawn kien hemm ukoll il-lokal tar- Rabat, jista' l-Ministru jikkonsidra li jkomplu x-xogħlijiet ta' landscaping fir-Rabat, partikolarment fi Triq Santa Rita, Rabat, Howard Gardens u l-proġett ta' ġnien rikreattiv f'Għajn Qajjed Housing Estate?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Koordinament bejn diversi kunsilli lokali u d- Dipartiment ta' l-Agrikoltura jsir regolarment, kemm dwar proġetti kif ukoll dwar manteniment ta' żoni partikolari.", "Ix-xogħlijiet isiru skond il- fondi u l-ħaddiema disponibbli.", "MALTA/LIBJA - PROTOCOLL", "4838.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: B'riferenza għall-Protocoll ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u s-sajd iffirmat mill- amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-5 ta' Settembru u ċioe' kemm saru laqgħat ta' kontinwazzjoni u x'riżultati nkisbu?", "Jista' l-Minsitru ġentilment jinforma lill-Kamra meta hi mistennija l- ewwel delegazzjoni żżur Malta u viċi versa dwar l-iżviluppi ta' l-imsemmija koperazzjoni?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza din il- mistoqsija lill-awtoritajiet konċernati, jiġifieri lill-Ministru tal-Biedja u Sajd.", "RABAT - ĊIMITERJU", "4857.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt matul iktar minn leġislatura waħda f'dan il-Parlament sabiex tiġi rimedjata l-problema ta' ħafna familji Rabtin li jixtiequ jkollhom ċimiterju fil-lokal, jista' l- Ministru jara li jikkordina laqgħa bejn l-uffiċjali u l-membri Parlamentari tal-lokal sabiex din is-sitwazzjoni, li ilha pendenti tant żmien, tiġi rimedjata?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif kont wegħedt fir-risposta parlamentari numru 4161 magħmula mill-istess Onor. Membru, jien tajt struzzjonijiet lid- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex issir laqgħa mad-deputati Parlamentari kollha tat-12-il-Distrett sabiex tinstab soluzzjoni dwar is-sitwazzjoni msemmija.", "Din il-laqgħa ġiet iffissata tliet ġimgħat qabel ma l-Onor Interpellant għamel id-domanda.", "Fil-fatt din il-laqgħa nżammet id-dipartiment nhar l- Erbgħa 24 ta' Frar fil-11.30 a.m. u d-deċiżjonijiet ġew ikkommunikati lill- pubbliku permess ta' Press Release Nru. 261 datata 25 ta' Frar, 1999.", "UNIVERSITA' - DIPARTIMENT TAS-PSYCHOLOGY - STUDENTI", "4891.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: In vista tar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 2005, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jiġri wara l-aħħar ta' Frar, 1999, mill-istudenti li qed jattendu għal certificate course in Education (Classroom support trainee) organizzat mid-Dipartiment tas- Psychology fl-Universita' ta' Malta flimkien mad-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-istudenti li attendew għal Certificate Course in Education (Classroom Support Trainee) organizzat mid- Dipartiment tas-Psychology fl-Universita' ta' Malta, ġew ingaġġati bħala supply kindergarten assistants ma' tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-kwalifika mitluba għall-mili ta' vakanzi f'dan ir-rigward fuq bażi regolari skond il-ftehim kollettiv s'issa hi dik ta' Diploma.", "KUNSILL TA' L-ARTI", "4892.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1994, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi żviluppi rigward kunsill ta' l-arti ffurmat minn artisti, mużiċisti u persuni tal- palk?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija fin-negattiv.", "ISLA - GARDJOLA", "4893.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1987 rigward il-Gardjola li hemm fil-Bieb tal-Belt Sengleana, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed jsir billi riċentement jidher li nbeda xi xogħol hemmhekk?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa fuq il-Gardjola tal-bieb fid-daħla ta' l-Isla huwa ta' manutenzjoni.", "F'dan l-istadju ġie deċiż li ma jsirx bdil ta' ġebel imma li jitberflu l-fili miftuħin biex tiġi evitata aktar ħsara li kienet qed tiġri bid-dħul ta' ilma fl-istess fili.", "Il-ġebel l-aktar iddeterjorat ser jiġi rranġat permezz ta' plastic repair.", "B'dan il-metodu jiġi żgurat li l-valur storiku tal-gardjola jibqa' intatt.", "Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema ta' l-Iskola tal-Bini taħt superviżjoni tat-Taqsima tar-Restawr, Ministeru għall-Ambjent.", "TAXXI INTERNI - TAXXA TAS-SUĊĊESSJONI", "4894.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fis-sezzjoni tat- Taxxi Interni li tieħu ħsieb il-ġbir tat-taxxa fis-suċċessjoni sabiex jiġi permess li armla tħallas bin-nifs l-ispejjeż tal-boll tal-kuntratt pubbliku, li huwa neċessarju, billi dan f'ċerti ċirkostanzi qiegħed ikun kaġun ta' tbatija żejda?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, 1993, jipprovdi li t-taxxa dovuta fuq kull trasferiment causa mortis għandha titħallas fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad- dikjarazzjoni causa mortis.", "Jekk it-taxxa dovuta mill-benefiċjarji fuq id-dikjarazzjoni causa mortis tkun anqas minn Lm1,000 u l-istess d-dikjarazzjoni tkun saret fi żmien sitt xhur mid-data tal-mewt tal-persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa mortis ikun hemm rebate ta' Lm100.", "Meta d-dikjarazzjoni causa mortis issir wara sena mid-data tal-mewt jibda jitħallas imgħax ta' 8% fuq l-ammont ta' taxxa dovuta għal kull sena jew parti minnha li tiskadi bejn l-ewwel anniversarju tad-data tal-mewt u d- data ta' l-għemil tad-dikjarazzjoni.", "QORTI TAL-ĠUSTIZZJA - COMPLAINTS SECTION", "4895.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin jitwaqqaf il-mekkaniżmu neċessarju għal complaints section ġewwa l-Qorti tal-Ġustizzja?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi bħalissa hemm diversi proġetti għaddejjin fil-qrati bil-ħsieb li jitjiebu s-servizzi għall- pubbliku u anke għaddej studju mill-MEU dwar l-amministrazzjoni kollha tal- qrati.", "Il-ħsieb hu li l-ewwel jissaħħu ċerti strutturi mbagħad titwaqqaf complaints section.", "UNIVERSITA' - KUNSILL", "4896.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa ffurmat u kompost il- kunsill ta' l-Universita' għas-sena 1999?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kunsill ta' l-Universita' ser jiġi rikostitwit f'dawn il-ġranet.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - XIRI TA' ART", "4993.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru ġentilment jappunta laqgħa tal-Control Commitee bejn il-gvern u l-Kurja sabiex issir kontinwazzjoni tal-każ 290/96 u oħrajn bħalu sabiex ikun hemm deċiżjoni finali dwar fejn se jitħallas il-pagament tax-xiri ta' l-art?", "Peress li dawn l-anzjani in kwestjoni ilhom aktar minn 20 sena mdendla, jista' l-Ministru jirrimedja fil-proċeduri neċessarji?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-proposti għal qbil dwar kif għandu jsir ħlas ta' kumpens f'każ ta' art tal-Knisja okkupata illegalment għandhom jifformaw parti minn pakkett sħiħ ta' punti li jiġu miftiehma bejn il-gvern u l- Awtorita' Ekklesjastika.", "Għalhekk l-ebda laqgħa waħda tal-control committee ma tista' ssolvi din il-problema.", "Nixtieq inżid li sar progress mhux żgħir dwar qbil fuq dan il-pakkett ta' proposti.", "NAC - ĦUT", "4994.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4519?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-produzzjoni tal-ħut (fingerlings) fil-NAC qabel Ottubru ta' 1996 kienet kif ġej:", "Sena Produzzjoni", "1992 33,000 1993 251,000 1994 493,250 1995 1,263,814 1996 (qabel Ottubru) 709,687", "Wara li l-Public Accounts Committee stħarreg il-każ sa fejn setgħa, dan l-istess kumitat irrifera l-materja kollha ta' ħlasijiet u nfiq minn dan iċ- ċentru lill-Awditur Generali li jirrapporta r-riżultat ta' l-istħarriġ tiegħu lill-Parlament.", "TARXIEN - PJAZZA BULEBEN - TELEPHONE BOX", "5019.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone box fi Pjazza Buleben, f'Ħal Tarxien, għal konvenjenza tar-residenti ta' l-istess pjazza u tat-toroq tal-madwar, peress li l-eqreb waħda hija pjuttost 'il bogħod?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li se ssir laqgħa bejn l-uffiċjal inkarigat mill-Payphones Section (Planning & Marketing) tal-Maltacom plc. u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jiġi stabbilit jekk hemmx il-ħtieġa ta' din il-cardphone kif qed jipproponi l-Onor.", "Interpellant.", "Jekk minn din il-laqgħa jirriżulta li hemm ħtieġa ta' din il-cardphone jittieħdu l-passi biex jiġi identifikat is-sit fejn din il-cardphone għandha titwaħħal mill-aktar fis possibbli.", "TARXIEN - PJAZZA BULEBEN - LETTER BOX", "5020.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal letter-box fi Pjazza Buleben, f'Ħal Tarxien, għal konvenjenza tar-residenti ta' l-istess pjazza peress li l-eqreb waħda hija pjuttost 'il bogħod?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li f`Ħal Tarxien diġa' hemm sitt kaxxi ta' l-ittri.", "Dan in-numru ta' letter boxes suppost li jaqdi sew il- ħtiġijiet ta' lokalita' bi 8,000 ruħ.", "VAT - REFUNDS", "5021.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm individwi/ditti ngħataw refunds fuq il-VAT mill-1/1/99 sal-lum?", "Kemm jammontaw fi flus?", "Huwa minnu li refunds ta' anqas minn Lm100 ingħatat direttiva biex jiġu mħallsin?", "Jekk fl-affermattiv, min ta din id-direttiva u kemm-il persuna/azjenda bbenefikat minnha?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum kien hemm 366 persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT li b'kollox ingħataw Lm808,902.59 f`refużjonijiet tal-VAT.", "Skond l-Att ta' l-1994 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ħlas lura ta' kreditu eċċessiv li jsir dovut għandu jsir mhux aktar tard minn tletin jum mill-aħħar jum meta għandha tintbagħat id-denunzja tat-taxxa għall-perjodu ta' taxxa li jiġi wara, ikun kemm ikun l-ammont.", "MINISTERU TAS-SIGURTA' SOĊJALI - INFIQ TA' FLUS", "5041.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998, sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemised dwar il-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru, 1998, sat-28 ta' Frar 1999, intefqet is-somma ta' Lm987 f'maintenance fl-uffiċini tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.", "B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-\"rendikont itemised\".", "SKEJJEL - STUDENTI TQAL", "5094.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bniet li ħarġu tqal fiż- żmien li kienu għadhom qed jattendu l-iskola s-sena li għaddiet?", "X'kienu l- etajiet tagħhom?", "Dawn it-tfal jingħataw xi counselling mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-istatistika tindika n-numru ta' dawk it-tfajliet tqal li attendew l-iSchoolgirl Mother's Unit u għalhekk ma tistax tiġi eskluża l-possibbilta' li seta' kien hemm tfajliet tqal li m'għamlux użu mill-programm.", "Statistika eżatta tista' tittieħed biss mir- Reġistru Pubbliku.", "Sena Taħtis-16-il Fuq is-16-il Total Skolastika sena sena", "1997-1998 42 31 73 1998-99(to date) 14 25 39", "Meta tfajla taħt is-16-il sena tinqabad tqila tingħata l-ewwel għajnuna permezz ta' counselling, mill-guidance teacher u mill-iSchool Counsellor ta' l-iskola stess.", "Meta tiġi riferuta u tibda tattendi l-iSchoolgirl Mother's Unit tibda tingħata counselling regolari mill-iSchoolgirl Mother's Unit.", "It-tfajla tingħata wkoll tagħrif u tagħlim dwar is-sitwazzjoni ġdida tagħha minn żewġ guidance teachers li jmexxu l-programm fil-unit.", "Il- counselling jibqa' jingħata lit-tfajla anke wara t-twelid tat-tarbija, sakemm it-tfajla tibqa' titolbu.", "Meta tfajla żagħżugħa tinqabad tqila barra ż-żwieġ jistgħu jinqalgħu problemi, mhux biss għat-tfajla iżda wkoll għall-familjari tagħha u għalhekk l-iSchoolgirl Mother's Unit toffri counselling mhux biss lit-tfajla iżda wkoll lill-familja tagħha, kull meta dan jiġi mitlub.", "SKEJJEL - KSUR TA' REGOLAMENTI", "5095.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li ttellgħu l-qorti fl- 1998 talli kisru l-ischool attendance laws?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li n-numru ta' ġenituri li matul is- sena 1998 ittellgħu l-qorti talli naqsu milli jibgħatu lil uliedhom l- iskola kien ta' 3,916.", "Il-Ministeru qed jieħu inizjattivi biex id- Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tkun f'pożizzjoni aħjar li tassigura l- attendenza regolari tat-tfal kollha fl-iskola.", "SKEJJEL - STUDENTI", "5096.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' tfal li jibqgħu unaccounted for, tfal li jkunu reġistrati ġo skola imma li l-iskola titlef kuntratt magħhom u mal-ġenituri tagħhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-każijiet li fuqhom qed taħdem is- Sezzjoni Welfare huma kollha accounted for, għajr tlett itfal li fuqhom hemm kuntatt mal-pulizija.", "SKEJJEL - STUDENTII", "5097.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jieħu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jiżgura li kull tifel u tifla jkunu reġistrati ġo skola biex ikun ċert li ma jkunx hemm tfal li jitħallew barra kompletament mis-sistema edukattiva tagħna?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l-materja diġa' hi regolata dettaljatament mil-liġi.", "Meta s-social workers jiltaqgħu ma' xi każ bħal dak imsemmi mill-Onor.", "Membru, jużaw metodi skond il-proċeduri tas-social work biex dawn it-tfal jattendu l-iskola.", "UNIVERSITA' - UPDATE REPORT", "5098.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Unjoni Ewropea fl-update report biex tikkummenta fin-negattiv dwar il-korsijiet tad-dentistrija, mediċina u l- kors tal-midwives?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex niżguraw li l-Unjoni Ewropea taċċetta li dawn il-korsijiet huma fil-fatt konformi mas-sistema edukattiva Ewropea, billi huma bażati fuq is-sistema Ingliża?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-opinjoni hi fuq it-training tal-family practitioners (GPs) u mhux fuq il-Kors tal-Mediċina in ġenerali.", "Ħadd ma żar l-Iskola Medika jew l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.", "Jiena fiduċjuż li meta jiġi l-waqt u jsiru l-visits uffiċjali, l-esperti kompetenti jkunu aktar sodisfatti bil-livelli kif inhuma l-bordijiet kompetenti Ingliżi, Norveġiżi u oħrajn.", "Ma nafx x'inhi r-raġuni għaliex l-Unjoni Ewropea fl-update report tikkummenta fin-negattiv dwar il-kors tal-midwives.", "Il-korsijiet ta' Diploma u Degree jikkonformaw ma' direttivi ta' taħriġ neċessarju għall- midwives fl-Unjoni Ewropea.", "Id-direttivi emendati għat-taħriġ tal-midwives 89/504/EU huma inkorporati fil-aims and learning outcomes ta' kull komponent tal-kors.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUNTRATTI", "5121.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l- ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv)intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Il-pożizzjoni għadha kif kienet fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2166.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KUNTRATTI", "5122.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l- ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta nfetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU TAL-FINANZI - KUNTRATTI", "5123.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l- ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il- Parlament f`Ottubru li għadda, b`risposta għall-diversi domandi fir- rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - KUNTRATTI", "5124.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l- ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il- Parlament f'Ottubru li għadda, b'risposta għall-diversi domandi fir- rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - KUNTRATTI", "5125.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir- rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - KUNTRATTI", "5126.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbux quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħatawx extensions?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Frar, 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ħareġ offerta waħda għall- provvediment ta' trasport bix-xufier matul is-sena.", "Il-kwotazzjonijiet li ntbagħtu bi tweġiba għal din is-sejħa għal offerti bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Kumitat għall-Kuntratti tal-Gvern.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5182.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Diċembru mill-1990 sa l- 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dawn in-nies kienu qegħdin jirreġistraw għax- xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Diċembru ta' kull sena:", "1990 5,087 1991 4,919 1992 5,548 1993 6,175 1994 5,585 1995 5,247 1996 6,245 1997 7,149 1998 7,437", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5183.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol mill-ibliet tat-Tieni Distrett f'Diċembru, 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Diċembru 1998, jirreġistraw għax-xogħol mill- ibliet tat-Tieni Distrett kien hemm 1,109 persuna.", "DISTRETT NRU.", "2 - BOZOZ", "5184.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal bozoz ġodda fl- ibliet tat-Tieni Distrett?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talbiet pendenti għall-bozoz ġodda fl-ibliet li jiffurmaw it-Tieni Distrett Elettorali huwa kif ġej:", "LOKALITA' NUMRU TA' TALBIET PENDENTI", "Birgu 2 Bormla 8 Fgura 59 Isla 3 Kalkara 11 Xgħajra 5", "DROGI", "5204.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li ngħataw kura għad-dipendenza fuq l-eroina, kokaina, ecstasy u drogi oħra separatament?", "Kemm kien hemm persuni li marru għall-kura li l- eta' tagħhom hi (a) taħt il-15-il sena; (b) taħt it-18-il sena u mhux anqas minn 16-il sena; (c) bejn id-19 u l-40 sena; (d) 'il fuq minn 40 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Aġenzija sedqa toffri żewġ tipi ta' kura għad- dipendenza mid-droga: (a) kura medika li ġeneralment tingħata miċ-Ċentru tad-Detox Out-Patient kif ukoll ġewwa Dar l-Impenn, fejn fost l-oħrajn issir ditossifikazzjoni mid-droga; (b) kif ukoll interventi psiko-soċjali aktar intensivi f'units oħra.", "F'dik li tirrigwarda kura medika, il-biċċa l-kbira tan-nies li jattendu huma dipendenti fuq id-droga eroina, għalkemm il-biċċa l-kbira minnhom jieħdu aktar minn droga waħda.", "In-numru ta' individwi li ngħataw kura medika għad-dipendenza mid-drogi matul l-1998, kien 753 li l-etajiet tagħhom huwa kif ġej:", "ETA NUMRU", "15 1 16-18 38 19-40 679 40+ 35 TOTAL 753", "SUPER FIVE - GĦAQDIET VOLONTARJI", "5205.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus lill-għaqdiet volontarji u filantropiċi mid-dħul tas-Super Five fl-aħħar sentejn?", "Kemm ingħatat kull għaqda f'kull okkażjoni?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru tal- Finanzi.", "PULIZIJA - IMPJEGATI", "5206.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 x'kien in-numru ta' pulizija li telqu mill-Korp, xahar b'xahar?", "F'liema ranks kienu l-pulizija li telqu?", "Kemm minnhom kellhom diġa' 25 sena servizz?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa Frar 1999, in-numru ta' membri li telqu mill-Korp, xahar b'xahar, u l-grad tagħhom kien kif ġej : -", "1998 1999 Grad Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Frar", "Spettur - - - - - 1 Surġent 1 - - - - 2 Kuntistabbli 2 3 3 - 2 -", "Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' membri minn dawn, li kellhom diġa' 25 sena servizz kien ta' 5 (3 surġenti u 2 kuntistabbli).", "SKEJJEL - TUCK SHOPS", "5207.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar bejgħ ta' prodotti ta' ikel u xorb mit-tuck shops ta' l-iskejjel?", "Isiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li qed isir bejgħ ta' prodotti li jipproteġu s-saħħa tat-tfal?", "Kemm saru spezzjonijiet fl-ewwel term ta' l- iskola?", "Instabu xi rregolaritajiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-Seduta.", "DROGA - DETOX CENTRE", "5208.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid matul l-1998 kemm kien hemm nies li marru jfittxu l-kura għad-dipendenza mid-droga fiċ-Ċentru tad-Detox ta' Malta u Għawdex separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddi din id- domanda lill-Ministru tal-Politika Soċjali u lill-Ministru għal-Għawdex rispettivament.", "PULIZIJA - ĦAL-LIJA - GĦASSA TAL-PULZIIJA", "5209.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li Ħal-Lija, li bħala parroċċa tinkludi wkoll lill-Iklin, m'għandhiex għassa tal-pulizija, jista' l-Ministru jistudja l-possibbilta' li jinstab post biex tinfetah għassa?", "Jaf il-Ministru li l-eqreb għassa hi dik ta' Ħal Balzan u li ma tkunx miftuha fuq bażi regolari?", "ONOR.", "TONIO BORG: Is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant ser jiġi kkunsidrat.", "Infurmat ukoll illi l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Balzan tkun miftuħa regolarment.", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "5222.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Fil-każ ta' l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq, jista' l-Ministru jgħid taħt il-konċett ta' Design and Build, l-interess tal-klijent kif se jiġi mħares?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-interess tal-klijent jiġi mħares bit-tisħiħ tar- riżorsi neċessarji biex jikkontrolla lill-kuntrattur hekk kif stipulat f'normi internazzjonali", "TAL-QROQQ - SPTAR ĠDID", "5223.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun ir-rwol tal-project management fil-kuntratt ta' Design and Build fl-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-rwol tal-project management fil-kuntratt ta' Design & Build tiġi stabilita meta x-xogħol fuq il-Memorandum of Understanding ikun aktar avanzat.", "UE - STIPENDJI", "5248.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea, jekk l-istipendju li jingħata lill-istudenti ta'l- Universita' jibqax jingħata jew jekk tridx tinbidel is-sistema?", "Jista' l- Ministru jgħid jekk iridx jingħata wkoll lil istudenti barranin li jiġu mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropeja, ma tkunx mitluba tneħħi jew tbiddel is-sistema ta' stipendju li jingħata lill-istudenti ta' l-Universita'.", "Jekk inbiddlux jew le s-sistema ta' l-istipendju hija deċiżjoni tagħna, li neħduha aħna u mhux tgħidilna x'nagħmlu l-Unjoni Ewropeja.", "Le, l-istipendju ma jridx jingħata lill-istudenti barranin li jiġu mill- pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nirreferi lill-Onor.", "Membru għad-direttiva tal-Kunsill tal-Ministri Numru 90/366 EEC illi filwaqt li tagħti lil dawn l- istudenti d-dritt ta' residenza, tagħmilha ċara illi huma ma jkunux intitolati għal stipendju f'pajjiżna.", "UE - VETTURI", "5249.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid jekk il-mod kif joħorġu l-permess għal taxis (bojod), minibuses (ħomor) u karozzi tal-linja jridx jiġi liberalizzat u kulħadd jista' jixtri dawn il-vetturi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-punti partikolari msemmija f`din id-domanda għad iridu jiġu diskussi.", "UE - BURDNARA", "5250.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-permessi tal-burdnara iridux jiġu liberalizzati u kulħadd jista' japplika u jingħata l-permess meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jista' l-Onor.", "Interpellant jispeċifika jekk f`din il-mistoqsija bil-kelma \"burdnara\" hux qed jirreferi għall-ħaddiema tal- port jew għall-burdnara li jġorru l-merkanzija bejn il-portijiet u l- imħazen ta' l-importaturi?", "Il-permessi tal-burdnara tal-merkanzija jinħarġu mill-Kontrollur tad-Dwana.", "UE - BURDNARA", "5251.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif se jiġu effettwati l-burdnara li llum huma mdaħħla fil-post workers scheme u fejn il-job jintiret mill-missier għall-iben, din is-sistema hija kompattibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-dritt għal wirt m'għadux japplika għall-ħaddiema tal-port li daħlu wara t-23 ta' Ottubru, 1992.", "Dan b'riżultat tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-GWU fl-1992.", "Għalhekk dawn mhux ser ikunu effetwati b'xi regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "FURNARA", "5252.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi safejn naf jien il-qamħ li jintuża mill-furnara (tal- ħobża ta' Malta) huwa ssussidjat u għalhekk il-ħobża ta' Malta toħroġ irħas, jista' l-Ministru jgħid, jekk is-sussidju jistax jingħata kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jekk jitneħħa, kemm huwa maħsub li tiġi tiswa ħobża ta' Malta llum?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif diġa' għedt meta weġibt mistoqsijiet simili, ma naħsibx li f'dan l-istadju hekk bikri wieħed jista' jesprimi ruħu dwar xi pass li jista' jkun meħtieġ li jittieħed fil-futur.", "LEVIES", "5267.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kif proċedura li daħlet bi prova fi żmien Gvern Nazzjonalista li tirrigwarda ħlasijiet tal-levy ta' 3mls fil-Lm1 u li taqa' taħt ix-xerrej, pitkal u bidwi, għada fis-seħħ sal-lum?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Din il-levy daħlet permezz tar-regolamenti ta' l-1989 dwar Drittijiet imħallsin f'Ċentri tal-Bejgħ ta' Prodotti tal-Biedja u kienet intenzjonata biex tiffinanzja skema ta' kaxxi ġodda u nodfa għal ġarr u bejgħ ta' ħaxix.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess ġiet inawgurata uffiċjalment makna tal-ħasil tal- kaxxi ġdida fil-Pitkalija.", "Dawn il-flus jintuzaw ukoll għal spejjeż tal- ħasil tal-kaxxi u xiri ta' kaxxi ġodda skond il-bżonn.", "ĦABS ĊIVILI - MAĠĠURA", "5269.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li ngħatat il-promozzjoni ta' maġġura fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, li isimha qed jintbagħat separatament, m'hijiex qed tagħmel xogħol relatat mal-promozzjoni msemmija u dan peress li din qiegħda fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bħala skrivana u saħansitra qegħda tirrifjuta li tmur lura fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhux talli mhux qed tirrifjuta li tmur lura fil- Faċilita' Korrettiva ta' Kordin talli fil-fatt bdiet taqdi d-doveri tagħha fil-Faċilita' fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna, flimkien ma' oħrjan li għaddew mill-interview għal post ta' senior correctional officer, se jingħataw il- ħatra fil-ġranet li ġejjien.", "PULIZIJA - VETTURI TAT-TIP COMMERCIAL", "5273.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5005 dwar vetturi tat-tip commercial li jien poġġejt lill-Ministru ta' l-Intern fit-23 ta' Frar, 1999 u cioe':", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li vetturi tat-tip commercial se togħlilhom il-liċenzja tal-pulizija?", "Jekk se tiżdied b'kemm se tiżdied?", "Jekk se jkun hemm żieda, din se taffettwa lis-self employed ukoll, anke dawk li għandhom vettura jew vetturi li jħaddmu n-negozju tagħhom bihom\"?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li m'hemm l-ebda ħsieb li vetturi kummerċjali togħlilhom il-liċenzja tat-triq.", "GĦAWDEX - TRIQ CAROLINA CAUCHI", "5284.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qabel ma jingħata t-tarmac fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat, Għawdex ma jsirx water culvert li huwa aktar neċessarju mit-tarmac għall-abitanti ta' l-istess triq li jirċievu volum kbir ta' ilma?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li x-xogħol fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat, Għawdex, qiegħed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.", "FGURA - ASFALTAR TA' TOROQ", "5294.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li wara l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4860 ġejt informata mir-residenti ta' dawn it-toroq li s-servizzi neċessarji ta' qabel it-tarmac saru kollha mid-dipartimenti konċernati, jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-toroq bit-tarmac?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 4860.", "PBS", "5310.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma r-rapport li deher fil-ġurnal \"l-orizzont\" (front page) bid-data 2/3/99 li hu maħsub li l-PBS jiġi żarmat fi żmien tliet snin?", "Għal-liema skop hu maħsub li jsir dan?", "X'se jiġri mill-ħaddiema tal- PBS li m'humiex impjegati taċ-Ċivil?", "Kemm hemm ħaddiema fil-preżent mal- PBS?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, ma nikkonfermax.", "B'kollox mal-PBS fil-preżent hemm 203 ħaddiema full-time u żewġ part-timers.", "PENSJONIJIET", "5313.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandha pensjoni żgħira tant li qed issibha diffiċli biex tlaħħaq mal-ħajja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata qed tirċievi pensjoni taħt il-Ftehim Reċiproku bejn Malta u l- Awstralja.", "Jiena nfurmat li r-rata ta' pensjoni kontributorja li qed tirċievi l-armla issa, tirrifletti l-medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati ta' żewġha hawn Malta.", "Ninforma lill-Onor.", "Membru li l-persuna konċernata se tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha kif ukoll tingħata l-pariri kollha biex tapplika għal dawk il- benefiċċji kollha li jista' jkolla dritt għalihom.", "KUMPANNIJA MGM", "5314.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-gvern fil-futur għall- kupannija MGM (Malta Gantry)?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-futur tal-kumpanija Malta Gantry Manufacturing Ltd. huwa marbut b'mod dirett mal-kuntratt tal-Malta Freeport, taħt liema kuntratt il-kumpanija għandha l-obbligu li tissuplixxi numru ta' quay side cranes u rubber tyred gantry cranes.", "Ir-rwol prinċipali tal-Malta Gantyr Manufacturing Limited fix-xhur li ġejjin ser ikun il-commissioning u d- delivery ta' dawn il-krejnijiet lill-Malta Freeport.", "BORMLA - CRISIS INTERVENTION CENTRE", "5315.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata l-attenzjoni li jixirqilha t-talba ta' numru ta' residenti minn Bormla li qed joġġezzjonaw għal bini ta' crisis intervention centre f'Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari numru.", "212.", "SPTAR MONTE CARMELI - IMPJEGATI", "5318.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati, grad grad, f'kull sala ta' l-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hi skond kif ġej:", "WARDS NO DNO SN EN H.ASS H.AUX --------------------------------------- MW2 1 0 6 10 1 2 MW3A 1 1 1 9 7 1 MW3B 1 0 0 10 7 2 MW5 0 1 3 5 11 1 MW6 1 0 1 4 2 2 MW7 1 0 0 9 3 2 MW8 1 0 0 8 4 2 JUV 1 1 0 4 6 2 YPU * 0 1 6 0 1 HWH 0 1 0 10 0 0 FW2 1 1 2 8 4 1 FW3 0 0 0 3 0 0 FW5A 1 0 0 5 5 1 FW5B 0 1 0 5 5 0 FW6 1 1 5 5 0 1 FW7 0 1 0 5 0 2 FW8 0 0 1 4 2 1 FW10 1 0 2 5 0 0 -------------------------------------", "* Fil-wards JUV u YPO iservi fihom l-istess N.O.", "SPTAR MONTE CARMELI - FEMALE WARD 2", "5319.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti mpjegati mill-Female Ward 2 fl-Isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal- liema perjodu qed jirreferi.", "ANZJANI - CSAS", "5320.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu CSAs mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Mil- liema lokalita' ġew?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "5325.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn mindu ħarġet OPM Circular 4/99 datata 28/1/99 dwar is- sick leave ta' l-impjegati Ċivili li tawtorizza li ministeri/dipartimenti jidħlu f'kuntratti ma' tobba individwali/gruppi ta' tobba biex jagħmlu house visits, kemm saru arranġamenti ta' dan it-tip?", "F'kull każ, jista' l- Prim Ministru jgħid minn huma t-tobba/ditti ta' tobba nvoluti?", "Kif intgħażlu?", "X'inhi r-remunerazzjoni ta' dawn it-talin għal dan ix-xogħol?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Iċ-ċirkolari OPM Numru 4/99 tawtorizza d- dipartimenti rispettivi jagħmlu l-arranġamenti tagħhom dwar il-verifika tas- sick leave minn tobba privati u għalhekk nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza d-domanda tiegħu lill-Ministeri rispettivi.", "Fil-każ tad-dipartimenti li jaqgħu taħt l- uffiċċju tiegħi ninsab infurmat li dawn l-arranġamenti għad ma kienx hemm bżonn li jiġu ntrodotti.", "KUNSILL TA' L-EWROPA - UFFIĊJALI", "5333.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibgħuta uffiċjali mill-Fond Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-5 ta' Settembru, 1999 sal-lum?", "Meta ġew?", "X'deċiżjonijiet ittieħdu, jekk kien hemm, fuq il-proġetti li għaddejjin u li hemm ftehim finanzjarju fuqhom ma' l-istess fond?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-5 ta` Settembru 1998 'l hawn kellna żjara waħda minn żewġ uffiċjali tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta' l- Ewropa.", "Dawn kienu Malta bejn l-14 u s-16 ta' Frar li għadda biex jevalwaw il-progress u xi tibdil li seta' sar jew hu ppjanat għall-Isptar l-ġdid tal- Qroqq.", "S`issa ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet u d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin."]} {"filename": "20010724_589d_par.doc", "date": "2001-07-24", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 589 It-Tlieta, 24 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 589", "It-Tlieta, 24 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.07 a.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "589", "It-Tlieta, 24 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 293", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 293", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' IRMIĠĠ", "F'PINTO WHARF FIL-PORT IL-KBIR LIL VISET p.l.c.", "296", "AĠĠORNAMENT 316", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 321", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 588 li saret fit-23 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL – AMMINISTRAZZJONI TA' FONDI", "27586.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex l-uffiċjali fil-ministeru tal-finanzi jiġu persważi li aktar jagħmel sens li l-iskejjel jibda jingħatalhom ammont ta' flus li ma jkunx maqsum b'mod riġidu fi tliet voti differenti, u dan sabiex it-tmexxija ta' l- iskejjel tkun aktar effettiva u effiċjenti, dejjem bis-salvagwardji meħtieġa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni) (f'isem il- Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li sa issa ma kien hemm ebda żvilupp f'din il-materja.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu indikazzjoni jekk hux se jkun hemm follow-up immedjat fix-xhur li ġejjin?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-file li għandi quddiemi m'għandix din l- indikazzjoni, pero' minn kif inhi worded ir-risposta nassumi li għadhom għaddejjin xi tip ta' diskussjonijiet interni biex wieħed jesplora x'possibbilta' hemm li dan is-suġġeriment jibda jitħaddem.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Il-Ministru għandu indikazzjoni jekk dan l- arranġament jistax jintlaħaq qabel ma tibda s-sena skolastika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Hawn m'aħniex ngħidu li l-ammont għal kull skola se jiżdied jew li se jonqos.", "Id-diskussjonijiet li qegħdin isiru jirrigwardaw il-mod ta' kif jitqassmu l-flus u ma narax li tagħmel differenza jekk dawn id-diskussjonijiet jiġux iffinalizzati qabel jew wara li tibda s-sena skolastika.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru rrisponda b'dan il-mod, jista' jispjega kif se jkun hemm ċerta flessibbilta` f'dawk li huma prioritajiet fl-iskejjel?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, f'dawn l-aħħar snin is-sitwazzjoni nbidlet b'tali mod li l-ammont ta' flus li qabel kien jiġi allokat lil surmast ta' skola partikolari biex jamministrahom kif l-aħjar jidhirlu hu, inqasam taħt tliet voti differenti.", "Issa l-Onor.", "Evarist Bartolo qed jissuġġerixxi li jkun aħjar li s-surmastrijiet ikollhom aktar flessibbilta' kif jonfqu l-flus.", "Jidher li għaddejjin diskussjonijiet dwar din il-possibbilta', iżda ma jagħmel l-ebda differenza jekk dawn jiġux konklużi fil-bidu jew fi tmiem is- sena skolastika għax il-flus huma li huma u hemm se jibqgħu.", "VALLETTA/FLORIANA - UPGRADING TAL-ĠONNA", "27596.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE (f'isem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia) staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar ħames snin biex isir upgrading fil- Barrakka ta' Fuq, il-Barrakka t'Isfel, Hastings, l-Argotti u l-Mall?", "Xi pjan hemm għal dawn il-ġonna fiż-żmien li ġej?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Ma ġie allokat l- ebda vot speċifiku għal infiq kapitali biex isir upgrading fil-ġonna msemmija.", "Is-sistema ta' kif jinżammu r-records ta' nfiq mill-allokazzjoni ta' fondi kurrenti ma tippermettix li jkun hemm record ta' kull ġnien.", "L-upgrading tal-ġonna tal-Belt Valletta u l-Floriana jsir ukoll mill- Valletta rehabilitation committee u jien informat li se jinbeda x-xogħol minn din l-entita` fil-Mall.", "Madanakollu xogħol ta' manutenzjoni u restawr, fosthom fuq il-funtanta ta' Nettuno fl-Argotti, jitwettaq regolarment min-nies tad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, jiena kelli l-impressjoni li l- ministru responsabbli mill-biedja dejjem sostna li l-levies ta' protezzjoni għall-agrikoltura m'humiex se jitneħħew qabel ma Malta ssir membru ta' l- Unjoni Ewropea.", "Infatti xi għaxart ijiem ilu kellna l-konferma tal- ministru għas-servizzi ekonomiċi li għad iridu jsiru n-negozjati f'dan ir- rigward.", "Il-ministru qalilna wkoll li l-gvern għad m'għandux pjan dettaljat.", "Minkejja dan, fl-aħħar laqgħa li kien hemm bejn rappreżentanti tal-bdiewa u l-MEUSAC ġie kkonfermat li mill-1 ta' Jannar tas-sena d- dieħla, il-gvern se jibda jżarma dawn il-levies.", "Jista' il-Ministru jispjega x'wassal għal dan it-tibdil u liema huma dawk il-levies li se jibdew jitneħħew minn Jannar li ġej?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Iva, f'dawn l-aħħar ġimgħat saru laqgħat ma' dawk interessati fil-kuntest tal-MEUSAC u jidher li hemm il-qbil li l-qasam agrikolu jiġi restructured.", "Dan ifisser li bħalissa għandek qasam li huwa protett u din il-protezzjoni trid tispiċċa.", "Fil-fatt iż-żewġ naħat tal- Kamra naqblu dwar dan għax kien il-kap ta' l-oppożizzjoni stess li kkonferma dan f'intervista li kienet saritlu mill-gazzetta \"The Times\" tad- 29 ta' April, 1998.", "Issa qegħdin fi stadju li nagħmlu programm biex isir l- iżmantellar ta' dawn il-levies b'mod gradwali.", "Imma dejjem jibqa' il-fatt li hemm ċerti prodotti li tant għandhom levy qawwija li mpossibbli li jiġu importati.", "Il-levy tal-majjal, per eżempju, tvarja minn 70c għal Lm1.30 per kilo u aħna qed ngħidu li se nneħħu perċentwali ta' din is-soprataxxa kull sena.", "Dan ifisser li l-levy fuq prodott \"X\" se titneħħa b'10% fl-ewwel sena, b'20% fit-tieni sena, bi 30% fit-tielet sena u nibqgħu sejrin hekk sakemm il-levy titneħħa għal kollox fit-transition period.", "Pero' fl-istess waqt irid jidħol l-element tal-kumpens u huwa proprju fuq dan li ż-żewġ naħat tal-Kamra m'aħniex naqblu għax in-naħa tal-gvern qed tgħid li filwaqt li wieħed ikun qed ineħħi l-levies ...", "Għax ejja ngħidu li nneħħu 20% mil-levy fuq il-majjal ta' 70c, xorta waħda se jibqagħlek levy ta' madwar 55c kull kilo.", "Allura jekk kilo majjal minn barra jiġik 65c, b'levy ta' 55c se jiġik Lm1.20 u meta dan tqabblu mal- prezz tal-majjal kif ibiegħu l-produttur, jiġifieri bil-prezz ta' 85c, xorta waħda l-majjal importat se jibqa' għoli ħafna meta pparagunat ma' dak lokali u għalhekk hemm tara li mpossibbli li timportah.", "Iva, il- programm tal-gvern hu li bil-mod il-mod jitneħħew il-levies waqt li l- produttur jibda jingħata kumpens.", "Ir-raġuni hi li ladarba inti tiftaħ l-importazzjoni, trid bilfors iddaħħal il-kumpens biex tħalli l-prodott lokali jikkompeti ma' dak importat.", "Allura jekk il-majjal jinbiegħ mill-produttur bil-prezz ta' 85c per kilo – dan biex nagħti eżempju - u l-prodott minn barra jiġi bil-prezz ta' 70c, tkun trid li l-prezz tal-majjal allevat lokalment ikun tali li jista' jikkompeti ma' dak ta' barra.", "Allura trid tipprovdi sitwazzjoni fejn il- majjal ta' Malta jkun jista' jinbiegħ bil-prezz ta' 70c, ladarba taf li minn barra jiġik b'dak il-prezz.", "F'dan il-każ allura r-raħħal jingħata d- differenza ta' 15c.", "Ovvjament il-konsumatur se jgawdi wkoll għax ladarba t-taxpayer ikun qed jagħti dawn il-15c direttament lill-produttur tal-majjal, wieħed jistenna li l-mara tad-dar ukoll tiffranka l-istess ammont fuq kull kilo majjal.", "Għalhekk il-produttur jingħata kumpens ta' 15c kull kilo u fl-istess ħin il- mara tad-dar tgawdi minn roħs fil-prezz.", "Dan huwa l-mod kif se jitneħħew il-levies fil-każ tal-majjal, Sur President.", "Fil-każ ta' prodotti oħra bħat-tadam u l-patata jidħlu dawk li jissejħu support measures.", "Il-programm huwa ppjanat li meta jkollok prodotti agrikoli għall-konsum lokali, anke fejn tidħol il-produzzjoni ta' l-għeneb kemm għall-għasir kif ukoll għall-mejda, ikun hemm forma ta' permanent aid.", "Qed jiġi kkalkolat mekkaniżmu finanzjarju apposta ħalli l-bdiewa jingħataw għajnuna mhux ta' darba biss iżda għajnuna li tkun ibbażata fuq in-numru ta' tmien ta' raba' maħdum u anke fuq il-kwalita' tal-prodott.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jikkonferma l-Ministru li l-perjodu li fih se jiġu żmantellati dawn il-levies se jiġi estiż beyond is-sena 2003, anke jekk fil- laqgħat tal-MEUSAC ġie stabilit li l-gvern għamel arranġamenti ma' l-Unjoni Ewropea li sas-sena 2003 dawn il-miżuri jkunu kollha tneħħew?", "Issa x'jiġri f'każ li l-importazzjoni minn barra tant tkun qawwija li tasal biex toħnoq l-industrija lokali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta l-ġimgħa l-oħra tkellimna mal-membri konċernati ma ssemmietx is-sena 2003 imma ssemma perjodu transitorju li għad irid jiġi nnegozjat.", "Dan il-perjodu jista' ikun ta' disa' snin, jista' ikun ta' għaxar snin u jista' ikun ta' 15-il sena.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li mhux biss ma jeżistix pjan biex sas-sena 2003 il-gvern ikun neħħa l-levies kollha, talli jeżisti pjan biex il-levies jitneħħew fuq perjodu itwal?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-pjan jaħseb li l-levies jitneħħew fuq perjodu ta' snin u għad iridu jsiru n-negozjati biex naraw kemm se jkun dan il-perjodu.", "Inti tippjana programm, tagħmel tliet xenarji, tara x'jiġri jekk tieħu ċertu perjodu, tara x'jiġri jekk il-perjodu jkun itwal u tara x'jiġri jekk tieħu perjodu ieħor.", "Iva, irridu naħsbu għal xenarju fejn il- levies jitneħħew fuq perjodu ta' żmien.", "L-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi wkoll x'jista' jiġri jekk ikollok importazzjoni qawwija ta' prodotti minn barra.", "Hawn wieħed irid joqgħod attent li l-kumpens li jingħata jkun tali li bih tkun tista' tikkontrolla l- ammont ta' importazzjoni minn barra.", "Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' barra ma jkunux dejjem l-istess u allura jkollok ċirkostanzi fejn il-prezz tal-majjal imwassal Malta jista' ikun 60c, 70c jew 80c per kilo.", "Issa jekk niġu f'sitwazzjoni fejn il-prezz tal-majjal importat jitla' għal 80c, ikollok bżonn ta' ftit li xejn kumpens u allura biex tkompli tgħin lir- raħħal, tkun trid tagħti dik id-daqsxejn extra ħalli tkun tista' tikkontrolla wkoll l-ammont ta' importazzjoni minn barra.", "Jiena m'iniex qed ngħid li mhu se jkun hawn xejn importazzjoni minn barra għax wieħed dejjem jistenna li jkollna penetration ta' prodotti minn barra, pero` il-programm huwa mmirat biex l-ammont ta' produzzjoni li għandna bżonn lokalment ikun safeguarded b'tali mod li l-qligħ tal-bdiewa u r-raħħala jkun garantit u fl-istess ħin il-konsumatur igawdi minn prezzijiet orħos għal dawn il-prodotti essenzjali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura jista' jagħti l-każ li l-gvern joħroġ sussidju ta' 5c jew 8c jew anke 30c fuq kull kilo?", "Hekk qed nifhmu meta ngħidu li se jkun hemm din il-flessibbilta`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jekk wieħed iħares lejn ir-rapport ta' Bari jara li fih tajna ċerti dettalji.", "Jiena kulma qed nagħmel qed nagħti stampa tal-mod kif se jkunu l-affarijiet u m'iniex qed nidħol fid-dettall.", "M'iniex qed ngħid li l-prezz se jinżel b'5c jew b'8c u lanqas qed ngħid li dan se jiġri sas-sena 2003.", "Dawn huma kollha affarijiet li qed jgħidhom l-Onor.", "Noel Farrugia.", "Nagħmilha ċara li jien qed nagħti outline ta' l-affarijiet kif se jkunu biex kulħadd jifhem.", "Issa billi noqgħod insemmi ħafna technicalities u ngħid xi kwantita' ta' patata jew kaboċċi se tiġi converted fi tmien, min se jifhimni!", "Għalhekk qed nitkellem b'dan il-mod sempliċi biex kulħadd jieħu stampa ta' kif se jkunu l-affarijiet.", "Rigward il-perjodu li reġa' semma l-Onor.", "Farrugia, irrid ngħid li hemm programm ta' perjodu ta' snin li matulhom il-levies se jitneħħew.", "Nerġa' ngħid li dan il-perjodu jista' ikun ta' seba' snin, disa' snin, għaxar snin jew 15-il sena.", "Aħna qegħdin nippreparaw xenarji differenti u dalwaqt naslu.", "Jekk Alla jrid fix-xhur li ġejjin nagħtu dettalji ta' dan il- financial package li jrid jassigura li s-settur agrikolu jibqa' sostenibbli kemm għall-bidwi kif ukoll għall-konsumatur.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR ENFITEWSI TEMPORANJA TA' ART, BINI U DRITT TA' IRMIĠĠ F'PINTO WHARF FIL-PORT IL-KBIR LIL VISET p.l.c.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, nipproponi li:", "Billi l-gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jikkonċedi b'titlu ta' enfitewsi temporanja lill-VISET p.l.c. art, bini u dritt ta' irmiġġ f'Pinto Wharf, fil-Port il-Kbir, kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, għaż-żmien, bil-korrispettiv u taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub f'paragrafu (ċ) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 3 ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' Artijiet tal-Gvern, Kap 268, li art li tkun proprjeta' tal-gvern jew amministrata minnu tista' tiġi ttrasferita skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil- ħin tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut li l-art, il-bini u dritt ta' irmiġġ f'Pinto Wharf fil-Port il-Kbir, kif deskritt aħjar fl-abbozz ta' kuntratt li jinsab imqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, jingħata lill-VISET p.l.c. għall- iskop u taħt il-pattijiet u kondizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Jista' jispjegalna l-Viċi Prim Ministru kif se nimxu?.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru): Mr Speaker, intlaħaq ftehim li d-dibattitu fuq din il-mozzjoni jinfirex fuq massimu ta' erba' seduti.", "Jien ġejt informat il-bieraħ li l-oppożizzjoni xtaqet massimu ta' tliet seduti - possibbilment tista' tieħu inqas minn tliet seduti - bil-gvern jieħu l-ekwivalenti ta' massimu ta' seduta waħda.", "Naturalment il-proċedura tkun bħas-soltu, bl-introduzzjoni u l-winding-up għan-naħa tal-gvern.", "Għandna xi tliet kelliema fuq din in-naħa, m'għandniex aktar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, meta l-bieraħ tressaq l-Aġġornament tal-Kamra, jien qomt u spjegajt li fuq din in-naħa aħna ma nħossuniex kostretti li nżommu mal-massimu ta' tliet seduti.", "Din hija l-pożizzjoni tagħna u dan jien anke spjegajtu lill-Onor.", "Mario Galea.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jiena ma nistax nifhem kif issa spiċċajna fil- pożizzjoni li jkun intlaħaq ftehim, ikkonfermat minni personalment mal-whip u anke mad-deputy whip ta' l-oppożizzjoni – sal-bieraħ stess dan - u issa niġu informati illi dan l-arranġament huwa mħassar b'mod unilaterali min- naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Ma nafx jekk din hijiex l-istrateġija tad- dentatura illi l-kap ta' l-oppożizzjoni ħabbar nhar il-Ħadd li għadda!", "Jekk l-oppożizzjoni trid timxi bid-dentaturi affari tagħha, imma dan il- logħob mhux aċċettabli hawn fil-parlament.", "Jekk hemm arranġament għal numru ta' seduti fissi, kif dejjem għamilna min- naħa tagħna, m'għandniex għalfejn ninsistu fuq ir-regola ta' l-40 minuta.", "Jekk pero` b'mod unilaterali l-oppożizzjoni qiegħda tħassar ftehim li anke huwa minuted, allura n-naħa tal-gvern ikollha tinsisti fuq il-limitu massimu ta' l-40 minuta u nkunu kostretti noġġezzjonaw għal kwalunkwe` estensjoni li tista' tintalab.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien ma nafx għalfejn in-naħa tal- gvern qed isibuha daqshekk diffiċli biex jilħqu ftehim magħna.", "Jiena l- bieraħ irreġistrajtu dan il-punt u lill-Onor.", "Mario Galea, bħala whip tan- naħa tal-gvern, informajtu bil-pożizzjoni tagħna.", "Dik hi l-pożizzjoni dalgħodu.", "Issa llejla hemm laqgħa tal-House business committee u mbagħad naraw.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Imma ħalli niftehmu, Sur President.", "Il-lejla veru li hemm laqgħa tal-House business committee, pero` nixtieq naqta` kurżita` għalfejn se niltaqgħu.", "Għax jekk immorru hemmhekk biex mingħalina niftehmu u mbagħad il-ftehim ma jiġix onorat, jien nixtieq inkun naf xi skop hemm li aħna nagħmlu l-laqgħat tal-kumitat tax-xogħol tal-Kamra.", "Dan qed nirrenduh kumitat tal-fares tal-Kamra!", "MR SPEAKER: Mela ngħaddu għax-xogħol li l-Kamra għandha quddiemha.", "Il- Ministru.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Mr Speaker, huwa pjaċir tiegħi li nressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra din il-mozzjoni għaliex hija marbuta ma' xogħol ieħor ta' importanza kbira għal pajjiżna, mozzjoni li dwarha wieħed kien jistenna li jkun hawn aktar qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kont nistenna li d-diskussjoni rigward din il-mozzjoni ssir skond l-aktar regoli elementari ta' l-irġulija u kont nistenna wkoll li jekk kien hemm ftehim dwar kif se nipproċedu, dak ikun onorat.", "Dan qed ngħidu għax minkejja li fil-kumitat tax-xogħol tal-Kamra kien hemm arranġament dwar kif se jkun imqassam id-dibattitu, dan l-arranġament qed jitħassar b'mod unilaterali min-naħa ta' l-oppożizzjoni.", "Biss irrid ngħid li fit-twettiq ta' dan il- proġett, saret ħidma kemm mill-amministrazzjoni preċedenti kif ukoll mill- amministrazzjoni preżenti.", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq il-qasam turistiku u l-ġiti li jsiru permezz ta' l-cruiseliners.", "Dan is-settur mill-aktar importanti qiegħed jikber madwar id-dinja kollha u wieħed malajr jifhem li għandna nagħmlu dak kollu mistenni minna biex Malta jkollha rwol ikbar f'dan il- qasam ħalli nibbenefikaw dejjem aktar minn dan is-settur.", "Dan huwa settur li l-gvern qiegħed jinkoraġġixxi, anke minħabba li l-Mediterran, wara l- Karibew, huwa l-aktar parti tad-dinja li qed jara żieda fil-ġiti permezz ta' l-cruiseliners.", "Il-gvern preżenti huwa kburi li saħħaħ diversi oqsma speċjalment fil-qasam ta' l-infrastruttura u fil-qasam ekonomiku biex dawn it-tip ta' proġetti jseħħu.", "Illum ma nistgħux ma nkunux kburin li qed inressqu għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra, il-kuntratt li permezz tiegħu konsorzju privat se jkun jista' jagħmel żvilupp biex Malta jkollha cruiseliner passenger terminal bl-aktar faċilitajiet adegwati u moderni.", "Fost elementi oħra hemm pjan li jara riabilitazzjoni tax-xatt ta' Pinto - żgur li naqblu li dan jixraqlu aħjar mill-istat li qiegħed fih - u nista' ngħid li parti kruċjali minn dan il-proġett se tkun tikkonsisti fir- restawr ta' l-istess imħażen ta' Pinto.", "Il-gvern mexa' bil-proċedura li jressaq mhux biss il-kuntratt għall- approvazzjoni ta' din il-Kamra, imma ra wkoll li l-kuntratt jgħaddi mill- ewwel għand il-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal- verifika ħalli jsir eżami dettaljat ta' kull klawsola, bil-membri li jifformaw dak il-kumitat mhux biss ikunu jistgħu jitkellmu fuq kull klawsola imma anke jagħmlu l-mistoqsijiet kollha li jidhrilhom meħtieġa u jkollhom tweġibiet mhux biss mill-ministru imma anke minn esperti, tekniċi u oħrajn.", "Dawn il-laqgħat tal-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika saru fuq tlett ijiem fejn mhux biss sar l-eżami dettaljat tal-klawsoli, iżda anke kienu proposti numru ta' emendi miż-żewġ naħat.", "Diversi drabi kien hemm qbil fuq dawn l-emendi u fil-fatt irrid insib il-ħin biex inressaqhom f'xi stadju.", "Kif qed insemmi dan, irrid ngħid ukoll li aktar 'il quddiem nirriferi għal emenda żgħira oħra ta' natura teknika li tidher meħtieġa.", "Dan kollu juri li meta kellna l-laqgħat tal-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, kien hemm diskussjoni serja li daħlet fid-dettall u nistgħu ngħidu li kienet diskussjoni produttiva.", "Anke jekk kien hemm emendi żgħar, irrid ngħid li dawn huma importanti biex dan il-kuntratt iseħħ.", "Żgur li kien hemm il-qbil unanimu mill-membri kollha fuq kull klawsola tal-kuntratt ħlief għal klawsola waħda, li hija l-klawsola fejn il-gvern qed jagħti konċessjoni li ma titħallasx it-taxxa tal-boll fuq dan il-kuntratt.", "Il- gvern qed jagħmel hekk għax diġa' nnegozja mal-konsorzju pakkett li fih iggarantixxa l-ammont ta' dħul li jidhirlu ġust għal kuntratt ta' dan il- livell.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li dan hu kuntratt li jagħti mhux biss livell ta' dħul minimu garantit imma li jdaħħal għall-ewwel darba l-kunċett ta' kuntratt ta' dan id-daqs.", "Sabiex ikollna verament interess pro-attiv fis- suċċess ta' l-operazzjoni ta' dan il-cruiseliner terminal, daħħalna l- kunċett - kunċett li ġieli daħħalnieħ f'kuntratti ferm iżgħar - ta' parteċipazzjoni fl-introjtu li jkun hemm mill-operat ta' dan il-kuntratt.", "Kien biss fuq il-klawsola tat-taxxa tal-boll li ma kienx hemm qbil u allura meta ngħidu li l-kuntratt m'għaddiex mill-kumitat tal-verifika, irridu nfakkru li kien biss minħabba dik il-klawsola li m'għaddiex.", "Issa skond il- proċedura stabilita, jekk kuntratt ma jgħaddix b'mod unanimu minn dan il- kumitat, allura jgħaddi quddiem il-parlament f'seduta plenarja.", "Mr Speaker, qed ngħid dan għaliex jiena naħseb li teknikament hawnhekk għandna nillimitaw ruħna biss għal argumenti fuq dik il-klawsola li ma kienx hemm qbil fuqha.", "Issa l-oppożizzjoni qed tgħid li tixtieq minimu ta' tliet seduti – konna diġa' ftehemna fuq massimu ta' tliet seduti - biex tiddiskuti sempliċement jekk titħallasx it-taxxa tal-boll jew le fuq kuntratt li hi qablet miegħu.", "L-oppożizzjoni qed tgħid li dan huwa kuntratt innegozjat tajjeb u li se jagħmel ġid lil pajjiżna għax si tratta ta' attivita' ekonomika importanti ħafna.", "Hemm biss din id-differenza ta' opinjoni jekk ngħidux lill-konsorzju biex iħallas il-boll.", "Issa ta' min jgħid li jekk nagħmlulu l-boll, il- konsorzju jkollu jaċċetta iżda se jfakkarna fil-ftehim u jgħidilna biex innaqqsulu r-rata tal-premium jew xi ħaġa oħra, ħalli l-pakkett finali jibqa' l-istess.", "It-tweġiba tagħna lill-oppożizzjoni hi li jekk sar ftehim fuq kemm għandu jingħata lill-gvern, m'hemmx għalfejn noqogħdu nfettqu minn fejn ġejjin il-flus għax ma tagħmilx differenza jekk jidħlux miċ-ċens jew mill-boll.", "Irrid ngħid li l-gvern qiegħed jaħdem ukoll biex barra li Malta tkun port of call, fejn turisti fuq cruiseliners iżuru pajjiżna għal ftit sigħat, Malta tkun ukoll home port għal dawk il-kumpanniji ta' cruiseliners li jagħżlu li jibdew u jispiċċaw il-cruise tagħhom hawnhekk.", "Dan iwassal biex pajjiżna jkun hub għall-cruising fil-Mediterran.", "Dan iwassal ukoll biex niġġeneraw aktar traffiku bl-ajru kif ukoll attivita' kummerċjali akbar, kunċett li jirrikjedi infrastruttura speċifika biex Malta tibda tintuża aktar.", "Fil-programm elettorali, il-gvern preżenti wiegħed li jinbena terminal għall-cruiseliners, fil-kwadru ta' l-iżvilupp tal-prodott turistiku kulturali u li tingħata importanza lill-cruiseliners.", "Il-gvern wiegħed li jinbena terminal marittimu li jgħin biex Malta ssir ċentru mnejn jibdew u jintemmu ġiti u cruises bil-baħar.", "Irrid ngħid li għal dawn l-aħħar sentejn, permezz tal-ministeru għall- ambjent, għamilna negozjati dettaljati u metikolużi ħafna li ħafna drabi ħadu sessjonijiet twal mal-konsorzju VISET, il-konsorzju li miegħu ġie iffinalizzat il-kuntratt.", "Kif diġa' spjegajt, dawn id-dettalji rajnihom fil- kumitat ta' l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika u allura meta qed nippreżenta din il-mozzjoni għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra qiegħed nagħmel hekk bil-benefiċċju ta' analisi mhux biss dettaljata li għamel il- gvern fil-livell tiegħu imma li anke saret bejn membri miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Lil dawn irrid nirringrazzjahom kollha kemm huma għaliex id- diskussjoni fil-kumitat tal-Kamra kienet waħda serja fejn il-membri kollha li ħadu sehem taw attenzjoni għad-dettall.", "Dan juri li ħadu x-xogħol tagħhom b'impenn favur il-pajjiż, Sur President.", "Issa barra l-benefiċċju ta' din id-diskussjoni, għandna wkoll il-benefiċċju ta' pjanti dettaljati ta' l-iżvilupp li se jsir.", "Bħala parti mill-annessi li hemm mal-kuntratt, hemm ukoll outline development permit għall-istess żvilupp.", "Mal-kuntratt għandna wkoll skeda dettaljata dwar iż-żmien li se tieħu kull parti tal-proġett biex titwettaq.", "Infakkar ukoll li fit-total, il-proġett hu intenzjonat li jitwettaq fuq medda ta' erba' snin.", "Hemm ukoll dokument importanti dwar il-prinċipji ta' restawr li se jkunu segwiti.", "L- iżvilupp ta' dan il-proġett jinvolvi investiment mill-konsorzju VISET ta' minimu ta' Lm10 miljun.", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li meta wieħed iħares lejn il-pjanti jsib li proġetti bħal dawn ikollhom spin-offs pożittivi, kemm favur min iwettaqhom u aktar u aktar favur il-pajjiż bħala nazzjon sħiħ.", "Meta ngħidu li dan huwa investiment minimu, irrid ngħid li qed nagħtu minimu baxx ħafna.", "Dik hija r-rabta kuntrattwali li jien nenfasizza fid- diskussjoni, pero' huwa ċar minn issa li l-investiment se jkun sostanzjalment akbar minn hekk.", "Irrid ngħid ukoll li l-gvern se jingħata Lm1.2 miljun f'ishma preferenzjali mill-konsorzju u li fuqhom l-istess konsorzju se jħallas 10% f'dividends.", "Kieku għal mument kelli nagħmel argument finanzjarju u nsemmi l-coupon rate, naħseb li almenu għandna naqblu fuq hekk.", "Il-Kamra għandha taqbel li għandna rata ferm ġeneruża u pjuttost adegwata li tipparaguna tajjeb ħafna ma' kwalunke ishma preferenzjali jew sistemi ta' bonds oħra li llum hawn fis-suq.", "L-iskop li l-gvern iffissa rata għolja kien għaliex irid li jekk dawn l-ishma preferenzjali jikkostitwixxu forma ta' finanzjament għall- istess konsorzju, huma għandhom iħallsu rata li tipparaguna ma' dik li kieku kien ikollhom iħallsu f'imgħax minn bank kummerċjali.", "Dan isir anke meta wieħed jgħodd ir-rati mhux biss ta' imgħaxijiet imma tariffi oħra li wieħed jista' jeħel meta jagħmel arranġament ma' bank kummerċjali.", "Anke meta naraw dan kollu nsibu li 10% bħala dividends hija rata favorevoli ħafna għall-gvern u inqas favorevoli għall-konsorzju.", "Irrid ngħid ukoll li barra mill-10% f'dividends, ikun hemm 17.5% mill-qligħ wara t-taxxa jekk jinqabeż il-livell ta' qligħ li hemm stipulat fil- kuntratt.", "Barra minn hekk il-gvern se jitħallas ċens ta' Lm240,000 fis- sena, somma riveduta fil-bidu ta' l-14-il sena billi tiżdied b'20% jew b'ammont li jiddependi minn kemm jogħla l-indiċi tal-prezzijiet, liema jkun l-ogħla.", "Naħseb tajjeb nosservaw li f'kull dettall finanzjarju, il-gvern ħa pakkett li żgur huwa adegwat u raġonevoli.", "Jista' dejjem isir l-argument li wieħed seta' ħa iżjed u naħseb li kull min jinnegozja kuntratt anke privat jista' jġib dak l-argument, madankollu fil-ħajja hemm breaking point li ma nistgħux niddefinixxu b'mod ċar.", "Kuntratt jista' ifalli għas-sempliċi raġuni li dan isir bejn żewġ entitajiet.", "Kuntratt ma jsirx ma xi ħajt imma jrid jagħmel sens għaż-żewġ partijiet.", "Daqskemm irid jagħmel sens għall- gvern, irid jagħmel sens għall-parti l-oħra biex ikun kummerċjalment vijabbli.", "Meta huwa l-gvern li jagħmel dawk in-negozjati u mhux kumpannija kummerċjali, l-interess huwa akbar għaliex għall-gvern l-interess m'huwiex l-ammont ta' ċens li jdaħħal minn sena għal oħra jew l-ammont ta' ishma preferenzjali li jkollu, imma li jkun għamel proġett li fit-totalita' tiegħu jiġġenera attivita' ekonomika li toħloq l-impjiegi, f'dan il-każ fil- qasam turistiku.", "Il-proġett irid jaħdem fit-totalita tiegħu biex kif qal il-prim ministru, ikun ta' benefiċċju għal din l-azjenda li jisimha Malta.", "Meta l-gvern jinnegozja irid jara li l-kuntratt ikun ta' benefiċċju għal kulħadd u rridu noqogħdu attenti li ma nitilfux il-qaleb u l-ġbejna.", "Din m'hijiex biss kwestjoni ta' kalkolu kummerċjali għax il-gvern ma jistax jgħid li la kuntratt falla, se jistenna sena' oħra jew ifittex banda oħra.", "Jekk ikun serju u jrid il-ġid għall-pajjiż, f'każi simili l-gvern ikun irid iżomm quddiem għajnejh ukoll konsiderazzjonijiet ta' natura soċjali u nazzjonali.", "Dak għalija huwa l-ikbar dħul għall-gvern.", "Jien hawn nista' nagħti kalkolu ta' x'se jkun ir-return tagħna mill-mod kif il-kuntratt kien innegozjat, imma ma' dawn irrid nara wkoll l-ġenerazzjoni ta' miljuni ferm akbar bħala attivita' ekonomika fil-pajjiż u li minnhom il-gvern dejjem ikollu ploughback.", "Hemm il-parti li tidħol permezz ta' l-income tax, il-parti li tidħol mill-kontribuzzjonijiet soċjali, il-ġenerazzjoni ta' aktar impjiegi u fuq kollox l-attivita' ekonomija fiha nnifisha għall-ġid ta' pajjiżna.", "Mr Speaker, irrid naċċenna li dan li l-gvern qagħad attent li f'kull dettall iħares l-interess tiegħu u dan jidher anke mill-mod kif se jiżdied iċ-ċens, b'żieda ta' 20% wara 14-il sena, imbagħad kull 15-il sena b'żieda ta' 10%.", "Dan sar biex ikun hemm ir-real value tal-flus ta' dak iż-żmien.", "Issa ta' min jgħid li jekk il-ħajja f'dak il-perjodu tkun għoliet b'perċentwali li huwa akbar minn 20%, dan se jkollu żieda fiċ-ċens ta' aktar minn 20%, jiġifieri skond kemm tkun għoliet il-ħajja.", "Pero' jekk tkun għoliet b'inqas minn 20%, il-konsorzju xorta waħda jkollu jħallas żieda ta' 20% fiċ-ċens.", "Dan ifisser li lill-konsorzju dejjem inżommulu l- ogħla mit-tnejn.", "Biex nagħtu eżempju aktar sempliċi, jekk l-awment ta' l- għoli tal-ħajja jkun 5%, 6% jew 7%, xorta japplika l-perċentwali ta' 20% wara 14-il sena jew 10% wara kull 15-il sena.", "Pero' jekk il-ħajja tkun għoliet b'25%, aħna napplikaw l-indiċi tal-prezzijiet u ż-żieda taċ-ċens tkun ta' 25%.", "Issa l-gvern jieħu dejjem the better deal.", "Il-gvern ma ħax dan biss għax jekk l-introjtu jkun qabeż dak il-livell, kull sena' il- gvern jieħu 15% mill-kera ta' bini u faċilitajiet u 10% mid-dħul li jkollu mill-passiġġieri u mill-operazzjoni tal-cruiseliners.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq operat kummerċjali importanti u sensittiv u għandna interess qawwi fis-suċċess tiegħu, anke għaliex inqis li l-operat ta' l-cruiseliners jagħmel parti mill-infrastruttura tal-pajjiż.", "Dan l- istess bħalma nqis l-air terminal għax wara kollox naħseb li dan huwa l- paragun li rridu nagħmlu kostantement.", "Hawn qed nitkellmu fuq terminal li jilqa' nies li minflok ikunu ġejjin bl-ajru, jiġu bil-baħar minn pajjiżi differenti u minn cruises oħra fil-Mediterran.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq parti mill-infrastruttura bażika tal-pajjiż u għalhekk il-gvern irid ukoll jassigura mhux biss li jsegwi b'mod proattiv is-suċċess tal-proġett, imma li jkollu sehem dirett anke mill-introjtu jekk jinqabeż il-minimu li aħna qed naqblu dwaru bħala ċens.", "Jiena rrid ngħid li aħna għamilna wkoll il- kalkoli kollha ta' x'ifisser dan kollu u hawn irrid nagħmel riferenza wkoll għall-perjodu ta' 65 sena.", "Hawnhekk qgħadna attenti ħafna, Sur President.", "Hawn qed nitkellmu fuq proġett mhux biss kummerċjali imma kif qed nenfasizza, fuq parti mill-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Bħall-gvern ta' qabilna, applikajna l-kunċett ta' ċens fuq proġetti ta' din il-kwalita'.", "Għalkemm hemm ċnus ta' 99 sena, sakemm ma jkunx hemm xi parti li tkun ukoll perpetwa, hawnhekk morna għall-inqas, jiġifieri għal 65 sena, b'żieda ta' 20% wara 14-il sena u 10% wara 15-il sena.", "Hawn naraw il-flus totali li l- gvern se jkollu jekk ngħoddu dan.", "Infakkar li dan huwa l-minimu għax jekk ikollna indiċi tal-prezzijiet li huwa ogħla bħala perċentwali, napplikaw l- aktar għoli.", "Barra dan, hemm l-introjtu ta' flus jekk id-dħul tal- kumpannija jkun għoli.", "Hawn nistgħu naraw kemm se jkun l-introjtu tal-gvern fuq 65 sena, Sur President.", "Dan huwa pakkett li aħna kburin nippreżentaw mhux biss lil dan il-parlament imma anke lill-kumitat li eżaminah klawsola klawsola.", "Dan għaliex il-gvern se jkollu dħul ta' Lm27.5 miljun, preċiżament Lm27,563,887.", "Barra minn hekk, il-gvern innegozja mal-konsorzju terminu iqsar minn dak mogħti fuq kuntratti simili.", "Il-gvern innegozja preference shares ta' 10% u nnegozja wkoll li wara 20 sena, ikollu diġa żieda minima ta' 20% u jekk il-ħajja tkun għoliet iżjed, din iż-żieda titħallas bir-rata li tkun għoliet il- ħajja.", "Il-gvern kburi wkoll bil-kuntratt li ppreżenta għax innegozja li kull ħames snin ta' wara jgħolli b'10%.", "Wieħed jifhem is-sinifikat ta' din il-klawsola, anke jekk imbagħad ikollna accumulator effect għaliex fil-liġi tal-kera f'pajjiżna nsibu b'kemm togħla l-kera kull 15-il sena u hemmhekk hemm il-massimu mhux il-minimu.", "Hawnhekk għandek li kull ħames snin il- konsorzju jkollu żieda minima ta' 10% jew ir-rata ta' l-għoli tal-ħajja.", "Kburin bil-kuntratt ukoll għax fih hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-gvern bi 15% jew 10% fuq l-introjtu li jkun hemm mill-operat ta' dan il- cruiseliner terminal u l-attivita' kollha li tkun assoċjata magħha jekk hi taqbeż l-ammont li l-gvern ikun diġa' qed jirċievi.", "Hawnhekk mhux qed nieħu dak li jissejjaħ present value.", "Mhux qed nipprova ngħid li qed nikkalkulaw dawn is-Lm27 miljun fuq il-valur tagħhom fuq 65 sena.", "Apparti li dan jibda immedjatament, kull sena nieħdu parti u allura hawnhekk irridu nagħmlu dak li jissejjaħ id-discounting biex inġibu l-valur preżenti.", "Mela min-naħa waħda hemm discounting li nkunu rridu nagħmlu għall- valur preżenti, u min-naħa l-oħra hemm l-ispin-offs addizzjonali.", "Diffiċli li wieħed jikkalkula mill-istess suċċess li rridu nassiguraw billi hawn qed nitkellmu fuq minimum return ta' Lm27.5 miljun għall-gvern fuq medda ta' 65 sena.", "Irrid ngħid ukoll li dan huwa gvern wieħed għax assolutament mhux il-każ li jkollna l-ministeru għall-ambjent li jinnegozja u l-ministeru tal-finanzi li jara x'inhu jiġri.", "Huwa gvern wieħed li jara jekk proġett ikunx tajjeb jew le.", "Għalhekk li fuq pakkett bħal dan m'għamilniex iż-żieda fittizja tat-taxxa tal-boll.", "Din hija fittizja għax jekk wieħed ikun innegozja ma' xi ħadd biex jagħtih outflow, dak li jinħareġ se jidħol minn x'imkien.", "Qed nitkellmu fuq Lm27.5 miljun u inutli nippruvaw inżidu xi dħul ieħor taħt xi titlu ieħor għax nafu xi tkun ir-reazzjoni.", "Kull min għandu xi ftit idea ta' l-alfabet finanzjarju jaf.", "Jekk dan isir, il-konsorzju jgħidilna li se jaqta' xi ħlas minn banda oħra biex is-somma tibqa' l-istess.", "Jew se niddefinixxu flimkien x'inhu l-pakkett li jagħmel sens għal pajjiżna u nikkwantifikawh, jew inkella noqogħdu ngħidu li se nżidu Lm1 miljun pero' se nnaqsu tant ċens fis-sena u probabbli nitilfu Lm2 jew Lm1.5 miljun.", "Dan huwa pakkett li bis-serjeta' kont nippretendi li l-Kamra kollha tagħmlu tagħha għax hawn qed inqiegħdu l-irbit ta' żvilupp ta' cruiseliner passenger terminal u international sea passenger ferry terminal.", "Qed nimponu l-obbligu fuq il-konsorzju li jirrestawra u jiżviluppa mill-ġdid il- bini l-qadim li hemm fuq is-sit li se jingħata b'ċens.", "Dan ir-restawr jinkludi l-bini magħruf bħala l-imħażen ta' Pinto, l-imħażen Forni u l- power station il-qadima.", "Il-konsorzju qed jintrabat ukoll li jibni mill- ġdid il-faċċata ta' Pinto stores li kważi waqgħet kollha.", "Qed ngħidu li l- konsorzju qed jintrabat li jibni triq ġdida li tgħaqqad il-Belt Valletta mal-Marsa u li tgħaddi minn wara Pinto stores.", "Din it-triq tieħu post dik eżistenti u ladarba titlesta, tgħaddi għand il-gvern flimkien ma' l-inħawi ta' fuqha u ta' taħtha.", "Lill-konsorzju qed norbtuh li jtella' bini alternattiv għall-uffiċċji tal- maritime authority u uffiċċji oħra relatati mal-port.", "Lill-konsorzju qed norbtuh jagħmel ix-xogħol kollu permanenti fuq il-mollijiet biex ikunu operati l-istess terminals.", "Qed norbtuh li jagħmel il-landscaping neċessarju biex ikun hemm aktar enfasi fuq dawk il-partijiet speċjali ta' interess.", "Qed norbtuh li jibni post alternattiv għal dawk l-azjendi li jkunu affettwati mill-proġett.", "Għabbejna lill-konsorzju b'dak kollu li huwa meħtieġ biex nagħmlu l-handling ta' dawk li huma magħrufa bħala l-vacant possession issues.", "Infakkar dak li diġa' spjegajt lill-kumitat li kellna f'din il-Kamra, li l-cruiseliner passenger terminal se jkun fil-power station il-qadima filwaqt li Pinto stores se jintużaw għall-faċilitajiet kulturali u ta' divertiment u Forni Stores għall-ħwienet.", "Importanti wkoll li ngħid li l-ewwel fażi tal-proġett trid titlesta fi żmien 18-il xahar, proġett li mhux biss se jqiegħed lil Malta fuq il-mappa ta' ġiti u cruises iżda proġett li jrid jagħti kontribut qawwi biex il-belt kapitali terġa' tingħata l-ħajja.", "Dan jinkwadra ruħu ma' proġetti oħrajn tal-gvern, kemm dak immirat għal Bieb il-Belt u kemm il-proġetti kollha ta' riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.", "Forsi l-akbar żewġ eżempji ta' xogħol li għamel il-gvern ċentrali f'dan is-sens huma r-restawr tal-knisja ta' Santa Katerina u l-proġett li llum jista' jitgawda minn kulħadd tal- Kavallier ta' San Ġakbu.", "Għamilna tant proġetti oħrajn li fit-totalita' tagħhom iridu mhux biss jagħtuna belt riabilitata imma belt mimlija ħajja, bid-dinjita' u bi stil li tassew jixraq għat-tgawdija tal-poplu Malti u ta' dawk kollha li jiġu jżuruna.", "Jiena mhux biss sodisfatt li dan kollu qed jersaq għall-approvazzjoni ta' din il-Kamra, imma nawgura li jkun hemm serjeta' u diskussjoni li tkun 'il hinn minn kwalunkwe konsiderazzjoni ta' politika partiġġjana.", "Nawgura li tkun diskussjoni fejn din il-Kamra tgħid li hi parteċipi fi proċess li qiegħed mhux biss isaħħaħ parti mill-infrastruttura ta' pajjiżna, imma qiegħed ukoll joħloq kalamita oħra importanti fil-belt kapitali tagħna.", "Aħna żgur ma rridux li jkollna żieda ta' l-attivita' ekonomika ta' cruiselining mingħajr ma nieħdu l-akbar benefiċċju minnha.", "Aħna rridu wkoll li dik l-attivita' tkun torbot ma' belt riabilitata u li min jiġi jżurna, ikollu l-akbar stimolu u l-akbar inkoraġġiment biex Malta tassew tibqa' tappa regolari fl-ippjanar taż-żjarat li jagħmel barra minn pajjiżu.", "Ma jistax jonqos, Sur President, li nirringrazzja lil kulmin ipparteċipa biex stajna naslu s'hawn.", "Ma naħsibx li huwa l-każ li weħed jidħol fl- ismijiet b'mod dettaljat.", "Hemm l-uffiċjali li b'mod regolari jieħdu ħsieb il-kordinament ta' proġetti bħal dawn, is-segretarjat privat fil-ministeru għall-ambjent, is-segretarjat permanenti u l-uffiċjali fit-taqsima xogħlijiet ta' l-istess ministeru.", "Lil hinn mill-ministeru għall-ambjent, hawnhekk kellna s-sehem attiv u kollaborazzjoni kontinwa min-naħa ta' l- awtorita' marittima li litteralment għandha rwol kruċjali f'dan il- kuntratt.", "Dan ma ngħidux għall-kuntratt biss imma għal dak li jrid isir wara.", "L-awtorita' marittima qed tingħata rwol ferm akbar permezz ta' dan il- kuntratt u se tkun awtorita' fis-sens regolatorju għax fil-fatt se tħares kif isir l-iżvilupp u kif tagħmel l-istandards meħtieġa biex il-cruiseliner passenger terminal u l-ferry terminal ikunu operati skond esiġenzi u prattiċi internazzjonali f'dan il-qasam.", "Se tkun ukoll l-awtorita' marittima li fil-fatt tagħti liċenzja għall-operat tat-terminal u poteri kbar biex tara kif se topera dik il-liċenzja.", "Nerġa' nenfasizza li hawn mhux qed nitkellmu biss fuq żvilupp kummerċjali imma fuq li Malta tipprovdi servizz ta' cruiselining għax hemm standards Ewropej u standards internazzjonali li rridu nimxu fuqhom.", "Ma jistax jonqos meta nsemmi entitajiet u nies oħra 'l hinn mill-ministeru għall-ambjent, li ma nsemmix id-dipartiment ta' l-artijiet li wkoll kien magħna fil-proċess ta' negozjati biex nirrisolvu dawk id-diffikultajiet kollha li kellna inkwantu għal dawk kollha li kienu jokkupaw dik l-area.", "Din footprint li kienet identifikata taħt l-amministrazzjoni preċedenti, pero` meta ġejna għan-negozjati fid-dettall sibna li kellna mhux biss min kien imexxi ħanut jew kellu kirja partikolari, imma kien hemm min kien proprjetarju ta' residenza privata jew proprjetarjiet ta' ħanut jew ta' attivita` kummerċjali oħra.", "Aħna kellna b'mod dettaljat nirrisolvu dawn id- diffikultajiet kollha.", "Jgħaqqad dejjem f'din l-istruttura ta' negozjati u ta' preparamenti kellna l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali u l-avukat ġenerali nnifsu għal pariri legali li kellna bżonn biex dan isir flimkien man-nutar tad-dipartiment ta' l-artijiet.", "Ir-ringrazzjament tiegħi huwa estiż anke għad-diretturi, avukati u periti min-naħa tal-konsorzju VISET.", "Dawn ma kenux negozjati faċli u nista' ngħid li kien hemm ħafna battibekki bejnietna, battibekki ta' min irid l-aqwa prodott.", "Forsi ħafna nies jaħsbu li d-diffikulta' qiegħda sakemm naslu għalih.", "Veru li hemm data biex naslu għal kuntratt dettaljat bħal dan, pero' l-akbar sfidi u l-akbar impenji jirriżultaw mill-mument li l-kuntratt ikun iffirmat u mill-mument li jibdew ix-xogħlijiet.", "Għan-nom tal-gvern inwiegħed li aħna nibqgħu mhux biss pro-attivi fl-implimentazzjoni ta' dan il-proġett imma forza katalista li tiffaċilita proġett bħal dan li huwa meħtieġ għal Malta kollha kemm hi bħala azjenda.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karmenu Vella.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Mr Speaker, nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar fuq dak li għadu kemm qal il-ministru.", "Beda biex qal illi stenna li jkun hawn iktar qbil u ma nafx għalfejn qal hekk għax safejn naf jien hawn il-qbil fuq dan il-proġett.", "Aħna qatt m'għedna li aħna kontra dan il-proġett u meta l-ministru qal illi huma kienu daħħluh fil-programm elettorali tagħhom, ta' min ifakkar li x-xogħol kien diġa' kollu lest.", "Ma nistax nifhem għalfejn damu sentejn biex jiffinalizzaw il-kuntratt.", "Forsi hemm xi affarijiet li fl- opinjoni tagħna setgħu kienu aħjar, imma b'daqshekk ma jfissirx li m'hemmx qbil fuq dan il-proġett.", "Naturalment għax qegħdin naqblu ma jfissirx li m'għandux ikollna ċ-ċans li niddiskutuh.", "Kif qal hu, sar qbil kważi fuq kollox minbarra fuq il-klawsola li tgħid li l-konsorzju għandu jiġi eżentat mit-taxxa tal-boll.", "Bħala prinċipju ma naqblux illi konsorzju ta' din l- entita` għandu jkollu flus għal kollox minbarra biex iħallas il-boll.", "It-tieni punt hu li nafu x'inhi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż u mhux sew li jiġi magħfus iż-żgħir biss biex insolvuha din il-problema.", "Il- ministru qal li la qbilna kważi fuq kollox u ma qbilniex biss fuq l- eżenzjoni tat-taxxa tal-boll, fid-diskussjoni jmissna nillimitaw ruħna għall-parti ta' l-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll.", "Fl-opinjoni tiegħi dan l- argument ma jreġix.", "Il-parlament qiegħed hawnhekk biex jiddiskuti kull klawsola u biex kull wieħed u waħda minna jgħidu dak li verament jemmnu fih.", "Aħna llum quddiemna m'għandniex mozzjoni fuq it-taxxa tal-boll iżda għandna quddiemna mozzjoni li tkopri l-għotja ta' dik il-parti tax-xatt ta' Pinto lill-konsorzju VISET.", "Qal ukoll il-ministru li l-gvern ma kienx qed iħares lejn dan il-proġett bħala mezz ta' introjtu għax hemm affarijiet oħra ta' natura nazzjonali fejn il-pajjiż jista' jiggwadanja.", "Qalilna li l- flus huma xi ħaġa sekondarja.", "Issa jien qgħadt nisimgħu kważi tliet kwarti sħaħ u ħlief fuq flus ma tkellimx, Sur President!", "Fuq l-aġenda llum għandna riżoluzzjoni dwar l-enfitewsi ta' art, bini u għoti ta' dritt fix-xatt ta' Pinto lil VISET, fejn qed ngħidu li l- konsorzju se jingħata konċessjoni għall-iżvilupp ta' cruiseliner passenger terminal u faċilitajiet oħra ta' entertainment u retail activity - kultant f'kuntratt ikun hemm żewġ linji li wieħed jibqa' għaddej fuqhom imma jafu jkunu żewġ linji li jfissru ħafna – u nixtieq li l-ministru jispjega x'tip ta' entertainment u leisure qegħdin nistennew li jkun hemm fil-Port il- Kbir.", "Naturalment aħna ma nistgħux ngħidu li kulma jagħmel dan il-gvern hu kollu ħażin, iżda nista' ngħid li l-gvern qed jagħmel kollox bil-pass tiegħu.", "Fejn jidħlu proġetti lokali nagħmlu kollox bil-mod iżda fejn jidħlu affarijiet ta' natura oħra, bħal fil-każ ta' l-Unjoni Ewropea, imbagħad kollox bl-għaġġla.", "Jiġifieri dan in-nuqqas ta' konsistenza jinħass ħafna.", "Mr Speaker, kif diġa` għedt, il-ministru qal li dwar dan it-terminal kienu għamlu wegħda speċifika fil-programm elettorali.", "Iżda kif ammetta l- ministru stess waqt il-laqgħat tal-kumitat tal-verifika, kien sar il- proċess tad-development brief u kien sar ukoll il-proċess ta' l- applikazzjonijiet skond il-brief li kellna.", "Sar rapport wara li saru l- applikazzjonijiet u sar anki shortlisting ma' min kellu jiġi nnegozjat il- proġett.", "Kien intgħażel il-konsorzju VISET bħala l-ewwel consortium li miegħu kellhom jibdew in-negozjati.", "Minkejja li dan ix-xogħol kien kollu lest, il-gvern ħa sentejn u ma nifhimx kif illum għadna għaddejin b'din id- diskussjoni fuqu.", "Dan ifisser li għaddew sentejn u nofs bil-proċess kważi kollu lest u għadna fejn konna!", "Il-fatti juru li fejn irid il-gvern jieħu kollox b'pass kajman, affarijiet li ma ġrawx biss f'dan il-proġett imma fuq ħafna proġetti.", "Dan għaliex qed naħlu l-enerġija kollha tagħna fuq l- issue ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ejja nieħdu l-proġett tal-Kottonera, Sur President.", "Fi żmienna kien hemm commitment li f'sitt xhur kellha titlesta l-marina, iżda għaddew sentejn u nofs u għadna lanqas biss bdejna naraw biċċa rmiġġ!", "Jien nixtieq li meta l-ministru jkun qed jagħmel l-għeluq tiegħu jispjegalna x'qed jiġri anki fuq il-proġett tal-Kottonera, għax hemm konnessjoni kbira bejn dak li kellu jiġri fil-Kottonera u dak li kellu jiġri fuq din in-naħa tax-xatt ta' Pinto.", "Minn hawn nitlob lill-ministru jispjega x'tip ta' entertainment qegħdin nitkellmu fuqu għax din il-kelma tiġbor fiha ħafna attivitajiet.", "Donnu li mhux qed nifhmu biżżejjed l- importanza li nimmaniġġjaw ir-riżorsi tal-kosta tagħna aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi, diġa` għamilna żbalji kbar meta fil-proġett tal- Kottonera daħħalna blokki residenzjali u daħħalna l-lukandi.", "Imkien fid- dinja ma rajt lil xi ħadd jagħti lukanda jew blokki residenzjali fil-port ewlieni tiegħu.", "Issa se mmorru oltre` minn hekk u fl-istess port se ndaħħlu faċilitajiet ta' entertainment.", "Qed ngħid hekk għax hemm differenza kbira bejn li niżviluppaw il-kosta b'residenzi, lukandi u postijiet ta' divertiment milli niżviluppaw il-portijiet bl-istess mod.", "L-isfortuna hi li dan il-gvern qed jittratta l-portijiet qishom kienu l-kosta u nista' nispjega fil-qosor.", "Naf li peress li Malta hija gżira, it-turist jassoċja l-vaganza tiegħu mal- baħar.", "Ebda turist ma jiġi Malta u ma jistenniex li mil-lukanda tiegħu jara l-baħar, bil-lukanda possibilment ikollha faċilitajiet għall-baħar.", "Ftit turisti jkunu lesti li jiġu Malta jekk ma joqogħdux fejn il-baħar.", "Minħabba dan, ħafna mill-iżvilupp tal-lukandi sar matul il-kosta u għalhekk għandna konċentrament qawwi ta' żvilupp, divertiment u residenzi għall- villeġġatura mal-kosta.", "Infatti 35% tax-xtut huma żviluppati turistikament.", "F'GĦawdex għandna 19% mix-xtut li huma żviluppati għal skopijiet turistiċi.", "Naturalment ħafna mill-kumplament tax-xtut ta' Malta u GĦawdex lanqas biss huma aċċessibbli.", "Kważi 70% tas-sodod tal-lukandi huma żviluppati max-xtut, barra l-ħafna flats fin-naħa ta' fuq ta' Malta li qegħdin max-xatt.", "Iżda meta niġu għall-portijiet l-istorja hi differenti, Sur President.", "Il-portijiet tagħna dejjem inżammu għal skopijiet kummerċjali.", "Il-ministru semma li rridu nħarsu lejn il-faċilitajiet u l-infrastruttura ta' l- ajruport.", "Qabel ma kienu jidħlu l-ajruplani, il-portijiet kienu jservu proprju ta' departure u arrival points għal ħafna vjaġġaturi.", "Kien hemm żmien fejn il-portijiet kienu ġew żviluppati minħabba n-natura tagħhom għal skopijiet industrjali u nista' nsemmi d-dockyard u l-grain silos.", "Aktar riċenti ġietna l-opportunita` li niżviluppaw il-portijiet għal domanda turistika ikbar.", "Imma meta nitkellmu fuq domanda turistika u fuq proġetti turistiċi fil-port m'għandniex niftiehmu li għandna ndaħħlu lukandi, postijiet ta' divertiment u residenzi.", "Jiena kont nistenna li l-coastal resource management team li hemm fil-ministeru u l-istess teams li jimmaniġġjaw il-kosta, anki fl-awtorita' ta' l-ippjanar, jindunaw bid-dnub li qiegħed isir u jitkellmu u jieħdu azzjoni jekk għadu l-waqt.", "Niġi issa għall-ħafna kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt, Sur President.", "Jiena ngħidha b'wiċċi minn quddiem li inutli noqogħdu nagħmlu ħafna kondizzjonijiet imbagħad wara qisna ma nkunu ffirmajna xejn għax ħadd ma jkun lest li jara jekk dawk il-kondizzjonijiet hux qed jinżammu jew le.", "Biex nieħu eżempju għandna mdaħħal il-prinċipju tar-restawr ta' Pinto stores, l-istess bħalma kellna fil-proġett tal-Kottonera.", "Hawnhekk mhux talli ma ġiex irrestawrat kif suppost parti mill-bini li kien hemm iżda talli sar bil-kontra.", "Minflok ma' il-ministru ħa azzjoni, kontra l-pariri ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar mar jgħid li kien ferħan b'dak li kien qed isir.", "Li kieku din il-ħaġa għamilha xi ħadd minn din in-naħa kienu jqumu l-irwiefen kollha.", "Qed nirriferi għal dak li ġara fi Scamps Palace għax min jaf x'inhu jiġri xejn mhu kuntent, imma għal dan il-gvern u għal dan il-ministeru qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Jiġifieri jinkisru l- liġijiet u għall-ministru qisu m'hu qed jiġri xejn!", "Effettivament qed niddefendu dak li qed jiġri, kontra l-istess parir ta' l-awtorita'.", "Fil-Kottonera kien hemm kondizzjoni li l-liċenzja li qed tingħata mill- gvern għandha tiġi żviluppata mill-konsorzju, imbagħad jekk iridu jibdew jinnegozjaw il-liċenzji.", "Illum qed nisimgħu illi l-konsorzja qed jinnegozjaw il-liċenzji, il-kuntratti u l-permessi li għandhom kontra kull kondizzjoni li hemm imniżżla fil-kuntratt u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Kellna ħafna każi fejn il-konsorzja ma qagħdux għall-kondizzjonijiet jew għall-ftehim fuq l-iskeda taż-żmien.", "Iva, qed immorru żmerċ għal kollox fuq l-iskeda taż-żmien iżda għall-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Kellna każi fejn il-gvern għamel kuntratti u esiġa ċerti pagamenti ta' ċens jew ta' kirjiet fuq proġetti kbar, iżda l-istess pagamenti baqgħu ma sarux jew damu ma saru.", "GĦal dan il-gvern qisu m'hu qed jiġri xejn u sal-lum inkisru ħafna kondizzjonijiet iżda ma ġara xejn.", "Il-gvern irid ikun aktar serju.", "M'hijiex serjeta' li niffirmaw il-kuntratti u ħadd minn din il-Kamra ma jitkellem minkejja li jgħaddu s-snin.", "Jiena flejt sew id-dibattitu li kien hemm fil- kumitat tal-verifika u ma sibt l-ebda monitoring board.", "Il-ministru semma' wkoll illi dan il-proġett jinkwadra ruħu tajjeb fid-dawl tal- policies tal-gvern u jien fittixt ħafna fuq dawn l-imberkin policies.", "Nistaqsi x'inhuma dawn il-policies li kien qed isemmi l-ministru u min qed joħroġhom.", "Nistaqsi ma min qed jiġu diskussi dawn il-policies, fejn qed jiġu ppubblikati u min qed jimxi fuqhom.", "Jiena nista' ngħid li dort, tkellimt u staqsejt u mid-dehra dawn il-ħafna policies li qed isemmi l- gvern ma jeżistux.", "La hemm policies fuq it-turiżmu, la policies fuq l- iżvilupp tal-portijiet u lanqas policies fuq l-iżvilupp ta' proġetti ta' din in-natura.", "Jien ippruvajt indur kullimkien u qrajt id-dibattitu kollu li sar fil-kumitat tal-kontijiet dwar l-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, iżda ma sibt xejn minn dawn il-policies.", "Semmejna wkoll is-suq tal- cruiseliners, Sur President.", "Veru u minnu li dan huwa suq importanti ħafna u li ħa spinta qawwija speċjalment meta kien hemm sieħbi hawn preżenti jmexxi l-maritime authority.", "Nafu li f'dawk is-sentejn kien hemm l-akbar tkabbir tas-settur.", "Litteralment f'dawk is-sentejn is-settur spara 'l fuq u iktar minn irdoppja.", "Għall-grazzja t'Alla, ix-xogħol baqa' għaddej u jiena ngħid illi għad hemm skop fejn jikber iktar.", "Żgur li jekk nieħdu dan ix-xogħol b'iktar attenzjoni jista' jiżviluppa ħafna iżjed.", "Intant kelli dibattitu żgħir ma' xi nies fis-settur għax in-numru ta' cruise passengers li kienu jidħlu Malta ma konniex ngħodduhom ma' l-arrivals tat-turisti.", "Iżda hemm min jinsinwa li n-numru ta' cruise passengers li jidħlu llum huwa rifless fiż-żidiet ta' l-arrivals u hawnhekk ma tkunx barra minn lokha kjarifika min-naħa tal-ministru.", "Kif nafu, f'dawn l-aħħar ħames snin daħlu mas-700, 000 cruise passengers.", "Dan huwa veru u nibqa' ngħid li dan huwa settur importanti ħafna, imma mill- banda l-oħra rridu wkoll inżommu kollox fil-perspettiva tiegħu biex ma nonfħux il-figuri - hawn mhux qed nitkellmu fuq turist normali li jiġi hawn Malta għal ġimgħa, ħmistax jew aktar - anke jekk qed nitkellmu fuq revenue sostanzjali u fuq kontribuzzjoni qawwija lejn l-ekonomija tagħna.", "Il-cruise passengers li jidħlu hawn Malta, għalkemm jagħtu kontribuzzjoni tajba, ma jistgħux jitqiesu l-istess.", "Jien nibqa' ngħid li proġetti bħal dawn għandhom jibqgħu mexjin biex il-kontribuzzjoni tagħhom ngħolluha.", "Madankollu rridu ngħidu li kull għaxra minn dawn il-cruise passengers li jagħmlu jum kull wieħed għandhom ekwivalenza ta' turist normali.", "Turist normali jiġi jagħmel għaxart ijiem u għaxart iljieli hawnhekk.", "Turist minn dawn is-700, 000 li qed ngħoddu li jiġi hawn Malta jkun għamel ġurnata waħda biss anki meta niġu għall-infiq.", "Jekk aħna nikkalkulaw li n-nefqa ta' turist normali fuq żjara ta' għaxart ijiem hija bejn wieħed u ieħor ta' Lm200, in-nefqa ta' dak it-turist li jiġi sempliċement għal ġurnata waħda bilfors li tkun ħafna inqas.", "Irridu ngħidu wkoll pero` li dan it-tip ta' turist qed jagħtina kontribut mingħajr ma jitfa' piż fuq l-infrastruttura u mingħajr kważi ebda effett ħażin fuq l-ambjent u l-kultura tagħna.", "Jiġifieri filwaqt li qed indaħħlu xi ħaġa inqas, m'għandniex il-problemi li qed ikollna bit-turist normali.", "Xi ħaġa oħra li rrid ngħid hi li tajjeb li ninvestu biex insaħħu dan it- tip ta' turist, imma wieħed jistenna illi l-investiment għal dawk li huma cruise passengers ikun akkumpanjat ukoll min investiment fis-settur turistiku normali.", "Filwaqt li ħaqqna prosit talli qed nagħmlu dan l- investiment għal dan it-tip ta' turist, jiddispjaċini ngħid illi t-tip ta' turist l-ieħor qegħdin nittraskurawh għad-detriment qawwi ta' pajjiżna u tal-ħafna investituri lokali li għandna f'dan is-settur.", "Id-dħul tal-cruise passengers baqa' bażiku għax Malta baqgħet biss port of call.", "Il-vapur ikun ġej minn destinazzjoni oħra, jidħol hawnhekk filgħodu, iniżżel il- passiġġieri għal nofs ta' nhar jew ġurnata u dakinhar stess jerġa' isalpa minn Malta.", "Jekk aħna jkollna iktar faċilitajiet adegwati kif nisperaw li jkollna b'dan il-proġett, Malta tkun tista' ssir home port fejn il- cruiseliners jibdew il-vjaġġ tagħhom minn hawn, jgħabbu lit-turisti minn hawn u jmorru jduru ma' destinazzjonijiet oħrajn u jispiċċaw hawn ukoll.", "Din tagħtina ċerti vantaġġi u turist li jkun sejjer cruise fil-Mediterran jista' jagħżel il-pakket ta' stay-and-cruise.", "B'hekk it-turist jiġi jumejn qabel u jqatta' btala qasira f'Malta.", "F'dan il-kuntest is-seaport terminal jista' jgħin ħafna, pero` dan m'huwiex biżżejjed biex nattiraw il- cruiseliners biex jagħmlu minn Malta home port.", "Jiena għadni niftakar li meta jiena u l-Onor.", "Debono Grech konna nitkellmu ma' dawn is-sidien u ma' l-operaturi tal-cruiseliners, waħda mill- affarijiet li kienu jgħidulna kienet li ma jistgħux jiġu hawn Malta u jagħmlu Malta bħala home port mhux biss minħabba n-nuqqas ta' faċilitajiet, imma wkoll minħabba n-numru ta' linji ta' l-ajru illi jidħlu minn kullimkien.", "Il-frekwenza ta' titjiriet mis-swieq Ewropej lejn Malta għadha baxxa wisq.", "F'Malta jidħlu 200 titjira fil-ġimgħa waqt li fi Spanja jidħlu 1000.", "Iktar ma jkun hemm postijiet sejrin lejn dik id-destinazzjoni, iktar għandhom iċ-ċans illi jimlew il-cruise tagħhom.", "Li kieku f'Malta jkollna l- isbaħ u l-aqwa seaport terminal facilities u ma jkollniex titjiriet frekwenti, ma jkun jagħmel l-ebda sens illi cruiseliner jiġi hawn Malta biex jibda jgħabbi t-turisti.", "Ma rridux nimlew rasna illi għax se nagħmlu seaport terminal se nsolvu l- problema u awtomatikament kull cruise passenger liner illi jidħol hawn Malta bħala port of call se jdawwar lil Malta bħala home port.", "Naħseb din hi ta' min jagħti kasha.", "Biex jiġi cruiseliner hawn Malta irridu nkunu ċerti wkoll illi t-tariffi u l-ħlasijiet fil-port ikunu kompetittivi biżżejjed ħdejn destinazzjonijiet oħrajn.", "Jekk nibqgħu bir-rotta li qbadna, kollox isir inqas kompetittiv u jkun inutli nagħmlu l-faċilitajiet għax jekk se nibqgħu innaqqru l-kompetittivita` se nitilfu ħafna mix-xogħol.", "Il-gvern se jieħu wkoll dividend ta' 10% mill-profitti.", "Għalkemm dan hu tajjeb, jien ngħidlu biex ma jgħaġġilx għax safejn naf jien biex wieħed jibda jirċievi dividend irid ikun hemm il-profitti.", "Jekk dan il-proġett ma jħallix profitti mhux se jkun hemm dividends x'jitqassmu.", "Hu semma' li 10% return għax-shares tal-gvern f'dan il-proġett hu tajjeb ħafna.", "Jiena ma naf l-ebda kumpannija privata illi tkun lesta tinvesti fi proġett ta' din l- entita` bl-ammonti li qed isemmi hu biex ir-return fuq l-investiment ikun ta' 10%.", "Kieku r-return huwa daqshekk żgħir, allura jkun jaqblilhom dawn il- kumpanniji jpoġġuhom fil-bank flok jinvestu.", "Irrid ngħid ukoll li kien hemm parti li ma stajtx nifhem fejn parti mill- moll se tingħata b'ċens lill-operaturi u parti oħra fejn hemm il-foreshore, se tibqa' tal-gvern u se tiġi mmexxija mill-konsorzju.", "Dettalji iktar ma ngħatawx.", "Jekk ikolli garage u nqabbad lil xi ħadd biex imexxih, jien indaħħal Lm100 u lilu nagħtih Lm10.", "Jekk dak li jaqla' se jżommu hu, allura l-garage ma jkunx tiegħi imma nkun qisni tajtulu.", "Nixtieq li l-ministru jispjega dwar dan kollu.", "Mr. Speaker, meta kien hemm id-dibattitu fil-kumitat tal-verifiki ssemmew ħafna ċifri.", "Nafu li hemm 90% tax-shares li huma tal-Maltin u 10% ta' żewġ kumpanniji barranin.", "Issemma' ukoll li l-issue tal-kumpannija huwa ta' Lm3 miljun, imma safejn naf jien għadna lanqas nafu ...", "(Interruzzjonijiet) ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Irrid ngħid li din ingħatat.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Tajjeb li din ingħatat għax mid-diskussjoni fil- kumitat tal-verifika ma ħariġx il-paid up kemm kien.", "(Interruzzjonijiet) L- istess ngħid dwar it-terminu taż-żmien.", "Qed ngħidu li hemm framework ta' erba' snin.", "Hawnhekk tlifna sentejn u qed ngħidu li l-proġett se jieħu erba' snin.", "Jiena nixtieq nistaqsi meta se jibdew l-erba' snin.", "Jekk il- perjodu jibda fl-2002 jispiċċa fl-2006.", "Jekk jibda fl-2010 xorta erba' snin se jieħu imma se jkun lest fl-2014.", "Importanti li f'kuntratti bħal dawn mhux nintrabtu biss fuq terminu imma anke meta se jibda x-xogħol.", "Jiena nerġa' nagħti l-eżempju tal-Kottonera.", "Jekk il-marina fi żmienna kellha ssir fi żmien sitt xhur, jiena ma nippretendix illi taħt gvern Nazzjonalista tieħu sentejn jew tlieta.", "GĦalkemm it-terminu tax-xogħol fuq il-marina kien sitt xhur taħt gvern Laburista - u għadu sitt xhur taħt gvern Nazzjonalista - f'dan il-każ ġara mod ieħor.", "Taħt gvern Laburista kellna ndikat meta kellhom jibdew dawn is-sitt xhur u meta kellu jitlesta x-xogħol.", "Hawnhekk m'għandna xejn minn dan, Sur President.", "Il-ministru qal ukoll illi l-Belt se tingħata l-ħajja.", "Jien hawnhekk naqbel u ma naqbilx.", "Din se tingħata l-ħajja jew tkompli tinqered skond il- faċilitajiet li se nitfgħu fis-seaport terminal u jiena wisq nibża' li kollox għadu jista' jaħdem bil-kontra.", "Jekk jidħol sea passenger liner u jniżżel in-nies hemmhekk, peress li ħwienet m'hemmx, kulħadd jitla' il-Belt jiġri u jgħarrex fil-ħwienet.", "Jekk mill-banda l-oħra l-iskop tat-terminal ikun kummerċjali, hemmhekk se nispiċċaw biex ikollna ħwienet daqs kemm hemm Strada Rjali.", "Jekk hu hekk, ma nistgħux ngħidu li se niġġeneraw attivita' fil-Belt għax ħafna mix-xiri se jibda jsir hemm isfel.", "Filwaqt li bil-bona volonta' kollha tagħna qed ngħidu illi se nqajmu l-Belt jew li se nżidu l- kummerċ, fl-istess waqt nistgħu nkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa li biha se nkunu qegħdin noqtluha.", "Jekk hemm isfel se jkun hemm ħwienet duty-free, ara ma nistennewx li t-turist se jitla' jixtri mill-Belt u ma jixtrix minn hemm.", "Issa fuq din tad-duty-free hemm xi ħaġa oħra x'jingħad, Sur President.", "Jien għadni niftakar ir-reazzjoni tal-ministru ftit ilu hekk kif l-Unjoni Ewropeja ħabbret li kulħadd irid jaqta' d-duty-free mill-ajruport.", "Dan ġara f'Ġunju tas-sena 2000 u aħna konna kkritikajna bil-qabda din il- manuvra minħabba li l-istess pajjiżi ta' l-Unjoni kienu qed jiġġieldu biex dan ma jseħħx.", "Aħna biex nagħmluha tal-verġni iktar mill-verġni, konna se naqtugħhom aħna stess!", "Issa l-istess gvern li ried jaqta' id-duty-free mill-ajruport dak iż-żmien, qed jibbaża ħafna mill-kummerċ ta' dan is-sea passenger terminal fuq il-kummerċ duty-free.", "Hemmhekk se jkun hemm ħafna duty-free li jista' jinbiegħ aktar minn dak li qed jagħmlu pajjiżi ta' l- Unjoni.", "Jekk passiġġier fuq cruiseliner jiġi biex jitlaq minn Malta biex jidħol ġo pajjiż ta' l-Unjoni fejn duty-free m'hemmx, se jixtri aktar minn hawn.", "Bejn l-Ingilterra u l-Irlanda wieħed jista' jixtri duty-free kemm irid.", "L-istess ngħid jekk wieħed ikun sejjer minn Malta għal Tuneż.", "Madankollu jekk minn Malta wieħed imur sa Sqallija, dan ma jistax jieħu affarijiet bla dazju għax hawn qed nitkellmu fuq pajjiżi ta' l-Unjoni.", "Illum għandna quddiemna pjanti, permessi, projections u l-aspetti fiżiċi ta' dan il-proġett imma m'għandna xejn fuq l-operat tiegħu.", "Jiena nixtieq ikollna ftit iktar informazzjoni dwar kif se jiġu ssalvagwardati l- operaturi li llum qegħdin jużaw is-sea passenger terminal eżistenti.", "Illum għandna ħafna aġenti ta' vapuri Maltin li jafu kif jaħdmu, jafu t-tariffi, jafu quddiem min iridu jitilgħu u jafu lil min iridu jkellmu.", "Meta jibda jopera t-terminal jista' ikollna interessi differenti minn dak li għandu l- gvern illum u ħafna minnhom qed iħossuhom mitlufin għaliex ma jafux kif se jkun l-operat.", "Dawn ma jafux kemm ġej kbir, xi ħwienet se jkun hemm u l- faċilitajiet li se jkun hemm.", "Dawn jafu biss kemm se tkun tidher sabiħa l- faċċata!", "Iktar importanti minn dan huwa l-operat li se jkun hemm fis-sea passenger terminal.", "Jiena qed ngħid hekk għaliex ħafna minn dawk li tkellimt qaluli li ma saru l-ebda diskussjonijiet magħhom.", "Dawn lanqas biss ġew ikkonsultati.", "Hemm ħafna pjanti u proġetti imma ebda konsultazzjoni fuq l- operat.", "Jiena kont nemmen li dawn l-istakeholders prinċipali suppost kellhom vuċi akbar fuq dan il-proġett u fuq l-operazzjoni tiegħu.", "Fl- opinjoni tiegħi, anke l-MTA u l-ministeru għat-turiżmu kellu jkollhom vuċi akbar.", "Jiena ftit smajt kummenti min-naħa ta' l-MTA u min-naħa tal- ministeru għat-turiżmu dwar dan il-proġett.", "Li naf hu li meta l-proġett kien immexxi mill-Onor.", "Debono Grech, kienu qed jagħmlu kollox flimkien mill-bidu sa l-aħħar u ma kien hemm ħadd minna li qabad u ħa l-proġett minn taħt idejn l-ieħor.", "Filwaqt li lill-konsorzju tajnieh l-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll, qabel konna nagħmlu minn kollox biex mill-proġetti jkun hemm dħul tajjeb.", "Safejn naf jien din ma dehritx iktar u tħassret ukoll.", "Jekk l-MTA qed tagħti servizz lit-turiżmu hawn Malta u qed tiġbor il-kontribuzzjonijet mingħand tal-lukandi, mingħand tar-restaurants, mingħand tad-discos u oħrajn, din m'għandhiex ma tiġborx xi ħaġa mill-profitti ta' dan il-proġett.", "Din il- miżura kienet iddaħħlet fuq il-proġett tal-Kottonera iżda ma nafx għadhiex issir.", "Li naf żgur hi li minn dan il-proġett tneħħiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, ladarba qed nitkellem fuq it-turiżmu u l-implikazzjonijiet li se jkollu dan il-proġett fuq it-turiżmu, kellu jkun hemm sehem ikbar ta' l-MTA.", "MR SPEAKER: Onor. Vella, ippermettili ftit għaliex skadielek il-ħin.", "ONOR.", "KARMENU VELLA: Imma xtaqt li kieku nista' inkompli, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Nipproponi li l-Onor.", "Vella jkompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nissekonda", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Karmenu Vella jkompli jinstema' Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, on a point of order..", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, ikolli niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta kienet sospiża fl-10.58 a.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Debono Grech.", "ONOR.", "JOE DEBONO GRECH: Kif qal il-kollega tiegħi, illum qed nitkellmu fuq proġett li kien fil-ħsieb tal-gvern Laburista ta' l-1996, gvern li f'sena u tmien xhur kien laħaq ippubblika żewġ proġetti kbar, wieħed minnhom dak tal-Kottonera, iżda nafu x'ġara.", "Dak iż-żmien tan-naħa l- oħra kienu jgħidu li n-nies ma kienx se jkollhom fejn jgħumu u fejn jagħmlu l-barbecues u dawk l-affarijiet kollha.", "Illum nistgħu naraw li mhux talli m'hemmx fejn jagħmlu l-barbecues u mhux talli m'hemmx fejn in-nies jgħumu, talli minn dan il-proġett kulma sar f'sentejn huwa l-casino`.", "Dan kien wieħed mill-proġetti tal-gvern Laburista u wara li kien ġie mmaqdar kollox u wara dawk it-teatrini kollha hawn ġew, illum nafu li l-uniku ħsieb tan- Nazzjonalisti u tal-kompliċi tagħhom minn din in-naħa kien biex il-gvern Laburista ma jkunx f'pożizzjoni li jkompli b'ħidmietu.", "Issa nafu għaliex saru dawk l-affarijiet u għaliex il-proġett tal-Kottonera ma ħallewhx għaddej.", "L-iskop kien biex jiddaħħlu affarijiet ta' interess għalihom li qabel ma kenux inklużi fil-proġett.", "Lili meta kont żgħir kienu jgħallmuni li ż-żmenijiet jinbidlu u li aħna ninbidlu magħhom u nista' ngħid li nieħu pjaċir nara kemm jinbidlu ż- żmenijiet!", "Fl-1972, taħt gvern Laburista, kellna l-ewwel prim ministru mill-Ewropa kollha li qatt kien żar iċ-Ċina, iżda kienu qamu l-irwiefen kollha u kienu bdew jgħidu li l-pajjiż spiċċa u li se ninbelgħu miċ-Ċiniżi.", "Ta' kontra tagħna dak iż-żmien kienu jgħidu li mhux suppost li l-kap tal- gvern iżur iċ-Ċina għaliex kien hemm ftehim ma' l-Inġliżi li aħna ma nistgħux immorru f'ebda pajjiż tal-Warsaw Pact.", "Jiġifieri lanqas biss kienu jafu dawn li ċ-Ċina ma kenitx tagħmel parti mill-Warsaw Pact!", "Kienu qalulna li konna se niġu bażi taċ-Ċiniżi u li hawnhekk ġejjin bil-piġama.", "Qed insemmi dan kollu għax il-bieraħ ġie l-President taċ-Ċina u kulħadd tela' l-airport biex jgħannqu.", "Kważi kważi stajna ġibna lill-Papa biex jagħmlu beatu wkoll!", "Ara issa qed ngħidu li għandna ħbiberija ta' tletin sena maċ-Ċiniżi meta ma nafx x'ma qalux fuqhom u fuq il-Koreani meta kienu qed jibnu Marsaxlokk, proġett li ma nafx għaliex in-Nazzjonalisti jgħidu li dak tagħhom.", "Jistgħu jidħku biż-żgħażagħ li hawn hawn ġew illum imma bija m'humiex se jidħku, Sur President.", "Veru li kienu ħolmu bi proġett biex isir freeport fi żmien Ġorġ Borġ Olivier - u kienu ħadu r-raba' kollu t'hemmhekk, kissru kulma kien hemm u tefgħu lil kulħadd 'il barra - imma spiċċa l-gvern ta' Borg Olivier fl- 1971 u l-freeport fuq il-pjanta kien u fuq il-pjanta baqa'!", "Kellu jkun gvern Laburista, bl-għajnuna taċ-Ċiniżi, li għamel il-breakwater ta' Marsaxlokk u konna aħna li bdejna nagħtu l-ħajja lill-freeport, u għalxejn joqogħdu jgħidu li komplewh huma.", "Allaħares fi 12-il sena ma kenux kapaċi jkompluh!", "(Interruzzjonijiet) Dak bnejnieh biċ-Ċiniżi, anke jekk dak iż- żmien in-Nazzjonalisti kienu jgħidu li dawn in-nies m'huma kapaċi għal xejn.", "Kien hemm anke Ċiniż li kien ħalla ħajtu hemmhekk u hemm qiegħed midfun.", "Bilkemm ma riedux jgħidu li l-post kien ġie ddesagrat għax konna dfinna Ċiniż!", "Quddiem Alla kulħadd l-istess u Alla mhux se joqgħod jgħid jekk dak hux għajnejh imġebbdin jew le!", "Anke b'din isservew, imma llum kemm ferħu b'Jiang Zemin!", "Tawh jiekol, ħadulu b'idejh u għannquh – veru li kien hemm erbgħa jipprotestaw u tefgħuhom 'il barra - iżda 30 sena ilu tgħidx kemm għajruhom liċ-Ċiniżi.", "Jiang Zemin ukoll kien jagħmel parti miċ- Ċina fl-1971 - jiġifieri lil dan kienu għajruh ukoll - għax dan ma twelidx il-bieraħ.", "Niġu issa għas-sea passenger terminal, Sur President.", "Meta l-gvern ta' Mintoff kien beda jkabbar il-mollijiet, il-gazzetti Nazzjonalisti dak iż-żmien kienu ħarġu jgħajtu li qed inkabbru taħt it- Telgħa tal-Kurċifiss biex hemmhekk inkunu nistgħu niġbru n-nies għall-mass meetings u norganizzaw it-tombla!", "Dawn it-tip ta' kummenti konna naqrawhom fil-gazzetti u min irid għadu jista' imur iqalleb fil-gazzetti.", "Iż- żgħażagħ tal-lum ma jafuhomx dawn l-affarijiet u għalhekk tajjeb li nfakkruhomlhom.", "Jien niftakar li biex il-gvern ta' Borg Olivier fetaħ il- moll li kien beda fi żmien gvern Laburista, kien dam erba' snin jiddeċiedi għax ma kienx jaf jekk hux se jagħtih lill-aġenti, jekk hux se jmexxuh in- nies tax-xatt jew inkella ssirx kumpannija.", "Wara ħafna ġlied kienet twaqqfet il-Malta Landing Co. u sabiex jikkuntenta lil erba' aġenti tal- vapuri, din il-kumpannija Borg Olivier kien tahilhom biex imexxuha huma.", "Iżda spiċċaw biex farrkuha u kellu jkun gvern Laburista ta' l-1971 li għamel riorganizzazzjoni u ħoloq in-National Cargo Co. Din fil-fatt ħalliet il-frott u verament għamlet progress, iżda xorta waħda kienu baqgħu sakemm kissruha l-għedewwa tal-ħaddiema u meta fl-1996 sirt ministru u ippruvajt nara x'ġara u ma ġarax, sibt li l-port kienu qatluh b'vendikazzjoni, Sur President.", "Il-port tagħna kien ħaj u kien hemm ftehim mal-port workers illi meta jiġi biex jitlesta l-freeport, ix-xogħol tal-vapuri kellu jsir ix-xatt u mhux fil-freeport.", "Iżda biex nikkuntentaw lill-aġenti u biex lill-ħaddiema tax- xatt inkissruhom, irranġajna li jitla' kollox il-freeport.", "Neħħejna l- klawsola tal-portijiet li tgħid li l-portijiet jaħdmuhom il-ħaddiema tax- xatt u għamilna l-freeport.", "Naturalment daħal min kellu jidħol u lin-nies tax-xatt bdejna neliminawhom bil-mod il-mod.", "Issa smajna li s-sea passenger terminal se jkun biċċa għall-konsorzju u biċċa għall-gvern li se jikriha lil xi ħaddieħor, xi ħaġa li aħna żgur li ma konniex nagħmlu.", "Jiena nistaqsi lill-ministru x'se jsir mill-ħaddiema tax-xatt.", "Lil dawn se ntellgħuhom il-freeport u nagħmluhielhom impossibbli li jaħdmu hemm?", "Nistaqsih jekk hux se jintbagħtu l-freeport biex jgħidulhom li jridu jsuqu l-crane il-kbir u jagħmlu xogħol ieħor li mhux tagħhom.", "Aħna kellna provvediment li n-nies tax-xatt jibqa' ikollhom sehem minnu.", "Għan-nies tax- xatt ma jkun jiswa xejn li nagħmlu sea passenger terminal jekk fl-istess ħin se neħdulhom ħobżhom.", "Ħsibna verament fil-ħobża ta' kuljum ta' dawn in- nies jew le?", "Il-bieraħ kien hawn min qal illi daħlet il-liberalizzazzjoni.", "Il-liberalizzazzjoni ħaġa sabiħa iżda nitkellmu dwarha meta niġu għal-liġi l-oħra, imma jiena mill-ħaddiema jinteressani.", "Jistgħu jixhdu sħabi li kull meta għamilna xi ħaġa dejjem żammejna quddiem għajnejna l-interess tal- ħaddiem.", "Jien nerġa' nistaqsi lill-ministru jekk ħasibx fil-ħaddiema, Sur President.", "X'se jiġri mill-ħaddiema tax-xatt, mill-burdnara u minn dawk in-nies illi ħobżhom huwa mix-xatt?", "Dawn se jibqgħu jżommu l-istess drittijiet?", "Il-wirt li għandhom se jibqa' għandhom meta nitfgħuhom il-freeport?", "Il-flus tal- benefit scheme se jibqgħu għandhom?", "Rajna jekk dawn iridux ishma?", "Offrejnilhom ishma bħal ħaddieħor?", "Dan qed ngħidu għax inħoss li l- liberalizazzjoni se ssir għal erbgħa min-nies li għandhom il-liri meta aħna konna ħsibna għalihom dawn l-affarijiet.", "Forsi jkun hawn min jgħid li dan huwa proġett ġdid u li n-nies tax-xatt m'għandhomx x'jaqsmu.", "Imma jekk dawn mhux se jiġu nkorporati rrid inkun naf lil min se ninkorporaw.", "Dawn huma l-ewwel nies li għandhom ħobżhom hemm.", "Din hija l-ewwel biċċa xogħol li rridu naħsbu fiha u l-Partit Laburista se jkun minn ta' quddiem biex jaħseb għalihom.", "Aħna partit tal-ħaddiema u nemmnu li dawn in-nies tax- xatt għandu jkollhom id-drittijiet tagħhom imħarsa.", "Sieħbi spjega illi aħna konna nitkellmu ma' l-aġenti fuq kwestjonijiet tal-vapuri tal- passiġġieri u għamilna ħafna xogħol flimkien Fi żmien il-gvern Laburista dawn żdiedu u nieħu pjaċir meta nisma' li komplew żdiedu.", "Jien ma neħux pjaċir meta jonqsu għax ma jbatux Laburisti jew Nazzjonalisti iżda kulħadd ibati.", "Trid tkun iblaħ biex tieħu pjaċir bid-deni!", "Hemmhekk aħna konna organizzajna wkoll lil tat-taxis.", "Kien hemm il- kwestjoni tax-xarabanks u tal-coaches u magħhom dawn kien sar ftehim li l- ebda aġent ma jista' jaqbad u jeħdilhom ħobżhom.", "Jien nemmen li meta jkun lest is-sea passenger terminal, dawk in-nies li għandhom x'jaqsmu max-xatt għandhom jidħlu fl-affarijiet.", "Il-ministru qalilna li meta t-terminal ikun lest se jkollna monument.", "Aħna rajna l-istess pjanti li kien għamel gvern Laburista, forsi kemmkemm modifikati min-naħa tal-gvern Nazzjonalista.", "Aħna konna qbilna wkoll illi jkun hemm triq li tgħaddi minn wara u fil-fatt kien diġa` beda x-xogħol u lil ħafna mill-ħwienet konna diġa` għednilhom li se jispiċċaw.", "Iżda nistaqsi issa jekk min kellu ħanut hemmhekk u tilef ħobżu hux se jkollu ċans jerġa jidħol.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu niddiskutu u mhux qed inqajjimhom biex nagħmel propaganda favur il- Laburisti u kontra n-Nazzjonalisti.", "Aħna bilfors naqblu ma' dan il-proġett għax dan imwelled mill-Partit Laburista f'dawk l-20 xahar li konna għamilna fil-gvern.", "Naħseb li ħadd ma kien jippretendi mingħandna li f'sena u tmien xhur nibnu sea passenger terminal meta l-gvern Nazzjonalista issa ilu tliet snin hemm, sab kollox lest u għadu lanqas biss bdieh!", "Nispera li ħadd ma kien qed jippretendi li nagħmluh aħna.", "Kellna ħafna mix-xogħol lest bis-saħħa tal- maritime authority u bis-saħħa tan-nies tal-public works u oħrajn mill- ministeru għat-turiżmu.", "Aħna konna naħdmu flimkien.", "Aħna wkoll kellna l- ħsieb li minn dan is-sea passenger terminal noħorġu fergħa li 'l quddiem tkun tista' issir skola marittima - din kellha ssir bil-flus li jidħlu – u kellna diġa` diskussjonijiet ma' l-international maritime authority biex nimxu fuq il-proġett.", "Kellna saħansitra wkoll taħdidiet ma' tas-seafarers club li issa ħadu f'idejh il-gvern Nazzjonalista, fejn illum hemm il- maritime authority.", "Fil-verita' kollha f'kull port ikun hemm post biex meta jiġi baħri jkollu fejn imur jistrieħ u dan kien inkorporat fis-sea passenger terminal, u jien nemmen li dan għandu jibqa' hemm għaliex dawn huma affarijiet ta' standard internazzjonali mhux billi noqogħdu ngħidu li aħna nagħmlu parti mill-Ewropa għax ma jkun ifisser xejn jekk ma jkollniex dawn l-affarijiet.", "Ara aħna, Sur President, dawn l-affarijiet għamilnihom mingħajr ma kellna l-Ewropa magħna u għamilnihom billi daħħalna l-idea ta' konsorzji internazzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-Maltin wkoll.", "Il-gvern tagħna kien daħal b'ruħu u ġismu f'dawn l-affarijiet, anke jekk kien hawn min kien jgħid li m'għandniex nidħlu f'dawn l-affarijiet.", "Jekk ma jidħolx fihom il-gvern, il-poplu jista' ibigħ kulma għandu lil erba' sinjuri u ma jkollu dritt fuq xejn.", "Aħna ngħidu li dawn l-affarijiet il- gvern għandu jidħol fihom mhux biex jgħid li jmexxi hu iżda biex jirrappreżenta lill-poplu Malti.", "Aħna dejjem emminna li għandu jkollna ekonomija mista u jekk irid jidħol il-privat jista' jidħol u fejn irid jidħol il-gvern, jidħol ukoll.", "Naturalment jekk ma jidħolx il-privat ma nistgħux nibqgħu ma nagħmlu xejn.", "Kemm il-barranin kif ukoll il-Maltin urew li huma interessati li jidħlu f'dawn l-affarijiet u għednilhom li jridu jagħmlu bond u jintrabtu biha.", "Jien ħadt pjaċir li l-ministru qal li dawn diġa` poġġew flushom hemmhekk għax jista' jiġrilna kif kien ġralna qabel, fejn kulħadd kien jgħidilna li se jintrabat u nispiċċaw b'xejn.", "Dawn l- affarijiet ġraw fil-passat u ma ridniex li jerġgħu jiġru u allura din għamilnieha f'tal-Kottonera u għamilna hekk ukoll f'din.", "Sieħbi diġa` qal illi f'sitt xhur ried jitlesta x-xogħol fil-Kottonera għax l-ewwel ma ridna nagħmlu kienet il-yacht marina, għalkemm s'issa din il- yacht marina għadni ma rajtha mkien.", "Neħħejna n-nies, keċċejna lil kulħadd iżda din il-yacht marina baqgħet ma saret imkien.", "Jien nippretendi li min daħal fil-konsorzju l-ieħor tal-yacht marina għandu jagħmilha għaliex din trid tintrabat mas-sea passenger terminal.", "Dawn huma l-affarijiet li meta aħna konna fil-gvern konna tkellimna fuqhom u għidna x'irid isir.", "Aħna konna fhimna li proġett irid jikkumplimeta ieħor u hekk bilfors irid isir.", "Dak iż-żmien konna qed niġġieldu mal-Gvern Inġliż biex inaddaf il- portijiet tagħna.", "In-naħa l-oħra kienu daħku bina għax konna żammejna iebes mal-Gvern Ingliż, iżda kieku dak iż-żmien ma sarux dawn l-affarijiet kien ikollna nagħmluhom illum u nagħmluhom a spejjeż tagħna.", "Kieku mhux qed nitkellmu fuq it-teminal biss iżda anke fuq kif se nnaddfu l-port, Sur President.", "Issa jien jiddispjaċini ngħid li tan-naħa l-oħra ma fehmux li l-ħsara li hemm fil-mollijiet hija kbira.", "Tafu li l-mollijiet tan-naħa l-oħra jridu jinħattu għax m'humiex tajbin?", "Hemm ħafna kolonni taħt il-mollijiet - niftakar li fl-1967, meta kont naħdem ix-xatt kien ikun hemm tnejn bid- dgħajsa u naħseb li hemm għadhom għax dawn kienu jagħmlu kolonna waħda kull sitt xhur! - u l-ħsara li hemm bilfors trid tiġi rranġata.", "Jekk dawn l-affarijiet ma jafhomx il-ministru għandu bżonn ikun jafhom.", "Jien nista' ngħid li fejn kien hemm tal-faħam spiċċa għax kull darba jissewwa u ma jiflaħx ċerti affarijiet.", "Jien naqbel li l-Belt għandha tieħu r-ruħ imma mhux bis-sea passenger terminal biss.", "Jekk irridu li l-Belt tieħu r-ruħ, irridu niġu hawn u niddiskutu u mhux ngħidu li t-terminal se jsolvi kollox.", "Jekk nagħmlu hekk se jgħaddu mitejn sena u se nkunu għadna nistennew il- Belt tieħu r-ruħ!", "Jien ma rridx niġi hawnhekk biex nagħmlu liġijiet sbieħ u kollox jibqa' fl-ajru.", "Issa billi għaddejna l-liġi ta' l-annimali, iż- żwiemel fix-xemx kienu u fix-xemx għadhom!", "Il-klieb ta' l-irziezet marbutin fix-xemx kienu u hemm għadhom!.", "Għalxejn ngħaddu l-liġijiet jekk ma ninfurzawhomx.", "Jien ukoll ħadt pjaċir bis-sigurta` li kien hemm f'San Anton, għax għallinqas l-annimali tiegħi raqdu bil-kwiet għax tgħidx kemm kien hemm pulizija mdawrin magħhom dal-lejl!", "Kellu bżonn dejjem hekk!", "Imn' Alla ġie Jiang Zemin għax kien hemm kwantita` ta' klieb jiġru u dawn tneħħew ukoll!", "Ngħid għalija min se jidħol għall-kuntratt irid jgħid x'se jagħmel u ma jagħmilx minbarra x'se jdaħħal u ma jdaħħalx.", "Il-ministru jrid jorbot lil min dieħel għall-kuntratt.", "Aħna qegħdin naqblu u qegħdin wara l-gvern f'dan il-proġett għax minnu jaf igawdi kulħadd.", "Iżda jekk hemm data ta' meta l- proġett għandu jibda u jispiċċa, din id-data għandha tiġi rrispettata u mhux jiġri bħalma ġara fil-Kottonera, fejn bdejna u ma nafux x'se jiġri.", "Hemmhekk s'issa għadna ma rajna l-ebda pontoons meta l-eħfef ħaġa meta tiġi biex tagħmel yacht marina huma l-pontoons.", "Hemmhekk ukoll kellu jsir studju jekk għandux isir breakwater jew le.", "S'issa ma sar xejn u rajna biss il-casino`.", "Veru li se jaħdmu l-Maltin, imma nistaqsi: Kemm se jidħlu flus u kemm se jmorru flus barra?", "S'issa għadna ma rajna xejn mill-yacht marina.", "GĦadna nistudjaw u donnu li se nibqgħu nistudjaw!", "Issa jgħaddi s- sajf u tiġi x-xitwa u forsi nibdew nistudjaw, imbagħad jiġi l-Milied u nerġgħu nistudjaw u sakemm jiġi l-GĦid inkunu għadna nistudjaw!", "Jien ma rridx li nwiegħdu lill-poplu li se nagħmlu xi ħaġa biex imbagħad kollox jibqa' on paper, bħal meta kien se jsir il-breakwater t'GĦawdex.", "GĦidtha ħafna drabi li-l-breakwater kien ilu disa' snin biex jibda u fl- aħħar xahar qabel waqa' il-gvern ta' Borg Olivier kienu ġabu lil tas- Socomar u serqu kulma kien hemm biex taparsi kienu se jagħmlu l-moll.", "Effettivament dan kien beda fi żmien gvern Laburista u spiċċa fi żmien gvern Laburista.", "L-iSpeaker attwali kien mar waħħal tabella hemmhekk li tgħid li għamlu hu, u dan kollu għax poġġa żewġ blokki!", "Issa l-ministru qed jgħid li dan se jieħu erba' snin.", "Jiena nitlob lill-ministru jagħtina d-data ta' meta se jibda u meta se jispiċċa, Sur President.", "Għax ukoll jien dilettant ta' l-antikitajiet, ħadt gost li l-ministru qed jgħid li se jirrestawra l-faċċata ta' Pinto stores, gawhra li tħalliet mitluqa għal żmien twil.", "Hawnhekk naqblu żgur.", "Il-maritime authority lili kienu tawni ħafna nkwiet, partikolarment biex ngħaddu t-triq.", "Jekk se nagħmlu sea passenger terminal ma jistax ikollna karozzi għaddejjin minnu, u nieħu pjaċir li l-ministru aċċetta li t-triq tgħaddi minn wara.", "Naturalment se nneħħu dik il-pastażata ta' power station u nduru minn wara, xi ħaġa li kien ħaseb fiha gvern Laburista wkoll.", "Kellna bżonn nagħmlu kollox hekk u xi darba, jekk jippermettili l-ministru li għandu x'jaqsam max-xogħlijiet, nixtieq li nagħmlu dibattitu fuq il-kappelli u l-knejjes li hawn fl-irħula u li qed jinsterqu u jitkissru.", "Jien zort kappella fil-Gudja li qed titħalla taqa' - il-perit qalilhom li se taqa' – u nistaqsi għaliex f'dawn l-affarijiet m'għandux jidħol il- gvern.", "Veru li dawn affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sea passenger terminal - għalkemm irrid ngħid li f'Pinto stores hemm kappella wkoll – imma dawn il-ħwejjeġ għandu jsir dibattitu dwarhom.", "Primarjament hija l- Knisja li għandha tieħu ħsiebhom imma jekk il-Knisja ma tridx jew ma tistax tagħmlu hi dan ix-xogħol, nies li kapaċi jieħdu ħsiebhom hawn.", "Jekk induruhom insibu teżori imprezzabbli.", "Kien hemm knisja fil-Qrendi mimlija pitturi u xi sitt snin ilu kienu ħaduhom biex jirrestawrawhom, iżda dawn il-pitturi la ġew restawrati u lanqas ġew ritornati, pitturi li jiswew il- liri għax kienu tan-nobbilta'.", "Insteraq kollox iżda qisu ma ġara xejn, ħadd ma jaf fejn huma.", "Konna waħħalna f'Napuljun li seraq il-fided u meta kien hawn il-wirja tal-fided stajt nara x'fided hawn, Sur President.", "Jien ma nippretendix li hemmhekk għandi nara frejgata tal-gwerra daqs il- knisja tar-raħal tieħu post il-vapuri tal-passiġġieri.", "Qed ikollna wkoll vapuri tat-tagħbija li suppost jidħlu jbattlu u qed jinżammu maġenb vapuri tat-turisti.", "Veru li se nagħmlu kollox sabiħ imma rridu mmorru oltre minn hekk u naraw fejn se jsorġu t-turisti.", "Qed ngħid hekk għax lil dawn irridu nilqgħuhom bħalma nilqgħuhom ġo l-ajruport.", "Hemmhekk qed jintrama' monti wkoll u din ħaġa tajba, imma rridu naraw x'se jiġri minn dawn il-ħaddiema kollha li ilhom hemm u rridu naraw li jkun hemm min ikun hemm fil-gvern, ma jkollniex inkwiet ma' dawn in-nies.", "Kien gvern Laburista li ħaseb li għandu jsir sea passenger terminal u dan għamilnieh għax nafu li jekk aħna mhux se jkollna dawn l-affarijiet, ma nistgħux naslu biex nattiraw vapuri tal-passiġġieri.", "Aħna ħsibna biex it-turist jinżel hemm u jkollu kollox għax irid ikollna xi ħaġa kif għandhom pajjiżi oħra.", "Irrid ngħid li l- pjanti li kellna huma xi ħaġa li jagħmlu unur lil dan il-pajjiż.", "Bis-sea passenger terminal il-poplu Malti għandu l-intrata tiegħu.", "Aħna għandna port li huwa imprezzabbli u ddur fejn iddur m'hawnx bħalu, iżda jiddispjaċini nara t-traskuraġni li hemm fil-port.", "Jiddispjaċini nara l- Barrakka ta' Fuq u l-Barrakka ta' Isfel agħar minn gallinari tat-tiġieġ!", "Il- Barrakka ta' Fuq ilha biex tissewwa tliet snin.", "Allaħares fi żmien il- Kavallieri kienu jaħdmu kif qegħdin naħdmu llum għax kienu jiġu t-Torok, jeħduna u nkunu lanqas biss għadna ndunajna!", "F'Malta għandna affarijiet li ħadd m'għandu bħalhom, affarijiet li turist jaf japprezza.", "Minħabba f'dan jien għidt li ma naqbilx li meta jidħol vapur tat-turisti jsib vapur Ingliż, Amerikan jew Franċiż jeħodlu postu, meta l-mollijiet ta' ġewwa saru għall-merkanzija u ta' barra għat-turisti.", "Jekk il-gvern Nazzjonalista jrid iġibhom jista' jġibhom, iżda mhux meta jkollna l-vapuri tat-turisti.", "L- aġenti tal-vapuri tat-turisti javżaw minn qabel meta jkunu ġejjin u allura għandna nħallulhom post. Inutli li nagħmlu sea passenger terminal jekk imbagħad vapur tat-turisti jispiċċa jsib aircraft carrier faċċata tiegħu.", "Biex nagħmlu dawn l-affarijiet nistgħu nerġgħu nġibu Malta fortizza u noqogħdu nieħdu pjaċir naraw il-vapuri tal-gwerra marbutin.", "Ma naħsibx li turist jieħu gost marsus bejn żewġ frejgati!", "Din hi ħaġa li l-gvern irid jieħu deċiżjoni dwarha.", "Għalxejn jgħidilna kemm jonfqu l-Amerikani u l- Ingliżi.", "Id-deċiżjoni trid tittieħed u rridu niddeċiedu nippreferux turist li jagħmel tliet ijiem hawn u juża l-linja ta' l-ajru tagħna u juża' il- lukandi jew jużax vapur tal-gwerra.", "Dawn huma affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin u l-ebda pajjiż m'għandu passenger terminal li jilqa' vapuri tal-gwerra.", "Jekk se nagħmlu hekk se nkunu qed naqtgħu figura kerha.", "Jekk irridu nġibu l-vapuri tal-gwerra għandna npoġġuhom banda oħra, imma aħna vapuri tat-turisti rridu.", "Jien nieħu pjaċir ngħaddi minn hemm u nara tnejn jew tlieta minnhom skjerati wara xulxin għax dawk liri jħallu hawnhekk.", "Dawn ġew bis-saħħa ta' sieħbi meta bdejna naħdmu ma' l-aġenti bl- iskop li niġbduhom 'il hawn - lil dawn il-passiġġieri li jiġu fuq cruiseliner qatt m'għoddejnihom mat-turisti, għax jiġu għal ġurnata biss; turist huwa dak li jmur f'lukanda u juża l-faċilitajiet – u jekk se nġibu vapuri mingħajr ma jkollna l-faċilitajiet nistgħu ma nġibuhom xejn.", "Mr Speaker, irrid ngħid li ladarba hemm il-barka taż-żewġ naħat dwar dan il- proġett nispera li ma jinħeliex sajf.", "Meta konna aħna fil-gvern konna sibna ħafna oppożizzjoni fuq il-kuntratt għax ridna nagħmluh għal 99 sena biex issa qed jingħata għal 65 sena!", "Kellna wkoll oppożizzjoni għax kienu jgħidulna li n-nies mhux se jkollhom fejn jgħumu.", "Min jaf x'kien jiġri kieku l-gvern kellu xi tnejn fuq in-naħa tiegħu li ma jaqblux miegħu bħalma ġara lilna!", "Nixtieq nimmaġina kieku dan il-kuntratt kellu ma jiġix approvat mill-parlament minħabba li n-nies iridu jagħmlu barbecue!", "Jien għaddejt bosta drabi mill-Kottonera u qatt ma rajt nies jagħmlu l- barbecues!", "Nixtieq nimmaġina x'kien jiġri kieku oġġezzjonajna aħna għal dan il-proġett, bl-iskuża li n-nies m'għandhomx fejn jgħumu!", "Kieku kienu jwaqqgħuna għaċ-ċajt, bħalma waqgħu għaċ-ċajt huma fuq dak li qalu dwar il- proġett tal-Kottonera.", "Issa qed jgħidu li se jħaddmu elf ruħ fil-Kottonera meta qabel kellhom ħafna mistoqsijiet.", "Saħansitra kellna wieħed min-naħa tagħna li kien beda jagħmel is-somom biex iwaqqa' għaċ-ċajt lil kulħadd.", "Qalilna li mhux se nġibuhom elf.", "Jien m'iniex qed ngħid li l-oppożizzjoni kienet miż-żewġ naħat, imma n-naħa l-oħra kkoperaw ma' dawn in-nies għax hekk kien jaqblilhom.", "Dażgur li qablilhom għax il-gvern Laburista safa' imtajjar.", "Ara aħna ma ġejniex hawnhekk u għamilna bħalhom, la meta ġejna fuq il-kuntratt tal-Kottonera u lanqas fuq dan il-proġett.", "Dan għaliex aħna partit rasu fuq għonqu u nieħdu pjaċir jekk isir il-ġid għall-poplu Malti.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li jien kont wieħed minn dawk li ħadmu biex seta' isir is-sea passenger terminal, anke jekk miegħi kelli nies li għamluli bsaten fir-roti kbar u li kieku ma żammejtx sod ma konniex nimxu 'l quddiem.", "Kien hemm nies li għamlu l-bsaten fir-roti biex dan il-proġett ma jsirx, bħalma ġara fuq il-vapuri t'GĦawdex.", "Dawn kienu jgħidulna biex il- vapuri ma nibnuhomx qabel ma jkun lest il-moll għax inkunu qed nirriskjaw li ma jidħlux, iżda donnu li għal dak l-istess bniedem li kien tani parir biex ma nibnux il-vapuri t'GĦawdex, f'daqqa waħda kollox sar tajjeb u jaħdem!", "In-Nazzjonalisti xortihom tajba għax in-nies li għandhom madwarhom huma tagħhom u ma jagħmlulhomx bsaten fir-roti bħalma kienu jagħmlu lilna.", "Hawnhekk kien hawn min ħadha kontra l-kollega tiegħi l-Onor.", "George Vella.", "Jien ma ngħidx li se nkeċċi n-nies għax dawn l-affarijiet ma nagħmilhomx, imma ma niddejjaq xejn ngħid li rridu nagħmlu bħalma jagħmlu huma.", "Jien ma rridx l-inkwiet li kelli fejn biex nagħmel xi ħaġa rrid bifors ngħaddi minn martirju ma' sħabi.", "Lil min ħadem miegħi apprezzajtu u l-Onor.", "Zammit Dimech jaf x'qed ngħid għax wieħed mis-segretarji tiegħu kien bniedem eżemplari f'xogħlu.", "Qatt ma ħoloq tfixkil għax dan dejjem raġel kien.", "Mr Speaker, biex nivvota favur irrid qabel xejn nikkonvinċi ruħi li dan se jkun proġett ta' ġid għal dawk li għandhom ħobżhom mix-xatt.", "Jien ma rridx nivvota favur u nkun il-bojja tan-nies tax-xatt.", "Għalhekk nistaqsi: X'se jiġri mill-ħaddiema tax-xatt?", "Il-burdnara u kulmin għandu x'jaqsam max-xatt irid ikun jaf kif se jintmiss b'dan il-proġett.", "Il-ħaddiema m'humiex ġebel u lanqas huma dawk il-monumenti li ħallew warajhom il-Kavallieri.", "Dawn huma nies tad-demm u l-laħam li għandhom familji u ulied.", "Jgħidilna l-ministru x'se jsir minn tat-taxis, tal-karozzini u tal-coaches.", "Irrid inkun naf ukoll x'se jiġri mill-ħwienet?", "Lil dawn konna tajnihom assigurazzjoni li se nieħdu ħsiebhom għax dawn ukoll iridu jieklu u jitimgħu lil uliedhom.", "Jien nawgura li l-proġett ma jdumx ma jibda għax iktar ma jibda malajr iktar ikun jaqbel għall-poplu Malti, imma ma rridux nagħmlu bħalma ġara ma' tal-freeport fejn daħlu nies ta' kulur u baqgħu barra oħrajn ta' kulur ieħor.", "Din qed ngħidha mil-lum għax irridu nkunu nafu x'se jiġri mill- ħaddiema.", "Jien kelli taħdidiet kemm mal-unions li jirrappreżentawhom u kemm ma' l-għaqdiet tagħhom u konna tajnihom assigurazzjoni.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Debono Grech, għax skadielek il-ħin.", "L- Onor. Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nipproponi li l-Onor.", "Debono Grech ikompli jinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Onor.", "Debono Grech ikompli jinstema' Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived", "Il-mozzjoni m'għaddietx", "MR.", "SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Hawn talba għal quorum.", "Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fil-11.45 a.m. is-seduta kienet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara", "MR SPEAKER: Is-seduta tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Meta konna qegħdin nittrattaw dan il-proġett fil- kumitat tal-verifika, min-naħa tiegħi bħala rappreżentant ta' l- oppożizzjoni, kont qajjimt riżerva u oġġezzjoni fundamentali iżda mhux inkwantu għall-proġett innifsu.", "Dakinhar aħna konna favur il-proġett u se nkunu favur anki f'din il-Kamra, għax l-oġġezzjoni primarja tagħna kienet u għadha dwar l-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll.", "Dan qed ngħidu għaliex saret karatteristika ta' dan il-gvern li kull meta jkollu xi mega project bħal dak ta' Tigne` u dak tal-Kottonera, jeżenta lilll-operaturi mit-taxxa tal-boll.", "L-iskuża li dejjem tinġieb min-naħa tal- gvern hi li dan l-ammont xorta waħda kien ikollu jitnaqqas mill-prezz ta' dak li jkun se jiġbor il-gvern f'taxxa.", "Li kieku l-argument tal-gvern kien jieqaf hawn konna ngħidu li ma naqblux, iżda fil-kumitat tal-verifika l- Onor. Hyzler mar oltre u għamel statement fejn żeffen fin-nofs lili u l- operat tiegħi meta kont għadni ministru.", "Is-segretarju parlamentari staqsa għala l-oppożizzjoni Laburista qed tagħmel dan il-plejtu kollu ġaladarba meta konna aħna fil-gvern, konna eżentajna lit-trade fair corporation mit- taxxa tal-boll.", "Għalhekk, bil-permess tiegħek, Sur President, qabel ma niġi biex nitkellem dwar il-proġett innifsu u forsi anke dwar il-qasam turistiku, xtaqt niċċara ftit din il-kwestjoni ħalli ma nkomplux inħawdu l- imħuħ.", "Dan qed ngħidu għaliex jiena persważ li meta intervjena kif intervjena, il- kollega tiegħi kien mingħalih qed jipprova jikxef ċerta inkonsistenza min- naħa tagħna.", "Imma possibbli ma jgħaddilux minn rasu l-Onor.", "Hyzler li wieħed ma jistax iqabbel proġett bħal dan ma' kwestjoni bħal dik tat-trade fair grounds?", "Assolutament m'hemmx paragun għaliex meta nitkellmu dwar it- trade fair corporation inkunu qed nitkellmu dwar istituzzjoni nazzjonali li tiġbor fiha l-korpi kostitwiti ewlenin tal-kummerċ u tan-negozju, li l- funzjoni ewlenija tagħha ma taqdihiex bi skop ta' profit-making imma sabiex tkun katalista biex tkattar u timbotta 'il quddiem il-kummerċ barrani ta' pajjiżna.", "Jien ma nara xejn ħażin f'dak li għamilna għax m'hemm xejn li jista' jitqabbel ma' inizjattiva li t-tir tagħha huwa sempliċement li tagħmel profitt, bħal fil-każ ta' dan il-proġett li qegħdin niddiskutu.", "J'Alla dan il-proġett ikun profit-making biex ħadd ma jaħseb li l-Partit Laburista ma jemminx fil-prinċipju tas-suq.", "Qed ngħid hekk għax dan l-aħħar b'hekk għajruna u allura ma rrid nagħti lil ħadd x'jifhem li l-Partit Laburista huwa kontra l-profit motive.", "Jien sinċerament nemmen, bħalma jemmen il-partit, illi s-settur tal-kummerċ barrani huwa settur li għandu bżonn kull għajnuna minn kwalunkwe gvern.", "Dan jiġri iżjed u iżjed meta l-kummerċ barrani jinsab fis-sitwazzjoni li jinsab fiha bħalissa.", "Jien ngħid li s-settur tal-kummerċ barrani bħalissa mhux għajnuna għandu bżonn iżda forċina qawwija ħafna.", "Dan li qed ngħid jikkonfermawh il-figuri kummerċjali li tħabbru dan l-aħħar.", "Jekk dan m'huwiex sintomu ta' riċessjoni sħiħa, bla dubju ta' xejn jagħtina indikazzjoni ċara ta' slowdown qawwija.", "Pero' mingħajr ma ntawwal, għall- benefiċċju tal-pubbliku tajjeb ngħid preċiżament x'kont qed niddiskuti mat- trade fair corporation fl-1997-98.", "Jekk il-memorja tiegħi għadha tajba, fl-1998 kont iltqajt magħhom u wrejthom li bħala gvern konna disposti li nikkonsidraw favorevolment it- talba tagħhom għall-għajnuna sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw it-trade fair grounds tan-Naxxar mingħand Sciclunas estates, b'kambju ta' ishma f'dik il- kumpannija.", "Dakinhar konna qed nipproponu li jekk naslu fi ftehim mal- korporazzjoni, il-kumpannija kellha tiġi saħansitra ristrutturata b'żieda fix-share capital awtorizzat u sottoskritt għal 12,000 sehem ordinarju ta' Lm1 is-sehem.", "Dawn kellhom jiġu allokati f'mod indaqs bejn il-GRTU, l-FOI, il-kamra tal-kummerċ, l-exhibitors association, is-society of art u anke l- Gvern Malti nnifsu.", "Dakinhar ma kellniex reżistenza fuq din l-issue.", "Niftakar li aħna konna xtaqna li l-bord tad-diretturi jkun aktar rappreżentattiv u jkun kemm jista' ikun broad-based.", "Ġara li ċerti nies li kien hemm fid-diriġenza tat-trade fair corporation dakinhar qishom ma xtaqux li jagħtu spazju lil ħaddieħor – dik kienet il-politika jew il-linja ta' ħsieb tagħhom – u għalhekk li aħna konna pproponejna li kull għaqda kellha tiġi mistiedna tinnomina żewġ diretturi u tkun rappreżentattiva kemm jista' ikun.", "F'ċertu stadju konna anki qegħdin nitkellmu serjament dwar l- involviment tal-METCO.", "Nerġa' ngħid li hemmhekk konna qed nitkellmu fuq trasferiment ta' art tal- gvern li kienet tifforma parti mit-trade fair grounds.", "Dakinhar il- konċessjonijiet kienu varji u fosthom kien hemm l-eżenzjoni fuq it-taxxa tal-boll għall-art li kienu se jixtru.", "Aħna konna se nagħtuhom anki tax holiday ta' għaxar snin.", "Li ma qalx il-kollega tiegħi hu – u dan hu punt importanti – li hemm baħar jaqsam bejn proġett tal-cruiseliners u dak li ġara mat-trade fair corporation.", "Hawnhekk aħna kellna xi ħaġa primarjament non-profit-making, għallinqas fl-għanijiet tagħha.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, bil-permess ta' l-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nikkonferma eżatt dak li qed jgħid il-kollega.", "Naħseb li qed jagħmel riferenza għall-ittra li kien bagħat is-Sur Muscat fid-19 ta' Lulju 1997 - m'għandix l-ittra quddiemi u naturalment irrid nassumi li hija dik li fiha kienet saret din l-offerta min-naħa ta' l-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien – iżda f'ċertu sens ma nistax naqbel miegħu, Sur President.", "Veru li t-trade fair corporation hija a non-profit-making organisation, madankollu fil-mument li jingħataw shares lil xi constituted bodies, esebituri u oħrajn, din tkun saret kumpannija kummerċjali bħal kwalunkwe kumpannija kummerċjali oħra ̧ bil-possibbilta' li l-ishma jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lil terzi, inkluż individwi bi skop leġittimu ta' qligħ.", "Minn dan il-lat li jien għedt li ma nara l-ebda differenza bejn is-sitwazzjoni tal-lum u s-sitwazzjoni tat-trade fair corporation dak iż-żmien.", "Il-punt tiegħi kien biss li l-mekkaniżmu li l-gvern jeżenta lil xi ażjenda mill- boll biex irawwem interess ̧huwa mekkaniżmu li ġie wżat mill- amministrazzjoni preċedenti.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Il-kwistjoni tal-mekkaniżmu ma nikkontestahiex, iżda xorta waħda nħoss illi l-kuntest li fih kienet qed tingħata dik l-għajnuna dakinhar huwa kompletament differenti mill-kuntest li fih qed tingħata din l-eżenzjoni llum.", "Fil-kwestjoni tat-trade fair corporation kien hemm diretturi u għaqdiet - u nimmaġina li għad hemm - li kien ilhom involuti fl- organizzazzjoni madwar 35 sena minn mindu twaqqfet il-fiera kummerċjali.", "Hemm diretturi li lanqas biss jieħdu remunerazzjoni u għalhekk il-ħsieb tagħna dakinhar kien illi nagħtu forma ta' sussidju lill-industrija u lill- kummerċ lokali, fejn l-istakeholders ewlenin huma l-korpi kostitwiti nfushom.", "Jien lanqas ma naqbel ma' dak li ntqal mill-ministru meta konna fil- kumitat li din hi l-iktar darba li se jkun hemm ishma tal-gvern fi proġett ta' dan il-kobor.", "Infakkar li anke fi żmenijiet oħra kienu tnedew diversi proġetti kbar u kien hemm anki sehem u parteċipazzjoni mill-privat.", "Insemmi l-ewwelnett it-twaqqif ta' l-Air Malta nnifisha.", "Naħseb li din kienet xi ħaġa kompletament innovattiva għal pajjiżna, speċjalment meta wieħed iqis li lanqas biss kellna infrastruttura ta' l-ajru u li l-infrastruttura inġenerali tat-trasport u l-komunikazzjoni kienet kif kienet dak iż-żmien.", "MR SPEAKER: Onor. Brincat, jiddispjaċini ninterrompik imma sar il-ħin.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "F'nofsinhar id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Nipproponi l- Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tlieta 24 ta' Lulju 2001 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Riżoluzzjoni dwar l-għoti ta' enfitewsi temporanja ta' art, bini u dritt ta' irmiġġ f'Pinto Wharf fil-Port il-Kbir lil VISET p.l.c. - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo", "ONOR EVARIST BARTOLO: Sur President, nibda billi nitkellem mingħajr ma nidħol fid-dettal ta' ġrajjiet li għad iridu jiġu analizzati u anki jidhru quddiem il-qorti, fuq kemm hu importanti li dawk li jiġu rreklutati fl- armata u fil-pulizija jkunu nies ta' kondotta tajba u mhux b'xi mod jew ieħor imċappsa mal-kriminalita`.", "Jekk ma jsirx hekk, dawk il-persuni li suppost huma l-forzi ta' l-ordni u suppost li qed jgħinu fil-ħarsien tal-liġijiet biex jiġġieldu l- kriminalita`, isiru parti mill-problema minflok jiġġelduha.", "Meta l-forzi ta' l-ordni, il-pulizija u l-armata, flok parti mis-soluzzjoni jsiru parti mill-problema, il-pajjiż jiffaċċja sitwazzjonijiet koroh ħafna u għalhekk importanti li kulmin jiġi rreklutat fl-armata u fil-pulizija, jiġi evalwat sewwa.", "Dan mhux biex naraw jekk hux blu jew aħmar jew liema ministru jew deputat ikun qed jimbuttah.", "Irridu naraw il-kondotta tiegħu u jekk għandux reputazzjoni tajba tant li wieħed jista' joqgħod fuqu.", "Nafu li nevalwaw kemm nevalwaw, xorta m'hemm l-ebda garanzija li 'l quddiem dik il-persuna ma tiċċappasx jew ma tiġix bi problema.", "Dawn huma affarijiet umani u jistgħu jiġru lilna wkoll.", "Madankollu jekk jiġu rreklutati nies fl-armata u fil-pulizija b'kondotta kriminali ikun mod li bih nistiednu l-inkwiet b'idejna.", "Dan l-aħħar, kemm waqt il-ħin ta' l-aġġornament u anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, qajjimt il-punt dwar postijiet ta' divertiment u diskoteki li qed jibqgħu miftuħa l-lejl kollu, ħwejjeġ li rajthom b'għajnejja stess għax jien inqum nimxi fil-5.30 a.m. u nara nies mexjin jew imkaxkrin storduti, taħt l-effett ta' l-alkaħol u forsi anke ta' affarijiet oħra.", "Sadanittant il-mużika tkun għadha qed iddamdam ġewwa.", "Dan ifisser li ż-żfin u l-mużika ikun għadu għaddej anke sa l-4.00 a.m. Jiena staqsejt liema huma dawk il-postijiet ta' divertiment li għandhom il- permess jibqgħu miftuħa l-lejl kollu u l-ministru ta' l-intern weġibni li l- ebda diskoteka m'għandha permess li tiftaħ il-lejl kollu.", "Għamilt mistoqsija oħra u lill-ministru tlabtu jgħidli liema postijiet ta' divertiment żaru l-pulizija fl-aħħar xahar biex jiżguraw li dawn qed jiftħu u jagħlqu skond il-permess li għandhom.", "Staqsejt dan għaliex f'postijiet fejn jibqgħu miftuħa l-lejl kollu, ġieli anke rajt karozza tal-pulizija għaddejja.", "Dak li rajt b'għajnejja jien setgħu jarawh tlieta jew erba' membri tal-korp tal-pulizija, iżda milli jidher dawn ma raw xejn.", "Naturalment il-ministru lagħab bil-kliem fit-tweġiba li tani għax qalli li huwa kien informat li l-pulizija tispezzjona dawn il-postijiet biex tara li jżommu mal-permess.", "Jiena ma staqsejtx x'inhu informat u x'suppost jagħmlu l-pulizija.", "Jien naf x'suppost jagħmlu u għalhekk staqsejtu x'għamlu.", "Jien ma staqsejtux x'għamlu fl-aħħar sentejn jew fl-aħħar għaxar snin imma x'għamlu min-nofs Ġunju sa nofs Lulju.", "Il-ministru ma weġibnix u jista' ikun li għamel hekk għax ma marru jiċċekkjaw imkien u nerġa' nitolbu jqabbad lill-pulizija jiċċekkjaw il-postijiet tad-divertiment li qed jibqgħu miftuħa l-lejl kollu u dawk li qed jibqgħu miftuħa f'ħinijiet li mhux suppost ikunu miftuħa.", "Dawn huma affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċaw jagħmlu ħsara lilna nfusna.", "Jien mhux se noqgħod nagħmel diskors morali fuq kif qed inkissru l-ġenerazzjonijiet u kif qed nikkorompu l- ġenerazzjonijiet li telgħin.", "Hawnhekk mhux qed nitkellem bħala membru parlamentari imma bħala missier li bilfors inħossni nkwetat li qed intellgħu ġenerazzjonijiet ġodda f'deżert morali li jixgħel biss bid-dawl tal-mobiles u tal-konsumiżmu ta' Las Vegas!", "Qed intellgħuhom bla valuri u nimlewlhom rashom bil-mużika u bil-ħsejjes.", "Jien m'għandi xejn kontra d-divertiment u ż-żgħażagħ jagħmlu sewwa li jiddevertu, imma kollox hemm ħinu u qiesu.", "Nappella lill-ministru biex bħala missier dawn l-affarijiet jarahom bis-serjeta`.", "Jien informat li turisti Ingliżi li kienu fil-lukanda Paradise Bay taċ-Ċirkewwa pprotestaw mat-tourism information office ta' Londra minħabba li hemm isfel hemm beach concession.", "Din qiegħda faċċata tal-lukanda, fil-bajja sabiħa li hemm in- naħa t'isfel u min jieħu ħsieb qed jiftaħ id-diskoteka bil-lejl.", "L-ewwel kien prudenti jżommu sal-11.00 p.m. u mbagħad sa nofs il-lejl u issa jidher li se japplika biex jibqa' sas-2.00 a.m. Mingħajr ma kien għadu applika, kien diġa` skorra l-ħin li suppost jagħmel.", "Dak il-ħin ikun hemm turisti li jkunu jridu jistrieħu.", "B'dan il-mod qed inkissru t-turiżmu.", "Naf li kien hemm każi fejn it-turisti qamu mis-sodda tagħhom, libsu u niżlu bil-bagalji biex jitilqu 'l barra.", "Dawn huma ġennati u m'għandniex inħallu dawn l- affarijiet isiru.", "M'għandux ikun li għax sid id-diskoteka għandu konnesjonijiet tajbin mal-partit li bħalissa qiegħed fil-gvern, jingħata permess biex ikisser dawn l-affarijiet.", "Nappella biex nieħdu ħsieb dawn l- affarijiet.", "Semmejt il-każ ta' Paradise Bay Hotel bħala eżempju.", "Żgur li hemm lukandi oħra bl-istess problemi, u tajjeb li nsibu bilanċ f'dawn l- affarijiet.", "Punt ieħor li qajjimt dan l-aħħar f'diversi mistoqsijiet parlamentari iġegħelna nidħku u nibku fl-istess ħin.", "Mhux l-ewwel darba li nkun miexi ħdejn il-baħar u ninnota li mal-mewġ ikun hemm ħmieġ li jkun għamel il- bniedem minn fuq xi vapur jew li jkun waqa' minn fuq ix-xatt.", "Ġimgħa wara ġimgħa dawn l-irqajja ta' ħmieġ jibqgħu jidhru u ħadd ma jagħmel xejn.", "Staqsejt lill-ministru għall-ambjent min hu responsabbli li jnaddaf dak il- ħmieġ li jkun hemm fil-wiċċ.", "Mill-ministru għall-ambjent bagħtuni għand il- ministru għat-transport, forsi għax għandu x'jaqsam mal-marittimu, avolja jiena ma stajtx nifhem kif il-ministru konċernat kellu jkun l-Onor.", "Ċensu Galea.", "Naf li kumbinazzjoni l-ħmieġ li qed nirriferi għalih qiegħed Buġibba, il-Qawra u n-naħa ta' San Pawl il-Baħar, imma ma naħsibx li hija responsabbilta' tal-ministru tat-trasport li jnaddaf dak il-ħmieġ.", "Mill- ministeru għat-trasport u kommunikazzjoni reġgħu bagħtuni għand il- ministeru għall-ambjent biex nistaqsi min suppost inaddaf dan il-ħmieġ.", "Sadanitant m'għandniex għalfejn ngħidu li l-ħmieġ baqa' hemm u ried ikun ir- riħ u l-kurrent li jnaddfu.", "Dawn mhux affarijiet sbieħ għax jagħtu idea ta' telqa, ta' ħmieġ u ta' abbandun.", "Irridu nistenbħu qabel ikun tard wisq u nindunaw li m'aħniex waħedna fil-Mediterran.", "Ma rridux inħallu u nkomplu nagħtu din l-idea ta' telqa u abbandun u li xejn m'hu xejn għax kollox jibqa' għaddej.", "Dawn huma affarijiet li jagħmlulna ħsara u faċli ħafna nitilfu r-reputazzjoni li imbagħad mhux daqstant faċli nġibuha lura.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem dwaru jħassibni ħafna.", "Bħalissa naraw ħafna tfal u teenagers li jiġu Malta biex jitgħallmu l-Ingliż.", "Hemm ħafna aspetti differenti x'wieħed jista' janalizza dwar dawn li qed jiġu jistudjaw l-Ingliż fostna.", "Hemm ħafna affarijiet tajbin u hemm affarijiet oħra li wieħed irid jarahom bis-serjeta`.", "Irridu niżguraw li kemm jista' ikun, l-għalliema li jgħallmu lil dawn it-tfal u teenagers jkunu għalliema kwalifikati.", "Hu faċli li wieħed jitlef ir-reputazzjoni li jkollu jekk ma jeħux ħsieb li jagħti servizz tajjeb.", "Huwa importanti li jsir ħafna taħriġ ta' l-għalliema li jgħallmu l-Ingliż, għaliex dan iservina kemm għal dawn li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż hawn u anke biex insaħħu t-tagħlim ta' l- Ingliż li għandna bżonn insaħħu ħafna.", "Mhux se nitkellem fuq il-problemi li qed jiffaċjaw il-familji li jżommu dawn l-istudenti.", "Dawn huma marbutin li jipprovdulhom l-ikel u sodda, pero`il-ħlasijiet ma tantx huma tajbin.", "Jien mhux se nitkellem fuq dawn il-problemi imma biss fuq punt wieħed li naħseb ta' min nagħtu kasu bis-serjeta`.", "Bdejt bl-evalwazzjoni tal-persuni li jiġu rreklutati fl-armata u fil-pulizija u se nispiċċa bl-evalwar li hemm bżonn li jsir mal-familji li jingħataw permess u liċenzja biex iżommu lil dawn it-tfal.", "Mhux aċċettabli li persuni b'każi ta' abbużi ta' tfal jingħataw permess iżommu għandhom dawn l-istudenti barranin.", "Naf b'każi fejn persuni għandhom każi ta' abbuż għaddejjin fil-qorti u li hemm investigazzjonijiet għaddejjin dwarhom u li xorta qed iġibu dawn l-istudenti.", "Mhux aċċettabli li l-istess persuni jingħatalhom permess u liċenzja biex iżommu dawn l- istudenti barranin għandhom.", "Ressaqt dan il-punt lill-ministru għat- turiżmu u wegħidni li se jaħdem fuq dan is-suġġeriment is-sena d-dieħla.", "Fil-ftit żmien li għamilt ministru kelli parti mir-responsabbilta' f'dan il- qasam u jkolli nistqarr li dan il-punt qabiżli.", "Qatt ma kont ħsibt dwar l- evalwazzjoni tal-host families u tal-kondotta tagħhom, hija ħaġa delikata u sensittiva.", "Mill-esperjenza ngħid li hemm bżonn li nagħmlu evalwazzjoni tal-host families.", "Il-ministru għat-turiżmu wegħidni li ħa bis-serjeta` dan is-suġġeriment u wegħidni li s-sena d-dieħla se jaħdem fuqu.", "Wieħed ma jridx iħalli għall-aħħar għax hemm ħafna u ħafna host families u l- evalwazzjoni tieħu ċertu żmien.", "Jien nissuġġerixxi li din l-evalwazzjoni tibda malajr kemm jista' ikun.", "Dawn huma affarijiet li meta nagħmluhom inkunu qed ngħinu lil dawk li jiġu fostna imma fl-istess ħin inkunu qed ngħinu lilna nfusna.", "Dawn il-persuni li għandi f'rasi bħalissa u li naf li hemm każi serji dwarhom iżommu l- istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fis-sajf u matul is-sena jagħtu l- privat lill-istudenti Maltin.", "Bħall-kwestjoni tal-ambjent eżatt, jekk din nagħtu kasha, inkunu qed nagħmluha għall-barranin imma l-ewwel u qabel inkunu qed nagħmluh għalina wkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Noel Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, l-aktar sajd li jrendi għas-sajjieda huwa dak tal-pixxispad u t-tonn.", "GĦal dan il-għan, il-gvern preċedenti kien ħa diversi miżuri sabiex jipproteġi s-sajd ta' dawn l-ispeċi fl-ibħra tar-reġjun.", "Jirriżulta iżda li matul is-sena l-oħra, il-qbid ta' dan l- ispeċi ta' ħut minn sajjieda Maltin u GĦawdxin naqas konsiderevolment, x'aktarx kawża ta' sajd eċċessiv li jsir b'sistema ta' xbieki magħrufa bħala drift-nets li jintużaw għas-sajd tal-pixxispad u dawk tal-purse- seiners li jintużaw għas-sajd tat-tonn.", "Dwar dan jien informajt uffiċjalment lid-direttur tas-sajd.", "Jien konxju li d-direttur jaf li filwaqt li sajjieda Maltin u GĦawdin jistadu b'mezzi konservazzjonisti u legali, sajjieda oħra fil-Mediterran ma jagħmlux l-istess.", "Il-bieraħ jien ippreżentajt lid-direttur biċċa xibka li hi parti minn drift-net li ġiet imtella' minn sajjied Malti 'l bogħod mix- xtut tagħna.", "Dan qed nagħmlu biex nikkonferma kemm huwa veru dan l-abbuż tar-regoli tas-sajd fil-baħar tal-Mediterran u nistenna li l-ministru jwieġeb għal dawn it-tip ta' interventi li tagħmel l-oppożizzjoni u jinformana x'passi qed jieħu.", "Ċertament il-Gvern Malti għandu jieħu passi sabiex il-qbid tat-tonn u tal-pixxispad b'dawn is-sistemi llegali u distruttivi ma jkomplix isir fir-reġjun tal-Mediterran, dan ukoll fid-dawl li jkunu mħarsa l-ħlejjaq protetti tal-baħar bħal fkieren, dniefel u oħrajn.", "Iridu jkunu mħarsa wkoll l-istocks tal-ħut iżda fuq kollox ikun imħares is-sajjied Malti u GĦawdxi.", "Irrid ukoll nistieden lill-ministru biex jitkellem ftit dwar x'qed jiġri fuq dak li hu webbel lil dan il-parlament u lill-poplu bih u x'qed jagħmel il-gvern tiegħu.", "Għax meta dan jgħid li se jkollna konservazzjoni madwar il-kosta tas-sajd ta' Malta, jien nifhem li ma nistgħux nippermettu li farms jitimgħu għalf ta' ħut li jkun ġej minn ibħra oħra bħall-Atlantiku għax permezz ta' hekk, jista' ikun li naffettwaw ħażin il-madwar tal-qoxra tal-baħar tal-gzejjer tagħna.", "Jien nistenna lill-ministru jgħid x'kontroll jipproponi biex nassiguraw il-protezzjoni.", "Aħna nafu li prattikament ħafna mil-lixka tiġi wżata 'l hinn mill-25 mil tal-kosta tas- sajd u nifhmu wkoll li ma jeżistix l-istess kontroll fil-kwantita` akbar ta' ħut li jintuża biex jiġi magħlef it-tonn li jitkabbar fit-tuna-penning.", "Jekk il-gvern verament għandu għal qalbu l-konservazzjoni tal-kosta tas- sajd ta' Malta, nifhem illi għandu jgħid x'sistemi prattiċi se juża biex jilħaq dan l-għan, anki fil-parametri ta' dak li għandna llum.", "Nixtiequ jgħid x'inhi l-policy f'dak li huwa għalf tat-tuna-penning biex tabilħaqq tkun sostutna l-konservazzjoni tal-kosta tas-sajd ta' Malta fil-25 mil li għandna sakemm m'aħniex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan għaliex issa l-gvern ilu tliet snin fil-poter u għandi nifhem li ngrana sew biex ikun jista' ifiehem il-politika tiegħu u jispjega s-sistemi sostenibbli li beħsiebu jadotta.", "Niġi issa, Sur President, għal dik il-ħallata ballata li nqalgħet fil-laqgħat li l-ġimgħa l-oħra nżammu ma l-għaqdiet u mar- rappreżentanti tal-bdiewa u raħħala, mal-produtturi u mar-rappreżentanti ta' l-industriji ta' l-ikel u l-iproċessar.", "Hawnhekk qisu sar miraklu għax il-pożizzjoni tal-gvern inbidlet f'daqqa għax kemm dan il-parlament u kemm dawn in-nies, kulħadd kien mingħalih li l-gvern Nazzjonalista kien beħsiebu jneħħi l-protezzjoni tal-biedja wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Matul it-tliet snin li għaddew dan intqal personalment mill-ministru għall-agrikoltura u sajd u l-istess pożizzjoni kien beda jadottaha dan l-aħħar il-Ministru Josef Bonnici.", "Per eżempju, fis-seduta 575, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27,088, il-ministru għas-servizzi ekonomiċi qal hekk:", "\"Tajjeb li wieħed jgħid li s-suġġett tal-levies fuq prodotti agro- industrijali huwa parti min-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea dwar is- settur agrikolu u għalhekk għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti aktar dettalji.\"", "Dan l-istatement il-ministru għamlu fl-10 ta' Lulju ta' din is-sena.", "Biss issa sirna nafu mingħand il-ministru għall-affarijiet barranin li l-Gvern Malti għandu pjan li mill-ewwel ta' Jannar tas-sena d-dieħla, jibda jneħħi l-levies ta' protezzjoni tal-biedja.", "Naturalment dan l-aħħar kienet xokk kbir għall-industrija ta' l- ipproċessar, għall-industrija ta' l-ikel, għall-agro-industrija, għall- bdiewa u għar-raħħala għax lil dawn kienu ilhom tliet snin jgħidulhom li l- levies se jitneħħew wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni u issa ġew informati li l-gvern għandu dan il-pjan ġdid.", "Dawn huma l-affarijiet li jbiegħdu r-rispett tal-poplu minn din il-Kamra.", "Aħna bħala kelliema ta' l- oppożizzjoni qed nirrappreżentaw lil dak il-ħaddiem li l-għajxien tiegħu jiddependi mix-xogħol li jagħmel bħala bidwi, raħħal, sajjied jew negozjant f'dan il-qasam.", "Aħna nirrappreżentaw lill-ħaddiema fl-agro- industrija u fl-industrija ta' l-ipproċessar ta' l-ikel għall-Maltin u l- GĦawdxin.", "Dawn huma affarijiet li jiena nħossni fid-dmir li bħala kelliem ta' l-oppożizzjoni nagħmel riferenza għalihom u mhux sew li dan il- parlament jiġi rredikolat b'dan il-mod, Sur President.", "Jien irrid nistaqsi lill-ministri responsabbli minn dan it-taħwid kollu liema huma dawk il-levies li se jitneħħew bejn Jannar u Diċembru tas-sena d- dieħla.", "Nitlobhom ipoġġu hawn id-dikjarazzjonijiet li għandhom mingħand l- għaqdiet tal-bdiewa, mingħand ir-raħħala, mingħand il-produtturi, mingħand il-koperativi u mingħand il-federazzjoni ta' l-industrija li jgħidu li huma jaqblu ma dawn il-bidliet li se jagħmlu.", "Nitlobhom jispjegaw kif se jagħmluhom dawn il-bidliet – għax anke b'ċerta arroganza jaslu biex jgħidu li t-tneħħija tal-levies għandha taġevola lill-konsumatur - meta fl-istess ħin qed idaħħlu forom ta' levies ġodda fuq ikel importat minn pajjiżi li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea, u dan meta la għandna industrija li tipproduċih u lanqas għandna bdiewa jew raħħala li jipproduċu dawn il- varjetajiet.", "Dan qed ngħidu, Sur President, għaliex irridu li l-affarijiet ikunu ċari għax dan is-settur ma rridux nibqgħu nqisuh bħala settur ta' ftit bdiewa u raħħala, imma rridu nifhmu li dan huwa settur li minnu aħna lkoll għandna provvista ta' ikel għalina u għal dawk il-miljun turist u fuqhom li jiġu jżuruna ta' kull sena.", "Grazzi.", "MR.", "SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornanta għal-lejla 24 ta' Lulju 2001 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fin-12.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "VALLETTA U FLORIANA – PUBLIC GARDENS", "27597.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm flus nefaq il-Valletta rehabilitation committee mit-twaqqif tiegħu u x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l- awtorita' ta' l-ippjanar dwar xogħlijiet fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq, il- Barrakka t'Isfel, Hastings, l-Argotti u l-Mall?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "FLORIANA: BALZUNETTA – SLUM CLEARANCE", "27598.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu t-trattattivi ma' Neriku confectionery għar-rigward ta' slum clearance f'Balzunetta?", "Saru l-applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' ta' l- ippjanar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandi ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t- taħdidiet ma' Neriku confectionery ġew konklużi u fil-ġranet li ġejjin se jsir il-konvenju.", "Sadanittant wara diversi diskussjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar, sar qbil fil-prinċipju dwar il-proġett u nista' anke nikkonferma li fil-bidu ta' Lulju ntefgħu applikazzjonijiet ġodda.", "FLORIANA: BINJA VILHENA - DWAL", "27599.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d- dawl fil-ġonna ta' Binja Vilhena fi Preziosi Sqr, Floriana jibqgħu mixgħula matul il-lejl?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il- mistoqsija lill-ministu responsabbli mill-kunsilli lokali billi l- manutenzjoni u t-tiswija ta' dan il-ġnien qiegħda f'idejn il-kunsill lokali.", "SAĦĦA PUBBLIKA – TESTIJIET TA' ILMA BAĦAR", "27602.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' il- Ministru jgħid liema huma s-siti differenti li l-awtoritajiet tas-saħħa jordnaw li jsiru testijiet fihom biex jaraw jekk il-baħar ikunx tajjeb għall-għawm?", "X'inhuma l-aħħar riżultati?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li d-dipartiment tas-saħħa pubblika jieħu kampjuni minn 90 sit madwar Malta u Għawdex.", "Dawn huma maqsuma f'erba` zoni kif jidher hawn taħt.", "Zona A: Xgħajra, M'Scala, St. Thomas Bay, M'Xlokk, B'Buga, Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi;", "Zona B: Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan u Sliema;", "Zona C: Ġnejna, Għajn Tuffiegħa, Golden Bay, Anchor Bay, Ċirkewwa, Armier, Little Armier, Mellieħa, Mistra Bay, St.Paul's Bay, Buġibba, Qawra u Salina;", "Zona D: Nofsinhar ta` Għawdex, Xlendi, Dwejra, Marsalforn, Nadur area, xlokk ta` Għawdex u Kemmuna.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-saħħa pubblika bejn nofs Ġunju u nofs Lulju ħareġ dawn l-avviżi:", "* Bejn it-2 ta` Lulju u 5 ta` Lulju - ix-Xatt l-Aħmar, Għawdex;", "* Bejn it-2 ta` Lulju u 11 ta` Lulju - Bay Square, Buġibba;", "* Bejn it-12 ta` Lulju u 16 ta` Lulju - parti minn Mellieħa Bay (Tunnara area); u", "* Mis-16 ta` Lulju - minn Tax-Xamgħa sa Bognor Bay, San Pawl il-Baħar.", "KUNSILL NAZZJONALI TAL-KURRIKULU", "27603.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm iltaqa' s'issa l-kunsill nazzjonali tal- kurrikulu?", "F'liema dati?", "Min attenda għal dawn il-laqgħat?", "Fejn saru l- laqgħat?", "Mnejn se jopera dan il-kunsill?", "B'liema budget?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-kunsill nazzjonali tal-kurrikulu ltaqa' ħames darbiet bejn it-3 ta' April u t-12 ta' Ġunju 2001 u għal dawn il- laqgħat li saru fiċ-ċentru tal-kurrikulu fil-Floriana attendew:", "Ms Vella (chairperson) - il-laqgħat kollha; Is-sur Joe Bencini - tliet laqgħat; Is-sur Joe DeGiovanni - laqgħa waħda; Dr Carmel Borg - erba' laqgħat; Dr Cecilia Borg - erba' laqgħat; Mr Frans Borg - erba' laqgħat; Prof. Mark Borg - il-laqgħat kollha; Mr Michael Cassar - tliet laqgħat; Mr Evan Debrincat - erba' laqgħat; Dr Joseph Fenech - il-laqgħat kollha; Bro.", "Saviour Gatt - erba' laqgħat; Ms M.R. Mifsud - erba' laqgħat; Mrs Marion Pace Asciak - il-laqgħat kollha; Prof. Edward Scicluna - tliet laqgħat; Mr Lawrence Zammit - laqgħa waħda; Mr Joseph W. Psaila - il-laqgħat kollha;", "Qiegħed isir xogħol biex jinstab post mnejn il-kunsill jista' jopera.", "Għall- ħidma tal-kunsill hemm fondi maħsuba fl-estimi, fosthom vot apposta msemmi national minimum curriculum.", "PA – LIFTS F'BINI RESIDENZJALI", "27604.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għandha quddiemha l-awtorita' ta' l- ippjanar ta' persuni li talbu li jsir lift fejn jgħixu?", "Kemm minnhom huma persuni b'diżabilita'?", "X'qed iżomm milli jingħata l-permess meħtieġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-preżent, l-awtorita` ta` l- ippjanar għandha quddiemha għaxar applikazzjonijiet pendenti kollha jipproponu lift f`bini residenzjali.", "Minn dawn l-għaxar applikazzjonijiet hemm waħda ndikata għal persuna b`diżabilita`.", "Ta` min jgħid illi l-awtorita` ma titlobx informazzjoni dwar jekk l- applikant ikunx persuna b`diżabilita` jew le.", "L-awtorita` tkun taf b`dawn il-każi meta l-applikant minn jeddu jindika dan fl-applikazzjoni.", "XOGĦLIJIET FL-ISKEJJEL", "27605.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet li se jsiru fl-iskejjel tul is-sajf?", "B'liema stima ta' nefqa u min se jagħmel ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MUŻEW TA' L-ARTI – STATWI TAL-BRONZI", "27606.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27463 u jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li x-xogħlijiet tal-bronż ta' Antonio Sciortino jkunu mħarsa sew, wara li tpoġġew fil-basement tal-mużew tal-fine arts?", "Wara li jitlesta x-xogħol ta' restawr u konservazzjoni, dawn se jerġgħu jitpoġġew fil-basement?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-tneħħija tal-bronzi ta' Sciortino minn xi swali tal-mużew u t-tpoġġija tagħhom fil-parti ta' wara tal-loġġa, kienet intenzjonata bħala miżura tentattiva ta' espożizzjoni għall-istaġun tas-sajf.", "L-istatwi issa se jintwerew fis-sajf fis-sala tal-wiri li hemm fit-terran tal-mużew, biswit l-uffiċċju tal-kuratur.", "Sadanittant dawn l- istatwi ngħataw ħasla ħafifa u ġew anke rinnovati l-pedestalli.", "Huwa maħsub li r-restawr ta' dawn il-bronzi m'għandux ikun ikkumplikat peress li dejjem inżammu ġewwa u huwa mistenni li dan ix-xogħol ikun lest madwar sena u nofs oħra.", "FLORIANA: ST PUBLIUS STREET - HOUSECRAFT", "27626.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil- housecraft, St. Publius Street, Floriana u x'inhu xogħolhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ESPORTAZZJONI TA' BASAL", "27637.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm tunnellaġġ ta' basal ġie esportat matul l-1999, l-2000 u l-2001?", "X'varjetajiet ġew esportati u lejn liema pajjiżi saret din l-esportazzjoni?", "Xi prezzijiet ġabu l-bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini ngħid li din il-mistoqsija tixhed kemm l- Onor. Interpellant hu maqtugħ minn kuntatti mal-bdiewa għaliex jidher li qajla jaf x'inhu jiġri!", "Infakkru biss fiż-żmien meta kien hu responsabbli mill-agrikoltura fejn mhux biss tista' tgħid li ma kenux isiru esperimenti fuq safar ta' basal minn Malta, iżda kien hu wkoll li kompla naffar lil min kien ħa l-inizjattiva biex isiefer ftit mill-kwantita' żejda li kien hawn fis-suq.", "Bħalma wieħed jaf, l-esportazzjoni ta' dan il-prodott tista' tgħid li ilha li nqatgħet minn Malta sa mill-1983 u għalkemm qegħdin insibu diffikultajiet kbar biex inqajmu din l-attivita' ekonomika mill-ġdid, id- dipartiment ta' l-agrikoltura qed jagħmel kull sforz biex jesplora din il- possibbilta' billi jagħmel provi fuq varjetajiet preferuti fis-swieq prospettivi.", "Għal din ir-raġuni, matul l-aħħar tliet snin ma setax ikun hawn esportazzjoni ta' basal ħlief għal xi samples li ntbagħtu bħala prova.", "Madanakollu nżid ngħid li fl-aħħar sena nbdiet inizjattiva mill-privat biex l-esportazzjoni ta' dan il-prodott terġa' tibda ssir kemm-il darba tinstab varjeta' aċċettabbli fi swieq barranin.", "UE – GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR AGRIKOLU", "27638.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26764 u jgħid kemm inġabu flus mill-Unjoni f'għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-agro-industrija - kemm qabel il-friża kif ukoll wara l-friża ta' l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea - sabiex dawn jimmodernizzaw u jkunu konformi mar-regoli tas-CAP?", "Kemm fil-fatt hija n- nefqa li jirrikjedu l-bdiewa, ir-raħħala, is-sajjieda u l-agro-industrija għal dan l-għan?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf li minħabba li l- applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea kienet ġiet iffriżata, id-djalogu strutturat li kien inbeda bejn Malta u l-Unjoni fil- qasam ta' l-agrikoltura u sajd kellu jieqaf ħesrem, bir-riżultat li pajjiżna ma setax jibbenefika mill-fondi pprovduti mill-Unjoni għall-għan imsemmi.", "PRODUTTURI TAL-MAJJAL – TAĦLIT TA' GĦALF", "27639.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi dwar il- prezzijiet għoljin fl-industrija tat-trobbija tal-majjal, jista' il- Ministru jweġibni għas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-majjal li jħalltu huma l-għalf tagħhom u mhux jixtru minn sorsi lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet 27329 u 27320.", "Tajjeb nippreċiża dak li għedt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27332, u cioe' li filwaqt li fuq linja ġenerali aħna bħala ministeru għas- servizzi ekonomiċi għandna interess f'kull materja li għandha x'taqsam ma' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, il-qasam agrikolu u t-trobbija tal-majjal jaqgħu taħt ir-responsabbilta' diretta tal-ministeru għall-agrikoltura u sajd.", "HANDS-ON FARMING", "27640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26761 u jinformani kemm inġabu annimali ġodda matul l-1999, l-2000 u l-2001 sabiex il-programm edukattiv hands-on farming ikompli jikseb popolarita' ma' l- istudenti lokali?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ma nxtraw ebda annimali matul dawn is-snin għal dan l- iskop.", "PRODUZZJONI TAL-MAJJAL - MEDIĊINI", "27641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Bħala follow-up għall-mistoqsija parlamentari 27328, jista' il-Ministru jinvestiga għaliex il-mediċina li jużaw il-produtturi tal-majjal għall-mard tal-pulmun għoliet minn Lm8 għal Lm18 per kilo matul dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li minn investigazzjonijiet li saru mid- diviżjoni tal-kummerċ, jirriżulta li l-mediċina msemmija mill-Onor.", "Interpellant tikkonsisti f'żewġ prodotti separati.", "Dawn huma l-micro spectrum antibiotic li bħalissa jiswa Lm6 u l-vaċċin BPM li fil-preżent jinxtara bil-prezz ta' Lm17 u li matul dawn l-aħħar ħames snin kien jinxtara bil-prezz ta' Lm15.50.", "Għal dak li jirrigwarda vaċċini li jintużaw fuq il-majjal, il-prezz tagħhom bħalissa jvarja bejn Lm3 u Lm18, jiddependi mit-tip ta' marda li tkun.", "KAŻI TA' FAWRAN TA' DRENAĠĠ", "27642.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' il- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27273 u jinformana kemm hu n- numru ta' rapporti ta' fawran tad-drenaġġ li rċieva d-dipartiment tad- drenaġġ matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?", "F'liema lokalitajiet irriżultaw dawn l-iżbroffi?", "Jista' il-Ministru jikkonsidra fil-każi li nqerdu l-uċuh tar-raba', jekk il-bdiewa jistgħux jingħataw kumpens għall-ħsara li sofrew?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar."]} {"filename": "20020715_774d_par.doc", "date": "2002-07-15", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 774 It-Tnejn, 15 ta' Lulju, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 774", "It-Tnejn, 15 ta' Lulju, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "774", "It-Tnejn, 15 ta' Lulju, 2002", "WERREJ", "MINUTI 477", "KUNSENS GĦAL ATTI 477", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 477", "TQEGĦID TA' KARTI 482", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL (IT-TIELET QARI)", "FOOD SAFETY BILL (THIRD READING) 483", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS (IT-TIENI QARI)", "SPORTS BILL (SECOND READING) 483", "AĠĠORNAMENT 499", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 505", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta nru.", "773 li saret fid-10 ta' Lulju, 2002 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XI ta' l-2002 - Att ta' l-2002 dwar l-Amministrazzjoni ta' Artijiet; u", "Att Nru XII ta' l-2002 - Att ta' l-2002 biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TRAWLERS TAS-SAJD", "34183.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 32392 u jgħid x'investigazzjoni għamel il-ministeru wara l-aħħar dikjarazzjonijiet tas- sajjieda, sidien ta' trawlers tas-sajd, fejn ġie allegat li filwaqt li tirriżulta waqa' fil-prezz tal-ħut, il-konsumatur xorta waħda qed ikollu jħallas prezzijiet għoljin għall-ħut frisk?", "Peress li lili jirriżultali li l-uffiċċju tal-fair trading ma ltaqax mas-sidien tat-trawlers li pprotestaw dwar din is-sitwazzjoni, jista' jintervjeni l-Ministru forsi fl-aħħar dawn is-sajjieda jsibu min jagħti kas tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Ninsab informat li l-uffiċċju tal-kompetizzjoni ġusta ltaqa' mal-koperativi rappreżentanti tas-sajjieda u l-partijiet l-oħra konċernati u wara li ngħatat deċiżjoni preliminari, il-partijiet ġew mitluba jagħtu r-reazzjoni tagħhom.", "L-uffiċċju mistenni jagħti d-deċiżjoni finali tiegħu fi żmien mhux 'il bogħod.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma hemm xi raġuni partikolari għala l-kummissjoni għall-kompetizzjoni ġusta qiegħda ddum daqstant biex tagħti ċerti deċiżjonijiet, bħal fil-każ li tressaq riċentement mill-MFSC dwar it- tariffi li introduċa l-HSBC fuq tisrif ta' ċekkijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jaf l-Onor Interpellant, il-kummissjoni għall-kompetizzjoni ġusta hija ppreseduta minn maġistrat b'żewġ esperti miegħu, wieħed min-naħa ta' l-ekonomija u wieħed min-naħa tal-management u l-accounts.", "Naturalment l-issues tal-liġi tal-kompetizzjoni min-natura tagħhom jirrikjedu ċertu studju, certa analisi u ċertu assessment.", "F'ħafna każi, il-liġi twaqqaf prinċipji ġenerali ta' kif wieħed jista' jkollu a level playing-field, u mhux għalkemm wieħed jgħaġġel fid-deċiżjonijiet tiegħu qabel ma jkun ċert li dak li jiddeċiedi fuqu jkun verament jirrifletti l-ispirtu tal-liġi.", "Għalkemm din il-liġi daħlet fl-1994, f'dawn l-aħħar snin qiegħda titħaddem b'mod aktar frekwenti u bħalma jiġri f'pajjiżi oħra, fejn l-uffiċċju tal- kompetizzjoni ġusta kultant jieħu żmien mhux ħazin sabiex janalizza l- implikazzjonijiet kollha ta' kull deċiżjoni li jkun se jieħu, anke aħna għandna l-kumplikazzjonijiet tagħna wkoll u allura jkun hemm ċirkostanzi fejn wieħed irid jeżamina kull aspett ta' l-issues u dan il-proċess jieħu ż-żmien.", "Issa minbarra l-kummissjoni hemm ukoll l-uffiċċju tal- kompetizzjoni ġusta, li kultant ukoll ikun irid iressaq każ quddiem il- kummissjoni.", "Jiġifieri hemm dan l-interplay bejn il-kummissjoni u l- uffiċċju.", "S'issa l-esperjenza tagħna hija waħda pożittiva, pero' wieħed irid javviċina dan is-suġġett b'ċerta kawtela għax ma hu fl-interess ta' ħadd li dawn it-tip ta' deċiżjonijet jittieħdu b'mod tali li jista' jwassal għal deċiżjonijiet li ma jkunux maturi biżżejjed.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, fil-każ tal-bejgħ tal-ħut jirriżulta li s-sajjied qed ikun żvantaġġat għax qed iġib prezz baxx għall-ħut li jaqbad, waqt li l-konsumatur mhux qed imur tajjeb lanqas għax xorta waħda qed ikollu jħallas prezz għoli.", "Jeżisti xi mekkaniżmu effikaċi biex f'ċirkostanzi bħal dawn, il-proċess isir akar mgħaġġel u dawn is- sitwazzjonijiet ma jitħallewx pendenti?", "F'każ li dan il-mekkaniżmu ma jeżistix, jista' l-Ministru jara kif jagħmel il-verifiki neċessarji sabiex la jbati s-sajjied u lanqas il-konsumatur?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif għedt fir-risposta' tiegħi, l-uffiċċju diġa' ta indikazzjoni ta' deċiżjoni preliminari li kkomunika lill-partijiet involuti u issa qed jistenna r-reazzjoni tagħhom biex jagħti deċiżjoni finali.", "Dan juri kemm huma delikati t-tip ta' soluzzjonijiet li wieħed jista' jieħu għax hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar command economy, fejn wieħed jaqbad jordna u mbagħad il-konsegwenzi jarahom wara.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq interplay ta' market forces u wieħed irid jassigura ruħu li dan l-interplay ma jkunx qed jiġi b'xi mod stultifikat b'xi deċiżjoni mgħaġġla żżejjed.", "Jien konvint li f'dan il-każ diġa' hemm dik it-tip ta' deċiżjoni li wieħed jistenna li tkun komunikata.", "Naturalment din tista' ma togħġobx lil kulħadd u huwa għalhekk li wieħed irid jara r-raġuni wara dawn id- deċiżjonijiet.", "MDINA - QLUGĦ TA' SIĠAR", "34194.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tneħħew siġar fl-Imdina b'konsegwenza tal-proġett ta' riabilitazzjoni?", "X'tip ta' siġar kienu?", "Kemm kellhom snin u meta tneħħew?", "Għaliex f'kull każ ma kienx hemm l-ispetturi jew l- uffiċjali tad-dipartiment ta' l-agrikoltura?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Jien informat li n-numru ta' siġar li tneħħew fl-Imdina b'konsegwenza tal-proġett kienu erbgħa, kollha oleander nerum - tlieta minnhom kellhom għaxar snin u waħda kellha ħames snin - u dawn tneħħew fil-bidu ta' Ġunju fuq parir ta' l- uffiċjali mit-taqsima għas-servizzi agrikoli u żvilupp rurali, naturalment wara li saret spezzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Kemm huwa possibbli li meta jkun se jsir xi intervent simili, l-uffiċjali jkunu preżenti?", "Il-Ministru jikkonsidra li jinżabru immedjatament is-siġar li hemm fid- daħla tal-Buskett peress li dawn qegħdin jintlaqtu regolarment minn heavy vehicles li jkunu għaddejjin minn dawk l-inħawi, anke minħabba l-fatt li fil-frattemp il-bypass ta' l-Imtarfa hija magħluqa?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, it-tekniċi tad-dipartiment jagħmlu l- ispezzjonijiet b'mod regolari pero' ma jidhirlix li dawn għandhom ikunu preżenti l-ħin kollu waqt li jkun qed isir ix-xogħol.", "Dan bħal meta għandek perit li jmur jara x-xogħol kif qed isir.", "Ladarba jara li x-xogħol qed isir sewwa, jara li t-travi ngħataw il-concrete u jara li qed jintuża l- apparat neċessarju biex il-concrete jiġi mxekkel sewwa, dan m'għandux għalfejn jagħmel ġurnata sħiħa għassa mal-bennej biex jarah jagħmel kull roqgħa xogħol.", "Issa f'dan il-qtugħ ta' siġar l-istess ħaġa għax it-tekniċi tad-dipartiment imorru jagħmlu l-inspection, jaraw jekk hemmx xi problemi over and above dawk tas-soltu, jinnotaw it-tip ta' siġar li jkunu se jiġu maqlugħa, jaraw jekk dawn humiex ser jitħawlu x'imkien ieħor, jagħtu l-istruzzjonijiet u x- xogħol isir minn dawk in-nies li normalment jagħmluh.", "Naturalment innotajt is-suġġeriment ta' l-Onor.", "Interpellant dwar iż-żabra tas-siġar tal-Buskett u se ngħaddih lit-tekniku konċernat sabiex jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-siġar jinżammu fi stat tajjeb u ma jkunx hemm problemi la għall-istess siġar u lanqas għas-sewwieqa tat-trakkijiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Id-dipartiment ta' l-agrikoltura qiegħed ikun involut fix-xogħol li qed isir fil-ġnien ta' Hastings, fejn it-trinek għaddejjin eżatt minn taħt is-siġar u ħafna mill-għeruq tqaċċtu?", "Peress li anke f'Burmarrad it-trinek saru litteralment taħt iz-zkuk tas-siġar, jistgħu jittieħdu l-passi biex f'xogħlijiet bħal dawn ikun involut id- dipartiment ħalli dawn is-siġar ma ssirilhomx ħsara?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant semma' ix-xogħol li qed isir fil-Ġnien ta' Hastings kif ukoll ix-xogħol f'Burmarrad.", "Jien nassumi li d- dipartiment ta' l-agrikoltura kien informat mill-bidu dwar dan ix-xogħol, pero' m'hijiex ħaġa normali li dawn l-affarijiet jibqgħu telgħin sal-livell tal-ministru.", "Issa normalment l-ebda bniedem ma jħawwel siġra eżatt mal-ħajt ta' l- appoġġ. għax din normalment titħawwel daqsxejn il-ġewwa mill-ħajt, anke biex il-ġardinar ikollu spazju biżżejjed, ta' żewġ piedi jew tlieta, biex ikun jista' jinnaviga u jnaddaf madwar iz-zokk.", "Is-siġra normalment ma tniżżilx l-għeruq tagħha taħtha eżatt biss imma tniżżilhom 'l isfel u tifrixhom biex tankra ruħha ġol-ħamrija.", "Meta inti qed tmur 'il bogħod miz- zokk l-għeruq jibdew jiċkienu.", "F'dan il-każ meta l-ħajt inqala' ix-xibka ta' għeruq baqgħet tidher. pero` ladarba jitla' l-ħajt mill-ġdid u mbagħad terġa' timla' bil-ħamrija din ma tagħmilx ħsara lill-istess siġra.", "Rigward il-każ l-ieħor ta' Burmarrad, kull meta jkun hemm xi qlugħ ta' siġar normalment id-dipartiment ta' l-agrikoltura jiġi avżat bix-xogħol li jkun għaddej u kull meta jinħass il-bżonn li jkun meħtieġ xi parir min-naħa tat-tekniċi tad-dipartiment tal-biedja, dawn il-pariri jingħataw.", "Ovvjament dejjem jiġi evitat kemm jista' jkun il-fatt li s-siġar jinqalgħu.", "Meta siġra taqlagħha tagħtiha kedda u allura jittieħdu dawk il-miżuri kollha biex jekk jista' jkun is-siġar ma jinqalgħux minn posthom.", "Għax meta s- siġra tinqala' minn postha jinqalgħu l-għeruq prinċipali u meta din terġa' titħawwal f'post ieħor, dak l-għeruq jieħu ċertu perjodu ta' snin sakemm jerġa' jaqbad u jerġa' jidħol ġo l-art.", "Li naf hu li normalment fejn ikun hemm problemi li jistgħu jaffetwaw it- tkabbir tas-siġar, id-dipartiment tal-biedja jiġi avviċinat, it-tekniċi jagħtu l-pariri tagħhom u kull fejn hu possibbli jiġi evitat li jinqalgħu s- siġar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir miċ- ċaqliq tal-ħamrija?", "Għax jirriżulta li l-ħamrija li qed tiċċaqlaq mill- Palazz, per eżempju, m'hemmx tagħrif fejn hi sejra.", "Jista' l-Ministru jinformani wkoll jekk waslulux xi lmenti fir-rigward tat- tibdil tal-ħin li seħħ fil-proċeduri tal-pitkalija fejn il-bdiewa minflok bdew jidħlu fit-8.30 a.m. bħas-soltu, bdew jidħlu fis.7.00 a.m.?", "Jirriżulta li din is-sitwazzjoni ħolqot xi żvantaġġ għall-bdiewa Għawdxin li s-soltu kien ikollhom dik is-siegħa u nofs differenza fil-ħin biex ikunu jistgħu jniżżlu l-biegħa tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, dan ta' l-Onor.", "Interpellant huwa statement.", "Din mhijiex domanda supplimentari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, ma jiena qed nagħmel l-ebda statement imma qed nagħmel mistoqsija dwar ħamrija trażlokata.", "Jien inħobb nistaqsi dwar affarijiet kurrenti u jekk ma jridx iweġibni l-Ministru jagħmel hu.", "Inħalluh fil-liberta' u nħalluh joqgħod fuq ir-rubini għax dak il-pjaċir tiegħu!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien sinċerament nibda nitħasseb jekk l-Onor.", "Interpellant ma jibqax jagħmel mistoqsijiet supplimentari u biex żgur ma jkun hawn ħadd li joqgħod jgħid li jien nagħti rambling replies , nerġa' nispeċifika li hawnhekk f'dan l-istatement li għamel, l-Onor.", "Farrugia rrifera għall-ħamrija u għall-ħinijiet tal-pitkalija u se nirrispondih.", "Nerġa' ngħid li ma rridx li jkun hawn xi ħadd li jgħid li noqgħod indur 'l hemm u 'l hawn bir-risposti tiegħi imma rrid li kulħadd ikun jaf fejn aħna mexjin.", "Qabel xejn meta fil-pajjiż tiċċaqlaq il-ħamrija, hemm diversi dipartimenti li jieħdu ħsieb li din ma tintilifx.", "Normalment kull meta jkun se jsir xi ċaqliq tal-ħamrija, anke meta bniedem ikun qed jibni, id-dipartiment ikollu l-informazzjoni kollha minn fejn tkun ittieħdet din il-ħamrija u fejn tkun sejra.", "Għal min ma jafx fil-Palazz għaddej proġett, il-ħamrija qiegħda tinqala' u qiegħda tinġarr.", "Jiena ma jidhirlix li l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol għandu jwaħħal avviż għall- informazzjoni ta' l-Onor.", "Membri u ta' l-iSpeaker u jgħid fejn qed jieħu l-ħamrija.", "Hemm id- dipartiment u hemm it-tekniċi u dawn jafu x'inhuma jagħmlu.", "Dawn żgur li mhux qed jordmu din il-ħamrija ġo xi barriera.", "Jiġifieri nifhem li min hu inkarigat mix-xogħol ħa l-passi kollha meħtieġa biex jara li l-ħamrija li qed tinqala' minn hawnhekk qed tittieħed f'post u tiġi utilizzata għal skop tajjeb.", "Issa dwar il-pitkalija, veru li sar xi ċaqliq fil-ħinijiet iżda dan sar fuq bażi ta' esperiment għax-xahar li ġej.", "Pero' ma jirriżultalix dak li jirriżulta lill-Onor.", "Interpellant, u cioe' li l-ħinijiet tressqu nofs siegħa 'l quddiem.", "Bil-kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, l-Għawdxin jistgħu jidħlu fis-7.00 a.m., jiġifieri nofs siegħa qabel il-Maltin.", "Dan l-arranġament sar wara li kien hemm diskussjonijiet mal-pitkala, mat-tekniċi tad-dipartiment u man-nies kollha konċernati u ntlaħaq ftehim biex il-ħinijiet kollha jitressqu.", "Ovvjament aħna ngħixu fi klima sħuna u bis-saħħa tal-ftehim li laħaq id- dipartiment man-nies kollha konċernati, l-Għawdxin qegħdin jidħlu fis-7.00 a.m. waqt li l-Maltin jidħlu fis-7.30 a.m. Hemm ħin stabilit meta jidħlu l- bdiewa u meta jidħlu x-xerrejja biex isir il-bejgħ tal-biegħa li tiddaħħal fil-pitkalija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura l-ħin b'nofs siegħa ċċaqlaq u mhux b'siegħa u nofs?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-mistoqsija oriġinali kienet dwar il- qtugħ ta' siġar u ħadd m'għandu jippretendi li nġib miegħi d- dokumentazzjoni kollha ta' x'jiġri fil-pitkalija u f'liema ħin jidħlu l- Maltin, f'liema ħin jidħlu l-Għawdxin, f'liema ħin jidħlu x-xerrrejja u kif isir l-operat kollu.", "Il-ġimgħa l-oħra kellna meeting mal-pitkala u naf li l-ħin ta' l-Għawdxin ġie mressaq għal aktar kmieni u għall-Maltin nofs siegħa warajhom.", "Mr Speaker, jien inwiegħed lill-Onor.", "Membru li ma' l-ewwel opportunita' prattika nġib kopja tal-ftehim li ntlaħaq bejn id-dipartiment, il-bdiewa u x-xerrejja u nippreżentah lill-Kamra ħalli kulħadd ikun jaf eżatt kif saru dawn il-ħinijiet, anke jekk dan diġa' ġie ppubblikat fil-gazzetti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: X'pożizzjoni qed jieħu l-Gvern Malti fir- rigward tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-common agricultural policy u t-tibdil li qed jiġi propost fi ħdan l-Unjoni Ewropea, wara l-protesti qawwija li saru minn diversi pajjiżi membri f'dan ir-rigward?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jien nieħu gost li l-Onor.", "Membri ta' l- oppożizzjoni jagħmlu mistoqsijet, pero' kultant niskanta kif imbagħad iqumu jistaqsu dwar suġġett li ilna nittrattawh għal daqshekk tul ta' żmien, tant li kultant nibda naħseb li dejjaqt lil kulħadd nirrispondi dwaru.", "Lill-bidwi rridu nqisuh bħala dak il-bniedem li barra li jipproduċi prodotti ta' kwalita', inħallsuh ukoll talli jieħu ħsieb il-pajsaġġ li aħna ngħixu fih u ta' l-ambjent li hu jopera u li aħna ngawdu fil-ħajja tagħna.", "Nirrepeti li l-budget ta' l-Unjoni Ewropea għar-rigward tal-biedja jammonta għal madwar euro 40 biljun, li jitħallas fuq żewġ pilastri.", "Għandek il- classical pillar li huwa ta' 90% tal-budget, jiġifieri madwar Lm18 biljun, u l-pilastru l-ieħor tar-rural development ta' madwar 10%.", "Issa x'kien qed jiġri?", "Dawk id-90% kienu qegħdin imorru biex il-bdiewa jitħallsu skond il- produzzjoni meta l-Unjoni Ewropea dejjem riedet li tiġi eliminata l-ħela - għalhekk bdew jitneħħew l-export refunds li ili nirrepeti dwarhom – u l- bidwi Ewropew kellu l-inċentiv li jkun issussidjat dwar kemm jipproduċi qmugħ, kemm jipproduċi ċereali, kemm jipproduċi tabakk u kemm jipproduċi zokkor.", "Ovvjament min għandu l-area fejn jirgħa, dan ikabbar u jkabbar għax jaf li hemm it-taxpayer li jħallas biex jissussidja dik l-operazzjoni.", "Issa jekk wieħed jara r-review li saret fl-1992 u r-review li saret fl- 1999, isib li dawn kienu ntiżi biex inaqqsu s-surplus, jiġifieri dawk il- muntanji li jsemmulna tal-butir u l-għadajjar ta' l-inbid.", "Allura kien qed jirriżulta li madwar 80% ta' dak is-sussidju kien qiegħed imur għand 20% biss tal-bdiewa ta' l-Ewropa u din ma kenitx ħaġa ġusta.", "Allura x'qiegħda tgħid l-Ewropa?", "Peress li dan l-aħħar kellna wkoll il-mard taċ-ċanga u l-mard tal-majjal, l- Ewropa qiegħda tagħmel enfasi fuq produzzjoni ta' kwalita` iżda mingħajr ħela.", "Jiena tkellimt diversi drabi hawnhekk dwar producers' organisations u għedt li l-bdiewa tagħna jridu jipproduċu ammont li jlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż mingħajr ħela għax fl-aħħar mill-aħħar il-ħela tissarraf filli twaqqa' l-prezzijiet tal-prodotti li jipproduċu l-istess bdiewa.", "Issa l- proposta tal-mid-term review hi li l-ewwel pilastru tat-Lm18 biljun jitnaqqas – u din hija t-triq ġusta għax permezz t'hekk kulħadd jieħu dak li ħaqqu - u dak li jitnaqqas jiġi shifted fuq it-tieni pilastru tar-rural development.", "Peress li aħna għandna l-problema taċ-ċokon ta' l-art, m'għandniex ilma għat-tisqija, ma nkabbrux ċereali, qmugħ, tabakk jew zokkor u allura aħna limitati fl-ammont ta' għajnuna li nistgħu nieħdu mill-ewwel pilastru, il- pjan tagħna hu li nieħdu li nistgħu mill-ewwel pilastru pero` nlestu l- pjani tagħna taħt it-tieni pilastru ta' l-iżvilupp rurali.", "U dan huwa eżatt dak li jiffittja mal-pjan ta' pajjiżna.", "Aħna rridu naħdmu fuq dan il-pjan ħalli mill-fondi li se jkun hemm fuq it-tieni pilastru, pajjiżna jibbenefika mill-aħjar li jista' bis-saħħa tal-kunċetti li huwa jipproponi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura): Mr Speaker, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar vacancies fiċ-ċivil fil-gradi minn assistent direttur 'il fuq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34708;", "f'isem il-Ministru tal-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 188 ta' l-2002 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att ta' l-2002 li jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi; u", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Avviż Legali Nru 189 ta' l-2002 - ordni ta' l-2002 li jemenda l- ordni dwar il-kummissarju ta' l-artijiet (trasferiment ta' drittijiet u responsabbiltajiet); u", "Lista ta' postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari 34669.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 183 ta' l-2002 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti artikoli ta' l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, Kap. 409;", "Avviż Legali Nru 184 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar drittijiet għat-turiżmu;", "Avviż Legali Nru 185 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar l-awtorita' tat-turiżmu ta' Malta (proċedura speċjali);", "Avviż Legali Nru 186 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar attivitajiet turistiċi (dispożizzjonijiet ġenerali);", "Avviż Legali Nru 187 ta' l-2002 - regolamenti ta' l-2002 li jemendaw regolamenti dwar gwidi tat-turisti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema fil-kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34756.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SIGURTA` FL-IKEL", "FOOD SAFETY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta` fl-Ikel.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar kull ħaġa li għandha x'taqsam mas-sigurta` fl-ikel u biex iwaqqaf Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel, biex jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-infurzar fi ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu ma' l-ikel, u biex jirrevoka l-Att dwar Ħwejjeġ ta' l-Ikel, Mediċinali u Ilma tax-Xorb\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ISPORTS", "SPORTS BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Lulju, 2002.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri huwa in possession u s'issa ħa 13-il minuta.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, l-aħħar darba li konna qed niddiskutu l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, jien għedt li dan l- abbozz ta' liġi se jissostitwixxi d-dipartiment ta' l-isports li jeżisti llum mal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Għedt ukoll li wieħed irid jara x'wassal biex isiru bidliet bħal dawn, jekk dan ifissirx li l-ħidma li kien qed jagħmel id-dipartiment jew inkella l-istruttura li kien qed jaħdem biha d-dipartiment fallietx, u jekk falliet għal xiex falliet.", "Jekk kemm-il darba jirriżulta li l-istruttura li kien qed jaħdem biha d-dipartiment falliet, allura jkun interessanti jekk wieħed ikun jaf għal xiex falliet u jekk din l-istruttura fallietx minħabba li kien hemm xi ħadd li m'aġġornax ir-rwol tad-dipartiment maż-żmenijiet.", "Mr Speaker, f'dan il-Parlament qed naraw lill-gvern iressaq abbozz ta' liġi wara l-ieħor biex iwaqqaf awtoritajiet, kunsilli u entitajiet oħra, li wħud minnhom jitwaqqfu biex jissostitwixxu d-dipartimenti eżistenti.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li llum il-ħaddiema ta' dawn id-dipartimenti jinsabu nkwetati għax m'għandhom l-ebda assigurazzjoni ċara dwar x'se jsir mill- impjieg tagħhom.", "Din id-darba l-gvern ma jistax iġib l-iskuża li se jwaqqaf entita` ġdida minħabba li se jkun hemm xi tip ta' awtonomija ġdida fil-mod kif il-gvern jippromwovi l-isports f'pajjiżna għax bħall-abbozzi ta' liġi l-oħra li tressqu, anke f'dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, qed joħroġ ċar li l-gvern qed jaħtaf kollox taħt it-tmexxija tiegħu bil-pulit - fil-fatt kemm jista' jkun, il-gvern qed iżomm kollox taħt il-kontroll tal-ministri u tas-segretarji parlamentari - biex b'hekk ikun jista' jiddeċiedi hu x'passi u x'azzjonijiet għandhom jittieħdu.", "Fil- fatt anke l-faċilitajiet sportivi li jiġu mgħoddija lil għaqdiet jew lil organizzazzjonijiet sportivi, filwaqt li qabel dawn kienu jiġu mgħoddija permezz ta' riżoluzzjoni f'dan il-Parlament, issa l-ministru, jew inkella s- segretarju parlamentari bl-approvazzjoni tal-ministru, se jkunu jistgħu jgħaddu dawn il-faċilitajiet sempliċement b'daqqa ta' pinna.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan se jnaqqas sew mit-trasparenza ta' kif isiru l- affarijiet, iktar u iktar meta nafu kemm hawn min isib loopholes biex jirnexxielu jakkwista artijiet pubbliċi.", "Aħna ma naqblux li l-istrument li għandu dan il-Parlament biex jirristrinġi milli jsiru abbużi f'dan ir- rigward għandu jittieħed minn taħt idejh.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar il-mod kif għandhom jiġu mgħoddija l-faċilitajiet sportivi f'idejn il-kunsilli lokali.", "Kulħadd jaqbel li l-kunsilli lokali għandhom jingħataw numru ta' faċilitajiet sportivi, anke għaliex wieħed mir-rwoli tagħhom huwa proprju dak li jgħinu lill-għaqdiet sportivi tal-lokal jippromwovu l-isports, pero` mill-banda l- oħra rridu niftakru fil-konflitti li nqalgħu matul is-snin li għaddew kważi kull darba li kunsill lokali ngħata xi faċilita` sportiva.", "Fil-fatt qed jiddispjaċini ninnota li dan l-abbozz ta' liġi m'hu qed jagħmel l-ebda riferenza għal dawn il-konflitti, li ħafna drabi jinqalgħu minħabba li wħud mill-għaqdiet lokali, kif jindunaw li ġiet mgħoddija xi faċilita` sportiva f'idejn il-kunsill lokali tagħhom jippretendu li jeħduha huma, u jien naħseb li wasal iż-żmien li nilleġislaw proprju biex nevitaw milli jinħolqu iktar problemi ta' dan it-tip.", "Per eżempju, każ tipiku ta' dan li qed ngħid huwa l-każ tax-Xagħra tal-Furjana fejn il-kwestjoni li nqalgħet bejn il-football club ta' dan il-lokal u l-kunsill lokali tant ittawlet li spiċċaw biex inqalgħu ħafna problemi.", "Mr Speaker, nuqqas ieħor li qed nara li fih dan l-abbozz ta' liġi huwa li dan m'huwiex qed jippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni għall-isports tourism.", "Il-fatt li Malta hija gżira mdawra bil-baħar għandha tkompli tħajjar lil dawk it-turisti li jħobbu l-isports tal-baħar li jiġi jżuru lil pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm f'ċerti żoni ta' Malta qed jinbnew faċilitajiet sportivi, xorta waħda għadna neqsin minn ċerti faċilitajiet bażiċi biex dawk l-individwi jew il-gruppi li jiġu minn barra minn Malta sabiex jipprattikaw xi attivita` sportiva, ikunu jistgħu jagħmlu dan bla ebda diffikulta`.", "F'pajjiżna jeżistu diversi dixxiplini sportivi li jattiraw lit-turisti lejn pajjiżna, fosthom id-dixxiplina sportiva tad-diving, u għalhekk jeħtieġ li jsir sforz ikbar f'dan ir-rigward, speċjalment illum li għal xahar wara l- ieħor qed naraw tnaqqis drastiku fil-qasam tat-turiżmu.", "Issa jekk it- tnaqqis drastiku li għandna fil-qasam tat-turiżmu hijiex kwestjoni ta' inkompetenza jew le, dak huwa suġġett ieħor, pero` naħseb li l-gvern mhux biss għandu jipprovdi l-faċilitajiet sportivi meħtieġa imma għandu wkoll jippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni addattata biex l-isportivi jkunu jistgħu jużaw lil pajjiżna bħala l-bażi fejn ikunu jistgħu jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom, bħalma jsir f'ħafna pajjiżi oħra.", "Ovvjament it-turisti li jagħżlu lil pajjiżna biex jitħarrġu fl-attivita` sportiva tagħhom iħallu ċertu qligħ ukoll, u għalhekk iktar u iktar tikber l-importanza li nippromwovu l-isports tourism.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel jirrigwarda l-isports fl-iskejjel.", "L-iskejjel ta' pajjiżi oħra, bħall-Awstralja u l-Amerka, u anke pajjiżi Ewropej, jagħtu importanza kbira lill-isports, pero` sfortunatament ma nistgħux ngħidu l-istess għall-iskejjel li għandna f'pajjiżna.", "Jien nixtieq inkun naf, per eżempju, jekk l-għalliema tal-physical education li għandna f'pajjiżna jingħatawx informazzjoni minn żmien għal żmien dwar id-dieta li wieħed għandu jsegwi, għax kif nafu, saħħtek ma tiddependix biss mit- training li tagħmel imma anke minn dak li tiekol u mill-istil ta' ħajja li tgħix, u jiddispjaċini ngħid li f'dan il-qasam għadna lura mmens, speċjalment jekk nipparagunaw ruħna ma' pajjiżi oħra.", "Jien naħseb li tkun idea tajba jekk l-istudenti Maltin u Għawdxin, bħalma meta jaslu f'ċerta eta` jingħataw l-opportunita` li jagħżlu s-suġġetti akkademiċi li jkunu jixtiequ jkomplu jitħarrġu fihom, huma għandhom jingħataw ukoll l-opportunita` li jagħżlu d-dixxiplina sportiva li jkunu jixtiequ li jkomplu jitħarrġu fiha.", "Huwa importanti wkoll li l-ambjent tal- faċilitajiet sportivi jkun wieħed li jħajjar lil dak li jkun jitħarreġ fihom, u nispera li xi darba naslu fi żmien fejn l-iskejjel tagħna, kemm dawk governattivi, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Knisja, ikunu mgħammrin kollha kemm huma b'faċilitajiet sportivi, fosthom b'gymnasium.", "Naf li proġetti bħal dawn jinvolvu spejjeż enormi u trid tagħmel pjan sħiħ għalihom, pero` huwa importanti li l-iskejjel tagħna ma nimmodernizzawhomx biss mil-lat ta' computers.", "Ikun tajjeb jekk inżommu quddiem għajnejna li dawk l-istudenti li jipprattikaw it-taħriġ fiżiku jitilgħu b'saħħithom, u meta jikbru, jitilgħu iktar responsabbli u ddixxiplinati u jkunu kapaċi jżommu 'l bogħod minn ċerti affarijiet.", "Imma issa ħalli nerġa' lura għal meta kont qed nitkellem fuq l-għalliema tal-physical education.", "Jien ma nafx lanqas kemm l-għalliema tal-physical education li għandna fl-iskejjel tagħna qed jingħataw taħriġ minn żmien għal żmien.", "Illum m'għadux iż-żmien li dawn l-għalliema joħorġu lill- istudenti fil-bitħa biex jilagħbu l-ħarba jew inkella biex joqogħdu jagħmlu r-running on the spot, u jekk għad fadal xi għalliema tal-physical education li għadhom jużaw din is-sistema, allura dan huwa riżultat tan- nuqqas ta' aġġornament u ta' taħriġ li l-istess għalliema qed jingħataw mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni.", "Ċertament hemm bżonn li nindirizzaw dan il-qasam b'iktar serjeta` u professjonalita`, u jiddispjaċini ngħid li f'uħud mid-dixxiplini sportivi li għandna f'pajjiżna ma teżisti l-ebda professjonalita`.", "L-aim ta' kull sportiv m'hijiex biss li jipparteċipa f'ċerti kompetizzjonijiet imma hija li jirbaħ għax naturalment huwa jkun jixtieq jikseb unur għalih, għall- għaqda li jkun qed jirrappreżenta u anke għal pajjiżu, pero` dan ma jkunx jista' jsir jekk ma ndaħħlux iktar sens ta' professjonalita` u ta' responsabbilta` fl-għaqdiet sportivi tagħna.", "Jien ngħid li dan is-sens ta' professjonalita` u ta' responsabbilta` għandu jibda minn fuq, pero` għalkemm jeżistu diversi diriġenti ta' clubs sportivi li jagħmlu effort kbir biex imexxu lill-għaqda li jkunu jirrappreżentaw iktar 'il quddiem, minħabba li huma stess ikunu neqsin minn ċerta informazzjoni bażika u minn ċerta professjonalita` fil-mod kif isiru l-affarijiet, l-aim tagħhom ma jkunux jistgħu jilħquh.", "Jiddispjaċini ngħid li sal-lum il-ġurnata f'pajjiżna għad għandna clubs, anke clubs kbar, li għadhom jitmexxew b'mod antikwat u b'mod li xejn m'hu aġġornat għaż-żminijiet tal-lum, u dan anke minħabba li ħafna mill-clubs ta' pajjiżna għadhom jitmexxew b'mod dilettantesk u għadu ma daħalx is-sens ta' professjonalita` u ta' kummerċjaliżmu, kif daħal f'pajjiżi oħra, fejn club sportiv jaħdem anke biex jagħmel ċertu qligħ.", "Fl-Italja - u qed insemmi lill-Italja għax l-iktar li nsegwi jien huwa l-football Taljan - ikkrollaw saħansitra clubs kbar tal-football, u dawn ikkrollaw għax kulħadd intelaq għal rasu.", "Jien nemmen li bħalma l-gvern jagħti taħriġ lill- kunsilliera tal-kunsilli lokali, hekk ukoll għandu jagħti taħriġ lil min qed imexxi l-għaqdiet sportivi li għandna f'Malta u Għawdex għax jien ma nafx jekk illum għadux iż-żmien li ċerti clubs, speċjalment clubs kbar, jitmexxew kif qed jitmexxew illum.", "Min imexxi lill-clubs u lill-għaqdiet sportivi ta' pajjiżna għandu jingħata taħriġ dwar kif jista' jmexxi b'mod iktar professjonali filwaqt li jingħata guidelines dwar kif jista' jibni struttura iktar moderna u jagħmel il-manutenzjoni tal-faċilita` li tkun ġiet mgħoddija lilu.", "Sfortunatament illum dan ftit li xejn qed isir, u għalhekk ikun tajjeb jekk il-Kunsill Malti għall-Isport li se jitwaqqaf jaħdem bis-serjeta` f'dan ir-rigward.", "Illum jekk inħarsu lejn ċerti dixxiplini sportivi nsibu li minkejja li wħud mid-dixxiplini sportivi ilna nipprattikawhom għal ħafna snin, bqajna lura fihom.", "L-għaqdiet u l-clubs sportivi għandhom jingħataw ukoll taħriġ fil-mod kif jagħmlu l-budgeting tagħhom, anke biex ikunu jafu safejn għandhom jaslu.", "Minn banda l-Malta Football Association qed tagħmel tajjeb li lil dawk il- clubs sportivi li għandhom djun kbar qed tagħtihom probational period sakemm iħallsu d-djun li għandhom, f'liema probational period huma ma jkunu jistgħu jagħmlu l-ebda transfers, għax b'hekk dawn il-clubs ma jkomplux imorru oltre minn dak li jifilħu.", "Ilkoll nafu kif ikkrollaw dawk l- għaqdiet sportivi, il-clubs sportivi u l-assoċjazzjonijiet sportivi li kellhom miljuni kbar ta' dejn.", "Mr Speaker, jien naħseb li tkun idea tajba wkoll jekk parti mid-dħul li l- gvern qed idaħħal minn ċerti lotteriji jmur għall-għaqdiet sportivi.", "Min- naħa tiegħu, is-settur kummerċjali għandu kontribut kbir ukoll x'jagħti f'dan il-qasam, fosthom billi jgħin finanzjarjament lill-assoċjazzjonijiet sportivi, lill-għaqdiet sportivi u lill-clubs sportivi ħalli b'hekk l- isportivi Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina tagħhom b'mod iktar professjonali.", "Sfortunatament is-sistema tal- public/private partnerships tissemma biss meta tkun se tinbena xi dar ta' l- anzjani u ftit li xejn tissemma fil-qasam ta' l-isports.", "Per eżempju, filwaqt li nisimgħu ħafna dwar sponsorships tant li din saret kważi xi ħaġa tradizzjonali - għalkemm is-sistema ta' l-isponsorships titħaddem ukoll f'pajjiżi barra minn Malta - ftit li xejn nisimgħu dwar kif is-settur kummerċjali jista' jidħol f'joint venture ma' għaqdiet sportivi.", "Jien naħseb li dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna tressaq quddiem dan il-Parlament biex bħas-soltu ̧ wara li jkun approvat il-famuż Kunsill Malti għall-Isport u jiġi eliminat id-dipartiment u l-ħaddiema tad- dipartiment ma jkunux jafu fejn se jmorru ̧ jibdew jagħtu l-impiegi ġodda lil min iridu.", "Għalhekk minħabba dan il-fattur, minħabba li qed tonqos it-trasparenza fil- mod kif isiru l-affarijiet u kif jingħataw il-faċilitajiet sportivi lill- għaqdiet u minħabba li l-ministru aktar qed jaħtaf taħt idejh ċerti poteri, allura l-oppożizzjoni ma tistax taqbel ma' dan l-abbozz ta' liġi u għalhekk se tkun kostretta li tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu ngħidu li llum f'pajjiżna hawn ħafna aktar kuxjenza dwar l-isport milli kien hawn 20 sena ilu.", "Naħseb li dwar l-isport m'hawnx kontroversja politika għax iż-żewġ partiti jaqblu dwar il-ħtieġa li fil-pajjiż ikun hawn aktar parteċipazzjoni fl-isport.", "L-idea li l-isport huwa ħela ta' ħin u mod kif taħrab mir-responsabbiltajiet edukattivi tiegħek issa spiċċat u għadda żmienha u llum l-għalliema u l-gvernijiet qed jagħtu importanza kbira lil dan il-qasam.", "Mr Speaker ̧ jekk is-Sibt u l-Ħadd filgħodu wieħed imur fid-diversi grounds tal-football li għandna jkun jista' jara tfal ta' bejn is-sitt snin u l-14-il sena jipparteċipaw f'xi tip ta' sport.", "Naturalment l-aktar sport popolari fost it-tfal huwa l-futbol imma mhux dan l-isport biss qed jingħata l-importanza.", "Barra minn hekk diversi organizzazzjonijiet qed idaħħlu tfal ta' ħamsa u sitt snin biex jinvolvuhom fl-isport minn età żgħira.", "Ovvjament hawnhekk l-involviment ma jkunx biss tat-tfal imma jkun ukoll, b'mod indirett, tal-ġenituri u ta' l-istess organizzazzjonijiet.", "Mr Speaker, ġeneralment diversi attivitajiet sportivi li jsiru, isiru s- Sibt u l-Ħadd filgħodu u għal dawn l-attivitajiet mhux biss it-tfal ikunu preżenti imma wkoll il-ġenituri u ġieli wkoll in-nanniet.", "Dan ifisser li qed ikun hemm l-apprezzament ta' dawk li forsi meta kienu tfal u żgħażagħ huma ma kellhomx iċ-ċans li jipparteċipaw fl-isport.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa pass kbir importanti fid-direzzjoni t-tajba li żgur m'għandux orizzont politiku imma għall-kuntrarju għandu orizzont uman li jwassal biex ikun hemm apprezzament aħjar ta' dak kollu li huwa sportiv.", "Mr Speaker, wieħed irid jara wkoll f'liema ambjent ikunu mdorrijin fih iż- żgħażagħ tagħna.", "Kif diġà għidt illum spiċċat l-idea li l-isport huwa ħela ta' ħin u llum in-nies japprezzaw ħafna aktar minn qabel il-valur sportiv fil-ħajja ta' kuljum.", "Illum il-ġenituri jgħidulek li peress li fil-passat huma ma kellhomx iċ-ċans li jipparteċipaw f'xi tip ta' sport jixtiequ jaraw lill-uliedhom jimxu 'l quddiem fil-qasam sportiv.", "Kultant dawn saħansitra jidħlu f'ċerti spejjeż li jkunu meħtieġa biex jaraw lil uliedhom jieħdu sehem.", "Per eżempju ̧ in-nurseries li għandna f'Malta – mingħalija għandna madwar 50 waħda – jieħu madwar 150 żagħżugħ li jipparteċipaw f'livelli differenti ta' sports.", "Dan juri li hawn eluf ta' żgħażagħ li litteralment qegħdin jipparteċipaw b'mod konsistenti fil- qasam sportiv.", "Per eżempju, qasam sportiv ġdid li qed jiġi pprattikat f'pajjiżna u li għandna nkomplu niżviluppawh huwa dak tal-windsurfing.", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-windsurfing ta' l-irġiel u taż-żgħażagħ kbar imma għall- windsurfing ta' tfal ta' 10 snin u 11-il sena.", "Per eżempju ̧ kull nhar ta' Sibt filgħodu fil-bajja tal-Mistra u fil-bajja ta' San Pawl il-Baħar nara numru sostanzjali ta' tfal u żgħażagħ li jipprattikaw dan it-tip ta' sport.", "Dawn iż-żgħażagħ għandhom fiduċja kbira fihom infushom u kultant tiskanta kif inhuma kapaċi jagħmlu dawk il-manuvri fuq il-baħar.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien dawn aktar qed itejbu l-kwalita` ta' l-isport tagħhom u l-livell ta' parteċipazzjoni u mhux darba jew tnejn kellhom riżultati sodisfaċenti barra minn pajjiżna.", "Huwa veru li t-tazzi tar-rebħ li nġibu lejn pajjiżna, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, huma ftit imma b'daqshekk ma tistax tieqaf u tgħid li l-possibbiltà illi tikseb midalja tad-deheb jew li isem pajjiżna jkun jidher f'xi lista ta' winning teams hija remota.", "Il-valur ta' l- isport huwa ferm aktar 'il bogħod mir-rebħ tal-midalji u tat-tazzi.", "Meta tkun qed tipprattika xi tip ta' sport tkun qed tirrikkrea lilek innifsek u kultant tkun qed toffri entertainment lil persuni oħrajn.", "Jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna rridu nammettu li l-faċilitajiet sportivi li jeżistu llum f'pajjiżna ma tistax tqabbilhom ma' dawk li kellna snin ilu.", "Dan għaliex il-gvernijiet ta' pajjiżna ̧ minn żmien għal ieħor, investew biex il-faċilitajiet sportivi tagħna jkunu l-aħjar li jistgħu jipprovdu.", "Wieħed mill-kelliema tan-naħa ta' l-oppożizzjoni qal li jista' jkun li xi għalliema tal-physical education ma jkunux ippreparati biżżejjed.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed igħid li llum il-ġurnata għandna nies li huma ggradwati fl-edukazzjoni fiżika.", "Meta jien kont l-iskola l-għalliem kien joħroġna xi nofs siegħa jew ftit aktar fil-bitħa darbtejn fil-ġimgħa imma dan kien ikun l-istess għalliem li jgħallmek l-Ingliż, il-Matematika, il-Malti u suġġetti oħrajn.", "Pero' llum kull istituzzjoni edukattiva għandha l-għalliema tagħha ta' l-edukazzjoni fiżika.", "Dan ifisser li dan is-suġġett qed jingħata importanza kbira għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed napprezzaw il-valur ta' l-isport.", "Hawnhekk nixtieq insemmi kemm huwa mportanti li jkollok il-faċilitajiet meħtieġa.", "Jista' jkollok l-aktar pjan dettaljat dwar it-tifsil ta' l- edukazzjoni sportiva pero' jekk ma jkollokx fejn tgħallem u tipprattika l- isport ma jkollok xejn.", "Nista' ngħid li fis-snin li għaddew kien hemm investiment qawwi fuq il-faċilitajiet sportivi u issa hemm investiment qawwi ieħor.", "Biżżejjed insemmu ċ-ċentri sportivi li qegħdin jinbnew jew li hemm ippjanat li jinbnew matul iż-żmien.", "Nixtieq ngħid ukoll li b'mod ġenerali numru sostanzjali ta' skejjel statali, skejjel privati u skejjel tal-Knisja qegħdin huma ukoll jagħmlu investimenti kbar f'dawk li huma grounds, gymnasiums u faċilitajiet sportivi.", "Naturalment mhux kull skola għandha l-istess faċilitajiet u mhux kull skola għamlet l- istess avvanzati li wieħed jistenna li jkun hemm - f'dan ir-rigward wieħed jista' jgħid li għad fadlilna iktar x'nagħmlu - pero' almenu rridu nkunu sodisfatti bil-fatt li llum qed ikun hemm aktar investiment u aktar parteċipazzjoni.", "Fil-fatt qed ikun hemm parteċipazzjoni kbira mhux biss mill-għalliema u mill-kapijiet ta' l-iskejjel imma qed ikun hemm parteċipazzjoni wkoll mill- ġenituri.", "Qed ngħid dan għax meta l-kapijiet ta' l-iskejjel jitolbu għall- għajnuna ħalli jkun hemm investiment fuq faċilitajiet sportivi, il-ġenituri jkunu minn ta' quddiem nett li joffru l-għajnuna tagħhom.", "B'dan il-mod il- faċilitajiet sportivi li jkun hemm fl-iskejjel ikunu jistgħu jitjiebu.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità wkoll biex nagħmel riflessjoni żgħira dwar jekk il-faċilitajiet sportivi li għandna fl-iskejjel statali tagħna hux qed jiġu utilizzati wara li t-tfal jispiċċaw mill-iskola.", "Naħseb li f'dan is-sens għad fadlilna ħafna x'nagħmlu.", "Mr Speaker, minbarra l-faċilitajiet sportivi li għandna fl-iskejjel tal- gvern, tal-privat u tal-Knisja għandna faċilitajiet sportivi wkoll id- diversi postijiet turistiċi li għandna f'pajjiżna.", "Jekk wieħed iżur lukandi ta' ċertu livell isib li hemmhekk hemm faċilitajiet sportivi tajbin u effiċjenti pero' biex wieħed juża dawn il-faċilitajiet irid iħallas.", "Ovvjament dan kulħadd jifhmu għax min ikun bena l-lukanda jkun għamel investiment kbir.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsi jekk wasalx iż- żmien li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn id-diversi għaqdiet sportivi lokali u s-sidien tal-lukandi.", "Wieħed forsi jista' jara l-mod ta' kif jitħallas l-użu ta' dawn il-faċilitajiet sportivi.", "Problema oħra li teżisti f'dan ir-rigward hija li ħafna drabi l-ħin li f'dawn il-faċilitajiet imorru ż-żgħażagħ jipprattikaw xi sport jinzerta l- ħin li fih imorru l-membri tal-clubs u ġieli jkun hemm ukoll xi konflitti fis-sens li jkun hemm id-diffikultà dwar kemm huwa possibbli li jkun hemm tfal u żgħażagħ li ma jkunux taħt kontroll dirett ta' l-istess lukanda.", "Klawsola 3 ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar id-dikjarazzjoni ta' prinċipji.", "Dawn il-prinċipji ma jridux jibqgħu fuq il-karta imma jridu jkunu fil-moħħ u fil-qalb ta' kull wieħed u waħda minna ħalli jkunu parti mill-mod ta' kif aħna nħarsu lejn id-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu f'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ sportiv.", "L-isport huwa mportanti wkoll għax permezz tiegħu ż-żgħażagħ ma jaqgħux f'ċerti tentazzjonijiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ħajja u jkunu qed jutilizzaw il-ħin tajjeb.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li lil dawk l-eluf ta' persuni nvoluti fil-kumitat sportivi rridu ngħidulhom grazzi.", "Qed ngħid dan għax dawn in-nies jiddedikaw ammont sostanzjali mill-ħin tagħhom mhux biss għall-organizzazzjoni tagħhom imma wkoll għat-tfal u ż- żgħażagħ.", "Għalhekk dan l-abbozz ta' liġi qed jagħti valur lil dawn il- persuni u qed jipprova jirrikonoxxi lil dawn l-għaqdiet li qed jiddedikaw il-ħin tagħhom għal ħaddieħor.", "Wara kollox jekk ikun hemm xi coach jew xi segretarju li fl-aħħar tax-xahar jitħallas xi ħaġa żgħira dan xorta jkun qed jiddedika l-ħin għal ħaddieħor għax jekk imur jaħdem x'imkien ieħor żgur li l-ħlas ikun ferm għoli minn dak li jieħdu minn xi organizzazzjoni jew club partikolari.", "Pero' jien konvint li jekk dawn in-nies imorru jaħdmu f'postijiet fejn jaqilgħu aktar flus is-sodisfazzjon tagħhom ikun ferm u ferm inqas mis-sodisfazzjon li jieħdu meta jkun qed jieħdu ħsieb l- organizzazzjoni tagħhom u t-tfal u ż-żgħażagħ li jkunu qed jipprattikaw xi tip ta' sport.", "Ma rridx nagħlaq dan l-intervent bħalma dejjem jiġri mingħajr ma nagħmel riferenza wkoll għall-ħtieġa li nkomplu ntejbu qasam ieħor f'pajjiżna.", "Fil- fatt tip ta' sport li dam ma żviluppa f'pajjiżna huwa l-isport marittimu.", "Illum mhux il-waterpolo u l-għum biss għandna bħala sport tal-baħar imma għandna wkoll il-windsurfing ̧ anke fil-livell ta' tfal.", "Il-qasam sportiv marittimu rridu ntejbuh ukoll internazzjonalment.", "Per eżempju ̧ matul dawn l-aħħar erba' snin bdejna nkunu rappreżentati fi tlielaq barra minn Malta li ma joriġinawx minn Malta.", "Għalhekk wieħed jista' jgħid li bil-baħar li għandna u bil-faċilitajiet marittimi li għandna nistgħu nkunu f'pożizzjoni li mhux biss nieħdu sehem imma jista' jkollna l-possibbiltà li mhux biss nipparteċipaw imma wkoll ikollna wkoll il-possibbiltà li nirbħu.", "Nixtieq insemmi wkoll il-yacht club li għandna f'pajjiżna.", "Hemmhekk tista' tara numru ta' persuni – dan in-numru mhuwiex wieħed kbir għax biex tipparteċipa fi sport bħal dan trid investiment kbir - li huma ppreparati biex jipparteċipaw f'dan it-tip ta' sport ukoll.", "Irridu naraw li aktar ma jgħaddi ż-żmien ikun hemm dak l-inkoraġġiment meħtieġ biex il- parteċipazzjoni ta' Malta tkun iktar b'saħħitha f'dan ir-rigward.", "Għalhekk it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali għall-Isport irid jitqiegħed fil-perspettiva tal-valur li l-gvern tal-ġurnata jagħti lill-isport.", "Permezz ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna l-gvern tal-ġurnata qed jgħid lil kulħadd li aħna bħala gvern nemmnu li n-nies kollha involuti f'dan il-qasam qed jagħtu servizz lil pajjiżna biex Malta tkun aħjar milli hija llum.", "Il-gvern tal-ġurnata jemmen li għandna bżonn ta' parteċipazzjoni fil-livelli differenti ta' l-isport fil-pajjiż.", "Hu x'inhu l-isport huwa żgur li hemm ħaġa in komuni għall-isports kollu; l-isport huwa mod kif aħna nħarsu b'mod differenti lejn il-ħajja tagħna ta' kuljum.", "L-isport jgħinek tħares lejn il-ħajja minn perspettiva differenti u huwa mportanti kemm għall-individwu li jkun qed jipprattikah kif ukoll għas- soċjetà u għall-pajjiż kollu in ġenerali.", "Għalhekk b'dan l-abbozz ta' liġi qed nagħtu valur ġdid lill-isport u lill-parteċipanti kollha.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Mr Speaker, jien nieħu pjaċir ninnota li l-Parlament għandu quddiemu abbozz ta' liġi li jittratta l-isport.", "Il-Partit Laburista dejjem emmen dwar l-importanza ta' l-isport.", "Naħseb li kulħadd jaf bil- kontribut kbir li joffru l-faċilitajiet sportivi fil-pajjiż li saru matul dawn l-aħħar snin.", "Hawnhekk nixtieq insellem lill-ex-ministru Lorry Sant ̧ li llum m'għadux magħna ̧ li għamel monumenti kbar ta' l-isport.", "Mr Speaker ̧ f'manifest elettorali partikolari l-Partit Laburista kien indika li għandu jkun hemm liġi li tirregola l-qasam ta' l-isport.", "Filwaqt li wieħed iħares b'ċertu sodisfazzjon lejn dan l-abbozz ta' liġi ma jistax ikun li ma nurux ċertu tħassib.", "Fl-opinjoni tiegħi ̧ dan l-abbozz ta' liġi fih ħafna nuqqasijiet għax qed imur lil hinn mill-għanijiet li wieħed jixtieq jilħaq.", "Matul dan id-diskors se jkolli l-okkażjoni li nagħti ftit eżempji dwar dan li qed ngħid.", "L-ewwelnett din in-naħa tal-Kamra qed toġġezzjona għal dan l-abbozz ta' liġi għax l-isport għandu jkun xi ħaġa lil tmur 'il hinn mill-politika.", "Qed ngħid dan għax illum jista' jkun hemm ministru ta' partit u għada jista' jkun hemm ministru ta' partit ieħor u dawn jaġixxu b'mod differenti.", "Naħseb li dan l-abbozz ta' liġi kellu jevita l-indħil politiku fil-qasam sportiv u huwa fuq dan il-punt li dan l-abbozz ta' liġi se jfalli.", "Fil- fatt il-klawsoli ta' dan l-abbozz ta' liġi juru li l-aspett politiku mhux qed jitħalla barra imma qed jiżdied fid-doża.", "Jien din il-ħaġa tweġġagħli qalbi għax ma naqbilx li għandu jkun hekk.", "Issib lil min idaħħal il- politika anke f'dawn l-affarijiet imma sfortunatament dan huwa ħażin u aktar jagħmel ħsara lill-isport.", "Ħalli nibda bl-ewwel eżempju klassiku.", "Wara ċertu snin il-pajjiż kien ġibed lejn direzzjoni biex iwaqqaf istituzzjoni li għall-ewwel darba kellha tipprova tiġbor il-qasam ta' l-isport b'mod koordinat u kemm jista' jkun ma jkunx il-gvern tal-ġurnata li jadotta ċerti miżuri.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Kunsill Malti għall-Isport.", "Pero' meta nħares lejn x'se jsir b'din il-liġi nsib li din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "B'dan l-abbozz ta' liġi se nimxu pass lura minflok 'il quddiem.", "Niftakar li l-aħħar gvern Laburista – jien kelli x-xorti li għal ftit xhur inkun responsabbli minn dan il-qasam – ried ibiddel il-Kunsill Malti għall-Isport li kien organu mejjet u mingħajr ruħ għal wieħed mimli ħajja.", "Fil-fatt aħna ttrasformajnih minn fuq s'isfel.", "Per eżempju, aħna ridna nbiddlu l- idea li l-Kunsill Malti għall-Isport ikun maħtur minn ministru partikolari.", "Aħna ma ridniex li dan l-organu jkun pupazz tal-ministru imma ridna li jkun tassew rappreżentant tal-qasam sportiv li jista' jagħti kontribut ġenwin b'nies lil hinn mill-fehma politika li jista' jkollu l-ministru tal- ġurnata.", "Għalhekk daħħalna ċerti konċetti.", "L-ewwelnett daħħalna l- konċett li minflok ir-rappreżentanti jkunu maħturin kollha mill-ministru - kif sfortunatament qed nerġgħu naraw jiġri b'dan l-abbozz ta' liġi - dawn jiġu eletti minn sferi differenti biex il-Kunsill Malti għall-Isport ikun rappreżentattiv.", "Per eżempju, konna għamilniha drawwa – naħseb li llum iżżarmat għal kollox – li l-persuni li huma midħla tal-qasam sportiv, bħal atleti, coaches u amminsitraturi, kellhom id-dritt - li llum qed jitteħdilhom b'dan l-abbozz ta' liġi - li jeleġġu għan-nom tagħhom rappreżentant tagħhom.", "Issa din tista' tkun persuna li l-aktar li tbaqbaq lill-ministru tal-ġurnata li jeleġġu rappreżentant għan-nom tagħhom.", "Issa dan jista' jkun l-iktar persuna li jbaqbaq lill-ministru tal-ġurnata bl-affarijiet li jkun irid jagħmel, imma dan ikun l-għażla ta' dawn il- persuni.", "B'dan l-abbozz ta' liġi llum qed jintrema dan il-konċett.", "Il- konċett ta' l-elezzjoni tar-rappreżentanti minn min għandu interess ġie mwarrab minn dan il-gvern mhux biss fil-qasam ta' nies li jiġu eletti mill- persuni sportivi - minkejja li nitkellmu ħafna fuq sports for all imma sfortunatament tara miżuri li jmorru kontra dan il-konċett - imma wkoll fil- qasam tal-kunsilli lokali.", "Jiġifieri li jiġi elett membru mill-persuni fi ħdan il-kunsilli lokali li jkun responsabbli mill-qasam ta' l-isport.", "Il-gvern ma tax konsiderazzjoni għal dan il-konċett u b'din il-liġi l- ministru se jappunta lil min jogħġob lilu fuq dan il-bord, b'eċċezzjoni tal- membru nominat mill-Kumitat Olimpiku Malti, biex inkun eżatt.", "L-istess nista' ngħid fil-każ tal-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Fejn huma rappreżentati f'dan l-abbozz ta' liġi meta aħna tant rridu ninkoraġġixxu lil dawn in-nies biex jintegraw ruħhom u jipparteċipaw iktar, mhux biss f'livelli ta' l-isport imma anke fl-amministrazzjoni ta' l-isport?!", "Qabel kellna rappreżentanza ta' dawn in-nies fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Il-gvern ma jħossx li dawn in-nies għandhom ikunu rappreżentati fuq dan l- organu li se jmexxi l-isport ta' pajjiżna fil-futur?", "Miżura li setgħet kienet ftit kontroversjali, allavolja kien gvern Nazzjonalista li daħħalha, kienet li fuq il-Kunsill Malti għall-Isport kien hemm rappreżentant maħtur mill-Prim Ministru u rappreżentant maħtur mill- kap ta' l-oppożizzjoni.", "Naħseb li l-intenzjoni ta' din kienet biex tintwera l-importanza li l-isport għandu jkollu fuq l-aġenda tal-pajjiż.", "Fil-bidu nett ta' dan il-Kunsill Malti għall-isport kelli x-xorti li nkun jien ir-rappreżentant ta' l-oppożizzjoni.", "Hemm min kien jaqbel ma' din l- għażla, għalkemm kien hemm kontroversja għaliex daħħalna l-politiċi direttament fuq dan il-bord, imma mill-banda l-oħra kellha l-istima u l- equilibrium bejn iż-żewġ naħat fil-pajjiż biex l-isport jimxi 'l quddiem, biex joħroġ il-messaġġ li l-isport għandu jkun 'il fuq mill-politika.", "Dan il-gvern warrab min-nofs din l-għażla li kien għamel hu stess fil-passat għal dan l-organu.", "Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq persuni li għandhom bażi legali bħall- imħallfin u maġistrati.", "Fl-opinjoni tiegħi dan ma jawgurax li nimxu 'l quddiem.", "Meta tħares lejn diversi maġistrati u imħallfin - u minn hawn insellmilhom - fl-amministrazzjoni sportiva ta' pajjiżna tinduna kemm imxew 'il quddiem b'ċertu għaqal.", "U din tifhimha, l-ewwelnett għax dawn għandhom taħriġ biex ikunu imparzjali f'dak li jagħmlu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, u t-tieni nett għax huma nies ta' ċerta intelliġenza li għandhom ħafna x'joffru.", "Hawnhekk qed ngħidu li se naqtgħulhom rashom, m'hemmx aktar post għal dawn it-tip ta' nies fuq il-Kunsill Malti għall-Isport.", "Nistaqsi x'se jieħu l-gvern jew x'se jiggadanja l-isport minn dan.", "Forsi xi ħadd min-naħa tal-gvern jista' jgħidilna r-raġuni.", "Sur President, b'din il-liġi minflok se nsaħħu l-Kunsill Malti għall-Isport qed ngħidu li se jispiċċa d-dipartiment ta' l-isport, għodda li kienet qed tgħin u kienet qed timxi flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport b'għajnuna direttament mill-gvern.", "Dan id-dipartiment li ilu jeżisti tradizzjonalment għal ħafna żmien, fejn hemm personnel ta' ċerta esperjenza, f'daqqa waħda f'liġi għall-isport qed ngħidu li se jispiċċa u minfloku se jkun hemm il- Kunsill Malti għall-Isport.", "Rajna xi ħaġa simili tiġri fil-qasam tal- kultura fejn id-dipartiment tal-kultura ġie żarmat fiżikament u dan qed jirrepeti ruħu fil-qasam ta' l-isport.", "U jien għandi dubji serji ħafna fejn se naslu u jekk dan huwiex pass għall-aħjar.", "Ċertament li waħda mill-uġigħ ta' rasijiet għas-segretarju parlamentari Jesmond Mugliett - jien naf x'jiġifieri għax għaddejt minnha fil-passat - hija n-nuqqas ta' finanzi fil-qasam ta' l-isport li kważi kważi trid tagħmel il-mirakli mill-fondi li jkollok.", "Jien niftakar li malli tlajna fil-gvern sibt madwar Lm400,000 commitment mill-gvern preċedenti, u flus ma kienx hemm biex jitħallsu.", "Kulħadd beda ġej jitlob dak li ġie mwiegħed mill-amministrazzjoni preċedenti.", "Niftakar li għamilna kważi sena biex naslu f'xi forma ta' kompromess ma' dawn l-għaqdiet biex tassew naraw li l- fondi jitqassmu b'mod ekwilibrat u mhux kollox f'ċerti direzzjonijiet biss.", "U fl-aħħar naħseb li konna ħriġna b'soluzzjoni sodisfaċenti għal dawk kollha kkonċernati.", "F'dan l-abbozz ta' liġi hemm xi forma ta' framework dwar il-finanzjament ta' l-isport, però mhux ċar.", "Fil-passat kien hemm ħafna ideat, fosthom l- idea li ħareġ biha l-Ministru Frendo - għalkemm wara donnha twarrbet u nħbiet minkejja li kienet ħaġa pożittiva - li kien qal li għandna naraw li mill-budget nazzjonali jkun hemm persentaġġ minimu, jekk m'iniex sejjer żball kien issemma xi 1%, li jmur direttament għall-qasam ta' l-isport.", "B'dan il-mod, nerġa' ngħid, ma niddependux minn x'jagħmel dak il-ministru jew l-ieħor, jew partit ta' lewn jew partit ta' lewn ieħor, imma l-istess ministru u l-kabinett kollu ikun marbut dwar kif għandhom jiġu allokati l- flus u kemm għandhom jiġu allokati flus għall-qasam ta' l-isport.", "Rajna xi ħaġa f'din id-direzzjoni f'din il-liġi dwar l-isport?", "Xejn!", "Mhux talli xejn, talli fejn hemm riferenzi li l-ministru tal-finanzi jista' jagħti xi ħaġa mil-lotteriji għall-isport, din saret b'mod vag ukoll, mingħajr l-ebda kriterji ta' kemm u kif, jiġifieri l-ministru jista' jgħid li se jqassam lil dak jew lill-ieħor.", "Nixtieq ngħid li meta kont qed nindaga f'dan il-qasam tal-finanzjament l- ewwelnett bdejt insib li l-istess nies l-ewwel imorru għand il- parliamentary secretary, imbagħad imorru għand il-ministru ta' l- edukazzjoni, imorru għand il-ministru għall-politika soċjali, imorru għand il-Kunsill Malti għall-Isport, u kont insib każijiet ta' l-istess għaqdiet li jieħdu fondi minn hemm, minn hawn u min-naħa l-oħra u ma kien hemm koordinament ta' xejn.", "Mela l-mira kienet li jsir koordinament ta' dan kollu.", "F'dan l-abbozz ta' liġi qed isir dan il-koordinament?", "Jien niftakar li kont ktibt lill-ex-ministru Lino Spiteri - mhux se jieħu għalih - u għedtlu li għalkemm nieħu gost li jingħataw flus lill-għaqdiet sportivi, ikun aħjar li kieku dawn il-flus jiġu channelled through il- Kunsill Malti għall-Isport biex ikollna organu wieħed li jara kif jistgħu jitqassmu l-finanzi għall-ġid ta' kulħadd.", "Illum f'dan l-abbozz ta' liġi m'hemm l-ebda kriterji ċari dwar kif għandna nimxu.", "Jien nifhem li jkun hemm ħafna bżonnijiet f'dan il-qasam.", "Ikun hemm min ikun irid l-għajnuna għax ikun se jipparteċipa fuq livell internazzjonali, min ikun irid ikabbar l-faċilitajiet tiegħu għax ikunu ristretti u min ikun irid jinvesti biex jorganizza ruħu fil-qasam sportiv tiegħu.", "Hemm ħafna raġunijiet li għalihom jaslu t-talbiet għall-għajnuna finanzjarja.", "Imma jekk ma jkunx hemm xi forma ta' kriterji li liġi bħal din għandha timxi fuqhom naħseb li l-finanzi ma jiġux utilizzati bl-aħjar mod għal dan il- qasam sportiv.", "Jien ferħan ħafna li l-gvern żamm l-idea tal-fond għall-isport li jien daħħaltu f'dan il-Parlament, biex ngħid hekk, mit-tieqa u mhux mill-bieb.", "Niftakar li meta ġejna biex nabbozzaw l-ewwel trasferimenti ta' faċilitajiet sportivi li saru fil-pajjiż proprju mill-aħħar amministrazzjoni Laburista, daħħalna wkoll il-konċett ta' fond għall- isport, u għedna li d-dħul minn dan il-fond jiġi utilizzat għat-titjib tal- faċilitajiet sportivi.", "Illum nistaqsi kemm laħaq dan il-fond u tajjeb li minn żmien għal żmien ikun hemm pubblikazzjoni tal-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond biex l-isportivi ikunu informati.", "Illum dan il-fond qed jingħata sisien legali u naħseb li dan jagħmel sens.", "Però li nikkundanna jien - u ngħid li dan l-abbozz ta' liġi mhux qed iwassalna biex ma jkunx hemm indħil politiku fl-infiq tal-flus - huwa l- fatt li dan il-fond se jintuża skond kif jawtorizza l-ministru tal-ġurnata.", "Aħna ridna nagħtu l-indipendenza u s-saħħa vera lill-Kunsill Malti għall- Isport biex ikun hu li jirrakkmanda kif għandhom jintużaw il-fondi.", "Aħna nemmnu li l-membri tal-kunsill se jkunu nies responsabbli u l-gvern m'għandux għalfejn joqgħod jindaħal fl-amministrazzjoni ta' dawn l- affarijiet.", "Il-gvern għandu jagħmel monitoring ta' kif ikun miexi l-Kunsill Malti għall- Isport, imma dak li tajnieh m'għandux jeħodulu.", "Mhux talli hekk, talli dan l-abbozz ta' liġi qed jgħid li, jekk iħoss li għandu jagħmel hekk, il- ministru jista' jaqbad il-flus li jkun hemm u jittrasferihom x'imkien ieħor.", "Mela mhux talli dan l-abbozz ta' liġi mhux qed jagħti s-saħħa lil dan il-kunsill billi jħallilu l-flus f'idejh, talli qed jgħid li, bis-saħħa li tagħtih il-liġi, dawk il-fondi li għandu l-kunsill jista' jittrasferihom u jutilizzahom għal fejn jixtieq hu.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Point of order, l-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Naħseb li hawnhekk qed niżvijjaw lill-Kamra dwar l-isport fund.", "Il-liġi ma tgħidx li l-ministru jista' juża l-flus x'imkien ieħor, imma qed tgħid li l-flus akkumulati fl-isports fund għandhom imorru għall-investiment u l-iżvilupp fil-faċilitajiet sportivi jew għal xi skop ieħor li jista' jinqala' minn żmien għal żmien, li l-ministru jista' jiddeċiedi.", "Jiġifieri l-ministru jista' jgħidilhom biex, per eżempju, din is-sena jiddedikaw iżjed fondi għall-isports tourism, imma mhux jitfagħhom f'settur ieħor, ngħidu aħna għall-bini tat-toroq.", "Jiġifieri l-ministru jidentifika ħtieġa oħra fl-istess qasam ta' l-isport u jgħidilhom li mal- bżonn normali ta' l-iżvilupp tal-faċilitajiet jistgħu jagħtu xi ftit iktar għajnuna lil qasam ieħor f'dik is-sena partikolari.", "Daqshekk tgħid il- liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR.", "JOE CILIA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Mugliett ta' l-ispjega, però l- liġi mhux hekk tgħid.", "Se nikkwota subklawsola 22 (2) fejn tgħid hekk:", "\"... mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tal-poteri mogħtija lill- ministru b'dan is-subartikolu, kull ordni mogħtija mill-Ministru kif hawn aktar qabel imsemmi tista' tordna t-trasferiment lill-Gvern, jew l-applikazzjoni b'dak il-mod kif jista' jkun speċifikat fl-ordni, ...\"", "Bl-ebda mod m'hawn riferenza li trid tkun xi ordni marbuta mal-qasam ta' l- isport.", "Jekk hemm drafting ħażin importanti li jiġi korrett.", "Nieħu pjaċir jekk din m'hijiex l-intenzjoni tal-gvern, imma dak li hawn miktub.", "Jekk dak m'huwiex il-ħsieb għandu jiġi emendat l-abbozz ta' liġi ħalli ma nħallux affarijiet li għada pitgħada jistħgħu jiġu wżati ħażin.", "Jekk verament il-prijorità hija l-isport nerġa' ngħid li mhux il-gvern jew il- ministru għandu jkollu l-kontroll fil-qasam tal-finanzjament, imma l- Kunsill Malti għall-Isport.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll in-nuqqas ta' kriterji ċari ta' kif għandhom jiġu distribwiti l-flus fil-qasam ta' l-isport.", "Dan qed joħloq ċertu inkwiet għal dawk involuti f'dan il-qasam.", "Per eżempju, jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq il-każ tal-Ħamrun Spartans li sal-lum għadha mhix imwieġba - nispera li jkollna risposta qabel l-għeluq tal-parlament biex ma nibqgħux nistennew xahrejn oħra - dwar jekk huwiex minnu li l-gvern huwa committed b'ammont ta' Lm25,000 ħalli jgħinhom biex jibnu xi club house.", "Ġie forwarded ammont ta' madwar Lm5,000 li minflok intuża għal dan ix-xogħol intuża biex jitħallsu salarji tal-players ta' dan il-club.", "Jekk din hija s-sitwazzjoni għandna inkwiet serju dwar il-kriterji li bihom jingħataw dawn il-fondi.", "Għalhekk nerġa' ntenni li għandhom jidħlu l-kriterji f'din il-liġi ħalli ħadd ma jkollu suspetti u ħadd ma jqajjem polemiċi.", "Dan ikun aħjar kemm għall-ministru tal-ġurnata, ikun aħjar għall-isport fil-pajjiż u għall- benefiċċju ta' kulħadd.", "B'hekk jiġu eliminati ċerti dubji.", "Jien nerġa' nitlob tweġiba fuq din il-kwestjoni għax mill-informazzjoni li għandi jidher li dak huwa l-każ.", "Ħalli niġi issa għar-reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet sportivi li hija xi ħaġa tajba.", "Aħna konna bdejna naħdmu fuq dan u ġie ppubblikat anke ktejjeb mid- dipartiment ta' l-isport li kien jiġbor l-għaqdiet sportivi ġewwa l-pajjiż.", "Kien sar ħafna xogħol fuqu u rrid ngħid li ħafna drabi ma ssibx il- kooperazzjoni li tixtieq mill-amministraturi f'dan il-qasam ta' l-isport.", "Però huwa tajjeb li ssir reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet sportivi fil-pajjiż ħalli b'hekk ikollna ċerta statistika biex inkunu nafu kif jistgħu jiġu mtejba l-affarijiet.", "Waħda mir-rekwiżiti tal-liġi għar-reġistrazzjoni ta' l-għaqdiet hija l- istatut ta' l-għaqda kkonċernata.", "Naħseb li l-konċett marbut mad-doping li kien iddaħħal fl-istatut ta' l-għaqdiet sportivi hawnhekk għandu opportunità li jiġi enfasizzat.", "F'din il-Kamra jien wieħed mill-iktar persuni li tkellimt u aġixxejt dwar id-doping fil-passat.", "Donnu li dan il- gvern qed iwarrab ukoll il-konċett li ma tingħatax għajnuna lill-għaqdiet sportivi li fl-istatut tagħhom ma jkollhomx il-prinċipju li huma kontra d- doping fl-isport.", "Minn kondizzjoni li ma tistax tgħaddi mingħajrha biex tirċievi għajnuna, jidher li f'liġi bħal din m'hemm l-ebda riferenza għal dan l-element.", "Din hija xi ħaġa tal-biżgħa.", "Jien kontra l-abbuż tad-drogi ħafna, aħseb u ara fil-qasam sportiv, fejn aħna rridu nressqu liż-żgħażagħ lejn l-isport bħala xi ħaġa pożittiva u minflok nagħmlulhom il-ġid nitfgħuhom f'xibka ta' abbuż, f'xibka ta' lpup, li bl-iskuża li din tgħinek għal saħħtek u tgħinek biex tkun iktar fast u biex tkun champion, tispiċċa li tkun int parteċipi fir-rovina ta` dawn iż- żgħażagħ.", "Għalhekk l-kunċett tant importanti ta` l-anti-doping fl-isport naħseb li bilfors irid jiġi introdott f'abbozz ta` liġi li jittratta l- isport ġewwa pajjiżna.", "Jiena niftakar li min-naħa tal-ministeru ta` l- isport konna ngħinu ħafna – ma nafx għadux isir illum – lill-MFA biex jagħmlu doping tests.", "Jiena kont ninsisti li d-doping test għandu jsir mhux biss fil-football, imma anke fil-waterpolo u fuq fi sport ieħor bħalma huma tlielaq taż-żmiemel.", "Dawn huma affarijiet li ġraw u li jistgħu jerġgħu jiġru, imma sfortunatament direzzjoni ċara fejn irridu naslu m'hawn imkien.", "Jiddispjaċini ngħid li f'dan l-abbozz li għandna quddiemna ma ssib xejn.", "Sur President, irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq oqsma oħrajn li huma wkoll marbutin mal-finanzi.", "Dan l-organu, il-Kunsill Malti għall-Isport, f'daqqa waħda issa se jkollu l-ħaddiema kollha tad-dipartiment ta` l-isport jaqgħu taħtu u jrid jibda jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali, eċċ. eċċ. Issa apparti li l-budget tiegħu ma nafux kemm se jkun għax m'għandna l-ebda indikazzjoni u diffiċli li wieħed jgħid, pero` żgur li għandu bżonn budget ferm ogħla milli għandu llum biex jimpjega dawk in-nies u jieħu over dawn it-tip ta` responsabbilitajiet.", "Issa skond dan l-abbozz ta` liġi, dan il-kunsill irid ikun self financing.", "Jiena ngħid li kien ikun diffiċli li jkun self financing kif kien qabel aħseb u ara llum meta qed ngħabbuh b'dawn il-ħafna obbligi ġodda.", "Jiena nitlob li dawn l-affarijiet ikunu ċċarati ħalli.", "Hemm bżonn li nkunu nafu x'bugdet għandu bżonn il-Kunsill Malti għall-Isport kif qed jiġi propost illum u kif qed naspiraw għas-self financing meta għandek dawn in-numru ta` ħaddiema li se jiġu ngaġġati miegħu.", "Tajjeb li nistaqsi: X'sar mill-kunċett li ħaddiema tal-gvern jiġu seconded ma` għaqdiet sportivi?", "Nista` ngħid li kien hemm xi każijiet fil- passat.", "Din hija xi ħaġa tajba, u tista` ssir, għax tkun għajnuna diretta għall-għaqdiet sportivi fil-pajjiż.", "Naħseb li wieħed iktar għandu jħares lejn il-possibilitajiet ta` dan l-aspett milli lejn il-mod ta` kif qed jiġru l-affarijiet illum fiċ-ċivil.", "Tafu x'għandna fiċ-ċivil illum?", "Diżastru.", "Ħadd ma jaf fejn hu?", "Filli qiegħed ma` dipartiment tal-gvern u f'daqqa waħda, l-għada tispiċċa ma` xi awtorita` li tiġi mwaqqfa mill- gvern.", "Din ġrat fil-kultura u f'oqsma oħrajn ekonomiċi bħal fil-każ tal- posta u ta` l-ajruport internazzjonali.", "Dawk li qabel tradizzjonalment kellhom konnessjoni mal-gvern, illum huma mħassba ħafna għall-mod ta` kif sejrin l-affarijiet u jkun tajjeb li niċċaraw l-affarijiet.", "Sur President, jekk se ngħidu li dawn jridu jkunu self financing huwa importanti wkoll li ngħinuhom b'inċentivi governattivi.", "Per eżempju, jiena ndagajt ħafna dwar il-kwestjoni tal-ħlas tad-dawl u l-ilma mill-għaqdiet sportivi.", "Kulħadd jaf x'ġara u kemm kien hemm kritika miż-żewġ naħat tal- Kamra.", "Imma nistgħu għallinqas naslu li nagħtu tax credit lil dawn l- għaqdiet sportivi?", "Mhux ngħidulhom biex ma jħallsux tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma almenu jkollhom tax credit.", "Dawn qed jagħmlu rwol filantropiku kbir fil-pajjiż u naħseb li jixrilqilhom dawn it-tip ta` inċentivi, u huma inċentivi li jistgħu jsiru.", "Għandek ukoll il-kwestjoni ta` sponsorships.", "Ma nistgħux nħarsu lejn inċentivi fiskali biex ninkoraġġixxu aktar sponsors?", "F'dan il-pajjiż dejjem nispiċċaw kulħadd jiġri wara l-istess sponsors.", "X'inkoraġġiment qed nagħmlulhom lil dawn biex ikomplu jisponsorjaw?", "Veru li hemm l-aspett kummerċjali, imma ejja nżommu għajnejna ffokati fuq hiex qed nitkellmu.", "Qed nitkellmu fuq qasam li ħafna minnu huwa non-paying, ibbażat fuq nies voluntiera u ma nafx kemm nistgħu ngħidulhom biex jiffinanzjaw lilhom infushom.", "Irridu nħarsu wkoll lejn kif nistgħu inkattru l-aspett ekonomiku ta` l-isport u nixtieq nistaqsi x'inhu jsir mal-Ministeru tat-Turiżmu f'dan il-qasam.", "Jiena niftakar li kont kellimt lill-Onor.", "Karmenu Vella, dak iż-żmien Ministru tat-Turiżmu, biex noħolqu speċi ta` unit bejnietna li jkun jista` jikkonċentra fuq sports tourism ġewwa l-pajjiż biex inkunu nistgħu nagħmlu marketing speċifikament biex nies mill-qasam sportiv jiġu ġewwa pajjiżna.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna għandna klima favorevoli għal ħafna tipi ta` sport u mal-pajjiżi nordiċi ċertament pajjiżna huwa attrazzjoni kbira biex jiġu għal training camps meta ma jkunux jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom minħabba l-klima li għandhom f'pajjiżhom.", "Ħaġa li f'Malta għandha attrazzjoni fenominali hija l-horse racing.", "Niftakar li jiena kont tkellimt ma' l-ex-president tat-Trott International li qalli li kienu interessati li jħarsu lejn pajjiżna u jinvestu f'dan ir-rigward.", "Għaliex?", "Għax il-pajjiżi nordiċi jkunu qed ifittxu klima bħal tagħna biex ikollhom il-potenzjal li jibqgħu għaddejjin bit-taħriġ tagħhom.", "Nisimgħu xi ħaġa dwar dawn l- aspetti llum?", "Jiena niddispjaċini ninnota li ma narawx imbuttatura konkreta f'dan l-aspett għax naħseb li kieku bqajna għaddejjin b'ċerti ideat ta` dak iż-żmien kieku llum imxejna ferm u ferm aktar fil-qasam sportiv.", "Sur President, problema oħra li qed nara li se toħroġ minn dan l-abbozz ta` liġi hija l-kwestjoni famuża dwar min għandu jkun fdat biex imexxi l- faċilitajiet sportivi.", "Kultant ngħid imma din qed jagħmilha apposta l- gvern.", "Qed jipprova jdaħħal ċerti affarijiet mit-tieqa flok mill-bieb.", "Niftakar li fi żmien gvern nazzjonalista preċedenti kien hawn riżoluzzjoni dwar il-faċilitajiet sportivi quddiem dan il-Parlament, m'iniex se nidħolx fir-rati fenominali li kienu se jintalbu biex jiġu trasferiti l- faċilitajiet sportivi, li fiha rajna wkoll il-kwestjoni dwar għand min għandhom jgħaddu dawn il-faċilijiet sportivi.", "Jekk hux għand il-kunsilli lokali jew għand l-għaqdiet sportivi.", "Jiena niftakarni nikkustinja ma` diversi sindki, fosthom mal-mibki Joe Cassar li huwa ta` tendenza Laburista.", "Jiena kont għedtlu li aħna bħala gvern nemmnu li l-faċilitajiet sportivi għandhom jitmexxew minn min ikun qed jagħmel użu minnhom u min investa fihom.", "Mhux għax il-kunsill lokali ma nagħtuhx l-importanza tiegħu, anzi nista` ngħid li konna tajnih u jidhirli li l-gvern tal-ġurnata bl-abbozzi ta` kuntratti li qed jippubblika kompla jagħti d-dritta lill- kunsilli lokali f'ċerti okkażjonijiet.", "Imma apparti dan, hawnhekk qegħdin ngħidu li issa jistgħu jsiru kirjiet lill-kunsilli lokali għall-perjodu ta` ħames snin.", "Jiena ngħid li din tista` terġa` toħloq dawk il-famużi konflitti antiki bejn il-kunsilli lokali u l-għadiet sportivi fl-irħula u bliet differenti li gvern Laburista kien elimina darba għal dejjem.", "Din hija xi ħaġa li żgur ma tagħmilx ġid, anzi tkun xi ħaġa ta` detriment għat- tkattir ta` l-istess faċilitajiet sportivi.", "Il-proċedura għat-trasferiment tal-faċilitajiet sportivi llum b'din il-liġi qiegħda tinbidel.", "Illum qegħdin ngħidu li l-faċilitajiet sportivi jistgħu jiġu mgħoddija lill- għaqdiet sportivi b'Ordni tal-President fuq parir tal-ministru mingħajr ma titressaq riżoluzzjoni quddiem dan il-Parlament.", "Jiena ngħid li dan huwa ħażin.", "Ħażin mhux għax jiffaċilita` ċerti affarijiet imma għax ċertu skrutinju se jispiċċa.", "Jiena kont immur għall-idea ta` kumitat parlamentari - konna bdejna xi ħaġa fuq dan l-aspett – u dawn it-tip ta` kuntratti jiġu miflija hemmhekk għall-ġid ta` kulħadd.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li huwa tajjeb li jkollna liġi dwar l-isport f'pajjiżna.", "Nemmen b'sinċerita` fiha.", "Pero` nemmen ukoll li dan l-abbozz ta` liġi li għandna quddiemna m'huwiex se jwassal fid-direzzjoni li rrridu naslu.", "Mhux se jnaqqas l-indħil politiku.", "Mhux se jżid iktar saħħa lill-Kunsill Malti għall-Isport, mhux se jkollna organu aktar rappreżentattiv kif jixraq lill-kamp sportiv u mhux se jkollna kriterji ta` finanzjament ċari fil-qasam ta` l-isport.", "Jidher ukoll li b'din il-liġi ċ- ċarezza ta` kif irridu naslu ma` l-għaqdiet sportivi se tiġi sfokata.", "Ovvjament kont insib iktar xi ngħid dwar dan l-abbozz ta` liġi imma l-ħin huwa limitat ħafna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Sur president, jiena wkoll nixtieq nagħti s-sehem tiegħi fuq din il-liġi ta` l-isport għax l-isport huwa xi ħaġa li lili personalment għal ħafna u ħafna snin tani sodisfazzjon kbir f'ħajti għax jiena wkoll kont persuna li nipprattika l-isport seven days a week, imma issa minħabba l-impenji parlametnari kelli nnaqqas ħafna mill-ħin li kont niddedika għalih.", "Għalhekk jiena ħassejt li għandi nitkellem għan-nom tal- ħafna nies sportivi li għandna f'pajjiżna.", "Sur President, il-kelma \"sport\" hija waħda vasta ħafna.", "Kieku wieħed kellu jara x'inhu eżatt il-kelma \"sport\" isib li fiha din tinkorpora diversi kategoriji ta` sport.", "Hemm dak l-isport li huwa kompetittiv, hemm dak l- isport biex wieħed iqatta` siegħa żmien u jirrilassa ftit u hemm dak l- isport li huwa passiv.", "Pero` hu x'inhu l-isport li persuna tipprattika żgur li hija attivita` li tagħtik mezz kif tħaddem il-muskoli kollha ta` ġismek.", "Jiena naf nies li kif appena jiftħu għajnejhom l-ewwel ħaġa li tiġihom f'moħħhom hija li jilbsu l-jogging shoes u t-tracksuit u jitilqu 'l barra biex jagħmlu dik il-mixja jew dik il-ġirja li mdorrijin jagħmlu ta` kuljum.", "Sur President, dan l-abozz ta` liġi qed jitkellem fuq tliet punti.", "Qed jingħad li dan l-abbozz għandu jipprovdi għat-twaqqif ta` kunsill nazzjonali għall-isport biex jeżerċita l-funzjonijiet relatati ma` l- isport, jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta` organizzazzjonijiet sportivi u jistabbilixxi strutturi biex jinstabu soluzzjonijiet għal kull xorta ta` tilwim.", "Fuq din ta` l-aħħar ma xtaqtx nitkellem wisq għax ma rridx niftakar kemm jista` jkun hemm tilwim fuq dik li tissejjaħ logħba.", "Awtomatikament meta tgħid \"logħba\" inti jiġik f'moħħok xi ħadd li qed jipparteċipa biex jirrikreja ruħu.", "Imma ovvjament jekk jinqala` xi tilwim inti trid tipprova ssib soluzzjoni għalih.", "Kulħadd jaf li jista` jinqala` tilwim bejn kompetitturi li jkunu qed jipprattikaw ċertu sport u kultant ikun hemm anke bżonn ta` medjazzjoni biex isibu kompromess fuq dak li jkunu qed jitlewmu.", "Nafu li kemm-il darba jinqala` ġlied, speċjalment waqt logħba football, u mhux l-ewwel darba li dawn jiġu fl-idejn.", "Imbagħad ġieli anke jidħlu fiha s-supporters u dan naturalment żgur li ma jagħmillux tajjeb lill-isport, għax l-isport huwa xi ħaġa li suppost tirrilassak imma meta jiġri hekk ħafna min-nies jibdew jistkerħuh.", "Sur President, meta nieħdu l-isport mill-punto di vista tal-ġid li jagħmel għall-unanita` wieħed għandu jinkoraġġixxi li jkun hemm ħafna għaqdiet sportivi li jiġu affiljati ma` organizzazzjonijiet biex aktar u aktar tfal jipprattikaw xi tip ta` sport.", "Pero` nafu kemm ċeru sport li jiġi pprattikaw f'Malta jirrikjedi finanzi.", "Illum biex wieħed jixtri l-kit li jkollu bżonn għall-isport li jipprattika jrid jonfoq ħafna flus għax kollox huwa għoli.", "Għalhekk wieħed irid ikun finanzjarment tajjeb biex jipprattika ċertu sport.", "F'moħħi qiegħda tiġini storja li ġrat barra minn Malta u li smajt dan l-aħħar fuq tifel li jilgħab il-football.", "Omm dan it-tifel ma kellhiex biex tixtrilu l-kit li kellu bżonn biex jilgħab il-football u qatt ma seta` jingħaqad ma` xi club tal-football.", "Dan kien dejjem jilgħab il- ballun barra u kien hemm min innota li kien tajjeb għall-football.", "Dawn kienu avviċinawh u ffinanzjawh u wara ftit taż-żmien ingħaqad mat-team tal- lokal tiegħu u saħanistra rnexxielu wkoll jilgħab mat-team nazzjonali ta` pajjiżi fil-kompetizzjoni tat-tazza tad-dinja li għadha kemm għaddiet.", "Hemmhekk wieħed ikun qed jara kemm kultant persuni li ma jkollhomx finanzi jiġu ddiskriminati milli jikkompetu f'ċerti attivitajiet sportivi.", "Qed jiġuni f'moħħi l-kompetizzjonijiet taż-żfin.", "Kien hawn żmien li l-ballroom dancing f'Malta kien donnu sploda.", "Imma issa qegħdin naraw li l-clubs li kienu jgħallmu ż-żfin reġgħu ħadu daqqa 'l isfel minħabba l-finanzi li jirrikjedu.", "Jiena naf kemm wieħed irid flus biex jipprattika dan l-isport għax niftakar li meta t-tifla tiegħi kienet tiżfen u tikkompeti, jiena u r- raġel tiegħi tgħidx kemm konna nagħmlu sagrifiċċji biex lil din it-tifla nibagħtuha titgħallem tiżfen u nixtrulha l-ħwejjeġ taż-żfin.", "Kollox kien iqum il-flus u wieħed bilfors ikollu jagħmel ċerti sagrifiċċji biex jieħu pjaċir jara lill-uliedu jitgħallmu jiżfnu u joħorġu dik iċ-ċerta kapaċita'.", "Biżżejjed ngħid li libsa tal-ballroom dancing sa tliet snin ilu kienet tqum madwar Lm400.", "Jiġifieri mmaġina kemm wieħed irid jonfoq flus għal dan it-tip ta` żfin.", "Li rrid ngħid hu li rridu napprezzaw kemm il-ġenturi jagħmlu sagrifiċċji biex jagħtu lill-uliedhom l-oppotunita` li jidhru fuq palk biex joħorġu l-kapaċitajiet u l-eleganza tagħhom flimkien ma` dak kollu li joffri sport ta` dan it-tip.", "Sur President, ngħaddi issa biex ngħid xi ħaġa dwar il-persuni li jaħdmu b'mod volontarju fil-qasam ta` l-isport.", "Qed nirreferi l-iktar għal dawk il- ħafna persuni li huma involuti fi clubs tal-football madwar Malta kollha.", "Dawn ikun qed jagħtu s-sehem tagħhom biex jaraw li l-isport favorit tagħhom dejjem imur 'il quddiem u biex iżommu ż-żgħażagħ tal-lokal magħqudin flimkien, u dan jagħmluh mingħajr gwadann ta` xejn.", "Jiena naf coaches tal- football li jaħdmu b'mod volontarju li s-sodisfazzjon tagħhom huwa meta jaraw tfal li kienu ħarrġu huma jilgħabu ma` timijiet fl-ogħla diviżjoni f'pajjiżna.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħu l-Ministru qal li l-ewwel prinċipju għandu jkun l-edukazzjoni fiżika u l-isport għandhom jiġu mgħallma u pprattikati fl-iskejjel primarji u sekondarji.", "Jiena nqabel ma` dan għax inħoss li tkun diffiċli ħafna għall-individwu biex jipprova jibda jipprattika xi tip ta` sport meta jkollu ċerta eta`.", "L-ewwelnett għax jista` jkun li dan ikun laħaq tella` ċerta ħxuna u għalhekk ikun diffiċli għalih li jipprattika l-isport, it-tieni għax forsi jkun laħaq daħal f'ċerti vizzji u t-tielet għax jekk wieħed ma jkunx dixxiplinat minn meta jkun żgħir, għalih bnazzi u m'huwiex dejjem isib ħin biex jipprattika l- isport, jibda jaqta` qalbu jagħmel dan meta jkun kbir fl-eta`.", "Hawnhekk jiena mhux biss naqbel mal-ministru li l-ewwel prinċipju għandu jkun li l- iport għandu jkun mgħallem u pprattikat fl-iskejjel primarji u sekondarji, talli ngħid li t-tagħlim ta` l-anatomija u l-fisjoloġija għandu jidħol b'mod sempliċi minn eta` żgħira ħalli almenu t-tfal jkollhom idea kif il- ġisem jiffunzjona u xi tkun qed tagħmel il-qalb meta wieħed ikun qed jagħmel ċertu eżerċizzju.", "Ikunu jafu wkoll kif jibnu l-istamina tagħhom ħalli jkunu jistgħu jsiru persuni li jistgħu jippreparaw lilhom infushom biex ikunu jistgħu jagħtu l-utmost tagħhom waqt li jkunu qed jikkompetu.", "Sur President, it-tieni prinċipju li tkellem fuqu l-ministru kien dak tad- diskriminazzjoni fl-isport abbażi ta` sess, razza, kulur, reliġjon jew opinjoni politika differenti jew residenza f'lokalitajiet differenti.", "Jiena nħoss li hawnhekk il-ministru ħalla xi ħaġa barra.", "U x'inhi din?", "Jiena naħseb li ġaladarba l-minsitru qed isemmi s-sess, ir-razza, il-kulur u l-affarijiet l-oħra kollha jkun xieraq li jikkonsidra li l-persuni b'disabilita` jkollhom dritt jikkompetu mingħajr ma jkollhom ebda disriminazzjoni kontra tagħha.", "Sur President, il-ministru qal li t-tielet prinċipju huwa li l-Maltin kollha għandhom jingħataw l-opportuntia` li jieħdu sehem fl-isport.", "Hawnhekk jiena nkompli nisħaq fuq il-punt li semmejt dwar il-persuni b'disabilita` u l-punt l-ieħor dwar dawk it-tfal li jkunu jridu jipprattikaw xi tip ta` sport imma sfortunatament il-ġentiruri tagħhom ma jkunux jaffordjaw li jħallsulhom.", "Jiena naħseb li ġaladarba l-ministru qed jisħaq li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni tkun idea tajba li fil-liġi jidħol ukoll li tfal li jkunu ġejjin minn familji batuti finanzjarjament għandhom ikollhom l-istess opportunita` li għandhom tfal li ġejjin minn familji li jistgħu jħallsu.", "Sur President, il-minsitru tekllem ukoll fuq il-prinċipju tal-promozzjoni ta` l-isport.", "Meta ġieli nkun qed nara t-televiżjoni nara riklami li jkunu qed iħeġġu persuni biex jixtru xi eqiupment jew inkella xi pilloli biex jonqsu.", "Sfortunatament aħna m'għandniex liġi li tirregola dawn it-tip ta` riklami.", "M'għandniex mod kif nipprovaw jekk ir-riklam ikunx qed iqarraq.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax illum qed ikun hawn ħafna riklamar, speċjalment ta` pilloli u ma nafx kemm dawn verament ikunu ttestjati minħabba xi ħsara li jistgħu jagħmlu lill-individwu.", "Fil-fatt jiena naf b'ħafna każi fejn tfajliet ħadu dawn il-pilloli bl-amment, għax belgħu s-sunnara u ħasbu li bihom kienu se jonqsu, u spiċċaw l-isptar minħabba s-side effects ta` dawn l-istess pilloli.", "Dan jgħodd ukoll għar- riklami ta` ċerti makni li wieħed irid iqabbad ma` ġismu biex bl-effett tagħhom ikun jista` jonqos.", "Jiena m'iniex kontra equipment bħal dan.", "Li jiddispjaċini huwa l-mod ta` kif ipoġġu ċertu riklamar.", "Per eżempju, niddejjaq ħafna meta dawn ir-riklami jsiru b'tali mod jirridikolaw l- isport, qisu dan l-equipment se jkun qed jagħmel il-mirakli ma` min ikun irid jonqos.", "Dan ir-riklamar isir b'mod li lil dak li jkun idaħħlulu f'moħħu li m'għandux għalfejn joqgħod jagħmel eżerċizzju għax dik hija xi ħaġa iebsa u xi ħaġa ta` dwejjaq u xi ħaġa li tkun qed taħlilek il-ħin.", "Dawn huma affarijiet li jiskoraġġixxu lil dak li jkun milli jagħmel l- eżerċizzji fiżiċi.", "Jiena naħseb li m'huwiex sew li nħallu lil min jirriklama dan it-tip ta` equipment b'dan il-mod fuq it-televiżjoni.", "Sur President, qabel ma ġejt nitkellem fuq din il-liġi pprovajt nara daqsxejn kif se jkunu qed jintlaqtu l-ħafna għaqdiet sportivi li għandna mifruxa ma` Malta kollha, liema għaqdiet huma mpejnati bis-sħiħ fil-qasam sportiv partikolari tagħhom.", "Kif kulħadd jaf li ħafna minn dawn l- isportivi li jippartikaw xi tip ta` sport jagħmlu ħafna sagrifiċċji ġieli jirrifjutaw l-overtime fuq il-post u saħansitra jiċċaħdu mill-familja tagħhom biex isibu ħin jagħmlu t-training meħtieġ ħalli jipprovaw jilħqu ċertu livell għax hemm minnhom li anke ġieli jirrappreżentaw lil Malta f'kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Fost oħrajn, jiena tkellimt mal-Malta Pool Association u l-membri ta` din l-għaqda qaluli li l-ewwelnett fil- world competition ta` dan l-isport Malta qatt ma ħadet sehem għax din l- assoċjazzjoni qatt ma kienet f'pożizzjoni finanzjarja tajba.", "Għalkemm għandha ħafna players li huma ta` livell tajjeb, sfortuntament dawn qatt ma kellhom għajnuna finanzjarja biżżejjed biex ikunu jistgħu jmorru jirrappreżetnaw lil Malta f'kompetizzjoni dinjija.", "L-unika darba li dawn ikkompetew ma` players barranin kien is-sena l-oħra meta stiednu lill- assoċjazzjonijiet ta` barra minn Malta jiġu jikkompetu hawn Malta ħalli għallinqas ma joqogħdux jħallsu l-passaġġ u jagħmlu ċerti spejjeż oħra.", "Ta` min jgħid li dakinhar Malta ġiet ikklassifikata ma` l-ewwel erbgħa.", "Ovvjament dan juri kemm għandna kompetituri ta` livell tajjeb f'dan l- isport.", "Qed ngħid dan biex nuri li assoċjazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu mgħejjuna finanzjarjament.", "Meta dawn jitilgħu biex jikkompetu f'dik il- kompetizzjoni msejħa l-\"European\" l-assoċjazzjoni taffordja li tibgħat sitt players biss, u dan meta suppost jitilgħu tnax.", "Issa jekk is-sitta l-oħra jkunu jaffordjaw li jmorru billi jħallsu kollox huma minn bwiethom imorru u jekk ma jkunux jistgħu ma jmorrux.", "Allura ssib ħafna minnhom li jirrifjutaw.", "Imbagħad ġieli jiġri li jkun hemm xi wħud li għalkemm ma jkunux ta` livell tajjeb daqs l-oħrajn li rrifjutaw li jmorru, ikunu jaffordjaw li jħallsu u jmorru huma u allura r-riżultati miksuba ma jkunux dawk mixtieqa.", "Għalhekk jiena nħoss li din l-assoċjazzjoni għandha tingħata aktar għajnuna finanzjarja, imqar għall-passaġġi ta` l-ajru, ħalli għallinqas tkun tista` tibgħat lill-aħjar players li għandha biex jirrapreżentaw lil Malta f'kompetizzjoni bħal din.", "Sur President, nixtieq ngħid ukoll li għandi d-dubji tiegħi dwar kemm il- finanzi se jkunu qed jitqassmu tajjeb.", "Ħassejt li għandi nitkellem dwar dan għax fil-ħsebijiet tiegħi bdejt nipprova niddistingwi bejn assoċjazzjoni li tkun stabbilita` u oħra li tkun għadha kif bdiet tiffunzjona.", "Per eżempju, jekk inti jkollok assoċjazzjoni attrezzata b'kollox u diġa` jkollha l- premises fejn jiltaqgħu l-membri tagħha, għalkemm din ikollha bżonn l- għajnuna finazjarja ma jkollhiex bżonn dik l-għajnuna kollha li jkollha bżonn assoċjazzjoni oħra li għadha tibda.", "Assoċjazzjoni li lanqas biss għad għandha l-premises tagħha żgur li għandha bżonn ħafna iktar għajnuna finanzjarja.", "Għalhekk jiena nħoss li l-ministru għandu jara xi bżonnijiet ikollhom ċerti assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi oħra u l-għajnuna finanzjarja tinqasam skond dawn il-bżonnijiet.", "Illum kulħadd jaf kemm għaqda sportiva trid tidħol fi spejjeż biex ikollha l-premises tagħha.", "Allura mbagħad meta għaqda sportiva tidħol għal dawn l-ispejjeż kollha tibda tagħmel ħafna attivitajiet ta` fund raising biex tħallas id-dejn li tkun għamlet mal-banek biex kisbet il-premises tagħha.", "Dan ifisser li l- finanzi li tkun qed tagħmel ma tkunx qed tiddedikahom għall-isport li tali għaqda tkun qed tipprattika.", "Għalhekk jiena nħoss li wieħed għandu jqis dan il-punt għax huwa wieħed validu ħafna għax inkella asoċjazzjonijiet li jkunu għadhom jitwieldu ma jistgħux jikkompetu m'oħrajn diġa` stabbiliti.", "Sur President, permezz din il-liġi li għandna quddiemna se jkun possibbli li dawk l-assoċjazzjonijiet u għaqdiet oħra sportivi jingħataw għajnuna finanzjarja.", "Hawnhekk jiena nistaqsi: Għaliex għaqdiet oħra li jagħmlu funzjonijiet filantropiċi m'humiex se jingħataw l-istess importanza?", "Jiena nħoss li dawn se jkunu diskriminati.", "Per eżempju, bħalissa qed jiġuni f'moħħi l-iscout groups.", "Veru li dawn jingħataw xi ftit finanzi mill- gvern, pero` wieħed irid iqis bir-reqqa jekk verament dawn għandhomx jitħallew barra u ma jingħatawx l-għajnuna li se jkunu qed jingħataw għaqdiet oħra.", "Jiena nħoss li dawn għandhom jingħataw l-għajnuna finanzjarja kollha li għandhom bżonn għax dawn qed ikollhom ħafna problemi finanzjarji speċjalment minħabba l-kirjiet li jridu jħallsu biex iżommu l- premises tagħhom.", "L-ammont konsiderevoli ta` flus li dawn qed iħallsu f'kera qed jaqtalhom qalbhom milli jkomplu f'din l-attivita`.", "Dawn huma nies ferm dedikati u meta kont qed nitkellem magħhom urewni kif huma jieħdu ħsieb li jiddixxiplinaw u jibnu l-karattru ta` mijiet ta` tfal li huma fl- għaqda tagħhom.", "Jiena nħoss li din il-liġi qed tiddiskrimina kontra tagħhom għax m'humiex se jingħataw l-għajnuna finanzjarja li se jibdew jieħdu għaqdiet oħra.", "Ma nħossx li huwa sewwa li niddiskriminaw, bħalma qed tagħmel din il-liġi, ma` nies li jaħdmu għal sigħat sħaħ mingħajr interessi ta` xejn meta mbagħad nies oħrajn li huma f'għaqdiet sportivi oħra se jingħataw tista` tgħid l- għajnuna kollha li għandhom bżonn.", "Jekk aħna qed inħarsu lejn il-ġid tat- tfal u lejn kemm huwa importanti li niddixxiplinaw lit-tfal minn mindu jkunu f'eta` tenera għaqdiet bħal dawn ma nistgħux naqtgħuhom barra.", "Meta aħna qegħdin ngħidu li l-edukazzjoni fiżika hija l-pedament biex ikollna ġenerazzjonijiet b'saħħithom irridu naraw li għaqdiet bħal dawn ma jgħaddux minn fażijiet fejn jispiċċaw bla leħen, qishom qed jgħajtu f'xi desert fejn ħadd ma jkun qed jismagħhom u jispiċċaw jaqtgħu qalbhom milli jagħtu l-kontribut volontarju tagħhom.", "B'hekk ħafna ġenituri jispiċċaw li ma jkollhomx fejn jibgħatu lill-uliedhom bir-riskju li dawn jinħakmu minn xi vizzji koroh.", "Jiena naħseb li l-gvern f'din il-liġi għandu jikkonsidra li jagħmel xi ħaġa għal għaqdiet bħal dawn.", "Naħseb li huwa tajjeb li għaqdiet bħalma huma dawk taż-żfin, ta` l-iscouts u oħrajn għandhom jingħataw l-importanza daqs kemm qed jingħataw l-għaqdiet sportivi permezz ta` din il-liġi.", "Nerġa` ngħid li l-gvern m'għandux jagħmel diskriminazzjoni bejn għaqda u oħra, speċjalment meta nafu li għandek għaqdiet li huma stabbiliti u b'saħħithom finazjarjament u oħrajn li kważi kważi lanqas għandhom biex iħallsu l-kera tal-premises tagħhom.", "Meta dan l- abbozz ta` liġi qed jitkellem fuq il-fair play nasħeb li l-finanzi wkoll għandhom jitqassmu b'mod fair u mhux ikun hemm għaqdiet li jibbenefikaw ħafna u oħrajn ma jieħdu xejn.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li għandna nagħtu s-support kollu tagħna li min qed jagħti l-kontribut tiegħu b'mod volontarju fil-qasam sportiv u lil mijiet ta` persuni li jipprattikaw l-isport sew dawk li huma f'xi għaqda u sew dawk li jipprattikawh b'mod individwali.", "Għalkemm f'dan l- abbozz ta` liġi hemm xi punti li aħna bħala oppożizzjoni ma naqblux magħhom, żgur li naqblu li l-isport huwa mezz importanti biex ikollok soċjeta` b'saħħitha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi prim Ministru, jekk jogħġbu, jressaq l-aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għal nhar it-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2002, fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:-", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Isports - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Proċeduri fil-Qrati u fit-Tribunali –Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li Jirregola Fondi Speċjali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra għedt li l-partit Nazzjonalista rnexxielu jimmanipula biex flimkien mal-qorti jirranġa biex jieħu somma flus minn fuq dahar il-poplu.", "Spjegajt ukoll il-mod skandaluż li mexa bih biex wasal biex jieħu din is-somma flus.", "Urejt ukoll id- dokumenti li ma ġewx għall-attenzjoni tal-qorti, u urejt bil-provi li kienet ċara l-intenzjoni li lili ma jgħajtulix bħala xhieda.", "Għedt ukoll u urejt li qabel il-partit Laburista tela' fil-gvern kien hemm studji li saru fi żmien il-gvern Nazzjonalista li wrew li t-trażmissjonijiet fuq il-UHF mill-arblu tal-Għargħur ma setgħux isiru iktar.", "Urejt ukoll bil-provi li fl-1994 kien hemm stazzjon li applika biex jittrażmetti mill-Għargħur jew minn x'imkien ieħor u ma kienx ingħata l-permess għaliex fost problemi oħra kien hemm il-problema teknika li ma jistax jittrażmetti mill-arblu tal- Għargħur u l-problema l-oħra li kien hemm oġġezzjoni mill-awtorita' ta' l- ippjanar għall-proposta li jkun hemm antennae farm, jiġifieri area fejn ikun hemm l-antennae kollha miġburin fiha.", "Fl-aġġornament tal-ġimgħa l-oħra għedt ukoll li meta l-partit Laburista tela' fil-gvern u sab din is-sitwazzjoni huwa kien determinat li jara kif jagħmel biex dawk li jrid ikollhom l-istazzjoni tagħhom ikunu jistgħu jittrażmettu.", "Fost oħrajn kien applika l-partit Nazzjonalista u dan minkejja li qal li ma riedx li jkollu stazzjoni tat-televiżjoni.", "Dakinhar irriferejt għall-ittra li kiteb fit-12 ta' Diċembru 1996 l-Onor.", "Fenech Adami, dakinhar kap ta' l-oppożizzjoni u tal-partit Nazzjonalista, fejn kien talab lill-prim ministru Alfred Sant biex jallokalu channel.", "F'din l- ittra qallu wkoll li jaf ukoll li m'hemmx spazji aktar disponibbli fil- master antanna tal-Għargħur u allura talbu biex issir emenda fir- regolamenti biex tkun tista' toħroġ liċenzja biex ikunu jistgħu jittrażmettu minn x'imkien ieħor.", "Kont ikkwotajt ukoll ittra tal-prim ministru ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant liċ-chairman tal-broadcasting authority fejn irrefera għal konverżazzjoni fl-uffiċċju tiegħu f'Kastilja – u din il-konverżazzjoni saret fil-preżenza tiegħi - u fejn alloka channel lill-broadcasting authority biex din tallokah lill-partit Nazzjonalista biex dan ikun jista' jitrażmetti.", "Hemmhekk ukoll għamilielu ċara li fuq pariri ta' l-esperti jrid jintuża antenna għax ma kienx possibbli li jintuża dak tal-Għargħur minħabba fi problemi tekniċi li jirriżultaw minn studji li għamel il-partit Nazzjonalista stess.", "Fil-fatt kienet ħarġet liċenzja għall-partit Nazzjonalista li fiha kien hemm il-kundizzjoni li ma jistax jittrażmetti mill-Għargħur.", "Irriferejt ukoll għal ittra oħra mibgħuta miċ-chairman tal-broadcasting authority il-Prof.", "Pirotta fejn qal ċar u tond li għandu jsir tibdil permezz ta' avviż legali biex l-applikanti – fosthom il-partit Nazzjonalista – jkun jista' jkollu t-transmitter u jibda jitrażmetti għaliex kif jaf li mill-Għargħur minħabba fi problemi tekniċi u affarijiet oħra li mir-riżultati li kien għamel il-partit Nazzjonalista li anke mbagħad il-partit Laburista kien reġa' nhieda u rriżultalu l-istess ma setgħux jitrażmettu minn hemmhekk.", "Jien spjegajt dan kollu u wrejt dan kollu b'dokumenti li jidhru ċar li jkunu marru quddiem il-qorti, kienu jidhru l-affarijiet kif kienu qed jiġu manipulati.", "Mr Speaker, dakinhar semmejt ukoll li ntqalu ħafna ineżattezzi u gideb dwar din il-kwestjoni.", "Minn dokument uffiċjali ffirmat mid-direttur tal- wireless telegraphy jirriżulta jirriżulta li kontra dak li qed jgħid il- partit Nazzjonalista, il-partit Laburista ma pprovax joħnoq lill-partit Nazzjonalista anzi l-partit Laburista ħariġlu liċenzja bla trouble ta' xejn.", "Issa dan mhux kif għamel hu meta kien fil-gvern u l-partit Laburista applika għal stazzjon.", "Dakinhar tgħidx kemm inqalgħu problemi u ħmerijiet.", "Filwaqt li huma kellhom it-transmitter fl-Iklin bil-liċenzja b'kollox, qajjmu kwestjoni oħra fejn riedu jwaħħlu transmitter ieħor differenti fil- Għargħur.", "Dan ma kienx it-transmitter li l-partit Nazzjonalista kellu l- permess u l-liċenzja biex jittrażmetti minnu, imma kien transmitter ieħor.", "Biex nipprova dan jien se naqra dokument iffirmat mid-direttur tal- wireless telegraphy dakinhar li mar jagħmel spezzjoni ta' dan l-equipment:", "\"During this visit it was established that a television transmitter was in place and connected to electricity supply and three antennae panels were in carton boxes.", "On my instructions...", "- jiġifieri tad-direttur tal-wireless telegraphy -", "\"...the technician took the serial number of the apparatus and we returned again to the office where it was confirmed that it was not the same transmitter being used at Tat-Tabib and that although it had been legally imported into Malta, it has not yet been licensed.\".", "Nerġa' nirrepeti li:", "\"... it was confirmed that it was not the same transmitter being used at Tat-Tabib and that although it had been legally imported into Malta, it has not yet been licensed.\".", "Mela din hija ċara, kulmin jaf il-liġijiet tal-wireless telegraphy jaf x'illegalita` hemm u dawn ma ħassewx id-dover li dawn l-affarijiet joħorġu fil-qorti.", "Allura bir-raġun ngħid li ġie manipulat ix-xogħol biex il- partit Nazzjonalista jieħu somma flus.", "Jien semmejt ukoll il-manuvri u l-manipulazzjoni li kien hemm bejn uffiċjal tal-wireless telegraphy is-Sur Grixti u ċ-chairman tal-broadcasting authority is-Sur Pirotta.", "L-ewwelnett infakkar lill-Prof Pirotta li meta darba minnhom konna qed niddiskutu l-kwestjoni ta' min hu u ta' min m'huwiex l-arblu tal-Għargħur, konna wasalna fi ftehim li jaqa' f'idejn il- kontroll tal-Maltacom imbagħad reġa' bdielu biex tieħdu totalment il- broadcasting authority.", "Hemmhekk kont akkużajtu li jidher ċar li għandu xi agenda politika.", "Jien m'iniex professur, imma diġa' kont qed inxomm l- affarijiet, u għandi x-xhud li din il-ħaġa kont għamiltielu ċara u kien ħa għalih.", "L-affarijiet kienu diġa` qed jidhru, imma apparti dik, imma s- sabiħa hi li jien sirt naf u ġejt informat bl-affarijiet mid-direttur tal- wireless telegraphy u għax kont ili ninsisti.", "Hawnhekk nistaqsi: Kien hemm xi diskussjonijiet mal-broadcasting authority fuq dawn l-affarijiet?", "Dejjem kien ġie nnegat lili li kien hemm, imma f'daqqa waħda, meta jien bqajt nagħmel pressjoni u raw li se nitlob inkjesta, ħareġ ċar imbagħad li kien hemm xi konverzazzjonijiet bejn Grixti u l-broadcasting authority.", "Mhux talli kien hemm konverzazzjonijiet, talli mbagħad minn korrispondenza li issa se nikkwota wkoll, jidher ċar li kien hemm ukoll manipulazzjonijiet.", "L-ewwel ħaġa l-ex chairman tal-broadcasting authority ikkonferma li veru kien siefer dak iż-żmien, jiġifieri jidher biċ-ċar li jien ma gdibtx.", "It- tieni ħaġa li qal kienet li s-safra kienet ilha ppreparata.", "Dan iktar jikkonferma kemm l-affarijiet inħmew sew.", "Jien ingħatajt ukoll informazzjoni b'mod verbali dwar is-Sur Grixti u t-taħwid li kien hemm.", "Jien tlabt dikjarazzjoni mis-Sur Grixti li kienet ingħatat lili verbalment u kellha tasal ukoll bil-kitba iktar tard, dwar x'ġara jew x'ma ġarax u dwar it-taħwid li kien hemm.", "Mr. Speaker, il-fatt li kien hemm xi manipulazzjoni kien jidher ċar minn ittra li d-direttur tal-wireless telegraphy bagħat liċ-chief executive tal- broadcasting authority.", "Din l-ittra tgħid hekk:", "\"Sir,", "Net Television", "I refer to the letter from the Secretary dated 26th May 1998 authorising this Department for installation of the necessary apparatus on Ghargħur tower.", "This department did not submit any request for installation of any equipment on the tower.", "It only sought confirmation in writing that Multi Comm Ltd. had permission from the Authority to attach temporarily apparatus to the Għarghur tower.", "Your abovementioned letter is therefore not understood.\".", "Hawn it-taħwid jidher ċar.", "Dawn kienu affarijiet għaddejjin minn taħt biex jirranġaw is-sitwazzjoni u jħawdu bejniethom.", "Din l-ittra tkompli tgħid hekk:", "\"I also refer to your letter of the 21st May 1998 requesting our assistance in terms of section 18 (5) of the Broadcasting Act to carry out immediate tests in connection with the request from Net Television.", "Whilst the Department is always prepared to give its assistance when so requested by the Authority, however, you will no doubt agree that it would serve no useful purpose to hold the test for the purpose indicated.", "You may wish to be informed that a similar request by Smash TV, which in our opinion might claim that its request should enjoy priority, has been turned down for technical reasons and the situation has not changed and it is not expected to change in the foreseeable future.", "Following an inspection at the tower today, it transpired that a TV transmitter is already in place and three antenna panels awaiting installation on the tower.", "This in a contravention of section 3 (2) of the television Broadcasting Services (Antennae) Regulations, 1998 Legal Notice 71/98, and I am therefore directed to inform you to stop all work and to remove all pertinent equipment outside the Għargħur Tower compound today.", "Moreover, Maltacom Ltd. should keep the authority informed of the place where such equipment is to be installed.\".", "Mela hawnhekk tidher ċar il-manipulazzjoni li kien hemm.", "Jien semmejt li kien hemm l-iSmash TV li dan kien reklutat qabel ukoll.", "Jidher biċ-ċar ukoll li dawk li qalu li rridu neħdulhom it-transmitter kienu qed jgħidu gidba wkoll għaliex it-transmitter neħħewh huma.", "Dawn setgħu jagħmluh fejn iridu huma, basta jinformawna.", "Wara kollox dak it-transmitter li semmejt jien, minn dokument uffċjali ffirmat mid-direttur tal-wireless telegraphy jikrriżulta li ma kienx it-transitter li hu liċenzjat biex jittrażmetti, imma kien transmitter ieħor mhux liċenzjat.", "Mela sewwa, liż-żgħir nagħtuh fuq rasu għaliex jikser il-liġi u dan jagħmel li jrid.", "X'affarijiet huma dawn!", "Il-vilta` hi li minn fuq li jkunu huma qed jagħmlu ħażin, ippruvaw iġibuha li huma l-vittmi u li ppruvaw iwaqqfuhom.", "Dan meta ħriġnilhom il-liċenzja aħna, tajnihom il-faċilitajiet kollha aħna, u meta aħna qgħadna fuq it- testijiet li għamlu huma stess.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemnux.", "Kieku jien ġejt mgħajjat biex ngħati x-xhieda tiegħi quddiem il-qorti, dawn l-affarijiet kienu joħorġu imma dawn ma ħarġux.", "Dażgur li ma joħorġux!", "Mhux ċara u tonda, l-iktar jekk ikun hemm xi sistema ta' ħokkli dahri u nħokklok dahrek!", "Is-sentenza li tagħti l-qorti tiddependi mix-xhieda li ġġib.", "Fejn hi l- ġustizzja jekk inti ġġib xhieda biss favur tiegħek, toskura u tgħatti l- affarijiet u ma toħroġx il-verita'?", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux.", "Din hi d-demokrazija?", "Niftaħru tant bid-demokrazija imma meta nagħmlu dawn l-affarijiet inkunu qed inkissru d-demokrazija.", "Tajjeb li ngħid li fuq din il-kwestjoni ġew tar-Radio 101 biex jagħmluli intervista - u hawn irrid ngħid li jien qatt ma rrifjutajt - u staqsewni jekk nerġax nagħmel l-istess.", "Jiena għedtilhom \"Iva, nerġa' nagħmel l- istess, noħorġilkom il-liċenzja\".", "X'għamlu dawn?", "Fl-inews tagħhom, qalu \"Noħorġulkom il-liċenzja\" u ġabuha li nerġa' nagħmel l-istess imbagħad għamlu ħafna fantasija ta' moħħhom, u bdew isemmu diskriminazzjoni politika u dawn l-affarijiet.", "Jiena lill-press club ngħidlu biex jara daqsxejn dawn il-ħneżrijiet u nitolbu biex tinvestiga dawn l-affarijiet għax dan huwa ingann.", "Dawn ma kellhomx il-guts li jġibu l-intervista tiegħi kollha, imbagħad ikun qed jagħmel xi programm u jikkwota dik il-biċċa ta' l-inews.", "(Interruzzjonijiet) Dak qaddis ieħor!", "Min jaf kemm għamel ħmieġ hu!", "Dak jilagħbha tal-qaddis pero' minn jaf kemm ipprova jsawwat nies.", "Naf x'jien ngħid.", "U jilagħbu bid-demokrazija.", "B'nies bħal dawk jinqeda l-partit Nazzjonalista!", "Mr Speaker, fl-aġġornament tal-ġimgħa l-oħra semmejt uffiċjal fil-wireless telegraphy, is-Sur Grixti, u għidt li dan jaħdem b'mod partiġġan għall- partit Nazzjonalista.", "Semmejt ukoll is-sistema li tintuża minn dan l- uffiċjal fil-wireless telegraphy biex min suppost jeħel multa għaliex ma jkunx ħallas il-liċenzja, din jispiċċa ma jħallashiex.", "Dan jirranġa li jkun nesa ċ-cheque fil-kexxun, imbagħad taparsi jsibu u allura dak li jkun ma jħallasx il-multa.", "Hawnhekk kont semmejt lill-Ministru Giovanna Debono.", "Issa l-ewwelnett din ammettiet li ħarġet ċekkijiet u qalet li dan għamlitu f'isem ħaddieħor.", "Imbagħad qalet tispera li l-media Laburista tirrapportaha sew.", "(Interruzzjonijiet) Anzi demokratika l-media tiegħek!", "Ara lili, ma rrapportatnix sew, għaliex għedt diversi affarijiet u ġabet biss biċċa minnhom.", "Issa se tgħidilha lill-media tiegħek biex tirrapporta l-verita'?", "Imbagħad sfidatni biex nitkellem barra.", "Skużi, l-ewwelnett jien membru parlamentari u d-dover tiegħi nagħmlu kif suppost.", "Għalhekk niġi nitkellem fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Dan nagħmlu bl-iktar responsabbilta' biex ma nħallix id-demokrazija titnaqqar u biex nara li l-ħneżrijiet u l-abbużi ma jsirux.", "Jiena nagħmel id-dover tiegħi hawnhekk.", "F'kelma waħda l-Onor.", "Debono qed tgħidli biex immur il-qorti.", "Jien nismagħhom jgħidu li tmur il- qorti jekk ikollok tort.", "Lill-Onor.", "Giovanna Debono ngħidilha li jekk trid il-poplu Malti u Għawdxi jemminha f'dak li qed tgħid, din mhux tisfidani li ngħid l-affarijiet barra, imma għandha titlob - u dan li qed nitlob jien - li ssir inkjesta indipendenti b'rappreżentanza tal-parlament taż-żewġ naħat.", "Jekk m'għandekx biża' u jekk m'intiex coward aċċettaha u nagħmluha ħalli naraw kienx isir dan li qed ngħid jien.", "(Interruzzjonijiet) Nisfidak biex taċċetta.", "Qed nisfida lilek bil-partit tiegħek kollu u jekk taċċetta n-naħa ta' l- oppożizzjoni, inkun jien rappreżentant fuqha ħalli mbagħad ngħidilhom l- affarijiet eżatt.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Giovanna Debono, jekk trid turi li int serja, aċċetta li ssir inkjesta indipendenti bir- rappreżentanza tal-parlament.", "Jien għedt li hemm min joħroġ cheque backdated u li l-Onor.", "Giovanna Debono taf li jiġru dawn l-affarijiet.", "U biex nuri li m'inix nivvinta, se npoġġi kopja ta' parti minn file li tikkonferma dak li qed ngħid jien, jiġifieri li għamel is-Sur Grixti, uffiċjal fil-wireless telegraphy.", "Hawnhekk jingħad li:", "\"Please find cheque ...\",", "- u ħassart in-numru tiegħu apposta –", "\"... for the payment of licence fee.", "Cheque was left at my desk in...\",", "- u hawn ħassart id-data biex ma tidhirx -", "\"....and only brought to light some two days ago.", "No penalty for late payment is to be applied.", "Please amend computer records accordingly.\".", "U ffirmata minn Grixti.", "Din se npoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.", "Mela issa qed nuri bil-provi.", "Mhux ngħidu barra, imma qed inġib il-provi.", "Il-qorti hija l-aljena tagħkom.", "Intom tafu u għandkom diġa` esperjenza kif tieħu l- ġuramenti foloz.", "Staqsu lil Tereninu u jgħidilkom kif tagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Allura jien nista' nafda lilkom!", "Intom tispikkaw fil- ġuramenti foloz u l-gideb bħalma għamiltu qabel l-elezzjoni li għaddiet fejn wegħdtu li mhux se tagħmlu taxxi u llum spiċċajna li ħafna nies qed imutu bil-ġuħ.", "Għad hawn il-ġuħ u l-għaks fil-pajjiż.", "Ħadd ma jaf fejn huwa sejjer, qisu m'hu qed jiġri xejn.", "(Interruzzjonijiet) Dak intom esperti tal-gideb u tal-ġuramenti foloz!", "Araw aħna, għaliex ngħidu l- verita` naqilgħu fuq rasna.", "Il-punt l-ieħor huwa li ...", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, point of order l-Onor.", "Giovanna Debono.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien il-bieraħ ħallejtha tgħid li trid u ma dħaltx hawn apposta biex tgħid li trid.", "(Interruzzjonijiet) Issa agħtuha l-ġurament u tgħid li trid.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit.", "Onor. Debono għandek xi point of order?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Iva, Mr Speaker, jien naqbel ma' l-Onor.", "Mizzi li ssir inkjesta parlamentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Kollox sew, mela nagħmluha.", "Agħmilha ħalli nibdew minn hemm.", "Mela issa la niġi miċ-Ċina mmexxuha u ngħidlek il-files kollha liema huma u nibdew infittxu.", "Dakinhar tkellimt ukoll fuq ksur ta' privileġġ għaliex kien jidher ċar li l- media hija favur il-partit Nazzjonalista u qed tagħmel minn kollox biex tipprova tkisser il-karattru tiegħi.", "Tal-media jafu li veru l-partit Nazzjonalista rnexxielu jimmanipula biex jieħu somma flus permezz tal- qorti.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li s-Sedja diġa' kienet tat-ruling fi kwestjoni simili.", "Dan kien ruling mogħti mill-Ispeaker fit-13 ta' Ġunju tas-sena l-oħra meta kien tqajjem ksur ta' privileġġ minħabba li l-media rapportat li l-prim ministru qal kelma meta dan ma kienx qalha.", "Hemmhekk is- Sedja sabithom ħatja skond artiklu tal-liġijiet ta' Malta u jien meta ressaqt il-ksur ta' privileġġ ikkwotajt l-istess standing order u l-istess tip ta' ruling li ta l-Ispeaker dakinhar.", "Jidher biċ-ċar li jien m'għedtx li assumejt responsabbilta` politika ta' diskriminazzjoni.", "Din għamiltha ċara, imma fil-każ tiegħi dan kollu ma jgħoddx għaliex jien m'inix fuq in- naħa tal-partit Nazzjonalista.", "U biex jikkonferma iktar li dak li sar kien kollu biex jipprovaw jinfamaw lili, dehru iktar artikli fil-gazzetta f'\"in-Nazzjon\" fejn intqal ċar u tond li l-qorti sabitni ħati ta' diskriminazzjoni politika mata dan m'hu veru xejn.", "Irrid ngħid li jien kont kawtel u mxejt mar-ruling preċedenti li ta l- Ispeaker fuq kwestjoni simili eżatt, imma mbagħad id-deċiżjoni għalija hija differenti, għaliex fl-opinjoni ta' l-Ispeaker, fil-każ tiegħi ma kienx hemm l-element volontarju u traskuraġni.", "Mela x'kien l-element?", "Jien ma nistax nifhem.", "Dan qed ngħidu biex nuri li mill-bidu sa l-aħħar, il-qorti, il-parlament u kollox huwa immanipulat minn dan il-partit.", "(Interruzzjonijiet) Semmuli ruling li ta l-Ispeaker favur in-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "U dan anke meta l-affarijiet ikunu ċari.", "Ara meta jkun hemm xi ħaġa mill-prim ministru, donnu għax xi ħadd jibża' minnu, dan jieħu deċiżjoni favur L-istess meta jitressaq każ minn xi ħaddieħor fuq in-naħa l- oħra.", "Ta' min igħid li fir-ruling li kien ta, l-Ispeaker kien qal li jrid jiġi speċifikat liema standing order qed jinkiser.", "Issa la fil-kwestjoni tal-prim ministru u lanqas fil-kwestjoni ta' l-Onor.", "Michael Bonnici ma kien ġie speċifikat l-istanding order, jiġifieri skond ir-ruling li ta l- Ispeaker stess il-ksur ta' privileġġ tagħhom mhux suppost kien aċċettabbli.", "Din hija s-sitwazzjoni.", "Issa nispera li l-affarijiet ma jiġux manipulati iktar.", "Nispera wkoll - u se nagħmilha ċara minn issa - li ma jisparixxux files, u naf x'jien ngħid.", "Nispera li ma jisparixxux il-files mill-Ħamrun, fejn qegħdin miżmumin għax diġa` saru ċerti movimenti..", "(Interruzzjonijiet) Mela ħalli nerġa' naqralek biex ma tkomplix tgħid li qed nitkellem bl-addoċċ.", "Din kopja minn file u hawn miktub hekk:", "\"Please find cheque ...\",", "- u n-numru mħassar apposta –", "\"... for the payment of licence fee.", "Cheque was left at my desk in...\"", "- u hemm id-data -", "\"... and only brought to light some two days ago.", "No penalty for late payment is to be applied.", "Please amend computer records accordingly.\".", "Jiġifieri hawnhekk m'abbużax is-Sur Grixti?", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Giovanna Debono, bil-permess ta' l-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien nirrepeti dak kollu li għedt fl-aġġornament li qatt u fl-ebda mument - għalija personali qed nitkellem - ma għaddejt din l-informazzjoni li qed tgħid int jew li tajt xi ċekk lil xi ħadd b'lura kif qed tallega.", "Jien qatt u fl-ebda mument ma għamilt indħil mas-Sur Grixti li qed issemmi biex tinħafer xi multa, u din għedtha barra.", "Jien naqbel miegħek li ssir inkjesta u nieħu gost li ssir, imma jekk inti raġel dan kollu għidu barra wkoll.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Mizzi jkompli bl-intervent u jekk jogħġbu jagħlaq.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jien qatt ma kkonfoffajt ma' qrati u qatt ma ħadt ġuramenti foloz.", "Qatt ma kkonfoffajt biex nieħu flus mill-qrati.", "Dik hija l-linja tagħkom.", "Jien fil-parlament ngħidhom l-affarijiet.", "Issa inti ddefendi lilek u ddefendi lil sħabek.", "(Interruzzjonijiet) Int qed tgħid li inti le u sħabek iva.", "Hux hekk qed tgħid?", "Inti le u sħabek iva.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-Onor.", "Mizzi għandu ħabta jitfa' t-tajn biex mingħalih iġiegħel lil xi ħadd jemmnu, pero` sejjer imqarraq.", "Jien ngħidlu biex mhux lakemm jitkellem, irid jara li dak li jgħid iqisu u jgħidu sew.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Mizzi kkonkludi, jekk jogħġbok.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiena qed nikkwota mill-file, jiġifieri m'iniex qed nigdeb.", "Trid tkun bażużlu Nazzjonaslita biex jagħmlulek hekk.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Hawn permess biex l-Onor.", "Mizzi jqiegħed xi dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Estratt minn file in konnessjoni ma' ħlas ta' liċenzji; u", "Kopja ta' itta datata 29 ta' Mejju 1998 mibgħuta mid-Direttur tad- Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili liċ-Chief Executive ta' l- Awtorita' tax-Xandir.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 16 ta' Lulju, 2002 fid-9:00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĠNEJNA - POMPI TA' L-ILMA", "34195.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li l-bdiewa fl-inħawi ta' fuq il-Ġnejna, Imġarr fil-parti magħrufa Ta' l-Iskorvit qed isibu diffikultajiet kbar sabiex jaħdmu l-pompi ta' l- ilma għat-tisqija tar-raba' minħabba d-dawl baxx li jirriżulta fl-inħawi bejn l-4:00 p.m. u l-11:30 p.m., jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment u jara li jinstab xi rimedju sabiex ma jkomplux jinqerdu bil-għatx l-uċuħ tar- raba' in kwestjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jispeċifika liema parti mill-inħawi magħrufa bħala \"Ta' l-Iskorvit\" qed jirreferi għaliha sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tagħmel l- investigazzjoni relattiva.", "LEVIES", "34243.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li kawża tat-tneħħija tal- protezzjoni tal-levies tal-biedja, il-banek lokali se jkunu kostretti li japplikaw miżuri aktar strinġenti fuq l-investmenti li se jagħmlu l-bdiewa, ir-raħħala, l-agro-industrija, l-industriji ta' l-ikel u ta' l-ipproċessar?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li ma hemm l-ebda rabta bejn it-tneħħija tal-levies u l-operat tal-banek lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' self lill-bdiewa.", "EU - IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TA' L-IKEL", "34251.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32399 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill- Kamra liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel importati qabel u wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE li fuq l-importazzjoni tagħhom se jiddaħħlu kontrolli ta' kwoti, dazji u tariffi?", "Jikkonferma jew jiċħad li dawn il-kontrolli li l-UE sa timponi fuq pajjiżna se jinvolvu spejjeż akbar lin-negozjanti u prezzijiet ta' l-ikel ogħla għall-konsumaturi lokali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li fil-preżent, Malta għadha qed tiddiskuti ma' l-UE il-kapitlu dwar l-agrikoltura.", "Għaldaqstant dan is- suġġett għadu miftuħ għan-negozjati.", "Il-pożizzjoni adottata minn Malta ġiet diskussa fi ħdan il-MUESAC u anke ġiet spjegata f'aktar dettall matul diversi laqgħat mal-bosta organizzazzjonijiet u gruppi varji li jirrappreżentaw l-interessi tal-bdiewa fid-diversi oqsma tas-settur agrikolu f'Malta u f'Għawdex.", "L-istampa aħħarija se tiddependi mir-riżultati finali tan-negozjati.", "Madanakollu, fuq linji ġenerali, wieħed diġa' jista' jikkonkludi li ladarba s-sħubija ta' Malta eventwalment se twassal ukoll għat-tneħħija tal-levies u ladarba Malta qed titlob special supply arrangements fuq numru ta' prodotti agrikoli impurtati, għaldaqstant huwa maħsub li, kuntrarjament għal dak li jrid jimplika l-Onor.", "Interpellant, fil-maġġoranza tal-każi s- sħubija fl-UE se twassal għal prezzijiet orħos u mhux ogħla għall-prodotti ta' l-ikel.", "RABAT – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "34328.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li fl-inħawi ta' l-Imtaħleb fejn ir-residenza \"Farmhouse\" Wied il- Bużbież li hija tal-familja li n-numru tat-telefon tagħha qed jintbagħat separatament u nħawi oħra f'Landrijiet limits of Rabat ilhom aktar minn sitt xhur jilmentaw li qed jitħallew bla ilma, jista' l-Ministru jirrimedja għall-ilmenti mmedjatament?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li fil-jiem li ġejjin il- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma se tagħmel xogħlijiet biex tissaħħaħ is-sistema tal-provvista ta' l-ilma fl-inħawi tal-Landrijiet fil-limiti tar- Rabat.", "BIRGU - SKOLA PRIMARJA", "34626.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsarat saru fl-iskola primarja tal-Birgu ta' Santu Rokku u jekk dawn diġa` ssewew, kemm ġew jiswew u x'irriżulta mill-investigazzjonjiet li saru s'issa fuq l-awtur/i ta' dawn il-ħsarat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infurmat li l-ħsara li saret dan l-aħħar fl-iskola primarja Santu Rokku tal-Birgu ġiet irranġata mill-handyman ta' l-iskola u mill-mastrudaxxi tad-diviżjoni bi spiża ta' Lm300.", "L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.", "Infurmat ukoll li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada awtoriżżat lill- kumpannija Kalaxlokk sabiex ittella' chainlink fence fuq in-naħa tal-ġnien sabiex l-iskola tkun imħarsa minn atti vandali fil-futur.", "Dan ix-xogħol stmat li jiswa madwar Lm2209.73.", "BIRGU – ĦSARAT FIL-MAIN TA' L-ILMA", "34627.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għal-liema raġuni ħsarat mill-main ta' l- ilma li hemm ġewwa Triq Kardinal fil-Birgu li hija kantuniera ma' Triq Wenzu Dyer ma ġiex imsewwi minkejja li residenti li hemm fit-triq qegħdin jilmentaw li ġewwa djarhom qed jidħlilhom l-ilma b'mod partikolari dawk ta' Triq San Lawrenz li jinsabu taħt il-livell tat-triq u inidipendentement minn dan, jistgħux minnufih jittieħdu l-passi sabiex dawn jiġu msewwija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill- korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u eventwalment tittieħed l-azzjoni relattiva.", "ISLA - RESTAWR", "34628.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-istatwa tal-Madonna li hemm fil-pjazza prinċipali fil-Belt Senglejana faċċata tal-każin tal-Banda Queen's Own u li baqgħet hemm minkejja l-attakki ta' l-aħħar gwerra dinjija tiġi restawrata?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onor.", "Membru se tiġi kkonsidrata.", "ISLA - RESTAWR", "34629.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-balavostri u z-zuntier sħiħ li hemm fil-Knisja ta' San Filippu L-Isla jiġu mibdula u l-ambjent kollu jiġi rranġat u rrestawrat billi ċ-ċangatura ta' l-art għadha dik oriġinali?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onor.", "Membru se tiġi kkonsidrata.", "ŻABBAR - TRIQ SAN LEONARDO - TISWIJA", "34630.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara huwiex possibbli li l-parti tat-Triq San Leonardo Xgħajra, Zabbar quddiem il-club tal-boċċi tiġi msewwija billi hemm ħafna toqob ta' periklu għal min ikun għaddej?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id- direttorat għat-toroq jidher li fil-lokalita' sar kanal li r-reinstatement tiegħu qiegħed jinqala' u d-direttorat għat-toroq qed jieħu passi ma' l- entitajiet u l-kuntratturi li wettqu x-xogħol biex jirranġawh.", "MIC - NEFQA", "34631.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-programm televiżiv Viva Malta qed jittella' fuq PBS b'nefqa ta' madwar Lm1000 fil-ġimgħa liema ħlas isir mill- MIC, liema kuntratt ingħata mingħajr ma ġew mitluba quotations minn mill- inqas tliet kumpanniji stabbiliti ħafna biex jipproduċu dan il-programm?", "Jekk le, kemm qed jiġi jiswa kull programm f'din is-sensila lill-MIC?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-MIC ikkummissjona permezz ta' direct order bl- awtoriżżazzjonijiet meħtieġa lid-ditta Where's Everybody? sabiex tipproduċi s-serje kurrenti tal-programm 'Viva Malta', li huwa msejjes fuq l- edizzjonijiet preċedenti tal-programm li l-istess ditta kienet oriġinarjament tellgħet.", "Din is-serje kurrenti ta' 'Viva Malta' tikkonsisti fi 30 xandira ta' tliet minuti l-waħda.", "Tħallset is-somma komplessiva ta' Lm3,750, li magħha tiżdiet il-VAT, għall produzzjoni tax- xandiriet kollha.", "FINANCIAL INTELLIGENCE ANALYSIS UNIT", "34632.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk intlewx il-postijiet vakanti mal-financial intelligence analysis unit?", "Jekk le, liema mtlew u liema għadhom vakanti?", "X'rimunerazzjoni qiegħda titħallas lill-karigi li mtlew, fosthom taċ- chairman?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-bord tal- Financial Intelligence Analysis Unit qed jaħdem biex jimtlew il-postijiet ta' direttur, ta' analisti u ta' skrivan.", "Wara sejħa għal applikazzjonijiet saru l-intervisti għall-mili ta' kariga ta' direttur u dawk ta' analisit.", "Filwaqt li l-bord diġa' identifika persuna għal post ta' direttur, ma jdumx ma jsiru l-intervisti finali għall-analisti.", "Il-membri tal-bord, inkluż iċ-chairman, s'issa għadhom m'humiex jirċievu rimunerazzjoni.", "DWANA - VAT", "34633.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għad-domanda preċedenti tiegħi dwar allegat abbuż tad-dwana minn importatur ta' aluminium profiles, li l-VAT no. tiegħu qed nibagħtu separatament, u li dwaru wasluli allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet, x'passi ttieħdu?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qed isiru l- investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi u nittama li nkun nista' nirraporta malli jkolli xi tagħrif x'nagħti.", "IMSIDA – VALLEY ROAD - DEBRIS", "34634.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex min hu responsabbli jiġbor id-debris li qed jakkumula minħabba t-tħaffir tal-pedamenti f'Valley Road, Imsida fuq il-proġett li jinsab għaddej minħabba l-inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?", "ONOR.", "TONIO BORG: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jiċċara għal-liema sit ta' żvilupp qed jirriferi.", "Dan minħabba t-tul estensiv ta' Triq il-Wied, l- Imsida.", "MOSTA - ĊENTRU GĦALL-ANZJANI", "34635.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi stabbilita l- proċedura li tiġi segwita wara li f'nofsinhar u fil-għaxija jitqassam l- ikel għall-anzjani fiċ-ċentru għall-anzjani fil-Mosta, u x'inhu jsir minnu l-ikel żejjed?", "Jafx jekk hux qed jiġu offrut mill-ġdid l-ikel li jibqa żejjed lill-anzjani residenti jew inkella hux qed jintuża għal skop ieħor?", "Hemm xi ħadd fid-dar ta' l-anzjani li jara li jiġu osservati l-proċeduri kif dejjem kien isir fit-tqassm ta' l-ikel u jista' jgħid kemm fil-fatt jibqa' ikel żejjed u xi jsir minnu jew x'sar minnu matul dawn l-aħħar sentejn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-ikel fid-dar ta' l-anzjani tal-Mosta jiġi pprovdut mill-kuntrattur privat u l-ordni ssir skond kif ikunu għażlu r- residenti stess.", "Allura, ma tantx jidher li jkun jagħmel sens li l- kuntrattur jibgħat ikel żejjed.", "AWTORITA` TAD-DJAR", "34636.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-awtorita' qed tgħaddi arbitrarjament xogħol ta' kuntratti ta' individwi benefiċċjarji ta' l-awtorita' lil nutar magħżul minnha?", "Ġie kkonsultat il-kunsill notarili qabel ittieħdet din l-inizjattiva mill-awtorita`?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-awtorita` tad-djar ħasset il-bżonn li tippovdi hi għal servizz ta' nutar limitat biss għall-pubblikazzjoni ta' kuntratti ta' bejgħ ta' appartamenti ġodda allokati minnha.", "Dan il-bżonn inħass biex jonqos id-dewmien fl-allokazzjonijiet u jiġi evitat is-serq u l-vandaliżmu mill-appartamenti li jkunu tlestew.", "In-nutar ġie magħżul wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u proċess ta' selezzjoni.", "Il-kuntratti l-oħra ta' enfitewsi, fidi ta' ċnus, bejgħ ta' appartamenti lill-inkwilini, eċċ, għadhom qed jiġu ppubblikati min-nutara magħżula mill- klijent.", "Ninsab infurmat li l-kunsill notarili ġie kkonsultat dwar dan l- arranġament.", "DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - CUSTOMER CARE", "34637.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy, jew jekk riċentement saritx policy ġdida biex il-customer care fil-housing department ma jaċċettawx ittri miktuba mid-deputati fuq karti tal-gvern għan-nom tal-kostitwenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li d-dipartiment għall- akkomodazzjoni soċjali la qatt kellu u lanqas għandu preżentement policy li ma jaċċettax ittri miktuba minn Deputati Parlamentari sew jekk dawn l-ittri jkunu miktuba fuq karti bil-watermark tal-gvern u sew jekk le.", "MEPA – PERMESSI", "34641.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk St. Joseph Garages f'St. Anthony Str, San Ġwann humiex joperaw mingħajr il-permessi meħtieġa?", "Dan fid-dawl ta' ilmenti tar-residenti li qed ikun hemm inkonvenjent kbir bl-ispray painting minħabba x-xogħol ta' carpentry li qed isir fl-abitat.", "Nifhem li l- pulizija mill-għassa ta' San Ġiljan żaru dawn il-premises.", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li mir-records disponibbli ma jirriżultax li l-pulizija tad-distrett ta' San Ġiljan kellha xi lmenti kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant.", "Minn spezzjoni li saret mill-pulizija f'dawn il-garaxxijiet, li skond ma jien infurmat huma channel drive, instab li hemm garaxx wieħed li għandu għodda ta' mastrudaxxa.", "Meta mistoqsi mill- pulizija, is-sid ta' dan il-garaxx stqarr li f'dan il-garaxx huwa jaħdem biss xi għamara għalih stess.", "Dan jagħmlu bejn il-5:00pm u s-7:00pm u mhux kuljum.", "Madankollu l-pulizija se tkompli ssegwi l-ilment magħmul mill- Onor. Interpellant.", "DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ – PROVVISTA TA' TAPPIERI", "34642.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk huwiex minnu li d- dipartiment tad-drenaġġ huwa sprovvist minn tappieri tat-tip tad-drenaġġ u jekk le kemm hemm minnhom fl-imħażen?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-provvista ta' tappieri mhijiex waħda adegwata għad-dipartiment tad-drenaġġ, imma s-sitwazzjoni se tiġi riżolta fil-futur qarib permezz ta' tender.", "HOUSING", "34648.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb problema serja li hemm fil-bitħa tar-residenza 183 Triq ir-Repubblika l-Belt?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt it- talba tiegħu lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BORMLA - FUQ SAN PAWL - SPRALL", "34649.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li jkun irranġat l-isprall li hemm fit-triq ħdejn Dock Side Bar Fuq San Pawl Bormla?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-manhole cover imsemmi kien ġie mibdul.", "ETC - BORMLA", "34650.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilita' li jinstab impjieg lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li ilha tirreġistra għal dawn l-aħħar erba' snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- persuna msemmija ma toqgħodx fl-indirizz imsemmi.", "Nitlob għalhekk lill- Onor. Agius biex jipprovdilna n-numru tal-karta ta' l-identita` ta l- individwu.", "BORMLA – MANUTENZJONI TA' DAR", "34651.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-ħsara fil-katusi ta' l-ilma li qed jagħmlu ħsara f'appartament 87 Flat 2 Triq San Ġwann, Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt it- talba tiegħu lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "BORMLA – MANUTENZJONI TA' DAR", "34652.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol fis-saqaf tal-post 11 Triq l-Immakulata Bormla?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt it- talba tiegħu lid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar għall-azzjoni meħtieġa.", "GĦAWDEX - SPTAR ĠENERALI", "34653.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tara li fl-isptar ġenerali ta' Għawdex tinxtara x-ray machine tal- bone density li hija bżonjuża ħafna?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien infurmata li x-xiri ta' dan l-apparat qiegħed jiġi kkunsidrat ma' prioritajiet oħra ta' l-isptar.", "AWTORITA` TAD-DJAR – PERMESS", "34654.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess għall- negozju fuq id-dar mibnija fuq plot tal-HOS Siġġiewi min-naħa ta' l- awtorita' tad-djar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni, anke b'mod kunfidenzjali, biex ikun jista' jiġi identifikat il-Post li qed jirrIferi għalih.", "KUNSILLI LOKALI", "34655.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar f'Buġibba mill- kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar li jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-funtana li kienet tpoġġiet fil- baħar ta' Buġibba ma kenitx proprjeta` tal-kunsill.", "Nitlob għalhekk lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- ministru konċernat.", "SWIEQI – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "34656.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew ix- xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-toroq ta' Swieqi li jagħtu u jieħdu għal Triq is-Swieqi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-kuntratt tax-xogħlijiet f'dawn it- toroq jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru u l-proġett hu mistenni jitlesta' fiż- żmien.", "SWIEQI - TRIQ IT-TIBEN", "34657.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli Triq it-Tiben fis- Swieqi tingħaqad ma' Triq il-Qasam?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq qed jara x'jista' jsir f'dan il-każ.", "SLIEMA U SAN ĠILJAN – SIDIEN TA' KIOSKS", "34658.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid min huma s-sidien tal-kiosks kollha li hemm f'Tas-Sliema u San Ġiljan?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li sakemm dawn il-liċenzji kienu għadhom jinħarġu mill-pulizija, mir-records disponibbli jidher li kien hemm dawn il-persuni li kellhom liċenzja ta' fixed kiosks fil-lokalitajiet imsemmija fil-mistoqsija:-", "Tanti Edward; Tanti Martin; Camilleri Anthony; Gauci Josephine; Catania Anthony; Cutajar Emanuel; Zammit Josephine; Cuschieri; Cachia Anna.", "Peress li l-permessi għal attivita` kummerċjali msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-pulizija, ġentilment nitlob lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "TARZNA - ARRETRATI", "34659.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-tarzna lill-ħaddiema tat-tarzna u lil dawk li llum m'għadhomx jaħdmu hemm?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tgħaddi l-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BIRŻEBBUĠA - TESTIJIET TAL-BAĦAR", "34660.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux testijiet tal-baħar tal-Bajja s-Sabiħa ġewwa Birżebbuġa?", "Jekk iva, meta saru l-aħħar testijiet?", "Jista' jsir għawm f'din il-bajja?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat lil fil-Bajja s-Sabiħa ġewwa Birżebbuġa jista` jsir għawm.", "Testijiet tal-baħar minn din il-bajja bdew jittieħdu ta` kull ġimgħa mis-26 ta` Mejju 2002 bħala parti mill-programm ta` monitoraġġ ta` l-ilma baħar imniedi mid-dipartiment tas-saħħa pubblika.", "Id- dipartiment tas-saħħa pubblika għandu linja diretta minn fejn kull min jixtieq jista jikseb din l-informazzjoni.", "BOV – SKEMA TA' INVESTIMENT", "34661.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk li l-iskema ta' 61+ tal-BOV spiċċat?", "Jista' jgħid x'sar minn tant anzjani li nvestew eluf ta' liri għal din l-iskema?", "Hemm il-ħsieb li din l-iskema terġa' tibda topera?", "Għaliex tneħħiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-lum il-banek huma ragolati mill-MFSC li taqa' taħt il-ministeru tal-finanzi.", "Tajjeb jingħad ukoll li l-Bank of Valletta, bħall-banek kollha, għandhom maġġoranza ta' l-ishma f'idejn is-settur privat.", "PAOLA – QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ILMA", "34662.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-main u l-kanen ta' l-ilma ta' kopja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija peress li għal dan l-aħħar xahar l-ilma fir- residenza tagħha dejjem ġej bis-sadid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.", "PULIZIJA - TIPJIP", "34669.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fl-isptarijiet, swali tat-teatri u fuq karozzi tal-linja fl-ewwel sitt xhur ta' din is- sena?", "Liema huma l-postijiet l-oħra fejn il-liġi kif inhi illum ma tippermettix tipjip?", "Saru xi ċitazzjonijiet f'dawn il-postijiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-perijodu imsemmi mill-Onor.", "Interpellant kien hemm erba' persuni li nqabdu jpejpu f'post fejn it-tipjip huwa projbit.", "Dawn kienu fl-Isptar San Luqa.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi postijiet oħra barra minn fl-isptarijiet, swali tat-teatri, u karozzi tal-linja fejn il-liġi tipprojbixxi t-tipjip.", "PULIZIJA - SPEED CAMERAS", "34670.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż meta se jiġu ntrodotti fuq bażi permanenti l-ispeed cameras?", "Dawn se jkunu fuq bażi permanenti jew se jkunu jistgħu jittieħdu minn post għall-ieħor?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-provvediment legali meħtieġ kien ġie ppublikat fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena u għalhekk il-pulizija qed tagħmel użu mill-ispeed cameras regolarment.", "Infurmat ukoll li dawn l- ispeed cameras mhumiex static.", "PULIZIJA – ABBUŻ MILL-OVERTIME", "34671.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Peress li nhar il-Ħadd 29 ta' Ġunju fil-programm Joe Grima Live fuq Net TV, il-Ministru qal li kien hemm membri tal-korp tal-pulizija li kienu qed jabbużaw mill-overtime, jista' jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi pulizija li allegatament intqal li kien qed jabbuża?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas ta' overtime matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?", "Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s'issa ma kienx hemm każi fejn ittieħdu passi kontra xi membri tal-korp tal-pulizija dwar abbuż mill- overtime.", "Infurmat ukoll li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, il- ħlas tal-overtime kien jammonta għal Lm185,408, filwaqt li l-ammont għall- istess perijodu ta` din is-sena huwa ta` Lm217,570.", "MESA", "34672.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija 34078, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux il- ħlasijiet dovuti?", "Jekk le, x'se jsir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Infurmat li l-ħlas dovut għas-servizzi ta' referees u l-affiliation fee għall-istaġun 2002/2003 se jsiru dalwaqt, wara li l-MESA tiġbor xi flus dovuti minn xi membri tagħha għal attivitajiet li saru matul l-istaġun li għadda.", "PULIZIJA – ABBUŻ TA' ALKOĦOL", "34673.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm il- pulizija sabu każi ta' żgħażagħ taħt l-eta' legali li kienu qed jixorbu f'bars f'inħawi differenti f'Malta u Għawdex u speċifikament f'Paceville, Buġibba/Qawra, Wied il-Għajn?", "Jista' jagħti il-figuri għal kull post separatament kif ukoll għal Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is- sena ma kienx hemm sidien ta' ħwienet b'liċenzja għall-bejgħ ta' inbejjed, birra jew likuri li ttellgħu l-qorti mill-pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta' anqas minn 16-il sena.", "PULIZIJA - SHIFTS", "34676.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' l-Ministru jikkunsidra l-pożizzjoni tal-pulizija fir-rigward tax- shifts peress li dawn, wara lejl xogħol jerġgħu jidħlu għal second shift fil-11:00 a.m. u dan mingħajr ċans ta' mistrieħ?", "Ma jidhirlux li anke l- pulizija għandhom bżonn il-mistrieħ tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu d- dmirijiet tagħhom mill-aħjar li jistgħu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fil-korp tal-pulizija m'hemmx shift li jibda fil-11:00 a.m.", "BUĠIBBA - ĦSARAT FIS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "34677.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: B'riferenza għal mistoqsija 34299.", "Peress li l-gvern qiegħed jadotta s-sistema ta' polluter pays, jista' jara li dak l- istabbiliment privat f'Buġibba/Qawra li min għandu rriżultat il-ħsara fis- sistema tad-drenaġġ, jiġi mġiegħel iħallas għall-ispejjeż straordinarji fuq id-dipartiment tad-drenaġġ?", "Kemm hija stmata l-ispiża involuta mid- dipartiment biex issewwiet il-ħsara?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li d-drenaġġ mhux ħiereġ iżjed mill-post imsemmi.", "Id-dipartiment tad-drenaġġ ħa passi mmedjati biex jara li ma kienx hemm xi ħsara jew xi żbroff min-naħa ta xi main tal-gvern.", "Irriżulta li l-mains tal-gvern kienu qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u d- drenaġġ kien ħiereġ minn xi stabbiliment privat.", "Dan l-istabbiliment ġie identifikat.", "Ġie identifikat ukoll il-post preċiż fejn kien hemm il-ħsara wara ħidma intensiva mid-dipartiment tas-saħħa mgħejjun mid-dipartiment tad-drenaġġ.", "Din l-ażjenda privata ħadet passi privati biex tissewwa l-ħsara.", "Wara li l- ħsara ssewwiet, mhux qiegħed jirriżulta ħruġ iżjed.", "Sal-lum din il-problema hija riżolta għax m'hemm l-ebda ħruġ ta' drenaġġ.", "It-tiswijiet neċessarji saru minn din l-entita' privata, u għaldaqstant id- dipartiment ma nvolviex ruħu f'xi spejjeż.", "WSC – METER READERS", "34678.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm pjan sabiex ix- xogħol tal-meter readers fi ħdan il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma jiġi privatizzat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sal-lum ma jirriżultalix dak li jingħad fil- mistoqsija.", "PULIZIJA – PERMESSI", "34679.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permessi tal-pulizija sabiex il- post li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, jintuża għal skop kummerċjali ta' bejgħ ta' frott u ħaxix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li b'seħħ mit-2 ta' Mejju ta' din is- sena il-permessi għal attivita` kummerċjali msemmija mill-Onor.", "Interpellant ma baqgħux jinħarġu mill-pulizija.", "Infurmat ukoll li mir- records disponibbli ma jirriżultax li kienu nħarġu xi permessi tan-negozju mill-pulizija fuq il-fond imsemmi.", "MEPA – PERMESSI", "34680.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-indirizz mogħti separatament hemmx permess mill-awtorita` ta' l-ippjanar bini ta' cold room fil-garage kif ukoll permess għal change of use sabiex il-garage jintuża bħala post minn fejn isir negozju ta' frott u ħaxix?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li wara li ġie spezzjonat il-post li saret riferenza għalih, seta` jiġi kkonfermat li qed isir bdil fl-użu materjali tal-post minn garaxx għal ipparkjar ta` karozzi privati għal wieħed fejn qed jinżamm materjal konness man-negozju tas-sid (fruit & vegetable hawker) inkluż it-tħaddim ta` cold room u dan mingħajr il- permessi meħtieġa.", "Għaldaqstant qed jinħareġ avviż biex tieqaf u tat- twettieq ECF 554/02.", "Il-MEPA se tibqa' ssegwi l-każ sa ma l-proċeduri kollha ta' infurzar jiġu eżawriti skond il-liġi.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - KUNSILL LOKALI", "34681.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsill lokali jinvestiga jekk hemmx tagħmir tat-tindif mixtri mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar li mhux qed jintuża għal xogħol tal-kunsill?", "Fejn jinsab dan it-tagħmir?", "Kif intuża matul is-sena li għaddiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funżjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor.", "Membru jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirriferi għaliha, fil- fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-kunsill.", "NAXXAR - TRIQ IN-NISSIEĠ", "34682.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il- bqija ta' Triq in-Nissieġ fin-Naxxar li għadha maqlugħa u mħarrbta tinkesa u tingħata t-tarmac minħabba l-inkonvenjenzi kbar ta' trabijiet u ħsara għas-saħħa tar-residenti tal-lokal?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għat-toroq qed jara x'jista' jsir f'dan il-każ.", "ITTRA TA' RAKKMANDAZZJONI", "34683.", "L-ONOR.", "HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija 34438, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' rakkmandazzjoni li jingħad li ntbagħtet f'Jannar 1998?", "Jista' jiċħad jew jikkonferma li din l-imsemmija ittra ntbagħtet fil-fatt f'Mejju 1998 u mhux f'Jannar 1998 jew li din l-ittra ntbagħtet darbtejn jiġifieri f'Jannar u f'Mejju?", "Jista' jara hemmx żball fil-ħames isem fil-lista, li ħoloq vacancy peress li dan l-assistent kap ma rtirax mill-post li kien jokkupa qabel is-sena 2000?", "Ma jidhirlux li din l-ittra ta' rakkmandazzjoni kienet saret b'mod anomalu peress li fiha ġew rakkmandati biex jilħqu assistenti kapijiet ta' skola a) 3 għalliema li ġew posted to perform assistant head of school duties f'Settembru 1997 u b) b) tnejn oħra li ġew posted f'Settembru 1998 u li l-ħamsa li huma ngħataw l-appointment fit-22 ta' Mejju 1998?", "Secondment to juniour college joħloq vacancy on the complement, iktar u aktar meta l-istess assistent kap ta' skola mar lura fuq dmirijietu mas- servizz pubbliku bħala assistent kap ta' l-iskola Paolino Vassallo xi żmien wara?", "Min mela l-vacancies in the school li nħolqu mit-tliet persuni li ismihom qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ġejt infurmat li peress li l-verżjoni korretta ta' din il-mistoqsija waslet f'dan il-ministeru llum it-Tnejn, 15 ta' Lulju 2002, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI – RIKORSI PENDENTI", "34684.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi sabiex rikorsi ta' Għawdxin li għadhom pendenti quddiem it-tribunal għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji, jibqgħu jinstemgħu f'Għawdex quddiem l-assistent ġudizzjarju, Dr Aaron Attard Hili u mhux ikomplu jinstemgħu quddiem assistent ġudizzjarju f'Malta, għaliex miżura bħal din ma tagħmel l-ebda sens ħlief li toħloq hardship u skariġġ bla bżonn lill-Għawdxin?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jagħmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "BEACH CLEANERS – KUNDIZZJONIJIET TA' XOGĦOL", "34685.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-beach cleaners f'Għawdex ma jaħdmux taħt l-istess kundizzjonijiet u ħinijiet bħal sħabhom f'Malta?", "X'inhi r- raġuni li matul il-ġranet tax-xogħol qegħdin jiġu mġiegħla li jidħlu mis- 6:00 a.m. sal-11:30 a.m. u l-Ħdud u l-festi pubbliċi jidħlu jaħdmu u ma jitħallsux kif hu bid-dritt u xieraq?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-beach cleaners f'Għawdex qegħdin jaħdmu ħinijiet skond l-esiġenzi tas-servizz.", "Il-ħaddiema li jaħdmu fil-Ħdud u l-festi jiġu kkumpensati b'time-­off- in- lieu kif maqbul magħhom.", "KARTUNA R-ROŻA", "34686.", "L-ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 34511 il-Ministru jaf li hemm pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża u għandhom mard li mhux inkluż fl-iskeda 5, fosthom il-mard osteporożi?", "Billi dawn it-tip ta' pazjenti jista' jkollhom bżonn pilloli u mediċini li m'humiex fil-formolarju u allura qegħdin jiffaċċjaw tbatija, jista' l-Ministru jara li din it-tbatija u diskriminazzjoni titneħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Waqt l-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-formularju, il- lista ta' mediċini li għalihom huma ntitolati l-pazjenti bil-kartuna r-roża tiġi riveduta biex tassigura li dawn il-pazjenti jingħataw il-mediċini bażiċi meħtieġa.", "BIRGU - TRIQ IL-MAJJISTRAL XOGĦLIJIET", "34687.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34205 u 34339 peress li din il-mistoqsija diġa' ġiet riferuta lil żewġ ministri differenti?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fit-Triq il- Majjistral, il-Birgu, waqaf u issa ilu wieqaf għal aktar minn seba' ġimgħat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' Triq il- Majjistral tlestiet.", "Ix-xogħol fuq it-tieni fażi ma tkompliex minħabba l- festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid.", "Hu maħsub li t-tieni fażi tal-pavimentar se jitkompla l-ġimgħa d-dieħla wara li l-ħaddiema li kienu nvoluti f'dan ix- xogħol ilestu minn xogħol f'lokalitajiet oħra li kien inbeda wara tmiem l- ewwel fażi.", "ŻABBAR – GĦOTI TA' NUMRI LIL RESIDENZI", "34688.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jindikali meta dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar (l- lista tagħhom qegħda tintbagħat separatament) sejrin jingħatalhom in-numru fir-residenzi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- Mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FGURA - HOMPESCH ROAD – ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "34694.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-Triq Hompesch Fgura n-naħa ta' Hompesch Arch diġa ħiereġ id-drenaġġ minn taħt it- triq meta din lanqas għadha ma ngħatat l-aħħar kisja tat-tarmac?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet ta' road surfacing u saru wkoll xi trinek għal sevizzi oħra fi Triq Hompesch, il-Fgura.", "Normalment meta jkun qed isir dan ix-xogħol bil-basecourse jitgħattew it- tappieri kollha tad-drenaġġ u dawn jiġu mgħollijin għal-livell tat-triq meta ssir il-wearing course.", "Tlabt lid-dipartiment tad-drenaġġ biex isiru l- proċeduri neċessarji sabiex jinkixfu dawn il-manholes u ssir il- manutenzjoni meħtieġa.", "HOUSING", "34695.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d- dipartiment fuq każ li d-dipartiment ilu nfurmat bih iktar minn sena permezz tal-mistoqsijiet 30414, 30813, 30936, 33033, 30511?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Erġajt investigajt il-każ u nikkonferma dak li jiena għedt fit-tweġiba li tajt għal mistoqsija 30813.", "Il-pożizzjoni hi legalment korretta.", "TOROQ – AĊĊESSIBBILTA` MINN PERSUNI B'DIŻABBILTA`", "34697.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn it-toroq li tlestew dan l-aħħar saru b'mod li huma accessibli skond il-ligi dwar opportunitajiet indaqs:", "Triq il-Belt Valletta, Mosta Id-Daħla għall-Imġarr Il-By-pass ta' Pembroke Triq Psaila, B'Kara Triq l-Imdina, Qormi It-Telgħa ta' G'Manġia Triq l-Imdina, Attard Triq il-Mosta, San Pawl il-Bahar Triq Ħal-Far Triq il-Kosta Triq il-Marfa Triq il-Menqa taċ-Ċirkewwa Triq Reġjonali Triq Sa Maison Ix-Xatt tal-Gzira Ix-Xatt tas-Sliema?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-roads department izommx kuntatt mal- kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex kemm jista' jkun it-toroq li jagħmel ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fit-toroq kollha li jkunu qed jinbnew, inklużi dawk imsemmija mill-Onor.", "Interpellant, mid-direttorat tat- toroq isir mill-aħjar biex ikunu saru b'mod aċċessibli skond il-liġi dwar opportunitajiet indaqs.", "Id-direttorat għat-toroq qiegħed f'kuntatt attiv mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' biex ir-regoli tal-kummissjoni jkunu mplimentati fuq ix-xogħlijiet tat-toroq u sabiex fejn dawn ma jkunux jistgħu jitwettqu jkun deċiż x'inhu l-aħjar li jsir.", "UFFIĊĊJI TAS-SIGURTA` SOĊJALI – AĊĊESSIBBILTA` GĦAL NIES B'DIŻABBILTA`", "34698.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Billi dan l-aħħar tħabbar li ġew irranġati u msebbħa l- uffiċċji reġjonali tas-sigurta` soċjali ta' Ħaż-Żebbuġ, Paola, Haż-Żabbar, Bormla, Mosta, Naxxar u Rabat, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minn dawn l-uffiċċji li huma aċċessibbli skond il-liġi dwar opportunitajiet indaqs?", "Hemm xi pjan biex fejn hu possibbli l-uffiċini tas-sigurta` soċjali jsiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-ministeru għall-politika soċjali qiegħed jaħdem fuq programm ta' refurbishment fuq l-uffiċini distrettwali tad-dipartiment tas-servizzi soċjali li għandu madwar Malta.", "Fl-uffiċini ndikati mill- Onor. Interpellant li fihom tlesta dan ir-refurbishment ingħatat priorita` u ġie żgurat li dawn ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'.", "Fejn hu possibbli, din il-policy se tibqa' tiġi addottata meta jsir ir- refurbishment li mistenni jsir fl-uffiċini distrettwali l-oħra.", "MALTAPOST – UFFIĊINI – AĊĊESSIBBILTA` GĦAL PERSUNI B'DIŻABBILTA`", "34699.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Billi dan l-aħħar ġew irranġati u msebbħa l-fergħat tal- Maltapost taż-Żurrieq, Żabbar, Mosta, Balzan, Qormi, Ħamrun, B'Kara u Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-uffiċċji huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita' skond il-liġi dwar opportunitajiet indaqs?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li minn meta l-Maltapost bdiet tirranġa xi fergħat ittieħdu passi biex l-uffiċċji jsiru aċċessibbli għal kulħadd.", "Illum teżisti l-aċċessibilta' fil-fergħat tan-Naxxar, Birkirkara u l- Mellieħa.", "Ta' min isemmi li din l-aċċessibilta' kienet diġa teżisti f'fergħat oħra, bħal Ħal Balzan u l-Mosta.", "PULIZIJA – GĦASSES – AĊĊESSIBBILTA` GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA`", "34700.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Billi dan l-aħħar ġew irranġati u rinovati l-għases ta' Haż-Żebbuġ, Paola, Żabbar, Bormla, Ċirkewwa, Mellieħa, B'Buġia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Żejtun, B'Kara, Rabat u Wied il-Għajn, jista' l- Ministru jgħid kemm minn dawn l-għasses tal-pulizija saru aċċessibli skond il-ligi dwar l-opportunitajiet indaqs?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fix-xogħol li qiegħed isir fl- għasses hemm maħsub ukoll li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex ikun hemm aċċess għalihom minn kulħadd.", "ĠONNA - AĊĊESSIBBILTA` GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITA`", "34701.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Billi dan l-aħħar tħabbar li ġew imsebbħa w irranġati l-ġonna u postijiet ta' rikrejazzjoni f'Tal-Fuklar - Attard, Patri Redent Gauci - Fgura, Binja Vilhena - Floriana, Hal-Dmikki - Għaxaq, Bini tal-Gvern - Kirkop, Bini tal- Gvern - Pieta, Palazz l-Aħmar - Santa Venera, Il-Habs L-Antik - L-Isla u San Pietru - Żabbar, jista l-Ministru jgħid jekk dawn il-postijiet humiex aċċessibbli skond il-ligi dwar l-opportunitajiet indaqs?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġonna msemmija huma responsabbilta` tal-kunsilli lokali rispettivi.", "MGĦATAB – STUDJU", "34702.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju intern sabiex tiġi stabbilita l-kapaċita` tal-Mgħatab?", "Jekk fl-affermattiv skond dan l- istudju meta sa timtela' għal kollox il-Mgħatab?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li bil-publikazzjoni ta' l- istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart solidu, il-gvern ikkommetta ruħu sabiex jagħlaq il-Magħtab sa' l-aħħar tas-sena 2004.", "Il-kapaċita` tal- Magħtab hija biżżejjed biex tirċievi l-iskart li se jiġi ġġenerat sa l- aħħar ta' dik is-sena.", "DWEJRA", "34703.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 34533, peress li l-Ministru għall- Għawdex qiegħda tikkoordina x-xogħol ta' tindif ta' terrapien mid-Dwejra, meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: M'għandi xejn xi nżid mar­risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 33946", "VAKANZI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU", "34708.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vakanzi minn prinċipal 'Il fuq fis-servizz pubbliku?", "Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-iskala u skond id- dipartiment?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li hemm 53 vakanza f'pożizzjonijiet minn assistent direttur 'il fuq.", "Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi f'liema ministeri qegħdin il-vakanzi f'dawn il-pożizzjonijiet.", "Mhux possibbli li ngħid kemm hemm vakanzi fi gradi oħra peress li ma jeżistux complements fissi u għalhekk in-numru ta' vakanzi jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-servizz.", "FUNDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA", "34709.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-fundazzjoni għall-iskejjel t'għada qed tagħti kuntratti biex isiru xogħlijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada ssegwi l-proċeduri ta' akkwist skond kif regolati bir-regolamenti ta' l- 1996 dwar akkwisti li jsiru mis-servizz pubbliku.", "BIOLOGY TEACHERS", "34718.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' kemm għandna biology teachers fil-livell sekondarju fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u tal-privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, infurmat li in-numru ta' għalliema li jgħallmu l- biology fil-livell sekondarju huwa kif ġej:", "1) Skejjel ta' l-Istat 54 2) Skejjel tal-Knisja 38 3) Skejjel Indipendenti 9", "VALLETTA - WATER GUTTER", "34719.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet sabiex jinfetaħ il-water gutter tas-suq tal-Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-gutter tal-ġnub tas- saqaf tas-suq tal-Belt tlesta u x-xogħol li fadal jikkonsisti fi twaħħil ta' l-istess gutter.", "Qed isiru arranġamenti sabiex dan jitwaħħal mill- aktar fis possibbli.", "Barra dan ix-xogħol se ssir ukoll manutenzjoni tas- saqaf.", "FURJANA - POSTIJIET RIŻERVATI", "34720.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid la l-ambaxxata Ingliża ma tibqax topera mill-Furjana, jistgħux il-postijiet riżervati għall-karozzi tal- ħaddiema fl-istess ambaxxata jerġgħu jsiru pubbliċi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku flimkien mal-kunsill lokali tal-Furjana se jieħdu l-passi meħtieġa biex postijiet li ma jibqgħux riservati għall-ambaxxata Ingliża jiġu wżati bl-aktar mod vantaġġuż.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ WIED QIRDA", "34721.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonsidra biex tiġi asfaltata parti minn Triq l-Indipendenza li twassal għal Triq Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-direttorat għat-toroq biex jispezzjona t-triq u jistabbilixxi x'hemm bżonn isir.", "OFFERTI GĦAL XOGĦOL", "34722.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija 34160, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni mal-utilities humiex konklużi?", "F'każ affermattiv, meta se joħorġu l-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha ma waslitx mingħand il-utilities.", "OFFERTI GĦAL XOGĦOL", "34723.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija 34285, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni mal-utilities humiex konklużi?", "F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex Isir ix-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha ma waslitx mingħand il-utilities.", "OFFERTI GĦAL XOGĦOL", "34724.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija 34154, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni mal-utilities humiex konklużi?", "F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha ma waslitx mingħand il-utilities.", "KAŻ TA' APPELL", "34735.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament?", "Tista' din l-anzjana tiġi nfurmata bl-iżviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nnforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena ġejt infurmat mill-arbitru li l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie deċiż.", "ENEMALTA – HUMAN RESOURCE MANAGER", "34737.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-klawsoli 5 u 11 taċ-ċirkolari Ene/420/2/99 maħruġa mill-human resources manager ta' l-Enemalta fl-14 ta' Lulju 1999 għall-mili ta' post vakant ta' senior compliance officer (1), jista' l- Ministru jgħid kif il-persuna magħżula qiegħda taħdem bix-shift u mhux id- day duty basis kif stipulat fil-klawsoli 5 u 11 taċ-ċirkolari msemmija?", "Jista' jgħid ukoll kemm dan qed jiswa aktar finanzjarjament lill-Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien iknfurmat li s-senior compliance officer qatt ma ħadem il-ħinijiet stabbiliti mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħaddiema li jkun bid-day duty u sal-lum ħadd ma esprima ruħu dwar dan.", "Rigward l- aspett finanzjarju tat-tibdil li sar, il-persuna kkonċernata tkun intitolata għall-istess benefiċċju mogħtija lill-membri l-oħra tas-sezzjoni tal-compliance.", "STUDJU BARRA MINN MALTA", "34738.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-ħaddiema li jaħdmu f'xi wieħed mid- dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li ntbagħtu jew marru jistudjaw barra l-pajjiż matul dawn l-aħħar erba' snin?", "Jista' jgħid kemm minn dawn marru fuq studju konness mat-turiżmu u f'kull każ kemm kien il-perijodu li damu jistudjaw barra?", "Jista' jgħid kemm minn dawn baqgħu jitħallsu l-paga mill-ministeru fl-istess ħin li kienu fuq dan l- istudju?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn, wara li ġew lura Malta mill- istudju baqgħu jaħdmu fil-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv fejn kienu qegħdin jaħdmu preżentement u jekk fin-negattiv x'kienet ir-raġuni biex ma jibqgħux jaħdmu mal-ministeru, dipartiment jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.", "MTA", "34739.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: B'riferenza għall-memo maħruġ mill-MTA fis-7 ta' Jannar 2002 iffirmata minn Anthony Portelli b'sejħa interna speċifikament għall-ħaddiema ta' l-MTA u l- entitajiet li hi responsabbli minnhom għal senior executive ma' l- enforcement section ta' l-istess MTA, jista' l-Ministru jispjega kif dawn il-vaganzi ġew mimlija minn ħaddiema mid-dipartiment tas-sanita' meta dawn ma kienux ħaddiema mid-dipartiment tat-turiżmu jew mill-MTA?", "Jista' jgħid min huma dawn il-ħaddiema li ġew ingaġġati f'dan l-impjieg u xi kwalifiki konnessi mat-turiżmu għandhom?", "Jista' jgħid min fil-ministeru tat-turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li l-ebda ħaddiem mid-dipartiment tas- sanita' ma ġie ngaġġat u lanqas seta' jiġi ngaġġat mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu b'konsegwenza tal-memo intern li jġib id-data tas-7 ta' Jannar 2002.", "Ħadd ma ntagħżel wara din is-sejħa nterna.", "Mill-ħamsa li ġew reklutati, tnejn intgħażlu minn fost dawk mibgħuta għall-interview mill-ETC u ħamsa oħra wara li saret sejħa pubblika (ETC Permit 89/2002) permezz ta' avviżi fil-ġurnali.", "Il-kwalifiki neċessarji huma dawk pubblikati fl-avviżi msemmija.", "Infurmat li kulmin intagħżel għandu l-kwalifiki meħtieġa kif ukoll l- esperjenza mitluba.", "L-intervisti saru minn bord ta' tlieta minn nies li jokkupaw kariga għolja fl-awtorita'.", "Wara li l-bord għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu dawn ġew aċċettati u approvati miċ-chief executive ta' l-MTA.", "Il-persuni magħżula huma E. Agius, D. Bonello, A. Cutajar, C. Cini Vella, I. Cilia, V. Micallef u M. Zerafa.", "BEACH CLEANERS", "34740.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li numru sostanzjali ta' beach cleaners ingħataw transfer minn mad-dipartiment għal mad-dipartiment tas-saħħa?", "Jista' jgħid jekk biex isiru dawn it-transfers kienx jenħtieġ l- approvazzjoni tat-transfers?", "Jista' l-Ministru jgħid min fil-ministeru tat- turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Niforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BEACH CLEANERS", "34741.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol fix-xtajtiet li kienu jagħmlu l- ħaddiema li ġew trasferiti mid-dipartiment tal-beach cleaners?", "Jista' jgħid kemm qed jiswa finanzjarjament fuq bażi annwali x-xogħol li qed issir u jekk inħarġitx sejħa pubblika biex jintgħażel min qed jagħmel dan ix- xogħol?", "Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li ngħataw lil min qed jagħmel ix-xogħol fosthom il-perjodu fis-sena li dan irid jagħmel ix-xogħol u kemm ġranet huwa marbut li jagħmel l-istess xogħol?", "Jista' jgħid min fil- ministeru tat-turiżmu jew f'xi wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħu ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Infurmat li wara li l-ħaddiema li qabel kienu impressed ġew reklutati fit-taqsima tal-beach cleaning in-numru ta' ħaddiema qabeż dak meħtieġ.", "Infurmat ukoll li x-xogħol li kienu jagħmlu l- ħaddiema li ġew trasferiti mill-beach cleaning section qed isir mill- ħaddiema l-oħra li hemm fl-istess sezzjoni.", "Ix-xogħol tat-tindif tax-xtut isir minn ħaddiema tal-gvern li jirċievu salarju skond il-grad tagħhom.", "Nitlob lill-Onor.", "Membru jiċċara l-kumplament tal-mistoqsija tiegħu.", "SOCIAL WORKERS - MARSA", "34751.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-talba ta' tfajla ta' 34 sena b'diżabilita' li l- partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament u li tixtieq tibda tmur xi skola biex tkun tista' titħallat man-nies tiġi milqugħa?", "Jista' jara li tintbagħat social worker għall-każ ta' din it-tfajla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma jeżisti ebda provvediment sabiex it- talba li qed jagħmilli l-Onor.", "Membru tkun milqugħa.", "L-ogħla eta` li studenti jistgħu jkollhom biex jattendu skejjel sal-livell sekondarju f'ċirkostanzi speċjali hija dik ta' 20 sena.", "DAR TA' L-ANZJANI", "34752.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjana li tinsab weħidha u li ilha li applikat 11-il sena biex tidħol f'dar ta' l- anzjani tiġi kkunsidrata t-talba tagħha?", "Jista' din l-anzjana li l- partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant applikat għall-ewwel darba biex tidħol f'dar għall-anzjani meta kellha 60 sena.", "Dakinhar l-applikazzjoni tagħha ma kenetx rakkmandata.", "Is-sena l-oħra sarilha social assessment u din il-persuna esprimiet ix-xewqa li tibqa' f'darha.", "Ninsab infurmat ukoll li se jsir assessment ieħor, inkluż wieħed mediku, biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni preżenti ta' din il-persuna.", "ENROLLED NURSES – SALARJU MNAQQAS", "34753.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fejn waslet il-kwestjoni fejn numru sostanzjali ta' enrolled nurses, mingħajr avviż sabu s-salarji tagħhom imnaqqsa minn skala 11 għal skala 12 fis-settur pubbliku?", "X'kien li wassal għal din l-anomalija?", "Min kien/u responsabbli għall-iżball li d-dipartiment tas-saħħa jsostni li sar meta dawn l-enrolled nurses ingħataw is-salarju fi skala 11?", "X'passi ttieħdu kontra dan l-individwu jew individwi li għamlu dan l-iżball?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal mistoqsija 33257.", "In-numru ta' enrolled nurses li għalihom qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant huwa ta' 13 biss.", "Peress li l-każ jinsab quddiem il-qrati u għadu sub judice, tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata meta tinqata' s-sentenza mill-qrati.", "SPTAR MONTE CARMELI – UŻU TA' LAPTOPS", "34754.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm laptops fl-inventarju ta' l-isptar Monte Carmeli u min qed jużahom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li fl-isptar Monte Carmeli hemm żewġ laptops fl-inventarju.", "Wieħed qed jintuża mis-CEO u l-ieħor mis-social worker on duty fl-uffiċċju tas-social work department.", "DAR TA' L-ANZJANI", "34755.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fi djar għall-anzjani privati u li għalihom qed iħallas il-gvern?", "F'liema djar għall-anzjani privati qed jibgħat anzjani l-gvern u f'kull każ kemm hemm anzjani mibgħuta mill-gvern?", "X'inhu l-ħlas għal kull anzjan fid-djar privati?", "B'liema proċedura jintgħażlu l-anzjani li jibgħat il-gvern fid- djar privati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Taħt l-iskema tal-public/private partnership, sa l- aħħar ta' Ġunju 2002 kien hemm 61 persuna li kienu qed jibbenefikaw minn dan il-ftehim kif milħuq ma' Care Services Ltd u Health Care Services Ltd.", "Filwaqt li l-għażla ssir bl-istess mod kif isir għad-djar residenzjali tal- gvern, il-ħlas mir-residenti jsir ukoll bl-istess mod u l-gvern jagħmel tajjeb għad-differenza bejn dak li jikkontribwixxi l-anzjan u l-prezz miftiehem mal-operaturi privati.", "Peress li l-kontribuzzjoni magħmula mir-residenti tvarja minn wieħed għall- ieħor skond il-mezzi tal-individwi, allura l-element tas-sussidju maħruġ mill-gvern ivarja wkoll minn persuna għall-oħra.", "SPTAR MONTE CARMELI – ĦADDIEMA FIL-KĊINA", "34756.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli?", "X'jisimhom f'kull każ x'inhu l-grad tagħhom, x'inhu xogħolhom fil- kċina u kemm ilhom jaħdmu fil-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba.", "SPTAR MONTE CARMELI - CCTV", "34757.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġiet tiswa is-CCTV fl-isptar Monte Carmeli?", "Meta ġiet stallata s-sistema?", "Is-sistema nxtrat wara sejħa għal tenders bi quotations jew b'direct order?", "Mingħand min inxtrat?", "Kemm hu t-tul tal- garanzija?", "Kemm saru modifikazzjonijiet fis-sistema tas-CCTV minn meta twaħħlu u fhiex kienu jikkonsistu dawn il-modifikazzjonijiet?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-sistema ta' CCTV nxtrat fis-sena 2000 mingħand id-ditta ELU Ltd. wara sejħa għal quotations għas-somma ta` Lm1,084.45.", "Is- sistema kellha garanzija ta` sena.", "Dan it-tagħmir ġie stallat fis-sena 2000.", "Sussegwentement, inħasset il-ħtieġa ta` xi modifikazzjonijiet f'din is- sistema biex titkabbar u ssir aktar effettiva.", "Dawn il-modifikazzjonijiet saru matul is-sena 2001 u 2002 għall-prezz ta` Lm500 u Lm400 rispettivament.", "PROĊESSI VERBAL", "34764.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proċess verbal dwar il-mewt ta' ġuvni Għawdxi li ismu qed jintbagħat separatament li miet f'inċident tat- traffiku fil-21 ta' Marzu 2001 fin-Nadur, Għawdex għadu ma ġiex finalizzat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li dan il- kaz jinsab fi stadju ta' nkjesta, hu kopert bis-sigriet istruttorju skond it-termini tal-kodici kriminali.", "RELIEF", "34768.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 34604 u jara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' missier b'żewġt itfal li spiċċa mix-xogħol wara 30 sena jaħdem?", "Il-partikolaritajiet tal-persuna qed jintbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ tal- persuna ndikata minnu fil-mistoqsija 34604 ġie finalizzat u kull għajnuna dovuta skond il-liġi tħallset.", "CRUISE LINER TERMINAL – FTUĦ TA' GATES", "34769.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinfetħu l-gates tal- cruise liner terminal ix-Xatt ta' Pinto sabiex it-turisti jkunu aktar viċin ħwienet f'Xatt ta' Lascaris?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-operat tal-cruise terminal ġie mgħoddi lil Viset Consortium u l-konsorzju ddeċieda li minħabba miżuri ta' sigurta, gates 3 u 5 għandhom jinżammu magħluqa meta ma jkunx hemm cruise liners isorġu mal-moll ta' ħdejhom.", "Iżda l-konsorzju avżana li meta l-cruise liners ikunu qed isorġu mal-moll ta' ħdejn dawn il- gates, waħda minn dawn il-gates tkun miftuħa għan-nies li jkunu jridu joħorġu bil-mixi.", "PULIZIJA – SPONSORSHIP FL-UNIVERSITA`", "34770.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-korp tal-pulizija li qegħdin sponsored biex imorru l-universita' u fl-istess ġranet li suppost qegħdin l-universita' jkunu qegħdin jagħmlu l-extra u allura qegħdin jonqsu mill-obbligazzjoni tagħhom li jattendu kuljum l-universita'?", "Min huma dawn in-nies, kemm daħlu ammonti f'extra, xahar b'xahar u x'passi se jittieħdu f'kull każ relattiv?", "ONOR.", "TONIO BORG: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.", "TOUR OPERATORS", "34771.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid jekk studjax l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE iġġib magħha fil-każ tat-tour operators li se jkollhom jibdew japplikaw it-tour operators margin scheme, xi 5%-17% VAT fuq il-margin tal-btajjel tagħhom għall-Malta?", "Ma taħsibx li dan se jolqot b'mod negattiv il-kompetittivita' tagħna?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AFM – BANDA – SAFAR", "34796.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefret il-banda tal-forzi armati tul dawn l- aħħar sentejn?", "Minn min kienet immexxija?", "Min kien is-surmast jew assistent surmast f'kull safra?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-banda tal-forzi armati ta' Malta bħalissa qegħda tipparteċipa f'festival internazzjonali ta' baned militari ġewwa Modena, fl-Italja.", "Il-banda hi mmexxija mill-Uffiċjal Kmandant, Logutenent M. Mallia u hija taħt id-direzzjoni ta' l-aġent surmast Warrant Officer L. Pace.", "Din hija l-unika darba li l-banda siefret tul dawn l-aħħar sentejn.", "TRIBUNAL GĦALL-IVESTIGAZZJONIJIET TA' L-INĠUSTIZZJI", "34797.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se ikunu mplimentati s-sentenzi tat- tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji: rikorsi 940/97 u 945/97 kontra l-Maltacom?", "Meta se jingħata l-kumpens fiż-żewġ każijiet?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jaghmel din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ITS RESTAURANT", "34799.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid f'din l-aħħar sena kemm kienu jammontaw in-numru ta' ikliet, (snacks, lunches, dinner, etc.) inkluż ix-xorb li ngħataw fuq bażi complimentery f'Pembroke restaurant ta' l-ITS?", "Jista' jgħid f'kull okkażjoni min kienu l-persuni li kielu b'complimentary f'dan ir-restaurant u kemm mistiedna kellhom magħhom?", "Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ħaddiema, konsulenti, chairmen, jew diretturi fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "34800.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 34530 u jinforma lill-persuna indikata separatament minn din il-mistoqsija għaliex kellha tnaqqis fil-ħlas ta' children's allowance, meta hi għadha fl-istess stat li kienet fis-snin passati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadu qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata minnu.", "F'każ li jirriżulta li l-applikanta ħadet xi benefiċċju b'rata anqas minn dik dovuta, din tingħata l-arretrati.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET", "34803.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid il-fond bl-indirizz ta' 39, Triq Marsamxett Valletta huwiex proprejta' tal-gvern?", "Jekk le, huwa rekwiżizzjonat u reġistrat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-fond Numru 39, Triq Marsamxett Valletta fil-fatt huwa proprjeta` tal-gvern.", "CUSTOMER SERVICES", "34815.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 34066, jista' jgħid jekk l- applikanti kollha ssejħux għall-intervista?", "Jekk fin-negattiv, kemm kien hemm li ma sejħulhomx u għaliex?", "Min ħa d-deċiżjoni?", "Jista' jgħid dik id- deċiżjoni tistax tiġi kkontestata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: In-nomina ta' uffiċjali pubbliċi biex jimtlew postijiet ta' diretturi u diretturi ġenerali ssir mis-senior appointments advisory committee.", "Dan il-kumitat jintervista biss lil dawk l-applikanti li jidhirlu hu skond l-applikazzjoni tagħhom.", "Applikanti li jkunu magħrufa mill-kumitat mhux dejjem ikun hemm bżonn jiġu intervistati.", "Kull uffiċjal pubbliku għandu dritt iressaq petizzjoni dwar ħatriet fis- servizz pubbliku, inklużi ħatriet f'karigi għola, quddiem il-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku skond it-termini ta' Sezzjoni 1.1.10 tal-public service management code.", "CUSTOMER SERVICES", "34816.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat- tweġiba mogħtija għal mistoqsija 34088, ladarba d-direttorati li kien baqa' fi skala 5 ġew upgraded għal skala 4 minħabba l-ħatra ta' l-assistenti diretturi, jista' jgħid għaliex, bl-istess kriterju, id-direttorat tal- customer services f'Għawdex ma ġiex upgraded qabel, ladarba f'dan id- direttorat diġa` kien hemm assistent direttur u tliet kapijiet oħra ta' sezzjoni fi skala 5?", "Jista' jgħid ukoll għaliex meta l-ewwel okkupant ta' din il-ħatra kien jagħmel talbiet għall-upgrading qatt ma ġie infurmat b'xejn, imma t-talbiet tiegħu kienu jiġu njorati għal kollox?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li l-każ tad-direttorat tal- customer services f'Għawdex ma kienx differenti minn dawk ta' direttorati oħra fi skala 5 u li d-Diretturi li ħadu dik il-ħatra kienu applikaw minn rajhom għal dik il-pożizzjoni.", "OFFICE OF REVIEW - DIRETTORATI", "34817.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kienu nħolqu d-direttorati ta' l-office of review tad- diversi ministeri u l-għala dak ta' Għawdex inħoloq wara?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Id-direttorati ta' l-office of review f'numru ta' ministeri nħolqu f'Ottubru 2000 mal-ħarġa taċ-Ċirkulari Nru OPM/37/2000 tas-6 t'Ottubru, 2000.", "Dak iż-żmien ma nħassitx il-ħtieġa li għandu jkun hemm diretturi office of review f'xi ministeri nkluż dak t'Għawdex.", "ĦATRA TA' DIRETTUR TAL-CUSTOMER SERVICES", "34818.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterju l-ex-direttur tal-customer services intgħażel biex jieħu l-ħatra diretta ta' direttur ta' l-office of review fil-ministeru għal Għawdex?", "Għaliex intgħażel huwa u mhux id-direttur tal- corporate services jew id-direttur tal-projects and development?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija 34256 nhar l-24 ta' Ġunju 2002 f'seduta numru 760.", "VAKANZA TA' DIRECTOR CORPORATE SERVICES", "34819.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-mili tal-post ta' direttur corporate services fil-ministeru għal Għawdex?", "Kemm minn dawn ma ssejħux biex jersqu għall-intervista u għaliex?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Kien hemm erba' applikanti għall-pożizzjoni ta' direttur, servizzi korporattivi fil-Ministeru għal Għawdex.", "Is-senior appointments advisory committee mhux obbligat jintervista l- applikanti kollha.", "Madankollu f'dan il-każ partikolari li l-ħatra eżistenti tagħlaq fit-28 ta' Awwissu 2002, il-proċess ta' l-għażla għadu ma bediex għax qed jiġu pproċessati ħatriet oħra.", "EU CO-ORDINATOR – NUMRU TA' SIGĦAT EXTRA", "34820.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 34110, tista' l-Ministru tgħid fuq liema timetable huma mqassma l-40 siegħa li jaħdmu l-EU co-ordinator u l- customer co-ordinator?", "Jekk hux qed jittieħed kont meta dawn ma jsegwux din it-timetable u jaħdmu inqas?", "Jekk hux se jitħallsu meta jaħdmu extra u b'liema rata?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li minħabba n­natura tax­xogħol taż-żewġ impjegati msemmija, ħafna drabi jaħdmu ħinijiet twal u rregolari.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-uffiċċjali qed jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa u ma jitħallsux tas-sigħat żejda li jaħdmu."]} {"filename": "19990308_072d_par.doc", "date": "1999-03-08", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 72 It-Tnejn, 8 ta' Marzu, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 72", "It-Tnejn, 8 ta' Marzu, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.09 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "72", "It-Tnejn, 8 ta' Marzu, 1999", "WERREJ MINUTI 580", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 580", "TQEGĦID TA' KARTI 584", "MESSAĠĠ TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA 585 ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI) (IT-TIENI QARI) 586 LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 586", "AĠĠORNAMENT 604", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 609", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 71 li saret fit-3 ta' Marzu, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KARTOLINI TAL-MILIED", "3317.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (f'isem l-Onor.", "Joseph Cuschieri) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri, ta' kartolini għall- Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il- kartolini, kemm mill-ministeru, kemm mid-dipartimenti, li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l- imsemmija kartolini?", "Jista' jgħid lil min intbagħtu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l-kartolini tal-Milied li ntbagħtu mid-dipartiment tas- saħħa u mill-ministeru ġew stampati parti għand Beck Graphics San Ġwann, parti L-Eden Foundation u parti fl-istamperija tal-gvern.", "Dawn intbagħtu lid-diretturi, kapijiet tad-dipartimenti ambaxxaturi u konsli residenti kemm f'Malta u kemm barra, korpi kostitwiti, bordijiet u korporazzjonijiet.", "L-Ispiża għall-istampar u xiri tal-kartolini hija skond kif ġej:", "| |MINISTERU |MINISTE| | |TAS-SAHHA, KURA |RU | | |TA' L-ANZJANI U |TAS-SAH| | |AFFARIJIET |HA | | |TAL-FAMILJA | | | |1997 | 1998 | | |Lm |Lm | |Kartol|600.00 |1559.42| |ini | | | |Posta |160.53 |1105.70| |TOTAL |760.53 |2665.12|", "DIPARTIMENT TAS-SAHHA", "| |Kartolin|Post|Total| | |i |a | | | |stampati| | | |Perm. |S313.35 |23.0|336.3| |Secretary& DC | |0 |5 | |Govt. |12.00 |2.40|14.40| |Pharm.Services| | | | |Nat. |10.60 |5.46|16.06| |CommissionMent| | | | |al Health | | | | |C.G.M.O | 8.00 | | 8.00| |F.M.S. |59.00 |7.66|66.66| |Dept Of Health| |71.2|71.22| | | |2 | |", "TOTAL 512.69", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici) L-Onor.", "Helen D'Amato, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "HELEN D'AMATO: Fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara llum nixtieq nieħu din l-opportunita' biex nistaqsi lill-Ministru dwar xi pjanijiet għandu d- dipartiment għal dak li jirrigwarda s-saħħa in ġenerali tal-mara fuq bażi long-term?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, naħseb li l-amministrazzjoni preżenti trid turi li hija konxja mis-saħħa tal-mara mhux biss illum li huwa Jum il- Mara imma matul is-sena kollha.", "Irrid nfakkar li meta għamilna l-Health Vision 2000 Policy Document fl-1995 konna diġa' tajna indikazzjonijiet ċari ta' kemm il-qasam tas-saħħa tal-mara huwa importanti għall- amministrazzjoni preżenti.", "Minkejja li gvern wara l-ieħor stinkaw u ħadmu biex iġibu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, pero' huwa fatt stabilit li medikament hemm differenza bejn is-saħħa tal-mara u tar-raġel.", "Għadni kemm kont f'Villa Chelsea fejn illejla ngħatat ċerta statistika li turi biċ-ċar li minħabba l-impenji u l-iżviluppi li jsiru tul il-ħajja, il-mara ovvjament tkun soġġetta għal perijodi ta' stress differenti, fosthom stress waqt il-puberta', stress waqt il-menstruwazzjoni u stress waqt il-menarkija u sakemm il-mara tibqa' taqdi l-funzjoni tradizzjonali tagħha li trid tieħu ħsieb il-familja ovvjament tkun soġġetta ferm aktar għal dan it-tip ta' stress.", "Fil-fatt l-inċidenza tad-dipressjoni fin-nisa minħabba dan l-impenn tax-xogħol hija ta' 'l fuq minn 25% filwaqt li fl- irġiel hija ta' 16%, pero' min-naħa l-oħra l-għajxien fit-tul hija favur in-nisa għaliex jgħixu medja ta' ħames snin iktar mill-irġiel.", "Illejla wkoll għadna kif ippreżentajna l-konċett \"Inizjattiva Mara 2000\", li qed jipproponi t-twaqqif ta' ċentru tan-nisa f'Malta.", "Fil-fatt kull mara ta' kwalunkwe eta', klassi soċjali, twemmin jew livell ta' edukazzjoni se tkun tista' tirrikorri f'dan iċ-ċentru biex tikseb informazzjoni aġġornata, support u pariri dwar kwalunkwe aspett relatat mas- saħħa tagħha.", "Ovvjament wieħed jifhem li biex titwettaq din l-inizjattiva se jkun hemm bżonn il-koperazzjoni mhux biss tad-dipartiment tas-saħħa li jrid jippromwovi dan il-konċett imma jrid ikun hemm kontribut qawwi wkoll mid-dipartiment għall-politika soċjali, mill-ministeru ta' l-edukazzjoni u mill-kummissjoni għall-avvanz tal-mara.", "L-iskop ta' dan iċ-ċentru huwa li jkun l-ewwel punt ta' kuntatt biex mara b'xi problema tkun tista' tiġi riferuta lil persuni li jkunu speċjalizzati f'dik il-materja.", "Huwa maħsub ukoll li dan iċ-ċentru jkun jista' jippromwovi s-saħħa tal-mara b'mod attiv u konkret.", "Għandu jkun ċentru ta' riżorsi għal kwalunkwe aspett li għandu x'jaqsam ma' issues partikolari għan-nisa u kif diġa' għidt jrid jaħdem ma' servizzi provduti minn dipartimenti oħra.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel ftit mistoqsijiet lill-Ministru rigward artiklu li deher fil-ġurnali dwar l- isptar l-ġdid.", "Qabel nibda nixtieq ngħid li dan l-artiklu fih ineżattezzi kbar.", "Issa f'dan ir-rapport issemma li qed jiġi diskuss jekk ir-raba' sular ta' l-isptar il-ġdid għandux jiġi dedikat għal rehabilitation unit.", "Apparti li ma nafx min ivvinta li l-gvern preċedenti kien ingħata parir biex ir-raba' sular jintuża għal dan il-għan, nixtieq inkun naf jekk l- isptar l-ġdid huwiex se jiffunzjona bħala sptar ġenerali akut ta' 800 sodda li jista' jwassal sa 1,000 sodda, jew inkella hux se jintuża kif kien il- ħsieb oriġinali u r-raba' sular jintuża bħala rehabilitation unit.", "F'dan l-artiklu ntqal ukoll li wara Settembru li għadda d-dipartiment tas-saħħa fassal medical brief estensiv flimkien ma' design brief.", "Issa jien nista' nikkonferma li sas-sajf li għadda kien tlesta medical brief li kien audited u kien tlesta wkoll design brief.", "Il-mistoqsija tiegħi bażikament hija din: Jekk wara Settembru li għadda sar medical brief estensiv, minn min sar, minn min ġie audited u min ipprepara d-design brief?", "X'differenza teżisti bejn l-medical brief li sar taħt l- amministrazzjoni Laburista li tlesta u kien audited f'Ġunju li għadda u l- medical brief li sar wara l-elezzjoni li għaddiet?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nerġa' nirrepeti dak li rripetejna mitt elf darba li qabel l-aħħar elezzjoni ż-żewġ partiti kienu qablu li l-isptar f'Tal-Qroqq kellu jkun sptar aktar akut u ġenerali bl-ispeċjalizzazzjonijiet kollha u li eventwalment kien se jieħu l-funzjonijiet li qegħdin isiru preżentement ġewwa l-Isptar San Luqa.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar l-isptar l-ġdid mal-consortium SKANSKA għaliex meta tlajna fil-gvern sibna li dan il-proġett kien qiegħed jiġi kkonsidrat bħala unit waħdu mingħajr qatt ma ttieħdet in konsiderazzjoni kif dan l-isptar se jikkorelata jew kif se jipparteċipa fil-bidla u fir- riforma li hemm bżonn fid-dipartiment tas-saħħa.", "Fil-fatt il-persuna nkarigata - u fl-aħħar budget kelli l-okkażjoni npoġġi dokument fuq il- Mejda tal-Kamra li kien jagħti resume' ta' x'kien qiegħed jiġri dwar l- isptar f'Tal-Qroqq mill-amministrazzjoni preżenti - kienet ikkonfermat li qatt ma ngħatat l-ebda direzzjoni dwar kif eventwalment dan l-isptar kellu jikkorelata mal-bqija tas-sistema tas-saħħa.", "Għalhekk ġimgħa biss wara l-elezzjoni staqsejna kemm kien se jiġi jiswa dan l-isptar u kemm kienet se tkun l-ispiża rikorrenti ta' dan l-isptar pero' ma ngħatajniex risposta għax dan l-exercise qatt ma kien sar.", "Jiġifieri minkejja li kienu għaddejjin bit-tkabbir ta' l-isptar ma kienx hemm idea ċara dwar kif dan l-isptar se jiffunzjona.", "Preżentement l-isptar għandu kapaċita' li jiflaħ 850 sodda.", "Pero' wara l-parir li ngħatajna minn min verament jifhem f'dan it-tip ta' ċaqliq bejn sptar u ieħor, aħna kommessi li l- immigrazzjoni bejn l-Isptar San Luqa u l-isptar l-ġdid ma tistax issir fuq perijodu qasir ħafna ta' żmien imma trid issir fuq perijodu li jagħti ċans li jidħlu sistemi ġodda u jidħol tqassim aħjar dwar l-użu tas-sodod.", "Naħseb li huwa importanti li ngħidu wkoll li dan iż-żmien li baqgħalna qabel ma niftħu l-isptar il-ġdid qegħdin nutilizzawh biex inkunu ċerti li s- sistemi ġodda ta' immanniġjar li qed indaħħlu ġewwa l-Isptar San Luqa mhux biss nipprovawhom imma naraw li jaħdmu tajjeb ħafna qabel ma mmorru fl- isptar l-ġdid.", "Qiegħed ngħid li hemm bżonn li dawn is-sistemi jaħdmu tajjeb għaliex illum l-enfasi m'hijiex qiegħda fuq in-numru ta' sodod li jkollok ġewwa sptar imma iktar fuq it-turnover, jiġifieri fuq użu aktar għaqli tas-sodod li jkollok.", "Naħseb li konċetti bħalma konna bdejna għal dak li għandu x'jaqsam ma' day surgery, fast track investigating clinics u affarijiet oħrajn se juruna eżattament kemm se jkollna bżonn sodod ġewwa l- isptar l-ġdid fil-futur.", "Pero' nerġa' nirrepeti li llum l-isptar għandu l- potenzjal li jieħu 850 sodda.", "Rigward il-medical brief irrid ngħid li żammejna l-istess wieħed li kien ġie ppreżentat qabel u ma nbidel xejn minnu pero' kif għidt qegħdin inħarsu lejn dan l-isptar l-ġdid u lejn in-numru ta' sodod li eventwalment ikollu bżonn fuq medda ta' żmien u qegħdin naraw ukoll li jridu jidħlu ċerti riformi qabel ma ssir l-immigrazzjoni.", "Pero' dan l-isptar se jkun l- uniku sptar akut, ġenerali u speċjalizzat għal pajjiżna.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li kieku baqgħu Norman & Dawbarn kien ikun possibbli li nkunu nafu kemm se jiġi jiswa l-isptar għaliex kieku bħal dawn iż-żmenijiet kien ikollna idea iktar ċara ta' fejn aħna sejrin.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk jafx li kien hemm diġa' bidu ta' korrispondenza għaddejja bejn il-ministeru tas-saħħa, kura ta' l-anzjani u affarijiet tal-familja u l-ministeru tal-finanzi taħt il-gvern preċedenti rigward kemm kienet qed tkun suġġerita n-nefqa rikorrenti.", "Nitlob lill- Ministru jgħidli wkoll meta huwa mistenni li jitlesta l-isptar il-ġdid biex jibda jiffunzjona.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Naqbel perfettament ma' l-Onor.", "Interpellant meta qal li kien hemm xi bidu ta' diskussjonijiet dwar kemm kellha tkun l- ispiża ta' dan l-isptar pero' bħal ħafna affarijiet sibna ħafna truf imma konklużjonijiet ma sibna assolutament xejn.", "Irrid ngħid li jiddependi wkoll minn kemm finalment se jkollu bżonn numru ta' sodod dan l-isptar, minn kemm aħna se nkunu kapaċi ndaħħlu r-riformi fil-livell tal-kura primarja u minn kemm aħna se nkunu lħaqna l-iskop tagħna li nsolvu n- numru ta' każijiet soċjali li għandna preżentement - dawn ilhom tul ta' żmien u m'iniex qed ngħid li saru taħt l-amministrazzjoni preċedenti - li qegħdin jokkupawlna sodod li huma bżonjużi għal trattamenti akuti.", "Għalhekk għidt li meta wieħed iħares lejn l-isptar l-ġdid m'għandux iħares lejh bħala entita' waħedha għaliex is-suċċess ta' dan l-isptar jiddependi fuq il-ħidma u l-impenn tagħna u fuq il-mod ta' kif aħna nkunu kapaċi nidderieġu r-riformi barra mill-isptar stess.", "Huwa antiċipat li l-bini ta' l-isptar ikun lest fi żmien tliet snin oħra pero' kif jaf il-kollega tiegħi wara li jitlesta l-bini jkun hemm perjodu li jista' jieħu anke sa sena sabiex jiġu ttestjati s-sistemi qabel ma jibdew jiddaħħlu l-pazjenti.", "Naħseb li huwa importanti li nifhmu li la f'dan l-isptar irridu nidħlu b'sistemi ġodda rridu nkunu ċerti li pprovajna dawn is-sistemi fl-isptar akut ta' San Luqa għaliex b'dan il-mod biss inkunu nistgħu nwettqu dawn it-tip ta' riformi.", "Naħseb li l-kollega tiegħi jaqbel miegħi li sptar ġdid jirrikjedi li kollox ikun jiffunzjona tajjeb fih għaliex ma naħsibx li huwa għaqli li tibda ddaħħal il-pazjenti meta tkun għadek trid tagħmel xi tibdiliet.", "Fil-fatt diġa' għandna esperjenza diretta ta' x'ifisser meta jkollok xogħol ta' bini għaddej waqt li għandek l-pazjenti fl-isptar u hawnhekk qed nirriferi għar-refurbishment tat-tliet swali ta' l-ortopedija.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, kif kulħadd jaf parti mill-isptar kien qed ikun iffinanzjat mill-fond soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Riċentement kien hawn fostna xi membri ta' dan il-fond soċjali li żaru wkoll is-site ta' l-isptar f'Tal-Qroqq.", "Nixtieq inkun naf x'kien l-outcome ta' din iż-żjara u jekk kienx hemm xi tibdil mill-pożizzjoni li kienet ittieħdet qabel.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, jien kelli ċ-ċans niltaqa' ma' dawn il-persuni u meta fehimthom li dan l-isptar ma rridux nħarsu lejh bħala entita' waħidha imma ridna naraw kif se jikkorelata mar-riformi fil-kura primarja u f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur ta' l-anzjani, apprezzaw is- serjeta' li biha qed nieħdu dan il-proġett u żammew il-commitment li kellhom qabel.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, naf li l-Ministru bħall-ministri ta' qablu, inkluż jien, qed ikun iffaċċjat bil-problema ta' nuqqas ta' tobba fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Pero' ta' min ifakkar li meta kien ġie ppreżentat rapport li kien sar mill-persuna li llum tokkupa l-pożizzjoni ta director general, li kien fih suġġerimenti għal diskussjoni flimkien mar- rappreżentanti tal-ħaddiema rigward il-possibbilta' li ċerti ċentri tas- saħħa jingħalqu fil-għaxija, dan ma kienx ġie aċċettat min-naħa l-oħra.", "Issa llum qegħdin wasalna fis-sitwazzjoni li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara diġa' qed ikun magħluq fil-għaxija.", "Jien informat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar ftehim ma' grupp ta' tobba privati.", "Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern in vista tal-kritika li kienet saret lill-gvern preċedenti fuq xi ħaġa li kienet suġġerita lilu pero' li ma kenitx ġiet aċċettata politikament?", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, naħseb li l-ħabib tiegħi jaqbel miegħi li l-problema ta' nuqqas ta' tobba rridu nidħlu fiha fil-fond biex naraw eżattament x'inhi r-raġuni li dawn it-tobba m'humiex qegħdin jibqgħu fis-servizz.", "Ħafna mill-problemi li jiltaqgħu magħhom it-tobba li jaħdmu fil-kura primarja huma dovuti għall-fatt li n-nies donnhom għadhom m'humiex edukati biżżejjed dwar l-użu tas-servizzi li huma pprovduti b'xejn u xi kultant anke jabbużaw minnhom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-programm elettorali tagħna jsib li bħala gvern aħna impenjati li mhux biss noffru dak kollu li huwa possibbli fil-kura primarja imma li naraw il- possibbilta', wara diskussjonijiet ma' l-unions, li s-settur tas-saħħa jinqata' kompletament miċ-ċivil.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu noffru iktar kondizzjonijiet vantaġġjużi lit-tobba żgħar tagħna.", "Barra minn hekk, b'mod attiv qegħdin inħarsu lejn sistemi għal openings aħjar għat-tobba tagħna li biex jimxu 'l quddiem fil-karriera m'għandhomx għalfejn bilfors imorru jispeċjalizzaw barra minn Malta imma jkun jistgħu jieħdu din l-ispeċjalizzazzjoni f'pajjiżna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 52 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar l-Awtorita' tad- Djar (Trasferiment ta' Proprjeta') (Nru 2);", "Tagħrif dwar computers fid-dikasteru li għalih jien responsabbli bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3597;", "Tabelli li juru l-għadd ta' persuni miż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn li kienu jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru bejn Settembru 1998 u Jannar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5174;", "Tabella li tagħti t-total ta' l-applikazzjonijiet pendenti quddiem id- dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali sat-3 ta' Marzu 1999 maqsuma skond il-lokalita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5203;", "F'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar computers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3599.", "F'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar computers fid-dikasteru li għalih hu responsabbli l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3598.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea:", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tabella li tagħti tagħrif dwar għalliema u assistenti kapijiet ta' skejjel li bdew jaħdmu f'segretarjati jew uffiċċji ta' ministri jew segretarji parlamentari minn Settembru 1998, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5199.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru. 51 ta' l-1999 – Regolamenti ta' l-1999 dwar Taxxa fuq il- Valur Miżjud (Ħlas lura ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud);", "Avviż Legali Nru. 53 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Dikjarazzjoni minn Persuni Eżentati).", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar sejħiet għall-mili ta' vakanzi f'diversi gradi fil-Maltacom plc u d-dati li fihom saru l-aħħar sejħiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4661.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Kopja tar-reklami li għamlet f'ġurnali l-Foundation of Medical Services bejn il-5 ta' Settembru 1998 u Frar 1999, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5217.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Gonzi.", "MESSAĠĠ TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għandi messaġġ tal-President:", "Ugo Mifsud Bonnici President", "Il-President ta' Malta, filwaqt li jagħmel riferenza għas-sentenza mogħtija mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fis-7 ta' Jannar, 1997 fuq ir- Rikors Kostituzzjonali numru 544/96 AJM fl-ismijiet Mario Buttigieg proprio et nomine versus l-Avukat Ġenerali et, liema sentenza kienet iddikjarat li l-Artikolu 602 abbinat ma' l-Artikolu 640 kif ukoll l- Artikolu 822 tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16 tal-Liġijiet ta' Malta) jilledu l- Artikoli 14 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ifakkar lill-istess Kamra tad-Deputati li din l-istess sentenza ġiet notifikata lilha uffiċjalment b'ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti li ġġib id-data ta' l-20 ta' Jannar, 1997.", "Il-President ta' Malta jħeġġeġ lill-Kamra tad-Deputati biex tieħu l- miżuri leġislattivi neċessarji biex iġġib il-Liġijiet Ċivili ta' Malta konformi ma' l-istess Konvenzjoni kif indikat fl-istess sentenza u dana fi żmien qasir.", "19 ta' Frar 1999", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jista' jekk jogħġbu l-kollega tagħna jispjegalna x'hemm f'dan il-messaġġ għaliex ħlief numri, ittri u riferenzi ma smajniex u naħseb li għandna nkunu nafu di che cosa si tratta.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħama jafu l-Onor.", "Membri, meta jkun hemm sentenza tal-qorti li bis-saħħa ta' dik is-sentenza xi artiklu ta' xi liġi jiġi ddikjarat li jmur kontra d-drittijiet fundamentali jew jilledi l- Kostituzzjoni, l-obbligu tar-reġistratur tal-qorti jkun li jibgħat kopja ta' dik is-sentenza lill-iSpeaker tal-Parlament li min-naħa tiegħu jqegħidha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa fil-messaġġ tiegħu l-President qiegħed jagħmel riferenza għal sentenza li kienet ingħatat fl-1997 u skond il-liġi qiegħed iħeġġeġ lill- Kamra biex tieħu nota ta' dik is-sentenza biex jittieħdu l-passi li hemm bżonn u tinbidel il-liġi.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, oġġett taqrah mod u tisimgħu jinqara mod ieħor, jiġifieri issa qed nifhem x'inhi l-istorja.", "L-Eċċellenza Tiegħu l-President qed jiġbdilna l-attenzjoni li hemm ċerti artikoli fil-liġi li jridu jinbidlu, pero' dan m'huwiex qed isir minħabba l-kontenut tal-kawża li fil-fatt waslet għal bdil ta' dawn ir-regolamenti.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għall-iskop ta' dan l-eżerċizzju l-mertu nnifsu tal-kawża huwa irrelevanti u ma nidħlux fih.", "Il-messaġġ tal-President ifisser li l-parlament qed tinġibidlu l-attenzjoni li għandhom jittieħdu l- miżuri sabiex il-liġi tiġi emendata u tiġi konformi mal-Kostituzzjoni.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kont napprezza kieku ġiet mgħoddija lilna kopja ta' dan il-messaġġ tal-President minn qabel ħalli għallinqas konna nkunu nafu x'se jingħad f'dan il-parlament mill-bidu.", "ONOR.", "LAWRENGE GONZI: Naturalment il-messaġġ tal-President huwa parti mil-formalita' imma jekk ikollna każ ieħor - pero' nittama li ma jkollniex - inkunu nistgħu navżaw lill-oppożizzjoni fil-bidu tas-seduta jew malli nkunu nafu bil-proċedura li tkun se ssir.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR SELF LOKALI (STOCK U TITOLI REĠISTRATI)", "LOCAL LOANS (REGISTERED STOCK AND SECURITIES) (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "Ikompli mit-3 ta' Marzu, 1999.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Noel Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, kif kont qed nispjega fil-bidu tad- diskors tiegħi, m'hemmx dubju li quddiem liġi bħal din l-Oppożizzjoni Laburista bilfors trid titkellem dwar dak li tabilħaqq qed jinkwetaha u tirrimarka kemm hija skorretta u 'l bogħod mill-verita' l-kritika tal- Gvern Nazzjonalista li qed jerġa' jiġi lura f'dan il-parlament biex jissellef ammont sostanzjali ta' flus sabiex ipatti għad-djun li ħalliet l- amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti.", "Il-verita' hija li dan l-istess kejl irid jissarraf fuq numru ta' fatturi li prattikament ċ-ċittadini bħalna qegħdin jinnotaw.", "U hawnhekk irrid insemmi l-eżempju ta' l- investiment li sar fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.", "Minkejja l- miljuni kbar li ntnefqu fuq dan il-proġett, sal-lum l-ajruport għadu m'huwiex attrezzat b'underground parking meta aħna nafu li n-numru ta' turisti li jżuruna kull sena huwa kważi tliet darbiet aktar mill- popolazzjoni tagħna.", "L-aħħar darba kont qed nispjega wkoll li skond l-estimi ta' din is-sena l-ministru tal-finanzi qed jipproġetta li jiġbor Lm60 miljun mit-taxxi u mill-permessi li jridu jitħallsu mis-self-employed u minn min jaħdem fil- qasam ta' l-industrija.", "Meta wieħed iqis li fuq id-dejn diġa' akkumulat jridu jitħallsu 'l fuq minn Lm64 miljun f'imgħaxijiet, wieħed ikompli jiġġustifika l-kritika li qed issir mill-oppożizzjoni li qed tipprova tħeġġeġ lil dan il-parlament biex jikkonsidra bis-serjeta' sitwazzjoni li suppost għandha ttejjeb il-qagħda finanzjarja u ekonomika ta' pajjiżna u sitwazzjoni li tabilħaqq tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-poplu tagħna.", "Għalhekk bilfors wieħed irid jara x'ġara f'pajjiżna bejn is-26 ta' Ottubru, 1996 u l-5 ta' Settembru, 1998 u x'ġara minn dakinhar 'l hawn.", "Jien nistaqsi: Possibbli li l-Gvern Nazzjonalista għadu jemmen li l- attivita' ekonomika tabilħaqq miexja 'l quddiem?", "Veru li l-bidliet li seħħew matul dawn l-aħħar xhur minn gvern li suppost kellu jispira fiduċja u jagħti direzzjoni lil pajjiżna qegħdin tabilħaqq jimlew bwiet il- ħaddiema li qed irabbu t-tfal u bwiet il-pensjonanti tagħna?", "Per eżempju, jien irrid infakkar li l-Gvern Laburista preċedenti kien qed jaħdem sabiex jinstab xogħol alternattiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk għaliex sfortunatament l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 ma kellhiex daqstant viżjoni dwar kif tista' toħloq proġetti ġodda għal dawn il-ħaddiema.", "Fil-fatt l-amministrazzjoni Laburista kienet iddeċidiet li parti żgħira mill-ħaddiema ta' Kalaxlokk jibdew jagħmlu x-xogħol tar-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa.", "Naturalment dan ma kienx sempliċement xogħol ta' riabilitazzjoni li dawn il- ħaddiema kienu esperjenzaw fis-snin l-imgħoddija imma kienet proprju teknika ġdida maħduma minn gvern għaqli, matur u li tabilħaqq kien qabad ir-ritmu sabiex jibda jindirizza ċerti sitwazzjonijiet f'pajjiżna.", "Illum il-ġurnata ħadd ma jista' jinnega li din is-sistema hija aċċettata għaliex mhux biss tirrispetta l-flora u l-fawna f'pajjiżna imma fiha l- mekkaniżmu sabiex tipproteġi l-hydrology, il-ġeoġoloġija u l-ekoloġija u tiffranka numru ta' problemi li diversi gvernijiet iltaqgħu magħhom meta wara li kienu jkunu rranġaw il-ħitan fil-widien, jerġa' jiġi l-maltemp u dawn jerġgħu jispiċċaw fil-wied.", "Wieħed irid jifhem li kull gvern jara kif joħloq taxxi ġodda ħalli mhux biss isostni finanzjarjament l-laboratorji neċessarji u d-dipartimenti tas-saħħa u ta' l-agrikoltura sabiex ikunu konformi mal-kondizzjonijiet imposti mill-WHO u mill-FAO imma biex ikun jista' jħares ukoll l-ambjent naturali ta' pajjiżna.", "IIlum il-Gvern Nazzjonalista qed jibgħat il-pagi d-dar lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk għaliex qed jgħid li m'għandux xogħol għalihom u ma ndenjax ruħu jagħtihom iċ-ċans li jkomplu jagħmlu dak ix-xogħol li kienu qed jagħmlu.", "L-oppożizzjoni tkun qed tagħmel xi ħaġa ħażina meta tgħid li l-gvern irid jindirizza l-problemi ekonomiċi u finanzjarji li għandu l-pajjiż.", "Għamel xi ħaġa ħażina il-Gvern Laburista preċedenti li wera ftit rispett kemm lejn il-ħaddiema tal-Kalaxlokk u bagħathom jaħdmu biex iżomm l- ambjent rurali ta' pajjiżna fi stat tajjeb?", "L-Oppożizzjoni Laburista tkun qed taqbeż il-limitu meta lill-Gvern Nazzjonalista tfakkru li hija tirrappreżenta 47% tal-poplu, li għandha vuċi kredibli, li temmen fil-ġid komuni u trid tara li tabilħaqq pajjiżna jitmexxa fuq l-iktar linji u strutturi professjonali li tabilħaqq jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli meħtieġ għal pajjiżna?", "Irrid infakkar li l-Gvern Laburista preċedenti kien ta nifs lil ċerti żoni turistiċi bħalma huma Buġibba u Wied il-Għajn, fejn tabilħaqq sar l-upgrading neċessarju u r-refurbishment ta' ċerti toroq f'dawn iż-żoni, li jilqgħu fihom 'il fuq minn 60% tat-turiżmu.", "Dawn kienu kollha inzijattivi li beda Gvern Laburista.", "Il-pajjiż huwa għatxan għal inizjattivi u għal xogħlijiet ta' din ix-xorta li jistgħu jagħtu spinta lill-ekonomija tagħna.", "Konna aħna nafu li permezz tal-proġett dwar l- agro-turiżmu u l-eco-tourism ikkejterjajna għal dawk it-turisti li kienu jinteressaw ruħhom f'dawn l-affarijiet u tajna nifs ġdid biex inkunu nistgħu nirranġaw l-għamara li għandna abbandunata u traskurata fl-irħula tal-gżejjer tagħna.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-bini tal-fabbrika l-ġdida tal-ħalib.", "Taħt l-amministrazzjoni Laburista kien intlaħaq ftehim bejn ir-raħħala, id- dipartiment ta' l-agrikoltura u l-ministeru ta' l-industrija li jekk kemm- il darba l-awtorita' ta' l-ippjanar tapprova l-permessi fuq is-sit propost biex tinbena l-fabbrika ġdida tal-ħalib, id-dipartiment ta' l-artijiet jgħaddi l-art lill-korporazzjoni għall-iżvilupp biex imbagħad isiru l- arranġamenti neċessarji.", "Sa qabel ma nżilna mill-gvern din kienet is- sitwazzjoni.", "Sal-lum is-sitwazzjoni għadha l-istess u se nikkwota mistoqsija li wieġeb l-ministru konċernat lil sieħbi l-Onor.", "Bartolo fejn qallu: \"Ġie identifikat sit u qed jiġi propost lill-awtorita' ta' l- ippjanar.\".", "Imma possibbli li fuq proġett ta' Lm8 miljun, li se jiġi ffinanzjat mill- istess koperattivi tar-raħħala, u li huwa essenzjali għal pajjiżna għaliex għad għandna fabbrika li ilha tiffunzjona għal dawn l-aħħar 42 sena, għadna fl-istadju li qed jiġi propost lill-awtorita' ta' l-ippjanar?", "Allura bilfors ikollna nikkonfermaw li s-slowdown ekonomiku fil-pajjiż huwa tort ta' l-amministrazzjoni irresponsabbli tal- gvern preżenti.", "Kif jista' jkun meta naraw dawn l-affarijiet ikollna fiduċja li b'xi mod jew ieħor il-problemi ekonomiċi ta' pajjiżna qed jiġu indirizzati?", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Josef Bonnici qal li aħna konna inkonsistenti u konna qed noħolqu problema serja fl-industrija tal-fish farming.", "Jien m'iniex xi professur bħalu pero' qgħadt nipprepara ftit statistika u għamilt ftit riċerka biex almenu meta nkun qed nikkomunika ma' sieħbi, l- Onor. Josef Bonnici jifhem li għalkemm forsi m'għandix il-melħ kollu li għandu hu imma kapaċi nikkomunika.", "Bħala kelliemi ta' l-oppożizzjoni fuq dan is-settur, irrid ngħid li jien fiduċjuż li d-direzzjoni tagħna kienet waħda li tat nifs ġdid lil dan is-settur u se ngħid għaliex.", "Possibbli li l-ministru ma jafx li waħda mill-problemi li teżisti fl- industrija tal-fish farming mhux biss f'Malta biss imma fil-Mediterran hija l-problema ta' l-ispejjeż kbar għall-feed tal-ħut għax jinvolvi iktar minn 30% spejjeż?", "Irid jinstab mezz kif jitnaqqsu dawn l-ispejjeż għaliex inkella din l-industrija fil-Mediterran li qed tikber minn sena għal oħra ma tibqax ekonomikament vijabbli.", "Possibbli li meta għandek problema bħal din nibqgħu nwaħħlu fil-kwestjoni tal-15%?", "Il-ministru ma jafx li l- Isvizzera li tinsab fil-qalba tal-pajjiżi Ewropej pero' ma tifformax parti mill-Unjoni Ewropea tista' tixtri dan il-ħut?", "Fl-1990 il-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea pproduċew madwar 4,500 tunnellata awrat u spnot", "Issa 'l quddiem nispjega l-kritika bla sens li kienet issir min-naħa ta' l- Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar il-free trade u l-qasam ta' l- agrikoltura.", "Aħna nafu li peress li l-levy fuq il-laħam frisk proċessat niżlet minn 90c għal 10c, illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn diġa' għandna muntanja kbira ta' laħam maħżun fil-biċċerija tal-gvern.", "Għaliex dan il- laħam qed jinħażen u m'huwiex qed jinxtara?", "Kienet saret sistema li kienet tissejjaħ il-beef intervention scheme illi kienet tinċentiva lir-raħħal biex iġib Lm80-il qantar għal-laħam tal-baqar u Lm126-il qantar għal-laħam ta' l-għoġġiela.", "Issa biex il-gvern ikun jista' jara li din is-sistema tabilħaqq tiffunzjona tajjeb - u wieħed irid jgħid li din kienet miżura tajba - kien joħroġ il-kumplament tal-flus sabiex jixtri dak il-laħam li ma jkunx ġie kkonsmat la mill-ħwienet tal- laħam u lanqas mill-istabilmenti turistiċi u mil-lukandi u mbagħad dan il- laħam li kien jixtri kien inaddfu u jittrimmjah biex jerġa' jbigħu lill- industrija lokali ta' l-ipproċessar.", "Imma min se jmur jipproċessa l-laħam jekk ma jkollux protezzjoni fuq dak li jiġi importat?", "Allura min-naħa għandek l-Unjoni Ewropea li qed tagħti prezzijiet baxxi lir-raħħala u lill- bdiewa tagħha u fl-istess ħin l-konsumatur Ewropew qed ikollu jħallas prezzijiet għolja u min-naħa l-oħra pajjiżna qed jixtri dak il-laħam li tabilħaqq ikun issussidjat biex il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea jeħilsu mill-over-production li jkollhom.", "Jekk nafu li l-GDP ta' dan is-settur f'pajjiżna huwa ta' 3% u skond id-WTO ġaladarba qed nitkellmu fuq attivita' li ma taqbiżx iktar mill-20% tal-GDP lokali allura hemm raġunijiet ċari li din il-levy tista' tibqa' tiġi mposta, allura aħna min- naħa tagħna nkunu qed inxewxu lill-bdiewa, lir-raħħala, lis-sajjieda u lill- agro-industrija meta nuruhom x'inhi s-sitwazzjoni fil-pajjiż?", "Sur President, illum qegħdin f'sitwazzjoni f'pajjiżna fejn għalkemm il- Gvern qed jgħid lil dawn is-setturi biex jimmodernizzaw u qed jgħid lir- raħħala biex iżommu l-merħla nazzjonali iktar produttiva fl-istess ħin qed joħloq numru ta' problemi ekonomiċi meta qed iżarma l-levies.", "Aħna ma nistgħux nibqgħu naċċettaw dawn it-tip ta' miżuri mingħajr ma niddiskutuhom għaliex jekk se noqogħdu nagħmlu tip ta' intervention schemes fuq diversi prodotti oħra għaliex forsi dak il-prodott partikolari ma jġibx prezz baxx bħalma jġib l-istess prodott fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea allura se nispiċċaw nitilfu l-flus u jkollna nżidu t-taxxi għaliex jekk ma jkollniex il-levies ta' protezzjoni minn x'imkien iridu jiġu l- flus.", "L-ewwelnett qabel ma noqogħdu ngħidu li l-flus jiġu mill-Unjoni Ewropea rridu nkunu nafu x'tissussidja l-Unjoni Ewropea.", "Safejn naf jien, aħna ma tantx inkabbru ċereali u qamħ.", "Waħda mill-ġlidiet kbar li hemm fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea hija li l-Unjoni se tnaqqas 30% tas- sussidju li tagħti u barra minn hekk l-Unjoni Ewropea qed tiġi mbottata mid- WTO sabiex jekk jista' jkun sas-sena 2010 tneħħi wkoll is-sussidju kollu lis-setturi ta' l-agrikoltura u sajd.", "Sur President, fir-realta' l-gvern m'huwiex tabilħaqq jindirizza l-prijoritajiet u l-ħteġijiet ekonomiċi tas- settur agrikolu f'pajjiżna.", "Bħalissa fl-Unjoni Ewropea qed jissikkaw ħafna ħalli s-settur tal- produzzjoni agrikola jkun ħieles mill-bexx, mis-sustanzi artifiċjali u mill- kimika u qed jaħsbu biex jintroduċu taxxi ġodda fuq il-prodotti tal-bexx ħalli jġibu f'livelli l-inqas possibbli l-maximum residue levels kemm fil- produzzjoni lokali u kif ukoll fil-prodotti esportati.", "Allura jekk lill- bdiewa tagħna qed ngħidulhom li l-Unjoni Ewropea se tagħtihom iktar ċans li jsibu suq kbir u li jkunu jistgħu jesportaw ħafna tip ta' ħxejjex u prodotti oħra - għalkemm dawn l-affarijiet iqanqlu diversi mistoqsijiet pero' m'għandix il-ħin li nitkellem fuq dawn l-affarijiet - kif mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma sar l-ebda programm edukattiv biex il-bdiewa, kemm dawk li jkabbru fl-uċuħ tar-raba' u kif ukoll dawk li jkabbru fis-serer, jiġu aġġornati dwar il-maximum residue levels li jridu jsostnu kemm-il darba pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?", "Kif isiru numru ta' mistoqsijiet parlamentari biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ekonomika ta' dan is-settur ...", "Issa m'aħniex qed nitkellmu fuq id-daqs jew fuq il-grading tal-prodott li l-Unjoni Ewropea tista' twaħħal multi lill-venditur jew lill-hawker jekk il-prodott ma jkunx up to specifications, imma qed nitkellmu fuq dak li nipproduċu aħna għall- konsum lokali, għas-settur turistiku u għall-esportazzjoni, għaliex aħna nafu li mas-sena 2000 l-Unjoni Ewropea se tkun iebsa u se tittestja l- livelli ta' residwi li jkollu l-prodott.", "Huwa importanti li ċertu esportazzjoni li ilna ngawdu għal mijiet ta' snin inżommuha u għalhekk rridu naraw li minn dan is-seklu nidħlu f'seklu ieħor b'inqas problemi u mhux inżiduhom.", "Kif nistgħu nemmnu lin-naħa l-oħra meta kien hemm diġa' pjanijiet maħsuba biex fil-farm esperimentali tagħna jsir tkabbir tal- patata b'mod organiku ħalli l-uffiċjali tagħna jifhmu x'għandna bżonn sabiex naġġornaw is-sistema xjentifika tagħna u nkunu nistgħu ngħinu lill- bdiewa u fl-istess ħin nissuġġerixxu lill-gvern x'għandu jiddiskuti ma' l- Unjoni Ewropea, pero' minn dan kollu għadu ma sar xejn?", "Kif nistgħu ma niġux hawn u ma nikkritikawx dawn l-affarijiet?", "Għaliex qed isiru dawn l- iżbalji li jirriflettu fuq is-settur ta' l-agrikoltura f'pajjiżna?", "L-oppożizzjoni għadha ssostni li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea jiżdied il-qgħad f'pajjiżna.", "Issa aħna nafu li f'pajjiżna għandna numru ta' street hawkers u l-gvern huwa obbligat li jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn in- nies għaliex għada pitgħada ħobżhom se jkun mhedded u jridu jaraw minn fejn se jkun sostnut u fejn se tikber l-espansjoni ekonomika ta' dan is- settur partikolari.", "Aħna naslu għall-konklużjoni li l-gvern mhux veru qed jifhem x'inhuma l-obbligi tiegħu biex itejjeb il-qagħda ekonomika ta' pajjiżna u jtaffi l-problemi finanzjarji li għandu l-pajjiż għaliex kieku ma niġux f'sitwazzjoni fejn minkejja dawn it-taxxi kollha u minkejja s- sitwazzjoni li aħna dejjem ipprovajna nikkordinaw fit-22 xahar li għamilna fil-gvern biex ma nkunux ħalja imma konna qed nipprovaw nagħmlu dak li kien possibbli sabiex flimkien mal-ħaddiema u ma' l-industrijalisti tagħna ntaffu parti mill-ispejjeż kbar li kellu l-gvern ...", "Min irid jidħol fl- Unjoni Ewropea?", "Min irid inaqqas il-ħaddiema minn ma' l-Enemalta biex ma jkollhiex nies żejda?", "Il-gvern qed jipprova jdawwarha li dan jista' jsir biex il-konsumatur ma joqgħodx iħallas għal spejjeż żejda.", "Imma mbagħad dawn in-nies fejn se jmorru jaħdmu?", "Wara ħames snin il-gvern suppost ikun laħaq ingrana u pproġetta lilu nnifsu sabiex verament jiġu ndirizzati l- problema finanzjarji u ekonomiċi tal-pajjiż.", "Aħna rridu nifhmu x'se jsir mill-futur ta' pajjiżna!", "Jiena qed nitkellem biss fuq is-settur ta' l- agrikoltura imma nista' nsemmi sitwazzjonijiet oħra li żviluppaw f'pajjiżi oħra bħal fil-Portugall u fi Spanja, fejn numru ta' żgħażagħ llum qed jilmentaw illi m'humiex isibu xogħol minkejja li ħafna minnhom studjaw il- lingwi biex isibu xogħol fis-settur turistiku.", "Sfortunatament, minkejja li l-attivita' tat-turiżmu f'dawn il-pajjiżi hija għolja, xorta waħda dawn iż-żgħażagħ m'humiex isibu xogħol għar-raġuni li żgħażagħ oħra li ġejjin mill-pajjiżi li jitkellmu dik il-lingwa partikolari qed jeħdulhom dawk il-postijiet vakanti.", "Allura kif aħna gżira żgħira b'poplu li dejjem għaraf x'kienu l-isfidi li kellu quddiemu bilfors irridu ngħidu li triqtna hija l-Unjoni Ewropea?", "Il-verita' hi li l-poplu tagħna dejjem għaraf jifhem x'inhuma l-isfidi tiegħu pero' sfortunatament għandna gvern illi jaħseb li l-unika triq biex pajjiżna jfejjaq il-problemi ekonomiċi u finanzjarji li għandu hija billi jissieħeb fl-Unjoni Ewropea ħalli jkun jista' jġib is-sussidji.", "Għall-Gvern Nazzjonalista dan huwa l-uniku mekkaniżmu li jista' jinċentivah biex jingrana u biex itejjeb l-istrutturi tiegħu ħalli jkun jista' jsolvi numru ta' diffikultajiet illi ilhom jakkumulaw is-snin!", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh illi fil-pajjiż jeżistu problemi li s'issa l-ebda gvern m'għadu għaraf jittekilja.", "U waħda minn dawn il-problemi li għalkemm issemmiet kemm-il darba f'dan il-parlament ftit tingħata importanza hija l- kwestjoni ta' l-esportazzjoni.", "Jekk nafu li rridu nsostnu ċertu investiment illi permezz tiegħu jinħolqu iktar opportunitajiet ta' impjiegi u nemmnu li s-settur ta' l- agro-industrija se jsib numru ta' swieq jistennewh u allura l-produzzjoni kollha li se jkollna fil-futur m'hijiex se tiġi affettwata minn dak li jiġi mportat bla levy f'pajjiżna, jien nistaqsi: Baqa' spazju biex is-settur tal-biedja f'pajjiżna jkun mogħti l-għajnuna u d-direzzjoni li jrid biex jikber ħalli jkun jista' jlaħħaq ma' l-isfidi li l-Gvern Nazzjonalista qed jgħid illi jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea?", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn nirrikonoxxu li dan huwa settur importanti għal pajjiżna u li se nsostnuh b'finanzi adegwati sabiex jirriforma u jtejjeb l-attivita' u l-iżvilupp xjentifiku li jeħtieġ, imma mbagħad noqogħdu lura milli nispjegaw dawn il- bidliet neċessarji.", "U dan qed jiġri f'oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur.", "Fis-settur ta' l-agrikoltura s'issa dejjem konna f'sitwazzjoni li, tajjeb jew ħażin, dejjem serħitna u kull min ħaddem rasu ma kellux għalfejn jiġi quddiemna d-deputati biex nagħtuh ix-xogħol.", "Is-self-employed kollha f'dan is-settur jikkontribwixxu Lm60 miljun fis- sena f'permessi neċessarji u qed ngħidu li se nkomplu nżidulhom biex inkomplu niġbru aktar taxxi ħalli nkomplu nindirizzaw ċerti sitwazzjonijiet.", "Imbagħad niġu f'din il-Kamra u nressqu liġijiet biex isir iktar self u min jaf x'għad irridu niddiskutu f'din il-Kamra!", "Sur President, hemm bżonn illi nifhmu li s'issa l-Gvern ma rnexxielu inissel l- ebda fiduċja.", "Il-kelma taċ-ċittadini hi li l-Gvern Nazzjonalista għadu ma ngranax u għadu ma bediex joħloq dak il-ġid illi qal illi se joħloq.", "Kulma għamel s'issa kien li ħoloq numru ta' sitwazzjonijiet illi aġevolaw lil ċertu kategorija tas-soċjeta' tagħna, pero' l-kategorija tan-nies tax- xogħol qed jaraw inkwiet kbir u disfatti kbar illi qed jolqtuhom bl-iktar mod goff.", "Biżżejjed insemmi l-problemi kbar illi qed jiffaċċjaw il- pensjonanti ta' pajjiżna.", "Nagħlaq billi nikkwota minn mistoqsija riċenti li għaliha weġibni l- ministru tal-finanzi fejn qalli li f'pajjiżna għandna 'il fuq minn 4,500 pensjonant li minkejja li ħadmu għal aktar minn 30 sena baqgħalhom jieħdu refunds ta' l-income tax.", "Jiena kont nemmen li dan il-gvern li jgħid li l- flus m'humiex problema, se jiġġenera soluzzjonijiet għal problemi li ħoloq hu stess tul is-snin u li sfortunatament aħna ma lħaqniex solvejna fi 22 xahar.", "Għandna nifhmu li l-ħajja dejjem qed tagħfas fuq l-iktar nies illi jiddependu għall-għajxien soċjali tagħhom mill-pensjonijiet.", "Jien ma nistax nifhem kif sitwazzjonijiet bħal dawn illi żgur ma jinvolvux miljuni kbar ta' liri ma jiġux solvuti biex dawn in-nies li għadhom qed jiġu mċaħħda minn dak li huwa dovut lilhom jingħataw ir-rispett illi jixirqilhom wara karriera ta' snin twal ta' xogħol.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Nitlobkom biex kemm jista' jkun iżżommu mas-suġġett tal-liġi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nieħu gost b'din ir-rimarka għaliex dak huwa l-iskop ta' l-intervent tiegħi.", "Fil-fatt għalkemm quddiemna għandna abbozz ta' liġi li jittratta materja strettament finanzjarja, spiċċajna nitkellmu fuq l-għoġġiela, il-ħaxix, il-laħam u l- ħut, imma ovvjament kulħadd għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu bil-mod kif hu jaħseb illi jista' jikkontribwixxi għal dibattitu matur.", "Sur President, jien nemmen li f'din il-Kamra rridu ndaħħlu kultura li l- importanti mhux kemm indumu nitkellmu imma x'ngħidu u dan jgħodd għaż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-iskop ta' dan l-abbozz ta' liġi huwa li jneħħi l-bżonn tas-sinking funds għal self lokali.", "Pero' qabel nibda tajjeb illi nkunu ftit sempliċi u nispjegaw verament fil-qosor x'inhu l-iskop tas-sinking funds.", "U se nagħti eżempju.", "Nassumu li l-Gvern se jissellef Lm100 għal għaxar snin u allura xi darba jrid iħallsu lura dan id-dejn.", "Issa dan jista' jagħmlu b'żewġ metodi: Jista' jħallas Lm10 fis-sena għal għaxar snin jew iħallas is-somma globali ta' Lm100 wara li jgħaddu għaxar snin.", "Ovvjament fiż-żewġ każijiet irid iħallas l-imgħaxijiet fuq dak is-self.", "B'mod tekniku dawn jissejħu balloon loans.", "Issa l-għaqal jiddetta - u dan hu l-iskop wara l- introduzzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi - li jekk tista' tevita ħlas żejjed għandek tevitah, sija jekk tkun kap ta' familja, sija tkun kap ta' fabbrika u sija jew tkun gvern ta' pajjiż.", "Issa ħafna drabi l-gvern jissellef bis-7% permezz ta' dawk illi jissejħu treasury bonds - l- Amerikani jsejħulhom treasury bills - pero' dak l-ammont li jissellef jinvestih bil-5%.", "Dan ifisser li l-Gvern minn kull Lm100 jitlef Lm2 għaliex jinvesti bil-5% pero' jissellef bis-7%.", "L-iskop tas-sinking fund huwa li meta tagħmel dan is-self u trid tħallsu f'tant snin oħra, kull sena titfa' f'dan is-sinking fund somma ta' flus biex fl-aħħar ta' dak il- perjodu ta' snin issib dik is-somma f'dan il-fond u ħafna drabi l-gvern ikun qed jispiċċa jħallas aktar interessi milli fil-fatt ikun qed jiġġenera.", "Għalhekk il-gvern qed jgħid illi dawn is-sinking funds jikkontribwixxu għal extra payments u allura għandhom jitneħħew.", "Dik hija r-raġuni sempliċi għaliex dawn is-sinking funds għandhom jitneħħew.", "Pero' l-gvern qed ineħħi r-rekwiżit tas-sinking fund għal skop ta' loans domestiċi biss, jiġifieri meta l-gvern jissellef mingħand il-poplu Malti.", "Meta l-gvern jissellef minn fondazzjonijiet, istituzzjonijiet u banek internazzjonali, bħalma hija l-IMF, jintrabat b'ċerti kondizzjonijiet li jrid isir tant ħlas fis-sena bilfors u allura l-gvern se jżomm l-obbligu tas-sinking fund għal self internazzjonali.", "Pero' issa rrid niftaħ ftit l-ottika, kemm jista' jkun fil-qosor, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal- pajjiż.", "L-Onor.", "Noel Farrugia qal illi l-Gvern Nazzjonalista ħoloq ħafna problemi qabel l-1996 pero' Gvern Laburista ma rnexxilux isolvihom fis-sentejn li għamel fil-gvern.", "Imma din hi l-verita'?", "Tajjeb illi nfakkru li f'sentejn il-Gvern Laburista, immexxi minn partit maniġerjali u modern, kien qed jiddejjen Lm0.5 miljun kuljum.", "Issa dawn il-flus li kien qed jissellef kull sena kienu qed imorru biex jitħallsu l-imgħaxijiet, dak illi jissejjaħ id-debt repayment għaliex il-gvern, bejn wieħed u ieħor, f'sena jħallas Lm55 miljun imgħaxijiet fuq id-dejn.", "Nixtieq inkun naf x'għaqal kien ta' dan il-gvern maniġerjali, prammatiku u modern li kien qed idaħħal il- pajjiż f'dan il-kalvarju?", "U hawnhekk nixtieq insemmi eżempju ieħor tal- politika inkompetenti tal-Gvern Laburista fejn tidħol il-kwestjoni tal- hedging ta' l-Enemalta.", "Aħna smajna li dan l-aħħar l-Enemalta tilfet madwar Lm3 miljun fi ħlasijiet żejda f'sena waħda fuq xiri ta' żejt.", "Fi żmien Gvern Laburista l-Enemalta kienet intrabtet li tixtri ż-żejt b'tant prezz u għamlet il-hedging.", "Ħalli nispjega b'mod sempliċi x'inhu l-hedging.", "Fis- suq finanzjarju internazzjonali kumpanniji kbar li jixtru miljuni kbar ta' liri f'qamħ u żejt - l-Amerikani jsejħulhom il-commodities - jafu li l- prezz ta' dawn il-prodotti jista' jogħla jew jinżel u allura jintrabtu ma' min ikun se jbigħilhom li jixtru mingħandu tant kwantita' ta' żejt għal sena, pero' jekk jogħla l-prezz taż-żejt il-produttur huwa obbligat li jbigħulhom bil-prezz ta' dak li jkunu ftehmu fil-bidu.", "Allura jekk għall- grazzja ta' l-argument illum il-prezz taż-żejt ikun Lm5-il barrel u fi żmien sena jogħla għal Lm10, il-produttur taż-żejt xorta waħda hu obbligat jbigħulhom bil-Lm5-il barrel kif kienu ftehmu.", "Għal min hu tekniku jaf li dawn jissejħu l-futures contracts, jiġifieri kuntratti miftehmin illum għal tant żmien 'il quddiem pero' bil-kondizzjonijiet viġenti tal-lum.", "Fil-fatt l-Enemalta proprju għamlet dan it-tip ta' kuntratt u obbligat ruħha li tixtri ż-żejt tant xhur ilu meta suppost kienet taf - għaliex min jaqra x'qed jiġri fis-swieq internazzjonali ikun jafhom dawn l-affarijiet - illi ż-żejt kien qed jorħos.", "Fil-fatt f'dawn l- aħħar sena u nofs il-prezz taż-żejt niżel b'mod qawwi.", "Pero' minkejja dan l-Enemalta ntrabtet illi tixtri ż-żejt bi prezz ferm ogħla, bil-konsegwenza li f'sena waħda ħallset żejjed is-somma ta' Lm3 miljun.", "Issa dawn it-Lm3 miljun setgħu ntnefqu f'benefiċċji soċjali, fil-qasam ta' l-edukazzjoni u fil-qasam tas-saħħa.", "(Interruzzjonijiet) Onor Abela, kontu tiddejnu Lm0.5 miljun kuljum.", "Jien nieħu gost bl-interruzzjonijiet għax dak ifisser illi nkun qed noqros.", "THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Azzopardi, indirizza lis- Sedja.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jien naf li bħalissa f'pajjiżna mhux kollox ward u żahar pero' qegħdin f'sitwazzjoni aħjar milli konna sitt xhur ilu għaliex aħna għandna direzzjoni 'il fejn irridu mmexxu lil pajjiżna.", "Kif jgħid tajjeb il-Prim Ministru, min ma jafx fejn ikun sejjer jintilef.", "F'dawn l- aħħar sitt xhur aħna erġajna daħħalna l-fiduċja f'dan il-pajjiż pero' tajjeb li niftakru li l-fiduċja takkwistaha bil-mod imma titlifha f'ħakka t'għajn.", "F'dawn l-aħħar sentejn intilfet il-fiduċja f'dan il-pajjiż.", "Darba kont smajt professur Taljan jgħid li investitur għandu tliet attribwiti: Għandu memorja ta' iljunfant - jiġifieri jiftakar ħafna - għandu qalb dgħajfa - jiġifieri jibża' ħafna - u għandu saqajn ta' lepre, jiġifieri jiġri ħafna u appena jibda jixgħel ir-red light u jħoss l- inċertezza, jlebbet 'il hemm u jmur jinvesti f'post ieħor.", "U dak li ġara f'dawn l-aħħar sentejn.", "Ma ninsewx li t-taxxa ta' 15% li Gvern Laburista ntroduċa fuq id-dividends tal-banek naffret lill-investituri u s-sens ta' biża' u ta' inċertezza li nissel għadna nħossuha sal-lum.", "Kulħadd jaf kemm reġgħu ħarġu flus barra mill-pajjiż appena reġgħet daħlet il-capital assets declaration form!", "Gvern Laburista ntroduċa wkoll taxxa fuq l-użu tal-plastic money.", "L-għaqal kien jiddetta li tiġi introdotta taxxa fuq min idum biex jagħmel repayment u mhux fuq min jagħmel użu mill-plastic money!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Abela, sitt xhur għadhom għaddew u aħna għandna ħames snin fil-gvern u nafu fejn irridu nwasslu lil dan il-pajjiż!", "Nagħlaq billi ngħid li dan il-pajjiż qed jirpilja wara t-tisbita li ħa fi żmien l-amministrazzjoni Laburista u għalkemm għadu jħoss il-post- concussion syndrome qed jistejqer għaliex nafu fejn sejrin u nafu fejn se naslu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Mr Speaker, l-Onor.", "Jason Azzopardi għadu kemm qal x'tgħallem mingħand professur Taljan, pero' jien naċċertah li hawnhekk ma tantx għandna professuri għaliex dawk li saru professuri saru fi żmien Gvern Nazzjonalista meta kulmin kien Nazzjonalist u daħal jgħallem l-universita' sar professur u kulmin kien Laburist u kien jgħallem hemm għadu sal-lum jiġġieled biex jieħu dak li ħaqqu quddiem it-tribunal.", "Imma jien m'inix se nidħol f'dawn id-dettalji u ma jien qed innaqqas l- ebda mertu tal-Prof Josef Bonnici.", "Fil-fatt irrid nibda biex nirriferi għal dak li qal l-Onor.", "Membru meta kkritika lill-Gvern preċedenti Laburista għal dak li għamel f'inqas minn sentejn.", "Jien naħseb li bħalma n-naħa l-oħra kellha dritt tikkritika x'għamel Gvern Laburista aħna għandna dritt ukoll nikkritikaw x'għamel Gvern Nazzjonalista f'dawn is-sitt xhur li għaddew.", "Jien inserraħ moħħ il- Ministru Dalli li qed narah iniżżel xi punti li se nitkellem fuq il-liġi li għandna quddiemna.", "L-Onor.", "Bonnici qalilna li li fi żmien Gvern Laburista l-imgħaxijiet mill-foreign investment niżlu bin-nofs.", "Issa jien meta smajtu jgħid dawn l-affarijiet skantajt kif professur u wieħed mill- ministri ewlenin li għandu ħafna responsabbiltajiet - u forsi llum qiegħed jaqla' wkoll ħafna kritika għax ġie mgħobbi żżejjed - ma fehemx li dan huwa awgurju tajjeb għall-pajjiż u mhux bil-kontra.", "U se nispjega għaliex.", "Il-ministru suppost jaf li l-imgħaxijiet mill-foreign investment naqsu fi żmien Gvern Laburista għaliex il-flus li kienu barra minn Malta ġew investiti f'Malta.", "U nista' nagħti eżempju tal-fiduċja li kien ġab Gvern Laburista - mhux il-fiduċja ħolma li qal li se jġib il-Partit Nazzjonalista mill-elezzjoni ' l hawn - għax meta ħareġ Lm20 miljun f'bonds, it-talba tant kienet kbira li laħqet il-Lm100 miljun.", "Dan ifisser li kien hemm oversubscription u aħna kemm domna fil-gvern ma stampajniex flus bħalma sar fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt nixtieq li ssir domanda parlamentari biex naraw kemm kienu jiġu stampati flus fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Sur President, li ġara kien li dawn il- flus li kienu barra ġew repatriated taħt l-amministrazzjoni Laburista u allura bilfors li l-imgħaxijiet mil-foreign investment jinżlu għaliex jekk tnaqqashom min-naħa biex tinvestihom f'bonds jew f'xi ħaġa oħra, bilfors li l-imgħaxijiet se jonqsu.", "Dan huwa eżempju klassiku ta' kemm il- Gvern Nazzjonalista qed jipprova jqarraq għaliex meta tinterpreta l- istatistika, trid tinterpretaha fl-assjem kollu tagħha u mhux taqbadha minn denbha mingħajr ma taralha rasha.", "Din hija bħall-kwestjoni ta' l- Unjoni Ewropea. 'inhu jagħmel il-Gvern Nazzjonalista?", "Qed jagħmel bħal tal- leġġenda jiġri wara mara sabiħa fil-baħar u x'ħin jasal biex jaqbadha taħrablu minn taħt idejh u jispiċċa waħdu!", "(Interruzzjonijiet) Ikun ħela l-enerġija kollha għalxejn.", "Jien jiddispjaċini għall-Ministru Dalli li proprju f'dawn il-ġranet, meta qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi biex inneħħu l-fond ta' l- ammortizzament fuq il-fondi lokali, l-aġenzija internazzjonali Moody's - li hija waħda mir-rating agencies ewlenin li hemm bħala watchdog fuq il- pajjiżi kollha, l-istess bħalma hija Standard & Poor's - niżlet ir-rating għall-currency government bonds domestiċi b'ħames skaluni għal A3 rating, li hija l-inqas rating fil-kategorija A. Meta staqsew lill-Ministru Dalli dwar dan it-tnaqqis ipprova jtaffi daqsxejn billi qal li dawn l-aġenziji mhux kollha jagħtu l-istess rating u li jekk naraw ir-ratings ta' Standard & Poor's insibuhom daqsxejn differenti.", "Dan m'hu veru xejn għaliex normalment ir-ratings ta' Moody's ftit li xejn ivarjaw mir-ratings ta' Standard & Poor's. Nieħdu l-eżempju taċ-Ċina.", "Qed insemmi ċ-Ċina għaliex mill-pajjiżi kollha li hawn aħna qegħdin mal-faxxa taċ-Ċina; lanqas ta' Ċipru għaliex Ċipru huwa rated aħjar minna.", "Għal dak li huwa domestic loan tefgħuna fir-rata ta' A3, bħal Hong Kong, l-Emirati Għarab Magħquda u s-Slovenja.", "Issa meta qabbilt kif jagħtu r-ratings Moody's ma' kif jagħtuhom Standard & Poor's sibt li, per eżempju, Moody's liċ-Ċina tawhom A3 rating bħalna u Standard & Poor's tawha BBB+, li tiġi skaluna jew tnejn inqas; lil Hong Kong Moody's tawhom A3 u Standard & Poor's tawha A+, li tiġi skaluna 'l fuq; u lill-Messiku Moody's tawhom A3 u Standard & Poor's tawhom A. Dan juri li dak li qal il-Ministru Dalli m'hu veru xejn.", "(Interruzzjonijiet) Fejn hi l-fiduċja li tant ġejna bbumbardjati biha mill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni?", "Sur President, is-sinking funds huma forma ta' garanzija għaliex għallinqas qed iġġemma' biex tħallas lil min ikun tak kreditu.", "Issa l- ministru qalilna li s-sinking funds għall-foreign debt m'humiex se jitneħħew minħabba l-foreign exchange, pero' naħseb li anke fuq din il- kwestjoni huwa żbaljat.", "Issa jekk il-ministru verament irid jiġi emmnut li m'huwiex se jneħħi s-sinking funds għal foreign debt ...", "Sur President, ma rridx ninftiehem li qed nindirizza lill-ministru personalment imma qed nirriferi għall-Partit Nazzjonalista li llum sar partit ta' bla kreditu għaliex la l-Moody's m'huma qed jagħtuh kreditu, la l-avis ta' l-Ewropa m'hu qed jagħtih kreditu u se jispiċċa li lanqas il- poplu Malti m'hu se jagħtih kreditu!", "Il-Partit Nazzjonalista għadu qed idoqq id-diska li għadna ħerġin minn elezzjoni pero' jien ngħidlu li allaħares ma konniex aħna li lestejna ċertu xogħol.", "Forsi l-ġimgħa d- dieħla l-Onor.", "Fenech Adami jgħidilna li sibna ż-żejt, xogħol li bdejnih aħna wkoll.", "(Interruzzjonijiet) Aħna konna serji u fl-interess ta' pajjiżna ridna neħilsu mill-problemi.", "Ħalli nkompli fuq il-kwestjoni tal- foreign debt.", "Il-gvern qed jgħid li jrid iżomm is-sinking funds għall- foreign debt minħabba l-foreign exchange għaliex jista' jkollok gains and losses.", "Imma jien nistaqsi: Jekk il-gvern huwa komdu li jneħħi s-sinking funds għas-self lokali - jien qed ngħidlu biex ma jneħħihomx - u għandu rating tajjeb, ġew eżaminati metodi oħra kif nistgħu nissellfu minn barra billi nipproteġu ruħna xorta u forsi aħjar għall-eventwalita' ta' xi ċaqliq kontinwu minħabba l-munita barranija?", "Bilfors irid ikollok sinking funds għall-foreign debt?", "Jien m'iniex se ngħallem lill-Ministru Dalli - anzi jmissu jgħallimni hu - u ħdejh għandu lill-Prof.", "Bonnici, li jgħallimna żgur, għaliex jgħallem lill-istudenti ta' l-universita'.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk fl- interess ta' l-ekonomija tagħna ġewx eżaminati ċerti possibbiltajiet, bħalma hija l-iffriżar tal-valur tal-munita' jew jekk jistax isir xi tip ta' hedging.", "Sur President, irridu naraw kemm jaqbel lill-poplu Malti that we you eradicate completely dawn is-sinking funds.", "Issa kif telgħu b'mod allarmanti l-local debts?", "Dawn l-affarijiet m'iniex qed nivvintahom jien imma nsibuhom fl-istess avis li l-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Nazzjonalista.", "Il-ġimgħa l-oħra qrajt artiklu ta' Lou Bondi' fil-gazzetta - li żgur m'huwiex Laburist imma huwa wieħed min- Nazzjonalisti li dejjem għen lill-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali - fejn qal li d-deficit li għandu l-pajjiż tela' b'mod allarmanti taħt il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fil-fatt bejn bejn l- 1992 u l-1996, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, il-public debt tela' b'mod astronomiku tant li kien qed ikollna budget deficits qawwija.", "Meta tlajna aħna fil-gvern fl-1996 sibna li kien kważi tela' għal 90% of the GDP u mbagħad meta konna fil-gvern aħna fl-1997 baqa' tiela' b'2%.", "Meta tlajna fil-gvern aħna kellna l-istess problema tal-Brażil għaliex ridna naraw kif insewwu l-problemi li ħallewlna biex niffinanzjaw l-istess debitu.", "Is-sistema kienet kważi vvizzjata u għadha vvizzjata.", "Inutli li noqogħdu ngħidu li bdejna t-triq għaliex ma bdejna xejn, anzi kulħadd qiegħed iwerwirna.", "Jien nixtieq inkun naf jekk kenitx b'kumbinazzjoni li Moody's proprju f'dawn il-ġranet ħarġulna dan ir-rating għal domestic loans.", "Fil-fatt jien ipprovajt naqbad lill-Moody's fil-weekend biex jagħtuni xi ftit informazzjoni għaliex safejn naf jien dawn ma ġew imqabbda minn ħadd biex jagħtuna din it-tip ta' informazzjoni u meta ħarġu xi tip ta' rating dejjem ħarġuh għaliex kienu jkunu mqabbda.", "U jien ma nkun xejn sorpriż li jagħtuna xi ħasla wkoll fuq il-foreign debts.", "Għalhekk jaqbel li mhux niddikjaraw biss fil-parlament li s-sinking fund għal foreign debt m'aħniex se mmissuhom imma rridu nagħmlu ħafna iktar minn hekk jekk irridu nkunu kredibbli għaliex ma' dawn it-tip ta' aġenziji ma tantx tista' tilgħab.", "Bir-rispett kollu lejkom, ma tantx għandkom isem tajjeb ma' l-Amerikani!", "Il-Moody's hija aġenzija Amerikana, għalkemm ħafna minnhom huma Lhud li joqogħdu l-Amerika.", "Aħna konna nimxu ma' l-Amerikani u kellhom fiduċja fina.", "(Interruzzjonijiet) Lilkom lanqas l-Ewropa m'hi qed tafdakom għaliex kieku ma bellgħatilkomx avis bħal dak!", "Imisskom tlabtu avis iktar modest, inqas esaġerat u li bih stajtu timxu b'xi mod.", "Tatkom giljottina biex biha taqtgħu raskom stess!", "(Interruzzjonijiet) Dik affari takom.", "Aħna qatt ma konna se naċċettaw din il-kwalita' ta' teżi li tqażżek!", "(Interruzzjonijiet) Aħna konna wasalna ħafna iktar minnkom ma' l-Ewropa.", "(Interruzzjonijiet) Kieku l-Ewropa tistmakom u għandha fiduċja fikom, kieku sar avis b'daqsxejn iktar qalb ħanina u kienu jagħtukom il-wisgħa għad-diskussjonijiet fuq il-merti tas-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna, li kif jgħid l-avis stess ġibtuha b'idejkom stess!", "Il-public deficit żdied b'mod astronomiku taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "(Interruzzjonijiet) Jien inħobb naqra dwar l-iżviluppi ekonomiċi li jkunu qed iseħħu f'ċerti pajjiżi Latin-Amerikani pero' meta nibda nqabbel il- figuri nsib li aħna agħar mill-Brażil.", "Jien ma rridx nallarma nies imma naħseb li hemm toroq oħra minn fejn nistgħu ngħaddu.", "Kif nistgħu nibqgħu fuq dan l-avis ta' bla qalb?", "Min se joqgħod għal dan it-theddid li jiġu jgħidulna li għandna nkeċċu ċerti ħaddiema minn ċerti intrapriżi jew li ma nagħtux sussidji lix-Shipbuilding jew lill-Maltacom?", "Din hija s- serjeta' ta' pajjiżna?", "U issa rridu nneħħu s-sinking funds li forsi huma l- uniku kontroll li wieħed kien jista' jkollu fuq is-self lokali!", "Nieħu pjaċir naqra artikli fil-gazzetti li huma xhieda tal-preokkupazzjoni li hawn fuq din il-kwestjoni, anke minn membri tal-partit fil-gvern.", "Jien ma nkunx sorpriż jekk Moody's inaqqsulna wkoll ir-rating fuq il-foreign debts.", "Jien nappella lill-Ministru Dalli biex jaħdem aktar.", "(Interruzzjonijiet) M'hu qed nivvinta xejn.", "Ħalli naqralek biex nurik li m'iniex qed nivvinta.", "THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Dalli, on a point of order.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Moody's naqqsu r-rating fi żmien il-Partit Laburista fil-gvern u kienu qalu speċifikatament li naqqsuh minħabba l-friża ta' l- applikazzjoni ta' pajjiżna għall-Unjoni Ewropea u minħabba t-tneħħija tal- VAT.", "Din id-darba reġgħu kkonfermaw l-istess rating li kienu taw pero' qalu li qed jieħdu gost li qed jaraw li bdejna nirranġaw l-iżbalji li saru qabel.", "Din hija r-realta'.", "Meta naqraw irrdu nifhmu x'inhuma jgħidu.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Dan m'hu veru xejn.", "(Interruzzjonijiet) L- ewwelnett ma nafx kif reġa' biddel il-ħsieb tiegħu minn jumejn ilu meta qal li m'għandux fiduċja f'Moody's ...", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nitolbu jikkwotani fejn jien għidt li m'għandix fiduċja f'Moody's.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Meta l-ġurnalisti staqsewk fuq ir-rating il-ġdid ta' l-A3, għidtilhom li mhux billi jgħidu l-Moody's għaliex aġenziji oħra jistgħu jagħtuna rating aħjar.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għedt xejn minn dan li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jiġifieri ġejt ikkwotat ħażin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mill-kwotazzjonijiet ma jirriżultax li jien għedt li m'għandix fiduċja f'Moody's. Sur President, nitlob lill-Onor.", "Farrugia biex jgħid li jien m'għedtx li m'għandix fiduċja f'Moody's.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nieħu l-kelma tiegħek li int m'għedtx li m'għandekx fiduċja f'Moody's. (Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Jien meta qrajt il-gazzetti kont sorpriż għaliex bħala ministru tal-finanzi naħseb li għandek tanalizza dak kollu li jkun hemm imniżżel.", "Se naqra parti mill-press release tal-Moody's li għandha x'taqsam mar-raġuni prinċipali għaliex kien hemm dak ix-shift fir-rating:", "\"However in February 1999 the European Commission responded positively to Malta's renewed effort to join the European Union.", "The Commission however expressed a number of concerns about the direction of the economy and the failure to implement many of the policies that the Maltese government had agreed with the Commission in 1994.\".", "Jien nistaqsi: Min kien fil-gvern fl-1994?", "(Interruzzjonijiet) Matul l- 1994, l-1995 u l-1996 mhux talli ma implimentajtux dawn il-policies talli lanqas kontu kapaċi tressqu l-budget għall-1997.", "Il-Ministru Dalli kien raġel biżżejjed għaliex lill-Onor.", "Fenech Adami u lil sħabu qalilhom ...", "(Interruzzjonijiet) F'dawn is-sitt xhur ħdimtu ħażin u jien nixtieq inkun naf - biex ma niġi misquoted - jekk hux veru li tliftu l-fondi li kien hemm allokati mill-Unjoni Ewropea.", "Jien għandi informazzjoni li tliftu l- fondi ta' l-Ewropa għaliex ma ressaqtux l-proġetti li ridtu tagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Imma issa ilkom sitt xhur fil-gvern!", "Meta morna għall-elezzjoni tgħidx kemm għidtu affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Jien nispera li dawn il-fondi ma ntilfux pero' l-informazzjoni li għandi hija li diġa' ntilfu b'mod irrevokabbli.", "Il-poplu Malti kien sfortunat għaliex qabel l-aħħar elezzjoni bela' kollox u llum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn irridu nneħħu anke s-sinking funds.", "Qegħdin taħt l-ilma u kulħadd jagħtina fuq rasna!", "Sur President, jien ma naħsibx li kienet b'kumbinazzjoni li waqt li qed niddiskutu din il-liġi Moody's minn rajhom ħarġu b'dan ir-rating, pero' għan-naħa tal-gvern qisu ma ġara xejn u lill-ministru ma jinkwetahx il-fatt li proprju waqt li qed niddiskutu din il-liġi qegħdin nassistu għal din it-tbeżbiża min-naħa ta' Moody's?", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li dan huwa warning qawwi.", "Jien m'iniex qed ngħid li ma jistax ikun hemm żmien aħjar fejn wieħed ikun jista' jikkonsidra dak li għandna quddiemna llum imma għadna m'aħniex f'pożizzjoni li nagħmlu dan il-pass.", "Barra minn hekk, hemm dubji serji fuq il-kredibilita' u dawn l-affarijiet kollha m'humiex qed isiru b'kumbinazzjoni.", "Jien ngħid li żgur m'huwiex għaqli u l- mument opportun li jitneħħew is-sinking funds, l-uniku security għall- investitur iż-żgħir li nvesta fil-bonds, iktar u iktar issa li l-Moody's - li l-ministru għadu kemm stqarr li għandu fiduċja fihom - taw rating ta' A3, li hija l-iktar waħda 'l isfel fl-A rating, lil Malta's domestic currency government bonds.", "Hekk qalu dawn, sic et semplicitur.", "Sur President, jien napprezza li llum in-Nazzjonalisti qed jirrealizzaw l-iżbalji tagħhom ta' politika ta' inkontroll komplet imma l-verita' hi li Moody's u l-Ewropa qed jissorveljaw u naf ukoll - u jekk irid il- ministru nista' ngħidlu wkoll kif sirt naf - li anke l-foreign currency debts qegħdin ikunu ssorveljati minn Moody's u ma nkunx sorpriż jekk fil- ġimgħat li ġejjin joħorġu xi stqarrija oħra.", "Allura x'se nagħmlu issa?", "Se noqogħdu naqilgħu mingħand kulħadd?", "Aħna m'aħniex kapaċi minn dan il- parlament li nirreaġixxu billi naraw l-affarijiet kif inhuma u nagħmlu streaming b'mod li nkunu iktar kredibbli?", "Kif tista' tkun iktar kredibbli meta tippreżenta emenda biex tneħħi s-sinking funds?", "Nerġa' ntenni li m'huwiex il-mument opportun li nagħmlu dan il-pass u forsi iktar 'il quddiem jista' jkun hemm iż-żmien opportun.", "Il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni b'mod irresponsabbli u l-verita' hi li l-gvern qed jiffaċċja l- problemi minħabba l-irresponsabilta' tiegħu għaliex il-poplu mhux jafdah.", "Jien nistaqsi: Hija wkoll kumbinazzjoni li l-ekonomija hija staġnata?", "Inutli li l-Onor.", "Fenech Adami joqgħod jgħidilna li hemm indikazzjonijiet li l-affarjiet qegħdin jiċċaqilqu għaliex dan m'huwiex biżżejjed.", "Sur President, meta l-Awstralja kienet qed tiffaċċja problemi ekonomiċi kien hemm prim ministru li kien qal lin-nies biex imorru jixtru mis- supermarkets ħalli kulħadd jonfoq u l-ekonomija terġa' tirpilja.", "Imma din it-tattika xorta ma ħadmitx għaliex biex l-ekonomija tal-pajjiż timxi 'l quddiem trid il-fiduċja ta' kulħadd, tal-poplu, tal-pajjiżi ta' madwarek u trid iżżomm ukoll l-obbligazzjonijiet li tkun għamilt mal-pajjiżi ta' madwarek.", "Ma nistgħux niksru wkoll dak li nkunu ftehemna fuqu mal- pajjiżi ta' madwarna għaliex għandna l-Ewropa tiġri warajna u ssawwatna!", "Aħna se noqogħdu għas-swat, Sur President?", "Dak li wiegħed lill-poplu Malti l-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni?", "Jien ngħid li s-sinking funds mhux talli m'għandhomx jitneħħew imma għandhom jiżdiedu ħalli lill-poplu Malti nuruh li għandna fiduċja fih.", "Il-Gvern Nazzjonalista waqqaf privatisation committee pero' fuq dan il- kumitat lanqas hemm rappreżentant ta' l-oppożizzjoni, bħallikieku m'għandna lil ħadd li jista' jitkellem fuq privatisation.", "Jien naħseb li l-Partit Laburista fil-gvern ta prova li fejn tidħol il-privatisation, l- affarijiet iridu jsiru bis-serjeta'.", "(Interruzzjonijiet) Intom kontu tgħajruna li aħna ma naslux s'hemm imma tafu li meta għamilna il- roadshows, Moody's ma qaltilniex li għandna l-problemi għax fi ftit sigħat bigħejna dak kollu li ridna nbigħu.", "Fejn hi r-rikonċiljazzjoni meta fuq dan il-kumitat poġġew l-iktar Nazzjonalisti perfidi li jista' joħloq Alla?", "THE DEPUTY SPEAKER: Nitolbok biex tuża lingwaġġ iktar parlamentari.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Allura jekk se nipprivatizzaw xi kumpannija, lanqas iċ-chairman ta' dik il-kumpannija ma npoġġu fuq dan il-kumitat?", "(Interruzzjonijiet) Din hija l-fiduċja li jrid ikollok fil-poplu Malti.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidlek x'għandu x'jaqsam għaliex flok ikun hemm iċ-chairman tal-kumpannija fuq dan il-kumitat jkun hemm il-permanent secretary tal-ministru biex isir dak li jgħid hu.", "(Interruzzjonijiet) Meta aħna konna fil-gvern verament ġibna r-rikonċiljazzjoni f'kollox għaliex ħallejna ħafna minnkom tmexxu magħna.", "Waqt id-diskussjoni ta' din il-liġi ngħatajna ħafna lezzjonijiet dwar l- investiment fl-ekonomija u dwar x'inhu jiġri.", "Il-bieraħ il-Prim Ministru qalilna li meta wieħed iqabbel il-figuri tan-nies qegħda fl-ewwel xahar ta' din is-sena ma' l-istess xahar tas-sena l-oħra, meta kien għad hemm il- Partit Laburista fil-gvern, isib li m'aħniex f'qagħda daqshekk ħażina.", "Imma r-realta' x'inhi, Sur President?", "F'Jannar ta' l-1998 il-figura tal- qgħad kienet ta' 7,115 pero' f'sena - li ħames xhur minnhom kellna l- amministrazzjoni Nazzjonalista preżenti - din il-figura żdiedet b'500.", "Dawn huma l-figuri uffiċjali li ħarġu mis-central office of statistics dan ix-xahar.", "Jien naħseb li l-poplu Malti janalizzahom dawn l-affarijiet u dak li jgħid il-Prim Ministru jew xi membru parlamentari kollu jiġi ċċekkjat.", "Jien nipprevedi li jekk il-gvern jimxi fuq dak li qed jintalab biex jagħmel fl-avis sa ħames snin ikollna traġedja f'dan il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Jien nittama li tagħmlu ħames snin fil-gvern u ma jkollniex traġedji.", "Jien qed nagħmel din il-kritika mhux biex nallarma lill-poplu imma għaliex irrid li l-affarijiet jimxu aħjar.", "Il-poplu m'għandux għalfejn jiġi allarmat imma għandu d-dritt li jkun jaf x'inhu jiġri u kif jaħsibha l-barrani fuqna.", "Jien nistaqsi: Kif se nġibu l-investiment?", "Il-Gvern Laburista kien miexi biex jinnegozja free trade agreement ma' l-Unjoni Ewropea pero' konna qed nistennew ir-regolamenti dwar il-free trade area.", "Issa l-Gvern Nazzjonalista jrid joqgħod għal dak li qed jgħidulu fl-avis u mhux talli tefa' purtiera sewda anke fuq l-investiment lokali talli anke fuq dak li diġa' hemm ippjanat hemm id-dubji dwar kif se jaħdem.", "Qabel l-elezzjoni l- Partit Nazzjonalista wiegħdu ħafna affarijiet lill-poplu Malti, pero' qatt ma qallu li, per eżempju, se jerġa' jdaħħal il-VAT.", "Il-gvern ried idaħħal il-VAT b'dik l-għaġġla kollha għaliex ried li li meta jiġi ppubblikat l- avis tkun daħlet fis-seħħ.", "Pero' dan ma kienx biżżejjed għaliex fl-avis qalulhom li hemm xi affarijiet fis-sistema tal-VAT li jridu jiġu rranġati.", "Din tfisser dak li kien ħabbrilna l-Ministru Dalli fil-budget speech meta qalilna li jekk ikun hemm bżonn idaħħal iktar taxxi anke matul din is- sena?", "Jekk din ir-realta', kif tista' toħloq l-investiment?", "Issa aħna mill-ftit li għamilna wkoll irnexxilna niġbdu investiment u għalkemm xtaqna nġibu iktar investiment ma sibna l-ebda ħajt tal-kenn anzi konna nsibu lin-naħa l-oħra tostakolna u tagħmlilna l-gambetti.", "Pero' sfortunatament tilef il-poplu Malti għaliex il-proġetti li kienu se jsiru ntilfu.", "U hawn ma nistax ma nsemmix il-proġett tal-Kottonera.", "Jien nawgura li nkun żbaljat f'dan li qed ngħid, imma s'issa fil-Kottonera hemm baħħ kbir.", "Nittama li f'dawn ix-xhur li ġejjin tagħmlu dak ix-xogħol li konna se nagħmlu aħna għaliex wara kollox l-intenzjoni tagħna kienet li lill-poplu Malti mmexxuh 'il quddiem.", "Sur President, waħda mill-affarijiet l-iktar importanti li rridu nikkonsidraw meta nitkellmu fuq sigurta' ta' bonds jew stocks hija s-serħan tal-moħħ.", "Fl-aħħar ta' l-1996 u fil-bidu ta' l-1997 aħna konna ġejna awarded rating ta' A+ fil-Malta local currency debt, li kien l-iktar rating tajjeb li kellha Malta f'dawn l-aħħar 12-il sena.", "(Interruzzjonijiet) Kien hawn ratings imma ma konniex nippubblikawhom.", "Pero' dan ir-rating żgur li m'huwiex se jibqa' tajjeb kif inhu llum għaliex id-domestic currency government bonds jirriflettu ukoll fuq dan ir-rating.", "(Interruzzjonijiet) Imma Standard & Poor's għadhom ma tawx ir- rating tagħhom għaliex ġeneralment dawk iridu jiġu mqabbda biex jagħtu rating u ma jagħtuhx minn jeddhom.", "(Interruzzjonijiet) Fl-1996, fi żmien meta l-Onor.", "Dalli kien ukoll ministru tal-finanzi, Standard & Poor's kienu għollew ir-rating ta' pajjiżna u qalu that there was confidence in the local economy.", "Imma llum din il-liġi li għandna quddiemna se tnissel fiduċja?", "Fejn hi s-security fuq il-bonds li se toffri lill-poplu Malti meta se tmur tiġbor il-flus mingħandu?", "Jien naħseb li l-gvern irid janalizza ċ-ċirkostanzi kollha li daħal għalihom b'dan l-avis bla qalb u kważi disastruż.", "Jien qed nitkellem fuq dawn l-affarijiet irrispettivament mill- kwestjoni ta' jekk għandniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea jew le u għalkemm fiċ-ċirkostanzi tal-lum għadni nemmen li m'għandniex nidħlu, jista' jkun hemm żmien meta ngħidu li jaqblilna nidħlu.", "Jien nistaqsi: Fis-sitwazzjoni attwali ta' pajjiżna, il-poplu Malti jiflaħ għax-xogħol kollu li jrid isir biex jiġi attwat dak li hemm fl-avis?", "Din hija d-domanda kruċjali u m'għandux għalfejn joqgħod jiġi ħaddieħor biex jgħidilna x'għandna nagħmlu.", "Jien ma neħux pjaċir li Moody's joqogħu jgħidulna ċerti affarijiet imma huwa importanti li teżamina r-raġunijiet wara dak li jkunu qed jgħidulna.", "Għaliex m'għandniex nieqfu u naraw l-affarijiet qabel ma nkomplu b'din il-liġi fil-parlament?", "Moody's tawna rating ta' A3, li hija l-iktar rata baxxa fl-A category, għaliex hemm ċertu riskju u ċerti \"elements that indicate a susceptibility to impairment sometime in the future\".", "Allura bħala pajjiż m'għandniex nagħmlu sforz akbar biex dawn il-ħsebijiet kollha li jdejquna nneħħuhom?", "Għaliex ir-rating tagħna m'huwiex fost l-aħjar tal-pajjiżi ta' l-Ewropa u saħansitra Ċipru qegħdin aħjar minna?", "Għaliex ir-rating ta' Malta jikkompora ma' ta' l-Emirati Għarab Magħquda biż-żejt kollu li għandhom jew ma' ta' Hong Kong?", "(Interruzzjonijiet)", "THE DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkompli.", "Xi ħadd jipproponi li l-Onor.", "Membru jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Nipproponi li l-Onor.", "Farrugia jkompli jinstema'.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Nissekonda.", "THE DEPUTY SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Anġlu Farrugia jkompli bid- diskors tiegħu.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "ANGLU FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill- Kamra kollha għal din l-estensjoni.", "Jien m'għandi xejn la kontra Hong Kong, la kontra ċ-Ċina u lanqas kontra l-Ingilterra imma tliet snin ilu r- rating tagħhom kien ħafna aħjar milli qiegħed illum.", "Dan ifisser li xi ħaġa ġara u nafu x'ġara f'dak il-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Għandi għalfejn nieħu pjaċir jekk ir-rating ta' pajjiżi jkun bħal ta' Iżrael li bilfors ikollu rating ta' riskju għaliex dejjem qiegħed fi stat ta'gwerra?", "M'iniex qed nippretendi li r-rating ta' pajjiżna jkun bħal ta' l- Ingilterra jew tal-Ġermanja imma għallinqas għandu jikkompara ma' ta' Spanja li għandha rating ta' AAA.", "(Interruzzjonijiet)Jien nieħu pjaċir jekk ir-rating ta' pajjiżi bix-xogħol li nagħmlu jitla' għal AAA.", "Bl- argumenti li ġab il-Ministru Dalli jista' jkollu raġun li jressaq din il- liġi li għandna quddiemna imma jien insostni li t-timing huwa ħażin.", "Jien qed ngħid li s-sinking funds mhux talli m'għandhomx jitneħħew imma għandhom jiżdiedu u għal self barrani ċertament li għandhom jibqgħu.", "Sur President, l-avis jelenka wkoll diversi riformi li jridu jsiru fis- sistema bankarja tagħna.", "Allura issa aħna se nitilfu s-saħħa tagħna fil- banek prinċipali tagħna li ilna nibnu għal tant snin?", "U hawnhekk m'iniex nirriferi biss għall- Bank of Valletta u għall-Mid-Med imma anke għall- APS u għal-Lombard Bank li għamlu ħafna progress fis-snin li għaddew.", "Issa se nitfgħuhom jtellqu mat-tigri u ma' l-iljuni ta' l-Ewropa u qisu ma ġara xejn?", "Din hi l-Ewropa li nemmnu fiha?", "Se nimxu b'ruħna u b'ġisimna warajha qisu xejn m'hu xejn?", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-messaġġ tiegħi huwa li dan il- pajjiż ma jimxix biss b'direzzjoni tajba imma jimxi b'direzzjoni responsabbli u meta niddiskutu emendi ta' din il-kwalita' fiċ-ċirkostanzi attwali li jinsab fihom pajjiżna żgur li ma nkunux qed nimxu bir- responsabbilta' kollha.", "Jien nappella lill-ministru u lill-Gvern Nazzjonalista biex din il-liġi ma tibqax tiġi diskussa u għalissa npoġġuha ftit fuq xkaffa għaliex m'huwiex iż-żmien opportun li nneħħu s-sinking funds iktar u iktar wara l-ġibda tal-widnejn ta' Moody's, li jien ngħid li ma saritx b'kumbinazzjoni.", "Jien nispera li fi żmien sitt xhur oħra nkunu għamilna progress u din il-liġi tkun tista' terġa' titressaq għad- diskussjoni quddiem din il-Kamra.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, wara li smajna b'interess dak li kellhom xi jgħidu ħafna minn sħabna rigward din il-liġi li għandna quddiemna bħalissa, tajjeb li naraw s'issa fiex wasalna u x'setgħet kienet l-impressjoni li ħa l-pubbliku li qiegħed jismagħna.", "Din il-liġi titkellem fuq il-proċeduri li jridu jintużaw meta jsir is-self u kif isir is-self.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia, li għadu kemm spiċċa d- diskors tiegħu, għoġbu joqgħod jagħmel il-paraguni bejn ir-ratings li jagħtu diversi aġenziji internazzjonali, fosthom Moody's, u appella lill-Ministru Dalli biex ma jneħħix is-sinking funds għas-self lokali għaliex dawn huma mezz ta' serħan tal-moħħ għal min irid jislef flus lill- gvern.", "Kien hawn min ukoll ħa din l-okkażjoni biex minflok jitkellem fuq il-liġi nnifisha tkellem fuq dak li ried.", "Għalhekk huwa importanti li nispjegaw x'inhi r-raġuni li dan il-gvern f'dan il-mument qed iressaq din il-liġi biex proprju jneħħi s-sinking funds għas-self lokali.", "Irridu noqogħdu attenti li ma nagħtux xi impressjoni li għax qed insemmu s-sinking funds qed negħrqu jew li qegħdin f'xi sitwazzjoni diżastruża.", "Il-gvern xorta se jibqa' jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex proprju jerġa' jħallas lura d-dejn li jkun għamel.", "Irridu nifhmu li qegħdin nitkellmu dwar emendi fil-proċeduri ta' kif kienet maħsuba l-liġi s'issa, li l-aħħar li kienet emendata kien fl-1991.", "Dawn il-proċeduri jirregolaw il-mod ta' kif il-gvern irid jirregola ruħu meta jasal biex jissellef u kif ukoll meta jasal biex iħallas lura d-dejn tiegħu.", "Fil-fatt dan il-gvern fl-ewwel sitt xhur tiegħu qiegħed jemenda liġi bl-iskop inkunu iktar prattiċi u nieħdu iktar valur mill-flus li jkollna.", "Pero' bħas-soltu dan id-dibattitu qed jieħu żvolta oħra u minflok l-oppożizzjoni qed tikkritika dak li qed jiġi ssuġġerit f'din il-liġi, qiegħda titkellem b'mod li tkun ċerta li tkompli tibgħat ċerti messaġġi li jkomplu jgħarrqu s- sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna.", "Wieħed jista' jgħid li l-intenzjoni ta' l-oppożizzjoni f'din id-diskussjoni m'hijiex li tiddiskuti s- sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna imma li tara kif jinħela l-iżjed żmien possibbli ħalli l-ministru tal-finanzi jdum jistenna ftit ġranet oħra sakemm din il-liġi tgħaddi minn din il-Kamra.", "Sur President, meta nħares lejn iż-żewġ naħat inħobb nimmaġina li qisna qed nilagħbu logħba bil-ballun li f'dan il-każ hija l-ekonomija ta' pajjiżna, pero' r-referee m'huwiex l-iSpeaker iżda huwa l-poplu Malti għaliex hawnhekk kemm-il darba nżeffnuh fin-nofs meta u kif jaqblilna u ħafna drabi l-poplu huwa wieħed għall-oppożżizzjoni u jkun ieħor għall- gvern.", "Pero' huwa l-poplu li dejjem jispiċċa jħallas għad-deċiżjonijiet li nieħdu aħna f'din il-Kamra.", "Għalhekk issa wasal il-waqt li nitkellmu b'mod ċar ħalli l-poplu jkun jista' jifhem min hu l-iżjed responsabbli fil- mod kif juża flusu bl-aħjar mod possibbli u l-poplu jrid jiddeċiedi jekk dan id-diskors dwar xi proċeduri li jridu jintużaw biex il-gvern iħallas lura l-flus li jkun issellef lokalment - m'aħniex qed nitkellmu fuq self barrani - jagħmilx sens.", "Għalhekk jien nistaqsi: Għandna nibqgħu bil- proċeduri li ilna nużaw mill-1991?", "M'aħniex kapaċi niddiskutu t-tibdil meħtieġ biex mill-flus li jkollu f'idejh l-gvern nieħdu l-aħjar li nistgħu?", "Din hija liġi li qed tiddeċiedi fuq kwestjoni ta' valur.", "Illum il- ġurnata għandna għalfejn napplikaw is-sinking funds għal self lokali?", "Permezz tal-liġi ta' l-1991, il-gvern kien ħaseb biex ikollu sinking funds, li kif spjega tajjeb l-ministru tal-finanzi xebbaħhom ma' karus li fih il- gvern ifaddal biex imbagħad iħallas lura d-dejn li jkun għamel.", "Dwar dan l-għaġeb kollu qegħdin nagħmlu dan il-ħin twil niddibattu!", "Illum il- ġurnata għandna għalfejn ikollna karus għas-self lokali li fih il-gvern jibda jfaddal ta' kull sena biex isib il-flus lesti meta jagħlaqlu ż- żmien biex iħallas lura d-dejn li jkun għamel?", "Meta wieħed jirraġuna b'mod normali jew għall-fini ta' negozju nistgħu ngħidu li dan huwa l- aħjar metodu u jagħmel sens wkoll għaliex dak li jkun ikun jaf li ssellef ammont ta' flus u jaf li sena wara oħra jrid jibda jiġbor lura dawk il- flus biex iħallashom lura.", "Iżda fil-prattika dan m'huwiex il-mod ta' kif jaħdmu ħafna gvernijiet.", "Illum il-ġurnata ħafna gvernijiet minflok joqogħdu jfaddlu biex ikollhom ċertu ammont f'dak il-karus, jiddeċiedu li jibqgħu jużaw dawk il-flus il-ħin kollu u, per eżempju, jekk ikunu stocks jew flus li jkunu mislufa għal ħames snin, minflok joqogħdu jitfgħu 2% ta' dawk il-flus bħala imgħaxijiet fil-karus biex imbagħad iħallsuhom lura, jiddeċiedu li jagħmlu użu minnhom.", "Filwaqt li għall-fini ta' negozju tista' tagħmel sens li dak li tissellef tibda tfaddlu biex terġa' tħallsu lura, ħafna huma l-gvernijiet li jsibu li dan ma jagħmilx sens fil-prattika għaliex ma jkunux iridu li jkollhom dak l-ammont ta' flus li xi drabi jispiċċa li jkun żgħir wisq meta jiġu biex iħallsu lura u jsibu li jkunu faddluh ta' xejn għaliex ikollhom jerġgħu jisssellfu biex iħallsu lura d- dejn.", "Min qed jismagħna malajr jista' jaħseb li jekk illum il-ġurnata qed issellef il-flus lill-gvern u dan m'huwiex qed jieħu ħsieb li jerġa' jiġbor il-flus biex iħallsu lura, jista' jasal f'sitwazzjoni li l-gvern ma jkollux flus biex iħallsu lura!", "Imma fil-prattika ma jiġrix hekk.", "Huwa importanti li noqogħdu attenti għaliex fil-prattika jiġri - u din ġrat anke f'pajjiżna - li meta l-gvern jiġi biex joħroġ il-flus li jkun idejjen, irid joħroġ ammont ikbar li xi kultant ma jkollux f'idejh - ħafna drabi ma kellux - u jrid jerġa' jissellef fuq dak il-kont biex iħallas id-dejn li jkollu.", "Kif spjega l-ministru tal-finanzi fl-ewwel intervent tiegħu, minkejja li l-istess liġi ta' l-1991 ħolqot dawn is-sinking funds u kompliet issaħħaħ din il-prattika kemm għas-self lokali u kif ukoll għas- self barrani - għax għal dak iż-żmien kien metodu tajjeb - illum il-ġurnata meta tħares lura lejn is-snin issib li fil-prattika tista' tgħaddi mingħajr il-proċedura li jkollok karus għas-self lokali għaliex meta l-gvern jiġi biex jifdi d-dejn li jkun għamel, ikun jaqbillu li jerġa' jissellef l- istess ammont mingħand il-poplu.", "F'kelma waħda kull gvern li kellna - din m'hijiex kwestjoni ta' Partit Laburista jew Partit Nazzjonalista - rari ħaseb biex ifaddal il-flus ħalli jifdi d-dejn li jkollu.", "Din hija l- prattika li tintuża u għalhekk ħadd m'għandu għalfejn jinkwieta jew jaraha daqshekk bi kbira għaliex meta l-Partit Laburista kien fil- gvernħadem bl-istess mod.", "Din m'hijiex kwestjoni ta' serħan il-moħħ imma hija kwestjoni li min se jsellef lill-gvern dejjem se jkollu moħħu mistrieħ li se jerġa' jirċievi lura l-flus u allura meta nitkellmu fuq serħan il- moħħ ma nibdewx naraw il-passjoni qabel ma tasal għaliex għad baqgħalha ftit tal-ġranet mhux ħażin!", "Sur President, l-emenda tgħid li meta l-gvern jiġi biex jissellef flus mil-lokal m'għandux għalfejn jibqa' bil-proċedura li joħloq sinking fund imma din il-proċedura tal-karus il-gvern huwa marbut li jibqa' iżommha meta jiġi biex jagħmel self minn barra.", "U qed nbiddel il-kelma \"sinking fund\" għall-kelma \"karus\" biex inkunu nistgħu niftehmu aħjar ħalli ħadd ma jaħseb li qegħdin nitkellmu fuq xi salvauomo għalkemm din il-liġi hija salvauomo, għaliex turi li issa għandna gvern li verament kapaċi jimmanniġja ħwejġu b'mod serju biex jieħu l-aħjar valur tal-flus li jkollu f'idejh.", "Din hija liġi ta' għaqal u ta' għażliet dwar kif u meta jaqbel li nfaddlu dak li rridu nħallsu lura u qed nitkellmu fuq kambjament fil-metodu tal-ħlas lura tad-dejn, kif u meta għandu jsir id-dejn.", "Pero' qegħdin ngħidu wkoll li dak li huwa prattiku fil-ħlas lura tad-dejn lokali ma japplikax għall-ħlas tad-dejn barrani għaliex id-dejn barrani jrid jitħallas lura f'munita barranija u allura jkun jaqbillek li tfaddal dawk l-istess flus fl-istess munita għaliex meta tiġi biex tħallas lura jista' jkun hemm differenza fil-kambju u allura jista' jkollok telf.", "Kieku l- affarijiet mexjin kif suppost f'dan il-parlament, kieku liġi bħal din ma kellhiex għaliex tqajjem dan il-plejtu kollu u d-diskussjoni tinfirex fuq mitt suġġett, għaliex saħansitra smajna min jitkellem anke fuq iċ-ċanga!", "Din il-liġi li tirrigwarda l-finanzi tal-gvern għandha x'taqsam mal-mod ta' kif il-gvern iħaddem bl-aħjar mod l-flus li jissellef u għalhekk jagħmel sens li nitkellmu wkoll fuq il-qagħda finanzjarja.", "Naħseb li l-oppożizzjoni qed tagħmlilna pjaċir li toqgħod titkellem fuq il-qagħda finanzjarja għaliex iżjed ma jgħidu iżjed qegħdin nirrealizzaw kemm huwa importanti li l-poplu jibqa' jaħdem mal-gvern, insiru iżjed ħaġa waħda u jkompli jsellef lill-gvern tal-ġurnata.", "Pero' rridu noqogħdu attenti x'qed tgħid illum il-ġurnata l-oppożizzjoni li sa ftit xhur ilu kienet fil-gvern.", "Skond l-Onor.", "Anglu Farrugia fl-aħħar elezzjoni tilef il- poplu pero' maż-żmien naraw jekk il-poplu rebaħx jew tilifx fl-elezzjoni ta' sitt xhur ilu.", "Jekk hemm xi ħaġa li verament il-poplu jeħtieġ li jirbaħ minn din l-elezzjoni hija li naraw li l-affarijiet nagħmluhom iżjed flimkien iktar minn qatt qabel għaliex l-esiġenzi ta' l-ekonomija preżenti jitolbu li nkunu iktar ħaġa waħda milli qatt konna qabel.", "Pajjiżna qiegħed f'salib it-toroq u qiegħed fi stat li jagħmel il-bidliet meħtieġa.", "L-oppożizzjoni talbet li tiġi diskussa l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż f'dan il-parlament u saħansitra riedet tressaq mozzjoni li titlob li tkun diskussa din il-materja għaliex f'daqqa waħda wara sitt xhur li ilhom fl- oppożizzjoni bdew jippreokkupaw ruħhom għall-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna!.", "Meta kienu fil-gvern, kollox kien sejjer tajjeb!", "Ma rridux ninsew li fis-sentejn li għamlu fil-gvern- u nixtieq li min iqum f'isem l- oppożizzjoni ifakkar minn xiex konna għaddejjin f'dawk is-sentejn - ħadu l- ekonomija ta' pajjiżna lura għal żmien Mose' meta kienu jimxu fuq sistema ta' tpartit.", "Kif tela' l-Partit Laburista fil-gvern l-ewwel li m'għamel il- poplu kien li ħeba flusu u wera biċ-ċar li m'għandux fiduċja fil- gvernLaburista għaliex mill-oppożizzjoni kien jitkellem mod u kif tela' fil- gvernbeda jitkellem mod ieħor.", "Fil-fatt fi żmienhom dawk il-kuntratturi li riedu jibqgħu fix-xogħol kellhom jirrispondu għat-tpartit għaliex kieku ma kenux jibqgħu iżjed fix-xogħol.", "Il-Partit Laburista kien wiegħed ukoll li kif jitla' fil-gvernkien se jneħħi l-VAT pero' dam iktar minn sitt xhur biex neħħiha għaliex ma kienx jaf x'se jagħmel.", "U llum jiġu hawnhekk u jxerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mangion min- naħa l-oħra qed jgħidli dmugħ tal-gremxul!", "Jien noqgħod għal din il- korrezzjoni u ngħid li jxerrdu dmugħ tal-gremxul għaliex mingħajr ma noffendi lill-gremxul kukkudrill fih ftit preġju!", "Fejn tista' tasal iżjed meta tisma' lill-ex-ministru ta' l-Agrikoltura u sajd jikkritika lill- Gvern Nazzjonalista li fil-bini ta' l-ajruport internazzjonali ma ħax ħsieb biex jagħmel underground parking facilities!", "L-Onor.", "Noel Farrugia ftaħar ukoll li l-Gvern Laburista għamel il-proġett ta' Buġibba u ta' Wied il-Għajn, meta suppost dan ix-xogħol sar mill-kunsill lokali.", "Kellna gvern li ried iqajjem l-ekonomija tal-pajjiż billi jieħu xogħol il- kunsilli lokali!", "U jekk m'iniex sejjer żball - fil-każ jikkoreġini l-Onor.", "Mangion - fl-ewwel proġett li għamel nefaq Lm1 miljun iktar min-nefqa prevista.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Qed nalludi għall-proġett ta' Buġibba.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Skond il-kontijiet tal-gvern, intnefqu Lm1 miljun iktar minn dak li kien previst fuq il-proġett ta' Buġibba.", "Barra minn hekk, kien hemm ħafna taħwid fil-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar għax dak il-proġett sar mingħajr il-permessi meħtieġa.", "Jekk l-awtorita' ta' l-ippjanar qatt ma kienet irsistiet qabel, dak inhar tgħidx kemm ħabirket biex toħroġ il-permess!", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Imma inti qed tgħid li l-proġett ta' Buġibba kienet inizjattiva żbaljata jew ħażina?", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Dak iż-żmien jien kont il-kelliemi għall-kunsilli lokali min-naħa ta' l-oppożizzjoni u kont għidt li għalkemm dak il-proġett kien bżonjuż, ma kellux jieħdu l-gvern ċentrali għax kien xogħol il- kunsilli lokali.", "U huwa tajjeb li nitkellmu fuq dawn l-affarijiet proprju ftit tal-ġranet qabel ma jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Il- gvernLaburista beda juri li m'għandux fiduċja fiċ-ċittadin li suppost għalih kien jiġi l-ewwel meta beda jieħu xogħol il-kunsilli lokali.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Jien rari ninterrompi pero' ma nixtieqx li l- Kamra tiġi mmiżlijdjata għaliex ix-xogħol li sar f'Buġibba kien ta' natura infrastrutturali li huwa beyond ir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.", "Dan huwa mniżżel fil-liġi ta' l-1993 dwar il-kunsilli lokali u safejn naf jien sal-lum din il-liġi għadha ma ġietx emendata.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Dan il-proġett kien jikkonsisti f'xogħol ta' pavimentar ta' bankini u minflok ma l-Gvern Laburista tah lill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u allokalu tant flus biex ikun jista' jwettqu, waqqaf il-Bugibba action committee - li l-membri tiegħu kienu lukandiera u negozjanti tal-post - u ħadu f'idejh bħala gvern ċentrali, u lis-sindku minflok poġġewh chairman ta' dak il-kumitat - u dan juri n-nuqqas ta' stima li l-Gvern Laburista kellu lejn il-gvernlokali - poġġewh bħala wieħed mill- membri ta' dak il-kumitat.", "Barra minn hekk, il-gvernLaburista spiċċa ried jifred ir-responsabbilta' ta' l-upkeep ta' l-istess proġett għal dak li għandu x'jaqsam ma' San Pawl il-Baħar u għal dak li għandu x'jaqsam mal- Qawra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk l-Onor.", "Mangion irid iqajjem xi point of explanation biex ikompli jippreċiża jien ma nsib l-ebda diffikulta' pero' jekk ifittex id-dibattiti li konna nagħmlu jsib li dak li qed ngħid huwa minnu.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Fil-fatt saru diversi laqgħat mal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex naslu għal arranġament biex huma jkollhom is- support neċessarju mill-gvern ċentrali għall-maintenance estensiva ta' proġett ta' din l-entita'.", "Din kienet id-diskussjoni kollha li kienet għaddejja.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Dan kien il-mod ta' kif kien jirraġuna l-Gvern Laburista.", "Dawk kollha li qegħdin jisimgħuna qed jingħataw prova ta' kemm il-gvernLaburista kienet tieklu qalbu għall-ġid ta' l-affarijiet li kien jagħmel u kien isib kull skuża possibbli biex iwarrab min-nofs il- kunsilli lokali ħalli jieħu f'idejh ir-riedni tad-deċiżjonijiet.", "Sur President, l-Onor.", "Leo Brincat qal li din il-liġi se ddaħħal kultura żbaljata li tinkoraġixxi self bla rażan u kompla jgħid li se tgħabbi lill- poplu b'piżijiet kbar.", "Imbagħad semma d-dejn bla rażan li għamel il- Partit Nazzjonalista fil-gvernpero' l-Onor.", "Leo Brincat, li kien ukoll ministru tal-finanzi, nesa jgħid li fi żmien sentejn il-gvernLaburista ssellef Lm320 miljun, iżjed milli kien issellef il-gvernNazzjonalista f'disa' snin.", "Huwa veru każ li llum l-oppożizzjoni qed ixxerred d-dmugħ tal-gremxul.", "L-Onor.", "Leo Brincat qal ukoll li meta tissellef mingħajr ma jkollok sinking funds tkun qed turi li ma jkollok l-ebda arranġament biex dawk il-flus tħallashom lura.", "L-uniku investiment li sar mill-Gvern Laburista bis-self ta' Lm320 miljun kien il-proġett ta' Buġibba u ta' Wied il-Għajn.", "Mentri f'disa' snin Gvern Nazzjonalista ħaddem is-self li għamel u nvesta dak il-kapital f'ħafna proġetti ġodda, fosthom fil-proġett ta' l- ajruport internazzjonali tagħna.", "Sur President, bħalissa l-oppożizzjoni għaddejja minn fażi fejn qed teħodha qatta' bla ħabel u tagħmel attakki ppjanati kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kemm waqt id-dibattiti li jkollna hawn ġew u kif ukoll waqt l-aġġornament.", "(Interruzzjonijiet) Jien naħseb li meta l-poplu Malti jasal biex jagħmel l-għażliet tiegħu se nkunu tajnih l-informazzjoni kollha meħtieġa!", "Pero' jien stagħġibt kif il-Kap ta' l-Oppożizzjoni wara l- laqgħa li kellu ma' sħabu tal-partiti soċjalisti fl-Unjoni Ewropea, fejn iddiskutew il-progress li qiegħed isir, ġie ħerqan biex jgħid li Malta m'għandhiex tidħol fl-Unjoni Ewropea qabel nikkalkolaw x'se jkun l-impatt soċjali fuq pajjiżna.", "Meta l-Onor.", "Sant għolla t-tariffi tad-dawl u l-ilma qagħad jikkalkola x'se jkun l-impatt soċjali?", "U jekk għall-argument ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, se naraw x'se jkun l-impatt soċjali?", "Il-Partit Laburista fil-gvernried jibqa' fuq l-għatba għaliex ried jagħżel it-triq ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "L-Onor.", "Noel Farrugia qal li ma jistax jifhem għaliex issir din il-kritika kontra l-Onor.", "Alfred Sant.", "Jien ngħidlu li jekk titkellem fuq l-Onor.", "Alfred Sant tkun qed titkellem fuq xi ħadd li huwa differenti mill-Partit Laburista u mill-gruppi kollha soċjalisti fl-Unjoni Ewropea għaliex meta jiġi jitkellem hawnhekk b'dak il- mod ikun l-iżjed wieħed f'minoranza.", "Fil-fatt f'dokument li kien ħareġ fil-11 ta' Marzu, 1998 - id-dokument li ħarġu fl-aħħar laqgħa m'għandix - dwar dak li qablu fuqu l-mexxejja ta' l-European socialist parties insibu sentenza li tgħid li \"The ESP parties and governments want more than a European free trade zone.", "Pero' l-Partit Soċjalista Malti ta' l-Onor.", "Alfred Sant huwa differenti mis-soċjalisti kollha ta' l-Unjoni Ewropea u qed jirraġuna mod ieħor għaliex skond dan il-partit pajjiżna għadu m'huwiex preparat biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea għax dak inhar li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġie lura mil-laqgħa li kellu barra minn Malta, ġie hawnhekk u għamel diskors twil biex jibgħat messaġġ lil sħabu l-partiti soċjalisti li jrid ikun jaf x'se jkun l-impatt soċjali qabel ma nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Inutli li joqogħdu jbeżżgħu li bi sħubija sħiħa se jiġu l-barranin għaliex bi free trade zone aħna konna nibqgħu fuq l-għatba ta' l-Unjoni Ewropea u l- barranin setgħu jibqgħu f'darhom u jkollhom aċċessibbilta' għas-swieq tagħna minn pajjiżhom, b'kondizzjonijiet aħjar mill-istess negozjanti Maltin.", "Naħseb li l-Partit Laburista nesa li bi free trade zone il- prezzijiet tal-prodotti magħmula Malta kienu jogħlew għax l-Unjoni Ewropea kienet tiddettalhom biex iżidu t-taxxa ħalli l-prodotti maħdumin lokalment ikollhom l-istess taxxa bħall-prodotti importati.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall- Politika Soċjali jressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Marzu, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar Self Lokali (Stock u Titoli Reġistrati) – it-Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru. 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2) – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.).", "THE DEPUTY SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Gonzi.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, jidhirli li huwa xieraq li llum li mad-dinja kollha u anke f'pajjiżna qed ikun ċelebrat Jum il-Mara, nagħtu tislima xierqa lill-mara Maltija minn dan il-parlament.", "Għalhekk tajjeb li nieħdu din l-okkażjoni biex nirriflettu ftit xi tfisser din il-ġurnata u nagħtu ħarsa 'l quddiem ta' kif nixtiequ li jiżviluppaw l-affarijiet.", "Kumment li sarli dalgħodu stess minn diversi nisa li ltqajt magħhom fl- attivitajiet li saru f'din il-ġurnata kien li kellna bżonn naslu f'sitwazzjoni fejn Jum il-Mara ma jkollux għalfejn jiġi ċċelebrat f'ġurnata partikolari għaliex dan il-ġurnata tibda u tgħaddi qisu qatt ma ġara xejn imma jum il-mara għandu jkun apprezzat u pprattikat matul is-sena kollha.", "Naħseb li dan il-kumment huwa validu mhux biss għal pajjiżna imma għad-dinja kollha.", "Pero' jibqa' l-fatt li sakemm naslu f'sitwazzjoni fejn is-soċjeta' tkun żviluppat b'mod u manjiera li l-mara jkollha l-post li jixirqilha, ikun tajjeb li darba f'sena jkun hemm ġurnata li fiha l- pajjiż kollu jkollu l-opportunita' li jirrifletti x'qegħdin nipprovaw nagħmlu biex inġibu 'l quddiem il-mara fis-soċjeta'.", "U dan li se nipprova nagħmel fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "L-ewwelnett nixtieq li f'din il-ġurnata l-Parlament Malti jsellem lin- nisa kollha fis-soċjeta' tagħna għaliex in-nisa minn dejjem kienu, għadhom u jibqgħu parti integrali mis-soċjeta' tagħna.", "Bl-ebda mod ma tista' titkellem fuq soċjeta' jekk ikun hemm xi parti minnha li b'xi mod jew ieħor tkun qed titħalla barra, tingħata l-ġenb jew ma tkunx qed tingħata l- opportunita' li tiżviluppa ruħha.", "Irrid nibda billi nsellem lin-nisa kollha fl-oqsma kollha tal-ħajja.", "Naturalment meta jien qed nitkellem fl- ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, irrid bilfors nirrikonoxxi li f'din il-Kamra għandna rappreżentanti denji tan-nisa - mhux daqskemm nixtiequ bħala pajjiż - u rrid nibda billi nsellem lilhom mhux biss bħala individwi imma għaliex huma stess huma prova li l-mara Maltija tista' tipparteċipa fil- ħajja politika u tagħti s-sehem tagħha fid-deċiżjonijiet li jittieħdu wara d-dibattiti li jkunu qed isiru f'din l-ogħla istituzzjoni.", "B'dan il- mod il-mara tkun esprimiet l-opinjoni tagħha u tat kontribut assolutament kruċjali għad-deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu.", "Bla dubju ta' xejn nagħmlu żball - u fil-fatt dan l-iżball diġa' sar fis-snin l-imgħoddija - jekk nieħdu d-deċiżjonijiet wara li nkunu kkonsidrajna l-argumenti kollha li jistgħu jsiru mingħajr ma nieħdu in konsiderazzjoni l-perspettiva tal- mara fis-soċjeta'.", "Għalhekk irrid insellem lis-sitt deputati nisa miż-żewġ naħat tal-Kamra li jirrappreżentaw lin-nisa fis-soċjeta' tagħna f'din l- ogħla istituzzjoni u nirringrazzjahom f'isem dan il-parlament għax-xogħol, għall-impenn u għas-sagrifiċċju li qegħdin jagħmlu - u dan ma jgħoddx biss għad-deputati nisa imma għal kull deputat li jiġi magħżul mill-poplu biex jirrappreżentah f'din l-istituzzjoni - għaliex qegħdin jaqdu funzjoni importanti f'dan il-parlament u huma xhieda ħajja li huwa possibbli li fis- soċjeta' tagħna l-mara Maltija ssib postha kif jixirqilha mingħajr ma tingħata ebda vantaġġ, mingħajr ma tingħata ebda preferenza u mingħajr ma noqogħdu nirriservawlha xi siġġu fit-tarf ta' din il-Kamra qisna qed nagħmlulha xi pjaċir.", "Dawn is-sitt deputati nisa rnexxielhom ikunu eletti f'dan il-parlament, irnexxielhom jirbħu l-fiduċja tal-poplu bħala rappreżentanti denji u wħud minnhom miż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jokkupaw karigi ta' responsabbilta'.", "Apparti li għandna ministru mara fuq in-naħa tal-gvern, għandna wkoll żewġ chairpersons ta' kumitati permanenti f'dan il-parlament, li huma l-Onor.", "Helen D'Amato li hija c-chairperson tal-kumitat permanenti għall-affarijiet soċjali u l-Onor.", "Dolores Cristina li tippresjedi l-kumitat permamenti għall-affarijiet barranin, flimkien mat-tliet kelliema min-naħa ta' l-oppożizzjoni li huma wkoll kelliema ewlenin fuq xi settur partikolari.", "Aħna nirrikonoxxu s-sehem li qegħdin jagħtu u nirringrazzjawhom ukoll.", "Naturalment ma jistax jonqos li nsellem lil dawk in-nisa li rnexxielhom jirrappreżentaw parti mill-poplu tagħna fil-livell tal-kunsilli lokali.", "Bħalissa qegħdin fl-aħħar ftit ġranet qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li se jsiru nhar is-Sibt li ġej u nafu li f'pajjiżna għandna numru sostanzjali ta' kunsilliera u ta' sindki nisa, u fid-dawl ta' dawn l- elezzjonijiet li ġejjin se jkollna numru ta' kandidati nisa li kollha kemm huma għal darba oħra qegħdin juru li pajjiżna qiegħed dejjem jiftaħ l- opportunitajiet biex il-mara tkun tista' tiżviluppa l-potenzjal kollu tagħha, mhux biss għall-ġid tagħha personali - u dan inħobb nenfasizzah u nibqa' nenfasizzah għaliex jidher li huwa kruċjali - imma għall-ġid tas- soċjeta' kollha kemm hi.", "Is-soċjeta' tagħna għandha x'tirbaħ jekk tagħti opportunitajiet sħaħ lil kull min jifforma parti minnha biex jiżviluppa ruħu.", "Sur President, irrid insellem ukoll lil dawk in-nisa kollha li rnexxielhom jilħqu suċċess fil-karriera tagħhom, fuq il-post tax-xogħol tagħhom, fil-kummerċ, fl-industrija u fil-fabbriki tagħna.", "Bis-sehem tagħhom dawn in-nisa kollha qegħdin jagħtu daqqa t'id biex l-ekonomija ta' pajjiżna timxi 'l quddiem u l-kontribut tagħhom huwa assolutament kruċjali għal pajjiżna.", "Anzi nasal biex ngħid li dan il-kontribut hemm bżonn li jikber iżjed u hemm bżonn li naħdmu biex dawn it-talenti f'pajjiżna ma jkunux moħbija.", "Dan jista' jsir billi niftħu dejjem iżjed l- opportunitajiet ta' xogħol għal dawk in-nisa li jkunu jixtiequ jidħlu fid- dinja tax-xogħol ħalli jikkontribwixxu għall-iżvilupp tagħhom infushom u għall-iżvilupp tal-pajjiż.", "Sur President, ma jistax ma nsellimx ukoll b'mod speċjali lil dawk in- nisa li ħadu d-deċiżjoni li jiddedikaw ruħhom għall-familji tagħhom u għat- trobbija tat-tfal.", "Kulħadd jaf kemm dik iċ-ċellola li aħna nsejħulha l- familja hija importanti għas-soċjeta' Maltija.", "Għalina l-Maltija l-familja hija speċjali għaliex hija l-pern ta' kollox u żgur li meta nsemmu l- familja, il-figura tal-mara u b'mod partikolari l-figura ta' l-omm tilgħab parti importanti.", "Issa nixtieq nagħmel ftit kummenti dwar fejn wasalna f'pajjiżna f'dan il-qasam.", "Jien naħseb li jekk nieqfu nirriflettu b'mod oġġettiv nirrealizzaw li kemm Gvern Nazzjonalista u kif ukoll Gvern Laburista tul dawn l-aħħar 15-il sena wrew impenn qawwi biex jagħmlu l-bidliet kbar li kien hemm bżonn isiru f'pajjiżna fil-mentalita' u fil-kultura tagħna.", "Irridu nammettu li sa ftit snin ilu l-kultura tagħna kienet twarrab lill-mara fil-ġenb u għalkemm kienet tirrikonoxxi d-dinjita' tagħha ma kenitx tħalliha tiżviluppa l-potenzjal kollu tagħha u kienet taħseb biss fiha bħala l-mara tad-dar.", "Fil-fatt kellu jsir sforz kbir biex f'temp ta' bejn għaxra u 15- il sena jkun hemm din il-bidla kulturali li tirrikonoxxi li l-mara tirrappreżenta potenzjal, li hija parti importanti mir-riżors uman tagħna u ma nistgħux naffordjaw nitilfu dak il-potenzjal.", "Għalhekk bejn l-1987 u l-1988 beda l-proċess biex issir il-bidla li kien hemm bżonn pero' bħalma jiġri f'ħafna każijiet, jekk ma tisforzax il-bidla bil-liġijiet, il-bidla ma sseħħx.", "Huwa veru li billi tbiddel il-liġijiet ma tkun akkwistajt xejn pero' malli tpoġġi l-giljottina fuq ras dak li jkun bis- sewwa jew bid-dnewwa, ikollu joqgħod għar-regola.", "Sur President, irrid nirrikonoxxi llum kemm kienu kuraġġużi dawk li ħadu d-deċiżjonijiet fl-1987/88 li kienu ġabu bidliet radikali fil-liġijiet tagħna b'mod partikolari l-bidla li saret fil-Kostituzzjoni fejn għall- ewwel darba fl-istorja tagħna daħlet il-kwalifika li ma tistax tiddiskrimina, la abbażi tar-reliġjon, la abbażi ta' fehma politika u lanqas abbażi ta' sess.", "Dalgħodu l-Prim Ministru f'laqgħa li kellu f'Kastilja mal-kummissjoni għall-avvanz tal-mara enfasizza punt li tajjeb li nirrepetuh.", "Huwa qal li meta kienet saret il-Kostituzzjoni oriġinarjament fl-1964, il-kwalifika li ma tistax tagħmel diskriminazzjoni abbażi ta' sess kienet tħalliet barra apposta għaliex dak iż-żmien f'pajjiżna kellna liġijiet li kienu jgħidu li jekk mara tibda taħdem u tiżżewweġ, allura jkollha titlaq minn fuq il-post tax-xogħol.", "Din il- kwalifika kienet tħalliet barra mill-Kostituzzjoni ta' l-1964 għaliex dak iż-żmien min kien responsabbli qal li kienet bidla kbira wisq u pajjiżna kien għad irid jiżviluppa biex din it-tip ta' diskriminazzjoni ma ssirx u biex il-mara tiġi ugwali daqs ir-raġel.", "Fil-fatt kellhom jgħaddu s-snin sakemm fl-1988 beda l-proċess sabiex tinbidel il-Kostituzzjoni u jinbidlu l-liġijiet u fis-snin li għaddew għamilna kambjamenti kbar tant li llum nistgħu nħarsu lura b'sodisfazzjon u ngħidu li l-parti l-kbira tal-liġijiet f'pajjiżna ma jiddiskriminawx bejn il-mara u r-raġel.", "Irrid ngħid li għadna ma lħaqniex il-perfezzjoni u għad fadlilna liġijiet li għad iridu jiġu rfinuti biex ma jagħmlux diskriminazzjoni bejn il-mara u r-raġel pero' żgur li għandna nħarsu lura b'sodisfazzjon għaliex il-bidliet li għamilna fil-liġijiet tagħna ġabu wkoll bidla kulturali f'pajjiżna.", "Naħseb li llum lkoll kemm aħna bħala Maltin nistgħu ngħidu b'sodisfazzjon li s-soċjeta' tagħna saret taċċetta ħafna iżjed il-fatt li mara għandha l-potenzjal tagħha, għandha x'toffri lill-pajjiż u li l-pajjiż jitlef jekk hu jagħlaq il-bibien u l-opportunitajiet għall-mara f'pajjiżna.", "Pero' nista' ngħid li filwaqt li mxejna f'din it-triq illum wasalna f'mument kritiku dwar x'inhu l-pass li jmiss biex inkomplu f'din it-triq li qabad pajjiżna u li tant bbenefika minnu.", "Jiena naħseb li jekk noqogħdu nirriflettu ftit mill-ewwel nindunaw li dak kollu li għamilna s'issa, tajjeb kemm hu tajjeb, kien il-minimum li stajna nagħmlu.", "Ħalli nispjega ruħi, Sur President.", "Jien naħseb li meta tgħid li ma tistax tiddiskrimina fil-konfront ta' persuna għax hi mara tkun qed tgħid xi ħaġa ovvja għaliex ma tista' tiddiskrimina kontra ħadd għall-ebda raġuni.", "Għalkemm huwa tajjeb li ngħidu li llum wasalna f'sitwazzjoni fejn m'għandniex niddiskriminaw fil-konfront tal-mara u li l-mara għandu jkollha drittijiet ugwali daqs ir-raġel, irridu nammettu li dan huwa biss il-bidu u l-minimum li pajjiżna jista' joffri.", "Allura x'inhu l-pass li jmiss?", "Jien inħoss li la llum f'pajjiżna wasalna f'sitwazzjoni li qed nirrikonoxxu li sehem il-mara fis-soċjeta' tagħna huwa kruċjali u qed nagħrfu li din hija riżorsa umana li pajjiżna ma jistax jitlifha, allura l- pass li jmiss huwa li fid-deċiżjonijiet kollha li nkunu qegħdin nieħdu, nagħmlu evalwazzjoni u eżami ta' kif dawk id-deċiżjonijiet se jolqtu kemm lill-irġiel u kif ukoll lin-nisa f'pajjiżna.", "Din il-kwestjoni hija differenti minn drittijiet ugwali u minn opportunitajiet indaqs.", "Dan huwa pass ieħor 'il quddiem li jfisser li min qiegħed jieħu l-inizjattivi u min qiegħed jiddeċiedi f'pajjiżna, irid jaħseb ftit kif dik id-deċiżjoni se tolqot lill-mara fis-soċjeta' Maltija.", "Jien inħoss li dan l-eżerċizzju għandna nagħmluh ukoll f'oqsma oħra bħal, per eżempju, fil-qasam taż- żgħażagħ fejn irridu naraw kif ċerti deċiżjonijiet se jolqtu liż-żgħażagħ f'pajjiżna u kif nistgħu noħolqu opportunitajiet biex liż-żgħażagħ li huma l-leaders futuri ta' pajjiżna nagħtuhom vuċi iktar qawwija u nisimgħu iżjed x'iridu jgħidu.", "Wasalna f'din is-sitwazzjoni speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-mara fis-soċjeta' tagħna.", "Jien naħseb li issa rridu nibdew nieħdu din it-triq bis-serjeta'.", "Sur President, din m'hijiex xi ħaġa ġdida li vvintajniha aħna min-naħa tal-ministeru jew li vvintaha l-gvern, imma hija riflessjoni li ħarġet mill-konferenza internazzjonali li kienet saret Bejing fl-1995 li kienet laqqgħet lin-nisa li kienu ġejjin kważi mid-dinja kollha biex jiddiskutu dawn l-issues.", "Waħda mill-konklużjonijiet li kienu waslu għalihom kienet li fid-dinja kollha hemm bżonn li l-gvernijiet u kulmin qiegħed fi stat li jieħu d-deċiżjonijiet, qabel ma jieħu d-deċiżjonijiet - u mhux wara li tkun saret il-froġa għaliex imbagħad ikun diffiċli biex tiġi rranġata d- deċiżjoni - irid jipprova jfassal dik id-deċiżjoni b'mod li joħroġ l-aħjar possibbli tal-poplu kollu li se jintlaqat b'dik id-deċiżjoni; inkluż ovvjament in-nisa.", "Il-kelma teknika li qiegħda tintuża llum hija ''mainstreaming''.", "Xi tfisser?", "Din tfisser li qisek għandek xmara għaddejja li tolqot kulma jiġi fi ħdanha u għalhekk mainstreaming tfisser li tpoġġi l-issues tan-nisa fil-ħsieb tiegħek il-ħin kollu u qabel ma tieħu xi deċiżjoni li jista' jkollha x'taqsam mat-tmexxija ta' dan il- pajjiż jew ma' xi kwalunkwe aspett ieħor, trid teżamina dik id-deċiżjoni u tara kif se tolqot lill-mara fis-soċjeta' tagħna.", "Irrid nagħmilha ċara li m'iniex nirriferi biss għal dawk l-affarijiet li mad-daqqa t'għajn jolqtu bilfors lin-nisa għaliex f'dan il-pajjiż għandna ħabta nitkellmu fuq in-nisa meta xi ħaġa nassoċjawha awtomatikament man-nisa.", "Per eżempju, malli jissemma l-għoli tal-ħajja, ħafna nies jaraw kif se jassoċjaw l-impatt ta' l-għoli tal-ħajja mal-mara jew malli jissemmew aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-familja, mill-ewwel tissemma l-mara.", "Jiena qed ngħid li jekk bħalissa qed niddiskutu liġi li għandha x'taqsam ma' l-istocks tal-gvern, għandna neżaminaw jekk b'xi mod jew ieħor din il- liġi jistax ikollha impatt fuq il-qasam tan-nisa.", "Jekk aħna qegħdin nitkellmu fuq l-infrastruttura, fuq xi proġetti jew fuq xi sistemi ta' trasport f'pajjiżna, dawn kollha għandna neżaminawhom mill-perspettiva tal- mara Maltija u naraw daqsxejn jekk hemmx konsiderazzjonijiet partikolari għall-mara Maltija minħabba dik l-inizjattiva partikolari.", "Fi ftit kliem, dan li jfisser mainstreaming.", "Aħna qegħdin ngħidu li f'kull deċiżjoni li nieħdu f'pajjiżna għandna neżaminaw dawn l-affarijiet, anzi rrid immur pass iktar 'il quddiem u ngħid li dan m'għandux ikun biss eżerċizzju tal-gvern.", "Fil-fatt il-gvern qed jieħu l-inizjattiva u dalgħodu stess f'laqgħa tal- kabinett ġie diskuss memo biex internament fil-gvern stess ikollna strutturi iktar b'saħħithom li jkunu jistgħu jgħinu lill-ministri, lill- kapijiet tad-dipartimenti tagħna u lill-kapijiet ta' l-aġenzji tagħna biex qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet, jagħmlu assessment u jeżaminaw jekkk hux se jkun hemm xi impatt fuq il-qasam tan-nisa.", "Dan l-eżerċizzju qiegħed isir mill-gvern pero' hemm bżonn li jinfirex fuq setturi oħra u jiġi kkoppjat mis-settur privat, mill-organizzazzjonijiet ta' pajjiżna, mill- korpi kostitwiti ta' pajjiżna u anke mill-Knisja stess.", "Fi kliem ieħor hemm bżonn li l-kultura sħiħa ta' dan il-pajjiż tidra li waqt li qed tieħu d-deċiżjonijiet tagħmel din l-analisi.", "Sur President, din l-analisi tista' tħalli ġid u mhux deni u jkun ta' benefiċċju għall-pajjiż jekk aħna nderru lilna nfusna naħsbu f'dawn il-linji.", "Min-naħa tal-gvern, l- intenzjoni tagħna hija li nkunu aħna stess eżempju tajjeb ta' kif għandhom isiru dawn l-affarijiet.", "Sur President, wieħed jista' jitkellem fuq diversi suġġetti biex jagħti eżempju ta' kif jista' jsir dan il-mainstreaming.", "Pero' l-iktar eżempju li joħroġli bl-iktar mod naturali huwa fil-qasam soċjali.", "Issa hawnhekk irridu noqogħdu attenti li meta nitkellmu fuq il-mara Maltija nitkellmu f'sens pożittiv.", "Jien nixtieq li nitkellmu fuq x'għandha x'toffri l-mara u kemm huwa riżors uman importanti li l-pajjiż ma jaffordjax jitlef pero' l-fatt jibqa' li f'pajjiżna fejn jidħlu problemi soċjali, issib li l-mara tkun fost l-iktar dgħajfin.", "Irridu nirrikonoxxu li dan ma jiġrix biss f'pajjiżna, imma jiġri anke f'pajjiżi oħra.", "L-inizjattiva li ħadet l- Unjoni Ewropea biex din is-sena t-tema li għandha x'taqsam ma' Jum il-Mara tkun marbuta mal-vjolenza domestika fiha tifsira.", "Dan juri li anke f'pajjiżi oħrajn hemm l-għarfien li l-mara hija dgħajfa f'dak li għandu x'jaqsam ma' vjolenza fil-konfront tagħha.", "Issa l-vjolenza tista' tieħu forom differenti u anke f'pajjiżna bdejna nitkellmu fuq dawn l-affarijiet u hemm bżonn li naħdmu u nimpenjaw ruħna biex noħorġu bis-soluzzjonijiet.", "Per eżempju, mara tista' ssofri vjolenza fuq il-post tax-xogħol meta b'xi mod jew b'ieħor tkun qed tiġi sfruttata u mqiegħda taħt pressjoni minn min huwa fuqha għaliex hija mara, dak li bl-Ingliż insejħulu harassment.", "Din it-tip ta' vjolenza tista' ma tkunx vjolenza fiżika imma vjolenza psikoloġika li tista' tkisser lill-mara, ittellfilha mid-dinjita' tagħha u anke ttellfilha l-karriera u l-opportunitajiet tagħha.", "Imbagħad għandek il-problemi ta' dawk in-nisa li minħabba problemi interni fil-familja jispiċċaw vittmi anke ta' swat, dik li nsejħulha l-vjolenza domestika.", "Il-fatt li l-Unjoni Ewropea għażlet din it-tema juri li din il-problema tippreokkupa lil kulħadd.", "Aħna bħala parlament irridu nimpenjaw ruħna biex insolvu din il-problema u fil-fatt aħna bħala ministeru qed nagħtu importanza kbira lill-qasam tal-vjolenza domestika.", "Fil-fatt waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li kienu ttieħdu malli nbidel il- gvern f'Settembru li għadda kienet li nżidu n-numru ta' social workers fl- aġenzija ewlenija li għandna f'pajjiżna, is-social welfare development programme, magħrufa bħala l-SWDP.", "Din l-aġenzija tispeċjalizza fis- servizzi soċjali u tagħti għajnuna professjonali lil min ikun għaddej minn xi problema soċjali u tgħinu joħroġ minnha.", "L-SWDP għandha unit speċjalizzat fuq il-vjolenza domestika u żidna n-numru ta' social workers ma' l-SWDP biex huma jkunu jistgħu jgħinu fix-xogħol li jkun qiegħed isir minn dik l-aġenzija speċjalment fil-qasam tal-vjolenza domestika u kif ukoll fil-qasam ta' l-abbuż mit-tfal.", "Fil-fatt għandna ħafna xogħol x'nagħmlu f'dan il-qasam u jien tlabt biex isir eżerċizzju dwar x'inhi l- qagħda bħalissa tas-servizzi li aħna noffru f'pajjiżna għal dak li għandu x'jaqsam mal-vjolenza domestika.", "Dalgħodu stess ġie ppreżentat lili rapport li janalizza x'inhi s-sitwazzjoni u nittama li minn hemmhekk inkunu nistgħu nimxu biex infasslu proposti leġislattivi li jkunu jistgħu jitressqu quddiem dan il-Parlament biex din il-problema li teżisti f'pajjiżna nibdew nindirizzawha kif jixraq.", "Sur President, irridu naħdmu fuq oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu mal- opportunitajiet tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Jekk il-mara Maltija jkollha l-opportunitajiet li tiżviluppa l-personalita' tagħha, tkun trid taħdem u r-responsabbiltajiet tagħha jippermettulha li tagħmel dan, allura pajjiżna għandu jkollu dawk l-istrutturi u l-miżuri li jgħinuha biex tkun tista' tidħol għal dawk l-opportunitajiet.", "F'dan il-każ aħna impenjati li naħdmu biex ikollna dawk li nsejħulhom il-family friendly policies.", "Dawn huma miżuri u deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu biex il-mara tkun tista' tlaħħaq mar-responsabbiltajiet tal-familja u fl-istess ħin tkun tista' tidħol għal dik l-esperjenza fid-dinja tax-xogħol.", "Eżempju ta' dawn il-family friendly policies kien proprju l-collective agreement li ġie ffirmat f'Novembru, 1998, bejn il-gvern u s-settur pubbliku fejn daħlu konċetti ġodda li jippermettu lill-mara tieħu dak li jissejjaħ responsibility break.", "Dan ma japplikax għall-mara biss, imma jista' jieħdu anke dak l-individwu li jkun irid idur b'xi ħadd fil-familja u allura għal perjodu ta' żmien ikun jista' jaqta' minn fuq il-post tax- xogħol biex jaqdi d-dmirijiet familjari tiegħu.", "Dawn huma kollha inizjattivi u hemm ħafna oħrajn li rridu naħdmu fuqhom.", "L-iskop ta' dawn l-inizjattivi huwa li naraw li l-mara Maltija tieħu l-post li jixirqilha, li jagħtiha d-dinjita' sħiħa tagħha u li jagħmlilha ġieħ bħala persuna.", "Sur President, irridu nżommuha f'moħħna li jekk aħna nagħtu l-ġieħ u d- dinjita' lill-mara Maltija fl-aħħar mill-aħħar inkunu qegħdin nagħtu l-ġieħ u d-dinjita' lis-soċjeta' tagħna.", "Il-komunita' tagħna titlef jekk għal xi raġuni jew oħra nħallu persuna waħda mill-komunita' tagħna fil-ġenb u ma nagħtuhiex l-opportunita' li tkun parti sħiħa minnha.", "Jekk nagħmlu dan ma nkunux soċjeta' komunita' vera.", "Dan huwa l-messaġġ li xtaqt inwassal f'din il-ġurnata.", "Nagħlaq billi ngħid li l-impenn ta' dan il-parlament kollu, kemm min-naħa tal-gvern u kif ukoll min-naħa ta' l-oppożizzjoni, huwa li naraw li l-mara Maltija tkompli tiżviluppa fis-soċjeta' tagħna għall-ġid tagħna lkoll.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 9 ta' Marzu, 1999, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL TARXIEN - DAWL", "3268.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fieres minn Triq id- Dejma f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li t-talba ġiet approvata fit-22 ta' Frar, 1999.", "TARXIEN - DAWL", "3269.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Gan Anton Tanti ħdejn id-drive-in tal-garaxxijiet f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3270.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Minisatru jara li titwaħħal lampa fil-parti li tagħmel ma' Triq it-Tarzna f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-tlaba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3271.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Annunzjata fuq il- ħanut \"Candy Candy\" f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3272.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern wara misraħ ir-Repubblika f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.", "TARXIEN - DAWL", "3273.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Ġdida bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir faċċata tar-razzett f'Ħal Tarxien?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li t-talba ġiet approvata fis-17 ta' Frar, 1999.", "MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - COMPUTERS", "3596.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma nemminx li hu fl-interess tal-Kamra u tal-poplu nuża uffiċjali pubbliċi biex jiġbru t-tagħrif mitlub stante li biex inxtraw l-eluf ta' computers li hemm s'issa fid-dipartimenti u taqsimiet li jaqgħu fil-ministru tiegħi dejjem ġew segwiti l-proċeduri stabiliti mill-liġijiet in materja.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - COMPUTERS", "3597.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Membru tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Irrid ngħid li t-tip ta' nformazzjoni li talab l-Onor.", "Membru f'din il- mistoqsija ma jidher li hi ta' ebda interess partikolari għall-pubbliku u għalhekk, kif ukoll għax il-ġbir ta' din l-informazzjoni tinvolvi ħafna xogħol u tbatija għall-impjegati konċernati, fil-futur f'każijiet simili ma jidhirlix li għandi nirrispondi fid-dettall li qed nipprovdi f'dan il-każ.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - COMPUTERS", "3598.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Skeda li tagħti nformazzjoni li setgħet tinkiseb mill-files tal-ministeru dwar il-computers li jinsabu fid-diversi taqsimiet u uffiċċji tal-ministeru, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "OPM - COMPUTERS", "3599.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid- dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?", "Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?", "Meta nxtraw?", "Kemm swew fi spejjeż?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - LINJI DIRETTI", "3600.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru tal-linji diretti tat-telefon b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta fil-Ministeru tas-Saħħa u d- dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa kif jidher hawn taħt:", "MINISTERU Secretarjat 7 2(faxes) PERMANENT SECRETARY Ufficcju 2 1(fax) DIRECTOR CORPORATE SERVICES Ufficcju 1 1(fax) HEALTH Environmental Health Branch 1 Head Office - Director General 2 Head Office - Human Resources 1 Head Office - Public Health 2 Health Information 1 Health Promotion 1 Majjistral Region 1 Mount Carmel Hospital - Administrator 1 Mount Carmel Hospital - Management Team 1 Primary Health Care 1 SLH - Administration 1(fax) SLH - Ante Natal Ward 1 SLH - Chief Executive 1(fax) SLH - Cardiology Department 1 SLH - Diabetes Clinic 1 SLH - Engineering Division 1 SLH - Medical Administration 1 SLH - Medical Administrator 2 SLH - National Blood Transfusion Service 1 SLH - National Blood Transfusion Centre 1 SLH - Supplies Section 1 Boffa Hospital - Chairman Oncology 1 Policy and Planning 1", "GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICES Administration 2 2(faxes) Director GPS 1(fax) Procurement Section 1(fax) GĦAWDEX - LINJI DIRETTI", "3601.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fil-ministeru tagħha kif ukoll fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nformata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm b'kollox 14-il linja diretta tat-telephones b'aċċess għat-telefonati diretti għal barra minn Malta.", "Tlieta minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, tlieta oħra fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas- Servizzi Korporattivi u tlieta fid-Dipartiment tal-Customer Services.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "4496.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Wara l- kritika li għamel il-Ministru Dalli fid-diskors tal-budget għall-1999 dwar l-iskartar tal-ħaddiema tal-gvern minn fuq il-post tax-xogħol, jista' l- Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MPO biex jinqata' dan l-abbuż?", "X'riżultati ħallew dawn il-passi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Il-passi dwar l-iskartar mhux l-MPO għandu jeħodhom iżda l-kap tad-dipartiment u kull uffiċjal ieħor li jkun responsabbli għal dawk il-ħaddiema li jiskartaw.", "Sadanittant ninsab informat li r-regolamenti tad-dixxiplina qed jiġu riveduti sabiex il-passi li jittieħdu jkunu aktar effettivi.", "Dawn huma mistennija li jidħlu fis-seħħ dalwaqt.", "Dwar l-abbuż ta' sick leave il-kapijiet tad-dipartimenti wkoll ingħataw l- awtorita li jibagħtu tobba privati fejn ikun hemm suspett ta' abbuż.", "PULIZIJA - SAG", "4497.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li pulizija tal-SAG ikollu kumpannija li tipprovdi s-servizz ta' 24 hours towing service?", "Hemm pulizija li talbu li huma jew marthom ikollhom kumpannija tat-towing service?", "Ingħataw permess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi xogħol u investiment privat minn impjegati fis-settur pubbliku, inkluż il-membri tal-Korp tal-Pulizija, huwa rregolat bl-Estacode.", "Ninsab informat ukoll illi l-Pulizija ma kellha ebda talba bħal dik li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.", "TA' ĠIORNI - TISWIJA F'RESIDENZA", "4498.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-gallerija tar-residenza fi Block 13, Door 15, Triq Bertha K.Ilg fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Giorni (file 981102) peress li tinstab fi stat ħażin u hija perikoluża għal min jgħix fid-dar?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jidher li hemm xi żball fl-indirizz billi ma jeżistix blokk 13 iżda aktarx blokk B. Jekk inhu l-każ jien informat mid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li x-xogħol ġie approvat u għandu jsir fi żmien qarib.", "PENSJONIJIET - SERVIZZI", "4499.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pensjonanti li kienu jaħdmu mar-Royal Navy, Army u Royal Air Force ħadu kull sena żieda għall-għoli tal-ħajja mill-1979 sa l-1998 ħlief fl-1987 u fl-1989?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn is-snin 1982 u l-1989 ma ngħatat l-ebda żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Għaldaqstat, ma kien hemm l-ebda pensjoni tas-sigurta' soċjali miżjuda b'xi żieda għall- għoli tal-ħajja f'dan il-perijodu.", "FABBRIKA ĠDIDA TAL-ĦALIB", "4500.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex tinbena fabbrika ġdida tal-produzzjoni tal-ħalib?", "Fejn se tinbena?", "Kemm se tkun kbira?", "X'se tkun il-kapaċita' produttiva tagħha?", "Kemm se jiswa l-proġett?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ġie ddentifikat sit ta' xi 3.7 ettaru biex tinbena l- fabbrika l-ġdida tal-ħalib.", "Hu ppjanat li l-fabbrika jkollha kapaċita' ta' iżjed minn 35,000 gallun ħalib kuljum.", "Dan il-proġett għandu jqum madwar Lm8 miljun.", "Dalwaqt jibdew il-konsultazzjonjiet ma' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar dwar is-sit identifikat.", "SKEJJEL - FACILITATOR", "4501.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tifel ta' erba' snin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed jitħalla mingħajr facilitator?", "X'ċans hemm li sa tmiem din is-sena skolastika jkollu facilitator?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bdiet il- proċess biex toħroġ sejħa oħra għal supply kindergarten assistants biex tissodisfa dan il-bżonn u bżonnijiet l-oħra.", "SAĦĦA - RIĊETTI TAL-MEDIĊINI", "4658.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jikkonsidra li jirranġa s-sistema tar- riċetti għal mediċini fil-health centres?", "Jaf il-Ministru bil-queues twal li jkun hemm f'health centres bħal, per eżempju ta' Ħal Qormi biex jagħmlu dawn ir-riċetti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Id-Dipartiment tal-Kura Primarja flimkien ma dak tas- Servizzi Farmaċewtiċi dejjem jaħdmu biex jaraw kif jistgħu jtejbu s- servizzi mogħtija f'dan il-qasam.", "Id-dewmien li jista' jkun hemm huwa dovut għall-fatt li jkun hemm ġranet fejn in-numru ta' tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa jkun limitat minħabba n-nuqqas li hemm fil-compliment.", "SIGURTA' SOĊJALI - ASSISTENZA SOĊJALI", "4659.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid għaliex omm xebba b'żewġt itfal (uliedha rreġistrati b'unknown father) mhijiex tieħu assistenza soċjali?", "Kemm suppost tieħu assistenza soċjali f'dan it- tip ta' każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sabiex omm xebba b'żewġt itfal li huma rreġistrati b'unknown father, tieħu l-Assistenza Soċjali, din għandha tapplika fl- Uffiċċju Distrettwali tal-lokal tagħha.", "L-ogħla rata fil-ġimgħa ta' din l-għajnuna li hi tista' tikkwalifika għaliha, jekk ma jkollhiex riżorsi u tkun qegħda tgħix bħalha familja għal rasha, hija ta' Lm34.13 fil-ġimgħa.", "Barra minn dan hija tikkwalifika wkoll għall-bonus Speċjali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa u għall-bonus ta' Lm58 li jitħallas f'Ġunju u f'Diċembru.", "Hija tista' tikkwalifika wkoll għal 50 ċenteżmu fil-ġimgħa jekk tkun qegħda tħallas il-kera.", "Il-persuna li tkun qegħda trabbi t-tfal tista' wkoll taħdem xogħol part- time, sakemm id-dħul mill-impjieg tagħha ma jeċċedix is-Lm16.75 fil-ġimgħa.", "Barra minn hekk, jekk ulied din il-persuna għadhom taħt l-eta' ta' 16-il sena, hija tikkwalifika wkoll għal Lm12.98 fil-ġimgħa f'allowance tat-tfal.", "Persuni f'dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jikkwalifikaw għal benefiċċji oħra bħal rebate tad-dawl u l-ilma, il-karta roża eċċ.", "PULIZIJA - HOLD-UP F'ĦAL QORMI", "4660.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-hold-up li sar fl-10 ta' Frar, 1998 f'nru.", "8, Freemond Str, Qormi?", "Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-proċeduri dwar dan il-każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fil-każ li rrifera għalih l-Onor.", "Interpellant hu suġġett ta' inkjesta Maġisterjali u li l- investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.", "Għaldaqstant ma nħossx li hu opportun li tingħata xi informazzjoni dwar dan il-każ f'dan l-istadju.", "MALTACOM PLC - VAKANZI", "4661.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iktar kopji riċenti ta' sejħiet għal mili ta' vakanzi għal Clerk 1, Executive Officer, Assistant Principal, Customer Service Assistant u Customer Service Officer fil-Maltacom plc?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MALTCOM PLC - CUSTOMER SERVICE OFFICER", "4662.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3663, jista' l-Ministru jgħid kif il-Bord ta' l-intervista wasal biex ta l-marki lill- kandidati fil-kriterji ta' l-abilta' u mertu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kif jirriżulta mid-dokument li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3663, il-Bord ta' l-Intervista qassam it-total ta' 100 marka b'mod ekwu fuq erba' kriterji; servizz, abilta', esperjenza u mertu.", "Naturalment l-intervista kienet tkopri dawn il-kriterji.", "MALTACOM PLC - BORD TA' L-APPELLI", "4663.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Bord ta' l- Appelli (Promozzjonijiet) fil-Maltacom plc kemm wara l-protesta u l- petizzjoni li xi impjegati kienu ressqu lill-istess Ministru u kemm wara diversi rapporti li dehru fil-media?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord, jekk il-bord huwiex qed jiltaqa' u jekk le, għaliex u jekk huwiex qed jisma l-appelli mressqa u jekk le, meta beħsiebu jibda jismagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-fatt li kien hemm bidla f'wieħed mill-membri tal- Bord ta' l-Appelli (Promozzjonijet) fil-Maltacom ma jfissirx li l- pożizzjoni ta' l-istess bord inbidlet minn dik li kienet qabel.", "Il-bord huwa magħmul miċ-chairman is-Sur George Borg Cardona u minn żewġ Membri, is-Sinjur Gaston Debono u John L. de Gray.", "Is-segretarju tal-Bord huwa s-Sur David Buttiġieġ, uffiċjal tal-Maltacom.", "Il-bord kellu jagħmel l-ewwel laqgħa preliminari tiegħu fit-18 ta' Frar 1999, pero` peress li wieħed mill-membri ma setax jattendi minħabba impenji aktar urġenti, il-laqgħa ġiet posposta.", "Fil-fatt il-bord iltaqa` l-ewwel darba fit-2 ta' Marzu, 1999.", "BORMLA - TWAQQIGĦ TA' BINI ANTIK", "4715.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju wasal it-twaqqigħ tal-bini l-antik fi Triq San Ġwann, Bormla billi dan wara li qabad ritmu tajjeb waqaf f'dawn l-aħħar jiem?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li x-xogħol tat-twaqqigħ waqaf sakemm jiġu solvuti xi problemi ma xi evictees li għad għandhom xi affarijiet fil- bini li se jaqa'.", "Biss, sadanittant ix-xogħol ta' taħmil u anki tal-ġebel fuq l-ewwel parti tal-proġett se jibdew f'dawn il-ġranet.", "DJAR - BORMLA", "4716.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra kemm appartamenti huma previsti li jinbnew fi Triq San Ġwann, Bormla wara li jitwaqqa' l-bini l-antik u kemm huwa mistenni li jiġi jiswa dan il- proġett?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwel fażi se jinbnew 20 appartament u dawn ser jiswew madwar Lm270,000.", "Fit-tieni fażi li se tibda madwar sentejn oħra, ser jinbnew 49 appartament li se jiswew madwar Lm650,000.", "KALKARA - APPARTAMENTI INDIPENDENZA", "4717.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jinforma lill- Kamra jekk matul is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin idawru l-Appartamenti Indipendenza, il-Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r- responsabbilta' għall-irranġar tat-toroq fil-housing estates hija tal- kunsill lokali fil-każ li dawn jenħtieġu patching, jew tad-Dipartiment tat- Toroq fil-każ li dawn iridu jsiru mill-ġdid.", "Jien informat li fl-estate tal-Kalkara magħruf bħala tas-Salvatur, il-kunsill qed jippjana li jirranġa t-toroq fil-futur immedjat.", "Biss għal aktar informazzjoni nagħti parir lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Onor.", "Prim Ministru li taħtu jaqgħu il-kunsilli lokali.", "WIED IL-GĦAJN - FORTI SAN TUMAS", "4718.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa jinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm- il darba bediex isir xi xogħol fl-intern u fl-estern ta' l-istess?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3682 u numru 4317, nitolbu biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET", "4719.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fil- Fortizza tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li x-xogħlijiet li diġa' nbdew fit-Torri ta' San Tumas huma:", "* tindif tal-faċċati u bejt mill-ħaxix * tindif tal-foss madwar it-torri * tneħħija ta' bini fil-foss li kien sar fiż- żmien li t-torri kien għand il-Jerma Hotel * tneħħija ta' sejjieħ minn fuq ir-redoubt quddiem it-torri.", "Xogħlijiet li se jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin huma:", "* tiswija tal-kmamar fuq il-bejt tat-Torri (bdil ta' travi msewsa, xorok maqsumin eċċ)", "* xogħol fuq waħda mill-faċċati (ix-xogħol fuq il-faċċati se jinqasam f'erba' fażijiet.", "Xogħlijiet li għandhom jinbdew fis-sajf huma:", "* Landscaping madwar it-Torri (irranġar tar-redoubt, landscaping fil-foss eċċ).", "DJAR - FILE 2766/97HD", "4818.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għaċ-ċirkostanzi diffiċli li qed jiffaċċjaw il-familjari tal-każ fil-File Nru.2766/97HD u l-informazzjoni li konfidenzjalment għarraft biha lill-Ministru, jista' d-Direttur ta' l- Akkomodazzjoni Soċjali jalloka l-fond in kwestjoni?", "Peress li l-persuna b'diżabilita' in kwestjoni tenħtieġ għajnuna mmedjata għaliex is-sitwazzjoni li ilha pendenti s-snin m'hijiex kontrollabli, jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni sabiex issir ġustizzja u l-każ jiġi rimedjat immedjatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkonsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u li ċ- ċirkostanzi speċjali ġew nnotati, u qed jingħataw l-attenzjoni meħtieġa.", "BIEDJA - MAKNA TAL-ĦASIL", "4819.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għall-makna ġdida tal-ħasil tal-kaxxi tal-bdiewa, jista' l- Ministru jinforma lill-Kamra meta ħarġet it-tender għal din il-makna, kemm- il darba ħarġet din il-makna u meta ġiet stallata din il-makna?", "Kemm fil-fatt swiet din il-makna fi flus lill-kumpannija konċernata?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 305 magħmula mill-istess Interpellant fuq l- istess suġġett.", "FISH FARMING - IKEL TAL-ĦUT", "4820.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid xi kwantitajiet u x'valur ta' ikel ta' ħut inxtara sena b'sena mill-1992 sa l-1997 fil-NAC għall-fattening tal-ħut?", "Kemm skond in-normi ta' dan l-ikel kellu jkun il-piż tal-ħut sena b'sena u kemm fil-fatt inbigħ f'piż sena b'sena?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-kwantitajiet u l-valur ta'ikel ta' ħut li ġie mixtri sena b'sena mill-1992 sal-1997 fil-NAC għall-fattening tal-ħut qed jiġu mogħtija f'tabella 1.", "Tabella 1", "Kwantitajiet u valur ta' ikel ta' ħut li nxtara mill-NAC għat-tkabbir tal- ħut:", "Sena Kwantita' Valur (Kg) (Lm) 1992 35,000 14,365 1993 15,500 6,296 1994 19,500 7,951 1995 - - 1996 - - 1997 - - TOTAL 70,000 Lm28,612", "Skond l-ammont ta' ikel li nxtara mis-sena 1992 sal-1994, il-produzzjoni ta' ħut mistennija kella tkun madwar 28,000 kgs.", "Dan l-estimi huwa bbażat fuq informazzjoni xjentifika.", "It-tip ta' ikel li nxtara, jidher illi l-ħut mkabbar f'dan il-perijodu kienu Tilapia, Spnott, Awrat u Sallur.", "Ma nistgħux ngħatu l-produzzjoni tal-ħut sena b'sena għax il-ħut idum aktar min sena biex jitkabbar (market size) u m'għandniex records ta' kemm ġie wżat ikel sena b'sena.", "Kemm fil-fatt mbiegħ piż sena b'sena qed tingħata f'tabella 2.", "Tabella 2", "Records ta' bejgħ ta' ħut:", "Sena Piż (kg) 1992 2,288.90 1993 949.50 1994 477.60 1995 34.50 1996 - 1997 - TOTAL 3,750.50", "NAC - GRADING TAL-ĦUT", "4833.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4518 dwar is- sistema tal-grading tal-fingerlings li jinħarġu mill-NAC?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-grading tal-ħut hija proċedura li hija rrakkmandata li ssir tul il-ħajja tal-ħut imrobbi fil-fish farms.", "Kif u meta dan isir jiddependi skond iċ-ċirkostanzi attwali ta' kull farm.", "Dan il-grading jew għażla jsir biex ħut ta daqs uniformi dejjem jiġi mrobbi flimkien biex b'hekk jiġi evitat il-kannibaliżmu (cioe' il ħut kbir jiekol ħut żgħir) u biex il-ħut jikber aktar uniformi.", "Fil-grading jiġi wkoll magħżul ħut li jkollu xi forma ta' difett.", "Fiċ-Centru Nazzjonali ta' l-Akwakultura l-prattika tal-grading ġiet imdaħħla sa mill-bidu anke fl-ewwel snin meta kienet titrabba t-Tilapia; difatti sal-lum wieħed jista' jsib tilari tal-injam li kienu ġew maħduma apposta biex tiġi graded it-Tilapia.", "Meta beda jitfaqqas l-awrat (1992) kienu ġew importati graders apposta li jintużaw barra minn Malta (huma speċi ta' tilari apposta ta' daqsijiet differenti skond l-eta' tal-ħut) u dawn għadhom jintużaw sal-lum.", "Il- grading huwa proċess li suppost għandu jibqa jsir anke wara li l-ħut jiġi trasferit fil-gaġeġ dejjem skond iċ-ċirkostanzi ta kull farm.", "BINI STORIKU - RESTAWR", "4834.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4508 dwar il-bini storiku ta' l-Imdina u r-Rabat, jista' l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Works Division li rrifera għalih il-Ministru?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi impoġġi d- dokumenti msemmija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "NAC - SISTEMA PERIKOLUŻA TAD-DAWL", "4835.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4516 dwar sistema tad-dawl perikoluża fl-NAC?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Onor.", "Interpellant jaf iżjed minn kullħadd li minkejja li fi żmienu nxtraw chillers u minkejja l-fatt li kient saret ħafna propaganda dwar l-istess chillers l-amministrazzjoni preċedenti lanqas biss ħadet il-passi neċessarji biex dan l-apparat ikollu supply ta' elettriku adegwata.", "Barra minn hekk, minkejja l-ħafna stqarrijiet fl-ajru, dan iċ-chiller għadu ma jistax jintuża peress li fis-sentejn li għaddew ma ġewx installati switchboards, transformers etc. apparat bażiku u neċessarju għat-tħaddim taċ-chillers.", "Nirriferi wkoll għar-risposta li diġa tajtu għad-domanda 2794.", "QRATI - ĦLAS BI CREDIT CARDS", "4890.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: In vista għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 2346 mogħtija mill- Prim Ministru, jista' l-Ministru jinforma lill-kamra jekk kemm-il darba jistax jiġi ffurmat kumitat sabiex jinvestiga u jara huwiex possibbli li l- pubbliku jkun jista' jagħmel pagamenti lill-gvern permezz ta' l-użu tal- credit cards?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qed isiru arranġamenti biex il-pubbliku jkun jista` jagħmel pagamenti lill-Gvern permezz tal-credit cards.", "Meta dawn l- arranġamenti jidħlu fis-seħħ, il-pubbliku jkollu mezz ieħor effiċjenti kif jagħmel dan.", "Ir-riċevuta mid-dipartiment tibqa' tinħareġ bħas-soltu.", "MUŻEW TAL-GWERRA", "5013.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li kien hemm diversi rapporti ta' serq u ħsarat fil-War Museum, jista' l- Ministru jgħid x'insteraq, x'inhuma l-ħsarat strutturali li hemm, x'inhuma l-opinjonijiet tal-Gvern rigward il-futur ta' dan il-Museum, jekk ikunx hemm watchman bil-lejl u x'għajnuna finanzjarja jista' jagħti l-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - MONITORS", "5014.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-monitors il-ġodda li twaħħlu minflok dawk qodma, biex jimmarkaw il-wasla u t-tluq ta' l-ajruplani fl- MIA?", "Kien hemm ħruġ ta' offerti pubbliċi?", "Meta ħarġu?", "Kemm kien hemm?", "Min ħa dawn l-offerti?", "X'sar mill-monitors il-qodma?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-monitors il-ġodda li twaħħlu minflok il-qodma, biex jimmarkaw il-wasla u t-tluq ta' l-ajruplani fl-MIA huma parti minn Airport Management and Flight Information System ġdida.", "Wara sejħa għall-offerti li ħarġet f'Ġunju 1997, Malta International Airport plc irċeviet għaxar offerti.", "Il-kuntratt għal din is-sistema l- ġdida ġie mogħti f'Jannar 1998, wara approvazzjoni tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija ta' dak iż-żmien.", "Dan il-kuntratt intrebaħ mill-kumpannija SPEA SRL, minn Milan, fl-Italja għal prezz totali ta' LIT 850,000,000.", "Ta' min jgħid li x-xogħol ta' din is-sistema kien jinkludi wkoll xogħol ta' stallazzjoni li sar mill-ħaddiema tal-MIA, u xogħol ta' testing and termination ta' Fibre Optic Cables li ngħata lill-Mlatacom plc.", "Il-monitors il-qodma jinsabu fl-istores tal-MIA u hemm il-ħsieb li dawn jinbiegħu wara sejħa għall-offerti.", "ĊENTRU TAD-DISTRIBUZZJONI TAĊ-ĊILINDRI TAL-GASS", "5015.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li ċ-ċentru tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass mhuwiex fiċ- ċentru ta' Malta u peress li mhux dejjem ikun faċli li jinxtraw dawn iċ- ċilindri minn dawk li jqassmu bit-trakk, jista' l-Ministru jara li jinstabu xi ċentri oħra żgħar madwar Malta biex minnhom jitqassmu dawn iċ-ċilindri u l-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar u malajr?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Korporazzjoni Enemalta qed tistudja l- possibbilta' għall-bejgħ ta' ċilindri tal-gass minn postijiet alternattivi.", "B'danakollu mhux faċli jinstabu postijiet li jridu jkunu konformi mar- Regolamenti tas-Sigurta' biex fihom jinħażnu kwantitijiet ta' ċilindri.", "Postijiet ta' dan it-tip jirrikjedu ċerta distanza minn l-abitant u mezzi oħra ta' sigurta'.", "RAĦAL ĠDID - ĠNIEN PAWLU BOFFA", "5016.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li l-ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid jitnaddaf, titneħħa l-kitba minn fuq il-ħitan u tingħata dehra aktar attraenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid mhux inkluż fil- kuntratt li l-kunsill ta' Paola għandu mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u għalhekk jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-kunsill lokali.", "SAĦĦA - SIRINGI", "5017.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li dan l-aħħar kien hemm diversi rapporti li pazjenti ma' kienux qed jingħataw siringi biżżejjed biex jieħdu l-insulina, jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' siringi u jekk dawk dipendenti mid- droga, li huma wkoll intitolati għal siringi b'xejn, humiex se jingħataw anqas b'periklu li jxerrdu l-marda ta' l-Aids?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kemm fil-preżent kif ukoll dan l-aħħar id-dijabetiċi dejjem ingħataw l-intitolament kollu tagħhom tas-siringi fix-xahar mill- ispiżeriji taċ-Centri tas-Saħħa u m'hemm l-ebda nuqqas ta' siringi f'dan ir- rigward.", "Skond ir-records tad-dipartiment il-persuni dipendenti mid-droga dejjem jingħataw siringi meta jitolbu dawn miċ-Ċentri tas-Saħħa u m'hemm l-ebda pjan sabiex jingħataw inqas siringi.", "VETTURI - CCTV", "5018.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern rigward l-introduzzjoni ta' cameras u tagħmir ieħor li jiġbdu r-ritratti u jirrekordjaw l-ispeed tal-karozzi magħrufa bħala CCTV biex ikun hawn kontroll u sewqan aħjar fit-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kontroll ta` l-ispeed tal- karozzi u l-infurzar ta` liġijiet konnessi mat-toroq huma responsabbilta` tal-Pulizija, għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - INFIQ TA' FLUS", "5035.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal- Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l- Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall- mistoqsija parlamentari numru 4683.", "Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-rendikont itemized mitlub fit-tieni parti tal- mistoqsija.", "SAĦĦA - INFIQ TA' FLUS", "5036.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ngħid lill-Onor.", "Interpellant li mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ma ntnefqux flus fl-irranġar ta' l-uffiċini tal- ministeru.", "L-uniku xogħol li qed isir bħalissa hu xogħol ta' restawr fit- taraġ u l-indana prinċipali, liema xogħol qed isir mill-istudenti ta' l- iskola Ġilormu Cassar.", "IMPJIEGI - CSA'S", "5037.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3370, jista' l-Ministru jgħidilna fuq liema kriterju huwa ġudikat il- kompatibilita' mal-klijent ladarba l-klijent u CSA ma jkunux għadhom iltaqgħu?", "Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalita' ġejjin is-CSA's ġodda u f'liema lokalita' tal-komunita' qegħdin jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mir-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 3370, b'kompatibbilta' wieħed jifhem illi meta s-supervisors ikollhom bżonn xi Casual Social Assistant, dawn jgħidulhom jiġu fl-uffiċċju biex jaraw id- dispożizzjonijiet tagħhom inkwantu ta' karattru, jekk persuna tkunx verament kapaċi tkampa mall-problema ta' l-anzjani (nervi, burdati, eċċ.)", "In-nies imsemmija fl-istess mistoqsija ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "Mġarr, Swieqi, Kalkara, B'Kara, Ħamrun, San Ġwann, Naxxar, Żejtun, Attard, Qormi, Fgura.", "Mqabba, Gżira, Marsa, Sliema, Paola, Żebbuġ, Lija, St Paul's Bay, Sta.", "Venera, Balzan, Cospicua.", "SWDP - SERVIZZ TA' HELPLINE", "5038.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie ntrodott is-servizz fejn hemm linja pprovduta mill-SWDP għat-tfal li jsofru minn xi abbuż: kemm tfal għamlu użu minn dan is-servizz; kemm minn dawn it- tfal ġew identifikati; kemm minn dawn il-phone-ins kienu jirrikjedu follow- up; u bħala riżultat ta' din l-inizjattiva kemm tressqu nies il-qorti mixlijin b'abbuż ta' tfal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-mistoqsija qegħda tirriferi għas-servizz Supportline 179 li mhuwiex miftuħ biss għat-tfal abbużati, iżda għal nisa msawta wkoll u għal individwi u familji bi problemi oħra.", "Minn mindu beda jopera s-Supportline 179 f'Jannar ta' l-1996 sa tmiem is-sena 1998, kien hemm dawn it-telefonati minn tfal u adulti dwar tfal abbużati.", "Sena Tfal li cemplu Adulti li cemplu Total ta'telefonati dwar abbuz tat-tfal dwar abbuz tat-tfal mit-tfal stess fuq problemi varji", "1996 m'ghandniex m'ghandniex 169 statistika statistika 1997 48 240 1149 1998 44 256 1605", "Nota: dawn iċ-ċifri huma ta' telefonati, u mhux ta' każijiet separati", "Fl-1996 ma kienx jinżamm tagħrif dwar jekk min ċempel kienx minuri jew adult.", "It-tfal li jċemplu lis-Supportline 179 iċemplu għal raġunijiet differenti, fosthom: abbuż minn adulti, problemi mal-ġenituri, problemi mal- ħbieb, problemi fl-iskola, eżamijiet u homework, biża' (ez biża' mid-dlam), etc. L-istatistika t'hawn fuq tindika biss in-numru ta' telefonati u mhux in-numru tal-każijiet għaliex f'ċertu każijiet il-persuna tista' tkun ċemplet aktar minn darba waħda.", "Għalhekk dawn m'għandhomx jittieħdu bħala każijiet separati.", "Mhijiex il-proċedura tas-Supportline 179 li jiġi ddentifikat min iċempel, billi dan is-servizz jassigura konfidenzjalita' u anonimita' lil min iċempel.", "Għalhekk, sakemm il-persuna stess ma tindikax li trid tirriferi lilha nnifisha, minn iċempel ma jitteħdulux dettalji personali.", "Min iċempel lis-Supportline 179 jkollu l-opportunita' li jikseb tagħrif sabiex ikun jista' jċempel lis-servizz li hu marbut l-aktar mat-tip ta' problema li għandu, jew li jgħaddi tagħrif lis-Supportline 179 sabiex jiġi riferut mill-SWDP lil servizz xieraq.", "Fil-każ ta' abbuż ta' tfal, meta xi ħadd iċempel dwar abbuż ta' tfal, is- Supportline 179 iżomm it-tagħrif kollu li jingħata.", "Dan it-tagħrif jingħata lit-Taqsima Ħarsiem tat-Tfal ta' l-SWDP sabiex tinvestiga.", "Mill-1996 sa' Diċembru ta' l-1998 is-Supportline għadda 207 każijiet differenti lit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal (32 fl-1996, 95 fl-1997, u 80 fl- 1998).", "Minn dawn il-207 każ ta' abbuż ta' tfal riferuti mis-Supportline, 22 (11%) ma setgħux jiġu nvestigati għaliex it-tagħrif li ngħata minn min ċempel ma kienx biżżejjed biex it-tfal jiġu ddentifikati.", "Dan il- persentaġġ (22%) ta' każijiet riferuti mis-Supportline li ma setgħux jiġu ddentifikati huwa għola mill-persentaġġ ta' 3% ta' każijiet ta' abbuż ta' tfal irrapportati fl-istess żmien minn persuni li ċemplu direttament lit- Taqsima Ħarsien tat-Tfal (Total ta' 1,17).", "Ma tinżammx statistika dwar kemm eżattament kien hemm każijiet - fost il- każijiet kollha ta' abbuż ta' tfal - fejn dawk li abbużaw mit-tfal fil-fatt spiċċaw biex ittellgħu il-qorti mixlijin b'abbuż ta' tfal.", "DJAR - APPLIKAZZJONIJIET MINN SINGLE PARENTS", "5039.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw single parents għall-housing units tul dawn l-aħħar ħames snin?", "X'persentaġġ minn dawk li applikaw kull sena ngħataw dar għal dawn l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat li, fil-każ tad-Dipartiment għall- Akkomodazzjoni Soċjali, matul l-aħħar ħames snin kien hemm 91 applikazzjoni minn single mothers u 147 minn persuni isseparati bit-tfal, b'kollox 238, li applikaw mad-dipartiment.", "Minn dawn ġew allokati 60 li jagħtu figura ta' ftit aktar minn 25%.", "Fil-każ ta' l-Awtorita' tad-Djar, in-numru ta' single parents li applikaw ma' l-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar ħames snin kien ta' 499.", "Il- persentaġġ ta' dawk li bbenefikaw għal kull sena hu kif ġej:", "SENA NUMRU TA' APPLIKAZZJONIJIET % TA' ALLOKAZZJONI MINN GENITUR WIEHED", "1995 26 23% 1996 385 12% 1997 71 8% 1998 17 6%", "TOTAL 499", "Dawn il-persentaġġi ta' allokazzjonijiet jinkludu xi każijiet ta' persuni li jkunu rrifjutaw l-allokazzjoni.", "GĦAQDA TAL-PENSJONANTI - NEWSLETTER", "5040.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: B'riferenza għan-Newsletter \"Il-pensjonant Jannar - Marzu 1999\" fejn hemm rapportat li l-Għaqda tal-Pensjonanti kienu bagħtu memorandum lil Ministru għall-Politika Soċjali li kienet tinkludi sottomessjonijiet ta' l-għaqda biex jiġu kkonsidrati fit-tfassil tal-budget għas-sena 1999; u fid-dawl tal-fatt li dawn l-istess sottomissjonijiet huma riflessi fil-wegħdi elettorali tal-Partit Nazzjonalista (wegħdi 214, 215, 216, 218, 203, 204 u 205), jista' l-Ministru jgħarrafna għaliex il-Gvern Nazzjonalista sab diffikulta' iwettaq il-wegħdiet li kienu għamlu fil- programm elettorali tagħhom għax skond l-istqarrija li ħarġu l-Kunsill ta' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti, lanqas waħda mit-talbiet ta' l-għaqda ma ġiet milqugħa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Gvern Nazzjonalista qatt ma sab diffikulta' fit-twettiq tal-wegħdiet tiegħu.", "Jekk qatt kien hemm prova ta' dan, kienu l-għexieren ta' emendi li Gvernijiet Nazzjonalista ġabu fis-seħħ biex jassiguraw mhux biss it-titjib fil-livell ta' għixien ta' benefiċċjarji soċjali, iżda wkoll li jara li jitneħħew ħafna anomaliji li f'ċerti każi kienu qed joħolqu inġustizzja soċjali lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Hu propju fil-qasam tal- pensjonijiet li Gvernijiet Nazzjonalista ħadu passi biex jassiguraw titjib sostanzjali.", "Jien ċert li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li l-akbar miżura li qatt saret fil-qasam tal-pensjonijiet kienet dik li ġab fis-seħħ Gvern Nazzjonalista fl-1996 li biha estenda il-pensjoni taż-Żewġ Terzi lil kulħadd, inkluż dawk li rtiraw qabel l-1979.", "L-Onor.", "Interpellant jaf li mmedjatament wara l-elezzjoni ġenerali ta' Settembru '98 ittieħdu passi biex intaffu sostanzjalment il-piż li kien se jkollhom iġorru l-pensjonanti fil-ħlas ta' miżati fuq mediċini u fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Fl-aħħarnett, infakkar l-Onor.", "Membru li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hu programm għal ħames snin, u mhux għal ftit xhur.", "PULIZIJA - KORS TA' SURĠENT", "5114.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li applikaw u qegħdin isegwu l-kors għall-surġent fil-Korp tal-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għall-surġenti u kemm minn dawn se jimtlew mill-kandidati aktar 'il fuq indikat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li n-numru ta' kuntistabbli li kienu applikaw għall-kors għall-surġent fil-korp kien ta' 150, li minnhom 94 qed isegwu dan il-kors.", "Ninsab informat ukoll li n-numru ta' vakanzi fil-grad ta' surġent preżentament hu ta' 25 u dawn il-vakanzi jimtlew skond l-eżitu ta' dan il- kors, dejjem skond l-esiġenzi tas-servizz tal-korp.", "AGRIKOLTURA U SAJD - KUNTRATTI", "5115.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; min għamel l- ispecifications; min għamel l-award; intalbu quotations; kemm kienet kull quotation; min rebaħ kull kuntratt; u ngħataw extensions?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il- Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għallhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KUNTRATTI", "5116.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999:- x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tagħha; min għamel l- ispecifications; min għamel l-award; intalbu quotations; kemm kienet kull quotation; min rebaħ kull kuntratt; ingħataw extensions?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta nfetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir- rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "MINISTERU TAS-SAĦĦA - KUNTRATTI", "5117.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru,1998 u t-28 ta' Frar, 1999: x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; min għamel l-ispecifications; min għamel l-award; intalbu quotations; kemm kienet kull quotation; min rebaħ kull kuntratt; u ngħataw extensions?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista' l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikolari f'moħħu.", "PBS - AĦBARIJIET", "5118.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999 ixxandru fl-aħbarijiet tal-PBS: items relatati mal-ministri tal-Gvern Nazzjonalista; u items relatati mal-Partit Laburista?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jidhirlix li hu xogħol tiegħi jew tal-ministeru tiegħi inżomm monitoring tal-PBS tat-tip li qed jitlob l-Onor.", "Membru.", "MINISTERU TA' L-INTERN - KUNTRATTI", "5119.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; min għamel l-ispecifications; min għamel l-award; intalbu quotations; kemm kienet kull quotation; min rebaħ kull kuntratt; ingħataw extensions?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il- Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l- ebda skop li dan isir.", "MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - KUNTRATTI", "5120.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; min għamel l-ispecifications; min għamel l-award; intalbu quotations; kemm kienet kull quotation; min rebaħ kull kuntratt; ingħataw extensions?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f`Ottubru li għadda b`risposta għal diversi domandi fir- rigward ta` mistoqsijiet simili diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħela ħafna żmien u enerġija biex tinġabar.", "Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.", "UE - SĦUBIJA TA' MALTA", "5171.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-gvern għas-suġġeriment tal-FOI biex isir economic impact assessment tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-Gvern ħa nota tas-suġġerimenti tal-Federazzjoni ta' l-Industriji u dawn se jingħataw il-konsiderazzjoni li jixirqilhom.", "UE - AVIS", "5172.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani tal-gvern biex il-Parlament jiddiskuti l-impatt ta' l-aġġornamenti ta' l- Avis tal-Unjoni Ewropea fuq l-ekonomija u s-soċjeta' Maltija u Għawdxija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bħalma jaf l-Onor.", "Membru, il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra jiddiskuti l-programm tax-xogħol parlamentari.", "Bħalma qed jiġu diskussi liġijiet finanzjarji urġenti li, kif kien dikjarat, qed joffru opportunita' biex tiġi diskussa l-qagħda ekonomika, kif talbet l- Oppożizzjoni.", "Malli jitlesta dan ix-xogħol urġenti, jiġi diskuss fil- kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-ħtieġa ta' dibattitu fuq is-suġġett imsemmi, li jista' jsir faċilment fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin.", "SAĦĦA - INVENTARJU", "5173.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-ministeru kif ukoll id-dipartimenti li jaqgħu taħtu jżommux inventarju aġġornat ta' l-affarijiet kollha li wieħed jista' jsib f'dawn il-postijiet imsemmija aktar 'il fuq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta hija fl-affermattiv.", "IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL", "5174.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' dawk li qegħdin jirreġistraw miż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn għax-xogħol taħt Part 1 u Part 2, xahar b'xahar, minn Settembru sal-lum?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ĦAMRUN - TRIQ IL-KBIRA SAN ĠUŻEPP", "5175.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wasalx biex jibda x-xogħol fuq Triq il-Kbira, San Ġużepp, il-Ħamrun li fuqu diġa' saru ħafna diskussjonijiet ma' diversi ministri?", "Jaf il-Prim Ministru li dan kellu jkun il-proġett tal-millenju?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant il-kunsilli huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet, jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill konċernat.", "SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJIET", "5176.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-operazzjonijiet tal- katarretti?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Fil-preżent hemm 503 pazjent jistennew operazzjoni tal-kataretti.", "275 minnhom huma ta' waħda mill-firms u għandhom waiting time ta' seba' xhur.", "Il-firm l-oħra għandha 225 pazjent u waiting time ta' ħames xhur.", "L-ebda minn dawn l-operazzjonijiet m'huma urġenti.", "F'sitwazzjoni meta l-pazjent ikollu kataretti avvanzati f'għajnejh it- tnejn w allura jkollu problemi kbar tal-vista, l-operazzjoni tingħata priorita' u l-pazjent ma jitħalliex jistenna fil-waiting list normali.", "PENSJONI", "5177.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid meta u kif iridu japplikaw nisa li jkunu ħadmu tul ħajjithom sabiex jieħdu l-pensjoni ta' l- eta'?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li fil-każ ta' pensjoni ta' l-Eta', li hija pensjoni mhux kontributorja, persuna għanda tapplika ftit qabel ma tagħlaq l-eta' ta' 60 sena biex tirċievi l-pensjoni mill-eta' ta' sittin sena.", "Id-dritt għal din il-pensjoni jkun jiddependi minn test tal-mezzi.", "Mill-mistoqsija ta' l-Onor.", "Membru, aktar naħseb li qed jirriferi għall- pensjoni kontriburorja għal min jirtira.", "Dan għaliex qed isemmi nisa li jkunu ħadmu u għalhekk ikkontribwew permezz tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali.", "F'dan il-każ, dejjem kienet il-prassi li l-persuna assigurata tintalab li tagħmel it-talba sa tliet xhur qabel ma tilħaq l-eta' ta' irtirat.", "Dan isir biex id-dipartiment f'dan iż-żmien jilħaq jiġbor l- informazzjoni kollha li tkun tenħtieġ biex tiġi kkalkolata r-rata ta' pensjoni dovuta u b'hekk din titħallas kemm jista' jkun ma' l-ewwel pagamenti ta' pensjonijiet li jkun hemm wara li tilħaq l-eta', ta' l- irtirat.", "It-talba trid issir fuq formola apposta li tinkiseb mill- Uffiċċji Distrettwali li għandu d-dipartiment imxerrdin ma' Malta u Għawdex.", "SVPH - TRASPORT PUBBLIKU", "5178.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara hijiex possibbli li ssir rotta diretta lejn l-Isptar San Vinċenz de Paule peress li bħalissa hemm mixja twila mill-istage sa l-istess sptar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qed tipprova ssib mod kif il-karozzi tal-linja tar-Rotta Nru. 35 ikunu jistgħu jgħaddu qrib il-kumpless San Vinċenz de Paule.", "KOTTONERA - PROĠETT", "5179.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid meta ż-żewġ konsorzja magħżula għall-proġett tal-Kottonera se jippreżentaw il-pjani bl-iżvilupp li se jwettqu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-gvern fi żmien opportun se jressaq quddiem il-Parlament reżoluzzjoni għall-approvazzjoni tal-kuntratt suġġerit maż-żewġ konsorzja, fejn kien ukoll indikat it-termini li dwaru qed isaqsi l-Onor. kollega.", "COTTONERA - SWAR", "5180.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex is-swar tal-Cottonera jingħataw l-attenzjoni li jixirqilhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-pjan biex is-swar tal-Kottonera jingħataw l-attenzjoni xierqa jifforma parti minn pjan akbar għas-swar kollha ta' Malta inklużi dawk tal-Belt, il-Furjana, tal-Kottonera u ta' l- Imdina fost l-oħrajn, liema pjan qiegħed jiġi ikkordinat ma' l-Universita' ta' Bologna.", "Matul din is-sena kif l-Onor.", "Interpellant jaf il-Gvern ivvota is-somma ta' Lm600,000 li hija ntiża biex jibda x-xogħol preparatorju fuq dan il-proġett.", "TUG MALTA - IMPJEGATI", "5181.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mpjegati mat-Tug Malta mill- 1985 sal-lum, sena b'sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "SENA NUMRU TA'IMPJEGATI", "1985 45 1986 45 1987 46 1988 40 1989 42 1990 44 1991 50 1992 52 1993 53 1994 52 1995 55 1996 56 1997 55 1998 55 1999 55", "ĊIMITERJU TA' L-ADDOLORATA - OQBRA", "5187.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Minħabba li fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata hemm ħafna oqbra mitluqa u jidher li m'huma ta' ħadd, waqt li hemm ħafna li qegħdin fuq il-waiting list jistennew biex jixtru qabar, jista' l-Ministru jgħid x'jista' jagħmel?", "Kemm hemm oqbra vojta preżenti f'dan iċ-Ċimiterju?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal qabar ġdid?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddej eżerċizju mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex jiġu ddentifikati l-oqbra privati li ilhom ħamsin sena jew aktar ma jintużaw għad-dfin.", "Meta jitlesta dan l-eżercizju nkun f'pożizzjoni aħjar sabiex ninvestiga x'jista' jsir.", "Għalhekk l-informazzjoni għal din il-parti tad-domanda tingħata aktar tard.", "Dwar oqbra vojta, bħalissa jeżistu 50 qabar vojt.", "Iżda dawn huma kollha tal-komun jiġifieri jintużaw għal dfin ta' persuni li m'għandhomx jew ma jistgħux jindifnu f'qabar privat.", "Ninforma wkoll li sal-lum hemm 1349 applikazzjoni pendenti għal qabar ġdid.", "SKEJJEL STATALI - SIGN LANGUAGE", "5188.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sign language tiġix mgħallma fl-iskejjel ta' l-istat?", "Jekk iva, kemm hawn għalliema u f'liema skejjel?", "Kemm hemm studenti fl-Universita' li qed jieħdu dan is-suġġett biex ikunu għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li għalkemm is-sign language tiġi wżata mill- għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat fejn ikun hemm il-ħtieġa, is-sign language ma tiġix mgħallma.", "Rigward l-aħħar domanda, l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix.", "PULIZIJA - ENBARCATION CARDS", "5189.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li twaqqaf il-mili ta' l-enbarcation cards għal min ikun se jsiefer?", "X'se jagħmlu issa jew x'alternattiva oħra se jieħdu l-pulizija għal skopijiet ta' records?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fil-għatba tal-Millenju l-ġdid, ġie deċiż li m'hemmx għalfejn li jimtlew 340,000 cards minn ċittadini Maltin biex jitilqu minn u jidħlu f'art twelidhom.", "Il-passaport xorta waħda jibqa' jiġi ittimbrat fil- mument tat-tluq u dħul fil-pajjiż.", "Għar-rigward il-barranin, il-mili tal-cards għadu meħtieġ.", "Il-pulizija stess irrakkmandat u qablet ma' dan it-tibdil.", "Ta' min isemmi li fl-1997 biss imtlew 340,000 cards mill-Maltin biex jidħlu u joħorġu minn pajjiżhom stess.", "Għalhekk din il-miżura se tneħħi inkonvenjent żejjed lill-Maltin meta jsiefru; u se jnaqqas parti mix-xogħol lill-Pulizija u Immigration Officers", "Jekk l-Onor.", "Interpellanti jidhrilha li hemm xi raġuni għala l-Maltin għandhom jimlew card biex isiefru, hija ġentilment mitluba tinformani dwarha.", "BORD GĦALL-KONTROLL TAT-TRAFFIKU", "5190.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board huwiex imwaqqaf u jiffunzjona?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-bord?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellanti tirriferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "FURJANA - ŻBIR TA' SIĠAR", "5191.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jara li jinżabru s-siġar fl-inħawi tal-playing fields fi Triq Vilhena, fil-Furjana?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-siġar li hemm fi Triq Vilhena huma responsabbilta' tal-kunsill lokali u mhux tal- Gvern Ċentrali.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - VAN GVH 236", "5195.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jindaga kif qed jintuża l-VAN GVH 236 u jistax jikkonferma li dan jintuża wkoll wara l-ħin tax-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-van GVH 236 qed jintuża mis-surveyors tal-Building and Engineering Department, u jintuża spiss wara l-ħin tax-xogħol u s-Sibt meta jkun hemm xogħol ta' overtime.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - VETTURI", "5196.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kif qed jintużaw dawn il-karozzi tad- Dipartiment: BAK - 494, LCK - 328, FBK - 317, IAK - 158, GVN - 159 U GVH - 236?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-karozzi li n-numri tagħhom jidhru hawn taħt qed jintużaw kif ġej:", "BAK 494 u LCK 328 huma wżati minn żewġ uffiċjali li jaħdmu dirett mad- Direttur Ġenerali u li għandhom xogħlijiet kif assenjati lilhom dirett minnu fosthom xogħol f'Kastilja, St. James Cavalier, B'Kara Civic Centre, xogħol f'diversi skejjel, u xogħol ieħor.", "FBK 317 qed tintuża minn uffiċjal li qed jagħmel xogħol tal-G.I.S. (Geographical Information System) fuq is-sistema tad-drenaġġ madwar Malta u Għawdex.", "IAK 158 - L-ebda karozza b'dan in-numru ma teżisti fid-dipartiment.", "GVN 159 qed tintuża minn uffiċjal li jaħdem dirett mad-Direttur tad- Dipartiment tal-Bini u Inġinerija li bħalissa għandu f'idejh xogħol tal- Qormi Flood Relief, Ħad-Dingli u St. Venera.", "GVH 236 - L-informazzjoni ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 5195.", "QORMI - PROĠETT", "5197.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jagħti ġustifikazzjoni għal overtime (inkluż Sibtijiet) mogħti fuq il-proġett ta' Ħal Qormi?", "(Numru tal-file qed jintbagħat separatament).", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-overtime li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant fuq il-proġett ta' Ħal Qormi kien approvat.", "Dan l-overtime ikopri żewġ ħaddiema mit-Tnejn 1 ta' Marzu sal-Ħadd 7 ta' Marzu, 1999, erba' ħaddiema oħra s-Sibt 6 ta' Marzu, 1999 u l-Ħadd 7 ta' Marzu, 1999.", "Dawn il-ħaddiema huma meħtieġa biex isegwu xogħol ta' toroq b'urġenza li qed isir fl-inħawi u fit-tmiem il-ġimgħa biex jagħmlu ċertu xogħol li jrid jikkomplimenta dak tal-kuntrattur.", "Barra dan se jintużaw ukoll biex iċaqalqu bollards u xi sinjali tat-traffiku in kollaborazzjoni mal-Pulizija li se ikunu fuq is-sit tax-xogħol.", "QRATI - KSUR TA' COPYRIGHT TA' SOFTWARE", "5198.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet s'issa fil-Qorti dwar ksur ta' copyright ta' software tal-computers mindu ġiet emendata l-liġi fl-1997?", "X'kienet is-sentenza li ngħatat f'kull każ?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li persuni akkużati b'dawn ir- reati jitressqu l-Qorti mill-Pulizija ta' l-Administrative Law Enforcement.", "Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tintalab lill-Ministru ta' l-Intern.", "Ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija tkun tista' tingħata meta jiġu stabbiliti l-każi individwali.", "MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - EX GĦALLIEMA", "5199.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem/a mill-iskejjel statali kollha bdew jaħdmu f'segretarjati jew uffiċċji ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari minn Settembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jagħti lista, persuna b'persuna, fejn qed jaħdmu llum u f'liema skola kienu jaħdmu qabel Settembru, 1998?", "Jista' l-Ministru jgħid min issostitwixxa lil kull persuna f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "5200.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jindika kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bejn Settembru, 1998 u Jannar, 1999?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onor.", "Membru, kif ukoll informazzjoni aktar dettaljata, se tingħata fis-Seduta Nru. 74 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5104.", "OPM - KONSULENTI", "5201.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-konsulenti ġodda li mill-elezzjoni 'il hawn, bi ħlas jew mingħajru, qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infprmat illi mill-elezzjoni 'l hawn ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt ta' ħatra ta' konsulent fid-dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI", "5202.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kien in-numru ta' applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar ta' l- 1998?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fl-aħħar ta' l-1998 kien hemm 3083 talba għall- akkomodazzjoni alternattiva.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "5203.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva f'Malta u f'Għawdex f'kull belt u f'kull raħal?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "PA - BINI F'GĦAWDEX", "5213.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5066?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5066, ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar in-numru ta' applikazzjonijiet deċiżi mid-DCC u mill-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rigwrd ta' bini f'Għawdex hu kif ġej :", "01.01.1998 - 06.09.1998", "D.C.C. 820 applikazzjoni u 15 gew withdrawn Bord ta' l-Appelli 36 applikazzjoni", "07.09.1998 - 16.02.1999", "D.C.C. 304 applikazzjoni u 15 gew withdrawn Bord ta' l-Appelli 20 applikazzjoni", "GĦAWDEX - KUNTRATTI TA' XOGĦLIJIET", "5214.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5072?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "WSC - IMPJEGATI", "5215.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur, u preċiżament mis-7 ta' Settembru 1998 sas-16 ta' Frar 1999, iddaħħlux jaħdmu f'Għawdex stess persuni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?", "Jekk ir-risposta hi fl- affermattiv, kemm-il persuna daħħlu ma' l-istess korporazzjoni f'Għawdex u xi kriterju ġie adottat fl-għażla ta' l-istess persuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perijodu msemmi l-ebda persuna ma' daħlet taħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'Għawdex.", "B'KARA BYPASS - TRAFFIC LIGHTS", "5216.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li waħda mill-postijiet fejn qed jiġu ppjanati traffic lights fi Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass) iżomm ħafna ilma u jinżel gelgul ta' ilma meta ssir xi maltempata, jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu jekk jirriżultalu li ma ttieħdu l-ebda passi biex dan l-inkonvenjent li jagħmel is-sit ta' dawn it-traffic lights bla użu meta tagħmel ix-xita jitneħħa?", "Barra minn hekk, x'passi se jittieħdu biex karozzi ma jiskartawx it-traffic lights billi jgħaddu mis-service road fil- ġenb tat-triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li t-traffic lights (pelican crossings) tqegħdu f`post li fih jidher l-inqas inkonvenjent.", "Dawn il- lights twaħħlu wkoll wara li ġew approvati mit-Traffic Control Board.", "FMS - REKLAMI", "5217.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet reklami l-Foundation of Medical Services mill- 5 ta' Settembru, 1999?", "Tista' titqiegħed kopja ta' kull reklam fuq il- Mejda tal-Kamra?", "Kemm ġew jiswew kull sensiela ta' kull reklam fil- ġurnali?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta' reklami mill-5 ta' Settembru, 1998 magħmula mill-Foundation of Medical Services kienu skond il-lista kif ġej:", "Ingagg ta' Lm", "Medical Equipment Engineer 1164.90", "Personal Assistant to Chief Executive Officer", "Transport Officer for Ambulance 653.78 Garage SLH", "Financial Controller for Government Pharmaceutical Services (1) 352.50", "Financial Controller for Government Pharmaceutical Services (2) 1369.35", "Head of Institutional Operations 1307.55", "Appointment of: Financial Auditors - F.M.S. 304.50", "Avviz dwar: Technical Information and Specifications on Medical Equipment 1307.55", "Spiza Totali 6460.43", "FMS - IMPJEGATI", "5218.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-Foundation of Medical Services?", "X'inhi l-professjoni tagħhom?", "X'inhi l-ID Card tagħhom?", "X'rwol se tilgħab il-Foundation of Medical Services fuq il-proġett ta' bini ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ir-risposta ghad-domanda ta' l-Onor.", "Interpellant hija skon kif ġej:", "Membri Professjoni I.D. No.", "Dr. Joseph L. Pace Dermatologist 467546(M) Dr. Ray Busuttil Director General Health 415957(M) Dr. Ray Xerri Director Policy & Planning 252156(M) Dr. Natasha Azzopardi Muscat Medical Officer 349573(M) Mr. Albert A. Attard Retired 186436(M) Mr. Rene H. Formosa Retired 743435(M) Mr. David Spiteri Gingell Central Information Managment Officer 000166(M)", "Il-bord ta' FMS se jkollu l-funzjoni tal-klijent u responsabbilta' totali tal-proġett ta' isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "5219.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta ħadem u x'ħinijiet tax-xogħol ħadem tul ix-xahar ta' Frar, 1999 il-hospital surveillance officer li ismu qed jintbagħat separatament?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-imsemmi Security Guard bħalissa huwa temporanjament posted fil-Construction and Maintenence Department tal-Works Division, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - MENINGOCOCCOL MENINGITIS", "5220.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' meningococcol meningitis mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "Kemm kien hemm każi ta' meningococcol septicaemien mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum?", "Kemm kien hemm każi ta' mwiet f'kull każ?", "X'kienu l-etajiet ta' dawk li mardu fiż-żewġ każi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum kellna ħames każi ta' mard kaġunat mill-Meningococcus li jinqasmu kif ġej: Każ wieħed Meninġite u erba' każi Septicaemia.", "Minn dawn, il-każ ta' Meninġite u wieħed mill-erba' każi ta' Septicaemia rriżultaw f'imwiet.", "L-etajiet tal-każi huma kif indikati fit-tabella hawn taħt.", "| Tip ta' Marda | Eta' |", "| MM | 50 sena | | SM | 7 snin | | SM | 22 xahar | | SM | 48 sena | | SM | 13 il-sena |", "SM = Septicaemia Meningococcal MM = Meningitis Meningococcal", "SAĦĦA - KAŻI TA' L-MRSA", "5221.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ġodda ta' MRSA mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fl-Isptar San Luqa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-każijiet ġodda ta' Methicillin Resistant Staphylococcus Aureus ġewwa l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn tas-sena 1999 kienu dawn:", "| JANNAR 25 | | FRAR 37 |", "NAXXAR - ASFALTAR", "5224.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux it-tenders relattivi għall-għoti ta' tarmac u wkoll bankini fi Triq il-Ġnien, Naxxar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-sejħa għall-offerti biex isiru bankini u l-illivellar ta` Triq il-Ġnien, Naxxar ħarġet fil-5 ta` Frar, 1999.", "Jien informat ukoll li x-xogħol ta` l-asfalt ma jistax isir għalissa.", "VALLETTA - UFFIĊĊJU TAL-MAM", "5225.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4756 u r- risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li ma tqegħdux partitions fissi bħala parti minn dan ix-xogħol?", "Jista' l-Ministru verament jgħid li ma nfetaħx iktar minn bieb wieħed?", "X'ġiegħel li x-xogħol ma tkompliex kif ġie ppjanat?", "Jista' l-Ministru jgħid min ordna dan ix-xogħol u jekk dan kellux l- awtorizzazzjoni biex jagħmel dan?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li bħala parti mix-xogħol imsemmi tqiegħdu żewġ demountable partitions.", "Mhuwiex magħruf għal-liema pjanijiet qed jirriferi għalihom l-Onor.", "Interpellant.", "Dan ix-xogħol sar fuq istruzzjonijiet maħruġa miċ-Chief Executive ta` l- Awtorita` Marittima.", "NAXXAR - SINJALI TAT-TRAFFIKU", "5226.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu l-pelican lights fit- tarf ma' Għargħur Road kantuniera ma' St Paul's Street, Naxxar u dan peress li t-traffiku li jkun ġej minn St Paul's Street m'huwiex iċedi lit-traffiku li jkun irid joħroġ minn Għargħur Road għall-istess St Paul's Street?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.", "NAXXAR - TRASPORT PUBBLIKU", "5227.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li kull meta l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Naxxar bħalma hi l-karozza numru 55 li tidħol il-Għargħur, ma jkunux jistgħu jidħlu minn Naxxar minħabba xi festa jew fiera bħat-Trade Fair, jgħaddu mill-Iklin u b'hekk iniżżlu lill-passiġġieri li jkunu għan- Naxxar fejn ir-roundabout, ħdejn iċ-Ċimiterju tan-Naxxar u tibqa' sejra r- rotta normali għall-Għargħur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fi żmien it-Trade Fair, il-venda tan-Naxxar tkun trasferita għal ħdejn il-grounds tal-fiera u l-karozzi għal Għargħur jibqgħu jaħdmu b`mod regolari.", "Meta jkun hemm il-festa fin-Naxxar, jien informat li s-servizz bin-numru tar-rotta 56 jibqa' jaħdem minn u lejn il-Għargħur kull siegħa u jgħaddi mill-Iklin.", "PA - REF.", "PAB 587/95/E", "5228.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet wara r-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2688 datata 15/12/98 tas-Seduta 35?", "ONOR.", "TONIO BORG: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2688 segwita b'dik li ġġib in-numru 5228 ninsab informat illi l-Awtorita' ta' l- Ippjanar laħqet ftehim mas-sid sabiex ineħħi l-irregolarita' hu stess sabiex jiġu evitati spejjeż li normalment ilaħħqu ammonti konsiderevoli jekk l-operazzjoni issir mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Is-sid ġie mwissi li jekk jonqos u ma jneħħix l-irregolarita' kif kommess minnu fi żmien qasir, l-awtorita' tneħħi hi a spejjeż tiegħu.", "Dan hu konformi mal- politika ta' l-awtorita' li fil-każi fejn is-sid jaċċetta li jneħħi hu stess, l-istess awtorita' tagħti ċ-ċans biex dan isir.", "PULIZIJA - LIĊENZJI TA' SNIETER", "5229.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-transfer tal-liċenzji tas- snieter minn fuq persuna għal terzi, qegħdin jieħdu tul twil ta' żmien, jekk mhux xhur?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex qed ikun hemm dewmien żejjed biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal ħruġ ta' liċenzji to keep u to carry?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan id-dewmien qed jikkawża inġustizzja mal- kaċċaturi u nassaba?", "ONOR.", "TONIO BORG: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fil-ftit xhur li din l-amministrazzjoni ġiet fdata bit-tmexxija tal-pajjiż, diġa' ttieħdu diversi inizjattivi fosthom li l-liċenzja to keep ma tiġix ekwiparata għal- liċenzja to carry u b'hekk il-liċenzja raħset minn Lm19 għal Lm7.", "Ġew solvuti wkoll problemi konnessi mal-polza ta' l-assigurazzjoni marbuta mal- liċenzja tas-snieter.", "Kif jaf ben tajjeb l-Onor.", "Interpellant, minn Jannar ta' din is-sena s- sistema ta' liċenzjar ta' armi ġiet komputerizzata.", "Kull meta tiġi ntrodotta xi sistema ġdida wieħed jistenna li għal bidu jinqagħlu xi problemi iżda skond ma jien infurmat dawn il-problemi qed jiġu ndirizzati sabiex jintlaħaq l-għan li għalih kienet introdotta din is-sistema, ċioe' li jitħaffef il-proċess u jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku.", "UE - PITKALA", "5242.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, iridux jiġu liberalizzati l-permessi li jingħataw lill-pitkala billi sal-lum dawn igawdu minn ċertu protezzjoni?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-permessi tal-pitkala huma regolati mill- Agricultural Produce Marketing Regulations 1952.", "Ma jidher li hemm l-ebda konflitt bejn dawn ir-regolamenti u d-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea fir- rigward tal-ħruġ ta' liċenzi tal-pitkala.", "UE", "5243.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea tkunx trid issir liberizzazzjoni ta' dawn is-setturi u l-permessi dwarhom li sal-lum huma protetti: (i) funeral hearses; (ii) karozzini; (iii) fran; (iv) hawkers tal-pitrolju; u (v) bejjiegħa u distributuri tal-gass?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "KUMPANNIJA AIR SUPPLIES", "5244.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Billi sal-lum il-kumpannija air supplies biss tissupplixxi l- ajruplani b'dak li għandhom bżonn fl-ajruport, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea dan il-monopolju li tgawdi din il-kumpanija iridx jispiċċa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-Onor.", "Interpellant mhux korrett fil-premessa għall-mistoqsija tiegħu peress li barra l-Air Supplies hemm numru ta' kumpaniji oħra li jissuplixxu lill-ajruplani, kemm dawk ta' l-Air Malta kif ukoll dawk barranin, bil-ħtiġijiet tagħhom, bħal ma huma fuel, catering, in- flight stores, etc.", "KAĊĊA - REGOLAMENTI", "5245.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif iridu jiġu emendati r-regolamenti tal-kaċċa u nsib jekk Malta tosserva l-Bird-Directive ta' l-Unjoni Ewropea?", "Jista'l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-bird-directive ta'l-Unjoni Ewropea?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4992 (Seduta 69) li kien ta l- Prim Ministru.", "PULIZIJA - REATI", "5246.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li marru u taw ruħhom f'idejn il-pulizija wara li kienu kkommettew reat?", "Kemm kien in- numru sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'tip ta' reat ikkommettew?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub.", "UE - POMPI TAL-PETROL", "5247.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea l-ħruġ tal-permessi għall-pompi tal-petrol ikunx liberalizzat u kulħadd ikun jista' japplika biex jiftaħ pompa tal-petrol?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma naħsibx li jkun għaqli li wieħed jesprimi ruħu minn issa dwar xi pass li jista' jkun meħtieġ li jittieħed fil-futur.", "Madankollu meta jkun il-waqt, il-gvern mhux ser joqgħod lura milli jagħmel dan.", "Dan jgħodd għal kull qasam ta' l-ekonomija.", "RABAT - TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER", "5253.", "L-ONOR.", "JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il- pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fir-rigward tal-problema li nibtet dan l- aħħar fil-kwestjoni ta' Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat, peress li kif jaf il-Ministru sar suġġeriment li din it-triq issir one way u dan jaf ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' Ħad-Dingli?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4281.", "ŻABBAR - TRIQ ĦADD IN-NIES", "5254.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma taċċerta li tagħti l- provvista ta' l-ilma lir-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar, minħabba li hemm min ilu joqgħod f'din it-triq aktar minn għaxar snin u għadu bla servizz ta' ilma?", "Jaħseb il-Ministru li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u għandha tiġi rimedjata fl-iqsar żmien possibbli?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb biex twassal is-servizz ta' l-ilma fl-imsemmija triq.", "Fil-fatt bħalissa fil-post hemm kuntrattur imqabbad mill- korporazzjoni biex jinstalla main ta' l-ilma u x-xogħol mistenni li jitlesta fi żmien qasir.", "Pero` se tibqa' parti żgħira mit-triq, li diġa' hemm nies joqgħodu fiha, li ma jistax jingħatalhom is-servizz ta' l-ilma dan għaliex fil-preżent ma jeżistix aċċess għal din il-parti tat-triq, ħlief minn proprjeta' privata.", "Is-servizz lil din il-parti tat-triq ikun jista' jingħata meta jinfetaħ aċċess għal din il-parti.", "GĦAWDEX - DCC", "5260.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5067 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi waħda minn dawn it-62 seduta tad-DCC fil-gżira Għawdxija fil-conference room tal-Planning Authority?", "Jekk ma sarux seduti tad-DCC f'Għawdex, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex u min hu responsabbli għal dan in-nuqqas fil- konfront tal-poplu Għawdxi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv.", "Ninsab infurmat ukoll li r-raġuni għaliex ma sarux seduti tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp ġewwa Għawdex kienet waħda amministrattiva.", "Wara li nbidlet il-kompożizzjoni tal-kummissjoni, hu maħsub li 'l quddiem il-laqgħat jerġgħu jkomplu jsiru f'Għawdex.", "GĦAWDEX - WIED TAR-ROMBLU", "5261.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk it-taħmil tal-Wied tar-Romblu li qiegħed isir min-naħa tax-Xagħra, huwiex kopert bil-permessi neċessarji ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li t-taħmil li sar f'Wied tar- Romblu m'għandux bżonn ta' permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "DJAR - ALLOKAZZJONI TA' POST", "5262.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid lil min se jiġi allokat il-post numru 126, Archbishop Street, Valletta peress li hemm ħafna għaqdiet li jixtiequ jikruh?", "Tista' tittieħed deċiżjoni malajr?", "Jekk diġa' ġie f'arranġament, lil min ġie allokat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tagħmel il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - ĠUŻEPPI DESPOTT - HEADMASTER", "5264.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx headmaster fl-iskola Ġużeppi Despott Boy's Junior Lyceum?", "Min hu?", "Peress li kelli diversi rapporti mill- ġenituri tat-tfal li dan il-head ikun assenti ta' spiss, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-head huwiex ikun assenti għal xi raġuni?", "Jaf il-Ministru li ħafna mill-istudenti, speċjalment dawk tal-Form I's, qed ibatu għax donnu ma tantx hemm kontroll tat-tfal ta' l-iskola?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jaħtar head ieħor? (jirriplejsjah)", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li l- headmaster fl-Iskola Ġużeppi Despott Boys' Junior Lyceum irriżenja fil-21 ta' Frar u diġa' bdew jittieħdu passi biex jiġi maħtur kap f'din l-iskola.", "Sadanittant, kif diġa' għedt fil-Kamra l-ġimgħa li għaddiet, innominajt grupp ta' uffiċċjali biex jgħinu l-iskola toħroġ mid-diffikultajiet li tinsab fihom.", "DIPARTIMENT TAX-XOGĦLIJIET - SAHRA", "5270.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ġustifikat l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u jikkonfermax li l-overtime ta' Jannar 1999 ma kienx affettwat?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien infurmat li l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji hu ġustifikat u ġie approvat kemm mid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni li taħtu taqa' s-sezzjoni tas-salarji, kif ukoll mid- Direttur Ġenerali u mis-Segretarju Permanenti.", "L-overtime sar f'Jannar u se jibqa' sejjer sa April.", "PA - SERVIZZI ĠODDA", "5272.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5070 u r-risposta li ngħatat fl-1 ta' Marzu 1999, jista' l-Ministru jserrah moħħ l-Għawdxin (speċjalment il-periti u l-avukati li jaħdmu f'Għawdex u jiddefendu każijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex) kemm beħsiebu jdum dan \"l-istudju\" u hemmx xi target date biex dan is-servizz jiġi estiż għal Għawdxin?", "ONOR.", "TONIO BORG: F'inqas minn 22 xahar.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA GĦAWDXIN", "5278.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid jekk mill-aħħar elezzjoni 'l hawn kienx hemm impjiegi ġodda ta' Għawdxin, sew maċ-Ċvil u sew mal-korporazzjonijiet?", "Jekk fl- affermattiv, kemm kien in-numru, fejn ġew impjegati u min huma dawk li ġew impjegati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li mill-aħħar elezzjoni 'l hawn ma kien hemm l-ebda mpjieg ġdid mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il- Ministeru għal Għawdex.", "Fir-rigward tal-korporazzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.", "DIPARTIMENT TA' L-AGRIKOLTURA - RAĦĦALA", "5279.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' raħħala Għawdxin full-time u part-time reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?", "Matul dawn l-aħħar sitt snin kien hemm reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda ma' dan id-dipartiment?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li n-numru ta' raħħala Għawdxin reġistrati ma' l-uffiċċju ta' l-Agrikoltura f'Għawdex huma:", "Full-time 80 Part-time 1101", "Mis-sena 1994 'l hawn ir-reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda kienu:", "1994 123 part-time 1995 1280 part-time 1996 - 1997 1 part-time 1998 -", "Ma jeżistux dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' raħħala part-time għas-sena 1993.", "RAĦĦALA GĦAWDXIN - BEJGĦ TA' ĦALIB", "5280.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' ħalib frisk li r-raħħala Għawdxin biegħu lill-Koperattiva tal-Ħalib matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-ammont ta' ħalib frisk li r- raħħala Għawdxin biegħu lill-Malta Dairy Products Ltd f'dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif ġej:", "1989 - 1548254 galluni 1990 - 1618092 galluni 1991 - 1645639 galluni 1992 - 1725894 galluni 1993 - 1829077 galluni 1994 - 1923417 galluni 1995 - 1997662 galluni 1996 - 2198693 galluni 1997 - 2341425 galluni 1998 - 2337103 galluni", "GĦAWDEX - UFFIĊINI TAL-POSTA", "5281.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid min hu responsabbli mit-tqassim ta' l-overtime fl-uffiċini tal-posta ġewwa Għawdex?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ipoġġi din il- mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SKEJJEL - GĦAWDEX - G.P. AGIUS DE SOLDANIS", "5282.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-riżultat ta' l-eżamijiet ta' nofs is-sena fl-iskola G.P. Agius De Soldanis fir-Rabat, Għawdex, għadu ma ħariġx?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċedura hijiex li r-riżultat ta' l- eżamijiet joħorġu qabel ma ssir il-parents day?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li ma sarx hekk fl-iskola msemmija?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultat ta' l-eżamijiet ta' nofs is- sena fl-iskola G.P. Agius De Soldanis ser jiġi pubblikat f'dawn il-ġranet.", "Qaluli li dan mhux żmien twil esaġerat minn meta spiċċa l-eżami ta' nofs is- sena.", "Hija drawwa komuni, iżda mhux proċedura preskritta, li r-riżultat ta' l- eżamijiet joħroġ qabel ma ssir parents day.", "Fl-iskola G.P. Agius De Soldanis il-parents day' 1999 saret fl-aħħar ta' Jannar, qabel ma sar l-eżami, bi skop speċifiku li parents day ma tirriduċix ruħha biss f'diskussjoni tar-riżultat ta' l-eżami iżda tkun tittratta mix-xogħol u l-progress kollu ta' l-istudenti.", "GĦAWDEX - TAQSIMA TAD-DRENAĠĠ", "5283.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ilhom ma jitħallsu d-drainage allowance l-ħaddiema li jaħdmu mat-taqsima tad-drenaġġ ġewwa Għawdex?", "X'inhi r-raġuni għal dan id- dewmien?", "Meta hemm il-ħsieb li dawn l-allowances jingħataw lill-ħaddiema konċernati?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-aħħar pagament ta' drainage allowances lill-ħaddiema tad-drenaġġ f'Għawdex, sar f'Diċembru 1998.", "L-allowances pendenti qegħdin jiġu verifikati u pproċessati u l-pagament ta' dawn ser jiġi effetwat mill-aktar fis possibbli.", "PULIZIJA - ŻEBBUG - STREET VENDORS", "5296.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni għaliex il-pulizija qiegħda tippermetti street vendors fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, man-naħa ta' l- istess triq fejn joqogħdu r-residenti?", "Jikkonsidra l-Ministru li dan mhux qiegħed iħalli spazju għall-parking tar-residenti u fl-istess waqt qiegħed ikun ta' periklu għax-xerrejja li qegħdin ikollhom jaqsmu min-naħa għall-oħra tat-triq f'area tant traffikuża f'Ħaż-Żebbuġ?", "X'permess għandu l-istreet vendor li jarma ħdejn iż-zebra crossing fi Triq Sciortino kull nhar ta' Ġimgħa li mhux talli juża l-van (vettura) iżda wkoll area mdaqqsa oħra li qed tkun okkupata b'ħafna kaxxi tal-ħaxix għal għonq it-triq?", "Jekk dan il-venditur għandu permess, jista' l-Ministru jgħid meta nħareġ u jekk hemmx aktar applikazzjonijiet/permessi għal street vendors f'din in- naħa ta' Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-pulizija diġa' ħadet passi dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Dwar l-aħħar parti tal- mistoqsija ninsab infurmat ukoll illi, dejjem jekk qed nirreferu għall- istess persuna, din għandha permess ta' bejjiegħ fit-toroq biex tuża vettura bil-mutur għall-bejgħ ta' frott u ħxejjex u permess biex tbiegħ l- istess prodotti f'suq miftuħ, liema permessi ħarġu għal bidu ta' l-1998.", "Infurmat ukoll li m'hemmx permessi u lanqas applikazzjonijiet pendenti għal street vendor f'post fiss fit-triq imsemmija.", "ELEZZJONIJIET ĠENERALI - TQASSIM TA' VOTI", "5297.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jikkonsidra l- Prim Ministru li ssir emenda fil-liġi elettorali dwar it-tqassim tal-voti għal kull elezzjoni li ssir f'pajjiżna, fis-sens li l-voti ma jibqgħux jitqassmu fid-djar iżda l-persuna hekk intitolata biex tivvota tkun tista' tippreżenta l-ID Card (jew xi identifikazzjoni oħra awtorevoli) dakinhar tal-votazzjoni u tingħata lilha dak il-ħin il-vot tagħha biex taqdi d-dover tagħha ta' ċittadin?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Is-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Membru jinħtieġ tibdil fil-liġi elettorali li jwassal għat-tneħħija tal-voting document.", "Ninsab infurmat li delegati tal-partiti politiċi fl-imgħoddi ltaqgħu mal-Kummissjoni Elettorali fuq dan is-suġġett li jidher li jista' jintlaħaq ftehim dwaru.", "ETC - GRADWATI JIRREĠISTRAW", "5308.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jirreġistraw għax-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: F'Jannar 1999 in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 38.", "SKEJJEL - SKOLA PRIMARJA - LUQA", "5309.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex tiġi rranġata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa?", "Jifhem il-Ministru li x-xogħol huwa urġenti u hemm bżonn isir mill-aktar fis?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ssottomettiet applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tiġi riabilitata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa liema applikazzjoni għadha qiegħda tiġi evalwata mill-istess Awtorita'.", "Dan il-proġett ikun jista' jinbeda skond l-allokazzjoni finanzjarja li se jkollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll abbażi tal-prijoritajiet ta' l-istess diviżjoni.", "SPIŻERIJI - BUĠIBBA", "5311.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-allegat każ ta' abbuż etiku kif rapportat f'gazzetta lokali riċentement minn spiżerija privata f'Buġibba u għal fatt dikjarat li l-Medical Council ma jista' jieħu l-ebda azzjoni jekk ma jkunx hemm rapport uffiċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra emenda b'mod urġenti fl-istatut tal-Medical Council sabiex simili bħalma hemm stipulat fil-liġi ta' l- ombudsman ikun jista', fuq inizjattiva tiegħu, jinvestiga rapporti fil- mezzi ta' komunikazzjoni soċjali jew fejn ikun hekk magħruf, dwar allegat ta'abbużi etiċi fil-kamp mediku in ġenerali?", "Xi żviluppi kien hemm s'issa fil-każ imsemmi ta' Buġibba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-proposta ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet innotata u qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tibdil li jrid isir fid-Department of Health (Constitutions) Ordinance.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadu kmieni wisq biex wieħed jikkummenta dwar l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar dan il-każ, minħabba li dawn għadhom fl-ewwel fażi tagħhom.", "LUKANDI - KONTIJIET", "5312.", "L-ONOR.", "KARMENU VELLA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-hotels kollha f'Malta u f'Għawdex u l-ammonti tad-dawl u l-ilma pendenti jew le li għandha kull lukanda mal-Water Services Corportation u mal-Korporazzjoni Enemalta?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma narax li jkun etikament korrett li nagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI GĦAWDXIN", "5355.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta (fis-Servizz Pubbliku) għandhomx xi konċessjonijiet fuq ħinijiet tax-xogħol?", "Jekk iva, x'inhuma?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat illi l-konċessjoni li għandhom l-impjegati tal-gvern li huma residenti f'Għawdex imma li jaħdmu Malta hija illi huma jistgħu jidħlu ftit tard nhar ta' Tnejn filgħodu u jitilqu ftit kmieni nhar ta' Ġimgħa filgħaxija.", "PROPRJETA' - ĦLASIJIET", "5359.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4790, fejn il- mistoqsija oriġinali saret għax hu magħruf li l-informazzjoni mitluba suppost kienet qed tiġi komputerizzata u mhux għax kont qed nippretendi li jsir eżami tal-files u records bl-idejn, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' komputerizzazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-akkwist ta' art mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u meta jista' jkollna informazzjoni bħal dik mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 4790 permezz tal-computer?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li f'Diċembru ta' l-1998 tlesta business study dwar il-komputerizzazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, liema studji qed jiġi evalwat mill-istess dipartiment.", "Hu mistenni li l- implimentazzjoni ta' dan l-istudju li jkopri ukoll geographical information system, tibda matul din is-sena u titlesta fi żmien 4 snin.", "KON-KATTIDRAL TA' SAN GWANN - FONDAZZJONI", "5360.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi kostitwita l-Fondazzjoni għall-Kon Kattidral ta' San Ġwann imħabbra fid-diskors tal-budget?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab infurmat li ma kienx hemm żviluppi minn meta kont irrispondejt mistoqsija parlamentari oħra f'seduta numru 57 dwar dan is-suġġett.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "5361.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4791, jista' l-Prim Ministru jagħti lista kompluta ta' l-uffiċjali li jokkupaw l-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil u l-informazzjoni l-oħra mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 3859, għaliex fil-lista ppreżentata fl-imsemmija tweġiba parlamentari hemm uffiċjali fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil li m'humiex inklużi u għalhekk din il-lista, kif diġa' ġbidt l-attenzjoni, ma tirriflettix is- sitwazzjoni sa l-1 ta' Jannar 1999?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li ma hemmx iżjed x'wieħed iżid ma l-informazzjoni li diġa' tajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3859 u 4791.", "Nitlob l-Onor.", "Interpellant biex jekk trid xi informazzjoni oħra, tispeċifika aħjar dak li trid għax jien infurmat li l-lista li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra mat-tweġiba għall-mistoqsija numru 3859 kienet tkopri l- uffiċjali kollha magħrufa bħala officers in grade 1 sa officers in grade 5 li kienu fis-Servizz Pubbliku fl-1 ta' Jannar 1999.", "Jekk l-Onor.", "Membru qed tirreferi għall-gradi kollha li qegħdin fl-ewwel ħames skali ta' salarju, jew għal xi wħud minn dawn l-iskali, allura hija mitluba tagħmel riferenza għal dawn l-iskali fil-mistoqsija tagħha."]} {"filename": "19960716_565d_par.doc", "date": "1996-07-16", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Uffiċjali u Rivedut) IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 565 It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 1996 Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati Malta Prezz Lm1 IS-SEBA' PARLAMENT Seduta Nru. 565", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 1996", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.08 p.m.", "Talba Seduta Nru. 565", "It-Tlieta, 16 ta' Lulju, 1996", "WERREJ", "MINUTI 220", "PETIZZJONI 220", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 221", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA'", "SECURITY SERVICE BILL (IT-TIELET QARI) 225", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 226", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IS-SIGRIETI UFFIĊJALI", "OFFICIAL SECRETS (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 227", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORD TA' STANDARDS TA' MALTA", "MALTA BOARD OF STANDARDS (AMENDMENT) BILL (IT-TIELET QARI) 227", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL (IT-TIENI QARI) 228", "AĠĠORNAMENT 250", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 257", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 564 li saret fil-15 ta' Lulju, 1996 ġew konfermati", "PETIZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor.", "Anton Refalo.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, għan-nom ta' l-abitanti tar-raħal tan- Nadur qiegħed nippreżenta din il-petizzjoni.", "Din il-petizzjoni tirrigwarda l-permess li ngħata biex terġa' titħaddem il-barriera msejħa Ta' Isopu fil- limiti tan-Nadur, Għawdex, speċjalment wara r-risposta xejn sodisfaċenti li ta l-Ministru għall-Ambjent għall-mistoqsija parlamentari tiegħi Nru. 33640.", "Il-Ministru għall-Ambjent qal li m'huwiex minnu li l- implikazzjonijiet tat-tħaddim tal-barriera in kwestjoni se jkollhom effett negattiv daqskemm hu mifhum min-nies li joqogħdu f'dawk l-inħawi u skond l- istess Ministru m'huwiex minnu li t-tħaddim ta' din il-barriera se jkollu impatt negattiv fuq il-water-table u lanqas m'hu veru li din se taffettwa n- nixxijiet u l-bjar li jiddependu fuq l-ilma ta' ġol-blat.", "Dan ma naqblux miegħu għaliex kif jaf kulħadd dan il-Gvern suppost li huwa committed li jirrispetta l-ambjent li għandna fil-gżira Għawdxija, dan il-Gvern suppost li jżomm l-ekwilibriju ...", "MR SPEAKER: Point of order, il-Ministru.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Hija konswetudini li ssir dikjarazzjoni bħal din?", "ONOR.", "ANTON REFALO: Mr Speaker, qed nispjega l-petition.", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Ipoġġi l-petizzjoni, imma mhux suppost jagħmel dikjarazzjoni.", "MR SPEAKER: Ippermettuli.", "Jagħmel spjegazzjoni qasira fuq il- petizzjoni.", "Ma nespandux għax inkunu out of order.", "ONOR.", "ANTON REFALO: Dan il-Gvern suppost li jirrispetta l-ekwilibriju bejn l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, imbagħad jiġi l-Ministru għall- Ambjent u jirrispondi b'dan il-mod diżonest, b'dan il-mod li jagħmel għajb mhux biss għalih innfisu imma għall-Gvern kollu immexxi mill-Prim Ministru Fenech Adami; dan kisser l-ambjent fil-gżira Għawdxija, qiegħed ikompli jkissru u f'San Lawrenz rajna ...", "MR SPEAKER: Ippermettili, qiegħed out of order.", "Onor. Refalo, jekk m'intix se ssegwi dak li qed ngħid jien niċħad il-petizzjoni.", "Jekk ma ssegwux ir-regolamenti li ngħid jien u r-rulings li nagħti jien, ikolli niċħad il-petizzjoni għax jew insegwu r-regoli kif inhuma jew inkella kulħadd jagħmel li jrid.", "L-affarijiet m'għandhomx isiru hekk.", "Ir-regola hija spjegazzjoni qasira fuq il-kontenut tal-petizzjoni u kummenti huma out of order.", "L-Onor.", "Refalo ressaq il-petizzjoni u issa, jekk jogħġbok, għaddiha lill-messaġġier biex jgħaddiha lili.", "Ngħaddu għall-mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "NATIONAL MENTAL HEALTH COMMISSION - NUMRU TA' FLATS", "34192.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' flats li ġew mogħtija mid-Dipartiment tad-Djar lin-National Mental Health Commission għall-użu ta' ex-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli meta dawn jispiċċaw il- proċess ta' rijabilitazzjoni?", "Fejn jinsabu dawn il-flats?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru għall-Iżvilupp Soċjali): Ninsab informat li l-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali għandha ħames flats fil- pussess tagħha li ngħatawlha mill-Awtorita' tad-Djar.", "Il-flats jinsabu f'San Ġwann, fin-Naxxar u fl-Imtarfa.", "MR SPEAKER: Mistoqsija supplimentari, l-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dawn il-flats humiex lesti biex jintużaw jew għadx iridu jiġu refurbished jew furnished?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'iniex informat bid-dettall dwar il-kondizzjoni ta' dawn il-flats.", "Għandi x'nifhem li jeħtieġ li jsir ċertu refurbishment tagħhom, u tinxtara xi għamara u affarijiet oħra li huma meħtieġa biex il- flats isiru abitabbli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Hemm xi ħsieb li l-Gvern iħallas għall-kera ta' xi numru minn dawn il-flats li huma għad-dispożizzjoni ta' dawn il-pazjenti li joħorġu mill-Isptar Monte Carmeli, jew se jkunu l-klijenti li jużawhom li huma mistennija li jħallsu din il-kera?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa ma saret l-ebda konsiderazzjoni ta' xi ħlasijiet daparti tal-klijenti li se jużaw dawn il-postijiet u allura r- risposta hija li l-ispiża rikorrenti għat-tmexxija tagħhom hija f'idejn il- Gvern.", "Naturalment meta l-Kummissjoni tiġi biex tħaddem iktar dan l- esperiment, irridu nżommu quddiem għajnejna li dawn il-persuni jkunu persuni fi stadju avvanzat ta' ħiliet b'mod li jgħixu indipendenti u allura ma jkunx jagħmel sens li meta persuna bdiet tibbenefika minn dan it-tip ta' servizz ma tagħtihiex iċ-ċans li tħaddem flusha, tagħmel ix-xirja u proprju teżerċita dawk l-attivitajiet kollha li aħna mdorrijin bihom.", "Infakkar li ħafna drabi meta dawn il-persuni jiġu rikoverati l-Isptar Monte Carmeli ma jibqgħux jieħdu l-pensjoni jew l-assistenza soċjali li jkunu ntitolati għalihom ħlief għal xi affarijiet żgħar għall-użu ta' kuljum tagħhom.", "Meta dawn jirritornaw fil-komunita' - kif qed naħsbu li jista' jsir - dawn ikunu jistgħu jagħmlu xi xogħol u jieħdu l-benefiċċji soċjali jew il-paga.", "L-idea hija illi, per eżempju, l-pazjenti jibdew isajru l-ikel huma stess u jagħmlu xi affarijiet oħra ta' kuljum.", "Huwa żgur li jekk ikun hemm bżonn spiża daparti tal-gvern biex il-ħajja ta' dawn in-nies tkun l-iktar diċenti possibbli, allura l-gvern joħroġ dik l-ispiża, imma ma nkunx qed inkun korrett biżżejjed mal-Kamra jekk ngħid li naf il-pożizzjoni definita għaliex il-verita' hija li m'għandix din l-informazzjoni dwar din l- inizjattiva li għadha fil-bidu tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk sarx xi studju fost il-pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli biex jinstab x'inhija r- reazzjoni ta' l-istess pazjenti u tal-familjari tagħhom għal din ir-riforma li dawk li jkunu b'saħħithom u kapaċi li jgħixu indipendenti barra mill- isptar, jingħataw din l-opportunita'.", "Nixtieq inkunu nafu kif iħossuha l- pazjenti u l-familjari tagħhom dwar din ir-riforma.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naf li saret riċerka li kienet qed tfittex risposta għal diversi mistoqsijiet f'dan ir-rigward, pero' ma nafx x'inhuwa r-riżultat ta' din ir-riċerka b'riferenza speċifika għal mistoqsija li għamel l-Onor.", "Grech.", "Minn dak li naf mingħand id-diversi uffiċjali f'dan il-kamp teżisti l-possibilita' li jkollok pazjenti - speċjalment li jkunu ilhom istituzzjonalizzati fl-Isptar Monte Carmeli - li anke jekk kollox jindika li jistgħu jmorru lura fil-komunita', jkun hemm ċertu diffikulta', f'xi każijiet daparti tal-pazjenti, u f'xi każijiet oħra anke daparti tal- familjari.", "Din hija waħda mid-diffikultajiet li eventwalment trid tiġi tackled, jiġifieri li jkollok pazjent li ma fadallux iktar bżonn ta' kura psikjatrika, li psikjatrikament ikun imfejjaq, pero' mbagħad x'ħin tiġi biex tirriabilitah għal ħajja fil-komunita' dan ikollu reżistenza.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li wieħed jifhimha u hija waħda mid-difetti li aħna rridu nipprovaw nirriformaw anke fis-sistema.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Pero' dan l-istudju sar u nafu x'inhi r-reazzjoni tal-pazjenti, tajjeb li nkunu nafu x'inhu dan ir-riżultat għax aħna jinteressana ħafna li nkunu nafuh.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien m'għandi l-ebda diffikulta' li jekk sar studju ta' dan it-tip ngħaddi kopja tiegħu lill-Onor.", "Grech għax naħseb li din hija materja li fuqha hu jista' jagħti l-kontribut tiegħu.", "Jien m'iniex qed ngħid li sar studju preċiżament fuq dik id-domanda li għamel, pero' naf li saret riċerka fuq il-pazjenti li għandna fl-Isptar Monte Carmeli, f'liema stat qegħdin, f'liema kategorija għandhom ikunu, min minnhom għad għandu bżonn kura psikjatrika, min m'għandux bżonn din il-kura, jiġifieri dawn it-tipi ta' sitwazzjonijiet.", "Imma ma nafx jekk sarx studju dwar dik id-domanda speċifika jiġifieri x'inhi r-reazzjoni tal-pazjenti u tal- familja tagħhom, jekk dawn il-pazjenti jiġu offruti residenza fil- komunita'.", "Naf biss li ġie diskuss.", "Jien kont preżenti f'laqgħat fejn dan l-argument ġie diskuss u uffiċjali li jaħdmu f'dan il-kamp isostnu li rridu nkunu ippreparati għal reżistenza, f'xi każijiet mill-pazjenti nfushom u f'xi każijiet oħra mill-familjari tagħhom minħabba li l- istituzzjonalizzazzjoni tkun tant rabbiet il-kallu li wieħed jifhem li parti mir-riabilitazzjoni trid tkun li trabbilhom il-fiduċja u l-kuraġġ biex jazzardaw jidħlu lura fil-komunita'.", "Pero' niċċekkja jekk sarx studju u jekk sar inkun nista' ngħaddilu kopja tiegħu.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Dan il-punt huwa importanti ħafna u ħadt gost li semmih il-Ministru għax jien għandi informazzjoni - din mhux qed ngħidha biex inxewwex - li qed tintuża pjuttost ftit pressjoni żejda fuq il- pazjenti u fuq il-familjari tagħhom.", "Jien m'iniex se nidħol fl-ebda każ partikolari, imma anke int qbilt li din ir-reżistenza teżisti u għandna neħduha b'ċerta delikatezza, sakemm dawn il-persuni u l-familjari tagħhom ikunu konvinti li din hi riforma għall-interessi u għall-bżonnijiet ta' l- istess pazjenti.", "Pero' għad hemm ħafna li ma jistgħux jifhmuha din u jien irrid inkun żgurat li din il-pressjoni ma ssirx u lil dawn in-nies neħduhom bil-mod.", "Per eżempju, qed nisma' li hemm reżistenza minn ċerti familjari milli jieħdu familjari tagħhom fi djarhom għas-sempliċi raġuni li m'għandhomx fejn iżommuhom.", "Veru li tagħmel differenza li ġġib lil xi ħadd joqgħod miegħek għal weekend milli tieħdu miegħek għal dejjem, pero' m'għandhiex issir pressjoni li għax momentarjament il-familjari qed jirreżistu lill-pazjenti, żżommilhom ċerti benefiċċji li għandhom bħal, per eżempju, li ma joħorġux jew li jiġu trasferiti minn ward għal ieħor.", "Sitwazzjoni bħal din fl-aħħar mill-aħħar jien naraha li tista' tkun negattiva.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien bl-ebda mod ma jirriżultali li saret xi pressjoni - anke nisma' din il-kelma niddejjaq.", "La kien hemm pressjoni ċkejkna, la kien hemm pressjoni kbira, la ħaġa u lanqas oħra u wisq inqas jirriżultali li xi ħadd seta ma tħalliex f'xi ward jew tnaqqsulu xi faċilitajiet għaliex forsi ħasibha b'mod differenti minn min kien qiegħed jindika li l-post ta' dan il-pazjent huwa fil-komunita'.", "Din l- ewwel ħaġa li rrid ngħid u ma nafx kif tirriżulta lill-Onor.", "Membru, pero' lili ma rriżultali bl-ebda mod li sar dan u dan huwa suġġett li jien insegwih b'ċerta attenzjoni.", "Pero' nafferma li m'għandha ssir l-ebda pressjoni, jiġifieri naqbel ukoll li fl-ebda każ m'għandu jkun hemm xi pressjoni diretta jew indiretta biex pazjent li fl-opinjoni tal-psikjatri u fl-opinjoni tat-team multi-dixxiplinarju ikun wasal biex jieħu postu fil- komunita', jagħmel hekk kontra l-konvinċiment u r-rieda tiegħu.", "M'hemmx dubju li hawn qed nitkellmu fuq kwestjoni li hi delikata ħafna, fuq kwestjoni li għandha aspetti ta' natura etika, fuq kwestjoni li tirrikjedi ċerta mentalita' u tirrikjedi preparazzjoni psikoloġika, anke jekk ikun hemm il-fejqan psikjatriku kollu meħtieġ, u allura naqbel li m'għandha tiġi eżerċitata l-ebda pressjoni.", "Nerġa' ngħid li ma naf bl-ebda każ fejn qed tiġi eżerċitata din il-pressjoni.", "Mr Speaker, pero' issa rrid ngħid ħaġa oħra.", "Filwaqt li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni dawn l-aspetti kollha delikati li qed nitkellmu fuqhom, ma nistgħux lanqas ma neħdux pożizzjoni ċara f'dawk il- każijiet fejn għandna persuni li għalkemm qegħdin f'istituzzjoni psikjatrika m'hemm l-ebda raġuni ta' xejn għalfejn għandhom jibqgħu f'dik l- istituzzjoni.", "Għandna nieħdu pożizzjoni ċara fejn ninkoraġġixxu kemm nifilħu lill-familji ta' dawn il-pazjenti biex jaċċettaw il-fatt li m'hemmx raġunijiet psikjatriċi għaliex ma jeħduhomx magħhom fil-familja.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa dover li joħroġ mill-konċett ta' mħabba lejn il- proxxmu, li joħroġ mill-konċett ta' solidarjeta' u li għandu joħroġ mill- konċett ta' rabta familjari ma' dak li jkun.", "Għalhekk jien naħseb li għandna bil-mod il-mod inrawmu u nsaħħu din it-tendenza biex il-familjari jassumu din ir-responsabbilta'.", "Il-Gvern qiegħed anke jipprovdu faċilitajiet oħra u jien ma naf bl-ebda każ u ma naf li hemm l-ebda ħsieb li xi ħadd li qed jieħu kura psikjatrika, wara li jkun hemm iċ- ċertifikazzjoni li m'hemmx bżonn iktar ta' din il-kura psikjatrika, f'daqqa waħda jsib ruħu għand il-familja.", "Mhux hekk isir.", "Aħna nafu u l- Onor. Membru jaf li barra li l-proċess jinvolvi li l-individwu jiġi counselled, jiġi ppreparat, jiġi ppreparat anke permezz ta' half-way houses u permezz tal-ħidma tax-xogħol li jrid isir f'Villa Chelsea - l-ewwel dar li għandna fil-komunita' - jinkludi wkoll il-preparazzjoni tal-familja nvoluta għax huwa ċar daqs il-kristall li meta wieħed jiġi biex jagħmel dawn l-affarijiet irid jinvolvi l-familjari.", "Anke biex iċċaqalqu jew biex tieħdu ġo half-way house trid tinvolvi lill-familja tiegħu, anke biex tieħdu fil-komunita' jew biex tieħdu f'wieħed minn dawn il-postijiet tal- komunita' trid tinvolvi l-familjari, allura wisq iktar jekk se tieħdu proprju fi ħdan il-familja.", "Għalhekk jien napprezza l-preokkupazzjoni li wera l-Onor.", "Membru, pero' nerġa' ngħid li lili ma jirriżultali xejn; beħsiebni nivverifika dan il-kumment li għadu kemm għamel l-Onor.", "Membru u jekk ikun hemm xi każ partikolari, tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni ta' min hu konċernat, jiġifieri jew tiegħi jew inkella tal-president tal- Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, biex b'hekk wieħed ikun jista' jidħol fil-każ partikolari.", "Bil-mod il-mod aħna rridu nibnu s- sensittivita' daparti tal-familja u anke daparti tal-komunita' biex dan il- proċess li aħna nixtiequ, javvanza bl-iktar mod smooth possibbli.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SPEĊJALISTI MEDIĊI", "34193.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' assessuri li evalwaw l-applikazzjonijiet għall-merit awards mill- ispeċjalisti mediċi?", "Issa li dan ir-rapport huwa lest, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li l-membri tal-Bord ta' Assessuri li evalwaw applikazzjonijiet għall-merit award għat-tobba kienu kif ġej:", "Chairman: Dr Anthony Vassallo - Tabib Prinċipali tal-Gvern", "Membri: Dr Hugo Agius Muscat - Direttur,", "Health Information Mr Francis E Farrugia - Rappreżentant ta' l-Universita'", "Mr Anthony Busuttil - Rappreżentant tal-Kunsilli Lokali", "Segretarja: Ms Roseanne Camilleri - Diviżjoni tas-Saħħa.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 33040.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Grech, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jingħataw dawn il-merit awards issa la ħareġ ir-rapport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le.", "Fil-fatt kif naħseb li anke huwa magħruf, il- proċedura li kienet ġiet stabbilita kienet tipprevedi li min ma jiġix evalwat bħala li għandu jieħu l-merit award ikollu d-dritt li jagħmel sottomissjonijiet biex jikkontesta dik l-evalwazzjoni.", "Il-proċess qiegħed fl-istadju fejn hemm kontestazzjoni minn dawk li għadhom ma ġewx evalwati.", "Fil-fatt qed issir evalwazzjoni ta' dawn is-sottomissjonijiet biex imbagħad ikun jista' jkun hemm deċiżjoni finali.", "Għar-rigward il-proċess, ngħid - din hija wkoll waħda mir-raġunijiet għaliex ir-rapport ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għalkemm m'hijex l-unika - li dan għadu għaddej u nittama li jkun mitmum fi żmien relattivament qasir.", "ONOR.", "EDWIN S. GRECH: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-merit award u kemm fil-fatt ġew rewarded?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, bl-amment ma nafx ngħidlu kemm applikaw.", "Għar-rigward l-istatistika li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Membru rrid nistaqsiha għaliex fil-file li għandi quddiemi m'għandix, kieku kont nagħtihielu.", "RAĦAL ĠDID: ĊENTRU TAS-SAĦĦA - FAXEX", "34194.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid ma jkunx hemm faxex u tant hu hekk li kellhom jinġabru l-faxex li kien baqa' fil-bereġ tad-distrett?", "Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' dawn l- affarijiet bażiċi fiċ-ċentri tas-saħħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda żmien li ċ- Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid kien mingħajr faxex.", "Huwa minnu li l-ħażna ta' faxex tbaxxiet ħafna minħabba dewmien mhux previst fil-wasla ta' ordni ta' faxex li saret mill-medical stores.", "Huwa sinjal ta' management tajjeb li meta jkun hemm nuqqas relattiv ta' xi ħaġa jsir stock re-distribution u għalhekk il-kritika impoġġija fil-mistoqsija mhux ġustifikata.", "Huwa previst li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien qasir.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Salvu Sant, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "SALVU SANT: Jista' l-Ministru jgħidilna xi żviluppi kien hemm dwar l-ispiżerija ta' Raħal il-Ġdid peress li minn din l-ispiżerija jinqdew ammont kbir ta' nies, jiġifieri barra n-nies ta' Raħal Ġdid jinqdew ukoll in-nies ta' Birżebbuġa, taż-Żejtun u anke tal-Kottonera?", "Kien hemm xi ħsieb li jsiru xi arranġamenti sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq l- ispiżerija ta' Raħal il-Ġdid?", "Dan qed nistaqsih għaliex fil-Birgu hemm ħafna anzjani li jridu jinqdew minn hemm u qed ikollhom jagħtu l-karti tagħhom bil-quddiem u mbagħad suppost li ħmistax wara jirċievu r-risposta, imma qed jiġri li mhux kulħadd qed jirċievi risposta.", "Nerġa' nistaqsi jekk hemmx xi ħsieb li jsiru xi arranġamenti għallinqas bħalma saru f'postijiet oħra.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, Mr Speaker.", "Fil-fatt parti mill-arranġament huwa li jitjiebu u jiżdiedu l-faċilitajiet taċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla biex b'hekk ċerti riferimenti li qed isiru għaċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal il-Ġdid jiġu moqdija fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla.", "Irrid ngħid ukoll li qed isiru arranġamenti biex jitjiebu l-faċilitajiet taċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal il-Ġdid.", "Il-ħsieb huwa li dan iċ-ċentru jikseb iktar spazju sabiex inkunu nistgħu nkabbru u anke ntejbu l-faċilitajiet li għandna fih.", "Naħseb li b'dan il-mod inkunu nistgħu naqdu aħjar il-bżonnijiet li qegħdin jiġu riferiti għal dawn iż-żewġ ċentri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA'", "SECURITY SERVICE BILL", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, nipproponi t- Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz tas-Sigurta'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS CUSCHIERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi dwar Servizz ta' Sigurta' inklużi dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' mandati u ta' awtorizzazzjonijiet li jagħtu lok għall-għemil ta' ċertu azzjonijiet u biex il-ħruġ ta' dawk il-mandati u awtorizzazzjonijiet jibqgħu jiġu segwiti; sabiex jistabbilixxi proċedura dwar l-investigazzjoni ta' ilmenti dwar is-Servizz ta' Sigurta' u jipprovdi għat-twaqqif ta' Kumitat ta' Sigurta' sabiex jiskrutinja dan is-Servizz; sabiex jipprojbixxi l-interċettazzjoni ta' komunikazzjonijiet u għal għanijiet anċillari\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni fis-6.30 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.50 p.m.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizz ta' Sigurta' jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "351", "FAVUR : 34", "L-Onor.", "|Asciak Michael|Galea Censu | |Bonello du |Galea Louis | |Puis George | | |Bonnici Josef |Galea Mario | |Bonnici |Gatt Lawrence | |Michael | | |Borda Manuel |Hyzler George | |Borg Joseph |Mifsud Bonnici Antoine | |Borg Tonio |Muscat Claude | |Cassar Joe |Muscat Richard | |Cuschieri |Psaila Savona Joe | |Louis | | |Dalli John |Refalo Louis | |Debono |Refalo Michael | |Giovanna | | |Deguara Louis |Spiteri Carm Lino | |Demarco Guido |Tabone Anton | |Falzon Michael|Vella John | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Fenech Joe |Zammit Stanley | |Frendo Michael|Zammit Dimech Francis | | | |", "KONTRA : 28", "L-Onor.", "|Abela Wistin |Micallef Freddie | |Attard |Mifsud Bonnici Karmenu | |Montalto John | | |Bartolo |Mintoff Dom | |Evarist | | |Borg Carmel |Mizzi Joe | |Brincat Leo |Muscat Philip | |Buhagiar |Nicholl Tony | |Charles | | |Calleja Reno |Portelli Alfred | |Cilia Joe |Refalo Anton | |Debono Grech |Sant Alfred | |Joe | | |Farrugia |Sant Salvu | |Michael | | |Farrugia Noel |Schembri Adami Sandro | |Gatt George |Spiteri Lino | |Grech Edwin |Vella George | |Mangion |Vella Karmenu | |Charles | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IT-TAXXA FUQ L-INCOME", "INCOME TAX (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IS-SIGRIETI UFFIĊJALI", "OFFICIAL SECRETS (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l- Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jissostitwixxi l-artikolu 6 ta' l-Ordinanza dwar is-Sigrieti Uffiċjali b'dispożizzjonijiet li jipproteġu kategoriji ta' informazzjoni uffiċjali aktar limitati\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-BORD TA' STANDARDS TA' MALTA", "MALTA BOARD OF STANDARDS (AMENDMENT) BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il- Bord ta' Standards ta' Malta.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Bord ta' Standards ta' Malta biex jipprovdi għal twaqqif ta' awtorita' awtonoma għal Standards u ħwejjeġ oħra anċillari\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SIGURTA' SOĊJALI", "SOCIAL SECURITY (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Lulju 1996.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Michael Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, meta l-Ministru għamel id-diskors tiegħu fil-bidu tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, kien għamilha ċara li waħda mill-affarijiet li qed jaħseb għaliha dan l-Abbozz hija li għandu jkun hemm emendi li huma pjuttost amministrattivi u li huwa ddeskrivihom bħala importanti ħafna.", "Dawn it-tibdiliet amministrattivi jieħdu ħsieb li ż-żidiet li ġew imħabbra fil-budget ikunu jistgħu jiġu nkorporati f'din il-liġi sempliċement permezz ta' avviż legali, permezz ta' regolamenti li l-Ministru responsabbli mil-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali, bi ftehim mal-Ministru tal-Finanzi, ikun jista' jagħmel.", "Meta wieħed jipprova jifli x'inhu jingħad bejn il-linji, isib li wara dan hemm skop.", "U x'inhu dan l-iskop?", "L-iskop huwa li dan il-Parlament jiġi miżmum milli jkollu ċans jagħmel id-diskussjonijiet neċessarji, bħalma qed isir bħalissa fuq dan l-Abbozz, fejn mhux biss niflu t-tibdiliet li saru imma anke niġbdu l-attenzjoni tal-poplu - permezz tal-media li tirrapporta x'jintqal hawnhekk - fuq ċerti anomaliji fit-tibdiliet li jkunu ġew suġġerti fil-budget u li jidhru fl-Abbozz.", "Dan il-mod itellef l- opportunita' li l-Oppożizzjoni tagħmel il-kritika tagħha fuq id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'dan il-Parlament u sa ċertu punt jagħmlilha sarima ma' ħalqha.", "Imbagħad minħabba li l-ħin ikun limitat - għaliex ikun hemm biss nofs siegħa ta' diskussjoni li tittieħed fil-ġurnata li tkun qiegħda ssir il-kritika għall-budget fejn jidħol il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali - ....", "Dan il-Ministru għandu dekasteru sħiħ taħtu u għalhekk s-siegħa u nofs li jkun hemm sabiex wieħed jagħmel il-kritika tiegħu trid tinqasam bejn diversi dipartimenti oħra.", "Allura weħed jibda jiġih is-suspett li f'ċerti każijiet il-Gvern ikun jixtieq li kemm jista' jkun itaffi l-kritika li tista' ssirlu.", "Safejn naf jien dan huwa wieħed mill-ewwel dipartimenti fejn qegħdin naraw tiddaħħal sistema bħal din, pero' jidher li l-Gvern beħsiebu jwessa' din is-sistema għal diversi dipartimenti oħra.", "Meta wieħed jara dan, bħalma semmejt fil-każ ta' anomaliji fejn tidħol it- taħlita ta' parental allowance u family bonus, it-tibdil li sar fl-income tax u d-dħul ta' l-għajnuna supplimentari ....", "Fejn is-soltu din in-naħa tal-Kamra kienet tivvota favur it-tibdil kollu li jsir dwar is-sigurta' soċjali, illum se tivvota kontra.", "Hemm ukoll il-punt dwar it-tibdil amministrattiv, fejn sempliċement b'avviż legali l-affarijiet li jkunu ġew diskussi fil-budget jidħlu awtomatikament fil-liġi mingħajr ma l-Parlament jingħata ċans li jiddiskutihom fid-dettall.", "L-unika okkażjoni fejn il-Parlament jitħalla jagħmel dan huwa biss meta jkun hemm tnaqqis fis-sigurta' soċjali għax affarijiet oħra jidħlu awtomatikament.", "GĦalhekk l-Oppożizzjoni lanqas fuq din il-bidla amministrattiva ma tista' tivvota favur għax din tagħlaq iċ- ċans li l-Oppożizzjoni tiftaħ il-kritika tagħha fuq dan id-dipartiment kemm jista' jkun.", "Imma issa ħalli nitkellmu ftit fuq id-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali ladarba semmejnih.", "Mr Speaker, hawnhekk tajjeb wieħed jgħid li bl-introduzzjoni tas-sistema tal-computer li daħlet il-Management Systems Unit f'dan id-dipartiment, liema sistema ġiet tiswa madwar Lm400,00, jeżisti rebus sħiħ.", "Ir-riżultat ta' din is-sistema x'inhu?", "Ir-riżultat jistgħu jitkellmu fuqu dawk il- pensjonanti li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja jew pensjoni ta' l- eta' għax mhux l-ewwel darba li minħabba li nħarġu envelopes ħżiena, iċ- ċekkijiet reġgħu sabu ruħhom għand id-dipartiment u barra minn hekk kien hemm ukoll każijiet fejn iċ-ċekkijiet li waslu għand il-pensjonanti kien fihom żbalji fl-ammont li jidher fuq iċ-ċekk bir-riżultat li kien hemm min ħa iktar jew inqas minn dak dovut lilu.", "Il-probabbilta' hi li min ħa inqas ġibed l-attenzjoni tad-dipartiment imma d-dipartiment qed ikollu jfittex u jiġri wara min tħallas iktar milli suppost ħalli l-flus li tħallsu żejda jiġu ritornati lid-dipartiment.", "Imma issa Alla biss jaf meta dawn il-flus se jiġu ritornati lura!", "Din is-sistema tal-computer li daħħlet l-MSU twessgħet ukoll għal setturi oħra u għalkemm saru ħafna żbalji u marru ħafna nies jilmentaw id-dipartiment u saru wkoll numru ta' complaints permezz tat-telefoni rigward l-iżbalji kbar li hemm fil-pensjonijiet mhux kontributorji u fil-pensjonijiet ta' l-eta', id-dipartiment minflok ma ra li jirranġa l-affarijiet qabel ma jifrex is-sistema - għax l-MSU ddeċidiet hekk u għax id-dipartiment jidher li m'huwiex kapaċi jżomm ir-riedni ta' xi ħadd li huwa barrani għalih - estenda din is-sistema għas-settur taċ- children's allowance.", "Mr Speaker, aħna sibna li bis-sistema l-ġdida, fl-aħħar ċekkijiet taċ- children's allowance li ħarġu kien hemm żbalji fl-isem, fl-indirizz u fl-ID card number tal-persuni li kienu qed jirċevuhom.", "Dan biex ma nsemmix in- numru kbir ta' telefonati li kienu qed isiru lid-dipartiment - ġie kkalkolat li dan kien qed jirċievi mill-inqas mat-300 telefonata - minn nies li riedu jagħmlu l-complaints tagħhom fuq l-iżbalji li kellhom fuq iċ- ċekkijiet taċ-children's allowance.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm eluf li ċemplu lid-dipartiment għax iċ-ċekkijiet ma kenux waslulhom id-dar u mijiet oħra ilmentaw dwar l-ammonti ħżiena li rċevew fiċ-ċekkijiet u fuq affarijiet oħra simili.", "Mr Speaker, meta saru l-ewwel żbalji fil-pensjonijiet mhux kontributorji u ta' l-eta', jien kont ħriġt żewġ stqarrijiet għall-istampa u stennejt li se nirċievi xi forma ta' risposta mingħand id-dipartiment biex tiċħad dak li għidt jien, imma fil-fatt ma rċevejt xejn minn dan u għalhekk nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-informazzjoni li kelli kienet tajba u ġiet konfermata.", "L-istess għamilt meta ħarġu bl-iżbalji ċ-ċekkijiet taċ- children's allowance u hawnhekk ukoll, kieku jien kont żbaljat, kieku kienu jgħiduli li qed inxewwex, li qed nigdeb jew li għandi informazzjoni ħażina, imma la ma qaluli xejn minn dan, nassumi li anke din l-informazzjoni kienet tajba wkoll.", "GĦalhekk jien nitlob lill-Gvern biex jirrikonsidra s- sitwazzjoni ta' kif inhuma sejrin l-affarijiet ħalli tiġi rranġata s- sistema tal-computers u mhux jeħlu l-ħaddiema li jaħdmu fid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "GĦax man-nies huma qed jeħlu għall-iżbalji li qed isiru u huwa diffiċli li tfiehem lin-nies l-kawża ta' dan kollu hija s-sistema li daħħlet l-MSU hemmhekk.", "M'hijiex xi ħaġa ta' għajb li wkoll mill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali kellhom jirrikorru għall-għajnuna ta' l-unions biex dawn jiddefenduhom u ħadu azzjoni li biha twaqqaf il-ħruġ taċ- ċekkijiet tal-pensjoni mhux kontributorja u ta' l-eta'?", "Imma sal-lum minkejja l-azzjoni li qed jieħdu l-unions donnu m'hu qed isir xejn.", "L-aqwa li lill-MSU ħallasnieha l-mijiet ta' l-eluf ta' liri!", "Fl-aħħar mill-aħħar bqajna assolutament fejn konna.", "Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra l-Ministru tal-Finanzi tkellem fuq it- tibdiliet li daħħal fis-sistema ta' l-income tax u li beħsiebu jkompli jdaħħal 'il quddiem bl-għan li jipprova jissimplifikaha.", "Imma x'insibu?", "Insibu li fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jiġri l-kontra għax oġġett li kien simplifikat qed jipprovaw jikkomplikawh.", "Biżżejjed ngħid li kull sena familja trid tgħid x'inhu d-dħul tagħha għal dik is-sena, kemm għandha imgħaxijiet, kemm għandha kirjiet u elf mitt ħaġa oħra.", "Apparti minn hekk, il-familji ġew imġiegħla wkoll jiffirmaw dikjarazzjoni biex id- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali - issa mhux iktar id-Dipartiment tat-Taxxi Interni - ikun jista' jifli u jara jekk fil-fatt l-individwu ddikjarax tajjeb jew le.", "Hawn naraw iktar burokrazija u iktar red tape fis-sistemi li qed juża d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali meta fl-istess ħin il- Ministru tal-Finanzi qed jgħid li qed jipprova jagħmel tibdiliet ħalli jħaffef is-sistema ta' ħlas ta' taxxi.", "Mr Speaker, filwaqt li l-ħaddiema f'dan id-dipartiment ma żdidux, il- burokrazija żgur li żdiedet.", "Bil-mod il-mod dann iwassal għal ċerta pressjoni u problemi oħra li jista' jkun hemm aktar tard.", "Biżżejjed ngħidu li waħda mill-problemi li qed jiffaċċja d-dipartiment hija l-ammont ta' complaints li qed ikun hemm, speċjalment minn koppji fejn il-mara kienet taħdem is-sena li għaddiet u din is-sena m'għadhiex taħdem u allura l- income ta' din il-familja jkun naqas b'mod li tkun qed tistenna b'iktar bil- ħerqa, ċerti għajnuniet bħall-għajnuna taċ-children's allowance.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "ONOR.", "EDWIN GRECH: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "CARM LINO SPITERI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Farrugia jkompli jitkellem.", "Il- Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra kollha, Mr Speaker.", "Issa nsibu li dik il-koppja li s-sena li għaddiet kellha ċertu ammont ta' dħul u li din is-sena d-dħul tagħha huwa inqas, se ssib ruħha f'sitwazzjoni fejn iċ-children's allowances huma mnaqqsa.", "Hawnhekk wieħed forsi jargumenta: Imma jekk tul iż-żmien waħda tkun tikkumpensa għall-oħra, ma jimportax.", "Imma allura se nispiċċaw f'sitwazzjoni li meta jkollok tfal ta' 14 jew 15-il sena ...", "Dan l- argument assolutament ma jreġix.", "Mr Speaker, punt ieħor li nixtieq inqajjem huwa dak li jirrigwarda d- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.", "Kulma jmur qed insibu li ċ-ċittadin Malti huwa nieqes ħafna mill-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħu fejn jidħlu s-servizzi soċjali u jidher li r-relazzjonijiet pubbliċi min-naħa tad-dipartiment m'humiex qed jaslu.", "Ftit ilu kont għamilt mistoqsija parlamentari fejn kont semmejt il-każ ta' mara li għal xi żmien kienet taħdem mal-gvern u li ma kenitx taf li tista' tħallas ċerta differenza tal-bolol biex ittejjeb il-pensjoni tagħha.", "Wara li għalqet is-60 sena - sewwa sew kif kellha 60 sena u 15-il ġurnata - fi programm fuq stazzjon tar-radju semgħet x'kienu d-drittijiet tagħha kieku ħallset id-differenza fil-bolol.", "Għalhekk din il-mara marret id-dipartiment u meta staqsiet, qalulha li peress li kienet marret 15-il ġurnata wara li għalqet is-60 sena - meta semgħet il-programm tar-radju - ma setgħu jagħmlulha xejn, imma li kieku applikat ġurnata qabel għalqet is-60 sena kienet tkun tista' tirranġa l-affarijiet.", "Jien kont ġejt informat mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Giovanna Debono, li dak il-każ ma kienx uniku imma kien hemm ħafna persuni li meta marru jindagaw għal-liema benefiċċji soċjali kienu intitolati, sabu li dawn kienu tilfuhom għas-sempliċi raġuni li hawn Malta m'għandniex sistema li twassal l-informazzjoni liċ-ċittadini fil-ħin opportun ħalli l-affarijiet ikunu f'posthom u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu benefiċċji li huma intitolati għalihom.", "Jidher ukoll li kemm fl- uffiċċji distrettwali kif ukoll fid-dipartiment innifsu tal-Belt hemm bżonn ta' taħriġ intensiv dwar pariri liċ-ċittadini.", "Hemm bżonn ta' ċentru fejn nies li huma trained u li jifhmu eżatt x'tgħid u ma tgħidx il-liġi bid- dettal kollu tagħha jkunu jistgħu jagħtu pariri siewja lil min jirrikorri għandhom dwar benefiċċji soċjali jew inkella dwar xi żbalji li jkunu saru.", "Mhux l-ewwel darba li ċerti pariri li jingħataw assolutament ma jkunux jagħmlu sens u meta wieħed jirriferi għand xi ħadd li jkun iktar intiż fil- liġi jsibu qabża kbira mill-pariri li jkunu ngħataw qabel f'xi uffiċċju distretwali jew inkella mid-Dipartiment innifsu.", "Mr Speaker, wieħed irid isemmi wkoll li filwaqt li f'partijiet id- dipartiment - inkluż dak tal-Belt - naraw tiżjin bi pjanti, l-art u t- taraġ nodfa, u attenzjoni kbira għas-saħħa tal-ħaddiema, f'sezzjonijiet oħra teżisti traskuraġni, anke mil-lat ta' tindif u ta' layout tal-post, li tagħtik l-idea ta' ambjent mitluq.", "Minkejja li forsi jiġu nstallati xi airconditioners dawn ma jbiddlu xejn mill-ambjent li qed jaħdmu fih il- ħaddiema.", "Veru li s-sitwazzjoni titjieb xi ftit, speċjalment fiż- żmenijiet tas-sħana, imma ċerta dieqa li jkollhom il-ħaddiema minħabba l- istat ta' abbandun li qed jaħdmu fih tibqa' hemm u dan ma tantx iħajjarhom biex ikomplu jaħdmu hemmhekk.", "Mr Speaker, fil-11 ta' Ġunju ta' din is-sena għamilt mistoqsija numru 34,038 lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali fejn tlabtu jgħid kif xahar qabel, meta nfetħu l-applikazzjonijiet għal child carers, fost il-kwalifiki ntalab li persuna ma jridx ikollha anqas minn tliet \"O\" levels u li jrid ikollha bejn il-25 u l-45 sena.", "Peress li ma kienu saru l-ebda eżamijiet u lanqas intervisti u ma ntgħażlux l-applikanti kollha - mhux bħalma ġara fil- famuż każ ta' l-awżiljari fejn l-inġenji kollha kienu ntgħażlu - jiena staqsejt lill-Ministru għaliex fil-fatt ma ntgħażlux l-applikanti kollha, kif ma sarux eżamijiet u lanqas intervisti u x'kienu l-kriterji li fuqhom saret l-għażla.", "Staqsejtu wkoll kemm applikaw u kemm fil-fatt intgħażlu.", "Ir-risposta tal-Ministru Louis Galea kienet illi hu assuma li jiena kont qed nitkellem dwar l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' April ta' din is-sena fejn l-applikazzjoni kienet għal kors ta' taħriġ għal child carers.", "L-Onor.", "Louis Galea infurmani wkoll li l-għażla saret skond l- istess avviż.", "U ta' min jinnota l-kliem tar-risposta, jiġifieri:", "\"Abbażi ta' klawsola 4 li tgħid li l-għażla kellha ssir fuq ordni ta' mertu u preferenza tingħata lil min għandu l-ogħla kwalifiki.\".", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, il-Ministru qal li n-numru ta' persuni li applikaw kien ta' 229 u minnhom intgħażlu 50 persuna.", "S'hemmhekk ir- risposta kienet diċenti.", "Ġimgħa wara, fis-17 ta' Ġunju, jiena erġajt għamilt mistoqsija parlamentari numru 34,115 u għidtlu hekk:", "\"Filwaqt li napprezza r-risposta li tajtni għall-mistoqsija parlamentari numru 34,038 rigward l-għażla ta' child carers għal taħriġ, jista' l-Ministru jagħti l-kwalifiki tal-persuna magħżula li kellha l-inqas kwalifiki?\".", "Jiena naħseb li għandi dritt inkun naf min hi l-persuna li ntagħżlet u li kellha l-inqas kwalifiki!", "Din tfakkarna fil-kwestjoni ta' l-MSU fil- Kumitat tal-PAC dwar il-Kontijiet Pubbliċi fejn ma ridux jgħidu kemm jaqilgħu ċerti konsulenti ma' l-MSU.", "Ir-risposta għall-mistoqsija tiegħi kienet kważi fuq l-istess linja; il-Ministru qalli:", "\"Ġejt assigurat li dawk magħżula huma kwalifikati biex jattendu course skond is-sejħa għall-applikazzjonjiet.\",", "imma ma qallix x'kienu l-kwalifiki.", "Ġimgħa wara, fl-24 ta' Ġunju, erġajt għamilt mistoqsija parlamentari numru 34,326 lill-istess Ministru fejn staqsejtu:", "\"Billi huwa assigurat li dawk magħżula għall-course ta' child carers huma kwalifikati skond ir-risposta għall-mistoqsija parlementari numru 34,115, jista' l-Ministru jassigurani billi jagħti l-kwalifiki tal- persuna magħżula li kellha l-inqas kwalifiki?\".", "Jekk hu kuntent għallinqas jikkuntenta lili ħalli t-tnejn li aħna nkunu kuntenti!", "Għal darb'oħra l-Ministru mingħajr ma rrispondieni weġibni:", "\"Erġajt ivverifikajt li kull min qed jattendi l-course għandu l- kwalifiki mitluba fl-applikazzjoni.\".", "Jiġifieri reġa' ma rrispondinix.", "Illum se nerġa' nagħmel l-istess mistoqsija hawnhekk u nistenna li din id-darba l-Ministru jew inkella s- Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Affarijiet tal-Familja jikkuntentawni bir-risposta għax jekk ma toħroġx risposta allura nkun ġustifikat lil ngħid illi kien hemm xi forma ta' abbuż fl-għażla taċ-child carers, ladarba ħadd ma jrid jgħidli x'kienu l-kwalifiki ta' dik il-persuna li kellha l-inqas kwalifiki.", "Għalhekk issa qed nerġa' nagħmel il- mistoqsija hawnhekk biex il-Ministru jirrispondini.", "Dment li ma jkollix din ir-risposta nkun on record li ngħid li fl-għażla għall-course ta' child carers kien hemm abbuż.", "Apparti minn hekk huwa importanti li nkunu nafu wkoll, ladarba ma sarux eżamijiet u ladarba ma sarux interviews, minn min kien ifformat il-bord ta' l-għażla li minn 229 applikazzjoni għażel 50 applikant biex jidħlu għall-kors ta' child carers.", "Niġi issa għal punt ieħor illi l-aħħar darba qbadt insemmi, imma forsi ma espandejtx biżżejjed.", "Xi ftit snin ilu l-Gvern kien semma l-possibilita' li pensjoni ta' l-irtirar tibda ma' l-eta' ta' 65 sena.", "Jidher li filwaqt li fil-Kunsill ta' l-Ewropa - u rrid nagħmilha ċara illi huwa l-Kunsill ta' l-Ewropa u mhux il-Parlament Ewropew - ċerti pajjiżi qed jikkonsidraw tnaqqis fl-eta' ta' l-irtirar, hawn Malta l-ħaddiema se jibdew jieħdu l- pensjoni ma' l-eta' ta' 65 sena, għalkemm għalissa din il-proposta qiegħda fuq l-ixkaffa minħabba li riesqa l-elezzjoni u tidher li m'hix daqshekk popolari.", "Huwa fatt ukoll li fl-Ewropa qed naraw li ċerti pajjiżi qegħdin jgħollu l-eta' ta' meta wieħed ikun intitolat jista' jirtira mix-xogħol u jkun għall-pensjoni.", "Fil-Ġermanja, per eżempju, l-irġiel u n-nisa se jibdew jirtiraw ma' l-eta' ta' 65 sena.", "Din daħlet wara l-aħħar elezzjoni li kien hemm fil-Ġermanja u ma ninsewx kemm ġlied u protesti fit-toroq kien hemm mill-ħaddiema għat-tnaqqir tas-servizzi soċjali li huma kienu intitolati għalihom.", "Fil-Belġju, per eżempju, kien qed jonqos il-vot għall-edukazzjoni u minħabba f'hekk kien jidher ċar li l-edukazzjoni kienet se tibda tmajna.", "Hemmhekk ukoll rajna studenti flimkien ma' għalliema u lecturers joħorġu fit-toroq jiġġieldu mal-pulizija minħabba t-tnaqqir li kien qed ikun hemm fis-sistema edukattiva.", "Jidher li anke l-Italja miexja fuq l-istess linji li tipprova tagħfas kemm jista' jkun fejn jidħlu l- pensjonijiet, kontra dak li qed jiġri fil-pajjiżi ta' fuq li ftit ġimgħat ilu f'laqgħa li kellhom bejniethom iddeċidew li s-sistema tas-social state - din il-kelma ddejqu lill-Gvern - qiegħda hemmhekk biex tibqa' u lil t- terminu \"from cradle to grave\" għandu jibqa' jiġi implimentat.", "Qalu li pajjiżi oħrajn ta' l-Ewropa għandhom iħarsu lejn il-pajjiżi tan-north bħala eżempju ta' kif wieħed għandu jwettaq welfare state.", "Wieħed jistaqsi għaliex hemm dan it-tibdil kollu f'ċerti pajjiżi.", "It-tweġiba hija sempliċi; minħabba t-Trattat ta' Maastricht li rabat ħafna pajjiżi li jersqu lejn munita komuni msejħa Euro li se tiddaħħal fl-Ewropa fl-1999, dik l-istess Unjoni Ewropea li għandna Gvern iffissat li jrid jintrabat magħha u allura qiegħed jorbot lilu nnifsu li jobdi r-regolamenti, irid u ma jridx, jaqbel u ma jaqbilx.", "Nafu kif jitmexxa dan il-Gvern; jitmexxa minn imnieħru u jagħmel dak li trid l-Ewropa, mhux dak li hu fl-interess ta' Malta.", "Bħalma ġara bl-introduzzjoni tal-VAT, ma qagħadx jistenna li jasal iż-żmien biex jibda jimplimentaha imma implimentaha qabel għax hekk kien impost fuqu.", "Wieħed qed jistenna li ċertu tibdil ieħor ukoll isir qabel nidħlu fl-Unjoni Ewropea, jekk allaħares qatt il-poplu jerġa' jiġġennen u jivvota lill-Partit Nazzjonalista, imma jien persważ li dan li qed ngħidu mhux se jiġri għax iċ-ċittadini Maltin issa għandhom għajnejhom miftuħin jidher ċar li l-munita komuni.", "Imma jidher ċar li l-munita komuni li l-pajjiżi ta' l-Ewropa permezz tal-Maastricht Treaty intrabtu dwarha qed tagħfas fuq is-sistema tal-pensjonijiet u s-sistema tal-benefiċċji soċjali tagħhom u qed inaqqsuhom biex ma joħolqux pressjoni fuq il-munita Euro hekk kif tibda toqrob l-1999.", "GĦaliex jekk imbagħad ma jkunux in line mat-Trattat ta' Maastricht, jistgħu jispiċċaw barra mill-munita komuni.", "Għalhekk jien b'wiċċi minn quddiem ngħid li bħalma, bi skuża jew oħra, inbeda ċertu tnaqqis fiċ-children's allowance u anke f'allowances għal tfal b'diżabilita' hekk ukoll bil-mod il-mod se nibdew naraw tibdil ieħor, ngħidu aħna żieda fl-eta' li fiha wieħed jirtira mix-xogħol u jkun intitolat għall-pensjoni.", "Jgħid x'jgħid kwalunkwe kelliemi min-naħa tal-Gvern, illum il-ġurnata sar ma jiswa xejn għaliex bħalma diġa' għidt dan il-Gvern dak li wiegħed m'għamlux, dak li ma wiegħedx għamlu u dak li wiegħed ħafna drabi għamlu bil-kontra.", "Allura għalfejn għandu wieħed joqgħod iħabbel moħħu u jagħti kas x'jgħidu l- kelliema tan-naħa tal-Gvern qabel l-elezzjoni?", "Niġu issa għall-politika ġdida Laburista fis-settur tal-ħarsien soċjali.", "Dan jemmen li r-responsabilita' ewlenija biex jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini jkunu mħarsa taqa' fuq l-Istat, mingħajr ma dan inaqqas mill-impenn ta' kull ċittadin, waħdu jew f'għaqda volontarja, biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu u biex juri fil-prattika solidarjeta' lejn għajru.", "Il-politika l-ġdida Laburista tiddikjara li għandu jkun dmir ta' l-Istat li, filwaqt li jassigura kompetizzjoni ġenwina fit-tmexxija ekonomika, jiżgura b'mod konkret li d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini jitħarsu.", "Hawnhekk se nsemmi xi affarijiet dikjarati fil-ktieb li jippreżenta l-politika ġdida Laburista.", "Fost affarijiet oħra nsibu li wieħed għandu jistabbilixxi regoli serji dwar ħarsien ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol, inkluż f'azjendi żgħar ħafna u fis- servizz pubbliku u li jiżgura li dawn ir-regoli jkunu rispettati.", "Inqas ma jkollok ħaddiema li jsofru jew iweġġgħu fuq il-post tax-xogħol jew isofru minn xi mard, inqas tkun il-pressjoni biex dawn jieħdu benefiċċji mingħand il-gvern.", "Għalhekk huwa importanti li nsaħħu bil-qawwa kollha l-ħarsien tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-politika ġdida tal-Partit Laburista jissemmew ukoll il-part-timers.", "Indipendentement mis-sigħat li jaħdmu, dawn għandhom jingħataw protezzjoni soċjali xierqa u għandu jkollhom sehem pro-rata mill-benefiċċji soċjali, bħalma huma l-benefiċċji tal-mard, btajjel, eċċ, li jgawdu dawk li jaħdmu fuq bażi fulltime.", "Dan għandu jkun estiż ukoll għas-self-employed iż-żgħir u l-familja tiegħu ħalli huma wkoll ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-benefiċċji soċjali skond ix-xogħol li jkunu qed jagħmlu.", "Mr Speaker, punt ieħor importanti li jissemma fil-politika ġdida tal- Partit Laburista huwa li għandu jiġi żgurat li jkun hemm djar għall- bżonnijiet ta' l-anzjani u li l-anzjani għandhom jibbenefikaw minn sistema wiesgħa li, f'qafas ta' kontrolli fuq il-ħela u fuq l-abbuż, tiffaċilita t- tqassim ta' mediċini b'xejn.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-fatt li mhux l- ewwel darba li diversi mediċini jkunu neqsin mill-isptarijiet tagħna.", "Għalhekk mhux talli għandha tiġi kkontrollata l-ħela, talli għandu jiġi żgurat li dak li qed jiġi pprovdut ikun fil-fatt available.", "Illum waqt il- ħin tal-mistoqsijiet issemmiet il-kwestjoni tal-faxex u ntqal li dawn bdew jonqsu u kienu qed jitqassmu 'l hemm u 'l hawn biex ikun hemm ċertu bilanċ.", "Dan mhux veru; kien hemm nuqqas reali.", "Għal ġranet sħaħ fis- swali u fl-Outpatients ta' l-Isptar San Luqa ma kienx hemm crepe bandage u kellhom jagħmlu użu minn tip ta' bandages oħrajn li huma differenti.", "Dan minkejja l-fatt li l-crepe bandages kienu ordnati mit-tobba jew mill- konsulenti, skond il-każ.", "Il-politika ġdida Laburista temmen li għandu jiġi assigurat li l-paga minima flimkien mal-benefiċċji soċjali jkunu jippermettu li l-familja tgħix mingħajr tqanċiċ.", "B'hekk ma jkunx hemm il-bżonn li wieħed ikollu jagħmel xogħol wara l-ħin jew li l-mara toħroġ taħdem minħabba bżonnijiet tal- familja.", "Naturalment mhux qed nirriferi għal dik il-mara li tibqa' taħdem għax tkun trid hi.", "Nafu lillum, minkejja l-ħafna paroli tal-gvern li jgħid li ħoloq strutturi ġodda u li f'ċerti każi għolla ċ-children's allowance fl-istrata ta' isfel tas-soċjeta', ħafna familji qed jiffaċċjaw pressjoni kbira biex ilaħħqu ma' l-għoli tal-ħajja.", "Jgħidu x'jgħidu l- ministri tan-naħa tal-gvern, diversi artikolisti fuq il-gazzetta u diversi kelliema fuq il-media, il-politika ġdida Laburista ssostni li l-value added tax titneħħa wara l-ewwel tliet xhur li jsiru diskussjonijiet ma' l- għaqdiet li għandhom x'jaqsmu direttament jew indirettament ma' din is- sistema ta' taxxa, inkluż il-GRTU u l-unions u wara tliet xhur ta' diskussjonijiet, tgħaddi l-liġi mill-Parlament li tneħħi darba għal dejjem il-value added tax.", "Apparti l-bidla ekonomika li rridu noħolqu fil- pajjiż, għandna pjanijiet lesti dwar kif torħos il-ħajja u mhux tibqa' togħla bla kontroll kif qed jiġri llum.", "Skond il-politika ġdida tiegħu, il-Partit laburista jrid li tingħata spinta ġdida għall-provvediment ta' housing soċjali li fl-aħħar snin tħalla lura bil-kbir.", "Minkejja li fl-1988 l-Ministru nkarigat mid-djar kien qal li, bejn wieħed u ieħor bħal dan iż-żmien, ikunu tlestew numru ta' djar, flats u plots, illum naraw li għad lanqas tlestew nofshom u dan meta ninsabu sena 'l bogħod mit-target li kien sar.", "Barra minn hekk il- prezzijiet ta' kiri u x-xiri ta' djar u appartamenti laħaq livelli li żgur ma jistgħux ilaħħqu magħhom il-biċċa l-kbira tan-nies tax-xogħol, iktar u iktar iż-żgħażagħ li se jibdew familja.", "Il-Partit Laburista fil- politika ġdida tiegħu tkellem ċar dwar il-provvediment ta' housing soċjali, pero' issa m'huwiex il-mument li nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Dan huwa qasam li rridu nikkonsidraw bis-serjeta' bħalma rridu nikkonsidraw bis- serjeta' wkoll l-edukazzjoni, l-isptarijiet, id-djar għall-anzjani u affarijiet oħrajn simili.", "F'din il-politika ġdida tissemma wkoll il-ħtieġa ta' auditing soċjali fuq bażi regolari u indipendenti ta' kif ikunu qed jitmexxew u jingħataw is- servizzi pubbliċi fil-qasam tas-saħħa, edukazzjoni u housing, u jiġu ppubblikati rapporti.", "Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm uffiċċju b'nies li jkunu trained sewwa fuq il-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali biex ikunu jistgħu jagħtu l-aħjar servizz liċ-ċittadini Maltin.", "Jien persważ li l-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jipprovaw joffru l- aħjar li jistgħu, pero' huwa għajb li ħafna drabi dawn ma jkunux in line mat-tibdiliet li jsiru fil-liġijiet tal-pajjiż.", "Aktar minn hekk, huwa għajb għal min hu fid-dmir li jara li l-ħaddiema jkunu informati sew dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin.", "Il-politika ġdida Laburista titkellem ukoll fuq it-tħejjija għat-twettiq ta' charter dwar id-drittijiet ta' ċittadini li fih ukoll miżuri effettivi li jagħtu liċ-ċittadini saħħa bħala konsumatur, mhux biss fejn jidħlu affarijiet li m'għandhomx jaqsmu mal-Gvern imma wkoll fejn jidħlu affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur li kienet għaddiet minn dan il-Parlament.", "Minn sena u nofs 'l hawn id- dipartimenti tal-Gvern donnhom żammew ruħhom fuq għolja b'mod li ma jkollhomx x'jaqsmu iktar ma' kwestjonijiet li jikkonċernaw il-konsumatur.", "Ikun tajjeb li f'dan l-istadju nsemmu l-fatt li l-politika ġdida Laburista ssostni li għandha tiġi provduta bis-serjeta', u mhux bil- paroli, għajnuna amministrattiva, legali u finanzjarja lill-għaqdiet tal- volontarjat u dan qed nagħmluh biex jingħataw kull inkoraġġiment u kordinazzjoni fil-ħidmiet tagħhom.", "Rigward persuni b'diżabilita' l-politika ġdida Laburista ssemmi ċar u tond l-opportunitajiet ta' edukazzjoni li jistgħu jingħataw biex dawn ikunu jistgħu jintegraw ruħhom aħjar fis-soċjeta' u jkollhom opportunita' anke għal impieg xieraq.", "Barra minn hekk, dawn jingħataw taħriġ fuq it- teknoloġija ġdida li d-dinja tax-xogħol tal-lum għaddejja minnha u anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aħħar tibdiliet li jkunu għaddejjin fil- pajjiż.", "Aħna qed ngħidu wkoll li lill-persuni b'diżabilita' nsibulhom postijiet tax-xogħol ta' respite u qed ngħidu wkoll li għandu jkun hemm ċentri apposta, li ċertament huma bżonnjużi, għal dawk il-persuni b'diżabilita' li forsi jkunu mitulhom in-nies li kienu jieħdu ħsiebhom u allura ma jkollhom imkien fejn imorru ħlief fl-Isptar Monte Carmeli jew inkella fl-Isptar Saint Vincent de Paule li ċertament m'humiex il-post ideali għalihom.", "Il-politika ġdida Laburista hija bbażata kemm fuq il-bżonnijiet taċ- ċittadini u kemm fuq it-tibdil li huwa meħtieġ li jsir, tibdil ta' l- affarijiet li bħalissa jinsabu mexjin żmerċ.", "Il-politika ġdida Laburista m'hijiex mibnija fuq ħafna xinxilli li għal diversi raġunijiet maż-żmien jispiċċaw bħalma kienet il-politika tal-Partit Nazzjonalista fejn, per eżempju, kien wiegħed li ċ-ċittadin ikollu d-dritt jagħżel it- tabib tiegħu u jiġi f'daru b'xejn x'ħin ikun hemm bżonn, lejl u nhar, sebat ijiem fil-ġimgħa, 52 ġimgħa fis-sena!", "Dan il-gvern kien wiegħed ukoll li kull darba li tiftaħ il-vit ta' l-ilma ssib l-ilma.", "La qed insemmi l-ilma rrid ngħid li r-residenti ta' l-area magħrufa bħala Ta' Xkora, il-Mosta, ilhom disa' ġimgħat bla ilma.", "In-nies tal-housing estate Tax-Xwieki ġew imwiegħda diversi drabi li s-sistema ta' l-ilma se tiġi rranġata, biex meta jiftħu l-vit isibu l-ilma, imma sal-lum ...", "Din is-sitwazzjoni tinstab ma' Malta kollha.", "Nista' nfakkar ukoll fil-wegħda l-oħra li dan il-Gvern għamel li t-toroq u l-bankini ma jibqgħux bil-ħofor.", "Fuq dan m'iniex se nikkummenta għaliex naħseb li m'hemmx għalfejn, kulħadd għandu għajnejh f'wiċċu.", "Issa li ġejja l-elezzjoni, f'daqqa waħda beda jsir ix- xogħol imma min forsi nzerta ma joqgħodx f'dawk it-toroq li qed jiġu rranġati se jkollu jibqa' jbati u jibqa' kkakmat bis-sitwazzjoni li qiegħed fiha llum.", "Jien persważ li jekk nibqa' nsemmi ma nispiċċa qatt, imma m'iniex beħsiebni noqgħod nintilef fuq dawn l-affarijiet għaliex m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Min-naħa l-oħra tajjeb li jing]ad li l-Partit Laburista, ta' partit serju li hu, diġa' għamel l- istudji tiegħu, u dawn urewna li dak li qegħdin inwiegħdu fil-politika l- ġdida tagħna huwa possibbli li jitwettaq u se jibda jitwettaq ftit tax-xhur oħra, wara l-elezzjoni li jmiss, elezzjoni li, nerġa' ngħid, se tagħti rebħa laburista għall-veru ġid ta' Malta, għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u għal dawk li għalihom Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Fost il-proposti li hemm fil-politika tagħna dwar il-qasam tal-politika soċjali, insibu dik il-bidla neċessarja fil-pożizzjoni ta' dawk l-individwi li kienu jaħdmu mal-Gvern Ingliż.", "Il-31 ta' Marzu 1979 kienet ġurnata storika għall-poplu Malti meta għall-ewwel darba Malta ma baqgħet tiddependi fuq l-ebda forza barranija biex tgħix.", "Biss biex wasalna għal din il-ġurnata storika, kien hemm diversi ħaddiema li kellhom jagħmlu sagrifiċċji minħabba li tilfu l-impieg li kellhom mas-Servizzi Ingliżi jew ma' kumpanniji meqjusa bħala parastatali tal-Gvern Ingliż.", "Kien fl-istess żmien li f'pajjiżna ddaħħal il-prinċipju tal-pensjoni taż-żewġ terzi għal kulħadd.", "Din kienet tinvolvi spiża enormi u għalhekk kienu ttieħdu ċerti deċiżjonijiet mhux daqshekk popolari ma' diversi setturi tal-ħaddiema, fosthom dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern Ingliż.", "Kien sar xogħol fuq id- dettalji involuti fil-firxa kbira ta' benefiċċji soċjali, inkluż dawk ta' l- ex-ħaddiema mas-Servizzi Ingliżi.", "It-titjib neċessarju fil-pensjoni ta' dawn in-nies se jitwettaq hekk kif il-Partit Laburista jieħu t-tmexxija tal- pajjiż f'idejh.", "GĦal dawk li kienu impjegati mal-Gvern Ingliż, aħna qegħdin nipproponu li barra li jieħdu l-pensjoni tas-Servizzi, jingħataw ukoll il-pensjoni taż-żewġ terzi bħala rikonoxximent tas-sagrifiċċju li kienu għamlu meta tilfu l-impieg tagħhom għall-ġid ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk, taħt tmexxija Laburista s-sitwazzjoni ekonomika fil- pajjiż tagħmel qabżiet kbar 'il quddiem u pajjiżna jkun f'pożizzjoni li jagħmel it-tibdiliet kollha neċessarji.", "Aħna se naraw li jitwittew il- problemi li setgħu nħolqu u li nagħtu dak li kien imwiegħed lill-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Gvern Ingliż minn ħaddieħor li mbagħad f'disa' snin sħaħ ma żammx il-kelma tiegħu.", "Il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed affarijiet kbar lill-pensjonanti tal-Gvern Ingliż, wegħdiet li mbagħad ma żammx, leġislatura wara oħra, basta serqilhom il-vot.", "Jiena ngħid ħaġa waħda biss: dak li l-Partit Laburista jwiegħed iwettqu u dak li jgħid li jrid jagħmel se jagħmlu.", "Jiena informat li wara li l-Ministru Louis Galea u t-team tiegħu semgħu l- proposta li kienet imwiegħda mill-Partit Laburista fil-mass meeting tal- Ħamrun fl-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena, għamlu l-homework tagħhom u talbu lill-impjegati fid-dipartiment biex jaraw kif tista' tiġi implimentata malajr malajr riforma għall-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi ħalli dawn jingħataw il-pensjoni taż-żewġ terzi li kif diġa' għidt, ilhom iwiegħdu disa' snin imma ma wettquhiex.", "Issa għaliex il-Ministru Galea sema' lill-Partit Laburista jwiegħed li se jagħmilha, f'daqqa waħda din il- wegħda neħħieha minn fuq l-ixkaffa fejn min jaf kemm kien hemm għanqbut u qed jara kif jista' jimplimentaha qabel l-elezzjoni li jmiss!", "U ma neħodhiex bi kbira jekk il-Ministru jagħmilha qabel l-elezzjoni!", "Ħafna drabi meta l-Ministru jkun qed jagħlaq xi diskorsi ta' kritika għalina, jgħid li aħna ma qed noffru xejn ġdid u li aħna distruttivi.", "Imbagħad nibdew naraw lill-Partit Nazzjonalista jwettaq affarijiet li jkun sema' minn din in-naħa tal-Kamra!", "Kif għidt, ftit xhur wara li aħna tkellimna fuq il-ħaddiema li kienu spiċċaw minn mas-Servizzi qabel l-1979 u għidna li hemm bżonn li l-pensjoni tagħhom tiġi aġġornata, proprju fil-budget li għadda tħabbru miżuri biex permezz ta' dan l-Abbozz li qed il-Gvern bil-mod il-mod jibda jirranġa s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema.", "Sema' lilna nitkellmu fuqha allura daħħalha!", "L-istess ġara fil-kwestjoni tal-part-timers.", "Il-Gvern kien semagħna ngħidu li fil-politika l-ġdida tal-Partit Laburista qegħdin nesiġu li l- part-timers ikollhom sistema ta' benefiċċji soċjali għalihom u wara ftit żmien, fil-budget li għadda, il-Gvern ħabbar li l-part-timers se jingħataw ċerti benefiċċji soċjali.", "Meta f'Ottubru li għadda f'dan il-Parlament konna qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi ieħor li jemenda Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jien kont issuġġerejt li l-qliegħ li ħaddiem ikollu minn xogħol part-time li għamel wara l-ħin tax-xogħol, ma jiġix ikkonsidrat għall-finijiet tal-bolla.", "Dak inhar kont staqsejt għaliex id-dħul minn xogħol part-time li persuna self-employed tagħmel wara l-ħin tax-xogħol tagħha, jiġi kkonsidrat biex tħallas il- bolla fuqu.", "Fil-fatt sibna li f'ċerti każi s-self-employed kienu qed iħallsu bolla fuq ix-xogħol part-time tagħhom ħafna iktar minn dik fuq ix- xogħol fulltime proprju tagħhom.", "Fil-budget li għadda l-Gvern ikkonsidra l- parir \"distruttiv\" tagħna - għax aħna kollox distruttiv nagħmlu hawn ġew - u implimentah.", "MR SPEAKER: Ippermettili, Onorevoli.", "Skadielek il-ħin.", "Għandek bżonn il-Leave of House, biex tkun tista' tkompli.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzja lill-Kamra talli reġgħet estendietli l-ħin.", "Hekk ukoll wara li l-Partit Laburista beda jinsisti li għandu jkun hemm forma ta' roħs fil-kontijiet ta' l-ilma, tad-dawl u tat- telephone għall-pensjonanti, il-Gvern fil-budget li għadda beda jipprova jdaħħal forom ta' roħs f'dan il-kontijiet.", "Nerġa' ngħid, dan kien suġġeriment li sar minn din in-naħa li tagħti biss pariri distruttivi, skond dak li nisimgħu min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "GĦalhekk wieħed jiskanta kif in-naħa l-oħra tibqa' tgħid li l-affarijiet li qed nipproponu ma jiswew xejn u li l-kritika tagħna hija distruttiva meta mbagħad jimplimentaw affarijiet li nkunu qed insemmu aħna!", "Mr Speaker, nagħlaq billi nerġa' ngħid illi l-Partit Laburista dak li jwiegħed iwettaq.", "Tajjeb li ngħid li l-Oppożizzjoni s-soltu dejjem tivvota favur it-tibdil li jkun hemm fil-benefiċċji soċjali għax b'xi mod dejjem ikunu se jtejbu s-sitwazzjoni taċ-ċittadini Maltin, ta' dawk li l-iktar li għandhom bżonn.", "Dan konna nagħmluh minkejja li ċerti għajnuniet li kienu jingħataw, meta mqabbla mas-sitwazzjoni li qed jiffaċċjaw il-familji Maltin bl-għoli tal-ħajja, ma kenux biżżejjed, imma ladarba jkunu qed jingħataw żidiet din in-naħa tal-Kamra dejjem ivvotat favur it-tibdil li jkun qed isir.", "Din id-darba jiddispjaċini ngħid li ma nistgħux inkomplu mexjin fuq din il-linja.", "Waħda mir-raġunijiet hija l-anomaliji li nħolqu bit-tibdil fl-income tax, fiċ-children's allowance u l-għajnuniet supplimentari, kif spjegajt fl-ewwel intervent tiegħi; għax dan id-debate ġie qisu xi telenovela, kelli nitkellem fi tliet partijiet.", "Minħabba f'hekk din in- naħa tal-Kamra ma tistax tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "It-tieni raġuni hija li l-Gvern irid jaqta' d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali sempliċement billi wara li jgħaddi l-budget, b'avviż legali fil-Gazzetta tal-Gvern jaqbad u jimplimenta dawk it-tibdiliet li jkunu tħabbru mingħajr ma jagħti ċans u ħin diċenti biex din in-naħa tal- Kamra fl-istadju tat-Tieni Qari tispjega d-difetti li jista' jkun fih dak l- abbozz ta' liġi u fl-istadju ta' Kumitat tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern fejn ikun hemm bżonn waqt li niflu kull klawsola u subklawsola u niddiskutu b'mod ċar xi jkun hemm ħażin jew xi jkun li jista' jiġi mtejjeb f'dak l- abbozz ta' liġi.", "Mr Speaker, l-aħħar punt li rrid nagħmel jirrigwarda l-allowance tat-tfal li jbatu b'xi forma ta' diżabilta' għax filwaqt li għal ċerta kategorija din l-allowance żdiedet - huwa sewwa li żdiedet għax l-ispejjeż li trid biex trabbi tifel b'diżabilta' kulma jmur dejjem qed jiżdiedu bħalma qed jiżdiedu l-bżonnijiet, inkluż il-fatt li ġieli xi membru tal-familja jkollu jibqa' d-dar biex jagħti l-attenzjoni sħiħa tiegħu lil dik il-persuna, speċjalment jekk din ikollha bżonn xi forma ta' kura kważi ta' kuljum f'xi ċentru jew ieħor - meta wieħed ikollu dħul ta' bejn wieħed u ieħor Lm7,500 din l-allowance għat-tfal b'diżabilita' ġiet mnaqqsa u f'ċerti każi anke eliminata.", "U dan meta nafu l-bżonnijiet li jkollha familja b'xi wild b'diżabilita' biex tkun tista' tgħajxu u tagħtih l-attenzjoni li jkun ħaqqu.", "Mr Speaker, jien se nieqaf hawnhekk għax naħseb li ħadt ħafna ħin ta' din il-Kamra, imma kien hemm bżonn li tinġibed l-attenzjoni għal ċerti affarijiet.", "Jien persważ li sħabi se jkomplu jespandu wkoll fuq ċerti punti li jien semmejt u nispera li ħbiebi tan-naħa l-oħra tal-Kamra jirrispondu u mhux jipprovaw jaħarbu mid-diversi mistoqsijiet li aħna għamilna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Aktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Manuel Borda.", "ONOR.", "MANUEL BORDA: Mr Speaker, bħalma qal hu stess, l-Onor.", "Michael Farrugia ħa ż-żmien ta' din il-Kamra biex jispjegalna kif in-naħa ta' l- Oppożizzjoni tħares lejn ċerti miżuri li hemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L- Onor. Membru fakkarna wkoll x'għamel il-Gvern Laburista f'dan il-qasam u mid-diskors tiegħu wieħed jieħu l-impressjoni li l-Partit Nazzjonalista fil- gvern mhux talli kważi m'għamel xejn, talli qiegħed iservi ta' theddida.", "Imma jiddispjaċini ngħid li l-fatti ma jurux hekk.", "Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni donnu ħalla l-politika partiġġjana tikkontrollah xi ftit jew wisq matul id-diskors tiegħu.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Farrugia li anke huma meta kienu fil-gvern ħassew il-ħtieġa - għax jien nemmen li kull gvern irid jara l-pożizzjoni li jkun qiegħed fiha u jieħu d- deċiżjonijiet li jaħseb li jkunu tajbin għall-mument - li jnaqqsu ċerti benefiċċji li kienu jingħataw, fosthom iċ-children's allowance, is-sickness benefit u l-pensjoni tas-self-employed.", "Per eżempju jien niftakar - dak iż- żmien kont għadni mal-Gvern u konna strajkjajna proprju fuq hekk - li biex jintroduċi l-pensjoni ta' żewġ terzi għal kulħadd, il-Gvern Laburista kien iddeċieda li jiffriża l-pensjoni ta' dawk li kienu qed jieħdu l-pensjoni ta' l-insurance, jiġifieri kien naqqsilhom dritt li diġa' kienu qed iħallsu għalih.", "Pero' jien ma nixtieqx nidħol f'dawn l-affarijiet għax nemmen li kull gvern iħares lejn l-affarijiet u jipprova jagħmel dak li, skond hu, ikun ta' ġid għall-poplu.", "Mr Speaker, jien osservajt li l-kelliem ta' qabli kien iktar moħħu biex jgħid li beħsiebhom ikomplu fejn ħallew qabel u donnu injora l-fatt li f'dawn l-aħħar disa' snin għamilna qabżiet kbar fil-qasam tas-servizzi soċjali.", "Jekk tagħsar id-diskors ta' dan l-Onor.", "Membru b'mod ġenerali - jien segwejt id-diskors kollu - tosserva wkoll li ma tantx offra alternattivi u għalkemm ta' sikwit irrifera għall-politika ġdida Laburista, fir-realta' ma tantx wera li l-Partit Laburista għandu alternattivi għall- mod kif irid iħaddem is-servizzi soċjali, ngħidu aħna, kif se jirrispondi għall-ħteġijiet tal-lum.", "Mill-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni fuq dan il-qasam kont nistenna li jgħidilna b'kuraġġ kbir il-miżuri kollha li se jieħdu, bħalma per eżempju għamel il-Malta Labour Party Ingliż permezz ta' Harriet Harman li hija x-shadow Minister dwar is-servizzi soċjali fejn din qalet ċar u tond li lesta li tiffranka Lm100 miljun mill-ispiża li tmur għall- amministrazzjoni tas-servizzi soċjali.", "Aħna azzjonijiet konkreti u deċiżjonijiet li jsarrfu rridu naraw u mhux nipprovaw nippolitiċizzaw qasam li huwa ta' fejda kbira għal dawk in-nies li verament huma fil-bżonn.", "Jien nemmen li f'dan il-qasam m'għandha tidħol l-ebda politika u wisq inqas partiġġjaniżmu.", "Ma rridx noqgħod ngħid dan biex qisni niddefendi lill- Partit Nazzjonalista fil-gvern, għax nemmen li m'hemmx għalfejn.", "Huwa fatt - dan kulħadd jafu - li f'dawn id-disa' snin li ilu fil-gvern, il-Partit Nazzjonalista studja, ħadem u stinka biex f'dan il-qasam jifrex l-id tal- gvern ħalli tilħaq lil ħafna nies u fil-fatt il-konċett ta' personalizzazzjoni tas-servizzi soċjali verament ħadem tajjeb u laħaq aktar nies bir-riżultat li b'din il-firxa ħafna iktar nies daħlu fix-xibka tas- servizzi soċjali.", "Din il-firxa juruha l-istatistiċi stess u għalhekk jien ngħid li l-ebda individwu, l-ebda organizzazzjoni u l-ebda partit ma jista' b'xi mod jikkritika lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern f'dan il- qasam.", "Pero' għidt diġa', ma nixtieqx inkun polemikuż għax nemmen li dan il- qasam huwa ta' fejda kbira għall-poplu u għalhekk m'għandniex noqogħdu niftaħru x'għamel dak u x'għamel l-ieħor imma nkunu kuntenti biss meta naħdmu aktar sabiex dawn is-servizzi soċjali jkunu ta' aktar ġid għal kulħadd.", "Jien il-gost tiegħi nitkellem fuq dan is-suġġett, forsi għax għamilt sitt snin sħaħ fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fejn kelli kuntatt dirett man-nies li kienu jiġu japplikaw għas-servizzi soċjali u hemmhekk kont niddistingwi bejn dawk li verament għandhom bżonn is-servizzi soċjali u dawk li għandhom interess li jabbużaw minnhom għall-gwadann personali tagħhom.", "Din l-esperjenza ġegħlitni nara kemm huma bżonnjużi s- servizzi soċjali.", "Mr Speaker, jista' jkun ukoll li jien inħobb nitkellem fuq dan is-suġġett għax ġej mill-area tal-Kottonera li tassew sofriet u rat ħafna gwaj, speċjalment wara l-aħħar gwerra dinjija, meta nies li qabel kellhom proprjeta' jew negozju kellhom litteralment jibdew mill-ġdid.", "Dawn filli kienu għaddejjin tajjeb u filli spiċċaw b'xejn u għalhekk kienu jenħtieġu l- għajnuna filli kienu indipendenti finanzjarjament u filli spiċċaw jiddependu fuq l-għajnuna ta' l-Istat.", "F'dawk iż-żmenijiet, pajjiżi oħra introduċew jew kabbru s-servizzi soċjali u Malta wkoll permezz ta' Gvern Laburista fl-1956 introduċiet is-servizzi soċjali b'mod professjonali kif nafuhom illum u mbagħad kull partit fil-gvern ħass il-ħtieġa li jkompli jħabbarhom u jifrixhom iktar.", "Pero' hawnhekk ma rridux nitkellmu fuq is-servizzi soċjali b'mod ġenerali għax is-servizzi soċjali jkopru ħafna oqsma, bħalma huma pensjonijiet, għajnuna għal mard jew qgħad, pensjoni tad-diżabilita', u diversi servizzi oħra.", "Jiġifieri wieħed irid joqgħod attent fuqiex ikun qed jitkellem meta titkellem fuq qasam soċjali.", "Per eżempju, għall-Amerikani l-pensjonanti huma sagrosanti u ħadd ma jista' jmisshom pero' f'pajjiżi oħra - 'il quddiem nispjega iktar fid-dettal - jagħmlu differenza bejn benefiċċji.", "GĦaliex qed nitkellem hekk?", "GĦax is-servizzi soċjali rridu bilfors nallaċċjawhom ma' l-andament ta' l-ekonomija nazzjonali.", "Per eżempju, kien hawn - anke hawn Malta stess - fejn kienet inħolqot l-idea ta' redistribution of income u allura l-Gvern, speċjalment il-Gvern Laburista, kien jinqeda bis-servizzi soċjali sabiex iġib ċertu bilanċ fid-dħul.", "Dan il-konċett huwa tajjeb u sabiħ imma trid tarah ma' l-andament ta' l- ekonomija nazzjonali.", "Jekk m'għandekx żvilupp ekonomiku, tkun ħrafa u farsa li tipprova timbarka fuq redistribution of income għax minflok ma tkun qed tkabbar il-kejk, minflok ma jkollok kejk kbir xi tqassam, il-kejk tkun qiegħed dejjem iċċekknu għax tkun qed timponi taxxa ...", "Hawnhekk ma rridux ninsew li biex nagħtu s-servizzi soċjali xi ħadd irid iħallas għalihom u inqas ma jkollna nies jaħdmu iktar se nbatu biex nikkontribwixxu u nżommu s-servizzi soċjali.", "Per eżempju, dan l-aħħar fir-Russja, issa li waqa' l-ħajt tal-komuniżmu, ħarġu bl-idea ta' Robin Hood jiġifieri li s- sinjuri jridu jgħinu lill-fqar.", "Imma l-ekonomija ma taħdimx hekk; trid l- ewwelnett tiżviluppa l-ekonomija ħalli mbagħad tkun tista' tgħin permezz tat-tkabbir tal-kejk ta' l-ekonomija nazzjonali u jkollok iktar minn fejn tqassam.", "Dan huwa l-mod ekwu u ġust li bih tgħin lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn.", "Imbagħad hemm mezzi oħra li tagħtihomlna l-ekonomija wkoll.", "Per eżempju, huwa importanti li aħna nifformolaw policies abbażi ta' l- istatistika biex inkunu nafu x'inhuma verament il-bżonnijiet tagħhom u allura l-gvern tal-ġurnata jkun jista' jiffoka fuq dik l-area ta' nies li l- iktar qiegħda fil-bżonn u jagħtiha l-attenzjoni tiegħu.", "Imma jekk nieħdu l- istatistika biss wieħed jieħu l-impressjoni li dan qed isir wara; l-ewwel hemm l-affarijiet, imbagħad qed tiġbor l-istatistika u mbagħad tagħti l- għajnuna, proċess li ma tanx jagħmel sens.", "Ikun iktar professjonali li anke f'dan il-qasam hekk utli u importanti għall-pajjiż indaħħlu studji professjonali ta' surveys, jiġifieri qabel ma nkunu nafu l-informazzjoni permezz ta' l-istatistika, id-dipartiment u l-ministeru jagħmlu studju tal- bżonnijiet tas-soċjeta' Maltija u jekk hemm bżonn jagħmlu anke l-weighting sabiex ikollna iktar bilanċ.", "Per eżempju, jista' jkun hemm differenza anke fuq bażi ta' reġjuni.", "GĦaliex ċerti oqsma jkunu mexjin 'il quddiem u oħrajn ma jżommux ir-ritmu tal-progress li jsir, ngħidu aħna, -naħa tan- north?", "GĦalhekk huwa importanti li aħna nidħlu f'dawn l-affarijiet.", "Jiddispjaċini ngħid li sal-lum għadna ma dħalniex fil-fond imma huwa importanti li nagħmlu surveys sabiex inkunu nafu eżattament x'inhuma l- bżonnijiet tan-nies, fejn hemm bżonn nenfasizzaw u fejn hemm bżonn innaqqsu.", "Mr Speaker, għaliex qed ngħid hekk?", "GĦax jien nemmen li l-qasam tas- servizzi soċjali ma jfissirx dak li smajt kemm-il darba, jiġifieri xi monument li dejjem nieħdu gost inkabbruh.", "Il-qasam tas-servizzi soċjali huwa wieħed utli ħafna għall-pajjiż imma rridu nagħġnuh skond il-bżonnijiet tal-mument.", "Per eżempju, jien ma nistax nemmen li jkun hawn min jitkaża li qed innaqqsu s-servizzi soċjali.", "Kulħadd irid jifhem li trid tagħti skond il-bżonnijiet.", "Int lil min trid tgħin; lil min verament qiegħed fil-bżonn jew lil min m'għandux bżonn?", "Jekk se tgħin lil kulħadd, dan ifisser, b'mod relattiv, li dawk li għandhom bżonn l-għajnuna l-inqas li se jeħduha u dawk li m'għandhomx bżonn għajnuna l-iktar li se jeħduha.", "Allura kemm hu iktar għaqli li jekk inti għandek riżorsi finanzjarji li ovvjament huma limitati, tnaqqas l-għajnuna lil dawk li m'għandhomx bżonn biex tgħin aktar, b'mod relattiv, lil dawk li l-iktar għandhom bżonn?", "Tkun qed tagħmel iktar xogħol ta' fejda jekk tkompli tgħin lil min l-aktar li għandu bżonn sabiex ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Fil-fatt proprju dan huwa l-iskop ta' dan l- Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum; li naraw kif nutilizzaw ir- riżorsi finanzjarji tagħna bl-aħjar mod u bl-iktar mod effettiv sabiex ngħinu lil dawk li qegħdin l-iktar fil-bżonn.", "Bħalma għidt, dan naslu għalih meta niffaċċjaw din il-problema b'mod professjonali u mhux billi sempliċement nesiġu li kull min japplika jrid jagħmel dikjarazzjoni.", "Irridu nagħmlu s-surveys neċessarji ħalli nidħlu f'kull rokna ta' Malta u naraw fejn verament qegħdin il-bżonnijiet.", "B'hekk mhux kull min ikun jaf il-liġijiet u jaf idur madwarhom - forsi anke jieħu pariri dwar minn fejn għandu jgħaddi - jieħu l-għajnuniet finanzjarji u servizzi soċjali li forsi ma jkollux bżonn daqs ħaddieħor.", "Kif diġa' għidt, ma rridux ninsew li r- riżorsi finanzjarji huma limitati u meta wieħed jieħu inġustament ikun qed jieħu mingħand min l-iktar li hu fil-bżonn, altru li ma jkunx qed juri solidarjeta'.", "GĦalhekk jien ngħid li għandna nħarsu lejn dan il-qasam b'mod iktar reali, b'mod iktar professjonali u b'mod iktar effettiv.", "Mr Speaker, issa ħalli niġi għal punt li lili dejjem iweġġagħni.", "Kelliem min-naħa ta' l-Oppożizzjoni qalilna li hawn Malta hawn min jagħmel iktar minn job wieħed u ħafna nisa qed ikollhom joħorġu jaħdmu biex ilaħħqu mal- ħajja.", "Forsi jien għandi tendenza li ma naqbilx, imma ħalli nkunu pożittivi.", "Jekk wieħed qed jagħmel żewġ jobs jew tlieta u jekk hawn iktar nisa li qed jaħdmu, sinjal li hawn ix-xogħol.", "Dak huwa aspett pożittiv tal-ħajja ekonomika tagħna.", "Qabel ma stajniex naħdmu, anzi meta aħna pprovajna nagħmlu r-redistribution of income qabel ma żviluppajna l- ekonomija nazzjonali tagħna, spiċċajna biex staġnajna l-ekonomija u, kif jaf kulħadd - ma qed ngħid xejn ġdid - spiċċajna b'livell ta' qgħad verament għoli.", "Mela jekk illum hawn min qed jagħmel iktar minn job wieħed u hawn aktar nisa li jixtiequ jaħdmu - hi x'inhi r-raġuni - dak huwa sinjal li l-ekonomija qed tespandi.", "Pero' f'dan il-qasam hemm xi ħaġa li qed tweġġagħna.", "Qed nirreferi għall- fatt li dawk in-nies li jkunu qabżu l-45 sena isibuha diffiċli biex jekk jitilfu l-job li jkollhom jerġgħu jintegraw fil-ħajja tax-xogħol.", "Dan l- aħħar fl-Ingilterra sar studju dwar the grey power - hekk isejħulha lil dik il-parti tal-work force - fejn sabu li l-esperjenza u l-maturita' ta' dawn in-nies faċilment jistgħu jintużaw biex tkompli tikber l-ekonomija.", "B'dan il-mod barra li jkunu ta' ġid għall-ekonomija, ma jkunux ta' piż fuq is- servizzi soċjali u allura tkun aktar f'pożizzjoni li tgħin lil dawk li verament ikollhom bżonn is-servizzi soċjali.", "Għax, kif għidt diġa', ir- riżorsi finanzjarji ta' kull pajjiż huma limitati.", "Jekk insegwu l- aħbarijiet mill-aspett ekonomiku naraw li ħafna pajjiżi huma konċernati dwar dan il-qasam.", "U f'pajjiżna, fejn għandna ekonomija relattivament żgħira, għandna aktar interess li naraw li r-riżorsi tagħna qed jitħaddmu b'mod aktar għaqli u produttiv.", "Għalhekk tajjeb li nagħtu l-attenzjoni neċessarja lil dan is-settur ta' ħaddiema li qabżu l-eta' ta' 40 jew 45 sena u qed ifittxu x-xogħol.", "Veru li l-makkinarju ta' l-ETC qiegħed jipprova jħarriġhom mill-ġdid biex jiffittjaw f'postijiet oħra tax-xogħol, imma hemm reżistenza qawwija mill-employers, u kultant anke min-naħa tal- Gvern u tat-trade unions.", "Din hija xi ħaġa ta' interess nazzjonali.", "Nifhem li s-sħab soċjali għandhom interess fl-andament ta' l-ekonomija u għalhekk nemmen li kulħadd irid jgħin f'dan il-qasam.", "Jekk hemm bżonn, għandna nbiddlu l-istrutturi, u biex inbiddlu l-istrutturi bilfors iridu jieħdu sehem is-sħab soċjali kollha; il-Gvern ma jistax jaqbad u jagħmel liġi li tiġi aċċettata minn kulħadd għaliex forsi jkun hemm min ikollu interess li jfixkel minħabba ċerti trade practices.", "Din hija xi ħaġa li wieħed irid jieħu ħsiebha għaliex qiegħda tkun ta' ħsara għal dawn in-nies stess anke mill-aspett psikoloġiku.", "M'hijiex xi ħaġa sabiħa li ta' eta' żgħira, meta forsi jkun għad fadlilhom 15 jew 20 sena oħra ta' xogħol quddiemhom, iħossuhom inutli għax ma jistgħux jaħdmu.", "Dan minbarra li peress li l-life span hawn Malta tjiebet daqstant - dan huwa s-sitt jew is- seba' pajjiż fid-dinja fejn l-aktar li jgħixu - li ta' dik l-eta' dawn in- nies jistgħu jgħidu li għandhom nofs ħajjithom ma jistgħux jaħdmu.", "Jekk aħna verament irridu ngħinu f'dan il-qasam tas-servizzi soċjali, huwa importanti li din l-area nieħdu ħsiebha.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin innaqqsu wkoll il-piż minn fuq is-servizzi soċjali għaliex meta dak li jkun ikun qed jaħdem ikun qiegħed iħallas il-bolla u allura indirettament ikun qed jgħin biex il-fund tas-servizzi soċjali jikber.", "Dan huwa l-mod kif irridu nħarsu lejn dan il-qasam; irridu kontinwament naraw kif nistgħu ngħinu lil dawk li verament għandhom bżonn.", "Qed ngħid hekk għaliex naf li hawn min għandu interess li jabbuża minn dawn is-servizzi.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li hemm pajjiżi oħrajn li huma konċernati dwar dan il-qasam.", "Is-servizzi soċjali huma xi ħaġa tajba u utli għal kull pajjiż, imma inti ma tistax torbot idejk u tibqa' bl-istess mentalita'; is-servizzi soċjali trid tbiddilhom kontinwament skond il- ħteġijiet tal-ġurnata.", "Dan l-aħħar tħabbar li fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju ltaqgħu membri parlamentari minn tliet pajjiżi, l-Amerika, l-Ingilterra u l- Ġermanja, f'dak li seħjulu l-Oxford Forum.", "Barra membri parlamentari minn kull partit, kien hemm uffiċjali għolja u anke nies li janalizzaw dan il- qasam.", "X'ħareġ minn dan il-forum?", "Nistgħu ngħidu li ħarġu tliet punti verament interessanti.", "Dawn qalu li l-infiq fil-qasam tas-servizzi soċjali ma jistax jibqa' għaddej bl-istess ritmu meta d-demografija qiegħda tinbidel totalment.", "Għax ma tistax tuża għodda qadima għal problemi ġodda, imma trid tadatta ruħek skond iċ-ċirkostanzi.", "Dan mhux jien qed ngħidu, Mr Speaker, u lanqas qed ngħidu għal hawn Malta.", "Dan ħareġ minn laqgħa li fiha ħadu sehem rappreżentanti minn tliet pajjiżi żviluppati li għaddew minn ħafna esperjenzi.", "Kienet il-Ġermanja li bdiet is-servizzi soċjali fid- dinja fl-1880, imbagħad komplew l-Ingliżi u fl-aħħar l-Amerikani.", "Kif qed ngħid, l-ewwel punt li ħareġ kien li fis-servizzi soċjali ma tistax tibqa' miexi bl-istess mod meta uwa veru l-popolazzjoni tad-dinja qiegħda tinbidel; bilfors trid tbiddel l-approach tiegħek.", "It-tieni punt li ssemma kien li hemm bżonn ta' bidla, bidla li jkollha direzzjoni ċara għall-futur.", "Dawn il-membri parlamentari lkoll qablu li hemm bżonn ta' bidla meta l-affarijiet m'għadhomx l-istess, pero' huwa importanti li f'dik il-bidla tara dik id-direzzjoni li tagħmel sens.", "Fl- aħħarnett qalu li l-inizjattivi li pajjiż jagħmel għalih innifsu jistgħu faċilment jiġu trasferiti f'pajjiż ieħor fejn huma applikabbli.", "X'jiġifieri?", "Dawn qed jgħidu li wieħed jitgħallem mill-esperjenza ta' ħaddieħor u allura b'dan il-mod minflok li ...", "Jien l-ewwel għidt li għandna nħarsu lejn l-istatistiċi u s-surveys li jsiru, imma issa għandna fattur ieħor li jista' jgħinna biex nanalizzaw aħjar b'liema mod l-iktar li nistgħu nkunu effettivi sabiex is-servizzi soċjali jkunu tassew jagħmlu ġid u mqassma lil dawk li verament għandhom bżonn.", "Meta nafu dan kollu u meta għandna dan il-qasam hekk utili għall-pajjiż, huwa importanti li nużawh b'mod effikaċi u nħarsu lejn kif in-nies iħarsu lejna.", "Huwa importanti ħafna li ma nħarsux lejn dan il-qasam b'lenti politika, speċjalment b'lenti politika partiġġjana għax inkella jkun moħħna iktar fil- voti u kemm aħna lesti li nqassmu flus.", "Pero' l-aktar ħaġa importanti hi li nkunu onesti ma' l-elettorat tagħna u nenfasizzawlu li jekk irridu li l- ħaddiema tagħna ma jbatux hu importanti li nsaħħu bl-aktar mod possibbli l- iżvilupp ekonomiku tagħna sabiex verament ikollna minn fejn inqassmu.", "Jekk aħna ninjoraw l-aspett ekonomiku, ikollna biflors nintaxxaw ħafna lill- poplu u nagħmlu ħafna impożizzjonijiet finanzjarji biex ikollna minn fejn inqassmu.", "Dan m'hux fair, speċjalment meta nafu li n-numru ta' nies li jaħdmu qed jonqos peress li r-rata tal-popolazzjoni qed tiċkien.", "Dan ifisser li se jkollna inqas nies biex iżommu, per eżempju, pensjonant.", "Fejn qabel, ngħidu aħna, pensjoni kienet tiġi sostnuta minn ħames ħaddiema, illum f'ċerti pajjiżi waslu fis-sitwazzjoni li din trid tiġi sostnuta minn żewġ persuni.", "Dan juri b'liema mod drastikuqed tinbidel il-popolazzjoni u allura kemm hu iktar importanti li wieħed jagħti kas ta' kif iridu jinbidlu s-servizzi soċjali.", "Jien nemmen li f'dan il-qasam imxejna ħafna 'l quddiem, għamilna progress, kull partit ta kontribut u ma nistgħux naqgħu fl-iżbalji li nargumentaw u b'mod immatur li aħna għamilna iktar u l-ieħor għamel inqas.", "L-isfida tagħna għandha tkun li naraw kontinwament b'liema mod nistgħu nkunu effettivi biex b'dawn ir-riżorsi limitati tagħna nkunu nistgħu verament ngħinu lil min għandu bżonn.", "Irridu naqtgħu l-idea li nagħtu benfiċċju at a flat rate lil kulħadd, irrispettivament mill- bżonnijiet attwali ta' dak li jkun.", "Per eżempju, mara qaltli li l- benefiċċji li tirċievi tiddepożitahom il-bank biex meta jikbru t-tfal issibhom.", "Imbagħad hemm oħrajn li qegħdin fil-bracket t'isfel tal-qliegħ li jkunu qed jistennew bil-ħniena u bil-ħerqa kollha l-flus sabiex jixtru l- bżonnijiet tagħhom u tat-tfal tagħhom.", "Hawnhekk tara l-għaqal u l- maturita' tagħna li naraw li dawn is-servizzi soċjali nużawhom bl-aktar mod effettiv possibbli sabiex verament ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Freddie Micallef.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Mr Speaker, għalkemm kont ippreparat li nagħmel diskors fit-tul, wara dak kollu li ntqal minn sieħbi, il-kelliem ewlieni fuq dan il-qasam, m'għandix l-intenzjoni li nieħu fit-tul u se nagħmel minn kollox biex inkun to the point.", "L-ewwel ħaġa li xtaqt nenfasizza hi - din ma nistax inħalliha għaddejja għaliex inkella tagħmilli d-deni - l- ipokresija li biha jitkellmu u jaġixxu l-kelliema tan-naħa tal-Gvern.", "Filwaqt li kont qed nisma' lill-Ministru jntroduċi dan l-Abbozz ta' Liġi ħadt xi noti dwar dak li kien jintqal qabel l-1987 u dak li qed jiġri issa.", "Illejla għadna kemm smajna kelliem ieħor tan-naħa tal-Gvern jitkellem issa - jitkellm b'ton li jipprova jispjega l-atteġġjament tal-Gvern fil-Budget li għadda u l-miżuri li tħabbru u li minħabba fihom tressaq dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu.", "Meta nisma' ċertu diskors ma nistax ma niftakarx fl-ipokresija ta' dan il-Gvern li meta kien fl-Oppożizzjoni kien joħroġ pamphlets b'ritratti tal-Prim Ministru, kemm ta' l-Onor.", "Dom Mintoff, kif ukoll aktar tard ta' l-Onor.", "Karmenu Mifsud Bonnici, fejn kienu jgħidu: \"Il-Partit Laburista b'id waħda jagħtik u bl-oħra jeħodlok.", "Din il-propaganda li kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista kienet ibbażata fuq il-fatt illi Gvern Laburista sew bejn l-1955 u l-1958, kif ukoll bejn l- 1981 u l-1987, żied is-servizzi soċjali b'mod sostanzjali u kulħadd faħħarna ta' dan, inkluż l-awtoritajiet Ekklesjastiċi li kienu jgħidu li dmirna għamilnieh.", "Ma nistgħux ngħidu hekk għall-Partit Nazzjonalista li kien fil-gvern bejn l-1961 u l-1970 u għalkemm ma nixtieqx nitkellem fuq il- passat ma nistax ma ngħidx li f'dawk id-disa' snin il-pensjonijiet kienu telgħu b'50c biss għax kienet is-sistema li jingħata persentaġġ żgħir fuq il-paga li wieħed kien jaqla'.", "Wara tmexxija daqstant kiefra min-naħa tan- Nazzjonalisti, kellu jkun Gvern Laburista li introduċa miżuri ta' fejda għal min ikun marid u għal dawk li jinsabu fl-istrati ta' taħt, li daħħal iċ-children's allowance, li introduċa miżuri oħra li qabel qatt ma kienu jeżistu bħall-għajnuna lil min jieħu ħsieb in-nies anzjani fid-dar - dik li konna ngħidulha s-social assistance for females - u miżuri oħra ta' fejda.", "B'danakollu lejliet l-elezzjoni ta' l-1987 l-akbar enfasi kienet tkun fuq il-bolla u issa l-argument tal-lejla - kemm ta' l-Onor.", "Louis Galea kif ukoll ta' l-Onor.", "Manuel Borda - kien illi biex tagħti s-servizzi soċjali jrid ikollok minn fejn.", "L-Onor.", "Borda qal ukoll li kull gvern irid jieħu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni li jkun fiha u li s-servizzi soċjali rridu nallaċċjawhom ma' l-andament ta' l-ekonomija nazzjonali.", "Issa meta kien jingħad li Gvern Laburista b'id waħda jagħtik u bl-oħra jeħodlok kienu qegħdin sempliċement jalludu għall-bolla li aħna żidnieha sabiex tkun one- twelfth ta' dak li wieħed jaqla', imma qatt ma qalu illi f'16-il sena ta' Gvern Laburista lil dak li kien jaqla' Lm1 paragunat mal-Lm15 li kien jaqla' min kien fl-istrata ta' fuq, aħna ġibnieh jaqla' Lm1 għal kull Lm4 li jaqla l-ieħor.", "Jiġifieri lil dak li kien jaqla' l-inqas tajnieh aktar saħħa b'mod li saħħaħna l-middle-class li saret tagħmel unur mhux biss lis- servizzi soċjali imma lil pajjiżna u lil kull min ikkontribwixxa sabiex għamilna dak li għamilna.", "B'danakollu fl-1987 l-akbar propaganda kienet li Gvern Laburista b'id waħda jagħtik u bl-oħra jeħodlok.", "Għal min qiegħed jisma' se nistaqsi: Fejn qiegħda l-ipokresija?", "Donnu dak inhar ma kienx importanti li nallaċċjaw is-servizzi soċjali ma' kif kienet sejra l-ekonomija tal-pajjiż għax meta konna nistaqsuhom kif se jagħmlu biex itejbu s-servizzi soċjali fuq dak li konna għamilna aħna mingħajr il-ġbir tal-flus mill-bolla - kienu jgħidulha bolla balla - ir- risposta tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien - għal dawn l-aħħar għaxar snin Prim Ministru ta' Malta - kienet tkun: \"Money no problem\".", "Dik kienet ir-risposta li kienet f'ħalq kulħadd.", "U għaliex kienu jgħidu hekk?", "Għax kienu jaħsbu li meta tiġi biex tmexxi pajjiż se ssib il-miljuni tal-liri, imma llum jidher li l-flus saru problema għallinqas għall-qasam tas-servizzi soċjali.", "Qegħdin naraw kif qed jipprovaw jisolħu kull lira li għadha ma nġabritx mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali u mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni; nafu li qegħdin jintbagħtu kontijiet lin-nies li lanqas biss kienu joħolmu bihom.", "Ara f'oqsma oħra, Alla jbierek, fuq kull proġett propost mill-Gvern Nazzjonalista ntnefaq aktar milli kien maħsub.", "Per eżempju, proġett li suppost kellu jiġi jiswa' Lm1 miljun, fil-fatt intnefqu fuq Lm3 miljun, Lm4 miljun, Lm5 miljun, Lm6 miljun u anke aktar; jiġifieri ġie jiswa darbtejn, tlieta jew erba' darbiet aktar minn kif kien proġettat.", "U dan qed jiġri f'kull qasam, anke fil-Management Systems Unit stess li aħna tant ikkritikajna, għadna nikkritikaw u se nibqgħu nikkritikaw.", "Il-miljuni ta' liri li qegħdin jiġu sparpaljati - anke fid- Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali - m'huma qegħdin jiswew għal xejn.", "Imma Alla jbierek il-problema tal-Gvern hija fejn jidħlu s-servizzi soċjali!", "Kont qiegħed ngħid - m'iniex se ntawwal - li dawn kienu jgħidu: \"Money no problem\".", "Issa naraw kemm ma kienu problema xejn il-flus għalihom.", "Issa naraw kemm kienet ipokresija grassa li biha riedu jakkwistaw il-voti u li llum ħarġet fil-beraħ.", "L-ewwel punt li kien hemm fil-Manifest tal-Partit Nazzjonalista kien dwar is-saħħa u min jaf kemm akkwistaw voti minħabba fih.", "Dawn kienu qalu hekk:", "\"Qabel xejn saħħtek.", "Illum ġieli narawkom tistennew fil-queue fuq l- għatba tal-polyclinic anzjużi u waħda tgħid lill-oħra: \"Min jaf lil min se ninzertaw illum.", "Allaħares ikun Dr X għax għal kull ħaġa ta' xejn jibagħtek l-isptar\".", "Biex tieħu ħsieb saħħet jistħoqqlok għajnuna aħjar minn hekk min-naħa tal-Gvern.\"", "Hekk kienu qalulna tal-Partit Nazzjonalista; qalulna wkoll li f'dawn is- servizzi tas- saħħa li jkunu tassew nazzjonali, tagħżel it-tabib li għandek fiduċja fih int, iħallsu l-gvern, eċċ., u jekk it-tabib jordnalek il- mediċini tkun tista' tmur tiġborhom mingħand l-ispiżjar li tagħżel inti.", "Kienu tkellmu wkoll dwar il-bżonn li l-infermiera jkunu kuntenti u li Gvern Nazzjonalista jittrattahom bil-ġustizzja li jixirqilhom.", "Skond dan il- manifest hekk kellu jsir f'Malta meta l-Partit Nazzjonalista jkun fil- gvern.", "Meta naqra dawn l-affarijiet u nisma' kelliema bħall-Onor.", "Borda, ngħid: Dawn huma l-istess nies ta' għaxar snin ilu?", "Issa t-ton huwa ferm differenti, m'għadhomx jagħtu kollox b'xejn, altru li m'hemmx is-servizz tat-tabib b'xejn għax nafu kemm jeħodlok it-tabib tas-servizzi tiegħu.", "Id- Deputy Speaker huwa spiżjar u jaf x'inhu l-prezz tal-mediċini.", "Fost in- nies li rajt din il-ġimgħa kien hemm 11-il każ ta' nies li marru għall- mediċini l-isptar u ma kellhomx.", "Naf persuni - m'hemmx għalfejn insemmi isimhom - li ilhom ma jirċievu l-għajnuna soċjali erba' xhur jew tliet xhur minħabba t-taħwid li hemm fid-dipartiment u m'għandhomx biex jixtru l- mediċini li għandhom bżonn, ngħidu aħna għall-kontroll tal-pressjoni.", "Sal- bieraħ stess, waħda minnhom ċemplitli u staqsietni meta naħseb li se tirċevihom għax qed tibża' tinżel imqar sas-suq bl-isturdament li għandha.", "Din il-persuna m'għandhiex Lm15 biex tixtri l-pilloli li l-Partit Nazzjonalista qabel ma tela' fil-gvern kien wiegħed li se jagħti b'xejn.", "Illum lanqas bil-flus ma ssibhom, aħseb u ara kemm se ssibhom b'xejn.", "Din il-persuna għandha bżonn Lm15 għall-pilloli li jikkontrollaw il-pressjoni - kondizzjoni li hija komuni ħafna fost l-anzjani tagħna - għax m'hix qed issibhom l-isptar.", "U nista' nsemmi 11-il każ ta' nies li qed jiltaqgħu ma' dawn id-diffikultajiet.", "Din hija xi ħaġa li twerrċek!", "Issa saru problema l-flus?", "Il-ġimgħa l-oħra persuna qaltli li waqgħet kaxxa fuq irkobbtejha, kellha bżonn il-punti u wara siegħa tistenna fil-Poliklinika tal-Mosta qalulha li ma kellhomx labar biex iħituha u kellha tmur il- Poliklinika tar-Rabat.", "Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu ċċekkjati; m'hemmx għalfejn insemmi l-ismijiet biex nuri li qed ngħid il-verita'.", "Illum wieħed irid jara l-ipokrezija ta' min kien jitkellem b'ċertu ton ftit snin ilu u llum qed jitkellem b'ton ieħor.", "Aħna mhux se ngħidu li għandek tagħti kemm tiflaħ għax aħna dejjem għidna li ma rridux min jabbuża mis-servizzi soċjali.", "Imma issa mhux talli jridu jipprovaw jaqtgħu l-abbuż mis-servizzi soċjali, talli jridu jaraw lil min se jagħtuhom.", "Jien ngħid li biex isir dan hemm bżonn li jinħatar kumitat serju, megħjun minn nies tekniċi li jiflu sewwa l-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali, jaraw x'inhuma l- implikazzjonijiet, u bi ftehim fuq qasam li ż-żewġ naħat dejjem għamlu minn kollox biex ġibuh 'il quddiem - b'mod speċjali aħna li verament nirrappreżentaw lill-ħaddiem - isiru l-arranġamenti u l-istreamlining neċessarji ħalli l-Liġi dwar is-Sigurta' Soċjali jibda jifhimha kulħadd u ssir sistema biex kulħadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħu.", "Illum b'dak li qed jiġri ħafna min-nies lanqas dak li għandhom dritt għalih ma jafu eżatt x'inhu u mhux sewwa li nkomplu nikkomplikaw l- affarijiet b'dan il-mod.", "Jien qed ngħid hekk għax fl-opinjoni tiegħi l- miżuri tal-budget u l-emendi li għandna quddiemna llejla qegħdin ikomplu jħawdu l-imħuħ u jagħtu ċans għal aktar abbużi minn dak li kien hemm qabel.", "Ħalli nagħti eżempju wieħed.", "Kien hemm il-parental allowance li saret wara wegħda li l-Partit Nazzjonalista kien għamel lill-mara tad-dar li se jibda jagħtiha l-ħlas li jistħoqqilha; la din tkun qiegħda trabbi l- familja qiegħda tagħti servizz lin-nazzjon u għalhekk kien se jagħtiha forma ta' għajnuna b'turija ta' apprezzament għall-fatt li hi toqgħod id-dar biex trabbi l- familja għall-ġid tan-nazzjon.", "Imma llum addio l-familja, addio l-parental allowance u addio r-rabta li kien hemm bejn l-omm u t-tfal għax il-parti l- kbira qed ikollhom joħorġu jaħdmu bilfors.", "Meta ġiet introdotta l-parental allowance konna staqsejna għaliex kienet qed tintrabat ma' ċerta paga jew salarju u man-numru ta' tfal taħt l-eta' ta' 11-il sena meta min jaħdem għal rasu seta' faċilment jabbuża.", "Għaliex jista' jkun hemm wieħed li jaqbad Lm6,000 imma għandu mezz kif ma jurihomx kollha u jieħu l-parental allowance, u ieħor li jaqbad Lm5 aktar mis-ceiling ta' Lm2,400 - kif kien oriġinarjament - u ma jieħu xejn!", "Din tgħidilha ġustizzja?", "Din għajnuna soċjali personalizzata jew qiegħed toħloq lok għal aktar abbuż?", "Dak li qed jiġi propost dwar iċ-children's allowance huwa l-istess.", "Dawn m'humiex servizzi soċjali personalizzati imma huma servizzi li qegħdin jagħtu lok għal aktar abbuż li ż-żewġ naħat tal-Kamra żgur li naqblu li m'għandux ikun hemm.", "Jien qed ngħid dan biex nipprova nikxef u noħroġ fil-beraħ l- ipokresija tan-naħa l-oħra.", "F'punt 13 tal-programm elettorali l-Partit Nazzjonalista kien qal:", "\"Aħna nħobbu lit-tfal kollha xorta ...\"", "- bħallikieku aħna ma nħobbuhomx kollha għax lil-ewwel tlett itfal biss konna tajna children's allowance -", "\"... mhux l-ewwel tlieta biss.", "Għalhekk iċ-children's allowance u l- maternity allowance jingħataw għat-tfal kollha taħt Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Fl-ewwel snin taż-żwieġ meta miżżewġin ġodda jkollhom jaffrontaw l-ispiża kbira li jifformaw dar ...\"", "- li qabel biex tieħu plot kont trid Lm300 u llum trid mill-inqas Lm30,000 kullimkien -", "\"... fi żmien meta aktarx il-qliegħ tagħhom ikun fl-iskala l-aktar baxxa titnaqqsilhom l-income tax.", "Partit Nazzjonalista jagħti kumpens finanzjarju lill-omm - jew lill-missier - li tindika ruħha għat- trobbija ta' l-ulied għal ċertu żmien, parental salary.", "Hekk kemm jista' jkun ħadd ma jħossu mġiegħel minħabba l-flus joħroġ jaħdem barra mid-dar meta jixtieq jagħti l-attenzjoni kollha lil uliedu żgħar.", "U jipprovdi mezzi biex anke jieħu ħsieb it-tfal meta l-omm toħroġ taħdem.\".", "Meta taqra kliem bħal dan u tisma' x'qalilna llejla l-Onor.", "Borda, ma tistax ma tgħidx: Possibbli dawn huma l-istess nies li dak iż-żmien fil- manifest tagħhom kienu qed ifasslu pedament ħalli fuqu jkunu jistgħu jibnu ma' dak li bena l-Gvern Laburista?", "Min jaqra dawn l-affarijiet bilfors jasal għall-konklużjoni li nasal jien li meta kienu fl-Oppożizzjoni kienu jitkellmu mod u llum jitkellmu mod ieħor.", "Meta kont qiegħed nisma' lill-Ministru Galea jintroduċi dan l-Abbozz innotajt ħaġa oħra għaliex meta wieħed jieħu s-sekwenza ta' l-affarijiet bilfors li jinnota ċerti affarijiet.", "Il-Ministru Galea meta kien qed jitkellem rigward il-pensjonijiet tas-Servizzi qal:", "\"Qed nintroduċu miżura oħra li tolqot lill-pensjonanti li nafuhom bħala l-pensjonanti tas-Servizzi u li normalment jieħdu l-pensjoni mingħand il-Gvern Ingliż.", "Is-sitwazzjoni s'issa kienet li ż-żieda li ħafna minn dawn il-pensjonanti kienu jieħdu fil-pensjoni tagħhom mingħand il-Gvern Ingliż kienet tfisser tnaqqis fil-pensjoni tagħhom tas-sigurta' soċjali f'pajjiżna u dan permezz tal-mekkaniżmu li kien jaħdem b'mod li jżomm il-pensjonijiet, bejn il-pensjoni tas-Servizzi u dik tas-sigurta' soċjali, dejjem fil-livell ta'żewġ terzi.", "Għal darba oħra qed nieħdu miżura oħra għaliex f'dan il-kamp ittieħdu diversi miżuri f'liġijiet oħra li ressaqna f'din il-Kamra.\".", "Din hi l-ipokresija ta' dawn in-nies.", "Meta kien membru fl-Oppożizzjoni l- istess Ministru kien qal: \"Mhux sewwa li ż-żewġ terzi għandhom ikunu l- aktar, iż-żewġ terzi għandhom ikunu l-inqas.\"", "Dan jista' jikkonfermah il- Ministru.", "Dan huwa kliem li smajnieh elf darba u għalhekk illum nistaqsi: Għaliex dawn tħallew f'din is-sitwazzjoni għal għaxar snin sħaħ?", "Issa kif taf inti stess, Mr Speaker, in-numru ta' pensjonanti tas-Servizzi fl-1987 kien ferm ikbar minn dak li hu llum.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Jien qed nirripeti dak li għidt int, kelma b'kelma.", "(Interruzzjonijiet) La qed nirripetih jien, korrett.", "Mela fl-1987, meta aħna konna ngħidu li ma nistgħux nagħtu pensjoni ta' iktar minn żewġ terzi bejn il-pensjoni tal-Gvern Ingliż u l-pensjoni tas-sigurta' soċjali - min jaf kemm ħambaqna u kemm għidnielhom li ma nistgħux nagħtu iktar għaliex is- somma vvotata għas-servizzi soċjali kienet telgħet viċin il-Lm100 miljun - kienu jgħidulna li dan mhux sewwa għaliex żewġ terzi għandu jkun il-minimu.", "Imbagħad tħallew hekk għal għaxar snin; issa meta n-numru qiegħed ta' dawn il-benefiċċjarji huwa terz ta' dak li kien fl-1987 għax uħud minnhom mietu, lanqas qed jgħidulhom dak li kienu jgħidulhom fl-1987, jiġifieri li se jagħtuhom iż-żewġ pensjonijiet dak li jirċievu minn barra u dik li jirċievu mis-sigurta' soċjali, imma qed jgħidulhom li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-pensjoni li jirċievu mill-Ingilterra mhux se titnaqqsilhom minn tas-sigurta' soċjali.", "Il-Ministru stess qed jgħid li għaxar snin wara dawn kienu għadhom marbutin maż-żewġ terzi.", "Issa, anke meta n- numru ta' dawn il-pensjonanti huwa terz ta' dak li kien fl-1987, kulma se jieħdu hu l-benefiċċju li ż-żieda li jagħti l-gvern Ingliż ma tiġix imnaqqsa minn dik li jieħdu mis-sigurta' soċjali.", "Mr Speaker, nerġa' nirripeti l-kliem eżatt tal-Ministru Galea meta kien qed jintroduċi dan l- Abbozz ta' Liġi: \"Permezz ta' dan il-mekkaniżmu li kien jaħdem b'mod li kien iżomm il-pensjonijiet bejn il-pensjoni tas-Servizz u dik tas-sigurta' soċjali dejjem fil-livell taż-żewġ terzi ...\".", "Issa jekk taħsbu li hawn ipokresija iktar minn hekk u iktar minn dak li smajna llejla, għiduli fejn hi għax jien ma nafx biha.", "Fuq kollox hawnhekk aħna suppost li nagħtu eżempju tas-serjeta' u tal-verita'.", "Dan huwa l-Ministru li qalilna li jrid jagħti servizzi soċjali personalizzati!", "Tafu kemm-il darba smajnieha din il-kelma mingħand l-Onor.", "Galea!", "Erġajna smajnieha anke meta kien qed jintroduċi l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna Fil-fatt fil-bidu tad- diskors tiegħu qal hekk:", "\"Meta nħares lejn il-qasam soċjali jien nemmen li l-iżvilupp soċjali huwa parti integrali mill-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż kollu kemm hu.\"", "Il-Ministru Galea kompla jgħid:", "\"Ħafna drabi meta wieħed jisma' diskorsi li għandhom x'jaqsmu ma' l- iżvilupp ta' pajjiż u meta wieħed jaqra diversi artikli li jkunu f'rivisti li jxaqilbu lejn interess ta' natura ekonomika, wieħed jara li l-iżvilupp soċjali jiġi pjuttost emarġinat.", "Donnu li l-kejl li bih wieħed ikejjel il-progress materjali huwa l-kejl tal-progress monetarju, tal-progress finanzjarju u tal-progress ekonomiku.", "Imma jien naħseb li hu ċar, għal kull min jirrifletti, li l-kejl tal- progress ma jistax isir biss bil-miżura ta' l-iżvilupp ekonomiku imma jitkejjel ukoll - u dan jista' jkun li, b'riflessjoni approfondita, jitkejjel b'mod iktar qawwi - mill-iżvilupp soċjali li jkun qiegħed isir f'dik is-soċjeta' partikolari.\".", "Imbagħad il-Ministru kompla jgħid li ż-żieda m'għandhiex tkun sempliċement inkrimentali, eċċ. Pero' jien nieqaf hawn u nistaqsi: Iż-żidiet li qed jingħataw permezz ta' din il-liġi li għandna quddiemna m'humiex żidiet inkrimentali?", "Suppost li dawn huma żidiet marbutin ma' kif għoliet il- ħajja.", "Suppost, għax mhux veru.", "Allura jien lill-Ministru nistaqsih: Veru li dan il-qasam il-Gvern Nazzjonalista rabtu ma' l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, mas-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż u mal-politika ta' libertinaġġ li hawn fil-pajjiż?", "Dawn huma l-mistoqsijiet li wieħed irid jistaqsi fl-isfond ta' dan id-diskors ta' riflessjoni approfondita!", "Mr Speaker, taf x'inhi r-riflessjoni approfondita tiegħi?", "Li f'ġungla min ibati l-aktar u min igawdi l-aktar.", "Fil-ġungla l-aktar li jgawdi huwa l- iljun u t-tigra filwaqt li l-aktar li jbatu huma dawk l-annimali li l-anqas li għandhom saħħa.", "Id-domanda li llum nagħmel lill-Gvern u lill-Onor.", "Louis Galea hija din: Bil-mod kif l-affarijiet splodew fis-snin li għaddew, min qiegħed jerġa' jbati l-aktar?", "Jekk dan id-diskors huwa veru u m'huwiex ipokrita u fieragħ bħalma kien għaxar snin ilu u hemm riflessjoni approfondita ħalli verament naraw li dak li qegħdin nagħtu nagħtuh lil min hu batut biex ikun jista' jgħix ta' nies, jien nistaqsi lill-Ministru: Min huma dawk l-anzjani li llum għadhom jgħixu b'mod uman kif kienu jgħixu fl- 1987?", "Mr Speaker, jiena semmejt persuna li m'hijiex qed toħorġ minn darha minħabba li m'għandhiex biex tixtri l-pilloli tal-pressjoni għax ilha ma' tirċievi ċ-cheque xhur sħaħ.", "Ftit ilu kont qiegħed ngħid kemm hawn anzjani li, bis-servizzi soċjali personalizzati b'kollox f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta kellhom iħallsu l-pensjoni kollha - kien iblah min ħallasha għax żgur li m'huma se jagħmlulhom xejn - talli bidlulhom il-komunikazzjoni ta' l-ilma minn-nofs it-triq għall-main ta' l-ilma tad-djar tagħhom.", "Biex għamlulhom dan ħadulhom Lm85, quddiemi għandi l-kontijiet tagħhom.", "Is- sena l-oħra n-nefqa għall-istess xogħol, jiġifieri ta' bdil ta' kanen u ta' sistema ġdida ta' komunikazzjoni kienet tkun ta' Lm65 medja filwaqt li llum in-nefqa qed tkun ta' bejn Lm85 u Lm90, jekk mhux anke aktar.", "Mr Speaker, jiena nistaqsi lill-Ministru Galea u lill-Onor.", "Borda li tkellem illejla: Kemm hawn pensjonanti li jifilħu jħallsu Lm95 għal ħaġa li taħt Gvern Laburista kienet tqum biss Lm7 jew Lm8?", "Kemm hawn min jiflaħ iħallas dawn il-flus biex jibdel kanna?", "Ħafna min-nies li jiġu għandi - ġeneralment nhar ta' Sibt fil-għodu u nhar ta' Tnejn - jġibu magħhom il- kontijiet u jgħiduli: Dawn kif se nħallashom?", "Kemm hawn pensjonanti li f'dawn l-aħħar ġimgħat irċevew il-kontijiet ta' l-income tax, ta' meta kienu għadhom ħajjin żwieġhom jew bil-kontra, xi 10 snin, 15-il sena, jew 20 sena ilu għax il-Gvern tal-\"money no problem\" jidher li hu għatxan li jiġbor Lm60 miljun li għandhom jitħallsu b'lura lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni qabel jasal budget ieħor!", "Mr Speaker, kemm hemm nies li jifilħu jħallsu l-prezzijiet tal-mediċini li m'humiex qed isibu jew inkella jekk isibuhom jingħataw parir biex ma jixtruhomx għax huma ta' kwalita inferjuri u allura ma jagħmlux effett għall-marda li jkollhom!", "Din mhux jien qed ngħidha.", "Ħafna tobba jiċċekkjaw fejn tkun magħmula dik il-mediċina jew dawk il-pilloli qabel ma jordnawhom lill-pazjenti tagħhom.", "Meta jkollok din il-ġungla bilfors ikollok tmur għand l-ispiżjar - nispera li dawn ma jistrajkjawx u jagħlqu wkoll - u tistaqsih għall-mediċina tat-tali ditta.", "Illum anke t-tobba waslu f'pożizzjoni li jgħidulek biex titlob għat-tali marka meta tixtri xi mediċina.", "F'din is-sitwazzjoni wasalna!", "Kemm hawn anzjani li jifilħu jħallsu l-kontijiet li qegħdin jirċievu tad-dawl u ta' l-ilma?", "Issa mhux qed nirriferi għall-ispejjeż tal-bdil ta' xi kanna li forsi tinbidel darba biss, imma għall-kontijiet li jaslu regolarment.", "Mr Speaker, issa li qegħdin qrib elezzjoni oħra, tan-naħa l-oħra m'humiex qed imorru fid-djar kif qegħdin immorru aħna?", "Jekk qegħdin imorru, possibbli m'humiex qed jisimgħu l-ilmenti tan-nies?", "Issa m'iniex qed ngħid għall-anzjani biss, imma anke għal min jaħdem.", "Jien immur fid-djar u mmur waħdi bħalma dejjem kont nagħmel; ħajti kollha qatt ma kelli gruppi ta' nies miegħi.", "Dan kien parir ta' l-għażiż missieri wara li Dr Schembri Adami kellu jitlaq minn Malta minħabba l-klikka li żamm magħha.", "Jien kull fejn immur dejjem ġid nipprova nagħmel u deni ma nagħmel lil ħadd.", "Ħafna drabi titkellem ma' xi nies, tistaqsihom kif inhuma sejrin fil-ħajja u jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu.", "Jien iltqajt ma' nisa li jmorru jaħdmu ta' ħassiela biex ibenġlu l-ġimgħa, li żwieġhom ġegħluhom jagħmlu pitazz biex juruhom x'qed jonfqu għax ma jistgħux jgħixu bid-dħul li għandhom.", "B'din il-liġi li għandna quddiemna dan il-gvern tas-servizzi soċjali personalizzati qed jolqot ħażin lil dawn in-nisa u lil dawn il-familji.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għaliex illum jekk il-mara u r- raġel ikunu jaħdmu t-tnejn bil-minimum wage jaqilgħu Lm5,500 u meta jilħqu dak l-ammont titnaqqsilhom iċ-children's allowance.", "Jien iltqajt ma' nisa li huma rrabjati ħafna għal dan il-Gvern għax mhux talli ma tahomx il- parental allowance li kien wegħedhom - l-għajnuna lill-omm li tibqa' d-dar tieħu ħsieb il-familja - talli issa naqqsilhom iċ-children's allowance ukoll.", "Jien nerġa' ngħid dawn m'humiex nies li qiegħdin fl-istrata ta' income ta' Lm10,000 u Lm11,000, imma familji li bid-dħul tal-ġenituri li jaħdmu u ċ-children's allowance kienu jipprovaw jgħixu ħajja diċenti..", "Ftit ilu mort l-Iklin biex inżur xi 20 jew 25 familja.", "Dan huwa post li fih fi żmien Gvern Laburista l-plots kienu jittieħdu bi Lm300 imma llum ma teħodhomx b'Lm40,000.", "Biex bnew id-djar tagħhom ħafna nies kellhom jissellfu l-flus mil-Lohombus jew banek oħra.", "Illum dawn huma marbutin li jħallsu l-interessi u l-kapital fi żmien 15, 20 jew 25 sena.", "Meta tidħol f'dawn id-djar issib li huma sbieħ, għax il-plot kien jippermetti li tinbena dar sabiħa, imma ħafna minnhom sal-lum - għaxar snin wara li ħadu l- plot - għadhom mingħajr poġġaman tat-taraġ.", "Jiġifieri minkejja li dawn kienu ħadu l-plot bi Lm300, minflok poġġaman ħafna minnhom għad għandhom xatba li biex t-tfal ma jaqgħux.", "Ħafna minnhom għad għandhom djar vojta u għadhom qegħdin iħallsu s-self.", "Meta l-Gvern qed inaqqas iċ-children's allowance ta' dawn il-familji, fejn iż-żewġ ġenituri ħarġu jaħdmu biex iħallsu l-interessi fuq il-flus li ssellfu mill-banek, qiegħed jagħmel benefiċċji soċjali personalizzati ħalli jolqtu lil min jaqla' ħafna, jew qiegħed jikkastiga lil dawk in-nies li qed jagħmlu sforz ħalli jagħtu kontribut lis-soċjeta' bix-xogħol li jagħmlu, dawn in-nies li bnew darhom bil-mod u li qed irabbu familja b'kondizzjonijiet diċenti?", "Jien għalhekk għidt li l-istorja tas-servizzi soċjali jixirqilha studju fil-fond biex iż- żewġ naħat tal-Kamra flimkien jaraw x'għandu jsir u x'ma għandux isir.", "Mhux veru li bil-miżuri li qed jieħu l-gvern qed jolqot lil dak li jaqla' ħafna.", "Aħna qatt ma konna favur il-ħela, anzi dejjem għidna li s-servizzi soċjali għandhom jingħataw b'ġustizzja imma b'dak li qed jiġri hawnhekk ħadd ma jista' jgħid li qed isir pass 'il quddiem biex dawn jingħataw b'ġustizzja, b'ħaqq u lil min jistħoqqlu.", "Dawn huma fatti li ma jista' jinnegahom ħadd.", "Il-Ministru Galea qalilna:", "\"Allura issa rridu nikkonċentraw fuq dawk li huma l-aktar fil-bżonn.", "Jien naħseb li skop fundamentali u importanti ħafna tal-miżuri li hemm fl-abbozz li għandna quddiemna huwa proprju li wieħed jibda jħares mhux aktar lejn sempliċement miżuri soċjali li jistgħu jkunu miftuħa bl-istess mod u bl-istess miżura għal kulħadd, imma li l-ewwel u qabel kollox inħarsu lejn min hu l-aktar fil-bżonn, lejn min qiegħed l-aktar emarġinat u lejn min għandu bżonn aktar appoġġ.\".", "Issa dan il-kliem japplika meta nafu li qed jiġu milquta nies li ma jimmeritahomx li jiġu milquta?", "Wara li għidt dan id-diskors kollu, għandi għalfejn nerġa' nirrepeti li dan id-diskors li qal l-Onor.", "Galea m'hux minnu u li mhux veru jirrifletti dak li qed isir f'din il-liġi?", "Kull min qiegħed jisma' u kull min hu midħla tas-sitwazzjoni tas-servizzi soċjali f'pajjiżna - jaf dan mhux minnu.", "Imbagħad il-Ministru qalilna li minn naħa l-Gvern qiegħed iżid lil dawk li l-aktar li għandhom bżonn f'children's allowance u benefiċċji oħrajn biex id-dħul tagħhom - dik li wieħed jista' jsejħilha l-paga soċjali - jitla' għal-livell li huwa xieraq, u min-naħa l-oħra qiegħed inaqqas il- benefiċċji soċjali ta' dik il-faxxa ta' familji li huma meqjusa li qegħdin f'livell ta' dħul tajjeb.", "Jiena nistaqsi: Kif jista' jgħid li dan huwa veru, meta jien qed insemmi każijiet ta' nies li kienu kostretti joħorġu jaħdmu?", "Din hija l-verita' u mhux kif qal il-Ministru Galea u l-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu, fejn qal li l-ommijiet mhux se jkollhom bżonn jaħdmu għaliex se jagħtuhom il-parental allowance.", "Din hija l-ipokresija.", "L-ommijiet kellhom joħorġu jaħdmu bilfors biex flimkien mar-raġel iwasslu għal dħul ta' ¥5,300 u ¥5,500.", "Imbagħad minn fuq qegħdin jitnaqqsulhom il-benefiċċji taċ-children's allowance.", "Il- Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni kien qal: \"Aħna nħobbu lit-tfal kollha u se nagħtu ċ-children's allowance lill-ulied kollha u mhux lill- ewwel tlieta biss\", imma issa se nispiċċaw li lanqas min verament għandu bżonnhom biex ikun jista' jlaħħaq mal-ħajja m'hu se jeħodhom!", "Jiena diġa' għidt li hawn mijiet ta' familji li lanqas b'żewġ pagi m'huma qegħdin ilaħħqu minħabba l-piż ta' interessi li għandhom fuq self mill-banek.", "Dawn m'humiex kumpanniji li għada pitgħada se jagħmlu negozju u jifduhom.", "Fejn huma dawn is-servizzi personalizzati li tant enfasizza l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni u li kompla saħaq fuqhom anke wara l-Ministru Galea?", "Fejnhom dawn is-servizzi?", "Jiena nappella b'mod speċjali f'isem dawk in-nies li għaddew bord f'eta' żgħira u li l-familji tagħhom qegħdin ibatu ħafna.", "Jekk verament tridu tagħmlu servizzi soċjali personalizzati għandkom tħarsu lejn min marad żgħir, ta' 30 jew 40 sena, u qiegħed jirċievi pensjoni baxxa.", "Jekk almenu tridu żżommu wegħda waħda minn dawk li għamilt f'għaxar snin, għandek tidħol f'dawn il-każijiet ta' nies li nafu li qegħdin jgħixu f'miżerja u tagħtihom servizzi soċjali personalizzati.", "GĦalhekk jiena għidt li l-Liġi dwar is-Servizzi Soċjali kellna nidħlu fiha sew, l- ewwelnett sabiex tiġi streamlined u t-tieni sabiex tilħaq aktar l-iskop li għalih saret oriġinarjament, jiġifieri sabiex min qiegħed ibati ma jkomplix ibati.", "Jiena nerġa' nagħmel dan l-appell għaliex waqt li kulħadd jaħseb li l-affarijiet mexjin sewwa, waqt li kif smajna llejla l-ekonomija tal- pajjiż, Alla jbierek hija florida u fejn ikun hemm bżonn inxerrdu l- miljuni mingħajr l-iċken skruplu ta' xejn ....", "Jiena m'iniex se nidħol f'dan wara li l-bieraħ smajna diskors hekk brillanti mill-kelliem ta' l- Oppożizzjoni dwar ekonomija, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri, u min semgħu l-bieraħ induna bil-ħela ta' dan il-Gvern.", "Jiena ngħid li dan il-qasam li ż-żewġ naħat niftaħru li rridulu l-ġid u li rridu nġibuh 'il quddiem, għandna nidħlu daħla fih ħalli ma jerġax ifiġġ il-faqar li erġajna qegħdin niltaqgħu miegħu meta nduru d-djar madwar pajjiżna.", "MR SPEAKER: Ippermettili Onor. Micallef.", "Skadielek il-ħin.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nipproponi li jkompli jinstema'.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Micallef ikompli jitkellem.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "FREDDIE MICALLEF: Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra li għoġobha testendili l-ħin.", "Mr Speaker, fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għamilt wegħda; kont ippreparat li nitkellem fit-tul u fuq fatti pero' rrid nispiċċa d-diskors tiegħi llejla.", "M'iniex se nieħu aktar minn għaxar minuti oħra - forsi anke inqas - pero' nixtieq ngħid li waqt li fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt dwar il-prinċipji - u nerġa' ngħid ma naqbel assolutament xejn mal-mod kif saru dawn l-emendi li għandna quddiemna u li kienu parti mill-budget - u waqt li llejla smajna lill- Onor. Borda li sinċerament inkwetani bil-mod li tkellem għaliex ma kienx qed jirrifletti dak li verament jimmerritahom l-anzjani u l-morda tagħna.", "Jien ma dħaltx fil-kamp tas-saħħa għaliex nibża' għar-raġuni li f'dawn l- aħħar sentjen missejt ħafna miegħu anke minħabba sfortuni familjari.", "Pero' l-affarijiet li rajt, li qaluli u li għadni qed nara anke minn din il-Kamra stess ma rridx nirrepetihom ħalli ma naqtax qalb min diġa' qiegħed f'sitwazzjoni mwiegħra u forsi jisma' d-diskors tiegħi u jiddemoralizza ruħu.", "Anke f'dan il-qasam morna lura ħafna.", "Qegħdin nagħtu lok għal ġungla kbira u erġajna ġejna f'sitwazzjoni fejn min irid ifiq irid iħallas - u jħallas minn imnieħru - kif konna 30 sena ilu fejn jekk kien ikollok biex tħallas tfiq, mill-bqija jkollok tistenna fil-queue.", "Kif għidt, jiena m'iniex se nidħol f'dan il-qasam imma se ngħid xi ħaġa fuq id-dipartiment u naħseb li nkun qiegħed nagħmel id-dover tiegħi meta ngħid li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, fl-opinjoni tiegħi, jinsab f'sitwazzjoni mwiegħra ħafna.", "Jiena naf li hemm nuqqas ta' staff u naf li l-istaff li hemm ibda mill-kapijiet il-kbar sa l-iżgħar ħaddiem qiegħed b'ilsienu barra jipprova jaħdem biex jara li l-benefiċċji jaslu għand min huma dovuti.", "Dan qiegħed iwassal ukoll biex ikun hemm overtime esaġerat.", "Jiena m'għamilt l-ebda domanda parlamentari dwar kemm hemm overtime imma b'danakollu jekk tidħol is-Sibt issibhom hemm u ġieli anke l-Ħadd daħlu jagħmlu l-overtime; ma naħsibx li dawn ikunu voluntiera, pero' dan juri li qiegħed isir sforz ġenwin sabiex dan id-dipartiment ilaħħaq mat-taħwid li hemm fil-ministeru.", "Illum se jkolli nerġa' nsemmi l-Management Systems Unit Ltd.", "Jiena ma nafx din minn min hija mmexxija; forsi hija mmexxija minn xi ħadd li huwa omnipotenti għaliex dak li ġara f'dawn il-ġranet juri li s-Sur Tabone, dak li wassal għar-riżenja tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Lino Spiteri mill-Public Accounts Committee li jiena membru tiegħu wkoll, huwa xi ħaġa speċjali.", "Jiena ndunajt mill-bidu nett li meta titkellem miegħu qisek qiegħed tiddijlja ma' xi ħadd ta' barra minn hawn.", "L-MSU daħħlet sistema li l- ħaddiema ma jistgħux iħaddmuha u barra minn hekk hija sistema difettuża.", "Jiena m'iniex se nidħol fil-miljuni li qiegħda tiswielna l-MSU imma nappella lis-Sur Tabone u lil dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sistema wżata fid-Dipartiment tas-Sigurta' sabiex ...", "Dan l-istess bħalma ġara fil- Pitkalija fejn għal snin sħaħ kien hemm taħwid enormi minħabba s-sistema li daħħlet l-MSU.", "Din hija sistema li lanqas bl-aktar rieda tajba u sinċiera ta' kull impjegat ma tista' titħaddem.", "Titkellem ma' min titkellem - mhux biss ma' min m'huwiex ta' kulur blu - jgħidlek li din m'hijiex sistema user- friendly.", "Jgħidu wkoll li r-rappreżentanti ta' l-MSU jkellmuhom qishom dawk iż-żewġ tribujiet fl-Afrika li kienu qegħdin joqtlu lil xulxin!", "Il- mod li bih dawn jittrattaw mal-ħaddiema hija xi ħaġa tal-biża'.", "L- impjegati jgħidulek ukoll li bilkemm ikellmuhom, bilkemm jispjegawlhom u bilkemm iħarsu lejhom.", "Jiena ngħid li kieku veru riedu li s-sistema taħdem, kienu jeħduhom at heart, jagħmlu ħbieb magħhom, jgħinuhom u jagħtuhom taħriġ, jekk hemm bżonn anke wara l-ħin meta qed jieħdu dawk l- eluf kollha.", "Imma dan m'huwiex isir.", "Is-sistema hija difettuża u m'hijiex user-friendly u lanqas l-aktar nies li għandhom rieda li jwasslu ċ-ċekk taċ- children's allowance jew tal-benefiċċji soċjali ma jistgħu jaħdmu.", "Jekk tistaqsi lill-ħaddiema konnessi mal-posta tagħhom jgħidulek li jirċievu ħafna ċekkijiet lura minħabba indirizzi ħżiena.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-każ ta' persuna li għandha kunjomha Ingliż u li ilha ħames xhur ma tirċievi ċ-ċekk ta' l-għajnuna soċjali.", "Dan kollu huwa tort tas-sistema li qed tintuża, tort tal-fatt li l-ħaddiema ma jistgħux jaqbdu tarf kif iħaddmu s-sistema u tal-fatt li ta' l-MSU ma jitkellmux mal- ħaddiema.", "Dawn ma ngħataw l-ebda taħriġ, donnhom iridu jagħmlu l-mirakli!", "Barra minn hekk, nerġa' ngħid, is-sistema hija difettuża u m'hijiex user- friendly.", "Irrid ngħid li ċ-ċekkijiet li qegħdin joħorġu, qegħdin joħorġu bis- sistema l-antika li daħlet fi żmien Gvern Laburista ftit wara li lħaqt ministru jiena wara l-Onor.", "Mifsud Bonniċi.", "U bid-diffikultajiet u l- bsaten fir-roti kollha li jsibu, kieku ma kenitx dik is-sistema wisq aktar eluf ta' nies għadhom ma rċevewx iċ-ċekk tal-benefiċċji soċjali.", "In-nies li l-ministru jafda bihom għandhom jgħiduhomlu dawn l-affarijiet.", "Din hija l-verita'.", "Mhux sewwa li sal-ġimgħa li għaddiet kienu għadhom ma ħarġux 4,000 ċekk taċ-children's allowance.", "Mhux sewwa li hawn nies li ilhom ma jirċievu ċ-ċekkijiet ta' l-għajnuna soċjali u ta' l-għajnuna tal- mard erba' jew ħames xhur.", "Qed jiġri wkoll li ċ-ċekk jintbagħat u jerġa' jintbagħat lura.", "Meta n-nies jipprovaw iċemplu biex jaraw x'ġara, dawn ma jirnexxilhomx għax biex taqbad mad-Dipartiment trid tagħmel wegħda.", "Jien nibki biex naqbad hemmhekk u meta nistaqsi biex nara fejn wasal il- każ, per eżempju, ta' Ġanni Borg, jgħiduli li ċ-ċekk bagħtuh darbtejn u reġa' lura darbtejn u għalhekk l-individwu jrid jibqa' jistenna sa meta jerġa' jkun imissu jirċievi ċekk ieħor għax ikunu jridu jniżżluh fil- computer.", "Allura issa ġejna f'sitwazzjoni fejn is-servizzi soċjali jdumu x- xhur biex jaslu għand in-nies, qishom qed jagħtu l-karita'!", "Dawn in-nies jifilħu jistennew xahrejn jew tliet xhur mingħajr ma jirċievu ċekk?", "Ħalli nipprova nagħmel suġġeriment biex ma nikkritikax biss.", "Per eżempju, waqt li kienu qed isiru dawn il-bidliet ma setgħux jagħmlu sistema fejn, per eżempju, wieħed li jkollu jieħu Lm100 jieħu Lm80 - jiġifieri Lm20 inqas - imbagħad wara ħames xhur jieħu l-Lm20 l-oħra?", "Għaliex għandu wieħed idum ix-xhur biex jirċevihom?", "Qed noħolqu sitwazzjoni ta' moħqrija għal dawn in-nies u dan mhux sewwa.", "Jien nerġa' nappella lill-ministru biex jifli ftit dan li qed ngħid.", "Il-bolla l-ħaddiem iħallasha immedjatament u issa wasalna f'sitwazzjoni fejn, Alla jbierek - u j'Alla l-ġid - anke t- taxxa qed tinqata' at source u 'l quddiem lanqas formola m'hu se jkollna għalfejn nimlew.", "Meta tan-naħa l-oħra jiftaħru li f'Malta għandna biex niftaħru għax għandna monument tas-servizzi soċjali, għalfejn għandna nirriduċu l-benefiċċji soċjali għal dan l-istat, fejn dak li hu tiegħek bi dritt iddum tistennih ix-xhur?", "Għalija din hija l-agħar ħaġa għax meta dak li jkun idum ma jirċievi ċekk xahrejn u tlieta jista' jmur jitlob il- karita' jew imur jissellef u meta jirċievi ċ-ċekk irodd il-flus lura.", "Għaliex għandna naslu f'dan l-istat?", "U Minn dawn il-każi hawn eluf.", "Jien se nieqaf billi ngħid li għandu jkun hemm studju serju biex dan il- qasam li huwa tant importanti, li tant niftaħru bih u li tant jagħmel unur lil pajjiżna intejbuh u nsaħħuh.", "Is-servizzi soċjali għandna nagħtuhom lil min għandu bżonnhom u m'għandux ikun hemm abbużi.", "Wara li wasalna f'sitwazzjoni fejn l-obbligi ta' kull individwu qed noħorġuhom minn imnieħer dak li jkun il-benefiċċji soċjali m'għandhomx idumu ma joħorġu x- xhur.", "Dan huwa ħażin ħafna u nerġa' ngħid li m'għandux ikun anzi għandna nikkundannawh.", "Jien nappella lill-Gvern biex jagħmel xi ħaġa ħalli jerġa' jġib is-sitwazzjoni għan-normal u ma jħallix iktar lil min ibati bla bżonn.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "L-Onor.", "Micallef ikkonkluda d-diskors tiegħu.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: Il-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali, jekk jogħġbu, iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l- Erbgħa, 17 ta' Lulju, 1996 fis-6.", "00 p.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l- Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Serq u l-Kustodja ta' Tfal - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il- Logħob - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku -it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 1) (Abbozz Nru 124) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) (Abbozz Nru 125) - it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentai): Mr Speaker, waħda mill-isfidi li kellu quddiemu l-Partit Nazzjonalista qabel ma ħa f'idejh it- tmexxija tal-pajjiż wara l-elezzjoni ġenerali ta' l-1987 kienet li jġib fix- xejn l-impressjoni li kien jagħti l-Malta Labour Party li Gvern Nazzjonalista ma jittrattax tajjeb lill-anzjani.", "Żgur li ħadd ma jista' jinsa l-propaganda qarrieqa li kienu jagħmlu biex ibeżżgħu lix-xjuħ ħalli ma jivvotawx lill-Partit Nazzjonalista.", "X'ma kenux jgħidu fuqna, Mr Speaker?", "Kienu jgħidu li se nnaqqsu l-pensjonijiet, li se nneħħu l- pensjoni tax-xjuħ u li se noqtlu lix-xjuħ tagħna bil-ġuħ.", "Barra minn hekk kienu jbeżżgħu lir-residenti f'St Vincent de Paule li bil-partit tagħna fil-gvern ibatu ħafna u sa waslu biex qalulhom li ma konniex se nagħtuhom x'jieklu.", "Peress li dak iż-żmien kont naħdem ta' general practitioner kont nista' nara kif dan il-gideb sfaċċat kien jaffettwaw lill-anzjani.", "Dawn riedu jipperswadu lill-poplu li l-partit tagħhom kien is-salvazzjoni ta' l-anzjani, waqt li l-partit tagħna kienu jpinġuh bħala l-bojja ta' din is-sezzjoni tal-popolazzjoni.", "Wieħed jista' jissoponi kemm irnexxielhom jakkwistaw u jisirqu voti minn tant anzjani li emmnu f'din il-propaganda qarrieqa u malizjuża.", "Wara r-rebħa fl-elezzjoni ta' Mejju ta' l-1987, il- Prim Ministru Fenech Adami mill-ewwel wera lin-nazzjon kollu li għal Partit Nazzjonalista, l-anzjani huma fuqnett ta' l-agenda tal-prijoritajiet tal- Gvern.", "GĦall-ewwel darba f'pajjiżna istitwixxa s-Segretarjat Parlamentari għal Kura ta' l-Anzjani fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali.", "Dan kien il-bidu ta' rivoluzzjoni kwieta iżda effettiva u effikaċi fil-qasam ta' l-anzjani u llum, wara disa' snin ta' Gvern Nazzjonalista, kulħadd huwa persważ minn din saħansitra anke dawk li kienu jgħajjruna li aħna m'aħna kapaċi nagħmlu xejn tajjeb fil-qasam soċjali.", "GĦaxar snin ilu l-mentalita' soċjalista' kienet temmen li hu biżżejjed li lill-anzjani tagħtihom pensjoni tajba biex jgħixu ħajja relattivament komda imma llum irnexxielna nbidlu din il-mentalita' għal kollox.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għaraf li dan mhux biżżejjed għalll-anzjani tant li minbarra li ta' kull sena żied konsiderevolment il-pensjonijiet kollha u kull benefiċċju soċjali, beda jintroduuċi fil-pajjiż ċerti servizzi għall-anzjani fil- komunita' li ebda Partit Soċjalista fil-Gvern qatt ma ħolom bihom.", "Il- politika tal-Gvern Nazzjonalista dwar l-anzjani hija bbażata fuq it-twemin li l-aħjar post għal persuna anzjana hija f'darha stess.", "Jekk inħarsu lejn il-Home Help Care insibu li sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, 3,300 anzjan qed jirċievu dan is-servizz, 5,020 anzjan qed jużaw it-Telecare, 1,500 persuna bejn anzjani persuni b'diżabilita' qed jagħmlu użu mis- servizz ta' l-inkontinenzz u f'dawn is-sitt xhur 780 persuna nqdew bis- servizz tal-meals on wheels.", "Insibu li minn mindu ġie istitwit il-handyman service sa l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, kien hemm 2,475 anzjan li rrikorrew għalih, waqt li 350 anzjan attendew id-day centres kull ġimgħa.", "Ladarba qed insemmi d-day centres, tajjeb li ngħid li dan is-servizz kulma jmur qed jiżdied u jitjieb.", "Fil-fatt bdejna biż-Żejtun, wara ftaħna waħda fil-Ħamrun u f'Mejju li għadda bil-koperazzjoni tal-kunsill lokali tal- post, ftaħna day centre f'Ħad-Dingli.", "Il-bieraħ iffirmajna agreement mal- Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex niftħu day centre f'dan il-lokal u fi ftit ġranet oħra se nifirmaw agreement simili mal-Kunsill Lokali ta' Tas- Sliema.", "Barra minn hekk qegħdin f'kuntatt biex jinfetaħ day centre ieħor fin-nofsinhar ta' Malta.", "Il-Partit Nazzjonalista nieda t-triq għal deċentralizzazzjoni f'dan il-qasam billi beda jinvolvi lil-kunsilli lokali.", "Nittama li kull kunsill lokali jkun konxju bir-responsabbilita' li għandu dwar dan il-qasam.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa konxju bir-realta' li teżisti f'pajjiżna fejn numru kbir ta' anzjani jridu jiġu istituzzjonalizzati.", "Il-Gvern huwa konxju li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f'darhom waħedhom jekk ma jkollhomx xi familjari jew xi ħaddieħor li jista' jdur bihom.", "GĦaldaqstant il-Gvern irid jaħseb f'dawn il-persuni billi jipprovdilhom djar residenzjali li jissodisfaw il- ħteġijiet ta' dawk li jagħżlu li jgħixu fihom.", "Dan mhux biżżejjed għax issa rridu naraw kif nipprovdu postijiet anke fis-settur privat fejn l- anzjan ikun jista' jirrikovera ruħu mingħajr ma jbati finanzjarjament.", "Ix- xahar li għadda ftaħna l-ewwel fażi tad-dar ta' l-Imtarfa li fiha, minbarra hemm 44 anzjan li kienu diġa' residenti, daħlu 15 anzjan ieħor.", "Quddiemna għandna għall-evalwazzjoni proposti mis-settur privat biex inkunu nistgħu nilqgħu aħjar u b'ħeffa d-domanda li dejjem qiegħda tikber ta' anzjani li jridu jiġu istituzzjonalizzati.", "Meta qed nirriferi għad-djar ta' l-anzjani, ma nistax ma nsemmix lir- residenza San Vinċenz de Paule.", "Irrid nitkellem għal ftit minuti fuq San Vinċenz de Paule u fuq kif il-kritika tas-soċjalisti u ta' oħrajn fuq dan il-post m'għadhiex l-istess kritika ta' qabel.", "Issa m'għadhomx jgħajruna li x-xjuħ residenti f'San Vinċenz de Paule m'humiex qed jiġu kurati biżżejjed, m'għadniex nisimgħu akkużi fuq il-kwalita' ta' l-ikel, fuq in- nuqqas ta' ndafa u fuq ħwejjeġ oħra li jirrifletti l-kwalita' ta' ħajja tax- xjuħ li qed igħixu f'San Vinċenz de Paule.", "Issa qed jipprovaw jaqbdu fuq il-promotions tan-nurses billi qed isostnu li saret inġustizzja ma' ċerti nurses mingħajr ma jindunaw li bl-azzjoni tagħhom qed jippreġudikaw il- pożizzjoni ta' ċerti nurses fosthom anke ta' dawk li forsi jridu jaqbżu għalihom.", "X'inhi l-kritika tagħhom dwar San Vinċenz de Paule?", "Nhar is- Sibt li għadda ġiet inawgurata l-admission ward fl-Isptar St. Vincent de Paule li hija organizzata u attrezzata bil-faċilitajiet kollha għaż- żmenijiet tal-lum.", "U x'intqal fuq is-Super One?", "Eżatt wara li fi news item ġie rrapportat il-ftuħ ta' dan il-ward, sar news item ieħor li ried jgħid li ftaħna admission ward malajr u li kienet għadha m'hijiex lesta minħabba li ġejja l-elezzjoni bħallikieku jaf meta ġejja l-elezzjoni - nassigurah li lanqas jien għadni ma naf.", "Qal ukoll li ma tajniex permess li l-admission ward issir fis-sular ta' fuq għax konna ninkixfu li x-xogħol ta' l-admission ward kien għadu ma tlestiex.", "Huwa l-veru każ li tgħid li kulħadd ikejjel b'xibru.", "Huwa veru li ridna niftħu l-admission ward kemm jista' jkun malajr, iżda mhux minħabba d-data ta' l-elezzjoni imma minħabba żewġ raġunijiet oħra.", "Kif għidt fid-diskors tiegħi nhar is-Sibt li għadda l-ewwel raġuni kienet li aħna ma stajniex nissaportu aktar dik l-admission ward li kellna u, it- tieni tajjeb li wieħed iżomm quddiem għajnejh li kull anzjan jew anzjana li kienu qed jiġu ammessi kienu qed isibu ruħhom f'admission ward temporanja li żgur li ma kienetx ward ideali għal dan l-iskop.", "Mr Speaker, aħna mhux bħal ħaddieħor għax dak li jiggwidana m'huwiex id-data ta' meta ġejja l- elezzjoni iżda l-esiġenzi u l-bżonnijiet ta' l-anzjani.", "Issa niġi għall- ħrafa tas-Super One fejn qal li ftaħna l-admission ward avolja din għadha m'hijiex lesta.", "Jiena ġibt kopja fotostatika tad-diskors li jien għamilt is-Sibt waqt fil-ftuħ ta' dan il-ward u se naqra' xi siltiet minnha biex nipprova li dak li ntqal fuq is-Super One kien biss gideb jew immaġinazzjoni.", "Fil-bidu jien għidt:", "\"Qbilna fuq il-pariri li kellna li aħjar l-admission ward tkun f'sular wieħed u mhux fi tnejn iżda dan kien jinvolvi ferm aktar xogħol speċjalment f'xogħol strutturali.\"", "Mela l-admission ward ridniha f'sular wieħed, jiġifieri fis-sular t'isfel, u s-sular ta' fuq m'għandu x'jaqsam xejn ma' din il-ward.", "Aktar 'il quddiem komplejt ngħid hekk:", "\"Waqt li x-xogħol fuq l-admission ward kien għaddej b'ritmu tajjeb u billi kellna u għad għandna domanda kbira biex intaffu mill-pressjoni tas-social cases li teżisti f'St. Luke's Hospital, ġietna l-idea li kien vale la pena li u nagħmlu refurbishing fis-sular ta' fuq u niżviluppawh f'sala moderna u atrezzata skond l-esiġenzi tal-lum għal numru ta' nisa anzjani.", "Bl-intervent u l-għajnuna tas-segretarju permanenti f'dan il-Ministeru, is-Sur Maurice Zarb Adami, ġibna l-go ahead biex ix-xogħol fuq din is-sala jitkompla fl-istess ħin.", "U għalhekk dan il-blokk bini bil-mod kif kien qabel u bl-estenzjonijiet ġodda fuq u isfel, se jkun jaqdi żewġ għanijiet; isfel għandna l- admission ward li minn hawn u ftit ġranet oħra se tkun inawgurata mill-Prim Ministru u fis-sular ta' fuq se jkollna ward ġdida u moderna li se tkun tista' tilqa' 21 anzjana u jekk Alla jrid niftħuha uffiċjalment madwar tliet xhur oħra.", "Tajjeb li wieħed jinnota li l- ward ta' fuq hija entita' għaliha u separata totalment mill-admission ward b'aċċess totalment indipendenti għaliha.\"", "Jiena ma stajtx inkun aktar ċar minn hekk u ma nafx kif imbagħad jiġi s- Super One u jgħid li ftaħna admission ward li għadha m'hijiex lesta.", "Jiena ma naħsibx li stajt inkun aktar ċar minn hekk u jekk ma hemmx oġġezzjoni nitlob li nqiegħed kopja ta' dan id-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, dan l-aħħar, fil-front page tal-Malta Independent deher artiklu b'title b'tipi grassi li kien jgħid: \"Elderly Patients Dying A Lonely Death\" li hawn kien qed jirriferi għall-pazjenti ta' St. Vincent de Paule Hospital.", "Dan l-artiklu huwa essenzjalment review superfiċjali ħafna tat-teżi tas-sur Dennis Tanti li għamel għad-diploma tal-ġerontoloġija.", "GĦalkemm kulħadd għandu dritt ta' l-opinjoni tiegħu, artikolista iżda għandu joqgħod attent li ma jċedix għas-sensazzjonaliżmu u jinterpreta figuri li jkun ħa minn xi dokument li jrid hu mingħajr ma joqgħod jagħti każ kemm wieħed jista' jorbot fuq ċerti figuri ċitati.", "Ħalli nieħdu d- domanda li fuqha kien ibbażat dan l-artiklu u li kienet tifforma parti mill- questionnaire tas-survey li għamel is-Sur Tanti.", "Id-domanda kienet tgħid:", "\"To your knowledge, are dying patients/residents, in your unit/units assisted throughout?\" (whether by care-workers or relatives)", "\"Assisted throughout\" timplika attendenza kontinwa.", "Filwaqt li huwa magħruf li fejn din l-attendenza medika jew ta' nursing hija meħtieġa din tingħata kif mtiluba filwaqt li f'każijiet oħra żgur li ma jirrikjedux attendenza kontinwa.", "L-artikolista semma biss li minn dawk li rrispondew għal din id-domanda, erba' minn għaxra qalu li din l-assistenza hija mogħtija \"always\" filwaqt li konvenjentement l-istess artikolista injora li 45% irrispondew li din l-assistenza tingħata \"frequently\".", "Dan ifisser li anke skond ir-risposti, 85% qalu li \"the assistance throughout is always or frequent\"; 15% qalu li din l-assistenza hija mogħtija \"seldom\" u ħadd ma rrisponda bħala \"never\" jiġifieri li ma tingħata qatt.", "Xi dritt kellu l- artikolista jikteb b'ittri kbar \"Elderly Patients Dying a Lonely Death\"!", "Jekk resident f'San Vinċenz de Paule li qed imut huwa mdawwar mill- familjari u m'għandu bżonn ebda attenzjoni ta' nursing, taħsbu li huwa xi nuqqas li fost il-familjari ma jkunx hemm nies estranji?", "L-anzjani li jmutu f'darhom minn barra l-familjari tagħhom, bilfors iridu l-attendenza kontinwa tat-tabib jew tan-nurseĠ Miċ-ċifri ċċitati, l-artikolista qatt ma kellu jasal għal din il-konklużjoni aħseb u ara meta l-figuri jirriflettu biss 71% ta' 100 intervista, u dawn il-100 jistgħu ma jkunux rappreżentattivi biżżejjed ta' aktar minn 300 care worker li hemm f'San Vinċenz de Paule.", "Dan is-survey sar fuq 100 intervista u kulħadd jaf li hemm iktar minn 300 care worker li jaħdem hemmhekk.", "Is-Sur Dennis Tanti indika xi wħud minn dawn il-100 intervista fit-teżi tiegħu u stqarr hekk:", "\"caution in drawing conclusions and attempting to apply findings into the real situation.\"", "Tajjeb li wieħed ikun jaf min kienu l-medical staff li wieġbu din id- domanda.", "Kif diġa' għidt, 71 persuna wieġbu minn 100 magħżula minn fost it- 300 li jaħdmu f'San Vinċenz de Paule.", "Minn dawn il-71, wieġbu tliet tobba biss minn 12 tabib wieġbu 50 minn 182 nurses u 18-il health assistant wieġbu minn total ta' 120 li jaħdmu f'San Vinċenz de Paule.", "Din hija serjeta' li tasal għal konklużjoni u ċċappas titlu b'ittri kbar Elderly Patients Dying a Lonely Death?", "Se nikkwota sentenza minn dan l-artiklu li tgħid hekk:", "\"A large number of patients in St. Vincent de Paule complex for the elderly are being left alone on their deathbeds because of the severe shortage of staff, new research has found.\".", "Dawn huma konklużjonijiet li żgur ma jagħmlux unur lil min kitibhom u żgur li ma jaslux għall-istess konklużjonijiet li wasal għalihom is-Sur Tanti fit-teżi tiegħu.", "Kif kelli l-okkażjoni ngħid nhar is-Sibt waqt l- inawgurazzjoni ta' l-admission ward , la artiklu bħal dak li rriferejt għalih u lanqas l-atteġġjament negattiv min-naħa ta' l-Oppożizzjoni m'hu se jaqtalna qalbna biex inkomplu fit-triq tas-suċċess li qed ikollna fil-qasam ta' l-anzjani.", "Il-motivazzjoni tagħna biex inkomplu nġibu 'il quddiem ir- Residenza San Vinċenz de Paule neħduha mill-ħafna ittri li nirċievu u li hawnhekk se naqra żewġ paragrafi ta' waħda minn dawn l-ittri li kienet indirrizata lilna fit-30 ta' April, 1993 li tgħid hekk:", "\"my children and myself visited ...\"", "- u hawn l-isem tal-pazjent -", "\"... regularly and we are finding it somewhat difficult to describe the good work and dedication of Mr. Mallia ...\"", "- li huwa n-nursing officer tas-sala fejn kien rikoverat dan il-pazjent -", "\"... and his team.", "The constant care and help extended to all the patients without any exception is commendable.", "We consider ourselves to be very lucky that our beloved had to spend the final three months of his life in your hospital.", "He was well looked after by your dedicated staff and kept as comfortable as possible under the circumstances he was in.", "I am convinced that at no other home he would have been given better treatment and attention.", "On behalf of my children and myself please thank Mr. Mallia and his colleagues for their good work.", "May God bless you all.\".", "Ittri bħal dawn jagħmlu l-kuraġġ u jimmotivaw iktar l-istaff li għandna hemmhekk biex ikomplu jaħdmu.", "L-apprezzment jiġi mhux biss min-nies lokali imma anke minn barranin u hawnhekk qed nirriferik għal delegazzjoni tal- Parlament Ingliż li ġiet Malta bħala rappreżentanza tar-Renju Unit għal Commonwealth Association.", "Wara ż-żjara tagħhom f'San Vinċenz de Paule dawn qalu hekk:", "\"We were particularly interested to note that the Minister had his ministerial office in the actual establishment for which he was responsible.", "We were given a most interesting tour of the hospital and met a number of the elderly residents and inspected the living accommodation, all of which was of an extremely high standard.", "The recent wing opened by Her Majesty the Queen was particularly impressive.", "Our general review of the care of the elderly in Malta was that it is given a very high priority, that the standard of care is very good and that those who are receiving it are happy and well cared for in their very pleasant surroundings.\".", "Bir-raġun ngħid li l-veru mera ta' kif inbidlet wiċċ Malta f'dawn l-aħħar disa' snin hija San Vinċenz de Paule.", "Mr Speaker, aħna dejjem emmina li l-persuna anzjana jenħtieġilha l-appoġġ tal-komunita' kollha biex tgħix il-bqija ta' ħajjitha bl-akbar dinjita'.", "Il-Gvern Nazzjonalista għarraf li filwaqt li huwa importanti li l-Istat jibqa' jagħti sehemu sabiex jgħin liċ-ċittadini li jkollhom bżonn l- għajnuna, daqstant ieħor huwa importanti li jħeġġeġ li jkun hawn welfare society, soċjeta' li fiha nnifisha tipprovdi wens u sedqa liċ-ċittadini tagħha.", "Dan il-prinċipju, il-Gvern Nazzjonalista applikah ukoll fil-qasam ta' l-anzjani għax il-gvern waħdu ma jistax jagħmel kollox f'qasam li qed jiżviluppa b'ritmu mgħaġġel u ma jistax jissodisfa l-ħteġijiet kollha li qed jiżdiedu u jinbidlu f'din is-sessjoni tal-popolazzjoni.", "B'għaqal kbir il-Partit Nazzjonalista għaraf iħaddem il-prinċipju tas-solidarjeta' billi jaħdem id f'id ma' movimenti volontarji, mal-Knisja, ma' l-anzjani nfushom u mill-kunsilli lokali li wkoll qed jiġu involuti fil-qasam ta' l-anzjani.", "Fil-ħidma kollha tiegħu f'dan il-qasam, Gvern Nazzjonalista għandu quddiemu s-sens ta' solidarjeta' li hu tant jemmen fiha.", "L-esperjenza ta' l-aħħar disa' snin għalmitna ngħarfu aħjar il-ħteġijiet ta' din is-sezzjoni tas- soċjeta' u għalmitna wkoll li mhux biżżejjed li nfasslu politika dwar l- anzjani u li nimxu fuqha, imma trid ukoll tqis il-bidliet soċjali, kulturali, ekonomiċi u politiċi li jkunu qed iseħħu madwarna.", "F'politika ta' dan it-tip trid tħoss ukoll il-polz ta' l-istess anzjani, biex b'hekk din tkun realistika u tqarreb kemm jista' jkun lejn ix-xewqat tagħhom.", "Kien għalhekk li waqqafna l-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani, organu li miegħu nistgħu nikkonsultaw qabel ma nniedu xi skema jew servizz jew qabel ma nieħdu deċiżjonijiet li b'xi mod jolqtu lill-anzjani.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalina li llum l-anzjani qed jerġgħu jieħdu l-post li jixirqilhom fis-soċjeta'.", "Waħda mill-bidliet kbar li seħħew f'dan il-qasam tul dawn l-aħħar snin hija li l-anzjani qed jgħarfu li minkejja l-eta' tagħhom, jistgħu jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom għal ġid tas-soċjeta'.", "Illum ħafna anzjani qed iħossu l-ħtieġa li jibqgħu attivi fl-oqsma tal- volontarjat, ta' l-edukazzjoni u l-kultura.", "It-twaqqif ta' l-Universita' tat-Tielet Eta' tat il-mezz lil ħafna anzjani biex jiżviluppaw l-intelliġenza tagħhom anke fi xjuħithom.", "L- Universita' tat-Tielet Eta' tagħti lok għal ħafna anzjani jipparteċipaw f'attivitajiet soċjali u kulturali.", "Ftit ġranet ilu din l-istess Universita' flimkien mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija niedu b'suċċess l-ewwel korsijiet tal-computers għall-anzjani għax nemmnu fir- riżorsi umani inerenti f'tant anzjani li għad għandhom jikkontribwixxu għas- soċjeta' tagħna.", "Attivitajiet bħal Premju Anzjan tas-Sena, il-Fiera Anzjan Attiv, ħarġiet soċjali u kulturali, u okkażjonijiet oħra li fihom ikun hemm il- parteċipazzjoni ta' numru kbir ta' anzjani, kollha jservu biex juru li llum l-anzjan qed igawdi kwalita' ta' ħajja aħjar mhux biss mil-lat materjali imma anke mill-aspett soċjali, kulturali, edukattiv u rikreattiv.", "GĦamilna u qed inkomplu nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex ntejbu l-image ta' l-anzjan u tax-xjuħija f'pajjiżna.", "Introduċejna l-kartanzjan li tintitola persuni li jagħlqu s-60 sena għal diversi konċessjonijiet soċjali u finanzjarji.", "Minħabba ċerta injoranza u preġudizji, din il-karta għadha sfortunatament mhix aċċettata biżżejjed u min kulħadd f'pajjiżna.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li karta simili teżisti f'ħafna pajjiżi aktar progrediti minna fl-Ewropa.", "Flimkien mal-kunsilli lokali u bl-għajnuna tal- Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani, ta' l-International Institute for the Aging u tal-MSU, niedejna l-proġett, Info Anzjan, u nisperaw li nibdew nieħdu l-frott tiegħu sa l-aħħar ta' din is-sena.", "L-Info Anzjan se jkun ta' utilita' kbira kemm għalina bħala segretarjat, kif ukoll għal kull kunsill lokali għax permezz tiegħu se jkollna informazzzjoni dettaljata u komputerizzata ta' kull anzjan jew anzjana li jgħixu fid-diversi rħula ta' Malta u GĦawdex.", "Din l-informazzjoni tista' sservi bħala bażi ta' pjanifikazzjoni ta' l-attivitajiet u tas-servizzi li ċerti anzjani jkollhom bżonn.", "B'dan il-proġett, kull kunsill lokali se jkun f'pożizzjoni li min- naħa waħda jkun jaf minn huma dawk l-anzjani fil-lokal tiegħu li għad għandhom x'joffru lis-soċjeta' u, iktar importanti, min-naħa l-oħra jkun jaf xi bżonnijiet għandhom ċerti anzjani li aħna għadna ma nafux bihom u b'hekk wieħed ikun jista' jipprovdilhom ċerti servizzi li s'issa jkunu għadhom m'utilizzawx.", "F'dawn l-aħħar ġranet is-Segretarjat mexxa pass ieħor bil-pubblikazzjoni tal-ktejjeb \"Il-Gwida Tiegħek\" li huwa direttorju ta' informazzjoni fuq is- servizzi offruti lill-anzjani fil-pajjiż.", "Huwa importanti li kull anzjan u anzjana jkunu mgħarfa bis-servizzi u l-faċilitajiet li jeżistu għalihom għax għalkemm ħafna drabi l-anzjani li jagħmlu użu minn dawn s-servizzi b'xi mod ikollhom kuntatt mas-soċjeta' permezz ta' familjari, ħbieb jew ġirien, għadna nsibu anzjani li jkunu xi ftit maqtugħin mill-komunita' li fiha joqogħdu u għalhekk ma tantx ikunu midħla ta' l-opportunitajiet li jeżistu biex jagħmlulhom ħajjithom anqas diffiċli.", "\"Il-Gwida Tiegħek\" minbarra informazzjoni dwar servizzi għall-anzjani offruti mill-Gvern, mill- Knisja u mis-settur privat, fiha wkoll għadd ta' artikli interessanti dwar l-eżerċizzji fiżiċi, l-ikel, għajnuna lil min jieħu ħsieb xi ħadd li jsofri bid-dimensia, pensjonijiet, l-Ombudsman u pariri kif anzjan iħares lilu nnfisu aħjar mis-serq u mill-attakki kriminali.", "\"Il-Gwida Tiegħek\" fiha informazzjoni dwar l-għaqdiet kollha ta' l-anzjani bil-għan li tagħmilha iktar faċli għal dawk l-anzjani li jkunu jridu jsieħbu ma' xi waħda minn dawn l-għaqdiet.", "Jiena ngħid li permezz ta' din il-pubblikazzjoni u tal- proġett Info Anzjan li s-Segretarjat nieda flimkien mal-kunsilli lokali, s- soċjeta' Maltija se tkun tista' tilħaq aħjar lil dawk l-anzjani li jenħtieġu l-għajnuna ħalli jkunu jistgħu jgħixu xjuħithom f'iktar sigurta', kumdita' u trankwilita'.", "Dan il-ktejjeb - li 'l quddiem se nitlob il- permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra - qed jitqassam lill-anzjani bl-għajnuna ta' numru kbir ta' kunsilli lokali, waqt li min-naħa tas- Segretarjat qed nieħdu ħsieb li nqassmu kopji lill-għaqdiet ta' l-anzjani, dipartimenti, kunsilli lokali, parroċċi, sptarijiet kif ukoll lil dawk l- anzjani li japplikaw għal xi servizz offrut mid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani.", "Jekk hemm qasam tas-soċjeta' Maltija li Gvern Nazzjonalista ġab 'il quddiem f'dawn l-aħħar disa' snin dan żgur hu l-qasam ta' l-anzjani u nħossni ċert li l-parti l-kbira ta' l-anzjani jħossuh dan.", "Anke l-Partit Soċjalista huwa konxju ta' dan u naħseb li n-naħa l-oħra tal-Kamra għandhom raġun għax jinkwetaw meta jaraw din ir-revoluzzjoni kwieta u siekta imma effettiva u effikaċi li biha erfajna 'l fuq l-image ta' l-anzjan u tax- xjuħija f'pajjiżna, għax jafu li aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar anzjani qegħdin jirrealizzaw li mhux biss il-preżent imma anke l-futur tagħhom huwa marbut ma' Gvern Nazzjonalista.", "Naħseb li fl-elezzjoni li ġejja l-anzjani se jafdaw għal darb'oħra lill-Partit Nazzjonalista għax wara kollox il- fatti jitkellmu iktar mill-kliem u żgur li l-wegħdiet fieragħ li qed jagħmel il-Partit Soċjalista, anke fil-qasam ta' l-anzjani, mhux se jkunu biżżejjed biex inessi l-ġid kollu li akkwistaw l-anzjani f'dawn aħħar disa' snin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 17 ta' Lulju fis-6.00 p.m. bl- aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali.", "Fid-9.52 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - TNIĠĠIŻ FL-ATMOSFERA", "34195.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Ambjent jagħmilx monitoring ta' l-atmosfera perjodikament għal xi tniġġiż?", "Jekk fl- affermattiv, kemm-il darba matul is-sena jsir dan il-monitoring u f'liema lokalitajiet?", "Meta sar l-aħħar monitoring u x'kienu r-riżultati?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Preżentement id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma jagħmlux monitoring tal-kwalita' ta' l-arja.", "Nirreferi l- Onor. Interpellant ukoll għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33997 (Seduta Nru 555).", "TA' XBIEX - TARMAK", "34196.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq f'Ta' Xbiex li għadhom qatt ma ġew miksija bit-tarmak?", "Meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li f'Ta' Xbiex hemm ftit toroq li għadhom qatt ma ġew asfaltati.", "Dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad- Dipartiment tat-Toroq.", "Dawn huma Triq il-Watar, Triq il-Qaws u parti minn Triq il-Ħalq.", "Dawn għadhom mhux inklużi fil-programm ta' asfaltar ta' toroq ġodda.", "MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOĊJALI - SUR NORMAN BEZZINA", "34197.", "L-ONOR.", "EDWIN S. GRECH staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga u l-funzjoni tas-Sur Norman Bezzina fil-Ministeru tiegħu?", "Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kumpanniji jew individwi li jkollhom xi ħlas dovut lilhom mill- Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi jispiċċaw li jkunu jridu jkellmu lil dan l-uffiċjal biex jitħallsu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Is-Sur Norman Bezzina m'għandu l-ebda kariga jew funzjoni fil-Ministeru tiegħi.", "M'huwiex minnu li kumpaniji jew individwi li jkollhom xi ħlas dovut mill-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi u Servizzi jridu jkellmu lil din il-persuna biex jitħallsu.", "Kull korrispondenza għandha tiġi indirrizzata liċ-'Chief Executive' tal- Fondazzjoni.", "SKEJJEL - SIXTH FORM - STIPENDJI", "34375.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont (fi flus) li ħareġ id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fi stipendji lill-istudenti tas- Sixth Form f'Malta u Għawdex, inklużi dawk fl-iskejjel privati u dawk tal- Knisja matul din is-sena skolastika?", "Kemm hemm studenti li jibbenefikaw mill-iskema ta' stipendji?", "Jista' l-Ministru jagħti \"breakdown\" dwar in-numru ta' studenti fl- iskejjel privati u dawk tal-Knisja u l-ammont globali mħallas f'kull każ?", "Jista' jagħti l-lista ta' l-iskejjel privati u tal-Knisja individwalment?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: L-ammont fi flus li ħareġ id-Dipartiment ta' l- Edukazzjoni fi stipendji lill-istudenti tas-Sixth Form f'Malta u Għawdex, inklużi dawk fl-iskejjel privati u dawk tal-knisja matul din is-sena skolastika, jiġifieri minn Ottubru 1995 sal-Bonus ta' Ġunju kien ta' LM1,052,407.00,0.", "Il-paga ta' Ġunju titħallas lill-istudenti fl-aħħar ta' Lulju, xahar b'lura.", "Hemm 2,666 student li jibbenefikaw mill-iskema ta' stipendji.", "Din li ġejja hija 'breakdown' (sal-5 ta' Ġunju 1996) ta' studenti fl- iskejjel privati u tal-knisja u l-ammont globali mħallsa f'kull każ:", "TAL-KNISJA NUMRU TA' STUDENTI AMMONT", "FI", "FLUS", "San Alwiġi 359 LM139,677.23,0 De La Salle 129 LM 48,970.75,0", "PRIVAT", "St Edwards 37 LM 18,850.78,0", "AWTORITA' MARITTIMA - ĦADDIEMA FUQ VAPURI", "34376.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' Marittima tiżgurax li dawk li jaħdmu fuq vapuri tal-passiġġieri u jottijiet/laneċ li jinkrew biex jinġarru passiġġieri jew dawk li jintużaw għall-\"pleasure cruises\" huma mħarrġa biex jaffrontaw kull emerġenza li tista' tinqala'?", "Isiru spezzjonijiet regolari biex jkun żgurat li kull min qed jaħdem f'dawn iċ-ċirkostanzi jkollu l-kwalifiki neċessarji?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku toħroġ permessi għall-ġarr ta' passiġġieri fuq il-baħar wara li kull sena jkunu jridu jiġu ppreżentati diversi dokumenti.", "Dawn huma:", "Seaworthiness Certificate maħruġ mill-Awtorita` Marittima", "Rapport tas-Surveyor", "Dokument ta' Reġistrazzjoni ma' l-Awtorita` Marittima", "Liċenzja maħruġa mill-Wireless and Telegraphy", "Polza ta' assikurazzjoni li tkopri l-passiġġieri.", "Jien infurmat ukoll li barra minn dawn il-kundizzjonijiet kull min jaħdem fuq dawn it-tip ta' inġenji tal-baħar irid ikollu tag ta' identifikazzjoni maħruġa mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.", "Din tingħata wara li jkun preżentat ċertifikat ta' boatsman/coxwain/yachtmaster.", "Jien infurmat ukoll li l-Awtorita` tagħmel spezzjonijiet regolari fuq dawn l-inġenji tal-baħar u li l-istess Awtorita` tirrapporta kull kontravvenzjoni.", "SKEJJEL - TEACHING PRACTICE", "34377.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Peress li kelli lmenti minn studenti/għalliema li kien hemm xi skejjel tal-Knisja u Privati li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma aċċettawx li jsir it-\"teaching practice\" fihom jista' jgħid liema kienu dawk l- iskejjel u x'raġuni taw?", "Ma jħossx li deċiżjoni bħal din tfixkel il- pjanijiet ta' l-Universita' f'dan il-qasam?", "Liema kienu dawk l-iskejjel li aċċettaw għalliema studenti din is-sena?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Jien infurmat li l-iskejjel privati u tal-knisja li aċċettaw studenti għal \"teaching practice\" matul is-sena akkademika 1995 - 96 kienu dawn:", "(a) Sekondarji: Chiswick House School; Immaculate Conception (Tarxien); Our Lady Immaculate (Ħamrun); San Anton (Mselliet); Savio College (Dingli); St Albert College (Valletta); St Aloysius (B'Kara); St Joseph (Sliema); St Martin College; St Monica (Fleur de Lys); Seminary (Tal-Virtu'); Stella Maris (Gżira); Theresa Nuzzo (Ħamrun); Verdala International (St Andrews); European Community School (St Andrews); Sacred Heart (Sliema); St Paul's Missionary College (Rabat); St Dorothy's (Mdina); St Edward's (Cottonera).", "(b) Primarji: Chiswick House School; St Benild's (Gżira); St Dorothy's (Tal-Virtu'); St Francis (Msida); St Joseph (Paola); St Joseph (Blata l- Bajda); St Monica (B'Kara); St Monica (Gżira); Stella Maris (Balzan); Tal- Pilar (Valletta); Tereza Nuzzo (Mosta); Verdala International (St Andrews).", "Ma nżammx \"record\" ta' l-iskejjel li ma aċċettawx studenti għal \"teaching practice\" minħabba li l-\"placement\" ta' l-istudenti jsir fuq bażi informali.", "Fost raġunijiet li nġiebu u li jidhru li huma validi hemm: (a) time-tables li ma jaqblux, per eżempju ikun hemm ġimgħa jew aktar mill- perjodu tat-\"teaching practice\" li jkun dedikat għall-eżamijiet u li fih ma jsirux lezzjonijiet (b) suġġett li fih ikun hemm ftit wisq studenti u allura l-istudenti tagħna ma jkollhomx \"load\" biżżejjed.", "Għat-\"teaching practice\" li jmiss (Novembru - Diċembru 1996) il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni bagħtet ittra formali lill-iskejjel privati u tal-knisja u fejn studenti ma jiġux aċċettati, se tintalab raġuni.", "PULIZIJA - GĦAJNUNA MINN SCOTLAND YARD", "34378.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Għalkemm il-Ministru jgħid li mhux prudenti li jikkumenta dwar żviluppi fuq għajnuna li tista' tagħti Scotland Yard lill-pulizija Maltija dwar delitti serji, jista' jikkonferma li xi tliet ġimgħat ilu kien hawn uffiċjali ta' Scotland Yard biex ikollhom taħdidiet mal-pulizija Maltija?", "Jista' jgħid min kienu u ma' min iltaqgħu?", "Meta jiġi deċiż liema huma l- każi li se jiġu nvestigati, l-qraba tagħhom jkunu informati dwar dan jew almenu meta investigazzjoni tasal għal konklużjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Risposta li tajt fit-18 ta' Ġunju, 1996 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33970.", "SKEJJEL - TAGĦLIM TA' L-ISTORJA MALTIJA", "34379.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Nirriferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33940 tas-Seduta Nru. 553.", "Kif jiġġustifika l-fatt li fit- tweġiba jgħid: \"Billi jirriżultali li f'dawn l-iskejjel li fihom mhux mgħallma l-Istorja Maltija qed jattendi xi studenti Maltin\", meta fil-fatt il-maġġoranza assoluta ta' studenti huma Maltin?", "Għal-liema skejjel il-Ministru qed jirriferi?", "It-tagħlim ta' l-Istorja Maltija hu obbligatorju fit-taqsima primarja u sekondarja kollha biex jwasslu għall-eżami tal-MATSEC?", "Skond it-tweġiba tal-Ministru, kull skola f'Malta mis-sena skolastika li jmiss se tgħallem l-Istorja Maltija fil- livelli kollha tagħha?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: Fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33940 (Seduta 553) kont qed nirreferi għall-iskola Verdala International, apparti l-Accelerated Christian Academy li ma setgħetx taċċetta studenti Maltin.", "It-tagħlim ta' l-Istorja Maltija hu obbligatorju fit-taqsima primarja u sekondarja.", "Kull skola li għandha liċenzja biex tgħallem lit-tfal Maltin ta' eta' ta' edukazzjoni obbligatorja hi obbligata tgħallem l-Istorja ta' Malta f'kull livell", "GĦAQDIET SPORTIVI", "34380.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Ministeru ta' l- Isports biex jagħti impjanti sportivi lill-għaqdiet biex imexxu huma?", "Għandu xi talbiet speċifiċi minn xi għaqdiet sportivi għal dan il-għan?", "ONOR.", "MICHAEL ANGELO REFALO: Jien mgħarraf li l-Kumitat maħtur apposta issa ffinaliżża r-rapport tiegħu w qed tiġi mħejjija riżoluzzjoni biex jitressaq għad-diskussjoni minn din il-Kamra.", "Jien infurmat li kien hemm tliet talbiet speċifiċi minn għaqdiet sportivi li ġew mgħoddija lil dan il-Kumitat.", "Dawn kienu:-", "Paola Wolves Pieta' Hotspurs Mosta Local Council", "GUDJA - DIRECTIONAL SIGN", "34484.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal directional sign li turi t-triq għaż-Żurrieq fejn ir-roundabout li tagħti għall-Airport il-ġdid peress li min ma jafx it-triq għaż-Żurrieq, Imqabba u Safi jibqa' sejjer il-Gudja?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem fuq pjan biex ikomplu jitwaħħlu sinjali direzzjonali fit-toroq arterjali.", "Dan il-pjan kien inbeda mill-Management Systems Unit u li kienet tinkludi t-tabella msemmija mill-Onor.", "Interpellant.", "MINISTERU TAT-TURIŻMU - SERVIZZ TA' SALVATAĠĠ", "34485.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33511, jista' l- Ministru jgħid jekk ġewx appuntati xi beach wardens mill-Kunsilli?", "ONOR.", "BONNICI JOSEF: Jien nformat li għalkemm saru l-kuntatti bejn il- Ministeru u l-Kunsilli Lokali nvoluti, għadhom ma ġew appuntati ebda `beach wardens`.", "LUKANDA VERDALA", "34486.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 33256 dwar il- kuntratt tat-trasferiment tal-Lukanda Verdala, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat il-kuntratt bejn il-Gvern u r-Royal Hotels Ltd.?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt dwar it-trasferiment tal-Lukanda Verdala għanda jiġi ffinalizzat fix-xhur li ġejjin.", "ENEMALTA - TQATTIGĦ TA' CILINDRI TAL-GASS", "34559.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jaf il- Ministru li nhar l-Erbgħa u l-Ħamis li għadda (26/27 tax-xahar) kien qed isir tqattigħ ta' ċilindri tal-gass mis-sid ta' l-iscrapyard li tinsab fuq Wied Zambi, Birżebbuġia u kien qed jikkaġuna riħa qawwija ta' gass b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-Brolli u tal-Bajja ta' San Ġorġ?", "Għaliex l-Korporazzjoni Enemalta qed tagħti x-xogħol lil dan is-sid li qed iħaddem din l-iscrapyard bla permess u saħansitra qed jittieħdu passi quddiem il-qorti kontra tiegħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Korporazzjoni Enemalta minn żmien għal żmien twarrab kwantitajiet ta' ċilindri qodma għall-użu, minħabba li stat perikoluż tagħhom.", "Dawn iċ-ċilindri iridu jiġu mgħaffġa sabiex ikun żgurat li dawn ma jerġgħux isibu ruħhom fiċ-ċirkulazzjoni.", "Dan il-proċess kien isir fid-depot tal-gass fil-Qajjenza fejn kien qajjem ħafna lmenti mir-residenti tal-viċin, minħabba d-distanza limitata ta' dawn ir-residenti mill-Gas Depot.", "Għalkemm ġie stabbilit li r-riħa li toħroġ fl-arja minn dan il-proċess ta' tagħffiġ mhix ta' periklu għas-saħħa, il-Korporazzjoni sabiex takkomoda r-residenti tal-Qajjenza bidlet il-kundizzjonijiet ta' dan il-kuntratt sabiex dan ix-xogħol ma jibqax isir fid-depot tal-gass.", "Wara sejħa għall-offerti din is-sena il-kuntratt ħaditu l-kumpanija Gasparell Baling Co Ltd ta' Birżebbuġa.", "Din il-kumpanija mhux l-ewwel darba li ħadet offerti ta' din ix-xorta.", "Ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni hi li tara li dawn iċ-ċilindri qed jitgħaffġu mingħajr periklu u li ma jerġgħux isibu ruħhom għand il- konsumaturi.", "Il-Korporazzjoni ma tindaħalx fil-problemi li din il-kumpanija jista' jkollha ma' awtoritajiet oħra dwar is-sit tagħha.", "BIRŻEBBUĠIA - WIED ZAMBI - SID", "34560.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Il- Pulizija ħadet passi kontra l-persuna li għandu scrapyard kontra l-liġi fuq Wied Zambi, Birżebbuġia talli nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew beda jqatta' ċilindri tal-gass għall-iscrapyard u kkaġuna rwejjaħ insaportabbli għar-residenti ta' Brolli Road u l-inħawi inkluż il-Bajja ta' San Ġorġ?", "Għaliex dan is-sid qed jitħalla jopera meta il-pulizija diġa' ħadet passi u l-każ tiegħu jinsab quddiem il-qorti?", "Għaliex il-pulizija qed tħallih jinjora l-ordnijiet tagħha u ma tagħlaqx din l-iscrapyard?", "ONOR.", "TONIO BORG: Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li tabib mill-\"Health and Safety Unit\" ikkonferma li x-xogħol imsemmi ma' kien ta' l-ebda periklu għas-saħħa tal-pubbliku.", "Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-proċeduri bil- Qorti kontra s-sid ta' dan l-iscrapyard għadhom għaddejin.", "BIRŻEBBUĠIA - WIED ZAMBI - SID", "34561.", "L-ONOR.", "RENO CALLEJA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jaf il-Ministru li sid ta' scrapyard li tinsab fuq Wied Zambi, Birżebbuġia il-ġimgħa li għaddiet beda jqatta' għall-iscrapyard ċilindri tal-gass fuq kuntratt ta' l-Enemalta u kien qed jikkaġuna rwejjaħ kbar ta' gass b'dannu kbir għas-saħħa tar-residenti f'Birżebbuġia?", "Jaf il-Ministru li dawn l-irwejjaħ velenużi jagħmlu ħsara kbira lil min ibati bl-asthma u mard tas-sistema tan-nifs?", "Jaf il-Ministru li kien hemm nies spiċċaw l-isptar b'attakk ta' l-asthma minħabba dawn l-irwejjaħ kbar ta' gass?", "X'passi se jieħu d-dipartiment biex iwaqqaf dan l-abbuż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jinvestiga l- ilmenti msemmija fil-Mistoqsija.", "PULIZIJA - GĦASES", "34649.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex li m'għandhomx għassa?", "Liema minnhom ikunu magħluqin speċjalment bil-lejl?", "Għaliex?", "Kemm hu n-numru ta' pulizija li jkun hemm f'kull għassa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex li m'għandhomx għassa huma:", "Swieqi, Pembroke, Sant'Andru, G'Mangia, Pieta', Ta' Xbiex, Madliena, Lija, Iklin, Manikata, Baħrija, Burmarrad.", "Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni mitluba tinvolvi s- sigurta' u għalhekk mhux fl-interess nazzjonali li tiġi żvelata.", "PULIZIJA - \"PARKING TICKETS\"", "34650.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw \"parking tickets\" tul l-1990-1995 (sena b'sena) (lokal b'lokal)?", "Kemm ġew maħfura?", "Kemm inġabru flus minnhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fis-snin 1990 sal-1995 ingħataw \"Traffic Offence Tickets\" kif ġej:-", "* 1990 72,252 * 1991 - 77,055 * 1992 - 85,615 * 1993 - 120,030 * 1993 - 125,114 * 1995 - 131,411", "Id-dħul kollu li kellu d-Dipartiment tal-Pulizija minn ħlas ta' \"Traffic Offence Tickets\", matul is-snin imsemmija kien kif ġej:-", "* 1990 - Lm103,945 * 1991 - Lm 96,377 * 1992 - Lm 82,422 * 1993 - Lm 97,206 * 1994 - Lm134,014 * 1995 - Lm144,867", "Dawn iċ-ċifri ikopru t-\"Traffic Offence Tickets\" kollha peress li ma' tinżammx statistika għad-dħul minn \"Parking Tickets\" biss.", "Madankollu wieħed għandu jinnota li numru sostanzjali ta' \"tickets\" jiġu kkontestati fil-Qrati u d-dħul eventwali minnhom jidher taħt il-voti tal-Qrati.", "SKEJJEL - EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM", "34651.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal għamlu l- eżamijiet għall-Junior Lyceum (last session) u kemm beħsiebu l-Gvern idaħħal minnhom?", "Kif se jqassamhom?", "ONOR.", "MICHAEL FALZON: In-numru ta' kandidati għall-eżami tal-Junior Lyceum kien ta' 4,558 (2,376 Subien u 2,182 Bniet).", "Minn dawn 2,408 għaddew mill-eżami (1,157 Subien u 1,251 Bniet).", "L- istudenti kollha li għaddew l-eżami jitqassmu skond fejn joqgħodu u skond il-postijiet li kull Junior Lyceum tista' tieħu.", "DJAR - UFFIĊINI TAL-GVERN", "34652.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu djar biex jintużaw bħala uffiċini mill-Gvern bejn l-1990-1996 kull sena?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li l-Awtorita tad-Djar tat b'kera dan li ġej:-", "(1) garaxxijiet numru 5,6 u 8 f'Santa Lucia lill-Kunsill Lokali tal-post,", "(2) 2 appartamenti f'tal-Pieta' lill-Joint Office,", "(3) appartament fil-Pieta' lill-Kunsill Lokali tal-post.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "34653.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk il-ġenituri li mhux qed jirċievu ċ-children's allowance peress li jaħdmu huma t-tnejn u għaldaqstant jaqbżu l-income bracket?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ninsab informat li mhux possibbli li tingħata l- informazzjoni preċiża għaliex ħemm minnhom li lanqas għamlu talba għall- 'Allowance tat-Tfal'.", "SPTARIJIET PRIVATI - ĦLASIJIET", "34654.", "L-ONOR.", "SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħlasijiet fi sptarijiet privati minn Jannar 1996 sal-lum, xahar b'xahar u dan fid-dawl tat-tgergir dejjem jiżdied tas-servizzi fi sptar tal-Gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Filwaqt li l-allegazzjoni fl-aħħar tal-Mistoqsija hija infondata u barra minn lokha, dwar n-numru ta' ħlasijiet fi sptarijiet/kliniċi privati nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l- Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għar-Reġistru Pubbliku.", "TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ", "34743.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul dawn l- aħħar snin sarux xi rakkmandazzjonijiet mill-ministeru sabiex jiġu rranġati t-toroq li hemm f'Buġibba, fil-Qawra u f'San Pawl il-Baħar?", "Jekk saru, meta saru u għaliex dawn it-toroq tħallew daqstant abbandunati?", "X'inhi l- pożizzjoni tal-Ministru dwar dawn it-toroq u kif l-istat ta' dawn it-toroq qed jaffettwa l-preżenza tat-turist f'dawn l-inħawi ta' pajjiżna?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-toroq fil- lokalita msemmija mill-Onor.", "Interpellant hija r-responsabbilta' tal- Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "RABAT - PJAZZA FOROK - PARKEĠĠ", "34744.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku sabiex issir sistema aħjar tal-parking f'Misraħ Forok, ir-Rabat peress li r- residenti ta' l-inħawi jilmentaw li qed isir parking bl-addoċċ u qed ikun ta' inkonvenjent għalihom?", "Jekk iva, x'kienu l-iżviluppi?", "Jekk le, jista' l-ministeru jinvestiga u jinformani bl-iżviluppi?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-Bord għal Kontroll tat-Traffiku ma saritlu ebda talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex issir sistema ta' parking f'Misrah Forok.", "Il-Bord jieħu l-passi neċessarji wara li jirċievi t-talba u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.", "DINGLI - TISWIJA TA' TOROQ", "34745.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Billi matul dawn l-aħħar snin ma ġewx rikonoxxuti l-bżonnijiet tar-residenti ta' Triq Għar Bettija u Triq Lemħet Filfla, Ħad-Dingli ċioe' sabiex issir il-manutenzjoni li jenħtieġu dawn it- toroq, jista' l-Ministru jinformani għaliex id-dipartimenti ippermettew dan in-nuqqas?", "Jista' l-ministeru jirrispetta l-ilmenti tar-residenti tat- toroq imsemmija u jara li jinvestiga l-ilmenti ħalli jibdew ix-xogħlijiet li hemm bżonn u jispiċċa l-inkonvenjent għar-residenti?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li il-prijoritajiet ta' l-asfaltar ta' toroq ġodda jsiru mill-Kunsill Lokali fl-imkien mad-Dipartiment tat- Toroq u jsiru skond il-fondi disponibbli.", "TAXXI INTERNI - TAXPAYERS", "34746.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinforma lill-Kamra kif jirriżulta li f'pajjiżna hawn taxpayers li għandhom żewġ files differenti?", "Jista' d- dipartiment jinformani kemm kien hemm każijiet bħal dawn u xi tkun in- natura tal-każ?", "Jista' d-dipartiment jinforma fil-fatt xi jrid isir biex iċ-ċittadin jelgħeb problemi urġenti bħal dawn?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din l-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.", "TAXXI INTERNI - TAXXA PENDENTI", "34747.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kontijiet li ntbagħtu liċ-ċittadini Maltin sabiex dawn iħallsu l-bilanċ tat-taxxa pendenti li għandhom mad- Dipartiment tat-Taxxi Interni?", "Kemm minnhom kienu ħaddiema self-employed?", "Kemm minnhom kienu kumpanniji?", "Kemm minnhom kienu ħaddiema mpjegati?", "Kemm minnhom kienu ta' pensjonanti u romol?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l- eżerċizju kien neċessarju minħabba l-introduzzjoni mill-1 ta'Lulju ta' din is-sena tas-sistema il-ġdida tal-PAYE li tolqot lill-impjegati u lill- pensjonanti.", "Għalhekk dawn l-avviżi ntbagħtu lill-impjegati u pensjonanti li kellhom xi arretrati ta' taxxa biex tkun tista' tiġi stabbilita r-rata tat-tnaqqis għall-arretrati.", "In-numru ta' avviżi li ħarġu kien ta' 63,681.", "MTARFA - DAWL", "34748.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani għaliex ħafna mill-bozoz ta' madwar l- appartamenti tar-residenti fl-Imtarfa m'humiex jinxtegħlu?", "X'qed jikkawża din il-ħsara?", "Jista' d-dipartiment jinvestiga u jirrimedja bil- manutenzjoni li hemm bżonn u jara li dawn il-bozoz ta' madwar l- appartamenti ta' l-Imtarfa jinxtegħlu mmedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu l-passi meħtieġa.", "ŻEJTUN - ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "34763.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34519 li saret lill- Ministru tal-Ġustizzja u Kultura u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid meta mistenni joħroġ l-avviż ta' l-esproprjazzjoni ta' art biex tiġi ffurmata Triq id-Dejma, fiż-Żejtun?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat illi l-espropjazzjoni qed tiġi proċessata.", "DJAR - KERREJIET", "34773.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għal dak li weġibt inti fuq mistoqsija supplimentari tiegħi numru 34365 (Seduta Nru. 563 ta' l-10/7/96), jista' l- Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif aġġornat li għandha l- Awtorita' tad-Djar dwar kerrejiet bil-lokalita' tagħhom?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Għalkemm ma teżistix lista formali ta' kerrejjiet, huwa fatt li bil-ħidma ta' dan il-Gvern, partikolarment il-Belt, il-parti l- kbira ta' kerrejjiet twaqqgħu u flokom inbena bini ġdid u modern.", "Dan ma jfissirx li ma baqax bini li huwa kkunsidrat 'sub-standard' għaż-żminijiet tal-lum.", "Fil-fatt hu magħruf li l-agħar kerrejjiet li baqa' llum huwa Triq il-Wied l-Imsida u Triq San Gwann, Bormla, u għalhekk qed jitħejjew pjanti għal żewġ proġetti imdaqqsin f'dawn iż-żewġ lokalitajiet.", "ĦUT", "34778.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jassigura li l-ħut maqbud u mibjugħ ikun ħieles minn kull tniġġiż?", "Il-ħut kbir bħal pixxispad, ton, eċċ., ikun spezzjonat u mbullat bħal fil-każ tal-laħam?", "X'investigazzjonijiet jsiru fil-pixkerija biex il-ħut kbir ma jkunx milqut minn xi ċomb waqt il-qbiel tiegħu?", "Jsiru spezzjonijiet fuq bejjiegħa tal- ħut li barra li dan ikun għadda mill-investigazzjoni kontra tniġġiż, ikun mibjugħ f'sistema iġjenika u rifriġerata?", "ONOR.", "CENSU GALEA: It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u jingħata f'seduta oħra.", "FGURA - TRIQ A. M. VALPERGA", "34786.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jieħu passi biex il-ġnien/foss li hemm faċċata tat-Triq A. M. Valperga, Fgura jiġi mnaddaf mill-ħaxix ħażin u jinżabru s- siġar?", "ONOR.", "CENSU GALEA: Jien infurmat li xogħol bħal dak mitlub minnu jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali li għandu d-dritt li jfassal u jwettaq il-programm ta' qtugħ ta' ħaxix u żabra ta' siġar.", "FGURA - TRIQ IS-SUR - RAMPA", "34787.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: Jista' l-Ministru jieħu passi biex issir rampa fit-tarf ta' Triq is-Sur kantuniera ma' Triq A. M. Valperga, Fgura peress li t-traffiku qed jibqa' ġej b'saħħtu u qed ikun ta' periklu għar- residenti ta' dik l-area?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li t-toroq msemmija mill-Onor.", "Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.", "Huwa l-Kunsill li jrid jagħmel it-talba lill-Bord għal Kontroll tat- Traffiku jekk iħoss il-ħtieġa li hemm bżonn xi rampa biex jitnaqqas l-abbuż tas-sewqan.", "MINISTERU TAL-FINANZI - PARKEĠĠ RIŻERVAT", "34791.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknologija: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 34661 li saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid min ta l-permess biex għadd ta' karozzi mal-Ministeru tal-Finanzi jkollhom reserved parking għalihom fl- inħawi tal-Ministeru tal-Finanzi, fil-Belt bin-numri tal-karozzi rispettivi tagħhom miktubin biż-żebgħa ma' l-art?", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Jien infurmat li l-Bord għal Kontroll tat-Traffiku ma ta ebda permess kif indikat mill-Onor.", "Interpellant.", "ZABBAR - TALBA GĦAL AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "34792.", "L-ONOR.", "ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp rigward it-talba għal post alternattiv ta' l-applikant minn Ħaż-Żabbar bl- I.D. No. 259374 (m) peress li hu qed igħix f'kamra kantina m'ommu li b'kollox hemm igħixu fid-dar tmienja minn nies u peress li hu għandu tlett itfal, wieħed minnhom (il-kbir ta' erba' snin u nofs) qed ikollu jgħix f'istitut tas-sorijiet (St. Rita's Home) Tarxien minħabba nuqqas ta' akkomodazzjoni xierqa?", "ONOR.", "CENSU GALEA: L-informazzjoni mogħtija fid-domanda ma taqbel xejn ma l-informazzjoni li għandu d-dipartiment tad-Djar, skond l-applikazzjoni."]} {"filename": "20000718_352d_par.doc", "date": "2000-07-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 352 It-Tlieta, 18 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 352", "It-Tlieta, 18 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "352", "It-Tlieta, 18 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 402", "KUNSENS GĦAL ATTI 402", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 402", "TQEGĦID TA\"KARTI 406", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI (IT-TIENI QARI) MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL (SECOND READING) 407", "AĠĠORNAMENT 420", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 424", "MINUTI", "Il-Minuti tas-seduta Nru. 351 li saret fid-18 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Nixtieq ninforma lill-Kamra li l- President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVIII ta' l-2000 - Att ta' l-2000 għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni; u", "Att Nru XIX ta' l-2000 - Att ta' l-2000 dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KULLEĠĠ VOKAZZJONALI - PRINCIPAL DESIGNATE", "17823.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħa ta' l- isteering committee ttieħdet id-deċiżjoni dwar reklamar għas-sejħa ta' post ta' principal designate fil-kulleġġ vokazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Id-deċiżjoni dwar reklamar għas-sejħa ta' post ta' principal designate fil-kulleġġ vokazzjonali ttieħdet fil-laqgħa li saret fis-7 ta' April, 2000.", "Inkisbet ukoll l-approvazzjoni meħtieġa mill-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ u mill-management and personnel office.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħidilna min hi l-persuna li ntagħżlet u x'se jkun ix-xogħol tagħha bħala principal designate fil- kulleġġ vokazzjonali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ma nistax ngħidlu min hi l-persuna għax l-applications għadhom kif għalqu u naturalment il-proċeduri biex wieħed ikun jista' jagħmel l-għażla meħtieġa għadhom kollha pendenti.", "Irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Membru li l-job description ta' principal designate kienet ġiet ppubblikata fl-avviż meta saret il-call for applications.", "Principal designate ikun responsabbli mit-tmexxija kollha kemm hi tal-kulleġġ, kemm dik edukattiva, finanzjarja u operattiva dwar ir- riżorsi umani u jkollu wkoll ir-responsabilita' ta' relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet edukattivi lokali u barranin.", "Qed ngħidu li jkun designate għax naħseb li fl-istat formattiv ta' din l- istituzzjoni ġdida huwa utli li wieħed ma jippreġudikax ix-xenarju futur mill-bidu billi jagħmel xi għażliet li bihom forsi ċ-ċirkostanzi li jibdew jiżviluppaw ikunu jirrikjedu xi tibdil eventwali.", "Barra minn hekk naħseb li huwa dejjem tajjeb li f'post bħal dan l-ewwel tpoġġi bniedem bi prova reali u mbagħad jekk il-performance tiegħu tkun dik li naħseb li aħna lkoll nixtiequ li tkun - kif nittama li jista' jsir - tkun tista' tikkonfermah fil-post .", "DJAR - LIFTS", "17877.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ilha tliet snin magħluqa ġod-dar għax qiegħda ġo wheelchair u talbet biex jiġi stallat lift fil-blokk fejn toqgħod?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Minsitru għall-Politika Soċjali): Ninsab informat li l-awtorita' ta' l-ippjanar ikkonsidrat l- istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti fejn toqgħod il-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant iżda irriżultaw li l-uniku post fejn jista' jiġi nstallat il-lift huwa minn bitħa nterna.", "Biex il-lift ikun jista' jsir, is- sistema eżistenti tad-drenaġġ u l-ilma jridu jiġu rilokati.", "Barra minn hekk trid issir modifika fis-sistema eżistenti tal-kmamar tal- banju ta' kull post li jagħti għal ġo dan ix-shaft; u trid issir ukoll jew esproprjazzjoni ta' żewġ kmamar fil-pjan terren jew rilokazzjoni tal- meters tad-dawl u ta' l-ilma ta' xi residenti.", "Barra minn hekk, kif wieħed joħroġ mill-bieb tal-lift propost hemm platform u ħames tarġiet biex ikun jista' jasal fil-pjan biex jidħol fl- appartament.", "It-tibdil ta' dawn il-ħames tarġiet f'rampa jirriżulta f'rampa ta' pendil aktar wieqaf mill-ispecifications stabiliti għal persuni b'diżabilita', speċjalment dawk li jridu jużaw wheelchair.", "Ninsab informat ukoll li l-persuna indikata kienet waħda mill-persuni megħjuna permezz ta' support minn social worker professjonali u ġiet proċessata u milqugħa t-talba tagħha għal reserved parking quddiem ir- residenza tagħha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, ma nafx jekk lill-Viċi Prim Ministru għaddewlux l-ilment li kont ressaqt xi ftit ġranet ilu dwar Triq il-Villa ta' l-Ammirall, fil-Kalkara, fejn id-drenaġġ qed ifur kontinwament minħabba xogħol ħażin li kien sar minn xi kuntrattur?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Iva, nikkonferma li wasalli l-ilment tiegħek u dan ġie mgħoddi lid-dipartiment ta' kostruzzjoni u maintenance tal-proprjeta' tal-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq immur lura għad-domanda oriġinali fejn l-Onor.", "Bartolo staqsa dwar persuna li ilha tliet snin magħluqa f'darha.", "Ġaladarba l-Viċi Prim Ministru semma' dawn id- diffikultajiet kollha sabiex isir lift, qegħdin jiġu kkonsidrati passi oħrajn bħal, ngħidu aħna, li din il-persuna tingħata pjan terren ħalli tkun tista' terġa' tibda toħroġ?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, safejn naf jien fil-file m'għandix informazzjoni dwar jekk il-persuna konċernata għamlitx talba speċifika jew qalitx lis-social worker li marret tkellimha biex jinstabilha post alternattiv.", "Naturalment jekk it-talba tkun saret u f'idejna jkollna post vakanti fi pjan terren din il-persuna tingħata preferenza proprju minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħha, pero' wieħed ma jistax jiggarantixxi li jkun hemm dan it-tip ta' post fil-lokalita' fejn il-persuna tkun qiegħda tgħix.", "Jiġifieri jekk il-persuna għamlet talba għal post alternattiv u qed tinsisti li l-post jinstab fl-istess lokalita' fejn toqgħod fil-preżent, jista' jkun li jkollha tistenna żmien sostanzjali sakemm tinqala' dik l- opportunita'.", "Jekk hi ma tillimitax it-talba tagħha, allura jkun hemm possibilita' ta' arranġamenti ħafna usa milli kieku tinsisti biss fuq post wieħed.", "Pero' issa nivverifika u nara jekk din it-talba saritx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien ngħid li hawnhekk fejn għandu jidħol is-social worker li fir-rwol tiegħu għandu jara li fl-assenza ta' talba min-naħa ta' l-inkwilin, li forsi għal raġunijiet diversi joqgħod lura milli jagħmel talba speċifika - għax issib nies li jew għal kull nitfa jagħmlu talba, jew inkella issib każi verament pjetużi fejn l- inkwilin ma jindenjax ruħu jressaq it-talba tiegħu 'l quddiem - ikun pro- attiv u joffri hu l-possibbilta' li jirranġa s-sitwazzjoni.", "Naturalment hawnhekk wieħed irid iżomm quddiem għajnejh iċ-ċirkostanzi kollha.", "Għalhekk nitlob lill-Viċi Prim Minisru biex jieħu l-inkarigu li jsegwi ftit aktar ir-rwol tas-social worker u anke jara x'passi oħrajn jistgħu jittieħdu dwar dan il-każ.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Minisru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, naqbel perfettament ma' dak li qed jissuġġerixxi l-Onor.", "Interpellant.", "Fil-fatt meta jinqalgħu każi bħal dawn wieħed mid-dmirijiet tas-social worker huwa li jmur ikellem lill-individwu, jara xi bżonnijiet partikolari għandu u mhux biss jiggwidah imma ħafna drabi jieħu ħsieb il-proċeduri neċessarji biex japplikalu għal ċerti servizzi.", "Dan il-proċess estendejnih ukoll għall-funzjoni ta' l-awtorita' tad-djar.", "Irrid infakkar li meta nfetħet l-iskema tal-lifts matul is-sena li għaddiet, fuq inizjattiva tagħha stess l-awtorita' tad-djar minflok qagħdet tistenna lin-nies japplikaw, marret hi stess fil-postijiet kollha li huma proprjeta' tal-gvern biex tara f'liema postijiet jista' jiġi stallat lift, anke biex kemm jista' jkun nagħmlu l-postijiet aċċessibbli għal kulħadd.", "Id-diffikulta' hi li kultant nagħmlu ħilitna biex insibu soluzzjoni teknika ħalli jiġi stallat lift, imma mbagħad minħabba l-isfortuna ta' l- istruttura, ta' l-arkitettura u ċ-ċirkostanzi kolha tant jinħolqu problemi li l-istallazjoni tal-lift ma tkunx possibbli u allura l-unika alternattiva tkun li wieħed isib akkomodazzjoni alternattiva fi pjan terren.", "Imma anke hawn irridu nkunu saqajna ma' l-art għax in-numru ta' postijiet ground floor li jkollu d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali huwa żgħir ħafna.", "F'perijodu ta' 12-il xahar ftit jiżvujtaw postijiet li jkunu fil-livell tat-triq, jiġifieri li ma jkollhomx problema ta' taraġ, u li allura d- dipartiment ikun jista' joffrihom lil dawk l-applikanti li jkunu fil-lista tal-housing department għax ikollhom din il-problema partikolari.", "Kien għalhekk li s-sena li għaddiet ħadna d-deċiżjoni li persentaġġ tal-bini li jkun qed jinbena ġdid mill-awtorita' tad-djar, u ċioe' 20% minnu, jiġi riżervat biex mhux jiġi offrut għall-bejgħ imma jiġi offrut għall-kera u barra minn hekk jiġi offrut lil dawk li jkunu qegħdin jitolbu għal akkomodazzjoni soċjali.", "Dan ifisser li għall-ewwel darba l-applikanti li jkunu fil-lista ta' l-akkomodazzjoni soċjali jiġu ntitolati għal postijiet li jkunu qegħdin jinbnew mill-awtorita' tad-djar skond il-bżonn u skond is- sistema ta' punti li jkollhom.", "Għalhekk qed isir eżerċizzju biex postijiet li jkunu ground floor u f'kategorija partikolari, jiġu riżervati għal dawk il-persuni li jkollhom problemi serji ta' aċċessibilita'.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, fejn hemm każi ta' problemi ta' mobilita', kemm f'postijiet tal-gvern kif ukoll f'postijiet li m'humiex tal- gvern - għax l-awtorita' tad-djar fetħet ukoll postijiet li m'humiex tal- gvern - u lift li normalment ikun kbir biżżejjed biex jakkommoda wheelchair ma jidħolx fl-ispazju li jkun hemm bejn it-taraġ jew f'xi post ieħor fil- blokk, huwa possibbli li jiġi stallat lift iżgħar?", "B'dan il-mod persuni li jkunu joqgħodu fis-sulari ta' fuq u li għandhom problemi serji ta' mobilita', ikunu jistgħu jużaw din il-faċilita' xorta waħda.", "Barra minn hekk, meta tiġi riveduta l-kera ta' l-inkwilini li jkunu joqogħdu f'appartamenti tal-gvern, jista' jiġi kkonsidrat il-fatt li ħafna minnhom dawn ikunu għamlu diversi spejjeż biex il-post tagħhom jiġi upgraded?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-policy li adottajt jiena u li għaddejt lill-awtorita' tad-djar hija li aħna għandna dejjem nippruvaw insibu l-aħjar soluzzjoni possibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċedura għall-istallazzjoni tal-lifts.", "Dan ifisser li l-mira trid tkun li l-lift ikollu spazju biżżejjed biex ġo fih ikun jista' jidħol wheelchair.", "L-iskop huwa primarjament biex il-postijiet isiru aċċessibbli għal dawk li jkollhom is-siġġu tar-roti.", "Pero', kif kellna anke f'din il-mistoqsija, jeżistu każi fejn dan ma jkunx possibbli u allura l-policy hi li mmorru for the next best choice.", "Jiġifieri fejn ikun possibbli li jsir lift li minħabba l- ispazju available ma jkunx jista' jieħu wheelchair imma għallinqas ikun qed irendi l-post aktar aċċessibbli - f'dan il-każ partikolari li fuqu saret il-mistoqsija lanqas dan ma seta' jsir - dik is-soluzzjoni qed tiġi esplorata.", "Dwar it-tieni mistoqsija, jekk fhimtu tajjeb l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li f'dawk il-każi fejn l-ispejjeż ikunu saru mill-inkwilin biex jirranġa il-post tiegħu, meta d-dipartiment ta' l-artijiet jiġi biex jirrevedi l-kirja tagħhom għandu jikkonsidra l-ispejjeż li jkunu saru fil- post. Sal-lum il-policy mhux qiegħda hekk u jiena ma jidhirlix li f'dan l- istadju għandi nibdilha.", "Irridu niftakru li dan il-pajjiż qed jipprovdi lill-inkwilini postijiet li għandhom valur reali u kummerċjali fis-suq ta' mill-inqas Lm25,000 u f'ċerti postijiet anke ħafna iżjed minn hekk.", "Dawn qed joffrihom b'kera ssussidjata li tvarja bejn Lm60 u Lm150 fis-sena u s- sussidju tal-gvern fuq din il-kera jiġi kkalkolat skond id-dħul li dik il- familja jkollha.", "Allura naħseb li meta tikkonsidra kollox issib li l- kirjiet medji tal-proprjetajiet li l-gvern għandu llum u li qed jikrihom lill-individwi, huma irħas ħafna u li s-sussidji li hemm huma ġenerużi ħafna.", "Fil-fatt jien jidhirli li għandna nħarsu sew lejn dawn il-każi kollha, nerġgħu nħarsu lejn is-sussidji li qegħdin jingħataw u b'mod partikolari nkunu ċerti li anke f'dan il-qasam mhux qed ikun hemm abbuż.", "X'irrid ngħid biha din?", "Il-kirjiet ta' postijiet tal-gvern suppost jiġu riveduti kull sentejn u jiddependi mid-dħul iddikjarat tal-familji partikolari x'ikun u ma jkunx biex tiġi stabbilita l-kera finali li għandha titħallas minn dik il-familja.", "Sur President, nieħu l-okkażjoni issa hawn fil-parlament anke fuq dan il- punt biex lill-familji kollha niġbdilhom l-attenzjoni li d-dipartiment hu attrezzat biex jivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-mezzi li qed isiru anke biex issir ir-reviżjoni tal-kirjiet tal-postijiet tal-gvern.", "U d- dipartiment beħsiebu jinforza l-għodda kollha li għandu biex jivverifika u fejn jiriżulta li qed isiru dikjarazzjonijiet foloz imbagħad anke f'dawn il- każijiet, min qed jagħmel dikjarazzjoni falza, ikollu jiffaċċja l- konsegwenzi.", "Għalhekk qed nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel bħalma għamilt is-sena li għaddiet - meta f'diversi okkażjonijiet tajt avviż minn qabel li l-gvern kien se jibda proċess biex jivverifika d-dikjarazzjonijet f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċċji soċjali - u nerġa' nappella lil kulħadd li f'pajjiżna hemm bżonn li tiġi nfurzata l-kultura li jekk għandek dikjarazzjoni trid tkun veritjera u korretta u mhux żbaljata jew addirittura falza.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, jien ngħid li jekk hemm min qed jabbuża għandna nieħdu l-passi kontra tiegħu, pero' ħalli niċċaraw daqsxejn is- sitwazzjoni.", "Għax jista' jkollok persuna li filli tkun qed iddaħħal paga tajba, u filli f'daqqa waħda titlef il-job u tagħmel perijodu twil mingħajr introjtu diċenti.", "Issa jekk il-kera se nibdew nirriveduha kull sentejn se tinħoloq problema għax dan ikun ifisser li wieħed li m'għandux paga dieħla b'mod regolari, se jkun qed jintalab li jħallas kera għolja mhux sussidjata.", "Id-domanda tiegħi hi din, Sur President.", "X'qed isir biex każi bħal dawn nieħdu ħsiebhom ukoll?", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, hemm struzzjonijiet ukoll biex nagħtu kas ta' sitwazzjonijiet bħal dawn, pero' irrid ngħid li l-informazzjoni li qed taslilna m'hijiex dwar dawn it-tip ta' każi imma hija pjuttost ta' dikjarazzjonijiet skorretti u addirittura foloz.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Listi ta' ħaddiema fiċ-ċivil - u dawk mhux fiċ-ċivil iżda fid- dikasteru li għalih jien responsabbli - bi kwalifiki universitarji u kwalifiki oħra, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18218; u", "Tagħrif dwar każi ta' dixxiplina quddiem il-PSC, każi kriminali quddiem il-qorti u każi ta' tkeċċija ta' uffiċjali pubbliċi minħabba assenteiżmu minn fuq il-post tax-xogħol, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18221.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' mpjegati b'kuntratt indefinit, kuntratt definit, konsulenza u fuq bażi każwali; u l-għadd ta' transfers li ngħataw fid-dekasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18219;", "Tagħrif dwar safar li sar minn uffiċjali fid-dekasteru li għalih jien responsabbli, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18220; u", "Tagħrif dwar persuni li nqatgħu mir-reġistru għax-xogħol bejn April u Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18224.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Minstru Francis Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dokumenti sottomessi lill-awtorita' ta' l-ippjanar, b'riferenza għall-proġetti ta' l-opera house, Pjazza Ħelsien u l-bus terminus fil-Belt Valletta, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18248.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Censu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Master plan for the roads of Malta and Gozo, ippubblikat f'Ġunju 2000, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "18207.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI", "MALTA RESOURCES AUTHORITY BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Lulju, 2000 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia huwa in possession.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Mr Speaker, dalgħodu kont qed ngħid kemm dan l-Att li jipprovdi t-twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi huwa importanti.", "Dan l-Att ħareġ minn national plan for the adoption of the acquis ta' l-Unjoni Ewropea li kien ġie pubblikat fi Frar, u jekk wieħed jara x-short term priorities li jridu jsiru din is-sena jsib li huwa importanti li jkun hemm compliance mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea rigward l-użu ta' l-enerġija.", "Il-medium-term priorities sas-sena 2002 jirrigwardaw il-liberalizzazzjoni tal-provvista ta' l-elettriku f'pajjiżna.", "Kif kont qed nispjega dalgħodu, il-liġi tgħid ċar u tond li wieħed mill- iskopijiet tagħha hu li tirregola l-ġenerazzjoni u l-użu ta' kull forma ta' enerġija billi tinkoraġġixxi l-użu ta' enerġija prodotta minn sorsi oħrajn.", "Tajjeb wieħed jgħid li ħafna mill-air pollution ta' pajjiżna qed tiġi kkawżata mill-power stations u mid-dħaħen tal-karozzi, pero' rridu nammettu li f'dak li għandu x'jaqsam mal-power stations sar ħafna progress.", "Per eżempju, fl-1995 l-amministrazzjoni Nazzjonalista waqqfet l-użu tal-faħam fil-power station tal-Marsa u ntroduċiet is-sistema taż-żejt.", "Dan bla dubju kellu effetti pożittivi.", "Rigward il-possibbilta' ta' ġenerazzjoni ta' enerġija minn sorsi differenti, fl-1996 iċ-chairman ta' l-Enemalta kien qal li f'pajjiżna se jiġu ntrodotti s-solar water heaters, u fil-fatt fl-istess żmien l-istitut għat-teknoloġija dwar l-enerġija kien beda esperiment biex jara kif is- sistema solari setgħet tikkontribwixxi fil-ġenerazzjoni ta' l-enerġija.", "Anke l-ministru għall-ambjent u d-dipartimenti tiegħu qed jistudjaw is- sitwazzjoni.", "Fil-fatt ir-rapport ta' Novembru li għadda tal-ministru għall- ambjent jgħid li ġie kalkolat li permezz ta' l-enerġija solari fix-xitwa jiġu ġġenerati 2.7 kilowatt hours per metre square filwaqt li fis-sajf jiġu ġġenerati 7.8 kilowatt hours.", "F'pajjiżna diġa' hawn istituzzjonijiet li qed jużaw is-solar water heaters, bħad-dar ta' l-anzjani ta' l-Imtarfa, id- dar tal-providenza, l-universita', kif ukoll xi lukandi.", "Fil-fatt diġa' hawn madwar 15-il importatur ta' dawn is-sitemi solari.", "Iżda għall-photo voltaic generation panels is-sales għadhom baxxi, għax din is-sistema hija pjuttost expensive.", "Jekk f'pajjiżna jitwaħħlu dawn il-panels fuq medda ta' erba' kilometri kwadri, jkunu jistgħu jipprovdu iktar enerġija milli jipprovdu l-power stations tal-Marsa u ta' Delimara f'daqqa.", "Għalhekk, permezz tal-liberalizzazzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku, qed tiġi nkoraġġita dejjem aktar din is-sistema.", "Il-wind energy huwa sors antik ta' enerġija li f'pajjiżna daħal permezz ta' l-imtieħen, imma l-ammont ta' enerġija prodotta permezz tar-riħ huwa żgħir wisq meta paragunat ma' l-enerġija ġġenerata mix-xemx.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li l-wind energy jista' jipprovdi 4% biss ta' l-enerġija provduta mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara.", "Għalhekk ovvjament l-enfasi għandu jibqa' fuq is-solar energy.", "Mr Speaker, innotajt li tul is-snin pajjiżna kien nieqes minn studji dwar il-kwalita' ta' l-arja u d-diversi gassijiet li hemm fiha.", "Fil-fatt jirriżulta li sa l-1997 ma kien sar l-ebda studju dwar dan.", "Għalhekk jien nappella biex studji dwar il-kwalita' ta' l-arja jittieħdu bis-serjeta', iktar u iktar għaliex jien noqgħod il-Blata l-Bajda, post bi problemi kbar ta' tinġis minħabba l-power station.", "Għalkemm l-Enemalta bdiet tagħmel xi studji fil-viċinanzi tal-power station, dan m'huwiex biżżejjed.", "L-istudji jridu jsiru fuq l-arja li tiċċirkola mal-pajjiż kollu, speċjalment fiċ- ċentru ta' Malta, fejn minbarra l-problema tal-power station hemm ukoll il- problema tal-konġestjoni tat-traffiku li qed tiżdied kull sena.", "Fl-universita' saru xi studji dwar il-kwalita' ta' l-arja, u minnhom irriżulta li f'dawn l-aħħar snin l-affarijiet marru lura ħlief għal ħaġa waħda.", "Jekk wieħed iqabbel il-figuri ta' l-1997 ma' dawk ta' l-1990 jsib li l-carbon dioxide żdied b'27%, il-methane żdied b'58% u d-dynatogen oxide żdied bi 68% minħabba li nbniet il-power station ta' Delimara.", "Peress li fl-1995 twaqqaf l-użu tal-faħam, mill-1990 sa' l-1997 in-nitrogen oxide emissions naqsu b'20%, imma l-carbon monoxide emissions, li bħall-methane huma relatati mat-traffiku, żdiedu b'29%.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, bil-permess ta' l-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jekk dan l-istudju li minnu qed jikkwota l-Onor.", "Farrugia sar f'xi lokalita' partikolari tajjeb li jgħid dan, għaliex jekk se jagħti l-impressjoni li qed jikkwota minn studju nazzjonali l-poplu se jiġi misled.", "Rigward il-methane, dan ma jiffurmax biss mid-dħaħen tal- karozzi imma anke mill-irziezet u mid-demel ta' l-għelieqi.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Nista' naċċerta lill-Onor.", "Vella li dawn il- figuri diġa' dehru fir-rapport li l-ministru għall-ambjent poġġa fuq il- Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda, jiġifieri żgur li dawn huma figuri realistiċi.", "Iktar minn hekk, il-Coroner Inventory li llum huwa meqjus bħala l-metodu standard ta' kif wieħed ikejjel dawn l-emissions, jikkonferma l-istess trends li kont qiegħed insemmi.", "Mr Speaker, jien nifhem l-intervent ta' l-Onor.", "Vella għax peress li huwa tabib bħali, jaf li dawn l-emissions jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa, għalhekk huwa importanti li nibdew nieħdu dan is-suġġett b'ħafna iktar serjeta'.", "Il-pajjiż għandu jaħdem fil-qasam ta' l-ambjent on all fronts, u għalhekk għandna bżonn niffokaw aħjar fuq il-kwestjoni ta' l-iskart.", "Il- liġi tipprovdi għat-trattament u d-disponiment sikur ta' skart kummerċjali, u fost il-funzjonijiet l-oħra, din l-awtorita' għandha d-dmir li li tinkoraġġixxi u tirregola l-użu mill-ġdid ta' treated waste.", "Meta wieħed jara liġi bħal din jibda' jifhem kif l-Unjoni Ewropea m'hijiex qed tixprunana biss biex inwaqqfu l-awtoritajiet, imma wkoll biex inqiegħdu l- affarijiet in order of priority, għaliex sfortunatament l-ebda gvern ma jpoġġi l-problema ta' l-iskart fuq quddiem.", "Fit-12 ta' Settembru ta' l-1998 il-Greenpeace ħarġet bl-istess proposta li qed intenni jien hawnhekk, li jekk nibdew nużaw sorsi alternattivi ta' enerġija, bil-mod il-mod il-power station tal-Marsa tkun tista' titwaqqaf milli tibqa' taħdem.", "Nikkwota:", "\"Greenpeace calls for closure of the Marsa power station plant in Malta.", "Malta has renewed its ways to immediately replace and cut down a large part of its fossil fuel consumption.", "Our analysis shows that if Malta implements already existing options like solar water heaters and energy efficient technology, a majority of the old boilers at the station in Marsa could be closed down.\".", "Ir-rapport ikompli hekk:", "\"The report concludes that by introducing already developed technologies, 45% of today's energy production capacity could be replaced by using renewable energy sources and energy efficient technologies.", "Malta could immediately introduce solar water heaters for washing and showering.", "If solar water heaters were used in Maltese households alone, 7% of prime energy would be saved.\".", "Punt importanti fir-rapport tal-Greenpeace huwa dan:", "\"The reverse osmosis plants are the largest electricity consumers in the country and a minimum of 15% of prime energy would be saved if the water services corporation were to run its operations efficiently and control water leakages.\".", "Dan iwassalni għall-punt l-ieħor li xtaqt nagħmel, li peress li dawn ir- reverse osmosis plants jipproduċu l-ilma tax-xorb għall-pajjiż kollu, ovvjament jiddependu mill-elettriku, u dan jafu kulħadd, għax malli jinqata' d-dawl immedjatament jinqata' l-ilma.", "Huwa ovvju li l-leakages ta' l-ilma jwasslu għat- telf ta' l-enerġija elettrika li tkun intużat biex ġie prodott dak l-istess ilma.", "Jiena naf li amministrazzjoni wara l-oħra dejjem ħadmet biex jitnaqqsu dawn il-leakages, imma huwa importanti li dan ikompli jsir biex bħalma qalet il-Greenpeace, apparti li tkun qed titnaqqas il-ħela ta' l-ilma, indirettament tkun qed titnaqqas ukoll il-ħela ta' l- elettriku.", "Tajjeb li wieħed jgħid li bl-introduzzjoni tar-reverse osmosis plants kien hemm titjib kbir fil-kwalita' ta' l-ilma.", "Wieħed irid iqis li lanqas fl-Amerika l-ilma li jasal fil-viti tad-djar ma jkun 100% tajjeb għax-xorb, u fil-fatt jiġu reklamati ħafna tipi ta' reverse osmosis plants żgħar biex jintużaw at consumer level biex l-ilma tal-vit jissaffa iktar.", "Qed ngħid dan biex nuri li avolja pajjiżna huwa żgħir, xorta qed jagħmel ħiltu biex jipproduċi ilma aħjar.", "Illum l-institute of water technology għandu laboratorji li fihom il-klijenti, kemm jekk tkun il-water services corporation, xi ditta privata kif ukoll xi individwu, jkunu jistgħu janalizzaw l-ilma.", "Dawn il-laboratorji għandhom analytical equipment modern fejn permezz tal-chromatography, l-atomic absorption spectrometry u l- ultraviolet spectrophotometry, l-ilma jkun jista' jiġi analizzat.", "Jien m'għandix dubju li dawn it-tliet mezzi għenu biex il-kwalita' ta' l-ilma ta' pajjiżna tkompli titjieb.", "Mr Speaker, tajjeb li ngħid li l-investiment fl-apparat modern li għadni kif semmejt kif ukoll f'apparat li jagħmel analiżi bakterjoloġiċi, sar bil- fondi li ngħatajna mill-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li dawn il-mezzi se jgħinuna biex intejbu l-kwalita' ta' l-ilma u ta' l-arja, fejn permezz ta' l-inforzar li qed tagħmel l-Unjoni Ewropea, f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, ikollna livell ta' għixien aħjar.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Rita Law.", "ONOR.", "RITA LAW: Mr Speaker, permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi se nkunu qed noħolqu awtorita' responsabbli mir-riżorsi, li allura se tibda tirregola dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ilma, l-enerġija u l-minerali.", "Huwa fatt li l-arja nadifa u l-ilma tajjeb għax-xorb huma żewġ elementi li assolutament ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom, iżda jien nasal biex ngħid li għalkemm matul is-snin għamilna liġijiet favur il-protezzjoni ta' l- ambjent, żgur li ma ħadniex ħsieb biex nipproteġu biżżejjed il-ġebla Maltija mill-ħsara li tista' ssirilha permezz ta' l-ilma tax-xita.", "Jekk nieħdu klawsola 4 ta' dan l-abbozz ta' liġi naraw li l-awtorita' se jkollha diversi funzjonijiet, fosthom li:", "(a) li tirregola, tissorvelja u żżomm fil-kondizzjoni tagħha kull prattika, operazzjoni u attivita' li tirrgwarda r-riżorsi ta' l- enerġija, l-ilma u l-minerali;", "(b) li tagħti liċenza, permess jew awtorizzazzjoni oħra, għall-għemil ta' kull operazzjoni jew attivita' li tirrigwarda r-riżorsi ta' l- enerġija, l-ilma u l-minerali;", "(c) li tirregola u tiżgura li jkun hemm interkonnessjoni għall- produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tas-servizzi jew tal- prodotti regolati minn jew taħt dan l-Att;", "(d) li tiżgura kompetizzjoni ġusta f'kull prattika, operazzjoni u attivita' bħal dik;", "(e) li tistabilixxi standards ta' kwalita' u sigurezza minimi ....", "Sur President, hawnhekk jien semmejt ftit mill-ħafna funzjonijiet li se jkollha din l-awtorita'.", "Issa biex taqdi dawn il-funzjonijiet kollha l- awtorita' se jkollha bżonn li timpjega ruxxmata nies.", "Jien nispera li dawn in-nies li se tħaddem ikunu nies idonei.", "Dawn iridu jkunu nies kwalifikati u bl-expertise kollu neċessarju biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fl- aħjar interess tal-pajjiż u tal-poplu Malti.", "Sinċerament nixtieq li fil- winding-up il-Ministru jserħilna rasna li f'din l-awtorita' mhux se jkun qed jimpjiega xi gozz blue-eyed boys kif sar f'diversi awtoritajiet oħra.", "Sur President, jien nista' nifhem li l-provvedimenti ta' din il-liġi qed jiġu mposti fuqna min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "(Interruzzjonijiet) Jien miniex ngħid li kulma fiha din il-liġi huwa ħażin, imma hemm bżonn li noqogħdu b'seba' għajnejn li dak li timponi fuqna l-Unjoni Ewropea ma naċċettawhx kif ġieb u laħaq jekk ma jkunx fl-interess taċ-ċittadin Malti u Għawdxi.", "Kullħadd jaf li biex inkunu kompatibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea se jkollna nagħmlu jew inbiddlu ħafna strutturi, imma jien ngħid li l-gvern għandu joqgħod attent li ma jitfax il-piż kollu fuq iċ-ċittadin.", "Kif kont qed ngħid, Sur President, hawhnekk qed nitkellmu fuq ilma tad- drenaġġ, ilma tax-xita u ilma f'forma ta' skart likwidu.", "Qed nitkellmu wkoll fuq dawl elettriku u fuq sorsi oħra ta' enerġija li nistgħu nibbenefikaw minnhom jekk nimxu bil-għaqal, bħal ngħidu aħna jekk jirnexxielna nisfruttaw ir-riħ.", "Qed nitkellmu wkoll fuq minerali, bħal ngħidu aħna ċertu tip ta' gas li jinsab fil-blat ta' Malta u tal-madwar.", "Imma nixtieq li minflok ma noqgħod indur mal-lewża niġi għal dik ix-xi ħaġa li tolqot lill-konsumatur Malti, cioe' il-kwestjoni tal-kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma.", "Il-konsumatur qed jirċievi kontijiet għoljin ħafna u ħafna nies li għandhom paga baxxa m'humiex qed ikunu kapaċi jilqgħu għal dawn l- istalletti.", "Kif tista' mara tad-dar tgħidilha biex tnaqqas il-konsum tad- dawl u l-ilma meta għandha erba' jew ħamest itfal x'tieħu sħieb?", "Kif tista' tingħasar iktar din il-povra omm?", "Hawnhekk jiġini ħsieb ta' kemm wieħed irid jagħmel sagrifiċċju biex jgħix u jlaħħaq mal-ħajja.", "Jien ta' kuljum niltaqa' ma' familji li mhux talli mhux qed isservihom il-ftit paga li jġib ir-raġel id-dar, talli bil-kontijiet li qegħdin jirċievu tad-dawl u l-ilma qegħdin jiġu fi stat li qed ikollhom joħorġu jittalbu fit-triq.", "Nista' ngħidlek, Sur President, li kuljum qed ikolli nħabbat wiċċi ma' dawn il-każi u emminni ma nafx x'se naqbad nagħmel.", "Qisha li waqgħet fuqna l- pesta u s-sabiħa hi li għadna ma nafux kemm se tkompli tikriħ is- sitwazzjoni.", "Nafu diġa' li mhijiex sabiħa, imma bil-mod kif se jinbidlu l- affarijiet wisq nibża li mill-ħażin għall-agħar se mmorru.", "Sur President, kull darba li nitkellem hawnhekk jien inkun qed nirriferi għal poplu in ġenerali, iżda ma niddejjaqx ngħid li nħobb nitkellem b'aċċenn partikolari għal grass roots.", "Jien inħoss li din il-klassi ta' nies ma nistax inħalliha barra, aktar u aktar meta naf li l-gvern preżenti mhux qed jagħti kas tal-problemi li qed jgħaddi minnhom il-poplu.", "Id- dispjaċir tiegħi huwa meta nara l-gvern ta' Fenech Adami jibqa' għaddej bħal meta jkollok għalqa x'taħrat u għal ftit pastard 'l hemm u ftit kaboċċi 'l hawn, minħabba l-ħeffa li tkun trid tlaħħaq mal-ġurnata, tibqa' għaddej bil-moħriet u addio xi jkollok fl-għalqa għax ġaladarba tkun trid taħratha tibqa' għaddej fuq kollox.", "Il-gvern tal-lum qed jurina biċ- ċar li mhux qed jagħti kas ta' l-ilmenti tan-nies u allura, ngħid jien, mur ara kemm se jagħti kas meta għada pitgħada niġu biex nibdlu l- istrutturi kif qed jipproponi li jfattar il-gvern Nazzjonalista.", "Jiena wisq nibża' li bir-ritmu li għaddej bih il-gvern Nazzjonalista, anke awtorita' bħal din li se titwaqqaf se tinjora l-ilmenti taċ-ċittadini.", "Ta' dan għandna x-xempju tad-diskussjonijiet ta' qabel il-budget fejn il-gvern sfaċċatament jinjora l-problemi li jressqu quddiemu l-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema, li ġustament jitolbu li jkunu jafu fl- interess tal-membri tagħhom kif il-ħaddiema se jiġu milquta.", "Jiddispjaċini ngħid li din daħlet drawwa fost il-membri tal-kabinett Nazzjonalista li l- gvern jibqa' għaddej mingħajr ma jagħti kas ta' min ikun qed jiġbidlu l- attenzjoni tiegħu għall-problemi li jkollu ma' wiċċu.", "Illum avviċinatni omm li peress li ma rċevietx iċ-ċekk ta' l-allowance tat-tfal ma setgħetx tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma, u peress li dan il-gvern jista' jiġi ttimbrat bħala gvern ta' \"ġib 'il hawn u teħux 'l hemm\", l-awtoritajiet issospendewlha l-provvista tad-dawl u l-ilma mingħajr ma din il-povra mara ngħatat ċans tispjega r-raġuni għaliex ma ħallsitx il-kontijiet.", "Allura jien ta' bilfors nistaqsi, Sur President: Għaliex il-gvern Nazzjonalista mhux iħares lejn dawn is-sitwazzjonijiet?", "Mr Speaker, fil-ħin li għandi allokat nixtieq nitkellem dwar ħafna affarijiet, fosthom dwar il-fatt li dan il-gvern għadu ma sabx irkaptu ta' l-ilma tax-xita bil-konsegwenza li sena wara l-oħra qed jintilfu miljuni ta' glalen ta' ilma tajjeb li jinżlu fix-xahri u fil-baħar.", "Wieħed bilfors ikollu jinnota d-differenza bejn gvern u ieħor, għaliex fl-amministrazzjoni qasira tiegħu, il-Partit Laburista speċjalment il-ministru Charles Buhagiar mexa b'serjeta' kbira rigward din il-problema, u fil-fatt sar studju fuq l- istorm water, saru l-culverts u ġew imnaddfa l-bjar u l-ġibjuni biex dan l- ilma jiġi salvat.", "Ma jistax ikun li ma nirreferux għal dawn l-affarijiet tajbin li kien għamel gvern Laburista preċedenti, u quddiem din id- differenza, wieħed jistaqsi jekk il-gvern huwiex qed joħloq ħafna awtoritajiet biex ifarfar ir-responsabbilta' minn fuqu u jitfagħha fuqhom, bħalma għamel meta waqqaf il-kunsilli lokali, biex isolvu l-problemi li ilhom hemm is-snin u li l-gvern Nazzjonalista ma kellux il-ħila jara minn fejn oriġinaw u jsolvihom.", "Id-dubji tiegħi jibdew jikbru meta ninnota l- volum ta' xogħol li se jkollha din l-awtorita' li se tkun responsabbli mill- ilma, l-enerġija u l-minerali, li huma l-akbar tlett riżorsi li għandna f'pajjiżna.", "Mr Speaker, biex inkompli nitkellem fuq l-ilma, se ndur għal problema oħra, id-drenaġġ li jfur fil-bajja tax-Xgħajra.", "Madwar 75% tad-drenaġġ ta' Malta jinżel f'din l-area, u għalhekk mhux l-ewwel darba li dan id-drenaġġ ifur għal ġol-bajja.", "Konsegwenza ta' hekk, ir-residenti ta' l-inħawi spiss jilmentaw li ma jkunux jistgħu jgħumu fil-bajja tax-Xgħajra.", "Meta aħna l- membri ta' l-oppożizzjoni ġieli għamilna xi mistoqsija parlamentari fuq dan is-suġġett, il-ministri konċernati dejjem fittxew li jsibu xi loophole biex jaħarbu mill-mistoqsija u għalhekk iwarrbu fil-ġenb lil din il-problema.", "Per eżempju, jien niftakar li kont għamilt mistoqsija parlamentari lill- ministru għall-ambjent dwar it-tniġġis li kien nieżel fil-bajja tax-Xgħajra peress li l-pipeline ta' 700 metru kellu xi ħsarat.", "Id-drenaġġ li beda nieżel kien ta' ostaklu kemm għas-sajjieda kif ukoll għall-għawwiema.", "Il- ministru kien tani risposta xejn sodisfaċenti fejn qalli li se jara minn fejn ġejja l-problema, u għalhekk sadanittant ir-residenti tax-Xgħajra jibqgħu jbatu l-konsegwenzi.", "Dan il-fatt li l-gvern m'għandux soluzzjoni għal problemi bħal dawn ikompli jikkonferma li l-gvern se joħloq din l- awtorita' regolatorja biex jitfa' l-piż kollu fuqha.", "J'Alla dawn l- awtoritajiet regolatorja jaqdu l-funzjonijiet mixtieqa u j'Alla li jsibu koperazzjoni min-naħa ta' l-istat biex il-poplu jkun qed jieħu xi ħaġa tat- taxxi li jħallas u jgħix il-ħajja diċenti li jistħoqqlu.", "Rigward din l-awtorita' li qed tinħoloq, innutajt li l-inspectors li qabbad il-gvern biex jirregolaw l-ispezzjonijiet fid-diversi oqsma li se jaqgħu f'idejn l-awtorita', huma barranin.", "Qed ngħid dan għaliex donnu li dan il-gvern għandu l-idea li biex jagħmel xi ħaġa jrid bilfors iqabbad lill-barranin.", "Fil-fatt anke per eżempju l-inspectors li spezzjonaw il- fishfarms biex jaraw dawn x'effett qed iħallu fuq l-ambjent marittimu, kienu inspectors tal-health and consumer protection ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiena jiddispjaċini li l-gvern Nazzjonalista ma jagħtix każ tal-valur ta' dak li l-membri ta' l-oppożizzjoni jistaqsuh.", "Per eżempju jiena ħadt interess f'dan l-istudju li sar mill-health and consumer protection ta' l- Unjoni Ewropea, imma meta staqsejt lill-ministru biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' dawn l-inspectors, qalli li dan qiegħed f'idejn id- dipartiment tas-sanita'.", "Jekk il-ministru huwa serju u jekk irid li dawn l- awtoritajiet regolatorji jaħdmu b'ċerta serjeta', irid jgħidilna x'inhuma r- riżultati ta' dawn l-istudji.", "Mr Speaker, xi ħaġa oħra li staqsejt għaliex inħoss li hija fl-interess tal-pubbliku in ġenerali, hija x'sar mill-fdalijiet ta' żmien il-Kavallieri li jinsabu f'qiegħ il-baħar.", "F'dan ir-rigward, il-ministru qalli li l- konsorzju li se jiżviluppa l-marina huwa marbut li ma jistax jikkawża ħsara f'dawn il-fdalijiet li jinsabu fil-Port il-Kbir.", "Sa hawnhekk kollox sew, imma l-gvern għamel xi forma ta' studju biex jara kif jippreserva dawn il- fdalijiet u ma jinqerdux?", "Għax jekk aħna rridu nieħdu ħsieb ir-riżorsi tagħna, irridu nibżgħu ukoll għal dawn il-fdalijiet.", "Mr Speaker, minn hawnhekk nixtieq nistaqsi x'inhu jagħmel il-gvern biex bħala kumpens għall-ħlas tat-taxxi, il-poplu Malti jkun moqdi aħjar.", "Jiena nixtieq nistaqsi x'inhu jagħmel il-gvern biex il-poplu jkun moqdi aħjar.", "Per eżempju, sa fejn naf jien, ftit li xejn isir monitoring ta' x'inhu jintefa' fl-ibħra Maltin, bħad-drenaġġ, u x'impatt qed ikollu dan fuq l- annimali tal-baħar.", "Anke rigward l-ilma tax-xorb, ħadd ma jaf x'inhu jsir biex forsi dan ikun aktar pur, għax jiġu ċerti ġranet meta l-ilma tal-vit ikollu togħma ta' mediċina.", "Għalhekk jien nixtieq inkun naf kif din l- awtorita' regolatorja se tkun qed tosserva l-kwalita' ta' l-ilma, għaliex m'huwiex ġust li l-poplu jħallas għal ilma li m'huwiex addattat għax-xorb.", "La qed nitkellmu fuq l-ambjent, wieħed ma jistax ma jinnotax kemm qed ngħixu f'arja mniġġsa, speċjalment min jgħix fis-south ta' Malta, fejn il- pollution ġejja kemm mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara kif ukoll minn xi ċmieni oħra li għadhom ma ġewx identifikati u li qed iħallu konsegwenzi koroh fuq ir-residenti tal-Fgura.", "L-istatistika turina li r- rata tal-persuni li jmutu bil-mard tal-kanċer f'areas industrijali, fejn fl- arja jkun hemm ħafna gases u ħmieġ, hija fenominali.", "Jekk mhux għal xejn, din l-awtorita' se sservi biex tara x'effett qed ikollu dan il-pollution fuq il-persuni ta' dawk l-inħawi.", "Bħal fil-każi li semmejt iktar kmieni, jien ma nistax nifhem għaliex l-inspectors li tqabbdu biex janalizzaw l- arja tagħna, u li qed jitħallsu bl-eluf, huma barranin.", "Possibbli li m'hawnx inspectors Maltin li kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol?", "Għalfejn għandna nħallsu ammonti kbar ta' flus lil dawn l-inspectors biex fuq kollox qed inwarrbu lill-gradwati Maltin.", "Jien jiddispjaċini iktar meta nara li dawn l-inspectors m'humiex effiċjenti daqs kemm wieħed jixtieq, u għalhekk bilfors ikolli naħseb li hemm xi skop wara l-fatt li l-gvern qed iqabbad inspectors barranin minflok Maltin.", "Bilfors li hemm xi ħaġa wara l-fatt li dawn l-istudji qed jieħdu daqshekk fit-tul, forsi biex tilħaq issir xi ħaġa minn taħt.", "Qed niġbed l-attenzjoni fuq dawn l-affarijiet biex meta tibda' tiffunzjoni din l-awtorita' li se tinħoloq, ikunu l-istess ħaddiema fi ħdan l-awtorita' li jirregolaw ir-riżorsi ta' l-ilma, l-enerġija u l-minerali, u mhux jiġi xi ħadd minn barra, jieħu l-aħjar xogħol u jaqla' l-eluf tal- liri u l-Malti jibqa' jitħallas bil-loqom.", "Il-Partit Laburista, fil-perjodu ta' amministrazzjoni tiegħu, ipprova jtella' ż-żejt mill-baħar.", "Il-gvern Laburista kien qed jagħmel l-almu tiegħu kollu biex f'Malta jkollna ż-żejt bħalma hemm f'ibħra viċin tagħna.", "Kulħadd jaf kemm irendi finanzi sors bħal dan, għalhekk jien ma nistax nifhem għaliex meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-oppożizzjoni beda jara kollox ħażin u fil-kampanja elettorali tiegħu kien qal li j'Alla ma nsibux iż-żejt, biex imbagħad meta tela' fil-gvern mhux talli qal li hu tajjeb li nipprovaw insibu ż-żejt, talli kompla fejn kien ħalla l-gvern Laburista u mela lil kulħadd bit-tama li mill-bir 'Il-Madonna taż-Żejt' se joħorġu ż- żejt u l-gases.", "Jien naħseb li d-diskors li kien jgħid l-Onor.", "Fenech Adami li dak iż-żmien kien Kap ta' l-Oppożizzjoni se jinkiteb fl-istorja, għaliex huwa verament arroganti li kap ta' partit jitlob biex pajjiżu ma jsibx iż-żejt.", "Jien jiddispjaċini li hawn Malta nagħmlu kollox fl-interess tal-voti u mhux fl-interess tal-ġid soċjali u ekonomiku tal-pajjiż.", "Hemm bżonn li nkunu aktar serji.", "Fil-ftit minuti li baqagħli nixtieq nitkellem fuq il-water services corporation, li skond din il-liġi li għandna quddiemna, se tkun affettwata mhux ħażin.", "Pero' jiena wisq nibża' li anke l-poplu se jkun affetwat mhux ħażin, imma f'dak il-każ finanzjarjament.", "Jiena nħoss li dan il-gvern ma jqisx il-polz tal-poplu.", "Biżżejjed insemmi l-ħlas ta' Lm70 għal servizz ġdid ta' l-ilma, li l-gvern Laburista kien neħħa fl-1996 għaliex ħass li Lm70 huma piż kbir.", "Imma hekk kif reġa' tela' fil-gvern, il-kuxjenza soċjali tal-partit Nazzjonalista ħasset li kellu jerġa' jintroduċi din il- fee.", "Mhux hekk biss, imma anke għal servizz ġdid tad-dawl irridu nħallsu Lm70 lira oħra.", "MR SPEAKER: Onor. Law, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "Min qed jipproponi?", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nippropni li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Law tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No)", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela on a point of order.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Iktar rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, forsi għall- ewwel darba hawnhekk għandna liġi li hija differenti ħafna mil-liġijiet li jwaqqfu awtoritajiet li qatt ittellgħu quddiem dan il-parlament.", "Din il- liġi se twaqqaf awtorita' li fost l-oħrajn se tirregola r-riżorsi minerali, jiġifieri kull tip ta' minerali, kemm dawk imtella' mill-minjieri kif ukoll dawk imtella' minn qiegħ il-baħar.", "Din il-liġi ma titrattax awtorita' li se titwaqqaf għall-gost imma awtorita' li se tkun kapaċi tikkumplimenta awtoritajiet u entitajiet eżistenti.", "Din l-awtorita' trid timxi bil-għaqal u tara li ma jkunx hemm ħela tar-riżorsi li waslu biex jispiċċaw.", "Din l-awtorita' trid timmaniġġja dak li m'għadux aktar manageable, għaliex jekk per eżempju l-proġetti maħsuba jaqbdu r-ritmu kollha f'daqqa, tista' tikber il-preokkupazzjoni li m'għandniex biżżejjed barrieri tal-qawwi li jipproduċu żrar tajjeb għall- kompożizzjoni tal-konkos.", "Mr Speaker, dawn huma l-problemi li din l- awtorita' se tkun qed tieħu ħsieb.", "Din l-awtorita' se tkun responsabbli li tirregola kważi l-attivitajiet kummerċjali kollha fil-qasam tal-manifattura u ta' ċerti servizzi, u għalhekk se tnaqqas xi ftit mir-responsabbilta' li għandha l-awtorita' ta' l-ippjanar.", "Jien u l-Onor.", "George Pullicino kważi kull ġimgħa konna nitrattaw is-sitwazzjoni tal-barrieri tal-qawwi, u konna anke wassalna lill- awtorita' ta' l-ippjanar biex tagħti l-permessi u tgħin lis-sidien tal- barrieri biex jirregolaw lilhom infushom.", "Jien kont preżenti għal-laqgħat fejn is-sidien tal-barrieri taw ir-raġunijiet tagħhom għaliex jixtiequ jkomplu jaħdmu, u tgħaxxaqt nara l-blat tal-barrieri qisu rħam.", "Għal diversi snin l-awtorita' ta' l-ippjanar kienet l-unika awtorita' responsabbli mill-ippjanar tar-riżorsi, pero' ma kinetx issir is- sorveljanza meħtieġa, bħal per eżempju f'Ħal Far u fiż-żona ta' Santa Margerita fil-Mosta, fejn hemm blat tal-qawwi tajjeb ħafna.", "Il-policies ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar suppost kellhom dejjem ikunu li ma jistax isir żvilupp ta' fuq riżorsi minerali li jistgħu jkunu tajbin biex isostnu żviluppi oħra meħtieġa.", "Imma maż-żmien rajna li ċertu żvilupp xorta sar, avolja konna nafu li l-bini kien qiegħed jinbena fuq blat li faċilment seta' jittieħed qabel ma jibda' l-bini.", "Huwa għalhekk li issa wasalna f'din is-sitwazzjoni.", "Jiena qed inġib eżempju bis-sitwazzjoni tal-barrieri għaliex ftit tal-ġranet ilu s-sidien tal-barrieri ftiehmu li jiffissaw prezz wieħed u li ma jagħtux materjal lil min ma jkunx jista' jħallas cash.", "Jiena jidhirli li m'huwiex ġust li settur daqshekk importanti fl- industrija tal-bini jingħaqad u jiddetta prezz biex il-qliegħ ikun garantit, pero' min-naħa l-oħra nifhem x'wassal lis-sidien tal-barrieri biex jieħdu deċiżjoni bħal din, għaliex minħabba l-kompetizzjoni li kien hemm bejniethom, kulħadd kien ikollu jraħħas kemm jiflaħ u jibqa' bl-istess prezzijiet għal snin twal.", "Imma l-liġijiet Maltin dwar il-kompetizzjoni ma jistgħux jaċċettaw manuvra ta' din il-kwalita', u għalhekk jien tlabt lid- dipartiment tal-kompetizzjoni ġusta biex jinvestiga dan il-każ u jara jekk is-sidien tal-barrieri humiex korretti fl-azzjonijiet li qed jieħdu.", "Se nikkwota minn din il-liġi li din l-awtorita' se tkun responsabbli \"li tiżgura kompetizzjoni ġusta f'kull prattika, operazzjoni u attivita' bħal dik\".", "Huwa għalhekk li jien qed insemmi dan il-każ tas-sidien tal- barrieri, għaliex jekk l-awtorita' taħdem tajjeb, tavviċina lil dawn is- sidien biex ikunu jistgħu jiggwadanjaw mill-kompetizzjoni.", "Jiġifieri din l- awtorita' se jkollha l-kapaċita' li tirregola l-prezzijiet.", "Din l-awtorita' li se tinħoloq, flimkien mad-dipartimenti li diġa' huma responsabbli mill-kompetizzjoni ġusta, se jaraw kif jagħmlu lis-settur kummerċjali tagħna aktar vijabbli.", "Huwa għalhekk li dħalt fid-dettall tal- problema li nħolqot fis-settur tal-barrieri taż-żrar, għax bħala pajjiż irridu nkunu responsabbli li mmexxu lil din l-industrija fl-aħjar direzzjoni, għax jekk tonqos l-effiċjenza ta' dan is-settur, tonqos il- kwalita' tal-prodott u jkollna nimportaw prodott alternattiv għaż-żrara Maltija li jista' jgħolli l-prezz tal-bini.", "It-tifsira li tagħti din il-liġi ta' distribuzzjoni hija t-trasport tal- provvista ta' l-elettriku fuq is-sistemi ta' vultaġġ medju jew ta' vultaġġ baxx, filwaqt li b'enerġija trid tfisser l-elettriku prodott miż-żjut.", "Din l-awtorita' se tkun qed tirregola d-distribuzzjoni ta' l-elettriku fil- pajjiż, u permezz tagħha, se ssir bidla importanti minn kif konna qegħdin naħdmu s'issa għal kif se nibdew naħdmu mat-twaqqif tagħha.", "Rigward l-ilma, din il-liġi tgħid li l-awtorita' għandha tipprovdi s- servizzi tar-rimi tad-drenaġġ u skart likwidu iżda m'għandhiex tieħu ħsieb l-ilma tax-xorb ibbottiljat.", "Din l-awtorita' se tikkumplimenta l-ħidma li kellhom s'issa l-water services corporation u l-korporazzjoni Enemalta.", "Sa mill-bidu tal-ħidma tagħhom, dawn il-korporazzjonijiet kienu resposabbli mill-ippjanar tar-riżors li jipprovdu, iżda llum qed isseħħ bidla fl- iżvilupp soċjali u ekonomiku ta' dan il-pajjiż għaliex il-gvern iddeċieda li wasal iż-żmien biex dawn l-entitajiet ma jibqgħux responsabbli mill- ippjanar tar-riżors weħidhom, iżda jibqgħu is-service providers ewlenin fit- tqassim ta' l-enerġija elettrika u ta' l-ilma.", "Il-gvern qed jgħid li f'dan il-pajjiż għandna bżonn ta' awtorita' li tispeċjalizza fl-ippjanar tal- produzzjoni u ta' l-użu ta' dawn ir-riżorsi.", "Irridu nifhmu li ż-żmien tal- monopolji għadda, għaliex bil-monopolji l-ebda suq ma jista' jkun kummerċjalment vijabbli.", "Din id-deċiżjoni li nagħmlu pass 'il quddiem m'hijiex waħda faċli, anzi hija riskjuża.", "Imma jekk m'aħniex lesti li nieħdu riskju allura nistgħu inħallu din il-liġi f'dan l-istadju u ma nkomplux niddiskutuha.", "Jekk bħal kull imprenditur ieħor irridu nassiguraw il-kwalita' u l-effiċjenza tas- servizzi ta' dawn il-korporazzjonijiet, irridu nieħdu r-riskju li npoġġu lil dawn l-entitajiet fuq linji kummerċjali li mhux se jħalluhom jgħixu l- ħajja faċli li kienu jgħixu s'issa, imma li se jġiegħluhom jirriskjaw, jerfgħu r-responsabbilta' u jifhmu li anke għalihom, mhux kollox jgħaddi, u li magħhom il-konsumatur jista' jfittex id-drittijiet tiegħu bħalma jista' jfittixhom ma' kull entita' kummerċjali oħra.", "Din hija l-qabża fil- mentalita' li dan il-pajjiż għaddej minnha b'mod silenzjuż.", "Jien jiddispjaċini li hawn min b'mod malizzjuż qed jipprova jtellef lill-pajjiż minn din l-opportunita'.", "F'pajjiżna rridu naslu biex entitajiet bħall- Enemalta u l-water services corporation ma jibqgħux regolaturi tagħhom infushom u allura ma jibqgħux iktar monopolji fl-għoti tas-servizz tagħhom.", "Għaldaqstant din l-awtorita' trid tikkumplimenta l-ħidma ta' dawn l- entitajiet mhux biex tagħmlilhom il-bsaten fir-roti, imma biex tassigura li dawn il-korporazzjonijiet ikunu offruti l-aħjar direzzjoni possibbli biex jibqgħu kummerċjalment vijabbli, jiġifieri joffru l-aħjar prodott bl-aħjar prezz u jifhmu li jkunu qegħdin jikkompetu mad-domanda għal prodott aħjar li kontinwament il-klijenti se jkunu qegħdin jitolbu.", "Allura, teknikament u forsi wkoll legalment, permezz ta' din il-liġi, għall-ġid tagħhom stess, l-Enemalta u l-water services corporation m'humiex se jibqgħu aktar monopolji, jiġifieri m'humiex se jibqgħu aktar dawk il-korporazzjonijiet li jiddisinjaw is-servizz, joffru s-servizz u jirregolaw lilhom infushom.", "Dan jawgura tajjeb issa li se jkollna wkoll dipartiment tal-konsumatur li għadda b'liġi mressqa mill-Onor.", "George Hyzler.", "Aħna wessajna l-firxa ta' servizzi li l-poplu Malti bħala klijent ta' dawn il-korporazzjonijiet jista' jitlob, u biex nikkomplementaw dan kollu, se nwaqqfu awtorita' regolatorja biex tgħin lil dawn il-korporazzjonijiet jippjanaw aħjar, tipproteġihom u tara li l-għoti tas-servizzi essenzjali bħad-dawl, l-ilma u l-ġebla Maltija jkunu qed jiġu mogħtija sew u l-prodott ma jkunx qed jiġi użat ħażin.", "Jiena nawgura li kif hawn imniżżel f'dan l-abbozz, din l-awtorita', peress li se tkun qed tirregola l-użu u l-metodi tar-rimi ta' l-iskart industrijali, tipproteġi l-ambjent.", "Din l-awtorita' se tispeċjalizza fil- ħarsien tar-riżorsi tagħna, mhux biex tiffossilizzahom u ma tħalliniex nużawhom, imma biex tara kif nistgħu nużawhom aħjar mingħajr ma jkollhom effetti negattivi.", "Jiġifieri per eżempju l-Enemalta, li kienet regolatur tagħha nnifisha u forsi ftit li xejn kien jimpurtaha mit-tip ta' duħħan li joħroġ miċ-ċumnija tagħha, issa permezz ta' din il-liġi, dak id-duħħan li huwa skart industrijali, se jiġi regolat b'mod aktar stabbli, anke biex saħħet il-ħaddiem li jaħdem f'dik l-istess entita' tkun iktar imħarsa.", "Jiena nittama li din l-awtorita' tiffunzjoni kif mixtieq, biex ikunu mħarsa l-pagi tal-ħaddiema, il-vijabbilta' kummerċjali u s-saħħa ta' l- entitajiet konċernati, jiġifieri ta' parti kbira mill-industrija tal- pajjiż.", "Jiena nawgura li din il-leġislazzjoni tkun kemm environmentally- friendly kif ukoll business friendly.", "Pass ħażin u mhux għaqli mill- mexxejja ta' din l-awtorita' jista' jkun pass iebes għall-attivita' industrijali tal-pajjiż.", "Għaldaqstant jiena nitlob biex dawk li se jkunu responsabbli minn din l-awtorita' jkunu aktar silenzjużi fil-metodu ta' kif jaġixxu, imma jkunu ferm għaqlin f'dak li se jkunu qed jirregolaw.", "F'pajjiżna, iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed qed tqum l-issue ambjentali, u ħafna kunsilli lokali qed jiddiskutu sa fejn għandhom jittollerew l- iżvilupp industrijali.", "Per eżempju l-kunsill lokali ta' Ħal Kirkop jinsab inkwetat għaliex l-MDC qed tikkonsidra li tagħti xi biċċa art lill- kumpannija Multigas.", "Issa, bl-għajnuna ta' din l-awtorita', Ħal Kirkop se jkun jista' jikkonferma jekk din il-kumpannija hijiex se tikkrea xi periklu jew le.", "Il-kunsill lokali ta' Birżebbugia jinsab inkwetat fuq l-effetti ambjentali li jħalli l-petroleum division ta' l-Enemalta.", "Sa issa, peress li din il-korporazzjoni kienet tirregola lilha nnifisha, kienet tiddeċiedi hi x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin fiz-zona industrijali tagħha.", "Jiena persważ li l-komunita' ta' Birżebbuga u l-korporazzjoni Enemalta għaddejjin minn diskussjonijiet biex isolvu l-problema taż-żejt li qed joħroġ fil- baħar.", "Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi jittratta b'mod serju ħafna l-metodu ta' kif nistgħu nagħmlu użu mir-riżorsi tagħna u nidħlu fis-settur kummerċjali.", "Din il-liġi se tgħin ukoll biex in-numru kbir ta' ħaddiema li jifformaw parti mill-korporazzjoni Enemalta u mill-water services corporation, ikollhom ix-xogħol tagħhom garantit peress li l-kumpanniji rispettivi se jiġu mqiegħda fuq linji kummerċjalment vijabbli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: L-Onor.", "Vassallo għadu kif ikkritika lil min ma jaqbilx mat-twaqqif ta' din l-awtorita', anzi qal li għandna nawguraw lil din l-awtorita'.", "Kieku nieħdu l-parir tiegħu indumu xi ftit nawguraw, għax l-awtoritajiet qed ifaqqsu qishom flieles, imma aħna ma ġejniex hawnhekk biex noqogħdu nawguraw!", "Aħna qegħdin hawn biex nevalwaw, nanalizzaw u nikkritikaw dak li jkun qed isir.", "L-Onor.", "Vassallo staqsa kif jista' jkun li ngħaddu mingħajr din l-awtorita', u aħna nistgħu ngħidulu li iva, nistgħu ngħaddu mingħajr din l-awtorita', għax ix-xogħol kollu li semma' m'hemmx għalfejn isir bilfors minn awtorita'.", "Sur President, l-oppożizzjoni Laburista taqbel li skond kif inhu mniżżel f'dan l-abbozz, ikun hemm separazzjoni bejn il-funzjoni regolatorja u l- operational functions fil-proviżjoni tal-utility services.", "Pero' x-xogħol irid isir bis-serjeta' u mhux bil-konfużjoni, kif sfortunatament qed jiġri f'ħafna awtoritajiet.", "Per eżempju aħna konna staqsejna lil korporazzjoni partikolari għall-business plan tagħha u qaltilna li m'għandha l-ebda business plan.", "Jekk dawn huma l-korporazzjonijiet li qed niftaħru bihom, jiddispjaċini ngħid li they leave much to be desired.", "Huwa tajjeb li jiġu stabbiliti l-istandards tal-kwalita' u s-sigurta' fl-oqsma kollha, u huwa tajjeb ukoll li jkun regolat l-iżvilupp u l-maintenance ta' sistemi effiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħna u jħarsu l-ambjent.", "Il-problema ta' l-ambjent hemm bżonn li tiġi ndirizzata l-ħin kollu, għaliex kulħadd jaf li ħafna mill-mard li qed jaħkimna huwa riżultat tat- tniġġis li għandna fl-arja.", "Nafu li skond rapport maħruġ mid-WHO, f'Malta għandna waħda mill-ogħla rati ta' mard respiratorju, u li l- kwalita' ta' arja sejra lura għaliex għandna wisq tniġġis li prinċipalment qed jiġi kkawżat mill-power stations u mill-karozzi.", "Allura huwa ovvju li għandna ninvestu fil-ħarsien ta' l-ambjent biex ikun hawn iktar nies b'saħħithom.", "Aħjar ninvestu fil-prevenzjoni tal-mard milli fil-kura tiegħu.", "Nistgħu noħolqu inċentivi, bħalma jagħmlu pajjiżi barranin, biex nipproteġu aktar l-ambjent.", "Per eżempju l-kumpannija ta' l-elettriku Virgin Energy tagħti lira lill-konsumaturi għal kull 1% li jnaqqsu fil- konsum ta' dak li jista' jniġġes l-ambjent.", "Kumpannija oħra toffri green electricity permezz ta' enerġija ġenerata mill-wind power.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed iħejji t-triq għall-privatizzazzjoni u għal- liberalizzazzjoni ta' parti mill-operations ta' l-Enemalta u tal-water services corporation.", "Laqatni l-fatt li l-ministru ġibed l-attenzjoni ta' l-Onor.", "Buhagiar, għaliex donnu li l-gvern jaħsibna ħmir u jippretendi li naċċettaw kollox qisna xi ċorma mogħoż li ma nafux nanalizzaw l-affarijiet.", "Xogħolna m'huwiex li niġu hawnhekk u noqogħdu naqraw il-liġi u niddeskrivuha imma xogħolna hu li nanalizzawha u mmorru lil hinn biex naraw x'inhuma l-implikazzjonijiet warajha.", "Xi jkun jiswa d-dibattitu jekk ma nenfasizzawx dak li jkun se jiġri?", "Sur President, l-Unjoni Ewropea ilha tgħidilna sa mill-avis ta' l-1993 li l-fatt li f'Malta l-elettriku huwa monopolizzat ipoġġina fi stat ta' inkompatibbilta' mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk għandhom jitneħħew id-drittijiet esklussivi li għandha l-Enemalta biex timporta ż- żejt.", "Kull dokument li ħareġ minn dakinhar baqa' jenfasizza l-fatt li rridu nbiddlu l-mod ta' kif qed topera l-Enemalta.", "Huwa għalhekk li aħna ngħidu li l-privatizzazzjoni se ssir mhux fl-interess ta' Malta imma fl- interess ta' l-Unjoni Ewropea, u fil-fatt in-national plan for the adoption of the acquis qed jorbotna li nagħmlu hekk sas-sena 2003 u qed jgħidilna li l-prijorita' short-term għandha tkun it-twaqqif ta' awtorita' tar-riżorsi li fost l-oħrajn tieħu ħsieb li tirregola l-enerġija.", "Allura kif il- ministru jgħidilna li qed niddiskutu r-regolatur mhux il-liberalizzazzjoni u l-privatizzazzjoni meta dan qiegħed miktub iswed fuq l-abjad fl-NPAA?", "Jiena nerġa' ngħid li din il-liġi hija parti mill-proċess ta' liberalizzazzjoni li l-Unjoni Ewropea trid li jsir.", "L-NPAA qed jgħid li għandu jitneħħa l-monopolju fl-importazzjoni u d- distribuzzjoni tal-fuel, li hija l-parti li tħalli l-qligħ.", "Naturalment il- privat se juri interess f'din il-parti waqt li l-ġenerazzjoni ta' l- enerġija li dejjem taħdem at a loss, tibqa' f'idejn il-gvern.", "Huwa għalhekk li aħna dejjem nisħqu li kull pajjiż qiegħed f'sitwazzjoni differenti u mhux kulma jsir f'pajjiżi oħra neċessarjament japplika għal pajjiżna.", "Hemm bżonn li kulħadd jifhem kemm hu importanti li jkollna l- power li niddeċiedu aħna dwar dak li jolqot lilna.", "Irridu noqogħdu attenti għax peress li qed ngħixu fi żmien ta' globalizzazzjoni, min jissettja t- trends ħafna drabi ma joqgħodx jagħti kas is-sitwazzjoni partikolari ta' xi pajjiż bħal tagħna.", "L-istoriku Urugwajan Eduardo Galliano kiteb li:", "\"the problem with the specialised division of labour between nations is that some nations specialize in winning and others in losing.", "Winners specialize in fixing the rules to ensure that the losers stay where they are\"", "u dan qed narawh jiġri fil-globalizzazzjoni.", "Huwa għalhekk li rridu nżommu l-jedd li nkunu aħna li niddeċiedu għalina nfusna, għax inkella nitkaxkru mal-kurrent.", "Fil-white paper dwar il-privatizzazzjoni li ppubblika l-Ministru Dalli naraw li l-Enemalta qiegħda minn ta' l-ewwel fuq il-lista.", "Dan ikompli jikkonferma l-fatt li dak li qed isir m'huwiex qed isir fl-interess tal- bżonnijiet tal-pajjiż imma qed isir sempliċement biex niġu in line ma' l- NPAA.", "Il-Partit Laburista m'huwiex all out kontra l-privatizzazzjoni - per eżempju aħna qbilna li fil-qasam tat-telecoms kien hemm bżonn li dan jiġi privatizzat għax kien hemm kollox staġnat - imma aħna kontra dik it- tip ta' privatizzazzjoni li tmur kontra l-interess tal-poplu.", "U bħalissa hekk qed isir, għax ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea qed jiddettawlna x'għandna nagħmlu f'kull qasam, u mhux qed iħarsu lejn il-ħteġijiet partikolari ta' pajjiżna.", "F'din is-sitwazzjoni, ikun tajjeb jekk inħarsu lejn dak li għaddew minnu pajjiżi oħra biex nitgħallmu mill-esperjenzi ta' ħaddieħor.", "Per eżempju, artiklu partikolari li deher fil-business supplement ta' \"The Observer\" ta' nhar il-Ħadd li għadda jgħid li minn survey li sar instab li wara l- liberalizzazzjoni ta' l-enerġija, 75% tal-konsumaturi spiċċaw iħallsu ħafna iktar milli kienu jħallsu qabel għall-provvista tal-gass u ta' l-elettriku.", "Dan ir-rapport jgħid li jekk jiġi liberalizzat is-settur tas-servizzi postali kif qed tipproponi l-Unjoni Ewropea, bejn il-pajjiżi membri ta' l- Unjoni se jintilfu madwar 2 miljun impjieg.", "Dan l-artiklu jgħid ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi postali, il-prezzijiet għall- konsumaturi se jogħlew, u b'riferenza għall-Kummissjoni Ewropea, dan l- artiklu jgħid li:", "\"The commission's proposals would inevitably lead to higher prices for mail.", "The Commission are taking a leap of faith.", "They are going too far too quickly\".", "Rigward il-posta wieħed jista' anke jieħu eżempju minn dak li ġara f'pajjiżna, fejn is-servizz sar inqas effiċjenti.", "Jien niftakar żminijiet fejn jekk l-ittri jintefgħu fil-letter box qabel is-7.00 a.m., kienu jaslu dakinhar stess, pero' llum jidher li dan m'għadux il-każ.", "Biex nerġa' lura għal dan ir-rapport, il-Franċiżi qed jopponu għal- liberalizzazzjoni tas-servizzi postali minħabba l-fatt li se jintilfu ħafna mpjiegi.", "Anke t-trade unions ta' l-Ingilterra se jieħdu azzjoni, għaliex hu kalkolat li f'dan il-pajjiż, minn 200,000 impjieg mas-servizzi postali se jintilfu 50,000.", "Fl-Ingilterra kulħadd qed jitkellem fuq ir-re-nationalisation, għaliex wara għaxar snin minn meta l-ilma ġie pprivatizzat, il-prezzijiet baqgħu telgħin, u minn kull lira l-operating profits jieħdu madwar 45p.", "Min ħa l- kuntratt ta' l-ilma qed jgħid li għadu fuq il-learning curve, imma l-poplu Ingliż issa ddejjaq iħallas talli dan dam daqshekk biex jitgħallem.", "Fl- Ingilterra wkoll, ir-regolatur jiddetermina l-prezz imma l-konsumaturi ma jistgħux jappellaw kontra l-għoli kontinwu tal-prezzijiet jew jaraw l- accounts tal-kumpannija li min-naħa tagħha, jekk ma taqbilx mar-regolatur, tista' tappella għand il-competition commission.", "Qed ngħid dan kollu biex nenfasizza l-bżonn li nħarsu lejn l-affarijiet b'mod iktar profond u nitgħallmu mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra.", "Ir-rapport li deher fil-gazzetta \"The Observer\" jgħid ukoll li:", "\"Water privatisation could look like a mere episode and not the reversable policy that was painted when Mrs Thatcher claimed and was believed to know where history was heading.\"", "Fi kliem ieħor ir-rapport qed jgħid li l-privatizzazzjoni tas-settur ta' l-ilma fl-Ingilterra seta kien esperiment imma żgur li m'huwiex a reversible policy bħalma kien impinġi dak iż-żmien minn Margaret Thatcher, li ħasbet li kienet taf fejn kienet miexja d-dinja.", "Kif għedt qabel, importanti li meta nitkellmu f'dan il-parlament, ma noqogħdux nawguraw u nagħtu l-prosit biss, imma nidħlu fil-fond ta' dak li jkun qed jiġi diskuss biex noħorġu dak li hu l-aħjar għall-poplu tagħna.", "It-tieni ħaġa li fl-introduzzjoni tiegħi għedt li l-Partit Laburista ma jaqbilx magħha hija t-twaqqif ta' awtorita' oħra.", "Fl-aġenda tal-parlament ta' din il-ġimgħa hemm elenkat li jridu jitwaqqfu tliet awtoritajiet oħra.", "Kif għedt fil-bidu, il-Partit Laburista jaqbel li jkun hemm distinzjoni bejn min jirregola u min jipprovdi s-servizz, għax ma jistax ikun li dik il- kumpannija li qed tagħti s-servizz tkun l-istess waħda li tiġġudika jekk dak is-servizz huwiex ta' ċertu standard.", "Hemm bżonn ta' xi ħadd li jara li dak li qed jingħataw il-konsumaturi ma jagħmilx ħsara lilhom jew lill- ambjent, imma huwa importanti li l-informazzjoni tkun pubblikata wkoll biex kulħadd ikun jaf x'qed jiġri, u huwa importanti wkoll li r-regolatur jagħmel pressjoni fuq il-providers biex jgħollu l-livell tas-servizz li jkunu qed jagħtu.", "Pero' d-diffikulta' tiegħi hi għaliex ir-regolaturi meħtieġa għandhom jieħdu l-forma ta' awtorita' biex il-gvern ikompli jfaqqas minnhom bl-addoċċ, biex permezz tagħhom il-gvern ikompli jkabbar in- network tal-ħbieb li jmexxu l-qasam amministrattiv.", "Għandna ħafna eżempji ta' twaqqif ta' non-government organisations, bħal per eżempju t-twaqqif ta' l-ETC.", "Nistgħu ngħidu li din il-liġi hija kkupjata kważi kelma b'kelma mil-liġi li waqqfet id-dipartiment tax- xogħlijiet, u għalhekk wieħed bilfors ikollu jistaqsi għalfejn qed jitwaqqfu dawn il-korporazzjonijiet kollha meta fl-istess nifs qed jingħad li jrid jitnaqqas l-infiq.", "Mr Speaker, naturalment ħadd ma jista' jinnega l-fatt li anke amministrazzjonijiet Laburisti preċedenti kienu waqqfu xi awtorita', pero' f'dawn l-aħħar għaxar snin ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, l- awtoritajiet twaqqfu b'rata iktar mgħaġġla min-normal, u jiena bħala l- kelliema għall-public policy, bilfors ikolli niġbed l-attenzjoni dwar il- problemi li qed jinħolqu mal-ħaddiema taċ-ċivil peress li dawn l- awtoritajiet qed jitmexxew min-nies magħżula li apparti milli għandhom inqas accountability għaliex m'humiex 100% impjegati mal-gvern, qed jiġu offruti kundizzjonijiet ħafna aħjar minn tal-ħaddiema taċ-ċivil.", "Kieku dawn l-awtoritajiet qed jiffunzjonaw kif suppost, kieku almenu wieħed ikun jista' jgħid li qed nieħdu xi ħaġa, imma kulħadd jaf li l-effiċjenza ma żdiditx u li xorta l-poplu mhux qed ikun moqdi.", "Mr Speaker, jien naħseb li jekk isir isforz l-affarijiet jirranġaw ruħhom.", "Per eżempju meta l-Partit Laburista kien fil-gvern kien hemm min issuġġerixxa li ssir awtorita' għall-protezzjoni ċivili, imma mill- esperjenza tagħna tgħallimna li ħafna minn dawn l-awtoritajiet ma jkunux effiċjenti u għalhekk ma ridniex inkomplu niżbaljaw billi nwaqqfu awtorita' oħra.", "Minflok awtorita' waqqafna d-dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "Anke dan il-gvern waqqaf dipartiment fil-qasam tal-konsumatur u għalhekk ma nafx għaliex ma nkomplux naħdmu iżjed f'din it-triq.", "Meta jitwaqqaf dipartiment, hemm il-vantaġġ ta' l-esperjenza u l-accountability tan-nies taċ-ċivil.", "Ma jistax ikun li kif anke qal l-awditur ġenerali fir-rapport tiegħu, dipartiment li suppost għandu jkollu aktar dħul mid-dipartiment ta' l-artijiet, ifalli milli jagħmel dan minħabba n-nuqqas tar-riżorsi umani.", "M'huwiex ġust li narmaw l-awtoritajiet bil-kapijiet u bid-diretturi li jitħallsu b'salarji fenomenali, imbagħad inħallu lid-dipartimenti tal-gvern nieqsa mill-istaff, meta fuq kollox minn kemm ilu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, impjega kważi 3000 ruħ maċ-ċivil.", "MR SPEAKER: Onor. Dalli, nitolbok tikkonkludi għax sar il-ħin.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mela nieqaf hawn, Sur President.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu jressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproni l-Aġġoranment tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa, 19 ta' Lulju, fid-9:00 a.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Għaqdiet Koperativi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Mr Speaker, proprju ftit tal-jiem ilu ġewwa din il- Kamra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għamel appell lill-membri kollha ta' din il- Kamra u anke lin-nies legali biex waqt il-vaganzi tas-sajf jipprovaw jaħdmu flimkien biex malajr kemm jista' jkun tiġi ppreżentata liġi illi għandha x'taqsam dwar il-protezzjoni u d-drittijiet ta' l-annimali.", "Tista' tgħid illi ġewwa Malta kien hawn kor unanimu ta' qbil dwar din il-proposta u kienu biss ftit nies li għandhom għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni minħabba mibegħda politika li pprovaw jirridikolaw din il-proposta.", "Nhar il-Ħadd, meta kont qiegħed naqra l-gazzetta \"The Independent on Sunday\", ħassejtni daqsxejn sorpriż bid-dikjarazzjoni li għamlet l-għaqda kaċċaturi u nassaba konservazzjonisti li qalu li l-bniedem biss għandu jkollu d-drittijiet u mhux l-annimal.", "Qalu wkoll li hawn anke bnedmin li m'għandhomx drittijiet.", "Fl-istess intervista dawn qalu li huma kontra kull moħqrija fuq l-annimali.", "Qalu wkoll li l-erba' għaqdiet li jirrappreżentaw il-kaċċaturi huma favur liġi kontra l-moħqrija lejn l-annimali u huma favur liġi li tagħti ċerti drittijiet u protezzjoni lill-annimal.", "Hawn min jistaqsi dwar kif jista' jkun li kaċċatur ikun favur li l-annimal ikollu dritt.", "Jiena rrid ngħid biss illi fil-pajjiżi kollha tad-dinja l-kaċċa hija permessa.", "Saħansitra ħafna pajjiżi li nqisuhom li huma ħafna iktar żviluppati minna li jippermettu l-kaċċa pero' fl-istess ħin irrikonoxxew illi l-annimal għandu jkollu ċertu ammont ta' drittijiet.", "Mr. Speaker, irrid ngħid ukoll li jekk f'Malta hawn xi ħadd illi jidhirlu illi hawn persuni illi m'għandhomx drittijiet, dan għandu jgħid x'inhuma dawn in-nuqqasijiet biex l-affarijiet jiġu rranġati.", "Huwa veru li sa' ċertu punt hawn min għandu drittijiet aktar minn ħaddieħor għaliex hawn min donnu jikser il-liġi mingħajr ma jittieħdu passi kontra tiegħu, pero' ma naħsibx illi hawn Malta qegħdin f'sitwazzjoni fejn wieħed jista' jgħid illi hawn persuni illi ma għandhomx drittijiet.", "Barra minn hekk jekk min qal hekk iħoss li hawn ċertu nies li m'għandhomx drittijiet dan ma jfissir li l- annimal ukoll ma għandux ikollu d-dritt tiegħu.", "Issa dawn id-drittijiet, wara kollox x'inhuma?", "Mr. Speaker, jiena ma naħsibx li lill-annimali se nagħtuhom il-vot, id- dritt ta' xogħol jew l-ugwaljanza bejn is-sessi imma rridu nagħtuhom id- dritt li ma jinħaqrux.", "Kulħadd jaf li llum ġewwa pajjiżna bdiet titqajjem ċerta awareness fuq din il-ħaġa.", "Kważi kuljum qegħdin naraw fil-gazzetti każi ta' annimali illi jgħaddu minn kwalunke tip ta' tbatija imposta fuqhom mill-bniedem, tbatija li xi kultant tkun magħmula apposta u xi kultant minħabba negliġenza.", "Din hija ħaġa tajba għax wara kollox apparti l-uġiegħ fiżiku, meta jinħaqar annimal iħoss ċertu ammont ta' uġiegħ psikoloġiku wkoll.", "Mr. Speaker, bħala kaċċatur jiena m'inix xi estremista pero' jiena nemmen li l-annimal qiegħed hemm għax ħalqu Alla għall-użu tal-bniedem.", "Dan anke fil-kas ta' annimal selvaġġ.", "Dan qiegħed hemm biex jagħti pjaċir lil min jarah u fl-istess ħin għandu rwol ukoll biex in-natura - dik li tissejjaħ ecosystem - tkompli għaddejja.", "Mr Speaker, hemm annimali oħrajn li jispiċċaw f'gaġeġ kemm ġo universitajiet, kemm ġo sptarijiet kif ukoll ġo laboratorji biex jistudjaw fuqhom.", "Dan bilfors irid isir għax dan inti ma tistax tagħmel ċerti esperimenti fuq il-bnedmin qabel ma tkun ċert mill-oġġett.", "Hemm annimal oħra li jinqatlu biex jistudjaw fuqhom l-istudenti tal-bioloġija.", "Hemm annimali illi jittrabbew għall-ikel jew inkella biex jagħtu xi prodott tagħhom bħal ħalib.", "Annimali oħrajn jittrabbew għall-ġilda tagħhom u hemm annimali li huma pets u allura qegħdin hemm biex jagħtu pjaċir lil sidhom.", "Għandek annimali oħrajn illi li jintużaw anke għax xogħol.", "Per eżempju quddiem il-bini tal-parlament naraw ta' kuljum ċertu ammont ta' żwiemel bil- karozzin.", "Issa lil dawn neħħewlhom it-tinda fejn kienu jiskennu mix-xemx u f'daqqa waħda ġew mingħajr saqaf fuq rashom.", "Barra minn dawn li semmejt, fl-antik kienu jintużaw annimali oħra biex jaħartu bihom u għall-ġarr.", "Fix-xogħol tal-pulizija jintużaw ukoll iż- żwiemel, kif ukoll il-klieb li jixommu d-droga u l-bombi.", "Hemm annimali oħra li ġieli narawhom fiz-zoos.", "Safejn naf jien hawn Malta m'hawnx imma hemm annimali f'Sant' Anton li fl-opinjoni tiegħi ma tantx qegħdin fi stat tajjeb.", "Dawn ukoll għandhom ikunu salvagwardati minn ċerta moħqrija.", "Wara kollox anke jekk ikollok karozza, ukoll għandek tieħu ħsiebha, aħseb u ara jekk inti jkollok annimal ħaj u li jħoss l-uġieh.", "Mr Speaker, dawn l- eżempji kollha semmejthom biex nuri kemm in their own way, l-annimali qed jgħinu lill-bniedem.", "M'hemm assolutament xejn ħażin li dawn l-annimali jintużaw b'dan il-mod pero' għandu jkun hemm regolamentazzjoni biex l- annimal in kwestjoni ma jkunx maħqur.", "Mr Speaker, jiena bl-ebda mod m'jien qiegħed nikkritika lill-għaqda nassaba u konservazzjonisti.", "Dawn huma kollha ħbieb tiegħi u naf li huma nies serji.", "Lil dawn irrid nassigurahom li l-liġi li nixtiequ nipproponu m'hijiex se tneħħilhom affarijiet li huma ggwadanjaw favur il-kaċċatur u n- nassab.", "Irrid ngħidilhom ukoll li jekk huma għandhom xi diffikulta' jistgħu faċilment javviċinaw lill-partit.", "Wara kollox il-partit huwa miftuħ għal kulħadd, dejjem sema' l-opinjoni ta' kulħadd u jekk huma jridu xi informazzjoni fuq x'għandu f'moħħu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq din il-liġi huma jistgħu faċilment ikellmuh.", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li hu dejjem kien aċċessibbli u jew hu jew inkella xi uffiċjal tal-partit żgur li jkellimhom.", "Jekk hemm xi biża' mill-għaqdiet tal-kaċċaturi din għandna tkun proprju t-triq li qabad il-gvern li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Jiena m'għandi l-ebda dubju li jekk nissieħbu f'din l-unjoni dak li kiseb il-kaċċatur tul iż-żmien se jintilef.", "Nagħlaq billi ngħid li din hija liġi tajba u hija ħasra li s'issa għadna ma smajna assolutament xejn dwarha.", "Din hija liġi li veru hawn bżonnha u jiena nappella lil dawk kollha illi jridu illi liġi bħal din tgħaddi biex ikomplu jsemmgħu leħinhom kif fil-fatt qegħdin jagħmlu fil-gazzetti.", "Bħalissa mill-parlament jinsabu għaddejjin liġijiet waħda wara l-oħra bil- mass production u kieku l-ekonomija timxi bil-pass illi miexi l-gvern fil- proponimenti tal-liġijiet, mhux qtajna d-dejn imma kieku m'hawn problemi ta' xejn ġo dan il-pajjiż.", "Issa li ġej is-sajf se jkollna ċertu ammont ta' żmien għall-vaganzi u jiena ċert li kemm min-naħa tagħna kif ukoll min-naħa tal-gvern hemm nies illi joffru s-servizz tagħhom biex tiġi mfassla liġi bħal din.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki.", "L-Onor.", "Carmelo Abela", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nibda l-aġġornament tal-lejla billi nsellem żagħżugħ Żejtuni ta' 19-il sena, Jonathan Azzopardi, li proprju l-Ħadd li għadda ħalla ħajtu fil-baħar.", "Illum attendejt għall- funeral li sar proprju fil-knisja l-antika ta' Santa Katerina, magħrufa bħala ta' San Girgor fiż-Żejtun, fejn spikkaw l-aktar l-ammont kbir ta' żgħażagħ li attendew sabiex jagħtu t-tislima lil dan il-ħabib tagħna.", "Minn hawnhekk nixtieq ukoll nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familjari u lill- ħbieb kollha tiegħu.", "Irrid nġid li Jonathan kien żagħżugħ eżemplari bil-mod kif kien iġib ruħu u wieħed għandu jimita l-kwalitajiet sbieħ tieġu.", "Mr Speaker, xtaqt ukoll insemmi xi punti li jirrigwardaw l-isports f'pajjiżna u nixtieq nibda bil-Malta racing club.", "Dan huwa l-kumitat inkarigat mit-tmexxija tal-Marsa, l-aktar fejn jidħlu t-tiġrijiet taż- żwiemel.", "Nafu kemm dawn it-tiġrijiet huma popolari u kemm huma segwiti min- numru kbir ta' dilettanti Maltin u anke Għawdxin.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li wara l-football, f'pajjiżna l-aktar sports segwit huwa t-tiġrijiet taż-żwiemel.", "Fil-fatt anke bħala attendenzi xi kultant dan l-isport jisboq anke lill-football pero' jiddispjaċini ngħid li l-intenzjoni tal-gvern rigward il-Malta racing club jidher li m'hijiex waħda ġenwina u li tirrispetta l-ġid veru ta' dan l-isport popolari.", "Jien għandi l- informazzjoni li n-nies li se jaħtar fuq dan il-kumitat minflok jispiraw biex dan l-isports ikompli jimxi 'l quddiem se jħarsu lejn interessi oħrajn.", "Hawnhekk nappella lill-gvern biex jagħżel nies li għandhom għal qalbhom dan l-isport.", "Il-gvern m'għandux jagħmel l-għażla tiegħu sempliċement biex jaqdi nies li huma tal-qalba U min verament għandu għal qalbu l-ġid ta' dan il-club għandu wkoll jagħmel l-appell tiegħu biex fuq il-kumitat il-ġdid jiġu mpoġġija nies li verament għandhom għal qalbhom dan l-isport.", "Mr. Speaker, irrid ngħid li fil-kumitat preżenti hemm diversi problemi, fosthom li wara li kienu rriżenjaw il-membri tal-kumitat kollu, dawn qatt ma reġgħu qabdu art biex jibdew jaħdmu lkoll flimkien.", "Din hija ħasra, pero' rrid ngħid li l-gvern baqa' gallarija minkejja li kien jaf li kien hemm problemi serji u minkejja li kien jaf li proprju tliet persuni li ma kinux qed jattendu għal-laqgħat b'mod kontinwu xorta baqgħu jiddettaw x'jiġri fil-Marsa.", "Dan huwa insult lil dan l-isport popolari kif ukoll insult lill-istess membri sħabhom li suppost ħadmu magħhom fi ħdan il- kumitat innifsu.", "L-isfortuna hi li wħud minn dan in-nies li qed jagħmlu din il-ħsara se jkunu qegħdin il-kumitat il-ġdid li se jinħatar minn hawn u ftit ieħor.", "Għalhekk nerġa' nappella biex il-gvern ibiddel il-ħsibijiet tiegħu.", "Mr. Speaker, xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-kunsill Malti ta' l- isports.", "Ftit taż-żmien ilu kellna l-okkażjoni nitkellmu fuq riżoluzzjoni li kienet tikkonċerna numru sabiħ ta' artijiet biex jingħataw lil għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi.", "Il-kunsill Matli għall-isports għall-ewwel darba ġie mgħobbi bir-responsabbilta' li jagħmel il-monitoring neċessarju biex jara li l-clubs u l-assoċjazzjonijiet jimxu fedelment mal-kuntratt.", "Fl- intervent tiegħi jiena kont ikkritikajt din il-ħaġa u semmejt li dan sar minħabba li l-kunsilli lokali rrifjutaw li jkomplu jagħmlu dan il- monitoring huma.", "Bir-riżorsi umani u finanzjarji li għandu, l-kunsill Malti għall-isports ma' jistax jopera u għalhekk hemm bżonn li l-gvern jara bis- serjeta' li jkun hemm persuna reposonsabbli li tagħmel dan.", "Jiena m'għandi xejn kontra illi l-kunsill Malti għall-isports ikun hu responsabbli minn dawn in-nies pero' naħseb li huwa unfair fuq il-kunsill Malti għall-isports li l-gvern għamel din klawsola sempliċement biex jimla l-vojt li ħallew il- kunsilli lokali.", "It-tielet ħaġa li nixtieq insemmi hija proprju l-għeluq tal-mitt sena tal- Malta football association.", "Naturalment din hija okkażjoni sabiħa u ġustament, biex tiċċelebra u tikkommemora din l-okkażjoni, l-MFA organizzat diversi inizjattivi.", "Mr Speaker minkejja n-nuqqas ta' suċċessi f'dak li jirrigwarda riżultati rrid ngħid li l-MFA tgawdi rispett għal dak li għandu x'jaqsam ma' amministrazzjoni.", "Ċertament li l-president Joe Mifsud, bħal presidenti oħrajn ta' qablu qed jagħmel xogħol siewi għall-football f'pajjiżna u huwa bniedem rispettat anke internazzjonalment, kemm meta serva fl-eżekuttiv tal-FIFA - u sfortunatament ma ġiex ri-elett fl-aħħar elezzjonijiet - kif ukoll għall-elezzjoni suċċess li kellu f'dik li għandha x'taqsam il-UEFA.", "Irrid ngħid ukoll li anke l-President tal-FIFA stess, Sir Blatter, kien wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li Dr Joe Mifsud qiegħed jagħmel fuq skala internazzjonali u ċertament dan jagħmlilna ġieħ speċjalment meta wieħed iqabbel id-daqs ta' pajjiżna ma dak ta' pajjiżi oħra.", "Mr. Speaker, nixtieq ukoll nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil sportiv ieħor.", "Hawnhekk qed nirreferi għas-Sur Emmanuel Zammit, li għat-tieni darba konsekuttiva ntgħażel biex jagħmliha ta' assistant referee f'kompetizzjoni verament importanti.", "Wara li kien intgħażel biex jassisti għal-logħob tat- Tazza tad-Dinja li saru fi Franza, għal darba oħra s-Sur Zammit intgħażel ukoll għall-Euro 2000.", "Jiena naħseb ukoll li fil-logħbiet li kellu għamel isem tajjeb lil pajjiżna u lir-referees f'pajjiżna li ħafna drabi jiġu kkritikati mill-isportivi b'mod ġenerali għad-deċiżżjonijiet illi jieħdu.", "Nieħu gost ukoll illi numru sabiħ ta' referees u assistant referees qed jiġi msejħa biex imorru jirreffjaw logħbiet oħrajn ta' diversi kompetizzjonijiet li l-UEFA qed torganizza bħaċ-champions league kif ukoll it-tazza UEFA.", "Naħseb li dan jagħmlilna kuraġġ u jħajjar ukoll aktar żgħażagħ li jidħlu fix-xogħol iebes li jagħmlu r-referees.", "Huwa importanti li jkollna aktar nies li jiddedikaw ftit mill-ħin liberu tagħhom, ħafna drabi b'sagrifiċċji, biex l-isports f'pajjiżna, b'mod partikolari l-isport tal-football ikun jista' jiġi pprattikat.", "Qasam ieħor li xtaqt insemmi huwa dak li għandu x'jaqsam mal-kumitat olimpiku Malti.", "Fil-fatt il-kumitat olimpiku Malti ngħatawlu premises ġodda fil-pixxina nazzjonali u dan wara li gvern laburista kien ukoll ħaseb biex jagħmel ċerta ħidma mhux biss biex jgħolli l-finanzi ta' dan il-kumitat Olimpiku Malti imma biex jagħtih ukoll premises ġodda.", "Issa għandu premises aħjar milli kellu u naturalment dan il-kumitat jista' jaħdem aħjar.", "Wara kollox jekk ma jkollokx minn fejn taħdem, ma tistax taspira li jkollna suċċess fil-qasam sportiv, aktar u aktar fid-dawl ta' l-organizzazzjoni tal- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li fis-sena 2003.", "Dan qed ngħidu għax naħseb li huwa ġustifikat li aħna nippjanaw biex il-logħob f'pajjiżna jkun suċċess għall-atleti tagħna.", "Jiena nawgura li l-kumitat olimpiku Malti, issa li għandu l-premises aħjar minn kif kienu, jagħmel ħidma tajba b'risq l-isports f'Malta.", "Nawgura wkoll li aktar u aktar żgħażagħ u tfal jitħajru sabiex jipparteċipaw f'xi sport, l-aktar u aktar meta jafu li għada pitgħada jistgħu jirrappreżentaw lil pajjiżna f'diversi kompetizzjonijiet.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 19 ta' Lulju 2000, fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - SKOLA SAN ĠUŻEPP", "17878.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola sekondarja tas-subien San Ġużepp qed tintbagħat fil-bini ta' l-iskola tas-snajja' fil-Marsa, post żgur mhux addattat, meta tfal bħal dawk li jmorru f'San Ġużepp għandhom bżonn ambjent iżjed stimolanti u interessanti flok diżutli, mitluqa u żdingat biex iżjed jitfagħhom lura?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nassigura lill-Onor.", "Membru li l-ambjent fl-iskola fil-Marsa la kien, u aktar u aktar mhux se jkun, diżutli, mitluq u żdingat.", "Rappreżentanti ta' l-istaff ta' l-iskola sekondarja ta' San Ġużepp f'Kordin kienu ġew mistiedna biex huma ukoll jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il- bżonnijiet ta' l-iskola sekondarja.", "Diġa' qed isir ħafna xogħol biex din l-iskola ssir aktar stimolanti u interessanti.", "Fil-fatt qed isir xogħol ta' tibjid ma' kullimkien; qed isiru toilets ġodda kemm għat-tfal u kemm għall-istaff; u qed isir ukoll facelift tal-worksops kollha.", "DAR IL-KAPTAN", "17879.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif qed titmexxa Dar il-Kaptan?", "Min qed imexxxieha?", "Liema huma l-impjegati tal-gvern li qed jaħdmu f'Dar il-Kaptan?", "Fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom?", "X'inhu x- xogħol tal-persuna l-isimha qed jintagħat separatament f'Dar il-Kaptan?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dar il-Kaptan, li ilha mwaqqfa minn 1990, hija mmexxija minn Bord skond l-istatut tal-\"Foundation for Respite Care Services\".", "Dan il-bord hu magħmul minn tlett rappreżentanti nominati mill- Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita', tliet membri mill- Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilita' u ħames membri oħra eletti waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.", "Iċ-chief executive kif ukoll is- services manager huma responsabbli għat-tmexxija ta' din id-dar taħt id- direzzjoni tal-bord.", "M'hemm l-ebda impjegat tal-gvern li qed jaħdem f'din il-fondazzjoni.", "Il-persuna li għaliha saret riferenza fil-mistoqsija kienet membru tal- bord tat-tmexxija iżda ninsab informat li rreżenjat minn din il-kariga.", "TA' QALI - VILLAĠĠ ARTIĠJANALI", "17880.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid fiex se tkun tikkonsisti l-iskema ta' sħubija bejn gvern u privat li permezz tagħha l-gvern irid jiżviluppa Ta' Qali, inkluż il-villaġġ artiġjanali?", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Edwin Vassallo, diġa' ġie avviċinat minn xi persuna/persuni li wrew interess f'dan l-iżvilupp u diġa' wrewlu l-pjanti għall-inħawi?", "Min huma dawn il-persuni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-iskema ta' sħubija bejn Gvern u privat se tikkonsisti filli l-gvern jgħaddi l-art għal numru ta' snin biex tiġi żviluppata minn dak l-iżviluppatur li jintgħażel wara sejħa għall-offerti.", "Ma jirriżultalix li s-Segretarju Parlamentari Onor. Edwin Vassallo ġie avviċinat minn xi ħadd li wrieħ il-pjanti tal-proġett.", "KAROZZI TAL-LINJA", "17912.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li ħafna mill-karozzi tal-linja huma qodma ħafna u in vista ta' l-inċident fil-Mosta nhar is-Sibt li għadda u inċidenti oħra fl-aħħar xhur, jista' jara li testijiet isiru aktar ta' spiss biex jkun żgurat li l-passigġġieti jkunu qed jivvjaġġaw fil-kumdita' u f'sigurta'?", "Bħalissa kif isiru t-testijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li skond ir-Regolamenti ta` l-1998 dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu tajba għat-triq, il- karozzi tal-linja irid isirilhom il-Vehicle Roadworthiness Test kull sena qabel ma tkun tista` tiġġedilhom il-liċenzja tat-triq.", "Dawn jagħmlu t-test kif stipulat fir-regolamenti msemmija hawn fuq, u barra minn dan isirilhom test ieħor mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.", "BDIEWA - TALBIET PENDENTI", "17999.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17724?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - GĦOMJA", "18000.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmana dwar x'tip ta' taħriġ fl-independent living qed jingħata lil persuni għomja li jattendu fiċ-ċentru ta' matul il-jum għal adulti b'diżabilita'?", "Kemm ipparteċipaw fihom persuni għomja f'dawn l-independant living training programmes?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Persuni neqsin mid-Dawl qiegħed jiġi organizzat taħriġ fl-independent living prinċipalment fuq dawn l-oqsma:", "Preparazzjoni ta' ikel ħafif u xorb", "Iġene personali", "Tagħlim bażiku edukattiv", "L-importanza ta' l-eżerċizzju fiżiku", "L-użu ta' postijiet pubbliċi", "Ġie deċiż li dan il-programm ta' l-independent living jingħata aktar importanza fil-futur sabiex inħajru aktar klienti biex jagħmlu użu minnu u biex inżidu aktar attivitajiet bħal l-importanza li huma jkollhom skills fil-komunikazzjoni effettiva u self-esteem.", "Rigward il-parteċipazzjoni tal-persuni għomja li jattendu ċ-ċentru, id- deċiżjoni jekk jipparteċipawx jew le hija f'idejhom iżda ħafna minnhom jipprovaw jagħmlu użu minn dawk l-oqsma li huma jħossu li għandhom bżonn għajnuna biex jgħixu ħajja aktar independenti.", "Kien hemm 13-il persuna neqsin mid-dawl li pparteċipaw f'dawn l- independent living training programmes.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - ATTIVITAJIET", "18001.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17622, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed ikun ikkonsidrat li jsiru programmi oħra għall-għomja barra dawk tal-braille u x-xogħol tal- qasab għall-persuni għomja?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qed jiġi kkonsidrat li l-persuni neqsin mid-dawl isirulhom ukoll programmi li jħarrġuhom aħjar fi skills biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.", "TAXPAYERS - UNJONI EWROPEA", "18020.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Peress li rapporti uffiċjali ta' l-OECD jikkonfermaw li transfer from consumers u transfers from tax payers fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa huma fil-livelli ta' 127.5 billion Euro fis-sena ( u dan at farm fate level), jista' l- Ministru jinfurmana kif dawn it-taxxi se jaffetwaw lill-poplu Malti u Għawdxi wara li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA - KONSULENTI", "18021.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana min huma l-konsulenti tiegħu u tal- Ministeru tal-Biedja u Sajd?", "X'salarji għandhom u/jew kuntratti?", "Kemm ilhom iservu bħala konsulenti?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd għandu dawn il- konsulenti.", "1.", "Alain Le Breton (Head Fish Pathologist) li għandu salarju ta' Lm2035 fis-sena.", "Titħallas f'ismu l-insurance professjonali fi Franza sa massimu ta' Lm876 fis-sena.", "Titħallas ukoll il-bolla tan-national insurance fi Franza sa massimu ta' Lm150 fis-sena.", "Ilu konsulent mill-1 ta' April, 1998.", "2.", "Joseph Borg (Advisor fl-Agrikultura) li jaħdem 20 siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta' Lm2799 fis-sena.", "Ilu konsulent mill-10 ta' Mejju 2000.", "3.", "Joseph Pirotta (Advisor fl-Agrikultura b'enfasi fuq l-esportazzjoni tal-patat ta' l-ikel) li jaħdem 30 siegħa fil-ġimgħa u għandu salarju ta' Lm4754 fis-sena.", "Ilu konsulent mis-7 ta' Ġunju 2000.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru qiegħed jagħmel użu wkoll ta' dawn l-avukati fuq xogħol relatat ma' l-EU dwar liġijiet ġodda u vetting ta' liġijiet eżistenti.", "|Nru |Ditta |Liġi |Ammon| | | | |t | | | | |Imħal| | | | |las | | | | |(LM) | |1 |Europa |Fisherie|1038.| | |Research & |s |40 | | |Consultancy |Conserva| | | |Service |tion Act| | |2 |Europa |Wine Act|491.6| | |Research & | |0 | | |Consultancy | | | | |Service | | | |3 |Europa |Producer|1270.| | |Research & |Organisa|00 | | |Consultancy |tion Act| | | |Service | | | |4 |Europa |Pesticid|592.0| | |Research & |es Act |0 | | |Consultancy | | | | |Service | | | |5 |Europa |Plant |802.8| | |Research & |Quaranti|0 | | |Consultancy |ne Act | | | |Service | | | |6 |ELPU (AVMT |Veterina|6,976| | |Ltd) |ry |* | | | |Services| | |7 |ELPU (AVMT |Legislat|Ammon| | |Ltd) |ion/Stru|t | | | |ctures |mhux | | | | |appro| | | | |vat | | | | |s'iss| | | | |a |", "*Id-Ditta ta' avukati ELPU tifforma parti mill-AVMT Ltd u għamlet xogħol relatat ma' screening ta' l-EU li għandu x'jaqsam ma' liġijiet ta' servizzi veterinarji.", "Jien informat li nħarġet sejħa għal persuni li kienu interessati jagħmlu dan ix-xogħol.", "Kull konsulent li gie mqabbad jagħmel dan ix-xogħol, intgħażel minn din il-lista u fuq il-kriterju li kien kompetenti li jagħti l-konsulenza tiegħu.", "APEX - NPAA", "18022.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinfurmana bil-konsiderazzjonijiet tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd għas-suġġerimenti ta' diversi koperattivi li bgħatet l- APEX fir-rigward tan-NPAA?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s- suġġerimenti u l-konsiderazzjonijiet li bgħatet l-APEX?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li nħareġ pubblikament id-draft tal-NPAA, il-ministeru qiegħed jilqa' kull suġġeriment minn individwi jew korpi.", "Dawn is-suġġerimenti u r- rakkmandazzjoni (li jkunu saru wara l-Impact Assessment) jiġu miżgħuna biex jiġi ppreparat l-NPAA finali.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - KONSULENTI", "18070.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AGRIKOLTURA - KONSULENTI", "18071.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18021.", "MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA U SAJD - KONSULENTI BARRANIN", "18072.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18021.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - KONSULENTI BARRANIN", "18073.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MIA - IMPJEGATI ON LOAN", "18074.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' ħaddiema li huma on loan ma' l-MIA?", "Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-preżent hemm 487 ħaddiem jaħdmu mal-kumpannija Malta International Airport li għad għandhom l-opportunita' li jiddeċiedu jekk iridux jibqgħu mal-kumpanija jew imorru lura lejn il-post tax-xogħol oriġinali tagħhom u għalhekk huma meqjusa bħala mislufin lill-kumpannija.", "Dawn il-ħaddiema huma mqassma kif gej:", "|TAQSIMA |NUMRU TA' | | |ĦADDIEMA | | | | |Air Traffic |112 | |Control | | |Uffiċċju |29 | |Meteoroloġiku | | |Tifi tan-Nar |95 | |Trasport |30 | |Inġinerija |67 | |Komunikazzjoni|108 | |Riggers |17 | |Dispatchers |16 | |Finanzi |2 | |Riżorsi Umani |2 |", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - KONSULENTI BARRANIN", "18075.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "TAXXA - REFUNDS", "18165.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi: Wara r- risposta tal-mistoqsija parlamentari mumru 17371, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni personalment lil familja konċernata?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-persuna kkoncernat tista tmur il-customer helpdesk tad-dipartiment biex tinghata l-informazzjoni necessarja.", "DJAR - SKEMI", "18172.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fost l-iskemi li għandha l-Housing Authority, hemmx skema li tgħin lill-familji biex jieħdu sussidju biex jagħmlu ħajt ta' barra li jkun ikkundannat u ma jkollhomx riżervi ta' flus biex jagħmluh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar huma intiżi biex jiġu rranġati residenzi li huma substandard.", "Jingħata sussidju għall-ħitan ta' barra meta dawn direttament jaffettwaw jew jistgħu jikkaġunaw ħsarat fir-residenza nnifisha.", "DJAR - XIRI", "18173.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' post ta' familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jimxi 'l quddiem peress li ilha żmien li applikat u għadha bla risposta?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-persuna ndikata m'għandhiex applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.", "PENSJONIJIET", "18174.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan ta' 67, li d- dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ma rċeviex iċ-cheque tal- pensjoni?", "Jista' jiġi mgħarraf mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali għaliex ma ntbagħatx iċ-cheque?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata bil-każ.", "RAĦAL ĠDID - TRIQ SAN ALWIĠI - ILMA", "18175.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-problema li fi Triq San Alwiġi, Raħal Ġdid taħt il- ħanut tal-Maxims u f'Luqa Rd, qed ikun hemm tnixxja ta' ilma, x'aktarx tad- drenaġġ?", "Jista' l-Ministru jara li din il-problema tittieħed bis-serjeta'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa dejjem jieħu kull problema bis-serjeta'!", "Informat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika rċieva lmenti dwar ilma fi Triq San Alwiġi u f'Luqa Road, Raħal Ġdid, oriġinarjament fis-16-5-00.", "Diversi kampjuni ta' dan l-ilma ttieħdu mill-ewwel u wara analiżi, rriżulta li hu kkontaminat b'drenaġġ.", "Spezzjonijiet saru minn uffiċjali ta' dan id- dipartiment flimkien ma' uffiċjali tad-dipartiment tad-drenaġġ biex tiġi solvuta din il-problema.", "Għaldaqstant, wara l-aħħar spezzjoni li saret illum 18-7-00, irriżulta li tali tnixxija ta' ilma ma għadhiex preżenti.", "TARXIEN - XINTILL STREET - TARMAC", "18176.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol tat-tarmak ħdejn l-iskola ta' Ħal Tarxien, f'Xintill Street area?", "Jista' jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw it-tarmak f'dik l-area?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li għadhom kif ingħataw għax-xogħol ta` bini ta` dawn it-toroq f`din il-lokalita`:", "P. Schembri p-o Sorijiet Vittmi tal-Gwerra, S. Spiteri, School perimeter M. Vella K. Cachia", "Ix-xogħol fi Triq it-Tramuntana diġa nbeda, filwaqt li fi Triq ix-Xintill tqiegħed main tad-dranaġġ ġdid u issa x-xogħol ta` kostruzzjoni tat-triq ser titkompla sal-livell ta` l-asfalt.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI - RELIEF", "18177.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li r-relief ta' l- anzjana li romlot ftit tal-ġimgħat ilu u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tinħarġilha l-pensjoni peress li din l-anzjana m'għandha l-ebda dħul finanzjarju ieħor u qiegħda tbati bla bżonn?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu għandha titħallas fil-ġranet li ġejjin.", "L-istess persuna se tiġi nformata bil-miktub dwar dan.", "PULIZIJA - TRIBUNAL TA' L-APPELLI", "18191.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk deċiżjoni tkunx imposta jew rakkmandata lill-pulizija meta t-tribunal ta' l-appelli dwar il-liċenzja tal-pulizija jkun ħa deċiżjoni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-proċedura li tirregola d- deċiżjonijiet tat-Tribunal ta` Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija hija dik stipulata fir-Regolamenti ta` l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzji tal- Pulizija.", "It-Tribunal ta` l-Appell ukoll bħat-Tribunal tal-Liċenzji fi prima stanza, jagħti pariri lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "PULIZIJA - PERMESSI GĦAL ĦWIENET TAX-XORB", "18192.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk jeżistux raġunijiet, u jekk fl-affermattiv x'inhuma, meta l-pulizija tista' żżomm milli toħroġ permess għal substitute f'ħanut tax-xorb?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi liċenzji ta` substitutes fi ħwienet tax-xorb huma regolati bir-regolamenti dwar ħwienet għall-bejgħ ta` l-inbid, birra jew likuri spiritużi (liċenzji, bon ordni u diċenza pubblika).", "ETC", "18193.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx bżonn li tkun infurmata l-ETC meta xi ħadd japplika bħala substitute f'ħanut tax- xorb?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Meta persuna tapplika bħala substitute ifisser li dik il-persuna se tagħmel xi xogħol f' xi ħanut partikolari.", "Allura jkun hemm bżonn li dik il-persuna tinforma lill-ETC bħal kull persuna oħra li tagħmel kwalunkwe tip ta' xogħol ieħor.", "BORMLA - TRIQ J. PACE - DAWL", "18194.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tkun irranġata l-bozza li hemm fuq il-bieb 4, blk 11, Triq J. Pace, Bormla, għax l-ilmenti tal-ġirien huma li din titfi u tixgħel?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il- każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "PULIZIJA - ĦWIENET TAX-XORB", "18195.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tapplika għal substitute f'ħanut tax-xorb?", "Meta jkun il-każ, kemm idum mill-applikazzjoni sabiex joħroġ dan il-permess ta' substitute?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`żieda mat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18192 f`din l-istess seduta, ninsab informat illi liċenzja ta` substitute toħroġ jew tkun rifjutata wara li tkun ġiet ipproċessata.", "Ta` min wieħed hawnhekk isemmi illi b`effett mill-1 ta` Ġunju 2000 bdew iseħħu r-regolamenti ta` ta' liċenzji tal-pulizija, li jirregolaw il-mod u ż-żmien ta` kif applikazzjonijiet għal xi liċenzja għandhom jiġu pproċessati.", "PULIZIJA - ĦWIENET TAX-XORB", "18196.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħata permess għal extension of time għal ħanut tax-xorb fl-abitat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi fl-ipproċessar għal talbiet sabiex ħanut tax-xorb jibqa` miftuħ wara l-11.00 p.m., jintalab il-kunsens tal-ġirien.", "Fil-każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien, jintalab il-parir tal-bord ta` pariri dwar liċenzji tal-pulizija.", "MANOEL ISLAND/TIGNE' POINT", "18206.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew flus il-ftehim li sar s'issa ma' l- inkwilini li tneħħew minn Manoel Island u Tigne' Point, kull ftehim separatament?", "Kemm għad fadal inkwilini li jrid jilħqu ftehim magħhom qabel ma jkun jista' jibda l-proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "ROAD RESTORATION MASTERPLAN", "18207.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- road restoration masterplan li ġie ppubblikat f'dawn l-aħħar jiem?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Ir-rapport mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ATTARD - TRIQ TUMAS CHETCUTI - XOGĦLIJIET", "18208.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għad-dewmien li hawn fuq xogħlijiet li qegħdin isiru fit-toroq residenzjali fl-inħawi ta' Triq Tumas Chetcuti, Attard?", "Meta hu previst li x-xogħol kollu jitlesta?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li x-xogħol fit-triq Tumas Chetcuti li hu parti minn kuntratt li jinkludi wkoll twessigħ , channelization u tqegħid ta` main ta` drenaġġ ħdejn l-isptar Monte Carmeli, qed idum għaliex jidher li l-kuntrattur qed jieħu żmien aktar mill-previst biex jagħmel ix- xogħol tat-triq u tal-utilities għall-istandards mitluba.", "ATTARD - DRENAĠĠ", "18209.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex, minkejja li x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ li sar f'Imdina Road, Attard u li jifforma parti mix- xogħlijiet ta' l-upgrading tat-triq fl-inħawi ta' l-Isptar Mount Carmeli ma ġiex approvat mill-esperti Ġermaniżi tad-dipartiment tad-drenaġġ, it-trinka xorta ġiet mirduma u magħluqa?", "Meta hu previst li jitlesta x-xogħol f'din it-triq?", "X'inhuma r-raġunijiet għad-dewmien li kien hemm f'xogħlijiet f'din it- triq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li skond l-informazzjoni verbali li għandu d-Dipartiment il-Kuntrattur radam it-trinka wara li ngħata l- awtorizzazzjoni mis-sezzjoni tad-Dipartiment tad-Drenaġġ li qegħdin jieħdu ħsieb ix-xogħol.", "Peress li l-esperti Ġermaniżi msemmija jirrapportaw lid-Diviżjoni tax- Xogħlijiet dwar ix-xogħol tagħhom, jekk għandu bżonn aktar informazzjoni l- Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "Dwar it-tieni parti tad-domanda id-Dipartiment tat-Toroq qed jagħmel il- pressjoni kollha li tista` ssir fuq il-kuntrattur preżenti biex ilesti x- xogħol tiegħu biex ikun jista` jgħaddi għall-fażi ta` asfalt li għaliha hemm imqabbad kuntrattur ieħor.", "Ix-xogħol ta` dan l-aħħar kuntrattur għandu jieħu erba` gimgħat, u għalhekk kollox ma kollox jidher li l-proġett jispiċċa għall-aħħar ta` Settembru.", "VALLETTA REHABILITATION COMMITTEE", "18216.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16974?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta ddeċieda li ma jagħmilx business plan ta' tliet snin sakemm jipprepara master plan li qed jaħdem fuqu.", "Madankollu għas-sena d-dieħla l- ħidma se tikkonċentra fuq pavimentazzjoni ta' Pjazza San Ġwann u parti minn Triq San Ġwann, kif ukoll Triq il-Karrijiet, kif ukoll kontinwazzjoni ta' restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti.", "Għar-rigward tal-Floriana l-ħidma se tkun konċentrata fuq il-ġnien tal-Mall u l-parti tas-swar li tagħti għal fuq il- Port il-Kbir.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA TAĦT L-ETA'", "18217.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16874?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: 96 employers instabu jħaddmu 103 persuna ta' eta' minorenni minn Jannar 1999 sa Mejju 2000.", "Minn dawn 70 huma ġuvintur, 33 huma tfajliet u nstabu jaħdmu f'dawn is-setturi:", "|Settur |Persuni | | | | |Retail |29 | |Agrikoltura |1 | |Kostruzzjoni |19 | |Turiżmu |28 | |Servizzi |16 | |Manifattura |9 | |Trasport |1 |", "Il-korporazzjoni fil-preżent għaddejja b'seduti fil-qorti fuq spezzjonijiet li saru matul is-sena 1999.", "Ma kienx hemm minn inqabad aktar minn darba bl-istess offiża.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "18218.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16442?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Żewġ listi tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta:", "Lista 'A' li turi ħaddiema fil-General Service li għandhom kwalifiki universitarji, inklużi diplomi, jew kwalifiki oħra; u", "Lista 'B' li turi ħaddiema li m'humiex fil-General Service li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, u li għandhom kwalifiki universitarji jew kwalifiki oħra.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kwalifiki ta' impjegati oħra li m'humiex fil-General Service u li jservu f'ministeri oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri koncernati.", "MINISTERU GĦAS-SERVIZZI SOĊJALI - IMPJIEGI", "18219.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l- mistoqsija parlamentari numru 16787?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI - SAFAR", "18220.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16788?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "PSC - UFFIĊJALI", "18221.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16977?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li matul l-1999, in-numru ta' każijiet ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ta' 169.", "Dawn huma maqsuma f'dawn it-tlett kategoriji:", "|Kategorija |Nis|Irġie|Total | | |a |l | | | | | | | |(a)Każijiet |2 |74 |76 | |kriminali | | | | |filċQorti li | | | | |fihom ikunu | | | | |nvoluti | | | | |uffiċjali | | | | |pubbliċi | | | | | | | | | |(b)Każijiet dwar|10 |56 |66 | |reati serji ta' | | | | |dixxiplina li | | | | |jiġu nvestigati | | | | |mill- Bord | | | | |tad-dixxiplina | | | | |tal-Kummissjoni | | | | |dwar is-Servizz | | | | |Pubbliku | | | | | | | | | |(c)Każijiet ta' |6 |21 |27 | |tkeċċija | | | | |mis-Servizz | | | | |Pubbliku | | | | |minħabba | | | | |assentejiżmu | | | | |minn fuq il-post| | | | |tax-xogħol | | | | |Total | | | | | |18 |151 |169 |", "It-tagħrif ieħor li ġie mitlub mill-Onor.", "Interpellant, huwa kif jidher fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "ETC - PERSUNI LI NQATGĦU MIR-REĠISTRU", "18224.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17908?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Lista li turi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "BANEK - WITHOLDING TAX", "18225.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern witholding tax mill-banek mill-1996 sal- lum, sena b'sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-dħul tal-gvern mill-Withholding Tax mill-banek kien hekk:", "1996 Lm6,260,851 1997 Lm5,730,483 1998 Lm9,770,874 1999 Lm8,846,661 2000 (Jan-Gunju) Lm6,095,289", "AGRIKOLTURA - TKABBIR TA' SIĠAR", "18243.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jelenka l-inizjattivi li d-dipartiment ta' l- agrikoltura qed jieħu favur it-tkabbir u t-tħaris tas-siġra tal-ħarub u s- siġra taż-żebbuġ f'pajjiżna?", "Hemm xi miżuri speċifiċi li qed jittieħdu biex tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija (soil erosion) minbarra l-bini ta' ħitan tas-sejjieħ?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat mill-uffiċjal inkarigat illi s-sigar taż-żebbug qegħdin jiġu mkabbra fin-nursery ta' Saint Vincent de Paule u l- varjetajiet li jagħmlu huma tal-mejda u qed jiġu mlaqqmin fuq żebbuġ selvaġġ.", "Dwar is-sigar tal-ħarrub, dawn qegħdin jitkabbru ġo Wied Incita Nursery u t-taħwil isir f'żoni rurali.", "Wieħed mill-iskopijiet ta' taħwil li jsir ta' siġar u arbuxelli ornamentali madwar Malta, huwa biex il-ħamrija tinżamm f'postha u ma tintilifx.", "TAXXA - DĦUL", "18244.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa fuq: (a) prodotti tat-tabakk (sigaretti, sigarri, eċċ.); u (b) alkoħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: It-taxxi migbura fuq is-sigaretti, tabakk u alkohol matul l-ewwel sitt xhur ta din is-sena(2000) huma kif gej:", "|2000 | | | |Lm | |Jannar-Gunju | | |Tabakk | 654,213 | |Sigarri | 46,039 | |Sigaretti |6,868,921 | |Alkohol (Spirti) |1,831,890 |", "Dawn il-figuri jinkludi, kull fejn japplika, id-dazju fuq l- importazzjoni, levy, vat, u taxxa tas-sisa.", "AGRIKOLTURA - TĦAWWIL TA' SIĠAR", "18245.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy stabilita jew lista ta' siġar, arbuxelli u pjanti oħra li jistgħu jitħawwlu f'postijiet pubbliċi, speċjalment nixtieq inkun naf ukoll x'inhi l-policy tad-dipartiment rigward is-siġra ta' l-acacia (mimosa pudica)?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-Informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "18246.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra rigward is-sitwazzjoni tat-tħaffir taż-żejt ġewwa Kerċem, Għawdex, speċifikament x'se jsir mis-sit preżenti u x'inhuma l- pjanijiet futuri f'dan il-qasam?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sit fejn tħaffer il-bir f'Għawdex kien ġie mogħti lura lill-inkwilini u r-raba' qiegħda terġa' tinħadem.", "Tagħrif dwar pjanijiet futuri fil-qasam taż-żejt jingħata meta jkun il-waqt.", "KALKARA - RINELLA - AĊĊESS GĦAL KAROZZI", "18247.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid għal liema raġuni/ijiet ingħalqet għal aċċess għall-karozzi parti mill-bajja ta' Rinella, fil-Kalkara?", "Jista' f'dan il-każ jagħti permess għal dawk il-persuni b'diżabilita', li issa ma fadlilhomx faċilita' li jersqu viċin il-baħar f'din in-naħa ristretta minn dan ir-riżors f'din il-parti ta' Malta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ST JAMES CAVALLIER - PERIT RICHARD ENGLAND", "18248.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "18024?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja tad-dokumenti u pjanti mitluba mill- Onor. Interpellant tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is- seduta.", "TARZNA", "18249.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati studji dwar it-tarzna f'dawn l-aħħar ftit xhur?", "Minn min saru?", "X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom?", "Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-executive summary tagħhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: F'dawn l-aħħar xhur ma ġie kkummissjonat l-ebda studju dwar it-tarzna - Malta Drydocks- ħlief dawk marbuta mal-proċess li wassal għat-tfassil u konferma tal-business plan ta' l-istess azjenda.", "Il- qofol ta' dan il-business plan huwa tbassir finanzjarju għall-ħames snin li ġejjin.", "It-tfassil tal-business plan sar mit-tarzna stess bl-għajnuna tal-MIMCOL, li min-naħa tagħha qed tkompli ssegwi mill-qrib l-andament tat-tarzna f'isem il-ministeru għas-servizzi ekonomiċi.", "Kmieni din is-sena, mal-ħatra tal-kunsill il-ġdid, dan ħass il-bżonn li jagħmel evalwazzjoni indipendenti ta' dan il-business plan fejn, għal dan l- iskop inkariga lill-istess awdituri tat-tarzna jeżaminaw it-tbassir finanzjarju rilevanti.", "Il-business plan huwa prinċipalment dokument ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li jkun għaqli li kopja tiegħu titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BANK ĊENTRALI", "18250.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern utilizza parti mir-riżervi tal- Bank Ċentrali fl-aħħar tliet xhur ta' l-1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Nixtieq nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispjega għal liema rapporti qed jirriferi sabiex inkun nista nifhem aħjar id-domanda.", "SERVIZZI EKONOMIĊI - ECONOMIC IMPACT ASSESSMENT STUDIES", "18251.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru.", "17943?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-impact studies li l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi nieda in konnessjoni ma' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jinsabu fi stadju avvanzat u mistennija jiġu konklużi sa Settembru li ġej.", "SKEJJEL - SIR TEMI ZAMMIT", "18256.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-riħa ta' gass li kien hemm fl-iskola sekondarja tas-subien Sir Temi Zammit, Imtarfa, li hija kkawżata mill-fabbrika tal-mushrooms li hemm taħt l-iskola?", "X'kienu r-riżultati, jekk sar stħarriġ, u x'passi se jittieħdu biex meta terġa' tibda l-iskola jkun tneħħa dan il-perikolu li hemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliema?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIRKEWWA - MOLLIJIET", "18264.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-mollijiet taċ-Ċirkewwa waqfu milli jibda x-xogħol fuqhom?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "PA - SOUTH EAST LOCAL PLAN", "18265.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni f'liema stadju wasal is-south east local plan, tan-naħa ta' Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn; x'konsultazzjoni qiegħda ssir u x'inhuma t-time-frames biex dan ikun preżentat?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li l-pjan li qed jitħejja jismu south local plan u mhux south east local plan u jkopri dawn il-lokalitajiet: Fgura Imqabba Siġġiewi Gudja Paola Tarxien Għaxaq Qrendi Xagħjra Kirkop Safi Żabbar Luqa Sta.", "Luċia Żebbuġ M`Scala St. Thomas Bay Żejtun Żurrieq", "Is-south local plan qiegħed fl-istadju inizjali tiegħu u sar xogħol ta` land-use survey fil-lokalitajiet kollha.", "Bħalissa dan ix-xogħol qed ikun trasferit fuq GIS.", "Huwa mistenni li dan il-pjan lokali jitlesta sa l- aħħar tas-sena 2001.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI", "18266.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "18025?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra."]} {"filename": "20020219_700d_par.doc", "date": "2002-02-19", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 700 It-Tlieta, 19 ta' Frar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 700", "It-Tlieta, 19 ta' Frar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "700", "It-Tlieta, 19 ta' Frar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 731", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 731", "TQEGĦID TA' KARTI 735", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI (KUMITAT)", "CULTURAL HERITAGE BILL (COMMITTEE STAGE) 736", "AĠĠORNAMENT 759", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 764", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 699 li saret fit-13 ta' Frar, 2002, ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MELLIEĦA - TRIQ SAN MIKIEL", "30770.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tliet snin parti minn Triq San Mikiel fil- Mellieħa tħalliet abbandunata?", "Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjin sabiex din it-triq tiġi asfaltata jew mogħtija t-tarmac immedjatament?", "Jekk fl-afftermattiv, meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent) (f'isem il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni|): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar- risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "MELLIEĦA - TRIQ IL-BEBUNA", "30771.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar tliet snin Triq il-Bebuna, fil-Mellieħa, tħalliet abbandunata?", "Jista' l-Ministru jara li jsiru l-proċeduri meħtieġa fil-ġimgħat li ġejjin sabiex din it-triq tiġi asfaltata jew mogħtija t- tarmac immedjatament?", "Jekk fl-afftermattiv meta?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (f'isem il-Ministru għall-Ambjent): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 30721.", "AMBAXXATI MALTIN", "30772.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet globalment lill-poplu Malti u Għawdxi l-Ambaxxata Maltija f'Londra matul is- sena li għaddiet?", "Jista' jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward ta' l- ambaxxata ta' Franza, ta' l-Italja, tal-Germanja, tal-Belġju, tar-Russja u tal-Libja separatament?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-ispiża globali ta' l-ambaxxati msemmija matul l-2001 kienet kif se jingħad:", "Berlin - Lm 208,518 Brussell - Lm 526,090 Londra - Lm 494,293 Moska - Lm 98,726 Pariġi - Lm 242,486 Ruma - Lm 300,931 Tripli - Lm 140,465", "Nixtieq inżid ngħid li dawn l-ammonti huma proviżorji għax il-kontijiet għas-sena 2001 għad iridu jiġu finalizzati.", "PERSUNI DEPORTATI", "30773.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati matul is-sena li għaddiet?", "X'nazzjonalita` u x'etajiet kellhom?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Ninsab informat li matul is- sena 2001 ġew deportati 735 persuna li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u d-59 sena.", "In-nazzjonalita` tagħhom kienet kif ġej:", "Mic-Chad, mir-Repubblika Ċeka, Filippina, Tuneżina, Marokkina, Pakistana, Eġizzjana, Libjana, Ingliża, Rumena, Russa, Ukrajina, Bulgara, Sirjana, Jugoslava, Torka, minn Bangladesh, Bosnijaka, Ciniża, Ġermaniża, Ġordaniża, Lebaniża, Palestinjana, Peruvjana, Sudaniża, Franċiża, mill-Latvia, Niġerjana, Portugiża, minn Sierra Leone, Somala, mis-Sri Lanka.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li kienu qegħdin isiru ma' pajjiżi Għarab biex priġunieri barranin li qegħdin fil-ħabs ta' Kordin ikunu jistgħu jkomplu jiskontaw is-sentenza f'pajjiżhom?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, jeżistu żewġ agreements, wieħed mal-Libja, li jmur lura għall-1995, u l-ieħor ma' l-Eġittu li jiena ffirmajt is-sena li għaddiet għan-nom tal-gvern Malti.", "Għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma' pajjiżi oħrajn fejn uħud minnhom huma nteressati u oħrajn m'humiex.", "PRODUTTURI - KWOTA", "30774.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il- pożizzjoni tal-produtturi tal-majjal lokali li għandhom il-kwota tat- trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Din il-kwota se titneħħa?", "Jekk huwa l-każ, meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): M'hijiex l- intenzjoni tal-gvern li jneħħi l-kwota tal-majjal anke wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Ftit tal-ġranet ilu l-Ministru ħabbar pubblikament li fis-snin li ġejjin se jitħawwlu madwar 170,000 siġra.", "Jista' jgħid fuq liema perijodu ta' snin huwa mfassal dan il-proġett?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, il-gvern nieda u qed jaħdem fuq proġett biex f'pajjiżna jkollna speċi ta' boskijiet.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Cuschieri hemm il-ħsieb li jiġu mħawwla madwar 170,000 siġra f'xi seba' postijiet differenti.", "Dan qed isir prinċipalment bejn il-ministeru ta' l- artijiet, il-ministeru ta' l-agrikoltura u l-ministeru responsabbli mill- kunsilli lokali.", "Uħud minn dawn l-areas m'għandhomx il-ħamrija adegwata għal dan l-iskop u għaldaqstant irid ikun hemm pjan serju ta' kif għandu jkun hemm l-istrata, li normalment tkun magħmula minn frakass biex meta jitħawwlu s-siġar, l-għeruq jaqbdu u jkunu jistgħu jankraw.", "Jien m'iniex f'pożizzjoni li nagħtih iż-żmien meta se jitlesta dan il- proġett pero` f'areas fejn diġa` hemm il-ħamrija u s-sub-strata, dawn ix- xogħlijiet se jibdew minnufih u d-dipartiment ta' l-agrikoltura qed jaħseb biex ikabbar u jkollna siġar biżżejjed għal dan l-iskop.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Jista' l-Ministru jidentifika s-seba' postijiet fejn hemm il-ħsieb li ssir l-afforestation u x'tip ta' siġar se jintużaw?", "Qed nagħmel din id-domanda għax naf li ċerti siġar jaqblu perfettament ma' pajjiżna filwaqt li oħrajn li jiġu mportati minn barra, qegħdin iħallu konsegwenzi negattivi u allura ta' min ikollu informazzjoni dettaljata dwar dan.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, naqbel perfettament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Borg li s-siġar li jitħawwlu għandhom ikunu adatti għall-klima u l- pajsaġġi ta' pajjiżna.", "Għaldaqstant dawn iridu jkunu indiġini, jiġifieri jkunu siġar li għalkemm jikbru f'pajjiżi oħra, b'mod partikolari fil-kosta tal-Mediterran, ilhom is-snin jikbru f'pajjiżna, bħas-siġra tal-prinjol, taż-żebbuġ u tal-ħarrub.", "Imbagħad hemm is-siġar endemiċi, li huma s-siġar li jikbru f'pajjiżna, bħalma huma s-siġar ta' l-għarar.", "Fil-fatt qegħdin nagħtu spinta biex din is-siġra, li kienet kważi spiċċat, inħawwlu ftit mijiet minnha.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni liema huma dawk l-areas fejn beħsiebna nagħmlu dawn is-siġar.", "Jien ma nafx l-areas kollha fejn se ssir l- afforestation.", "Naf li se ssir in-naħa ta' Delimara, fl-area ta' Pembroke u fl-area ta' l-Imtaħleb pero` nwiegħdu li nġiblu lista ta' fejn se jsir dan il-proġett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' l-Ministru jgħidli kemm hemm siġar in stock u x'tip huma?", "Jista' jgħidli jekk dawn humiex se jinġiebu minn barra jew humiex se jitkabbru f'pajjiżna?", "X'kontroll qed ikun hemm mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar minħabba kondizzjonijiet li jeżistu dwar x'tip ta' siġar għandhom jitħawwlu?", "Skond informazzjoni li għandi m'huwiex rakkmandat li jitħawwlu ċerti siġar li għadhom żgħar u li jinsabu f'Wied Inċita.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, jiena m'għandix iċ-ċifra eżatta ta' kemm hemm xtieli f'Wied Inċita għax infakkar lill-Onor.", "Interpellant li r- risposta oriġinali kienet dwar il-laħam tal-majjal.", "Pero` nista' ngħid li din is-sena se jitħawwlu madwar 400 xitla żgħira ta' l-għarar, li hija s- siġra nazzjonali u li kienet kważi ġiet estinta.", "Naf li hemm kwantita` ta' siġar tal-prinjol u li fil-micropropogation centre li hemm f'Ħal-Lija qegħdin jitkabbru wkoll xtieli żgħar tal-ħarrub pero` ma nistax nagħti l- ammont eżatt ta' dawn ix-xtieli.", "Jiena nifhem li kulma jsir fil-pajjiż isir wara li jsiru l-applikazzjonijiet lill-Planning Authority biex l- afforestation issir skond il-pjan ta' struttura li għandu pajjiżna.", "Għalkemm f'pajjiżna għandna kwantita` ta' siġar, dawn m'humiex kollha adattati għax hemm ċerta kwalita` li tagħmel il-ħsara lill-ambjent għax jixorbu ħafna mill-ħamrija u jieħdu l-enerġija kollha.", "Waħda minn dawn hija dik ta' l-ewkaliptus.", "Din hija siġra li tikber malajr pero` kulħadd jaf li taħt din is-siġra xejn ma jikber għax il-weraq tagħha, li qishom tal- plastic, faċli jaqbdu speċjalment meta t-temperatura tkun għolja.", "Din is- siġra ġiet importata minn postijiet oħra u barra minn hekk meta tikber ma tagħlaqx b'mod sabiħ bħalma tagħlaq is-siġra tal-prinjol, il-ħarruba u s- siġra ta' l-għarar.", "Għaldaqstant wara li tkun saret l-applikazzjoni lill-Planning Authority biex kollox jiffittja fil-pjan ta' struttura li għandu pajjiżna, inkunu nistgħu naraw x'tip ta' siġar jistgħu jitrabbew f'dawn il-boskijiet iż- żgħar.", "Dawn jistgħu jkunu siġar indiġini kif ukoll endemiċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Il-Ministru semma is-siġar taż-żebbuġ.", "Nafu li f'pajjiżna hawn xi rħula li proprju ħadu isimhom minħabba l-ammont ta' siġar ta' żebbuġ li kienu jikbru fihom.", "Illum dawn is-siġar naqsu b'mod sostanzjali u f'uħud minn dawn il-lokalitajiet bil-kemm għadek tarahom.", "Jista' jiġi kkunsidrat li d-dipartiment ta' l-agrikoltura, fimkien mal- kunsilli lokali, jieħdu l-inizjattiva biex iħawwlu iktar minn dawn is-siġar peress li qegħdin dejjem jonqsu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, is-siġra taż-żebbuġ hija indiġina u tikber f'diversi pajjiżi oħra tal-Mediterran, b'mod partikolari fl-Italja u Spanja.", "Fil-fatt jeżistu diversi siġar taż-żebbuġ.", "Hemm dawk li jogħlew ħafna u allura jintużaw bħala wind-breakers, hemm oħrajn li jipproduċu ż- żebbuġ għall-mejda u hemm ukoll iż-żebbuġ li jintuża għall-għasir biex minnu jsir iż-żejt.", "Din is-siġra hija simili għad-dielja li minnha nieħdu l-għeneb għall-mejda u għall-għasir.", "Irrid ngħid li tul dawn l-aħħar snin tajna spinta qawwija biex nerġgħu nimlew kemm hu teknikament possibbli dawn l-areas bis-siġar taż-żebbuġ.", "Nafu li f'pajjiżna għandna diversi lokalitajiet li ngħataw l-isem li għandu x'jaqsam maż-żebbuġ bħal Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u Birżebbuġa.", "Dan ġara għax fil-passat kellna kwantita` ta' siġar taż-żebbuġ u barra minn hekk fi żmien il-Feniċi pajjiżna kien rinomat għall-esportazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.", "Id-dipartiment tal-biedja qiegħed jaħdem biex jilħaq din it-target u fil- mixtliet għandu kwantita` ta' siġar slavaġ żgħar taż-żebbuġ, dawk li jissejħu l-bgħula, li jiġu ta' kull sena mlaqqma f'varjetajiet differenti.", "Fis-sena 2001 ġew imlaqqma madwar 7,000 siġra u fis-sena 2000 ġew imlaqqma eluf oħra minn dawn it-tip ta' siġar.", "Bħalma jaf kulħadd, id-dipartiment ta' l-agrikoltura iqassam perjodikament minn dawn is-siġar lill-kunsilli lokali.", "Dan ovvjament jagħmlu bl-iskop li f'kull lokalita` ta' pajjiżna nerġgħu nqabbdu dawn it-tip ta' siġar.", "Is-siġra taż-żebbuġ hija tipika għal pajjiżna, hija indiġina u tiflaħ għat-tip ta' ambjent li għandna, hija siġra evergreen u bħalma għedt diġa`, tipproduċi l-frott.", "Ta' min jgħid ukoll li minn sentejn 'il hawn qbadna l-użanza li ż-żebbuġ jiġi magħsur u bi pjaċir ngħid li s-sena l-oħra kienet it-tieni sena li fiha l-produtturi tas-siġar taż-żebbuġ – li jieħdu paċenzja jiġbru ż-żebbuġ mis-siġra – bdew jieħdu l-frott ta' dawn is-siġar fid-depot ċentrali - bħalissa hawn depot wieħed li huwa tal-privat – biex jiġi magħsur.", "Nista' ngħid li l-prodott li joħroġ minn dan il-proċess jagħmel ġieħ lil pajjiżna għax huwa verament prodott tajjeb u bnin u qed jintlaqat tajjeb mit-turisti li jżuruna.", "MR SPEAKER: L-Onor.Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, jiena għadni qed nistenna risposta mingħand il-Ministru biex jgħidli fuq kemm snin se jsir dan il-proġett.", "Nixtiequ jgħidli wkoll min se jiffinanzja dan il-proġett u jekk hux se jkollna xi għajnuna barranija minn x'imkien.", "Għax biex tħawwel 170,000 siġra trid spejjeż enormi u ma naħsibx li dawn is-siġar se nġibuhom kollha minn Wied Inċita.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, bħalma qed ngħid dawn is-siġar jridu jkunu kollha tat-tip indiġini u tat-tip endemiċi u fil-maġġor parti tagħhom, jekk mhux mija fil-mija dawn il-170,000 siġra jitkabbru fil- mixliet ta' pajjiżna.", "Biex tkabbar dawn is-siġar ma tridx xi għerf ta' barra minn hawn, kulma trid hija rieda.", "Jien konvint li d-dipartiment ta' l-agrikoltura, bin-nies li għandu u bil-mixtliet li għandu, jista' jkabbar din il-kwantita` ta' xtieli.", "Il-problema qiegħda aktar fil-mod kif tipprepara l-art ħalli tieħu x- xtieli.", "Għax minn miżwet tal-ħarrub tista' toħroġ 25 jew 30 siġra.", "Il- biċċa tax-xogħol hi li x-xitla jrid ikollha pedament tajjeb biex tkun tista' tankra u għalhekk fil-bidu għedt li jien ma nistax ngħid eżatt meta dan il-proġett se jkun lest.", "Bdejna nieħdu ħsieb biex inkabbru x-xtieli, ġew magħżula l-areas għal dan l-iskop u għaddej il-proċess ta' l- applikazzjoni għall-permessi tal-Planning Authority biex dawn jiffittjaw mal-pjan ta' struttura tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li dan huwa proġett bejn tliet ministeri.", "F'dawk l-areas fejn se ssir l-afforestation u m'hemmx ħamrija u l-bażi ta' taħtha, irid isir il- packing, trid issir is-sub-strata u jrid isir il-mix bil-compost.", "Jiena ta' l-idea li dan neħduh mill-impjant ta' Sant'Antnin li hemm f'Wied il- Għajn u nħalltuh ma' materjal li jiġi mfarrak ħalli nagħmlu saff taħt il- ħamrija ħalli b'hekk l-għeruq tas-siġar li jitħawwlu jkollhom iċ-ċans jinżlu l-isfel biex meta jagħmel ir-riħ ma jaqlibx kollox.", "Barra minn hekk trid tipprovdi l-ikel għal dawn il-pjanti, jiġifieri trid tipprovdi l-ilma għat-tisqija.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li mhux biss trid tieħu ħsieb li tnissel il-pjanti fil-mixtliet, li tkabbarhom u toħroġhom bil-mod il-mod għall-ambjent salvaġġ ta' barra imma trid ukoll tipprepara l-ħamrija, tipprepara s-saff ta' taħt il-ħamrija u tara li meta x-xtieli jibdew jifformaw ruħhom f'siġar, ikollhom dik is-sub-strata fejn l-għeruq jistgħu jinżlu u jankraw ruħhom ħalli s-siġra tkun b'saħħitha.", "Trid issir ukoll is-sistema ta' irrigation.", "Dan m'huwiex sempliċement pjan fejn inti għandek xitla jew żerriegħa li ħriġtha mill-mixtla u ħawwiltha fil-ħamrija.", "Huwa pjan li jirrikjedi li x- xogħol isir bil-ħsieb ħalli s-siġar li nħawwlu jiffittjaw fl-ambjent ta' pajjiżna.", "Barra minn hekk dawn il-postijiet iridu jiġu ddisinjati b'mod li żżomm l-aspett tal-pajsaġġ ta' pajjiżna.", "Ovvjament dan jirrikjedi ħafna finanzi, kif qed jgħid l-Onor.", "Cuschieri.", "Għandek il-lead ministry, li huwa l-ministeru ta' l-intern u mbagħad il-ministeru ta' l-agrikoltura li minbarra li jagħti l-pariri tekniċi kif għandhom isiru l-affarijiet, jieħu ħsieb li fil-mixtliet tiegħu jkabbar il-varjetajiet ta' siġar indiġini u endemiċi li jiffitjaw f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Borg.", "ONOR.", "CARMELO BORG: Mr Speaker, bħalissa l-uniku tħawwil ta' siġar qed isir mill-kaċċaturi u għalkemm din hija ħaġa tajba għad hemm ħafna nuqqasijiet.", "X'għajnuna qed joffri l-ministeru lil dawn il-persuni, kemm fl- għażla tas-siġar kif ukoll fit-teknika?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, qabel xejn assolutament ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Borg li t-tħawwil ta' siġar qiegħed isir biss mill- kaċċaturi.", "M'iniex ngħid li m'hemmx kaċċaturi li jkabbru xi siġar taż- żebbuġ pero` safejn naf jien il-kunsilli lokali qegħdin ikabbru s-siġar li jiġu provduti lilhom perjodikament mid-dipartiment ta' l-agrikoltura u anke l-privat qiegħed jagħti spinta f'dan ir-rigward.", "F'pajjiżna hawn craze qawwija biex kulħadd ikabbar is-siġar taż-żebbuġ u naf min għandu d-dwieli u qed ineħħihom biex jikkonvertihom f'siġar taż-żebbuġ.", "L-ammont kbir ta' siġar taż-żebbuġ li jiġu mportati u dawk li jiġu mlaqqma mid-dipartiment huwa ammont sostanzjali u kollha qed jinħatfu.", "Dawn is- siġar m'humiex qed jiġu mħawwla u mkabbra mill-kaċċaturi għax normalment il- kaċċaturi mhux is-siġar taż-żebbuġ ikabbru imma siġar ta' l-ewkaliptus, dawk li l-Onor.", "Borg għadu kif qal li ma jiffittjawx fl-ambjent tal- pajsaġġ.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt tal-kirja ffirmat bejn il-Kummissarju ta' l- Artijiet u Victoria Shooters Club ta' Ħal Qormi, datat 30 ta' Marzu 1987, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31535;", "Tabella li turi l-lokalitajiet fejn hemm għases tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31605;", "Informazzjoni dwar reati rapportati lill-Pulizija matul Jannar 2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31606;", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 41 ta' l-2002 – Ordni ta' l-2002 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali oħra; u", "Avviż Legali Nru 42 ta' l-2002 - Ordni ta' l-2002 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji ta' l-Imħallfin u Maġistrati;", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar promozzjonijiet li ngħataw lill-impjegati ta' l-Awtorita' tad-Djar bejn l-1996 u l-2002, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31551;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 39 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 dwar l- Għarfien ta' Kwalifiki Akkademiċi għall-Periti;", "f'isem il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 40 ta' l-2002 - Dangerous Substances (Risk Assessment) Regulations, 2002; u", "f'isem il-Ministru tas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Avviż Legali Nru 38 ta' l-2002 - Regolamenti ta' l-2002 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab ma' l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha; u", "Tagħrif dwar prodotti farmeċewtiċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 31532.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "CULTURAL HERITAGE BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "(Ikompli mit-13 ta' Frar 2002)", "Klawsola 43 - Dritt esklużiv għall-iskavar (Kont.)", "Clause 43 - Exclusive right to excavate (Cont.)", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Sur President, din il- klawsola li konna diġa` qed nitkellmu dwarha l-aħħar li konna qed niddiskutu dan l-abbozz titkellem dwar id-dritt esklussiv għall-iskavar.", "Dak inhar tqalqal il-punt dwar il-ħtieġa li niċċaraw sewwa x'qed nifhmu bil- kelma \"esplorazzjoni\" fejn si tratta esplorazzjoni f'ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa.", "Il-ħsieb huwa li meta niġu għall-klawsola li titkellem dwar it-tifsir inkunu nisgħtu nagħtu t-tifsira tal-kelma \"esplorazzjoni\".", "Sur President, l-emenda li se nressaq aktar tard in parti qiegħda biex tiċċara ftit il-mod ta` kif inhi drafted din il-klawsola.", "Fil-fatt meta tinqara kif qed nipproponi li nemendawha tkun tfisser li l- iskavi u eplorazzjonijiet arkeoloġiċi jew paleontoloġiċi fuq art kif ukoll fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta` Malta jistgħu jsiru biss mis-sovrintendent jew bil-permess bil-miktub tas-sovrintendent u skond kull kondizzjoni annessa miegħu.", "Qed inżidu wkoll li s-sovrintendent jista` jagħmel, jew jordna li jsiru, skavi għall-finijiet ta' dan l-Att f'kull parti ta' Malta, kull meta dawn l-iskavi huma meħtieġa u skond regolamenti maħruġa bis-saħħa tal-paragrafu (d) tal-artiklu 54 ta' dan l-Att.", "Fl- artiklu 54 ta` l-abbozz nitkellmu dwar il-poteri tal-Ministru li jagħmel regolamenti biex diversi aspetti li jaqgħu taħt dan l-abbozz ta` liġi jkunu jistgħu jiġu regolati b'mod dettaljat u b'mod tekniku għax fil-liġijiet hija ħaġa normali li wieħed ma jidħolx f'ċertu dettall tekniku u jħalli dan għall-finijiet tal-regolamenti.", "Allura qegħdin ngħidu li se nagħtu d-dritt lis-sovrintendent li jista` jagħmel, jew ordna li jsiru skavi f'kull parti ta` Malta jew kull meta dawn l-iskavi huma meħtieġa, pero` għad iridu jsiru regolamenti biex anke dawn jiġu regolamentati fid-dettall tagħhom fil- proċess li jkunu jridu jsegwu.", "Sur President, f'parti oħra ta` dan l-abbozz, f'artiklu 45, hemm ukoll referenza għad-dritt tas-sovrintendent li jagħmel skavi arkeoloġiċi, u hemmhekk hemm salvagwardat li biex jiġi li jagħmel skavi jrid jagħti notice ta' ċertu numru ta` ġranet, jidħol responsabbli li jagħmel tajjeb għal xi danni li l-individwi jistgħu jsofru u affarijiet simili bħal dawn.", "Allura meta qed ngħidu li s-sovrintendent għandu dritt li jagħmel jew jordna li jsiru skavi, dan huwa dejjem soġġett li jrid jirrispetta ċerti drittijiet ta` l-individwi li jkunu l-proprjetarji jew l-inkwilini inkella l- pussessuri ta` din l-art in kwestjoni.", "F'dan il-każ irridu nsegwu l-istess provvedimenti ta` l-artiklu 45 bl-istess tifsiriet ta` dak l-artiklu.", "Sur President, qegħdin ngħidu wkoll li kull min jiskopri xi oġġett, sit jew bini li dwarhom japplika dan l-Att skond ma hemm fl-artiklu 3, jiġifieri jiskopri bini jew affarijiet ta` partimonju kulturali, għandu minnufih jinforma lis-sovrintendent u jrid ukoll li jżomm l-oġġett misjub in situ, u għal perjodu ta` sitt ijiem ma jistax ikompli b'xogħol fuq il-post fejn ikun skopert l-oġġett ta` proprjeta` kulturali.", "Aktar 'il quddiem se nressaq emenda biex niċċaraw li s-sitt ijiem m'humiex sitt ijiem normali, imma sitt ijiem tax-xogħol għax jekk is-sovrintendent ikun irid jagħmel ċerti proċeduri jew ċertu xogħol biex jivverifika x'inhu l-oġġett jew is- sit patrimonjali u f'dawk is-sitt ijiem jinżertaw xi jumejn festi pubbliċi jista` jkun hemm diffikulta` taż-żmien biex dan isir.", "Allura ħassejna li jkun tajjeb li ngħidu sitt ijiem ta` xogħol biex tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi li jistgħu jinzertaw f'dawk is-sitt ijiem ma jkunux inklużi fil- perjodu taż-żmien li s-sovrintendent ikun jeħtieġ għal din il-verifika.", "Meta jkun hemm skoperta s-sovrintendent irid jispezjona l-post fejn tkun saret l-iskoperta matul dawk is-sitt ijiem ta` xogħol u jista` jordna lil min ikun responsabbli li ma jagħmilx iktar xogħol fuq il-post jew f'xi parti minnu billi jagħtih avviż biex jieqaf mix-xogħol.", "Mela l-proċedura li qed tiġi prospettata hija li meta individwu skopra oġġett ta` valur irid jinforma minnufih lis-sovrintendent u jħalli kollox f'post. Imbagħad hemm sitt ijiem ta` xogħol li fihom is-sovrintendent irid imur jara l-affarijiet, jagħmel il-verifiki u jieħu d-deċiżjonijiet.", "F'dawn is-sitt ijiem is-sovrintendent jista` joroġ ordni li xogħol iktar ma jsirx fuq dak il-post jew inkella fuq xi parti minnu.", "Naturalment – u dan qed taħseb għalih il-liġi - jekk din l-ordni biex ix-xogħol jieqaf tista` ġġib magħha xi danni għall-individwu allura l-individwu jkollu d-dritt li jiġi kkumpensat għad dawk id-danni.", "Mela qed nieħdu s-sitwazzjoni fejn is- sovrintendent ordna li jieqaf ix-xogħol.", "Naturalment din m'hijiex ordni li tibqa` valida indefinittivament, sempliċiment jordnalek biex tieqaf mix-xogħol u kulħadd jibqa` sospiż.", "Il- liġi se tagħti tliet xhur żmien minn meta joħroġ l-avviż ħalli x-xogħol jieqaf biex il-gvern, f'dawk it-tliet xhur, għandu jibda proċeduri biex jikseb is-sit skond l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, jew inkella s-sovrintendent għandu jillibera s-sit.", "Malli s- sovrintendent jibda il-proċedura taħt din l-Ordinanza, allura d-dritt ta` kumpens ta` l-individwu li seta` rriżulta minħabba xi danni li setgħu ġew kawżati minħabba li ġie ordnat biex iwaqqaf ix-xogħol jispiċċa, għax imbagħad ladarba s-sovrintendent ikun beda l-proċedura biex jakkwista l- art, taħt l-Ordinanza msemmija hemm il-manjiera kif l-individwu jiġi kkumpensat għall-art li s-sovrintendent ikun se jieħu għall-finijiet ta` dan l-Att qed qed nikkonsidraw.", "Sur President, qiegħed jingħad ukoll li kull oġġett mobbli ta` valur kulturali li jiġi skopert x'imkien f'Malta, fl-ibħra territorjali tagħha u fiż-żona kontigwa sew jekk jinsab fi skavi awtorizzati jew illegali jew waqt esplorazzjoni jew aċċidentalment filwaqt li jkun qed isir xi xogħol sew b'kull mod ieħor ikun jappartjeni lill-Istat.", "Il-liġi qiegħda wkoll tobbliga li kull min ikun responsabbli għal xi skavar jew esplorazzjoni għandu jagħti lis-sovrintendent kull record oriġinali jew kopja sħiħa dwar il-progress ta` dak l-iskavar jew dik esplorazzjoni.", "Sur President, naħseb li din il-klawsola hija waħda li tirregola x'inhi l- pożizzjoni ta` skavar u ta` esplorazzjoni u jidhirli li f'dan l-istadju m'hawnx punti oħrjan x'wieħed għandu jispjega.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, ħa nagħmel intervent qasir għax dan li se ngħid hu punt li fuqu kont enfasizzajt meta konna qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta` Liġi dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa meta konna qegħdin nitkellmu dwar id-dritt tal-hot pursuit.", "Dak inhar konna qed ngħidu li jekk kemm-il darba l-forzi ta` l-ordni Maltin jaqbdu lil xi ħadd fl-ibħra teritorjali jew fil-portijiet tagħna, jekk kemm-il darba dan ix-xi ħadd ikun suspettat li għamel xi att kriminali, dawn għandhom dritt li jibqgħu jiġru warajh fiż-żona kontigwa u anke fl-ibħra internazzjonali u eventwalment jieqfu meta jidħlu fl-ibħra territorjali ta` xi pajjiż ieħor.", "F'dik il-liġi konna tajna importanza liż-żona kontigwa, li huwa reġjun ta` madwar 20 mil 'il barra mill-ibħra territorjali.", "Dawn huwa kunċett li ħareġ mil-Law of the Sea ta` l-UNCLOS.", "Jiena kont għamilt il-punt dwar il-wirt li hemm f'qiegħ tal-baħar.", "Dan titkellem fuqu anke l-Law of the Sea meta titkellem dwar dak li huwa mal-qiegħ tal-baħar.", "Issa sija jekk dan huwa tip ta` ħut, sija jekk huma riżorsi naturali u sija jekk inhuma affarijiet oħra, dak jibqa` jappartjenti lill-Istat li fih qiegħed dak l-oġġett li hemm fil-qiegħ.", "Pero` l-punt li kont għamilt jien huwa li aħna qegħdin fil- Mediterran u nafu li f'dan ir-reġjun tad-dinja - jekk wieħed imur lura biex jara ċ-ċiviltajiet li fuqhom hija msejsa d-dinja tal-lum, għallinqas id- dinja Ewropea, dik ta` l-Afrika ta` Fuq u sa ċertu punt anke dik ta` l-Asja – bdew, għexu u ffjorixxew dawn iċ-ċiviltajiet u bdew jmutu bil-mod il-mod sakemm ġew taken over b'ċiviltajiet oħra.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex f'dan il-baħar meta wieħed jara li għandu salib it-toroq ta` kulturi u ta` ċiviltajiet isib li għandu l-istorja ta` l-Ewropa miktuba kollha.", "Tibda mill-Etruscan u tibqa` sejra għall-Grieg, ir-Ruman, l-Eġizzjan u l- Persiku li kollha kienu jużaw il-Mediterran sabiex jaqsmu u jwasslu l- kultura tagħhom min-naħa għall-oħra.", "Dan qed ngħidu biex wieħed jifhem il- valur li jista` jkun hemm f'qiegħ il-baħar.", "Kulħadd jaf li l-mezz li bih kienu jivvjaġġaw.", "Ma ninsewx li anke miċ-Ċina kienu jaslu sal-Medju-Orjent bil-karavani tal-ġmula fuq l-art, pero` minn hemm imbagħad kienu jaqdbu l- baħar biex imorru f'partijiet oħra tal-Mediterran.", "Allura fil-Mediterran, bħala mezz ta` trasport, kien ikollok vapuri żgħar jew kbar, ma nafx kif kienu jkunu dak iż-żmien, li kienu ta` kuljum u l-ħin kollu jsalpaw in-naħa għall-oħra.", "Nafu wkoll kemm il-Mediterran huwa baħar imprevedibbli u kemm jagħmel maltemp u bla dubju ta` xejn wieħed jassumi – biex ma nsemmux l-istejjer li huma recorded u anke huma parti mill-istorja - li hemm ammont ta` relitti li għerqu waqt il-vjaġġi tagħhom.", "Per eżempju, kien ikun hemm ħafna statwarju Grieg li kien qed jiġi esportat bil-vapur mill-Grecja għall- postijiet oħra.", "Issa jekk waqt il-vjaġġ tiegħu l-vapur kien jiltaqa` ma xi maltempata, l-ekwipaġġ kien jarmi cargo fil-baħar ħalli l-vapur ma jegħreqx jew inkella jinżlu b'kollox.", "Jiġifieri ma tridx tisforza wisq biex tirrealizza li f'dan il-baħar il-Bambin biss jaf x'indifen fih f'dawn is- sekli kollha li għaddew.", "U dan apparti l-fatt li hemm ukoll affarijiet li huma wkoll ta` storja riċenti.", "Biżżejjed wieħed jiftakar meta fl-1798 il- Franċiżi telqu minn hawnhekk mgħobbijin b'ċertu ammont ta` rikkezzi li serqu minn hawn, il-flotta ġiet involuta fil-battalja ta` Abukir u nafu, għax rajna anke filmati, bl-iskavi li bihom bdew itellgħu biċċiet tal- muniti bl-armi tal-kavallieri li ovvjament ġew traspostati u llum qegħdin fil-qiegħ tal-baħar.", "Sur President, il-punt tiegħi hu li matul dawn l-aħħar snin, iktar ma ġiet żviluppata t-teknoloġija, rajna li hemm min għandu teknoloġija avvanzata ħafna u qed jużaw bħal submarine robots li jinżlu fil-qiegħ mingħajr il- bżonn ta` l-għaddasa – dawn bħal kull ħaġa oħra għandhom il-ħażin u t- tajjeb tagħhom, li ma kenux huma ma kienx jinstab it-Titanic f'dak il-fond kollu - u jfittxu fil-qiegħ ta` l-ibħra tagħna u nafu li hemm min qiegħed jagħmel kummerċ kbir.", "Xi sejntejn jew tliet snin ilu kien hemm sejba kbira ħafna barra minn Trapani fejn ittellgħu ammonti enormi ta` relitti ta` ċertu valur storiku li huwa indubitabbli, u għax kienu barra mill-ibħra territorjali setgħu liberament qabduhom u rkantawhom ġewwa New York għax min kien qed iħaddem ir-robot kien Amerikan.", "Il-liġi kif inhi llum dan jista` jsir.", "Jiena naf li dan isir ukoll fil-Karibew fejn għandek ukoll reġjun li huwa magħġun ħafna fl-istorja ta` dik in-naħa tad-dinja fejn bla dubju ta` xejn kien hemm snin twal ta` dik li jseħju \"kaċċa għat-teżor\".", "Kienu jmorru jgħoddsu u jfittxu ħalli jsibu t-teżor.", "Jien mhux qed nitkellem fuq il-kwestjoni ta` kemm jiswa għax xi ħaġa arkeoloġika ta` valur storiku bħalma huwa statwarju Grieg jew statwajru Ruman jew inkella xi xiedha storika ta` ċerti affarijiet bħalma huma, per eżempju, ankri ta` xi vapur Grieg huma affarijiet li m'għandhomx prezz, imma għandhom valur storiku kulturali kbir immens.", "F'din il-klawsola l-Ministru qed jestendi l-poteri tas-sovrintendent anke għaż-żona kontigwa.", "Pero` issa rridu naraw jekk għandniex il-mezzi biex din is-sorvelja nattwawha.", "Veru li għandna l-Pulizija u l-Forzi Armati, imma fl-ibħra territorjali diġa' għandna 25 mil, sakemm iħalluhomlna, li hija area enormi u ma ninsewx li qed inżidu area ta` 20 mil ieħor, barra l-25 mil, li qegħdin nassumu li se jkollna s-sorvelja effettiva fuqha.", "Huwa tajjeb ukoll li wieħed jara kif jista` jkabbar is-sorvelja mhux neċessarjament billi juża mezzi tal-baħar imma anke billi juża ajruplani żgħar li ovvjament li jkopru area ħafna iktar kbira u f'inqas ħin.", "Imbagħad ovvjament wieħed jagħmel l-arranġamenti li hemm bżonn jekk jiġi skopert li hemm xi ħadd li qed jabbuża.", "Pero` l-argument tiegħi huwa li jkun inutli li aħna, bħala Maltin, ngħidu li se nagħmlu estensjoni għall-kontrolli fuq l- iskavi u fuq dan it-tiftix f'qiegħ il-baħar jekk ma nagħmlux minn kollox biex ma nħallux nies li jiġu minn barra u mingħajr ma jieħdu permess jagħmlu dan it-tip ta` tiftix u jitilqu b'dak li jappartjeni lill-poplu Malti.", "Hawnhekk irrid ngħid li strettament dan ma jappartjenih lill-poplu Malti biss.", "Ħafna minn dawn l-affarijiet huma tal-poplu Mediterranju.", "Huma affarijiet li jappartjenu lir-reġjun tal-Mediterran.", "Fil-passat fiż-żmien meta pajjiż kien jirbaħ pajjiżi oħra kien iġorr kulma kien jista` lejn pajjiżu.", "Niftakru l-famużi rħamijiet li telqu minn ġol-Greċja u li llum qegħdin f'mużew ġewwa l-Ingilterra.", "Tara l-ikbar kollezzjoni ta` affarijiet ta` l-Eġittu f'mużewijiet ġo Ruma, f'mużewijiet f'Pariġi u f'mużewijiet f'Londra.", "Veru li dan huwa effett ta` kif seħħet l-istorja, pero` meta issa qed nirrikonoxxu d-drittijiet tan-nazzjonijiet individwali u meta suppost hemm il-paċi bejn il-pajjiżi, wieħed għandu jipprova jsib mezz biex dawn l-affarijiet ma jibqgħux jiġu misruqa mill-ibħra tagħna.", "Sur President, għalhekk jiena rrid nappella lill-Ministru biex barra li ngħidu li se nagħmlu sorvelja effettiva ħalli ma jkunx hawn min jiskava u jfittex u jieħu minn qiegħ l-ibħra tagħna dak li huwa parti mill-istorja tal-Mediterran jiena nemmen li – u dan kont issuġġerejtu anke meta ddiskutejna l-abbozz ta` liġi dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa – il-Ministru f'forum adegwat jipprova joħroġ bl-idea li bejn il-pajjiżi tal- Mediterran ikun hemm ftehim li lkoll kemm huma jaqblu li bejniethom ikopru l-baħar Mediterran u din tiġi area ristretta u fiha ħadd ma jkun jista` jagħmel skavi jekk ma jkunux imqabbad jew inkella kkommissjonat mill- pajjiżi Mediterranji.", "Dan jista` jista` jsir billi mmorru fil-Euro-Med jew inkella nistgħu mmorru mill-ewwel fil-Ġnus Magħquda fejn Malta kienet minn ta` quddiem li tkellmet fuq il-Law of the Sea.", "Jista` wkoll isir fi ħdan il-laqgħat tal- Pacem in Maribus.", "Hawn ħafna fora fejn wieħed jista` joħroġ b'din l-idea.", "Bħalma l-Ministru qed jgħid li jrid ikun is-sovrintendent Malti biex jagħti permess biex xi ħadd jiskava fl-ibħra territorjali u fiż-żona kontigwa ta' pajjiżna, jiena kont nestendi dan il-kunċett għal dak li jirrigwarda l- pajjiżi Mediterranji li bejniethom jiġbru ċ-ċentri tal-bidu taċ-ċiviltajiet li fuqhom hija bbażata ċ-ċivilta` moderna ta` din in-naħa tad-dinja.", "Il- kunċett għandu jkun li f'fora adegwati, bħalma dawk li semmejt qabel, il- gvern ivara inizjattiva u jiena konvint li jsib l-appoġġ ta` pajjiżi oħra.", "Jiena naf kemm it-Taljani ħaduha bi kbira meta ftit wara li sabu l-famużi statwi Griegi ta` Hercules – illum dawn qegħdin f'imkien lejn Napli – skoprew li fi Trapani, ftit 'il bogħod minn Napli, xi ħadd kien qed iġorr affarijiet li probabbilment kienu konnessi ma` l-istess kultura.", "Allura jiena naħseb li dawn ikunu lesti li jagħmlu dan il-patt ħalli bejnietna nagħlqu l-Mediterran għal dan l-isfruttament.", "Veru li ħaddieħor għandu t- teknoloġija, imma din it-teknoloġija għandna nħallsu għaliha aħna, bħala pajjiżi Mediterranji, ħalli dak li nistgħu nsibu li hu tal-Mediterran inkunu nistgħu nżommuh fil-Mediterran.", "Dan kien l-istess argument għaliex l-Istati Uniti fil-bidu ma ridux jiffirmaw il-liġi ta` l-UNCLOS.", "Għaliex?", "Għax huma diġa` kellhom it- teknoloġija biex jinżlu fil-fond u jesplojtjaw ir-riżorsi minerali bħalma huma n-nodules tal-cobalt li jkun hemm f'qiegħ il-baħar, allura ma ridux li jkollhom xi obbligu biex jaqsmu ma` ħaddieħor u bħalma jagħmel kull pajjiż b'saħħtu u li għandu t-teknoloġija żammew pass lura milli jiffirmaw.", "Dan kien japplika anke għal dak li fil-Law of the Sea huwa magħruf bħala \"the area\" li hija l-area beyond the exclusive economic zone li tiġi anke barra ż-żona kontigwa u ovvjament barra l-ibħra territorjali.", "Allura jiena nappella biex il-Ministru jieħu in konsiderazzjoni, forsi mhux f'din il-liġi għax strettament ma tidħolx fiha għalkemm hemm rabta sewwa magħha għax issegwi l-istess kunċett, li jkun hemm inizjattiva Maltija biex bi qbil ma` kulħadd il-baħar Mediterran ma jitħallix jiġi sfruttat mill- patrimonju immens li jsita` jkun hemm fil-qiegħ tiegħu.", "Jiena, kemm ili ħaj, niftakar li dejjem qrajt, daqqa fuq l-Everybody, daqqa fuq il-gazzetti u oħra fuq in-National Geographic, fuq skoperti ġodda li saru f'ibħra u kont ngħid: Imma possibbli dawn ħadd qatt ma rahom qabel?", "Aħna nafu li anke fl-ibħra tagħna jsiru minn dawn l-iskoperti.", "Fil-fatt fl-ibħra tagħna, anke qrib il-kosta, għadhom qed isibu affarijiet li tiskanta bihom.", "Niftakar f'relitti li kienu nstabu fil-bajja ta` Wied il-Għajn.", "Dan l-aħħar instabu wkoll xi ankri ftit 'il barra mill-Qawra u riċentement instabu strutturi li fuqhom għad hemm ħafna mistoqsijiet jekk dawn humiex man-made jew inkella le.", "Jiġifieri jiena nemmen li ma nistgħux nibqgħu kif konna anke sa ftit snin ilu meta kienu jiġuk it-Taljani jmorrulek bir- rubber dinghies ftit 'il barra mix-Xlendi, jinżlu fil-fond għax jiġu bl- apparat kollu u jitilqu bl-anfori lejn l-Italja qisu ma ġara xejn.", "Għalhekk jiena ngħid mhux billi nkabbru l-area li għandna u ngħidu mbagħad nagħmlu patt mal-pajjiżi l-oħra, l-inforzar irid ikun serju u jrid ikun effettiv.", "Inutli li nagħmlu l-liġijiet jekk fl-istess ħin ma nagħmlux pjani ta` azzjoni kif l-area li se nkunu qed nissorveljaw inkunu qed nimmoniterjawha fuq bażi regolari fis-sens li min għandu f'moħħu li jfittex biex jisraq ikun jaf li qed isir monitoring.", "Jiġifieri jkun jaf li qed isiru titjiriet jew inkella jaf li qed jgħaddu l-laneċ tal-Forzi Armati minn ċerti areas li jagħtu x'jifhem li qed isir ċertu monitoring.", "Ovvajment wieħed ma jridx jagħmel dan dejjem fl-istess ġranet u fl-istess ħinijiet għax inkella tkun qiegħed turihom li inti tgħaddi minn hemmhekk fit-tali ġranet u fit-tali ħinijiet u tkun qed tikxef ir-rotta tiegħek.", "Imma jrid ikun jidher li l- forzi ta` l-ordni jkunu qegħdin jagħmlu monitoring effettiv biex dan ikun ta` deterrent.", "Imma l-iktar ħaġa importanti hija li l-wirt kbir li hemm fl- ibħra tagħna – u l-baħar Mediterran huwa l-baħar tagħna – ma nixtieqx li nibqa` narah jitfaċċa f'irkantijiet ta` Sotheby's, ta` Philip's u ta` oħrajn ġewwa New York, Tokyo u postijiet oħra.", "Jekk jinstabu ġewwa l- Mediterran, dawn għandhom jiġu kkonsenjati lill-pajjiżi tal-Mediterran u mbagħad dawn jigawdew mhux mill-popli tal-Mediterran biss imma mill-popli tad-dinja kollha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dan id-diskors li għamel l-Onor.", "Vella huwa diskors importanti u s-suġġett li tkellem fuqu huwa wieħed ferm interessanti.", "Naturalment meta wieħed jitkellem fuq l-ibħra territorjali u fuq iż-żona kontigwa ta` pajjiżna wieħed ikun qed jitkellem fuq suġġett li huwa diġa` regolat b'mod dettaljat u b'mod tekniku f'liġijiet oħra fid-dawl ta` x'tipprovdi l-liġi dwar qiegħ il-baħar.", "Dawn huma kunċetti li dwarhom fl-aħħar tletin sena kien hawn dibattitu legali sħiħ u kien hawn żviluppi importanti ħafna.", "Fil-fatt żviluppat ukoll xjenza legali fuqhom minħabba l- implikazzjonijiet ekonomiċi ta` sustanza fejn si tratta r-riżorsi li jista` jkun hemm f'dawn it-territorji u meta aħna qegħdin nirregolaw l-iskavi jew l-esplorazzjonijiet f'dawn it-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ta` pajjiżna kif delimitati b'dawk il-liġijiet, qegħdin nipprovaw li norbtu ma` dak il-kunċett biex nestendu l-ġurisdizzjoni ta` pajjiżna fuq dan il- patrimonju kulturali li jista` jinstab f'dan it-territorju.", "Jiena nistrqarr, a priori, li m'iniex espert ta` dan is-suġġett u wisq inqas jiena espert ta` teknika li teżisti llum biex wieħed ikun jista` jagħmel esplorazzjonijiet f'qiegħ il-baħar.", "(Interruzzjonijiet) Nista` nimmaġina li hawn pajjiżi li huma żviluppati immens f'dan ir-rigward.", "Sur President, laqatni s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Vella dwar kif il- pajjiżi tal-Mediterran jistgħu jiddiskutu dan is-suġġett biex jipprovaw joħolqu partnership bejniethom ħalli jkunu jistgħu jħarsu l-patrimonju li hemm f'qiegħ il-baħar bżmod aħjar milli qed nagħmlu llum.", "M'hemmx dubju li l-baħar Mediterran huwa l-post ta` storja mill-iktar kbira li tmur ħafna lura fiż-żmien.", "Huwa veru wkoll li hemm ħwejjeġ li anke jolqtu lilna direttament.", "Issa meta wieħed iqis il-possiblitajiet, il- finanzi u r-riżorsi li għandna aħna, dan l-artiklu ma naħsibx li qiegħed jippretendi li joffri xi garanzija assoluta.", "Jiġifieri l-intenzjoni hi li f'dan il-kamp nagħmlu mill-aħjar li nistgħu.", "Li qed jagħmel dan l-artiklu hu li l-ewwelnett jagħti d-dritt lis-sovrintendent li jiskava u jesplora hu – dan naturalment se jkun jiddependi ħafna mir-riżorsi li qed nitkellmu dwarhom – imma mbagħad qed jissottometti kwalunkwe skav u esplorazzjoni għall-permess bil-miktub tas-sovrintendent.", "Li jsiru diskussjonijiet fuq livell tal-pajjiżi tal-Mediterran biex wieħed jersaq lejn xi forma ta` ftehim li jirregola aħjar dan is-settur wieħed irid isib l-opportunita` f'xi forum Ewro-Mediterranju jew f'xi forum ieħor li jista` jaqbad dan is- suġġett.", "Ma rridux ninsew li diġa` hawn konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw aspetti ta` dan l-argument kollu, fis-sens li jirregolaw x'għandu jiġri meta jiġi skopert li xi ħadd skopra oġġett u ħadu meta dan jappartjenti lil xi Stat partikolari.", "(Interruzzjonijiet) Le, hemm il- konvenzjonijiet li jirregolaw ir-ritorn tal-proprjeta` kulturali misruqa jew inkella esportata illegalment.", "Per eżempju, jekk wieħed isir jaf li xi ħadd niżel fil-żona kontigwa tagħna jew fl-ibħra territorjali tagħna u sab affarijiet ....", "(Interruzzjonijiet) Jekk wieħed qed jitkellem fuq relics ta` valur patrimonjali 'l hinn miż-żona kontigwa, jiġifieri f'ibħra internazzjonali, allura m'hemmx dubju li dan irid jiġi diskuss bejn il- pajjiżi kollha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Onor. Galea, huwa proprju dan l-argument li qajjimt jiena.", "Jiena għedt li sal-lum inti għandek kontroll fuq l-inland waters u fuq l-ibħra territorjali.", "Li inti qed testendi għaż-żona kontigwa huwa tajjeb għax qed testendi 20 mil ieħor.", "Jiena għedt li wieħed jista` jestrapola dak li hemm fil-Law of the Sea li titkellem fuq l-exclusive economic zone.", "Jiġifieri dak li qiegħed fil-qiegħ u taħt il-qiegħ f'dik iż- żona li kważi tmur 200 mil 'il bogħod mix-xatt huwa proprjeta` tal-pajjiż.", "Fil-Mediterran dan ma jistax isir għax m'għandekx fejn toħroġ 200 mil kull pajjiż, pero` l-argument tiegħi hu li dak li hemm fil-qiegħ huwa immobbli, fis-sens li mhux jiċċaqqlaq, u l-Law of the Sea titkellem fuq dak li qiegħed mal-qiegħ jew inkella taħtu, adjacent to the bottom of the sea.", "Meta aħna qed ngħidu li l-ibħra territorjali tagħna u ż-żona kontigwa għandhom jiġu monitored u ristretti biex dak li hemm ġo fihom ikun tagħna, jiena qed ngħid: Let's push it one step further u minflok ngħidu \"ibħra internazzjonali\" ngħidu \"ibħra internazzjonali tal-pajjiżi Mediterran\".", "Għax li tgħaddi minn fuqhom bit-tankers biex iġġorr iż-żejt ma jimportax, li tgħaddi minn fuqhom biex iġġorr il-merkanzija ma jimportax, imma li tinżel fil-qiegħ għax għandek l-apaprat modern biex issib l-affarijiet u dak li kien ta` dawk il-pajjiżi fis-sekli li għaddew, li huwa rifless tal- kulturi li kellhom u ta' l-istorja riccha li hemm fil-Mediterran, taqbad u titlaq 'il barra bihom ma naqbilx magħha.", "Irid ikun hemm inizjattiva biex flimkien mal-pajjiżi l-oħra tagħlaq il- baħar u dak li jkun hemm isir jappartjeni lill-pajjiżi tal-Mediterran.", "Bħalma sar il-pjan għall-ħarsien tal-baħar tal-Mediterran wieħed għandu jara li jkun hemm mod biex dawk l-affarijiet li hemm f'qiegħ il-baħar Mediterran ma jiġix xi ħadd u jgħid li dawk jista` jeħodhom għax m'humiex fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa.", "Imma biex isir dan irid ikun hemm ftehim internazzjonali bejn il-pajjiżi tal-Mediterran.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena xtaqt nassoċja ruħi ma` dak li kien qed jgħid l-Onor.", "George Vella u proprju ngħid li l-punt li qajjem kien f'waqtu.", "L-Onor.", "Vella semma kif bir-robotics u bis-submarine robots xi tliet snin jew erba` snin ilu fil-kanal ta` Sqallija, bejn Sqallija u t- Tuneżija, l-Amerikani kienu tellgħu ammont ta` relitti.", "Dak iż-żmien meta kienu tellgħuhom u ħaduhom lejn l-Istati Uniti kienu qalu li tant tellgħu affarijiet ġodda li meta janalizzaw dak kollu li tellgħu jista` jkun li tinbidel l-interpretazzjoni ta' l-istorja tal-Mediterran.", "Jiena naħseb li kienet claim esaġerata.", "Imma naħseb li din irridu neħduha bis-serjeta` u naraw x'jista` jsir.", "Aħna bħala pajjiż żgħir, li fl-istess ħin ħareġ anke bl-idea tajba ħafna tal-wirt komuni ta` l-umanita`, xi ħaġa bħal din tweġġagħna għaliex żgħar, vulnerabbli u m'għandniex il-mezzi biex anke dak li qed ngħidu f'din il-liġi nwettquh, aħseb u wara kemm nistgħu mmorru 'l hinn minn dak li qegħdin ngħidu f'din il-liġi.", "Pero` jiena naħseb li l-idea ta` l-Onor.", "Vella tidħol anke fil-prospettiva ta` kif qed jiżviluppa u kif jista` jiżviluppa iktar fil-qasam kulturali l-proċess Ewro-Mediterranju.", "Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea u anke bl-imbottatura tal-President tal- Kummissjoni, Romano Prodi, qiegħda tieħu inizjattivi konkreti dwar proġetti bis-sħab bejn naħa tal-Mediterran u oħra, fejn jiltaqgħu tant kulturi, ilsna u reliġjonijiet differenti, biex din id-diversita` ikunu jistgħu jdawruha fi plus u mhux f'minus u minn post ta` konfrontazzjoni jsir post ta` partnership u ta` koperazzjoni.", "Aktar faċli tgħidha milli tagħmilha, imma jiena naħseb li hemm art fertili, speċjalment meta l-Kummissjoni Ewropea lesta li tuża l-fondi tagħha biex tagħmel proġetti kulturali u anke edukattivi bis-sħab.", "Dak li qabel kienet tgħid li qed tiftħu biss għall- pajjiżi ta` l-Ewropa tal-Lvant, issa b'deċiżjoni li ttieħdet reċentement, il-Kummissjoni Ewropea qed tinfetaħ iżjed u iżjed għall-pajjiżi tal- Mediterran.", "Din żgur m'hijiex qed issir bl-idea li xi darba dawn il-pajjiżi jsiru membri.", "Qed nitkellmu fuq pajjiżi bħall-Marokk, l-Eġittu, it- Tuneżija, l-Alġerija u l-artijiet Palestinjani fejn l-Unjoni Ewropea, l- aktar bl-imbuttatura ta` nies bħal Romano Prodi, qed jaraw li huwa importanti li jkun hemm din it-tip ta` koperazzjoni Ewro-Mediterranja.", "Għalhekk naħseb li ma tkunx idea ħażina li fost il-proġetti li nkunu qed nimbuttaw minn pajjiżna jkun hemm din l-idea li semma l-Onor.", "Vella għax din l-ebda pajjiż ma jista` jagħmilha waħdu.", "Dan huwa qasam fejn hemm bżonn ħafna l-koperazzjoni tal-pajjiżi kollha flimkien.", "Naħseb li tkun idea tajba ħafna li Malta, li tant ħarġet b'inizjattivi ta` koperazzjoni fil-Mediterran f'oqsma differenti, toħroġ ukoll b'din l-inizjattiva ta` koperazzjoni Ewro-Mediterranja f'qasam tant importanti għall-wirt storiku u kulturali tal-Mediterran kollu għax tagħmel ħafna u ħafna sens.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, meta jsir suġġeriment ta` dan it-tip wieħed jista` jgħid li dan huwa suġġeriment interessanti, jieħu nota tiegħu u jitilqu in aria u mbagħad jara jerġax jitqanqal jew le.", "Il-manjiera biex wieħed ikun jista` javvanza suġġeriment bħal dan huwa li l-ewwel irid jagħmel ċerta evalwazzjoni tal-proposta anke min-naħa tagħna.", "Jiġifieri naħseb li l-aħjar ħaġa li ssir trid tkun li follow-up għas-suġġeriment li sar illejla nitkellmu ma` nies li f'dan il-kamp għandhom ftit iktar teknika.", "Per eżempju, issib min hu espert fil-liġi li tirregola l-ibħra bħal Professur David Attard u l-Professur Bonanno u jevalwaw ftit din it- tip ta` proposta biex naraw f'liema termini tista` tpoġġiha jekk wieħed irid jibda jitfa` l-ewwel boċċa, biex ngħidu hekk.", "(Interruzzjonijiet) Jiena ma niddejjaqx li anke flimkien f'xi mument niltaqgħu ftit magħhom u ngħidulhom: Hawn din l-idea li wieħed qiegħed jipprospetta, hija xi ħaġa li tista` tiġi avvanzata fuq livell diplomatiku?", "U fil-każ f'liema forum wieħed jista` jagħmilha?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax dejjem jirriżulta li dawn it-tipi ta` ideat embrioniċi trid tibda tistudjahom, tikkonsidrahom u tibda tagħmel ċerti sounding għalihom.", "Allura forsi t-triq li rridu nibqgħu nikkonsidraw hija proprju li dan is-suġġeriment li sar nipprovaw naqbduh ma` nies li huma esperti f'dan il-kamp u nieħdu ftit il-pariri tagħhom qabel wieħed ikun jista` jkompli javvanza l-idea.", "Ħafna drabi ideat li jkunu jagħmlu moralment ħafna sens – u anke mill-punto di vista ta` leġġitimita` jagħmlu ħafna sens – x'ħin imbagħad tapplikahom fuq il-livell legali li jrid jinħadem l-qafas ġeopolitiku u politiku ssib li bil-kliem kulħadd jibda jimbuttak u jgħidlek li hija ħaġa sabiħa u fiha ċertu valur.", "Imma mbagħad ikun hemm ċerti interessi li huma ħafna iktar b'saħħithom milli nistgħu nikkontrollaw aħna u hemmhekk tibda tara li idea li wassaltha sa ċertu livell bdiet tmut.", "Din hija ħaġa li waħedna żgur ma nistgħux inwassluha u tirrikjedi s- sħubija ta` kulħadd u faċilment li jkun hemm interessi, anke barra mill- Mediterran, li jistgħu joqtluhielek.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Il-kunċett ta` kunsill tal-Mediterran bdejna nitkellmu fuqu kważi 20 sena ilu.", "Illum, fi ħdan l-IPU, qegħdin lejliet li jkun hemm qbil biex forsi xi darba dan il-kunċett iseħħ.", "Anke hemm għadna 'l bogħod, imma huwa pass importanti li wara snin twal nitkellmu u nitkellmu fuqu beda xi ħaġa.", "Jiena mhux qed ngħid li dak li qed nitkellmu fuqu llum se nagħmluh mil-lum għal għada u nifhem dak li qed jgħid il- Ministru fis-sens li jkun hemm pajjiżi li għandhom interess li dan ma jsirx.", "Imma jekk inti ma tiġġelidx għal dak li temmen fih tista` ma tagħmel xejn mill-bidu.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, jiena naħseb li fuq dan l-argument l- aħjar ħaġa li ssir hija li xi darba niltaqgħu u nġibu nies bħal dawk li rriferejna għalihom u d-diskussjoni nkunu nistħgu inkompluha f'dak il- kwadru.", "Issa nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex l-emenda \"Z\" tiġi rtirata.", "THE CHAIRMAN: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata u l-emenda ġiet irtirata.", "ONOR.", "LOUIS GALEA:Issa se naqra l-emenda li ħejjejna għal din il- klawsola.", "L-emenda tgħid hekk: -", "\"AA\" Il-Klawsola 43 għandha tiġi emendata kif ġej:", "(a) is-subklawsola (1) tagħha għandha titħassar u tiġi sostitwita bis- subklawsola li ġejja:", "\"Skavi u esplorazjonijiet arkeoloġiċi jew paleontoloġiċi fuq l-art, kif wkoll fl-ibħra territorjali jew fiż-żona kontigwa ta' Malta jistgħu jsiru biss mis-Sovrintendent, jew bil-permess bil-miktub tas- Sovrintendent u skond kull kondizzjoni annessa miegħu.", "Iżda bla ħsara għall-provvedimenti tas-subartikolu (4) tal-artikolu 45 ta' dan l-Att, is-Sovrintendent jista' jagħmel, jew jordna li jsiru, skavi għall-finijiet ta' dan l-Att f'kull parti ta' Malta, kull meta dawn l-iskavi huma meħtieġa u skond regolamenti maħruġa bis-saħħa tal- paragrafu (d) tal-artiklu 54 ta' dan l-Att;\";", "(b) fis-subklawsola (2) tal-klawsola 43 minflok il-kliem \"għal perjodu ta' sitt ijiem wara li jgħarraf lis-Sovrintendent\" għandhom jidħlu il- kliem \"għal perjodu ta' sitt ijiem ta' xogħol wara li jgħarraf lis- Sovrintendent\";", "(c) Fis-subklawsola (3) tal-klawsola 43 minflok il-kliem \"matul dawk is-sitt ijiem\" għandhom jidħlu il-kliem \"matul dawk is-sitt ijiem ta' xogħol\";", "(d) Fis-subklawsola (6) tal-klawsola 43 minflok il-kliem \"Kull oġġett ta' valur kulturali, sew mobbli sew immobli li jiġi skopert x'imkien Malta\" għandhom jidħlu l-kliem \"Kull oġġett mobbli li jifforma parti mill-patrimonju kulturali li jiġi skopert x'imkien Malta\".", "\"AA\" Clause 43 shall be amended as follows:", "(a) Subclause (1) thereof shall be deleted and shall be substituted with the following subclause : \"Archaeological or palaeontological excavations or explorations on land as well as in the territorial waters or in the contiguous zone of Malta can only be made by the Superintendent, or with the written permission of the Superintendent and in accordance with any condition attached thereto.", "Provided that without prejudice to the provisions of subarticle (4) of Article 45 of this Act, it shall be lawful for the Superintendent to undertake or cause excavations to be carried out for the purposes of this Act in any part of Malta, whenever such excavations are considered to be expedient and subject to any regulations laid out in paragraph (d) of article 54 of this Act;\";", "(b) In subclause (2) of clause 43 for the words \"for a period of six days after informing the Superintendent\" there shall be substituted the words \"for a period of six working days after informing the Superintendent\";", "(c) In subclause (3) of clause 43 for the words \"within the said six days\" there shall be substituted the words \"within the said six working days\";", "(d) In subclause (6) of clause 43 for the words \"Every object of cultural value, whether movable or immovable discovered in any location within Malta\" there shall be substituted the words \"Every movable object forming part of the cultural heritage discovered in any location within Malta\".", "THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AA\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 43 kif emendata.", "Dawk favur?", "Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 43, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex isir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 44 - Permessi għal żvilupp u proprjeta` kulturali. .", "Clause 44 - Development permissions and cultural property.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija l-klawsola li tagħti l-poter lis-sovrintendent li jista` jirrikmanda għal skedar lill-Awtorita` ta` l- Ippjanar dawk is-siti u bini li jkun iqis li għandhom ikunu skedati fl- ambitu tat-tifsira ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp.", "Għal dan l- iskop is-sovrintendent irid jagħmel użu mil-lista tal-proprjeta` skedata għall-fini ta` l-inventarju taħt l-artiklu 7(5).", "F'dan l-artiklu aħna tkellimna dwar l-obbligu tas-sovrintendent li jkollu inventarju nazzjonali tal-proprjeta` kulturali li fiha jidħlu wkoll is-siti u l-bini li jkunu ta` valur patrimonjali.", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu li huwa l-obbligu tas- sovrintendent li jipproponi lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar liema huma dawk is-siti u bini li għandhom jiġu skedati.", "Lejn l-aħħar ta` dan l-Abbozz ta` Liġi għandna klawsola li se ġġib tibdil mhux fil-liġi li qed nitkellmu dwarha, imma fil-liġi dwar l-Ippjanar ta` l- Iżvilupp.", "Dan se jkun tibdil li għandu jpoġġi fuq bażi iktar soda s-sehem ta` l-Awtorita' ta` l-Ippjanar, li għandha r-responsabbilita` għall- konservazzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali, biex tkun tista` tassigura li fil-ħruġ u fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall- iżvilupp jingħataw konsiderazzjonijiet xierqa, kif titlob il-liġi li qed ngħaddu mill-Parlament issa, għall-aspetti u d-dimensjoni tal-patrimonju kulturali.", "Waħda minnhom hija li s-sovrintendent ikun jista` jitlob li ċerti siti u bini jiġu skedati.", "Sur President, aktar 'il quddiem se nipproponi emenda għall-din il- klawsola. il-proposta għal din l-emenda hija marbuta ma` klawsoli li diġa` għaddejna meta konna qegħdin ngħidu li l-ebda xogħol ta` restawr jew konservazzjoni ma jkun jista` jsir jekk mhux minn detentur ta` warrant jew inkella persuna akkreditata jew ħaddiema oħrajn li jrid ikollhom ċerti kwalifiki.", "Pero` meta konna qegħdin niddiskutu dik il-parti tal-liġi fejn konna qegħdin ngħidu li biex ix-xogħol isir irid isir minn persuna kwalifikata, ġie notat li mkien ma konna qegħdin ngħidu li dik il-persuna kwalifikata meta tiġi biex tibda xogħol ta` restawr u ta` konservazzjoni jrid ikollha l-permess tas-sovrintendent.", "Mingħajr dawn it-tliet paragrafi li qed nipproponu li nżidu f'din il-klawsola stajna niġu fis-sitwazzjoni li xi ħadd jibda jagħmel xogħol ta` restawr u ta` konservazzjoni fuq bini, fuq siti u fuq oġġetti ta` partimonju kulturali u jkun qed jagħmlu biss in virtu` tal-warrant jew taċ-ċertifikat ta` akkreditazzjoni li jista` jkollu.", "B'din il-manjiera filwaqt li s-sovrintendent seta` kellu sehem, għax qiegħed fuq il-bord tal-warrant u allura b'xi mod ikun serrah rasu li dik il-persuna għandha dawk il-kwalifiki, imma bħala fatt, x'tip ta` restawr dik il-persuna tkun se tagħmel, is-sovrintendent ma kien se jkollu l-ebda manjiera kif jista` jikkontrolla.", "Allura b'din il-klawsola qed nieħdu l-opportunita` u ngħidu li hekk kif inhu l-obbligu tas-sovrintendent li jirrikmanda lill-Awtorita` ta` l- Ippjanar li tiskeda dawk is-siti u l-bini ta` valur patrimonjali, ħassejna wkoll li jkun opportun li ninkludu l-bżonn ta` permess minn qabel mis- sovrintendent biex persuna tkun tista` tintervjeni fuq proprjeta` kulturali.", "Dan ifisser li persuna li tkun se tagħmel xogħol ta` restawr u xogħol ta` konservazzjoni tkun trid titlob dan il-permess u s-sovrintendent biex jiddeċiedi jkun irid ċerta informazzjoni inkluż ir-riżultati ta` dawk l-eżami, analiżi jew spezzjoni u riċerki oħra li jkunu meħtieġa fuq dan ix- xogħol.", "Filwaqt li fl-ewwel parti ta` din il-klawsola konna qed nitkellmu fuq siti u bini, hawnhekk m'aħniex qed nirrestrinġu ruħna għall-bini u siti.", "M'aħniex qed nitkellmu biss fuq proprjeta` kulturali immobbli, imma qed nitkellmu biss fuq proprjeta` kulturali jew klassi ta` proprjeta`.", "Tajjeb li ngħid li fl-emenda li qed inressaq qed ngħid li d-dettalji li jirrigwardaw dawn l-affarijiet iridu jiġu preskritti.", "Jiġifieri dwarhom ikunu jridu jsiru regolamenti dettaljati li jistabbilixxu l-formoli li jkunu jridu jimtlew u dettalji oħra tekniċi u forsi xjentifiċi li jkunu meħtieġa.", "Imma s-sustanza tagħha hi li issa qegħdin nassiguraw li fejn si tratta opri ta` restawr is-sovrintendent qiegħed jasserixxi d-dritt tiegħu li jkun mhux biss informat imma li jrid anke jagħti l-permess.", "Sur President, sal-lum kien inċert ħafna x'jiġri u x'ma jiġrix meta nimbarkaw fuq opra ta` restawr.", "B'din l-emenda issa qegħdin ngħidu li jekk xi ħadd se jagħmel restawr fuq monument jew fuq pittura jew fuq affarijiet oħrajn ikun irid javża lis-sovrintendent u jgħidlu x'se jagħmel.", "Naturalment is-sovrintendent ikun irid ftit ta` l-isfond ta` l-istorja kollha kemm hi biex jiġi assigurat li l-affarijiet mhux biss ikunu dokumentati, imma jkunu awtorizzati kif suppost.", "L-esperjenza turi li jekk wieħed ikun laħaq intervjena u żbalja l-intervent ikun hemm ċerti konsegwenzi u kultant ikun tard wisq.", "Huwa għalhekk li x-xogħol ta` restawr qed jiġi sottopost għal dan il-proċess ta` permessi biex ikun assigurat li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, meta qed ngħidu li s-sovrintendent jista` jirrikmanda għal skedar lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, din tfisser li d-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, hux hekk?", "Jiġifieri s-sovrintendent jirrikmanda biss jista`.", "Jiġifieri qiegħed nifhem tajjeb meta qed nifhem li d-deċiżjoni se nħalluha f'idejn l- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, jiena hekk ukoll ninterpretaha u hekk hija intenzjonata.", "Fit-test Ingliż qegħdin ngħidu \"may commend\" u fit-test Malti qed ngħidu \"jista` jirrikmanda\".", "Jiġifieri fl-Ingliż qiegħda inqas b'saħħitha milli qiegħda fil-Malti.", "Dan kien wieħed mill-argumenti li ridna niddeċiedu dwaru fis-sens li l-gvern meta eżamina din l-issue partikolari kien qiegħed jara li jekk tabbozza s-setgħat tas-sovrintendent b'ċertu mod tkun qed toħloq awtorita` ta` l-ippjanar oħra.", "Allura għedna: Fejn se jkunu s-setgħat finali għar-rigward ta` ċerti aspetti?", "U d- deċiżjoni kienet li ċerti aspetti finalment jibqgħu deċiżi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Naturalment iktar tard se jkollna iktar emendi li għadhom qed isiru li permezz tagħhom naħsbu li se tissaħħaħ il-pożizzjoni tas- sovrintendent fejn si tratta ppjanar u żvilupp f'dan il-kamp.", "Irridu ngħidu li s-sovrintendent se jkollu d-dmir li jdaħħal fl-inventarju nazzjonali proprjeta` ta` valur kulturali u m'għandux wieħed jaħseb li l- Awtorita`ta` l-Ippjanar ma taċċettax il-parir tas-sovrintendent, jekk mhux għal raġunijiet mill-iktar ċari u validi, li ħwejjeġ li qegħdin fuq l- inventarju jiġu skedati.", "Pero` ma ridniex li jkollna żewġ listi ta` bini skedat.", "Ridna li jkun hawn lista` waħda ta` bini skedat u xi ħadd irid jiddeċiedi.", "Ma kienx maħsub u lanqas huwa tajjeb li wieħed ikollu lista u l- Awtorita` ta` l-Ippjanar tpoġġi fiha u s-sovrintendent ipoġġi fiha wkoll.", "Allura finalment ħallejna li jiġi wżat il-mekkaniżmu li hemm maħsub f'dik il-liġi għax meta l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tiskeda, hemmhekk hemm proċedura ta` pubbliċita` li toffri possibbilita` lill-individwi konċernati jippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom u jsiru l-appelli - ma ridniex nirrepetu dak il-mekkaniżmu kollu hawnhekk – u f'dan ir-rigward ta` skedar irriservajniha li jista` jitlob lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena naqbel li xi ħadd irid jiddeċiedi.", "Imma dwar il-proċedura rrid ngħid xi ħaġa.", "Per eżempju, jekk fhimt tajjeb fil- liġi Ingliża d-deċiżjoni qiegħda f'idejn il-ministru responsabbli mill-wirt storiku.", "Jiġifieri hemm proċedura kif tirrikmanda li post jiġi skedat, imma d-deċiżjoni finali hija f'idejn il-ministru nnifsu.", "Aħna qed inħallu l- poter f'idejn l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, pero` jiena qed nifhem, anke minn kif qed jgħid il-Ministru, li meta s-sovrintendent jirrikmanda lill- Awtorita` ta` l-Ippjanar li post għandu jiġi listed il-proċess ikun pubbliku.", "Jiġifieri l-lista` li jibgħat is-sovrintendent lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar biex postijiet jiġu skedati tkun pubblika u ssir anke laqgħa pubblika dwarha.", "Qed nifhem tajjeb?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ma naħsibx li hekk tfisser.", "Is-sovrintendent jagħmel ix-xogħol tiegħu u jista` finalment jasal għall-konklużjoni li jagħti dan il-parir.", "Imma mbagħad sta għall-Awtorita` ta` l-Ippjanar tilqax jew le dak il-parir.", "Jekk il-parir li tiskeda dik il-proprjeta` ma tilqgħux allura l-oġġett finalment ma jiġix skedat u mbagħad sta għall- awtoritajiet bejniethom, jekk hemm bżonn bl-intervent tal-ministri konċernati, li jiddiskutu dak is-suġġett.", "Il-proċess ta` pubbliċita` jiskatta jekk l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tilqa` l-parir tas-sovrintendent biex tiskeda dak il-bini jew sit.", "Hemmhekk imbagħad japplikaw il-proċeduri u l-mekkaniżmu ta` l-iskedat tal-proprjeta`.", "Pero` mbagħad dan ma jkunx proċess tas-sovrintendent, imma ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u mħaddem taħt dik il-liġi.", "Allura hemm it-termini taż-żmien, il-pubblikazzjoni, xi drittijiet għandhom l-individwi milquta, liema huma l-istdaji ta` l-appelli u l-affarijiet l-oħra kollha.", "Jiġifieri l-pożizzjoni se tkun li s- sovrintendent se jgħid: It-tali dar, fl-opinjoni tiegħi, hija ta` valur patrimonjali biżżejjed u qiegħda f'periklu li tintilef u għandha tiġi skedata.", "Hemm dan it-tip ta` mekkaniżmu.", "Issa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha l-poter finali li tiddeċiedi fuq dan.", "Kif kien qed jgħid l-Onor.", "Bartolo fl-Ingilterra finalment huwa l-ministru li jieħu din id-deċiżjoni.", "Aħna adottajna l-linja li din it-tip ta` deċiżjoni ma nħalluhiex f'idejn il- ministru.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-proċedura ta` l-iskedar f'pajjiżi oħra jagħmluha pubblika.", "Jiġifieri jkun hemm awtorita` jew anke għaqda mhux governattiva li tapplika biex tali bini jiġi skedat.", "Per eżempju, dejjem jekk qed nifhem tajjeb il-liġi Ingliża, l-għaqda tal-heritage fl-Ingilterra tista` titlob hi lill-ministru biex jiskeda bini u l-proċedura hija pubblika.", "Jista` jkun hemm għaqdiet oħra wkoll li jitolbu lill-ministru biex jiskeda ċertu bini.", "Issa jekk qed nifhem tajjeb aħna donna qed ngħidu li l-molla għall-mekkaniżmu ta` l-iskedar jista` jiskattaha biss is- sorvintendent.", "Għallinqas f'din il-liġi hekk qed ngħidu.", "Jiena nistqarr li ma nafx x'tgħid il-liġi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar skedar.", "Ma naf jekk hemmx modi oħra kif l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tilqa` talbiet biex ċertu bini jew ċerti siti jiġu skedati jew le.", "Ma nafx jekk hemmx mekkaniżmu preċiż fuq hekk.", "Fil-każ ta` l-Ingilterra – u nistħi ngħid li naf aktar dwar il-liġi Ingliża milli dwar il-liġi lokali f'dan il-każ – hemm proċedura sħiħa xi ssegwi.", "Hemm proċedura ta` kif tagħmel it-talba, kif tissottometti r-ritratti u kif tiġġustifika t-talba tiegħek għal skedar u dik t-talba tkun pubblika u l- ministru jintrabat li fi żmien tliet xhur jagħti risposta fuq dik it-talba.", "Jiena naħseb li anke l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha xi mekkaniżmu ta` deadlines definiti.", "Pero` jiena ngħid li għandna nikkonsidraw bis-serjeta' li t-talbiet li jkun hemm għal skedar kemm mis-sovrintendent kif ukoll minn oħrajn - jekk il-liġi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tippermettiha u jekk ma tippermettihiex għandna nikkonsidraw li ma jkunx is-sovrintendent biss li jagħmel talba biex bini u postijiet oħra jiġu skedati - li jkun hemm public hearings dwar jekk talba għal skedar għandhiex tintlaqa` jew le sew jekk din it-talba tkun saret mis-sovrintendent kif ukoll jekk tkun saret minn oħrajn.", "Nerġa` ngħid li ma nafx jekk din hijiex diġa` possibbli.", "Jekk inhi diġa` possibbli, hija tajba, u hekk għandu jkun.", "Pero` għandi d-dubji tiegħi għax ġieli kellna kontroversji fil-passat fuqha.", "Ġieli nqalgħu każi fejn il-Heritage Advisory Committee rrikmanda xi ħaġa lill-Awtorita` ta` l- Ippjanar u għal xi raġuni jew oħra t-talba ma ntlaqgħetx.", "M'iniex se nidħol fil-mertu jekk għamlux tajjeb jew le għax kull każ trid tqisu fuq il- merti tiegħu.", "Jiena naħseb li għandna nevitaw kontroversji li kellna fl-imgħoddi fejn anke partijiet tal-patrimonju kulturali tagħna ġew sagrifikati biex isir xi proġett u fejn id-deċiżjonijiet li ttieħdu tqiesu li ma kenux trasparenti biżżejjed u daħlu anke s-soltu akkużi u suspetti li aktar milli konna qed inħarsu lejn il-partimonju kulturali konna qed inħarsu lejn il-wiċċ ta` l- iżviluppatur.", "Jiena naħseb li jkun jaqbel għas-sovrintendent innifsu u għall-Awtorita` ta` l-Ippjanar ukoll li dan il-proċess ikun miftuħ u jkun pubbliku.", "Biex wieħed jagħmel żvilupp fid-dar, per eżempju, jibni sular ieħor it-talba tiegħu tkun pubblika, allura biex nipproteġu l-wirt storiku kulturali tagħna m'għandhiex tkun pubblika?", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Sur President, dwar l-iskedar hemm provvediment fl- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "It-talba għall-iskedar tista` tiġi minn individwu jew mill-Heritage Advisory Committee jew inkella jkun hemm interess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar stess li t-tali sit jew bini għandu jiġi skedat.", "Issa x'inhi l-proċedura?", "L-ewwel tiġi evalwata dik it-talba li tkun saret imbagħad toħroġ fil-gazzetta tal-gvern u jingħata sitt xhur żmien biex isiru sottomissjonijiet mingħand individwi jew inkella anke mingħand min jkun se jintlaqat.", "Jekk jiskadi dak iż-żmien it-talba terġa' tiġi quddiem l-awtorita` biex tikkonferma dak l-iskedar jew inkella tapprova l-emenda li tkun meħtieġa u dan jiġi recorded fil-fact book.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Dan li qed tgħid inti taħseb li huwa skond il- kapitlu li hawn riferenza għalih f'dan l-Abbozz ta` Liġi?", "Għax hu qed jgħid li l-iskedar irid isir skond l-ambitu tat-tifsira ta` l-Att dwar l- Ippjanar ta` l-Iżvilupp.", "Imbagħad hemm referenza għall-kapitlu 356.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Ma nafx eżatt, nikkonfermalek aktar tard.", "Ħalli nkompli bl-argument li kont ġej għalih.", "Xi snin ilu kien kienet daħlet hemm applikazzjoni biex jinbena l-ġnien li hemm wara l-Alhambra f'Tas- Sliema u biex isir dan kien se jintmiss xi bini antik fuq stil normann.", "L- Awtorita` ta` l-Ippjanar marret tinvestiga u ma tatx permess biex dan isir.", "Mhux talli ma nbeniex il-ġnien talli dak il-post ġie skedat mill-ewwel u ġie restawrat u tgħidx kemm ġie sabiħ.", "L-iskedar ma jsirx fuq bini biss.", "Fil-fatt f'Tas-Sellum ġewwa l-Mellieħa, li jiġi fuq Santa Marija Estate, kien hemm xi ħaġa li wkoll ġiet skedat.", "Anke l-postijiet li fihom ikun hemm xi cart ruts jiġu skedati.", "Anke l-coastal dunes li għandna lejn il- Gżejjer ta` San Pawl.", "Hemmhekk hemm ċerti dunes ta` ramel u blat abjad li wkoll ġew skedati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma bħalissa l-proċess li bih il-Heritage Advisory Committee kien jikkonsidra każ u mbagħad jibgħatu lill-bord biex japprovah ma kenitx pubblika, hux hekk.", "Tkun pubblika bħala parti mid- dokumentazzjoni.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Dik tiġi stabbilita fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Allura meta tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tkun uffiċjali li tali bini jew sit huwa skedat.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma jkun hemm mument fejn id-diskussjoni, favur u kontra, li tali bini jiġi skedat jew le tkun pubblika għax kelli l- impressjoni li s'issa ma kentix pubblika?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Meta ssir it-talba għal skedar tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Imbagħad jingħata sitt xhur żmien biex isiru s- sottomissjonijiet....", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma jekk ma ssirx il-proċedura ta' l-istampar ....", "Ħalli nsemmi każ partikolari.", "Jiena niftakar li kienet inqalgħet kontroversja fuq il-proġett ta` Porto Maso meta kien hemm it-trenching wall u kien ingħata permess li jinfetaħ parti minnu.", "Jekk niftakar tajjeb l-HAC kien irrikmanda li ma jinfetaħx imma l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kienet iddeċidiet li jista` jinfetaħ.", "Ma kienx hemm mument fejn ġie diskuss jekk dak it-trenching jiċċarratx jew le.", "Li konna nafu kien ir-rakkomandazzjoni min-naħa tal-HAC u d-deċiżjoni min-naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "F'dak il-qafas, x'se jkun inbidel?", "Is-sovrintendent se jkollu iktar saħħa mill-Heritage Advisory Committee li jirrikmanda li post jiġi skedat?", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Ma nafx inwieġbek għaliha.", "Imma ħa niġi għall-każ tal-Hilton.", "Il-fortifikazzjonijiet huma kollha skedati.", "Pero` fil-każ tal- Hilton kien hemm biċċa baxxa ħafna iktar mill-fortifikazzjonijiet.", "Infatti meta ġejna biex niddeterminaw l-applikazzjoni tal-Hilton għedna li hawnhekk se nispiċċaw li niksru biċċa mill-iskedar ta` dan il-post.", "Hu ried iwessa` iktar imma aħna konna pprotestajna ħafna.", "Ried jieħu xi 150 metru mit- trenching wall.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena ġibt dak il-każ partikolari bħala eżempju.", "Li rrid ngħid hu li jekk il-mument tad-diskussjoni bejn is-sovrintendenza u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ikun mument pubbliku naħseb li jkun jaqbel għal kulħadd.", "La s-sovrintendent ikun skeda post ikun għamel hekk għax kellu r- raġunijiet tiegħu.", "Jekk l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tgħid li din it-talba se naċċettawha u t-talba l-oħra ma naċċettawhiex ikollha wkoll ir- raġunijiet tagħha.", "Li qed nistaqsi huwa kif se nirregolaw li dak il-mument ta` kif tittieħed id-deċiżjoni jkun pubbliku.", "Jiena naħseb ikun jaqbel lil kulħadd.", "Pero` żgur trid tkun differenti mir-relazzjoni li hemm s'issa bejn il-Heritage Advisory Committee u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Jiena naqbel miegħek ukoll – naħseb li anke l- Ministru għandu jieħu nota tagħha din – li bħalma applikazzjoni tiġi pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern għandha tiġi wkoll pubblikata f'gazzetti oħra, għax il-Gazzetta tal-Gvern min jaraha.", "Veru li dak li jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvarn huwa uffiċjali, imma ċikku l-poplu ma jarahiex il-Gazzetta tal-Gvern.", "Wieħed għandu wkoll jikkonsidra li dan l- aħħar, ma' l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ingħaqad l-environment.", "L-awtorita` se jinbidliha isimha u din se tiġi xi ħaġa integra.", "Pero` apparti dan, inwiegħdek li għada nġib l-informazzjoni kollha dwar kif l-Awtorita` ta` l- Ippjanar tara r-relazzjoni ma` din il-klawsola.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nerġa` ngħid li meta s- sovrintendenza tirrikmanda li jsir skedar, ir-rakkomandazzjoni għandha tkun pubblika u jkun tajjeb ukoll li l-mument tal-proċess li bih l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tiddeċiedi tiskedax jew le jkun pubbliku wkoll.", "Qiegħed ninsisti fuq dan biex din il-kwestjoni niċċarawha daqsxejn.", "Sur President, ħaġa oħra li nixtieq ngħid hija dwar iż-żmien li fih is- sovrintendent jieħu deċiżjoni biex jagħti permessi għall-interventi fi proprjeta` kulturali biex ma jiġrilniex bħalma ġara fl-Awtorita` ta` l- Ippjanar.", "Ma jimportax li titgħallem mill-esperjenza u mbagħad tilleġisla u ddaħħal proċeduri fid-dawl ta` dik l-esperjenza.", "Li rrid ngħid hu x'se nagħmlu biex minn issa meta jkun hemm applikazzjoni għall-interventi fi proprjeta` kulturali jkun hemm ċertu mekkaniżmu li bih is-sovrintendent jintrabat kemm żmien se jieħu biex jagħti permess biex isir ix-xogħol li jkun intalab.", "Huwa importanti li jkun hemm ċerti skadenzi ta` żmien li fih is-sovrintendent ikollu jagħti risposta għat-talba li tkun saret.", "Jiena ma narax li hemm il-lok li jkun hawn xi referenza għaliha fil-liġi, imma jkun tajjeb li aktar 'il quddiem ikollna avviż legali li, per eżempju, jgħid li fi żmien tliet xhur is-sovrintendent irid jagħti risposta.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li jiġi regolat kif issir din il-proċedura.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, dwar l-aħħar punt irrid ngħid li fil- proposta ta` l-emenda f'paragrafu (3) oriġinarjament konna se ngħidu: \"Ebda persuna m'għandha tagħmel interventi f'dik il-proprjeta` kulturali jew klassi ta` proprjeta` kulturali kif tista` tiġi preskritta mingħajr ma jkollha minn qabel permess għaldaqshekk mis-sovrintendent.\".", "Hawnhekk forsi irridu naqilbuha daqsxejn u ngħidu \"mingħajr ma jkollha minn qabel permess għaldaqshekk mis-sovrintendent kif jista` jiġi preskritt\".", "Jiġifieri l-preskrizzjoni se tirregola l-aspetti kollha tal-ħruġ ta` dan il- permess.", "F'paragrafu (k) ta` klawsola 54 diġa` qed jingħad li jridu jsiru regolamenti biex tiġi preskritta kull ħaġa oħra li tista` jew li għandha tkun preskritta taħt dan l-Att.", "Jiġifieri fl-Abbozz ta` liġi hemm diversi okkażjonijiet fejn ngħidu kif xi ħaġa tiġi preskritta.", "Dik hija riferenza ċara li iktar tard l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu r-regolamenti biex jgħidu biex jgħidu d-dettalji ta` kif se nippreskrivuhom.", "Fl-emenda li ressaqt jien il-frasi \"kif jista` jiġi preskritt\" qiegħda qabel il-frasi \"mingħajr ma jkollha minn qabel permess għaldaqshekk mis-Sovrintendent\".", "Issa jiena qed nifhem lill-Onor.", "Bartolo li jrid jgħid li wieħed irid jaħseb li meta jsiru r-regolamenti nippreskrivu l-modalita`, it-terminu taż- żmien u ċerti dettalji oħra biex nassiguraw li l-affarijiet isiru tajjeb u ma neħdux fit-tul iż-żejjed.", "Naħseb li biex nilqa` aħjar għal dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo il-frasi \"kif jista` jiġi preskritt\" tiġi fl-aħħar u l-emenda li se nressaq tiġi taqra hekk:", "\"AB\" Minnufih wara s-subklawsola (2) tal-klawsola 44 għandhom jidħlu s-subklawsoli li ġejjin:", "\"Permess għall-interventi f'propjeta` kulturali.", "(3) Ebda persuna ma għandha tagħmel interventi f'dik il-proprjeta` kulturali jew klassi ta' proprjeta` kulturali mingħajr ma jkollha minn qabel permess għaldaqshekk mis-Sovrintendent kif jista' jiġi preskritt f'regolamenti maħruġa taħt dan l-Att.", "(4) Qabel ma jiddetermina applikazzjoni taħt is-subartikolu (3) ta' dan l-artikolu s-Sovrintendent jista' jitlob dik l-informazzjoni inkluż ir-riżultati ta' dawk l-eżami, analizi jew spezzjoni minn dawk il-persuni akkreditati taħt dan l-Att għal dak il-għan kif jista' jiġi miltub mis-Sovrintendent, u dik ir-riċerka fuq l-istorja, kompożizzjoni provenjenza jew aspetti oħra tal-proprjeta` kulturali relevanti kif hu jista' jikkonsidra meħtieġa għal dak l-għan.", "(5) Ma' l-għoti ta' permess bħal dak is-Sovrintendent jista' jimponi dawk il-kundizzjonijiet li jista' jidhirlu xierqa, inkluż bla preġudizzju għall-ġeneralita` ta' dan qabel li x-xoghol jew xi parti minnu għandu jigi mwettaq skond dak il-protokoll kif jista' jkun preskritt jew anness mal-permess, li x-xogħol u l-fażijiet diversi tiegħu jiġu fotografati jew xort'ohra dokumentati jew rekordjati, li jingħata lis-Sovrintendent rapport fuq ix-xogħol f'dawk iż-żminjiet kif imsemmi fil-permess, u li ix-xogħol jew dik il-parti minnu kif jista' jiġi msemmi fil-permess jsir, minn jew taħt is-superviżjoni kif jingħad fil-permess, ta' dak id-detentur ta' warrant, professjonist jew persuna akkreditata taħt dan l-Att għal dak ix-xogħol.", "\"AB\" Immediately after subclause (2) of clause 44 there shall be added the following subclauses:", "\"Permit for interventions on cultural property.", "(3) No person shall make any interventions on such cultural property or classes thereof without first having obtained a permit therefor from the Superintendent as may be prescribed in regulations issued under this Act.", "(4) Before determining an application under subarticle (3) hereof the Superintendent may require such information including the results of such tests, examinations or inspection by such persons accredited under this Act for the purpose as may be required by the Superintendent, and such research on the history, composition provenance or other aspects of the relevant cultural property as he may consider necessary for the purpose.", "(5) In the grant of such permit the superintendent may impose such conditions as he may consider appropriate, including without prejudice to the generality of the foregoing that the work or any part thereof shall be carried out in accordance with such protocol as may be prescribed or as may be attached to the permit, that the work and the various phases thereof be photographed or otherwise documented or recorded, that a report on the work be delivered to the superintendent at such times as may be stated in the permit, and that the work or any part thereof as may be stated in the permit is carried out, by or under the supervision as shall be stated in the permit, of such warrant holder, professional or other person accredited under this Act for such work.", "B'hekk inkunu qed inkunu ċari li l-preskrizzjoni se tirregola mhux biss kwestjonijiet ta` interventi jew tipi ta` interventi imma se tirregola wkoll il-modalita` tal-ħruġ ta` dak il-permess.", "Dan għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aħħar punt li qanqal l-Onor.", "Bartolo.", "Sur President, imbagħad tqanqlet il-kwestjoni, ta` iktar sustanza, dwar il- funzjoni ta` issues ta` skedar.", "Dwar dan l-Onor.", "Pullicino jista` jagħtina spjega aħjar ta` dan u jgħinna nipproċedu bid-diskussjoni.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "George Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO (Segretarju Parlamentari): Sur President, jiena smajt is-suġġeriment ta` l-Onor.", "Bartolo u nifhem ir-raison d'être tiegħu.", "Biss wieħed irid joqgħod attent.", "Kieku r-rakkomandazzjoni jkollha tiġi ppubblikata jkun hemm il-periklu li, minn meta ssir r-rakkomandazzjoni sakemm tiġi ppubblikata, min ikollu post tista` tagħtih iċ-ċans li jagħmel xi ħaġa fuqu biex il-grad ta` dak l-iskedar effettivament inaqqsu.", "Jiena nifhem lill-Onor.", "Bartolo meta jgħid li wieħed għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn tali bini qed jiġi skedat u jagħti spjegazzjoni xjentifika, storika, eċċ., imma rridu noqogħdu attenti li ma mmorrux, bl-intenzjonijiet tajba, nispiċċaw li nagħtu ċans lil ħaddieħor biex jagħmel aggrav fuq il- post.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena nistqarr li nitkellem b'ċerta kawtela għax m'iniex bniedem legali u allura ma rridx inkun qiegħed nasal għal ċerti konklużjonijiet żbaljati.", "Pero` jekk qed nifhem tajjeb il-liġi Ingliża – qed nibqa` fuqha għax dik ikkonsultajt - malli post issir talba fuqu biex jiġi skedat ma jista` jsir l-ebda intervent fuqu.", "Il-Ministru għadu kif ressaq klawsola dwar intervent fi proprjeta` kulturali.", "Dan l-istess mekkaniżmu fl-liġi Ingliża jiskatta u fejn hemm talba għall-post biex jiġi skedat, sakemm tittieħed id-deċiżjoni, ma jista` jsir l-ebda intervent fih.", "Għalhekk l-Ingliżi ħasbu biex ikun hemm deadline f'ħaġa bħal din.", "Nagħmlu mod li s-sovrintendent talab biex fejn ngħix jien jiġi skedat.", "L- Awtorita` ta` l-Ippjanar, fil-każ ta` l-Ingliżi l-ministru kkonċernat, irid jagħti deċiżjoni bilfors qabel tliet xhur biex jintrabat li ma jiġġamjax kollox.", "Imma jiena sinċeremant ngħid li għandna nikkonsidraw bis-serjeta` li fejn se jkun hemm talba għal skedar għandha tkun pubblika.", "Nerġa` ngħid dan jaqbel kemm għall-awtorita` kif ukoll għas-sovrintendent.", "Jiena naħseb li din hija xi ħaġa importanti għax nevitaw ċerti suspetti u fl-istess ħin noqogħdu attenti għal dak li qalu ż-żewġ naħat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Sur President, l-inizjattiva biex post jiġi skedat tista` tittieħed jew mid-Dipartiment tal-Mużewijiet jew mill- Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Jiġifieri jew id-Dipartiemnt tal-Mużewijiet jiġbed l-attenzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar jew inkella jkollok uffiċjal ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar li anke jkun tkellem mad- Dipartiment tal-Mużewijiet u jibdew il-proċess biex dak il-post jiġi skedat.", "Il-mument li jiġi skedat tittieħed deċiżjoni mill-bord u mbagħad tiġi ppubblikata.", "Jiena nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Bartolo, imma l-biża` tiegħi hija li appena wieħed juri l-intenzjoni li post se jiġi skedat nistgħu nagħtu ċans lil dak li jkun jagħmel xi ħaġa fuq tali post. Jekk m'iniex sejjer żball dan il-punt ġie diskuss anke fil-liġi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Jekk inti tinforma lin-nies anke fil-proċess li inti qed tikkonsidra li post jiġi skedat, il-biża' tiegħi hija li jista` jkollok aggrav tas-sitwazzjoni.", "Jiena ngħid li kieku wieħed kellu jikkonsidra din, żgur li m'għandhiex tkun proċedura fuq dak li jissejjaħ skedar ta` emerġenza.", "Allaħares niġu f'sitwazzjoni li biex niskedaw post b'emerġenza rridu b'xi mod l-ewwel nippubblikaw l-intenzjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax, per eżempju, kieku jkun hemm siġra partikolari u jsir skedar fuqha, u wieħed jagħmel dan il-proċess din is-siġra żgur li l-għada tkun spiċċat.", "Jiġifieri kieku kellna nikkuntemplaw dak li qed jgħid l-Onor.", "Bartolo żgur li m'għandniex nikkuntemplawha għal dak li hu emergency scheduling għax dak ikun ifisser li l-emergency scheduling tkun qed tagħmlu għal xejn għax kollox ikun għadda ma` l-ilma.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Huwa minnu dak li qed jgħid l-Onor.", "Pullicino, pero` naħseb li wieħed jista` jsib xi mezz, bħal ngħidu aħna, li s-sovrintendent ikollu iktar influwenza f'deċiżjonijiet li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tieħu dwar l-iskedar.", "Per eżempju, is-sovrintendent jista` jkun hu stess membru f'bord fejn l-awtorita` tieħu d-deċiżjonijiet.", "Forsi wieħed jgħidli li rridu nbiddlu xi ħaġa fil-liġi.", "Veru, imma jekk hemm bżonn inbiddlu għaliex m'għandniex inbiddlu.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Hawn emenda f'dak is-sens.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fi klawsola 56 hemm ikkontemplat dak li qed jgħid l-Onor.", "Mizzi.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-Onor.", "Pullicino qiegħed jieqaf biss fil-punt fejn qed jagħmel l-argument u jgħid li aħna ma nagħtux avviż pubbliku li se jsir l-iskedar u ma jingħatax terminu taż-żmien għar-raġuni li dan jista` jipperikola l-eżistenza ta` l-oġġett.", "Pero` ma kompliex jispjegalna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax l-oġġett li finalment ġie deċiż li jiġi skedat, labarba kien hemm id-deċiżjoni ta` l-iskedar isir l-avviż fil-ġurnali u fil-gazzetta kkonċernata u jiskatta, jekk qed nifhem tajjeb jiena, mekkaniżmu ta` proċeduri ta` appelli, jekk ikun hemm bżonn, u affarijiet oħrajn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Meta konna qed niddiskutu l-Abbozz ta` Liġi dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp – ma nafx l-Onor.", "Mizzi jiftakarx – għamilniha ċara li ġaladarba jiskatta anke appell, dak ma jżommx l-iskedar għax inkella jista` jkollok sitwazzjoni fejn jien nagħmel appell u sadanittant naġixxi fuq il-post.", "Jiena naqbel li kemm jista` jkun għandu jkun raġunijiet ċari għal fejn għandu jkun hemm skedar.", "Dan ukoll biex ikun hemm anke apprezzament mingħand in-nies għaliex il-post qiegħed jiġi skedat.", "Mhux sempliċiment nwaħħlu l-karta u ngħidu li dan ġie skedat.", "Imma tbeżżagħni li aħna ngħaddu mill-proċess li anke rakkomandazzjoni tan-nies tekniċi tkun pubblika.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq applikazzjoni fejn id-development permit application report ikun pubbliku.", "Hawnhekk qed ngħidu lil dak li jkun li għandna l-ħsieb li t-tali post niskedawh u b'hekk inkunu qed nagħtuh iċ-ċans li jaġixxi b'xi mod, u din lili tbeżżagħni daqsxejn.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena bl-ebda mod ma ridt nissuġġerixxi affarijiet li jdgħajfu l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali.", "(Interruzzjonijiet) Le, le, m'għandniex inkejlu x'jiġri bl-intenzjonijiet iżda bir-riżultati.", "Nafu sewwa x'qal George Bernard Shaw dwar biex inhi pavimentata l-art ta` l-infern.", "Jiġifieri ma rridux nagħmlu l-istess.", "Il-punt li fuqu nixtieq aktar spjega huwa dan.", "Meta nitkellmu fuq skedar b'emerġenza, x'inhu l-istatus ta` rakkomandazzjoni bħal dik?", "Qed ngħid hekk għax fid-dawl ta` esperjenzi ta` pajjiżi oħra jeżistu, kif jeżistu anke f'pajjiżna, status differenti ta` bini skedat.", "Jista` jkun 1, jista` jkun 2, eċċ. Meta aħna qed nitkellmu fuq rakkomandazzjonijiet ta` skedar, qed inpoġġu fuq l-istess livell kull tip ta` rakkomandazzjoni ta` skedar?", "B'din il-klawsola qed inpoġġu fuq l-istess livell kull tip ta` sit jew bini ta` valur storiku?", "Għax imbagħad fl-iskedar ma nagħmlux hekk.", "Fl-iskedar hemm status differenti.", "Allura fir-rakkomandazzjoni ta` l-iskedar qed inpoġġu kollox fuq l-istess livell?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Hemm klassifikazzjoni.", "Jiġifieri meta inti qed tiskeda tkun qed tikklassifika.", "Imma għall-fini tal-liġi qed inpoġġu kollox fuq l-istess livell.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena qed nifhem li jeżisti intervent ieħor li inti sejjaħtlu skedar ta` emerġenza.", "Fid-dawl ta` l-esperjenza tal-liġi kif ħadmet dik?", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Fid-dawl tal-liġi din ħadmet tajjeb.", "Dan issir taf li xi ħadd ikun qed jaħdem fuq xi post u jekk ma toħroġx emergency conservation order hemm ċans li l-għada dan il-post jisparixxi.", "Jiġifieri l-liġi tagħtik il-poter li dan tagħmlu malajr.", "Imbagħad xorta jiskattaw il- proċeduri ta` appelli u affarijiet oħra, imma tagħtik il-poter li tieħu azzjoni immedjata.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imbagħad f'dak il-każ irid jieqaf ix-xogħol u ħadd ma jkun jista` jmiss dak il-post, hux hekk.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Jiddependi, jekk qed nitkellmu fuq sit kbir u għandek oġġett li qiegħed f'kantuniera ma jfissirx li int trid twaqqaf kollox.", "Imma inti trid tispeċifika x'xogħol irid jieqaf.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: U b'din il-klawsola marbuta ma' dak li jeżisti diġa` fil-liġi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar din se tkun miftuħa għas- sovrintendent li jista` juża din ....", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Iva.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, id-dritt tas-sovrintendent li jitlob li sit jiġi skedat bħala eżerċizzju ta` funzjoni għall-ħarsien u l- konservazzjoni tal-patrimonju kulturali ma rridux inħarsu lejh waħda.", "Irridu nħarsu lejh fil-kuntest tas-setgħat l-oħra.", "Għaliex?", "Għax jekk ikun hemm xi raġuni fuq xi sit partikolari li tirrikjedi l-intervent tas- sovrintendent, bħala intervent ta` emerġenza, anke l-klawsola li se niddiskutu aktar tard dwar id-dritt li jidħol u jispezzjona diġa` tagħti ċerta possibbilta` li jekk ikun hemm xi sit jew xi bini li jkun jirrikjedi li wieħed jarah sew u jkun hawn din il-problema ta` l-iskedar hemm setgħat oħra li s-sovrintendent jista` juża.", "Wieħed ukoll irid jara din il- klawsola 44 ma' l-emendi li rridu nressqu, fejn il-Kumitat ta` Konsulenza dwar il-Patrimonju se jkollu funzjonijiet li huma pjuttost wesgħin.", "Dak huwa kumitat fejn il-maġġoranza tan-nies ġejjin mill-qasam tal-partimonju u għalkemm xorta huma kumitati ta` pariri u ta` rakkomandazzjonijiet, il- proċeduri tagħhom jistgħu jsiru wkoll pubbliċi.", "Allura hemm ukoll ċerta salvagwardja li dawn it-tipi ta` pariri jkunu pariri motivati u pariri li jistgħu jiġu verifikati anke mill-pubbliku in ġenerali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Il-kliem \"Is-Sovrintendent jista` jirrikmanda għal skedar\", jekk narawh fid-dawl tal-kliem ta` klawsola 7 dwar ix-xogħol li trid tagħmel is-sovrintendenza, taħt liema funzjoni naħsbu li qed jidħol?", "Taħt paragrafu (a) tas-subklawsola (5) ta` klawsola 7.", "THE CHAIRMAN: il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mhux hemm eżattament, fis-sens li meta aħna niddeskrivu l-funzjoni tas-sovrintendenza hemmhekk ma nkludejniex dawk is- setgħat speċjali li qed nittrattaw taħt din il-klawsola.", "Jiġifieri l- funzjoni ta` l-iskedar toħroġ minn dawn is-setgħat speċjali li qed nagħtu taħt klawsola 7 ta` dan l-Abbozz ta` Liġi.", "Issa r-referenza għall-fini ta` klawsola 7 qiegħda ssir fi klawsola 44 għax meta s-sovrintendent jiġi biex jagħmel l-inventarju nazzjonali l-liġi qed tgħidlu: Tivvintax ir-rota mill- ġdid, mur fuq il-lista tas-siti skedati li għandha l-Awtorita` ta` l- Ippjanar u għamel ċert li dik tagħmilha parti mill-inventarju tiegħek.", "Issa biex naslu għal dan diġa` beda ċertu xogħol ta` koperazzjoni għall-finijiet ta` common data bejn l-awtorita`, il-mużewijiet u entijiet oħra bl-appoġġ u l-għajnuna ta` għaqdiet mhux governattivi.", "Allura l-funzjoni ta` issues ta` skedar hija ttrattata taħt din il-parti u mhux taħt il-parti espliċita tal-funzjonijiet.", "Naturlament hemm funzjonijiet, bħalma huma għoti ta` permessi għall-ippjanar, għad- demolizzjoni, alterazzjoni, estensjoni, rimi u affarijiet oħrajn li dwarhom is-sovrintendent irid jikkordina azzjoni ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Hemm ukoll, in ġenerali, li hija l-funzjoni tas-sovrintendent li huwa jrid iħares u jikkonserva l-patrimonju kulturali.", "Imma mhux qed nispeċifikawha, hija xi ħaġa ttrattata għaliha.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inkun qed infettaq jekk nikkumenta fuq il-kelma \"jista`\" f'din il-klawsola 44?", "Qiegħed ngħid hekk għax waqt li fi klawsola 7 qed ngħidu \"jew jiżgura li ssir il-kompilazzjoni ta` inventarju nazzjonali ta` dik il-proprjeta` kulturali li tkun tappartjeni:\" fi klawsola 44 qed ngħidu li \"Is-Sovrintendent jista` jirrikmanda għal skedar\".", "Din hija l-formola legali tas-soltu jew għandna ngħidu li \"Is- Sovrintendent għandu jirrikmanda għal skedar\"?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena ngħid li l-punt li qajjem l-Onor.", "Bartolo m'huwiex kwestjoni ta` tfettiq.", "Tgħidx \"jista`\" jew \"għandu\" hija ħaġa ta` sustanza kbira fil-liġijiet.", "It makes all the difference.", "Qed ngħidu \"jista` jirrikmanda\" għal żewġ raġunijiet: L-ewwelnett għaliex hija soġġetta għall-ġudizzju tiegħu, fis-sens li l-ewwel irid ikun hu li jagħmel il-ġudizzju dwar dak li hu jqis li huwa bini jew siti li għandhom jiġu skedati u t-tieni nett għax qatt m'hu se jiddependi minnu l-oġġett jiġix skedat jew le, imma mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Ta` min hi d-deċiżjoni ċċarajniha, imma d-dmir li jirrikmanda huwa tiegħu, hux hekk.", "Allura s-sovrintendent m'għandux għallinqas ikollu l-onus li jirrikmanda?", "Dan hu il-punt li rrid niċċara.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Pullicino.", "ONOR.", "GEORGE PULLICINO: Aħna qed ngħidu \"jista` jirrikmanda\" għax fl- artiklu 46 ta` l-Att dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp hemm imniżżel li \"l- awtorita` għandha tħejji u, minn żmien għal żmien, tirrevedi lista ta' żoni, bini strutturali u fdal b'importanza ġeoloġika, paleontoloġika, eċċ.\".", "Jiġifieri kif kien qed jispjega l-Ministru, qed tintuża l-kelma \"jista`\" għax m'hijiex deċiżjoni tiegħu waħdu.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Imma r-referenza li qed issir hawnhekk hija għall- kapitlu 356.", "Jiġifieri għall-istess liġi qed nirreferu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, għall-istess liġi qegħdin nirreferu b'dak il- kapitlu.", "Sur President, qed ngħidu \"jista` jirrikmanda\" għax jekk fil- liġi wieħed jgħid \"għandu jirrikmanda\" tista` toħloq dubju jekk il-kelma \"għandu\" hijiex tassattiva sal-lat li allura l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jibqagħlhiex residwu ta` poter jekk taċċettax jew le u allura aħjar inħalluha \"jista` jirrikmanda\".", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiena qed ngħid dan għax interessanti li fil- frasjeloġija mbagħad qed ngħidu \"li jkun iqis li għandhom jiġu skedati\" u mhux \"li jkun iqis li jistgħu jiġu skedati\".", "Jiena ma naħsibx li l-kelma \"għandu\" se tkun qed tbattal il-poter deċiżjonali mill-Awtorita` ta` l- Ippjanar għaliex huwa interessanti wkoll li f'din il-klawsola qegħdin nagħmluha ċara li s-sovrintendent ikun iqis.", "Aħna qed nagħmluha ċara li l- obbligu li jirrikmanda għandu jkun fuq is-sovrintendent u ma naħsibx li għandu għax jibża` minn dak l-obbligu, imma d-deċiżjoni għandha tkun ta` l- awtorita`.", "Jiġifieri li ngħidu li s-sovrintendent għandu jirrikmanda għal skedar lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar tali siti u bini li jkun iqis li għanhom ikunu skedati ma naħsibx li nkunu qed nittrasferixxu xi poter deċiżjonali dwar x'jiġi skedat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għas- sovrintendent.", "Imma naħseb li l-obbligu li jirrikmanda għal skedar huwa piż li għandu jerfa` s-sovrintendent u m'għandux jiddejjaq jerfgħu għax aħna qed ngħidulu li huwa dmir tiegħu li jirrikmanda għal skedar u naħseb li l-kelma \"jirrikmanda\" hija ċara.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jiena naħseb li kif inhi ma narahiex li qiegħda teżenta b'xi mod lis-sovrintendent milli ladarba hu jiddeċiedi li proprjeta` għandha tiġi skedata mbagħad ma jagħmilx ir-rakkomandazzjoni.", "Għaliex?", "Għax m'hemmx dubju li mhux se jasal għal din id-deċiżjoni jekk mhux abbażi wkoll ta` dokumentazzjoni miktuba.", "U allura fir-records tas- sovrintendenza se jkun hemm opinjonijiet u konsiderazzjonijiet li jimmilitaw favur il-ġudizzju li dik hija proprjeta` jew siti li għandhom jiġu rikmandati għall-iskedar u jekk jonqos milli jagħmel dan, fl-opinjoni tiegħi, ikun qiegħed jesponu lilu nnifsu għall-kritika dwar il-qadi tal- funzjonijiet tiegħu.", "Sur President, bejn li hawn miktub fl-artiklu u bejn li qegħdin ngħidu aħna, meta qed ngħidu li għandna nikkonsidraw li huwa d- dmir tas-sovrintendent li jagħmel din ir-rakkomandazzjoni, naħseb li qed niċċaraw il-pożizzjoni biżżejjed biex nassiguraw li l-intenzjoni hija li hu għandu jirrikmanda bis-salvagward li finalment dik id-deċiżjoni trid tittieħed fl-ambitu tat-tifsira ta` l-Att dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda \"AB\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 44 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 44, kif emendata, għaddiet nem. con. u kienet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta` Liġi.", "Klawsola 45 - Setgħa ta` dħul u ta` spezzjon.", "Clause 45 - Power of entry and inspection.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, din hija klawsola li tagħti poter speċjali lis-sovrintendent biex ikun jista` jħares aħjar il-partimonju kulturali li jaqa` taħt is-sorveljanza tiegħu.", "Hija l-klawsola li titkellem dwar is-setgħa ta` dħul u ta` spezzjon.", "Huwa tajjeb li wieħed jidħol daqsxejn fiha sew għax hija klawsola li tagħti poter ta` ċerta forza, jixbaħ ħafna lil dak li għandhom il-Pulizija taħt il-poter ta` search and inspection, u wieħed irid jeżaminah sew biex inkunu ċari fuq hiex qed nilleġislaw.", "L-ewwelnett qegħdin ngħidu li kull uffiċjal jew impjegat tas-sovrintendenza jista` jkollu din is-setgħa ta` dħul u ta` spezzjoni, pero` l-ebda uffiċjal jew impjegat ma jista` jagħmel dan jekk ma jkunx awtorizzat bil- miktub kif imiss mis-sovrintendent.", "Ladarba jkun hemm din l- awtorizzazzjoni bil-miktub kull uffiċjal jista` jidħol f'xi area, proprjeta`, sit taħt investigazzjoni jew bini jekk is-sovrintendent iqis li jkun meħtieġ li dan fit-twettiq ta` xi funzjoni taħt dan l-Att jew jekk ikun iqis li hemm raġunijiet validi biex jissuspetta li jkun sar jew se jsir xi reat kontra dan l-Att jew kontra xi regolament, kondizzjoni ta` liċenża jew kondizzjonijiet magħmula taħthom.", "Jiġifieri hawnhekk wieħed qiegħed jipprospetta s-setgħa tas-sovrintendenza li tidħol fi kwalunkwe area, proprjeta` jew sit, hu liema hu, jekk is-sovrintendent ikun iqis li dan huwa meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu.", "Hawnhekk m'aħniex qed nirrestrinġu din is-setgħa għad-definizzjoni ta` \"proprjeta` kulturali\", imma qed ngħidu li \"kull uffiċjal jista` jidħol f'xi area, proprjeta', sit taħt investigazzjoni jew bini\".", "Naturalment din hija setgħa speċjali u s- sovrintendent irid ikun f'pożizzjoni li jiġġustifika r-raġunijiet validi għalfejn ikun qed jaġixxi b'dak il-mod għax inkella jista` jesponi lilu nnifsu għall-ksur ta` provvedimenti oħrajn, inklużi dawk kostituzzjonali, jekk ma jkollux ir-raġunijiet validi li tagħtih din il-liġi.", "Sur President, f'din il-klawsola qegħdin ngħidu wkoll li \"is-sovrintendent għandu jinnotifika avviż bil-miktub lill-okkupant ta` proprjeta` kulturali li huwa jkun bi ħsiebu jidħol, u malli dan l-uffiċjal jew impjegat awtorizzat kif hawn aktar qabel imsemmi għandu jitħalla jidħol f'dik il- proprjeta` kulturali fejn ikunu qed isiru tali konservazzjoni, restawr jew żvilupp.\".", "Mela l-ewwel paragrafu jitkellem dwar is-setgħa li wieħed jidħol f'bini jew fi proprjeta` għax is-sovrintendent ikun irid jagħmel investigazzjoni u hemmhekk il-liġi mhux qed titlob li wieħed jagħmel avviż bil-miktub minn qabel, l-awtorizzazzjoni hija biżżejjed.", "Mentri fit-tieni paragrafu qiegħed jingħad li meta d-dħul isir għall-fini ta` spezzjoni jew dokumentazzjoni s-sovrintendent għandu jinnotifika avviż bil-miktub lill- okkupant.", "Qegħdin ngħidu wkoll li s-sovrintendent għandu jara li ssir spezzjoni f'każijiet meta jsiru rapporti ta` skoperti ta` proprjeta` kulturali sabiex tiġi stabbilita l-ħtieġa ta` preservazzjoni jew xogħlijiet ta` skavar u għandu jkollu l-jedd jidħol u jokkupa proprjeta` kulturali sabiex hemm jagħmel skavi arkeoloġiċi iżda jrid jagħti notifika bil-miktub lill- okkupnat jew lis-sid tal-proprjeta` kulturali in kwestjoni mill-inqas tlett ijiem qabel ma jinbdew dawk l-iskavi, irid jiddikjara kemm se jdum jokkupa dan is-sit għal dawn l-iskopijiet u għandu jingħata avviż ieħor ta` mill- inqas tlett ijiem jekk inhu jrid jagħmel estensjoni taż-żmien ta` l- okkupazzjoni u s-sidien jew l-okkupanti ta` din il-proprjeta` jkollhom jedd għall-kumpens għal kull telf ta` profitt, danni mġarrba matul l-iskavi arkeoloġiċi jew it-tqegħid ta` arei skavati lura għal kif kienu.", "Fl-aħħarnett f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li dawk l-iskoperti li jsiru matul żmien ta` okkupazzjoni mis-sovrintendent ikunu proprjeta` tal-gvern u biex iwettaq dawn id-dmirijiet, is-sovrintendent jista` jitlob l-għajnuna tal-Pulizija.", "Sur President, dawn huma setgħat ta` ċerta forza u jridu jiġu eżerċitati b'responsabbilta` kbira u b'fermezza fejn ikun hemm ir-raġunijiet validi biex jiġi mħares il-patrimonju kulturali.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, jiena qed nifhem li meta aħna qed ngħidu \"Bil-għan li jeżerċita kull dritt li għandu taħt dan l-artiklu is- Sovrintendent jista` jitlob l-għajnuna tal-Pulizija\" dan ifisser li biżżejjed li l-Pulizija jkunu preżenti ma` l-uffiċjali awtorizzati u li jkollhom f'idejhom id-dokument tas-sovrintendenza biex jagħmlu dħul u spezzjoni?", "F'dak il-każ, biżżejjed li l-Pulizija jkunu qegħdin jakkumpanjaw lill-uffiċjali jew il-Pulizija nfushom għandhom bżonn li jkollhom l-awtorizzazzjoni mis-sovrintendent?", "Qed ngħid hekk għal skopijiet ta` liġi.", "Jiġifieri jiena ma nafx jekk din tbiddilx jew le l- fatt tal-preżenza tal-Pulizija.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, hawnhekk għandna s-sitwazzjoni ftit parallela ma` x'jiġri meta l-Pulizija jkollha bżonn tagħmel spezzjonijiet u tiftix fid-djar.", "Hemmhekk il-liġi kriminali tispeċifika l-poteri kif iridu jiġu eżerċitati, b'liema awtorizzazzjoni jridu jiġu eżerċitati u għal liema raġunijiet wieħed jista` wieħed jista` jagħmel dawn it-tip ta` searches fid-djar privati.", "Issa fir-rigward ta` dan l-artiklu, l- awtorizzazzjoni bil-miktub issir mis-sovrintendent.", "Mela s-sovrintendent joħroġ, biex ngħidu hekk, il-warrant.", "Mhux għax qed ngħidu li hu warrant hawnhekk, imma hija ittra awtorizzata li turi li n-nies konċernati għandhom l-awtorita` bil-miktub biex jidħlu.", "Issa wieħed jista` jipprospetta ċirkostanzi reali fejn il-proprjetarju jew l-okkupant tas-sit jew tal-bini kkonċernat jostakola d-dħul ta` l-uffiċjali tas-sovrintendent.", "Dan jista` jiġi realizzat għax l-uffiċjali jmorru waħedhom u jsibu din ir-resistenza jew inkella għax ikollhom suspett minn qabel li se jiġu rresistiti.", "F'dan il-każ huma l-uffiċjali jmorru għand il-Pulizija, juru l-awtorizzazzjoni li tkun ħarġet skond dan l-Abbozz ta` Liġi u l-Pulizija takkompanjahom, u ladarba takkompanja lill-uffiċjali tas-sovrintendent, il-Pulizija tkun awtomatikament awtorizzata li twettaq id-dmirijiet tagħha bħala Pulizija, fis-sens li tara li jkun hemm il-bon ordni, tipproteġi l-uffiċjali tas- sovrintendent u tara li l-ordni tas-sovrintendent titwettaq għax finalment jekk dan ma jsirx, ostakolu bħal dan ikun ifisser li qed tinkiser il-liġi u allura jridu jittieħdu l-passi u jkun hemm il-pieni kkontmeplati f'dan l- abbozz.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifieri, jekk qed nifhem tajjeb, dan l-artiklu mbagħad rridu naqrawh ma` paragrafu (f) ta` subklawsola (1) ta` klawsola 52 fejn jingħad li kull min jimpedixxi, jostakola, jimmolesta jew jindaħal lil, jew jittanta jimpedixxi, jostakola, jimmolesta jew jindaħal lil xi uffiċjal jew impjegat tas-sovrintendenza jkun ħati ta` reat kontra dan l- Att u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta` mhux anqas minn Lm500 u ta` mhux iżjed minn Lm50,000.", "U meta qed ngħidu li qed jiħraxu l-pieni għal min jagħmel ħsara x'ċerta proprjeta` kulturali, il-multi għar-reati li qed insemmu hawnhekk qegħdin ukoll għal min qed jimpedixxi lill-uffiċjali tas-sovrintendent mill-qadi ta` dmirijiethom.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Iva, hekk hu.", "Sur President, f'paragrafu (ċ) tas- subklawsola (4) ta` din il-klawsola hemm il-kelma \"mħarrba\" li trid tiġi \"mġarrba\".", "Għalhekk se nressaq din l-emenda verbali li ġejja:-", "Fit-test Malti tal-paragrafu (ċ) tas-subklawsola (4) ta` klawsola 45, minflok il-kelma \"mħarrba\" għandha tidħol il-kelma \"mġarrba\".", "In the Maltese text of paragraph (c) of subclause (4) of clause 45, for the word \"mħarrba\" there shall be substituted the word \"mġarrba\".", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, id-definizzjoni ta` \"proprjeta` kulturali\" hija dik li tajna fil-bidu u li s'issa għandna ma fformalizzajnihiex.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Imma issa se nemendawha.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Jiġifeiri biex jiġri dan li qed ngħidu hawnhekk il- bini jrid ikollu fuqu diġa` d-definzzjoni ta` \"proprjeta` kulturali\"?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Le, forsi din ta` min jispeċifikaha ftit.", "Fil-klawsola 45 għandna żewġ azzjonijiet: Waħda kkonsidrata fl-ewwel paragrafu u l-oħra fit-tieni paragrafu.", "Fl-ewwel paragrafu li jitkellem dwar is-setgħa li s- sovrintendent jidħol f'xi area, proprjeta`, sit jew bini m'aħniex qed nillimitaw id-definizzjoni tal-proprjeta` għall-proprjeta` kulturali.", "Jiġifieri s-sovrintendent m'huwiex obbligat li jagħti prova li meta ġie biex jagħmel dik l-awtorizzazzjoni dik kienet diġa` proprjeta` kulturali f'xi inventarju għax qed ngħidu dħul f'xi area, proprjeta`, sit jew bini.", "Issa jista` jkun li s-sit partikolari m'għandux valur patrimonjali pero` ġo fih jista` jkun hemm affarijiet, anke immobbli, li jista` jkollhom ċertu valur.", "Allura jekk irridu nagħtu lis-sovrintendent li jrid jidħol x'imkien għar-raġunijiet ta` verifika jew ta` investigazzjoni ma tistax tgħidlu minn qabel li dik trid tkun proprjeta` diġa` definita kulturali.", "Allura hawn qed nużaw biss il-kelma \"proprjeta`\".", "Imbagħad x'ħin niġu għat-tieni ċirkostanza, mhux sempliċiment se jidħol imma hemm raġuni speċifika għal xiex se jidħol.", "Irid jagħmel spezzjoni.", "Evidentement hawn qiegħed jiġi prospettat li jkunu qed isiru konservazzjoni, restawr jew żvilupp ta` proprjeta` kulturali.", "Allura hawnhekk ir-raġuni għal xiex se jidħol hija differenti mill-ewwel okkażjoni.", "Fl-ewwel waħda qed jingħata s-setgħa li jidħol u fit-tieni waħda qed jingħata s-setgħa biex jispezzjona u jagħmel dokumentazzjoni u affarijiet simili.", "Għalkemm id-distinzjoni tista` tidher li m'hijiex ċara biżżejjed naħseb li meta tqis il-varjeta` azzjonijiet i jkunu meħtieġa wieħed jifhem għaliex qed nagħmlu hekk.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, il-Ministru semma anke l-aspetti kostituzzjonali tad-drittijiet ċivili.", "Jiena qed nifhem allura li fl-ewwel każ, per eżempju, jien jista` jkun li għandi xi affarijiet li s- sovrintendent jidhirlu li għandhom jiġu spezzjonati biex jara l-valur tagħhom.", "F'dak il-każ aħna qed ngħidu li qed nagħtuh il-poter li jidħol ifittixli fid-dar.", "Issa l-persuna li qed issirilha din l-azzjoni jkollha d- drittijiet ċivili li jista` jieħu biex tipproteġi ruħha minn azzjoni bħal din?", "Din hija regolata b'liġijiet oħra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Din hija ftit parallela għall-kwestjoni ta` l-arrest b'susċett u għal search f'dar b'suspett.", "Illum hawn diversi każijiet li stabbilew il-qrati tagħna kif il-Pulizija tistabbilixxi dan is-suspett u kien hemm każijiet fejn il-qrati ddeċidew li f'dak l-arrest jew f'dak is- search, id-dħul f'dar privata kien abbużiv għax ma kenux jeżistu ċ- ċirkostanzi veri li jagħtu lok għal dak is-suspett.", "Jiġifieri l-qorti tidħol fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tas-sovrintendent f'dan il-każ għax il-liġi qed tgħid li dan jista` jsir f'dawk il-każijiet jekk is- sovrintendent iqis li jkun meħtieġ li jsir dan fit-twettiq ta` xi funzjoni taħt dan l-Att.", "Issa individwu jista` jiċċalinġjah dan u hemmhekk is- sovrintendent irid jikkonvinċi lill-qrati, li jkunu qegħdin jevalwaw dik id- diskrezzjoni, għaliex qies li kien meħtieġ u liema hija l-funzjoni li kien qed jipprova jeżerċita.", "Il-liġi tgħidlek ukoll li dan jista` jsir jekk is-sovrintendent ikun iqis li jkun hemm raġunijiet validi biex jissuspetta li jkun sar jew se jsir xi reat kontra dan l-Att.", "Kellna każijiet fejn xi ħadd ġie arrestat għax ġie suspettat li se jagħmel xi reat.", "Meta l-qrati jinvestigaw isibu li seta` kien hemm vessazzjoni, seta` kien hemm eżerċizzju abbużiv tad-diskrezzjoni u affarijiet simili.", "Ċirkostanza oħra hija meta jkun hemm raġunijiet biex jissupetta li jkun sar jew se jsir xi reat kontra xi regolament, kondizzjoni ta` liċenza jew kondizzjonijiet magħmula taħthom.", "Kellna diversi klawsoli fejn għedna li s- sovrintendent jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom isir restawr, konservazzjoni, skavar, esplorazzjoni u affarijiet oħra bħal dawn.", "Ħafna drabi meta s-sovrintendent ikollu xi suspett jew tasallu xi informazzjoni jkun jrid jmur fuq il-post biex tivverifika.", "Meta jagħmel hekk ikun jinvadi l-proprjeta` privata ta` dak li jkun.", "Naturalment wieħed irid jassumi li dan se jsir bl-eżerċizzju validu ta` dawn il-poteri u f'każ li jkun hemm abbuż is-sovrintendent se jesponi ruħi għall-ksur tad-drittijiet li jirrigwardaw privatezza u affarijiet oħra simili.", "Sur President, ħaġa oħra li forsi tajjeb li wieħed jirrileva f'dan ir- rigward hija li ma rridux ninsew li hemm kumitat ta` garanzija u jekk individwu jara ħwejjeġ li jaħseb li qed isiru abbużivament jista` jirrikorri għalih ukoll anke f'dawn il-każijiet għax jekk naraw il- funzjonijiet tal-Kumitat tal-Garanzija wieħed isib li dan il-kumitat irid jevalwa l-ilmenti li jsirulu mid-diversi individwi fir-rigward ta` affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma` l-eżerċizzju tas-setgħat taħt din il- liġi.", "Jiġifieri apparti l-qrati ordinarji li għandhom ċerti poteri, il- Kumitat ta` Garanzija jkollu wkoll xi ħaġa x'jgħid f'dan ir-rigward.", "THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda verbali kif imressqa mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 45 kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 45, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta`Liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il- permess sabiex il-Kumitat jerġa` jiltaqa`.", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, iressaq l- aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l- Erbgħa, 20 ta` Frar 2002, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:-", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Referendi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa – Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, xtaqt f'dawn il-ftit minuti li għandi nikkonċentra dwar il-fażi ta' dik li hija run-up għall-elezzjonijiet lokali li se jsiru fid-9 ta' Marzu u li se jikkonċernaw 22 lokal f'Malta u f'Għawdex, jiġifieri kważi terz ta' l-elettorat Malti.", "Xtaqt nibda billi nagħmel rimarka dwar fatt li għadd ta' nies illum qegħdin jitkellmu fuqu, jiġifieri dwar il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista f'dan ir-rigward li qed toffendi l-intelliġenza tan-nies.", "Hija kampanja elettorali li sfortunatament tirrifletti l-użanza tal-Partit Nazzjonalista li anke s-sewwa magħruf jgħidlu li m'huwiex sewwa.", "F'kampanji ta' dan it- tip ma nitkellmux fuq affarijiet astratti imma nitkellmu fuq ħwejjeġ li jista' jara u jmiss il-poplu Malti u Għawdxi l-ħin kollu.", "Minkejja dan il- Partit Nazzjonalista jibqa' jogħdos u jibqa' jżomm it-trend li ntelaq fiha fejn sfortunatament il-verita' hija biss kelma fil-vokabolarju u rarament titwettaq fil-prattika.", "Mr. Speaker, jiena se nieħu każ partikolari biex ħadd ma jgħid li qed inkun fierħa jew partiġġjana f'dak li qiegħda ngħid.", "U se nagħmel riferenza għal dak li \"In-Nazzjon\", il-ġurnal uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista kien ippubblika proprju fis-6 ta' Novembru tas-sena li għaddiet.", "Fuq żewġ faċċati dan il-ġurnal ippubblika artiklu bl-istampi u bit-titlu \"Proġetti mwettqa mill-gvern ċentrali bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali\".", "Dan l-artiklu centre spread kien ikopri diversi xogħlijiet li twettqu tul din il-leġislatura li waslet biex tagħlaq tal-kunsill lokali ta' Ħal Kirkop, kunsill immexxi minn maġġoranza Laburista.", "Dan kien artiklu mimli ineżattezzi u artiklu li ma jirriflettix il-verita' ta' dak li kien qed jiġri tul dan l-aħħar tliet snin ġewwa Ħal Kirkop.", "Is-sindku s-Sur Mansueto talab bis-setgħa tal-liġi biex issir korrezzjoni fil-ġurnal pero' l-editur tal-gazzetta \"In-Nazzjon\" ma tax kas u din il-korrezzjoni ma saret qatt.", "Fil-fatt jien aktar tard nixtieq nitlob il-permess ħalli nqiegħed fuq il- mejda tal-Kamra din it-talba li bagħat il-Maġġur Charles Mansueto, li huwa s-sindku Laburista tal-kunsill lokal ta' Ħal Kirkop, ħalli dak li \"In- Nazzjon\" ma ġabx almenu jitqiegħed fuq il-mejda ta' din l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna ħalli żgur jinżel fir-record.", "Issa għaliex jien qed ngħid li l-każ ta' Ħal Kirkop jirrifletti dak li qiegħda ngħid jien, jiġifieri li l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista qed toffendi l-intelliġenza tan-nies?", "F'dan l-artiklu hemm riferenzi għal diversi xogħlijiet li saru tul dawn l-aħħar tliet snin u tingħata l- impressjoni li qisu dak kollu li seħħ f'Ħal Kirkop matul din il-leġislatura mmexxija mill-kunsilliera Laburista, sar kollu bis-saħħa tal-gvern ċentrali.", "Fil-fatt kien biss proġett wieħed biss ġewwa Ħal Kirkop li l- gvern ċentrali, permezz ta' fondi, kkollabora mal-kunsill lokali ta' hemmhekk.", "Hawn qed nirreferi għat-tisbieħ tal-housing estate magħruf bħala l-Qasam tal-Menħir.", "Issa hawnhekk ta' min igħid l-gvern Nazzjonalista m'għandux għalfejn jiftaħar għaliex għamel dan il-pass, għaliex wara kollox dan huwa housing estate bħal ħafna housing estates mifruxa madwar Malta u Għawdex li l-gvern Nazzjonalista li ilu tnax-il sena fil-gvern ħalla jiddilapitaw ruħhom bħallikieku min jgħix hemmhekk m'għandux dritt jgħix f'ambjent xieraq.", "Dan kien l-uniku proġett fejn il-gvern ċentrali kkollabora mal-kunsill.", "Wara kollox il-kunsill lokali Laburista ta' Ħal Kirkop ukoll ħareġ parti mill-fondi hemmhekk, u dan apparti li assuma r- responsabbilta' assoluta biex jara li x-xogħol isir kif suppost.", "Mr Speaker, f'dan l-artiklu hemm ukoll referenzi għal toroq u għal Pjazza Kirkop, il-pjazza biex ngħidulha hekk ewlenija ta' Ħal Kirkop.", "Hawnhekk intqal li għane għal dawn, Alla jbierek, il-gvern Nazzjonalista daħal biex jikkollabora mal-kunsill.", "Dan m'hu veru xejn.", "Sar xogħol u ħidmiet f'toroq prinċipali u anke fi sqaqien u f'areas mhux ċentrali li trid tkun taf Ħal Kirkop biex tarahom.", "Dan qed ngħidu biex nuri li dan il-kunsill ma qgħadx iqis biss fejn tiekol l-għajn, imma b'sens ta' impenn u b'sens ta' responsabbilta' daħal ukoll anke f'areas fejn normalment dak li jkun, jekk ma jkunx midħla ma jkunx jaf bihom.", "Mr Speaker, wieħed irid japprezza l-ħidma qawwija li saret mill-kunsilliera Laburisti l-iktar minħabba l-fatt li Ħal Kirkop huwa lokal li relattivament jingħata fondi limitati minħabba ċerti bidliet tal-konfini u minkejja wkoll li għandu ċerti areas li huma affettwati anke bl-industrija.", "Huwa lokal fejn għandek ċerta tip ta' attivita' għaddejja li tikkrea ċerti diffikultajiet ambjentali mhux biss fiżiċi imma anke ta' aspetti oħra li jixorbulek aktar u aktar fondi.", "Minkejja dan, il-kunsill lokali Laburista ta' Ħal Kirkop tul dawn it-tliet snin bil-għaqal u bil-galbu tiegħu ra kif għamel u ħadem biex jerfa' r-responsabbilta' ħalli jsebbaħ u jagħmel upgrading kemm jista' ta' dan il-lokal.", "Mr Speaker, kull min imur hemmhekk jaf li Ħal Kirkop biddel wiċċu kompletament.", "Issa qed nitkellmu biss mill-ambjent fiżiku għax imbagħad ta' min igħid ukoll li tul it-tliet snin li għaddew dan il-kunsill lokali Laburista wettaq ukoll ħidma kbira fil-qasam kulturali, fil-qasam soċjali, fil-qasam anke edukattiv u anke f'qasam ambjentali.", "Per eżempju l-istess gvern ċentrali jista' jieħu l-eżempju mill-ħidma li wettaq dan il-kunsill bil-proġett li nieda għat-twaħħil ta' siġar.", "Dan kien proġett imsemmi \"Ħawwel siġra indiġena\" u kien intiż proprju biex jilqa' għal ċerti diffikultajiet ambjentali li ġejjin mid-dħaħen u fumes industrjali li Ħal Kirkop jintlaqat bihom anke minħabba l-attivita' ta' l-airport.", "Hemmhekk tara kemm dan ma kienx kunsill li ħadem biss f'ċerti areas biex jidher gustuż, imma daħal biex imiss ir-ruħ tad-diffikultajiet soċjali u ambjentali tal-poplu Koppin.", "Huwa għalhekk li ma jixraqx li ġurnal uffiċjali ta' partit politiku fil-gvern jipprova jagħti stampa li ma tkunx korretta jew inkella biex inkun iktar preċiża jirkeb fuq dahar xogħol ħaddieħor.", "Se mai jew ma jgħid xejn il-Partit Nazzjonalista jew inkella, jekk għandu jitkellem għandu jgħid il-verita'.", "Xi jfisser dan, Mr Speaker?", "Ifisser li l-politika ambjentali Laburista u l- impenn li l-Partit Laburista għandu għat-tisħiħ ta' l-ambjent f'pajjiżna, għall-upgrade ta' l-ambjent u soċjali f'pajjiżna m'humiex biss politika u impenn fuq livell nazzjonali imma hija riflessa wkoll anke fil-livelli lokali.", "Per eżempju minkejja ċ-ċirkostanzi limitati tiegħu, l-kunsill lokali Laburista ta' Ħal Kirkop ħadem ukoll anke` fil-kamp ta' l-anzjani u l-persuni b'diżabilita'.", "Dan il-kunsill ma kienx f'qagħda li jwaqqaf day care centre għall-anzjani ġewwa Ħal Kirkop, kemm minħabba fondi, kemm minħabba diffikultajiet oħra u minħabba f'hekk ra kif għamel u daħal f'arranġamenti anke mad-day care centre taż-Żurrieq biex l-anzjani ta' Ħal Kirkop ukoll – u hemm madwar 300 anzjan u anzjana - ikollhom iċ-ċans li jintegraw aktar fis-soċjeta', iżommu ruħhom iktar involuti u jkollhom l- opportunita' soċjali urikreattiva tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li l-kunsill lokali Laburista ta' Ħal Kirkop tul dawn it- tliet snin ħadem u medd għonqu bis-serjeta' għax-xogħol fil-qasam edukattiv ukoll.", "B'kollaborazzjoni ma' l-iskola lokali daħal biex jara l-bżonnijiet u għen anke permezz ta' fondi u għotja ta' kotba biex tkompli tikber u tissaħħaħ il-librerija pubblika li hemm fil-lokal għall-bżonnijiet ta' tfal u taż-żgħażagħ Koppini.", "Hemm ukoll pjanijiet biex fil-leġislatura li jmiss, kunsill b'maġġoranza Laburista jagħmel upgrading tal-ground ta' l-iskola u tal-faċilitajiet eżistenti li jistgħu jintużaw ħafna għall-ġid tal-poplu Koppin.", "Mr Speaker, ta' min wieħed igħid li l-Partit Laburista wera s-serjeta' u l- impenn tiegħu - u jekk Alla jrid jerġa' juri l-impenn u s-serjeta' tiegħu wara d-9 ta' Marzu - anke fejn ma kellux maġġoranza, bħal per eżempju, fil- każ ta' Santa Venera.", "Minkejja li l-kunsilliera Laburisti f'dan il-lokal kienu f'minoranza, dawn insistew għal ċerti bżonnijiet.", "Mhux dejjem irnexxielhom, anzi wieħed jista' jgħid li ħafna drabi, minkejja proposti pożittivi li kien hemm biex titjieb il-kwalita' tal-ħajja tal-poplu Venriż, sfortunatament mhux dejjem instemgħu mill-kunsill Nazzjonalista ta' hemmhekk.", "Mr Speaker, jiena xtaqt insemmi l-kwestjoni tal-neighbourhood watch.", "Minkejja li l-Partit Nazzjonalista wiegħed it-twaqqif tan-neighbourhood watch f'Santa Venera u minkejja li ħadem ħafna fuqha kunsillier partikolari Laburista biex titmexxa 'l quddiem, sfortunatament waqgħet fuq widnejn torox għaliex ma kienx hemm il-kollaborazzjoni tal-kunsilliera kollha.", "Again, dan l-impenn tal-kunsilliera Laburisti jirrifletti verament is- sinsla tal-Partit Laburista.", "Illum iktar minn qatt qabel il-poplu Malti u Għawdxi qiegħed jara kemm kienet importanti d-deċiżjoni tal-Partit Laburista li jidħol u jipparteċipa huwa wkoll fil-kunsilli lokali la l- Partit Nazzjonalista baqa' jwebbes rasu u ried ikompli jdeffes imnieħer partiġġan fihom.", "Il-Partit Laburista ħa dan il-pass ħalli jkun jista' verament jagħmel id-differenza fl-ibliet u fl-irħula Maltin għall-ġid tal- poplu Malti u Għawdxi.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Artiklu li deher fil-Ħarġa 14 ta' Frar 2002 maħruġa mill-Kunsill Lokali Kirkop, intitolat \"Risposta Uffiċjali tal-Kunsill Lokali Kirkop\" b'riferenza għall-artiklu li deher f'\"In-Nazzjon\" tas-6 ta' Novembru 2001.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Grazzi, Mr Speaker.", "Jiena se nkompli fuq l-istess tema li kienet qed titkellem qabli l-kollega tiegħi, jiġifieri l-kunsilli lokali.", "L-ewwelnett nixtieq nippreżenta fuq il-mejda tal-Kamra petizzjoni li ntbagħtet lili, lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni, lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, lill-Onor.", "Joe Debono Grech, lill-Onor.", "Charles Buhagiar, lill-ministri u membri parlamentari ta' l-għaxar distrett, lid- direttur tad-dipartiment tat-toroq kif ukoll lill-media lokali.", "Din il- petizzjoni li saret bl-intervent tal-kunsill lokali ta' Pembroke hija petizzjoni urġenti u tittratta d-dħul perikoluż li mill-coastline jagħti għal St Andrews fejn hemm id-daħla għal St Patricks housing estate.", "Hemmhekk kien hemm diversi inċidenti ta' ċerta gravita` u kien ħsieb tajjeb tal-kunsill lokali ta' Pembroke, bi tmexxija Laburista, li organizza din il- petizzjoni fost ir-residenti.", "Din it-triq taqa' taħt ir-responsabbilta` tal- gvern ċentrali u allura l-proġett li għandu jsir hemmhekk biex jonqos il- periklu għandu jsir mill-gvern ċentrali.", "Mr Speaker, wara li diġa` tkellimt pubblikament wasal iż-żmien li nitkellem anke f'dan il-parlament dwar l-iskandli u l-irregolaritajiet li wettaq il- kunsill lokali tar-Rabat bi tmexxija Nazzjonalista.", "Dawn l-iskandli, irregolaritajiet u abbuż saru mis-sindku tal-lokalita`, saħansitra bil- moħbi ta' sħabu l-kunsilliera Nazzjonalisti.", "Qed nirriferi għal kif sentejn ilu, b'mod mill-iktar ċar bi ksur tal-liġi tal-kunsilli lokali, is- sindku Nazzjonalista tar-Rabat ta direct orders biex isir xogħol li ma kienx approvat mill-kunsill lokali.", "Dan kien xogħol li l-istess kunsilliera Nazzjonalisti tar-Rabat, u aktar u iktar dak iż-żmien kunsilliera indipendenti, ma kenux jafu bih.", "Dawn id-direct orders ingħataw meta suppost bil-liġi kellhom jinħarġu t-tenders, liema tenders il-kunsill ma ħariġx.", "Dan ix-xogħol ma nġiebx għall-attenzjoni tal-kunsill u allura s- sindku ta b'mod dirett dan ix-xogħol.", "Mr Speaker, mhux biss is-sindku Nazzjonalista tar-Rabat ta dan ix-xogħol, talli llum ġab lill-kunsill Rabti f'pożizzjoni fejn dan għandu iktar minn Lm63,000 dejn.", "Hawnhekk jistona l-fatt kif il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali baqa' lura għal sentejn sħaħ milli jieħu l-passi meħtieġa.", "U qed ngħid hekk għax il-Ministru Austin Gatt, li suppost huwa l-ministru tal- kunsilli lokali kollha f'Malta u f'Għawdex irrispettivament jekk humiex Laburisti jew immexxija minn Nazzjonalisti, wera ħerqa sħiħa u għaġġla biex lejliet elezzjoni tal-kunsill lokali jindaħal fil-każ ivvintat ta' Ħaż- Żebbuġ u jordna biex l-awditur ġenerali jagħmel investigazzjoni, avolja l- awditur ġenerali huwa body indipendenti minn dan il-parlament u minn kull ministru.", "Hija ħaġa stramba kif l-istess ministru ma aġixxiex l-istess fil- konfront tal-kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista tar-Rabat.", "Issa ta' min igħid li f'dan il-każ kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sentejn sħaħ.", "Dawn huma mistoqsijiet, dawn huma akkużi, dawn huma sfidi li l-Ministru Austin Gatt għadu ma weġibx għalihom u li għandu d-dover u d-dmir li jwieġeb.", "Issa apparti l-Ministru Austin Gatt, b'dawn l-abbużi kollha jafu wkoll ministri oħra.", "Jien illum nixtieq ngħid li fil-konfront tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, għaliex huwa immexxi minn tmexxija Laburista, in- nazzjonalisti vvintaw storja u bħalma qaltilhom \"The Malta Independent\" qed jipprovaw jagħmlu a storm in a teacup biex mingħalihom jirbħu l-voti.", "Jien ngħidilhom li dak mhux il-mod kif tirbaħ il-voti.", "Il-voti tirbaħhom bir- riżultati tal-ħidma li tkun wettaqt u mhux bil-propaganda rħisa u fqira li issa drajna li kapaċi jivvintaw tan-naħa l-oħra qabel kull elezzjoni.", "Mr Speaker, fil-konfront tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ nisimgħu din il- fratterija kollha għalxejn b'xejn imbagħad fil-konfront tal-kunsill lokali tar-Rabat nużaw ingwanti differenti.", "Ma tarax!", "Mela ma jmurx jgħid lill- awditur ġenerali biex jinvestiga l-każ tar-Rabat!", "Hemmhekk hemm tmexxija Nazzjonalista!", "Issa ta' min igħid li anke l-Ministru Francis Zammit Dimech jaf bil-każ, imma hemmhekk imbierek Alla hemmhekk mhux immorru għand l- awditur ġenerali, hemmhekk il-Ministru Francis Zammit Dimech iwiegħed lis- sindku li jnaqqsilhom Lm15,000 mill-kont pendenti ta' Lm63,000 mad- dipartiment għax is-sindku għoġbu jagħmel direct orders.", "Lm15,000!", "Din tfisser għotja a vantaġġ ta' kunsill bi tmexxija Nazzjonalista.", "Mr. Speaker, huwa faċli li kunsill jagħmel b'Lm50,000 xogħol u mbagħad il- gvern ċentrali, għax huwa kunsill ikun b'maġġoranza nazzjonalista jgħidlu li se jaħfirlu parti minnhom.", "Dawk huma għotjiet b'mod indirett apparti l- voti li jingħata lill-kunsill lokali.", "U s-sindku Nazzjonalista ma staħax imur quddiem il-kunsill u jgħidlilhom: Isma' l-Ministru Zammit Dimech offrilna li jaħfrilna Lm15,000 minn dawn it-Lm63,000 imma bil-kundizzjoni – u din gravi u hawn hu l-iskandlu – li ma jsirux investigazzjonijiet, la ta' kif ingħataw l-ordnijiet u wisq inqas ta' kif sar ix-xogħol.", "Jekk dawn m'humiex abbużi, jekk dawn m'humiex irregolaritajiet, jekk dawn mhumiex skandli, mela dawn x'jissejjħu?", "U għamlu sew il-minoranza tal-kunsillieri Laburisti fil-kunsill lokali tar-Rabat li ma qablux ma' dak li ppropona s- sindku bil-barka tal-Ministru Zammit Dimech u vvotaw kontra.", "Araw fil- konfront tal-kunsill tal-Mosta ma sarx l-istess.", "Mr. Speaker, jiena se ngħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol għax tajjeb li nagħti ftit eżempji.", "Per eżempju, l-kunsill approva li jsir xogħol ta' resurfacing jew patching fi Triq Wied Qlejgħa.", "Il-job number għand id- dipartiment kien 23525 u l-valur tax-xogħol kien ta' Lm686.", "X'ġara, Mr Speaker?", "Ix-xogħol minflok li sar f'wied il-Qlejgħa biss sar f'Wied il- Qlejgħa u sar f'Għajn Qajjed għaliex is-sindku ordna lill-ħaddiema tad- dipartiment biex jagħmlu xogħol ukoll f'Għajn Qajjed.", "Dan fisser li minflok ix-xogħol baqa' bil-valur tiegħu ta' Lm686, jiġifieri meta mhux suppost ħarġet tender għax ma nqabżitx l-Lm1,000 dak iż-żmien, il-kont finali tela' għal Lm2,465, varjazzjoni ta' Lm1,779.", "Imma għaliex sindku Nazzjonalista, imma għaliex kunsilliera Nazzjonalisti hemmhekk m'hemmx bżonn investigazzjoni għall-Ministru Austin Gatt.", "Hemmhekk m'hemmx bżonn li mmorru għand l-awditur ġenerali.", "Mr Speaker, eżempju ieħor iktar gravi huwa rigward xogħol li kellu jsir fi Triq Ta' Koronja li ġie approvat mill-kunsill.", "Il-job number f'dan il-każ huwa 23497, il-valur tax-xogħol kien ta' Lm205.80 jiġifieri ma kienx hemm bżonn li tinħareġ tender.", "Is-sindku, fuq dan il-job number, jiġifieri fuq din l-ordni għal xogħol fi Triq Ta' Koronja ordna li jsir xogħol ukoll f'Għar Barka area, fi Triq Bir ir-Riebu, Imtaħleb area, Imtarfa, Tas- Sanċir, Tas-Salib, Għajn Qajjed, it-Tarġa u r-Raba' Nemel.", "Xi jfisser dan, Mr Speaker?", "Ifisser li l-kont minn Lm205.80 li tela' għal Lm4,257.50, varjazzjoni ta' Lm4,051,70 Hawnhekk ukoll suppost ħarġet tender biex sar dan ix-xogħol.", "Jekk dawn m'humiex abbużi u irregolaritajiet allura x'inhuma?", "U hemm iktar, pero' jekk nibda ma nieqafx.", "Biss biss nista' ngħid li l-varjazzjoni - issa mhux id-dejn ta' Lm63,000, mhux il-Lm15,000 li qed jipproponi li jaħfrilhom il- Ministru Zammit Dimech bil-kundizzjoni li ma jsirux investigazzjonijiet - ta' bejn dak li approva l-kunsill u dak li ordna direttament is-sindku b'mod illegali iqarreb it-Lm30,000.", "Dan hu l-galbu li jmexxu bih il- kunsilli Nazzjonalisti?", "Dan hu l-galbu li jmexxu bih is-sindki Nazzjonalisti?", "Dan hu l-galbu li jmexxu bih il-kunsilli b'maġġoranza Nazzjonalista?", "Mr Speaker, jiena nisfida lill-Ministru Austin Gatt biex jiġi f'dan il- parlament u jagħti rendikont sħiħ dwar x'għamel f'dawn is-sentejn biex l- abbużi li twettqu fil-kunsill lokali tar-Rabat jiġu rimedjati.", "Dment li ma jagħtix spjegazzjoni, ftit inqis lill-Ministru Zammit Dimech kredibbli f'dak li għammel fil-konfront tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Fuq kollox id-dipartiment tal-kunsilli lokali u l-ministeru tal-kunsilli lokali għandu jkun ministeru u dipartiment tal-kunsilli lokali kollha u mhux ministeru u dipartiment li jintuża fl-interess partiġġjan tal-Partit Nazzjonalista.", "Mr Speaker, qabel nagħlaq xtaqt nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra xi dokumenti li rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni mibgħuta mir-residenti ta' Pembroke lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni fit-30 ta' Jannar 2002, dwar dħul perikoluż f'St Patrick's ġewwa Pembroke.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l- Erbgħa, 20 ta' Frar, 2002 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODUTTURI TAL-ĦALIB – KWOTA TAT-TROBBIJA", "30775.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-produtturi tal- ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija, wara s-sħubija ta' Malta fl- UE?", "Il-kwota fil-fatt se titneħħa?", "Jekk huwa l-każ meta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib lokali li għandhom il-kwota tat-trobbija tkun magħrufa wara li jkunu konklużi n- negozjati bejn Malta u l-UE dwar Kapitlu 7.", "Skond in-National Position Paper li Malta bagħtet lill-Konferenza Dwar id- Dħul ta' Malta fl-UE, Malta qed titlob kwota nazzjonali ta' 60,000 tunnellata ta' ħalib.", "SAN LAWRENZ RESORT COMPLEX – WORK PERMIT", "31472.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm impjegati barranin mas-San Lawrenz Resort Complex f'Għawdex li għandhom work permit?", "Liema huma?", "Jista' jikkonferma jekk dawn l-impjegati li isimhom qed jintbagħatu separatament ma l-istess lukanda għandhomx permess tax-xogħol?", "Jekk iva meta inħarġilhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm impjegata waħda barranija bil- permess li qed taħdem mas-San Lawrenz Resort Complex u li isimha jidher fil- lista uffiċjali ta` barranin li għandhom permess jaħdmu Malta.", "Ninsab infurmat ukoll li bħalissa d-dipartiment taċ-ċittadinanza u ta` l- Expatriates qed jipproċessa 4 talbiet sabiex barranin ikunu jistgħu jaħdmu ma` dan il-kumpless.", "Jidher li dawn il-persuni huma erbgħa minn dawk indikati mill-Onor.", "Membru.", "Id-Dipartiment m`għandu ebda informazzjoni dwar il-barranin l-oħra indikati mill-Onor.", "Membru.", "CASINO DI VENEZIA – RIĊIKLAR TA' FLUS", "31473.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ittieħdu mill-awtoritajiet maltin wara rapport li ixxandar fuq Rai Due nhar il-Ħadd 10.02.2002 filgħodu fejn ġie allegat li fil-Casino di Venezia tal-Kottonera qed jiġu riċiklati flus maħmuġin konnessi mal-kriminalita taljana?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31476.", "SPTAR SAN LUQA - ĊUMNIJA", "31474.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid f'hiex waslu l-pjani li kien hemm biex tittieħed azzjoni konkreta ħalli tittaffa l-problema kkawżata miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa, li qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-Msida u ta' Xbiex iżda b'mod partikulari għal dawk li joqgħod fix-xatt ta' Ta' Xbiex kif ukoll għal diversi sidien tal-yachts li għandhom l-opri tagħhom sorguti fil- Marina ta' Ta' Xbiex?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Kif intqal pubblikament diversi drabi, d-dipartiment tas-saħħa qiegħed fi proċess finali li jikkonkludi tender għax-xiri ta` sistema moderna sabiex l-iskart kliniku ta` l-isptarijiet jiġi pproċessat minflok jinħaraq kif jiġri s'issa.", "It-tender għax-xiri ta` l-impjant għadha taħt il-kunsiderazzjoni tad- dipartiment tal-kuntratti.", "CASINO DI VENEZIA - IRREGOLARITAJIET", "31475.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid in vista tar-rapporti li dehru fuq l-istazzjonijiet tar-RAI dwar pressjoni li seta kien hemm biex iwettqu irregolaritajiet fl-operat tal-Casino Di Venezia, x'passi ha il-Gvern biex dawn l-affarijiet kif allegati ma jsirux?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li min-naħa tal- Kumpanija ttieħdu l-passi mmedjati biex kull pressjoni jew att irregolari ġie rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżhom.", "Infakkar l-Onor.", "Interpellant li l-Gaming Act tipprovdi salvagwardi biżżejjed f'każ ta' trasferiment tal-liċenzja maħruġa lill-kumpanija biex topera każino' f'Malta kif ukoll f'każi ta' tibdil f'shareholding, management jew fil-Bord tad-Diretturi ta' l-istess kumpanija.", "Tibdil bħal dan jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Gaming Bord qabel jitħalla jseħħ.", "Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal Taqsima IV. - Għoti ta' liċenzja ta' Każino', partikolarment Artikolu 15 fl-istess taqsima tal-Gaming Act.", "CASINO DI VENEZIA - IRREGOLARITAJIET", "31476.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid in vista tar-rapporti li dehru fuq l-istazzjonijiet tar-RAI dwar pressjoni li seta kien hemm biex iwettqu irregolaritajiet fl-operat tal-Casino Di Venezia, x'passi ha il-Gvern biex dawn l-affarijiet kif allegati ma jsirux?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi waħda mill-funzjonijiet tal-Bord maħtur mill-ministru skond l-Att ta` l-1998 dwar il-Logħob (Kap. 400) huwa li jissorvelja l-operat ta` kull casino.", "Għaldaqstant nissuġerixxi lill- Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-ministru kkonċernat u nirriferi għat-tweġiba li ta l-Onor.", "Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31475.", "L-uniku rapport li rċeviet il-Pulizija Maltija ma kienx dwar pressjoni allegata fil-mistoqsija parlamentari.", "GĦAWDEX - QGĦAD", "31477.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "30435, jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t- tagħrif kif klassifikat f'din il-mistoqsija parlamentari dwar ħaddiema qegħda, jiġifieri lokal b'lokal, eta' nisa w rġiel, il-kategorija ta' xogħol jew professjoni eċċ, sena b'sena (skond Diċembru ta' kull sena), mill-1995 sas-sena 2001?", "Jista' jagħti tagħrif wkoll dwar il-gainfully employed u self-employed, bl-istess klassifika u għall-istess perjodu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.", "HOUSING - AKKOMMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "31478.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament u kunfidenzjalment għada ma ġietx offruta l-ebda akkommodazzjoni soċjali alternattiva partikolarment meta wieħed iqis it-tbatija finanzjarja li għaddejja minnha hi u l-familja tagħha?", "Jista' jgħid kemm għandha punti u meta se tkun offruta xi opportunita ta' akkomodazzjoni soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat ma' oħrajn simili.", "STALLAR TA' STAIRLIFTS", "31479.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jgħid kemm-il household ġiet mogħtija għajnuna għall-istallar ta' stairlift sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li sa l-1997 ma kienetx tinżamm statistika dwar l-informazzjoni mitluba.", "In-numru ta' każijiet fejn ingħatat għajnuna biex jiġu stallati stairlifts mill-1998 kien kif ġej:", "|Sena |Numru| |1998 |15 | |1999 |32 | |2000 |9 | |2001 |20 |", "PULIZIJA – KUMMISSJONANT TAL-FUNERALI", "31480.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija wara l-mistoqsija parlamentari nru.", "30811 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kif kummissjonant tal-funerali partikolari qed ikun fis-swali ta' l-isptar San Luqa meta persuna tkun ġiet nieqsa?", "Kif dan il-kummissjonant tal-funerali qed ikun infurmat qabel kulħadd?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma rriżultax li kien hemm lok li jinbdew proċeduri kriminali.", "Infurmat ukoll illi l-eżitu' ta' l-investigazzjoni tal-Pulizija kien ġie ikkomunikat lill-ministeru tas-saħħa.", "UNJONI EWROPEJA - XIRI TA' PROPJETA F'MALTA", "31481.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid biex koppja mill-United Kingdom tixtri propjeta u tibqa' toqgħod fiha hawn Malta?", "X'inhuma r-restrizzjonijiet i) bħalissa 2) wara sħubija fl-EU", "ONOR.", "JOE BORG: Biex koppja mir-Renju Unit tixtri l-ewwel propjeta f'Malta llum m'hemmx restrizzjonijiet, ħlief li trid tapplika, u li l-valur tal- propjeta jaqbeż valur minimu stabbilit mil-liġi.", "Wara l-isħubija fl-Unjoni Ewropea, ma jkunx hemm restrizzjonijiet għal koppja mir-Renju Unit sabiex din tkun tista tixtri l-ewwel propjeta f'Malta, sakemm ma tkunx għamlet ħames snin hawn Malta ma tkunx tista tixtri iżjed propjeta.", "SKRIVAN MAL-GVERN - EŻAMI", "31482.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm min għadda mill-eżami għall-skrivan mal-gvern u għadu ma daħalx?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien nfurmat li minn dawk li għaddew mill- eżami għall-iskrivan li sar fis-sena 2000, fadal sittax-il kandidat (16) li għadhom ma ġewx imsejħa biex jibdew l-impjieg.", "PLANNING AUTHORITY - APPLIKAZZJONI TA' WASHROOM", "31483.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni sabiex tinbena washroom fuq il-bejt ta' Flt 16, Blk 1, Scheme 2, Telgħat Raħal Ġdid, Paola (PA 5880/01) - spejjes tal-inkwilin u bil-kunsens tar-residenti fl-istess blokk?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 5880/01 tirreferi għal Block 2 Scheme 2 Flat 16, Paola.", "Din l-applikazzjoni għal washroom ġiet fil-fatt rifjutata mid-DCC fid-29 ta` Jannar 2002.", "HOUSING –RAĦAL ĠDID – MANUTENZJONI TA' SAQAF", "31485.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jordna li ssir spezzjoni tas- saqaf tal-flat 15, blk 1, scheme 2, Telgħat Raħal Ġdid, Paola biex jivverifika kif dan huwa perikoluż u jordna li jsiru x-xogħolijiet biex dawn is-soqfa jsiru safe.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - STALLAR TA' LIFTS", "31486.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward tal- istallar ta' lifts f'appartament tal-Gvern, f'liema minnhom 1) tlesta x- xogħol kollu 2) beda x-xogħol 3) hemm pjanti approvati mill-Awtorita' tal- Ippjanar 4) kemm pjanti sottomessi lill-Awtorita' tal-Ippjanar.", "Fil-każ ta' 1) u 2) kemm-il kuntrattur differenti għamel ix-xogħol?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: S'issa inħarġu tenders għall-installazzjoni ta' 18- il lift fi blokki tal-Gvern u x-xogħol inbeda f'14 minn dawn il-Blokki.", "Il- progress tax-xogħol f'dawn l-14-il blokk ivarja mit-tlestija tal-lift pit sal-installar komplut.", "Fl-erba' lokalitajiet l-oħra għadu ma nbediex ix- xogħol minħabba xi problemi tekniċi u legali.", "Għad irid isir stħarriġ biex jissolvew dawn il-problemi qabel ma jiġu nstallati lifts f'dawn il- postijiet.", "Hemm tmintax-il permess għall-lift approvat mill-Awtorita' tal- Ippjanar u dan l-aħħar ġew sottomessi applikazzjonijiet għal lifts f'10 lokalitajiet oħra.", "Kien hemm kuntrattur wieħed li ġie mogħti tliet kuntratti biex jinstalla 18- il lift.", "Dan il-kuntrattur kien tefa' l-orħos offerti biex jagħmel dan ix- xogħol.", "HOUSING – APPARTAMENT TAL-GVERN - STALLAR TA' LIFT", "31488.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni li kien hemm biex jiġi installat lift fi blokk 1, scheme 2, Telgħat Raħal Ġdid, Paola li fih 16-il appartament u hemm ħafna spazju fejn lift jista' jiġi installat faċilment?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet xi applikazzjoni għall-installar ta' lift minn residenti ta' Blokk 1 Scheme 2 Telgħet Raħal il-Ġdid, Paola.", "KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTA' SOĊJALI – SELF-EMPLOYED", "31489.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' dħul minimu annwali biex persuna self-employed tiġi eżentata mill-ħlas tal- kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond artikolu 12 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kull persuna li timpjega lilha nnifisha li tissodisfa lid-Direttur li ma tkunx qed taħdem għaliha nnifisha u li l-meżżi fis-sena tagħħa kalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta' Taqsima I tat-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Att, ma jkunx iżjed minn -", "- Lm630 fil-każ ta' raġel miżżewweġ li jkun imantni għal kollox lil martu u li ma tkunx hi nnifisha taħdem għaliha nnifisha jew tkun f'impjieg assigurabbli jew", "- Lm 430 fil-każ ta' kull persuna oħra", "għandu jkollha jedd, fuq applikazzjoni lid-Direttur, li tirċievi ċertifikat ta' dħul baxx li jkun validu għal tnax-il xahar u filwaqt li jkollha dak iċ- ċertifikat, u sakemm ma jkunx hemm tibdil rilevanti fiċ-ċirkostanzi, din tkun eżentata mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - MANUTENZJONI TA' GALLARIJI", "31490.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni tal-gallarijiet tal-flats 10 u 12 Blk 3, Door B, Triq il-Mitħna, HE, Gudja li jinsabu fi stat perikoluż u qegħdin litteralment jaqgħu u jordna li jsiru t-tiswijiet neċessarji għall-istess proprjetajiet tal-Gvern?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - MANUTENZJONI", "31492.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-flat 12, blk 3, Door B, Triq tal-Mitħna, Gudja li għandu problema kbira ta' umdita' tiela mal-ħitan u minħabba termites li qegħdin jeqirdu ħafna ċaċċis u fixtures ta' l-injam tal-inkwilini?", "Jista' jordna li jsiru x-xogħoljiet neċessarji biex dawn il-problemi jiġu magħlubin?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "ENEMALTA – TRIQ IL-MAGĦSAR - ŻABBAR", "31501.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku fi Triq il- Magħsar, Zabbar peress li r-residenti qed jilmentaw li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex ċerti appliances jaħdmu kif suppost ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "MCAST – INSTITUT MARITTIMI – RIŻULTATI TA' L-EŻAMIJIET", "31508.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet li l- istudenti tal-Iskola Nawtika għamlu 7 xhur ilu u li issa hija r- responsabbilita' ta' l-Istitut Marittimi tal-MCAST li joħroġhom u jagħtihom lill-istudenti li urġentement għandhom bżonn?", "X'qed iżom lill-Istitut Marittimu li joħroġ dawn ir-riżultati?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-riżultati ta' l-eżamijiet ta' l-istudenti ta' l-Iskola Nawtika li għamlu 7 xhur ilu kienu ħarġu mill-istess skola Nawtika qabel din għalqet.", "Jekk hemm diffikulta` fuq xi każ partikolari, nitlob l-Onor.", "Membru jindikali privatament id-dettalji biex ninvestiga s- soluzzjoni.", "GMDSS/NARAS - KORSIJIET FUQ FLOTTA MERKANTILI", "31509.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li s- sillabi, il-kontenut tal-korsijiet għall-GMDSS u NARAS ikunu skond kif meħtieġ għal xogħol fuq il-flotta merkantili u mhux għall-flotta navali, peress li minħabba l-background militari ta' min qed jgħallem bħalissa hemm it-tendenza li jiġu injornati l-aspetti li l-iżjed hemm bżonn għal xogħol fuq vapuri merkantili?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Istitut Marittimu jassigura li kull kors li jsir għax-xogħol ta' baħħara fuq il-flotta merkantili jkun ibbażat fuq mudel ta' kors maħruġ mill-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima.", "Dan huwa fil-fatt il-każ fil-korsijiet imsemmija.", "Il-Kors tal-GMDSS li qed isir bħalissa għandu għalliem ikkwalifikat mill-Istati Uniti f'dan is- suġġett u huwa akkreditat mill-Awtorita` Marittima ta' Malta biex jgħallem dan is-suġġett.", "L-għalliem li ser jagħti l-kors tan-NARAS jaħdem bħala fizzjal (Chief Officer) mas-Sea Malta.", "TFAL TA' L-AĠENZIJI APPOĠĠ – SOCIAL WORK", "31510.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'referenza għall-każ riferut f'mistoqsija 30618 jista' jiġi kkunsidrat bis-serjeta' u bis-sensitivita meħtieġa li l-bint u l-missier jitħallew jiltaqgħu u jaraw lil xulxin, sintendi bil- miżuri xierqa meħtieġa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: It-Taqsima għall-Ħarsien tat-Tfal ta' l-Aġenzija Appoġġ isegwu kull każ b'serjeta' u sensitivita' kif titlob il-professjoni tas-social work.", "Dwar il-każ speċifiku li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant, infurmat li l- każ reġa' ġie diskuss mill-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ fis- 7 ta' Frar 2002 u r-rakkomandazzjonijiet sottomessi qed jiġu segwiti.", "Intenni li l-professjonisti nvoluti f'dan il-każ qed isegwu b'mod regolari u mill-qrib il-careplan dwar il-minuri konċernata u f'dan il-proċess qed tiġi kunsidrata t-talba li l-missier u t-tifla jiltaqgħu.", "MCAST – ISTITUT MARITTIMU", "31511.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MCAST, lill-Istitut Marittimu u lill-persuni responsabbli fl-Awtorita' Marittima Maltija biex jidħlu f'arranġamenti mas-Sea Malta biex personnel kwalifikat tagħha jgħallem lill- istudenti tal-Istitut Marittimu biex hekk il-programmi tagħhom ta' edukazzjoni jimxi b'aktar konsistenza u regolarita' milli qed jimxu bħalissa minħabba nuqqas ta' personnel adekwat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-Istitut Marittimu diġa` qed timpjega tlett fizzjali tas-Sea Malta li qed jaħdmu fuq sistema ta' part-time ma' l- Uffiċċjali Kadetti kollha ta' l-Istitut.", "Dawn l-għalliema mhux dejjem ikunu jistgħu jattendu biex jagħtu lectures minħabba l-fatt li jridu wkoll jagħmlu xogħolhom fuq bastimenti tas-Sea Malta.", "Il-programmi ta' l- edukazzjoni li jagħmel l-Istitut Marittimu huma ta' standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali u m'hemmx nuqqas ta' personnel adekwat għat- tagħlim ta' dawn is-suġġetti.", "Ftit mill-istudenti tat-tieni sena tal-kors, normalment jiġu sponsorjati mis-Sea Malta biex jieħdu t-taħriġ tagħhom fuq il-baħar ma' personnel tas-Sea Malta.", "Sfortunatament, is-Sea Malta fl-2001 u din is-sena, ma aċċettatx iżjed Kadetti tan-Navigazzjoni ġodda, kemm mill- Iskola Nawtika, kif ukoll mill-Istitut Marittimu ta' l-MCAST.", "HOUSING – APPARTAMENTI TAL-GVERN - ISTALLAR TA' LIFTS", "31515.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix- xogħol għal stallar ta' lift f'", "1) 1 Melita Street Valletta 2) Bl 1 St. John Square, Valletta 3) Door 3 Ordinance Street, Valletta 4) 71 Triq il-Miratur, Floriana 5) 41 Triq il-Miratur, Floriana", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dwar l-installazzjoni tal-lift f'Numru 2 Melita Street Valletta, 41 Triq il-Miratur Floriana u 71 Triq il-Miratur Floriana, qed isir aktar stħarriġ fejn jista' jiġi nstallat il-lift minħabba li m'hemmx spazju biżżejjed fit-tromba tat-taraġ.", "Dwar Blokk 1 St John Square Valletta, qed jiġu ppreparati l-pjanti biex jintalbu l-permessi meħtieġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.", "Dwar Door 3 Ordinance Street Valletta għadha kif saret l-applikazzjoni għall-permessi mingħand l-Awtorita ta' l-Ippjanar filwaqt li qed jiġu ppreparati t-tenders.", "ENEMALTA - TRIQ IN-NEJDER - KIRKOP", "31516.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li jitwassal is-servizz tal-elettriku f'Arc En Ciel, Triq in-Nejder Kirkop, fejn il-kliejent ilu li ħallas għas-servizz aktar minn 4 snin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Membru ġiet riferuta lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL – KUNSILL LOKALI", "31517.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Ministru jgħid jekk ħaddiema taċ-Ċivil jistgħux japplikaw għal post ta' segretarju eżekuttiv mal-Kunsill Lokali?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Jien infurmat li uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għall-post ta' Segretarju Eżekuttiv mal-Kunsilli Lokali.", "Jekk uffiċjal jiġi magħżul jeħtieġlu approvazzjoni mill-Management and Personnel Office.", "SEGRETARJAT GĦAL-GĦAWDEX – ALLOWANCES & FRINGE BENEFITS", "31518.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tal-ministru għal-Għawdex?", "Kemm jitħallsu f'pagi, allowances u fringe benefits oħra?", "X'kien il-kont tal-mobile telefones tal-persuni li jaħdmu fis-segretarjat tal-ministru għal Għawdex matul is-sena 2001?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Nirriferi lill-Onor.", "Nterpellant għar-risposta tal- mistoqsija parlamentari nru.", "31437 rigward l-ewwel parti ta' din il- mistoqsija.", "Il-kundizzjonijiet ta' xogħol għall-impjegati fis-Segretarjat Privat huma regolati bid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-1999.", "Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab l-aħħar parti tal- mistoqsija, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.", "SPTAR SAN LUQA – TENDER – PROVISTA TA' TIĠIEĠ", "31519.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid minn hi l-kumpanija li ħadet it-tender għall-provista ta' tiġieġ lill-pazjenti fl-isptar San Luqa?", "Min huma s-shareholders tal- kumpanija?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Infurmat li l-Kumpanija li rebħet l-offerta għall- provvista ta` tiġieġ fl-Isptar San Luqa hija C & K Ciappara Ltd.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, d-diviżjoni tas-saħħa m'għandiex din l- informazzjoni.", "KORDIN - QUALITY CONTROL", "31520.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid x' sejjer isir mill-ħaddiema li jaħdmu fil-Quality Control Kordin?", "Il-mekaniżmu li jeżisti f'din is-sezzjoni x'sejjer isir minnu, se jinbiegħ?", "Jekk iva kemm se jinbiegħ?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab infurmat li l-ħaddiema li jaħdmu fil- Quality Control, Kordin se jingħataw l-opportunita' ta' xogħol għal perjodu bi prova mal-Malta National Laboratories biex fl-aħħar ta' dan il-perjodu tittieħed id-deċiżjoni jekk ikunux jippreferu mpjieg mal-kumpanija jew jibqgħux mat-Taqsima tax-Xogħlijiet.", "Il-makkinarju li hemm f'din is-sezzjoni ser ikun trasferit lil Malta National Laboratories Ltd., li hija kumpanija kollha kemm hi tal-Gvern.", "Il- valur tal-makkinarju ser jiġi valutat matul ix-xahrejn li ġejjin.", "MCAST – PERSONNEL", "31521.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm disponibilita min-naħa tas-Sea Malta li tikkopera mal-Institut Marittmu tal-MCAST fl-għoli tal-edukazzjoni u l-formazzjoni ta' kadetti billi taċċetta li tipprovdi personnel ikkwalifikat biex jgħallem lill-istudenti tal-MCAST?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li s-Sea Malta minn dejjem kienet strumentali fl-għajnuna lill-proċess ta' edukazzjoni għall-formazzjoni ta' kadetti fil-gradi ta' Uffiċjal.", "Fil-fatt Master Mariners u Chief Engineers kwalifikati, li kienu ingħataw għajnuna finanzjarja mis-Sea Malta, qed jagħtu l-kontribut tagħhom lill-MCAST fuq bażi part-time.", "Kull darba li s-Sea Malta ġiet mitluba tagħti l-għajnuna, dan dejjem għamlitu u hekk fi ħsiebha tibqa tagħmel.", "ITF – INSTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI", "31522.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul l-1999, is-sena 2000 u 2001 saru xi sforzi biex l-ITF tiffinanzja instituzzjonijiet edukattivi lokali fil-qasam marittimu?", "Xi frott taw dawn l-isforzi?", "F'hiex kien jikkonsistu dawn l-isforzi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li fis-sena 1998 il-Ministru tat- Trasport u Portijiet ta' dak iż-żmien, kien beda t-taħdiet ma' l-ITF sabiex din ta' l-aħħar tiffinanzja istituzzjonijiet edukattivi lokali fil-qasam marittimu.", "Iżda, għalkemm l-ITF kienet offriet għajnuna finanzjarja sostanzjali, taħt ċerti kundizzjonijiet, in-negozjati ma setgħux iwasslu għal ftehim aħħari peress li l-Maritime Institute kien għadu ma ġiex imwaqqaf.", "Wara li f'Ġunju tas-sena 2001 ġie mwaqqaf il-Maritime Institute, l- Awtorita' Marittima flimkien mal-istess Maritime Institute u r- rappreżentant lokali ta' l-ITF, kompliet bl-isforzi tagħha sabiex l-ITF toffri għajnuna finanzjarja kif ukoll teknika lill-Maritime Institue.", "Dawn it-taħdidiet s'issa għadhom ma ġewx finaliżżati.", "Dawn l-isforzi kienu jikkonsistu f'diversi laqgħat u korrispondenza bejn l- Awtorita' Marittima, l-MCAST u r-rappreżentanti ta' l-ITF.", "TABAKK", "31524.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jwieġeb il-ministru parlamentari nru.", "31456 li ġejt infurmat ngħaddi lilek, cioe jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l- dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover?", "Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li wara spezzjonijiet fil-fond indikat ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` Liġi, peress li l-imsemmi post qiegħed jopera fil-parametri tal-liċenzja tal-Pulizija.", "L-ilment irreferut huwa dwar inkonvenjent (nuisance) u għalhekk ġie mgħoddi lill-Pulizija għall-investigazzjoni neċessarji taħt il-Kodiċi tal-Pulizija (Kap 10).", "Għaldaqstant, kif diġa` ġie infurmat l-Onor.", "Interpellant u kif ġiet infurmata l-persuna li għamlet l-ilment, fit-22 ta` Novembru 2001, id- dipartiment tas-saħħa ma jkunx f'pożizzjoni li jieħu passi sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat mediku li juri l-aggravju għas-saħħa b'tali sitwazzjoni.", "ENEMALTA - B'KARA", "31526.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li hemm fl-istazzjoni ta' B'Kara peress li ilu mitfi għal dan l-aħħar 3 ġimgħat?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħal ma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta.", "Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor.", "Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita'.", "INCOME TAX – REFUND", "31528.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jara kif flus imħallsa żejda f'income tax għas-sena li għalqet Diċembru 2000 min missier ta' familja, għadhom ma ġewx rifonduti?", "Il- partikolaritajiet jidhru separatament.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dipartiment huwa marbut li jħallas lura refunds ta' taxxa fi żmien sitt xhur jekk il-formola tat-taxxa tintbagħat fiż-żmien.", "Fil-każ ta' individwi l-formola trid tintbagħat sa' l-aħħar ta' Ġunju tas-sena rispettiva.", "Peress li l-individwu in kwistjoni bagħat il-formola tiegħu wara ż-żmien li tippermetti il-liġi, r-refunds f'dan il-każ irid jitħallas sa mhux iżjed tard minn sena minn meta tkun intbagħatet il-formola.", "BORŻA TA' STUDJU – KO-OPERATTIVA", "31529.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kwalunkwe kooperattiva tistax tagħti borża ta' studju lil individwi li mhumiex membri fl-istess koperattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li koperattiva hija entita' kummerċjali awtonoma.", "Kull koperattiva għandha kumitat ta' tmexxija elett mill-membri, li jkollu r-responsabbilta' amministrattiva tal- koperattiva.", "Apparti l-liġi dwar l-Għaqdiet Koperattivi, kull koperattiva għandha wkoll l-istatut tagħha li jagħti poter lil kull membru li jistaqsi dwar deċiżjonijiet amministrattivi li jkun ħa l-kumitat tat-tmexxija matul is-sena.", "PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI - IMPORTAZZJONI", "31530.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31070, 31205, 31408, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li sat-30 ta' Novembru 2001, kellhom l-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġi importanti f'Malta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mhux possibbli li tingħata risposta dwar is- sitwazzjoni f'dati speċifiċi fil-passat.", "Nista` nagħti informazzjoni dwar il-lista tal-prodotti li llum għandhom il-permessi meħtieġa, iżda l-Onor.", "Interpellant japprezza li din hija lista voluminuża u li tinbidel kuljum għaliex tiġi aġġornata kontinwament.", "Ninsab infurmat li MRU ser ipoġġu din l-informazzjoni fuq il-website tagħhom sa tmiem dan ix-xahar.", "GĦAWDEX - MOLLIJIET", "31531.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ser jintefqu flus fuq l-estensjonijiet tal-mollijiet sew dawk fiċ-Ċirkewwa kif wkoll dawk fl- Mġarr, Għawdex?", "Kemm intefqu s'issa?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-ammont li hu stmat li ser jintefaq fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr hu bejn Lm12,000,000 u Lm13,000,000.", "L-ammont li ntefaq s'issa fuq dan l-istess proġett hu kif ġej:", "|Xogħol ta' |Lm2,600,00| |kostruzzjoni minn |0 | |Ġunju 2000 sa llum | | |Spejjeż oħra minn |Lm1,100,00| |mindu beda l-proġett |0 | |sa llum li jinkludi | | |dredging, drittijiet | | |professjonali, fenders| | |etc | | |TOTAL |Lm3,700,00| | |0 |", "PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI - IMPORTAZZJONI", "31532.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid fl-aħħar ta' Jannar 2002, kemm u liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li l-importaturi laħqu bagħtu l-kwestjonarju lill-MRU skond it-timetable li ngħatat lill-istess importaturi u rappreżentanti tagħhom fl-aħħar ta' Novembru 2001?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "FGURA - HOMPESCH ROAD", "31533.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk waqt ix-xogħol f'Hompesch Road, Fgura instabux xi skavi forma ta' shelters?", "Jekk fl- affermattiv għandhom xi valur storiku jew arkejoloġiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li nstabu shelters ġo Triq Hompesch, kantuniera ma' Triq il-Karmnu u l-Awtoritajiet tal-Mużew qegħdin jieħdu ħsieb il-każ.", "SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI GĦAL SKRIVANI", "31534.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu għaddew mill-eżami għal skrivani mal-Gvern u li għadhom jistennew biex jekk tinħoloq vakanza fiċ-ċivil ikunu jistgħu jiġu ingaġġati fis-servizz ċivili?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru.", "31482.", "QORMI - VICTORIA SHOOTING RANGE", "31535.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid lil min hija mikrija l-victoria shooting range ta' Ħal Qormi?", "Meta saret din il-kirja u x'inhu l-valur tal-kirja?", "Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt tal-kirja?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l- Onor. Interpellant fil-fatt qiegħda f`Ħaż Żebbuġ.", "Din kienet inkriet lil Victoria Shooters Club fit-30 ta` Marzu 1987 b`kera ta` Lm161.00 fis-sena.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kirja kif ukoll pjanta tas-sit.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI – ARMLA ANZJANA", "31536.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jintbagħtu separatament min din il- mistoqsija, peress li ilha bla ebda dħul mid-dipartiment tas-sigurta' socjali w ilha armla għal dan l-aħħar xagħrejn u nofs?", "Tista' din l- anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali.", "PENSJONI - ANJZANA", "31537.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament min din il-mistoqsija riċeviet il-pensjoni b' Lm22 nieqsa?", "Tista' tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata sarilha tnaqqis ta' taxxa mill-pensjoni tagħha skond is-sistema tal- 'Final Settlement System' (FSS), jiġifieri tnaqqis ta' taxxa minn ras il- għajn.", "Il-persuna kienet infurmata bil-miktub dwar dan.", "GENDER DYSPHORIA – REĠISTRU PUBBLIKU", "31538.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li f'Malta nsibu irġiel u nisa li jbatu minn marda msejħa gender dysphoria u li biex dawn iċ-ċittadini biex jikkuraw ruħom jeħtiġilhom ifittxu trattamenti twal minn terapisti u psikoloġi, kif wkoll jissottomettu ruħhom għal xi interventi kirurġiċi, ħalli b'hekk jiġu magħrufa li jappertjenu għas-sess differenti min dak li twieldu bih u peress li dawn ċ-ċittadini mbagħad isibu l-intopp fir-reġistru pubbliku, minħabba l-liġi f'Malta kif għadha sa llum, ma jridux jagħmlulhom in-nota korrettiva neċessarja li tkun tindika s-sess attwali bil-konsegwenza li dawn ċ-ċittadini jkollhom jidħlu għal aktar spejjeż u taħbit billi jirrikorru għall-kawża kostituzzjonali sabiex ir-reġistru pubbliku jiġi ordnat jagħmel nota korrettiva fl-att tat-twelid taċ-ċittadin konċernat, jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir l-emenda legali neċessarja li tkun tkopri sewwa d-dritt għall-privatezza ta' dawn iċ-ċittadini Maltin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li ma teżisti ebda ħtieġa li jsiru xi emendi legali rigward is-sistema ta` korrezzjoni ta` Atti diġa` reġistrati.", "Dan peress li s-sistema li tintuża ġewwa r-Reġistru Pubbliku hija waħda ġenerali li ma jsiru ebda korrezzjonijiet/annotazzjonijiet mingħajr l- awtorizzazzjoni tal-Qorti.", "Dana anki fir-rigward ta` bidliet relattivament insinifikanti.", "Hija l-Qorti li trid dejjem tiddeċiedi.", "Allura ma hemm xejn barra minn loku li tibdil fl-indikazzjoni ta` sess jirrikjedi tali proċedura.", "Mill-bqija nista` nassigura l-Onor.", "Membru li minn naħa tar-Reġistru Pubbliku qed isir kull sforz, inkluż dak amministrattiv, sabiex dawn l- individwi ma jiġux imbarazzati u jinqdew bl-aktar mod diskret/kunfidenzjali kemm qabel kif ukoll wara l-ordni tal-Qorti.", "Fl-aktar każ reċenti id-dipartiment, fuq parir mogħti lilu, ma appellax mid- deċiżjoni tal-Qorti, prima stanza.", "KONSULENTI - MEDIĊINI", "31539.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Peress li xi mediċini partikolari m'humiex iktar indikati għal xi pazjenti ta' 75 sena u aktar, il-Ministru tas-Saħħa lest li jħalli lill-konsulenti tiegħu jippreskrivu l-istess mediċini b'xejn meta dawn ikunu għandhom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Il-mediċini li l-Onor.", "Membru qed jirreferi għalihom huma statins (bħal Lescol u Zocor).", "Id-dipartiment tas-saħħa għadu miexi bil-protocol li kien ġie stabbilit fin-1998 taħt amministrazzjoni preċedenti skond parametri tal-WHO li kien impona age limit ta` 75 sena fuq dawn il-mediċini.", "IMQABBA - COMPLIANCE CERTIFICATE", "31540.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jispjega kif inħareġ compliance certificate u fil-fatt ingħata s- servizz ta' l-elettriku lil persuni li qegħdin jagħmlu użu mill-bini illegali fl-Imqabba (Triq il-Konvoy ta' Santa Maria/Valletta Road) kif muri fis-site plan meta fuq l-istess sit hemm żewġ enforcement notices ECF 446/01, ECF 447/01?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fuq is-sit li rrefera għalih l- Onor. Interpellant ma inħareġ ebda Compliance Certificate minn naħa ta` l- Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jingħata s-servizz tad-dawl.", "MALTA POST - PRIVATISATION UNIT", "31541.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm negozjati diretti mat-Transend dwar Malta Post li ma sarux mill-Privatisation Unit?", "Jekk iva, minn min, meta u fejn saru?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sa fejn jiena nfurmat, in-negozjati dwar il- privatizazzjoni parzjali tal-Maltapost saru dejjem mal-Privatisation Unit.", "HOUSING", "31551.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-istqarrija ta' l-Awtorita' tad- Djar tat-12 ta' Frar 2002, li kopja tagħha qegħed tiġi hawn annessa, jista' l-Ministru jgħid:", "1) Kemm il-promotion ngħatat f'dawn l-aħħar ħames snin", "2) Min ħada u x'kienu l-kriterji", "3) Kemm il-call for application kien hemm sabiex i) jimtlew vakanzi li tbattlu ii) jimtlew postijiet ġodda", "4) B'referenza għall (3), kemm kien hemm min dawk li i) li kienu min barra ii) li applikaw internament iii) x'kienu l-kwalifiki ta dawk li applikaw fiż-żewġ każi iv) Fuq liema kriterji ġew magħżula dawk li ngħataw il- promozzjoni jew il-post?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI:", "1.", "F'dawn l-aħħar ħames snin l-Awtorita' tad-Djar tagħat 27 promotion kif jidher hawn taħt:", "2 Technical Officers 1 Senior Technical Officer 9 Senior Clerks 7 Assistant Administrators 3 Administrative Officers 1 Manager 1 Senior Manager 2 Assistant General Managers", "1 General Manager", "2.", "Dawn il-promotions ingħataw wara sejħa interna u wara intervista.", "Fost il-kriterji kienu stabbiliti fuq l-esperjenza fil-kamp tax-xogħol relatat mal-housing, effiċjenza, kwalifiki u mertu.", "Qiegħed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet u d-data tal-ħatra.", "3.(i) Kien hemm 7 sejħiet għall-applikazzjonijiet biex imtlew postijiet vakanti:", "2 sejħiet għal clerks", "1 sejħa għal Technical Officer", "1 sejħa għal Senior Technical Officer", "2 sejħiet għal Senior Clerks", "1 sejħa għal General Manager", "3.(ii) Kien hemm 11-il sejħa għall-applikazzjonijiet biex imtlew postijiet ġodda:", "1 sejħa għal Receptionist/Clerks", "3 sejħiet għal Administrative Officers", "1 sejħa għal Assistant General Manager", "1 sejħa għal Managers", "1 sejħa għal Senior Manager", "1 sejħa għal Research Officer", "1 sejħa għal Communications Coordinator", "1 sejħa għal Part Time Architect", "1 sejħa għal General Manager", "4.(i) Call For Applications li kienu minbarra huma s-segwenti:", "Clerks Receptionist/Clerk", "Research Officer", "Communications Coordinator", "Part Time Architect", "General Manager", "4.(ii) Call For Applications li għalihom applikaw internament kienu s- segwenti:", "Technical Officer Senior Technical Officer", "Senior Clerks", "Administrative Officers Assistant General Manage Managers Senior Manager General Manager", "4.(iii) & (iv) Dawn il-postijiet ingħataw wara li saret sejħa esterna fil- każ ta' 4 (i) u sejħa interna fil-każ ta' 4(ii).", "Kull applikant saritlu intervista minn Sotto-Kumitat maħtur apposta mill-Bord ta' l-Awtorita' tad- Djar għal dan il-għan.", "Din l-aħħar sena il-kriterji kienu bażikament kif jidhru fid-dokumenti li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward il- kwalifiki dawn kienu varji skond il-grad li l-individwu kien qed japplika għalih.", "HOUSING – AKKWIST TA' PROPRJETA`", "31554.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk presentament l-Awtorita' tad-Djar hix tikkonsidra li tixtri u takkwista propjeta immobli u jekk fl-affermattiv: a) f'hix waslu dawn il-trattattivi b) mingħand min c) x'inhu l-prezz", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Awtorita' tad-Djar qiegħda fi trattattivi biex takkwista dawn il-proprjetajiet:", "1.", "4 appartamenti u 4 garaxxijiet fi Triq l-Għabex B'Kara mingħand George Fenech u Joseph Cutajar għall-prezz ta' Lm98,000.", "Bħalissa n-Nutar tal-Gvern qed jagħmel ir-riċerki neċessarji;", "2.", "Proprjeta' fil-Furjana fi Triq l-Argotti, mingħand Neriku Confectionery Limited għall-prezz ta' Lm240,000.", "Bħalissa l-Avukati ta' l- Awtorita' tad-Djar u ta' Neriku Confectionery Limited qegħdin jiddiskutu l- kontenut tal-konvenju.", "PENSJONI - ANZJANA", "31560.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti anzjani qed titnaqqsilhom somma mill-pensjoni, li qed jingħad li qed titnaqqas minn ras il-għajn?", "Jista' jgħid ukoll b'liema mod dawn l-anzjani qed jintgħażlu biex jitnaqqsulhom dawn il-flus?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li ż-żamma ta' taxxa minn ras il-għajn sar bis-saħħa ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.", "Iż-żamma tat-taxxa minn ras il-għajn qed issir taħt is-sistema tal-final settlement system tad-dipartiment tat-taxxi.", "Taħt din is-sistema, jingħaddu il-pensjoni tas-sigurta' soċjali dovuta għal dak ix-xahar partikolari kif ukoll, fejn applikabbli, xi pensjoni oħra mit-Teżor jew tas- Servizzi Ingliżi.", "Issir stima tat-taxxa dovuta u din titnaqqas mill- pagament tal-pensjoni.", "B'hekk il-pensjonant jevita li jirċievi kont għall- arretrati ta' taxxa fl-aħħar tas sena.", "Dan juri biċ-ċar li t-tnaqqis isir fejn hu dovut u skond il-provedimenti legali li semmejt u mhux b'xi għażla kif qed tallega l-Onor.", "Interpellanti.", "Ta' min isemmi li l-pensjonanti li qed titnaqqsilhom it-taxxa minn ras il- għajn qed ikunu nfurmati kemm bit-tnaqqis kif ukoll bl-ammont miġbur sa l- aħħar pagament tal-pensjoni.", "MINISTERU TA' L-AMBJENT – KONSULENTI - STUDJI", "31563.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid jekk sarux analiżi jew studju mill-konsulenti ta' l-ambjent f'dan l-aħħar tliet snin?", "Jekk iva, jista jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport ta' dan l-istudju?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tispeċifika għal liema settur ta' l-ambjent qiegħda tirreferi.", "PLANNING AUTHORITY", "31565.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerta lokalitajiet f'Malta ntalbu jimlew skema msejħa volontarja ta' l-artijiet fuq dettalji tad-djar ta' l-irħula?", "Liema huma dawn il-lokalitajiet?", "Jista' jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li qed jiġu mitluba jħallsu wara li jkunu mlew il-formola?", "ONOR.", "TONIO BORG: F`Novembru 2001, ir-Reġistru ta` l-Artijiet (ministeru ta` l-intern) u l-Uffiċċju tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni (ministeru ta` l-ambjent) b`kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali nedew skema ta` reġistrazzjoni volontarja fir-rigward tal-proprjeta` li tinsab fil-konfini tal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Floriana, Birgu, Bormla u l-Isla.", "Permezz ta` din l-iskema, apparti li qegħda titħaddem il-liġi dwar ir- Reġistrazzjoni ta` l-Artijiet, qed isir ukoll eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-problemi li hemm marbuta ma` proprjeta` f`dawn il- lokalitajiet.", "Fil-fatt, parti minn din l-iskema tipprovdi li min jirreġistra l-proprjeta` tiegħu taħt din l-iskema purament volontarja, jkun intitolat li jipparteċipa fi kwalunkwe skema ta` inċentivi li l-Gvern jista` jniedi `l quddiem, biex jiffaċilita n-negozju u/jew riġenerazzjoni ta` proprjeta` li tinsab fil-Kunsilli li għalihom tapplika l-iskema.", "Tajjeb jingħad, li ma` l-applikazzjoni qed titħallas is-somma ta` Lm10.", "B`dan il-pagament l-applikant ikun intitolat li l-pjanti jsiru minn uffiċjali Governattivi minflok ma jqabbad lill-perit tiegħu.", "Din is-somma tkopri l-ispejjeż amministrattivi, inkluż l-akkwist tal-pjanta għall-iskop ta` reġistrazzjoni fir-Reġistru ta` l-Artijiet.", "Huwa biss f`każ ta` proprjeta` kundannabbli li l-pjanti jridu jiġu mħejjija minn perit imqabbad mill-applikant u li d-drittijiet tal-perit jitħallsu mill-istess applikant.", "L-applikanti jibbenefikaw ukoll minn sussidju ta` nofs l-ispejjeż tar- reġistrazzjoni tal-proprjeta` fir-Reġistru ta` l-Artijiet.", "Dan ifisser li meta eventwalment tkun ser issir ir-reġistrazzjoni, l-applikant ikun mitlub iħallas Lm10 flok Lm20.", "Sidien ta` proprjeta` rekwiżizzjonata li japplikaw taħt din l-iskema ma jħallsu xejn.", "GĦAWDEX – MULTI MILL-KUNSILLI LOKALI", "31569.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru multi mill-kunsilli lokali ta' Għawdex (a) matul is-sena 2001 u (b) mill-1 ta' Jannar 2002 sal-illum?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jgħid għall-liema multi qed jirreferi.", "TARZNA/MSCL – SKEMA TA' RTIRAR", "31571.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta persuna impjegata it-Tarzna jew MSCL, issib impjieg u tiddeċiedi li tapplika għall-iskema ta' irtirar kmieni?", "Jista' jitlaq mill-ewwel, jew irid jagħmel xi żmien wara li jappliku?", "Jekk hu l-każ, kemm irid idum jistenna?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li skond il-ftehim milħuq mit-Task Force l-applikazzjonijiet għandhom jiġu trattati mill-aktar fis.", "Il- management tat-Tarzna ser jibda jagħti deċiżjonijiet, fejn hu possibbli, fi żmien ġimgħatejn jew tlieta mid-data li jiġu sottomessi l- applikazzjonijiet, pero' mhux aktar tard mit-terminu ta' l-iskadenza kif ġie miftiehem mit-Task Force.", "REGOLAMENTI - PARKING QUDDIEM GARAXXIJIET", "31577.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti gwida ċara dwar il-materja ta' parking quddiem garaxxijiet?", "Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parking quddiem garage irid ikun hemm yellow line?", "Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parkinng quddiem garage irid ikun hemm is- sign garage - no parking?", "Kemm-il darba quddiem bieb ta' garage li mhux qiegħed jintuża għal użu ta' xi vettura jista' jsir yellow line biex ma jsirx parking?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li r-regolamenti dwar il-vetturi bil- mutur, 1994 jgħidu li \"Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur f'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal jew minn xi post użat u mmarkat b'mod ċar bħala garage.\"", "Għaldaqstant hija r-responsabilta' ta' kull persuna li tħalli d-dħul u l- ħruġ ta' garage liberu mingħajr il-bżonn ta' ebda sinjali (kemm traffic signs kif ukoll road markings) fit-toroq.", "DELIMARA - ĦOFRA Ż-ŻGĦIRA", "31595.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif għaliex u għall-liema skop se tinbena jew jinbnew triq jew toroq li jagħtu aċċess fil-Ħofra ż- Żgħira, Delimara, u għaliex l-urġenza biex dawn jinbnew (skond sejħa għall- offerti Gazzetta tal-Gvern ta' 8 ta' Frar 2002) X'interess għandu l-Gvern li jkun hemm toroq ta' aċċess propju issa li wara snin sħaħ li din il-bajja ġiet meqruda mir-rimi ta' l-ilma sħun mimli ta' kimiċi tal-power station ġewwa fiha, ftit li xejn hija ffrekwentata minn nies?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-triq il-qadima li kienet tipprovdi aċċess għall-bajja għar-residenti fl-inħawi u għal min jaħdem l-għelieqi fil-lokalita' tista' taqa' l-baħar b'periklu għal min jista' jkun għaddej.", "Għalhekk ġie deċiż, u wara li ħareġ il-permess ta' l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, tinbena triq ġdida biex ma tibqax tintuża dik li hi perikoluża.", "ENEMALTA – TRIQ TA' ĊINI - QALA", "31596.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li bozza tad-dawl li nqalgħet mill-Enemalta mit-Triq ta' Ċini, Qala, Għawdex terġa' tiġi installata fejn kienet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il- lampa imsemmija diġa' saret.", "ŻEJTUN - BERĠA", "31597.", "L-ONOR.", "GEORGE VELLA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta x-xogħol fil-Berġa taż-Żejtun li ilu li inbeda minn Awwissu 2001 u li issa ilu wieqaf għal ħafna żmien?", "Jaf li l-pazjenti li jkollhom bżonn imorru l-Berġa f'ħafna każi qed ikollhom jistennew fil-bitħa tal-Għassa, billi bħala Berġa qed jintuża uffiċċju żgħir li qabel kien jintuża mill-ispettur sanitarju li trid tidħol għaliħ mill-bitħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab infurmat li x-xogħol ta` rinovazzjoni fil- Berġa taż-Żejtun mistenni li jitlesta kollu sa l-aħħar ta` Mejju li ġej.", "BENEFIĊĊJU SOĊJALI – MARA ARMLA", "31598.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti spjegazjoni bil-miktub dwar it-tnaqqis ta' Lm12.35 fix-xahar li qed ikollha mara armla b'żewġt itfal li tieħu relief ta' Lm111.20ċ fix-xahar?", "Il-partikolaritajiet ta' din il-persuna qed jitbagħtu separatament.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.", "CSA - SICK LEAVE", "31600.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bdil fir- regoli tac-CSA's on sick leave fuq il-qasam ta' certification of sick u fuq ir-resignation from work mill-home help section?", "Jista' jgħid meta se jibda dan it-tibdil u meta sar?", "Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni għal dawn ir-regali ġodda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellanti li d-dipartiment inforza l-linja gwida diġa' eżistenti ħalli b'hekk ikun hemm iktar accountability fil-Home-Help Section.", "PLANNING AUTHORITY - APPLICATIONS", "31601.", "L-ONOR.", "VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu sottomessi applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA Applications) fuq siti sitwati fuq il-gzira ta' Malta u kemm kienu dawk fil- gżira t'Għawdex fis-snin 2001?", "Kemm minn dawk f'Għawdex kienu minn periti li għandhom uffiċċju f'Malta, fis-sena 2001?", "Kemm minn dawn ġew deċiżi fi żmien 4 xhur mid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni?", "Kemm-il perit li għandu l-warrant għandu l-uffiċju tiegħu f'Għawdex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, ġew sottomessi 6,678 applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar: 5,801 għal żvilupp f`Malta, u 877 għal żvilupp f`Għawdex.", "120 applikazzjoni mit-877 li saru għal żvilupp f`Għawdex fl-2001, saru minn Periti li għandhom uffiċċju f`Malta.", "Minn dawn il-120 applikazzjoni, 15 ġew deċiżi f`inqas minn 120 ġurnata mid-data minn meta l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.", "Ninsab infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux disponibbli.", "PULIZIJA – TAQSIMA TAT-TRAFFIKU", "31603.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk l-Uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fit- Taqsima tat-Traffiku jistgħux izommu mutur għax-xoghol għalihom biss mingħajr ma jkollhom għalfejn jgħadduh lil sħabhom?", "Jista' jgħid jekk fil- fatt bħalissa hemm ufficcjal tal-Pulizija partikolari mis-Siggiewi li l- mutur tax-xogħol ma jista' jmissulu ħadd?", "ONOR.", "TONIO BORG: Fl-1997 kienet ġiet introdotta miżura li biha mutur jiġi assenjat lil żewġ pulizija, u żdiedu il-pulizija tat-traffic.", "Inxtraw diversi muturi ġodda (21) f`dawn l-aħħar tliet snin, li kollha issostitwew muturi qodma.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li ma jirriżultax li dan hu il-każ.", "HAŻ-ŻEBBUĠ - TRIQ VINCENZO ADRARIO - TARMAC", "31604.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinghata t-tarmac fil- parti t'isfel tat-Triq Vincenzo Adrario, Haż-Żebbug liema xogħol jaqa' fil- kompetenza tal-Gvern ċentrali?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment tat-toroq biex jispezzjona t-triq u jirraporta dwar il-kundizzjoni tagħha.", "PULIZIJA - GĦASSA", "31605.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hawn lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex fejn m'hemmx Għassa tal-Pulizija?", "Jista' jindika l-lokalitajiet?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex hawn 73 Għassa tal-Pulizija.", "Dawn jinsabu fil-lokalitajiet murija fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - REATI", "31606.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Jannar 2002?", "Jista' l- jikklassifika r-reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "PULIZIJA – TAQSIMA FORENSIKA", "31607.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm personnel addetti ghat-Taqsima tal-Forensika?", "Jista' l-Ministru jindika x'espertise għandhom?", "Kemm għandhom xoghol forensiku pendenti?", "Kemm hemm xogħol forensiku pendenti li ma jistax jigi konkluz ghal kwalsiasi raguni?", "Jekk hemm jista' jispjega r-raguni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-preżent b`kollox hemm 40 persuna assenjati mal-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija.", "Dawn huma speċjalizzati fuq xogħol konness mal-ħtiġijiet ta` dan il-laboratorju, bħal ma` huwa impronti diġitali, fotografija, ballistika, technical officers u scene of crime officers.", "Bħal ma` jista` japprezza l-Onor.", "Interpellant, kull każ li jinvolvi x- xogħol tal-forensika jiddependi ħafna mill-każ li jkun.", "Ix-xogħol forensiku pendenti ma jistax jiġi ikkwantifikat peress li kull każ hu differenti u jiddependi mill-andament ta` l-investigazzjoni kriminali, kif ukoll minn inkarigi oħra ġodda fuq l-istess każ li jistgħu jiġu ordnati mill-Maġistrat inkwirenti.", "Pero` ta` min wieħed isemmi, illi sabiex ix-xogħol f`dan il-laboratorju jimxi b`aktar effiċenza, il-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar sentejn, investa mhux inqas minn Lm182,000 sabiex inxtraw sistema kompjuterizzata awtomatika għar-rigward tal-eżamijiet komparattivi tal-impronti diġitali, kif ukoll mikroskopju komparattiv għal fini ta` eżamijiet ballistiċi.", "PULIZIJA - SERQ", "31608.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Jannar 2002?", "Jista' jikklassifika s-serq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul Jannar 2002 il-każi ta` serq kienu ikklasifikati kif ġej:-", "|Pick-pocketing |25 | |Hold-Up |5* | |Snatch & Grab |6 | |Theft from |74 | |residence | | |Theft from |6 | |factories | | |Theft from |1 | |beaches | | |Theft from |268 | |vehicle | | |Theft of vehicle |90 | |Theft from retail|62 | |outlets | | |Theft from |88 | |bars/hotels | | |Theft of sea |1 | |craft | | |Theft from sea |5 | |craft | | |Other theft |168 |", "* Hold-up ieħor ġie rrappurtat f`Jannar 2002, iżda minn investigazzjonijiet irriżulta li kien rapport falz."]} {"filename": "20000711_344d_par.doc", "date": "2000-07-11", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 344 It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 344", "It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.08 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "344", "It-Tlieta, 11 ta' Lulju, 2000", "WERREJ MINUTI 103", "KUNSENS GĦAL ATTI 103", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 103", "TQEGĦID TA' KARTI 107", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI (KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT) MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL (RECOMMITTAL IN COMMITTEE STAGE) 108 ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS (IT-TIELET QARI) MALTA STANDARDS AUTHORITY BILL (THIRD READING) 112 ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR (IT-TIENI QARI) CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 113", "AĠĠORNAMENT 126", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 130", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 141", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 343 li saret fil-11 ta' Lulju, 2000 ġew konfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XVII ta' l-2000 - Att dwar il-Privattivi Industrijali.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SKEJJEL SEKONDARJI - EDUC.", "ASSESSMENT UNIT", "17651.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol biex ikun hemm spazju aħjar għall-educational assessment unit kif intqal f'mistoqsija parlamentari numru 11940?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Jien informat li ħarġet l-offerta relattiva għal dawn ix-xogħlijiet u t-tenders sottomessi qegħdin jiġu evalwati.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, jien kont tlabt lill-Ministru biex b'mod konfidenzjali jgħaddili l-informazzjoni ta kif imorru l-istudenti fl- iskejjel sekondarji skond studju intern ta' l-education assessment unit.", "Nifhem u naqbel li din l-informazzjoni tkun konfidenzjali minħabba li m'hijiex idea tajba li nippubblikaw xi league tables ta' kif inhuma l- istudenti tagħna fid-diversi skejjel.", "Nixtieq nistaqsih jekk huwiex f'pożizzjoni li jipprovdi din l-informazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR LOUIS GALEA: Sur President, effettivament wara li kont tajt dik it- tweġiba, kont bgħatt instructions bil-miktub lid-director general ta' l- education biex jgħaddi din l-informazzjoni lill-Onor.", "Interpellant.", "Jekk m'iniex informat ħażin dan l-uffiċjal kien imsiefer u ġie lura l-bieraħ, pero` nerġa' infakkru.", "SITI STORIĊI - PROĠETTI", "17652.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-tempji ta' Ħal Tarxien mal-BOVI heritage trust?", "Kien hemm progress fl-aħħar sitt xhur fuq proġetti bi sħab mas-settur privat?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: F'dan l-istadju m'għandix progress x'nirraporta fiq it-tagħrif mogħti fil-mistoqsija parlamentari nru.", "11939, imma naturalment qed nibqa' ninsiti għal konklużjoni definittiva tal-ftehim.", "Jien naf li minn dak iż-żmien sal-lum kien hemm diversi laqgħat bejn id-direttur tal- mużewijiet u r-rappreżentat tal-BOVI heritage trust.", "Jiena nnifsi ppresedejt aktar minn laqgħa waħda bejn iż-żewġ naħat biex naslu fuq ċerti dettalji u rrid ngħid li niddejjaq li wara kull laqgħa fejn suppost inkunu ftehemna fuq kollox, jerġa' jiġi għall-attenzjoni tiegħi xi punt li fuqu hemm diverġenza.", "Pero` fl-aħħar inkontru li kelli maċ- chairman tal-Bank of Valletta ftehemna li l-materja għandna naqbduha t- tnejn li aħna biex din tiġi konkluża darba għal dejjem u ħadt gost li anke s-Sur Zahra minkejja xi diffikultajiet li jkun hemm anke mis-subalterni sew tiegħu u sew tiegħi, wera r-rieda li din l-inizjattiva tiġi kompletata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li bla dubju ta' xejn hemm qbil li huma dawn it-tip ta' skemi bejn il-pubbliku u l-privat li jistgħu jwassluna biex nimmaniġjaw aħjar ċerti siti storiċi, xtaqt nistaqsi jekk hemmx xi problema partikolari li minnha nistgħu nitgħallmu għal skemi oħra simili li żgur se jkollna bżonn.", "Fuq l-istess linja, Sur President, xtaqt nistaqsi jekk sarx progress fuq ix-xogħol li qed isir fil-hypogeum liema xogħol nifhem li se jkun bi sħubija mal-fondazzjoni patrimonju Malti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Id-diffikulta` prinċipali fir-rigward ta' din l- iskema ġejja mill-qafas ta' kondizzjonijiet li jridu jiġu stabiliti għall- finijiet ta' l-ippreservar, il-konservazzjoni u r-restawr tas-siti konċernati.", "Meta d-dipartiment tal-mużewijiet ikun miexi lejn id- direzzjoni li sit ta' valur storiku u ta' wirt, li anke huwa listed fuq il- world heritage list, jgħaddih taħt it-tmexxija ta' enti privata jew li m'hijiex governattiva, dejjem ikun hemm il-preokkupazzjoni ta' jekk humiex se jiġu segwiti l-prinċipji u l-kondizzjonijiet li huma internazzjonalment rikonoxxuti bħala l-bażi tal-konservazzjoni u ta' l-ippreservar u t- tmexxija ta' dawn is-siti.", "Dawn huma kondizzjonijiet ta' ċerta strettezza li ħafna drabi jimpinġu fuq l-interessi kummerċjali tal-privat li jkun se jitgħabba bl-ispiża rikorrenti tat-tmexxija u anke bi spiża ta' ċerta entita` kapitali biex ikun jista' jagħmel upgrading tas-sit partikolari ħalli jippreżentah b'mod aktar attraenti u jkun jista' jattira lejh iktar viżitaturi.", "Jien naħseb li dan kien il-punt prinċipali li baqa' ikaxkar id- diskussjonijiet s'issa.", "Jekk id-dipartiment tal-mużewijiet u l-BOVI heritage trust jiftehmu fuq dawn il-kondizzjonijiet, naħseb li jkunu jistgħu jservu bħala mudell ta' kondizzjonijiet li nkunu rridu nittrattaw ma' entijiet oħrajn.", "Għar-rigward ta' l-ipoġew irrid ngħid li ninsabu viċin li niftħuh, pero` m'hemmx il-ftehim li dan jitmexxa mill-fondazzjoni patrimonju Malti.", "Irrid ngħid li oriġinarjament kienet tħajret din il-fondazzjoni, pero` sussegwentement ġiet espressa x-xewqa li tidħol fi sħab fuq siti u xi mużew ieħor u allura ma bqajniex insegwu dik il-linja.", "Jiena fittixt li jkun hemm il-ħolqien ta' fondazzjoni oħra li tkun tista' tieħu t-tmexxija ta' l- ipoġew.", "Fil-fatt l-abbozz għat-twaqqif ta' din il-fondazzjoni sar, pero` meta komplejna niddiskutuh internament fil-ministeru - u anke ssottomettejtu lill-heritage project group li jmexxi Dr. Ugo Mifsud Bonnici - ma kienx hemm qbil dwar il-partners li ġew suġġeriti biex jiffurmaw din il-fondazzjoni u allura għall-mument qegħdin inkomplu niddiskutu biex ikun hawn qbil fuq min għandu jmexxi.", "Ir-raġuni hija li filwaqt li l-proposta li konna qegħdin nikkonsidraw kienet waħda ta' fondazzjoni li tmexxi l- ipoġew u mbagħad tieħu żewġ siti oħra - pero` li ma jkunux siti arkeoloġiċi biex dawn is-siti mir-rikavat ta' l-ipoġew tkun tista' tirrestawrahom u tagħmel użu minnhom għall-finijiet ta' l-espożizzjoni tal-wirt ta' pajjiżna - erġejt bdejt ningħata l-pariri li jekk wieħed kien se jagħti xi mansjoni fuq xi siti oħra lill-fondazzjoni li tieħu ħsieb l-ipoġew, allura dawk is- siti għandhom ikunu ta' l-istess natura neolitika u tat-tip arkeoloġiku.", "Inħoloq b'hekk dan il-punt ta' dibattitu fl-intern ta' l-organi, inkluż id- dipartiment tal-mużewijiet, liema punt għadna ma solvejnihx.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Waqt li ċertament ħadd ma joħlom li jipprivatizza siti ta' wirt storiku, xtaqt nistaqsi jekk fuq l-esperjenza ta' pajjiżi oħra fejn saru skemi ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat - bħal Spanja, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Italja - nistgħux ngħidu li r-raġuni għat-tkaxkir tas-saqajn hija minħabba r-riluttanza li teżisti min-naħa ta' uffiċjali pubbliċi li jitilqu minn taħt il-kontroll tagħhom affarijiet li ilhom is-snin imexxu.", "Jien naħseb li għandna x'nitgħallmu minn pajjiżi oħra fit-tajjeb u fil-ħażin.", "It-tieni parti tal-mistoqsija tiegħi tirrigwarda l-fondazzjoni patrimonju Malti.", "Din il-fondazzjoni kienet esprimiet xewqa qawwija li jinfetaħ mużew tal-kostumi.", "Xtaqt nistaqsi hekk kienx hemm xi ċaqliq dwar dan il- proġett.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, naturalment lil min ikollu r- responsabbilta` li jħares ċertu patrimonju - u jkun ilu mgħobbi b'din ir- responsabbilta' għal ħafna snin - ma tistax tagħtih tort li jaħseb li dak li hu fdat lilu mill-Istat m'għandux jitlaq is-sovraintendenza tiegħu f'idejn terzi kif ġieb u laħaq.", "Illum il-ġurnata fid-dipartiment tal- mużewijiet hemm grupp ta' uffiċjali li huma altament kwalifikati u motivati - għadhom ftit pero` nispera li n-numru jikber - li forsi qegħdin jibżgħu li meta għad m'hemmx liġi li tirregola l-għoti ta' dawn is-siti għat-tmexxija ta' terzi, ikunu qed jitilqu xi ħaġa minn idejhom ġo qafas li mhux ċar.", "U allura jien forsi ninterpreta din ir-riluttanza tagħhom f'dan ir-rigward.", "Naħseb li meta hawnhekk fil-parlament inkunu ġibna l-liġi u nkunu ftehemna fuq il-fatt li d-dipartiment tal-mużewijiet għandu jkun sovraintendenza b'saħħitha u organizzata li jkun jista' jaqdi dik il- funzjoni, u mbagħad ikun hemm mil-liġi l-poter li wieħed ikun jista' jilħaq ftehim ma' diversi enti oħrajn dwar it-tmexxija, allura ma jibqax ikun hemm aktar riluttanza.", "Aħna mexjin fuq dan il-front tal-liġi u għad hemm xi kwestjonijiet li jridu jiġu diskussi ma' istituzzjonijiet importanti fil- pajjiż, pero` nispera li nsibu xi manjiera kif negħlbu dawn l-istess diffikultajiet.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Cuschieri, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xtaqt nagħmel domanda lill-Ministru li għalkemm m'hijiex relatata mal-mistoqsija oriġinali, nitolbu biex jekk jista' jweġibha.", "Għandi informazzjoni li nqalgħet xi kwestjoni bejn il-kap ta' l-iskola primarja ta' San Ġiljan u l-kunsill lokali ta' hemmhekk dwar l- entratura għall-uffiċini tal-kunsill lokali.", "Bħalma jaf il-Ministru, il- kunsill lokali ta' San Ġiljan qiegħed jagħmel parti mill-iskola primarja ta' dak il-lokal u kemm ilha li nqalgħet din il-problema s-surmast ta' l- iskola lanqas biss irid jifħilhom aktar il-gate lil tal-kunsill lokali.", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinformana ftit dwar l-aħħar żviluppi f'din il-kwestjoni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Sur President, l-ewwelnett xtaqt nirriferi wkoll għad- domanda li għamel aktar kmieni l-Onor.", "Bartolo dwar il-mużew tal-kostumi.", "Nista' ngħid li dwar dan s'issa għadna ma sibniex soluzzjoni.", "Kien hemm diversi suġġerimenti, pero` għadna ma ftehmna fuq l-ebda wieħed minnhom.", "Għar-rigward tal-kwestjoni ta' San Ġiljan, nista' ngħid li kellmuni kemm in-nies tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll is-sindku tal-lokal.", "Huwa veru li hija problema għaliex l-uffiċini tal-kunsill lokali qegħdin fil-konfini ta' l-iskola nnifisha, u s-sitwazzjoni kif inhi lanqas togħġob lill-kunsill lokali ta' San Ġiljan, għaliex dawn jixtiequ li jew ikollhom uffiċini oħrajn jew inkella jekk se jibqgħu fuq is-sit ta' l-iskola, ikollhom l-uffiċini maqtugħin għalihom.", "Din il-kwestjoni qiegħda tiġi diskussa bejn iż-żewġ naħat u ma niskantax li kultant ikun hemm xi diffikultajiet, pero` il-persuna li dejjem tibqa' responsabbli ta' l-iskola hija l-kap ta' l-istess skola.", "Issa jekk dan ikollu xi bibien jew gates li ma jingħalqux, bilfors jibqa' preokkupat li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet li jkun irid jirrispondi għalihom hu.", "Madankollu jien ċert li kif ġew solvuti kwestjonijiet simili f'irħula oħra, tiġi solvuta wkoll din il-materja.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Xtaqt nistaqsi taħt liema dipartiment jew ministeru jaqa' Palazzo Spinola u jekk parti minnu tistax tiġi wżata mill- kunsill lokali.", "Jien naf li l-kunsill lokali ta' San Ġiljan ilu li għamel talba biex ikun jista' juża Palazzo Spinola sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu fl-1994.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk din it-talba tistax tiġi kkonsidrata biex b'hekk l-uffiċini tal-kunsill lokali jkunu aktar fiċ-ċentru u n-nies ikunu jistgħu jinqdew aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ir-risposta hija sempliċi.", "Palazzo Spinola ma jaqax taħt il-ministeru ta' l-edukazzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, Palazzo Spinola huwa okkupat kollu mill-ministeru u mid-dipartiment u hemm nies li anke qegħdin band'oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Safejn naf jien il-kunsill lokali ta' San Ġiljan għad m'għandux risposta definittiva dwar it-talba li kien għamel.", "Jista' jiġi ċċarat x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tat-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġiljan li parti minn Palazzo Spinola jintuża bħala uffiċċini?", "(Interruzzjonijiet) It-talba mill-kunsill lokali ilha li saret mill-1994 filwaqt li l-ministeru għat-turiżmu tħajjar imur hemmhekk fl-1998.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Il-policy dwar id-devoluzzjoni ta' proprjeta` lill-kunsilli lokali hija ċara.", "Sakemm art jew bini ikunu qed jiġu okkupati minn xi ħadd li għandu titolu validu fil-liġi mogħti mill-gvern, kull talba pendenti ta' kunsill lokali ma tiġix ikkonsidrata qabel ma jiġi vakat il-post.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi din il- proprjeta` li qed nitkellmu dwarha?", "Safejn naf jien għad hemm kawża pendenti bejn il-gvern u l-Knisja dwar din l-istess proprjeta`.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: M'iniex qed nirriferi għat-titolu ta' proprjeta` imma qed ngħid li sakemm proprjeta` tkun okkupata, il-gvern ma jikkonsidrax li jgħaddi titolu.", "Jiġifieri f'dan il-każ sakemm hemm il-ministeru għat- turiżmu, it-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġiljan ma tistax tiġi kkonsidrata.", "Apparti dan, hemm imbagħad il-problema l-oħra dwar ta' min hi l- proprjeta', kif qal sew l-Onor.", "Interpellant.", "Illum hemm sentenzi li joħolqulek problemi għat-trapass ta' dik il-proprjeta`.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra-", "Avviż Legali Nru 123 ta' l-2000 - avviż ta' bidu fis-seħħ ta' l-Att ta' l-2000 li jemenda l-Att dwar ix-Xandir.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 121 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 għall- għażla ta' applikanti għad-dħul fil-kors għall-grad ta' B.Sc (Hons) (Physiotherapy);", "Lista tas-suġġetti obbligatorji u optional li jridu jagħmlu studenti f'diversi skejjel, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17672; u", "Lista tas-suġġetti obbligatorji u optional li studenti fil-junior lyceum iridu jagħmlu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17673.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ftehim li ntlaħaq ma' terzi dwar trasferiment ta' proprjeta` f'Manoel Island, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17845.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-proġett pilota ta' Moynihan House, St George's Bay, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "17841.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex nipproponi t-Tielet Qari nitlob li jkun hemm recommittal ta' klawsola 32.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi, on a point of order.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, biex isir recommittal hemm bżonn il-permess tal-Kamra u dan il-permess għadu ma ntalabx.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-Ministru qiegħed jitlob għal recommittal skond OP 104, liema ordni permanenti jgħid li wara li ssir it- talba, din tiġi ssekondata, issir il-mistoqsija, jekk ikun hemm xi oġġezzjoni jkun hemm spjegazzjoni fil-qasir min-naħa tal-ministru u min- naħa ta' min qiegħed jopponi, terġa' ssir il-mistoqsija u ngħaddu għall- istadju tal-kumitat.", "Dan huwa dak li jgħid OP 104.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma OP 20 jgħid li:", "\"Ħlief bil-permess tal-Kamra, li jkun deċiż mingħajr emenda jew diskussjoni, l-ordnijiet tal-ġurnata għandhom jiġu ttrattati fl-ordni li jkunu fuq l-aġenda.\".", "U l-ewwel item li għandna fuq l-aġenda llum huwa t-Tielet Qari ta' dan l- abbozz ta' liġi mhux ir-recommittal.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ħalli naraw x'jgħid OP 104.", "Dan jgħid li:", "''Meta abbozz ta' liġi jkun ġie rrapportat b'emendi jew mingħajr emendi, għandu jiġi ordnat li jinqara t-tielet darba f'dik il-ġurnata li tista' tiġi stabilita mill-Kamra, kemm-il darba l-Membru inkarigat minnu ma jixtieqx jipposponi l-konsiderazzjoni tiegħu jew ma ssirx mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' l-abbozz ta' liġi sew kollu sew biss dwar dispożizzjonijiet partikolari jew dispożizzjonijiet proposti li għandhom jiġu msemmija mill-Membru responsabbli fil-mozzjoni tiegħu.\".", "Issa l-Ministru diġa` għamel il-mozzjoni u ressaqha u indika wkoll iż-żewġ klawsoli.", "Dan l-ordni permanenti jkompli jgħid hekk:", "\"Jekk mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' abbozz ta' liġi tkun opposta, l-Ispeaker għandu jippermetti dikjarazzjoni qasira ta' tifsir tar-raġunijiet għal dik il-konsiderazzjoni mill-ġdid mill- Membru li jipproponi u minn Membru li jopponi xi mozzjoni bħal dik rispettivament, u għandu mingħajr ebda diskussjoni oħra jqegħedha għall-vot.''.", "Mr Speaker, qegħdin fl-istadju fejn il-Ministru ressaq mozzjoni biex ikun hemm konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsola 32 u t-Tieni Skeda.", "Is-Sedja issa tagħmel il-mistoqsija u ngħaddu għall-kumitat ta' din il-liġi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, OP 42 jgħid hekk:", "''Id-diskussjoni fuq kwestjoni interrotta jew sostitwita kemm fil- Kamra, jew fil-kumitat tal-Kamra kollha, tista' titressaq mill-ġdid u l-mozzjoni jew ordni terġa' titqiegħed fuq l-aġenda għal ġurnata futura fuq mozzjoni wara avviż.''.", "Mela f'dan il-każ irid isir avviż u jrid jidher fuq l-aġenda.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Bir-rispett kollu, qegħdin nitkellmu fuq recommittal fejn għandek ordni stabilit.", "Il-każ li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi hu meta nkunu qegħdin f'nofs dibattitu u nieqfu f'nofsu u naqbżu fuq item ieħor.", "Iva, f'każ li niddeċiedu li nieqfu f'nofs item u ngħaddu għal item ieħor fuq l-aġenda, ikun hemm bżonn il-permess tal-Kamra, pero` f'dan il- każ hemm ordni permanenti speċifiku dwar recommittal.", "Lill-Onor.", "Mizzi nistiednu jara OP 104 li jitkellem proprju fuq recommittal.", "M'għandux għalfejn idur fuq ordnijiet permanenti oħrajn li m'għandhom x'jaqsmu xejn!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, dan li qed jintalab irid isir bil-permess tal-Kamra u inutli noqogħdu nduru ma' l-istanding orders.", "Għalhekk jien nitlob ruling min-naħa tiegħek.", "MR SPEAKER: Nimxu mal-proċedura stabilita f'OP 104.", "Min jissekonda l- mozzjoni tal-Ministru?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi sabiex il-Kamra tgħaddi għall- konsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta.", "Il-Kamra kienet sospiża fis-6.36 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tgħaddi għall-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division", "VOTAZZJONI NRU: 247", "FAVUR: 33", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Debono Giovanna |Refalo Michael | |Deguara Louis |Vassallo Edwin | |Fenech Adami |Vella John | |Eddie | | |Frendo Michael |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 13", "L-Onor.", "|Abela Carmelo |Cuschieri Joseph| |Agius Chris |Dalli Helena | |Bartolo Evarist |Farrugia Angelo | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Herrera Jose' | |Chircop Karl |Mizzi Joe | |Coleiro Marie | | |Louise | |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "KLAWSOLA 32 U T-TIENI SKEDA - Revoka u riżervi.", "CLAUSE 32 AND SECOND SCHEDULE - Revocation and savings", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:", "''AU'' It-Tieni Skeda", "(i) Fit-test Malti tal-paragrafu (a) tal-partita 5(2) il-kelma \"ġenerali\" għandha tiġi sostitwita bil-kelma \"individwali\"; u", "(ii) fil-partita 5(4) fil-paragrafu (d) il-kliem \"fejn ikun hemm\" għandu jiġi sostitwit bil-kelma \"tawtorizza\" u qabel il-kliem \"dan ma jurix\" għandha tidħol il-kelma \"meta\".", "Second Schedule", "(i) In the Maltese text of paragraph (a) of item 5(2) the word \"ġenerali\" shall be substituted by the word \"individwali\"; and", "(ii) in paragraph (d) of item 5(4) the word \"Where\" shall be substituted by the word \"authorise\", the word \"is\" shall be deleted and the words \"he does not\" shall be substituted by the words \"when he does not\".", "Dan huwa sempliċement minħabba traduzzjoni ħażina li kien hemm f'din il- klawsola.", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, dan juri biċ-ċar kemm kellha raġun l- oppożizzjoni meta waqt li konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fl- istadju ta' kumitat, konna għedna li din il-liġi fiha ħafna żbalji.", "Issa l- gvern kellu jiġi hawnhekk u jitlob recommittal biex jirranġa dak li kienet ġibdlet l-attenzjoni għalih l-oppożizzjoni.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'iniex se noqgħod nidħol f'diskussjonijiet, pero` tajjeb wieħed jgħid li minn liġi ta' 140 faċċata kulma nstabu żewġ kelmiet li riedu jinbidlu.", "Naħseb li kulmin għandu l- iċken idea tal-prattika ta' dan il-parlament jaf kemm-il darba kellna recommittals fuq liġijiet ferm iqsar minn din.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru jkun jaf ukoll li r-recommittals dejjem saru bi ftehim u mhux kif sar din id-darba, u dan minħabba li l-gvern mhux qed jimxi mal-ftehim li sar fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra rigward kif għandhom jiġu diskussi l-liġijiet.", "U qed ngħid dan biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf għalfejn aħna opponejna għal dan ir-recommittal.", "Aħna għajjatna division per prinċipju għaliex fl-istess laqgħa konna ftehemna kif kellhom jiġu diskussi l-liġijiet wara xulxin.", "Il-Leader of the House qed jibqa' jinsisti li hemm liġi li għandha tiġi diskussa din il- ġimgħa meta fil-verita' ma kienx imissha li tiġi diskussa din il-ġimgħa.", "U din hija r-raġuni għalfejn aħna opponejna għal dan ir-recommittal.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-liġi li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Mizzi m'hijiex din li għandna quddiemna u għalxejn noqogħdu nipprovaw insibu raġuni fejn m'hemmx.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Iva, imma jien kont qed nagħti r-raġuni għalfejn aħna opponejna għar-recommittal ta' din il-liġi.", "Meta l-Ministru Ċensu Galea kien whip, kien imur fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra u jgħid \"le\" għal kollox.", "Sieħbu, il-Prof.", "Guido de Marco, li kien jipprova jsib triq minn fejn ngħaddu, kien isib l-oppożizzjoni ta' Dr Fenech nnifsu, li ried li huma jgħidu \"le\" għal kollox u fuq kollox.", "(Interruzzjonijiet) Ara aħna mhux hekk nimxu!", "THE CHAIRMAN: Is-Sedja ma tistax tippermetti debate f'dan il-mument.", "L- Onor. Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Jiena nixtieq niġbed l-attenzjoni u nfakkar li waqt l-istadju ta' kumitat ta' din il-liġi, l-oppożizzjoni kontinwament kienet qed tiġi akkużata b'telf ta' ħin.", "THE CHAIRMAN: M'iniex se nippermetti rimarki li m'għandhomx x'jaqsmu mal- klawsola li għandna quddiemna.", "Il-mistoqsija hija l-emenda ''AU'', kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "L-emenda ''AU'' għaddiet.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 32 u t-Tieni Skeda kif emendata.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Klawsola 32 u t-Tieni Skeda, kif emendata, għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Fis-7.09 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond OP 104 issa l-Ministru jressaq it-Tielet Qari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Skużi, dak l-item tneħħa minn fuq l-aġenda għaliex kellna r-recommittal.", "L-item li jmiss issa fuq l-aġenda huwa l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Konsumatur.", "Fuq dan nitlob ruling.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond OP 104 ladarba jkun hemm rapport min-naħa tal-President tal-Kumitati, il-Kamra jerġa' jkollha quddiemha l- item li jkun imiss fuq l-aġenda, li f'dan il-każ huwa t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Allura rridu ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "(Interruzzjonijiet) Safejn naf jien, hekk hi l-proċedura u dejjem hekk għamilna!", "Meta jkun hemm recommittal u jsir ir-rapport lis- Sedja, imbagħad ngħaddu għat-Tielet Qari minnufih.", "(Interruzzjonijiet) Imma x'inhi d-diffikulta`?", "Ma nistax nifhem!", "Dejjem hekk għamilna!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nerġa' ngħid li OP 42 jgħid li:", "\"Id-diskussjoni fuq kwistjoni interrotta jew sostitwita kemm fil- Kamra, jew fil-kumitat tal-Kamra kollha, tista' titressaq mill-ġdid u l-mozzjoni jew ordni terġa' titqiegħed fuq l-aġenda għal ġurnata futura fuq mozzjoni wara avviż.\".", "Jiġifieri biex dan l-item jerġa' fuq l-aġenda jrid jerġa' jiġi b'avviż fuq mozzjoni.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kieku veru qed nitkellmu fuq kwestjoni interrotta jew sostitwita kien ikollu raġun jirraġuna hekk l-Onor.", "Mizzi, pero` f'dan il-każ japplika OP 104 li jitkellem dwar ir-recommittal.", "F'dan l-artiklu hemm proċedura stabilita u preċiża għar-recommittal.", "Issa għaddejna mir-recommittal u għalhekk japplika OP 104.", "Jien għalija jekk it-Tielet Qari ma jsirx illum imma jsir għada filgħodu m'hijiex se taqa' d-dinja, pero` ma nixtieqx li jinbidlu l-proċeduri stabiliti ta' din il-Kamra.", "Jekk il-proċedura fil-passat kienet dejjem hekk insegwuha - u dan jista' jivverifikah fi ftit ħin l-Iskrivan tal-Kamra - u jekk il-proċedura fil-passat kienet li t-Tielet Qari ma jsirx, ma ġara xejn, nagħmluh mument ieħor.", "Jiena li qed ngħid huwa: Ejjew insegwu l- proċedura normali.", "Jekk is-soltu wara recommittal ngħaddu għat-Third Reading, allura ngħaddu għat-Third Reading.", "Jien m'iniex se ninsisti li bilfors isir issa, imma jekk il-proċedura tgħid li għandha ssir issa allura ninsisti li ssir issa.", "MR SPEAKER: Mela nista' neħodha li qed naqblu biex ngħaddu għat-Tielet Qari?", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kif teħodha li qed naqblu meta jien diġa` tlabtek għal ruling!", "MR SPEAKER: Jekk m'hawnx qbil, allura ngħaddu għat-tieni item fuq l- aġenda.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat) Il-Ministru Bonnici.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITA` MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS", "MALTA STANDARDS AUTHORITY BILL", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HYZLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jilleġisla mill-ġdid b'emendi l-Att dwar l-Awtorita` Maltija dwar l-iStandards\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "CONSUMER AFFAIRS (AMENDMENT) BILL", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Lulju, 2000.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari huwa in possession.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, kif diġa` għedt, din hija liġi li se tkompli ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur.", "Il-ġist wara d-diskors tiegħi huwa li d-drittijiet tal-konsumatur għandhom iservu wkoll bħala d-direzzjoni ta' x'inhuma d-dmirijiet għal min qiegħed fil-kummerċ.", "Nixtieq issa ngħaddi għal punt ieħor li għadni ma semmejtx, u dan jirrigwarda l-irċevuta.", "Huwa importanti li min ikun qed jixtri jifhem li biex huwa jħares il- jeddijiet kollha tiegħu permezz ta' din il-liġi, hemm bżonn li jkollu l- irċevuta.", "Fid-diskors ta' l-introduzzjoni tiegħu, l-Onor.", "Hyzler qal li kull konsumatur li jkollu lment u jmur quddiem l-awtorita` biex permezz ta' din il-liġi jieħu d-dritt tiegħu u ssir ġustizzja miegħu, irid ikollu l- provi ta' l-akkwist ta' dak l-prodott li fuqu jkun qed jagħmel l-ilment tiegħu quddiem l-awtorita` responsabbli, u għalhekk huwa importanti li l- konsumatur dejjem ikollu l-irċevuta.", "Għalkemm hemm liġijiet oħra li jitkellmu dwar l-obbligu tal-konsumatur li jara li meta jixtri jingħata irċevuta, din il-liġi qiegħda tkompli ssaħħaħ l-istess osservanza, jiġifieri dik li l-konsumatur jara li tingħatalu irċevuta.", "Issa hawnhekk m'aħniex qed nirriferu għall-obbligu ta' l-għoti ta' l-irċevuta li hemm fil-liġi tal-VAT jew inkella minħabba l-ħlas tat- taxxa imma qegħdin nirriferu għall-irċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal- konsumatur sabiex huwa jieħu dak li bi dritt huwa tiegħu.", "Għaldaqstant il- konsumatur - u din forsi ma tantx issemmiet matul id-dibattitu - li ma jurix l-irċevuta bħala prova li jkun xtara il-prodott, meta jmur biex jmur jitlob l-after-sales service, se tkun biss kwestjoni ta' irġulija min-naħa tan-negozjant partikolari jekk jiġix emmnut.", "Jiena wisq nibża' li hawn Malta għadu m'huwiex qed jinftiehem kemm huwa importanti li wieħed ikollu irċevuta u dan in-nuqqas ta' għarfien huwa ta' dettriment għall-konsumatur.", "Jekk rridu li nsaħħu d-drittijiet u l-jeddijiet tal-konsumatur ma nistgħux ma nitkellmux fuq il-prinċipji fundamentali ta' x'jagħmel ix-xiri u x'jagħmel il-bejgħ; proċeduri tan-negozju normali.", "Qed ngħid dan għaliex din il-liġi tittratta wkoll l-għaqdiet tal-konsumatur u qiegħda wkoll tinstiga bidla importanti ta' mentalita`, liema bidla fl-aħħar mill-aħħar issaħħaħ l-ekonomija kemm-il darba l-key players, jiġifieri l-imprendituri u l-konsumaturi, ikunu organizzati.", "Pero` din il-bidla ma tkunx tista' sseħħ kemm-il darba norganizzaw biss l-imprendituri u ma nħarsux ukoll lejn il-konsumatur.", "U dan irrid nisħaq dwaru għaliex naħseb li huwa hawnhekk li jenħtieġ li nibdew naħdmu.", "Għandna l-għodda meħtieġa - id- dipartimenti, it-tribunal tal-konsumatur u issa anke din il-liġi - għandna mentalita` li qiegħda tinbidel fejn il-konsumaturi qegħdin jagħrfu aktar x'inhuma d-drittijiet tagħhom, u għandna wkoll is-settur tan-negozju li qiegħed jara li biex jirbaħ f'din il-kompetizzjoni kummerċjali huwa importanti li jkun lest li jagħti l-aħjar servizz lill-konsumatur.", "U huwa għalhekk li jiena għedt li l-għaqdiet tal-konsumatur jilagħbu parti importanti, u jien nittama li għada pitgħada naslu sabiex anke permezz tal- kunsilli lokali naraw li jkollna promuturi ta' dan id-dritt tal-konsumatur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Is-seduta ġiet sospiża fis-7.20 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Mr Speaker, nikkonkludi billi ngħid li jekk irridu li l-iżvilupp ekonomiku jkun aktar komplet, bilfors li rridu naraw li l- konsumatur jieħu d-drittijiet tiegħu, u dan iseħħ kemm-il darba jkun organizzat.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Refalo.", "ONOR.", "MICHAEL REFALO (Ministru għat-Turiżmu): Mr Speaker, l-ewwelnett nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Herrera talli kkonċedieli li ma nsegwux l-alternanza għaliex għedtlu li xtaqt nagħmel intervent ta' ftit minuti aktar bħala korteżija għan-naħa ta' l-oppożizzjoni biex nagħtuhom notice li se nipproponu emenda fl-istadju tal-kumitat, liema emenda għandha x'taqsam mal-promozzjoni u servizzi provduti ġewwa fondi ta' time-sharing u dwar kuntratti ta' time-share.", "Din hija liġi li qiegħda tipproteġi lill-konsumatur, u l-bejgħ, ix-xiri u l-promozzjoni tat-time-share ovvjament isir lill-konsumatur.", "Issa l- konsumatur m'għandux nazzjonalita` u aħna hawnhekk m'aħniex qed nilleġislaw biss għall-konsumaturi Maltin imma anke għal dawk barranin, pero` f'dan il- każ partikolari forsi huwa aktar pertinenti li nilleġislaw għall- konsumaturi Maltin tat-time-share għaliex f'dawn l-aħħar xhur hemm min qed ibigħ it-time-share lill-Maltin u qed jinqalgħu ċerti problemi.", "Jiena hawnhekk sempliċement qed nagħti notice biex in-naħa ta' l-oppożizzjoni tkun taf li fl-istadju ta' kumitat se nipproponu din l-emenda.", "Nirringrazzjak, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jose` Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, din il-liġi li għandna quddiemna qiegħed jemenda l-att ta' l-1994 dwar l-affarijiet tal-konsumatur u anke qiegħed jipprovdi ħwejjeġ oħra anċillari.", "Jien m'iniex beħsiebni niddibatti l- abbozz kollu, xtaqt biss nagħmel ftit analisi tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mat-tribunal tal-konsumatur.", "Dan it-tribunal ġie mwaqqaf permezz ta' l-att ta' l-1994 u b'din il-liġi qed inkomplu nemendawh.", "Mr Speaker, irridu l-ewwelnett nifhmu li meta qegħdin nitkellmu fuq konsumatur bażikament qed nitkellmu fuq kulħadd għaliex kulħadd jieħu s- servizz ta' kulħadd u kulħadd jixtri mingħand kulħadd u allura naturalment din il-liġi tinteressa lil kulħadd.", "U kif qed nipproteġu lilna nfusna minn abbużi mis-suq u mis-servizzi?", "Jeżistu tliet forom ta' protezzjoni; id- dipartiment tal-konsumatur, il-kunsill u t-tribunal.", "Hemm imbagħad il- liġijiet ġenerali li jiġu applikati b'mod normali mill-qrati ordinarji tagħna.", "Il-kunsill qiegħed hemm - u huwa sewwa li qiegħed hemm - biex iżomm lill-ministru aġġornat u jagħtih parir dwar x'hemm bżonn isir u x'azzjoni jrid jieħu pero` ma jagħtix rimedji diretti lill-konsumatur; id-dipartiment jieħu inizjattivi biex jagħti rimedji, pero` kemm l-inizjattivi kif ukoll il-protezzjoni huma ndiretti għaliex kulma jagħmel hu li jinvestiga r- rapporti li jkunu sarulu, imma m'għandux snien biex jigdem; u t-tribunal li huwa l-organu jew l-istituzzjoni fi ħdan korp ta' liġi li għandu s-snien u li qiegħed hemm biex jigdem.", "Hemm imbagħad provvedimenti oħra li jgħidu li l-ministru għandu dritt jagħmel regolamenti.", "Fil-fatt diġa` jeżistu regolamenti stabbiliti f'artikli 7 u 9 - li l-iskop tagħhom qed jiġi mwessa' b'din il-liġi - fejn il-ministru, għal dak li jikkonċerna reklamar u servizzi, għandu dritt jistabbilixxi regolamenti minn qabel.", "Jekk min ikun qed joffri dak is- servizz partikolari ma jaderixxix ruħu ma' dawk ir-regolamenti, id- dipartiment jista' jressqu l-qorti u jekk jinstab ħati li jkun ikkommetta reat kriminali, jista' jew jeħel ħabs jew inkella l-ministru jissospendilu l-liċenzja u jġiegħlu jagħmel garanzija mhux biss li fiha jgħid li se jaderixxi ruħu imma li anke se jara li l-konsumatur jiġi kkumpensat.", "Dawn huma rimedji diretti lill-konsumatur li jiġu enforzati mhux mit-tribunal imma mill-qrati ordinarji.", "Issa jiena mmur oltre u ngħid li b'din il-liġi jew mingħajrha, b'dawn ir- regolamenti u mingħajrhom, fuq il-prinċipji tal-kummerċ in bona fede, il- konsumatur quddiem il-qrati ordinarji diġa` kien kopert.", "Il-Qorti tal- Kummerċ, li llum hija assorbita fil-qorti ordinarja, kellha ġurisdizzjoni mill-aktar wiesgħa mmaġinabbli b'kompetenza illimitata.", "Illum din il- kompetenza ħaduha qrati ordinarji, biex jekk ikun hemm żlealta fl-atti tal- kummerċ, anke mhux mill-kummerċjant per se imma minn min qed jagħti s- servizz, bħal per eżempju mastrudaxxa, professjonist, eċċ., ikunu jistgħu jingħataw rimedji mill-qrati ordinarji.", "Hekk kienet taħdem is-sistema, pero` kienet l-intenzjoni tal-gvern li jikkrea tribunal ad hoc li l-iskop tiegħu jkun li jagħti rimedji rigward ilmenti li normalment ġudizzjarment ma kontx tingħata rimedju għalihom.", "L-iskop tat-tribunal kien sabiex jekk xi konsumatur iħoss li ma saritx ekwita` miegħu - mhux ġustizzja legali imma ekwita` - allura kien ikollu xi venue fejn jista' jressaq l-ilment tiegħu.", "U fil-fatt dan it-tribunal, b'poteri limitati minħabba raġunijiet ovvji, seta' jindaga fuq ilmenti, kemm li setgħu jiġu trattati quddiem il- qrati, kif ukoll dawk li l-qrati ordinarji ma setgħux jidħlu fihom.", "L-iskop tal-liġi kien sabiex inżidu l-kompetenza fuq affarijiet fejn qabel ma kenitx teżisti biex dejjem nagħtu aktar saħħa lill-konsumatur.", "Jiena naħseb li l-aktar li l-konsumatur ġie effettwat fil-prattika minn din il-liġi huwa meta mar biex jibda jiġġieled għad-drittijiet tiegħu, għaliex kif għedt qabel, dan li hawn f'din il-liġi huwa kważi ripetizzjoni jew kjarifika ta' dak li diġa` kien jeżisti b'mod ġenerali fil-kodiċi tal- kummerċ.", "Fl-opinjoni tiegħi, dak li huwa ġdid f'din il-liġi jemerġi l- aktar minn dan it-tribunal.", "Dan it-tribunal seta' jara lmenti sa Lm500 u seta' wkoll jagħti kumpens morali sa Lm100, ħaġa li ma teżistix fil-liġi normali.", "Illum, il-leġislatur, qed jipproponi li jagħmel emendi radikali għal dan it-tribunal, u għalhekk aktar kmieni jiena għedt li se nillimita d- diskors tiegħi preċiżament fuq dawn l-emendi.", "Paragrafu (a) ta' subartiklu 16 (4) tal-liġi prinċipali titkellem dwar il- kompetenza tat-tribunal u tgħid li \"fil-każ ta' bejgħ jew ta' servizz li jkun sar jew ingħata fil-fond tal-kummerċjant, fil-gżira fejn kien ikun jinsab dan il-fond;\".", "Jiġifieri hawnhekk qed jiġi definit \"att ta' kummerċ\", pero` imbagħad ariklu 20 qed tgħid li: \"Tribunal ikollu ġurisdizzjoni li jisma' u jaqta' talbiet magħmula minn konsumatrui kontra kummerċjanti meta l-valur tat-talba, minbarra l-imgħax u l-ispejjeż, ma jkunx aktar minn ħames mitt lira Maltija, u meta t-talba jkollha x'taqsam ma', toħroġ minn jew tkun dwar: ix-xiri jew kiri minn konsumatur ta' oġġetti mingħand kummerċjant; l-għoti ta' servizzi minn kummerċjant lil konsumatur.\".", "Mela dawn iż-żewġ klawsoli qed jgħidu li għandna tribunal li għandu dritt jindaga, jeżamina u jisma' ilmenti li jikkonċernaw xiri, kiri jew servizz; bażikament kollox taħt il-kappa tax-xemx.", "Illum ma konniex kuntenti b'dan u qed nipproponu li fejn qabel kien jingħad \"meta t-talba għandha x'taqsam ma' jew toħroġ minn\" issa jibda jingħad \"toħroġ minn jew tkun dwar, sew direttament sew indirettament\".", "Jiġifieri bażikament qed ngħidu li fil-kummerċ it-tribunal għandu ġurisdizzjoni li jiddeċiedi fuq kollox mingħajr limiti abbażi biss ta' ekwita` kif iħoss hu; jagħmel il- proċedura hu u jmexxi hu.", "Jiena m'iniex kuntrarju għal dan, pero` kif inhu kompost it-tribunal illum, jiena naħseb li għandna bżonn u nbiddlu l-kostituzzjoni tat-tribunal b'mod radikali għaliex fejn qabel dan it-tribunal kien dak li bl-Ingliż insejħu \"petty court\" - fil-kamp ċivili normali għandna t-tribunal għat- talbiet żgħar - illum dan it-tribunal se nżidulu l-kompetenza b'mod konsiderevoli, tant li minn Lm500 se titla' għal Lm1500.", "Jiena nħoss li f'dan hemm xi ħaġa intrinsikament ħażina.", "Ma nistgħux nibqgħu nittrattaw il-proċess ġudizzjarju b'mod leġġer mingħajr ma nżommu f'moħħna mhux biss dak li huwa tradizzjonalment aċċettat bħala proċess ġudizzjarju imma anke dak li trid il-Kostituzzjoni tagħna.", "Il-Kostituzzjoni tagħna trid li fid-determinazzjoni tad-drittijiet ta' kwalunkwe, dan għandu jgħaddi proċess indipendenti u ħieles quddiem tribunal indipendenti u mparzjali.", "Qed ngħid dan għaliex għal affarijiet żgħar huwa aċċettabbli demokratikament li jkollok tribunali ppreseduti minn chairmen li huma kkontrattati, imma meta mbagħad iżżid il-kompetenza, trid toqgħod attent għaliex jekk tmur oltre - u hawnhekk qed nitkellmu fuq Lm1500 plus Lm100 moral damages, jiġifieri Lm1600 - tkun qed tikkrea tribunal b'poteri enormi.", "Issa ħalli naraw daqsxejn x'tgħid il-liġi dwar il-mod li bih huwa kostitwit dan it-tribunal u x'qed jiġri fil-prattika.", "Skond artiklu 17 dan it-tibunal huwa kompost minn chairman li jkun maħtur mill-prim ministru, jirċievi remunerazzjoni li jistabilixxi l-prim ministru b'avviż fil-gazzetta, ikun maħtur biss għal tliet snin, jista' jitneħħa mill-Qorti ta' l-Appell fuq talba tal-prim ministru u jrid ikun avukat b'ħames snin esperjenza.", "Issa fil-prattika ċ-chairman, almenu tat-tribunal ta' Malta - u m'iniex qed nikkritika lilu personalment - huwa part-time.", "Mela għandek chairman li jipprattika l-professjoni fil-kamp ċivili u quddiemu jmorru klijenti li jista' jkollhom ukoll kumpanniji, ditti jew interessi li jistgħu jikkreawlu konflitt ta' interess.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri, on a point of order.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fis-7.20 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Herrera.", "ONOR.", "JOSE` HERRERA: Mr Speaker, kont qed nitkellem dwar il-bżonn li titbiddel l-istruttura tat-tribunal tal-konsumatur u r-raġunijiet li jiena kont qed nagħti huma li llum dan it-tribunal, bil-kompetenza ġdida miżjuda fuqu, ma jistax aktar jitqies bħala tribunal tat-talbiet iż-żgħar.", "Għedt ukoll li ma jistax ikun li jkollok chairman ta' tribunal prattikanti part- time bħala avukat għaliex jista' jkollu interessi konfliġġenti.", "Mela għandna maġistrati li jaħdmu fiċ-ċivil li sal-bieraħ kellhom ġurisdizzjoni ta' Lm250 li l-ġurament tagħhom lanqas iħallihom jagħtu parir jew iżommu private practice u li l-pożizzjoni tagħhom hija garantita mill- Kostituzzjoni b'garanziji li ma jistgħux jiċċaqilqu jew jiġu shifted, imbagħad ikollok tribunal b'kompetenza li hija sitt darbiet aktar milli kellu l-maġistrat, jiddeċiedi kif irid għaliex m'huwiex marbut bil-liġi tal- proċedura, m'huwiex marbut bl-aħjar prova u m'huwiex marbut ma' l-obbligu li jagħti deċiżjoni spjegata, u ċ-chairman tiegħu huwa biss avukat part- time!", "Dan m'huwiex aċċettabbli.", "Nerġa' ngħid li m'iniex qed nikkritika li-chairman personali, li huwa l- kandidat Nazzjonalista l-Avukat Fenech, u lanqas ma jien qed ngħid li huwa xi bniedem diżonest, pero` qed ngħid li issa li se nżidu b'mod esaġerat il- kompetenza tat-tribunali tat-talbiet żgħar, ma jistax ikun li jkollna tribunali part-time, inkella trid tagħmel il-maġistrati part-time ukoll!", "Kif jista' jkun ikollok tribunali part-time b'kompetenza daqstant wiesgħa?", "Hemm bżonn li ċ-chairman ikun avukat full-time għaliex jista' jkollu - u jkollu - interessi konfliġġenti speċjalment jekk iċ-chairman jinzerta jkun kandidat ta' partit politiku.", "Għaliex filwaqt li l-liġi tgħid li ċ-chairman ma jistax ikun membru parlamentari jew membru fil-kunsill, ma tgħidx li ma jistax ikun kandidat ta' partit politiku.", "Bħallikieku jekk inti għandek xi interessi għaliex int deputat parlamentari jew kunsillier li tagħmel il- pjaċiri, ma jistax ikollok l-istess interessi jekk tkun kandidat ta' partit f'elezzjoni ġenerali!", "Din etikament hija kompletament skorretta, ma tagħmilx sens u ġġib għajb lis-sistema ġuridika u ġudizzjarja tagħna.", "Ma jistax ikollok din it-tip ta' set-up u n-nies ma jistax ikollhom fiduċja f'dawn it-tip ta' ġudikanti part-time.", "Barra minn hekk jiena nemmen ukoll li jekk aħna se nkomplu nżidu l- kompetenzi ta' dawn it-tip ta' tribunali, ma jistax allura jkollok iżjed bniedem impjegat bil-kuntratt.", "Il-Partit Nazzjonalista jemmen ħafna f'dawn it-tip ta' impjiegi bil-kuntratti u fil-fatt kien introduċiha fil-każ tal- permanent secretaries li tahom tliet snin kuntratt skond il-performance.", "Hija ħaġa tajba fil-każ ta' l-amministrazzjoni li timxi bil-mod li jekk ma togħġbokx il-performance ta' persuna ma ġġeddidilhiex il-kuntratt, pero` ma tistax timxi hekk mal-ġudikanti; tagħmel imħallfin, maġistrati jew chairmen ta' bordijiet ġudizzjarji bil-kuntratt.", "Għaliex kif tista' tgħid li ma jogħġbokx meta dan suppost li huwa indipendenti!", "Biex ġudikant jaqdi l- funzjoni tiegħu, sakemm m'huwiex qed jiddeċiedi l-ħmerijiet bħal fil-każ tat-tribunal għal talbiet żgħar kif kienu oriġinarjament ikkreati ...", "Huwa anti-kostituzzjonali li tappunta persuna b'kuntratt meta qed nitkellmu fuq tribunal li l-poteri tiegħu huma daqstant wiesa' u li m'għandu xejn x'jikkontrollah meta jiġi biex jiddeċiedi.", "Jiena nfakkar lill-gvern li meta darba kien ġie kkreat tribunal għall- kontroll tal-prezzijiet u ċ-chairman tiegħu ma kienx maġistrat, il-Qorti Kostituzzjonali Maltija, f'kawża ppreżentata mill-Avukat Vanni Bonello kienet qalet li ma jistax ikollok tribunal ippresedut b'ċerti poteri minn persuna li m'hijiex ġudikant kif kontemplat fil-Kostituzzjoni.", "Huwa veru li dak kien fil-kamp kriminali u dan huwa fil-kamp ċivili, pero` il- Konvenzjoni Ewropea u s-sentenzi ta' Strasbourg ma jagħmlux distinzjoni bejn iċ-ċivil u l-kriminal u allura l-analoġija tista' ssir.", "Meta kien sar it-tribunal tal-familja konna qgħadna attenti li ċ-chairman ikun maġistrat, id-deċiżjoni jagħtiha l-maġistrat waħdu u l-membri, jiġifieri s-social workers u l-welfare officers li jpoġġu fuq il-board miegħu jagħtuh pariri, pero` jiddeċiedi l-maġistrat għaliex huwa indipendenti.", "U l-istess garanziji rikjesti fil-liġi llum biex ikollok proċess indipendenti fi żmien raġjonevoli ħieles u indipendenti fil-kriminal, japplikaw ukoll - u hemm is- sentenzi ta' Strasbourg dwar dan - għall-kamp ċivili.", "Qed nikkreaw tribunal ippresedut minn kandidat Nazzjonalista part-time, jagħmel xogħol privat u b'ġurisdizzjoni daqs tal-maġistrati meta dawn ta' l-aħħar huwa marbutin li lanqas jistgħu jagħtu parir, lanqas jistgħu jiċċaqilqu u saħansitra kważi lanqas jistgħu jmorru ġo bar għaliex ngħajruhom!", "Nerġa' ngħid li dawn it- tip ta' tribunali ma jistgħux ikunu hekk.", "Hemm imbagħad il-punt dwar kif jista' jitneħħa ċ-chairman.", "Fil-liġi qed jingħad li biex il-prim ministru jkeċċi liċ-chairman l-ewwel irid jagħmel rikors quddiem il-qorti ta' l-appell.", "Imma dik m'hi safeguard xejn għaliex xorta jibqa' l-fatt li wara tliet snin jista' jgħidlu li ma għoġbux u li m'huwiex se jġeddidlu l-kuntratt!", "Allura jien qed nipproponi li biex ma ndaħħkux lin-nies u biex nuru serjeta` fil-proċess ġudizzjarju tagħna u nkomplu nsaħħu l-istess proċess ġudizzjarju - allavolja dan qed insejħulu tribunal tal-konsumatur xorta waħda huwa organu ġudizzjarju u jiddeċiedi bħall-qrati tal-maġistrati - dan nagħmluh b'ċertu mod li jkun imparzjali daqs il-qrati ordinarji.", "U la wasalna sa dan il-punt irrid ngħid xi ħaġa oħra wkoll dwar il-mod li bih wessajna artiklu 2 fejn minbarra l-interpretazzjoni ta' konsumatur u kummerċjant, daħħalna wkoll il-kwestjoni tar-regolamenti dwar ir-reklamar.", "Jekk qed inżidu din l-interpretazzjoni ma jagħmilx sens imbagħad li jkollok tribunal b'ġurisdizzjoni sa Lm1,500.", "Jien naħseb li jrid isir hu li t- tribunal jingħata kompetenza ta' Lm3,000 jew Lm4,000, pero` ċ-chairman jew ikun maġistrat biex b'hekk ikollu l-indipendenza garantita mill- Kostituzzjoni, jew inkella niftehmu ż-żewġ naħat fuq dan il-punt - ma naħsibx li m'għandniex ma niftehmux fuq tribunal bħal dan - u nagħtu liċ- chairman ta' dan it-tribunal l-istess garanziji li hemm għall-maġistrati.", "Hemm imbagħad affarijiet oħra li xtaqt ngħid rigward is-set-up ta' dan it- tribunal.", "Aktar kmieni għedt li dment li t-tribunal kien ikkonċernat fuq affarijiet żgħar ta' ftit importanza ma kienx jimporta wisq x'kienet il-proċedura li tintuża, imma issa li qed inkabbruh b'dan il-mod m'huwiex sew li nagħmlu li l-proċedura jirregolaha ċ-chairman, li dan m'għandux bżonn ta' l-aħjar prova, li m'għandux dritt jaħtar periti, u li m'għandux jagħti motiv dettaljat fis-sentenza.", "B'din il-liġi aħna qed naraw li mhux biss issir ġustizzja mal-konsumatur imma li ssir ġustizzja wkoll ma' min qiegħed ibigħ jew joffri servizz.", "X'jiġifieri jkolli tribunal b'dawn il-poteri u b'din il- ġurisdizzjoni kollha li jiddeċiedi li m'hemmx għalfejn l-aħjar prova?", "X'jiġifieri ma jimmotivax is-sentenza?", "Jekk tkun xi ħmerija bħall-kawżi tad-distrett fejn tikteb erba' kelmiet fil-marġini, all right, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq kawżi ta' Lm1,600.", "X'jiġifieri bniedem jista' jeħel Lm1,600 mingħajr ma jingħata motiv ta' xejn?", "Meta jien immur għand avukat biex nagħmel appell, dan kif se jidderiġili l-appell tiegħi?", "Jekk ikun hemm froġa fuq forma tas-sentenza lanqas tista' tappella minnha!", "Mela dan kważi huwa maġistrat super għaliex filwaqt li maġistrat tista' tikkontrollah għaliex tista' tappella, irid jagħtik sentenza, jiġġustifikaha u jimmotivaha u jrid joqgħod fuq l-aħjar prova, dan iċ- chairman jiddeċiedi kif irid, jivvinta r-regolamenti hu u lanqas biss tista' tattakkah b'xejn!", "U fuq kollox huwa part-timer, jipprattika ta' avukat, qiegħed ukoll fil-politika u għandu ġurisdizzjoni ta' Lm1,600!", "Dan m'huwiex aċċettabbli.", "La aħna qed naqblu li nwessgħu din il-ġurisdizzjoni rridu naraw li nirranġaw dan it-tribunal għaliex huwa s-snien tal-liġi u ma jistax ikun li dan ma tista' tattakkah minn imkien minħabba l-liberta` assoluta li għandu.", "Jien ngħid li m'huwiex tajjeb li nkomplu nwessgħu l-ġurisdizzjoni ta' dawn it-tribunali mingħajr ma nżidu l-kontrolli u mingħajr ma nagħtuhom semblance ta' qorti.", "Issa għada pitgħada jiġi l-Ministru Gatt u jressaq emendi - u jien diġa` ktibt dwar dan u anke ddisktutejtu ma' membri tal- ġudikatura - fuq tribunali normali li jkollhom kompetenza daqs ta' dan li qed niddiskutu llum, għalkemm mhux assoluta daqshekk, u jkunu kollha part- timers bil-libera professjoni; jagħtu l-pariri u jiġġudikaw.", "Jien naħseb li b'hekk se ndaħħku lin-nies bina u se tispiċċa s-serjeta` fil-qorti.", "Is- sistema ġudizzjarja tagħna se tikkrolla kompletament jekk aħna se nippermettu li jsiru dawn il-ħmerijiet.", "X'jiġifieri jkollna part-time justice?", "Li jkollok tribunali b'poteri insinifikanti bħal meta jkollok kummissarju jaqta' t-tickets jew tribunali kif kienet oriġinarjament jiddeċiedi kawżi sa Lm250, well and good, imma li issa nibdew nimmiraw biex nispezzettaw il-qrati u nikkreaw dawn it-tribunali ad hoc biex nagħtu dawn il-pożizzjonijiet lil avukati ħbieb, kandidati u nies involuti fil-partit bħala rigal, m'huwiex aċċettabbli fis-sistema ġuridika tagħna.", "Jien nemmen li jekk dan it-tribunal se nħalluh kif inhu, wara li jkun hemm l-ewwel kundanna lil xi ħadd biex iħallas xi Lm1,500 jew Lm1,600 kumpens b'xi sentenza ta' żewġ linji, mingħajr ebda motivazzjoni u mingħajr l-aħjar prova, se tqum kawża kostituzzjonali għaliex this is not the way to mite out justice.", "Li jkollok ġustizzja spedita kif inhu intenzjonat hawn huwa tajjeb għaliex xi kultant il-qorti timxi b'ċerta solennita` żejda u huwa tajjeb li xi kultant ikollok xi kważi judicial tribunals li jiddeċiedu biss fuq dritt naturali u ekwita`, pero` meta se tmur oltre u tibda tinterpreta l-liġijiet u r-regolamenti inti, ma tistax tagħti din il- ġustizzja b'daqstant leġġerezza qisu xejn m'hu xejn għaliex jista' jkollok l-abbużi.", "U din hija l-kritika tiegħi għal din il-liġi.", "Aħna naqblu li għandna nsaħħu d-drittijiet tal-konsumatur.", "Kulħadd huwa konsumatur, kulħadd jixtieq li jekk imur jixtri oġġett ma jingidimx u kulħadd jixtieq li jekk imur jitlob servizz ma jingħatax servizz ħażin jew inkella jekk jingħata servizz ħażin ikollu xi tip ta' rimedju.", "Aħna naqblu mal-bżonn li l-konsumatur jiġi protett, pero` imbagħad m'għandniex immorru daqstant oltre li qisu xejn m'hu xejn u li qisna tlifna l-fiduċja assoluta fid-due process tradizzjonali tal-qrati tagħna ta' dawn l-aħħar għexieren ta' snin u f'daqqa waħda rridu nagħmlu dawn il-qrati tal-poplu.", "Meta darba fis-snin 70 jew 80 xi ħadd minn din in- naħa semma' l-kelma qrati tal-poplu, min-naħa l-oħra qamet għagħa sħiħa għaliex qalu li b'daqshekk se ndaħħku lin-nies.", "Issa hekk qed nagħmlu bil- mod il-mod; qed inkissru s-sistema ġudizzjarja tagħna kompletament u nikkreaw qrati tal-poplu.", "Dawn huma l-qrati tal-poplu - part-time justice; insa l-proċedura u insa kollox.", "Hemm imbagħad il-kwestjoni tat-taxxa ta' l-avukati.", "X'jiġifieri li wara li żidna din il-kompetenza kollha m'hemmx taxxi ta' l-avukati?", "Qisha li l- intenzjoni tal-leġislatur hi li jeskludi l-professjoni legali minn dawn it- tip ta' kawżi.", "Għamilna dan l-istess żball fit-tribunali tat-talbiet żgħar, u issa qed nerġgħu nirrepetuh hawnhekk.", "Meta darba bdejna ngerrxu lill-avukati mill-industrial tribunal qamet għagħa sħiħa, u issa qed nagħmlu l-istess ħaġa - qed neliminaw id-dritt ta' l-avukati li jipprattikaw f'dawn it-tribunali!", "U min se joqgħod imur jaħdem b'xejn jew min se jqabbad avukat meta jekk jirbaħ il-kawża jrid iħallsu hu?", "Dan kollu juri li d-dritt li tagħżel avukat biex jiddefendik f'kawża quddiem dawn it- tribunali qed jitnaqqas sostanzjalment, ħaġa li wkoll hija anti- kostituzzjonali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, qegħdin niddiskutu liġi li bla dubju tinteressana lkoll għaliex aħna lkoll konsumaturi.", "Sħabi ta' qabli tkellmu fuq customer departments, fuq kif nistgħu nkunu aktar consumer oriented, fuq customer charters u saħansitra tkellmu anke fuq il-bżonn ta' ombudsman għall-konsumaturi, pero` jiena Ilejla xtaqt nitkellem dwar żewġ sezzjonijiet differenti ta' konsumaturi - it-tfal u kif dawn jiġu effettwati mir-reklamar, u l-konsumaturi li jagħmlu użu mill-kummerċ elettroniku.", "Xtaqt nitkellem fuq dawn iż-żewġ sezzjonijiet partikolari ta' konsumaturi għaliex inħoss li huma l-inqas protetti - fil-fatt m'huma protetti xejn - u għaliex jeżistu problemi f'dawn iż-żewġ sezzjonijiet.", "U dawn il-problemi mhux f'pajjiżna biss jeżistu.", "Fil-fatt għadu kemm sar studju rigward l- effett tar-reklamar fuq it-tfal bl-isem ta' \"spoonful of sugar - television food advertising aimed at children - an international comparative survey\".", "Minn dan is-survey ħareġ li f'ċerti pajjiżi li pparteċipaw m'hemmx regolamenti differenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' reklami fuq ikel immirat għat-tfal u għal dak immirat lejn in-nies in ġenerali.", "F'pajjiżna nistgħu ngħidu li ninsabu fl-istess sitwazzjoni u minkejja li llum qegħdin nemendew il-liġi ta' l-1994 xorta waħda m'aħna qed indaħħlu xejn li jittratta dan is-suġġett minkejja li nafu li saru studji li jitkellmu dwar il-bżonn li dan l-aspett jiġi tackled b'mod speċifiku.", "Mr Speaker, naħseb li kulħadd jaqbel li t-tfal għandha tingħatalhom konsiderazzjoni speċjali fejn jidħol ir-reklamar għaliex dawn huma inqas kapaċi mill-kbar biex jifhmu eżatt l-iskop tar-reklamar u t-teknika tal- persważjoni li tintuża.", "Nafu kemm-il darba aħna l-kbar stess naqgħu għal dawn ir-reklami, aħseb u ara t-tfal li jkunu għadhom ta' eta` impressjonabbli u ma jkunux jafu janalizzaw dak li jkunu qegħdin jaraw.", "Kif diġa` għedt, f'pajjiżna u anke f'ċerti pajjiżi oħra, m'hemmx regolamenti jew code of practice sabiex iħarsu lit-tfal minn ċerti tip ta' reklami, pero` f'pajjiżi bħall-Iżvezja u n-Norveġja m'huwiex permess l-ebda tip ta' reklamar fuq it-televiżjoni li jkun dirett lejn tfal taħt it-12-il sena u lanqas huma permessi reklami waqt programmi tat-tfal.", "Hemm imbagħad pajjiżi oħra bħall-Awstralja li ma jippermettux reklami waqt programmi tat- tfal li huma ta' eta` preschool u l-pajjiżi Skandinavi kollha fejn ma jistax isir sponsorship tal-programmi tat-tfal.", "Jiena naħseb li l-għaqdiet tal-konsumaturi għandhom rwol importanti ħafna x'jagħmlu f'dan ir-rigward kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali għaliex mhux biżżejjed li nagħmlu liġijiet għalina meta nafu li llum it-tfal tagħna jistgħu jaraw programmi li jkunu ġejjin minn madwar id-dinja kollha.", "U biex nassiguraw biżżejjed consumer protection għat-tfal tagħna fl-area tar-reklamar fuq it-televiżjoni l-approach irid ikun wieħed nazzjonali u jrid ikun kumplimentat ukoll b'wieħed globali.", "Xtaqt hawnhekk insemmi problema oħra fit-tfal tagħna u li wkoll hija relatata direttament ma' dan li qed ngħid.", "Qed nirriferi għall-problemi ta' saħħa bħal, per eżempju, l-obeżita`, il-hyperactivity u mard ieħor li huwa relatat ma' l-ikel.", "Il-mod li bih nidraw nieklu meta nkunu għadna tfal, ħafna drabi jibqa' fina meta nikbru u nafu kif ċertu tip ta' ikel jikkawża mard tal-qalb, diabete u pressjoni għolja meta bniedem jikber.", "Mill-istudju li semmejt aktar kmieni sabu - f'dan l-istudju ħadu sehem l-Awstralja, l-Awstrija, il- Greċja, il-Ġermanja, Franza, il-Belġju, id-Denimarka, il-Fillandja, in- Norveġja, l-Isvezja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti - li r-reklamar għall- ikel immirat għat-tfal kien l-iktar għoli fost reklamar ieħor.", "Sabu wkoll li aktar minn nofs ir-reklami li jaraw it-tfal fuq it-televiżjoni huma reklami għal confectionery, għaċ-ċereali biz-zokkor u għall-ikel f'restaurants li jservu fast food.", "Fil-fatt l-ewwel jiġu affarijiet ta' confectionery, imbagħad is-savoury snacks, imbagħad is-soft drinks u fl- aħħar il-kejkijiet u l-gallettini.", "Jiġifieri min-naħa għandna l-health promotion unit tgħidilna li dan l-ikel huwa ħażin għal saħħitna u tagħmel sforzi kbar biex tipprova tipperswadi lin-nies ibiddlu l-lifestyle tagħhom ħalli jkunu aktar b'saħħithom, u min-naħa l-oħra naraw dan il-bumbardament kollu mmirat lejn it-tfal għal dan it-tip ta' ikel.", "Mr Speaker, organizzazzjonjiet tal-konsumaturi li kkummentaw fuq dan l- istudju tkellmu fuq l-effett negattiv li qed ikollhom dawn ir-reklami u kemm dawn qed jippromwovu unhealthy diet minħabba li l-ikel irreklamat huwa għoli ħafna fix-xaħmijiet, fiz-zokkor u fil-melħ.", "Min-naħa l-oħra dawn qegħdin jgħidu li r-reklami għall-ikel bżonnjuż bħalma huwa l-frott u l- ħaxix ma jeżistux.", "Jien naħseb li m'hemm bżonn ta' ebda studju biex jgħidilna li ma jsirux reklami għal dan it-tip ta' ikel, kulma wieħed irid jagħmel huwa li jara r-reklami li jsiru.", "F'dan l-istess studju sabu wkoll li l-iktar advertisers prolifiċi huma dawk tal-McDonald's. Jien qed ngħid dan kollu għaliex ma nistgħux minn naħa ngħidu li rridu nderru lit-tfal tagħna jieklu healthy food imbagħad min- naħa l-oħra jkollna dan il-baraxx kollu ta' reklami li jmur kontra dak kollu li qed jingħad.", "Fl-analisi li saret sabu li 62% tar-reklami kienu għal prodotti high in fat, 50% għal dawk il-prodotti li huma high in sugar - f'dawn jista' jkun li kien hemm prodotti li kienu kemm high in fat kif ukoll high in sugar - u 61% għal prodotti li kienu għoljin fil-melħ.", "Over all, 95% tar-reklami kienu għal ikel li huwa għoli fix-xaħmijiet, fiz- zokkor u fil-melħ.", "Kif diġa` għedt, f'dan l-istudju sabu wkoll li fil-parti l-kbira tal- pajjiżi li pparteċipaw fih, hemm ftit, jew m'hemm xejn, regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-reklamar għall-ikel immirat għat-tfal iżjed minn dawk ir- regoli li japplikaw għar-reklamar in ġenerali.", "Għaldaqstant biex nikkumbattu dan kollu għandna bżonn niżviluppaw il-promozzjoni ta' messaġġi nutrizzjonali pożittivi mmirati lejn it-tfal permezz tal-media.", "Jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni speċjali fejn jidħol reklamar immirat lejn it- tfal għaliex dawn ikunu għadhom ma jafux janalizzaw ir-reklami, u ħafna drabi jemmnu kulma jaraw u jisimgħu.", "Issa li nafu b'dawn l-istudji kollha u li hawn pajjiżi li ntroduċew ċerti restrizzjonijiet u regolamenti biex iħarsu s-saħħa tat-tfal tagħhom, hemm bżonn li naraw li dan il-prinċipju jkun imniżżel ukoll fil-liġi tagħna.", "Jekk inħarsu lejn l-Unjoni Ewropea u lejn il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda naraw li dawn jgħidu li t-tfal għandhom ikunu ħielsa mill-esplojtazzjoni fi kwalunkwe aspett tal-welfare tagħhom.", "U r- reklamar ukoll huwa esplojtazzjoni li għalkemm hija fina u insidjuża taf tagħmel ħsara daqs, jekk mhux ukoll aktar, minn esplojtazzjoni aktar straightforward.", "Il-fatt li tmarrad lit-tfal permezz ta' brainwashing u nuqqas ta' kontrolli - nafu bil-mard li għandna f'pajjiżna kkaġunat mill- habits u t-tip ta' lifestyles li qed ngħixu - huwa ħażin daqs meta taħqarhom.", "U huwa għalhekk li l-konvenzjoni għad-drittijiet tat-tfal tgħid li t-tfal għandhom ikunu ħielsa mill-esplojtazzjoni fi kwalunkwe aspett tal- welfare tagħhom.", "KeIliema ta' qabli semmew il-bżonn li fl-iskejjel ngħallmu lit-tfal x'inhuma d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi u naħseb li r-reklamar għandu jkun wieħed mit-topics li ngħallmuhom; jekk se ngħallmuhom fuq il- konsumatur għandna ngħallmuhom ukoll fuq ir-reklamar.", "Hemm bżonn li ngħallmu lit-tfal kif ikunu kritiċi u ma jibilgħux dak kollu li jaraw fuq ir-reklami.", "Huwa x-xogħol tagħna l-ġenituri, ta' l-edukaturi u tal-media li ngħinu lit-tfal jiżviluppaw l-abilita` li jifhmu l-iskop tar-reklamar u ngħinuhom jiżviluppaw attitudni kritika lejn ir-reklamar u forom oħra ta' marketing.", "Studji li jindirizzaw ir-reklamar u l-marketing minn perspettiva tal-konsumaturi għandhom ikunu parti mill-edukazzjoni tat-tfal sa minn eta` żgħira.", "Id-dipartiment tal-konsumatur u l-għaqdiet tal- konsumaturi jistgħu jgħinu f'dan billi jagħtu informazzjoni u pariri lil dawn l-edukaturi.", "Ħaġa oħra li narawha tiġri ta' kuljum hija dik li l-psikologi f'dan il- qasam jgħidulha l-must-have phenomenon.", "Bħalissa, per eżempju, il-craze hija fuq il-Pokemons u minħabba l-bumbardament kbir ta' reklami li jsiru, it-tfal iħossuhom li huma mċaħħdin jew li huma inqas minn ħaddieħor jekk ma jkollhomx dak it-toy partikolari.", "U l-mira ta' l-advertisers m'hijiex biss it-tfal żgħar imma anke t-teenagers, li min-naħa tagħhom jibdew jiffittaw lill-ġenituri tagħhom ħalli jixtrulhom dak il-prodott partikolari.", "Ħaġa inkwetanti wkoll f'dan il-qasam tar-reklamar hija l-influwenza li l- businesses għandhom fl-iskejjel.", "Dawn ipoġġu vending machines fil-canteens jew inkella jisponsorjaw xi attivitajiet jew jinkorraġġixxu lit-teachers sabiex jippremjaw lit-tfal b'vouchers li jissarrfu f'tip ta' ikel jew prodotti oħra partikolari.", "Kieku dan l-isponsorship isir għal skopijiet tajba, ma fih xejn ħażin, li hemm ħażin huwa li t-tfal qed ikollhom informazzjoni kontrastanti; l-ewwel ngħidulhom li huwa ħażin li tiekol ikel li huwa għoli ħafna fil-fats bħalma huma l-hamburgers, imbagħad imorru l- iskola u jagħtuhom dawn l-affarijiet għaliex ikunu sponsored minn xi kumpannija partikolari.", "Meta t-tfal ikunu għadhom żgħar, dawn se jibdew jistaqsu kif l-iskola jagħtuhom ċertu tip ta' ikel li d-dar ma jitħallewx jeħduh.", "Dawn kollha huma affarijiet li bħala ġenituri joħolquna problemi għaliex iwasslu messaġġi differenti lit-tfal tagħna.", "Jien ngħid li għandu jkun hemm regolamenti li jipproteġu lit-tfal minn ammont eċċessiv ta' reklamar partikolarment ta' prodotti bħalma huma dawn li qed insemmi.", "Irridu nżommu f'moħħna li t-tfal irid ikollhom madwar 12- il sena biex jifhmu eżatt l-iskop tar-reklam u għalhekk reklamar indirizzat lejn tfal żgħar jista' jkun unfair u misleading.", "L-istudju li semmejt aktar kmieni juri kif ċerti pajjiżi, in konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi waslu għal forma ta' ftehim fuq restrizzjonijiet, bħal per eżempju, li ma jsirx reklamar waqt programmi għal tfal żgħar ta' preschool age, ma jsirx reklamar li ma jkunx immirat lejn tfal taħt it-12-il sena, ma jsirx reklamar immedjatament qabel jew wara programmi tat-tfal u li jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-ammont ta' reklamar li jkun permess waqt programmi ta' tfal.", "Jien naħseb li nistgħu nibdew nippruvaw indaħħlu xi ftit minn dawn il-kunċetti li qed insemmu hawnhekk u naraw kif immorru bihom, pero` li lanqas biss nindirrizzaw din il-problema naħseb li huwa nuqqas li se joħolqilna ħafna problemi jekk ma neħdux ħsiebu minnufih.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ elettroniku.", "Mr Speaker, aħna nifhmu li din għadha pjuttost sistema ġdida u allura għad m'għandna xejn fil-liġijiet tagħna li jitkellmu dwar dan, pero` konna nistennew li ladarba qed nemendaw il-liġi, indaħħlu xi ħaġa li titkellem proprju fuq dan it-tip ta' kummerċ.", "Xtaqt hawnhekk nagħti statistika minn studju li għamlu Pricewaterhouse Coopers li jgħid li l-frodi permezz ta' transazzjonijiet bl-e-commerce jammontaw għal nofs il-frodi kollha li jsiru fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, filwaqt li n-national criminal intelligence service tar-Renju Unit jgħid li l-problema ta' frodi permezz ta' l-internet kulma tmur qed tiżdied.", "Il-gvernijiet madwar id-dinja jitkellmu ħafna dwar dan pero` xi kultant ikun biss lip-service.", "Filwaqt li ċerti inizjattivi li ttieħdu huma ta' min ifaħħarhom, ħafna gvernijiet xorta għadhom ikaxkru saqajhom biex jirrispondu għall-isfida li din ir-rivoluzzjoni qed tippreżentalna.", "Id-differenza hija ċara ħafna.", "Jekk jiena mmur b'tal- linja jew immur naqta' xagħri naf li qed nintrabat b'arranġament fejn jien qed ningħata servizz u once li nkun sodisfatta bih, jien obbligata li nħallas tiegħu.", "Dan huwa proċess sempliċi ħafna imma xi kultant niltaqgħu ma' xi ħadd li jkun diżonest jew inkompetenti u ma jagħtix dak is-servizz mistenni minnu.", "U huwa hawnhekk fejn jidħlu d-drittijiet tal-konsumatur.", "Fl-1266 kien sar l-ewwel attentat biex jiġi rregolat is-suq billi ntqal kemm kellu jkun il- qies korrett ta' l-inbid, tal-birra u tal-ħobż - dan kien sar permezz tal- Magna Carta - u minn dak iż-żmien din il-ġlieda biex iżżomm lin-negozjanti milli jidħku bil-klijenti ma waqfitx u llum hawn ħafna liġijiet li jgħidulna x'għandna nistennew meta nixtru xi affarijiet u għalxiex aħna ntitolati meta kuntratt ma jiġix onorat.", "Meta l-Onor.", "Hyzler kien qed jippilota din il-liġi semma diversi liġijiet li għamlu gvernijiet differenti f'dan il-qasam, pero` minkejja dawn il- liġijiet kollha, kull sena eluf ta' nies iħossuhom li jew ġew misruqa jew ma ġewx trattati xieraq minn min biegħilhom xi ħaġa jew tahom xi servizz.", "U hawnhekk nerġa' lura għall-qasam tal-kummerċ elettroniku fejn qed naraw li qed ikun hemm ħafna każijiet ta' frodi.", "Jien diġa` tkellimt mas- segretarju parlamentari Hyzler u għedtlu li ma nistax nifhem kif liġi li suppost qiegħda tipproteġi lill-konsumatur, fis-sena 2000 ma tagħmel l-ebda riferenza għall-e-commerce.", "Huwa qalli li hemm white paper on the legislative framework for information practices u qalli wkoll biex nissuġġerilu xi ħaġa konkreta li tkun tista' tidħol f'din il-liġi.", "Jien fil-fatt naħseb li hemm għad ta' affarijiet x'nistgħu nagħmlu.", "Aħna ta' kuljum nisimgħu fuq il-pjaċir tax-shopping permezz ta' l- internet, dak li llum qegħdin insejħulu armchair shopping.", "L-avukati, forsi mhux b'daqstant dwejjaq, qegħdin jgħidulna li dan il-qasam huwa a potential minefield għall-konsumaturi.", "Fil-fatt rapport li deher dan l- aħħar fil-consumers international jitkellem fit-tul fuq il-pitfalls li hemm f'dan il-qasam.", "Anke l-Euorpean media forum għadha kif ħarġet rapport fejn qiegħda tgħid lill-kumpanniji tal-credit cards biex jipprovdu protezzjoni għat-transazzjonijiet kollha li jaqbżu l-Lm25 minflok il-Lm100 li hemm speċifikat fil-Consumer Credit Act ta' l-1974.", "Din il-leġislazzjoni tipproteġi lill-konsumatur kontra min joħroġ il-card bl-istess mod kif tippreteġih kontra r-retailer li jkun biegħ xi ħaġa difettuża jew mhux skond id-deskrizzjoni mogħtija.", "Fil-fatt waħda mill-protezzjonijiet importanti li shopping sites ta' reputazzjoni jagħtu hija l-assigurazzjoni li l-flus ma jitteħdux mill-account tal-konsumatur sakemm l-oġġett li jkun xtara jasallu.", "Problema oħra li jiffaċċjaw dawk li jużaw dan il-metodu biex jixtru hija li ħaddieħor jista' jieħu l-card details u jużahom biex jixtri hu.", "Huwa importanti li lin-nies ngħidulhom dawn l-affarijiet ħalli jkunu jafu għalxiex qed jidħlu meta jixtru b'dan il-mod.", "Ħaġa oħra li wieħed tajjeb ikun jaf qabel ma jixtri minn fuq l-internet huwa dak li jgħidulu r-real world address u t-telephone number tar-retailer li suppost ikun ippubblikat fuq is-site.", "F'nuqqas ta' dan it-tagħrif m'huwiex possibbli li tittieħed azzjoni legali jekk jirriżulta xi difett fl-oġġett mixtri.", "Fir-rapport li rriferejt għalih aktar kmieni jissemmew il-problemi li jistgħu jinqalgħu fejn il-konsumaturi jużaw websites barra l-pajjiż u ħafna jispeċifikaw li f'każijiet bħal dawn għandhom japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom.", "Pero` fil-każ tagħna aħna m'għandniex u kien għalhekk li lill-Onor.", "Hyzler staqsejtu kif bqajna ma dħalniex f'dan l-aspett fil-liġi tagħna.", "ONOR.", "GEORGE HYZLER: Sur President, bil-permess ta' l-Onor.", "Dalli nixtieq nagħmel point of explantation.", "Jekk wieħed iħares lejn klawsola 7 jara li hemm il-poter tal-ministru li jagħmel regolamenti għal distance- selling, li probabbilment ikunu ntiżi biex jirregolaw dan il-qasam.", "Il- problema hija x'se jkun fihom ir-regolamenti.", "Jiġifieri hemm maħsub li jingħata l-poter lill-ministru biex jagħmel dawn ir-regolamenti, pero` sakemm naslu għalihom aħjar naħsbuha ftit.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Hyzler ta' l-ispjegazzjoni, pero` kif jaf, jiena dik rajtha u xorta waħda naħseb li meta għandna dawn l- esperjenzi ta' pajjiżi barranin u la qegħdin nemendaw din il-liġi, għandna naħsbu għal dawn l-eventwalitajiet u nagħmlu xi ħaġa konkreta.", "Qed nieħu gost nara lis-segretarju parlamentari jaqbel miegħi.", "Sur President, kont qed ngħid li l-aħħar ħaġa li dawk li qegħdin fl- industrija tal-credit cards ikunu jridu hija li l-liability tagħhom tiżdied għal Lm100, pero` min-naħa l-oħra jridu jqisu wkoll li jekk madwar nofs it- transazzjonijiet li jsiru bl-internet ikunu għal inqas minn Lm100, allura bilfors li jrid isir xi ħaġa biex jiġi protett il-konsumatur.", "Irridu ngħidu li tnaqqis f'dan il-limitu flimkien ma' twaqqif ta' online arbitration service li jkun sempliċi imma li jorbot, jista' jgħin is- sitwazzjoni, u l-banek ikun jaqblilhom għaliex jekk ikun hemm aktar xiri ta' dan it-tip huma jagħmlu aktar profitti mill-credit card fees.", "L- Ingilterra dan l-aħħar kienu qed jgħaddu l-electronics communication bill li qed tagħti legal recognition lill-firem elettroniċi wkoll.", "Fit-teorija din tfisser li ladarba għandek electronic signature via software fuq il- computer, tista' tagħmel transazzjonijiet u tiffirma a legally binding agreement on line li jista' min-naħa l-oħra ma tkunx aħbar tajba għall- konsumatur minħabba l-fatt li qed tintrabat b'mod aktar mgħaġġel.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi li tkompli tinstema'.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Nipproponi li l-Onor.", "Helena Dalli tkompli bid- diskors tagħha.", "THE DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nissekonda.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi li l-Onor.", "Helena Dalli tkompli tinstema'.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Negatived.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "THE DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, niġbidlek l-attenzjoni għan-nuqqas ta' quorum.", "THE DEPUTY SPEAKER: Is-seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Fit-8.50 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Hawn quorum u għalhekk is-seduta tista' tkompli.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, quddiemna għandna abbozz ta' liġi li jemenda l-Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u affarijiet oħra relatati miegħu.", "Meta jiġi ppreżentat abbozz ta' liġi, l-ewwel ma wieħed iħares huwa lejn l-għanijiet u r-raġunijiet tiegħu, u l-għan ta' dan l- abbozz huwa \"sabiex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Att dwar Bejjiegħa Bieb b'Bieb, u biex jirregola l-obbligazzjonijiet dwar il- prodotti u l-użu ta' espressjonijiet mhux ġusti fi transazzjonijiet konsumistiċi u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew konsegwenzjali għal dan kollu.\".", "Meta wieħed jaqra dawn l-għanijiet u r-raġunijiet l- ewwel ħaġa li jagħmel hija li jistaqsi min huwa l-konsumatur u xi rridu nfissru bil-kelma \"konsumatur\".", "U r-risposta hi li l-konsumatur huwa kulħadd għaliex b'xi mod jew ieħor kulħadd jixtri xi prodott, kulħadd juża xi tip ta' servizz u kulħadd b'xi mod jew ieħor jiġi bżonn xi servizz professjonali.", "Meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-abbozz li għandna quddiemna, mill- ewwel jistaqsi jekk dak li qed jiġi propost fih huwiex biżżejjed biex il- konsumatur jiġi protett u biex jiġu msaħħa d-drittijiet tiegħu.", "Wieħed awtomatikament jistaqsi wkoll jekk b'dak li qed nipproponu f'din il-liġi, il-kummerċjant, jew bejjiegħ jew professjonist li qed joffri servizz, huwiex qed jiġi marbut biżżejjed b'mod legali biex jirrispetta d-drittijiet tal-konsumatur.", "L-esperjenza tul is-snin għallmitna li minkejja li saru diversi liġijiet u minkejja li dawn l-istess liġijiet ġew anke emendati, id- drittijiet tal-konsumatur f'pajjiżna għadhom m'humiex qed jiġu mħarsa biżżejjed u lanqas hemm rimedji b'saħħithom biżżejjed.", "Apparti minn hekk, donnu li lanqas hawn kuxjenza biżżejjed mill-konsumatur inniffsu dwar id- drittijiet tiegħu stess.", "U anke min forsi għandu kuxjenza dwar drittijietu bħala konsumatur, isibha diffiċli biex jagħmel użu mis-servizzi li jagħtu l- għaqdiet tal-konsumaturi u jsibha diffiċli wkoll sabiex jieħu l-passi legali li tipprovdilu l-liġi.", "Pero` dwar dan inkun nista' nitkellem aktar 'il quddiem f'aktar dettall.", "Jien naħseb li wieħed ma jistax bl-aktar mod kunfidenti jgħid li b'dak li qed nagħmlu f'din il-liġi qegħdin insaħħu biżżejjed id-drittijiet tal- konsumatur.", "U apparti d-drittijiet tal-konsumatur versus il-bejjiegħ, il- kummerċjant u l-professjonist, xtaqt li l-ewwel u qabel kollox nitkellem dwar id-drittijiet tal-konsumatur versus id-dipartimenti governattivi u versus il-korporazzjonijiet li l-għandu sehem fihom il-gvern.", "Jien naħseb li l-ewwel eżempju ta' kemm verament aħna nemmnu li l-konsumatur għandu jkollu saħħa fid-drittijiet tiegħu għandu jingħata mill-korporazzjonijiet li l-gvern għandu sehem fihom u anke mill-istess dipartimenti u awtoritajiet governattivi li jagħtu servizz, xi kultant anke bi ħlas.", "Insemmi per eżempju, l-awtorita` ta' l-ippjanar u l-awtorita` tad-djar.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li f'dan il-mument wieħed idur dawra ma' dawn il-korporazzjonijiet u dipartimenti biex jara jekk humiex tassew qegħdin jagħtu servizz kif jixraq lill-konsumatur.", "Per eżempju, jekk nieħdu l- water services corporation nafu kemm kontinwament jinqalgħu diffikultajiet fejn jidħlu l-kontijiet mibgħuta minn din il-korporazzjoni li magħhom imbagħad ikun hemm il-kontijiet ta' l-Enemalta u nafu li minkejja li hemm il-customer care service, ħafna konsumaturi li jkollhom complaint dwar kontijiet jiltaqgħu ma' ħafna diffikultajiet.", "Saħansitra diversi drabi - u dan taħt gvernijiet differenti - ikun hemm każijiet fejn il-konsumatur tant ma jsibx refuġju fil-complaint li jkun qed jagħmel, li jispiċċa javviċina lil xi membru parlamentari, sew min-naħa tal-gvern u sew min-naħa ta' l- oppożizzjoni, u ma kenitx darba jew tnejn, anzi kienu ħafna drabi li l- complaint tagħhom jispiċċa jitressaq f'din il-Kamra, permezz ta' mistoqsija parlamentari sabiex il-każ tagħhom ikun investigat b'mod effiċjenti.", "Huwa ta' għajb li biex konsumatur ta' korporazzjoni li toffri servizz uniku f'pajjiżna jinqeda, irid imur għand membru parlamentari, jagħtih il- kont u joqgħod jissemma fil-parlament.", "Irridu naraw kif insaħħu l- mekkaniżmu sabiex il-konsumatur ma jkollux għalfejn jirrikorri għal dawn il- miżuri biex jinqeda.", "Kemm-il darba jingħad li dawn il-korporazzjonijiet għandhom ħaddiema żejda, jiġifieri jien ma narax għaliex il-konsumatur imbagħad m'għandux jinqeda kif jixraqlu.", "Jekk mhux se jkunu l- korporazzjonijiet tal-gvern - hawnhekk qed nieħu l-eżempju tal-water services corporation - li jkunu minn ta' quddiem nett biex jagħtu eżempju li lesti jagħtu servizz ġust, ġenwin, reali u kontinwu lill-konsumatur bl- aktar mod effiċjenti, ikun diffiċli li nistennew li kummerċjanti, bejjiegħa u professjonisti oħra jagħmlu dan.", "Il-gvern għandu saħħa enormi biex jenforza dak li jrid jagħmel u jiena nemmen li b'determinazzjoni dan jsita' isir u m'għandniex għalfejn naqgħu f'ċerti assurditajiet bħal dawk li semmejt aktar qabel.", "L-istess imbagħad jista' jingħad għall-Maltacom.", "Hemmhekk l-istess issib diffikultajiet kif il-konsumatur li jirċievi l- kont ikun jista' jwassal l-ilment tiegħu.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien sabiex naraw kif niffaċilitaw il-ħajja tal-konsumatur li wara kollox qed iħallas sabiex dawn il-kumpanniji jkunu jistgħu jibqgħu mexjin.", "Nafu li f'dawn il-korporazzjonijiet jeżistu customer care services li jagħtu servizz tajjeb, pero` għad hemm ħafna xi jsir.", "Per eżempju, jien personalment niltaqa' ma' nies anzjani, persuni b'diżabilita` u nies illitterati li ma jkunx faċli għalihom li jifhmu l-kont minkejja li dan ikun mibgħut b'mod dettaljat ħafna.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien sabiex dawn il-korporazzjonijiet, apparti mill-customer care units, joffru wkoll servizz lil dawn in-nies u jinvestigawlhom il-complaint tagħhom u anke jagħtuhom risposta.", "Dawn it-tip ta' servizzi jingħataw minn kumpanniji privati f'pajjiżi kbar Ewropej u ma narax għalxiex f'pajjiżna, li huwa magħruf bħala pajjiż li jħares l-aspett soċjali, m'għandniex nibdew nintroduċu dawn it-tip ta' servizzi.", "Wara kollox, il-konsumatur li jkun qed jixtri prodott jew servizz għandu jkun rispettat u jingħata l-aħjar possibbli.", "L-istess jista' jingħad fejn tidħol l-Enemalta, li wkoll hija kumpannija li l-gvern għandu shareholding fiha u li għandha monopolju assolut fis- servizz li tipprovdi.", "Apparti mill-fatt li meta wieħed imur b'complaint fuq kont, jiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet, l-aktar li huwa nġust huwa l- fatt li meta jkun hemm xi power failure, din il-korporazzjoni ma tidħol liable għal xejn.", "Ħafna drabi, wara power failure il-vultaġġ jiġi lura b'saħħtu tant li jikkawża ċerti ħsarat, fost l-oħrajn fl-appliances.", "Bil- liġi kif inhi llum l-ebda konsumatur li qed jieħu servizz mingħand l- Enemalta ma jista' b'xi mod ifittixha.", "Filwaqt li nifhem is-salvagwardja li għandha jkollha l-Enemalta, nifhem ukoll lil dak il-ħaddiem li biex ikun xtara ċerti affarijiet ikun bata u għamel ħafna sagrifiċċji imbagħad jispiċċa bl-appliances bil-ħsara, u agħar minn hekk, jispiċċa mingħajr rimedju.", "Jiena hanwhekk irrid infaħħar il-pass li ħadet il-Maltacom li jekk wieħed japplika għal telephone u dan ma jingħatalux fi żmien xahar, ikollu dritt ifittex lill-kumpannija.", "B'hekk il-konsumatur li qed ħallas biex jingħata s-servizz m'għandux għalfejn joqgħod jiċċensura u jadura lil dak u lill-ieħor.", "Fl-aħħar nett xtaqt nitkellem dwar id-dipartimenti tal-gvern, speċjalment dawk li taħthom jaqgħu s-servizzi soċjali.", "Nafu l-problemi li jiltaqgħu magħhom nies pensjonanti, romol u dawk li jirċievu xi tip ta' benefiċċju soċjali meta jkollhom xi complaint.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik għaliex sar il-ħin għall-aġġornament.", "Tibqa' in possession?", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Iva, nibqa' in possession.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Ċensu Galea sabiex iressaq l- Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "CENSU GALEA: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 12 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni; u", "Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rifuġjati - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Borg", "ONOR.", "CARMELO BORG: Sur President, f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat waqt il- ħin tal-mistoqsijiet innotajt xi affarijiet li kien ili nħosshom f'dan il- parlament.", "Qed nirriferi għan-nuqqas ta' tmexxija serja li qiegħda ssarraf fi tbatija żejda fuq il-poplu tagħna.", "Nafu li l-qagħda finanzjarja li ninsabu fiha bħalissa hija riżultat ta' hekk, pero` minkejja dan xorta waħda dawn in-nuqqasijiet għadhom jirrepetu ruħhom.", "Żewġ okkażjonijiet fejn innotajt dan in-nuqqas kien meta qamet ġo dan il-parlament il-problema tar-rimi ta' l-iskart domestiku fid-Dwejra.", "Meta jien kont ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru għall-Ambjent għall- applikazzjonijiet pendenti li hemm quddiem l-awtorita` ta' l-ippjanar sabiex barrieri jibdew jintużaw għal dan l-iskop, kien qam l-istess ministru u qalli li wieħed irid joqgħod attent minn dan minħabba l- kontaminazzjoni ta' l-ilma.", "Issa dan l-argument ma jreġix għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwelnett għaliex l-aħjar ilma ta' Għawdex ma jitlax min-naħa tal-punent fejn hemm dawn il-barrieri imma jitla' min-naħa tal-lvant ta' Għawdex, jiġifieri l-inħawi tan-Nadur u x-Xagħra, u t-tieni nett l-iskart li għandu x'jaqsam ma' l-industrija tal-bini fil-parti l-kbira tiegħu huwa magħmul minn materjal naturali, liema materjal mhux se jagħmel ħsara lill- aquifer.", "Il-fatt li jintqalu dawn l-affarijiet minn ministru responsabbli mill-ambjent jindika li l-istess ministru ma jifhimx f'xogħlu.", "Sur President, din hija problema li m'hemmx soluzzjoni waħda biss għaliha imma hemm diversi soluzzjonijiet.", "U waħda mis-soluzzjonijiet hija li l- barrieri li llum hemm vojta jerġgħu jibdew jiġu mimlija bl-iskart li ġej mill-industrija tal-bini, liema skart huwa magħmul minn materjal li oriġinarjament ġie mill-istess barrieri.", "Soluzzjoni oħra hija li parti minn dan l-iskart jiġi riċiklat u jerġa' jintuża fl-istess industrija u parti oħra jiġi maħdum u jintuża sabiex bih tibbilanċja l-ħamrija jew it- tafal u b'hekk tkun qiegħed tolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda.", "Minn banda tkun sibt post fejn tarmi dan l-iskart u fl-istess ħin tkun qed tibbilanċja l-ħamrija u t-tafal.", "Pero` minn dan il-parlament stess sirna nafu li l- awtorita` ta' l-ippjanar qiegħda tikkontrolla hi fejn għandu jintrema dan it-tip ta' materjal, u dan meta m'għandhiex informazzjoni biżżejjed.", "L- ewwelnett m'għandhiex il-klassifikazzjoni tar-raba' - nafu li jeżistu diversi tipi ta' raba' - u t-tieni nett m'għandhiex id-dettalji ta' liema raba' hu tajjeb li tista' titfa' ħamrija fuqu, liema raba' hu tafli li tista' tibbilanċjah, u liema raba' huwa xagħri uli tista' tirranġa l- ħamrija fuqu mingħajr ma tagħmel ħsara lill-pjanti indiġeni.", "U l-ħażin hawnhekk qiegħed fil-fatt li minkejja li l-awtorita` ta' l- ippjanar m'għandhiex dan in-know-how, xorta waħda qegħda tikkontrolla hi.", "Fejn qabel dan ix-xogħol kien f'idejn id-dipartiment ta' l-agrikoltura, illum qiegħed f'idejn l-awtorita` ta' l-ippjanar u dan minkejja li d- dipartiment ta' l-agrikoltura għandu materjal fuqhiex jaħdem ferm aktar milli għandha l-awtorita`.", "Irrid ngħid hawnhekk li f'Għawdex għandna nies li huma ntiżi f'dan is-suġġett u jafu liema raba' hi tajba biex twaddab ċertu materjal fih u liema raba' jew xagħri mhux tajjeb biex twaddab ċertu materjal fih, pero` dawn qegħdin jitħallew jagħmlu xogħol ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-istudju li jkunu għamlu.", "U hija ħasra għaliex qiegħed jiġri li xogħol li suppost isir minn nies esperti f'dak il-qasam qiegħed isir minn nies li jew m'għandhom xejn esperjenza jew inkella għandhom ftit knowledge dwar dak il-qasam, bil-konsegwenza li l-affarijiet ma jsirux sew.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Dan l-aħħar beda jitferrex materjal tal-barrieri fuq raba' xagħri.", "Għal ċerti nies dan ma jfisser xejn pero` meta tidħol fil-fond issib li fuq dak il-ftit raba' xagħri jkun hemm pjanti indiġeni li bil-materjal li jkun qiegħed jitferrex fuqhom ikunu qegħdin jinqerdu.", "Barra minn hekk il- materjal li qiegħed jintefa' hemmhekk m'huwiex ibbilanċjat, bil-konsegwenza li l-prodott li qiegħed jinżera' fih mhux qiegħed ikun ta' suċċess.", "Mela filwaqt li qegħda ssir il-ħsara minħabba li l-pjanti indiġeni qegħdin jinqerdu għal kollox u għal dejjem, il-prodotti agrikoli li qegħdin jinżergħu, minħabba li l-materjal li qed jintefa' m'huwiex ibbilanċjat, mhux qed iħalli r-riżultati mixtieqa.", "Sur President, jiena bħala rappreżentant tal-poplu, inweġġa' meta nara l- poplu fiex jinsab minħabba deċiżjonijiet żbaljati li qegħdin jittieħdu minn dan l-istess parlament.", "Din għalija m'hijiex serjeta` u jekk verament irridu nnaqqsu l-piżijiet minn fuq dahar il-poplu tagħna jeħtieġ li nieħdu l-affarijiet b'aktar serjeta` u x-xogħol nibdew nagħtuh lil dawk in-nies li jkunu kapaċi jagħmluh ħalli b'hekk il-poplu jkun qed jieħu l-aħjar servizz għal flusu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, fl-aġġornament tal-bieraħ jiena tkellimt dwar il-proġett tal-Kottonera u dwar l-iskandli li ħerġin minn dan il- proġett, fosthom li Sant' Anġlu se jispiċċa.", "Jidher li l-appelli li qed nagħmel lin-nies tal-Kottonera m'humiex jaqgħu fuq widnejn torox għaliex dawn l-istess residenti lesti li jagħtu sehmhom biex ma jħallux lil min m'għandux għal qalbu l-interess tal-Kottonera jkisser l-arkitettura storika li għandna f'dawk l-inħawi.", "Fl-istess aġġornament tkellimt ukoll dwar it- trab iswed li qed ikun hemm fil-Fgura u anke dwar xi testijiet li saru u li r-riżultat tagħhom għadu ma ħariġx fil-beraħ.", "Jien minn hawnhekk inħeġġeġ sabiex meta ssir xi forma ta' protesta dwar dan jieħu parti fiha kulħadd.", "Nista' ngħid li jiena, kemm bħala kelliem ewlieni ta' l-oppożizzjoni għall- ambjent kif ukoll bħala deputat li ġej minn dak id-distrett se nkun wieħed minn ta' quddiem f'din il-protesta.", "Sur President, illum f'din l-ewwel opportunita` li għandi xtaqt nitkellem dwar ir-riżoluzzjoni ta' l-artijiet li kienet qed tiġi diskussa f'dan il-parlament.", "Qed ngħid \"fl-ewwel opportunita`\" għaliex din ir- riżoluzzjoni għaddiet minn dan il-parlament fis-seduta ta' dalgħodu u sakemm kienet għadha qed tiġi diskussa ma stajtx nitkellem dwarha fil-ħin ta' l-aġġornament għaliex kien iqum xi ħadd u jgħid li jien out of order u kien ikollu raġun.", "Għaliex waqt li kont qed nitkellem dwar din ir- riżuluzzjoni rriferejt għall-awtorita` ta' l-ippjanar, qam l-Onor.", "Mugliett u qal li kont qiegħed out of order meta fil-fatt ma kontx, aħseb u ara meta veru nkun out of order kemm se jqumu aktar!", "U fil-fatt, kif kont spjegajt, l-awtorita` ta' l-ippjanar kellha x'taqsam mar-riżoluzzjoni li konna qegħdin niddiskutu.", "Tant hu hekk li kien hemm anke kelliema min-naħa tal-gvern li daħħlu fl-argumenti tagħhom lill-awtorita` ta' l-ippjanar, fosthom l-Onor.", "Mario Galea, pero` l-Onor.", "Mugliett ma qamx jgħid li l- Onor. Galea kien qiegħed out of order.", "U allura bilfors ikolli ngħid li r- raġuni għalfejn l-Onor.", "Mugliett qam jgħid li jien kont out of order kienet li l-verita` kienet qed tweġġgħu.", "Jien kont qed nitkellem mill-esperjenza ta' x'qed jiġri fil-pajjiż kemm mil-lat ta' spekulazzjoni ta' artijiet kif ukoll mil-lat ta' kif qed taġixxi l-awtorita` ta' l-ippjanar.", "Waħda mill-affarijiet li tkellimt fuqhom jien kienet il-mod li bih kienet se tingħata l-art lill-iscouts u għedt li kif kien il-kuntratt kien hemm lok ta' abbuż.", "U tant kelli raġun f'dak li kont qed ngħid li n-naħa tal- gvern aktar 'il quddiem ressqet emenda dwar dan.", "Kont ukoll ġbidt l- attenzjoni għall-fatt li ma kien hemm xejn li jitkellem dwar il-landscaping u anke hawnhekk saret emenda fejn daħlet klawsola li titkellem dwar dan.", "Waqt id-diskussjoni jien kont għedt li anke meta l-awtorita` ta' l-ippjanar toħroġ permess u tgħid li għandu jsir landscaping, fil-verita` dan il- landscaping ma jsir qatt.", "Ħalli nagħti eżempju realistiku.", "Fil-power station ta' Delimara kellu jsir il-landscaping, pero` minkejja li għaddew ħafna snin, għadu ma sar xejn.", "Għalhekk jien għedt li għandna nagħtu perijodu ta' żmien li fih wieħed irid jagħmel il-landscaping.", "Dan is-suġġeriment ġie milqugħ min-naħa tal-gvern u fil-fatt iddaħħlet klawsola li tgħid li l-landscaping għandu jkun lest wara perijodu stipulat minn meta joħroġ il-permess.", "U hawnhekk xtaqt nagħmel parentesi żgħira u nitlob sabiex tittieħed bis-serjeta` t-talba li qed issir minn diversi nies sabiex tinstab art li fuqha jkun jista' jsir mużew tat-trasport.", "Sur President, minkejja l-fatt li ħafna mis-suġġerimenti li kont għamilt jien waqt dak id-dibattitu ġew aċċettati min-naħa tal-gvern u anke tressqu emendi, ir-reazzjoni ta' wieħed mill-kelliema tan-naħa tal-gvern kienet sempliċement biex jipprova joskurani.", "Se nikkwota hawnhekk silta mir- rapport li deher fuq \"The Malta Independent\" tal-lum fejn jingħad hekk:", "\"Dr. Mifsud Bonnici reacted to Joe Mizzi's accusation about Cottonera and said that work was indeed done to provide the area with a football ground.", "Anyway, Mr. Mizzi was a minister for 22 months and yet did nothing about this issue.\".", "Huwa veru li jien kont ministru għal 22 xahar pero` ma kontx jien li qabel l-elezzjoni ta' l-1992 wegħdt li se jsir ground tal-football u saħansitra twaħħlet tabella fejn intqal li kien se jsir ground tal-football!", "Kien għamel hekk l-ex ministru ta' l-edukazzjoni, Ugo Mifsud Bonnici, biex minn dan kollu baqa' ma sar xejn.", "Imma ħalli issa ngħidlu x'għamilt jien fit-22 xahar li domt ministru.", "L-ewwelnett jiena kont nagħmel parti minn kumitat soċjo-ekonomiku li kien qed iħejji rapport għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Dan il-kumitat kien qed jaħdem flimkien mal-kunsilli lokali, l-għaqdiet politiċi u l-għaqdiet reliġjużi tan-naħa t'isfel ta' Malta sabiex isir pjan soċjo-ekonomiku għal dik in-naħa.", "Minn dak ir-rapport irriżulta li l-ground ta' Verdala għandu jiġi rranġat sabiex ikun jista' jiġi wżat mill-club tas-St.", "Georges, pero` minħabba kwestjoni ta' finanzi u affarijiet oħra, dan kellu jinbidel fi sports complex għall-area kollha.", "Dan ir-rapport kien ġie diskuss u kien anke ġie maqbul li kellha ssir action committee sabiex tibda tfassal il- prijoritajiet.", "Dak hu li għamilt jien!", "Is-silta minn \"The Malta Independent\" li kkwotajt aktar kmieni turi kif qabel kellna ministru ta' l- edukazzjoni li jgħaddi ż-żmien bin-nies, u issa hawn ieħor li qed jagħmel l- istess.", "Jien nista' ngħid li kull darba li kien hemm xi ħaġa li biha kienet se tiġi affettwata l-Kottonera, dejjem affrontajt sidri u ma bżajt minn ħadd.", "Jiftaħar tant bil-kultura, imbagħad ma ħareġ jgħid xejn fuq il- bini storiku li qed jaqa'!", "Baqa' b'ħalqu magħluq!", "Fit-22 xahar li l-Partit Laburista għamel fil-gvern, jiena u l-ministri sħabi konna ngħaqadna flimkien sabiex naraw kif nistgħu ngħollu l-livell tal-Kottonera.", "Mr. Speaker, dan joqgħod isemmi ħafna kotba u stejjer, imbagħad kotba li jsemmu l-verita` u r-realta` tal-politiċi bħalma kiteb Lord Nolan ma jsemmihomx!", "U jiena nista' nitkellem dwar dan għaliex diġa` esperjenzajtu, darba meta d-driver ta' l-ex-ministru Mifsud Bonnici tefagħli l-bieb tad-dar ġewwa għaliex tkellimt fuq it-traffikar tad-drogi u darba oħra meta t-tifel tiegħi kien involut f'inċident tat-traffiku u kien jinsab f'qagħda gravi u xi ħadd minn ta' l-SAG ċempel mal-ewwel lis-surġent id-depot tal-pulizija, li dan min-naħa tiegħu ċempel lil ta' Radio 101 biex b'hekk l-aħbar kienet ixxandret fuq ir-radju qabel ma kienet għadha waslet l-ambulanza!", "Sur President, ħalli issa, wara li għedt x'għamilt, ngħid x'għamiltx.", "Taf x'ma għamiltx jien?", "Ma qabbadtx driver miegħi li għandu konnessjoni mad- droga u ma kont ċempiltx f'xi għassa biex jitilqu lil xi ħadd li jkun wettaq reat kriminali.", "Anzi, meta jien kont ministru kont tajt struzzjonijiet biex jekk xi ħadd imur f'xi għassa tal-pulizija u jsemmi ismi jgħidulu li għandhom ordni mingħandi sabiex jimxu miegħu skond il- liġi.", "Jien qatt ma pproteġejt lil xi ħadd li kien akkużat li seraq xi pittura tal-Caravaggio, u qatt ma pproteġejt jew iddefendejt lil xi kriminal.", "U dawn l-affarijiet mhux meta kont ministru biss m'għamilthomx, imma lanqas issa li qiegħed fl-oppożizzjoni.", "U lanqas qatt ma nqdejt bil- parlament jew b'xi għaqda filantropika biex nagħti xi fridges għaliex tkun waslet l-elezzjoni!", "Jiena li għamilt għamiltu biex ngħin lin-nies tal- Kottonera għaliex inqis ruħi bħala wieħed minnhom.", "Jien ġej minn familja ta' ħaddiema u naf x'jiġifieri tbati.", "Kulħadd jaf kif jiena u l-familja tiegħi ngħixu u għalhekk meta nitkellem dwar il-Kottonera ma nitkellimx sempliċement għaliex jien qed nirrappreżenta lin-nies ta' hemmhekk imma għaliex ngħaddi mill-istess tbatija li jgħaddu minnha huma u allura nista' nifhimhom aktar.", "Sur President, jien niftakar li lill-ex ministru ta' l-edukazzjoni Mifsud Bonnici kont għedtlu li f'ħaġa waħda żgur li jirnexxi, jekk jieħu sehem f'xi reċita li għandha x'taqsam mal-Ġimgħa l-Kbira u jaħdem il-parti ta' Pilatu!", "U lil dan li qiegħed f'din il-Kamra u ġie jipprova jattakkani u mingħalih jikkuljunani biex jipprova jiġbor ġieħ ħaddieħor ngħidlu l-istess ħaġa li kont għedt lill-ex ministru ta' l-edukazzjoni Mifsud Bonnici.", "L- unika parti li jista' jaħdem, minkejja li jiġi f'dan il-parlament u jipprova jirriferi għall-kotba u juri li hu filosofu u li jemmen bl- arkitettura imbagħad ma jitkellem xejn fuq il-proġett tal-Kottonera, hija l- parti ta' Pilatu.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 12 ta' Lulju, 2000 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SKEJJEL - SUPPORT STAFF", "17653.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm xi twettaq mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport tal-working group dwar is- support staff fl-iskejjel ta' l-Istat li hemm riferenza għalih f'mistoqsija parlamentari numru 178?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li r-rapport dwar is-support staff requirements in state schools ġie studjat mill-Office of Review fi ħdan il- Ministeru ta' l-Edukazzjoni.", "Sar survey fiżikament dwar l-istaff kollu li mhumiex teaching grades li hemm f'kull skola individwali biex seta' jkun magħruf in-nuqqasijiet attwali f'kull skola.", "Instab li, f'xi skejjel, kien hemm ħtieġa ta' tqassim aħjar tal-personnel konċernat.", "Saru diversi aġġustamenti biex jakkomodaw aħjar il-ħtiġiet ta' kull skola.", "Pass importanti kien l-introduzzjoni tal-pożizzjoni ta' school secretary fl-iskejjel intitolati għalihom - 59 b'kollox.", "Dawn is-segretarji ntgħażlu wara sejħa għal applikazzjonijiet, ġew appuntati u bdew jiffunzjonaw diġa'.", "Bħala riżultat kien hemm xi ċaqlieq żgħir ta' skrivani skond il-ħtiġiet.", "Sar survey ukoll tal-ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni biex ikun hemm l-aħjar tqassim possibbli fiċ-ċirkostanzi.", "Ġew impjegati casual cleaners u casual clerks għal fejn kien hemm xi nuqqas.", "Sadanittant is-sitwazzjoni qegħda kontinwament taħt osservazzjoni biex il- bżonnijiet ta' l-iskejjel ikunu moqdija tajjeb.", "SKEJJEL - TAS-SNAJJA'", "17671.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl- iskejjel tas-snajja' kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent?", "Liema optional?", "Liema obbligatorji?", "Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li s-suġġetti fl-Iskejjel tas-snajja' huma:", "|Suġġetti |Optional |Numru ta'| | |Obligaotr|Lezzjonij| | |ji |iet | | | | | |Technical |xejn |8 | |Education |kollha | | |Technical |xejn |4 | |Design |kollha | | |Physics |xejn |3 | | |kollha | | |Mathematics|xejn |4 | | |kollha | | |English |xejn |4 | | |kollha | | |Maltese |xejn |3 | | |kollha | | |Religion |xejn |2 | | |kollha | | |Social |xejn |1 | |Studies |kollha | | |Geography |xejn |1 | | |kollha | | |History |xejn |1 | | |kollha | | |Computer |xejn |1 | | |kollha | | |Physical |xejn |1 | |Education |kollha | | |Appreciatio|xejn |2 | |n |kollha | |", "SKEJJEL SEKONDARJI", "17672.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl- iskejjel sekondarji Lorenzo Manche', Fra Diego Bonanno, Maria Theresa Nuzzo u San Ġużepp (Kordin) u Furtu Selvatico, kemm suġġett jkollu jagħmel l- istudent?", "Liema?", "Liema obbligatorji?", "Liema optional?", "Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "JUNIOR LYCEUMS - SUĠĠETTI", "17673.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-Junior Lyceums, kemm suġġetti jkollu jagħmel l- istudent?", "Kemm u liema huma obbligatorji?", "Kemm u liema huma optional u kemm lezzjonijiet fil-ġimgħa dedikat għal kull suġġett?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "DJAR - TISWIJIET", "17746.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' d-dipartiment jara li jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-appartament li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "TL/V/33/99", "17753.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jekk jogħġbu jirrimedja bil-permessi meħtieġa għat-talba TL/V/33/99?", "Peress l-bżonn ta' dawn il-permessi huma wieħed urġenti, jista' l- Ministru jara li ma jkunx kawżat aktar dewmien?", "Jekk fl-affermattiv, meta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-talba TL/V/33/99 ġiet riferuta lill-Uffiċċju tal-Pulizija dwar Permessi tal-Ħwienet, fil-5 ta` Ottubru, 1999, fejn beda il-proċess.", "Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata mid- Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati kollha, u fit-23 ta` Novembru, 1999, intbagħtet fid-Distrett Nru. 9, tal-Mosta, biex iwaħħlu r-rapport tad- Distrett, flimkien man-neighbours consent form.", "Peress li kien hemm gar li oġġezzjona għal din it-talba, fl-24 ta` Marzu, 2000, l-applikazzjoni ġiet riferuta għal konsiderazzjoni tal-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal- Pulizija.", "TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL - KUMITAT", "17777.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, iva jew le, jekk hux se jkun huwa l-Prim Ministru li se jaħtar il-kumitat tat-tmexxija tat-triġijiet taż-żwiemel fil-Marsa jew xi persuni qrib tiegħu?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-raġunijiet?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17585 u 17586.", "WSC - ARLOĠĠ TAD-DAWL", "17814.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ tal-ilma tad-dawl tal- inkwilini, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jiġu ċċekkjati mill-korporazzjonijiet responsabbli peress li minkejja li diġa' sar rapport minnhom għadu ma ġara xejn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "INTERNATIONAL TAX MEETING - DELEGAZZJONI MINISTERJALI", "17815.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li attendiet l-International Tax Meeting organizzata mill-OECD bejn id-29/03/2000 f'Pariġi?", "Saru interventi/diskorsi min-naħa tad-delegazzjoni Maltija?", "Jekk iva, jista' jitqiegħed id-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Kien hemm komunikat finali fi tmien il-laqgħa?", "Jekk iva, jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-delegazzjoni kienet komposta minni, l-attorney general, il-President tal-MFSC, uffiċjal tad-dipartiment tat-taxxa u l-Ambaxxatur Malti għal Franza.", "Jiena għamilt il-kummenti tiegħi waqt d-dibattitu fil-laqgħat u ma sarux diskorsi.", "Il-komunikat li nħareġ huwa pubbliku u jista` jinkiseb.", "BORZA TA' MALTA", "17816.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi tħabbar f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li l-gvern kien beħsiebu jqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra l-legali notice li tiġbor diversi tibdiliet għar-regoli tal- Borza ta' Malta, dan ifissirx li t-talba bil-miktub ta' l-istockbrokers Maltin ġiet abbandunata għal kollox?", "Meta mistennija jiġu fis-seħħ dawn ir-regolamenti ġodda?", "Dan ifissirx ukoll li l-kunsill tal-Borza ta' Malta ma laqgħax it-talba ta' l-istockbrokers Maltin biex dawn it-tibdiliet jiġu ntrodotti fuq medda ta' żmien bħalma ġara f'każi oħrajn li liberalizzazzjoni bħal telekomunikazzjoni, eċċ?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma naħsibx li għandi x`inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17764.", "OECD - FISCAL AFFAIRS", "17817.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi Jeffrey Owens, head of fiscal affairs ta' l-OECD, dan l-aħħar qal li meta ġew eżaminati d-diversi ġurisdizzjonijiet in konnessi mal-harmful tax competition list li ġabret l-istess OECD, kull ġurisdizzjoni li ġiet reviewed ġiet assigned contact country fl-OECD innifsu li miegħu saru diversi diskussjonijiet bilaterali, jista' l-Ministru jgħid liema kien l- assigned OECD contact country li ġie assenjat lill-pajjiżna?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-contact country li ġiet assenjata Malta kienet il-Ġermanja.", "RABAT - WASHOUTS", "17818.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17613?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perijodu imsemmi ma sarux ebda washouts fir-Rabat, Malta.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - REKLAMAR", "17824.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17593, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17190, jista' jgħid x'inhija l-policy tal-gvern għar-reklamar ta' art għal skopijiet agrikoli?", "X'policy għandu l-gvern għal dan il-għan u liema huma s-siti f'Malta u Għawdex li fil-mument qed jiġi reklamat bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17190 fejn spjegajt il-policy ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skond il-provvedimenti tal-liġi sabiex tissalvagwardja l-ambjent kontra perikli potenzjali minn dan it-tip ta` żvilupp.", "Ninsab informat ukoll li s'issa għad ma ħareġ l-ebda permess li jissanzjona reklamar ta` art għal skopijiet agrikoli.", "PITKALIJA ĊENTRALI - ĦAXIX/FROTT", "17825.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-prezzijiet medji tal-prodotti tal- ħaxix u frott li l-bdiewa daħlu fil-Pitkalija Ċentrali għax-xahar ta' Ġunju, 2000?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "SKEJJEL - MANUTENZJONI", "17827.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17706 dwar l-iskola primarja ta' Ħal Luqa?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa.", "Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata.", "Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.", "HOUSING AUTHORITY - CHAIRPERSON", "17828.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju nkluż il-fringe benefits taċ-chairperson tal-Housing Authority u taċ-chairperson ta' l-SWDP?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ic-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar tirċievi s- somma ta' Lm7,000 bħala remunerazzjoni.", "Bħal kull membru ieħor tal-bord hija intitolata għall-hospitality allowance sa massimu ta' Lm150 fis-sena u child care allowance sa massimu ta' Lm80 fix-xahar.", "Għandha l-użu bla ħlas ta' karozza uffiċjali, tal-mobile phone u tat- telefon tad-dar.", "Rigward l-informazzjoni mitluba dwar ic-Chief Executive Officer tal-SWDP nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li jien tajt għall- mistoqsija parlamentari numru 13032.", "MADLIENA - TRIQ IL-VEDUTA", "17829.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bidlet il-livelli ta' Triq il-Veduta, Madliena sabiex tinqeda persuna meta b'dan il-mod qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti l-oħra?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-triq li rrifera għaliha l-Onor.", "Interpellant minn dejjem kienet iddisinjata b`iżjed minn talut wieħed, parti taqleb lejn Triq il-Majjistral u parti lejn Triq il-Markiż J. Scicluna.", "Sabiex il-ksur tat-taluti ta` din it-triq ikun iktar uniformi, inħass il-bżonn li jsir tibdil żgħir fin-naħa ta` Triq il-Majjistral.", "Dan sar wara studju tekniku u dettaljat, filwaqt li ttieħed ħsieb li ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għar-residenti tat-triq.", "MADLIENA - TRIQ IL-MAJJISTRAL", "17830.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għaliex Triq il- Majjistral, l-Madliena ġiet imblukkata minn xi persuni irresponsabbli u li tittieħed azzjoni minnufih ħalli din it-triq terġa' tinfetaħ?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li s-sit kien spezzjonat u jidher illi l-art madwarha li ttella' l-ħajt kienet ġiet esproprijata bis-sistema ta` request for expropriate on behalf of third parties.", "Id-dipartiment qed ikompli jinvestiga s-sitwazzjoni biex jiġi stabbilit x`wassal biex jittella' dan il-ħajt u biex sussegwentament jittieħdu l- passi meħtieġa dwar il-każ.", "VRT TEST", "17831.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-vetturi li għamlu l-VRT sal-lum?", "Kemm jammonta n-numru ta' vetturi li għadhom ma għamlux l-VRT?", "Jista' jgħid ukoll kemm min dawn huma vetturi privati, dawk tal-gvern u tal-korporazzjonijiet pubbliċi u entitajiet governattivi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li minn mindu ġie ntrodott il-vehicle roadworthiness test jiġifieri mill-1 ta` Ottubru.", "1999 sal-31 ta` Mejju, 2000 kien hemm 59,637 vettura li għamlu il-vehicle roadworthiness test.", "WSC - KONTIJIET", "17832.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti xahar b'xahar u lokal b'lokal, li għadhom ma waslux għand il- konsumatur?", "Liema huma dawk il-kontijiet li jridu jitqassmu lill-konsumatur?", "Ta' liema xhur u f'liema lokalitajiet?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, ma narax il-ħtieġa li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha toqgħod tiġbor dawn id- dettalji kollha, meta l-ħin u r-riżorsi umani involuti jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Tajjeb li ngħid li huwa l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l- Ilma li sa l-aħħar tas-sena l-backlog tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkun ġie cleared.", "TA' ĠIORNI - TRIQ JEAN HOUEL", "17833.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex il- gallarija ta' Flat 9, Blk G, Triq Jean Houel, Ta' Ġiorni, issirilha l- manutenzjoni meħtieġa peress li hija ta' perikolu għan-nies u min ħin għal ieħor hemm il-biża' li partijiet minnha taqa' għal isfel?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.", "MALTACOM - IMPJEGATI", "17834.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mis-securities tal-Maltacom mhux qed jingħataw il-vacation leave annwali ntitolat lilhom?", "Jaf il-Ministru li minn fost il-ħaddiema hemm min għandu vacation leave annwali akkumulat ta' tliet snin?", "Jista' jikkonsidra li tingħata għażla lill-ħaddiema jekk jitħallsux jew inkella jingħatawx bħala leave il-ġranet dovuti lilhom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "CHILDREN ALLOWANCE - TNAQQIS", "17835.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17713?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17713.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET - TNAQQIS", "17836.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17712?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17712.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PENSJONIJIET - TNAQQIS", "17837.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17711?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17711.Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "BENEFIĊĊJU TAL-MARD", "17838.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17710?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numri 17710.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "PA2416/00", "17841.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17696, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proġett pilota ta' Moynihan House kif ippreżentat mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?", "ONOR.", "TONIO BORG: Kopja tal-proġett pilota ta` Moynihan House kif ippreżentat mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "MIDI - FTEHIM", "17845.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17723?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja tal-ftehim li ntlaħaq ma' terzi dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "Ftehim dwar postijiet vakanti oħra dalwaqt jiġi konkluż.", "DINGLI - TRIQ GIAN MARIA ABELA", "17846.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17705, jista' l-Ministru jivverifika l-fatti mal-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għax fil-fatt jeżisti culvert kbir fi Triq San Pawl tal-Pitkali li jagħti għal Triq Gian Maria Abela filwaqt li minn din it- triq jgħaddi kwantita' kbira ta'ilma tax-xita?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq San Pawl tal-Pitkali ġiet spezzjonata mid-Dipartiment mas-Sindku tal-kunsill tal-lokal u rriżulta li mill-ħajt ta` proprjeta` li tagħti għal ġo din it-triq hemm żbokk antik li jista` jkun kien jieħu l-ilma mill-artijiet ta` wara.", "Għalhekk id-dipartiment se jkompli jara dan l-iżbokk minn fejn ġej biex jiġi determinat jekk hemmx catchment fuqu, u jekk jirriżulta li jrid isir culvert biex jingħaqad miegħu fit-toroq eżistenti, x-xogħol meħtieġ ikun jista` jsir.", "ST JAMES CAVALLIER - PERIT RICHARD ENGLAND", "17850.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17603, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'tip ta' servizz ta l-Perit Richard England għall-ħlas tas-somma ta' Lm65,900 bħala konsulenza għal proġett ta' Bieb il- Belt?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tal-konsulenza tal-Perit Richard England għall-Proġett ta' Bieb il-Belt jinkludi:", "- disinn preliminari ta' l-Opera House, Pjazza Ħelsien u tal-bus terminus; - sottomissjoni ta' l-applikazzjoni 'outline' lill-Awtorita' ta' l- Ippjanar; u - diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma ħareġ il- permess.", "FURJANA - PLAYING FIELDS", "17851.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu pproġettat li jsir u meta hu maħsub li jitlestew ix-xogħlijiet fil-King George VI playing fields, Furjana?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li hu ppjanat li jsir fil-King George VI playing fields Furjana, huwa upgrading komplet ta' dan il-post rikreattiv.", "Se jsiru passaġġi ġodda b'pavimentar ġdid, areas bil-ħamrija, bandli ġodda, dwal u street furniture oħra.", "Ix-xogħol inbeda bil-ħaddiema ta' l- ewwel distrett u bħalissa qed niddiskutu programm ta' xogħol biex jiġi stabbilit meta ser jitlesta matul is-sena d-dieħla.", "NATIONAL COMPUTING CENTRE - EŻAMIJIET", "17852.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ARMATA - IMPJEGATI", "17853.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnell ta' l-Armata li attendew għal kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?", "X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fl-Armata llum?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba, li hi mifruxa fuq għaxar snin, qed tinġabar.", "Dik l-informazzjoni li tista' tinħareġ se tingħata fi tweġiba f'xi seduta oħra.", "ARMATA - IMPJEGATI", "17854.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu suldati wara li rriżenjaw mill-Armata s-sena l- oħra u din is-sena?", "X'kien ir-rank tagħhom?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta ma jagħtix lis-suldat dritt ta' riżenja.", "Jista jiġi maħlul mis-servizz taħt sistema ta' discharge by purchase jew tmiem ta' servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni.", "Fl-1999 kien hemm ħames discharges by purchase (surġent, lance bombardier u tliet gunners) u gunner li temm is-servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni.", "Fis-sena 2000 kien hemm tliet gunners li ġew discharged by purchase.", "ARMATA - IMPJEGATI", "17855.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li qed jagħmlu għassa madwar il-ħabs humiex qed jingħataw x'jieklu u x'jixorbu, waqt ix-xift tagħhom u x'tip ta' protezzjoni mix-xemx qed tipprovdilhom l-Armata?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li s-suldati li qegħdin jagħmlu għassa madwar il-ħabs jaħdmu fuq xift normali bħal suldati oħra.", "Biex dawn is-suldati jiġu protetti mix-xemx, l-awtoritajiet tal-ħabs ipprovdew strutturi li diġa' kienu f'posthom meta s-suldati bdew l-għassa.", "GĦARAB - VIŻA", "17856.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li d-domanda titratta d-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi Għarab, u għalhekk tikkonċerna il-qasam ta' l- immigrazzjoni, li jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Intern, nitlob lill- Onor.Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.", "PULIZIJA - MWIET", "17857.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'kienet il-kawża tal-mewt f'kull każ?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:", "|Kawża |1998 |1999 |2000*| |tal-mewt | | | | |Omiċidji |7 |12 |4 | |Inċidenti |16 |12 |8 | |tat-traffiku | | | | |Suwiċidju |11 |23 |8 | |Oħrajn |21 |21 |20 |", "* Sa l-10.07.2000", "PULIZIJA - FIRE ENGINES", "17858.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l- pulizija żammet taħt il-control tagħha żewġ fire engines għal crowd control speċjalment waqt il-logħob tal-football, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija detailed biex jaħdmu fuq dawn iż-żewġ vetturi?", "X'joqogħdu jagħmlu dawn meta l-vettura ma tkunx qed tintuża?", "Kemm qed jiswew lill-korp dawn iż- żewġ vetturi biex jinżammu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-membri ta` l-SAG li għandhom il- ħila fl-immannġar ta` dawn il-vetturi, meta ma jkunux meħtieġa sabiex joperaw dawn il-vetturi, jagħmlu xogħol bħal kull membru ieħor ta` din l- Iskwadra.", "Fir-rigward ta` spejjeż li dawn il-vetturi qed jiswew lill-korp tal-pulizija, ninsab informat li bħalma hu l-każ f`kull vettura oħra, dawn huma għal fuel, maintenance u meta jkun meħtieġ tiswijiet ta` ħsarat li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal ieħor.", "ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM", "17859.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Kif beħsiebu jgħin il-Gvern fit-tkomplija ta' xogħlijiet fil- Victor Tedesco Stadium, Ħamrun?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DIPARTIMENT TAL-VAT", "17860.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multa li ġabar id-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' multi li ġabar id-dipartment f'każ ta' kompromess skond l-Artikolu 84 ta' l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud mill-1 ta' Lulju, 1999 meta bdiet titħaddem l-iskema sat-30 ta' Ġunju, 2000 kien ta' Lm44,200.", "SIDIEN TA' ĦWIENET - IRĊEVUTI TAL-VAT", "17861.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' sidien ta' ħwienet li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 117.", "SIDIEN TA' RESTAURANTS - RIĊEVUTI TAL-VAT", "17862.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien tar-restaurants li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' sidien ta' restaurants li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 13.", "STREET HAWKERS - RIĊEVUTI TAL-VAT", "17863.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' street hawkers (inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets) li ġew imħarrka minħabbba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' street hawkers, inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets, li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 78.", "BORD TAT-TRAFFIKU - MEMBRI", "17864.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17699, kif jista' jkollok bord jiffunzjona biċ-chairman biss mingħajr membri?", "Liema kienet l-aħħar sena li l-bord tat-traffiku kellu l-membri tiegħu?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-funzjonijiet tal-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku mistennija jkunu nkorporati fl-Awtorita` dwar it- Trasport ta` Malta li mistennija titwaqqaf dalwaqt.", "FGURA - MUŻEW", "17865.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-Triq Karmelitani, l-Fgura issa nbena l-mużew tat-tfal, jista' l-Ministru jtawwal l-aċċess ta' one way minħabba l- perikolu tat-traffiku?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Se ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Bord għall- Kontroll tat-Traffiku biex nara x'jista' jsir.", "PULIZIJA - REATI", "17866.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati ġo Paceville din is-sena u kemm minnhom ġew allegatament konnessi minn persuni taħt is-16-il sena?", "X'kien l-allegat reati?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena, sa l-10 ta` Lulju, il-pulizija ta` San Ġiljan kellha 192 rapporti ta` reati li jidhru li seħħew ġewwa Paċeville.", "Dawn ir-reati jinkludu, attentat ta` serq, offiżi fuq il-persuna, ħsarat, falsifikazzjoni, reati sesswali u serq.", "Minn dawn kien hemm rapport wieħed ta` offiża fuq il-persuna, fejn kien allegat li ġie mwettaq minn persuna taħt is-16-il sena.", "DJAR - IMĠARR", "17873.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani meta r- residenti ta' l-HOS 990/83 ta' l-Imġarr, Malta jkunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom skond l-iskemi preżenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Peress li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex it- titolu legali fuq l-art ma tistax tagħmel il-kuntratt finali mal- benefiċċjarji.", "Pero', il-benefiċċjarji kellhom opportunita' li japplikaw taħt skema ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jifdu ċ-ċens - kumpens għall-okkupazzjoni - b'rata sussidjata u b'hekk ma jħallsux aktar ċens - kumpens għall- okkupazzjoni.", "Dawn il-benefiċċjarji m'applikawx taħt din l-iskema.", "Illum il-benefiċċjarji jistgħu japplikaw biex jifdu ċ-ċens - kumpens għall-okkupazzjoni - bir-rata legali.", "QORTI - GENERATOR", "17874.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru.", "17750?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ARVID PARDO - MONUMENT", "17875.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkontempla li jsir mafkar jew tip ieħor ta' monument f'ġiħ Arvid Pardo?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa' kont weġibt fil-mistoqsija oriġinali ta' l- Onor. Membru, is-suġġett qed jiġi kkonsidrat.", "ILSIEN MALTI", "17876.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonsidra li terġa' tiġi proposta l- liġi li kellha \"ssaħħaħ il-qagħda ta' l-ilsien Malti u l-identita' nazzjonali Maltija li kienet tressqet għall-ewwel darba fis-17 ta' Ottubru, 1989 u d-dibattitu fuqha kien twaqqaf fuq talba ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u mingħajr qatt ma tkompla?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-kwestjoni se tkun għall-attenzjoni tal-bord rikostitwit dwar l-Ilsien Malti li hu presedut mill-Professur Albert Borg.", "ACCOUNTANTS/AWDITURI", "17881.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17749 dwar accountants u awdituri din tikkonċerna l-ministeru per se u mhux lill-entitajiet ikkonċernati, tista' ġentilment twieġeb mill-ġdid?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ma jirriżultalix li l-ministeru per se uża s- servizzi ta' konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri biex isir monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali.", "MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - IMPJEGAT", "W185.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li kienet pulizija u kienet għaddiet bord mediku hijiex se terġa' tiddaħħal lura fil-korp billi instabet medikament b'saħħitha biex tirriżumi postha fil-korp?", "Jekk se tiddaħħal, meta, u jekk le, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11356 u 14556."]} {"filename": "20011029_627d_par.doc", "date": "2001-10-29", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 627 It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 627", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "627", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2001", "WERREJ", "MINUTI 232", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 232", "TQEGĦID TA' KARTI 236", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR (KUMITAT)", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL (COMMITTEE STAGE) 237", "AĠĠORNAMENT 259", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 264", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 626 li saret fl-24 ta' Ottubru, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RABAT – GĦAR BARKA - TRASPORT PUBBLIKU", "28915.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani għaliex minkejja li twessgħet it-triq, it-trasport pubbliku ma ġiex estiż għar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat?", "Jista' l-Ministru jara li din l-inġustizzja tiġi rrimedjata bla telf ta' żmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Jien informat li minkejja li saru laqgħat ma` l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku biex tiġi riżolta din it-talba, jidher li għad hemm xi problemi min-naħa tas-sidien.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq talba għall-estensjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku, talba li ilha pendenti għal aktar minn 15-il sena.", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi bil- għan li ċ-ċittadini ma jibqgħux isofru inkonvenjent?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien kemm-il darba għedt li ma naqbilx ma' din il- pożizzjoni li qed tieħu l-assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku.", "Veru li l- assoċjazzjoni tista' xi drabi tkun tal-fehma li f'xi lokalita' partikolari jkun hemm numru żgħir ħafna ta' commuters u allura ma jkunx vale la pena li minn hemm tgħaddi tal-linja, pero' nista' nikkonferma li f'dik il-parti li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hemm komunita' pjuttost kbira u allura hemm lok li tgħaddi tal-linja, imqar darba kull siegħa.", "Min-naħa tiegħi nwiegħed li se nibqa' ninsisti sakemm xi darba jkollna din ir-rotta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joseph Cuschieri, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, xi żmien ilu l-kunsill lokali ta' San Ġiljan kien ressaq mozzjoni biex il-venda ta' San Ġiljan terġa' tmur lura fejn kienet qabel, u cioe' viċin il-pjazza ta' San Ġiljan, u kienet saret talba speċifika lill-awtorita' għat-trasport pubbliku għal dan il- għan.", "Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjoni ttieħdet u fiex waslet din it-talba?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, filwaqt li bl-ebda mod ma niċħad li xi darba setgħet saret xi talba simili mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan, nista' nikkonferma li fl-aħħar tliet snin qatt ma ġiet diskussa t-tali proposta.", "Għalkemm il-venda fejn tinsab illum toħloq diversi problemi li m'humiex żgħar, jidhrilna li dan il-post huwa ferm aktar ċentrali milli fejn kienet qabel il-venda.", "Il-ħsieb hu li jsir upgrading tal-post – qed ngħid għall-inħawi ta' Paceville, fejn riċentement ġie żviluppat carpark - biex il-venda tkun tista' taqdi aħjar il-bżonnijiet tal-commuters.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Apparti li dak li għadu kemm qal il-Ministru żgur li mhijiex ix-xewqa tal-Ġiljaniżi, irrid infakkru li kienet saret talba oħra kemm mill-kunsilli lokali kif ukoll mir-residenti biex il-venda tas-Savoy tkun aktar frekwenti.", "Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet ttieħdu f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid ukoll x'qed isir biex it-triq il-ġdida ta' Pembroke, dik li tagħti għal-lukandi, tiġi mdawla aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, irrid ngħid li l-kwestjoni tal-venda tas- Savoy ma ġietx diskussa ħlief f'xi laqgħa jew tnejn li kelli mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema.", "Madanakollu l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema għandu talbiet pendenti quddiem il-ministeru - u anke quddiem l-awtorita' - għar- rigward tal-mod ta' kif Tas-Sliema hija moqdija.", "Jidher ċar li dawk il- partijiet ta' Tas-Sliema li m'humiex mal-front qed ibatu inkonvenjenzi konsiderevoli u allura nista' ngħid li t-talba għal żieda f'dan is-servizz qed tiġi kkonsidrata.", "Għar-rigward tat-triq li twassal minn Regional Road għal Pembroke, ħsibna biex nagħmlu pajpijiet li minnhom jgħaddi s-servizz tad-dawl u nispera li aktar tard matul din is-sena jew inkella fil-bidu tas-sena d-dieħla, din it-triq tkun imdawla.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Mr Speaker, ħalli nieħdu kollox fil-kuntest tiegħu.", "Meta Tas-Sliema u San Ġiljan kienu inqas frekwentati mit-turisti u l-popolazzjoni ma kenitx daqshekk kbira u lanqas daqshekk anzjana, kien hemm il-venda ta' Spinola, kien hemm il-venda tas-Savoy u kien hemm il- venda tax-xatt, u nistgħu ngħidu liberament li t-traġitti tal-linja kienu frekwenti.", "Issa li r-rotot inbidlu u żdiedet il-konċentrazzjoni, l-aktar rotta frekwenti saret il-venda li hemm ġewwa Paceville, waqt li tas-Savoy saret l-anqas waħda frekwenti – tax-xatt ġiet ineżistenti - bil- konsegwenza illi malli tal-linja titlaq minn San Ġiljan u tkun għadha bilkemm waslet Balluta jew il-pjazza ta' San Ġiljan, speċjalment filgħodu, tkun diġa' mimlija u allura ma tkunx tista' tgħabbi lill-passiġġieri li jkunu jridu jmorru għax-xogħol.", "Kultant tal-linja li titlaq mis-Savoy ukoll tinżel lejn ix-xatt, peress li m'hijiex daqshekk frekwenti.", "Din hija d-diffikulta' li qed isibu r- residenti ta' dawn l-inħawi, u dan meta suppost qed nippromwovu l-użu tat- trasport pubbliku aktar milli l-użu tat-trasport personali.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Fil-komplessitivita' tagħha, il-frekwenza tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta ta' Tas-Sliema tvarja bejn tlieta u erba' minuti minn waħda għal oħra, imma jista' jkun ukoll li f'ċerti ħinijiet partikolari ma jkunx hemm karozzi biżżejjed fuq din ir-rotta.", "L-akbar diffikulta' qiegħda tinħoloq fuq ir-rotta bejn ix-xatt ta' Tas- Sliema u x-xatt tal-Gżira.", "Minkejja li minn hemm jgħaddu numru konsiderevoli ta' karozzi tal-linja, ħafna minnhom ikunu mimlijin u allura n-nies tal-Gżira m'humiex qed ikunu moqdijin biżżejjed.", "F'dan ir-rigward qegħdin nippruvaw inżidu l-frekwenza tal-karozzi li jitilqu mix-xatt ta' Tas-Sliema - almenu f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata - biex in-nies, speċjalment dawk li jirkbu mill-Gżira, ikunu moqdijin aħjar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Peress li l-Ministru issa għadu kif għamel dikjarazzjoni illi hemm il-ħsieb li tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal- linja mix-xatt ta' Tas-Sliema, jista' jgħidilna x'inhu t-target tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, aktar minn dikjarazzjoni għamilt statement ta' fatt. Diversi drabi l-kunsill lokali preċedenti tal-Gżira talab lill-awtorita' tat-trasport - u anke lili personali – għal żieda fil- frekwenza, u jiena se nara li din it-talba tiġi milqugħa mill-aktar fis.", "TA' QALI - PACKING STATION – OVERTIME", "28916.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm-il siegħa overtime inħadmu fil- packing station tal-patata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm baqa' x'jitħallas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Fil-packing station tal-patata nħadmu 3,391 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, li jġibu ammont totali ta' Lm9,739.16.", "Din is-sahra saret minn 116-il ħaddiem u ma fadal l-ebda sahra x'titħallas.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-processed product price comparison report - li jien kelli l-okkażjoni nippreżenta lill-media nhar is-Sibt iżda l-Ministru qal li ma kienx jafx bih - sarx mill-EMCS u jekk il-kumpannija tqabbdetx mid-dipartiment biex tagħmel dan ir-rapport?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirringrazzja lill-Onor.", "Farrugia talli reġa' qajjem dan il-każ.", "Il-ġimgħa l-oħra jien ġejt mistoqsi jekk nafx li hemm rapport lest li jagħti l-price differentials fuq diversi prodotti.", "Jiena weġibt skond risposta li kelli minn wieħed mill-esperti - inzerta jafu sew l-Onor.", "Farrugia - u għedt li dan ir-rapport ma nafx bih.", "Issa dik ir-risposta li tajtek hija tajba għaliex dan ir-rapport ta' l-EMCS għadu m'huwiex lest għax qiegħed in draft form u għad irid jiġi ffinalizzat.", "Għalhekk jien għedt li ma nafx bih, u mhux billi saru ħafna kummenti fuq il-gazzetta \"KullĦadd\".", "Irrid ngħid li hemm rapporti oħra u anke saru diskussjonijiet kemm formali kif ukoll informali biex insibu bilanċ u naraw x'miżuri finanzjarji nistgħu ndaħħlu, ħalli dawn is-setturi mhux biss insaħħuhom imma nżommuhom sostenibbli għall-futur.", "Kien hemm anke setturi li ħejjew proposti u għamluhom in writing, fosthom dawk ta' l-għeneb li jintuża għall-inbid, u anke ta' l-ipproċessar tat-tadam.", "Safejn naf jien kull rapport li ġie ffinalizzat ġie ppubblikat, bħar-rapport ta' Bari.", "Jien nistieden lill- Onor. Interpellant biex jekk irid jattendi għal dawn id-diskussjonijiet.", "Għaliex le, kulħadd irid jagħti palata f'dan ix-xogħol!", "Meta nagħmlu l- kritika tagħna, jekk kemm-il darba tkun kostruttiva, inkunu qegħdin ngħinu biex insibu s-soluzzjonijiet ġusti għal dawn is-setturi.", "(Interruzzjonijiet)", "Dwar dak li qed isemmi l-Onor.", "Mizzi, kien hemm kawża u min ipprova jagħmel dak li prova jagħmel weħel sentenza sospiża ta' sentejn.", "Pero' biex inkompli fuq dan ir-rapport, dan għadu in draft form, għadu m'huwiex finalizzat u ladarba jkun finalizzat, dan ir-rapport jiġi ppubblikat bħar- rapporti l-oħra kollha.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Bla ma noqgħod nidħol fil-kwestjoni jekk ir-rapport kienx draft jew le - ma jidhirlix illi l-EMCS tippreżenta rapporti draft - jista' l-Ministru jgħid lil min tqassam dan ir-rapport?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li naf hu li l-EMCS ġiet imqabbda tagħmel dan ir- rapport - li nerġa' ngħid għadu qed jiġi diskuss qabel ma jiġi ffinalizzat - u sakemm għadu in draft form ma jiġix quddiemi.", "(Interruzzjonijiet) Imma sakemm ma jiġix quddiemi, mhux se noqgħod nara lil min tqassam!", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma għandi nifhem li l-Ministru huwa informat lil min tqassam!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Li nista' ngħid hu li ladarba qed isir ċertu studju dwar settur partikolari, meta jkun lest dan ir-rapport jgħaddi għandi u mbagħad jien niddiskutih ma' l-esperti fil-ministeru.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Ladarba l-Ministru qed jgħid li dan ir-rapport għadu m'huwiex finalizzat, x'tip ta' riċerka għad trid issir biex nistabilixxu jekk il-prezzijiet humiex ġusti jew le?", "Għax issa mhux fuq l- industrija in ġenerali qed nitkellmu imma fuq xi ħaġa speċifika, fuq processed products, jiġifieri fuq xi ħaġa purament selettiva.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, tista' tagħmel mitt elf rapport għax jekk se tieħu l-prezzijiet tal-bieraħ u tibbaża fuqhom, inti tkun qed tibbaża ruħek fuq a static model u mhux fuq wieħed elastiku.", "Jekk se tagħmlu fuq l- 1997, trid tieħu l-prezzijiet ta' barra u l-prezzijiet lokali kif kienu fl- 1997, tara d-differenza ta' bejniethom u toħroġ l-ammonti.", "Issa l-verita' hi li ċ-ċirkostanzi nbiddlu mill-1997 'il hawn.", "Per eżempju, jekk inti tieħu s-settur tal-laħam abbażi ta' sentejn ilu, qabel ma kien hawn il-marda tal-mad cow, qabel ma kien hawn il-foot and mouth disease u meta l-prezz tal-majjal kien 'il isfel, bilfors ikollok price differentials kbar.", "Biċ-ċirkostanzi tal-lum u bil-prezzijiet għoljin, il-price differentials joħorġu inqas.", "(Interruzzjonijiet)", "Hemm ċerti affarijiet li l-konsulenti jafu li għandhom ikomplu jaħdmu fuqhom, fuq il-mod kif għandu jsir ir-restructuring, jekk għandhiex issir consolidation tal-proċess kollu, u dan flimkien mar-raħħala u l-partijiet l-oħra interessati.", "Dawn huma options li minnhom joħorġu l-price differentials.", "Għax jekk inti għandek kollox magħqud u għandek aktar effiċjenza, allura jkollok price differentials inqas.", "Nerġa' ngħid li ladarba għadhom qed jagħmlu l-istudji, meta r-rapport ikun finalizzat ikun jista' jiġi ppubblikat bħalma ġew ippubblikati rapporti oħrajn.", "MR SPEAKER L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport ta' Bari tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Dwar ir-rapport ta' Bari, kieku l-oppożizzjoni kellha tattendi għall-meetings tal-MEUSAC kien ikollha kull opportunita' li tingħata kopja tar-rapport.", "WIED INĊITA – OVERTIME", "28917.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm-il siegħa overtime inħadmu f'Wied Inċita bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Kemm tħallas kull individwu sa issa u kemm għad baqa' x'jitħallas?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li bejn Jannar u Settembru ta' din is- sena f'Wied Inċita saru sitt sigħat sahra minn żewġ ħaddiema u anke saru 2,000 vjaġġ bil-bowser ta' l-ilma minn 11-il ħaddiem.", "Is-sahra kienet tammonta għal Lm14.32 u tħallset kollha.", "Kif jaf l-Onor.", "Interpellant, ix-xufiera tal-bowsers jitħallsu Lm2.50 extra għal kull vjaġġ li jagħmlu, liema ħlas isir mill-vot tas-sahra.", "Sal- lum dawn ix-xufiera tħallsu Lm5,000 u fadlilhom jirċievu Lm882.50.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' l-Ministru jinformana dwar il-pjani li qed iħejji l-gvern għall-privatizzazzjoni tas-sezzjonijiet li jaqgħu taħt id- dipartiment ta' l-agrikoltura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, nixtieq ngħid li Wied Incita hija area ta' madwar 120 tomna u sservi bħala post fejn jitkabbru x-xtieli, kif ukoll isservi bħala post fejn iz-zkuk li jinqatgħu miż-żbir tas-siġar jinbiegħu biex jintużaw għal fireplaces.", "Dan l-aħħar Wied Incita beda jiġi rranġat u anke ħriġna proposal fejn issejjaħ il-privat biex jagħti l-ideat tiegħu dwar kif il-post jista' jiġi rranġat dejjem aktar.", "Il-ħsieb huwa li Wied Incita jiġi utilizzat b'mod aħjar, fis-sens illi jiddaħħal l-element privat, ħalli b'hekk nimxu fuq linja fejn dan l-istabiliment nagħmluh jaħdem aħjar.", "Għaldaqstant qed jitħaddmu proġetti biex flimkien mal-privat, nutilizzaw aħjar il-human resources li għandna u bil-mod il-mod inkunu f'pożizzjoni li jkollna aktar xtieli, anke biex ikunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport annwali ta' l-EU programmes unit fi ħdan il- ministeru ta' l-edukazzjoni għas-sena 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29144; u", "Tabelli li jagħtu tagħrif dwar l-għadd ta' studenti li qagħdu għall- eżamijiet tal-matematika tal-MATSEC fis-sessjoni ta' Mejju 2000 u Mejju 2001 u r-riżultati miksuba, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29149; u", "f'isem il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar opportunitajiet u servizzi għal persuni li għandhom l- awtiżmu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29124.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-highway code maħruġ f'Settembru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 29158;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru ta' l-intern, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29239; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Lista tal-persuni li qed jagħmlu t-traduzzjoni għall-Malti ta' liġijiet u dokumenti oħra ta' l-Unjoni Ewropea, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 29146.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammonti dovuti mill-ministeru tas-saħħa lil ditti farmaċewtiċi sat-23 ta' Ottubru 2001, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "29061.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR LOTTERIJI U LOGĦOB IEĦOR", "LOTTERIES AND OTHER GAMES BILL", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 - Tifsir.", "Clause 2 - Interpretation.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Sur President, għal klawsola 2 għandi din l-emenda:", "\"A\" Subklawsola (1) ta' klawsola 2 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) minflok it-tifsira ta' \"logħba\" għandha tidħol din it-tifsira li ġejja:-", "\"\"logħba\" tfisser u tinkludi, ħlief għall-finijiet tat-tifsiriet ta' \"makna għal-logħob tad-divertiment\" u \"logħba tad- divertiment\" f'dan is-subartikolu, logħba ta' l-ażżard u logħba ta' l-ażżard u abbilita', imma ma tinkludix (i) ġrajja ta' sport, għalkemm tinkludi mħatra dwar l-isport u kull logħba ta' l-ażżard u logħba ta' l-ażżard u abbilita' oħra li l-operazzjoni jew il-logħob tagħha jkun jiddependi minn ġrajja ta' sport jew minn sett ta' ġrajjiet ta' sport jew ir-riżultat jew riżultanza ta' dawn u (ii) logħba tad-divertiment,\";", "(b) minnufih wara t-tifsira \"logħba bla skop ta' profitt\" għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:- \"\"logħba tad-divertiment\" tfisser logħba li tintlagħab permezz ta' makna għal-logħob tad-divertiment;\";", "(ċ)minnufih wara t-tifsira ta' \"lotterija nazzjonali\" għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:-", "\"\"makna għal-logħob tad-divertiment\" tfisser kull tip ta' makna, sew jekk din titħaddem elettrikament, elettronikament, mekkanikament, manwalment jew xort'oħra, li tintuża għall-fini li jintlagħbu logħbiet esklużivament għal skopijiet ta' divertiment u mhux għal skopijiet ta' logħob ta' l-ażżard, u li titħaddem permezz tat-tfigħ fil-makna ta' xi munita jew ta' token ta' makna għal- logħob tad-divertiment u li meta din tkun qiegħda titħaddem ġugatur li jirbaħ la jirċievi u lanqas ma jiġi offrut ebda benefiċċji ħlief l-opportunita' li tagħtih l-azzjoni awtomatika tal-makna li jerġa' jilgħab il-logħba mingħajr il-ħtieġa li jerġa' jitfa' l-flus jew tokens ta' makna għal-logħob;\"; u", "(d) minnufih qabel it-tifsira ta' \"totalizzatur\" għandha tidħol din it- tifsira ġdida li ġejja:-", "\"\"token ta' makna għal-logħob tad-divertiment\" tfisser dak l-oġġett qisu munita li jinxtara biex jintefa' f'makni tad-divertiment minflok muniti tal-flus, għat-tħaddim ta' dawk il-makni;\".", "\"A\" Subclause (1) of clause 2 shall be amended as follows:-", "(a) immediately before the definition of \"approved meeting\" there shall be added the following new definition:-", "\"\"amusement game\" means a game played by means of an amusement machine;", "\"amusement machine\" means any type of machine, whether operated electrically, electronically, mechanically, manually or otherwise, used for the purpose of playing games exclusively for amusement purposes and not for gambling purposes, and which is operated by the insertion of money or any amusement machine token and where in the operation thereof a successful player neither receives nor is offered any benefit other than the opportunity afforded by the automatic action of the machine to play the game again without the insertion of other money or amusement machine tokens;", "\"amusement machine token\" means a device which can be bought for insertion in amusement machines instead of money, for the operation of such machines;\"; and", "(b) for the definition of \"game\" there shall be substituted the following:-", "\"\"game\" means and includes, except for the purposes of the definitions of \"amusement machine\" and \"amusement game\" in this subarticle, a game of chance and a game of chance and skill, but does not include (i) a sport event, although it includes a sport bet and any other game of chance and game of chance and skill the operation or playing of which depends on a sport event or a set of sport events or the result or outcome thereof and (ii) an amusement game;\".", "Mr Chairman, jien beħsiebni nressaq emenda oħra għal klawsola 2 – kopja tagħha diġa' għaddejtha lill-oppożizzjoni - pero' ma nixtieqx li f'dan l- istadju nressaqha formalment.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li niddiskutuha fil-kumitat u nirfinawha as we go along.", "Hawn għandna definizzjoni ta' l- attivita` kollha li se tiġi rregolata u qegħdin indaħħlu wkoll emendi biex din il-liġi tkun tista' tirregola l-hekk imsejjaħ logħob tal-VLTs, li llum bit-teknoloġija ġdida huwa possibbli li dawn jiġu rregolati minn computer ċentrali li jista' jirregola t-tip ta' logħob li jintlagħab fuq dawn il- makni.", "Kontra l-amusement machines stand-alones li mdorrijin bihom aħna, il-logħob li jintlagħab fuq dawn il-makni jiġi downloaded minn dan is- central unit.", "Allura l-gvern - jew inkella min qed jopera - ikollu kontroll assolut ta' x'tip ta' logħob ikun qed jintlagħab fuq dawn il- units.", "Barra minn hekk, ikun hemm ukoll kontroll assolut u sħiħ fuq x'qed jintlagħab u kemm qed jintlagħab fuq kull makna.", "B'hekk ikollna iktar kontroll dwar id-dħul fuq dawn il-makni u naturalment iktar ekwita' fuq dak li jkun qiegħed isir.", "Ħaġa oħra li qed indaħħlu għaliex qabel qatt ma kienet għadha rregolata, hija d-definizzjoni ta' \"broadcasting media games\".", "Dan huwa l-logħob li llum qed jintlagħab fuq ir-radju u t-televiżjoni, li naturalment importanti ħafna li ma nħallux l-affarijiet għaddejjin mingħajr kontroll ta' xejn għaliex dawn jistgħu jibdew jikbru u jieħdu ċerta statura.", "Kulħadd jaqbel li din għandha tibda tkun regolata, kemm minħabba abbuż, kemm minħabba tip ta' logħob u kemm minħabba ħafna affarijiet oħra.", "Mr Chairman, għalissa nieqaf hawnhekk.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, naqbel mas-suġġeriemnt tal-Ministru u napprezza ħafna li nhar l-Erbgħa li għaddew, fi tmiem is-seduta, għaddieli d-dokumentazzjoni kollha, pero' xtaqt niċċara xi affarijiet.", "Fil-prinċipju m'għandi xejn x'noġġezzjona għall-element ta' kontroll li jiddaħħal mas-sistema ta' VLT, iżda li nixtieq nissuġġerixxi huwa li peress li din hija liġi estensiva, jekk hemm xi emendi oħrajn għall-partijiet sussegwenti, dawn ikunu f'idejna malajr kemm jista' jkun ħalli nkunu nistgħu nagħmlu l-iskrutinju u l-kritika tagħna b'mod kostruttiv.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-informazzjoni li għandi hija li l-emendi li baqa' huma biss irtokki għal-liġi, imma nwiegħed li ngħaddi l-informazzjoni kollha lill-oppożizzjoni appena tkun f'idejja.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, rigward klawsola 2, l-ewwel kumment li xtaqt ngħaddi huwa dwar il-kwestjoni tad-definizzjoni wiesgħa u ġdida ta' \"broadcasting media games\".", "Jekk m'iniex sejjer żball, dawn il-phone-ins diġa` huma suġġetti għall-VAT.", "Li nixtieq inkun naf huwa jekk hemmx il- ħsieb li ssir xi forma ta' tassazzjoni ulterjuri fuqhom.", "It-tieni nett, fl-istess kuntest ta' broadcasting media games, fin-nota ta' spjegazzjoni qed jintqal li l-ministru huwa empowered li jista' jagħmel regulations, inter alia billi jippreskrivi fees u duties li jitħallsu fir- rispett ta' broadcasting media game licences.", "Iżda fl-istess nota qed jintqal ukoll li minkejja dan kollu, m'huwiex maħsub li jsiru dawn it-tip ta' regolamenti għalissa.", "Allura l-mistoqsija naturali hija x'inhu l-iskop li l-ministru jagħti dawn il-poteri lilu nnifsu meta ma jidhirx li għandu l- ħsieb li jattwa dawn it-tip ta' regolamenti in the short to medium term.", "Iżjed u iżjed meta iktar tard il-ministru qed jagħti raġunijiet min-naħa tiegħu għaliex ikollu jemenda din il-liġi fi stadju ulterjuri, anke minħabba li din il-liġi jkun irid iġibha in line ma' ċerti klawsoli marbutin mal-case law ta' l-Unjoni Ewropea.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk il-liġi kollha nnifisha hijiex marbuta mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Qed nistaqsi hekk għaliex meta ġejna għad-definizzjoni ta' dak li jissejjaħ \"commercial communication game\", fl-ispjegazzjoni tiegħu l-Ministru qal li din kienet ispirata mill-corresponding definition tal-European state lotteries u t-toto association, li fiha nnifisha hija bbażata fuq il-case law ta' l-Unjoni.", "Allura qed nistaqsi jekk kienx hemm partijiet oħra marbuta ma' dan kollu għaliex fi stadju ulterjuri qed jintqal \"that when this legislation is published, the new Act may need some amendments to implement such EU legislation.\"", "Imma fl-istess ħin qed jintqal li d- diskussjonijiet fuq livell ta' EU għadhom fi stadju prematur u għadha m'hijiex ċara daqstant il-pożizzjoni ta' l-EU fir-rispett ta' commercial communication games, u għaldaqstant qabel ma' l-gvern jieħu in konsiderazzjoni dawn il-provisos hemm bżonn li l-pożizzjoni tkun ċara, anke min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett il-poter li l-ministru jagħmel ir- regolamenti, anke jekk dawn m'humiex envisaged li jsiru immedjatament, huwa mod normali ta' kif wieħed għandu jopera għaliex din il-liġi m'hijiex qed issir għal issa jew għal għada imma qed issir biex titħaddem fil-futur.", "Id-dritt li jsiru r-regolamenti, kif kont għedt fit-tieni qari, huwa sabiex wieħed jagħti flessibbilta` fl-operat li kif jinqalgħu okkażjonijiet u sitwazzjonijiet ġodda, allura l-amministrazzjoni tkun tista' taġixxi b'mod mgħaġġel ħalli torjenta ruħha kemm jista' jkun mas-sitwazzjoni li tkunu qed tiżviluppa.", "Għalhekk qed ngħidu li qed nagħtu poter li jsiru emendi permezz ta' regolamenti, pero` l-liġi fiha nnifisha se jkun fiha dak kollu li naħsbu li għandna bżonn issa.", "Anke l-iskedi li hemm huma magħmula għall-bżonnijiet li naħsbu li għandna llum, pero` fil-futur jista' jinqala' l-bżonn li dawn jiġu emendati, u dak huwa li qed ngħidu aħna, cioe' li nżommu l-poter li nemendaw.", "Vis-à-vis l-Unjoni Ewropea, naturalment meta nkunu qed nilleġislaw aħna nieħdu minn ħafna liġijiet differenti and we do not try to reinvent the wheel.", "Jiġifieri hemm ħafna definizzjonijiet li jkunu diġa` lesti u ħafna sistemi li jkunu diġa` pprattikati barra minn pajjiżna.", "Biex jgħinuna niżviluppaw din il-liġi, aħna ġibna l-espert legali tal-European toto and lotteries organistation biex jagħtina l-pariri fuq kif għandna niżviluppaw din il-liġi tagħna u naġġornaw il-Gaming Act li kienet teżisti qabel.", "Issa rigward l-Unjoni Ewropea, tajjeb jingħad li fil-kuntest tal-lotteriji ftit hemm regolamentazzjoni fl-Ewropa.", "U qed nirriferi għall-Ewropea qua entita` u mhux il-European lottery and toto organisation għaliex dawk għandhom l-expertise tagħhom, l-istess expertise li ġibna għal din il-liġi.", "L-Ewropa as such ma tikkontrollax lotteriji, jiġifieri din hija area li bażikament hija rregolamentata mill-inqas u at this stage m'hemm xejn.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li darba nidħlu fl-Ewropa u jkollna bżonn nirregolamentaw, probabbli jkollna nemendaw din il-liġi għaliex din il-liġi mhux qed nagħmluha minħabba l-Ewropa imma ppruvajna nieħdu l-aħjar elementi li jeżistu, b'expertise ukoll li ġibna minn barra biex ikollna liġi li tista' tkun imħaddma tajjeb u li tagħtina dak kollu li għandna bżonn.", "Fuq il-broadcasting media games naturalment l-awtorita`, ladarba tiġi mwaqqfa, se jkollha l-kompitu tanalizza x'tip ta' games huma u jekk tkun se tesiġi xi fees, x'tip ta' fees se jkun hemm.", "Mhux neċessarjament li se jkun hemm il-fees, imma jekk se nibdew nagħmlu games ta' ċertu livell fejn nibdew inqassmu l-miljuni minn fuq it-television, is-sitwazzjoni tista' tinbidel.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: F'ħafna partijiet tal-liġi hemm riferenza għat-taqsima tal-privatisation unit li għandha x'taqsam ma' dik li hija lotterija nazzjonali.", "Is-section li qed tittratta l-proċeduri tal-privatisation, nifhem li hi l-privatisation unit tal-gvern sakemm ma jitwaqqafx xi kumitat ad hoc?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt aħna għandna l-privatisation unit tal-gvern li jagħti direzzjoni ġenerali tal-privatisation kollha li għaddejjin minnha bħala programm, pero` għal kull azjenda jew attivita` li qed nipprivatizzaw ikun hemm speċi ta' kumitat ta' esperti.", "F'din il- privatisation partikolari kellna nies li daħħalnihom mill-MIMCOL biex jagħmlu ċerta analisi ta' x'irridu nagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) L-istess chairman jippresjedi dawn il-units u s-segretarju huwa l-istess ukoll, pero` imbagħad magħhom bħala advisers indaħħlu membri oħrajn.", "F'dan il-każ kellna l-esperti, li kif għedt ġew mil-lottery and toto European organisation.", "Kellna nies mill-Ingilterra speċjalizzati fil-hardware u fl- information technology li analizzaw u studjaw l-offerti li ntefgħu, speċifikament l-parti li għandha x'taqsam mat-tekonoloġija f'dawk li huma lotteriji.", "Jiġifieri aħna ġibna dak l-expertise li kien meħtieġ biex inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar tip ta' deċiżjonijiet.", "U f'din il-liġi wkoll xrobna kemm stajna mill-esperjenza ta' kulħadd.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, qed ninnota li l-ministru qed jingħata wisq poteri diskrezzjonali fir-rigward ta' diversi klawsoli, mhux biss fil- kontest tad-definizzjonijiet li għandha f'din il-klawsola imma anke f'partijiet oħrajn tal-liġi nnifisha.", "Fil-fatt fi kritika li forsi jkolli ċans li nagħmel riferenza għaliha iktar 'il quddiem, anke assoċjazzjonijiet bħal-lotto receivers ħassew li kien hemm wisq poteri diskrezzjonali mogħtija lill-ministru.", "Eżempju tipiku huwa li meta niġu għad-definizzjoni ta' national lottery qed jintqal li għalkemm eventwalment l-operations tan- national lottery se jingħataw b'liċenzja lil private operators, aktar milli se tkun prerogattiva ta' l-awtorita`, l-operation se tkun \"the prerogative of the minister who is empowered to operate the same at any time when a national lottery licence is not in force\".", "Aħna fil-prinċipju kontra t-twaqqif ta' l-awtorita` għall-istess raġunijiet li konna kontra t-twaqqif ta' awtoritajiet oħrajn – m'hemmx għalfejn nidħol fihom issa għaliex diġa` dħalna fihom fl-istadju tat-tieni qari – pero` ġaladarba l-gvern bħala policy qed iħoss il-ħtieġa li jwaqqaf awtorita` anke f'dan il-kuntest, x'inhi r-raġuni allura li f'dawk il-każi fejn minkejja li tista' tiġi mogħtija l-liċenzja lil private operators, l- operation innifisha se tibqa' prerogattiva tal-ministru iktar milli ta' l- awtorita` li sejra titwaqqaf?", "X'inhu l-iskop li wieħed iwaqqaf awtorita` meta l-poteri xorta se jibqgħu f'idejn il-ministru tal-ġurnata?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett irridu nifhmu li meta qed nagħmlu dawn il- liġijiet qegħdin nagħmlu differenza sħiħa bejn ir-regolatur u l-operatur, li tfisser li l-awtorita` jekk se tkun regolatur qatt ma tista' tmexxi l- lotteriji.", "Dak huwa l-prinċipju u rridu nibdew minnu; l-awtorita` hija s- supervisor li tara li l-affarijiet isiru sew u allura qatt m'hu se jkollha l-fakulta` li tmexxi l-lotteriji hi.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l- ministru għandu d-dritt li jmexxi l-lotteriji - mhux se jkun il-ministru u lanqas il-ministeru li jmexxu l-lotteriji – fis-sens li huwa l-gvern, bl- organizzazzjoni tiegħu, li se jmexxi l-lotteriji, bħalma llum il-ministeru tal-finanzi għandu d-dipartiment tal-lottu li jaqa' direttament taħtu u jmexxi l-lotteriji hu.", "Pero` hawnhekk qed ngħidu wkoll li l-ministru jista' jagħti liċenzja lil terza persuna biex tmexxi l-lotteriji hi u ma jibqax allura jmexxi l-lotteriji l-gvern.", "Jiġifieri din id-deskrizzjoni rridu nifhmuha f'dan is-sens, cioe' li l-lotterija hija prerogattiva tal- gvern u allura l-ministru jista' jmexxi l-lotteriji hu jew jista' jagħtiha b'konċessjoni lil xi ħadd; u li l-awtorita` qua li hija regolatur ma tistax tmexxi l-lotterija hi għaliex inkella ma jkunx hemm separazzjoni bejn il- kunċett ta' regolatur u dak ta' operatur.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-istess kuntest nixtieq li issa ngħaddi għad- definizzjoni ta' dak li jissejjaħ \"a non-profit game\".", "Meta titkellem dwar a non-profit game, il-liġi titkellem dwar game li tkun organizzata minn non-profit organisation u n-net proceeds tagħha jkunu intenzjonati għal għaqdiet reliġjużi, filantropiċi, kulturali u whatever.", "X'jiġri fil-każ fejn ikollok a profit-making organisation - ħalli nieħdu l- eżempju ta' television stations, la qbadniha fuq il-broadcasting – bħal, per eżempju, Net Television jew Super One, jew Max Plus li huma profit- making organisations jew suppost li jagħmlu profitti, imma li jorganizzaw a non-profit game għal għanijiet reliġjużi, filantropiċi jew karitattevoli?", "Jien inħoss li dawn donnhom li qed jiġu esklużi minn dan kollu għaliex hawnhekk qed ngħidu li mhux biss l-intenzjoni trid tkun non-profit-making imma trid tkun a non-profit organisation stess li torganizzahom.", "X'jiġri f'dan il-każ allura?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Meta niġu biex nikkonsidraw x'inhi lotterija li m'hijiex għall-qligħ, aħna qegħdin inkunu restrittivi ħafna apposta.", "M'hijiex għall-qligħ mhux għax il-lotterija nnifisiha m'hijiex se tħalli l- flus.", "Jiġifieri n-non-profit game m'hijiex qed tiġi definita li neċessarjament mhux se tħalli flus għaliex jekk mhux se tħalli flus m'hemmx għalfejn tagħmilha.", "(Interruzzjonijiet) In-non-profit games m'humiex se jkunu maqbudin b'ċerti fees u taxxi, u allura rridu nirrestrinġuhom biss għal non-profit organisations għaliex dawn se jkollhom il-konċessjoni li ma jħallsux taxxa.", "Meta aħna qegħdin neżentaw logħob partikolari mit-taxxa, qed neżentawhom minħabba r-raġuni għalfejn qed isiru u sakemm huma għal raġunijiet totalment filantropiċi.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Per eżempju, lejn l-aħħar tas-sena fuq il-PBS issir maratona għall-ġbir ta' flus.", "F'dak il-każ l-organisers ikunu jridu jagħmlu an ad hoc request?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, u jgħidu li this is a non-profit game għaliex il- proceeds kollha se jmorru għal skopijiet filantropiċi.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Allavolja din tkun qed tiġi organizzata minn stazzjon jew stazzjonijiet li jistgħu jkunu profit-making?", "ONOR.", "JOHN DALLI: F'dak il-każ iridu jagħmlu a specific request.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Ġaladarba qed nitkellmu fuq \"logħob bla skop ta' profitt\", xtaqt li hawnhekk indaħħlu l-kelma \"sportiv\" għaliex filwaqt li meta qed nitkellmu fuq \"organizzazzjoni mingħajr skop ta' profitt\" hemm imsemmija clubs u assoċjazzjonijiet sportivi, fid-definizzjoni ta' \"logħob bla skop ta' profitt\" l-isports m'huwiex imsemmi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Noqogħdu attenti għaliex wieħed waħda mil-logħob se tkun il-logħba tal-pools fuq l-isports innifsu.", "Allura qegħdin ngħidu li każin ta' l-isports se jkun jista' jorganizza dawn il-non-profit games b'kontroll limitat?", "Irridu noqogħdu attenti.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Le, jien qed norbothom flimkien ma' non-profit game u non-profit organisation.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Id-definizzjoni ta' \"a non-profit game\" tgħid hekk:", "\" ....... a game organised by a non-profit organisation, the net proceeds of which are intended for a religious, philantropic, cultural , educational, social or civic purpose\".", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma fid-definition ta' f'non-profit organisation\", sport clubs and sport associations huma imsemmija.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ippermetti sakemm nikkomunika ma' l-advisers.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt il-parir li qed ningħata huwa li ma tagħmilx differenza jekk indaħħlu l-kelma \"sports\" fid-definizzjoni u għalhekk nipproponi din l-emenda:", "\"B\" Fit-tifsira ta' \"logħba bla skop ta' profitt\" wara l-kliem \"reliġjuż,\" għandhom jidħlu l-kliem \"sportiv,\".", "\"B\" In the definition of \"non-profit game\" immediately after the words \"religious,\" there shall be inserted the words \"sports,\".", "MR CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Xtaqt ngħid xi ħaġa oħra, aktar għall-preċiżjoni.", "Fejn hemm \"non-profit organisation\" hemm imdaħħlin sports clubs u sports associations, pero` nafu li jeżistu wkoll l-isports federations.", "Qed ngħid dan biex tkun ċara li b'associations qed nifhmu wkoll federations u ħadd ma jħossu eskluż.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Clubs and associations għalija jinkludu wkoll federations.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-importanti huwa li n-natura tkun sportiva.", "Jekk humiex fondazzjonijiet jew affarijiet oħra ma nidħlux fiha.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Fil-każ ta' \"korsa approvata għat-tiġrijiet\", it- tifsira qed tinkludi wkoll kull art li tmiss mal-korsa.", "Fil-preżent għandna korsa waħda li qiegħda l-Marsa, fejn hemm premises li jmissu mal- korsa innfisha minbarra li hemm ukoll parking area.", "Forsi l-Ministru jista' jispjega ftit għalfejn din it-tifsira hekk wiesgħa?", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-ewwelnett ma rridux ninsew li aħna qed nitkellmu fuq il-logħob.", "Jiġifieri għalkemm normalment it-tiġrija ssir fil-korsa, il- logħob ma jsirx fuq il-korsa imma jsir fuq l-art kontigwa.", "Dak hu li qed ngħidu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Bonnici.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fit-tifsira tan-non-profit game, il-Ministru stess qed jgħid li l-karatteristika li tiddistingwi logħba li hija non-profit qiegħda fl-għan li minnu jiġu derived in-net proceeds.", "Biex dawn l- għaqdiet ikunu jistgħu jiggwidaw ruħhom, se jkun hemm xi parametri speċifiċi li jispeċifikaw kif wieħed jasal għan-net proceeds?", "Jiġifieri f'xi legal notice jew f'xi avviżi oħra li jistgħu jiġu ppubblikati, se jiġu ddeterminati jew identifikati liema expenses se jiġu allowed bħala deductions?", "Kif se jkun jaf organiser li ammont ikun l-ammont net li jkun jista' jikkwalifika għall-għan ta' dan l-eżerċizzju?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, m'hu se jkun hemm l-ebda template preċiż ta' xi spejjeż wieħed irid idaħħal.", "Naturalment meta qed nitkellmu fuq net proceeds for non-profit games, qed ngħidu dak li jdaħħal u minnu jnaqqas dak li joħroġ.", "Issa n-normalita` hija li dak li joħroġ huma l-premjijiet għaliex meta qed titkellem fuq dawn it-tip ta' organizzazzjonijiet, ħafna drabi tkun qed titkellem fuq organizzazzjonijiet li jkunu mmexxija minn voluntiera.", "Pero` jekk, per eżampju, jiġi organizzat coffee morning u fih issir tombla bħala fund-raising għal waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet, dan ikollu l-ispejjeż tal-post, tal-kafe`, tal-pastizzi, tat-tickets u forsi tar-reklami.", "Dawn kollha huma spejjeż anċillari, pero` m'hu se jkun hemm l-ebda template fejn ngħidu x'inhuma l-ispejjeż allowed.", "Mr Chairman, f'dan l-istadju nipproponi li nipposponu din il-klawsola sakemm inlestu l-emenda li rriferejt għaliha aktar kmieni.", "THE CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Klawsola 2 ġiet posposta.", "Klawsola 3 – Logħba msejsa fuq ir-riżultat ta' logħbiet.", "Clause 3 - Games which can be played by persons in Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li tgħid hekk:", "\"C\" F'subklawsola (1) ta' klawsola 3 minnufih wara l-kliem \"dan l- Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"u regolamenti magħmula aktar 'il quddiem taħt dan l-Att\".", "\"C\" In subclause (1) of clause 3 immediately after the words \"this Act\" there shall be inserted the words \"and regulations made thereunder\".", "Mr Chairman, f'din il-klawsola qegħdin ngħidu li l-logħob li jista' jsir f'Malta huwa biss dak il-logħob li huwa awtorizzat.", "Ebda logħob li mhux awtorizzat ma jista' jsir f'Malta.", "L-awtorizzazzjoni ssir jew permezz ta' liċenzjar bħalma se jsir fil-każ ta' dik li qed tissejjaħ lotterija nazzjonali, jew permezz ta' permessi li jingħataw minn żmien għal żmien lil min japplika biex jagħmel xi logħob f'Malta.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif mressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 3 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 3, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 - Logħba msejsa fuq ir-riżultat ta' logħbiet.", "Clause 4 - Games based on the result of games.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li tgħid hekk:", "\"D\"Fi klawsola 4:-", "(1) minflok il-kliem \"l-artikolu 78(2)(ġ)\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 77(2)(ġ)\"; u", "(2) minflok il-kliem \"operati minn xi detentur ta' liċenza ta' każino` taħt l-Att dwar il-Logħob, jew xi detentur ta' liċenza taħt dan l-Att,\" għandu jidħol dan li ġej:-", "\"dak li jkollu f'idejh liċenza ta' każino` maħruġa taħt l-Att dwar il-Logħob fit-termini ta' dik il-liċenza jew ta' min ikollu f'idejh liċenza taħt dan l-Att skond it-termini tal-liċenza,\".", "\"D\"In clause 4:-", "(1) for the words \"article 78(2)(g)\" there shall be substituted the words \"77(2)(g)\"; and", "(2) for the words \"operated by any casino licensee under the Gaming Act, or a licensee under this Act,\" there shall be substituted the following:-", "\"operated by the holder of a casino licence issued under the Gaming Act in terms of such licence or by a licensee under this Act in terms of this licence\",\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, rigward din il-klawsola l-ewwelnett xtaqt nistaqsi jekk min għandu liċenzja ta' casino hux se jkollu bżonn liċenzja oħra mill-ġdid mill-awtorita`(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Dawk il-liċenzji kollha li jeżistu se jiġu awtomatikament rinovati mill-awtorita`.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fl-istess klawsola hemm ukoll riferenza għal riżultati ta' xi logħba li tkun leġittimament organizzata barra minn Malta, imbagħad ovvjament tingħata l-approvazzjoni bil-quddiem u bil-miktub ta' l- awtorita`.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar il-backing li qed isir mill- kumpanniji reġistrati Malta?", "Jew qegħdin nitkellmu dwar il-possibbilta' l- Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw f'lotteriji barranin direttament jew indirettament( Ma tantx hija ċara din.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din il-klawsola hija indirrizzata lejn il-logħob klandestin u qed issir definizjoni aħjar biex jiġi kkontrollat dan il- logħob.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq dan it-tip ta' logħob qegħdin nirriferu għal xi ħadd li, per eżempju, fuq it-tlugħ tas-Super 5 jorganizza l-lottu.", "Huwa dak it-tip ta' logħob li qed jiġi pprojbit.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Iva, imma jien qed nirriferi għal dak li qed jissejjaħ logħob leġittimament organizzat barra mill-pajjiż.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, hawnhekk qegħdin ngħidu li, per eżempju, il- lotterija Ingliża m'għandhiex tintlgħab hawn Malta.", "Huwa illegali li l- lotterija Ingliża jew il-pools Taljani jew Ingliżi jintlagħbu f'Malta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Per eżempju, għal dawn l-aħħar staġuni kien hawn gazzetta li torganizza tip ta' logħba fuq il-kampjonat Taljan u Ingliż.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma dik ħaġa oħra, dik qiegħda tiġi organizzata f'Malta.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma fuq logħob li jsir barra.", "ONOR.", "JOHN DALLI: M'għandux x'jaqsam il-logħba fuqhiex se tagħmilha; l- importanti hu min jorganizzaha.", "Ladarba min qed jorganizzaha huwa lokali u jkun talab il-permess, allura hija legali.", "Tant hu hekk li jekk tara l- logħob li jsir anke f'dawn il-gazzetti, dejjem ikun hemm id-DPL number u din hija xi ħaġa li ilha ssir minn dejjem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 4 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 4, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Logħbiet li jistgħu jiġu operati eċċ minn persuni f'Malta.", "Clause 5 - Games which can be operated etc, by persons in Malta.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"E\" Fi klawsola 5:-", "(1) wara l-kliem \"dan l-Att\" għandhom jidħlu l-kliem \"u regolamenti li jsiru 'l quddiem taħt l-istess Att\"; u", "(2) minflok il-kliem \"artikolu 78(3)\" għandhom jidħlu l-kliem \"artikolu 77(3)\".", "\"E\" In clause 5:-", "(1) immediately after the words \"this Act\" there shall be added the words \"and regulations made thereunder\"; and", "(2) for the words \"article 78(3)\" there shall be substituted the words \"article 77(3)\".", "Hawnhekk qegħdin nerġgħu nenfasizzaw it-tip ta' logħob li jista' jiġi organizzat f'Malta u dan qegħdin nagħmluh anke skond dak li jeżisti f'pajjiżi oħra żviluppati fejn għandhom l-istess definizzjonijiet.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"E\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 5 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 5, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 - Reati kontra din it-Taqsima ta' l-Att.", "Clause 6 - Offences against this Part of the Act.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, f'din il-klawsola qegħdin niddefenixxu r- responsabbilta` ta' l-azzjoni li tkun qed tittieħed.", "Jiġifieri mhux biss min qiegħed jagħmel u jorganizza l-logħob għall-profitt tiegħu jista' jkun ħati ta' reat jekk ikun qed isir logħob klandestin, pero` anke kumpanniji li jipprovdu ċertu servizz bħal, per eżempju, servizz ta' informatika li jkunu jafu b'dak li qed isir u li dik l-operazzjoni li tkun qed tiġi hosted fuq central computer jew l-operazzjoni li jkunu qegħdin jgħinu permezz ta' informazzjoni li jkunu qegħdin jgħaddu tkun qed tintuża għal skop biex jiġi organizzat logħob klandestin.", "Per eżempju, jekk xi ħadd ikun qed jibgħat informazzjoni ta' tiġrijiet lin-nies li mingħajr liċenzja qegħdin jieħdu l- imħatri fuq tiġrijiet ta' żwiemel barra minn Malta u jagħmlu kuntatt ma' xi organizzazzjoni biex jibagħtulhom l-informazzjoni u rriżultati ta' dawn it- tiġrijiet in real time u dik l-istess organizzazzjoni tkun taf għalfejn din l-informazzjoni qiegħda tiġi mitluba, allura hi wkoll tista' tkun liable ta' reat.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien nifhem dak li spjega l-Ministru u naqbel miegħu ukoll, pero` ħalli npoġġih fil-każ ta' medium ta' komunikazzjoni bħal television station.", "Jekk jiena se nġib reklam ta' lotterija jew whatever fuq stazzjon televiżiv jew tar-radju.", "Il-final onus of responsibility huwa fuq l-individwu li qed itella' dik l-attivita` jew fuq min għandu l-medium innifsu( Ejjew ngħidu li jiena pprovdejt DPL number fittizju, l-onus tar-responsabbilta` ta' min huwa?", "Ta' min qed itella' l-attivita` jew tal-medium li qed jippromwovi l-attivita` nnifisha(", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt anke llum, meta wieħed iġib reklam fuq it- television ta' xi logħba, huwa obbligat li jġib n-numru tal-permess.", "Dan l- obbligu mhux sempliċement biex wieħed jgħid li ġab in-numru imma huma mod ta' kontroll.", "Allura sakemm ikun hemm dan l-onus li trid iġġib in-numru tal-permess meta qed tirriklama lotterija, jekk ikun hemm lotterija li m'hijiex bil-permess u allura m'għandhiex dan in-numru u tiġi ppubblikata xorta, allura l-istazzjon televiżiv ikun qed jikser il-liġi.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, wieħed irid jiftakar li taħt il-liġi tagħna ir-responsabbilta` hija individwali.", "Jiġifieri min jinganna fis-sens li jgħid li għandu liċenzja biex jopera xi ħaġa u fil-fatt ma jkollux, huwa responsabbli hu.", "Issir minn min issir din il-ħaġa, ikun irid jieħu r-responsabbilta` kriminali tagħha hu għaliex fil-fatt din hija responsabbilta` kriminali għaliex qed ngħidu li \"it shall be an offence\".", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Importazzjoni eċċ ta' apparat rilevanti għal-logħbiet.ie", "Clause 7 - Importation etc. of relevant gaming devices.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"F\" Klawsola 7 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) f'subklawsola (1) tagħha, minflok il-kliem \"jimporta, jagħmel\" għandhom jidħlu l-kliem \"jimporta, jimmanifattura, jagħmel\" u wara l- kliem \"liċenza valida\" għandhom jidħlu l-kliem \"għal dan l-iskop\";", "(b) f'subklawsola (2) tagħha, minflok il-kliem \"timporta, tagħmel\" għandhom jidħlu l-kliem \"timporta, timmanifattura, tagħmel\"; u", "(ċ) f'subklawsola (3) tagħha, minflok il-kliem \"timporta, tagħmel\" u \"l-importazzjoni, il-manutenzjoni\" għandhom jidħlu l-kliem \"timporta, timmanifattura, tagħmel\" u \"l-importazzjoni, il-manifattura, il- manuntenzjoni\" rispettivament.", "\"F\" Clause 7 shall be amended as follows:-", "(a) in subclause (1) thereof, for the words \"import, maintain\" there shall be substituted the words \"import, manufacture, maintain\" and after the words \"valid licence\" there shall be inserted the words \"to this effect\";", "(b) in subclause (2) thereof, for the words \"import, maintain\" there shall be substituted the words \"import, manufacture, maintain\"; and", "(c) in subclause (3) thereof, for the words \"imports, maintains\" and \"importation, maintenance\" there shall be substituted the words \"imports, manufactures, maintains\" and \"importation, manufacture, maintenance\" respectively.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Fil-fatt naqbel ma' dan u kieku l-Ministru m'għamilx l-emenda kont se nagħmel suġġeriment f'dan is-sens għaliex huwa importanti li apparti minn importation, maintenance and supply, ikun hemm ukoll l- element tal-manifattura.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt din il-klawsola tikkontrolla x'tip ta' makkinarju jintuża għal-logħob għaliex jekk ma tikkontrollax il-makkinarju titlef kwalunkwe kontroll.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"F\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 7 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 7, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Projbizzjoni dwar l-eta`.", "Clause 8 - Age prohibition.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, f'din il-klawsola qegħdin nispeċifikaw l- eta` minima ta' min jista' jilgħab u qegħdin ngħidu li din m'għandhiex tkun taħt is-16-il sena.", "Qegħdin ngħidu wkoll li jekk xi ħadd li huwa iżgħar minn 16-il sena jinqabad jilgħab f'xi lokalita`, allura l-owner tal- lokalita` jew min ikun biegħlu l-logħba ma jkunx ħati ta' reat jekk jipprova li hu jkun talab xi mezz ta' identifikazzjoni biex jiċċertifika l- eta`, Jiġifieri jekk hu jkun talab identifikazzjoni minn persuna u dan jagħtih identifikazzjoni falza allura ma tistax iżżommu responsabbli li qiegħed iħallih jilgħab għaliex hu jkun ġie ngannat.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: B'din il-klawsola qegħdin inneħħu r- responsabbilta` imsejħa vicarious responsibility.", "Il-fatt li żagħżugħ taħt l-eta` jinqabad f'dawn iċ-ċirkostanzi ma jfissirx li awtomatikament għandu jerfa' r-responsabbilta` min qed jopera, imma jekk dan ta' l-aħħar jipprova li qabel ma daħħlu ra l-identifikazzjoni li kienet turi li huwa ġuvni ta' eta` superjuri, allura tispiċċalu r-responsabbilta` kriminali.", "Dan huwa ġust għaliex jekk xi ħadd ikun ġie ngannat m'għandux jitgħabba b'responsabbilta` kriminali.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, fin-nota ta' spjegazzjoni l-Ministru qed jgħid li għal dik li hija age limit din qed tiġi kwalifikata bħala 18-il sena għall-foreigners u 25 sena għal ċittadini Maltin.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-eta` ta' dħul għall-casinos m'hijiex qiegħda tiġi affettwata b'din il-klawsola.", "Dawk se jibqgħu.", "Meta qed ngħidu 16-il sena m'aħniex qed ninkludu l-eta` ta' dħul għall-casinos.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Qed ngħid hekk għaliex fin-nota ta' spjega li għandi mal-liġi għandi miktub hekk: \"article 8 refers to article 39 and in terms of this article 39, the age limit has been increased to 18 years for foreigners and 25 years for Maltese citizens in case of commercial tombolas organised within tombola/bingo halls which form part of a casino complex etc.\"", "Jiġifieri qisha qed tiġi emendata.", "ONOR.", "JOHN DALLI: L-Onor.", "Brincat għandu raġun hawnhekk, fis-sens li hemm dan it-tip ta' l-abbinament, pero` fi klawsola 39 – li niġu għaliha aktar tard – qegħdin nitkellmu fuq bingo halls u qegħdin ngħidu li meta bingo hall hija abbinata ma' casino, allura l-etajiet tal-casino japplikaw għal dik il-bingo hall partikolari.", "Pero` meta tkun bingo hall separata, allura l-eta` ta' 16-il sena tapplika.", "Dan biex ma jkollniex sitwazzjonijiet fejn żgħażagħ taħt l-eta' li jkunu jridu jilagħbu fil- casino, bl-iskuża li deħlin fil-bingo hall.", "Din hija l-unika raġuni għalfejn qed isir dan.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Chairman, fl-istadju tat-Tieni Qari jien għamilt suġġeriment biex l-eta` minn 16-il sena titla' għal 18-il sena għaliex inħoss li f'dan it-tip ta' logħob għandna nkunu ftit iktar stretti.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: B'mod emozzjonali ngħid li naqbel għaliex iktar ma tgħolli l-eta` aktar tista' tirrestrinġi, pero` din hija bħall-affarijiet projbiti kollha u rridu noqogħdu attenti.", "Illum tfal ta' 16-il sena għandhom ċertu livell ta' maturita`, tant li dalwaqt ikollna l-pressjoni biex dawn jibdew jivvotaw.", "Irridu noqogħdu attenti li naraw li peress li dawn diġa` jiffrekwentaw ċerti postijiet, ma nirrestrinġux iżżejjed għaliex inkella noħolqu problemi ta' kontroll.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel mal-Ministru, fis-sens li l-problema ta' l-infurzar teżisti f'ħafna liġijiet.", "Forsi għandna naħsbuha ftit anke għall-fatt li biex wieħed jilgħab ċertu logħob għandu bżonn il-finanzi, u ta' 16-il sena żgur li l-finanzi jridu jiġu mill-pocket money li jagħtuh il- ġenituri.", "Veru li teżisti l-problema ta' l-infurzar imma jekk noqogħdu sejrin hekk allura nistgħu anke nagħmluha ta' eta` inqas.", "Jien naħseb li għandna nikkonsidraw li l-eta` tkun ta' 18-il sena bid-diffikultajiet kollha li din iġġib magħha, anke fir-rigward ta' infurzar.", "Għandna nagħtu kas ta' dan anke fid-dawl tal-problemi soċjali li jeżistu sforz ta' logħob eċċessiv, għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-eċċessiv huwa l-ħażin.", "Jien naħseb li għandna nikkonsidraw dan is-suġġeriment anke jekk ma titteħidx deċiżjoni issa.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fil-fatt qegħdin jinformawni li l-ħsieb hu li l- awtorita` tesiġi li dawk kollha li se jkollhom liċenzja ta' operazzjoni ta' logħob, se jkollhom jieħdu sehem fi protection plan għal min jilgħab.", "Dan se jkun pjan devised biex ma jħallix ċerti abbużi jsiru.", "F'dan il-pjan għandu jkun hemm focus fuq dawn il-ġukaturi żgħar biex wieħed jara kif ikunu protetti bl-aħjar mod possibbli.", "Nerġa' ngħid li ż-żewġ naħat tal- Kamra naħsbu li l-logħob fih innifsu m'huwiex xi ħaġa sabiħa jew tajba, pero` r-realta` hi li jekk nagħlqu l-bibien kolha nkunu qegħdin noħolqu problemi kbar ta' abbużi.", "Kif għedna fis-Second Reading, il- projbizzjoniżmu joħloq biss skop ta' abbuż u allura rridu nagħmlu l- affarijiet b'mod kemm jista' jkun ikkontrollat kif qegħdin nipprovaw nagħmlu f'din il-liġi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Hawnhekk qed ngħidu ġustament li jekk wieħed jitlob dokument ta' identita` u dan id-dokument ikun falz, dak li jkun talab id- dokument huwa protett.", "Fil-fatt hija mandatorja li wieħed jitlob dokument ta' identita`(", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li qed ngħidu huwa li huwa obbligu li wieħed ma jħallix tfal taħt is-16-il sena jilagħbu.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li jekk ikun hemm xi ħadd taħt is-16-il sena li nqabad jilgħab, aħna se ngħidu lil min offrilu l-possibbilta` li jilgħab li qed jagħmel ħażin, pero` dan jista' jġib id-difiża li talab il-karta ta' l-identita`.", "Allura dan ifisser li għalkemm fil-liġi m'aħniex qegħdin ngħidu li kulħadd għandu l- obbligu li jitlob il-karta ta' l-identita`, huwa fl-interess ta' dak li jkun li jitlobha jekk ikollu xi dubju dwar xi eta` għaliex jekk fil-fatt jinqabad xi ħadd taħt l-eta` li jkun qed jilgħab, l-unika difiża li jkollu min ikun tah il-possibbilta` li jilgħab hija li hu jkun talbu għall-karta ta' l-identita`.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Chairman, din il-ħaġa m'aħniex qegħdin neħduha b'leġġerezza, fis-sens li dak li jkun mhux sempliċement irid jgħid li talab għall-karta ta' l-identita` imma jrid jipprova dan.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri l-Ministru ma jħossx li għandna nagħmluha mandatorja, almenu għal dawk li jkunu jidhru li m'għandhomx 16-il sena?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Imma kif se nagħmluha fil-liġi?", "Ngħidu li jekk dak li jkun ma jkunx jidher li għandu 16-il sena, titolbu l-identity card!", "Hawn min ma jkunx jidher li għandu ċerta eta` u hawn min jidher li għandu iktar; jiġifieri ma tistax tgħid fil-liġi li jekk dak li jkun ikollu dubju dwar l-eta` huwa obbligat li jitlob għall-karta ta' l-identita`.", "Jien naħseb kif inhi qiegħda b'mod intelliġenti u tajjeb.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Pero` għandha tkun tinftiehem li f'każ ta' dubju għandhom jitolbu għal identifikazzjoni, anke biex jiddefendu lilhom infushom.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Huwa għal din ir-raġuni li qiegħda miktuba b'dan il- mod.", "Hawnhekk qegħdin ngħidulhom li huwa fl-interess tagħhom li fejn ikollhom dubju jitolbu għall-karta ta' l-idenitita`.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Twaqqif u kompożizzjoni ta' l-Awtorita' dwar il-Lotteriji u l- Logħob", "Clause 9 - Establishment and composition of the Lotteries and Gaming Authority.", "THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"G\" Klawsola 9 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(1) f'subklawsola (2) minflok il-kliem \"Il-President u l-membri ta' l-Awtorita'\" għandhom jidħlu l-kliem \"Il-President u l-membri l-oħra ta' l-Awtorita'\";", "(2) f'subklawsola (4) wara l-kliem \"ma tkunx kwalifikata li\" għandhom jidħlu l-kliem \"tinħatar jew li\"; u", "(3) fit-test Ingliż ta' subklawsola (7) minflok il-kliem \"to be appointed to be\" għandhom jidħlu l-kliem \"to be appointed as\".", "\"G\" Clause 9 shall be amended as follows:-", "(1) in subclause (2) for the words \"The Chairman and the members of the Authority\" there shall be substituted the words \"The Chairman and the other members of the Authority\";", "(2) in subclause (4) immediately after the words \"not be qualified to\" there shall be inserted the words \"be appointed and\"; and", "(3) in the English text of subclause (7) for the words \"to be appointed to be\" there shall be substituted the words \"to be appointed or to\".", "Bħalma kelli okkażjoni ngħid fit-Tieni Qari, illum diġa` jeżisti organu ta' superviżjoni li hu l-gaming board.", "Kulma qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li nittrasformaw xi ħaġa li diġa` teżisti f'xi ħaġa li naħsbu li jkollha iktar saħħa biex taġixxi a skopijiet ta' kontroll kif irriduha taġixxi.", "U allura qed nagħtuha iktar u iktar awtorita` biex hi torganizza kemm jista' jkun l- affarijiet b'mod li żżid l-effiċjenza fl-operat tagħha.", "Din il-lotteries and gaming authority, kif se tkun imsejħa, se tkun l-unika awtorita` li se jkollha d-dritt ta' regolamentazzjoni u superviżjoni fuq l-operazzjonijiet ta' logħob f'Malta.", "Din l-awtorita` se tkun magħmula minn chairman u erba' membri oħrajn li se jkunu appuntati għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin bid-dritt li jistgħu jerġgħu jiġu appuntati.", "Barra ċ-chairman, il-ministru jaħtar wieħed mill-membri l-oħrajn bħala deputy chairman.", "Naturalment mhux kulħadd jista' joqgħod fuq din l-awtorita` u bħalma għamilna f'awtoritajiet oħra, għandna ċerti nies li qegħdin ngħidulhom li ma jistgħux ikunu appuntati fuq l-awtorita`.", "Dawn huma l-membri parlamentari, l-imħallfin u l-maġistrati, nies li għandhom xi interess finanzjarju fl-operat ta' l-awtorita`, xi ħadd li ġie deskritt bħala fallut, xi ħadd li ġie misjub ħati b'xi offiża kriminali li ġġib magħha l- piena tal-ħabs jew inkella xi ħadd li nstab ħati taħt xi offiża ta' dan l- att.", "Membru ta' l-awtorita` jispiċċa meta jgħaddilu ż-żmien tal-ħatra tiegħu jekk jirriżenja jew jekk jiġi skwalifikat.", "Jiġi skwalifikat naturalment meta għal raġunijiet li jiġu ppruvati, jiġi ddeterminat li mhux kapaċi jaqdi dmirijietu kif għandu jaqdihom.", "Meta jiġi vakat xi post fuq l- awtorita`, il-ministru għandu l-fakulta` li jappunta membru temporanju li naturalment jispiċċa mill-kariga tiegħu hekk kif il-membru permanenti jiġi appuntat.", "F'subklawsola (8) qed nagħmluha ċara li kull membru li b'xi mod jista' jkollu xi conflict of interest, anke jekk ma jkunx interess li jiskwalifikah milli jkun membru, għandu jinforma lill-bord ta' l-awtorita` b'dan l-interess, u dan għandu jiġi recorded fil-minuti u anke jiġi nformat il-ministru immedjatament biex hekk ikun hemm it-trasparenza fl-operat tal- bord ta' din l-awtorita`.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, jien naħseb li din hija l-iktar parti tal-liġi li fil-prinċipju qegħdin noġġezzjonaw għaliha.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettalji li dħalt fihom waqt l-istadju tat-Tieni Qari, ngħid biss li aħna nħossu li l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż ma tirrekjedix li jkun hemm daqshekk awtoritajiet ifaqqsu, u jiddispjaċina li kellu jkun il-ministeru tal-finanzi li għamel l-istess kif għamlu ministeri oħrajn u qed jagħti lok biex ikomplu jiżdiedu aktar awtoritajiet mal-patafjun li diġa` għandna.", "Minn notamenti li ġentilment għaddieli l-Ministru, jidher ċar li ħlief għal xi modifiki żgħar, dawn il-poteri ta' l-awtorita` qed jiġu bbażati piu` o meno fuq it-template tal-Malta Communications Authority Act, u iżjed u iżjed, kif aħna konna oġġezzjonajna b'mod fundamentali għal dak l-Att partikolari, minħabba dan il-paralleliżmu bejn il-communications authority u l-lotteries and gaming authority kif stipulat f'din il-klawsola, aħna ovvjament noġġezzjonaw bil-qawwa kollha għal din it-tip ta' struttura.", "Jekk kien hemm xi difetti fil-gaming board, dawn setgħu ġew modifikati.", "Jekk forsi kien hemm xi affarijiet konfliġenti, fis-sens li kien hemm xi overlap bejnhom u d-department of public lotto, dawn setgħu ġew thrashed biex forsi l-affarijiet jiġu aktar streamlined b'mod iktar effiċjenti u trasparenti.", "Imma xorta ma nħossux li kien hemm il-ħtieġa li jitwarrab il- gaming board, u m'iniex qed ngħid hekk għaliex dan introduċejnih aħna.", "Aħna jidhrilna li anke l-pjani tal-gvern dwar il-privatizzazzjoni fuq l- operat tal-lottu, xorta waħda ma kenux jiġu mxekkla kieku baqa' dak il- qafas tal-gaming board kif kien hemm qabel.", "Jien fis-Second Reading għamilt suġġeriment – m'iniex nippretendi li l- ministru neċessarjament jintrabat bih f'dan l-istadju għaliex jekk qed nitkellmu dwar bord jew awtorita`, ovvjament in-nomini jsiru fi stadju ulterjuri – li la hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa li hemm min hemm fil- gvern, trid tkun profit-making, biex forsi tiġi riflessa d-dimensjoni soċjali u l-concern ta' kull amministrazzjoni li wieħed jittratta l-aspett soċjali u l-problemi relatati mal-logħob, speċjalment il-logħob eċċessiv, forsi jkun ġest simboliku pożittiv li l-gvern jikkonsidra li waħda mill- persuni li tkun tokkupa kariga f'din l-awtorita`- għalkemm nerġa' ngħid li aħna fil-prinċipju ma' l-awtorita' ma naqblux - tkun xi persuna relatata ma' xi assoċjazzjoni karitatevoli jew non-profit-making li qiegħda taħdem favur il-kawża ta' trażżin jew tegħlib tal-problema ta' l-abbużi u l- addiction ta' dak li huwa logħob eċċessiv.", "Meta mmorru mbagħad għal paragrafu (c) ta' subklawsola (4) naraw li qed jingħad li jiġu skwalifikati ministri, segretarji parlamentari, membri parlamentari u mħallfin.", "Imbagħad ngħidu wkoll li jiġu skwalifikati anke persuni falluti, dawk li jinstabu ħatja ta' reati punibbli bi priġunerija, eċċ., u dawk li għandhom interess finanzjarju jew xorta oħra.", "Allura f'kuntest bħal dan, nies bħal lotto receivers ma jistax jiġi kkonsidrat li jkollhom xi forma ta' rappreżentanza?", "M'iniex qed ngħid hekk għaliex irċevejt il-memorandum tagħhom - għaliex kont diġa` qajjimt dan il-punt fis- Second Reading meta kont għadni ma rċevejt xejn mingħandhom formalment – imma meta nikkonferma li meta konna qed naħsbu fuq linji ta' xi forma ta' privatizzazzjoni, konna diġa` qed naħsbu li jekk l-idea timxi ' l quddiem, kellna l-ħsieb nagħtu għarfien xieraq lil-lotto receivers u anke lill- impjegati li jaħdmu fid-dipartiment tal-lottu pubbliku.", "Fil-memorandum li rċevejt proprju llejla u li qrajtu ftit fuq fuq qabel bdiet is-seduta, hemm ċerti affarijiet - qed ngħid hekk mhux biex inkun opportunista u nilgħab għall-gallerija, imma għaliex sinċerament l- oppożizzjoni qed turi ċertu tħassib - ...", "Minħabba li l-liġi se tiġbor flimkien diversi leġislazzjonijiet pendenti tal-lottu u l-lotteriji, se jkun hemm repeal tal-Public Lotto Ordinance.", "B'konsegwenza ta' dan se jiġri li kull riferenza diretta li kien hemm għall-kunċett ta' lotto receiver se tgħib.", "Allura effettivament se jiġri li l-istatus li kienu jgawdu l-lotto receivers u li għadhom igawduh sal-lum f'forma leġislattiva, se jgħib ukoll.", "Fil-fatt jekk wieħed jixtarr il-liġi sew, minkejja li hija liġi twila, estensiva u komprensiva, wieħed isib li fl-ebda stadju m'hemm riferenza għal-lotto receivers, la hemm definizzjoni ta' x'inhu lotto receiver u forsi agħar minn hekk lanqas hemm ebda riferenza diretta jew indiretta għall-istatus tagħhom.", "Huwa interessanti wkoll li d-draft national lottery licence li ħarġet il- privatisation unit fil-15 ta' Mejju 2001, tagħti definizzjoni ta' lotto receiver u tgħid li \"a person appointed by the minister as a lotto receiver in terms and for the purposes of the Public Lotto Ordinance and whose appointment is still in force on the date of issue of this licence\".", "Allura għandna sitwazzjoni anomala li filwaqt li fil-liċenzja ta' lotterija nazzjonali jew l-abbozz tagħha kif promoss mill-privatisation unit kienet qed issir riferenza għal-lotto receivers, fil-liġi nnifisha ma jidher li hemm ebda riferenza.", "Jien naħseb li dan huwa ta' tħassib għaliex kulma qed jintqal, anke fid- definizzjoni tal-liġi li ġentilment għaddieli l-ministru, huwa li jekk ikun hemm prospective licensee, jiġifieri jidħol xi ħadd barrani kif inhuwa l- ħsieb tal-gvern biex jagħmilha ta' operatur, mhux neċessarjament biex jixtri l-assi imma biex jopera u jħaddem il-lotteriji, dan se jkun involut fid-diskussjonijiet u n-negozjati.", "Dan qed iħasseb lil-lotto receivers - u jien naqbel magħhom - għaliex diskussjonijiet u negozjati jistgħu jwasslu għal xi forma ta' konklużjoni pożittiva u jistgħu ma jwasslux.", "Jidher li huwa kollox rabta ċoff u għaldaqstant naħseb li t-tip ta' serħan il-moħħ li kienu qed ifittxu l-lotto receivers żgur li ma sabuhx la fid- dispożizzjoni ta' dan l-abbozz ta' liġi u lanqas fit-termini konsultattivi li huma maħsuba bejn il-gvern u l-licensees prospettivi.", "Tħassib ukoll għalihom huwa mhux biss l-istatus tagħhom - huma qed jinterpretaw il-liġi u għalkemm m'iniex bniedem legali hekk fhimtha wkoll u meta ddiskutejtha ma' xi nies tekniċi hekk kienet l-opinjoni tagħhom - li jista' jagħti l-kas li tant se jkun hemm definizzjoni wiesgħa ta' min jista' jbigħ dawn it-tip ta' logħbiet, li se jkollhom kompetizzjoni ħafna iktar diretta u wiesgħa.", "Għaldaqstant jien nitlob lill-Ministru sabiex jew issa jew fi stadju ulterjuri ta' din id-diskussjoni, jgħidilna jekk hux se jkun hemm dan it-tip ta' konfort li qegħdin jitolbu miż-żewġ naħat tal- Kamra l-lotto receivers'.", "Dawn bagħtu memorandum indirizzat lil diversi nies – lill-prim ministru, lill-ministru tal-finanzi u lil diversi persuni oħra f'dan il-parlament - u naħseb li wara snin ta' servizz li dawn għamlu fl-istruttura u t-tħaddim tal-lottu, wieħed ma jistax jinjorahom.", "Rigward il-każini tal-baned, huwa veru li l-Ministru ta ċerti assigurazzjonijiet, għalkemm il-liġi ma tagħtix dawn it-tip ta' assigurazzjonijiet - forsi dwar dan wieħed ikun jista' jitkellem iktar tard – imma fil-każ tal-lotto receivers, dawn kważi kważi saru non-persons għaliex lanqas hemm riferenza speċifika għalihom fl-ebda klawsola tal-liġi nnifisha.", "U jien naħseb li fl-interess ta' dawn il-keyplayers tal-lottu kemm kif nafuh illum, anke kif konna nafuh forsi b'metodi iktar tradizzjonali qabel ma twaqqaf il-gaming board, naħseb li għandu jingħata xaqq dawl li jista' jipprovdi xi forma ta' serħan il-moħħ lil dawn il- persuni.", "Osservazzjoni oħra li rrid nagħmel tirrigwarda subklawsola (6), fejn qed jingħad taħt liema ċirkostanzi jista' jitneħħa membru ta' l-awtorita`.", "Qed jingħad li membru ta' l-awtorita` jista' jitneħħa mill-kariga minn ministru jekk fil-fehma tal-ministru dan il-membru ma jkunx idoneu biex jibqa' f'dik l-istess kariga, eċċ. Jien persważ li l-ebda ministru, la tal-lum u lanqas oħrajn li jistgħu jiġu 'l quddiem, m'hu se jkun arbitrarju fid- deċiżjonijiet tiegħu, imma kif inhu l-wording ta' din is-subklawsola li sempliċement tgħid \"fil-fehma tal-ministru\", tista' tissoġġetta lill- membri ta' l-awtorita` biex jispiċċaw \"yes man\" tal-gvern tal-ġurnata sempliċement biex jibżgħu għas-siġġu tagħhom ħalli t-terminu tagħhom, anke fuq bażi individwali, ma jiġix itterminat qabel l-iskadenza tagħhom li hija massimu ta' tliet snin.", "Għalhekk jien naħseb li kif inhi, qiegħda discretionary wisq u tista' tagħti lok għal ċertu abbuż, hemm min hemm fil- gvern u huwa min huwa l-ministru tal-ġurnata.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, jien ma naħsibx li huwa sewwa li nippruvaw inneħħu ċerti elementi diskrezzjonali minn min ikun qiegħed jiggverna, hu min hu l-gvern.", "Il-ministru, hu min hu, għandu r- responsabbilta` fuq spallejh li meta jieħu deċiżjonijiet jeħodhom għaliex ikun hemm raġunijiet validi.", "Jien nista' ngħid lill-Onor.", "Brincat li jien wieħed milli naħseb li meta jkollok dawn it-tip ta' bordijiet għandek tara li tappunta nies għal termini li ma jagħlqux kollha f'daqqa, almenu fl- ewwel snin, ħalli jekk ikollok erba' jew sitt membri jagħlqulek tnejn kull sena u allura jkollok ċerta kontinwita` fil-bord li jkun.", "Ma tistax tkun tassattiv u tgħid li trid bilfors tappuntahom għal tliet snin.", "Ma naħsibx li għandna nagħmlu din it-tip ta' leġislazzjoni u norbtu jdejn min qed jamministra iktar milli għandna norbtuhom.", "Lanqas naqbel, Mr Chairman, li l-kelma \"awtorita`\" saret qisu xi spettru kull meta tissemma quddiem l-oppożizzjoni.", "Illum għandna l-gaming board, liema organizzazzjoni għandha ċerti poteri, liema poteri kollha qed jiġu nklużi f'din l-awtorita`.", "M'aħniex qed noħolqu xi ħaġa ġdida imma qegħdin nittrasformaw organu li diġa` jeżisti minn bord governattiv li kellu ċerti poteri, pero` ma kellux awtorita` biżżejjed biex jopera u jħaddem is- sistema li bl-iżvilupp li se jkun hawn f'dan il-qasam tal-lottu se jkun hemm bżonn li jħaddem bħala bord governattiv.", "Aħna naħsbu li għandu jirriżulta li bħala awtorita`, bit-tip ta' faċilitajiet ta' operazzjoni li se nagħtuha, se tkun f'pożizzjoni ħafna aħjar li topera.", "L-Onor.", "Brincat semma wkoll ir-rappreżentanza fuq il-bord u qal li fuq il- bord għandu jkun hemm xi ħadd li jkun ġej mill-qasam filantropiku.", "Ir- raġuni għalfejn m'għandux ikun hekk, fl-opinjoni tiegħi, hija ovvja.", "Dan huwa bord superviżorju li fih trid nies li jridu jagħmlu supervision fuq l- operat biex ma jħallux qerq isir u li minn żmien għal żmien se jiġu mitluba jieħdu deċiżjonijiet fuq it-tip ta' logħob li se jiġi milgħub.", "Inti ma tistax toqgħod tqassam is-siġġijiet fuq il-bord lin-nies li jista' jkollhom xi vested interest fid-dħul mil-liċenzji tal-lotterija biex jgħidlek kif se tqassam dawn il-flus.", "In-nies fuq il-bord irriduhom biex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet li s-soċjeta` Maltija se tpoġġi fuq spallejhom ħalli jipproteġu kemm jistgħu liċ-ċittadin minn kwalunkwe sfruttar u abbuż.", "L- istess meta nitkellmu fuq ir-rappreżentanza tal-lotto receivers.", "Aħna qegħdin ngħidu b'mod mill-iktar b'saħħtu li l-prinċipju hu li r- regolatur ma jkollu x'jaqsam xejn ma' l-operazzjoni.", "Għaliex ir-regolatur kif se jirregola jekk hu stess qed jopera jew inkella min hemm fuq il-bord għandu b'xi mod interess fl-operazzjoni?", "Kif tista' tgħid li l-lotto receivers, li għandhom interess dirett fl-operazzjoni - għandhom interess ta' x'logħob jintlagħab, tal-prezzijiet li bih jintlagħab, tal-mod ta' distribution li jintlagħab m'iniex qed ngħid li qed jagħmlu ħażin għaliex dawn għandhom interess u jagħmlu tajjeb li jaraw li dak l-interess isegwuh tajjeb – tpoġġihom fuq il-bord ħalli jikkontrollaw li ma jsir xejn ħażin fl- operat tal-logħob u li, per eżempju, ma jkunx hemm logħob li jkun addictive?", "Issa again, ma jien qed ngħid xejn fuq il-lotto receivers ħalli ħadd ma jieħu għalih għaliex naħseb li f'dan il-pajjiż aħna ftit touchy żżejjed.", "Jekk dawn għandhom interess li jkun hawn turnover kemm jista' jkun qawwi biex jieħdu commission ikbar, allura huwa fl-interess tagħhom li jkun hawn logħob addictive li jħajjar iktar nies li jmorru fuq l-banka ħalli jilagħbu l-flus ħalli huma jkollhom aktar kummissjoni.", "Allura jagħmel sens li xi rappreżentant tal-lotto receivers ikun fuq il-bord biex jieħu deċiżjoni dwar x'tip ta' logħob għandu jintlagħab?", "Dażgur li le!", "Huwa għalhekk li filwaqt li aħna daħħalna l-kunċett tal-lotto receivers li finalment huma d- distribution channel tal-logħob tal-lotto, daħħalnih f'dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzja.", "Jiġifieri meta aħna qed nitkellmu ma' operatur li se nagħtuh liċenzja biex jopera għednilu li hemm il-lotto receivers, għednilu x'inhuma u x'mhumiex imma mhux se ndaħħalhom fil-liġi għaliex din il-liġi hija liġi tar-regolatur u f'liġi tali m'għandux ikun hemm preżenza ta' l-operaturi tal-logħob li se jiġu regolati.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, jien ma nħobbx infettaq mingħajr bżonn imma it is one thing li tgħid li tagħmel bord bi skadenzi differenti kif semma l-Ministru – li għandha ċerta loġika fiha u inklinat li naqbel fuqha – u ħaġa oħra li tneħħi lil xi ħadd mill-kariga.", "Hawnhekk il-liġi qed titkellem dwar tneħħija minn kariga qisu kważi għaliex ma ġabx ruħu tajjeb fil-fehma tal-ministru.", "Jien inħoss li din hija ġenerika wisq għaliex jista' jkollok xi ħadd li hypothetically ma jkunx qed jiġbed il-ħabel, u l- ministru - nerġa' ngħid li m'iniex qed nirriferi għall-ministru tal-lum imma jista' jkun min ikun - ma jkunx kuntent bil-mod kif qed jaġixxi forsi anke politikament - għalkemm ma nħossx li l-politika għandha tidħol fit- tmexxija ta' awtorita` ta' dan it-tip - u allura dan l-individwu ma jiġix ikkonsidrat idoneu biex jibqa' fil-kariga.", "Jien naħseb li l-poter huwa diskrezzjonali wisq favur il-ministru tal-ġurnata.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq qasam li huwa delikat u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Brincat li kien ministru tal- finanzi naħseb li jifhimni meta ngħid li ħafna drabi ministru jkollu ċerta informazzjoni li fl-opinjoni tiegħu tkun validissima, pero` li ma jkunx jista' joqgħod iperriċha barra jew jgħaddiha mill-vinklu tal-provi u dawn l- affarijiet kollha.", "Ħafna drabi jkollok informazzjoni li tikkorraboraha permezz ta' nies differenti, pero` f'Malta jeżisti l-metodu ta' rajt ma rajtx u smajt ma smajtx u aħna nsibu ruħna f'ħafna sitwazzjonijiet - almenu jien niġi fihom u probabbilment l-Onor.", "Brincat ġie fihom ukoll – fejn ikun hemm nies li jiġu jagħmlulek ċerti rapporti, inti tikkorraborahom ma' ħaddieħor, imma meta mbagħad ddur fuqhom u titlobhom jixhdu jgħidulek li jridu jibqgħu barra mill-biċċa.", "Issa meta jkollok dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet, il-ministru għandu jkollu l-awtorita` li f'dawn l-affarijiet delikati jieħu azzjoni?", "Għaliex finalment għandna fiduċja fina nfusna li mmexxu tajjeb jew le?", "Qatt kien hemm xi ħadd fuq xi bord li tkeċċa għaliex ħares bl-ikrah lejn il-ministru?", "Aħna nafu li dan huwa pajjiż miftuħ u jekk xi ħadd jiġi aggravat u mneħħi mingħajr ebda raġuni, hawn mezzi biex id-deċiżjoni tintefa' bħala piż politiku fuq il-politikant li jkun ħadha.", "Jiġifieri jien naħseb li nagħmlu ħażin meta noqogħdu qisu aħna stess ma nafdawx lil xulxin u qisu rridu naraw kif se nikkontrollaw lil xulxin u nneħħu d-diskrezzjoni ta' xulxin biex noperaw għaliex għandna xi dubju li se jkun hemm deċiżjoni, xi darba minn xi ħadd li se tkun motivata ħażin.", "Minn banda qed ngħidu li l-awtoritajiet ma naqblux magħhom u affarijiet simili, u mill-banda l-oħra qed ngħidu li la hemm awtorita` allura l- ministru ma jindaħal f'xejn jew inkella jrid joqgħod attent u rridu naraw li jrid ikun hemm preskritt preċiż fejn u kif għandu jindaħal il-ministru u l-passi li għandu jieħu.", "Jien naħseb li jekk ma nħallux daqsxejn flessibbilta` fl-atteġġjament politiku ma' l-awtorita`, ma nkunux qegħdin noħolqu l-ambjent tajjeb biex anke jkun hemm ċertu kontroll fuq l-awtorita` nnifisha.", "Dan li l-Onor.", "Brincat qed isejjaħlu flessibbilta` u diskrezzjoni esaġerata, jien naraha bħala diskrezzjoni neċessarja.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: L-ewwelnett jien naħseb li l-argument ta' sieħbi l- Onor. Brincat ma kienx fis-sens li ġġebbed issa mill-Ministru.", "Ovvjament il- ministru finalment iġorr ir-responsabbilta` politika u ma għandu jinħeba wara l-ebda awtorita` għaliex fl-aħħar mill-aħħar għalhekk ġie elett u maħtur.", "Pero` il-ħsieb ta' l-Onor.", "Brincat kien fis-sens li ħafna drabi nagħmlu terminoloġiji wiesa' wisq u li wieħed jista' jabbuża minnhom.", "Huwa importanti li jkollna spjega ċara, kif għadu kif għamel il-ministru, għalfejn ikunu qed isiru ċerti affarijiet ħalli ma jkun hemm l-ebda abbuż mill-ebda ministru, ikun min ikun.", "Dwar l-affarijiet kif inhuma llum u d-deċiżjoni li l-gvern jagħmel awtorita` minflok dak li jeżisti llum, jien għadni ma fhimtx għaliex il- gaming board ma setax ġie rtokkat għall-iskopijiet tal-liġi nnifisha.", "Jien ma fhimtx eżatt għaliex inħass il-bżonn li titwaqqaf awtorita` meta hemm l-istruttura tal-gaming board.", "Huwa veru li dan kellu bżonn ċerti rtokki u kien ukoll il-ħsieb tal-gvern Laburista preċedenti li jipprivatizza parti mid-dipartiment tal-lottu, imma ġaladarba t-tmexxija tal-lotteriji ma kenitx se tibqa' f'idejn il-gvern b'mod dirett, allura għalfejn inħolqot awtorita`?", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Li qed nagħmlu huwa li ntejbu u naġġornaw l- istruttura li hemm illum.", "L-awtorita` hija meħtieġa biex, per eżempju, jekk aħna għandna bżonn inspectors li jkollhom expertise fl-informatika nkunu nistgħu nsibuhom.", "Il-gaming board li hemm illum jista' juża biss servizzi ta' public officers u allura żgur li mhux se jsib nies imħarrġa fl- informatika biex jaġixxu bħala inspectors fil-qasam tiegħu.", "Allura bilfors li hemm bżonn ta' din it-tip ta' flessibbilta`.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jien naqbel li għandu jkun hemm flessibbilta`, anke minħabba r-raġuni li qed tissemma.", "Jien jidhirli li l-gaming board ġie mwaqqaf permezz tal-liġi tal-casino u f'dan l-istess abbozz ta' liġi għandna diversi cross-references għal liġijiet oħrajn li jew spiċċaw jew ġew emendati.", "Bl-istess mod, il-gaming board li ġie mwaqqaf bil-liġi tal- casino ma setgħetx issir riferenza b'tali mod li din il-flessibbilta` tinżamm xorta?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Kif qed jgħid l-Onor.", "Abela, il-gaming board ġie maħluq meta kien hemm deċiżjoni li jiġu estiżi l-liċenzji tal-casinos u fil- fatt dak l-Att se jibqa' jintuża anke għall-casinos.", "Aħna qegħdin ngħidu li kien importanti li nagħmlu din l-evoluzzjoni biex nagħtu lill-awtorita` ħafna iktar saħħa biex topera u mhux bilfors tramite l-gvern imma in its own right.", "Kif se naraw fil-liġi kif se tiżvolġi quddiemna, l-awtorita` se jkollha d-dritt li timpjega n-nies hi - naturalment il-preferenza tagħna se tkun li kemm jista' jkun nieħdu n-nies mis-servizz pubbliku – biex ikollha l-expertise li għandha bżonn.", "Anke meta niġu għad-dixxiplina, naraw li l-awtorita` se jkollha s-saħħa li tagħmilha in its own right u mhux bħala dipartiment tal-gvern bil- problematika kollha li jidħol il-gvern fihom meta jagħmel dawn it-tip ta' affarijiet.", "Jiġifieri se jkun hemm iktar faċilta` ta' azzjoni diretta, anke għal min qed jiżbalja.", "L-interaction mal-licence holder tista' tagħmlu bħala bord – dik m'hijiex problema – imma l-azzjoni ma' min qed jagħmel l-affarijiet ħżiena, permezz ta' awtorita` se nkunu f'pożizzjoni li tittieħed azzjoni ħafna iktar malajr u flessibbli milli kieku rridu ngħaddu mill-problemi ta' bordijiet u s-soltu protokolli governattivi.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili xtaqt nagħmel kumment fuq il- preokkupazzjoni tal-każini tal-baned vis-à-vis d-dħul li għandhom mil- logħob tal-lottu.", "F'risposta għal domanda parlamentari, il-Ministru qal li dawn il-konċessjonijiet se jiġu diskussi ma' min hu interessat li jopera il- lotteriji.", "Forsi l-Ministru jista' jgħidilna kienx hemm xi żviluppi dwar dan minn dakinhar sal-lum.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Le, dan mhux se jkun kompitu ta' min jopera l-logħba.", "Il-gvern se jdaħħal ammont ta' flus bħala parti mil-liċenzjar, perċentwali tal-logħob li jsir, il-gvern b'din il-liġi se jaqbad parti minn dak id-dħul u jgħid li dawn huma l-good causes fund u bih se jiggarantixxi d-dħul li hemm fil-każini tal-baned illum u anke se jkun hemm fond biex inkomplu nagħtu l-għajnuna li hemm bżonn tingħata lil dawk l-assoċjazzjonijiet kollha sportivi, kulturali, eċċ. li sal-lum konna qed ngħinu.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Jiġifieri the present level of income tagħhom se jkun garantit?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jien ngħid li l-income li għandhom sal-lum il-każini tal-baned se niggarantuh u m'humiex se jieħdu inqas.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Vis-à-vis subklawsola (8), fejn hemm li persuna li tkun membru fuq il-bord u jkollu xi interess f'xi diskussjoni li tkun qed issir dan għandu jinforma mill-ewwel lill-bord u din tiġi minuted, donnu jidher li l-membru jsir jaf bil-fatti rilevanti wara.", "Jiena nifhem li fuq l- aġenda jkun hemm imniżżel fuqhiex se tkun tittratta d-diskussjoni tal- laqgħa partikolari u allura naħseb li għandu joħroġ mill-ewwel.", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Hawnhekk qed nitkellmu mil-lat prattiku.", "Jekk għall- argument fuq l-aġenda hemm il-ħasil ta' l-art u jibda jissemma' li hemm bżonn ċertu tip ta' materjal speċjali, liema materjal ikun jimportah l- individwu partikolari, mill-aġenda mhux se jkun jaf li d-diskussjoni se tiżviluppa b'dan il-mod, pero` malli jsir jaf li jista' jkollu konflitt ta' interess - u hemmhekk fejn qed jingħad \"after the relevant facts have come to his knowledge\" – allura jrid jitkellem.", "Jiġifieri fl-ewwel okkażjoni li jsir jaf li hu għandu konflitt ta' interess, jista' jkun qabel il-meeting u jista' jkun waqt il-meeting, għandu jitkellem.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"G\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 9 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 9, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 – Personalita` ġuridika u rappreżentanza ta' l-Awtorita`.", "Clause 10 - Legal personality and representation of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola għandi emenda li tgħid hekk:", "\"H\"Klawsola 10 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(a) f'subklawsola (2) minflok il-kliem \"l-artikolu 57\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-artikolu 58\";", "(a) fl-ewwel proviso ta' subklawsola (2) wara l-kliem \"biex jidhru\" għandhom jidħlu l-kliem \", jiffirmaw jew jidhru mod ieħor\" u minflok il-kliem \"u f'xi att\" għandhom jidħlu l-kliem \"u, jew f'xi att\";", "(b) fit-tieni proviso ta' subklawsola (2) minflok il-kliem \"id- Direttorat jew\" għandhom jidħlu l-kliem \"id-Direttorat u\".", "\"H\"Clause 10 shall be amended as follows:-", "(a) in subclause (2) for the words \"article 57\" there shall be substituted the words \"article 58\";", "(b) in the first proviso to subclause (2) immediately after the words \"to appear\" there shall be inserted the words \", sign or otherwise act\" and for the words \"judicial proceedings and\" there shall be substituted the words \"judicial proceedings and or\"; (c) in the second proviso to subclause (2) for the words \"such Directorate or\" there shall be substituted the words \"such Directorate and\"; and", "THE CHAIRMAN: Rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Chairman, fi tmiem l-ewwel paragrafu ta' din il- klawsola qed nitkellmu fuq diversi funzjonijiet jew eżerċizzji ta' dmirijiet jew drittijiet li jkollha l-awtorita` u hemm riferenza għat- twettieq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-att inkluż is-self jew tislif ta' flus.", "F'kuntest bħal dan, is-self min se jiggarantih f'termini effettivi(", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-garanzija tas-self tiddependi miċ-ċirkostanzi u mill-policy.", "Per eżempju, illum qegħdin nippruvaw li korporazzjonjiiet ma jitolbux garanziji mill-gvern, pero` xi kultant ikun hemm bżonn tingħata, jew minħabba li garanzija tal-gvern tista' tniżżel ir-rata ta' l-interess u allura jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, jew inkella għaliex tkun kumpannija li minħabba r-risk element ta' l-operat tagħha l-istituzzjoni finanzjarja li tkun qed issellef tesiġi li jkun hemm garanzija.", "Jiġifieri ma tistax tgħid min se jagħti garanzija; tista' ma tingħatax, tista' tagħtiha l-awtorita` nnifisha u jista' jagħtiha l-gvern, pero` li awtorita` tissellef hija parti mill-ħafna elementi li huma neċessarji li jiġu pprovduti.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"H\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 10 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 10, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Funzjonijiet ta' l-Awtorita`.", "Clause 11 - Functions of the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, għal din il-klawsola nipproponi emenda li tgħid hekk:", "\"I\"Klawsola 11 għandha tiġi emendata kif ġej:-", "(1) f'paragrafu (a) ta' subklawsola (1), minnufih wara l-kelma \"regolamenti\" għandha tidħol il-kelma \"maħruġa\"; u", "(2) f'paragrafu (ġ) ta' subklawsola (1), minflok il-kliem \"l- importazzjoni, il-provvista\" għandhom jidħlu l-kliem \"l-importazzjoni, il-manifattura, il-provvista\".", "\"I\"Clause 11 shall be amended as follows:-", "(1) in paragraph (a) of subclause (1), after the words \"of regulations\" there shall be inserted the word \"made\"; and", "(2) in paragraph (g) of subclause (1), for the words \"the importation, supply\" there shall be substituted the words \"the importation, manufacture, supply\".", "F'din il-klawsola qegħdin ngħidu x'inhuma l-funzjonijiet ta' l-awtorita`, jiġifieri li toħroġ il-liċenzji u l-permessi għal min ibigħ dan il-logħob, li tara li dak li se tagħtih liċenzja biex jorganizza xi logħob huwa idoneu li jorganizza dan il-logħob, li min jorganizza l-logħob jippubblika r- regoli li fuqhom se jintlagħab dan il-logħob u affarijiet oħra ta' kontrolli biex, kif għedna, jiġi assigurat li ma jsirx sfruttament.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Xtaqt nikkummenta fuq paragrafu (e) ta' din il- klawsola fejn qed jgħid li l-awtorita` tista' tuża l-poteri kollha vestiti fiha b'din jew b'kull liġi biex tiżgura li l-logħob jew logħbiet jinżammu ħielsa minn kull attivita` kriminali u biex tipprevjeni, tikxef u tiżgura l-prosekuzzjoni ta' kull reat kontra dan l-att li ma jkunx reat li joriġina taħt id-dispożizzjoni ta' taqsima 2 ta' dan l-Att.", "Fit-teorija jien naqbel ma' dan, jiġifieri m'iniex qed nipproponi xi emenda, imma f'termini effettivi, l-awtorita` kemm se jkollha l-mezzi effikaċi biex tagħmel dan( Ħalli nġib eżempju.", "Ejjew ngħidu li l-awtorita` b'xi mod jew ieħor toħroġ liċenzja jew permess biex isiru pools tal-football lokali.", "Jekk se naraw x'jista' jsir bħala attivita` kriminali marbuta ma' din il-ħaġa, mhux biss qed nitkellmu li jkun hemm pools illegali li jkunu running parallel imma jista' jkollok pools infushom li b'konsegwenza tagħhom ikun hemm xiri ta' players.", "L- awtorita` se jkollha l-mezzi biex tinforza( Jiġifieri bħala objective, jien naqbel ma' dan li qed jingħad hawnhekk, imma bħala compliance u enforcement l-awtorita` se tkun kapaċi tagħmel tagħmilhom fil-prattika?", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Naturalment irid ikun hemm il-viġilanza totali li l- affarijiet kienu qed isiru sewwa, jiġifieri m'aħniex nitkellmu fuq il- logħob tal-football biss imma anke fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel.", "Per eżempju, x'se jiġri dwar id-doping fiż-żwiemel( Jien naħseb li l-awtorita` trid tagħmel, u għandha jkollha l-mezzi biex tagħmel, ċertu monitoring ta' x'qed isir.", "Jiġifieri l-awtorita` għandha tkun interessata li tara li jkun hemm kontroll efikaċi ta' dawn l-affarijiet - mhux li neċessarjament tagħmel il-kontroll hi għaliex ma naħsibx li l-awtorita` għandha tidħol biex tikkontrolla d-doping fit-tiġrijiet taż-żwiemel – u tara wkoll li jkollha l-mezzi biex tikkontrolla.", "L-istess jista' jingħad għax-xiri ta' players.", "Jekk ikun il-każ li jsiru pools fuq hekk, li normalment pools fuq il-logħob lokali ma jsirx biex inneħħu t-tentazzjoni, dan ikun reat mhux biss kontra l-logħob imma kontra liġijiet oħrajn.", "Allura l-awtorita` għandha tkun interessata li tara li min suppost qed jinforza, fil-fatt ikun qed jinforza b'mod effettiv.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Fil-fatt li hawn sabiħ f'din il-parti tal- liġi hija li aħna qegħdin nagħtu d-dritt lill-awtorita` sabiex tagħmel hi r- rapport u l-kwerela għaliex qed ngħidu \"tipprevjeni, tikxef u tiżgura l- prosekuzzjoni\".", "Jiġifieri waħda mill-poteri li qed nagħtuha hija li hi tkun parti mportanti fil-ġlieda kontra l-kriminalita` u allura qed tagħtiha l-fakulta` u d-dritt li tagħmel ir-rapport u l-kwerela hi.", "Jien naħseb li l-klawsola fil-fatt hija miktuba b'mod verament ħelu.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Permezz ta' dan l-istess abbozz ta' liġi qed jinħatar kunsill jew kumitat li jissorvelja dak li jiġri fil-każ tat- tiġrijiet taż-żwiemel.", "Jiġifieri in a way l-awtorita` se jkollha riferenza b'mod ċar għal dan il-kunsill jew kumitat.", "Issa f'oqsma oħra fejn ma jeżistix dan il-kumitat jew kunsill, x'tip ta' kontroll se jinżamm?", "(Interruzzjonijiet)", "MR CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Il-pools se jkunu fuq il-logħob ta' barra biss anke biex innaqqsu l-problemi.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Imma l-liġi tal-pools ta' l-1952 se titħassar permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, din il-liġi se teħodilha postha.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri d-direttorati jistgħu jeffettwaw b'xi mod il-ħarsien ta' dawn il-funzjonijiet li għandha l-awtorita`( Il-ħsieb li jkun hemm direttorati fuqhiex hu marbut(", "ONOR.", "JOHN DALLI: Fuq id-direttorati se nitkellmu fil-klawsola li jmiss u għalhekk naħseb li aħjar inħallu din id-diskussjoni għal dak il-ħin.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: F'paragrafu (I) ta' subklawsola (1) qed jingħad \"tirċievi u tinvestiga lmenti minn konsumaturi li jkunu jirrigwardjaw il- logħbijiet\".", "Issa aħna nafu li anke f'dan il-parlament għaddiet il-liġi fuq il-konsumatur u fuq l-għaqdiet tal-konsumaturi eċċ. Kif naħsbu li din se tirrelata mal-liġi dwar il-konsumatur?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Din hija focused fuq il-logħob.", "Per eżempju, bniedem għandu complaint għaliex rebaħ xi ħaġa u ma jkunx ingħata l-premju li jkun ġie mwiegħed.", "Hawnhekk se noħolqu a focal point fejn dawn il-complaints jiġu mistħarrġa.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jiġifieri każi bħal dawn għandhom imorru direttament għand l-awtorita` u l-awtorita` tinvestiga hi permezz ta' l- ispetturi tagħha.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Iva, u f'każ li jirriżulta li min għamel il-complaint għandu raġun, apparti mill-kwereli kriminali jista' jkun hemm it-teħid tal- liċenzja.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki( (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l- emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "L-emenda \"I\" għaddiet nem. con.", "THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 11 kif emendata.", "Dawk favur( (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra( Agreed.", "Klawsola 11 kif emendata għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex isir parti mill-abbozzt a' Liġi.", "Klawsola 12 - Relazzjonijiet bejn il-Ministru u l-Awtorita`.", "Clause 12 - Relations between the Minister and the Authority.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, din il-klawsola titkellem fuq ir- relazzjoni bejn il-ministru u l-awtorita` fejn qed ngħidu li l-ministru huwa nkarigat u awtorizzat li jikkomunika policies tal-gvern lill- awtorita`.", "L-awtorita` m'hijiex gvern għaliha - l-ebda awtorita` m'hi gvern għaliha – u għalhekk għandha tirrifletti l-policies tal-gvern tal-ġurnata.", "U l-policies tal-gvern jiġu trasmssi lill-awtorita` mill-ministru li jkollu taħt id-dekasteru tiegħu tiegħu l-awtorita` msemmija.", "Qed ngħidu wkoll li għandha tingħata l-faċilita` lill-ministru li jkollu l-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jagħmel monitoring ta' dak li jkun qed jiġri u kull informazzjoni li tintalab mill-ministru, għandha tingħata.", "Issa hawnhekk nerġa' ngħid li meta qed insemmu ministru qed nirriferu għall- organizzazzjoni ministerjali li tkun teżisti.", "THE CHAIRMAN: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Apparti mill-ispjega li għadu kemm ta l-Ministru, għandi nifhem li f'każ li l-parlament jitlob għal xi informazzjoni li ovvjament tkun tista' tingħata - għaliex ikun hemm affarijiet li għal xi raġuni jew oħra ma tkunx tista' tingħata - il-ministru jkun lest li jagħtiha.", "THE CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Jekk ma jkollniex din it-tip ta' relazzjoni jiġri bħalma ġara reċentement fil-każ tal-maġistrati li ma redux jgħidu x'inkjesti għandhom.", "U huwa proprju għalhekk li qed ngħidu li huwa importanti li l-ministru jkollu aċċess għall-informazzjoni, anke minħabba r- raġunijiet li qed isemmi l-Onor.", "Abela.", "THE CHAIRMAN: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 12.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Agreed.", "Klawsola 12 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE CHAIRMAN: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress u talab il-permess sabiex il-Kumitat jerġa' jiltaqa'.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal- Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2001 fid-9:00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Lotteriji u Logħob Ieħor – Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tielet Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "----------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, bħalma jaf kulħadd, spiża ewlenija fis-settur tas-saħħa hija dik tal-mediċini, settur li minn dejjem kien pjuttost mitluq u dipendenti fuq sistemi antikwati.", "Wieħed irid isemmi li diversi gvernijiet tul dawn l-aħħar 15-il sena pprovaw idaħħlu sistema komputerizzata li sfortunatament ftit ħalliet riżultati tajbin, apparti li fl-1996 gvern Laburista bis-serjeta' pprova jdaħħal ċerta responsabbilta' u ċerta accountability, wara li sab li għal darba oħra reġa' kienet tħaddmet sistema li ma tantx ħalliet riżultati pożittivi.", "Appuntu l-gvern Laburista introduċa sistema li kienet bdiet tagħti ċerti riżultati għax permezz tagħha setgħu jiġu identifikati dawk il-batch numbers fl-istores li jkunu waslu biex jiskadu, ħalli mhux nispiċċaw bħalma kien jiġri s-soltu fejn mijiet ta' mediċini jintremew għas-sempliċi raġuni li jkunu skaduti kawża tas-sistema bażwija.", "Naħseb li wieħed irid isemmi li bis-sistema l-qadima li kellna, il-mediċina li kienet tinġieb ġdida kienet titpoġġa fuq quddiem fl-ixkafef u l- mediċina l-antika kienet titħalla fuq wara.", "Minħabba f'hekk il-mediċina li kienet tiġi delivered l-aħħar kienet tintuża l-ewwel, u dik ta' fuq wara fl-ixkafef kienet tiskadi u meta xi darba kien isir stocktaking konna nibdew insibu mediċini li jkunu skaduti u ovvju li jispiċċaw biex jintremew.", "Din il-ħela kienet ilha għaddejja u dan f'sitwazzjoni fejn għandek il-prezzijiet tal-mediċini jiskalaw minn sena għal oħra, u għandek ukoll numru konsiderevolment akbar ta' pazjenti li qed jibbenefikaw minn mediċini b'xejn.", "Hawnhekk irrid ngħid li fis-sitwazzjoni ekonomika li jinsab fiha l-pajjiż huwa importanti li wieħed jara li ma jkunx hemm ħela, u hija r-responsabbilta' ta' kull ministru li jara li jiddaħħlu l- istrutturi neċessarji biex dan isir.", "Dan għandu jsir anke kieku lanqas biss kien jeżisti deficit, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn huma flus il-poplu u l-gvern jiġi elett biex jiddeċiedi b'mod responsabbli kif jintnefqu dawn il-flus.", "Mr. Speaker, fl-aħħar ftit jiem jiena semmejt il-każ ta' persuna – dan wieħed jista' jsejjaħlu superman ta' l-overtime għax jagħmel madwar l-1,354 siegħa ta' overtime fis-sena, xi ħaġa fiżikament u materjalment impossibbli – u nista' nikkonferma li konna intavolajna mistoqsija parlamentari - ilha hemmhekk tmien xhur issa - pero' jidher li ma sar assolutament xejn għax l-overtime ta' ċerti individwi qisu bla rażan.", "Barra minn hekk, ċerti rosters jinħadmu b'tali mod li l-ħaddiema fl- isptarijiet jidħlu jaħdmu kuljum u qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Naf li forsi l- ministru jiddejjaq li jieħu l-passi kontra ċerti individwi magħrufin għall- kulur politiku tagħhom, imma dik problema tiegħu.", "Għandu jkun hu li jara kif jirrispondi għal din is-sitwazzjoni ġaladarba dawn il-flus qed jitħallsu mit-taxxi li jinġabru minn fuq dahar il-poplu Malti.", "Nixtieq issa nagħmel ftit rimarki fuq il-mediċini u nixtieq insemmi każ li tajjeb li ssir investigazzjoni bis-serjeta' fuqu, Sur President.", "Jidher li sar żball - issa għad irridu naraw jekk kienx żball ġenwin jew le – li wieħed ma kienx jistenna minn ħaddiema fiċ-ċivil, każ li ġara fl-aħħar jiem u li għadu qed jiġri sal-lum rigward mediċina li nxtrat mill-gvern biex tintuża għal waqt l-operazzjonijiet ta' l-għajnejn, mediċina li suppost tiskadi f'Mejju ta' l-2002.", "Din il-mediċina tinxtara bil-kaxxi u kull kaxxa jkun fiha 48 pakkett.", "Jekk wieħed jara l-prezz tas-suq - għaliex ħafna drabi dawn jinxtraw b'munita barranija - isib li kull pakkett jiġi jiswa' Lm10 u l-każ li se nsemmi jirrigwarda tliet kaxxi li jiġu allura jiswew Lm1,440.", "Meta tkun qed tiġi ttrasportata u meta tiġi stored din il- mediċina trid tinżamm f'temperatura ta' bejn 2°C u 8°C. Issa ġara li min ġab il-mediċina ma poġġihiex fit-temperatura rakkmandata, bil-konsegwenza li issa din trid tintrema.", "Għaldaqstant se nagħmel xi mistoqsijiet u nistenna tweġiba mingħand il-ministru, naturalment wara li jagħmel l- investigazzjonijiet kollha neċessarji.", "Kien hemm awtorizzazzjoni minn xi ħadd f'livell superjuri biex din il- mediċina tintrema, jew inkella bdiet tintrema minn individwi minn rajhom?", "Dan qed ngħidu għaliex din il-mediċina ma tteħdetx fl-istores ċentrali ħalli tibda' tintrema' hemmhekk.", "L-informazzjoni li għandi hija li fl- iskips ta' l-Isptar San Luqa qed ineħħu l-fjali minn ġol-pakketti, il- pakketti jarmuhom fl-iskips u l-fjali jarmuhom post ieħor.", "S'issa l- informazzjoni li għandi jien hija li sal-weekend li għadda kienu diġa' ntremew żewġ kaxxi, jiġifieri diġa' ntremew 96 pakkett.", "Dan ifisser li diġa' ntremew b'Lm1,000 u baqa' b'madwar Lm400 oħra x'jintremew.", "Anke l- mod kif qed jintremew jitfa' ċerti suspetti li xi ħadd qed jagħmel hekk biex jgħatti xturu u jfarfar minn fuq spallejh ir-responsabbilta'.", "Jiena nistenna li r-responsabbilta' għandha tkun f'kull settur.", "Jiena nassumi li kien żball li wassal biex din il-mediċina teħżien u tispiċċa mormija.", "M'inix qed ngħid li dawn għamlu hekk apposta jew b'kapriċċ, imma għallinqas għandu jkun hemm xi ħadd li jieħu r- responsabbilta' ta' l-żball.", "Dan qed ngħidu għax m'hijiex serjeta' li wieħed imbagħad jagħmel ċertu rimi biex jgħatti xturu, u naħseb li għandhom jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex din l-istorja ma tirrepetix ruħha.", "Nistenna wkoll li tittieħed azzjoni kontra ċerti individwi li suppost xogħolhom hu li jaraw li ma jkunx hemm ċerta ħela, speċjalment fejn jirrigwarda l-approvazzjoni ta' l-overtime.", "Mr Speaker, mhux beħsiebni nieħu iktar mill-ħin ta' sieħbi.", "Ngħid biss li jien inħoss li s-serjeta' għandha tkun fuq kulħadd.", "L-accountability għandha tkun fuq kulħadd għax il-flus in kwestjoni huma flus il-poplu u min huwa accountable għandu jerfa' r-responsabbilta'.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, se nieħu l-ħin li baqa' sabiex inwieġeb għal dak li qal is-segretarju parlamentari responsabbli mill-qasam tal- kultura u sports nhar l-Erbgħa li għaddew fl-aġġornament ta' filgħaxija.", "Jidher ċar li dakinhar l-Onor.", "Mugliett ipprova jsib skuża għall-falza stikka li kien ħa meta tkellem fid-dibattitu dwar il-patrimonju u f'ħin minnhom għajjar lill-president ta' Din l-Art Ħelwa b'diversi aġġettivi.", "Jidher ċar li pprova jżeffen lili fin-nofs bħala kelliem ta' l- opppożizzjoni fuq l-isport.", "Ħaġa li skantatni wkoll hi li fid-diskors ta' kwarta li għamel, l-Onor.", "Mugliett qagħad idur mal-lewża u ma sabx il- kuraġġ li jiskuża ruħu.", "Wieħed irid jirrikonoxxi wkoll il-fatt li l- Ministru Louis Galea, f'laqgħa li kellu mal-president ta' Din l-Art Ħelwa, għallinqas skuża ruħu b'mod inkondizzjonat u hawnhekk tidher id-differenza bejn is-segretarju parlamentari u l-ministru tiegħu.", "Mr. Speaker, il-parti li żeffen lili fiha tirrigwarda l-kwestjoni tal-white paper ta' l-isports, fejn jiena għedt li qed niġbor il-kummenti u għedt ukoll li r-reazzjoni ta' l-oppożizzjoni ngħaddiha lill-parlament, kif fl- aħħar mill-aħħar huwa l-obbligu u d-dmir tiegħi bħala membru parlamentari.", "Proprju fil-launching tal-white paper tas-Sibt 25 ta' Awissu ta' din is- sena, jiena kont stedint ukoll lill-għaqdiet sportivi preżenti u għaqdiet oħrajn li min ried seta' jiltaqa' miegħi bħala rappreżentant tal-Partit Laburista - jew inkella mal-Partit Laburista - u kont għedt ċar u tond ukoll li aħna bħala oppożizzjoni se ngħaddu l-kummenti tagħna fil- parlament.", "Dakinhar l-Onor.", "Mugliett kien ħeġġeġ lill-għaqdiet biex jiltaqgħu magħna, pero' ma kien għadda l-ebda kumment rigward il-fatt li l- oppożizzjoni kienet se tgħaddi l-kummenti tagħha fil-parlament.", "Kien hemm ukoll ċirkostanza oħra fejn jiena stqarrejt li mhux se ngħaddi kummenti fuq il-white paper ħlief fil-parlament - minħabba li ridt nagħmel il-homework tiegħi, kif ġustament għandi nagħmel - u dan kien meta l-white paper kienet qiegħda tiġi diskussa fil-kunsill ta' l-isport.", "Dan stqarrejtu fil-preżenza ta' diversi membri, fosthom iċ-chairperson tal-kunsill konsultattiv.", "Ngħid għalija għandi d-dubji tiegħi dwar kemm jista' jittieħed bis-serjeta' l-Onor.", "Mugliett u dwar kemm hu ġenwin fl-istedina li għamel.", "F'diversi okkażjonijiet l-oppożizzjoni Laburista pprovat toffri l-id tal-ħbiberija lin-naħa tal-gvern fuq diversi oqsma differenti, imma din dejjem ġiet rifjutata.", "Eżempju ta' dan kienet il-mozzjoni li l-oppożizzjoni ressqet meta seħħ l-inċident barbaru fuq l-Imnajdra.", "F'dik il-mozzjoni ma tlabniex għar-riżenja tal-ministru – ħalliha li kieku tlabniha konna nitolbuha għalxejn - imma pproponejna li naħdmu flimkien, gvern u oppożizzjoni, sabiex noħorġu bi pjan konkret ta' kif nistgħu niddefendu u nħarsu l- patrimonju kulturali.", "X'ġara dakinhar?", "Ftit minuti qabel bdiet is-seduta, il-ministru ppreżenta rapport u qal li dak hu l-pjan tal-gvern rigward il- patrimonju, rapport li ma nafx minn fejn inqala'.", "Naf biss li nqala' ftit minuti qabel ma bdiet is-seduta.", "Eżempju ieħor kien meta l-kap ta' l-oppożizzjoni kien ippropona li jekk hemm bżonn anke niltaqgħu fis-sajf, iż-żewġ naħat tal-Kamra, biex flimkien infasslu abbozz ta' liġi dwar il-ħarsien u d-drittijiet ta' l- annimali.", "X'ġara dakinhar?", "Ġara li l-gvern ħalla xhur sħaħ jgħaddu u wara ppreżenta biċċa liġi li ma tiddefendix bis-serjeta' d-drittijiet u l- jeddijiet ta' l-annimali.", "U konna nistaqsu anke fil-house business committee dwar meta l-gvern kien beħsiebu jressaq din il-liġi.", "Issa ta' min jgħid li aħna bħala oppożizzjoni ħadna l-inkarigu li nippreżentaw bħala mozzjoni l-abbozz ta' liġi li jħares id-drittijiet ta' l-annimali, pero' meta konna nistaqsu fil-house business committee dwar x'se jiġri minn dan l-abbozz, it-tweġiba kienet tkun li l-gvern qiegħed jipprepara abbozz ta' liġi ieħor.", "Illum nafu kemm l-abbozz ta' liġi li pprepara l-gvern verament jiddefendi l-interessi ta' l-annimali.", "Ma jiddefendihom xejn!", "Aħna konna pproponejna wkoll li ssir diskussjoni bla vot, biex żgur ma jkunx hemm partiġġaniżmu, dwar il-problema tan-nuqqas ta' investiment dirett fil-pajjiż, kwestjoni li tolqot lil kulħadd, gvern u oppożizzjoni.", "Aħna bħala oppożizzjoni serja ħassejna li għandha ssir diskussjoni fuq problema li qed jiffaċċja l-pajjiż bħalissa.", "X'ġara?", "Id-dibattitu sar imma sar b'ħafna ħabi u b'ħafna nuqqas ta' serjeta'.", "Nista' nsemmi wkoll it- twaqqif tat-tourism authority.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li meta konna fil-gvern, bejn l-1996 u l-1998, konna pproponejna liġi li twaqqaf din l-awtorita', pero' l-Partit Nazzjonalista dakinhar kien ivvota kontra minħabba raġunijiet partiġġjani.", "Aħna żgur li ma mxejniex bl-istess mod meta reġa tela' quddiem dan il- parlament l-abbozz ta' liġi li jwaqqaf l-awtorita' tat-turiżmu.", "Dakinhar aħna warrabna l-konsiderazzjonijiet partiġġjani u rraġunajna li ħaġa li kienet utli fiż-żmien li konna fil-gvern aħna, baqgħet utli anke wara li spiċċajna mill-gvern.", "L-istess jista' jingħad għall-pjan soċjo-ekonomiku għan-nofsinhar ta' Malta.", "Il-Partit Nazzjonalista mill-oppożizzjoni kien qabel ma' dan il-pjan iżda issa, tliet snin wara, dan il-pjan rabba t-trab fuq l-ixkaffa.", "Mr Speaker, tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejh ukoll il-mod kif qed niġu ttrattati bħala oppożizzjoni meta ngħidu xi ħaġa li ma togħġobx lill-gvern.", "Niġu mgħajra li aħna perikolużi, li ma nifhmux, li aħna fliexken vojta u li aħna rridu nagħmlu l-ħsara.", "F'dan il-każ, is-segretarju parlamentari qisu qiegħed jibki u qed jistenna li aħna ngħaddulu l-kummenti tagħna fuq il- white paper, imma mbagħad jekk aħna ngħidu xi ħaġa li ma jkunx jaqbel magħha l-gvern nispiċċaw niġu mgħajra.", "Dan minkejja li l-Onor.", "Mugliett qed jgħid kemm hu importanti sehem l-oppożizzjoni, stqarrija li ċertament tikkontrasta mad-diskors li jsir minn uħud minn sħabu.", "Korrettament l-Onor.", "Mugliett għamel appell lill-NGOs sabiex jagħtu l- kontibut tagħhom, ħaġa tajba għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tal-white paper hu biex ikollhom leħen ukoll dawk li m'għandhomx il-possibbilta' li jgħidu tagħhom fil-parlament.", "Jiena wkoll inħeġġeġ lill-NGOs biex dawn jagħtu l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom kemm lill-gvern kif ukoll lill-oppożizzjoni.", "Is-segretarju parlamentari qal ukoll li aħna m'aħniex se nikkummentaw b'mod partikolari fuq il-liġi ta' l-isport għaliex aħna rridu nirkbu l-karru ta' l-NGOs u pprova jorbot mad-diskussjoni li saret fuq il- patrimonju kulturali.", "Hawnhekk irrid ngħid li rigward il-patrimonju kulturali, tajjeb wieħed jgħid li meta deher l-artiklu ta' Martin Scicluna fuq gazzetta bl-Ingliż ta' nhar ta' Ħadd, id-dibattitu kien diġa' beda filgħodu.", "Jiġifieri huwa skorrett għall-aħħar l-Onor.", "Mugliett li jgħid li aħna qed nirkbu l-karru ta' l-NGOs biex nidhru ħelwin, jew inkella kif akkuża lill-president ta' Din l-Art Ħelwa, li dan qed iġorr xi bandiera tal-Partit Laburista.", "Il- fatt li s-Sur Martin Scicluna wera l-istess preokkupazzjoni li wrejna aħna jfisser li aħna konna qegħdin nitkellmu bis-sens għaliex ħaddieħor wera l- istess preokupazzjoni tagħna.", "Mr. Speaker, imbagħad għandek anomalija oħra, fis-sens li l-kontribut li aħna nagħtu fil-parlament mhux qiegħed jingħata kredtu.", "Dak li ngħidu aħna għall-gvern huwa skorrett, huwa ħażin u mhux ta' min jagħti kasu.", "Hekk qed jirraġuna l-gvern u allura jiena bilfors ikolli nistaqsi.", "Jekk il-kritika li nagħmlu fil-parlament mhux qed jagħti kasha l-gvern, allura se jagħti kas tal-kummenti li ngħaddu jekk nagħtuhomlu qabel, jiġifieri fi stadju ta' white paper?", "Jien inħoss li bħala rappreżentanti fil-parlament dak li għandna ngħidu, għandna ngħiduh fil-parlament u ma nħossx li għandi nikkummenta fuq liġi li għadha fl-istadju ta' white paper.", "Wara kollox l- iskop primarju ta' white paper qiegħed biex jagħti opportunita' lill- għaqdiet konċernati u anke lill-pubbliku inġenerali li jikkummenta fuq l- abbozz ta' liġi.", "Qed ngħid dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar anke aħna bħala oppożizzjoni rridu nagħmlu l-homework tagħna.", "Jiena nkun qed nonqos mir-responsabbilta' tiegħi jekk noqgħod nikteb salt kummenti mingħajr ma nipprepara ruħi bis-serjeta' u mingħajr ma' niltaqa' ma' diversi għaqdiet, għalkemm tajjeb wieħed jgħid li jiena diġa' tajt xi kummenti fuq il-white paper ta' l-isport.", "Jekk waslux għandu jew le ma nafx, jekk tax kashom jew le ma nafx, pero' naf li kumment minnhom fuq it- twaqqif ta' l-awtorita' wasal.", "Meta semmejt dan il-punt, naturalemnt dan ġie mwarrab mill-ewwel bħal ħafna affarijiet oħrajn.", "Ta' min isemmi wkoll il-fatt li xi kultant nisimgħu ħafna dmugħ tal-kukkudrilli, imbagħad meta jkun hemm bżonn li wieħed jitkellem fuq affarijiet li jolqtu direttament l- isports dan ma jsirx.", "Per eżempju, meta kellna d-dibattitu dwar it-twaqqif ta' l-awtorita' dwar il-lotteriji u logħob ieħor, jiena kont għedt li nħoss li kemm il-ministru ta' l-edukazzjoni u kemm is-segretarju parlamentari responsabbli mill-isports kellhom jagħtu l-kontribut tagħhom għax din il-liġi tolqot direttament lil għaqdiet sportivi, pero' dan m'għamluhx.", "Fil-qasam sportiv jiena ma nħobbx indaħħal il-politika partiġġjana, u dan jistgħu jixhduh dawk kollha li naħdem magħhom kemm fil-kunsill ta' l-isport kif ukoll għaqdiet oħrajn li niltaqa' magħhom.", "Dik il-linja se nibqa' nżommha, u jekk is-segretarju parlamentari se jipprova jdaħħal il-politika partiġġjana fil-qasam sportiv, jiena se nkun l-ewwel wieħed li nirreżisti.", "Dan nagħmlu anke bħala dilettant.", "Jekk indaħħlu l-politika partiġġjana ssir il-ħsara u mhux il-ġid lill-isport li tant huwa għal qalbi, bħal ħafna sportivi Maltin u Għawdxin.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta 30 ta' Ottubru 2001 fid-9:00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SAN ANTON - OVERTIME", "28918.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana kemm-il siegħa overtime saret f'San Anton bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Min għamlu dan l-overtime?", "Kemm tħallas kull individwu s'issa u kemm baqa' x'jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li f'San t'Anton saru għaxar sigħat sahra minn żewġ ħaddiema, bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena.", "Ma fadal l-ebda sahra x'titħallas.", "SEZZJONI TAN-NAĦAL - OVERTIME", "28919.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformana kemm-il siegħa overtime saret fis- sezzjoni tan-naħal bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Min għamlu dan l-overtime?", "Kemm tħallas kull individwu s'issa u kemm baqa' x'jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ninsab informat li fit-taqsima tan-naħal ma saret l- ebda sahra bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena.", "Għalhekk ma tħallas xejn u ma baqa' xejn x'jitħallas.", "TAL-KMAND - OVERTIME", "28920.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani kemm-il siegħa overtime saret f'Tal- Kmand bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena?", "Min għamel dan l-overtime?", "Kemm tħallas kull individwu s'issa u kemm baqa' x'jitħallsu?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li f'Tal-Kmand saru 101.25 siegħa sahra bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena li jammontaw Lm415.67.", "Din is- sahra nħadmet minn għaxar ħaddiema.", "Ma fadal l-ebda sahra x'titħallas.", "KARTI TA' L-EŻAMIJIET - TAĦRIĠ LILL-GĦALLIEMA", "28993.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ hemm maħsub li jingħata lill-għalliema għal tfassil ta' karti ta' l-eżamijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li se jsir taħriġ minn issa sa Diċembru 2001 għal subject co-ordinators ġodda u l-assistenti kapijiet ta' l-iskejjel kollha dwar dan ix-xogħol u aspetti oħra ta' l-eżamijiet.", "KURRIKULU NAZZJONALI - IMPLIMENTAZZJONI", "28994.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat qed isiru ma' l-għalliema biex jinformawhom dwar il-proċess ta' l-implimentazzjoni tal-kurrikolu nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li ma waqfux il-laqgħat fl-iskejjel differenti fejn il-kap u l-għalliema rċevew tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-kurrikulu nazzjonali u ddiskutew ukoll x'se tkun il-parteċipazzjoni tagħhom.", "Dawk li wasslu dan it-tagħrif kienu ħafna drabi membri jew tad- dipartiment tal-kurrikulu jew tal-fakulta` ta' l-edukazzjoni.", "MT NUZZO SCHOOL/ DUN ĠUŻEPP BRIGHELLA JUNIOR LYCEUM", "29029.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti bniet u subien li jmorru l- iskola sekondarja MT Nuzzo u l-junior lyceum Dun Ġużepp Brighella l-Ħamrun qegħdin jinġarru fuq l-istess private (rotta Sliema - Ħamrun) u qed ikun hemm ħafna taħwid sakemm jaslu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti bniet u subien li jmorru l-iskola sekondarja MT Nuzzo u l-junior lyceum Dun Ġużepp Brighella l-Ħamrun ilhom jivjaġġaw fuq l-istess private (rotta Sliema - Ħamrun) għal numru ta' snin.", "Fuq din il-private hemm għalliema nkarigati u ma jirriżultax li jkun hemm taħwid.", "Fi kliem din l-għalliema dawn is-subien dejjem iġibu ruħhom sewwa u b'edukazzjoni kbira.", "SKEJJEL – TELEVISIONS", "29030.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-iskejjel li jixtru television għal kull klassi jiġu eżentati milli jkollhom iħallsu għal- liċenzja għal kull erba' klassijiet?", "Peress li huma stabilimenti edukattivi, jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-ħlasijiet?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-materja diġa` qed tiġi kkonsidrata mill-bord kompetenti li s'issa m'għandux din id-diskrezzjoni u għaldaqstant qed jiġi kkonsidrat tibdil fir-regolamenti u l-impatt tagħhom.", "PULIZIJA – IMNAJDRA – ĦSARAT", "29031.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-pulizija ġabritx il-marki tas-swaba ta' dawk kollha li ġew investigati dwar it-tkissir fl-Imnajdra fil-Ġimgħa l-Kbira li għaddiet?", "Jista' jgħid jekk ġewx imqabbla ma' marki tas-swaba li nstabu fit- tempju?", "Jista' jgħid x'irriżulta?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi t-taghrif li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "28651 għadu jgħodd.", "BORŻA TA' MALTA - GALA DINNER", "29032.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Borza ta' Malta, inkluż l-ispiża fuq il-mistednin li nġabu minn barra u l-gala dinner li sar għall- okkażjoni?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-mistiedna barranin li attendew għal fuħ uffiċjali tal-bini l-ġdid tal-Borża ġew Malta primarjament biex jipparteċipaw f'żewġ laqgħat li saru hawn Malta fl-istess perjodu li saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-bini tal-Borża.", "Dawn iż-żewġ laqgħat kienu waħda tal-Federazzjoni Ewropea tas-swieq kapitali u l-oħra tar-regolaturi tas-swieq f'dawk il-pajjiżi li bħalissa qegħdin f'negozjati biex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dawn it-tip ta' laqgħat isiru regolarment matul is-sena f'pajjiżi differenti, u kif dejjen isir, il-vjaggi u l-akkomodazzjoni jitħallsu mill-parteċipanti stess.", "Il-Borża ħadet l-okkażjoni li ċ-ċerimonji tal-ftuħ jikkoinċidu ma' dawn l- avvenimenti li fihom infushom jirrikjedu ospitalita' lil min ikun qed iżurna għalhekk organizzat diversi attivitajiet għal dawn id-delegati waqt li tiċċelebra l-ftuħ ta' l-uffiċini l-ġodda tagħha, fost dawn gala dinner u ċerimonja u riċeviment tal-ftuħ.", "Dawn l-attivitajiet laħqu spiża ta' Lm18,500.", "Din is-somma tinkludi l-ispejjeż kollha, fosthom il-catering, kiri ta' sistema tad-dawl u PA, kiri tal-barrakka ta' fuq mingħand id- dipartiment ta' l-agrikoltura, eċċ.", "UNIVERSITA' - STUDENTI", "29059.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Universita' ta' Malta fil-bidu ta' dan ix-xahar?", "Kemm minnhom huma studenti full-time u kemm part-time?", "Kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?", "Liema fakultajiet huma l-iktar popolari fl- Universita'", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-istudenti li daħlu fl-Universita` din is- sena hu dan li ġej:", "Undergraduate", "|Full-t| | |Part-t| | | |ime | | |ime | | | |Irġiel|Nisa |Tota|Irġiel|Nisa|Total| | | |l | | | | |748 |1060 |1809|152 |139 |291 |", "Postgraduate", "|Full-t| | |Part-t| | | |ime | | |ime | | | |Irġiel|Nisa |Tota|Irġiel|Nisa|Total| | | |l | | | | |79 |123 |202 |143 |99 |242 |", "Il-fakultajiet li fihom l-aktar li daħlu studenti kienu l-fakulta` ta' l- economics, management & accountancy, il-fakulta` ta' l-edukazzjoni u l- istitut għall-ħarsien tas-saħħa u l-fakulta` ta' l-arti.", "KUNTRATTURI TAT-TOROQ - ĦLASIJIET PENDENTI", "29060.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti bħalissa dovuti lill-kuntratturi tat-toroq?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kuntratturi kollha qed jirċievu pagamenti regolari għal xogħol li qed jagħmlu u għalhekk m`hemmx ħlasijiet pendenti f`dan ir-rigward.", "Ta` min jinnota li peress li issa jkun qiegħed joqrob tmiem is-sena finanzjarja, l-kuntratturi u d-dipartimenti jkunu qed jagħlqu ħafna mill- kontijiet u għalhekk ikun hemm diversi claims qed jiġu vverifikati minn diversi dipatimenti tal-gvern ikkonċernati fuq dan ix-xogħol sabiex il- ħlasijiet ikunu jistgħu jsiru.", "SAĦĦA - PAGAMENTI PENDENTI", "29061.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-bilanċi tal-pagamenti pendenti li għandu l-Ministeru tas- Saħħa ma' ditti farmaċewtiċi f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jagħti d- dettalji separatament, ditta, ditta?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-ammonti ta` pagamenti pendenti li l-ministeru għandu ma' ditti farmaċewtiċi sat-23 ta' Ottubru 2001 huma kif jidhru fil- paġni li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "SAĦĦA - IMPJEGATI", "29062.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati dipartimentali fid-divizjoni tas-saħħa rriżenjaw u rtiraw mis-settur pubbliku matul din is-sena?", "Jista' jgħid f'liema grad kienu u jekk bdietx il-proċedura biex il-postijiet battala jimtlew?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li n-numru ta` mpjegati fid- diviżjoni tas-saħħa li rriżenjaw u rtiraw matul din is-sena huwa ta` 110.", "|Tobba |16 | |Dentisti |2 | |Spiżjara/Pharmacy |7 | |Technician | | |Infermiera |25 | |Paramediċi |7 | |Klerikali |12 | |Awżiljari |14 | |Industrijali |18 | |Gradi oħra |9 | | |110 |", "Inbdew proċeduri biex f'xi gradi jimtlew il-postijiet vakanti.", "PULIZIJA - INĊIDENTI - TELF TA' ĦAJJA", "29063.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tilfu ħajjithom b'inċidenti varji matul din is-sena?", "Jista' jgħid b'liema mod tilfu ħajjithom l- imsemmija persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi din is-sena, sas-16 ta` Ottubru 2001, il-pulizija kellha 26 rapport ta` inċident fejn persuni tilfu ħajjithom b`inċidenti varji.", "F`inċident minnhom tilfu ħajjithom żewġ persuni.", "It-tipi ta` inċidenti kienu kif ġej:-", "|Stradali |11 | |Waqa` minn għoli |6 | |Għarqa |7 | |Sofra ħruq |1 | |Xokk elettriku |1 | |Intlaqat minn jet-ski |1 |", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI - TRASFERIMENTI", "29064.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il trasferiment ta' mpjegati sar matul is-sena?", "Jista' jgħid f'liema gradi huma dawn l-impjegati?", "Kemm minnhom talbu li jiġu trasferiti u kemm ġew trasferiti mingħajr ma talbu huma?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li kien hemm 196 transfer minn ministeru għal ieħor li ġew approvati mill-management and personnel office bejn l-1 ta' Jannar 2001 u d-19 ta' Ottubru, 2001.", "Dawn l-impjegati huma mqassma kif ġej:", "|Gradi Servizz |92 | |Ġenerali | | |Gradi ta' |4 | |Messaġġiera | | |Gradi Dipartimentali|44 | |Gradi Tekniċi |12 | |Gradi Industrijali |44 |", "Dawn it-trasferimenti saru:", "|116 |fuq talba ta' | | |l-impjegati stess | |49 |minħabba esiġenzi | | |tas-servizz | | |f'Segretarjati Privati | |31 |tal-Ministri jew | | |tas-Segretarji | | |Parlamentari |", "Fil-każ ta' transfers bejn dipartimenti fl-uffiċċju tiegħi, ġew approvati tliet transfers fil-gradi servizzi ġenerali u wieħed fil-gradi ta' messaġġiera.", "Tlieta minn dawn it-transfers saru fuq talba ta' l-impjegati stess u l-ieħor minħabba esigenżi tas-servizz.", "Tagħrif dwar transfers li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f'ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-segretarji permanenti rispettivi għandu jintalab lill-ministri responsabbli.", "MARSA SPORTS GROUND", "29120.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir mal-boundary tal-Marsa sports ground hux kopert bil-permessi neċessarji?", "Jista' jgħid ukoll min qed jagħmel dan ix-xogħol?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-dipartiment għandu l-permessi kollha meħtieġa biex isir ix-xogħol fil-Marsa sports ground.", "Ix-xogħol ġie allokat lil Polidano Group wara li ħarġet sejħa għal tenders.", "Il-ħamrija skavata mis-sit, flimkien ma' xi siġar li tneħħew mill-istess post, qegħdin jitpoġġew biswit Triq Aldo Moro biex ikun żgurat li ma ssirx ħsara lil dawn is-siġar u ma tinħeliex ħamrija.", "PERSUNI BOARDED OUT", "29121.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew boarded out f' dawn l-aħħar tliet snin, lokal b'lokal?", "Jista' jagħti l-etajiet ta' dawk li kellhom anqas minn 29 sena, anqas minn 40 sena u dawk li huma ta' aktar minn 41 sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari nru.", "28729.", "Inżid li l-istatistika miżmuma ma tindikax l-etajiet tal-persuni li ġew mogħtija pensjoni ta' l- invalidita'.", "MALTAPOST", "29122.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x' prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Maltapost, fid-dawl ta' l-attakki bioloġiċi globali, permezz tal- posta dan l-aħħar?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li appena bdew l-attakki bioloġiċi globali permezz tas-servizzi postali, Maltapost mill-ewwel ħadet il-passi kollha biex tilqa' kontrihom u minnufih saru kuntatti ma' l-unjoni postali universali u ma' diversi amministrazzjonijiet postali, fosthom dik ta' l- Istati Uniti.", "Maltapost imxew fuq il-linji ta' gwida li ntbagħtulhom u bħala l-ewwel pass qassmu ngwanti tal-plastic u dust masks lill-impjegati li jkollhom kuntatt ma' ittri u oġġetti postali.", "Is-sitwazzjoni bħalissa hi, li wara li ġew idenifikati xi ittri bi trab ta' natura mhux magħrufa, il-fergħat tal-posta, fejn instabu, ingħalqu fuq struzzjonijiet tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili sakemm isir magħruf ir-riżultat fuq dan it-trab.", "Maltapost qed tagħmel dak kollu possibbli biex tissalvagwarda kemm lill- impjegati tagħha kif ukoll lill-pubbliku fiċ-ċirkostanzi preżenti.", "AUTISM", "29123.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x' opportunitajiet joffru d-dipartimenti taħt ir- responsabbilta' tiegħu għal tfal bl-autism?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "AUTISM", "29124.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'opportunitajiet joffru d-dipartimenti u l-aġenziji taħt ir- responsabbilta' tiegħu għal tfal bl-autism?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant.", "AUTISM", "29125.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'opportunitajiet joffru d- dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħu għal tfal bl-autism?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li studenti bil-kundizzjoni ta' awtiżmu jiġu rriferuti lill-istatementing moderating panel sabiex jiġi stabilit x'għajnuna tista' tingħata għal kull student.", "Ġeneralment dawn l-istudenti jkollhom l-appoġġ ta' KGAs li jgħinuhom waqt il-ħin ta' l-iskola.", "Biex dan ikun jista' jseħħ il-KGAs għandhom id-dmir li jirrikmandaw programm edukattiv individwali.", "Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qiegħda wkoll tikkunsidra passi oħra biex ittejjeb dan l-appoġġ.", "Fil-każ ta' persuni bi bżonnijiet speċjali bħal fil-każ ta' awtiżmu, id- dipartiment ta' l-eżamijiet jimxi mar-regoli tal-bords konċernati ta' l- eżamijiet għall-arranġamenti li jistgħu jkunu permissibbli.", "Informat ukoll li t-tfal li huma autistic qegħdin jingħataw l-opportunita` li jipparteċipaw fil-programm ta' skolasport, kemm fi klassijiet normali kif ukoll fi klassijiet speċjali skond il-grad ta' awtiżmu.", "XOGĦOL", "29126.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Peress li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed jallega li kien f'scale 13 u mhux 14 qabel ma ħareġ bil-pensjoni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jiġri f'dan il-każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-sigurta' soċjali li qed tirċievi.", "SKEJJEL PRIVATI - FIFTH FORMERS", "29127.", "L-ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Peress li l-fifth formers m'għandhomx it-tielet (l-aħħar) term wara l-Għid, jista' l-Ministru jgħid hux aċċettabbli li l-iskejjel privati jżommu l-flus għal tliet terms għall-fifth formers?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-iskejjel kollha kkonfermaw li l- lezzjonijiet, inklużi dawk tal-Form 5 jibqgħu sejrin, taħt forma jew oħra, wara l-Għid u għalhekk ma jidhirx li hemm xi raġuni għaliex dawn l-iskejjel m'għandhomx jitolbu ħlas għat-tielet term.", "LUQA - INDUSTRIAL ESTATE", "29133.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju industrijali fl- industrial estate ta' Ħal-Luqa biex jingħata għal kiri jew b'bejgħ?", "Ingħata xi spazju industrijali matul dawn l-aħħar tliet snin, jiġifieri minn Settembru 1998 sa Ottubru 2001 f'dan l-industrial estate?", "Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta' l-ispazju li ingħata, sena b' sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li wara Settembru 1998 ma ġewx ikkonsidrati applikazzjonijiet ġodda għal għoti ta' artijiet fiz-zona industrijali ta' Ħal-Luqa, ħlief għal xi talbiet minn inkwilini li kienu kkonfermati qabel l-istess data.", "Il-korporazzjoni Maltija ta' l-iżvilupp qed taħdem biex possibbilment tipprovdi aktar spazju fiz-zona industrijali ta' Ħal-Luqa.", "PENSJONIJIET – REVIŻJONI", "29134.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għadx hemm pensjonanti, ex-ħaddiema tal-gvern jew ir-romol tagħhom u ex- ħaddiema tal-privat, li l-pensjoni tagħhom marbuta ma' l-iskali tas- salarji tal-gvern li sal-lum għad ma saritilhomx reviżjoni tal-pensjoni skond il-ftehim kollettiv il-ġdid?", "Jekk iva, kemm fadal?", "Għaliex għadhom ma ħadux reviżjoni?", "Dan meta se jsir?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skond kif jien informat mid-dipartiment konċernat, minn madwar 19,000 pensjonant ex- ħaddiema tal-gvern, jew li l-pensjoni tagħhom skond il-provedimenti ta' l- Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) hi analogata ma' salarji tal-gvern, 120 każ biss għadhom pendenti għal xi raġuni jew oħra.", "Dawn il-każi qed jiġu nvestigati biex issir reviżjoni u kif jitlestew ir- reviżjonijiet il-persuni konċernati jiġu nformati minnufih.", "INJECTION TA' L-INFLUWENZA", "29135.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu d-dipartiment tas-saħħa dwar min għandu dritt jieħu l-injection ta' l-influwenza b'xejn miċ-ċentri tas- saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Persuni li huma ntitolati sabiex jieħdu l-vaċċin ta` kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-ċentri tas-saħħa huma:", "Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet", "Persuni li għandhom aktar minn 65 sena", "Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa", "Persuni ta` kull eta` li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun mard kroniku tal-Qalb mard kroniku tal-Fwied mard kroniku tal-Kliewi Ażma kronika Dijabete u Immunodefiċenza QORMI – TRIQ DUN ĠORĠ FENECH - MIŻBLA", "29136.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara għaliex Triq Dun Ġorġ Fenech, Ħal Qormi saret miżbla u min hu responsabbli mill-art li qed tintuża għal dan bil-għan li jgħalaqha ħalli ma tkunx aktar ta' tentazzjoni għal min qiegħed iħammeġ u jikkawża diżastru sħiħ f'din l-area?", "Jista' jara li l-iskart goff jitneħħa?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Tlabt lid-dipartiment għall-ħarsien ta' l- ambjent jinvestiga dan il-każ biex imbagħad tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "QORMI – DE LA CRUZ AVENUE - TELEPHONE BOX", "29137.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tiġi stallata telephone box f'De La Cruz Avenue - Qormi, minħabba l-għadd ta' nies li jiffrekwentaw l-area, kemm minħabba l-area rikreatttiva li hemm fl-akwata, kif wkoll minħabba s- suq kbir li jintrama kull nhar ta' Sibt?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom li min-naħa tagħha ser tiddiskutiha mal-kunsill lokali.", "GOZO CHANNEL", "29138.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tal-ħaddiema l-ġodda li daħlu mill- 1 ta' Lulju 2001 sal-lum fil-Gozo Channel persuna b'persuna, xahar b'xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jien informata li mill-1 ta' Lulju sal-15 ta' Ottubru 2001 il-kumpanija Gozo Channel impjegat persuni f'dawn il-gradi:", "|Grad |Xahar |Numru | |Information |Lulju |Wieħed | |Technology | | | |First Officers | | | |fuq il-vapuri |Lulju |Tnejn | |Clerks |Lulju |Tlieta | |Inginerija |Lulju |Tnejn | |Inginerija |Awissu |Wieħed | |First Officer fuq| | | |il-vapuri |Ottubru |Waħda | |Customer Care |Ottubru |Waħda |", "L-apprentisti li daħlu mal-kumpanija jaqgħu taħt l-iskema TAS ta' l-ETC, filwaqt li t-tliet clerks ġew impjegati għas-sajf biss bħala student workers.", "GOZO CHANNEL – IMPJEGATI", "29139.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema li daħlu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum mal-Gozo Channel xahar b' xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-kumpanija Gozo Channel impjegat kif hu mniżżel hawn taħt:", "|Lulju |Tmienja | |Awissu |Wieħed | |Settembru |Xejn | |Ottubru |Tnejn |", "GOZO CHANNEL", "29140.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum, persuna b'persuna xahar b'xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-kumpanija Gozo Channel m'għandhiex informazzjoni kemm ilhom jirreġistraw il-ħaddiema li daħlu magħha.", "GOZO CHANNEL", "29141.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm ilhom joqgħodu Malta/Għawdex il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum, persuna b'persuna xahar b' xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li l-persuni mpjegati mill- kumpanija Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum għandhom residenza skond il-karta' ta' l-identita' kif imniżżel hawn taħt:", "|Lulju |4 f'Għawdex u 4 | | |f'Malta | |Awissu |1 f'Għawdex | |Ottubru |2 f'Malta |", "Madankollu l-kumpanija m'għandhiex informazzjoni dwar kemm dawn il-persuni ilhom joqogħdu Malta jew Għawdex.", "GOZO CHANNEL", "29142.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l- Ministru tgħid kemm minn dawk li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum huma Għawdxin, u kemm Maltin, xahar b'xahar?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: Jiena nfurmata li skond il-karta' ta' l-identita, il-persuni mpjegati mill-kumpanija Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal- lum twieldu kif murija hawn taħt:", "|Lulju |3 f'Għawdex u 5 | | |f'Malta | |Awissu |1 f'Għawdex | |Ottubru |2 f'Malta |", "DIPARTIMENT TAT-TOROQ - ĠIBJUN", "29143.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28947, jista' l-Ministru jgħid x'sab id-dipartiment tat-toroq u x'soluzzjoni qed jipproponi?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq għaddej bix- xogħol biex jistabilixxi fejn sejjer dan l-ilma.", "Ta` min jinnota illi s- sena l-oħra d-dħulijiet u l-katusi li hemm fil-post tnaddfu mid-dipartiment tat-toroq, u mill-ġranet tax-xita li kellna minn dakinhar `il hawn ma deherx li kien hemm għargħar f'dik l-area.", "EUPU – RAPPORT", "29144.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport ta' l-EUPU fuq il-Mejda tal- Kamra?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li kopja ta' dan ir-rapport intbagħtet lil kull Membru fl-indirizz residenzjali.", "Ser inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal- Kamra.", "LOGĦOB ILLEGALI", "29145.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28848, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni u t-tielet mistoqsija?", "ONOR.", "TONIO BORG: B`ieda mat-tagħrif li tajt fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru.", "28848, ninsab informat illi l-lokalitajiet fejn inqabdu l-persuni huma Birżebbugia, Birkirkara, Bulebel, Gżira, Gwardamanga, Ħamrun, Ħal Far, Luqa, Msida, Marsa, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, Senglea, Valletta, Żabbar, Żebbuġ u Żejtun.", "Il-logħob klandestin kien ivarja minn lottu, logħol tal-karti, tombla, lotteriji, pools u imħatri.", "UNJONI EWROPEA", "29146.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru.", "28951, jista' l- Ministru jgħid min huma s-sittin persuna msemmija fit-tweġiba mogħtija?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "ENEMALTA", "29147.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir id-dawl fi Triq Bir Miftuħ (fejn il- Ġnien ta' Mizzi), minħabba in-nuqqas ta' dawl li hemmm, u minħabba l- ilmenti dejjem deħlin tar-residenti?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "EŻAMI TAL-MATRIKOLA", "29149.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet u ġuvintur li rreġistraw għall-eżami tal-Matrikola tal-Matematika f'Mejju 2000 u f' Mejju 2001, għal paper 2A u paper 2B?", "X' kienu l-grades tar-riżultati li ġabu l-istudenti f'dawn iż-żewġ eżamijiet?", "Kemm kien hemm tfajliet, u kemm kien hemm ġuvintur li ġabu dawn il-grades għaż-żewġ eżamijiet separatament?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "ŻABBAR – TRIQ IR-REDENTUR - ĦAMRIJA", "29151.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-ħamrija ħamra li qed titneħħa bħala parti mit-twessigħ ta' Triq ir-Redentur f'Ħaż-Żabbar?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-ħamrija li tneħħiet minn ġnien privat fi Triq ir- Redentur biex isir it-twessigħ ta' din it-triq, kienet kwantita' żgħira u ttieħdet f'għalqa f'Birżebbuga, għal skop agrikolu.", "ŻABBAR - CARMEL STREET", "29152.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tkomplija tas- surfacing ta' n/s in Carmel Str, Ħaż-Żabbar, parti żgħira li qiegħda quddiem żewġt idjar biss u hi ta' inkonvenjent għal dawn il-familji?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq diġa' għamel surveys tal-lokalita' biex fejn hemm bżonn tittieħed l-art biex it- toroq ikunu jistgħu jinfetħu u jsiru kollha, għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ikun jista' jsir meta l-proċess jitlesta'.", "QRENDI/SIĠĠIEWI – DAWL", "29153.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza bejn żewġ irziezet li hemm fl-inħawi ta' Santa Marija ta' Ħal Xluq fit-triq li tagħti mis- Siġġiewi għall-Qrendi (fejn l-istatwa tal-Madonna) peress li f'dawn l- inħawi jkun hemm dlam ċappa matul il-lejl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet riferuta lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.", "RABAT – ST FRANCIS STREET – DAWL", "29154.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-bozza maqtugħa li hemm viċin il-proprjeta' 2, Alley 1, St. Francis Street, Rabat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab informat li minn investigazzjoni li saret fuq il-post ma jirriżultax li kien hemm xi bozza maqtugħa.", "INTERNATIONAL TRADE CENTRE", "29155.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar is-sejħa għall-iżvilupp ta' international trade centre f'Malta li bħalissa qiegħda tidher fil-media internazzjonnali?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "28967 waqt seduta nru.", "625.", "PENSJONI", "29156.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk il-pensjoni li qiegħda tingħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament hi koretta peress li mill-ammont ta' din il-pensjoni qiegħed jiġi mnaqqas ammont ekwivalenti għall-pensjoni li l-istess persuna jieħu mill-Awstralja, imma liema somma suppost għandha tvarja skond it-tibdil fir-rata tal- kanbju?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li minn stħarriġ li għamel id- dipartiment tas-sigurta' soċjali ma jirriżultax li lill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant qed jitnaqsilha mill-pensjoni Maltija l-ammont ekwivalenti għall-pensjoni li qed tirċievi mill-Awstralja mingħajr tibdil fir-rata tal-kambju.", "Il-persuna ndikata ġiet informata dwar il-każ.", "RABAT - ĠRIEDEN", "29157.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jara li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi mrażżna l- invażjoni tal-ġrieden fid-djar tan-nies fl-inħawi ta' The Catacombs, Rabat,?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Ninsab informat li minn stħarriġ li għamlu l- uffiċjali tad-dipartiment tas-saħħa pubblika fuq l-ilment ta` ġrieden fil- viċinanzi tal-Katakombi tar-Rabat, irriżulta li l-problema ta` ġrieden qiegħda toriġina minn stabiliment abbandunat fl-istess żona.", "Peress li m'hijiex proċedura normali li jintefa` velenu f'postijiet privati mingħajr il-kunsens tas-sid, id-dipartiment ħa il-passi neċessarji sabiex instab is- sid.", "Dan ingħata l-velenu neċessarju li tpoġġa fil-post indikat.", "Il- problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm tiġi kkontrollata.", "HIGHWAY CODE", "29158.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- kodiċi tas-sewqan (highway code) li tħabbret il-ġimgħa li għaddiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.", "MOBILE TOILETS", "29159.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'bini ta' mobile toilets għall-barrakka ta' fuq li sar matul dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li ma ntefqu l-ebda ammonti ta' flus minn dan il-ministeru.", "Il-mobile toilets fil-barrakka ta' fuq saru mill-istock exchange waqt li kienu qed jibnu t-toilets ġodda f'dan il- ġnien.", "Dan sar minnhom bi ftehim mad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "TARXIEN – TRIQ IL-KURUNELL MAS - TOROQ", "29160.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Tarxien, li minnha diġa għaddew is-servizzi neċessarji kollha, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu snin kbar, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji iżda periklu għas-saħħa u ħajjet ir-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil- lokal isir skond il-prioritajiet le ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "TARXIEN - TRIQ IL-KURUNELL MAS", "29161.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li l-munzelli ta' trab, ħamrija, ħaxix ħażin u skart li hemm miġbura u ilhom xhur sħaħ hekk miġbura fi Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Traxein jitneħħew mill-aktar fis minħabba l-inkonvenjent enormi li qed joħolqu lir-residenti?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru.", "25000 (Seduta 530).", "TARXIEN – TRIQ LEONARD ABELA - TOROQ", "29162.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li Triq Leonard Abela f'Ħal Tarxien, li minnha ilhom li għaddew is-servizzi neċessarji, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu hekk għal snin twal, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji iżda periklu għas-saħħa tar-residenti?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-dipartiment tat-toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil- lokal isir skond il-prioritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.", "TA' XBIEX - STREET NAMING COMMITTEE", "29165.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-istreet naming committee jagħti isem lill-parti tal-qasam tal-bini tal-gvern Ta' Xbiex li tagħmel ma' Church Street Msida?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi skond l-Avviż Legali 176 ta` l-1995, kull tismija ta` triq trid toriġina mill-kunsill lokali tal-lokalita`.", "SETTUR PUBBOIKU - REDUCED HOURS", "29166.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji li taħthom fil-preżent ħaddiema nisa fis-settur pubbliku jistgħaw jaħdmu reduced hours?", "Hemm xi ħsieb li dawn il- konċessjonijiet jiġu estiżi fil-ġejjieni qarib?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Skond Appendiċi A taċ-Ċirkolari Nru OPM/25/99 dwar is-sigħat imnaqqsa, uffiċjali fis-settur pubbliku li ilhom jaħdmu full- time għal sena (kemm irġiel u nisa) minbarra:", "(a) dawk li huma fuq performance agreement/qegħdin fuq kuntratt b'kundizzjonijiet determinati minn qabel,", "(b) suldati fl-armata ta' Malta, jew", "(c) uffiċjali fi klassi edukattiva jistgħu jaħdmu fuq reduced hours jekk:", "i) huma f'perjodu ta' parental leave jew huma intitolati għall-parental leave jekk japplikaw.", "Il-parental leave hu leave bla ħlas li jingħata lill- ġenituri sa massimu ta' erba snin biex jieħdu ħsieb it-tifel/tifla tagħhom.", "F'dawn il-każi is-sigħat imnaqqsa jistgħu jittieħdu sakemm it-tifel/tifla tilħaq l-eta' ta' tmien snin; jew", "ii) huma f'perjodu ta' responsibility leave jew huma intitolati għar- responsibility leave jekk japplikaw.", "Ir-responsibility leave hu leave bla ħlas li jingħata sa massimu ta' sena li jista' jiġi mġedded biex l- uffiċjal jieħu ħsieb xi ġenituri anzjani, tfal jew raġel/mara li jkunu b'diżabilita' u jkunu dipendenti fuqhom; jew", "iii) għandhom il fuq minn 50 sena u jipproduċu ċertificat mediku mingħand speċjalista li għal raġunijiet mediċi jew raġunijiet umanitarji u familjari serji, ma jistgħux jattendu għax-xogħol fuq bażi full-time.", "Impjegati nisa/rġiel li huma eliġibli jistgħu jitolbu li jaħdmu siegħat imnaqqsa għal raġunijiet oħra.", "F'dan il-każ huwa l-kap tad-dipartiment li jiddeċiedi jekk hemmx ġustifikazzjoni li dawn l-uffiċjali jaħdmu fuq sigħat imnaqqsa.", "Nisab infurmat li għalissa m'hemmx il-ħsieb li dawn il-konċessjonijiet jiġu estiżi fil-ġejjieni qarib", "HOUSING", "29167.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsiderazzjoni qiegħed jingħata l-każ ta' housing soċjali tal-familja li d-dettalji tagħha qed jidhru b'mod separat u li qed jgħixu f'kamra waħda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien informat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn simili li għandu pendenti quddiemu d-dipartiment ta' l- akkomodazzjoni soċjali.", "PERSUNA B'DIŻABILITA' - PARKING BAY", "29179.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' applikazzjoni għall-parking bay għal persuna b'diżabilita' li l- partikolarijiet tagħha jidhru separatament, peress li din il-persuna tinħtieġ dan l-ispazju b'mod urgenti?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Il-persuna konċernata għadha m'applikatx għas- servizz tar-reserved parking.", "L-istess persuna applikat biss għall-karta ta' l-identita speċjali u għall- blue sticker.", "L-applikazzjonijiet kemm il-blue sticker u kemm il-karta ta' l-identita' speċjali preżentement qed jiġu ivvettjati mill-konsulent mediku tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'.", "BIRKIRKARA – TAL-LAQXIJA - TOROQ ONE-WAY", "29180.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkosultat bid-deċiżjoni li numru ta' toroq fiż-żona tal-Laqxija f'Birkirkara jsiru one-way b'inkonvenjent kbir għal diversi residenti ta' din iz-zona?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infOrmat li tali konsultazzjoni ssir mal-bord għall-kontroll tat-traffiku.", "BIRKIRKARA – LAQXIJA", "29182.", "L-ONOR.", "CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jżommu konsultazzjoni pubblika mir-residenti taż-żoni tal-Laqxija (Birkirkara) għar-rigward it-tibdil fl-aċċess tal-karozzi f'diversi toroq ta' din iż- żona?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-kunsill lokali nforma lill-bord għall-kontroll tat-traffiku li t-tibdil kien ġie ppubblikat fil-magazine tal-kunsill f`April ta` l-1998 fejn il-pubbliku kien ġie mistieden jagħti l- kummenti tiegħu dwar il-proposti.", "GĦAWDEX – NADUR – SERVIZZ TAD-DAWL", "29183.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex persuna li applikant għas-servizz ġidid tad-dawl fit-Triq Wied ir-Raħan, Nadur, Għawdex u ħalset is-Lm70 fil- 15 ta' Mejju 2001 sal-lum għadha mingħajr servizz tad-dawl?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fil-preżent il-konsumatur ma jixtieqx li jkollu brackets imwaħħla mal-faċċata ta' daru u minħabba f'hekk ix-xogħol ma jistax isir.", "HOUSING – AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "29184.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'possibilita' hemm li l-persuna anzjana li isimha qed jintbagħat separatament tingħata akkomodazzjoni alternattiva?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-persuna għadha kemm applikat dan ix-xahar stess u trid post fil-pjan terran fil-Belt.", "Din l- applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni kollha fid-dawl tal-bżonnijiet pendenti li għandu quddiemu d-dipartiment konċernat.", "HOUSING – MANUTENZJONI", "29185.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ser isirulha t-tiswijiet tant neċessarji fil-fond tagħha peress li din il-persuna tgħix f' periklu kontinwu, għandha s-saqaf ser jaqa', jidħlilha l-ilma kull meta tagħmel ix-xita u għandha ħsarat oħra?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma jirriżultax li hemm talba pendenti għat- tiswijiet f'dan il-fond.", "Għalhekk għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid-dipartiment tal-bini u tiswija għall-azzjoni meħtieġa.", "KERA", "29186.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jara għaliex il-kera tal-persuna indikata separatament għadha ma ġietx ri- stabilita minħabba l-bdil fiċ-ċirkostanzi partikolari u dan nonostante li għaddew kważi seba' xhur?", "Jista' jagħti struzzjonijet sabiex il-kwestjoni tiġi mħaffa?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi d-direttur diġa' ta direttivi biex f'Jannar li ġej jiġi rivedut is-sussidju tal-kera.", "Dan irid jinħadem fuq id-dħul matul is-sena ta' qabel u għalhekk jekk jinħadem issa ikun fuq id-dħul matul is-sena 2000 meta r-raġel kien għadu ħaj.", "PENSJONI", "29187.", "L-ONOR.", "JOSE' HERRERA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il- persuna li isimha qed jintbagħat separatament m'hi qed tirċievi l-ebda pensjoni ħlief Lm10 fix-xahar meta din il-persuna tgħix f'kamra bla dawl, bla ilma, bla telefon u f'kundizzjonijiet sanitarji inumani?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet informata bil-każ.", "BOLLI TLA-MILIED - MADONNA TAL-GRAZZJA", "29188.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba 28855, jista' jgħid jekk ir-rakkomandazzjoni li għamel il-bord li jagħti pariri biex id-disinn tal-bolla bix-xbiha tal-Madonna tal-Grazzja tiġi nkorporata fis-sett tal-bolli tal-Milied 2001 u li l-Ministru għadda lill-Maltapost, ġietx aċċettata jew le?", "F'każ negattiv, għaliex il-Ministru approva disinji li ma jaqblux ma' din ir-rakkomandazzjoni li saret wara li l-bord studja d-dokumenti ippreżentati u mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra mal-mistoqisja parlamentari nru.", "27785?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li l-bureau filateliku tal-kumpanija Maltapost ma jħossx li għandha tintlaqa' r-rakkomandazzjoni tal-bord li jagħti pariri dwar id-disinn tal-bolli dwar il-Madonna tal-Grazzja.", "Il- kumpanija qalet li d-deċiżjoni ttieħdet fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali u fuq aspettattivi tal-filatelisti, kemm lokali kif ukoll barranin.", "Bħalissa sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinqalgħu għaliex il-Bord li jagħti pariri dwar id-disinn tal-bolli huwa sempliċiment Bord konsultattiv imwaqqaf b'mod amministrattiv u mhux b'saħħa ta' ligi.", "Il-Ligi dwar il Posta li għandna bħalissa quddiem il-Parlament se tkun tipprovdi biex il-Bord ikun imwaqqaf b'saħħa tal-ligi stess u jkollu proviżjonijiet ċari dwar ir-relazzjonijiet li għandhom jitħaddmu bejn l- istess Bord, il-Kumpanija li toħrog il-bolli u l-Ministru.", "KIRJA", "29189.", "L-ONOR.", "MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: B' referenza għat-tweġiba fil-mistoqisja parlamentari nru.", "28941, jidhirlux il- Ministru li l-okkupazzjoni tal-parti l-antika tal-Kalkara tal-Ġir f' Ħaż- Żabbuġ u area oħra madwar is-sit fejn il-kerrej kellu l-kirja humiex okkupati b' mod illegali u abbużiv?", "X' kienu l-passi li ħa d-dipartiment f' dan ir-rigward?", "X'laqgħat saru minn meta l-kirja ġiet imwaqqfa?", "Huwa konxju l-Ministru mill-kundizzjonijiet tal-kirja li l-kerrej mat- terminazzjoni tagħha ma jkollu l-ebda remunerazzjoni ta' xejn?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi l-kirja tal-post li rrefera ghaliha l-Onor.", "Interpellant ma gietx imgedda malli d-dipartiment sar jaf li s-sit gie identifikat biex isir il-progett.", "Ghalkemm il-kerrej ma għandu l-ebda dritt ghal renumerazzjoni, il-policy tad-dipartiment, kif approvata mill-Parlament, tipprovdi biex fejn persuna tigi mgieghla tohrog minn fond jew sit ghal xi skop pubbliku, id- Dipartiment ikun jista' jikri lill-persuna affetwata fond jew sit alternattiv, permezz ta' direct allocation.", "Dan ilu jsir minn dejjem, u d- Dipartiment hass li m'ghandux jagixxi differenti f'dan il-kaz, fejn is-sit qieghed jintuza bhala estensjoni tan-negozju ta' l-inkwilin.", "F'dan il-kaz, wara li saru diversi laqghat mal-Ministru ta' l-Ambjent biex jigi identifikat sit alternattiv, gie deciz li l-persuna affetwata tigi offruta sit alternattiv fil-vicinanzi tas-sit fejn il-kerrej kellu il-kirja originali.", "XOGĦOL", "29197.", "L-ONOR.", "ALFRED SANT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d- dettalji qed jintbagħtu separatament li nstab qed jaħdem ma' car wash, fid- 19 ta' Ottubru u nqata' minn fuq ir-reġistru tan-nies qgħeda, peress li jirriżulta li l-persuna daħlet taħdem full-time mal-ħanut imsemmi fil-15 ta' Ottubru, wara li wieġeb għal sejħa fil-gazzetti, is-sid tal-post insista li jħaddmu għal ġimgħa bla ktieb tax-xogħol ''bi prova'', u wara li ġew l-ispetturi tal-Labour Office, irrifjuta li jħaddmu?", "Ma jidhirlekx li qed jitwettaq inġustizja ma' din il-persuna li tibqa' maqtugħa mir-reġistru fiċ-ċirkostanzi msemmija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat li fil-każ li rrefera għalih l- Onor. Interpellant, l-ispezzjoni mill-ispetturi tal-Korporazzjoni tax- Xogħol u Taħriġ ġiet esegwita nhar il-Ġimgħa 19 ta' Ottubru 2001 fis-sebgħa nieqes kwart ta' fil-għaxija.", "Ir-raġuni għaliex is-Sur Borg ġie maqtugħ mir-reġistru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, hija propju għax instab jaħdem waqt li kien qed jirreġistra għax-xogħol.", "Kontra sid il-post tax-xogħol sejrin jittieħdu dawk il-proċeduri kollha kontemplati mill-liġi fir-rigward ta' dawk is-sidien tan-negozji li jonqsu li jimlew il-formola ta' bidu ta' mpjieg tal-ħaddiema tagħhom kif huma obbligati li jagħmlu skond l-istess liġi.", "Dwar l-aħħar parti tad-domanda nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna kkonċernata tista' tressaq appell quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol fi żmien ħmistax minn mindu nqagħtat mir-reġistru.", "HCEB", "29198.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-HCEB ta struzzjonijiet lill- Institute of English Language Studies biex ma jħallsux flus dovuti lill- persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għaż-żamma ta' strudenti kif inhija liċenzjata li tagħmel?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Jien infurmat li hu minnu li l-H.C.E.B. tat l- istruzzjonijiet li jsemmi l-Onor.", "Interpellant.", "Ġejt infurmat ukoll li mir- records tal-H.C.E.B. ma jirriżultax li r-residenza in kwistjoni hi liċenzjata.", "IMPJEGATI", "29234.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: 1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR.", "JOE BORG: Risposta tingħata f'seduta oħra.", "IMPJEGATI", "29235.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: 1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li peress li l- informazzjoni għadha qed tinġabar, l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJEGATI", "29236.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: 1 Jista' l- Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "Tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "IMPJEGATI", "29237.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għal Għawdex: 1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJEGATI", "29238.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: 1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar.", "IMPJEGATI", "29239.", "L-ONOR.", "CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: 1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?", "2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat?", "3 Min awtorizza tali impieg?", "4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg?", "5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?", "ONOR TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal- Kamra.", "DEBT", "29251.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid x' inhu id-daqs tad-debt/GDP ratio mbassar għal din is-sena?", "X' kien fis-snin 2000, 1999 u 1998?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-daqs tad-dejn net tal-Gvern mal-Prodott Gross Domestiku fis-snin imsemmija fl- interpellanza kien dan li ġej:", "1996 : 37.97%", "1997 : 46%", "1998 : 50.27%", "1999 : 49.34%", "2000 : 51.81%", "2001 : 54.88% (imbassar)", "Wieħed jista jara li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista id-dejn żdied b'12.3% waqt li fl-aħħar tlett snin tal-Gvern ġdid Nazzjonalistaq d-dejn żdied b'4.6%.", "Dan għaliex waqt li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista, d-deficit lebbet qisu żiemel maħrub, f'dawn l-aħħar tlett snin, id-deficit qed jiġi kkontrollat.", "DIABETE", "29254.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jinvestiga l-ilment tas-sinjura peress li qalulha li persuni fuq il-35 sena ma jkunux intitolati għal free sticks tad-diabete kif jkunu dawk ta' taħt il-35 sena?", "Tikkonferma li r-regolamenti hekk qegħdin u jekk iva ma taħsibx li dawn għandhom jiġu reviewed biex ma ssirx diskriminazzjoni kontra persuni diabetiċi ta' kull eta' li qed ikollhom joħorġu dawn l-ispejjeż minn buthom?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.", "Rigward ir-regolamenti, l-pożizzjoni ma tbiddletx minn dik mogħtija fit- tweġiba għall-mistoqsija numru 26392 f'seduta 554.", "VISAS", "29256.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet irrappurtati ta' serq ta' entry visas mit-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija matul 1999, 2000, 2001?", "Kemm ġew imressqa l-qorti persuni obligati b' serq ta' entry visas matul l- istess perjodu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul l-1999, kienu rrapurtati zewg entry visas nieqsa mit-Taqsima tal-Passaporti fl-ajruport, filwaqt li matul is-sena 2000, kienet giet irrapurtata nieqsa entry visa wahda.", "Matul l-2001 ma kien hemm xejn.", "Zewg persuni gew imressqa quddiem il-Qorti, wara li rrizulta li kienu qed jaghmlu uzu minn tnejn mill-entry visas irrappurtati nieqsa.", "TRANSFERS", "29257.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm ġew effettwati transfers fil-Korp tal-Pulizija mill- Ajruport Internazzjonali ta' Malta (Taqsima Immigration) u mis-Seaport matul din is-sena?", "Jista' l-Ministru jindika l-ismijiet ta' l-uffiċjali trasferiti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma' kienx hemm membri tal-Korp fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni ta' l-ajruport u tas- seaport li gew trasferiti.", "IMMIGRAZZJONI KLANDESTINA", "29258.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbaghat separatament kienet infurmatu direttament b' xi allegati abbużi ta' immigrazzjoni klandestina?", "Jekk iva jista' l-Ministru jgħid meta u fejn kellmitu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant kienet giet tkellimni xi sentejn ilu waqt il-hin li fih nara n-nies li jridu jarawni.", "Kienet giet l-aktar fuq it-talba taghha biex issir cittadina Maltija u talbet l-intervent tieghi.", "Fil-fatt, minhabba suspetti li kellhom il-Pulizija dwarha, tawni parir biex din it-talba tigi michuda u hekk gara.", "F'din il-laqgha mhux minnu li din il-persuna ghamlet allegazzjonijiet kontra Pulizija partikolari u li minhabba f'hekk dawn gew trasferiti.", "Hija allegat biss, b'mod generali li kien hemm ufficjali ta' l-Immigrazzjoni li qed jabbuzaw mill-posizzjoni taghhom.", "Din l-akkuza 'generali' ghaddejtha lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni ghall-investigazzjoni."]} {"filename": "20030217_871d_par.doc", "date": "2003-02-17", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 871 It-Tnejn, 17 ta' Frar, 2003 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 871", "It-Tnejn, 17 ta' Frar, 2003", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "871", "It-Tnejn, 17 ta' Frar, 2003", "WERREJ", "MINUTI 338", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 338", "TQEGĦID TA' KARTI 343", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI (IT-TIENI QARI)", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL (SECOND READING) 344", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TPAĊIJA U NETTING F'KAŻ TA' INSOLVENZA (IT-TIENI QARI)", "SET-OFF AND NETTING ON INSOLVENCY BILL (SECOND READING) 347", "AĠĠORNAMENT 366", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 370", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 870 li saret fit-12 ta' Frar, 2003 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MSIDA: MISRAĦ IL-BARRIERI - FLOODING", "38557.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Leo Brincat) staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, l-Imsida, minħabba flooding li spiss jiġi kkawżat kull meta jkun il-maltemp?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd)(f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Il-kostruzzjoni ta` bankini ġodda m`hijiex funzjoni tal-kunsilli lokali u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.", "UE - IMPORTAZZJONI TA' TABAKK", "38291.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38133 u anke għall-fatt li – jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva waqt il-ħin tal-mistoqsijiet - il-Ministru beda jgħid li t-tariffi li kont qed nikkwota jien huma esaġerati u m'humiex vera, jista' jekk jogħġbu jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "UE - IMPORTAZZJONI TA' IKEL PROĊESSAT", "38296.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38134 u anke għall-fatt li – jien u nikkwota informazzjoni mill-website relattiva waqt il-ħin tal-mistoqsijiet - il-Ministru beda jgħid li t- tariffi li bdejt nikkwota jien huma esaġerati u m'humiex vera, jista' jekk jogħġbu jgħidilna x'inhi t-tariffa korretta?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38274.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPES CONSORTIUM LTD.", "38301.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pjanti u siġar li xtara l-konsorzju li qed jieħu ħsieb l-urban and rural landscaping?", "Minn fejn inxtraw?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: L-environmental landscapes consortium ltd hija kumpannija privata u għalhekk hi stess tixtri l-pjanti minn diversi pajjiżi bl-aħjar prezzijiet.", "Ir-rati ta' ħlas huma kif stabiliti fil-kuntratt.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma jidhirli li l-proprjetà għadha tal-gvern u anke l-flus il-gvern qed joħroġhom.", "Allura għalfejn qed tiġi wżata proprjetà tal-gvern u fiex qed jintnefqu l-flus?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Il-proprjetà għadha tal-gvern u tibqa' tal-gvern.", "Jiġifieri dik l-art mill-Bombi sal-Blata l-Bajda kienet tal-gvern, għadha tal-gvern u se tibqa' tal-gvern.", "Il-consortium jitħallas talli qed jimmaniġġja u jagħmel ix-xogħol.", "Ovvjament hemm kuntratt miftiehem bejn il- consortium u l-gvern li jinkludi rati miftiehma għal kull item.", "Mal-consortium hemm xi 300 ħaddiem li qabel kienu jaħdmu direttament mal- ministeru għall-agrikoltura u sajd, bil-kuntrattur jitħallas skond l- ammont ta' siġar li jħawwel jew jiżbor u anke jitħallas tal-manutenzjoni li jagħmel, kif ukoll jekk isir xi dawl f'ċerti areas li jiġu landscaped.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Allura la l-proprjetà hija tal-gvern u l-flus qed joħroġhom il-gvern, kif jista' jkun li l-parlament ma jiġix informat bil- flus li ħerġin?", "Jien nemmen li l-Ministru huwa fid-dmir li jagħti din l- informazzjoni lill-Kamra, Sur President.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Sur President, ikolli naqbel ma' l-Onor.", "Interpellant li l-poplu għandu dritt ikun jaf x'qed jitħallas il-consortium u se nieħu l- inkarigu li niġbor l-informazzjoni.", "Dawn il-pagamenti jsiru minn flus pubbliċi u l-poplu għandu jkun informat x'inhu jitħallas il-consortium.", "Però l-interpellanza li tidher fuq l-order paper hija dwar l-ispiża tal- pjanti u siġar li xtara l-consortium, li żgur m'għandha x'taqsam xejn mas- supplementary question li għamilli.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma nista' inkun naf kemm hi n-nefqa s'issa tax- xogħlijiet li qed jagħmel dan il-consortium?", "Għalkemm il-Ministru qed idur tajjeb ma' dak li qed nistaqsih, naħseb li l-informazzjoni li qed nitolbu jista' faċilment jagħtihieli.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jiddispjaċini imma fil-file m'għandix din l- informazzjoni għax il-mistoqsija oriġinali ma kenitx f'dan is-sens.", "Jien inwiegħed lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwel okkażjoni li jkolli nagħti l- informazzjoni kollha dwar il-ħlasijiet li ġew mgħoddija lill-consortium, jekk saru ħlasijiet mill-gvern.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' almenu l-Ministru jgħid kemm hi s-somma vvotata għall-kuntratt tal-consortium?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ikolli għal darb'oħra nistqarr li fil-file m'għandix ir-risposta għal dak li jixtieq ikun jaf l-Onor.", "Interpellant, però inwiegħdu li fl-ewwel opportunità li jkolli nġib l-istima tal-kuntratt kollu kemm hu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jista' il-Ministru jgħid jekk irċeviex x'ilmenti minn operaturi oħra, fis-sens li l-consortium mhuwiex jixtri mingħandhom minkejja li għandhom prezzijiet orħos.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: La jien u lanqas ħadd m'għandu dritt jindaħal minn fejn jixtri l-consortium.", "Il-consortium jixtri minn fejn jidhirlu hu u aħna m'għandniex dritt nindaħlulu jixtrix mingħand Noel Farrugia, jixtrix mingħand Ninu Zammit jew inkella jixtrix mingħand Austin Gatt!", "Naturalment il-gvern iħallas bir-rata miftiehma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Jiddispjaċini, Mr Speaker, imma forsi ma spjegajtx ruħi sew.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew id-dipartiment irċevewx ilmenti li l-consortium qed jixtri xtieli, pjanti u siġar li huma ogħla meta hawn minnhom available fis-suq bi prezz orħos.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ikolli nerġa' ngħidlek li ma tistax tindaħal lill- consortium minn fejn jixtri.", "Anke jekk jiġi xi ħadd jilmenta miegħi, jien ma nistax immur ngħid lill-consortium biex jixtri mingħand X jew mingħand Y għax ma nistax nindaħal.", "L-importanti huwa li l-kuntrattur iħawwel prodotti ta' kwalità, skond l-ispecifications u skond il-ftehim tal- kuntratt, bil-consortium jitħallas bir-rati miftiehma.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Xtaqt nistaqsi x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tad- dipartiment ta' l-agrikoltura ġew informati li min imur mal-konsorzju, ma jistax jiġi ttrasferit.", "Fil-fatt intalbu xi transfers mill-ħaddiema li ma ġewx milqugħa minħabba dan l-arranġament.", "Iżda f'dawn l-aħħar erbgħa jew ħames ġimgħat saru xi trasferimenti ta' xi ħaddiema.", "Jista' il-Ministru jgħidilna fuq liema bażi saru dawn it-transfers?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, għalkemm hawnhekk m'għandix informazzjoni dwar dan li qed jgħid li seħħ l-Onor.", "Interpellant, nista' ngħid li sar ftehim li dawn it-301 ħaddiem jiġu ttrasferiti lock, stock and barrel għal mal-privat, bil-barka tal-unions biex ngħid hekk.", "Jiġifieri żgur li sar kollox above board, mingħajr ma ħadd ġie sforzat għaliex kien hemm involuti l-unions.", "Iżda jekk kemm-il darba jkun hemm call for applications fl- istess ministeru jew fis-servizz ġenerali, dawn il-ħaddiema xorta jistgħu japplikaw u xorta jistgħu jingħataw promotion.", "L-Onor.", "Interpellant semma xi każi ta' trasferiment li jien ma naf xejn dwarhom.", "Naf biss li kien hemm impjegat li talab biex imur fis-segretarjat ta' xi ministeru, u ovvjament meta ministeru jitlob xi nies għas- segretarjat, ikun fejn ikun, dan jingħata t-transfer.", "Però jien se niċċekkja fuq dawn il-każi li semma biex inkun nista' ngħaddilu l- informazzjoni li qed jitlob.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Imma fil-fatt jistgħu jsiru trasferimenti?", "Forsi nbidlet il-proċedura?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Safejn naf jien it-transfers huma miżmuma.", "Però fil- bidu ta' din il-leġislatura ħarġu ċerti proċeduri kif jintgħażlu n-nies li jaħdmu mal-ministri u mas-segretarji parlamentari.", "Kull ministeru li jitlob is-servizzi ta' impjegati taċ-ċivil jew inkella ta' korpi parastatali, jista' jieħu n-nies kollha li jagħmel talba għalihom.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPES CONSORTIUM LTD", "38302.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Kemm ġew trasferiti ħaddiema li kienu bdew jaħdmu mal-konsorzju ta' l-urban & rural landscaping minn mindu beda jopera?", "Ma' liema dipartiment?", "Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li fil-fatt talbu transfer?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, din il-mistoqsija saret fil-21 ta' Jannar u sa dakinhar kien ġie ttrasferit ħaddiem wieħed, fuq talba tiegħu stess, li mar mal-ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali.", "Minbarra dan, daħlet talba waħda għal transfer u din għadha qed tiġi kkonsidrata.", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPES CONSORTIUM LTD", "38303.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li marru mal- konsorzju l-ġdid ta' l-urban and rural landscaping?", "Kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema fil-preżent?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li fl-1 ta' Novembru, 2002 ġew deployed mal-kumpannija 301 ħaddiem mill-urban and rural landscaping services.", "Matul Novembru rriżenja wieħed u ġie ttrasferit wieħed, u ġew deployed 25 ħaddiem ieħor mill-Kalaxlokk għal ma' din il-kumpannija.", "B'hekk illum l- environmental landscapes consortium ltd għandu 324 ħaddiem tal-gvern, minbarra ħaddiema oħra mpjegati direttament mill-istess konsorzju", "ENVIRONMENTAL LANDSCAPES CONSORTIUM LTD", "38304.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa mill-flus allokati għall-konsorzju ta' l-urban and rural landscaping?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien informat li mill-flus allokati għall-ELC s'issa ħarġu żewġ ċertifikati, wieħed ta' Lm196,992.58 (incl.", "VAT) f'Novembru 2002 u ieħor ta' Lm184,205.32 (incl.", "VAT) f'Diċembru 2002.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia, domanda supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, peress li jidhirli li l-gvern għandu monitoring unit sabiex jispezzjona x-xogħlijiet u jivverifika l-infiq inkwestjoni, jista' il-Ministru jgħidilna jekk saritx din il-verifika u jekk sarux dawn l-ispezzjonijiet?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Ovvjament biex isir il-ħlas irid isir il-kejl tax- xogħol.", "Jien informat li hemm grupp apposta mid-dipartiment ta' l- agrikoltura li jiltaqa' regolarment ma' dan il-konsorzju biex jara l- andament tax-xogħol, kif ukoll biex jara jekk il-pjanti li jkunu qegħdin jitħawlu humiex skond l-ispecifications kif miftiehma fil-kuntratt.", "Jiġifieri hemm monitoring kontinwu bejn il-ministeru u l-konsorzju.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, domanda supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Sur President, jidhirli li f'xi gazzetta qrajt li se toħroġ skema li biha n-nies jiġu mħajra jibnu ħitan tas-sejjieħ u ta' dan jitħallsu bejn Lm45 u Lm50 kull qażba.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: U Lm45 għall-pedament li jkun qed jilqa' l-ħamrija.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Kollox sew, imma apparti dan, x'se jagħmel il-gvern bin-nies li hemm fid-dipartiment ta' l-ambjent li huma mħarrġin bħala rubble-wall builders u issa ħadu l-istatus tagħhom?", "X'qegħdin jagħmlu hemmhekk dawn?", "Jekk kemm-il darba l-gvern se jibda jħajjar lill-privat jibni r-rubble-walls hu, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra x'se jkun jinvolvi dan bħala spettorat?", "Min se jiddeċiedi li dak il-ħajt ikun inbena skond is-sengħa?", "Kif se nikkalkolaw kemm se jitħallas min ikun bena l- ħajt?", "Meta għandek mal-100 ruħ fid-dipartiment ta' l-ambjent li huma teknikament kwalifikati bħala rubble-wall builders, għaliex se nidħlu f'dawn l-ispejjeż ġodda li se joħorġu minn flus il-poplu biex inħallsu lil min jibni ħajt tas-sejjieħ, jew aħjar, lil min jgħid li jkun bena ħajt tas- sejjieħ?", "Ma taħsibx li dan jagħti ħafna lok għall-abbuż, Sur President?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nibda mill-aħħar punt li semma l-Onor.", "Vella.", "Il- ħlas għal dan ix-xogħol mhux se jsir bil-mod li qed jgħid l-Onor.", "Vella sempliċement għax imur xi ħadd fid-dipartiment u jgħid li bena ħajt.", "Aħna għalhekk ġibna erba' quantity surveyors fid-dipartiment, Sur President.", "L-iskop prinċipali hu biex ma nħallux li tintilef il-ħamrija għax meta ma jkunx hemm ħitan tas-sejjieħ x'jilqgħu, tintilef il-ħamrija.", "(Interruzzjonijiet) M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq dawn l-aħħar erba' snin imma fuq għexieren ta' snin.", "Duru dawra mal-kampanja u taraw li hawn diversi ħitan tas-sejjieħ li twaqqgħu, bir-raba' lanqas biss għadu jiġi maħdum.", "Issa biex neliminaw it-telf ta' ħamrija qegħdin inniedu skema li permezz tagħha, il-bidwi jew inkella s-sid li jkun jaħdem ir-raba', imur id- dipartiment u jimla' formola apposta fejn jindika l-area li fiha jkollu ħitan tas-sejjieħ imwaqqa'.", "Imbagħad il-quantity surveyors imorru jiċċekkjaw l-affarijiet on site, jieħdu l-qies tas-selħa - selħa jgħidulha meta taqa' parti mill-ħajt - u jagħmlu l-istima.", "Il-bidwi jista' jagħżel jekk jagħmilx ix-xogħol hu u jitħallas hu, Sur President.", "Ovvjament dan ma jfissirx li kull bidwi jaf jibni ħajt tas-sejjieħ, għaliex dan jirrikjedi ċerta sengħa, ċerta arti u jrid ikollok ċerta paċenzja.", "Meta bniedem jibni ħajt tas-sejjieħ ikun qisu qed jagħmel biċċa mużajk.", "Meta jħares lejn il-laqx li jkollu fl-art, minn għajnejh jinduna fejn l-aħjar li tiffittja kull laqxa għax il-ħitan tas-sejjieħ ma jinbnewx billi jitwaddab it-tajn bejn ġebla u oħra.", "M'hijiex xi sengħa ta' barra minn hawn, imma dak il-bennej li jkun għajjur għal dak ix-xogħol ikun kapaċi jtella' dak il-ħajt.", "GĦalhekk il-bdiewa li huma kapaċi jibnu ħitan tas-sejjieħ jistgħu japplikaw biex jagħmlu dan ix-xogħol huma, imma qabel ma jsir il-ħlas se jkun hemm is-certification li ssir mill-quantity surveyors.", "Hemm grupp ta' erbgħa li għandhom esperjenza kbira li se jiċċekkjaw ix-xogħol.", "Jista' ikollok każi fejn ikunu waqgħu ħitan tas-sejjieħ u tkun qed tintilef ħafna ħamrija, imma s-sidien ta' dik ir-raba' ma jkollhomx is-sengħa biex jibnu dawn il-ħitan.", "Allura bi qbil mal-ministeru konċernat, dan ix-xogħol isir min-nies imħarrġa apposta li jaħdmu mad-dipartiment ta' l-ambjent jew mad-dipartiment ta' l-agrikoltura.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, qed nifhem tajjeb li se jkun hemm skema li biha min għandu ħitan imwaqqgħin jew se jaqgħu jista' jirrapporta lill- awtoritajiet, imorru s-surveyors jaraw x'inhuma l-ħsarat u mbagħad jiddeċiedu min jagħmlu dak ix-xogħol ta' restawr tal-ħajt, jekk hux il- privat jew inkella n-nies tal-gvern?", "Imma għalfejn dan kollu meta hemm grupp ta' rubble-wall builders tas-sengħa mal-gvern li qed jieħdu l-pagi?", "Dan faċilment tista' tuża l-expertise ta' dawn in-nies u ma jkollokx għalfejn iddaħħal il-privat u naturalment toħroġ il-flus u la tiġi bżonn surveyors u lanqas inspectors għax dawn kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol, bħalma għamlu drabi oħra.", "Jiġifieri ma nafx għalfejn se jidħol dan l- element tal-privat jekk mhux biex noħorġu aktar flus mill-Kaxxa ta' Malta.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Mr Speaker, hawn li qed nagħmlu hu li wieħed imur fid-dipartiment ta' l-extension services biex javża li għandu ħajt imwaqqa' u japplika għall-għajnuna.", "Ovvjament in-nies tad-dipartiment mhux se jiftħu l-kexxun u jaqbdu u jagħtuh il-flus.", "L-ewwel imorru l-quantity surveyors jieħdu l-qies tas-surface area li trid tinbena u mbagħad tiġi determinata l-għajnuna li l-bidwi jista' jingħata.", "Il-bidwi jista' faċilment jaqbad u jagħmel ix-xogħol hu, u hawn ħafna bdiewa li jagħmlu dan ix-xogħol huma stess.", "Meta taqa' selħa normalment il- bdiewa jkunu kapaċi jtellgħuha huma stess.", "Hawn bdiewa li jkollhom selħa u jwaqqgħu biċċa oħra mill-ħajt biex ifittxu l-bebbux u mbagħad jerġgħu jibnuha.", "MR SPEAKER: Ikkonkludi jekk jogħġbok, Ministru.", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Meta l-bidwi jkollu selħa fil-ħajt tas-sejjieħ, id- dipartiment jiddeterminalu kemm se jitħallas tagħha u jista' jtellagħha hu stess.", "Jekk il-bidwi ma jkunx kapaċi jagħmel ix-xogħol hu, jista' jqabbad lil ħaddieħor.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru Ċensu Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 61 ta' l-2003 - regolamenti ta' l-2003 dwar linji mikrijin fit-telekomunikazzjonijiet; u", "Avviż Legali 63 ta' l-2003 - the carriage by air (international and non-international carriage)oOrder, 2003;", "f'isem il-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Lista tal-persuni li għaddew mill-eżami għall-post ta' spettur fil- korp tal-pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38584; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni barranin li għandhom permess ta' residenza permanenti f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 38595; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali 62 ta' l-2003 – ordni ta' l-2003 li jemenda l-ordni dwar il- konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili fis-sekwestru internazzjonali ta' minuri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Austin Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 64 ta' l-2003 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' diversi artikoli ta' l-Att ta' l-2002 dwar Proċeduri fil-Qrati u t-Tribunali (Att XXXI ta' l-2002); u", "Avviż Legali 65 ta' l-2003 - avviż ta' dħul fis-seħħ ta' diversi artikoli ta' l-Att ta' l-2002 dwar Proċeduri fil-Qrati u t-Tribunali (Att XXXI ta' l-2002); u MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI", "CIVIL CODE (AMENDMENT) BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Frar 2003.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Austin Gatt, jekk jogħġbu, jagħmel il- winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, sinċerament ma fhimtx l-oppożizzjoni x'kienet qed tgħid.", "Mhux qed inkun sarkastiku imma naħseb li l- pożizzjonijiet kif tpoġġew mill-kelliem dwar il-ġustizzja l-Onor.", "Anglu Farrugia u mill-Onor.", "Jose' Herrera huma drastikament differenti.", "L- argument li għamel l-Onor.", "Farrugia hu li f'dan il-każ ma jidhirlux li dan il-Parlament għandu jilleġisla.", "Il-pożizzjoni li ħa l-kelliem ta' l-oppożizzjoni dwar il-ġustizzja kienet li l-kriterji li għandna fil-kodiċi ċivili li jintużaw biex jiġu kkalkolati d-danni mill-qrati - kriterji li ilhom hemm mill-1962 u qatt ma ntmessu minn dan il-Parlament u li tant huma vasti li kif qal l-Onor.", "Herrera ġew interpretati b'diversi modi kultant konfliġġenti wkoll mill-qrati tagħna - m'għandniex immissuhom.", "Qal li għandna nħalluhom wesgħin kif inhuma u għandna nħallu lill-qrati tagħna li jagħmlu l-interpretazzjoni tagħhom.", "Iddeskriva, kultant anke b'ċerta emozzjoni, li l-emendi li qed jagħmel dan il-Parlament huma interferenza tal-leġislattiv fuq il-branka ġudizjarja ta' pajjiżna.", "Iddeskriva din il-leġislazzjoni bħala interferenza inaċċettabbli f'kull demokrazija.", "Għalissa m'iniex se noqgħod nidħol fuq kemm hu ġustifikat jew le.", "Imma qed ngħid li ħa l-pożizzjoni li kull leġislazzjoni li b'xi mod tbiddel il-kriterju preżenti li jeżisti huwa ekwivalenti għall- interferenza fil-qorti, ergo m'għandhiex issir.", "Il-pożizzjoni ta' l-Onor.", "Herrera ma kenitx din.", "L-Onor.", "Herrera li speċjalizza f'dan il-qasam tal-liġi fil-fatt fl-espożizzjoni tiegħu tana overview tajba ħafna ta' kif żvolġiet l-ġurisprudenza f'dan il-qasam u semma kif kellna sentenzi differenti u qal li mhux sew li tmur quddiem imħallef u jiddeċiedi mod u tmur quddiem imħallef ieħor u jiddeċiedi mod ieħor.", "Anzi jien deherli li esaġera meta beda jsemmi nies b'ismihom u qal mhux sew li jkollok lil Joe Micallef Stafrace, lil Joe Galea Debono u lill- ex-imħallef Berti Manche' li kienu jadottaw il-kriterji ta' Butler vs Herd, il-famuża sentenza ta' l-1967, u mhux jillikwidaw fuq il-kriterji li mħallfin oħra kienu jużaw.", "L-Onor.", "Herrera qal li ċerti mħallfin ġebbdu l-liġi biex ħarġu teoriji ġodda u kien jippretendi mill-gvern li jekk se jbiddel, jagħmel liġi li ssegwi l-kriterji ġodda.", "Fil-fatt qal liema kriterji jixtieq jara u semma l- kriterji li jaddotta l-Imħallef Gianninu Caruana Demajo.", "Mela l-Onor.", "Farrugia qiegħed jgħid li għandna nħallu kollox kif inhu, ma nagħmlux leġislazzjoni u nħallu kollox f'idejn l-imħallfin u l-Onor.", "Herrera qed jgħid li ejja nbiddlu, pero` huwa oxxen li tbiddel billi tadotta l-kriterji ta' Butler vs Herd għax għandna l-kriterji li qed jadotta riċentement l- Imħallef Gianninu Caruana Demajo.", "U għalhekk jien tħawwadt.", "U sinċerment tħawwadt għax ma nafx preċiż x'inhi l-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni.", "Jopponu l-leġislazzjoni bħala punt ta' prinċipju?", "Nifhem li wieħed jista` jeħodha din il-pożizzjoni.", "Jew jopponu l-leġislazzjoni għaliex ma tadottax kriterji li huma jidhrilhom li għandhom jiġu adottati u addotajna kriterji differenti?", "Naħseb li kulħadd japprezza li dawn huma żewġ pożizzjonijiet differenti li lili jħalluni kemm kemm imħawwad.", "X'qed jipprova jagħmel il-gvern?", "Naħseb li min segwa lill-Onor.", "Herrera jifhem għaliex il-gvern kellu jintervjeni.", "Apparti naqblux kif intervjena, imma żgur li kien hemm bżonn ta` intervent.", "L-Onor.", "Herrera għamel espożizzjoni tajba ħafna ta' kif żviluppat il-ġurisprudenza.", "Bdejna bil- famuża sentenza Butler vs Herd li mill-kriterji miżeri li hemm fil-qorti ċivili tagħna addottat ċerti gwidi kif tiġi biex tillikwida d-danni.", "Dik il-kawża li kull student ta' l-universita` jitgħallima baqgħet tintuża għal snin twal.", "Hemm formola, mhux se noqgħod nidħol fiha, ta' kif issir il-likwidazzjoni u dejjem baqgħet tiġi segwita.", "L-imħallef Mifsud Bonnici, kif qal l-Onor.", "Herrera, kien biddel din l-interpretazzjoni rigward is-snin.", "Qabel kienet titħaddem fuq 25 sena future earnings u l-Imħallef Mifsud Bonnici dehrlu li kellu jestendiha saż-żmien ta' l-irtirar.", "Mhux qed ngħid jekk għandux raġun jew le, u m`hu se nagħti la raġun u lanqas tort lill-ebda imħallef.", "Qed ngħid il-fatti x'inhuma.", "Dik l-interpretazzjoni għal xi żmien twaqqgħet mill-qorti ta' l-appell pero' għal xi żmien wara reġgħet ġiet restawrata mill-qorti ta' l-appell.", "Imħallef ieħor kien ta sentenza fejn interpreta b'mod differenti l-lump sum payment u l-parti li għandha titnaqqas.", "Imħallfin oħra ma aċċettawx dik l-interpretazzjoni u hawnhekk l-Onor.", "Herrera ġustament qal li llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn lill-klijent nista' ngħidlu min qabel li jekk l-kawża tiegħu se tinzerta quddiem imħallef \"A\" se jieħu Lm50,000 u jekk se tinzerta quddiem imħallef \"B\" se jieħu Lm10,000.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex il-gvern dehrlu li għandu jintervjeni.", "Jien bħala minsitru tal-ġustizzja dejjem sostnejt ma' kull prim imħallef li hemm ċerti oqsma fil-liġi fejn il-ġudikatura teħtieġ li tibda tagħmel sentencing policy, speċjalment f'pajjiż żgħir bħal tagħna.", "Issa naf li mhux faċli u naf li m'hijiex fit-tradizzjoni tagħna.", "Pero' ħadd ma jifhem - dak li jgħid ġustament u naqbel miegħu l-Onor.", "Herrera – kif fl- istess każ ta' żewġ persuni b'diżabilita' naxxenti mill-istess inċident fl- istess ċirkostanzi, wieħed jieħu Lm50,000 u wieħed jieħu Lm10,000.", "Bl- istess mod huwa diffiċli tifhem kif żewġ persuni li jagħmlu l-istess xogħol u li tilfu id kull wieħed ġo fabbrika, tabib jgħid li wieħed għandu diżabilita' ta' 20% u tabib ieħor jgħid li għandu diżabilita' ta' 5%.", "Soluzzjoni minnhom li sabu l-qrati barranin hija li jkun hemm sentencing policies fuq livell ta' ġudizzjarju.", "Il-ġudikatura tagħna hija dejjem irrifjutaw li jkollhom sentencing policies u jimxu bil-premessa li l- ġudikant jirrispondi biss lejn il-kuxjenza tiegħu u lejn Alla u allura jrid iħalli f'idjeh biex jiżen iċ-ċirkostanzi.", "U allura jiġru l-anomaliji li semma l-Onor.", "Herrera, kif fl-istess ċirkostanzi wieħed joħroġ b'danni ta' Lm50,000 u l-ieħor joħroġ b'danni ta' Lm10,000.", "Sur President, għandna problemi oħra.", "Għandna l-problemi tal-likwidazzjoni tad-danni u jien mingħajr ma b'xi mod qed niftiehem li qed nikkritika ċerti sentenzi ma nistax sinċerament fil-kuxjenza tiegħi nifhem x'inhuma dawn is- sentenzi.", "Kif fuq bażi tal-liġi li għandna llum, imut tifel taħt l-eta' u jiġu likwidati danni ta' Lm0.25miljun.", "Hija xi ħaġa impossibbli għaliex kif qal l-Onor.", "Herrera, aħna m'għandniex il-kunċett ta' danni tal-pain and suffering u l-biża` tiegħi hija li jekk jiġu likwidati dawn l-ammonti biex nikkompensaw il-pain and suffering li ġustament il-ġenituri għandhom żgur iħossu u qed iħossu....", "Pero' m'għandniex il-bażi fil-liġi u hawn hija l- preokuppazzjoni tal-gvern u għalhekk kellna nbiddlu jew nidħlu iktar fil- kriterji għaliex għandna liġi li hija inadegwata għaż-żmenijiet tal-lum għaliex saret fis-sittinijiet.", "Allura għandna bżonn nintervjenu biex nagħmluha adegwata għaż-żmienijiet tal-lum.", "Fl-pinjoni tiegħi l-uniku żball li għamel l-Onor.", "Herrera fid-diskors tiegħu huwa kien proprju fejn qal li messna nirrikonoxxu l-prinċipju tal- pain and suffering u ma daħħalniex fil-liġi.", "Hemm żbaljat l-Onor.", "Herrera.", "Għaliex?", "Għax għall-ewwel darba qed indaħħlu l-kunċett tal-pain and suffering fil-liġi.", "Nistgħu ma naqblux fuq il-limiti li saru, Lm0.25 miljun f'każ u Lm20,000 fil-każ tal-pain and suffering.", "Irrid ngħid li Lm0.25 miljun limitu li għamilna, li jistgħu jbiddluh il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ministru tal-Finanzi b'legal notice, huwa l-ogħla ammont li qatt ġie ordnati mill-qrati tagħna.", "Jiġifieri bdjena diġa' mill-ogħla ammont u qed inżommu ruħna miftuħin biex dan inżiduh.", "Għall-ewwel darba qed indaħħlu l- kunċett tal-pain and suffering u jekk ikun hemm bżonn li ngħollu l-limitu ta' Lm20,000 li hemm preżenti fil-liġi, dan il-gvern lest li jgħollih.", "Imma jidhrilna li l-ewwel darba li qed indaħħlu dan il-kunċett tal-pain and suffering għandna nibdew bil-baxx u se mai nitilgħu iktar 'il fuq 'il quddiem.", "Sur President, għalhekk nagħlaq billi ngħid li l-intenzjoni tal-gvern qatt ma kienet dik li pprova jgħid l-Onor.", "Farrugia.", "Din m'hijiex interferenza fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-qorti, imma hija biss updating ta' liġi u ta' żewġ klawsoli li ilhom fil-kodiċi ċivili tagħna mill-1962.", "Iċ- ċirksotanzi sew ta` kif jinqalgħu l-inċidenti tad-danni kif ukoll ta' kif għandhom jiġu likwidati d-danni tbiddlu sostanzjalment minn 40 sena 'l hawn u l-intervent ta' dan il-leġislattiv huwa neċessarju biex aħna jkollna liġijiet aġġornati li jagħtu każ iċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\" ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRI: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi intalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fis-6.50 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16\", ikun moqri t- Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "395", "FAVUR : 23", "L-Onor. | | | |Abela Anthony |Galea Pace | | |Victor | |Agius Francis |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Hyzler George | |Bonnici Josef |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Bonnici Michael |Mugliett Jesmond| |Borg Tonio |Pullicino George| |Cristina Dolores |Vassallo Edwin | |Dalli John |Vella John | |Deguara Louis |Zammit Ninu | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 15", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Gulia Gavin | |Bartolo Evarist |Herrera Jose' | |Borg Karmenu |Law Rita | |Coleiro Marie |Mizzi Joe | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Parnis Silvio | |Dalli Helena |Sammut Joseph | |Farrugia Angelo |Vella George | |Farrugia Noel | |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skond il-Mozzjoni Nru. 14 tas-27 ta' Ottubru ta' l-1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill- Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' l-Abbozzi ta' Liġi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TPAĊIJA U NETTING F'KAŻ TA' INSOLVENZA", "SET-OFF AND NETTING ON INSOLVENCY BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi li jkunu nfurzati dispożizzjonijiet ta' tpaċija u netting f'każ ta' falliment jew insolvenza u biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji u kummerċjali oħra\".", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, dan l-abbozz ta' liġi qed idaħħal fl- istatut legali tagħna ċerti konċetti ġodda fil-qasam tan-negozju u l- kummerċ u qed jemenda wkoll il-liġi dwar il-kumpanniji.", "Fil-fatt din il- liġi u dawn l-emendi huma kontinwazzjoni tat-tibdil li għamilna fis-settur finanzjarju ftit xhur ilu meta minn dan il-Parlament għaddejna numru sostanzjali ta' liġijiet ġodda biex jemendaw il-qafas u l-istrutturi taċ- ċentru finanzjarju u tal-mod kif isir in-negozju f'pajjiżna.", "Dan qed isir bażikament biex naġġornaw il-liġijiet tagħna kemm mal-pożizzjonijiet f'pajjiżna kif ukoll mal-pożizzjonijiet internazzjonali.", "Filwaqt li qegħdin intejbu l-liġijiet u r-regolamenti tagħna u qegħdin indaħħlu, kif diġa` għedt, konċetti ġodda, fl-istess ħin qed nikkoreġu xi difetti li identifikajna bl-esperjenza matul is-snin.", "Bl-emendi li qed nagħmlu għal din il-liġi qed nissinkronizzaw il-liġijiet tal-kumpanniji mal-liġijiet, l- emendi u t-tibdil li għamilna f'liġijiet oħra.", "Qegħdin ukoll ninkorporaw il-mixja li saret matul l-aħħar snin f'dak li hu regolamentar tas-settur finanzjarju u tas-settur kummerċjali biex tikber il-protezzjoni għall- konsumatur, ikun organizzat aħjar l-ambjent li fih naħdmu u jkun hawn level playingfield bis-serjeta`.", "Hemm bżonn li ninkorporaw dawn l-avvanzi u l-iżviluppi li saru internazzjonalment għaliex kif tgħallimna l-esperjenza riċenti m'aħniex waħedna.", "Pajjiżna m'huwiex waħdu fl-ebda qasam u għalhekk m'aħniex f'sitwazzjoni li nieħdu xi attitudni li aħna nistgħu nagħmlu li rridu f'xi qasam ̧ għalkemm nisimgħu min jgħid li għandu jkollna rajna f'idejna.", "Illum kulħadd irid jirrealizza li d-dinja li qed ngħixu fiha llum hija dinja fejn kulħadd huwa dipendenti minn kulħadd u allura hemm interess globali biex isiru regolamenti li jaraw kif ir-relazzjonijiet bejn individwi, bejn il-pajjiżi u bejn entijiet li jinnegozjaw minn pajjiż għal ieħor ikunu regolati ħalli jassiguraw li kollox isir bl-aħjar mod.", "Inti tista' tkabbar in-negozju fil-pajjiż billi żżid il-kredibbilta`.", "Issa din tiżdied biss meta aħna nkunu magħrufa li m'aħniex cowboys imma aħna serji u għax serji aħna mhux biss nifhmu dak li jkun qed jiġri madwarna imma jkollna wkoll il-kapaċita` li nwettqu u nimplimentaw il-livelli għolja ta' regoli li jiġu żviluppati minn żmien għal żmien.", "Sur President, f'dan is-settur finanzjarju, aktar minn kwalunkwe settur ieħor għaliex jaqsam il-fruntieri tal-pajjiżi, huwa importanti ħafna li nkunu konformi ma' dak li qed jiġri fid-dinja.", "Dawn ir-regolamenti ma jiġux żviluppati għall-gost jew għax xi ħadd ifettillu li jrid jagħmel xi regolament imma ħafna drabi jiġu żviluppati għaliex inkunu għaddejna minn xi esperjenzi qarsa.", "Per eżempju, riċentement rajna l-esperjenza qarsa li għaddiet minnha l-Amerika meta kellha fallimenti sostanzjali li ġew minħabba nuqqas ta' kontrolli qawwija fuq il-mod kif kienu jiġu rapportati l-accounts ta' kumpanniji kbar.", "Fil-fatt f'dak li għandu x'jaqsam ma' standards u ma' regoli dwar kif wieħed għandu jirrapporta l-attivita` tiegħu kien hemm ċerti loopholes.", "Ir-riżultat kien li finalment dawk il- kumpanniji u l-awdituri tagħhom li ma kenux qed jimxu kif għandhom jimxu spiċċaw f'inkwiet kbir.", "Kieku spiċċaw f'inkwiet kbir dawk biss li pperpetwaw dawn l-affarijiet ma kenitx problema pero' fir-realtà spiċċaw f'inkwiet kbir id-debituri tagħhom, dawk li kellhom jieħdu l-flus mingħandhom u dawk il-ħafna mijiet ta' eluf li kellhom ishma f'dawn il- korporazzjonijiet u kienu fdaw flushom fl-andament ta' dawn il-kumpanniji.", "Sur President, kull pajjiż li jibża' għal ismu - u aħna nibżgħu ħafna għal isimna -, kull pajjiż li jipproġetta ruħu bħala pajjiż serju - u aħna pproġettajna ruħna u aċċettati bħala pajjiż serju -, kull pajjiż li jrid jiġbed lejh in-negozju - u aħna rridu niġbdu n-negozju; mhux in-negozju ta' min iħarrab flusu minn pajjiżu imma negozju ta' min irid isir bażi tajba, serja u effiċjenti minn fejn ikun jista' jaħdem – joqgħod attent ħafna minn dawn l-iżviluppi.", "Fil-fatt aħna ninsistu li fiċ-ċentru finanzjarju tagħna dawk li joperaw f'pajjiżna ma joperawx għaliex iridu jaħarbu minn pajjiżhom imma joperaw għaliex jifhmu li jekk jużaw is-sistemi li nħaddmu f'pajjiżna jkunu jistgħu jsiru aktar effiċjenti.", "L-importanti hu li dawn ikollhom preżenza reali f'pajjiżna u jħaddmu xogħol veru minn dan il-pajjiż.", "Imbagħad f'dak li għandu x'jaqsam ma' kumpanniji qegħdin niċċaraw ir-responsabbiltajiet tad-diretturi x'inhuma u nagħmlu insistenzi fuq kif dawn għandhom jaqdu d-doveri tagħhom.", "Qed indaħħlu wkoll ċerti kunċetti ġodda biex insaħħu r-regime finanzjarju u kummerċjali ta' pajjiżna fosthom ir-recovery provisions ġodda fil-liġijiet tal-kumpanniji u l-market abuse offences li bihom qed nemendaw il-liġi ta' l-insider dealing.", "Naturalment saru ħafna konsultazzjonijiet ma' dawk li jaħdmu f'dan is-settur biex ġew identifikati difetti li kellna fil- leġislazzjoni tagħna.", "Aħna lkoll umani u meta nilleġislaw f'dan il- Parlament ma nkunux perfetti lanqas u naħseb li din hija biċċa xogħol għall- avukati għax minn żmien għal żmien iridu jagħtu ċerti interpretazzjonijiet fuq il-provvedimenti tal-liġi.", "Għalhekk wieħed ikun jista' jagħmel ċerti korrezzjonijiet u dan huwa li qed nagħmlu.", "Qegħdin nesiġu wkoll li tiżdied il-protezzjoni għall-konsumatur.", "Fil-liġi dwar ir-regolaturi li ħloqna, mhux biss f'dan is-settur permezz ta' l-MFSA imma anke f'setturi oħra ̧ l-attenzjoni speċjali u speċifika hija fuq il- konsumatur.", "Huwa importanti li l-konsumatur mhux biss ikun moqdi imma jkun moqdi tajjeb, bi kwalità tajba u bl-aħjar prezzijiet.", "Għalhekk anke f'dawn il-liġijiet qed naraw li jiġu salvagwardati u msaħħa dawk il- provvedimenti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tal-konsumatur.", "Wieħed mill-elimenti ġodda li qed indaħħlu f'din il-liġi hija t-tpaċija f'każ ta' falliment.", "Fil-liġi tagħna qed indaħħlu provvedimenti ġodda biex meta kumpannija tkun qiegħda fi proċess ta' falliment, kulmin ikollu jieħu mingħand din il-kumpannija u fl-istess ħin ikollu jagħtiha, ma jitqiesx bħala debitur u kreditur imma bażikament jitqies bħala jew debitur jew kreditur skond l-ammont nett li jkollu bejn dak li jkollu jieħu u dak li jkollu jagħti.", "Din hija t-tpaċija.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-proċess li bih f'kumpannija li qed tfalli, kreditur li fl-istess ħin ikun debitur ikun jista' jnaqqas minn dak li jkollu jieħu mingħand il-kumpannija, dak li jkollu jagħti u viċiversa.", "Dan huwa kunċett ġdid għal-liġi tagħna u mhux qed ninkluduh mingħajr ma kellna diskussjonijiet estensivi ma' min jifhem f'dawn is-suġġetti.", "Aħna rajna wkoll xi jsir barra minn pajjiżna u rajna li fil-fatt din il-prattika ta' tpaċija jew kif inhi magħrufa aħjar bħala n-netting hija prattika li mhux biss hija rikonoxxuta f'ħafna pajjiżi anzi hija prattika mandatorja.", "Għalhekk aħna u niżviluppaw il-kunċett rajna l-possibbiltajiet kollha u diversi ta' kif nistgħu ndaħħlu dawn il-kunċetti.", "Rajna, per eżempju, jekk dawn għandniex indaħħluhom biss għas-settur ta' funds jew għas-settur finanzjarju u ma ndaħħluhomx għas-setturi kollha f'pajjiżna.", "Pero` wara li kkonsidrajna kollox wasalna għall-konklużjoni li jkun tajjeb li dan il-kunċett ta' netting ikun japplika across the board f'pajjiżna, ikun japplika għal kulħadd.", "U hemm ħafna raġunijiet għal dan.", "L-ewwelnett aħna naħsbu li dan huwa ta' benefiċċju għall-ekonomija tagħna għax tnaqqas l-exposure ta' kredituri lill-kumpannija partikolari u għalhekk indirettament tkun qed tnaqqas ir-riskju tan-negozju.", "U meta tnaqqas ir- riskju f'dan l-ambjent tan-negozju tkun qed timmottiva li jkun hemm ħafna iktar negozju.", "GĦaldaqstant naħsbu li din il-ħaġa hija ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż.", "U ladarba hija ta' benefiċċju, jekk noqogħdu nagħmlu differenza bejn settur u ieħor nistgħu nkunu qegħdin indaħħlu ċerta preferenza għal ċerti kredituri fuq kredituri oħrajn, u dan ma ridniehx minħabba l-komplikazzjonijiet li nafu li jinqalgħu kull darba li jkun hemm xi problema, meta tibda tagħmel limitazzjonijiet ta' dan it-tip, fuq x'jidħol u ma jidħolx fil-klassifikazzjoni li tkun stabbilixxejt.", "GĦalhekk iddeċidejna li dan il-kunċett ta' tpaċija għandu jidħol u jkun japplika għas-sitwazzjonijiet kollha f'pajjiżna.", "Dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin niddiskutu llum qed jemenda wkoll l-Att dwar il-kumpanniji li konna għaddejnieh minn dan il-Parlament fl-1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-1996.", "Jiġifieri għandna esperjenza ta' iktar minn sitt snin b'din il-liġi.", "Konna għamilna ħafna studji meta ġejna biex nagħmlu din ir-riforma qawwija fil-liġi tal-kumpanniji.", "Niftakru li l-liġi li kellna, il-Companies Ordinance, kienet liġi antika ħafna u kellha ħafna emendi.", "Fl-opinjoni tiegħi meta għaddejna din il-liġi b'mod unanimu minn dan il- Parlamnet għamilna pass enormi 'l quddiem għax konna stabbilixxejna standards ġodda fil-qasam legali tal-kumpanniji.", "F'sitt snin kellna l- opportunita` li nevalwaw tajjeb kemm kienu effettivi l-miżuri differenti li ħadna.", "Fil-fatt rajna li f'din il-liġi li hija wżata minn ħafna nies, għalkemm hija liġi tajba u effettiva ħafna, hemm xi nuqqasijiet.", "Hemm ċerti żballji żgħar li setgħu ħolqu problemi f'dik li hija interpretazzjoni u ċerti kliem li ġie wżat f'ċerti provisions kienu ambigwi fl- interpretazzjoni tagħhom, u llum qegħdin naraw il-konsegwenzi tagħhom.", "Kien hemm ċerti attivitajiet li ma kenux ġew ikkonsidrati waqt li konna qed nagħmlu l-liġi u tħallew barra anke minħabba ċirkostanzi ġodda li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Naturalment kif nafu ma tistax taħseb għall- eventwalitajiet kollha meta tkun qed tilleġisla, allura minn żmien għal żmien tieħu l-opportunita` biex fejn hemm xi toqob tkun tista' ssoddhom.", "Għalhekk rajna l-bżonn li naraw x'inhuma dawn in-nuqqasijiet u nirranġawhom.", "Meta ġejna biex nagħmlu dan l-eżerċizzju ma ngħalaqniex f'kamra u qbadna u għamilna l-affarijiet aħna kif fettlilna, imma żviluppajna dawn il-kunċetti u dawn l-emendi ma' dawk li jaħdmu fis-settur, mal-Malta institute of accountants u mal-Malta commercial banks association.", "B'hekk stajna nagħmlu l-filtru biex dak li qed nagħmlu llum jkun tajjeb kemm jista' jkun u rilevanti għal żmenijietna u kemm jista' jkun ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li naħsbu li jistgħu jinqalgħu.", "Dawn l-emendi li qegħdin nissuġġerixxu huma frott ta' dawn il-konsultazzjonijiet.", "Per eżempju, qegħdin nagħmlu emendi fuq l-offerti ta' ishma li jsiru lill-pubbliku u qegħdin niddefinixxu x'inhuma dawn l-offerti.", "Wieħed irid ikun iebes ħafna fil-kondizzjonijiet ta' meta joħorġu offerti lill-pubbliku.", "Irid ikun metikoluż b'mod qawwi dwar it-tip ta' informazzjoni li trid tgħaddi mill- kumpannija għal dawk li possibbilment jistgħu jixtru l-ishma tagħha meta jkun hemm offerta għall-pubbliku.", "GĦax wieħed jassumi li ħafna min-nies ma jkollhomx informazzjoni u ma jkunux jifhmu daqshekk l-implikazzjonijiet ta' x'ikun qed jiġri fil-pajjiż, internazzjonalment u fil-kumpannija nnifisha u kif jista' jeffettwalhom l-investiment.", "GĦalhekk wieħed jesiġi li jkun hemm prospectuses b'ċertu dettall li jagħtu l-informazzjoni meħtieġa lill-pubbliku konċernat.", "Pero` wieħed ma jistax jistenna li jkun hemm dan il-livell qawwi ta' informazzjoni u proċess amministrattiv fil-konidzzjonijiet kollha.", "Per eżempju, ma tistax timponi ċerti regolmenti meta kumpannija toffri shares b'xejn lil xi individwi, jew meta tkun qed issir offerta ta' shares lil ftit nies, u li kull wieħed minn dawn in-nies ma ħallasx iktar minn Lm50,000 biex jixtri dawn l-ishma, jew inkella fil-każ ta' offerti fejn il- ħlas għall-ishma b'mod totali ma jiswewx iktar minn Lm10,000.", "Jien qed ngħid għal ċirkostanzi fejn wieħed jifhem li m'għandhomx jitqiesu bħala offerti lill-pubbliku.", "Dawn m'għandhomx jiġu mgħoddija mill-istess ħtiġijiet amministrattivi li tgħaddi offerta lill-pubbliku.", "Pero`, billi qabel ma kellniex dawn it-tip ta' definizzjonijiet, allura kien hemm ċerti problemi biex isiru ċerti tranżazzjonijiet.", "Per eżempju, offerti li jsiru lill-membri eżistenti, offerti li jsiru meta se jkun hemm merger jew take- over bid, wieħed irid jarahom mil-lenti daqsxejn differenti milli jarahom normalment meta nitkellmu fuq offerta lill-pubbliku.", "Ħaġ'oħra li qegħdin nidħlu f'ċertu dettall fuqha u niddefinixxu iktar fil- profond biex wieħed ikun jista' jifhem iktar preċiż x'inhu rikjest minnu huma d-doveri tad-diretturi.", "Qegħdin nagħmlu statements ċari fuq l- istandards of performance mistenni mid-diretturi.", "Fil-liġi qegħdin ngħidu - u dak li jkun miktub fil-liġi jindika mhux biss l- intenzjoni tal-leġislatur imma jagħti piż ikbar fuq l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn dawk ikkonċeranati - li d-diretturi għandhom jaħdmu fl-aħjar interess tal-kumpannija u jaħdmu in good faith.", "Id-diretturi għandhom ikunu responsabbli li jippromwovu t-tkabbir u s-saħħa tal- kumpannija u għalhekk għandhom ikunu responsabbli kemm għall-governance tal- kumpannija, kif ukoll li jipprovdu superviżjoni adegwata ta' dak li jiġri fil-kumpannija.", "M'għandux ikun hemm skużi li ma jafx.", "Suppost li direttur ikun jaf sewwa l-affarijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.", "Qed ngħidu li direttur m'għandux jagħmel profitt mill-kumpannija mingħajr ma l- kumpannija tkun taf, jiġifieri l-kwestjoni tal-conflict of interest.", "Id- direttur irid iħaddem il-poteri li jkollu b'mod tajjeb.", "Element ieħor importanti li qegħdin nintorduċu f'din il-liġi huwa dak li qed jissejjaħ company rescue, company recovery procedure.", "Din hija proċedura li se tapplika għal kumpanniji kbar - kbar fis-sens tagħna - li għandhom exposure ta' kreditu ta' madwar Lm200,000.", "Din tipprovdi għal proċedura li biha kumpannija li tista' tiġi salvata tingħata n-nifs u ma tgħaddix għal-likwidazzjoni, mingħajr ma jkun hemm problemi għal dawk li qed jipprovaw isalvaw il-kumpannija.", "Sur President, illum jekk wieħed ikun involut f'xi kumpannija bħala direttur, u l-kumpannija tkun għaddejja minn xi problemi, pero` jaf li l- problemi jistgħu jiġu solvuti għax huma problemi temporanji, il-fatt li f'ċertu perjodu inti insolvent u xorta tibqa' topera dik il-kumpannija, fil- liġi tagħna qed tidħol f'liabilities qawwijin.", "Minħabba f'hekk ikun hemm biża' kbir mid-diretturi li jagħmlu xi ħaġa anke jekk din ix-xi ħaġa tkun tfisser li kumpannija partikoalri tista' tkun salvata.", "Naturalment l-interess tagħna huwa li jekk ikun hemm problemi nkunu nafu x'inhuma.", "Jekk ikun hemm problemi li ma jistgħux jiġu solvuti allura kulħadd irid jieħu l-azzjoni li għandu jieħu.", "Pero` jekk ikun hemm kumpannija għaddejja minn xi diffikultà temporanja, ma taqtgħalhiex rasha imma jekk jista' jkun tipprova ssalvaha.", "U dawn il-proċeduri jeżistu f'ħafna pajjiżi.", "Per eżempju, chapter 11, li ilha teżisti żmien fl- Amerika, hija xi ħaġa simili għall-company recovery procedures li qegħdin ninkludu issa fil-liġi tagħna.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq kumpannija falluta għal kollox.", "Qegħdin nitkellmu fuq kumpannija li riesqa lejn falliment, pero` wieħed jista' jara li jekk jittieħdu ċerti miżuri din tista' tiġi salvata.", "F'dak il-każ qegħdin ngħidu li għandu jsir rikors il-qorti wara li d-diretturi jkunu ħadu deċiżjoni li jagħmlu din il-proċedura f'general meeting.", "Imbagħad il-qorti tappunta kontrollur speċjali għal dik il-kumpannija, li jrid ikun bniedem ta' ċerta kompetenza u esperjenza fil-management, biex jieħu over il-management tal-kumpannija.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq likwidatur, imma fuq manager ta' kumpannija.", "Hanwhekk hija d-differenza.", "Jiġifieri dan ma jkunx interessat li jillikwida l-assi, li jara kif se jagħlaq il-kumpannija u jżarmaha.", "Imma dan ikun interessat li jara li l-kumpannija tiġi managed aħjar, isalvaha u jibniha.", "Fl-istess ħin il-poteri ta' l-uffiċjali tal-kumpannija jiġu sospiżi, għax il-poteri jgħaddu f'idejn dan il-kontrollur, u naturalment dan irid jagħmel il-funzjoni tiegħu bl-ikbar ċarezza.", "Din il-proċedura tfisser li ma jkunx hemm possibbilta` ta' winding-up tal- kumpannija, li kull azzjoni minn kredituri tiġi ffriżata għal xi żmien u li mingħajr il-kunsens tal-qorti ma jsiru ebda proċeduri legali kontra l- kumpannija.", "Però hawnhekk qegħdin ngħidu wkoll li din il-proċedura lanqas tista' titħalla tibqa' ssir sine die, ma tisspiċċa qatt.", "Qed nagħtu terminu ta' 12-il xahar li fih dan il-kontrollur ikun irid jagħmel it-turn- around ta' din il-kumpannija u jġibha fuq bażi soda.", "Naturalment imbagħad irid jiġi sottomess il-final report and recovery plan biex jiġi approvat mill-qorti.", "Żvilupp ieħor ġdid li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi huwa t-tibdil ta' l- isem ta' natura ta' relazzjoni kummerċjali li kellna s'issa, li kienet il- partnership en commandite, li issa se nibdew insejħulu limited partnership.", "L-ewwelnett ħalli nispjega x'inhu dan il-partnership en commandite u x'se jkun dan il-limited partnership.", "Il-partnership en commandite ikun partnership li fih għallinqas wieħed mill- membri jkollu unlimited liability pero` l-bqija tal-membri l-oħra jkunu limited liability.", "Jiġifieri jekk tmur xi ħaġa ħażina fil-kumpannija, il- liability tagħhom tkun limitata għall-ammont li jkunu investew.", "Limited liability company hija kumpannija li fiha l-membri kollha għandhom limited liability.", "Il-partnership en commandite, li ilha żmien twil fil-liġi tagħna, hija hybrid bejn il-partnership li fiha l-membri kollha għandhom unlimited liability u l-limited liability company li fiha l-membri kollha għandhom limited liability.", "U hawnhekk għandek mix bejn limited partners u unlimited partners.", "Il-limited partnership li qegħdin nitkellmu fuqu - u kumpannija li tkun limited partnership ġġib l-isem LP warajha biex inkunu nafu li ċerta kumpannija hija limited partnership - se jkun limitat biss għas-settur finanzjarju, għall-kumpanniji li l-oġġettiv tagħhom huwa li jkun hemm collective investment scheme.", "Aħna naħsbu li b'din l-istruttura daqsxejn revamped li qed nagħtu lill- partnership en commandite għal dan l-iskop tista' tkun marketed ħafna aħjar milli ġiet marketed bħalissa.", "Għax jekk wieħed jara x'ġara jsib li l- partnership en commandite f'pajjiżna sfortunatament m'hijiex xi forma ta' relazzjoni imfittxija ħafna.", "Pero` fil-collective investment schemes naħseb li tkun xi ħaġa importanti għax fiha qegħdin ngħidu li se jkun hemm xi ħadd li fil-biċċa l-kbira jkun il-promotur stess tal-funds.", "Jista' jkun li bank jew entita' finanzjarja, biex jagħti assigurazzjoni lil min se jinvesti jgħid li għandu unlimited liability u allura r-riżorsi kollha tiegħu se jkunu disponibbli jekk xi ħaġa tmur ħażina.", "Pero' fl-istess ħin ikollok dawk li jinvestu li jistgħu jkunu limited liability partners fl- attivita' u hekk huma ma jidħlux responsabbli għal aktar mill-investiment tagħhom jekk xi ħaġa tmur ħażina.", "Sur President, qed nagħmluha possibbli li jekk waqt li jkun sar xi xoljiment ta' xi kumpannija kien hemm xi assi, per eżempju, li ma jkunux reġistrati jew li ma kenux meħuda into account, dan jista' jiġri għax issa fil-liġi qegħdin nipprovdu li jistgħu jsiru ċerti korrezzjonijiet anke li jekk kumpannija ġiet maqtugħa mir-reġistru jew għaliex kien hemm xi frodi fil-mod kif ġie preżentat il-każ biex jinqata' jew inkella għaliex kien hemm xi illegalita' li tista' terġa' tiġi inkluża fir-reġistru.", "Qed ngħidu pero' li anke hawnhekk, ma tistax tagħmel l-affarijiet qisu b'eternità u qegħdin ngħidu li dawn it-tip ta' proċeduri ma jistgħux jittieħdu wara li kumpannija tkun inqatgħet għal aktar minn ħames snin.", "Qegħdin nagħmlu wkoll ċerti provvedimenti oħra.", "Per eżempju, aħna għandna faċilita' biex kumpannija tista' tinqasam u f'dan il-każ qegħdin nestendu l- flessibilita' f'dan ir-rigward billi ngħidu li din id-diviżjoni tista' ssir kemm diviżjoni f'kumpanniji li diġa' jeżistu kif ukoll bil-ħolqien ta' kumpanniji ġodda.", "Qegħdin nagħmlu emenda wkoll fuq meta l-annual return ta' kumpannija tiġi sottomessa.", "Minflok kollha jiġu sottomessi f'data waħda, li bażikament hija l-aħħar tas-sena finanzjarja tagħhom, qegħdin ngħidu li issa jistgħu jibdew jiġu sottomessi fl-anniversarju tar-reġistrazzjoni tagħhom.", "Dan ukoll għandu jagħti workloads aħjar ukoll lir-reġistru tal- partnership.", "Dan għaliex b'dan il-mod, il-workload tiegħu tkun tista' tiġi smoothened out aħjar matul is-sena u allura jkun jista' jagħti servizz aħjar lill-komunita' li jaqdi.", "Qegħdin nilleġislaw ukoll il-provvedimenti li għamilna fil-budget biex kumpanniji privati żgħar ikunu eżenti milli jagħmlu audit, u wkoll biex nagħmluha possibbli li dokumenti jistgħu jiġu reġistrati u mgħoddija lill-kontrollur tal-kumpanniji permezz ta' mezzi elettroniċi.", "Sur President, f'din l-introduzzjoni li għamilt ipprovajt nagħti ħarsa fuq fuq dwar l-emendi li għandna din il-liġi li qiegħed nissuġġerixxi li l- Kamra tikkonsidra.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, se nagħmel l-ewwel osservazzjoni tiegħi.", "L-ewwelnett din il-liġi bħala oppożizzjoni flejnieha bir-reqqa li tirrikjedi u l-konklużjoni li wasalna għaliha hija li hija liġi teknikament tajba, pero' hemm xi nuqqasijiet li se niġbed l-attenzjoni dwarhom fl- intervent tiegħi.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm jidher li l-Ministru rrikorra għall-istess tattika li rrikorra fil-liġi preċedenti li żewwaq magħha emendi għal liġijiet oħrajn, se jkollna niffaċċjaw sitwazzjoni fis- sens li hija liġi li fis-sustanza naqblu magħha għaliex l-oġġezzjonijiet tagħna huma purament tekniċi u m'humiex affarijiet ta' prinċipju, imma min- naħa l-oħra mbagħad hemm ċerti emendi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-Companies Act li jirrigwardaw b'mod partikolari l-Business Promotions Act u l- Freeport Act.", "Minħabba li ġew infilsati mal-liġi li għandna quddiemna, dawn qed iżommuna lura milli nagħtu l-kunsens tagħna għal-liġi.", "Minkejja dan li qed ngħid nixtieq nagħmilha ċara minn issa biex ma niġix miżinterpretat kemm minn min qed jismagħna u anke mill-media, li l- pożizzjoni kritika li se nieħdu tittratta biss dak li għandu x'jaqsam mal- Business Promotion Act u l-Freeport Act.", "Nerġa' ngħid li l-liġi fejn għandha x'taqsam mal-Companies Act, minkejja xi nuqqasijiet li jista' fiha, bħala oppożizzjoni nħossu li hija liġi teknikament tajba u dwarha se nipprova nkun oġġettiv kemm jista' jkun.", "Sur President, fil-fehma tagħna l-vojt li fiha din il-liġi huwa fis-sens li ma tindirizzax kif suppost l-interessi tax-shareholders.", "Ma tiddefenixxix ir-responsabbiltajiet quddiem il-liġi ta' ċerti karigi li llum qed ikunu spiss evidenti f'kumpanniji kbar bħal dawk tas-CEOs u tas-COOs, jiġifieri ta' chief excutive officers u taċ-chief operating officers.", "Illum dawn iż- żewġ karigi nsibuhom f'diversi kumpanniji kemm pubbliċi, kemm parastatali u anke f'kumpanniji privati.", "Fl-istess ħin inħoss li l-liġi tonqos milli taħtaf l-opportunita' li timbotta 'l quddiem anke l-kunċett ta' dak li jissejjaħ corporate governors.", "Dan huwa kunċett li tela' 'l fuq fil-profil tal-kumpanniji anke f'kuntest globali u tela' 'l fuq l-iktar wara l- inċidenti li kien hemm tal-Worldcom u ta' l-Enron.", "Dan il-kunċett kien żied fl-importanza kemm fl-Istati Uniti imma anke ġewwa l-Unjoni Ewropea u fl- kontinent Ażjatiku, forsi għalkemm f'dan l-aħħar mhux bl-istess importanza u gravita' daqskemm fil-partijiet l-oħra tad-dinja.", "Jidher li min-negotiating papers bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li kienu ppubblikati x-xahar li għadda, il-gvern Malti ma talab ebda konċessjonijiet mill-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward tant li jidher li aċċetta l-alignment mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea bħala kważi fait acompli mingħajr ma ra fejn seta' biddel jew saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu minkejja t-tajjeb li jista' fihom il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett speċifiku.", "Sur President, il-gvern tana analiżi komparattiva bil-quddiem - u ta' dan nirringrazzja lill-ministru għaliex is-soltu din it-tip ta' analiżi komparattiva tiġi mogħtija lilna meta niġu għall-istadju ta' kumitat - u b'hekk stajna nqabblu l-liġi eżistenti kif inhi llum mat-tibdil propost min- naħa tal-gvern.", "Forsi l-iktar punt importanti li joħroġ hu dwar x'kien qed iwassal lill-gvern biex jagħmel dan it-tip ta' tibdil.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li meta jkollna liġijiet tekniċi bħal dawn issir din il-prassi, għax din tevita ħafna mistoqsijiet żejda li jistgħu jsiru min-naħa ta' l- oppożizzjoni.", "Wara kollox m'aħniex il-leġislaturi tekniċi imma aħna leġislaturi kwalifiċi ta' dan il-Parlament.", "Għaldaqstant naħseb li din iffaċilitat anke l-eżerċizzju min-naħa tagħna biex sar l-iskrutinju tal- liġi li għandna quddiemna.", "Sur President, irrid ngħid li mill-analiżi li għamilt min-naħa tiegħi jidher li b'mod ġenerali l-gvern qed jipprova jipprovdi għall-ħteġijiet tal- lum.", "Iżda apparti milli qed jinkorpora l-ħteġijiet ta' l-Unjoni Ewropea, qiegħed jitfa' aktar responsabbilta' fuq id-diretturi u l-uffiċjali tal- kumpanniji.", "Fl-opinjoni tiegħi, wara l-esperjenzi tal-Price Club u d-Daewoo u oħrajn ma jidhirx li hawn salvagwardi konkreti biżżejjed fl-interessi tal- kredituri.", "Ma jidhirx li hawn salvagwardi konkreti biżżejjed ukoll rigward l-effett fuq l-ekonomija speċjalment fir-rigward ta' dawk li huma added costs li jistgħu jikkawżaw kif ukoll dwar il-possibbilta' li jerġa' jitqajjem is-suq ta' l-ishma u l-attivita' kummerċjali fil-borża ta' Malta.", "Dwar il-każ tad-Daewoo jien naħseb li trid tkun inkjesta minn gvern Laburista ġdid biex joħorġu l-fatti kollha, u aħna beħsiebna mmexxu f'dan ir-rigward meta nidħlu fil-gvern fil-ġimgħat li ġejjin.", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm qed isir ċertu xogħol rimedjali fil-każ tal-Price Club, jidhrilna li dak qed isir tard wisq, biex ma nużax il-kliem Ingliż \"too little too late\".", "U qed ngħid hekk għaliex din il-liġi ma tistax tiġi miflija purament mill-aspett legali mingħajr ma wieħed iġib quddiem għajnejh l-eku tal-falliment riċenti tal-Price Club.", "Dan qed ngħidu aktar għaliex mill-passi li ħa l-likwidatur jifdher li hemm materjal qawwi biżżejjed f'idejh li juri li l-affarijiet ma tmexxewx sew mill-kumpannija mill-bidunett.", "Jien m'iniex se nazzarda li nasal għal ċerti konklużjonijiet gratwiti għaliex ikun imprudenti min-naħa tiegħi li nagħmel dan, speċjalment meta l- każ qed jiġi mgħarbel mil-likwidatur.", "Iżda waħda mill-mistoqsijiet fuq fomm kulħadd illum hi - u meta qed ngħid fuq fomm kulħadd mhux qed nitkellem biss fuq is-soċjeta' politika imma anke n-nies tan-negozju u practitioners oħrajn - jekk setgħux jittieħdu passi qabel mill-awtoritajiet dwar is- supermarket chain meta kienu ilhom għaddejjjin xniegħat u allegazzjonijiet dwar l-operat tagħhom.", "Malta żgħira u f'pajjiż bħal Malta ovvjament ħafna drabi l-qażba ma ċċaqċaqx għalxejn, għalkemm mhux dejjem javveraw ruħhom ix-xniegħat li wieħed ikun neċessarjament qed jisma' fuqhom.", "Dan qed ngħidu għaliex hemm is-suspett li seta' kien hemm min kellu kull interess li ma jitteħdux il-passi ebsin kontra ċerti nies at the right time.", "Ma rridux ninsew li fost il-kawżi li hemm pendenti hemm l-akkuża li ċerti ex-diretturi tal-kumpannija, allegatament innegozjaw b'mod frodulenti, u agħar minn hekk hemm l-akkuża li baqgħu jinnegozjaw saħansitra meta l-kumpannija kienet insolventi.", "Wieħed irid jara jekk il- grupp kollu jinstabx ħati għall-insolvenza tal-katina ta' ħwienet ikkonċernati.", "Kif diġa' ġie rrapportat fil-media, il-likwidatur, fost affarijiet oħra, qed jakkuża lid-diretturi – u jien qed nibbaża ruħi fuq press reports, jiġifieri m'hu qed nagħmel l-ebda disclosure ta' confidential information – li l-kumpannija ma kellhiex kapital biżżejjed u huma baqgħu jinnegozjaw indipendentement minn dan.", "Kien hemm nuqqas ta' professjonaliżmu fil-mod kif sar l-operat tal-kumpannija u hija preokkupanti ħafna li saru dikjarazzjonijiet foloz li permezz tagħhom ġew imqarqa l-kredituri.", "Dan kollu jien qed ngħidu biex infakkar li l-gvern u r-regolaturi responsabbli, meta aħna konna għamilna l-kritika tagħna kienu qalu li m'għandhomx għalfejn jindaħlu għaliex min jinnegozja, kemm jekk jixtri u kemm jekk ikun kreditur, għandu jkun hemm bil-quddiem ir-riskji għal xiex effettivament ikun dieħel.", "Dan huwa argument li jġib miegħu memorji tal- liġi tal-ġungla għaliex l-awtoritajiet, fil-fehma tagħna, ma jistgħux jibqgħu iktar impotenti meta negozju ma jkunx qed jitmexxa skond ir-regoli u l-liġijiet tal-pajjiż.", "Għadni niftakar lin-naħa l-oħra tikkritikana meta aħna konna qajjimna dan il-każ fil-Parlament u anke barra l-Parlament.", "Dawn kienu anke akkużawna li aħna konna qegħdin nindaħlu fejn ma jesaniex.", "Jien inħoss li l-impotenza ta' l-MFC - għaliex dak iż-żmien kienet MFC u mhux MFA - ma tantx tista' tiġi skużata jew ġustifikata.", "Dan mhux qed ngħidu biex niffoka speċifikament fuq il-Price Club iżda biex niftaħ aktar għajnejn l-awtoritajiet.", "Illum saret moda li jinħarġu l-bonds minn kumpanniji lokali u dan ikabbar il-ħtieġa li jkollna l-ispotlight kontinwament fuq l-operat ta' diversi kumpanniji li jirrikorru għal dawn il- bond issues.", "Jien inħoss li min jonqos minn dmirijietu hemm bżonn li jkollu passi serji fuqu, anzi saħansitra jekk jista' jkun qabel ma jkollu l-opportunita' li jonqos minn dmirijietu.", "Għalkemm fl-ebda stadju jiena qatt allegajt li l- gvern wera inkompetenza by design fil-każ tal-Price Club, by the fault iva, inħoss u nerġa' ngħid li llum, li l-gvern kien ħati fil-każ tal-Price Club.", "Aħna konna ħadna gost meta ltqajna mal-Malta Association of Credit Management.", "Hija sfortuna li din l-association kellha titwaqqaf proprju wara li ħafna mill-kredituri ngidmu.", "Jien kont nippretendi li din it-tip ta' assoċjazzjoni kellha titwaqqaf ħafna iktar qabel kien hemm din l- esperjenza qarsa fost il-komunita' kummerċjali Maltija.", "Apparti milli ħadna gost li ltqajna magħhom u wegħidnihom l-appoġġ kollu tagħna u anke wrejna li aħna lesti li ninkludu ċerti suġġerimenti minn tagħhom fil-manifest elettorali tagħna meta tiġi elezzjoni ġenerali, segwejt b'attenzjoni anke l- osservazzjonijiet li għamlu fil-media.", "Dawn għamlu diversi mistoqsijiet l- aktar fil-kuntest ta' dak li jissejjaħ il-company recovery procedure, ħaġa li nitkellmu dwarha fir-rigward ta' din il-liġi li għandna quddiemna llum.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun tajjeb li nindirizzaw lil din il-Kamra wħud minn dawn il-mistoqsijiet għaliex inħoss li huma relevanti ħafna għad-dibattitu li għandna għaddej quddiemna llum, Sur President.", "Nibda billi ngħid li għalkemm kumpannija tkun trid tkopri d-depożitu mitluf fil-kuntest ta' l-ispecial controller jew toffri l-garanziji xierqa, mhux jingħad fil-liġi x'jiġri jekk il-kumpannija ma tkunx f'pożizzjoni li tiddepożita s-somma rikjesta jew jekk l-assi tagħha jkunu diġa' ġew użati bħala guarantee.", "It-tieni nett nistaqsi: X'garanzija għandna li l-ispecial controller li jintgħażel biex jimmaniġġja kumpannija f'qagħda kritika jkun wieħed mingħajr konflitt ta' interess?", "It-tielet punt: X'ilqugħ se jkun hemm biex ma jiġix imxekkel l-iskop tat-twaqqif ta' l-ispecial controller jekk huwa jiġi mitlub jagħti l-kunsens tiegħu biex id-diretturi jew l- uffiċjali tal-kumpannija jkunu jistgħu f'ċerti każi jeżerċitaw id- drittijiet antiki tagħhom?", "Fl-aħħarnett hemm punt validu ferm meta dawn poġġew il-mistoqsija dwar min se jiżgura li r-recovery plan propost se jiġi osservat u min se jiżgura li r-rakkmandazzjonijiet magħmula mill-ispecial controller fir-rapport finali tiegħu se jiġu attwalment osservati.", "Fuq l-aspett tal-corporate governments nitkellem aktar tard kif nitkellem anke dwar kunċett li naħseb għadu ma daħalx biżżejjed f'pajjiżna imma li għamilna riferenza għalih fil-policy documents meta aġġornajna l-politika ekonomika u finanzjarja tagħna f'Ottubru tas-sena 2001, dak li jissejjaħ is- CSR jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-corporate social responsability.", "Hemm differenza bejn corporate governments u corporate social responsabbility u nittama li fl-intervent tiegħi jkolli ċans forsi nelabora dwar dawn iż-żewġ aspetti importanti.", "Imma ħalli niġu lura issa għal-liġi nfisha.", "Filwaqt li kont qed inħejjji ruħi għal dan id-dibattitu nnotajt b'interess kemm l-osservazzjonijiet li għamel fl-istampa Dr Max Ganado dwar dan l-abbozz kif ukoll il-kummenti ta' l-AG dwar diretturi, eċċ. Li ma joħroġx ċar mil-liġi huwa jekk meta nitkellmu dwar shareholders għandniex f'moħħna ordinary shareholders biss jew għandniex f'moħħna anke dawk li huma preferential holders.", "Meta qed inwessgħu d-definizzjoni minn obbligazzjoni ta' kumpannija għal soċjetajiet kummerċjali oħra, ikun tajjeb ukoll jekk fl-interpretazzjoni ta' din id- definizzjoni nkunu nafu jekk dan jinkludix anke għaqdiet li jistgħu jkunu semi-kummerċjali bħalma hija l-kurja.", "Forsi tistaqsuni: X'għandha x'taqsam il-kurja ma' dan kollu?", "Għandha x'taqsam għaliex il-Kurja f'ċerti każi tidħol f'ċerti atti kummerċjali u tajjeb li wieħed jistaqsi jekk dan japplikax anke għal dawn it-tip ta' għaqdiet jew organizzazzjonijiet li għandhom funzjoni semi-kummerċjali, li meta wieħed isemmihom normalment ma jaħsibx fuqhom f'kuntest purament kummerċjali.", "Għalkemm il-liġi tagħmel tajjeb li tisqarr li offerta fejn inqas konsiderazzjoni tista' titħallas minn xi persuna għal azzjonijiet akkwistati wara offerta li tkun għallinqas ta' Lm50,000, ma jintqal xejn x'jista' jiġri effettivament jekk l-azzjoni tkun ta' inqas minn Lm50,000.", "Hawnhekk nistaqsi: X'se jżomm lil dawn l-azzjonisti milli jiddisponu minnhom b'mod separat?", "Daqstant ieħor m'huwiex ċar fil-liġi jekk il-gvern huwiex jitkellem dwar il-potential subscribers jew dwar in-numru attwali li se jibbenefikaw.", "Fi kliem ieħor l-ishma li qed nitkellmu dwarhom se jkunu trasferibbli jew mhux se jkunu trasferibbli?", "Meta jitkellem dwar l-ittri kummerċjali u l-formoli ta' l-ordnijiet tiegħu kollha l-abbozz ma jgħidx jekk l-ismijiet tad-diretturi u tas-segretarji tal-kumpannija humiex se jitħallew barra jew le.", "Ċerti provvedimenti qegħdin jillimitaw l-obbligu tas-soċji għal żewġ każi speċifiċi, Sur President.", "Jew meta s-soċji kollha jiftiehmu li jxolju jew f'dawk il-każi provduti mill-emendi nfushom.", "Anke meta l-abbozz ta' liġi jittratta l-mod li bih is-soċjetà għandha tiġi stralċjata b'mod li jkun provdut fl-att ta' l-assoċjazzjoni, ma jintqalx x'jiġri jekk xi soċju ma jkunx jista' jew jirrifjuta li jagħmel dan.", "F'ħin minnhom fil-fatt fl- abbozz ta' liġi qed jiddaħħal proviso ġdid fejn jintqal li għallinqas wieħed mis-soċji solidali jkun jew individwu jew korp ġuridiku li jkollu l- obbligazzjonijiet tiegħu garantiti bir-responsabbiltà mhux limitata u in solidum tas-soċju jew tas-soċji tiegħu.", "Dan ifisser li jrid ikun hemm xi ħadd soċju jew mhux soċju li qed jagħmel garanzija illimitata?", "U jekk inhu hekk, għaliex dan m'għandux jiġi estiż ukoll għal xi persuna jew anke għal korp ġuridiku?", "Meta qed jiġi provdut dwar amministrazzjoni li jaħtru minn fosthom is-soċji li għandhom, dawn għandhom ikunu soċji solidali minn fosthom.", "Għallinqas dan huwa l-argument u r-raġunar min-naħa tagħna.", "Fejn ma naqbel xejn mal- provvediment partikolari tal-liġi huwa fejn jintqal li regolamenti magħmula taħt dan l-artiklu jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet differenti għal każijiet differenti jew għal klassijiet ta' każijiet.", "Dan qed ngħidu għaliex apparti milli qed iżid il-poteri tiegħu l-ministru - u meta qed ngħid \"il-ministru\" ma jfissirx li qed ngħid neċessarjament il-ministru tal- lum, jista' jkun ministru Laburista - qed jingħata d-dritt ukoll li jagħmel ir-regolamenti fid-diskrezzjoni tiegħu.", "Aħna bħala Partit Laburista d- discretional powers inħossu li għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun.", "Dan il-punt għamilnieh fil-kuntest ta' diversi liġijiet oħrajn u nħossu li għandna nagħmluh anke fil-kuntest ta' din il-liġi, xejn xejn għall- konsistenza fil-kritika tagħna.", "Jien sinċerament nitlob li fl-istadju ta' kumitat dan il-provvediment jiġi mifli b'ċerta reqqa minħabba l- implikazzjonijiet perikolużi tiegħu u minħabba l-lok li jista' jagħti għal ċertu abbuż fil-poter.", "Sur President, għandna anakroniżmu ieħor dwar meta jistgħu jinbidlu l- articles of associaton.", "Kontra dak li hemm implikat fl-abbozz tal-liġi, l- articles of association jistgħu jibdluhom is-soċji stess meta jkunu jridu.", "U kif inhi abbozzata l-liġi r-reġistratur lanqas m'hu qed jinżamm responsabbli anke wara r-reġistrazzjoni li dan kollu jkun iħares għal kollox il-provvedimenti ta' dan l-Att.", "Wieħed kien jistenna - u ngħidha b'ċerta kritika - li l-liġi mhux biss kellha toffri dan il-konfort, iżda kellha wkoll tgħidilna x'passi għandu jieħu meta jsir jaf li hemm xi difett bħal dan.", "Għalkemm il-liġi tgħid li kull test preċedenti emendat tal-memorandum ta' l- istatut jista' jiġi mwarrab mir-reġistratur, fil-fehma tagħna, għalkemm dan għandu jiġi mwarrab, għandu jiġi miżmum fir-records tar-reġistratur għal kull riferenza li tista' ssir wara.", "U dan qed ngħiduh for posterity, ħalli jkun hemm dawn ir-records miżmuma għand ir-reġistratur għal kull referenza li tista' ssir għalihom.", "Aħna nemmnu li t-tħaris ta' dan l-att għandu jkun salvagwardat mir- reġistratur innifsu, u fuq hekk qed nagħmlu enfasi qawwija fil-kritika tagħna ta' dan l-abbozz.", "Il-liġi kif inhija abbozzata tgħidlek li l- ammonti li jinkisbu mill-kredituri jistgħu jintużaw sabiex isiru ħlasijiet jew tqassim lill-azzjonijisti.", "Dan jista' jsir anke jekk il-kumpannija jkollha problemi ta' likwidità.", "Jien nemmen li ċerti deċiżjonijiet bħal dawn li hemm riferenza għalihom fi klawsola 46 għandhom jitħallew għad- deċiżjoni u għad-diskrezzjoni ta' l-istess azzjonisti.", "Il-gvern ukoll qed jipproponi li mal-passiv, il-liabilities jidħlu wkoll il- kliem \"mar-riservi\".", "Imma jien inħoss li dawn għandhom jindikaw li huma azzjonijiet ta' l-istess kumpannija kif ukoll il-kriterju tal-valur li qegħdin jingħataw.", "Aspett ieħor li m'huwiex ċar fl-abbozz ta' liġi huwa jekk hux qiegħed jiġi propost li fejn in-net asset value jkun aktar mill- valur nominali, dan jista' jsir imma f'initial subscription ix-shares iridu jinħarġu at a premium.", "Jintqal ħafna dwar id-dritt tal-vot ta' l-azzjonisti iżda ma jintqal xejn x'jiġri dwar xi tkun il-pożizzjoni jekk fil-laqgħa l-azzjonisti jitilqu 'l barra qabel jissejjaħ il-vot jew jekk jagħżlux li ma jivvotawx.", "Lanqas jintqal, per eżempju, jekk jistgħux jiġu provduti garanziji minn terzi u jekk dawn il-garanziji jistgħux ikunu kkondizzjonati.", "Meta l-liġi titkellem dwar obbligi ta' diretturi ta' kumpanniji nittama li dan jinkludi wkoll id-diretturi fuq il-kumpanniji parastatali.", "Fil-bidu ta' l-intervent tiegħi jien semmejt il-karigi tas-CEO u s-COO, jiġifieri ċ-chief executive officer u ċ-chief operating officer.", "Meta l- liġi titkellem dwar it-tmexxija ġenerali tal-kumpannija u l- amministrazzjoni u anke l-immaniġġjar tagħha, tajjeb li nkunu nafu x'inhi l- pożizzjoni u anke r-relazzjoni legali tad-diretturi u s-CEO s-COO u issa kariga oħra wkoll, li ħafna drabi tkun fuq quddiem, dik tas-CFO li huwa ċ- chief financial officer.", "Il-liġi tagħmel tajjeb li titkellem dwar nies li m'għandhomx jagħmlu profitti sigrieti jew personali mill-pożizzjoni tagħhom mingħajr il-kunsens tal-kumpannija.", "Dan qed ngħidu għax dan jista' jiġri faċilment f'kumpanniji parastatali, kemm jekk qed nitkellmu dwar l-MDC kif inhi llum u anke dwar il-Malta enterprise, kif jixtieq jikkostitwiha l-gvern jekk jibqa' għaddej b'din l-inizjattiva tiegħu.", "Kemm jekk nibqgħu bis-sistema preżenti u anke bis-sistema proposta mill-gvern Nazzjonalista - li aħna ma naqblux magħha fundamentalment - aħna nħossu li fiż-żewġ options wieħed għandu joqgħod attent ħafna għall-possibbiltà li jista' jkollok dawn it-tip ta' konflitti personali.", "Importanti wkoll li dak li jkun ma jkollu ebda konnessjoni ma' xi kumpannija fl-istess ġeneru, Sur President.", "Meta mbagħad il-liġi tgħidlek li d-diretturi ma jistgħux jieħdu xi benefiċċju li b'xi mod jew ieħor għandu x'jaqsam ma' l-eżerċizzju tas-set-up tagħhom, qed inisslu anke f'dawk li huma perks, ngħidu aħna l-użu tal-karozza tal-kumpannija.", "Dan qed ngħidu għax jekk se ninterpretaw il-liġi strettament kif propost, hekk tkun tfisser il-liġi.", "M'iniex qed ngħid neċċessarjament li l-leġislatur qed jgħid kif qed ngħid jien, imma jekk se ninterpretaw il-liġi ad litteram, naħseb li din trid tkun l-interpretazzjoni li wieħed jagħti lil-liġi kif qed tiġi emendata.", "Jien nemmen li f'kull każ id-deċiżjoni tal-bord jew tas-CEO għandha tkun biżżejjed.", "Li għandu joħroġ ċar huwa li meta qed nemendaw l-artikolu 138 ta' l-Att prinċipali għandna nagħmluha ċara li dak li jkun għandu jkun responsabbli għad-danni li ssofri l-kumpannija b'mod personali.", "Il-mod kif inhu abbozzat l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jfisser ukoll li minkejja l-ftehim li għamel il-gvern mal-Malta international airport u mal- Maltapost, sakemm dak li jkun ikollu 50% ta' l-ishma, huwa dejjem jista' jneħħi lid-diretturi appuntati mill-minority shareholders, u dan anke permezz ta' subartiklu (2) t'artiklu 140 ta' l-att prinċipali.", "Punt kardinali ieħor li aħna narawh dubjuż huwa dak li l-abbozz ta' liġi se jżid l-onus fuq l-uffiċjali tal-kumpannija meta dawn m'għandhomx is-saħħa tad-diretturi.", "Dwar ir-riżoluzzjoni għax-xoljiment, naħseb li jkun aħjar li l-leġislatur jingħata kopja ta' din ir-riżoluzzjoni fi żmien 14-il jum, anke jekk dan ikun ikkonfermat fi żmien 14-il jum mix-xoljiment proprju.", "Sur President, l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qed jipproponi wkoll li meta l-qorti tkun ordnat li l-kumpannija tkun stralċjata volontarjament bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-liġi, dik il-kumpannija għandha titqies li tkun xoljiet mid-data li fiha jkun ippreżentat ir-rikors għall-istralċ.", "Issa jien nistaqsi ġenwinament: X'inhu l-vantaġġ ta' din il-bidla, l-iktar in vista tal-fatt li jista' jkun hemm każijiet fejn ir-rikors idum ma jsir?", "Anke fejn l-abbozz ta' liġi qed jgħid li kull direttur għandu jagħmel rikors il-qorti, naħseb li jkun iktar jagħmel sens li kieku kellu jsir rikors wieħed f'isem id-diretturi kollha.", "Jien nemmen li vakanza ta' stralċjarju m'għandhiex tkun limitata biss għall- mewt jew għar-riżenja tiegħu.", "GĦaliex qed ngħid dan?", "Qed ngħid dan għax jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ikun hemm anke t-tneħħija ta' l- istralċjarju tant li din hija kkontemplata f'partijiet oħra ta' l-abbozz ta' liġi, pero` hija kkondizzjonata fuq ir-rikors speċifiku u għalhekk ma tinkludix eventwalitajiet oħrajn.", "Min-naħa l-oħra, jekk l-istralċjarju jinħatar mill-qorti, għandha tkun l-istess qorti li tinforma lir- reġistratur.", "Hija xi ħaġa stramba li dan l-abbozz ta' liġi għadu jsemmi l-ittri li jintbagħtu bil-posta meta llum għandna mezzi elettroniċi biex nagħmlu dan, fosthom permezz tal-faxes u ta' l-e-mails, u għalhekk naħseb li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna għandu jiġi aġġornat f'dan ir-rigward billi jsir provvediment li jipprovdi li l-ittri jintbagħtu permezz tal-mezzi elettroniċi li semmejt, li llum mhux biss qed jagħmlu użu minnhom in- negozji jew l-azjendi kummerċjali ta' pajjiżna imma l-households kollha Maltin u GĦawdxin.", "Il-provvedimenti ta' proċedura biex kumpannija tirkupra - u hawn nistgħu nieħdu bħala eżempju lit-tarzna - tista' tintuża bħala paraventu mill-gvern innifsu, u għalhekk ikun tajjeb li wieħed jifli dan il-punt b'ċerta reqqa.", "Ma joħroġx ċar mill-abbozz ta' liġi nnifsu dwar x'għandha tkun il- pożizzjoni taċ-chief executive officer u ta' l-awditur meta huma jħossu li kumpannija ma tistax tħallas id-djun tagħha.", "Fil-każ tal-ħatra tal- kontrollur speċjali mill-qorti, għallinqas il-qorti għandha tisma' xi oġġezzjonijiet li jista' jkun hemm dwar l-individwu li jkun sejjer jinħatar.", "Ikun tajjeb li waqt il-winding-up il-Ministru jgħidilna wkoll bħala a point of information jekk biex il-kontrollur speċjali jikkonsulta mad-diretturi dwar xi ħaġa partikolari jridx bilfors il-permess tal-qorti.", "Ġaladarba l- kontrollur speċjali jista' saħansitra jaħtar lill-managers, ikun tajjeb li wieħed jistaqsi jekk allura dan jistax jittrasferixxi lill-managers jew jibdlilhom il-funzjoni tagħhom.", "Jien inħoss li l-qorti m'għandhiex tintrabat biss li tagħmel dak li jgħidu d-diretturi imma f'ċerti każi anke dak li jgħidu r-rappreżentanti tal-kredituri.", "Inħoss li huwa importanti li nibqgħu nżommu l-focus tagħna fuq il- parastatali għax jien nemmen li l-provvedimenti li hemm fl-abbozz ta' liġi dwar negozji frodulenti u dwar negozji ħżiena jistgħu jeffettwaw b'mod dirett lid-diretturi ta' kumpanniji parastatali.", "Dwar l-aspett tas- segretezza professjonali, huwa ironiku l-fatt li filwaqt li f'liġijiet oħrajn dgħajjifna ħafna l-professional secrecy act, hawnhekk qed nirrikonoxxu l-kunfidenzjalita` tar-rapporti sensittivi kif ipprovduta fl- għoti ta' dokumenti lir-reġistratur għal dik li hija reġistrazzjoni.", "Osservazzjoni importanti oħra li xtaqt nagħmel hija li fl-opinjoni tiegħi, l-iktar fil-każ ta' kumpanniji barranin, sakemm ma jkunx hemm tibdil fir- reġistrazzjoni tad-diretturi, rappreżentanti jew individwi għandhom jibqgħu jinżammu legalment responsabbli għal kull fini tal-liġi, anke jekk ma jibqgħux iżommu dik il-kariga.", "Jien naħseb ukoll li kull reġistrazzjoni għandha tkun ikkonfermata mill-individwu konċernat, biex ma ngħidx ukoll li, per eżempju, din għandha tkun countersigned mill-konslu.", "Qed ngħid dan għax hawnhekk qed niddiljaw mad-dinja kollha, kemm ma' kumpanniji rinomati kif ukoll ma' kumpanniji li m'humiex rinomati.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm salvagwardji biżżejjed fir-rigward ta' kumpanniji barranin ħalli l- Maltin u l-Għawdxin ma jingidmux bil-konsegwenza li mbagħad ikollhom joqogħdu jiġru wara flushom barra minn pajjiżna.", "Dan li qed ngħid huwa importanti, għax huwa importanti li nkunu nafu x'se jiġri meta nkunu qed niddiljaw ma' persuni barranin.", "Dawn se jiġu mfittxija għall-penalitajiet barra mill-pajjiż u taħt il-liġi barranija?", "Jekk iva, x'inhuma s- salvagwardji li se jkollna għal dan kollu f'pajjiżna nnifsu?", "Sur President, ma nistax ngħid li l-proċeduri li hawn f'dan l-abbozz ta' liġi huma ħżiena, imma jkun tajjeb jekk wieħed jistaqsi ġenwinament - jiġifieri mhux biex ifettaq - kemm l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna qiegħed jipproteġi l-interessi tal-Maltin li qed jiddiljaw ma' kumpanniji reġistrati barra minn Malta u li l-assi netti tagħhom f'Malta jistgħu jkunu insinifikanti jew imblokkati mill-istralċjarju barrani.", "Dawn huma l-ewwel kummenti tiegħi fuq dan is-suġġett, u issa se ngħaddi biex nitkellem fuq aspett ieħor li jittratta l-company law innifisha.", "Sur President, ikun tajjeb li wieħed jara jekk wasalx iż-żmien li jiddaħħal f'pajjiżna l-kunċett tal-partial liability.", "Qed nagħmel dan il-punt l- iktar bħala mistoqsija.", "Jiġifieri m'għandhiex neċessarjament tiġi addottata, u jien se naċċetta l-ispjegazzjoni li se ssir min-naħa tal- ministru f'dan ir-rigward.", "Personalment nemmen li l-kunċett tal-partial liability jista' jsaħħaħ ħafna dak li qed nitkellmu fuqu llum.", "Qed nagħmel dan il-punt minħabba li llum l-unsecured creditor huwa kompletament espost filwaqt li l-kredituri ta' stoffa dejjem jieħdu l-garanziji tad-diretturi.", "L-unsecured creditor mill-kapital biss jista' jgawdi.", "La d-diretturi u lanqas ix-shareholders ma jkunu liable f'limited liability company.", "Bil- partial liability ix-shareholders, apparti mill-kapital li jinvestu, ikunu wkoll partial liable għad-djun tal-kumpannija, u għalhekk l-importanti huwa li niżviluppaw u nimplimentaw il-mekkaniżmi tal-company law, li jwasslu biex isaħħu l-effiċjenza u l-kompetittivita` tan-negozju.", "Issib lil min jargumenta li biex tiġi miġġielda l-imġieba frodulenti u l- abbużi mill-kumpanniji, għandhom jiġu miksuba permezz ta' enforcements legal instruments speċifiċi li jkunu barra mill-company law tal-pajjiż.", "Fost dawn il-miżuri hemm informazzjoni ikbar għall-kredituri u x- shareholders, tisħiħ tax-shareholders' rights u tal-minority protection kif ukoll tisħiħ tad-dmirijiet tal-bord fis-sens li tiżdied l-accountability tad-diretturi meta kumpannija ssir insolvent.", "Jien nemmen li d-diretturi tal-kumpanniji għandhom jinżammu responsabbli, kemm meta jħallu lill- kumpannija tkompli bin-negozju tagħha kif ukoll meta jkun maħsub li l- kumpannija m'hijiex se tkun f'qagħda li tħallas id-debiti jew id-djun tagħha.", "Ħafna jargumentaw li hemm bżonn li ssir sistema tal-ħarsien tal-kredituri mingħajr ma jiġu rrestrinġiti żżejjed il-kumpanniji u d-diretturi tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom dwar il-prospett ta' insolvency, kemm jekk jiddeċiedu li jipprovaw isalvaw lill-kumpannija kif ukoll jekk ipoġġuha f'liquidation.", "Sur President, aspett sensittiv ieħor huwa dak li jissejjaħ id-director's disqualification, fejn ikollok direttur li jkun qed jiddiskwalifika lilu nnifsu.", "Ħafna drabi huwa diffiċli ħafna li tinforza l-proċeduri kriminali u ċivili, u jekk tinforzahom jista' jkun tard wisq.", "Bħalissa hemm kurrent biex jiġu harmonised il-proċeduri ta' l-insolvency.", "Jien nemmen li d- disclosure tkun effettiva biss sakemm ikun hemm regolamenti ċari li jikkonċernaw it-tagħrif innifsu u sakemm id-disclosure tkun tista' tiġi effettivament inforzata.", "Hemm min għandu l-fehma li d-disclosure requirements ma jistgħux jissostitwixxu kompletament ir-regolamentazzjoni li forsi wieħed qed jikkonċepixxi fil-kuntest ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Jien naħseb li biex ikollna r-riżultati mixtieqa, iktar milli jkollna biss provvedimenti legali, hemm bżonn li jinħoloq il-mekkaniżmu, il-mezz, il- kuxjenza u l-kultura dwar kif f'pajjiżna jista' jiġi żviluppat il-best practice u anke l-konverġenza.", "Hemm bżonn, per eżempju, li jibda jkollna insolvency tests qawwija u regolamentazzjoni tal-liability u tad-dmirijiet tad-diretturi.", "Possibbiltajiet oħra huma l-metodi tal-financial reporting, id-disclosure requirements, dawk li jissejħu equity regulations u l- provvedimenti tal-garanziji mix-shareholders u d-diretturi biex jieħdu over il-liability tal-kumpanniji konċernati f'każi ta' insolvency.", "Punt ieħor li rridu nħarsu lejh huwa l-ħarsien tal-kreditur meta kumpannija tkun fl- istadju tar-restructuring.", "Sur President, qabel ma ngħaddi l-kummenti tiegħi dwar il-Freeport Act u dwar l-emendi għall-Business Promotion Act, nixtieq nitkellem dwar xi ħaġa li m'hijiex imsemmija fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna u li nħoss illi huwa importanti ħafna li nirriferu għaliha, jekk mhux fl-abbozz ta' liġi direttament, fid-dibattitu intern li jkollna għaddej, iktar u iktar in vista tal-fatt li qed nitkellmu dwar il-Company Law.", "Qed nirriferi għall- corporate governance.", "Jien inħoss li ġaladarba l-gvern kien qed imiss il- liġi tal-kumpanniji b'mod radikali, kien ikun qed jagħmel sew li kieku daħħal xi forma ta' qafas regolatorju dwar il-corporate governance biex dawn ma jibqgħux biss dikjarazzjonijiet piji u sbieħ fuq il-karta biss mingħajr ebda saħħa ta' liġi.", "Dan qed ngħidu għaliex wara dak li ġara fl- Istati Uniti bil-każ ta' Enron u bil-każ tal-WorldCom, illum kulħadd jaf li hemm mewġa qawwija biex corporate audit committees ikunu aktar ebsin ma' l- awdituri kif ukoll ma' l-assessments li jagħmlu dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanniji li jirrappreżentaw.", "Li għadu mhux ċar huwa jekk ir-rwol tal- board members u tas-superviżjoni tal-management għandux jinqasam, u din hija xi ħaġa li llum qed tiġi ddibattuta fl-Istati Uniti u fl-Ewropa, kemm fil-pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-pajjiżi li m'humiex fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-prattika huwa diffiċli li dan isir fl-Istati Uniti għaliex jekk nieħdu l-kumpanniji li hemm listed fuq l-iStandard and Poor's 500 stock market index insibu li ħafna drabi dawn ikunu managed miċ-chairman tagħhom, li ħafna drabi jkun ukoll iċ-chief executive officer tal-kumpannija.", "Min-naħa l-oħra, l-Ewropa huwa diffiċli li tirrikonċilja dan kollu ma' l-istock corporation law nazzjonali.", "Jekk nieħdu l-Ġermanja, insibu li hemmhekk hemm linja ċara ta' demarkazzjoni bejn il-funzjonijiet tal-management u s- superviżjoni fost id-diretturi eżekuttivi u anke d-diretturi non- eżekuttivi.", "Jekk inħarsu lejn l-iskandli li qamu fl-Istati Uniti, insibu li ħafna drabi dawn kienu dovuti proprju għall-konċentrazzjoni ta' poter li kien hemm fost il-leadership structures tal-kumpanniji konċernati.", "M'iniex qed ngħid li dawn l-iskandli saru minħabba f'hekk, imma qed jiġi attribwit li setgħu saru l-iktar minħabba l-konċentrazzjoni ta' poter li kien hemm f'dawn il-kumpanniji, jiġifieri minħabba li l-istrutturi tat- tmexxija tal-kumpanniji konċernati kellhom konċentrazzjoni ta' poter qawwi żżejjed.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm sistemi ta' kontrolli interni.", "Wara kollox kif qal xi ħadd dan l-aħħar, l-importanti m'humiex l- istrutturi imma n-nies li jkunu qed jaħdmu fihom għax jista' jkollok strutturi sbieħ fuq il-karta, jista' jkollok l-ikbar corporation fid-dinja - jiġifieri hawnhekk forsi qed nitlaq xi ftit lil hinn mill-company law li għandna għad-diskussjoni quddiemna u qed nitkellem iktar f'kuntest iktar wiesa` billi qed nirriferi wkoll għal corporations kbar - imma huma n-nies li jaħdmu f'dawn l-istrutturi li jagħmlu d-differenza kollha.", "Li ma nistax nifhem huwa kif l-Unjoni Ewropea, li anke mill-konvenzjoni tagħha tidher li tixtieq tgħaqqad u tarmonizza b'rata iktar mgħaġġla milli kienet qed tagħmel qabel ma twaqqfet il-konvenzjoni, sal-lum żammet lura milli toħroġ b'sistemi uniformi ta' corporate governance.", "Ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li dan id-dibattitu beda - u hawnhekk qed nirriferi anke għall- Unjoni Ewropea, biex insemmi l-pożittiv ukoll - qabel ma feġġew dawn l- iskandli li semmejt iktar kmieni fl-Istati Uniti, l-iktar meta bdew jiżviluppaw b'rata mgħaġġla l-hekk imsejħa \"equity markets\" jew \"capital markets\" fejn hemmhekk l-institutional shareholders bdew isiru iktar attivi għaliex riedu jiżguraw li effettivament il-management jimmaniġġja lill- kumpanniji konċernati b'mod li jimmassimizza l-interessi tax-shareholders infushom.", "Illum id-dibattitu, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed jiffoka - anke fil-kamp internazzjonali - fuq il-ħarsien tad-drittijiet tax- shareholders minoritarji, u għalkemm ċerti kodiċi ta' etika kellhom influwenza pożittiva fuq is-swieq kapitali, personalment naħseb li d-dinja ekonomika m'għandhiex tieqaf hawnhekk.", "Forsi wieħed jista' jistaqsi: Allura se noqogħdu nippriedkaw fuq id-dinja ekonomika miċ-ċokon ta' gżiritna?", "Jien naħseb li għandna dritt nesprimu ruħna, u fl-opinjoni tiegħi meta quddiemna jkollna diskussjoni bħal din m'għandniex nilbsu l-blinkers u nħarsu biss f'kuntest strettament legali imma għandna nħarsu lejn kif qed tevolvi x-xena internazzjonali fil-qasam kummerċjali, kemm lejn dawk li huma xejriet pożittivi kif ukoll lejn dak li huwa tagħlim minn esperjenzi negattivi.", "Jien nemmen li aħna, bħala nies li nħobbu nżommu ruħna aġġornati ma' dak li jkun għaddej, għandna nagħmlu s-suġġerimenti tagħna dwar kif il-kunċett tal-corporate governance jista' jissaħħaħ.", "Jien nemmen ħafna fil-corporate governance, kemm f'kuntest lokali kif ukoll f'kontest internazzjonali.", "Fil-fatt meta l-Borża ta' Malta ħadet ċerti passi f'din id-direzzjoni, jien kont fost l-ewwel nies li faħħart il-pass tagħha, u għalkemm ikkritikajtha fuq affarijiet oħra, fuq dak li għamlet fir-rigward tal-corporate governance faħħartha, biss għedt li xtaqt li marret xi ftit iktar lil hinn minn dak li għamlet sal-lum biex forsi jkun hemm xi ħaġa li torbot iktar minn sempliċement declarations of intent, li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħhom.", "Madanakollu fl-aħħar mill-aħħar li huwa importanti - u hawnhekk qed nitkellem f'termini ġenerali u m'iniex qed nillimita ruħi biss għal Malta - m'humiex l-istrutturi tal-kumpanniji, bħal per eżempju, jekk kumpannija għandhiex a one tier board jew a two tier board, imma li l-corporate governance structures jiġu addottati b'mod li jiżguraw li l-istruttura formali tkun tista' sservi b'mod effettiv kemm l-interessi tax-shareholders kif ukoll l-interessi ta' l-istakeholders tal-kumpannija.", "Meta jkun hemm differenzi fin-national corporate governance arrangements tista' tinħoloq ċerta inċertezza, kemm fost l-issuers kif ukoll fost l-investituri nfushom.", "M'għandniex xi ngħidu, inċertezzi bħal dawn joħolqu ostakli serji għas-suq kapitali, li jkun irid jaħdem b'mod effettiv u effikaċi.", "Fil-fehma tiegħi, huwa ta' għajb li sal-lum il-community law baqgħet b'fommha sieket dwar is-suġġett tal-corporate governance.", "Per eżempju, jien ma naqbel xejn ma' dak li qal dan l-aħħar il-kummissarju Ewropew, Fritz Bolkestein, meta kien qed jitkellem fuq il-pjan ta' azzjoni ta' l- Unjoni Ewropea dwar il-company law fejn qal li fil-fehma tiegħu, meta niġu għal pjan ta' azzjoni tal-company law, m'għandux ikun hemm EU corporate governance code komprensiv.", "Issa jien m'iniex qed nagħmel dan il-kumment fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej bħalissa dwar ir-referendum - naħseb li llum għandna fora oħrajn fejn niddiskutu din l-issue - imma qed nagħmlu sempliċement għax nemmen li huwa pass kontro-produċenti u forsi anke daqsxejn illoġiku li meta l-Unjoni Ewropea għandha l-opportunita` li ddaħħal kodiċi komprensiv li jkun all-embracing, tidher li qed iżżomm lura milli tieħu dan il-pass, u fil-fatt jidher li din hija policy tal- kummissarji tagħha stess.", "Min-naħa tiegħi, jien nappella lill-gvern Malti biex jieħu lead f'dan il-qasam importanti fid-dawl fejjiedi ta' dak li għamlet s'issa l-Borża ta' Malta, għalkemm nerġa` ngħid kont nippretendi li l-Borża ta' Malta kienet se tieħu iktar passi kuraġġjużi milli ħadet s'issa.", "Sfortunatament, l-aħħar kummenti tiegħi fuq dan l-abbozz il-liġi huma l- iktar kummenti negattivi.", "Naħseb li l-kritika li għamilt s'issa kienet kostruttiva u pjuttost teknika għax ma kkritikajt xejn dwar is-sustanza ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa` ngħid li l-intenzjonijiet tal-gvern dwar it- tisħiħ tal-company law hija xi ħaġa li aħna, bħala Partit Laburista, naqblu magħha.", "Allaħares il-company law ma tiġix perjodikament aġġornata u modernizzata għax inkella nistaġnaw.", "Jien ma ħadtx gost biss bil- konsultazzjonijiet li jidher li kien hemm imma anke bir-reazzjonijiet li kien hemm fuq l-istampa lokali għax jidher li l-key players li se jiġu milqutin minn din il-company law daħlu fiha sew u qed jaraw l-aspetti pożittivi kif ukoll id-difetti żgħar li jista' jkun fiha.", "Fil-fatt dawn qed jawguraw li din il-company law tkompli tissaħħaħ, u din hija xi ħaġa li aħna, min-naħa tagħna, nawgurawha wkoll tant li lesti li nagħtu l-istess kontribut li qed nagħtu fl-istadju tat-Tieni Qari anke meta iktar 'il quddiem ngħaddu għall-istadju ta' kumitat.", "Madanakollu minħabba li għandna r-riżervi tagħna fuq żewġ emendi relattivament żgħar, sfortunatament se jkollna nivvotaw kontra l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Dan huwa un peccato, kif jgħidu t-Taljani, għaliex fil-prinċipju aħna naqblu ma' dan l-abbozz ta' liġi u li kieku ma kienx għal dawk iż-żewġ emendi żgħar, konna nivvotaw favuru.", "L-ewwel emenda li qed nirriferi għaliha hija dik li hemm proposta għall-Business Promotion Act.", "L-ewwelnett irrid ngħid li din l-emenda hija dubjuża għax klawsola 15 diġa` qiegħda inkluża fl-Income Tax Act u t-tieni nett għalkemm meta ġie emendat l-Industrial Development Act kien hemm phasing-out provisions li l-artikli rilevanti kienu se japplikaw biss għall-kumpanniji li kienu in esistenza sa l-1 ta' Novembru tas-sena 2000 jew għall-proġetti li ġew approvati sa dik id-data, l-emenda proposta tgħid li minkejja dawn il-provvedimenti, kumpanniji li ġew ifformati qabel l-1 ta' Novembru tas- sena 2000 m'humiex se jibbenefikaw mit-tax holiday ta' għaxar snin, mill- export incentive scheme u mill-investment incentive scheme mis-sena ta' assessment 2004.", "Fil-fehma tagħna, ir-revoka ta' dawn l-inċentivi tmur kontra l- provvedimenti t'artikolu 25 ta' l-att prinċipali, li kien jiggarantixxi proprju dawn l-inċentivi.", "Kuntrarjament għal dak li jaħsbu ħafna nies, meta nsemmu s-sena ta' assessment 2004, ta' min wieħed jgħid li din ma tibdiex fl-1 ta' Jannar, 2003 għaliex kumpannija jista' jkollha l- accounting year tagħha u jekk, per eżempju, is-sena tagħha tintemm fit-30 t'April, għaldaqstant jista' jkollok ċirkostanzi li l-profitti tas-sena finanzjarja li tkun bdiet fl-1 ta' Mejju, 2002 u spiċċat fit-30 t'April, 2003 ikunu jaqgħu taħt l-assessment għas-sena 2004.", "Għaldaqstant l-emenda proposta tista' tirrevoka l-eliġibbilta` ta' kumpanniji għal ċerti inċentivi tat-taxxa b'effett retrospettiv, u fl-opinjoni tiegħi huwa ħażin li ndaħħlu xi miżura retrospettiva, tkun xi tkun l-intenzjoni tal- leġislatur.", "Dan qed ngħidu għax meta qed nitkellmu dwar affarijiet li jolqtu t-taxxa, irridu niftakru li t-taxxa hija cost ta' l-industrijalist u ta' l- investitur, u meta ndaħħlu dan l-element fejn inċaqilqu l-goalposts b'lura, inkunu qed noħolqu element ta' inċertezza anke f'dik li hija tax treatment ta' l-affarijiet tan-negozju.", "Għalhekk jien sinċerament nitlob lill-gvern biex jerġa` jikkonsidra l-implikazzjoni ta' din l-emenda, sakemm il-gvern m'għandux idejh marbutin min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, u qed ngħid dan għaliex għandi informazzjoni li għalkemm suppost il-Business Promotion Act sar biex inkunu kompatibbli ma' l-Unjoni Ewropea, dan l-att qed ikollu jerġa` jiġi emendat proprju biex jiġi saħansitra iktar konformi ma' dak li trid l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ikun tajjeb li l-ministru jikkonfermali dak li smajt, jiġifieri li hemm xi ħsieb li jinħarġu xi legal notices biex għallinqas dawn l-inċentivi jibqgħu jgħoddu għall-ismall and medium-sized enterprises.", "Nittama li jien korrett f'dak li smajt ħalli għallinqas mill-mitluf nieħdu li nistgħu u l-SMEs jibqgħu jiġu koperti minn dawn it-tip ta' provvedimenti.", "Jien smajt ukoll li bħala kompromess il-gvern, minn naħa jogħġob lil Brussels u min-naħa l-oħra jipprova forsi jbenġel xi ftit id- daqqa li qed jagħti f'dawn l-emendi, qed jipprova jsib triq - issa jekk sabhiex jew le ma nafx; forsi jgħidilna l-Ministru - biex dawk il- kumpanniji li jeħlu fit-tests li jsiru biex jiġi ddeterminat jekk dawn jikkwalifikawx bħala SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw minn xi forma ta' back- dated investment credits.", "Pero` din hija xi ħaġa li forsi jkun jista' jitfa' iktar dawl fuqha l-Ministru fil-winding-up.", "Il-kritika tiegħi dwar il-Freeport Act hija bejn wieħed u ieħor l-istess kritika li għamilt fuq il-Business Promotion Act.", "Qed ngħid dan għax għall- Freeport Act reġa` għandna sensiela ta' emendi li jolqtu l-inċentivi li kienu eliġibbli għalihom il-kumpanniji liċenzjati taħt il-freeport authority.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar licensed company profits eżentati mill-income tax, dwar dividends distribwiti mill-profitti li jiġu eżentati mit-taxxa, dwar benefiċċji ristretti għan-non-residents, dwar eżenzjoni mid- dazju taħt il-provvedimenti tad-duty on documents and transfers act fir- rigward ta' ċerti transfers, dwar eżenzjoni mill-exchange control, li llum saret superfluwa billi eventwalment l-exchange control spiċċa, kif ukoll provvedimenti dwar expatriate employees, fosthom exemption mill- kontribuzzjoni tal-bolla u limitazzjoni tat-taxxa fuq l-income tagħhom għal 30%.", "Għalkemm it-tax exemption u t-tax-free dividends se jkomplu japplikaw sas-sena ta' assessment 2001, il-kumpanniji liċenzjati mill-freeport authority qabel l-1 ta' Novembru, 2000 jew f'dik id-data m'humiex se jkunu jistgħu jagħmlu claim għal dawk iż-żewġ benefiċċji fiskali.", "Fi kliem ieħor, il-kumpanniji tal-freeport se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn investment allowances u minn accelarated depreciation, imma mbagħad m'humiex se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn tax holidays u minn export and investment incentive schemes.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana għax aħna nħossu - u dan qed ngħidu mingħajr partiġjaniżmu - li qed issir mhux għax il-gvern qed jaqbel magħha imma għax qed iħoss l-imbottatura minn Brussels.", "Jekk dan huwa minnu verament, huwa ta' għajb għax minflok inkunu qed indaħħlu inċentiv, inkunu qed indaħħlu diżinċentiv għal żewġ oqsma importanti, li huma l-Business Promotion Act u anke l-Freeport Act, li jolqtu lill-kumpanniji sussidjarji tal-freeport direttament.", "Fi kliem ieħor, jidher ċar li irrispettivament minn dak li ġie maqbul fis-sena 2001 dwar il-phasing out ta' ċerti benefiċċji fiskali applikabbli għall-freeport companies, il-provvedimenti tat-tax-free profits and dividends m'humiex se jibqgħu japplikaw għall-kumpanniji tal-freeport mis-sena ta' assessment 2004 u l-inċentivi għall-expatriate employees m'humiex se jibqgħu japplikaw mill-1 ta' Jannar, 2003.", "Biex inkun għedt kollox, skond dak li qed nifhem, il-kumpanniji tal-freeport u l-expatriate employees xorta waħda se jkunu jistgħu jagħmlu claim għal ċerti benefiċċji hekk kif ipprovdut fil-Business Promotion Act.", "Sur President, dawn kienu l-kummenti prinċipali tiegħi fuq dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa` ngħid li aħna, bħala prinċipju, naqblu ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna, pero` ma naqblux ma' l-emendi li qed iressaq il-gvern dwar il-Business Promotion Act u dwar il-Freeport Act u għaldaqstant kontra qalbna se jkollna nivvotaw kontra dan l-abbozz ta' liġi.", "Nerġa` ngħid, jien nittama li l-Ministru ħa l-kritika li għamilna fi spirtu kostruttiv.", "Mhux biss il-kritika li għamilna għall-Companies Act imma wkoll il-kritika l-oħra, għax il-kritika l-oħra ma saritx biex inkunu partiġġjani jew minħabba l-Unjoni Ewropea imma saret għaliex aħna nħossu li qed noħolqu diżinċentiv flok inċentiv.", "Nittama wkoll li dak li jista' jirrimedja, il- gvern jirrimedjah.", "Min-naħa l-oħra, jekk hemm xi punti li jħoss li jistgħu jiġu emendati anke fi stadju ta' kumitat, jagħtihom l-attenzjoni neċessarja ħalli b'hekk ikun jista' jirreaġixxi bl-istess spirtu pożittiv u kostruttiv li għamlet il-kritika tagħha l-oppożizzjoni dwar dan l-abbozz ta' liġi.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Iktar rimarki, jekk jogħġobkom?", "L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Sur President, qabel ngħaddi għal dak li rrid ngħid dwar l-abbozz innifsu nixtieq nagħmel ir-referenza għal ċertu andament amministrattiv li l-kumpanniji tagħna se jkunu suġġetti għalih.", "M'hemmx dubbju, kumpannija tagħmel il-profitti u tiġġenera l-attivita` tagħha mhux biss mill-ġid ta' l-assi tagħha imma anke mis-sitwazzjoni tal-pajjiż li fih tkun qiegħda topera.", "Issa fiċ-ċirkostanzi u s-sitwazzjoni tagħna minħabba ċ-ċokon ta' art twelidna, pajjiżna jiddependi ħafna mill-importazzjoni ta' materja prima għall-industriji tagħna, inkluż dawk ta' l-ikel.", "Allura se nkunu qegħdin inpoġġu ċerti piżijiet, regoli u sistemi li jridu jkunu konformi magħhom il-kumpanniji tagħna.", "Dawn r-regoli, mekkaniżmi u sistemi amministrattivi jistgħu jġibu diffikultajiet f'dik li hija kompetittivita`.", "GĦaliex qed ngħid li jistgħu jġibu diffikultajiet f'dik li hija kompetittivita`?", "Jekk aħna rridu nsostnu dak li l-kumpanniji jiġġeneraw bħala attivita` sabiex irendu, irridu naraw li l-politika tal-pajjiż tkun qiegħda tindirizza l-allinjament ta' dan il- prinċipju.", "Qed nuża l-kelma \"allinjament\" għax peress li ilna erba` snin nitkellmu fuq l-allinjament li pajjiżna jrid jagħmel ma' l-Unjoni Ewropea rrid inkun qiegħed nitkellem b'mod ċar u b'mod li niftiehem sew man-naħa l- oħra.", "Issa li ġew iffinalizzati n-negozjati u ġie anke artikolat it-trattat, għalkemm għadu ma tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra u lanqas ġie ppublikat, jirriżulta li l-gvern aċċetta dak li qaltlu l-Unjoni Ewropea dwar l- importazzjoni, cioe` li fuq l-importazzjoni attwali, ġejja minn fejn ġejja, m'hemmx eżenzjoni u l-ministru tal-finanzi, ikun min ikun, irid jitgħabba b'piżijiet ta' taxxi indiretti.", "F'dan il-każ qiegħed nirreferi għal taxxi indiretti fuq is-sorsi ta' ikel li aħna rridu nimportaw.", "Tant hu hekk li l- prodotti li se jiġu importati f'pajjiżna minn barra l-Unjoni Ewropea se jkollhom jogħlew minħabba mekkaniżmi u regoli li se jiġu fis-seħħ.", "Dawn, barra li se jkunu ta' piż fuq il-kumpanniji tagħna se jġibu wkoll piżijiet oħra ta' taxxi indiretti fuq il-konsum ta' l-ikel biex aħna niġu in line mal-prezzijiet interni.", "Dan huwa riskjuż.", "Kulħadd jaf x'ġara u x'esperjenza kerha għaddiet minnha dan l-aħħar dik iċ-chain kbira ta` supermarkets.", "Bis- suq u bir-regoli ta' llum, fuq prodotti li ma nipproduċux, pajjiżna la huwa marbut li jħallas levy lill-Awstralja, la huwa marbut li jħallas levy lill- Istati Uniti ta' l-Amerika u lanqas huwa marbut li jħallas levy lejn il- pajjiż, fil-każ tagħna Malta.", "Mela b'dan l-abbozz li għandna quddiemna se nkunu qed nirregolaw kemm l-andament tal-liġi kif ukoll dak li jagħmel kompettitivi lill-kumpanniji tagħna.", "Il-professuri ta' din il-Kamra jgħidulna li l-World Trade Organisation se tirregola l-prezzijiet tal-qmuħ u taċ-ċereali.", "Dawn jinsew li l-popli, la huma tan-nazzjonalisti, la huma tal-laburisti, la huma ta' l-Amerikani u lanqas ta' l-Unjoni Ewropea.", "Il-popli huma t'Alla l-ħallieq u xemx u xita hu biss jaf meta.", "Dawn donnhom jinsew li l-qamħ u l-prezz tiegħu jiddependu mix-xemx u x-xita.", "Jekk hawn min jaħseb li hawn xi ħadd fid-dinja li jista` jirregola l-prezz tal-qamħ li minnu jieklu t-tjur u l-bhejjem, il-Maltin u l-GĦawdxin u l-miljun turist iżuru pajjiżna kull sena sejjer żball.", "Meta nkunu qd nilleġislaw irridu naraw li noħolqu ċerti strutturi amministrattivi b'mod realistiku biex jindirizzaw it-teknikalita` legali jew it-teknikalita` finanzjarja - sejħilha li trid, jiena layman f'dan ir- rigward - pero' imbagħad ma rridux nagħlqu u nġibu f'bottelneck minn fejn veru ġejja l-kompettitivita` ta' dik il-kumpannija ħalli tkun tista` trendi, tiffjorixxi u tkabbar l-attivita` tagħha.", "U nispjega għaliex qed inġibuh f'bottleneck, Sur President.", "Huwa fatt li bis-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE ħa nitilfu dak li ngawdu llum.", "U x'ingawdu llum?", "L-Unjoni Ewropea tonfoq nofs il-budget tagħha għall-agrikoltura.", "Issa minkejja s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea aħna m'aħniex se nibbenefikaw minn 90% ta' din l-akbar nefqa ta' l-Unjoni Ewropea.", "Għaliex?", "Għaliex aħna m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu z- zokkor, m'għandniex art biżżejjed biex nipproduċu l-qmuħ, ix-xgħir u l- qamħerrun.", "Irridu niftakru li miċ-ċereali ssir il-birra, miz-zokkor isiru l- luminati u l-juices u mill-qmuħ u ċ-ċereali tiddependi ħafna l-attivita` sija tal-pizzar, sija tal-furnar u sija ta' ħafna prodotti essenzjali fil- ħajja ta' kuljum li jiġu kkunsmati u mibjugħa f'pajjiżna.", "Imbagħad hemm prodotti oħra bħalma huwa l-laħam aħmar.", "Anke f'dan il-każ f'pajjiżna m'għandniex art biżżejjed fejn inkabbru l-bhejjem biex nissodisfaw id- domanda sija li għandhom l-outlets tagħna, bħas-supermarkets u grocers biex ilaħħqu mad-domanda ta' 400,000 ruħ u naturalment il-miljun turist li tajjeb jew ħażin f'pajjiżna mhux biss jiġġeneraw dik l-attivita` kollha fil- lukandi imma m'hemmx dubju fil-postijiet kollha tad-divertiment inkluż fir- restaurants, snack bars, take-aways u f'dak kollu li jagħmel l-ekonomija tagħna fil-qasam tat-turiżmu.", "Mela aħna nafu li llum se nitilfu dan il-vantaġġ meta nissieħbu.", "Pajjiżna, jidħol jew ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea, xorta jrid jibqa' jimporta dawn il- prodotti mis-swieq internazzjonali, mis-swieq li l-aktar ikunu vantaġġjużi, inkluż dawk ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa dan il-vantaġġ se narmuh b'daqqa ta' pinna.", "Għandna gvern li qed jaħbi lill-poplu din ir-realta` u ma jgħarrfux x'inhu l-argument tal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali.", "Sur President, 'il hinn mill-argument tax-xemx u xita meta qed nitkellmu fuq il-provvista ta' l-ikel u fuq is-sors ta' materja prima ta' l-ikel hemm l-andament ta' kull pajjiż.", "Jiġifieri kull pajjiż ikollu l-prezz intern tiegħu biex ikun kompetittiv għaliex inti sew fl-Amerika, sew fl-Unjoni Ewropea, sew fil- Ġappun ikollok prezzijiet li jikklassifikawhom skond dak li jifhmu huma bħala prezz fis-suq internazzjonali biex imbagħad minn hemmhekk pajjiżi bħal Malta u oħrajn ikunu jistgħu jixtru dawk is-sorsi b'sistemi ta' prattika tas-swieq internazzjonali fejn kull pajjiż ma jkunx qed ibigh il- prodott tiegħu marbut ma' ċerti esiġenzi, ma' ċerti obbligi li ġġib is- sistema u l-istruttura amministrattiva ta' dak il-pajjiż jew ta' dak il- blokk.", "Jiġri bħal meta aħna nidħlu għand tal-ħanut, nitolbuh flixkun birra u jekk nixrobuh ġewwa jżommilna Lm0.50 u jekk nixorbuh barra jżommilna 30c.", "Issa meta Malta tixtri bi prezzijiet internazzjonali l-istess ikun qed jiġri għax il-gvernijiet u dawn il-blokki ekonomiċi jbaxxuhom tali li minnhom inaqqsu l-ispejjeż li jġibu magħhom kieku dawk il-prodotti ġew ikkunsmati f'pajjiżhom, bħalma huwa l-iskart, ir-riċiklaġġ u ħafna afafrijiet oħra li jġibu l-ispejjeż għal dak il-poplu, għal dak ir-reġjun jew għal dik l-unjoni.", "Mela pajjiżna minħabba s-sħubija diġa` se jiġġenera diffikultajiet kbar ta' kompetittivita`.", "Għandna gvern li huwa mgħobbi b'deficit kbir.", "Issa bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea se jkompli jitgħabba b'piżijiet iktar ta' taxxi li obbligat li jħallas.", "Għaliex?", "Għax kellna l- kap negozjatur tal-gvern, is-Sur Richard Cachia Caruana, li ffinalizza negozjati ma' l-Unjoni Ewropea għan-nom tal-poplu biex dak li Malta storikament importat f'dawn l-aħħar snin, mill-għada ta' sħubija tibda tkun konformi mal-prezz intern ta' l-Unjoni Ewropea u tkun suġġetta li tħallas tariffi kbar kemm-il darba jinstab li barra minn dak il-pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea t-tali sors ta' materja prima jista` jinxtara bi prezz orħos.", "Minflok spjegaw lill-poplu kemm tiswa din il-miżura u minflok tul dawn l- erba' snin taw l-informazzjoni ċara, issa qed joħorġu dikjarazzjonijiet li veru li l-prezzijiet se jkollhom jogħlew pero` l-konsumatur m'hu se jħallas xejn.", "Meta mbagħad tanalizza l-affarijiet u x'qed jgħid il-gvern issib li dan mhux minnu.", "Per eżempju, il-gvern qed jgħid bejn Mejju ta' l-2004 u Diċembru ta' l-2004 se jissussidja bi Euro 11 miljun.", "Jiġifieri lill-bdiewa tagħna li jipproduċu l-ħaxix frisk għall-borma se jagħtihom xi Euro 7.5 miljun u biex jissussidja l-prezz għoli ta` l-Unjoni Ewropea se jkollu joħroġ Euro 11 miljun.", "Dawn illum qed niffrankawhom u nistgħu nibqgħu niffrankawhom jekk iz-zokkor inġibuh mill-bqija tad-dinja kemm-il darba jkun kompetittiv mingħajr ma nkunu suġġetti li nħallsu levy ta' Lm250 fuq kull valur ta' Lm100 li se timponilna l-Unjoni Ewropea wara sħubija.", "Mela l- gvern se joħroġ Euro 11 miljun u ma jridx jgħid kemm hu l-prezz veru estern u intern ta' l-Unjoni Ewropea.", "Ma nafx għaliex ma jridx jgħid għax illum jekk tidħol fl-internet tkun taf kemm hi d-differenza tal-prezz għax hemm mekkaniżmi li b'mod tekniku jissejħu TARIC, l-integrated tariffs of the European communities u minn hemmhekk jistgħu jiġu kklassifikati dawn l- aspetti.", "Mela jekk iz-zokkor huwa 18c, 20c, jew 22c ogħla, il-gvern qed jgħid li se joħroġ 12c biss meta qed jiddikjara li se joħroġ Euro 11 miljun fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-Unjoni Ewropea ma tissussidjax biss iz- zokkor ġo l-ixkora, imma tissussidja z-zokkor jekk ikun fi flixkun tal- minerali, jekk ikun fi flixkun tal-juice, jekk ikun fil-ġelat u jekk ikun applikat bħala kompożizzjoni fil-gallettini u f'tant affarijiet li aħna nimportaw u nesportaw.", "Fl-istess ħin wara dan it-taħwid kollu tant ikkumplikat biex tispjegah, il-gvern, għax hekk aċċetta s-Sur RCC mhux se jħalli lill-kumpanniji Maltin - aħna suppost qed nirregolawhom b'din il- liġi u qed ngħidu li se jkollna mekkaniżmi iktar effiċjenti - jesportaw dawk il-prodotti tagħhom li jkunu qed jiġu ssussidjati mill-gvern Malti lejn is-swieq ta' l-Unjoni Ewropea.", "X'ifisser dan?", "Mela jien għandi fabbrika tal-gallettini – tan-naħa l-oħra qed jgħidu li se niftħulha suq ta' 380 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea u wara t-tkabbir ta' 500 miljun ruħ – li se tispiċċa biex titgħabba bil-prezzijiet interni tal- materja prima li timporta.", "Issa biex tagħmel il-gallettini trid id-dqiq li jiġi mill-qamħ, triq it-trab tal-ħalib xkumat u t-trab tal-bajd biex il- prodott ikun iktar jappella għad-domanda tal-konsumaturi u tkun trid iz- zokkor u l-butir biex tagħmel l-għaġina.", "Illum dawn il-ħames prodotti m'għandhiex levy fuqhom l-industrija tagħna, sija jekk trid tużahom biex tagħmel il-gallettini lokalment, sija jekk trid tużahom biex tagħmel il- custard u sija jekk trid tużahom għal prodotti oħrajn.", "Issa jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea din il-kumpannija trid tkun konformi mal-prezzijiet interni.", "Il-gvern qed jgħidilha li se jissussidja d-differenza ta' l-ispiża li se tirrikjedi l-bidla wara sħubija biex niġu integrati mal-prezzijiet interni u ma jiddikjarax kemm huma l-prezzijiet, imma jiddikjara kemm hu s- sussidju.", "Allura għandna ħallata ballata ta' affarijiet, li għalkemm qegħdin daqstant viċin li jittieħdu deċiżjonijiet importanti, m'aħniex nispjegawhom b'mod kredibbli lil min hu involut.", "Mela min-naħa qed nipprovaw inpoġġu l-argumenti kif il-kumpanniji jridu jwieġbu għal regolamenti sabiex permezz tal-liġi jkunu artikolati ċerti kondizzjonijiet u ċerti mekkaniżmi li huma jridu jkunu obbligati li jeżerċitaw sabiex iżommu konformi ma' dan li qed jilleġisla l-gvern, imbagħad fl-istess ħin nafu li qed inpoġġulhom giljottina u ma nafux jekk hux se jibqa` jkun hawn spazju għalihom dawn il-kumpanniji.", "Nerġa` ngħid, fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea dejjem se nibqgħu niddependu mill-importazzjoni, sija biex nitimgħu t-tjur u l- bhejjem, sija biex nipproduċu l-art agrikola, sija biex insostnu l- provvista ta' l-ikel għall-400,000 ruħ li għandna f'Malta u sija biex insostnu l-provvista ta' l-ikel tal-miljun turist li jżuru pajjiżna.", "Allura jiena ngħid: Kif nistgħu nilleġislaw b'mod li l-kompetittivita` ta` kumpannija nġibuhielha fix-xejn?", "Għaliex qed ngħid li inġibuhielha fix- xejn?", "L-ewwelnett jafu li mhux dawn il-prodotti biss li qed insemmi se jogħlew.", "Hemm għaxar prodotti essenzjali għall-ħajja ta' kuljum li aħna llum m'għandniex levies fuqhom u nidħlu jew ma nidħlux xorta waħda rridu nimportawhom, li fuqhom se jkun hemm spiża ta' taxxa indiretta ta` madwar Lm20 miljun jew Lm25 miljun fis-sena, fost dawn insibu l-butir, iz-zokkor, il-qmuħ u ċ-ċereali.", "Sur President, għalkemm ħaddieħor jgħid li World Trade Organisation trid iġġib prezzijiet l-istess fis-swieq internazzjonali, jien nibqa` ngħid li din hija ħrafa għaliex il-qmuħ u x-xgħir ma jkabbru ħadd ħlief it-temp, u l- elementi tan-natura ma jikkmandahom ħadd u ma jafhom ħadd, la id-WTO u lanqas ħadd.", "Dawk ħalaqhom il-Ħallieq u huma f'idejh u f'idejh se jibqgħu, jaħseb x'jaħseb min hu intelliġenti.", "Mela minħabba dan l-argument, li dejjem hekk se jibqa`, jgħidu xi jgħidu tan-naħa l-oħra, għax-xemx u xita Alla jaf meta, il-hard wheat li timporta Malta għola għax kien hawn nuqqas, għax sew meta jiġi l-ilma u sew meta ma jiġix dejjem ikun hemm xi argument li ma jistax ikollok kontroll fuqu.", "Issa peress li għadna ma dħalniex fl- Unjoni Ewropea il-gvern issussidja l-aħħar 12,000 tunnelleta li xtrat il- Medigrain b'Lm0.5 miljun mill-price stabilisation fund ħalli l-furnara u l- pizzara li jagħmlu użu mid-dqiq biex jagħmlu l-ħobż u l-pizza ma jkollhomx jgħollu l-prezzijiet.", "Sal-lum għadu jista' jagħmilha hekk il-gvern, imma jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea dak in-Lm0.5 miljun ikollu jitgħabba fuq il-furnara tagħna u allura l-ħobża ta' kuljum ikollha togħla għal tar-restaurants, għal tal-lukanda, għal tat-take-away, għal dak li għandu dar privata għall-anzjani u għal kull min jixtri dan is-sors tal-ħajja ta' kuljum.", "L-istess jiġri fil-każ tal-pizzara u tad-dulċiera li jużaw id-dqiq bħala parti integrali mill- ħidma tagħhom.", "Peress li dan il-hard wheat jiġi mill-Amerika, bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna fiċ-ċirkostanzi preżenti kif seħħew mhux biss ma jkunx jista` jissussidja b'Lm0.5 miljun din il-kunsinja, talli peress li jkun ġej minn barra l-Unjoni Ewropea jkollu jeħel is-somma ta' Lm61 fuq kull valur ta' Lm100 qamħ li jimporta.", "Mela fuq jekk nimportaw b'Lm1 miljun ikollna nagħmlu spiża ta' iktar minn Lm600,000.", "Allura, ngħid jien, dawn l-argumenti ċari li l-blokok tad-dinja ekonomiċi tant jiġġieldu fuqhom għaliex magħhom huwa marbut l-investiment tagħhom, kif f'pajjiżna ma nitkellmux fuqhom?", "Issa għaliex l-Unjoni Ewropea tgħabbi lil pajjiżna b'tariffa ta' Lm61 fuq kull valur ta' Lm100?", "Għax l-Unjoni Ewropea tonfoq flus sostanzjali għal din l-industrija tal-qamħ u ma tkunx trid, la lill- Kanada, la lill-Amerika, la lill-Awstralja u lill-ebda reġjun jew blokk ieħor ekonomiku fid-dinja li jippenetra fis-suq tagħha għax inkella hi ma tbigħx dawk il-prodotti li tkun qed tissussidja.", "Din hija l-protezzjoni.", "Għal dan l-iskop huma t-tariffi.", "Dan bħal meta inti tmur ġo bank u minflok jitolbok levy jew tariffa jew inkella minflok jorbtok bi kwota jagħmillek kondizzjonijiet li l-ewwel trid tagħmel assigurazzjoni biex jekk allaħares qatt tiġi nieqes l-investiment li int tkun se tagħmel miegħu jkun kopert.", "Imbagħad l-istess bank jitolbok garanzija ta' likwidita` jew ta' proprjeta` biex hu jassigura li dak l-investiment li lilek ikun qed jagħtik l- opportunita` li tagħmel, inti tkun tista` tmexxih 'il quddiem u tassigurah skond l-esiġenzi tat-tali bank.", "Il-pajjiżi jaħdmu bl-istess mod, pero` ma jitolbux lill-industriji tagħhom biex jagħmlu garanzija ta' likwidita` jew biex jagħmlu garanzija ta' proprjeta`.", "Imma jgħinu lill-industriji tagħhom b'mod li jagħmlu l- protezzjoni.", "Issa jekk hijiex protezzjoni permezz ta' dazju, jekk hux protezzjoni permezz ta' tariffa, jekk hux protezzjoni permezz ta' xi kwota jew ta' xorta oħra, l-iskop ikun dejjem li wieħed jipproteġi l- kompetittivita` ta` dak il-pajjiż għax mingħajr il-kompetittivita` inutli tagħmel investiment għax tkun qisek qed titkellem mal-waħx.", "MR SPEAKER: Onor. Farrugia, ippermettili ninterrrompik għax sar il-ħin.", "Se tibqa' in possession?", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Iva, se nibqa` in possession.", "Fid-9.20 p.m. id-diskussjoni kienet interrotta u baqgħet aġġornata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo, f'isem il-Viċi Prim Minsitru u Ministru għal-Politika Soċjali, jekk jogħġbu jressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR EDWIN VASSALLO (Segretarju Parlamentari): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 18 ta' Frar 2003, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Tpaċija u Netting f'każ ta' Insolvenza - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Verifika Interna u Investigazzjonijiet - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummissarju għat-Tfal - Tieni Qari; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni.", "--------------------------", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Mediċini – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, fil-ġurnali li jirriflettu l- politika ta' l-oppożizzjoni, qed ikun hemm akkużi li dan il-gvern qed jaħbi l-verita` lis-self-employed fir-rigward tal-preparamenti li saru fin- negozjati ta' Malta għas-sħubija fl-UE.", "Ovvjament din hija parti mill- istrateġija ta' l-oppożizzjoni biex flimkien ma' dawn li jappoġġjaw l-idea tagħhom jaħdmu għall-vot tal-\"Le\".", "Jiena ngħid li mhux veru li l-gvern qed jaħbi l-verita` lis-self-employed rigward il-ġejjieni tagħhom fl-UE.", "Anzi dan qed jaħdem fuq żvilupp ta' politika imprenditorjali li se twassal biex f'pajjiżna jkollna tip ta' protezzjoni ġdida għall-SMEs kollha.", "Il-kelma \"protezzjoni\" ilna nisimgħuha f'dan il-pajjiż fil-kuntest ta' sussidji u levies pero` dawk huma tip ta' protezzjoni antiki li fl- ekonomija tal-lum jistgħu jagħmlu sens pero` m'għadhomx l-aħjar tip ta' protezzjoni li n-negozju tagħna jeħtieġ.", "Il-protezzjoni li dan il-gvern jemmen fiha u li permezz tagħha għandu jipproteġi lill-SMEs hu l-iżvilupp tal-politika imprenditorjali, politika li ġġib l-ewwel u qabel kollox l- interess ta' l-SMEs.", "Jista' ikun hawn min qed jismagħna u jgħid dan hu s- soltu paroli fil-vojt, imma jiena ngħid li dan hu impenn li sejjer jittrasforma ruħu f'ħidma konkreta jekk il-poplu jivvota \"Iva\" fit-8 ta' Marzu.", "Għalhekk għandna d-dmir li mmorru lkoll nivvotaw \"Iva\" fir- referendum ħalli dan l-impenn jittrasforma ruħu f'ħidma matul il- leġislatura li ġejja meta pajjiżna ikun imsieħeb fl-UE.", "Gvern elett meta l-pajjiż ma jkunx imsieħeb fl-UE u gvern elett f'pajjiż imsieħeb fl-UE huma żewġ gvernijiet differenti.", "L-ewwel wieħed se jkun qed jagħżel il-prioritajiet skond kif jaqbel lilu f'dak il-ħin u l-ieħor se jkun qed jagħżel il-prioritajiet skond kif jaqbel lilu f'rabta ta' politika fuq livell Ewropew sabiex isaħħaħ il-politka li jkun qed jagħżel għalih f'pajjiżu.", "Hekk ġara meta l-gvern Malti ddeċieda li jintrabat f'isem l- SMEs ma' l-UE meta rratifika l-European Charter for SMEs, liema charter hu kuntratt li l-gvern Malti ffirma biex jindika eżatt x'għandha tkun il-ħidma tiegħu fir-rigward ta` żvilupp ta' policies, ta' kif se jieħu deċiżjonijiet u ta' kif se jagħżel il-prioritajiet.", "U dan m'għamlux waħdu imma għamlu flimkien ma' pajjiżi oħrajn li raw l-istess ħtiġijiet u prioritajiet u għalhekk b'vot \"Iva\" għall-UE, l-SMEs se jaċċertaw ruħhom li ma jistax jibqa' jkollu gvern li fiż-żmien l-elezzjoni jitkellem fuq kemm huma importanti s-self-employed imbagħad wara l-elezzjoni jinsihom.", "Min se jivvota iva, se jkun qed jorbot lill-gvern ma' programm ta' ħidma u żvilupp ta' politika li permezz ta' l-għaqdiet tan-negozji li hu jissieħeb magħhom, dan jista' jkollu l-sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "L- oppożizzjoni ma jridux li jiġi konfermat s-suċċess tal-politika ta' dan il- gvern, speċjalment dik barranija u allavolja huma qed jgħidu li mhux se jtelqu, dawn qed jagħmlu minn kollox biex in-nies ibeżżgħuhom mill-UE u jpinġuha bħala xi tip ta' forza li tikkmanda lill-pajjiżi membri mingħajr ma dawn il-pajjiżi jkollhom xi sehem fid-deċiżjonijiet.", "Qed ipinġu s- sħubija ta' Malta fl-UE bħallikieku aħna se nkunu xi kolonja bħalma konna taħt l-Ingliżi.", "Sur President, ta` l-oppożizzjoni ma jgħidux li bis-sħubija mhux biss mhux sejrin nitilfu s-sovranita` tagħna imma sejrin inseddqu s-sovranita` tagħna għax aħna se jkollna say fuq dak kollu li jiġri fl-UE, u mhux f'Malta biss!", "Meta deċiżjoni tittieħed minn pajjiż waħdu, il-pajjiżi l-oħrajn m'humiex marbutin li jistmaw dik id-deċiżjoni imma meta d-deċiżjoni tittieħed bħala grupp, din tkun deċiżjoni stmata u ta' aktar piż.", "Ftit tal-ġranet ilu, jiena tkellimt ma' l-għaqdiet tan-negozji fuq dik li tissejjaħ the Green Paper for Entrepreneurship in Europe li hija dokument li jifforma bażi ta' konsultazzjoni pubblika bejn il-pajjiżi msieħba u dawk li applikaw.", "Dan ifisser li aħna nistgħu nagħtu l-opinjoni tagħna waqt li għadha green paper u hekk inkunu f'pożizzjoni li niżviluppawha aħjar.", "Dan hu l-mod kif in-negozji, permezz tal-għaqdiet li huma jkunu membri tagħhom u li jkunu qed jirrappreżentawhom fil-livell ta' amministrazjzoni ta' l-UE, ikollhom aktar say fl-UE.", "Dan ifisser li bħalma l-għaqdiet nazzjonali ikollhom say fuq bażi nazzjonali, l-għaqdiet Ewropej ikollhom say fuq dak li jiġri fl-UE u b'hekk jistgħu jinfluwenzaw x'isir jew le f'liġi partikolari li tolqot is-settur tagħhom.", "L-għaqdiet nazzjonali jistgħu wkoll jappellaw għand l-UE jekk ikun hemm xi problemi mal-gvern nazzjonali.", "Dan ifisser li meta negozjant jew self-employed ikun qed jivvota iva għall- UE, dan ikun qed jagħżel li jkollu aktar say f'dak li jiġri mhux biss f'Malta imma anke madwar il-pajjiżi kollha ta' l-UE.", "L-oppożizzjoni trid li dawn id-drittijiet kollha jintilfu.", "Illum il-ġurnata, Malta hi membru prospettiv fl-UE u għalhekk l-għaqdiet tan-negozji tagħna ġew mitluba jagħmlu l-kummenti tagħhom fuq din il-green paper li għada pitgħada ssir policy paper li l-pajjiżi msieħba fl-UE jimxu fuqha.", "Dak huwa l-mod ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE u aħna bħala gvern irridu nimxu b'dan il-mod biex nipproteġu lin-negozji tagħna u mhux b'sistemi antiki bħas- sussidji, levies u tariffi li wara kollox jispiċċaw fuq dahar il-konsumatur meta jmur jixtri xi ħaġa.", "Dawk il-metodi setgħu kienu metodi tajbin fi żmienhom, pero` llum qegħdin nagħrfu li hemm metodi aħjar ta' kif nipproteġu lin-negozji tagħna.", "Meta wieħed iħares lejn iż-żewġ programmi ta' ħidma li qed nħaddmu għal din is-sena, dan jinduna li hemm madwar 80 inizjattiva msawrin bħala objettivi tal-ħidma tagħna u dawn kollha ħarġu mill-eżerċizju ta' implimentazzjoni ta' dan il-European Charter tal-SMEs li rreferejt għalih aktar qabel.", "Jiena stess iffirmajt f'isem il-gvern Malti dan iċ-charter u bdejna nfasslu pjan ta' ħidma ta' kif aħna se nimplimentaw dan iċ-charter Ewropew.", "Il-gvern b'sena minn quddiem qed jgħid li għandu minn ta' l-anqas dawn it- 80 inizjattiva - qed nirreferi għan-negozji ż-żgħar - li f'għeluq is-sena jiena nista' niġi kritikat għax ma laħħaqthomx kollha jew ma implimentajtx tajjeb xi wieħed minnhom.", "Aħna ppubblikajna wkoll dan il-pjan ta' ħidma kif għamilna s-sena li għaddiet u ta' qabel biex ikun magħruf il-mod ta' kif il- gvern se jkun qed jiżviluppa l-politika imprenditorjali tiegħu f'dan il- pajjiż, kif se jkun qed inaqqas il-burokrazija, kif se jkun qed iżid l- edukazjoni u taħriġ għal dan il-qasam, kif se jsib mezz irħas u eħfef biex jgħin lin-negozji biex jibdew jaħdmu, kif se jkun hawn liġijiet u regolamenti li huma business friendly aktar milli hawn bħalissa, kif irridu naraw li naħdmu biex ikun hawn iktar nies tas-sengħa u min għandu s-sengħa mhux jieqaf kif kien hawn min qed ibeżża' imma nipprovdulu fejn jaħdem u nieħdu ħsieb li naraw li s-sengħa tiegħu tkun apprezzata.", "Għal din għandna kważi 30 inizjattiva fil-programm ta' ħidma mill-Kunsill Malti għall- Artiġjanat.", "Irridu naraw kif intejbu l-aċċess permezz ta' l-internet, biex nagħtu aċċess għal kulħadd u biex in-nies jagħmlu użu aħjar ta' l-internet għax il-komunikazzjoni hi għodda ferm importanti fin-negozju illum.", "Irridu naraw kif se nagħmlu biex ngħinu lil min irid jesporta, kif se nġibu aktar 'il quddiem inizjattivi li jiffavorixxu lill-SMEs fir-rigward ta' taxxi u affarijiet relatati ma' finanzi.", "Irridu naraw kif insaħħu l-kapaċitajiet teknoloġiċi ta' l-intrapriżi ż-żgħar, kif noħolqu mudelli ta' kummerċ eletroniku li jirnexxu u ninkoraġġu n-negozji biex jużawhom.", "Irridu naraw kif se niżviluppaw rappreżentanza aktar b'saħħitha u iktar effettiva ta' l- interessi ta' entrapriżi ż-żgħar kemm fil-livell ta' UE u kemm f'livell nazzjonali.", "Sur President, dawn l-affarijiet kollha li semmejt huma d-direzzjoni li l- UE qed tagħtina L-UE qed tixprunana ngħarfu x'inhuma r-realtajiet tal-lum u qiegħda tagħti prioritajiet lill-gvernijiet biex aħna naħdmu fuqhom b'sinerġija mhux fuq livell nazzjonali biss imma fuq livell Ewropew ukoll.", "Din hija l-protezzjoni li jeħtieġu n-negozji tagħna biex jaraw li jtejbu l- ambjent u ċ-ċirkostanzi li fihom qed jaħdmu n-negozji żgħar tagħna ħalli mbagħad l-attivita` kummerċjali tikber.", "Dan huwa l-mod ta' kif l-UE trid lill-gvernijiet imsieħba joħolqu iktar impjiegi.", "Għalhekk, Sur President, x'ħin tara din il-green paper, inti tara kif l-UE qed tgħid lill-membri tagħha biex jagħtu importanza lil min hu żgħir fin-negozju.", "Se nkunu liberi niżviluppaw pero` skond dawn il-prinċipji li l-pajjiżi msieħba ddeċidew li għandhom ikunu l-aħjar prinċipji li għadni kemm semmejt ftit tal-ħin ilu u li jinkludu li jkollok anqas burokrazija, mezz irħas u eħfef biex wieħed jidħol fin-negozju u iżjed taħriġ fl-imprenditorija għax ma jistax ikun li joħroġu persuni mill-istituzzjonijiet edukattivi tagħna li jkunu jafu t- teknika tax-xogħol imma mbagħad ma jkunux jafu it-teknika kummerċjali ta' kif ibigħu s-servizz jew il-prodott tagħhom.", "L-UE qed tgħid lill-membri tagħha biex jagħtu kas tan-negozji ż-żgħar, self-employed u nies tas- sengħa.", "Aħna nafu li waħda mill-ħtiġijiet ta' dan il-pajjiż hu li nipprovdu spazju fejn in-nies tas-sengħa jkunu jistgħu jaħdmu.", "Aħna sovrani għax l- implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji hi f'idejna u l-UE just tixprunana fid-direzzjoni t-tajba.", "Fatt tajjeb hu li l-gvern se jkun hemm min jiċċekkjah fil-futur għax meta pajjiżna jidħol fl-UE, dan qed jiggarantixxi ġejjieni bi standards ta' kwalita` fejn bħalma l-gvern jiċċekja jekk is-self-employed hux qed jimxu sew, l-UE se tiċċekja li l- gvern qed jimxi sew ukoll.", "Bħalma l-gvern jibgħat tas-sanita` lil dawk li jbigħu l-ikel biex jassigura l-iġene, hekk ukoll l-UE tibgħat in-nies biex tiċċekkja li aħna nsegwu l-punti kollha li hemm fiċ-charter.", "Meta self-employed jivvota \"iva\" fir-referendum, dan ikun qed jivvota favur ġejjieni fejn il-gvern se ikollu jaħdem b'mod attiv biex jipprovdi dak kollu li għandu jipprovdi skond iċ-charter, u diġa` semmejt uħud mill-punti li dan il-gvern se jkollu jsegwi għall-ġid ta' l-SMEs.", "Meta jivvotaw \"iva\", tal-SMEs ikunu qed jivvotaw għal protezzjoni ġdida li fost l-oħrajn tinkludi li ma tħallix il-gvern iżid l-ispejjeż u l-burokrazija għan- negozji.", "Ta' l-oppożizzjoni ma' jistgħu jgħidu xejn ħlief li dan mhux veru, pero` aħna qed ngħidu l-verita`, qed ngħixuha issa din il-verita` u dan mingħajr m'għandna dawk il-fondi li neħtieġu biex noffru lis-self-employed servizz aħjar.", "Jiena nittama li iktar self-employed jagħrfu li l-ġejjieni mhux ġejjieni ta' biża' imma ta' opportunitajiet u jivvutaw \"iva\" għax din tfisser iżjed opportunitajiet ġodda.", "Bħalissa hawn ħafna ilħna biex n-nies jivvotaw \"iva\" jew \"le\" pero` jiena nappella biex in-nies ma jivvutawx \"le\" minħabba politika li għada pitgħada tiġi \"iva\" għax aħna ta' l-oppożizzjoni nafu kif jagħmlu.", "Dawn qalu \"le\" għal ħafna affarijiet fil-bidu fosthom għall- airport, għall-power station u għall-VAT u llum li għadda ż-żmien, l- oppożizzjoni ġiet favurihom għax ma nistgħux nimmaġinaw pajjiżna mingħajr powerstation jew mingħajr airport sura ta' nies.", "Lejliet l-elezzjoni tal-1996, Alfred Sant kien wiegħed alternattiva għall- VAT, għamel pljetu sħiħ, wiegħed li se jneħħiha u qal li jekk ma jneħħhiex fi żmien sitt xhur jirriżenja.", "Sitt xhur għaddew u l-VAT baqgħet hemm imma hu ma riżenjax.", "X'ħin ġie biex ibiddel il-VAT inqala' skoss inkwiet u daħħal taxxa diżastruża.", "Issa wara dak l-inkwiet kollu, dan biddel fhemtu u qal li l-VAT se jżommha.", "Għalhekk, jiena nappella biex in-nies jifhmu u ma jivvotawx \"le\" għax għada pitgħada l-oppożizzjoni toħroġ tgħid li hi taqbel ma' l-UE ukoll.", "Il- verita` aħna qed ngħiduha u għalhekk il-poplu għandu jibża' biss min dawk li qed jgħidu \"le\" għax fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jidħku bihom.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t- Tlieta, 18 ta' Frar, 2003 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mis- Segretarju Parlamentari.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MEPA - SLUDGE FIL-BAĦAR", "38468.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex il-gvern jonora l-wegħda li sas-sena 2004 ma jintefax aktar sludge fil-baħar?", "X'analisi saret s'issa min-naħa tal-MEPA?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Membru jgħid għal liema tip ta` sludge qed jirriferi.", "MEPA – KAŻI TA' BULLYING", "38469.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm irrapportati każi ta' bullying jew disprezz min-naħa ta' l-impjegati tal-planning directorate versu l- impjegati ta' l-environment directorate fi ħdan il-MEPA?", "X'passi dixxiplinarji ttieħdu mid-direttur ġenerali fid-dawl ta' dawn il-każi?", "GĦaliex dawn il-każi ma ġewx irrapportati mill-ewwel lill-bord tal-MEPA?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi ma kien hemm l-ebda rapporti ta` bullying jew disprezz min-naħa ta` l-impjegati tal-planning directorate fil- konfront ta` l-impjegati ta` l-environment protection directorate.", "GĦELUQ TA' INCINERATURI", "38470.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Il-Gvern Nazzjonalista kien wiegħed lill-poplu li sa l- aħħar ta' din is-sena se jkun għalaq l-inċineraturi kollha, peress li dawn qegħdin ikunu ta' detriment sħiħ.", "Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju qiegħed il-gvern sabiex il-proġetti li għandu f'dan ir-rigward tassew iseħħu?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Għalkemm il-ministeru għar-riżorsi u l- infrastruttura m'għandu l-ebda inċineratur taħt it-tutela tiegħu, xorta waħda nikkonferma li numru ta' inċineraturi eżistenti jridu jingħalqu sa l- aħħar ta' din is-sena.", "Għal aktar tagħrif dettaljat, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il- mistoqsija tiegħu lill-ministru konċernat.", "MEPA – LIVELLI TA' BENZENE FL-ARJA", "38471.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jiżvela fejn il-MEPA sabet li l-livelli ta' benzene fl- arja kienu jeċċedu l-livelli ddikjarati taħt ir-regolamenti maħruġa minn din l-istess amministrazzjoni?", "X'passi ttieħdu mill-MEPA biex dawn il- livelli jonqsu?", "Kemm huwa veru li bl-introduzzjoni tal-lead replacement petrol, l-emissions ta' benzene fl-arja jistgħu jiżdiedu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Id-data li nġabret qed tiġi inserita u r-riżultat se jiġi ffinalizzat dalwaqt.", "Biss skond l-indikazzjonijiet li għandna, mhux se jkun hemm emissions ogħla ta` benzene fl-arja bl-użu tal-lead replacement petrol.", "MEPA - CARTAGENA PROTOCOL", "38474.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk Malta rratifikatx il-Cartagena protocol?", "X'għamlet il-MEPA f'dawn l-aħħar 11-il xahar f'dan ir-rigward?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 37705.", "UE – REGOLAMENTI GĦALL-PRODUZZJONI TA' L-IKEL", "38476.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'se jkun l-impatt ekonomiku fuq fabbriki lokali li jippakkjaw ikel u xorb, sabiex dawn jiġu konformi mad-direttivi u r- regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea, fejn jirrigwardja l-ippakkjar, l-iskart mill-ippakkar kif ukoll il-materjal u l-livelli ta' kontaminanti fl- ippakkjar ta' dawn l-affarijiet?", "X'se jkun l-impatt ekonomiku fuq il- konsumatur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li anke fil-qasam tal-produzzjoni ta' l-ikel, hawn numru ta' fabbriki li jesportaw il-prodott tagħhom lejn is- suq Ewropew.", "Dawn diġa' jikkonformaw mar-regolamenti u mad-direttivi ta' l- Unjoni u m'hemm l-ebda raġuni għala minn jipproduċi għas-suq lokali, m'għandux ikun f'qagħda li jagħmel l-istess.", "Il-konsumatur lokali wkoll jistenna li dawn ir-regolamenti u direttivi jiġu osservati.", "Il-gvern qiegħed jgħin biex dan il-għan jintlaħaq fl-iqsar żmien possibbli, anke permezz ta' skemi ta' assistenza kemm mill-IPSE kif ukoll mid-dipartiment ta' l-agrikoltura, u għaldaqstant l-impatt fuq il-konsumatur mistenni li jkun wieħed pożittiv taħt kull aspett.", "Ta' min ifakkar li dawn it-tipi ta' prodotti kważi kollha għad għandhom levy qawwija fuqhom.", "Għalhekk minkejja l-introduzzjoni ta' standards aktar esiġenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ippakkjar u affarijiet oħra, xorta mistenni li dawn il-prodotti jorħsu b'mod sinifikanti meta Malta tissieħeb fl-Unjoni u l-levies jispiċċaw għal kollox.", "Dwar implikazzjonijiet f'aktar dettall, ta' min jgħid li dawn ivarjaw minn prodott għal ieħor.", "Fil-fatt l-IPSE ħejjiet numru ta' studji settorjali li wħud minnhom diġa' ġew ippubblikati.", "ŻEJTUN: TRIQ TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "38566.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadhom ma sarux it-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, Żejtun, eżatt mal-junction ta' Vjal il-25 ta' Novembru?", "Billi f'dan il-post iseħħu għadd ta' inċidenti, xi drabi anke fatali, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsiru u jitlestew dawn it-traffic lights?", "Jaħseb li fid-dawl ta' l- inċidenti serji f'dan il-post, dawn il-lights għandhom jingħataw preferenza fuq oħrajn?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat illi l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet il-permessi meħtieġa biex f'din il-junction jitwaħħlu t-traffic lights, bix-xogħol isir skond kif ikunu jippermettu l-prioritajiet li quddiemu jkollu d-direttorat.", "ŻEJTUN: TRIQ ID-DAĦLA TA' SAN TUMAS - ASFALTAR", "38567.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari dwar Triq id- Daħla ta' San Tumas, fiż-Żejtun, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il- ħsieb li din issir mill-gvern wara li saret il-parti tat-triq ta' Wied il- GĦajn mill-kunsill lokali, waqt li dik il-parti taż-Żejtun baqgħet qisha wiċċ il-qamar?", "Billi dan l-aħħar saret trinka fil-parti tat-triq imsemmija, li allura kompliet ħaffret it-triq li issa spiċċat fi stat tant perikoluż li ma tistax issuq fiha, u fid-dawl tal-fatt li minn din it-triq jgħaddu eluf ta' karozzi kuljum, possibbli niġi informat jekk din hijiex se ssir?", "Jista' xi ħadd minn tar-roads department iżur din it-triq ħalli jara b'għajnejh f'liema stat tinsab?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtja għall-mistoqsija parlamentari 36476.", "Madanakollu tajt struzzjonijiet lill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex terġa' tispezzjona din it-triq sabiex ikun zgurat illi t-tiswija tat- trinka li qed jirriferi għalija l-Onor.", "Interpellant tkun sodisfaċenti, ħalli ma jkunx hemm periklu għal min jgħaddi minn hemm.", "MDINA - STABILIMENT TA' L-IKEL", "38568.", "L-ONOR.", "GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' il- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 38406 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Nistieden lill-Onor.", "Membru jindika, anke b'mod kunfidenzjali, għaliex qed jitlobni dan it-tagħrif.", "UE – NEGOZJATI DWAR XIRI TA' BINI", "38569.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 38479 u jgħid jekk in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea dwar proprjeta' humiex ristretti għax- xiri ta' bini jew jinkludux ukoll l-akkwist ta' l-art?", "Jekk fl- affermattiv, dan fejn huwa definit?", "ONOR.", "JOE BORG: Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ġie miftiehem li jinhemeż protokoll apposta mat-trattat ta' sħubija li jgħid:", "\"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non- Residents) Act (Cap.", "246).", "Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria.", "These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States.", "Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.", "In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted.", "Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta.\"", "Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant se jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-parlament.", "UE - REĠISTRAZZJONI TA' KUMPANNIJI", "38570.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 38478 u cioe,` b'riżultat tal-ftehim milħuq ma' l-Unjoni Ewropea, jista' jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni jistax jirreġistra kumpannija f'Malta skond il- provvedimenti tal-Companies Act, 1995?", "Jekk il-kumpannija tkun Maltija, dan ikun jikkonforma mal-wording tad-deroga li l-kumpannija ma jkollha ebda restrizzjoni dwar l-għadd ta' proprjetajiet li tista' takkwista?", "ONOR.", "JOE BORG: Fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ġie miftiehem li jinhemeż protokoll apposta mat-trattat ta' sħubija li jgħid:", "\"Bearing in mind the very limited number of residences in Malta and the very limited land available for construction purposes, which can only cover the basic needs created by the demographic development of the present residents, Malta may on a non-discriminatory basis maintain in force the rules on the acquisition and holding of immovable property for secondary residence purposes by nationals of the Member States who have not legally resided in Malta for at least five years laid down in the Immovable Property (Acquisition by Non- Residents) Act (Cap.", "246).", "Malta shall apply authorisation procedures for the acquisition of immovable property for secondary residence purposes in Malta, which shall be based on published, objective, stable and transparent criteria.", "These criteria shall be applied in a non-discriminatory manner and shall not differentiate between nationals of Malta and of other Member States.", "Malta shall ensure that in no instance shall a national of a Member State be treated in a more restrictive way than a national of a third country.", "In the event that the value of one such property bought by a national of Member State exceeds the thresholds provided for in Malta's legislation, namely 30,000 Maltese lira for apartments and 50,000 Maltese lira for any type of property other than apartments and property of historical importance, authorisation shall be granted.", "Malta may revise the thresholds established by such legislation to reflect changes in prices in the property market in Malta.\"", "Id-dettalji dwar dak li qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant se jiġu koperti fl-emendi fil-liġi relevanti li għandhom jitressqu fil-parlament.", "KUMMERĊ BARRANI", "38571.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 38465 u 38429, jista' il- Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' kummerċ barrani invoiced f'dollari Amerikani, kemm għal dik li hija importazzjoni kif ukoll esportazzjoni?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kalkolu tal-perċentwali li qed jistaqsi dwaru l- Onor. Interpellant huwa eżerċizzju kumpless ħafna, anke minħabba li bosta miċ-ċifri relevanti jinżammu biss fuq bażi ta' munita Maltija.", "Għaldaqstant l-aħjar stima tibqa' dik magħmula mill-bank ċentrali bħala bażi għad- definizzjoni tal-basket ta' muniti barranin li jiġi stabilit sabiex jinħadem il-valur tal-lira Maltija.", "Dan il-basket huwa ntiż li jirrifletti l-karatteristiċi ewlenin tal-kummerċ ta' Malta mal-kumplament tad-dinja.", "Fil-preżent dan il-basket huwa kompost minn 70% tal-valur tiegħu mill-euro, 20% mill-isterlina u 10% mid-dollaru Amerikan.", "UNIVERSITA' – SERQ MINN KAROZZI", "38572.", "L-ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq u vendikazzjonijiet fuq karozzi ta' l-istudenti u ta' l-istaff ta' l- universita' minn Ottubru 2002 'il hawn?", "X'passi ttieħdu wara dawn l- offiżi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li mill-1 ta' Ottubru 2002 'il hawn, il- precincts office irċieva ħames rapporti ta' serq u vandaliżmu fuq karozzi stazzjonati fil-campus ta' l-universita'.", "Bħala prekawzjoni, dan l-uffiċċju introduċa sistema ta' rondi minn persuni pajżana biex jissorveljaw kemm id-dawra tar-ringroad kif ukoll il-carparks ta' l-universita'.", "Il-precincts office ħareġ ukoll avviżi lill-membri ta' l-istaff kollu biex fejn jaraw xi ħaġa suspettuża, jirrapportaw lil dan l- uffiċċju kif ukoll lill-pulizija ta' l-għassa ta' l-Imsida.", "Dan l-uffiċċju għamel ukoll kuntatt mal-pulizija tal-mobile squad sabiex huma wkoll jagħmlu rondi kultant żmien iżda mhux fuq bażi regolari, biex iservu bħala deterrent għal min jagħmel dawn l-atti vandali.", "Minn meta ġiet fis-seħħ din is-sistema naqsu drastikament dawn l-atti vandali.", "MEDIGRAIN - IMPJEGATI", "38573.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-Medigrain?", "Liema huma l-impjiegi u l-ħatriet differenti li għandhom dawn l-impjegati?", "Kemm hemm persuni f'kull impjieg f'livell differenti tal-kumpannija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li l-ħaddiema tal-Medigrain jammontaw għal 21.", "Dawn huma mqassmin kif ġej:", "|Chairman eżekuttiv |1 | |Deputat chairman |1 | |General manager |1 | |Accounts officer |1 | |Kontrollur finanzjarju |1 | |fuq bażi part time | | |Segretarja personali |1 | |Skrivan grad II |1 | |Messaġġier/xufier |1 | |Silo foreman/inġinier |1 | |Technician |1 | |Mechanical fitter |2 | |Siloman |2 | |Deliveryman |2 | |Weighbridge operator |2 | |Labourer |3 |", "MEDIGRAIN – ALLOWANCES, PERKS U SALARJI", "38574.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid x'salarji, allowances u perks oħrajn għandhom il-persuni li jokkupaw l-ogħla ħatriet fil-Medigrain?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Iċ-chairman eżekuttiv tal-Medigrain għandu Lm12,260 u l-użu ta' karozza u l-użu ta' telefon ċellulari; waqt li d-deputat chairman għandu Lm6,000 u l-użu ta' karozza u Lm200 allowance.", "Il-general manager għandu Lm13,260 u l-użu ta' karozza u l-użu ta' telefon ċellulari.", "PORTĦIELES – CONTAINERS NEQSIN", "38575.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jgħid kemm containers insterqu jew instabu neqsin wara li għaddew mill-PortĦieles fis-sena 2002?", "X'kien f'kull każ il- kontenut tal-containers li naqsu?", "X'passi ttieħdu f'kull każ?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jien informat li matul is-sena 2002 kien irrapportat każ wieħed ta' container li naqas minn ġewwa l-PortĦieles.", "F'dan il-container, il-kontenut kien dikjarat bħala xorb alkaħoliku u bil- każ ġew mgħarrfa l-awtoritajiet kompetenti.", "S'issa din is-sena ma kellniex rapporti ta' containers li naqsu mill- PortĦieles.", "ARMI GĦALL-KORP TAL-PULIZIJA", "38576.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid jekk fis-sena 2002 u fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, il-gvern xtarax armi u apparat ieħor għall-korp tal-pulizija?", "Jista' jgħid mnejn importahom?", "Jista' jgħid jekk f'kull każ il-materjal importat wasalx għand il-korp tal-pulizija?", "Jirriżulta li kien hemm każi fejn il-materjal ma wasalx?", "X'sar minnu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra u din is- sena, il-korp tal-pulizija ma xtarax armi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtina aktar tagħrif dwar apparat ieħor imsemmi fil-mistoqsija, inkun nista` nivverifika ulterjorment.", "AĠENZIJA GĦALL-ĦARSIEN TAL-PATRIMONJU - IMPJEGATI", "38577.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-aġenzija għall- ħarsien tal-patrimonju?", "X'kondizzjonijiet, ħlasijiet u responsabbilta- jiet għandhom?", "X'budget għandha din l-aġenzija biex twettaq il-ħidma tagħha tul is-sena 2003?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li bħalissa l-impjegati ma' din l-aġenzija huma 177, ilkoll ġejjin mid-dipartiment tal-mużewijiet ħlief għaċ-chief executive.", "Il-kondizzjonijiet, ħlasijiet u responsabbilta-jiet għadhom kif kienu taħt id-dipartiment tal-mużewijiet, jiġifieri bħall-ħaddiema tal-gvern.", "Il-budget ta' l-aġenzija għal din is-sena huwa ta' Lm1,170,000 bħala rikorrent u Lm550,000 bħala kapital.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – SYMPOSIUM", "38578.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru jew xi qasam li jaqa' taħtu, inkluż xi fondazzjoni, f'Jannar 2003 ġabux Malta xi persuna mir-Renju Unit?", "X'attivita' żamm waqt iż-żjara tiegħu?", "X'diskorsi għamel lid-diretturi ta' l-edukazzjoni?", "X'qalilhom dwar is-sehem li għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-gvern?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada stiednet lil Prof Steven Male mill-Universita' ta' Leeds biex jikkonduċi symposium fuq is-suġġett ta' value management.", "Kienu mistiedna għas- symposium diversi diriġenti tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kif ukoll persuni relatati ma' xogħlijiet mill-fondazzjoni għall-iskejjel t' għada.", "Informat li Prof Male ma daħalx fil-mertu ta' x'sehem għandu jkollhom il- kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-gvern.", "KODIĊI ĊIVILI - JOINT ACCOUNT", "38579.", "L-ONOR.", "MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Minħabba l-hassle fil-każ ta' mewt ta' xi ħadd b'joint account, tista' issir emenda fil-Kodiċi Ċivili sabiex l-account ma jinżammx?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi din il- mistoqsija lill-ministru konċernat.", "ŻEJTUN: TRIQ XROB L-GĦAĠIN - DRENAĠĠ", "38580.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir id-drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun?", "Meta hu maħsub li jsir dan ix-xogħol?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li t-tender sabiex isir id- drenaġġ fi Triq Xrob l-Għaġin, fiż-Żejtun ħarġet u għalqet.", "Din qiegħda f'fażi ta' aġġudikazzjoni.", "Appena din it-tender tiġi aġġudikata, ix-xogħol ikun jista' jinbeda.", "ŻEJTUN: TRIQ IL-BAJJA TA' SAN TUMAS - ASFALTAR", "38581.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Bajja ta' San Tumas fiż-Żejtun, minħabba li dan l-aħħar din inqalgħet u tinsab fi stat tant ħażin li trid issir mill-ġdid?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall- mistoqsija parlamentari 38567.", "ŻEJTUN: TAL-BARRANI - TRAFFIC LIGHTS", "38582.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ it-tender sabiex isir ix-xogħol fuq it-traffic lights f'Tal-Barrani?", "Meta hu ppjanat li dan ix-xogħol isir?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 38566.", "UNIFORMI TAL-PULIZIJA", "38583.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq uniformijiet, raincoats u aċċessorji oħra tal-pulizija fl-2002?", "Jikkonferma li għad hemm pulizija li għad ma ngħatawx raincoat u lembuba fost affarijiet oħra?", "Meta hu maħsub li dawn jingħatawlhom?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi matul is-sena l-oħra, il-korp tal- pulizija nefaq is-somma ta` Lm128,934 fuq uniformijiet, ilbies protettiv u aċċessorji oħra.", "Dwar ir-raincoats, ġentilment nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 38355; filwaqt illi dwar il-lembubi ninsab informat li l-konsenja waslet u dawn issa qed jitqassmu.", "UNIVERSITA' – KORS TA' SPETTUR TAL-PULIZIJA", "38584.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Issa li se jibda l-kors fl-universita' ta' spettur tal-pulizija, jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux dawk kollha li għaddew intgħażlu għall-kors?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista fl-ordni tal- mertu ta' dawk kollha li għaddew mill-eżami, interviews, eċċ?", "Jista' jgħid ukoll liema huma l-membri fil-korp, bir-rank tagħhom?", "X'inhi l-eta' ta' kull wieħed u kemm minnhom huma nisa?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi mhux l-applikanti kollha li għaddew mill-intervista għall-post ta` spettur fil-korp tal-pulizija ġew mitluba jibdew il-kors fl-universita`, peress li ma kienx hemm vakanzi biżżejjed.", "Dan kien stipulat fis-sejħa għal applikazzjonijiet tal-25 ta` Ġunju, 2002.", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif kif mitlub mill- Onor. Interpellant fl-aħħar tliet partijiet tal-mistoqsija.", "DETOX CENTRE - ATTENDENZA", "38585.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul Jannar 2003 kemm kien hemm nisa u rġiel separatament li fittxew l-għajnuna tad- detox centre għall-ewwel darba minħabba l-abbuż tad-droga?", "X'inhi l-iżgħar u l-akbar eta' f'kull każ?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DRENAĠĠ U SUSTANZI PERIKOLUŻI FIL-BAĦAR", "38589.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir biex titwettaq il-wegħda li sa Marzu 2007 ma jibqax jintrema' drenaġġ u ma jibqgħux jintremew sustanzi perikolużi fil-baħar?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-pjan hu li jsiru tliet impjanti tat-trattament, wieħed f'Għawdex u tnejn f'Malta, kif ukoll titjib fl-infrastruttura fix-xlokk ta' Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Dan isir sabiex id-drenaġġ kollu ta' Malta u Għawdex jiġi msoffi qabel ma jintrema l-baħar u b'hekk il-gvern ikun qed iwettaq il-wegħda tiegħu.", "Iktar dettalji jinsabu fil-justification document għad-direttivi 76/464/EEC u 91/271/EEC fuq il-website tal-MIC.", "DELIMARA POWER STATION", "38590.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir biex il-power station ta' Delimara tkun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea sa l-aħħar ta' l-2005 u biex jitnaqqas it-tinġis tat-trab fin?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-korporazzjoni Enemalta qed tħares lejn diversi possibbiltajiet biex tnaqqas it-tinġis tat-trab fin mill-power station ta' Delimara, ħalli niġu konformi ma' l-emission limit values stipulati mill-Unjoni Ewropea dwar impjanti ġodda.", "Dawn jistgħu jiġu kkontrollati kemm at combustion level bil-kwalita' ta' fuel - low ash content of fuel oil - additivi li jiżdiedu mal-fuel u l-burners li jintużaw, kif ukoll billi tikkontrolla fil-livell taċ-ċumnija billi wieħed jibni dust removal plant - electrostatic precipitator - biex ineħħi t-trab fin li joħroġ miċ-ċumnija.", "Informat ukoll li diġa' qed isiru testijiet fil-livell ta' combustion.", "PETROL – VOLATILE ORGANIC COMPOUNDS", "38591.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jgħid kif se jkun qed jikkontrolla d- dħaħen perikolużi li joħorġu mill-petrol sa l-aħħar ta' l-2004?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-kontroll ta' volatile organic compounds li joħorġu mill-petrol jiġi affetwat billi s-sistema tal- ħażna, mili ta' bowsers, ġarr u filling fil-petrol stations tkun waħda magħluqa u li tkun armata b'vapour recovery units.", "BENGĦAJSA - IMPJANT TAL-GASS", "38592.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jinformani fejn se jinbena mpjant ġdid tal-gass?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li s-sit fejn il- korporazzjoni Enemalta qed tippjana li tibni l-impjant il-ġdid tal-gass huwa f'Bengħajsa, ħdejn l-oil tanking depot.", "WIED IL-GĦAJN - TRIQ IS-SIBBIEN", "38593.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx esproprjata xi art sabiex issir Triq is-Sibbien, f'Wied il-Għajn?", "Kemm tħallsu flus għal din l-esproprjazzjoni?", "Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi l-area esproprjata?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.", "MDINA - PROĠETT TA' PAVIMENTAR", "38594.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Issa li tħabbar li se jinbeda l-proġett tal-pavimentar ta' l-Imdina, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jiġu eliminati l-bankini?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li l-proġett imsemmi jipprevedi li kull fejn hemm bankina, din tinżamm.", "ĊITTADINI BARRANIN – PERMESS TA' RESIDENZA", "38595.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom permess ta' residenza permanenti f'Malta u li jaħdmu f'Malta?", "Minn liema pajjiżi huma dawn il-barranin?", "X'inhu n-numru minn kull pajjiż differenti separatament?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi n-numru ta` persuni barranin li għandhom permess biex joqogħdu Malta hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ninformah ukoll li residenti permanenti barranin ma jistgħux jaħdmu hawn Malta mingħajr permess.", "RAĦAL ĠDID - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "38596.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li titranġa s-sistema tad-dawl viċin residenza ta' familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li tista' tgħid li kważi kuljum qiegħed jinqata' d-dawl, bil-konsegwenza li dawn in- nies ma jistgħux jużaw appliances daqshekk bżonjużi għal dan iż-żmien tax- xitwa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva.", "RAĦAL ĠDID - QTUGĦ FIL-PROVVISTA TA' L-ELETTRIKU", "38597.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' il-Ministru jara li tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl tar- residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li d- dawl qed jinqata' ta' spiss?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor.", "Interpellant ġiet mgħoddija lill-korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni relattiva.", "RAĦAL ĠDID - PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA", "38598.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li twaqqfet il-pensjoni mhux kontributorja tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna indikata minnu se tiġi informata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.", "WIED IL-GĦAJN: TA' MUNITA – PROPRJETA'", "38599.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim minn xi dipartiment jew aġenzija li taqa' fir-responsabilita' tiegħu sabiex tiġi akkwistata jew tintuża proprjeta f'Ta' Munita, l/o Wied il- Għajn?", "Għal liema skop se tintuża din il-proprjeta'?", "Jista' ipoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar mas-sidien?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li ma sar ebda ftehim minn xi dipartiment jew aġenzija li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għall-akkwist jew użu ta' proprjeta' fil-post indikat.", "RAĦAL ĠDID – ILMA F'RESIDENZA PRIVATA", "38600.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u l- Infrastruttura: Jista' il-Ministru jara li tissewwa toqba li hemm taħt cable tal-Maltacom li jinsab quddiem residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed jidħol l-ilma minn din it-toqba?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirriferi l-Onor.", "Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-kunsilli lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.", "BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "38601.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l- Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati li ħaddmu persuni barranin b'mod illegali matul dawn l-aħħar 12-il xahar?", "F'liema data u fejn inqabdu jaħdmu dawn il-persuni?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat illi bejn l-1 ta` Frar 2002 u l-31 ta` Jannar 2003 il-pulizija ressqet 15-il persuna quddiem il-qorti fuq akkużi li ħaddmu persuni barranin illegalment.", "Dawn il-każi seħħew fid-dati u fil- lokalitajiet kif ġej:", "|Qormi |07.02.02| |Mellieħ|02.05.02| |a |26.06.02| |Sliema |10.05.02| |Luqa |21.09.02| |Ta` |10.05.02| |Xbiex | | |Vallett|21.03.02| |a |27.09.02| | |23.01.03| |Balzan |13.11.02| |Kirkop |16.01.03|", "BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS", "38602.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu ħaddiema barranin il-qorti wara li nstabu jaħdmu illegalment?", "F'liema data u f'liema post instabu jaħdmu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "GUDJA: TRIQ ĦAL RESQUN - TINDIF", "38604.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' il-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-area ta' quddiem Triq Ħal Resqun fil-Gudja li issa ilha tiġi wżata bħala miżbla?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil- qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom.", "Billi mhux ċar għal liema area l-Onor.", "Membru qed jirriferi, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex tiġi stabilita ta` min hi r-responsabbilta' tad- tindif.", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZ-JONI TA' INĠUSTIZZJI - KUMPENS", "38605.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqatgħatilhom is-sentenza mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji u għadhom ma ħadux il-kumpens?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat illi minn total ta' 677 kazi decizi, bhalissa hemm 50 kaz li jinvolvu 56 persuna li nqatghatilhom is- sentenza mit-tribunal għall-investigazzjoni ta' ingustizzji u li ghadhom ma hadux il-kumpens.", "Minn dawn hemm tmien kazi li qeghdin jigu kkontestati mill-awtoritajiet jew dipartimenti koncernati u 42 kaz li ghadhom qeghdin jigu pprocessati.", "KWALITA' TA' L-ARJA", "38606.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'se jkunu dawk l-obbligi li se jkollu jadotta l- gvern biex jiffranka Lm3 miljun u Lm 16.6 miljun fis-sena dwar il-kwalita' ta' l-arja, kif hemm fil-ktejjeb tal-MIC 'Il-Pakkett tas-Sħubija', paġna 37, nota 68?", "ONOR.", "TONIO BORG: F`paġna 37, nota 68 tal-pubblikazzjoni msemmija hemm miktub li \"Malta tista` tiffranka bejn Lm3 miljun u Lm16.6 miljun fis-sena jekk tapplika l-istandards ta` l-UE dwar il-kwalita` ta` l-arja\".", "Dan joħroġ minn studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dwar il-benefiċċji finanzjarji li l-pajjiżi kandidati jkollhom jekk japplikaw l-istandards ta` l-UE.", "(Ara l-website - http://europa.eu.int/com/ environment/enlarg/ benefit.htm.)", "RAĦAL ĠDID - SERVIZZ TAT-TELECARE", "38607.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-armla li tgħix weħidha u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz tat-telecare?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-applikazzjoni għas-servizz tat-telecare mill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant waslet fid- dipartiment fis-16 ta' Jannar 2003 u fit-3 ta' Frar 2003 u d-dokumenti meħtieġa ntbagħtu lill-Maltacom.", "MEPA – ĦLASIJIET PENDENTI", "38609.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern u l-Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MEPA baqgħet ma ħallsitx żewġ kontijiet ta' prodotti li nxtraw xhur ilu?", "Possibbli jittieħdu l-passi biex dawn il-kontijiet jitħallsu?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li wara xi diffikulta` amministrattiva, se jsir il-ħlas fuq dawn iż-żewġ kontijiet żgħar.", "ŻEJTUN - PEDESTRIAN CROSSING", "38610.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli l-Ministru jintervjeni personalment biex issir il- pedestrian crossing li ilha tintalab xhur sħaħ fil-post li d-dettalji tiegħu qed nehmeż under separate cover?", "Billi fil-post imsemmi hemm periklu kbir għal dawk li jkunu jaqsmu, possibbli ssir f'qasir żmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fl-1 ta' Novembru, 2002 id- direttorat għall-maniġġ tat-traffiku approva pedestrian crossing skond pjanta maħruġa mid-direttorat tat-toroq.", "Għandu jiġi nnotat li l-bżonn ta' din il-pedestrian crossing huwa minħabba stabiliment kummerċjali u għalhekk huwa rakkmandat li kif suppost jirriżulta mit-traffic impact assessment ta' dan l-iżvilupp, din il- pedestrian crossing għandha tiġi implimentata bħala parti mill-proġett ta' l-istabiliment kummerċjali u mhux mill-awtorita' dwar it-trasport.", "BIRŻEBBUĠA: TRIQ IL-KUNĊIZZJONI - ASFALTAR", "38611.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' il-Ministru jara li Triq il-Kunċizzjoni, f'Birżebbuga - ritratt tagħha qiegħed jintbagħat separatament - titkompla u ma titħalliex fl-istat li hi għax qed tkun ta' periklu, l-aktar matul il- lejl?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35823.", "BIRŻEBBUĠA – KAŻ TA' PENSJONANT", "38612.", "L-ONOR.", "JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsulha madwar Lm150 mill-pensjoni tagħha?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 29772.", "WIED IL-GĦAJN: TRIQ IL-GIDWET - DOUBLE LINES", "38613.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Possibbli li l-awtorita' ta' l-immaniġġjar tat-traffiku tieħu passi minnufih biex isiru double yellow lines mal-garage tad-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għaliex il-persuna msemmija ta' spiss titlef ix-xogħol minħabba li ma tkunx tista' iddur bix-xarabank tagħha hi u ħierġa mill-garage?", "Billi diġa' saret talba bil-miktub mill- awtorita' dwar it-trasport pubbliku u anke minni personalment imma baqa' ma sar xejn, possibbli jittieħdu passi rimedjali fl-aqsar żmien?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li d-direttorat għall-maniġġ tat- traffiku rċieva t-talba bil-miktub mingħand il-persuna rriferuta għaliha mill-Onor.", "Interpellant u għadda kopja ta' dan l-ilment lill-kunsill lokali konċernat.", "Sal-lum id-direttorat ma rċieva l-ebda risposta mill-kunsill.", "Iżda għandu jiġi kkjarifikat li l-każ imsemmi huwa problema ta' enforcement li jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-pulizija jew gwardjani lokali, skond ir-regolamenti ta' l-1994 dwar vetturi bil-mutur.", "-------------------"]} {"filename": "20001002_379d_par.doc", "date": "2000-10-02", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 379 It-Tnejn, 2 ta' Ottubru, 2000 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 379", "It-Tnejn, 2 ta' Ottubru, 2000", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.10 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "379", "It-Tnejn, 2 ta' Ottubru, 2000", "WERREJ MINUTI 787", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 787", "TQEGĦID TA' KARTI 792", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS", "(KONT) 793", "AĠĠORNAMENT 819", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 825", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 378 li saret fit-2 ta' Ottubru, 2000 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "DITTA BORG BROS.", "16970.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Gavin Gulia) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr ta' għamara u merkanzija oħra awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum?", "Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għal offerti?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l- informazzjoni mitluba għal kull dipartment, korporazzjoni u awtorita` li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni mitluba.", "OPM - KONSULENTI", "17307.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Chris Cardona) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid- dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum?", "X'tip ta' servizz?", "X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qed jingħata?", "Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?", "Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kondizzjonijiet intgħażel?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Cuschieri, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "JOE CUSCHIERI: Mr Speaker, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu dawn l-individwi?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, fil-fatt nista' naqra l- informazzjoni.", "Fil-każ tal-kummissjoni għas-servizz pubbliku għandhom lil Dr. Albert Ganado, li jitħallas Lm1,200 u ilu jagħti pariri bħala konsulent legali lill-PSC mill-1987;", "Fil-każ ta' l-awtorita` tax-xandir għandhom lil Prof. Ian Refalo, li jitħallas Lm2,500 fis-sena u ilu konsulent legali ta' l-awtorita` mill- 1970;", "Fil-każ tal-MITTS għandhom lil Camilleri Preziosi & Associates, li jitħallsu Lm3,450 fis-sena għal pariri fuq kwestjonijiet tekniċi, u lil Dr. Chris Borg, li jitħallas Lm1,725 fis-sena għal xogħol ta' segretarju tal-kumpannija u ħlas ieħor skond il-każ għal kwestjonijiet mhux tekniċi.", "Mill-informazzjoni li għadni kemm tajt, l-Onor.", "Interpellant malajr jinnota li Dr. Albert Ganado ilu konsulent tal-PSC sa mill-1987 u żgur li ma ġiex nominat mill-gvern għaliex il-gvern ma jindaħalx lill-PSC.", "SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI", "18646.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Adrian Vassallo) staqsa lill- Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru 18468, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu, u cioe` jgħid kemm kien hawn impjegati taċ-ċivil li s- sena l-oħra qalgħu flus aktar mill-President ta' Malta?", "F'liema dipartimenti kienu u x'tip ta' xogħol jagħmlu u xi grad għandhom?", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-impjegati taċ-Civil li s-sena l-oħra qalgħu flus aktar mis-somma dovuta lill-President ta' Malta kienu ħdax.", "Id-dipartimenti u l-ġradi tagħhom kienu mifruxa kif ġej:", "|Avjazzjoni |wieħe|Flight | |Ċivili |d |Inspector | |Management |tnejn|Managers/Kon| |Efficiency | |sulenti | |Unit | | | |Ministeru |wieħe|Konsulent | |tal-Finanzi |d | | |Pulizija |wieħe|Kummissarju | | |d | | |Sptar Boffa |tnejn|Senior | | | |Radiologist | | | |Konsulent | |Sptar San Luqa|erbgħ|Registratur | | |a) |Ewlieni | | | |Cardiac | | | |Surgeon | | | |Konsulent | | | |Perfusionist|", "TIPJIP", "18995.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jipprepara xi abbozz ta' liġi fuq it- tipjip f'postijiet pubbliċi?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Id-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda fil-proċess li temenda l-liġi eżistenti dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat- Tabakk, fejn qed jiġi ssuggerit il-kontroll tat-tipjip f'postijiet pubbliċi.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru diskussjonijiet ma' l-awtorita` ta' l-ippjanar, fis-sens biex meta jidħlu applikazzjonijiet għal permessi ġodda, jaraw li, per eżempju, f'ristoranti jkun hemm parti għal min ipejjep u parti għal min ma jpejjipx, anke fid-dawl ta' l-abbozz ta' liġi li qed jiġi mħejji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, m'iniex informat li qegħdin isiru dawn it-tip ta' taħdidiet mal-planning authority pero`, kif jista' japprezza l- kollega tiegħi u kif kelli okkażjoni ngħid drabi oħra, huwa diffiċli li tissuġġerixxi xi ħaġa jekk ma tkunx koperta bil-liġi.", "Nista' ngħid li hemm ħafna restaurants u eating houses li minn rajhom introduċew no smoking areas.", "Din hija ħaġa pożittiva ħafna u nħeġġuha pero`, kif diġa` għedt, sakemm ma jkunx hemm liġi li tkun qed tissapportjak fid-deċiżjonijiet tiegħek, ikun diffiċli ħafna li tenforza dawn it-tip ta' proposti għalkemm validissimi.", "FSM - RIŻENZJI", "19066.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji jew kuntratti mhux imġedda fil-fondazzjoni għas-servizzi mediċi mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum?", "Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li rriżenjaw?", "Min kienu u x'xogħol kienu qed jagħmlu dawk li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mill-1 ta' Jannar sal-lum kien hemm kuntratt itterminat qabel għalqet il-probation u seba' riżenji mill-fondazzjoni għas- servizzi mediċi", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, mistoqsija supplementari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħidli jekk inħatarx safety officer biex jieħu ħsieb il-ħaddiema li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq l-isptar il-ġdid?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Mr Speaker, m'għandix din l-informazjoni hawnhekk pero` nista' niċċekkja u ninforma direttament lill-Onor.", "Interpellant.", "MEDIĊINI", "19084.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Michael Farrugia) staqsa lill- Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mħabbra r- riforma fis-settur tal-mediċina li kienet tħabbret fid-diskorsi tal-budget għal din is-sena?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Informat li t-task force bejn il-ministeru tas- saħħa u dak tal-politika soċjali lesta r-rapport \"A Review on Entitlement to Free Medicines\" fi Frar 2000.", "Dan ir-rapport bħalissa qiegħed jiġi kkonsidrat mill-awtoritajiet kompetenti.", "XEMXIJA - NIRIENN FUQ OPRI TAL-BAĦAR", "19064.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jinformani jekk hijiex qed issir investigazzjoni dipartimentali għar-rigward tal-ħruq ta' żewġ opri tal- baħar fix-Xemxija, inċident li seta' kellu konsegwenzi aktar gravi?", "X'kienet ir-raġuni li ma kienx hemm kaptan fuq il-Garibaldi sabiex jassisti mill-ewwel fuq l-inċident li kkawża nirien kbar?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari nru 19062 fis-seduta 378.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jista' l-Ministru jgħid jekk fi żmien il- gvern preċedenti kenitx tlestiet call for applications biex jinħatru xi inġiniera u kaptani u jgħidli jekk tkomplietx taħt dan il-gvern?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, ma nistax nikkonferma dan għaliex m'għandix l-informazzjoni hawnhekk.", "Li naf żgur huwa li hemm żewġ persuni li huma kkwalifikati bħala kaptana.", "Irrid ngħid li tnejn mil-laneċ li kien hemm, il-Melita 1 u l-Melita 2, ġew trasferiti lill-forzi armati għalkemm baqgħu proprjeta` tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili.", "Imbagħad jifdal is-Sea Salvor u issa sar kuntratt mat-Tug Malta, b'ċerti riżervi, biex dan jibda jintuża wkoll għal skopijiet ta' protezzjoni ċivili meta jkun il- waqt.", "Jiġifieri f'idejn il-protezzjoni ċivili vera u proprja hemm biss il- Garibaldi.", "Naturalment l-armata għandhom il-kaptana tagħhom.", "Jien informat li kienet ittieħdet deċiżjoni li fix-xhur tas-sajf il- Garibaldi tkun fit-tramuntana ta' Malta proprju minħabba l-fatt li jista' jkun hemm inċidenti serji fil-baħar, jew ta' tinġis jew ta' tifi ta' xi nirien.", "Minħabba f'hekk din qiegħda tkun berthed hemmhekk fis-sajf u qiegħda anke tgħin f'ċerta superviżjoni, partikolarment fil-fliegu bejn Malta u Għawdex.", "Kif diġa` għedt, ma nistax nikkonferma li kienu ħarġu dawn l- applikazzjonijiet, pero` llum l-unika lanċa li hemm f'idejn il-protezzjoni ċivili hija waħda u safejn naf jien hemm żewġ kaptana, wieħed minnhom huwa s-Sur Murgo, li huwa wkoll assistant manager, u hemm ukoll ieħor.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, lill-Ministru nista' nikkonfermalu jien li kienu tlestew it-tenders, imma apparti dak xtaqt nistaqsih jekk jidhirlux li l-Garibaldi qiegħda titħaddem kif suppost fl-aħjar interess ta' pajjiżna.", "Il-Ministru jaf li kienet saret rakkmandazzjoni, bħalma sar fil- każ tas-Sea Salvor, biex il-Garibaldi tgħaddi f'idejn it-Tug Malta bil- kondizzjoni li jekk id-dipartiment tal-protezzjoni ċivili jkollu każi ta' emerġenza, jeħodha hu.", "Apparti dan, kien qed jiġi mfassal agreement ieħor dwar il-Garibaldi biex f'każ li jkun hemm bastiment qed jaqbad jew f'każ li jkun hemm xi ħruq waqt il-bunkering - ta' min wieħed jgħid hawnhekk li l-liġi tgħid li kulmin jagħti servizz ta' bunkering irid ikollu adequate insurance cover u jrid ikollu wkoll opra tal-baħar on standby f'każ li tinqala' xi emerġenza - tintuża din l-opra.", "Jiġifieri fi żmienna kienet qed tiġi mistħarrġa l- possibbilta` li din l-opra tkun standby meta jkunu qed jingħataw il- bunkering u min ikun qed jagħti s-servizz iħallas lilha.", "Ma jidhirlux il- Ministru illi l-fatt li l-Garibaldi tkun stazzjonata x-Xemxija - ġieli tkun ukoll bi skeleton crew, u naturalment jekk tinqala' xi emerġenza ma tistax tieħu action fil-pront - m'huwiex l-aħjar użu għaliha?", "Ma jidhirlux ukoll il-Ministru li għandu jikkonsidra l-possibbilta` li din l-opra tkun on standby waqt li jkunu qed jingħataw is-servizzi ta' bunkering?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, għalkemm f'dawn l-affarijiet m'hemmx xi domma tal-fidi, naħseb li tajjeb li s-civil protection department iżomm imqar lanċa waħda.", "Kif donnu tefagħha l-Onor.", "Interpellant, li l-Garibaldi tgħaddi għand it-Tug Malta ....", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, jien m'għedtx li din għandha tgħaddi lit- Tug Malta, anzi għedt li filwaqt li din tibqa` f'idejn id-dipartiment għall- protezzjoni ċivili, tista' tagħti servizz lill-bastimenti li jagħtu l- bunkering billi tkun on standby - il-liġi tgħid li kull bastiment li jkun qed jagħti dan is-servizz irid ikollu opra li tkun on standby għal li jista' jinqala' - u s-sidien tal-bastiment, minflok iħallsu lill- kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, jibdew iħallsu lis-civil protection department.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, din hija kwestjoni ta' opinjoni.", "Jien ma naqbilx ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpelant u ngħid għaliex.", "Jien naħseb li partikolarment fix-xhur tas-sajf tajjeb li jkun hemm lanċa ġdida fjamanta - biex ingħatat lilna taħt il-protokoll finanzjarju Taljan - għat- tramuntana ta' Malta.", "Dan għaliex, kif jaf kulħadd, fix-xhur tas-sajf hemmhekk ikun hemm l-akbar konċentrazzjoni ta' bċejjeċ tal-baħar.", "Nista' ngħid li dalwaqt se nkunu f'pożizzjoni li l-crew tat-tliet shifts ikun jista' joħroġ mingħajr ma jistenna l-kaptan.", "Bħalissa hemm shift wieħed biss li huwa kapaċi joħroġ bil-lanċa in kwestjoni - naturalment qed nirriferi għal internal waters - pero' jien informat li fix-xhur li ġejjin se jitlestew il-courses b'mod li x-shifts kollha jkunu jistgħu jagħmlu dan.", "Għar-rigward ix-xhur tax-xitwa wieħed jinnota s-suġġeriment ta' l-Onor.", "Intepellant, pero` nixtieq ngħid li t-Tug Malta diġa` għandhom is-Sea Salvor għad-diżpożizzjoni tagħhom l-ikbar tug boat li għandna f'Malta u li hija state of the art, kemm f'dak li huwa tifi tan-nar kif ukoll f'dak li huwa tinġis tal-baħar.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, il-Ministru jaf li bil-liġi min jagħmel bunkering bilfors irid ikun inxurjat u bilfors irid ikollu opra fil- viċinanzi f'każ li jinqala' ħruq, u proprju waħda mir-raġunijiet għalfejn ingħatat din l-opra hija biex f'każ li jinqala' xi inċident inkunu protetti u mhux bilfors il-Garibaldi trid tkun ix-Xemxija.", "Issa minkejja li għandna dawn iż-żewġ laneċ tas-search and rescue, peress li l-gvern għoġbu jgħaddihom f'idejn l-armata ċerti affarijiet ma jistgħux isiru.", "Per eżempju, jekk toħroġ lanċa tas-search and rescue għaliex xi ħadd ikun waqa' fil-baħar outside territorial waters, din il-lanċa kulma tista' tagħmel huwa biss li tasal sa ħdejh u tgħidlu biex jistenna sakemm tiġi il-patrol boat!", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, imma dawn is-search and rescue jagħmlu parti minn flotta ikbar ta' l-armata.", "Meta dħalt responsabbli jien minn dan il-qasam sibt sitwazzjoni fejn kien hemm dawn iż-żewġ laneċ il-Birgu.", "Immaġina kieku dawn kellhom jitilqu mill-Birgu biex imorru jitfu n-nar fil- parti tat-tramuntana ta' Malta fis-sajf, tilħaq mhux tinħaraq il-biċċa tal- baħar!", "Sibna sitwazzjoni fejn lanqas biss kien hemm nies kwalifikati li jistgħu jmexxu dawn l-affarijiet u aħna rajna li ma kienx għaqli li f'pajjiż żgħir bħal tagħna nibnu flotta oħra għall-protezzjoni ċivili.", "U kien hemm opinjoni differenti anke bejn is-civil protection u l-armata, u fl-aħħar ġie deċiż li dawn iż-żewġ laneċ tas-search and rescue, peress li l- funzjoni tal-coastguard f'Malta hija f'idejn l-armata, dawn ingħataw lill- armata għaliex huma manuvrabbli aktar u għaliex minħabba li l-iskop tagħhom huwa relatat mar-rescue, aktar jagħmel sens li jkunu ma' l-armata li għandhom ukoll l-iskwadra marittima tagħhom.", "Imbagħad kien hemm is-Sea Salvor li dwarha sar il-kuntratt mat-Tug Malta diġa` u kien jifdal biss il-Garibaldi.", "Aħna dehrilna, almenu għalissa, li l-Garibaldi għandu jibqa' f'idejn il-protezzjoni ċivili, anke għaliex hemmhekk hemm nies li xogħolhom huwa bħala crew.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nara xejn ħażin f'dan, anzi nara xi ħaġa tajba ħafna għaliex filwaqt li qabel fuq il-baħar ma kellna assolutament xejn ...", "(Interruzzjonijiet) Intom kollox għamiltu!", "Iva, dak li ma għamiltux kontu beħsiebkom tagħmluh jew kien se jgħaddi mill-kuridur ta' moħħkom biex tagħmluh!", "(Interruzzjonijiet) Il-vantaġġ li tagħmel sentejn biss fil- gvern huwa li kulma jsir, jekk ma kontx se tagħmlu, kont ħsibt biex tagħmlu!", "Mr Speaker, il-laneċ ġew bis-saħħa tal-ftehim li kien għamel il-Ministru Louis Galea f'Palermo mal-Gvern Taljan biex nużaw il-protokoll finanzjarju Taljan.", "Sussegwentement kien ġie s-Segretarju Parlamentari Barberi hawn Malta u meta staqsa fejn l-aħjar li nidderieġu r-riżorsi li se jagħtuna, semmejtlu l-laneċ.", "Ġew speċifikati l-laneċ li hemm, meta nbidel il-gvern ħadem fuq dak li sab - u għamel tajjeb - saru l-ispecifications tal-laneċ, pero` l-ġustizzja storika riedet li l-laneċ jaslu taħt dan il-gvern u mhux taħt il-gvern preċedenti!", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Louis Galea.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 192 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għas-certificate in foundation studies;", "Avviż Legali Nru 193 ta' l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 tal-kors għall-postgraduate certificate in basic clinical psychiatry;", "Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"It-Torċa\" tas-6 ta' Awissu 2000 dwar konferenza stampa mill-KOM, meta tħabbar il-kontinġent Malti għal-logħob olimpiku f'Sydney, l-Awstralja, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 19137; u", "Tagħrif dwar l-għadd ta' studenti fit-tieni sena tal-junior college, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru 19629.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Zammit Dimech.", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport bit-titlu \"Dust Deposition Monitoring in Malta, December 1999 to July 2000\", ikkummissjonat mill-ministeru għall- ambjent.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport U Komunikazzjoni): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 191 ta' l-2000 - ordni li jtemm privileġġi esklużivi dwar l-Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni; Avviż Legali Nru 195 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 dwar servizzi ta' telekomunikazzjonijiet (modifika ta' liċenzi ta' Maltacom p.l.c. u Vodafone Malta Limited);", "Kopja ta' rapport datat Settembru 2000 maħruġ mill-awtorita' marittima ta' Malta dwar l-investigazzjoni ta' l-għarqa tat-tanker \"Erika\";", "f'isem il-Ministru għal Għawdex qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Tagħrif dwar impjegati mal-Gozo Channel Co. Ltd, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari nru 19613; u", "f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali qiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:-", "Avviż Legali Nru 196 ta' l-2000 - ordni ta' l-2000 li jemenda l- ordni dwar id-delega ta' infurzar mill-kunsilli lokali (emenda nru 10);", "Avviż Legali Nru 197 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw l-iskeda \"A\" tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (emenda nru 2);", "Avviż Legali Nru 198 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar drittijiet fil-bord li jirregola l-kera (emenda nru 2);", "Avviż Legali Nru 199 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 li jemendaw ir- regoli dwar il-proċeduri tal-bord ta' l-arbitraġġ (emenda nru 2);", "Avviż Legali Nru 200 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar it-tiġdid ta' kiri tar-raba' (emenda nru 2); u", "Avviż Legali Nru 201 ta' l-2000 - regoli ta' l-2000 li jemendaw ir- regoli dwar tribunal għal talbiet żgħar (emenda nru 2).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 194 ta' l-2000 - regolamenti ta' l-2000 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-pellikoli u l-palk (emenda nru 3);", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet miministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI DWAR IL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ADOZZJONI TA' L-ACQUIS (KONT)", "Ikompli mit-2 ta' Ottubru,2000", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Frendo.", "ONOR.", "MICHAEL FRENDO: Mr Speaker, biex nieħu spunt minn dak li qal il- Ministru Borg fl-aħħar tal-question time, niskanta kif donnu li hija ġustizzja storika li l-Malta Labour Party dejjem isib ruħu kontra l-ikbar bdil kostituzzjonali li jkollu bżonn jagħmel pajjiżna!", "Nemmen li hija xi ħaġa ħażina għal pajjiżna li jkollna sitwazzjoni fejn partit kbir bħalma huwa dak ta' l-oppożizzjoni jkun f'sitwazzjoni fejn jgħid an absolute \"no\" għal ħaġa bħal din.", "Wieħed mill-punti mqajma fid-dibattitu kien dwar jekk għandniex mandat biex nagħmlu dan il-bdil li qed jiġi diskuss f'dan id-dokument.", "Issa hawnhekk irridu ngħidu bl-aktar mod ċar li dan id-dokument tista' tarah bħala ċappa karti, tista' tarah bħala dokument tekniku jew tista' tarah bħala dokument politiku - kif naħseb li hu - li jitkellem fuq il-politika interna ta' Malta u kif irid isir il-bdil neċessarju biex nilħqu l-livelli neċessarji jekk aħna rridu nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu dwar mandat biex nimmodernizzaw pajjiżna.", "Issa jien naħseb li jekk hawn xi ħaġa li kien hawn mandat għaliha, żgur li din tirrigwarda l-bżonn biex dan il-poplu jimmodernizza ruħu.", "Dan kien mandat li ngħata liż-żewġ partiti għaliex it-tnejn qalu li jridu jimmodernizzaw il- pajjiż u li hemm bżonn li ssir bidla radikali fil-mod kif qed topera Malta.", "Min qed jgħid li hemm bżonn ta' ċerti affarijiet biex nikkompetu u min qed jgħid li hemm bżonn ta' affarijiet oħra, imma fl-aħħar mill-aħħar it-tnejn qed ngħidu l-istess ħaġa fuq dan il-punt u t-tnejn irridu nimmodernizzaw il- pajjiż.", "Dan huwa dokument politiku li jitkellem dwar l-istrateġiji neċessarji biex inkunu nistgħu nlestu ruħna u nfasslu pjan għall-aċċettazzjoni ta' l- acquis.", "Kieku wieħed kellu jħares lejn dan id-dokument jara li dan jidħol fuq il-kriterji politiċi u ekonomiċi, l-obbligi tas-sħubija, il-kapaċita` li nimplimentaw l-obbligi tas-sħubija u anke issues finanzjarji.", "Dan huwa dokument li fil-fatt jitkellem fuq il-bdil li hemm bżonn isir.", "Ħafna drabi l-bdil iġib ċerta biża' u dak li jkun jibda jibża' li fil-mod ta' kif qed jaġixxi llum jaf kif inhu u x'se jiġri fil-futur ma jafx.", "Ir-realta` ta' l- affarijiet hija li aħna qed ngħixu fi żmien ta' bidla, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, u ħafna mill-affarijiet li hawn hawnhekk irridu nagħmluhom - jien ngħid l-affarijiet kollha li hawn hawnhekk - nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni.", "Id-differenza hi li hawnhekk qegħdin nieħdu bħala miżura l-livell li laħqet l-Unjoni sal-lum u bħala timing qegħdin nieħdu timing biex inlaħħqu u nkunu nistgħu nkunu eliġibbli biex inkunu membri ta' l-Unjoni kemm jista' jkun malajr.", "Dik biss hija d-differenza għaliex mill- bqija l-bdil irid isir, u l-bdil dejjem ibeżża'.", "L-eħfef ħaġa li tista' tagħmel meta jkun ġej il-bdil hija li tbeżża', pero` ħafna drabi l- isfortuna hi li meta tbeżża' tinqasam along party lines u min jgħidilna biex nibżgħu u min jgħidilna biex nagħmlu kuraġġ.", "Din hija xi ħaġa li ma ġratx f'Malta biss imma ġrat ukoll f'pajjiżi oħra.", "Jien niftakar meta kien ġie l-ex leader tal-Partit Liberali ħafna snin ilu u qalilna li l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa dak li kien ġara lilhom fl-Ingilterra, jiġifieri li nippolitiċizzaw din il-materja u nispiċċaw b'kulħadd jitkellem fuq linji politiċi.", "Fil-fatt fl-Ingilterra hekk kien ġralhom għax kien hemm il-Partit Konservattiv favur u l-Labour Party kontra - kultant storikament jinbidlu r-roles ukoll - u ġara li d- diskussjoni dwar l-Unjoni Ewropea kienet inqasmet along party lines.", "Sfortunatament fil-fehma tiegħi anke f'pajjiżna inqasmet along party lines id-diskussjoni, u naħseb li ma nagħmlux kredtu lanqas lil dan il-parlament jekk niġu hawnhekk u ngħidu li kollox huwa ħafif u tajjeb u li jista' jsir b'mod faċli.", "Lanqas nagħmlu tajjeb li niġu hawnhekk u ngħidu li dawn huma kollha affarijiet tal-biża', li se jirrovinawna u li se jġibu l-qgħad għaliex meta jismagħna nitkellmu hekk il-pubbliku jitħawwad.", "Ir-realta` hi li pajjiżna, irid jew ma jridx, se jkollu jimmodernizza jekk irid jibqa' vijabbli bħala pajjiż.", "U biex jagħmel dan irid idur dawra madwaru u jħares lejn kif jista' jtejjeb lilu nnifsu, u jrid jidħol f'kull qasam, jara x'hemm bżonn isir u jagħti x-short term, il-medium term u forsi anke l-long term objectives tiegħu biex jagħmel dan.", "Fil-fatt dan id-dokument qed jagħmel eżattament dan; qed iħares lejn diversi setturi u jara x'hemm bżonn isir fix-short-term, x'hemm bżonn isir bħala medium-term u x'hemm bżonn li jsir in the long-term.", "Ma jagħmilhiex mill-perspettiva ta' aħna weħidna imma jagħmilha mill-perspettiva ta' xi rridu nagħmlu biex niġu in line ma' l-Unjoni Ewropea.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-livelli li laħqu fl-Unjoni huma għoljin biżżejjed u aħna għandna nfittxu li nilħquhom kemm jista' jkun malajr.", "Allura bażikament dak li qed jagħmel dan id-dokument huwa li jitkellem dwar il-mod li bih qed tiżviluppa d-dinja bil-globalizzazzjoni tagħha, cioe` li d-dinja trid tiftaħ għas-suq, trid tkun aktar kompetittiva, ma tfittixx li jkollok state- aids, ma tfittixx li timxi b'ċertu mod fil-pajjiż li wieħed kien jimxi bih qabel ma żviluppat id-dinja kif inhi llum.", "Issa aħna m'aħniex qed ngħidu dan għaliex b'xi mod irridu nagħmlu xi ideoloġija ġdida mill- globalizzazzjoni, jew għaliex irridu nagħmlu xi ideoloġija ġdida mill-mod ta' kif timxi l-Unjoni Ewropea, imma għaliex fil-kuntest storiku, politiku u ekonomiku ta' pajjiżna nħossu li dan huwa l-aħjar mezz ta' kif nimxu 'l quddiem b'mod tajjeb.", "Allura jien naħseb li altru milli hemm il-mandat biex isiru dawn it-tip ta' negozjati, altru li hemm il-mandat biex lil pajjiżna nkomplu nimmodernizzawh u altru li hemm il-mandat biex Malta neħduha fuq livell ieħor mil-livell li żviluppajna sal-lum.", "Jien ħadt gost ukoll nisma' lill-ministru għall-affarijiet barranin jagħmel bl-iktar mod ċar il-punt li rridu ninnegozjaw fuq ċerti aspetti partikolari u semma partikolarment l-akkwist ta' l-art mill-barranin.", "Jien kont ktibt fuq dan f'gazzetta għaliex nemmen li dan huwa aspett li wieħed jista' jinnegozja u nemmen ukoll li l-Unjoni Ewropea hija lesta li tħares lejn dawn ir-realtajiet, allaħares le!", "Fil-verita' ħarset lejn dawn ir- realtajiet ukoll fost pajjiżi oħrajn, realtajiet li jagħmlu sens għaliex ħadd ma jrid li jkollok stat membru li jkollu ċerti diffikultajiet partikolari u ma tħarisx lejhom ukoll.", "U din ta' l-art hija xi ħaġa ovvja.", "Huwa ovvju li aħna ngħixu f'pajjiż żgħir fejn l-art hija at a premium, pajjiż fejn diġa` qed nirregolamentaw il-mod ta' kif jistgħu jixtru l-art il-barranin - anzi kultant ingorru għaliex ma jixtrux biżżejjed, immorru fl- aspett l-ieħor - imma l-aktar ħaġa importanti hija li aħna nkunu in charge u nkunu kapaċi nagħmlu d-deċiżjonijiet tagħna dwar dan.", "Meta jkollna bżonn daqsxejn iktar nistgħu niftħu daqsxejn il-vit u meta jkollna bżonn daqsxejn inqas nistgħu nagħlqu l-vit ukoll.", "U allura naħseb li dawn huma punti li fil-fatt meta wieħed iħares lejn din l-istampa globali hija xi ħaġa tajba li nħarsu lejha fid-dettall, u naħseb li għamel sew il-ministru għall- affarijiet barranin li ċċara dan il-punt u nsista li dan huwa punt li aħna, bħala pajjiż, qegħdin inħarsu lejh.", "Issa jien ngħid li rridu mmorru għall-bidla u jekk wieħed iħares lejn iċ- chapter dwar it-telecommunications jara x'hemm bżonn isir.", "Imma forsi dan m'huwiex kollu kambjament li kellna bżonn nagħmlu in any case biex nidħlu fis-seklu li qegħdin fih?", "Dan m'huwiex dak li għandna bżonn nagħmlu biex aħna nkunu nistgħu nirregolaw dan is-settur b'mod aħjar?", "Dan m'hux kollu bdil li kellna bżonn nagħmlu fil-qasam tat-telecoms biex inkunu nistgħu niftħu s-suq u jkollna l-vantaġġi għall-konsumatur?", "Dan huwa kollu bdil li jrid isir f'pajjiżna biex anke nkabbru l-impjiegi f'dan is-settur għaliex dan huwa settur li jista' jkabbar l-impjiegi.", "Anzi jekk inħarsu lejn dan is-settur, u nħarsu lejh mhux biss mill-qasam tat-telekomunikazzjonijiet imma wkoll mill-qasam ta' l-IT u tal-media, naraw li dan huwa settur li aktar ma jmur aktar irridu nieħdu ħsieb li jkollna nies preparati fih għaliex se jkollna jobs qed jistennew lin-nies biex jeħduhom, kif fil-fatt diġa` għandna.", "Issa anke hawnhekk kellna nagħmlu att ta' kuraġġ indirizzat lejn dan is-settur sabiex nagħtuh ħajja ġdida - fil-fatt kellu bżonn ħajja ġdida - u naqilgħuh mis-sitwazzjoni ta' monopolji li kien jinsab fiha għal ħafna u ħafna żmien.", "M'hemmx dubju li l-ewwel pass f'dan il-qasam sar ukoll taħt il-gvern preċedenti, meta kompla fuq ix-xogħol li kien sar qabel bil-mod kif jiġi regolamentat dan is-settur, u qasam l-aspett operattiv mill-aspett regolatorju.", "Dak kien l-ewwel pass, liema pass kien bżonjuż u meħtieġ biex dan is-settur ikun jista' jsir ħafna aktar bdil fih.", "Fil-fatt rajna kif f'dan il-parlament għaddejna liġi ġdida li toħloq awtorita` dwar il- komunikazzjoni.", "U qed insemmi dan għaliex dan huwa settur li jħares lejn il-mod li bih irridu nħarsu lejn l-acquis communautaire.", "Hawnhekk ukoll irridu nkunu wkoll għaqlin, u l-iktar ħaġa għaqlija li rridu nagħmlu hija li filwaqt li llum fid-dinja kollha l-aspett regolatorju tal-gvern qiegħed jissaħħaħ u l-aspett operattiv, għallinqas bħala attur ekonomiku, qiegħed jonqos, nuru ċertu għaqal fil-mod kif nagħmlu l-awtoritajiet li jirregolaw f'pajjiżna, partikolarment billi nużaw ċerta ekonomija bil-mod ta' kif nirregolaw.", "Jekk inħarsu lejn is-settur tat-telekomunikazzjonijiet naraw li l- affarijiet ma sarux sempliċement biex wieħed jiġi in line ma' l-acquis communautaire imma saru b'mod li nkunu nistgħu wkoll nagħmlu handling tagħhom aħna bħala pajjiż żgħir, u naħseb li dan huwa mudell li għandna kontinwament inkomplu nżommu quddiem għajnejna.", "Qed ngħid dan għaliex huwa importanti li meta nkunu qed inħarsu lejn kif se nimplimentaw l-acquis, inkunu kemm jista' jkun ekonomiċi fil-mod ta' kif nimplimentawh.", "Jekk wieħed iħares lejn dan id-dokument jara li dan huwa t-tip ta' ħsieb li fil- fatt is running through, u huwa għalhekk li jien insejjaħlu dokument politiku strateġiku iktar milli sempliċement dokument tekniku, għaliex fil- fatt hemm għażliet li juru li huma għażliet politiċi importanti.", "Jekk wieħed iħares ukoll lejn kif dan id-dokument jitkellem dwar il-qasam ta' l-agrikoltura jara li anke hemmhekk id-dokument isemmi diversi affarijiet, fosthom il-fatt li l-art hija nieqsa minn pajjiżna, u b'mod mill-iktar interessanti isemmi wkoll l-aspett ta' l-island status ta' Malta u l-fatt li Malta hija fil-periferija taċ-ċentri ta' produzzjoni fl-Ewropa.", "U jien xtaqt nieqaf ftit fuq dan il-punt għaliex dan punt li jien ġieli kelli l-okkażjoni li niddiskuti f'fora oħrajn, għaliex nemmen li huwa mportanti li wieħed iħares lejn dan il-punt anke mil-lat tan-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea.", "Jien nieħu gost li anke dan id-dokument qed isemmi dan il-punt għaliex dan ikompli juri kemm huwa dokument realistiku u mhux sempliċement dokument li qiegħed hemm biex jagħmel pinzellata fuq is- sitwazzjoni ta' pajjiżna u kif għandna nadottaw l-acquis communautaire.", "Naħseb li aktar ma nersqu lejn li nikkonkludu n-negozjati, aktar wieħed jiffoka fuq kif wieħed jagħmel l-aħjar pakkett għal pajjiżna fiċ- ċirkostanzi tan-negozjati nfushom.", "Jekk wieħed iħares lejn x'qal il-Parlament Ewropew dwar dan u anke lejn rapporti u riżoluzzjonijiet oħra tal-Parlament Ewropew jara li fil-fatt fl- Unjoni Ewropea hemm moviment biex iħares iktar lejn min għandu island status u lejn min qiegħed fil-periferija ta' ċerti reġjunijiet.", "Fl-Unjoni hemm ukoll il-kuxjenza li ma jistax ikun hemm area ċentrali fl-istess unjoni li tkun qed tiżviluppa b'rata mgħaġġla tant li l-areas l-oħrajn ma jkunux qegħdin ilaħħqu magħha, u l-kunċetti kollha ta' solidarjeta` fl- Unjoni huma bbażati fuq dan.", "Huwa tajjeb li meta nitkellmu fuq l-Unjoni Ewropea nispjegaw li hemm dawn il-kunċetti prattikati fir-realta` mill- Unjoni u mogħtija espressjoni ċara fil-politika kollha ta' l-Unjoni għaliex dawn huma punti li żgur huma ta' benefiċċju għal pajjiżna.", "Mr Speaker, jien naħseb li huwa importanti ħafna li nħarsu lejn dan id- dokument b'mod li nammettu li għandna bżonn nagħmlu ħafna affarijiet biex niġu in line ma' l-Unjoni Ewropea, liema affarijiet ma jweġġgħuniex anzi huma ta' ġid għalina.", "Huwa veru li dawn il-bidliet jista' forsi jkollhom ċerti konsegwenzi fis-suq, pero` bla dubju ta' xejn huma neċessarji li jsiru biex pajjiżna jimmodernizza ruħu, anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea.", "U l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu aħna bħala politiċi f'dawn il- bidliet huwa li niftehmu, għalkemm probabbilment dan huwa kollu wishful thinking.", "Il-ftehim fuq il-bidliet ħafna drabi huwa diffiċli f'diversi pajjiżi, inkluż tagħna, imma li niftehmu dwar il-bżonn li jkun hemm bidla naħseb li hija xi ħaġa diġa` akkwistata għaliex tissemma fil-programmi elettorali taż-żewġ partiti, u t-tnejn urewha bil-mod kif aġixxew, kemm meta kienu fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni.", "Jien nemmen li għandna nibqgħu nipprovaw infittxu l-consensus until it hurts jekk irridu naslu għal xi forma ta' qbil dwar l-Unjoni Ewropea.", "Fuq kollox irridu nipprovaw ma nippolitiċizzawx iżżejjed din il-bidla għaliex hija bidla li tajjeb li l-poplu Malti jħares lejha b'mod mill-aktar oġġettiv u mhux biss mill-interess short-term imma anke medium u long-term.", "Ħafna drabi, jekk ma tħarisx iktar 'il bogħod minn dak li qed tagħmel illum tispiċċa tagħmel deni lilek innifsek.", "Dan id-dokument ma jagħmel xejn għajr li jaqbad l-istandard li laħqet illum l-Unjoni Ewropea, liema standard huwa magħruf bħala l-acquis, u jgħid li biex aħna naslu għalih irridu nagħmlu \"dawn\" id-diversi affarijiet u waħda mill-akbar bidliet li rridu nagħmlu hija li noħolqu ħafna - u fil-fatt hekk qegħdin nagħmlu f'dan il-parlament - awtoritajiet regolatorji.", "Hawnhekk irridu noqogħdu attenti li niggruppjaw flimkien ċerti aspetti regolatorji, bħalma ġara fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, għaliex aħna pajjiż żgħir u jekk ma nagħmlux hekk ikollna, fil-fehma tiegħi, diffikultajiet biex insibu nies adatti biex jagħmlu l-manning ta' dawn it- tip ta' awtoritajiet regolatorji.", "Dan ma jfissirx li m'għandniex nagħmluhom imma jfisser li għandna nagħmluhom bl-istess għaqal li qegħdin isiru u bil-mod li jirrifletti wkoll dak li qed jiġri fis-suq.", "Jien nemmen li filwaqt li rridu nkunu konxji tal-limitazzjonijiet tagħna, ma rridux inħarsu lejhom bħala xi ħaġa li tista' twaqqafna milli naslu fejn irridu.", "Dawk il-limitazzjonijiet qegħdin hemmhekk biss biex aħna nsibu l-aħjar triq biex naslu fejn irridu.", "M'hemmx dubju li rridu nagħmlu l-bidliet kollha neċessarji biex ikollna l-kapaċita` amministrattiva li nimplimentaw l- acquis u biex ikollna l-kapaċita` amministrattiva biex nagħmlu l-bidliet neċessarji b'mod fattwali fil-liġijiet, liema liġijiet imbagħad nagħmluhom realta` fis-suq u fis-soċjeta` tagħna.", "Mr Speaker, jien nemmen li huwa tajjeb li din il-Kamra tiddiskuti dan id- dokument - m'iniex se noqgħod nidħol fid-dettal tad-diversi aspetti - li juri dak li għandu jsir f'pajjiżna fid-diversi oqsma.", "Nieħu gost nara li dan huwa dokument li ma jiddiskutix b'mod vag imma jiddiskuti bl-aktar mod tanġibbli x'hemm bżonn isir għal pajjiżna.", "U d-diskussjoni fuqu, fil-fehma tiegħi, trid tkun fil-kuntest ta' xi rridu minn pajjiżna.", "X'irridu li pajjiżna jkun ħames snin, għaxar snin jew ħmistax-il sena oħra?", "Irridu li pajjiżna jkun maqtugħ mir-realta` li hija l-Ewropa, jew irridu li pajjiżna jkun parti mir-realta` Ewropea?", "Irridu li pajjiżna jkun fil-Mediterran pero` ma jkunx parti mis-sistema li l-Unjoni Ewropea qed tiżviluppa għaliha nnifisha, anke fl-area tal-Mediterran?", "Jew irridu li pajjiżna jkun interlokutur bejn pajjiżi oħrajn fil-Mediterran u fi ħdan l-Unjoni Ewropea mal-bqija ta' l-Unjoni wkoll?", "Fl-aħħar mill-aħħar din hija l-għażla u m'hijiex għażla tan-nitty-gritty biss.", "Jekk aħna rridu li pajjiżna jibqa' għal rasu allura forsi dan id-dokument m'huwiex ta' interess għalina, pero` jien naħseb li dan huwa dokument ta' interess importantissimu għal Malta għaliex dawn il-bidliet iridu jsiru, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, għaliex għandna viżjoni ta' fejn irridu pajjiżna ħamsa, għaxra u ħmistax-il sena oħra.", "B'dan ma rridx infisser li għandna bżonn ta' ħamsa, għaxra jew ħmistax-il sena biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea, imma qed ngħid li meta nidħlu fl-Unjoni, fi żmien kemm jista' jkun qasir, aħna se nkomplu għaddejjin bil-proċess ta' membru fl- Unjoni, u allura se nkomplu għaddejjin bil-bdil kollu li dawn il-pajjiżi qegħdin jagħmlu biex jissaħħu bejniethom.", "Aħna hawnhekk ma noqogħdux niddiskutu fl-akbar dettall l-għajnuniet kbar li nistgħu nġibu mill-Unjoni Ewropea - apparti naturalment l-għajnuna li wieħed jista' jġib ukoll biex jagħmel dan il-bdil fl-acquis innifisha - pero` nafu li dawk il-pajjiżi fl-Unjoni li għamlu l-bidliet u komplew jagħmlu l-bidliet kienu pajjiżi li sabu saħħa kbira fis-sens ta' solidarjeta` li jiġu mill-fondi diversi li għandha l-Unjoni.", "Jekk hawn xi ħaġa li importanti li nibdew nagħmlu minn issa hija li nibdew nitgħallmu r- regoli kollha ta' dawn il-fondi u kif se nħarsu biex aħna, bħala pajjiż u bħala settur privat, inkunu effiċjenti fil-mod kif nagħmlu l-aħjar mezz biex nisfruttaw fondi bħal dawn, għaliex din il-bidla li hawn imsemmija f'dan l-aquis trid issir, nidħlu jew ma nidħlux.", "Din il-bidla li qed tiġi diskussa hawnhekk hija marbuta ma' l-acquis u rridu norbtuha biex nilħqu dak il-livell li għażilna aħna, pero` kieku ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea xorta waħda trid issir.", "Aħna rridu li ħamsa, għaxra u ħmistax-il sena oħra naraw lil pajjiżna bħala attur reali fi ħdan ir-realta` Ewropea, imma llum qed joħroġ ċar li jekk ma tkunx f'għaqda bħalma hi l-Unjoni Ewropea jkun diffiċli tinnegozja f'fora oħrajn bħad-WTO.", "Illum anke pajjiżi kbar, bħall- Ġermanja u Franza, jużaw is-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jinnegozjaw ma' l-Istati Uniti u ma' pajjiżi oħrajn fi ħdan id-WTO.", "Jiġifieri r-realtajiet fid-dinja qegħdin jinbidlu u mhux biss fl-Unjoni Ewropea, u jekk aħna ma jkollniex il-foresight li nbiddlu wkoll ir-realta` ta' Malta llum, għada se jkollna npattu qares.", "Hija regola tal-ħajja li meta deċiżjoni ma teħodhiex fi żmienha jkollok tħallas il-konsegwenzi.", "Sur President, ir-realta` li l-poplu Malti se jkollu quddiemu hija dik li l-bdil kollu li hemm bżonn li jsir biex aħna niġu in line ma' l-acquis irid isir anke jekk ma nidħlux fl-Unjoni.", "Għalhekk tajjeb li nagħmluh fi ħsieb li nidħlu fl-Unjoni biex b'hekk ikun jista' jkollna solidarjeta` għal dak il-bdil li aħna nkunu qed inwettqu u biex inkunu nistgħu nużufruwixxu mill- benefiċċji kollha li tagħti l-Unjoni u fuq kollox biex inkunu nistgħu ningħaqdu ma' pajjiżi oħrajn fin-negozjati u fir-relazzjonijiet neċessarji tal-kummerċ internazzjonali li llum fid-dinja kompetittiva u fil-kummerċ internazzjonali, jekk tkun waħdek u żgħir ma jkollok l-ebda saħħa ta' xejn.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Leo Brincat.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Sur President, id-dokument li għandna quddiemna m'huwiex sempliċi pjan fuq biċċa karta mifrux tul medda ta' 223 faċċata li wieħed jista' jagħżel li jaqra jew jinjora.", "Lanqas huwa rapport li nistgħu nħallu l-konklużjonijiet tiegħu għat-tekniċi, għat-teknokrati jew għall- burokrati li jmexxu pajjiżna mit-torri ta' l-avorju.", "Din hija t-triq li l- Gvern Malti qed jiġi obbligat li jsegwi, mhux kif indika l-Onor.", "Frendo, tul medda ta' ħamsa jew għaxar snin imma tul medda qasira ħafna ta' żmien, bil-konsegwenza li t-timeframe qasira fiha nnifisha se tispiċċa ddawwar mażżra m'għonq il-poplu Malti mingħajr m'aħna qed ngħidulu bil-quddiem x'se jkun il-piż li se jkollu jġorr u x'se tkun l-għafsa li se jintrabat biha.", "Din id-diskussjoni dwar dan il-pjan qed issir fuq insistenza min-naħa tagħna, insistenza li ilha għaddejja għal tmien xhur minn wara li ġie ppubblikat fil-verżjoni oriġinali tiegħu.", "Il-gvern għamel ħafna attentati biex dan kollu ma jiġix diskuss f'seduta plenarja, kif qed jiġri f'dawn l- erbat ijiem, imma jiġi diskuss f'xi laqgħa tal-kumitat permanenti għall- affarijiet barranin.", "Li kieku ftit ilu m'għamiltx jien sensila ta' mistoqsijiet parlamentari lil għadd ta' ministeri differenti - m'iniex qed ngħid dan b'xi ftaħir - ma kienx joħroġ ċar min minnhom qed jagħmel studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq pajjiżna tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.", "L-ewwelnett jien inħoss li dan it-tagħrif imissu ngħata mill- gvern minn rajh mingħajr il-bżonn ta' xi imbuttatura min-naħa tagħna; u t- tieni nett naħseb li hija ħaġa li tmur għal kollox kontra l-loġika li l- ewwel tintrabat li tieħu ċerti miżuri radikali, kif effettivament qed jagħmel il-gvern fil-pjan li għandna għad-diskussjoni llum, imbagħad iktar tard tibda tistudja l-implikazzjonijiet mingħajr ma jkollok l-ebda ħjiel bil-quddiem jekk jaqbillekx tieħu ċerti passi drastiċi jew le.", "Sur President, il-qagħda li ninsabu fiha bħalissa hija waħda tal-biki; minn naħa għandna programm li suppost diġa` kellu jkun f'idejn il- Kummissjoni Ewropea biex jorbotna iktar, u minn naħa għandna studji li għadhom mistura mingħajr m'għandna ebda ħjiel ta' meta se jintemmu u jekk ir-riżultati tagħhom humiex se jsiru pubbliċi min-naħa tal-gvern.", "Il-mod ta' kif inhu mfassal dan id-dokument jista' biss iżid l-inċertezza fil- pajjiż.", "Issa minflok ma l-gvern għamel konsultazzjoni wiesgħa mal-korpi kostitwiti dwar dan il-programm u ppubblika t-tħassib u l- preokkuppazzjonijiet tagħhom dwar dan kollu, għażel li jitlobhom konsultazzjoni privata ħalli jkollu skuża sabiex tkun xi tkun ir-reazzjoni tagħhom iżommha mistura.", "Jien kont nippretendi li l-ministru jagħti lil din il-Kamra l-feedback, il-preokkupazzjoni, it-tħassib u l-concerns tal- korpi kostitwiti u mhux jitlobhom sempliċement konsultazzjoni privata biex dan kollu ma jsirx.", "Gvernijiet oħrajn, bħal dawk ta' Ċipru u tas-Slovenja, qed imexxu b'mod ferm differenti minn tagħna, u jien ngħid li meta nimxu b'dan il-mod ma nistgħux ma nitpinġux ħażin anke f'għajnejn dawk li magħhom suppost qegħdin isiru n-negozjati.", "Ħalli issa mmur lura għaż-żmien meta Dr. Ċensu Tabone kien ministru għall-affarijiet barranin, Sur President, u nagħmilha ċara li se nitkellem fuqu fil-kapaċita` tiegħu ta' ex ministru.", "Fi żmien meta Dr. Tabone kien foreign minister, għalkemm ma konniex naqblu ma' ċerti affarijiet li kien jgħid, almenu pajjiżna kellu l-image ta' pajjiż li l-gvern tiegħu ried sħubija sakemm jikseb kondizzjonijiet xierqa.", "Dejjem hekk kien jitkellem Dr. Ċensu Tabone.", "Il-fissazzjoni tal- gvern tal-lum ta' sħubija sħiħa akkost ta' kollox qed iċċekken l-istatura u l-kredibbilta` tal-gvern innifsu mhux biss f'pajjiżna fost l-elettorat Malti imma anke fil-kurituri fejn suppost isiru n-negozjati ġewwa Brussels.", "Dan ir-rapport imissu tħejja biss meta kienu lesti l-economic impact assessments kollha, ħalli kulħadd ikun jaf bil-quddiem għalxiex verament ninsabu deħlin.", "Huwa wkoll inkonsistenti l-mod kif dan il-parlament qed ibiddel ċerti liġijiet b'ħafna għaġġla, kif tixhed l-aġenda ta' dan il- parlament stess, biex iġibna in line ma' dan il-pjan meta l-economic impact assessment studies għadhom qed jinħmew.", "Il-mistoqsija li qed jistaqsu ħafna nies illum hija jekk il-gvern, flimkien mas-settur privat, humiex se jkunu kapaċi jimmobilizzaw ir-riżorsi pubbliċi u umani meħtieġa biex iwettqu dan il-programm bl-iċken uġigħ u tbatija għall-poplu Malti.", "Meta tiltaqa' ma' nies serji, huma x'inhuma l- fehmiet politiċi tagħhom u huma x'inhuma l-fehmiet tagħhom dwar sħubija, tinduna li kulħadd donnu qata' qalbu li dan jista' jsir.", "Dan huwa rifless anke fis-survey li ppubblikaw dan l-aħħar il-kamra tal-kummerċ fejn b'kuntrast ma' l-ewforija personali ta' ċerti diriġenti ta' din l- organizzazzjoni favur sħubija sħiħa, issa ħareġ ċar li madwar tliet kwarti tal-kummerċjanti li wieġbu għall-kwestjonarju stqarrew li xejn m'huma ċerti jekk in-negozjati dwar is-sħubija ta' Malta humiex se jwasslu għal ftehim li jkun favorevoli għan-negozju tagħhom.", "Sinifikanti wkoll kien il-fattur l-ieħor li inqas minn 30% mill-membri tagħhom wieġbu għal dan il- kwestjonarju.", "Sur President, fil-fehma tiegħi dan huwa kollu frott il- politika żbaljata tal-gvern għaliex bil-mod li bih qed imexxi rigward il- kwestjoni ta' l-Unjoni Ewropea qed tikber il-frustrazzjoni tan-negozjant u l-kummerċjant, qed tinħoloq inċertezza akbar u ħafna qed iħossu ruħhom skomdi fid-dawl ta' l-iżviluppi li qegħdin iseħħu.", "La l-gvern donnu qata' qalbu li jġib il-miljuni li wiegħed qabel l-elezzjoni, kif beħsiebu issa jieħu ħsieb il-funding ta' dan il-programm kollu mingħajr il-bżonn li jirrikorri għal taxxi addizzjonali jew taxxi ġodda?", "Dan il-parlament m'għandux jilludi ruħu li kollox se jkun ward u żahar għalih.", "Hemm differenza fundamentali bejn li niddiskutu t-trademarks, il-patents, il- copyright u l-liġijiet tal-konsumatur, għal li niddiskutu affarijiet ħafna aktar ebsin, bħat-tneħħija tal-kontroll fuq il-kapital, is-sussidju għat- tarznari u l-għajnuna għall-industrija tal-manifattura.", "Ir-raġuni għaliex fil-fehma tiegħi l-Partit Nazzjonalista qed jitlef l-appoġġ dwar l-Unjoni hija għaliex minn kwestjoni ta' sempliċi slogan issa spiċċajna fi bread and butter issue.", "Il-poplu issa ntebaħ li fin-nofs hemm l-għajxien u l-kwalita` tal-ħajja tiegħu u ta' wliedu.", "Jien ngħid li l-impotenza tal-gvern quddiem dan kollu turi kemm għandna gvern insensittiv għall-ħteġijiet u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadin komuni.", "Illum anke dawk il-korpi kostitwiti favur sħubija jgħidulek li m'għandhom ebda ħjiel dwar liema strateġija ta' negozjar se jaddotta l-Gvern Malti meta se jsib l-iebes quddiemu fix-xhur li ġejjin.", "Għalkemm ma kien hemm xejn fil-ktieb ta' Simon Busuttil dwar l-Unjoni Ewropea, la dwar it- tneħħija tal-levies u lanqas dwar l-impatt fuq it-tarznari, qed naraw li minn naħa s-settur tal-manifattura ta' l-għamara jinsab għarkubbtejh sew - u se jkun iktar meta jiġu fis-seħħ ċerti miżuri f'Jannar tas-sena d-dieħla - filwaqt li t-tarzna, li kellha titpoġġa fuq saqajha skond ma kien qal il- Ministru Josef Bonnici fil-parlament, issa spiċċat fi kliemu stess azjenda insostenibbli.", "Meta għandna sitwazzjoni fejn l-investiment dirett lejn pajjiżna fil- manifattura jinsab għal kollox wieqaf, l-MDC ma tistax tkompli tilgħab noli bil-pakkett ġdid ta' inċentivi li beħsiebha tħabbar fil-ġejjieni biex togħġob lill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa dak li qed joħloq l-inċertezza u l- instabilita` fil-pajjiż u mhux dak li qed jgħid il-Partit Laburista!", "Dan qed ngħidu għaliex kemm l-investituri Maltin kif ukoll dawk prospettivi barranin iridu jkunu jafu x'se jkunu r-regoli l-ġodda qabel jilagħbu l- logħba.", "Daqstant ieħor jinsabu anzjużi biex ikunu jafu humiex se jiċċaqilqu l-lasti jew le.", "Sur President, jissemma ħafna dwar l-SMEs pero` fil-konkret ftit għandna ħjiel dwar x'se jsir mill-gvern.", "Li żgur irid u jenħtieġ il-pajjiż huwa a one-stop shop għall-SMEs, filwaqt li titnaqqas ir-red tape u l-burokrazija.", "Diġa` semmejt meta ddiskutejna fis-second reading il-liġi dwar il- kompetizzjoni kif bħalissa hemm ferment ġo l-Unjoni Ewropea dwar il-fatt li b'ċerti regoli marbutin mal-liġi dwar il-kompetizzjoni l-burokrazija fi ħdan l-Unjoni se tiżdied għan-negozjanti u mhux tonqos.", "Illum qed ngħixu fi żmien fejn l-entrepreneurship, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, il-bżonn ta' risk capital u l-innovazzjoni huma kollox, u jien ngħid li m'hemm xejn fil-programm tal-gvern li juri li fil-ġejjieni se naraw xi bidla għall-aħjar f'din id-direzzjoni.", "Pero` l-iktar ħaġa li għaġġbitni kienet li meta s-setturi tas-servizzi finanzjarji u tat-turiżmu huma fost l-iktar tnejn importanti għad-dħul ta' munita barranija f'pajjiżna, ma jidher li hemm l-ebda mpenn min-naħa tal- ministeri konċernati biex jiġi studjat bis-serjeta` l-impatt li sħubija sħiħa tista' ġġib fuq dawn iż-żewġ setturi.", "Billi noqogħdu nikkwotaw u nġibu kelliema mill-Irlanda dwar is-servizzi finanzjarji ma naħsibx li huwa biżżejjed u żgur li m'aħniex se nsibu tweġibiet għall-mistoqsijiet li qed jagħmlu bosta operaturi Maltin f'dawn l-oqsma.", "L-istess jista' jingħad għat-turiżmu.", "Jien għandi kull rispett għall-ministru tat-turiżmu preżenti, li għandu esperjenza f'dan il-qasam, imma f'dan il-kuntest ma nistax nifhem ir-ras iebsa tiegħu li ma jridx jagħmel impact assessment study dwar sħubija fl- Unjoni għaliex qal li jinsab konvint li se mmorru aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Issa għandek sa nhar il-Ġimgħa biex tirrispondini!", "Jien naħseb li għandna dritt nitolbu xi ħaġa aktar konkreta fuq dan is- suġġett milli sempliċement x'jaħseb il-ministru sempliċement minħabba l- esperjenza tiegħu f'dan il-qasam.", "Fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, jiġifieri tal-kummerċ, għandna dritt inkunu nafu x'se jkunu l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta' l- adozzjoni tal-ftehim bilaterali ta' l-Unjoni Ewropea u tat-telfien tal-GSP status.", "Wasal iż-żmien li naraw kif l-adozzjoni tal-common external tariff se tolqot il-kompetittivita` fil-qasam tan-negozju u fil-qasam agrikolu.", "Fil-fehma tagħna l-gvern tant sejjer għat-taħdidiet ma' l-Unjoni Ewropea għarwien ħuta li qed jippretendi li jippreżenta d-draft negotiating position tiegħu meta ċerti analisi u stħarriġ għadhom qegħdin jinħmew.", "Wisq nibża' li billi jagħmel bħall-qattusa għaġġelija, il-gvern se jkun qed jesponi ruħu li jagħmel kalkoli ekonomiċi ħżiena kif ukoll jirrikorri għal mismanagement ekonomiku li għalihom fl-aħħar mill-aħħar se jkollu jħallas il-poplu Malti minn butu.", "Ħalli issa nitkellem ftit dwar il-euro, suġġett li f'pajjiżna qatt ma jkollna dibattitu serju dwaru minkejja li f'pajjiżi oħra nafu li huwa topic jaħraq u li wassal għal tqanqil f'dawn l-aħħar ġranet.", "Ninsabu f'sitiwazzjoni fejn filli l-Prim Ministru jgħidilna li se nissieħbu fil- euro sas-sena 2003 u filli l-barranin ifakkruna li rridu nkunu membri diġa` biex nissieħbu.", "Imbagħad jiġi ministru ta' l-Istat Ingliż, kif ġara ftit taż-żmien ilu, ngħidulu li jekk jissieħbu l-applikanti l-oħra aħna beħsiebna napplikaw ukoll, u hu pront pront ifakkarna li f'pajjiżu, minkejja li ilhom membri ta' l-Unjoni snin sħaħ, il-poplu għad irid jara jekk ekonomikament u finanzjarjament jaqblilhomx jieħdu dan il-pass.", "Fil- fehma tiegħi, il-Gvern Malti ġab id-dħul fil-euro qisha xi ħaġa kwalunkwe, qisek qed tapplika biex tidħol membru fil-Każin Malti.", "Dak li ġara fid-Danimarka l-ġimgħa l-oħra wera kemm huma żbaljati dawk il- pajjiżi membri ta' l-Unjoni li jaħsbu li l-kwestjoni tal-euro hija biss kwestjoni b'implikazzjonijiet purament ekonomiċi u finanzjarji.", "Il-biża' ewlenija tad-Daniżi li bid-dħul fil-euro se jiġi mhedded il-welfare state tagħhom, se tiġi mhedda s-sistema tal-pensjonijiet, se tiġi mhedda l- identita` nazzjonali tagħhom u se tiġi mhedda s-sovranita` ta' pajjiżhom.", "L-iktar ħaġa li jien ammirajt mhux għaliex id-Daniżi vvotaw kontra u mhux favur - dik hija d-deċiżjoni sovrana tagħhom u nirrispettaw kull deċiżjoni li setgħu ħadu - imma l-mod kif il-poplu Daniż irnexxielu jivvota kontra fil-maġġoranza assoluta tiegħu minkejja li kellu blitz qawwi għaddej il-ħin kollu biex jinfluwenzawh minn madwar 80% tal-politiċi kollha across the whole political spectrum, tat-trade unions kollha across the whole spectrum tat-trade unions tal-pajjiż, tan-negozjanti kollha across the whole spectrum tan-negozjanti kollha tal-pajjiż, u tal-media across the whole spectrum tal-media, li kollha kienu mobilizzati favur id-dħul fil-euro.", "Jien ngħid li fattur li kompla xengel il-pendlu kontra l-issue tal-euro fid-Danimarka kienet issue li ma kenitx marbuta mal-euro imma kellha effett psikoloġiku fuq id-Daniżi.", "Din kienet l-attitudni żbaljata, dejjem fl- opinjoni tiegħi, li ħadet l-Unjoni Ewropea meta mponiet sanzjonijiet kontra gvern elett demokratikament ġewwa l-Awstrija, naqblu jew ma naqblux ma' l- ideoloġija radikali u politika tiegħu.", "Il-poplu Daniż qal \"le\" għall- euro għaliex ma jridx isib ruħu f'sitwazzjoni fejn jiġi ddettat il-ħin kollu dwar x'għandu jagħmel minn Brussels.", "Il-poplu Daniż ma jridx jissottometti ruħu għal dak li huwa super state Ewropew.", "U minn dan ir- referendum suppost li ħadu tagħlima mhux biss il-politiċi Maltin imma anke dawk kollha li qed jikkonsidraw li jżommu referenda dwar l-Ewropa, kemm minħabba obbligi kostituzzjonali li jista' jkollhom, kif ukoll għal raġunijiet oħrajn.", "Issa jekk id-Daniżi ħassew ruħhom mhedda minħabba d-daqs ċkejken tagħhom fl-Unjoni Ewropea, kemm aktar għandna għalfejn inħossuna mhedda aħna, speċjalment meta rajna l-mentalita` kważi kolonjali li biha tkellmu ċerti stati qawwija u b'saħħithom fl-Unjoni meta pprovaw ixejnu l-impatt tar- riżultat Daniż sempliċement għaliex id-Danimarka qalu li huwa pajjiż żgħir u periferiku?", "Nerġa' ngħid li għalkemm ħafna pprovaw iċekknu dak li ġara fid-Danimarka bħala skerz, jekk naqraw bejn il-linji, jekk inkunu onesti magħna nfusna u jekk nimxu skond il-kuxjenza nsibu li r-riżultat Daniż bagħat bosta xokkijiet, mhux biss fid-Danimarka imma anke madwar l-Ewropa u 'il hinn mill-fruntieri Daniżi nfushom.", "Irridu nfakkru, Sur President, li għalkemm fl-Ewropa saru ħafna referenda, dan kien l-ewwel wieħed dwar l- issue ta' l-Euro, u naħseb li jekk ma serva għal xejn, ir-riżultat tar- referendum Daniż serva bħala tagħlima u twiddiba serja għal dawk il- mexxejja kollha Ewropej li sal-lum ħadu lill-elettorati tagħhom for granted meta adottaw il-euro kif ġieb u laħaq billi ppressaw għall-intensifikar tal- koperazzjoni meħtieġa biex tappoġġja din il-politika u komplew mexjin lejn federaliżmu Ewropew minn fuq dahar iċ-ċittadini tagħhom stess.", "Analista Amerikan, l-għada tar-referendum tad-Danimarka, qal li dan il- vot ma ħadu xejn b'sorpriża għaliex fil-fehma tiegħu rrifletta x-xejra mifruxa madwar l-Ewropa lejn l-iskoperta mill-ġdid ta' l-identita` nazzjonali tal-poplu Ewropew, 'il hinn mill-Ewropeiżmu sopra-nazzjonali li qed jipprovaw jimponu ċerti gvernijiet.", "Għalhekk jien ngħid li jgħidu x'jgħidu ċerti nies dwar l-issue tal-euro, għalkemm din hija issue li għandha l-aspetti fiskali, finanzjarji u ekonomiċi tagħha, xorta waħda tibqa' proġett politiku minħabba l-implikazzjonijiet tagħha, u naħseb li l- Gvern Malti ma jistax jinjora dan il-fatt bħallikieku ma jeżistix.", "Issa xtaqt li fil-ftit ħin li baqagħli nitkellem dwar dan fil-kuntest lokali.", "Sur President, bħala Labour Party, aħna ma naraw xejn ħażin fil-fatt li jikber il-komponent tal-lira Maltija fil-euro, pero` sħubija sħiħa fil-euro fil-fehma tagħna ttellifna ħafna mill-vantaġġi u mill-benefiċċji li ngawdu llum, fosthom li ma nkunux nistgħu nibqgħu niffissaw ir-rati ta' l-imgħax tagħna.", "Dan ikun ifisser li fil-prattika jista' jkollna ċirkostanzi fejn ir-rata ta' l-inflazzjoni tiddetta rati ta' imgħax mod u aħna ma nkunux nistgħu nċaqilquhom għax inkunu soġġetti għad-deċiżjonijiet li jittieħdu fi Frankfurt mill-European central bank.", "U din m'hijiex xi ħrafa jew invenzjoni imma hija esperjenza li għaddejja minnha l-Irlanda propru bħalissa.", "Dan il-pajjiż, minkejja li sa ftit xhur ilu kien għaddej minn boom qawwi, illum għandu rata dejjem taċċellera ta' inflazzjoni, u għalkemm jixtiequ jgħollu r-rati ta' l-imgħax ħalli jieħdu miżuri preventivi biex jilqgħu għall-inflazzjoni, ma jistgħux għaliex jinsabu marbuta mal-euro u għaldaqstant ma jistgħux jaħdmu b'ċerta flessibbilta` għax iridu jimxu skond ma jiddeċiedi l-ECB.", "Dan juri li l-politika ta' one size fits all ma taħdimx fil-prattika, u fil-każ tagħna naħseb li wara li nkunu ksibna l- indipendenza tal-bank ċentrali tagħna - suppost għandna nilleġislaw dalwaqt biex insaħħu l-indipendenza tal-bank ċentrali - ma nkunux nixtiequ naraw lil dik l-indipendenza ġdida tiġi sottomessa għad-direttivi ta' l-ECB.", "Aspett ieħor li jintlaqat naħseb tkun il-politika fiskali tagħna, li tkun tista' tiġi applikata biss b'mod ridott.", "Qed ngħid hekk għaliex għalkemm il-loġika tgħidlek li meta ma tistax tibqa' tuża l-politika monetarja minħabba li l-EMU ma tħallikx tirreaġġixxi b'mod li huwa country-specific, suppost li l-politika fiskali tilgħab rwol iktar proattiv fil-proċess ta' aġġustament li jkun għaddej fil-pajjiż, din m'hijiex għażla li wieħed jista' jirrikorri għaliha faċilment għaliex l-EMU timponi ċerti ceilings fuq budget deficits u dejn pubbliku, li jnaqqsu b'mod sostanzjali il-leeway tal-politika fiskali li jista' jkollu pajjiż partikolari.", "Ma rrid lil ħadd jaħseb li jiena f'daqqa waħda qed nitkellem favur id-dejn nazzjonali, iżda din hija arma li l-ebda pajjiż ma jħobb iċedi kapriċċożament għal kull ċirkostanza li tista' tinqala'.", "Min isegwi d-dibattitu li jinsab għaddej f'ċerti pajjiżi Ewropej bħalissa, inkluż ir-Renju Unit, jintebaħ mal-ewwel li l-ekonomija m'għandha x'taqsam xejn mad-deċiżjoni ta' jekk wieħed jisseħibx fil-euro jew le.", "Inevitabbilment, kif għedt iktar kmieni, id-deċiżjoni li wieħed jissieħeb fil-euro tispiċċa tittieħed għal raġunijiet u konsiderazzjonijiet politiċi.", "Dan qed ngħidu għaliex wara kollox il-politika monetarja hija fiha nnifisha strument politiku wkoll.", "Aħna ma rridux naraw kbir iżżejjed, iżda żgħar kemm aħna żgħar, nippretendu li l-gvernijiet tagħna, huma liema huma, ikollhom l-għodda li jimmaniġġjaw il-kondizzjonijiet ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Aħna rridu li l-votanti tagħna, hu x'inhu l-kulur politiku tagħhom, ikollhom il-mezzi biex jiddeterminaw l-oġġettivi u l-għanijiet tal- politika ekonomika tagħna.", "Xi ħadd dan l-aħħar qal li meta tabolixxi l- munita ta' pajjiżek tkun qisek qed tarmi shock absorber minn karozza, filwaqt li meta tiffissa l-exchange rate ta' pajjiżek tkun qisek qed tillokkja shock absorber f'pożizzjoni fissa!", "Inħoss li ma nistax insemmi dan kollu mingħajr ma nirriferi għas-summit Portugiż li organizzat l-Unjoni Ewropea ftit ilu.", "Apparti mill-fatt li ma ħarġu bl-ebda data fissa għas-sħubija tal-pajjiżi applikanti li hemm fil-queue, jidher ċar li ħadd m'hu se jissieħeb sas-sena 2005, u dan meta l-Gvern Malti għadu jwebbilna li jrid ikun biddel kollox sa tliet snin oħra.", "Għalkemm l-Onor.", "Fenech Adami qal pubblikament li se nissieħbu fil-euro fis-sena 2003, meta tkellmet dwar it-tkabbir ta' l- Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea nnifisha għamlitha ċara li l-pajjiżi applikanti m'humiex se jitħallew jissieħbu fil-euro immedjatament wara li jsiru membri, anzi qed jissemma li għandu jkun hemm breathing space ta' mill-inqas sentejn bejn sħubija fl-Unjoni u sħubija fi ħdan il-politika ekonomika u monetarja.", "Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll - għax dawn huma affarijiet li hawn Malta ma tantx issir riferenza għalihom, speċjalment min- naħa tal-gvern - li f'dak is-summit intqal li l-pajjiżi applikanti se jkunu obbligati li jibdlu ċerta informazzjoni bankarja speċifika kif ukoll iħassru s-segretezza bankarja malli jsiru membri ta' l-Unjoni.", "Fil-kamp monetarju jidher li l-gvern qed jgħaġġel saħansitra iktar mid-deadline globali tal-pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' l-acquis tant li issa qed jissemma t-tieni kwart tas-sena 2001 għal dan il-qasam speċifiku li qed nitkellem dwaru.", "Dwar il-kwestjoni tal-VAT, għalkemm il-gvern qed jagħmel minn kollox biex jagħti l-impressjoni li m'għandux idejh marbutin u li sejjer sempliċement isegwi l-iżviluppi fl-Unjoni Ewropea, infakkru mill-ġdid f'dak li kien qal ftit taż-żmien ilu Dr. Antoine Fiott, konsulent li uża diversi drabi l- gvern - u għamel tajjeb għaliex Dr. Fiott huwa persuna kompetenti ħafna - waqt is-seminar \"getting down to gearing up for Europe\", fejn kien qal preċiżament hekk: L-isfidi li għandna quddiemna m'humiex limitati biss għad- drafting ta' l-emendi leġislattivi iżda t-tibdiliet jinvolvu piżijiet ġodda għall-konsumaturi u sistemi ġodda ta' operazzjoni għan-negozji u għall- amministraturi tat-taxxa f'pajjiżna.", "Sur President, kien hemm diversi punti oħra li xtaqt insemmi, pero` nixtieq li fil-konklużjoni tiegħi nitkellem dwar l-issue nnifisha taż-żona ta' kummerċ ħieles li l-Partit Laburista għamel bħala bażi għall-politika tiegħu kemm meta kien fil-gvern u anke llum li qegħdin fil-bankijiet ta' l- oppożizzjoni.", "Żona ta' kummerċ ħieles tfisser fil-prattika li Malta u l- Unjoni Ewropea bejniethom, b'riżultat ta' arranġament bħal dan, ma jkollhomx dazji jew restrizzjonijiet kummerċjali bejniethom iżda t-tnejn iżommu l-fakulta` li jagħmlu dazji differenti fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi li m'humiex membri ta' l-Unjoni.", "Fi kliem ieħor, f'żona ta' kummerċ ħieles kemm Malta kif ukoll l-Unjoni Ewropea jkollhom id-dazji separati tagħhom għall-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, bid- dritta li sakemm wieħed jilqa' għal ċerti trade leakages tibqa' l- possibbilta` li jżomm dazji differenti.", "Fil-każ ta' għaqda doganali, liema għaqda bilfors irridu nissieħbu fiha jekk aħna se nimxu fit-triq ta' sħubija sħiħa, mhux biss ma jkunx hemm dazji bejna u bejn l-Unjoni Ewropea, talli jkollna l-istess dazji għal prodotti li ġejjin mill-Istati Uniti u postijiet oħrajn kemm f'Malta kif ukoll fl-Unjoni; fi kliem ieħor inkunu rridu niċċarġjaw l-istess dazju fuq prodotti barranin daqskemm tiċċarġja l-Unjoni Ewropea.", "B'riżultat ta' dan ma nkunux nistgħu niċċarġjaw dazji fuq prodotti ġejjin mill-Unjoni Ewropea - u l-Unjoni Ewropea tagħmel l-istess ħaġa fuq prodotti minn Malta - u Malta tibda tiċċarġja fuq prodotti minn pajjiżi terzi l-istess dazji li tiċċarġja l-Unjoni Ewropea.", "Fi kliem ieħor inkunu obbligati nadottaw l- istess strutturi li bihom l-Ewropej iżommu l-prezzijiet fil-qasam tal- biedja, ta' l-industrija u oħrajn, u dan fil-fehma tiegħi mhux biss se jkun prezz għoli għal pajjiżna imma se jnaqqas ukoll il-flessibbilta` fin- negozju tagħna.", "Sur President, jien ngħid li aktar ma wieħed jifli bir-reqqa l-pjan nazzjonali li għandna għad-diskussjoni llum, iktar jintebaħ kemm huwa importanti li jkollna alternattivi għal dak li qed jipproponi l-gvern tal- ġurnata.", "Min jgħid li m'hemmx alternattiva għal pajjiżna ħlief sħubija sħiħa jfakkarni f'dak li kienu qed jgħidu lid-Daniżi ftit ilu fejn qalulhom li jekk ma jissieħbux fil-euro se jkollhom biss triq waħda quddiemhom, dik ta' iżolament komplet.", "U nafu kif iddeċieda l-poplu Daniż.", "Għalhekk jien ngħid li ma nistgħux naffordjaw - qed ngħid bħala poplu u mhux bħala Laburisti jew Nazzjonalisti - li ngħaddsu rasna fir-ramel quddiem dawn l- alternattivi reali li għandu pajjiżna bħalissa.", "Ftit ilu ltqajt ma' wieħed barrani li kien għamel xi żmien favur l-Unjoni Ewropea sakemm spiċċa biex biddel fehemtu, u meta staqsejtu x'wasslu biex jagħmel hekk qalli li l-Unjoni qed jaraha kulma tmur tinqata' mill- aspirazzjonijiet taċ-ċittadini komuni.", "U jien naħseb li dan huwa d- democratic deficit li qed jikber fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li qed ibiegħed tant nies li setgħu sa ftit ilu kienu favur il-kwestjoni ta' l-amalgament u s-sħubija fl-unjoni.", "U jien ngħid li din hija n-nassa li anke waqa' fiha l- Gvern Malti, li ntilef wara ħolma, inqata' mir-realta`, ġie jaqa' u jqum mill-ħteġijiet taċ-ċittadini komuni, poġġa fil-ġenb l-interess nazzjonali, warrab l-indipendenza ta' pajjiżna bl-iskuża ta' l-interdipendenza u ntrabat ma' sensila ta' bidliet li qajla nistgħu nifilħu meta l-piżijiet se jkunu ferm ikbar minn xi vantaġġi li nistgħu niksbu.", "It-triq li qed joffri l-Partit Laburista m'hijiex biss viżjoni għall- ġejjieni, m'hijiex xi ħaġa mnebbħa minn xi konsiderazzjonijiet ideoloġiċi, imma hija xi ħaġa mnebbħa mill-iktar ħaġa importanti fil-politika, is-sens komun.", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: Hear, hear)", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, jekk dan il-gvern qiegħed jiġri wara ħolma aħna kburin minn dan għaliex għandna viżjoni ċara, kif dejjem kellna fil-passat, ta' fejn pajjiżna rriduh imur.", "U din il-viżjoni m'hijiex xi ħolma fiergħa jew stramba, għax jekk hemm xi ħaġa stramba u unika hija proprju l-pożizzjoni tal-Partit Laburista.", "Il-ħolma li għandu dan il-partit fil-gvern la hi ħolma riċenti, la hija invenzjoni li titbiddel skond il-kap li jkollna u lanqas hija ħolma li qed noħolmuha aħna biss.", "Il-ħolma li għandu dan il-gvern hija ħolma li qed joħlomha kull pajjiż u kull poplu li jsejjaħ lilu nnifsu Ewropew, u jekk qed niżbaljaw allura qed niżbaljaw flimkien mal-pajjiżi kollha Ewropej applikanti, pajjiżi li huma ħafna akbar minna u popli li għaddew minn esperjenzi politiċi koroh, forsi kemm kemm aktar minn tagħna.", "Din l-aspirazzjoni li għandu l-gvern Nazzjonalista hija aspirazzjoni li l- popli kollha Ewropej jaqsmu magħna.", "Għall-kuntrarju l-Partit Laburista baqa' dejjem fil-pożizzjoni unika li jaspira dak li ħafna drabi ebda pajjiż ieħor ma qatt aspira fl-evoluzzjoni politika tiegħu.", "Niftakru kif meta kien hawn id-dinja kollha tiġġieled kontra l- kolonjaliżmu u meta l-kolonji kollha kienu għaddejjin minn fażi differenti tal-ġlieda għall-indipendenza, il-Partit Laburista minflok għall- indipendenza mar għall-integration.", "Meta mbagħad fil-perijodu tas- sebgħinijiet il-pajjiżi kollha bdew bil-mod il-mod ineħħu l-istrutturi ekonomiċi u l-protezzjoniżmu biex jipprovaw jintegraw iktar, kellna l- Partit Laburista li għażel il-mudell taċ-Ċina kontra dak Ewropew, mudell li seta' kien tajjeb ħafna għaċ-Ċina u għal dak ir-reġjun pero` żgur li kien anathema għall-mentalita` Maltija.", "Issa li l-Partit Nazzjonalista wassal lil pajjiżna fejn kellu jwasslu, proprju fit-triq għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, qed joħorġu bl-idea famuża ta' Svizzera fil-Mediterran.", "Naħseb li l-ħolm mhux fuq din in-naħa qiegħed!", "Din in-naħa hawn viżjoni, hawn ċarezza u hawn politika konsistenti li nafu fejn irridu nwasslu lil pajjiżna u għal dan li qegħdin niġġieldu.", "Per eżempju, jekk wieħed iħares lejn il-qasam li għalih jien responsabbli u jeżamina wkoll l-NPAA, jinduna li mhux biss m'hemmx xi adekwamenti partikolari li rridu nagħmlu, talli hemm biss opportunitajiet kbar li nistgħu nieħdu bi sħubija.", "Nibda bil- qasam tal-ġustizzja, Mr Speaker.", "Naħseb li din il-Kamra taf li l-istruttura u l-kunċetti ta' ġustizzja li jeżistu f'pajjiżna ġejjin mill-bażi Ewropea, mibnija fuq il-kunċetti tal- liġi Rumana, evoluti ħafna fuq il-liġi Napoljonika u minn esperjenzi kbar mil-liġijiet Taljani u liġijiet u strutturi amministrattivi Ingliżi.", "Jekk wieħed iħares lejn l-NPAA isib li fil-qasam tal-ġustizzja kulma qed jagħmel il-ministeru tiegħi prattikament biex niġu in line ma' l-acquis huwa li niffirmaw numru ta' konvenzjonijiet - ħafna drabi lanqas huma ta' l-Unjoni Ewropea imma tal-Council of Europe - bħall-mod kif nenforzaw sentenzi ta' qrati barranin, il-mod kif nieħdu x-xiehda meta niġu mitlubin mill-qrati barranin u ovvjament ir-reċiproċita` li toħroġ ma' pajjiżi oħra.", "Dan kollu qed isir u qed inkunu f'pożizzjoni li niffirmaw dawn it-trattati, ħafna drabi wara li nġibu hawnhekk il-leġiżlazzjoni neċessarja.", "Is-sena l-oħra ressaqna quddiem dan il-parlament ir-ratifika ta' żewġ konvenzjonijiet li kienu importanti ħafna, waħda fuq il-kustodja tat-tfal u l-oħra fuq l- enforzar reċiproku tal-maintenance u orders.", "Żgur li l-qasam tal-ġustizzja qed jibbenefika u se jibbenefika minn sħubija ma' l-Unjoni Ewropea għaliex ikollna aċċess għal numru ta' inizjattivi li llum aħna esklużi minnhom.", "Fil-qasam Ewropew inkunu nistgħu nkabbru b'mod qawwi ħafna l-istruttura amministrattiva u ta' statistika li teżisti fil-bażi tal-qrati tagħna.", "Għadna lura ħafna biex ikollna statistika aċċettabli fil-qasam tal-qrati tal-ġustizzja tagħna, aħseb u ara kemm qegħdin lura biex ikollna statistika li hija fformulata fuq bażi internazzjonali!", "Diġa` bdejna bil-kuntatti neċessarji, diġa` jeżistu fondi li nistgħu nitteppjaw, pero` ovvjament il-benefiċċju sħiħ li wieħed jista' jieħu minn din huwa meta aħna nkunu membri ta' l-Unjoni.", "Ċertament li se jkun hemm opportunitajiet kbar għall-professjonijiet li jaħdmu fil-qasam ġudizzjarju.", "Naħseb li lkoll nirrikonoxxu li l-avukati tagħna huma trained b'mod tajjeb ħafna - ħafna minnhom llum qegħdin jispeċjalizzaw barra minn Malta b'sagrifiċċju personali - u għall- ispeċjalizzazzjoni u l-esperjenza li qed jieħdu hija ħasra li ma jistgħux jaħdmu barra minn Malta, ħaġa li tkun possibbli meta nsiru membri ta' l- Unjoni u ħaġa li fl-opinjoni tiegħi hija importanti ħafna jekk l-avukatura Maltija tkun trid tipproġetta ruħha aktar fil-futur.", "Filwaqt li għad hawn spazju għal numru ta' avukati ġodda, ma naħsibx li dan il-pajjiż jista' jibqa' jipproduċi 60 jew 80 avukat kull sena kif qed nagħmlu llum u nippretendu li kulħadd se jaħdem fil-qasam tal-ġustizzja hawn Malta.", "Ngħaddi issa għall-pożizzjoni tal-gvern fir-rigward tal-kunsilli lokali tagħna.", "Hawnhekk ukoll pajjiżna ilu in line mar-rekwiżiti li jeżistu fuq il-bażi ta' l-Unjoni, fejn prattikament l-uniku rekwiżit li għandna hemmhekk huwa li jkun hemm ir-reciprocal voting rights għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Qed ngħid li diġa` qegħdin hemmhekk għaliex bil-liġi preżenti, bi qbil bejn iż-żewġ partijiet tal-Kamra, fl-1993 approvajna reciprocal voting rights fil-każ ta' dawk il-pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jirrikonoxxu d-dritt tal-Maltin residenti hemmhekk li jivvotaw.", "U fil-fatt mill-1993 ċittadini Ingliżi li huma residenti Malta diġa` bdew jivvutaw fl- elezzjonijiet tal-kunsilli tagħna.", "Anke llum li m'aħniex membri ta' l- Unjoni Ewropea, jekk pajjiż ieħor, hu x'inhu, kemm jekk hu fl-Unjoni u anke jekk m'huwiex, jagħti dan id-dritt ta' vot lil ċittadini Maltin residenti hemmhekk, aħna bil-liġijiet li għandna nagħtu l-istess drittijiet ta' vot liċ-ċittadini tiegħu.", "Żgur li l-gvern lokali huwa qasam kbir fejn il-kunsilli lokali tagħna bħala membri ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jisfruttaw.", "Diġa` qegħdin in parti jisfruttawh bil-kuntatti li jagħmlu, ħafna drabi b'ġemellaġġ ma' pajjiżi oħra ta' l-Unjoni, pero` ċertament se jkollhom aċċess ħafna akbar anke għall-fondi meta aħna nsiru membri ta' l-Unjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi l- kunsilli lokali jridu jibdew jistħarrġu minn issa kif iridu jkabbru dawn il- kuntatti u jitteppjaw dawn ir-riżorsi għaliex huma riżorsi li jridu jitħaddmu mill-kunsilli direttament mingħajr l-intervent tal-gvern ċentrali, għaliex il-prinċipju tas-sussidjarjeta` li tant jingħata importanza mill-Unjoni jrid jibqa' jitħaddem direttament mill-gvernijiet lokali tal-pajjiżi differenti u mhux tramite l-gvern.", "Xtaqt ukoll, Mr Speaker, fil-ftit ħin li baqagħli nagħmel aċċenn għal aspett ieħor li jidhirli li huwa importanti ħafna.", "Dan huwa l-aspett ta' l- e-government, il-kunċett li fid-dinja mhux biss qed jiżdied l-e-commerce imma li anke bis-saħħa tal-politika ta' ħafna gvernijiet, inkluż il- gvernijiet ta' l-Unjoni, is-servizzi jibdew jingħataw elettronikament.", "Dawn is-servizzi jridu jingħataw b'mod li jassigura li ma jkun hemm l- esklużjoni ta' ħadd - jiġifieri l-mod kif twassal dak is-servizz jiżgura li ma taqtax barra la lil min minħabba xi diżabilita` fiżika ma jkunx jista' juża computer u lanqas lil min ma jafx juża' computer - għax nagħmlu x'nagħmlu, kemm fuq livell edukattiv, kif ukoll fuq livell ieħor, ċertament se jibqa' nies li mhux se jużaw computers.", "U allura meta ngħidu li rridu nagħtu s-servizzi tramite e-government, qed ngħidu li trid taħseb f'metodi ta' delivery li jvarjawlek ħafna u jmorru milli tagħti servizz permezz ta' mobile għal li tagħti servizz fejn tuża l-e-government permezz ta' call centres.", "Jiena nieħu gost li llum il-kabinett iddiskuta l-viżjoni u l- istrateġija tal-gvern fuq l-e-government u minn hawn u ftit ġimgħat oħra għandha toħroġ white paper biex nuru biċ-ċar fejn hi d-direzzjoni tagħna.", "Nieħu gost ukoll li l-ġimgħa li għaddiet ippubblikajna żewġ liġijiet li huma fundamentali f'dan il-qasam, cioe' l-liġi dwar l-e-commerce biex inpoġġu fuq bażi legali t-transazzjonijiet kollha li jistgħu jsiru taħt il- kappa ta' l-e-commerce, u liġi oħra li għandha x'taqsam prinċipalment ma' data protection, li anke temenda l-Kodiċi Kriminali biex tagħmel reat kriminali numru ta' azzjonijiet li jista' jkun hemm konnessi ma' dawn is- sistemi.", "Dawn l-inizjattivi li qed jieħu l-gvern juru l-impenn li għandna biex nimxu 'l quddiem, impenn li jien konfortat li huwa rifless f'dak li qed jiġri madwarna fid-dinja.", "Hawnhekk ma naħsibx li għandna niefqu biss u nikkonsidraw x'qed jiġri fl-Unjoni, pero` jien ċert li dak li qed iseħħ fl- Unjoni huwa fl-istess fażi ta' żvilupp li qed isir f'pajjiżna u aħna għandna x'nitgħallmu ħafna kemm mill-esperjenzi diretti li għaddejjin minnhom dawn il-pajjiżi, kif ukoll irridu nkunu kapaċi biex nitteppjaw kemm taħt il-frameworks li hemm speċifiċi għal dawn is-sistemi, kif ukoll taħt frameworks oħra li jeżistu ta' koperazzjoni xjentifika biex pajjiżna jkun kapaċi mhux biss jitgħallem mill-esperjenzi ta' pajjiżi oħra, imma jkun kapaċi wkoll jikkollabora fl-iżvilupp ta' dawn is-sistemi.", "Jien m'għandix dubju li pajjiżna ma jistax jikkonsidra l-iżvilupp tiegħu mingħajr ma jikkonsidra kif se jidħol b'mod qawwi, serju u konsistenti fil- qasam kollu ta' dak li għandu x'jaqsam ma' l-e-commerce u l-e-government.", "L-iżvilupp tas-sistemi moderni ma jistgħux isiru ħlief permezz tat- teknoloġija ta' l-informatika.", "L-Unjoni Ewropea toffri opportunitajiet kbar, għalkemm mhux uniċi, fejn pajjiżi żgħar bħal tagħna li ħafna drabi waħedhom ma jkunux jistgħu jagħmlu l-iżvilupp neċessarju - żvilupp mhux biss finanzarju imma anke ta' riċerka u ideat - jingħataw l-opportunita` biex jagħmlu dan ma' ħaddieħor.", "Diġa` jeżistu opportunitajiet bħal dawn - jiġifieri dan mhux se jkun xi qasam fejn f'daqqa waħda se nagħmlu xi tibdil radikali - pero` r-realta` hi li llum ninsabu esklużi minn ħafna inizjattivi li qegħdin isiru għaliex m'aħniex membri ta' l-unjoni.", "Jiena ċert mill-kapaċita` li għandu u li dejjem wera dan il-poplu biex jadatta ruħu għal żviluppi li qegħdin isiru, li jilqa' l-isfidi u jbiddel il-mod kif ikun qed jaħdem, u jgħaddi minn esperjenza għal oħra u li jaħdem ma' nies barranin.", "Aħna poplu li għal tul l-istorja tagħna konna kostretti li nikkonsidraw u nadegwaw fil-kultura tagħna użanzi, kliem u metodi ta' ħidma tal-barranin, u wrejna li minkejja dan it-tibdil kollu li ġie fis- snin kollha fuq pajjiżna, bqajna Maltin, bqajna kburin li aħna Maltin, bqajna nitkellmu bil-Malti, addattajna ħafna minn dak li ġie fuqna għall- iskopijiet tagħna - ħafna drabi għat-tajjeb, kultant ħadna l-ħażin ukoll - u dejjem konna kapaċi li l-ġid f'pajjiżna nkomplu nkabbruh.", "Dan huwa poplu ħawtiel u ma jibżax mill-isfidi u jiena ċert li l-isfida li għandna quddiemna ta' l-Unjoni Ewropea, tbeżża' kemm tbeżża' lin-naħa l-oħra, dan il-poplu kapaċi jaraha, jidħol għaliha u jirbaħha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, hemm qawl Ingliż li jgħid li jekk għandek ħolma ma taffordjax li torqod biex twettaqha!", "Jekk il-Partit Nazzjonalista jsejjaħ it-triq tiegħu biex idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea bħala ħolma sabiħa, allura wieħed jista' jgħid liberament li l- gvern Nazzjonalist għamel snin twal rieqed għaliex ilu għaxar snin li applika u għal ħafna snin m'għamel xejn bis-serjeta` biex jipprepara lil Malta għal sħubija fl-Unjoni, anzi qagħad jittraffika u jitma illużjonijiet lill-Maltin dwar x'inhi l-Unjoni.", "Sur President, aktar milli ġiet meqjusa bħala sfida ekonomika, sfida soċjali u sfida politika kbira, l-Unjoni Ewropea ġiet impenġija bħala xi statwa li tagħmel il-mirakli, li kemm immissu magħha - min jaf kemm-il darba smajna li jiġu Lm100 miljun u bihom nirranġaw kollox, nagħmlu t-toroq kollha ta' Malta u Għawdex, nissussidjaw it-tarzna għal dejjem ta' dejjem - u l-kumpanniji ż-żgħar u l-bdiewa jibdew jesportaw lejn l-Ewropa u l- problemi jitfejqu mirakolożament.", "Pero` aħna nafu li r-realta` hija differenti minn hekk u l-agħar ħaġa li tista' tagħmel lill-pajjiż u lill- poplu hi li titimgħu illużjonijiet li għal ħafna żmien il-kultura politika ta' pajjiżna kienet titma' - għax jew tieħu ħsiebek l-Ordni tal-Kavallieri, jew tieħu ħsiebek ir-Reġina, jew jieħu ħsiebek Ghaddafi, jew tieħu ħsiebna l-Italja u issa se tieħu ħsibna l-Unjoni Ewropea! - u l-agħar vizzju fil- kultura politika tagħna hu li dejjem tmajna dawn l-illużjonijiet lill-poplu tagħna minflok imbottajnieh biex jaċċetta u jibda jħares lejn l-isfidi l- kbar, li l-bqija tad-dinja m'hiex qiegħda hemm biex titmagħna jew biex tagħtina l-flus, u li rridu nkunu aħna bil-ħila tagħna biex ngħixu u naħdmu.", "Jekk pajjiżna għandu l-għażla li jidħol jew ma jidħolx fl-Unjoni Ewropea, m'għandux l-għażla jekk jidħolx fis-seklu 21.", "U biex jidħol fis-seklu 21 mhux sempliċement jagħmel ftit festi tal-millennju iżda jrid jipprepara lilu nnifsu f'kull qasam bis-serjeta` biex inkunu nistgħu ngħixu u naħdmu.", "Għadna kemm smajna lill-Ministru Austin Gatt jeżalta u jiċċelebra l-e- commerce, l-e-government u affarijiet oħra bħal dawn.", "Jien ngħid li jekk hemm qasam li l-gvern Nazzjonalista qed jitfa' lura bis-serjeta' u bil- provi huwa l-proprju l-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika.", "Meta ftit ilu ltaqgħu l-mexxejja ta' l-Unjoni Ewropea fil-Portugal, ma tkellmux dwar kif f'pajjiżhom se jdaħħlu l-istudji Ewropej fl-iskejjel sekondarji kif għamel dan il-gvern.", "L-unika inizzjattiva ġdida li ttieħdet fl- iskejjel sekondarji din is-sena kienet li l-istudenti tagħna, minbarra li diġa` nġennuhom b'ħafna suġġetti differenti - l-istudenti sekondarji tagħna huma fost l-aktar fid-dinja li għandhom suġġetti - se nkomplu nġennuhom billi daħħalnilhom bħala għażla l-istudji Ewropej.", "Kif kont qed ngħid, meta ftit ilu ltaqgħu il-mexxejja ta' l-Unjoni fil- Portugal u ddiskutew kif se jħejju għall-futur ma qalux li se jagħmlu dan billi jdaħħlu l-istudji Ewropej fl-iskejjel tagħhom, iżda billi jsaħħu l- istudji tat-teknoloġija ta' l-informatika fl-iskejjel għaliex f'dan il- qasam l-Ewropa qiegħda lura meta mqabbla mal-Ġappun, ma' Singapore u ma' l- Istati Uniti.", "Il-gvern tagħna, minflok jara kif se jsaħħaħ l-edukazzjoni tat-teknoloġija ta' l-informatika, qed jitfagħha lura u minflok daħħal l- istudji tal-computer għall-istudenti sekondarji - kif wiegħed li se jagħmel - din is-sena qed idaħħlilhom l-istudji Ewropej, liema studju lanqas jeżisti bħala suġġett separat fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea nnifisha imma jeżisti, kif fil-fehma tiegħi għandu jeżisti, bħala suġġett li għandu x'jaqsam ma' l-istorja, mal-ġografija, ma' l-istudji soċjali u ma' oħrajn.", "Il-Gvern Nazzjonalista lest li jkun fundimentalista fuq is-suġġett ta' l- Unjoni Ewropea u qisu qiegħed jagħmel it-teoloġija minflok jagħmel il- politika u jmexxi linja ekonomika!", "Pajjiżna għandu mill-inqas żewġ għażliet quddiemu, waħda minnhom hija t- triq ta' l-Unjoni Ewropea fejn bilfors ikollna nadottaw u noqogħdu għar- regolamenti u l-liġijiet tagħhom.", "Waħda mill-illużjonijiet li l-Partit Nazzjonalista kien jitma' lill-Maltin u l-Għawdxin kienet li fin-negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni se jkollha tadatta u tinbidel hi għall-bżonnijiet ta' Malta.", "Qisna se mmorru f'xi bazaar Għarbi u nibdew nipprovaw nirranġaw b'tegħmiża minn hawn u b'ċaqliqa minn hemm!", "Jien stess smajt b'widnejja personalita` prominenti min-naħa l-oħra tgħid li mhux l- acquis communautaire biss hemm imma hemm anke l-acquis Malte u meta jiltaqgħu in-negozjaturi Maltin ma' l-Ewropej mhux biss jiddiskutu l-acquis communautaire imma jiddiskutu wkoll l-acquis Malte.", "U meta kont qed niddiskuti dan ma' diplomatiċi ta' l-Unjoni tgħidx kemm tbissmu, għaliex m'hemmx dubju li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tfisser biss li hemm żarbun wieħed li jrid jilbsu kulħadd, kemm il-poplu ta' 80 miljun ruħ tal- Ġermanja kif ukoll il-poplu Malti ta' terz ta' miljun ruħ.", "U dik hija waħda mill-affarijiet li tagħmel ħsara lil pajjiżna, il-politika ta' one size fits all, li r-regolamenti huma kollha l-istess għal kulħadd hu x'inhu d-daqs tal-pajjiż u huma x'inhuma t-tradizzjonijiet u l-pożizzjoni tal- pajjiż.", "Triq oħra li teżisti għal pajjiżna hija dik li jkollna l-aħjar relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u mal-bqija tad-dinja, liema relazzjonijiet infassluhom aħna skond il-bżonnijiet u r-realtajiet tagħna u mhux skond ir-regolamenti u l-liġijiet li saru mingħajr ma biss ħadna sehem fihom.", "Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jgħid li daru hija l-Ewropa, aħna ngħidu li darna hija Malta u rridu nibnu r-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea u ma' pajjiżi oħra tad-dinja.", "Pajjiżna għandu ħafna x'jitgħallem minn pajjiżi oħra bħal Singapore li minflok ġera wara l-illużjoni li s- salvazzjoni u l-iżvilupp tiegħu jiddependu minn li jsir biċċa minn pajjiż ieħor - kien hemm żmien fl-aħħar tas-snin '50 fejn anke f'Singapore kien joħolmu li biex jiżviluppaw u jimxu 'l quddiem għandhom jingħaqdu mal- Malasja, illużjoni li ma tantx damet għaliex sabu li fil-fatt marru lura - kompla jiżviluppa lilu nnifsu u bena fuq is-saħħa tiegħu u ffoka fuq li jimxi 'l quddiem.", "U f'pajjiżna hekk irridu nagħmlu.", "Irridu naraw x'inhuma l-aħjar opportunitajiet għalina u niżviluppawhom b'fiduċja fina nfusna minflok ma nimxu b'sens ta' inferjorita` ta' dawk li jgħidu li jaqblilna nidħlu fl-Unjoni Ewropea għaliex aħna poplu mhux serju, indixxiplinat u li waħedna m'aħniex kapaċi niċċivilizzaw irwieħna imma jrid ikun hawn xi ħadd iżommilna idejna u jġegħelna nimxu skond ir-regoli ta' pajjiżi aktar avvanzati minna.", "Anke din hija illużjoni għaliex jekk wieħed iżur pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea, ngħidu aħna bħall-Greċja, se jsib affarijiet li żgur ma jimxux skond xi realta` superjuri - biżżejjed wieħed isegwi ż-żewġ traġedji li kellna dan l-aħħar abbord żewġ vapuri tal-linja nazzjonali Griega, fejn spiċċaw mietu madwar 70 ruħ - u l-Griegi issa qed jgħidu li jridu jibdew jadottaw ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mela l-Greċja li ilha dawn is- snin kollha membru ta' l-Unjoni Ewropea, issa qed jgħidu li se jadottaw ir- regoli ta' l-Unjoni Ewropea!", "Qed ngħid dan biex ma jkollniex l-illużjoni li pajjiż se jbiddel id-drawwiet ħżiena tiegħu u jibda jħares il-liġijiet u r-regolamenti sempliċement għaliex se jidħol fl-Unjoni.", "Dik titlob bidla kulturali u soċjali kbira fil-mentalita` u fl-imġiba tan-nies tal-pajjiż u mhux li sempliċement tidħol f'xi għaqda jew oħra.", "U dawk il-bidliet li hemm bżonn nagħmlu biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem u jiżviluppa rridu nagħmluhom għaliex għandna bżonn nagħmluhom u għax irridu nimxu 'l quddiem.", "Waħda mill-affarijiet li f'dan il-pjan nazzjonali għall-adozzjoni tar- regoli u l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea ma tissemmiex hi x'se tkun il- pożizzjoni tal-gvern Nazzjonalista dwar l-ilsna uffiċjali.", "Se jinsisti li l-Malti jkun wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea?", "X'jiġri jekk l-oħrajn ma jaċċettawx dan?", "Jiena naħseb li jekk il-gvern jemmen fid- dinjita` nazzjonali ta' pajjiżu għandu jinsisti li l-Malti għandu jkun wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Unjoni u jekk il-pajjiżi l-oħra mhux lesti li jaċċettaw dan, m'għandux isegwi t-triq tiegħu li jidħol fl-Unjoni.", "Diġa` għedt li minflok ma dan il-gvern qiegħed jikkonċentra fuq li jara kif itejjeb is-sistema edukattiva tagħna - għaliex irridu nippreparaw lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna biex inkunu nistgħu tassew ngħixu u naħdmu fis-seklu 21 - li titlob li kull pajjiż jinfetaħ lejn il-bqija tad-dinja u li jrid ikollu n-nies tiegħu mħarrġa bi kwalita` mill-aħjar għaliex ikun qiegħed jikkompeti l-ħin kollu ma' pajjiżi oħra, dan il-gvern qiegħed jitfa' lura l- edukazzjoni.", "F'pajjiżna għandna bżonn kbir li nagħtu ħarsa sewwa lejn dak li qed jiġri fis-sistema edukattiva tagħna għaliex b'dak li qed jiġri żgur li pajjiżna mhux biss mhux se jkun jista' jidħol fl-Unjoni Ewropea, iżda għandu wkoll il-futur tiegħu mhedded għat-tip ta' teknoloġija li hemm bżonn illum u għada biex pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Ħalli nagħti ftit figuri.", "F'Ġunju ta' din is-sena spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom 5,620 adoloxxent ta' 16-il sena u minn dawn ġabu ċertifikat fl-istudju tal- computer 415 biss.", "Dan ifisser li 93% ta' l-istudenti sekondarji tagħna ħarġu mingħajr ċertifikat fl-istudji tal-computer.", "Is-suġġetti l-oħra wkoll għandhom għaliex jinkwetawna għax 65% telqu mingħajr ma ġabu ċertifikat li għaddew fil-lingwa Ingliża - u filwaqt li jien tkellimt dwar l-importanza ta' l-ilsien Malti biex inkunu nafu min aħna, ngħid ukoll li biex nikkomunikaw mal-bqija tad-dinja għandna bżonn li nħaddmu tajjeb l-Ingliż - u 62% ħarġu mingħajr m'għaddew mill-eżami tal-matematika u tal-fiżika.", "Dawn il-figuri għandhom għaliex jinkwetawna ħafna għaliex ma jistax ikun li pajjiżna jimxi 'l quddiem, tkun xi tkun it-triq li jagħżel, jekk jibqgħu joħorġu dawn it-tip ta' żgħażagħ mill-iskejjel tagħna.", "Jekk wieħed janalizza l-figuri tal-qgħad isib li tliet kwarti ta' dawk li għandhom taħt it-30 sena u m'humiex jaħdmu huma fil-fatt unemployable għaliex m'għandhom l-ebda kwalifika akkademika u l-ebda sengħa li biha jistgħu jaħdmu.", "Din hija ħaġa serja ħafna u għandha ġġegħelna nħarsu bis-serjeta` lejn is- sistema edukattiva tagħna.", "Mr Speaker, din is-sena suppost li kellu jidħol l-istudju tal-computer fl- iskejjel sekondarji, pero` l-gvern ma żammx kelmtu dwar dan u ma daħħlux.", "Din is-sena wkoll suppost li fil-ħames klassi tal-primarja daħal il- computer biex ikompli l-programm li kien mibdi mill-gvern Nazzjonalista nnifsu u tkompla minn gvern Laburista, pero` hawnhekk ukoll il-gvern ma żammx kelmtu għaliex mhux biss il-computers ma waslux talli għadha lanqas twaħħlet is-sistema ta' l-elettriku li biha l-computers jistgħu jaħdmu.", "Għaddew sentejn minn meta tela' gvern Nazzjonalista u s-sistema ta' l- internet għadha ma daħlitx fl-iskejjel.", "Għalfejn dan id-diskors kollu fuq e- commerce u e-government u fuq kemm hu importanti li niżviluppaw dawn l- affarijiet biex nilħqu ma' l-iżvilupp li qed isir mal-bqija tal-dinja meta mbagħad qed nitfgħu lura qasam daqshekk importanti?", "Suppost li din is-sena kellu jiftaħ ukoll - dan anke nsibuh fil-pjan nazzjonali ta' l-adozzjoni ta' l-acquis - il-kulleġġ teknoloġiku ta' l-arti applikata, xjenza u teknoloġija.", "Wasal Ottubru u dan il-kulleġġ għadu ma fetaħx.", "Forsi jiftaħ fi Frar b'istitut wieħed ta' l-informatika, pero` jien ngħid li qegħdin tard biex tiftaħ kulleġġ fi Frar għaliex biex tiftaħ kulleġġ trid tfassal is-sillabi, trid tirrekluta n-nies u trid tara kif se tfassal il-ħajja ta' dan il-kulleġġ, affarijiet li kollha għadna lura fihom.", "Diġa` għedt li ma jistax ikun li naħsbu li nistgħu nimxu 'l quddiem jekk il-gvern jibqa' jitfa' lura l-qasam ta' l-edukazzjoni teknoloġika.", "Għad hemm ħafna bidliet li jridu jsiru fis-sistema sekondarja imma mhux bil-mod li għamel il-gvern fejn qabad u għalaq l-iskejjel tas-snajja' bla ma biddel is-sillabi u l-metodi tat-tagħlim u l-programmi ta' studju li hemm għaliex b'hekk aktar se jżid il-problemi.", "F'pajjiżna għad għandna problemi ta' illitteriżmu li jibdew mill-primarja u l-gvern mhux qed jieħu azzjoni bis- serjeta` biex isolvi l-problema ta' l-illitteriżmu.", "Kif jista' jkun li jkollna n-nies tagħna kkwalifikati jekk se nibqgħu bil-problemi li għandna ta' l-illitteriżmu?", "Irridu naraw ukoll kif se nsaħħu l-iskejjel sekondarji għaliex ma jistax ikun li jibqa' jkollna tant eluf u eluf ta' adoloxxenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mingħajr il-kwalifiki meħtieġa, kemm fl-oqsma vokazzjonali kif ukoll fl-oqsma akkademiċi.", "Għandna bżonn ta' opportunitajiet ġodda fis-sistema edukattiva tagħna għal dawk l- istudenti ta' 16-il sena li jispiċċaw l-istudji tagħhom mingħajr kwalifiki u mingħajr snajja'.", "U f'dan għandna x'nitgħallmu anke minn pajjiżi ta' l- Unjoni Ewropea stess, bħad-Danimarka, u minn pajjiżi bħall-Iżrael u l- Istati Uniti li joħolqu opportunitajiet li jissejħu skejjel tat-tieni ċans għal dawk li jkunu tilfu l-ewwel ċans tagħhom ta' l-edukazzjoni formali mill-eta` ta' bejn 3 u 16-il sena.", "Għal dawk it-tip ta' studenti l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ biex isiru proġetti - aħna naqblu li jsiru proġetti bħal dawn - biex jingħata t-tieni ċans lil dawk l-adoloxxenti li jkunu fallew fl- ewwel tentattiv tagħhom.", "Hemm bżonn ukoll ta' aktar opportunitajiet edukattivi fl-eta` ta' bejn is- 26 u t-18-il sena jekk irridu nħarrġu liż-żgħażagħ tagħna biex jiffaċċjaw l- isfidi l-kbar ta' dan is-seklu.", "F'pajjiżna niftaħru - u nagħmlu sewwa - li issa m'għadx baqa' limitu ta' kemm jidħlu żgħażagħ biex jistudjaw fl- universita` ħlief f'kors wieħed, dak tad-dentistrija.", "Pero` dak li ġie solvut fis-settur terzjarju għadu ma ġiex solvut fis-settur post-sekondarju u ninsabu f'sitwazzjoni fejn għandna żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena li jixtiequ jkomplu jistudjaw iżda li m'għandniex post għalihom.", "Għad għandna numerus clausus f'għadd ta' istituzzjonijiet edukattivi li jikkejterjaw għall-eta` ta' bejn is-16 u t-18.", "Per eżempju, min irid ikompli fil-qasam turistiku u f'oqsma oħra post-sekondarji jsib il-bibien magħluqin, u għalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li mhux biss niftħu dan il-kulleġġ imma anke niftħu opportunitajiet oħra għal żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18-il sena.", "Dan il-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis isemmi t-twaqqif tal- kunsill għal kwalifiki vokazzjonali nazzjonali li mingħajru l-kulleġġ ma jirnexxix u nibqgħu ma jkollniex mod kif inkejlu l-progress ta' dawk li jaqbdu r-rotta vokazzjonali minflok dik akkademika.", "Imma meta se jitwaqqaf dan il-kunsill u x'tip ta' kwalifiki vokazzjonali nazzjonali se jitfasslu?", "X'rabta se jkollhom mas-Sec u mal-Matsec?", "X'rabta se jkollhom mas-City and Guilds u ma' eżamijiet oħra eżistenti?", "Għalhekk huwa importanti li fit- tfassil li qed nagħmlu ta' dawn l-affarijiet nagħtu kas ħafna r-realta` Maltija u nqisu li niftħu opportunitajiet tassew għaż-żgħażagħ tagħna.", "Nieħdu gost li f'dan il-pjan jissemmew l-isforzi li qed isiru biex iż- żgħażagħ tagħna, kemm fil-qasam vokazzjonali kif ukoll fil-qasam akkademiku, ikollhom ċans li jieħdu sehem fi programmi edukattivi ta' l- Unjoni Ewropea.", "Aħna naqblu li ż-żgħażagħ tagħna jieħdu sehem fi programmi bħal Leonardo u Socrates, pero` tajjeb li hawnhekk ukoll nuru liż-żgħażagħ ir-realta`tas- sitwazzjoni, ferm differenti mill-illużjonijiet li kienu jingħataw qabel, fejn kien jingħad lilhom li kien se jkun hemm eluf li se jkunu jistgħu jistudjaw barra fl-istituzzjonijiet Ewropej.", "Issa ż-żgħażagħ bdew iġarrbu r- realta` u qed jibdew jindunaw li għal kull tlieta li japplikaw, se jkun hemm wieħed biss li jintbagħat għal xi xhur fuq studju f'xi universita` Ewropea.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li se jkunu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li se jkollhom joħorġu aktar minn Lm2.5 miljun biex dawn il-programmi jkunu miftuħin għaż-żgħażagħ tagħna u mhux kif kienet qed tingħata l-impressjoni li dawn il-flus se jinżlu mis-sema blue ta' Brussels.", "Importanti li ngħidu dan biex ma jkunx hemm aktar illużjonijiet bħal dawk li kienu jingħataw li l-Unjoni Ewropea hija xi karus kbir jew xi kaxxa tal-logħob li nitfgħu sold fiha u jiġu l-miljuni.", "Oqsma oħra li jissemmew f'dan il-pjan nazzjonali għall-adozzajoni ta' l- acquis jittrattaw fost oħrajn il-wirt storiku.", "F'dan il-qasam ukoll hemm proġetti li qed jaqgħu lura, bħal per eżempju r-riabilitazzjoni tat-tempji ta' Ħal Tarxien u postijiet oħra.", "Hawnhekk ukoll tingħata l-impressjoni li biżżejjed nagħfsu xi buttuna mirakuluża u tiġi l-Unjoni Ewropea biex issolvilna l-problemi, meta fil-fatt il-proġetti u l-isforzi rridu nagħmluhom aħna.", "L-istess fil-qasam tal-libreriji u l-arkivji nazzjonali.", "Bil-kliem malajr tgħid li f'dan il-qasam m'hemmx problemi - il-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l-acquis hekk jgħid - imma fil-fatt issib li hemm problemi serji kemm fil-librerija nazzjonali tagħna kif ukoll fl- arkivji nazzjonali.", "Hemm ħafna u ħafna xi jsir għaliex għandna konfużjoni sħiħa u dan ukoll m'huwiex se jiġi solvut billi sempliċiment ngħidu li m'hemmx problema għaliex qegħdin in line mar-regolamenti u mal-liġijiet ta' l-Unjoni.", "Il-mod li miexi bih il-gvern li minflok jikkonċentra fuq ir- realta` lokali u fuq il-problemi li għandna, sempliċement jagħmel checklist ta' fejn aħna in line mar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea u fejn m'aħniex, qed ittellef lilu stess il-focus li suppost għandu biex dan il- pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Dan il-pajjiż, aktar milli jaħli l-enerġija tiegħu biex sempliċement jagħmel din iċ-checklist ta' fejn miexi u fejn mhux miexi ma' l-acquis u xi jrid ibiddel biex ikun jista' jimxi ma' dan l-acquis, għandu bżonn idur dawra sew miegħu nniffsu f'kull qasam, jara x'inhuma l-problemi li hawn, jara x'inhu l-potenzjal, jara fejn sejrin tajjeb u fejn sejrin ħażin u jadotta strateġija u linja ta' żvilupp u bidliet skond ir-realta` tagħna mingħajr ma din bl-ebda mod ma tkun tfisser li aħna nistgħu ninqatgħu mill- bqija tad-dinja.", "Malta qatt ma għexet maqtugħa mill-bqija tad-dinja, aħseb u ara llum.", "Imma kemm f'dak li nagħmlu aħna għal pajjiżna kif ukoll f'dak li nagħmlu mal-bqija tad-dinja, importanti li nibnu fuq ir- realta`tagħna, ma jkollniex sens ta' inferjorita` u jkollna l-kapaċita` li naħsbu b'moħħna u naraw b'għajnejna u li dak li nkunu qed nadottaw u nfasslu f'kull qasam ikun mibni fuq il-bżonnijiet, it-tamiet u r- realtaijiet ta' pajjiżna u mhux sempliċement li nidħlu fi gwarniċ iddettat minn nies li jibnu r-realta` tagħhom skond il-bżonijiet tagħhom, speċjalment meta nafu b'liema stmerrija, anke pajjiżi fl-Unjoni Ewropea stess iħarsu lejn il-pajjiżi ż-żgħar.", "Għadu kemm kellna l-esperjenza tad-Daniżi fejn għaliex bl-aktar mod demokratiku għażlu li ma jadottawx il-munita tal-euro bħala l-munita tagħhom, kien hemm mexxeja Ewropej li qalu li ma jimpurtax għaliex wara kollox id-Danimarka huwa pajjiż żgħir, biċċa żgħira biss mill-Unjoni, li ftit li xejn taffetwa r-realta` Ewropea.", "Jekk jittrattaw b'dan il-mod lil dawk il-pajjiżi li għandhom popolazzjoni ta' aktar minn ħames miljun ruħ, ara kif jittrattaw pajjiżi li għandhom popolazzjoni ta' ftit aktar minn terz ta' miljun ruħ!", "Il-futur ta' pajjiżna jinsab filli aħna stess nibnu u nfasslu r- relazzjonijiet tagħna mal-bqija tad-dinja skond il-bżonnijiet tagħna, u mhux inħallu lill-oħrajn jiddettawlna, għaliex inkella kulma nkunu qed nagħmlu huwa biss li mmorru lura għal meta konna kolonja, din id-darba imma nkunu mqarstin f'karta tal-fidda li nsejħula sovranita` maqsuma ma' oħrajn.", "Sakemm ma nkunux qed nieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin aħna, inkunu qed nitfgħu lil pajjiżna lura.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Deguara.", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Sur President, naħseb li kulmin ra d-dokument voluminuż tal-pjan nazzjonali għall-adozzjoni ta' l- acquis forsi baqa' skantat kif dan il-ministeru li huwa ta' tant importanza kemm għall-klijenti tiegħu kif ukoll għall-gvernijiet, m'għandux kapitlu ddedikat speċifikament għalih.", "Meta wieħed jaqra l-NPAA jinduna li għalkemm m'hemmx kapitlu għal dan il-ministeru, dan mhuwiex għaliex mhux importanti għaliex jekk inħarsu lejn is-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi madwarna u anke tad-dinja kollha nsibu li l-aħjar sistemi u l-aktar li jagħtu riżultati huma dawk tal-pajjiżi Ewropej.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika tal-health gains li saru tul l- aħħar żmenijiet jinduna li dawn saru proprjament minn dawk il-pajjiżi li hija l-mira tagħna li nissieħbu magħhom.", "Għalkemm il-ministeru tas-saħħa m'għandux kapitlu għalih huwa ministeru li l-iscreening process għen biex ikun jista' jagħti input qawwi fil-ħidma ta' ministeri oħrajn u serva wkoll sabiex jixpruna b'kollaborazzjoni ma' ministeri oħrajn biex l-ewwelnett nifhmu aħjar lil xulxin u nirrealizzaw li jekk verament irridu nimxu fil- qasam tas-saħħa hemm bżonn ta' input mhux biss mill-ministeru tas-saħħa imma anke minn ministeri oħrajn.", "Naħseb li wieħed jirrealizza li f'dan il- qasam il-ministeru tas-saħħa kellu rwol ta' amalgamazzjoni ma' ħafna mill- bidliet li wieħed hemm bżonn jagħmel.", "Kien ukoll eżerċizzju fejn naħseb li għall-ewwel darba bis-serjeta` u b'impenn li ma kellniex qabel kellna diskussjonijiet mal-unions u ma' dawk il-korpi li għandhom x'jaqsmu biex inwasslu servizz tas-saħħa adegwat.", "Fil-fatt il-ministeru tas-saħħa huwa involut taħt erba' kapitli, l-ewwel kapitlu li huwa l-moviment ħieles tal-goods fejn ovvjament nidħlu fl-ambitu li għandu x'jaqsam ma' l-ikel u l-mediċini; it-tieni kapitlu jittratta l- free movement of persons, u hawnhekk ovvjament wieħed irid iħares lejn kif se jolqtu lill-professjonisti tagħna, jiġiferi lit-tobba, lin-nurses, lill- paramediċi, lill-farmaċisti; involuti wkoll taħt kapitlu 13 li jitkellem dwar employment and social affairs.", "Ovvjament jien m'iniex se niddedika ħin fuq dan l-input tad-dipartiment għaliex huwa minimu u għaliex se jkun hemm il-ministri involuti li se jkunu jistgħu jagħtu input, pero` naħseb li huwa xieraq li meta wieħed jitkellem fuq kapitlu 13 jirrealizza li l-għan huwa li namalgamaw sistema li tiggarantixxi trattament lill-Maltin meta jkunu f'pajjiżi barranin kif ukoll lill-barranin meta jkunu f'pajjiżna.", "U l- applikazzjoni tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Ewropa m'għandu x'jaqsam xejn mar-rimarka li għamel l-Onor.", "Parnis filgħodu, fejn staqsa x'se jiġri mill-karta r-roża, mill-kartuna s-safra u mill-entitlement tal- mediċini.", "Lill-Onor.", "Parnis ngħidlu li l-Ewropa ma tidħolx f'dawn l- affarijiet u tħalli lil kull pajjiż jagħżel l-aħjar triq għalih.", "L-aħħar kapitlu li aħna nvoluti fih huwa kapitlu 22, li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u hawnhekk ukoll naħseb li għalkemm ħafna min-nies jaħsbu li l-ambjent huwa responsabbilta` tal-ministeru tas-saħħa, fil-fatt huwa responsabbilta` tal-ministeru għall-ambjent.", "Il-ministeru tas-saħħa jidħol minimament f'ċerti oqsma li wkoll ikolli ċans nispjegahom aktar 'il quddiem.", "Ħaġa pożittiva ħafna hi li ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm seminar imtella` mill-MUMN fejn ġejna mistiedna nagħtu l-opinjoni tagħna dwar id- dħul tagħna ġewwa l-Ewropa u kienet ħaġa pożittiva ħafna li kienet echoed anke minn speakers oħra li f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tas-saħħa, nidħlu u ma nidħlux fl-Ewropa m'huwiex daqstant importanti.", "Anzi l-Onor.", "George Vella stess qal li nidħlu u ma nidħlux fl-Ewropa, ċerti bidliet li hemm bżonn nagħmlu rridu nagħmluhom u se nispjega għaliex.", "Jiena nemmen, bħal ħafna minn sħabi, li l-bidliet li rridu nagħmlu biex nikkonformaw ma' l-acquis huma importanti u fil-fatt se jibbenifika l-poplu in ġenerali.", "Ma naħsibx li nkun żbaljat jekk ngħid li l-bidliet jew l-istudji li saru servew bħala katalist għall-bidliet li ilna nġebbdu saqajna fuqhom għexieren ta' snin.", "M'iniex qed ngħid dan il-gvern jew gvern ieħor, imma amministrazzjoni wara l-oħra rrealizzat li ma nistgħux nibqgħu nimxu b'regolamenti li ħafna minnhom kienu jirriflettu ideal kolonjali u bqajna marbutin magħhom minkejja li forsi rtokkjajnihom ftit 'l hawn u 'l hemm.", "Xtaqt nitkellem ftit dwar is-settur ta' l-ikel u l-preparamenti li saru minkejja l-fatt li ilhom sejrin b'laqgħat ma' l-FAO u ġibna esperti, pero` donnu ħadd ma ħa l-briga li joħroġ liġi li tirrispekkja l-bżonnijiet tal- lum u tiggarantixxi li l-konsumatur ikollu prodott li jkun iggarantit f'dik li hija freskezza, iġene u kwalita`.", "Fl-ewwel seduta li kellna tal- parlament wara r-recess tas-sajf tressaq l-ewwel qari tal-Food Act.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni li għandna dwar l-ikel illum jara li kemm hemm bżonn li din il-Food Act li wkoll taderixxi ma' l-official control of foodstuffs directine kienet bżonjuża.", "Is-sitwazzjoni tal-kontroll ta' l- ikel f'pajjiżna hija tali li għandek diversi ministeri bħal per eżempju tas- saħħa, tal-pulizija, tal-veterinarju, tat-turiżmu u ta' l-ambjent li kollha għandhom spettorat għalihom mingħajr ħadd ma finalment jerfa' r- responsabbilta` tad-deċiżjoni finali.", "Għall-ewwel darba din il-Food Act se tagħtina struttura fejn din il-garanzija tal-kwalita` ta' l-ikel se tkun possibbli.", "U ma naħsibx li hija xi ħaġa far-fetched li wieħed jitkellem fuq l-importanza ta' l-ikel, aktar u aktar meta nafu li jżuruna madwar 1.2 miljun turist fis-sena u li l-ekonomija tagħna tiddependi fuq il-kwalita` ta' servizz li nipprovdu lit-turisti.", "Jien naħseb li kulħadd għandu l- opportunita` li jara ħut li jkun qiegħed għall-bejgħ li jkun mikxuf, jara rkotta mikxufa u jara wkoll nuqqasijiet ta' kif dawk li jiħħendiljaw l-ikel iġibu ruħhom meta jkunu qed jagħmlu xogħolhom.", "Għall-ewwel darba l-Food Act se tpoġġi mhux biss standards ta' iġene li huma bżonjużi għaż-żmenijiet tal-lum, imma se jpoġġi standards u sistemi ta' kif dawn l-istandards iridu jiġu monitored.", "Se tpoġġi wkoll struttura ta' enforcement permezz ta' l- enforcement inspectorate biex jara li dak li hemm imniżżel fil-liġi jiġi fil-fatt segwit.", "Fattur ġdid li se jkun breakthrough f'din il-Food Act huwa li għall-ewwel darba se jkun hemm rappreżentanza tal-konsumatur fuq dawn il-bordijiet.", "Rigward il-mediċini li jaqgħu ukoll taħt l-ewwel kapitlu irrid ngħid li s-sitwazzjoni sa ftit tax-xhur ilu kienet li mediċini jistgħu jiġu importati ġewwa pajjiżna mingħajr ħadd m'għandu l-garanzija li huma ta' ċerta kwalita` almenu minima u fil-fatt fl-1 ta' Jannar tas-sena li għaddiet konna introduċejna sistema fejn kull mediċina li trid tiġi importata f'Malta jrid ikollha s-CPP, li huwa l-minimum ta' l-istandards li jiggarantixxu l-kwalita`.", "Ridna wkoll li jkollna s-CPP biex ikun hemm linja ta' responsabbilta` minn fejn ġejjin dawn il-mediċini għaliex din iġġib magħha wkoll obbligu ta' notifikazzjoni.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess kellna notifikazzjoni minn kumpanija importanti ħafna li wieħed mill- prodotti tagħha se jiġi withdrawn.", "Naħseb li dawn huma fatti importanti li ħafna drabi n-nies ma jirrealizzawx għalfejn qegħdin nagħmluhom.", "L-għan ewlieni għal dan kien sabiex niggarantixxu mediċini ta' kwalita` lill-poplu tagħna u mir-raġunijiet li għal ċertu żmien kien hemm nuqqas ta' mediċini fuq is-suq li kien jipprovdi l-gvern kienet għaliex kien hemm xi importaturi li ħasbu li din qed nagħmluha biċ-ċajt u bdew iġibu l-mediċini mingħajr dawn iċ-ċertifikati.", "Il-bidliet li rridu nagħmlu huma fundamentali.", "Irridu naqsmu għall-ewwel darba r-rwol tal-GPS fir-rwol regolatur u r- rwol operational tagħha u fil-fatt bdejna proċess fejn qegħdin nagħmlu strutturi bżonjużi fejn qegħdin nittrejnjaw lin-nies sabiex inkunu nistgħu naqdu dawn il-funzjonijiet.", "Lestejna wkoll id-draft għall-Medicines Act, liema draft se jirregolarizza l-importazzjoni, il-produzzjoni, l-istorage, it-trade u anke jagħmel penali.", "Huwa maħsub li dan jiġi ffinalizzat sa Jannar 2003.", "Għaddejin ukoll bil-proċess li ntellgħu struttura sabiex ikollna liċenzjar proviżorju għal madwar 9,000 mediċina li jidħlu f'pajjiżna.", "Wieħed jiskanta kif pajjiżi kbar jimpurtaw madwar 4,000 mediċina u f'pajjiż żgħir bħal tagħna l-importazzjoni tlaħħaq mad-9,000.", "Rigward dan qegħdin nagħmlu strutturi li sa Jannar 2003 se jiggarantixxu li kull mediċina li tidħol f'pajjiżna jrid ikollha liċenzjar proviżorju.", "Sabiex dan ikun possibbli kellna nagħmlu partnership ma' aġenziji Ingliżi għaliex m'għandniex l-expertise lokali u t-tama tagħna hija li wara s-sena 2003 il-mediċini li jidħlu jkunu fully registered.", "Inċidentalment ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Karl Chircop jgħid li huwa favur il-parallel importation.", "Din in-naħa wkoll hija favur li jkollna importazzjoni parallela sakemm ikollna garanzija li l-mediċini li jidħlu jkunu ta' l-ogħla kwalita`.", "Vantaġġ ieħor ta' din il-kwalita` ta' importazzjoni huwa li tiggarantixxi ċertu livell ta' kompetizzjoni.", "Dan ifisser li ħafna mediċini li llum il-gvern qiegħed jixtri bi prezz għoli, ikunu jistgħu jinxtraw bi prezz aktar favorevoli.", "Kapitlu 22 jirrigwarda l-ambjent, Sur President.", "Ħafna nies jaħsbu li l-ambjent huwa xi ħaġa li tara madwarek biss, mentri l-Ewropa tħares lejn l- ambjent f'livelli differenti, fejn nidħlu aħna bħala diviżjoni tas-saħħa, u hemm direttivi, per eżempju, dwar il-kwalita` ta' l-ilma tal-baħar li mhux biss hija ta' importanza għalina l-Maltin imma anke għat-turisti li jiġu jżuruna.", "Hija ħaġa importanti li minħabba l-bidliet li kellhom isiru, illum wasalna biex lestejna l-legal notice u nisperaw li mis-season li ġej din tkun qiegħda tiġi attwata.", "Direttiva oħra li taqa' taħt l-environment u li għandha x'taqsam mas- saħħa hija li niggarantixxu l-kwalita` ta' l-ilma li nixorbu.", "Naħseb li ħadd ma jiddiskuti li dan għandu jkun ta' l-ogħla kwalita` u fil-fatt minħabba dan l-eżerċizzju saru meetings regolari mal-water services corporation biex nilħqu l-għan tagħna.", "Kienet ukoll parti mill-proċess biex nikkonformaw ma' dan l-acquis li d-diviżjoni tas-saħħa, wara li gvern wara l-ieħor ilu ħafna jitkellem fuq l-inċineratur ta' l-isptar u pprovajna kemm- il metodu biex ngħollu l-kwalita`, iddeċieda li joħroġ kuntratt għal teknoloġija ġdida li ma tipprovdix duħħan u ħmieġ biex tittratta l-clinical waste.", "Settur ieħor li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent huwa dak tal-kwalita` ta' l- arja.", "U hawnhekk irrid nispeċifika li l-indoor air quality taqa' taħt ir- responsabbilta` tad-diviżjoni tas-saħħa.", "Hawnhekk ukoll id-diviżjoni qiegħda taħseb, u fil-fatt diġa` bdiet bil-proċess, sabiex tixtri apparat ġdid biex inkunu nistgħu naqdu din il-funzjoni.", "Hemm direttivi oħra, bħal per eżempju, il-politika nazzjonali fuq mard trasmess sesswalment u t- tobacco smoking control.", "Ninsabu għaddejjin b'ritmu mgħaġġel sabiex sas- sena 2006 intejbu d-disease prevention u fil-fatt qegħdin nikkoperaw ma' pajjiżi barra minn Malta sabiex inkunu nistgħu nilħqu dak li huwa mistenni minna.", "Naħseb li l-aktar kapitlu li wieħed jista' jitkellem fuqu ftit iżjed fit- tul huwa kapitlu 2 li jinvolvi l-free movement of people.", "Hawnhekk ukoll irrid ngħid li sal-lum dawn il-professjonijiet huma regolati b'liġi li ġiet promulgata 60 sena ilu u li għalkemm ġiet emendata ftit 'l hawn u 'l hemm, kulħadd jaqbel li llum m'għadhiex tirrifletti dak li hemm bżonn isir fil- kamp mediku.", "Għalhekk kien hemm bżonn urġenti li din il-liġi titbiddel radikalment biex ikollna liġi moderna li taqdi l-bżonnijiet tagħna.", "Il- liġijiet li jirrigwardjaw il-professjonijiet huma l-Medical and Kindred Professions Ordinance, id-Department of Health Constitution Ordinance u l- Education Act f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħlim fejn tidħol l- universita` u l-institute of health care għal dak li jirrigwarda training u korsijiet.", "Taħt dawn it-tliet liġijiet ovvjament hemm l-obbligu tar- reġistrazzjoni tal-professjonijiet, it-twaqqif ta' korpi regolatorji kif ukoll il-mekkaniżmi li jikkontrollaw l-etika fil-professjonijiet.", "Huwa ta' pjaċir ukoll li dan l-eżerċizzju ġie konkluż wara diskussjonijiet profondi u fil-tul ma' kulmin kien involut biex ipproduċejna l-ewwel draft li tqassam lill-unions konċernati kollha fejn tlabnihom jagħtu r-response tagħhom.", "It-tieni draft qed jiġi imtella' fuq id-diskussjonijiet li saru fuq l-ewwel draft u huwa maħsub li jiġi ċċirkolat lill-unions konċernati fl-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.", "Wieħed jifhem li meta qed nitkellem dwar x'hemm bżonn nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ministeru tal-mediċina, ma rridx inpinġi li s- sitwazzjoni hija kollha vantaġġi għalina mingħajr ebda żvantaġġi, pero` jien aktar milli nsejħilhom żvantaġġi nħobb insejħilhom sfidi għaliex soluzzjonijiet għal dawn li ħafna nies isejħulhom żvantaġġi jeżistu, ġew identifikati u fil-fatt għaddejjin fi proċess biex inkunu nistgħu niggarantuhom.", "Ħalli naraw x'inhuma l-vantaġġi li se twassalna għalihom il- liġi ġdida, cioe' il-Healthcare Professions Act.", "L-ewwelnett din se tagħti livell ta' awtonomija akbar lill-professjonisti u tagħmilhom iktar f'pożizzjoni li jistgħu jikkontrollaw l-affairs tagħhom biss.", "Se ndaħħlu sistema fejn ikollna mutual recognition tad-diplomas u d-degrees ġewwa pajjiżna wara li jkun hemm qbil fuq training levels madwar il-pajjiżi kollha.", "Għal darb'oħra ħsibna li anke fuq din il-health care professions act ikun hemm input qawwi minn nies li m'humiex tal-professjoni.", "Dan huwa kunċett ġdid u importanti fejn ir-regulatory bodies ma jkunux qishom xi ħaġa iddikjarata \"no entry\", imma l-pazjent stess li ovvjament huwa l-klijent ikun jista' jwassal leħnu fl-ogħla postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Waħda mill-affarijiet li qegħdin nagħmlu b'konsegwenza ta' l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea hija li għall-ewwel darba se jkollna reġistru ta' l-ispeċjalisti li jiżgura li jkun hemm sistema ta' akkreditazzjoni sa l-aħħar ta' din is-sena.", "Illum it-tobba li jaħdmu fil-privat m'għadhomx jitqiesu bħala general practioners għax il- general practioner illum qiegħed jitqies bħala speċjalista.", "Fattur importanti huwa li dan il-fatt qed jiġi rikonoxxut u sewa biex ikollna vocational training li se jibda f'Ottubru tas-sena 2001 u anke jkollna tobba li verament huma kapaċi jagħtu l-aħjar servizz lill-klijenti tagħna.", "L-ewwel semmejt li hemm ċerti diffikultajiet, Sur President.", "L-ewwelnett dawk it-tobba li jew huma diġa` gradwati jew li jkunu bdew il-kors qabel ma nidħlu membri se jiġu eżentati minn dawn ir-responsabilitajiet.", "Hemm min jgħid li jekk aħna nidħlu fl-Ewropa hemm ċerti kategoriji ta' nurses, bħall- enrolled nurses, li ma jkunux rikonoxxuti, pero` l-gvern kien ħaseb għal dan minn żmien ilu u għamel korsijiet bil-għan li meta aħna nkunu membri fl- Ewropa dawn l-enrolled nurses ikunu qalbu kollha għal state registered nurses.", "Kien hemm min beżża' wkoll li jekk aħna nkunu niffurmaw parti mill- Ewropa nistgħu nistennew li ġej xi numru kbir ta' professjonisti jaħdmu f'pajjiżna u dawn jieħdu ħobż il-professjonisti Maltin.", "Jien naħseb li kulmin joħroġ b'dan l-argument ikun qed juri sfiduċja fil-kapaċitajiet tal- professjonisti tagħna.", "Kemm-il darba għedna u sħaqna pubblikament li għandna professjonisti ta' l-ogħla kwalita` li m'huma xejn inqas minn dawk barranin u allura wieħed ma jifhimx u ma jarax għalfejn din il-biża', aktar u aktar meta wieħed jara li kienu minimi dawk il-pajjiż żgħar bħalna fejn il-professjonisti kellhom remunerazzjoni inqas minn pajjiżi oħrajn li attiraw professjonisti lejn pajjiżhom.", "Pero` anke jekk dan jiġri u jkunu ġejjin professjonisti biex jaħdmu hawnhekk, dawn ikunu jistgħu jaħdmu jekk jilħqu ċerti kriterji u jekk ikun hawn post għalihom.", "Sur President, fil-ftit ħin li kelli ppruvajt indur l-erba' kapitli li għandhom x'jaqsmu mal-ministeru tiegħi fuq fuq.", "Ovvjament tnejn minnhom se jiġu diskussi iktar mill-ministeri tagħhom, pero` kif għedt fil-bidu - u nikkonfermah - il-bidliet li se nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam mal-kamp mediku huma immaterjali jekk nidħlux membri jew le.", "Il-ħtieġa għal dawn il- bidliet ilha li nħasset għal snin twal u kif qal l-Onor.", "George Vella, nidħlu jew ma nidħlux, dawn il-bidliet hemm bżonn isiru, kellhom isiru u misshom saru qabel.", "Li hu żgur huwa li meta jsiru, kif fil-fatt qegħdin isiru, se tibbenefika mhux biss il-professjoni medika imma se jibbenefika s- servizz kollu.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Carmelo Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Mr Speaker, nixtieq nibda dan id-diskors billi ngħid li l-iktar li se niffoka huwa fuq il-qasam taż-żgħażagħ minħabba li ħafna drabi kemm in-naħa tal-gvern kif ukoll ċerti esponenti oħrajn iħobbu jorbtu ħafna ż-żgħażagħ ma' l-Unjoni Ewropea.", "L-aktar li jsemmu huma l- programmi edukattivi u ta' taħriġ u jien xtaqt li nsemmi xi ħaġa dwar dawn kif ukoll dwar id-dinja tax-xogħol.", "Ħafna drabi jipprovaw jagħtu l- impressjoni li biex wieħed jipparteċipa f'dawn it-tip ta' programmi irid bilfors jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.", "Dan m'huwiex il-każ u m'huwiex il-każ għaliex diġa` hemm pajjiżi oħrajn, fosthom il-Kanada, l-Isvizzera u n- Norveġja li diġa` ipparteċipaw f'dawn it-tip ta' programmi minkejja li m'humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li wieħed jgħid li gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998 ħadem bi sħiħ biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom l-opportunita` jibbenefikaw minn dawn il-programmi edukattivi u jipparteċipaw bi sħiħ fihom.", "Dan seta' jsir minħabba dik li hija magħrufa bħala l-European credit transfer scheme fejn Malta u l-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jagħrfu l-credits ta' xulxin u b'hekk iż-żgħażagħ tagħna setgħu jipparteċipaw f'dawn it-tip ta' programmi.", "Dan ifisser li bit-triq tal- Partit Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran xorta waħda nkunu nistgħu nipparteċipaw f'dawn it-tip ta' programmi.", "Wieħed irid jirrikonoxxi wkoll il-fatt li saret ħidma serja ħafna fi żmien gvern Laburista biex pajjiżna jħejji l-bażi li għandu bżonn iħejji sabiex nipparteċipaw bis-sħiħ.", "Jien niskanta - u bħali jagħmlu oħrajn - kif pajjiżna ilu li applika sa mill-1990, pero` l-ħidma tal-kumitat jew tal- persuna li kienet qed tmexxi dak il-kumitat ma sarrfet kważi għal xejn.", "Tajjeb li wieħed jgħid li fis-sena u nofs li għamel fil-gvern il-Partit Laburista kienu ntbagħtu disa' żgħażagħ fi Brussels għal disa' xhur sħaħ fejn tħarrġu fil-mod dwar kif taħdem is-sistema ta' dawn il-programmi edukattivi.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li pajjiżna rnexxilu jibgħat aktar żgħażagħ jitħarrġu milli fil-fatt setgħu jibagħtu pajjiżi ferm ikbar minna u li diġa` huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li l-Partit Laburista jaqbel li għandna nieħdu sehem bi sħiħ f'dawn il-programmi edukattivi għal ġid taż-żgħażagħ tagħna, pero` l- isfortuna hi li ħafna drabi l-gvern preżenti jagħmel enfasi fuq iż- żgħażagħ universitarji u jinsa u lil ħafna żgħażagħ oħrajn.", "Aħna ninsistu li mhux biss żgħażagħ universitarji u oħrajn li għadhom qed jistudjaw għandhom jibbenefikaw mid-diversi programmi ta' l-Unjoni, imma għandhom jibbenefikaw żgħażagħ li diġa` qegħdin jaħdmu, żgħażagħ li m'għandhomx xogħol u qegħdin ifittxu li jidħu fid-dinja tax-xogħol, tfal, ħaddiema oħrajn, edukaturi u persuni b'diżabilita` fost oħrajn.", "U tajjeb li ngħid xi ħaġa żgħira rigward il-fondi.", "Qabel l-aħħar elezzjoni il-Partit Nazzjonalista kien ipinġi lill-Unjoni Ewropea bħala xi karus kbir u li malli nerġgħu nirriattivaw l-applikazzjoni tagħna għal sħubija fl-Unjoni Ewropea il-flus se jibdew jaqgħu mis-sema u ma jkollniex aktar problemi ta' finanzi.", "Biżżejjed wieħed ifakkar ftit l- istorja tal-Lm100 miljun, liema storja tajjeb li l-poplu jżommha f'moħħu għaliex hija waħda mill-aktar gidbiet faħxin li s'issa rriżultaw fl-istorja politika reċenti ta' pajjiżna.", "Illum l-istorja hija differenti.", "Illum naraw li l-problema tal-finanzi verament teżisti u kieku kelli ċ-ċans kont nikkwota mill-ewwel progress report tal-European Union programmes unit li twaqqaf dan l-aħħar, fejn jingħad, mill-inqas f'żewġ okkażjonijiet, li minħabba problemi ta' finanzi wieħed ma jistax jipparteċipa fil-programmi kollha għalissa.", "Minn dan wieħed jara d-differenza bejn dak li kien jgħid il-Partit Nazzjonlaista qabel l-elezzjoni, fejn kien jagħti l-impressjoni li kienu jagħtu liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li ġaladarba nirriattivaw mill-ġdid l-applikazzjoni tagħna għal sħubija sħiħa kollox se jaqa' mis- sema u li ġejjin ajruplani bil-gzuz biex jieħdu liż-żgħażagħ tagħna jagħmlu dawn l-istudji, u dak li fil-fatt qed iseħħ illum.", "Ta' min wieħed issa jsemmi problema oħra li teżisti u qed tippreokkupa mhux ħażin lill-pajjiżi membri ta' l-istess Unjoni Ewropea.", "Uħud minnhom jitkellmu u jitħasbu dwar il-parteċipazzjoni baxxa taż- żgħażagħ f'ċerti programmi bħall-Erasmus.", "Ħaġa li jqisu li qed iżżommhom lura milli jipparteċipaw f'dawn it-tip ta' programmi hija li l-istudenti jieħdu biss euro120, jiġifieri madwar Lm50, u allura ma jsibux min jiffinanzjahom.", "Tajjeb li hawnhekk ngħid li gvern Laburista kien diġa` beda jattwa dik li tissejjaħ portable stipend, jiġifieri li l-Lm50 stipendju lokali jittieħed ukoll minn dawk l-istudenti li jmorru jagħmlu din l- esperjenza f'universitajiet għal ftit xhur barra minn Malta.", "Barra minn hekk il-gvern Laburista kien lest li jħallas ukoll l-istipendju ta' dawk l- istudenti li jmorru barra biex jagħmlu korsijiet li ma jinstabux fl- Universita` ta' Malta, bħal per eżempju l-kors għall-veterinarji.", "Dan kollu juri li altru milli t-triq li jrid isegwi l-Partit Laburista m'hijiex se tagħmel xi barriera biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ma jibbenefikawx minn dawn il-programmi.", "Sur President, fil-ftit ħin li fadalli xtaqt niffoka ftit fuq dik li ħafna drabi l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista jsemmu bħala opportunitajiet kbar ta' xogħol għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bi sħubija sħiħa.", "Tajjeb li wieħed jgħid li f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea hemm preokkupazzjoni kbira - jien ngħid ġustament - dwar ir-rata tal- qagħad.", "Biżżejjed wieħed jgħid li hemm numru sostanzjali ta' gradwati li qegħdin isibuha diffiċli biex isibu x-xogħol f'pajjiżhom.", "Hawnhekk wieħed mal-ewwel jistaqsi kif jista' jkun li dawk iż-żgħażagħ Maltin li għandhom nuqqas ta' ħiliet għad-dinja tax-xogħol tal-lum jistgħu jsibu xogħol bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea meta dawn diġa` qegħdin isibuha diffiċli li jsibu xogħol f'pajjiżna stess.", "Per eżempju, mill-aħħar statisitka dwar il- qgħad li ħarġet mill-ETC naraw li mis-6,676 ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, 4,121 qed ifittxu xogħlijiet elementari.", "Issa minn dawn 1,347 huma żgħażagħ taħt id-29 sena u diġa` ilhom iktar minn sena jirreġistraw.", "Jiġifieri diġa` qed naraw li m'hawnx opportunitajiet għal dawn iż-żgħażagħ f'pajjiżna u għalhekk huwa ngann min-naħa tal-Partit Nazzjonaista fil-gvern li jgħid li wieħed se jsib opportunitajiet kbar ta' xogħol kemm-il darba nidħlu membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb wieħed jgħid ukoll li filwaqt li ngħidu li ż-żgħażagħ tagħna jista' jkollhom opportunitjaiet kbar ta' xogħol f'pajjiżi membri ta' l- Unjoni, l-opportunitjiaet li aħna jista' jkollna f'pajjiżna wkoll iridu jkunu miftuħa għaż-żgħażagħ u persuni oħrajn mill-istess Unjoni.", "Dan ifisser li ma jistax ikun hemm iżjed klawsoli Ii jgħidu tgħid li biex tapplika għal ċertu xogħol trid tkun ċittadin Malti.", "U meta llum nafu bin- nuqqas ta' opportunitajiet li jeżistu għaż-żgħażagħ tagħna, b'mod partikolari għal dawk iż-żgħażagħ li qed isibuha diffiċli li jsibu xogħol minħabba li għandhom diffikultajiet edukattivi jew ta' snajja', malajr nindunaw li ħafna drabi id-diskors li jkun qed jingħad min-naħa ta' esponenti tal-Partit Nazzjonaista huwa biss biex jinganna.", "Tajjeb wieħed isemmi x'ġara jumejn ilu fid-Danimarka fejn wara li r- referendum biex id-Danimarka taqleb għall-euro m'għaddiex, rajna żgħażagħ fuq quddiem nett jifirħu u jiċċelebraw, uħud minnhom anke bil-bnadar ta' l- Unjoni Ewropea taħt saqajhom u wħud minnhom anke jaħarqu l-bnadar ta' l- Unjoni.", "Dan juri li ż-żgħażagħ ta' pajjiżi membri fl-Unjoni m'humiex daqshekk kuntenti b'dak li l-gvern Nazzjonalista qed jipprova jpinġi bħala xi ħaġa li jekk nidħlu parti minnha qisu se jibda jnixxi ħalib u għasel kif insibu fit-testment il-qadim.", "Aħna bħala Partit Laburista dak li hu pożittiv ngħidulu pożittiv, pero` m'għandniex għal xi ħaġa pożittiva nieħdu l-għadma kollha.", "Aħna qed ngħidu li għandna nisfruttuaw il-pożizzjoni tagħna bħala pajjiż u nieħdu dak li hu ta' benefiċċju għaż-żgħażagħ - dan huwa possibbli bil-politika Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran - pero` fl-istess waqt nibqgħu nħarsu l-ħelsien sħiħ ta' pajjiżna u nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan il-parlament għandu jkun dak li jiddeċiedi u mhux xi ħadd jimponi minn xi pajjiż ieħor.", "Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin dan iriduh, bħalma jriduh ukoll żgħażagħ li qed jgħixu f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, fosthom id-Danimarka.", "Jien naħseb li l-ħarsien tal-ħelsien u s-sovranita` tal-pajjiż hija x-xewqa taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kollha u l-politika tal-Partit Laburista dan kollu tħarsu.", "Grazzi, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, fil-ftit minuti li għandi nixtieq nitkellem dwar dan il-famuż NPAA li l-gvern poġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.", "Saru ħafna interventi interessanti miż-żewġ naħat tal-Kamra, pero` tajjeb li wieħed jiftakar li fl-1990 gvern Nazzjonalista kien applika formalment biex insiru membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea u ftit qabel l- elezzjoni ta' l-1992 il-Partit Nazzjonalista fit-tiġrija tiegħu għall- elezzjoni kien wiegħed lill-poplu Malti għal ħafna drabi li Malta se tkun membru fit-tkabbir li jmiss.", "Dan ma nistax ma nsejjaħlux ħlief qerq kbir speċjalment meta wieħed jiftakar li fl-1993 fit-tkabbir li kien sar Malta kienet baqgħet barra.", "Imbagħad fl-1998 sar it-tieni l-akbar qerq fir-rigward tal-poplu Malti mill-Partit Nazzjonalista fejn kellna esponenti ewlenin, fosthom il-viċi kap tal-partit u esponenti oħra ewlenin fil-Partit Nazzjonalista, li wiegħdu li malli pajjiżna jirriattiva l-applikazzjoni tiegħu għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kien se jirċievi Lm100 miljun.", "Dawn il-Lm100 miljun baqgħu ma ġewx u llum qegħdin jibqgħu iduru mal-lewża u jsibu ħafna skużi biex jippruvaw jiġġustifikaw għalfejn dawn il-Lm100 miljun ma ġewx, jew aktar gravi minn hekk, jgħidu li huma qatt ma qalu hekk meta din qiegħda mniżżla iswed fuq l-abjad u qiegħda wkoll recorded.", "Jien smajt l-intervent li għamel ftit ilu l-Onor.", "Austin Gatt u ma nistax ma nirrimarkax li dan donnu tkellem fis-sens li mill-Unjoni Ewropea se jiġu miljuni kbar għall- kunsilli lokali u jekk dak li qal huwa l-istess bħalma qal il-viċi kap tal- Partit Nazzjonalista qabel l-1996 u bħalma qalu esponenti ewlenin oħra, wieħed ftit jista' jieħdu bis-serjeta`.", "Jien nistenna li min jagħmel dikjarazzjonijiet bħal dawn jara li jkun jista' jissostanzjahom u mhux sempliċement joqgħod jgħid hekk għall-gallerija.", "Sur President, meta tagħsar dak kollu li qed jingħad f'dan id-dokument, speċjalment f'paġna 2 taħt it-titlu ta' \"The Structure of the NPAA\", issib li kulma hemm huwa biss li pajjiżna donnu se jbaxxi rasu għal dak kollu li qed jiġi mitlub jagħmel mill-Unjoni Ewropea u aktar minn hekk li qed jiġi impost fuqna dan kollu biex niġu konformi ma' l-acquis communautaire ta' l- Unjoni Ewropea.", "Għal min qed jismagħna u ma rax dan id-dokument ngħid li dan huwa dokument ta' 223 paġna u filwaqt li kif diġa` għedt, f'paġna 2 qed jingħad xi jrid isir u x'ma jridx isir minna, f'paġna 217 jgħid x'ġej mill- Unjoni Ewropea biex inwettqu dan f'dawn il-medda ta' sentejn li ġejjin.", "Issa ovvjament biex tagħmel dan kollu trid spiża konsiderevoli, imma dak li se jingħata lil Malta għal dan il-għan huma biss Lm550,000, li meta tqabbilhom mal-Lm100 miljun li qalu li ġejjin tal-Partit Nazzjonalista ssib li huma 'l bogħod ħafna.", "Dawn il-flus gvern Nazzjonalista jonfoqhom fi tliet xhur f'safar lejn l-Unjoni Ewropea - fil-fatt naħseb li jonfoqhom waħdu l-ministru għall-affarijiet barranin! - apparti l-flus li jintefqu mill-Malta-EU information centre fi printing għall-propaganda.", "Dan issa drajnih u finalment jiġġudika l-poplu.", "Jien smajt ukoll b'attenzjoni id-diskors ta' l-Onor.", "Frendo, fejn donnu allega li din in-naħa tal-Kamra dejjem tbeżża' minn ċerti tibdiliet.", "Dan m'hu veru xejn għax il-Partit Laburista mhux talli ma jiddejjaqx mit- tibdil talli jattwah.", "U nixtieq hawnhekk infakkar f'meta kienet se ssir l- akbar bidla fl-istorja ta' dan in-nazzjon - jiġifieri meta pajjiżna ħa l- veru ħelsien tiegħu darba għal dejjem minn taħt il-barrani - kemm esponenti ewlenien tal-Partit Nazzjonalista kienu jgħidu pubblikament li m'aħniex se nkunu kapaċi ngħixu u li se mmutu bil-ġuħ.", "U tajjeb li ż-żgħażagħ ikunu jafuh dan.", "Issa ħalli naraw x'qed jingħad f'dan ir-rapport rigward is- sussidji.", "Sur President, f'paġna 63 qed jingħad li s-sussidji għall-Malta Shipbuilding, għall-production and distribution of other resources u għas- setur tat-turiżmu, jiġifieri it-tour operator support scheme, iridu jispiċċaw jekk irridu niġu in line mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "U allura hawnhekk jien nistaqsi: Jekk il-Malta Shipbuilding ma tiġix vijabbli matul is-snin, x'se jiġri?", "Jiġri bħalma ġara f'pajjiżi oħra fejn l- Unjoni Ewropea toffri l-closure aid u l-Malta Shipbuilding tagħlaq il- bibien tagħha u tifta' l-ħaddiema kollha 'l barra?", "Jien nixtieq li jkollna tweġiba għal dan.", "U x'jiġri jekk il-water services corporation ma tkunx vijabbli?", "Nerġgħu mmorru 'l bogħod mill-wegħda li għamel il-gvern Nazzjonalista u li diġa` kisirha , jiġifieri ngħollu r-rata ta' l-ilma?", "U fejn jidħol it-turiżmu, x'se jkun ifisser jekk inneħħu s-sussidju?", "Li s-suq Malti se jitlef mill-kompetittivita` tiegħu u b'hekk ikun qed jieħu vantaġġ ħaddieħor?", "Dawn huma l-vantaġġi li tant nitkellmu dwarhom fejn tidħol l- Unjoni Ewropea?", "Jekk inhu hekk ma naħsibx li hemm vantaġġi u allura l- gvern aħjar jitkellem ċar.", "Sur President, dan id-dokument juri biċ-ċar li għandna gvern li qed ibaxxi rasu għall-ordnijiet minn Brussels.", "L-aħjar triq għal pajjiżna hija li nimxu bil-pass tagħna, liema pass jagħmel ġieħ u sens għal pajjiżna għaliex il-ħteġijiet tagħna aħna nafu x'inhuma.", "Jien nemmen li l-ebda kap li verament huwa serju u jħobb lill-familja tiegħu ma jħalli lil xi kap ta' familja oħra jiddettalu x'għandu jagħmel għall-familja tiegħu; pariri u għajnuna iva, imma ndħil le.", "Jidher li din hija verament Unjoni fejn il- pajjiżi l-kbar jiddeċiedu huma, l-ewwel u qabel kollox fl-interess tagħhom.", "Dan joħroġ minn dak li ġara dan l-aħħar fid-Danimarka fejn kien hemm min ma ddejjaqx jgħid li dak li ddeċidiet id-Danimarka m'huwiex se jaffettwa lill-Unjoni Ewropea.", "Jien nistaqsi jekk il-pajjiżi ż-żgħar humiex stmati b'dan il-mod.", "Il-poplu Daniż għamel deċiżjoni ħielsa u indipendenti allavolja kien hemm min ipprova jinfluwenzah bis-sħiħ.", "Sur President, pajjiżna qatt m'hu se jaċċetta li jkun hemm indħil fl- affarijiet interni tiegħu u l-poplu Malti, minkejja l-ħafna kliem sabiħ u stilel ileqqu f'ħafna propaganda rħisa, meta jasal il-waqt se jiddeċiedi fl-interess veru ta' Malta ħielsa, indipendenti u sovrana, Malta mmexxija mill-Maltin għall-Maltin, mingħajr impożizzjoni, dettar u ndħil ta' ħadd.", "Il-poplu Malti għamel sekli sħaħ maħkum minn ħaddieħor sakemm fl-1979 iddeċieda darba għal dejjem li jkun pajjiż xempju ta' ċentru tal-paċi f'nofs ir-reġjun tal-Mediterran u mingħajr ma jkun ta' staffa u servili għal ħadd.", "Żmien il-ħakkiema f'pajjiżna ilu li spiċċa 20 sena bis-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, mhux l-inqas tal-Partit Laburista, u jien ċert li l-istess kif għamel il-poplu Daniż, meta jasal il-waqt il-poplu tagħna, speċjalment iż-żgħażagħ, se jgħidu \"le\" għall-ħakma ġdida, din id- darba taħt forma oħra.", "Il-viżjoni Laburista ta' Svizzera fil-Mediterran iżżommna 'l bogħod minn dan.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Viċi Prim Ministru jista' jressaq l-Aġġornament tal-Kamra, jekk jogħġbu.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 3 ta' Ottubru 2000, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni dwar il-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni ta' l-Acquis - Kontinwazzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax- Xogħol - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza tad-Dwana - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Proċeduri Legali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Sant' Anġlu) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Konservazzjoni u l-Amministrazzjoni tas-Sajd - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurezza Ġenerali u Kwalita' tal-Prodotti - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet u Transazzjonijiet Elettroniċi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - Tieni Qari (Kont.); u", "Riżoluzzjoni mressqa mill-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "-----------------------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNIĊI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, din is-sena ċċelebrajna Jum l-Anzjani aktar mis-snin ta' qabel b'numru ta' attivitajiet aktar mis-soltu li fihom involvejna numru akbar ta' anzjani.", "Fil-bidu ta' dan il-millennju l-anzjani se jkunu l-akbar protagonisti fil- pajjiżi tad-dinja kollha għaliex se jikkaġunaw il-bidla demografika li sesseħħ fid-dinja kollha.", "Anki pajjiżna se jara din il-qabża kbira fil- popolazzjoni ta' l-anzjani allura lkoll flimkien irridu naraw li l-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani tagħna tkompli titjieb biex f'pajjiżna veru jkollna soċjeta' għal kull eta'.", "Irridu li fis-soċjeta' Maltija ħadd ma jibqa' lura, irridu soċjeta' li tkun inklużiva u mhux esklussiva.", "Il-kwalita' ta' l-għajxien ta' kull persuna hija l-kejl ta' kemm hija effettiva l-politika soċjali tagħna.", "L-anzjani jixirqilhom post speċjali fis-soċjeta' għaliex aħna nagħrfu u nirrispettaw il-kontribut li taw.", "Għalhekk irridu niżguraw l- ogħla livell ta' għajxien għalihom.", "Mr. Speaker, nemmnu wkoll li l-anzjan huwa ħolqa importanti fl-ekonomija nazzjonali.", "Nemmnu li l-anzjani għandhom ħafna x'jistgħu jagħtu għall- ħolqien u t-tkabbir tal-ġid komuni, għalhekk, safejn hu possibbli l-anzjan għandu jibqa' jgħix fl-ambjent tiegħu, fiċ-ċentru ta' l-attivita' soċjali u fi djalogu kontinwu ma' ġenerazzjonijiet oħra.", "L-anzjan huwa parti integrali mis-soċjeta' kollha u rridu nħarsu lejn l-anzjan bħala wieħed mill-elementi li jiffurmaw ir-riżorsi umani u soċjali tagħna.", "Il-politika soċjali tal-gvern tal-ġurnata trid tkun imfassla b'mod biex ħadd ma jibqa' lura u wisq aktar li ħadd ma jsib ruħu mwarrab mis-soċjeta'.", "Iridu nagħmlu politika li tkun orjentata fuq is-servizzi personalizzati li għandhom bħala bażi tagħhom lill-anzjan bħala entita' u bħala persuna umana.", "Il-gvern huwa mpenjat biex itejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani tagħna u jgħinhom biex ikomplu jgħixu fil-komunita'.", "M'hemmx dubju li s-settur ta' l-anzjani sar wieħed mill-prijoritajiet ta' ħafna partiti politiċi u gvernijiet madwar id-dinja kollha.", "Fil- pajjiżi żviluppati l-politika ta' l-anzjani hija waħda regolata mil- liġijiet tal-pajjiż u f'xi każi b'leġislazzjoni speċjali.", "Hafna gvernijiet huma konxji mill-fatt li l-popolazzjoni qed tixjieħ u dan qed iġib miegħu konsegwenzi serji fit-tqassim tal-ġid tal-pajjiż.", "Bi problemi assoċjati mal-qgħad jikber it-tħassib ta' dawk li qegħdin jiggvernaw il-ġid tal- pajjiż, permezz tax-xogħol jistgħu jkomplu jsostnu finanzjarjament is- servizzi soċjali u ta' saħħa li ħafna anzjani jkollhom bżonn.", "Din il- problema qed tkun ittrattata wkoll fuq il-livell tal-Ġnus Magħquda u kien għalhekk li l-1999 ġiet iddikjarata sena internazzjonali ta' l-anzjani biex twassal il-messaġġ li hemm bżonn li kull gvern ikollu pjan politiku serju u fit-tul biex jilqa' l-konsegwenzi negattivi u joħloq opportunitajiet sostenibbli biex l-anzjani kollha jibqgħu kemm jistgħu jkun qrib iċ-ċentru tas-soċjeta' li jgħixu fiha.", "Għal dan il-għan il-Ġnus Magħquda ħolqot, fl- 1991, il-prinċipji ta' l-anzjani u stiednet lill-gvernijet biex ifasslu politika madwar dawn il-prinċipji li huma mqassmin f'ħames kategoriji: \"independence, participation, care, self-fulfilment u dignity.\"", "L-esperjenza tgħallimna li għal din is-sezzjoni tas-soċjeta' trid tfassal politika dwar l-anzjani li tqis ukoll il-bidliet soċjali, kulturali, ekonomiċi u politiċi li qed iseħħu madwarna.", "Politika ta' dan it-tip trid ukoll tħoss il-polz ta' l-istess anzjani biex tkun realistika, kif ukoll tqarreb kemm jista' jkun lejn ix-xewqat ta' l-anzjani nfushom.", "Għal dan il- għan kull proposta għall-ħidma li trid issir f'dan il-qasam trid tieħu inkonsiderazzjoni, l-ewwel l-istrutturi li nbnew fil-passat, it-tieni l- iżviluppi li qed iseħħu fis-soċjeta' u t-tielet l-isfidi tal-futur partikularment fid-dawl ta' numru dejjem jiżdied fil-popolazzjoni ta' l- anzjani.", "Naħseb, li hawn qbil ġenerali li l-kwalita' tal-ħajja li qegħdin igħixu l-anzjani llum f'pajjiżna hija ferm aktar għolja minn dik li kienu jgħixu, ngħidu aħna, ħmistax jew għoxrin sena ilu.", "Sa dak iż-żmien kienet għadha tipprevali fil-pajjiż il-mentalita' li kien biżżejjed li lill- anzjani tagħtihom pensjoni tajba biex igħixu ħajjithom f'kumdita', mentalita' li kienet tqis l-anzjan bħala dak il-bniedem li għax qabeż ċerta eta' tal-ħajja m'għadux igħodd aktar għas-soċjeta', bħala dak il-bniedem li sakemm kien għadu jaħdem u m'għalaqx il-wieħed u sittin sena kienu jqisuh bħala kapaċi u bravu u hekk kif qabeż dik l-eta' ma sar tajjeb għal xejn, bħala bniedem li kien qisu piż li s-soċjeta' Maltija kellha ġġorr, bħala individwu li kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu jiddependi mill-ħniena tal- gvern jew ta' xi ħaddieħor.", "Għall-grazzja ta' Alla din il-mentalita' ġiet kważi eradikata minn pajjiżna u rnexxilna ndaħħlu kultura ġdida dwar l- anzjani li fiha hemm imsawwar il-kunċett li nkomplu ngħollu d-dinjita' u l- prestiġju ta' l-anzjan biex b'hekk intejbu l-image ta' l-anzjan u tax- xjuħija.", "Fattur importanti tal-kwalita' tal-ħajja li qegħdin igħixu l- anzjani llum, u jridu jgħixu fil-futur, huwa żgur il-fattur finanzjarju, jiġifieri l-pensjonijiet li qegħdin igawdu l-anzjani llum u li rridu nkunu żguri li jkomplu jgawduhom fil-futur.", "L-istess nistgħu ngħidu għal diversi benefiċċji soċjali li ħafna anzjani jirċievu u li jgħinuhom jgħixu ħajja aktar komda u bla skossi.", "Irridu naraw li l-pensjoni tal-ġurnata jibqa' jkollha l-valur tagħha meta tqisha fil-qafas ekonomiku-soċjali tal-pajjiż kollu.", "Il-popolazzjoni ta' pajjiżna, bħall-bqija tal-pajjiżi, qiegħda kontinwament tixjieħ.", "Dan hu dovut għal żewġ fatturi li qegħdin ibiddlu dejjem iżjed l-istruttura demografika tal-popolazzjoni tagħna, jiġifieri l-fertilita' li qiegħda dejjem tonqos u l-lonġevita' li qiegħda dejjem tiżdied.", "Fil-fatt fl-1998 f'pajjiżna ġie reġistrat l-anqas numru ta' twelid f'dawn l-aħħar għoxrin sena, għall-kuntrarju meta wieħed iqabbel il-figuri tal-lonġevita' jsib li filwaqt li fl-1978 il-life expectancy kienet tmienja u sittin sena għall- irġiel u tnejn u sebgħin sena għan-nisa, fl-1998, jiġifieri għoxrin sena wara, din telgħet għal erbgħa u sebgħin sena għall-irġiel u tmenin sena għan-nisa.", "Sa l-2025 il-popolazzjoni anzjana tkun aktar milli rduppjat, fl- istess waqt il-popolazzjoni żgħażugħa tkun qed tonqos gradatament u l- labour force, jiġifieri dawk li kapaċi jaħdmu, jkunu qed jonqsu u tixjieħ fl-istess ħin.", "Jekk in-numru ta' dawk li qabżu s-sittin sena kien tnejn u ħamsin elf u ħames mija fl-1990, dawn se jiżdiedu għal disgħin elf fl-2025.", "Dan ifisser li kważi kwart mill-popolazzjoni tkun qabżet is-sittin sena.", "Fl-istess waqt il-persentaġġ ta' dik is-sezzjoni tal-poplu bejn il-ħmistax u disgħa u ħamsin sena huwa smat li minn 62% fl-1990 se tonqos għal 57% fl-2025.", "L- implikazzjonijiet ekonomiċi huma ovvji, se jkollna anqas ħaddiema li jridu jwieżnu aktar pensjonanti.", "Jekk illum għandna 4.2 ħaddiema għal kull pensjonant, fl-2030 se jkollna 2.5 ħaddiem għal kull pensjonant.", "Il- kwalita' tal-ħajja li jrid igawdi l-anzjan fil-futur se tkun tiddependi ħafna fuq riforma sħiħa li trid issir mhux biss fil-qasam tal-pensjonijiet iżda fis-sistema kollha tal-welfare.", "Hu għal dan l-iskop li l-gvern waqqaf kummissjoni biex tistudja r-riforma tal-welfare.", "Naturalment fil-brief tagħha hemm inkluż li trid tissottometti rakkomandazzjonijet fuq ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet, fost ħwejjeġ oħra.", "Kummissjoni li trid tindirizzza, tanalizza u tħares il-futur tas-sistemi tal-benefiċċji soċjali fil-pajjiiż, proċess li se jinvolvi l-imsieħba soċjali kemm fis-settur privat kif ukoll dak pubbliku.", "Il-gvern jemmen li biex inpoġġu l-pensjonijiet fuq bażi soda hemm bżonn li jkollna ekonomija b'saħħitha u soda u l-pensjoni ta' l-istat għandha tkun l-ewwel pedament fundamentali għall-pensjonant.", "Ir-riforma li hemm bżonn u li trid issir trid tkun l-ewwelnett riforma fil-mentalita', irridu nimxu mill-welfare state għal welfare society.", "Mhux pensions reform biss imma social security reform, riforma li trid tassigura li l-benefiċċji jmorru għand min l-aktar għandu bżonn, riforma li timxi minn sistema universali għal sistemi personalizzati, riforma li tgħaqqad il-politika ekonomika mal-politika soċjali.", "M'hemmx dubju li l-kwalita' għolja tal- ħajja li qegħdin igħixu l-anzjani llum żgur m'hijiex tiddependi biss mill- fattur finanzjarju ekonomiku.", "Hemm raġunijiet oħra li qegħdin jikkontribwixxu biex l-anzjani, kemm dawk li għadhom kapaċi jgħixu fil- komunita' u kemm dawk li għal xi raġuni jew oħra kellhom jiġu istituzzjonalizzati, qegħdin igawdu din il-kwalita' ta' ħajja.", "Issa kulħadd huwa konvint li s-servizzi għall-anzjani li għadhom igħixu f'darhom, servizzi li bdew jiġu introdotti fil-pajjiż mill-1987, igħinu ħafna biex l-anzjani jgħixu ħajja aħjar, sensiela ta' servizzi li qegħdin jagħmlu użu minnhom l-anzjani li f'ħafna każi għenuhom biex sakemm kien possibbli baqgħu jgħixu fil-komunita'.", "Qed nirriferi għas-servizzi li issa huma tant popolari ma' l-anzjani bħal homehelp care, it-telecare, il- handyman service, il-meals-on-wheels, l-incontinent service, il-kartanzjan u d-day-centres.", "Minbarra dawn is-servizzi, l-anzjan fil-komunita' jista' jagħmel użu mis-servizzi eċċellenti li joffri l-Isptar Zammit Clapp, sptar ġerjatriku akut u riabilitattiv.", "Huwa veru li dawn is-servizzi kollha qegħdin jikkontribwixxu għal kwalita' aħjar ta' ħajja li qegħdin jgħixu l- anzjani fil-komunita', iżda wkoll huwa daqstant veru li rridu nwettqu pjan ta' azzjoni biex dawn is-servizzi jirrendu aktar lill-anzjani li veru jkollhom bżonnhom u hekk il-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjan tkun tista' tkompli titjieb fil-futur.", "Għal dan il-għan hemm bżonn li jissaħħu u jiġu estiżi skemi u servizzi fil-komunita' billi jiġu żviluppati s-servizzi eżistenti sabiex ikunu aktar effettivi u jolqtu numru akbar ta' anzjani.", "Iridu jiġu ndividwalizzati dawk l-anzjani li l-aktar għandhom ħtieġa, filwaqt li jitkattru d-day- centres u possibilment in-night-centres, dejjem bil-kollaborazzjoni tal- kunsilli lokali.", "Jistgħu jsiru ukoll emendi neċessarji fil-pensjoni tal- wens u s-social assistance female, l-SAF, u introduzzjoni ta' carers leave.", "Għalhekk għalkemm in-numru ta' anzjani li huma istituzzjonalizzati huwa żgħir ħafna bħala persentaġġ meta paragunat man-numru totali ta' anzjani, il-gvern xorta kellu u għandu d-dmir li jtejjeb il-livell ta' l-għajxien u l-kwalita' tal-ħajja ta' dawk l-anzjani rikoverati f'xi dar ta' l-anzjani jew f'San Vinċenz.", "F'dawn l-aħħar snin inbnew djar residenzjali ta' l- ogħla livell, filwaqt li San Vincenz de Paule qatt ma ra daqstant titjib u progess kemm mill-aspett strutturali u infrastrutturali tal-wards kif ukoll fis-servizz kontinwu li jingħata lir-residenti.", "Meta wieħed ikun qed jitkellem fuq kura residenzjali għall-anzjani wieħed bilfors irid isemmi tant djar għall-anzjani mmexxija mill-knisja u fiż-żminijiet tal-lum djar privati ta' l-anzjani li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jinfetħu ġodda.", "Iżda wieħed bilfors jistaqsi: X'inhu l-futur għal dawk l-anzjani li diġa' qegħdin jistennew biex jidħlu f'xi dar residenzjali u għal tant oħrajn li se jkollhom isegwu l-istess triq?", "Xi kwalita' ta' ħajja se jkollhom garantita dawn l-anzjani?", "Il-gvern żgur mhux se jnaqqas l-impenn tiegħu li jkompli jipprovdi l-aħjar kwalita' ta' ħajja lill-anzjani rikoverati fid-djar residenzjali tiegħu f'San Vincenz de Paule u lanqas mhu se jonqos mid-dmir li għandu li jrid ikun żgur li anki fid-djar l-oħra mhux governattivi, il-kwalita' tal-ħajja u d-dinjita' ta' l-anzjani huma mħarsa tajjeb.", "U huwa importanti li hawnhekk nagħmel enfasi li l-gvern mhux jittollera ċerti abbużi u nuqqasijiet li allegatament qed isiru f'ċerti djar privati ta' l-anzjani.", "Iżda l-gvern huwa konxju li għalkemm il-policy ewlenija tiegħu hija li jipprovdi s-servizzi essenzjali fil-komunita' ħalli aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f'darhom, xorta qiegħed iħabbat wiċċu ma' lista twila ta' anzjani li jridu jidħlu jgħixu f'xi dar residenzjali u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar in-numru qiegħed jikber.", "Wasal iż-żmien li nfittxu toroq oħra, jiġifieri li nkunu f'pożizzjoni li nissodisfaw id-domanda kbira li qed ikollna u se jkollna fil-futur biex l- anzjani jiġu istituzzjonalizzati.", "Allura wieħed tajjeb li jistaqsi: Kif jistgħu jiżdiedu l-postijiet għall-anzjani fid-djar residenzjali fil-futur qrib u fil-futur imbiegħed?", "Wieħed jista' jissuġġerixxi diversi triqat, per eżempju, il-gvern jista' jissieħeb mas-settur privat biex jiġu provduti servizzi ta' akkomodazzjoni għall-anzjani li jiggarantixxi kura kwalitattiva li tħares fost affarijiet oħra d-dinjita', il-privatezza u d- dritt ta' l-għażla tal-persuna anzjana.", "Is-settur privat jista' jiġi mħajjar jinvesti f'dan il-qasam, filwaqt li jitwaqqfu l-istrutturi meħtieġa li jgħassu l-operat ta' dawn id-djar biex l-anzjan jitpoġġa qabel kull interess kummerċjali.", "B'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali jistgħu jinfetħu anki djar żgħar li jkunu jistgħu jakkomodaw numru ta' anzjani mill- lokal stess.", "Nixtieq f'dan ir-rigward insemmi li bħalissa s-segretarjat fi ħdan il- ministeru għall-politika soċjali għaddej bi pjanijiet flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u twaqqfet task force, biex jistudjaw l-aħjar proġett kif bil-parteċipazzjoni tas-settur privat jista' jinbeda kumpless għall- anzjani f'dik il-lokalita'.", "Għaqdiet volontarji jistgħu jikkollaboraw ukoll fit-tmexxija tad-djar li jakkomodaw fihom lill-anzjani.", "Il-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani, għada iktar mil-lum, se tkun marbuta wkoll mal- kontribut li jridu jagħtu l-kunsilli lokali fil-qasam ta' l-anzjani.", "Bil- ħolqien sitt snin ilu tal-kunsilli lokali u bl-involviment dejjem akbar tagħhom, il-gvern fetaħ it-triq għad-deċentralizzazzjoni.", "F'dawn is-sitt snin ta' l-eżistenza tagħhom kellna diversi okkażjonijiet ta' kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u d-dipartiment ta' l-anzjani.", "Il- ftuħ ta' ċerti day-centres kien frott ta' dan il-ftehim, kif ukoll il-ħruġ tal-karta anzjan u t-tnedija tal-proġett info-anzjan.", "M'hemmx dubju li kull progress mixtieq u mistenni fil-futur fil-qasam ta' l-anzjani huwa marbut intrinsikament mal-kontribut li jridu jagħtu l- kunsilli lokali fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Għalhekk il-kwalita' tal- ħajja ta' l-anzjani għada iktar mil-lum tiddependi minhom.", "Il-kunsilli lokali għandhom ilkoll rwol ferm aktar importanti u determinanti fil-ħajja ta' kuljum ta' l-anzjani ta' kull stat soċjali, f'kull belt u f'kull raħal ta' pajjiżna.", "Iridu jaħdmu b'aktar serjeta' u b'aktar enerġija, iridu jikkollaboraw mad-dipartiment ta' l-anzjani fil-pjanifikazzjoni ta' aktar day centres għall-anzjani, possibilment fil-ftuħ ta' xi night-centres, iridu jgħinu lill-gvern ċentrali fil-pjani tiegħu biex jiġu moqdija kemm jista' jkun malajr dawk l-anzjani li jridu jidħlu fid-djar tax-xjuħ.", "Iridu jkunu l-promoturi f'attivitajiet li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw numru kbir ta' anzjani biex b'hekk aktar tissaħħaħ l-integrazzjoni tagħhom fis- soċjeta'.", "Il-kunsilli lokali jridu jkunu f'pożizzjoni li bil-funzjoni tagħhom igħinu fit-twettieq tal-policy tal-welfare society li fiż-żminijiet li ġejjin trid tkun il-bażi tal-qasam soċjali kollu f'pajjiżna.", "Il- kunsilli lokali se jkunu determinanti għall-iskop tagħna li nkomplu ntejbu l-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjan fil-futur.", "Dawn l-aħħar snin il-kwalita' tal-ħajja ta' l-anzjani kompliet titjieb ħafna għaliex irnexxilna ndaħħlu fil-pajjiż il-kultura li tinkoraġġixxi u tintensifika l-parteċipazzjoni ta' l-anzjani fid-diversi attivitajiet soċjali, kulturali, edukattivi u rikreattivi.", "Hloqna diversi okkażjonijiet li jipprovdu lill-anzjani opportunitajiet biex jipparteċipaw b'mod attiv huma stess u b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjeta'.", "Konna waqqafna l-kunsill nazzjonali ta' l-anzjani li huwa żgur ta' għajnuna bħala forum konsultattiv għad-dipartiment ta' l-anzjani.", "Fl-1993 ġiet inawgurata l-universita' tat-tielet eta' li hija okkażjoni biex l-anzjan jiżviluppa l-intelliġenza tiegħu anki fi xjuħitu.", "L-istitut tal- ġerontoloġija fi ħdan l-Universita' ta' Malta u l-istitut tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-anzjani komplew kabbru l-orizzont ta' tagħlim ta' ħafna individwi involuti fil-qasam ta' l-anzjani.", "Is-sena l-oħra, li kienet iddedikata għall-anzjani, żammejna numru kbir ta' attivitajiet soċjo- kulturali edukattivi, reliġjużi u rikreattivi li għalihom attendew numru sabiħ ta' anzjani, xhieda ta' parteċipazzjoni li dejjem tiżdied ta' l- anzjani f'dawn l-okkażjonijiet.", "L-għijxien aktar fit-tul ta' l-anzjani jrid jiġi akkumpanjat minn kwalita' ta' ħajja aħjar għalihom għaliex inkella kollox ikun artifiċjali.", "Irridu nadottaw policies li jkollhom bħala skop li l-anzjan jibqa' attiv, iżomm relazzjonijiet mal-familja, ħbieb u l-ambjenti familjari li jgħixu fih, filwaqt li ninkoraġġuh biex jipparteċipa attivitament biex iħoss ruħu kompletament integrat fis- soċjeta'.", "Il-viżjoni tagħna ta' l-anzjan tal-lum, din l-ewwel sena tat-tielet millennju, fis-soċjeta' li qegħdin ngħixu fiha li hija soċjeta' għal kull eta' u li rriduha tkun inklużiva u mhux esklużiva, hija ta' anzjan li jrid jibqa' attiv f'din is-soċjeta'.", "L-anzjan irid jieħu ħafna iżjed l- inizjattiva f'idejh, irid ikun anzjan proattiv, jiġifieri jrid huwa stess ifittex kif jagħti kontribut siewi lis-soċjeta'.", "Id-dover tagħna lkoll huwa li nipprovdu kwalita' ta' ħajja aħjar lill-anzjani tagħna mhux mil-lat materjali biss iżda wkoll mill-aspett soċjali, kulturali u edukattiv.", "B'hekk l-anzjani tagħna jħossuhom li huma jistgħu jipparteċipaw attivitament u ma jgħoddux ruħhom emarġinati, iżda għall-kuntrarju jħossuhom kompletament integrati fis-soċjeta'.", "Il-mira tagħna trid tkun li jkollna anzjani b'saħħithom, attivi, li għandhom interess fil-ħajja minkejja l-eta'.", "Irridu nkomplu nirsisti biex f'pajjiżna tkompli tiżviluppa l-immaġini ġdida ta' l-anzjani Maltin.", "Irridu nkomplu nrawmu fil-prattika l-kunċett tas-solidarjeta' bejn il- ġenerazzjonijiet, bejn anzjan u żgħażugħ li joqogħdu biswit xulxin u jgħinu lil xulxin.", "Irridu noħolqu diversi okkażjonijiet li jipprovdu lill-anzjani tagħna opportunitajiet biex jipparteċipaw b'mod attiv huma stess u b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjeta'.", "Illum l-anzjan għandu quddiemu diversi attivitajiet li fihom jista' jikkontribwixxi, bħall- kunsilli lokali, għaqdiet tredjunjonistiċi, reliġjużi, politiċi, kulturali, filantropiċi, filarmoniċi u sportivi.", "Id-dinjita' ta' l-anzjani hija wieħed mill-ħames prinċipji fundamentali li adottat Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-1991 u nkoraġġiet lill- gvernijiet kollha biex jinkorporawhom fil-programmi nazzjonali tagħhom.", "Il- gvern f'dan il-pajjiż irid ikun l-ewwel li jagħti l-eżempju u jħares id- dinjita' ta' l-anzjani b'dak kollu li jipproponi u li jwettaq.", "Għalhekk irridu nkunu impenjati li naraw li ħadd mill-anzjani tagħna ma jibqa' lura, li kull anzjan ikollu l-pensjoni tal-gvern assigurata għal ħajtu kollha, li kull anzjan ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu servizzi avvanzati ta' saħħa u edukazzjoni.", "Kull anzjan ikollu l-għajnuniet neċessarji kollha biex igħix f'daru b'kundizzjonijiet aċċettabbli u sakemm huwa possibbli.", "Dawk l- anzjani li jkollhom bżonn li jgħixu f'istituzzjoni jingħatawlhom il-mezzi kollha biex ikunu jistgħu jagħmlu dan u li f'kull każ id-dinjita' u d- drittijiet tagħhom ikunu mħarsa.", "Kull każ ta' kull anzjan għandu jiġi trattat individwalment u bl-aktar mod professjonali.", "L-isfidi tal-futur fil-qasam ta' l-anzjani huma kbar iżda ma rridux naqtgħu qalbna.", "Il-progress miksub f'dawn l-aħħar snin jagħmlilna kuraġġ, huwa garanzija tal-futur.", "Il-gvern waħdu ma jistax jissodisfa l-ħtiġijiet kollha li dejjem jiżdiedu u jinbidlu f'settur ta' popolazzjoni li qed jikber ma' kull sena li tgħaddi.", "Irridu naħdmu lkoll f'daqqa u id f'id, gvern, knisja, volontarjat, settur privat u l-anzjani nfushom flimkien mal- familja tagħhom.", "Allura żgur li nilħqu dak li lkoll nixtiequ, li l-anzjan f'pajjiżna jgawdi d-dinjita' u jkun rispettat mis-soċjeta' kollha.", "Huwa għalhekk li din is-sena ċċelebrajna l-jum dinji ta' l-anzjani b'aktar attivitajiet minn qabel biex aktar anzjani setgħu jipparteċipaw fihom.", "Bdejna proprju nhar it-Tnejn, bħal llum ġimgħa, b'attivita' fit-teatru ta' San Vinċenz fejn inawgurajna exhibition ta' stendardi ta' każini tal-baned u wara kellna kunċert minn waħda mill-baned.", "Nhar l-Erbgħa fid-day-centre ta' l-Imtarfa żammejna serata soċjali li għaliha attendew aktar minn sitt mitt anzjan li jattendu d-diversi day- centres.", "Nhar l-Erbgħa wkoll, billi kienet taħbat il-festa ta' San Vincenż de Paule, kien hemm quddiesa speċjali ta' l-okkażjoni għar-residenti ta' hemmhekk.", "Nhar il-ġimgħa fit-teatru ta' San Vinċenz żammejna ċ-ċerimonja ta' l-għoti tal-premju ta' l-anzjan tas-sena, ċerimonja li kienet taħt il- patronċinju tal-President tar-Repubblika.", "Il-bieraħ il-Hadd, l-1 ta' Ottubru, għall-ewwel darba fl-istorja tar- residenza ta' San Vinċenz ġiet ċelebrata quddiesa mmexxija minn Mons. Depasquale fil-knisja tar-residenza, quddiesa li ġiet trasmessa live fuq it- televiżjoni.", "Wara l-quddiesa kien hemm ukoll programm minn banda lokali għall-anzjani tal-post.", "L-aħħar attivita' nżammet illejla fejn madwar ħames mitt anzjan qegħdin jattendu fl-Axis għal serata organizzata apposta għalihom, li fiha żgur se jkollna l-konferma li l-anzjani tagħna għadhom attivi.", "Huwa d-dover tagħna li nirsistu biex ikollna aktar parteċipazzjoni ta' anzjani fid-diversi okkażjonijiet li aħna nżommu.", "Inħossni żgur li din il- parteċipazzjoni tkompli ssaħħaħ l-integrazjoni sħiħa tagħhom fis-soċjeta'.", "Irridu naħdmu lkoll flimkien biex il-ġejjieni tagħna jkun mogħni b'soċjeta' li fiha ħadd ma jibqa' lura u li veru tkun soċjeta' għal kull eta'.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 3 ta' Ottubru 2000, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MOSTA - XOGĦLIJIET", "19065.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jinformani għaliex ix-xogħlijiet fi Triq il-Ġdida, fi Triq il-Ħtajriet il-Mosta, ġew abbandunati matul dawn l- aħħar snin?", "Jista' l-Ministru jinformani x'follow up saret mid-Dipartiment tat- Toroq matul l-1999 u din is-sena sabiex id-dipartimenti konċernati jwettqu x-xogħlijiet neċessarji?", "Jista' jara li x-xogħlijiet jibdew immedjatament peress li ilhom pendenti s-snin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: L-Onor.", "Interpellant hu mitlub jindika l-isem tat- triq biex tkun tista' tiġi identifikata n-natura tax-xogħol li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant.", "MOSTA - TRIQ IL-ĦTAJRIET", "19067.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jinformani għaliex triq il-ġdida fi Triq il-Ħtajriet, il-Mosta ġiet abbandunata matul dawn l-aħħar snin?", "Peress li f'din it-triq hemm bżonn numru ta' xogħlijiet li jinvolvu estensjoni tad-drenaġġ, jista' l-Ministrujara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa immedjatament?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minħabba li l-easement biex nidħlu fi proprjeta' privata se jiġi ppubblikat f' żmien qasir, ix- xogħol (li għalih għandna tender lesta) ma setax jibda' qabel.", "Għalhekk dan ix-xogħol jinbeda malli noħorġu t-tender in kwestjoni.", "MMA - STUDJU", "19121.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsir studju mill-Awtorita' Marittima dwar kif tista' tkun aktar kontrollata s-sigurta' ta' l-opri tal- baħar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, l-aktar fil-parti tax-Xemxija fejn seħħ l-inċident tal-ħruq totali ta' żewġ opri tal-baħar li setgħu kkawżaw traġedja ferm akbar?", "Jista' jikkonsidra li jsir xi forma ta' kumpens lis-sidien ta' dawn l- opri tal-baħar li sofrew telf ta' eluf ta' liri kbar u jinsabu mingħajr xogħol?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fuq dan il-każ partikolari għadha għaddejja inkjesta maġisterjali.", "Fuq ir-riżultat ta` din l-inkjesta l- awtorita' maritima tikkonsidra x'passi tista` tieħu.", "LIĠI KONTRA D-DAGĦA", "19135.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress li fil-liġi kontra d-dagħa ta' l-1949 hemm stipulat li min jinsab ħati jista' jeħel piena ta' ħabs, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm persuni li nstabu ħatja li kissru din il-liġi u ntbagħtu l-ħabs b'riżultat ta' din il-liġi?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19378 f`Seduta Nru.377.", "ISTITUT TEKNIKU TA' CORRADINO", "19136.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu fil-każ ta' impjegati fl-Istitut Tekniku ta' Corradino li għamlu x-xhur ma jmorrux għax-xogħol?", "Jista' jgħid x'passi ittieħdu wkoll kontra min kien jiffirma minflokhom u kontra l-aġent kap tekniku li għattielhom il-każ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ġiet assigurata mill-aġent kap ta' l-iskola li ħadd mill-impjegati m'għamel xhur ma jmurx għax-xogħol ħlief dawk b'ċertifikat mediku.", "Għaldaqstant ma kien hemm l-ebda okkażjoni fejn xi ħadd iffirma flok impjegati assenti.", "OLIMPJADI - KONTINĠENT MALTI", "19137.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa stmat li jlaħħqu l-ispejjeż tal-kontinġent Malti għall-olimpjadi f'Sydney?", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni u l-atleti li għamlu parti minn dan il-kontinġent u x'kienet il-ħtieġa u r-rwol tagħhom li jagħmlu parti mill-kontinġent?", "Jista' jgħid ukoll separatament fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-parteċipazzjoni ta' atleti Maltin fl- Olimpjadi hija prerogattiva tal-Kumitat Olimpiku Malti.", "Huwa l-istess KOM li jiddeċiedi min jifforma parti mill-kontinġent Malti u dawn id- deċiżjonijiet jittieħdu fuq kriterji tekniċi stabbiliti mill-International Olympic Committee.", "L-ispejjeż jitħallsu kollha mill-KOM jew mill-organizzaturi tal-logħob f' Sydney.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Membru, kopja tar-rapport tal-press conference li l-KOM għamel meta tħabbar il-kontinġent Malti għall-Logħob Olimpiku ġewwa Sydney tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is- seduta.", "ŻJARA TA' NEW YORK", "19138.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara li għamel fl-Amerika (New York) fil- bidu ta' Settembru 2000?", "Jista' jgħid min kienu l-persuni li akkumpanjawh għal din iż-żjara u x'kienet il-ħtieġa u r-rwol tagħhom waqt iż-żjara?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.", "KULLEĠĠ VOKAZZJONALI - LIBJANI", "19139.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollhom l-iżviluppi negattivi tal- Kulleġġ Vokazzjonali fuq il-ftehim li l-Ministru tal-Finanzi iffirma ma' l- awtoritajiet Libjani li permezz tiegħu studenti Libjani kellhom jiġu jitgħallmu hawn Malta?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ma jirriżultali l-ebda żvilupp negattiv.", "KONTINĠENT MALTI - OLIMPJADI", "19140.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li attendew għall-olimpjadi f'Sydney?", "Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u x'kien r-rwol tagħhom li jagħmlu parti mill-kontinġent?", "Jista' jgħid kemm huwa stmat li jiġu jiswew l-ispejjeż totali għaż-żjara ta' dan il-kontinġent fl-Awstralja?", "Jista' jgħid separatament fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispejjeż?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19137", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-ĦALIB", "19221.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal- Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "KOPERATTIVA TAL-PRODUTTURI TAL-MAJJAL", "19222.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra f'Settemrbu ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu mill- koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?", "ONOR.", "JOE BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "XIRI TA' STOCKS", "19486.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid kemm inxtraw stocks tal-gvern wara s-sejħa pubblika li saret dan l-aħħar?", "Kemm inxtraw mill-pubbliku u kemm minn istituzjonijiet finanzjarji?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fit-30 ta' Settembru, 2000 immaturaw żewġ stocks li jammontaw għal Lm28.0m kif jidher hawn:", "Lm10.5m MGS 6.50% 2000 IV Lm17.5m MGS 6.65% 2000 VI", "Inħarġu żewġ stocks b'valur totali ta' Lm28.0m bhal dawk li mmaturaw.", "Dawn ġew allokati kif jidher hawn taħt:", "5.9% 2009 - 6.6% 2014", "Banek Lm13.5m - Lm0.3254m", "Pubbliku - Lm 0.9143m - Lm6.4471m", "Oħrajn Lm3.0857m - Lm3.7275m", "UE - FORZA MILITARI ĠDIDA", "19489.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jikkonferma li Malta biħsieba tissieħeb fil-forza militari ġdida Ewropea li biħsieba twaqqaf l-Unjoni Ewropea?", "Jekk iva, il-gvern fuq liema livell biħsiebu jipparteċipa fi ħdan din ir- Rapid Reaction Force militari?", "Il-Gvern Malti meta wera l-interess tiegħu f'dan kollu?", "X'konsultazzjonijiet kellu s'issa dwar dan is-suġġett?", "ONOR.", "JOE BORG: Il-gvern qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi f'dan ir- rigward u se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fiż-żmien opportun.", "Għaldaqstant il-gvern la għadu ħa xi pożizzjoni u lanqas ma esprima l- interess tiegħu għall-parteċipazzjoni ta' Malta f'din ir-rapid reaction force.", "Malta qed tattendi l-laqgħat msejħa mill-presidenza, li għalihom qed jiġu mistiedna l-pajjiżi kandidati kollha, kemm fil-livell ta' esperti kif ukoll f'dak ta' uffiċċjali għolja.", "PARTNERSHIP FOR PEACE", "19490.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Prim Ministru: Billi fi żmien l- elezzjoni ġenerali ta' l-1998 inti kont għedt li s-sħubija fil-Partnership for Peace ma baqgħetx fuq l-aġenda tal-partit tiegħek tant li lanqas kont għamilt referenza għad-dħul tagħna mill-ġdid fiha fil-manifest elettorali tal-PN, x'wasslek biex issa qed tipproponi li terġa' issieħeb lil Malta fi ħdan din l-organizzazzjoni tan-NATO?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: Filwaqt li l-gvern m'għamel ebda proponiment li jerġa jidhol fil-partnership for peace kif diġà għidt f'dan il-Parlament il-gvern għadu jemmen li jkun utli għal pajjiżna u għall-membri ta' l- Armata li jieħdu sehem fil-PFP u allura ikun għaqli li fiż-żmien opportun tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "MINISTERU TAL-FINANZI - ŻIDIET FIT-TARIFFI", "19491.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Qiegħed nagħti lista ta' żidiet f'tariffi mill-1997 sal-2000.", "Budget 1997 - Gvern Laburista", "Levy fuq kull biljett ta' safar għal min jibda vjaġġ minn Malta;", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq spirti u sigaretti;", "Żieda fil-prezz tal-petrol normali kif ukoll dak ta' bla comb;", "Żieda fis-sisa fuq id-diesel;", "Żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi privati mpurtati;", "Żieda fil-liċenzji annwali tal-karozzi privati u ta' vetturi kummerċjali;", "Żieda fir-rati tar-reġistrazzjoni ta' pleasure crafts (tal-baħar) u l- liċenzji annwali tagħhom;", "Żieda fil-prezz tal-petrolju;", "Żieda fir-rati ta' l-ilma li tieħu l-industrija ta' l-ibbottiljar mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma;", "Żieda fir-rati ta' l-ilma li jieħdu l-banek, l-Air Malta u xi korporazzjonijiet parastatali u xi awtoritajiet pubbliċi;", "Reviżjoni tar-rati tas-servizzi postali;", "Dħul ta' dazju tas-sisa fuq il-birra.", "Budget 1998 - Gvern Laburista", "Reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma, ta' l-eletriku u tal-gas;", "Tariffa proposta għas-Servizz ta' Drenaġġ;", "Ħlas ta' miżata fuq ħruġ ta' mediċini b'xejn;", "Reviżjoni ta' miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-Gvern;", "Reviżjoni ta' liċenzji u taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur;", "Reviżjoni tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi kummerċjali;", "Żieda fil-passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta;", "Żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assikurazzjoni;", "Taxxa ta' darba fuq il-qliegħ gross tal-Banek Kummerċjali;", "Levy fuq tiġdid tal-credit cards bankarji;", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-pitrolju;", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq l-ispirti u sigaretti;", "Dħul ta' dazju tas-sisa fuq l-inbejjed.", "Budgets tal-1999 u tal-2000 - Gvern Nazzjonalista", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq it-tabakk li jintuza ghas-sigaretti tal-brim", "Żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol", "Żieda fil-kontribuzzjoni għas-sigurta' socjali ta' l-impjegati", "Reviżjoni tat-tariffa tat-taxxa fuq id-dħul", "Ħlas ta' 15% VAT fuq il-petrol, id-diesel u t-telefon.", "Fil-kaz tat- telefon, il-prezz għall-konsumatur zdied biss b'5%.", "Żieda minn 2% ghal 5% fit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti dovuta fuq trasferimenti ta' ishma", "Tneħħija tas-sussidju fuq il-ħobż", "Fl-istess ħin, dan il-gvern mill-ewwel ħa l-passi neċessarji biex jibdel il-liġi tas-CET ma' dik tal-VAT biex b'hekk il-pajjiz iħaddem ligi ekwa u effiċjenti u ta' benefiċċju għan-negozju fl-amministrazzjoni tagħha.", "Sintendi kontra dawn l-aġġustamenti, il-gvern ħa wkoll passi biex jirrevoka bosta taxxi li kien għamel il-Gvern Laburista fis-sentejn ta' amministrazzjoni, minbarra li baxxa tariffi oħrajn bħal dawk tal-levies u l- boll fuq it-trasferimenti tal-proprjeta' immobbli.", "Barra minnhekk, minn żmien għal żmien, aġġustamenti oħra li jirrigwardjaw l-operat tad-diversi ministeri, isiru permezz ta' avviżi legali fil- Gazzetta tal-Gvern.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19492.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Fil-ministeru tiegħi ma ġew introdotti l- ebda żidiet fit-tariffi.", "POLITIKA SOĊJALI - ŻIEDA FIT-TARIFFI", "19493.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit- tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad- dekasteru tiegħek?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Membru huwa mitlub ikun aktar speċifiku biex tkun tista' tingħata tweġiba.", "STUDENTI GRADWATI", "19553.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mill-istudenti li ggradwaw fil-B.Ed. din is-sena kemm minnhom ġew impjegati mill-istat?", "F'liema suġġetti u f'liema skejjel?", "Kemm hemm li daħlu ma' skejjel tal-knisja u dawk indipendenti?", "Għal liema suġġetti?", "Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji dwar dawk li ggradwaw fil-PGCE?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-istatistika mitluba għadha qed tinġabar mill- iskejjel tal-knisja u indipendenti u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TOROQ - SIGURTA'", "19554.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18427, jista' l-Ministru jgħid fejn: se jiġu nstallati traffic lights; se jiġu nstallati pelican lights; u se jsiru zoni għall-użu tal-pedestrinas u dan fil-ġimgħat/xhur li ġejjin?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li fil-ġimgħat li ġejjin id-dipartiment tat-toroq għandu ppjanat li jitwaħħlu pelican lights fil-Mosta, Attard, Blata l-Bajda, Marsa, l-Gżira u Ħal Qormi.", "Barra min hekk hemm il-ħsieb li jiġu desenjati Traffic Lights Junctions il-Ħamrun (Pjazza San Pawl u fl- inħawi tad-Duluri).", "Studji dwar żoni pedonali għadhom qedgħin jiġu diskussi mit-traffic control board u l-kunsilli.", "BENEFIĊĊJI - RELIEF", "19563.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l- aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l- benefiċċji magħrufa bħala \"tar-relief\"?", "Jekk f'din is-sena kienx hemm żieda fin-numru ta' nies li ma baqgħux jieħdu r-relief jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal din iż-żieda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal- ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi seduta oħra.", "CHILDREN'S ALLOWANCE", "19564.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal dawn l- aħħar ħames snin kemm applikaw nies biex jieħdu ċ-children's allowance?", "Kemm fil-fatt ħadu ċ-children's allowance?", "Kemm swiet lill-gvern kull sena?", "Kemm qed jistima li se jonfoq il-gvern fuq children's allowance fis-sena 2000?", "Jista' jgħid kemm għad hawn familiji li suppost diġa' rċevew iċ- cheque taċ-children's allowance, imma fil-fatt għadhom qed jistennewh?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal- ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi seduta oħra.", "ĠNIEN TA' SCHRIBER - DAWL", "19568.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex isir id-dawl fil-ġnien ta' Schriber meta dan ix-xogħol ilu approvat ix-xhur?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ilment ta' l-Onor.", "Interpellant ġie riferit lill- Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.", "REFUNDS", "19570.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19087?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija ingħatat fil-mistoqsija parlammentari numru 19087 f'Seduta Nru. 377.", "MDC - UFFIĊINI WŻATI", "19571.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19090?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "|PERJODU |AMMON| | |T | |minn Lulju 1992 sa|Lm69,| |Novembru 1993 |025 | |minn Diċembru 1993|Lm63,| |sa Novembru 1994 |259 | |minn Diċembru 1994|Lm69,| |sa Novembru 1995 |103 | |minn Diċembru 1995|Lm69,| |sa Novembru 1996 |103 | |minn Diċembru 1996|Lm73,| |sa Novembru 1997 |454 | |minn Diċembru 1997|Lm75,| |sa Novembru 1998 |354 |", "DOCKYARD CREEK - DGĦAJJES", "19572.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19036?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Nirriferi lill-Onor.li nterpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 19036.", "AĠENTI TAL-MEDIĊINA", "19577.", "L-ONOR.", "KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus lura lill-aġenti tal-mediċina li jkunu rebħu kuntratt/i sabiex jipprovdu li jfornu l-isptarijiet tal-gvern bl-imsemmijin mediċini?", "Jista' l-Ministru jelenka l-każi separtament, bl- ammonti dovuti kif ukoll kemm dawn il-kontijiet ilhom outstanding?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta għad- domanda numru 19083.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "19587.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il- familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, ma ħadietx l-għajnuna supplimentari meta jinsabu bil- benefiċċju tal-qgħad?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "BENEFIĊĊJU TAL-QGĦAD", "19589.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-familja li tirċievi l-benefiċċju tal-qgħad għaliex qed jitnaqqsulu xi flus miċ-cheque tas-sigurta' soċjali li partikolaritajiet tagħha qe jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna konċernata ġiet informata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali.", "SKEJJEL - STUDENTI", "19591.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola ta' Malta u Għawdex: (a) kindergarten, (b) primarja; u (ċ) sekondarja, kemm hemm studenti subien, kemm bniet, kemm għalliema, kemm facilitators, kindergarten assistants, kemm minor staff skola bi skola?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "DJAR - SUSSIDJI", "19592.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il- każ tas-sinjura li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, dwar sussidji mill-awtorita' ta' djar peress li s- saqaf tad-dar huwa perikoluż?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar informat lill-applikant dwar is-sitwazzjoni preżenti ta' l- applikazzjoni tagħha.", "SKEJJEL SPEĊJALI", "19596.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal ġodda bdew jattendu l-iskejjel speċjali din is-sena skolastika?", "F'liema skejjel bdew jattendu?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li tmien studenti ġodda bdew jattendu l- iskejjel speċjali minn din is-sena skolastika.", "L-iskejjel li fihom bdew jattendu dawn l-istudenti ġodda huma:", "|Skola San Miguel, St.Andrews |4 | |Skola Santa Marija, Msida |1 | |Skola Dun Manwel Attard, |1 | |Wardija | | |Skola Hellen Keller, Qrendi |2 |", "EDUKAZZJONI SEKONDARJA - TFAL B'DIŻABILITA'", "19597.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li din is-sena kellhom jibdew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom b'mod inklużiv?", "Kemm tfal b'diżabilita' għadhom ma bdewx imorru fl-iskejjel sekondarji għax m'hemmx persuna magħhom biex tgħinhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitluba għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "SKEJJEL - TINDIF", "19598.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel ta' Malta hemm nuqqas ta' persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-iskejjel?", "X'se jsir dwar dan in-nuqqas?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "TARXIEN - TARMAK", "19610.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma jingħata t-tarmak fi Triq Xintill, Tarxien hux se jkompli d-drainage fil-parti l-qadima fejn ddur għal Triq is-Sorijiet?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li m'hemm l-ebda talba mid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isir xogħol ieħor f'din il-lokalita'.", "KOTTONERA - PROĠETT", "19611.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l- Ministru jgħid liema huma l-proġetti finanzjati direttament mill-gvern li se jsiru fil-Kottonera fi 3 tliet li ġejjin?", "Meta hemm il-ħsieb li jibda kull proġett?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nirriferi l-Onor.", "Interpellant għal business plan tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li kopja tiegħu diġa' tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f' Seduta Nru. 329, mistoqsija parlamentari numru 16975.", "ST.", "JAMES CAVALIER", "19612.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19512?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "GOZO CHANNEL - IMPJEGATI", "19613.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19340?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant li tinkludi wkoll riżenji u trasferimenti li saru matul is­snin imsemmija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.", "AIR SHOW - PERSUNI MISTIEDNA", "19615.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19456 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex jiġu mistiedna nies għall-airshow li sar il- Ħadd, 24 ta' Settembru, 2000?", "Fuq liema bażi ġew mistiedna dawn il- persuni?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li l-ebda entita` li taqa taħt il- ministeru tiegħi ma kienet involuta fl-organizzazzjoni u l-istedin ta` l- airshow.", "WIED IL-GĦAJN - DAWL FIT-TOROQ", "19617.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19380?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nformat li fir-rigward ta' Triq Vjola u Triq Patri Wistin Born, il-Korporazzjoni Enemalta m'għandhiex talbiet pendenti biex jitwaħħlu lampi ġodda.", "Dwar Triq Lampuka saret talba għal lampi ġodda mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u dwar Triq l-Għassies hemm l- approvazzjoni biex jitwaħħlu lampi ġodda.", "SPORTS - FINANZI", "19618.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19465, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-fondi msemmija?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' Lm215,000 mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi tqassam kif ġej:", "|Malta Football |Lm | |Association |10,000 | |Malta Racing Club |Lm | | |5,000 | |Ministry of Youth |Lm200,000| |and Sports | |", "MALTA TOURING CLUB - GĦAJNUNA", "19619.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l- Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna f'dawn l-aħħar sentejn il-Malta Touring Club?", "ONOR.", "MICHAEL REFALO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-istħarriġ li sar s'issa ma jidhirx li l-Malta Touring Club ingħata xi għajnuna finanzjarja.", "Jekk it-tweġiba li għadni qed nistenna mill-MTA tkun f'sens kuntrarju ngħid ma' din it-tweġiba.", "MARSA SPORTS GROUND - TRACK", "19620.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-track tal-Marsa Sports Ground mhux qed tkun mixgħula filgħaxija, minkejja li jkun hemm diversi atleti għat-training?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li t-track tal-Marsa sports complex qed tkun mixgħula kuljum filgħaxija sabiex l-atleti jkunu jistgħu jittrenjaw fiha.", "Informat ukoll li mill-bidu ta' din is-sena bdew jinxtegħlu wkoll il- pitches tal-football sabiex ikun jista' jsir training fuqhom ukoll.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat beda jinxtegħel ukoll ground 5.", "Dan kollu juri l-impenn tal-gvern li bil-fatti, jipprovdi aktar faċilitajiet għat-taħriġ sportiv.", "COIN TELEPHONE", "19621.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti biex daħħlu l-coin telephone fid-djar tagħhom minn April sa Settembru 2000?", "Kemm kienu dawk l- abbonati li kellu jiġi sospiż is-servizz tagħhom għax ma ħallsux il-kont minn April sa Settembru 2000?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TAT-TELEPHONE", "19622.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telephone għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2000?", "Jista' jgħid mil- liema lokal ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SERVIZZ TAD-DAWL", "19623.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' April sa Settembru 2000?", "Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SEGRETARJU PARLAMENTARI - ŻJARA FL-AWSTRALIA", "19624.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus sabiex is-Segretarju Parlamentari mar Sydney l-Awstralja għall-olimpijadi?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nirriferi lill-Onor.", "Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 19137 u 19140", "SPTAR MONTE CARMELI", "19625.", "L-ONOR.", "RITA LAW staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19348?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Jien informat li fl-Isptar Monte Carmeli n-numru ta` pazjenti li jużaw l-isptar huwa kif ġej:", "1999:", "|No. |No. of|Bed |Average|Averag| |of |Discha|Comple|Daily |e | |Admis|rges |ment |Bed |daily | |sions| | |Occupan|No. of| | | | |cy |Patien| | | | | |ts on | | | | | |Leave | |823 |741 |598 |482 |185 |", "2000 (sat-28 ta` Settembru 2000)", "|No. of|N. |Bed |Bed |No. | |Admiss|of |Compleme|Occupa|of | |ions |Disc|nt (as |ncy |Pati| | |harg|on | |ents| | |es |28.09.20| |on | | | |00) | |Leav| | | | | |e | |644 |550 |588 |493 |224 |", "Pazjenti li jkollhom viżiti mill-qraba: 389.", "Fl-Isptar Monte Carmeli m'hemmx pazjenti bħala out-patients.", "Dawn isiru fl- Isptar San Luqa u fil-Health Centres.", "Admissions sena b'sena mill-1990 sat-28 ta` Settembru 2000:", "1990 - 767 1996 - 841 1991 - 758 1997 - 813 1992 - 790 1998 - 821 1993 - 742 1999 - 823 1994 - 742 2000 (sat-28.09.2000) - 644 1995 - 794", "Admissions xahar b'xahar minn 1999 sat-28 ta` Settembru 2000:", "|Jannar 1999 |53 |Frar 1999 |63 | |Marzu |89 |April |84 | |Mejju |79 |Ġunju |68 | |Lulju |63 |Awissu |69 | |Settembru |67 |Ottubru |86 | |Novembru |50 |Diċembru |52 |", "|Jannar 2000 |53 |Frar 2000 |60 | |Marzu |80 |April |71 | |Mejju |59 |Ġunju |74 | |Lulju |94 |Awissu |90 | |Settembru |63 | | | |(sat-28/09/200| | | | |0) | | | |", "SKEJJEL - BORMLA", "19627.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-istudenti li qed jattendu l- J.L. ta' Verdala, Bormla ma jkomplux jerfgħu l-piż finanzjarju għall-ħlas ta' ħafna photo copies, fejn f'numru ta' każi ntalbu jitħallsu (s'issa) aktar minn Lm5?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "STA.", "LUĊIJA - ĠIBJUN", "19628.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19337, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il- ġibjun f'Sta.", "Luċija?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għall-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari nri.", "19119 u 2723.", "SKEJJEL - JUNIOR COLLEGE", "19629.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti tat-tieni sena fil- Junior College?", "Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal- Kamra aktar kmieni f'din is-seduta."]} {"filename": "19981218_044d_par.doc", "date": "1998-12-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 44 Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru, 1998 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 44", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru, 1998", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "44", "Il-Ġimgħa, 18 ta' Diċembru, 1998", "WERREJ MINUTI 125", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 125", "TQEGĦID TA' KARTI 129", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA ESTIMI ĠENERALI 1999 RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI 130", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1999) (STADJI KOLLHA) APPROPRIATION (1999) BILL (ALL STAGES) 157", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1998 MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL- KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI GĦAS-SENA 1998 159", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT, U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1998 (ORDNI PERMANENTI NRU 82) 161", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1998) (STADJI KOLLHA) SECOND (1998) APPROPRIATION BILL (ALL STAGES) 161", "AĠĠORNAMENT 163", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 164", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 43 li saret fit-18 ta' Diċembru, 1998 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI", "MDP - LAQGĦAT", "2594.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru laqgħat bejn il- ministeru u l-Malta Dairy Products bejn il-5 ta' Settembru u l-aħħar ta' Novembru?", "Meta saru dawn il-laqgħat u x'punti ġew diskussi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT (Ministru għall-Agrikoltura u Sajd): Nirriferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2561.", "SPORT - AUTO MOTOR SPORT", "2640.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'policy għandu d-dipartiment ta' l- isport dwar off-road auto motor sport f'pajjiżna?", "Huwa f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra x'tip ta' avvenimenti nazzjonali ta' l-auto motor sport jiġu organizzati fil-gżejjer tagħna?", "X'għajnuna jingħataw dawn l-għaqdiet mid-Dipartiment ta' l-Isport?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Jien informat li bħalissa qiegħed isir studju fuq il-motor sport kollu.", "Is-segretarju parlamentari kellu laqgħa waħda ma' rappreżentanti ta' l-all wheel drive club.", "Minn din il-laqgħa irriżulta illi l-akbar issue għal dan l-isport huma l-faċilitajiet fejn dan l-isport jista' jkun prattikat minħabba l- impatt fuq l-ambjent.", "Waqt din il-laqgħa kienu indikati siti suġġeriti mill-awtorita' ta' l- ippjanar għall-prattika ta' dan l-isport.", "Żvilupp ta' sit partikolari jiddependi mill-awtorita' ta' l-ippjanar, li trid tapprova l-permessi meħtieġa għall-off-roading fuq dan is-sit.", "Imbagħad wieħed ikun jista' jikkonsidra talbiet eventwali għall-għajnuna.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Farrugia, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Nixtieq ngħid li għalkemm dan it-tip ta' sport huwa pprattikat ħafna min-numru ta' entużjasti, sfortunatament f'pajjiżna qatt ma ngħata l-appoġġ li jimmeritah u waħda mill-problemi li għandna hija li m'għandniex biżżejjed attivita' edukattiva għaddejja sabiex dawk li jmexxu avvenimenti bħal dawn, bħalma huma marshals u clerks of the course, jingħataw l-attenzjoni xierqa.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex f'pożizzjoni li jinforma lill-Kamra jekk id-dipartiment għandux il-ħsieb li jirrifletti fuq din il-kwestjoni ħalli nkunu assigurati li avvenimenti bħal dawn ma jsirux biss skond il-mertu ta' l-attivita' imma biex ikun evitat ukoll kull periklu li jista' jiffaċċja min ikun qed jipparteċipa f'dawn it- tip ta' avvenimenti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Louis Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, irrid ngħid li l-ħsieb tagħna huwa li t- tema ta' physical education tingħata iktar importanza u jkun hemm iktar kollaborazzjoni għall-finijiet ta' l-edukazzjoni f'dan il-kamp bejn id- diviżjoni ta' l-edukazzjoni, li għandha l-uffiċjali u l-għalliema tagħha fil-kamp ta' l-isport, u d-dipartiment ta' l-isport, li għandu numru ta' uffiċjali b'funzjonijiet speċifiċi u li jistgħu jġibu għad-dispożizzjoni tas-sistema edukattiva il-kuntatti li huma għandhom ma' l-għaqdiet sportivi.", "Issa meta wieħed jibda jidħol f'xi qasam ta' xi sport partikolari, naħseb li hemmhekk ma tkunx kwestjoni ta' policy governattiva nazzjonali, fis-sens li l-kontenut tal-kurrikulu tal-physical education jiġi deċiż minn nies kompetenti fi ħdan id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni u d-dipartiment ta' l-isport, li jieħdu wkoll in konsiderazzjoni pariri u expertise ieħor li jiġu mill-fakulta' ta' l-edukazzjoni.", "Jien m'għandix esperjenza f'dan il-kamp sportiv u ma nafx kemm l-off- road auto motor sport jista' jkun parti minn dan il-kurrikulu ta' physical education għax ma naħsibx li dawn l-affarijiet għandhom jinkwadraw ruħhom eżattament f'tema edukattiva.", "Pero' huwa tajjeb li wieħed jara kif jista' jissodisfa l-bżonn ta' faċilitajiet għal dan it-tip ta' sport, li għandu appoġġ ta' numru dejjem jikber ta' dilettanti Maltin, pero' ma naħsibx li jista' jidħol fil-kurrikulu edukattiv.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jispjega lil din il- Kamra x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita mill-clubs ta' l-isports kollha biex ikunu jistgħu jieħdu xi forma ta' għajnuna mid-dipartiment?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Ngħaddi din id-domanda lis-segretarju parlamentari, l- Onor. Jesmond Mugliett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT (Segretarju Parlamentari): Il-proċedura hija li darbtejn fis-sena jsir avviż fuq il-gazzetti biex dawk il-clubs interessati jagħmlu t-talba tagħhom bil-miktub u aħna jkollna kwadru eżatt tal- talbiet kollha u abbażi ta' dak il-kwadru nkunu nistgħu nippjanaw in-nefqa tagħna.", "Bażikament il-fondi se jiġu allokati biex issir capital expenditure minn dik l-għaqda li tkun trid tiżviluppa l-faċilitajiet tagħha, biex organizzazzjoni tkun tista' tipparteċipa f'xi tournament internazzjonali u biex għaqda tkun tista' torganizza tournament internazzjonali f'Malta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru ta' l-Intern jgħid x'inhi l-policy tal-ministeru dwar l-off-road auto motor sport u kif iħares lejha?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Tonio Borg.", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Fil-fatt rappreżentanti ta' assoċjazzjoni li jiddelettaw b'dan it-tip ta' sport għamlu kuntatti mal- ministeru sabiex ikunu jistgħu jsiru laqgħat ma' l-awtorita' ta' l-ippjanar ħalli jiġu identifikati siti fejn dan l-isport ikun jista' jiġi eżerċitat.", "Nawgura li dawn it-taħdidiet jintemmu b'suċċess.", "Fil-fatt meta dawn ir-rappreżentanti ġew ikellmu lili jien irrifirejthom lill-uffiċjali ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar pero' l- problema qiegħda tiġi diskussa u għadha ma tteħditx deċiżjoni finali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Problema partikolari li teżisti f'dan it-tip ta' sport hija li minkejja li ċerti dixxiplini oħra sportivi għandhom ukoll ċertu benefiċċju donnu li din il-kategorija tas-soċjeta' tagħna li tipprattika dan it-tip ta' sport baqgħet fuq l-ixkaffa fis-sens li, per eżempju, jużaw tip ta' muturi u karozzi li ovvjament m'humiex aċċessibbli għat-toroq, pero' b'danakollu xorta jħallsu l-istess dazji u liċenzji daqslikieku dawn it-tip ta' muturi jew karozzi jintużaw fit-triq.", "Xtaqt lill-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wieħed jirrifletti fuq din is- sistema jew inkella hijiex se tibqa' kif inhi, bil-konsegwenza li min jipprattika dan it-tip ta' sport jibqa' jiffaċċja dawn il-problemi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru Galea.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, fil-qasam sportiv u anke kulturali li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħi jkun hemm talbiet u proposti biex tagħmir u apparat ieħor li jiġi mportat għal dawn l-iskopijiet, jkun eżentat mill- ħlas tat-taxxa u minn ħlasijiet oħra fiskali.", "Jien naħseb li s-sitwazzjoni ma tistax tiġi nkwadrata b'mod frammentat u f'xi mument trid tinqabad il- kwestjoni kollha kemm hi u wieħed jiddeċiedi fuq policy.", "Pero' dan irid isir flimkien mal-ministeru tal-finanzi biex jiġu stabiliti kriterji li permezz tagħhom jiġu aġevolati ċerti attivitajiet kulturali u sportivi f'dan ir-rigward.", "Jien neżita ħafna milli nikkommetti ruħi jew milli nipprova ninkoraġġixxi lil dak li jkun li jibqa' jaħseb f'din il-linja għaliex huwa faċli li wieħed jagħti l-impressjoni li qed jaqbel li l-ħaġa jixtieqha, imma mbagħad x'ħin tiġi biex timplimenta l-policy jinqalgħu kwestjonijiet differenti għaliex jidħol il-ministeru tal-finanzi u l-ministeru tat- trasport u naħseb li din il-ħaġa trid tiġi kkonsidrata.", "Jien naħseb li tkun ħaġa tajba li l-gvern - flimkien ma' l-assoċjazzjonijiet konċernati f'oqsma differenti - jeżamina l-implikazzjonijiet u jara huwiex possibbli li wieħed jagħmel proposta ta' policy li tkun tista' tolqot dawn il- kwestjonijiet.", "L-aħħar waħda mill-proposti li saritli kienet jekk fuq strumenti tal- mużika għandhomx jibqgħu jitħallsu ċerti taxxi ta' importazzjoni.", "Pero' jien ngħid li għandna naqbdu oqsma differenti fil-qasam kulturali u fil- qasam sportiv, naraw attwalment x'qed jiġri u neżaminaw mill-punto di vista ta' l-erarju pubbliku xi jfisser u x'ma jfissirx.", "Irridu naraw ukoll x'inhuma l-kondizzjonijiet u l-kriterji biex jiġu evitati abbużi li faċilment jistgħu jsiru u nkunu nistgħu nagħmlu policy illi jkun fiha dawn il-kondizzjonijiet u dawn il-benefiċċji.", "Pero' f'dan l-istadju naħseb li wieħed m'għandux jaqbad u jikkommetti ruħu fuq xi ħaġa partikolari.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Mr Speaker, problema partikolari oħra li jiffaċċjaw dawn l-għaqdiet hija dwar l-etajiet ta' min jipprattika dan l- isport.", "Kultant ikun importanti li ċertu taħriġ professjonali jibda jingħata lil dawn l-isportivi Maltin taħt l-eta' ta' 18-il sena, pero' minħabba l-liġijiet ta' pajjiżna dan ma jistax isir.", "Xtaqt forsi li l- Ministru ta' l-Edukazzjoni jew il-Ministru ta' l-Intern jgħidilna jekk il- gvern jirrikonoxxix din is-sitwazzjoni jew jekk hux se jħalli l-liġijiet kif inhuma llum, fejn ebda żgħażugħ taħt it-18-il sena, lanqas bl-għajnuna l-assoċjazzjoni, ma jista' jipprattika dan it-tip ta' sport.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Jien naħseb li wieħed irid jikkonsidra dan il-punt pero' m'huwiex faċli li mad-daqqa t'għajn wieħed jikkonkludi favur li jbaxxi l-eta' ta' 18-il sena biex jippermetti żgħażagħ taħt din l-eta' li jibdew jipprattikaw is-sewqan ta' dawn it-tip ta' vetturi, anke jekk għal raġunijiet ta' sport.", "L-ewwelnett hemm dixxiplini oħra sportivi, bħal fil- każ ta' l-isparar, fejn hemm min qed jitlob li titbaxxa l-eta' biex b'mod legali żgħażagħ taħt l-eta' ta' 18-il sena jkunu jistgħu jibdew jipprattikaw l-isport ta' l-isparar.", "Dawn l-affarijiet fihom ċerti konsiderazzjonijiet li mhux biss jirrigwardaw kriterji ta' safety u ta' ordni pubbliku imma jidħlu wkoll kriterji ta' natura edukattiva, fis-sens li l-messaġġi li wieħed ikun qed jgħaddi meta jippermetti dawn it-tip ta' affarijiet taħt l-eta' stabilita' bil-liġi jista' jkun li jibdew jaċċelleraw anke ċerti life styles u ċerti aspirazzjonijiet li forsi jkun jaqbel li jiġu kkontrollati ftit aħjar minn dan il-parlament.", "Naturalment wieħed irid jisma' u jitħaddet ma' l-għaqdiet konċernati, jisma' anke lill-esperti f'dan il-kamp, naraw ukoll xi jsir f'pajjiżi oħra għaliex, wara kollox, aħna qegħdin ngħixu f'dinja u tajjeb li wieħed jara x'kienu l-miżuri li ħadu pajjiżi oħra, x'kienu l-effetti tagħhom, jara kemm kienu benefiċi u x'kienu l-konsegwenzi negattivi tagħhom, kif wieħed laqa' għalihom.", "Imbagħad wieħed ikun jista' jikkonsidra wkoll jekk għandux jagħmel xi tibdiliet f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: Meta nafu li l-oppożizzjoni dejjem qalet li trid ittejjeb il-perspettiva tas-soċjeta' tagħna għal-livell Ewropew - naturalment in-naħa tal-gvern għandha applikazzjoni ta' sħubija pendenti quddiem il-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea - jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni u l-ministeru ta' l-intern iwaqqfu kummissjoni bejniethom ħalli nibdew bis-serjeta' ninvestigaw dawn id-diffikultajiet għaliex bla dubju eluf ta' dilettanti jixtiequ mhux biss jiġu integrati fl-avvenimenti sportivi ta' pajjiżna imma għaliex dan il-qasam jinvolvi wkoll opportunitajiet partikolari ta' xogħol?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien ma nħossx li f'dan l-istadju għandi nikkommetti ruħi li titwaqqaf din il-kummissjoni ministerjali pero' l- missjoni li għandu d-dipartiment ta' l-isport hija li rridu nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn dak kollu li jista' jiffaċilita u jippromwovi d-diversi dixxiplini ta' l-isport f'pajjiżna.", "Naħseb li hemm diversi ħwejjeġ fil- kamp sportiv kollu kemm hu li jirrikjedu li jiġu aġġornati, anke b'riferenza għal dak li qed jiġri fil-bqija tad-dinja u mhux neċessarjament biss fl-Ewropa.", "Imbagħad ikun f'dan id-dawl, meta wieħed ikun qiegħed jagħti anke tifsila għal inkwadrar ta' politika nazzjonali li tirrigwarda l-isport, li wieħed ikun irid jidħol f'argumenti bħal dawk li qed iqanqal l- Onor. Farrugia.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Farrugia.", "ONOR.", "NOEL FARRUGIA: In vista tal-fatt li l-Ministru ma aċċettax din il- proposta, almenu jista' jikkonsidra li fit-trade schools, fejn numru ta' studenti żgħażagħ jitgħallmu jsewwu dawn it-tip ta' inġenji, isir programm sabiex dawn iż-żgħażagħ dilettanti jiġu mogħtija l-ewwel guidelines fuq din it-tip ta' dixxiplina sportiva?", "B'dan il-mod inkunu qed nassiguraw li meta jispiċċaw mill-iskola jkunu tabilħaqq denji li jorganizzaw dawn l- attivitajiet li jkollhom għal qalbhom b'iktar dixxiplina u b'iktar serjeta' u jkunu jistgħu jbiegħdu kemm lilhom infushom u kif ukoll lill-bqija tal- parteċipanti mill-periklu li dawn it-tip ta' attivitajiet joħolqu.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, jien nemmen ħafna li f'dan il-qasam huma l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet tad-dixxiplini sportivi partikolari li jridu jippromwovu dak l-isport partikolari.", "Il-gvern per se m'għandu l- ebda missjoni li jipprivileġġja jew jippromwovi xi natura ta' xi sport partikolari imma d-dover tiegħu huwa li jirrikonoxxi l-importanza ta' l- isport fis-soċjeta' u li juża l-isport għal raġunijiet ta' edukazzjoni, ta' saħħa u ta' rikreazzjoni biex itejjeb il-kwalita' tal-ħajja.", "Issa l- gvern irid joqgħod attent li ma jindaħalx f'dawn it-tip ta' affarijiet.", "Jien ngħid li sta għall-għaqdiet u għall-assoċjazzjonijiet sportivi li jippromwovu d-dixxiplina sportiva partikolari tagħhom, jagħtu l-guidelines u r-regoli tagħha biex jipprovaw jiġbdu kemm jista' jkun appoġġ għal dik id-dixxiplina sportiva partikolari, imbagħad il-gvern għandu jgħin safejn jippermettulu r-riżorsi limitati li diġa' jeżistu.", "Ma naħsibx li huwa kompitu tal-gvern li jmur fit-trade schools u jagħmilha ta' xi għaqda sportiva partikolari biex xi dixxiplina sportiva taqbad l-art fit-trade schools.", "Jekk din l-assoċjazzjoni sportiva partikolari li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant titlob permess lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni biex tkun tista' tiddiskuti u tippromwovi dan l-isport partikolari tagħha, kif isir fid-dixxiplini sportivi l-oħrajn, din il-faċilita' tkun tista' tiġi estiża.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jista' l-Ministru jinforma x'faċilitajiet jingħataw lill-clubs sportivi mill-faċilitajiet li għandu f'idejh il- ministeru?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Nerġa' ngħaddi din id-domanda lill-Onor.", "Mugliett.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Jesmond Mugliett.", "ONOR.", "JESMOND MUGLIETT: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirriferi għall-faċilitajiet sportivi li jeżistu fl-iskejjel u jien informat li hemm diversi għaqdiet li jużaw dawn il-faċilitajiet.", "Ta' min ifakkar ukoll li meta l-gvern kien alloka diversi faċilitajiet lill-għaqdiet sportivi, kien żamm id-dritt li jekk il-gvern jew xi skola jkunu jridu jagħmlu użu minnhom, l-għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jużawhom għal numru ta' ġranet.", "Fil-każ tal-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel teżisti l-problema li wieħed mhux dejjem isib nies fl-iskola waqt il-ħinijiet li l-għaqdiet ikunu jridu jużaw minn dawn il-faċilitajiet.", "Dawn huma problemi li qed niltaqgħu magħhom u rridu nindirizzawhom.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Gonzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar karozzi tal-kiri fid-dikasteru tal-Ministru għall- Politika Soċjali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2119 mogħtija fis-seduta numru 43; u", "Tagħrif dwar ħaddiema impressed, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2807; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta miċ-Chairman tal-Land Sea Civil Engineering Co Ltd lill-Kummissarju ta' l-Artijiet fis-6 ta' April 1987 dwar esproprjazzjoni ta' art b'konnessjoni ma' l-airstrip f'Ta' Lambert, Xewkija, Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2791.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 1999", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT U LI JITRESSAQ ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI", "MR SPEAKER: Nitlob liIl-ministru tal-finanzi biex iressaq ir- riżoluzzjoni tiegħu.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tnejn u għoxrin miljun, wieħed u sittin elf, mija u tnejn u ħamsin liri Maltin (Lm422,061,152) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill- Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali 1999 taħt il-Voti 1 u 2, 5 sa 14 u 16 sa 54 u I sa XIII tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni (1999)", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Nifhem li bħas-soltu se ssir diskussjoni waħda u skond il- Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 il-ħin għandu jinqasam indaqs bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, illejla se nitkellem fuq iċ-ċivil, settur ieħor li jien qiegħda naħdem fuqu min-naħa ta' l-oppożizzjoni u settur li jinteressa lil kull ċittadin ta' pajjiżna għaliex iċ-ċivil huwa parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Iċ-ċivil huwa l-korp fil-pajjiż li qiegħed hemm biex jamministra l-funzjonijiet ewlenin tal-pajjiż, ikun min ikun fil-gvern.", "Nistgħu ngħidu li llum il-ġurnata x-xogħol taċ-ċivil żdied ħafna għaliex ħafna attivitajiet li tletin sena ilu ma kenux jeżistu llum huma soġġetti għal government regulation.", "Pero' din iż-żieda fix-xogħol tal-gvern ma tfissirx li l-gvern sar aktar popolari anzi l-public image tal-gvern hija aktar negattiva.", "Fil-fatt naħseb li jeżisti paradoss li aktar ma jiżdied ix-xogħol taċ-ċivil, aktar inħarsu lejh b'mod negattiv u dejjem qed jikber in-nuqqas ta' sodisfazzjon fiċ-ċivil.", "Pero' jien ma naqbilx li għandna nintelqu mal-kurrenti li, fl-opinjoni tiegħi, imaqdru ta' malajr wisq lill- membri taċ-ċivil.", "Min-naħa waħda għandna t-tgergir tan-nies li ma jinqdewx meta jmissu mad-dipartimenti tal-gvern u min-naħa l-oħra l- impjegati maċ-ċivil igergru li huma jaħdmu imma minħabba nuqqas ta' strutturi adegwati u minħabba minoranza li ma tagħmilx xogħolha kif suppost iċ-ċittadini jispiċċaw ma jinqdewx.", "Mr Speaker, nistgħu nibqgħu nitkellmu fuq din il-kwestjoni sal-ġudizzju universali u nibqgħu nġibu argumenti differenti pero' naħseb li lkoll naqblu li teżisti problema fis-servizz ċivili minkejja l-ħafna riformi li saru, li ma kienu xejn ħlief bidliet fis-salarji u fl-istruttura tal- gradi.", "Is-servizz pubbliku għandu d-dmir jaqdi sewwa liċ-ċittadini għaliex dan m'huwiex xi ħanut minn fejn il-konsumaturi jistgħu jagħżlu u jixtru skond kemm ikunu jifilħu jħallsu imma qiegħed hemm biex joffru servizzi tas-saħħa, servizzi soċjali, servizzi edukattivi u ħafna servizzi oħra.", "Għaldaqstant l-Istat huwa obbligat li jagħti dawn is-servizzi liċ- ċittadini mhux għax sempliċement qed iħallsu t-taxxi.", "Irridu nirrikonoxxu li s-servizz pubbliku huwa mekkaniżmu ta' l-Istat u mhux tal- gvern fis-sens politiku, għaliex kull gvern imexxi lill-pajjiż għal perjodu ta' żmien imma l-amministrazzjoni ta' l-Istat hija xi ħaġa permanenti.", "Fil- fatt biex proprju jintlaħaq dan il-għan matul il-perjodu qasir li l-Partit Laburista għamel fil-gvern bdew jittieħdu passi bis-serjeta' biex iċ-ċivil verament ikun taċ-ċittadini kollha.", "Sar sforz biex jibdew jinqatgħu l-abbużi minn fuq il-postijiet tax- xogħol pero' ż-żmien kien qasir wisq biex dawn il-problemi jiġu solvuti u għad fadal ħafna xogħol xi jsir.", "Ħadna ħsieb ukoll bil-fatti u bis- serjeta' biex ikun hemm tnaqqis fl-infiq ta' flus il-poplu u dan sar billi l-infiq tad-dipartimenti kien qed ikun kemm jista' jkun eżaminat u skrutinizzat.", "Naħseb li fiż-żmien qasir li għamilna fil-gvern beda dieħel il-konċett ta' l-accountability, fejn kulħadd iġorr ir-responsabbilta' ta' xogħlu.", "Il-Partit Laburista fis-sentejn li għamel fil-gvern ta prova bil-fatti u mhux b'ħafna kliem illi meta turi fiduċja fil-ħaddiema taċ- ċivil, anke dawk li għandhom, biex ngħidu hekk, l-agħar reputazzjoni, dawn kapaċi jqumu għall-opportunita' li tagħtihom u jagħtu xogħol tajjeb.", "Eżempju ta' dan huwa x-xogħol li sar fin-nofsinhar ta' Malta bħal f'Wied il- Għajn, f'Birzebbuga u Marsaxlokk u anke fin-naħa ta' fuq ta' Malta, bħal Buġibba, fejn il-ħaddiema tal-gvern ġew fdati b'dawn il-proġetti u ħadmu tajjeb.", "Irrid ngħid ukoll li filwaqt li rajna aktar ħaddiema taċ-ċivil jagħtu sehemhom b'mod aktar sħiħ, il-Gvern Laburista kien impenja ruħu biex isaħħaħ id-drittijiet ta' dawn il-ħaddiema u konna tlabna lill-korpi kostitwiti u lill-unions biex iressqu proposti għaċ-charter ġdid għaċ-ċivil bl-għan li juri b'mod ċar x'inhu r-rwol tas-servizz pubbliku u x'inhuma d- drittijiet tal-ħaddiema f'dan il-qasam.", "Ħadna ħsieb ukoll insaħħu d- drittijiet tal-ħaddiema f'korporazzjonijiet tal-gvern billi dawn ikunu rappreżentati fuq il-bordijiet tat-tmexxija.", "Barra minn hekk, il- proċeduri ta' dixxiplina mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku ġew deċentralizzati għal-livell tal-kapijiet ta' dipartimenti biex titkabbar ir- responsabbilta' u tiżdied ukoll il-fiduċja.", "Tnaqqsu wkoll il-konsulenti barranin minn maċ-ċivil u x-xogħol tagħhom bdew jagħmluh nies Maltin kompetenti, li għamlu xogħol tajjeb ħafna.", "Il-Gvern Laburista ttrasferixxa t-taqsima tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali minn Malta għal Għawdex u ta taħriġ lill-ħaddiema Għawdxin fuq dan ix-xogħol partikolari biex ikunu jistgħu jaħdmu f' Għawdex.", "Fil-fatt 34 ħaddiem diġa' qegħdin jaħdmu fid- dipartiment ta' Għawdex u l-kumplament li bdew jieħdu t-taħriġ tagħhom issa suppost għandhom jitilgħu Għawdex fi Frar tas-sena d-dieħla.", "Ġie ffirmat ukoll ftehim kuntrattwali bejn l-Universita' ta' Malta biex jitwaqqaf is-civil service college għal dawk li jridu karriera amministrattiva u professjonali fis-servizz pubbliku.", "Sur President, ġie introdott wkoll programm ġdid ta' taħriġ li se jippermetti lill-ħaddiema f'ċerti gradi industrijali jagħmlu xogħol ta' assistenti klerikali fl- uffiċini.", "Fl-1996 il-Gvern Nazzjonalista kien ippreżenta memorandum of understanding pero' kien Gvern Laburista li wara taħdidiet intensivi mal- unions tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku ppreżenta l-ewwel abbozz tal- ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-ċivil li għadu kif ġie ffirmat.", "Fost affarijiet oħrajn f'dan l-agreement insibu l-introduzzjoni tas-sigħat imnaqqsa sabiex jgħin lil nies b'responsabbiltajiet familjari jibbilanċjaw aħjar ir-responsabbiltajiet tagħhom barra d-dar mar-responsabilitajiet tagħhom fid-dar.", "Ilu jinħass il-bżonn li nkunu aktar flessibbli fil- ħinijiet, speċjalment meta n-numru ta' nisa li jibqgħu fl-impjieg tagħhom meta jkollhom it-tfal qiegħed dejjem jiżdied.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa li dawk il-ħaddiema li qabżu l-50 sena u jixtiequ jaħdmu sigħat inqas imma jridu jibqgħu jżommu x-xogħol tagħhom jistgħu jagħmlu użu mis-sistema tar-reduced hours.", "Barra minn hekk, beda jingħata responsibility break lil dawk in-nies li jieħdu ħsieb il-ġenituri anzjani li jkunu dipendenti fuqhom u dawn għandhom il-fakulta' li jerġgħu jidħlu lura għax-xogħol wara li tonqsilhom din ir-responsabbilta'.", "Din is- sistema taħdem bħall-parental leave għaliex konna rajna li mhux min qed irabbi t-tfal biss għandu responsabbiltajiet familjari imma anke min għandu qraba jiddependu fuqu.", "Pero' rridu noqogħdu attenti li meta nagħtu dan it- tip ta' responsibility break ma jsirux abbużi.", "Sfortunatament nafu kemm kellna u għad għandna abbużi fejn jidħol il-parental leave u nispera li min jieħu dan ir-responsibility break ikun responsabbli biżżejjed li ma jabbużax minnu.", "Bħala segretarjat parlamentari għad-drittijiet tan-nisa konna pproponejna wkoll kif ikollna aktar impjegati nisa fil-livelli għoljin tas-servizz pubbliku, fejn hemm nuqqas kbir ta' nisa minħabba r-raġuni li sa ftit snin ilu meta n-nisa kienu jiżżewġu kien ikollhom jirriżenjaw mix-xogħol u għalhekk ma setgħux ikomplu mexjin fil-kariga tagħhom.", "Sfortunatament sal- lum għadna nbatu l-konsegwenza ta' dan pero' aħna konna kommessi, anke permezz tal- programm elettorali tagħna, li naħdmu biex nirrimedjaw din is- sitwazzjoni u fil-fatt konna qabbadna esperti tal-commonwealth biex naraw kif din il-miżura ġiet implimentata f'pajjiżi oħra u x'pariri jistgħu jagħtuna biex inkunu nistgħu ndaħħluha f'pajjiżna.", "Nittama li dan l- istudju jitkompla ħalli ma ndumux ma naraw iktar nisa fil-livell aktar għoljin taċ-ċivil.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Adrian Vassallo.", "ONOR.", "ADRIAN VASSALLO: Sur President, illejla nixtieq ngħid xi ħaġa fuq l-armata minħabba l-fatt li dalgħodu ma tantx kien hemm ħin biex wieħed jidħol fid-dettall ta' dawn l-affarijiet.", "Tajjeb infakkar li qabel l- elezzjoni li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kien bagħat fid-djar tal- membri ta' l-armata fuljett nofsu aħmar u nofsu blu - qisna hawn Malta sirna min hu blu u min hu aħmar - u fuq in-naħa ta' l-aħmar kien hemm li l-Partit Laburista fil-gvern prattikament ma għamel xejn għall-armata u fuq in-naħa tal-blu qalu x'għamel il-Partit Nazzjonalista meta kien fil- gvern u x'kien beħsiebu jagħmel il-Partit Nazzjonalista jekk jirbaħ l- elezzjoni.", "Bażikament enfasizzaw erba' punti u qalu li l-Gvern Laburista fis-sentejn li għamel fil-gvern ma għamel l-ebda ri- organizzazzjoni fl-armata bil-konsegwenza li batew il-membri ta' l-armata stess u tkażaw ukoll bir-regola li kien daħħal il-Gvern Laburista li malli suldat jagħlaq il-55 sena irid jirtira u jibda jieħu l-pensjoni.", "Normalment fl-armata biex tieħu l-pensjoni trid tkun għamilt 25 sena servizz pero' aħna konna tajna ċ-ċans li min ma jkunx laħaq għamel 25 sena servizz qabel jagħlaq il-55 sena, ikollu ċ-ċans li jibqa' fl-armata.", "F'dan il-fuljett qalu wkoll li l-Gvern Laburista tqanċeċ mas-suldati, li neħħielhom l-allowances, li kien hemm ħafna ħsarat fil-vetturi, ħwejjeġ imqattgħin u ħafna affarijiet bħal dawn u li s-suldati ma kellhomx ammunition għat-training.", "Imbagħad qalu li jekk jitilgħu huma fil-gvern, kif fil-fatt għamlu, lill-membri ta' l-armata se jagħtuhom kondizzjonijiet mill-aħjar u li se jagħtu l-promotions fuq bażi ta' kapaċita', bħallikieku qabel fi żmienhom ukoll il-promotions kienu jingħataw mod ieħor, għaliex iktar ma toqgħod tenfasizza l-fatt li se tagħti l-promozzjonijiet fuq bażi ta' kapaċita' qisek qed tgħid li qabel ma kontx timxi fuq dan il- kriterju!", "Issa kulħadd jaf kif kienu jingħataw l-promotions fl-armata fil-passat, fejn addio s-servizz li jkollok, addio kapaċita' u addio l- livell ta' edukazzjoni li jkollok!", "F'dan il-fuljett wiegħdu wkoll li meta suldat ikun se jagħlaq il-55 sena, jagħtuh xi notice minn snin qabel għaliex qalu li m'huwiex sewwa li meta suldat jagħlaq il-55 sena sempliċement jispiċċa mix-xogħol.", "Issa jien nistaqsi: X'notice trid tagħti minn snin qabel?", "Fl-aħħarnett qalu li se jerġgħu jagħtu fiduċja u rispett lill-forzi armati kif fil-fatt jixirqilhom.", "Issa jekk wieħed iħares lejn il-Voti approvati għall-armata ma tantx jidher li l-gvern se jaspira fiduċja fl- armata u milli jidher il-wegħdiet li saru kienu kollha fiergħa.", "Jien nista' ngħid li r-riforma fl-armata kienet priorita' tal-Gvern Laburista, Sur President.", "Kulħadd jaf li malli tlajna fil-gvern sibna rebus fl-armata u għalhekk mill-ewwel imbarkajna fuq studju bis-serjeta' biex nirriformaw l-armata minn fuq s'isfel.", "Proprju f'Ġunju ta' l-1997 konna ppubblikajna white paper fuq ir-riorganizzazzjoni li xtaqna ndaħħlu fl-armata biex inġibuha aktar aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum, dejjem fil-limitazzjonijiet tagħna wkoll, għax kulħadd jifhem li l-armata ma jistax ikollha xi cruise missiles jew affarijiet simili.", "Pero' bħala gżira żgħira, l-armata trid tilħaq l-objettivi tagħha li bażikament huma d-difiża ta' l-art, tal-baħar u ta' l-ajru tagħna.", "Imbagħad għandha funzjonijiet oħra illi għalkemm m'humiex proprjament funzjonijiet konnessi direttament ma' l-armata pero' jikkumplimentaw ix-xogħol tagħha u dan jinkludi xogħol ta' civil protection u xogħol ieħor li qabel kien isir mill-pulizija.", "Barra minn hekk, l-armata għandha l-funzjoni tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, li issa saret importantissima, u l-ġlieda kontra attivitajiet oħra illegali li jsiru fuq il-baħar bħal, per eżempju, sajd illegali, b'mod partikolari minn Sqallin li jidħlu jistadu fl-ibħra territorjali tagħna, kaċċa illegali, kuntrabandu madwar ix-xtut tagħna.", "Naturalment l-armata tagħmel xogħol ieħor li jien ngħidlu ta' showing the flag, fejn dawn iduru madwar l-ibħra territorjali tagħna biex juru illi l-Gvern ta' Malta għandu ċertu ġurisdizzjoni fuq dawn l-ibħra.", "L-armata tagħmel ukoll xogħol ta' search and rescue li m'għandniex xi ngħidu huwa importanti wkoll, u f'dawn l-aħħar żmenijiet rajna ħafna xogħol tajjeb mwettaq mill-membri ta' l-armata.", "Fi żmien il-Gvern Laburista l-armata kkoperat ma' pajjiżi oħrajn speċjalment f'oqsma li mhux neċessarjament kellhom x'jaqsmu ma' affarijiet purament militari.", "Pero' l-armata kompliet tieħu sehem f'eżerċizzji militari li kienu jsiru mat-Taljani u mal-Franċiżi u min-naħa tagħna konna stedinna pajjiżi mill-Mediterran bħat-Tuneżija u l-Alġerija bħala osservaturi.", "Tajna importanza wkoll lit-training li jingħata barra minn Malta u kieku l-Partit Laburista baqa' fil-gvern kien se jkompli jtejjeb ir- riżorsi umani eżistenti fl-armata.", "Kulħadd jaf illi llum fil-forzi armati jeżisti ċertu żbilanċ fl-etajiet tal-membri, fejn għandna ħafna suldati u anke fizzjali illi għandhom 'l fuq minn 40 sena.", "Issa kulħadd jifhem illi biex ikollok armata illi tkun operattiva u kapaċi tagħmel xogħolha sewwa jrid ikollok suldati żgħażagħ.", "Huwa veru illi l-esperjenza hija importanti wkoll imma meta taqbeż ċertu eta', il-limitazzjonijiet fiżiċi jibdew jagħfsu fuqek ukoll u għaldaqstant huwa importanti li f'armata moderna jkollok ċertu equilibrium għal dak li għandu x'jaqsam ma' etajiet.", "U kien għal dan il-għan li aħna daħħalna l-miżura illi suldat jirtira ta' 55 sena.", "Issa jekk wieħed iħares lejn armati barra minn Malta jsib li, per eżempju, fl-Ingilterra jew fl-Amerika, suldat ta' 39 sena jrid jirtira mill- armata.", "Aħna konna qlajna ħafna kritika fuq din il-miżura, bħallikieku dawn ta' 55 sena se jispiċċaw bla job!", "Ma rridux ninsew li dawn jieħdu l- pensjoni u nfakkar ukoll illi kieku aħna erġajna tlajna fil-gvern - u nispera li l-gvern tal-lum jibqa' miexi fuq dan l-istess pass - konna se nagħtu ċertu priorita' lil dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u jinsabu bla xogħol.", "Meta tlajna fil-gvern aħna sibna ħafna suldati illi kienu jagħmlu xogħol ta' watchman, xogħol illi faċilment seta' jsir mill-pulizija.", "U meta ngħid \"ħafna suldati\" qed nitkellem fuq kważi 600 suldat, li jiġi kważi daqs battaljun.", "Fil-1st Regiment, li huwa r-reġiment ta' l-infanterija, sibna kważi 200 suldat illi xogħolhom kien li joqogħdu għassa ma' ambaxxati, fis-2nd Regiment sibna madwar 65 suldat illi kienu jagħmlu xogħol statiku, minn filgħodu sa filgħaxija weqfin għassa x'imkien u fit- 3rd Regiment sibna 56 suldat ieħor li kienu jagħmlu l-istess xogħol.", "Issa ma' dawn trid iżżid ukoll il-ħames uffiċjali u kważi 250 suldat ieħor tar- revenue security corps li kienu joqogħdu għassa mal-banek.", "Oriġinarjament il-pjan tal-Gvern Laburista illi kien ħoloq dan il-korp kien illi dan ikun speċi ta' guardia di finanza, fejn il-membri tal-korp jgħinu lid-dwana, jaraw li ma ssirx evażjoni ta' taxxa u ma jkunx hawn kuntrabandu, imma dawn spiċċaw għassa mal-banek minn filgħodu sa filgħaxija.", "Dan ix-xogħol faċilment jista' jsir mill-pulizija jew inkella minn security guards tal- bank stess.", "Ma nafx għalfejn noqogħu niftaħru bil-qligħ li jagħmlu l- banek, noqogħdu ngħidu li aħna pajjiż modern u li rridu nidħlu fl-Ewropa imbagħad ma nadottawx sistemi bħalma jagħmlu barra, fejn il-bank ikollu s- security guards tiegħu stess.", "X'jiswa li noqogħdu nagħtuhom dak it- training kollu u nibagħtuhom għall-korsijiet meta xogħolhom huwa li joqogħdu watchman ma' xi bank jew ma' xi ambaxxata?", "Fil-fatt għandna suldati li jkunu hawn isfel ħdejn il-bieb tal-Palazz - u nieħu pjaċir nara illi dawn naqsu - ikun hemm oħrajn mal-Palazz ta' Verdala, oħrajn f'San Anton u anke mal-President.", "Sibna ukoll nuqqas serju fil-mod kif kienu jingħataw il-promotions, u aħna bdejna nibagħtu fizzjali u non-commissioned officers għal taħriġ fi staff colleges barra minn Malta.", "Fil-fatt irrid ngħid li l-persuna li attwalment qiegħda second in command diġa' ntbatgħet fi staff college barra minn Malta biex meta jasal it-turn tagħha - għax ma tistax tgħid meta jasal it-turn tagħha - tkun lesta biex tieħu over mill-ewwel ħalli jekk allaħares qatt tinqala' xi problema ma noqogħdux naraw lil min se nagħmlu, min hu tajjeb u min m'huwiex.", "Fi żmienna waqqafna wkoll il-forza ta' riserva illi tinkorpora fiha numru ta' voluntiera illi xogħolhom huwa li jikkumplimentaw lill-armata regolari f'każ li jinqala' xi nkwiet fil- pajjiż jew inkella meta jkun hemm stat ta' gwerra, nisperaw li qatt ma jkollna bżonn nużawhom pero' trid tieħu ħsieb dawn l-affarijiet ukoll.", "Fil- general headquarters ta' l-AFM sibna li kien hemm bżonn ta' riorganizzazzjoni sħiħa, kien hemm bżonn ta' operations room moderna, mgħammra b'kollox, kemm għal dak li għandu x'jaqsam ma' computer links, radio links u kif ukoll għal dak li jirrigwarda apparat sempliċi bħal, per eżempju, apparat biex jaqraw il-mapep.", "F'Għawdex kien hemm bżonn ukoll ta' riorganizzazzjoni sħiħa u fil-fatt fil-bażi tal-Qortin sibna illi kien hemm suldati li kienu ilhom ma jingħataw training mill-1992 u kien hemm min lanqas jaf juża ċertu tip ta' armi.", "Sibna wkoll illi ċertu basic equipment bħalma huma trombi normali - mhux xi trombi infra-red, li permezz tagħhom tara n-nies jiċċaqilqu fid- dlam - u kumpassijiet kienu nieqsa.", "Barra minn hekk, lanqas għandna radar tajjeb biex jintraċċa ajruplani li jkunu qed itiru fil-baxx u l-laneċ tagħna m'humiex armati b'radars adegwati.", "Għalhekk hemm bżonn ta' aktar patrol boats moderni biex ilaħħqu mal-ħteġijiet tal-lum għax l-iktar patrol boat li għandna tgħaġġel tlaħħaq ma' l-18 knots fis-siegħa.", "Issa min hi dik il-persuna li tkun imdaħħla fit-traffikar tad-droga, kuntrabandu jew inkella fil-ġarr ta' immigranti illegali li m'hijiex se tuża dgħajsa jew lanċa li timxi b'inqas minn 40 knot fis-siegħa?", "Illum għandna d-defence company ta' l-ajruport li tipproteġi lill-ajruport minn xi ħbit mill-ajru imbagħad lanqas għandna radar modern li jaqbad l- ajruplani li jkunu qed jittajru fil-baxx!", "Jiġifieri sakemm jarmaw il-kanun ikunu diġa' attakkawna u telqu!", "Jien nispera li ma jinqalgħux dawn l- inċidenti pero' m'aħniex armati biex nilqgħu għal eventwalitajiet bħal dawn.", "Aħna ridna nimmodernizzaw ukoll il-bażi marittima għaliex il-moll m'huwiex tajjeb biżżejjed, m'hemmx tqassim tajjeb tal-faċilitajiet operattivi u għal affarijiet loġistiċi, la teżisti accommodation għas- suldati u lanqas hemm post tajjeb għall-amministrazzjoni.", "Il-post huwa dejjaq ħafna u aktar ma nġibu laneċ ġodda u moderni aktar inkunu qegħdin nikkomplikaw l-affarijiet.", "Barra minn hekk, hemm bżonn li jkun hemm standardisation fit-tagħmir kollu għaliex lanqas fl-armi m'hemm standardisation u fil-fatt issib lil min jittrejnja b'arma mod u min jittrenja b'arma mod ieħor.", "Jien nappella wkoll għal appoġġ loġistiku aħjar.", "Il-loġistika hija x-xjenza ta' kif wieħed jappoġġja, imexxi u jipprovdi manutenzjoni għal dawk l-affarijiet kollha li tuża l-armata.", "Aħna sibna nuqqasijiet kbar f'dan ir-rigward u ridna ndaħħlu ċertu sens ta' uniformita' u nneħħu dik il-ħafna burokrazija li kienet teżisti fejn anke biex sempliċement tinxtara landa żejt riedu jimtlew ħafna karti.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq it-training li jingħata.", "Huwa importanti li suldat jaġġorna ruħu maż-żmenijiet tal-lum u ma jistax ikun li taqbad u tagħti arma f'idejn żagħżugħ ta' 19-il sena mingħajr ma tagħtih it- training neċessarju.", "Irridu naraw x'qed jiġri barra minn Malta u ma jingħatax biss taħriġ li għandu x'jaqsam ma' stat ta' gwerra - u j'Alla qatt ma jkun hawn gwerra - imma jingħata ċertu tip ta' training li għandu x'jaqsam ma' qbid ta' droga, immigrazzjoni illegali u ma' teknika ġdida ta' kif isir it-tfittix fuq il-baħar.", "Aħna sibna wkoll li hemm bżonn ta' taħriġ kollettiv ma' qawwiet barranin u bdejna nibagħtu persuni adattati għal courses fl-Italja, l-Amerika, il-Ġermanja u anke l-Ingilterra.", "Dawn l- affarijiet bdejnihom bil-mod il-mod u konna se nibqgħu mexjin fuqhom.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn il-flus ivvotati fil-Budget għall- armata, ma tantx jidher illi l-gvern preżenti se jkompli fuq il-linji illi ħallejna aħna.", "Fil-fatt jekk wieħed iqabbel il-Vot tal-personal emoluments li huma l-pagi biss tas-suldati ma' dak tas-sena l-oħra jsib li hemm kważi nuqqas ta' Lm1.3 miljun.", "Huwa veru li dan in-nuqqas jista' jkun dovut għall-fatt illi numru ta' suldati minn Mejju tas-sena li għaddiet - qiegħed nirriferi għal dawk is-suldati illi kienu jaħdmu fil-control tower - ma baqgħux taħt il-kontroll ta' l-armata u marru mal-Malta international airport u kien hemm persuni oħra li kienu jifformaw parti mill-airport security company u spiċċaw ukoll.", "Pero' ma rridux ninsew li l-gvern għandu kemm ta żieda fil-pagi ta' Lm1.75 fil-ġimgħa u allura ma nistax nifhem kif kien hemm dan it-tnaqqis kollu, iktar u iktar meta minn domanda parlamentari illi saret minn din in-naħa tal-Kamra jirriżulta illi s-sena d- dieħla l-gvern se jdaħħal madwar 100 suldat ġdid.", "Jien naqbel li hemm bżonn li jidħlu suldati ġodda għax l-armata hi understrength b'400 suldat.", "Jista' xi ħadd jispjegali din id-diskrepanza?", "Nispera li dan ma jfissirx bħalma deher f'gazzetta lokali illi hemm numru ta' suldati illi se jgħaddu bord għaliex qed nisimgħu b'każijiet fejn min jieħu ċertu ammont ta' sick leave jibagħtu għalih u jgħiduli li jrid jgħaddi bord għaliex ma jkunx għadu tajjeb għax-xogħol.", "Fil-fuljett illi ħareġ il-Partit Nazzjonalista qal li se jagħti l- allowances li kien neħħa l-Gvern Laburista.", "Issa jekk wieħed iħares lejn il-flus ivvotati għall-armata, isib illi hemm madwar Lm100,000 inqas ivvotati għall-allowances tas-sena d-dieħla.", "Il-Gvern Laburista naqqas l- allowances minħabba r-riorganizzazzjoni li għamel imma huwa ħażin li noqogħdu nwiegħdu ħafna allowances żejda u mbagħad ma nagħtu xejn.", "Jekk hemm bżonn li jingħataw l-allowances għandhom jingħataw imma jekk m'hemmx bżonn ma għandniex nagħtuhom għaliex inkunu qed inberbqu flus il-poplu.", "Jien m'iniex qed nikkritika lill-Gvern Nazzjonalista li m'huwiex se jagħti allowances għaliex jekk m'hemmx bżonn m'għandhomx għalfejn jingħataw.", "Ma jagħmilx sens li noqogħdu naħlu l-flus b'dan il-mod meta l-pajjiż għaddej minn problemi finanzjarji kbar.", "Il-Gvern Laburista fejn kien hemm bżonn ta allowances u s-sena l-oħra vvota flus għall-allowances iktar milli qiegħed jivvota l-gvern preżenti.", "Aħna ġejna kkritikati li qtajna l- allowances u issa n-naħa l-oħra qed tivvota inqas flus għal dan il-għan!", "Huwa importanti li nitkellmu kif suppost u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Qalu wkoll illi l-armata m'għandhiex ammunition għat-training.", "Imbagħad jekk wieħed iħares lejn il-Vot għall-materials and supplies isib illi fl- 1997 ġew ivvotati iktar flus mill-Gvern Laburista.", "Huwa veru illi għall- 1998 ivvotajna inqas flus milli qed jiġu vvotati għas-sena li ġejja imma s- sena li għaddiet l-enfasi kienet kollha kemm hi fuq ir-riorganizzazzjoni ta' l-armata u ridna nwettqu r-rakkomandazzjonijiet illi kien hemm proprju fil-white paper li ġiet ippubblikata fl-1997.", "Kif diġa' għidt, l-armata għandha bżonn ta' ħafna tagħmir ġdid.", "Issa jien diġa' semmejt ir-radios, il-computers, ir-radars, il-laneċ u l-armi.", "Pero' l-flus ivvotati għal tagħmir ġdid jammontaw biss għal Lm20,000.", "Illum x'tista' tixtri b'dan l- ammont meta radar waħdu jiswa l-miljuni tal-liri?", "Illum fl-armata għandek suldati li jisparaw b'tip ta' assault rifles differenti.", "Fl- opinjoni tiegħi, l-iktar ħaġa oxxena hi li nibagħtu suldati jitħarrġu l- Italja u jużaw arma li jagħtihom il-gvern ta' dak il-pajjiż, qisna lanqas nafu x'inhi arma.", "Jien kaċċatur u d-dar għandi ħames snieter u meta noħroġ għall-kaċċa noħroġ dejjem bl-istess senter u mhux daqqa nuża wieħed u daqqa nuża l-ieħor.", "Jien ngħid li lill-arma tiegħek trid tistmaha kważi, jekk mhux iktar, daqs martek!", "(Interruzzjonijiet) Kulħadd jaf li llum qed niffaċċjaw problema kbira ta' immigranti klandestini li qed jaslu f'pajjiżna pero' m'hemm xejn ivvotat biex nirranġaw il-bażi marittima tagħna u dan ifissser li l-bażi marittima se tibqa' kif inhi.", "Nagħlaq billi nsemmi l-volunteer force li ġiet imwaqqfa mill-Gvern Laburista.", "Għalkemm il-gvern preżenti jaqbel li din hija ħaġa tajba u qal li se jkabbar il-volunteer force, il-Vot għall-volunteer force se jonqos.", "Huwa importanti li l-armata nagħtuha l-ġieħ li jistħoqqilha, bħalma wiegħed il-Gvern preżenti.", "Aħna wegħidna l-istaff association u nispera li l-gvern preżenti jkompli jaħdem fuqha.", "Ngħid biss li jekk noqogħdu nidħku bil-membri ta' l-armata, inkunu qed nidħku bil-familji tagħhom, bil-poplu kollu u nkunu qed nidħku bina nfusna wkoll.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joseph Cuschieri.", "ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI: Sur President, qabel ma nagħti ħarsa ħafifa dwar x'qiegħed verament jalloka dan il-gvern lill-kunsilli lokali f'dan il- budget, nixtieq infakkar ftit fil-biki u t-tnewwieħ li wrew bħal dan iż- żmien sena xi wħud mill-membri li dak iż-żmien kienu fl-oppożizzjoni u li llum jinsabu fuq il-bankijiet tal-gvern.", "Se nibda billi nikkwota parti mid- dibattitu li sar dwar il-budget tas-sena l-oħra fis-Seduta 149, tal-21 ta' Novembru, 1997 meta l-Onor.", "Austin Gatt, b'ħafna kliem ħelu li jġiegħel lil dak li jkun jitħassar lill-kunsilli lokali, kien qal hekk:", "\"Mr Chairman, ma nistax nibda nitkellem fuq dan il-qasam mingħajr ma nsemmi li b'sorpriża kbira kien hemm tnaqqis ta' Lm0.5 miljun oħra fil-budget għall-kunsilli lokali.\"", "Imbagħad kompla jgħid li:", "\"Il-konklużjoni tiegħi hija li kien hemm xi ħadd li ordna lill- ministru biex jaqta' dawn in-Lm0.5 miljun u fl-opinjoni tiegħi din il-persuna ma setgħetx kienet ħlief il-Prim Ministru.\"", "Hawnhekk għandi wkoll kwotazzjonjiet oħra ta' l-Onor.", "Victor Galea Pace li wkoll jifforma parti minn dan il-gvern.", "Imma jekk wieħed iħares lejn dak li l-Partit Nazzjonalista wiegħed fil-programm elettorali tiegħu jsib illi bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Fil-fatt, minkejja l- biki u t-tqanżiħ tas-sena l-oħra u minkejja l-ftaħir kollu tal-gvern li l- fondi tal-kunsilli lokali żdiedu b'aktar minn Lm600,000, il-fatti juru mod ieħor.", "Fil-programm elettorali kienu wiegħdu - u għal min irid jivverifika jista' jiċċekkja paġna 5 Kapitlu 1.14 tal-programm elettorali - li:", "\"Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil-gvern iżid ir- responsabbiltajiet u l-finanzjament tal-kunsilli lokali biex dawn isiru aktar effettivi u jaqdu aħjar lin-nies li joqogħdu fil- lokalitajiet immexxija minnhom.\".", "Issa jien nixtieq nagħti ħarsa lejn il-fondi li ngħataw lill-kunsilli lokali, x'ingħataw is-sena l-oħra, kif intlaqtu mill-ETP u kif se jintlaqtu din is-sena bid-dħul tal-VAT.", "Hawnhekk għandi lista tal-kunsilli kollha pero' se nibda mill-ewwel kunsill lokali ta' Ħ'Attard.", "Is-sena l-oħra dan il-kunsill lokali ta' Ħ'Attard ġie allokat Lm115,651.", "Wara li tnaqqas il-personal emoluments, li huma l-pagi u l-onorarji tal- kunsill, jibqagħlek bilanċ ta' Lm97,678.", "Issa dawn il-fondi jintnefqu kważi kollha f'servizzi u għalhekk jekk tnaqqas il-5% ta' l-ETP jibqagħlek bilanċ ta' Lm92,794.", "Issa għas-sena li ġejja l-kunsill lokali ta' Ħ'Attard qed jingħata Lm128,920.", "Fil-għajn tidher li qed jingħataw Lm13,000 iżjed imma meta tnaqqas Lm17,973 f'personal emoluments, jibqagħlhom bilanċ ta' Lm110,947.", "Issa jekk tneħħi l-15% tal-VAT issib li se jibqagħlhom bilanċ ta' Lm94,305, żieda biss ta' Lm1,500.", "Dan ifisser li bejn wieħed u ieħor il-fondi ta' kull kunsill lokali żdiedu b'Lm1000, għalkemm hemm kunsilli oħra illi l-fondi tagħhom tnaqqsu b'mod sostanzjali.", "Per eżempju, jekk taħdem l-istess ċifri għall-kunsill lokali ta' Ħal Qormi ssib li se jkollu Lm23,000 inqas fondi f'idejh biex jonfoq f'servizzi għall-ġid tal-lokal.", "Issa ċ-ċifra ta' Lm23,000 m'hijiex xi somma żgħira!", "Dan ifisser li ż-żieda totali ta' fondi li ngħataw il- kunsilli lokali hija ferm inqas minn Lm630,000.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa qerq fin u ingann sofistikat tal-gvern preżenti u inutli li joqgħod jiġi l-Onor.", "Austin Gatt u jgħidilna li l-kunsilli se jkunu parzjalment eżentati mill-15% tal-VAT fuq il-kuntratti governattivi għaliex xorta se jħallsu 5%.", "Ta' min isemmi wkoll illi matul is-sena li ġejja l-gvern beħsiebu jagħti aktar poteri lill-kunsilli lokali u ovvjament dan ifisser li se jkun hemm żieda fl-ispejjeż tagħhom u għalhekk iż-żieda finanzjarja lill-kunsilli lokali hija miżera!", "F'dan il-budget il-gvern ħabbar li se jraħħas il-prezz tal-pitrolju u fl- istess ħin żied il-prezz tal-petrol biċ-ċomb u dak bla ċomb.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-miżura tmur kontra l-interessi tas-saħħa tal-poplu u tmur kontra dak li fil-fatt wiegħed il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu, fejn f'Kapitlu 7.170 qal hekk:", "\"Is-saħħa fiżika u mentali tagħna tiddependi ħafna mill-ambjent li fih ngħixu.", "Il-Partit Nazzjonalista, anke permezz tal-kunsilli lokali, irid iħaddem politika ta' edukazzjoni biex il-Maltin kollha jintebħu li għandhom jgħożżu u jħarsu l-ambjent bl-istess kura, imħabba u passjoni għall-indafa li bihom iżommu djarhom xummiema, mhux biss għall-pjaċir fis-sbuħija iżda wkoll għal saħħitna.", "Għalhekk il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid fil-gvern jagħti attenzjoni lit-tniġġiż ta' l- arja li qed isseħħ mill-karozzi u jinkoraġġixxi riċerka għall-mezzi prattiċi ta' trasport aktar nodfa u b'inqas periklu għas-saħħa.\".", "Issa jien nistaqsi: Veru li r-roħs fil-prezz tal-pitrolju qiegħed isir fl- interess ta' l-anzjani jew ta' min juża l-pitrolju fid-dar jew qiegħda ssir b'obbligazzjoni lejn xi individwi?", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq il-qasam soċjali f'dan il-budget.", "Minkejja li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien jgħid li l- Gvern Laburista kien tilef il-kuxjenza soċjali f'dan il-budget, ma nsibux miżura waħda soċjali ġdida ħlief għal xi ftit irtokki 'l hawn u 'l hemmi.", "Fl-ewwel paġna tal-programm elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista wiegħed \"stipendji sħaħ\" lill-istudenti mentri fil-budget issa qed jgħid dawn il-preċiżi kelmiet: \"Hu maħsub li l-istipendji ta' l-istudenti jiżdiedu.\"", "Dan ifisser li addio stipendji sħaħ!", "Il-verita' hi li bid-dħul tal-15% VAT il-ħajja żgur se togħla u hemm diversi servizzi li mill-1 ta ' Jannar tas-sena d-dieħla se jogħlew b'mod sostanzjali b'detriment għall-ħaddiema u ta' dawk li għandhom income baxx.", "Jien naħseb li f'xi ħin jew ieħor kulħadd jiġi bżonn bajjad, bennej, perit, plumber jew skarpan.", "Mill-1 ta ' Jannar, 1999 dawn is-servizzi kollha se jogħlew minħabba l-VAT.", "Sur President, f'dan il-budget il-gvern immexxi mill-Onor.", "Eddie Fenech Adami qed ikollu jammetti li l-pajjiż għandu problemi finanzjarji.", "Illum kulħadd jaf li l-problemi finanzjarji ta' dan il-pajjiż ħoloqhom Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996, inkluż l-istess membri parlamentari Nazzjonalisti li llum qegħdin fuq il-bankijiet tal-gvern.", "Fis-sentejn li għamel fil-gvern, il-Gvern Laburista pprova jindirizza l-problema tad- deficit b'kuraġġ u b'determinazzjoni mingħajr ma ħarab mill-verita' u hemm bżonn li din il-problema tibqa' tiġi indirizzata bis-serjeta'.", "Għalkemm il- gvern preżenti qed ikollu jiffaċċja l-problema li ġab hu stess, il-ħasra hi li għal din l-irresponsabbilta' jrid iħallas il-poplu.", "Imma jien ngħid li għandna nħarsu 'l quddiem b'kuraġġ ħalli lil dan il-pajjiż nerġgħu nitfgħuh fit-triq tal-progress u noffru futur ġdid lill-poplu tagħna.", "Fl- aħħar dan il-gvern irrikonoxxa li l-ħofor jeżistu pero' jonqsu l-kuraġġ, ir-rieda u d-determinazzjoni biex jibda jindirizza dawn il-problemi.", "Il- poplu tagħna jixraqlu gvern serju u onest, li jkun kapaċi jieħu d- deċiżjonijiet meħtieġa u li ma jkunx imfixkel mill-wegħdiet u mill- obbligazzjonijiet.", "Qabel nagħlaq nixtieq minn qalbi nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lill- membri kollha ta' din il-Kamra u lill-poplu Malti u Għawdxi l-Milied u s- sena t-tajba u nixtieq nappella lil kulħadd biex f'dawn iż-żmenijiet tas- sena ma ninsewx lil dawk anqas ixxurtjati minna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi ħafna.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, kontra qalbi nibda biex ngħid li f'dan il-parlament l-affarijiet m'humiex mexjin kif għandhom jimxu u prova ta' dan hija illi l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma ngħatax iċ-ċans li jesprimi l- ħsebijiet kollha tiegħu dwar il-liġi ġdida ta' tassazzjoni li se tidħol f'pajjiżna u għaldaqstant ma kellux l-opportunita' li jpoġġi ċerti dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għalhekk nixtieq nitlob il-permess biex f'isem il-Kap ta' l-0ppożizzjoni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li ġie ppreżentat lill-kabinett f'Ġunju ta' l-1998, dokument ieħor bit-titolu \"The New Indirect Tax Regime for Malta\" u l-video recording tad-diskors li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni illi ħareġ dirett fuq it-Super 1 Television u fuq Radju Super 1.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'isem il-Kap ta' l-Oppożizzjoni npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi d-dħul mill-VAT bejn Jannar 1995 u Ġunju 1998 flimkien ma' tagħrif relatat;", "Rapport maħruġ mill-Economic Planning Division fil-Ministeru tal- Finanzi u Kummerċ f'Lulju 1997 intitolat \"The New Indirect Tax Regime for Malta: some economic considerations\"; u", "Video cassette ta' xandira li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, l-Onor Alfred Sant, ta fuq Super 1 Television fit-18 ta' Diċembru 1998.", "Mr Speaker, bħala l-kelliemi ewlieni min-naħa ta' l-oppożizzjoni fuq dan il-qasam se nibda nitkellem fuq is-suġġett tat-tiftix taż-żejt , li proprjament kellu jiġi diskuss dalgħodu għaliex jaqa' taħt il-Voti tal-Prim Ministru imma peress li ma kienx hemm ħin biżżejjed qed nieħu din l- opportunita' llejla ħalli nispjega lill-poplu l-affarijiet kif inhuma.", "Il- poplu jaf li l-Gvern Laburista kien onest u qatt ma approfitta ruħu minn xejn, anzi dejjem fittex l-interess ta' pajjiżna.", "Nibda biex ngħid illi meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern ma sab l-ebda permessi validi għat- tiftix taż-żejt għaliex l-uniku permess li kien ingħata kien fl-1993 u dan kien skada fl-1996.", "X'għamel il-Partit Laburista fit-22 xahar li għamel fil-gvern f'dan il-qasam?", "L-ewwel ma għamel kien li biddel il-mudell tal- kuntratt taż-żejt billi aġġornah għaliex kien ilu ma jiġi aġġornat mill- 1991 u fi ftit xhur il-Gvern Laburista ta inizjattivi ġodda biex iħajjar kumpanniji barranin jinvestu f'pajjiżna f'din l-industrija u ħa passi wkoll biex jagħmel ċerti kondizzjonjiet iktar stretti fejn jidħol l- ambjent.", "Tajjeb li ngħid li saru diversi laqgħat ma' numru ta' kumpanniji barranin fuq dan il-mudell ġdid li sar u fil-fatt fil-25 ta' Awissu tas-sena l- oħra sar ftehim ma' l-AGIP biex isir tiftix taż-żejt fil-baħar tat- Tramuntana ta' Malta.", "Fil-fatt kien ilu ma jsir ftehim ma' kumpannija taż- żejt iktar minn erba' snin u tista' tgħid illi fi ftit xhur taħt il-Gvern Laburista beda jagħmlu l-kuntatti biex kumpanniji barranin jiġu jfittxu ż- żejt f'pajjżina.", "Il-kuntratt li sar ma' l-AGIP huwa importanti ħafna għaliex dawn huma marbutin illi wara ċertu żmien iridu jagħtu l-intendere tagħhom lill-gvern jekk iħaffrux bir fil-baħar jew le.", "Nista' ngħid li mid-diskussjonijiet li kelli magħhom darbtejn kienu taw l-intendere li se jħaffru bir fl-ibħra territorjali Maltin.", "Pero' huma xtaqu jkunu jafu wkoll ir-riżultat ġeoloġiku tal-bir li qed jitħaffer fl-art biex ikunu iktar ċerti meta jagħmlu l-ftehim mal-Gvern biex jitħaffer bir fil-baħar.", "Peress li min-naħa tagħna ma konniex intrabatna magħhom fuq il-profit sharing, issa li nafu ċertu riżultati qegħdin f'vantaġġ biex nagħmlu ftehim iktar pożittiv għal pajjiżna.", "Saru wkoll negozjati ma' kumpannija Awstraljana, ir-Rock Oil u fil-5 ta' Mejju ta' din is-sena ġie ffirmat ftehim biex isir tiftix taż-żejt fil- baħar fin-nofsinhar ta' Malta.", "Saru wkoll negozjati ma' kumpannija Awstraljana oħra biex isir tiftix fil-baħar fil-lvant ta' Malta biex jaraw jistax isir tħaffir għal bir taż-żejt u dan il-ftehim ġie ffirmat fl-14 ta' Awissu ta' din is-sena wkoll.", "Nista' ngħid li saru diskussjonijiet ukoll ma' aktar kumpanniji rigward dawn l-opportunitajiet għal tiftix taż- żejt fil-medda ta' l-ibħra tagħna u nispera li l-Gvern Nazzjonalista jibqa' miexi fuq din il-linja biex iħajjar iktar kumpanniji ħalli jkunu jistgħu jinvestu f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Qed nagħti ħarsa ħafifa lejn x'għamel il-Gvern Laburista fil-ftit xhur li għamel fil-gvern għaliex għal snin sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista ma sar xejn.", "Barra minn hekk, aħna ridna nħarsu l-blata kontinentali tagħna.", "Fil-fatt bdejna nħarsu iktar id-drittijiet sovrani ta' pajjiżna fuq il-blata kontinentali u bdiet issir iktar għassa biex ħadd ma jmur ifittex għaż- żejt mingħajr ma jkun awtorizzat minn pajjiżna.", "Nista' ngħid ukoll illi ġiet ifformolata strateġija li kienet tippermetti esplorazzjoni f'dawk l- inħawi tal-blata kontinentali fejn hemm konflitti ta' interess ma' pajjiżi oħra, u dan sar mingħajr ma ppreġudikajna d-drittijiet sovrani ta' pajjiżna.", "Il-Gvern Laburista solva l-kwestjoni illi kien hemm ma' l-AMACO fuq area fil-Medina Bank li kienet ilha għaddejja għal ħafna snin u ntlaħaq ftehim fuq il-blata kontinentali ma' pajjiżi ġirien tagħna.", "Jiġifieri kieku ma għamilniex dak il-ftehim ma' l-AMACO u ma solvejniex din il-problema, ma kienx ikun possibbli li niddiskutu fuq l-area tal- Medina Bank biex isiru joint ventures.", "Fil-fatt aħna ħadna l-inizjattiva wkoll biex jintlaħaq ftehim ma' pajjiżi ġirien għall-esplorazzjoni bi sħab f'medda ta' baħar li hija kontestata bejn il-Libja u t-Tuneżija.", "U waħda minnhom kienet proprju din l-area fil-Medina Bank li l-AMACO kienet tgħid li għad għandha dritt għaliha.", "Pero' aħna solvejna din il-problema u komplejna b'ritmu mgħaġġel f'dan il-qasam u ħarġu riżultati pożittivi.", "Barra minn hekk, aħna ridna nħaffru bir ġewwa Għawdex biex ikunu magħrufa l-kondizzjonjiet ġeoloġiċi fit-tramuntana ta' pajjiżna fejn kellna indikazzjonijiet tajba illi jista' jinstab iż-żejt.", "Tajjeb li ngħid illi f'Marzu ta' l-1997, wara ħames xhur biss ta' leġislatura ġdida, ġew assigurati fondi illi jaqgħu taħt ir-Raba' Protokoll Taljan biex jitħaffer il-bir ġewwa Għawdex u mbagħad wara sejħa għal offerti ngħata l-kuntratt lill-ikbar kumpannija Taljana, is-Saipem, biex tibda tħaffer il-bir fl- 1998.", "Kif jaf kulħadd, it-tiftix għaż-żejt beda f'Ġunju ta' l-1998 u sal- lum il-fond laħaq is-7,200 metru.", "Pero' rrid infakkar illi meta aħna bdejna nippreparaw biex inkunu nistgħu nħaffru l-bir ġewwa Għawdex, sibna oppożizzjoni inġusta min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "U se ngħid għaliex.", "L-ewwel bdejna niġu akkużati li qed nagħmlu kollox bla permess u kollox kontra l-liġi.", "Issa dan ma kien assolutament minnu xejn u fil- fatt għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, fejn x'għandu x'jaqsam it- tiftix għaż-żejt, sar l-ewwel environmental impact assessment.", "Dan juri li l-affarijiet kienu qed isiru bis-serjeta'.", "Mentri issa fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-affarijiet saru mingħajr il-permess ta' l-awtorita' ta' l- ippjanar u mingħajr ma sar ċertu stħarriġ biex jaraw l-effetti ambjentali.", "Imbagħad wara li dan kollu sar magħruf pubblikament - u nerġa' ntenni li l- awtorita' ta' l-ippjanar kienet taf li kien qiegħed isir xogħol illegali, pero' sa dak iż-żmien ma ħaditx passi - l-awtorita' ta' l-ippjanar ħadet passi u rriżulta li veru sar xogħol mingħajr permess.", "Min-naħa tagħna m'għamilna l-ebda plejtu biex ma jaħsbux li qed nostakolaw pero' nerġa' ntenni li l-Partit Nazzjonalista fl-oppożizzjoni kien akkuża lill-Gvern Laburista għal diversi drabi li l-affarijiet ma kenux qed isiru kif suppost.", "Fil-fatt dan ma kien minnu xejn u din hija t-tmien darba li jien qed niċċalinġja lill-Onor.", "Mugliett biex ikollu d-diċenza għallinqas f'ġieħ is-sewwa li jiġi f'dan il-parlament u jgħid li żbalja meta akkuża lill-Gvern Laburista li kien qed jagħmel affarijiet illegali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tħaffir tal-bir taż-żejt, jew inkella jgħid li kien jidher li kien hemm l-inkwiet fil-Partit Laburista għax fil-parlament kien hemm min qala' l-inkwiet u allura kienet tidher li ġejja l-elezzjoni u ħa vantaġġ politiku u għamel dik il-propaganda biex jagħmel il-bsaten fir- roti.", "Pero' din l-apoloġija min-naħa ta' l-Onor.", "Mugliett, li tant kien jiftaħar li l-affarijiet iridhom sewwa, għadha ma saritx.", "S'intendi qabel l-elezzjoni bdew jgħidu illi l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx mat-tħaffir għaż-żejt f'Għawdex u dejjem irreżista dan it-tħaffir minħabba l-ambjent.", "Saħansitra l-Onor.", "Fenech Adami f'Novembru tas-sena l- oħra kien iddeskriva t-tħaffir għaż-żejt bħala att ta' disperazzjoni min- naħa tal-Gvern Laburista biex jara minn fejn se jġib il-flus.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Imbagħad kompla jisħaq illi meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern ittratta lil Għawdex bħala gżira bis-sbuħija tagħha u dejjem irreżista li jsir tħaffir għaż-żejt ġewwa Għawdex.", "Imbagħad fit-23 ta' Awissu ta' din is-sena waqt il- kampanja elettorali appella lill-prim ministru ta' dakinhar, l-Onor.", "Alfred Sant, u lili biex ngħidu l-verita' dwar it-tiftix għaż-żejt u kien allega wkoll li qed issir pressjoni biex jitħaffef it-tħaffir għaż-żejt.", "Jista' xi ħadd jgħidli kif tista' tagħmel pressjoni fuq xi ħadd biex jagħmel il-mirakli u jħaffer b'mod iktar mgħaġġel?", "Minflok kienu qed jieħdu pjaċir li konna se nagħmlu xi ħaġa tajba għal pajjiżna ħarġu all out kontra u bdew jivvintaw biex iqarrqu bil-poplu.", "Saħansitra f'Awissu, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet fuq it-television, l-Onor.", "Fenech Adami kien iddikjara illi huwa kellu informazzjoni u seta' jgħid b'ċertezza illi ma kienx se jinstab żejt u talab lili u lill-Onor.", "Sant biex ngħidu l-verita'.", "Bl-ikbar responsabbilta' ngħidlu li kemm jien u kif ukoll l-Onor.", "Alfred Sant qatt m'għidna xi ħaġa li ma kenitx il-verita'.", "Lill-poplu għidnilu li kien hemm possibbilta' kbira li jinstab iż-żejt imma sakemm ma jinstabx ma konniex se ngħidulu li nstab iż-żejt.", "Aħna m'għamilniex bħalma għamel il-Gvern Nazzjonalista fl-1992 meta qal li sibna ż-żejt u ma kien hemm riżultati ta' xejn!", "Dak kien ingann bil-poplu.", "Fil-fatt sa qabel l- elezzjoni baqgħu jgħidu li konna qed inħaffru għal xejn biex nidħku bil- poplu.", "Imma ftit wara li l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern bidel din il-verżjoni u ta ordni biex iħaffru iktar.", "Jekk qabel l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kien jgħid li aħna konna qed inħaffru għal xejn, li konna qed inħammġu l-ambjent u li konna qed nitfgħu materjal tossiku fil-barrieri, kif l-għada li tela' fil-gvern ta ordni biex ikomplu jħaffru 'l isfel?", "Dawn x'affarijiet huma!", "Dan juri biċ-ċar illi dak li kien jgħid il-Gvern Laburista kien kollu verita'.", "U allura l-Partit Nazzjonalista nganna lill- poplu għax kienet waslet l-elezzjoni.", "Minkejja li aħna konna nafu u għidna li hemm riżultati pożittivi, l-ewwel interess tagħna kien lejn pajjiżna u l-elezzjoni saret fl-interess tal-pajjiż, imma l-Partit Nazzjonalista kien jinteressah biss li jkun fil-gvern.", "Kieku llum jgħiduli li ma nstabx żejt żgur li naqbad nibki għaliex jiddispjaċini.", "Imbagħad biex jipprovaw jiġbru ġieħhom qalu li kien bis-saħħa tagħhom li sar il-ftehim fuq il- protokoll Taljan.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nsib l-ebda diffikulta' npoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li juri biċ-ċar illi l-finanzjament ġie diskuss u approvat f'meeting li sar bejn Dr. Marco Sommi tal-Farnesina u s-Sur J. Briffa mill-ministeru tal-finanzi, fit-13 ta' Marzu, 1997.", "Dan id-dokument jindika li setgħu jibdew jinġabru l-quotations mill-kumpanniji kbar Taljani.", "(Interruzzjonijiet)", "Qed insemmi dan id-dokument għaliex igiddeb informazzjoni oħra li ngħatat lili għal mistoqsija parlamentari li għamilt lill-prim ministru, fejn kont staqsejtu meta ġie ffirmat il-ftehim bejn is-Saipem u l-Gvern Malti biex jitħaffer il-bir ġewwa Għawdex.", "Ir-risposta tiegħu kienet illi d- diskussjonijiet mas-Saipem dwar ftehim biex jitħaffer il-bir ġewwa Kerċem bdew fil-25 ta' Mejju, 1995.", "Kif jista' jkun li kien hemm diskussjonijiet fl-1995 meta l-ftehim ġie approvat fit-13 ta' Marzu, 1997 u l-call for applications saret f'Awissu ta' l-1997?", "Allura kien hemm xi tip ta' xi arranġamenti ta' mafja fin-nofs jekk id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin mill-1995 kif qed jgħid il-Prim Ministru!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "Jew inkella l-informazzjoni li ngħatajt f'dan il-parlament ma kenitx vera.", "Qed ngħid dawn l-affarijet biex nuri li aħna konna qegħdin ngħidu l-verita' u dak li kien qed jgħid il-Partit Nazzjonalista meta kien fl-oppożizzjoni kien kollu ingann għax kienet waslet l-elezzjoni.", "Illum id-diska inbidlet u qed jipprovaw jieħdu l-prosit ta' dak li għamilna aħna.", "Issa qed jgħidu li hemm riżultati pożittivi imma li għad jonqosna biex inkunu nafu jekk instabx iż-żejt.", "Tajjeb li l-poplu jkun jaf x'ġara qabel l-elezzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż fejn l- Oppożizzjoni Nazzjonalista minflok għenitna biex nipprovaw insibu l-ewwel materja prima f'pajjiżna, ipprovat tkissirna.", "Niftakar li fis-27 ta' Novembru 1997, waqt id-diskussjoni tal-budget, kien sar attakk sfrenat fuq il-bir taż-żejt f'Għawdex u wieħed mill- professuri min-naħa l-oħra kien qal li minn riċerka li għamel sab illi jekk jinstab iż-żejt dan joħroġ xi nofs kilometru madwar il-ħofra, iż-żejt li joħroġ ikun irretrievable u l-ħsara li tkun saret ma tkunx tista' treġġagħha lura.", "Illum in-naħa tal-gvern m'għadhiex tgħid jekk teżistix din il-possibbilta' għaliex jafu li dak li kien qal ċertu membru ma jreġix.", "Imma dak iż-żmien l-Onor.", "Fenech Adami u sħabu kollha issapportjawh u tgħidx kemm ħabtu fuq dawn il-bankijiet!", "Illum ħadd m'hu qed jitkellem għaliex jafu illi l-Gvern Laburista ħadem bis-serjeta' biex jara li ma jkun hemm l-ebda impatt ambjentali u saħansitra kien wiegħed li kollox jerġa' jsir kif kien qabel ma beda jsir it-tħaffir.", "Barra minn hekk, meta beda jintrema r-rig u beda x-xogħol ta' tħaffir ta' spiss kienu jmorru tal-media biex jaraw l-affarijiet b'għajnejhom.", "L-iktar ċertifikat pożittiv ħadnieh minn min kien responsabbli għall-ħarsien ta' l- ambjent għaliex baqa' skantat bil-mod serju kif kienu qed isiru l- affarijiet.", "Irrid ngħid ukoll li aħna ridna naraw jekk il-ġeoloġija tal-blata kenitx l-istess bħall-basin ta' Sqallija minħabba l-fatt li jekk kien se jkollna riżultati pożittivi setgħu jiġu kumpanniji oħra biex jesploraw għaż-żejt fl-ibħra territorjali tagħna.", "Fil-fatt wara ftit li beda t-tħaffir kien ġie kkonfermat li kien hemm prospetti sbieħ li jinstab iż-żejt.", "Sadanittant l-AGIP kienet qed tagħmel ir-riċerka tagħha fuq l- informazzjoni li tajniha u qalet ukoll li fl-inħawi fejn kienet qed tagħmel ir-riċerka kien jidher li se jkun hemm riżultati pożittivi wkoll.", "Bqajna inħaffru u skoprejna traċċi taż-żejt u iktar ma bdejna neżlin 'l isfel iktar bdiet tiżdied id-densita' tat-traċċi taż-żejt.", "Saru t- testijiet barra u kkonfermawlna li se jkollna riżultati pożittivi.", "Issa jekk iż-żejt li jinstab huwa kummerċjali jew le wieħed għad irid jara.", "Aħna kellna tliet targets fejn setgħu jinstabu l-bjar.", "L-ewwel wieħed kien bejn wieħed u ieħor 3,200 metru 'l isfel; konna qed naħsbu li t- tieni bir kien jinstab madwar 4,600 metru 'l isfel u li madwar 6,000 metru 'l isfel jista' jinstab bir ieħor.", "Aħna konna qed ninformaw lill-poplu x'kien qed jiġri.", "Imma x'ġara fir-realta'?", "Il-verita' hi li ftit wara l- elezzjoni nstab l-ewwel bir bejn 4,900 metru u 5,000 metru 'l isfel.", "Issa l-għażla kienet li jew jieqaf it-tħaffir u jsiru t-testijiet jew inkella jkompli t-tħaffir.", "Il-ħsieb tal-Gvern Laburista kien li la jkun instab l- ewwel bir naraw jekk nistgħux nilħqu t-tieni target, naraw jekk ikunx pożittiv u jekk ikun pożittiv naraw nistgħux nilħqu t-tielet target.", "Fil- fatt il-Gvern Nazzjonalista mexa fuq din il-linja.", "Iż-żejt instab bejn 4,900 metru u 5,000 metru 'l isfel pero' t-testijiet għadhom ma sarux, kompla jsir it-tħaffir u t-tieni bir instab bejn 6,000 u 6,500 metru 'l isfel, fejn instab iż-żejt ukoll.", "It-tielet bir jinsab iktar fil-fond u allura r-riżultat ta' l-aħħar wieħed suppost kellu jkun l-iktar wieħed pożittiv.", "Kif qal il-Prim Ministru llum it-tħaffir wasal sa 7,200 metru.", "Huwa mistenni li mas-7,300 metru 'l isfel jinstab it-tielet u l-ikbar bir.", "Issa meta jinstab dan il-bir jibdew it-testijiet.", "Issa hemmhekk irid jiġi sparat bħar-rocket illi jippenetra l-casing tal-ħadid, jippenetra l- blat biex dak il-gass żejjed li jkun hemm jitla' fejn qed jagħmlu l-vaska, jaħarqu l-gass u jittestjawh għall-produzzjoni biex jarawh jekk hemmx biżżejjed kummerċjalment.", "Sur President, b'wiċċi minn quddiem ngħid li ż-żejt instab.", "Aħna konna nafu li hemm iż-żejt imma biex tkompli tħaffer ma tistax tagħmel it- testijiet biex tara jekk huwiex kummerċjali jew le.", "Fil-fatt il-Gvern Nazzjonalista mexa fuq il-pariri li kellna aħna għaliex la l-ewwel bir ikun tak riżultati pożittivi għandek tkompli tħaffer iktar.", "Issa wieħed irid jistenna biex jara jekk huwiex vijabbli kummerċjalment.", "Mir-riżultati li rajt nemmen li f'pajjiżna se jkollna l-ewwel materja prima kummerċjalment pero' issa jiddependi wkoll fuq il-prezz taż-żejt fuq il-market u fuq ċerti spejjeż biex jittella' ż-żejt.", "Nista' ngħid illi kien bis-saħħa tal-Gvern Laburista illi pajjiżna se jkollu l-ewwel materja prima tiegħu.", "Il- verita' hi illi ż-żejt instab, semmejt f'liema fond instab u wieħed jistenna li t-tielet bir li huwa l-ikbar bir ikun kummerċjali.", "Għalhekk jien issa ndur fuq il-poplu Malti u nitolbu jistaqsi lilu nnifsu: Huwa veru li l-Partit Laburista meta kien fil-gvern qatt ma daħak bil-poplu imma dejjem qallu l-verita'?", "Il-Partit Nazzjonalista li kien moħħu biex jieħu l-poter f'idejh at all costs kien onest mal-poplu Malti?", "Jien ngħid li żgur li ma kienx onest.", "Meta f'dan il-parlament kien hawn il-problemi l- Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet minn kollox biex l-affarijiet ma jimxux sewwa ħalli l-Gvern Laburista ma jkunx jista' jiggverna iktar.", "Għalkemm il-poplu ta mandat lill-Gvern Laburista għal ħames snin m'għamilx iktar minn sentejn minħabba l-intriċċi li kienu għaddejjin bejn il-Partit Nazzjonalista u xi ħadd minn din in-naħa.", "MR SPEAKER: Onor. Mizzi, jekk jogħġbok, ikkonkludi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Gvern Laburista ma riedx imexxi lill-pajjiż mingħajr l-appoġġ tal-maġġoranza parlamentari u wera li qatt ma jista' jkun dittattur għaliex l-interess ta' pajjiżu jiġi l-ewwel.", "Imma l-Partit Nazzjonalista wera li hu jinteressah biss li jieħu l-poter f'idejh u ma jinteressah xejn miċ-ċittadin u minn pajjiżna.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa t-tieni nofs tas-seduta huwa għall-kelliema tal-Gvern.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Michael Bonnici.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Mr Speaker, illum naħseb se nkun it-tielet persuna f'din il-Kamra li se nitkellem dwar is-servizz ċivili wara li dalgħodu tkellem b'mod estensiv il-Prim Ministru u llejla tkellmet ukoll l-Onor.", "Helena Dalli.", "Nibda biex ngħid li matul is-sena li ġejja bħala salarji l-ħaddiema tal- gvern se jieħdu Lm171 miljun.", "Barra minn hekk, l-ispiża għall-materjal biex jintuża fit-twettiq tal-ħidma tal-gvern għas-sena li ġejja se tkun ta' Lm41 miljun u l-gvern qed jivvota Lm31 miljun oħra għal korpi oħra, bħalma huma l-Enemalta u d-Drydocks.", "F'dan il-budget il-gvern għandu programm ta' ideat ġodda li jinkorpora fih ħidma estensiva mill-ħaddiema tal-gvern li jammonta għal Lm291 miljun.", "Fil-fatt il-gvern joħroġ bl- inizjattivi u jgħaddihom lid-diversi dipartimenti biex il-ħaddiema jiżviluppaw il-programm li jkollu f'moħħu l-gvern.", "Ma rridux ninsew ukoll li l-imgħaxijiet li l-gvern irid iħallas matul is-sena li ġejja fuq id-dejn li għandu jammontaw għal Lm64 miljun.", "Nafu li l-gvern matul iż-żmenijiet ta lill-korpi kostitwiti li ħarġu mill-programmi tal-gvern, bħalma huma l- Water Works - illum il-Water Services Corporation - u t-Telemalta li llum hija l-Maltacom is-somma ta' Lm588 miljun.", "Issa min irid jaħdem fil-pajjiż biex jinġabru dawn il-flus u minn fejn se jiġu dawn il-miljuni kollha?", "Ħafna drabi dawn il-flus jiġu mit-taxxi li jinġabru u nista' nsemmi, per eżempju, id-dwana li l-gvern idaħħal minnha Lm56 miljun.", "Mil-liċenzji tal- karozzi, dgħajjes, ħwienet u armi tan-nar u diversi liċenzji oħra l-gvern idaħħal Lm60 miljun.", "Mill-VAT din is-sena se jdaħħal Lm85 miljun.", "Mill- ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali l-gvern se jdaħħal Lm145 miljun, pero' se joħroġ kważi Lm180 miljun għall-qasam tas-servizzi soċjali.", "Mil-lottu se jdaħħal Lm7 miljun u mill-kirjiet li għandu l- gvern se jdaħħal Lm8 miljun.", "Dan ifisser li d-dħul totali tal-gvern se jammonta għal Lm391 miljun.", "Għaliex qed insemmi dawn iċ-ċifri?", "Għaliex proprju huma l-ħaddiema tal-gvern stess li jridu jaħdmu u jistinkaw biex iwettqu l-politika tal-gvern u jinġabru dawn il-miljuni ta' liri kollha li mbagħad jintnefqu fi programmi tal-gvern.", "Jien naqbel ma' l-Onor.", "Helena Dalli meta qalet li fis-servizz ċivili għandna nies kapaċi ħafna li jafu jieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Fil-fatt mhux il-gvern biss li jiddijlja ma' ċerti organizzazzjonijiet jew intrapriżi oħra li jkunu interessati fil-proġetti tal-gvern imma għandna nies kapaċi ħafna fiċ-ċivil li jagħmlu dan.", "Barra minn hekk, għandna nies verament tas-sengħa li, kif qalet l-Onor.", "Dalli, għamlu xogħol tajjeb; per eżempju, f'Buġibba, f'Wied il-Għajn u f'postijiet oħra fejn il-gvern ma qabbad l-ebda kuntratturi għal dawn il-proġetti imma għamel użu min-nies tiegħu stess.", "Jien ngħid li għalkemm ix-xogħol huwa sodisfaċenti forsi seta' sar xogħol aħjar.", "Irrid ngħid ukoll li n-numru ta' persuni li jaħdmu direttament mal-gvern ilaħħaq l-31,000 ruħ.", "Matul iż-żmenijiet il-ħaddiema tal-gvern dejjem ingħataw salarji tajbin li għalkemm forsi ma jipparagunawx ma' dak li jagħti s-settur privat, dejjem ħadu salarji raġonevoli u minn dak li seta' jaffordja l-gvern.", "Fil-fatt ħafna drabi l-ewwel ma jieħdu ż-żidiet għall- għoli tal-ħajja huma proprju l-ħaddiema tal-gvern.", "Ma ninsewx li fl-1970 - dak iż-żmien jien kont naħdem mal-gvern - il-gvern kien ħareġ arretrati li kienu jammontaw għal Lm6 miljun u jekk m'iniex sejjer żball bejn l-1987 u l-1996 kienu ngħataw ukoll madwar Lm5 miljun oħra f'arretrati lill- ħaddiema tal-gvern u proprju issa wkoll se jerġgħu jingħataw Lm3.5 miljun li qed jissemmew ukoll fis-supplementary estimates li għandna quddiemna.", "Dan ifisser li l-gvern dejjem irrikonoxxa x-xogħol tal-ħaddiema tiegħu u dejjem tahom dak li verament kien jixirqilhom.", "Huwa veru li forsi l- unions ġieli ħadu t-tul ta' żmien biex jinnegozjaw l-arranġamenti tas- salarji imma eventwalment kemm il-ħaddiema u kif ukoll l-unions dejjem ħarġu sodisfatti.", "Fl-1996 fi żmien Gvern Nazzjonalista kien sar eżerċizzju tajjeb ħafna li permezz tiegħu ġew iffissati 20 skala ta' salarji u llum kull ħaddiem tal-gvern jaf f'liema skala qiegħed.", "Nispera li dan l- eżerċizzju ma jitħarbatx issa li ġie ffirmat l-agreement il-ġdid bejn il- gvern u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-gvern.", "Għalkemm naf li l-maġġor parti ta' l-impjegati tal-gvern verament jaħdmu, ma nistax ma nsemmix il-ħafna ħela u ċerti abbużi li jsiru fis-servizz pubbliku.", "Naf li, per eżempju, isiru għadd ta' telefonati privati minn ġewwa d-dipartimenti tal-gvern u anke telefonati għal barra, qed jiġi abbużat ukoll l-internet fid-dipartimenti tal-gvern u jsir ħafna photocopying.", "Saħansitra hemm ħaddiema li qed jistampaw kotba sħaħ permezz tal-photocopies waqt il-ħin tax-xogħol u jużaw anke karti tal- gvern.", "Jiena nittama li d-diretturi tad-dipartimenti jqumu minn fuq l- iskrivaniji tagħhom u jaraw verament x'qiegħed isir fid-dipartiment li huma responsabbli għalih huma.", "Jiddispjaċini li qed insemmi dawn l-affarijiet u m'iniex niġġeneralizza għaliex naf li hemm min huwa verament dedikat fuq xogħlu.", "Fil-fatt ċerti skrivani, nurses, tobba u anke ħaddiema manwali li jaħdmu fil-qasam tal-manutenzjoni u fil-workshops tal-gvern jaħdmu bis- serjeta' u jikkontribwixxu bis-sħiħ, pero' hemm ukoll ħaddiema li qegħdin jiskartaw mix-xogħol.", "U m'għandniex għalfejn noqogħdu ngħidu li huma biss il-ħaddiema tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi li jiskartaw għaliex hemm ukoll skrivani li jiskartaw.", "Jeħtieġ li ssir dixxiplina stretta fuq il-ħaddiema tal-gvern.", "Illum ħadt pjaċir nisma' li hemm bżonn neqirdu ħafna mill-klijenteliżmu li jeżisti.", "Fil-fatt illum il-ġurnata l- kostitwenti tagħna m'għadhomx jiġu jitolbuna xi pjaċir biex ikollhom is- servizz tat-telephone imma l-iktar li jiġu jitolbuna huwa job mal-gvern għaliex jgħidulek li għejjew jaħdmu fejn qegħdin u jkunu ta' l-idea li mal- gvern ikunu jistgħu jiskartaw xi siegħa.", "Dan huwa ħażin u rridu neqirdu dan it-tip ta' klijenteliżmu.", "Irridu naraw kif nedukaw lin-nies li biex jidħlu mal-gvern irid ikun hemm post vakanti.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi barra d-dixxiplina hija l-kwestjoni tat- trasferimenti.", "Jien ma naqbilx li skrivan mal-gvern għandu jibqa' jaħdem fl-istess uffiċċju għal tul ta' żmien.", "Per eżempju, jien ħadt pjaċir li fl- Isptar Monte Carmeli daħlet is-sistema li ċerti nurses, b'mod speċjali dawk li kienu jaħdmu f'Ward 10 - li issa se tingħalaq - jew inkella f'xi ward partikolari oħra ma jdumux iktar minn tliet snin.", "Ċerti ħaddiema tal-gvern jaħsbu li jekk jitneħħew minn fejn ikunu, id-dipartiment jieqaf u tant ikunu draw f'dak il-post li jekk jitneħħew jaraw kif jagħmlu biex jerġgħu jmorru fejn kienu.", "Jien għandi l-ikbar fiduċja fil-ħaddiema tal-gvern għaliex verament qed jikkontribwixxu bil-kbir għall-pajjiż imma hemm min huwa irresponsabbli u għalhekk hemm bżonn naraw x'nagħmlu u nieħdu l- inizjattiva biex ineħħu ċertu klijenteliżmu li wieħed ma jistax jiġi trasferit.", "Jiddispjaċini ninnota li minn informazzoni li ngħatat f'parliamentary question għandna madwar 241 gradwat biss jaħdmu mal-gvern.", "Ma rridx ngħid li l-31,000 ħaddiem li hemm mal-gvern għandhom ikunu gradwati jew li biex tmexxi dipartiment trid tkun gradwat imma jien nemmen li għandna bżonn indaħħlu s-sistema li min irid jidħol mal-gvern irid jidħol b'kuntratt u mhux tidħol mal-gvern bħala skrivan u jibqa' tiela sal-post ta' head of department.", "Forsi llum din il-ħaġa tinstema' stunata imma jekk verament irridu nimxu mas-sistema moderna u mat-trends ta' pajjiżi oħra - għalkemm aħna għadna ħafna warajthom - fi żmien għaxar snin oħra rridu ndaħħlu s-sistema li l-ħaddiema tal-gvern jibdew jiġu mpjegati b'kuntratt ta' xogħol għal ċertu tul ta' żmien u jekk dak li jkun jinstab tajjeb għal dak ix-xogħol jiġġeddidlu l-kuntratt u jekk ma jkunx irid jista' jitlaq.", "Mr Speaker, illum ħadt pjaċir naqra fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" - fil-fatt din l-informazzjoni kienet ukoll pubblikata f'gazzetti oħra - li l-gvern se joħroġ Lm1 miljun għat-taħriġ ta' l-impjegati tiegħu.", "Fil-fatt minn mindu l-Partit Nazzjonalista tela' fil-gvern fl-1987 bil-kontribut sħiħ ta' l- MSU - li mbagħad fi żmien il-Gvern Laburista saret l-MITTS - ta taħriġ intensiv lill-ħaddiema tiegħu fil-computers, fis-sistemi ta' amministrazzjoni u issa, kif qal ukoll l-Onor.", "Francis Zammit Dimech, qed jingħataw ukoll courses professjonali fl-universita' lit-technicians.", "Huwa importanti li biex is-servizz ċivili jibqa' miexi 'l quddiem jibqa' jingħata taħriġ lill-ħaddiema waqt il-kors tax-xogħol tagħhom.", "Mr Speaker, dalgħodu ssemma li m'għandniex dipartiment tal-ġustijzza imma jien nittama li meta dan jiġi mwaqqaf ikun manned minn nies professjonali biex id- dipartiment ikun jista' jimxi aħjar.", "Qabel nagħlaq nixtieq ngħid xi ħaġa dwar is-supplementary estimates li qed napprovaw illum.", "Nibda biex insemmi li s-sena l-oħra kienet approvata s-somma ta' Lm300,000 biex jiġu rranġati ċ-Chadwick Lakes.", "Illum qed nerġgħu napprovaw Lm0.25 miljun aktar għal dak ix-xogħol li sar imma ma kienx hemm fondi biex jitħallas.", "Ta' min isemmi wkoll il-Lm1 miljun li qed nagħtu lid- dipartiment tas-saħħa minħabba mediċini li nxtraw u ma tħallsux u l-Lm4 miljun li qed jingħataw lill-Water Services Corporation biex jagħmlu tajjeb għar-refunds li se jingħataw lil dawk li ħallsu kontijiet għoljin meta kien hemm żieda fit-tariffi ta' l-ilma.", "Barra minn hekk, għandna wkoll dawk il-kontijiet kbar ta' miljuni ta' liri li qed ikollna nħallsu lill- Malta Drydocks u lill-Malta Shipbuilding.", "Jien nistaqsi: Il-pajjiż jiflaħ iħallas iktar flus lil dawn il-kumpanniji tal-gvern?", "Huwa impossibbli li l-gvern jibqa' jippompja dawn il-miljuni kbar ta' liri li ħafna drabi qegħdin imorru fi xkora mtaqqba li titfa' kemm titfa' ġo fiha ma timtela qatt.", "Qabel nagħlaq nixtieq nawgura l-Milied u s-sena t-tajba lill- kostitwenti kollha tiegħi, lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha u lil dawk in-nies li forsi minħabba raġuni ta' saħħa ma jistgħux igawdu l-Milied bħalna.", "Nappella wkoll lil dawk kollha li beħsiebhom imorru jiddevertu f'dawn il-festi biex ma jixorbux iżżejjed, speċjalment jekk ikunu se jsuqu u ma ninsewx l-inċidenti li jsiru, li kultant ikunu anke fatali, minħabba sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.", "Nispera wkoll li ż-żgħażagħ li se jkunu jiddevertu fid-discos u fil-parties f'dawn il-festi jibqgħu 'l bogħod mid-droga.", "Fl-aħħarnett nawgura lilek, Mr Speaker, u lill-Membri kollha ta' din il-Kamra Milied ħieni u sena mimlija risq u hena.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "John Vella.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Mr Speaker, żgur li sena ilu, meta aħna konna fuq dik in-naħa tal-Kamra u l-oppożizzjoni tal-lum kienet fuq din in-naħa tal- Kamra, ħadd minna ma kien jobsor li l-budget għall-1999, l-aħħar wieħed għal dan is-seklu, se jkun preżentat minn Gvern Nazzjonalista.", "Pero' kien hemm sinjali ċari li kien diġa' beda jberraq sew qabel il-budget tas-sena l-oħra u biżżejjed wieħed isemmi r-riżenja ta' Lino Spiteri minn mnistru tal-finanzi u l-introduzzjoni tat-taxxa tas-CET li għalkemm kienu żewġ ċirkostanzi differenti, kien hemm ċertu konnessjoni bejniethom.", "Dawn l- affarijiet ħallew togħma morra iżda s-sajjetti bdew ifaqqgħu bil- preżentazzjoni tal-budget anti-soċjali u bla ruħ li ġie ppreżentat is-sena l-oħra, budget li liż-żgħir, li n-naħa l-oħra tant tgħid li tistma u li hu l-mimmi ta' għajnejha, ġabituha b'id waħda wara u oħra quddiem.", "Niftakru fiż-żieda qawwija li saret fir-rati tad-dawl u ta' l-ilma, iż-żieda fil- prezz tal-pitrolju, tal-gass u tas-sigarretti.", "Dak iż-żmien qalu li ż- żieda fil-prezz tas-sigaretti saret biex jinkoraġġixxu inqas tipjip pero' issa, għaliex Gvern Nazzjonalista reġa' żied it-taxxa fuq is-sigaretti, qed jgħidu li Gvern Nazzjonalista lanqas jaħmel lill-pensjonant u liż-żgħir jpejpu sigarett!", "Il-budget li għandna quddiemna sar f'ċirkostanzi finanzjarji ħafna iktar prekarji milli kienu sena ilu minħabba tmexxija inkompetenti mill-gvern ta' qabel.", "Filwaqt li dan il-budget qed iħares 'il quddiem b'sens ta' direzzjoni u b'sens ta' fiduċja, fl-istess ħin qed jagħti rimedju għall- ħsara li saret fil-budget tas-sena l-oħra li in parti kienet responsabbli wkoll għall-elezzjonijiet bikrija li l-poplu Malti ħataf b'idejh it-tnejn b'mod assolut u tefa' lill-Gvern Laburista fl-oppożizzjoni.", "Dan il-budget ta spazju biex fi żmien qasir jiġu rriveduti r-rati tad-dawl u ta' l-ilma b'mod li ssodisfaw lill-poplu in ġenerali u lill-unions u serraħ moħħ l- industrijalisti u l-lukandiera.", "Il-Gvern Laburista kien ilu għaxar xhur iwiegħed li se jirranġa t-tariffi imma ma wasal imkien.", "Miżura oħra li kienet ittieħdet fil-budget ta' Gvern Laburista kienet iż- żieda esaġerata fil-prezz tal-pitrolju, materjal li jintuża fl-industrija, fil-fabbriki, fil-lukandi, fil-fran u jintuża wkoll minn xi pensjonanti u nies oħra b'income baxx biex isaħħnu djarhom fix-xitwa.", "Kien hemm il- biża' serju illi minħabba din iż-żieda il-furnara li jagħmlu ħafna użu mill- pitrolju kienu se jitolbu żieda fil-prezz tal-ħobż.", "F'daqqa waħda, b'għaġġla kbira, l-Enemalta importat il-light fuel oil u bdew isiru r- reklami fuq il-media biex jibda jintuża dan il-fuel oil li kien ħafna irħas mill-pitrolju.", "Ma nafx min kien dak l-għaref illi wasal biex jinkoraġġixxi l-użu ta' dan it-tip ta' fuel.", "Staqsa x'effett ħażin kien se jkollu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tan-nies?", "Proprju ftit tal-ġranet ilu smajna lill-Ministru Josef Bonnici skond rapport tekniku li kellu, jgħid xi ħsara ssir lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem mill-użu ta' dan il-light fuel oil li kien qed jintuża wkoll mill-furnara biex jipprovdulna l-ħobża ta' kuljum.", "Wieħed jista' jimmaġina xi ħsara saret f'inħawi bħal Ħal Qormi fejn hemm konċentrazzjoni ta' fran.", "Pero' hawnhekk irrid insemmi wkoll il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq, fejn qabel kienu jużaw il-pitrolju biex isaħħnu l-ilma tal-pool imma mbagħad l-management tal-pixxina ddeċieda li jagħmel użu minn dan il-light fuel oil biex jiffranka l-flus għax il-pitrolju kien għoli.", "Issa kulħadd jaf li l-pixxina nazzjonali ma jiffrekwentawhiex biss sportivi ta' l-għawm imma jiffrekwentawha mijiet ta' nies li jridu jżommu ruħhom fit jew inkella jiffrekwentawha għal raġunijiet ta' saħħa.", "Pero' min ħa din id- deċiżjoni żgur li ma tax importanza lill-impatt ħażin li kien se jkollu fuq l-ambjent ta' l-inħawi u fuq is-saħħa tan-nies.", "Ma rridux ninsew li barra l-mijiet ta' nies li jagħmlu użu minn din il-pixxina u l-mijiet ta' residenti li jgħixu fl-inħawi, fuq naħa tal-pixxina hemm l-universita' fejn jattendu kuljum eluf ta' żgħażagħ minn Malta u Għawdex kollu u fuq in-naħa l-oħra, tmiss eżatt mal-pixxina hemm l-iskola l-ġdida ta' St. Monica, iffrekwentata minn mijiet ta' tfal u mhux wisq 'il bogħod hemm l-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern.", "Imma xi ħadd iddeċieda li jintuża l- light fuel oil biex jissaħħan l-ilma tal-pool u fil-fatt din is-sena ntużaw iktar minn 300,000 litru ta' fuel oil.", "Dan ifisser li dawk l-eluf ta' żgħażagħ, tfal ta' l-iskola u residenti li jgħixu f'dawk l-inħawi kienu esposti għal din il-ħsara fuq saħħithom.", "Li jiddispjaċik huwa l-fatt li min ħa din id-deċiżjoni għadu sal-ġurnata mqaddsa tal-lum m'huwiex konxju mill-ħsara enormi li qed jagħmel għaliex minflok waqqaf l-użu tal-light fuel oil immedjatament u reġa' qaleb għas-sistema tal-pitrolju, se jistenna sa l-aħħar ta' dan ix-xahar biex jagħmel dan.", "Dan l-aġir huwa kundannabbli għall-aħħar u min qed jieħu din ir-responsabbilta' għandu jiffaċċja l- konsegwenzi għaliex jew huwa inkompetenti jew inkella huwa insensittiv għall-ħsara enormi li qed jagħmel.", "Kif diġa' għidt, wieħed mill-fatturi li wassal għal elezzjoni bikrikja kien proprju l-budget tas-sena l-oħra li m'għamilx distinzjoni bejn il- kbir u ż-żgħir.", "Waħda mill-miżuri li nista' nsemmi hija t-taxxa ta' Lm48 li saret fuq il-kera tal-meters tad-dawl u l-ilma u s-servizz tad-drenaġġ.", "Din il-ġimgħa xi membri mill-oppożizzjoni lmentaw li Gvern Nazzjonalista liż-żgħir żiedlu l-bolla b'Lm26.", "Pero' d-differenza hi Gvern Laburista mpona taxxa ta' Lm48 fuq kulħadd mentri l-Gvern Nazzjonalista qed jgħid li l-bolla se tiżdied skond kemm taqla' jiġifieri min jaqa' iktar se jħallas iktar bolla.", "F'dan il-budget, Gvern Nazzjonalista żamm kelmtu ma' l- elettorat billi neħħa t-taxxa ta' Lm48 fuq il-meters tad-dawl u l-ilma u fuq is-servizz tad-drenaġġ u naqqas ir-rati b'tali mod illi kkuntenta lil kulħadd.", "Huwa veru li l-budget tas-sena l-oħra u l-inkwiet li kien hemm mal-Perit Mintoff setgħu wasslu għal elezzjoni bikrija pero' ma rridux ninsew l-inkompetenza ta' l-Onor.", "Alfred Sant illi bħala kaptan tat-team Laburista ma kienx kapaċi jżomm l-għaqda u d-dixxiplina fit-team tiegħu.", "Fil-fatt minflok ma warrab u għamel post għal ħaddeħor, mar għall- elezzjoni u qal li se jkabbar il-maġġoranza.", "Il-poplu Malti ħataf dan iċ- ċans u wara inqas minn sentejn reġa' tefa' lill-Partit Laburista fl- oppożizzjoni, fejn jien persważ li se jibqa' għal diversi snn.", "Raġuni oħra li wasslet għat-telfa kbira li ġarrab il-Partit Laburista fl- elezzjoni kienet il-policy tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Fl-1996 il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni għal diversi raġunijiet fosthom minħabba l- introduzzjoni tal-VAT, għaliex biha kienu ntlaqtu ħażin diversi nies li kienu qed jevadu t-taxxa bil-goff u nies oħrajn li kienu qed jaħdmu bla ktieb.", "Il-Partit Laburista kien wiegħed lil dawn in-nies li se jneħħilhom il-VAT u dawn kienu qed jittamaw li se jispiċċaw ukoll il-cash registers.", "Hawnhekk tara l-ingann.", "Issa l-oppożizzjoni qed tgħid li fil-programm elettorali tagħna m'għamilnihiex ċara li se nerġgħu ndaħħlu l-VAT.", "X'kien jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-elezzjoni ta' l-1996 kull meta kienu jistaqsuh jekk kienx se jneħħi l-cash registers?", "Kif qal l-Onor.", "John Dalli, l-Onor.", "Alfred Sant dejjem evada din il-mistoqsija u la qatt irrisponda iva u lanqas qatt ma qal le pero' l-poplu kien jemmen bis- serjeta' kollha li t-tneħħija tal-VAT kienet tfisser wkoll it-tneħħija tal- cash registers.", "Allura l-ħsieb ewlieni ta' dawk li vvotaw lill-Partit Laburista fl-1996 ma kienx fuq l-Unjoni Ewropea imma li tispiċċa l-VAT u magħha l-cash registers.", "Iżda wara l-bidla fil-gvern, il-Gvern Laburista ffriża l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni u l- poplu nduna x'tilef.", "Malta kienet fuq quddiem nett biex tidħol tant li kienu jirriferu għalina bħala s-16-il pajjiż.", "Jien smajt b'widnejja stess li kif kellha tintemm l-IGC, wara sitt xhur kellhom jibdew l-accession talks ma' Malta u Ċipru.", "Aħna ma kellniex il-problemi li kellu u diżgrazzjatament għad għandu Ċipru , iżda l-Gvern Laburista Malti webbes rasu u ffriża l-applikazzjoni.", "Min-naħa tagħna, aħna kemm-il darba appellajnilhom biex jerġgħu jaħsbuha u jkomplu bit-taħdidiet imma kien kollu għal xejn.", "Ftit aktar minn sena ilu, l-Onor.", "Fenech Adami, li dak iż-żmien kien għadu kap ta' l-oppożizzjoni, kien ippreżenta mozzjoni f'din il-Kamra sabiex in vista taċ-ċirkostanzi ta' l-iżviluppi li kienu qed iseħħu fl- Unjoni Ewropea, din il-Kamra taħtar kummissjoni indipendenti li tifli u tagħti pariri jekk kienx il-mument li l-Gvern jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu.", "Iżda dik il-mozzjoni ddiskutejniha f'sitting waħda biss u sakemm morna għall-elezzjoni f'Settembru, dik l-item baqgħet tidher fuq l-aġenda tal-parlament bħala waħda mill-orders of the day.", "Huwa ovvju li l-Onor.", "Alfred Sant beża' jkompli d-dibattitu u minflok aċċetta li titwaqqaf kummissjoni indipendenti u jara x'parir tagħtih, webbes rasu, sabbat saqajh ma' l-art u ma riedx jaf.", "Billi kien jaf illi kellu aktar minn membru wieħed li kienu kontra tiegħu fuq din il-materja, għamel bħall-ġifa u d- dibattitu fuq din il-mozzjoni ma kienx konkluż.", "Aktar ma beda jgħaddi ż- żmien il-poplu beda jsir aktar konxju ta' x'tilef u forsi l-aktar li ntlaqtu kienu ż-żgħażagħ Maltin li rrealizzaw li kienu se jitilfu opportunitajiet ta' xogħol, opportunitajiet ta' studju u ta' parteċipazzjoni fi programmi bħal Socrates, Youth for Europe u oħrajn.", "Fil- fatt l-appoġġ tal-Maltin għall-Ewropa baqa' dejjem jikber u dan jixhduh id- diversi polls li saru kemm qabel l-elezzjoni ta' l-1998 u anke wara.", "Mr Speaker, il-fatt hu li meta l-Onor.", "Alfred Sant u sħabu webbsu rashom u ffriżaw l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea għamlu ħafna ħsara.", "Jiena minn hawnhekk nixtieq nistaqsi: Kif waslu għal din il- konklużjoni li għadhom isostnuha sal-lum?", "Fuq liema kriterji waslu għal din il-konklużjoni?", "Min kienu l-esperti - jekk kien hemm esperti - li tawhom dan il-parir?", "U xi kredenzjali kellhom dawn l-esperti?", "Jien niddejjaq ngħid ċerti affarijiet imma forsi kien hemm xi pressjoni minn xi barranin li kellhom xi interess li pajjżna ma jsirx membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea?", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għax kulħadd jaf li nies fi ħdan il-Malta Labour Party, bħall-ex-Ministru Lino Spiteri, esprimew ruħhom pubblikament li post Malta huwa fl-Ewropa u hemm oħrajn ukoll - għal raġunijiet ovvji isimhom ma jissemmiex - li jgħidulek privatament li ma jaqblux mal-policy ta' Alfred Sant.", "Ma rridux ninsew ukoll li tista' tgħid li l-maġġor parti tal-korpi kostitwiti, fosthom anke trade unions bħall-UĦM u l-MUT, huma favur illi Malta ssir membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Issa dawn kkonfermaw il- pożizzjoni tagħhom wara rapporti li saru minn esperti li kkummissjonaw huma stess.", "Il-GWU fil-bidu ma esprimietx ruħha uffiċjalment kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea imma nsistiet illi jsir referendum.", "Dalgħodu l-Prim Ministru semma kif kull fejn imur barra minn Malta, il-mexxejja ta' pajjiżi oħra jistaqsuh għaliex il-Gvern Malti mmexxi minn Dr Sant kien ħa dik id-deċiżjoni.", "Jien f'livell ħafna inqas ikolli okkażjoni nattendi għal diversi laqgħat ta' l-Assemblea Parlamentari ta' l-Ewropa u tal-OSCE u niltaqa' ma' diversi deputati minn diversi pajjiżi.", "Matul dawn l-aħħar sentejn, niltaqa' ma' min kont niltaqa', sew jekk kien ikun demokristjan, soċjalist jew liberali, kienu jistaqsuni għaliex il-Gvern Malti ffriża l- applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea meta konna fuq quddiem nett fost il-pajjiżi applikanti.", "U kulħadd kien jgħidli xi żball għamel il- Gvern Malti!", "Mr Speaker, il-ġimgħa l-oħra kelli l-okkażjoni nattendi għal seminar fl- Eġittu fuq il-Mediterran, organizzat mill-assemblea parlamentari tan- North Atlantic Alliance.", "Barra mid-deputati tal-pajjiżi li jifformaw in- North Atlantic Alliance, kienu mistednin membri parlamentari minn diversi pajjiżi oħra, fosthom Ċipru, il-Palestina, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk u oħrajn.", "U hawnhekk irrid niddeplora l-fatt illi jien kont l-uniku deputat Malti għaliex l-oppożizzjoni rrifjutat li tibgħat lir-rappreżentant tagħha.", "L-oppożizzjoni tal-lum, li suppost inbidlet u hija moderna, għadha ssostni li ma tattendix għal seminars, laqgħat u affarijiet simili organizzati min- North Atlantic Alliance, daqslikieku għaliha l-arloġġ waqaf fi żmien il- gwerra bierda.", "(Interruzzjonijiet) Iva, nista' nikkonferma li waqt din il- laqgħa diversi membri parlamentari daru fuqi u staqsewni x'qed jiġri mill- applikazzjoni ta' Malta.", "Wieħed minn dawn id-deputati li huwa soċjalista magħruf tgħidx kemm saħaq miegħi fuq l-iżball li kien sar mill-Gvern Malti u qalli li s-soċjalisti ta' pajjżu u ta' pajjiżi oħrajn kienu għamlu sforzi kbar biex jipperswadu lill-Gvern Laburista Malti biex ikompli bl- applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.", "Skond hu, ħadd minnhom qatt ma fehem - u dan il-fatt jinkwetak - ir-raġuni ċara għaliex il- Malta Labour Party kien qed jieħu dik l-attitudini.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi: Kienet ir-ras iebsa u s-sens ta' pika li wasslet lill-Gvern Laburista għal din id-deċiżjoni?", "Jew hemm xi raġuni oħra għaliex il- Partit Laburista ma jridx li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewopea meta l-pajjiżi Ewropej kollha li m'humiex fl-Unjoni għandhom seba' mitt sena biex jidħlu?", "Mr Speaker, dan l-aħħar il-membri ta' l-oppożizzjoni ġabu argument ieħor għaliex Malta m'għandhiex tidħol fl-Unjoni - jidhirli li l-ewwel wieħed li qal dan l-argument kien l-Onor.", "John Attard Montalto - u qed jgħidu li issa li hemm probabbilta' kbira li jinstab iż-żejt - u skond l-Onor.Mizzi għandna żejt kemm irridu ta' kwalita' tajba u kummerċjalment vijabbli - għandna nsolvu l-problemi kollha ta' pajjiżna.", "Apparti l-fatt illi jekk jinstab iż-żejt iridu jgħaddu s-snin biex pajjiżna jibda jgawdi minnu, ir- raġuni vera għaliex il-Partit Nazzjonalista jrid isir membru sħiħ ta' l- Unjoni Ewropea m'hijiex biss raġuni ekonomika imma anke politika.", "Kważi 20 sena ilu, l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista - u jien kburi li kont f'dak l-eżekuttiv dak iż-żmien - b'mod unanimu kien iddeċieda li meta nkunu fil- gvern, Malta tapplika biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Konna wasalna għal din id-deċiżjoni minħabba li dak iż-żmien id-demokrazija ta' pajjiżna kienet mhedda bis-serjeta'.", "Barra minn hekk, il-Gvern Malti ta' dak iż-żmien kien jiekol il-kirxa ma' pajjiżi komunisti ħorox bħalma kienu l-Bulgarija u r-Rumanija.", "Mr Speaker, mill-1981 sal-lum, apparti għall-perjodu traġiku ta' 22 xahar li għamilna taħt Gvern Laburista, il-poplu Malti b'maġġoranza assoluta vvota għall-programm Nazzjonalista fuq l-aġenda Ewropea u f'erba' minn ħames elezzjonijiet il-poplu Malti vvota b'aktar minn 50% biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea.", "Jekk insibu ż-żejt, żgur li l-interess ta' pajjżna jkun li nifformaw parti minn għaqda jew blokk ta' pajjiżi sabiex f'każ ta' xi theddid ikollna min iserrħilna rasna u jgħinna fis-sigurta' u fid-difiża ta' pajjżna u peress li l-prospetti li nsibu ż-żejt jidhru sbieħ huwa importanti li nkunu membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea għaliex ikun ta' periklu kbir li nkunu iżolati.", "Malta għandha l-kredenzjali kollha ta' pajjiż Ewropew kemm f'dik li hija kultura, kemm f'dik li hija storja u kif ukoll f'dik li hija demokrazija parlamentari.", "Minkejja l-ħsara li saret il- Gvern Malti se jagħmel dak kollu li huwa possibbli biex insibu ruħna fil- fast track u mbagħad isir referendum kif wegħedna fil-programm elettorali tagħna biex il-poplu Malti jikkonferma dak li jrid isir.", "Mr Speaker, l-Oppożizzjoni Laburista qed tipprova tgħid li mhux veru li se jsir referendum u nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra editorjal ta' \"l-orizzont\" tat-Tnejn, 14 ta' Diċembru, fejn qed jingħad illi Gvern Nazzjonalista qed ilesti t-triq biex jipprova jaħrab mid-dover li jagħmel referendum, u artiklu ieħor ta' l-Onor.", "Joseph Sammut fejn qed jgħid li n-Nazzjonalisti jridu jevitaw ir-referendum.", "MR SPEAKER: Hawn permess biex jitqiegħdu d-dokumenti fuq il-Mejda tal- Kamra?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JOHN VELLA: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu miktub mill-Onor Joe Sammut intitolat \"Sħubija fl- Unjoni Ewropea\" li deher f'\"L-Orizzont\" ta' l-4 ta' Diċembru, 1998 u kopja ta' editorjal ta' \"L-Orizzont\" ta' l-14 ta' Diċembru, 1998.", "Mr Speaker, jien ċert illi bir-riżultat tar-referendum li jinkiseb fi żmien ftit tas-snin oħra, Malta ssib postha fl-ewwel tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.", "Grazzi, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Hawn aktar rimarki?", "L-Onor.", "Claude Muscat.", "ONOR.", "CLAUDE MUSCAT: Mr Speaker, wasalna fl-aħħar tad-diskussjoni fuq il- budget għall-1999 li l-Ministru Dalli ppreżenta lil din il-Kamra nhar l- Erbgħa, 25 ta' Novembru.", "Nixtieq nibda l-intervent tiegħi llejla billi nikkwota l-aħħar paragrafu mid-diskors tal-budget ta' l-ex-ministru tal- finanzi, l-Onor.", "Leo Brincat, tal-5 ta' Novembru, 1997 fejn kien qal hekk:", "\"Dan il-budget huwa l-pont mal-ġejjieni.", "Bil-ħolqien ta' qafas stabbli se nqiegħdu t-triq meħtieġa għall-ġejjieni ta' serħan il-moħħ għall- ġenerazzjoni li jmiss billi ngħinuha tiffaċċja l-isfidi għas-sena 2000 u 'l hinn minnha.", "Dan se nagħmluh bis-sens ta' fiduċja, ta' impenn u ta' qlubija.", "Dawn huma s-sisien li se jgħinuna nlaħħqu ma' l-isfidi tal-millennju l-ġdid.\"", "Mr Speaker, kulħadd jaf li l-gvern immexxi mill-Onor.", "Alfred Sant ma kienx kapaċi jiffaċċja l-isfidi tal-membri li kienu jifformaw parti mill- gvern tiegħu stess, aħseb u ara kemm kien se jkun kapaċi jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi kollu jiffaċċja l-isfidi għas-sena 2000 u 'l hinn minnha!", "Dan il-poplu għarfu u fil-5 ta' Settembru bil-vot tiegħu għażel li jwarrab lill-gvern ta' l-Onor.", "Sant u minfloku reġa' ta r-responsabbiltajiet ta' tmexxija nazzjonali lill-Onor.", "Fenech Adami u lill-Partit Nazzjonalista biex iwassluh għall-isfidi tal-millenju l-ġdid.", "L-interventi li saru mill- kelliema ta' l-oppożizzjoni f'dan il-budget jikkonfermaw li l-Partit Laburista għadu mingħajr viżjoni, pero' fuq dan nitkellem iktar tard.", "Fil- fatt l-oppożizzjoni qed terġa' tibbaża l-argumenti tagħha fuq it-taxxa tal- VAT u hawnhekk irrid nirriferi għal dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni f'din il-Kamra fit-2 ta' Diċembru, fejn reġa' tenna dak li konna eżaminajna fil-public accounts committee fl-1 ta' Diċembru dwar ix- shortfall mir-revenue tal-VAT.", "Il-Ministru Dalli kien bassar li fl-1996 id-dħul mill-VAT kien se jammonta għal Lm110 mijun imma attwalment daħħalna Lm78.6 miljun, jiġifieri kien hemm nuqqas ta' Lm31.3 miljun.", "Hawnhekk il-Kap ta' l- Oppożizzjoni qal li l-Ministru Dalli kien nefaħ l-estimi u allura l-Partit Laburista sab ma' wiċċu deficit kbir hekk kif tela' fil-gvern.", "Imma jien nistaqsi: Meta fl-1995 il-Ministru Dalli bassar li kien se jdaħħal Lm62.3miljun u fil-fatt daħħal Lm78.1 miljun, jiġifieri Lm16-il miljun aktar, dak iż-żmien il-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx imħajjar mit-tricks tal-Ministru Dalli?", "Wieħed mit-tricks kien li bis-sistema tal-VAT inqabdu madwar 1,000 ruħ li qabel ma daħlet din is-sistema kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.", "Waqt l-istess seduta tal-kumitat permanenti dwar il-kontijiet pubbliċi, li għaliha kien preżenti wkoll il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, is-Sur Portelli stqarr li permezz tal-VAT dawk l-1,000 ruħ li kienu qegħdin jagħmlu l-attivita' ekonomika tagħhom bil-ħabi u mingħajr ma jħallsu l- bolla u mingħajr ma jħallsu t-taxxi - jekk ma kenux qed jieħdu xi benefiċċji tal-qgħad ukoll - were smoked out.", "Meta naraw dawn ir- riżultati u meta nafu x'kienet il-pożizzjoni ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż- żmien dwar il-cash registers, għaliex għadna nimxu f'din it-triq ta' konfrontazzjoni fuq is-sistema ta' ġbir ta' taxxi?", "Ħalli naraw it-tricks fejn huma, Mr Speaker.", "Jekk inħarsu lejn ir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1997, li tqiegħed fuq il-Mejda ta' din il-Kamra l-ġimgħa l-oħra, insibu li l-gvern ta' dak iż- żmien kellu shortfall fir-revenue ta' madwar Lm10 miljun u shortfall fir- revenue mill-motor vehicle registration tax ta' madwar Lm5 miljun.", "Fl-1996 deher ukoll shortfall minn din it-taxxa ta' madwar Lm2 miljun.", "X'kien għamel dak iż-żmien il-ministru tal-finanzi?", "Minflok ittekilja l-problema għax kellna baqra li ma kenitx qed taħleb, kompla marrad lil din il-baqra billi fil-budget għall-1997 ippropona żidiet fil-ħlasijiet tar- reġistrazzjoni fuq karozzi privati importati u minn 48.5% it-taxxa żidha għal 50.2%, minn 50.2% żiedhom għal 52.7%, minn 53% żieda għal 59.5%, minn 59.5% żieda għal 64.5%.", "Issa minkejja li saru dawn iż-żidiet, minflok daħħal is-somma ta' Lm24 miljun, daħħal kważi Lm20 miljun, nuqqas ta' madwar Lm5 miljun.", "Imbagħad x'ġara?", "Meta l-ministru tal-finanzi l-ġdid ġie biex jippreżenta l-budget għall- 1998, induna li kien hawn staġnar fil-pajjiż għaliex il-poplu ma kienx qed jonfoq u allura ma kienx hawn bejgħ ta' karozzi u għamel kif għamel fil- kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u daħħal lil kulħadd fl-istess baskett billi għolla l-liċenzji fuq il-vetturi bil-mutur b'effett mill-1 ta' Jannar, 1998.", "Dan għamlu biex idaħħal Lm5.5 miljun li ma kienx irnexxilu jdaħħal mit-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq karozzi privati importati.", "Infakkar lill-poplu li għall-ewwel klassi l-liċenzja minn Lm23 għoliet għal Lm35, żieda ta' Lm12; għat-tieni u t-tielet klassi minn Lm26 żdiedet għal Lm45, żieda ta' Lm19; għar-raba' klassi l-liċenzja minn Lm31 żdiedet għal Lm50, żieda ta' Lm19; għall-ħames klassi minn Lm51 saret Lm80, żieda ta' Lm29; għas-sitt klassi il-liċenzja minn Lm101 żdiedet għal Lm155, żieda ta' Lm54 u għall-vetturi kummeċjali, minn Lm31 saret Lm45, żieda oħra ta' Lm14.", "Dawn huma t-tricks li messu semma l-Kap ta' l-Oppiżizzjoni li minflok ma ra kif għamel biex ta ħajja lill-ekonomika Maltija dejjem ra kif għamel biex idaħħal idejh fil-but tal-poplu.", "Issa se nitkellem fuq l-ekonomija u niġi għall-viżjoni li l-Partit Laburista kellu għall-poplu Malti u Għawdxi għas-sena 2000 u lil hinn minnha.", "F'dawn l-aħħar ġranet dan il-parlament iddiskuta l-liġi tal-VAT pero' l-membri ta' l-oppożizzjoni tilfu mill-ħin prezzjuż li għandu dan il- parlament biex jgħaddi l-liġijiet li hemm bżonn għaliex ma fehmux x'inhu għaddej fid-dinja ta' madwarna u fit-30 siegħa li li kellhom għad- dispożizzjoni tagħhom ma semmew xejn dwar waħda mill-isfidi għas-seklu l- ġdid - u hawnhekk qed nirriferi għall-introduzzjoni tal-munita Euro.", "Mr Speaker, il-VAT kienet ddaħħlet snin ilu f'ħafna pajjiżi biex finalment jaslu għal dan il-pass kuraġġuż ta' munita waħda Ewropea.", "Huwa pprovat li l-VAT hija l-iktar sistema effettiva ta' tassazzjoni u għalhekk hawn aktar minn 80 pajjiż fid-dinja li jużaw din is-sistema.", "Jien nisfida lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni u ngħidlu li jekk inhu daqshekk kapaċi u konvint li s-sistema tas-CET li kien daħħal f'pajjiżna hija aħjar mill-VAT, għaliex ma kienx kapaċi ibigħ din is-sistema lill-pajjiżi oħra?", "Forsi kien ikollna xi Bill Gates ieħor f'Malta u kien isib is-soluzzjoni għall- ħofor li qal li sab u mhux ħalla lil dan il-pajjiż iħallas Lm1 miljun imgħaxijiet fil-ġimgħa!", "Fl-1960 kien inbeda l-proċess biex tiġi stabilita l-EMU għal dawk il- membri li kienu jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.", "Imma dawn it- tentattivi kienu fallew sakemm fl-1980 kien sar tentattiv ieħor, din id- darba mill-grupp magħruf bħala Delors group li rnexxielu jwettaq il-proċess li bih ġie ffirmat it-Trattat ta' Maastricht fejn id-dimensjoni EMU ġiet miżjuda mat-trattat oriġinali ta' l-Unjoni Ewropea.", "Issa mill-1 ta' Jannar, 1999 se tiġi introdotta l-Euro u r-responsabbiltajiet monetarji se jgħaddu mil-livell nazzjonali għal-livell ta' Unjoni.", "Għal dan il-għan din is-sena twaqqaf ġewwa Frankfurt l-European Central Bank li se jkun il- hub ta' l-European system of central banks, magħruf bħala ESCB, u li se jieħu f'idejh ir-responsabbiltajiet tal-policies ta' din il-munita ġdida.", "L-għan ewlieni ta' l-ESCB huwa li jżomm l-istabilita' fil-prezzijiet fl- Ewropa.", "Irridu niftakru li billi l-Euro hija fenomenu monetarju se jkollha impatt fuq materji monetarji u żgur li l-ewwel impatt viżibbli se jkun fuq l-industrija finanzjarja u fuq is-swieq finanzjarji għaliex dawn se jikbru, se jkunu iktar effiċjenti u iktar trasparenti.", "L-introduzzjoni tal-Euro wisq probabbli se ġġib magħha wkoll l- introduzzjoni ta' prodotti finanzjajri ġodda u teknika finanzjarja ġdida u l-ewwel effetti viżibbli se jkunu fuq dawk li jissejħu trans-border activities, b'mod partikolari fuq is-settur tat-turiżmu.", "Issa meta aħna nafu li t-turiżmu huwa wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija Maltija, possibbli li din il-Kamra m'hijiex tħoss il-bżonn li jinħolqu gruppi jew kumitati biex jiġi studjat l-effett tal-Euro fuq kull settur ta' l- ekonomija Maltija u nippreparaw ruħna għal xi konsegwenzi negattivi li nistgħu nsibu ma' wiċċna?", "Għalhekk qabel għidt li l-oppożizzjoni għandha d-dmir tuża l-ħin ta' din il-Kamra b'aktar responsabbilta', għaliex id- dinja ta' madwarna qed timxi b'passi mgħaġġla u ma nistgħux inħallu lill- poplu Malti u Għawdxi maqtugħ mill-bqija tad-dinja.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem wera fiduċja fil-poplu Malti u għalhekk huwa importanti li nħejju triq ta' serħan il-moħħ għall-ġenerazzjoni li jmiss billi ngħinuha tiffaċċja dawn l-isfidi.", "Hawnhekk irrid insemmi l-kelma \"kriżi\".", "Din il-kelma ma tfissirx biss periklu u rovina imma aħna nemmnu li tfisser ukoll li tagħti l-opportunita' biex ikun hemm bidu ġdid u dan hu l-messaġġ tal-Gvern Nazzjonalista fil-budget li ppreżenta lil din il-Kamra fil-25 ta' Novembru.", "Mr Speaker, żgur li l-Euro se jkollha effett fuq is-settur tat-turiżmu.", "Kull darba li wieħed isemmi t-turiżmu mill-ewwel imur għall-figuri u f'din il-Kamra kemm-il darba smajna kif telgħu l-figuri f'dan is-settur fl- 1997.", "Jien nieħu pjaċir li jiżdiedu n-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna imma jien dejjem ngħid li l-importanti huwa kemm qed jirnexxielna nieħdu minn dan is-suq.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Tista' tgħid li fl-1997 wieħed mill-emerging markets bla dubju ta' xejn kien is-suq Russu.", "Hawnhekk jien għandi l-figuri ta' kemm siefru Russi b'tourist visa u se nsemmi l-ewwel għaxar pajjiżi li l-iktar żaru r-Russi.", "Fl-ewwel post għandna t-Turkija, fejn marru 'l fuq minn 737,000 turist Russu; iċ-Ċina marru 'l fuq minn 646,000; il-Fillandja marru 457,000 turist Russu; il-Polonja marru 402,000; Spanja marru 200,000; il-United Arab Emirates marru 188,000 turist Russu; il-Bulgarija marru 156,000; l-Italja marru 143,000; il- Ġermanja marru 129,000; Ċipru marru 127,000 u Malta ġew 21,000 turist Russu.", "Dan ifisser li Malta qed tieħu persentaġġ żgħir wisq minn dak li hemm available.", "Semmejt ir-Russja għax huwa suq ġdid imma jekk nieħdu swieq oħra bħalma huma l-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza, l-Olanda, dejjem joħorġu dawn il- persentaġġi u għalhekk wieħed għandu jistudja l-effett tal-Euro f'dan is- settur.", "Illum it-turist huwa iktar konxju mill-kwalita' tal-prodott, konxju mis-servizz personalizzat u mill-ambjent u jibqa' dejjem konxju mill-prezz li jrid iħallas għall-vjaġġ tiegħu.", "Pero' jibqa' l-fatt li l- prezzijiet għoljin ma jfissirx li l-prodott jiġi rrifjutat.", "Il-konsumatur jaf jadatta ruħu għal ċirkostanzi bħal dawn u naraw li meta l-frank Franċiż kien b'saħħtu, l-Ingliżi naqsu l-ġranet tal-btala tagħhom u fl-istess ħin in-numru ta' turisti mill-Italja naqsu.", "Min-naħa l-oħra meta l-mark Ġermaniż kien b'saħħtu, il-Ġermaniżi żdiedu l-ġranet tal-btala tagħhom filwaqt li l-Ġappuniżi żdiedu fin-numru meta l-yen kien b'saħħtu.", "Il-fatt jibqa' li t-turiżmu m'huwiex biss tranżazzjoni finanzjarja imma huwa ħajja, għerf u relazzjoni umana.", "Mr Speaker, nixtieq nagħlaq dan l-intervent tiegħi llejla billi nagħmel appell lill-poplu Malti u Għawdxi.", "It-tema tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li sar xahar ilu kienet \"'Il Quddiem b'Ħilitna\" u naħseb li jkun opportun li nwassal dan il-messaġġ lil kull ħaddiem Malti u Għawdxi billi ngħidlu li l-Gvern Nazzjonalista qed jagħtih il-fiduċja biex inħejju t-triq għall-ġejjieni u għalhekk jekk kull ħaddiem jagħmel ħiltu u jagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħu, żgur li nlaħħqu ma' l-isfidi tal-millenju l- ġdid.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, xtaqt nibda l-intervent tiegħi billi niffoka ftit fuq il-politika estera ta' pajjiżna, li aktar ma jgħaddi ż- żmien aktar nitgħallem li m'hija politika barranija xejn iżda hija politika li taffettwa lil kull wieħed u waħda minna fil-laħam il-ħaj.", "Per eżempju, dak li qed jiġri ħafna eluf ta' mili 'l bogħod minn xtutna fl- Iraq qed jaffettwana għaliex qed jaffettwa l-istabilita' fil-Mediterran u l-istabilita' fl-Ewropa.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed jimxi b'mod kawt iżda b'mod preċiż fuq x'għandhom ikunu l-miri ta' pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika estera tiegħu.", "Sa ftit tal-ġimgħat ilu kellna gvern immexxi mill-Partit Laburista li fil- politika barranija tiegħu kien iddikjara li Malta għandha tersaq kemm jista' jkun viċin l-Unjoni Ewropea iżda ma ssirx membru ta' l-Unjoni.", "Qabel l-elezzjoni ta' l-1996 il-poplu Malti kien ġie mwiegħed illi Malta jkollha l-iktar relazzjonijiet viċini ma' l-Unjoni Ewropea iżda ma tkunx membru ta' l-istess Unjoni.", "Pero' x'kienet timplika din il-premessa li l-poplu Malti qatt ma ġie mogħti informazzjoni dwarha?", "Għaddiet l-elezzjoni li ntrebħet mill-Partit Laburista u bdejna nisimgħu dikjarazzjonijiet mill-mexxejja tal- Partit Laburista u ovvjament mill-Unjoni Ewropea.", "Jien irrid nifhem, bħalma naħseb għandu jifhem kull wieħed minna hawn ġew, illi l-Partit Laburista kien ġenwin u ried jilħaq dak li kien jaħseb li kien l-aħjar għal pajjżna, pero' ħafna drabi dak li taħseb li huwa l-aħjar ma jkunx tajjeb biżżejjed, u kif jgħidu bl-Ingliż, the best is not always good enough.", "X'ipprova jagħmel il-Gvern Laburista fil-politika estera tiegħu?", "Aħna konna nisimgħu ħafna bil-frażi żona ta' kummerċ ħieles u xi kultant konna nisimgħu wkoll minn fomm il-mexxejja tal-Partit Laburista l- frażi żona ta' kummerċ industrijali ħieles.", "X'inhi d-differenza bejn żona ta' kummerċ ħieles u żona ta' kummerċ industrijali ħieles għaliex huwa tajjeb li l-konċetti jkunu ċari.", "Żona ta' kummerċ ħieles tfisser kummerċ ħieles, mingħajr l-ebda limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet f'kull settur ta' l-ekonomija fil-pajjż, sija fis-settur ta' l-agrikoltura, sija fl- industrija u sija fil-manifattura.", "Imma żona ta' kummerċ industrijali ħieles tfisser li s-settur industrijali jkun liberalizzat u miftuħ għall- kompetizzjoni u għall-kummerċ bejn Malta u f'dan l-każ l-Unjoni Ewropea u s- setturi l-oħra jkunu esklużi.", "Proprju l-bieraħt lura, meta kont qed nitkellem fuq il-Liġi tal-VAT, jien għamilt aċċenn għall-politika barranija li kellu l-Gvern Laburista u f'ħin minnhom qam il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq point of order u talabni biex nissostanzja dak li kont qed ngħid.", "Fil-fatt jien kont għadni kemm għidt illi l-Unjoni Ewropea qalet lill-Gvern Laburista li jew ikun hemm kummerċ ħieles f'kull settur ta' l-ekonomija tal-pajjiż jew inkella xejn.", "F'dak il-mument għidtlu li dawk kienu fatti li kien jafhom kulħadd, personalment smajthom mill-media u mid-dikjarazzjonijiet li kienu jsiru u li jien kont moralment konvint minn dak illi kont qiegħed ngħid.", "Pero', Mr Speaker, l-għaqal u s-serjeta' jitolbu illi tmur oltre minn hekk u għalhekk jien għamilt ftit tar-riċerka biex niffriska l-memorja u nkun ċert minn dak li qed ngħid ħalli ma niżgwida lil xi ħadd.", "Fil-fatt bl- umilta' kollha iżda b'sodezza rrid ngħid illi r-riċerka li għamilt ikkonfermatli dak illi kont għidt f'din il-Kamra.", "L-għan tad-diskors tiegħi llum huwa li nara xi ħsieb kellu l-Gvern Laburista vis-a-vis l- Unjoni Ewropea u min-naħa l-oħra x'kienet irrispondietu l-Unjoni Ewropea.", "Jekk wieħed jara d-dibattitu parlamentari tal-15 ta' Ottubru, 1997 - għadu kemm għamel aċċenn għalih il-kollega tiegħi, l-Onor.", "John Vella - isib illi l-kap ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Fenech Adami, kien ressaq mozzjoni fejn talab lil din il-Kamra biex in vista ta' l- avvenimenti ta' l-iżviluppi li kienu qed iseħħu fl-Unjoni Ewropea, tapprova li tinħatar kummissjoni indipendenti sabiex teżamina u tevalwa dawn il- fatti ġodda u skond iċ-ċirkostanzi tasal għall-konklużjonijiet tagħha.", "MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.", "ONOR.", "ALFRED SANT: Niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li m'hawnx quorum.", "MR SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża għal ħames minuti.", "Il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Billi hawn quorum, is-seduta tista' tkompli.", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, huwa kontra r-regolamenti li min jgħajjat għal quorum ma jkunx preżenti fil-Kamra wara li jgħaddu l-ħames minuti.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Min jgħajjat għal quorum l-ewwel darba, jekk irid jerġa' jidħol fil-Kamra u jerġa' jgħajjat għal quorum wara li jgħaddu ħames minuti.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Jason Azzopardi biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lil min sejjaħ għal quorum għaliex bażikament li pprova jagħmel kien li jtellef il-ħin. (|nterruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: M'hemmx aktar interruzzjonijiet.", "Ikompli l-Onor.", "Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, kont qiegħed ngħid li f'paġna 80 tad- debate tal-15 ta' Ottubru 1997, l-Onor.", "Alfred Sant kien qal hekk:", "\"Issa jiena nista' ngħid li aħna qed nipproponu li jkun hemm żona ta' kummerċ industrijali ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.\".", "Dan ifisser illi l-għan tal-Gvern Laburista kien illi jimmira lejn żona ta' kummerċ industrijali ħieles u mhux lejn żona ta' kummerċ ħieles.", "Imbagħad ftit tal-minuti wara, fl-istess seduta, l-istess kelliemi qal illi l-gvern ta' dak iż-żmien ried żona ta' kummerċ ħieles.", "Mr Speaker, dawn kienu l-ideat konfużi li fuqhom kienet mibnija l-politika barranija ta' pajjżna.", "Jekk wieħed ikompli jara l-istess dibatittu, isib li f'paġna 81 l-Onor.", "Sant kompla jgħid hekk:", "\"Aħna min-naħa tagħna se nipproponu tliet settijiet ta' prodotti, jiġifieri prodotti li fuqhom il-protezzjoni titneħħa fi żmien ħames snin, prodotti li fuqhom li-protezzjoni tineħħa fuq bażi ta' seba' snin u prodotti oħrajn li jitqiesu bħala każijiet speċjali li għandhom bżonn skadenzi differenti\".", "Hawnhekk il-kelliemi uża l-kelma \"skadenzi differenti\", li tfisser timeframes differenti u mhux eżenzjonijiet.", "Dan ifisser li qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Gvern Laburista illi jkun hemm eżenzjonijiet ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Sur President, il-liġi tal-VAT tidher fuq l-aġenda u qiegħda għad-diskussjoni bħala ordni tal-ġurnata u allura skond l-iStanding Orders m'għandniex niddiskutuha.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Onor.", "Azzopardi biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ma jdejquni xejn dawn l- interruzzjonijiet għax ifisser li l-verita' tniggeż.", "MR SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Azzopardi.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Mr Speaker, nitlob il-protezzjoni tiegħek u nitolbok biex tagħti ruling jekk dak li għedt jien huwiex korrett.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "EDWIN VASSALLO: Kien hawn membri oħrajn li tkellmu fuq il-kunsilli lokali u fuq il-VAT!", "MR SPEAKER: Is-Sedja tordna lill-Onor.", "Azzopardi biex ikompli bid- diskors tiegħu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jien ma kontx qed nitkellem fuq il-VAT.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nitlob il-protezzjoni tas-Sedja u nitlob ruling.", "MR SPEAKER: Qed nagħtik il-protezzjoni iżda ma nafx x'ruling trid!", "(Interruzzjonijiet) Iva, il-punt li qed tagħmel huwa validu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Qed jagħtik ruling issa stess.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JOE MIZZI: Dak huwa r-ruling u allura trid taġixxi skond ir-ruling li tajt.", "MR SPEAKER: Niltob lill-Onor.", "Azzopardi biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, il-Partit Laburista jisħaq ħafna fuq il-valur tal-verita' u tajjeb illi l-poplu jisma' l-verita'.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Nerġa' nitlob li jingħata ruling jekk dak li għedt jien huwiex korrett jew le.", "(Interruzzjonijiet) Illum ma tistax titkellem fuq il-VAT.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jiena m'iniex qed nitkellem fuq il-VAT.", "MR SPEAKER: Is-Sedja diġa' għamlet l-osservazzjoni tagħha u għaldaqstant nerġa' nitlob lill-Onor.", "Azzopardi biex ikompli bid-diskors tiegħu (Interruzzjonijiet) (Agħjat) Żommu l-ordni.", "L-Onor.", "Azzopardi huwa in possession u l-Onor.", "Membri għandhom l-obbligu li jisimgħuh.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, il-bieraħt lura jien ġejt mistieden mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni - m'iniex se nsejħilha sfida imma stedina ...", "(Interruzzjonijiet) Nitlob lill-whip tal-Partit Laburista biex iħallini nitkellem u joqgħod jisma' l-verita'.", "MR SPEAKER: Onor. Azzopardi, indirizza lis-Sedja u kompli bid-diskors tiegħek.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Fl-istess seduta tal-15 ta' Ottubru, 1997 l- Onor. Alfred Sant, dak iż-żmien prim ministru, kien ressaq emenda għall- mozzjoni li kien ippreżenta l-Onor.", "Fenech Adami ...", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, nitlob lill-Onor.", "Membri biex ipoġġu f'posthom.", "Onor. Edwin Vassallo, jekk jogħbok, qed jitkellem il-kollega tiegħek, l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: ... liema emenda - li tinsab f'paġna 84 ta' l- istess dibattitu - testwalment tgħid:", "\"Din il-Kamra timmira għall-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li, fi żmien ta' bejn ħamsa għal seba' snin, tkopri tista' tgħid il-prodotti industrijali kollha bit-tneħħija minn Malta u mill-Unjoni Ewropea tal-miżuri protettivi li għadhom japplikaw fil-kummerċ.\".", "Qed nikkwota l-emenda li kien ressaq l-Onor.", "Sant għall-mozzjoni ta' l- Onor. Fenech Adami.", "Issa ħalli nħarsu lejn in-naħa l-oħra tal-munita u naraw x'kienet qed tgħid l-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti.", "Il-fatti ma jista' jmerihom ħadd.", "Fi Frar ta' din is-sena, f'komunikat mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea on future relations between the EU and Malta, taħt il-kapitlu tal-kummerċ insibu dawn il-preċiżi kelmiet:", "\"In order to be compatible with the WTO ...\"", "Għal min ma jafx, id-WTO hija l-world trade organisation.", "(Interruzzjonijiet) Mhux lilek qed ngħid Onor. Anġlu Farrugia!", "MR SPEAKER: Onor. Azzopardi, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: \"... such a free trade area should cover substantially all trade, no sector excluded. \".", "L-Unjoni Ewropea lill-Gvern Laburista ta' dak iż-żmien, immexxi mill-Onor.", "Sant, illum Kap ta' l-Oppożizzjoni, qaltlu li l-ebda settur ma seta' jiġi eskluż, lanqas is-settur ta' l-agrikoltura.", "Fl-istess communique' - u 'il quddiem naraw ukoll x'kien qal il-Joint Malta-EU Association Council - intqal li:", "\"Agricultural trade should be progressively liberalised\".", "Dan ifisser li l-agrikoltura kellha tidħol wkoll fl-ambitu ta' żona ta' kummerċ ħieles.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi dawn id- dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diskors minn Robin Cook, President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ta' l- Unjoni Ewropea, fil-Lussemburgu fit-28 ta' April, 1998;", "Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni Ewropea maħruġa fi Frar 1998; u", "Joint declaration on future relations between Malta and the EU maħruġa mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.", "Sussegwentement fit-28 ta' April ta' din is-sena, f'diskors magħmul min Robin Cook, dak iż-żmien president tal-kunsill ta' l-assoċjazzjoni, il- Foreign Secretary Ingliż reġa' tenna li:", "\"Such a free trade area should cover substantially all trade without excluding any sector.", "Agricultural trade should be progressively liberalised, taking as a starting point traditional trade flows.\"", "Jiġifieri b'Malti li jifhmu kulħadd Robin Cook kien qed jgħid lill-Gvern Malti li hu kien jaqbel ma' żona ta' kummerċ ħieles pero' ż-żona ta' kummerċ ħieles kellha tinkludi fiha l-agrikoltura.", "Fis-6 ta' Mejju ta' din is-sena, f'joint declaration bejn Malta u l-Unjoni Ewropea - u għandi nifhem li la ġiet iffirmata mill-Gvern Malti kien hemm qbil minn Malta wkoll - intqal li:", "\"The Association Council recognises that a free trade area between the EC and Malta should be fully WTO compatible and cover substantially all trade.\"", "Fi tliet istanzi differenti, l-Unjoni Ewropea qalet lil Malta li setgħet tagħmel żona ta' kummerċ ħieles kemm riedet imma l-agrikoltura riedet tiġi inkluża.", "Jiġifieri f'kelma oħra ma kenitx qed taċċetta żona ta' kummerċ industrijali ħieles u li ċerti setturi jiġu esklużi.", "Pero' l-iktar punt importanti ħareġ f'intervista li kien ta lil \"The Times\" fid-29 ta' April ...", "MR SPEAKER: On a point of order, l-Onor.", "George Vella.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Mr Speaker, l-Onor.", "Membru qed jiżgwida lill-Kamra meta qed jaqra biċċa biss minn sentenza sħiħa.", "Meta jikkwota fuq l- agrikoltura għandu jkompli s-sentenza kollha li tgħid hekk:", "\"The respective agricultural policies of each party should be taken into account including the sensitivity of certain products.\".", "Għandna nkunu onesti u naqraw kollox.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Ħalli nilqa' l-istedina ta' l-Onor.", "Vella u nfakkru x'kien qal fid-29 ta' April ta' din is-sena l-Onor.", "Alfred Sant, dak iż-żmien prim ministru, f'intervista li ta lil \"The Times\":", "\"With a free trade zone we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs and our vegetables\".", "F'Malti sempliċi l-Onor.", "Alfred Sant kien qed jammetti b'mod konċiż li b'żona ta' kummerċ ħieles ma konniex se nkunu kapaċi nipproteġu l- industrija tal-ħalib, tal-bajd, tal-laħam u tal-ħaxix li fi kliem ieħor huwa s-settur agrikolu ta' pajjiżna.", "Allura żona ta' kummerċ ħieles tfisser li ma teskludi l-ebda settur ta' l-ekonomija imma tinkludi kollox.", "Mr Speaker, x'kienet tfisser il-konklużjoni ta' dan kollu għall-poplu tagħna?", "Ovvjament l-Unjoni Ewropea riedet li l-prodotti Maltin ma jgawdux vantaġġ fuq il-prodotti li aħna nimportaw mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u allura mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla l-prodotti manufatturati lokalment kienu se jbatu taxxa ta' 5% ETP u 15% uniformi li b'kollox tiġi 21%, dik li b'mod sempliċi tissejjaħ l-GET, it-tariffa ġenerali fuq il- prodotti kollha.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "Ikompli l-Onor.", "Azzopardi.", "(Interruzzjonijiet) (Agħjat)", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Jiena poġġejt id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mr Speaker, ġenwinament ngħid li qed nieħu gost b'din ir-reazzjoni għax il- verita' toffendi, tniggeż u tweġġa'.", "Il-kumment tagħmlu kemm trid imma l- fatti huma sagri u ma jista' jmerihom ħadd.", "Is-sewwa magħruf u min għandu widnejn ħa jisma'.", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "L-Onor.", "Anġlu Farrugia.", "ONOR.", "ANĠLU FARRUGIA: Mr Speaker, li meta kont qed nitkellem il-bieraħ kien hawn interruzzjonijiet kontinwi min-naħa l-oħra u għaliex aħna illum qed nagħmlu point of order qed ikun hemm interruzzjonijiet min-naħa tal- Gvern.", "Illum ma qamx il-Prim Ministru biex jgħidlek lil min għandek tkeċċi għax qed jitkellem wieħed minn tiegħu.", "Jien jidhirli illi s-Sedja għandha tidderieġi lill-Kamra.", "MR SPEAKER: Ikompli l-Onor.", "Jason Azzopardi.", "Indirizza lis-Sedja u nitlob biex tinżamm l-ordni.", "(Interruzzjonijiet)", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Tajjeb li wieħed jiftakar li l-Onor.", "Membri li qed jinterrompuni huma b'mod metaforiku l-argużini ta' dan il-poplu u tal- futur politiku ta' Malta għaliex ċaħħdu lill-poplu tagħna mill-futur tiegħu, futur għal uliedna u futur għaż-żgħażagħ tagħna.", "Jiena qed nikkwota dak li qal il-kap tagħhom, ilqajt bl-ikbar umilta' l-istedina li għamilli u qed nikkwota kelma b'kelma dak li qal imma hu mhux talli ma rrispondiniex talli għoġbu jitlaq 'il barra.", "Il-verita' toffendi u tweġġa'.", "(Interruzzjonijiet) Mr Speaker, min għandu widnejn ħa jisma'.", "Il-poplu tagħna għandu widnejn u se jisma'.", "Grazzi ħafna, Mr Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni.", "Nirringrazzja lill- kelliema kollha u ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 din id-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.", "Il-Kamra ġiet sospiża fid-9.33 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija r- Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l- Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "36 FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA : 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1999) tqies li nqara l-Ewwel Darba skond l-Ordni Permanenti Nru 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is- Seduta Nru 41 tas-17 ta' Diċembru, 1998.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, il-Kamra tgħaddi mingħajr diskussjoni għax-xogħol li baqa' dwar l- Approprjazzjoni għas-sena 1999.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-APPROPRJAZZJONI (1999)", "APPROPRIATION (1999) BILL", "MR SPEAKER: Dan l-abbozz ta' liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni skond Ordni Permanenti Nru. 82 u bis-saħħa tal-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat- 3 ta' Diċembru, 1999 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha fl-istess seduta.", "Il-ministru tal-finanzi jista' jressaq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1999.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1999.", "MR SPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ msejjaħ \"\"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tnejn u għoxrin miljun, wieħed u sittin elf, mija u tnejn u ħamsin liri Maltin għas- servizz tas-sena finanzjarja 1999\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "37", "FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u kienu ordnati biex isiru parti mill-abbozz ta' liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Chairman, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Kumitat jaqbel?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija, jagħmel xi emendi żgħar u xi renumbering li jista' jkun hemm bżonn.", "Fid-9.44 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-abbozz ta' liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-ministru tal-finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1999).", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1999)", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall- approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tnejn u għoxrin miljun, wieħed u sittin elf, mija u tnejn u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1999\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye)( Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1999 din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "38", "FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles|Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.", "ESTIMI SUPPLIMENTARI 1998", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI GĦAS-SENA 1998", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, il-Kamra issa tgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari għas-sena 1998 fl-istadji kollha.", "Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "MR SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President:", "UGO MIFSUD BONNICI PRESIDENT", "Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn ħamsin miljun, mija u sitta u erbgħin elf liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1998 kif dettaljati fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "18 ta' Diċembru 1998", "Nitlob lill-Ministru tal-Finanzi biex jekk jogħġbu jressaq il-mozzjoni.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi:", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l- Estimi Supplimentari 1998, kif dettaljata fl-Iskedi annessi.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "GEORGE HZYLER (Segretarju Parlamentari): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif mressqa u moqrija mill- Ministru tal-Finanzi.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "39 FAVUR: 35", "L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopja ta' l-Iskedi msemmijin fil-Mozzjoni kienet diġa' tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru 41 tas-17 ta' Diċembru 1998.", "Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Deċembru, 1998 il-Kamra għaddiet mingħajr diskussjoni l-istadji li kien baqa' dwar l-Estimi Supplimentari.", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn ħamsin miljun, mija u sitta u erbgħin elf liri Maltin (Lm50,146,000) għas-servizz tas-sena finanzjarja 1998 addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 1998.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT, U LI JITRESSAQ L- ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI 1998 (ORDNI PERMANENTI NRU 82)", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Finanzi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn ħamsin miljun, mija u sitta u erbgħin elf liri Maltin (Lm50,146,000) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl- Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru tal-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l- Approprjazzjoni.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill- Ministru Dalli.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skond Ordni Permanenti Nru. 82.", "Kopja ta' l-Abbozz ta' Liġi kienu tqassmu lill-Onor.", "Membri waqt is-Seduta Nru. 41 tas-17 ta' Diċembru, 1998.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI APPROPRJAZZJONI (1998)", "SECOND (1998) APPROPRIATION BILL", "MR SPEAKER: Dan l-abbozz ta' liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u bis- saħħa tal-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 jistgħu jittieħdu l-istadji kollha tiegħu.", "Il-Ministru tal-Finanzi, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni 1998.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn ħamsin miljun, mija u sitta u erbgħin elf liti Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1999\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998, din id- division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "40", "FAVUR: 35 L-Onor. |Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30 |L-Onor. | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo| |Agius Chris |Farrugia | | |Michael | |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles |Mangion Charles| |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian| |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe |Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-abbozz ta' liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għal Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor Carmelo Mifsud Bonnici, Viċi President tal-Kumitati, jippresjedi.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, Klawsola 3 u t-Tieni Skeda, Klawsola 1 u t- Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Sur President, nipproponi li l-Iskrivan tal-Kamra jkun awtorizzat sabiex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta' l-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Fl-9.52 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l- Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "MR SPEAKER: Il-Ministru Dalli, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ONOR.", "JOHN DALLI: Mr Speaker, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1998).", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "FRANCIS AGIUS: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn ħamsin miljun, mija u sitta u erbgħin elf liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1998\".", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 tat-3 ta' Diċembru, 1998 din id-division tittieħed issa stess.", "VOTAZZJONI NRU.", "41", "FAVUR: 35", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Louis | |Agius Francis |Galea Mario | |Asciak Michael |Galea Pace | | |Victor | |Azzopardi |Gatt Austin | |Frederick | | |Azzopardi Jason |Gonzi Lawrence | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Joe |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Borg Tonio |Mugliett Jesmond| |Cristina Dolores |Muscat Claude | |Dalli John |Pullicino George| |D'Amato Helen |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |De Marco Guido |Refalo Michael | |Debono Giovanna |Vassallo Edwin | |Deguara Louis |Vella John | |Farrugia Jean |Zammit Ninu | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Dimech | |Eddie |Francis | |Galea Censu | |", "KONTRA: 30", "|L-Onor. | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Attard Montalto |Farrugia Noel | |John | | |Bartolo Evarist |Gulia Gavin | |Borg Karmenu |Herrera Jose' | |Brincat Leo |Law Rita | |Buhagiar Charles|Mangion Charles | |Buhagiar Louis |Mizzi Joe | |Cardona Chris |Parnis Silvio | |Chircop Karl |Refalo Anton | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph|Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | |Debono Grech Joe|Vella Karmenu |", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (1998) ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Gonzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada s-Sibt, 19 ta' Diċembru, 1998 fis-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali - it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Self Lokali (Nru. 2) - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari.", "MR SPEAKER: Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 31 il-Kamra hija aġġornata għal nhar is-Sibt, 19 ta' Diċembru, 1998 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.", "Fid-9.55 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GĦAQDIET NAZZJONALI - LAQGĦAT", "2641.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru għall-Isport u għaqdiet nazzjonali ta' l-Auto u Moto Sport f'pajjiżna bejn il-5 ta' Settembru u Diċembru ta' din is-sena?", "X'punti tqajmu, meta u ma' min kienu dawn il-laqgħat?", "Jekk ma sarux meta huwa pprogrammat li l-Ministeru jiltaqa' ma' dawn l- għaqdiet nazzjonali?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li saru laqgħat informali bejn uffiċjali tas- Sesgretarjat u dawn l-għaqdiet ta' l-autosport - Island Karting Club, Hal Far Circuit Association u All Wheel Drive Club.", "Il-laqgħat servew biex jinstemgħu l-ilmenti u proposti ta' dawn l-għaqdiet.", "TRASPORT PUBBLIKU", "2670.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ibliet u rħula li ressqu talbiet quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku f'dawk il-lokalitajiet?", "Xi pjani għandu l-Gvern sabiex jirrimedja għal dawn it-talbiet pendenti u meta huwa maħsub li jiġu fis-seħħ dawn ir-rotot il-ġodda?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien infurmat li t-talbiet pendenti mingħand Kunsilli Lokali biex ikun estiż is-servizz tal-karozzi tal-linja fil- lokalita` tagħhom huma għal estenzjonijiet għall-Qasam tad-Djar f`Ħal Għaxaq, estenzjoni tas- servizz f`Sta Luċija u għall-inħawi f`Tal-Mirakli, Ħal-Lia.", "Dawn it-talbiet qed ikunu diskussi ma` min jipprovdi s-servizz.", "RABAT - ZONA INDUSTRIJALI", "2717.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1453, Seduta Nru. 28, dwar żviluppi ta' Industrial Estate fir-Rabat?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Bħalissa qed isir eżerċizzju bejn l-MDC u l- Awtorita` ta` l-Ippjanar biex jiġu identifikati siti ġodda li jistgħu jiġu żviluppati f`żoni industrijali.", "Dan l-eżerċizzju qed isir fuq skala nazzjonali u qed jiġi nvolut ukoll id-Dipartiment tal-Artijiet.", "Għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid meta u fejn jistgħu jiġu żviluppati dawn is- siti.", "ZONI INDUSTRIJALI - ŻVILUPP", "2718.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1455, Seduta Nru. 28?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-policy tal-gvern hija illi proġetti ta` kull daqs ta` natura industrijali kif ukoll servizzi ġodda li jgħinu fl-iżvilupp tal-ekonomija, isibu l-art u l-bini neċessarju biex jeżerċittaw l- attivitajiet tagħhom.", "Għal dan il-għan hemm kuntatti mad-dipartimenti u awtoritajiet konċernati biex jiġu identifikati siti ġodda għal żvilupp fil- futur.", "Il-preparazzjoni biex jitwaqqfu l-Aviation Services Park u l-Marine Services Park għadhom għaddejjin.", "SKEJJEL SPEĊJALI - SISTEMA KOMPUTERIZZATA", "2769.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-programm ta' l-introduzzjoni tal- computers fl-iskejjel speċjali?", "F'liema skejjel l-istudenti qed jużaw il- computers?", "X'taħriġ ingħata lill-għalliema u meta?", "L-għalliema u l- kindergarten assistants ta' dawn l-iskejjel ġew mogħtija lap top computer kif ingħata lill-oħrajn?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li fl-iskejjel kollha tlestew l- installazzjonijiet ta' l-Alarm Systems u ta'l-Elettriku b'riferenza għall- introduzzjoni tal-computers.", "Kull skola ġiet ukoll mogħtija l-għamara meħtieġa għal dan il-għan.", "F'kull klassi ġew installati żewġ computers jew wieħed skond il-ħtieġa kif ukoll video recorder u monitor.", "Għaldaqstant il-computer jista' jintuża fl-iskejjel kollha speċjali.", "L- għalliema kollha ġew mogħtija taħriġ bażiku fl-użu tal-computers u tas- software f'April u Mejju ta' din is-sena.", "L-għalliema u l-kindergarten assistants ta' dawn l-iskejjel ma ġewx mogħtija Laptop.", "Il-Proġett huwa fażi esperimentali u maħsub li fil-futur qrib jinstab konsulent f'dan il-qasam biex isir użu effikaċi tal-computers ma studenti bi ħtiġijiet speċjali.", "MDC - IMPJEGAT", "2770.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex id-dokument li qed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija jintbagħat lid- Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?", "X'sar mill-fondi li baqgħu jinqatgħu sal-lum mis-salarju ta' dan l- impjegat bħala l-kontribuzzjoni tiegħu tal-bolla?", "X'passi se tieħu l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp biex tirregolarizza lilha nnifisha mal-liġi peress li dan l-impjegat baqa' mal- Korporazzjoni u għadu ma temmx ix-xogħol tiegħu magħha?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "SKEJJEL - SUPPLY KINDERGARTEN ASSISTANTS", "2771.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar-reklutaġġ tas-Supply Kindergarten Assistants li s-sejħa għall-applikazzjoni tagħhom għalqet fis- 27 ta' Novembru, 1998?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proċess ta' l-għażla għar-reklutaġġ ta' Supply Kindergarten Assistants ingħata bidu u hu mistenni li s-Selection Bord jibda bl-intervisti ta' l-applikanti fil-futur qrib.", "SKEJJEL - MID-WEEK PROJECT", "2772.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2541 għidt li se tkellem lid-Direttur Ġenerali u d-Direttur tal-Kurrikulu dwar il-Mid- week project, saret din il-laqgħa?", "X'ġie deċiż?", "Jekk ma saritx il-laqgħa, meta se ssir?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: S'issa għadni ma sibtx il-ħin għal-laqgħa formali mad- Direttur Ġenerali u mad-Direttur tal-Kurrikulu dwar il-Mid-Week Project.", "Informat li sa dan il-waqt, id-Direttur tal-Kurrikulu u l-Assistent Direttur responsabbli għall-implementazzjoni tal-kurrikulu qed jaraw kif il- Mid-Week Project jista' jipproċedi bl-aħjar mod u jilħaq l-għanijiet li twaqqaf għalihom.", "ĦAĠAR QIM - SPLUŻJONIJIET", "2773.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2148?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda rapport li saru xi splużjonijiet fil-barrieri ta' qrib it-tempji ta' l- Imnajdra u Ħaġar Qim.", "Madankollu, l-Pulizija, il-Forzi Armati, kif ukoll l-Awtorita' ta' l- Ippjanar, intalbu jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji b'riferenza għal din il-Mistoqsija.", "ANZJANI - DJAR TA' L-ANZJANI", "2784.", "L-ONOR.", "DOLORES CRISTINA staqsiet lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri hemm biex tingħata liċenzja għall-ftuħ ta' dar ta' l-anzjani privata?", "Ladarba li l-gvern japprova liċenzja, x'miżuri jieħu biex jaċċerta ruħu li l-livelli staBbiliti fl-għotja tal-liċenzja jinżammu?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Min ikun interessat jiftaħ dar għall-anzjani għandu japplika lill-Ministeru tas-Saħħa.", "Wara li ssir l-applikazzjoni l- individwu jiġi mitlub jimla' kwestjonarju li jirrigwarda dettalji dwar il- proġett (per eżempju n-numru ta' impjegati, numru ta' kmamar, numru ta' residenti, servizzi, ecc.).", "Meta dan il-kwestjonarju jidħol fid-Dipartiment tas-Saħħa, ssir spezzjoni minn team ta' uffiċċjali rappreżentanti tad-Dipartimenti tas-Saħħa u ta' l- Anzjani, maħtura apposta għal dan l-iskop.", "Wara din l-ispezzjoni jinħarġu r-rakkmandazzjonijiet lill-applikant.", "Meta imbagħad l-post ikun jissodisfa r-regolamenti, jingħata parir lill-Ministru tas-Saħħa biex tinħareġ il- Liċenzja rispettiva skond il-Medical and Kindred Professions Ordnance.", "Kull liċenzja tkun valida għal sena kalendarja u biex din tiġi mġedda, ssir spezzjoni kull sena biex jiġi aċċertat li l-livell inzamm u xi rakkmandazzjonijiet li jkunu ingħataw ġew implimentati.", "Minbarra din il- vista ta' rutina, ġieli jsiru spezzjonijiet jekk ikun hemm xi lmenti jew tinħass il-ħtieġa.", "KUMPANNIJI PRIVATI", "2785.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista'l-Ministru jgħid meta informazzjoni hi meqjusa ta' natura kummerċjali?", "Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-kumpanniji li huma responsabbilta' tal-ministeru tiegħu li jaqgħu taħt din il-kategorija?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Kull każ jitqies fuq il-mertu tiegħu u għaldaqstant huwa diffiċli biex tagħmel regoli ġenerali.", "Madankollu, wieħed jista` jgħid illi nformazzjoni hija ta` natura kummerċjali meta din tkun relatata ma` transazzjonijiet strettament kummerċjali ta` xi korporazzjoni pubblika jew ta` xi ażjenda ta` l-Istat, jew li tinvolvi l-iżvelar ta` nformazzjoni kummerċjali illi l-Istat tkun ottjena kunfidenzjalment jew taħt obbligu li ma jiżvelahiex.", "Tista` tkun ukoll informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun inġustament jippreġudika l- interessi kummerċjali ta` terzi.", "Mhux il-każ li tgħid li hemm xi entita illi l-informazjoni mitluba dwarha ma` tista` tiġi żvelata qatt.", "Jiddependi x`informazzjoni tkun qed tintalab.", "DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - POST TAL-GVERN", "2786.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li d-diversi lmenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex ma ssirx ħsara tas-soqfa tal-post li għadhom kif inbiddlu din is-sena stess jingħataw widen?", "Jista' l-Ministru jiżgura li d-Dipartiment ta' l-Artijiet li huwa responsabbli li jara li r- residenti jżommu mal-kondizzjonijiet tal-kirja, jagħmel xogħlu f'dan il-każ peress li tpoġġew żewġ tankijiet fuq il-bejt (minflok fuq travi) li qed jikkawżaw ħsara lis-saqaf imsemmi, minbarra skart u żibel fuq l-istess saqaf?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li, mill-file tad-Dipartiment ta' l- Artijiet ma jirriżultax li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant għamlet xi lment dar ħsara li tista' ssir fis-soqfa li għadhom kif inbidlu din is-sena.", "Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ser jagħmel l-ispezzjonijiet u jieħu l-azzjoni meħtieġa jekk ikun il-każ.", "WIED IL-GĦAJN - SQAQ SAN GEJTANU", "2787.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2671, ċioe' jara li Sqaq San Gejtanu (maġenb il-Knisja ta' San Gejtanu) li jagħti għat-Torri l-Aħmar limiti ta' Lambordi ġewwa Marsaskala, jingħata wiċċ tal- konkos jew bitmac peress li qed ikun ta' inkonvenjent għal numru kbir ta' bdiewa?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Parti minn Sqaq San Ġejtanu (maġemb il-Knisja ta' San Ġejtanu) diġa' ġiet mogħtija l-konkrit.", "Il-parti l-oħra li xi żmien ilu kienet asfaltata ġralha ħsara.", "Għaldaqstant il-mistoqsija ta' l-Onor.", "Interpellant qed titqies bħala talba u tpoġġiet fil-lista ta' talbiet simili sabiex jitqiesu l- prijoritajiet.", "SEGRETARJAT GĦALL-AMBJENT - STAFF", "2803.", "L-ONOR.", "CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 294?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat Privat tiegħi issa beda imma għadu ma ġiex konkluż.", "Għalhekk risposta sħiħa għal din il- mistoqsija f'dak li jirrigwarda l-Ministeru tiegħi tingħata f'xi seduta oħra.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "2804.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2522?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-ħlasijiet ta' salarji, allowances, eċċ tat-tlett watchmen li huma impjegati mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se jammontaw għal Lm12,782.40 matul l-1998.", "Dawn huma mqassma hekk", "Salarji Lm9,039 Kontribuzzjonijiet Sigurta Socjali Lm 869.40 Income Supplement Lm 312 Bonus (Gunju u Dicembru) Lm 348 Allowances (Hdud u Festi) Lm1,512 Arretrati Ftehim Kollettiv Lm 702", "Dwar ħlasijiet lill-impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "Dawn l-impjegati qed jagħmlu xogħol ta' maintenance tal-Plant Room equipment u tindif tal-pixxina.", "PIXXINA NAZZJONALI - SWIMMING PROMOTION UNIT", "2805.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2521?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif mill- ġdid tas-Swimming Promotions Unit qed isiru ma' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali.", "Il-pjan ta' dan il-Ministeru hu li din il-Unit tkun tista tibda topera fl-iqsar żmien possibli.", "PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI", "2806.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2520?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif diġa għidt fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 783, informat li d-deċisjonijiet dwar l-estensjoni tal-kuntratt ta' dawn il- ħaddiema ttieħdu fuq rakkomandazzjoni mill-Bord Amministrattiv.", "IMPJIEGI - ĦADDIEMA IMPRESSED", "2807.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2535?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru.", "EXCHANGE BUREAUX", "2808.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2538?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Minn Novembru ta` l-1994 l-attivitajiet tal-Exchange Bureaux ġew regolati mill-Att ta` l-istess sena li jirregola l-Kummerċ dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "Għaldaqstant, Exchange Bureaux illum nirreferu għalihom bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "Il-Bank Ċentrali ta` Malta bħala l-Awtorita` Kompetenti taħt il-liġi, għandu 11 (ħdax) il- Istituzzjoni Finanzjarja liċenzjati miegħu taħt din il-liġi.", "Ir-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Istituzzjoni Finanzjarja huma stabbiliti minn żmien għal żmien minn direttiva lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji, maħruġa mill-Awtorita` Kompetenti taħt l-istess liġi.", "Ir-rekwiżiti huma dawn:", "- applikazzjoni għall-liċenzja għandha tkun bil-miktub minn kull kumpanija lill-Awtorita` Kompetenti;", "- il-fondi ta` l-Istituzzjoni huma stabbiliti mill-Awtorita` Kompetenti stess kif ikun adattat skond l-attivitajiet li obbliga ruħu li jagħmel l- applikant skond l-Iskeda maħruġa ma` l-istess liġi; - irid ikun hemm mill-inqas żewġ individwi li jkunu effettivament se jmexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni; u", "- l-azzjonisti kwalifikattivi, kontrolluri u l-persuni kollha li jkunu effettivament imexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni iridu jkunu persuni addattati biex jassiguraw il-management prudenti tagħha u li jissodisfaw kriterji bħal Four-eyes principle u fit and proper persons.", "L-istituzzjonijiet finanzjarji huma kollha konformi mal-ħlas tal-liċenzji tagħhom.", "Jekk xi waħda mill-istituzzjonijiet ma tkunx konformi ma` xi direttiva ta` l-Awtorita` Kompetenti din tista` tkun ħatja ta` reat u pieni skond l-Att li jirregola dawn l-istituzzjonijiet.", "L-għoti ta` liċenzja huwa soġġett għal dritt annwali ta`Lm500 (ħames mitt lira) u żieda ta` Lm150 (mija u ħamsin lira) għal kull branka addizzjonali.", "MINISTERU TAL-POLITIKA SOĊJALI - KIRI TA' KAROZZI", "2809.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2654?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Rigward il-Mistoqsijiet Parlamentari Nri.", "2809 u 2654, l-Onor.", "Membru jista' jara t-Tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari Nru. 2119.", "MALTACOM - QTUGĦ TA' LINJI TAT-TELEPHONE", "2810.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.", "MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - FLUS MINFUQA", "2811.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "GUIDO DE MARCO: Bejn il-5 ta` Settembru 1998 u s-17 ta` Diċembru, intefqet is-somma ta` Lm2,425.52 għal xogħlijiet ta` manutensjoni, tiswijiet u rranġar ġenerali ta` l-uffiċċji tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin f`Malta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - FLUS MINFUQA", "2812.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.", "WSC/ENEMALTA - QTUGĦ TA' SERVIZZI", "2813.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil- preżent ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-istess mistoqsija parlamentari numru 2634 magħmula mill-istess membru, għax l-informazzjoni għada qed tinġabar.", "SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE - ATTIVITAJIET SOĊJALI", "2814.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl- Isptar San Vinċenz de Paule?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onor Interpellant biex jaghmel il- Mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Socjali.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - SECURITY GUARDS", "2815.", "L-ONOR.", "SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm hemm security guards fid-Dipartiment tas-Saħħa?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta` mpjegati fil-grad ta` Security Guard fid-Divizjoni tas-Sahha huwa mija tlieta u disghin (193).", "SAĦĦA - APPUNTAMENTI", "2828.", "L-ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2618 fis- seduta Nru.34, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għall-perjodu sakemm l-ispeċjalista nkarigat mill-Orthodentics jispiċċalu l-parental leave, u li l-persuna l-oħra li qed tispeċjalizza fl-istess linja u li baqgħalu sentejn biex jispeċjalizza, jiġi ngaġġat speċjalista barrani fuq kuntratt full-time skond il-linja li l-gvern preċedenti kien qed jissuġġerixxi lid-Direttur tar-riżorsi umani?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Is-suggeriment li ghalih qed jirreferi l-Onor.", "Interpellant ser jigi evalwat.", "SAĦĦA - TEST TAL-HIV", "2829.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jikkonsidra l-Ministru li bħala parti mill-eżami li jsir waqt il-booking visit ta' nisa tqal isir bħala rutina, s'intendi bil-kunsens ta' l-omm, it- test tal-HIV?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma l-Onor. interpellant illi nikkonferma li d-decizjoni biex isir test ta` l-HIV hija wahda personali u volontarja.", "Ghaldaqstant m'ghandiex issir pressjoni bla bzonn fuq nisa tqal biex issir it-test ta` l-HIV waqt il-booking visit", "SAĦĦA - KAŻI TA' HIV", "2830.", "L-ONOR.", "FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni kemm kienu l-każi ta' HIV matul is-snin li ttieħdet: (i) minn labar/siringi wżati; (ii) mill-omm għat-tarbija; (iii) minn transfużjoni ta' demm jew ta' prodotti tad-demm?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: Nixtieq ninforma l-Onor. interpellant li n-numru ta` testijiet li rrizultaw posittivi ghall-HIV mill-1985 sa llum huma 132.", "L-HIV mhix notifikabli bil-ligi.", "Il-figuri li kkwotati huma bbazati fuq rizultati ta` testijiet illi saru b'mod anonimu.", "Ghalhekk wiehed ma jistax jeskludi l-possibilta` ta` testijiet irrepetuti kif ukoll ohrajn illi saru fuq persuni mhux residenti f'Malta.", "Il-kategorija ta` riskju assocjat ma` dawn ir-rizultati huwa kif jidher fit-tabella li se titpoġġa f'xi seduta oħra.", "MINISTRI - RRANĠAR TA' UFFIĊINI", "2835.", "L-ONOR.", "CARMELO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ntnefqet biex ġew irranġati l-uffiċini tal-Ministri, uffiċċju b'uffiċċju minn Settembru 'l hawn?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r- risposta tingħata f'seduta oħra.", "BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "2837.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, Ref.", "HAS 96/98 u li din ġiet invalida minħabba klawsola 5 (d ii) li tgħid: \"ftehim ta' enfitewsi temporanja li ma jeċċediex s-16-il sena li jkun magħmul qabel id-data appuntata\", dan jiġi mogħti lura l-flus li ħallas lill-awtorita' inklużi r-riċerki u dan meta l-applikant huwa diżokkupat u jgħix bir- relief?", "Il-Ministru jara li dan huwa każ partikolari fiċ-ċirkostanzi?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-applikant kien jaf ben tajjeb li ma setgħax japplika għax l-enfitewsi temporanja kientet għal wieħed u għoxrin sena b'effett mill-31 ta' Awissu 1988.", "Dan il-kuntratt ma ġiex prestentat ma' l- applikazzjoni li ngħatat lill-Awtorita' tad-Djar fid-19 ta' Ottubru 1998.", "Il-fatt li għandu dan iċ-ċens temporanju ħareġ mir-riċerki.", "Kopja ta' l- kutratt ta' l-enfitewsi temporanju ġiet ippresentata l-Awtorita' tad-Djar fid-9 ta' Novembru 1998.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jifhem li biex tiġi proċessata applikazzjoni, l-ħlas ammistrattiv huwa ferm għola mid-depositu imħallas cioe' Lm10.", "Jekk l-applikant jixtieq ir-riċerki li ssottometta lill-Awtorita' tad-Djar, dan jista' jiġi l-uffiċċju ta' l-Awtorita' tad-Djar u jingħata kopja tagħhom.", "NUTARA PUBBLIĊI", "2838.", "L-ONOR.", "ANGELO FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li f'Għawdex hemm Nutara Pubbliċi li għalkemm ilhom jaħdmu 'l fuq min 16-il sena b'danakollu m'huma rappreżentati bl-ebda volum ta' xogħolhom fuq l-ixkafef ta' l-Arkivju Nutarili fir-Rabat?", "Jekk fl-affermattiv, dan in-nuqqas (li jmur kontra l- interessi kemm tal-komparenti fuq l-atti u testmenti relattivi kif ukoll tal-pubbliku li jenħtieġlu jaqrahom) ifisser li ebda volum minn tagħhom ma kien ġie eżaminat mill-Qorti tar-Reviżjoni skond il-liġi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru tal-Ġustizzja jordna li l-affari tiġi normalizzata kemm jista' jkun malajr?", "ONOR.", "TONIO BORG: Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li f'Għawdex hemm Nutar Pubbliku wieħed, li ilu aktar minn 16-il-sena jaħdem, iżda m'hu rappreżentat b'ebda volum fl-Arkivji Nutarili fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex.", "Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.", "MINISTRU TAS-SAĦĦA - SAFAR", "2839.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-Ministru tas-Saħħa fil-perjodu bejn Novembru 1996 u Awissu 1998?", "Min kienu l-persuni li akkumpanjawh kull darba?", "Kemm swiet kull safra u kemm kien il-perjodu li l-Ministru dam barra minn Malta kull darba?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant qed tingabar.", "Twegiba tinghata f'seduta ohra."]} {"filename": "20020123_684d_par.doc", "date": "2002-01-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 684 L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2002 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 684", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2002", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.00 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "684", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar, 2002", "WERREJ", "MINUTI 110", "INFORMAZZJONI 110", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI 110", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2001- 2002 116", "AĠĠORNAMENT 140", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 683 li saret fit-23 ta' Jannar, 2002 ġew konfermati.", "INFORMAZZJONI", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja irċeviet kopja ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fl-4 ta' Jannar 2002 fl-ismijiet \"Godfrey Ellul vs Avukat Ġenerali\" u skond artiklu 242 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili se nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30657.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi fil- Manikata rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni sena b'sena għall-ħames snin li għaddew?", "ONOR.", "TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: F'każ li jkun hemm xi ħadd li jagħmel tibdil jew bini bla permess, allavolja li kieku applika ma kienx se jkun hemm oġġezzjoni, l- Awtorita` ta' l-Ippjanar hi obbligata toħroġ enforcement notice skond il- liġi?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jekk il-liġi tgħid li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha d-diskrezzjoni li toħroġ enforcement notice, ir-regola hi li malli xi ħadd jirrapporta xi ħaġa, anke permezz ta' l-internet, din l-enforcement order toħroġ pero` ma nistax ngħid jekk din hijiex tassattiva jew le.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-liġi tgħid li ma jistax isir xogħol bla permess - il- Ministru jaf għax kien ippilota l-liġi hu stess u ddiskutejniha hawnhekk - u allura awtomatikament meta jiġri dan, toħroġ l-enforcement notice.", "Ladarba din hija koperta bil-liġi, x'jiġri jekk xi ħadd fl-Awtorita` ta' l- Ippjanar, mhux fil-bord, imur kontra dawn ir-regolamenti u kontra t-talba tal-bord li l-affarijiet isiru kif suppost?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Mr Speaker, hija l-Awtorita` ta' l-Ippjanar li tesegwixxi din il-liġi u allura fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni jekk titteħedx l-azzjoni li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant, tibqa' f'idejha.", "Issa meta ngħid \"Awtorita` ta' l-Ippanar\" m'iniex qed nirriferi għall-bord jew għad-development control commission imma għad-direttorat ukoll.", "Jekk xi ħadd jilmenta li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar taf b'xi ħaġa u m'hijiex qed tieħu l-passi neċessarji, jeżistu rimedji permezz ta' l- Ombudsman - u nisperaw li naħtru wkoll audit officer skond il-proċedura l- ġdida - imma din m'hijiex sanzjoni kriminali u sta għall-awtorita` li tieħu dawn il-passi.", "Anke l-pulizija ġieli tirċievi rapporti u ma teħux passi fuqhom, jew għax ma jkollhiex provi biżżejjed jew għax jidhrilha li ma tkunx inkisret il-liġi imbagħad fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun jista' jikkontesta billi jagħmel rikorsi quddiem il-Qrati tal-Maġistrati biex jagħmlu l-famuża challenge.", "Jiġifieri f'dan ir-rigward hemm rimedji oħrajn kif wieħed iqajjem il-każ ħalli jittieħdu passi imma l-fatt li ma tteħdux passi m'huwiex reat kriminali.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Joe Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jiġifieri jekk il-liġi tgħid li inti ma tistax tagħmel xogħol mingħajr permess u xi ħadd jiġbed l-attenzjoni ta' l-Awtorita` ta l- Ippjanar li qed isir xogħol bla permess, l-awtorita` tista' tmur kontra l- liġi u tħalli kollox għaddej?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "TONIO BORG: Jien m'iniex qed ngħid hekk.", "Hija l-Awtorita` ta' l- Ippjanar li tiddeċiedi jekk għandhiex toħroġ enforcement notice u s- sempliċi fatt li inti jkun jidhirlek li hemm ksur tal-liġi jista' jagħti lok għal passi dixxiplinari u għal affarijiet oħrajn, pero` fih innifsu dan m'huwiex reat kriminali.", "Ħafna drabi din tista' tkun ukoll kwestjoni ta' interpretazzjoni.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Imma l-Ministru ma jaħsibx li ladarba jkun hemm xi ħadd li tkun qed tinġibidlu l-attenzjoni u jaf li għandu l-obbligu li joħroġ enforcement notice imma għal xi raġuni jew oħra jibqa' ma joħroġhiex, għandhom jittieħdu passi dixxiplinari kontrih?", "MR SPEAKER Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Apparti li din hija ipotetika u li trid tara ċ- ċirkostanzi ta' kull każ, jekk dan sar b'abbuż għandhom jittieħdu l-passi dixxiplinari kontra tiegħu.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30658.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi f'Burmarrad, irraportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30659.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi f'Bugibba, irrapportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30660.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi fil- Mosta, irrapportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30661.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi fil-Bidnija, irrapportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is-sitwazzjoni sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "PULIZIJA – RAPPORTI TA' SERQ", "30662.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Noel Farrugia) staqsa lill- Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi fil- Mellieħa, irrapportati lill-pulizija matul is-sena 2001?", "X'kienet is- sitwazzjoni sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal mistoqsija parlamentari numru 30651.", "SWATAR - DWAL", "31005.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jistax isir street lighting adegwat quddiem Block A2, Block B1, u Block B2 fis-Swatar Housing Estate li bil-lejl ikunu kollha fid-dlam?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): It-talba ta' l- Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Għalkemm napprezza t-tweġiba tal-Ministru nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex niġbidlu l-attenzjoni li dawn l-appartamenti tal- gvern - u dan rajtu b'għajnejja stess - m'għandhom l-ebda street lighting fl-inħawi tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Il-kummenti ta' l-Onor.", "Interpellant ġew innotati u l-informazzjoni se tiġi mgħoddija lill-Enemalta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, domanda supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Jista' l-Ministru jispjega kif jittieħdu d- deċiżjonijiet dwar street lighting ġodda?", "Dawn isiru skond is-suġġeriment li jagħmel il-kunsill lokali jew skond it-talba li jagħmel iċ-ċittadin kwalunkwe?", "Qed ngħid hekk għax jidher li talbiet simili qed jieħdu fit-tul biex jiġu kkunsidrati.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-ewwelnett il-preferenza tal-kunsilli lokali hija waħda mill-kriterji li l-Enemalta tuża biex tkun tista' tiddeċiedi liema prijorita` għandha tagħti fejn hemm bżonn ta' dawl.", "Kulħadd jaf li mexjin lejn sistema fejn kull kunsill lokali jkollu vvotat ċertu ammont ta' flus biex hu stess jikkontrolla aktar din il-ħtieġa skond il-budget li jkollu, imma sfortunatament din għadha ma bdietx taħdem għal kollox.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Hemm xi mekkaniżmu biex jiġi aċċertat li l-flus allokati lill-kunsilli lokali biex jinbidlu bozoz jew isiru bozoz ġodda - nagħmilha ċara li m'għandi ebda kunsill lokali partikolari f'moħħi - jintużaw verament għal dan l-iskop u ma jkunux extra cash għal proġetti oħra?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Din hija waħda mill-problema li nqalgħet is-sena li għaddiet u biex ma jkun hemm l-ebda tnaqqis ta' fondi u ta' mezzi biex isir id-dwal fejn hemm bżonn, l-Enemalta kompliet għaddejja bid-dwal hi.", "Fil- fatt is-sena li għaddiet l-Enemalta nefqet aktar minn Lm0.5 miljun biex ikompli għaddej it-tisħiħ ta' street lighting.", "Fil-fatt il-ministru responsabbli mill-kunsilli lokali diġa` tkellem dwar dan xi jiem ilu u forsi jkun tajjeb jekk jerġa' jfakkar x'qal.", "MR SPEAKER: Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, l- ewwelnett wieħed mill-akbar gruppi - li jikkomprendi xi 16-il kunsill lokali - qiegħed appik li jiġi awarded it-tender.", "Fil-fatt diġa` tqabbad il-contract manager, intefgħu t-tenders u qed issir adjudication tagħhom.", "It-tieni grupp, dak ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr, eċċ., diġa` qabbad lill-contract manager, ħareġ it-tender u qiegħed fil-proċess li jiġi awarded.", "Nistenna li sa l-aħħar ta' Marzu jew bidu ta' April, inkunu wasalna.", "Fir-rigward ta' Għawdex, per eżempju, għadna ftit lura, għalkemm hemm il- volonta` li naslu.", "Hemm numru ta' kunsilli lokali, predominantement min- naħa t'isfel ta' Malta, li jidhru li ma tantx huma interessati li jieħdu din id-delega u kif diġa` għedt, l-intenzjoni tal-gvern hi li min mhux beħsiebu jeħodha, mhux se jieħu l-flus allokati lilu għal dan l-iskop u f'dawk il-każijiet ir-responsabbilta` tibqa' f'idejn l-Enemalta.", "Irrid ngħid ukoll li għal ħafna raġunijiet dan il-proċess – biex il- kunsilli lokali jieħdu over it-tibdil u t-twaħħil tal-bozoz – ma kienx wieħed faċli u għalhekk s'issa ħadna bażikament 11-il xahar.", "L-ewwelnett għax filwaqt li l-Enemalta internament kienet taħdem b'sistema li taf x'inhuma s-safety u technical standards, il-kuntratturi privati jridu jaħdmu fuq dawn l-istandards li jkunu bil-miktub u joħorġu updated mal- kuntratt.", "Kellna nagħmlu ħafna xogħol tekniku biex setgħu jinkitbu l- manuals mill-inġiniera - naturalment bl-għajnuna kbira ta' l-Enemalta u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzjahom - u ħadna ż-żmien biex nagħmlu dan il-proċess mal-kunsilli lokali kollha, pero` fl-aħħar jidher li wasalna u li dan il-proċess ta' preparazzjoni kien investiment tajjeb.", "Illum is-sistema ta' iżolament qiegħda fuq bażi ta' toroq, jiġifieri biex tinbidel bozza, jew trid taħdem live fuq is-sistema jew trid titfi dik it- triq u kultant anke tliet toroq f'daqqa.", "Għalhekk l-ewwel proċess minn kull kunsill lokali se jkun – għalhekk qed jiġu dedikati l-flus – li jitwaħħal isolator ma' kull bozza li jippermetti li tkun tista' titfi l-bozza nnifisha u tiżola allura dik il-parti biss qabel ma tintervjeni fuq dik il- bozza.", "Jiġifieri parti minn dan l-investiment se jkun on long term.", "Dan kollu huwa previst fil-fażi inizzjali, m'għandhiex tieħu ħafna żmien imbagħad minn hemmhekk 'il quddiem jibdew jieħdu over il-bozoz waħda wara l- oħra.", "Għal dak li qal l-Onor.", "Galea, u cioe` li l-gvern għandu jiżgura li l-flus allokati għall-bozoz jintużaw għal dan l-iskop biss, il-liġi ma tgħidx hekk u jien ma naqbilx li għandu jkun hekk.", "Jekk nemmnu li l-kunsilli lokali huma korpi awtonomi u li għandhom jiddeċiedu huma l-prijoritajiet tal-lokal tagħhom, għandna nsegwu l-prinċipju li huma għandhom jallokaw kif jonfqu l- budget.", "Aħna nużaw il-formula tal-budget biex il-flus jitqassmu b'mod ġust u mingħajr intervent ministerjali pero` kemm għandek bżonn tonfoq fil-bozoz għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-kunsill lokali.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Probabbilment f'postijiet żgħar il-budget tal-bozoz – għal sena jew sentejn – iservi biex niffinanzjaw dak il-vot għal ħamsa jew sitt snin għax il- weighting ikun differenti u allura mill-budget tal-bozoz jistgħu jiffrankaw.", "Pero` ħaddieħor se jkollu budget li mhux se jkun biżżejjed għall-bozoz u allura jkunu jridu jikkompensaw min-naħa l-oħra.", "Allaħares nibdew nippretendu li l-formula li tintuża biex jitqassmu l-flus isservi ta' straitjacket għall-kunsilli lokali.", "Fil-fatt dak kien wieħed mid- difetti kbar li kellha s-sistema ta' l-ispecial funds.", "B'din is-sistema wieħed kien jieħu l-flus biex jirranġa triq partikolari u billi din it-triq ovvjament kienet dejjem tqum aktar milli l-gvern jista' jiffinanzja, spiċċajna biex ħafna kunsilli lokali kellhom ħafna flus li ma setgħux jintnefqu.", "Minn mindu neħħejna din ir-restrizzjoni u qed inħallu fl-għaqal tal-kunsilli lokali biex jiżnu fejn għandhom jonfqu - naħseb li dan huwa verament ir-rispett lejn l-awtonomija deċiżjonali li rridu fil- kunsill lokali - is-sistema ħadmet aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan hu ta' benefiċċju għar-residenti stess.", "SWATAR - DĦUL", "31006.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi irranġata d-daħla għal Swatar, block A1 fl-Imsida, fejn ir-residenti lanqas biss għandhom tarġa biex jidħlu għall-block?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid-Dipartiment tal- Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, nixtieq anke hawnhekk nappella biex issir distinzjoni bejn ċerti xogħlijiet li jkunu ilhom pendenti forsi minn mindu ġie allokat il-post innifsu u affarijiet oħra li jistgħu jinqalgħu as we go along u li jistgħu jkunu responsabbilta` ta' l-inkwilini.", "Dawn l- interpellanzi partikolari fuq is-Swatar Housing Estate għamilthom l-aktar għax mill-informazzjoni li għandi jidher li hemm ċerti problemi li ilhom pendenti minn mindu ġew attwalment allokati dawn il-housing units lill- inkwilini tagħhom.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ma nafx id-dettalji preċiżi dwar dan il-każ partikolari pero` id-dipartiment tal-bini u t-tiswija tad-djar jadopera sistema li biha jkollu programmar ta' xogħlijiet li jkunu ġew identifikati, uħud minnhom riżultat ta' spezzjonijiet li jkunu għamlu uffiċjali tad- dipartiment u wħud oħrajn ta' ilmenti jew talbiet partikolari li jkunu saru mir-residenti partikolari.", "Jista' jkun allura li din diġa` hija parti mill- business plan tad-dipartiment pero` bħalissa fil-file m'għandix din l- informazzjoni għalhekk rriferejt din it-talba lid-dipartiment biex jaraw li dan ix-xogħol isir.", "SWATAR HOUSING ESTATE", "31007.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinkrew il-ħwienet li hemm proġettati għal block B1 fis-Swatar Housing Estate billi minħabba f'dan hemm xogħol fuq rampi li ma sarx, u entratura li fil-maltemp tkun qisha swimming pool għad- dannu tar-residenti tal-block?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab informat li l-art li hemm fis-Swatar Housing Estate hija ta' l-Awtorita` tad-Djar u għalhekk l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru konċernat.", "STAIR LIFTS", "31008.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jsiru xi rampi u stair lifts minħabba l-isplit levels li hemm fl-iskola Sir Luigi Preziosi, f'St Andrews għall-benefiċċju ta' ċerti studenti bi bżonnijiet speċjali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (f'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qiegħda tfassal inizjattiva ġdida biex tirrisolvi l-problemi rigward l-aċċessibilita` fl-iskejjel ta' l- Istat.", "L-iskejjel kollha se jiġu mistiedna biex jagħmlu s- sottomissjonijiet tagħhom fil-ġejjieni qrib.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Filwaqt li minn dak li qal il-Viċi Prim Ministru jidher li hemm il-ħsieb li din il-fondazzjoni tagħmel il-pjan mifrux jew komprensiv, nixtieq nappella biex każi urġenti li jirrikjedu ċerta attenzjoni, ma jibqgħux pendenti sakemm din il-fondazzjoni tfassal l- inizjattiva ġdida tagħha biex tirriżolvi l-problema rigward l- aċċessibbilta` fl-iskejjel ta' l-Istat.", "Il-każ partikolari li qed nirriferi għalih hija l-iskola Sir Luigi Preziosi f'St. Andrews fejn kellmuni ġenituri ta' tifla bi bżonnijiet speċjali u qaluli li għalkemm il-maġġoranza ta' l-istudenti ta' din l-iskola m'għandhomx bżonnijiet speċjali, xorta hemm studenti li għandhom dawn il- bżonnijiet u allura hemm bżonn urġenti li jkun hemm dawn it-tip ta' rampi jew stair lifts minħabba l-isplit levels li hemm fl-iskola.", "Għalhekk nappella biex filwaqt li jkun hemm dan il-pjan li qed isemmi l-Ministru, iżjed u iżjed jekk dan se jieħu ċertu żmien sakemm jiġi fformulat, ċerti każi jiġu identifikati minn qabel u jekk ikun possibbli tittieħed azzjoni rimedjali wkoll.", "MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Dan li qed jgħid l-Onor.", "Brincat se jiġi diskuss bejn uffiċjali fil-ministeru għall-politika soċjali u uffiċjali mill- ministeru ta' l-edukazzjoni bil-parteċipazzjoni wkoll tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita`.", "Naturalment wieħed irid jara l- prijoritajiet u jara x'jiġi l-ewwel u x'jiġi t-tieni.", "Fost diversi konsiderazzjonijiet wieħed irid ikun jaf liema huma dawk it-tfal li għandhom diżabilita` u li se jiċċaqilqu minn klassi għal oħra - jekk mhux din is-sena, is-sena d-dieħla – biex ikun jaf liema programmi għandu jagħti prijorita`.", "Jiena nittama li dak li għandu jsir jiġi definit malajr kemm jista' jkun biex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitwettqu.", "SWATAR - UPKEEP", "31009.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jistax jittejjeb l-upkeep ta' block B2 fis-Swatar, Msida, billi l-partijiet komuni ma ġewx imbajda u l- ħadid għandu żewġ kuluri u huwa mġannat?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor.", "Interpellant lid- Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.", "ETC", "31010.", "L-ONOR.", "LEO BRINCAT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall- Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d- dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha tirreġistra għax- xogħol ma' l-ETC għal żmien twil?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Ninsab informat li l-placement officer tal- Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ inkarigat mill-persuna ndikata mill-Onor.", "Interpellant se tagħmel kuntatt ma' din il-persuna f'qasir żmien.", "UFFIĊJU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA", "31014.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Joe Cilia) staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li d-ditta 7-Up inxtrat minn Farsons mingħand il-familja Portainer sarux indaġni mill- uffiċċju għall-kompetizzjoni ġusta biex jara jekk dan in-negozju poġġiex lil Farsons f'dominant position fis-suq?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn waslet din l-investigazzjoni u x'riżultati ħalliet s'issa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta isegwi mill-qrib kull żvilupp li jseħħ fis-suq li jista' jkollu effett fuq il-kompetizzjoni.", "Tajjeb jingħad ukoll li mhux il-pożizzjoni dominanti fis-suq li tikkostitwixxi ksur tal-liġi iżda l-abbuż minn din il- pożizzjoni.", "Madanakollu, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta se jsegwi iżjed mill-qrib l- andament tas-suq tas-soft drinks minħabba l-fatt li kien hemm tnaqqis ta' l- operaturi f'dan is-settur.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat, domanda supplimentari.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, għandi informazzjoni li affarijiet marbuta ma' international franchises huma regolati jew jistgħu jkunu regolati mil-leġislazzjoni li għad trid tgħaddi minn dan il-Parlament li tikkonċentra mergers.", "Jista' il-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni hijiex korretta jew le?", "Jista' l-Ministru jagħti l-impenn tiegħu li once li l-uffiċċju tal- kompetizzjoni ġusta jkun segwa mill-qrib l-andament tas-suq tas-soft drinks fiż-żmien li jħoss li jkun opportun, jinforma lil din il-Kamra dwar kif tirriżultalu li żviluppat is-sitwazzjoni nnifisha?", "L-ewwel mistoqsija supplimentari għamiltha għax jekk is-sitwazzjoni hija hekk, ikun ifisser li l-leġislazzjoni preżenti li għandna fil-pajjiż ma tilqax għal sitwazzjonijiet li jkunu kummerċjalment korretti – m'iniex qed nidħol fil-mertu ta' international franchise imma dwar effetti jew konsegwenzi li jista' jkun hemm fil-bdil ta' dan it-tip ta' franchising - u jekk mhux hekk jindikalna għallinqas jekk il-leġislazzjoni eżistenti tkoprix dawn it-tip ta' arranġamenti kummerċjali diġa`?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fil-fatt qed jiġu ppreparati r-regulations imsejħa merger control.", "Dawn jitrattaw ċerti aspetti ta' tnaqqis ta' kompetizzjoni fis-suq imma ma naħsibx li f'dan il-każ partikolari li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Brincat, dawn it-tip ta' regolamenti kienu se jimpedixxu li jkun hemm dan it-tip ta' ċaqliq li ġej fuq livell internazzjonali.", "Issa jekk wieħed irid jinvestiga dejjem jista' jitlob - anke taħt il-liġi preżenti - li dan iseħħ.", "Naturalment il-kriterji li huma wżati fil- maġġoranza tal-pajjiżi ta' madwarna, huma li wieħed jara li finalment iħalli s-sistema kemm jista' jkun issib il-post tagħha mingħajr ma jkun hemm xi diffikulta` illi din se twassal għal monopolju jew għal sitwazzjoni li tkun intolleranti fir-rigward ta' għażla tas-suq.", "F'dan il-każ ma naħsibx li s-sitwazzjoni kienet hekk.", "Din kienet brand owned minn kumpannija internazzjonali, internazzjonalment din il-ħaġa kienet ilha li seħħet u sfortunatament kellha impatt fuq is-sitwazzjoni tagħna.", "MR SPEAKER Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' NFIQ TAL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ GĦAS-SENA 2001- 2002", "(Ikompli mit-23 ta' Jannar, 2002)", "MR SPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Dolores Cristina.", "ONOR.", "DOLORES CRISTINA: Mr Speaker, dalgħodu smajt lill-Onor.", "Karl Chircop jitkellem u bilofrs ikolli nirrimarka x'oppożizzjoni ta` depression għandna.", "Dan għamel intervent ta` aktar minn 45 minuta dwar l-ETC u ma sab l-ebda rimarka tajba li seta` jagħmel fuq din il-korporazzjoni.", "Qabad it- team kollu tal-korporazzjoni, rabathom b'ċoff, tefagħlhom il-label ta` partiġġjani, qalilhom li għandhom aġenda politika u remilhom ix-xogħol kollu li għamlu.", "Issa kull min iħares lejn ir-rapport ta` din is-sena ma jistax jinnega li saret ħidma sfiqa.", "Pero` skond l-Onor.", "Chircop ma kien hemm xejn posittiv li seta` jara f'dan ir-rapport jew fil-ħidma ta` din il- korporazzjoni.", "Qabad bis-soltu kantaliena tiegħu, issa drajnih, u baqa` għaddej għal 45 minuta mingħajr ma semma xejn posittiv, kollox ħażin.", "Imma mbagħad meta tkellem il-kollega tiegħu, l-Onor.", "Chris Agius, ħadt ir-ruħ għax dan għamel kritika bilanċjata, tista` taqbel miegħu u tista` taqabilx, u f'ċerti affarijiet tajtu raġun u f'oħrajn le, pero` almenu li kien tajjeb seta` jagħrfu u semmih ukoll.", "Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Agius qal li rridu nżommu quddiem għajnejna li m'hijiex il-funzjoni ta' l-ETC li tiħloq l-impiegi.", "Pero` semma ukoll l- impiegi li ntilfu f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Ħadd ma jieħu pjaċir meta n-nies jitilfu l-impieg tagħhom.", "Aħna fil-maġġoranza tagħna nies tal-familja u nafu x'jiġifieri meta d-dħul jonqos u nissimpatizzaw ma` kull min isib ruħu mingħajr impieg.", "Nerġa` nirrepeti u ngħid li ħadd ma jieħu gost b'dawn l- affarijiet u lanqas tgħaddili mill-kuriduri ta` moħħi li, b'xi mod jew ieħor, l-oppożizzjoni tieħu gost meta tisma` li ntilfu l-impiegi.", "Jaslu biex jagħmlu kapital politiku għax sfortunatament dak huwa l-andament tal- politika tagħna, pero` li xi ħadd jieħu gost lanqas biss noħlom li ngħidha.", "Mr Speaker, veru li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-gvern li jrid jerfa` r- responsabbilta` ta` kulma jiġri fil-pajjiż, u aħna qatt ma għedna li n- negattiv li jiġri f'pajjiżna huwa kollu tort ta` dak li qed jiġri barra minn pajjiżna, pero` wieħed irid jirrikonoxxi wkoll li aħna nagħmlu parti mid-dinja u dak li jiġri fid-dinja jmiss lilna wkoll.", "Aħna għandna industrija lokali li għaddejja minn fażi ta` transizzjoni u ristrutturar u ma jistax ikun li jħallix casualties.", "L-importanti hu li dan il-pajjiż jipprovdi l-alternattivi.", "Waqt li hu veru li huma d-deċiżjonijiet u l- politika tal-gvern li l-aktar li jinfluwenzaw is-suq tax-xogħol, irrid ngħid ukoll li anke d-deċiżjonijiet u l-policies li jieħdu t-trade unions u dawk li jħaddmu jinfluwenzaw ukoll bil-kbir lil dan is-suq.", "Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Micheal Asciak tkellem dwar il-Joint Assessment Paper (JAP) li kienet iffirmata ftit tal-ġimgħat ilu mill- Kummissarju ta` l-Unjoni Ewropea, Anna Djamantopoulou u l-Ministru tal- Politika Soċjali.", "Il-JAP tfassal il-prioritajiet ta` politika għax-xogħol li għalina għandha ssarraf ukoll bħala bażi għall-implimentazzjoni ta' numru ta` miżuri innovattivi u korrettivi neċessarji favur l-impieg.", "F'dawn l-aħħar snin rajna wkoll li, bit-trattat ta' Amsterdam u bis-summit ta` l-Unjoni Ewropea dwar l-impiegi li sar fl-1997, dieħla strateġija f'pajjiżi membri ta' l-Unojni Ewropea biex jonqos il-qgħad u jonqsu wkoll il-problemi relatati mal-qgħad.", "Din hija strateġija integrata u l-pajjiżi li ħadu sehem u li diġa` implimentawha raw riżultati tagħhom, ovvjament dejjem skond kif il-pajjiż ikun attwalment implimenta din l-istrateġija.", "Mr Speaker, l-istrateġija hija bbażata fuq l-erba' pilastri ta' employabilty, entrepreneurship, adapabilty u equal oppurtunities.", "L-ETC, flimkien ma' bosta policy makers oħra fil-qasam tax-xogħol, kellha sehem prominenti fit-tfassil tal-Joint Assessment Paper u issa qegħdin fil-fażi ta` pjan nazzjonali dwar l-impiegi.", "L-aktar żewġ fatturi li spikkaw fil- JAP huma li hawn Malta għandna gender gap sostanzjali u għandna wkoll skills gap notevoli.", "Waqt li r-rata tal-qgħad m'hijiex meqjusa bħala waħda għolja, iċ-ċifra ta' nies li ma jagħmlux parti mill-ħajja tax-xogħol hija għolja ħafna.", "L-ewwel għan hu li ċ-ċifra ta' nies li jaħdmu tiżdied.", "Illum ir-rata ta' nisa fl-impieg kemm kemm tlaħħaq 32% u għalkemm din ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fl-aħħar sitt snin żdiedet b'5% xorta waħda għadha baxxa ħafna u mhux se jkun faċli li din titla' 'l fuq sakemm ma nneħħux l- ostakoli, kemm kulturali kif ukoll strutturali, biex in-nisa jkunu jistgħu jaqdu u jġorru r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tagħhom tal-familja u tax- xogħol.", "Mr Speaker, f'dawn l-aħħar snin rajna numru ta' miżuri li għandhom jgħinu biex jonqsu dawn l-ostakoli.", "Fil-fatt ġew introdotti l-parental leave, il- carrier breaks u r-reduced hours u fil-white paper dwar ir-regolamenti ta` l-impiegi, li issa ilna nitkellmu fuqha għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat, hemm ukoll proposti oħra, kemm dawk li jdaħħlu aktar flessibilita` kif ukoll dawk li jnaqqsu d-diskriminazzjoni.", "Sfortunatament ikolli ngħid li xtaqt nara bosta miżuri oħra li huma meqjusa ta' għajnuna għan-nisa u għall- familji tagħhom, imma milli jidher il-qbil bejn l-imsieħba soċjali kien nieqes u għalhekk hemm aktar x'isir fis-snin li ġejjin.", "Pero` għalissa għad għandna min iħares lejn miżuri ta` għajnuna lejn il-ħaddiema u lejn il- familji tagħhom, dawk li ngħidulhom family-friendly measures, bħala ħela ta` flus.", "Pero` dawn in-nies dalwaqt jirrealizzaw li dawn huma miżuri meħtieġa jekk aħna rridu nagħmlu użu sħiħ mir-riżorsi umani tagħna, u n- nisa jibqgħu wieħed mill-akbar riżors uman li m'aħniex nesplojtjaw.", "Marbuta ma' dan kollu hemm il-kura u l-ħarsien tat-tfal.", "Mingħajr għajnuna strutturata u fformalizzata f'dan il-qasam, il-parteċipazzjoni tan-nisa fil- kamp tax-xogħol ma tistax tiżdied, jew jekk tiżdied, tiżdied a skapitu tal- familji tagħna u ħadd ma jrid li ħaġa bħal din isseħħ.", "Ftit tal-jiem ilu rajna rapport miċ-Child Care Task Force – l-ETC kellha sehem importanti fih ukoll – li għandu l-għan li jħeġġeġ forom diversi ta` kura tat-tfal b'mod li dawn ikunu ta` kwalita` tajba, iħarsu d-drittijiet tat-tfal u finanzjarjament aċċessibbli u mhux bi prezzijiet li huma barra mill-budget ta` min l-aktar li jkollu bżonn jagħmel użu minnhom.", "Mr Speaker, issa se nagħti ħarsa, fuq fuq, lejn l-inizjattivi li l-ETC ħadet is-sena li għaddiet biex tgħin lin-nisa u lill-familji tagħhom fejn jidħol ix-xogħol.", "L-ETC introduċiet l-Empowerment Skills Course li jgħin lin-nisa li jkunu jridu jidħlu lura fis-suq tax-xogħol wara li jkunu ilhom neqsin bosta snin.", "Rajna wkoll li għamlet il-Minus One Agreement ma` għaqda volontarja li kien jittratta dwar ħidma mmirata lejn romol li jixtiequ taħriġ fil-computer u ħiliet relatati u rajna wkoll ftehim mal- Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u issa l-ETC qiegħda tuża l-uffiċċju ta` din l- għaqda volontarja ġewwa l-Blata l-Bajda bħala ċentru għat-taħriġ.", "Barra minn hekk rajna wkoll li l-ETC introduċiet żewġ couses għal child carers biex ikun hawn nies imħarrġa professjonalment f'dan il-qasam.", "L-ETC ġabret ukoll suġġerimenti dwar l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fil-post tax-xogħol b'dik li hi msejħa l-gender equality plan għall-employment u training li jħares dejjem lejn miżuri ġodda li għandna bżonn.", "Mr Speaker, irrid nagħmel ukoll kumment qasir dwar il-programm \"Ibda n- Negozju Tiegħek\" li hu l-programm ta' l-ETC fuq l-entrepreneurship.", "Meta konna qed niddiskutu l-Business Promotion Act niftakar lill-Onor.", "Edwin Vassallo jinsisti fuq il-ħtieġa li aktar nisa jsiru entrepreneurs għaliex ir-rata tan-nisa li jmexxu l-business tagħhom hawn Malta għadha baxxa ħafna.", "Jiena nemmen li dan huwa programm li għandu jinteressa lil ħafna nisa.", "Dan huwa programm b'għajnuna finanzjarja li hu maqsum fi tliet stadji li jgħin, pass pass, lil min irid jibda l-business tiegħu.", "Meta servizzi bħal dawn daħlu f'pajjiżi oħra n-numru ta` nisa fil-business spara 'l fuq.", "Jekk inħarsu lejn lista ta` entrepreneurs b'suċċess kbir f'dawn l- aħħar snin fl-Ingilterra wieħed isib li fuq quddiem ta` din il-lista hemm numru ta` nisa li bil-bidu ma kellhom xejn ħlief l-inizjattiva, il-bżulija u l-kuraġġ.", "Imma llum dawn imexxu kumpanniji kbar u joħolqu xogħol għal ħaddieħor.", "Hawn Malta għandna ħafna nisa kapaċi għall-entrepreneurship u jeħtieġ li dawn isibu kull għajnuna, mhux biss fl-interess personali tagħhom imma anke fl-interess ta` l-ekonomija tal-pajjiż.", "Mr Speaker, mhux faċli li nindirizzaw il-gender gap u l-iskills gap, imma l- ETC ħolqot numru ta` programmi u skedi li qed jgħinu ħafna lil dawk li jirrikorru għalihom.", "L-isfida ta' l-ETC m'hijiex li ssib xogħol għal min diġa` għandu l-kwalifiki u l-ħiliet.", "L-isfida tagħha hi li ssib xogħol għal dawk li m'għandhomx sengħa, m'għandhomx kwalifiki u għal dawk li huma 'l fuq minn 45 sena.", "L-ETC tagħmel ukoll l-almu tagħha biex issib xogħol għal dawk li għandhom problema ta` saħħa mentali, għal dawk li għandhom bżonnijiet speċjali, għal dawk li kellhom problema bid-drogi u għal dawk li kellhom problemi ma' l-awtoritajiet.", "Dawn kollha qed jgħixu f'ċirkostanzi li jagħmluhom membri ta` gruppi vulnerabbli.", "Mr Speaker, il-JAP uriet ukoll li l-livell ta` edukazzjoni fil-labour force tagħna huwa relattivament baxx.", "Fil-fatt 52% ta` nies b'impieg ma spiċċawx l-edukazzjoni sekondarja tagħhom.", "Meta wieħed iqabbel dan ma` l- Ingilterra jara kemm dan huwa persentaġġ għoli għax fl-Ingilterra nsibu li hemm 40% ta` nies b'impieg li ma spiċċawx l-edukazzjoni sekondarja.", "L-ETC qiegħda tindirizza l-problema ta' skills gap b'numru ta' programmi fosthom l-apprentice scheme.", "Nista' ngħid li din l-iskema bħalissa għandha madwar 1,800 apprentist għax bl-għajnuna ta` kampanja informattiva kemm fl- iskejjel kif ukoll fuq il-media n-numru żdied u mistenni li jkompli jiżdied.", "Dawn l-iskemi se jkunu estiżi wkoll fl-Institute for Health Care u fl-Institute for Tourism Studies biex b'hekk nilħqu wkoll is-setturi fejn jidher li hemm nuqqasijiet.", "Għandna wkoll ix-short courses li fihom rajna żieda ta' 1,100 student.", "Meta ngħid studenti nkun qed nitkellem fuq nies li jridu jżidu l-kwalifiki tagħhom, nies bi bżonnijiet speċjali u żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol għall-ewwel darda.", "Jiġifieri għandek spectrum wiesa' ta' nies.", "Barra minn hekk hemm ukoll inizjattiva ġdida simili għal dik ta` l- apprentice scheme li hija msejħa traineeship scheme.", "Din hija skema li teħtieġ l-għajnuna u r-rieda tajba ta` min iħaddem biex dawk li jkunu qegħdin jieħdu sehem f'din l-iskema jkunu jistgħu jieħdu t-taħriġ tagħhom fl-ambjent tax-xogħol mill-ewwel.", "Apparti mill-fatt li b'dawn il-courses qegħdin nagħmlu up-dating professjonali tal-ħaddiema industrijali tagħna, qegħdin ukoll ngħinu nies, li l-ħiliet tagħhom għadda żmienhom, jaġġornaw ruħhom biex ikunu dejjem parti ħajja mill-industrija tagħna.", "Aħna nitkellmu ħafna dwar mismatching.", "Għandek nies ifittixu xogħol, l- industrija tfittex l-impjegati mbagħad, kif għidu, never the twain shall meet.", "Naħseb li l-ETC qed tagħmel ħidma kbira u serja biex tipprepara ħaddiema kompetenti u kwalifikati biex jimlew il-vojt li hemm fl-industrija tagħna.", "Mr Speaker, irrid nagħlaq b'appell speċjali dwar l-ispecial groups, jiġifieri nies bi bżonnijiet speċjali fiżiċi, nies bi problemi ta` saħħa mentali, nies li kellhom problemi bid-drogi u nies li kienu fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin.", "L-ETC qiegħda tagħmel mill-aħjar biex iddaħħalhom fid-dinja tax-xogħol.", "Pero` hawnhekk irridu naraw ir-rieda u l-volonta` tajba ta` min iħaddem u ta` impjegati oħra biex meta jidħlu nies bħal dawn jaħdmu ma jagħtuhomx dik li aħna ngħidulha hard time.", "Xi sentejn ilu għaddejna liġi dwar opportunitajiet indaqs u naħseb li jekk dik il-liġi ma rriduhiex tibqa` fuq il-karta rridu nirrealizzaw li mhux biss il-gvern u l- partiti politiċi għandu jkollhom kuxjenza soċjali, imma jrid ikollu wkoll il-poplu in ġenerali.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru għal Għawdex.", "ONOR.", "GIOVANNA DEBONO (Ministru għal Għawdex): Mr Speaker, ir-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ li aħna qed niddiksutu huwa rapport interessanti ħafna.", "Dan huwa rapport li mill-ewwel jagħtik indikazzjoni li l-ETC hija korporazzjoni ħajja li kontinwament tanalizza l- ħteġijiet immedjati tal-pajjiż u allura qed tkun prattika f'ħidmitha.", "Ir- rapport jikkonferma li l-ETC qed tilħaq l-għan tagħha.", "Għalkemm ir-rapport m'huwiex wieħed voluminuż, il-kontenut tiegħu huwa xiehda ta` impenn mill- aktar serju li jirrifletti kemm verament din il-korporazzjoni qed taqdi l- funzjoni tagħha u qed toffri servizz għal-lum u anke għal għada.", "Irrid inżid li dan is-servizz mhux qed ikun daqshekk faċli għall-korporazzjoni għax kull żmien fih il-problemi partikolari tiegħu u ż-żmien li qegħdin ngħixu fih bħalissa m'huwiex xi żmien fejn kollox huwa plain sailing għax f'Malta, bħal kumplament tad-dinja, qegħdin nesperjenzaw mumenti kultant verament diffiċli.", "Iżda minkejjja dan kollu l-ETC bid-determinazzjoni u l- viżjoni tagħha miexja 'l quddiem u qed tkun ta` benefiċċju kbir għall-poplu tagħna.", "Mr Speaker, dan li qed ngħid m'huwiex kliem biss, imma hija realta`.", "Dawn huma fatti li jista` jarahom kulħadd.", "Iċ-ċifri, tgħid x'tgħid l- oppożizzjoni, huma mera vera tas-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Dan ma jfissirx li m'hemmx lok għal aktar titjib u aktar inizjattivi, imma matul dawn it- 12-il sena, kemm ilha topera l-ETC, f'kull sena kien hemm titjib fuq is- sena ta` qabel.", "Allura huwa xieraq u ġust li dan nirreġistrawh u nuru wkoll l-apprezzament tagħna għax dan it-tibdil għall-aħjar ma jiġix waħdu, ma jsirx b'kumbinazzjoni imma jsir għax it-team kollu responsabbli mill- korporazzjoni, appoġġjat mill-gvern tal-ġurnata, ma jieqaf qatt jaħdem biex itejjeb il-qagħda ta' min qed ifittex ix-xogħol u anke ta` min diġa` qiegħed fid-dinja tax-xogħol u jixtieq jibdel jew itejjeb il-pożizzjoni tiegħu fix-xogħol.", "Dan l-eżerċizzju jsir kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, għax għalkemm l- operat ta` l-ETC f'Għawdex huwa fuq skala iżgħar għandu wkoll l-istess funzjonijiet u joffri l-istess servizzi li toffri l-ETC ġewwa Malta.", "Irrid ngħid li l-ETC f'Għawdex, bil-limitazzjonijiet kollha tagħha, qed taqdi tajjeb il-ħteġijiet ta` l-Għawdxin u permezz ta' l-uffiċċju tagħha qed tkun ta' servizz għall-komunita` Għawdxija.", "Is-sena li għaddiet żgur li se tibqa` mfakkra għall-fatt li fi Frar li għadda l-qgħad niżel għal-livell rekord f'Għawdex.", "Kien hemm biss 370 ruħ jfixxtu x-xogħol.", "Dan hija l-iżgħar figura ta` qgħad li qatt ġiet reġistrata f'Għawdex minn kemm ilha mwaqqfa l-ETC.", "Irrid ngħid ukoll, apparti din il-figura ta' Frar li għadni kemm semmejt, matul is-sena li għaddiet il-qgħad f'Għawdex kien pjuttost stabbli u dejjem inżamm taħt l- 400 li huwa livell aċċettabli.", "Dan meta wieħed iqis ukoll li l- opportunitajiet ta` xogħol f'Għawdex m'humiex daqshekk faċli minħabba l- limitazzjonijiet li hemm, li wara kollox kienu, għadhom u jibqgħu.", "Allura tassew għandna għaliex nirrikonoxxu l-ħidma ta' l-ETC, għax minkejja li f'Għawdex aħna limitati f'dawk li huma opportunitajiet ta` xogħol il-qgħad huwa f'livell aċċettabbli.", "Aħna nixtiequh dejjem jonqos u qed naħdmu għal dan ukoll, imma x'differenza l-qgħad illum meta pparagunat mal-qgħad li kien hemm fl-1997 taħt l-amministrazzjoni preċedenti meta dakinhar kien hemm 'il fuq minn 600 ruħ ifittxu mpieg.", "Mr Speaker, rigward it-taħriġ irrid ngħid li l-uffiċċju ta' l-ETC f'Għawdex matul is-sena li għaddiet organizza 42 kors li għalihom attendew 578 persuna.", "Dan ifisser li l-ETC f'Għawdex offriet 17,200 siegħa ta` taħriġ għall-Għawdxin f'Għawdex stess.", "Kultant issib li mhux kulħadd jilqa` l- opportunita` ta` taħriġ b'entużjażmu, imma wara li jattendu għall-kors jirrealizzaw li dak il-kors kien ta` benefiċċju għalihom u allura jindunaw li kien kors importanti u li jista` jgħinhom isibu xogħol għax ikunu iktar ppreparati.", "Irrid ngħid ukoll li matul is-sena li għaddiet l-ETC f'Għawdex kienet attiva fil-kamp tax-xogħol u ħadet diversi inizjattivi li fil-maġġor parti tagħhom kienu intiżi speċifikament għas-suq Għawdxi, iżda żgur li l- inizjattiva ewlenija kienet dik hekk imsejħa seasonality scheme.", "Din l- iskema għandha l-għan li tagħti esperjenza ta` xogħol u taħriġ lil dawk il- ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur tal-catering.", "Nistqarr li għall- bidu konna ftit inċerti jekk din l-iskema hiex se tħajjar lin-nies jidħlu għaliha.", "Konna dubjużi jekk tirnexxix.", "Iżda llum, li bdiet taħdem, nista` niddeskrivi din l-iskema bħala waħda ta` suċċess għax ir-rispons kien wieħed pożittiv.", "Sar arranġament ma` katina ta` lukandi rinomati fl- Ingilterra, qed nirreferi għall-Hilton International, fejn ħaddiema ġew imħajra biex jitilgħu f'din il-lukanda u jieħdu esperjenza utli matul ix- xhur tax-xitwa.", "Fil-fatt bħalissa hemm sittax-il persuna Għawdxija li qegħdin l-Ingilterra jaħdmu ma` din il-lukanda partikolari u jirriżultalna wkoll li dawn il-ħaddiema sejrin tant tajjeb li wħud minnhom saħansitra ġew offruti biex itawlu l-perjodu tax-xogħol fil-lukanda msemmija.", "Dan huwa effett pożittiv li żgur li Għawdex se jgawdi minnu għax il-livell f'dan is-settur se jogħla meta dawn se jerġgħu jirritornaw jaħdmu f'Għawdex fl-istess lukanda jew stabbiliment li kienu jaħdmu qabel.", "Ta` min ifakkar li kieku ma ngħatawx din l-opportunita`, uħud minn dawn il- ħaddiema kienu jiefqu mix-xogħol għal dawn ix-xhur tax-xitwa għax nafu li jkollna perjodu fejn ikun hemm il-lean months u allura mhux daqshekk possibbli għalihom li jaħdmu.", "Dan kien ifisser li dawn kienu jgħaddu x-xhur tax-xitwa jiġġerrew mat-toroq jew jagħmlu xi xogħol ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn mas-settur tal-catering.", "Ħaġa bħal din m'hijiex healthy għal dan il-qasam għax aħna rridu nies imħarrġa b'mod professjonali għas-servizz fil-qasam turistiku għax dan huwa element importanti ħafna sabiex insaħħu l- industrija tat-turiżmu f'Għawdex u żgur li s-seasonality scheme tgħinna biex nilħqu dan il-għan.", "Allura bilfors ngħid li din l-iskema rnexxiet u dan grazzi għal kollaborazzjoni sħiħa li teżisti bejn l-ETC, l-ITS f'Għawdex u l-Ministeru li ħdimna id f'id biex din l-iskema tirnexxi.", "Issa dawn il-ħaddiema li jtemmu l-impenji tagħhom barra minn Malta b'suċċess l- ETC se tagħtihom lura l-flus li ħallsu għall-vjaġġ.", "Huwa maħsub ukoll li din is-sena nerġgħu noffru din l-iskema għall-ħaddiema Għawdxin għax is- suċċess li kellna fl-ewwel sena se jkun ta` garanzija għat-tieni esperjenza.", "Mr Speaker, matul din is-sena wkoll se ssir enfasi rigward l-apprentisti Għawdxin għax għall-ewwel darba r-responsabilta` ta` l-apprentisti Għawdxin li jaħdmu jew jattendu skola f'Għawdex se taqa' direttament taħt l-ETC t'Għawdex.", "Dan ikun ifisser li l-apprentisti jkunu jistgħu jinqdew mill- uffiċċju ta' l-ETC f'Għawdex fejn hemm uffiċjal inkarigat direttament minnhom.", "Irrid ngħid li b'kollox għandna 40 apprentist fl-ESTS u 62 apprentist fit-TAS.", "Huwa maħsub ukoll li f'Għawdex din is-sena ssir aktar enfasi fuq diversi skemi li għandha l-ETC, fosthom il-Community Work Scheme.", "Fil-preżent huma ftit il-kunsilli lokali li qed jibbenefikaw minn din l-iskema u għalhekk tajjeb li aktar kunsilli jagħrfu jisfruttaw opportunita` bħal din.", "Skemi oħra li se ssir enfasi fuqhom huma: Il-Basic Employment Passport Scheme, il- Job Experience Scheme, l-Employment Training Placement Scheme u oħrajn.", "Permezz ta' dawn l-iskemi huwa maħsub li l-possibilita` ta' xogħol u taħriġ għal dawk li qed ifittxu xogħol tikber sostanzjalment u parti minn din l- istrateġija hija l-kontinwazzjoni tar-relazzjoni li l-ETC għandha ma' l- Arka Foundation fejn l-istess fondazzjoni diġa` qed tibbenefika minn din l- iskema.", "Bħalissa qed jitħejja wkoll ir-rapport \"Strategy for Gozo\".", "Din l- inizjattiva ta` riċerka bdiet f'Awissu li għadda u huwa mistenni li titlesta f'Marzu li ġej.", "Dan ir-rapport se jieħu in konsiderazzjoni l- bżonnijiet speċifiċi tas-suq Għawdxi u se joffri direzzjoni għall-ETC f'Għawdex għas-snin li ġejjin.", "Jidher bl-aktar mod ċar li l-ETC, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, qed tagħmel ħafna ġid.", "Għalhekk aħna f'dan il-Parlament qegħdin napprovaw ir- rapport annwali ppreżentat lilna.", "Huwa għal din ir-raġuni wkoll li l- Ministeru tal-Politika Soċjali qed jalloka vot sostanzjali lill- korporazzjoni u għalhekk inħoss li għal darba oħra, filwaqt li nawgura aktar ħidma lil din il-korporazzjoni, nieħu din l-opportunita` biex nirringrazzja lill-uffiċjali u lill-ħaddiema kollha ta' l-ETC għall-impenn tagħhom favur il-poplu tagħna.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici.", "ONOR.", "ANTOINE MIFSUD BONNICI (Segretarju Parlamentari): Mr Speaker, naħseb li kulħadd jaqbel, kemm aħna kif ukoll in-naħa l-oħra, li x-xogħol huwa dritt fundamentali ta` kull ċittadin Malti u Għawdxi u dan huwa sanċit ukoll fil-Kostituzzjoni.", "Meta għandek istituzzjoni bħall-ETC li qed tipprova tagħmel mill-aħjar li tista` biex tipprovdi x-xogħol għall- ħaddiema tagħna allura wieħed irid japprezza x-xogħol li tagħmel.", "M'iniex ngħid li wieħed m'għandux jikkritikaha, anzi kieku l-kritika tkun kostruttiva hija tajba.", "Jiena mhux se noqgħod ngħid kemm għamlet ġid l-ETC imma nħossni fid-dover li nirringrazzja lill-bord kollu u lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'din il-korporazzjoni għax matul dawn it-tnax-il sena li ilha mwaqqfa żgur li għamlet xogħol utli ħafna u ta` ġid lill-poplu tagħna.", "Jiena niskanta kif dalgħodu l-Onor.", "Chircop qal li l-ETC waqgħet għaċ-ċajt għal darba, darbtejn u qed timxi b'mod partiġġjan.", "U tafu għaliex dan kollu?", "Għax il-figuri tal-qgħad li ħarġet hi ma jaqblux ma` dawk tal-labour force survey.", "Din hija xi ħaġa li baqgħu jirrepetuha biex forsi jimpressjonaw lill-poplu.", "Kemm-il darba spjegajna għaliex hemm din id- differenza u anke fir-rapport annwali ta' l-ETC hemm spjega tagħha wkoll, imma donnu ma qrah ir-rapport.", "Għalhekk tajjeb li nikkwota x'jingħad fir- rapport dwar id-differenza fil-figuri tal-qgħad ħalli jekk l-Onor.", "Chircop ma qrahx ikun jaf x'fih.", "F'dan ir-rapport jingħad hekk:", "Differences between the LFS findings and the ETC data are due to:", "Administrative data of ETC being a headcount whereas LSF data is data extrapolated from a sample to reflect the national picture.", "Administrative data being based on persons of employment age i.e. between 16 and 61 years of age whereas LFS data refers to employed persons between 15-64 years of age.", "The employed population according to ETC records included temporary employees (students and apprentices) whereas the LFS excluded temporary employees;", "Administrative data refers to persons who are registered as unemployed with the Employment and Training Corporation whereas LFS data refers to the number of persons who declare themselves as job seekers in the reference week, irrispective of whether they are registered as unemployed or not.", "Naħseb li din hija spjega biżżejjed biex l-Onor.", "Chircop jara għaliex hemm din id-differenza u ma jerġax jiġi hawnhekk u joqgħod jgħid li l-ETC qed tqarraq bil-figuri.", "Mr Speaker, l-Onor.", "Chircop qal ukoll li f'rapport bħal dan kien jistenna li jissemmew xi sospensjonijiet ta` xi inspectors.", "Jiena ngħid li ta` l- oppożizzjoni m'għandhomx x'jikkritikaw.", "Jiena ma naħsibx li kieku f'dan ir- rapport intqal li hemm xi żewġ inspectors li huma sospiżi konna se nsolvu il-problema ta` dawk li jinsabu bla xogħol.", "Din hija l-kwalita` ta` kritika li smajna dalgħodu min-naħa ta` l-oppożizzjoni.", "Jiena m'iniex se ninċensa lill-ETC imma rrid nirringrazzjahom tax-xogħol li għamlu matul dawn is-snin u jkun tajjeb li wieħed jinċentivahom biex ikomplu jagħmlu iktar xogħol għax dak li għandu bżonn pajjiżna bħalissa ħalli nsibu x-xogħol għal dawk il-ħaddiema li għandna qiegħda.", "Mr Speaker, irrid ngħid li fost il-ħaddiema li għandna bla xogħol hemm kategorija ta` ħaddiema li diffiċli li ssibilhom xogħol għax huma ħaddiema li qabżu l-erbgħin sena u oħrajn li huma long-term unemployed.", "Dawn huma l- aktar persuni li huwa diffiċli li wieħed isibilhom ix-xogħol u dan mhux f'pajjiżna biss imma fid-dinja kollha.", "Dawn il-ħaddiema jħossuhom fi żvantaġġ ma` ħaddiema oħra għax ma jistgħux ilaħħqu ma` l-iżvilupp tekonoloġiku li għaddej f'pajjiżna u fid-dinja kollha.", "Dawn iħosshom ukoll li qed issir diskriminazzjoni kontra tagħhom meta japplikaw għal xi job għax l-employers jagħtu preferenza lill-ħaddiema iżgħar minnhom.", "Fattur ieħor għaliex huwa diffiċli li dawn il-ħaddiema jsibu mpieg huwa li billi dawn m'għandhomx livell edukattiv għoli ħafna, dawn japplikaw għall-jobs elementari li sfortunatment fiż-żmenijiet tal-lum huma neqsin ħafna wkoll.", "Jiġifieri hemm ċerti fatturi li jiżvantaġġaw li dawn il-ħaddiema u għalhekk jagħmluha diffiċli biex lil dawn il-ħaddiema ssibilhom ix-xogħol.", "Dawn huma problemi li l-ETC bilfors trid tiffaċċja u trid tara kif lil dawn in-nies li qabżu l-erbgħin sena u lil-long term unemployed, li ilhom jirreġistraw għal iktar minn sena, issibilhom ix-xogħol.", "Sfortunatament din il-kategorija hija l-ikbar persentaġġ ta' nies li għandna qegħda.", "Jekk nieħdu l-figuri sa l-aħħar ta` Settembru tas-sena l-oħra nsibu li minn total ta` 6,215 li kienu jirreġistraw għax-xogħol, kien hemm 2,459 li jaqgħu f'din il-kategorija, jiġifieri 40%.", "F'Settembru, 1998 minn total ta` 7,184 li kienu jirreġistraw għax-xogħol, kien hemm 2,721 li jaqgħu f'din il-kategorija.", "Jiġifieri hemm dejjem dak il-persentaġġ ta' 40% kważi kważi dejjem kostanti.", "Naturalment din hija raġuni għaliex hemm bżonn li l- ETC tara kif tagħmel ħalli din il-kategorija ta` ħaddiema, kemm jista` jkun, ikollha ċ-ċans li terġa` tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Jiena, bħala Segretarju Parlamentari u anke minħabba l-professjoni li għandi, ta` tabib, niltaqa' iktar ma' dawn in-nies.", "Il-biċċa l-kbira ta` dawn in-nies ikunu rġiel bejn l-erbgħin u l-ħamsin sena li għandhom familja u li għadhom qed irabbu u jedukaw lil uliedhom.", "Allura wieħed jara kemm huwa importanti li lil din il-kategorija ta` nies insibulhom impieg.", "Hawnhekk nagħmel appell lill-ETC biex tara kif tista' toħloq iktar proġetti u tagħmel iktar pjanijiet ħalli kemm jista` jkun din il-kategorija ta` ħaddiema naraw kif nissollevawha.", "Jiena ngħid li huwa dover tal-gvern li kemm jista` jkun ikompli jimbotta lill-ETC.", "U l-gvern naħseb li qed jaqdi dmiru għax qegħdin naraw kemm f'dawn is-sentejn ivvota fondi kbar lill-ETC ħalli tkun tista` tagħmel il-programmi tagħha.", "Barra minn hekk fil- programm elettorali li bih irbaħna l-elezzjoni hemm imniżżel ċar u tond li gvern Nazzjonalista jsaħħaħ il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex din tkun tista` twieġeb għall-bżonnijiet ta` dawk kollha li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol speċjalment dawk fl-eta` ta` 'l fuq minn 45 sena, dawk li ilhom jirreġistraw u dawk il-persuni bi bżonnjiet speċjali li jkunu jridu jaħdmu.", "Għalhekk il-partit tagħna huwa impenjat biex jara kif jagħmel biex lil din il-kategorija ta` nies, kemm jista` jkun, wieħed isibilhom ix-xogħol.", "Mr Speaker, anke l-business plan ta' l-ETC, li jkopri l-perjodu minn Ottubru 2000 sa Settembru 2003, jgħid testwalment hekk:", "The corporation endorses a mainstreaming approach in that we believe that services should be inclusive for all. However we also recognise that certain groups have particular needs and benefit most from a targeted approach.", "The Corporation has developed a number of measures to empower women returners.", "The needs and abilities of clients over forty, clients who have been unemployed for over twelve months and persons with disability are carefully analysed and addressed.", "Jiġifieri l-ETC hija speċifika u tara li din il-kategorija ta` ħaddiema hemm bżonn li wieħed jara kif jagħmel biex isibilhom impieg.", "Issa ħalli naraw x'għamlet l-ETC u x'inhu pprogrammat li tagħmel biex taġevola lil dawn in-nies.", "Huwa importanti li ngħidu li l-ETC ma qagħditx idejha fuq żaqqa u m'għamlet xejn.", "Anzi rajt kif għamlet biex tipprova taġevola lil din il-kategorija ta` ħaddiema.", "Fil-fatt matul din is-sena kien hemm 199 persuna 'l fuq minn erbgħin sena li nstabilhom impieg direttament mill-ETC u kien hemm oħrajn li sabu mpieg mid-diversi job centres.", "Mr Speaker, skema ferm importanti li ġiet introdotta mill-ETC u li qed tgħin ħafna biex lil dawn il-persuni jinstabilhom impieg hija dik imsejħa Employment Training Placement Scheme (ETPS).", "Din hija skema li ġiet estiża biex tkopri persuni bla xogħol 'il fuq minn erbgħin sena.", "Permezz ta` din l- iskema tingħata għajnuna lill-employers li jipprovdu xogħol u taħriġ lil dawn in-nies.", "L-ETC tissussijdja 50% tal-minimum wage għall-massimu ta' 12- il xahar imħallsa mill-private employers li jimpjegaw persuni bla xogħol u li jkollhom bżonn it-taħriġ.", "Kien hemm 32 klijent li bbenefikaw minn din l- iskema.", "Mr Speaker, skema oħra hija l-Community Work Scheme.", "Din l-iskema tagħti opportunita` lil-long-term unemployed u gruppi oħra svantaġġjati jerġgħu jibdew jaħdmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.", "Il-proġetti li jistgħu jaħdmu fihom iridu jkunu ta` bżonn ċar għall-komunita`.", "Il-massimu ta` żmien li ħaddiem jista` jaħdem f'dawn il-proġetti huwa ta` sena.", "Il-paga ta` kull ħaddiem tinqasam bejn l-ETC u l-organizzazzjoni li qed tisponsorja lil dawn il-ħaddiema.", "Din l-iskema trid tipprovdi opportunita` lil 100 klijent at any one time during its operation.", "Dawn l-organizzazzjonijiet li jistgħu jħaddmu lil dawn il-ħaddiema jistgħu jkunu NGOs u l-kunsilli lokali.", "L-24 proġett approvati matul din is-sena joffru xogħol għal 54 persuna.", "Wieħed irid jgħid ukoll li din is-sena l-ETC offriet traineeships ġodda with a minimum duration of 13 weeks and a maximum duration of 12 months.", "Il-ħaddiema jridu għallinqas jitħallsu l-minimum wage mill- employer, bl-ETC tissussijdja 25% minnha.", "Pero` fejn ikun hemm ħaddiema ta' 'l fuq minn 40 sena l-ETC tagħti sussidju ta' 40% minflok 25%.", "Mr Speaker, ta` min wieħed isemmi wkoll l-Business Promotion Act li qed jipprovdi inċentivi lil dawk l-employers li jimpjegaw persuni 'l fuq minn erbgħin sena, persuni b'disabilita` u persuni li ilhom qegħda għal aktar minn sentejn.", "Hawnhekk nixtieq nappella u ngħid li hemm bżonn li l- employers ineħħu ftit ix-xettiċiżmu li għandhom meta jiġu biex jimpjegaw ċerti nies.", "Veru li ż-żgħażagħ tal-lum għandhom skola iktar, imma l- esperjenza ta` min ilu jaħdem 20 jew 30 sena f'ċertu xogħol hija valida wkoll.", "Għalhekk l-employers mhux bilfors għandhom jippreferu żgħażagħ ta` bejn l-20 u 30 sena.", "Jekk irridu ngħinu lil dawn in-nies hemm bżonn li x- xettiċiżmu ta` ċerti employers jispiċċa darba għal dejjem.", "Mr Speaker, ngħaddi biex ngħid xi ħaġa fuq ir-registered long-term unemployed.", "Dawn huma nies li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.", "Dawn huma eleġibbli għall-Employment Training Placement Scheme u għall-Community Work Scheme.", "Ta' min jgħid li kien hemm 384 long-term unemployed persons li kienu mħarrġa mill-ETC permezz tal-mainstream courses, kien hemm tnax oħra li bdew it-traineeship u 138 oħra minn dawn il- persuni qegħdin jaħdmu.", "Imbagħad kien hemm 48 oħra ġew imdaħħla fl- Employment Training Placement Scheme u fil-Community Work Scheme.", "Mr Speaker, ta` min jgħid ukoll li din is-sena ġie introdott programm biex jassisti the illiterate unemployed imsejjaħ Literacy for Employment Programme.", "Dan il-programm għandu l-iskop li jtejjeb il-literacy skills mhux biss ta` dawk li għandhom 'il fuq minn erbgħin sena imma anke ta` dawk li huma unskilled u ma jaħdmux.", "Dan huwa ta' vantaġġ kbir għal dawn il- ħaddiema li qed jirreġistraw.", "Sfortunatament hemm numru mhux ħażin minnhom illetterati u allura meta japplikaw għal ċertu post ikunu fi żvantaġġ kbir.", "Huwa għalhekk li l-ETC qed tagħmel enfasi kbira fuq it-taħriġ ħalli kemm jista` jkun dawn il-ħaddiema jkunu flessibbli u meta jispiċċaw minn impieg ikunu jistgħu jsibu mpieg ta` natura oħra għax min ilu jaħdem 20 jew 30 sena fl-istess impieg ikun diffiċli għalih li jsib impieg alternattiv.", "L-ETC qiegħda tagħmel minn kollox għal din il-kategorija ta` ħaddiema, pero` l-ħaddiema li qegħdin ifittxu x-xogħol iridu wkoll jagħmlu l-parti tagħhom għax fiż-żmenijiet tal-lum ma tistax tgħid li għandek job u se tibqa` fih għal għomrok.", "Fiż-żmenijiet tal-lum trid tkun flessibbli ħalli minn job tkun kapaċi tmur f'ieħor.", "Irrid ngħid li 540 persuna ta` 'l fuq minn erbgħin sena li kienu jirreġistraw għax-xogħol attendew programmi ta` taħriġ.", "Minn barra dawn kien hemm 925 persuna li ma kenux qed jirreġistraw għax-xogħol li attendew ukoll għal dawn il-programmi ta` taħriġ.", "Mr Speaker, dalgħodu l-Onor.", "Chircop għamel riferenza għas-sensji li kien hawn dan l-aħħar.", "Naturalment ħadd ma jieħu gost jara dawn l-affarijiet iseħħu.", "Bi pjaċir ngħid li 50% tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn fabbrika waħda diġa` sabu x-xogħol.", "Sfortunatament il-ħaddiema l-oħra li ngħataw is-sensja huwa diffiċli li wieħed isibilhom xogħol għax ilhom jaħdmu 20 u anke 30 sena fl-istess job u għandhom livell baxx ħafna ta` edukazzjoni.", "Is-sena l-oħra, sal-21 ta` Jannar, kien hemm 1,195 persuna li tilfu l-impieg tagħhom minn diversi fabbriki.", "Minn dawn hemm biss 262 jirreġistraw għax-xogħol.", "Minn dawn l-1,195 li tilfu l-impieg tagħhom, 526 sabu xogħol ieħor, il-287 l-oħra jew sabu xogħol ieħor u l-ETC ma ġietx mgħarrfa jew m'humiex qed jirreġistraw.", "Dan qed ngħidu biex nuri x-xogħol li għamlet l-intervention unit ta' l-ETC.", "Ovvjament dan sar ukoll bl- għajnuna ta' l-imsieħba soċjali u tal-unions.", "Meta tara dan kollu ħadd ma jista` jiġi hawn u jgħid li l-ETC m'hi qed tagħmel xejn f'dan il-qasam bħalma għamel l-Onor.", "Chircop dalgħodu.", "Dan huwa xogħol li jidher.", "Dan huwa x-xogħol li din l-istituzzjoni dejjem għamelt fiż-żmien l-imgħoddi u li issa qed tagħmlu b'aktar enfasi fiż- żmenijiet tal-lum.", "Jiena għalhekk nieħu għalija meta nisma` diskors bħal dak ta' dalgħodu.", "Din m'hijiex kwestjoni ta` ftaħir imma naħseb li wieħed għandu japprezza x-xogħol tajjeb li qed tagħmel din il-korporazzjoni.", "Wieħed għandu jagħmel is-suġġerimenti tiegħu u jikkritika b'mod kostruttiv mhux kif għamel l-Onor.", "Chircop meta beda jgħid li din hija korporazzjoni partiġġjana, korporazzjoni li tilgħab bil-figuri biex tidħak bin-nies u li dan ir-rapport mhux serju għax fih m'hemmx li hawn xi żewġ inspectors sospiżi.", "Din hija l-kritika li n-naħa ta' l-oppożizzjoni trid tagħmel!", "Ejja nagħmlu kritika suret in-nies u kostruttiva ħalli naraw kif organizzazzjoni bħal din, li dejjem tat xogħol tajjeb taħt amministrazzjonijiet differenti, inkomplu ntejbuha ħalli f'dawn iż-żmenijiet ta` taqlib fil-qasam tax-xogħol tkompli tagħti l-kontribut tagħha u flimkien ma` l-imsieħba soċjali u l- gvern naraw li l-ħaddiema tagħna jkollhom ix-xogħol li, wara kollox, hu dritt tagħhom.", "Jiena persważ li l-ETC tkompli tagħti l-kontribut, kif dejjem għamlet, ħalli kemm jista` jkun kull kategorija ta` ħaddiema jkollha x-xogħol.", "Mr Speaker, jiena nixtieq li jkollna iktar suċċess fil-kategorija ta` ħaddiema li huma 'l fuq minn erbgħin sena u l-long-term unemployed għax b'hekk inkunu iktar ilħaqna l-iskop li għalih twaqqfet l-ETC.", "Huwa diffiċli għax f'din il-kategorija ta` ħaddiema hemm ħafna problemi li ma ssibhomx f'kategoriji ta` ħaddiema oħra.", "Imma jiena persważ li jekk ikun hemm kordinazzjoni bejn kull settur is-suċċess f'dan il-qasam ikompli jikber għax il-volonta` u r-rieda tal-gvern qiegħda hemm.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Marie Louise Coleiro.", "ONOR.", "MARIE LOUISE COLEIRO: Mr Speaker, f'dan l-intervent tiegħi ma nixtieqx nillimita ruħi biss għar-rapport ta' ħidma ta' l-ETC għax meta nkunu qed nitkellmu fuq il-qasam tax-xogħol bilfors li rridu nħarsu lejn dak kollu li jaffettwa x-xogħol.", "Jiena ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Dolores Cristina titkellem fuq il-bidliet teknoloġiċi u dak kollu li qed jiġri fid- dinja għax fil-qasam tax-xogħol f'pajjiżna ma nistgħux ma nħarsux f'dan il- kuntest.", "Anzi huwa importanti ħafna li fiż-żmenijiet tal-lum inħarsu lejn dan il-kuntest aktar b'mod globali.", "Dan għamel riferenza għalih ukoll il- Viċi Prim Ministru dalgħodu fl-introduzzjoni tiegħu.", "Imma l-ħasra hija li mbagħad meta tibda tanalizza l-qasam tax-xogħol f'pajjiżna llum tinduna kemm kellhom raġun ta' l-FOI meta ftit ilu s-segretarju ġenerali tagħhom, is-Sur Edwin Calleja, fir-rivista uffiċjali tagħhom \"Industry Today\" qal li matul dawn l-aħħar għaxar snin imxejna bil-mod wisq biex nilħqu mal-pass li bih kienet miexja d-dinja kollha u minħabba dan il-fatt tlifna ħafna opportunitajiet ta` xogħol li ħaddieħor ħatafhom u aħna, għax ma nbdilniex biżżejjed malajr, tlifnihom.", "Fil-fatt biex jissostanzja dan l-editorjal fl- istess rivista hemm graph li juri li n-niżla tagħna f'dik li hija opportunitajiet ta` xogħol, meta mqabbla ma x'kien qed jiġri fil-kumplament tad-dinja, bdejniha fl-1993 u bdejna telgħin ftit 'il fuq bejn l-1997 u l- 1998.", "Mr Speaker, il-funzjoni ta' l-ETC jiena ma narahiex kif qed jaraha l-Viċi Prim Ministru, jiġifieri f'sens ta` x'ġara matul is-sena li għaddiet.", "Il- Viċi Prim Ministru dalgħodu qal li l-ETC biddlet lilha nnifisha minn aġenzija reattiva għal waħda pro-attiva.", "Jiena ngħid li l-ETC jekk trid tagħmel hekk – u naħseb li trid tagħmel hekk, lanqas jgħaddili dubju li ma jridux ikunu pro-attivi - lanqas tista` għaċ-ċirkostanza reali ta` pajjiżna llum.", "Għaliex?", "Għax jekk tħares lejn l-istess rapport ta` ħidma li għandna quddiemna ħafna mill-inizjattivi li hemm qed jirreaġixxu għal sitwazzjoni li ma ġietx ikkreata issa jew ftit tal-ġimgħat ilu, imma ilha tinbena minn sena għall-oħra fuq medda ta' snin.", "Din żviluppat fuq proċess ta' żmien.", "Mr Speaker, biex nuri dan jiena se nibda bl-aktar ħaġa fundamentali li biha pajjiżna jista' jimxi 'l quddiem, jiġifieri il-kwestjoni ta` l-iskills, il- kwestjoni tat-taħriġ u l-kwestjoni ta` l-edukazzjoni.", "Naħseb li s-Sur Calleja meta kien qed jikteb b'dak il-mod żgur li kellu f'moħħu dawn l- affarijiet.", "L-ETC bir-raġun kollu f'paġna 10 tar-rapport fl-ewwel sentenza tal-paragrafu bit-titolu Basic Employment Passport Scheme tgħid hekk:", "\"The Basic Employment Passport Scheme, which started in July 2001, provides basic employment skills to young school leavers who are emerging from the educational system with little or no skills and qualifications, accademic or otherwise.\".", "Issa jekk għall-grazzja ta` l-argument ngħidu li qed nitkellmu fuq żgħażagħ li għandhom sittax-il sena, il-ħajja edukattiva tagħhom ma bdietx ix-xahar li għadda jew il-ġimgħa li għaddiet, imma bdiet numru ta` snin ilu.", "Jekk dawn għaddew dawn is-snin kollha fl-iskola u spiċċaw li ħarġu mingħajr skills jew bl-inqas kwalifiki possibbli, kif qed tgħid l-istess ETC, xi jfisser dan?", "Ifisser li aħna għandna xi ħaġa ħażina fis-sistema edukattiva u fallejna.", "Qed ngħid aħna għax billi noqogħdu nwaddbu l-blalen lejn xulxin m'hu se nsolvu xejn.", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra l-ħin kollu jwaddbu l-ballun lejn din in-naħa għax qegħdin nikkritikawhom.", "Bħallikieku aħna niġu hawn biex noqogħdu nċapċpu lil xulxin.", "Hawn niġu biex niddiskutu bis- sens ħalli flimkien naraw x'irridu nagħmlu għall-poplu tagħna għax safejn naf jien – din għedtha l-bieraħ u nibqa` ngħidha - illum hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, għada jkun hemm il-Partit Laburista imma l-poplu se jibqa` wieħed u l-istess responsabbilitajiet jaqgħu fuq it-tnejn.", "Dan huwa qasam kruċjali li jorbot miegħu kollox għax jekk ma taħdimx int m'għandekx dħul biżżejjed biex tgħix.", "Mhux tgħix li tmur tiekol il-pizez darba fil-ġimgħa - għalkemm anke dik saret ħaġa iebsa li tagħmel – imma li titma` l-familja kuljum.", "Aħseb u ara kemm tkun tista` ttella` ċerti aspettattivi u tagħti l-aħjar lill-uliedek.", "Fil-verita` din l-istess ammissjoni li hawn fuq il-kwestjoni ta` l-educational system tinsab ukoll fil-Joint Assessment of the Employment Policy Priorities of Malta fejn proprju f'paġna 6 fil-paragrafu intitolat \"Education\" insibu li qed jingħad hekk:", "\"Education levels in the labour force are rather low compared to the EU average.\".", "Jiġifieri din hija silta oħra minn rapport ieħor li qed ikompli jtammbar fuq is-sistema edukattiva tagħna.", "Dan ir-rapport uriena statistika, marbuta mat-tfal, maħruġa min-National Statistics Office fis-26 ta' Settembru li għadda intitolata \"Focus on the Child\" li kienet statistika tal-waħx.", "Għalfejn qed ngħid \"tal-waħx\"?", "Għax fiċ-ċirkostanzi tal-lum fejn qed naraw bidliet kbar iseħħu madwarna, jekk mhux se naqbdu l-istess pass u ritmu ta' pajjiżi oħra se naqgħu lura.", "Allura meta tħares lejn din it-tip ta` statistika tinkwieta u tinkwieta bis-serjeta` jekk tkun responsabbli.", "Għalhekk ma nistgħux noqogħdu nitkellmu għall-gallarija fuq dan il-qasam u norbtuh biss ma` rapport ta` sena jew business plan ta` tliet snin.", "Għandna nitkellmu fuq medda ta` snin li sfortunatament matulhom kien hemm ħafna ħela ta` żmien f'dan il-qasam tant kruċjali.", "Din l-istatistika, li jekk m'iniex sejra żball hija marbuta mas-sena 2000, tgħidlek li only 12% of the adolescents aged 15 to 18 years have completed post-secondary education.", "Xi tfisser post-secondary education?", "Jiġifieri li ż-żagħżugħ jew żagħżugħa jispiċċaw mill-iskola b'xi ħila li biha jkunu tajbin għas-suq tax-xogħol.", "Meta tibda tiffoka fuqhom dawn u tibda tarahom sew, u mhux titkellem għall-gallarija, tibda tgħid kemm verament tlifna ħin u kemm ma nistgħux nibqgħu b'idejna fuq żaqqna jew nieħdu l-affarijiet bit- temp, għalkemm qed nitkellmu fuq settur li ma tistax tgħaġġel kemm trid għax inti ma tħarriġx żagħżugħ jew żagħżugħa mil-lum għall-għada.", "Biex tagħmel dan trid it-tul ta` żmien.", "Jiġifieri we are late in the day u dawn il-ħafna inizjattivi li hawn fir-rapport ta` l-ETC, bir-rispett kollu lejn il-Viċi Prim Ministru, m'hu veru xejn li jirriflettu pro-attivita`.", "Anzi jirriflettu pre-attivita` għax din hija sitwazzjoni li ilha ġejna fuqna minn numru ta' snin ilu u l-ETC, nagħmlulha x'nagħmluha, fis-snin li ġejjin se jkollha tibqa` tirreaġixxi għal dawn is-sitwazzjonijiet.", "Imbagħad l-istatistika li qed nikkwota minnha tgħidlek li 64.1% have a secondary education level u 23.6% completed only their primary level of education.", "Għidli naqra, fid-dinja tal-lum, kif inti tista` tassigura ruħek minn impieg bil-primary level education?", "Illum tmur tinkiteb f'fabbrika u l-ewwel ħaġa li jistaqsuk hija jekk tafx taqra u tifhem bl- Ingliż.", "Jiena jiġu ħafna żgħażagħ għandi li ma jistgħux isibu mpieg u jgħiduli: Imma biex immur naħdem fuq makna jien għandi bżonn inkun naf bl- Ingliż?", "U jiena ngħidilhom: Illum m'għadhiex id-dinja tal-muscles.", "M'għadhiex id-dinja fejn jekk inti għandek ħafna muscles se ġġor fuq daharek u se taħdem.", "Illum hija dinja li tagħfas il-push button u fuq screen jgħidlek żewġ kelmiet u trid taġixxi skond x'qed jgħidlek fuq l- iscreeen u jekk ma tafx taqra dak li hemm fuq l-iscreen ma tistax taħdem.", "Issa billi noqogħdu nagħmlu dawk il-billborads kbar fejn fuqhom jingħad li jobs are a website away, b'daqshekk x'se nagħmlu?", "Naħseb li l-ewwel ħaġa li rridu ndeffsu f'ras kulħadd huwa l-bżonn li l-istudenti jibqgħu jkomplu l- iskola.", "Pero` li jibqgħu biss l-iskola u jitgħallmu l-basic skills mhux biżżejjed, irid ikollna s-sistema addattata and we are very late in the day.", "Mr Speaker, il-Viċi Prim Ministru dalgħodu qalilna li t-taħriġ jkun imfassal skond il-bżonn.", "Huwa ferm importanti li t-taħriġ ikun imfassal skond il-bżonn tas-suq tax-xogħol.", "Għaliex?", "Għax aħna l-unika riżorsa li nistgħu noffru lill-investitur barrani li jista` jiġi Malta u joħloq ftit xogħol produttiv hija a skilled work force, liema work force trid tkun multi-skilled.", "Din hija parti mill-employability li nitkellmu fuqha llum.", "Biex inti tassigura ruħek li tibqa` fid-dinja tax-xogħol trid tkun flessibbli u jkollok aktar minn ħila waħda u taġġorna ruħek il-ħin kollu.", "Fil-Joint Assessment of Employment Policy Priorities f'paġna 2 hemm riferenza għall-problema tal-foreign direct investment.", "Fil-fatt jingħad hekk:", "\"Foreign direct investment remains lower than would be desirable depending primarily on the expansion programmes of existing foreign companies and on privatisation deals.", "The government is aware that the volume of foreign direct investment needs to be boosted and is renewing the package of investiment incentives dating back to 1998.", "The object is to attract investment that will bring more value added to the country.\".", "Imma biex dan jiġi jrid ikollna ħaddiema mħarrġin.", "Ma nistgħux issa nħarsu lejn l-ETC u ngħidulha li trid tħarreġ lil kulħadd meta hi qed tagħmel xogħol ħaddieħor.", "L-ETC qatt ma tista` tkun pro-attiva għax li qed tagħmel bħalissa – u dan ir-rapport hekk juri – huwa li qed issewwi d-dnubiet tas- snin li għaddew.", "U hekk se jkollha tibqa` tagħmel fis-snin li ġejjin, tkompli ssewwi d-dnubiet li ġraw il-bieraħ u li qed jiġru issa u jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa b'mod urġenti se jibqgħu jsiru għada u pitgħada.", "Mr Speaker, ħalli nkompli ngħid kemm ħlejna żmien.", "Jekk naqbdu l-White Paper on the Vision and Strategy of the Attainment of E-Government li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Ottubru 2000 f'paġna 12 insibu hekk:", "\"Another essential link in the proliferation of IT literacy and in the development of a crop of IT specialists is the Employment and Training Corporation which conducted a sizeable amount of IT office automation courses until some time ago.", "The courses have now been reduced partly because the drive was not focused and resulted in a substantial amount of wastage.\".", "Issa f'paġna 17 tar-rapport li għandna quddiemna l-ETC qiegħda tirrapporta li fil-fatt espandiet u ġiet awarded the status of Accredited Test Centre for the European Computer Driving Licence u għalhekk nixtieq li fl-għeluq tiegħu l-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk attwalment l-ETC hijiex qed tiffoka fuq dak li kien qed jiġi rrimarkat, iswed fuq l-abjad, fuq il-white paper li ħarġet f'Ottubru 2000 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex b'hekk ma jkollniex substantial amount of wastage.", "Issa l-ETC kienet ilha għaddejja tagħmel il-korsijiet fil-computer literacy u Alla jbierek ma ndunajniex b'dan.", "Kellha toħroġ din il-white paper biex nindunaw.", "Mr Speaker, fl-1999 kienet ħarġet ukoll white paper mill-Ministeru għas- Servizzi Ekonomiċi bl-isem ta' Prosperity in Change, Challenges and Opportunities for Industry.", "F'din il-white paper f'paġna 67 taħt il- paragrafu intitolat \"Vocational Training\" insibu dan li ġej:", "\"Of particular significance is the announced setting-up of a vocational training college.", "The Ministry of Education has been leading the relevant discussions and is working towards the establishment, on the October 1, 2000 of the Malta College for Applied Arts, Science and Technology to be based at Corradino.\".", "Mela fl-1999 konna qed ngħidu li MCAST kien ippjanat li jinfetaħ f'Ottubru tas-sena 2000 u fil-fatt dan infetaħ f'Ottubru 2001.", "Jiġifieri kull darba nittardjaw fuq l-aktar affarijiet kruċjali, it-taħriġ fl-iskills li għandhom bżonn iż-żgħażagħ tagħna biex nassiguraw li jkollna żgħażagħ employable tul ħajjithom u fuq kollox ikollna work force li tista` tattira l-investitur barrani ħalli jiġi jinvesti Malta.", "Dan huwa importanti għax issa m'għandniex nikkompetu biss ma` pajjiżi 'l bogħod minna għal ċertu tip ta` xogħol irħis, imma qed nikompetu ma` pajjiżi tefgħa ta` ġebla 'l bogħod minna li qed jiżviluppa b'rata mgħaġġla u li diġa` serqulna ċertu xogħol.", "Fil-fatt ċertu xogħol li qabel kien isir Malta qed isir f'pajjiżi oħra.", "Per eżempju, m'ilux wisq rajna ċerti industriji li jżarmaw ċerti intensely labour driven production lines u ħaduhom f'pajjiżi bħalma huma r-Repubblika Ċeka u oħrajn.", "Irridu ngħidu wkoll li issa Tunes u l-Marokk qed jarmaw u qegħdin f'kompetizzjoni diretta magħna.", "Aħna rridu ngħaġġlu u we have to set our house in order għax tlifna snin kbar - illum għandna r- riperkussjonijiet tagħhom - u għadna qed nitilfu ż-żmien għax sforutunatament l-ewwel fażi li suppost qiegħda flokha fil-fatt m'hijiex u allura l-ETC qed ikollha tirreaġixxi għal din is-sitwazzjoni.", "Allura jekk ma ngħaġġlux se nkomplu nitilfu iż-żmien u se nkomplu niġu hawn kull darba nitkellmu fuq is-sensji.", "Issa qed nitkellmu fuq is-sensji tas-7 Up u tal- Bognor għax għadhom friski, imma sa ftit taż-żmien ilu kellna tal-Price Club u tas-Super Master u min jaf kemm sensji oħra jsiru u ma jkunux fl- aħbarjiet kif kienu dawn.", "Jekk aħna mhux se naqbdu l-barri minn qrunu, dawn is-sensji se jkomplu jiżdiedu.", "Mr Speaker, xi ħaġa li jiena ma stajtx nifhem kienet intervista li kien ta ċ-Chairman ta' l-ETC, Dr Robert Tufigno, fl-April tas-sena l-oħra fejn fiha kien għamel riferenza għall-Kulleġġ għat-Taħriġ Vokazzjonali.", "Fil- ġurnal \"In-Nazzjon Tagħna\" tat-30 ta` April, 2001 dan ġie rrapportat li qal hekk:", "\"Qed naraw ukoll li issa hemm bżonn aktar investiment fl-edukazzjoni vokazzjonali.", "Il-Gvern kien irrealizza qabel l-1996 u kienu bdew pjani biex jitwaqqaf kulleġġ għat-taħriġ vokazzjonali.", "Dan ilu jeżisti aktar minn sena u beda jopera\".\"", "Apparti li għaliha din hija ammissjoni li ħlejna ħafna żmien, imma ma nistax nifhem kif f'April 2001 Dr Tufigno qal li kulleġġ għat-taħriġ vokazzjonali kien ilu jeżisti għal aktar minn sena u li kien diġa` beda joipera meta fil-fatt l-MCAST beda f'Ottubru, 2001.", "Hawnhekk forsi tidħol il-punt tal-kordinament.", "Fir-rapport jingħad li l-ETC qiegħda tagħmel kordinament ma' NGOs u ma' aġenziji oħra.", "Imma jiena nixtieq inkun naf, u nittama li l-Viċi Prim Ministru jgħidilna, x'tip ta` kordinament l-ETC qiegħda tagħmel mad-dipartiment ta` l-edukazzjoni b'mod dirett u ma' l- MCAST għax fir-rapport kważi m'għandna xejn dwar dan.", "Issa ħalli naraw kif il-gvern qiegħed jirreaġixxi għall-kwestjoni tat- taħriġ fuq livell ta' edukazzjoni u jekk hux veru li din qiegħda fuq quddiem ta' l-aġenda tiegħu, għax ma jistax ikun li noqogħdu nixxutjaw il- ballun f'saqajn l-ETC biss.", "Kieku jiġi xi ħadd minn barra minn Malta u janalizza ftit l-affarijiet jibda jimmaġina li daħal f'xi kamra mqallba li fiha ma jista' jaqbad tarf ta' xejn.", "Mela nitkellmu fuq kemm qed nippompjaw liri lill-ETC biex tkun tista' tħarreġ lin-nies – u m'hemmx dubju li l-fondi ta' l-ETC għandhom imorru għat-training – imma mbagħad meta tara minn fejn suppost qed jibda l-gvern biex l-ETC ma tibqax iktar istituzzjoni kurattiva imma ssir vera pro-attiva, insibu li l-capital vote ta' l-edukazzjoni, item 7028, Information Technology in Government Schools, fi tliet snin, mis-sena 2000 sas-sena 2002 naqas b'aktar minn Lm0.5 miljun.", "Mis-sena 2000 għas-sena 2001 naqas bi Lm349,000 u mis-sena 2001 għas-sena 2002 naqas b'Lm200,000 oħra.", "Jiġifieri mill-iskejjel tagħna qed innaqqsu l-fondi li jridu jmorru għall-IT u mbagħad niġu niftaħru kemm qed nippompjaw liri lill-ETC biex hi tagħmel it-training u din toqgħod tgħidilna kemm għamlet xogħol f'dan il-qasam.", "Pero` imbagħad tgħidilna, kif qalulna f'rapporti oħra, kemm fil-fatt qed joħorġu tfal mill-iskejjel tagħna li s-sistema edukattiva ma tathom xejn bażikament bħala ħiliet u kwalifiki addattati.", "Mr Speaker, l-eżempju minn fuq irid jiġi għax l-eżempju jkaxkar.", "Jekk tħares lejn il-voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ssib li l-vot li għandu x'jaqsam mat-training tal-ħaddiema naqas b'10%.", "Jekk tħares lejn il- vot għat-training fl-akkademja tal-pulizija issib li dan naqas ukoll.", "Jekk tħares lejn il-vot għat-training tal-pulizija li jaqa' taħt il-Ministeru ta` l-Intern issib li bħall-oħrajn dan naqas ukoll.", "Allura jiena nibda ngħid: Imma dawn x'messaġġi huma?", "Mela niftaħru kemm qed nipprompjaw flus lill-ETC u kemm saret pro-attiva u kemm qed tagħmel korsijiet u programmi ta' retraining, imbagħad fl-estimi finanzjarji nsibu li l-vot li jirrigwarda l-IT fl-iskejjel fi tliet snin naqas b'Lm0.5 miljun u l-voti ta` ministeri oħra li għandhom x'jaqsmu mar-retraining u training tal- ħaddiema jonqsu wkoll.", "Imma mbagħad insibu ħafna flus biex inkabbru l- ospitalita`.", "Tan-naħa l-oħra ħaduha kontra l-Onor.", "Chircop għax dalgħodu kkritika l-vot ta` l-ospitalita`.", "Jiena nismagħhom jgħidu li \"l-ewwel il-pappa u mbagħad l-umpappa\".", "Issa jekk dik l-ospitalita` hija xi ħaġa ta` ċerta importanza jispjegawlna, imma sakemm nibqgħu naraw ospitalita` aħna nibqgħu nikkritikawha.", "Mr Speaker, din li ma ngħidux kollox biex nagħtu l-impresjoni lin-nies li l- affarijiet qed jiġu tackled ma tagħmilx sens.", "Jiena nippreferi mmur quddiem in-nies u ngħid il-verita`, anke jekk dik il-verita` hija kerha, milli ngħid biċċa u mbagħad trid tifhem ir-ruħ.", "Il-lum għandna ħafna żgħażagħ disorjentati, kważi kważi lanqas jafu x'se jaqbdu jagħmlu bihom infushom għax m'għandhomx il-kwalifiki biex jidħlu fl-MCAST.", "Qabel, permezz tat-trade schools dawn kienu almenu jiksbu xi xorta ta` ħila.", "Minn mistoqsija parlamentari numru 20616 joħroġ li sas-sena li għaddiet fil- Mikilanġ Sapiano Technical Institute ta` Raħal Ġdid applikaw 66 student għall-applied information technology u daħlu biss 25, applikaw 21 student għall-computer aided engineering u daħlu biss 12 u applikaw 29 student għall-electrical electronics engineering u daħlu biss 21.", "Għall-ewwel wieħed forsi jgħid li dawn ma kenux ta` livell biex jidħlu għall-kors.", "Imma minn informazzjoni li għandna jirriżulta li dawn ma kienx hemm spazju għalihom.", "Ma kienx hemm spazju fiżiku u ma kienx hemm min jgħallimhom.", "Allura aħna x'qegħdin nagħmlu?", "Kif nistgħu aħna xi darba nħarsu xi lejn l- ETC u ngħidu li din hija korporazzjoni li xogħolha se jkun indirizzat lejn pro-attivita`?", "Lanqas jista` jkun!", "Din bilfors trid tibqa` aġenzija kurattiva għax dak li aħna żrajna fiż-żmenijiet li għaddew qed naħsduh issa u dak li qed niżirgħu issa se naħsduh fis-snin li ġejjin.", "Mr Speaker, minn statistika li ħareġ in-National Statistics Office dwar l- assenteiżmu fl-iskejjel tagħna jirriżulta li fis-sena skolastika 1999/2000 l-assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-gvern kien average ta' 8.5 days u fl-iskejjel sekondarji għall-istess sena skolastika kien average ta' 14.22 days.", "Dawn huma affarijiet li bilfors jinkwetawk u bilfors ikollok tgħid li qed naqbdu il-barri minn denbu u mhux minn qrunu.", "Imma xi ngħidu mbagħad għal dak l-istudju li kien sar fuq l-illitteriżmu, xi ħaġa li fil-fatt l- ETC qed tipprova tittekilja.", "Fil-fatt f'dik l-intervista ta' Dr Tufigno li semmejt aktar qabel dan kien wieħed mill-aspetti li fuqu għamel ċerta enfasi.", "Kien sar studju fuq tfal ta` seba' snin u nstab li 20% ta' dawn it- tfal fl-inner harbour area lanqas biss jafu jaqraw jew jiktbu sentenza waħda bil-Malti.", "X'se nagħmlu fuqhom dawn it-tfal?", "Jekk ma nilqgħux għal dan fl-iskejjel stess fejn se jispiċċaw dawn it-tfal meta jikbru?", "Mhux f'wieħed mill-inizjattivi ta' l-ETC li għalih bilfors irridu nippompjaw flus kbar ħalli nipprovaw nikkuraw id-dnubiet li suppost ipprevedejna ħafna snin ilu.", "This is not the way forward.", "Mr Speaker, jiena nixtieq ukoll nirrimarka xi ħaġa fuq il-kwestjoni tal- figuri.", "M'iniex se noqgħod insemmi l-argumenti li semma dalgħodu l-Onor.", "Chircop.", "Imma din il-kwestjoni tal-figuri hija xi ħaġa serja.", "Kif jista` jkollna fiduċja fil-figuri li jiġu ppubblikati meta fihom ikun hemm tbaswir sħiħ?", "Per eżempju, f'paġna 5 tar-rapport ta' l-ETC hemm table 1.3 li tittratta dwar unemployment figures (Part 1) between 1997 to 2001.", "Imbagħad għandna risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 30,435 li tittratta dwar l-istess data u l-figuri ma jaqblux.", "Issa dan ETC bejn ETC u mhux ETC u NSO, li ħarġu l-Labour Force Survey.", "F'mistoqsija parlamentari fejn fiha ntalab in-numru tas-self-employed li kienu reġistrati ma` l- Inland Revenue fis-sena 2000, l-Inland Revenue Depatrment jgħid li dawn naqsu b'270 u l-ETC tgħid li żdiedu 497.", "F'mistoqsija parlamentari oħra dwar full-timers li kellhom part-time job fis-sena 2000, l-Inland Revenue Depatrment jirreġistra li għandu 13,560 persuna li qegħdin f'full-time employment u għandhom part-time job u l-ETC tgħid li għandha 17,833 part- timer li għandhom full-time job.", "Jista` xi ħadd jispjegali għaliex il- figuri ma jaqblux forsi nibdew nindunaw x'qed jiġri?", "Mela l-ewwel semmejt każ fejn il-figuri ma jaqblux allavolja t-tnejn ħarġu mill-ETC u issa semmejt żewġ każi fejn il-figuri li ħarġu minn dipartiment tal-gvern ma jabqlux ma` dawk li ħarġu minn aġenzija tal-gvern.", "Issa se nsemmi każ kaloss għax li semmejt qabel forsi hemm diskrepanza ta` ftit mijiet imma f'dan li se nsemmi ....", "F'mistoqsija parlamentari numru 25,897 li saret fid-29 ta` Mejju 2001, l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia staqsa dan:", "\"Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm huma impjegati fis-settur pubbliku bħala tobba, fiżjoterapista, infermiera, radjoloġi, laboratory technicians, special therapists, pulizija, għalliema, kindergarten assistants, faciliators u psychologists għas-snin 1996, 1998 u 2001?\".", "Fir-risposta, fejn kien jirrigwarda l-Pulizija, ngħad li fl-1996 kien hemm Kummissarju wieħed, fl-1998 ma kien hemm xejn u fl-2001 kien hemm wieħed.", "Jiġifieri, bir-rispett kollu, anke f'wieħed tfixkilna.", "(Interruzzjonijiet) Imma slip of the pen bħalma kienet ta` l-istipendji sħaħ u wara l-elezzjoni lill-istudenti għedtulhom li dak kien żball tat-tipa.", "Ħa nibqgħu sejrin bl- islip of the pen?", "Dan tbaswir.", "Jiena m'iniex nivvinta.", "Ikkwotajat minn dokumenti aċċessibbli għal kulħadd biex min irid jiċċekkja.", "Kif jista` xi ħadd ikollu fiduċja fil-figuri li qed jiġu ppubblikati?", "Jien ġejt b'argument differenti minn ta' l-Onor.", "Chircop apposta.", "Ġejt b'affarijiet oħra li ma jnisslulekx fiduċja.", "Nixtieq li xi ħadd ifissirli dan it-tip ta' tbaswir", "Dan bħal meta dan l-aħħar kellna l-istructural indicators tal-NSO b'tabelli tar-retail price index għall-istess xahar li minn waħda għall-oħra ma jaqblux.", "Fittxuhom u araw jekk hux minnu dan li qed ngħid.", "Jiena kultant jgħaddili minn rasi ...", "L-ebda gvern ma jieħu gost li jkollu l-lista tal- qattiela.", "Jiġifieri ma neħodhiex bi kbira li jkun hemm attitude biex kemm jista` jkun il-lista ma titlax.", "Jien se nsemmi każ partikolari - li anke l-uffiċjali ta' l-ETC jafu bih – ta' bniedem li qed jirreġistra u li temporanjament għaddej minn dipressjoni ta` ftit ġimgħat.", "L-ETC bagħtu għalih xi darbtejn biex imur għal wieħed mill-korsijiet – u jien tgħidx kemm inħeġġeġ liż-żgħażagħ li jiġu quddiemi biex imorru għal dawn il-korsijiet - li torganizza biex jitgħallem xi ħaġa.", "Dan imur biċ-ċertifikat tat-tabib biex jurihom li ma jistax jattendi u kull darba jgħidulu li jekk ma jattendix għall-kors jaqtgħuh mir-reġistrar.", "Meta jmur għand it-tabib tiegħu biex jgħidlu b'dan, it-tabib jgħidlu li mhux se jiċċertifikah li jista` jagħmel ċerti affarijiet għalissa.", "Nidħol jien f'dan il-każ biex nipprova nfiehem lill-uffiċjali li dan l-individwu m'għandux jinqata` mir-reġistrar għax iżjed ħa ssirlu ħsara milli ġid, imma xorta waħda spiċċa li nqata`.", "Mr Speaker, nerġa` ngħid li ma nistgħux nibqgħu nitkellmu għall-gallarija fuq dan il-qasam li jolqot dirett lill-ħajjet in-nies.", "Xbajna nisimgħu li bejn l-1996 u l-1998, meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista, waqgħet dalma fuq Malta u l-unemployment spara.", "Imbagħad tiftaħ il-Joint Assessment of the Employment Policy Priorities of Malta u f'paġna 6 taħt il-paragrafu intitolat \"Unemployment\" issib miktub hekk:", "\"The unemployment rate has remained fairly constant over the past fifteen years, at around 4% mark.\".", "Allura għalfejn lin-nies noqogħdu ngħidulhom li fis-sena u għaxar xhur ta' gvern Laburista waqa' diżastru fuq Malta u li l-unemployment spara u hekk kif tela` fil-gvern il-Partit Nazzjonalista reġgħet feġġet ix-xemx meta f'rapporti uffiċjali nsibu dawn l-affarijiet li għadni kemm ikkwotajat.", "Mhux sew li nagħmlu dawn l-affarijiet.", "Għandna nibdew nittekkiljaw l- affarijiet bis-sens għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Mr Speaker, xtaqt ukoll nirrimarka xi ħaġa fuq dik li hija riċerka.", "Jiena nieħu pjaċir nara aġenziji jew dipartimenti li qegħdin jinteressaw ruħhom fir-riċerka.", "Jekk ma tirriċerkax u ma toħroġx indikaturi tat-trends li jkunu għaddejjin kif jista` jkollok strategic plan?", "Is-sena li għaddiet meta konna qed niddiskutu l-ETC għamilt parti sostanzjali ta` l-intervent tiegħi nitkellem fuq il-part-time work u għedt li m'aħniex nanalizzawh biżżejjed għax minkejja li l-gvern, b'ċertu gost, kien qed jgħid li l-part- time work huwa s-soluzzjoni ta` ċerti nisa li għadhom qed irabbu għax b'hekk qed isibu l-mezz li bih idaħħlu xi ħaġa għall-familja, kien qed jagħlaq għajnejh għall-fatt li l-part-time work kien qed jisplodi fil-kamp ta` dawk l-irġiel u ta` dawk in-nisa li jixtiequ jsibu full-time work.", "Jiena kont analizzajt figuri uffiċjali u tajt il-persentaġġi li kienu persentaġġi ta` min wieħed iħares lejhom u janalizzahom.", "Kont ukoll tkellimt fuq dawn in-nies li għandhom bżonn ikollhom full-time work ħalli jkollhom income addattat biex jgħixu tajjeb.", "F'dan ir-rapport ma nsibu xejn dwar il-problema ta` l-under unemployment.", "L-ETC qed tisħarreġ dwar din il-problema?", "M'hawn xejn f'dan ir-rapport.", "(Interruzzjonijiet) Imma m'hawnx dettalji.", "Jiena anke fittixt statistika riċenti u kulma hemm section maqsuma bl-age groups u oħra maqsuma bil- kategoriji ta` xogħol.", "Jiena xtaqt li kollna aktar dettall u jkun pubbliku ħalli kulħadd ikun jista` jara lil fejn mexjin, għax il-kwsetjoni tal-part-time work mill-aspett negattiv tagħha qed tikber f'dan il-pajjiż.", "Kellna fabbrika ewlenija li sa ftit ilu kienet taħddem full-time people u din qabdet lin-nisa u f'daqqa waħda qaltilhom li part-time work biss tista` toffrilhom.", "X'kienu r-raġunijiet ma nafx.", "Imma aħna nafu li hemm ħafna part-time workers li qed jidħlu f'part-time work mhux għax jixtiequ imma għax huwa l-uniku mezz ta` income li qed isibu u l-kondizzjonijiet tax- xogħol tagħhom huma mill-agħar.", "Dan l-aħħar kien hemm xi ħaġa fuq l-Air Malta dwar il-part-time work.", "Jiena ma rridx nasal biex ngħid li dak li jkun ġej min-naħa tagħna kostruttivament ħadd ma jagħti kasu u jaqa` fuq widnejn torox, bħalma qal l-Onor.", "Michael Asciak meta akkuża lill- oppożizzjoni li ma nagħtux kas ta` l-istqarrijiet tal-gvern.", "Nittama li le; wara kollox ir-riċerka għalhekk issir.", "Dalgħodu anke l-Viċi Prim Ministru tkellem fuq ir-riċerka b'mod posittiv.", "Imma jiena sirt naf b'każ ta' lecturer ta` l-universita` li talab lill-ETC jiżviluppaw xi riċerka li kienu qegħdin jagħmlu u dan ġie mitlub biex iħallas Lm50 għal ftit informazzjoni li talab.", "Jiena naħseb li tiżviluppa kemm tiżviluppa research unit effettiv l-ETC, naħseb li xorta għandu jkun hemm kordinament addattat u tajjeb ma` l-universita` għax żgur li hemm lok li l-universita` tista` tgħin ukoll f'dan ix-xogħol.", "Jiena naf minn ċerti korsijiet anke tas-social studies u tad-diploma tal-gender development kemm għamlu research interessanti, xi sentejn ilu, fuq in-nisa li jaħdmu bla qliegħ id-dar.", "Jiġifieri żgur li l-ETC tista' tibbenefika minn riċerki li jkunu qed isiru fl-universita`.", "Mr Speaker, irrid nistaqsi wkoll – u nittama li jkolli ftit tweġibiet – fuq il-Cottonera profiling project li hemm riferenza għalih f'paġna 22 tar- rapport ta` l-ETC.", "Kulħadd jaf li l-Kottonera għandha bżonn lenti u focus.", "Imma xtaqt inkun naf jekk hemmx xi lokalitajiet oħra li qegħdin in the offing.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax wara li analizzajt l-istatistika li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 30,435 jiena sibt li l-aktar lokal li għandu rġiel qegħda huwa Ħal Qormi.", "Fil-każ ta' nisa qiegħda qiegħed fir- raba' post u meta tagħmel l-irġiel u n-nisa f'daqqa jerġa' jitla' fl-ewwel post. Allura jiena nixtieq inkun naf b'liema mod jintgħażlu ċerti lokalitajiet biex isiru ċerti programmi?", "Jiena semmejt Ħal Qormi għax naturalment dak huwa raħal twelidi u l-ikbar raħal fid-distrett tiegħi.", "Lokalitjiet l-oħrajn fid-distrett tiegħi qegħdin ħafna 'l isfel fil-lista u Ħal Qormi qiegħed fuq nett.", "Jiġifieri jiena nixtieq li nkun naf b'liema mod jiġu ffokati ċerti programmi għal ċerti lokalitajiet.", "Mr Speaker, fl-aħħarnett nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-persuni b'disabilita` u s-supported employment scheme.", "Din hija skema importanti ħafna u qed jingħad li ġejja xi skema ġdida u qed tistenna l-approvazzjoni tal-gvern.", "Pero` rridu noqogħdu attenti li kif isiru l-affarijiet ma jkunx hemm lok ta` xi abbuż minn min iħaddem.", "Għaliex?", "Għax jien naf b'każijiet ta` persuni b'disabilita` li wara li mlew ħajjithom fil-veru sens tal- kelma u ħassew li għall-ewwel darba qed jgħixu, wara ftit tax-xhur li kienu fl-impieg dawn ġew mibgħuta lura lejn id-dar.", "Din kienet xi ħaġa trawmatizzanti ħafna għalihom.", "Xtaqt nistaqsi wkoll jekk l-ETC hiex qed taħdem mill-qrib ma' l-Adult Training Centres biex dawn jiġu żviluppati ħalli forsi jibdew jiżviluppaw ħiliet aktar addattati għal-lum.", "Xtaqt ukoll spjega ta` l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4.16 intitolat \"Intervention Unit\" li tinsab f'paġna 18 tar-rapport li tgħid hekk: ETC undertook 15 such interventions during the year involving 877 jobs.\".", "Jiena nittama li din l-istorja tal-mod kif qed nintervjenu fejn jidħlu n- nies li qed jieħdu s-sensja ....", "Jiena mhux se noqgħod ngħid għax b'solidarjeta`u b'support.", "Mhux ovvja din.", "Allaħares ma jkollniex qalbna ma` dawn in-nies.", "Lanqas se ngħidilhom kif qallhom il-Viċi Prim Ministru ġimgħa ilu fuq in-Net TV meta lil Tony Zarb qallu: Lil dawn mhux solidarjeta` biss qed nagħtuhom imma qed nagħtuhom liġi wkoll.", "Sa fejn naf jien bil-karti kollha tal-liġijiet li nieħu miegħi d-dar, s'issa lit-tifla tiegħi qatt ma tajta tiekol ġurnata waħda.", "Daqshekk ieħor dawn in-nies.", "Il-liġijiet huma importanti biex nirregolarizzaw meta l-persuna tkun qed taħdem.", "Meta ma tkunx qed taħdem irridu naraw x'nivvintaw.", "Jekk hemm bżonn ejjew nivvintaw il-welfare to work schemes kif għandhom pajjiżi bħall- Amerika.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Jean Pierre Farrugia.", "ONOR.", "JEAN PIERRE FARRUGIA: Sur President, jiena smajt b'attenzjoni lill- Onor. Marie Louise Coleiro u mill-ewwel irrid ngħid li fil-fatt il-gvern f'din l-amministrazzjoni mhux liġijiet biss qed jagħmel.", "Jekk wieħed iħares lejn il-gainfully occupied isib li minn Diċembru, 1998 sa Settembru li għadda dawn żdiedu b'4,700.", "Jekk tiddividi 4,700 bi 3, għax għaddew tliet snin minn mindu tlajna fil-gvern, issib li għandek average ta` 1,500 impieg fis-sena.", "Ovvjament wieħed jinkwieta meta jara s-sensji u huwa għalhekk li l-gvern qiegħed jiddiskuti sabiex jagħti iktar finanzi lill-ETC.", "Jekk wieħed iħares lura isib kif l-ETC qiegħda tieħu iktar flus sena wara sena.", "Jekk wieħed iqabbel dak li ntefaq is-sena l-oħra b'mod attwali ma` dak li qed jiġi propost li jintnefaq din is-sena jsib li għal dak jirrigwarda nefqa kapitali din telgħet għal Lm319,000, għal dak li jirrigwarda nefqa fuq programmi u inizjattivi isib li din minn Lm517,000 telgħet għal Lm1,135,000.", "Imbagħad għandek in-nefqa rikorrenti li minn Lm1.3 miljun issa telgħet għal Lm1.5 miljun.", "Jiġifieri l-gvern mhux qed jgħid li l- impiegi żdiedu b'tant u se jieqaf hemm.", "L-ETC qiegħda proprju hemm biex tkompli taħdem f'dan ir-rigward u ta` min ifakkar li kien gvern Nazzjonalista li waqqafha, wara kollox.", "Sur President, jekk wieħed iħares lejn paġna 5 tar-rapport isib tabella ta` l-unemployed.", "Din it-tabella turik kif iċċaqalqu l-figuri ta` l- unemployed minn Settembru 2000 għal Settembru 2001.", "F'dak li jirrigwarda żgħażagħ bejn is-sittax u d-dsatax-il sena wieħed isib li l-unemployment naqas bi 22.", "Jiġifieri kważi bqajna fejn konna.", "Imma wieħed ma jridx iħares biss lejn l-istatistika b'dan il-mod.", "Irid iħares ftit iktar fil- fond.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed ifakkar li kull sena f'pajjiżna jkollna tant żgħażagħ li jispiċċaw mill-iskola.", "Jekk wieħed jaqbad l- education statistics isib li hawn 4,531 żgħażagħ li jkun fil-Form V mferrxin fid-diversi skejjel.", "Pero` matul dawn l-aħħar snin ħafna minnhom qed ikomplu jistudjaw.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn studenti li jkomplu post-secondary education isib li filwaqt sa l-1996 kien hemm inqas minn 4,000 li kienu jkomplu jistudjaw sa l-1998 dawn telgħu għal 5,185.", "Mela għandek żieda fin- numru ta` studenti li qed ikomplu jistudjaw wara li jispiċċaw l-iskola sekondarja.", "Il-punt li rrid nagħmel huwa li jekk inti tħares lejn in-numru ta` studenti li kienu fl-ewwel sena post-secondary fl-1998 issib li dawn kienu madwar 3,500 u n-numru totali tal-fifth formers f'pajjiżna fl-istess sena jirriżulta li kienu madwar 4,500.", "Mela inti għandek 1,000 żgħażagħ u żagħżugħa li ħarġu mill-Form V u sabu fejn jaħdmu.", "Mela meta qegħdin ngħidu li l-unemployment naqas bi 22 aħna mhux qed ngħidu li nħoloq biss dak l-ammont żgħir ta` mpiegi għaż-żgħażagħ.", "Jekk wieħed imbagħad jifli l-figuri u jara kemm fifth formers ma komplewx jistudjaw imma minflok bdew jaħdmu jsib li hemm madwar 1,000 żgħażugħ u żagħżugħa li jsibu x-xogħol f'pajjiżna sena wara sena.", "Dan huwa li jispjega dawk 4,500 impieg li żidna f'pajjiżna f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Sur President, jekk wieħed iħares ftit lejn il-qasam taż-żgħażagħ isib li l- ETC qed torganizza diversi programmi u ħafna minnhom ġew launched is-sena li għaddiet.", "Fil-fatt kien hemm 763 żgħażagħ ta` bejn is-16 u l-24 sena li l-ETC sabitilhom ix-xogħol.", "Mhux ċajta li ssib impieg għal 763 żgħażagħ u żagħżugħa f'sena waħda.", "Kien hemm madwar 1,700 żgħażagħ bejn is-16 u l-24 sena li attendew għall-korsijiet ta' l-ETC, u dan ukoll huwa numru sostanzjali.", "Kien hemm ukoll diversi inizjattivi, fosthom il-job start youth initiative.", "Din hija inizjattiva fejn ikollok employment advisor li kull erba` ġimgħat ikun jista` jiddiskuti s-sitwazzjoni ma' dawn iż- żgħażagħ ta` bejn 1s-16 u l-24 sena li qegħdin ifittxu x-xogħol.", "Fil-fatt saru 834 job plan minn dawn l-employment advisors u jirriżulta li dawn it- 834 job plan saru għal 359 żgħażugħ u żagħżugħa li kull erba ġimgħat jiltaqgħu ma' l-employment advisors ta' l-ETC.", "Imbagħad hemm ukoll il-Job Experience Scheme.", "Din l-iskema li bdiet f'April li għadda hija mmirata għal żgħażagħ ta` 'l fuq minn 16-il sena li m'għandhomx esperjenza ta` xogħol.", "Dawn ikunu attached ma' organizzazzjoni għal massimu ta` tlettax-il ġimgħa fuq bażi ta' 20 hour week.", "L-ETC tkopri l-ispejjeż li jista` jkun hemm, fost oħrajn l-ispejjeż tat-trasport.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm madwar 142 żgħażugħ u żagħżugħa bejn is-16 u l-24 sena li pparteċipaw f'din l-iskema.", "Minn dawn iż-żgħażagħ kien hemm 41 li sabu fejn jaħdmu, diversi minnhom ma` dik il-kumpannija li kienu attached magħha.", "Imbagħad kien hemm 16 li ma baqgħux jirreġistraw, erba` reġgħu marru jirreġistraw u 52 li għadhom ifittxu full-time job.", "Jiġifieri kien hemm 36% minnhom li għadhom qed ifittxu x-xogħol.", "Imma bla dubju ta` xejn wieħed irid ifaħħar lill-ETC għal din l-inizjattiva ġdida li bdiet f'April li għadda u li żgur qed tgħin liż-żgħażagħ ta` bejn is-16 u l-24 sena.", "Sur President, skema oħra li nidiet l-ETC proprju f'Lulju li għadda hija dik imsejħa Basic Employment Passport Scheme.", "Din hija skema li tipprovdi basic skills programme lill-eluf ta' school leavers ibbażat fuq rakkomandazzjonijiet magħmula fil-memorandum on lifelong learning of the European Commission.", "Dan il-programm jinkludi taħriġ fl-applied literacy and numeracy, biex ikunu jafu ftit matematika, basic IT skills, technology education u numru ta` social skills.", "Fil-fatt dan huwa programm ta' 12-il ġimgħa li għalih attendew 292 żgħażagħ u żagħżugħa bejn is-16 u l-24 sena.", "Sur President, skema oħra li ġiet introdotta mill-ETC f'April tas-sena l- oħra kienet il-Youth Outreach Programme.", "F'din l-iskema jsiru job club meetings darbtejn fil-ġimgħa b'session ta' sagħtejn il-waħda għall-perjodu ta' sitt ġimgħat.", "F'dawn il-meetings jiġi spjegat liż-żgħażagħ li jattendu għalihom x'opportunitajiet ta` xogħol ikun hemm.", "Fil-fatt fil-job clubs taż-Żejtun u tal-Cottonera attendew 31 żagħżugħ u żagħżugħa u 13 minnhom sabu mpieg.", "Għall-informazzjoni ta' l-Onor.", "Coleiro irrid ngħid li din l- inizjattiva se tiġi estiża għall-Belt u għal Ħal Qormi wkoll.", "Sur President, minn diversi surveys li jsiru wieħed jaf kemm iż-żgħażagħ huma IT literate u kemm iħobbu jużaw l-internet.", "Allura tajjeb li wieħed jgħid li L-ETC għandha l-website tagħha u f'din il-website wieħed ikun jista` jfittex il-vakanzi li jkun jixtieq.", "Huwa importanti li wieħed jagħmel użu mill-internet mhux biss id-dar imma forsi anke permezz ta` inizjattivi li l-ETC tista` tieħu flimkien mal-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Sur President, l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu li beda dalgħodu.", "F'dan id-dibattitu l-Kamra qed tiddiskuti l-approvazzjoni tal-finanzjament li l-gvern qed jipproponi li jgħaddi lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Sur President, diversi punti li semmejt jiena fl-introduzzjoni tiegħi diġa` daħlu fihom sew kelliema min-naħa tal-gvern allura m'għandix għalfejn noqgħod nirrepeti u nirringrazzjahom għall-mod ta` kif espandew u spjegaw il-ħidma tal-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ matul it-tnax-il xahar li għaddew.", "Smajt ukoll l-interventi li saru min-naħa ta` l-oppożizzjoni u segwejthom b'attenzjoni.", "Irrid ngħid li bħas-soltu kien hemm interventi li tieħu pjaċir tismagħhom u kien hemm interventi li kultant tibda tgħid: Imma kif jista` bniedem ipenġi kollox iswed u ma jkollox il-kuraġġ morali li għallinqas jirrikonoxxi dak li hu tajjeb.", "Pero` r-ringrazzjament tiegħi xorta waħda jmur għal kull min ipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "Jiena naħseb li għandi nikkonċentra ftit biex inwieġeb għal uħud mill-punti li tressqu b'mod partikolari min-naħa tal-kelliema ta` l-oppożizzjoni.", "Saret riferenza, kemm mill-Onor.", "Chircop kif ukoll mill-Onor.", "Coleiro, għall-famuża kwestjoni tad-differenza bejn l-istatistika li żżom il- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u l-Labour Force Survey.", "Dwar dan tajna spjegazzjonijiet ad nauseam, imma hemm bżonn li nerġa` nirrepeti għax meta nitkellem b'faċċata tiegħi b'siġġijiet vojta, u bħalissa veru qed nitkellem f'mument fejn f'din il-Kamra faċċata tiegħi m'għandi lil ħadd ....", "Imma din il-ħaġa li kull darba jqajmu punt, tirrispondi għal darba, darbtejn, tlieta u ma nafx għal kemm-il darba oħra u tibqa` qisek tkellimt mal-ħajt u jerġa` jqum xi ħadd ieħor u jerġa` jsemmihielek teqridlek l-istonku tiegħek.", "Imma ma jimportax akkost li fil-każ inrabbu ulċera fl-istonku nerġgħu nispjegaw. .", "Sur President, hemm differenza bejn dawn iż-żewġ affarijiet u bilfors toħroġ dik id-differenza għax iż-żewġ sistemi huma differenti minn xulxin.", "L-aħħar li tkellimt fuq dan is-suġġett jien ġbidt l-attenzjoni ta` l- oppożizzjoni, għax naf li huwa suġġett gustuż għalihom, u għedtilhom li fl- Isvizzera ta` veru – mhux fl-Isvizzera tal-Mediterran – jagħmlu wkoll labour force survey u għandhom ukoll sistema ta` reġistrazzjoni u d- differenza bejn iċ-ċifri tas-sistema tar-reġistrazzjoni u l-labour force survey tagħhom titla' b'perċentawali ta` bejn 8% u 10%, mentri fil-każ ta` Malta d-differenza fil-perċentwali bejn l-istatistika li toħroġ l-ETC u l- labour force survey hija ferm inqas minn hekk għax tvarja bejn 2% u 3%.", "Imma d-diferenza bilfors toħroġ għax l-ewwelnett, kif spjega diġa` l-Onor.", "Antoine Mifsud Bonnici, fil-labour force survey jittieħed sample.", "Kieku waqt dan is-sample jinzertaw ċemplu lill-Prim Ministru u jistaqsuh x'jagħmel, u dan jgħidilhom li hu l-Prim Ministru, peress li s-sistema f'survey bħal dan timmultiplika b'35 biex inti tieħu stampa ta' Malta allura niskopru li għandna 35 prim ministru.", "U kieku waqt dan is-sample jinzertaw ċemplu lill-Kap ta` l-Oppożizzjoni u jistaqsuh x'jagħmel u jgħidilhom li hu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jimmultiplikaw b'35 u niskopru li għandna 35 kap ta' l-oppożizzjoni.", "Immaġina kieku f'diżastru jkollna f'dan il-pajjiż b'35 kap ta' l-oppożizzjoni l-ħin kollu jgħidu, minn fil- għodu sa fil-għaxija, li d-dinja hija sewda u li m'hawn xejn tajjeb għaddej f'dan il-pajjiż.", "Imma dan huwa sample.", "Tieħu numru żgħir u mbagħad timmultiplika biex tieħu stampa nazzjonali.", "Mhux ovvja li jkun hemm id- differenzi u mhux ovvja li jkun hemm il-varjazzjonijiet.", "Allura din il- ħaġa naqtgħuha darba għal dejjem.", "Il-labour force survey huwa għodda ġdida li qabel ma kellniex bħalha, issir fil-pajjiżi Ewropej kollha kemm huma, u tgħinna biex ikollna stampa preċiża.", "Nafu, bħala fatt, li jkun hemm nies li jkunu jixtiequ jaħdmu pero` ma jmorrux jirreġistraw, u bħala pajjiż jinteressana li nkunu nafuh dan ħalli l-policies tagħna nkunu nistgħu nfassluhom skond il-bżonn tal-pajjiż.", "Sur President, waqt dan id-dibattitu ġew ikkwotati ċifri u nixtieq naqta` l- kurżita` u nkun naf minn fejn ġabuhom.", "Jakkużaw lill-gvern li jbagħbas fiċ- ċifri u mbagħad nisma` ċifri u nibda ngħid: Imma minn fejn qed iġibuhom dawn iċ-ċifri?", "F'waħda mill-istqarrijiet tiegħu l-Onor.", "Chircop qal: Għarukaża kif żdiedu l-ħaddiema mal-gvern.", "Jiena qbadt l-istatistika u rajt x'kienet iċ-ċifra tan-nies li kienu jaħdmu mal-gvern f'Diċmebru, 1998 u sibt li in-numru ta` ħaddiema fis-settur pubbliku kollu, inklużi l- kumpanniji parastatali, kien ta` 49,730.", "Rajt x'kienet iċ-ċifra f'Settembru, 2001 u sibt li din kienet 48,641.", "Issa l-matematika hija sempliċi u minn ċifra għall-oħra jirriżulta li minn Diċembru, 1998 sal-lum kien hemm tnaqqis ta` 1,089 ruħ.", "Issa jkun hawn min jgħidli li kien hemm il-ħaddiema tal-Mid-Med Bank fin-nofs u allura kien hemm ħaddiema li f'mument minnhom kienu jidhru bħala ħaddiema mal-Mid-Med Bank u meta nxtara mill-HSBC dawk il-ħaddiema nqalgħu minn mas-settur pubbliku u għaddew fis- settur privat.", "Dan huwa veru.", "Allura għedt ħa nipprova naħdimha mod ieħor ħalli nasal lejn l-istampa preċiża.", "Jien qbadt in-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu mal-gvern f'Settembru 2000 u sibt li dan kien ta' 47,915.", "F'Settembru 2001, kif diġa` għedt, in-numru ta` ħaddiema mal-gvern kien ta` 48,641.", "Tan-naħa l-oħra se jgħiduli: Qed tara kif żdiedu 726 ruħ mal-gvern.", "U jiena ngħidilhom: Iva, dawn huma dawk il-ħaddiema li kienu impressed.", "Tiftakru dik il-wegħda elettorali li konna għamilna lil dawn il-ħaddiema.", "Intom tgħidulna li aħna ma nwettqux dak li nwegħdu fil-programmi elettorali tagħna.", "Waħda mill-wegħdiet tagħna kienet li minħabba l-inġustizzja gravi li kienet tapplika għall-ħaddiema impressed aħna konna se nagħmlu lil dawn il-ħaddiema, ħaddiema tal-post.", "Kellek parti minnhom li kienu jagħtu servizz ta' impressed mad-dipartimenti u kien hemm parti oħra li kienu jagħtu dan is-servizz ma` l-awtoritajiet.", "B'kollox kien hemm 750.", "Inzerta li dan in-numru huwa kważi preċiż daqs in- numru ta` ħaddiema li żdiedu mal-gvern bejn Settembru 2000 u Settembru 2001.", "U għaliex?", "Għax l-ħaddiema impressed bdew isiru tal-post f'Ottubru 2000.", "Alla jbierek, ta` l-oppożizzjoni donnhom ma ndunawx biha din.", "Jekk indunaw allura qegħdin iwasslu messaġġi li ta` min wieħed jistaqsihom ftit mistoqsijiet.", "Intom qegħdin tgħidu li lil dawn il-ħaddiema mhux suppost għamilnihom tal-post?", "Qegħdin tgħidu li jekk xi darba tkunu fil-gvern terġgħu tifħtu din il-ferita?", "Qegħdin tgħidu li ma taqblux mal-proċess li għamel il-gvern meta lil dawn għamilhom tal-post?", "Hekk qegħdin tgħidu?", "(Interruzzjonijiet) Donni qed nara lill-Onor.", "Chircop li qed jgħid iva.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidli li le.", "Mela allura fl-argumenti kollha tagħkom dwar iż-żieda ta' ħaddiema mal-gvern, jekk jogħġobkom, żommu quddiem għajnejkom li n-numru ta` ħaddiema mal-gvern żdied b'726 ruħ li kienu ħaddiema impressed.", "L-ispiża tal-gvern, biex inkunu ċari fuqha din, kienet minima għar-raġuni sempliċi li meta kienu impressed dawn kienu jitħallsu u kien hemm regola kif jitħallsu.", "Allura dak li qabel kien jitħallas lill-impressed illum qed jitħallas f'forma ta' paga bid-differenza kbira li l-impressed illum għandhom kondizzjonijiet xierqa għalihom.", "Qabel kienet li inti tagħmel impressed lill-karozza u lill-karozza la tagħtiha sick leave, la vacation leave u lanqas maternity leave għax il-karozza ma tistax toħroġ pregnant.", "(Interruzzjonijiet) Għax kultant meta tiċċajta jibqgħu jiftakru ċ-ċajta u jien qed nittama li biċ-ċajta li wieħed iżellaq jibqgħu jiftakruha din ħalli jaqtgħuha darba għal dejjem din.", "Tant hu hekk, biex insammar il- musmar sewwa ħalli jidħol ġo l-imħuħ kif għandu jidħol, uħud minn dawn il- ħaddiema meta kienu impressed kienu reġistrati wkoll bħala self-employed.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax tan-naħa l-oħra jikkritikawna wkoll li naqas in-numru ta` self-employed.", "Fil-fatt f'Settembru 2000 in-numru ta' self-employed kien ta` 15,803 u f'Settembru 2001 kien 15,253.", "Jiġifieri fi tnax-il xahar is-self-employed naqsu b'550.", "Numru sostanzjali minn dawn il-550 kienu impressed li kienu reġistrati bħala self-employed u jitħallsu bħala self-employed, pero` meta saru tal-post spiċċaw minn self-employed u ġew impjegati tal-gvern.", "Jiġifieri din li l-ħin kollu jgħidulna li qed inżidu l-ħaddiema mal-gvern u jikkwotawlna ċifri li ma nafx minn fejn iġibuhom hemm bżonn li jaqtgħuha.", "Hemm bżonn li l-ħbieb tiegħi tan-naħa ta` l-oppożizzjoni meta jitkellmu dwar dan is-suġġett iżommu quddiem għajnejhom dawn il-fatturi li qed insemmi.", "Barra minn hekk hemm fattur ieħor li ta` min isemmih.", "Malli l-Partit Nazzjonalista tela` fil-gvern, f'Settembru 1998, daħlu miżuri importanti ħafna favur il-familja u favur il-mara Maltija li kienu jippermettu, u ppermettew parental leave sostanzjali u dan kien ifisser li għal dawk li joħorġu bil-parental leave u bil-maternity leave l-gvern ikollu jissostitwixxi mill-casual employment.", "Allura anke dan huwa fattur li għandu jiġi kkonsidrat għax meta mara toħroġ bil-parental leave ma tinqatax min-numru ta` impjegati mal-gvern, imma tibqa` tidher bħala statistika u meta l-gvern jimpjega lil xi ħadd casual għall-perijodu li dik il-persuna tkun qiegħda bil-parental leave dak in-numru jiġi reġistrat ukoll.", "Allura anke dan jispejga parti sostanzjali minn dan in-numru li jidher ikun qed jiżdied imma fil-verita` ma jkunx qed jiżdied.", "Sur President, irrid ngħid ukoll żewġ kelmiet dwar il-qgħad.", "Dwar dan diġa` tkellem l-Onor.", "Jean Pierre Farrugia u kollegi oħra minn din in-naħa.", "Imma rrid ngħid wkoll li f'dan il-qasam, bid-diffikultajiet kollha, għandna sitwazzjoni pożittiva.", "Jiena l-ewwel wieħed ngħid li s-sena li għaddiet ma kenitx sena faċli.", "Ma kenitx sena faċli mhux għal Malta biss imma għad-dinja kollha.", "U ma kenitx faċli mill-bidunett tas-sena, qabel il- 11 ta` Settembru, għax kien jidher li kien hemm żviluppi, speċjalment fil- qasam ta` l-informatika li kienu diġa` qed jikkawżaw pressjonijiet kbar fid- dinja internazzjonali.", "Illum ir-realta` hija kif inhi u f'pajjiżna jeżistu ażjendi, intrapriżi, xogħlijiet u negozju li ma jiddependux għal kollox fuq kif l-affarijiet ikunu sejrin f'Malta imma fuq ordnijiet li jiġu minn barra u allura jiddependu fuq dak li jkun qed iseħħ barra minn Malta.", "Is-sena li għaddiet kienet sena li fiha kien hemm dawn il-pressjonijiet.", "Imbagħad dak li ġara fil-11 ta` Settembru kompla għamel il-ħajja iktar diffiċli għal kulħadd u pajjiżna kellu wkoll jirkeb dik il-mewġa.", "Naħseb li nkunu korretti jekk ngħidu li rnexxielna nirkbuha.", "Mhux kollox ward u zahar imma rnexxielna nsalvaw il-pożizzjoni u nistgħu nħarsu 'l quddiem b'ċertu ottimismu.", "Issa dan ma jfissirx li aħna ma nagħtux kas u ma narawx il-fatt li għandna lista ta` nies li jkunu qed jirreġistraw għax- xogħol.", "Jiena nibqa` ngħid li għal kull persuna li tkun qed tfittex ix- xogħol aħna għandna nagħmlu ħilitna u nipprovdu dak kollu li hemm bżonn biex dik il-persuna tkun tista` ssib dak ix-xogħol.", "Allura n-numru ta` nies li jkunu qed ifittxu x-xogħol hija xi ħaġa li kontinwament inħarsu lejha u anke jekk pajjiżna huwa fost dawk il-pajjiżi li għandhom l-inqas rata ta` qgħad irridu noqogħdu attenti għax xorta qed nitkellmu fuq mijiet u eluf ta` nies u xorta għandek l-obbligu li tibqa` ssib is-soluzzjonijiet għalihom.", "Jiġifieri bl-ebda mod ma rrid nagħti l-impressjoni li aħna kuntenti għax in-numru tal-qgħad tagħna għadu qiegħed f'livelli baxxi meta mqabbla ma` pajjiżi oħrajn.", "Imma madanakollu rrid nirreġistra l-fatt li meta wieħed iħares lejn dak li rrnexxielna noħolqu bħala postijiet tax- xogħol matul dawn it-tliet snin u nofs jara li ħloqna ammont sostanzjali ta` postijiet tax-xogħol.", "Jekk tqabbel il-gainfully occupied li kien hemm f'Diċembru 1998 ma' dawk li kien hemm f'Settembru 2001 issib li f'dan il-perjodu taż-żmien kien hemm 4,684 ruħ iżjed jaħdmu.", "Issa m'iniex qed inkun ġust sa barra għax qed nieħu minn Diċembru 1998 sa Settembru 2001 u ħażin meta tqabbel hekk.", "F'din l- istatistika l-aħjar li tqabbel dejjem xahar ma` xahar, li se nagħmilha wkoll.", "Fis-sajf għandek it-turiżmu, il-catering, ir-restaurants, l-fabbriki tas-soft drinks u diversi affarjiiet oħra.", "Imma mbagħad dak ix-xogħol jonqos.", "Allura nagħmlu ħażin meta naqbdu x-xahar ta` Settembru ta` ċerta sena u nqabbluh max-xahar ta` Diċembru ta` sena oħra.", "Trid tqabbel xahar b'xahar.", "Imma anke jekk nagħmel hekk insib żieda fil-gainfully occupied.", "Fil-fatt fix-xahar ta` Settembru 1998 f'pajjiżna kellna 133,940 ruħ jaħdmu u f'Settembru 2001 kellna 137,708.", "Dan ifisser li kellna żieda ta` 3,104 persuni.", "Nerġa' ngħid li għalkemm mhux kollox ward u żahar dan ifisser li din hija performance tajba, li l-ekonomija miexja u li qed niġġeneraw l- impiegi f'pajjiżna.", "Sur President, dwar il-kwestjoni tar-redundancies irrid ngħid xi ħaġa wkoll għax bħalissa dan huwa suġġett li wieħed bilfors irid jiddiskutih.", "Din hija realta` għax veru li kien hawn dawn is-sensji lill-ħaddiema li kienu jaħdmu ma` Portanier u mal-Bognor, imma aħna ħadna il-miżuri li kellna nieħdu immedjatament.", "Mhux għax għamilna l-liġi.", "Il-liġi qiegħda hemm biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Il-proposti tagħna fil-liġi huma li għandu jkun hemm livell ta` diċenza li għandu jiġi segwit fir- relazzjonijiet bejn l-employer u l-impjegati tiegħu.", "Imma rrid nagħmel enfasi fuq x'għamlet l-ETC.", "L-ETC xi sena jew sentejn ilu waqqfet intervention unit u malli ssir taf li se jkunu ssensjati xi nies tintervjeni mill-ewwel biex tipprova ssolvi l-problema.", "Imma d-diffikulta` l-kbira – u għalhekk il-liġi se tkun importanti – hija li l-ETC mhux bilfors tkun taf x'qiegħed jiġri għax l-affarijiet ikunu qed jinħmew bil- moħbi.", "Imbagħad tiftaħ il-gazzetta u ssib li t-tali kumpannija għadha kif itterminat l-impieg ta' 40 jew 50 ruħ u mbagħad iqum ħafna paniku.", "Imma meta l-ETC kellha każijiet fejn saret taf minn qabel li kien hemm il-ħsieb li se jkun hemm it-terminazzjoni ta' mpiegi, intervjena dan il-unit, ikkomunika mal-union partikolari li kienet involvuta fuq il-post tax- xogħol, tkellem ma` l-employer u f'sitwazzjonijiet partikolari nies li l- impieg tagħhom ġie terminat minħabba redundancy lanqas biss marru jirreġistraw għax-xogħol għax mill-ewwel sabulhom post alternattiv fejn jipplejsjawhom.", "U jien, lil ta' l-ETC inneħħilhom il-kappell għal din il- biċċa xogħol ferm tajba li għamlu.", "Lanqas biss jirreġistra ma jmur il- persuna.", "Terminat minn ċertu post u mmedjatament jibda f'post ieħor.", "Ovvjament mhux dejjem jirnexxielek u kultant jeħodlok iż-żmien biex jirnexxielek.", "Dan l-aħħar kellna il-każ tal-ħaddiema tal-Bognor fejn ġew issensjati bejn 60 u 70 ruħ.", "Nista` ngħid li numru minn dawn il-ħaddiema diġa` nstabilhom post ieħor fejn jaħdmu.", "Sur President, l-Onor.", "Chris Agius għamel diskors tajjeb.", "Fejn ra l- pożittiv qal li hemm il-pożittiv u fejn deherlu li kellu jikkritika, ikkritika.", "Dan huwa t-tip ta` dibattitu li nieħu pajċir nieħu sehem fih u ħadt nota wkoll tal-punti ta` kritika li qanqal.", "L-Onor.", "Agius semma l- ammont ta' redundancies li kien hawn f'dawn l-aħħar xhur.", "Pero` jiena ġibt miegħi ċ-ċifri ta' redundancies li saru f'perjodu meta fil-gvern kien hemm il-Partit Laburista.", "Fl-1997 f'Settembru kien hemm 168, f'Ottubru kien hemm 207, f'Novembru kien hemm 203 u f'Diċembru kien hemm 194.", "Fis-sena ta` wara f'Jannar kien hemm 219, fi Frar kien hemm 183, f'Marzu kien hemm 174, f'April kien hemm 182 u f'Mejju 1998 kien hemm 120.", "Jekk tgħoddhom kollha dawn jaqbżu 1,600 ruħ.", "Ippermettuli nfakkar ukoll li fil-proċess il-qgħad f'pajjiżna kien dejjem tiela` u tiela` u kien kważi laħaq iċ-ċifra ta` 8,000 ruħ.", "Jiġifieri qabel ma jiġu hawn jikkritikaw u jġibu d-dinja fit-tarf wieħed irid jara l- istampa kollha.", "Aħna nirrikonoxxu li f'pajjiżna jkun hemm mumenti ta` ristrutturar, liema strutturar ikun ifisser bidliet u rridu nirrispondu billi jkollna s-soluzzjonijiet għalihom.", "Sur President, ngħaddi issa biex nirrispondi lill-Onor.", "Chircop dwar il- ħrafa tat-12,000 ruħ li qal li nqatgħu minn fuq ir-reġistru tax-xogħol.", "Jekk inti tistaqsi lill-ETC kemm inqatgħu nies minn fuq ir-reġistru din tagħtik in-numru.", "Imma inti trid iżżomm quddiem għajnejk li min jispiċċa bil-pensjoni l-ETC taqtgħu wkoll.", "Jekk lill-ETC tistaqsiha kemm inqatgħu nies mir-reġistru f'ċertu perjodu u, per eżmpju, tgħidlek li nqatgħu 50 ruħ, inti ma tistaqsihiex kemm min dawn in-nies spiċċaw bil-pensjoni jew ġew boarded out jew inkella spiċċalhom il-kuntratt?", "Kif taqbaq u tassumi li l-ETC qatgħet barra 12,000 ruħ?", "Ma tarax li din hija redikolaġni mill- kbar?", "Din spjegajta għal darba, darbtejn, tliet darbiet u anke erba` darbiet u terġa` tgħidha.", "Qabel ġejt hawnhekk tajt daqqa t'għajn lejn id- dibattitu tas-sena li għaddiet u sibt li dan l-argument diġa` spjegajnih is- sena l-oħra.", "Sena sħiħa nirriċiklaw l-istess argumenti, jien nirriċikla l- istess tweġibiet u nispiċċa qisni qed nitkellem mal-ħajt.", "Sur President, tqajmu wkoll xi punti fuq x'inhi l-pożizzjoni dwar it- training grants ta` l-Industrial Development Act.", "Il-pożizjzoni hija li matul is-sena finanzjarja 2000-2001il-korporazzjoni kompliet tamministra l- IDA training grants bħalma kienet tagħmel fis-snin ta' qabel f'isem l-MDC.", "Matul din is-sena l-korporazzjoni ħallset ftit iżjed minn Lm104,000 fi training grants.", "Pero` jonqosha tħallas kważi Lm221,000 lill-kumpanniji li se jitħallsu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Dawn il-pagamenti għadhom ma sarux peress li l-fondi pprovduti għas-sena li għaddiet kienu esawriti kollha u allura bilfors kellhom jidħlu fil-finanzjament ta` din is-sena.", "Għall- informazzjoni tal-kollegi tiegħi f'din il-Kamra, minn dawn it-training grants se jkunu gawdew 2,820 ħaddiem.", "Sur President, l-Onor.", "Chircop semma wkoll in-Night Institute for Further Technical Education courses li nsibuh bħala n-NIFTE u ried jagħti l- impressjoni li m'aħniex nagħtuh importanza.", "Dan twaqqaf fi żmien l- amministrazzjoni Laburista u jien niftakarni nitkellem mill-bankijiet ta` l- oppożizzjoni u nifraħ lill-ex-Ministru Edwin Grech talli kien ħa din l- inizjattiva, għax irid ikollna l-kuraġġ li fejn hu tajjeb ngħidu li hu tajjeb.", "Sibu d-debate u taraw li dan li qed ngħid huwa minnu.", "Imma apparti dan, fis-sena finanzjarja 1998/1999 l-ETC ħarrġet 86 persuna fin-night institute u kienet qed toffri żewġ programmi li, bejn wieħed u ieħor, kienu jieħdu sena.", "Fis-sena finanzjarja 2000/2001 in-numru ta` 86 persuna tela` għal 127 u rrid ngħid li l-korsijiet li joffri dan l-istitut, minn tnejn telgħu għal tnax.", "Bir-riċerka li għamilna pprovajna nidentifikaw dawn it-tip ta` programmi u llum qegħdin jagħmlu programi f'middle management għal nies tekniċi, f'industrial engineering, f'materials and manufacturing management u f'warehousing and distribution and retail management.", "Barra minn dawn hemm programmi oħra f'accounting for small business, fi training for job coaches, train the trainees, DTP and CAD.", "Irrid ngħid ukoll li l-ETC fis- sena finanzjarja li għaddiet naqqset il-misati li jridu jitħallsu biex aktar ditti jagħmlu użu mill-programmi li l-istitut ikun qed joffri biex b'hekk jibbenefikaw ħafna iżjed nies.", "Sur President, xtaqt nagħmel punt li kont għamiltu s-sena l-oħra wkoll.", "Pero` din is-sena għandi dritt li nenfasizzah iżjed milli enfasizzajtu s- sena l-oħra.", "Is-sena li għaddiet il-gvern, lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ allokalha prattikament id-doppju ta` li kien jiġi allokat fis-snin ta` qabel.", "Qabel kien ikollha tmexxi b'somma li tvarja bejn Lm900,000 u Lm1 miljun.", "Is-sena li għaddiet il-gvern ivvota somma apparti ta` kważi Lm900,000 biex il-korporazzjoni tkun tista` tagħmel programmi, u dawk il- programmi tiffokahom għal dawk is-setturi li l-iktar għandu bżonn pajjiżna.", "Din is-sena f'dawn l-estimi, li jiena nittama li din l-Kamra tapprova u li l-oppożizzjoni tivvota favur tagħhom ....", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħidu li mhux se jivvotaw favur tagħhom.", "Biex min isegwina jifhimna, meta xi ħadd jivvota kontra jkun qed jgħid li ma jaqbilx li dawn il-flus nagħtuhom lill- ETC.", "(Interruzzjonijiet) Tajba din!", "Jekk tridu li nimxu hekk, nimxu hekk.", "(Interruzzjonijiet)", "MR SPEAKER: Jekk jogħġobkom, żommu l-ordni.", "No cross debates.", "Il-Viċi Prim Ministru jindirizza lis-Sedja, jekk jogħġbu.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Din is-sena qegħdin ngħidu li mill-kważi Lm900,000 li vvotajna matul is-sena li għaddiet kien hemm somma ta` Lm400,000 li ma ntefqietx għall-programmi għax uħud mill-programmi nbdew f'nofs is-sena u l-gvern aċċetta li dawk il-flus iżidhom ma` l-ammont ta` flus li se jiġu vvotati għall-ETC.", "U rrid nenfasizza, għax ħadd ma semmiha din, li l-ammont li qed jiġi propost li jiġi vvotat lill-ETC, meta tgħodd dan kollu, issa tela` għal Lm2,944,000.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq kważi Lm3 miljuni li qed jiġu vvotati lill-ETC.", "Fi kliem ieħor we are putting our money where our mouth is.", "F'eżerċizzju fejn dan il-gvern qed jagħmel ħiltu ħalli jsolvi l-problema tad-deficit u jnaqqas l-iżbilanċ ta` dan il- pajjiż, dan il-gvern qiegħed, għal darb'oħra, iżid il-vot li qed jalloka għall-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ.", "Għaliex qed jagħmlu dan?", "Qed jagħmlu għax jirrikonoxxi li din l-aġenzija hija parti importanti mill- mużajk li għandu pajjiżna għal dak li hemm bżonn biex il-pajjiż ikun jista` jimxi 'l quddiem.", "Sur President, l-Onor.", "Coleiro, bir-raġun kollu, semmiet l-importanza ta` l- aspett ta` taħriġ għax pajjiżna jrid jipproduċi ħaddiema li jkunu mħarrġa għall-bżonnijiet li għandu pajjiżna llum u għall-bżonnijiet li pajjiżna se jkollu bżonn fis-snin li ġejjin.", "Huwa veru li hawnhekk irid isir allaċċament ma` l-edukazzjoni għax huwa bis-saħħa ta` l-allaċċament mal- Ministeru ta` l-Edukazzjoni li nistgħu nippreparaw it-triq, għax studenti ta` 10 snin illum se jkunu fid-dinja tax-xogħol 10 snin oħra.", "Pero` ma nafx għaliex f'mument minnhom, donnu b'sens ta` kritika, l-Onor.", "Coleiro qalet kemm domna biex ftaħna l-kulleġġ, Qed nirreferi għall-Kulleġġ għall- Arti, Xjenza u Teknoloġija.", "Dan huwa kulleġġ ġdid li ġie inawgurat is-sena li għaddiet u naħseb li huwa wieħed mill-iktar passi importanti għall- pajjiżna għax dan jagħti triq ġdida biex dik il-karriera tiġi żviluppata liż-żgħażagħ tagħna.", "Jien naħseb li dan kien punt mill-iktar pożittiv u huwa tajjeb li l- affarijiet nagħmluhom bis-serjeta`.", "Jiena wkoll ninkwieta meta nara li kien hemm studenti li xtaqu jidħlu f'dan il-kulleġġ u ma kienx hemm biżżejjed servizzi biex ikun jista` jassorbihom.", "Pero' ejjew nagħmlu l- affarijiet sew.", "Biex il-kulleġġ tmexxih tajjeb irid ikollol għalliema kwalifikati u mħarrġa biex ikunu jistgħu jgħallmu ħalli jkollna kulleġġ li jiffunzjona u mhux ikollna kulleġġ biex sempliċiment inżidu n-numri ta` studenti.", "J'Alla nkomplu mexjin għax dak il-kulleġġ irid jagħmel id- differenza kollha, pero` mhux il-kulleġġ biss.", "Jiena fl-introduzzjoni għedt li dawn l-iżviluppi kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ wieħed irid jarah fil-kuntest ta` dak li hemm miktub fir-rapport ta' l-ETC.", "Wieħed irid jara wkoll in-numru ta` programmi u inizjattivi li ġew imnedija s-sena li għaddiet biex jindirizzaw is-setturi li huma l-iktar diffiċli, bħalma huma programmi għal dawk li għandhom 'il fuq minn 40 sena u għal-long-term unempolyed, jiġifieri li jkunu ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax- xogħol.", "U jekk wieħed jara t-tabelli li hemm fir-rapport ta' l-ETC jinduna li kellna riżultati pożittivi matul is-sena li għaddiet għax meta tqabbel il-perċentwali ta` nies li għandhom 'il fuq minn 40 sena li qed ifittxu xogħol ma` dik ta` tliet snin ilu ssib li din il-perċentwali fil-fatt naqset.", "Dan huwa kollu tajjeb.", "Imma dan kollu trid tarah fil-kuntest tal-business plan ta' l-ETC, fil-kuntest ta' l-analisi li kienet saret u li tirriżulta mill-Joint Assessment Paper li ffirmajna ma` l-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta` l-emendi li qegħdin nipproponu li nagħmlu fil-liġijiet tax-xogħol, fil- kuntest tal-liġi dwar l-ugwaljanza bejn il-mara u r-raġel, li dalwaqt noħorġu white paper fuqha, fil-kuntest tal-liġi tas-saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol u fil-kuntest tal-kunsill għat-twaqqif ta' l-NVQs.", "Dawn huma kollha affarijiet pożittivi.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-ewwelnett kienet sena ta` ħidma pożittiva u rrid nifraħ lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, lill-bord kollu kemm hu, liċ-Chief Executive Officer u lill-ħaddiema kollha għax- xogħol siewi li għamlu.", "Dawn għamlu xogħol li kien voluminuż u li tana riżultati.", "Nawguralhom ukoll għall-ħidma li għandhom quddiemhom f'dawn it- 12-il xahar li bdew f'Ottubru li għadda għax hija ħidma importanti.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti hija li għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna pjan għall-iżvilupp tar-riżorsi umani.", "Din hija xi ħaġa li l- ETC qiegħda taħdem fuqha.", "Allura nawgura li l-ETC tkompli taqdi l-funzjoni tagħha li hija funzjoni rikonoxxuta bħala importanti – ngħid dan f'isem il- Parlament kollu - biex pajjiżna ikun jista` jkompli miexi 'l quddiem.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 2001/2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta oħra.", "Billi ntalbet votazzjoni, il-Kamra ġiet sospiża fid-9:00 pm u rriżumiet 20 minuta wara.", "MR SPEAKER: Se nerġa' nagħmel il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l- Kamra tapprova l-Estimi ta' Nfiq tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ għas-sena 2001/2002.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "(Onor. Membri: No) Carried.", "ONOR.", "MEMBRU: Division.", "VOTAZZJONI NRU.", "348 FAVUR : 31", "L-Onor.", "|Abela Anthony |Galea Mario | |Agius Francis |Galea Pace | | |Victor | |Asciak Michael |Gatt Austin | |Azzopardi |Gonzi Lawrence | |Frederick | | |Bonnici Josef |Hyzler George | |Bonnici Michael |Mifsud Bonnici | | |Antoine | |Borg Tonio |Mifsud Bonnici | | |Carmelo | |Cristina Dolores |Mugliett Jesmond| |Dalli John |Muscat Claude | |D'Amato Helen |Pullicino George| |Debono Giovanna |Pullicino | | |Orlando Jeffrey | |Deguara Louis |Refalo Michael | |Farrugia Jean |Vassallo Edwin | |Pierre | | |Fenech Adami |Zammit Ninu | |Eddie | | |Galea Censu |Zammit Dimech | | |Francis | |Galea Louis | |", "KONTRA : 24", "L-Onor. | | | |Abela Carmelo |Farrugia Angelo | |Agius Chris |Farrugia Michael| |Bartolo Evarist |Farrugia Noel | |Brincat Leo |Gulia Gavin | |Buhagiar Charles |Law Rita | |Buhagiar Louis |Mangion Charles | |Cardona Chris |Mizzi Joe | |Chircop Karl |Parnis Silvio | |Cilia Joe |Sammut Joseph | |Coleiro Marie |Sant Alfred | |Louise | | |Cuschieri Joseph |Vassallo Adrian | |Dalli Helena |Vella George | | | |", "Il-mozzjoni għaddiet. .", "MR SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta` Jannar, 2002 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' Membri Parlamentari fil-Konvenzjoni dwar il-futur ta' l-Ewropa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri ta' l-Estimi - Kumitat;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali - Kumitat (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Kultura u l-Arti - Kumitat; u", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż - Kontinwazzjoni.", "------------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigurta' fl-Ikel - Kumitat Permanenti; u Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta - Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "Il-Viċi Prim Ministru.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, xtaqt nagħmel intervent qasir dwar id- diskors li għamel dalgħodu l-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar l-iskandlu tal-Lay Lay u se nillimita ruħi biex nirrispondi direttament għal tliet punti li huma, fl-opinjoni tiegħi, rilevanti.", "L-ewwelnett il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed ipinġi din il-kwestjoni daqslikieku kienet xi ħaġa li ġiet leaked mis-Sur Victor Sciberras Grioli.", "Qed jallega li s-Sur Sciberras Grioli, b'mod moħbi, għadda xi informazzjoni lill-Partit Nazzjonalista fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni, imbagħad il-kwestjoni kollha ħarġet fil-beraħ.", "Jien dan niċħdu kategorikament.", "Fl-14 ta' Awissu 1998 kienet saret konferenza stampa mill-ministru li dak iż-żmien kien responsabbli mill-qasam tad- djar, Alfred Portelli, u waqt din il-konferenza stampa huwa ta d-dettalji dwar l-iskema li biha l-gvern kien se jixtri postijiet battala mingħand sidien privati.", "Sur President, infakkar li l-14 ta' Awissu 1998 kienet il-ġurnata li fiha ġew iffirmati s-sitt konvenji b'valur ta' Lm2 miljun.", "Tnejn minn dawn il- konvenji kienu mal-kumpannija Lay Lay Company Limited, b'valur ta' Lm1.4 miljun.", "Kien il-ministru Portelli stess li fil-konferenza stampa ta d- dettalji ta' din l-iskema u fost dawn id-dettalji semma bl-iktar mod ċar li l-gvern kien se jixtri proprjeta` b'valur ta' Lm1,400,000 mingħand il-Lay Lay Company Limited.", "Semma wkoll li l-gvern u l-awtorita` tad-djar kienet se tixtri proprjeta` mingħand is-Sur Dimech bi prezz ta' Lm289,000 u semma wkoll li l-awtorita` kienet se tixtri proprjeta` mingħand ċerti Camilleri, Bartolo u Muscat bil-valur ta' Lm279,000.", "Din l-informazzjoni ngħatat waqt din il-konferenza stampa li nżammet fl-14 ta' Awissu.", "Biex infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar dan kollu se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwelnett kopja tar-rapport li deher f'\"The Times\" tas-Sibt, 15 ta' Awissu 1998 fejn toħroġ bl-iktar mod ċar din l-informazzjoni li għadni semmejt, inkluż in-numru ta' residenzi, il-valur tal-kuntratti, in- numru ta' garaxxijiet u d-dettalji kollha li kienu marbuta ma' din l- iskema.", "Dakinhar waqt il-konferenza stampa, ġurnalist mill-gazzetta \"In-Nazzjon\" kien staqsa diversi mistoqsijiet lill-Ministru Portelli li kienu wkoll rabtu l-kwestjoni tal-kumpannija Lay Lay Co. Ltd. ma' investigazzjoni li kienet saret qabel mill-Imħallef Anastasi dwar irregolaritajiet li kienu saru fil-Mid-Med Bank qabel l-1987.", "Nitlob il-permess tal-Kamra biex inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tar-rapport ta' din il- konferenza stampa, tal-mistoqsijiet li saru dakinhar u tat-tweġibiet li ġew irrapportati f'\"In-Nazzjoni\" nhar is-Sibt 15 ta' Awissu 1998.", "Se npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' din l-istess konferenza stampa bil-membri ta' l-Awtorita` tad-Djar ta' dak iż-żmien preżenti għal din il-konferenza stampa fosthom iċ-chairman li dak Iż-żmien kien is-sur Galea, is-sinjura Carmen Sant, il-Perit Piju Busuttil, Alla jaħfirlu, u nies oħrajn li jidhru f'dan ir-ritratt.", "Għandi wkoll ir-rapport ta' l- \"orizzont\" tal-15 ta' Awissu ta' l-1998 u biex inkunu kompluti fl- informazzjoni inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra wkoll kopja ta' statement press release li ħareġ id-dipartiment ta' l-informazzjoni fl-14 ta' Awissu ta' l-1998, jiġifieri dakinhar li ġew iffirmati dawn is-sitt konvenji.", "Skond din l-istqarrija l-gvern qed jixtri 112-il post ta' residenza mingħand il-privat.", "Qed inpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra biex infakkar lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li l-informazzjoni kollha kienet ġiet ippubblikata u ħarġet b'riżultat ta' din il-konferenza stampa, bir- riżultat tal-mistoqsijiet li saru waqt din il-konferenza stampa u ta' l- inforazzjoni kollha li kien ta l-Ministru Portelli.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-punt li għamel il-Kap ta' l- Oppożizzjoni dwar is-suppost pressjoni li kien għamel is-Sur Victor Sciberras Grioli biex dawn il-konvenji jiġu ffirmati.", "Dan mhux tali ġie miċħud miċ-chairperson tal-housing authority ta' dak iż-żmien is-sur Victor Galea fil-programm Bondi+ li sar il-bieraħ fuq l-istazzjon tal-PBS imma nfakkar lil-Kap ta' l-Oppożizzjoni li dak il-konvenju kien ġie ffirmat mill- istess chairman tal-housing authority fl-istess ġurnata li saret din il- konferenza stampa.", "Dawn il-fatti jiċħdu l-allegazzjoni tal-Kap ta' l- Oppożizzjoni li Sciberras Grioli għamel pressjoni.", "Irrid ngħid ukoll li mid-diskors li għamel dalgħodu l-Kap ta' l- Oppożizzjoni għall-ewwel darba smajt l-ammissjoni li - u se nuża l-kliem tiegħu kif jirriżultaw mit-text unedited u unofficial li ngħatajt mill- iskrivan tal-Kamra:", "\"l-iskandlu ta' Sciberras Grioli jinsab hawn: li kien hu li qabel l- elezzjoni ħeġġeġ lil-Lay Lay jiffirma dawk il-konvenji ... \"", "Issa qed jiriżulta li l-affarijiet m'humiex hekk, pero` se nkompli naqra:", "\"Hu kien jaf li setgħu jsiru imma kien jaf ukoll li l-prudenza kellha tkun li jiġu posposti sa wara l-elezzjoni.\"", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fid-diskors li għamel dalgħodu hu stess qed jgħid li kien żball li dawk il-konvenji ġew iffirmati dak iż-żmien, ma messhomx ġew iffirmati u l-prudenza kellha tkun li jiġu posposti sa wara l- elezzjoni.", "L-aħħar kelma li xtaqt ngħid hija dwar il-laqgħa li ssemmiet li nżammet miegħi f'Jannar ta' l-1999.", "L-ewwelnett irrid nagħmilha ċara li l-laqgħa ntalbet mis-Sur Michael Axisa nnifsu.", "Intalbet għal darba, darbtejn tlieta u finalment jien aċċettajt li niltaqa' miegħu.", "Preżenti għal dik il-laqgħa kien hemm iċ-chairperson ta' l-Awtorita` tad-djar pero` s-Sur Axisa ġie akkommpanjat mill-avukat tiegħu u ġie akkompanjat ukoll, jekk niftakar tajjeb imma din irrid nivverifikaha - mill-perit tiegħu, jiġifieri mill- perit li kien responsabbli għal dan il-bini.", "Dakinhar jiena ġbidt l- attenzjoi tas-Sur Axisa li l-iskema kollha li taħtha hu kien iffirma dan il- konvenju ma' l-awtorita` tad-djar kienet tikser ir-regolamenti u kienet tmur kontra pariri li kienu ngħataw mid-direttur tal-kuntratt, mill- Ministeru tal-Finanzi, mill-Avukat Ġenerali u finalment mill-avukat ta' l- Awtorita` tad-Djar.", "Kont għedtlu li jiena assolutament ma kelli l-ebda intenzjoni li nonora dak il-konvenju u kont għedtlu wkoll li mhux fil-każ tiegħu biss imma anke fil-każ tas-sitt konvenji li kienu ġew iffirmati.", "Informajtu li dik l-iskema kient magħluqa u ma kienx hemm ċans li b'xi mod jew ieħor tkompli.", "Informajtu wkoll li l-gvern kien qed jaħdem fuq skema radikalment different li ħadet in konsiderazzjoni l-pariri kollha li taw in- nies kollha.", "Fil-fatt l-iskema li sussegwentement ħarġet min-naħa ta' awtorita` tad-djar kienet ġiet imfassla kompletament fuq il-pariri li kienu ngħataw mill-uffiċjali kollha mdaħħlin f'din il-kwestjoni u li kienu taw pariri kif din l-iskema kellha ssir bit-trasparenza kollha.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar punt li s'issa għadu ma ħariġx u jiena nibqa' ngħid li dawn huma dokumentazzjoni ppubblikati fuq il-mejda tal-Kamra, ippubblikajnihom sentejn ilu u niskanta kif qisu kulħadd jinsa kollox.", "Irrid infakkar li fost l-affarijiet kollha li kien hemm involuti f'din il-famuża kwestjoni tal-Lay Lay kien hemm parti li titkellem dwar Lm300,000 valur ta' xogħol li kellu jsir mis-sur Michael Axisa fil- proprjeta` in kwestjoni.", "Kien sar ftehim li dawk it-Lm300,000 tiffinanzjahom l-awtorita`.", "Mela qegħdin nitkellmu fuq konvenju mill- awtorita` biex tixtri proprjeta` b'valur ta' Lm1.4 miljun li Lm300,000 minnhom kienu xogħol ta' direct order li suppost kien xogħol li jagħmlu s- Sur Axisa.", "Is-Sur Axisa ma kellux flus biex jagħmlu u l-awtorita` ntrabtet li tgħaddilu l-flus hi biex hu jagħmel dak ix-xogħol imbagħad hu jirritorna lill-awtorita` l-proprjeta` bix-xogħol li suppost kien qed isir.", "Jiena nassigurak, Mr Speaker, li arranġament ta' dan it-tip f'għomri qatt ma rajt jiġifieri li Awtorita` tkun qed tixtri b'valur, tagħti direct order u tispiċċa tiffinanzja hi stess din l-operazzjoni.", "Jidhirli li dan kollu huwa skandaluż mill-bidu sa l-aħħar.", "Jekk tippermettili, Sur President, xtaqt nagħmel punt dwar dak li qal il- Kap ta' l-Oppożizzjoni dalgħodu dwar laqgħa li kienet saret fit-12 ta' Frar, li għaliha attendejna jien, il-Prim Ministru u s-Sinjura Marisa Micallef Leyson.", "Skond il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru kien qal - u se naqra l-kliem preċiżi -", "\"Matul din il-laqgħa Micallef Leyson informat lill-Prim Ministru bil- ftaħir taċ-Chief Executive, jiġifieri Sciberras Grioli, li kien hu li llijkja l-iskema tal-Lay Lay lill-Partit Nazzjonalista.", "Kien f'din l- okkażjoni famuża li l-Prim Ministru qal li dak iż-żmien li ġie llijkjat il-konvenju hu kien grat lejn Sciberras Grioli \"imma dejjem kont naf li għamel ħażin\"\".", "Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni qed jallega li dakinhar, waqt dik il-laqgħa li għaliha konna preżenti jien, il-Prim Ministru u Marisa Micallef Leyson, il- Prim Ministru kien uża l-frażi \"imma dejjem kont naf li għamel ħażin\".", "Dan m'hu veru xejn.", "Dan niċħdu.", "Jien kont preżenti għal dik il-laqgħa u l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma kienx preżenti għaliha.", "Jiena nixtieq inkun naf kif jaqbad u għal darb'oħra jispara allegazzjonijiet ta' dan it-tip u mingħajr ebda nitfa' ta' evidenza jew ta' prova.", "Jidhirli li għal darb'oħra l-Kap ta' l-Oppożizzjoni qiegħed juri t-tattika assolutament maħmuġa li hu jrid juża ħalli mingħalih jitfa' t-tajn imma dak it-tajn se jibqa' ma jdejh.", "Mr Speaker, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra dawn id-dokumenti.", "MR SPEAKER: Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva)", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"The Times\" tas-Sibt, 15 ta' Awissu 1998, intitolat \"Government to buy 221 building units from the private sector\";", "Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"In-Nazzjon\" tas-Sibt, 15 ta' Awissu 1998, intitolat \"Konvenju ta' Lm1.4 miljun mal-Lay Lay\"; Kopja ta' rapport li deher fil-ħarġa ta' \"l-orizzont\" tas-Sibt, 15 ta' Awissu 1998 intitolat \"Il-Gvern jixtri postijiet battala mingħand sidien privati\"; u", "Kopja ta' stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni datata 14 ta' Awissu 1998, intitolata \"Il-Gvern jixtri 112 post ta' residenza mingħand il-privat\".", "Grazzi, Mr. Speaker.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L-Onor.", "Mario Galea.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Mr Speaker, fil-ħin li fadal ma stajtx ma nagħmilx ftit kummenti dwar l-ismoke free policy li nistgħu ngħidu li bdiet taħdem illum fil-Parlament.", "Kif forsi jafu l-ġurnalisti u l-membri ta' din il- Kamra, way back qabel l-aħħar tas-sena l-oħra jiena kont qajjimt is- suġġeriment fil-House Business Committee li l-parlament imissu jagħti eżempju u jmissna hawnhekk nadattaw a smoke free policy.", "Irrid ngħid li l-oppożizzjoni kienet qablet ma' dan is-suġġeriment u għal dan il-għan kien sar kumitat li kien kompost minni, mill-Onor.", "Carmelo Abela li hu l-assistant whip tan-naħa ta' l-oppożizzjoni, mir-rappreżentant ta' l-iskrivan tal-Kamra kif ukoll minn Miss Maria Ellul mill-health promotion unit tad-Diviżjoni tas-saħħa li rrid nirringrazzajha pubblikament għall-pariri, l-għajnuna u l-gwida tagħha biex stajna nfasslu l-ismoke free policy fil-parlament.", "Konna ltqajna numru ta'drabi u fl-aħħar kien hemm qbil li nagħmlu draft u dan id-draft ġie diskuss u maqbul miż-żewġ gruppi parlamentari.", "Illum nistgħu ngħidu li saru l-arranġament loġistiċi biex din daħlet fis-seħħ.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra li kkoperaw ħafna u fehmu l-importanza li dan il-parlament m'għandux jibqa' biss li noqogħdu nippriedkaw lil ħaddieħor x'għandna nagħmlu jew x'ma għandniex nagħmlu imma nibdew aħna li nagħtu eżempju.", "Dak li qed nagħmlu llum aħna jiġifieri li dan il-parlament ikun smoke-free m'għandix dubju li f'numru ta' snin oħra se jiġi ntrodott f'diversi istituzzjonijiet u f'diversi postijiet oħra f'Malta u Għawdex.", "Mr Speaker, illum hemm evidenza li dejjem qed tiġi ssudata li t-tabakk mhux biss jagħmel ħsara imma t-tabakk joqtol lin-nies.", "Waqt li jien qed nitkellem hawn illum mill-inqas persuna waħda mietet jew qiegħda tmut bħalissa f'Malta minħabba s-sigaretti.", "Mill-inqas waħda, għax jista' jkun li iktar minn waħda.", "I llum huwa smat li sigarett wieħed fih iktar minn 60 tip ta' velenu differenti u huwa ppruvat ukoll li wħud minnhom jikkawżaw, fost affarijiet oħra kanċer fl-utru u f'diversi tipi ta' organi oħra.", "Nafu wkoll li t-tipjip huwa wkoll assoċjat ma' diversi mard kardjovaskolari u nafu li f'Malta għandha rata għolja ħafna ta' mard tal-qalb u kardjovaskolari.", "It-tipjip huwa assoċjat ukoll ma' problemi respiratorji fosthom l-ashma, ħruq ta' stonku, ulċera fl-istonku u problemi taċ- ċirkolazzjoni.", "Barra minn dan, 90 minn kull 100 ruħ li jimirdu b'kanċer fil- pulmun ipejpu jiġifieri hemm rabta ċara bejn il-kanċer fil-pulmun - li jien bħala nurse ngħid li hija waħda mill-agħar mardiet li tista' tmut biha – u t-tipjip.", "Mr Speaker, huwa importanti li dan il-parlament jagħti eżempju b'din il- policy li għamilna għaliex illum huwa ppruvat ukoll li jekk jien qed inpejjep jien mhux biss qed nagħmel ħsara lili nnifsi imma anke min qiegħed ħdejja qiegħed espost għall-istess riskju jekk mhux iktar għaliex jien ta' l-inqas għandi l-filter u inti ma jkollokx il-filter.", "Id-duħħan li nitfa jien inti se tibilgħu man-nifs.", "Illum huwa smat li mijiet ta' nies imutu kull sena fl-Ewropa mhux għax huma jpejpu imma minħabba t-tipjip ta' ħaddieħor.", "Dan ifisser li jekk inti tpejjep ġo Kamra tkun qed tipperikola l- ħajja ta' ħaddieħor u għalhekk jagħmel ħafna sens li ntroduċejna din il- policy fil-parlament.", "Naħseb li bil-mod il-mod din hija kultura oħra li rridu nbiddlu f'pajjiżna.", "Għalhekk kien importanti li ndaħħluha f'dan il- parlament anke jekk forsi mhux bla reżistenza.", "Mr Speaker, qed insemmi r-reżistenza għax f'dan il-każ qed inbiddlu kultura.", "Qabel il-kultura tagħna kienet li kulħadd ipejjep fejn irid, kulħadd ipejjep fejn ġie ġie u għalkemm hemm liġijiet dwar postijiet fejn ma tistax tpejjep, dawn mhux dejjem ġew inforzati.", "Jien wieħed minn dawk - u din ngħidha bis-serjeta' u għedtha anke' waqt li konna qed niltaqgħu ma' Miss Maria Ellul - li rrid li nirrispettaw id-drittijiet ta' dawk li jpejpu.", "Min irid ipejjep, ladarba huwa konxju mill-ħsara li jagħmel lilu nnifsu, għandu dritt ipejjep, imma filwaqt li nirrispettaw id-drittijiet b'mod assolut ta' dawk li jpejpu, min ipejjep għandu d-dmir li jħares id- drittijiet ta' dawk li ma jpejpux.", "Irrid nagħmilha ċara li aħna m'għandniex f'moħħna li nagħmlu xi witchhunt għal dawk li jpejpu għax għandna nħarsu d-drittijiet ta' min ipejjep ukoll.", "Il-kurituri tal-parlament u dan il-post, iċ-chamber, il-Kamra tal-Gvern, il-Kamra ta' l-Oppożizzjoni llum ġie non-smoking u hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Fejn mhux suppost isir tipjip saru no smoking signs, imma f'ġieh il-Bambin ...", "(Interruzzjonijiet) L-Iskrivan tal-Kamra qed jgħidli li dawn huma temporanji.", "Ħaġa tajba li dawn huma temporanji għaliex koroh daqs dawgħa b'Alla u ma jmorrux ma' l-istetika tal-palazz.", "Jien nifhem li mhux kulħadd kuntent.", "Għadu kif kellimni l-ħabib tagħna Toni tal-bar u qalli li qed tinġabar xi petizzjoni li se jagħtuha lill-Ispeaker biex fil-bar ikun jista' jsir it-tipjip.", "Jien nifhem ukoll li din mhux faċli.", "Hemm bżonn ftit sagrifiċċju minn kulħadd.", "Jien ngħid ejja niddiskutu, mela le.", "Dan huwa test case.", "Hawn min qed jgħid li fil-bar għandhom jitħallew ipejpu imma jien ngħid allura dawk li jmorru jieħdu kafe' fil-bar u ma jpejpux x'se jagħmlu?", "Ma jmorrux ġol-bar jew jibqgħu fir-riskju tas-sigaretti?", "Hawnhekk irrid nagħmel punt li jiena sinċerament nemmnu.", "S'issa l-bar huwa non-smoking u jien nistenna li ġol-bar ma jitħalla ħadd ipejjep.", "Jekk aħna nagħmlu regolamenti u ma nkunux kapaċi nobduhom aħna d-deputati, l- impjegati u għan-nies li jiġu hawn se nkunu karnival f'dan il-parlament.", "Jekk aħna m'aħniex kapaċi nobdu r-regolamenti li nagħmlu aħna stess bi qbil bejnietna t-tnejn allura kif nippretendu li l-poplu jobdi l-liġijiet bir- regolamenti li nagħmlulu aħna?", "Aħna dejjem ngħidu li f'dan il-pajjiż ħadd ma jrid joqgħod għar-regolamenti, Issa wasal it-test case għad-deputati u nispera li ma nara l-ebda deputat bis-sigarett f'ħalqu jew f'idu fejn mhux suppost ipejjep.", "Min irid ipejjep s'issa għedna li jista' jmur ipejjep ġol- bitħa.", "Issa anke din, jien ukoll.", "Ir-rapport jgħid li aktar 'il quddiem għandna nidentifikaw:", "\"If, in the future, a smoking room is identified by the administration, this rooom will allow employees and visitors to smoke indoors.", "The smoking room is to be entirely sealed off and in no way prove bothersome to non-smokers.\"", "Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li l-ewwelnett għandna nagħmlu din il-kamra fejn in-nies jistgħu jpejpu mingħajr ma jagħtu fastidju lil ħaddieħor.", "Naħseb li huwa importanti li l-amministrazzjoni tipprova tidentifika kamra għal dan l-iskop.", "Naf li din hija ħaġa diffiċli, għax kulħadd jaf li dan il- parlament għandu problema ta' spazju, imma jekk inhu possibbli għandna nidentifikaw kamra fejn in-nies jistgħu jmorru jieħdu kafe ́ u jpejpu.", "Biss ejja let us put to test din l-anti-smoking policy li għamilna.", "Ejja nippruvaw naraw kif taħdem u jekk imbagħad naqblu, parti mill-bar jew il- bar...(Interruzzjonijiet) Jien niftakar li waħda mill-argumenti li kont għamilt jien kien dwar jekk għandniex nikkonsidraw jekk f'parti mill-bar għandux ikun permess tipjip.", "Il-parir li ngħatajna mill-esperti tad- diviżjoni tas-saħħa kien li l-bar huwa żgħir wisq u jekk ikollok parti minnu li tpejjep id-duħħan se jiġri kullimkien u dawk li ma jpejjpux xorta se jkunu esposti għad-duħħan ta' ħaddieħor.", "Jien ngħid ejja nippruvaw naraw kif taħdem din u mbagħad jekk ikun hawn moviment u jkun hawn opinjoni komuni fejn il-bar għandu jkun smoking zone nagħmluh smoking zone.", "Mr Speaker, l-appell tiegħi huwa dan.", "Kieku din l-anti-smoking policy ġiet f'xi dipartiment tal-gvern kieku kien ikun ikun hemm miżjuda sentenza li min jikser din ir-regola jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih.", "Hawnhekk ma nistgħux nagħmluha għaliex lid-deputat min se jieħu passi dixxiplinarji kontrih?", "Jiena nispera li d-deputati jkollhom ftit awto-dixxiplina u jkunu huma stess li jagħtu l-eżempju għaliex inkella ma jibqagħlniex dritt morali li nibqgħu nippriedkaw lil ħaddieħor x'għandu jagħmel.", "Ma jibqagħlniex id- dritt li niġu hawn u ngħidu li f'dan il-pajjjiż ħadd ma jrid jobdi l- liġijiet.", "Jiena nappella biex inkunu aħna li nagħtu eżempju billi nkunu fuq quddiem nett biex nuru li aħna kapaċi nirregolaw lilna nfusna.", "Grazzi ħafna.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Jannar, 2002 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fl-9.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]} {"filename": "19990623_128d_par.doc", "date": "1999-06-23", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 128 L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju, 1999 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 128", "L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju, 1999", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.03 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "128", "L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju, 1999", "WERREJ MINUTI 321", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 321", "TQEGĦID TA' KARTI 325", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI 326", "AĠĠORNAMENT 346", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 350", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 127 li saret fit-22 ta' Ġunju, 1999 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĊENTRU GĦAR-RESTAWR - STONE CARVER", "7805.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru - in vista tat-twaqqif ta' ċentru għar-restawr u l-bżonn sussegwenti għal restawraturi kwalifikati, anke fuq bażi part-time, kif deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-1 ta' Ġunju, 1999 - jgħid jekk ċertifikat maħruġ mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni taħt l-extended skill training scheme għal stone carver huwiex se jkun ikkonsidrat bħala kwalifika idonea għall-eliġibbilta` f'dan iċ-ċentru għar-restawr?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Ninsab informat li l- kwalifiki meħtieġa biex wieħed jidħol jaħdem bħala restawratur fiċ-ċentru għar-restawr, kemm bħala part-time kif ukoll bħala full-time, huma dawk maħruġa mill-istituto centrale del restauro ta' Ruma, mill-istituto centrale della patologia del libro ta' Ruma u mill-opificio delle pietre dure ta' Firenze, jew ekwivalenti.", "Dawn il-kwalifiki jeħtieġu kors ta' livell post-sekondarju li jtul tlieta jew erba' snin u l-istudenti li jiġu aċċettati biex isegwu dan il-kors irid ikollhom livell avvanzat ta' edukazzjoni.", "Ċertament li l-kors ta' l-extended skill training scheme m'huwiex ekwivalenti u lanqas huwa komparabbli ma' dawn il-kwalifiki.", "Għaldaqstant jekk student li jkun qiegħed fl-ESTS irid isir restawratur part-time jew fulltime, dan l-ewwel għandu jattendi kors magħżul minnu offrut miċ-ċentru għar-restawr.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: In vista tal-fatt li fil-bibljoteka nazzjonali hemm diversi kotba li għandhom bżonn jiġu rrestawrati, jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk issa dawn humiex se jaqgħu taħt il-kappa taċ- ċentru għar-restawr ukoll?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, ikun tajjeb jekk ngħid li f'pajjiżna diġa` jeżisti laboratorju għar-restawr tal-kotba, liema laboratorju huwa mmexxi mis-Sur Schirò, li ntbagħat jistudja barra l-pajjiż u akkwista kompetenzi u ħiliet li huma rikonoxxuti saħansitra minn restawraturi kompetenti barranin.", "Bħalissa għaddejjin diversi diskussjonijiet bejn il-ministeru, il- bibljoteka nazzjonali u l-bibljoteki l-oħrajn sabiex nipprovaw noħolqu struttura b'saħħitha li tagħmel il-bibljoteki tagħna ħafna aħjar milli huma llum.", "Fil-fatt riċentement għadu kif sar seminar ta' jumejn li fih jien laqqajt lil dawk kollha involuti fil-kamp tal-bibljoteki - kemm dawk pubbliċi, kemm dawk parastatali, kemm dawk ekkleżjastiċi kif ukoll dawk privati - u flimkien ipprovajna naraw jekk bħala pajjiż aħniex qegħdin naqdu d-dmirijiet tagħna kif suppost f'dan is-settur.", "Hija xi ħaġa evidenti li dan li qed nagħmlu huwa biss il-bidu ta' dak li rridu nagħmlu sabiex il-ġenerazzjonijiet ta' warajna jkunu jistgħu jgawdu minn dan il-wirt.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "George Vella, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "GEORGE VELLA: Jien nixtieq li l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li jiġi elenkat b'mod ċar x'inhuma l-oqsma ta' restawr li fihom iċ-ċentru beħsiebu jispeċjalizza.", "Kemm se jiġu mpjegati ħaddiema?", "Saret xi business plan?", "Dan qed ngħidu ħalli b'hekk wieħed ikun jaf kemm bejn wieħed u ieħor se tkun ir-recurrent expenditure ta' dan iċ-ċentru.", "Jien napprezza wkoll li kieku l-ministru jindikalna anke jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit minn fejn dan iċ-ċentru se jiġġenera l-income biex ma nispiċċawx ngħabbu lill-pajjiż b'xi struttura li tant tkun tirrikjedi finanzi li ma tkunx tista' tibqa' mwaqqfa.", "Issa hawnhekk jien irrid nagħmilha ċara li bl-ebda mod m'hu qed ngħid illi ma naqbilx ma' dan iċ-ċentru ta' restrawr - anzi ngħid li dan huwa proġett li għandu jkompli jiġi żviluppat - pero` nixtieq li l-Ministru jgħidli jekk jeżistix dokument fuq dan iċ-ċentru ta' restawr ħalli nkunu nafu x'futur hemm għalih.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt jien għandi l-istess preokkupazzjonijiet ta' l-Onor.", "George Vella pero` rrid ngħid li f'dawn l-aħħar snin dan il-qasam ingħata ħafna importanza, anke mill-amministrazzjoni Laburista, u għalhekk jien nemmen illi l-fatt li poġġejna s-suġġett tar-restawr fuq l-aġenda nazzjonali fih innifsu diġa` huwa importanti għaliex dan ifisser li l-wirt li ħallewlna missirijietna qed jingħata għarfien.", "Donnu li fl-aħħar qed insiru konxji li huwa d-dmir tagħna li nikkonservaw dak li għandna, kemm għall-ġenerazzjonijiet futuri kif ukoll għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ċertament ma nistgħux nibqgħu niddependu minn eżerċizzji one-off biex nikkonservaw il-wirt Malti li ġie fdat lilna, kif sfortunatament ġieli ġara, mingħajr ma jsir pjan konsistenti biex jiġi assigurat li l-affarijiet imprezzabbli li huwa mżejjen bihom pajjiżna jiġu rrestawrati regolarment.", "Madanakollu hawn irridu nibqgħu nżommu saqajna ma' l-art u ma rrid li jkun hawn ħadd min jaħseb li aħna se nagħmlu xi pjan ta' restawr li għandu l- bidu u t-tmiem tiegħu għaliex dan il-qasam huwa vast u kompless ħafna.", "L-Onor.", "Vella staqsieni kif se jiġi ffinanzjat dan iċ-ċentru tar-restawr u jekk jeżistix xi business plan li jiggarantixxi l-futur tiegħu.", "F'dan l- istadju aħna m'aħniex qed nimmiraw li dan il-qasam ikollu dak kollu li għandu bżonn għaliex nafu li bħala gvern m'għandniex fondi u għalhekk se nibdew billi nagħmlu dak li għandna fondi għalih.", "Fil-fatt bħalissa għandna fondi biex norganizzaw kors għar-restawraturi.", "Hawnhekk ikun interessanti jekk wieħed jgħid li wara li nħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għal min irid jitħarreġ fil-kors tar-restawr, applikaw mal-150 persuna minkejja li konna naħsbu li m'hawnx daqstant interess f'dan il-kamp.", "Pero` naturalment issa wieħed għad irid jara kemm minnhom għandhom kwalifiki bażiċi u kemm min minnhom m'għandhomx.", "Mr Speaker, ta' min jgħid ukoll li l-laboratorju tar-restawr se jibda jiġi ffinanzjat mill-fondi tal-protokoll Taljan u ħarġet call for applications biex jiġu ngaġġati numru ta' mpjegati f'dan iċ-ċentru ta' restawr.", "Fil-fatt id-dipartiment konċernat ħadem diversi business plans għal dan iċ-ċentru ta' restawr, liema business plans huma mifruxa fuq tliet snin, u bħalissa dawn qed jiġu nnegozjati mal-ministeru tal-finanzi.", "Issa hawnhekk jien irrid inkun realistiku u ngħid illi jista' jkun li ma nkunux nistgħu nattwaw dak kollu li hemm propost f'dawn il-business plans matul it- tliet snin li ġejjin minħabba li l-finanzi tal-gvern ma jippermettulniex nagħmlu dan.", "Pero` dan ma jfissirx li b'daqshekk m'aħniex se nattwaw dak li għandna f'moħħna, minkejja li forsi nieħdu iktar fit-tul.", "Ċertament kieku l-qagħda finanzjarja tal-gvern ma kenitx daqstant kritika konna nkunu nistgħu nagħmlu ħafna iktar affarijiet f'dan il-kamp.", "(Interruzzjonijiet)", "Nista' nwiegħed minn issa li x-xogħol kollu li sar u l-istudji, id- diskussjonijiet u l-agreements kollha li saru għal dan il-qasam m'humiex se jitpoġġew fuq xi xkaffa u nħalluhom imutu l-mewta naturali tagħhom hemmhekk imma se naġixxu fuqhom kontinwament.", "Huwa veru li qed ikollna sorsi barranin ukoll biex jgħinu lil dan il-qasam jimxi 'l quddiem, pero` dawn is- sorsi huma limitati u għalhekk jien se nibqa` nisħaq li għalissa għandna nimxu pass pass u m'għandniex nipprovaw nimxu iktar 'il quddiem milli nistgħu.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mario Galea, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "MARIO GALEA: Fid-dawl tal-fatt li l-Caravaggio ġie lura, jista' l- Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex ikun hemm sigurta` adegwata ma' din l-opra ta' arti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, nista' ngħid li s-sistemi ta' sigurta` li hemm fil-Konkattidral ta' San Ġwann ġew upgraded ukoll.", "Sfortunatament sal- lum il-konkattidral kien qisu no man's land f'dik li hija amministrazzjoni, pero` issa nafu li qed issir ħidma biex titwaqqaf amministrazzjoni konġunta li tieħu ħsieb dak kollu li għandu x'jaqsam ma' San Ġwann, inkluż is-sistema ta' sigurta`.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dawk ir- restawraturi li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal diversi snin u li ma kellhomx l-opportunita` li jġibu l-\"O\" levels u l-\"A\" levels, humiex se jingħataw iċ-ċans huma wkoll li jattendu f'dan iċ-ċentru ta' restawr.", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Naturalment fuq dawn il-każijiet m'iniex se niddeċiedi jien imma hemm bord ta' nies li jifhmu f'dan il-kamp li se jiddeċiedu huma liema applikazzjonijiet għandhom jiġu aċċettati.", "Pero` huwa fatt li l-applikanti kienu mitluba jipprovdu ċerti kwalifiki akkademiċi jew ekwivalenti, għalkemm nassumi li anke min applika mingħajr il-kwalifiki ta' \"O\" u \"A\" levels iżda għandu ċerta esperjenza f'dan il- qasam, se jiġi kkonsidrat ukoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Jikkonsidra l-Ministru li l-iskola tar-restawr tibda tieħu ħsieb anke dawk il-mapep li għandu d-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi, peress li dawn huma antiki ħafna, u forsi jiġu kkonservati f'post fejn ma ssirilhomx daqstant ħsara?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: M'hemmx dubju li l-Onor.", "Galea Pace għandu raġun iqajjem dan il-punt għalkemm m'huwiex relatat mar-restawr imma ma' l- arkivjar.", "Aħna nafu li l-liġi ta' l-arkivji kienet ġiet emendata biex timponi fuq id-dipartimenti governattivi ċerti kondizzjonijiet billi tesiġi minnhom li jibagħtu ċertu materjal lill-arkivji nazzjonali.", "Fil-fatt għall- bidu li ġiet emendata din il-liġi kien ġie maħtur uffiċjal f'kull dipartiment biex jara liema materjal għandu jintbagħat lill-arkivji nazzjonali u kienu saħansitra ntbagħtu jattendu kors f'dan ir-rigward.", "Madanakollu ħafna drabi jiġri li l-ewwel nibdew xi ħaġa b'ħafna entużjażmu u mbagħad wara ftit taż-żmien imurilna dak l-entużjażmu u nerġgħu lura għas- sitwazzjoni ta' qabel, u fil-fatt hekk ġara f'dan il-każ.", "Fil-fatt ħafna mid-dipartimenti dawn l-uffiċjali lanqas baqgħu jeżistu bil-konsegwenza li llum qed jintbgħat fl-arkivju nazzjonali anke dak il- materjal li m'għandux għalfejn jintbagħat hemmhekk.", "Għalhekk nispera li fil-futur qarib din il-problema tiġi ttekiljata wkoll.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mifsud Bonnici, mistoqsija supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Mr Speaker, sabiex ikun hemm finanzjament aħjar taċ-ċentru ta' restawr li hemm ġewwa Bighi, jista' l-Ministru jikkonsidra li f'dan iċ-ċentru jibdew jiġu rrestawrati wkoll opri ta' l- arti ta' pajjiżi oħra ħalli b'hekk almenu jkun hemm xi sors ta' dħul?", "Nixtieq li l-Ministru jinformana wkoll jekk kemm-il darba hemmx prospetti oħra rigward il-finanzjament mill-fondi tal-protokoll Taljan għax jien inħoss li din kienet inizjattiva tajba ħafna li għandha tiġi żviluppata.", "Irrid niġbed ukoll l-attenzjoni tal-Ministru għall-fatt li hemm testmenti sigrieti li jmorru lura sas-sena 1850 li ma jistgħux jinfetħu qabel ma l- liġi opposta tgħaddi f'dan ir-rigward.", "Għalhekk il-Ministru ma jaħsibx li għandu jkun hemm xi ħadd - jien naħseb li dan l-inkarigu jista' jingħata lis-Sur Schiro' - li jara f'liema qagħda jinsabu dawn id-dokumenti u jekk jirriżulta li ma jkunux f'qagħda tajba, jiġu kkonservati aħjar?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Mr Speaker, rigward il-possibbilta` li ċ-ċentru ta' restawr jibda jagħmel xogħlijiet anke fuq l-opri ta' arti barranin jien ngħid li jkun aħjar jekk l-ewwel nitgħallmu nimxu qabel ma nibdew niġru għax għalkemm diġa` kellna restawraturi Maltin li għamlu xi xogħlijiet barra minn Malta, dan ma jagħtiniex il-kwalifika li f'daqqa waħda nibdew immiddu saqajna f'dan il-kamp ukoll.", "Ta' min jirrimarka li ċ-ċentri ta' restawr li jeżistu madwar id-dinja u li jagħmlu xogħol fuq opri ta' arti barranin tista' tgħoddhom fuq ponot subgħajk, u fost l-oħrajn dawn jinsabu l-Italja, l-Ingilterra, Franza u l-Amerka.", "Jien għandi fiduċja assoluta fil-kapaċita` tal-Maltin pero` nemmen illi huwa ż-żmien li għandu jagħtina parir jekk nistgħux nużaw il-ħiliet tagħna anke għall-barranin.", "Hawnhekk wieħed irid iżid jgħid ukoll li s-Sur Schiro' huwa konxju mill- fatt illi hemm testmenti sigrieti li jmorru lura sas-sena 1850 u fil-fatt bħalissa qed ikollu diversi taħdidiet man-Nutar Franco Pelligrini, li huwa l-arkivista ta' dan is-settur, biex ikun jista' jiġi assigurat li dawn id- dokumenti jinżammu fi stat tajjeb.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Galea Pace.", "ONOR.", "VICTOR GALEA PACE: Il-Ministru ma jaħsibx li tkun idea tajba jekk isir inventarju ta' dak kollu li huwa storiku u ta' dak li għandu bżonn jiġi rrestawrat, anke għal skopijiet kummerċjali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Fil-fatt f'pajjiżna diġa` jeżistu diversi inventarji tat-tip li qed jaċċenna għalih l-Onor.", "Interpellant.", "Issa li jonqos huwa li jkun assigurat li dawn l-inventarji jiġu marbuta flimkien u jien naħseb li llum it-teknoloġija tal-computers dan tirrendih ħafna iktar possibbli.", "Naturalment hija xi ħaġa pożittiva li ċerti postijiet storiċi jintużaw għal skopijiet kummerċjali pero` dan għandu dejjem isir skond il- konċessjonijiet li approva dan il-parlament.", "Irridu nirrealizzaw li l- iktar ħaġa importanti f'dan il-qasam hija li nżommu quddiem għajnejna regolamenti ċari sabiex jiġi assigurat li l-wirt patrimonjali tagħna jkun konservat tajjeb, anke jekk ikun qed jintuża għal skopijiet kummerċjali.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Viċi Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 114 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar is-sigurta' fil-baċiri.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Dalli.", "ONOR.", "JOHN DALLI (Ministru tal-Finanzi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 116 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-Raba' Skeda li tinsab ma' l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Emenda Nru 4);", "Avviż Legali Nru 117 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (ħlas lura lill-persuni li ma jkunux residenti); u", "Dettalji dwar membri fis-segretarjat tiegħi d-data effettiva tal- ftehim iffirmat mill-membri tas-segretarjat skond il-memorandum on the engagement of staff in private secretariats, flimkien man-nefqa fuq mobile phones bejn Settembru 1998 u Marzu 1999, bi tweġiba għall- mistoqsija parlamentari numru 7833.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 107 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar apparat u sistemi protettivi maħsubin biex jintużaw f'atmosferi potenzjalment esplużivi (Ordni Nru M42 ta' l-1999);", "Avviż Legali Nru 108 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar il-kontroll ta' swimming pools;", "Avviż Legali Nru 109 ta' l-1999 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' l-ordni ta' l-1999 dwar ġamm tal-frott, jelly, marmellati u purea ħelwa tal- qastan (Ordni Nru M41 ta' l-1999);", "Avviż Legali Nru 110 ta' l-1999 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' l-ordni ta' l-1999 dwar l-għasel (Ordni Nru M40 ta' l-1999);", "Avviż Legali Nru 111 ta' l-1999 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' l-ordni ta' l-1999 dwar zokkor għall-konsum uman (Ordni Nru M39 ta' l-1999); u", "Avviż Legali Nru 112 ta' l-1999 - Data tal-bidu fis-seħħ ta' l-ordni ta' l-1998 dwar meraq tal-frott u prodotti simili (Ordni Nru M36 ta' l- 1998).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Gatt.", "ONOR.", "AUSTIN GATT (Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali): Mr Speaker, f'isem il-Ministru ta' l-Intern inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 113 ta' l-1999 - Ordni ta' l-1999 dwar il-kummissarju ta' l-artijiet (trasferiment ta' drittijiet u responsabbiltajiet) (Nru. 2); u", "Avviż Legali Nru 115 ta' l-1999 - Regolamenti ta' l-1999 li jemendaw ir-regolamenti dwar rati ta' taxxa dwar bini.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Borg.", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7887.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "RIŻOLUZZJONI DWAR FONDI GĦAL ĦTEĠIJIET SPEĊJALI LIL KUNSILLI LOKALI", "Ikompli mit-22 ta' Ġunju, 1999.", "MR SPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Helena Dalli.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Mr Speaker, nistgħu ngħidu li l-qasam tal-kunsilli lokali jinteressa lil kulħadd għaliex kull resident ikun jixtieq li l- kunsill lokali tiegħu jkun jiffunzjona tajjeb u għalkemm l-oppożizzjoni ma taqbilx ma' dak kollu li qed isir preżentement f'dan il-qasam, żgur li taqbel fil-prinċipju u fil-fatt aħna għalhekk qegħdin nieħdu dan il-ħin kollu sabiex nagħmlu l-kritika tagħna u nagħmlu wkoll xi suġġerimenti.", "Ħafna mid-deputati li tkellmu f'din id-diskussjoni għandhom esperjenza diretta tal-kunsilli lokali għax kienu sindki jew kunsilliera - per eżempju, fost dawn nistgħu nsemmu lill-Onor.", "Silvio Parnis, lill-Onor.", "Dolores Cristina, lill-Onor.", "Gavin Gulia, lill-Onor.", "Joe Cushieri, lill- Onor. Carmelo Abela kif ukoll lill-Onor.", "Edwin Vassallo - u għalhekk nagħmlu tajjeb jekk lil dawn l-Onor.", "Membri nisimgħuhom b'attenzjoni għax huma jafu tajjeb x'inhuma l-problemi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom il- kunsilli lokali.", "Issa li l-kunsilli lokali ilhom jiffunzjonaw f'pajjiżna għal numru ta' snin, jiena naħseb illi wasal iż-żmien li nagħmlu stħarriġ serju biex naraw kemm fil-fatt il-poplu Malti u Għawdxi għandu fiduċja fil- kunsilli lokali u kemm qed iħossu moqdi aħjar permezz tagħhom.", "Mr Speaker, bla ebda dubju waħda mill-funzjonijiet prinċipali ta' kunsill lokali hija dik li jwassal il-public policies fuq l-għatba taċ-ċittadin u meta dan isir b'ċertu għaqal iktar għandu jżid il-fiduċja taċ-ċittadin fil- gvern ċentrali għaliex permezz tal-kunsilli lokali wieħed ikun jista' jara x'qed isir iktar mill-qrib.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid li minn studji li saru f'bosta pajjiżi rriżulta li l-maġġoranza tan-nies iktar għandhom fiduċja fil-gvern lokali milli f'dak ċentrali.", "Anke meta ġew mistoqsija liema jaħsbu li huwa l-iktar gvern li jagħti value for money, il-parti l- kbira tan-nies qalu li dan huwa l-gvern lokali.", "Issa naturalment hawn jien qed nitkellem fuq pajjiżi fejn il-kunsilli lokali ilhom snin twal jeżistu, pero` dan huwa ta' vantaġġ għalina għax b'hekk aħna nistgħu nitgħallmu mill- iżbalji tagħhom u dawn għandhom iservuna ta' indikazzjoni 'l fejn għandna nimxu.", "Jiena nara li l-konċett tal-kunsilli lokali huwa tajjeb prinċipalment għaliex huwa stat ta' fatt li iktar ma l-poter jinfirex, iktar ikun hemm demokrazija u wisq probabbli jkun hemm ukoll iktar effiċjenza.", "Jekk irridu li l-kunsilli lokali jibqgħu jiżviluppaw dejjem iktar f'pajjiżna m'għandniex nitkellmu minn fuq ras in-nies - bħalma osservajt li kien hawn min għamel f'din il-Kamra - għaliex bla ebda dubju dik ma tistax tissejjaħ demokrazija.", "Jiena naħseb li wieħed mill-iktar doveri importanti tal-gvern huwa dik li jagħmilha possibbli li s-soċjeta` torganizza lilha nnifisha għaliex ma jistax ikun li nibqgħu ngħixu bil-kultura tal-gvern ċentrali, dik li one size fits all. Wasal iż-żmien li nirrealizzaw illi bħalma kull lokal għandu problemi differenti minn ta' lokal ieħor, hekk ukoll is-soluzzjonijiet għandhom ikunu differenti għaliex kull lokal għandu l-identita` tiegħu u ħafna fatturi m'humiex l-istess bħal ta' lokalitajiet oħra, fosthom jekk lokal huwiex turistiku, huwiex kummerċjali, huwiex agrikolu, kemm hi d-densita` tal-popolazzjoni tiegħu u x'inhuma l- karatteristiċi tiegħu.", "Mr Speaker, illum qegħdin niddiskutu riżoluzzjoni li tirrigwarda l-fondi li qed jingħataw mill-gvern għal ħteġijiet speċjali tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt ikun tajjeb jekk ngħid mill-ewwel li l-parti l-kbira ta' dawn il- fondi se jmorru għat-toroq u naħseb illi kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li dawn huma ta' prijorita` għal pajjiżna.", "Dan l-aħħar l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali qalet li minkejja li hija taqbel illi t-toroq għandhom jingħataw prijorita`, u minkejja li dawn il-fondi huma ftit wisq biex jissodisfaw il-ħteġijiet kollha li l-kunsilli għandhom, sfortunatament ħafna kunsilli lokali m'humiex qed jużaw il-flus li qed jingħataw.", "Dan huwa sinjal ċar illi ma teżistix kordinazzjoni tajba bejn il-gvern u l- kunsilli lokali u għalhekk il-gvern Laburista preċedenti kien għamel pass għaqli meta waqqaf ir-road co-ordinating unit, ħalli b'hekk il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jippjanaw ix-xogħol li jrid isir flimkien.", "Jiena tkellimt ma' diversi kunsilliera biex nara x'deherilhom minn dan il- unit u filwaqt li kien hemm kunsilliera li qaluli li l-kunsill lokali li huma jifformaw parti minnu sab dan il-unit ta' għajnuna kbira, oħrajn qaluli li l-kunsill lokali tagħhom kien għad ma kellux esperjenza diretta ta' dan il-unit.", "Imma almenu huwa fatt li l-gvern Laburista preċedenti kien beda jagħmel xi ħaġa biex ikun hemm xi forma ta' kordinazzjoni f'dan il-qasam ħalli ma nibqgħux fis-sitwazzjoni redikola fejn l-id ix-xellugija ma tkunx taf x'inhi tagħmel l-id il-leminija.", "Għalhekk jiena ngħid illi huwa żball li dan il-unit spiċċa mingħajr ma twaqqaf xi ħaġa oħra floku.", "Il-bieraħ il-ministru qalli li hemm xi ħaġa iżda meta ċċekjajt ma sibt xejn u dalgħodu stess tkellimt ma' xi kunsilli lokali u huma wkoll qaluli li safejn jafu huma, kulma hemm huma problemi kbar ta' nuqqas ta' kordinament.", "Għalhekk nittama li l-gvern joħroġ b'xi ħaġa aħjar milli kien hemm qabel għaliex dejjem tista' ttejjeb imma l-fatt li m'hemm xejn qed ikompli jitfa' s-sitwazzjoni lura minflok 'il quddiem.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi kull deputat u deputata kienu jħarsu lejn ix-xogħol ta' dan il-unit mill-qrib għaliex il-problema li l-aktar inħabbtu wiċċna magħha aħna r-rappreżentanti tal-poplu hija l-problema tat- toroq, speċjalment fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Jekk inħarsu lejn Wied il- Għajn u Haż-Żabbar taħsbek li qiegħed f'nofs gwerra, u dan meta n-nies ilhom li ħallsu r-road contribution anke għal aktar minn għaxar snin!", "Kont qiegħda ngħid li minkejja l-problema kbira tat-toroq ħżiena, m'hijiex xi ħaġa rari li l-flus li l-kunsill ikollu allokati għat-toroq ma jużahomx.", "Ġeneralment dan ma jkunx tort tal-kunsill għaliex meta kunsill jiġi biex jagħmel resurfacing ta' triq isib ħafna problemi għax ma jkunx hemm kordinazzjoni jew mal-Maltacom, jew ma' l-Enemalta, jew mal-WSC, jew ma' dipartimenti tal-gvern, jew mal-Melita Cable Television eċċ. Allura jiġri li t-triq tiġi resurfaced, jintnefqu l-flus, jgħaddi ftit taż-żmien u ftit ġimgħat wara xi korporazzjoni toħlom li trid tgħaddi xi cable u terġa' taqla' kollox u tħalli diżastru.", "Imbagħad in-nies jibdew jgħidu: Imma dan x'ġenn hu!", "Ilna nistennew dawn is-snin kollha biex jirranġawlna triq u issa għax irranġawhielna reġgħu qalgħu kollox?", "Sur President, se nsemmi issa każ partikolari li ġara din il-ġimgħa stess, fejn weġġgħet serjament mara anzjana.", "Dan ġara fi Triq il-Buttar f'Wied il-Għajn fejn hemm 14-il kanal - fondi ħames pulzieri - li tħaffru qabel il-Milied u għandek ġlieda bejn il-kunsill lokali, ir-roads department u d-dipartiment tad-drenaġġ u jibqa' ma jsir xejn.", "F'dawn is- sitt xhur ma ngħidlekx kemm weġġgħu nies u din il-ġimgħa stess, kif diġa' għidt, mara anzjana weġġgħet serjament.", "Jiena ma naħsibx li dawn huma affarijiet li għandna neħduhom lightly u bi ftit attenzjoni u kordinament aħjar nistgħu nsolvu dawn il-problemi.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Imma dawn l-affarijiet għaliex ma jarawhomx qabel il-kunsilli?", "Jiena nitkellem mal-kunsilli u dawn jgħiduli li jkunu kitbu biex jistaqsu jekk it-tali korporazzjoni hijiex se jkollha bżonn tgħaddi xi servizz ħalli tagħmel dan qabel isir ir-resurfacing, imma l-korporazzjonijet ma jagħtux kashom u lanqas biss jagħtuhom risposta.", "U billi l-kunsilli jkollhom il-pressure tan-nies, dawn jaqbdu u jmexxu imma kif titlesta t-triq tarahom ġejjin ikissru l-bankina u jħaffru trinka biex jgħaddu xi cable!", "Jiena naħseb li l-kunsilli lokali twaqqfu biex l-amministrazzjoni pubblika titjieb u biex in-nies ikollhom servizz aħjar, imma meta wieħed jara dan in-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l-amministrazzjoni ċentrali u dik lokali bilfors li jgħid li minn dan l-aspett l-esperiment tal-kunsilli, għallinqas fejn tidħol il-kordinazzjoni bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet, m'huwiex qed jirnexxi.", "Issa, meta nafu xi problemi finanzjarji kbar għandu dan il-pajjiż, naħseb li tkun worth it li nitfgħu l-enerġija tagħna biex naraw x'inhu l-aħjar mod ħalli jkun hemm relazzjoni tajba u b'saħħitha bejn l-amministrazzjoni ċentrali u dik lokali għaliex dan mhu xejn ħlief ħela ta' flus.", "Din m'hijiex xi ħaġa faċli imma ma nistax nifhem b'liema loġika dan il-unit inħatt u ma sar xejn floku għax kieku nħatt u sar xi ħaġa aħjar u x-xogħol qed jimxi, allura ħaġa oħra.", "Jekk ma jkunx hemm din ir-relazzjoni bejn iż-żewġ livelli ta' gvern isir ħafna duplikazzjoni ta' xogħol u jkun hemm ħela ta' riżorsi finanzjarji kif ukoll riżorsi umani, u dan kollu sforz in-nuqqas ta' komunikazzjoni u kordinazzjoni bejn iż-żewġ livelli ta' gvern.", "Eżempju konkret fejn dan l-esperiment irnexxa, jiġifieri ta' kif il-gvern ċentrali jista' jaħdem mal-kunsilli lokali, huwa l-mod kif ħadem id- dipartiment ta' l-edukazzjoni, permezz ta' manutenzjoni ta' numru ta' skejjel tal-gvern, xogħol li sar flimkien mal-kunsilli lokali.", "Dan kien esperiment li rnexxa u naħseb li huwa importanti li jitkompla għaliex żgur hemm il-ħtieġa ta' aktar kollaborazzjoni ta' dan it-tip bejn id- dipartimenti tal-gvern u l-kunsilli lokali.", "Ħalli nġib eżempju ieħor.", "Il- kunsill lokali taż-Żejtun bena nursery gymnasium fil-ground tal-Liceo Carlo Diacono, bl-għajnuna wkoll tal-club Zejtun Corinthians.", "Issa l-kunsill lokali qed jitlob lid-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex jattrezza l- gymnasium u mbagħad dan ikun jista' jiġi ġestit bejn it-tlieta, jiġifieri l- kunsill lokali, il-club Żejtun Corinthians u l-gvern ċentrali.", "Jiena nittama li l-gvern jaċċetta l-proposta tal-kunsill taż-Żejtun u jagħtihom l- għajnuna li għandhom bżonn.", "Sur President, la qed nitkellem fuq komunikazzjoni u kordinazzjoni, naħseb li eżempju ieħor tajjeb ta' dan kien il-pjan soċju ekonomiku li sar fl-1997 għan-nofsinhar ta' Malta.", "Kien hemm tnax-il kunsill lokali li kienu involuti fit-tfassil ta' dan il-pjan u li ħadmu tajjeb mad-diversi dipartimenti tal-gvern u li taw l-għajnuna tagħhom biex dan il-pjan ikun jista' jitfassal.", "Kif nafu lkoll, fin-naħa t'isfel ta' Malta hemm bosta problemi li ġabet magħha l-industrijalizzazzjoni, fosthom problemi ta' ambjent, problemi soċjali u densita` ta' popolazzjoni.", "Nafu wkoll li dan il-pjan kien wieħed reġjonali imma mbagħad kellu jiġi adottat mill-gvern ċentrali.", "Din kienet inizjattiva tajba għaliex il-gvern ċentrali għandu jkun il-movente fi proġetti bħal dawn għax inkella ma jsirux.", "Barra minn hekk, meta għandek tnax-il kunsill involut bilfors li jrid ikun hemm xi ħadd li jikkordina, iżomm il-bilanċ u jagħti lil kulħadd ċ-ċans jesprimi l- bżonnijiet tal-lokalita` li jkun qed jirrappreżenta.", "Sur President, l-iskop ta' dan ix-xogħol kien li jitpoġġew taħt il-lenti l-problemi tar-reġjun u jsiru l-proposti.", "Dawk li ħadmu fuq dan il-pjan identifikaw problemi ambjentali, ekonomiċi, soċjali u kummerċjali u għamlu wkoll proposti kif dawn il-problemi jistgħu jiġu mtaffijin jekk mhux solvuti għal kollox.", "Is-sena l-oħra l-Ministru Gatt kien qal li jaqbel mal- prinċipju ta' dan il-pjan u jekk niftakar sewwa qal ukoll li dan huwa pjan tajjeb; kien semma l-problema tar-Rebirth 2000 u kien qal li wkoll li jrid isir reassessment tal-pjan pero' ma jafx liema ministru se jmexxih.", "Dan kien f'Novembru li għadda u naħseb li jkun veru każ ta' money down the drain jekk dan il-pjan ma jitwettaqx meta jiġbor fih ħidma ta' sena sħiħa.", "Għalhekk nistennew li fil-winding-up il-ministru jgħidilna x'se jkun id- destin ta' dan il-pjan li spiċċa orfni.", "Nittama wkoll li l-pjanijiet tal- gvern għal dan ir-reġjun ikunu bbażati fuq l-ideat li ħarġu minn dan ir- rapport u nittama wkoll li iżjed 'il quddiem isiru pjani simili għal reġjuni oħra tal-gżira tagħna.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq in-naħa t'isfel ta' Malta, irrid insemmi wkoll il-proġett ta' l-embellishment għall-istess lokal u se nieħu l-każ ta' Wied il-Għajn, fejn sfortunatament il-manutenzjoni qed titħalla taqa' lura ħafna.", "Jien mingħalija li fejn saru dawn il-proġetti ta' embellishment, bħal oħrajn f'Buġibba, Birżebbuga u Marsaxlokk, suppost li l- gvern kien kommess li jgħin fil-maintenance tagħhom kemm permezz ta' nies kif ukoll permezz ta' makkinarju li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Nista' nsemmi sempliċement ftit siġar li tħawlu fit-triq tar-Ramla u li qed jitħallew imutu bil-għatx.", "Sur President, hemm ukoll il-problema tal-lokalitajiet turistiċi.", "Jidhirli li l-bieraħ l-Onor.", "Evarist Bartolo tkellem fuq il-problema ta' Paceville, li kollox imur għal Paceville u Ta' Giorni jibqa' b'xejn.", "L- istess nistgħu ngħidu għal Wied il-Għajn, fejn ħafna mill-isforz jintefa' fuq l-area fejn imorru n-nies għall-iżvog u għal dawk li joqogħdu fil-lokal ftit hemm tama li jibbenefikaw minn dawn il-fondi.", "F'Wied il-Għajn, per eżempju, għandna toroq bħal Triq Mintba u Triq il-Menhir, fejn in-nies ilhom joqogħdu iżjed minn għaxar snin, li għandhom diżastru.", "Biex tagħqad, imbagħad ikun hemm min jitfgħalhom ir-rubbish biex ikomplu jitfgħu l-melħ fuq il-ferita' u kultant jispiċċaw iweġġgħu n-nies, bħalma ġara fil-każ ta' Triq il-Buttar din il-ġimgħa.", "Barra minn hekk, fid-distrett kollu hemm il-problema tad-dwal, kemm ta' bozoz ġodda u kemm fejn jidħlu tiswijiet.", "Jiena naf li l-ministru se jgħid li issa l-bozoz qegħdin fir-responsabbilta` tal-kunsilli lokali pero' jiena naf b'kunsill li spiċċa jikteb lill-Onor.", "Josef Bonnici fuq din il-problema u l-ministru ħadha bi kbira.", "Il-kunsill għamel dan għaliex ma kellux għand min jirrikorri iżjed għajr li jmur f'ras il-għajn.", "Sur President, qed jiġri wkoll li f'ċerti villaġġi jitwaħħlu l-arbli u mbagħad ix-xogħol ma jsirx.", "Allura l-kunsilli jiktbu lill-ministeru, jirċievu acknowlegdement ta' l-ittra imma xorta x-xogħol jibqa' ma jsirx.", "Jekk wieħed jimxi lejn San Anard jew Melita Street f'Ħaż-Żabbar, per eżempju, ħlief arbli mingħajr cables ma tarax.", "Sur President, kif diġa' għidt, il-ministru qal li issa huma l-kunsilli lokali li se jibdew ibiddlu l-bozoz, imma jiena ngħid li l-kunsilli mhux dan iridu iżda li jkollhom ftehim ma' l-Enemalta biex din ma tħarisx lejhom bħala xi intruder.", "Nixtieq nagħti eżempju konkret ta' dan li qed ngħid.", "Meta l-kunsill taż-Żejtun ħadu l-inizjattiva biex ibiddlu d-dwal tal-pjazza taż-Żejtun ħdejn il-knisja, billi jagħmlu lamp posts rustiċi li jaqblu mal- village core, mill-Enemalta qalgħulhom fwiedhom.", "L-attitudni ta' l- Enemalta kienet \"tmiss xejn u tagħmel xejn\", u allura dawn damu x-xhur jistennew biex jaqilbu s-sistema mill-moderna għall-antika.", "Allaħares kultant ma jkollokx sindku u kunsilliera li kapaċi jieħdu deċiżjoni u jkunu mimlijin inizjattiva għaliex żgur li tispiċċa ma tagħmel xejn meta tara dawn il-komplikazzjonijiet u l-burokrazija żejda!", "Dan barra li r- refurbishment tal-pjazza sar kollu a spejjeż tal-kunsill lokali.", "Biex inkompli dwar il-problema ta' kordinazzjoni bejn il-gvern ċentrali u l-gvern lokali - qed nenfasizza din il-problema għax sinċerament nemmen li din hija waħda mill-ikbar problemi li jiffaċċjaw il-kunsilli lokali - nagħti l-eżempju tal-masġar ta' Bieb is-Sultan, li suppost se jsir f'Haż- Żabbar, dak li qegħdin insejħulu regional park.", "Dan hemm il-flus ivvotati għalih, hemm il-flus mill-public works department u kienu tawhom xi ħaġa wkoll min-naħa tal-planning authority, mingħalija xi ¥38,000.", "Issa qed jgħidulhom li aħjar ifittxu jużawhom dawn il-flus pero' x-xogħol għadu mwaħħal fuq biċċa esproprjazzjoni ta' xi għelieqi.", "Jiena nissuġġerixxi li ssir laqgħa fejn jiġu diskussi l-problemi kollha u mhux dan il-ħafna red tape biex jispiċċa ma jsir xejn u jeħel il-kunsill.", "Mhux ta' b'xejn li mbagħad jgħidulek li joqtluk bla sikkina għax inti tkun trid tagħmel l- affarijiet imma tħossok helpless!", "Imbagħad hemm il-proġett l-ieħor li aħna ż-Żabbarin qed insejħulu l- proġett tal-Misraħ fejn hemm ippjanat xogħol għall-embellishment ta' dan il-post.", "F'dan il-każ, il-kunsill talab għal ħaddiema mill-Kalaxlokk biex jaħdmu fuq dan il-proġett imma s'issa għadhom ma ngħataw l-ebda ħaddiema.", "Din hija xi ħaġa li jiena ma nistax nifhimha meta nafu li hemm numru ta' ħaddiema li qegħdin jirċievu l-paga d-dar.", "Il-gvern Nazzjonalista jiftaħar li qed jagħti iżjed fondi imma gvern Laburista kien qed jipprovdi r-riżorsi umani u dawn xorta jiswew il-flus.", "Il-kunsilli lokali huma konxji mill- problema tad-deficit li għandna fil-pajjiż imma kieku nipprovdulhom ir- riżorsi umani jagħmlu ħafna iżjed xogħol milli qegħdin jagħmlu għaliex jafu li ċerti riżorsi finanzjarji m'huwiex possibbli li nagħtuhomlhom, pero' l- pagi mingħand il-gvern xorta qegħdin joħorġu.", "Sal-bieraħ stess il-ministru bħala risposta għal mistoqsija parlamentari qal li f'dawn l-aħħar sitt xhur kellna average ta' 200 ħaddiem li qegħdin jirċievu l-paga d-dar għax m'hemmx xogħol għalihom.", "Ħalli nerġa' niġi issa għal dak li kont qed ngħid.", "Jekk nieħdu l-proġett ta' regional park ta' Bieb is-Sultan, naraw li ċertu xogħol miexi għax hemm il-ħaddiema tal-gvern imma fil-proġett l-ieħor tal-Misraħ ma jista' jsir xejn għaliex għadhom ma tawhomx in-nies.", "Mela nitkellmu fuq in-nies żejda, speċjalment fil-gradi industrijali, u mbagħad biex nibagħtu tnejn min-nies għal mal-kunsill naqilgħulhom qalbhom!", "Barra minn hekk imbagħad il-kunsilli jispiċċaw ma jużawx il-flus li jkollhom allokati għal dawn it-tip ta' proġetti minħabba dawn il-problemi ta' burokrazija żejda.", "Sur President, jiena naħseb li jeżistu metodi kif il-gvern ċentrali jista' jaħdem mal-gvern lokali ħalli bir-riżorsi li għandna nieħdu l-aħjar li nistgħu mingħajr ma nżidu l-ispejjeż.", "Kulħadd jaf li l-problema tad- deficit tal-pajjiż qiegħda hemm u inutli nipprovaw impinġu stampa differenti mir-realta`.", "Irridu naraw li ma jkollniex ħela ta' riżorsi, speċjalment riżorsi umani, u rridu naraw li l-kunsilli lokali jkollhom biex jaħdmu.", "MR SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterrompik imma skadielek il-ħin u għandek bżonn extension.", "Xi ħadd jipproponi biex tkun tista' tkompli tinstema'.", "ONOR.", "TONIO BORG: Nipproponi li l-Onor.", "Membru tkompli tinstema'.", "ONOR.", "MICHAEL BONNICI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor.", "Dalli tkompli bid-diskors tagħha.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ONOR.", "HELENA DALLI: Nirringrazzja lill-proponent u lis-sekondant u lill- Kamra kollha.", "Sur President, kont qiegħda ngħid li l-kunsilli lokali bix- xejn ma jistgħux jaħdmu.", "Problema oħra li xtaqt insemmi rigward Ħaż-Żabbar huwa x-xogħol li hemm bżonn isir biex tkompli tinfetaħ Triq Alessio Erardi sabiex jinqata' l-flow tat-traffiku miċ-ċentru ta' Ħaż-Żabbar.", "Biex tidħol f'Ħaż-Żabbar, fi kwart ta' mil, għandek sitt waqfiet u allura tistgħu timmaġinaw il-geġwiġija ta' traffiku li jkun hemm.", "Fil-weekend, bin-nies li jkun hemm neżlin għal Wied il-Għajn, biex tgħaddi minn hemmhekk tista' tgħid li ddum anke siegħa.", "Tajjeb ngħid ukoll li t-tfal ta' l-iskola ta' Ħaż-Żabbar kienu għamlu studju fuq l-impatt li dan it-traffiku qed ikollu fuq in-nies u fuq l- ambjent.", "Waħda mill-proposti tagħhom kienet proprju li tkompli tinfetaħ Triq Alessio Erardi sabiex it-traffiku għal Ħaż-Żabbar ikun jista' jgħaddi minn ħdejn Bieb is-Sultan u b'hekk din il-problema tal-konġestjoni tat- traffiku u problemi oħrajn li jikkawża t-traffiku fiċ-ċentru tar-raħal jiġu solvuti u għalhekk nittama li l-gvern ikompli b'dan il-proġett.", "Sur President, din l-istess problema nsibuha fiż-Żejtun.", "Jiena ngħid li inutli noqogħdu ngħidu li rridu nippreservaw iċ-ċentri antiki ta' l-irħula u mbagħad ma nagħmlu xejn fil-konkret.", "Nafu kemm it-traffiku jagħmel ħsara fil-core tal-villaġġi, mhux biss għall-arkitettura u għat-toroq imma wkoll għas-saħħa ta' l-abitanti.", "Biex tittaffa din il-problema fiż-Żejtun, jeħtieġ li titkompla r-ring road li ilha ppjanata mill-1986 u li tgħaqqad Triq il-Falkunier ma' Triq Attard Bezzina jew l-area ta' San Klement, kif nafuha aħna.", "Nixtieq insemmi wkoll in-nuqqas ta' enforcement min-naħa tal-planning authority u min-naħa tal-pulizija f'każijiet fejn ikun hemm complaints dwar mechanics, żjut u trakkijiet u f'każijiet fejn ikun hemm plots vojta li jispiċċaw scrap heap.", "Il-kunsilli lokali jħossuhom helpless f'din is- sitwazzjoni għaliex minkejja li huma jirrapportaw, l-enforcement jibqa' ma jsirx.", "La qed insemmi l-pulizija, insemmi wkoll t-Triq tal-Labour fiż- Żejtun minn fejn il-ġimgħa l-oħra nġabru 40 siringa.", "Jiena naħseb li hemm bżonn li jkun hemm iktar pulizija on the beat u hemm bżonn ukoll ta' neighbourhood watch.", "Ħalli nagħmel punt ieħor dwar iż-Żejtun.", "Sur President, dawn it-tliet toroq fiz-Zejtun, Triq it-Tamburin, Triq Dejma u Triq Dwiemes, kien hemm il-flus ivvotati għalihom imma minflok sar ix-xogħol fihom, il-flus intużaw biex baxxew triq f'Wied il-Għajn li tagħti għar-recycling plant, bil-konsegwenza li l-abitanti f'dawn it-toroq għerqu fl-ilma.", "U dan kollu biex jinqeda xi ħadd li għandu konnessjonijiet iktar milli għandu ħaddieħor.", "Insemmi wkoll Triq Lija f'Ħaż-Żabbar, li ilha fl- istess sitwazzjoni għal snin twal, u għalhekk ikun tajjeb li dawn is- sitwazzjonijiet li tant jikkaġunaw dwejjaq liċ-ċittadini nieħdu ħsiebhom.", "Sur President, jiena nħoss li proġetti ta' embellishment għandhom jibqgħu jsiru pero' l-ewwel irridu naraw li dawk li saru jkollhom l-upkeep neċessarju.", "Għalhekk il-gvern preżenti, kif kien għamel il-gvern ta' qabel, għandu jieħu l-inizjattiva flimkien mal-kunsilli lokali dejjem biex forsi nibdew naraw riżultati aħjar u mhux biex ikun hemm xi tnaqqir ta' l- awtonomija tal-kunsilli lokali.", "Min-naħa l-oħra rridu naraw safejn wasalna fid-devoluzzjoni tal-poter lill-kunsilli lokali, li hija n-naħa l-oħra tal-munita.", "Fid-daħla tal- white paper li llum dehret f'forma ta' artiklu f'\"The Times\", il-Ministru Gatt saħaq fuq il-bżonn li nsaħħu dan il-proċess ta' devoluzzjoni.", "Eżempju tajjeb fejn nistgħu nagħmlu gauging safejn wasalna f'dan il-proċess huwa l- każ ta' l-istrike tal-koperattiva tal-ġbir ta' l-iskart.", "Għalija din l- esperjenza wriet li għalkemm nitkellmu fuq id-devoluzzjoni tal-poter, għadna 'l bogħod milli jkollna tassew gvern lokali permezz tal-kunsilli lokali, dak li l-Ingliżi jsejħulu government on the doorstep.", "Jiena ngħid li l-konċett għandu jkun li n-national government ikun nationwide government, jiġifieri l-gvern ma jibqax fil-konfini tal-belt kapital.", "Veru li hawn Malta m'hawnx kobor imma naħseb li l-konċett xorta japplika.", "Fil- fatt barra minn Malta l-kunsilli lokali huma proprju gvern lokali u tista' tagħid li huma responsabbli għal kollox ħlief għal xi affarijiet bħas- sigurta`.", "Fil-każ tagħna, din il-problema tal-ġbir ta' l-iskart wriet kif problema ta' natura lokali tispiċċa xorta f'ħoġor il-gvern ċentrali.", "Għalhekk hemm bżonn ikun hemm inter-relazzjjoni tajba bejn l- amministrazzjoni lokali u l-amministrazzjoni pubblika in ġenerali.", "Dan uriena wkoll kemm il-proċess tad-devoluzzjoni m'huwiex faċli.", "Sur President, xi ħaġa li nħoss li għandi nsemmiha wkoll u li rridu noqogħdu attenti li ma tiġrix hija dik li kunsilli lokali jinstemgħu aktar minn kunsilli oħrajn għaliex ikollhom maġġoranza ta' kunsilliera li huma tal-partit tal-gvern tal-ġurnata u allura jkollhom aktar aċċess għall- ministri.", "Aħna bħala Partit Laburista qatt ma qbilna ma' dan il-konċett u din hija waħda mir-raġunijiet għaliex ma konniex naqblu ma' dan.", "Għandna naraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn kunsill u ieħor għax wieħed għandu maġġoranza ta' kunsilliera li huma Nazzjonalisti u ieħor għandu maġġoranza ta' kunsilliera Laburisti.", "Qed ngħid dan għaliex bilfors titħasseb meta tara ċerti affarijiet.", "Sur President, ftit ilu ġie jkellimni l-kunsill lokali taż-Żejtun dwar il- proposta tagħhom biex jagħmlu ċentru ċiviku li għandhom bżonnu bħall-ħobz fejn jiġbru klinika, child care centre, posta, sanita`, social services eċċ..", "Dawn diġa' identifikaw is-sit fejn dan iċ-ċentru jista' jsir pero' sal-lum għadhom ma rċevew l-ebda risposta.", "Jiena nispera li ma tidħolx il- politika partiġjana hawnhekk u nispiċċaw nagħżlu kunsill minn ieħor għax dan ikun supporter tal-gvern tal-ġurnata.", "Fejn hemm ċerti kuntatti, jista' jkun li l-gvern ikun qiegħed jgħin iktar milli jkun qed jgħin kunsill ieħor imma huwa xieraq l-gvern jgħin b'mod uniformi lil kulħadd.", "Din hija importanti ħafna jekk ma rridux li jkollna l-firda tal-partiġjaniżmu politiku anke f'dan il-livell għaliex dan jista' jagħmel ħafna ħsara u jbiegħed lil ċerti nies validi li qegħdin jagħtu kontribut.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi huwa dwar it-taħriġ tal-kunsilliera.", "Meta aħna konna norganizzaw korsijiet speċjali għan-nisa, in-nies kienu jattendu.", "Min-naħa l-oħra meta d-dipartiment tal-kunsilli lokali kien jagħmel ħafna sforzi f'dan il-qasam u jorganizza l-korsijiet, in-nies ma kenux jattendu għalihom.", "Hija ħasra li meta hawn dan it-tagħlim kollu n- nies ma jagħtux kas.", "Jien naħseb li l-korsijiet għandhom ikunu aktar attraenti.", "Jista' jkun li ż-żmien li fih isiru dawn il-korsijiet ikunu viċin wisq ta' l-elezzjoni u allura l-kandidati jippreferu jmorru jagħmlu l- home visits.", "Jien ma niskantax li hawn min lanqas għandu ħjiel ta' kif jitmexxa kunsill lokali pero' wieħed għandu jieħu interess u jitgħallem.", "Huwa importanti li l-kunsilliera jippreparaw ruħhom bis-serjeta' biex meta jiġu ffaċċjati bir-responsabbilta' tat-tmexxija tal-lokali tagħhom ikollhom background ta' decision-making, ta' leadership u ta' proċedura.", "Jien ċert li l-ministru se jieħu ħsieb ikompli jagħmel dawn il-programmi ta' taħriġ aktar attraenti biex aktar kandidati jattendu għalihom.", "B'hekk ma jkunx hemm ħela ta' flus għaliex il-korsijiet isiru xorta, kemm jekk jattendu ħamsa u anke jekk jattendu 50.", "Sur President, biex ikollna kunsilli lokali aktar demokratiċi hemm bżonn li fihom ikollna rappreżentanza ogħla ta' nisa.", "In-numru ta' nisa fil- kunsilli lokali huwa ogħla min-numru ta' nisa fil-parlament u dan huwa konformi mal-bqija tad-dinja.", "Pero' xorta waħda hemm ħafna x'isir biex fil- proċess fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ikun hemm aktar nisa.", "Jien ngħid li ma jistax ikollok demokrazija suret in-nies jekk is-sehem tan-nisa u ta' l- irġiel ma jkunx ugwali.", "Peress li n-nisa u l-irġiel għandhom perspettivi differenti fuq ċerti issues, meta tiġi tackled problema aktar se jkollok soluzzjoni sħiħa jekk in-nisa u l-irġiel ikunu taw is-sehem sħiħ tagħhom flimkien.", "Jien ngħid li n-nisa għandhom ħafna x'joffru fil-livell ta' gvern għax peress li dawn imorru aktar fil-health centres, fl-iskejjel u fil-playing fields bit-tfal, aktar ikunu jafu x'inhuma l-bżonnijiet tal- lokalita'.", "Barra minn hekk dawn aktar ikunu f'qagħda li joffru soluzzjonijiet għax ikunu għaddew mill-problema huma.", "Għalhekk jien inħeġġeġ biex jibqgħu jsiru korsijiet għall-kunsilliera nisa għax huwa importanti ħafna li dawn jiġu trained fi skills ta' leadership, decision- making, assertiveness u komunikazzjoni.", "Kultant dan il-ftit training in- nisa jkollhom bżonnu biex isiru aktar self-confident.", "Huwa importanti li nagħmlu evalwazzjoni ta' kif qed jimxu l-kunsilli lokali għax b'hekk inkunu nafu jekk l-aspirazzjonijiet tan-nies hux qed jintlaħqu.", "Irridu naraw fejn għad hemm lok għal titjib, kif isir it-tendering u kemm iċ-ċittadini qed jieħdu value for their money.", "Jien naħseb li fil-livell ta' kunsilli lokali dan huwa aktar faċli għax din mhix xi ħaġa 'l bogħod bħalma huwa l-gvern ċentrali imma hija xi ħaġa viċin ħafna tan-nies.", "Il-kunsilli lokali jiddependu mill-gvern ċentrali li jallokalhom il-flus biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol fil-lokalita' tagħhom pero' xi kultant jien ninnota li dawn donnu li jħossuhom maqtugħin mill-problemi li għandu l-pajjiż dwar il-fondi pubbliċi.", "Donnu li kulma għandu jagħmel il-kunsill lokali huwa li ''jiġġieled'' għall-flus u jirsisti biex kemm jista' jkun jakkwista fondi.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx ikollhom l-attitudini li qisu ma jħossuhomx responsabbli għall- finanzi tal-gvern.", "Jien naħseb li l-ewwel eżempju jrid jagħtih il-gvern.", "Jekk il-gvern ċentrali jgħid li qed jieħu ċerti miżuri minħabba l-problemi finanzarji tal-pajjiż, aktar ikun jista' jispjega lill-kunsilli lokali għalfejn ma jkunx qed jagħtihom flus biżżejjed, għalkemm ikun qed igħinhom mod ieħor.", "Min-naħa l-oħra jekk il-gvern ċentrali jonfoq il-flus bl- addoċċ, il-kunsilli lokali se jitolbu aktar flus.", "Fl-opinjoni tiegħi, irid ikun hemm il-koerenza ta' proġett kbir kulturali li jifhem il-fatt sempliċi li ħafna mill-istejjer ta' suċċess, ħalli ngħidilhom hekk, ta' soċjetajiet differenti huwa li kapaċi jimmaniġġjaw lilhom infushom.", "Jien nistaqsi: Min se jkunu l-aġenti ta' dan is-settlement ġdid, biex ngħidlu hekk, li qed insemmi?", "Aħna l-politiċi lesti għal dan il-challenge?", "Jien ngħid li l-Gvern Laburista kien beda l- proġett ta' bdil ta' kultura imma ma kellux żmien biżżejjed biex jimplimentaha.", "Lanqas ħames snin m'huma biżżejjed, aħseb u ara inqas minn sentejn.", "Jien ngħid li dan il-pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem u jimmodernizza jekk kull innovazzjoni li ssir tinqaleb kull meta jkun hemm fil-gvern partit differenti.", "B'dan il-mod żgur ma tistax taħdem fuq long- term policies.", "Il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali mhux qegħdin hemm biex jagħmlu kollox huma imma qegħdin hemm biex jidderieġu dak li huwa essenzjali ħalli l-ħajja fis-soċjeta' tagħna tkun organizzata b'mod ċivili u modern u mhux skond il-kriterji tal-ġungla, kif ġieli jiġri.", "Irridu naraw ukoll li jkun hemm l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi umani u finanzjarji.", "Naħseb li l-ministru jaqbel miegħi jekk ngħid li għad hemm ħafna xi jsir biex ir-riżorsi li għandna available jintużaw b'aktar effiċjenza, serjeta' u dixxiplina.", "Naf li fi ħdan il-kunsilli lokali hemm ir-rieda li jsibu l-aħjar triq biex ir-riżorsi li għandhom għad- dispożizzjoni tagħhom jużawhom bl-aħjar mod.", "Hemm bżonn li naraw x'qed isir bil-fondi li qed jingħataw u li jkun hemm tisħiħ ta' kollaborazzjoni bejn il-gvern ċentrali, l-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet oħrajn mhux governattivi, bħal per eżempju, organizzazzjonijiet tal-volontarjat.", "Jien ngħid li meta jkun hemm koordinament bejn dawn it-tlieta nkunu qed intejbu l-użu tar-riżorsi li għandna sabiex immexxu 'l quddiem is-soċjeta' tagħna.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx iktar rimarki, nitlob lill-Ministru Austin Gatt biex jgħaddi għall-winding-up.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sur President, illum qed nagħlqu d-dibattitu fuq l- allokazzjoni ta' l-ispecial funds lill-kunsilli lokali, dibattitu li jkolli ngħid ħa fit-tul.", "Fil-fatt din hija t-tmien seduta u se nkunu għamilna 20 siegħa nitkellmu fuq mozzjoni li jien qed nifhem li hawn qbil fuqha.", "Dan jindika l-interess li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom fil-kunsilli lokali pero' wieħed irid jara wkoll kemm utilizzajna tajjeb il-ħin tal-parlament.", "Jien ma rridx nitfa' xi dell fuq xi diskors li sar pero' wieħed irid jikkonsidra l-fatt li 20 siegħa fuq mozzjoni li fl-aħħar mill-aħħar hawn qbil fuqha huwa ħin twil ukoll.", "Jien naħseb li f'dan is-sens wieħed għandu jirrifletti fuq dak li ntqal fil-House Business Committee dwar kemm għandna nibqgħu bl-użanza li fil-parlament isiru dawn id-diskorsi twal ħafna, li ħafna drabi joħorġu mis-suġġett li nkunu qed nitkellmu fuqu.", "(Interrruzzjonijiet) Jidher li l-Onor.", "Mizzi għad baqagħlu xi jgħid imma naħseb li llum aħjar nagħlqu d-dibattitu fuq din il-mozzjoni.", "Sur President, l-ewwelnett nixtieq ngħid x'inhuma l-ispecial funds għax jidher li mhux kulħadd fehem x'inhuma preċiż.", "Fil-fatt kien hawn konfużjoni dwar kif u għaliex il-gvern jalloka dawn il-fondi.", "Permezz ta' din il- mozzjoni li għandna quddiemna llum qed jitqassmu Lm2.5 miljun li ġew ivvotati fl-aħħar budget.", "F'din il-mozzjoni m'hemmx l-eżerċizzju tad- diskrezzjoni ministerjali.", "Qed ngħid dan għax ħafna membri tal-Kamra għandhom l-impressjoni li l-ministru jew id-dipartiment jiddeċiedi kemm u fejn jiġu allokati dawn il-fondi.", "Għalhekk ikun tajjeb li ngħid li l-fondi li qed jitqassmu din is-sena, tqassmu fuq l-istess bażi li ilhom jitqassmu sa mill-1995, taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet għax il-kriterji u l-metodu ta' tqassim ta' l-ispecial funds ma tbiddlux.", "Naħseb li ż-żewġ naħat jaqblu li din is-sistema u n-nuqqas ta' diskrezzjoni ministerjali huma tajbin.", "Jidher ukoll li kien hemm xi misconceptions għaliex ċerti kunsilli jieħdu fondi taħt il-proġetti, biex ngħid hekk,, tal-playgrounds, ċentri storiċi eċċ. u oħrajn ma jeħdux.", "Ir-risposta hija sempliċi.", "Il-proġetti li hemm taħt il-fondi ''a'', ''b'', ''c'' ġew approvati u mqassma minn kumitat maħluq apposta fl-1995 li ma kienx kontrollat mill-gvern.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ingħataw fondi fi tranches differenti biex jiffinanzjaw il- proġetti approvati.", "Għalhekk li qed isir illum huwa biss riżultat ta' deċiżjoni li kienet ittieħdet minn dan il-kumitat madwar ħames snin ilu li mexa fuqha, kemm dan il-gvern kif ukoll il-gvern preċedenti.", "Mid-diskorsi li saru stajt nifhem li hawn qbil fuq il-proposta li mis- sena d-dieħla l-ispecial funds jiġu integrati fil-fondi ordinarji.", "Fl- opinjoni ta' din in-naħa tal-Kamra din hija proposta vantaġġuża ħafna għall- kunsilli lokali kemm għax tneħħi xi element ta' diskriminazzjoni li jeżisti llum fil-fondi speċjali - għax kunsilli lokali li ma kkwalifikawx għall- proġetti fl-1995 għadhom sal-lum ma jistgħux jikkwalifikaw - kif ukoll għaliex issa l-funding globali li għandu kull kunsill lokali se jogħla.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali iktar se jkollhom diskrezzjoni milli kellhom s'issa bil-fondi speċjali.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Bis-sistema li għandna llum, jekk nallokaw, per eżempju, Lm10,000 biex kunsill lokali partikolari jagħmel triq, dan bilfors irid jużahom għal triq speċifika li ġiet listed tliet snin ilu.", "Pero' bl-integrazzjoni ta' dawk l-Lm10,000 fil-fond ordinarju, il-kunsill lokali jista' jiddeċiedi hu liema huma l- prijoritajiet tiegħu.", "Tant hu hekk li jekk irid triq jonfqilha, per eżempju, Lm20,000 minflok Lm10,000 għax ikun ġemma' l-flus minn x'imkien ieħor.", "Allura b'mod globali l-kunsill lokali se jkollu ħafna iktar inċentiva biex dawn il-flus jużahom u jħaddimhom tajjeb.", "B'hekk ikollu aktar funds available li jkun jista' jonfoqhom fejn jidhirlu hu.", "Sur President, kumment validu li ssemma kien li wieħed irid jitkellem ukoll fuq il-value for money.", "L-ewwelnett nieħu gost li l-value for money tissemma ħafna iktar fil-kontest ta' kunsilli lokali milli fil-kontest ta' gvern ċentrali.", "Kellna bżonn insemmu l-value for money ħafna iktar fil- kontest ta' gvern ċentrali, pero' jidher li kulħadd huwa iktar konxju ta' l- użu tal-kriterji tal-value for money fil-kontest ta' kunsilli lokali.", "Il- value for money huwa obbligu fuq il-kunsilli lokali tagħna.", "Hawnhekk irrid infaħħar l-inizjattiva li kien ħa l-ex-ministru, l-Onor.", "Charles Mangion, biex jibdew isiru l-value for money audits mill-awditur ġenerali.", "Fi żmien l-Onor.", "Mangion din l-inizjattiva kienet bdiet tirranka sew u nista' ngħid li llum wasalna fil-pożizzjoni fejn ir-rapport prattikament huwa lest.", "Il-ġimgħa l-oħra jien kelli laqgħa ma' l-awditur ġenerali u nispera li r-rapport dwar ir-road reconstruction tal-kunsilli lokali kollha, fl-aspett tal-kriterju tal-value for money li kien ġie kkummissjonat mill-Onor.", "Mangion, nippreżentah fuq il-Mejda tal-Kamra qabel ma nxolju l-parlament għall-vaganzi tas-sajf.", "Sur President, ġie deċiż ukoll li s-sena d-dieħla se jsir value for money audit fuq kulma għandu x'jaqsam ma' waste collection, jiġifieri fuq household waste, skips, bins on wheels u knis ta' toroq.", "Irrid ngħid ukoll, biex inkun ġust ma' kulħadd, li ħadna dan it-tul ta' żmien għaliex hawn Malta ma kienx hawn awdituri li kienu mdorrijin jagħmlu value for money audits.", "Għalhekk kellna nużaw il-kriterji li jintużaw barra minn Malta u kellhom isiru numru ta' laqgħat ma' l-awdituri biex wieħed jispjega dawn il-konċetti.", "Jien informat li r-rapporti preliminari li daħlu ma kenux sodisfaċenti għaliex aktar kienu audits ta' proċeduri milli verament ġudizzju ta' value for money u allura ħadna dan it-tul ta' żmien għal- learning curve.", "Jidher li l-awditur ġenerali issa huwa sodisfatt bix- xogħol u naħseb li lkoll għandna nkunu sodisfatti li għall-ewwel darba f'pajjiżna se nkunu eżaminajna perijodu ta' madwar sena jew sena u nofs fejn mhux isir audit finanzjarju kif jintnefqu l-flus imma jsir audit ta' kull kunsill lokali biex naraw jekk dan ħax lura dak li nefaq.", "Jien ikolli ngħid li l-kunsilli lokali bilfors huma konxji mill-konċett ta' value for money għaliex mhumiex f'pożizzjoni finanzjarjament tajba fejn jistgħu jtajru flus kemm iridu.", "Allura min-natura tagħhom stess, kif inhuma marbuta finanzjarjament, diġa' qegħdin fit-triq it-tajba.", "Jien naħseb li xi kunsilli lokali se jkunu ħadu value for money aktar minn kunsilli lokali oħrajn u dawn l-audits huma tajbin għax il-kunsilli jitgħallmu minn xulxin.", "Jekk dawn ir-rapporti li se nibdew inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra jiġu eżaminati f'dan is-sens inkunu qed insaħħu l-konċett tal-value for money mhux biss tal-kunsilli lokali imma ta' kulħadd.", "Il-value for money mhuwiex biss dak li tonfoq direttament.", "Hawnhekk ikolli ngħid li naqbel mar- rimarka li għamel l-Onor.", "Mangion meta qal li ma jagħmilx sens li l-kunsill lokali ta' Ħal Luqa jagħmel football ground meta diġa' hemm ground ta' l- armata.", "Dan qal li għandu jsir ftehim biex dan il-ground ikun jista' jintuża minn kulħadd.", "F'dan il-kontest ukoll l-Onor.", "Chris Agius irrimarka fuq il-ħtieġa li l-kunsilli lokali għandhom jaħdmu b'mod reġjonali.", "Jien naqbel u nikkondividi dawn iż-żewġ rimarki bl-iktar mod totali u l-eżempju ta' Ħal-Luqa huwa biss eżempju wieħed.", "Ma jistax ikun - din irridu ndaħħluha f'ras kulħadd - li kull kunsill lokali ta' Malta u Għawdex irid l-isports centre tiegħu, id-dar ta' l- anzjani tiegħu, id-day centre tiegħu u l-football ground tiegħu.", "Dan il- pajjiż mhux biss ma jiflaħx finanzjarjament li jagħmel dawn l-affarijiet imma lanqas hemm sens loġiku fihom u naħseb li jekk dan ngħiduh lil kulħadd b'mod ċar nistgħu nimxu 'l quddiem flimkien.", "Il-konċett tar-reġjonalita' mhuwiex impost imma jekk bejn il-kunsill lokali jkun hemm il-koperazzjoni, dan il-konċett jagħmel sens mhux biss fil-proġetti imma wkoll fl- operazzjonijiet ta' kuljum ta' l-istess kunsilli lokali.", "Jien konvint li dak li għamlu l-kunsilli lokali ta' l-Imqabba, Ħal Safi, l-Qrendi u Ħal Kirkop, li ħarġu kuntratt wieħed għall-ġbir ta' l-iskart jistgħu jagħmluh ukoll lokalitajiet oħra.", "Per eżempju, jagħmel sens li lokalitajiet kbar li jkollhom ħdejhom xi raħal żgħir jieħdu dan l-eżempju.", "Jien ma nistax nifhem kif il-Belt u l-Furjana, Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra u ħafna postijiet f'Għawdex ma jiftehmux fuq kuntratt simili.", "Jekk il-kunsilli lokali jridu jaħdmu bis-sens u jiffrankaw il-flus iridu bilfors ikabbru l-koperazzjoni ta' bejniethom, anke fuq affarijiet ta' kuljum.", "Dan huwa proċess ta' konvinzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li fl-introduzzjoni tal-wardens u t-tribunali lokali qed nimxu b'dan il-proċess.", "Peress li l-kunsilli lokali individwali jifhmu li din il-ħaġa ma jistgħux jagħmluha waħedhom, qed insibu kooperazzjoni kbira bejniethom.", "Fil-fatt taħt it-tmexxija ta' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali, il-kunsilli qegħdin jaħdmu flimkien volontarjament biex jaraw kif u fejn se jaħdmu l-gruppi tal-wardens u biex ikun hemm tribunal wieħed bejniethom.", "Jien naqbel perfettament mal- kummenti li saru, kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa l-oħra, li l- futur tal-kunsilli lokali ma jistax ikun futur mingħajr koperazzjoni bejniethom.", "Jien ma nixtieqx li nenfasizzaw il-kelma \"reġjonalita'\" għaliex ma naħsibx li għandna xi reġjuni fissi li l-kunsilli lokali neċessarjament iridu jaħdmu fihom.", "Qed ngħid dan għax jista' jkollok sitwazzjonijiet fejn, per eżempju, il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar jikkopera mal-kunsill lokali tax-Xgħajra fuq xi ħaġa, imbagħad jikkopera mal-Fgura jew mal-kunsilli lokali tal-Kottonera fuq affarijiet oħra.", "Għalhekk irridu nenfasizzaw il-bżonn ta' aktar koperazzjoni u l-bżonn ta' l- utilizzazzjoni ta' faċilitajiet li jeżistu diġa'.", "Il-każ li semmejt qabel ta' Ħal Luqa - nista' nimmaġina l-pressure li kellu l-Onor.", "Mangion mill- kunsill lokali ta' dan il-lokal! - fil-verita' jeżisti kullimkien.", "Hawnhekk nixtieq insemmi n-nuqqas ta' użu ta' faċilitajiet sportivi u rikreattivi li għandna fl-iskejjel tagħna.", "Il-kunsilli lokali u l-kapijiet ta' l-iskejjel għadhom ma sabux metodu biex il-faċilitajiet kbar li għandna fl-iskejjel, li jekk tgħoddhom flimkien issib li jqumu l-miljuni ta' liri, jiġu utilizzati.", "Sfortunatament għadna fis-sitwazzjoni fejn kulħadd iħares lejn l-imperu żgħir tiegħu u minflok nipprovaw nattakkaw il-problemi li jeżistu, nibnu imperi differenti għaliex naħsbu li b'hekk insibu s- soluzzjoni.", "Jien nippreferi - din hija l-politika li biha beħsiebni nimxi - li nfiehmu lil kulħadd li qabel ma nibdew naħsbu fuq faċilitajiet ġodda rridu nutilizzaw il-faċilitajiet li jeżistu diġa'.", "Il-gvern - din għidtha lil kull kunsill lokali pero' issa se ngħidha lil kulħadd pubblikament - qatt m'hu se jkollu l-fondi biex jibni dar ta' l-anzjani, day centre, sports complex, football pitch u playground f'kull lokal u waterpolo pitch f'kull lokal fejn hemm il-baħar.", "Jien nappella lin-nies li jaħdmu b'rashom, li għandna ħafna minnhom, biex ma joqogħdux jintilfu fuq il-parrokjaliżmu imma jikkonċentraw fuq ċentri li jkunu within reach minn kulħadd.", "Wieħed jista' jgħid li jekk, per eżempju, jinfetaħ day centre fir-raħal ta' ħdejh u mhux fir-raħal tiegħu, dan ma jkunx tiegħu.", "X'jiġifieri!", "Jekk il-kunsilli lokali jaħdmu flimkien, jieħdu l-proprjeta' flimkien u jħaddmu l-affarijiet flimkien il-post ikun ta' kulħadd.", "Din hija l-politika għaqlija li għandna bżonn nimxu biha f'dan il-kontest.", "Jekk inbiddlu l-mentalita' nkunu għamilna breakthrough kbira għaliex imbagħad bis-sinerġija li jistgħu joħolqu l-kunsilli lokali bejniethom naħseb li nkunu f'pożizzjoni fejn verament nagħmlu pass 'il quddiem fl-eżistenza ta' faċilitajiet fil- lokalitajiet tagħna.", "Kien hemm xi ftit diżgwid għaliex dan il-gvern qed juża t-terminu \"gvern lokali\" għall-kunsilli lokali u kien hemm min qal li filli ngħidulhom gvern u filli ngħidulhom kunsilli lokali.", "Fir-realta' dan mhuwiex terminu ġdid imma huwa terminu li ilu jeżisti mill-bidunett.", "Fil-fatt ħafna artikli tal-kostituzzjoni indirettament jirriferu għal gvernijiet lokali.", "L-ewwel ministru responsabbli minn dan il-qasam, li kien il-prim ministru, kien ministru tal-gvern lokali.", "Jien sirt ministru tal-gvern lokali, jiġifieri din id-diċitura intużat minn dejjem.", "Qatt ma kien hawn ministru, inkluż l- Onor. Mangion, li ma kienx juża din id-diċitura.", "Gvern lokali huwa amministrat mill-kunsilli lokali.", "Din sempliċement hija spjega biex kulħadd jifhem li m'hu qed nagħmlu xejn ġdid.", "Hawn qed nitkellmu fuq gvern lokali għaliex huwa saff ta' gvern.", "Din hija parti mis-sistema demokratika u nista' ngħid li dan huwa konċett Ingliż.", "Sur President, fuq l-ispecial funds irrid ngħid xi ħaġa oħra.", "Deher li kien hawn problemi għaliex ċerti kunsilli lokali se jieħdu aktar flus minn oħrajn biex jagħmlu t-toroq.", "Jien se nerġa' nispjega biex kulħadd jifhem preċiż x'ġara u ma ġarax eżatt.", "Meta l-Onor.", "Mangion kien ministru, it- toroq kienu ġew graded skond il-bżonn jew nuqqas ta' bżonn tagħhom.", "It- toroq li ġew graded bħala grade 4, li allura kellhom bżonn ta' reconstruction, ġew sottomessi minn kull kunsill lokali u ċċekkjati u ġie kkalkolat kemm tqum kull triq.", "B'hekk tkun taf kemm se tonfoq għal kull raħal biex tirranġa t-toroq kollha li jkunu ġew sottomessi minn dik il- lokalita' partikolari.", "Għalhekk kien ġie deċiż li dawn il-flus - mingħalija t-total kien ta' madwar Lm13 miljun - jiġu ffinanzjati over twelve years.", "Allura jekk il-kunsill lokali tal-Belt talab Lm12,000, dan se jieħu Lm1,000 fis-sena u jekk il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ talab Lm24,000, dan se jieħu Lm2,000 kull wieħed.", "Din hija d-differenza.", "L-unika diskrezzjoni li uża l-Onor.", "Mangion kienet li jagħmilha ta' Salamun u jagħmlilhom formola, imma m'għandux x'jaqsam x'iddeċieda hu.", "Jien naqbel ma' din is-sistema - fil-fatt għadha titħaddem s'issa - għax b'hekk ma tkun qed tiffavorixxi lil ħadd.", "Ovvjament din mhijiex formola perfetta għax ħafna mill-kunsilli lokali jgħidulek li minn dak iż-żmien sal-lum, mal- lista daħlu toroq oħra.", "Imma issa xi trid tagħmel?", "Se noqogħdu nbiddlu l- lista kull sena?", "Għalhekk aħna dehrilna li l-istadju li jmiss huwa li ladarba nafu l-bżonnijiet totali kemm huma - dak iż-żmien kienu Lm13 miljun imma llum, wara li ħallasna tliet darbiet, naħseb li niżlu għal xi Lm10 miljun - dawn jiġu kkalkolati fil-formola ordinarja.", "B'hekk bil-formola ordinarja tkun qed tagħtihom flus kemm għandhom bżonn - ovvjament mhux kollox f'daqqa - imbagħad kull kunsill lokali jiddeċiedi kif iqassam il- flus hu.", "Sur President, kien hemm ftit diżgwid - din qed nitgħallimha jien ukoll - fuq it-terminu \"private road\".", "Għal xi raġuni jew oħra t-toroq li m'humiex ifformati f'dan il-pajjiż insejħulhom private roads.", "Jien ma nafx x'inhi r-raġuni pero' lili qaluli biex nuża din id-diċitura u jien ġustament baxxejt rasi u bdejt nużaha jien ukoll.", "Meta fittixt fil-kodiċi tal-pulizija li jirregola l-formazzjoni ta' toroq ġodda u xi trid tagħmel u ma tagħmilx, eċċ., ma sibt l-ebda definizzjoni.", "Minkejja li fil-marginal note hemm riferenza għal \"private streets\", fit-text din imkien ma tidher.", "Fil-fatt f'partijiet oħra hemm imniżżel it-terminu \"new streets\".", "Pero' nista' nassigura lil kulħadd li hawnhekk meta ngħidu \"private roads\", ma nkunux qegħdin nirriferu għal toroq li huma ta' xi ħadd personali imma qed nirriferu għat-toroq kollha li hemm f'diversi rħula li qatt ma ngħataw lagħqa tarmac.", "Kien hemm kummenti wkoll, li jien ma naqbilx magħhom assolutament, għaliex il-gvern qed jagħti din il-fakulta' lill-kunsilli lokali.", "L- ewwelnett irrid ngħid li din hija talba li saret mill-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, li qed tgħid li minkejja li ċerti kunsilli lokali li għandhom il-fondi - fir-realta' hawn kunsilli lokali li huma overfunded u allura għandhom fondi l-bank - ma tantx għandhom problemi ta' reconstruction jew waslu biex jikkonkludu l-problemi tat-toroq, għandhom numru ta' toroq ġodda li għadhom m'humiex ifformati u jixtiequ jinvestu fihom.", "Jien deherli li din hija talba raġonevoli u naħseb li lill-kunsilli lokali għandna nagħtuhom il-fakulta' li jekk jidhrilhom li dawn it-toroq għandhom jingħataw preċedenza, għandhom jonfqu l-flus fuqhom.", "Naħseb li ċerti sistemi għandna bżonn inbiddluhom.", "Ovvjament il-mozzjoni mhux qed tgħid li dan huwa obbligu u lanqas se jkun hemm devoluzzjoni ta' din ir- responsabbilta' mingħand id-direttur tat-toroq li l-kunsilli lokali għandhom l-obbligu li jagħmlu dawn it-toroq.", "Se jkun hemm biss għażla li jekk iridu l-kunsilli lokali jmorru għand id-direttur tat-toroq, jagħmlu ftehim miegħu biex jagħmlu triq partikolari u d-dipartiment tat-toroq jobbliga ruħu li fi żmien tliet snin jirrifondi l-ispejjeż li jkun għamel il-kunsill lokali.", "Fi kliem ieħor qegħdin noħolqu biss l-opportunita'.", "Issa jekk din titteħidx jew le hija totalment f'idejn il-kunsilli lokali.", "Kunsill lokali jista' ma jagħmilx triq ġdida waħda fil-lokal tiegħu u joqgħod jistenna d-dipartiment tat-toroq jagħmilha hu.", "Min-naħa l-oħra, kunsill lokali li jiddeċiedi li jrid jagħmel triq ġdida jista' jmur jiftiehem mad-direttur tat-toroq u jagħmilha.", "Jien jidhirli li din kienet proposta mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali li kellha tintlaqa' tajjeb għax ma timponix obbligu ġdid fuq il-kunsilli lokali imma tagħtihom biss l- opportunita' li jiddeċiedu huma x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom u jimplimentawhom.", "Sur President, issemmiet in-nuqqas ta' konsultazzjoni u jien l-ewwel wieħed nammetti li din hija l-akbar sore point li għandna.", "Jiena ngħid li n-nuqqas ta' konsultazzjoni mhux tant mill-ministri ġejja - u naħseb li qatt ma kienet ġejja mill-ministri - imma ġejja l-iktar fuq livell ta' burokrazija.", "Ma nistax ma ngħidx li din ir-rimarka żgur li ma kontx nistenniha minn kelliema li kienu in the forefront biex jinjoraw il- konsultazzjonijiet meta l-gvern immexxi mill-Partit Laburista għamel ċerti proġetti.", "Ilkoll nafu li dawk il-proġetti setgħu kienu utili u bżonjużi, pero' żgur li jekk hemm ħaġa li kienu jilmentaw minnha l-kunsilli lokali f'dak iż-żmien kienet in-nuqqas ta' konsultazzjoni u ċertament ma kontx nistenna dawn ir-rimarki minn min kien favur u vvota favur li Buġibba ma tibqax tagħmel ma' San Pawl il-Baħar.", "Jien naħseb li biex din il-persuna tiġi llum u tgħid lilna li hawn nuqqas ta' konsultazzjoni, meta hi stess kienet favur li Buġibba tinqala' minn ma' San Pawl il-Baħar, irid ikollha wiċċha pjuttost qiegħed!", "Veru li hemm nuqqas ta' konsultazzjoni, jew aħjar hemm bżonn ta' aktar komunikazzjoni u li l-awtoritajiet u d- dipartimenti fil-gvern ċentrali jirrealizzaw iktar li għandhom bżonn jikkonsultaw iktar mal-kunsilli lokali.", "Aħna din tant irrealizzajniha li fost l-ewwel inizjattivi li ħadna kien hemm dik li nwaqqfu mill-ġdid il- local council desk officers fil-gvern ċentrali u fl-awtoritajiet.", "Aħna nemmnu li jekk tindividwa persuna partikolari u tkun taf li dik il-persuna partikolari fil-ministeru u fid-dipartiment hija responsabbli għal-liaison mal-kunsilli lokali, dak ikun l-ewwel pass biex inti toħloq metodu ta' komunikazzjoni.", "Il-ħolqien tal-local council desk officers huwa kruċjali biex inħaddmu tajjeb il-customer care system li se nitkellem fuqha iktar 'il quddiem u rrid ngħid ukoll li ma kienx faċli biex nikkonvinċu l-burokrazija tal-gvern biex nerġgħu noħolquhom.", "Pero' l-ġimgħa l-oħra kkonkludejna dan l- eżerċizzju u llum għandna nominat desk officer għall-kunsilli lokali fl- uffiċċju ta' kull permanent secretary u se jkollna desk officer f'kull dipartiment li b'xi mod jew ieħor għandu x'jaqsam mal-kunsill lokali.", "Dawn ovvjament irridu niltaqgħu magħhom biex ngħidulhom x'se jkunu l-bżonnijiet u biex wieħed jibda jdaħħalhom fis-sistema tal-customer care.", "Pero' jien ma nilludix ruħi li billi nnominajna n-nies, f'daqqa waħda kulħadd se jibda jirrispetta l-bżonnijiet tal-kunsilli lokali.", "Il-bidla hija waħda kulturali u trid tiġi wkoll minn ċerti kunsilliera.", "Jekk irridu nkunu onesti rridu ngħidu li hawn kunsilliera li jippretendu li għaliex huma kunsilliera allura li jgħidu huma jrid jgħaddi bilfor.", "Hawn ċerti kunsilliera li jaħsbu li għax iddeċiedew xi ħaġa huma li ma tkunx xi ħaġa li tispetta lilhom jiddeċiedu imma li jistgħu jiġu biss konsultati fuqha, allura bilfors irid isir hekk.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo jiġifieri li l-kultura Maltija li kulħadd jaħdem għal rasu teżisti, u naħseb li din irridu negħlbuha b'aktar komprensjoni, pero' tibda tasal f'sitwazzjoni fejn il-paċenzja tibda titlifha.", "U jien hawnhekk norbot ma' dak li qal l-Onor.", "Abela fuq it-twaħħil ta' bozoz ġodda.", "L-Onor.", "Membru semma' diversi drabi li jiena bdejt nitlef il-paċenzja ma' l-Enemalta biex naslu fuq dawn l-imberkin tibdil ta' bozoz u fuq il- bozoz il-ġodda.", "Diġa' kelli meeting pjuttost movimentat u naħseb li se naslu għal meeting movimentat ħafna iktar għaliex ma jistax ikun li fuq xi ħaġa li kien jaħdem fuqha l-Prim Ministru bħala ministru responsabbli mill- kunsilli lokali, ħadem fuqha l-Onor.", "Mangion, ħadem fuqha l-ex-Ministru Portelli, u qed naħdem fuqha jien - dan biex ngħid kemm ilna - nibqgħu ma naslux ma' l-Enemalta.", "Veru li fl-aħħar qegħdin viċin u għandna a draft agreement, bgħatnihulhom, qabblu miegħu, ħriġna a request for information biex naraw kemm se jiġu r-rati, imbagħad qamet il-kwestjoni ta' kif se jitħallas.", "Wasalna fuq dak ukoll pero' għadu mhux iffirmat.", "Jien ma nistax nifhem kif seba' xhur wara li jien qbadt din il-biċċa xogħol, ħaġa sempliċi daqshekk, għadna ma wasalniex fuqha.", "Veru li forsi teżisti nuqqas ta' konsultazzjoni pero' kultant il-konsultazzjoni tkun żejda wisq u tispiċċa jkollok tgħidlu issa trid toqgħod \"hekk\" u rridu nagħmlu \"hekk\".", "Ma jistax ikun li nibqgħu ntawlu għal raġunijiet burokratiċi jew nibqgħu ntawlu għax forsi ma naqblux ma' deċiżjoni tal-gvern.", "Għaliex imbagħad x'jiġri?", "Jien hawnhekk għandi rapport ta' numru ta' complaints li daħlu mingħand il-kunsilli lokali lill-Enemalta fl-1998.", "Alla jbierek fl-1998 dawn kellhom 6,913-il complaint mill-kunsilli lokali.", "Għalhekk imbagħad jiena ngħid li n-nuqqas li hemm huwa ta' volonta' mhux ta' konsultazzjoni.", "Hemm bżonn li l-awtoritajiet u l-burokrazija ċentrali tifhem li dan huwa gvern li lill-kunsilli lokali jpoġġihom fiċ-ċentru tal-politika tiegħu u m'aħniex lesti li b'xi mod inħalluhom jaqgħu fil-foresta burokratika.", "THE DEPUTY SPEAKER: Onorevoli, ippermettili ninterromplik għaliex skadielek il-ħin u għandek bżonn leave of House biex tkompli bid-diskors tiegħek.", "Hawn permess?", "(Onor. Membri: Iva).", "Il-permess ingħata.", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Nirringrazzja lill-Kamra kollha talli għoġobha testendili l-ħin.", "Kif kont qed ngħid, aħna m'aħniex lesti li nħalluhom jaqgħu fil-burokrazija li teżisti u jekk hemm bżonn naqtgħu l-kobba mħabbla tal-burokrazija, aħna disposti li nagħmluha.", "Aħna nemmnu fil-kunsilli lokali, tant li erġajna tajna l-ħajja lill-proġett tal-wardens.", "Xtaqt issa nieħu ftit ħin biex nitkellem fuq dan il-proġett li fl-opinjoni tiegħi huwa importanti immens mhux biss għall-futur tal-kunsilli lokali imma anke għall- mod kif aħna nixtiequ naraw pajjiżna jiżviluppa, u nibda biex l-ewwelnett inneħħi ftit misconceptions.", "L-Onor.", "Rita Law tkellmet pjuttost fit-tul dwar il-wardens pero' jidher li hemm ftit ta' taħwid ta' konċetti.", "Waħda mid-domandi li għamlet kienet jekk dawn humiex se jkunu bl-uniformi.", "Iva, skond kif hemm imniżżel fil- liġi, dawn iridu bilfors jaħdmu bl-uniformi.", "Il-ħinijiet li se jaħdmu u l- ħlasijiet li se jkollhom ukoll huma regolamentati, fis-sens li kulħadd jaf li dawn se jkunu ngaġġati b'kuntratt u allura l-ħlasijiet u l-ħinijiet iridu jiġu nnegozjati ma' l-employer tagħhom.", "Anke l-fatt li jsiru domandi dwar kif dawn se jaħdmu fi gruppi u kif se jaħdmu fit-tribunali huma wkoll affarijiet li, bir-rispett kollu lejn min jgħidhom, juru nuqqas ta' informazzjoni.", "Issa ħalli naraw fejn nixtiequ mmorru bil-wardens u fejn wasalna s'issa.", "Aħna għandna target date u qed ngħidu li sa l-aħħar ta' din is-sena nixtiequ li nibdew naraw il-wardens jaħdmu.", "Il-politika tagħna bbażajniha l-ewwelnett fuq il-koperazzjoni sħiħa ma' l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali u l-kunsilli lokali; it-tieni nett fuq it-training neċessarju biex il-wardens ikunu persuni istruwiti u effettivi; it-tielet nett il-bini tas-sistema amministrattiva li nenħtieġu.", "Nista' ngħid li permezz ta' l-intervent ta' l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali li mexxew numru ta' laqgħat mal-kunsilli lokali, illum l-istess kunsilli lokali ftehmu bejniethom - u nenfasizza li ftehmu bejniethom - sabiex joħolqu għaxar gruppi.", "Meta ħolqu dawn il-gruppi, ftehmu kif għandhom jingħaqdu kunsill ma' kunsill - hawnhekk niddipartixxi ftit minn dak li qal l-Onor.", "Mangion; assolutament m'hijiex bidla ta' opinjoni ta' dan il-gvern imma hija bidla ta' l-idea oriġinali, fis-sens li oriġinarjament kien hemm l-idea li jkun hemm kunsill lokali f'kull lokalita', għalkemm anke fil-liġi hemm li dawn jistgħu jingħaqdu, pero' l- gvern preċedenti kellu t-tendenza li jipprova jimponi dawn it-tribunali b'dan il-mod, filwaqt li aħna dehrilna li l-kunsilli lokali weħidhom jistgħu jaslu għal-loġika; u l-importanti hu li fil-fatt wasalna - kull grupp se joħroġ kuntratt wieħed għas-servizz tal-wardens u kull grupp se jkollu tribunal wieħed.", "Skond l-aħħar informazzjoni li tawni is-sit ġie identifikat b'mod sodisfaċenti f'xi tmienja minn dawn l-għaxar gruppi, jonqos biss l-aħħar tnejn, li għalkemm individwawhom hemm xi diffikultajiet.", "Fir-rigward ta' dawn it-tribunali diġa' beda l-proċess intern biex id-dipartiment, għan-nom tal-kunsilli, jattrezza t-tribunali bl- affarijiet li hemm bżonn, bħal desks, eċċ. Fit-tribunali ovvjament se jservi kummissarju tal-ġustizzja, ikun hemm il-computers u dak kollu neċessarju biex wieħed ikun jista' jisma' l-kawżi.", "Aktar kmieni għedt li l-kunsilli se joħorġu kuntratt wieħed bejniethom - jiġifieri kull grupp joħroġ kuntratt għas-servizz tal-wardens - pero' ovvjament dan is-servizz fl-aħħar mill-aħħar irid jingħaqad għaliex jagħmel sens ekonomiku jekk il-management totali tas-sistema jkun wieħed.", "Għaliex huwa immaterjali jekk is-servizz tagħtihx Marsaxlokk jew il-Belt, fl-aħħar mill-aħħar il-multa li se jagħmel il-warden hija l-istess jagħtiha fejn jagħtiha, l-istess irid jispiċċa t-tribunal, u l-istess huwa l-proċess tal- kawża u tal-collection.", "Allura bi qbil again ma' l-assoċjazzjoni tal- kunsilli lokali, l-ewwel ħareġ dak li huwa msejjaħ request for information u sussegwentement ħarġet u għalqet it-tender għal management system elettronika li trid tikkontrolla x-xogħol tal-wardens.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Kull warden se jkollu f'idejh hand-held computer, li bażikament huwa computer li jista' joħroġ u jirrikordja kull kontravenzjoni li jsir.", "Jiġifieri jekk ikun hemm karozza pparkjata f'no parking zone, kulma jagħmel huwa li jdaħħal in-numru tal-karozza, il-computer permezz ta' modem li għandu ġewwa jkollu aċċess għas-sistema VERA tal-licensing - ovvjament read only, jiġifieri ma jistax ibiddel is-sistemi - joħroġlu l- isem u d-dettalji ta' sid il-vettura, jagħfas buttuna, joħroġlu ticket minn printer li jkun imdendel miegħu u jwaħħallu t-ticket.", "Malli joħroġ it- ticket dik id-data tiġi rreġistrata permezz tal-modem fis-central database, jiġifieri fil-management system li se tkun hemm - li m'hijiex se titmexxa mill-gvern imma se titmexxa b'mod privat, b'kuntratt eventwalment ma' l- assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali - u b'hekk inti jkollok il-kontravenzjoni li tkun saret, dik tiġi kkopjata fis-central database, mas-central database ikunu mqabbdin ukoll kemm l-uffiċċju tal-kunsilli lokali, bħala read only, kemm it-tribunali bħala read only, kif ukoll id-dipartiment tal- kunsilli lokali.", "B'dan il-mod tista' tiżgura li ħadd ma jista' jħassarlek id-data minn fuq il-computer, jiġifieri mhux se jmur xi kunsillier li jkun weħel ċitazzjoni u jħassar id-data minn fuq il-computer.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-computer li se jkollu f'idu l-warden jista' jintuża' għal diversi affarijiet oħra - per eżempju, hawn hand-held computers li għandhom inbuilt camera u allura tista' tiegħu ritratt tal- kontravvenzjoni - pero' aktar importanti minn hekk huwa li l-iskop tal- warden mhux se jiġi limitat biss għal dawn il-kontravvenzjonijiet għax eventwalment lill-warden jagħmel liaison ma' ħafna iktar dipartimenti.", "Per eżempju, diġa' qegħdin nitkellmu mad-department of trade.", "Ladarba jkollna l-liċenzi organizzati, minn dan il-hand-held computer warden ikun jista' jiċċekkja jekk ħanut partikolari għandux liċenza jew le, jekk m'għandux liċenza jista' joħroġ kontravvenzjoni jekk huwa każ ta' kontravvenzjoni, jew jista' jagħmel reporting function mat-trade department.", "Qegħdin nitkellmu wkoll mal-planning authority sabiex il-wardens ikunu jintużaw ukoll minnhom bħala reporting agents.", "Permezz ta' dawn il-hand-held computers, warden jista' jkollu aċċess għall-permessi tal-planning authority u jkun jista' jara post partikolari li jkun qed jinbena jekk ikollux permess, jekk il-permess ikunx għal żewġ sulari jew aktar u dawn l- affarijiet kollha, imbagħad jista' joħroġ kontravvenzjoni jew inkella jirrapporta.", "Qed nitkellmu wkoll mad-dipartiment' ta' l-environment biex permezz ta' dawn il-wardens, waqt il-perijodu tal-kaċċa nkunu nistgħu niċċekkjaw jekk is-senter li jkollha persuna jkunx irreġistrat jew le.", "Filwaqt li dan ix- xogħol miexi, ninsabu mexjin fuq l-organizzazzjoni tad-databases rilevanti fid-dipartimenti għaliex inkella ovvjament dan kollu ma jkunx jagħmel sens.", "Filwaqt li l-warden ikun qed jagħmel dan ix-xogħol, is-central management system tkun qed tirċievi minn kullimkien id-data tal-kontravvenzjonijiet u xogħolha jkun li tibgħat ittri lil min ikun qala' kontravenzjoni biex tgħidlu kif iħallas u fejn jista' jħallas u tirrikordja l-ħlasijiet li jkunu deħlin, liema ħlasijiet jistgħu jidħlu minn diversi points; jistgħu jidħlu mill-kunsilli lokali, mill-banek, u minn kullimkien.", "Wara li taqta' l-multi mħallsin, ix-xogħol tal-central management system ikun li tipprepara s-seduti tat-tribunali lokali u allura tagħmel downloading għand it-tribunali lokali l-lista tal-kawżi li hemm, toħroġ iċ-ċitazzjonijiet neċessarji li jiġu notifikati bil-proċess normali, tlesti l-lista tal-kawżi li għandu jkun hemm, tlesti ma' kull kawża background information fuq il- persuna u tibgħatha elettronikament lit-tribunal lokali.", "Ix-xogħol fit- tribunal lokali recorded elettronikament u jittella' lura fis-central management system li min-naħa tagħha tieħu ħsieb toħroġ ittri ta' notifika, imbagħad beħsiebna anke nużaw il-wardens biex niġbru l-uncollected fines, għalkemm bis-sistema preżenti, jekk ikollok multa mhux imħallsa ma tkunx tista' ġġedded il-liċenza tal-karozza.", "Rigward il-kuntratt tal-wardens irrid ngħid li dan se jispeċifika li kull grupp ta' kunsilli lokali l-ewwelnett se jappunta dak li qed jissejjaħ authorised officer, jiġifieri persuna biex tkun l-interface bejnhom u l- kuntrattur.", "Kull kunsill lokali - fil-fatt nhar il-Ġimgħa se jsir seminar proprju fuq din is-sistema - se jintalab f'dan il-punt jispeċifika x'requirements ta' wardens jaħseb li se jkollu, kemm għandu bżonn fix- xitwa, kemm għandu bżonn fis-sajf, kemm għandu bżonn bil-lejl, kemm għandu bżonn filgħodu, għandux bżonnhom bil-karozzi jew le, eċċ. Qed inżommu wkoll id-dritt li wara sena dawn ir-requirements ikunu jistgħu jinbidlu għaliex żgur li se jkun hemm learning curve.", "Qed isir ukoll agreement bejn il- kunsilli lokali dwar kif se jħallsu bejniethom dawn is-sistemi, li parti minnhom se jkunu on a cost basis, parti minnhom se jkunu income-based, pero' kull grupp bażikament se jaħdem skond ir-regoli li jrid hu.", "Ovvjament aħna bħala dipartiment qegħdin nagħtuhom il-gwida pero' fl-aħħar mill-aħħar kull grupp ta' kunsilli jrid jiftiehem flimkien.", "It-tribunal fil-bidu se jibda jisma' l-kawżi kollha li hemm quddiem il- kummissarji tal-ġustizzja.", "Min jipprattika l-qorti jaf li l-kummissarji tal-ġustizzja bażikament jisimgħu id-depenalised offences li jikkomprendu kemm it-traffiku u l-litter li huma f'idejn il-kunsilli lokali, pero' jisimgħu wkoll kawżi li l-kontravvenzjoni tagħhom m'hijiex responsabbilta' tal-kunsilli lokali.", "Per eżempju fil-każ tas-sanita', kawżi li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, xorta se jinstemgħu fit- tribunal lokali u se jsiru arranġamenti mad-dipartimenti neċessarji biex dawn l-affarijiet jibdew jinstemgħu fit-tribunali lokali u allura b'hekk naqtgħu x-xogħol tal-kummissarji tal-ġustizzja mill-qrati tagħna u konsegwentement ukoll naqtgħu - għalkemm b'ammont żgħir ħafna - ftit mill- konfużjoni tas-suq li huwa l-qorti llum.", "Sur President, jien m'iniex qed naħseb li kollox se jimxi tajjeb u fuq ir- rubini malli nibdew, żgur li le.", "Jien ċert mija fil-mija li se jkollna l- problemi pero' naħseb li hemm volonta' tajba.", "Jiena ltqajt ma' l-ewwel grupp ta' wardens li għaddew kors ta' 60 siegħa, pero' għamilna kwalifika fil-liċenza li tgħid li kull sena dawn iridu jagħmlu refresher course ta' madwar għaxar sigħat fis-sena.", "Dawn kellhom grupp ta' lecturers tajba u hemm il-ħeġġa, pero' m'għandix dubju li se jkollhom il-problemi u naħseb li rridu nimxu b'ċerta kawtela fl-ewwel xhur.", "Ir-rakkmandazzjoni tiegħi hija li fil-perijodu introduttiv iktar għandu jkun hemm proċess ta' edukazzjoni milli proċess ta' enforcement.", "Pero' kollox ma' kollox naħseb li din hija opportunita' li jekk sfruttata b'mod tajjeb nistgħu naħdmu u nkabbruha.", "Jekk naraw li miexja tajba, l-intenzjoni tal-gvern hija li nespandu l- eżerċizzju ta' depenalizzazzjoni ta' ħafna mir-reati li għandna llum, inkabbru allura n-numru ta' offiżi li jiġu depenalizzati, innaqsu x-xogħol minn fuq il-maġistrati u nitfgħu x-xogħol iktar bħala offiżi depenalizzati fuq is-sistema tat-tribunali lokali.", "Aktar 'il quddiem wieħed ukoll ikun irid jikkonsidra jekk għandux jaħseb biex l-hekk imsejħa seduti tad- distrett, jibdew jinstemgħu lokalment u ma jibqgħux jinstemgħu quddiem il- maġistrati fil-qorti l-Belt.", "Naħseb li dawn huma passi li wieħed ikun jista' jieħu aktar 'il quddiem u aħjar l-ewwel nitgħallmu nimxu qabel nibdew niġru.", "Xtaqt insemmi wkoll xi ħaġa dwar il-customer care system għaliex ma kellix iċ-ċans li nespandi fuqha meta għamilt id-diskors tal-ftuħ tiegħi.", "Jidher li kien hemm xi biża' li għax nagħmlu l-customer care system allura se nnaqqsu x-xogħol ta' l-impjegati tal-gvern u allura imbagħad irridu naraw x'se nagħmlu bihom, jew inkella se ngħabbu b'ħafna iktar xogħol lill- impjegati tal-kunsilli lokali.", "L-ewwelnett irrid nispjega li l-customer care system diġa' qiegħda taħdem illum fil-kunsilli lokali.", "Għadna kemm għamilna survey tal-customer complaints li kien hemm mill-kunsilli lokali mad-dipartimenti u awtoritajiet fl-1998 u se nsemmi ftit ċifri minn dawk li hemm fis-survey.", "Fl-1998 l-Enemalta rċeviet mingħand il-kunsilli lokali 6,913 complaint, il-water services corporation irċeviet 3,420, il-planning authority irċeviet 2,091, il-korp tal-pulizija rċeva 888, il-Maltacom rċeviet 793 u l-public transport authority irċeviet 699.", "Minn dan wieħed jista' jara li l-kunsilli lokali llum diġa' qed iħaddmu customer complaint service, fis-sens li jekk imur xi ħadd jgħidilhom li għandu t-telephone tiegħu bil-ħsara, huma jagħmlu rapport dwar dan lill-Maltacom.", "Hemm min juża s-sistema pjuttost sofistikata pero' stand-alone b'bażi ta' computer u hemm min sempliċement jikteb ittri u jagħmel il-follow-up manually.", "Il-customer care system hija ntiża biex tagħmel b'mod elettroniku dak li ħafna drabi llum isir b'mod manwali.", "Se jkollna software li jkun qed jikkomunika bejn il-kunsilli lokali, l-uffiċċju ta' kull permanent secretary u numru ta' dipartimenti u awtoritajiet b'mod li jekk jiġi xi ħadd u jgħidlek li hemm xi anzjan li għandu bżonn jibagħtulu nurse, ma jkollokx għalfejn toqgħod tikteb ittra, sempliċement iddaħħal l- informazzjoni fis-sistema, din awtomatikament tgħaddi lid-dipartiment responsabbli mill-elderly tramite l-permanent secretary - għaliex aħna qegħdin ninsistu li l-uffiċċju tal-permanent secretary għandu jkun jaf x'qed jiġri fid-dipartimenti ta' taħtu għaliex hekk biss nemmen li tista' tirresponsabilizza s-servizz pubbliku - is-software imbagħad iġiblek il- bring-ups u jirriferilek x'sar u x'ma sarx.", "Bażikament dan huwa l-mod kif taħdem il-customer care system.", "Dan it-tip ta' software jintuża f'ħafna banek u kumpanniji li għandhom a high turnover ta' customers, operators ta' mobile phones u telephone companies, huwa software disinjat prattikament to keep track tal-complaints li jkollok.", "Irrid ngħid li dan kien possibbli li jsir għaliex il-gvern kien diġa' investa fis-super highway f'Malta.", "Illum bis-saħħa tal-highway ta' l-optic fibre li għaddejja taħt l-art li kienet saret fil-perijodu ta' 1989/1992, jista' jiġi connected kull punt ta' Malta, u dan huwa biss l-ewwel pass.", "Jiena dejjem ngħid li l-ambizzjoni tiegħi hija li jew sas-sena d-dieħla jew sas-sena ta' wara, permezz ta' dan il-connectivity inkunu nistgħu naslu biex - dan ma jqumx ħafna flus biex nagħmluh - l-iżgħar persuna fl-iżgħar lokalita' li teżisti f'Malta u Għawdex ikun jista' jordna mill-uffiċċju tal- kunsilli lokali ktieb mingħand il-librerija pubblika tal-Furjana u jirċevih fi żmien 24 siegħa.", "Dawn huma affarijiet li nistgħu nagħmluhom - m'hemmx affarijiet kbar xi jsiru - u meta nagħmluhom nassigurakom li la nkunu qed inżidu x-xogħol lill-kunsilli lokali u lanqas se jkollna nies żejda mas- servizz pubbliku.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi u ngħid li għalkemm huwa veru li kulħadd jgħid li hemm in-nies żejda mas-servizz pubbliku, meta ġejna biex norganizzaw id-database tal-liċenzi tat-trade u kellna bżonn erbgħa min-nies biex jagħmlu l-input tal-liċenzi, damu erba' xhur biex ġabulna n-nies li kellna bżonn.", "M'hemm l-ebda diffikulta' biex din is- sistema titħaddem mill-impjegati preżenti, anzi s-system design hija bbażata fuq dak li qed jagħmlu diġa' llum il-kunsilli lokali tagħna.", "Żgur li nista' nassigura li dan huwa biss l-ewwel pass..", "Sur President, teżisti wkoll misconception oħra li biex il-kunsilli lokali jħaddmu dawn is-sistemi se jkollhom bżonn ta' iktar nies - jien ma nemminx li se jkollhom bżonn iktar nies - u anke li hemm xi restrizzjoni fuq l-impjieg tan-nies fil-kunsilli lokali.", "M'huwiex korrett li jingħad li l-kunsilli lokali huma limitati fin-numru ta' nies li jistgħu jimpjegaw.", "Huma limitati fin-numru ta' dawk in-nies li jistgħu jimpjegaw full-time pero' m'għandhom ebda limitu fuq in-numru ta' nies li jistgħu jimpjegaw on contract.", "Per eżempju, l-iktar każ ovvju huwa tal-contract manager li għandu kważi kull kunsill lokali u li m'huwiex konsidrat as a full-time employee għaliex fil-fatt m'huwiex, pero' m'huwiex imsemmi fil-limitu li ssemmi l-liġi.", "Hemm ukoll diversi kunsilli lokali li ddeċidew li biex jieħdu ħsieb il-customer care system, idaħħlu clerk għal tliet sigħat jew ftit aktar fil-ġimgħa.", "Din hija t-tip ta' flessibbilta' li għandhom il- kunsilli lokali.", "Sur President, nixtieq li din is-sistema ta' customer care tkun biss l- ewwel pass li bih inkunu nistgħu noħolqu l-connectivity bejn il-kunsilli lokali u d-dipartimenti tal-gvern.", "It-tieni pass irid ikun - fil-fatt diġa' bdejna naħdmu fuqu b'mod serju u naħseb li jkun lest fil-bidu tas- sena d-dieħla - ir-riorganizzazzjoni tal-metodu kif joħorġu l-liċenzi.", "Illum hemm rebus sħiħ fil-mod kif joħorġu diversi liċenzi; ħafna data li jekk tinġabar u tiġi organizzata tista' tkun aċċessibbli għall-kunsilli lokali, tinsab sparpaljata.", "Għalhekk it-tieni proġett li għandna u li diġa' nbeda huwa li nneħħu l-liċenzji minn idejn l-amministrazzjoni tal-pulizija u nallokawhom għand id-dipartiment proprju tagħhom.", "Għaliex ma jagħmilx sens li, per eżempju, liċenza ta' bar jew restaurant tkun amministrata mill- pulizija u mhux mid-dipartiment responsabbli mit-turiżmu, jew inkella sid ta' bar irid imur f'sitt postijiet differenti biex jieħu l-liċenza.", "Għalhekk ninsabu fil-proċess fejn qegħdin nirrazzjonalizzaw dawn id-diversi liċenzi, inpoġġuhom fid-dipartiment partikolari tagħhom, norganizzaw database f'kull dipartiment b'mod loġiku ħalli b'hekk dik id-database tkun aċċessibbli mill-kunsill lokali biex il-ħlas, it-tiġdid, l-applikazzjoni, il-kanċellament jew it-transfer tal-liċenzi kollha li jeżistu f'dan il- pajjiż eventwalment jibdew isiru mill-kunsilli lokali.", "It-tielet pass tal-proġett u l-iktar wieħed ambizzjuż huwa li nniżżlu s- servizzi miċ-ċentru għall-periferiji.", "Għaliex xi ħadd li joqgħod il- Mellieħa għandu jmur il-Belt biex iġib ċertifikat tat-twelid meta fir- reġistru pubbliku d-data qiegħda kollha fuq database u l-kunsilli lokali għandhom computer li jista' jitkellem mal-computer tar-reġistru pubbliku u kulma rridu huwa ftit organizzazzjoni biex ċertifikat ikun jista' joħroġ mill-kunsill lokali?", "Għaliex xi ħadd fl-Għasri biex jordna ktieb mis- central library l-Furjana, li la jkollhom fil-librerija ta' Victoria u lanqas f'xi regional library oħra, għandu jiġi Malta biex jordnah meta b'konnessjoni bejn il-katalgu tas-central library u l-kunsill lokali ta' l- Għasri tista' tagħmel l-ordni permezz tal-computer?", "Bħal dawn għandna diversi eżempji u qegħdin nindividwaw l-oqsma kollha ta' servizz li wieħed jista' jagħmel.", "It-tielet pass ikun propju dan il-proġett, governement on line.", "Huwa importanti li nimirħu f'dawn l-oqsma għaliex fl-opinjoni tiegħi dan huwa l-uniku mezz kif tnaqqas il-burokrazija billi tafda iktar l-entużjażmu li għandna fil-livell tal-kunsilli lokali.", "Hemmhekk naħseb li verament nibdew nifhmu aħna bħala individwi l-valur tal-kunsilli lokali.", "Jien naqbel ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo, fejn qal li ma jistax ikun li aħna niddeċiedu jekk il-kunsilli lokali jaħdmux tajjeb jew le.", "Fl-aħħar mill- aħħar huma n-nies li jgħixu f'dak ir-raħal partikolari li jistgħu jagħmlu ġudizzju.", "Huwa tajjeb ukoll is-suġġeriment tiegħu dwar li għandhom isiru customer surveys pero' ma naħsibx li dawn jistgħu neċessarjament jagħtuna r- risposta.", "Jien naħseb li rridu nkunu f'pożizzjoni fejn lill-kunsilli lokali l-ewwel nagħtuhom ħafna iktar areas fejn jistgħu jipprovdu servizzi qabel ma nistgħu naslu f'pożizzjoni biex niġġudikaw tajjeb jew ħażin il- fiduċja li huma akkwistaw mingħand ir-residenti li għandhom fil- lokalitajiet tagħhom.", "Qed ngħid dan mhux għaliex jiena b'xi mod kontra s-surveys, imma għaliex fir-realta' għalkemm is-sistema tal-kunsilli lokali hija miftuħa - u hawn fejn ma naqbilx ma' dak li qal l-Onor.", "Bartolo, meta qal li l-kunsilli jimxu wisq b'segretezza; forsi iktar milli jimxu b'segretezza, jaħdmu wisq ġewwa bejniethom milli jesternaw il-ħidma tagħhom - ma tantx isibu parteċipazzjoni min-nies tal-lokal.", "Jien naħseb li l-Maltin u l-Għawdxin għadhom wisq iħossuhom li huma membri tal-club tal-football, jew ta' l- iscouts, jew ta' xi għaqda tal-banda u ħadd ma tiġih il-ħerqa biex imur jagħti nofs siegħa xogħol lill-kunsill lokali fejn ikun joqgħod.", "F'pajjiżna għadna ma qabditx biżżejjed din is-civic pride u forsi 'l hemm irridu nimxu aktar.", "U hawnhekk fejn nerġa' norbot ma' dak li bdejt bih, il-value for money.", "Mr Speaker, meta wieħed jeżamina x'qed jiġri, naħseb li jkollu jikkonkludi li qed nieħdu ħafna value for money mingħand il- kunsilli.", "Sinċerament ngħid li għadni ma rajtx ir-rapport li ħareġ l- awditur ġenerali, pero' mill-esperjenza personali tiegħi fil-qasam tal- kunsilli lokali naħseb li dawn qed ifittxu ħafna l-value for money.", "Huwa veru li hemm diskrepanzi u m'hemmx uniformita' fir-riżultati pero' naħseb li l-prezz u l-kwalita' qegħdin ifittxuhom.", "U ngħid li qegħdin ifittxu anke l-kwalita' għaliex kieku ma kienx hekk ma naħsibx li kien ikollna l- problemi tal-ġbir ta' l-iskart li kellna ftit tal-ġimgħat ilu.", "Mingħajr ma noqgħod nidħol fil-problema, ngħid li parti mill-problema li nqalgħet dwar il-ġbir ta' l-iskart ftit tal-ġimgħat ilu kienet proprju minħabba r-riċerka tal-kwalita' mill-kunsilli lokali.", "Naqbel ukoll ma' l- Onor. Bartolo fejn qal li la s-servizzi tal-gvern, la s-servizzi tal- koperativa u lanqas is-servizzi tal-privat m'għandhom xi barka minn Alla li huma biss tajbin; għandek it-tajjeb u l-ħażin f'kull qasam u trid tagħżel bejniethom.", "Pero' hawn forsi dak li jiddistingwi lilna min-naħa l-oħra għax aħna nħallu d-deċiżjoni f'idejn il-kunsilli lokali.", "Jien jista' jkolli opinjoni dwar deċiżjoni li tkun ittieħdet tkunx tajba je le, pero' jien smajt wisq undertones - din id-darba m'iniex qed nirriferi għall-Onor.", "Bartolo - ta' kemm we wish to second guess.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-sistema hija tali - il-President Roosevelt kellu frażi li tgħid \"the buck stops here\" - li jew se nemmnu fil-kunsilli lokali u niddevolvu l-poteri u nħalluhom jieħdu d-deċiżjonijiet anke jekk jiżbaljaw, jew inkella rridu kull darba we try and second guess.", "Aħna ma naħsbux li din hija sistema tajba.", "Mr Speaker, xtaqt nagħlaq billi nagħmel ftit riflessjonijiet.", "Il-ħolqien tal-kunsilli lokali huwa esperiment li naħseb illum ilkoll naqblu li rnexxa.", "Jiena ħadt gost b'dan id-dibattitu li kellna - veru twal ħafna, pero' ma jimpurtax, aħna għalhekk qegħdin hawnhekk - ħlief għal xi interventi bħal ta' l-Onor.", "Cuschieri, fejn qalilna li l-gvern Nazzjonalista paroli si u fatti no. Fl-opinjoni tiegħi dan kien dibattitu kkaratterizzat mill-bilanċ u għalkemm kien xi ftit partiġġjan pero' kien aċċettabbli.", "Kulħadd tkellem b'ċertu entużjażmu, fis-sens ta' ejja naraw x'inhuma l-problemi ħalli nagħmlu mill-aħjar biex dawn il-konċetti li lkoll naqblu fuqhom inġibuhom 'il quddiem.", "Kulħadd għandu l-opinjoni u għalhekk huwa sabiħ dan il-parlament, pero' li jiġi l-Onor.", "Cuschieri jgħid li l- gvern Nazzjonalista paroli si u fatti no, u li aħna naqqasna l-flus lill- kunsilli lokali ....", "Lill-Onor.", "Cuschieri ngħidlu: Akkużana biex trid imma li tgħid li l-gvern Nazzjonalista naqqas il-flus lill-kunsilli lokali meta jekk kien hemm gvern li naqqas il-flus kien propju l-gvern immexxi mill-Partit Laburista naħseb li hija akkuża totalment żejda.", "L-Onor.", "Cuschieri qal ukoll li aħna mponejna obbligu fuq il-kunsilli lokali biex dawn jagħmlu n-new streets.", "Jien diġa' spjegajt li din hija invenzjoni totali.", "Ġejt ikkritikat ukoll mill-Onor.", "Cuschieri, meta dan kien qed jitkellem dwar il-customer care, il-gwardjani, it-tribunali u n-networking, li qed niġru wisq u li m'għandniex inħallu l-imaġinazzjoni tiġri bina.", "Huwa qal hekk: \"Dan bla dubju kulħadd jaqbel miegħu, kulħadd jixtieq jarah iseħħ, imma nixtieq ngħid li ejja npoġġu saqajna fl-art u ma nħallux l-entużjażmu u l-imaġinazzjoni tiġri bina.\"", "Issa hawnhekk ma tantx hawn xi post \"tal- life\", imma jekk se naqtgħu ukoll minn xogħolna l-imaġinazzjoni u l- entużjażmu, jien naħseb nispiċċa nirtira minn kollox!", "Mr Speaker, il-messaġġ tiegħi huwa biex nibnu fuq dak li għandna.", "Għandna qbil fuq il-prinċipju, fuq it-triq li rridu nimxu fiha, u anke fuq li rridu nsaħħu lill-kunsilli lokali, u naħseb li fuq dan għandna nibnu.", "Jien naqbel mar-rimarka li saret li bix-xejn il-kunsilli lokali ma jistgħux jaħdmu.", "Dażgur li bix-xejn ma jistgħux jaħdmu!", "Biex jaħdmu dawn irid ikollhom il-flus, in-nies, pjan, poteri, proprjeta', entużjażmu u fuq kollox irid ikollhom l-imaġinazzjoni.", "Lejn din it-triq miexi dan il-gvern.", "Dan il-gvern fl-ewwel budget, wara sentejn ta' tnaqqis, żied il-finanzi tal-kunsilli lokali, ta l-possibbilta' lill-kunsilli lokali li jużaw nies li qegħdin jirreġistraw, ħallejna in vigore l-iskema l-oħra li kien introduċa l-Onor.", "Mangion ta' l-assenjazzjoni tal-ħaddiema tal-gvern u żidna magħha l-iskema l-oħra ta' l-ETC, daħħalna l-possibbilta' li jingħataw proprjeta' tal-gvern biex jiżviluppawha, żidna l-poteri tal- kunsilli lokali, żidna l-qafas tad-devoluzzjoni u wettaqna numru ta' proposti li għenu lill-kunsilli lokali, liema proposti rrid ngħid li huma biss il-bidu.", "L-Assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u jien diġa' ftehmna dwar l-inizjattivi għas-sena 2000, pero' fl-opinjoni tiegħi din is-sena rridu nikkonċentraw fuq iż-żewġ inizjattivi li semmejt li fl-opinjoni tiegħi huma importanti immens għall-futur tal-kunsilli lokali.", "Qed ngħid għall-wardens, għaliex l-enforcement huwa problema fil-pajjiż kollu.", "Hawnhekk ma nixtieqx ninftiehem li f'daqqa waħda se nitfgħu kollox f'idejn il-kunsilli lokali, Alla ħares!", "Il-gvern ċentrali jrid jerfa' l- problemi tiegħu u jgħaddi biss lill-kunsilli lokali dak li verament għandu jgħaddi.", "Qed ngħid ukoll għas-sistema l-oħra, mhux tant tal-customer care imma tal-connectivity bejn kunsilli lokali u d-diversi dipartimenti tal- gvern li jistgħu jiftħu orizzonti ġodda ta' kif nagħtu s-servizz f'dan il- pajjiż.", "Wara li nlestu dawn irridu ngħaddu għal diversi proposti oħra.", "Dan il-gvern għadu kemm ippubblika white paper - li naħseb li hija importanti fil-kontest ta' diskussjoni li trid issir dwar il-kunsilli lokali - u nispera li jkolli r-reazzjonijiet ta' diversi nies dwarha.", "Sfortunatament ħafna drabi f'dan il-pajjiż dawn it-tip ta' pubblikazzjonijiet jintlaqgħu kważi b'silenzju assolut, ħadd ma jitkellem.", "Il-problema hi li issa ġej is-sajf u inqas u inqas naħseb ikun hemm min ikollu aptit joqgħod jikkummenta fuq dawn l-affarijiet.", "Jien nieħu gost li nhar is-Sibt se niltaqa' mas-sindki u l-kunsilliera f'seminar organizzat mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali proprju fuq dan is-suġġett u nibda nisma' l-esperjenzi.", "Nixtieq ukoll li jkolli r-reazzjoni ta' l- oppożizzjoni u mhux din toqgħod tistenna sakemm nippubblikaw id-draft tal- liġi.", "Jien nixtieq li l-abbozz ta' liġi li nippubblikaw isib il-consensus ta' din il-Kamra sabiex inkomplu nibnu fuq il-consensus li għandna.", "Il- gvern ippreżenta l-proposti tiegħu bl-iktar mod apert - irrid nerġa' nirrepeti dak li għedt fil-white paper, bl-ebda mod m'hemm xi domma hemmhekk, hemmhekk hemm biss opinjonijiet u suġġerimenti - u l-gvern lest li jikkonsidra kontro-proposti għalih bl-iktar mod miftuħ u apert biex b'hekk insibu l-aħjar sistemi li wieħed jista' jħaddem biex nimxu 'l quddiem.", "Mr Speaker, jien qed nirrikkmanda għall-approvazzjoni mozzjoni li naħseb ma taqsamx lil din il-Kamra, mozzjoni li hija ta' utilita' kbira lill- kunsilli lokali u li se tagħti f'idejn il-kunsilli lokali l-possibbilta' li din is-sena jonfqu Lm4.8 miljun fuq it-toroq, somma li m'hijiex żgħira.", "Jien nispera li issa li għandna l-flus biex nagħmlu x-xogħlijiet ma niġux bil-problema li ma nsibux il-kuntratturi biex jidħlu għal dan ix-xogħol.", "Jien naħseb li Lm4.8 miljun biex jintnefqu għal improvements fuq local roads - u jekk iridu anke fuq private roads - hija somma tajba u li jekk tkun utilizzata b'mod tajjeb tista' tagħmel differenza.", "Irridu nkissru ftit il-mentalita' li kellna li l-kunsilli jpoġġu l-flus ivvotati lilhom il-bank.", "Jien ma rridx insemmi ismijiet ta' kunsilli pero' nista' ngħid li hemm kunsilli li għandhom Lm0.25 miljun il-bank, kunsilli oħra li għandhom Lm160,000, u kunsilli li għandhom Lm120,000.", "Jien ma naqbilx mal-kumment ta' l-Onor.", "Cuschieri fejn qal li l-flus aħjar joqogħdu l-bank ħalli l- kunsilli jieħdu l-imgħax fuqhom.", "Jien naħseb li l-flus jiġu vvotati lill- kunsilli biex jintnefqu għall-ġid tal-komunita' u mhux biex jitfgħuhom il- bank u jieħdu l-interessi fuqhom.", "Jien ċert li dawn il-flus se jiġu utilizzati tajjeb, ċert li l-bidla li se nagħmlu fis-sistema sħiħa ta' kif jitqassmu l-fondi se tkun ta' vantaġġ għall-kunsilli lokali kollha u ċert ukoll li l-fiduċja li ż-żewġ naħat għandna fil-kunsilli lokali se tiġi rikambjata mill-kunsilliera u s-sindki kollha tagħna.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi r- riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali fis-seduta ta' l-Erbgħa, 9 ta' Ġunju, 1999.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet nem. con.", "MR SPEAKER: Nitlob lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali sabiex jekk jogħġbu jressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999 fis-6.00 p.m. b'din l-agenda:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi – it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Proprjeta' tal-Għadu - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni - it- Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji - it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni ta' l-Erarju - it- Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Responsabbilta' Ċivili u Kumpens għal Tinġis miż- Żejt – it-Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta - it-Tielet Qari.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Evarist Bartolo.", "ONOR.", "EVARIST BARTOLO: Mr Speaker, fi żmien meta l-pajjiż għadu xxokkjat bil-mewt b'overdose ta' tfajla ta' 18-il sena, il-ministru tal-finanzi ħa deċiżjoni biex jittrasferixxi mid-dwana ta' l-ajruport lis-Sur David Scerri, uffiċjal eżemplari li għandu l-unur jgħid li kien hu li qabad lit- traffikant tad-droga Brażiljan Queiroz dieħel fl-ajruport ta' Malta bl- akbar ammont ta' kokaina li qatt inqabdet f'pajjiżna.", "B'din id-deċiżjoni il-Ministru Dalli li huwa responsabbli mid-dwana - u ma joqogħdu jġibulna l-ebda skuża banali li dan qed isir għall-esiġenzi tas-servizz jew biex Scerri jmur jibni xi taqsima oħra; dawn kollha huma skużi banali għaliex nies ta' integrita' u onesta' bħal David Scerri għandna bżonnhom fl-iktar punti delikati, proprju fid-dwana ta' l-ajruport - qed jibgħat l-agħar sinjal lill-impjegati tad-dwana u qed jgħidilhom li mpjegati eżemplari bħal Scerri li jagħmlu dmirhom, ma jinxtrawx, ma jħarsu lejn wiċċ ħadd - tant li mhux l-ewwel darba li anke kienu l-mira ta' atti vandali minħabba li għamlu dmirhom fid-dwana - minflok li jiġu ppremjati u nċentivati jiġu kkastigati.", "Mr Speaker, David Scerri fix-xogħol li ilu jagħmel fid-dwana ta' l- ajruport ġie mfaħħar kemm-il darba, anke mill-mexxejja tad-dwana, għall- qabdiet tad-droga li għamel u ġie imfaħħar ukoll mill-uffiċjali tal- pulizija li huma fuq quddiem fil-ġlieda kontra d-droga.", "Għalhekk meta tittrasferixxi nies bħal Scerri u tidfinhom f'uffiċċju insinifikanti x'imkien ieħor tkun qed tibgħat l-agħar sinjal lill-ħaddiema l-oħra tad- dwana għaliex minflok tkun qed tgħaddilhom il-messaġġ biex jagħmlu dmirhom u jegħlbu t-tentazzjonijiet - u min jaħdem id-dwana għandu ħafna tentazzjonijiet - tkun qed tgħidilhom li min hu serju, integru, onest u lest li jagħmel minn kollox biex jaqdi dmiru kif suppost, minflok nippremjawh, nappoġġjawh, ngħinuh u nġibu nies oħra bħalu, nikkastigawh.", "B'aġir bħal dan, il-Ministru Dalli qed ikompli jagħti isem ħażin lilna l- politiċi.", "Aħna l-politiċi, l-inqas li nistgħu nagħmlu huwa li nappoġġjaw nies serji, onesti u integri bħal David Scerri, filwaqt li l-agħar li nistgħu nagħmlu hu li ngħerru nies bħal dawn għaliex b'hekk ikomplu jinfirxu iktar is-suspetti u l-kliem, kultant goff u esaġerat, li jingħad kontra tagħna.", "Nafu li min jittraffika fid-droga jfittex protezzjoni anke tal-politiċi u għalhekk b'dak li qed jippermetti li jsir il-Ministru Dalli bit-trasferiment ta' Scerri, li nerġa' ngħid huwa persuna li fiż-żmien li għamel fid-dwana fl-ajruport għamel ħafna xogħol delikat b'kuraġġ u b'onesta', qiegħed isaħħaħ lit-traffikanti tad-droga.", "Min ma jiġġelidx u ma jeħux sehem fl-impenn kontra t-traffikanti tad-droga jkun qed jgħin lill- istess traffikanti u jkun kompliċi magħhom.", "F'din l-issue l-ministru tal-finanzi għandu responsabbilta' kbira u jrid jagħżel jekk ikunx ma' dawk li qed jieħdu sehem fil-ġlieda kontra d-droga jew inkella jkunx kompliċi ma' dawk li f'pajjiżna huma responsabbli għal tant imwiet u għal tant anzjeta' fost eluf ta' ġenituri li jinkwetaw li t- tfal tagħhom jispiċċaw jinqabdu f'din il-morsa terribbli tad-droga.", "Inutli li noqogħdu ngħidu li aħna kontra t-traffikar tad-droga u li rridu nagħmlu minn kollox biex nirbħu lit-traffikanti tad-droga, meta mbagħad nieħdu passi li bihom jiġu mdgħajfa n-nies li jridu jkunu huma biex tassew nagħmlu ġlieda bis-serjeta' kontra t-traffikar tad-droga f'pajjiżna.", "Mr Speaker, bilfors li tinkwieta meta tisma' bi traffikanti tad-droga li jiftaħru li għandhom kuntatti tajba fid-dwana ta' l-ajruport, li meta jaslu Malta ġieli jħallu Lm5,000 fl-idejn ta' min jinzerta jkun xogħol meta jgħaddu huma bil-provvista tad-droga, u li jċaqilqu l-flights tagħhom ħalli b'hekk jaslu Malta fil-ħin li jkunu rostered ċerti uffiċjali, imbagħad tara nies ta' integrita', serjeta' u kuraġġ bħal David Scerri, jitneħħew minn mas- saqajn biex min irid ikompli jħawwad fit-traffikar tad-droga jkollu l- liberta' kollha li jagħmel li jrid.", "Mr Speaker, meta qed ngħid dan id-diskors niftakar f'rapport li kien ħareġ l-Imħallef Victor Borg Costanzi ftit wara li kienet twaqqfet il- kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni.", "L-imħallef kien għamel osservazzjoni serja u nkwetanti ħafna imma li sfortunatament - bħalma jiġri s-soltu hawn Malta - ma sar xejn fil-prattika dwarha.", "Dak li kien qal l- Imħallef Borg Costanzi mhux hu ried jaġixxi dwaru imma ridna naġixxu dwaru aħna bħala klassi politika u bħala nies li għandna r-responsabbilta' fil- pajjiż.", "Fir-rapport tiegħu, l-imħallef kien qal li biex tassew tinqered il- korruzzjoni fil-pajjiż wieħed irid jara kif ċerti nies f'impjiegi mal-gvern għandhom stil ta' għajxien u proprjeta' li bl-ebda mod ma tista' tiġi spjegata mid-dħul uffiċjali li jiddikjaraw.", "Kien qal li s-serjeta' titlob li jsir iċċekkjar sabiex wieħed jifhem kif min ikun jaħdem f'ċerti postijiet - jekk m'iniex sejjer żball semma d-dipatimenti ta' l-income tax u tad-dwana - ikollu ċertu stil ta' għajxien, vilel, proprjeta', yachts u karozzi lussużi li bl-ebda mod ma tkun tikkorrispondi mad-dħul tax-xogħol uffiċjali li jagħmel.", "Jien naħseb li dawn huma affarijiet serji u nkwetanti u min irid tmexxija, politika u ħajja nadifa u serja jrid jaħdem fuqhom.", "Żgur li meta minflok ma niddefendu u nappoġġjaw uffiċjali eżemplari bħal David Scerri, li ma jinxtrawx, li huma onesti u integri, nispiċċaw inneħħuhom minn-postijiet sensittivi nkunu qed nagħtu l-agħar eżempju għas-serjeta', l-onesta' u l-indafa f'pajjiżna.", "Min tassew irid li f'pajjiżna jkun hawn is-serjeta', l-integrita' u l- indafa f'postijiet sensittivi, fosthom id-dwana ta' l-ajruport, ma jridx joqgħod jgħid biss ħafna kliem sabiħ imbagħad bil-fatti jagħmel bil-kontra.", "Meta nies bħal David Scerri, li jagħmlu xogħol eżemplari, mhux talli ma nfaħħruhomx talli nittrasferuhom u nidfnuhom f'uffiċċju insinifikanti, inkunu qegħdin inkomplu nsaħħu t-traffikar tad-droga.", "Peress li dan il- qasam jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru Dalli, huwa l-Ministru Dalli li qed jippermetti li jsir dan u huwa l-Ministru Dalli li għandu r- responsabbilta' li jara li dan ma jsirx.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Michael Farrugia.", "ONOR.", "MICHAEL FARRUGIA: Mr Speaker, tajjeb wieħed jgħid li matul dawn l- aħħar 20 sena jew ftit aktar l-ambjent kien qiegħed jitqies bħala fattur importanti ħafna fil-promozzjoni tas-saħħa.", "Fil-fatt fl-1972 fi Stockholm ġewwa l-Isvezja kienu ltaqgħu 113-il pajjiż sabiex jitkellmu proprju fuq l- ambjent u l-effett li dan għandu fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Tant kien qed ikun meqjuż importanti l-ambjent f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal- bniedem li fl-1989 kienet saret l-ewwel konferenza ministerjali fi Frankfurt ġewwa l-Ġermanja fejn ġiet diskussa l-formolazzjoni ta' policy li tirrigwarda l-ambjent u s-saħħa.", "Ħames snin wara saret it-tieni konferenza ministerjali ġewwa Helsinki, liema konferenza kienet tirrigwarda l-ippjanar, imbagħad il-ġimgħa li għaddiet saret it-tielet konferenza ministerjali ġewwa Londra u li fiha ġew diskussi diversi setturi.", "Nista' ngħid li d-dipartiment tal-policy and planning tad-dipartiment tas-saħħa f'pajjiżna, bħalma għamlu diversi pajjiżi oħrajn ġewwa l-Ewropa li jaqgħu taħt il-kappa ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa, kien qed iħejji pjan ta' azzjoni nazzjonali li jirrigwarda l-ambjent u s-saħħa, liema pjan kellu jkun strument effettiv fl-implimentazzjoni ta' commitments internazzjonali u jgħin sabiex jintlaħqu ċerti targets relatati ma' l-ambjent u s-saħħa.", "Kien sar ħafna xogħol mid-dipartiment tas-saħħa, liema xogħol kien ġie anke mfaħħar mill-għaqda dinjija tas-saħħa.", "Matul il-konferenza li saret il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Londra pajjiżna kien rappreżentat mill-ministru responsabbli mit-trasport, li fil-fatt kien mistieden biex jagħmel speech relatat mas-suġġett, ċioe' t-trasport, l- ambjent u s-saħħa tal-bniedem.", "Waqt id-diskors tiegħu, Il-Ministru Galea ta lista ta' prijoritajiet li hu qed iħoss li l-gvern Nazzjonalista qed ipoġġi fuq quddiem ta' l-aġenda tiegħu.", "Huwa tkellem dwar ir-road safety u t-tnaqqis ta' inċidenti u tkellem ukoll fuq l-introduzzjoni tat-testijiet tal-karozzi.", "Ħaġa li spikkat ħafna fid-diskors tal-Ministru Galea kienet bażikament il-fatt li dan kien qisu eżerċizzju biex nuru kemm qed inbiddlu liġijiet u b'hekk ningħoġbu mal-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea.", "Pero' mbagħad wieħed seta' jinnota li l-ministru ma tkellimx dwar it-toroq imkissra li għandna, liema toroq qed iservu ta' periklu għas-sewwieqa ta' dawn il-vetturi.", "Kien ikun interessanti wkoll li kieku l-ministru responsabbli mit-trasport, waqt din il-konferenza kien jgħid li filwaqt li f'Malta għandna rata ta' ċomb fid-demm li meta wieħed jikkomparaha ma' ħafna pajjiżi oħra jsib li hija għolja, fil-budget li għadda il-gvern għolla l-prezz tal-petrol biċ-ċomb b'mod li ġabu l-istess bħall-prezz tal- petrol mingħajr ċomb u dan anke a detriment ta' l-ambjent in ġenerali.", "Jien naħseb li dan kien ikun suġġett interessanti ħafna biex jiġi diskuss f'din il-konferenza u fl-istess ħin konna nuru kemm aħna pajjiż avantgarde li għamilna ħaġa bħal din.", "Mr Speaker, meta hawn Malta konna qed nagħmlu l-pjan nazzjonali ma kenux qegħdin isiru diskussjonijiet biss bejn id-dipartiment tas-saħħa u d- dipartiment ta' l-ambjent imma kienu qed isiru diskussjonijiet li jolqtu d- dipartimenti kollha.", "Id-dipartiment tas-saħħa serva bħala fus biex organizza laqgħat mad-dipartimenti governattivi kollha, kif ukoll mal- kumpanniji parastatali u dawk privati, biex b'hekk il-pjan ikun wieħed li jolqot lis-setturi kollha li jistgħu b'xi mod jew ieħor jaffettwaw ħażin jew tajjeb l-ambjent u biex wieħed jara x'jista' jsir ħalli ntejbu l- ambjent ta' madwarna bl-iskop li dan jitgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u jkun wirt tajjeb għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Mr Speaker, meta l-għaqda dinjija tas-saħħa għar-reġjun ta' l-Ewropa għażlet bħala suġġett għall-konferenza li kien imiss it-turiżmu, l-ambjent u s-saħħa, kienet ġiet rikkmandata Malta u fil-fatt kienet ġiet organizzata f'pajjiżna din il-konferenza li kienet saret f'lukanda s-Salini.", "F'din il- konferenza kien sar workshop programme għall-ftuħ tan-national environment health action plan u li għalih kien attenda Dinko Kello, li huwa r- regional advisor ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa għal dak li jirrigwarda policies ta' ambjent u saħħa.", "F'diskussjoni li jien kelli ma' dan l- advisor u li għaliha kienu preżenti wkoll advisor mill-uffiċċju tal-prim ministru u numru ta' uffiċjali għolja mid-dipartiment tas-saħħa, huwa kien ressaq is-suġġett ta' ftuħ ta' ċentru reġjonali għat-turiżmu, saħħa u ambjent hawn Malta - kien qal li fl-Ewropa kienu impressjonati ħafna bir- rapport li konna għamilna - liema ċentru kellu jservi bħala fus f'nofs il- Mediterran biex jgħin pajjiżi min-naħa ta' isfel tal-Mediterran u possibbilment anke pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq fil-preparazzjonijiet ta' pjanijiet li jirrigwardaw l-ambjent, is-saħħa u t-turiżmu.", "Qal ukoll li dan il-ċentru kellu jservi bħala post ta' riċerka u studju biex ikun jista' jagħti pariri lil dawn il-pajjiżi kollha.", "Mr Speaker, kienet għalhekk sorpriża li l-ministru tas-saħħa li attenda għal din it-tielet konferenza tal-ministri tas-saħħa u l-ambjent, f'isem il- Gvern Malti stieden - almenu kif ġie rrapportat fil-press release nru.", "953 li ħarġet mid-dipartiment ta' l-informazzjoni - lill-organizzazzjoni dinjija tas-saħħa biex twaqqaf ċentru reġjonali f'Malta li jħares it- turiżmu, l-ambjent u s-saħħa.", "Jien kont naħseb li d-diċenza kienet titlob li almenu l-ministru jirrikonoxxi li fil-fatt dan kien diġa' ġie rrikkmandat lilna mill-għaqda dinjija tas-saħħa għar-reġjun ta' l-Ewropa.", "Imbagħad l-istess press release tkompli tgħid li l-Ministru Deguara qal li:", "\"L-għan ta' dan iċ-ċentru hu li t-turiżmu jkun wieħed sostenibbli filwaqt li jkun b'saħħtu u li jkun ta' l-inqas ħsara għall-pubbliku u l-ambjent.", "Barra minn hekk, għandu l-għan ukoll li jħares l-ambjent waqt l-istaġuni turistiċi.\"", "Il-ministru imbagħad għadda biex elenka numru ta' miri ewlenin għal dan iċ- ċentru, liema miri jmorru 'l bogħod mill-iskop li Malta ssir ċentru internazzjonali f'nofs il-Mediterran.", "Jien niftakar li fil-bidu tas-snin tmenin Malta kienet qed taħdem biex l-anzjani jiġu mpoġġija 'l fuq fil- prioritajiet tad-diskussjonijet tal-Ġnus Magħquda, u kien fil-fatt ftit wara l-elezzjoni ta' l-1987 li f'pajjiżna twaqqaf l-international institute for ageing.", "B'hekk Malta saret ċentru anke fis-settur ta' l-anzjani taħt il-Ġnus Magħquda u dan kien l-iskop li għalih Malta kellha tkun ċentru internazzjonali għar-reġjun tal-Mediterran fejn jirrigwarda turiżmu, ambjent u saħħa.", "Pero' dan naħseb li kien 'il bogħod mill-miri li l- ministru tas-saħħa issuġġerixxa lill-għaqda dinjija tas-saħħa l-ġimgħa li għaddiet ġewwa Londra.", "Il-Ministru qal li dan iċ-ċentru għandu jassigura li jkun hemm ilma għax- xorb tajjeb u f'ammonti adegwati fl-għeqqel ta' l-istaġun turistiku.", "Imma dan x'għandu x'jaqsam?", "Din hija xi ħaġa lokali, m'hijiex xi ħaġa li għaliha jinfetaħ ċentru reġjonali internazzjonali!", "Qal ukoll li dan l- istess ċentru għandu jikkontrolla r-rimi ta' l-iskart kemm likwidu kif ukoll solidu biex b'hekk inkunu qed inħarsu l-bajjiet u jsaħħaħ il- kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq l-ikel.", "Allura l-ministru ma jafx li fid- dipartiment tas-saħħa jeżisti l-food control unit u li hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' l-FAO biex nippromwovu iktar ikel tajjeb u li jkun hemm kontrolli u spezzjonijiet iktar serji?", "Dawn diġa' jeżistu u m'għandna bżonn ta' l-ebda ċentru reġjonali tal-WHO biex nagħmlu dan lokalment.", "Il-ministru mbagħad għadda biex tkellem fuq l-impjegati temporanji fl- industrija tat-turiżmu u qal li dan iċ-ċentru għandu jara li dawn ikunu mħarrġa sew fl-oqsma tas-saħħa u ta' l-ambjent - ħaġa li safejn naf jien l-institute for tourism studies diġa' qed jagħmel - u sabiex jinforma lit- turisti immedjatament li jaslu Malta b'diversi lingwi b'kontaminazzjoni fl- ikel, fix-xorb kif ukoll b'mard li jista' jinxtered.", "Imma nafu fuq xiex qegħdin nitkellmu?", "Dan huwa xogħol tad-dipartiment tas-saħħa mhux xogħol ta' ċentru reġjonali internazzjonali ta' l-għaqda dinjija ġewwa Malta.", "Il- ministru mbagħad kompla jgħid li dan iċ-ċentru għandu jassigura l-inforzar ta' proċeduri tas-sigurta' speċjalment dawk dwar in-nar.", "Imma temminhom dawn l-affarijiet, Mr Speaker?", "Qed nippretendu dawn l-affarijiet minn ċentru internazzjonali tas-saħħa li suppost li l-iskop tiegħu huwa li jkun reġjonali, għall-pajjiżi kollha ta' madwar il-Mediterran, li jibda mill- pajjiżi ta' l-Ewropa ta' isfel li jmissu mal-Mediterran bil-possibbilta' li għada pitgħada nestendu aktar lejn il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq!", "Imbagħad il-ministru jkompli jsemmi l-għanijiet li għalihom irid li jkollna dan iċ-ċentru f'Malta u jgħid li dan għandu jippromwovi aktar l-industrija tat-turiżmu lokali b'mod li jsostni l-ekonomija lokali filwaqt li jitħares l-ambjent.", "Iva fuq Malta biss qed nitkellmu meta dan suppost li huwa ċentru reġjonali internazzjonali ta' l-għaqda dinjija tas-saħħa.", "U jkompli jagħti r-raġunijiet waħda wara l-oħra.", "Mr Speaker, naħseb li l-proposta li kienet għamlet l-għaqda dinjija tas- saħħa biex Malta verament tkun ċentru reġjonali internazzjonali fejn jirrigwarda t-turiżmu, l-ambjent u s-saħħa kien iktar jagħmel sens u kien aktar ippoġġina quddiem minn dan il-ħafna diskors li ntqal.", "Dak ix-xogħol li semma l-ministru diġa' qed isir minn ċentri li jaqgħu taħt il-kappa tan- national environment health action plan li jlaqqa' s-setturi kollha flimkien; id-dipartimenti, il-kumpanniji parastatali, kif ukoll dawk privati.", "Jekk verament irridu li jkollna ċentru reġjonali internazzjonali tas-saħħa l-ewwelnett kont nistenna li l-Ministru jsemmi dan il-punt, u t- tieni nett kont nistenna li jkompli jippromwovi dan iċ-ċentru aktar 'il quddiem.", "Grazzi, Sur President.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l- Erbgħa, 30 ta' Ġunju, 1999 fis-6.00 p.m. bl-agenda kif komunikata mill- Ministru Gatt.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA - SERQ TAL-PITTURA CARAVAGGIO", "7826.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-każ ta' serq tal-Pittura tal-Caravaggio?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-każ kien ġie nvestigat, ittellgħet persuna l-qorti u l-każ qed jistenna li jiġi appuntat għall- ġuri.", "PULIZIJA - TA' QALI - PERMESS GĦAL PARTY", "7832.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid bl-ismijiet min kienu l-organizzaturi li ngħataw il- permess li jorganizzaw party f'Ta' Qali nhar il-Ħadd 6 ta' Ġunju, 1999?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7583.", "MINISTERU TAL-FINANZI - MEMBRI", "7833.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6630?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Informazzjoni dwar il-membri kollha tas-segretarjat tiegħi li turi: (i) il-kariga tagħhom; (ii) liema minnhom qegħdin b'kuntratti; (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall- użu ta' mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma\\t kull wieħed\\waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-memorandum Engagement of Staff in Private Secretariats tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda - liema memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il- Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.", "Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor.", "Interpellant huma kollha konformi ma` dak imniżżel fil-memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organizzazzjoni parastatali.", "PULIZIJA - TA' QALI - PARTY", "7847.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-party li sar f'Ta' Qali nhar il-Ħadd 6 ta' Ġunju, 1999 inqabdux persuni li fil-pussess tagħhom kellhom id-droga?", "Jekk inqabdu, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni, x'sustanzi ta' droga kellhom fuqhom u x'inhu l-ammont tad-droga li nqabad?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-party li rrefera għalih l- Onor. Interpellant, il-pulizija żammet sitt persuni fuq suspett ta' pussess ta' droga.", "Fuq tlieta minnhom instabu d-drogi.", "F'din l-operazzjoni ġew elevati 20 pillola ecstasy u tlett biċċiet raża tal-Cannabis.", "MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD - MOBILE PHONE", "7848.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru 1998, sal-31 ta' Marzu 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "NINU ZAMMIT: Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998, u l- aħħar ta' Marzu 1999, in-nefqa ta' użu ta' mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm267.73.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT - MOBILE PHONE", "7849.", "L-ONOR.", "JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru 1998, sal-31 ta' Marzu 1999?", "Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li fl-1999 m'hijiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li ministru jkollu użu ta' mobile phone.", "Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998, u l-aħħar ta' Marzu 1999, in-nefqa fuq il-mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm519.37.", "Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "PULIZIJA - VICE SQUAD", "7872.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Vice Squad se tittrasloka għal post ġdid 'il barra mid-Depot?", "Sa meta huwa maħsub li jitlesta dan il-proġett?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li l-Victim Support Unit, li tifforma parti mill-vice squad tiġi msaħħa u tibda topera mill- bini l-ġdid ta' l-għassa ta' l-Imtarfa.", "ĦABS ĊIVILI - PRISON REGULATIONS TA' L-1995", "7873.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Peress illi l-Prison Regulations ta' l-1995 jipprovdu għall-għoti tal- prison leave lil dawk li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali u mhux sentenzjati sabiex dawn jagħmlu drug rehabilitation programme, kif tinkwadra ruħha d-deċiżjoni riċentissima tad-direttur tal-ħabs li mhux se jibqa' jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu għall-prision leave għal dan l-iskop u se jirrikjama lura l-ħabs lil dawk li qed jagħmlu tali programmi jekk dawn ma jingħatawx il-bail mill-qorti?", "ONOR.", "TONIO BORG: Skond l-artikolu 61 (1) tar-Regolamenti ta' l-1995 dwar il-Ħabs, leave mill-ħabs jista' jingħata mid-direttur tal-ħabs, filwaqt li l-artikolu 61 (5) jipprovdi li kull priġunier li jingħata leave taħt l-artikolu 61 jista' jissejjaħ lura l-ħabs f'kull ħin, sew jekk il- kundizzjonijiet tal-leave tiegħu jkunu nkissru sew le.", "F'ċerti każi l-qorti ma tagħtix il-liberta' proviżorja lill-priġunier iżda tagħmel rakkmandazzjoni lid-direttur tal-ħabs biex l-istess priġunier jattendi programm ta' riabilitazzjoni mid-droga.", "Minkejja li f'każi bħal dawn il-priġunier ma jkunx ingħata l-liberta' proviżorja, dan jista' jkun qiegħed barra mingħajr ebda sorveljanza għax hekk jitolbu programmi bħal dawn.", "Barra minnhekk il-perijodu ta' żmien li l-istess priġunier jagħmel fil-programm jitqies daqs li kieku qattgħu fil-faċilita' u jitnaqqaslu mis- sentenza jekk u meta dan jiġi misjub ħati mill-qorti.", "Dan, fl-opinjoni tad- direttur, jista' jagħti lok għal abbużi u kien għalhekk li ħa deċiżjoni li jirrikjama lura l-ħabs lil dawk il-priġunieri mhux issentenzjati li bħalissa qed jattendu tali programmi.", "Dawn ġew avżati jagħmlu rikors biex jingħataw il-liberta' proviżorja sabiex ikomplu jattendu l-programm.", "S'issa għadu ma ssejjaħ ħadd lura l-ħabs għaliex huwa prudenti li dawn jingħataw żmien raġunevoli biex jagħmlu tali rikors.", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "7887.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Lista tal-membri f`bordijiet li jaqgħu taħt ir- responsabbilta' tiegħi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmien f'din is-seduta.", "Il-bord tal-MEUSAC (Malta EU Steering Action Committee)jiltaqa' taħt iċ-chairmanship tiegħi.", "Lista tal-membri tal-bord konsultattiv tal-MIC (Malta EU Information Centre), liema Information Centre jaqa taħt ir-responsabbilta tal-MEUSAC, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.", "BORDIJIET GOVERNATTIVI - MEMBRI", "7888.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "BORDIJIET GOVERNATTIVI/PARASTATALI - MEMBRI", "7889.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-persentaġġ totali ta' nisa fuq bordijiet governattivi u parastatali?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l- informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "MDC - IMPJEGAT", "7906.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2770 peress li ilni sitt xhur nistenna tweġiba mit-18 ta' Diċembru, 1998?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Fl-1995 il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp kienet qiegħda ddaħħal sistema ġdida ta' kompjuterizzazzjoni fl-accounts u għalhekk inħasset il-ħtieġa li taqleb mis-sistema tal-Bulk Payment System għas-sistema tat-TX 35.", "Biex tikkonferma ma' l-esiġenzi tas-sistema mitluba mid-Dipartiment tas- Sigurta' Soċjali, il-korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp imliet il-formoli NI 13, id-dokument li għalih qed issir referenza, għal kull impjegat li kellha l-Korporazzjoni f'dak iż-żmien.", "Dan sar wara kjarifika li ntalbet apposta bil-miktub mingħand id-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali.", "Il-fondi kollha li baqgħu jinqatgħu sal-lum mis-salarju ta' dan l- impjegat u ta' l-impjegati l-oħra kollha bħala l-kontribuzzjoni tal-bolla, jitħallsu regolarment kull xahar lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Kif jidher hawn fuq, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp dejjem osservat il-liġi bir-reqqa u għalhekk m'hemmx ħtieġa li jittieħdu l-ebda passi.", "ARTIJIET - MELLIEĦA - POPEYE VILLAGE", "7908.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid l-art li fuqha hu mibni Popeye Village fil-Mellieħa minn min hi amministrata?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li s-sit li qed tirreferi għalih l- Onor. Interpellanti huwa mmexxi mill-Anchor Bay Leisure Ltd.", "POPEYE VILLAGE", "7909.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kif ingħata Popeye Village, Anchor Bay għaxar snin ilu u lil min?", "X'inhu l-ammont li jitħallas mill-operaturi kull sena?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li l-kumpless ta' Popeye Village, Anchor Bay, kien inkera għaxar snin ilu lil Bonnici Brothers.", "Taħt dan l- operating agreement huma jħallsu s-somma ta' Lm2,500 fix-xahar.", "SERVIZZ ĊIVILI - SERVIZZI KOMPUTERIZZATI", "7934.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin biex jiġi mtejjeb u ntrodott servizz jew servizzi komputerizzati fid-diversi dipartimenti taċ-Ċivil?", "Kemm intnefaq fuq software, fuq hardware u fuq training kull sena?", "Jista' jgħid kemm iffranka flus iċ-Ċivil f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis f'manpower minħabba l-komputerizzazzjoni?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI: L-informazzjoni qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI - ARRETRATI", "7935.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (taxpayers) li għandhom jieħdu xi arretrati mill-inland revenue?", "Kemm hi s-somma totali li għandu jagħti l- gvern?", "Kemm ħallas il-gvern lura f'arretrati lil taxpayers li ħallsu żejjed kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm gawdew persuni kull sena?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-irħula jew bliet fejn kienu joqogħdu dawn il-persuni li rċevew l-arretrati lura kull sena għal dawn l- aħħar ħames snin?", "ONOR.", "JOHN DALLI: In-numru ta` taxpayers hu ta` 30,305.", "L-ammont eżistenti hu ta` Lm17.3 miljun.", "F`dawn l-aħħar snin tħallsu dawn l-ammonti:", "1999 (sa Mejju) 1,360,000 (Numru ta` taxpayers - 17,648) 1998 2,840,500 (Numru ta` taxpayers - 17,825) 1997 2,989,163 (Numru ta` taxpayers - 21,957) 1996 3,299,197 (Numru ta` taxpayers - 32,253) 1995 1,997,938 (Numru ta` taxpayers - 16,545) 1994 1,488,949 (Numru ta` taxpayers - 18,210)", "SKEJJEL - TFAJLIET TQAL", "7936.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li ma attendewx l-iskola din is-sena għax kienu tqal?", "Kemm huwa n-numru ta' tfal li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba tqala?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li n-numur ta' każijiet huma 24", "ETA` NUMRU TA' STUDENTI", "13-il sena 2 14-il sena 4 15-il sena 13 16-il sena 5", "Mis-16-il tfajla ta' 16-il sena li ġew ikkwotati fl-istatistika (mistoqsija parlamentari numru 7657), ħamsa ma komplewx jattendu l-aħħar sena ta' l-iskola sekondarja.", "L-istess numru ta' tfajliet (24) baqgħu ma jattendux skola sa l-aħħar tas- sena skolastika.", "REĠISTRU PUBBLIKU - REĠISTRAZZJONI TA' TFAL", "7937.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew reġistrati din is-sena li kellhom unknown father?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li fir-Reġistru Pubbliku ma tinżammx statistika tan-numru ta' tfal li jiġu reġistrati li kellhom unknown father.", "XEBBIET OMMIJIET", "7938.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' xebbiet mhux miżżewġa li kellhom tarbija din is-sena sal-lum?", "X'kienu l-etajiet tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: L-Onor.", "Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mir-Reġistru Pubbliku.", "DETOX CENTRE", "7939.", "L-ONOR.", "ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in- numru ta' persuni li attendew id-Detox Centre mill-5 ta' Settembru 'l hawn?", "Kemm kienu ġodda?", "Kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "X'kienu l- etajiet tagħhom?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: In-numru ta' nies differenti li attendew iċ-Ċentru tad-Detox (Malta) bejn Settembru, 1998 u Mejju, 1999 kien ta' 708.", "Minnhom, 106 persuni ġew għall-ewwel darba.", "L-etajiet tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentru tad-Detox kien kif ġej:", "ETA' IRĠIEL NISA", "14 - 19 62 18 20 - 24 224 39 25 - 29 167 17 30 - 34 92 11 35 - 39 35 8 40 - 44 18 1 45 - 49 11 0 50+ 5 0 ---------------------------------------- TOTAL 614 94", "ARTIJIET - PROPRJETA' POPEYE VILLAGE", "7954.", "L-ONOR.", "HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' titolu fuq il-proprjeta' għandhom l-operaturi preżenti ta' Popeye Village, Anchor Bay?", "ONOR.", "TONIO BORG: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellanti għar- risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3487 irrid inżid li ninsab infurmat li fil-fatt is-sejħa għall-offerti għall-kiri tas-sit ħarġet u tagħlaq fl-1 ta' Lulju 1999.", "MALTACOM - TELEFONATI GĦAL BARRA", "7955.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara għaliex il-Maltacom qed tibqa' tinsisti ma' l-abbonata, li isimha qed jintbagħat separatament, biex tħallas l-ammont ta' Lm723.31 li allegatament saru minnha jew minn membri tal-familja tagħha f'six calls barra minn Malta, meta dawn b'diversi affidavit xehdu li qatt m'għamluhom?", "Jista' l-Ministru jara li l-Maltacom tkun aktar sensittiva f'każi bħal dawn?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant jifhem li din m'hix kwistjoni li l-Maltacom tkun aktar sensittiva.", "Il-kumpanija hija fid- dover li tiġbor flusha, aktar u aktar wara li dan il-każ ġie investigat minn żewġ bordijiet u cioe' mill-Billing Contestation Board u mill-Appeals Contestation Board, dan ta' l-aħħar bord indipendenti u li d-deċiżjoni tiegħu hija finali.", "Iż-żewġ bordijiet daħlu fid-dettal dwar dan il-każ u t- tnejn waslu għall-istess konklużjoni, jiġifieri li l-kont għandu jiġi mħallas mill-klijenta.", "Rigward l-affidavit, ta' min jinnota li dan sar mill-klijenta biss u mhux mill-membri l-oħra li jgħixu fid-dar.", "Jekk il-klijenta tħoss li m'hijiex f'pożizzjoni li tħallas il-kont kollu f'daqqa, nissuġġerixxi li tmur il- Maltacom sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-ħlas isir f'numru ta' pagamenti.", "PULIZIJA - MEMBRI", "8016.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm tkeċċew membri mill-Korp tal-Pulizija għax inqabdu jagħmlu atti kriminali f'dawn l-aħħar sitt xhur?", "Jista' jgħid kemm membri mill-Korp tal-Pulizija nqabdu jagħmlu atti kriminali f'dawn l-aħħar sitt xhur u ma tkeċċewx?", "Jekk kien hemm u ma tkeċċewx, għaliex?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sitt xhur tkeċċa membru wieħed tal-Korp, fiwaqt li fl-istess perijodu tressqu l-Qorti ħames membri oħra akkużati b'atti kriminali.", "Il-każ ta' erba` minnhom għadu pendenti quddiem il-Qorti filwaqt li każ ieħor għadu pendenti quddiem il- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "PULIZIJA - BEJJIEGĦA TAL-MONTI", "8017.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tiegħu dwar il-bejjiegħa tal-Monti li jarmaw kull nhar ta' Ħadd barra Bieb il-Belt u fil-foss ta' San Ġakbu meta jsir il- proġett ta' Bieb il-Belt?", "Veru li dawn se jitneħħew minn hemm?", "Jekk fl- affermattiv, fejn se jmorru?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1745.", "KONSOLAT ĠENERALI TA' MALTA - UFFIĊINI", "8018.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-ħsara li ġarrbu l-uffiċini tal- Konsolat Ġenerali ta' Malta li jinsabu f'York Street, Sydney fl-Awstralja fi ħruq li kien sar?", "Jista' jgħid min kien responsabbli għal din il-ħsara u min se jħallas?", "Jista' jgħid jekk dawn l-uffiċini reġgħux infetħu?", "ONOR.", "JOE BORG: Fil-lejl ta` bejn it-Tlieta 16 ta` Marzu u l-Erbgħa 17 ta` Marzu 1999, kien hemm ħruq fir-raba` sular tal-bini fejn hemm l- uffiċċju tal-Konsolat Ġenerali għal New South Wales, f`127, York Street, Sydney.", "Is-sistema ta` l-isprinklers minħabba n-nar żbroffat u l-ilma kkawża ħsarat estensivi fl-uffiċċju li qiegħed fit-tielet sular.", "L-uffiċċju qatt ma kien magħluq għall-pubbliku u baqa` jopera minn uffiċċju temporanju fl-istess bini sas-7 ta` April 1999, meta l-konsolat irritorna fl-uffiċċju oriġinali tiegħu.", "Il-ħsara ġiet iċċertifikata mill-kumpanija ta` l-insurance li tammonta għal A$8,900.", "Il-claim mal-kumpanija ta` l-insurance diġa` ġiet aċċettata u mħallsa.", "QRATI - ĠURIJIET", "8019.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti?", "Jista' jgħid x'inhuma r-reati relatati ma' kull każ u d-dati għal meta se jiġu appuntati?", "ONOR.", "AUSTIN GATT: Sal-lum hemm 58 ġurijiet pendenti li l-akkużi tagħhom ivarjaw minn omiċidju, tentattiv ta' omiċidju, pussess u traffikar ta' droga, serq u frodi.", "M'huwiex prattiku li jingħataw d-dettalji mitluba speċjalment għax att ta' akkuża wieħed jista' jikkomprendi aktar min reat wieħed.", "Hemm 18-il ġuri li huma appuntati għas-smiegħ quddiem iż-żewġ imħallfin li jippresiedu fil-Qorti Kriminali, 14 minnhom għal din is-sena, u erba' għas-sena d-dieħla.", "Jiena nformat li fil-ġranet li ġejjin se jiġu appuntati ġurijiet oħra.", "SPTAR SAN LUQA - IMPJEGATI", "8020.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu mpjegati fl-Isptar San Luqa minn Ottubru, 1998 sal-lum?", "Kemm daħlu nisa u kemm irġiel?", "Jista' jgħid x'kienu l- impjiegi u jekk ħarġitx sejħa pubblika f'kull każ?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: In-numru ta` mpjegati li daħlu jaħdmu fl-Isptar San Luqa, minn Ottubru 1998 sas-16 ta` Ġunju 1999, huwa 40.", "L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:", "Grad Nisa Rġiel Total", "Enrolled Nurses 2 2 4 House Surgeon (Dentistry) 4 5 9 Physiotherapist 3 2 5 Midwife 3 - 3 Occupational Therapist 2 - 2 Pharmacist 1 3 4 Medical Laboratory Technologist - 1 1 Staff Nurse 4 3 7 ECG Technician 1 - 1 Houseman - 1 1 Medical Officer - 1 1 Consultant - 1 1 Registrar - 1 1 _________________________ 20 20 40 _________________________", "F'kull każ ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet, ħlief għal consultant u għal registrar.", "F'dawn iż-żewġ każi, l-impiegi saru fuq bażi ta` kuntratt għal sena wara li t-talbiet tad-diviżjoni tas-saħħa ġew approvati mill- kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "BANEK - MID-MED", "8021.", "L-ONOR.", "JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid min kien in-nutar li ppubblika t-trasferiment ta' l-ishma tal-gvern fil-Mid-Med Bank lill-HSBC?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif jaf tajjeb it- trasferiment ta' l-ishma li kellu l-Gvern Malti fil-Mid-Med Bank plc lill- HSBC sar permezz ta` put-through fil-Borża ta` Malta.", "Dan ma jirrikjedi ebda tip ta` servizz nutarili.", "Ngħid ukoll li l-brokerage għal dan it- trasferiment ta` ishma sar mill-Bank Ċentrali.", "LOTTU PUBBLIKU - INTRODUZZJONI TAL-POOLS", "8029.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għamilx xi studji oħra dwar l-introduzzjoni tal-pools qabel l-elezzjoni ta' l-1996?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn/dan ir-rapport/i?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma sar ebda studju mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku dwar l-introduzzjoni tal-pools qabel dak li għalih irreferejt diġa' fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7576.", "MUŻEWIJIET - IPOĠEW", "8036.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni jiftaħ l-Ipoġew?", "Mindu nagħlaq u beda x-xogħol fuqu, kemm intnefqu flus u fiex kienu jikkonsistu x- xogħlijiet li saru s'issa?", "X'jonqos isir?", "Kemm se jdum biex isir u kemm se jiswa?", "X'se jkun il-prezz tad-dħul meta jerġa' jiftaħ?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li sa tmiem l-1998 id-Dipartiment tal- Mużewijiet nefaq Lm469,405 fuq dan il-proġett.", "Ix-xogħlijiet li għad iridu jitwettqu huma:", "1.", "L-installazzjoni tal-passaġġi għall-viżitaturi u l-poġġamani fil-livell ta' fuq ta' l-Ipoġew; 2.", "L-installazzjoni tas-sistema ta' dawl fil-livell ta' fuq; 3.", "Il-provi finali ta' l-apparat sofistikat li ġie nstallat fuq il-post; 4.", "It-taħriġ fi proċeduri ta' servizz u sigurta` għan-nies li ser ikun hemm fuq il-post; 5.", "L-installazzjoni ta' l-armar tas-sala tad-dħul u ta' l-espożizzjoni ta' tagħrif dwar is-sit għall- viżitaturi", "Sabiex jintemm dan il-proġett, din is-sena d-dipartiment qiegħed jonfoq LM17,000.", "Għalhekk l-ispiża kapitali totali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ser tkun ta' LM486,405.", "Barra dan, kien hemm naturalment ix-xogħlijiet imwettqa mid-Dipartiment tat-Toroq u l-korporazzjonijiet tas-servizzi fit-toroq tal-madwar.", "It-tmexxija tal-proġett u l-prezzijiet għadhom qed jiġu mfassla.", "Il-proġett ser ikun lest u miftuħ qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "TEMPJI NEOLITIĊI - ESPERTI", "8037.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħżel l-esperti li mistennija jagħmlu xogħol ta' tiswija fit-tempji neolitiċi lokali?", "X'xogħol sar biex jinstabu dawn l-esperti?", "X'inhuma l-kwalifiki u l-esperjenzi ta' dawn l-esperti?", "Kemm se jitħallsu?", "Meta se jsir ix-xogħol u kemm se jiswa?", "Liema tempji se jsir ix-xogħol fuqhom?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li l-proċess ta' l-għażla ta' l-esperti biex jgħinu fil-problema tal-konservazzjoni tat-tempji qiegħed isir mid- Dipartiment tal-Mużewijiet bl-għajnuna tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'konsultazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati f'dan il-qasam.", "Ser issir ukoll sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jiġi mpjegat perit fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jaħdem fuq din il-problema.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI", "8038.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex ikun hemm struttura li tmexxi l-libreriji pubbliċi?", "X'budget se jkollhom?", "Liema libreriji se jaqgħu taħtha?", "X'relazzjoni se jkollha ma' l-amministrazzjoni pubblika u kif se jsir ir-reklutaġġ għaliha?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Wara s-seminar ta' jumejn li sar ftit ġranet ilu bejn il-partijiet kollha nvoluti, issa ser ninkariga grupp biex ifassal proġett u pjan għar-ristrutturazzjoni ta' dan is-settur.", "Meta r-rapport ikun lest inkun nista' ngħaddih lill-Oppożizzjoni.", "Għaldaqstant f'dan l-istadju m'inhix f'pożizzjoni nwieġeb l-aħħar tliet partijiet tal-mistoqsija.", "MUŻEWIJIET/SITI STORIĊI", "8039.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex titfassal struttura li tmexxi l-mużewijiet u s-siti storiċi?", "Kif se jiġu reklutati l-persuni għal din l-istruttura?", "X'budget se jkollha din l-istruttura?", "X'relazzjoni se jkollha mas-servizz ta' amministrazzjoni pubblika?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li x-xogħol biex titfassal struttura li tmexxi l-mużewijiet u siti storiċi ser ikompli wara li l-ewwel sar seminar iffukat fuq dan is-settur f'Marzu li għadda.", "Issa beda wkoll ix-xogħol ta' kumitat speċjali li ġie mitlub jeżamina aktar mill-qrib dan is-settur sabiex titfassal liġi ġdida, strutturi ġodda, kif ukoll operat ġdid li jkun jista' jakkomoda fi ħdanu diversi stake holders li b'xi mod jistgħu jikkontribwixxu għall-ħarsien ta' dan il-wirt.", "Huwa għalhekk diffiċli li wieħed jitkellem fuq budget f'dan l-istadju.", "Meta r-rapport ikun lest ngħaddih lill-Oppożizzjoni.", "EU - NEGOZJATUR", "8040.", "L-ONOR.", "EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar in-negozjatur ewlieni tal-Gvern Malti biex imexxi l-isforzi għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?", "X'qed iżomm il-gvern milli jaħtar negozjatur ewlieni?", "Fuq liema kriterji mistenni jagħżel dan in-negozjatur ewlieni?", "ONOR.", "JOE BORG: In-negozjatur ewlieni li sejjer ikollu l-inkarigu li jmexxi n-negozjati għas-sħubija ma' l-Unjoni Ewropea qiegħed fil-proċess li jiġi identifikat.", "Deċiżjoni finali mistennija tittieħed fi żmien suffiċjenti qabel il-bidu tan-negozjati.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, minn informazzjoni li għandi, dawk il-pajjiżi applikanti li magħhom għadhom ma bdewx in-negozjati għadhom ma ħatrux negozjatur ewlieni.", "Dwar it-tieni u t-tielet mistoqsijiet ta' l-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li m`hemm assolutament xejn li qiegħed iżomm lill-Gvern milli jagħmel din il-ħatra li trid tkun imsejsa fuq il-kriterju tal-kompetenza dan sabiex jiġi żgurat li l-pakkett negozjat ikun l-aħjar wieħed fiċ-ċirkostanzi u jkun fl-aħjar interessi tas-setturi kollha tas-soċjeta` Maltija.", "PULIZIJA - ROAD BLOCKS", "8063.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l- Ministru jgħid kemm saru road blocks, xahar b'xahar, fis-sena 1998?", "Jista' jgħid f'liema lokalita' saru u x'riżultat kellu kull wieħed?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat li matul l-1998 il-Pulizija għamlet dawn ir-roadblocks f'diversi lokalitajiet madwar Malta kif jidher hawn taħt :", "Jannar 260 Lulju 258 Frar 266 Awissu 217 Marzu 315 Settembru 188 April 278 Ottubru 241 Mejju 251 Novembru 233 Ġunju 265 Diċembru 201", "Ninsab infurmat ukoll li waqt dawn ir-roadblocks numru ta' persuni nstabu qed jiksru r-regolamenti tat-traffiku, filwaqt li f'żewġ roadblocks instabet id-droga.", "VAT - PRODOTTI", "8064.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jagħti informazzjoni dwar liema prodotti u servizzi relatati ma' l- isports se jkunu affettwati bid-dħul tal-VAT?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif kelli diġa' l- okkażjoni nwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7870, il-provvista minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt ta` dawk is-servizzi li għandhom x`jaqsmu ma' rikreazzjoni sportiva jew fiżika huma eżenti bla kreditu.", "Iżda jekk l-istess organizzazzjonijiet jipprovdu servizz taxxabbli jew prodott taxxabbli bi ħlas, huma jkunu obbligati li jiġbru f`isem il-gvern it-taxxa dovuta skond il-liġi.", "Dan jgħodd, kemm taħt l- Att ta' l-1994 u l-Att ta' l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, u kemm taħt ta' l-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa.", "Mhux neċessarjament li dawn is-servizzi jew prodotti huma marbuta ma` l- isports.", "WSC - KONTIJIET", "8065.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi dovuta l-Korporazzjoni Enemalta bħala ħlasijiet għal kontijiet tas-servizzi tad-dawl u l-ilma minn: (a) dipartimenti tal-gvern; (b) korporazzjonijiet; (ċ) kumpanniji privati; (d) ċittadini komuni; u (e) soċjetajiet soċjali u sportivi?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAĦĦA - OPERAZZJONI TAL-CARTILAGE", "8066.", "L-ONOR.", "CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l- Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal operazzjoni tal-cartilage?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DISTRETT NRU.", "12 - OQSMA TAD-DJAR - LIFTS", "8072.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għat-talbiet tiegħi f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti sabiex isiru l-lifts fil-housing estates tat-12-il distrett, ċioe' f'Għeriexem Housing Estate u Għajn Qajjed Housing Esate, fir-Rabat, Ta' Pennellu fil-Mellieħa u dawk fl-Imġarr u San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-parti mill-fondi allokati jintużaw sabiex isiru l-lifts f'dawn il-housing estates?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Hija l-intenzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar li l- iskema ta' l-installar tal-lifts, fejn dan jippermetti, eventwalment tiġi estiża għal-lokalitajiet oħra minn dawk imħabbra s'issa.", "DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA", "8076.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n- numru ta' familji li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva lid- Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-mument?", "Kemm huwa n-numru ta' djar li jista' jalloka fil-mument id-dipartiment konċernat?", "Meta huwa maħsub li jiġu rrimedjati dawn it-talbiet?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi d-Dipartiment Għall- Akkomodazzjoni Soċjali għandu 3,158 familja li qed jitolbu akkomodazzjoni alternattiva.", "Numru ta' djar tal-gvern jew rekwiżizzjonati jitbattlu regolarment u dawn jiġu allokati lil dawn il-familji.", "In-numru ta' djar li jitbattlu hu ta' madwar 260 fis-sena.", "Fil-mument id-dipartiment għandu għaxar djar li qegħdin fil-proċess biex jiġu allokati.", "PA - BINI LLEGALI", "8077.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Wara li l-persuna mill-Gudja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qabad u tella' ħajt madwar plot proprjeta' tal-Joint Officer, tant li l- Planning Authority ħarġet Enforcement Order ECF 97/98 fi Frar 1998, jista' l-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji u jagħti dawk il-provvedimenti opportuni sabiex dan il-ħajt ifittex jitwaqqa'?", "ONOR.", "TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħadet passi skond l-Att 1 ta' l-1992 dwar l-iżvilupp kontra l-okkupant ta' l-art li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant kif ukoll kontra l-Joint Office.", "Fin-nuqqas li dawn jonqsu li jirrimedjaw skond il-liġi, l-Awtorita` ta' l- Ippjanar tieħu l-passi hi a spejjeż tagħhom.", "Il-każ huwa ndikat biex tittieħed azzjoni fi żmien qarib.", "BUĠIBBA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT ILLEGALI", "8078.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tingħata stima ta' kemm ġie jiswa x-xogħol ta' ħatt tal-ħajt mibni illegalment u mingħajr permess tal-Planning Authority ġewwa Buġibba, liema ħajt inbena matul l- amministrazzjoni Laburista 1996-1998?", "ONOR.", "FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-ħatt ta' l-istruttura msemmija mill- Onor. Interpellant hu xogħol li sar b'sejħa għall-offerti.", "Il-kuntratt ġie mogħti għas-somma ta' Lm9,682, liema kuntratt ġie estiż b'somma addizzjonali ta' Lm3,243 biex ikopri xogħol ta' natura simili fl- istess inħawi.", "Il-valur finali tax-xogħol kollu li sar qiegħed jiġi determinat permezz tat-taqsima tal-quantity surveying fi ħdan it-taqsima tax-xogħlijiet.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEMA - TRAFFIKU", "8083.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni dwar kif inhuwa possibbli li titjieb is-sistema tat-traffiku fi Vjal il-Ħaddiema, ir-Rabat, Malta?", "Peress li ftit tal-jiem ilu ttajjar ukoll tifel minn fuq iz-zebra crossing, jista' l-Ministru jikkonsidra wkoll mal-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiddawwal aktar din it-triq?", "ONOR.", "TONIO BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il- mistoqsija lill-ministri konċernati.", "RABAT - VJAL IL-ĦADDIEMA - ZEBRA CROSSING", "8084.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fi Vjal il-Ħaddiema, ir-Rabat, ftit tal-jiem ilu ttajjar tifel minn fuq iz-zebra crossing, jista' l-Ministru jara li din iz-zebra crossing tkun aktar imdawla u li jsiru wkoll is-sinjali kollha li suppost jindikaw lis-sewwieqa li hemm zebra crossing f'din it-triq traffikuża?", "Jista' l-Ministru jikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li ssir traffic light bil-pelican lights sabiex jiġu evitati inċidenti simili għall-futur?", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Jien informat li f'Marzu ta' l-1998 il-kunsilli lokali kollha permezz ta' ċirkolari kienu ġew mitluba biex jagħmlu upgrading tal-pedestrian crossings fid-distretti tagħhom biex dawn l- crossings ikollhom l-warning signs, flood lightning u r-road markings neċessarji.", "Rigward l-installazzjoni tal-pelican lights, tajt struzzjonijiet lid- Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista' jsir.", "RABAT: VJAL IL-ĦADDIEMA - DWAL", "8085.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li ili snin nitlob li tiddawwal Vjal il-Ħaddiema fir-Rabat, Malta ħalli jiġu evitati ħafna mill-inkonvenjent għall-pedestrians u sewqan, jista' l-Ministru jinformani x'ġara minn dawn it-talbiet?", "Peress li ftit tal-jiem ilu ttajjar tifel ta' 12-il sena f'din it-triq min fuq iż-zebra crossing, jista' l-Ministru urġentement jipproċedi u ċioe' japprova l- iżviluppi meħtieġa?", "ONOR.", "JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "DJAR - KERA", "8087.", "L-ONOR.", "NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: B'riferenza għall-requisition order 53497 u ċioe' l-fatt li l-familja in kwestjoni ddikjarat dħul ta' Lm222 aktar fuq snin preċedenti b'riżultat li l-kera għal din il-familja żdiedet minn Lm181 fis-sena għal Lm469, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga kif din il- familja għaliex iddikjarat dħul ta' Lm222 aktar ġiet mitluba tħallas b'aktar minn Lm250 żieda fil-kera fis-sena?", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI: Filfatt din ir-reviżjoni suppost li saret f'Ġunju 1998, iżda l-amministrazzjoni preċedenti naqset milli tagħmel dan l- eżerċizzju ta' reviżjoni skond regoli approvati mill-istess Amministrazzjoni Laburista (i.e. emendi tas-sistema li biha jingħata sussidju fuq il-kera ta' djar lill-Gvern.)", "FOOTBALL GROUNDS - DĦUL", "8124.", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l- Ministru jgħid jekk id-dħul mill-ġbir tal-15% VAT fuq id-dħul fil-grounds tal-football hux se jiġu vvotati għall-isports?", "ONOR.", "JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ġbir tat-taxxi huwa maħsub biex jagħmel tajjeb għall-infiq ġenerali tal-Gvern skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-pajjiż kif ippjanat fl-estimi finanzjari ta` kull sena.", "L-għaqdiet ta` l-isports diġa' qed igawdu minn għotijiet li jingħataw kull sena mill-isports fund tad-Dipartment tal-Lottu Pubbliku."]} {"filename": "20010718_585d_par.doc", "date": "2001-07-18", "category": "parliamentary debates, politics, law", "text": ["MALTA DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI (Rapport Ufficjali u Rivedut) ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 585 L-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2001 Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan Kamra tad-Deputati MALTA Prezz Lm1 ID-DISA' PARLAMENT Seduta Nru. 585", "L-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2001", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.07 p.m.", "Talba", "SEDUTA NRU.", "585", "L-Erbgħa, 18 ta' Lulju, 2001", "WERREJ", "MINUTI 149", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI 149", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI (IT-TIELET QARI)", "PLANT QUARANTINE BILL (SECOND READING) 153", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA'", "RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA (IT-TIELET QARI)", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL (SECOND READING) 153", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LIĊENZJI TAL-KUMMERĊ (IT-TIENI QARI)", "TRADING LICENCES BILL (SECOND READING) 154", "AĠĠORNAMENT 171", "MINUTI", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 584 li saret fit-18 ta' Lulju, 2001 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "MUŻEW TA' L-ARKEOLOĠIJA – KAŻ TA' THEDDID", "27465.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid- dipartiment tal-mużewijiet dwar każ li ġara fil-mużew ta' l-arkeoloġija f'April li għadda wara li persuna – dettalji tagħha jidhru separatament – spiċċat thedded persuna oħra?", "Meta ttieħdu dawn il-passi?", "Fejn wasal dan il-każ li mhux l-uniku wieħed li fih kienet involuta l-persuna li għamlet it-theddid?", "ONOR.", "LOUIS GALEA (Ministru ta' l-Edukazzjoni): Informat li l-każ li ġara fil-mużew ta' l-arkeoloġija f'April li għadda għadu qed jiġi investigat.", "MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone): L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jara x'tip ta' sigurta' qed ikun hemm f'mużewijiet u siti ta' interess nazzjonali?", "Jekk jirriżulta li ma teżisti l-ebda sigurta', jista' jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li ma jsirux atti vandali?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Preżentement is-sigurta' fil-mużewijiet hija pprovduta minn uffiċjali pubbliċi li jaħdmu bħala security guards mad- dipartiment tal-mużewijiet.", "Fil-museum of fine arts ġew ingaġġati wkoll personnel tal-group 4 biex jipprovdu dan is-servizz.", "Fir-rigward ta' siti arkeoloġiċi, bħal fil-każ tat-tempji neolitiċi, hemm uffiċjali li jaħdmu mad-dipartiment tal-mużewijiet bħala security - dawk li fl-antik konna nsejħulhom watchmen - assistiti kostantament minn uffiċjali ta' l-armata u b'ronda konsisteni min-naħa tal-pulizija.", "F'ċerti siti jeżisti apparat permezz tar- radju li huwa kkontrollat ċentralment mid-dipartiment tal-mużewijiet, b'link kontinwa mal-pulizija.", "Imbagħad hemm siti oħrajn, speċjalment ċerti fdalijiet li għandna mxerrdin ma' Malta u Għawdex li s'issa għad m'għandhomx servizz ta' security.", "L- Onor. Membru jrid japprezza li security 24 siegħa round the clock ma' dawn is-siti tirrikjedi ħafna riżorsi, kemm umani kif ukoll finanzjarji.", "Il-cultural heritage interim board li bħalissa qiegħed jieħu ħsieb il-wirt kulturali ta' pajjiżna, qed jikkonsidra proposti biex titjieb is-sigurta' permezz ta' l-użu tat- teknoloġija elettronika u viżiva.", "Għal dan l-iskop, f'diversi postijiet fejn diġa' teżisti provvista ta' l-elettriku, qegħdin jinħadmu ċerti specifications biex naraw kif wieħed jista' juża t- teknoloġija moderna.", "Fir-rigward ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim, ix-xogħol biex titniżżel il-provvista ta' l-elettriku permezz ta' bini ta' substation qiegħed fi stat avanzat.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Abela, domanda supplimentari.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ix- xogħol ta' restawr li sar fis-sit ta' l-Imnajdra?", "Jista' jgħid jekk il- gvern applikax għal fondi internazzjonali ġaladarba dan is-sit huwa wirt dinji?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Kif kellna l-opportunita' ngħidu, l-Imnajdra ġiet riabilitata u rrestawrata għas-sitwazzjoni li kienet qabel ma ġara l-att vandalu bejn il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid.", "F'dan il-post sar xogħol akkurat u riċerkat b'mod tajjeb taħt it-tmexxija tad-dipartiment tal- mużewijiet u b'konsulenza ta' speċjalisti f'dan il-kamp.", "Ta' min jgħid iżda li m'huwiex il-każ li wieħed jaqbad u jitlob għajnuna finanzjarja minn barra.", "Għal dan l-iskop ġie f'pajjiżna Henry Clare, wieħed mill-esperti li għandha l-UNESCO, li fir-rapport tiegħu rrimarka fuq traġedja bla preċedent iżda rrimarka wkoll fuq ir-reazzjoni qawwija u immedjata tal-poplu Malti inġenerali u anke osserva b'mod pożittiv il- miżuri li ħa l-gvern biex ikun jista' jilqa' għal din it-tip ta' sitwazzjoni.", "Imma rridu nifhmu li meta ngħidu li dawn is-siti huma mniżżla fil-lista ta' wirt dinji, ma jfissirx li hemm xi fondi kbar x'imkien li nistgħu nibbenefikaw minnhom.", "Fil-fatt il-fondi li kienu ġew miftehma ma' l-għaqdiet internazzjonali u mal-UNESCO ġew użati kollha u għalhekk wieħed irid jibda jħares lejn sitwazzjoni ta' kif jista' jorganizza ruħu b'mod tant tajjeb li jkun jista' jqanqal interess minn diversi partijiet interessati fid-dinja, li mbagħad jistgħu anke jaslu biex jgħinu lil Malta ħalli tkun tista' tħares il-wirt tagħha aħjar.", "Il-pożizzjoni li nieħu jien hi li għandna nitolbu fondi għal proġetti li huma speċifiċi, proġetti li jridu jitlaħmu u jinħadmu b'mod tajjeb, ħalli 'l quddiem inkunu nistgħu nippreżentaw każi aktar fondati għal din it-tip ta' għajnuna finanzjarja meta l-miżuri li qed jieħu l-gvern ikunu fi stadju aktar konkret.", "Nafu li fil-każ ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim, il-gvern aċċetta r-rakkmandazzjoni tal-kumitat xjentifiku li jipprovdi tined temporanji protettivi u jagħmel il-bini ta' visitors centre biex il- preżentazzjoni tas-siti tkun ħafna iktar attraenti, tkun ħafna iktar storikament relevanti u tkun tipprovdi faċilita' biex kull min iżur is-sit ikun jista' jagħmel diskussjonijiet, jara preżentazzjonijiet audio-viżivi u jkun hemm ukoll ċertu merchandising biex permezz tiegħu nrendu fondi għas- sit.", "Għalhekk qabel ma nibdew nitkellmu - jew fl-istess waqt li nibdew nitkellmu - dwar talba għal għajnuna finanzjarja minn sorsi barranin, irridu naħdmu ħafna biex b'konservazzjoni, management u preżentazzjoni aħjar tas-siti, niġġeneraw ħafna iktar fondi milli rnexxielna niġġeneraw sal-lum.", "U bħalissa qiegħed isir ħafna xogħol biex fiż-żmenijiet li ġejjin, inkunu nistgħu nagħmlu avvanzi sostanzjali f'dan ir-rigward.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Abela.", "ONOR.", "CARMELO ABELA: Sur President, ippermettili nagħmel żewġ domandi.", "Fid-dawl ta' dak li għadu kemm intqal, kien hemm xi persuni jew għaqdiet barranin internazzjonali mhux governattivi li wrew interess li b'xi mod jew ieħor jagħtu l-għajnuna tagħhom, mhux neċessarjament dik finanzjarja?", "Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslet l-inkjesta maġisterjali li qed issir dwar l-Imnajdra, għalkemm naf li din ma taqax direttament taħt id-dekasteru tiegħu?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Il-gvern ma nieda l-ebda kampanja ta' ġbir ta' fondi iżda kien hemm inizjattiva privata biex jinġabru fondi għall-użu ta' waħda mill-għaqdiet mhux governattivi, Din l-Art Ħelwa.", "Il-gvern m'għandux informazzjoni dwar kemm jammontaw dawn il-fondi u kif qed jiġu wżati.", "Il- fondi li l-gvern ħareġ biex isir ir-restawr ta' l-Imnajdra ħarġu mill-vot kapitali tad-dipartiment tal-mużewijiet u hemmhekk is-sitwazzjoni hija waħda normali u regolari.", "Ma jirriżultalix li seta' kien hemm xi persuna jew fondazzjoni partikolari barranija li ħasset li għandha tagħmel xi proposta ta' xi għajnuna finanzjarja partikolari għal dak li ġara.", "Għar-rigward ta' l-inkjesta maġisterali, nista' ngħid li din għadha miftuħa.", "Naturalment il-pulizija jibqgħu jsegwu kull tagħrif li jista' jaslilhom u sta għall-maġistrat inkwerenti li jidderieġi u jmexxi din l- inkjesta abbażi ta' l-informazzjoni li jkollu.", "Fil-każ ta' l-Imnajdra ma kienx il-każ li l-ministeru jew id-dipartiment jordna xi nkjesta partikolari, la taħt il-liġi ta' l-inkjesti u lanqas b'mod amministrattiv.", "Dak li ġara kien jidher minn kulħadd.", "Il-pulizija u l-maġistratura kienu nvoluti mill-ewwel mill-punto di vista ta' l-uffiċjalita' biex wieħed jara jistabilixxix xi nuqqasijiet f'dan ir-rigward.", "Fil-kumplessita' taċ- ċirkostanzi kollha ma kienx hemm affarijiet bħala tali x'tinvestiga għax iċ- ċirkostanzi ta' fejn kellhom x'jaqsmu l-uffiċjali pubbliċi kienu magħrufa u ma kienx hemm x'tista' tiskopri.", "Il-fatti huma li fl-Imnajdra ma kienx hemm watchman għax kien qiegħed Ħaġar Qim, konswetudni għal snin twal taħt amministrazzjonijiet differenti.", "Dawn il-fatti setgħu jiġu stabiliti mingħajr il-ħtieġa li toqgħod tagħmel inkjesta u fid-dawl ta' dawn il-fatti ttieħdu diversi miżuri li qed jiġu segwiti.", "Nittamaw li fil-ġimgħat li ġejjin, speċjalment meta jerġa' jiftaħ il- parlament, nittrattaw il-liġi li tirregola l-wirt kulturali u din għandha toffrilna mhux biss l-opportunita' ta' diskussjoni imma anke t-twaqqif ta' strutturi li jkunu jistgħu jerfgħu r-responsabbilta' b'mod iktar permanenti u iktar b'saħħtu minn dak li għandna sal-lum.", "SKEJJEL – KITBA U QARI TAL-MALTI U L-INGLIŻ", "27466.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI (f'isem l-Onor.", "Evarist Bartolo) staqsa lill- Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' il-Ministru jara li jsir stħarriġ serju u ġenerali fost l-istudenti ta' l-iskejjel tal-gvern biex isir magħruf x'livelli ta' ħila għandhom jew m'għandhomx fil-kitba u fil-qari tal-Malti u l-Inġliz, bl-iskop li jkunu mfassla programmi edukattivi adatti biex għallinqas l-adolexxenti jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom bil-ħila li jiktbu u jaqraw bil-Malti u l-Inġliz?", "ONOR.", "LOUIS GALEA: Informat li hemm il-ħsieb li dan isir.", "L-ewwel ma' jmiss huwa follow-up tal-baseline assessment li sar fl-1998.", "Wara jsiru links bejn dak l-istudju u ieħor li se jħares lejn il-livell milħuq fis- sekondarja.", "SEGRETARJATI PRIVATI - LISTA TA' IMPJEGATI", "27479.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' il-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25615?", "ONOR.", "EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "TRAĠEDJA FIL-BAĦAR BEJN MALTA U SQALLIJA", "27480.", "L-ONOR.", "JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26845?", "ONOR.", "JOE BORG (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Minħabba fil-kobor ta' din id-diżgrazzja fatali, sar sforz komuni bejn l-Italja, il-Greċja u Malta biex l-investigazzjonijiet li għadhom sejrin jagħtu r-riżultat mixtieq.", "Nixtieq nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-ministeru għadu qed jagħti kontribut siewi skond il-ħtieġa fir-rigward ta' din it-traġedja.", "Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti dejjem jieħdu inkonsiderazzjoni kull informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet tagħhom.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi, domanda supplimentari.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Jista' il-Ministru jagħtina rendikont tal-laqgħat fejn ġiet diskussa din il-materja u anke tal-punti li tqajmu?", "Jista' jgħid ukoll jekk inġibditx l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet Taljani li hemm il- possibbilta' li wieħed mill-katavri jista' ikun ta' persuna Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Peress li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, ma naħsibx li jkun għaqli li wieħed jiżvela iżjed informazzjoni.", "Li nista' ngħid hu li l-ministeru għall-affarijiet barranin ma kienx imdaħħal direttament fl-investigazzjonijiet.", "Din hija ħaġa li taqa' taħt il- ministeru ta' l-intern u anke taħt il-ministeru tal-ġustizzja u l-indaġni saret minn dawn il-ministeri.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qal li ma daħalx fl-indaġni għalkemm bħala ministru għall-affarijiet barranin ħa interess partikolari.", "Allura jista' jgħid jekk fl-interventi tiegħu u fil-laqgħat li għamel dwar dan il-każ, ġabx għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet barranin Taljani l-possibbilta' li fost l-iġsma li nstabu fil-baħar, seta' kien hemm katavru ta' Malti?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Din it-traġedja ġrat fl-1997 u mir-records li għandna jirriżulta li dak iż-żmien kienu saru kuntatti ma' l-Italja u mal-Ġreċja u kienu anke bdew isiru l-investigazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati.", "Sussegwentement il-kwestjoni kienet baqgħet tiġi segwita mill-pulizija u li nista' ngħid hu li kull meta jinqala' il-bżonn ta' xi għajnuna min-naħa tal- ministeru tiegħi, aħna ngħadduhielhom.", "Pero' fiż-żmien li jien ili ministru, ma kellix l-okkażjoni li navviċina lill-ambaxxata Taljana jew lill-ambaxxatur Taljan f'dan ir-rigward għax, kif għedt diġa', dan il-każ kien qed jitmexxa mill-pulizija.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Mizzi.", "ONOR.", "JOE MIZZI: Veru li l-każ dak iż-żmien kien f'idejn il-pulizija, pero' wara rriżulta, anke minn artiklu li nkiteb minn Joe Mifsud, li kienu nstabu iġsma fil-baħar bejn Malta u Sqallija.", "Jiġifieri wara li kien hemm evidenza li l-każ kien seħħ verament u kienet ukoll indikata l-area fejn seta' kien hemm il- katavri, il-ministeru għall-affarijiet barranin għamel xi intervent biex jara jekk fost il-katavri kienx hemm dak ta' persuna Maltija?", "MR SPEAKER: Il-Ministru.", "ONOR.", "JOE BORG: Ir-rapport li qed jirriferi għalih l-Onor.", "Interpellant kien deher fil-ħarġa tal-\"KullĦadd\" tas-6 ta' Diċembru 1998, jiġifieri fil- perijodu ta' qabel ma bdejt inservi bħala ministru.", "Għalkemm ma nistax ngħid eżattament x'kien għamel il-ministru ta' qabli, jiena ċert - għalkemm dan ma nistax naħilfu - li ladarba l-indaġini kienet qiegħda f'idejn il-pulizija dawn ħadu ħsieb jagħmlu dak li qed jirriferi għalih l- Onor. Interpellant.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Eżawrejna l-mistoqsijiet kollha li dehru fuq l- aġenda u nistgħu nipproċedu.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KWARANTINA TAL-PJANTI", "PLANT QUARANTINE BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Josef Bonnici.", "ONOR.", "JOSEF BONNICI (Ministru għas-Servizzi Ekonomici): F'isem il- Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kwarantina tal-Pjanti.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex ma jitħallewx jidħlu f'Malta organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti ̧ biex dawn jiġu kkontrollati u mrażżnin il-firxa tagħhom u biex tipprovdi għal materji oħra li jkunu inċidentali u anċillari għaliha'' ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KODIĊI TA' KONDOTTA GĦAL SISTEMA TA' RISERVAZZJONI KOMPUTERIZZATA", "CODE OF CONDUCT FOR COMPUTERISED RESERVATION SYSTEMS BILL", "MR SPEAKER: Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Kodiċi ta' Kondotta għal Sistema ta' Riservazzjoni Komputerizzata.", "MR SPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Nissekonda.", "MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ ''Att biex jipprovdi dwar kodiċi ta' kondotta għas-sistema ta' riservazzjoni komputerizzata'', ikun moqri t-Tielet Darba.", "Dawk favur?", "(Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?", "Agreed.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-LIĊENZJI TAL-KUMMERĊ", "TRADING LICENCES BILL", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri", "Ikompli mit-18 ta' Lulju ̧ 2001 Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet", "MR SPEAKER: L-Onor.", "Leo Brincat huwa in possession.", "ONOR.", "LEO BRINCAT: Mr Speaker, kif kont qiegħed ngħid dalgħodu, fil-fehma ta' din in-naħa tal-Kamra, il-burokrazija b'din il-liġi m'hijiiex se tonqos iżda se tiżdied kif se jiżdiedu wkoll l-ispejjeż amministrattivi.", "L- id tal-ministru tinħass kullimkien, saħansitra fil-licensing appeals board, għax il-gvern mhux biss se jaħtar dan il-bord direttament hu imma se jkun qiegħed ifassal regolamenti huwa wkoll.", "Huwa veru li qed jingħad meta jista' isir appell, imma la qed jingħad kif għandu jsir u wisq anqas xi żmien se jkun hemm għall-appell, nuqqas ieħor fost il-ħafna nuqqasijiet li fiha din il-liġi nofsha msajra.", "Ironika li fost ir-raġunijiet għalfejn jista' isir l-appell, ma jissemma xejn dwar każi ta' diskriminazzjoni politika.", "Fost il-kummenti li għamlet l-FOI insibu li – dejjem skond il-ġurnal \"The Sunday Times\" tal-Ħadd li għadda -", "\"The FOI expresses its concern that the minister's powers are so wide- ranging that the principles of non-discrimination and of administrative action free from political interference could easily be jeopardised.''.", "Dan ifisser li l-mod li bih hija ppreżentata din il-liġi jista' jipperikola ħafna l-amministrazzjoni bħala amministrazzjoni inġenerali milli żżomm ruħha ħielsa minn dak li huwa ndħil politiku.", "Din m'hijiex xi osservazzjoni allarmista imma hija osservazzjoni li għamlet l-FOI pubblikament fil- kolonna tagħha tal-ġurnal \"The Sunday Times\".", "Mr Speaker, il-liġi tgħid li l-bord jista' isejjaħ kwalunkwe persuna biex tixhed quddiemu.", "X'ifisser dan?", "Dan ifisser li minn sempliċi bord ta' appell, il-bord se jiddawwar f'istituzzjoni investigattiva?", "Se jkollna bord li jinvestiga, jagħmel prosekuzzjoni hu u jagħmilha anke ta' imħallef hu?", "Qiegħed nistaqsi dawn l-affarijiet għax mit-text tal-liġi ma jirriżultax b'mod ċar x'se jkun qed jiġri.", "Dan kollu jwassalna għal konklużjoni waħda biss li dan il-bord kellu jkun verament bord indipendenti u mhux fis-sura li qiegħed jingħata f'dan l-abbozz ta' liġi, fejn jidher li se jkun sempliċement appendiċi tal-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun il-gvern.", "Punt ieħor li ma joħroġx ċar minn dan l-abbozz huwa jekk b'riżultat ta' din il-liġi, hijiex se tiżdied il-ħtieġa għal aktar liċenzji kif ukoll jekk hux se jkollna fees u expenses ġodda li jibdew jitfaċċaw maż-żmien permezz ta' xi avviż legali.", "Per eżempju, fi klawsola 14 mhux biss qed nitkellmu dwar amministrazzjoni mill-kunsilli lokali imma wkoll dwar awtorizzazzjoni bil-miktub mill- kunsilli.", "Jien mhux qed ngħid li m'għandux ikun hemm awtorizzazzjoni, biex ħadd ma jaħseb li aħna bħala Partit Laburista kontra li jingħataw poteri addizzjonali lill-kunsilli.", "Aħna nemmnu fid-devoluzzjoni u fil-prinċipju right across the board, pero' qed inqajjem dan il-punt aktar mill-aspett tekniku.", "Mistoqsija li tqum hawnhekk hija din: Jekk issa se jkun hemm anke l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-kunsilli, dan se jwassal għal xi fees ġodda?", "Per eżempju, hawker li jbigħ il-ħaxix f'San Ġwann u n-Naxxar se jkollu bżonn il-permess taż-żewġ kunsilli lokali?", "Qed nistaqsi dan għax din ma toħroġx ċara mil-liġi nfisha.", "Imbagħad hemm aspett ieħor tal-liġi li apparti milli titkellem dwar aġenti kummerċjali u merkantili, titkellem ukoll dwar il-kunċett ta' dak li qed jissejjaħ public broker.", "Nifhmu x'inhu public broker imma xorta waħda għandna bżonn ta' definizzjoni ċara.", "Għadni ma nafx jekk hawn jidħlux sensara, estate agents jew xi intermedjarji oħra, anke ngħidu aħna sempliċi rkantatur.", "Dan ma jirriżultax ċar mil-liġi u għalhekk hemm bżonn ta' definizzjoni ċara f'dan ir-rigward.", "Mistoqsija oħra hija jekk il- liċenzji hux se jkunu suġġetti għall-kondizzjonijiet ta' l-awtorita`.", "Jekk se jkunu hekk, tajjeb li nkunu nafu jekk dan hux se jsir fid-diskrezzjoni assoluta ta' din il-famuża awtorita`.", "Effettivament għadna ma nafux jekk din hix se tkun awtorita` kbira jew persuna waħda, jew inkella hix se tkun rappreżentata jew delegata mill-ministru stess.", "Mr Speaker, il-gvern qiegħed jgħidilna wkoll li ċerti dokumenti jistgħu jiġu mitluba mhux biss mill-awtorita` regolatorja iżda anke minn persuni oħra li jistgħu jiġu appuntati.", "GĦal darb'oħra hawnhekk nistaqsi: Kif se jinħatru dawn in-nies?", "Dan mhux qiegħed jingħad fl-abbozz ta' liġi bħalma mhux qed jingħad jekk dawn humiex se jidhru fil-government gazette for public information.", "Ikun ta' interess ukoll li nkunu nafu jekk dawk l-oqsma kummerċjali li se jkollhom bżonn liċenzja jew permess tal-kummissarju tal- pulizija, ikunux jistgħu jappellaw quddiem il-bord ta' appell mid-deċiżjoni tal-pulizija.", "Qed ngħid hekk għax sal-lum il-poter tal-pulizija kien kważi wieħed assolut, jibbaża ruħu fuq grounds of policy u ħafna drabi din kienet qisha biċċa chewing gum li la taf kemm, la taf kif u lanqas għaliex tiġġebbed.", "Jekk se jkollna bord ta' appell, dawn id-discretionary powers għandhom jiġu ndirizzati ħalli ma nibqgħux bin-notion ta' xi ħaġa vaga li tista' tagħti lok għal ħafna suspetti bla bżonn.", "Jekk wieħed jelenka l-areas li se jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- pulizija, isib anke attivitajiet organizzati minn partiti politiċi.", "Nafu kif tul is-snin setgħu ttieħdu deċiżjonijiet li tpinġew ħażin kontra ċerti partiti politiċi u għalhekk importanti li dan il-punt jiġi ndirizzat.", "Żgur li hemm ċerti affarijiet li jidhru heavy-handed.", "Per eżempju, il-liġi qiegħda tinftiehem li jekk ikun hemm talba biex jitwaqqaf an open air market, anke għal ġurnata waħda, l-awtorita` tal-ministru trid tiġi gazetted.", "Jista' ikun li din ma tantx tagħmel sens għax dan huwa xenarju ipotetiku, imma l-liġi ma tgħidx li mhux meħtieġ imma li huwa meħtieġ.", "Jiena għalhekk qed ngħid li permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi qegħdin insaħħu, inżidu u nkattru l-burokrazija.", "Il-liġi ma tagħmilhiex ċara dwar liema permessi se jiddependu fuq l- awtorita` u liema permessi se jibdew jiddependu fuq il-kunsilli lokali, pero' kif fhimt jien se jkollna kollox regolat minn żewġ saltniet ministerjali differenti.", "M'hemm xejn ħażin fil-prinċipju li l-gvern irid idaħħal il-kunsilli lokali f'dawn il-permessi, imma għallinqas ir- regolamenti għandhom jibqgħu joħorġu mill-istess ministru u fejn ikun applikabbli dan għandu jibda jsir bi ftehim mal-ministru responsabbli mill- kunsilli lokali.", "Jekk ikun hemm split responsibilities, jibda jkollna mhux biss aktar burokrazija imma anke sinjali konfliġġenti bejn żewġ ministeri differenti.", "Jien mhux qed nirreferi għall-ministri tal-lum imma anke għal dawk li jkun hemm għada u pitgħada.", "Il-liġi trid tiġi interpretata fuq dak li hemm miktub u mhux biżżejjed li nżommu f'moħħna l-intenzjonijiet tal- gvern, għax gvern jista' jinbidel u jista' anke jinbidel il-kabinett, bil- gvern jibqa' fil-poter.", "Allaħares naslu f'sitwazzjoni fejn inħallu kollox suġġett għall-interpretazzjoni.", "Wara kollox hawnhekk qegħdin nilleġislaw u l-kelma miktuba hija aktar importanti minn dak li jkun imbottana 'l quddiem biex naslu għaliha.", "Jien diġa` semmejt il-kwestjoni tal-penalties li se jiżdiedu u nistaqsi jekk jistax ikun hemm każi fejn offender ikun suġġett għal żewġ penalitajiet differenti minħabba l-istess każ.", "Fi klawsola 31 tissemma multa ta' mhux aktar minn Lm1,000 mingħajr ma jingħad jekk hux se ssir distinzjoni bejn offence u oħra.", "Kif għedt aktar kmieni, m'hemm xejn ħażin li l-kunsilli lokali jidħlu fid-day-to-day matters, iżda fejn iridu jitkejlu ċerti kriterji ta' trading nistaqsi bl-ikbar sinċerita` u mhux b'mod ċiniku, kif se niżguraw li dawn għandhom il-kompetenza xierqa.", "Huwa għalhekk li jien qiegħed nagħmel distinzjoni bejn id-day-to-day matters u l- kriterji kummerċjali.", "Qiegħed ngħid dan għaliex kulħadd huwa tad-demm u l- laħam.", "Jien mhux qed nidħol fil-merti ta' jekk hemmx kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista jew Nazzjonalista, imma nemmen li l-accountability m'għandhiex issir wara l-eżekuzzjoni tat-trading licence imma hemm bżonn li ssir qabel ma tinħareġ din il-licence.", "GĦalhekk nistaqsi: Din kif se tiġi esegwita fil-prattika?", "Hemm bżonn li t-trasparenza tidher u titħaddem mill- bidunett, speċjalment jekk b'riżultat ta' dawn l-emendi indaħħlu partijiet ġodda f'dan il-proċess.", "Jien ngħid li t-trasparenza m'għandhiex tinħass biss fil-proċess jew fl- istadju ta' appell imma għandha tinħass mill-bidunett tal-proċess innifsu.", "Il-verita' hi li l-liġi tant hija nejja u nofsha msajra li għandna balbuljata, anke dwar il-kwestjoni tad-dritt taċ-chamber of commerce għal commission agents.", "Veru li l-ministru fil-kolonna tiegħu fil-gazzetta \"il-mument\" qal li l-kamra tal-kummerċ għandha tibqa' toħroġ il-liċenzji tan-negozju għal commission agents hi, imma l-fatti juru mod ieħor għax għalkemm hemm id-declaration of intent min-naħa tal-ministru, m'hemm xejn li jħoll u jorbot fl-applikazzjoni tal-liġi nnifisha.", "Dak li kien hemm provdut f'artiklu 71 tal-commercial code li jirrigwarda dawn il-liċenzji li jinħarġu mill-kamra tal-kummerċ, se jkun applikat b'mod kategoriku bis- saħħa tal-liġi u mhux sempliċement bil-ġenerożita` tal-ministru jew tas- segretarju parlamentari konċernat?", "GĦalkemm kellna diversi okkażjonijiet fejn ma qbilniex, fosthom fuq l-issue ta' l-Unjoni Ewropea, inħoss li n- nies tal-kamra tal-kummerċ dejjem mexxew l-operat tagħhom b'effiċjenza u integrita`.", "Qatt ma naf li kien hemm xi allegazzjonijiet li dawn imxew b'xi mod skorrett f'dak li huwa ħruġ ta' liċenzji u allura ma narax għalfejn għandha tinbidel din ir-regola dwar kif jinħarġu l-liċenzji tal-commission agents min-naħa tal-kamra tal-kummerċ.", "Personalment wisq nibża' li dan mhux qiegħed isir bi żvista min-naħa tal-leġislaturi jew min-naħa tad- drafters, imma qiegħed isir għaliex il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea ma jippermettux arranġamenti formali simili li joħorġu mil-liġi nnifisha kif kien hemm u kif hemm sal-lum stess.", "Qalulna li se jkollna one-stop-shop, imma jien ngħid li mhux one-stop-shop se jkollna imma a number of shops.", "Agħar minn hekk se niġu f'sitwazzjoni fejn dak li jkun ma jkunx jaf f'liema wieħed għandu jmur.", "Kieku kellna l-affarijiet aktar ċari u aktar delineati biex jifhimhom kulħadd nifhimha, imma għalkemm il-prinċipju ta' one-stop- shop jaqbel miegħu kulħadd, fl-applikazzjoni tagħha din il-liġi tidher li se tkun ferm 'il bogħod minn hekk.", "Aħna wkoll iltqajna mal-korpi kostitwiti u jidher li hemm tħassib serju dwar kif se jiġu estiżi l-poteri ministerjali.", "L-akbar insult li fiha l-liġi huwa li lanqas biss tagħmel riferenza speċifika għal korpi kostitwiti b'isimhom għax la ssemmi ċ-chamber of commerce, la l-GRTU u lanqas l-FOI.", "Aħna fettaqna, iddiskutejna u ma qbilniex fuq ċerti aspetti tal-liġi tal-kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali imma għallinqas f'dik il-liġi hemm l-ismijiet ta' dawn il-korpi kostitwiti speċifikati.", "F'dan l-abbozz ta' liġi m'għandna l-ebda riferenza għalihom.", "To add insult to injury, minflok ma l-korpi kostitwiti ntalbu jinnominaw rappreżentanti tagħhom fuq il-bordijiet inkwestjoni, intalbu jissottomettu lista tal-membri tagħhom eliġibbli lis-segretarju parlamentari jew lill-ministru konċernat biex imbagħad jiddeċiedi s- segretarju parlamentari jew il-ministru lil min jagħżel.", "Naħseb li dan jiddependi minn kemm dak li jkun ikollu għajnejh blu jew minn jekk ikollux nemex!", "Jekk l-affarijiet huma verament hekk - u jidher li huma hekk - dan kollu jagħmel farsa mill-proċess ta' konsultazzjoni.", "Fi żmien meta kulħadd irid jara l-poteri ministerjali jonqsu, b'riżultat ta' dan l-abbozz ta' liġi ħafna kienu sorpriżi li dawn il-poteri issa se jiżdiedu.", "Mr Speaker, jien jiddispjaċini li se jkolli nerġa' naqa' fuq l-awtorita`, imma hemm riferenza vaga wisq għaliha u la nafu jekk din hux se tkun organizazzjoni sħiħa u lanqas jekk hux se tkun tikkonsisti fi bniedem wieħed, kollox vag.", "Saħansitra lanqas biss hemm definizzjoni tal-poteri u tar-rwol veru li se jkollha din l-awtorita`.", "Filwaqt li qabel kienu jersqu proposti ta' liġijiet li jipprovdu għat-twaqqif ta' awtorita` b'superstructure, illum kulma nafu huwa x'mhix se tkun din l-awtorità għax is-segretarju parlamentari qalilna li din m'hijiex se tkun bħall-planning authority.", "Dwar id-daqs u d-dettalji tagħha ma qalilna xejn.", "Ma nistgħux nibbażaw ruħna fuq x'mhix se tkun din l-awtorita`.", "Huwa importanti li nkunu nafu xi strutturi, parametri u definizzjoni se jkollha.", "Mhux qiegħed ngħid hekk biex infettaq imma ma jistax ikollna awtorita` li trid ir-rispett tal- pubbliku u trid tikkonvinċi lil kulħadd li se taħdem bi trasparenza u konsistenza, meta lanqas biss għandna definizzjoni ċara tagħha f'dan l- abbozz ta' liġi.", "Insult ieħor huwa li l-ministru qiegħed igħid li fil-consultative committee se jagħżel wieħed bħala rappreżentant ta' l-għaqdiet tan-negozju u hekk se jagħmel ukoll fir-rigward tal-konsumatur.", "Dan ifisser li mill-verzjoni oriġinali tal-liġi qiegħed joffrilhom one-seventh ta' dak li kellhom.", "Issa jekk iċċaqlaqx minn din il-pożizzjoni good luck to him, pero' aħna se niġġudikaw din il-liġi fuq l-abbozz kif tressaq f'din il-Kamra.", "GĦalkemm fil-prinċipju kulħadd jaqbel mad-devoluzzjoni, hemm il-mistoqsija fundamentali kemm fir-realta` din il-liġi se tilħaq dan l-għan.", "Jien ngħid li le.", "Mhux qiegħed ngħid hekk biex inkun partiġġjan imma meta jien u sħabi tal-grupp paralmentari ddiskutejna din il-liġi, bl-akbar serjeta` ħassejna li ma twassalx għad-devoluzzjoni.", "Il-Partit Laburista jaqbel mad- devoluzzjoni għax kien iħaddimha meta kien fil-gvern.", "Jien għandi għaliex nemmen li din iridha anke l-gvern tal-ġurnata, imma f'dan il-każ żgur li qiegħed juża l-għodda żbaljati.", "M'għandna l-ebda garanzija li n-numru ta' liċenzji meħtieġa se jonqos u m'għandna l-ebda indikazzjoni li se jsir xi ħaġa biex l-istandards verament jogħlew.", "Veru li l-liġi trid tkun xi ħaġa dinamika u tirrifletti r-realtajiet li jkunu qegħdin jinbidlu, iżda b'dawn il-ħafna enabling laws li qiegħda tressaq din l-amministrazzjoni u meta l-gvern jistrieħ ħafna fuq il-legal notices, ikun qiegħed jagħmel kif qiegħed jagħmel il-ministru f'dan il-każ partikolari, li jwitti t-triq biex meta jrid iċaqlaq il-lasti tal-logħba kif irid u kemm irid.", "Dan huwa ħażin u ma jawgurax tajjeb għat-trasparenza u l-kontabilita`.", "Jekk tressaq liġi, sabiħa kemm hi sabiħa ̧ li tkun biss framework ta' prinċipji u proċeduri u ma jkollhiex ġo ħdanha r-regoli u r- regulations l-oħrajn, ngħid li tkun qiegħed tgħaddi lil din il-Kamra biż- żmien.", "Din il-liġi tgħid li se tħassar ix-Shops and Hawkers Business Hours Act, imma x'inhuma l-business hours il-ġodda li qed jipproponi l-gvern?", "Aħna nafu li dan huwa punt li tqajjem mill-korpi kostitwiti imma ma konniex nippretendu li niġu hawn u nsibu s-segretarju parlamentari għadu jistenna r- reazzjoni formali tal-korpi kostitwiti.", "Aħna konna nippretendu li konsultazzjonijiet fil-fond isiru qabel ma tersaq il-liġi, bil-korpi jingħataw deadline biex jagħtu r-reazzjoni formali tagħhom.", "Għalhekk għandna kollox kważi nej għax lanqas nafu fejn qegħdin.", "Mr Speaker, irrid ngħid ukoll li ma sar l-ebda attentat min-naħa tas- segretarju parlamentari fl-introduzzjoni tiegħu biex jagħmilha ċara li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, fil-ħruġ ta' liċenzji ġodda ma nistgħux napplikaw il-prinċipju ta' diskriminazzjoni bejn barranin u Maltin.", "Anke jekk il- ministru jgħid li mhux se jiġri hekk, jekk ikun il-każ bilfors irridu nagħmlu hekk għax irridu nimxu mar-regoli ta' l-Unjoni.", "Jien mhux qiegħed ngħid dan biex xi ħadd jaħseb li qiegħed inbeżża' lin-nies bl-Isqallin.", "Illum il-problema ma tolqotx biss l-Isqallin li huma tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minna, imma tolqot anke dawk il-ħafna Central u Eastern Europeans li diġa` qegħdin hawnhekk, aħseb u ara jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Wieħed kien jippretendi li meta l-gvern jiġi biex jagħmel liġi bħal din, kien se jindirizza xi ħaġa li ilha mdendla għal ħafna żmien u taħt diversi amministrazzjonijiet.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-kwestjoni tad- distribution agents.", "Sal-lum meta tiltaqa' ma' ħafna negozjanti jgħidulek li l-biċċa l-kbira tal-Maltin huma marbutin b'distribution agreement u mhux b'agency agreement.", "Hemm differenza bejn waħda u oħra u kont nippretendi li ladarba għandna din il-leġislazzjoni quddiemna, il-gvern kien se jipprova jimla din il-ħofra li għandna quddiemna.", "Fil-fatt sal-lum id- distribution agreement m'huwiex marbut bil-liġi fil-kodiċi kummerċjali u għalhekk wieħed jippretendi li liġi bħal din tindirizza din il-problema u mhux tħalli lil dawn in-nies fil-limbu.", "Klawsola 19 titlob kwalifiki għal diversi tipi ta' xogħol.", "Huwa tajjeb li l-kwalifiki jkunu qegħdin hemmhekk, imma ma nistgħux nagħmluha b'mod tassattiv u b'mod ġeneriku għaliex tista' tiddiskrimina kontra min hu stabilit fin-negozju.", "Jien wieħed minn dawk li dejjem emmint li għandhom jogħlew l-istandards, biex ħadd ma jinterpretani ħażin, imma rridu naraw kif se tolqot lil min ilu fin-negozju ċerti snin u forsi m'għandux il- kwalifiki neċessarji imma għandu ħafna u ħafna snin ta' esperjenza.", "Imbagħad hemm l-aspett l-ieħor ta' l-enforcement li f'Malta dejjem kien problema.", "Jien mhux qiegħed ngħid li t-tort huwa tal-gvern tal-lum jew tal- bieraħ, imma kont nippretendi li liġi bħal din tagħmel xi ħaġa li tindirizza din il-problema għaliex nafu li hija l-marda u d-difett ewlieni tas-soċjeta` Maltija inġenerali.", "Jien nista' nerġa' nqajjem il-kwestjoni tal-barranin għaliex dak li qalet l-MIC fil-ġurnal \"The Times\" ta' nhar it- Tlieta, 10 ta' Lulju 2001 dwar il-liberalizazzjoni tal-liċenzji tal- kummerċ, se jkompli jħawwad l-affarijiet.", "Il-MIC qalet li għalkemm bi sħubija fl-Unjoni Ewropea mhux se jkollna ħtieġa li nilliberalizzaw il-liċenzji ta' ċerti attivitajiet kummerċjali bħalma huma spiżeriji, meta l-awtoritajiet nazzjonali jiġu biex joħorġu liċenzji ġodda m'għandhiex issir diskriminazzjoni bejn applikanti Maltin u ċittadini ta' l-Unjoni.", "Issa din hija the official version tal-MIC u ħadd ma jista' jgħid li qegħdin inpoġġu l-kliem f'ħalqhom.", "Hawnhekk qed nikkwota verbatim minn dak li qalet il-MIC f' \"The Times\" fil-kuntest ta' din il-leġislazzjoni, pero' il-liġi li għandna quddiemna llum ma toffri ebda konfort f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt ftit ilu kellna l-konferma tal- GRTU li l-kapitlu dwar il-liberta` ta' barranin li jistabilixxu negozju f'Malta, ġie endorsed mill-gvern Nazzjonalista kontra l-opinjoni u l-parir tagħhom bħala assoċjazzjoni.", "Jiena ngħid li jekk irridu nħarsu lejn dan id- dibattitu b'mod ħolistiku, b'mod wiesa' u komprensiv, huwa importanti li nfakkru li l-gvern diġa` ċeda kemm id-dritt ta' l-establishment tan-negozji ġodda lill-barranin kif ukoll il-provvediment tas-servizzi minn meta Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.", "Mill-mod kif qiegħed jinterpreta l-affarijiet il-ministru għas-servizzi ekonomiċi, meta fi tweġiba parlamentari li tani qal li l-investiment barrani huwa welcome anke fir-retail trade, jidher li mhux biss se jkollna nikkonformaw ma' dak li tgħid l-Unjoni Ewropea jekk insiru membri sħaħ tagħha, imma diġa` qegħdin nintrabtu u bdejna nħallsu l-prezz ta' dan kollu.", "Dan meta għadna lanqas biss wasalna għar-referendum u għall- elezzjoni ġenerali.", "Dan ifisser li l-gvern se jippermetti kummerċjanti barranin jikkompetu b'mod dirett man-negozjanti u s-self-employed Maltin u Għawdxin f'suq limitat bħal tagħna mingħajr ebda xkiel.", "Jien niċċalinġja lil min irid min-naħa tal-gvern biex jgħid li l-affarijiet mhux se jkunu hekk, Sur President.", "Irrid ngħid ukoll li kollox għadu mħawwad anke fil-qasam tal-kuntratti lokali.", "Għadna ma nafux jekk il-gvern huwiex se jirrevedi 'l fuq ċerti thresholds biex jipproteġi l-ishma Maltin u ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jmorru kull darba għat-tendering process flimkien ma' kompetituri u suppliers barranin.", "Fil-kapitlu tal-moviment liberu tal-kapital qiegħed jinfetaħ bieb beraħ biex il-barranin ikunu jistgħu jinvestu fl-oqsma tar- retailing, ta' l-importazzjoni u tal-wholesaling u hekk jidħlu mal-lista ta' service providers li qegħdin joperaw espressament fis-suq intern.", "GĦalkemm inħalli f'idejn in-nies konċernati biex jgħidu x'se jkunu l- konsegwenzi ta' dan kollu, ħadd ma jista' jgħid li bħala Partit Laburista m'aħniex niftħu għajnejn kulħadd.", "Aħna m'aħniex qegħdin inbeżżgħu bil-babaw imma qegħdin nimxu fuq il-fatti.", "Fil-fatt qed nikkwota sorsi li ma jħarsux b'mod wisq simpatiku lejn il-Partit Laburista.", "Qabel nagħlaq nixtieq nerġa' ngħid li aħna favur il-prinċipju tad- devoluzzjoni u dan urejnieh bil-fatti meta konna diġa` ħejjejna qafas biex ngħaddu għad-devoluzzjoni sas-sena 1999 u mhux sa l-2001.", "Minkejja dan bilfors se nkunu kostretti li nivvotaw kontra din il-liġi mill-inqas għal sitt raġunijiet.", "L-ewwelnett ma jidhrilniex li permezz ta' din il-liġi verament se jkollna devoluzzjoni.", "It-tieni ma naqblux mal-mod vag kif il- gvern qiegħed jipprovdi għall-awtorita` regolatorja.", "It-tielet, fil- prinċipju aħna kontra l-mushrooming ta' ħafna awtoritajiet li qiegħed isir b'mod kontinwu, huwa x'inhuwa d-daqs tagħhom u hija x'inhija l-għamla tagħhom.", "Aħna għal kollox kontra l-poteri eċċessivi li qiegħed jagħti lilu nnifsu l-ministru li mhux talli ma weriex li ried inaqqas dawn il-poteri, talli ddefenda u pprova jiġġustifika lilu nnifsu.", "L-aħħar żewġ aspetti huma l-mod kif il-korpi kostitwiti ngħataw il-ġenb fl-abbozz li għandna quddiemna.", "Fl-aħħar nett hemm il-prinċipju li jidher li miexi bih dan il-gvern ta' ħafna u ħafna enabling laws.", "Dan il-prinċipju ma jidhirx f'din il-liġi biss imma f'ħafna mil-leġislazzjoni li tressqet quddiem dan il-parlament.", "Fil- prinċipju, il-Business Promotion Act ma kien fiha xejn ħażin, pero' mbagħad ħarġu l-legal notices u sibna li kien hemm ħafna xkiel għat-tkattir ta' l- investiment dirett barrani.", "Hawnhekk se jiġri hekk ukoll.", "Ma nistgħux nivvutaw favur enabling law fejn kollox iħoll u jorbot mir-regoli u r- regolamenti li għad iridu jiġu ppubblikati skond il-fehma tal-ministru jew tas-segretarju parlamentari, bil-pubblikazzjoni issir ħafna wara li tkun għaddiet il-liġi nnifisha.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Joe Cilia.", "ONOR JOE CILIA: Sur President, il-liġi li tirregola l-qasam tan-negozju u l-qasam tas-self-employed u mpriżi żgħar kienet ilha mistennija li titressaq quddiem dini l-Kamra.", "Dan huwa qasam li għandu importanza kbira fl-ekonomija tagħna, xi ħaġa magħrufa miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ħafna nies fil-qasam tan-negozju ilhom jittamaw li toħroġ liġi li sserrħilhom rashom billi tagħti direzzjoni ċara għad-diversi problemi li qegħdin jaffaċċjaw.", "Sal-lum kull meta nqalgħet xi forma ta' tilwima – ngħidu aħna fuq il- ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet – konna nisimgħu lill-esponenti tal-gvern jgħidulna: Issa taraw għax dalwaqt toħroġ il-liġi li tirregola l-liċenzji u din se ssolvi l-problemi kollha fil-qasam tan-negozju!", "Pero' sfortunatament meta ġejna ppreżentati b'dan l-abbozz ta' liġi, is-sidien tal-ħwienet u dawk li jħaddmu l-attivitajiet kummerċjali u anke aħna l-membri ta' l- oppożizzjoni ħriġna ddiżappuntati għax is-soluzzjonijiet tant mistennija ma ħarġux b'mod ċar kif wieħed kien jixtieq.", "Fil-fatt din il-liġi ftit li xejn fiha sustanza, ħlief li tagħti poteri kbar u wesgħin lill-ministru responsabbli biex ikun jista' jirregola l-qasam tan-negozju.", "Il-kollega tagħna kien kważi apoloġetiku għall-mod ta' kif introduċa l- liġi.", "Fil-fatt l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li huwa veru li l-ministru se jkollu ħafna poteri, pero' talabna biex ikollna l-fiduċja għax finalment ir- responsabbilta` fuq is-segretarju parlamentari attwali se tkun u għaldaqstant dak li jagħmel hu għandu jkollu l-barka ta' kulħadd.", "Dan l- argument ifakkarni f'pajjiżi komunisti dittatorjali – illum għall-grazzji t'Alla nistgħu ngħidu li spiċċaw - li kienu jirraġunaw li kemm-il darba jkun hemm persuna li terfa' r-responsabbilta`, m'għandna nħarsu lejn xejn aktar għax dak li tagħmel dik il-persuna għandu jsib l-approvazzjoni ta' kulħadd.", "Jien m'għandix l-iċken dubju mill-intenzjonijiet tajba tal- persuna nkarigata minn dan il-qasam, pero' b'daqshekk ma jfissirx li għandna nagħtu carte blanche lill-ministru u lis-segretarju parlamentari biex ikunu jistgħu jagħmlu li jridu f'dan il-qasam permezz ta' enabling laws, policies, regolamenti u leġislazzjoni sussidjarja.", "Dak ikun perikoluż ħafna, aktar u aktar meta llum hawn il-qbil dwar il- liberalizzazzjoni tas-suq u dwar li għandu jkun hawn suq imħolli f'idejn is- settur privat.", "Għalhekk ma naħsibx li huwa fl-interess ta' dan il-qasam li napprovaw din it-tip ta' leġislazzjoni b'għajnejna magħluqa.", "Għalkemm il-ħsieb tal-gvern seta' kien li l-poter jiġi ttrasferit minn fuq għal isfel, fir-realta` mhux dak li qed jiġri b'din il-liġi għax waqt li ċertu tip ta' permessi se jingħataw lill-kunsilli lokali, ċerti affarijiet se jgħaddu minn taħt il-kappa tal-pulizija għal għand l-awtorita` il-ġdida li se tkun qed tirregola l-qasam tal-ħruġ tal-liċenzji.", "Bħal ħaddieħor, jien ħadt pjaċir li l-gvern kien deher li fehem il-bżonn ta' dak li nsejħulu one-stop-shop, li l-operaturi fil-qasam tal-kummerċ u n-negozju tant ilhom jitolbu għalih.", "Bħal ħaddieħor ukoll esprimejt ir-reazzjoni pożittiva tiegħi għax ittamajt li minflok se jibqgħalna dik il-ħafna burokrazija żejda li l-aktar li jbati minnha huwa dak l-operatur li jiġi biex jiftaħ negozju jew ibiddel il-ġeneru tan-negozju jew idawwar in- negozju minn fuqu għal fuq ħaddieħor, se jkun hemm kollox issimplifikat taħt umbrella waħda.", "Pero' sfortunatament minflok one-stop-shop, se nibqgħu bis-sistema li teżisti llum u se nagħmlu stop oħra!", "Ċertament li dan m'huwiex l-għan li konna qegħdin nimmiraw għalih u li mingħalina konna qed nimpenjaw ruħna biex nilħqu, Sur President.", "Klawsola 16 ta' dan l-abbozz ta' liġi tgħid li l-liċenzji li jinħarġu taħt din it-taqsima jkollhom dik l-għamla u jkunu suġġetti għal dawk il-patti u kondizzjonijiet li l-ministru jista' jippreskrivi.", "Dan ifisser li l- ministru qiegħed jingħata portafoll bla limitu biex joħroġ kondizzjonijiet, patti u regolamenti ġodda fil-qasam tan-negozju.", "Issa kawża ta' l- ossessjoni ta' dan il-gvern li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea, il- gvern diġa` huwa kommess li jadatta ruħu u jdaħħal regoli u liġijiet li se jkunu qed jolqtu b'mod dirett l-attivita` kummerċjali.", "Issa dan diġa' rajnih fil-biċċa l-kbira tal-leġislazzjoni li tressqet quddiem il-parlament u li ħafna drabi kienet tikkomprendi enabling powers.", "Jien ngħid li dan huwa l-pern ta' kollox għax kważi xejn mhu delineat u kollox huwa mħolli għal meta tiġi biex toħroġ leġislazzjoni sussidjarja.", "Ċertament dan qed jinkwieta bil-kbir lill-operaturi fil-qasam tan-negozju li llum ma jafux x'se jagħmel għada l-ministru biex jiġi in line mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea.", "Nafu li jekk tfalli l-politika li magħha l-gvern rabat il-karru tiegħu ̧ ifallilu kollox.", "Per eżempju, il-ministru jista' jibda jaqbad qasam qasam u mingħajr ebda diskussjoni, jgħid li r-regolamenti li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra jkunu r-regolamenti l-ġodda.", "Dan jista' jagħmlu għal kull attivita` kummerċjali.", "Fil-fatt il-ministru qed jingħata l-poter li jbiddel u jħawwad il-borma hu, meta aħna f'dan il-parlament għandu jkollna kull opportunita` li niddibattu u nikkritikaw b'mod pożittiv u kostruttiv dak kollu li jista' joħroġ bih il-gvern tal-ġurnata.", "Jien kont nistenna li fid- dibattitu tal-lum jiġi ppreżentat l-eżerċizzju li kien sar flimkien mal- management efficiency unit, fi żmien gvern Laburista, dwar kif tista' titħaddem id-devoluzzjoni f'dan il-qasam.", "Pero' Alla jbierek ma kien hemm riferenza ta' xejn għal dan ix-xogħol kollu meta nafu li sa Lulju ta' l- 1998, ftit qabel l-elezzjoni, kien tlesta rapport dwar dan kollu.", "Sfortunatament dan ix-xogħol utli twarrab kollu, ma ġiex diskuss u ma ġie bl-ebda mod muri x'kienu l-linji li tfasslu għal din id-devoluzzjoni.", "Nafu żgur li minħabba t-triq li għażel dan il-gvern, hemm preokkupazzjoni kbira fil-qasam tan-negozju għax il-barranin ikunu jistgħu jiftħu negozju hawn Malta u jikkompetu magħna direttament, imbagħad ma nkunu nistgħu nagħmlu xejn għax ikollhom l-istess drittijiet bħan-negozjanti Maltin.", "S'issa żgur li ma nistgħux ngħidu li l-gvern għamel xi ħaġa dwar il- protezzjoni ta' dan il-qasam.", "Veru li qal li jekk dan il-qasam ikun affettwat daqstant ikun jista' jagħmel ċerti restrizzjonijiet, imma b'daqshekk mhux qed ikun hemm xi protezzjoni għal dan il-qasam.", "Nafu li kollox irid jiġi mgħarbel minn Brussell u ppruvat għas-sodisfazzjon tagħhom.", "Infatti fi klawsola 4 u f'ħafna klawsoli oħra nsibu l-frażi ''sakemm ma jiġix provdut xort'oħra''.", "Hemm skeda sħiħa li tħassar jew temenda leġislazzjoni f'oqsma varji, fosthom il-Kodiċi tal-Liġijiet tal- Pulizija u liġijiet oħrajn li taħthom jaqgħu lukandi, lodging houses, shops, trades, ċerti tipi ta' attivita' fin-negozju bħal billiard tables, public entertainment, marine stores, video recorders eċċ. Dan ifisser li b'daqqa ta' pinna l-gvern se jkun qed ibiddel dak li hemm mingħajr ma nafu fiex se jkun jikkonsisti dan it-tibdil.", "Il-partit tagħna jitkellem regolarment mal-korpi kostitwiti, kemm dwar l- aġendi li jfasslu huma kif ukoll dwar l-aġendi li nfasslu aħna u b'dan il- mod aħna nkunu nafu tassew x'inhuma l-preokkupazzjonijiet tagħhom.", "Żgur li anke l-Onor.", "Vassallo kellu diversi okkażjonijiet li fihom sema' dawn il- preokkupazzjonijiet imma b'din il-liġi m'aħna qed naraw l-ebda dawl dwar ċerti affarijiet.", "Hawnhekk għandna bażikament tliet strutturi li qed jitwaqqfu – hemm awtorita` li se tkun qed tirregola l-ħruġ tal-liċenzji, hemm il-bord konsultattiv u hemm ukoll il-bord ta' appell – pero' ħalli nibda b'dak li għandu x'jaqsam ma' l-awtorita`.", "Veru li kulfejn twaqqfet awtorita', il-gvern ftit li xejn ta kas ta' l-overlapping tar-riżorsi kemm finanzjarji kif ukoll umani, imma għallinqas kien ikollna xi forma ta' parametri safejn tista' tasal u x'tip ta' finanzjament tiġi bżonn l- awtorita`.", "Pero` f'dan l-abbozz ta' liġi, klawsola waħda biss hemm dwar din l-awtorita` u m'hemm xejn dwar dak li għandu x'jaqsam ma' l-internal operations tagħha u safejn jistgħu jaslu l-parametri finanzjarji tagħha eċċ. Żgur li wieħed kien jistenna li l-affarijiet ikunu aktar ċari f'dan ir-rigward, Sur President.", "Għal dak li huwa bord konsultattiv, wieħed kien jaħseb li forsi kien se jkollna xi forma ta' bord b'rappreżentanza ta' kulmin jopera f'dawn l- oqsma, pero' kulma għandna huwa bord li qed jingħata poteri konsultattivi.", "Dan il-bord qiegħed jitwaqqaf għal perijodu ta' tliet snin u ċertament il- kompożizzjoni tiegħu leaves much to be desired.", "Fil-fatt se jkun hemm president u mhux aktar minn sitt membri oħrajn li l-ministru jista' minn żmien għal żmien jaħtar.", "Hawnhekk tidher l-omnipotenza tal-ministru li rriferejt għaliha aktar qabel.", "Fil-fatt kull fejn hemm riferenza għall- ħatra ta' membri, dejjem irid ikun hemm xi forma jew oħra ta' approvazzjoni tal-ministru tal-ġurnata.", "Tant hu hekk li f'dan l-abbozz ta' liġi hemm speċifikat li l-membri li jinħatru jridu jkunu l-aktar membri rappreżentattivi, basta fil-fehma tal-ministru u tiegħu biss.", "Wieħed mill- membri huwa dak rappreżentattiv ta' l-interessi tas-settur kummerċjali mingħajr m'hemm l-ebda riferenza għar-rappreżentanza ta' l-għaqdiet li jħaddnu fihom l-interessi kummerċjali iżda riferenza għall-interessi kummerċjali, terminu ferm aktar wiesa'; membru ieħor li fil-fehma tal- ministru jkun l-aktar rappreżentattiv ta' l-interessi tal-konsumatur u mhux ta' l-għaqdiet tal-konsumatur; u l-membru l-ieħor huwa dak li għal darb'oħra fil-fehma tal-ministru jkun l-aktar rappreżentattiv ta' l- interessi tal-kunsilli lokali.", "Ara aħna mhux hekk naħdmu, Sur President.", "F'divesi okkażjonijiet taħt l-amministrazzjoni preċedenti, aħna ppruvajna nagħtu saħħa lill-għaqdiet rappreżentattivi u lil min verament jirrappreżenta l-interessi differenti.", "Per eżempju, meta konna biddilna l- kunsill għall-isport ma konniex ħallejna kollox f'idejn il-ministru imma konna tajna l-possibbiltà lir-rappreżentanti ta' l-isportivi li jeleġġu minn fosthom min ikun ir-rappreżentant tagħhom.", "Pero` llum erġajna morna għas-sistema l-antika fejn il-ministru dejjem jaħtar skond il-fehma tiegħu.", "Jekk verament għandna fiduċja f'dawn l-għaqdiet, jiġifieri l-FOI, il-GRTU u ċ-chamber of commerce, din għandna nuruha bil-provi u mhux inħallu din it- tip ta' leġislazzjoni antikwata.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-bord ta' appell, pero' qabel ma ngħaddi għal dan se nitkellem ftit fuq klawsola 7, li titkellem fuq il-funzjonijiet tal- kumitat konsultattiv li jagħti l-pariri lill-ministru u lill-awtorita` regolatorja, kurżita` oħra ta' din il-liġi.", "Kif jistgħu dawn jaħdmu t-tnejn flimkien jekk ma jkunx hemm qbil bejniethom?", "Għalfejn iridu bilfors jimxu flimkien?", "Ma kienx ikun biżżejjed li l-parir jingħata lill-awtorita` regolatorja, li hija maħtura kollha kemm hi mill-ministru?", "Jew irridu nżommu l-omnipotenza tal-ministru hemmhekk ukoll għax dan dejjem irid ideffes subgħajh?", "Naħseb li dan se joħloq ċertu toqol fil-mod ta' kif jistgħu jitħaddmu l-affarijiet.", "Klawsola 8 ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem fuq il-bord ta' appell.", "Dan il-bord se jkun magħmul minn tliet membri, wieħed minnhom il-president tal- bord li jrid ikun ilu avukat għal mhux inqas minn seba' snin.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni li se jokkupaw din il-kariga għal ħames snin.", "Mela nagħmlu mod li llum jinħatru l-membri u sena oħra jsiru l- elezzjonijiet ġenerali u jinbidel il-gvern.", "B'din il-liġi, il-gvern li jiġi wara se jkun marbut b'persuni għal perijodu ta' ħames snin għax m'hemm l-ebda riferenza għat-tendering of resignations mal-bidla fl- amministrazzjoni, kif demokratikament aċċettat fil-pajjiżi kollha ta' l- Ewropa.", "Kurżita' oħra rigward il-bord ta' appell hija dik tar-rekwiżiti.", "Meta membru tal-bord jiġi rikużat, il-ministru jista' jaħtar persuna li jkollha l-kwalifiki tal-membru li jkun ġie rikużat jew ta' dak il-membru li jkun astjena milli jisma' l-każ.", "Mela l-frażi ''li jkollha l-kwalifiki tal- membru li jkun ġie rikużat\", naħseb li trid tiġi reworded.", "Pero' żgur li biex issib persuna bl-istess kwalifiki identiċi tal-persuna li kien hemm qabel huwa diffiċli ħafna.", "Barra minn hekk, jekk se ssib persuna bi kwalifiki identiċi, ħafna drabi din se jkollha l-istess problema għax tista' tiġi rikużata jew tista' tastjeni milli tgħarbel il-każ li jkun tela' quddiemha.", "Għalhekk jidher li fil-mod ta' kif inhuma mfasslin l- istrutturi, hemm nuqqasijiet kbar.", "Mr Speaker, jidher ukoll li l-bord ta' appell huwa b'idejh marbuta għaliex m'għandu l-ebda poteri li jbiddel id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.", "Din hija stramba għax wara li bniedem ikun għadda minn martirju għax ikun mar quddiem l-awtorita' u quddiem il-bord konsultattiv u jkun appella u mar quddiem il-bord ta' appell, dan il-bord għandu jkollu l-fakulta' li jbiddel id-deċiżjoni li tkun ittieħdet u mhux jgħid lil dak li jkun li jista' jkun li għandu raġun imma kulma jista' jagħmel huwa li jirriferih lura lill-bord konsultattiv.", "L-operaturi tan-negozji f'pajjiżna mhux dawn l-affarijiet iridu jaraw.", "Għalhekk importanti li wieħed ikun jaf fejn jappella, safejn jista' jasal l-appell u jekk ikun hemm bżonn għandux imur quddiem il-qrati ta' appell.", "Nerġa' ngħid li tajjeb li jkun hemm l-appelli u l- possibbiltajiet l-oħrajn, imma rridu mmorru aktar għall-punt u nkunu aktar ċari u espedjenti biex naslu malajr għad-deċiżjonijiet li rridu naslu għalihom.", "Dan l-abbozz ta' liġi jitkellem ukoll dwar oqsma mifruxa fl-operat tan- negozju.", "Per eżempju, klawsola 13 tgħid hekk:", "\"Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' artiklu 4 ta' dan l-Att, ħadd ma jista' jiftaħ jew iżomm xi post kummerċjali kemm-il darba ma jkunx detentur ta' post liċenzjat mill-awtorita' regolatorja.\".", "Issa din hija stramba għax fit-tifsira li hemm fi klawsola 2 ta' dan l- abbozz ta' liġi, hemm li din ma tinkludix attivita' kummerċjali regolata taħt xi liġi oħra.", "Nafu kemm hemm liġijiet differenti għall-oqsma differenti tan-negozju u allura hawnhekk qed nerġgħu nilagħbu bil-kliem.", "Mela filwaqt li qed ngħidu li dawk li hemm regolati bil-liġijiet eżistenti ma jaqgħux taħt l-ambitu ta' dan l-Att bħala applikabilita' u bħala definizzjoni, fl-istess ħin qed inħallu umbrella miftuħa.", "Ma naħsibx li wieħed kien qed jistenna dan, Sur President.", "Dan l-abbozz ta' liġi jittratta wkoll attivita' kummerċjali tat-triq.", "Per eżempju, hemm riferenza għall-kunsilli lokali li jistgħu jingħataw ċerti poteri.", "Pero' jien irrid insemmi wkoll il-problemi kbar li qed ikun hemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-hawkers u mas-swieq pubbliċi, problemi li żgur jaf bihom aktar minni s-segretarju parlamentari.", "Meta nqalgħet il- kontroversja dwar fejn jistgħu jarmaw is-swieq, f'liema ġranet u f'liema ħinijiet kif ukoll dwar x'tip ta' permessi għandhom joħorġu, fejn u l-mod li jiġu rregolati, dejjem kienu jaċċennaw għal-liġi li se toħroġ li kienu jgħidulna li se tkun qed tirregola l-qasam tal-kummerċ.", "Pero' meta nħarsu lejn din il-liġi naraw li l-affarijiet qed jgħaddu minn post għal ieħor u żgur li mhux qed jiġu solvuti b'mod xieraq.", "Jien ngħid li jrid ikun hemm policies nazzjonali fejn se jaslu dawn l-affarijiet għax f'dan l-abbozz ta' liġi m'għandna xejn.", "Ta' min isemmi wkoll li llum fil-festi qed jinqalgħu ħafna problemi bejn l- operaturi ta' l-istalls.", "Il-ministru żgur jaf kemm jinqalgħu problemi meta l-kunsill lokali tar-raħal jiġi biex jara fejn se jallokalhom post biex jarmaw.", "Qed ikun hemm ċerta arroganza ma' dawn l-operaturi dwar x'jistgħu jarmaw u fejn jistgħu jarmaw u ftit li xejn jingħataw raġunijiet għalfejn ikunu qed jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Jien naħseb li għandu jkun hemm gwida ferm aqwa mill-gvern ċentrali f'dan il-kuntest.", "Barra minn hekk, lil dawn l-operaturi l-gvern żidilhom mhux biss il-ħlasijiet tal-permessi imma anke l-kontribuzzjonijiet.", "Allura jien nistaqsi: Aħna x'irridu verament?", "Irridu li dawn l-affarijiet jiġu rregolati b'avviżi legali jew irridu ngħidu x'inhuma verament il-problemi u naraw kif se nsolvuhom biex kulħadd ikun jaf fejn hu?", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "Il-Ministru Ċensu Galea.", "ONOR.", "ĊENSU GALEA: Sur President, meta tkun kontra xi ħaġa, kull mottiv wara dik id-deċiżjoni jgħodd.", "Pero' min f'dan il-każ iddikjara ruħu li se jivvota kontra ma tantx għandu għalfejn joqgħod jipprova jimmotiva dik id- deċiżjoni.", "Dan minħabba li fil-parti l-kbira tagħha, il-motivazzjoni proprja m'hijiex marbuta ma' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna imma hija marbuta ma' skuża wara l-oħra biex il-membri tan-naħa l-oħra jippruvaw jiġġusfitikaw il-fatt li se jivvotaw kontra.", "Meta konna qed niddiskutu l- aħħar tlieta jew erba' liġijiet li għaddejna minn dan il-parlament, fosthom il-liġi dwar l-ambjent u l-liġi dwar il-ħarsien ta' l-annimali, rajna lill- oppożizzjoni konsistentement teħodha kontra dak kollu li l-gvern ikun qed jipproponi.", "L-Onor.", "Leo Brincat qalilna li l-oppożizzjoni ma taqbilx mad-devoluzzjoni tal-poter.", "Qalilna li lanqas ma jaqblu ma' deċiżjonijiet arbitrarji u mal- poter eċċessiv tal-ministru.", "Qalilna wkoll li l-oppożizzjoni hi kontra li l-korpi kostitwiti jingħataw il-ġenb u li l-liġijiet jiġu emendati permezz ta' sempliċi avviż legali, jiġifieri mingħajr ma jitressqu quddiem dan il- parlament għad-diskussjoni.", "Issa effettivament dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jwassal biex tiġi introdotta sistema differenti fil- mod ta' kif in-negozju jiġi lliċenzjat għax kulmin għandu xi negozju se jkun jista' jgawdi minnha din is-sistema.", "Se jinħolqu wkoll diversi one- stop-shops fejn wieħed se jkun jista' jinqeda minn post wieħed.", "Meta l-oppożizzjoni kienet fil-gvern kienet titkellem dwar il-ħtieġa li f'dan il-qasam ikun hemm regolamentazzjoni iktar ċara, ħalli b'hekk tinqered il-burokrazija fil-mod ta' kif jiġu lliċenzjati dawk li jagħtu xi servizz.", "Madankollu l-oppożizzjoni tant trid tkun kontra dan l-abbozz ta' liġi li għall-konvenjenza nesiet li din hija xi ħaġa li suppost kienet taqbel magħha.", "Fil-fatt jien konvint illi l-membri ta' dan il-parlament kollha ltaqgħu ma' persuni li sabu diffikulta' kbira biex jingħataw liċenzja u l-permess meħtieġ bil-għan li jiftħu xi tip ta' negozju jew inkella biex iġeddu attivita' kummerċjali.", "Permezz ta' dan l-abbozz ta' liġi, aħna qed nippruvaw neqirdu l-burokrazija żejda li sal-lum jiltaqa' magħha kull negozjant li jiġi biex jagħmel attivita' kummerċjali.", "Biżżejjed ngħid li hekk kif l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna jgħaddi minn dan il-parlament, il-proċeduri kollha se jkunu responsabbilta' ta' entita' waħda.", "Riċentement kellna l-opportunita' li niddiskutu mozzjoni li tressqet min- naħa ta' l-oppożizzjoni u li kienet tittratta dwar tariffi u regolamentazzjoni fil-qasam marittimu, liema ħwejjeġ issa saru jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' entita' waħda, l-awtorita' marittima.", "Dan ifisser li kulmin jitħajjar iwettaq xi attivita' fil-qasam marittimu m'għandux għalfejn jagħmel dak il-ġiri kollu minn entita' għall-oħra għax issa l- attivitajiet marittimi kollha se jibdew jiġu indirizzati mill-awtorita' marittima.", "Fil-fatt fl-1 ta' Ġunju li għadda daħlu fis-seħħ numru ta' regolamenti li jindikaw bl-iktar mod ċar x'inhuma l-ħtiġijiet u r-rewkiżiti li hemm bżonn biex wieħed jingħata liċenzja ħalli jkun jista' jiftaħ xi tip ta' negozju.", "Jien nemmen li bl-istess mod kif il-ministru responsabbli mill-awtorita' marittima wasal biex ippubblika numru ta' regolamenti li permezz tagħhom qed jiġu mfassla l-parametri kollha li se jkunu japplikaw, hekk ukoll jista' isir fir-rigward ta' korporazzjonijiet u ministeri oħrajn.", "B'hekk il-ħin li sal-lum wieħed kien jaħli biex imur minn entita' għall-oħra, ikun jista' jiġi utilizzat aħjar min-naħa tan-negozjant.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jagħmel parentesi żgħira, Sur President.", "Aħna qegħdin nipproponu dan l-abbozz ta' liġi fi żmien meta l-gvern tal- ġurnata qiegħed għall-ewwel darba jieħu l-qasam ta' l-informatika bis- serjeta`.", "Fil-fatt il-gvern preżenti tant qiegħed jieħu dan il-qasam bis- serjeta` li qiegħed jipprova jassigura li dawk l-attivitajiet kummerċjali li jkollhom x'jaqsmu magħhom id-dipartimenti tal-gvern, jiġu rregolati b'mod li jkun hemm aċċess għalihom mingħajr l-ebda diffikulta`.", "Filwaqt li fil-passat konna nitwerwru mis-sistemi elettroniċi għax konna nibżgħu li dawn se jkissru l-pajjiż, illum kulħadd jaf li dawn huma l-aħjar għodda biex tkun tista' tiżdied u tittejjeb l-effiċjenza tal-gvern.", "Għalhekk altru li l-gvern preżenti mhux ifixkel lis-settur privat għax jibża' li dan jista' jisraqlu xi parti mill-attivita` kummerċjali.", "Anzi llum qed jiġri bil-maqlub għax jekk jista' jkun, l-attivitajiet kummerċjali kollha jsiru minn entitajiet u korpi li m'humiex governattivi.", "Fil-fatt is-sitwazzjoni tal-lum hija ferm differenti minn dik li tkellmu dwarha ż-żewġ kelliema ta' l-oppożizzjoni li s'issa pparteċipaw f'dan id-dibattitu.", "Sur President, smajna lill-membri ta' l-oppożizzjoni jerġgħu jsemmu l- fissazzjoni li għandhom li jekk Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il- barranin se jeħdulna ħobżna.", "Il-gvern għandu politika ħafna aktar wiesgħa milli għandha l-oppożizzjoni - u hawn m'iniex qed nirriferi għall-qasam tan- negozju biss - imma madanakollu nibqgħu nisimgħu lill-oppożizzjoni tgħid li jekk Malta ssir membru ta' l-Unjoni, kull wieħed minna se jmut bil-ġuħ u l-barrani se jibda jaqla' l-għajxien tiegħu minn fuq daharna.", "Issa jien lil sħabna ta' l-oppożizzjoni ngħidilhom biex jiftħu għajnejhom u widnejhom għax hekk kif l-Unjoni Ewropea qed tipprova tgħaqqad il-pajjiżi Ewropej flimkien, qegħdin naraw pajjiżi Afrikani jlestu u jippreparaw ruħhom biex huma minn naħa tagħhom jinġabru taħt umbrella waħda li aktarx se tkun ikbar mill-Unjoni Ewropea.", "Jien nemmen li żvilupp ta' dan it-tip bilfors li jġibna f'pożizzjoni li jkollna nieħdu deċiżjoni malajr iktar minn qatt qabel, liema deċiżjoni inevitabbilment għandha twassalna fid-direzzjoni li nsiru membri ta' l-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa punt importanti u rilevanti li ma nistgħux naħarbu minnu, iktar u iktar meta kull darba li jitressaq abbozz ta' liġi għad-diskussjoni f'dan il-parlament, dawk li jgħajruna li aħna ffissati fuq l-Unjoni Ewropea, huma stess jippruvaw isibu l-iskużi kollha billi jgħidu li l-affarijiet li jkunu qegħdin isiru, isiru minħabba ħaddieħor u mhux minħabba l-ħtiġijiet tagħna.", "Jien ninsab ċert illi l-gvern m'hu se jagħmel l-ebda pass li bih aħna l- Maltin nitilfu d-drittijiet tagħna, anke għaliex il-gvern huwa obbligat jara li bħala poplu nimxu 'il quddiem bis-serjeta`, u fil-fatt l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jiffaċilita` l-proċeduri li jintużaw fl- għoti tal-liċenzji.", "Min imaqdar dan l-abbozz ta' liġi jagħmel hekk għall- konvenjenza għax l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna juri b'mod ċar li l- affarijiet li se jsiru u se jservu ta' vantaġġ għal min irid jiftaħ xi tip ta' negozju.", "Fil-fatt ilna ħafna nitkellmu dwar il-bżonn li tiġi introdotta sistema li permezz tagħha wieħed ma jkollux għalfejn joqgħod jiġri minn dipartiment għall-ieħor u minn awtorita` għall-oħra biex jingħata l-liċenzja u, kif għedt iktar kmieni, dan se jkun iktar faċli li jsir permezz ta' l-e-government.", "Naturalment se jiġu wkoll imħarsa d- drittijiet ta' dawk li għal xi raġuni jew oħra ikunu qed joġġezzjonaw li jinfetaħ xi negozju partikolari.", "Klawsola 14 ta' dan l-abbozz ta' liġi titkellem dwar l-attivitajiet kummerċjali li jsiru fil-beraħ u fil-fatt hawnhekk nixtieq nagħmel xi ftit tar-riflessjoni dwar il-bejjiegħa li nsibu fit-toroq għax dawn ukoll iridu jiġu kkontrollati.", "Per eżempju, hawnhekk tiġini f'moħħi waħda mill- kwestjonijiet li dejjem tissemma' dwar il-famużi fixed hawkers għax għalkemm suppost li f'pajjiżna m'għandniex fixed hawkers, dan m'huwiex il- każ.", "Anke l-kunsilli lokali se jkollhom sehem qawwi f'dak li huwa ħruġ ta' liċenzji u naħseb li l-kunsilli iktar qegħdin f'pożizzjoni li jidentifikaw dawk il-postijiet li fihom ikunu jistgħu jingħataw il-permessi għall-bejgħ minn hawkers jew minn bejjiegħa oħra.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li issa dawk il-hawkers li ma jarmawx fis-swieq imma jarmaw band'oħra, se jibda jkollhom bżonn ukoll liċenzja ta' l-awtorita`.", "Kif kont qiegħed ngħid iktar kmieni fid-diskors tiegħi, jien m'għandix dubju li dak li sar fir- rigward ta' l-awtorita` marittima se jservi ta' mudell għal awtoritajiet oħra.", "Meta sħabna ta' l-oppożizzjoni kienu qed jitkellmu dwar dan l-abbozz ta' liġi qalulna li l-gvern irid jindaħal u li l-ministru se jingħata ħafna poteri.", "Forsi l-oppożizzjoni nsiet dawk iż-żminijiet meta l-ministru mhux talli kellu poteri definiti imma talli kien jaħseb li f'din id-dinja m'hawn ħadd bħalu!", "Nirringrazzjaw lil ħanin Alla li llum qed ngħixu f'ċirkostanzi ferm differenti, imma madanakollu l-membri ta' l-oppożizzjoni qegħdin jippruvaw jagħtu l-impressjoni li dan l-abbozz ta' liġi se jagħti lill- ministru poteri żejda.", "Fil-fatt matul is-sentejn li għaddew, il-membri ta' l-oppożizzjoni dejjem ippruvaw jagħtu din l-impressjoni u dejjem poġġew dan l-argument bħala l-bażi tal-kritika tagħhom għal kull abbozz ta' liġi li tressaq quddiem dan il-parlament.", "Issa jien dan onestament ma nafx minn fejn jirriżulta.", "Anke matul dan id-dibattitu, il-ħin kollu jitkellmu dwar il-poteri eċċessivi li qed jingħata l-ministru mingħajr ma jagħtuna indikazzjoni ċara ta' x'inhuma dawn il-poteri hekk imsejħa eċċessivi li l- ministru jista' jkollu f'idejh.", "Il-verita` hi li b'dan l-abbozz ta' liġi naqsu l-poteri tal-ministru naqsu u mhux żdiedu u nistgħu nġibu diversi eżempji biex nuru dan.", "Sur President, ma nistax nitkellem dwar dan l-abbozz ta' liġi u ma nagħmilx riferenza għall-iskeda li hemm fl-istess abbozz.", "Fil-fatt wara li tidħol fis-seħħ l-emenda li qed issir għall-Kodiċi tal-Pulizija, se jkun hemm bidla sostanzjali fil-mod ta' kif isiru l-affarijiet.", "Ta' min jgħid li din l-iskeda titkellem dwar diversi setturi, pero` se nikkonċentra parti mill- intervent tiegħi dwar it-tielet partita ta' din l-iskeda, liema partita titkellem dwar kif għandhom isiru l-applikazzjonijiet għal xogħol fit- toroq.", "Sal-lum individwu li jkun irid jagħmel xi xogħlijiet fit-triq jispiċċa jaqta' qalbu minn qabel ma jimla l-applikazzjoni jekk ma jkunx xi kuntrattur li jqabbad nies apposta biex joqogħdu jiġru wara l-karti, minn dipartiment għall-ieħor, fejn fost l-oħrajn ikun irid imur l-għassa tal- pulizija, imur għand id-dipartiment tad-drenaġġ, għand il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, għand il-Maltacom u għand l-Enemalta.", "Terġa` ħafna drabi bi traskuraġni, il-kuntrattur imur iġib l-applikazzjoni fl- aħħar mumenti qabel ma jkun se jibda x-xogħol, bil-konsegwenza li mbagħad mhux darba u tnejn li jaqbad u jagħmel ix-xogħol mingħajr ma jkun applika għall-permess.", "Imma kif konna qegħdin ngħidu, illum permezz tal-famuża e- government u tas-sistemi li qegħdin jiżviluppaw, se tibda tiġi reġistrata kull biċċa xogħol li ssir fit-toroq tagħna.", "Biżżejjed ngħid li matul dawn l-aħħar sitt xhur id-dipartiment tat-toroq kien qiegħed jipprepara programm li permezz tiegħu kulmin ikun irid japplika biex jagħmel xi biċċa xogħol f'xi triq partikolari, ikun jista' jagħmel dan jew mill-uffiċċju tan-negozju tiegħu stess jew inkella billi jmur il-kunsill lokali u japplika hemmhekk, fejn imbagħad minn hemmhekk l- applikazzjoni tkun tista' tiġi mwassla fejn għandha tiġi mwassla immedjatament.", "B'hekk dak il-ħafna ġiri minn dipartiment għall-ieħor u minn korporazzjoni għall-oħra se jispiċċa.", "Issa l-applikazzjonijiet kollha għal permessi li għandhom x'jaqsmu ma' xogħlijiet fit-toroq se jibdew jgħaddu kollha minn taħt idejn l-awtorita` għat-trasport pubbliku, għax issa din m'għadhiex responsabbli biss mill-qasam tat-trasport pubbliku imma hija responsabbli wkoll mit-toroq, mil-liċenzjar u mit-traffic management.", "Qegħdin ngħidu wkoll li hekk kif l-applikazzjonijiet jitressqu quddiem l- awtorita` għat-trasport pubbliku, dawn se jibdew jgħaddu immedjatament għand il-korporazzjonijiet u l-kunsilli lokali konċernati.", "Barra minn hekk se jibda jinżamm ukoll record tax-xogħlijiet li jkunu se jsiru fit-toroq u t-tul ta' żmien li jkun se jieħu l-kuntrattur biex iwettaq dawk ix- xogħlijiet.", "Dan kollu għandu jwassal biex jispiċċaw l-inkonvenjenzi li sal- lum kien ikollhom jgħaddu minnhom ir-residenti meta l-kuntratturi kienu jħallu l-gandotti li jkunu għamlu huma stess miftuħa.", "Ta' min iżid jgħid li wara li l-kuntrattur ikun lesta x-xogħlijiet li jkollu jagħmel f'xi triq partikolari, dan issa se jkun obbligat li fi żmien 48 siegħa jerġa` jġib it-triq kif kienet qabel ma nbeda x-xogħol, għalkemm ovvjament meta jkun hemm xogħlijiet kbar mhux ħażin biex dan isir, il- perijodu ta' 48 siegħa jkun jista' jiġi mtawwal.", "Biex tinqata' t- traskuraġni, ġie stabilit ukoll li jekk ikun hemm xi kuntrattur li wara li jkun lesta x-xogħol ma jagħmilx it-tiswijiet neċessarji fit-triq matul il- perijodu ta' 48 siegħa jew matul il-perijodu miftiehem, allura f'dak il-każ tintervjeni l-awtorita` għat-trasport pubbliku billi tagħmel dak ix-xogħol hi a spejjeż tal-kuntrattur.", "Naturalment m'iniex qed ngħid li issa se nagħmlu l-mirakli, imma almenu issa qed nitfgħu ħafna iktar responsabbilta` fuq il-kuntrattur u fuq kulmin jagħmel xi xogħol fit-toroq.", "Sal-lum min iqabbad kuntrattur jew xi ħaddiema oħra biex jagħmlu xi xogħol fit-triq ma kien ikollu l-ebda responsabbilta` li jara li jerġa` jġib it- triq kif kienet qabel ma jkunu saru dawk ix-xogħlijiet, pero` mil-lum 'il quddiem din ir-responsabbilta` mhux se taqa' biss fuq min ikun għamel ix- xogħol imma anke fuq min ikun qabbad lill-ħaddiema biex jagħmlu dik il- biċċa xogħol.", "Dan kien importanti ħafna li jsir għax sfortunatament illum għad hawn il-mentalita` li xogħol ta' tiswija għandu jsir mill-gvern jew mill-kunsill lokali, meta dan m'għandux ikun għax jekk isir hekk it-tiswija tkun qed issir a spejjeż ta' ħaddieħor, filwaqt li dak li jkun qabbad lill- kuntrattur jagħmel ix-xogħol jibqa' mingħajr ma jkollu l-ebda nitfa ta' responsabbilta`.", "Ta' min jgħid li din is-sistema ma vvintahiex il-gvern tal- ġurnata imma hija sistema li diġa` jużawha ħafna pajjiżi oħrajn.", "Fil-fatt barra minn Malta jinżamm record ta' kulmin jagħmel xi tip ta' xogħol fit- toroq u għalhekk ma nara l-ebda raġuni għaliex aħna ma nistgħux napplikaw din is-sistema wkoll f'dan il-pajjiż.", "Xi ħadd staqsa jekk il-wardens humiex se jidħlu f'din l-istorja wkoll.", "Illum bis-sistemi elettroniċi li għandhom il-wardens, iktar huwa faċli li dawn jikkomunikaw mad-dipartimenti, mal-kunsilli lokali u ma' l-entitajiet kummerċjali u għalhekk dawn jistgħu jivverifikaw immedjatament jekk ix- xogħol li jkun qed isir f'xi triq partikolari jkunx awtorizzat jew le.", "Madanakollu l-għan ta' l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna m'huwiex li jgħin lill-wardens jagħtu iktar ċitazzjonijiet.", "Fil-fatt l-għan ta' dan l- abbozz ta' liġi huwa li permezz tal-mezzi elettroniċi, ikun hemm kontroll ikbar fuq min b'xi mod ma josservax il-liġijiet tat-toroq, fosthom billi jkisser it-triq mingħajr ma jirranġaha.", "Sur President, it-toroq b'hekk biss jistgħu jinżammu fi stat tajjeb billi kulmin jagħmel xi xogħlijiet fit-toroq, ikun konxju tal-fatt li qiegħed taħt għajnejn min huwa obbligat li jassigura li t-toroq jinżammu fi stat tajjeb.", "Ċertament dan għandu jwassal biex pajjiżna jkompli miexi iktar 'il quddiem.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER (Onor. Michael Bonnici): Grazzi.", "Iktar rimarki?", "L- Onor. Charles Mangion.", "ONOR.", "CHARLES MANGION: Sur President, l-għan ta' dan l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna ma kellu jkun qatt wieħed kontenzjuż għax l-intenzjoni hija li nindirizzaw problema li ilha ħafna tipprevali.", "Fil-maġġoranza l- kbira tal-każi, il-ħruġ tal-liċenzji mhux assoċjat ma' kriterji fissi u trasparenti li jkun jaf bihom kull min japplika.", "Il-pulizija sal-lum għad għandha diskrezzjoni amministrattiva, ħafna drabi diffiċli biex tispjegaha.", "Mhux l-ewwel darba li din id-diskrezzjoni amministrattiva nħasset inġusta u f'ċirkostanzi oħra anke dehret abbużiva.", "Għalhekk li jkun hemm awtorita' regolatorja f'dan il-qasam kellu jkun mitqies pass pożittiv.", "Qed ngħid dan għax aħna l-professjonisti spiss niltaqgħu ma' individwi li jgħidulek li filwaqt li huma ma jkunux ngħataw permess biex jiftħu negozju f'ċerta lokalita`, imbagħad ikun hemm ħaddieħor li jkun applika biex jiftaħ negozju fl-istess lokalita` jew f'lokalita` simili u l-permess jingħatalu.", "Ma tkunx tista' tispjega lanqas għaliex f'ċerti lokalitajiet jingħata l-permess biex jinfetaħ bar, anke meta jkun hemm il-famuża neighbours' objection.", "L-istess nistgħu ngħidu rigward il-ħinijiet.", "Dawk il-postijiet ta' entertainment li qegħdin f'lokalitajiet turistiċi, bħalma huma Buġibba, Paceville u Tas-Sliema, hemm minnhom li għandhom liċenzja li allura tippermettilhom li jibqgħu miftuħin sa nofs il-lejl.", "Hemm minnhom li anke għandhom liċenzja li tippermettilhom li jibqgħu miftuħin sat-3.00 a.m. u hemm minnhom li għandhom liċenzja li tippermettilhom li jibqgħu miftuħin sa l-4.00 a.m., u dan minkejja li qegħdin fl-istess ambjent u fl- istess żona.", "Issa hawnhekk bl-ebda mod ma jien qed ngħid li hemm xi skop ulterjuri għal dan kollu, pero` huwa fatt li teżisti din l-anomalija fejn il-kriterji donnhom huma tal-lastiku, preċiżament għax hemm element qawwi ta' diskrezzjoni.", "Nistqarr li jien wieħed minn dawk li filwaqt li nifhem li bħala l-persuna politikament responsabbli, il-ministru għandu jkollu ċerta diskrezzjoni – naturalment sta għalih li juża din id-diskrezzjoni b'ġustizzja - bil-għan li l-amministrazzjoni pubblika ssir iktar effiċjenti u tagħti riżultat aħjar, pero` jekk din id-diskrezzjoni tintuża b'mod abbużiv għandu jkun hemm l-istruttura u l-mezz biex dan jiġi ppenalizzat, anke permezz ta' kodiċi ta' proċedura.", "F'ġieh l-iżvilupp politiku u t-twemmin fit- trasparenza, importanti li fl-għoti tal-permessi u tal-liċenzji, il- kriterji ġenerali jkunu oġġettivi u jkunu magħrufa minn kulħadd, ħalli n- nies isiru familjari magħhom.", "Jien nifhem li jistgħu jiġu mposti wkoll ċerti kondizzjonijiet.", "Jekk, per eżempju, qed nitkellmu fuq disco, jien nifhem li min joħroġ il- liċenzja jista' jimponi li d-disco jkun soundproof, ħalli ma jdejjaq lil ħadd.", "Jista' jkun hemm imposti wkoll ċerti safety regulations jew ċerta security jekk dan ikun post pubbliku.", "Ir-responsabbilta` li jiġu mposti dawn il-kondizzjonijiet hija ta' min joħroġ il-liċenzji.", "Hawnhekk wieħed irid jifhem li dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux intiżi biex kemm jista' jkun ma joħorġux permessi, imma biex l-attivita` kummerċjali tkun iktar effiċjenti fl-aħjar interess tal-pubbliku.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li issa l-għoti tal-liċenzji se tgħaddi wkoll fir-responsabbilta` ta' l-awtorita` dwar it-trasport pubbliku, dejjem sakemm ma jkunx hemm element ta' sigurta` jew element ta' natura kriminali għax f'dak il-każ ir-responsabbilta` taqa' f'idejn il-pulizija.", "Madanakollu huwa importanti li din l-awtorita` ma tispiċċax b'diskrezzjoni assoluta f'idejha.", "Ma tista' tinħoloq l-ebda awtorita` jekk ma jkunx hemm il-prinċipji bażiċi li kważi jiddeterminaw il-parametri ta' kif għandha taġixxi.", "Safejn naf jien, imkien f'dan l-abbozz ta' liġi m'hemm definizzjoni ta' trader u fil-fatt kien hemm anke diskussjonijiet ma' entitajiet kummerċjali, bħaċ-chamber of commerce u l-GRTU, li daħlu fil-mertu ta' min għandu jkun trader u xi kriterju bażiku għandu jkollha persuna biex tingħata liċenzja tal-kummerċ.", "Issemma li bniedem irid ikun idoneu biex ikollu r-responsabbilta` li jiġġestixxi liċenzja.", "Kif għedt diġa`, importanti li ma noħolqux awtorita` li tant ikollha diskrezzjoni li din id- diskrezzjoni tkun tikkrea iktar problemi minflok tnaqqashom.", "Diskrezzjoni assoluta tista' tirriżulta f'żewġ affarijiet, cioe` f'li toħloq preċedenti u f'li jkun hemm nuqqas ta' trasparenza, bil-konsegwenza li l-awtorita` ma taqdix sew il-funzjoni tagħha li tirregola l-kummerċ.", "L-iskop tar- regolatur għandu jkun li jkun hemm iktar trasparenza, li jkun hemm iktar accountability u li jkun hemm iktar responsabbilta`.", "Naturalment il- kriterji tar-regolatur ma jridux ikunu konfliġġenti ħalli l-element regolatorju ma jkunx tassattiv fuq il-qasam tal-kummerċ, anzi għandu jkun l- element regolatorju stess li jinċentiva l-kummerċ.", "Sur President, meta gvern ikun regolatorju, ikun qed jiddefendi l-interessi tas-soċjeta` kollha u l-kummerċjant li jkun jeħtieġ l-awtorizzazzjoni jkun jista' jinqeda bl-iktar mod espedjenti, dejjem jekk jissodisfa l-kriterji stabiliti.", "Ma jagħmilx sens li biex jinħareġ permess, wieħed irid idum jistenna x-xhur jew is-snin minħabba li l-applikazzjoni tkun trid tgħaddi minn ħafna entitajiet - fosthom mill-planning authority u mid-development corporation - li m'hemm l-ebda kordinazzjoni bejniethom.", "Jien nifhem li din l-awtorita` trid tiżviluppa b'tali mod u manjiera li tkun a one-stop- shop u jkollha organizzazzjoni amministrattiva interna tajba biżżejjed biex tkun tista' tagħti d-deċiżjonijiet tagħha kemm jista' jkun malajr.", "Meta nidħlu fid-dettal ta' dan l-abbozz ta' liġi nsibu li min jieħu ħsieb l- appelli jew inkella min jieħu ħsieb il-ħruġ tal-liċenzji, dawn m'humiex marbutin b'xi time limit li fih ikunu jridu jiġu approvati u jittieħdu d- deċiżjonijiet.", "Ħafna drabi jekk fil-qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika ma jkunx hemm l-element tat-time limit, l-affarijiet imorru ħażin.", "Ġieli anke meta jkun hemm l-element tat-time limit l-affarijiet ma jmorrux kif ikun mixtieq, bħal fil-każ tal-planning authority, li b'xi mod jew ieħor dejjem issib mezz kif ittawwal l-affarijiet.", "Min jitkellem ma' l- industrijalisti li ta' spiss iħabbtu wiċċhom mal-planning authority, jaf li dan it-tul ta' żmien qiegħed jeqred il-kummerċ u qiegħed jiskoraġġixxi lin-nies milli jinvestu flushom.", "Fil-fatt jeżistu applikazzjonijiet li ilhom li saru erba' snin u li sal-lum għadhom ma ġewx deċiżi.", "Jien nifhem li ċerti applikazzjonijiet mhux lakemm tieħu deċiżjoni dwarhom malajr, pero` li permess idum biex jingħata erba' snin hija xi ħaġa inaċċettabbli.", "Per eżempju, l-awtorita` ta' l-ippjanar tista' tkun qed iddum biex tieħu deċiżjoni dwar xi applikazzjoni partikolari minħabba kriterji ambjentali, u jien ngħid li f'dan il-każ ma jimpurtax billi din l-awtorita` timponi ċerti kondizzjonijiet, imbasta tasal għal deċiżjoni fl-iqsar żmien possibbli.", "Barra minn Malta hekk jimxu l-affarijiet.", "L-għan ta' awtorita` regolatorja għandu jkun dejjem dak li tmexxi 'l quddiem l-iskop li għalih tkun ġiet imwaqqfa.", "Importanti li l-attitudni tar-regolatur tkun waħda pożittiva u tiffissa l-kriterji kollha neċessarji biex tgħin lil min japplika għal- liċenzja, dejjem jekk dak li jkun ikun ħaqqu li tingħatalu l-liċenzja.", "Jekk dan ma jsirx, se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn kull awtorita` tispiċċa ssir mostru burokratiku.", "Jien m'iniex qed nitkellem b'dan il-mod biex nikkundanna lil xi ħadd imma għax dan huwa stat ta' fatt. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk.", "Irridu noqogħdu attenti biex il-ħafna awtoritajiet li nwaqqfu jkunu sistemizzati u jkunu verament a one-stop-shop.", "Jekk irridu nħarsu 'l quddiem, jekk irridu li pajjiżna jiżviluppa verament u nkunu iktar kompetittivi mal-ġirien tagħna u ma' pajjiżi oħrajn, irridu nikkompetu magħhom billi ntejbu l-effiċjenza tagħna u mhux nagħmlu strutturi ġodda li jagħmluna iktar ineffiċjenti milli qatt konna.", "Jien nifhem li l-ministru u r-regolatur għandu jkollhom ċerta diskrezzjoni, pero` bħalma l-ministru jrid ikun accountable politikament, hekk ukoll ir- regolatur irid ikun accountable għall-użu jew għan-nuqqas ta' użu ta' dik id-diskrezzjoni.", "Ir-regolatur għandu wkoll ir-responsabbilta` superviżorja li jassigura li l-kondizzjonijiet ta' dik il-liċenzja jew permess ikunu osservati.", "Jekk il-kondizzjonijiet ikunu qed jinkisru u r-regolatur ikollu rapporti dwar dan, importanti li l-istess regolatur jingħata l-awtorita` li jaġixxi biex ma jħallix dak l-abbuż jitwettaq għax ir-regolatur għandu wkoll ir-responsabbilta` li jiddefendi lill-konsumatur, li jirrappreżenta l- parti l-oħra tas-soċjeta`.", "Fl-attivita` ekonomika u kummerċjali minn naħa waħda għandek lil dak li jissupplixxi s-servizz jew il-prodott, u min-naħa l-oħra għandek lil dak li jikkonsma dak il-prodott jew jagħmel użu minn dak is-servizz.", "Importanti li r-regolatur ikun mogħni bl-istruttura neċessarja biex jaqdi dawn il-funzjonijiet, imma sfortunatament meta wieħed jaqra l- abbozz ta' liġi li għandna quddiemna klawsola klawsola, ma jistax ma josservax li hawnhekk l-element ta' diskrezzjoni huwa qawwi ħafna.", "Issa, Sur President, ġaladarba qed nitkellmu fuq il-kummerċ, importanti li nagħtu ħarsa lejn ir-realta` tal-pajjiż.", "Minkejja li l-gvern jagħti l-impressjoni li l-affarijiet sejrin tajjeb, fir- realta` hawn nuqqas ta' kuraġġ kbir fil-pajjiż.", "Titkellem ma' min titkellem, kemm jekk dawn jaħdmu fil-qasam tar-retail, kemm jekk dawn jaħdmu fil-qasam ta' l-entertainment, kemm jekk dawn jaħdmu fil-qasam tar- restaurants kif ukoll jekk jaħdmu fil-qasam tal-bini, dawn kollha jgħidulek li l-affarijiet sejrin lura u li qed iħossu nuqqas kbir ta' kummerċ.", "Bir-rispett kollu, ikolli ngħid li dan kollu jirriżulta mill- politika li addotta l-gvern preżenti matul dawn l-aħħar tliet snin.", "L- ewwelnett illum kollox qed ikun ippernjat mal-politika tal-gvern preżenti li jsieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Donnu li l-gvern qed jikkonċentra l-enerġija tiegħu biss fuq dan il-fatt - għalkemm li taċċetta ħafna mill- kondizzjonijiet, anke jekk dawn mhux neċessarjament ikunu tajbin għal pajjiżna, jien iktar ngħidilha telqa milli enerġija - bil-problemi li fl- aħħar mill-aħħar huma responsabbilta` tal-gvern jibqgħu hemm.", "Sfortunatament l-oppożizzjoni m'għandha l-ebda saħħa eżekuttiva biex issolvi l-problemi.", "Bħalissa qegħdin fis-sajf, staġun li fih suppost li nattiraw eluf ta' turisti lejn pajjiżna, pero` llum it-turisti qegħdin jaraw baħar ta' drenaġġ u mhux dak il-baħar sabiħ li jaraw fuq il- brochures.", "Jekk turist jiġi ppreparat biex jixxemmex, naħseb li joħroġ sodisfatt mija fil-mija għax għandu garanzija li jmur lura lejn pajjiżu qisu lobster, pero` jekk jiġi ppreparat biex jgħum, ibda min-naħa ta' fuq ta' pajjiżna u spiċċa san-naħa t'isfel, ħlief drenaġġ ifawwar u tabelli li ma tistax tgħum hemmhekk ma tarax.", "Issa hawnhekk jien qed insemmi biss waħda mill-problemi li għandna, Sur President.", "Illum anke l-gazzetti li tradizzjonalment ma jappoġġjawx lill-oppożizzjoni qegħdin jgħidu li din hija sitwazzjoni inaċċettabbli u iktar inaċċettabbli minn hekk huwa l-fatt li l-bieraħ smajna lill-ministru responsabbli mill- ambjent jgħid li l-problema tas-Salini se tiġi solvuta f'24 siegħa.", "Kif jista' jkun li problema bħal dik tiġi solvuta bis-serjeta` f'24 siegħa?", "Fuq il-gazzetti stajna naraw li fis-Salini hemm madwar sitt pulzieri drenaġġ ifawwar, liema drenaġġ qed imur ukoll f'Kennedy Grove.", "Jekk is- sitwazzjoni fis-Salini tibqa' hekk, minn hawn u ftit jiem oħra nibdew naraw il-mirakli għax in-nies minflok jgħumu hemmhekk se jibdew jimxu fuq il- baħar, baħar ta' drenaġġ!", "Mhux biżżejjed li twaqqaf l-overflow tad- drenaġġ għax id-drenaġġ li jkun mar fil-baħar iħalli kontaminazzjoni mill- inqas għal sajf sħiħ, pero` minkejja dan kollu l-gvern preżenti qed jibqa' jinjora din il-problema.", "Hawnhekk irrid infakkar li fl-1992 il-gvern kien għamel proposta biex id- drenaġġ jiġi ttrattat qabel ma jintrema fil-baħar, ħalli b'hekk ma jibqax ikollna kontaminazzjoni fl-ibħra tagħna.", "Imma minkejja li din il-proposta saret għaxar snin ilu, sal-lum għadu ma sar assolutament xejn.", "Kellu jkun gvern Laburista li kien beda jieħu inizjattiva f'dan ir-rigward - għalkemm peress li dam fil-gvern għal żmien qasir, ma kellux ċans iwettaq din l-inizjattiva kompletament - sabiex il-pajjiż igawdi ambjent u baħar nadif.", "Pero` llum x'qed jiġri?", "Minħabba l-miżuri fiskali li ttieħdu matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, illum qegħdin ngħabbu lil kull taxpayer b'Lm450 taxxa iktar fis-sena, pero` minkejja li l-gvern żied l-introjtu tiegħu, ir-riżultat xejn m'hu qed ikun pożittiv.", "Issa hawn ta' min jagħmel parentesi żgħira u jgħid li f'perijodu ta' sentejn il-gvern daħħal Lm160 miljun iktar, li għal pajjiżna dan żgur li m'huwiex xi ammont redikolu.", "Għalhekk il-poplu jippretendi li almenu meta jiġi s-sajf, ikun jista' jmur jgħum u dawk li jaħdmu fil-qasam turistiku, li huma tant mgħobbijin bil- piżijiet tal-loans u ta' investimenti u anke biż-żidiet li ġew imposti fuqhom mit-tourism authority, ġustament jippretendu li l-prodott Malti jkun aħjar.", "Hawnhekk semmejt biss il-qasam ta' l-ambjent għax m'għandix ċans nitkellem dwar oqsma oħra, bħalma huwa l-qasam ta' l-edukazzjoni biex naraw kemm dan il-qasam huwa ppernjat għall-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Imbagħad xi ngħidu għall-qasam tas-saħħa, l-iktar fejn jidħlu sptarijiet u mediċini?", "Dawn huma kollha problemi li l-gvern qiegħed iħallihom għaddejjin bit-tama li forsi jiġu solvuti waħidhom, problemi li kollettivament juru t-telqa li tipprevali fil-pajjiż, liema telqa qiegħda taffettwa anke l-qasam tal- kummerċ.", "Wieħed ma jistax ma jagħmilx riferenza wkoll għall-kambjamenti li qed isiru fil-qasam bankarju u hawnhekk se nitkellem mill-esperjenza professjonali tiegħi.", "L-ewwelnett ikun tajjeb jekk ngħid li s-sistema bankarja ta' pajjiżna żviluppat fuq il-kunċett tas-sigurta` u tal-garanzija, bil-garanzija marbuta mal-proprjeta` għax il-kreditu bankarju kien ibbażat fuq il- valuation li kienet tingħata l-proprjeta`.", "Jien ilni nipprattika bħala nutar għal dawn l-aħħar 21 sena u jekk immur lura għall-1968, insibu li mill-1968 sal-lum, jiġifieri matul dawn l-aħħar 30 sena, il-valur tal- proprjeta`, jekk mhux dejjem kiber, dejjem żamm postu.", "Naturalment dan ġara minħabba r-realta` li pajjiżna huwa limitat ħafna f'dik li hija proprjeta`, għalkemm kien hemm ukoll ħafna każi ta' spekulazzjoni esaġerata.", "Matul dawn l-aħħar tmien snin il-mentalita` fil-mod ta' kif jaħdem investitur, ta' kif jopera kummerċjant u ta' kif jikkollaboraw miegħu l- istituzzjonijiet bankarji li tant huma importanti għall-iżvilupp ekonomiku, kienet bdiet tinbidel, pero` dawn ma jistgħux joperaw biss on a cash basis.", "M'iniex qed ngħid li din il-bidla fil-mentalita` m'hijiex se tgħin għax biss biss se tintroduċi aktar dixxiplina fuq kif wieħed għandu jaġixxi, u dan huwa element pożittiv, pero` dan it-tibdil ma tistax tagħmlu overnight.", "Lanqas tista' tieħu l-attitudni li min ma jasalx sad-deadline fiss ta' sitt xhur għandek tagħlaqlu t-toroq kollha f'daqqa waħda billi tagħmillu provision for bad debts, imma sfortunatament dan huwa l-atteġġjament li qegħdin jieħdu ż-żewġ banek prinċipali, l-HSBC u l-BOV.", "Fil-fatt dawn minflok ma qegħdin jagħmlu din il-bidla gradatament, kif inhu l-aħjar għall- pajjiż, qegħdin jagħmluha f'daqqa.", "Biżżejjed ngħid li qed ikun hemm każi fejn minkejja li jkunu jafu li t-tali persuni jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji, dawn iż-żewġ banek qed jitolbu mingħandhom ħlasijiet ta' mijiet ta' eluf ta' liri fi żmien qasir; f'temp ta' xi xahrejn, tlieta jew sitt xhur, l-iktar jekk dawn il-persuni jkunu jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu u jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu wara s- sajf jew f'Jannar tas-sena d-dieħla.", "Hawn anke operaturi li jieħdu l- kuntratti mingħand il-gvern u mbagħad idumu x-xhur biex jitħallsu.", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi, l-approach qed ikun li min ma jasalx, jaqbad u jagħlaq, u dan qed joħloq inċertezza kbira fil-pajjiż.", "Issa hawnhekk ma rridx ninftiehem li qed ngħid illi għandna nsostnu lil dawk li huma zopop, li għandna nagħtu faċilitajiet bankarji fuq ix-xejn jew lil min ħaqqu jieħu Lm1 għandna nagħtuh Lm10, imma qed ngħid sempliċement li jekk irridu nbiddlu l-filosofija ta' kif il-banek joperaw ma' l- investituri u ma' l-operaturi ekonomiċi, ma nistgħux nagħmlu din il-bidla fi żmien qasir għax il-konsegwenzi jkunu negattivi.", "Issa wara li tkellimt b'mod ġenerali biex inwassal il-messaġġ li fil-qasam kummerċjali hemm ħafna li qed jaqtgħu qalbhom, fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq insemmi fil-qosor ċerti punti rigward l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna.", "Ħalli nibda biex nitkellem dwar il-kunsilli lokali.", "Sur President, jien wieħed li nemmen bis-sħiħ fil-ħidma tal-kunsilli lokali u nemmen li dawn għandu jkollhom ċerti poteri, pero` importanti li dan l- abbozz ta' liġi jiddefinixxi preċiżament dawk il-permessi li huma awtorizzati li joħorġu mill-kunsilli lokali.", "Qed ngħid dan fl-interess tat- trader stess biex ma jkunx hemm min jinqabad f'dilemma.", "Għalkemm fi klawsola 20 din id-definizzjoni tidher ċara, irridu noqogħdu attenti li fejn ikun hemm element ta' dubju, dan jgħaddi mal-ewwel għand ir-regolatur biex b'hekk ma jkunx hemm diżgwid.", "Għandu jkun ir-regolatur li jiddetermina u għalhekk importanti li l-area ta' amministrazzjoni tal- kunsilli lokali tkun ċara.", "Huwa importanti wkoll li l-kriterji fuq xiex jaġixxu l-kunsilliera jew xi kunsill partikolari jkunu definiti u stabiliti mir-regolatur.", "Jien jidhirli li ladarba huwa l-ministru responsabbli mis-servizzi ekonomiċi li huwa responsabbli għal dan l-abbozz ta' liġi, anke fejn jidħlu kriterji stabiliti, id-diskussjoni mal-ministru responsabbli mis-servizzi ekonomiċi għandha tkun dwar it-tip ta' devoluzzjoni li għandha ssir u dwar kif għandha tiġi żviluppata din id-devoluzzjoni.", "B'dan il-mod għandu jsir il-liaison biex ikun hemm kordinazzjoni sħiħa u għandu jkun il-ministru responsabbli mill-attivita` ekonomika, li taħtu jaqa' r-regolatur, li jistabilixxi r-regoli.", "Aħna rridu neliminaw il-possibbilta` li jkun hemm element ta' konflitt.", "Anke għal dawk li huma swieq, għandna noqogħdu attenti li ma jkunx hemm element ta' konflitt għax minkejja li s-swieq jaqgħu taħt il-kunsilli lokali, milli jidher il-permess irid jingħata mir- regolatur.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-kunsill lokali għandu biss jistabilixxi l-post fejn ikun hemm is-suq, imma mbagħad kwalunkwe permess li jkun hemm bżonn irid jingħata mir-regolatur.", "Qed nippreċiża dan minħabba li jista' jkun hemm xi malintiż.", "Punt ieħor li huwa oġġezzjonabbli huwa l-punt dwar id-diskrezzjoni assoluta.", "Fil-bidu jien bdejt nitkellem fuq id-diskrezzjoni assoluta li għandu l-ministru f'dan l-abbozz ta' liġi, fejn fost affarijiet oħra qed jingħad li l-membri tal-kumitat li se jitwaqqaf se jinħatru mill-ministru.", "Issa fl-opinjoni tiegħi, dawn il-membri għandhom jiġu nnominati mill- entitajiet kummerċjali ħalli ma tingħatax dik id-diskrezzjoni kollha lill- ministru, imma dwar dawn l-irqaqat fl-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna se jkollna ċans niddiskutu meta nkunu qegħdin fi stadju ta' kumitat.", "Mr Speaker, nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li l-abbozz ta' liġi li għandna quddiemna kien ippreparat pjuttost bl-għaġġla.", "L-għanijiet li għalihom sar dan l-abbozz ta' liġi jistgħu jkunu tajbin, imma fl-aħħar mill- aħħar il-liġi tiġi interpretata skond dak li jkun hemm miktub, u ċertament għal dan l-abbozz ta' liġi jeħtieġ iktar studju.", "Grazzi.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Issa qabel ma nitlob lill-Viċi Prim Ministru biex iressaq l-Aġġornament, inqiegħed fuq il-medja tal-Kamra kopja tal- korrispondenza li għaddiet bejn is-Sedja u l-Imħallef Anton Depasquale, inkonnessjoni mal-mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru fil-11 ta' Lulju, 2001.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ONOR.", "LAWRENCE GONZI; Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il- Ġimgħa, 20 ta' Lulju 2001 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ – Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi Veterinarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp - Tielet Qari;", "Riżoluzzjoni tal-Prim Ministru dwar il-qagħda fil-pajjiż – Kontinwazzjoni; u", "Riżoluzzjoni dwar it-Tneħħija ta' Mħallef - Kontinwazzjoni.", "-------------", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Soċjetajiet Koperativi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar ir-Ratifika ta' Konvenzjonijiet dwar Proċeduri Legali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Inbid – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni ta' Art tal-Gvern - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Probation - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trattament Xieraq ta' l-Annimali – Kumitat Permanenti MR SPEAKER: Grazzi.", "Rimarki?", "L-Onor.", "Louis Buhagiar.", "ONOR.", "LOUIS BUHAGIAR: Sur President, illum wara nofsinhar il-Partit Laburista ppubblika dokument ieħor importanti li juri kemm hu partit aġġornat ma' dak li għaddej fil-pajjiż.", "Illum ippubblikajna ''Inizjattiva u wens, soċjeta` b'opportunitajiet ġodda'', dokument ta' aġġornament tal- politika ekonomika u finanzjarja tal-Partit Laburista.", "Biex jiġi aġġornat dan id-dokument kien hemm diskussjoni interna bejn il-membri kollha tal- partit, il-grupp parlamentari u uħud mill-kelliema prinċipali f'dan is- settur.", "Il-Partit Laburista jaf li biex ikun partit aġġornat li jirrifletti eżattament dak li jkun hemm bżonn fil-pajjiż u dak li jkun qed jgħid iċ- ċittadin, bilfors li kultant żmien irid jirrevedi l-politika tiegħu u jara kif jaġġornaha għall-bżonnijiet tas-settur li nkunu qegħdin nittrattaw.", "Il-Partit Laburista diġa` ttratta l-element soċjali u ħareġ b'dokument ta' politika li jaġġorna l-politika tal-partit fis-settur tal-qasam soċjali.", "Kien imiss issa li l-partit jaġġorna ruħu u jippubblika l-fehmiet tiegħu fil-qasam ekonomiku.", "Kien hemm kelliema mill-qasam tat-turiżmu, kif ukoll kelliema tal-partit u studjużi fil-qasam finanzjarju, fil-qasam tas-self- employed, ta' l-industrija, fil-qasam ta' l-agrikoltura u sajd u f'kull qasam li jirrigwarda l-ekonomija.", "B'dan id-dokument, il-partit ma naqasx li jinkludi aġġornament tal-politika tiegħu dwar l-affarijiet infrastrutturali u meta ngħid hekk, inkun qed nirriferi għal dawk is-setturi ta' l-enerġija, ta' l-ilma u tat-telekomunikazzjoni.", "Ċertament kulħadd jaf li dawn huma setturi li wieħed jista' jsejħilhom il-fus ta' l-ekonomija.", "Għax biex ikollok ekonomija li wieħed jista' jserraħ moħħu fuqha, bilfors li dawn is- setturi jridu jkunu żviluppati, aġġornati u li jkun hemm politika b'vizjoni li mhux biss tħares lejn dak li jkun għaddej issa u dak li ġara fil-passat imma tippjana għall-futur.", "Partit li jkun aġġornat u li jkun qed jistenna li jkun fil-gvern fi żmien qasir, bilfors irid iħares 'il quddiem biex f'dawn is-setturi, il-pajjiż ikun ippreparat għal dak li jkun se jinqala' jew mistenni li jinqala' f'dawn is-setturi u jkun hemm tħejjija għall- futur.", "Issa f'dak li huwa aġġornament tal-politika tal-partit f'dawn l- oqsma, x'joħroġ ġdid minn dan id-dokument?", "L-ewwel u qabel kollox il-partit iqis li dawn is-setturi tant huma importanti li ma jistax wieħed joqgħod jesperimenta fuqhom, lanqas b'policies li jkunu marru tajjeb f'pajjiżi oħra.", "Il-Partit Laburista mhux lest jesperimenta jew ibagħbas dawn is-setturi għax nafu, anke minn esperjenza riċenti, li jekk dawn is-setturi jmorru ħażin, anke għal ftit sigħat biss jew għal ġurnata sħiħa, l-ekonomija tal-pajjiż fil-qasam finanzjarju se ssofri bil-kbir.", "Kellna eżempju ta' dan is-sena l-oħra meta rajna x'jista' jiġri jekk xi ħaġa ma tmurx tajjeb f'dawn is-setturi, kemm tbati l-ekonomija.", "Il-Partit Laburista mill-ewwel qed jgħid li l-politika tagħna mhux se tkun ideata minn barra imma se tkun politika mogħtija lill- poplu Malti u mfassla għall-pajjiż Malti biss, libsa li tkun tailor-made għalina u nafu li se tiffitjana u nafu li tkun tixirqilna u mhux xi esperiment impost fuqna minħabba li jkun irnexxa bnadi oħra.", "Aħna qed ngħidu li l-politika tagħna mhijiex imsejsa fuq xi politika ta' lliberalizazzjoni jew ta' privatizzazzjoni fis-settur ta' l-enerġija għax nemmnu li għal pajjiżna din mhijiex il-priorita`.", "Forsi għal ħaddieħor biex ikun konformi max-xewqa tiegħu li jkun membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, din il-politika ta' liberalizazzjoni jew privatizazzjoni hija politika prioritarja.", "Aħna ma nqisux li dik il-politika tixraq lill-poplu Malti.", "Anzi għall-kuntrarju aħna ngħidu li dawn is-setturi tant huma ta' importanza għall-pajjiż, tant huma delikati, li l-Istat għandu jkollu r- responsabbilta` primarja b'involviment dirett biex jiżgura li dawn is- setturi jkunu effiċjenti, b'tali mod li wieħed jista' joqgħod fuqhom.", "Pero` għalkemm il-viżjoni tagħna hija reali u msejsa fuq dan li qed ngħid, ma neskludix il-possibbilta` ta' innovazzjoni anke fl-ideat tagħna.", "Jiġifieri ma neskludix il-possibbilta` ta' alleanzi strateġiċi jew inkella sehem parzjali fil-privat f'dawn l-oqsma.", "Nerġa' nenfasizza u nsostni li l- Istat huwa importanti f'dawn is-setturi, speċjalment fis-settur ta' l- enerġija.", "Id-dokument f'dan is-setttur jagħmel enfasi fuq kemm huwa importanti li naraw li nimxu b'għaqal kbir f'dawn is-setturi u f'dawn l- intrapriżi.", "Nafu li s-sistema tagħna hija ċkejkna u iżolata, sistema li jekk jagħtas xi ħadd ikun hemm problema bħalma kien hemm dan l-aħħar fl-oqsma tal- prezzijiet taż-żejt.", "Jekk ikun hemm riħ żgħir jista' jikkaġuna mewġ kbir fis-sistema tagħna.", "Mhux bħall-pajjiżi l-kbar Ewropej u lanqas bħal fil-każ ta' pajjiż żgħir bħalna, il-Lussemburgu, li m'għandux sistema iżolata ta' l- enerġija.", "Allura b'dan id-dokument, il-Partit Laburista qed jirrikonoxxi l- importanza kbira ta' dawn is-setturi u kemm huwa importanti li l-istat ikollu kontroll dirett u responsabbilta` primarja biex dawn is-setturi jkomplu jsostnu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Pero` hemm ideat ġodda u l-Partit Laburista qed jħares ħafna fil-bogħod.", "Dan id-dokument sempliċement juri x'inhija l-fehma tal-partit f'dan ir-rigward u sejrin nesploraw il- possibbilta` biex din is-small isolated system forsi ma tibqax daqshekk iżolata iżjed 'il quddiem.", "Imbagħad fid-dokument nagħmlu enfasi speċjali fuq ir-relazzjoni li hemm bejn l-ambjent u l-importanza tiegħu anke fil-qasam ta' l-enerġija.", "Jien kemm-il darba għedt li s-settur ta' l-enerġija huwa settur primarju li jħassar u jniġġes l-ambjent.", "Anke fuq bażi internazzjonali, wieħed jaf li l-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, kemm bħala power stations biex jiġġeneraw id- dawl elettriku u anke fil-qasam tat-trasport bil-ħruq ta' fuel biex jimxu l- vetturi, toħloqlok ħafna tinġis ta' l-ambjent.", "Il-Partit Laburista qed jirrikonoxxi dan il-punt u qed jgħid minn issa li se jagħmel l-almu kollu biex iżomm għajnejh miftuħa għall-ħsara li tista' ssir fl-ambjent mill- qasam ta' l-enerġija.", "Sfortunatament il-gvern preżenti ma tantx kien daqshekk kawt biex jara li f'dan is-settur ta' l-enerġija, ma jkunx hemm tħassir ta' l-ambjent.", "Sur President, jien kont kkritikajt l-ewwel budget tal-gvern Nazzjonalista għall-miżuri li ħa għax ma tax kas li l-petrol bla ċomb jiġi promoted u mressaq 'il quddiem biex jintuża iżjed.", "Kien ħa miżuri li sfortunatament kienu inċentivi biex jiżdied l-użu ta' petrol biċ-ċomb.", "Pero` l- inkonsistenza, il-biża` u n-nuqqas ta' rikonoxximent ta' kemm tista' ssir ħsara lill-ambjent mis-settur ta' l-enerġija u mill-power stations rajnieha dan l-aħħar, wara ħafna kritika kemm minn din in-naħa tal-Kamra, kif ukoll minn ċittadini nfushom min-naħa t'Isfel ta' Malta, speċjalment tal-Fgura, l- Isla u Bormla, li kienu qegħdin jikkomplejnjaw li jaraw fuq il-bjut tagħhom trab iswed li jagħmlilhom il-ħsara, iħammġilhom il-ħwejjeġ fuq il-bejt u jħassrilhom saħħithom.", "Kemm smajna lill-kunsilli lokali, lin-nies infushom u smajna membri parlamentari minn din in-naħa tal-Kamra jikkomplejnjaw mit-trab iswed!", "Min-naħa tal-gvern u speċjalment min-naħa ta' l-Enemalta għamlu xhur u snin sħaħ jinnegaw li din il-problema ġejja mill-power station tal-Marsa.", "Ilum kien hemm dikjarazzjoni mill-kunsill lokali tal-Fgura u mill-Enemalta, fejn qegħdin jirrikonoxxu li din il-problema ġejja mill-power station.", "Issa nafu li dan it-trab iswed kien ġej mill-power station, imma l-fatt hu li jkollok gvern li jaf li l-problema ġejja minn hemm u jibqa' jinnega u dan ċertament ħażin.", "Saru studji li t-trab iswed kien ġej mill-power station tal-Marsa, iżda ġimgħa wara ġimgħa, xahar wara xahar, il-gvern jibqa' jinnega li din il-problema ġejja minn hemm.", "Issa li wasal is-sajf u li l-enerġija tibda tintuża iżjed, nispera li ladarba nafu li din il-problema ġejja mill-power station tal-Marsa, nibdew il-proċess biex insolvu din il-problema.", "Nerġa' ngħid li l-problema ta' l-ambjent fir-rigward tal-generazzjoni ta' l- eneġija mhix xi ħaġa ta' Malta biss pero` ma naħsibx li hawn gvernijiet li għandhom problema u jippruvaw jaħbuha b'dan il-mod.", "Jiena nħeġġeġ lil dan il-gvern ħalli mhux biss l-Enemalta tirrikonoxxi din il-problema imma tagħmel xi ħaġa biex issolviha.", "Dan id-dokument li qed nitkellem fuqu huwa estensiv ħafna u jiena nħeġġeġ lill-pubbliku u lill-membri kollha ta' din il-Kamra biex jistudjawh sew minħabba li hemm ħafna ideat ġodda, fl-opinjoni tiegħi ideat li huma konformi ma' dak li għandu bżonn il-pajjiż.", "Waħda mill-affarijiet li hemm f'dan id-dokument hija li hemm bżonn pjan nazzjonali u intensiv fil-qasam ta' l-ilma.", "Dan il-gvern qasam is-settur ta' l-ilma f'żewġ taqsimiet, is- sezzjoni tad-drenaġġ u s-sezzjoni tal-produzzjoni ta' l-ilma.", "Illum qed naraw il-problemi kbar li qed ikollna fil-qasam tad-drenaġġ li qed jaffettwa il-baħar li ngħumu fih, fejn l-Onor.", "Mangion għadu kemm qal li prattikament qed ngħumu fid-drenaġġ tagħna stess u dan ċertament ma jagħmilx ġid lit-turiżmu.", "Jiena nagħlaq billi nerġa' nħeġġeġ lill-membri ta' din il-Kamra u l- pubbliku biex jidħlu fid-dettall ta' dan id-dokument u jingħaqdu magħna biex intejbu l-fehmiet u dawk l-affarijiet li lil pajjiżna jġibuh 'il quddiem.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Karl Chircop.", "ONOR.", "KARL CHIRCOP: Sur President, qegħdin nisimgħu u naqraw fuq kemm qegħdin jinqabdu klandestini fi Sqallija li jkunu telqu mill-gżejjer tagħna.", "Naturalment il-media tiffoka fuq in-numru ta' dawk li jiġu ttraffikati u anke fuq dawk li jkunu tilfu ħajjithom, pero' sfortunatament il-media mhix tindirizza l-problema vera għax l-akbar skandlu mhux kemm qegħdin jitilqu minn pajjiżna u jsibu ruħhom fl-Italja, imma kif qegħdin jiddaħħlu f'pajjiżna l-klandestini.", "Sfortunatament fuq il-mezzi tax-xandir, fuq dan l-aspett tal-problema qatt ma nisimgħu xejn meta jekk verament irridu neliminaw dan il-black market darba għal dejjem, il-gvern u l-awtoritajiet għandhom bżonn jikkonċentraw fuq dan il-punt tat-tluq, jiġifieri li naraw dawn il-klandestini - li hemm il-possibbilta` kbira li jkunu qegħdin ifittxu futur aħjar minn dak li joffrilhom pajjiżhom - minn liema pajjiżi jkunu ġejjin.", "Hemm il- possibbilta` kbira li jekk wieħed ipoġġi bilqiegħda u juża s-sens komun, malajr jinduna x'inhu jiġri.", "Jien wisq nibża' li jew l-awtoritatjiet konċernati ma jridux jew mhumiex jużaw mezzi effikaċi biżżejjed biex dan l- abbuż jiġi mrażżan.", "Mingħajr ma trid, tibda tissuspetta li hemm flejjes kbar u ħmieġ enormi għaddej.", "Jiena ġejt informat li hemm flights minn Dubai - anke flights ta' l-Air Malta - li qed iġibu nies mill-Indian subcontinent, ħafna minnhom jispiċċaw jagħmlu parti mit-traffiku ta' klandestini lejn l-Italja.", "Naturalment mhux l-ajruport biss jista' jkun il-mezz ta' kif qegħdin jiddaħħlu ġewwa Malta dawn il-klandestini.", "Wara kollox dawn jistgħu jiġu Malta bħala turisti u ma ninsewx li wara li issa tneħħa l-użu ta' l- embarkation card, il-kontroll tad-dħul u l-ħruġ ta' nies f'pajjiżna naqas u għalhekk naqas il-kontroll fuq it-traffikar ta' klandestini.", "Pero` hemm kontrolli oħrajn li jistgħu jsiru u jiena ninsab informat li hemm laxkezza enormi fil-ħruġ tal-visas li dawn in-nies jiġu bżonn biex jidħlu ġewwa pajjiżna.", "Il-mod ta' kif qed jingħataw dawn il-visas huwa l-aktar wieħed arbitrarju, li allura jista' jagħti lok għall-abbuż għax fin-nofs hemm gwadann finanzjarju kbir għal dawk iċ-ċerti individwi li joperaw mill- ajruport u mill-portijiet ta' Malta.", "Kulħadd jaf li kull fejn hemm din il-problema kbira ta' klandestini dejjem issib ċirku vizzjuż, ċirku maħmuġ għall-aħħar li jkun jinvolvi fih politiċi, membri ta' l-armata u tal-pulizija, apparti nies oħra mpjegati ta' l-ajruport u l-portijiet.", "Jekk aħna rridu nnaddfu isem pajjiżna minn dan il-ħmieġ, bilfors li l-pulizija u l-armata jridu jagħmlu aktar enfasi fuq id-dħul ta' ċerti nies ġewwa pajjiżna.", "Nerġa' nenfasizza li l-problema trid tiġi solvuta b'dan il-mod għax inutli noqogħdu nibku wara li jseħħu t- traġedji, bħal meta saħansitra lil xi nies tefgħuhom il-baħar anke meta ma kenux jafu jgħumu.", "Dawn l-oxxenitajiet qegħdin jitħallew iseħħu għax għandek dan iċ-ċirku vizzjuż li jinvolvi flejjes kbar.", "Jekk kemm-il darba rridu nsolvu din il-problema jeħtieġ li l-gvern u l-awtoritajiet, fosthom l- armata u l-pulizija, jikkonċentraw l-isforzi tagħhom proprju fuq il-mod tad- dħul ta' dawn il-persuni.", "Mhux biżżejjed li mbagħad noqogħdu narrestaw lil dak u lill-ieħor, għalkemm tajjeb li dan isir.", "Irridu nipprevenu u dan għandu jkun l-għan ewlieni tal-gvern u biex jippreveni, irid bilfors jiċċekkja l-punti tad-dħul ta' dawn in-nies li jkolli ngħid huma pjuttost ovvji.", "Issa ħalli niġi għall-moviment l-ieħor ta' persuni - qed nirriferi għall- moviment ħieles tal-persuni.", "Ftit ġimgħat ilu tgħidx kemm ftaħar il-gvern u stajna nisimgħu kantaliena sħiħa ta' eloġju għall-gvern ta' Fenech Adami għax qalulna li kiseb rebħa straordinarja waqt l-hekk imsejħin trattattivi ma' Brussel.", "Fl-opinjoni tal-Partit Laburista u ta' l-eluf ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin dan ma hu minnu xejn, anzi l-gvern litteralment qed jittanta jimmina l-ħobża ta' kuljum ta' eluf ta' ħaddiema u nies tax- xogħol.", "B'din it-triq li qabad, il-gvern qed jimmina l-għajxien ta' dawk kollha li jiddependu fuq ix-xogħol u magħhom l-interessi tal-pensjonanti, tan-nisa tad-dar, ta' dawk kollha li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali.", "Il-gvern qed jgħid li ġab perjodu transitorju ta' seba' snin u qed idoqq il-qanpiena għax mingħalih għamel xi vittorja kbira.", "Il-gvern qed jgħid li se nkunu fi stat fejn il-Maltin jistgħu joħorġu minn pajjiżna u jsibu job fil-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li ħaddieħor mhux se jkun jista' jiġi jaħdem f'pajjiżna.", "Intużat ukoll il-frażi ''f'każi eċċezzjonali''.", "Allura kif ħadd għadu ma jaf s'issa x'inhuma dawn il-fatturi eċċezzjonali?", "Jekk per eżempju jkunu daħlu jaħdmu ġewwa pajjiżna aktar minn għaxar ħaddiema, aktar minn għoxrin ħaddiem jew aktar minn 100 ħaddiem f'qasam partikolari?", "Nafu li l-gvern se jkollu d-dritt mhux li jwaqqafhom imma li jipprotesta ma' Brussel, imbagħad sta għal Brussel jekk jaċċettax dik il-protesta tal-Gvern Malti jew le.", "Jiġifieri xorta waħda se nibqgħu aħna suġġetti għad-deċiżjoni aħħarija ta' Brussel, jekk kemm-il darba għandniex inħallu lil dawn il-ħaddiema jidħlu f'pajjiżna u nagħtuhom il-permess awtomatikament biex jaħdmu.", "Il-gvern jaf li l-maġġoranza kbira ta' l-industrija Maltija hija proprju industrija żgħira - madwar 67% ta' l-industrija lokali tħaddimlek ħamsa minn nies jew inqas – u allura ma jista' qatt il-Partit Nazzjonalista jiġi jiftaħar li kiseb xi ftehim storiku u straordinarju meta qiegħed jgħid huwa stess li f'każi eċċezzjonali biss ikun jista' jipprotesta ma' Brussel u forsi ta' Brussel jisimgħuh.", "Meta nafu li għandna sitwazzjoni fejn l-industriji tant huma żgħar li anke jekk jiġu ftit għexieren ta' ħaddiema kapaċi jiddistabilizzawlek industrija sħiħa, liema bravu mbagħad se jkun qed jaqbeż għall-jeddijiet tal-ħaddiema Maltin?", "Il-verita' hi li wara dawn l-ewwel seba' snin, se jinfetħu l-bibien beraħ fil-każ tal-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni u ħaddiema mill-pajjiżi ta' l- eastern block se jkunu jistgħu jaħdmu fil-pajjiżi membri l-oħra ta' l- Unjoni.", "Issa nafu kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li huma batuti.", "Diġa` għandna problema hawn Malta għax hawn ma' l-1,000 Jugoslav jaħdmu fl- industrija tal-bini, aħseb u ara x'se jiġri wara l-ewwel seba' snin!", "Assolutament m'hu veru xejn li l-moviment ħieles tal-ħaddiema ġie protett mill-Gvern Malti fit-trattattivi tiegħu ma' Brussel.", "Sfortunatament b'dan li wasal għalih il-gvern qed jesponi lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin għall- perikli kbar u kompetizzjoni nġusta u se jispiċċa jtellifna l-ħobża ta' kuljum.", "Grazzi.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa 20 ta' Lulju, 2001 fid-9.00 a.m. bl-agenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."]}